{"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tlieta, 15 ta' Mejju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 111, li saret fl-14 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Qabel xejn, nixtieq li fit-talb tagħna naħsbu fil-kuntistabbli Simon Schembri li qiegħed jiġġieled għal ħajtu.", "Għandu bżonn ħafna talb.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-Aġent President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XVI tal-2018 – Att tal-2018 dwar il-Logħob.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "QORTI TAL-APPELL – AZZJONI FUQ SENTENZA MOGĦTIJA – KMAMAR TAN-NAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat għall-konsultazzjoni pubblika emenda għall-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp biex tindirizza s-sitwazzjoni li nħolqot fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018.", "Dan il-proċess issa ġie konkluż u l-emenda ġiet approvata taħt l-Avviż Legali numru 152 tal-2018.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li l-Parlament approva wkoll l-Att Nru IX tal-2018 biex jindirizza aspett ieħor tal-istess deċizjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Appell.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BRYON CAMILLERI: Grazzi, Sur President.", "Ftit tal-ħin ilu l-Ministru kien qiegħed jagħmel press conference rigward l-aġenzija tat-toroq.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex wasal il-proċess, anke fid-dawl li dalwaqt din il-Kamra tiddibatti liġi sabiex tistabbilixxi din l-aġenzija?", "Jista' jinformana wkoll dwar l-investiment li ssemma fil-Baġit dwar il-flus allokati għal din l-aġenzija?", "It-toroq li qabel kienu jsiru mill-kunsilli lokali issa min se jibda jagħmilhom?", "Il-flus li qabel kienu jonfqu fit-toroq se jitħallew fil-but tal-kunsilli lokali sabiex ikunu jistgħu jagħmlu proġetti oħra bihom?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Iva, kif qal il-Whip, l-Onor.", "Camilleri, aktar kmieni jiena tkellimt mill-bini tal-Parlament mal-mezzi tax-xandir dwar il-fatt li, meta aktar tard illejla jew għada se tkun qiegħda tiġi konkluża l-leġiżlazzjoni rigward il-qasam ambjentali, jien se nkun qiegħed irressaq għat-Tieni Qari d-diskussjoni li se twaqqaf l-aġenzija Infrastructure Malta.", "Infrastructure Malta se tkun l-entità, il-veikolu li se jimplimenta l-ikbar wegħda li ġiet approvata fl-elezzjoni ġenerali mill-poplu Malti u Għawdxi.", "Din hi wegħda li dan il-Gvern irid jimplimenta, u jiena kburi li se jkolli ċ-ċans naħdem fuq dan.", "Din l-aġenzija se tkun responsabbli minn investiment bla preċedent ta' €700 miljun għas-seba' snin li ġejjin.", "Se nkunu qegħdin naħdmu mal-istakeholders kollha – jiġifieri l-kunsilli lokali, l-entitajiet governattivi bħall-Water Services Corporation u l-Enemalta, l-entitajiet privati li jaħdmu fil-mezzi tal-komunikazzjoni u players oħra li jikkontribwixxu fix-xogħlijiet li jsiru fit-toroq tagħna – sabiex darba għal dejjem ikollna infrastruttura li tixraq lill-pajjiż.", "Il-pajjiż qiegħed ikabbar l-ekonomija tiegħu b'numri mingħajr preċedent.", "Għandna fostna l-aħjar rata ta' tkabbir ekonomiku f'pajjiżna.", "Għandna ekonomija li rnexxiet minkejja l-infrastuttura tagħna, u mhux minħabba l-infrastruttura tagħna.", "L-infrastruttura tagħna għandha ħafna iktar x'isir fiha.", "Dan hu pajjiż li qiegħed jilqa' fostu aktar nies li jgħixu u aktar nies li jaħdmu, pajjiż li qiegħed jilqa' fostu numru akbar ta' turisti, u allura rridu ninvestu fejn ħaddieħor ma wasalx.", "Il-kunsilli lokali fil-bidu tad-disingħijiet ingħataw parti mir-responsabilità legali li jkunu responsabbli mill-manutenzjoni tat-toroq residenzjali.", "Li ma ntqalx dakinhar kien li l-kunsilli lokali kienu se jitħallew għal għexieren ta' snin mingħajr il-fondi neċessarji biex jagħmlu dan.", "Jien kelli l-opportunità li nservi raħal twelidi tliet darbiet, u ħdimt ma' kull min kien elett, irrispettivament mill-partit politiku, sabiex nagħmlu l-almu tagħna.", "In-nies tiġi fuqek, in-nies titolbok infrastruttura aħjar fil-lokalità tiegħek, u inti ġeneralment twieġeb li m'għandekx il-flus sabiex tagħmel dan.", "Issa se nkunu qegħdin nikkordinaw il-ħidma kollha minn entità waħda, u se niżguraw li din l-entità jkollha anke proċeduri li jkunu mhux biss aktar riġidi li fuq kollox jiżguraw kwalità aħjar u kontenut aħjar fix-xogħol, però rridu niżguraw li, pereżempju, ikun hemm anke rispett lejn it-timelines tax-xogħlijiet, kif ukoll xi ħadd li qiegħed iħares verament il-kuntratt li jkun qiegħed jiġi implimentat.", "Irrid nirringrazzja lil Transport Malta li għal numru ta' snin kellha tidħol għal dan ir-rwol doppju, għaliex Transport Malta kienet kemm ir-regolatur kif ukoll l-implimentatur tax-xogħlijiet infrastrutturali.", "Issa se jkollna din id-diviżjoni bejn iż-żewġ entitajiet li waħda tirregola u l-oħra timplimenta sabiex mhux biss ikollna kwalità ta' infrastruttura aħjar, imma fuq kollox ikollna toroq aktar siguri.", "Jien ningħaqad mas-Sedja u nsellem lill-pulizija li, flimkien ma' għexieren ta' uffiċjali oħra, ta' kuljum jinżlu fit-toroq tagħna sabiex jiżguraw li jkollna aktar ordni.", "Nafu x'ġara, u f'dan il-mument naħseb li aktar milli jiddiskuti x'ġara wieħed irid jiftakar fil-familjari u jsellem lilhom u jagħmlilhom kuraġġ anke f'din il-ġurnata partikolari.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: L-ewwel nett, f'isem l-Oppożizzjoni, irrid ningħaqad miegħek, Sur President, u anke man-naħa tal-Gvern biex insellem lill-pulizija li kien involut f'dan l-inċident, u nittamaw r-riżultat aħħari ta' kif joħroġ mill-isptar ikun l-aħjar wieħed possibbli.", "Nirringrazzjah ukoll għax-xogħol li għamel għax naħseb li dan il-bniedem huwa eroj.", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk jistax ġentilment jirrepeti – għax ma nafx smajtux sew – l-ammont ta' flus li se jiġu vvutati u kif se jintgħażlu.", "Il-Ministru, li kien sindku wkoll, jaf bil-problema li jkollhom il-kunsilli lokali li jkunu responsabbli minn ċerti toroq kbar li jridu jagħmlulhom resurfacing jew maintenance.", "Ġieli kunsill jgħidlek li biex jagħmel resurfacing jew maintenance ta' triq kbira jispiċċa jaħli l-baġit kollu allokat għall-kunsill.", "Ovvjament, ladarba l-aġenzija tibda taħdem se jkun hemm domanda kbira minn kull kunsill lokali, għax naħseb li kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex għandu xi triq kbira li ma jistax jagħmilha hu.", "Kif se jintgħażlu?", "Il-kunsilli lokali se jissottomettu applikazzjonijiet għal ċerti toroq?", "Kif se jintgħażlu u minn min se jintgħażlu?", "IAN BORG: Qabel xejn, irridu ngħidu li l-veru xogħol jibda meta aħna ngħaddu din il-liġi mill-Kamra u nwaqqfu Infrastructure Malta.", "Hemmhekk irridu naraw kif nużaw l-ammont li se ninvestu, li huwa ta' €700 miljun, fis-seba' snin li ġejjin sabiex niżguraw li t-toroq ikunu qegħdin isiru.", "Irrid ngħid li l-entità Infrastructure Malta eventwalment se tkun responsabbli mit-toroq residenzjali kollha, mit-toroq rurali kollha u mit-toroq arterjali u distributorji kollha.", "Dan ifisser li aħna ħadna l-poter mingħand il-kunsilli lokali?", "Le, ifisser li se nkunu qegħdin naħdmu magħhom sabiex gradwalment isiru t-toroq kollha.", "Fil-bidu se jkun hemm ir-responsabbiltajiet li llum diġà ġew għand Transport Malta.", "Mela malli nwelldu l-Infrastructure Malta din se tkun responsabbli għat-toroq arterjali u distributorji.", "Se tkun responsabbli wkoll għal dawk il-160 triq li sal-lum qatt ma saru.", "Dik se tkun prijorità assoluta, kif anke kien jgħid il-programm tal-Gvern.", "Apparti minn hekk, wara dan kollu – jew aħjar b'mod simultanju – se tkun l-aġenzija Infrastructure Malta li se tkun qiegħda titkellem mal-kunsilli lokali sabiex tagħmel prioritisation exercise, flimkien mal-kunsill lokali, dwar liema toroq għandhom isiru qabel oħrajn.", "Meta jsiru t-toroq jgħaddu taħt Infrastructure Malta biex tkompli tmantnihom.", "Il-kunsilli lokali li llum jirċievu somma ta' flus għat-toroq gradwalment matul dawn s-seba' snin se jkunu qegħdin ineħħu dak l-piż minn fuqhom: però l-flus kollha allokati għall-kunsilli lokali kif inhuma sal-lum il-ġurnata se jibqgħu allokati għall-kunsilli lokali, u dawn jistgħu jużawhom f'oqsma oħra.", "Mela allura qegħdin inżidu l-baġit tal-kunsilli lokali b'mod indirett għaliex mhux se jkunu aktar responsabbli minn dan il-piż li kien qiegħed jifnihom, kif għedt tajjeb inti, għax ma kellhomx il-fondi sabiex jagħmluhom.", "Il-kunsilli lokali jridu jkunu l-partners tagħna fil-lokalitajiet, u minn hawnhekk irrid naċċenna wkoll għal partner ieħor importanti li għadni kif semmejt ukoll fil-Konferenza tal-Aħbarijiet li tajt, li huwa l-Ministeru għal Għawdex.", "Għall-ewwel darba, Għawdex mhux ser ikun qiegħed jirċievi biss €1.5 miljun sabiex jara kif jista' jlaħħaq mad-domanda kbira ta' gżira sħiħa li veru huwa distrett, però lkoll nafu li proporzjonalment, anke bħala medda ta' art, bħala roads network, Għawdex għandu ħafna iżjed minn distretti u lokalitajiet oħrajn rispettivi.", "Il-Ministeru tat-Trasport, permezz ta' Infrastructure Malta, diġà beda jagħmel laqgħat preliminari li jridu jintensifikaw, u se nkunu qegħdin naħdmu mal-Ministru Justyne Caruana sabiex niżguraw li bid-direzzjoni politika, bil-prijoritazzjoni tal-Ministeru ta' Għawdex, flimkien mal-kunsilli lokali Għawdxin, issa Għawdex se jkun qed jieħu l-fair share tiegħu minn dawn is-€700 miljun.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Grazzi, Sur President.", "Il-Ministru Borg semma l-kwestjoni tas-sigurtà fit-toroq tagħna.", "Bħalissa għaddej xogħol fil-Bypass tal-Marsa u l-Ħamrun.", "Jista' jgħid kif dawn il-proġetti se jgħinu l-ewwel biex irażżnu iktar it-traffiku, li diġà beda jiġi mrażżan b'miżuri li ttieħdu, però wkoll biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq tagħna?", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Zammit Lewis li rridu naħdmu sabiex nindirizzaw numru ta' bottlenecks li writna.", "Kulħadd ikkontribwixxa għal ċerti bottlenecks li kellna f'dan il-pajjiż, u llum dawn bdejna nindirizzawhom.", "Jien ottimist dwar ix-xogħol li għaddej fil-Marsa, u ninsab infurmat li l-Marsa issa waslet fi stadju ieħor, għaliex it-tieni fażi qegħda ttella' ċertu massa ta' xogħol u allura wieħed jibda jinnota fażijiet interessanti tal-proġett.", "Avvanzajna ħafna wkoll fit-tielet fażi li qiegħda tiġi evalwata bħalissa u l-proċess mexa ġmielu hemmhekk ukoll.", "Il-proġett tal-Marsa se jkun l-ikbar investiment li qatt rajna fuq it-toroq tagħna.", "Huwa proġett li se jinvolvi seba' strutturi bejn flyovers u strutturi oħrajn li se jippermettu li, sejjer fejn inti sejjer jew ġej minn fejn ġej f'dan il-kuritur daqstant importanti għan-naħa t'isfel tal-pajjiż, kuritur li jara xejn inqas minn 90,000 vettura f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata, dak li jkun jiżgura aċċess mingħajr s-sistema tat-traffic lights li għandna llum il-ġurnata.", "Mill-feedback li nirċievu, mhux biss min-naħa tal-awtoritajiet, jidher li bit-traffic diversions, it-traffiku miexi u miexi tajjeb anke waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet.", "Dan anke grazzi għall-esperjenza li nkisbet minn proġetti pożittivi oħra, bħal dak tal-Kappara, u allura rridu nkomplu nħarsu lejh.", "Il-proġett l-ieħor li rrefera għalih l-Onor.", "Zammit Lewis huwa dak ta' bejn il-Marsa u l-Ħamrun, hekk kif toħroġ jew tkun dieħel fil-mini magħrufa ta' Santa Venera.", "Hemmhekk qed inneħħu bottleneck importanti.", "Meta nbnew dawk il-mini, kien hemm sitwazzjonijiet fejn tkun ġej b'żewġ korsiji u mbagħad kulħadd irid joħroġ f'korsija waħda.", "Dan kien bottleneck ċar li qatt ma kien indirizzat, u llum aħna qegħdin nimplimentaw ix-xogħlijiet biex isir.", "Ottimist ukoll li x-xogħlijiet jitlestew saħansitra qabel iż-żmenijiet li konna qed nantiċipaw.", "Però rridu nkomplu nsegwu ħalli niżguraw li ngawdu minnhom fix-xhur li ġejjin.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-vetturi, il-vetturi qegħdin jiżdiedu kuljum.", "Mhuwiex xi gost u pjaċir tiegħi li niġi hawnhekk u ngħid li n-numru ta' vetturi fit-toroq tagħna qed jiżdied, però mhux se nieħdu miżuri sabiex ma nippermettux lil min jixtieq li jixtri l-vettura tiegħu.", "Però jien inħossni kburi meta nkun ma' sħabi l-Ministri Ewropej tat-Trasport u ninfurmahom li aħna għandna l-iktar għotjiet u inċentivi fiskali li huma l-aktar ġenerużi fil-kumplament tal-Ewropa sabiex, meta wieħed jagħżel il-vettura privata, dan jagħmel l-għażla favur vetturi tal-elettriku jew dawk plug-in hybrid.", "Tgħidli: Kuntent b'iktar minn 1,000 vettura elettrika minn ammont ta' 370,000 vettura?", "M'aħniex kuntenti, u għalhekk konna ġenerużi b'dawn l-għotjiet, biex issa naraw ir-rispons.", "Dawn huma għotjiet li bdejna nħaddmu mill-1 ta' Jannar.", "Jien ħsibt li fil-weekend li għadda l-Kap tal-Oppożizzjoni kien se joħroġ b'xi bakketta maġika.", "Kien hemm antiċipazzjoni kbira għad-diskors tiegħu, diskors li kellu jpoġġi viżjoni fuq il-pajjiż.", "Fost affarijiet oħra huwa semma li jinsab imħasseb għaliex kuljum qed jiżdiedu 33 vettura fuq it-toroq tagħna.", "Però mbagħad naqas milli jgħid hu x'jagħmel.", "Jiena wkoll imħasseb u naħseb li bħali mħassbin anke dawk in-nies li se jixtru vettura jew iridu jixtru vettura.", "Sur President, irrid ngħid li ma naħsibx li għandna nibqgħu nsuqu l-kultura li malli jkollok 18-il sena għandek tixtri l-vettura.", "X'qegħdin nagħmlu f'dan ir-rigward?", "F'dan ir-rigward, aħna estendejna skema, li kienet suċċess, għal dawk iż-żgħażagħ bejn 16 u 20 sena li jkunu qegħdin jersqu lejn iċ-ċans li jiksbu l-liċenzja tagħhom.", "Lil dawn tajniehom it-trasport pubbliku b'xejn.", "Malli ħabbarna din il-miżura, bdew jiktbuli l-anzjani u jikkuntattjawna u jgħidulna: \"Isma', aħna diġà għandna prezz sussidjat ħafna.", "Però intom wegħedtuna li tagħna se jkun b'xejn ukoll.\"", "Ngħidilhom li naslu hemmhekk però kien hemm bżonn li nipprijoritizzaw, u pprijoritizzajna billi tajna t-trasport b'xejn liż-żgħażagħ tagħna.", "Irrid ukoll li jkollna servizz tat-trasport pubbliku effiċjenti.", "Però rreġistrajna progress għax filwaqt li fl-2012 it-trasport pubbliku kien jintuża minn 23 miljun passiġġier, fl-aħħar tal-2017 it-trasport pubbliku kien użat minn 50 miljun passiġġier.", "Hawn irrid insellem lil dawk kollha li ħadmu sabiex nerġgħu rroddu l-fiduċja fit-trasport pubbliku, b'mod partikolari lill-predeċessur tiegħi, il-Ministru Joe Mizzi, li ħadem sabiex jispiċċaw il-bużullotti.", "Kellna bidla tal-operatur, kellna l-bidla tar-rotot, u dawk id-deċiżjonijiet ħallew il-frott.", "Illum qegħdin nitkellmu mal-operatur u qed ngħidulu li aħna konxji li wasalna lejn il-limitazzjoni tal-kapaċità, u allura jeħtieġ li nibdew inħarsu lejn il-capacity-building jekk irridu nkomplu nsostnu dawk in-nies li diġà għażlu li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku.", "Qed isiru ħafna miżuri u inizjattivi f'dan ir-rigward, u nħares 'il quddiem li anke f'dan l-abbozz ta' liġi li se nibdew niddiskutu dwar Infrastructure Malta nkomplu naqsmu l-ideat.", "Il-mistoqsijiiet li kelli s'issa mingħand l-Onor.", "Mario Galea kienu mistoqsijiet kostruttivi, u konvint li anke l-Onor.", "Bezzina jkollu l-ħsibijiet tiegħu.", "Jiena nħares 'il quddiem sabiex fis-sigħat u l-ġranet li ġejjin ikollna diskussjoni sana u kostruttiva sabiex niżguraw li f'dan is-settur nimxu 'l quddiem.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Kont qed nisma' lill-Ministru jitkellem fuq ir-responsabilità tat-toroq arterjali u distributorji.", "Dawn se jibqgħu fir-responsabilità ta' Transport Malta jew tal-aġenzija, jew hemm il-ħsieb li l-manutenzjoni tagħhom tinqaleb fuq il-kunsilli lokali?", "IAN BORG: Sur President, jien għadni kif tajt dik ir-risposta għal mistoqsija li għamel l-Onor.", "Però forsi anke minħabba li daħlu aktar nies fil-Kamra minn dak il-ħin 'l hawn, nista' nerġa' nirrepeti fil-qosor.", "Bażikament, aħna qed ngħidu li l-aġenżija Infrastructure Malta se tidħol responsabbli mill-għada li titwaqqaf għal dawk it-toroq li llum hija responsabbli għalihom Transport Malta, li huma t-toroq arterjali u distributorji.", "Barra minn hekk, se tkun ukoll responsabbli għal dawk il-160 triq li qatt ma saru.", "Irridu, imbagħad, flimkien mal-kunsilli lokali, naħdmu sabiex ninvestu fuq l-infrastruttura li huma responsabbli parti minnha llum, għaliex illum il-kunsilli lokali huma responsabbli mill-manutenzjoni tat-toroq.", "Irridu nidħlu magħhom fi programm li huwa ta' seba' snin b'investiment ta' €700 miljun, u nagħmlu t-toroq residenzjali u dawk rurali.", "Meta Infrastructure Malta se tkun qegħda tagħmel dawk it-toroq, se tkun qiegħda tieħu l-inkarigu hi, u se tkun qed tiegħu l-piż hi, jiġifieri li wara li tkun għamlithom, tkompli tmantnihom.", "Il-kunsilli lokali, fuq medda ta' seba' snin, se jneħħu minn fuq spallejhom il-piż li tgħabbew bih mingħajr ma ngħataw ir-riżorsi għalih, imma se jibqgħu jingħataw dawk il-fondi kollha li jingħataw illum u, minflok jużawhom fil-manutenzjoni tat-toroq, se jkunu qed jużawhom f'oqsma li jidhrilhom huma sabiex itejbu l-lokalitajiet tagħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Glenn Bedingfiled, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINGFIELD: Issemmiet il-junction tal-Marsa u naħseb li anke semmejna t-traffic deviations li kien hemm.", "Naħseb li min jgħaddi minn hemmhekk diġà nnota avvanz.", "Il-Ministru semma li minn hemmhekk fl-inħawi matul il-ġurnata jgħaddu mad-90,000 karozza.", "Ma nafx jekk għandux tagħrif miegħu hawnhekk dwar kemm, at any given time, f'Malta kemm ikun hawn karozzi fit-toroq li effettivament ikunu qegħdin jinstaqu.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ovvjament, huwa diffiċli li taqbad ġurnata partikolari u tgħidha.", "Għaliex?", "Għaliex, ovvjament, f'dan il-pajjiż jista' jsuq kull min għandu liċenzja valida tas-sewqan, pereżempju, dik maħruġa fl-Unjoni Ewropea, u allura, anke minħabba nuqqas ta' qsim ta' informazzjoni li għadha qegħda tiġi diskussa bejn l-istati membri, it-tagħrif mhux disponibbli.", "Inti jista' jkollok nies li qegħdin turisti bil-vetturi tagħhom, jew anke barranin li qegħdin jikru jew jixtru vettura, imma m'għandhomx il-liċenzja maħruġa minn Transport Malta.", "Jiġifieri, biex nagħtik in-numru partikolari huwa daqsxejn diffiċli.", "Li nista' nagħmel, Onor. Bedingfield, huwa li nġib l-informazzjoni ta' kemm hawn Maltin jew residenti Malta li għandhom liċenzja valida tas-sewqan.", "Naħseb li sal-lum il-ġurnata naqblu li ħadd m'għandu l-poter li jsuq żewġ vetturi fl-istess ħin, għaliex jista' jkollok iktar minn vettura waħda.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Grazzi, Sur President.", "Ilbieraħ b'mod privat kellimtek fuq is-sitwazzjoni ta' Birżebbuġa u n-nuqqas ta' aċċess li qed jiġi propost għar-residenzi tal-Qajjenza lejn Birżebbuġa għal perjodu ta' 15-il ġurnata.", "Xtaqt inkun naf jekk kienx hemm xi żviluppi mill-bieraħ 'l hawn u nstabitx soluzzjoni għal din il-problema.", "IAN BORG: Jiena, wara li inti kellimtni privatament lbieraħ u rrealizzajt il-concerns tal-lokalità tal-Birżebbuġa, b'mod partikolari ż-żona ta' Qajjenza, u ġejt informat ukoll li fl-istess ħin kienet għaddejja laqgħa fil-kunsill lokali fejn kien hemm qsim tal-ideat, ovvjament kulħadd jipproponi s-soluzzjonijiet tiegħu.", "Jien li tlabt lil Transport Malta sabiex jaraw jekk huwiex possibbli li titħaddem is-sistema tat-temporary traffic lights.", "Infurmat li, mill-counts li kienu qegħdin jagħtu, ma kenitx possibbli li titħaddem.", "Jien m'aċċettajtx dik ir-risposta at face value u tlabthom li jlaħħmuha u jiżguraw li fil-fatt din veru ma tistax titħaddem, għax nifhem li hemm numru ta' familji li, biex ikomplu bil-ħajja tagħhom fil-komunità, min irid jieħu t-tfal l-iskola, jew min irid imur fiċ-ċentru tal-lokalità f'dawn il-ġranet u ġimgħat minħabba d-devjazzjonijiet irid jieħu toroq itwal.", "Tifhem ukoll l-investiment importanti li qegħda tagħmel l-Enemalta f'dan ir-rigward billi qegħda ssaħħaħ d-distribuzzjoni tagħha fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, distribuzzjoni li qegħda twassal ukoll lejn żoni industrijali li fihom jaħdmu għexieren ta' eluf ta' Maltin, u allura importanti li l-industrija tkun sservisjata bħalma huma sservisjati l-familji b'elettriku, poter, power li jmantni l-attività tagħhom.", "U, iva, irrid nkompli nsegwi l-każ flimkien ma' Transport Malta rigward possibilment devjazzjonijiet aħjar li jnaqqsu l-inkonvenjent lin-nies ta' Birżebbuġa.", "Din hija materja komuni għal kull fejn ikunu qed isiru x-xogħlijiet.", "Jiġifieri, nafu li l-inkonvenjent ma jogħġob lil ħadd.", "Fl-istess ħin, nafu li n-nies iridu x-xogħljiet u dawn l-investimenti, u n-nies iridu li meta jiftħu l-vit tal-ilma ikollhom ilma tajjeb u ta' kwalità tajba.", "In-nies iridu li meta jixgħelu d-dawl ikollhom id-dawl, u dak huwa obbligu tal-Gvern li jipprovdih bl-aħjar infrastruttura, jipprovdih fil-ħin għax fl-aħħar mill-aħħar in-nies iħallsu għal dak is-servizz.", "Però, ix-xogħlijiet iridu jsiru: meta taħdem bi nhar, jgħidulek għaliex ma ħdimtx bil-lejl, waqt li meta taħdem bil-lejl, jgħidulek kont taħt il-gallarija tiegħi u qajjimtni.", "U allura dawn huma l-bilanċi li jridu jintlaħqu.", "Nifhem li ċerti bottlenecks jeżistu f'din il-parti partikolari tal-pajjiż, li trid bażikament toħroġ mil-lokalità u tidħol minn lokalitajiet oħrajn.", "Konxji għaliex hemmhekk għadna kemm għamilna investimenti oħra b'dipartimenti oħra tal-Gvern – bħal xogħol fuq in-naħa tal-promenade – u allura nafu kemm kellna diffikultajiet meta missejna l-public transport u meta missejna l-aċċessibilità għal din iż-żona.", "Però, kif ħabbart anke fl-obbjettivi ta' Infrastructure Malta, irridu niżguraw li s-sintonija bejn Transport Malta bħala r-regolatur u Infrastructure Malta li ser tibda timplimenta tkun waħda mill-aqwa ħalli parti minn dan l-aspett, jiġifieri l-permitting u d-deviations, ikunu magħmula bi ħsieb u jkunu magħmula mal-lokalitajiet.", "U allura nkunu nistgħu niżguraw mhux biss li jsir ix-xogħol, mhux biss li x-xogħol isir tajjeb, imma x-xogħol ikun jista' jsir ukoll bl-inqas inkonvenjent possibbli għax, fl-aħħar mill-aħħar, dan li qed nagħmlu qed nagħmluh għall-istess residenti fil-komunità.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2345.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2347.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2348;", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2346;", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Numru 154 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tal-Att dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2349.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. 54/11/2018 – Bye-Laws tal-2018 dwar iċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali fid-Dwejra (Kunsill Lokali San Lawrenz);", "Tagħrif dwar miżuri li ttieħdu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5625; u", "Kopja tad-dokument intitolat \"Sustainable Development Plan for the Locality\" ippubblikat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa f'Settembru 2011, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5626.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 2343, li ngħatat fis-Seduta 111 tal-14 ta' Mejju 2018, dwar in-nefqa fuq reklamar f'ġurnali diġitali u stampati;", "Tagħrif dwar ħatriet ġodda li ngħataw lill-ħaddiema fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn Jannar 2013 sa Marzu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5626; u", "Tagħrif dwar każijiet ta' dixxiplina fil-konfront ta' ħaddiema fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn Jannar 2013 sa Marzu 2018, u x'kien l-eżitu f'kull każ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5643.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li, skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2018, tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis se jissostitwixxi lill-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Użu ta' Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri – Abbozz Nru 36 – għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emendi.", "SOLIDARJETÀ MAL-KUNTISTABBLI SIMON SCHEMBRI", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Jien, bil-permess tiegħek u tal-Kamra, nixtieq li f'isem il-Gvern, f'isem – nimmaġina – il-Kamra kollha, u f'ismi personali, għax il-familjari tiegħu huma ħbieb tiegħi, nixtieq nuri solidarjetà lejn il-pulizija Simon Schembri li kien qiegħed jaqdi dmiru dalgħodu.", "Ma nidħolx fil-mertu tal-każ, imma lilu u lill-familjari tiegħu nixtiqulhom il-kuraġġ kollu li wieħed ikollu bżonn f'mumenti bħal dawn.", "Qed ngħid dan f'isem din in-naħa tal-Kamra, imma jiena ċert li l-Parlament kollu huwa magħqud fuq dan.", "L-ISPEAKER: Is-Sedja tingħaqad miegħek.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Mario Galea min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "MARIO GALEA: Jiena wkoll ningħaqad mal-Viċi Prim Ministru Fearne.", "Din in-naħa tal-Kamra, kif qal il-Ministru Fearne, ukoll turi s-solidarjetà tagħha mal-familja.", "Imma, l-iktar importanti hija li jalla l-pulizija jgħaddi għall-aħjar.", "Għalkemm il-kondizzjoni tiegħu, kif qed naqraw, hija waħda prekarja, imma nittama li l-prognosis – il-kelma medika li nużaw aħna li tfisser the end result – ikun wieħed tajjeb kemm jista' jkun.", "Nikkundanna dan l-inċident u nuri solidarjetà mhux biss miegħu, imma wkoll mal-familja tiegħu.", "Nestendulhom it-talb tagħna għax naħseb li dak biss nistgħu nagħmlu f'dawn il-mumenti.", "Insellem ukoll lill-pulizija kollha li ta' kuljum, forsi mingħajr ma napprezzaw biżżejjed, ikunu qegħdin jissugraw ħajjithom, għaliex fit-toroq issib minn kollox.", "Issib ħafna law-abiding citizens, imma ssib oħrajn irresponsabbli wkoll.", "Irrid nuri solidarjetà miegħu, mal-familja tiegħu, imma anke mal-pulizija kollegi tiegħu.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Mejju 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Grazzi.", "Fil-ħin li ħadt ilbieraħ spjegajt li dan l-Abbozz ta' Liġi prinċipalment għandu l-għan li l-Ministru responsabbli mill-artijiet ikun jista' jagħmel att ta' kurazija ma' kunsilli lokali, u bih il-kustodja u l-amministrazzjoni ta' proprjetà immobbli tiġi mgħoddija għand il-kunsill lokali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex tkun tista' tiżgura għan ambjentali.", "Kif għedt ilbieraħ, dawn huma proposti li ma tistax ma taqbilx magħhom.", "Semmejt li l-ambjent naturali ta' post huwa fattur importanti li jiddistingwi lokal minn ieħor.", "Iż-żamma u l-preservazzjoni, speċjalment f'postijiet pubbliċi, huma fattur ewlieni li jiddetermina żvilupp sħiħ ta' soċjetà jew lokalità.", "Għamilt referenza wkoll għall-irwol tal-Gvern rigward il-kura ambjentali, fejn jien esprimejt li filwaqt li għandu jinkoraġġixxi lil kulħadd biex jibża' għall-ambjent u jipproteġi u jippromwovi żvilupp sostenibbli, il-Gvern għandu wkoll dmir li jwaqqaf u jsostni strutturi li jipproteġu l-ambjent b'mod ġenerali f'kull aspett tiegħu.", "Għedt ukoll li kienu dawn il-konsiderazzjonijiet ambjentali li xprunaw lill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern meta ġie biex ivara l-viżjoni Eko-Għawdex.", "Bħala Partit Nazzjonalista emminna li s-suċċess għall-gżira ta' Għawdex li jħalli frott fuq medda twila ta' żmien jista' jkun fiż-żgur biss jekk il-gżira timxi t-triq ta' żvilupp sostenibbli, jiġifieri li l-iżvilupp u l-progress f'Għawdex ma jkunx ta' benefiċċju biss mill-perspettiva ekonomika, imma wkoll minn perspettiva ambjentali u soċjali.", "Eko-Għawdex hija viżjoni għall-gżira biex issir dejjem aktar sabiħa, akkoljenti, b'saħħitha, inklussiva u ta' suċċess.", "Għedt ukoll li l-ambjent u l-ekonomija mhumiex kontra xulxin; iżda, għall-kuntrarju, huma komplementari għal xulxin.", "Illum se nkompli fuq il-qasam ambjentali.", "L-ambjent, Sur President, huwa parti intrinsika mill-kwalità tal-ħajja.", "Hemm affarijiet li ma tistax tikkwantifikahom fi flus.", "Hemm affarijiet bħas-saħħa, il-ħsejjes, l-arja u l-ilma li l-valur tagħhom mhuwiex biss wieħed ekonomiku, iżda jagħmlu differenza kbira fil-mod kif ngħixu.", "Dan kollu dejjem emmen fih u wettqu l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.", "Anke llum mill-Oppożizzjoni qed nagħtu l-kontribut tagħna biex l-ambjent ikompli jingħata l-attenzjoni tant importanti.", "Fil-fatt, madwar sena ilu, il-Partit Nazzjonalista kien ħareġ dokument li joffri proposti fattibbli dwar diversi oqsma tal-ħajja.", "Dan id-dokument iġib l-isem \"Kwalità ta' Ħajja Aħjar għalik\" li jikkonferma l-impenn ġdid tal-Partit Nazzjonalista għall-ambjent biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Dan huwa dokument, li fih mhux inqas minn 170 proposta, li jiffoka fuq l-ambjent fis-sens wiesgħa tiegħu b'dak kollu li jaffettwa l-kwalità tal-ħajja, fosthom il-kwalità tal-ilma, l-arja, il-ħamrija u t-traffiku.", "Dan id-dokument huwa għodda eċċezzjonali għaliex jagħti strateġija ċara għal kull aspett ambjentali.", "Bħala Oppożizzjoni ħassejna l-ħtieġa li jkun hemm xi ħadd li jpoġġi viżjoni fit-tul għall-ambjent, għaliex l-ambjent, speċjalment taħt dan il-Gvern, huwa vittma tal-elezzjoni u ta' xiri u bejgħ tal-voti.", "Dan flimkien ma' sitwazzjoni fejn qabel l-elezzjoni l-Partit Laburista daħal għal obbligi li qegħdin jaffettwaw l-ambjent wara l-elezzjonjiet.", "Waħda mill-viżjonijiet ta' dan id-dokument tal-Partit Nazzjonalista hi li l-ippjanar fl-użu tal-art ikun aktar strateġiku, fejn l-art ma tibqax vittma ta' ppjanar u ta' deċiżjonijiet bl-addoċċ.", "Għandu jkollna politika ambjentali konkreta u fit-tul sabiex l-ambjent jinħeles darba għal dejjem mill-politiċizzazzjoni.", "Mid-dokument ħareġ ċar li l-ambjent għandu jkun riflessjoni ta' valuri.", "Min jimmaltratta u jgħarraq l-ambjent ma jkollux valuri tajbin.", "Kif diġà semmejt, aħna nemmnu li l-ekonomija u l-ambjent m'għandhomx jibqgħu kkonsidrati f'konflitt, iżda għandhom jinġiebu flimkien.", "Jiena favur it-tkabbir ekonomiku u favur l-ambjent għax it-tkabbir ekonomiku għandu jkun sostenibbli u jirrispetta l-ambjent.", "Dan id-dokument \"Kwalità ta' Ħajja Aħjar Għalik\" il-Partit Nazzjonalista għamlu bil-qalb għax irid jaqta' linja u jħares 'il quddiem b'impenn ġdid fuq dak li qiegħed iseħħ llum taħt Gvern Laburista.", "Id-dokument tal-Partit Nazzjonalista dwar il-politika ambjentali jista' faċilment isib l-appoġġ sħiħ kemm minn imprendituri, kif ukoll minn ambjentalisti.", "Il-Gvern Laburista qabad l-ambjent u rmieh għall-voti, u l-poplu qed ibati l-konsegwenzi bil-permessi għat-torrijiet, b'negozji bħal ta' Żonqor, u b'affarijiet oħra li l-poplu qiegħed iħallas għalihom b'nuqqas ta' kwalità ta' ħajja aħjar.", "Sfortunatament, minkejja l-wegħdi elettorali li għamel, dan il-Gvern ftit li xejn qiegħed jagħti għall-ambjent naturali tagħna; anzi, fil-verità, qiegħed jagħmel il-kontra.", "Dan tixhdu l-aktar il-kritika tal-ambjentalisti li qed iħossu li l-Gvern qiegħed jimxi b'insensittività u b'għaġla kbira fit-teħid ta' deċiżjonijiet marbuta mal-ambjent u l-ippjanar.", "Fl-opinjoni tiegħi, nistqarr li, minkejja r-rieda tajba, il-Ministri tal-Ambjent jinstabu f'pożizzjoni dgħajfa fejn ftit li xejn jistgħu jagħmlu biex iwaqqfu l-isfreġju fuq l-ambjent naturali tagħna.", "Sur President, ma jagħmilx sens li f'dan l-abbozz qed ngħidu li se nintroduċu l-konċett ta' kurazija ta' proprjetà immobbli għal aktar tisħiħ fil-protezzjoni tal-ambjent, u fl-istess waqt il-Gvern imur għal proġetti li jagħmlu ħsara ambjentali.", "Hawn ma nistax ma nsemmix il-kwestjoni li nqalgħet dan l-aħħar dwar il-proposta li tinbena demmiela fil-Munxar f'Għawdex, liema impjant se jkun qiegħed jipproċessa l-ħmieġ tal-annimali madwar 150 metru biss 'il bogħod miż-żona residenzjali.", "Jekk dan il-proġett isir, numru ta' vetturi u inġenji li ta' kuljum jintużaw għal dan l-impjant se jkunu qegħdin jgħaddu mill-qalba taż-żona residenzjali tal-Munxar.", "Agħar minn hekk, ma saret l-ebda evalwazzjoni tal-impatt li dan l-impjant se jħalli fuq in-nies.", "Esperti fil-qasam tal-ambjent u l-inġinerija stqarrew li dan il-ħmieġ li se jkun qiegħed jiġi pproċessat f'din id-demmiela se jkun qiegħed iħalli arja tossika fl-arja li tista' tkun ta' preġudizzju għas-saħħa tar-residenti Munxarin.", "Fl-imgħoddi, vettura li kienet qiegħda tittrasporta dan l-istess ħmieġ tal-annimali, li jkollu persentaġġ għoli tossiku magħruf bħala methane, kienet splodiet f'Għawdex.", "Dan apparti li dan l-impjant se jkun qiegħed juża l-istess sistema preżenti tad-drenaġġ, u dan jista' jkun ta' periklu għaż-żona.", "Il-kunsill lokali tal-Munxar, li huwa b'maġġoranza Laburista, oġġezzjona formalment – u għamel sew – għall-possibilità li jkun hemm impjant tar-riċiklaġġ tad-demel tal-annimali fil-Munxar.", "Wara li kelliema tal-Oppożizzjoni tkellmu u kkritikaw il-fatt li se jsir dan l-impjant, il-Ministeru għal Għawdex u tal-Ambjent ħarġu stqarrija fejn intqal li proġett ta' dan it-tip irid jgħaddi minn proċess indipendenti tal-ippjanar, u għalhekk huwa ovvju li mhux talli ma bediex jaħdem, talli għadu lanqas ġie pproċessat mill-awtoritajiet konċernati.", "Intqal ukoll li kull ma kien hemm kien interess mis-settur privat biex issir riċerka fuq soluzzjoni għall-isfidi ambjentali li jeżistu bl-ammont ta' materjal li ma jinħallx fl-ilma.", "Sur President, b'dispjaċir ngħid li dak kollu li ntqal fl-istqarrija tal-Gvern kien biss logħob bil-kliem.", "L-istqarrija tal-Gvern, minflok tispjega l-verità u tara x'inhu jiġri, infexxet tgħajjar u tinsulta lid-Deputati Nazzjonalisti li tkellmu dwar is-suġġett biex jiddefendu l-interessi tar-residenti tal-Munxar u dawk tas-Sannat.", "F'Għawdex, kulħadd jaf li l-Ministru preċedenti, u anke l-Ministru għal Għawdex preżenti, kellhom laqgħa mar-raħħala fejn insistew magħhom li m'għandhomx alternattiva ħlief li jibdew iġorru d-demel lejn il-Munxar biex jiġi sseparat jew inkella jingħalqilhom il-farm.", "Tant kien kollox lest biex jiġi implimentat il-proġett li saħansitra anke kuntratti ġew iffirmati bejn ir-raħħala u l-operatur.", "Hawn ma nistax ma ngħidx li ġejna f'din is-sitwazzjoni riżultat ta' nuqqas daparti tal-Gvern.", "Il-Gvern fassal il-pjan nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart għas-sena 2014 – 2020, li ġie approvat f'Jannar 2014, imma dan raqad fuqu u baqa' ma implimentahx, biex issa qed ipoġġi lil pajjiżna f'riskju mal-Unjoni Ewropea.", "Dwar dan l-impjant tal-Munxar il-Partit Nazzjonalista għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara ma' kulħadd.", "Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex kontra li jsir l-iżvilupp ta' impjant bħal dan.", "Naqblu li f'Għawdex ikun hemm impjant ta' dan it-tip biex jaqdi l-bżonnijiet tal-bdiewa u l-irziezet; però, dan għandu jsir f'post alternattiv li ma jkunx qrib fejn jgħixu n-nies.", "Sur President, nerġa' nirrepeti li ma nistgħux ngħidu li se ngħaddu proprjetà immobbli lill-kunsilli lokali jew organizzazzjoni mhux governattiva biex tintuża għal għan ambjentali u fl-istess waqt il-Gvern ċentrali jkun hu li ma jeħux ħsieb li ma ssirx ħsara lill-ambjent.", "Qed nirreferi hawnhekk għall-iżbroff tad-drenaġġ fix-Xatt l-Aħmar f'Għawdex.", "Iktar minn sena ilu kien ġie rrapportat li għaddasa li kienu f'Ras il-Ħobz f'Għawdex, biswit il-bajja ta' Mġarr ix-Xini, ilmentaw li ltaqgħu ma' żbroff ta' drenaġġ li kien sejjer dritt fil-baħar.", "Iktar tard irriżulta li din is-sitwazzjoni kienet ilha għaddejja għal madwar tliet snin.", "Kull meta dawk li huma involuti f'dan il-qasam tad-diving kienu jitkellmu mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, dawn kienu jgħidulhom li qed jaħdmu fuq is-sitwazzjoni biex jaraw kif tiġi solvuta.", "Il-WSC dejjem sostniet li l-infrastruttura sofriet ħsarat minħabba l-użu ħażin tas-sistema tad-drenaġġ urban, liema ħsara ġiet kkawżata bi tfigħ ta' materjal li jagħmel ħsara kemm lill-impjant għat-trattament, kif ukoll lis-sistema tad-drenaġġ inġenerali.", "Wara li għadda dan iż-żmien kollu, dan l-aħħar ġie ppubblikat tender li se jkun qed jindirizza l-ħsara li għandu l-pipeline tax-Xatt l-Aħmar.", "Għamlet sew il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li ħarġet dan it-tender; imma hawnhekk bilfors wieħed jistaqsi għalfejn kellhom jgħaddu erba' snin biex ittieħdet azzjoni biex tissewwa din il-ħsara?", "Dan meta għal żmien twil il-Korporazzjoni kienet konxja minn din il-ħsara.", "Għaliex ma tteħdux passi kontra min ikkaġuna l-ħsara?", "Kellhom jgħaddu erba' snin li għamlu ħsara irreparabbli lin-niċċa tat-turiżmu tant importanti għal Għawdex?", "Mela tajjeb, nirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta tad-diving u meta jiġu d-divers f'Għawdex isibu l-baħar kollu drenaġġ u ma nafux kemm se jdum dan l-inkonvenjent.", "Qed ngħid dan għax it-tender inħareġ fil-bidu ta' Mejju, ftit tal-ġranet ilu.", "Skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dan il-proġett se jikkonsisti minn tliet ħidmiet prinċipali:l-ewwel se jsir stħarriġ primarju tal-pipeline eżistenti u ta' qiegħ il-baħar, biex imbagħad titneħħa l-parti li ġiet imblokkata.", "Dan finalment jinħadem u jkun stallat il-pipeline il-ġdid fuq l-istess pożizzjoni tal-pipeline l-antik.", "Dan hu xogħol li m'hemmx dubju li se jieħu ħafna xhur, u l-problema se tkompli tagħmel il-ħsara fil-qasam tad-diving.", "Sur President, x'jiswa li ngħaddu proprjetà immobbli għal għan ambjentali, pereżempju, lis-Sindku tax-Xagħra, Għawdex, meta dak li kellu jkun il-park tal-familja fl-istess raħal se jinkesa bil-panelli li jkunu jidhru minn kullimkien?", "Se jiġri dan għaliex fis-sena 2016 art sostanzjali minn dan is-sit kienet ingħatat lill-Korporazzjoni Enemalta biex fuqha jagħmlu pannelli fotovoltajiċi.", "Din l-informazzjoni ħarġet minn risposta ta' mistoqsija parlamentari nru.", "28897, liema risposta ngħatat fl-24 ta' Novembru 2016.", "Il-Prim Ministru kien wieġeb u qal li l-Kummissarju tal-Artijiet u l-Korporazzjoni Enemalta, b'seħħ mill-25 ta' Awwissu 2014, daħlu fi ftehim għal 25 sena biex il-kumpanija tuża l-arja minn ħames metri minn wiċċ l-imsemmija art fil-Qortin.", "F'mistoqsija parlamentari oħra Nru 2424, li t-tweġiba għaliha ngħatat fit-13 ta' Novembru 2017, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima kien qal li l-Wasteserv qegħda fil-proċess li tiffinalizza l-proposta għad-disinn biex tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Kompla jgħid li l-Wasteserv qed timmira li għall-aħħar tas-sena 2018 dan is-sit ikun miftuħ għall-pubbliku.", "Ma nafx x'kien l-iskop li reġgħet saret applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar meta matul l-amministrazzjoni preċedenti kienet saret applikazzjoni u anke nkisbu l-permessi għal dan il-għan.", "Dan il-proġett kien kofinanzjat minn fond ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013.", "Ħadd ma stenna li post li kellu jinbidel f'park biex jitgawda mill-familji Għawdxin u li sar ħafna xogħol fuqu biex jintuża għal dan l-iskop, inkluż li jinkesa bil-ħamrija, issa se jispiċċa eyesore minn kull fejn jidher.", "Wara li l-Gvern Nazzjonalista għalaq waħda mill-ikbar ġerħiet ambjentali f'Għawdex taħt Gvern Laburista, ix-xogħol biex dan is-sit jinbidel f'park jidher li huwa wieqaf.", "Il-poplu Għawdxi għadu fil-għama x'se jiġri fuq dan is-sit.", "Minn naħa għandna Ministru li qed jikkonferma li l-art ingħatat lill-Korporazzjoni Enemalta u, min-naħa l-oħra, għandna Ministru li qed jgħid li l-Wasteserv qegħda fi proċess li tiffinalizza l-proposta għad-disinn biex tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Anke hawnhekk, bħas-soltu, qegħdin insibu ma' wiċċna tweġibiet konfliġġenti.", "Sur President, l-ambjent hu suġġett li jolqot lil kulħadd.", "Illum, il-poplu Malti tgħallem kemm il-protezzjoni tal-ambjent hija importanti ħafna għaliex minnu tiddependi l-kwalità ta' ħajja u s-saħħa tagħna u ta' dawk li ġejjin warajna.", "Il-konġestjoni tat-traffiku, il-bini bla rażan u bla kontroll kull fejn tħares, il-bejgħ lill-barranin ta' spazji miftuħa li għandhom ġmiel naturali, il-proġetti kbar ta' bini għoli esaġerat, in-nuqqas ta' apprezzament ta' bini b'valur storiku u soċjali, id-degradazzjoni tal-karatteristiċi arkitettoniċi tal-ibliet u l-irħula tagħna, u l-iżvilupp bl-addoċċ tal-kosta kollha saru ta' tħassib għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Mhux ta' b'xejn li mill-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jirriżulta li wara l-problema tal-korruzzjoni, l-ambjent u t-traffiku huma fost l-ikbar problemi li qed jiffaċċja pajjiżna bħalissa.", "Huwa tajjeb u naqblu li l-kunsilli lokali jingħataw l-intrigu li jħarsu l-ambjent.", "Però, il-Gvern irid ikun ta' eżempju.", "Wieħed jistenna li fil-kuntest ta' pajjiż żgħir bħal tagħna, b'densità għolja ta' popolazzjoni, l-ispazju jitqies bħala riżorsa importanti li teħtieġ tkun immaniġġjata b'għaqal u b'rispett ħalli pajjiżna jkun jista' jmantni żvilupp sostenibbli għal ħafna snin.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, dan huwa abbozz ta' liġi ieħor importanti li qegħdin irressqu għaliex l-ambjent huwa suġġett importanti.", "Dan il-Gvern l-ambjent ħadu b'ħafna serjetà, u ħdimna ħafna f'dan il-qasam.", "Naf li l-Ministru José Herrera ħadem ħafna f'dan il-qasam kemm ilu Ministru tal-Ambjent, u kompla fejn ħalla ta' qablu.", "L-ambjent kien wieħed minn dawk l-areas fil-politika tagħna fejn kellna bżonn ta' ħafna xogħol għaliex writna ħafna problemi mill- amministrazzjoni ta' qabilna li ma kenitx qed tħares, bħal f'ħafna oqsma oħrajn ukoll, 'il quddiem lejn issues ambjentali li setgħu jinqalgħu.", "Aħna ħdimna bi ħsieb innovattiv dwar l-ambjent, ħdimna bi pjan, bi strateġija u ma ħadniex deċiżjonijiet bl-addoċċ.", "Ħdimna bis-serjetà, ħdimna b'mod kawt u ħadna d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn li jittieħdu, u allura forsi hawnhekk tajjeb nelenka ftit ix-xogħol li għamilna f'dan il-qasam.", "Sur President, aħna ressaqna l-Att dwar id-Dominju Pubbliku u sseparajna l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi mill-ippjanar, li kienet deċiżjoni importanti ħafna u li llum qegħdin naraw li qed tħalli r-riżultati mixtieqa.", "Tkellimna biex nirrevedu l-policy dwar il-petrol stations fejn, f'dan il-każ, ipproponejna li art li qiegħda 'l barra miż-żona tal-iżvilupp ma tibqax tintuża għal żvilupp ta' din ix-xorta.", "Żidna wkoll iż-żoni magħrufa bħala Tree Protection Areas u żidna wkoll il-protezzjoni taż-żoni marittimi.", "Riċentement, tlesta proġett importanti ħafna fejn fuq Kemmuna 18-il tomna art kienu ddedikati għal proġett ta' afforestazzjoni, u fihom tħawlu 'l fuq minn 3,000 siġra indiġena.", "Fost l-aktar deċiżjonijiet importanti li ħadna fil-qasam tal-ambjent kien hemm il-varar tal-proġett tal-Waste to Energy biex mill-iskart niġġeneraw l-enerġija, u f'pajjiżna ma jintilifx ħafna spazju f'miżbliet.", "Imbagħad, nehdejna wkoll għall-konsultazzjoni pubblika skema biex 200 miljun kontenitur tax-xorb, minflok jintremew b'mod abbużiv jew fil-miżbla, jinġabru u jiġu riċiklati.", "Kif diġà għedt, għadna kif daħħalna wkoll il-ħarsien ambjentali fil-prinċipji tal-Kostituzzjoni, li hija l-ogħla liġi ta' pajjiżna.", "Irrid insemmi wkoll li bdejna nirriabilitaw il-ġonna.", "Għadna kif rajna Ġnien l-Argotti li kien riabilitat.", "Dan il-ġnien li kien mitluq għal ħafna snin reġa' ħa l-ħajja.", "Jidhirli wkoll li naddafna madwar tmien widien f'pajjiżna, waqt li f'Bulebel qegħdin irreġġgħu lura deċiżjonijiet li kienu ħadu gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti, u neħħejna art agrikola li kienet immarkata għaż-żona tal-iżvilupp.", "Il-lista tax-xogħlijiet tinkludi wkoll investiment ta' €3 miljun oħra biex irriabilitajna l-Buskett.", "Sur President, dawn huma l-affarijiet li stajt niftakar fihom u li juru kemm l-ambjent qegħdin nagħtuh l-importanza li tixraqlu.", "L-ambjent huwa l-post fejn ngħixu, huma t-toroq li ngħaddu minnhom u l-postijiet fejn naħdmu.", "L-ambjent mhuwiex biss is-siġar jew l-għelieqi jew il-kaċċa u l-insib – għax hawnhekk għamilna żmien, meta nitkellmu fuq l-ambjent, nitkellmu biss fuq il-kaċċa u l-insib – imma l-ibliet u l-lokalitajiet tagħna huma wkoll parti mill-ambjent ta' fejn ngħixu aħna, u għalhekk qegħdin naħdmu biex ikollna iktar spazji miftuħin.", "Irrid ngħid li fid-diskussjonijiet dwar il-Pjan ta' Strateġija għall-Kottonera qegħdin nitkellmu wkoll fuq spazji ġodda li nistgħu nsibu, u tiskanta kemm hemm spazji fil-Kottonera li huma magħluqin sal-ġurnata tal-lum.", "Nittama li 'l quddiem, anke wara li ngħaddu dan l-Abbozz ta' Liġi, kemm il-kunsilli lokali kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi jingħataw il-management ta' dawn l-ispazji miftuħin.", "Għandek spazji, pereżempju, bejn Ħaż-Żabbar u Bormla, u spazji bejn il-Birgu u l-Kalkara li huma kbar u magħluqin.", "Hija ħasra li għal dawn is-snin kollha kienu magħluqin.", "Qed inġib eżempju bil-Kottonera għax dawn huma l-ispazji li qed inħares lejhom jien; imma, pereżempju, min qatt kien joħlom li fil-Belt Valletta kellna spazji li kienu maħnuqin bil-karozzi u b'affarijiet oħrajn u llum huma spazji miftuħin?", "Bla dubju, meta wieħed joqgħod iħares lejn il-lokalitajiet tagħna, jista' isib spazji moħbijin li jistgħu jintużaw bħala spazji miftuħin u jitgawdew minn kulħadd.", "Sur President, dan huwa abbozz ta' liġi importanti li għandu jaffettwa direttament il-ħajja tan-nies, u jista' anke jbiddel il-mod ta' kif nirrikreaw ruħna.", "Għadna kif temmejna dibattitu f'dan il-Parlament biex, kif diġà għedt, daħħalna l-ambjent fil-prinċipju tal-Kostituzzjoni tagħna, u qegħdin ngħidu li qegħdin niġġestixxu l-ambjent b'mod sostenibbli li jintegra u jikkonsidra kif dovut l-interessi ambjentali f'deċiżjonijiet u policies dwar l-użu tal-art u dwar materji oħrajn, bħal, pereżempju, materji edukattivi.", "Bħala Gvern nieħdu kull miżura preventiva li tista' tkun meħtieġa ħalli tindirizza u tnaqqas il-problema tat-tniġġis u kull għamla oħra ta' degradazzjoni tal-ambjent f'Malta, skont il-prinċipju li min iniġġes għandu jħallas.", "Se jibqa' d-dmir ta' dan il-Gvern li jikkollabora ma' kull min hemm bżonn f'Malta u ma' gvernijiet u entitajiet barranin anke fil-ħarsien tal-ambjent, kemm lokali kif ukoll globali.", "Huwa d-dmir tagħna li nxerrdu informazzjoni dwar l-ambjent u niffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'deċiżjonijiet li jolqtu l-ambjent, għaliex l-ambjent huwa tagħna lkoll, l-ambjent huwa fejn ngħixu, fejn naħdmu u fejn noqogħdu.", "L-ambjent huwa wkoll in-nifs li nieħdu u, fejn tidħol l-arja, kien dan il-Gvern li ħa deċiżjonijiet importanti biex bidel il-mod ta' kif nużaw l-enerġija fejn m'għadniex nużaw l-iktar sorsi ta' enerġija li jħammġu u li jniġġsu.", "Huwa d-dmir tagħna wkoll li niżguraw il-ġestjoni sostenibbli tal-iskart, li nippromwovu t-tnaqqis tal-iskart, kif ukoll l-użu mill-ġdid u l-irkuprar xieraq tal-materjal.", "Aħna fil-konsultazzjoni li se nkunu qegħdin nagħmlu nixtiequ li jkollna parteċipazzjoni wiesgħa għax dawn huma deċiżjonijiet li forsi jistgħu jidhru li ma jolqtuniex, però huma deċiżjonijiet li jolqtu lil kulħadd u lil kull familja.", "Imma x'qegħdin ngħidu f'dan l-abbozz?", "Il-kollegi tiegħi diġà semmew li:", "\"L-att ta' kurazija għandu jiddikjara għal kemm żmien ikun qiegħed isir wara li jiġu kkonsidrati bir-reqqa l-possibilità li dan jiġi attwat u l-iskala ta' kull proposta.\"", "Qegħdin ngħidu wkoll li l-Parlament għandu jkollu l-iskrutinju fuq dan l-att tal-kuraziji billi:", "\"Il-Ministru għandu, madankollu, fi żmien erba' ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tiegħu, jew inkella jekk il-Kamra ma tkunx qegħda f'sessjoni, fi żmien erba' ġimgħat mid-data meta l-Kamra terġa' tiltaqa', iqiegħed kopja tal-att ta' kurazija fuq il-Mejda tal-Kamra, u l-att ta' kurazija jkun soġġett għall-kondizzjoni li jekk, fuq mozzjoni intavolata mhux iktar tard minn tmienja u għoxrin ġurnata wara t-tqegħid fuq il-Mejda tal-Kamra ta' kopja tal-att ta' kurazija, il-Kamra tirrisolvi li l-att ta' kurazija għandu jkun rexiss, l-att għandu jiġi awtomatikament rexiss malli tgħaddi r-riżoluzzjoni.\"", "Qegħdin ngħidu wkoll li tittieħed il-fehma tal-Awtorità dwar il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu imposti fuq l-att tal-kurazija, fosthom anke x'miżuri għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali.", "Qegħdin ngħidu wkoll li dan l-Att m'għandux jippreġudika l-poteri ta' xi awtorità pubblika fir-rigward tal-proprjetà immobbli, u li l-proprjetà għandha naturalment dejjem tibqa' proprjetà tal-Gvern.", "Imma, il-fatt li tibqa' proprjetà tal-Gvern m'għandu jipprekludi lil ħadd li dawn il-postijiet jintużaw għal skopijiet oħrajn, kemm mill-kunsilli lokali u anke minn entitajiet mhux governattivi.", "Qabel nagħlaq dan l-intervent tiegħi ngħid li l-protezzjoni tal-ambjent fil-prinċipju huwa essenzjali għax aħna rridu naraw li dan il-kapital naturali ta' pajjiżna jibqa' protett u mhux mittiefes.", "Aħna rridu niżguraw li l-ambjent jibqa' jitgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri f'Malta ta' għada li trid tkun Malta aħjar minn tal-lum.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Nieħu l-okkażjoni biex nawguralek għal għeluq żmienek, u nirringrazzjak li ġejt xorta l-Parlament biex tagħmel ix-xogħol tiegħek.", "KARL GOUDER: Grazzi, Sur President.", "Sur President, qegħdin hawnhekk biex niddiskutu abbozz ta' liġi li naħseb huwa importanti ħafna, anke għax jagħtina l-opportunità nħarsu ftit lejn l-ambjent f'pajjiżna.", "F'pajjiż ikun inutli jkollok l-aħjar sistema edukattiva jew l-aħjar sistema ta' saħħa jekk imbagħad ma jkollokx ambjent san li fih inti u l-famija tiegħek jistgħu jgħixu u jissaħħu.", "L-għan tagħna fil-politika hu li kemm jista' jkun nipproteġu, insaħħu u ntejbu l-ambjent tagħna.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq abbozz pjuttost partikolari.", "Qegħdin nitkellmu fuq abbozz li jintroduċi l-kunċett ta' kurazija ta' proprjetà immobbli għal aktar tisħiħ fil-protezzjoni tal-ambjent.", "Qegħdin ngħidu li kunsilli lokali u NGOs, fost l-oħrajn, għandu jkollhom l-opportunità biex jieħdu artijiet tal-Gvern bil-għan li jieħdu ħsiebhom, u biex jippromwovu u jipproteġu l-ambjent.", "Hawn nixtieq li nsellem lill-kunsilli lokali u lill-NGOs għal dak kollu li jagħmlu, u l-ewwel appell tiegħi hu li naħseb li għandna nħarsu lejn il-kunsilli lokali tagħna iktar in deep.", "Ħafna minna f'din il-Kamra kellna l-opportunità li nservu f'kunsilli lokali differenti, u m'hemmx dubju li jekk ninvestu iktar fil-kunsilli lokali, dawn jistgħu jagħmlu ħafna iktar.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna nagħmlu dak li nistgħu biex nagħtu l-iktar riżorsi possibbli lill-kunsilli tagħna għax, wara kollox, m'hemm ħadd li jaf il-lokalità tiegħu daqskemm jafuhom il-kunsilli lokali, u m'hemm ħadd aktar minnhom li jaf x'inhuma l-bżonnijiet l-iktar urġenti tal-lokalitajiet tagħna.", "Meta jkollhom ir-riżorsi li għandhom bżonn il-kunsilli lokali, jistgħu jkunu immaġinattivi u jistgħu anke joħorġu b'modi diversi kif jistgħu jipproteġu aħjar l-ambjent fil-belt u r-raħal tagħhom.", "Jiena naħseb li huwa tajjeb li nisimgħuhom iktar, li nissapportjawhom iktar u, bla dubju ta' xejn, kemm jista' jkun nibqgħu nżidulhom il-fondi biex ikunu jistgħu jagħmlu l-proġetti li hemm bżonn fil-lokalitajiet tagħhom.", "It-tieni ħaġa, ma nistax ma nsemmix ukoll lill-NGOs, mhux biss dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent.", "Mill-esperjenza fuq għexieren ta' snin nafu li, meta jidħlu għal proġetti biex jirranġaw, biex jieħdu ħsieb l-ambjent tagħna, b'mod partikolari l-wirt patrimonjali tagħna, dawn l-NGOs – u hawn tiġini f'moħħi 'Din l-Art Ħelwa' – jagħmlu affarijiet inkredibbli b'riżorsi limitatissimi.", "Bla dubju, waħda mir-raġunijiet għalfejn jagħmlu hekk huwa minħabba l-fatt li dawn għandhom ħafna nies li jaħdmu b'mod volontarju, u allura jistgħu jiddedikaw ir-riżorsi limitatissimi li għandhom kollha kemm huma direttament għall-proġett partikolari nnifsu.", "Nixtieq, f'isem l-Oppożizzjoni u naħseb anke f'isem il-Kamra kollha, nirringrazzja ħafna lil dawn l-NGOs għax-xogħol kollu li qegħdin jagħmlu.", "Irridu naraw ukoll li kemm jista' ikun mal-medda taż-żmien nibqgħu nagħtu iktar support lil dawn l-istess NGOs.", "Illum għandna l-opportunità biex nitkellmu fuq l-ambjent b'mod ġenerali.", "Jiena naħseb li f'dan il-pajjiż irridu nieħdu l-ambjent ftit iktar bis-serjetà.", "Dan bl-ebda mod ma hi kritika diretta għall-Ministru b'mod partikolari.", "Naf li l-Ministru José Herrera u l-Ministeru tiegħu qed jagħmlu dak li jistgħu biex l-ambjent f'pajjiżna jimxi 'l quddiem, imma naħseb li għandu ħafna mewġ ġej kontrih.", "Naħseb li bħala pajjiż irridu nibdew inbiddlu ftit il-mentalità ta' kif isiru ċerti affarijiet.", "Sur President, nafu li fis-sajf il-kostruzzjoni f'pajjiżna fiż-żoni turistiċi suppost tonqos sew; imma, f'dawn l-aħħar snin, dan ma kienx il-każ.", "Jiena, li ġej mil-lokalità ta' San Ġiljan, naf li hemmhekk, f'Tas-Sliema u f'lokalitajiet oħrajn fejn ikun hemm influss ta' turisti, dan mhux qed jiġri u naħseb li din hija l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu.", "Din dejjem ngħidha fil-Parlament.", "Irrid ngħid ukoll li d-Dipartiment tat-Tindif f'pajjiżna jagħmel il-mirakli, għandu nies tajbin ħafna, imma anke huma sfortunatament qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' affarijiet li bl-ebda mod m'huma qegħdin jgħinuhom.", "Qegħdin f'Mejju u hemm bżonn naraw bis-serjetà li pajjiżna, b'mod partikolari issa fis-sajf, kemm jista' jkun inżommuh nadif.", "Fix-xitwa kollox sew, għandek it-temp li jgħinek ftit u m'għandekx dak l-influss ta' nies: imma, sfortunatament fis-sjuf li għaddew rajna l-pajjiż b'mod ġenerali ma jkunx tal-livell li suppost hu.", "Inħeġġeġ minn hawnhekk l-ewwel ħaġa, lill-Gvern b'mod partikolari, biex inpoġġu mal-istakeholders kollha biex naraw li almenu fis-sajf pajjiżna jkun nadif kif jixraqlu pajjiż Ewropew fis-sena 2018.", "It-tieni ħaġa li xtaqt nitkellem dwarha hija l-kostruzzjoni.", "Aħna m'aħniex qegħdin nikkritikaw il-kostruzzjoni jew l-iżvilupp, imma l-mod kif qegħdin isiru l-affarijiet.", "F'pajjiżna qegħdin naslu f'sitwazzjoni fejn nies ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu f'darhom mhux għax qegħdin nagħmlu kostruzzjoni, imma minħabba l-mod ta' kif qegħdin nagħmluha.", "Matul dawn l-aħħar jiem rajna filmati u ritratti fuq is-social media ta' trabijiet li huma inaċċettabbli, li meta tarahom tibda tgħid kif jista' ikun li dawn in-nies joqogħdu hemmhekk.", "Naħseb li lkoll kemm aħna kellna l-opportunitajiet insiefru f'pajjiżi oħrajn, ħafna minna għal darba, darbtejn, tlieta, u naraw x'jiġri f'pajjiżi oħrajn.", "F'pajjiżi oħrajn ukoll isir żvilupp, imma hemm regoli ċari ta' kif inti għandek tagħmel l-iżvilupp.", "Huwa veru li l-ġebla Maltija hija ġebla li meta tkun qed taħdimha tagħmel ħafna trab; imma jeżistu modi kif dan jista' jiġi mitigat.", "Allaħares ma jeżistux modi llum il-ġurnata biex wieħed ikun jista' jagħmel kostruzzjoni mingħajr ma joħloq inkonvenjent serju ħafna għar-residenti.", "Tlett ijiem ilu rajna post qed jitwaqqa' f'San Ġiljan b'konsegwenza li nofs it-triq kienet mgħottija bi sħaba ta' trab.", "Għaliex hu daqshekk diffiċli li f'pajjiżna jkollna regoli li jiġu inforzati?", "F'każi bħal dawn jista' jintuża l-ilma u affarijiet oħrajn, teknoloġija sempliċi biex meta qed taħdem il-ġebla Maltija ma toħloqx dawk it-trabijiet kollha.", "L-istess ħaġa din il-ġimgħa, trakk tal-bini għadda wrong side u kisser nofs ħajt antik.", "Dawn huma affarijiet li f'pajjiżna fis-sena 2018 mhumiex aċċettabbli.", "Huwa importanti li l-iżvilupp ikompli u allaħares jieqaf, imma dan għandu jsir b'regoli ċari u infurzati li jirrispettaw lir-residenti u lil kull min jgħaddi minn hemmhekk.", "Pereżempju, għandna regola ċara f'dan il-pajjiż li f'żoni turistiċi fix-xhur tas-sajf ma jistax isir skavar.", "Sfortunatament, sajf wara sajf din ir-regola ma tiġix inforzata u l-ammont ta' skavar li sar is-sena l-oħra f'Tas-Sliema u f'San Ġiljan kien inkredibbli.", "Imbagħad dejjem ikollok l-istess risposta li dawn għandhom permess speċjali minħabba raġunijiet ta' sigurtà.", "Qegħdin fix-xahar ta' Mejju: ejja naraw fejn huma dawn il-postijiet fejn bħalissa għaddej skavar fiż-żoni turistiċi.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għaż-żoni tal-lokalitajiet minn fejn niġi jien, imma għaż-żoni turistiċi kollha f'Malta u Għawdex.", "Meta jasal dak id-deadline – li safejn naf jien huwa l-15 ta' Lulju – m'għandu jkun hemm l-ebda post li jkollu bżonn extension minħabba raġunijiet ta' safety.", "Naħseb li huwa l-inqas li nistgħu nistennew li almenu f'post turistiku għal dawk ix-xahrejn jieqaf ix-xogħol biex in-nies li qegħdin jiġu f'pajjiżna, li jonfqu l-flus f'pajjiżna, ikunu jistgħu jgawdu pajjiżna kif jixraq.", "Nispera li ftit qabel il-15 ta' Lulju ma nibqgħux naraw dawn il-postijiet kollha li jkollhom dan il-permess speċjali biex ikunu jistgħu jkomplu jeskavaw.", "Nifhem li forsi jkun hemm wieħed jew tnejn li għal xi raġuni jkollhom bżonn permess biex ikompli għaddej ix-xogħol fuqhom għal numru ta' ġranet, forsi ġimgħa, imma mhux li jkollok kważi l-postijiet kollha tal-iskavar bil-permess speċjali minħabba raġunijiet ta' sigurtà!", "Hija ovvja li din hija gimmick u li qed jingħata permess biex dawn ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu kontra l-liġi f'pajjiżna.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq l-ambjent, m'aħniex qegħdin nitkellmu biss fuq l-indafa, trabijiet u kostruzzjoni, imma qegħdin nitkellmu wkoll – u din aċċennaw ukoll għaliha anke sħabi – dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku f'pajjiżna.", "Naf li pajjiż li jkun qiegħed jiżviluppa jkollu dawn il-pressures, imma anke hawnhekk għandna bżonn inħarsu ftit lejn is-sistema tat-trasport f'pajjiżna biex naraw kif inrażżnu t-traffiku li llum sar prattikament unbearable.", "Illum tant drawh in-nies li dan qed jiġi kkalkolat f'ħin li huma qegħdin jagħmlu biex imorru għall-postijiet tax-xogħol tagħhom.", "Apparti hekk, m'hemmx dubju li dan qed jagħmel ħsara kbira anke lin-nies fejn jidħlu l-emissjonijiet.", "Sur President, f'dan il-każ m'għandniex għalfejn nerġgħu nivvintaw ir-rota.", "Ejjew inħarsu ftit lejn is-soluzzjonijiet li għażlu pajjiżi oħrajn, pajjiżi anke tad-daqs tagħna.", "Irridu naraw li f'pajjiżna jkollna sistema ta' trasport pubbliku effiċjenti, li taf fi x'ħin se titlaq u taf fi x'ħin se tasal, u li aħna jkollna l-inċentiv li nħallu l-karozza d-dar u nużaw is-sistema ta' trasport pubbliku.", "Illum teżisti teknoloġija li forsi f'pajjiżna għadna ma bdejniex nesperimentaw biha – imma nafu li hemm pajjiżi oħrajn li qegħdin jesperimentaw biha, fosthom ta' artificial intelligence – u allura wieħed jista' jżewweġ din it-teknoloġija flimkien ma' dak li jiġri fit-toroq tagħna u ssib modi kif tkun tista' tuża dawn it-teknoloġiji biex tnaqqas it-traffiku f'pajjiżna.", "Ovvjament, tibqa' l-iktar ħaġa ovvja li inti kemm jista' jkun trid tinkoraġixxi lin-nies li jħallu l-karozza tagħhom id-dar, imma biex jagħmlu hekk irid ikollhom alternattiva tajba.", "Il-Partit Nazzjonalista ilu jaħdem għal diversi snin fuq proposti differenti ta' x'tip ta' trasport pubbliku għandna bżonn noħolmu li jkollna fis-snin li ġejjin.", "Fis-snin li għaddew ukoll, il-Partit Nazzjonalista nieda sett ta' proposti kemm short term, kemm medium term, kif ukoll proposti long term ta' kif naħsbu li għandna ntaffu l-problema tat-traffiku f'pajjiżna u ta' kif jidhrilna li pajjiżna għandu jinvesti fis-snin li ġejjin.", "Irrid nitkellem ukoll dwar renewables, dwar l-emissjonijiet, dwar it-targets dinjijin u t-targets tal-Unjoni Ewropea.", "Hemm affarijiet li pajjiżna u l-Ewropa kollha, b'mod partikolari d-dinja kollha – taqta' forsi l-Istati Uniti li għandhom president li mhuwiex daqshekk konvint li għandna nnaqqsu l-emissjonijiet fid-dinja – imma l-bqija tal-Ewropa temmen li the way forward biex ngħixu ħajja sana hi li nnaqqsu d-dipendenza minn fuq dawk li ngħidulhom il-fossil fuels.", "Dan anke minħabba l-fatt li l-fossil fuels huma affarijiet li xi darba għad jispiċċaw.", "Mill-banda l-oħra, għandna riżorsi li huma infiniti u nodfa, bħax-xemx, il-baħar u r-riħ, u allura jagħmel sens loġiku li d-dinja tmur 'l hemmhekk.", "Numru ta' snin ilu mhux ħażin, l-Ewropa u d-dinja dak iż-żmien, fosthom l-Amerika taħt presidenzi differenti, konna għamilna patt li nnaqqsu l-emissjonijiet sas-sena 2020.", "Issa, bħala Ewropa, qegħdin naħdmu fuq pjan ġdid għall-emissjonijiet li rridu nibqgħu nnaqqsu sas-sena 2030.", "Qed nara rapporti fil-media li jidher li s'issa pajjiżna qed ikollu diffikultajiet.", "Biex inkun ċar, f'dawk li huma emissjonijiet li rridu naqtgħu sas-sena 2020, għadna on target, għaliex qegħdin naqblu li nnaqqsu qisu 1% tal-użu tal-fossil fuels u naqilbu għar-renewables fl-għaxar snin li jwassluna sa sentejn oħra sas-sena 2020.", "Imma issa qegħdin nibdew ninkwetaw ftit dwar kif għandna nagħmlu l-pass li jmiss sas-sena 2030.", "Il-Ministru José Herrera l-bieraħ qal li pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet minħabba ċ-ċokon tiegħu, u tkellem ukoll fuq l-iżvilupp ekonomiku.", "Vera li hemm dawn il-limitazzjonijiet, imma naħseb li bħala pajjiż – għax hekk jixraq lill-poplu tagħna – hemm bżonn nagħtu priorità assoluta lil din il-ħaġa.", "Aħna pajjiż żgħir, pajjiż li fih jistgħu jsiru tibdiliet forsi aktar malajr minn pajjiżi oħrajn b'inqas capital outlay milli jkollhom bżonn pajjiżi ħafna ikbar minna.", "Naħseb li għandna nikkonsidraw bis-serjetà li f'pajjiżna għall-20 sena li ġejjin inħarsu ftit lejn ir-renewables fl-isfera wiesgħa kollha tagħhom u ta' kif nistgħu nibdew inbiddlu l-way of life tagħna biex niddependu iktar fuq renewables, u allura nnaqqsu l-użu tal-fossil fuels u naraw kif nistgħu nużaw karozzi aktar indaf.", "Bħalissa, l-Ewropa għaddejja minn proċess fejn bil-mod il-mod qed jagħmlu phasing out anke tal-karozzi diesel minħabba li huma karozzi li aktar jniġġsu.", "Naħseb li dawn huma opportunijiet li pajjiżna jista' jidħol għalihom.", "L-appell tiegħi – lill-Ministru b'mod partikolari – fuq din huwa li vera hemm il-limitazzjonijiet, hemm id-diffikultajiet, imma nippretendu li pajjiżna jkun fuq quddiem nett biex inkunu kreattivi u nsibu modi li jippermettulna nnaqqsu d-dipendenza tagħna minn fuq il-fossil fuels.", "Kwestjoni oħra li xtaqt nittratta, u li forsi hija relatata ħafna ma' din, hija dwar il-power stations tagħna.", "Ħmistax-il sena ilu, pajjiżna investa forsi f'dak li kienet waħda mill-aħjar deċiżjonijiet li ħadna, deċiżjoni naturali wkoll li għaqqadna l-grid tal-elettriku tagħna mal-grid Ewropew, bl-interconnector li tana elettriku ħafna irħas minn dak li qegħdin nipproduċu f'Malta, u elettriku li mhuwiex qed iniġġes l-arja tagħna għaliex qed jiġi lest diġà minn Sqallija.", "Aħna nagħmlu ħafna kritika fuq il-power station il-ġdida li għandna, fuq il-prezzijiet li huma ħafna iktar għoljin mill-medja Ewropea, u fuq il-fatt li rridu nixtru bilfors l-elettriku kollu li jipproduċu, kemm jekk nużawh u kemm jekk le.", "Imma l-fatt li għandna dan l-interconnector naħseb li huwa tajjeb.", "Hawn qed nitkellem purament mil-lat ambjentali.", "Huwa tajjeb li nużaw l-elettriku kollu li joħroġ mill-interconnector u, jekk jista' jkun, il-long term plan tagħna għandu jkun li, kemm nistgħu, nieħdu l-elettriku minn hemm anke jekk għandu jkollna l-power station tagħna biex, jekk jinqala' xi ħaġa, pajjiżna ma jiqafx.", "Għal raġunijiet ekonomiċi, imma b'mod partikolari minħabba raġunijiet ambjentali, kemm jista' jkun l-elettriku tagħna għandna nġibuh kollu mill-interconnector u, jekk hemm bżonn, ikollna interconnector ieħor.", "Din hija xi ħaġa li naħseb li għandna nibdew nikkonsidraw biex pajjiżna anke jbiddel il-mod ta' kif qegħdin niġġeneraw l-elettriku.", "Il-bieraħ il-Ministru tkellem fuq il-fatt li se ssir offiża li persuna ma jirriċiklax.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa tajba.", "Hemm bżonn li f'pajjiżna jkollna ħafna iktar riċiklaġġ.", "Meta kont fil-kunsill lokali – mhux jien biss, imma ħafna nies oħrajn f'kunsilli oħrajn – konna ninvestu ħafna enerġija biex ninkoraġixxu lin-nies jirriċiklaw iktar.", "Nerġa' ngħid li naqbel mal-Ministru li hemm bżonn li mhux biss ninkoraġixxu, imma jibda jkollna anke multi għal min ma jirriċiklax.", "Imma minn dak li nara, naħseb li f'pajjiżna għandna bżonn ħafna iktar programmi edukattivi biex inkomplu ninkoraġġixxu lin-nies biex jirriċiklaw.", "Jiena nara li hemm żewġ problemi.", "Illum f'pajjiżna, kif nafu, jiġu ħafna persuni barranin.", "Niftakar li darba konna għamilna programm fejn impjegajna nies apposta biex iduru l-lokalità kollha u jispjegaw lin-nies dwar kif għandhom jirriċiklaw u meta għandhom joħorġu l-borża s-sewda, il-griża, eċċ. Dak iż-żmien konna rajna riżultati immedjatament, imbagħad għaddew sitt xhur u l-affarijiet bdew sejrin lura.", "Waħda mir-raġunijiet kienet proprju minħabba l-fatt li f'dawk is-sitt xhur kienu ġew numru kbir ta' barranin joqogħdu f'dak ir-raħal u dawn ovvjament ma kenux jafu dak li qed jiġri fejn jidħol riċiklaġġ.", "Naħseb li pajjiżna għandu bżonn programm ongoing ta' edukazzjoni fuq il-media tagħna, nies iduru bieb bieb jispjegaw u jinkoraġġixxu.", "Imbagħad, kif qal il-Ministru, għandna naraw li jkun hemm ukoll ċitazzjonijiet għal min ma jagħmilx hekk.", "Sur President, hawnhekk irrid nistaqsi: X'qed jiġri mill-iskart separat f'pajjiżna?", "Nisma' diversi teoriji – m'iniex qed ngħid li naf x'qed jiġri, imma minn mindu kellna l-inċident fl-Impjant ta' Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin ma nafx x'qed jiġri mill-iskart riċiklat f'pajjiżna, u nispera li l-iskart riċiklat verament qed imur f'postijiet li huma dedikati għar-riċiklaġġ u mhuwiex qed jitħallat mal-iskart kollu l-ieħor li niġbru drabi oħrajn.", "Xi ħaġa oħra – li wkoll naħseb li kienet idea tajba – li nieda l-Ministru ftit tal-ġimgħat ilu – u llum il-Prim Ministru qal li se jestendi ż-żmien ta' konsultazzjoni – huwa li, meta tiġi biex tirriċikla l-fliexken, ikun hemm sistema ta' refunds.", "Hija tajba, imma naħseb irridu nisimgħu iktar lill-industrija.", "Jiena mhux qed ngħid li m'għandniex nagħmlu programmi bħal dawn.", "Anzi naħseb li għandna nagħmlu iktar programmi bħal dawn, imma huwa tajjeb li nisimgħu lil dawk li se jiġu affettwati.", "Jiena niltaqa' ma' nies minn industriji differenti li jafu li dawn huma affarijiet tajbin, u allura m'għandhomx xi oġġezzjoni biex jipparteċipaw fihom anke jekk ikunu se jiżdidulhom il-costs; imma, kull ma jridu hu li jkun hemm a level playing field.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-fliexken, qegħdin nitkellmu fuq żewġ kumpaniji kbar f'pajjiżna li kulħadd jaf min huma, li m'għandhomx problema jżommu ma' dan il-programm, u li l-concern tagħhom huwa li jkun hemm imbagħad nies oħrajn li jikkompetu fis-suq mhux fuq l-istess livell, anke fejn jidħlu taxxi, u dan jista' joħloq unfair advantage.", "Naħseb li huwa tajjeb li estendejna ż-żmien ta' konsultazzjoni, u huwa tajjeb ukoll li l-Ministru Herrera jisma' iktar x'għandhom xi jgħidu b'mod partikolari dawn iż-żewġ kumpaniji, għaliex ħafna drabi tkun l-industrija stess li toħroġ b'numru ta' soluzzjonijiet.", "Imbagħad, ovvjament ikun il-Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt nitkellem dwarha hi l-ambjent kulturali.", "Kif nafu, fis-snin li għaddew, b'mod partikolari ftit wara li dħalna fl-Unjoni Ewropea, investejna ammont ta' flus biex nirrestawraw il-wirt kulturali tagħna.", "Għamilna bidliet kbar fil-pajjiż fejn jidħlu s-swar u diversi postijiet li ma jispiċċaw qatt; imma naħseb li bħalissa, għalkemm għaddej xogħol ta' restawr, għandna diversi postijiet li qegħdin jibku għar-restawr.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq l-ambjent ta' pajjiżna jekk ma neħdux ħsieb ukoll l-ambjent kulturali tagħna.", "Nikkonkludi d-diskors tiegħi bl-istess mod kif ftaħt.", "L-ambjent huwa probabbilment l-iktar suġġett importanti li għandna nieħdu bis-serjetà.", "Naħseb li f'pajjiżna nistgħu nagħmlu ħafna iktar biex nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna u li lkoll kemm aħna għandna nuru iktar commitment biex pajjiżna jkun pajjiż normali, pajjiż li jixraq fis-sena 2020.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, illum qegħdin nitkellmu fuq liġi oħra li qed idaħħal dan il-Gvern li l-għan aħħari tagħha hu dak li jipproteġi l-ambjent.", "Qed ngħid \"liġi oħra\" għax f'dawn l-ewwel ħames taħt dan il-Gvern din żgur mhijiex l-ewwel liġi favur l-ambjent.", "Naħseb li naqblu lkoll li, jekk hawn settur importanti f'pajjiżna, huwa proprju s-settur tal-ambjent u, minn kif tkellem il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Karl Gouder – li ħadt pjaċir nisimgħu jitkellem b'ton moderat kif dejjem jagħmel – jidher li anke hawn qbil f'din il-Kamra fuq dan is-settur importanti u delikat f'pajjiżna.", "Huwa settur delikat għax f'din il-gżira tagħna għandna l-iktar densità ta' popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-iktar rata ta' kemm joqogħdu nies fuq medda art daqstant żgħira, u allura tifhem iktar li kull metru kwadru huwa importanti ħafna.", "L-ambjent, kemm mibni kif ukoll dak mhux mibni, f'pajjiżna għandu importanza anke fuq livell ta' diskussjoni popolari aktar għolja mill-bqija ta' pajjiżi oħrajn Ewropej.", "U din tifhimha, għax l-interessi diversi li jeżistu fil-pajjiż, fosthom tal-Gvern, tal-privat u ta' entitajiet oħrajn, jistgħu kultant jiġu interpretati li b'xi mod huma f'konflitt.", "Fil-fatt, l-argument li xtaqt nagħmel illum huwa proprju marbut ma' dan.", "Sur President, jiena wieħed minn dawk li dejjem nilqa' l-kritika.", "Jiena nemmen li meta tkun kostruttiva u meta tkun ġenwina, il-kritika hija importanti, għax saħansitra tista' anke twassal biex il-Gvern tal-ġurnata jibdel il-pożizzjoni tiegħu fuq issue partikolari, biex finalment naslu għal deċiżjonijiet li jkunu aħjar, deċiżjonijiet li jkunu iktar informati.", "L-Oppożizzjoni, u l-forzi konservattivi li tradizzjonalment dejjem kienu kritiċi tal-Moviment tal-Ħaddiema, b'mod partikolari ngħaqdu fuq dan is-suġġett u kważi taw l-impressjoni li donnu li Gvern Laburista ħa r-riedni tat-tmexxija ta' pajjiżna f'idejh ħames snin ilu b'xi mandat biex jeqred jew jagħmel sfreġju mill-ambjent.", "L-Oppożizzjoni, fil-ħames snin li għaddew, ħadmet kemm felħet biex tipprova tagħti l-impressjoni li dan il-Gvern b'xi mod huwa enemy no. 1 tal-ambjent tagħna.", "Jiena nopponi din it-tip ta' kritika b'kull qawwa, u huwa għalhekk li qed nitkellem hawnhekk illum.", "Anzi, inħossni nkun qed nonqos bħala ċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar jekk ma nitkellimx mhux biss fuq din il-liġi li hija mmirata biex issaħħaħ il-protezzjoni ambjentali, imma anke fuq is-suċċessi tal-Gvern f'dan is-settur u fuq dak li qed isir.", "Jiena nifhem li l-Gvern ikollu l-kritika, u nifhem li l-Oppożizzjoni trid tagħmel il-kritika tagħha; però, jien nagħmel distinzjoni bejn kritika ġenwina u kritika inqas ġenwina.", "Ilbieraħ kien hawn deputat fil-Parlament li tkellem fuq suġġett wieħed biss, suġġett anke li ddiskutejnieh bla ebda problemi ta' xejn għal darba darbtejn fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar, li hu l-fuel station policy.", "Kien hemm diskussjoni għaddejja fil-pajjiż dwar din il-policy, fejn tkellmet kemm il-media, kemm id-diversi stakeholders, kif ukoll il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Il-catch phrase li għamel dan id-deputat min-naħa tal-Oppożizzjoni kienet li l-permessi marbutin mal-fuel station policy ħerġin bħall-pastizzi.", "Min sema' u emmen dak li qal dan id-deputat Nazzjonalista ħaseb li aħna noħorġu permess kull ġimgħa għall-fuel stations.", "Sur President, dan il-Membru tal-Oppożizzjoni mhux biss żgwida lil din il-Kamra, żgwida lilek bħala President u żgwida lilna lkoll, imma żgwida lil kull min kien qed jisimgħu u lil min illum għadu jemmnu, jekk għad fadal nies li jemmnu lil dan id-deputat partikolari.", "Il-verità hi li fit-tliet snin li ilha fis-seħħ il-fuel station policy – u dan anke ġie rrapportat lilna fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar – ħarġu biss tliet permessi għal pompi ġodda.", "Allura ħarġu qishom pastizzi?", "Ħarġu biss tliet permessi għal tliet pompi ġodda, li minnhom tnejn huma relocation ta' pompi eżistenti.", "Dan ifisser li fi tliet snin ħareġ biss permess wieħed għal pompa ġdida li qatt m'eżistiet, għax it-tnejn l-oħra huma rilokazzjoni.", "Naħseb li qbilna wkoll li jkun tajjeb li noħorġu l-pompi mill-irħula.", "Sur President, inti bħali ġej minn raħal fejn għandna numru ta' pompi li qegħdin fil-qalba tar-raħal, u l-policy tgħidlek ċar u tond li rridu nimxu 'l quddiem u li dawn il-pompi jridu jiċċaqilqu mill-qalba tar-raħal u nagħmluhom f'post iktar idoneu.", "Fil-verità, prattikament nistgħu ngħidu li ħarġu permess wieħed kull sena biex tinbena pompa ġdida.", "Dik hija l-verità!", "Imma ħaddieħor ġie hawnhekk u, biex jallarma, biex jitfa' il-ħatab fuq in-nar, biex iħawwad l-imħuħ, qalilna li qegħdin joħorġu permessi daqs il-pastizzi.", "Ovvjament, din hija intiża biex hemm barra toħloq furur u toħloq kjass, meta fil-verità l-kjass m'għandux ikun.", "Sur President, finalment qegħdin nitkellmu dwar politika nazzjonali li qed tagħti direzzjoni 'l quddiem.", "Qabel ma kellniex fuel station policy, u allura nistaqsi: Qabel kif kienu joħorġu l-permessi għall-pompi li saru matul is-snin?", "Abbażi ta' xiex?", "Min iddeċieda li pompa partikolari xi mkien għandha tingħata permess, u pompa oħra le?", "Jiena naħseb li l-poplu Malti jaf sew kif kienet qabel il-prassi ġenerali.", "Qabel, ma kienx hemm policy miktuba, biex hekk tħalli mano libera lill-awtoritajiet li jiddeċiedu kif jaħsbu li hu l-aħjar.", "Illum għandek policy ċara għall-fuel stations.", "Hemm bżonn li titranġa?", "Hemm bżonn li titjieb?", "Għaliex le!", "Jien m'għandix problema, u fil-fatt ilqajt ir-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-ERA, il-Kumitat laqa' dawk ir-rakkomandazzjonijiet u għaddejniehom lill-Ministru għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "Fil-fatt, kien il-Ministru José Herrera li kkummissjona lill-ERA, awtorità li xogħolha hu li tipproteġi l-ambjent u li qabel ma kenitx teżisti, biex tagħmel ir-rakkomandazzjoni tagħha fuq din il-policy partikolari.", "Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għamlithom, ġew quddiemna, ippreżentawhomlna fil-Kumitat tal-Ambjent, min-naħa tagħna lqajna dawk il-proposti, rajna li huma proposti bbażati fuq ammont ta' loġika u, anke fuq l-istudji li ħejjew huma stess u aħna, għaddejniehom lill-Ministru responsabbli biex jikkonsidrahom u jara jekk iħossx li għandu jibdel jew jimmodernizza din il-policy partikolari.", "Jiena ngħid li għandu jkun hemm distinzjoni f'dan il-pajjiż bejn kritika kostruttiva, kritika ġenwina, bejn min verament irid itejjeb is-sitwazzjoni, u kritika mhux ġenwina li ħafna drabi ssir mill-forzi konservattivi f'dan il-pajjiż.", "Sur President, tingħata l-impressjoni hemm barra – u jiena din ninterpretaha bħala xi forma ta' narrativa politika – li s-suċċess ekonomiku li pajjiżna għaddej minnu b'xi mod huwa a skapitu tal-ambjent.", "Naħseb li nistgħu nagħmlu sa għada nitkellmu fuq dan.", "Din hija diskussjoni li ilha teżisti – u naħseb li se tibqa' teżisti kemm idum jeżisti l-bniedem fuq din id-dinja – li l-iżvilupp ekonomiku b'xi mod imur kontra l-ambjent, qisu bħal dak il-miżien li jekk għandek l-ekonomija sejra tajjeb, allura bilfors għandek l-ambjent sejjer ħażin.", "L-Oppożizzjoni wkoll imbuttat l-idea li s-suċċess ekonomiku li kellna f'pajjiżna f'dawn l-aħħar ħames snin ġej għax qegħdin neqirdu l-ambjent.", "Il-messaġġ politiku li qed tipprova twassal l-Oppożizzjoni – jew elementi mill-Oppożizzjoni – hu li qed ikollna dan il-progress ekonomiku għax qegħdin neqirdu l-ambjent.", "Sur President, din hija l-verità?", "F'pajjiżna qegħdin navvanzaw ekonomikament għax iddeċidejna li nibdew neqirdu l-ambjent?", "Dak huwa l-messaġġ li qegħdin nipprovaw nagħtu hemm barra?", "Jiena wieħed minn dawk li t-twemmin tiegħi hu li inti jista' jkollok progress ekonomiku li mhuwiex kontra l-ambjent.", "Jiena ma nemminx fit-teorija li l-progress ekonomiku jsir a skapitu tal-ambjent.", "Jiena nappartjeni għal skola ta' ħsieb li jista' jkollok tassew żvilupp sostenibbli fejn l-ekonomija u l-ambjent jimxu 'l quddiem flimkien, u naħseb u nemmen li l-politika ta' dan il-Gvern f'dawn il-ħames snin kienet ibbażata proprju fuq dan.", "Fil-fatt fl-2015 ħriġna għall-ewwel darba l-politika nazzjonali tal-ekonomija l-ħadra, il-green economy, għas-snin li ġejjin.", "Dan huwa l-pedament, u huwa l-mod kif dan il-Gvern qed jaħdem biex inkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna b'mod sostenibbli, b'mod li jipproteġi l-ambjent u b'mod li jibża' għall-ambjent.", "Sur President, settur importantissimu għal kull ekonomija fid-dinja huwa dak tal-enerġija.", "Hawn xi ekonomija li tista' timxi 'l quddiem mingħajr enerġija, mingħajr il-konsum tad-dawl?", "Kien dan il-Gvern li, kif nafu lkoll, wettaq il-wegħda elettorali prinċipali tal-elezzjoni tal-2013 li aħna ma rridux nibqgħu nużaw il-heavy fuel oil f'pajjiżna.", "Kellna mandat elettorali biex darba għal dejjem neqirdu l-użu ta' żejt li jniġġes minn pajjiżna u llum l-enerġija kollha f'pajjiżna qed tiġi ġġenerata mill-gass li huwa sors naturali ferm iktar nadif miż-żejt.", "Għamilna passi ta' ġgant fuq il-kwalità tal-arja f'pajjiżna għax eliminajna ħafna mid-dħaħen u mit-trabijiet li kienu jispiċċaw fl-ajru u li kienu joħorġu mill-power stations l-antiki li kellna, fosthom il-power station l-antika tal-Marsa.", "Din suppost kienet ilha li żżarmat snin.", "Saħansitra l-Partit Nazzjonalista kien daħħalha fil-manifest tiegħu tal-1987, imma baqgħet ma żżarmat qatt, u l-Bambin biss jaf kemm dħaħen ħarġu minn dawk il-power stations!", "Kellu jkun dan il-Gvern biex fl-ewwel ħames snin tiegħu jagħmel dak li m'għamlux gvernijiet Nazzjonalisti konsekuttivi f'25 sena.", "Illum il-power station tal-Marsa ġiet żmantellata, tneħħew iċ-ċmieni li minnhom kienu joħorġu d-dħaħen u li kienu jħammġu l-ambjent u l-arja tagħna, biex illum qegħdin nużaw teknoloġija ferm iktar nadifa.", "Sur President, aħna niġu kkritikati wkoll li fuq l-ambjent b'xi mod m'aħniex qegħdin inkunu responsabbli, m'aħniex nagħtu kas il-weġgħat u l-karbiet tan-nies, u m'aħniex qegħdin nagħtu kas dak li qed jingħad lilna, li meta nieħdu deċiżjoni nibqgħu għaddejjin b'dik id-deċiżjoni akkost ta' kollox.", "B'mod qarrieq qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni li aħna b'xi mod nibqgħu għaddejjin romblu bid-deċiżjonijiet tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent.", "Hawn nixtieq insemmi ftit proġetti, fosthom proġett li tkellimnieh fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar, l-estensjoni tal-industrial estates li kien ippjana l-Partit Nazzjonalista fl-2006, biex naraw kemm verament dan il-Gvern jibqa' għaddej romblu.", "Sur President, fl-2006 l-Partit Nazzjonalista kien ippjana li jestendi l-Industrial Estate ta' Bulebel, imma l-ironija hi li f'dak iż-żmien stess kien hemm ministri li kienu lesti jilagħbu l-imħatri li l-industrija u l-manifattura se jispiċċaw minn pajjiżna.", "Mela kien hemm ministru li jgħid li l-manifattura u l-industrija se jieqfu minn pajjiżna u ministru ieħor li fl-istess ħin qed jgħid li se jaqbdu dik il-medda art u jibnuha fabbriki.", "Dwar dawn l-aspetti l-poplu naħseb iġġudika iktar minn darba.", "Illum il-ġurnata hawn bżonn li nżidu l-fabbriki?", "Meta ġew quddiemna l-MIP, li hija l-entità tal-Gvern li tamministra l-fabbriki f'pajjiżna, qaltilna li llum ġejna f'sitwazzjoni fejn sar għandna nuqqas ta' art industrijali għall-ammont ta' domanda li għandna minn entitajiet, kemm Maltin kif ukoll barranin, biex jinvestu f'pajjiżna u biex jiftħu fabbriki f'pajjiżna.", "Jiġifieri kien hemm bżonn li dik l-art taż-Żejtun nikkonsidrawha serjament għall-fabbriki?", "Jien ngħid li iva, bla dubju.", "Però l-Gvern sema' l-ilmenti ġenwini li daħlu, ikkonsidra l-art partikolari li fuqha kien ġie propost li għandu jsir dan l-iżvilupp, li għandha ssir din l-extension ta' din l-industrial estate f'Bulebel, u rajna li ma jkunx idoneu li nibqgħu għaddejjin b'dan il-pjan.", "Hemmhekk, il-Gvern ma ddejjaq xejn li jdawwar ir-rotta.", "Dawwarna d-deċiżjoni li kien ħa Gvern preċedenti meta kien kabbar iż-żona tal-iżvilupp, f'Bulebel b'mod partikolari, u għedna li dan is-sit jimmerita protezzjoni.", "Din ma kenitx deċiżjoni faċli minħabba s-sempliċi fatt li llum għandna domanda ħafna ikbar milli kien hemm fil-passat għal fabbriki ġodda, għax illum l-investiment mhux jitlaq minn pajjiżna, imma ġej lejn pajjiżna.", "Illum il-queues mhumiex ta' nies li qegħdin jistennew xi operazzjoni; illum il-queues huma tal-investituri li jridu jinvestu f'pajjiżna.", "Naħseb li dik hija l-ikbar differenza li hemm bejn Malta llum u Malta ta' ħames snin ilu.", "Insemmi proġett ieħor, il-Park Nazzjonali tal-Inwadar.", "L-istess, fl-2006 kienu ddikjaraw li l-area kollha bejn Wied il-Għajn u x-Xgħajra għandha xi darba ssir park naturali.", "Il-ħsieb kien hemm; però, x'differenza bejn dak li tgħid u li tikteb fuq xi karta, u bejn dak li tagħmel fil-verità!", "Dan il-Gvern ma qagħadx jitkellem fuq il-Park Nazzjonali tal-Inwadar.", "Jiena kburi ngħid li kont wieħed mill-persuni involuti biex wellidna dan il-park naturali nazzjonali.", "Illum għandna medda art ta' iktar minn 950,000 metru kwadru – jiġifieri, qegħdin ngħidu daqs l-area mibnija kollha tar-Rabat u s-Siġġiewi flimkien – li huma park naturali nazzjonali fin-naħa t'isfel ta' pajjiżna.", "Dan kabbarnih iktar minn kemm kien ippjanat li kellu jkun oriġinarjament fl-2006, u kabbarnih bi 30,000 metru kwadru li kienu fiż-żona tal-iżvilupp.", "Il-Park Nazzjonali tal-Inwadar illum huwa ikbar minn dak li kien ippjanat fl-2006, u daħħalna fih 30,000 metru kwadru li kienu fiż-żona tal-iżvilupp.", "Aħna ħriġna 30,000 metru kwadru li kienu fiż-żona tal-iżvilupp biex jiġu inklużi ma' dan il-park nazzjonali.", "U l-lista ma tispiċċax …", "Nista' nsemmi policy oħra li implimentajna: il-politika fuq il-high-risers li, l-istess, dwarha kien hemm kritika mill-Oppożizzjoni.", "Mingħajr tlaqliq, jiena ngħid li rridu nimxu f'dik id-direzzjoni.", "Jiena wieħed minn dawk li nemmen li kemm jista' jkun m'għandniex nibqgħu nestendu l-footprint ta' bini f'pajjiżna; imma, fejn huwa possibbli, u fejn dak l-iżvilupp ikun studjat u ppjanat bis-sens, għandna ngħollu 'l fuq.", "Qabel ma kellniex policy nazzjonali fuq il-high-risers.", "Mhux qegħdin ngħidu għaxar snin ilu, imma ħames snin ilu: bniedem li ried japplika biex jibni torri seta' jagħmlu kullimkien.", "Jien, Alex Muscat, sa ħames snin ilu stajt immur Għawdex u napplika biex nibni torri.", "Qabel kelli dritt.", "Jien qabel stajt napplika biex nibni torri l-Baħrija.", "Illum dik spiċċat.", "Illum għandek sitt żoni, u hemmhekk biss jistgħu jsiru high-risers.", "Fejn qabel stajna nagħmlu high-risers ma' Malta u Għawdex kollha mingħajr politika xejn, mingħajr policy ċara, illum hemm policy ċara li tgħidlek li f'dawn is-sitt żoni biss jista' jkollna high-risers.", "Tista' taqbel u tista' ma taqbilx ma' dik il-policy, imma llum hemm policy u qabel ma kellekx.", "Qabel, min forsi kellu kuntatti tajbin ħafna kien japplika u jingħata permess, u ħaddieħor li ma kienx ikollu l-istess kuntatti ma kienx jasal.", "Dik kienet il-verità.", "Illum hemm policy nazzjonali, hemm politika ċara.", "Issa, tista' taqbel li ma kellux ikun hemm din iż-żona u kellu jkun hemm żona oħra, fair enough, imma ttieħdet id-deċiżjoni u hemm politika.", "Dwar il-liġi li għandna quddiemna, din qed tagħti l-jedd jew qed tagħti, biex ngħid hekk, poter ġdid biex entitajiet li qabel ma setgħux ikunu kuraturi ta' ċerti żoni, issa jiġu kkonsidrati.", "Jiġifieri, qegħdin ngħidu li kunsilli lokali, flimkien ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, jistgħu jkunu kuraturi ta' ċerti siti partikolari bil-għan li nsaħħu l-ambjent tagħna, bil-għan li jkollna ambjent aħjar.", "Jien għamilt ħames snin fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, u mhux darba jew tnejn kellna l-ideat tagħna dwar kif jista' jkollna ambjent aħjar fir-raħal tagħna.", "Imma, bejn dak li tixtieq u bejn x'tippermettilek il-liġi kultant ikun hemm konflitt.", "Illum, bi pjaċir qegħdin nitkellmu fuq liġi li se ssaħħaħ idejn dawk il-kunsilli li jridu jieħdu kurazija ta' siti partikolari biex ikollna żoni aktar ambjentalment aċċettabbli għal pajjiżna, u biex ikollna iktar siti kkurati u preservati għall-ġenerazzjoni li jmiss.", "Finalment, l-għan ta' din il-liġi huwa li jkun hemm iktar players li jistgħu jgħinu lill-Gvern biex nimmaniġġjaw b'mod sostenibbli l-ambjent tagħna.", "M'għandux ikun il-Gvern biss, jew l-entitajiet tiegħu, li jkollhom monopolju fuq iż-żamma tal-ambjent Malti, imma finalment l-ambjent tagħna rridu nżommuh tajjeb ilkoll kemm aħna.", "Appell li dejjem għamilt mill-esperjenza tiegħi ta' kunsill – u li nibqa' nagħmel sal-lum – hu li naturalment biex ikollok ambjent tajjeb u ta' kwalità kulħadd irid jagħti l-parti tiegħu.", "Din il-liġi li għandna quddiemna llum qed issaħħaħ proprju dak il-fatt.", "Hija liġi li qed tagħti aktar saħħa lil entitajiet mhux governattivi, flimkien ma' kunsilli lokali, biex inkomplu anke nindirizzaw il-problema tat-tniġġis ġenerali li għandna f'pajjiżna.", "Dan ifisser li issa, flimkien mal-Gvern u l-entitajiet tiegħu, qegħdin ninkludu wkoll għaqdiet oħrajn mhux governattivi, flimkien ma' kunsilli lokali li, wara li jkunu ppreżentaw il-pjan tagħhom, jistgħu jiġu appuntati biex ikunu l-kuraturi ta' ċerti siti partikolari bil-għan speċifiku li qiegħed fil-liġi.", "Fil-fatt, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, Kap. 549 – b'mod partikolari artikolu 4 – huwa ċar dwar kif għandhom jintużaw dawn is-siti biex inkomplu nippreżervaw u nipproteġu l-ambjent tagħna.", "Il-Gvern, flimkien mal-kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi, se naraw li lill-ġenerazzjoni li għadha ġejja, inħallulha ambjent mhux tajjeb daqskemm huwa llum, imma aħjar milli writnieh aħna.", "Sur President, din hija liġi tajba immens, u nirringrazzja u nifraħ lill-Ministru tal-Ambjent li ressaq din it-tip ta' liġi quddiemna.", "Jiena nispera u naspira li tgħaddi b'mod unanimu.", "Nittama li l-Oppożizzjoni wkoll taqbel ma' din il-liġi u mhux se toħloq xi kontroversja politika.", "Ma teskludi xejn mill-Oppożizzjoni li għandna llum, imma nittamaw li fuq xi ħaġa bħal din almenu naqblu.", "Sur President, aħna niġu kkritikati li fuq dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent f'dawn l-aħħar snin m'għamilniex biżżejjed.", "Jien ma ngħidx li għamilna biżżejjed; jien ngħid li tagħmel kemm tagħmel fuq l-ambjent dejjem hemm x'tagħmel iktar.", "Però, ejja nkunu ġenwini u leali anke mal-poplu hemm barra u ma' kull min qed isegwina!", "Ma naħsibx li nkunu ġusti li nipprovaw nagħtu l-impressjoni li aħna m'għamilna xejn f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent, anzi kważi bil-kontra, li b'xi mod aħna l-għadu tal-ambjent ta' pajjiżna.", "Il-verità hija differenti minn hekk.", "Waħda mil-liġijiet li kont kuntent biha u mbuttajt biex tidħol fis-seħħ hija l-liġi li llum anke qegħdin nitkellmu fuq emendi għaliha, u hija l-Liġi tal-Protezzjoni tal-Ambjent, Kap. 549.", "Illum għandek awtorità kompetenti biex tipproteġi l-ambjent.", "Ħames snin ilu ma kellniex awtorità bid-dover li tipproteġi l-ambjent.", "Ilbieraħ, waqt diskussjoni li kellna fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar – u hawn il-kollega tiegħi jista' jikkonferma dan – iddiskutejna dwar il-fish farms, l-akwakultura f'pajjiżna.", "Sirna nafu li l-ERA, flimkien ma' entitajiet oħrajn, anke bis-support u bil-kollaborazzjoni tal-Forzi Armati ta' pajjiżna, u flimkien mad-Direttorat tal-Agrikoltura u tal-Fisheries, ħadu diversi azzjonijiet ta' infurzar biex inkomplu nippreżervaw u nipproteġu l-ambjent tagħna.", "Fil-fatt, ilbieraħ kien hemm rapporti fil-ġurnali li seta' kien hemm operatur partikolari qed jabbuża; imma, meta saru l-ispezzjonijiet neċessarji, irriżulta li dan ma kienx il-każ.", "Sirna nafu wkoll – xi ħaġa li jien almenu sirt naf ilbieraħ – li meta nstab li kien hemm abbuż f'fish farm partikolari, jiġifieri, li kien hemm madwar 800 tunnellata ta' ħut iktar milli suppost – u anke dan, ovvjament, b'dannu possibbli għall-ambjent – dawk it-800 tunnellata ta' tonn ġie mħarrab f'azzjoni ta' infurzar li ħadu l-awtoritajiet ikkonċernati.", "Sur President, dan kollu seħħ għax illum għandna awtorità li qabel ma kenitx teżisti,u xogħol din l-awtorità hu li tissalvagwarda l-ambjent.", "Bil-mod il-mod, illum l-ERA qed trabbi s-snien, qed titgħallem kif għandha tkompli żżid l-infurzar biex inkomplu nassiguraw li nipproteġu l-ambjent ta' pajjiżna.", "Qabel nikkonkludi, nappella għal diskussjoni aktar informata u aktar għaqlija fuq dan is-settur.", "Nappella biex ma nkunux sensazzjonalisti fuq l-ambjent għax naħseb li, jekk hemm settur li għandu jgħaqqadna lkoll, dan huwa l-ambjent.", "Naħseb li jekk hemm settur li għandu jkun hemm qbil ġenerali fuqu għandu jkun l-ambjent.", "Finalment, l-ambjent mhuwiex tagħna.", "L-ambjent huwa tal-ġenerazzjonijiet li għadhom ġejjin.", "Xogħlna huwa li nassiguraw li nippreżervawh, li nittrażmettuh lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin aħjar minn kif writnieh aħna.", "Jiena konvint li l-liġi li għandna quddiemna llum hija mezz biex proprju nagħmlu dak.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, nibda billi nserraħ ras l-Onor.", "Muscat u dawk li qegħdin isegwuna li din il-liġi naqblu magħha u li se nkunu qegħdin nivvotaw għaliha għax hija liġi pożittiva.", "Aħna f'kull diskussjoni dejjem għamilna enfasi li din il-liġi qegħdin nappoġġjawha.", "Grazzi wkoll lill-Ministru José Herrera talli ppreżenta din il-liġi pożittiva.", "Sur President, bħalma l-pulmun huwa l-mekkaniżmu ta' ġisimna li permezz tiegħu aħna nieħdu n-nifs u l-ossiġnu jidħol ġo fina biex ngħixu, hekk ukoll huwa l-ambjent li jdawwarna għal pajjiżna u għall-kwalità ta' ħajja li ngħixu.", "L-ambjent ta' madwarna jiddeterminalna ħajjitna u jgħinna ngħixu ħajja aħjar jew agħar.", "Biss, huwa fatt li daqskemm aħna niddependu fuq l-ambjent, l-ambjent jiddependi fuqna, jiddependi fuq għemilna, jiddependi fuq kif ngħixu, jiddependi fuq kif niżviluppaw, u jiddependi fuq dak li nagħmlu fl-ambjent tagħna stess.", "L-ambjent nistgħu nxebbhuh ma' sistema teknoloġika tal-computers li, fil-fatt, waħda mill-ewwel kunċetti li nitgħallmu meta nibdew nistudjaw il-computer studies jew inkella l-IT huwa proprju li garbage in, garbage out.", "Jekk l-ambjent nittrattawh ħażin u l-ippjanar tagħna huwa ħażin, ma nistgħux nippretendu li ngħixu fl-aqwa ambjent u li jkollna l-aktar arja safja għan-nifs tagħna stess.", "Sur President, il-qawl Malti jgħidilna li dak li tiżra' taħsad, u meta nitkellmu fuq l-ambjent nitkellmu fuq pajjiżna, fuq dak li jdawwarna, qegħdin nitkellmu fuq dak li jagħmilna.", "L-ambjent tagħna huwa l-wirt li ħallewlna missirijietna u l-ġenerazzjonijiet ta' qabilna, u aħna rridu ngħidu li għalkemm ma fihx xmajjar u muntanji, bla dubju l-ambjent tagħna hu mogħni wkoll b'pajsaġġi, widien, għoljiet, xtajtiet, irdumijiet, pjanuri u xagħri naturali li jsaħħruk u li jpaxxu l-għajn.", "Għandna postijiet ta' wirt naturali li jattiraw lill-barranin u li mal-medda taż-żmien anke kienu ispirazzjoni għal bosta poeti, awturi u artisti kemm Maltin u Għawdxin, kif ukoll barranin.", "Qed ngħid dan kollu għax dan il-wirt li għandna, għalkemm ħallitulna n-natura, kien indukrat b'imħabba minn missirijietna u mill-ġenerazzjonijiet ta' qabilna.", "Għandna però wirt naturali ieħor li ħasbuh, li ppjanawh, li wettquh u kkultivawh missirijietna mill-bidu sal-aħħar.", "Meta aħna nitpaxxew b'postijiet u msaġar bħalma hu l-Buskett, tajjeb niftakru li dawn huma postijiet li ma kenux hemm minn dejjem, iżda huma postijiet li min kien mexxa l-gżejjer tagħna dak iż-żmien kellu l-viżjoni li minbarra li joħloq bosk żgħir għad-delizzju tiegħu, iħalli wkoll għall-ġenerazzjonijiet ta' warajh imsaġar u natura isbaħ minn dik li sab.", "Kellhom il-viżjoni u wettquha.", "Dawn ma kissrux u ma qerdux.", "Sur President, dak iż-żmien il-Kavallieri kienu viżjonarji u waqt li kienu qegħdin jagħmlu l-iżvilupp tal-Belt Valletta u tat-Tlett Ibliet għal skopijiet residenzjali, ta' negozji u għal skopijiet ta' fortifikazzjoni, raw il-ħtieġa li jibbilanċjaw dan l-iżvilupp tal-ġebla bl-iżvilupp tan-natura billi joħolqu msaġar fiċ-ċentru ta' Malta, f'Ħ'Attard u Ħal Balzan fejn għandna l-ġonna ta' Sant Anton, u aktar 'il fuq, fil-limiti ta' bejn is-Siġġiewi, ir-Rabat u Ħad-Dingli ħolqu l-Buskett.", "Ara x'bilanċ ħallew dak iż-żmien, Sur President!", "Huwa bilanċ li għadna ngawdu minnu aħna sal-lum il-ġurnata.", "Mill-banda l-oħra, aħna llum kif se nħalluh l-ambjent?", "Bħalissa għandna żvilupp li għaddej b'rata mgħaġġla f'dak li hu s-settur tal-kostruzzjoni.", "Jiena nistaqsi: X'qed nagħmlu u nippjanaw biex inħallu bħala żvilupp naturali?", "Qegħdin nippjanaw bħalma għamlu missirijietna, li ħallewlna kemm wirt arkitettoniku, kif ukoll wirt ambjentali?", "Aħna wkoll se nħallu wirt ambjentali għal dawk li ġejjin warajna, għal uliedna, għal ulied uliedna?", "Aħna se nkunu l-ġenerazzjoni li bla dubju se tkun ħalliet żvilupp kbir f'dak li hu kostruzzjoni.", "Se nkunu ġenerazzjoni li, meta ma sabitx fejn tespandi la ġenba, bdiet tibni 'l fuq: iżda aħna x'qed nagħmlu biex nibbilanċjaw dan?", "Pajjiżna għandu ċ-ċentri urbani tiegħu li qed isiru dejjem aktar concentrated f'dik li hi densità, aktar popolati, aktar żviluppati u mibnija.", "Fl-istess ħin qed naraw ukoll li aħna nkabbru ż-żoni li jħaddru, iż-żoni ta' rikreazzjoni u ż-żoni fejn in-natura jkollha priorità assoluta?", "Huwa ferm importanti li f'kull ħaġa li nagħmlu f'ħajjitna nilħqu l-bilanċ.", "Irridu naraw li nkunu bilanċjati bejn l-iżvilupp tal-kostruzzjoni u l-ħarsien u t-titjib tal-ambjent tagħna.", "Dak il-bilanċ qegħdin nilħquh?", "Qegħdin nippjanawh?", "Hemm xaqq ta' dawl għal dak il-bilanċ?", "Jekk verament għandna r-rieda, dan il-bilanċ suppost jiġi mingħajr il-ħtieġa ta' konflitt.", "Ħaġa ma teskludix lill-oħra.", "L-iżvilupp u l-ambjent mhumiex kif ngħidu aħna mutually exclusive, anzi għandhom jorbtu id f'id u għandhom jorbtu wieħed mal-ieħor.", "Dan il-Gvern qiegħed jara li jibbilanċja dawn iż-żewġ temi importanti fil-ġirja qawwija li għaddejjin minnha fl-iżvilupp?", "Qed naraw li lil pajjiżna nħalluh aħjar għal uliedna u għall-ġenerazzjnijiet ta' warajna?", "Jew qegħdin nissugraw li nkunu kkundannati minn uliedna li konna aħna, il-ġenerazzjoni tagħna, li ma ppjanatx u li ħalliet l-ambjent tal-pajjiż jinqered u jispiċċa?", "Jew saħanistra aħna stess li, fil-ġirja fl-iżvilupp tagħna, ma rajniex li nħarsu l-ambjent u nippjanaw għal ambjent aħjar għalina u għal uliedna?", "Kultant inkunu kkritikati li lanqas l-iżvilupp li qed nagħmlu m'aħna qed nagħmluh bi pjan u bi ħsieb, aħseb u ara kemm se naslu biex naħsbu fl-ambjent ta' madwarna li qegħdin ingawduh aħna, imma li rridu nippjanaw biex inħalluh lil ta' warajna!", "Dan il-pajjiż mhux biss huwa l-wirt ta' missirijietna, iżda fuq kollox huwa self ta' uliedna li aħna obbligati li nħalluh lilhom aħjar milli silfuhulna huma.", "Hawnhekk, Sur President, nixtieq nagħmel aċċenn fuq l-importanza tal-ippjanar u fuq kemm qed ninvestu fl-ambjent tagħna.", "Kemm mill-ġid li l-pajjiż qiegħed joħloq u jiġġenera qiegħed jinvestih f'ġonna, f'postijiet ta' rikreazzjoni u fi spazji b'siġar u żoni ta' żvog għal uliedna?", "Sa ftit tas-snin ilu dan l-investiment konna qegħdin narawh iseħħ u, minn żmien għal żmien, il-poplu Malti u Għawdxi kien ikollu l-opportunità li jgawdi xi ġnien ġdid, xi żona ta' rikreazzjoni ġdida jew xi spazju pubbliku ġdid.", "Dawn il-postijiet fil-verità ma tantx irebbħulek voti għax xi kultant il-ġid komuni huwa anqas vote-catching minn policies oħrajn, iżda kemm tassew qed naraw li nħallu lil pajjiżna isbaħ u aktar ħadrani biex il-Maltin, l-Għawdxin u dawk li jżuruna jkollhom mumenti fejn jirrilassaw, igawdu l-ambjent u jgawdu l-arja friska?", "Meta ftit tax-xhur ilu ġġarrfet it-Tieqa tad-Dwejra f'Għawdex il-pajjiż waqaf f'daqqa waħda u kulħadd beda jiddiskuti dan il-patrimonju naturali li ma salvajniex u li m'għamilna xejn biex insalvaw.", "Fil-verità, biex inkunu onesti, ftit stajna nagħmlu biex insalvaw it-Tieqa tad-Dwejra għax dan kien proċess naturali u allura wieħed ftit kellu x'jista' jagħmel.", "Imma, fl-istess ħin, x'qegħdin nagħmlu biex insalvaw il-widien tagħna, il-kampanja tagħna, jekk xejn anke bħala kumpens?", "Se nitkellem fuq suġġett li dejjem naħtaf l-opportunità biex insemmi.", "Tkellimt dwaru madwar ġimagħtejn ilu meta kellna liġi oħra fuq l-ambjent u ħadt ukoll Aġġornament dwaru.", "Xtaqt nerġa' nitkellem proprju dwar Wied Għomor, li l-ħin kollu prattikament qiegħed fl-aħbarijiet u li huwa l-uniku wied bejn San Ġwann, is-Swieqi u San Ġiljan, u huwa wkoll l-uniku post fejn hemm arja friska f'postijiet li huma over-developed.", "Aħna x'qegħdin nagħmlu biex insalvaw dan il-wirt b'mod tanġibbli?", "Kif qed nippjanaw biex insalvaw Wied Għomor, l-uniku pulmun f'din iż-żona fejn l-iżvilupp huwa l-ordni tal-ġurnata?", "Ftit li xejn, biex ma ngħidx il-kontra!", "Hawn, Sur President, qegħdin nitkellmu fuq li nsalvaw dak li fadlilna.", "Kemm ikun aħjar kieku llum qegħdin hawn nitkellmu fuq pjan biex dan il-wied insebbħuh, nikkultivawh u nxettlu fih, mhux sempliċement nagħmlu talba sabiex ma neqirduhx.", "Fl-iżvilupp ambjentali u fil-vokabularju ambjentali tagħna, flok qed inkunu pożittivi, flok nitkellmu b'viżjoni għall-ġejjieni, qed nitkellmu b'mod negattiv biex nipproteġu dak li fadlilna, biex ma nitilfux dak li għandna, biex ma nħallux l-ambjent jinqered.", "X'ħasra u x'nuqqas ta' viżjoni!", "Sur President, id-delizzji ta' ħafna Maltin u Għawdxin huma wkoll dipendenti u marbuta mal-ambjent, u għalhekk ukoll jeħtieġ ninvestu biex insaħħu l-ambjent ta' madwarna.", "Jekk ma nagħmlux hekk se nkunu qegħdin nissograw li ma jkollniex fejn nipprattikaw id-delizzji ta' ħafna mill-familji tagħna.", "Kif nafu lkoll, bosta familji jqattgħu ħafna mill-ħin u r-rikreazzjoni tagħhom f'ġonna u fi spazji miftuħa ta' rikreazzjoni, u allura ta' min verament nibdew naħdmu b'viżjoni sabiex mhux biss insalvawhom, però aktar u aktar ninvestu fihom u nindokrawhom.", "Kemm fadlilna minn dawn il-postijiet?", "Anke dawn il-postijiet qed isiru rari, mimlija konġestjonijiet u ftit qed nippjanaw u ninvestu fihom.", "Anke lit-tfal tagħna meta neħduhom f'dawn il-postijiet iridu joqogħdu fil-kju biex jużaw il-faċilitajiet tagħhom.", "Din hija r-realtà tal-lum il-ġurnata, u allura jeħtieġ li ninvestu f'aktar spazji miftuħa u f'pajsaġġi u msaġar għal għada u għall-futur tal-ġejjieni.", "Kemm qed naraw li fil-kampanja tagħna jkun hemm il-bilanċ bejn min imur jippassiġġa, ir-ramblers, min imur jesplora, min imur biex jilgħab, min imur għall-kaċċa, min imur biex josserva, u min imur biex jonsob u min imur mal-familja?", "Għadu possibbli li wieħed joħloq u jilħaq dan il-bilanċ bl-ispazji miftuħa li għandna available?", "Spiċċajna f'konflitt u ġlieda ta' delizzji minħabba li l-ispazji rikreattivi tagħna ukoll saru ristretti żżejjed.", "Ejja allura nippjanaw bil-għaqal u nikkontribwixxu bħala soċjetà biex, waqt li noħolmu b'futur isbaħ, naraw ukoll li dak il-futur nibdew infassluh u nwettquh biex ikun aħjar mill-preżent.", "Ejja ma nitkellmux aktar fuq x'nistgħu nagħmlu għall-ambjent ta' uliedna għal għada, iżda nibdew inwettqu mil-lum.", "Qed noħolqu surplus finanzjarju, imma żgur li qegħdin inħallu warajna deficit kbir ambjentali.", "Dan kollu mhux biss jorbot mad-delizzji tagħna, mhux biss jorbot mar-rikreazzjoni tagħna, iżda fuq kollox jolqot direttament il-kwalità tal-ħajja tagħna, il-kwalità tal-ħajja li qed nagħtu u li qed inħallu wirt lil uliedna.", "Jekk tant ninvestu fl-aqwa edukazzjoni li qed nagħmlu, għaliex ma ninvestux ukoll fl-aqwa futur li naraw lil uliedna jgħixu f'ambjent aħjar?", "Il-kwalità ta' ħajja li qed ngħixu tiddependi b'mod dirett fuq il-kwalità tal-ambjent ta' madwarna.", "Qegħdin naraw li nippjanaw u noħolqu spazji pubbliċi u ġonna fiċ-ċentri tal-irħula u l-ibliet tagħna?", "Jew qegħdin naraw biss li mill-ftit art li għandna noħorġu kemm nifilħu żvilupp ta' kostruzzjoni?", "Hawn nistaqsi, Sur President: Xi kwalità ta' żvilupp qegħdin noħolqu?", "U qiegħed jikkomplementa l-ambjent tal-madwar?", "L-iżvilupp li qed naħdmu fuqu qed isir b'rata mgħaġġla ħafna.", "Fil-verità jista' jkun mill-isbaħ u lussuż kemm tridu minn ġewwa, u sabiħ anke minn barra, imma kemm qed nagħtu kas il-madwar?", "Kemm qed naraw li ż-żona tikkomplementa l-iżvilupp?", "Kemm qed naraw li l-kwalità ta' investiment li nagħmlu jkun ta' valur mhux biss minn ġewwa, iżda wkoll billi jsebbaħ il-madwar u jikkumpensa għall-madwar.", "L-iżvilupp li qed nagħmlu se jibqa' jkun żvilupp ħdejn żvilupp ħdejn żvilupp, jiġifieri blokok tal-concrete fejn xulxin jew torrijiet ħdejn xulxin?", "Kemm qed naraw li l-madwar jiġi id f'id billi jinħolqu neighbourhoods komplementati b'ġonna u żoni ta' rikreazzjoni u spazji pubbliċi?", "Ma nistgħux u ma naffordjawx nibqgħu naraw lil dan il-pajjiż jivżiluppa f'kaxxi u kompartamenti iżolati.", "Jeħtieġ li nippjanaw bil-għaqal fil-wisa' u b'mod ferm aktar ħolistiku.", "Ix-xogħol tal-arkitett irid ikun komplementat ma' dak tal-planner li jfassal, li jippjana u li jara ż-żoni ġodda li qegħdin jiżviluppaw ikunu żoni ħolistiċi u li jinkludu kollox.", "Irridu li jkollna rħula u bliet turistiċi u mhux dormitorji fejn il-familji qegħdin jorqdu u jqumu, iżda fejn ma naħsbux għar-rikreazzjoni wkoll.", "Sur President, irrid nagħmilha ċara li aħna bħala Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni żgur li aħna favur l-iżvilupp, favur is-settur tal-kostruzzjoni: però aħna favur l-iżvilupp sostenibbli u mhux favur l-iżvilupp bl-għaġla, żvilupp irresponsabbli li ma jħalli l-ebda valur miżjud ħlief profitt għal min ikun qiegħed jibni.", "Jeħtieġ li nkunu ferm aktar responsabbli u innovattivi u, mil-lum stess, nibdew nippjanaw ferm iktar fit-tul għall-ambjent li jdawwarna u li jagħmilna soċjetà, u mhux naraw biss dak li jaffettwa lilna u lilna biss, hawn u issa, fejn il-ġenerazzjonijiet ta' warajna ħadd ma rahom, dak ta' madwarna u għada ħadd ma rah u ħadd ma jaħseb fih.", "B'dan il-mod inkunu verament qegħdin nissograw li nkunu ġenerazzjoni li tilfet il-futur illum, hawn u issa.", "F'kull ma nagħmlu dejjem irridu naraw li noħolqu bilanċ u naraw li dak il-bilanċ jagħmel sens u jkun proporzjonat.", "Wieħed jaħdem biex finalment igawdi l-profitti; però, ejjew ma nkunux egoisti, ejjew inkunu altruwisti, ejjew naraw li l-wirt ta' uliedna jkun protett.", "Jekk qed nieklu rridu naraw li nieklu tajjeb u bil-qies.", "Jekk qed ngħixu ħajja sedentarja rridu naraw li nagħmlu l-eżerċizzju, neżerċitaw ruħna u jkollna l-ħin fejn niċċaqalqu.", "U, waqt li qegħdin inħaddmu ħafna moħħna, naraw li ġisimna wkoll ikollu l-ħin tal-eżerċizzju tiegħu.", "Anke f'dak li hu żvilupp, Sur President, jeħtieġ li naraw li jkun hemm bilanċ mal-ambjent li jdawwarna, bilanċ fiż-żoni ta' rikreazzjoni, bilanċ fil-ġonna, bilanċ fil-ħdura, bilanċ fil-mod ta' kif nittrattaw l-iskart, bilanċ kif il-mezzi tat-trasport tagħna waqt li jwassluna ma jeqirdux lilna u lil ta' madwarna bl-inkwinament.", "Il-bilanċ huwa sabiħ f'kollox, biss wieħed irid jara li kif aħna naraw u nippruvaw nibbilanċjaw ħajjitna, fl-istess ħin naraw ukoll li jkollna xi ħadd li jibbilanċja l-iżvilupp mal-ambjent ta' madwarna.", "U min jeħtieġ jagħmel dan, Sur President, jekk mhux il-gvernijiet li jmexxu dan il-pajjiż, apparti r-regolaturi, il-policy-makers u aħna l-politiċi li nirregolaw lil pajjiżna?", "Illum dan kemm qed narawh iseħħ fil-verità u fil-prattika?", "Illum qed naraw żvilupp kontinwu ta' kostruzzjoni, iżda m'għadniex naraw pjazez, ġonna u postijiet rikreattivi.", "Jekk ma tismax li f'żoni fejn kien hemm xi żvilupp ta' kostruzzjoni raw kif għamlu biex il-pjazza li kellha ssir, il-ġnien li kien maħsub ma jsirx u hemmhekk tinqala' kontroversja ta' xejn.", "Sur President, irridu verament indaħħlu l-mentalità f'dan il-pajjiż li l-ambjent u l-iżvilupp huma komplementari għal xulxin, u mhux sostitwiti jew saħansitra avversarji.", "Żvilupp sabiħ ġeneralment iġib miegħu madwar sabiħ, madwar ta' serenità u rilassament, u mhux madwar ta' aktar żvilupp li joħnoq l-istess żvilupp.", "Ejjew nippjanaw bil-għaqal biex nikkomplementaw l-iżvuilupp li qed ikattar il-ġid f'pajjiżna bl-aqwa investiment fl-ambjent, fil-madwar, fl-aqwa kwalità tal-ħajja għalina u għal uliedna.", "Aħna, fil-verità, ilkoll għasafar tal-passa.", "Min jagħmel ħames snin, min jagħmel għaxar snin, min jagħmel għoxrin sena u min jagħmel aktar: imma, jibqa' mfakkar mhux min jagħmel il-ġid minn issa għal issa, imma min iħalli legat li jista' jibqa' jitgawda minn ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Ejjew naraw li fiż-żmien li n-nies jafdawna biex inkunu fuq dawn is-siġġijiet il-ħodor mhux biss naraw li nagħmlu l-ġid minn issa għal issa, fl-immedjat, iżda naraw li nagħmlu l-ġid u nħallu legat li jista' jibqa' jitgawda fil-ġejjieni minn kulħadd.", "Irridu naraw li ntellgħu u nxettlu ġenerazzjoni altruwista li, waqt li tara li tikseb il-ġid u tgawdi minnu kif inhu xieraq u ġust, ma tagħmilx dan a spejjeż ta' ħaddieħor, a skapitu ta' ħaddieħor, iżda nibdew inkunu kreattivi u naħdmu fuq żvilupp li magħna jgawdu ta' madwarna u ta' warajna.", "Jien nemmen li l-Maltin u l-Għawdxin u fuq kollox il-ġenerazzjonijiet ta' warajna, uliedna, dawk li se jkunu qed jgħixu fil-pajjż għada pitgħada, ma jriduniex nitgħajru fuq l-ambjent, ma jridux l-ambjent ikun sors ta' diviżjoni u qasma ta' bejnietna.", "Bla dubju, il-Maltin u l-Għawdxin iridu li aħna naqblu fuq pjan għall-futur għall-ambjent.", "Iriduna li nfasslu futur flimkien li minnu jgawdi kulħadd.", "Jekk l-ambjent ta' pajjiżna jkun aħjar, għada mhux kulħadd igawdi minnu, Sur President?", "Mela ejja npoġġu l-karti kollha fuq il-mejda u bla aġenda partiġjana naraw li l-ġenerazzjoni ta' politiċi tal-lum ma tinħeliex fuq battibekki tribali li jaqsmuna, iżda li ninvestu l-ħin u l-enerġija tagħna fuq pjan ambjentali għall-ġejjieni li jiddistingwina minn ġenerazzjonijiet oħra.", "In-nies fil-verità lil min se jfaħħru?", "Lil min hawnhekk fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ta ħasla lill-avversarju politiku tiegħu?", "Jew lil min ra li jsib il-common ground biex flimkien infasslu pjan għall-ġejjieni li wliedna u wlied uliedna jgawdu minnu, u allura jgħidu li f'din il-Kamra kien hemm 67 persuna li ħabbtu rashom ma' xulxin biex ħallew futur aħjar għal ta' warajhom, ħallew pajjiż aħjar, ħallew ambjent isbaħ u aktar b'saħħtu?", "Irridu naraw li jkollna quddiemna l-istat tal-ambjent kif inhu llum, u rridu naraw kif infasslu pjan għal ambjent aħjar għall-futur.", "Jekk fl-ambjent se nħarsu lejn il-vot tal-elezzjoni li ġejja lkoll se nkunu telliefa, iżda fuq kollox l-akbar telliefa se jkunu l-ġenerazzjonijiet ta' għada.", "Ejja npoġġu u nippjanaw għal għada, nippjanaw fit-tul u nippjanaw fejn irridu li jkun dan il-pajjiż 50 sena oħra u lil hinn fejn ikun qiegħed.", "Nippjanaw kif, tul il-mixja li qegħdin infasslu, nieqfu nieħdu rendikont u naġġornaw skont il-ġid tas-soċjetà, kif tkun qed tikber u tiżviluppa.", "Din għandha tkun il-viżjoni tagħna għall-ġejjieni, il-viżjoni ta' pajjiż wieħed u poplu wieħed.", "Jista' jkun li jkollna diverġenza u nuqqas ta' qbil, iżda fuq il-kruċjali naqblu.", "Ejja nħabbtu l-ideat u d-dettall, iżda l-pjan ħolistiku u fit-tul ambjentali għal pajjiżna għandu jkun wieħed li jġibna flimkien u mhux li jifridna.", "Pajjiżna jeħtieġlu din il-viżjoni malajr għaliex, jekk din is-soċjetà mhux se jkollha l-viżjoni, mhux se jkollha pjan ta' fejn trid tasal, allura verament tlifna kollox.", "Ejja nkunu aħna l-ġenerazzjoni ta' politiċi li tippermetti li s-soċjetà Maltija u Għawdxija ta' warajna tkun b'saħħitha u aħjar minn dik ta' issa, għax b'hekk biss nistgħu nkunu kburin li ħallejna legat li nistgħu niftaħru bih.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Qabel ma ngħajjat lill-Onor.", "Godfrey Farrugia, se nsejjaħ liċ-Chairperson l-President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi biex jirrapporta lill-Kamra.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, bħala President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Abbozz Nru. 28, għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emendi.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Grazzi, Sur President.", "Kulħadd jaf l-isfidi li għandu pajjiżna meta nitkellmu fuq l-ambjent.", "Pajjiżna huwa gżira żgħira fid-daqs u għandha popolazzjoni iktar milli suppost.", "Għandu wkoll nuqqas ta' kapital naturali, jiġifieri l-kampanja, il-widien, ix-xtut, ix-xagħri, u għandha klima li hija magħrufa għan-nixfa tagħha u li bit-tibdil fil-klima din in-nixfa se tiħrax iktar.", "Meta nqisu dan kollu kwalunkwe gvern irid jiggarantixxi dak il-bilanċ ġust bejn l-ippjanar tal-iżvilupp u l-ħarsien tal-ambjent.", "Naħseb tifhmuha bħali li kull strateġija trid tinkoraġixxi żvilupp li jirriżulta fi tkattir ekonomiku li huwa tajjeb; imma, huwa biss jekk dak l-iżvilupp isir bi pjan li jista' jkun hemm garanzija ta' sostenn mhux biss fl-ekonomija, imma anke ta' sostenn tal-ambjent.", "Jekk dan ma jseħħx u jispiċċa jitkisser il-patt ta' bejn dawn l-oqsma politiċi li huma wkoll il-qofol tal-ħajja ta' kuljum ifalli qasam ieħor politku li għandu x'jaqsam mas-sostenn soċjali.", "Hawn qiegħed nitkellem għall-pensjonijiet, għas-servizzi soċjali u għal affarijiet simili.", "Allura l-konklużjoni tiegħi hija waħda, li l-istat għandu jassigura li kull żvilupp għandu jkun sostenibbli favur l-ambjent, u li għandu jkun hemm l-ugwaljanza – u dan semmewh kelliema qabli – meta niġu għall-poteri li għandu jkollhom l-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA li tħares l-ambjent.", "Ilkoll kemm aħna nafu li l-keffa ta' dan il-bilanċ taqleb iktar favur l-iżvilupp milli l-ambjent.", "Jien waħda li tgħallimt minn din il-Kamra, Sur President, hi li hawnhekk għandna liġijiet sbieħ, għandna liġijiet miktubin tajba, imma mhumiex ċari biżżejjed, mhumiex speċifiċi biżżejjed.", "Meta f'dan il-pajjiż niġu għall-prinċipju ta' effectiveness fil-fatt fil-prattika għadna fi stadju infantili fejn ikollna dewmien fil-Qorti u anke dewmien biex il-miżuri jew l-azzjonijiet jittieħdu f'waqthom.", "U ngħid \"infantili\" għax dan il-lagging narawh anke meta aħna nqabblu l-istess prinċipju ta' effectiveness ma' dak fl-istati l-oħra Ewropej li aħna qegħdin sħab magħhom fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-prattika, il-liġijiet li ngħaddu minn din l-Kamra mhux dejjem isiru f'ħin f'waqtu.", "Hawnhekk issemma t-tibdil fl-emendi Kostituzzjonali li hu xi ħaġa tajba, imma rridu niftakru li t-tibdil li se jħares kontra t-tniġġis huwa statement biss u m'għandux snien.", "Jiġifieri l-prinċipju tal-personalità tal-ambjent mhuwiex intiż fl-istess statement li qegħdin nikkonsidraw f'din il-Kamra, u għaldaqstant minn hawnhekk jgħaddi prinċipju, imma dan il-prinċipju se jkun ferm diffiċli biex tattwah.", "Tant hu hekk li jien ma nafx b'każ wieħed ambjentali li tressaq il-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta biex jitħares xi wirt jew xi ġojjell li għandna f'Malta u f'Għawdex.", "Sur President, bħala membru tal-Oppożizzjoni tal-Partit Demokratiku, irrid ngħid li aħna nappoġġjaw bis-sħiħ din il-miżura.", "Din hija opportunità li se nirregolarizzaw dak li diġà jeżisti u, ladarba tirregolarizza din is-sitwazzjoni, se jiggwadanja iktar l-ambjent għax se nsibu iktar kuraturi għall-ambjent, kemm mill-kunsilli lokali kif ukoll mill-NGOs, b'mod partikolari dawk ambjentali.", "L-opportunità ilha teżisti żmien: 'Din l-Art Ħelwa' ilha teżisti kważi nofs seklu u dejjem kien hemm il-public-social partnerships.", "Jien niftakar li, meta kont sindku fl-1994/95, il-kunsilli lokali kienu ġodda, imma bħala prinċipju dawn il-public social partnerships kienu diġà bdew jinħmew.", "Mela, din l-emenda fil-liġi qed tirregolarizza dawn il-fatti b'mod li toħloq tfassila, u dan huwa tajjeb.", "Din hija xi ħaġa li mingħajr ma trid tressaqna aktar 'il quddiem biex l-affarijiet isiru sew.", "Sur President, jien nixtieq immur oltre minn hekk u ngħid li huwa tajjeb li l-Gvern jgħaddi ċertu żoni mill-art tiegħu pubblika, b'mod partikolari dik li hija fil-kampanja, biex jiġu mħarsa minn entitajiet bħall-kunsilli lokali jew NGOs.", "Imma, jekk inħarsu sew lejn l-affarijiet, insibu li hija ż-żona urbana fejn l-iktar li qiegħed isir sfreġju ambjentali, fis-sens li l-ispazji mhux qegħdin jitħarsu kif tant hu mixtieq.", "Jien nixtieq nipproponi pass ieħor fejn il-Gvern minn flusu jixtri artijiet urbani privati li forsi jkollhom ġonna, u jinkludihom bħala green places biex b'hekk jiġu protetti, tant li anke jingħaddu lill-entitajiet bi sħab bħala kuraturi taħt din l-istess liġi tal-Att tal-Protezzjoni tal-Ambjent.", "Jekk wieħed iħares lejn il-pjanijiet lokali tal-iżvilupp ta' Malta tal-Awtorità tal-Ippjanar, wieħed jinduna li mhux kull lokalità għandha l-opportunità li jkollha l-green enclave.", "Pereżempju, Ħaż-Żebbug għandha ċerti ġonna li huma protetti li ma jistgħux jibnew, minkejja li huma fiż-żona tal-iżvilupp.", "Imma, hemm ħafna rħula oħrajn li m'għandhomx din l-opportunità.", "Dawn huma l-pulmuni taż-żona urbana, imma jistgħu jkunu wkoll post fejn in-nies jistgħu jirrikreaw ruħhom.", "Irridu niftakru li spazji miftuħa mhumiex biss il-post fejn isiru l-attivitajiet sportivi, imma ġol-irħula wkoll għandu jkun hemm dawk l-ispazji miftuħa li għandhom jiġu protetti billi jsiru green enclave.", "Il-green enclaves jistgħu jiġu adottati fl-rħula fejn l-istess liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tħarishomx, u allura din tkun opportunità fejn il-Gvern jista' jixtri art bħal din jekk ma teżistix f'ċertu raħal u jgħaddiha taħt il-kura ta' dawn l-entitajiet, biex b'hekk il-komunità ta' dik ir-raħal tgawdi minn dak l-aspett.", "Bis-saħħa t'hekk wieħed jista' jħares aktar il-wirt naturali u urban kif ħallewh missirijietna.", "Sur President, nixtieq issa nagħti xi eżempji ta' postijiet fejn il-Gvern jista' jixtri art u jibdilha f'żoni pubbliċi.", "Pereżempju, hemm 'Villa Bonnici' fi Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema, bħalma hija wkoll 'Villa Moira' fi Triq in-Naxxar, Birkirkara, u Palazzo Giannin f'Ħal Għaxaq.", "Siti bħal dawn għalfejn għandhom jispiċċaw f'riskju li jinbnew bil-mod kif qiegħed jitla' l-bini llum l-ġurnata mingħajr ma jkun hemm benefiċċju għall-pubbliku?", "Din hija liġi tajba ħafna li tista' anke tmur pass oltre fejn siti bħal dawn jeħodhom il-Gvern f'idejh, sintendi billi jixtrihom bil-prezz attwali, u jgħaddihom lil dawn il-kustodji tal-entitajiet li ssemmi din l-istess liġi.", "Dawn huma affarijiet li huma sbieħ.", "Bħalma nafu, bħalissa fiż-żona urbana l-iżvilupp għaddej b'rata allarmanti, tant li lanqas tlaħħaq mat-tibdil li jkun qiegħed jiġri fi triq waħda.", "Fi triq waħda fejn nipparkja kuljum f'Ħaż-Żebbuġ twaqqgħu sitt postijiet, tħaffru kollha f'daqqa, u kollha qegħdin jibnew appartamenti.", "Fit-triq fejn għandi l-clinic naħseb l-unika dar li se tibqa' kif inhi hija d-dar fejn noqgħod jien u l-klinika, għax il-kumplament l-oħrajn kollha qegħdin jaqgħu waħda wara l-oħra u jitilgħu blokok ta' appartamenti.", "U hawnhekk niġi għal l-iSPED, għax l-iSPED jindirizza l-politika tal-Gvern meta niġu għall-iżvilupp urban.", "L-iSPED innifsu huwa miktub sequential, wieħed wara l-ieħor.", "Kwalunkwe spazju urban li jeżisti u li jista' jinbena, iva, għandu jinbena u għandu jinbena skont l-pjan lokali.", "Jien nemmen li hemm ċertu spazju f'żoni urbani, b'mod partikolari fil-qalba tar-raħal, li għandhom jiġu protetti minkejja dak li jingħad fl-iSPED.", "Waħda mill-miżuri eżemplari li jista' jagħti l-Gvern hija bħalma semmejt tliet eżempji f'Tas-Sliema, Birkirkara u Ħal Għaxaq ta' postijiet li jistgħu jittieħdu u minnhom jibbenefika l-pubbliku bis-saħħa ta' NGOs jew inkella tal-kunsill lokali stess.", "Pereżempju, dan l-aħħar f'Ħal Luqa għadu kemm intilef ġnien ieħor – għalija oasi fil-pulmun – fil-qalba tar-raħal.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li dawn l-affarijiet għandhom jitħarsu iktar bir-reqqa.", "Jiena nemmen li l-Ministeru tal-Ambjent qiegħed jaħdem qatigħ, u l-ERA qed tipprova titla' f'dak il-livell ta' pjattaforma li jixirqilha.", "Minkejja li l-liġi ma tantx tagħtiha ċans għax mhux qegħda fl-istess livell bħalma hija l-Awtorità tal-Ippjanar, tista' wkoll tissuġġerixxi dan il-fatt li jkun xi ħaġa li ssaħħaħ l-ambjent urban permezz ta' dawn il-pulmuni ġo żona urbana.", "Nixieq nirreferi wkoll għal PA 03067/18.", "Din hija xi ħaġa sabiħa, xi ħaġa li fraħt ħafna biha.", "Dan hu t-twaqqif ta' dak li nsejħulu Park Reġjonali bejn Bormla, Ħaż-Żabbar u l-Fgura.", "Din hija xi ħaġa tajba.", "Dan mhuwiex park naturali bħalma ċerti gazzetti ppruvaw ipinġuh – dan huwa park rikreattiv, għandu faċilitajiet pubbliċi, imma hemm bżonn li nħarsu l-ambjent naturali li fih b'mod partikolari s-siġar u l-ħxejjex endemiċi li jkun hemm.", "Għandna ħabta li f'kull park naqbdu u nitfgħu l-concrete fil-mogħdijiet u ninsew l-affarijiet kif għandhom ikunu.", "Naf li se jkun hemm attività anke sportiva, imma huwa importanti li din l-attività sportiva f'dan il-park tkun tikkomplementa l-ambjent.", "Dan il-park se joħloq ukoll konnettività kemm għaċ-ċiklisti u kemm għal min irid jimxi minn raħal għall-ieħor mingħajr ma juża t-toroq.", "Imma, biex immorru pass oltre minn hekk, hawnhekk nixtieq nissuġġerixxi lill-Ministeru tal-Ambjent li Wied Blandun, li huwa fl-istess inħawi, tefgħa ta' ġebla 'l bogħod, jinqaleb f'park naturali, u b'hekk ikun hemm il-park rikreattiv u l-park naturali jikkomplementaw lil xulxin u li jkunu jistgħu wkoll jintużaw taħt l-inċentiva tal-kurazija bis-saħħa ta' din il-liġi.", "Sur President, bħalma għamlu sħabi, jien ukoll nixtieq nirringrazzja lill-kunsilli lokali u lill-NGOs, b'mod partikolari dawk ambjentali, għas-sehem u l-ħeġġa li huma juru biex jieħdu ownership ta' ċerti postijiet fil-komunità tagħhom, imma li kultant isibu l-ixkiel.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi dan ix-xkiel se jingħeleb u l-affarijiet se jiġu aktar faċilitati, għax din id-darba hemm is-saħħa tal-liġi li se tiggarantixxi kwalità ta' ħajja aħjar għall-persuni li jgħixu f'dik il-komunità.", "Wara kollox, il-ħsieb aħħari ta' din il-liġi hu li l-ambjent jitjieb u allura hija liġi ferm tajba.", "Però, l-unika ħaġa li nixtieq nappella hija li din il-liġi tiġi implimentata b'mod li jkunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet, kemm pożittivi u kemm negattivi, għall-ħarsien ta' dan il-wirt meta dawn l-entitajiet jieħdu l-ownership ta' dak is-sit li jieħdu f'idejhom.", "Għaldaqstant, jien naqbel ma' dan l-abbozz u naħseb li huwa pass 'il quddiem li se jiggarantixxi li l-affarijiet jimxu aħjar u b'aktar regolamentazzjoni.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden issa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Użu ta' Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) –Tieni Qari:", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS SAID: Grazzi, Sur President.", "Ilbieraħ il-Ministru għal Għawdex ħadet Aġġornament biex titkellem dwar l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer, aċċessibilità li aħna l-Għawdxin inħobbu ngħidu li hija l-life link ta' Għawdex u tal-Għawdxin.", "Fl-Aġġornament, il-Ministru pprovat issib l-iskużi kollha immaġinabbli għalfejn is-sitwazzjoni fejn tidħol l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer tinstab ħażin ħafna.", "Waħħlet f'kulħadd, inkluż f'ċertu mumenti anke fil-Ministru ta' qabilha; però, ma qalitx kelma li hija kelma dwar x'inhu l-pjan tagħha biex tissolva l-problema b'mod immedjat.", "Bdiet titkellem fuq pjan long term, iżda fl-ebda ħin ma ħarġet dettalji dwar x'inhu l-pjan long term.", "Hemm bżonn urġenti li nħarsu wkoll lejn il-preżent, għax issa għaddew ħames snin u fuqhom ta' Gvern Laburista, u dan il-Gvern, fejn tidħol l-aċċessibiltà bejn Malta u Għawdex, m'għamel assolutament xejn, anzi neħħa minn dak li kien hemm.", "F'Jannar tal-2016, kważi sentejn u nofs ilu, twaqqaf is-servizz tal-merkanzija li kien hemm bejn Għawdex u Sa Maison u viċi versa.", "Kienu qalulna li se jerġa' jiddaħħal fi żmien qasir, imma għaddew sentejn u nofs u dan is-servizz wieqaf kien u wieqaf għadu, bil-konsegwenzi kollha li t-trakkijiet kollha tal-merkanzija issa jridu jgħaddu miċ-Ċirkewwa.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn illum il-problema żdiedet, kibret u hemm il-kaos fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr fejn tidħol l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer.", "Il-Ministru Caruana lbieraħ fl-Aġġornament ma kellhiex il-kuraġġ tgħid li parti mill-problema li hemm illum hija proprju dik li għadni kemm semmejt jien – is-servizz tal-merkanzija mal-Port il-Kbir – u ma kellhiex il-kuraġġ tgħid li, iva, fl-immedjat dan is-servizz se jerġa' jiddaħħal biex jiġi evitat ammont kbir ta' trakkijiet milli jaqsmu mill-port taċ-Ċirkewwa.", "Jien smajt id-diskors u ma kienx hemm soluzzjoni waħda għal dan is-servizz li tneħħa sentejn u nofs ilu.", "Imbagħad, ħaġa tal-iskantament il-Ministru għal Għawdex qalet ukoll li l-Gvern Nazzjonalista qatt ma kellu viżjoni dwar l-aċċessibilità u li l-Gvern Nazzjonalista kien jara biss sa mnieħru.", "Ma stajtx nemmen dak li kont qiegħed nisma', għaliex proprju dak kollu li hemm fejn tidħol l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer huwa kollu frott ta' deċiżjonijiet u proġetti ta' investiment li għamlu gvernijiet Nazzjonalisti, wieħed wara l-ieħor.", "It-tliet vapuri li għandna llum huma frott ta' iktar minn €80 miljun ta' investiment, l-ikbar investiment li qatt sar f'Għawdex sal-lum, u dan sar minn Gvern Nazzjonalista.", "Mhux biss, iżda l-port tal-iMġarr u l-port taċ-Ċirkewwa kienu mibnijin minn gvernijiet Nazzjonalisti.", "It-terminal tal-iMġarr u t-terminal taċ-Ċirkewwa wkoll kienu mibnijin minn gvernijiet Nazzjonalisti.", "It-toroq li jwasslu għaċ-Ċirkewwa u t-toroq li jwasslu għall-Imġarr ukoll huma kollha frott ta' investiment ta' gvern wara l-ieħor tal-Partit Nazzjonalista.", "Tibda tfittex x'għamel Gvern Laburista fejn tidħol l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer u ssib li m'għamel xejn ħlief neħħa minn dak li kien hemm.", "Sur President, f'Novembru li għadda, waqt sessjoni ta' \"Gvern li Jisma'\", il-Ministru Caruana qaltilna li l-Gvern qiegħed jikkonsidra r-raba' vapur.", "Jien għedt: Ejja, se nimxu pass.", "Jgħaddu sitt xhur, tiġi lbieraħ fl-Aġġornament u qaltilna li r-raba' vapur mhux lakemm jidħol għax hemm problemi kbar, irridu naraw fejn se jorbot u rridu naraw x'tip ta' vapur se nġibu!", "Iva, imma issa ilkom ħames snin, u dawn il-problemi tridu ssolvuhom, dawn il-problemi tridu tieħdu d-deċiżjonijiet dwarhom, tridu immedjatament taraw kif tiżdied u titjieb l-aċċessibilità bejn iż-żewġ gżejjer!", "Kemm kemm ma qalitx li ma jistax ikun hemm ir-raba' vapur mal-Gozo Channel tort ta' Gvern Nazzjonalista.", "Ma jitwemmnux, imma din hija l-iskuża li qegħda ġġib il-Ministru.", "Allura iva, hemm bżonn urġenti tar-raba' vapur, u l-Gvern messu ilu li ppjana għalih u messu ħa d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu snin ilu.", "Ma sar xejn, u issa hemm kaos u paniku sħiħ għal dawk kollha li jridu jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer.", "Imbagħad, il-Ministru Caruana lbieraħ ipprovat tagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni dwar dak li qiegħed jiġri fil-każ tal-fast ferry service.", "Ipprovat titfa' r-responsabilità fuq il-Gozo Channel u donnha nsiet li l-Gozo Channel hija entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha u li d-direzzjoni politika teħodha mingħandha bħala l-Ministru għal Għawdex.", "Il-Ministru pprovat tgħid li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, meta tagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar il-proċess li ntuża biex intgħażlet il-kumpanija li suppost toffri s-servizz tal-fast ferry service, qed ittellef jew qed tipprova tinfluwenza.", "Mela issa meta nitkellmu dwar affarijiet irregolari jew li jidhru li huma irregolari, għandna nagħlqu ħalqna għax intellfu l-proċess!", "Qaltilna li meta nagħmlu hekk ma nkunux qegħdin inħarsu l-interessi tal-Gozo Channel.", "L-interess tagħna mhuwiex tal-Gozo Channel, l-interess tagħna huwa tal-poplu Għawdxi li jrid juża dan is-servizz u li għalih is-servizz bejn iż-żewġ gżejjer huwa l-life link tiegħu u huwa wkoll il-life link tal-gżira Għawdxija.", "II-Ministru lbieraħ għamlet referenza għal mistoqsija parlamentari 5454 fejn staqsejt affarijiet bażiċi dwar min kienu l-membri tal-bord li ddeċidew li jagħżlu l-kumpanija li suppost, skont it-termini ta' referenza, kellu jkollha ħames snin esperjenza, u rriżulta li din m'għandha l-ebda esperjenza, almenu minn dak li qiegħed jiġi rrapportat.", "Il-Ministru qaltli li ma tistax tagħtini din l-informazzjoni għax hemm appell.", "Billi tgħid lill-Parlament min kienu l-membri tal-bord se jinfluwenza 'l-appell?!", "Fil-mistoqsija ta' wara staqsejt lill-Ministru dwar min kienu l-kumpaniji li ssottomettew l-offerta tagħhom għal dan is-servizz tal-fast ferry service, u t-tweġiba kienet l-istess, ma tistax tagħti l-informazzjoni għax hemm appell.", "Imma hekk jiġi ttrattat il-Parlament?", "Hekk għandu jiġi ttrattat il-poplu Għawdxi, li jkun hemm dan il-ħabi kollu fuq servizz importanti u essenzjali bejn iż-żewġ gżejjer?", "Jidher ċar, Sur President, li fejn tidħol l-aċċessibilità bejn Malta u Għawdex m'hemm l-ebda pjan, la għall-immedjat u lanqas fit-tul għax għalkemm ilbieraħ issemma li għandhom pjan long term, ma ssemma xejn dwar x'fih dan il-pjan long term.", "Allura l-appell tiegħi hu li immedjatament għandu jkun hemm pjan għall-preżent biex jiġu sorvolati l-problemi li hemm u jiġi ppubblikat pjan fit-tul, li mbagħad wieħed ikun jista' jimxi fuqu.", "It-tieni punt li xtaqt insemmi hu li issa ħarġet il-konferma li Gvern Laburista mhux se jonfoq ċenteżmu li hu ċenteżmu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea 2014/20 fuq it-toroq ta' Għawdex.", "Dan mhux jien qed ngħidu, dan qed tgħidu l-Ministru Helena Dalli li proprju lbieraħ fil-mistoqsija parlamentari 5609, meta staqsejtha kemm se jintnefqu flus fuq toroq f'Għawdex – u kulħadd jaf il-kwalità tat-toroq f'Għawdex – u xi proġetti ta' toroq hemm ippjanat li jsiru f'Għawdex mill-fondi ta' Operational Programme 1 – European Structures and Investments Funds 2014/20, it-tweġiba kienet hekk:", "\"Infurmata li l-Awtorità ta' Ġestjoni m'għandha l-ebda applikazzjoni għal toroq ġewwa Għawdex mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.\".", "Tal-mistħija, Sur President!", "Hekk jistma lill-Għawdxin dan il-Gvern!", "Minn €1,200 miljun li ħallielu l-aħħar Gvern Nazzjonalista biex jintnefqu fl-infrastruttura ta' dawn il-gżejjer, dan il-Gvern ma bbaġitjax ċenteżmu li hu ċenteżmu fejn jidħlu t-toroq f'Għawdex.", "X'differenza, Sur President, it-toroq li għamel il-Gvern Nazzjonalista mill-fondi tal-Unjoni Ewropea!", "Mhux resurfacing għamel, imma bena mill-qiegħ, bis-servizzi kollha, it-toroq mill-Imġarr sax-Xewkija, mix-Xewkija sar-Rabat, Triq ir-Repubblika, it-triq li twassal mir-Rabat sa Ta' Pinu, it-triq għad-Dwejra, it-Triq tar-Ramla u t-triq tax-Xlendi.", "Dawn kollha b'fondi tal-UE.", "Jiġu l-ewwel ħames snin ta' dan il-Gvern Laburista u ma ġiex budgeted ċenteżmu li hu ċenteżmu għal dan ix-xogħol.", "Nispera li l-Ministru għal Għawdex tgħidilna x'qed tagħmel hi biex tassigura li l-fondi tal-Unjoni Ewropea jintużaw anke fit-toroq f'Għawdex.", "It-tielet punt hu li issa ilna ħames snin nisimgħu dwar il-bini ta' skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex.", "L-iskola primarja tar-Rabat hija skola qadima u saret żgħira, u hemm bżonn li tinbena oħra.", "Però issa ilna ħames snin inbiddlu l-post.", "Il-Gvern daqqa jgħidilna li se jibniha fil-playing field, daqqa se jibniha ma nafx fejn, u issa donnu se jibniha bħala parti mill-Middle School.", "F'mistoqsija parlamentari li għamilt ħarġet il-pjanta ta' din l-iskola primarja li se tkun amalgamata mal-Middle School.", "Imma xi rriżulta?", "Irriżulta li din se tinbena fiċ-ċentru kummerċjali tar-Rabat fejn diġà hemm problema kbira ta' traffiku u ta' parkeġġ.", "Biex tkompli, minn mistoqsijiet parlamentari li għamilt ħareġ li din l-iskola mhux se jkollha parkeġġ.", "Kif tista' tagħmel skola ta' 600 student fiċ-ċentru tar-Rabat, fejn diġà hemm problema kbira ta' parkeġġ, u din l-iskola lanqas ikollha parking space wieħed!", "Anzi joħroġ li din l-iskola se tieħu l-parkeġġ li hemm ħdejn l-Arkadia biex dak isir ground.", "Jiġifieri, il-ftit parking li hemm illum se jittieħed, u l-ground tal-Middle School, li llum jintuża bħala parkeġġ fis-sajf, fil-vaganzi u fil-weekend, se jispiċċa għax dak il-ground se jinbena.", "Dan mhuwiex ippjanar serju.", "Dan se joħloq problemi iżjed milli hemm u nispera li l-Gvern jispjega aħjar din il-problema.", "L-aħħar punt li nixtieq nitkellem dwaru llum huwa appell mill-qalb biex il-Gvern ma jitlifx iżjed żmien u jiskatta l-mekkaniżmu li hemm fid-dikjarazzjoni dwar Għawdex fit-Trattat tas-Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Fit-Trattat hemm dikjarazzjoni dwar Għawdex, dikjarazzjoni importanti ħafna li, l-ewwel nett tirrikonoxxi r-reġjonalità tal-gżira Għawdxija u l-bżonnijiet distinti li għandha din il-gżira, żoni distinti minn dawk ta' Malta, tirrikonoxxi l-insularità doppja, u tirrikonoxxi wkoll l-għajnuna li tista' tingħata biex dan jingħeleb.", "Qabel kull budget tal-Unjoni Ewropea, il-Gvern jista' jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tirrapporta lill-Kunsill tal-Ministri dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex, b'mod speċjali dwar id-differenza fil-livell ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Malta u Għawdex.", "Il-Gvern ftit ilu qalilna li bdew id-diskussjonijiet fuq il-Baġit li jmiss 2017-2021.", "Huwa ovvju li Malta mhux se tibqa' tikkwalifika għall-akbar ammont ta' fondi possibbli, iżda fil-każ ta' Għawdex dan mhuwiex il-każ għax Għawdex għadu ma laħaqx il-livell ta' Malta.", "Il-GDP ta' Għawdex huwa ħafna inqas, il-pagi medji f'Għawdex huma inqas mill-pagi medji f'Malta, hemm il-problema tat-trasport u ta' insularità doppja u, peress li l-infrastruttura li għad baqgħalha bżonn ħafna investiment u ħafna affarijiet oħrajn, staqsejt lill-Gvern hux se jiskatta dan il-mekkaniżmu jew hux diġà skatta dan il-mekkaniżmu biex Għawdex jieħu l-ogħla ammont ta' fondi possibbli.", "Il-Prim Ministru, f'mistoqsija parlamentari nru 4618, ħasel idejh, farfar u qalli biex nistaqsi lill-Ministru kkonċernat.", "Ħaġa daqstant importanti għal Għawdex u l-Prim Ministru jfarfar!", "Għamilt il-mistoqsija lill-Ministru Helena Dalli, u din ikkonfermat iswed fuq l-abjad li l-Gvern għadu ma skattax dan il-mekkaniżmu.", "Allura x'inhu jistenna dan il-Gvern?", "Il-Gvern għandu jitlob li jsir dan l-istudju malajr kemm jista' ikun għax m'hemmx żmien x'jintilef.", "Id-diskussjonijiet fuq il-baġit li jmiss mexjin b'ritmu mgħaġġel.", "Sur President, permezz ta' dan il-mekkaniżmu, Għawdex, fis-sitwazzjoni li qegħdin, jista' jibbenefika minn fondi diretti.", "Il-Gvern għandu jara li din l-opportunità ma tintilifx, u allura l-appell tiegħi lill-Gvern, lill-Ministru għal Għawdex u lid-deputati l-oħrajn Għawdxin tan-naħa tal-Gvern hu biex ma jiqfux jaħdmu biex jiġi skattat dan il-mekkaniżmu.", "Jien u sħabi min-naħa tal-Oppożizzjoni se nkomplu ninsistu għax dan jagħmel differenza kbira għall-futur tal-gżira Għawdxija.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, qabel nibda dan l-Aġġornament tiegħi nħossni fid-dover li nsellem lill-kuntistabbli Simon Schembri u lill-familja tiegħu f'mument mill-aktar diffiċli.", "Naċċertawhom li qegħdin fit-talb tagħna.", "Dan l-inċident ixxokkja u ħasad lil kull min sema' bih jew rah, għax issa anke qegħdin jiċċirkolaw il-filmati ta' din il-ħruxija, ta' din il-kattiverja, ta' dan l-att mill-aktar kriminali li twettaq fuq uffiċjal eżemplari.", "Lil dan il-kuntistabbli nzertajt nafu u nafu sew; huwa dilettant ħafna tal-football u tal-Hibs.", "Insellem lilu u lill-familja tiegħu u nwegħduhom – għax naf li anke s-Sedja fil-bidu ta' din is-seduta sellmitlu – li qegħdin fit-talb tagħna.", "Sur President, din hija tattika tal-Mafja.", "Dan hu kliem li qal l-Arċisqof fis-6 ta' Frar li għadda.", "Meta ġie kkuntattjat minn newsbook.com, l-Arċisqof qal dan il-kliem:", "\"Din hija tattika ta' intimidazzjoni, din hija t-tattika li l-Mafja tużaha kontra l-għedewwa tagħha.", "Allura min irid jifhem jifhimni …\"", "Dan kien kumment ta' Mons. Arċisqof meta ġie mgħarraf li hemm siti soċjali li l-membri tagħhom jikkonfoffaw biex jikkordinaw attakki kontra newsbook.com u kontra membri tal-Knisja, inkluż Mons. Arċisqof.", "L-Arċisqof kien ikkwotat hekk:", "\"Bħala parti minn din it-tattika, lil dak li jkun tattakkah b'mod aħrax biex tneżżgħu minn kull dinjità.", "Meta inti tneżża' lil xi ħadd mid-dinjità tiegħu, tista' tkompli biex mhux biss tinjorah, imma tagħmel bil-maqlub li jgħid.\"", "Dan kien kliem li sar fis-6 ta' Frar li għadda wara li newsbook.com kellu aċċess għal grupp magħluq fuq il-Facebook bl-isem \"Laburisti sal-mewt\".", "Dak kien fis-6 ta' Frar li għadda.", "Fl-24 siegħa li għaddew, jien, bħal ħafna oħrajn, ixxukkjajt u nħsadt naqra storja li ħarġet fis-sit \"theshiftnews.com\" li żvela sensiela ta' messaġġi fi gruppi magħluqa kkordinati minn uffiċjali għolja tal-Partit Laburista u tal-Gvern.", "Din kienet aħbar li nisslet sens ta' tqalligħ, diżgust, diqa u, nerġa' ngħid, xokk kbir.", "Wara investigazzjoni ta' sitt xhur, u grazzi għall-whistleblowers, dan is-sit \"theshiftnews.com\" wera l-eżistenza ta' gruppi magħluqin fuq il-Facebook immexxija mill-Partit Laburista li fihom hemm membri approvati minn qabel u mnebbħa minn mibegħda morbuża lejn dawk kollha li ma jkunux jogħġbu lill-Gvern Laburista.", "Ilbieraħ, neżżgħu l-maskra tal-Prim Ministru.", "Qegħdin naraw dak li fil-fatt hu, jiġifieri the emperor has no clothes tassew.", "Bil-fomm jgħid li jrid politika li tgħaqqad, u bil-fatti jipprattika politika li tifred, tweġġa', maħmuġa, l-aktar politika aggressiva u kattiva li qatt rajna minn żmien Gvern Laburista tas-snin tmenin tal-Prim Ministru Mintoff.", "Però dan huwa agħar minn dak iż-żmien, għax mal-Perit Mintoff kont taf fejn int, what you see is what you get, imma ma' Joseph Muscat huwa agħar għax jgħid mod u bil-moħbi warajk jagħmel eżattament l-oppost biex ikisser il-karattru tiegħek.", "X'inhuma dawn il-closed groups fuq il-Facebook?", "Huma gruppi fejn inti titlob li tkun approvat u tidħol bħala membru wara li jgħadduk mill-għarbiel.", "Jista' jkun ukoll li tkun mistieden tidħol u, jekk inti taċċetta, allura ssir membru u jkollok aċċess taqra dak li qed jinkiteb jew ħaddieħor jaqra li inti tikteb, dejjem fil-magħluq għax huwa closed Facebook group amministrat minn uffiċjali tal-Gvern, inkluż impjegati tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tal-Ministeru tal-Ġustizzja, il-ministeru li suppost jissalvagwarda l-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni.", "Sur President, fost il-membri approvati fil-closed group fuq il-Facebook – sirna nafu bih ilbieraħ u żvelah is-sit \"theshiftnews.com\" – hemm il-persuna li llum tokkupa l-kariga tal-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru, Ministri u Membri Parlamentari Laburisti.", "Din hija xi ħaġa li issa nidħol ftit fiha, imma hija xi ħaġa li ħallietni bla kliem.", "Hija weġgħa kbira u delużjoni kbira li naqra li l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap tal-Istat ilha s-snin membru ta' tliet gruppi li ssemmew ilbieraħ.", "Din hi l-istess persuna li f'April tas-sena li għaddiet sejħet għal liġi kontra s-cyberbullying.", "Apparti l-Prim Ministru, li huwa membru, u apparti ministri, għandek tmien persuni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma membri ta' Facebook groups li qegħdin jiffomentaw il-vjolenza, qegħdin ixerrdu dettalji ta' attivisti tas-soċjetà ċivili kontra l-korruzzjoni, b'talbiet jew b'sejħiet jew bi stediniet jew istigazzjoni biex dawn ikunu aggrediti jew vjolentati.", "Dawn huma closed groups li kull min qiegħed membru fihom għandu aċċess għall-agħar lingwaġġ, stampi viżivi mimlijin mibegħda, istigazzjoni għall-vjolenza u l-aggressjoni fiżika kontra politiċi li l-uniku difett jew żball li għandhom hu li mhumiex politiċi tal-Partit Laburista jew huma persuni li huma kritiċi tal-Partit Laburista.", "Eżempji ta' dawn huma Simon Busuttil, David Casa, Roberta Metsola, membri parlamentari Ewropej, bħal Ana Gomes u Sven Giegold, u Mons. Arċisqof.", "Kellna coordinated attacks fuq attivisti tas-soċjetà ċivili u membri tal-familja tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia.", "Dan l-artiklu huwa frott sitt xhur ta' investigazzjoni permezz ta' whistleblowers fi ħdan dawn il-closed groups.", "Dan is-sit \"theshiftnews.com\" uriena u kixef il-maskra tal-Prim Ministru Joseph Muscat li fi tweet jgħid:", "Imbagħad, bil-moħbi, huwa kompliċi u membru ta' gruppi li jiffomentaw il-mibegħda li qatt ma rajna bħalha, b'insulti u bi stediniet għall-vjolenza – li huma reati kriminali by the way.", "Dawn il-closed groups fuq Facebook ħajru l-vjolenza kontra min ħa sehem fi protesta paċifika f'Londra ftit tal-ġimgħat ilu.", "Closed groups li huma ċentrali, radikalment importanti fil-politika tal-Partit Laburista u ta' Joseph Muscat għall-campaigning tiegħu.", "L-amministraturi – għax għandek l-administrators u mhux membri biss – ta' wħud minn dawn il-gruppi magħluqa, bħall-grupp Laburisti Magħqudin, għandek vetted members bi kredenzjali Laburisti.", "Hemm ħafna kummenti u kitbiet kritiċi – mhux kritika fis-sens kif nifhmuha, imma li jiksru sfaċċatament l-artikolu 82 tal-Kodiċi Kriminali, u l-Kummissarju tal-Pulizija rieqed raqda papali għax ovvjament huwa kompliċi.", "Dan l-artikolu tal-liġi jgħid hekk:", "\"Kull min juża kliem jew imġiba ta' theddid abbużiva jew insulenti jew jesibixxi xi materjal miktub jew stampat li jkun ta' theddid, abbużiv jew insulenti jew xort'oħra jġib ruħu b'dak il-mod bil-ħsieb li jqajjem vjolenza jew mibegħda kontra xi persuna jew grupp ta' persuni abbażi ta' ġeneru, ta' orjentazzjoni sesswali, kulur, lingwa, reliġjon, twemmin jew opinjoni politika … jista' jeħel sa 18-il xahar ħabs.\"", "Imbagħad, shiftnews.com 24 siegħa ilu qaltilna hekk:", "– bħal David Casa u Simon Busuttil –", "– jiġifieri bl-ingassa –", "– u hawn kelma vulgari li ma jagħtinix li nużaha fil-Parlament.", "Kien hemm ukoll posts li jiċċelebraw il-qtil ta' ġurnalista, omm, mara.", "Jiċċelebraw u jifirħu bil-mewt u l-qtil brutali ta' ċittadina bħalna!", "Imbagħad, shiftnews.com ikompli li kien hemm:", "Mela jaqbdu attivista tas-soċjetà ċivili – Tina Urso – u jibbumbardjawha b'online hate barrage għaliex ħadet sehem fi protesta paċifika f'Londra ftit tal-ġimgħat ilu u għaliex inkiteb li she dates wieħed mit-tfal tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia.", "Mela allura x'nagħmlu?", "Għandek persuna li jmexxi kumpanija ta' investigazzjoni privata, ċertu Templer Charles – ovvjament huwa l-isem intużat – ossessjonat bil-militar suggesting people turn up outside Urso's home.", "U Joseph Muscat jirrifjuta li jiddistanzja ruħu, anzi huwa membru ta' dawn il-gruppi!", "Mela għandna sitwazzjoni, mir-riċerka li għamilt, fejn il-President ta' Malta ilha membru ta' tlieta minn dawn il-gruppi sa minn Jannar 2012, Marzu 2013 u mill-2011.", "Joseph Muscat ilu membru ta' tnejn minn dawn il-gruppi minn April 2012.", "Il-Ministru Konrad Mizzi ilu sena membru, il-Ministru Chris Cardona ilu membru minn Jannar 2012, u żewġ uffiċjali fil-Ministeru tal-Ġustizzja huma administrators ta' żewġ gruppi minn dawn.", "Goebbels kien ikun kburi bikom!", "Għandna sitwazzjoni fejn il-Gvern Malti jistiga attakki f'wiċċ ċittadini Maltin.", "Dan mhuwiex aċċettabbli, le, f'demokrazija.", "U what is chilling huwa l-fatt li neħduha bħala xi ħaġa normali.", "Outrageous, kienu jgħidulna!", "Kienu jgħidu wkoll li Daphne hija hate blogger.", "Dan għax esponiet il-korruzzjoni!", "Però mbagħad l-uffiċjali tal-Gvern responsabbli minn dan il-vomtu ta' mibegħda istigata li qatt ma rajna bħalha – u kellu raġun l-Arċisqof, li din hija tattika tal-Mafja! - biex tkisser il-karattru ta' min ma jaqbilx miegħek hija iktar minn odjuża.", "Nindirizza lilek, Eċċellenza, Sinjura President tar-Repubblika …", "L-ISPEAKER: Onor. Azzopardi, mhux biex inwaqqfek.", "JASON AZZOPARDI: Naf x'se tgħid, Sur President, m'iniex se nikser l-iStanding Order 59, serraħ moħħok.", "L-ISPEAKER: Ħalli naqrahielek.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, naf x'tgħid għax qrajtha.", "L-ISPEAKER: Imma jien, bħala President tal-Kamra, bilfors irrid niġbidlek l-attenzjoni.", "L-iStanding Order 59 tgħid hekk:", "\"Ebda membru m'għandu juża l-isem tal-President ta' Malta jew ta' Aġent President ta' Malta b'nuqqas ta' qima fid-diskussjonijiet, lanqas biex jinfluwenza lill-Kamra fid-deliberazzjonijiet tagħha\".", "Qed ngħidlek biex tkun korrett.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nirringrazzjak, inti korrett.", "Dak l-artikolu qrajtu biex inkun fidil lejh, u jien qed nagħmel dan b'weġgħa personali.", "Sa ftit qabel ma bdejt dan l-intervent tiegħi ċċekkjajt.", "Il-persuna tal-Kap tal-Istat għadha membru.", "Ejja ngħidu ma kenitx taf għal dawn is-snin kollha li kienet membru ta' dan il-closed group; imma 24 siegħa ilu saret taf, l-istaff tagħha qalulha.", "Kif ma ħarġitx minnu?", "Jien irrid nemmen li mhuwiex il-każ, u allura domanda qiegħed nagħmel: Għaliex ma ddistanzjajtx ruħek?", "Possibbli li fl-aħħar snin ma ġewx għall-attenzjoni tiegħek dan it-tip ta' messaġġi?", "Ejja nagħtik il-benefiċċju tad-dubbju, Eċċellenza, li ma kontx taf, però 24 siegħa ilu sirt taf.", "Għaliex ma ddiżassoċjajtx ruħek?", "Issa ndur lejn il-Prim Ministru li jmexxi Gvern falz, li kien qal daqshekk aħmar u blu, daqshekk politika ta' tribù, daqshekk aħna u huma, se jmexxi gvern umli u daqshekk politika ta' firda.", "Imma dawn x'inhuma?", "Iva jew le, Prim Ministru, tirrikonoxxi li dawn huma hate groups?", "Iva jew le, Prim Ministru, taqbel ma' min f'dawn il-gruppi membru miegħek fih, feraħ bil-qtil ta' omm u ġurnalista?", "Iva jew le, Prim Ministru?", "U inti taf li dan jammonta għal cyberbullying?", "Iva jew le, Prim Ministru, Gvern liberali jmexxi social media lynching?", "Iva jew le, Prim Ministru, taf li membru u membri f'dawn il-gruppi jheddu u jistigaw għall-vjolenza fiżika?", "Iva jew le, Prim Ministru, se tiddisassoċja ruħek pubblikament minn dawn il-gruppi u l-kliem ta' mibegħda li fihom?", "Iva jew le, Prim Ministru, taqbel li jixxerrdu dettalji personali ta' attivisti tas-soċjetà ċivili biex jiġu intimidati bi ksur tal-liġi?", "Iva jew le, Prim Ministru, inti li sa ftit tas-snin ilu ġejt f'din il-Kamra u għedtilna li fi stat sekulari m'għandux jindaħal xi jsir fil-kamra tas-sodda, fil-ħajja privata tan-nies, se tikkundanna lil min fost sħabek xerrdu messaġġi sigrieti ta' mibegħda kontra mara għas-sempliċi fatt li toħroġ ma' wieħed mit-tfal ta' Daphne?", "Se tieħu passi, Sur Prim Ministru, kontra l-uffiċjali pubbliċi li huma amministraturi ta' dawn il-gruppi ta' mibegħda?", "Prim Ministru, inti taf li qed tmexxi Gvern li qed jistiga attakki kontra ċittadini ta' pajjiżu stess?", "Jgħid li hu progressiv u liberali, iżda fil-moħbi jordna l-bojkott lil restaurant għax għen lis-soċjetà ċivili.", "Dan hu Gvern falz u Gvern kattiv.", "Dan Gvern pożittiv?", "Qatt ma kien hawn din il-kattiverja fil-politika.", "Jiftaħar li għadda l-Liġi tal-Istampa, imbagħad inkiss inkiss jagħmel din it-tyranny by stealth, u inti kompliċi, Sur Prim Ministru, għax qed tagħlaq għajnejk.", "L-aħħar appell tiegħi u nieqaf hawn.", "B'sinċerità u b'umiltà, Kap tal-Istat, nappellalek biex ma tibqax passiva, imma tintervjeni.", "Ejja nikkundannaw din it-tip ta' politika.", "Din mhijiex politika, din hija anti-politika, din tagħmel ħsara biss.", "Ma jistax ikun ikollna hate groups bis-sanzjoni, bil-permess tal-istat imħallsin minn flus pubbliċi biex inisslu l-mibegħda u l-vjolenza fiżika.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2018, bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru José Herrera.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – NEWSPAPER ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;", "Nefqa 2013 fuq Print Advertising - €19, 230.40", "Nefqa 2013 fuq Digital Advertising - €2,095.91", "Nefqa 2014 fuq Print Advertising - €32,626", "Nefqa 2014 fuq Digital Advertising - €4,333.90", "Nefqa 2015 fuq Print Advertising - €43,953.82", "Nefqa 2015 fuq Digital Advertising - €4,260.27", "Nefqa 2016 fuq Print Advertising - €35,559.79", "Nefqa 2016 fuq Digital Advertising - €3,769.26", "Nefqa 2017 fuq Print Advertising - €51,065.32", "Nefqa 2017 fuq Digital Advertising - €4,940.94", "Nefqa 2018 fuq Print Advertising - €24,695.43", "Nefqa 2018 fuq Digital Advertising - €1,255.29", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant fuq radio advertising fil-perjodu kkonċernat tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – PR U MEDIA EVENTS", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4885 u jgħid, mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali?", "Kemm kienet l-ispiża ta' kull attività?", "Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi?", "Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal?", "Kemm kienet in-nefqa totali ta' dawn l-attivitajiet?", "Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet?", "Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?", "Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f'tim ta' tmexxija għall-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "Ninformaha li l-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "Il-medja ta' spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4893 u tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "HELENA DALLI: Infurmata li 13-il Uffiċjal fis-Segretarjat tiegħi kellhom il-mobile telephone imħallas mill-Gvern bejn April 2013 u llum.", "In-nefqa globali fil-perjodu kkonċernat kienet ta' €36,380,07.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – MOBILE PHONES MĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4892 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li huma 17-il persuna fis-Segretarjat li għandhom il-kont tal-mobile phone imħallas mill-gvern minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.", "Dan huwa numru simili għal dak li kien hemm f'leġiżlaturi oħra preċedenti.", "L-ispiża minn April 2013 sal-lum fuq ħlasijiet ta' kontijiet ta' mobiles kienet ta' €250,601.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4899 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Inteprellant li hemm 6 persuni intitolati għall-mobile phone imħallas mill-Gvern (inkluż il-Ministru), u n-nefqa globali sa April 2018 hija dik ta' €8,155.11 (VAT eskluż).", "Din l-informazzjoni hija minn meta twaqqaf il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma minn Ġunju 2017.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4898 u tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "Interpellant li fil-leġiżlatura XII kien hemm 13-il persuna fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li kellhom mobile telephone mħallas mill-Gvern, filwaqt li fit-13-il leġiżlatura hemm erba' persuni.", "In-nefqa globali minn April 2013 s'issa hija ta' €73,058.26.", "Il-Ministru preżenti għadha ma ppreżentat l-ebda kont biex jitħallas lura l-ammont imħallas minnha.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4897 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm sitt persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern.", "In-nefqa globali minn April 2013 s'issa kienet ta' €240,489.72.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks, u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 huwa stess kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 294 u 4772.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks, liema lista tinsab fil-pussess tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni, u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 il-Prim Ministru kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien informat mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata skont il-Kap 50 tal-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali.", "REĠISTRATUR TAL-KUMPANIJI – INFORMAZZJONI DWAR BENEFICIAL OWNERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba rċieva r-Reġistratur tal-Kumpaniji għal informazzjoni dwar beneficial owners, skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19), mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Ir-Registru tal-Kumpanniji għandu sistema elettronika fejn persuni eliġibbli bis-saħħa tar-regolament 7(1) jistgħu jingħataw aċċess elettroniku għar-reġistru tal-beneficial owners (kumpaniji waħda waħda).", "Għalhekk, m'hemmx għalfejn isiru talbiet individwali lir-Reġistratur tal-Kumpaniji biex tingħata informazzjoni dwar beneficial owners ta' xi kumpanija.", "Rigward talbiet għal informazzjoni minn persuni msemmija fir-regolament 7(2), ir-Reġistratur ma kellu ebda talba.", "REĠISTRATUR TAL-KUMPANIJI – TALBA MILL-KORP GĦAL ANALISI TA' INFORMAZZJONI FINANZJARJA (FIAU)", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners, skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 386.19), mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja (l-FIAU), iżomm statistika tan-numru ta' talbiet għall-informazzjoni li jkun għamel lil kwalunkwe entità, iżda t-tali statistika ma tinkludix informazzjoni f'kull talba.", "Barra minn hekk, meta l-FIAU jagħmel talba għal informazzjoni lir-Reġistratur tal-Kumpaniji, dan isir b'mod ġeneriku, u ċjoè billi tintalab kull informazzjoni li l-istess Awtorità jaf ikollha fuq il-persuna naturali jew legali li fuqha tkun saret l-istess talba.", "Għaldaqstant, il-Korp m'għandux statistika miżmuma b'mod li l-informazjoni mitluba fir-rigward ta' beneficial owners tista' tingħata.", "REĠISTRATUR TAL-KUMPANIJI – TALBIET MILL-KUMMISSARJU TAT-TAXXI INTERNI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Kummissarju tat-Taxxi Interni lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners, skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 386.19), mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li uffiċjali fid-Direttorat tal-Investigazzjonijiet u Osservanza fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi għandhom aċċess dirett għad-data u informazzjoni dwar beneficial owners tal-kumpaniji reġistrati Malta, u għalhekk mhux il-każ li jsiru talbiet lir-Reġistratur tal-Kumpaniji f'dan is-sens.", "REĠISTRATUR TAL-KUMPANIJI – TALBIET MILL-KORP TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għamel il-Korp tal-Pulizija lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners, skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 386.19), mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija m'għamel l-ebda talba lir-Reġistratur tal-Kumpaniji sabiex jikseb informazzjoni dwar beneficial owners skont dak pprovdut fir-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 386.19) bejn l-1 ta' April 2018 u s-7 ta' Mejju 2018.", "KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA – MIŻURI/INIZJATTIVI GĦAT-TNAQQIS TA' EMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-miżuri jew inizjattivi (jiġu elenkati waħda waħda b'mod separat) li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħa bejn l-2013 u l-2018 sabiex l-istess kunsill żamm mal-obbligi tiegħu b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-lokalità tal-Mellieħa, u li kienu elenkati fir-rapport li kien ħareġ l-istess f'dokument (Żvilupp Sostenibbli fil-Mellieħa) fl-2009 – 2010, kif ukoll obbligi oħra li joħorġu mill-ftehim (Convenant of Mayors) li l-Mellieħa hija waħda mill-kunsilli madwar id-dinja firmatarji ta' dan l-istess ftehim?", "OWEN BONNICI: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA – DOKUMENTI GĦAL ŻVILUPP SOSTENIBBLI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li kien nieda u kkummissjona l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2009/2010, liema dokument kien iffinanzjat minn skema tal-Gvern Ċentrali ta' dak iż-żmien u li kien jittratta dwar żvilupp sostenibbli fil-lokalità tal-Mellieħa?", "OWEN BONNICI: Id-dokument tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, hekk kif ipprovdut mill-istess Kunsill, tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ – INIZJATTIVI SOSPIŻI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ tinsab sospiża u jekk, allura għal din is-sena, hux se jkunu allokati fondi u youth workers għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ li jixtiequ u jridu li jitwaqqfu?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KUNSILLI LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ – GĦOTJIET TA' FONDI SOSPIŻI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jekk l-għotjiet tal-fondi għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ġew sospiżi, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni, u kif din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lill-Kunsilli Lokali?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KUNSILL LOKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ – TIBDIL FUQ INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Fir-riforma tal-Kunsilli Lokali li l-proċess tagħha għaddej f'dawn il-ġranet, jista' l-Ministru jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel tibdil fuq l-inizjattiva Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ u, jekk iva, jista' jindika minn kien involut fil-proċess ta' konsultazzjoni dwar is-suġġett?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux ser isiru tibdiliet li jaffettwaw negattivament il-ħidma tant tajba tal-Aġenzija Żgħażagħ.", "KUNSILLI LOKALI – ĦRUĠ TA' WHITE PAPER DWAR RIFORMI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika meta mistennija toħroġ il-White Paper dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali, u kemm mistenni jingħata żmien għall-konsultazzjoni ġaladarba toħroġ din il-White Paper?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-White Paper dwar ir-Riforma tal-Gvern Lokali ser tkun qed toħroġ hekk kif jiġu fi tmiemhom il-konsultazzjonijiet interni, u ser ikun qed jingħata perjodu ta' madwar sitt ġimgħat għall-konsultazzjoni pubblika.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – APPOINTMENTS ĠODDA LILL-ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum, f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex, kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema?", "X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments?", "F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIPARTIMENTI U ENTITAJIET – KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina dwar impjegati minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'kien l-eżitu ta' kull każ?", "F'kull każ, x'kien il-grad tal-impjegat involut?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "IS-SIĠĠIEWI – TRIQ L-IMDINA – ŻVILUPP TA' AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – FETĦA FIL-BLAT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-fetħa fil-blat (ritratt qed jingħata separatament) li dehret waqt ix-xogħlijiet fis-sit fejn qed isir l-iżvilupp ta' akkomodazzjoni soċjali fi Triq l-Imdina fis-Siġġiewi?", "Jista' jagħti x'informazzjoni għandhom il-periti dwar din il-fetħa u x'assessjar għamlu?", "(Ritratt anness fl-aħħar tad-dokument)", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-fetħa fil-blat li tidher fir-ritratt mehmuż, hija waste water gallery tal-Water Services Corporation.", "Qed isiru surveys mill-Water Services Corporation biex ikun stabbilit l-aħjar mod kif għandna nipproċedu.", "IL-MOSTA – CASA ARKATI – BUS SHELTER", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter qrib 'Casa Arkati' fil-Mosta peress li diversi anzjani ma jistgħux jinżlu lejn darhom minħabba li l-bus shelter li hemm jinsab 'il bogħod u f'telgħa li jaqta' qalb l-anzjani?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.", "AĠENZIJA SAPPORT – SERVIZZ STAR 25", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4978, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qed jirċievu dan is-servizz Star 25, u x'għandhom jagħmlu dawk il-ġenituri jew carers li għandhom adulti li jbatu minn diżabilità intellettwali severa biex jirċievu dan is-servizz?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi, preżentament, is-servizz Star 25 offrut mill-Aġenzija Sapport jingħata lil għaxar klijenti, waqt li ħames klijenti oħra jinsabu fil-fażi tat-tranżizzjoni, sabiex jibdew jibbenefikaw mis-servizz ukoll.", "Ġenituri jew Carers li jixtiequ jirreferu għal dan is-servizz offrut, għandhom jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Sapport sabiex isir l-assessjar meħtieġ.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuwa l-ammont totali ta' flus dovuti lill-Gvern minn pazjenti mhux Maltin f'din il-Leġiżlatura?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5048.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Billi l-uġigħ kroniku huwa problema serja globali fejn huwa stmat li tolqot wieħed minn kull ħames adulti fl-Ewropa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'qed isir f'pajjiżna biex ikollna kura adekwata (bħas-servizz tal-Pain Management Clinics) u trattament aħjar għall-immaġġinar tal-uġigħ?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal-Anestesija, Kura Intensiva u l-Immaniġġar tal-Uġigħ joffri formalment servizzi għall-immaniġġar tal-uġigħ kroniku.", "Preżentament, hemm erba' konsulenti li joffru servizz għall-immaniġġar tal-uġigħ kroniku.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, konsulent ġdid li għandu taħriġ u esperjenza xierqa fil-qasam huwa mistenni jibda' jagħti servizz f'dan id-Dipartiment.", "Dan mistenni jkompli jżid il-proviżjoni tas-servizz.", "Is-servizzi pprovduti jinkludu: outpatient clinics regolari, u dawn jinkludu ukoll pain clinic relatata mal-onkoloġija, kif ukoll sessjonijiet fit-theatre għall-interventi.", "Fl-Outpatient Clinics, il-pazjenti ssirilhom vista u jitfassal pjan ta' trattament li jista' jinkludi trattament permezz ta' mediċini, interventi psikoloġiċi, fiżiċi jew interventional procedures.", "Għall-pazjenti li jkollhom bżonn xi interventional procedure hemm sessjonijiet apposta li jsiru fit-theatre.", "Dawn il-proċeduri jinkludu varjetà ta' infiltration techniques, neuroablation u neuromodulation.", "L-Uffiċċju tat-Trattamenti Speċjalizzati fi ħdan l-uffiċċju tat-Tabib Ewlieni jagħmel arranġamenti ħalli jinġieb Konsulent mill-Ingilterra li huwa speċjalizzat biex jittratta l-uġiegħ kroniku minn ġewwa.", "Dan il-konsulent jiġi Malta bejn ħdax u tlettax-il darba fis-sena, fejn jiġu organizzati clinics u procedures ġewwa Mater Dei.", "Fis-sena 2017, dan il-konsulent ġie Malta 11 il-darba, għamel vista lil 170 pazjent fil-klinika, u għamel proċedura fuq 102 pazjent.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Klabb 3–16?", "Kemm minnhom qed jibbenefikaw mis-sussidju fi ħlas għal dan is-servizz?", "X'għandhom jagħmlu ġenituri foqra biex jibbenefikaw minn dan is-sussidju?", "X'servizzi qed jingħataw lill-istudenti li qed jattendu l-Klabb 3–16?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li n-numru ta' tfal li qed jattendu l-Klabb 3-16 huwa ta' 1,733.", "Il-ġenituri jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna għal dan is-servizz, kemm mill-iskema interna tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES), li minnha jibbenefikaw 6 itfal, kif ukoll minn Scheme 9: Social Funds for Students in Difficulty, amministrata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u li minnha jibbenefikaw 32 tfal.", "L-iskema ta' sussidju tal-FES hija miżura maħsuba biex toffri għajnuna lil ġenituri li huma responsabbli tat-trobbjia ta' tfal bejn it-tliet snin u s-sittax-il sena.", "Din l-iskema tipprovdi sussidju għal perjodu ta' sena fuq is-servizz ta' wara l-ħin tal-iskola, Klabb 3-16.", "Għall-fini ta' din l-iskema, \"ġenituri\" tfisser il-ġenituri naturali kif ukoll ġenituri bil-kustodja ta' orfni, foster carer li jkun il-kuranti b'affidament approvat skont l-Att dwar il-Foster Care, ġenitur bi żwieġ ieħor u ġenitur adottiv skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).", "Skont l-istess att, \"ġenitur singlu\" tfisser ġenitur li jkun romol, separat (sew de facto jew de jure), divorzjat jew mhux miżżewweġ li jkun waħdu u għal kollox responsabbli li jżomm u jrabbi lil uliedu dipendenti li ma jkunux għalqu t-tmintax-il sena.", "Persuni eliġibbli huma:", "· Persuna li tattendi edukazzjoni u taħriġ fil-ħinijiet li fih jingħata s-servizz tal-Klabb 3-16 biex tkun tista' tibda taħdem;", "· Persuna li ser tidħol fid-dinja tax-xogħol u li l-impjieg ikun fil-ħin tas-servizz;", "· Persuna b'persuna dipendenti li għandha mard serju jew diżabbiltà u li tixtieq tidħol fis-suq tax-xogħol;", "· Is-sussidju jista' jingħata għal dawk il-ġenituri li jkunu riferuti minn aġenziji jew professjonisti oħra.", "Il-benefiċjarji tal-miżura taħt Skema 9 huma studenti fl-iskejjel primarji tal-Istat fl-età minn 3 sa 10+ snin, li ġejjin minn familji li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet soċjo-kulturali u/jew soċjo-ekonomiċi.", "Is-servizz li jingħata lill-istudenti li qed jattendu l-Klabb 3-16 huwa wara l-ħin tal-iskola bejn is-2 u s-6 ta' filgħaxija.", "Waqt dan is-servizz, it-tfal jagħmlu l-homework mal-homework tutors, u wara jkollhom attivitajiet sportivi jew inkella attivitajiet b'tema edukattiva però informali, bħal logħob edukattiv, attivitajiet ta' xjenza, tagħlim ta' lingwi barranin (FLAP), jew programmi kulturali (LAPSI).", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5552 u jgħid kemm iżżomm flus l-ARMS Ltd biex tiċċekkja meter, u kemm hu l-ħlas lil ARMS Ltd biex taqleb l-isem ta' fuq min hu l-meter?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li fil-każ tad-dawl hemm ħlas dovut lill-Enemalta ta' €70 li, f'każ li l-arloġġ ma jinstabx jaħdem kif suppost, jiġi rifuż.", "Filwaqt li fil-każ tal-ilma, il-ħlas dovut lill-Water Services Corporation hu ta' €11.65.", "Ta' min jgħid li dawn il-ħlasijiet ilhom fis-seħħ sa minn qabel ma ġiet imwaqqfa ARMS Ltd min Gvern preċedenti.", "Il-ħlas ta' €4.66 huwa mitlub biex wieħed ikun jista' jaqleb il-meter minn fuq isem għal ieħor.", "Dan dejjem jekk il-post fejn hemm il-meter stallat ikun il-proprjetà ta' min ser jieħu l-meter fuqu.", "Hemm ukoll il-kundizzjoni li biex isir it-trasferiment, kull kont pendenti irid jitħallas qabel ma jsir it-trasferiment.", "Fil-każ li l-persuna li ser tieħu l-meter fuq isimha ma tkunx is-sid tal-proprjetà tkun trid titħallas ukoll garanzija (depożitu) ta' €466, liema garanzija (depożitu) jitħallas lura lill-persuna wara li toħroġ mill-proprjetà.", "Dan dejjem wara li jinqatgħu l-kontijiet pendenti.", "ARMS LTD – RATA GĦOLJA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5553 u jgħid kemm hawn familji li jħallsu lill-ARMS Ltd bir-rata ogħla domestika?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li r-rata hekk imsejħa 'Domestika' qiegħda għal dawk l-istallazzjonijiet fi proprjetajiet li ma jkunux ir-residenza prinċipali tal-persuna/i. Hija però r-responsabbiltà tal-familji kkonċernati li jinformaw lill-ARMS bin-numru ta' persuni li joqogħdu fil-proprjetà, tant li din il-proprjetà tibda titqies bħala 'Residenzjali'.", "Fid-dawl ta'dan, l-ARMS ma tistax tkun taf kemm hemm \"familji li jħallsu lill-ARMS Ltd bir-rata ogħla domestika\".", "Huma r-residenti fil-proprjetà li jridu jinformaw lill-ARMS jekk u meta l-proprjetà għandha tibda titqies bħala 'Residenzajli'.", "Dan billi jimlew il-formola H.", "ARMS LTD – KONTIJIET – KWOTA MAQSUMA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5550 u jgħid għalfejn, meta l-ARMS Ltd qed tibgħat il-kontijiet, qed taqsam il-kwota intitolata għal kull kont minflok ma tagħtiha kollha abbażi ta' konsum kumulattiv skont il-liġi?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-ARMS baqgħet tuża l-istess sistema ta' pro-rata bħal ma kienet tintuża sa minn ħafna qabel ma kienet teżisti l-istess ARMS, u kif definit fir-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Ilma u fir-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku.", "ARMS LTD – INTERESSI GĦALL-ĦLAS TA' KONTIJIET PENDENTI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5551 u jgħid kemm iżżomm interessi l-ARMS Ltd meta konsumaturi jdumu ma jħallsu l-kontijiet?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li konsumaturi li ma jħallsux il-kontijiet kurrenti fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid-data speċifikata fil-kont jiġu debitati interessi bir-rata ta' 6% fis-sena għall-aħħar 30 jum u għal kull jum addizzjonali.", "Ta' min jgħid li din ir-rata ilha fis-seħħ sa minn qabel ma ġiet imwaqqfa ARMS Ltd. minn Gvern preċedenti, u r-rata applikata dejjem baqgħet dik ta' 6% fis-sena.", "IL-PITKALIJA – ĦINIJIET TA' FTUĦ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid uffiċjalment x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Pitkalija fil-preżent?", "Sabiex bidwi jidħol qabel il-ħin stipulat mill-istess regolamenti ta' dħul ta' bdiewa fil-Pitkalija, jista' jgħid kemm-il permess ħareġ għal dan il-għan f'Jannar 2018, Frar 2018, Marzu 2018 u April 2018?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' pitkala li għandhom il-permess li jkollhom trakkijiet tal-friża fil-Pitkalija?", "Min huma dawn il-pitkala u x'inhu n-numru ta' trakkijiet tal-friża li għandhom il-permess biex jidħlu fil-Pitkalija?", "Interpellant li l-ftuħ uffiċjali tal-Pitkalija huwa s-segwenti:", "It-Tnejn u l-Ħamis", "Bdiewa Għawdxin jidħlu mill-4.30 a.m. 'il quddiem", "Bdiewa Maltin jidħlu mill-5.00 a.m. 'il quddiem", "It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa", "Bdiewa Għawdxin u Maltin jidħlu mis-7.00 a.m.'il quddiem", "Mill-1 ta' Jannar 2018 sal-aħħar t'April 2018 ma nħareġ l-ebda permess sabiex bidwi jidħol qabel il-ħin tal-ftuħ stipulat.", "M'hemm l-ebda regolament li l-pitkala huma obbligati jirreġistraw il-vetturi tax-xogħol tagħhom, u għalhekk din l-informazzjoni ma tinżammx.", "BEJJIEGĦA TAL-MONTI TAL-BELT VALLETTA U TAR-RABAT GĦAWDEX – KUMPENS", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5206 u jgħid xi pjanijiet hemm li jwasslu sabiex bejjiegħa fuq il-monti tal-Belt Valletta jkunu mogħtija kumpens biex jirtiraw il-permess tagħhom bħala bejjiegħa tal-Monti tal-Belt?", "Jista' jgħid xi pjanijiet hemm sabiex iwasslu li bejjiegħa tal-Monti li kienu jarmaw fil-Pjazza tat-Tokk fir-Rabat, Għawdex, ikunu mogħti kumpens biex ikunu mħajra jirtiraw il-permess tagħhom ta' bejjiegħa tal-Monti fil-post indikat?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm se jkun il-kumpens maħsub?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "IL-MOSTA – VJAL L-INDIPENDENZA U TRIQ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU – TWESSIGĦ TA' CARRIAGE WAY MAR-ROUNDABOUT", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 438, jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir it-twessigħ ta' carriage way madwar ir-roundabout f'tarf it-Triq il-Kungress Ewkaristiku u Vjal l-Indipendenza fil-Mosta sabiex it-traffiku jkun jista' jimxi aħjar mar-roundabout?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini mill-ġdid, u t-titjib fid-disinn, is-sigurtà u l-effiċjenza tar-roundabout indikata diġà ġie kkunsidrat u ppjanat peress li jifforma parti minn proġett aktar estensiv għall-bini mill-ġdid ta' Vjal l-Indipendenza.", "Fil-fatt, l-ewwel fażi ta' dan il-proġett, li tinkludi l-bini mill-ġdid tal-biċċa l-kbira ta' Vjal l-Indipendenza, tlesta fil-ġimgħat li għaddew.", "Il-periti ta' Transport Malta għaddejjin bit-tħejjijiet tal-fażijiet li jmiss, fosthom it-titjib tar-roundabout imsemmija, sabiex titwettaq fiż-żmien li ġej.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li l-kumpanija Gozo Channel takkwista r-raba' vapur?", "Fiex wasal il-proċess biex din il-kumpanija jkollha vapur ieħor?", "X'tip ta' vapur hu maħsub li jkun?", "Interpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari ngħatat waqt l-Aġġornament f'seduta numru 111 tal-bieraħ, 14 ta' Mejju 2018.", "SERVIZZ TA' MERKANZIJA BEJN GĦAWDEX U L-BELT VALLETTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li s-servizz tal-merkanzija bejn Għawdex u l-Belt Valletta jerġa' jibda, wara li issa ilu aktar minn sentejn li tneħħa?", "Tista' tgħid jekk il-wegħda li għamel il-Gvern li dan se jerġa' jiġi introdott f'qasir żmien hijiex se titwettaq issa li għaddew aktar minn sentejn li dan is-servizz twaqqaf?", "Interpellant li l-kumpanija qiegħda tipprovdi servizz alternattiv għall-ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Ċirkewwa bil-lejl bi prezz ridott.", "GĦAWDEX – FARM ROADS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Liema kienu dawn il-farm roads?", "Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road?", "X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road, u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – OVERTIME MAĦDUM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3405 u tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha, u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tipprovdi din iċ-ċifra globali separatament għal kull entità/dipartiment?", "Interpellant li t-tagħrif għal din il-mistoqsija parlamentari għadu qed jinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL KIRKOP – TRIQ IL-ĦAWĦ U TRIQ IL-LEWŻIET – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu jew se jkunu qed jittieħdu in vista ta' lmenti fi Triq il-Ħawħ u Triq il-Lewżiet f'Ħal Kirkop fir-rigward tal-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ li qed jaffettwa proprjetajiet privati?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet investigat il-każ żmien ilu u kien irriżulta li kien hemm ħsara fid-drainage house connection ta' proprjetà ta' terzi li kkaġunat żbroffi minn żmien għal żmien.", "Il-każ kien ġie riferut lid-Dipartiment tas-Sanità Pubblika peress li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom.", "Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser terġa' tispezzjona l-meded tat-triqat imsemmija permezz tac-CCTV biex jiġi aċċertat jekk żviluppawx xi ħsarat oħra.", "Jekk jirriżulta xi nuqqas fil-mains tad-drenaġġ, dawn ser jiġu indirizzati minnufih b'mod permanenti.", "Ritratt marbut mal-mistoqsija parlamentari numru 5654"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180515_112d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 16 ta' Mejju 2018", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni t-talba datata 16 ta' Mejju 2018 sabiex l-Onor.", "Edwin Vassallo jiġi reġistrat bħala skużat fil-minuti tas-seduta 111 tal-14 ta' Mejju 2018, is-Sedja laqgħet din it-talba u ordnat il-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduta msemmija.", "Nawgura lill-Onor.", "Edwin Vassallo fejqan ta' malajr.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 112, li saret fil-15 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-opinjoni motivata tal-Parlament Malti dwar il-Proposta COM(2018)147 għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti u dwar il-Proposta COM(2018)148 għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali, kif rakkomandata mill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u bil-qbil tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, li kienet se tintbagħat lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), magħmula mill-Onor.", "Hermann Schiavone, li attendiet il-Laqgħa tax-Xitwa tal-OSCE li nżammet fi Vjenna fit-22 u t-23 ta' Frar 2018.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – RADIO ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu fuq radio advertising minn Marzu, 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Nixtieq nistaqsi xi ħaġa lill-Ministru għall-Finanzi li żgur huwa aware tagħha, anke għaliex hija relatata mas-suġġett oriġinali.", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex fix-xahar t'April il-Bank Ċentrali ta' Malta ħallas aktar minn €100,000 f'pagamenti lill-kredituri tal-Bank Pilatus?", "Jista' l-Ministru jispjega jekk hemmx xi prassi jew xi policy li l-Bank Ċentrali ta' Malta jħallas lill-kredituri - u hawn irrid nenfasizza li fuq kredituri qed nitkellem u mhux fuq depożitaturi - ta' Pilatus Bank?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: L-ewwel nett irrid ngħid li din il-mistoqsija supplimentari m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija parlamentari oriġinali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħtini aktar informazzjoni nista' nindaga, però li naf hu li f'dik li hi superviżjoni, Pilatus Bank jaqa' taħt il-Malta Financial Services Authority (MFSA).", "Il-fatt li ċ-chairman li kien hemm f'Pilatus Bank tneħħa, li ġie magħżul a competent person kif ukoll li ħarġu regoli dwar x'jistgħu jagħmlu u x'ma jistgħux jagħmlu x-shareholders u d-diretturi, dan kollu ġara min-naħa tal-MFSA.", "Però jien m'għandix informazzjoni dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, ċjoè li l-Bank Ċentrali ta' Malta ta xi ħaġa lill-kredituri.", "Jekk stess saret xi ħaġa bħal din, din tkun saret bl-istruzzjoni tal-competent person, u jien ma nistax nimmaġina li ssir xi ħaġa mingħajr ma jkun jaf biha l-competent person.", "Issa jekk wieħed iħares lejn il-curriculum vitae ta' dan il-competent person isib li dan is-CV huwa impressjonanti mil-lat tal-esperjenza li hu għandu fuq dan ix-xogħol.", "Għalhekk jien noqgħod fuq il-kompetenza u l-kapaċità ta' dan il-competent person li jiddeċiedi hu fl-aħjar interess tal-Bank u m'għandix intenzjoni li nikkomplikaw il-problemi li jeżistu mil-lat finanzjarju.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ninsab informat li dalgħodu l-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbru xi inċentivi fiskali għal dawk l-istudenti li jixtiequ jkomplu l-istudju tagħhom f'livell ta' Masters u PhD. Għalhekk jista' l-Ministru għall-Finanzi jagħti aktar informazzjoni lill-Kamra dwar din l-iskema u anke dwar min jista' japplika u jgawdi minnha?", "Nixtieq inkun naf ukoll xi trid tagħmel persuna jew student li jkunu jixtiequ japplikaw għal din l-iskema.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Iva, Sur President, fil-fatt dalgħodu jien u l-Ministru Evarist Bartolo nidejna skema li ġiet imħabbra fil-Baġit għal din is-sena u li nistgħu nħarsu lejha kompletament bħala investiment fil-pajjiż.", "L-investiment fl-edukazzjoni jfisser investiment fil-pajjiż għax minbarra labour force varjata, skills, kapaċitajiet u ħiliet diversi, il-pajjiż irid ikollu wkoll livell għoli ta' nies kapaċi bi professjonijiet importanti, fosthom fix-xjenza.", "Dan huwa kruċjali għall-pajjiż biex ikun jista' jkompli miexi 'l quddiem.", "Indikatur ewlieni għalina biex inkunu nafu jekk ilħaqniex dan il-livell huwa li naraw kemm hu l-persentaġġ tal-labour force li għandu postgraduate degrees, bħalma huma l-Masters u l-PhDs.", "Indikatur ieħor huwa n-numru ta' invenzjonijiet li jsiru permezz tal-industrija tar-research and development.", "Huwa għalhekk li l-Unjoni Ewropea talbet lil pajjiżna jagħmel target f'dan il-qasam għas-sena 2020.", "Aħna għamilna dan it-target ambizzjuż ħafna, dak ta' 2% tal-prodott gross domestiku.", "Fil-fatt għadna lura għax għadna wasalna sa 0.6%, però naħseb li għandna għal xiex inkunu fiduċjużi li nagħmlu avvanz kbir f'dak li huwa research and development.", "Irrid ngħid li din il-miżura baġitarja hija inċentiv fiskali li se tiġi tiswa lill-Gvern …", "Issa hawnhekk irrid ngħid li qed nitkellmu dejjem fuq stima għax ma nistgħux inkunu nafu kemm se jkun hemm aktar persuni li jieħdu l-inċentiv li jagħmlu l-Masters u l-PhD, imma żgur li dan hu inċentiv attraenti ħafna għax tajjeb ngħidu li kull min se jagħmel kors fil-Masters jew PhD, meta jibda jaħdem fil-każ ta' Masters se jieħu tax exemption fuq is-salarju kollu ta' dik is-sena u fil-każ ta' dottorat se jieħu tax exemption ta' sentejn.", "Sintendi għal dan se jkun hemm il-capping, u aħna hawnhekk qed nitkellmu fuq l-ewwel €60,000 salarju, li huwa capping ġeneruż.", "Naturalment fil-każ ta' dawk li jagħmlu l-Masters jew il-PhD part-time, is-somma stabbilita mil-lat ta' capping se tkun tirrifletti dan, għax altru li wieħed jitlaq mix-xogħol jew ikollu jissellef il-flus biex jagħmel id-degree u altru li wieħed jibqa' jaħdem matul il-ġurnata u jagħmel id-degree filgħaxija.", "L-iskop ta' dan l-inċentiv huwa l-investiment fil-pajjiż, u allura nisperaw li n-numru ta' dawk li jagħmlu l-Masters u l-PhD jiżdied, anzi huwa importanti għal pajjiżna li jiżdied.", "Aħna nixtiequ li n-numru ta' żgħażagħ li jiggradwaw u jagħmlu d-degrees jiżdied, iżjed u iżjed għal dawk li huma postgraduate.", "Biex inkunu ċari u ma jkunx hemm konfużjoni, tajjeb ngħid li kull min iggradwa mill-għada ta' dak il-Budget Speech li għamilt f'Ottubru tas-sena l-oħra jista' jibbenefika minn dan l-inċentiv.", "Jien, bħala Ministru għall-Finanzi, flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol l-Onor.", "Evarist Bartolo, nawguraw li dan l-inċentiv jintlaqa' tajjeb u s-€6 miljuni li hemm ivvotati għal dan il-għan jittieħdu kollha għax fl-aħħar mill-aħħar, kif għedt diġà, dawn se jkunu jfissru investiment għall-pajjiż.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, ilbieraħ kien hemm mistoqsija parlamentari dwar il-lista ta' politically exposed persons (PEPs) Maltin li kienu inklużi fi Swiss Leaks.", "Issa kif jaf il-Ministru, il-Prim Ministru kien obbliga ruħu b'mod pubbliku li jippubblika din il-lista, imma lbieraħ il-Ministru għall-Finanzi wieġeb li din l-informazzjoni ma tistax tingħata għax inkella jkun qed jinkiser l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali.", "Imma peress li l-Att dwar is-Sigrieti Uffiċjali jgħid li ma tista' tittieħed l-ebda azzjoni jekk mhux bil-kunsens tal-Avukat Ġenerali, peress li l-Avukat Ġenerali huwa l-Avukat tal-Gvern u peress li l-Prim Ministru huwa klijent tal-Avukat Ġenerali, allura l-Ministru ma jidhirlux li m'hemmx lok li tiġi applikata din il-projbizzjoni?", "U jekk iva, minn fejn tirriżulta din il-projbizzjoni?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Fir-risposta li tajt għal dik il-mistoqsija parlamentari jien għedt dak li ddikjara l-Kummissarju tat-Taxxi, ċjoè li hu marbut bil-liġi tat-taxxa li ma jkunx jista' jsemmi ismijiet ta' dak u tal-ieħor, x'jaqla' dak u x'jaqla' l-ieħor u jekk wieħed huwiex f'dik il-lista jew mhuwiex.", "Dan x'qal hu, u aħna rridu nirrispettaw dak li qal.", "Però, having said that, aħna nistgħu nistaqsuh mistoqsijiet oħrajn b'mod ġeneriku bħal, pereżempju, kemm ġew investigati każijiet s'issa, fejn wasal ix-xogħol u mistoqsijiet oħrajn mingħajr ma jissemmew ismijiet partikolari, u hu jrid jirrapporta dik is-sitwazzjoni.", "Iżjed minn hekk m'għandix xi nżid.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Matul dawn l-aħħar ġimgħat rajna diversi rapporti fuq il-midja dwar ir-reġim tal-VAT fir-rigward tal-jottijiet u anke dak marbut mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Bħalma nafu, it-taxxa hija fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea.", "Huwa fatt magħruf li għalkemm it-tax avoidance mhijiex evażjoni tat-taxxa - hija evażjoni tat-taxxa b'mod leġittimu u legali - fid-dinja tal-lum lanqas din mhi qed tiġi aċċettata.", "Issa hawnhekk ma ninsewx li qed nitkellmu fuq corporation tax, u ċerti pajjiżi kbar fil-Kummissjoni Ewropea kemm jista' jkun jixtiequ li dawk il-pajjiżi li għandhom reġim ta' taxxa kompetittiva jgħollu l-livell jew ir-rati ta' taxxa fuq dawn il-kumpaniji ħalli huma ma jkunux anqas kompetittivi bil-konsegwenza li jkun hemm kumpaniji li jaħarbu mill-pajjiż u jistabbilixxu ruħhom f'pajjiż ieħor.", "Din aħna nifhmuha għax naturalment meta pajjiż li għandu taxxa għolja u li għandu settur pubbliku kbir bi spiża goffa, b'ineffiċjenza u b'burokrazija kbira jara pajjiżi bħall-Irlanda, Malta, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Belġju, li huma aktar kompetittivi, ir-risposta tagħhom tkun …", "Dawn mhumiex se jagħmlu bħal Trump li, nikkritikawh kemm nikkritikawh, għall-inqas meta ra l-andament ta' pajjiżu ddeċieda li jbaxxi t-taxxa f'pajjiżu ħalli l-kumpaniji Amerikani kbar jibqgħu l-Amerika u mhux imorru f'xi pajjiż ieħor.", "Ara dawn il-pajjiżi l-kbar mhumiex qed jagħmlu hekk imma qed jużaw lill-Kummissjoni Ewropea, qed jużaw l-agreements, qed jużaw il-pressure mill-midja kemm jista' jkun.", "Dan minbarra li hawn ħafna min-naħa l-oħra tal-Kamra li qed irewħu ħalli jkomplu jżidu l-kritika fuq pajjiżna għax iridu jbiddlu reġim ta' taxxa li hu legali, li hu aċċettat, li huwa approvat mill-OECD u li meta dħalna fl-Unjoni Ewropea ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li nkunu anqas kompetittivi.", "Dan minkejja li pajjiżna m'għandux ir-riżorsi li għandhom dawn il-pajjiżi imma għandu żvantaġġi kbar, u minkejja dan kollu aħna xorta rnexxielna naslu fejn wasalna.", "Issa l-mistoqsija li qed jagħmel l-Onor.", "Interpellant tirrigwarda t-taxxa tal-VAT fuq il-kiri tal-jottijiet.", "Il-liġi tal-VAT, li hija ċara daqs il-kristall, tgħid li meta wieħed jikri jott mill-Ewropa imma jmur bih barra mill-Ewropa u tul il-leasing jibqa' hemmhekk, huwa ma jħallasx VAT, filwaqt li jekk min-naħa l-oħra wieħed jagħmel nofs il-perjodu fl-ibħra Ewropej u nofs il-perjodu barra mill-Ewropa jħallas nofs ir-rata tal-VAT.", "L-ironija hija din li se ngħid.", "Ta' min jgħid li din il-policy hija pprattikata minn pajjiżi kbar bħalma huma Franza u l-Italja filwaqt li Ċipru u l-Greċja għandhom policy simili, u għalhekk Malta, biex ma toħloqx komplikazzjonijiet, ikkopjat dan il-mudell.", "Dan l-aħħar jien kelli bilateral meeting mal-Kummissarju Ewropew Moscovici fejn għedtlu ċar u tond li minn din l-istituzzjoni Ewropea aħna nistennew ġustizzja u level playingfield ma' kulħadd; ma nistgħux naċċettaw li tintbagħat ittra lill-Gvern ta' Malta jew lill-Gvern ta' Ċipru, għax huma pajjiżi żgħar, u ma tintbagħatx l-istess ittra lill-pajjiżi l-kbar li għandhom sistemi bħal tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan jien għedtu kemm bil-kliem kif ukoll bil-kitba, u r-risposta li tajna hija legali, fis-sens li dak li għamilna aħna għamilnieh b'mod tajjeb, b'mod legali u b'mod li jagħmel sens.", "Issa jekk dak li jkun iħallasx il-VAT bil-quddiem jew b'lura, dik għalissa hija irrilevanti, imma aħna fissirna kollox lill-Kummissjoni Ewropea u nistennew li din is-sistema li daħħalna fil-pajjiż għaxar snin ilu, informajna lill-Kummissjoni Ewropea dwarha, għamilna studju li ġie bbażat fuq din is-sistema li bnejna, u ġaladarba ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra jaqblu li din kienet sistema tajba u li anke l-industrija marittima hija ta' importanza kbira għal pajjiżna … Biżżejjed ngħid li minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' pajjiżna, anke biex tmur Sqallija trid tagħmel aktar żmien f'ibħra mhux territorjali, aħseb u ara biex tmur lejn Tuneż jew inkella n-naħat tat-Turkija.", "Għalhekk din kienet policy li tagħmel sens.", "Kif għedt diġà, aħna ktibna lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan, fissirnielha kollox, l-ittra bgħatnieha, id-deadline għadda xi ġimgħa ilu u issa qed nistennew ir-risposta min-naħa tagħha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Ġaladarba l-Ministru rrisponda mistoqsija fuq tax avoidance, jien nimmaġina li l-Ministru jaf li fi Frar li għadda l-Ministeru għall-Finanzi tal-Iżvezja ħareġ memorandum li fih ippropona li mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla pajjiżna jitneħħa minn dik li tissejjaħ \"white list\" għall-finijiet tat-trattament ta' taxxa ta' controlled foreign companies u jitpoġġa f'lista li hija kompletament eskluża mill-white list.", "Dan ifisser li aħna qed nitneħħew, jew għall-inqas qed jiġi propost li nitneħħew, mill-white list fejn l-income kollu ta' dawn il-kumpaniji huwa kompletament eżenti mir-regolamentazzjoni għall-finijiet ta' taxxa f'dak il-pajjiż.", "Issa għall-inqas mill-informazzjoni li għandi jirriżulta li m'hemm l-ebda pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea li huwa kompletament eżenti mill-white list.", "Għalhekk xtaqt li l-Ministru jgħidilna x'wassal mill-informazzjoni li għandu biex il-Gvern Żvediż jieħu din l-azzjoni, li safejn nista' nifhem jien hija azzjoni unilaterali.", "X'qed jagħmel il-Gvern biex din il-proposta titwaqqaf u tinbidel?", "Għax nifhmu li din il-proposta tagħmel ħsara kbira ħafna lil pajjiżna.", "U l-Gvern għamel impact assessment biex jara x'jistgħu jkunu l-effetti ta' deċiżjoni bħal din?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, naħseb li l-ewwel mistoqsija hija l-aktar waħda faċli, u fil-fatt jien niskanta kif l-Onor.", "Interpellant qed jagħmilha.", "Huwa staqsa x'wassal biex l-Iżvezja tħoss li pajjiżna mhux qiegħed igawdi reputazzjoni tajba.", "Jien naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaf biżżejjed bil-kampanja maħmuġa ta' fake news li telgħet … (Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "Bħalissa huwa l-Ministru għall-Finanzi li għandu dritt jitkellem.", "Ministru, tista' tkompli bid-diskors tiegħek, jekk jogħġbok.", "EDWARD SCICLUNA: Din il-kampanja ġiet mifruxa mad-dinja kollha permezz tal-Parlament Ewropew, permezz ta' żviluppi, hearings u debates biex inżommu l-ħin kollu … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ministru, ippermettili ftit jekk jogħġbok.", "Huwa faċli għalija li nżomm l-ordni.", "Jekk hawn xi ħadd irid iqum jitkellem joħroġ 'il barra jew inkella ngħidlu jien biex joħroġ 'il barra!", "Dik hija l-Ordni Permanenti tal-Kamra.", "Ministru, jekk jogħġbok, kompli bid-diskors tiegħek.", "Huwa faċli għalija li nżomm l-ordni!", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, jien attendejt aktar minn laqgħa waħda fil-Parlament Ewropew, u l-kumment li għaddew il-Membri Parlamentari Ewropej, ġabuh minn fejn ġabuh, kien assolutament fittizju u ma kienx jirrifletti r-realtà Maltija.", "(Interruzzjonijiet) Li tgħid li pajjiżna huwa stat mafjuż, speċjalment meta tara x'qed jiġri fil-pajjiżi ġirien tagħna … Żgur li l-Maltin u t-turisti li jiġu hawnhekk fin-numri kbar tagħhom mhumiex jaraw dawn l-affarijiet li qed jiġu vvintati!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Agius.", "Tħallinix nimxi b'mod differenti!", "EDWARD SCICLUNA: Itfa' t-tajn illum, itfa' t-tajn għada, u mbagħad tiġi tistaqsini għaliex l-Iżvezja qed tara li m'għadniex bojod?!", "Bħallikieku l-kampanja tagħkom m'għandhiex effett!", "Dan huwa l-effett tal-affarijiet li qegħdin tagħmlu, u din ilna ngħiduha!", "Qegħdin tiġu fi kliemna!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru, jekk jogħġbok.", "Il-Ministru qed iwieġeb mistoqsija supplimentari, u allura biex jiġi mwieġeb min għamel xi mistoqsija supplimentari ma għandux jgħaddi kummenti.", "(Interruzzjonijiet) Onorevoli, jekk jogħġbok diġà sikkittek!", "Min irid jimxi b'mod differenti, allura mhux problema, nimxu skont ir-regolamenti tal-Kamra!", "Tista' tkompli, Ministru.", "EDWARD SCICLUNA: Ovvjament kien hemm affarijiet oħrajn.", "M'hemm l-ebda dubju li aħna rnexxielna niġbdu lejn pajjiżna lil dawk il-kumpaniji kollha Svediżi li qegħdin jagħmlu daqshekk profitt u suċċess fl-igaming industry.", "Ma naħsibx li huwa l-gost tagħhom illi l-Ministru għall-Finanzi Żvediża … Issa hawn ta' min jgħid li din hija ħabiba tiegħi, fis-sens li qegħdin fl-istess family group u niltaqgħu għall-business breakfast qabel ma jkollna l-Euro Group, imma naħseb li wieħed m'għandux jistagħġeb li jinqaras minn hemm u jinqaras minn hawn.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk intom kuntenti u qegħdin tidħku b'dawn l-affarijiet, jien m'iniex!", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru!", "Jekk jogħġbok!", "Onorevoli, jekk jogħġbok!", "Ministru, kompli bid-diskors tiegħek.", "EDWARD SCICLUNA: Qed jieħdu gost u kuntenti li l-kampanja tagħhom qed tagħmel effett!", "Issa ħalli niġi biex ngħid xi jrid jagħmel il-Gvern.", "Il-Gvern qed iżomm relazzjonijiet tajbin ma' dawn il-pajjiżi, u se jiġi l-waqt li jkolli meeting mal-Ministru għall-Finanzi Żvediża ħalli għall-inqas inkunu nistgħu … Hemm ħafna affarijiet komuni, u hemm aktar affarijiet x'jgħaqqduna milli x'jifirduna, speċjalment f'dik li hija strateġija għall-Euro zone.", "Għalhekk jien persważ li bil-kelma t-tajba, bid-diskussjonijiet u bin-negozjati se naslu biex finalment ineħħuna minn dik il-lista.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq nirriferi lill-Ministru għal rapport li deher fil-ġurnal Times of Malta tal-10 ta' Mejju fejn hu stess kien ġie kkwotat jgħid li minn 9,900 impjieg li ġew maħluqa f'pajjiżna fl-2017, minn dawn, 8,690 kienu fis-settur privat.", "Minn dan l-istess artiklu jirriżulta wkoll li meta wieħed iqabbel ix-share tas-settur pubbliku ma' dak privat isib li filwaqt li fl-2011 kien ta' 30%, fl-2017 dan niżel għal ftit anqas minn 24%.", "Ovvjament dan ifisser li l-ekonomija tagħna qed tkompli toħloq ħafna aktar impjiegi fis-settur privat.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'miżuri se jkompli jieħu dan il-Gvern sabiex ikompli jistimula s-settur privat f'pajjiżna u jkompli joħloq l-impjiegi?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: M'hemm l-ebda dubju li din l-istatistika tifqa' bużżieqa li l-Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra dejjem ipprovaw jonfħu dwar is-settur pubbliku!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Huma dejjem iħossu li there must be something wrong biex qed ikun hemm dan is-suċċess kollu.", "Għall-ewwel kważi kienu jridu jikkonvinċu lil kulħadd li l-qgħad għad irid jikber, u aħna konna nitolbuhom jistennew ftit ħalli jaraw li meta l-ekonomija tibda tingrana, ir-rata tal-qgħad tibda nieżla, kif fil-fatt għamlet għax baqgħet nieżla u kif se jkompli jiġri - (Onor. Membri: Hear, hear) - għax kull rapport li għaddielna kemm l-IMF kif ukoll ir-rating agencies kollha kelma waħda, li dan it-tkabbir mhuwiex wieħed short-term imma huwa tkabbir sostenibbli, huwa tkabbir reali u huwa tkabbir on the ground.", "Issa meta xi ħadd fil-qasam tal-istatistika jew fil-qasam tal-ekonomija jibdew jiġuh id-dubji dwar dan is-suċċess u jibda jaħseb li hemm xi żball … Għax ġieli ssib lil min jgħidlek: Imma dan kollu huwa reali?", "Possibbli li l-ekonomija qed tikber b'6%fis-sena?!", "Jien inweġibhom billi ngħidilhom: Ħarsu on the ground!", "Il-figuri tan-numru ta' persuni li qed jaħdmu huma reali.", "Dawn huma persuni li joħorġu minn djarhom kuljum u jirkbu l-karozza tagħhom jew tal-linja biex imorru jaħdmu!", "Għalhekk m'hemm l-ebda dubju, m'hemmx għalfejn indexation jew deflators biex min-nominal tasal għar-real!", "M'għandekx għalfejn tgħodd il-flus!", "Ħares lejn in-nies ħerġin għax-xogħol, arahom jikbru fin-numru u meta tara figura bħal dik li ssemmiet, dik ta' eluf iżjed mis-sena ta' qabel, fejn kull sena din il-figura qiegħda dejjem tiżdied … Imma l-aktar ħaġa importanti hi li huwa s-settur privat li qiegħed jiġġenera dan ix-xogħol.", "Qabel, dejjem kien hemm dubju fuq is-Segretarjati, eċċ imma issa l-istatistika hija ċara u qed turi li l-ġid li qed jinħoloq f'pajjiżna ġej mis-settur privat.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-fondi li ngħatat kull skola primarja u sekondarja tal-Istat fis-snin 2016, 2017 u 2018, għall-mistoqsija parlamentari 5660.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2353.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2354.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, illum waranofsinhar sar il-funeral ta' personalità f'pajjiżna li matul ħajjitha ġabet xi ftit tbissim mhux ħażin fuq l-uċuħ tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Qed nirriferi għal Charles Thake, li miet fl-età ta' 90 sena.", "Għalhekk din il-Kamra tixtieq tieħu l-okkażjoni biex issellimlu, u f'isem l-Oppożizzjoni nixtieq nagħti l-kondoljanzi lill-familja tiegħu, speċjalment lit-tfal tiegħu Maryanne, Martin, Peter, Maronia, Stephen, John u David.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Aħna min-naħa tal-Gvern nixtiequ ningħaqdu mal-Oppożizzjoni biex nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tal-mibki Charles Thake.", "Jien ukoll naf ħafna mit-tfal tiegħu, u fil-fatt wieħed minnhom huwa anke kollega tiegħi għax jaħdem bħala tabib fl-Isptar Mater Dei.", "Naf li t-telfa ta' missier tkun dejjem telfa kbira, u għalhekk għal darb'oħra nixtieq nerġa' nestendi l-kondoljanzi lill-familjari, lill-qraba u lill-ħbieb tiegħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tixtieq tingħaqad mal-Oppożizzjoni u man-naħa tal-Gvern u testendi l-kondoljanzi tagħha.", "Fil-fatt is-Sedja għamlet kuntatt mal-familjari tiegħu wkoll.", "Jien kont naf lil uħud minn uliedu, fosthom lil Martin u lil Peter.", "Charles Thake kien bniedem li ferraħ lil ħafna nies u dejjem żamm il-valuri tiegħu sodi fis-soċjetà Maltija.", "Se ngħid lill-Iskrivan tal-Kamra biex jgħaddi kopja ta' dawn il-ħsibijiet lill-membri tal-familja tiegħu.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-UŻU TAD-DATA, TAR-REĠISTRU", "TAL-ISMIJIET TAL-PASSIĠĠIERI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal- Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja\" jiġi moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-AMBJENT", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Mejju, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: L-ewwel nett nixtieq ningħaqad mal-kollegi sħabi ta' din il-Kamra billi nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familjari ta' Charles Thake għat-telfa tal-għażiż missierhom.", "Kif jaf kulħadd, illejla se nkunu qed nitkellmu dwar kif art tal-gvern tista' tgħaddi lill-NGOs u lill-kunsilli lokali għall-protezzjoni u t-tisbiħ tal-ambjent, però l-ewwel nett nixtieq nitkellem fuq it-tniġġis tal-ambjent ta' madwarna minħabba attitudni u mġiba li hi ta' min jistkerrahha.", "Ma rrid nipponta subgħajja lejn ħadd, u ma għandi l-ebda ħsieb li ndawwar din l-issue f'xi ballun politiku lanqas, però hawnhekk ma nistax ma nagħmilx riferenza għall-att krudili li sar fil-konfront ta' uffiċjal tal-pulizija, il-kuntistabbli Simon Schembri.", "Minn hawnhekk nixtieq nuri s-solidarjetà tiegħi kemm miegħu kif ukoll mal-familja tiegħu wara dak li għadda minnu lbieraħ waqt li kien qed jaqdi dmiru.", "Dan il-kuntistabbli ġie attakkat bl-aktar mod viljakk u brutali li wieħed jista' jimmaġina, u dan sempliċement għax kien qed jaqdi d-doveri tiegħu biex jissalvagwarda lilna, li nużaw it-toroq tagħna.", "Dan l-attakk lili nissilli rabja kbira u nistqarr li ma stajtx saħansitra norqod.", "Għax kif tista' torqod meta ġġib quddiem għajnejk minn xiex għadda dan il-kuntistabbli u l-familjari tiegħu?", "Illum il-ġurnata lanqas biss jgħaddilek minn moħħok li dak li għadda minnu dan l-individwu jgħaddi minnu annimal, aħseb u ara uman!", "Meta kont għadni żgħir, jien kont niġi mgħallem li għandha tiġik sudizzjoni mill-Pulizija, għandha tiġik sudizzjoni mill-għalliema u għandha tiġik sudizzjoni minn dawk kollha li huma akbar minnek.", "M'iniex qed ngħid li wieħed għandu jħoss sens ta' biża' minn dawn in-nies, imma żgur li għandna nġibulhom rispett u gratitudni talli jkunu qed jagħtu servizz lilna kif ukoll lil pajjiżna.", "Madankollu, sfortunatament illum il-ġurnata dan ir-rispett spiċċa għal kollox u niżel fl-aktar livell baxx li huwa immaġinabbli.", "Ma jistax ikun li raġel jew mara li għandhom it-tfal u li għandhom ukoll il-ġenituri joħorġu filgħodu biex jaqilgħu l-ħobża tagħhom ta' kuljum u biex jipproteġu lilna ċ-ċittadini u mbagħad jiġu stmati u maltrattati b'dan il-mod.", "Meta nisma' b'dawn l-affarijiet li qed isiru f'pajjiżna kważi kważi nibda nistħi ngħid li jien Malti għax dan l-atteġġjament huwa wieħed ta' diżrispett mhux biss lejn il-persuna li ssofri l-azzjoni imma lejn il-pajjiż kollu.", "Għalhekk aħna, li nirrappreżentaw lill-poplu Malti u Għawdxi minn dan il-bini tal-Parlament obbligati li nkomplu nilleġiżlaw biex affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġu ripetuti għax min wettaq din l-azzjoni huwa ta' theddida kemm għalina kif ukoll għall-komunità li ngħixu fiha.", "Aħna fid-dmir li naraw li jsir dak kollu neċessarju biex lill-uffiċjali pubbliċi, fosthom lill-kuntistabbli Schembri, nagħtuhom il-protezzjoni kollha neċessarja waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Kif għedt diġà, Sur President, fl-aħħar mill-aħħar dawn in-nies qed jagħtuna servizz, u allura aħna rridu nuru rikonoxximent lejn is-servizz li qegħdin jagħtuna.", "Nistgħu ngħaddu elf liġi minn dan il-Parlament u nistgħu nsaħħu l-ambjent ta' madwarna kemm irridu, però jekk m'aħniex se nnaddfu l-arja li nieħdu n-nifs minnha minn dawn it-tip ta' nies u minn din it-tip ta' attitudni diżgustanti, dan il-pajjiż qatt mhu se jkun jista' jieħu r-ruħ.", "Il-bonordni u r-rispett lejn il-liġi kif ukoll lejn min jinforzaha għandha tkun ta' prijorità għal dan il-Parlament.", "Problema oħra li qed tniġġes l-arja u li qed tirvina l-ambjent ta' madwarna hi s-sitwazzjoni tat-traffiku f'pajjiżna, sitwazzjoni bla preċedent li sfortunatament aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tiggrava.", "Però llum, Sur President, aktar milli nitkellem fuq problemi, aktar nixtieq nitkellem fuq is-soluzzjonijiet li hemm bżonn li l-Gvern jimbarka fuqhom kemm jista' jkun malajr biex din is-sitwazzjoni tat-traffiku tiġi rranġata bl-aħjar mod possibbli.", "Hemm proposti long-term filwaqt li hemm oħrajn short-term, però biex intaffu din il-problema fl-immedjat hemm diversi proposti li jistgħu jiġu mwettqa.", "Pereżempju, waħda minnhom hija dik li tibda tingħata informazzjoni dak il-ħin stess dwar kif ikun it-traffiku f'ċerti żoni ħalli min ikun qed jivvjaġġa jkollu forecast eżatt tal-vjaġġ li jkun qed jagħmel billi kemm jista' jkun ma jgħaddix minn dawk l-areas li fihom dak il-ħin ikun hemm konġestjoni ta' traffiku imma juża toroq alternattivi.", "Wara kollox l-istruttura biex dan isir diġà teżisti għax ftit snin ilu Malta, permezz tal-proġett \"Modus\", kienet ibbenefikat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u ġew installati tabelli diġitali kif ukoll CCTVs.", "Ingħataw saħansitra fondi biex isir ċentru ta' monitoraġġ tat-traffiku f'pajjiżna, u għalhekk hemm bżonn li l-apparat li għandna jibda jintuża għall-iskop li dawn il-flus ġew investiti għalihom, jiġifieri biex it-traffiku f'pajjiżna jiġi monitored bil-għan li jekk ikun hemm triq li fiha ċertu volum tat-traffiku, ir-road users tagħna jiġu avżati b'dan minn qabel u allura fejn ikun possibbli jużaw rotot alternattivi.", "Irridu ninvestu wkoll fl-edukazzjoni ta' wliedna biex minn età żgħira nderruhom jaħsbu f'mezzi alternattivi tat-trasport fosthom, pereżempju, f'użu akbar mir-roti.", "Hemm bżonn issir aktar promozzjoni anke għal car sharing jew car pooling.", "Diġà hemm ċerti inizjattivi f'dan ir-rigward, però naħseb li għandhom jiżdiedu aktar biex ikun hemm aktar nies li jitħajru jużaw metodi bħal dawn meta jkunu jridu jivvjaġġaw minn post għall-ieħor.", "Bla dubju ta' xejn għandu jsir aktar użu mit-trasport pubbiku.", "Illum il-ġurnata tifel jew tifla minn erba' snin sa 16-il sena jħallsu biex jużaw it-trasport pubbliku, però fl-opinjoni tiegħi dan is-servizz għandu jingħata b'xejn mill-età ta' erba' snin sa 20 sena b'xejn għal kulħadd għal min qiegħed f'din l gap.", "Għandha tittieħed ukoll inizjattiva li jkun hemm rotot diretti għal dawk il-lokalitajiet li huma frekwentati minn volum kbir ta' nies, fosthom Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan u l-Belt Valletta.", "B'dan il-mod jitnaqqas it-tul tal-ħin tat-traġitt u allura b'hekk awtomatikament tkun qed tħajjar lil ħafna aktar nies jirrealizzaw li biex imorru f'dawn il-lokalitajiet ikun jaqblilhom imorru b'tal-linja - litteralment ikun każ li \"b'Tal-Linja Jaqbillek\"! - milli bil-karozza privata tagħhom.", "Biss biss illum il-ħin li wieħed jieħu biex isib spazju ta' parkeġġ ikun daqs il-ħin tat-traġitt kollu.", "Sur President, peress li l-maġġoranza l-kbira tal-impjegati tal-gvern jaħdmu l-Belt Valletta, soluzzjoni oħra tkun dik li jiġi pprovdut trasport għalihom.", "Ara kemm jonqos it-traffiku mill-Belt Valletta li kieku jiġi pprovdut trasport b'xejn lill-ħaddiema tal-gvern għall-postijiet tax-xogħol tagħhom!", "Tkun idea tajba li kieku jekk jista' jkun din l-iskema tiġi estiża wkoll fis-settur privat billi, pereżempju, dawk li jorganizzaw it-trasport għall-ħaddiema tagħhom ikunu jistgħu jgawdu minn rebates fit-taxxa.", "Nistgħu ninvestu wkoll f'aktar park and ride schemes biex b'hekk inkunu nistgħu nnaqqsu t-traffiku miċ-ċentri tal-lokalitajiet tagħna.", "Ovvjament l-użu tal-park and ride għandu jibqa' b'xejn biex b'hekk inkunu qed nagħtu inċentiv illi dawn jiġu wżati.", "Tista' anke tiġi introdotta l-ismart traffic light system li tiġi kkontrollata b'mod awtomatiku skont il-volum tat-traffiku u b'hekk inkunu qed innaqqsu l-ħin ta' stennija bla bżonn li ġeneralment wieħed jieħu sakemm jinqalbu l-lights.", "Inizjattiva oħra li għandha tittieħed hija dik li x-xogħlijiet fit-toroq jiġu organizzati sew, speċjalment fejn ikun hemm bżonn li jingħalqu xi toroq, bħalma qed jiġri bħalissa f'Birżebbuġa.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara li x-xogħol infrastrutturali ma jistax ma jsirx, anke sabiex tkun assigurata provvista tajba ta' servizzi, però meta jkun hemm ammont sostanzjali ta' xogħol għaddej, dan għandu jiġi ppjanat fit-tul u b'konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali partikolari, jiġifieri la ma' sezzjoni waħda biss tal-kunsill lokali u lanqas ma' wħud mill-kunsilli lokali, imma mal-kunsilli lokali kollha.", "Agħar minn hekk hu li ġieli f'każijiet bħal dawn taparsi ssir konsultazzjoni, u din il-konsultazzjoni tispiċċa ssir mil-lum għal-lum.", "Lanqas almenu mil-lum għal għada!", "Għall-kuntrarju, f'każijiet bħal dawn huwa importanti li jsiru konsultazzjonijiet fit-tul, anke konsultazzjonijiet mar-residenti kollha ta' dak il-lokal partikolari, speċjalment meta jkun se jsir xogħol ta' natura infrastrutturali sostanzjali.", "Meta l-ippjanar isir fit-tul aktar tkun qed tiġi evitata l-possibbiltà li jingħalqu t-toroq, u awtomatikament anqas ma jingħalqu toroq anqas ikun qed jinħoloq inkonvenjent għall-pubbliku.", "Għandhom ukoll jiġu studjati rotot alternattivi jew inkella użu ta' tabelli stradali li juru b'mod ċar id-devjazzjonijiet tat-toroq, u f'ċerti ċirkostanzi jaf ikun prattiku wkoll l-użu ta' temporary traffic lights sabiex nimminimizzaw il-bżonn li t-toroq jingħalqu.", "M'hemmx dubju, Sur President, li preavviż fit-tul dwar devjazzjonijiet fit-toroq jistgħu jkunu ta' għajnuna għar-residenti biex ma jinqabdux fuq sieq waħda bil-konsegwenza li jqumu filgħodu mingħajr l-iċken idea minn fejn se jaqbdu jgħaddu biex jaslu fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Ma ninsewx li dan in-nuqqas t'avviżi awtomatikament qed joħloq tniġġis sostanzjali fl-ambjent.", "Naħseb li wieħed mill-akbar pollutants li għandna f'pajjiżna huwa l-exhaust, u allura aktar ma jkun hawn konġestjonijiet tat-traffiku, aktar qed inkomplu nagħmlu ħsara lill-ambjent ta' madwarna.", "Terġa', pereżempju, bħalissa f'Birżebbuġa minbarra li hemm it-tniġġis minħabba l-exhaust, hemm ukoll it-tniġġis minħabba t-trabijiet li jispiċċaw jinqalgħu meta jkunu qed isiru xogħlijiet ta' dan it-tip.", "U xi ngħidu għal meta x-xogħlijiet li jkunu għaddejjin fit-toroq jieħdu tul ta' żmien esaġerat?", "Eżempju klassiku huwa dak ta' Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq, fejn sfortunatament f'dan il-każ dan ġara minħabba nuqqas ta' ppjanar minn qabel.", "Ma nistgħux nibqgħu naħdmu b'sistema fejn jekk triq għandha bżonn li joħorġu żewġ tenders jew tlieta biex isir ix-xogħol fiha, joħroġ l-ewwel tender, isir ix-xogħol fuq dak it-tender partikolari u mbagħad nibdew naħsbu għat-tieni tender appena jispiċċa x-xogħol għax inkella jkun hemm perjodu twil ta' żmien fejn ix-xogħol ikollu jieqaf b'detriment għar-residenti ta' dik it-triq li jkollhom isofru inkonvenjenzi kbar, fosthom l-ammont kbir ta' trab u ta' tajn li joħolqu xogħlijiet bħal dawn.", "Dan minbarra li normalment meta jingħalqu ċerti toroq minħabba li jkunu qed isirulhom ix-xogħlijiet, it-traffiku jiġi ddevjat għaċ-ċentru tal-lokal fejn diġà jkun hemm konċentrazzjoni għolja ta' tniġġis.", "Pereżempju, Vjal ix-Xarolla li semmejt ftit ilu tinsab fit-tarf taż-Żurrieq, u allura ħafna drabi s-sewwieqa jgħaddu minn hemm biex ma jkollhomx jgħaddu miċ-ċentru tar-raħal.", "Toroq bħal Vjal ix-Xarolla, li jkunu fl-outskirts ta' lokalità partikolari, jgħinu biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku minn toroq arterjali u distributorji, u għalhekk huwa tajjeb li l-manutenzjoni ta' dawn it-toroq issir b'mod regolari ħalli l-ħsarat li jkun hemm ma jibqgħux jikbru.", "Qed insemmi toroq li jinsabu fid-distrett tiegħi għas-sempliċi raġuni li jien aktar familjari magħhom.", "Pereżempju, hawnhekk ma nistax ma nsemmix Triq Ħal Far, li miż-Żurrieq twasslek għal Birżebbuġa.", "Sfortunatament din it-triq tinsab f'diżastru, u kif jgħid il-Malti, hija agħar minn wiċċ il-qamar!", "Li kieku din it-triq tingħata t-tarmak li għandha bżonn, żgur li ħafna aktar sewwieqa jitħajru jużawha, speċjalment dawk li jaħdmu n-naħa t'isfel ta' Malta bħal, pereżempju, in-naħa ta' Birżebbuġa jew Ħal Għaxaq.", "B'hekk il-volum tat-traffiku, li bħalissa qed titgħabba bih il-junction ta' quddiem l-airport, ikun jista' jonqos konsiderevolment.", "Jien nittama wkoll li fi żmien qasir din it-triq kif ukoll toroq oħra, bħal Imqabba Road, li tgħaqqad iż-Żurrieq man-naħa tal-Imqabba u l-Qrendi, isirilhom wiċċ ġdid biex b'hekk titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku li ġieli jinġema' taħt il-mina.", "Sfortunatament aħna li noqogħdu n-naħa t'isfel ta' Malta, li tinkorpora ħames jew sitt lokalitajiet - biex ma nsemmix ukoll lokalitajiet oħra bħas-Siġġiewi u dawk il-lokalitajiet li jaqbżu n-naħa t'isfel bi ftit, bħall-Qrendi - il-mina hi l-unika rotta għal barra miż-żona tagħna, u allura meta jinqala' xi inċident bħal dak l-inċident sfortunat li seħħ ilbieraħ ġieli ndumu siegħa biex noħorġu mill-mina.", "B'hekk bl-għoti ta' tarmak f'toroq alternattivi nkunu qed innaqqsu l-piż minn fuq dawn it-toroq arterjali u distributorji drastikament.", "Imbagħad infakkar, Sur President, li saru suġġerimenti li fl-aħħar ittieħdu on board minn dan il-Gvern, però naħseb li ħlejna wisq ħin biex bdew jiġu attwati.", "Pereżempju, wieħed minn dawn is-suġġerimenti kien l-istudju fuq l-effiċjenza tar-roundabouts.", "Illum għall-grazzja t'Alla beda x-xogħol fuqhom, għalkemm issa nispera li qed isiru safety audits fuq dawn il-junctions li saru għax tinkwieta meta tara l-ammont ta' żebgħa safra li ngħatat fuqhom waqt li tkun qed iddur magħhom!", "Ma ninsewx li żebgħa safra tfisser kolliżjonijiet bejn il-karozzi.", "Wieħed irid jistudja wkoll x'effiċjenza hemm meta hekk kif tgħaddi r-roundabout, minn tliet karreġġjati t-triq tagħlaq għal żewġ karreġġjati biss, u allura qabel ma wieħed ikompli bl-istess sistema jrid jassigura li jkunu qed isiru s-safety audits neċessarji biex fejn hemm bżonn nirranġaw, nirranġaw għax diġà saru xi tlieta jew erbgħa minn dawn ir-roundabouts.", "Sur President, fl-aħħar dan il-Gvern ħabbar li se jintroduċi trasport b'xejn għall-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.", "Aħna, minn fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni, konna ilna ngħidu li hemm bżonn li l-Gvern jieħu din l-inizjattiva għax b'hekk inkunu qed innaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku u allura t-tniġġis mit-toroq tagħna.", "Issa hawnhekk irrid infakkar li wħud minn dawn il-proposti li qed insemmi l-Partit Nazzjonalista mhuwiex qed isemmihom illum imma ilu jsemmihom għal dawn l-aħħar sentejn jew tlieta.", "Kif inħobb ngħid jien, fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin hawn biex kemm jista' jkun naħdmu għall-ġid ta' pajjiżna, u għalhekk meta jiġu proposti soluzzjonijiet vijabbli, dawn għandhom jiġu attwati, isiru minn min isiru, kemm jekk isiru mill-Gvern u kemm jekk isiru mill-Oppożizzjoni.", "Issa niġi biex ngħid xi ħaġa dwar l-iżvilupp, Sur President.", "L-ewwel nett irrid nagħmilha ċara li l-iżvilupp ma jista' jwaqqfu ħadd għax fl-aħħar mill-aħħar dan huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija tagħna, però mbagħad min-naħa l-oħra l-iżvilupp m'għandux isir bi skapitu tat-tniġġis tal-ambjent li ngħixu fih jew inkella bi skapitu tar-residenti.", "Jeżistu strutturi li ġew imwaqqfa apposta biex jissalvagwardjaw l-interessi tar-residenti tagħna, bħall-Occupational Health and Safety Authority (OHSA) jew il- Building Regulation Office (BRO), però hemm bżonn li dawn jiġu aktar imsaħħa.", "Ma jistax ikun li l-Gvern jibqa' jissikka ċ-ċintorin ma' dawn ir-regolaturi - bħalma hu l-BRO - u ma jipprovdilhomx riżorsi biex l-ispezzjonijiet isiru tul il-ġimgħa kollha.", "Bl-ammont ta' xogħol li għandna f'pajjiżna llum, dawn għandhom jaħdmu s-Sibt u ġieli għandhom jaħdmu l-Ħadd ukoll għax inti ma tistax tillimita li l-ispezzjonijiet min-naħa tal-BRO isiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 a.m. sal-5.00 p.m. Ġaladarba l-iżvilupp jinsab għaddej b'din ir-rata mgħaġġla, dawn l-istrutturi li għandna f'pajjiżna għandhom jingħataw l-għajnuna kollha neċessarja u jekk hemm bżonn jingħataw il-fondi biex l-ispezzjonijiet jibqgħu jsiru b'mod regolari filwaqt li fl-istess ħin jitnaqqas l-abbuż.", "Min-naħa l-oħra ma nistax ma nfaħħarx l-inizjattiva li ħadet dan l-aħħar l-Malta Developers Association (MDA) li hi stess ħasset il-bżonn li tirregola lilha nnifisha.", "Dan se jsir billi kuntratturi, anke membri tagħhom stess, li ma jħarsux ir-regolamenti tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jitnaqqsulhom il-punti.", "Ta' min jgħid li dan jista' jwassal saħansitra sabiex tiġi sospiża l-liċenzja tax-xogħol ta' dak il-kuntrattur partikolari li, kif jgħid il-Malti, jiġi jaqa' u jqum min-nies u mill-ambjent ta' madwaru.", "Tieħu pjaċir meta tisma' li assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi ħasset il-bżonn li tinforza dawn ir-regolamenti.", "Jien nemmen li huma ftit u mhumiex il-maġġoranza dawk li ma jħarsux dawn ir-regolamenti, imma sfortunatament dawk il-ftit li huma traskurati jispiċċaw jagħmlu l-ħsara u jiġbdu lil kulħadd magħhom.", "Għalhekk jagħmel sens li jkun hemm aktar stakeholders tal-bini li jingħaqdu f'assoċjazzjonijiet għax nemmen li b'hekk aktar ikunu jistgħu jirregolaw lilhom infushom.", "Naturalment jien m'iniex qed ngħid li dawn l-assoċjazzjonijiet għandhom jieħdu post l-OHSA jew il-BRO, però li assoċjazzjoni tipprova tirregola lill-membri tagħha hija inizjattiva tajba li ta' min jinkoraġġiha.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi wieħed ma jistax jitkellem fuq l-ambjent u ma jitkellimx fuq il-bdiewa u r-raħħala, li jien nikkonsidrahom bħala l-gwardjani naturali tal-ambjent ta' madwarna.", "Fil-fatt jien nemmen li anke dawn jirrappreżentaw pilastru prinċipali ieħor tal-ekonomija, għax jekk mhux f'termini ta' flus żgur li dawn huma dawk in-nies li jipprovdulna dak kollu li nieklu, jiġifieri s-supply chain tagħna.", "Allaħares niġu f'sitwazzjoni fejn dak kollu li nieklu jew nixorbu jkollna nimportawh minn barra l-pajjiż!", "Nemmen ukoll li dan is-settur m'għandux jintuża bħala ballun politiku, u minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda li jaħdmu lejl u nhar biex jagħtu kontribut lil pajjiżna.", "Imma mbagħad ma nistax ma nsemmix b'għafsa ta' qalb li sfortunatament fil-Baġit li għadda dan is-settur lanqas biss issemma mill-Gvern!", "Jekk m'aħniex se nżidu l-isforzi tagħna biex ngħinu lil dan is-settur jimxi 'l quddiem, se niġu f'sitwazzjoni fejn dan se jispiċċa darba għal dejjem.", "Illum lili qed jinkwetani wkoll il-fatt li aktar bdiewa li qegħdin jilħqu ċerta età mhumiex qed jibqgħu jaħdmu r-raba' tagħhom u sfortunatament aktar ma jgħaddi ż-żmien anqas żgħażagħ qed jitħajru jidħlu għal dan ix-xogħol.", "Mhux ta' b'xejn li dan is-settur ġie f'periklu li saħansitra jiġi estint!", "Hemm bżonn li ninvestu aktar f'dan is-settur, u dan billi, pereżempju, ninvestu fil-promozzjoni tal-prodotti lokali fejn il-konsumatur ikollu anke aktar informazzjoni fuq il-benefiċċji li jieħu meta jikkonsma prodotti friski li jkunu ġew imkabbra lokalment.", "Aħna lkoll nafu li llum qegħdin f'suq ħieles, però jekk bniedem jixtieq jixtri prodott li hu lokali għax jemmen li aħjar minn prodott frisk lokali m'hawnx, bħalma nemmen jien, għandna nuruh li dak huwa prodott lokali anke b'sempliċement tikketta.", "Ma jistax ikun li nibqgħu f'sitwazzjoni fejn bniedem imur jixtri u ma jkunx jaf x'qiegħed jixtri u jekk, ngħidu aħna, ikun xtara frotta, ma jkunx jaf jekk din il-frotta hijiex ta' Malta jew ta' barra, jew inkella jekk ikun xtara biċċa laħam, ma jkunx jaf jekk dik il-laħam tkunx ta' Malta jew ta' barra.", "Is-settur agrikolu għandu ħafna x'joffri lis-settur turistiku.", "Sfortunatament, forsi minħabba ċerta burokrazija żejda, il-konċett tal-agrituriżmu għadu ma daħalx b'saħħtu biżżejjed f'pajjiżna.", "Jien nemmen li agrituriżmu bis-sens jista' jsir biss bl-involviment dirett tal-bdiewa u r-raħħala tagħna.", "Għandna wkoll invaraw kampanja edukattiva għal tfal li qegħdin fil-livell primarju u jekk jista' jkun anke minn qabel il-livell primarju ħalli lit-tfal tagħna nuruhom il-benefiċċji li nieħdu meta nikkonsmaw prodotti friski u bnini tal-lokal.", "Imbagħad, Sur President, hemm ukoll il-kwestjoni tal-konsolidament tal-art għax sfortunatament il-frammentazzjoni tal-art qiegħda tagħmilha aktar diffiċli għall-bdiewa tagħna biex jaħdmu l-għelieqi tagħhom, anke meta tikkonsidra l-ispejjeż addizzjonali li għandhom għall-provvista tal-ilma.", "Lili ġieli jgħiduli li hawn min biex jaħdem biċċa art jispiċċa b'sitta jew seba' arloġġi tad-dawl!", "Ovvjament dawn ikunu meħtieġa biex jittella' l-ilma mill-pjan, imma fl-aħħar mill-aħħar dawn huma kollha spejjeż żejda għall-bidwi, u allura għandna ngħinu lill-bdiewa tagħna biex jikkonsolidaw l-għelieqi tagħhom.", "Jekk il-bdiewa jingħataw xi ftit għajnuna, forsi jkun hemm aktar żgħażagħ li jitħajru jinvestu f'dan is-settur.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-kelma \"ambjent\" għandna neħduha fid-definizzjoni wiesgħa tagħha, u għalhekk aħna l-leġiżlaturi ta' dan il-Parlament b'mod partikolari, għandna nagħmlu ħilitna kollha biex intejbu dak kollu li jaffettwa l-ambjent ta' madwarna - irrispettivament minn jekk humiex it-toroq jew jekk hijiex il-kampanja - għall-ġid tal-poplu tagħna kollu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSYTNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, bla dubju ta' xejn dan huwa Abbozz ta' Liġi innovattiv, u fil-fatt minn hawnhekk nixtieq nifraħ lill-Ministru Herrera għax qiegħed jagħti impronta ġdida u importanti tal-impenn li għandu l-Gvern għall-qasam ambjentali.", "Jiena nħoss li l-Ministeru għal Għawdex jista' jikkollabora ħafna mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, għalkemm ovvjament ix-xogħol relatat mal-ħidma ambjentali f'Għawdex on the ground isir mid-direttorat li qed imexxi l-istrateġija ta' Eko-Għawdex.", "Din il-ġimgħa lħaqt parti mid-diskors tal-Onor.", "Frederick Azzopardi li fih semma lil Eko-Għawdex.", "Azzopardi jien ngħidlu li llum Eko-Għawdex huwa ffokat biss fuq il-ħidma relatata mal-iskop oriġinali ta' Eko-Għawdex u mhux bħalma kien jiġri fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fejn Eko-Għawdex tant kien vag li kien isodd it-toqob kollha u ta' kulħadd mingħajr ma ħadd kien jaf x'qiegħed jagħmel jew fejn hu sejjer.", "Illum irrivedejna l-istrateġija ta' Eko-Għawdex u qegħdin ukoll inħaddmuha.", "Fil-fatt nixtieq nibda billi nsellem lid-Direttorat ta' Eko-Għawdex, li huwa kompost minn tim żagħżugħ mimli enerġija u mimli inizjattiva, fejn flimkien qed naħdmu għal Għawdex aħjar permezz ta' diversi inizjattivi.", "Bħala Ministeru, aħna qegħdin naraw lil Eko-Għawdex u lill-ambjent bħala vejikolu għall-ħolqien tax-xogħol, bħala mezz u strument għat-titjib fl-ekonomija ta' Għawdex u qegħdin naraw lil Għawdex ukoll bħala destinazzjoni distinta li toffri esperjenza unika lil min iżurha.", "Fil-fatt ta' min jgħid li din is-sena Għawdex saħansitra rebaħ award bħala a sustainable tourism destination.", "Aħna qed nipprovaw naraw li jkollna aktar opportunitajiet ta' investiment fil-green u fil-blue economy, anke għax inħossu li Għawdex għandu potenzjal f'dik li hi ruralità, u allura aħna rridu ninvestu proprju f'dawn in-niċeċ.", "Pereżempju, bħalissa qed inħejju draft policy for agritoursim in Gozo filwaqt li kif għedna fil-Manifest Elettorali stess, bħala Ministeru qed naħdmu biex nassiguraw li l-prodott lokali Għawdxi jkun ġenwin, awtentiku u distintiv.", "Sur President, żgur li fejn tidħol il-blue economy, jiġifieri dik l-ekonomija li hi relatata mal-baħar, Għawdex għandu potenzjal enormi, u rridu nirrikonoxxu li għandhom jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, speċjalment fejn jidħol l-immaniġġjar tal-kosta u l-infrastruttura meħtieġa biex din l-ekonomija tkun tista' tingrana.", "Pereżempju, jien qed inħoss il-ħtieġa ta' investiment għal diving site u servizzi anċillari, qed inħoss ukoll li trid tittieħed deċiżjoni dwar ir-ripopolazzjoni tal-ħut li għandna bżonn, dwar iż-żamma tal-baħar nadif u bħalissa ninsabu għaddejjin ukoll b'ħidma li hija relatata mal-applikazzjoni għall-white flag.", "Qed nara wkoll ħtieġa għal coastal defence u l-investiment relatat, bħal pereżempju, l-investiment li għandna bżonn għall-breakwater ta' Marsalforn, li diġà qed nistudjawh, kif ukoll għall-masterplan ta' Kemmuna, fejn hemmhekk jeżistu sfidi kbar imma fl-istess ħin għandek potenzjal enormi.", "Dan u aktar se jkun parti minn pjan ta' żvilupp reġjonali li qiegħed jiġi ffinalizzat għal Għawdex sal-2030.", "Fil-ftit ħin li għandi se nipprova nsemmi xi ftit mill-inizjattivi li qegħdin nieħdu sabiex nilħqu l-miri ambjentali għal Għawdex, speċjalment fejn jidħol il-pajsaġġ.", "Fost l-inizjattivi li ttieħdu matul dawn l-aħħar xhur kellna t-tħawwil ta' siġar f'Ta' Pinu.", "Ta' min jgħid li matul il-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se jkollna aktar proġetti simili.", "Imbarkajna wkoll fuq proġett ta' tindif u ta' rijabilitazzjoni tal-widien, bl-ewwel wieħed ikun dak tax-Xlendi, li se jkun jifforma parti mill-proġett ta' riġenerazzjoni tal-bajja tax-Xlendi fil-kontest tal-masterplan li qiegħed jitħejja għall-istess żona.", "Parti mill-proġett, li kien jinkorpora fih ukoll lill-Imġarr ix-Xini, tlestiet is-sena l-oħra.", "Ta' min jgħid li għandna wkoll applikazzjoni għal Wied il-Għasri u għall-Wied ta' Marsalforn fejn il-method statement diġà tlesta u issa qed nistennew biex inkunu nistgħu nibdew dawn ix-xogħijiet.", "Hemm ukoll pjan fit-tul sabiex eventwalment il-widien kollha t'Għawdex jiġu mnaddfa u rijabilitati fuq medda ta' snin.", "L-indafa f'Għawdex hija waħda mill-prijoritajiet tagħna, u fil-fatt matul dawn l-aħħar xhur ħadna diversi inizjattivi f'dan ir-rigward.", "Pereżempju, hawn ta' min isemmi l-kampanja \"I Bin It\" li hija ntiża għat-turisti Maltin u barranin li jiġu jqattgħu l-btajjel tagħhom f'Għawdex bil-għan li dawn jiġu informati dwar is-sistema u l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart fil-gżira Għawdxija.", "Dan minbarra l-clean-up campaigns li għamilna bħala Ministeru, xi drabi anke bl-involviment tat-tfal tal-iskejjel u tal-NGOs.", "Hawnhekk nixtieq inħeġġeġ lill-pubbliku jissieħeb magħna biex inqajmu aktar awareness permezz tal-mobile app 'myGozo'.", "Sur President, kif għedt dan l-aħħar meta kont qed inwieġeb mistoqsija parlamentari, investejna wkoll f'magni u vetturi ġodda relatati mat-tindif, u ovvjament dan bil-għan li x-xogħol ta' tindif ikun aktar effiċjenti.", "Irrid ngħid ukoll li matul is-sajf li għadda ffinanzjajna u investejna ġabra oħra ta' skart minn żoni turistiċi, u hekk ukoll beħsiebna nagħmlu matul is-sajf li ġej.", "Bħalissa għaddejjin anke bi preparamenti ta' proġett li huwa parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej dwar smart bins biex nassiguraw li jkollna bins ġodda li huma addattati għas-separazzjoni tal-iskart bis-sensors magħhom ħalli l-ewwel nett ma jinsterqux u ma jiġux vandalizzati u t-tieni nett biex malli jkunu laħqu ċertu livell ta' kapaċità, niġu alerted biex dawn jiġu mbattla.", "Kellna wkoll it-tnedija ta' intervention team li jissorvelja u jindirizza b'mod immedjat in-nuqqasijiet li jkollna fil-pajsaġġ, fit-toroq u fil-postijiet pubbliċi tagħna.", "Fatt interessanti huwa li minn mindu twaqqaf dan l-intervention team, jiġifieri minn Lulju li għadda, diġà ġew irrapportati 817-il każ, u llum il-ġurnata apparti l-email ġeneriku hemm ukoll il-freephone u l-mobile app fejn wieħed ikun jista' jirrapporta minn hemmhekk.", "Qed naħdmu wkoll fuq proġetti infrastrutturali.", "Dan dejjem sabiex intejbu l-pajsaġġ u l-ambjent naturali u kulturali Għawdxi ħalli nkunu nistgħu nippromwovu lil Għawdex b'mod distint.", "Inbdew anke x-xogħlijiet fuq il-Fanal tal-Ġordan, kif tħabbar li se jsir fil-Baġit, fejn apparti x-xogħol ta' restawr li qed isir bħala l-ewwel fażi tal-proġett, se ssir ukoll it-tieni fażi fejn iż-żona tal-madwar se tiġi rijabilitata biex isservi bħala spazju għall-familji.", "Hawn ta' min isemmi wkoll ir-restawr tal-Għar ta' Calypso fejn hemmhekk saret l-esproprjazzjoni ta' biċċa art, u wara li għamilna studju dwar l-interventi meħtieġa, issa qed jiġi evalwat il-mod ta' kif se jitqassmu l-fażijiet tal-implimentazzjoni.", "Kif forsi wieħed seta' jinnota, matul is-sajf li għadda ġiet irrestawrata l-ewwel arkata tal-akkwadott mill-ħaddiema tal-gvern, u issa qegħdin nidentifikaw fondi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-fażijiet l-oħra kollha.", "Ta' min jgħid li għall-ewwel darba nidejna skema għall-kunsilli lokali sabiex nassistuhom ħalli jkunu jistgħu jippreżervaw l-ambjent rurali u l-wirt storiku tal-lokal tagħhom, u flimkien mal-Università ta' Malta qed naħdmu fuq proġett ta' skavar taħt il-baħar relatat ma' xini ta' żmien il-Feniċi.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem lill-Professur Timmy Gambin, li huwa l-bniedem li qed imexxi dan il-proġett.", "Sur President, apparti minn fuq l-art u fuq il-baħar, qegħdin naħdmu wkoll fuq is-sema, u dan permezz ta' proġett li qed inwettqu flimkien ma' Dr Caruana tal-Università ta' Malta, liema proġett se jkun qed jikkonsisti, fost affarijiet oħra, f'osservatorju astronomiku.", "Għadna kemm iffinanzjajna wkoll l-underwater galleries ta' Santa Luċija.", "Fil-fatt dan ħabbarnieh proprju fil-World Water Day għax nemmnu li rridu nassistu lil kull entità li hija involuta fil-preżervazzjoni u l-konservazzjoni tal-affarijiet li għandna f'Għawdex.", "Il-mira tal-Ministeru għal Għawdex hija li jmexxi bl-eżempju, u għalhekk ġab fondi Ewropej sabiex ikun jista' jwettaq proġett li jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala green leader f'Għawdex, partikolarment fis-settur pubbliku.", "Ta' min jgħid li akkwistajna €1.5 miljun biex ikollna proġett ta' retrofitting u upgrading taċ-ċentru amministrattiv.", "It-tenders kollha ħarġu, u issa qed naraw kif il-binijiet l-oħra jistgħu jitħaddmu b'enerġija alternattiva kif ukoll x'żoni hemm disponibbli biex fejn inkunu nistgħu nistallaw solar panels.", "Sur President, Ulysses Grove huwa masġar li ilu abbandunat għal snin sħaħ, u għalhekk akkwistajna fondi Ewropej biex dan il-masġar jiġi rijabilitat.", "Qed jiġu evalwati wkoll it-tenders għal dan il-għan.", "Flimkien mal-Ministru Herrera għandna l-management committee tad-Dwejra, li hija Sit Natura 2000, fejn qed naħdmu tajjeb ħafna flimkien.", "Issa għaddiet aktar minn sena mit-telfa tat-Tieqa tad-Dwejra, u fl-ewwel anniversarju mit-telfa tagħha organizzajna attività, The Azure Window – Looking Beyond, fejn flimkien ma' Tug Malta ħloqna effett tat-Tieqa tad-Dwejra bl-ilma bl-għan li nqajmu kuxjenza dwar din it-telfa kbira.", "Qed nistennew ukoll l-eżitu tas-sejħa tal-Environment and Resources Authority (ERA) għal proġetti relatati mat-Tieqa tad-Dwejra biex nassiguraw li din ma tintesiex.", "Nerġa' ngħid li hemm kollaborazzjoni sħiħa mal-Ministru Herrera fuq dan il-proġett.", "Twaqqaf ukoll kumitat konġunt għal Kemmuna, li anke f'dan il-każ qed jaħdem flimkien mal-Ministru Herrera.", "Infatti dan l-aħħar ħaddiema mill-Ministeru tal-Ministru Herrera ħadmu sabiex jitneħħa skart goff u jsir tħawwil ta' siġar, ħidma li tikkomplementa tajjeb mal-ħidma li qed issir ta' kuljum mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex fiż-żamma taż-żoni ta' Kemmuna.", "Ta' min ifakkar li fil-Manifest Elettorali saret proposta għad-Dwejra Opportunity Fund, li fuqu diġà għadda avviż legali minn dan il-Parlament.", "Dan il-fond huwa mistenni jibda jopera dalwaqt fejn imbagħad, bl-inċentivi fiskali li hemm, inkunu nistgħu niġbru fondi mill-pubbliku u l-Gvern joħroġ l-istess ammont li jkun inġabar mill-pubbliku bil-għan li kull sena jkollna allokati ammont ta' flus li bih inkunu nistgħu niffokaw fuq siti storiċi oħrajn.", "Fil-Manifest Elettorali ssemmew ukoll xi siti storiċi minn dawn, fosthom Għar Gerduf, u għalhekk ta' min jgħid li dwar Għar Gerduf diġà ssottomettejna talba lill-Awtorità tal-Artijiet għall-esproprjazzjoni tal-art ħalli eventwalment inkunu nistgħu nibdew nippjanaw proġett għalih.", "F'diskors li kont għamilt fil-Baġit li għadda kont semmejt il-proġett tal-park and ride.", "Illum irrid inħabbar li l-cost benefit analysis (CBA) huwa lest, u issa qed nippjanaw il-proġett li permezz tiegħu, apparti li se nkunu qed inneħħu l-pressjoni tal-karozzi mill-Port tal-Imġarr, se nkunu qed innaqqsu wkoll il-carbon footprint ġewwa Għawdex.", "Dan il-proġett se jkun totalment eco-friendly tant li qed neżaminaw ukoll il-possibbiltà li l-vetturi involuti jkunu dawk li jaħdmu bl-elettriku jew hybrid sabiex fl-istess ħin inkunu qed nippromwovu sistema ta' trasport li hija eco-friendly.", "Irrid ngħid ukoll li x-xogħlijiet fuq il-park għall-familja fil-Qortin t'Isopu ġewwa n-Nadur huma lesti, u kulma baqgħalna nagħmlu f'dan il-proġett hija t-triq li tagħti għal dan il-ġnien għax tinsab fi stat ħażin ħafna.", "Sar ukoll il-masterplan tal-farm esperimentali tax-Xewkija, li ssemma fil-Baġit li għadda, fejn bdejna naħdmu fuq l-ewwel fażi u issa qed ngħaddu wkoll għall-fażijiet l-oħrajn.", "Ta' min jgħid li f'dan il-farm se jkun hemm ukoll spazji rikreattivi għall-familja, fosthom petting farm, li se jkun jista' jintuża minn dawk il-familji li għandhom xi pet.", "Irrijabilitajna anke l-ġnien tad-Dawwara, li jinsab fir-Rabat, ġnien sabiħ ħafna li ma kienx qed jitgawda minħabba li ma kienx addattat u aċċessibbli għall-pubbliku.", "Però issa, wara x-xogħlijiet li saru fih, dan il-ġnien sar totalment aċċessibbli għal dawk kollha li għandhom problema ta' mobbiltà biex b'hekk illum għandna ġnien ieħor fiċ-ċentru tar-Rabat li jista' jitgawda mill-pubbliku.", "Għaddejja wkoll ħidma fuq il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ.", "Fil-fatt, relatat mal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, diġà sar xogħol fi Triq il-Qala kollha, f'partijiet minn Triq taċ-Ċawl, il-Qala, f'partijiet mill-Wied ta' Mġarr ix-Xini, f'partijiet minn Triq Marsalforn, li tinsab fil-limiti tar-Rabat, f'partijiet minn Triq ir-Ramla, f'partijiet mill-park tal-Qortin t'Isopu u minn Ta' Bordin, f'partijiet mid-Daħla ta' Għajn Damma, f'partijiet minn Triq ix-Xagħra, f'partijiet minn Triq Marsalforn, f'partijiet minn Triq il-Maqdes fix-Xagħra kif ukoll f'partijiet minn Triq San Lawrenz.", "Ta' min jgħid li applikajna anke taħt il-programm ta' żvilupp rurali quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex nakkwistaw fondi biex jiġu rranġati jew mibnija ħitan tas-sejjieħ mill-ġdid fi Triq Marsalforn u fi Triq ir-Ramla.", "Investejna wkoll fil-farm roads fejn s'issa sar xogħol fi Triq il-Fanal, l-Għasri, f'Ta' Kanġla ġewwa l-Għarb, f'Ta' Bordin, fi Triq San Bert ġewwa x-Xewkija, f'Tat-Tafla limiti tax-Xagħra u fi Triq l-Għejun, ix-Xagħra.", "Aħna qed nieħdu dawn l-inizjattivi għax nemmnu li jekk ma jitjiebx il-pajsaġġ u l-ambjent rurali, ċertament ma nistgħux nilħqu l-miri li għandna skont l-istrateġija ta' eko-Għawdex.", "Qed ninsistu ħafna fuq l-edukazzjoni, u qed naħdmu id f'id mal-iskejjel fejn għandna rapport mill-aqwa kemm ma' EkoSkola kif ukoll mal-Kulleġġ ta' Għawdex.", "Fil-fatt din il-ġimgħa kelli l-ewwel laqgħa mal-kumitat reġjonali tal-EkoSkola ta' Għawdex.", "Kif taf tajjeb, Sur President, meta kellna s-sessjoni tal-EkoSkola fil-Parlament, din kienet xi ħaġa li ssemmiet ukoll mit-tfal, saħansitra fil-mozzjoni li huma ppreżentaw dakinhar għall-okkażjoni.", "Jien kelli laqgħa mat-tfal kollha ta' EkoSkola, u dawn esprimew ix-xewqa tagħhom li jkun hemm kumitat reġjonali ta' EkoSkola.", "Min-naħa tiegħi, jien ilqajt din l-inizjattiva mal-ewwel għax emmint fiha, u għalhekk waqqafna dan il-kumitat reġjonali fejn din l-ġimgħa kellna l-ewwel laqgħa.", "Kien interessanti ħafna l-mod kif dawn l-istudenti ppreżentaw is-suġġerimenti tagħhom matul din il-laqgħa.", "Fil-fatt allokajna ammont mill-fondi tal-Ministeru biex permezz tiegħu dawn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-proġetti li jixtiequ.", "Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv ta' Nature Trust, is-Sur Vincent Attard, u xi ħaġa interessanti li huwa qal u li jien ma kontx nafha kienet li din l-inizjattiva mhux talli hija l-ewwel waħda f'pajjiżna imma talli hija l-ewwel waħda fuq bażi internazzjonali.", "Għalhekk issa nispera li din l-idea li nbdiet f'Għawdex tkompli tikber biex pajjiżna jkompli jsaħħaħ il-kredenzjali ambjentali tiegħu.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-inizjattiva li għamilna flimkien mal-middle school, Going Green Business, sabiex inqarrbu l-ħajja imprenditorjali mal-ekoloġija għax nemmnu li jekk dawn iż-żewġ attivitajiet jiġu abbinati flimkien, eventwalment jiġu żviluppati l-ħiliet u l-intrapriżi li huma relatati ma' dan is-settur.", "Fil-fatt sal-lum għadni impressjonata kemm dawn it-tfal ħarġu b'ideat u pproduċew affarijiet minn materjal riċiklat, bigħuhom u qalgħu l-flus minnhom biex imbagħad ikunu jistgħu jinvestuhom f'affarijiet oħra.", "Attività oħra li kellna u li kienet interessanti ħafna kienet l-International Landscape Forum ġewwa Għawdex.", "Tajjeb nirrimarka li dan il-forum, li attira l-interess ta' aktar minn 50 perit lokali u internazzjonali, iffoka fuq l-ambjent rurali tal-gżira Għawdxija fejn il-pajsaġġ ġie deskritt bħala wieħed uniku.", "Matul dan il-forum ġew ippreżentati diversi proġetti u suġġerimenti.", "Rajna innovazzjoni anke fil-mod kif il-periti barranin iħarsu lejn Għawdex u fil-mod kif jista' jsir l-iżvilupp rurali f'din il-gżira.", "Fil-fatt aħna beħsiebna nidentifikaw xi proġetti minnhom biex inkunu nistgħu mmexxuhom 'il quddiem bl-involviment tal-istudenti tal-Università biex fl-istess ħin lill-istudenti nkunu qegħdin nagħtuhom empowerment u ngħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.", "Saru diversi inizjattivi oħra f'isem Eko-Għawdex, però l-ħin ma jippermettilix li nsemmihom kollha, u għalhekk se nsemmi biss il-proġetti ta' afforestazzjoni li hemm in the pipeline u l-bicycle stands li ssostitwejna m'oħrajn li ma kinux konformi mal-istandards.", "Qegħdin inżidu bicycle stands oħrajn biex b'hekk ninkoraġġixxu l-użu tal-bicycles minflok tal-karozzi.", "Qed inwettqu wkoll diversi ħidmiet oħrajn, fosthom fuq il-Gozo Biodiversity Explorer, filwaqt li qed norganizzaw diversi awareness activities, bħall-Earth Hour u Catch the Drop.", "Qed norganizzaw anke blue flag u white flag activities biex nassiguraw li l-bajjiet tagħna jkunu up to standard, u qegħdin nippreparaw ruħna għas-sajf.", "Kellna wkoll it-tqassim ta' kreditu miġbura mill-panelli fotovoltaijċi fil-qasam tal-housing estate f'Taċ-Ċawla r-Rabat u, kif għedt qabel, qed naraw kif nistgħu nagħmlu solar panel farms.", "Aħna bħala Ministeru qed naħdmu bla waqfien flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, u dan jixhed l-impenn li għandu l-Gvern għall-qasam ambjentali.", "Jiena naf kemm il-Ministru Josè Herrera, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, qiegħed jaħdem u għandu għal qalbu dan s-settur, u għalhekk nixtieq nassigurah minn hawnhekk li huwa għandu l-appoġġ sħiħ tal-Ministeru għal Għawdex.", "Tant hu hekk li jiena se nkun ħerqana għal aktar ħidma flimkien biex inkomplu mmexxu l-aspett ambjentali tal-gżejjer tagħna 'l quddiem.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMEL MIFSUD BONNICI: Sur President, huwa ta' pjaċir għalija llum li se nitkellem fuq Abbozz ta' Liġi li huwa magħmul b'ċertu ħsieb u b'ċerta viżjoni.", "Il-viżjoni tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna hija sabiex il-ministru jkollu xi forma ta' awtorità fuq dawk il-postijiet li jistgħu jiġu devoluti senjatament bħala ġonna għall-kurazija.", "Dan ifisser li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, issa l-liġi se tagħti l-possibbiltà lill-ministru responsabbli mill-artijiet illi jagħmel dawn il-kuntratti, għalkemm imbagħad se jkun hemm anke mod kif dan jista' jkun ikkontrollat, u din hija xi ħaġa tajba.", "Għaliex?", "Għax l-ewwel nett, anke bħala punt ta' riflessjoni u bħala punt ta' tluq, wieħed irid jgħid li llum qegħdin fejn qegħdin anke sforz id-diversi inizjattivi tajbin li ttieħdu fil-passat minn diversi ministri tal-ambjent.", "Pereżempju, meta kont qed naqra dan l-Abbozz ta' Liġi jien erġajt ftakart fl-Abbozz ta' Liġi oriġinali li kien sar fuq l-ambjent f'dan il-Parlament, liema Abbozz ta' Liġi kien ġie ppilotat minn missieri.", "Dan għaliex f'dak l-Abbozz ta' Liġi kien hemm diversi partijiet li jmissu direttament ma' dak li qed jerġa' jiġi ripetut illum f'diversi liġijiet li qed isiru dwar l-ambjent.", "Dak li sar mill-eks ministru Leo Brincat, mill-eks ministru George Pullicino u mill-ministri l-oħra kollha tal-ambjent li kien hemm qabel wieħed jista' jarahom u jivvalutahom f'diversi inizjattivi, kemm f'dawk l-inizjattivi li bdew jaħdmu, kemm f'dawk l-inizjattivi li għadhom ma bdewx jaħdmu, kemm f'dawk li b'xi mod qed irendu xi forma ta' suċċess kif ukoll f'dawk li mhuma qed irendu l-ebda suċċess.", "Għalhekk nittama li d-dibattitu parlamentari li se jkun hawn fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum ma jkunx biss dibattitu li juri li aħna għandna interess kbir fl-ambjent imma jkun dibattitu li juri li aħna qed inressqu Abbozz ta' Liġi dwar l-ambjent għax huwa biss jista' jkun it-triq 'il quddiem fil-qasam ambjentali u politiku ta' pajjiżna.", "Huwa tajjeb li jkollna ministru għall-ambjent, però ovvjament il-ministru għall-ambjent għandu bżonn ikollu politika ambjentali aktar b'saħħitha kif ukoll informazzjoni aktar b'saħħitha dwar dak li qiegħed jiġri fil-qasam tal-ambjent.", "Hawnhekk, Sur President, nixtieq nagħmel punt politiku dwar l-ambjent.", "Jien ma narax l-ambjent sempliċement mill-aspett ta' kemm qed joħorġu permessi żbaljati biex jinbnew torrijiet jew strutturi oħra li m'għandhomx jinbnew, għax hemm ukoll politika ambjentali marbuta ma' dak li aħna għandna fil-pjanti u fis-siġar ta' pajjiżna.", "Qed nibda d-diskors tiegħi proprju b'dan il-punt għax bħalma jaf il-Ministru, meta riċentement jien għamiltlu mistoqsija parlamentari dwar żewġ ġonna pubbliċi li hemm fil-Gudja, l-ewwel il-Ministru weġibni billi qalli li l-ġonna pubbliċi huma devoluti lill-kunsill lokali u allura l-Ministeru tiegħu m'għandux x'jaqsam aktar magħhom, u mbagħad meta staqsejtu jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi ħaġa min-naħa tal-Ministeru fil-ġonna li hemm fil-Gudja, f'lokalitajiet oħra li jaqgħu fir-Raba' Distrett u f'Wied il-Għajn, il-Ministru weġibni billi qalli li l-Ministeru hu tal-fehma li ladarba saret id-devoluzzjoni lill-kunsilli lokali, allura m'hemmx bżonn li ssir sorveljanza min-naħa tiegħu.", "Imbagħad l-akbar ironija hi li meta għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali fejn staqsejtu min se jieħu ħsieb jagħmel ix-xogħlijiet li se jsiru fiż-żewġ ġonna pubbliċi tal-Gudja, huwa qalli li x-xogħlijiet li se jsiru fi ġnien minnhom se jagħmilhom il-Ministeru għat-Turiżmu filwaqt li x-xogħlijiet li se jsiru fil-ġnien l-ieħor se jagħmilhom il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Qed ngħid li din hija xi ħaġa ironika għax jien rajtha xi ħaġa verament stramba kif il-ġonna pubbliċi ġew devoluti f'idejn Ministeri oħra, li mhux neċessarjament għandhom l-istess expertise li għandu l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima fuq l-ambjent.", "Ġaladarba fl-att ta' din il-kurazija qed jiġu involuti l-kunsilli lokali, nittama biss li almenu l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna se jilleġiżla fis-sens li dawk il-kunsilli lokali li għandhom f'idejhom ġonna pubbliċi jibqa' jkollhom is-sorveljanza fuqhom.", "Għaliex?", "Għax huwa importanti li wieħed ikun jaf x'qed isir fil-ġonna pubbliċi, mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' ndafa, ma' kif jitqiegħdu l-bankijiet jew jekk ġnien fihx funtana jew le imma anke, pereżempju, biex isir magħruf x'tip u x'natura ta' pjanti qed jiġu miżrugħa jew imħawla fil-post.", "Madanakollu, Sur President, din hija issue li ilna naħarbu minnha nazzjonalment għal żmien twil.", "Konna għamilna żmien nitkellmu ħafna fuq l-importanza tal-pjanti endemiċi.", "Niftakar li dak iż-żmien konna identifikajna liema huma l-pjanti endemiċi u konna saħansitra nidejna kampanja biex inħajru lin-nies fil-ġonna tagħhom iħawlu jew jiżirgħu dawn il-pjanti, imma llum din il-ħaġa spiċċat kompletament, anzi minflok illum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn għandna kwantità kbira ta'siġar li mhumiex endemiċi, u naħseb li jkun tajjeb jekk niddiskutu flimkien għandniex inħallu dawn it-tip ta' siġar.", "Pereżempju, hawn ta' min isemmi s-siġar tal-ewkaliptu u siġar oħrajn li tħawlu f'mument partikolari meta kienu qed jingħataw xi donazzjonijiet għal dan it-tħawwil, u dawn baqgħu mifruxa f'diversi lokalitajiet Maltin sal-lum minkejja li dawn it-tip ta' siġar ma jifformawx parti mill-ambjent nazzjonali tagħna.", "Il-kampanja li saret biex f'pajjiżna jkun hawn aktar siġar taż-żebbuġ hija tajba, u fil-fatt is-sena l-oħra wieħed seta' jinnota kemm kien hawn siġar taż-żebbuġ madwar Malta kif ukoll kemm kienet kbira l-produzzjoni ta' żejt lokali, imma mbagħad huwa fatt ukoll li tħawlu kwantità kbira ta' siġar taż-żebbuġ f'postijiet pubbliċi li ħadd mhu qed jagħti kashom.", "Fil-fatt ġieli filgħodu tkun għaddej u tara kull żebbuġa daqsiex mal-art, imma jibqa' ħadd ma jagħti kas.", "Meta tistaqsi lin-nies li huma involuti f'dan is-settur fuq din il-ħaġa, jgħidulek li dawk is-siġar taż-żebbuġ għalxejn qegħdin hemmhekk għax minħabba t-traffiku tant ikollhom residwi fuqhom li jekk tagħsarhom ma joħroġx iż-żejt li wieħed jippretendi li għandu joħroġ.", "Però jien ngħid li dawn is-siġar għandhom jiġu kkurati, anzi mhux hekk biss imma ngħid ukoll li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima għandu jieħu ħsieb iwettaq politika, jagħti tender jew jagħmel xi ħaġa oħra li permezz tagħha dawn is-siġar jiġu kkurati tajjeb.", "Li hu żgur hu li għandna nagħmlu politika li nbiddlu s-siġar tal-ewkaliptu ma' … (Interruzzjonijiet) Imma ma tantx jidher li qiegħed isir dan!", "Kieku jien nieħu pjaċir … (Interruzzjonijiet) Ismagħni Ministru, jien għamiltlek mistoqsija parlamentari … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Herrera, bil-permess tal-Onor.", "JOSÈ HERRERA: Fil-fatt waħda mill-policies tagħna hija li preċiżament nagħmlu dan.", "Bħalissa qed induru l-widien kollha li għandna f'Malta u Għawdex - s'issa diġà dorna aktar minn 12 u sal-aħħar tas-sena d-dieħla se nkunu dorna 37 - fejn apparti li qegħdin innaddfuhom u nirranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li hemm, qegħdin ukoll inneħħu l-pjanti u s-siġar aljeni biex nagħmluhom endemiċi u Mediterranji.", "Qed nagħmlu wkoll mapping tal-parks, qed naraw fejn tista' ssir afforestazzjoni", "L-ISPEAKER: Kollox sew, Ministru.", "Tista' tispjega dan kollu meta tiġi għall-winding up.", "JOSÈ HERRERA: Kulma qed isir, qed isir skont l-ekoloġija Maltija, però wieħed għandu jifhem li huwa impossibbli li nagħmlu kollox f'daqqa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Mifsud Bonnici biex, jekk jogħġbu, ikompli bid-diskors tiegħu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien nieħu pjaċir nisma' b'dawn l-inizjattivi li semma l-Ministru, però forsi fin-Nofsinhar ta' Malta għadhom ma waslux, u billi jien nirrappreżenta lin-Nofsinhar ta' Malta u ġej ukoll minn hemmhekk, ikolli ngħid li sal-lum fit-toroq tagħna għadni qed nara s-siġar tal-ewkaliptu u siġar li huma aljeni għall-ambjent!", "Nieħu pjaċir meta tasal dik il-ġurnata li fiha nara dawn is-siġar maqtugħa u mwarrba.", "Kif għedt diġà, Sur President, jien nieħu pjaċir nisma' li qed isir dak li semma l-Ministru, daqskemm nieħu pjaċir ukoll bix-xogħol li qed jagħmel il-Malta Embellishment and Landscaping Project Monitoring Unit.", "Però bir-rispett kollu, naħseb li qabel ma wieħed jibda jiċċaqlaq hemm bżonn li jkun hemm politika nazzjonali fuq dak li se jsir f'dan il-qasam.", "Lill-Ministru nixtieq nagħmillu punt ieħor partikolari.", "Sfortunatament, Ministru, l-arbuxelli u dawk is-siġar li huma endemiċi għal Malta qed jispiċċaw f'minoranza kbira.", "F'mument partikolari f'ħajti kont dħalt fid-dettall sew f'dawk li huma pjanti li nsibu f'pajjiżna għax ridt nagħmel numru ta' mistoqsijiet parlamentari dwarhom, u hemmhekk irrealizzajt kemm f'pajjiżna għandna xitel u ħafna affarijiet li qegħdin imutu.", "Almenu għad hawn xi nurseries f'Malta li għad għandhom xi pjanti li għada pitgħada nistgħu nerġgħu nġibuhom lura biex jagħmlu l-ġid.", "Pereżempju, żgur li għandha tkun prijorità għal pajjiżna li nieħdu ħsieb li jkollna ferm iżjed rożmarina u sagħtar, iżjed u iżjed wara l-kwestjoni tal-għasel li kellna.", "Jien qiegħed ngħid dan b'sentimenti tajbin għax naħseb li bejn dak li qed isir fin-naħa ċentrali ta' Malta … U ma' dan inżid ngħidlek ukoll, Ministru, li fil-proċess ta' devoluzzjoni tal-kunsilli lokali, l-istess kunsilli lokali għandhom bżonn ukoll policy daparti tal-Ministeru tiegħek dwar x'għandhom jagħmlu.", "(Interruzzjonijiet)", "JOSÈ HERRERA: Jiddispjaċini li qed ikolli nerġa' ninterrompi lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Mifsud Bonnici, imma nħoss li għandu dritt ikun jaf ċerti affarijiet, aktar u aktar meta naf li fil-winding up mhux se jkolli ċans inwieġbu fuq dawn l-affarijiet minħabba li matul dan id-dibattitu saru ċerti allegazzjonijiet li rrid inweġibhom.", "Min-naħa tiegħu, l-Onor.", "Mifsud Bonnici qed jagħmel kritika kostruttiva u pożittiva, u allura xtaqt inwieġbu.", "Il-politika tagħna hija proprjament il-protezzjoni tal-ekoloġija Maltija, u dak hu li qegħdin nagħmlu aħna.", "Pereżempju, jekk wieħed jitkellem dwar Kemmuna, hemmhekk f'20 tomna art żrajna seba' tipi ta' siġar Maltin, jiġifieri aħna 'l hemmhekk mexjin.", "Fil-fatt l-idea tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum hi li meta jien nagħti territorju lil xi NGO (non-governmental organisation) jew lil xi kunsill lokali, dan ma jfissirx li jien ma nkunx nista' nindaħal lil dik l-NGO jew lil dak il-kunsill lokali, u qed ngħid dan għax sal-lum il-liġi hekk qiegħda.", "Jien ngħin ħafna kunsilli lokali.", "Biżżejjed insemmi Ġnien is-Sultan, li qegħdin nirranġawh, Spencer Garden il-Marsa, l-Argotti, …", "Nista' nagħmillek lista ma tispiċċa qatt ta' ġonna pubbliċi li rranġajthom jien minn flusi, Onor. Mifsud Bonnici!", "Jekk waqt li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jkun għamel triq u neħħa xi siġar, aħna nobbligawh biex jerġa' jħawwel dawk is-siġar f'postijiet oħra, u għalhekk imbagħad jidħlu wkoll ministeri oħra.", "Però l-idea tal-kurazija hi li meta inti tagħti kurazija, din tibqa' territorju tal-gvern taħt is-sorveljanza tal-ERA u allura meta jiġu biex jitħawlu s-siġar u jsiru affarijiet bħal dawn, ikollhom id-direzzjoni tal-ERA.", "Dan huwa l-iskop kollu ta' dak li qed nagħmlu llum.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Onor.", "Mifsud Bonnici biex, jekk jogħġbu, ikompli bid-diskors tiegħu.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Nixtieq nagħmel żewġ punti partikolari.", "L-ewwel nett nixtieq nistaqsi: Il-ministru jista' jerġa' jpoġġi idu fuq dawk l-affarijiet li diġà ġew devoluti għand il-kunsilli lokali jew inkella dak li sar sar u issa nistgħu biss inħarsu lejn il-futur?", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa dan.", "Indipendentement minn din il-problema, li hawnhekk tidher li mhijiex indirizzata u li jien qed inqajjimha lill-Ministru biex jindirizzaha fi stadju ta' Kumitat … Għax wara kollox hekk għandu jkun, li meta l-gvern jagħmel devoluzzjoni ta' ġonna, għall-iskopijiet ta' din il-liġi din għandha tiġi kkonsidrata li hija kurazija u tidħol mal-ewwel fil-liġi mingħajr diffikultà ta' xejn.", "Però fil-frattemp għandha tinħareġ linja gwida lil diversi kunsilli lokali u jkun hemm rapport ta' kull ġnien pubbliku b'moniteraġġ kull sitt xhur.", "Għaliex qed ngħid dan, Ministru?", "Għax jidher ċar li bl-intenzjonijiet tajbin kollha li hemm, bil-herculean task li hemm involut fil-qasam tal-ambjent … Għax aħna għandna din il-mentalità li donnu l-ministru jrid jibża' għall-ambjent għax mill-bqija f'Malta m'hemmx interess fl-ambjent ħlief minn dawk li joħorġu jagħmlu picnic jew dawk li joħorġu lit-tfal fil-kampanja.", "Jien naf saħansitra nies li jkollhom ġnien sabiħ u jkunu jridu jagħmluh kollu konkos għax jidhrilhom li b'hekk ikunu jistgħu jżommu aktar id-dar nadifa.", "Għalhekk meta jien nara affarijiet bħal dawn ninduna li għalkemm l-intenzjonijiet biex issir xi ħaġa fil-qasam tal-ambjent ikunu tajbin, imbagħad m'hemmx implimentazzjoni.", "Ħalli nispjega ruħi aħjar.", "Is-sena li għaddiet, matul il-Leġiżlatura preċedenti, jien għamilt mistoqsija parlamentari dwar Tal-Magħluq f'Wied il-Għajn, u sal-lum l-istat ta' Tal-Magħluq f'Wied il-Għajn mar verament lura.", "Saret anke press conference mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn f'dan ir-rigward.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nagħmel l-argument għax l-argument li se nagħmel huwa sempliċement kritika kostruttiva.", "Is-sena l-oħra jien għamilt din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru Herrera:", "\"Jista' l-Ministru jinforma x'passi ulterjuri ttieħdu tul is-sena li għaddiet …\"", "- jiġifieri tul l-2016 -", "\"… għar-rigward Tal-Magħluq f'Wied il-Għajn?\"", "U l-Ministru weġibni hekk:", "\"Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Magħluq ta' Marsaskala komplew l-inizjattivi tal-kontroll tal-firien kif ukoll miżuri biex tinżamm l-indafa tal-post bħala parti mill-ħarsien u mmaniġġar aħjar tas-sit.", "Dan ix-xogħol qed isir minn diversi entitajiet, dan il-Ministeru, kif ukoll Ministeri oħra.", "Inizjattiva ġdida, imnieda ma' entità mhux governattiva, hija dik immirata għar-rinfurzar tal-popolazzjoni tal-bużaqq (aphanius fasciatus) li jinstabu fil-post b'mod naturali.", "Dawn il-miżuri msemmija jagħmlu parti mill-pjan tat-tmexxija għas-sit.\".", "Issa jekk inqiegħdu jdejna fuq il-kuxjenza jkollna nammettu li bl-intenzjonijiet kollha tajbin tal-Ministeru, tul din is-sena Tal-Magħluq f'Wied il-Għajn mar il-baħar!", "(Interruzzjonijiet) Ministru, il-kritika tiegħi lejk hija …", "L-ISPEAKER: Issa ħu paċenzja u wieġbu fil-winding up, Ministru!", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, Tal-Magħluq qiegħed ġo nofs Wied il-Għajn, jgħaddu n-nies minn hemmhekk, tisma' nies jgħidu fuq it-televixin li ma jgħaddux minn hemmhekk minħabba li jibżgħu mill-firien, … Dan kollu qed jagħti indikazzjoni li down the line hemm xi ħaġa li mhijiex qiegħda taħdem.", "Issa aħna rriduha taħdem għax ma niħdux pjaċir li l-Magħluq ta' Wied il-Għajn jew areas oħra jkunu qegħdin fi stat fejn jekk kemm-il darba ma jkunx hemm il-ministru jew in-nies tal-ministru jiġru wara l-affarijiet, bħall-pulizija, allura ma jkunx hemm kontroll f'dak li għandu jsir.", "Hawnhekk qed naraw dak li għedt l-ewwel, jiġifieri li l-intenzjonijiet li semma l-Ministru fir-risposta parlamentari li kkwotajt kienu mod filwaqt li r-riżultat huwa mod ieħor.", "Għalhekk jien nappella lill-Ministru biex jifhem li hemm ferm aktar xi jsir, u dan huwa a case in point.", "Pereżempju, fir-risposta tiegħu l-Ministru semma lil entitajiet mhux governattivi u entitajiet oħra ta' ministeri, però ma semmiex lill-kunsilli lokali, u huwa għalhekk li l-ewwel jien appellajt lill-Ministru biex jagħmel politika lill-kunsilli lokali dwar dawn l-affarijiet.", "Fil-fatt hemm ferm aktar x'wieħed jista' jagħmel mal-kunsilli lokali fuq din il-linja li mhuwiex qiegħed isir.", "Pereżempju, l-istess nista' ngħid għall-ġbir tal-iskart.", "Il-ġbir tal-iskart beda fuq sieq tajba.", "Konna bdejna mexjin; bdejna niġbru l-iskart, però bqajna l-ħin kollu niġbru l-iskart u eżami dwar x'qiegħed jiġri kif ukoll xi żvilupp 'il quddiem qed isir forsi m'aħniex qed nagħmlu biżżejjed.", "Issa l-Ministru se jgħidli li qed jaħdem ħafna fuq il-politika tas-separazzjoni tal-iskart u se jiġi biex jibda wkoll sistema ta' pieni, imma jien inħoss li hemm bżonn li ssir kampanja edukattiva sew għax ħafna nies, fl-innoċenza tagħhom jew inkella minħabba t-tradizzjonijiet li ġejjin minnhom, jarmu ċerti affarijiet għax jaħsbu li mhumiex riċiklabbli u jixħtu ċerti affarijiet fil-borża s-sewda meta dawn suppost jixħtuhom f'boroż oħrajn.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm bżonn ta' kampanja edukattiva aktar sempliċi f'dan ir-rigward.", "Jien narahom is-slots edukattivi li jsiru fuq it-televixin f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskart, u jiddispjaċini ngħid li dawn is-slots ma jagħtux stampa ċara lin-nies li jkunu qed isegwu mid-dar jekk, pereżempju, kartuna tal-ħalib tistax tiġi riċiklata jew le, jekk landa tat-tonn taż-żejt tistax tiġi riċiklata jew le jew jekk dawn għandhomx bżonn li jiġu maħsula qabel ma jitpoġġew fil-borża tar-riċiklaġġ.", "Nittama biss, Ministru, li ma nibdewx naraw kwantità kbira ta' nies akkużati fuq dawn l-affarijiet il-qorti.", "Għax aħna lkoll nafu x'jiġri f'dan il-pajjiż, Sur President, filli kollox għaddej ward u żahar u f'daqqa waħda, għax iqum xi ħadd filgħodu u jħoss li għandu jagħmel mistoqsija parlamentari dwar kemm, ngħidu aħna, kien hemm nies li tressqu l-qorti minħabba l-liġi tal-ambjent, imbagħad f'daqqa waħda nagħmlu bħal dak li jaqbad machine gun u jibda jispara bl-addoċċ u f'kemm ili ngħidlek nibdew naraw lil dawn il-povri nisa tad-dar jew inkella lil nies oħra li ma jafux l-affarijiet tagħhom biżżejjed fil-kju quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja jew inkella quddiem il-qorti!", "Għalhekk nerġa' ngħid li hemm ħafna xogħol x'isir, Ministru.", "Ngħidu aħna, mal-kunsilli lokali jista' jsir xogħol fuq affarijiet li huma diġà jagħmlu.", "Pereżempju, ma nistgħux nifirdu l-iskart tal-ħġieġ skont il-kulur tiegħu?", "Wara kollox din hija xi ħaġa li ssir kullimkien.", "Meta niġu biex inbigħu l-ħġieġ tagħna, aħna nsibu diffikultà għax jitħallat kollox f'daqqa, u dan meta għandek ħġieġ li hu kannella, ħġieġ li hu aħdar, ħġieġ li huwa trasparenti … Barra minn Malta l-ħġieġ jinfired skont il-kulur tiegħu għax b'hekk jakkwista ferm aktar valur fir-resale tiegħu.", "Ara hawn Malta, minħabba d-diffikultajiet li għandna … Għax għandna diffikultajiet, Ministru!", "Biżżejjed ngħid li ġieli tmur biex tarmi f'post ta' riċiklaġġ u ssib li l-kontenitur jew ikun imkisser jew mimli żżejjed bil-konsegwenza li tispiċċa m'għandekx fejn tarmi.", "Issa hawnhekk hawn lok fejn inti tinvolvi lill-kunsilli lokali aħjar.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' indafa, il-kunsilli lokali saru jservu biss bħala receivers ta' affarijiet passivi mingħajr ma għandhom l-ebda forma ta' inċentiv li permezz tiegħu huma jsiru attivi.", "Pereżempju, kieku jien nintroduċi skema li permezz tagħha l-WasteServ kull sena tagħti donazzjoni ta' flus lill-aktar kunsill lokali li jiġbor karti - biex insemmi eżempju wieħed - liema donazzjoni mbagħad tkun tista' tintnefaq biex jinxtraw kotba għal-librerija pubblika ta' dak il-lokal.", "Tista' ssir ukoll xi skema li biha l-aktar kunsill lokali li jkun ġabar skart għar-riċiklaġġ jingħata affarijiet jew oġġetti għall-embellishment tal-lokal.", "Madanakollu dan li qed ngħid qed jinxteħet kollu barra mit-tieqa!", "U mbagħad xi ngħidu għall-kwestjoni tal-plastik?", "Jien ngħid li 'mnalla barra minn Malta qed isiru kwantità kbira ta' dokumentarji li jispjegaw il-komplikazzjonijiet marbuta mal-ġbir tal-plastik.", "Hawn Malta għad għandna l-idea li l-plastik tista' tħallih barra u li jekk dan imur fil-baħar se jiddiżintegra ruħu, jiġifieri lin-nies għadna ma spjegajnielhomx biżżejjed kemm huwa importanti li l-plastik jinġabar.", "Però f'dan kollu huwa essenzjali li l-kunsilli lokali jiġu ħaġa waħda ma' dak li qed jagħmel il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Veru li hemm ideat ta' ċentralizzazzjoni tal-poter li xi drabi nerġa' nara ħerġin fil-liġijiet u fl-abbozz tal-liġi li jitressqu hawnhekk, però naħseb li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima għandu għodda essenzjali li tagħmel il-ġid.", "Fl-opinjoni tiegħi, bejn il-Ministeru u l-kunsilli lokali hemm ukoll konsonanza bil-għan li dawn jaħdmu flimkien ħalli l-affarijiet isiru sewwa.", "Anke jekk illum saret id-devoluzzjoni tal-ġonna pubbliċi u dawn m'għadhomx aktar f'idejn il-Ministeru responsabbli mill-ambjent, il-Ministeru xorta waħda għandu jkollu politika ambjentali aktar b'saħħitha u jkun aktar voċiferu man-nies involuti fis-settur għax hemm bżonn li wieħed jagħmel l-affarijiet b'aktar ħsieb.", "Biżżejjed insemmi, pereżempju, dik ir-roundabout li għadha kif saret barra mill-Fgura, eżattament ħdejn l-Industrial Estate ta' Bulebel.", "Dik ir-roundabout saret bil-għan li tikkalma t-traffiku, imma ma sar l-ebda ħsieb biex fuq ir-roundabout jitħawlu xi ftit arbuxelli, xi ftit pjanti jew xi ftit siġar li l-għeruq tagħhom ma jkunux jinżlu fil-fond.", "Fil-fatt jien għamilt anke mistoqsija parlamentari dwar din ir-roundabout, li jduru magħha nofs ir-residenti tal-Fgura, taż-Żejtun, ta' Wied il-Għajn, tax-Xgħajra u ta' Ħaż-Żabbar.", "Din ir-roundabout nistħajjilha xi crater li wieħed jara fid-dokumentarji fuq il-qamar!", "Ikolli ngħid li qabel ma saret din ir-roundabout ma sarx biżżejjed ippjanar, ma kienx hemm kordinazzjoni tajba biżżejjed bejn il-Ministeri u anke hawnhekk, sfortunatament, għal darb'oħra jidher li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima tħalla l-aħħar nett biex jissorvelja dak li qed isir, u din hija xi ħaġa li lili ddejjaqni.", "Nappella biex ikun hemm kordinazzjoni aħjar, nappella biex tingħata aktar għajnuna lil dan il-Ministeru u nappella wkoll biex ikun hemm mekkaniżmu li permezz tiegħu wieħed ikun jista' jara x'hemm u x'm'hemmx ħalli jsir ippjanar tajjeb.", "Nappella b'mod partikolari biex din ir-roundabout li għadni kif għamilt riferenza għaliha u li jduru madwarha kwantitajiet kbar ta' karozzi ma tkunx magħmula sempliċement minn ftit konkos lixx imma almenu ssir bażi mhux fonda ħafna ta' ħamrija biex jitħawlu fiha ftit pjanti u almenu kull min jgħaddi minn hemmhekk filgħodu jara dehra aktar sabiħa.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel punt ieħor lill-Ministru.", "Fit-toroq ta' Malta u Għawdex naraw kwantità kbira ta' fjuri skont iż-żmien, imma dawn il-fjuri mhux dejjem ikunu fjuri nazzjonali.", "Wisq nibża' li għax dawn it-tip ta' fjuri jidhru sbieħ fir-roundabouts ta' Brussels, allura nassumu li hija xi ħaġa awtomatika li dawn se jidhru tajbin fir-roundabouts tagħna!", "Huwa veru li dawn il-fjuri huma sbieħ, imma għandna tant affarijiet li nistgħu niftaħru bihom hawn Malta!", "Għandna tant affarijiet li nistgħu nagħmlu użu minnhom!", "Allura għaliex ma għandhiex tingħata direzzjoni ċara fuq x'jista' jkun hemm u x'ma jistax ikun hemm f'dawn ir-roundabouts?", "Wara kollox il-pjanti nazzjonali tagħna huma reżistenti ħafna għall-ambjent tagħna.", "Huwa veru li llum il-ġurnata t-traffiku f'pajjiżna żdied ħafna, imma l-pjanti u l-arbuxelli ta' pajjiżna huma reżistenti għall-klima tagħna.", "Sur President, fl-aħħar imma mhux l-anqas nixtieq nawgura lill-Ministru għal dak kollu li jixtieq jagħmel, għax dak li qed jipprova jipprospetta mhuwiex faċli.", "Jien nissuġġerixxi lill-Ministru biex jara wkoll x'sar fil-passat ħalli mbagħad ikun jista' jara l-kuntrast bejn dak li kien hemm u bejn dak li jkun se jsir.", "Wieħed irid jgħid ukoll li grazzi għall-intenzjonijiet tajbin ħafna li kien hemm matul is-snin saret devoluzzjoni kbira lill-kunsilli lokali għax il-politika tagħna kienet biex wieħed jiddeċentralizza u jagħti aktar saħħa lil dawn in-nies.", "Għalhekk dan huwa ħsieb ex post facto li permezz tiegħu wieħed jista' jagħmel is-sitwazzjoni ferm aħjar.", "Anke jekk tħoss li ma tistax tieħu l-ġonna kollha lura taħt din il-kurazija, Ministru, almenu għandek tagħmel skeda li minn żmien għal żmien tista' toħroġ f'avviż legali biex il-ġonna li ġew devoluti lil kunsill lokali partikolari, inti ddaħħalhom taħt il-kurazija u tagħmel l-affarijiet fihom.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, illum li quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li huwa ntiż sabiex jipproteġi l-ambjent inħoss li għandi nibda dan l-intervent tiegħi billi ngħid x'nifhem jien bil-kelma \"ambjent\".", "Meta jiena nlissen il-kelma \"ambjent\" ma nkunx qiegħda nirriferi biss għall-widien u għall-kampanja tagħna, anzi nemmen li llum wasalna fi żmien li meta nitkellmu dwar l-ambjent nirriferu għall-ambjent fl-intier tiegħu, jiġifieri għal dak kollu li naraw madwarna, inkluż il-wirt tagħna, l-ispazji pubbliċi tagħna kif ukoll il-mod u d-disinn tal-bini li għandna tiela' bħalissa f'pajjiżna.", "Għalhekk jiena ma nixtieqx nindirizza dan id-diskors li se nagħmel direttament lill-Ministru responsabbli mill-ambjent, li rrid infaħħru minn hawnhekk għan-numru ta' inizjattivi li ħa u li kienu tajbin.", "Huwa veru li kien hemm xi inizjattivi li forsi ħassejt li setgħu saru xi ftit aħjar, però kien hemm inizjattivi oħrajn li l-Ministru ħa u li kienu tajbin, imma forsi għax ma kienx hemm koperazzjoni jew viżjoni biżżejjed mingħand il-kollegi sħabu, dawn sfaxxaw fix-xejn.", "Għalhekk id-diskors li se nagħmel aktar milli huwa mmirat lejn il-Ministru Herrera, aktar huwa mmirat lejn il-Ministeri l-oħra u lejn il-bqija tal-Kabinett.", "Forsi min qed isegwini qiegħed jgħid: Biex ġejja llum?", "Ix-xahar li għadda, preċiżament fit-30 ta' April, f'dan il-Parlament, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Edward Scicluna qal point blank li dan il-Gvern qiegħed fil-proċess biex ibigħ Selmun Hotel u Selmun Palace, u fil-fatt huwa preċiżament għalhekk li jien xtaqt nagħmel dan l-intervent illum.", "Ħalli nsemmi sitt aspetti.", "Għandna l-American University of Malta, għandna l-area taż-Żonqor u għandna Dock One.", "It-tieni punt: għandna l-Gozo General Hospital, għandna St Luke's Hospital u għandna Karen Grech Hospital.", "Il-ħames punt: Strada Zekka, u s-sitt punt huwa s-sit fejn qabel kien hemm l-Institute for Tourism Studies (ITS).", "Probabbli min qiegħed jismagħni qed jistaqsi għaliex qed insemmi dawn is-sitt aspetti.", "Qed insemmi dawn is-sitt aspetti għax dawn kollha kemm huma għandhom ħaġa komuni.", "Dawn kollha huma artijiet pubbliċi jew monumenti pubbliċi li taħt dan il-Gvern ingħataw biċ-ċiċri lil erbgħa min-nies tal-qalba.", "Għalhekk meta jiena fit-30 ta' April 2018 smajt lill-Ministru Edward Scicluna jgħid li nbdew il-proċessi sabiex mhux biss tinbiegħ Selmun Hotel imma wkoll Selmun Palace, li huwa parti mill-patrimonju nazzjonali tagħna, bqajt sorpriża.", "Dan għaliex Selmun Hotel ilha mill-2009 biex tinbiegħ, imma Selmun Palace qatt ma kien jifforma parti mill-equation, u allura jiena ngħid li dan huwa mument kruċjali għax bħala pajjiż irridu nassiguraw li dak li huwa tal-Maltin ma għandux jibqa' jintrema billi jingħata lil xi erbgħa min-nies biex dawn isiru sinjuruni minn fuq dahar il-poplu!", "Hawnhekk nixtieq infakkar ftit lill-Prim Ministru x'inhu r-rwol tiegħu.", "Lill-Prim Ministru jiena ngħidlu: Prim Ministru, l-art pubblika u l-proprjetà pubblika mhijiex tiegħek!", "Hawnhekk se nuża frażi li hu kien iħobb jużaha ħafna qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013: L-art pubblika u l-proprjetà pubblika hija \"tagħna lkoll\", u l-poplu Malti u Għawdxi ma tax mandat lill-Prim Ministru biex jagħmel li jrid bl-art pubblika u bil-proprjetà pubblika imma tah mandat biex juża u jamministra l-art pubblika kif ukoll il-proprjetà pubblika fl-aħjar interess tal-poplu.", "Għalhekk bħalma l-Prim Ministru, rightly so, jippretendi li l-elettorat iċapċaplu meta jagħmel xi ħaġa tajba, daqshekk ieħor il-Prim Ministru jrid jerfa' r-responsabbiltà meta jamministra l-art pubblika u l-proprjetà pubblika ħażin.", "Però issa ħalli nerġa' lura għal Selmun Hotel u Selmun Palace.", "Mela kif kont qed ngħid, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Edward Scicluna qal - u hawnhekk se nikkwota - li:", "\"Qegħdin jitħejjew il-pjani li hemm bżonn sabiex il-Palazz u l-lukanda ta' Selmun jinħarġu għall-bejgħ.\".", "Issa jiena ma nixtieqx, anzi ma rridx nara ripetizzjoni ta' dak li ġara bl-art tal-ITS.", "Jekk dan il-Gvern verament iħoss il-bżonn li jbigħ proprjetà pubblika, jien irridu jara li dak il-bejgħ isir b'mod tajjeb.", "Għalhekk jiena se nkompli nagħmel l-osservazzjonijiet tiegħi u se nkompli nagħmel il-paraguni għax huwa veru li l-prassi tgħid illi l-passat mhuwiex garanzija tal-futur, però ma' dan il-Gvern fejn tidħol art pubblika l-passat huwa l-garanzija tal-futur għax rajna jseħħu oxxenitajiet fuq l-area taż-Żonqor u fuq l-American University of Malta, rajna jseħħu oxxenitajiet fuq l-Australia Hall u fuq Cafè Premier, rajna jseħħu oxxenitajiet fuq Strada Zekka, rajna jseħħu oxxenitajiet fuq l-isptarijiet tagħna u rajna jseħħu oxxenitajiet ukoll fuq is-sit tal-ITS.", "Hawnhekk wieħed jgħidli: Għaliex qed tgħid hekk?", "Ħalli nfakkar x'ġara eżattament fil-każ tas-sit tal-ITS biex dak li sar ħażin hemmhekk ma jerġax isir ħażin fl-eventwalità tal-bejgħ ta' Selmun Palace u ta' Selmun Hotel.", "Biex inpoġġi lil min qed jismagħna fl-istampa ħalli mbagħad jiddeċiedu huma stess jekk il-Gvern għamilx deal tajjeb jew le, tajjeb ngħid li biex il-Gvern ċaqlaq lill-ITS minn fejn hi llum u rrilokaha f'post ieħor, huwa nefaq €74 miljun.", "Però min-naħa l-oħra, dawk li qed isegwuna jafu kemm biegħu s-sit tal-ITS il-Gvern? €15-il miljun, €5 miljuni mal-kuntratt, kif se nispjega aktar 'il quddiem, u €10 miljuni oħra fuq seba' snin mingħajr imgħaxijiet!", "Jiena nixtieq inkun naf min illum imur jixtri dar u l-bank jgħidlu: Ħudha bla imgħax, sabiħ tiegħi!", "Mela biex ċaqlaq l-ITS, il-Gvern nefaq €74 miljun filwaqt li mbagħad l-istess art qed ibigħha bi €15-il miljun!", "Inħalli lill-poplu hemm barra biex jiġġudika jekk il-Prim Ministru li ġie fdat jamministra l-art pubblika tal-elettorat amministrahiex b'mod tajjeb jew le.", "Jekk kemm-il darba tiġi biex tinbiegħ Selmun Hotel, jiena ma naqbel assolutament xejn li jinbiegħ ukoll il-Palazz ta' Selmun, l-ewwel nett għax dak huwa parti mill-patrimonju tagħna u, it-tieni nett, għax jekk se nbigħu dak li jagħmilna Maltin se nispiċċaw poplu mingħajr identità.", "Irrid infakkar li fl-2012 il-Palazz ta' Selmun kien ġie skedat bħala grade 1 national monument.", "Għalhekk jekk il-Gvern se jkompli b'dan il-bejgħ l-ewwel nett irid ikun hemm full transparency.", "Nenfasizza li jrid ikun hemm full transparency mill-bidu nett u mhux nagħmlu bħalma ġara fil-passat, noħorġu xi tender qrib il-vaganzi tal-Milied, noħorġu xi tender li biex wieħed jara x'fiha jrid iħallas €10,000, jew inkella noħorġu tender li t-titlu jkun jgħidlek mod u mbagħad wara li tkun ħallast l-€10,000 meta tibda tqalleb fiha bħala footnote issib linja rqiqa li tagħtik il-potenzjal li ttella' u tibni u tagħmel dak li trid!", "Mela, Sur President, irid ikun hemm full transparency mill-bidu nett.", "It-tieni ħaġa hija li jrid ikun hemm full disclosure mill-bidu nett filwaqt li t-tielet ħaġa hi li l-elettorat għandu jiġi trattat b'rispett.", "Pereżempju, jien irrid nara li jkun hemm proper engagement mal-elettorat, u qed ngħid dan għax anke fil-proċess attwali li hemm għaddej fuq is-sit tal-ITS, ma rajna xejn minn dan kollu.", "Fil-fatt la rajna trasparenza sħiħa, la rajna disclosure sħiħa, definittivament l-elettorat la ġie trattat b'rispett, la kien hemm l-engagement tiegħu u lanqas kien hemm level playing field għal kulħadd.", "Hawnhekk se nagħmel tliet punti oħra.", "Jiena rrid li jkun hemm proper application tal-planning policy u mhux fejn jidhrilna napplikaw policy u fejn jidhrilna napplikaw policy oħra.", "Lanqas irrid li fejn jidhrilna naddottaw linja ta' policy lock, stock and barrel u mbagħad għal xi proġett ieħor ma naddottawx lock, stock and barrel imma nagħtuha l-interpretazzjoni li jkun jaqblilna.", "Din il-policy window-shopping trid tispiċċa darba għal dejjem għax wara kollox kulħadd huwa investitur, u mhuwiex ġust li investitur jiġi ppreferut fuq investitur ieħor, bħalma mhuwiex ġust li investitur jiġi ddiskriminat kontra investitur ieħor!", "Jiena ma rridx nara aktar sham consultations u teatrini bħalma rajna fil-passat fuq is-sit tal-ITS lanqas!", "Ħalli nkompli npoġġi lil min qed jismagħna fl-istampa biex dawn ikunu jistgħu jifhmu aħjar għaliex jiena ħassejt li llum għandi niġi hawn u ninsisti li jekk kemm-il darba l-Gvern se jmexxi biex ibigħ il-Palazz ta' Selmun, dan għandu jbigħu b'mod tajjeb.", "Fil-fatt diġà għandi lesti disa' mistoqsijiet li se nkun qed nindirizzahom lill-Kabinett ta' dan il-Gvern, u għal dawn il-mistoqsijiet nippretendi risposti pubbliċi, mhux biex jagħtu risposta lili imma biex l-elettorat, li fdalhom din il-proprjetà f'idejhom, ikunu jafu eżattament x'qed jiġri.", "Waqt li lbieraħ il-Prim Ministru kien qed jattendi għal xi laqgħat, huwa ġie avviċinat minn xi ġurnalisti li staqsewh preċiżament fuq il-proġett tal-ITS, u wieħed mill-ġurnalisti, rightly so, qallu: Prim Ministru, waħda mill-issues kruċjali u pertinenti li hemm fuq dan il-proġett hija l-issue tat-traffiku, però qed jingħad li din l-issue tat-traffiku se tiġi solvuta jekk kemm-il darba jkun hemm tunnel.", "Għalhekk il-ġurnalist staqsieh: Meta se jsir dan it-tunnel, qabel ma jitlesta l-proġett?", "Dan il-ġurnalist kompla jistaqsih: Sur Prim Minisrru, min se jkun qed iħallas għal dan it-tunnel, l-iżviluppatur jew il-Gvern?", "Għax hawnhekk ikun tajjeb jekk ngħidu li meta saret din il-mistoqsija lill-iżviluppatur, huwa ma kienx kapaċi jweġibhom.", "Però mid-dehra lanqas il-Prim Ministru ma jaf iwieġeb din il-mistoqsija, għax tafu x'qallu l-Prim Ministru lil dan il-ġurnalist?", "Issa jew għandna Prim Ministru li jrid jgħatti x-xemx bl-għarbiel jew inkella għandna Prim Ministru li ma jafx x'qed jiġri għax naħseb li l-poplu Malti u Għawdxi hemm barra jiftakar li fil-leġiżlatura li għaddiet il-masterplan ta' Paceville li tressaq quddiem l-Environment and Development Planning Committee, li konna fih jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Ryan Callus, kellu jintrema u jiġi scrapped totalment minħabba li rriżulta li dak kien masterplan fażull!", "Għalhekk lill-Prim Ministru jien ngħidlu: Prim Ministru, mhux aħjar tikkjarifikalna ftit għal liema masterplan qed tirriferi?!", "Qed tirriferi għall-masterplan fażull li suppost intrema?", "Qed tirriferi għal xi masterplan ieħor li rajt int biss?", "Jew inkella qed tirriferi għal xi masterplan fantażma?!", "Kif qed naraw, Sur President, jien bilfors kelli niġi hawn u nagħmel dawn il-mistoqsijiet.", "Hemm ħafna aktar x'wieħed jgħid fuq dan il-proġett tal-ITS, però llum jiena se nkun qed niffoka biss fuq il-valur tal-art pubblika għax l-art pubblika mhijiex tal-Prim Ministru u lanqas hi tal-Gvern imma din ġiet fdata lill-Prim Ministru u lill-Gvern biex jamministrawha għan-nom tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Ħalli nuri lil min qed isegwina kemm dan il-Gvern mhuwiex qed jamministra l-art b'mod tajjeb.", "Kif diġà spjegajt, l-ITS inbiegħet għas-somma ta' €5 miljun mal-kuntratt u €10 miljun fi żmien seba' snin mingħajr imgħaxijiet, mentri biex neħħa l-ITS minn hemm il-Gvern kellu jħallas €74 miljun.", "Però jiena ma waqaftx hemm u għamilt ftit riċerka billi qabbilt is-siti tal-madwar.", "L-ewwel nett irrid ngħid li s-sit tal-ITS qiegħed fuq 24,000 metru kwadru u jinsab sitwat fil-golden mile ta' Malta, jiġifieri fuq l-isbaħ biċċa art li għandu pajjiżna.", "Issa hawnhekk ikun interessanti li wieħed ifakkar illi xi sena u ftit xhur qabel ma ngħalaq il-kuntratt tal-ITS, dan il-Gvern stess biegħ biċċa art oħra, però din id-darba l-art ma kienx fiha 24,000 metru kwadru, bħal dik tal-ITS, imma kulma fiha kienu 650 metru kwadru, jiġifieri s-sit tal-ITS huwa 40 darba akbar.", "Tajjeb ngħid ukoll li din il-biċċa sit żgħira li qed nirriferi għaliha jiena tinsab qrib ir-roundabout li hemm qabel ma tinżel lejn Paceville jew tmur lejn San Ġiljan, u qed ngħid dan sabiex wieħed ikun jista' jqabbel ukoll il-pożizzjoni ġeografika ta' dawn iż-żewġ siti.", "X'differenza li jkollok biċċa art qrib ir-roundabout li tieħdok għal Paceville u biċċa art oħra seaview fejn minn hemmhekk tista' litteralment tinżel il-baħar!", "Però ħalli niġu għall-fatti.", "Mela l-istess Gvern biegħ biċċa art ta' 650 metru kwadru għal €3.2 miljun filwaqt li mbagħad biċċa art li hija 40 darba akbar minn din, il-Gvern biegħha għal €5 miljun mal-kuntratt u għal €10 miljun bla imgħaxijiet!", "Li kieku dan il-Gvern kellu juża l-istess kejl bejn dawn iż-żewġ artijiet, l-art tal-ITS kienet tiġi tiswa €130 miljun u mhux €15-il miljun, kif fil-fatt biegħha!", "Hawnhekk irrid nerġa' nfakkar ukoll li l-art iż-żgħira qiegħda ħdejn ir-roundabout ta' Paceville filwaqt li l-oħra għandha seaview mill-isbaħ tant li hija kkonsidrata bħala l-isbaħ biċċa art li għandna f'Malta.", "Issa ħalli mmorru aktar lura fis-snin meta l-prezz tas-suq tal-proprjetà kien għoli wkoll.", "Hawnhekk qed nirriferi għal Fort Cambridge.", "L-ewwel nett irrid ngħid li bejn wieħed u ieħor Fort Cambridge fih 9,000 metru kwadru u mhux 24,000 metru kwadru, jiġifieri s-sit tal-ITS huwa tliet darbiet akbar minnu.", "U Fort Cambridge tafu kemm inbiegħ mal-kuntratt? €54 miljun u mhux €5 miljuni, u dan meta s-sit ta' Fort Cambridge huwa tliet darbiet iżgħar minn dak tal-ITS!", "Mela allura li kieku wieħed jerġa' jieħu l-istess kejl isib li l-art tal-ITS mhux €5 miljuni mal-kuntratt u €15-il miljun fuq għaxar snin tiswa imma €160 miljun!", "Madankollu l-Gvern dan kollu jafu għax anke fil-masterplan fażull li kien ikkummissjona, il-konsulenti tiegħu qalulu li l-art tal-ITS tiswa €200 miljun.", "Fuq is-sit tal-ITS għad baqagħli aktar xi ngħid, però se nkompli darb'oħra biex inkun nista' nispjega sew għax illum il-ħin ma jippermettilix nagħmel dan.", "Pereżempju, jiena rrid lil xi ħadd jispjegali kif xi ħadd imur jagħmel il-booking agreement - jiġifieri jiffirma l-kuntratti ma' min ikun se jixtri l-appartamenti - meta hu stess ikun għadu lanqas biss iffirma l-kuntratt mal-Gvern!", "Għalhekk, kif qed naraw, hemm ħafna x'wieħed jgħid f'dan ir-rigward, però llum jiena qiegħda hawnhekk biex nibgħat messaġġ ċar li l-art pubblika u l-monumenti pubbliċi la huma tal-Gvern u lanqas huma tal-Onor.", "Dawn huma tal-elettorat u l-uniku obbligu li għandu fuqhom il-Prim Ministru huwa li jamministrahom b'mod tajjeb.", "Jiena nittama biss li joħroġ xi ftit tal-ġid mill-iżbalji li saru fil-passat, u għalhekk lill-Kabinett tal-Onor.", "Joseph Muscat se nagħmillu dawn id-disa' mistoqsijiet li semmejt dwar Selmun Hotel u Selmun Palace fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "L-ewwel mistoqsija hija din: Il-Gvern ikkonsulta mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq il-fatt li huwa jrid ibigħ Selmun Palace?", "U jekk fl-affermattiv, x'qaltlu s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?", "Niġi għat-tieni mistoqsija: Dan il-Gvern kif qiegħed jippjana li jbigħ Selmun Palace u Selmun Hotel, b'outright sale jew abbażi ta' ċens?", "Il-poplu jrid ikun jaf dan kollu!", "U x'se jkunu l-kondizzjonijiet li se jkun hemm fil-kuntratt tal-bejgħ?", "Nerġa' ngħid li jiena ma naqbel assolutament xejn li Selmun Palace jinbiegħ.", "Jekk hemm bżonn li l-lukanda tinbiegħ, nistgħu naraw kif inġibu l-aħjar valur għaliha, imma mhux inbigħu dak li huwa patrimonju Malti għax għalija dak huwa wirt imprezzabbli, anzi l-patrimonju Malti għandna nieħdu ħsiebu, u jekk xi ħadd se jagħmel il-flus minn fuq Selmun Hotel, għax ovvjament il-valur ta' din il-lukanda se jogħla minħabba l-fatt li ħdejha hemm palazz, għandu jieħu ħsieb ukoll ir-restawr ta' Selmun Palace.", "Niġi issa għat-tielet mistoqsija.", "Jiena rrid inkun naf għan-nom tal-elettorat x'inhu l-proċess li bih il-Gvern se jkun qed ibigħ dawn l-artijiet f'Selmun.", "Se joħroġ a call for bids bil-highest offer?", "U jekk le, x'mekkaniżmu se jkun qed jintuża?", "Il-Gvern se jkun qed jagħti stima?", "Jew se nerġgħu naraw repeat ta' dak li rajna fl-ITS fejn l-ewwel inħallu lill-offerent jitfa' li jrid u mbagħad għax il-poplu Malti u Għawdxi rvella, qalulu biex ma jinkwieta xejn għax il-kuntratt ħadu u li kulma jixtiequ huma huwa li jinnegozjaw ħalli jgħollulu ftit il-kuntratt?!", "L-affarijiet mhux hekk isiru b'mod għaqli!", "Sur President, ir-raba' mistoqsija jew ir-raba' punt tiegħi huwa li ma jistax ikun li nibqgħu nagħtu l-art pubblika kif ġie ġie mingħajr ma jkun hemm project brief dettaljat.", "Il-project brief irid jelenka eżattament x'jista' jsir fuq dak is-sit, u dak il-project brief irid ikun applikabbli għal kulħadd, jiġifieri mhux għal Ċikku iva u għal Peppu le!", "Jekk Ċikku u Peppu huma t-tnejn interessati li jixtru Selmun Hotel u Selmun Palace, it-tnejn li huma għandhom jingħataw l-istess kondizzjonijiet, l-istess dokumenti, l-istess trasparenza, insomma, fi ftit kliem huma għandhom jingħataw l-istess playing field.", "Niġi issa għall-ħames mistoqsija.", "Naħseb li llum wasalna fil-punt li nkunu nafu liema huma dawk l-awtoritajiet u l-aġenziji tal-gvern li qed jiġu kkonsultati fil-preparazzjoni tad-dokumenti li finalment se jwasslu biex tinħareġ is-sejħa għall-offerti.", "Issa hawnhekk ma nħossx li għandi għalfejn noqgħod nelabora għax min qed isegwini jaf eżattament għaliex huwa importanti li llum, aktar minn qatt qabel, inkunu nafu liema hija l-aġenzija jew l-awtorità li qed tipprova tagħmel dan il-bejgħ.", "Is-sitt mistoqsija tiegħi tirrigwarda t-time-frames.", "X'time-frames qed jikkonsidra l-Gvern?", "Se nerġgħu naraw xi tender li toħroġ fi żminijiet mhux adegwati?", "Infakkar li t-tender tal-ITS ħarġet fi żmien il-Milied, u allura tgħid issa se naraw xi tender li se toħroġ fi żmien il-festa ta' Santa Marija?!", "Mhux l-ewwel darba li ġraw dawn l-affarijiet, u għalhekk naħseb huwa ġust illi l-Gvern jgħid bl-aktar mod ċar x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu biex kulħadd ikollu a level playing field.", "Apparti dan kollu naħseb li jkun tajjeb jekk inkunu nafu wkoll kemm-il ġimgħa beħsiebu jagħti l-Gvern biex min hu interessat ikollu ċans jikkonsidra l-offerta tiegħu u mhux jingħata perjodu qasir biex min kien jaf id-dettalji minn qabel ikollu ċans jagħmel il-bid filwaqt li min, miskin, ma kienx jaf id-dettalji minn qabel ma jlaħħaqx minħabba li ż-żmien ikun qasir.", "Dawn l-affarijiet iridu jinqatgħu għax hemm barra n-nies jitkellmu u hemm min jaf x'qed jiġri!", "Fil-fatt jiena ġejt hawnhekk b'dawn il-mistoqsijiet illum mhux għax ħlomt bihom bil-lejl imma għax dawn huma kollha concerns li semmewli n-nies infushom.", "Niġi issa għas-seba' mistoqsija.", "Min se tkun dik l-aġenzija li toħroġ is-sejħa għall-bids?", "Se nerġgħu naraw lil Projects Malta?", "Se nerġgħu naraw lil min ħa ħsieb id-deal tal-Electrogas?", "Se nerġgħu naraw lil min ħa ħsieb id-deal ta' Vitals Global Health Care?", "Se nerġgħu naraw lil min ħa ħsieb id-deals tal-area taż-Żonqor?", "Naħseb illi dawn huma kollha mistoqsijiet leġittimi li huma importanti, kemm għat-trasparenza kif ukoll biex verament issir ġustizzja mal-poplu Malti u Għawdxi.", "Niġi issa għall-aħħar żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel nett min se jkun il-ministru responsabbli minn dan il-bejgħ?", "U l-aħħar mistoqsija - biex b'hekk inkun għamilt id-disa' mistoqsijiet tiegħi - hija: Min se jkun il-ministru li se jkun qed isegwi li l-kondizzjonijiet kollha li jkun hemm annessi mal-kuntratt jiġu sorveljati wieħed wieħed?", "Dawn huma mistoqsijiet li l-poplu jixraqlu tweġiba għalihom illum qabel għada, u fil-frattemp jien ngħid lill-Gvern ukoll li huwa importanti ħafna li jara x'qed jgħid il-pubbliku dwar l-art tal-ITS.", "Nirriferi lill-Gvern għall-każ li ressqet l-Oppożizzjoni quddiem l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Li kieku għandna verament Gvern serju, l-ewwel kien jistenna l-eżitu u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u mbagħad imexxi bil-bejgħ u bl-iffirmar tal-kuntratti.", "Nikkonkludi billi ngħid li jiena nemmen illi l-poplu Malti hemm barra fehem u xtarr sewwa dak li għedt jien.", "Jiena nistieden lill-poplu biex meta jkun hemm xi affarijiet li qegħdin jinkwetawh għax ikun qed jara li ċerti affarijiet mhumiex qed isiru sew javviċinana.", "Aħna rridu li fil-pajjiż ikompli jsir il-progress u li l-ekonomija tkompli tikber, però l-progress u l-ekonomija qegħdin hemmhekk għal kulħadd u mhux għal xi erba' blue-eyed boys!", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, jiena se nieħu angolu kompletament differenti minn dak li ħadet l-Onor.", "Marthese Portelli fid-diskors tagħha.", "Hija kienet ippreparata fuq linja li hija valida ħafna u jiena napprova dak li kienet qed tgħid hi.", "L-Onor.", "Marthese Portelli rriferiet għall-investituri, u jiena naħseb li kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra u f'dan il-pajjiż huwa investitur.", "Forsi aħna investituri b'mod differenti mill-investituri li kienet qed tirriferi għalihom l-Onor.", "Portelli, imma aħna nibqgħu investituri fil-futur ta' wliedna.", "Naħseb li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa kemmxejn utopiku, fis-sens li qed jgħolli l-importanza tal-ambjent ta' pajjiżna, kif wara kollox huwa xieraq, però realistikament fejn qegħdin u fejn sejrin?", "Issa hawnhekk se nibda billi nagħmel preambolu importanti ħafna.", "Ma rridx ninftiehem ħażin u ma nixtieqx li jkun hemm min jaħseb li jien inħoss li x-xemx niżlet meta tela' l-Gvern Laburista!", "Il-problemi ambjentali ta' pajjiżna ilhom jinbnew, però l-inkwiet tiegħi hu li m'aħniex qed nieħdu l-issues ambjentali tagħna bis-serjetà biżżejjed.", "L-aktar ħaġa faċli hija li aħna ngħidu Ii se nagħmlu liġi bħal din li għandna quddiemna u li ngħidu li se nagħtu l-importanza lill-ambjent, imma jkun tajjeb jekk naraw x'ikun qed jiġri realistikament ukoll.", "Ftit snin ilu mhux ħażin - qed nirriferi għal nofs is-snin disgħin - wara li għext għal madwar tliet snin fl-Italja, jiena kont mort ngħix għal perjodu fil-Ġermanja.", "Dak iż-żmien f'pajjiżna ħadd ma kien għadu jitkellem fuq separazzjoni tal-iskart u riċiklaġġ, u meta mort ngħix l-Italja, għalkemm suppost kienet qed issir is-separazzjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ, dan kien qed isir b'mod laxk u pjuttost liberu.", "Madankollu, meta mbagħad mort ngħix il-Ġermanja rajt differenza enormi f'dan ir-rigward.", "Biex nagħti stampa ċara dwar kemm il-Ġermaniżi fl-1996 kienu diġà ħafna aktar avvanzati milli aħna llum f'dan il-qasam, biżżejjed ngħid li huma diġà kellhom regolamenti li jistipulaw li ma tistax tixtri plastic bags meta tmur tixtri mis-supermarket.", "Però l-aktar ħaġa li kienet laqtitni dak iż-żmien hija din.", "Darba minnhom, meta kont qed noqgħod Berlin, mort biex narmi xi ħġieġ, u kif wasalt ħdejn il-kontenitur tal-ħġieġ kien hemm xiħ li nduna li kont se nitfa' l-ħġieġ kollu f'reċipjent wieħed.", "Dan ġibidli l-attenzjoni li l-ħġieġ ma tridx tisseparah biss minn mal-metall, minn mal-karti u minn mal-plastic imma trid tisseparah ukoll skont il-kulur tiegħu.", "Dak il-ħin jien inblajt għax dak iż-żmien, fl-1996, aħna lanqas biss kienet tgħaddilna minn moħħna li nisseparaw il-ħġieġ minn ma' skart ieħor, aħseb u ara li nisseparawh skont il-kulur!", "Illum, li qegħdin fl-2018, aħna għadna lanqas biss qed noħolmu li nagħmlu din it-tip ta' separazzjoni.", "Għamilna passi 'l quddiem f'dan il-qasam, bħalma għamilna oħrajn lura wkoll.", "Hawnhekk jiena m'iniex se niddistingwi bejn gvern u ieħor għax naħseb li aħna, bħala ċittadini, għadna ma fhimniex eżattament il-problema serja li għandna f'dan il-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam ma' skart.", "Wara kampanji twal fuq il-midja biex is-separazzjoni tal-iskart tidħol b'mod strutturat u b'mod organizzat … Pereżempju, jiena ma stajtx nifhem għalfejn filli konna qed immorru narmu l-iskart fil-bring-in sites u filli f'dan il-pajjiż toqba aħna xorta waħda rridu noħorġu l-iskart tagħna wara l-bieb!", "B'dan it-temp stramb li kien qed jagħmel dan l-aħħar, jien ma nafx kemm-il darba fil-ġurnata rajt il-boroż il-griżi jtiru mar-riħ!", "Allura jien ngħid: Dan għaliex?", "Biex ma mmorrux narmu l-iskart tagħna fil-bring-in sites?!", "Kemm-il darba tkellimt ma' nies li jgħiduli ċar u tond li huma ma jisseparawx l-iskart għax ma jarawx għalfejn jagħmlu dan.", "Li hu żgur hu li meta l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin ħa n-nar għal darba darbtejn, is-sistema tas-separazzjoni tal-iskart ħadet daqqa ta' ħarta sew għax meta raw hekk, ħafna nies ħassew sens ta' apatija biex joqogħdu jisseparaw l-iskart.", "Irrid ngħid ukoll li s-sistema tal-borża l-griża rnexxiet daqsxejn aktar minn dik tal-bring-in sites għax ikollna nammettu li l-poplu Malti u Għawdxi jrid kollox fuq l-għatba tal-bieb ta' barra tiegħu.", "Għalhekk fiha nnnifisha s-sistema tal-borża l-griża mhijiex ħażina, imma jien xorta nistaqsi għalfejn kellna nagħmlu dan meta stajna morna fil-bring-in sites biex nisseparaw l-iskart aħna stess.", "B'hekk konna nkunu verament qed nagħtu daqqa t'id.", "Madanakollu llum meta tkellem lin-nies fuq is-separazzjoni tal-iskart tħoss ċerta apatija u nuqqas ta' interess, u din hija xi ħaġa li lili tinkwetani.", "Jien ngħix fil-lokalità tan-Naxxar; anke l-għeruq tiegħi huma minn hemmhekk.", "Nista' ngħid li kull meta nitkellem man-nies li ġejjin miż-żona tiegħi dwar l-issue tal-iskart, ninduna li din hija issue li tinkwetahom.", "Issa ħalli nkun ċara.", "Jiena naf li f'dan il-qasam għandna problema u li rridu nsibu s-soluzzjonijiet, però naħseb li n-nies huma totalment fil-għama dwar x'se jiġri u ma jiġrix.", "Biex inkun fair, wara li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Cutajar għamel mistoqsija parlamentari 5113 dwar l-inċineratur tal-Magħtab, il-Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra diversi dokumenti u studji li jispjegaw il-proċess ta' dan l-inċineratur, imma wisq nibża' li n-nies hemm barra għadhom ma jafu xejn dwar dan.", "Riċentement tellajt post fuq Facebook fejn staqsejt lin-nies x'jaħsbu fuq l-inċineratur tal-Magħtab.", "Issa hawnhekk ma rridx nilgħabha tal-vittma għax din hija xi ħaġa li qed issir miż-żewġ naħat, imma anke għax għamilt din il-mistoqsija ġara dak li qed jiġri dejjem fuq is-social media.", "Sar attakk sfrenat fuqi għax qalu li qed inkun partiġġjana, u dan meta kulma staqsejt jiena huwa biex in-nies jgħidu x'jaħsbu fuq l-inċineratur!", "Ir-risposti li ħadt, apparti l-attakki li semmejt, kienu li n-nies huma nkwetati għax ma jħossuhomx parti minn dan il-proċess u allura ma jafux x'se jiġri.", "Skont il-Ministru, l-inċineratur tal-Magħtab se jitlesta sas-sena 2023, u allura l-ewwel mistoqsija tiegħi lill-Ministru hija din: Jekk l-inċineratur se jitlesta sas-sena 2023, it-targets li għamilna għas-sena 2020 … Għax qed ngħidu li nofs l-iskart li huwa riċiklabbli qed jiġi riċiklat u li 35% biss tal-iskart organiku jmur fil-landfill.", "Allura jista' l-Ministru jispjegalna ftit x'qed jiġri eżattament fir-realtà?", "Għax huwa sabiħ li nigglorifikaw l-ambjent fuq il-karta, imma fir-realtà aħna x'qegħdin nagħmlu f'dan ir-rigward?", "Bħalma għedt diġà, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Cutajar għamel mistoqsija parlamentari importanti li għaliha l-Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ħafna dokumenti u informazzjoni, però sfortunatament ħafna minn din l-informazzjoni tant hija teknika li ħafna nies ma jassorbuhiex.", "Issa ejjew inkunu onesti man-nies; l-iskart li qed jisseparaw in-nies qed imur hotch-potch; kollox flimkien u tgħassida kompleta?", "Ġaladarba l-impjant ta' Sant'Antniin sar irmied … Darba l-Ministru qal f'dan il-Parlament li wara dak li ġara fl-impjant ta' Sant'Antnin, il-ħaddiema qed jisseparaw dan l-iskart manwalment, imma n-nies iridu jkunu jafuh dan, u jridu jkunu jafuh b'mod ċar.", "Viżwalment qatt ma naraw x'inhu jiġri mill-iskart tagħna.", "Meta kellna l-impjant ta' Sant'Antnin, il-fatt li kienu jiġu organizzati open days … (Interruzzjonijiet) Tinkwetax, Onor. Bedingfield!", "Inti kont toqgħod in-Naxxar, u nassigurak li llum reġa' għandna l-irwejjaħ l-antiki li kien ikollna qabel, jiġifieri xi ħaġa ħażina hemm żgur!", "Issa ġaladarba qed insemmu ż-żona tal-Magħtab, hawnhekk ta' min jagħmel parentesi wkoll għax forsi hawn min nesa kif kienet qabel din iż-żona.", "Ejjew ma naħsbux li ż-żona tal-Magħtab kienet dejjem żona fejn jintrema l-iskart biex illum spiċċajna b'dik il-famuża muntanja.", "Iż-żona tal-Magħtab kienet żona sabiħa ferm.", "Kien biżżejjed li wieħed jinżel lejn il-Magħtab min-Naxxar, fejn hemm iż-żona tas-Salina, ta' Qalet Marku u t-Torri tal-Għallis biex wieħed jirrealizza kemm kienet sabiħa din iż-żona.", "Jiena naf, Sur President, li issa huwa inutli li noqogħdu nibku xi tlifna, imma f'ġieħ kemm hemm, ejjew nitgħallmu mill-iżbalji li saru fil-passat u li sfortunatament għadhom qed isiru.", "Pereżempju, jiena ma nistax nifhem kif toħroġ statistika ta' kemm għandna żieda qawwija fit-tniġġis f'pajjiżna u qisu xejn mhu xejn!", "Biżżejjed ngħid li fl-istatistika tal-Unjoni Ewropea nżilna r-raba' mill-qiegħ.", "Dawn mhumiex figuri li jagħmlulna ġieħ, u bla dubju ta' xejn meta mbagħad torbot dawn il-figuri mal-aspett tas-saħħa, bħalma huwa l-kanċer, ħafna nies jibdew jagħmlu l-mistoqsijiet.", "Jien ninkwieta meta nara posts tal-idrologu Marco Cremona, li jidher li qata' qalbu minn pajjiżna.", "Din hija ħasra kbira.", "Marco Cremona ilu jħambaq u ilu jikkritika gvern wara ieħor - jiġifieri ma jikkritikax lil dan il-Gvern biss, imma anke lill-gvernijiet ta' qabel - għal ħafna u ħafna snin, imma quddiem sitwazzjoni fejn qegħdin nisimgħuh jgħid li qed jaqta' qalbu li se nsolvu din il-problema, anzi l-inkwiet tiegħu hu li se nkomplu ndaħħlu lil pajjiżna fi kriżi ferm akbar, aħna x'qegħdin nagħmlu?", "Jien għadni nftakar l-għagħa kbir li kien hawn fuq il-famuż ġibjun tal-Isptar Mater Dei, li fl-aħħar mill-aħħar ma kien ġibjun xejn imma kien speċi ta' passatur biex l-ilma li jinġema' mill-Isptar Mater Dei jinżel fil-water table, jiġifieri dan kien proġett bis-sens.", "Però jien nistaqsi: X'ġara minn proġetti oħrajn simili?", "X'inizjattivi għandna llum il-ġurnata fuq il-ġbir tal-ilma?", "Jiena ma nafx, imma nara kull blokka daqsiex tiela'.", "Ħafna minnhom lanqas garaxxijiet ma jkollhom, u dan meta nafu l-problema kbira li għandna ta' karozzi, imma apparti dan kollu l-ġbir tal-ilma qed nittraskurawh kompletament.", "Għalhekk jien nistaqsi wkoll: Għaliex m'aħniex nużaw il-pariri ta' nies bħal Marco Cremona, li jaf tajjeb kif għandna niġbru l-ilma tax-xita u nitfgħuh lura biex jissaffa bil-mod il-mod fil-water table?", "Għax jekk qed naħsbu li meta tagħmel ix-xita, l-ilma jinżel fil-water table bħalma jinżel minn fuq il-bejt għal ġo bir, allura għandna żball kbir għax fil-verità jridu jgħaddu snin twal biex l-ilma jgħaddi minn ġol-blat, jiffiltra ruħu b'mod naturali u jiġi fil-water table.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-famużi abbużi tal-boreholes.", "Jiddispjaċini ngħid li dawn huma kollha affarijiet li juru li aħna bħala pajjiż m'għandniex dak is-sens ta' kburija ambjentali li għandhom pajjiżi oħra.", "Riċentement jiena, bħala Deputy Speaker, kelli l-opportunità li nżur l-Estonja, u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-iSpeaker għal din l-opportunità li tani.", "Fil-ftit ġranet li qattajt hemmhekk kont nitpaxxa b'dan il-meravilja ta' pajjiż għax kien hemm indafa tremenda u kont ninnota li n-nies ta' dan il-pajjiż kellhom rispett enormi lejn l-ambjent.", "Issa dawn m'għandhomx daqshekk għalfejn għax imdawrin bil-foresti u għandhom ilma kemm iridu, imma kont ninnota li huma ma kinux jieħdu dan kollu for granted.", "Imbagħad aħna nafu li m'għandniex riżorsi naturali, nafu li kollox huwa limitat, imma xorta nittraskuraw u nittrattaw lill-ambjent bil-mod kif qed nittrattawh.", "Issa ħalli nerġa' lura għall-punt li kont qed nagħmel fuq iż-żona fejn noqgħod jien.", "L-Onor.", "Bedingfield għamilli sinjal għall-fatt li l-impjant ta' Sant'Antnin kien jagħmel ir-riħa, però żgur li ma kienx jagħmel riħa daqs l-iskart organiku li jintefa' fil-miżbla tal-Magħtab!", "Issa suppost li mhux qed jintefa' aktar skart hemmhekk, u fil-fatt, minflok, rajna jintefa' għal diversi snin skart tal-kostruzzjoni biex jitgħatta l-iskart li kien jintefa' qabel.", "Saru wkoll pipes biex joħorġu l-gassijiet naturali, imma dan l-aħħar aħna li noqogħdu n-Naxxar, il-Magħtab, is-Salina, il-Qawra, Burmarrad u Baħar iċ-Ċagħaq qed jerġa' jkollna dawn l-irwejjaħ.", "Kulħadd jaf li xi ħaġa stramba qiegħda tiġri.", "Żgur li dak li suppost kien qed jiġri b'mod xjentifiku mhuwiex qed isir, u għalhekk nixtieq li waqt il-winding up il-Ministru jispjegalna eżattament x'qed jiġri fiż-żona tagħna.", "Dan għaliex minkejja li meta aħna nkunu għaddejjin minn hemm inxommu l-irwejjaħ u naraw it-trakkijiet għaddejjin bl-iskart il-ħin kollu miż-żona tagħna, m'għandniex aċċess biex naraw x'qed jiġri.", "Kif nafu, l-iżvilupp tal-bini qed ikompli jinfirex kullimkien u llum iż-żona tas-Salina saret żona residenzjali, u dan apparti lukanda kbira li hemm hemmhekk.", "Fil-fatt jiena informata li qed ikun hemm diversi lmenti fuq l-irwejjaħ li qed jinxtammu minn din iż-żona.", "Tant hu hekk li lili kkuntattjawni xi nies miż-żona u qaluli li għandhom xi appartamenti għall-kiri imma qed isibu problema biex jikruhom lit-turisti proprju minħabba din ir-riħa.", "Sur President, nixtieq nistaqsi lill-Ministru wkoll jekk l-inċineratur huwiex se jsir fis-sena 2030 jew fl-2023.", "Hu x'inhu l-każ, se nkunu qbiżna d-deadline tagħna, u dan huwa inkwetanti.", "Fil-fatt jiena nixtieq inkun naf jekk hemmx plan B għal din il-biċċa xogħol.", "M'għandix dubju li l-Ministru jaf aktar milli naf jien x'qed jiġri, u allura l-Ministru jagħmel tajjeb jekk jispjegalna eżattament x'qed isir f'dan ir-rigward.", "Issa ħalli niġi għat-targets tal-iskart riċiklabbli.", "Naħseb li hawnhekk ukoll in-nies iridu jifhmu filwaqt li l-Ministru jrid jispjega, u bir-rispett kollu d-diskors m'għandux ikun tekniku ħafna imma għandu jkun wieħed sempliċi.", "Il-kampanji biex nibdew nisseparaw l-iskart qabel hekk kienu, sempliċi ħafna, u minn hawnhekk nixtieq insellem lil dawk kollha li għadhom sal-lum imorru fuq il-midja jispjegaw dwar l-aħjar mod kif tissepara l-iskart.", "Issa qed jiġi magħżul ukoll l-iskart organiku.", "Pereżempju, jissemma ħafna l-iskart mill-magni tal-kafè, jissemma t-tè, jissemmew il-weraq tal-pjanti u jissemma ħafna x'jista' jsir f'dan ir-rigward anke miċ-ċokon tad-djar tal-lum.", "Fejn qabel ħafna drabi familja kienet tgħix ġo terraced house bi ġnien żgħir, u allura li tirriċikla l-iskart organiku kienet xi ħaġa faċli, illum minflok terraced house qed insibu xi tliet appartamenti u penthouse, u allura fir-realtà tal-lum, fejn ir-residenzi dejjem qed jiċkienu, x'suppost nagħmlu bih dak l-iskart?", "Bħalma għedt, hemm nies li qed jispjegaw dan kollu, imma mhuwiex biżżejjed.", "Kull wieħed u waħda minna jrid ikun ħafna aktar konxju.", "Hemm pajjiżi li reġgħu qed jużaw ħafna aktar il-ħġieġ milli l-plastic, u għalhekk jiena nistaqsi: X'inizjattivi hemm biex aħna wkoll, bħala pajjiż, nagħmlu dan?", "Sur President, qabel ma nasal biex nikkonkludi d-diskors tiegħi nixtieq niddiskutu sew l-impatt ambjentali, u dan fuq żewġ livelli.", "Huwa xieraq li din il-Kamra tkun informata sew fuq l-impatt ambjentali li dan l-inċineratur se jħalli fiż-żona tal-Magħtab bħal, ngħidu aħna, liema żoni u toroq se jiġu affettwati.", "Pereżempju, it-Telgħa t'Alla u Ommu, minn fejn jgħaddu t-trakkijiet il-ħin kollu - għax mill-bqija m'hemmx wisq aktar toroq minn fejn jgħaddu – u li xi darba kienet mogħdija f'nofs il-blat, tiflaħ għal dawn it-trakkijiet tqal?", "X'qed isir f'dan ir-rigward?", "Bħalissa l-Gvern il-ħin kollu jiftaħar fuq x'qed jagħmel fit-toroq.", "Din iż-żona se jindirizzaha jew għax din hija ż-żona tal-Magħtab, iż-żona tal-miżbla u ż-żona taż-żibel, allura nittrattaw lin-nies li joqogħdu f'din iż-żona proprju b'dan il-mod?!", "Naħseb li hija inġustizzja kbira li ma nikkalkolawx lir-residenti ta' din iż-żona.", "L-ewwel semmejt xi ħaġa li lili tinkwetani.", "Bħalma għedt, spiss naraw terraced houses jitwaqqgħu u minflokhom jitilgħu appartamenti.", "Forsi din hija waħda mill-ftit soluzzjonijiet li għandna f'pajjiżna għax mill-bqija jkollna nkabbru l-footprint, u jien naħseb li aħjar hekk milli nieħdu aktar art.", "Però jiena nistaqsi: L-impatt ambjentali u soċjali ta' din il-biċċa xogħol qegħdin nikkalkolawh?", "Qed ngħid dan għax fejn qabel kellek triq b'erbat idjar fuq naħa u erbat idjar fuq naħa oħra, issa minflok kull dar hemm numru t'appartamenti, u dan iħalli impatt kemm fuq l-ispazji ta' parkeġġ - u nafu kemm żdiedu l-karozzi llum - kemm fuq is-sistemi tal-ilma, kemm fuq is-sistemi tad-drenaġġ u kemm fuq id-distribuzzjoni tad-dawl.", "Dan biex ma nsemmix ukoll l-impatt soċjali, fosthom ta' nies li filli kienu joqogħdu fi spazju ambjentali ta' dar u filli qed ikollhom jidraw joqogħdu fi spazju ambjentali ta' dar ferm iżgħar.", "Dan x'effett qed ikollu fuq is-soċjetà tagħna?", "Nafu wkoll li bħalissa l-iżvilupp għaddej gas down, u allura llum is-suq tal-kera għaddej ġmielu għax min jgħolli l-kera, min irid jikri u affarijiet oħra.", "Però lili l-aktar ħaġa li tinkwetani hija li m'aħniex qed nitkellmu fuq x'se nħallu warajna lil uliedna; qegħdin naraw biss sal-ponta ta' mneħirna.", "Fil-fatt anke fir-rigward tal-ambjent u tal-iskart, jista' jkun li ġenerazzjoni wara oħra għamilna l-iżball li rajna biss sal-ponta ta' mneħirna għax ma qgħadniex nagħtu kas x'se jiġri mill-iskart tagħna u min se jimmaniġġjah warajna.", "Aħna ħadna l-flixkun tal-plastik, inqdejna u rmejnieh.", "Ħadna l-flixkun tal-ħġieġ, inqdejna u rmejnieh.", "Imma llum il-ġurnata qed nirrealizzaw li l-problema hija enormi, u dan qed nirrealizzawh sa ċertu punt biss, għax ma naħsibx li għandna kuxjenza daqshekk kbira fuq livell nazzjonali.", "Jien naħseb li l-aktar li għandhom kuxjenza fuq dan l-aspett huma ż-żgħażagħ u t-tfal, li bħalma nafu ġew jitkellmu anke f'dan il-Parlament fi ħdan EkoSkola, li kelli wkoll il-privileġġ li mmexxiha.", "Iż-żgħażagħ u t-tfal tagħna huma konxji ta' dan li qed ngħid, però anke huma għadhom qed jgħidu x'irridu nagħmlu biex innaqqsu l-iskart.", "Għalhekk nixtieq li fil-konklużjoni ta' dan id-dibattitu l-Ministru jgħidilna konkretament x'qiegħed jagħmel il-Gvern f'dan ir-rigward, u jrid jgħidilna x'qiegħed jagħmel short-term, medium-term u long-term, għax dawn il-problemi li qed jinbnew …", "Min bħali jiftakar kif kien il-Magħtab qabel ma telgħet dik il-muntanja ta' skart u min bħali jiftakar il-Magħtab bħala post bi blat xagħri fejn nistgħu mmorru nippassiġġaw u naqbdu żrinġijiet fih, illum qed jaqta' qalbu li se nsibu soluzzjoni.", "Forsi ma nirrealizzawx li filwaqt li l-iskart jista' jiġġenera l-flus, l-iskart mitfugħ ħażin iqum il-flus ukoll, jiġifieri quddiemna għandna problema serja.", "Naf li hemm xi targets li suppost għandna nilħquhom sa sentejn oħra, u għalhekk nixtieq li l-Ministru jgħidilna fiex wasalna f'dawn it-targets.", "M'għandix dubju li m'aħniex se nilħquhom, però almenu nixtieq inkun naf fejn qegħdin.", "M'aħniex se nilħqu l-50% tal-iskart għar-riċiklaġġ, u lanqas se nilħqu l-35% tal-iskart organiku, imma nixtieq inkun naf fiex wasalna llum f'dawk li huma persentaġġi u x'qiegħed jiġri verament.", "Naturalment qed ngħid li nixtieq inkun naf jien għax dan jixtieq ikun jafu l-poplu wkoll.", "Nikkonkludi billi ngħid illi huwa faċli li bil-paroli ngħidu li se nitfgħu lill-ambjent tagħna 'l quddiem kemm nistgħu f'dawk li huma liġijiet, forza u saħħa, imma fil-fatt fil-qasam tal-ambjent tant għandna problemi gravi li mhux liġi jrid ikollna imma miraklu!", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li jitressaq l-Aġġornament immedjatament?", "Fis-6.53 p.m. bi qbil fil-Kamra, id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Herrera jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Mejju, 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) -Tieni Qari:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Votazzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jien nara li matul is-sena l-politika tilħaq il-qofol tagħha f'żewġ perjodi differenti.", "L-ewwel ikollna l-perjodu tal-baġit fejn il-gvern iressaq il-viżjoni tiegħu u jsir dibattitu anke min-naħa tal-Oppożizzjoni, u mbagħad bejn April u Mejju l-Partit Laburista jlaqqa' l-konferenza ġenerali tiegħu filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jlaqqa' l-kunsill ġenerali tiegħu.", "Hemmhekk iż-żewġ partiti politiċi jlaqqgħu lir-rappreżentanti tagħhom, li jkunu ġejjin minn diversi lokalitajiet u fergħat, biex jiddiskutu flimkien u għall-inqas, fil-każ tal-Partit Laburista, biex jiddiskutu l-viżjoni tiegħu; fil-każ tal-Partit Nazzjonalista ma nistgħux ngħidu li qed jiddiskutu l-viżjoni tal-Partit!", "Fil-fatt għadna kif assistejna għal dawn iż-żewġ avvenimenti, u min segwa bla dubju wasal għall-konklużjoni li l-partiti politiċi Maltin jinsabu fuq livelli differenti ta' ħsieb.", "Fuq naħa għandna lill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista l-Onor.", "Adrian Delia, li minkejja l-hype kollu li pprovaw jibnu madwar id-diskors tiegħu, id-diskors tiegħu ma kellu l-ebda viżjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni li għandna llum ma jista' qatt jgħaqqad pajjiż għax huwa kap ta' partit maqsum u lanqas biss jista' jgħaqqad lill-partit tiegħu, aħseb u ara kemm jista' jgħaqqad pajjiż!", "Min-naħa l-oħra kellna d-diskors ta' Prim Ministru li qed imexxi l-akbar forza politika f'Malta fit-tmun ta' partit magħqud fejn fid-diskors tiegħu huwa mhux biss elenka l-viżjoni tiegħu għall-preżent imma anke għal Malta ta' għada.", "Adrian Delia ilu ftit xhur mhux ħażin li ġie elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, u aħna konna qed inħarsu 'l quddiem għax hu kien wegħidna li se jmexxi lill-partit tiegħu b'\"mod ġdid\".", "Qalulna wkoll li bl-Onor.", "Delia bħala l-Kap tiegħu, il-Partit Nazzjonalista se jkun partit pożittiv u se jkollna Oppożizzjoni b'saħħitha, però fir-realtà qatt ma rajna partit daqshekk negattiv u Oppożizzjoni daqshekk dgħajfa!", "Imbagħad dak li kienu qed jgħidu nsewh u bdew jgħidulna \"Infasslu Futur Flimkien\".", "Imma mid-diskorsi li qed naraw, anke fejn qed jgħidu li qed jaqblu magħna, bħall-Abbozz ta' Liġi li għaddej bħalissa mill-istadju tat-Tieni Qari, ħlief kritika negattiva ma nisimgħux mill-kollegi tiegħi l-Onor.", "Membri tal-Oppożizzjoni!", "Fil-Partit Nazzjonalista hemm min diġà qata' qalbu.", "Hawn qed nirriferi għall-Viċi Kap tal-Partit l-Onor.", "Robert Arrigo, li huwa stess qal illi kieku ma kienx rasu iebsa, diġà telaq minn Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Hemm oħrajn li xebgħu u telqu diġà, bħal pereżempju, l-eks kandidati Ivan Bartolo u Charlò Cassar, biex insemmi tnejn li qed niftakar bħalissa.", "L-Onor.", "Ivan Bartolo talab lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista biex jitwaqqfu l-attakki fuq id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista stess min-naħa tal-Partit.", "Min-naħa tiegħu l-Onor.", "Jason Azzopardi wkoll kellu dikjarazzjonijiet simili, inkluż fuq min m'attendiex laqgħat importanti fis-sessjonijiet li saru tal-Kunsill Ġenerali.", "Imbagħad jiġu jgħidulna li dan huwa partit magħqud li qed iħares 'il quddiem biex infasslu l-futur flimkien!", "Huma lanqas biss kapaċi jaqblu fuq vot fil-Parlament!", "L-esperjenza tagħna stess f'dan il-Parlament qed turi dan li qed ngħid.", "Pereżempju, anke fuq Abbozzi ta' Liġi li mhumiex kontroversjali, bħal l-Abbozz ta' Liġi li jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, kellna għaxar Membri tal-Oppożizzjoni li vvotaw favur dan l-Abbozz ta' Liġi li jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, bħalma għamlu l-Membri tal-Gvern, u 20 Membru tal-Oppożizzjoni li vvotaw kontrih.", "Huwa biżżejjed li wieħed joqgħod jixtarr id-dikjarazzjonijiet li qed isiru biex jinduna bid-differenza kbira li hemm bejn iż-żewġ partiti politiċi Maltin.", "Fuq naħa għandna Gvern li jgħid kelma u jżommha, li jagħmel wegħda u jwettaqha, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra għandna Oppożizzjoni li lanqas fuq l-affarijiet interni mhi kapaċi żżomm kelmtha bil-konsegwenza li lanqas tista' tibni relazzjoni onesta mal-poplu Malti.", "Anke biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jibni relazzjoni onesta mal-partitarji tal-Partit Nazzjonalista huwa diffiċli!", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li dan wegħidhom li mhux se jbigħ il-każini, lanqas dak ta' Fleur-de-Lys, fost il-każini li hemm għall-bejgħ illum hemm proprju l-każin ta' Fleur-de-Lys, u l-membri tal-kumitat lanqas biss ġew informati b'dan!", "Allura ngħid jien, la l-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas jista' jibni relazzjoni onesta mal-membri tal-kumitati tiegħu, kif jista' jibni relazzjoni onesta mal-poplu Malti?!", "U xi ngħidu għall-ħsieb politiku tal-Partit Nazzjonalista?!", "Dan għadu qisu maqbud f'morsa li ma jistax jinħall minnha.", "Jgħidu li jisimgħu mingħand in-nies, u din tant jagħmluha ovvja.", "Il-ħin kollu jgħidu li huma jisimgħu mingħand in-nies u l-ħin kollu jgħidu lin-nies \"ejjew tkellmu magħna\", \"ejjew għidulna\", \"aħna nisimgħu mingħandkom\"!", "Politiku jagħmel tajjeb li jisma' mingħand in-nies, imma mbagħad in-nies iridu jisimgħu mingħand il-politiku wkoll!", "In-nies iridu jkunu jafu x'se jagħmel il-politiku u 'l fejn se jmexxihom.", "In-nies mhux lil min jismagħhom biss iridu imma wkoll lil min jgħidilhom x'inhi d-direzzjoni tiegħu.", "U l-Kap tal-Oppożizzjoni x'inhu jgħidilhom?", "Mhu qed jgħidilhom assolutament xejn, għax anke d-diskors li fih kellu jislet il-viżjoni tiegħu biex il-Partit Nazzjonalista jimxi 'l quddiem kien diskors li ma kien fih l-ebda viżjoni!", "Jien niskanta meta dawn jgħidu li jisimgħu min-nies għax, ngħid jien, kif jistgħu jisimgħu mingħand in-nies u mbagħad jinjoraw il-problemi li ħafna minoranzi f'pajjiżna għaddejjin minnhom?!", "Għadna kif għaddejna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni mill-istadju tat-Tieni Qari.", "F'Malta hawn minoranza ta' familji li għandhom problemi ta' infertilità, imma minkejja dan kollu l-Partit Nazzjonalista se jivvota kontra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Allura mhuwiex jismagħhom lil dawn il-familji?!", "F'Malta għandna wkoll minoranza ta' vittmi ta' vjolenza domestika, imma l-Membri tal-Partit Nazzjonalista, li jgħidu li jisimgħu mingħand in-nies, ukoll ivvotaw kontra dawn in-nies.", "Ta' min ifakkar li dawn in-nies ma kinux jirrikonoxxu li f'Malta hawn il-faqar jew inkella li hawn nies li jinsabu għaddejjin minn problemi soċjali.", "Dawn li qed insemmi kollha huma minoranzi f'pajjiżna, imma l-Partit Nazzjonalista, li jiftaħar tant li jisma' mingħand in-nies, qiegħed jinsiehom.", "Meta jiġu biex jitkellmu fuq dawn il-minoranzi, huma jagħmlu bħal meta kien hawn id-dibattitu dwar id-divorzju u jqajmu pandemonju sħiħ!", "Meta konna qed niddiskutu d-dħul tad-divorzju f'Malta, kienu kważi qalu li Malta se tispiċċa, imma fil-fatt Malta ma spiċċatx u sal-lum għadna għaddejjin!", "L-istess nistgħu ngħidu għal meta konna qed nitkellmu fuq iż-żwieġ ċivili, minoranza oħra f'pajjiżna li għandha bżonn tingħata t-tieni ċans u terġa' tiżżewweġ, imma din hija minoranza oħra li hija minsija mill-Partit Nazzjonalista.", "Jien niskanta lil min qed jisimgħu dawn għax anke kontra persuni li għandhom sesswalità differenti jivvotaw!", "Mela dik mhijiex minoranza wkoll?!", "Kellu jkun dan il-Gvern li jħares 'il quddiem, idaħħal liġijiet ġodda, idaħħal libertajiet ċivili u jdaħħal drittijiet li permezz tagħhom illum persuni LGBTIQ għandhom id-dinjità li tistħoqqilhom bħala minoranza f'pajjiżna.", "Sur President, il-verità hi li kien dan il-Gvern li għaraf il-problemi tal-minoranzi f'pajjiżna, u dan għaliex l-Istat m'għandux iħares lejn twemmin imma għandu jagħti d-dritt tal-għażla lil kulħadd ħalli kulħadd ikun trattat l-istess.", "Dak hu d-dmir tal-Istat, u dak hu l-prinċipju ewlieni li jiggwida lilna l-Membri ta' din in-naħa tal-Kamra, il-prinċipju tal-ugwaljanza, prinċipju li aħna kburin ħafna bih.", "Ix-xogħol tal-Istat huwa dak li jaħseb f'kulħadd u jħalli l-għażliet f'idejn in-nies, anke l-aktar għażliet personali.", "Dik hi l-libertà li tgħix f'pajjiż modern li jrid ikompli jimmodernizza u li fil-fatt se jkompli jimmodernizza sakemm il-Partit Laburista jibqa' fil-Gvern.", "Illum hija biss din il-forza politika li tista' tiggarantixxi li f'Malta ta' għada jkollna bidla għall-aħjar.", "Għaxar snin ilu, meta l-Prim Ministru tal-lum, l-Onor.", "Joseph Muscat, kien sar mexxej tal-Partit Laburista, aħna konna bdejna billi rajna kif nistgħu nbiddlu lill-Partit.", "Fil-fatt biddilna l-istatut tal-Partit, biddilna wkoll ċerti regoli li kellu l-Partit u bdejna nħarsu 'l quddiem.", "Imbagħad wara li bdilna l-Partit u wara li fl-2013 elenkajna x'kienet il-viżjoni tagħna, il-poplu Malti tana l-vot popolari tiegħu bil-qawwa kollha, u reġa' rripeta dan b'aktar qawwa fl-2017.", "Issa, wara li biddilna lill-Partit, aħna qed inkomplu naħdmu bil-għan li nbiddlu lill-pajjiż u nħejjuh għall-ġejjieni!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Għal min ma jafx, in-news portal The Shift News hija gazzetta ġdida online li nħolqot proprju ftit tax-xhur ilu, għax minkejja li f'dan il-pajjiż nisimgħu ħafna kritika negattiva, fosthom li m'hawnx libertà tal-espressjoni, huwa interessanti li wieħed josserva kemm matul dawn l-aħħar xhur inħolqu mezzi ġodda ta' komunikazzjoni, fosthom diversi online news portals.", "Dwar din il-gazzetta ma tantx għandna informazzjoni, imma ta' min jgħid li waħda mill-persuni li hemm wara dan l-online news portal hija Caroline Muscat, eks ġurnalista indipendenti tat-Times of Malta.", "Għal min forsi nesa, il-ġurnalista Caroline Muscat hija dik l-istess persuna li waqt li kienet taħdem mat-Times of Malta, suppost bħala ġurnalista indipendenti, marret taħdem mal-Partit Nazzjonalista bħala campaign manager tal-Onor.", "Simon Busuttil, li dak iż-żmien kien Kap tal-Oppożizzjoni.", "Din hija wkoll l-istess persuna li meta l-Onor.", "Simon Busuttil spiċċa minn Kap tal-Oppożizzjoni reġgħet marret lura fil-ġurnaliżmu, u issa tridna nemmnuha meta tgħid li hija ġurnalista investigattiva indipendenti!", "Daqskemm jien, li llum qiegħda hawn nitkellem bħala Deputat Laburista, nista' nqum għada filgħodu u ngħid li sirt floater jew li sirt Nazzjonalista, Sur President!", "Kieku nagħmel hekk ma nkunx kredibbli, u daqstant ieħor mhijiex kredibbli l-ġurnalista Caroline Muscat.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq l-online news portal The Shift News, għandi xi mistoqsijiet li bħala qarrejja u anke f'ġieħ it-trasparenza nemmen li għandi dritt li nistaqsihom.", "Awtomatikament l-ewwel mistoqsija li tiġini f'moħħi hija din: Min qiegħed jiddetta l-aġenda ta' dan in-news portal?", "Min qiegħed jiffinanzja din il-gazzetta?", "U fuq kollox, min qed iħallas il-pagi ta' dawn il-ġurnalisti?", "Pereżempju, jista' xi ħadd jiċħad li nbiegħet xi tip ta' informazzjoni jew inkella xi tip ta' stejjer li kienu jappartjenu lil Daphne Caruana Galizia jew lil xi ġurnalisti barranin?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet proprju għax il-laptop tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia għadu għand il-familjari tagħha.", "Nixtieq nistaqsi wkoll min, pereżempju, qed iħallas għas-safar ta' dawn il-ġurnalisti biex fost l-oħrajn jagħmlu diversi intervisti ma' nies barranin.", "U qabel ma tkun se ssir xi intervista, Caroline Muscat - u anke l-ġurnalisti l-oħra - qiegħda tgħid li hi politikament affiljata mal-Partit Nazzjonalista?", "Huwa tajjeb li dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba, u dan mhux biss f'ġieħ it-trasparenza li nitkellmu dwarha imma wkoll għall-benefiċċju tal-poplu għax il-poplu għandu dritt ikun jaf x'inhi l-aġenda wara dan it-tip ta' online news portals.", "Mhux billi l-mission statement ta' din il-gazzetta online hija l-imparzjalità; jidher b'mod ċar li l-artikli li qed jagħżlu li jirrapportaw dwarhom huma kollox minbarra imparzjali.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, din il-gazzetta tellgħet ukoll artiklu bit-titlu Investigating Joseph Muscat's Online Hate Machine, titlu li meta tarah titbissem għax meta ssemmi online hate machine, kulħadd jaf min jiġih f'moħħu.", "F'dan l-artiklu qalu li fuq Facebook hemm gruppi magħmulin minn partitarji Laburisti li fihom qed jiġi mxerred materjal offensiv, u f'dan l-artiklu jingħad ukoll li f'dawn l-istess gruppi hemm bħala membri nies viċin il-Partit Laburista, inkuż jiena.", "Issa ejjew inkunu ċari.", "Li tkun membru fi grupp hija ħaġa filwaqt illi li effettivament tkun il-persuna li tippowstja dan il-materjal hija xi ħaġa oħra.", "Għal din il-gazzetta huwa skandaluż il-fatt li jien, flimkien ma' sħabi oħrajn, inkluż l-Onor.", "Bedingfield, qegħdin membri f'dawn il-gruppi.", "Jiena nistaqsi jekk hemmx Deputati Nazzjonalisti li wkoll huma fi gruppi simili ħafna, u nistaqsi wkoll: Possibbli li dawn kienu l-uniċi gruppi li l-online news portal The Shift News sabet online u li fihom qed jinxtered materjal offensiv?!", "Għax bir-rispett kollu, m'għandekx għalfejn tagħmel xhur tinvestiga biex tkun taf li hemm ħafna aktar gruppi ta' dan it-tip li però jappartjenu għall-Partit Nazzjonalista.", "Madanakollu, oħroġ il-għaġeb, fl-investigazzjonijiet kollha li għamel dan l-online news portal, huwa ltaqa' biss ma' gruppi magħmulin minn partitarji Laburisti.", "Pereżempju, attwalment fuq Twitter hemm katina ta' fake accounts li b'sinerġija sħiħa qegħdin jattakkaw lilna l-Membri Parlamentari tal-Gvern billi fost oħrajn imexxu l-aġenda tal-Oppożizzjoni u jirripetu dak kollu li kienet tgħid Daphne Caruana Galizia.", "Dan għaliex minkejja li sfortunatament Daphne Caruana Galizia mietet, iż-żerriegħa tal-ħdura tagħha għadha ħajja u għadna nesperjenzawha kuljum.", "Hawnhekk jien irrid nerġa' nistaqsi wkoll: Possibbli li The Shift News ma jinteressahiex issir taf min hemm wara dawn il-fake profiles ta' Twitter?!", "Għax dawn żgur li mhumiex partitarji komuni imma huma nies qrib ħafna tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Possibbli li f'ġieħ l-imparzjalità li tant isemmu fil-mission statement tagħhom tant li anke ddeċidew li jinvestigaw il-hate machines, ma sabu l-ebda gruppi simili li però huma tal-Partit Nazzjonalista?!", "L-aġenda tal-online news portal The Shift News hija ċara immens, u fil-fatt jien illum għalhekk għamilt din is-sensiela ta' mistoqsijiet.", "U mhux billi jgħidulna li huma committed to fair and incisive journalism għax jiddispjaċini ngħid li b'dan l-artiklu lil dawn in-nies qed taqgħalhom il-maskra u mhumiex qed ikunu kredibbli!", "Li nista' ngħid huwa li ġieli ċerti persuni jmorru overboard fil-kummenti tagħhom, u m'għandix dubju li anke sħabi jikkundannawhom, però s-social media hi dik li hi u prattikament huwa impossibbli li inti tikkontrolla l-eluf ta' posts li jtellgħu l-Maltin u l-Għawdxin.", "Li hu żgur huwa li dak li jinkiteb la jkun bil-barka tiegħi, la bil-barka ta' sħabi u wisq anqas bil-barka tal-Prim Ministru.", "Iżda sfortunatament ma nistax ngħid l-istess għall-Partit Nazzjonalista għax l-attakki li jsiru dejjem saru bil-barka tal-Partit Nazzjonalista, li għal snin twal iddefendew u kkordinaw il-kampanji tagħhom ma' nies bħal Daphne Caruana Galizia u David Thake, li b'mod sistematiku u bla ebda skrupli kienu jattakkaw, iżebilħu u jgħajru personalment lill-politiċi Laburisti, inkluż lill-familjari tagħhom, li ma kellhom x'jaqsmu assolutament xejn mal-politika.", "Li Daphne Caruana Galizia kienet hate machine ma ngħidhiex jiena biss iżda jgħidha saħansitra r-rapport tat-telfa tal-istess Partit Nazzjonalista.", "F'dak ir-rapport ħareġ biċ-ċar li t-tgħajjir, il-kliem ta' mibegħda kif ukoll il-fatt li l-Partit Nazzjonalista qatt ma ddiżassoċja ruħu minn ma' Daphne Caruana Galizia wassal għat-telfa kbira tal-Partit Nazzjonalista fl-2013 u sussegwentament imbagħad anke għat-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-2017.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni jafu li dak li qed ngħid huwa minnu.", "Tant hu hekk li fl-2017 lanqas biss rapport tat-telfa ma għamlu għax jafu li r-raġuni għat-telfa tal-elezzjoni ġenerali tas-sena li għaddiet hija l-istess waħda tal-elezzjoni ġenerali tal-2013.", "Sur President, wara li The Shift News ippubblika dan l-artiklu partikolari fuq il-hate groups, l-Onor.", "Simon Busuttil, l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, kien minn tal-ewwel li qasam dan l-artiklu fuq Twitter.", "Dan huwa l-istess bniedem li ġie jaqa' u jqum mir-rapport tat-telfa tal-elezzjoni ġenerali tal-2013, anzi mhux talli ġie jaqa' u jqum iżda talli kompla jagħti iżjed importanza lil Daphne Caruana Galizia billi jiżfen mad-diska tagħha.", "L-Onor.", "Simon Busuttil huwa wkoll l-istess persuna li ħareġ, pereżempju, bil-kumment magħruf ta' \"wiċċ ta' Nazzjonalista\" u huwa l-istess bniedem li ddefenda lil nies bħal Salvu Mallia meta dan qabbel lill-Prim Ministru mal-pesta u ma' Hitler.", "Hawnhekk jien irrid infakkar ukoll illi l-Onor.", "Simon Busuttil mhux talli qatt ma kkundanna lil dawn in-nies jew iddiżassoċja ruħu minn magħhom iżda talli ddefenda lil Salvu Mallia billi qal li dan għandu mod ikkulurit kif jitkellem.", "Imbagħad meta nġibditlu l-attenzjoni mill-ġurnalisti, huwa qal saħansitra li għandu bokka bih u li jinsab kuntent li għandu lilu bħala star candidate tal-Partit Nazzjonalista!", "L-Onor.", "Simon Busuttil huwa l-istess bniedem li bil-barka tiegħu l-eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista kien jagħmel programm tar-radju kuljum fejn huwa kien jirripeti bħal pappagall - nispera li mhux se jieħu għalih għax jiena m'iniex qed ngħid li huwa pappagall imma qed ngħid li kien jagħmel bħall-pappagall - dak li tkun qalet Daphne Caruana Galizia fl-istess jum jew fil-jum ta' qabel.", "Dan għaliex bħal donnu għall-Onor.", "Simon Busuttil ma kienx biżżejjed illi jkollu dik il-ħdura kollha ħierġa minn pulptu wieħed imma ried lil xi ħaddieħor biex ikompli jżid id-doża ta' mibegħda u ta' hate speech f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk, Sur President, trid tkun verament bniedem ma tistħix biex tagħmel retweet tal-artiklu tal-online news portal The Shift News u biex tikteb ukoll li l-pożittività ta' dan il-Gvern hija bluff!", "Bluff meta inti tlift elezzjoni ġenerali b'40,000 vot?!", "Allura sinjal li dan għadu ma fehemx li l-poplu rriġettah.", "Il-poplu rriġetta l-politika negattiva tiegħu, irriġetta lil Daphne Caruana Galizia u rriġetta wkoll lil nies bħal David Thake.", "Ir-realtà hi li l-poplu Malti u Għawdxi rriġetta l-arroganza u s-sens ta' superjorità tal-Partit Nazzjonalista.", "Imbagħad l-Onor.", "Simon Busuttil jiġi jgħidilna li meta dan il-Gvern jitkellem dwar il-pożittività jkun qed jagħmel hekk bi bluff!", "To add insult to injury, Sur President, ilbieraħ filgħaxija l-Onor.", "Jason Azzopardi wkoll għamel diskors fuq dan l-artiklu li ttella' minn The Shift News.", "Huwa qalilna li jinsab ixxokkjat, imqalla' u mdardar b'dak li ħareġ mill-investigazzjoni!", "Allura possibbli li meta kien jaqra dak li kienet tikteb Daphne Caruana Galizia qatt ma tqalla' u ddardar, jew l-istonku issa sarlu sensittiv?!", "Qalilna li hija għarukaża kif f'dawn il-gruppi kien hemm min ħa pjaċir bil-mewt ta' Daphne Caruana Galizia.", "Issa hawnhekk ħalli nkun ċara; din hija xi ħaġa li jien nikkundannaha, iżda f'ġieħ il-verità l-Onor.", "Jason Azzopardi ma jafx li kienet l-istess Daphne Caruana Galizia li ferħet bl-imwiet ta' ħaddieħor?!", "Pereżempju, ma jafx li meta miet l-Eks Prim Ministru Dom Mintoff, fost ħafna affarijiet oħra Daphne Caruana Galizia kitbet \"glory, glory, hallelujah\"?!", "Jason Azzopardi ma xxokkjax ruħu meta Daphne Caruana Galizia ferħet bil-mewt ta' ħaddieħor, jew issa sar daqshekk sensittiv?!", "Hawnhekk qed narawha sseħħ is-soltu storja; li l-libertà tal-espressjoni teżisti għalihom biss imma ma teżistix għal ħaddieħor!", "L-Onor.", "Jason Azzopardi tkellem ukoll dwar kif attivista bl-isem ta' Tina Urso ġiet mgħajra minn xi nies fuq dawn il-gruppi magħmulin minn partitarji Laburisti; xi ħaġa li jiena nikkundannaha wkoll.", "Jason Azzopardi ma jafx li Daphne Caruana Galizia żebilħet lil mijiet ta' nies bil-barka tiegħu u tal-Partit tiegħu?!", "Jiena nista' nġib eżempju bl-akbar ħabiba tiegħi stess; li sfat vittma ta' porn revenge, u għax din it-tfajla nzertat hija l-akbar ħabiba tiegħi ġiet irredikolata ma' Malta kollha minn Daphne Caruana Galizia.", "L-unika ħtija ta' din il-persuna kienet li hija l-ħabiba tal-qalb tiegħi, għax din la qatt għajret lil ħadd, la qatt telgħet Londra tgħajjar prim ministri u tenuri ta' fama internazzjonali u lanqas qatt ma nvolviet ruħha fil-politika.", "Imma għax din il-persuna nzertat ħabiba tiegħi, Daphne Caruana Galizia għajritha \"skip\" u \"prozi\", li għal min ma jafx, tfisser prostituta jew qaħba!", "Ara lit-tifla ta' eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, li wkoll sfat vittma ta' porn revenge, ħadd qatt ma għajjarha, ħadd qatt ma qalilha xejn u ħadd qatt ma kiteb dwarha, lanqas Daphne Caruana Galizia!", "Dan qed insemmih biex naraw kemm Daphne Caruana Galizia kienet biased fil-kitba tagħha.", "Sur President, nista' ngħidlek li minkejja li issa għaddew tliet snin minn mindu l-akbar ħabiba tiegħi sfat attakkata minn Daphne Caruana Galizia b'dan il-mod, hija għadha tbati l-konsegwenzi ta' dan il-hate speech sal-ġurnata tal-lum.", "Dan meta r-raġuni ewlenija li l-Partit Nazzjonalista daħħal fin-nofs lill-ħabiba tiegħi u attakka lilha hija li jweġġa' lili!", "Imbagħad l-Onor.", "Jason Azzopardi jiġi hawn u jitkellem fuq il-hate speech meta hu u l-Partit Nazzjonalista stess kienu ħaġa waħda ma' Daphne Caruana Galizia!", "Din anke meta attakkat lil seħibhom stess, lill-Onor.", "De Marco, qatt ma kkundannawha jew iddiżassoċjaw ruħhom minn magħha.", "Għalhekk lill-Onor.", "Jason Azzopardi jiddispjaċini ngħidlu li aktar ma jitkellem kif jitkellem - bħal meta, pereżempju, uża l-frażi \"tyranny by stealth\" - aktar jurina kemm huwa delusional by definition.", "Il-Membri tal-Partit Nazzjonalista jemmnu dak li għandhom f'moħħhom huma biss għax dik mhijiex l-istess realtà li jħossu n-nies hemm barra.", "Il-Partit Nazzjonalista spiċċa fi stat li huwa biss jemmen dak li jkun qiegħed jgħid għax in-nies t'hemm barra ma jemmnuhx, wisq anqas meta jitkellem fuq il-hate speech.", "Se nikkonkludi billi nirriferi għall-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Adrian Delia, li miskin – u jiena onestament qed nitħassru! - qed jispiċċa jinħakem mill-frazzjoni l-antika tal-Partit Nazzjonalista li l-poplu rriġettaha bil-kbir.", "Jien inħoss li l-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Adrian Delia jkun ġenwin meta jgħid li jixtieq jinqata' minn mal-Partit Nazzjonalista tal-antik, iżda huwa mhuwiex qed jirnexxielu jagħmel dan għax tilef il-kontroll, jekk qatt kellu kontroll, u din hija ħasra.", "Minkejja li huwa qed ikollu diversi okkażjonijiet fejn jista' juri li huwa differenti minn ta' qablu, sfortunatament qiegħed jagħżel li jimxi mal-kurrent billi qed iħalli lil min imexxih għal din il-kampanja negattiva bla ebda skrupli kontra l-Gvern minflok ma jxammar il-kmiem u jara kif bil-kontribut tiegħu dan il-pajjiż jista' jkompli jkun suċċess.", "Huwa wegħidna \"a new way\", but he is more of the same, u hawnhekk jien se nikkonkludi bi kwotazzjoni ta' Jean-Baptist Alphonse Karr - ma jmorrux jgħidu li qed nikkopja! - \"the more things change, the more they are the same\", li fl-opinjoni tiegħi tirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Mejju, 2018 fis-6.00 pm bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Herrera.", "Fis-7.25 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – RADIO ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 'l hawn saru medja ta' €15,007 fis-sena fuq radio advertising.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – RADIO ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum intefqu €15,621.68 (VAT inkluż) fuq radio advertising, liema nefqa u xandiriet saru fl-2017.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – RADIO ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – RADIO ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – RADIO ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tabella t'hawn taħt fejn qed tindika n-nefqa fuq radio advertising tal-entitajiet u d-dipartimenti kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa li saru bejn Marzu 2013 sal-aħħar t'April tal-2018.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4896 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi hemm erba' persuni, inkluż jien, li għandhom il-mobile telephone imħallas mill-Ministeru.", "Ħames persuni oħra jieħdu allowance relatata ma' telefonati.", "In-nefqa globali minn Ġunju 2017 sa April 2018 hija ta' € 11,843.82.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4895 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuni fis-Segretarjat li għandhom il-mobile phone imħallas jew jieħdu telephone allowance mill-Gvern huma dawk kif stipulat fil-Engagement of Staff for Ministers' Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Mill-informazzjoni miġbura, l-ispiża medja fix-xahar minn Ġunju 2017 sa Marzu 2018 hi ta' €942.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4894 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent hemm 13-il persuna li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern.", "In-nefqa globali bejn April 2013 sa April 2018 kienet ta' €81,338.42.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4904 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11014 tat-12-il Leġiżlatura, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista' l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar?", "Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta' aġenziji tal-ivvjaġġar?", "Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji?", "Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b'direct order?", "KONRAD MIZZI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - MOBILE PHONES MĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4901 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn April 2013 sa Frar 2018, in-nefqa globali fuq mobile telephones tal-uffiċjali kollha li servew fis-segretarjati fi ħdan dan il-Ministeru kienet tammonta għal €103,248.83.", "In-numru ta' uffiċjali tas-segretarjati, tat-tliet Ministri u tal-erba' Segretarji Parlamentari li servew minn April 2013 sad-data li fiha qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu f'xi żmien jew ieħor intitolati għal mobile telephone imħallas mill-Gvern, jammonta għal 41 persuna.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - MOBILE PHONES IMĦALLSA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4900 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s'issa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil-preżent hemm 17-il persuna (inkluż il-Ministru) li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern.", "In-nefqa globali bejn 1 ta' Mejju tal- 2016 sal-aħħar t'April 2018 kienet €37,209.61.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): In-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta' 22.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għas-Saħħa huwa ta' 31.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar huwa ta' tmienja.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa ta' 49.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma nkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma huwa ta' 5.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha?", "HELENA DALLI: In-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza huwa ta' 2.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ LEWIS WETTINGER – INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger (bypass) fil-Mellieħa bejn il-Ġimgħa 20 ta' April 2018 u l-Ħadd 6 ta' Mejju 2018 u jekk dawn l-istess inċidenti seħħewx fiż-żona minn fejn jew viċin fejn ittieħdet parti mill-istess triq fl-aħħar ġimgħat, preċiżament fil-parti li ż-żona biswit tagħha hija magħrufa bħala Ta' Masrija u li tinsab viċin ħafna t-triq li tagħti għall-Miżieb. (inċidenti qed nifhem kemm dawk li ssejħu l-Pulizija kif ukoll l-uffiċjali tal-komunità - gwardjani lokali)", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant, u ċjoè bejn il-Ġimgħa 20 ta' April 2018 u l-Ħadd 6 ta' Mejju 2018, kien hemm inċident tat-traffiku wieħed irregistrat fis-sistema tal-Pulizija, li seħħ fi Triq Lewis Wettinger, il-Mellieħa.", "L-inċident seħħ viċin l-entratura tat-Triq għall-Miżieb.", "L-informazzjoni ma tinkludix dettalji ta' inċidenti tat-traffiku li attendew għalihom il-Gwardjani Lokali.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq it-tali informazzjoni, nitolbu jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SKEJJEL PRIMARJI U SEKONDARJI TAL-ISTAT - FONDI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat flus kull skola primarja u sekondarja tal-Istat fl-aħħar tliet snin biex jitmexxew is-servizzi edukattivi tagħhom?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "STRATEĠIJA NAZZJONALI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA U PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ REATI TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid xi twettaq mill-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Vjolenza Domestika li kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-24 ta' Jannar 2018?", "Kemm persuni tressqu l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika matul din il-Leġiżlatura u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): L-istrateġija nazzjonali dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika kienet imnedija f'Novembru 2017 u tkopri l-perjodu li jintemm fl-aħħar tal-2020.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa ġew implimentati punti 1.1, 1.2, 1.3 u 1.4 bis-saħħa tal-liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika.", "Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ħa ħsieb biex jitneħħew ir-riservi li kellha Malta dwar xi artikli mill-Konvenzjoni ta' Istanbul.", "Punt 1.6 ġie mwettaq permezz ta' kumitat interministerjali, intiż sabiex jiżgura li l-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġija jwettqu xogħolhom fiż-żmien stipulat.", "Punt 1.7 ġie implimentat peress li ġie mfassal u stampat il-manwal tal-proċeduri għall-entitajiet kollha.", "Punt 2.5 twettaq permezz ta' taħrig għall-professjonisti differenti li jaħdmu f'dan il-qasam, fosthom il-pulizija, is-social workers, l-infirmiera, it-tobba, il-guidance teachers u l-qwiebel.", "Ingħata wkoll taħriġ lill-ġudikatura dwar l-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida u l-Konvenzjoni ta' Istanbul.", "Punti 3.1, 3.2 u 3.3 li jirrigwardaw il-prevenzjoni ġew implimentati permezz ta' kampanji ta'għarfien fuq il-midja soċjali, radju, kif ukoll is-16-il jum ta' attiviżmu matul ix-xahar ta' Novembru.", "Finalment, punt 4.1 ġie implimentat permezz ta' publikazzjoni ta' ktejjeb ta' informazzjoni mfassal mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika.", "Din tal-aħħar fasslet ukoll materjal għall-vittmi sabiex ikunu jafu x'servizzi hawn għalihom.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat rigward it-tieni mistoqsija fuq kemm persuni tressqu l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – CONTRACTS FOR SERVICE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795 u 2788 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Tista' tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta' żmien ta' kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta' kull tali kuntratt?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – QUOTES MAĦRUĠA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3175u 4353 u tgħid kemm-il quote nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' tgħid kemm kien il-valur ta' kull quote li nħarġet?", "Tista' tgħid liema dipartiment jew entità tat kull waħda mill-quotes preċedentament imsemmija?", "Tista' tgħid x'kien ix-xogħol jew servizz rikjest minn kull quote u li ngħatat?", "Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm quotes li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ tgħid liema kienu u tinkludi wkoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti?", "Tista' tgħid ukoll min kienet il-persuna u x'kariga tokkupa, li ċċertifikat ix-xogħol, u kemm hemm kontijiet pendenti fuq quotes?", "JUSTYNE CARUANA: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ppublikata fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex kif wkoll fuq il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-Gvern għal kwotazzjonijiet jew għal sejħiet dipartimentali għal offerti.", "Nikkonferma wkoll li skont Regolament 111 (2) tal-Avviz Legali 352 tal-2016, kif emendat bl-Avviż Legali 155 tal-2017, 233 tal-2017 u 26 tal-2018, l-awtoritajiet kontraenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kull sitt xhur jippubblikaw fil-Gazzetta lista sħiħa tal-kuntratti dipartimentali kollha li jkunu ngħataw minnu u lista tal-każijiet kollha li jinvolvu varjazzjonijiet li jeċċedu l-valuri tal-kuntratt oriġinali b'iżjed minn ħamsa fil-mija.", "Dawn iż-żewġ listi jinkludu l-isem tal-operatur ekonomiku, in-natura tal-kuntratti, il-valuri oriġinali tal-kuntratti u l-valuri finali tal-kuntratti jekk ikun il-każ.", "IL-BAJJA TAR-RAMLA: TRIQ TA' GĦAJN ĦOSNA - TISWIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk Triq Ta' Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f'dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss?", "Tista' tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta' dan is-sajf?", "Interpellant li l-Ministeru ta' Għawdex ta s-somma ta' €150,015.05, bħala parti minn Proġett ta' Għawdex lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra sabiex issir din it-triq u x-xogħol skedat huwa mistenni li jitlesta f'dawn il-ġranet.", "FIBRE OPTIC CABLE – PROĊESS TAT-TENDERING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender qiegħed fil-proċess tal-evalwazzjoni biex tkun tista' ssir rakkmandazzjoni lid-Dipartiment tal-Kuntratti ħalli ssir l-award.", "Ix-xogħol infrastrutturali huwa mistenni li jitlesta fit-tieni kwart tas-sena 2019."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180516_113d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 21 ta' Mejju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-talba għal crash barriers mitluba fil-mistoqsija parlamentari 3660, jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jara li jsiru l-crash barriers għaliex diġà kien hemm xi inċidenti fejn twaqqgħu xi ħitan fl-istess triq?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4969 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid għal kull safra", "(a) min kienu l-persuni li siefru;(b) minn min kienu akkumpanjati; u (c) x'kien l-iskop ta' kull safra?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5047, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5063 u 4858 u jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa' taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions?", "Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x'inhuma t-termini ta' żmien?", "X'inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5244 u 4871 u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum x'kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar?", "Jista' jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x'kien l-għan ta' din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x'kien ir-rwol tal-persuni li attendew?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5243 u 4870 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum x'kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar?", "Jista' jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x'kien l-għan ta' din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x'kien ir-rwol tal-persuni li attendew?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t'April li għaddew?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta' Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ espressjoni ta' interess għalih eżatt wara li tela' fil-Gvern f'Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwaru?", "Tista' tgħid jekk dan il-proġett hux ser isir u jekk l-espressjoni ta' interess li kienet iħarġet għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk Triq iż-Żewwieqa f'Għajnsielem/Qala Għawdex u ċjoè t-triq li twassal minn Għajnsielem sal-Qala hux ser tiġi asfaltata kollha kemm hi jew inkella parti żgħira biss minnha?", "Jekk ser tiġi asfaltata parti biss minnha, x'inhi r-raġuni li mhijiex ser tiġi asfaltata kollha u meta hi ppjanata li tingħata kollha kemm hi bit-tarmac?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid meta huma ppjanati li jsiru l-marki taż-żebgħa (parking bays) ġewwa Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex eżattament quddiem l-area tal-Gozo Sports Complex u l-kumplament tat-triq biex il-karozzi jkunu jistgħu jiġu pparkjati kif suppost u dan peress li dawn ir-road markings ma għadhomx jidhru?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5240 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ta' toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex u f'liema sena mill-fond ta' Operational Programme I European Structures and Investments Funds 2014-2020?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk ittieħdux passi jew inbdewx proġetti biex ikompli x-xogħol relatat mat-tneħħija tat-tankijiet tal-fjuwil 31 ta' Marzu 1979 f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x'passi se jkunu qed jittieħdu rigward il-faċilità fejn kienu jimtlew iċ-ċilindri tal-gass fil-Qajjenza u jekk hemmx pjani ta' żvilupp għal dan is-sit?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra f'liema stadju wasal il-proġett biex jingħadda cable mill-power station lejn Ħal Far li jgħaddi minn Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk ix-xogħlijiet f'mains tal-ilma u d-drenaġġ f'Birżebbuġa nbdewx u kif se jkun qed jitwettaq dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'miżuri ta' traffic management qed jittieħdu u x'se jkunu qed jittieħdu fid-dawl tax-xogħlijiet li għaddejjin fil-preżent f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tpoġġi r-rapport tal-għażla tal-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme?", "Tista' tgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Għażla?", "Tista' tagħti l-lista tas-sitta u tletin (36) sottomissjoni li kien hemm u tindika minn dawn is-sottomissjonijiet kollha, liema ma ġewx magħżula?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru tagħha jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtha, hemmx kontijiet pendenti għal xogħlijiet ta' toroq li saru f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jekk iva, tista' tagħti dettalji ta' liema toroq huma dawn il-kontijiet pendenti, kemm hu l-ammont u għaliex il-kont għadu ma tħallasx?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-Mutual Help Fund tal-Pulizija u għad-deċiżjoni li dan jiġi xolt, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni dwar din id-deċiżjoni?", "Kemm inġabru flus matul is-snin?", "Kemm tħallsu flus lura lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija mis-somma miġbura matul is-snin?", "X'miżuri ttieħdu biex min ta l-kontribut tiegħu lil dan il-fond jingħata kumpens xieraq?", "X'inhu l-mudell finanzjarju li ntuża?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi t-tariffa biex tipparkja fil-parkeġġ?", "Jista' jgħid kemm idaħħal l-gvern talli jikri dan il-parkeġġ lill-privat?", "Hemm ħsieb li t-tariffa tkun orħos jew li l-parkeġġ jiġi fl-operat tal-gvern biex it-tariffa torħos?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-vetturi kollha (kemm privati kif ukoll le), li hawn fit-toroq f'Malta?", "Kemm hu n-numru ta' vetturi (privati u mhux) għal kull 1000 persuna?", "Kemm għandna vetturi (kemm privati kif ukoll le) għal kull kilometru ta' triq li għandna f'Malta?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li d-daqs minimu ta' bankina huwa ta' 1.2 m, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dan qed jittieħed bħala daqs standard meta fil-fatt mhux?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Peress li s-servizz ta' kura tal-Crisis Intervention Team għal persuni li jbatu b'diżordni mentali qed jiġi offrut mis-7.00am sal-17.30pm, jista' l-Ministru jgħid meta hu l-ħsieb li dan is-servizz jiġi estiż 24/7?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' cycle lanes hawn bħalissa f'Malta?", "Jista' jgħid kemm-il kilometru iktar ser jitwettqu bil-proġett ta' immodernizzar ta' toroq?", "X'inhu l-ħsieb biex ikun hemm konnessjoni ta' dawn is-cycle lanes u biex ma jkollniex biċċiet ta' cycles lanes li jispiċċaw f'dead end?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din l-anzjana toqgħod fir-raba' sular u s-saħħa tagħha qiegħda tmur lura u li għaxar snin ilu applikat għall-akkomodazzjoni soċjali imma s'issa għadha mingħajr risposta?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal x'inhuma l-irwoli tad-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali?", "Kemm hemm assessuri impjegati mad-dipartiment sabiex jaraw li min qed jipprovdi s-servizzi, jimxi mal-istandards nazzjonali elenkati fis-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mill-assessuri fi Djar/Hostels għall-Persuni b'Diżabilità f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Fejn saru dawn l-investigazzjonijiet u jekk instabux jew le xi nuqqasijiet fis-servizzi mogħtija minn dawn id-Djar?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità kollha għandhomx persuna legalment responsabbli għas-servizzi mogħtija skont l-istandards approvati mill-Gvern?", "Jista' l-Ministru jindika wkoll min huma dawn il-persuni legalment responsabbli għal kull Dar Residenzjali li għandna mwaqqfa f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5484, jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa kapitali għas-sena 2017?", "Kemm qed tiġi tiswa sodda fl-Isptar Monte Carmeli llum?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm ġew organizzati sessjonijiet minn entitajiet fosthom l-Aġenzija Appoġġ, il-Korp tal-Pulizija u professjonisti oħra sabiex l-anzjani u persuni b'diżabilità jitgħallmu aktar dwar kif jagħrfu l-abbuż li jitwettaq fuqhom u x'għandhom jagħmlu f'każijiet bħal dawn?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għad-diskors tal-Ministru għal Għawdex fil-Parlament ta' Malta nhar it-Tnejn 14 ta' Mejju 2018 dwar il-Gozo Channel, fejn qalet li hija taqbel li jinbena r-raba' vapur u tenniet li għandha pjan fit-tul anki fir-rigward tat-tliet vapuri li għandha l-Gozo Channel, għaldaqstant tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan fit-tul?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2682, jista' l-Ministru jgħid jekk finalment ġiex provdut ir-rapport mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kien obbligat jipprovdi l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar mill-Bord ta' Governanza Lokali f'deċiżjoni datata l-14 ta' Settembru 2017 bir-referenza 001/2017, fejn f'punt numru 7 tad-deċiżjoni, qed jintqal hekk \"7.", "Rigward l-allegazzjoni ta' twaħħil ta' diversi sinjali tat-traffiku llegali b'detriment għas-sewwieqa, hawn il-Bord ma jistax ma jikkundannax lill-Kunsill Lokali li għalkemm jaf li l-liġi qed tkun miksura, qed iħalli dan l-abbuż jibqa' jseħħ.", "Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi retifikata, il-Bord qed jitlob sabiex il-Kunsill Lokali, fi żmien xahar minn din id-deċiżjoni, jagħmel audit tas-sinjali tat-traffiku li hemm f'San Pawl il-Baħar u li dawk is-sinjali li saru bla permess tal-Awtorità kompetenti, u allura b'mod illegali, jitneħħew minnufih.", "Il-Bord qiegħed jordna li jingħata kopja ta' dan l-audit kif ukoll rapport tal-passi li ttieħdu sal-31 ta' Ottubru 2017.\"?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, mill-ewwel ta' Jannar tas-sena elfejn u tlettax sal-wieħed u tletin ta' Diċembru tas-sena elfejn u sbatax?", "Jista' jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas?", "Jista' jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabli?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mis-sena 2007 sas-sena 2017?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' liem Kunsilli Lokali gawdew minn skemi maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jew il-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, li permezz tagħhom gawdew minn fondi addizzjonali li ma humiex parti mill-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsilli, bejn l-10 ta' Marzu 2008 u t-8 ta' Marzu 2013?", "Jista' jagħti dan ir-rendikont għal kull Kunsill Lokali għal kull sena?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' Kunsilli Lokali li għadhom qed iħallsu toroq magħmula permezz tal-iskema ta' Public Private Partnership?", "Jista' jgħid kemm hu l-ammont dovut minn kull Kunsill Lokali, jekk applikabbli?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din il-persuna ma ngħatatx post alternattiv minkejja ż-żmien li għandha u ser ikolla terġa' toħroġ mill-post li għandha u probabilment ser tispiċċa mingħajr post fejn toqgħod?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn baqgħet ma ħadet ebda risposta wara li ilha snin li applikat għal post diċenti mill-housing minħabba li qed tgħix ġo tlett ikmamar u issa ilha żmien twil ma toħroġ, peress li kellha stroke u ma tistax tinżel taraġ?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn jgħix ġo kamra waħda u ilu żmien li applika għal post alternattiv?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara meta ser jissewwew il-ħsarat li ġarrbu l-muturi fil-komun tal-Binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn f'din il-blokka qabad in-nar nhar id-19 t'April, 2018?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għall-artiklu li deher fin-newsportal ta' The Times of Malta nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju dwar il-proġett marbut mal-Bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-operaturi tal-kjosks eżistenti, u jekk le, hemmx il-ħsieb li dawn ikunu kkonsultati?", "Jista' jgħid ukoll kif dan il-proġett ser jaffetwa lill-kjosks?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni ġdida rigward Villa Priuli f'Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan (refused PA permit PA/03208/16)?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ċirkustanzi li l-Planning Authority tkun tista' treġġa lura d-deċiżjoni ta' rifjut tagħha għal Villa Priuli, f'Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi aċċettata applikazzjoni ġdida biex titlob li Villa Priuli, f'Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan ikollha iktar sulari?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk applikazzjoni ġdida tkun titlob change of use biss, x'inhi dik it-tip ta' attività ekonomika li hija permessa bil-liġi u għar-regolamenti tal-Planning Authority għal Villa Priuli f'Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jindika meta se jissewwa l-lift f'Bormla Home, minħabba li ilu wieqaf tul dawn l-aħħar sitt ġimgħat għad-detriment tar-residenti?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5475, jista' l-Ministru jintervjeni biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab f'Dar tal-Anzjani ssirilha gwardarobba żgħira għaliex il-qraba qed jispiċċaw ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ għax m'għandhomx fejn ippoġġuhom, inkluż ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa?", "Billi din l-anzjana qed tispiċċa bil-ħwejjeġ fuq is-siġġu, possibbli li tinstab soluzzjoni aktar dinjituża billi ssirilha gwardarobba żgħira li kif jien infurmat diġà saru għal xi anzjani oħrajn?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jintervjeni mal-kuntrattur li jipprovdi l-carers fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li l-carers, fosthom nisa li jaħdmu fuq bażi part-time mal-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jixtiequ jaħdmu numru ta' ġranet fil-ġimgħa u minflok qed jingħataw ġurnata waħda biss filwaqt li minflokhom qed jiddaħħlu carers barranin?", "Filwaqt li nifhem l-importanza tal-ħaddiema barranin f'ċerti oqsma tal-ekonomija tagħna, ma jaħsibx li l-preċedenza għandha tingħata lill-carers Maltin, li ħafna minnhom huma nisa li jkunu miżżewġa bil-familja u jkunu jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time?", "Ma jaħsibx il-Ministru li hija ironija li ngħidu li rridu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, imbagħad f'istituzzjoni tal-Gvern stess, il-kuntrattur qed jagħti preferenza lill-ħaddiema barranin fuq dawk Maltin li jkunu infurmaw il-kuntrattur konċernat kemm jixtiequ jaħdmu imma qed jaħdmu ferm u ferm anqas għax minflokhom qed jiġu mgħajta carers barranin għax-xogħol?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru testijiet tad-demm tal-vitamina D fl-2017?", "Jista' jgħid kemm minnhom irriżultaw baxxi jiġifieri inqas mil-lowest reference range?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 27 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni – Tielet Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 33 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 40 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 28 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – Tielet Qari – Ministru għall-għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 37 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Votazzjoni – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "18 ta' Mejju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Mejju, 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010.", "(Kont.)", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PETIZZJONIJIET", "Il-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2018 fis-6:00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar żewġ petizzjonijiet.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2018, fit-3.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Abbozz Nru 13 – Kontinwazzjoni – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Abbozz Nru 15 - Ministru għall-Familja, Dmirijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 34 – Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT", "U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 28 ta' Mejju, 2018 fl-4:30p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "18 ta' Mejju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180521_114a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 21 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 21 ta' Mejju, 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "It-Tnejn, 21 ta' Mejju, 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 113, li saret fis-16 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "SPJEGAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Is-Sedja ħadet nota tal-ilmenti li dehru fuq is-social media kif ukoll f'ġurnali online, u ta' komunikazzjonijiet li hija rċeviet fir-rigward tal-iffirmar tal-petizzjoni favur il-Protezzjoni tal-Embrijun, li bħalissa tinsab miftuħa għall-firem fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.", "Minn stħarriġ li s-Sedja għamlet jidher li l-problemi fil-fatt eskalaw minn nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju 2018, u mhux tul dawn l-aħħar tliet ġimgħat kif ġie rrapportat.", "Ċertament, din tat-tliet ġimgħat ma nafx minn fejn ħarġet.", "Whatever, hekk ġie rrappurtat f'The Times, li hija skorretta totalment.", "Fil-fatt, is-Sedja setgħet tikkonstata li bejn it-Tlieta, 1 ta' Mejju 2018, u l-Ħamis, 17 ta' Mejju 2018, kien hemm 93 persuna li ffirmaw din il-petizzjoni.", "Jidher li l-problemi nqalgħu wara li l-Google aġġornaw is-sistema tagħhom – magħrufa bħala \"ReCaptcha\" – li tintuża wkoll fis-sit tal-Parlament bħala protezzjoni minn spam u abbuż.", "Din tipprovdi dak li nirreferu għalih bħala Turing test li minnu s-sistema tagħraf jekk il-firmatarju huwiex persuna reali jew xi software miktub sabiex jabbuża mis-sistema.", "Sfortunatament, meta nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Mejju, saru l-updates neċessarji fis-sistema tal-petizzjonijiet online in konnessjoni mal-bidla li saret min-naħa ta' Google, inqabżu xi aċċertamenti, li rriżultaw fi problemi għal dawk il-persuni li ppruvaw jiffirmaw kemm din il-petizzjoni, kif ukoll oħrajn li kienu għadhom miftuħa għall-firem.", "Ninforma lill-Kamra li wara dan l-eżerċizzju li baqa' sejjer sallum, minn dalgħodu stess reġa' ġie għan-normal, tant li llum aktar persuni komplew jiffirmaw din il-petizzjoni.", "Ninforma lill-Kamra wkoll li għar-rigward tal-kwestjoni ta' firem doppji, dawk li ppruvaw jiffirmaw iktar minn darba, imma dartbejn, tlieta, u kien hemm iktar minn tliet darbiet, qiegħda bħalissa tintbagħat email lil kull persuna kkonċernata fejn tingħata informazzjoni dettaljata dwar kull tentattiv li ġie rreġistrat, kif ukoll konferma fir-rigward tal-firma meta din finalment ġiet aċċettata mis-sistema.", "Qed ngħid hekk għaliex jekk dħalt ħames darbiet u inti l-istess persuna, se ninfurmak li inti ġejt aċċettat, imma l-erbgħa l-oħra għamilt tentattivi li ma kellekx tagħmel.", "Aħna ovvjament għandna s-sistema aġġornata.", "Din hija l-istqarrija li xtaqt nagħmel għall-informazzjoni ta' kulħadd, ovvjament anke għal min ta skorrettezza totali, lill-gazzetti online, biex ikun iktar preċiż.", "Nirringrazzjakom.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IL-MOSTA – CRASH BARRIERS FIT-TRIQ LI TIEĦU LEJN IL-BIŻBIŻIJA", "L-ONOR.", "Edwin Vassallo) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-talba għal crash barriers mitluba fil-mistoqsija parlamentari 3660, jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jara li jsiru l-crash barriers, għaliex diġà kien hemm xi inċidenti fejn twaqqgħu xi ħitan fl-istess triq?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejjin it-tħejjijiet sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jibda mill-aktar fis.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-sitwazzjoni ta' Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi?", "Donnu x-xogħol reġa' waqaf, u hemm tbatija kbira għar-residenti, speċjalment ta' Vjal ix-Xarolla.", "Il-Ministru għandu xi aġġornament dwar meta se tkun lesta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Nista' nagħti l-aġġornament milli niftakar, però l-mistoqsija kienet totalment differenti.", "Ma ġejtx ippreparat sabiex inkun naf fiex inhuma x-xogħlijiet.", "Nista' ngħid li nhar il-Ħamis jien għaddejt personalment minn fuq ix-xogħlijiet ta' Vjal ix-Xarolla u kien hemm il-ħaddiema.", "Kif jistgħu jaraw dawk kollha li jgħaddu minn hemmhekk, bħalissa għandek xogħol delikat fuq il-fdalijiet li nstabu.", "Is-sit huwa miftuħ b'mod delikat minħabba li, kif jidher, hemm xogħlijiet relatati mal-wiċċ storiku, però rajt ħaddiema fuq il-post.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: B'referenza għall-mistoqsija dwar it-triq li tieħu lejn il-Beżbiżija, jista' l-Ministru jgħid meta huwa pproġettat li dan ix-xogħol ikun lest?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Kieku kien hemm dik l-informazzjoni kont ngħaddiha.", "M'għandi xejn xi nżid.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Xtaqt nistaqsi rigward l-iskema maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar Irrestawra darek, li tnediet f'April li għadda, fejn kien hemm baġit għaliha ta' €10 miljun, u li kienu ttieħdu permezz ta' applikazzjonijiet fi 12-il ġurnata biss.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex tikkonsisti din l-iskema?", "X'kundizzjonijiet jiġu applikati fuq proprjetajiet lil min igawdi minn din l-iskema?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Din kienet skema oħra, it-tieni waħda, wara s-suċċess li kien hemm is-sena li għaddiet.", "L-ewwel nett, irridu ngħidu li l-flus qed jinġabru mill-iskema ta' regolarizzazzjoni li qed tagħti ċertezza legali lil min matul is-snin għamel xi irregolarità li b'mod prattiku ma tistax tiġi mreġġa' lura, u fejn anke s-Sezzjoni tal-Infurzar ma tkunx tista' tieħu azzjoni.", "Allura ħarġet dik l-iskema ta' regolarizzazzjoni li minnha bbenefikaw eluf ta' familji li llum għandhom iktar ċertezza legali fuq il-proprjetà tagħhom.", "Apparti minn hekk, dawk il-flus ridna naraw kif inħaddmuhom, u l-PA iddeċidiet li toħroġ l-iskema Irrestawra Darek li kienet suċċess.", "Għat-tieni darba, ftit tal-ġimgħat ilu nehdejna t-tieni skema, bi ftit bidliet żgħar, bħal pereżempju li għamilna kategoriji għall-anzjani, kategorija għal persuni b'diżabilità u kategorija għall-NGOs, apparti ovvjament dawk miftuħin għall-kumplament tal-applikanti.", "Nista' ngħid li fi 12-il ġurnata ġew assorbiti l-fondi kollha għall-pubbliku ġenerali, u ftit żmien wara ġew allokati wkoll il-fondi għall-pensjonanti.", "Bħalissa, l-Awtorità għadha qed tilqa' applikazzjonijiet minn persuni b'diżabilità u minn għaqdiet volontarji.", "L-Awtorità se tibqa' tilqagħhom sakemm dawk il-flus ikunu assorbiti kollha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fix-xogħol li għaddej bħalissa fil-Bypass tal-Mellieħa ntmessx iċ-ċint eżistenti u allura marret fuq ir-riħ tal-Miżieb?", "L-erba' karreġġjati u l-bike lane mill-pompa tal-petrol eżistenti fil-Bypass, Triq Lewis Wettinger sad-daħla tal-Mellieħa, se jkunu up to standard mal-qisien li titlob triq bħal dik?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Il-ġimgħa l-oħra jew ta' qabel, kelli mistoqsija simili fir-rigward tal-qisien u pjanti.", "Diġà poġġejt din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi mistoqsijiet speċifiċi dwar il-parti tal-Miżieb, jagħmilhomli bil-miktub u nweġibhom.", "Il-mistoqsija oriġinali kienet totalment differenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Il-Ministru jħobb iwieġeb biss domandi mill-kollegi tiegħu li ma jkunux relatati mal-mistoqsija oriġinali.", "Naħseb li jaf li saret mistoqsija l-ġimgħa li għaddiet rigward il-Bypass ta' Ħ'Attard.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pjanti humiex lesti biex din it-triq issir?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjanti ġew sottomessi min-naħa ta' Transport Malta lill-PA.", "Bħalissa hemm il-proċess għaddej.", "Il-konsultazzjoni mal-ERA wkoll qiegħda f'fażi avvanzata.", "Inkunu nistgħu nħabbru iktar dwar dan il-proġett daqstant bżonnjuż, inkluż għal-lokalità ta' Ħ'Attard, fil-ġranet li ġejjin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar miżuri li l-Ministeru tiegħu, jew inkella Transport Malta, qed jieħdu sabiex jaraw li f'pajjiżna jkun hawn iktar edukazzjoni fir-rigward ta' sigurtà fit-toroq, u anke dwar l-inġieba tax-xufiera fit-toroq Maltin?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ovvjament, l-Awtorità tat-Trasport hija l-awtorità kompetenti li tilliċenzja lil dawk li jersqu 'l quddiem sabiex japplikaw għal liċenzja partikolari tas-sewqan.", "Għandha wkoll rwol li, flimkien mal-kunsill responsabbli mis-sigurtà fuq it-toroq, tipparteċipa – anzi tkun il-motivatur ewlieni – ta' kampanji li jsiru minn żmien għal ieħor.", "Il-ġimgħa l-oħra tnediet kampanja oħra dwar kif is-sewwieqa għandhom jużaw ir-roundabouts bi tliet lanes.", "Wara interventi li saru sabiex inneħħu ċerti bottlenecks, issa għandna numru ta' roundabouts bi tliet lanes, u allura nħasset il-ħtieġa li jkun hemm kampanji edukattivi f'dan is-sens.", "Nafu li l-kampanja nieżla tajjeb ukoll.", "Ovvjament, kif dejjem għidna, ir-responsabilità fuq it-toroq tibqa' ta' dawk kollha li jagħmlu użu mit-triq, mhux biss tas-sewwieqa, imma anke ta' dawk li jsuqu xi mezz ieħor ta' trasport u ta' dawk li jimxu fit-toroq tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd jerfa' r-responsabilità għal għemilu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Il-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa ta' konsultazzjoni dwar il-proġett tal-ITS fuq l-art tal-ITS mill-Grupp db.", "F'dik il-laqgħa ssemma li hemm pjan biex issir mina li mill-proġett fuq l-art tal-ITS tagħti għal Triq Sant' Andrija, li tagħti għall-Coast Road.", "Meta dawk preżenti staqsew lill-iżviluppaturi min se jħallas u min se jagħmel din il-mina, ma kienx hemm tweġiba, u allura wieħed jassumi li mhux huma se jagħmlu din il-mina imma se jkun il-Gvern.", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jindika jekk humiex Transport Malta li se jkunu qed jagħmlu din il-mina u min se jħallas għaliha?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ovvjament, Transport Malta, irrispettivament mill-iżvilupp li jkun qed isir f'żona partikolari, għandha l-pjanijiet tagħha.", "Il-pjanijiet tagħha huma parti mill-istrateġija li kienu sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea u approvati fl-2016, fejn hemmhekk, anke minħabba li għall-fondi Ewropej 2014 - 2020 kienet ex ante conditionality li jrid ikun in place pjan fit-tul sal-2025 u pjan ieħor sal-2050, allura hemmhekk wieħed jista' jara x'infrastruttura u xi traffic junctions hemm ippjanati anke fiż-żona rispettiva.", "Ovvjament, il-proċess relatat mal-proġett li aċċenna għalih l-Onor.", "Interpellant huwa amministrat minn entità oħra, u konvint li jekk jagħmel mistoqsija lill-Ministru konċernat ikun jista' jispjegalu aħjar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: B'referenza għax-xogħol li għaddej fuq il-junction tal-Marsa, l-ewwel nett nixtieq infaħħar id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu għaliex, minkejja x-xogħlijiet kbar li qed isiru, min jgħaddi kuljum bħali minn hemmhekk jaf li t-traffic flow miexi ġmielu.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex waslu dawn ix-xogħlijiet?", "X'inhuma l-passi li jmiss u anke x-xogħlijiet li jmiss f'dan il-junction?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Kif kelli okkażjoni ngħid f'din il-Kamra diversi drabi, bażikament bħalissa għaddejjin bit-tieni fażi, li hija t-twessigħ ta' Triq Aldo Moro u l-infrastruttura li għaddejja fis-service roads, sabiex ovvjament ma jkollhiex impatt fuq it-triq prinċipali u l-parti fejn se jkun hemm il-flyovers rispettivi.", "Naf li l-proċess tal-evalwazzjoni tat-tielet fażi ġie eżawrit.", "Qegħdin fi stadju fejn wieħed jista' jilqa' u jirċievi l-appelli.", "Huwa proċess li huwa governed mid-Dipartiment tal-Kuntratti, u x-xogħlijiet mexjin skont il-pjanijiet.", "Huwa proġett ambizzjuż u huwa l-ikbar proġett infrastrutturali li qatt se nkunu implimentajna fit-toroq tagħna.", "Kif qal ukoll l-Onor.", "Interpellant, waqt li għaddej l-istess proġett, it-traffic diversions li għamlet l-Awtorità diġà qegħdin juru li l-improvements se jkunu sinifikanti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nerġa' mmur lura għall-mistoqsija supplimentari li għamilt.", "Nifhem li l-Ministru m'għandux id-dettalji u forsi huwa wkoll skomdu jwieġeb; però, kulma qed nitolbu huwa 'iva' jew 'le'.", "Il-qisien tal-erba' karreġġjati u l-bike lane huma up to standard?", "Daqshekk biss.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "Ma jien xejn skomdu nwieġeb.", "Għidtlu li poġġejt il-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għal ftit riċerka … L-Onor.", "Interpellant qed joqgħod jerġa' jistaqsi l-istess mistoqsija meta din l-informazzjoni jista' jġibha bi ftit riċerka.", "Il-pjanti ssottomettejthom ġimgħa jew ġimagħtejn ilu.", "Il-Perit Bezzina u periti oħrajn għandhom; ikejjilhom u jaqrahom!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fid-dawl li issa riesaq is-sajf u aktar persuni jmorru lejn il-bajjiet tagħna, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hux qed isiru xi tip ta' xogħlijiet, anke sabiex l-aċċess, speċjalment għall-bajjiet l-iktar popolari, jkun wieħed iktar adegwat sabiex anke familji jkunu jistgħu jmorru hemmhekk?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Kif wieħed seta' jinnota, l-ewwel nett għandek żoni turistiċi fejn komplejna fuq l-inizjattiva pożittiva li ttieħdet is-sena l-oħra mill-Ministru Joe Mizzi u mill-Onor.", "Edward Zammit Lewis relatati maż-żona tal-Qawra u Buġibba.", "Din is-sena qed nagħmlu programm ta' ħidma relatat maż-żona ta' San Ġiljan u Paceville sabiex niżguraw li jkun hemm uċuħ li jixirqu għal dawk it-toroq.", "Dawn iż-żoni jkollhom influss kbir ta' turisti li jżuru pajjiżna matul ix-xhur tas-sajf.", "Però ridna wkoll inħarsu lejn bajjiet oħrajn, li forsi huma iżgħar u li forsi ma jattirawx il-mijiet ta' eluf li jattira post bħal San Ġiljan u Paceville, però għandhom l-udjenza tagħhom.", "Hemm ħafna nies li jersqu lejhom fix-xhur tas-sajf, b'mod partikolari l-bajja ta' Għar Lapsi, kif ukoll dik ta' St Peter's Pool f'Delimara.", "Ix-xogħlijiet se jkunu qed isiru fil-ġimgħat qabel is-sajf.", "Fil-fatt, Għar Lapsi hija lesta u kompluta.", "Ovvjament, iktar 'il quddiem inkunu rridu ngħaqqdu minn fejn id-Dar tal-Provvidenza lejn is-Siġġiewi: però, naħseb li x-xogħol li sar huwa wieħed partikolari.", "Jien naf kemm il-komunità tas-Siġġiewi hija kuntenta li din it-triq saret.", "Dan huwa kunsill b'maġġoranza Nazzjonalista, b'sindki Nazzjonalisti, li tant stinkaw ma' ministri responsabbli mit-toroq matul is-snin u dejjem baqgħu bix-xejn.", "It-toroq li jagħtu għal din il-bajja tant popolari fost il-komunità tas-Siġġiewi qatt ma ħadu lagħqa tarmak.", "Apparti minn hekk, irid ngħid li dalgħodu ħriġna stqarrija relatata mal-periklu li hemm f'Għar Lapsi.", "Tul l-aħħar ġimgħat id-Dipartiment tax-Xogħlijiet ħa diversi miżuri preventivi sabiex jagħlaq ċertu aċċess fejn għandek periklu mill-blat li qed jaqa' b'mod naturali.", "Dan qed isir bil-għan li kemm jista' jkun tkun imħarsa s-sigurtà tal-pubbliku.", "Naf li ġej is-sajf u n-nies ikunu jixtiequ li jkomplu jgawdu l-bajja kif dejjem għamlu.", "Però, ovvjament, huwa wkoll xogħol id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li l-ewwel u qabel kollox jevita li jkollna perikli li jistgħu jikkawżaw inċidenti ikbar.", "Fl-2013 kienet ġiet stallata xibka tal-azzar mal-blat ta' din il-parti ta' Għar Lapsi.", "Imma, fl-aħħar ġimgħat ġie nnutat li wara ħames snin din ix-xibka ddeterjorat.", "Parti minn dan kollu seħħ kawża wkoll tal-blat ta' daqs varju li nqatgħu anke mal-istess xibka.", "L-inġiniera li kienu għamlu l-installazzjoni ta' din ix-xibka reċentament ġew imqabbda sabiex fuq il-post jaraw u janalizzaw il-qagħda tal-blat.", "Wara din iż-żjara, ġie kkonfermat li l-ankoraġġi, l-istructural bolts kienu għadhom fi stat tajjeb, imma l-istess xibka ddeterjorat.", "Allura, issa għaddejjin ix-xogħlijiet sabiex naraw kif tkun tista' tiġi mibdula kemm jista' jkun malajr.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Peress li mit-traffic impact assessment report dwar il-proġett fuq l-art tal-ITS jirriżulta li kien hemm diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Grupp DB, jista' l-Ministru jikkonferma – iva jew le – jekk Transport Malta hijiex marbuta li tagħmel din il-mina?", "Din se jħallas għaliha l-Gvern?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Naħseb li diġà tajt risposta għal din il-mistoqsija.", "Għandek proġett li ilu li tħabbar u li kien hemm sejħa pubblika għalih minn entità li, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, mhijiex fir-responsabilità tal-Ministeru tiegħi.", "Jiena konvint li malli jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, ikollu risposta.", "Hawnhekk ma tistax tqum bil-wieqfa, tistaqsi u tesiġi li nagħtik risposta 'iva' jew 'le', u jien nagħtih risposta 'iva' jew 'le' fl-arja!", "Hemm il-Ministru kkonċernat, hemm entità, u jekk jagħmel mistoqsija lilhom, jieħu risposta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem tħabbar li se jibda jsir użu mit-teknoloġija blockchain anke fil-qasam tat-trasport pubbliku.", "Jista' l-Ministru jagħti iktar informazzjoni lil din il-Kamra?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Dan kien memorandum of understanding bejn il-Ministeru u kumpanija internazzjonali li dwarha ngħatat informazzjoni meta ħarġet l-istqarrija min-naħa tal-Gvern.", "Ħafna drabi wieħed jassoċja teknoloġiji bħal blockchain mas-servizzi finanzjarji jew sistemi ta' pagamenti finanzjarji: però, din is-sistema tista' tgħin sabiex ikun hemm iktar informazzjoni u iktar trail dwar bażikament kull settur.", "Se nkunu qed nesploraw kif ikun hemm iktar koperazzjoni u iktar ħidma bejn l-operatur u r-regolatur f'dak li għandu x'jaqsam is-servizz li jkun qiegħed jingħata, bl-intendere li dik l-informazzjoni li tinkiseb tkun tista' tagħti iktar informazzjoni u iktar għodda lir-regolatur, sabiex dan ikompli jtejjeb is-servizz għax fadal x'jitjieb.", "Aħna qatt m'għidna li s-servizz tat-trasport pubbliku huwa wieħed perfett.", "Huwa ħafna aħjar minn dak li writna.", "Writna sitwazzjoni fejn kellek 23 miljun passiġġier fis-sena fl-2012, waqt li llum għandek 50 miljun.", "Issa, qed nitkellmu fuq l-issue ta' capacity.", "Irridu nkomplu naħdmu sabiex niżguraw li s-servizz li jagħti l-operatur jagħtih bl-ikbar effiċjenza, mhux biss sabiex inkomplu nżidu n-numru, imma anke biex nikkonsolidaw dawk in-nies li diġà għażlu li jivvjaġġaw bis-servizz tat-trasport pubbliku.", "Naħsbu li informazzjoni u data li hija meħtieġa tkun tista' tgħin lill-Gvern u lir-regolatur sabiex jippjana aħjar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Se nerġa' nieħu lill-Ministru f'Ħ'Attard.", "F'mistoqsija parlamentari l-Ministru qal li l-MEPA bdiet l-iscreen process fit-22 ta' Novembru 2017 u din għadha qed tistenna li jiġu sottomessi dokumentazzjonijiet, fosthom pjanti addizzjonali, pjan ta' kif se jsir ix-xogħol, kif ukoll project description statement mitlub mill-ERA.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ingħatawx lill-PA?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Jekk Transport Malta tathomx lill-PA skont il-proċess tal-ippjanar ma nafx ngħid.", "Nista' ngħid li talabhom il-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard ftit tal-jiem ilu, u dawn ingħatawlu kollha.", "Għandi nifhem li la Transport Malta għaddiethom lill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, dak l-eżerċizzju sar u daħlu wkoll il-PA.", "Wieħed jista' ovvjament jivverifika dawn l-affarijiet permezz tas-sistema online, jew inkella billi jagħmilli mistoqsija u nerġa' naġġorna dik ir-risposta.", "Però, nista' ngħid li mhux se nħallih wisq bil-kurżità, għaliex se nkunu qed nagħtu iktar aħbarijiet importanti fuq dan il-proġett fil-jiem li ġejjin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Lura għall-bajja ta' Għar Lapsi; nifhem li hemmhekk hemm kwestjoni ta' saħħa u sigurtà fir-rigward ta' prekawzjoni fl-istallazzjoni ta' barriers, u anke fencing.", "Nifhimha u nkunu responsabbli.", "Però l-Ministru ma semmiex jekk hemmx deadline ta' meta huwa mistenni jitlesta x-xogħol.", "Bħalma qal il-Ministru, is-sajf huwa magħna, il-bajja ta' Għar Lapsi mhux biss hija ffrekwentata min-nies tan-naħat, imma anke minn bosta turisti oħrajn.", "Nifhem li x-xogħol li jrid jsir huwa delikat ħafna minħabba li jrid jiġi marbut il-blat.", "Però, jista' l-Ministru jagħtina indikazzjoni ta' meta huwa mistenni li jitlesta x-xogħol?", "Milli fhimt jien s'issa, il-Ministru għadu ma tax indikazzjoni tal-mira ta' meta dan ix-xogħol jista' jkun lest.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: M'għandix dik l-informazzjoni però nista' ngħid li għaddejjin diskussjonijiet anke mal-Ministeru għall-Finanzi.", "Ix-xibka li trid issir hija tal-azzar u tiswa għexieren ta' eluf; għaddejjin diskussjonijiet biex naraw kif din tkun stallata.", "Konvint li l-Onor.", "Interpellant jaf ukoll li t-triq ta' Għar Lapsi lesta.", "L-Onor.", "Interpellant ma kellux l-okkażjoni li jservi bħala sindku fil-lokalità tas-Siġġiewi, imma kien attiv ħafna jimbotta sabiex issir dik it-triq.", "Dik it-triq issa saret.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tal-Mistoqsijiet.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "RAPPURTAĠĠ FIL-MEDIA", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, bħal-lum ġimgħa inti tajt ruling – fuq talba tiegħi – fejn ġustament tlabt lil OneNews jikkoreġu rapport dwar diskors li għamilt jien dwar l-Embryo Protection Act.", "Illum nixtieq nippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu miktub mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fejn reġa' immiżrappreżenta dak li għedt jien eżatt kif għamel OneNews.", "Dan ifisser li mhux biss irrapporta b'mod falz dak li għedt jien, imma agħar minn hekk sfida ruling ċar li tajt int. Għandi l-artiklu u nitlob li nqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra.", "Nixtieq inġib dan a konjizzjoni tiegħek, u nitolbok tieħu l-passi meħtieġa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Opinion intitolata \"Let's talk – but respect our principles\" li dehret fuq is-sit www.independent.com.mt fil-21 ta' Mejju 2018, miktub mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "L-ISPEAKER: Dwar dak ir-ruling tajjeb tkun taf li ġie riprodott fil-OneNews online b'mod immedjat.", "Fuq dak li qed tgħidli issa, nara x'inhu.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2360;", "Tagħrif dwar safar mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5666; u", "Tagħrif dwar safar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn wara Frar 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5667.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni addizzjonali għallmistoqsija parlamentari numru 4591, li tweġiba għaliha ngħatat fisseduta 92 tat12 ta' Marzu 2018, dwar spejjeż fuq korsijiet offruti mill-Università ta' Malta għas-sena akkademika 2016/17;", "Rapport Annwali għas-sena 2017 tal-Istitut għallEdukazzjoni; u", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2361.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): F'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar mill-Ministeru għas-Saħħa minn wara Jannar 2015, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5637; u", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 155 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Kodiċi ta' Etika tan-Nutara;", "Avviż Legali Nru 156 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Kwalifiki għall-Ħatra Nutarili;", "Avviż Legali Nru 157 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Eżami tat-Titolu; u", "Tabella li turi l-kunsilli lokali li gawdew minn fondi addizzjonali ta' skemi li ma kenux parti mill-allokazzjoni finanzjarja tagħhom bejn l-10 ta' Marzu 2008 u t-8 ta' Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5721.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali talKummissjoni dwar ilVjolenza Domestika għassena 2017.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' impjegati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi li kellhom permess jagħmlu xogħol ma' xi entità mhux governattiva, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5645.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali għas-sena 2017 tal-Uffiċċju tal-Bord ta' Monitoraġġ għal Persuni Detenuti; u", "Tagħrif dwar il-Mutual Help Fund tal-Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5699.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "IAN BORG: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-dokument intitolat \"Access for All – Design Guidelines\" maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità fl-2011, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5702; u", "Kopja ta' policy NHHO01 tan-North Harbours Local Plan (July 2006) dwar użi aċċettabbli ta' art f'żoni urbani regolat mill-Pjanijiet Lokali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5749.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ir-radju mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2358.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal għas-sena 2017.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "U PROTEZZJONI MIR-RADJAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli, jekk jogħġobha, tressaq it-Tielet Qari.", "HELENA DALLI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"ATT biex jipprovdi għall-protezzjoni ta' individwi fil-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kontra l-effetti ħżiena ta' radjazzjoni jonizzanti u mhux jonizzanti u għas-sikurezza ta' sorsi ta' radjazzjoni u biex jintroduċi miżuri preventivi u protettivi ta' kontroll għall-esponiment tal-bniedem għal radjazzjoni jonizzanti u mhux jonizzanti, u kwistjonijiet konnessi magħhom jew anċillari għalihom.\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con., u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-AMBJENT", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Mejju 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, qegħdin inkomplu u, jekk Alla jrid, illejla nagħlqu dan l-Abbozz ta' Liġi li, kif iddikjaraw id-diversi kelliema, l-Oppożizzjoni qed naqblu miegħu.", "Ma nistgħux ma naqblux mal-konċett li wieħed isaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent: però, naħseb li kull min qed isegwina jifhem li nistgħu nagħmlu sigħat twal ta' diskussjoni u nitkellmu dwar il-protezzjoni tal-ambjent, imma mbagħad huma l-azzjonijiet li nieħdu barra din il-Kamra li l-aktar iħallu effett, mhux biss għall-ġenerazzjoni preżenti, imma anke għal dawk futuri.", "Aħna għandna l-obbligu li naraw li d-deċiżjonijiet li nieħdu llum jittieħdu b'responsabilità għax se jkunu qed iħallu l-effett tagħhom fuq il-ġenerazzjonijiet futuri.", "Meta qed nitkellmu dwar il-protezzjoni tal-ambjent irridu nkunu kredibbli f'dak li ngħidu, u aktar u aktar f'dak li nagħmlu.", "Naħseb li b'dak li qed jesperjenza pajjiżna bħalissa ftit nistgħu nagħtu kredenzjali lil dan il-Gvern dwar dan is-suġġett.", "F'episodju wieħed wara l-ieħor pajjiżna qed narawh qed jinħakem minn ftit nies, għandna permessi li qed joħorġu bla rażan, u kull fejn tħares f'pajjiżna tara blokok ta' konkos bla rażan.", "F'din in-nofs siegħa li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se jkun qed nelenka numru ta' eżempji dwar dak li qed nirreferi għalih.", "Qabelxejn, l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jgħidu, u nikkwota:", "\"L-għanijiet u raġunijiet ta' dan l-Abbozz huma li jintroduċu l-konċett ta' kurazija ta' proprjetà immobbli għal aktar tisħiħ fil-protezzjoni tal-ambjent.\".", "Tajjeb li f'din il-Kamra nirrikonoxxu li meta nitkellmu dwar il-kurazija jkun tajjeb li mmorru ftit lura.", "Minkejja li dak li qed niddiskutu llum huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, tajjeb infakkru li fil-bidu tad-disgħinijiet amministrazzjoni Nazzjonalista kienet daħħlet konċett li legalment huwa aktar b'saħħtu mill-kelma \"kurazija\".", "Din hi d-devoluzzjoni ta' numru ta' beni tal-Gvern, u Gvern wara ieħor konna rajna numru ta' bini li għadda f'idejn il-kunsilli lokali jew għaqdiet mhux governattivi.", "Dan sar għax konna nemmnu li huma l-kunsilli lokali li l-aktar li jagħrfu l-ħteġijiet u l-interess tal-lokalità tagħhom, u kien hemm għexieren – jekk mhux mijiet – ta' binjiet u proprjetajiet oħra li għaddew b'devoluzzjoni għand il-kunsilli lokali u għand organizzazzjonijiet, fosthom għand numru mhux żgħir ta' għaqdiet mhux governattivi li jiffokaw il-ħidma tagħhom fuq il-qasam ambjentali.", "Tajjeb nitkellmu wkoll dwar okkażjonijiet f'din il-Kamra fil-passat reċenti fejn konna aħna ta' din in-naħa li niddefendu l-konċett ta' żoni li għandhom jibqgħu jiġu protetti.", "L-aktar każ li spikka matul l-aħħar snin kien dak taż-Żonqor, fejn il-Gvern b'mod stramb u kapriċċjuż iddeċieda li jagħti din l-art verġni fin-naħa t'isfel ta' Malta ħalli jiġi żviluppat mostru ta' bini.", "Il-Gvern f'dan il-każ ma ħasibhiex darbtejn: anzi, dam biss ftit minuti biex iddeċieda u ħadd ma kien jaf ħlief ftit nies fejn ried jasal b'dan il-pass.", "Kienet din in-naħa tal-Kamra li – għax hekk kien l-obbligu tagħna u mhux għax aħna negattivi – ridna nwasslu hemm barra messaġġ ċar li ma kienx hemm il-bżonn li l-Gvern jieħu din l-art verġni biex jagħmel proġett stramb, suspettuż u kapriċċjuż.", "Imma, għal dan il-Gvern donnu kollox jgħaddi mingħajr ebda responsabilità.", "Sur President, jien ġej min-naħa ta' fuq ta' Malta, u naħseb huwa obbligu tiegħi li nistaqsi lill-Gvern x'investiment għamel matul l-aħħar snin fil-Park tal-Majjistral.", "Dan hu ġawhra ta' park nazzjonali li jimmerita li verament nibdew nikkonsidraw biex dan il-Gvern, fix-xenarju tas-surplus li qed nitkellmu dwaru, jibda jinvesti fih.", "Hemm ukoll postijiet oħra, bħas-siti ta' Natura 2000, li qegħdin naraw li ta' sikwit ikunu attakkati b'atteġġjament xejn dinjituż minn nies li l-interess tagħhom huwa li jagħmlu vandaliżmu f'żoni bħal dawn.", "Hawnhekk ukoll, x'investiment qed jagħmel il-Gvern fl-infurzar tal-liġijiet u fl-ispezzjonijiet li suppost isiru f'dawn il-postijiet?", "Tajjeb li nitkellmu fuq l-ambjent; però, inkunu qed naħlu l-ħin ta' xulxin u ta' min qed isegwina jekk ma neħdux deċiżjonijiet li verament jagħmlu differenza.", "Rigward il-bajjiet, ftit tal-ġranet ilu għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari dwar l-aktar bajja li tat kontribut fil-mixija ta' pajjiżna.", "Ħafna jqisu l-bajja tal-Għadira bħala parti mill-patrimonju tagħna.", "Il-baħar u l-bajjiet huma wkoll parti mill-ambjent.", "Suppost kien hemm proġett dwar din il-bajja, imma wasalna lejlet bidu ta' staġun ieħor sajfi u dwar dan għadna ma nafu xejn.", "Kif nafu, lejn l-aħħar ta' Mejju jibda jitħaddem il-programm tal-Blue Flag – u tajjeb infakkru li l-bajja tal-Għadira kisbet l-istatus ta' Blue Flag fl-2010, għax kultant ninsew kemm ħdimna biex ġibna numru ta' bajjiet bl-istatus ta' Blue Flag – imma mill-mistoqsijsiet parlamentari bħal donnu rriżulta li spiċċat l-għaġġla li kien hemm – li ħadd ma seta' jifhem – biex titkabbar il-bajja tal-Għadira.", "Fil-fatt, kienet se ssir preżentazzjoni madwar ġimagħtejn ilu, però din ma saritx.", "Bħal donnu xegħlna bozza, u dan il-proġett biex suppost tikber il-bajja tal-Għadira bħal donnu nżamm, u issa se jitħalla għal wara s-sajf.", "Sinjura President, kien hemm dubji serji jekk sarux l-istudji dwar dak li kien se jsir, u kien hemm dubji serji wkoll jekk il-proċess ta' konsultazzjoni sarx kif kellu jsir.", "Kien hemm dubji serji jekk dak il-proġett li kellu jsir kienx se jkun ifisser aktar ta' ħsara milli ta' ġid u, pereżempju, ma nafux jekk dan il-famuż breakwater li qed jissemma għandux il-barka tal-esperti.", "Jiena ħadt il-parir ta' min jifhem, u rriżulta li jekk il-breakwater ma jsirx fil-post it-tajjeb u ma jsirx kif għandu jsir, bil-kurrenti li jaħkmu hemmhekk aktar jista' jkun ta' ħsara.", "Jekk jiġri hekk, dawk l-isforzi li għamilna biex bħala pajjiż ġibna l-bajja tal-Għadira fl-istatus ta' Blue Flag jistgħu jtiru mar-riħ.", "Issa jidher li l-għaġġla li kien hemm bħal donnha waqfet, u jiena għandi l-informazzjoni li issa m'hemmx ċans li wieħed jibda, għax is-sajf qiegħed fuq l-għatba.", "Naħseb li dan tħalla għal wara s-sajf.", "Però, tħalla għal meta tħalla, wieħed jittama li dan il-patrimonju ambjentali Malti jsir bis-serjetà, bl-istudju kollha li hemm bżonn jekk verament irridu li jkun ta' ġid.", "Aħjar jitħalla kollox kif inhu jekk wieħed ikun se jagħmel aktar ħsara milli ġid.", "Irrid niġbed ukoll l-attenzjoni li, filwaqt li tajjeb li wieħed jitkellem dwar titjib f'żoni partikolari, mhuwiex aċċettabbli li naraw xogħol li qed isir bħalissa fuq numru ta' bajjiet lejliet ftuħ ta' staġun ieħor.", "Dan għax it-temp f'pajjiżna diġà ppermetta lit-turisti – u anke Maltin – jagħmlu użu mill-bajjiet.", "Gvern b'viżjoni kien jagħmel dan ix-xogħol ħafna qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf.", "Nifhem li din it-tip ta' responsabilità ma taqax kollha taħt il-Ministru li qed iressaq din il-liġi, però tajjeb li l-Ministru responsabbli mill-ambjent ikun jaf x'qed tagħmel kemm idu l-leminija, kif ukoll idu x-xellugija.", "Jekk verament irridu nagħmlu differenza fil-qasam ambjentali b'mod ħolistiku, irridu naraw li l-Gvern verament ikollu viżjoni.", "Min-naħa ta' fuq ta' Malta nibdew nersqu lejn iċ-ċentru – is-Salini u n-Naxxar.", "Sinjura President, kif taf inti, dwar din iż-żona hemm ħafna mistoqsijiet li rrid nerġa' nagħmilhom din id-darba lill-Ministru responsabbli minn din il-liġi.", "Irrid nagħmel riferenza għall-irwejjaħ li qegħdin jesperjenzaw ir-residenti tan-Naxxar u tas-Salini li mhux biss ġejjin mill-Magħtab, imma anke mill-kanal tas-Salina.", "Tagħmel mistoqsija u Ministru jwaħħal f'Ministru ieħor.", "Nitkellmu dwar investiment f'dipartimenti partikolari, però tgħaddi minn quddiem is-Salini u xxomm irwejjaħ tremendi ħerġin mill-kanal, u dan huwa ta' inkonvenjent kemm għar-residenti li joqogħdu fiż-żona tas-Salini u n-Naxxar, kif ukoll għal min ikun għaddej minn dik iż-żona.", "Ejja nitkellmu fuq l-ambjent f'din il-Kamra.", "Però rridu naraw li dawn in-nuqqasijiet ma jsirux.", "Jiena lill-Ministru nitolbu biex ma jagħmilx bħal Ministri oħra li jgħaddu minn fuq il-kunsilli lokali b'mod li l-konsultazzjoni ma teżistix.", "Informat li se jkun hemm laqgħa mal-kunsilli lokali fil-ġranet li ġejjin; però, il-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, f'dan il-każ mal-kunsilli lokali tal-Għargħur u tan-Naxxar, kellha ssir qabel ma jitħabbar dan il-proġett.", "Hekk kellna nagħmlu jekk verament irridu nitkellmu dwar il-proċess ta' konsultazzjoni.", "Fil-ġranet li ġejjin se jkollna ċans nitkellmu fuq xi ħaġa relatata mal-ambjent – it-toroq ta' pajjiżna.", "Mhux se nidħol fuq il-liġi li se niddiskutu għax din ma taqax taħt ir-responsabilità tal-Ministru; però, il-proċess ta' konsultazzjoni ma jeżistix.", "Jekk il-Gvern jaħseb li se jkun qed iressaq liġi biex ikompli joħnoq lill-kunsilli lokali, naħseb li se jkun qed jiżbalja.", "Il-Partit Nazzjonalista kien pijunier li welled il-kunsilli lokali, tajnihom dejjem aktar poteri, u nittamaw li l-Gvern, bl-iskuża ta' ħolqien ta' aġenzija, ma jkunx qed joħnoq lill-kunsilli lokali jew inaqqsilhom il-poteri.", "Nibqgħu fiż-żona tan-Naxxar: wieħed jittama li l-awtorità responsabbli mill-bini – u mhux qed nirreferi biss għall-ERA, imma anke għall-Awtorità tal-Ippjanar – tikkonsulta bis-serjetà fuq applikazzjoni mostru li hemm fin-Naxxar, fejn qabel kien hemm il-kumpless tat-trade fair.", "Hemmhekk hemm aktar minn 500 appartament u vilel.", "Wieħed jistenna li l-kunsill lokali u r-residenti ta' dik iż-żona għandhom jingħataw l-ispazju għal konsultazzjoni u jkunu jafu x'inhu għaddej, mhux titla' applikazzjoni u biex tgħaddi l-Bambin biss jaf x'manuvri jsiru biex policy tal-istess Awtorità tal-Ippjanar tiġi emendata u mibdula mill-qiegħ ħalli taġevola lil xi persuna jew persuni.", "Din hija xi ħaġa li qed tiġri b'mod regolari fuq diversi applikazzjonijiet.", "Nittama li l-Ministri u l-awtoritajiet konċernati jagħtu kas bis-serjetà ta' dak li l-poplu jistenna.", "Il-konsultazzjoni hawnhekk hija punt kardinali.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq gvern li jisma', imbagħad ikollna Gvern li jgħidlek li ħa nota ta' dak li qed tgħid, però dejjem tgħaddi tiegħu u d-deċiżjoni finali ma tkunx fl-interess tar-resident, ma tkunx fl-interess tal-ibliet u l-irħula tagħna u ma tkunx fl-interess tal-ambjent.", "Ladarba qed nitkellmu fuq l-ambjent ma nistax ma nsemmix il-baħar u la nsemmi l-baħar ma nistax ma nsemmix żewġ inċidenti li seħħew matul l-aħħar jumejn tal-ġimgħa li għaddiet f'Tas-Sliema, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar.", "Hemmhekk rajna b'mod stramb għall-aħħar terrapien mitfugħ il-baħar.", "Wieħed irid ikun responsabbli meta jkun hemm bini għaddej f'żona viċin il-baħar.", "Dan il-pajjiż ħadem ħafna anke permezz ta' amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti biex irnexxielu jġib il-baħar ta' pajjiżna bħala l-aktar baħar nadif u sigur fl-Ewropa.", "Imma dak li assistejna għalih matul l-aħħar ġranet fiż-żoni tal-Balluta u tal-Veċċja f'San Pawl il-Baħar bilfors inkwieta lir-residenti tal-inħawi u lil kull min għandu għal qalbu l-baħar ta' madwarna u l-ambjent.", "Il-baħar għandu sehem importanti fl-ambjent ta' madwarna, u bilfors tinkwieta b'affarijiet bħal dawn.", "Din mhijiex xi ħaġa li ġrat b'kumbinazzjoni; f'dawn l-aħħar snin rajna laxkezza minn dan il-Gvern u mill-amministrazzjoni Laburista preċedenti fl-infurzar fejn jidħol il-baħar madwar il-gżira.", "Niftaħru wkoll bl-istatistika ta' kemm qed jiżdiedu karozzi f'pajjiżna.", "Jekk hawn xi ħadd li jrid ikejjel l-ekonomija b'kemm qed jiżdiedu karozzi f'pajjiżna, għall-inqas għandu jieħu nota tal-emissjonijiet li jarmu dawn il-karozzi, speċjalment fit-traffiku.", "Il-Gvern fejn falla?", "Hawn nixtieq nikkwota minn aħbar li dehret fl-4 ta' Mejju 2018 fuq il-portal tal-PBS.", "Sa ċertu punt, kont ftit sorpriż kif poġġietha fuq il-website, għax fuq l-istazzjon nazzjonali rari tara stejjer li jitfgħu ftit ta' dell ikrah jew dubju fuq l-amministrazzjoni preżenti.", "Imma din l-aħbar ewlenija kienet tgħid hekk:", "\"Malta bl-akbar żieda fl-emissjonijiet ta' CO2 fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.\".", "Din hija statistika li tinkwieta lill-poplu Malti u tinkwieta lil min verament għandu l-interess tal-ġid komuni f'pajjiżna, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa, li hija l-egħżeż ħaġa għal kull wieħed u waħda minna.", "Ma nistgħux nibqgħu passivi.", "X'qed jagħmel il-Gvern dwar ftehim li jeżisti mal-maġġoranza tal-kunsilli lokali f'pajjiżna b'rabta mal-covenant of mayors fejn dawn suppost iressqu pjanijiet, miżuri, deċiżjonijiet li jkunu se jieħdu biex inaqqsu l-emissjonijiet fl-ibliet u rħula?", "Dan ir-riżultat ma jistax ma jinkwetax lil min verament għandu għal qalbu l-ambjent ta' madwarna.", "Sur President, ma nistax ma ngħidx xi ħaġa b'rabta ma' dak li l-Ministru Ian Borg ipprova jaħrab milli jwieġeb fil-ħin tal-Mistoqsijiet.", "Il-Ministru ħarab milli jwieġeb dik li jiena sejjaħtilha ħadma fid-dawl tax-xemx, dik li sejjaħtilha preċedent ikrah għal din iż-żona f'pajjiżna, u qed nirreferi għal dak li seħħ b'mod oxxen b'mod stramb u kapriċċjuż fil-Bypass tal-Mellieħa.", "Il-Ministru deher skomdu jwieġeb jekk il-karreġġjati li issa qegħdin isiru minn fejn il-pompa tal-petrol sad-daħla tal-Mellieħa humiex skont il-qisien li jitolbu r-regolamenti tat-toroq.", "Ma nistax nifhem kif Ministru responsabbli jaħrab milli jgħidli 'iva' jew 'le', u jipprova jsemmi deputat ta' din in-naħa tal-Kamra, l-Onor.", "Toni Bezzina – li nsellimlu – li kien jaf li mhux qiegħed fil-Kamra, u allura ma setax iqum u jwieġbu.", "Hija ħasra li għandna ministri hekk f'pajjiżna.", "F'dan il-każ, il-Ministru Ian Borg ħassu skomdu li jqum u jgħid: Iva, dawn mhumiex skont il-qisien li jitolbu r-regolamenti tat-toroq, mhux biss fil-każ tal-karreġġjati, imma anke l-bike lane.", "Meta ġie dahru mal-ħajt, il-Ministru ma ddejjaqx jiġi f'din il-Kamra u jagħmel statement, u dik li kellha tkun service road issa qalibha għal triq li jista' jagħmel użu minnha kulħadd.", "Irridu nkunu responsabbli mhux biss ta' dak li ngħidu, imma wkoll ta' dak li nagħmlu.", "Il-Ministru kien skomdu jwieġeb ukoll jekk itteħidx iċ-ċint li qabel kien jitqies bħala safety barrier għall-parti tal-Miżieb.", "Ħassu skomdu li jgħidli jekk itteħditx parti minn fuq ir-riħ tal-Miżieb biex jipprova jillapazza żball li għamlet l-amministrazzjoni preċedenti meta approvat li tinbidel il-policy fil-każ ta' dik li kienet il-bypass li dejjem intużat fl-interess mhux tar-raħal tal-Mellieħa, mhux ta' min jgħix fil-Mellieħa, imma tal-poplu Malti u Għawdxi li jagħmel użu minn din it-triq.", "Il-ġimgħa l-oħra ressaqt dan il-każ oxxen quddiem l-Ombudsman u poġġejt il-karti fuq il-mejda, biex issa din l-awtorità indipendenti jkollha ċ-ċans tevalwa u tara dak kollu li sar u qed isir, u tara jekk id-dubji li qajjimna aħna humiex validi jew le.", "Irrid nerġa' ntenni biex inserraħ ras kulħadd għax kien il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li huwa parteċipi f'dan kollu li sar.", "Kien il-Kunsill tal-Mellieħa li mar quddiem il-Bord tal-MEPA u approva mal-kumplament tan-nies li kienu hemmhekk dak kollu li qegħdin naraw isir, mhux biss il-bypass imma anke l-bdil tal-policy biex, għall-ewwel darba f'din il-lokalità, rajna bini li jista' jitla' sa tmien sulari.", "Jiena nistenna li xi darba jew oħra min kien responsabbli jwieġeb għal dak li seħħ.", "L-Oppożizzjoni ġibdet l-attenzjoni, tkellimna diversi drabi f'din il-Kamra u barra mill-Kamra, anke quddiem l-istess bord tal-MEPA, u jien stess kont preżenti hemmhekk u għamilt il-pożizzjoni tiegħi ċara.", "Għaliex il-MEPA ġiet taqa' u tqum mill-ambjent li qiegħed ftit passi 'l bogħod minn żona protetta naturali, bħalma hija l-Miżieb, sit Natura 2000, u biddlet il-policy?", "Għal min biddlet il-policy?", "Lil min riedet taġevola?", "Għaliex il-MEPA ġiet taqa' u tqum minn dak li kienu qed jgħidu r-residenti?", "Għaliex il-Gvern naqas li jiddeċiedi hu u tefa' dan il-każ quddiem il-MEPA?", "Ovvjament, aħna nafu kif jaħdmu l-affarijiet.", "Aħna segwejna mill-viċin dak kollu li seħħ, u nittama li għada pitgħada joħorġu l-fatti biex verament issir ġustizzja ma' min ġie jaqa' u jqum mill-interess tal-ġid komuni.", "Nittama wkoll li meta nkunu qegħdin naħdmu f'żoni daqshekk delikati bħal dawk viċin is-siti ta' Natura 2000 naraw li jkun hemm pjan.", "Mhuwiex aċċettabbli li fi triq waħda arterjali li titlaq mix-Xemxija sal-Bypass tal-Mellieħa jkun hemm tliet biċċiet xogħol miftuħin fl-istess ħin.", "Kien hemm rebus kbir, u kien hemm min biex wasal mill-Mellieħa sal-iskola ta' San Pawl il-Baħar ħa 40 minuta.", "Kien hemm min jaħdem fid-dar residenzjali tal-anzjani ta' San Pawl il-Baħar li ħa 45 minuta biex wasal mill-Mellieħa, u spiċċa wasal tard għax-xogħol.", "Kien hemm tfal tal-iskola li waslu tard għax ma kienx hemm pjan jew viżjoni.", "Sinjura President, jiena se nieqaf hawnhekk biex nagħti ċans lill-kollega tiegħi li jagħmel l-intervent tiegħu.", "Jiena konvint mill-intenzjonijiet tajba tal-Ministru: però, jekk verament irridu nitkellmu dwar il-protezzjoni tal-ambjent, importanti li kull nhar ta' Tlieta meta tkunu madwar il-mejda tal-Kabinett, verament tagħtu kas dak li l-poplu jistenna minnkom.", "Dan mhux għall-Ministru Borg biss jgħodd, imma għall-Ministri kollha li jkunu madwar il-mejda suppost jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet, mhux biss b'risq l-ambjent, imma deċiżjonijiet li bis-serjetà jissalvagwardaw l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, illum għandna quddiemna Abbozz ta' Liġi li, għalkemm huwa wieħed qasir, però huwa pass 'il quddiem biex f'pajjiżna jkollna protezzjoni akbar tal-ambjent.", "Kull pass li jittieħed biex ikollna protezzjoni akbar aħna nkunu favur tiegħu, u nsostnu lill-Gvern f'dan.", "Xtaqt nuża dan il-ħin illum biex nerġa' nitkellem dwar il-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan.", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm numru ta' żviluppi, u nħoss li għandi nerġa' nitkellem pubblikament anke f'din il-Kamra biex nissensitizza lin-nies dwar dan il-proġett.", "Il-ġimgħa li għaddiet ġiet organizzata laqgħa ta' konsultazzjoni mill-Kunsill, flimkien mal-iżviluppaturi, mad-DB Group.", "Din il-laqgħa ta' konsultazzjoni saret fl-iskola primarja, fil-pubbliku, u kien hemm attendenza numeruża mir-residenti ta' Pembroke.", "Jien għażilt li nattendi għal din il-laqgħa ta' konsultazzjoni primarjament biex nisma' lin-nies, kif qed iħossuhom dwar dan il-proġett.", "Irrid ngħid li kienet inizjattiva tajba.", "Forsi wieħed jista' jgħid li saret ftit tard fil-proċess għax nhar il-Ġimgħa hija l-aħħar ġurnata sa meta wieħed jista' jagħmel oġġezzjoni dwar dan il-proġett: però, wara kollox, huwa tajjeb li saret din il-laqgħa.", "X'intqal waqt din il-laqgħa?", "Din il-laqgħa suppost kienet intiża biex ikun hemm konsultazzjoni pubblika.", "Imma wieħed ma jistax jagħmel konsultazzjoni pubblika jekk ikun lejliet id-data tal-għeluq ta' meta jsiru l-oġġezzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jekk wieħed tassew ried jagħmel konsultazzjoni pubblika, l-iżviluppaturi, il-Gvern u kulħadd kellu jagħmel dak il-proċess xhur qabel u mhux ftit jiem qabel.", "F'din il-laqgħa, filwaqt li kien tajjeb li ssir il-preżentazzjoni tal-proġett u d-dettalji mill-persuni u mill-periti inkarigati, però kien aktar importanti li nisimgħu x'għandhom xi jgħidu n-nies, partikolarment ir-residenti ta' Pembroke.", "Irrid ngħid li kienet laqgħa movimentata ħafna għax, minn naħa kellek l-iżviluppaturi jgħidu l-pjanijiet grandjużi tagħhom għal din l-art tal-ITS, u min-naħa l-oħra kellek familji bit-tfal preżenti anke sa tard bil-lejl – għax din il-laqgħa damet sal-10.45 p.m – li kontinwament jitkellmu dwar l-impatt negattiv li dan il-proġett se jkollu fuq il-komunità sħiħa ta' Pembroke.", "Filwaqt li kien interessanti tisma' d-dettalji tal-proġett, jien, l-ewwel wieħed, kont aktar interessat li nisma' x'għandhom xi jgħidu n-nies.", "In-nies, mill-bidu sal-aħħar tal-laqgħa, kienu kontinwamemnt qed joġġezzjonaw għal dan il-proġett.", "Huwa minnu li sal-ġurnata tal-lum, sal-ġimgħa li għaddiet, kien hemm ammont ta' dettalji magħrufin pubblikament dwar dan il-proġett.", "Għax irridu ngħidu li din hija art tal-Gvern: il-Gvern ħareġ sejħa pubblika, u mbagħad kien hemm kumpanija waħda li tefgħet offerta biex tkun tista' tiżviluppa din l-art.", "Però, dettalji fil-konkret ta' x'kien se jsir ftit li xejn kien hemm.", "Wieħed jistenna li n-nies ikunu informati fid-dettall dwar proġett massiċċ għal din l-area daqshekk żgħira, u bilfors li n-nies kellhom ħafna mistoqsijiet.", "Naħseb li ġenwinament ir-residenti ta' Pembroke ġew għal din il-laqgħa jistennew li jkun hemm għaxar daqqiet fil-konfront tagħhom, u kienu qed jistennew li b'xi mod l-iżviluppatur jgħid li se jkun hemm disa' daqqiet: imma minflok, la sabu disgħa u lanqas sabu għaxra, imma sabu għoxrin daqqa fil-konfront tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, aktar beda jirriżulta li d-dettalji ta' dan il-proġett se jagħmlu ħsara lir-residenti, u hawn se nsemmi ftit eżempji ta' affarijiet li tassew qed jinkwetaw lir-residenti ta' Pembroke.", "Għadu kemm daħal il-Ministru Konrad Mizzi, li naf li huwa responsabbli minn dan il-proġett, u forsi jieqaf ftit hawnhekk biex jisma' x'għandi xi ngħid u x'qalu r-residenti ta' Pembroke dwar il-proġett fuq l-art tal-ITS, forsi jistenbaħ ftit u jieħu azzjoni konkreta f'dan ir-rigward.", "Pereżempju, saret mistoqsija b'mod repetuta li ma kellha l-ebda tweġiba.", "L-iżvilupaturi qed jgħidu li biex dan il-proġett jirnexxi trid issir mina għat-traffiku mis-sit tal-ITS sal-junction ta' Triq Sant' Andrija u Triq Suffolk, jiġifieri t-triq li tiġi l-Coast Road.", "Kulħadd beda jistaqsi lill-iżviluppaturi: Din il-mina min se jagħmilha?", "Il-mina se tagħmluha intom?", "Il-mina se tħallsu għaliha intom?", "Din il-mina meta se tibdew tibnuha?", "Se tibnuha qabel il-proġett, se tibnuha wara l-proġett jew se tħallu f'idejn ħaddieħor jara ftit meta jfettillu jagħmel din il-mina?", "L-iżviluppaturi ma taw l-ebda tweġiba.", "Qalu biss li trid issir mina, imma ma qalux min se jagħmilha, jekk hux se ssir qabel jew wara l-proġett, u min kien se jħallas għaliha.", "Illejla, fil-Parlament, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet staqsejt lill-Ministru għat-Trasport Ian Borg jekk jafx b'din il-mina.", "Din il-mina hija parti mill-pjanijiet li għandha Transport Malta?", "Din il-mina se tiġi finanzjata mill-Gvern?", "Din il-mina se tiġi finanzjata mill-fondi tal-Unjoni Ewopea?", "Il-Ministru Ian Borg ma tana l-ebda tweġiba, anzi qalli biex nistaqsi lill-Ministru konċernat.", "Almenu, mid-dettalji li għandi, il-Ministru kkonċernat huwa l-Ministru Konrad Mizzi, għax dan il-proġett jaqa' taħt Projects Malta, u allura nistenna li, jekk mhux waqt is-sessjoni tal-lum, 'il quddiem u pubblikament ikollna xi tip ta' informazzjoni dwar dan il-proġett.", "Li hu żgur hu li kwlaunkwe studju li sar dwar l-impatt li se joħloq dan il-proġett fir-rigward tat-traffiku jassumi li hemm mina.", "Kif qalet persuna mill-Moviment Graffitti, din il-mina hija mina fantażma għax, jekk wieħed imur ifittex fil-pjanijiet ta' Transport Malta jew fl-applikazzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma jsib imkien l-ebda pjan li trid issir xi mina.", "Għalhekk, jekk il-problema tat-traffiku kienet kbira b'7,500 vettura, u l-iżviluppaturi qed jgħidu li din bil-mina se tnaqqas għal 3,500 vettura kuljum, allura fil-verità qegħdin jidħku bin-nies għax il-mina la teżisti u lanqas se tkun teżisti, u mhux 3,500 vettura kuljum se jkun hemm, imma 7,500 vettura kuljum marbut ma' dan il-proġett.", "Intqalu wkoll numru ta' affarijiet li jinsulentaw l-intelliġenza tar-residenti.", "Pereżempju, qalu li se jagħmlu sforz biex it-traffiku ma jiżdiedx, u li se jgħidu lill-ħaddiema tagħhom biex jiġu bir-rota għax-xogħol.", "Tistgħu timmaġinaw folla ta' 250 persuna, 300 persuna, fl-iskola primarja ta' Pembroke jidħku għal dak li kien għadu kif qal l-iżviluppatur!", "Pereżempju, qalu li dan it-torri ta' 19-il sular u t-torri ta' 37 sular mhux se joħloq dell fuq id-djar tar-residenti, imma mbagħad juru l-istudju li għamlu dwar id-dellijiet, u qed jirriżulta li fil-perjodu bejn Ottubru u Frar se jkun hemm ħinijiet twal tal-ġurnata li dan il-bini se joħloq dell kbir fuq parti kbira mill-area residenzjali ta' Pembroke.", "Dan itellef mill-kwalità tal-ħajja u l-kwalità tal-proprjetajiet li hemm f'Pembroke, u toħloq problema kbira.", "Minn naħa jgħidulhom li mhux se jkollhom problema, imma min-naħa l-oħra r-residenti li jafu jaqraw ir-rapporti u jifhmu dak li qed jingħad jirrealizzaw li se tinħoloq problema kbira.", "Qalulhom li dan il-bini kollu se jinbena f'sentejn, u qalulhom biex ma joqogħdux jinkwetaw waqt li qed isiru x-xogħlijiet.", "Ovvjament, ir-residenti malajr indunaw li jekk jinbena f'sentejn ifisser li jridu jibnu 24 siegħa kuljum.", "Meta sar dan il-kumment, l-iżviluppatur qal li mhux se jibnu 24 siegħa kuljum, imma li kienu se jibnu fil-ħinijiet normali.", "Ir-residenti ndunaw li mhuwiex possibbli li dan il-proġett kbir isir f'sentejn, u jafu li se jkun hemm impatt kbir fuq ir-residenzi tagħhom.", "L-iżviluppatur qal wkoll li biex inaqqsu l-ammont ta' vetturi kbar meħtieġa għal dan il-proġett se jibnu batching plant fis-sit innifsu, jiġifieri, waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta' kostruzzjoni jkun hemm batching plant u dan jagħmel il-konkos bil-materjal li jinġieb hemm.", "Qalu li stmaw kemm il-vettura inqas se jkun hemm bżonn li jiġu fis-sit biex iġibu l-materjal lest tal-konkos.", "Għax in-nies mhumiex ċwieċ, irrealizzaw li, jekk ma ġġibx it-truck tal-konkos mimli bil-konkos lest, bilfors trid iġġib il-materjal individwali maqsum biċċa biċċa biex ikun jista' jopera l-batching plant.", "Wieħed malajr jinduna li jekk jagħmel kalkolu sempliċi, minflok ġej truck wieħed, ġejjin tlieta, u allura din l-idea tal-batching plant mhi xejn ħlief mod kif l-iżviluppatur jimporta l-materjal hu stess mingħajr ma jqabbad kuntrattur lokali ieħor u allura jiffranka mill-ispejjeż, imma jitfa' l-piż tal-batching plant fuq ir-residenti ta' Pembroke.", "Intqalu numru ta' affarijiet oħra, però dawn kienu l-aktar affarijiet gravi, waqt li kien hemm rabja kbira waqt din il-laqgħa.", "L-istess rabja li kien hemm waqt il-protesta li saret l-Erbgħa li għaddew f'Pembroke li fiha n-nies stqarrew b'mod ċar u tond li dan il-proġett ma jagħmilx sens u se jidfinhom ħajjin.", "F'din l-okkażjoni, irrid nerġa' nagħmel il-pożizzjoni tiegħi ċara, li jiena kontra dan il-proġett, ma naqbilx miegħu, ma narax l-utilità tiegħu, u nara biss effetti negattivi fuq ir-residenti ta' Pembroke.", "Irrid nagħmel il-punt li din mhijiex kwestjoni la tal-Gvern u lanqas tal-Oppożizzjoni, imma fin-nofs hemm komunità sħiħa ta' Pembroke li qegħdin jaraw li dan il-proġett se jħarbtilhom il-ħajja tagħhom u l-ħajja tal-familja tagħhom.", "Punt ieħor li ssemma waqt il-laqgħa kien li sar social impact assessment.", "Wieħed jibda jimmaġina li min jaf kemm ġew intervistati nies u min jaf kemm saru żjarat fid-djar tan-nies u min jaf kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni mal-Kunsill.", "Xejn minn dan, għax imbagħad irriżulta li dawn kienu numru żgħir ta' laqgħat b'tużżana minn nies, li dawn it-tużżana minn nies kollha tkellmu kontra li jsir dan il-proġett.", "Tant hu hekk li kien hemm residenti li pparteċipaw li qalu li attendew u lanqas kien hemm persuna waħda f'dawn il-laqgħat li tkellmet favur il-proġett.", "Imma, f'daqqa waħda dan is-social impact assessment b'xi mod juri li dan il-proġett għandu jsir.", "Jiena rrid li din il-Kamra tkun informata bis-sitwazzjoni li qed tiżviluppa f'Pembroke, fejn hemm litteralment komunità sħiħa up in arms kontra dan il-proġett.", "Irrid nifraħ kemm lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, li diġà ħa pożizzjoni kontra dan il-proġett b'vot li ttieħed fil-kunsill – u hawnhekk irrid insellem lis-Sindku Guido Dalli, għax l-art tal-ITS taqa' fil-konfini ta' San Ġiljan u mhux ta' Pembroke – imma rrid nagħmel ukoll kuraġġ lill-Kunsill Lokali ta' Pembroke u lis-Sindku Dean Hili li għada se jkollhom il-laqgħa tal-Kunsill li matulha se jiddiskutu l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar dan il-proġett.", "Jiena m'għandix dubju li l-pożizzjoni tal-Kunsill se tkun kontra l-proġett u li se ssib l-appoġġ ta' kulħadd.", "Nifhem li l-Kunsill Lokali ta' Pembroke huwa mmexxi minn maġġoranza li mhijiex tal-partit tiegħi, imma nħoss l-obbligu li niġi hawn f'din il-Kamra u ngħid li jekk il-Kunsill Lokali ta' Pembroke se jieħu pożizzjoni kontra, se jsib lili, deputat tal-Partit Nazzjonalista, nappoġġja l-pożizzjoni tiegħu.", "Inħeġġeġ ukoll lid-deputati sħabi taż-żewġ naħat tal-Kamra li jappoġġjaw din il-pożizzjoni, għax jekk tkun rappreżentant elett, kemm jekk tkun kunsillier, kemm jekk tkun viċi sindku, kemm jekk tkun sindku, kif ukoll jekk tkun deputat, hija l-unika pożizzjoni li tista' tieħu.", "Ma tistax tkun tirrappreżenta lin-nies ta' Pembroke u b'xi mod jew ieħor tkun favur il-proġett fuq l-art tal-ITS.", "Għalhekk, qed nisħaq li kemm jista' jkun din il-kwestjoni ma ndaħħlux partiti fiha, għax fin-nofs hemm il-komunità sħiħa ta' Pembroke.", "Nagħlaq billi ngħid li meta wieħed jidħol fi ftit dettalji dwar dan il-proġett – apparti l-kwestjoni li m'iniex se nidħol fiha għax hemm min jaf aktar minni dwarha, u għandu jidħol fiha hu ta' kif din l-art ingħatat lid-DB Group – malajr jinduna bl-effett kbir negattiv li se jkollu fuq il-komunità ta' Pembroke.", "Dan huwa proġett li ma jixraqx lil dik iż-żona ta' pajjiżna, u huwa proġett esaġerat.", "F'din il-laqgħa ta' konsultazzjoni, għedt li dan huwa proġett ġennata għax trid tkun irresponsabbli biex toħloq proġett bħal dan li jidfen lir-residenti ta' Pembroke.", "Preżenti hawn ukoll il-Ministru għall-Ambjent, u nixtieq nisma' l-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-proġett.", "Nagħmillu kuraġġ biex jitkellem mhux biss fil-pubbliku, imma wkoll internament fl-istrutturi tal-Gvern kontra dan il-proġett, għax dan il-proġett mil-lat ambjentali, mil-lat komunitarju u mil-lat soċjali assolutament ma jħalli lanqas benefiċċju wieħed lill-komunità ta' Pembroke.", "Nixtieq nagħlaq billi nagħmel appell lil kulħadd biex jingħaqad mar-residenti ta' Pembroke u jitkellem kontra dan il-proġett.", "Diġà hemm eluf ta' nies li qegħdin jitkellmu.", "Biss biss, hemm aktar minn 3,500 oġġezzjoni għal dan il-proġett: però, dan huwa proġett kbir, warajh hemm interessi ta' ftit nies li se jdaħħlu miljuni kbar ta' flus, u allura din il-battalja mhijiex waħda faċli.", "Imma, jekk kulħadd jitkellem minn qalbu u jaħseb b'moħħu dwar l-effetti li se jkollu dan il-proġett, m'għandix dubju li dan il-proġett jista' jitwaqqaf.", "Jiena nemmen li wara li ra r-reazzjoni tan-nies, l-iżviluppatur innifsu għandu jagħmel hekk.", "Nappellalu biex jagħmel il-ħaġa t-tajba u jwaqqaf darba għal dejjem dan il-proġett.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, qed nitkellmu dwar suġġett marbut ħafna ma' numru ta' suġġetti oħra partikolari, inkluż l-edukazzjoni u l-futur ta' pajjiżna.", "Ftit tal-ġranet ilu, kellna ż-żgħażagħ hawnhekk f'dan il-Parlament li ġew quddiemna b'numru ta' ideat ta' kif nistgħu nagħmlu l-ambjent ta' pajjiżna aħjar.", "Dakinhar, dawn it-tfal kienu qalulna li bħala politiċi ma ħadniex id-deċiżjonijiet li kellna nieħdu biex inħarsu l-ambjent ta' pajjiżna, u għamlu mozzjoni.", "F'dan il-Parlament, ħadd mid-deputati, la tal-Gvern u lanqas tal-Oppożizzjoni, ma qal li ma kellhomx raġun.", "Anzi, jien l-ewwel wieħed mhux biss tajthom raġun, imma skużajt ruħi f'isem dawk kollha li b'xi mod xi darba jew oħra ħadu deċiżjoni li ma kenitx favur l-ambjent ta' pajjiżna u wasslet biex l-ambjent ta' pajjiżna llum huwa agħar minn dak li kien qabel.", "Hija responsabbiltà tagħna li qegħdin f'dan il-Parlament li naraw li nħallu ambjent aħjar għal ta' warajna.", "Il-Ministru José Herrera għandu responsabilità, imma aħna daqsu għandna responsabilità.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Karol Aquilina, għadu kif tkellem li wkoll qal li għandna responsabilità fid-deċiżjonijiet li nieħdu u li qed jaffettwawna anke llum f'dan il-mument li aħna qegħdin nitkellmu.", "Kull min qiegħed jismagħna, kull min forsi qiegħed fil-karozza tiegħu bir-radju mixgħul qed isegwi s-seduta u għandu t-tieqa miftuħa, qed jieħu l-arja li wkoll hija parti mill-ambjent tagħna.", "Inti li qiegħed fil-karozza, int li bħalissa wkoll qiegħed forsi bir-radju miftuħ, bit-tieqa miftuħa u qed issuq, inti wkoll qed tieħu l-arja, bl-emissjonijiet b'kollox, li qed inħallulek illum bid-deċiżjonijiet li ħadna lbieraħ.", "Jiena se nikkwota mill-ġurnal 'l-Orizzont', ħalli ħadd ma jgħid li kkwotajt xi ġurnal favur il-Partit Nazzjonalista.", "Il-front page tal-Erbgħa, 9 ta' Mejju, ta' dan il-ġurnal tgħid hekk:", "\"Ambjentalisti mħassbin bl-impatt tat-traffiku jaraw relazzjoni bejn iż-żieda fil-karozzi u dik tal-carbon dioxide.\"", "Aħna x'qegħdin nagħmlu?", "Dawn l-esperti qegħdin jgħidulna li hemm relazzjoni bejn iż-żieda fl-ammont ta' traffiku u l-arja li qegħdin nieħdu ta' kuljum.", "Iċ-ċifri li ħarġu mill-Eurostat fejn kellna żieda ta' 13% ħadd ma ċaħadhom.", "U allura, meta tisma' anke lil min il-ġurnal 'L-Orizzont' stess ikkwota – lill-Perit Tara Cassar – tisma' u taqra li din stqarret li ż-żieda fid-dijossidu tal-karbonju huwa ta' tħassib u ta' inkwiet kbir għall-Maltin għax jikkawża problema tas-saħħa, speċjalment ta' mard respiratorju.", "Għalhekk għandna responsabilità aħna bħala politiċi.", "Jekk tkompli taqra x'qalet l-FAA, kif irrapportata fil-ġurnal 'L-Orizzont', paġna 3, issib li din qalet hekk:", "\"Jekk ma jkunx hemm ippjanar ħolistiku, b'konsiderazzjoni għaqlija u veritiera tal-konsegwenzi li t-traffiku maħluq mill-proġetti kbar se jkollu, se nispiċċaw b'soċjetà għanja iżda marida.\"", "Dan x'wissiet il-Perit Cassar.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li rridu nagħtu kasha l-ħin kollu.", "Il-ġurnal The Malta Independent tal-Ħadd, 20 ta' Mejju jgħidilna li 'There is something in the air', u jingħad hekk:", "Mela issa l-enerġija wkoll.", "Issa jidher li mhux biss it-traffiku qed jagħmlilna l-ħsara, mhux biss it-traffiku qed iniġġes l-arja tagħna, imma anke l-power station, u jiena nixtieq li l-Gvern jiċħad jew jgħid jekk dan hux veru dak li qal il-ġurnal The Malta Independent proprju lbieraħ, meta qalet li f'pajjiżna qegħdin nużaw iktar il-power station tal-BWSC, u allura t-tniġġis fl-arja qed ikun ikbar.", "Barra minn hekk, ovvjament ma nistgħux ma nżommux quddiem għajnejna li issa l-Gvern se jibda jagħmel proġetti kbar f'pajjiżna sempliċement għax irid jagħmilhom, u għalihom se jieħu l-artijiet.", "Dan hu nuqqas ta' ppjanar.", "Hemm bżonn li l-affarijiet nagħmluhom bi ħsieb.", "Imma, ħalli issa nitkellem dwar il-proċess tal-Bypass ta' Ħ'Attard.", "Għal dawk li ma jafux, dan il-Gvern qisu qabdu ferħ ta' ġenn u jrid jaqbad u jagħmel il-bypass li minn ħdejn l-MFSA tieħdok għal ħdejn l-Isptar Monte Carmeli, u jonfoq madwar €8 miljun.", "Dan il-Gvern ma jridx jgħidilna jekk għamilx xi studju biex jevita li jieħu l-għelieqi tal-bdiewa, u jiena nistenna li jitkellem mhux biss il-Ministru responsabbli mill-ambjent, imma anke dak responsabbli mill-bdiewa.", "Lil dan tal-aħħar nistiednu jitkellem f'isem dawk kollha li għandhom l-għelieqi mill-MFSA sal-Isptar Monte Carmeli li dan il-Gvern se jieħu biex jagħmel din it-triq.", "Jiena ngħid b'xamma kbira ta' arroganza dan il-Gvern qed jeqred l-ambjent; lill-bdiewa tagħna qed jeħdilhom l-artijiet tagħhom, u dan meta jekk irid għandu soluzzjoni oħra imma ma jridx jużaha.", "L-aqwa li jibni, l-aqwa li jieħu l-art tal-bdiewa tagħna.", "Fejn hu l-ministru responsabbli mill-bdiewa tagħna li se titteħdilhom l-art?", "Fejn hu l-Gvern li jisma'?", "Jiena attendejt għall-hearing li kien hemm Ħ'Attard, u n-nies ta' din il-lokalità huma furur kbir kontra dan l-istess Gvern, għax dan il-Gvern ma jridx jisma' u jrid jagħmel ta' rasu.", "IAN BORG: Point of order fuq iż-żona li qed isemmi.", "Jistax forsi jikkonferma li kien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fl-2006 li skeda dawn l-artijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "David Agius biex tgħaddi triq u qegħdin fil-pjan lokali biex tgħaddi triq?", "Hu, bħala membru tal-Gvern ta' dakinhar, ivvota biex tgħaddi triq minn din l-art li llum tant qiegħed jiskandalizza ruħu dwarha għaliex se nimplimentawha aħna.", "Din ippjanawha huma u skedawha biex tgħaddi t-triq.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Qed nieħu pjaċir li tkellem il-Ministru.", "Aħna għandna l-kuraġġ li fejn l-affarijiet mhumiex tajbin nibdluhom, u inti għandu jkollok il-kuraġġ li fejn l-affarijiet mhumiex tajbin ma tagħmilhomx!", "Irid ikollok il-kuraġġ biex ma teħux deċiżjoni li biha se teqred l-ambjent, fejn se tieħu l-art tal-bdiewa, deċiżjoni fejn se tieħu l-art tan-nies, se twaqqa' l-binjiet, u deċiżjoni li biha se toħloq traffiku iktar milli hemm.", "Dan kollu biex filgħodu ma jagħlaqx it-triq li minn Ħ'Attard tagħti għal Ħaż-Żebbuġ u n-nies jibqgħu sejrin lejn il-Belt fil-kwiet.", "Jien nisfidah jgħid jekk dan l-istudju qattx għamlu l-Ministru!", "Dan l-istudju qatt m'għamlu u, jekk irid, jagħmel point of order u jgiddibni.", "Imma ma jistax, għax m'għamilx studju hekk il-Ministru Ian Borg, m'għamilx studju wieħed u se jeqred l-ambjent!", "Il-Ministru għall-Ambjent u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-biedja għandhom responsabilità li lill-Ministru ma jħalluhx jieħu art verġni, ma jħalluhx ikisser l-ambjent ta' pajjiżna, lill-Ministru ma jħalluhx jieħu l-art li llum qegħdin jużawha l-bdiewa tagħna, l-art li llum hemm il-binjiet tan-nies – u llum hemm anke min qed jaħdem hemm – ibiddilha għax irid bilfors jagħmel triq, għaliex ma jridx jagħmel studji biex nuru kif hemm alternattiva.", "Dan il-Gvern irid jagħmel żvilupp bl-addoċċ.", "Il-Gvern irid jisma' min-nies.", "Missu kien hemm il-Ministru u affronta lin-nies ta' Ħ'Attard, imma beża', ma ġiex u bagħat lil xi ħaddieħor.", "Ara jien mort, imma l-Ministru ma ġiex Ħ'Attard biex jisma' n-nies jgħidulu li ma jridux dan il-proġett għaliex se jeqred l-art tal-bdiewa tagħna.", "Lin-nies se jeħdilhom anke l-postijiet minn fejn jaħdmu llum.", "Il-Ministru ma jridx jisma', però dik hija l-għażla tiegħu, u n-nies ta' Ħ'Attard jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom.", "Sur President, naħseb li xi ħaġa importanti li wieħed irid jitkellem dwarha f'dan il-mument huwa l-infurzar.", "F'pajjiżna infurzar ftit li xejn isir.", "Il-Balluta f'San Ġiljan jintefa' t-terrapien fil-baħar!", "Dik, Gvern Laburista jħalliha!", "Jew din, b'kumbinazzjoni, saret is-Sibt jew il-Ħadd?", "Qed ngħid hekk għax b'kumbinazzjoni naqraw li s-Sibt u l-Ħadd il-Building Regulation Office has no staff on weekends to tackle reports of construction illegalities.", "Dan huwa l-Gvern li jieħu ħsieb l-ambjent?!", "Li m'għandux b'min jagħmel infurzar is-Sibt u l-Ħadd?!", "Mela x'inhuwa l-messaġġ?", "Ikser li għandek tikser is-Sibt u l-Ħadd, għax infurzar m'hemmx is-Sibt u l-Ħadd!", "Morru ftit u araw!", "Dawn pubbliċi!", "Fejn hu l-infurzar ta' dan il-Gvern?", "Fejn huwa li l-affarijiet isiru sewwa?", "Dan mhux biss qed ngħiduh aħna, imma l-Gvern għandu wkoll lill-iżviluppaturi li qed iħossu li l-affarijiet mhux sejrin sew.", "Meta l-iżviluppaturi stess qed jgħidulna li l-affarijiet mhux sejrin sewwa, ci vuole!", "X'qed jistenna l-Gvern biex jagħmel dawn l-affarijiet?", "X'qed jistenna?", "Nikkwota minn 'l-Orrizont' – sabiex ma jaħsbux li kkwotajt minn 'In-Nazzjon' – x'qal is-Sur Chetcuti tal-MDA.", "\"Filwaqt li aħna se nibqgħu naħdmu biex inkabbru l-ekonomija, importanti li l-pajjiż jibqa' seren.", "Ma huwa fl-interess ta' ħadd li numru ta' dawn id-djar bil-karatteristiċi tagħhom jaqgħu u jitneħħew.\"", "Imbagħad, ikompli hekk:", "\"B'din l-opportunità qed nipprovaw insalvaw il-patrimonju lokali tagħna qabel ma jiġi distrutt.\"", "\"Għalhekk, bħala Kunsill qbilna unanimament li nipproponu sistema ta' punteġġi għal kull kuntrattur li jinqabad jabbuża.", "Din is-sistema ta' points għandha tapplika għal kull min, b'negliġenza u b'intenzjoni ħażina, jinqabad f'illegalità, u meta l-punti jonqsu sa ċertu punt, il-kuntrattur titteħidlu l-liċenzja tiegħu.\"", "X'qed jistenna dan il-Gvern biex dawn l-affarijiet iwettaqhom?", "Issa għandek il-kuntratturi u l-iżviluppaturi favur, l-ambjentalisti favur u l-Oppożizzjoni favur.", "Allura l-Gvern biss huwa kontra?", "Il-Gvern biss ma jrid jagħmel xejn fuq dan is-settur?", "Jalla naslu fil-mument fejn dan il-Gvern jieħu azzjoni fuq dan is-suġġett!", "Qisna dħalna f'mentalità ta' xejn m'huwa xejn.", "Proprju llum, il-Kamra tal-Periti, 'Din l-Art Ħelwa' u 'Flimkien għal Ambjent Aħjar' kellhom imorru l-Qorti kontra l-MEPA!", "Qed tgħajjarhom ukoll issa, Ministru?!", "X'biċċa xogħol dik!", "Iva, biċċa xogħol dik!", "Il-Kamra tal-Periti, 'Din l-Art Ħelwa' u 'Flimkien għal Ambjent Aħjar' marru l-Qorti kontra l-MEPA, kontrik Ministru!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili.", "IAN BORG: Jiena ma għajjart lil ħadd!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: 'Din l-Art Ħelwa', il-Kamra tal-Periti, 'Flimkien għal Ambjent Aħjar' illum marru l-Qorti kontra l-MEPA biex jappellaw lill-Gvern biex jimxi mal-proċeduri dwar il-bini li kien hemm tas-Sea Malta!", "Qalulkom li ma mxejtux mal-proċeduri, ippruvajtu tgħaddu n-nies minn għajn il-labra.", "Diġà kien hemm l-Ombudsman li qalilkom biex ma tagħmlux dak li għamiltu, ma twaqqax dan il-bini, u xorta waqqajtuh!", "Qalilkom hekk, imma qisu xejn m'hu xejn!", "Il-każ issa qiegħed għall-24 ta' Mejju.", "Din hija arroganza!", "Dan hu Gvern arroganti fil-qasam ambjentali, jaħseb li n-nies jista' jgħaddihom minn għajn il-labra.", "Ejjew nippjanaw sew fuq diversi proġetti f'diversi nħawi ta' Malta u Għawdex.", "Ejja ma ngħaddsux rasna u, għaliex irridu nonfqu l-flus, naqbdu u ngħaddu mingħajr ma naħsbu li ħadd mhu se jwaqqafna, għaliex għada pitgħada t-tfal tagħna se jiġu fuqna u jgħidulna: \"Intom ma ħadtux deċiżjoni sew!\"", "Ejjew naraw x'se nagħmlu dwar Selmun, dwar Ħondoq, Għawdex.", "Irridu naraw kif se nħallu aħjar lil Malta u Għawdex għal dawk ta' warajna.", "Sur President, nixtieq nikkwota persuna li kitbet fil-ġurnal 'In-Nazzjon' tas-Sibt, 12 ta' Mejju 2018, dwar il-fatt li fl-ambjent qed iberraq.", "Fr Norbert Ellul Vincenti – biex ma jaħsbux li huwa xi Nazzjonalist – qalilna:", "\"Il-ftit li għandna rridu nibżgħu għalih bil-kbir għaliex diġà rvinajna parti kbira minn pajjiżna.", "Ma nistgħux nibqgħu nibnu kullimkien.", "B'mod partikolari, irridu nħarsu a kwalunkwe kost il-widien, il-bajjiet u l-kosta.\"", "Qed jgħidlek il-widien, fosthom ta' Ħ'Attard, viċin ukoll, u l-Ministru jrid imur hemm u jkisser ukoll anke dik il-parti ta' Ħ'Attard!", "Imma fuq dak issa jiġġudikaw in-nies.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onorevoli, għaliex qed tagħmel riferenza għall-Ministru.", "IAN BORG: L-Onor.", "Agius jeċita ruħu sew meta jitkellem fuq il-lokalità tiegħu!", "Qed jitkellem fuq Ħ'Attard li huwa d-distrett tiegħu.", "Tajjeb li jitkellem dwaru: però, issa għadu kemm qal li l-Ministru jrid imur hemm u jkisser il-wied!", "Ħa nerġa' ngħidlu li l-proġett propost huwa skont l-iskedar li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li tiegħu kien membru, u aħna m'aħna se nkissru l-ebda wied.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. Agius.", "DAVID AGIUS: Nerġa' nisfida lill- Ministru: Ibdilha jekk ma taqbilx magħha, Ministru!", "Tagħmilhiex.", "(Interruzzjonijiet) Se tagħmilha?", "Webbes rasek, in-nies tiġġudikak.", "Tinkwetawx, agħmilha!", "In-nies jgħidu li n-Nazzjonalisti tkellmu kontra dan il-proġett, u inti għamiltu.", "Inti għamiltu, Ministru Ian Borg, kontra pariri ta' sħabi u ta' sħabek ukoll!", "L-ISPEAKER: Indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "Ħu paċenzja …", "DAVID AGIUS: Għaliex hu qed jindirizza lili, Mr Speaker.", "L-ISPEAKER: M'għandekx għalfejn, indirizza lis-Sedja.", "DAVID AGIUS: Għalhekk!", "Jiena naf li hemm sħabu ma jaqblux miegħu dwar dan.", "(Interruzzjonijiet)", "IAN BORG: L-Onor.", "Agius għadu kemm qal li jiena għandi sħabi minn din in-naħa tal-Gvern li huma kontra l-proġett.", "Jiena nixtieq ngħid lil din il-Kamra li ħadd qatt ma kellimni kontra dan il-proġett min-naħa tal-Gvern; anzi, kellmuni biss favur.", "Apparti minn hekk, kien hemm eks deputat tal-Partit Nazzjonalista u eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, it-tnejn mil-lokalità ta' Ħ'Attard, li kitbuli u qaluli: Prosit, għaliex aħna għamilna 25 sena fil-Gvern u ma kellniex il-kuraġġ nagħmluh.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. David Agius.", "Jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja ħalli nimxu.", "Kemm hu għal qalbu dan il-proġett il-Ministru!", "Kemm jixtieq dan il-Ministru jonfoq dawn is-€7 jew €8 miljuni!", "M'hawnx fejn nonfqu €8 miljuni f'dan il-pajjiż?!", "Jista' jonfoqhom fl-edukazzjoni.", "Jista' jagħtihom lill-Ministru ta' ħdejh li għandu problemi finanzjarji kbar fil-qasam tas-social housing f'pajjiżna, u bihom nibnu d-djar għal min verament għandu bżonn.", "U mela naqbdu l-art u d-djar tan-nies u nkissruhom u nfarrkuhom u ngħaddu bil-gaffa minn fuqhom!", "Hekk se jipprova jagħmel il-Ministru.", "Naraw issa sa fejn jasal dan il-Ministru, għaliex lanqas il-pjanti ma kien jaf waslux għand il-Planning Authority, imma dik ħaġa oħra.", "Imma jiena lill-Ministru ngħidlu li, iva, hemm nies madwaru li ma jridux dan il-proġett u, jekk hu għandu lil min hu favur min-naħa tagħna, merħba bih, m'għandix problema!", "Kulħadd fil-libertà tiegħu: imma inti wkoll għandek min huwa kontra, u tagħmilx bħall-ostrich, għaliex hemm min huwa kontra, u għada pitgħada tkun taf kif joħorġu l-protesti n-nies fit-toroq u tibda tara l-ministri jew inkella s-segretarji parlamentari jew deputati jew kandidati u kunsilliera Laburisti jiġu kontra dan il-proġett.", "Imma dak narawh meta nkunu fit-toroq.", "Sur President, jekk proprju m'għandux fejn jonfoq dawn it-€8 miljun, jiena ngħidlu li f'Ħ'Attard hemm ħafna areas li għandhom bżonn ta' tarmak.", "Trid ngħidlek fejn tonfoq €7 miljuni u n-nies ta' Ħ'Attard, ta' Ħal Balzan u ta' Birkirkara jkunu kuntenti?", "(Interruzzjonijiet) Imma dak il-proġett trid tagħmel inti!", "(Interruzzjonijiet) Aħjar tgħidilna kemm għamilt studji!", "Diġa' għamilt point of order!", "Qum issa u għidli kemm-il studju għamilt u ppreżentah hawn biex ma tagħmilx dan il-proġett?", "Lanqas wieħed m'għamilt!", "Ma titkellimx issa, għax m'għamiltx.", "L-ISPEAKER: Kompli bid-diskors tiegħek.", "DAVID AGIUS: Sur President, dan il-Ministru fejn irid jitkellem, u fejn ma jridx ma jitkellimx.", "Ma tagħtix sodisfazzjon lili, tibżax, ma ġara xejn.", "Jien għamiltlek il-mistoqsijiet parlamentari u ma weġibthomx; imma jien dmiri lejn ir-residenti u lejn il-kostitwenti nagħmlu, u jekk inti ma tridx tagħmlu, dik problema tiegħek.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "DAVID AGIUS: Qed jgħajjar lin-nies ta' H'Attard nies elitisti!", "(Interruzzjonijiet) Shame on you, Ministru.", "Delia qalilna li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex se jibqa' l-partit tal-elitisti.", "Imma jien qed nagħmel point of order biex nikkjarifika li jien fl-ebda ħin m'għedt li n-nies ta' H'Attard huma elitisti.", "L-ISPEAKER: Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. David Agius.", "DAVID AGIUS: Barra n-nies ta' Ħ'Attard, hemm tal-Mosta, tar-Rabat, ta' Ħaż-Żebbuġ, ta' Birkirkara u ta' Hal Balzan.", "Imma l-mistoqsija waħda li ma ġietx imwieġba hi: Xi studju għamilt?", "Ma weġibthiex.", "It-tieni: Kemm-il kilometru ta' toroq tista' tagħtihom tarmak b'€7 miljun?", "Imma inti trid tidħol għal dik it-triq!", "Għaliex trid tagħmilha u tkisser il-bdiewa Maltin u tkisser il-familji Maltin?", "Taf x'kontaminazzjoni tista' tikkawża?", "La qed nitkellmu fuq l-ilma, nixtieq nistaqsi: Xi studju qegħdin nagħmlu dwar il-kwalità ta' ilma li qegħdin intellgħu llum?", "Kemm qegħdin nippjanaw fit-tul?", "Kif qed inħarsu din il-parti tal-ambjent għal uliedna u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin?", "Dan taf sakemm, hux!", "Sakemm tiġri xi ħaġa gravi, imbagħad nieħdu l-azzjonijiet, imbagħad inkunu nistgħu ngħidu: Isma', id-diffikultajiet ta' dan il-pajjiż telqu għaliex għamilna hekk, għamilna protesta 'l hemm u protesta 'l hawn.", "Jien nitlob u nħeġġeġ lill-Ministru responsabbli mill-ambjent biex ma jħallix lil sħabu jkissru l-ambjent ta' pajjiżna.", "Kellna Deputat li ġie f'dan il-Parlament u qalilna li l-Gvern mhuwiex l-għadu tal-ambjent.", "Onor. Alex Muscat, mhux l-għadu tal-ambjent meta għandek Ministru li jrid jaqbad €7 miljun u jitfagħhom biex ikisser lill-bdiewa tagħna u lin-nies li jgħixu fl-inħawi ta' Ħ'Attard?", "Jekk inti verament ma tridx teqred l-ambjent, għalfejn se tibqa' ssostni dan mingħajr ma tagħmel l-istudji neċessarji?", "Aħna nitkellmu, anke jekk persuna waħda tkun se tbati.", "Aħseb u ara jekk ikun hemm ħafna iktar minn hekk.", "Meta hemm soluzzjoni alternattiva ma tkissirx u ma tfarrakx l-ambjent ta' madwarna.", "Sur President, l-ambjent ta' madwarna jinkludi diversi affarijiet oħrajn li xtaqt nitkellem dwarhom.", "Imma naħseb li llum kien tajjeb li ffokajt fuq dan is-suġġett partikolari.", "Jiena naħseb li l-poplu Malti u Għawdxi jħobb l-ambjent tagħna, u ma jieħux pjaċir li l-ambjent tagħna jiġi mfixkel min xi ħadd li ffissa li jrid jitfa' l-flus biex jeqred l-ambjent ta' pajjiżna.", "Il-Ministru kellimna wkoll dwar il-fliexken tal-plastik.", "Hemm bżonn nagħmlu kampanja ta' edukazzjoni mal-kunsilli lokali.", "Hemm bżonn nonfqu l-flus fl-edukazzjoni ta' pajjiżna.", "Ma sar xejn fl-edukazzjoni ta' pajjiżna fuq dan is-settur, u qabel ma ndaħħlu xi ħaġa ġdida bħal din jien nemmen li għandha ssir kampanja ta' edukazzjoni.", "Ikun tajjeb ukoll li l-conservation plan dwar il-Magħluq – li konna qlajna qalb il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala dwarha – issa nagħmluha u nagħmluha b'mod tajjeb.", "Jiena nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nħeġġeġ lill-Gvern biex l-ambjent ta' pajjiżna mhux biss jagħti kasu għal dak li għandu x'jaqsam ma' bini u enforcement, imma anke billi nagħmlu ambjent fejn is-soċjetà tagħna jimpurtaha – a caring society.", "Sur President, nieħu din l-okkażjoni biex insellem lil persuna li kienet qed taqdi d-dmir tagħha u għaddiet minn diffikultajiet kbar.", "Pulizija li kien qiegħed iwettaq u qed jagħmel xogħlu għadda minn ċirkostanzi fejn l-ambjent ta' pajjiżna ħoloq atmosfera ta' xejn m'hu xejn.", "Fdan il-pajjiż ma nistgħux ma nwasslulux il-messaġġ tal-valuri.", "F'dan il-pajjiż ma nistgħux ma nagħtux kas il-bidwi jew il-pulizija.", "Ma jistax ikun ikollok min jitfa' t-trab ġol-baħar fil-Balluta u qisu xejn m'hu xejn.", "Ikollna wkoll il-pulizija li tagħmel xogħlha, taqbad in-nies bid-droga, ikollok magistrat jgħidlek li d-droga hija ġerħa serja f'Għawdex, u qisu xejn m'hu xejn.", "Il-Maġistrat Joe Mifsud qal:", "\"Irrid ngħid b'mod ċar ħafna li d-droga ma tintrebaħx bid-droga.", "Id-droga hija ħaġa ħażina u, fejn hemm dak li hu ħażin, la tista' ċċedi u lanqas tagħmel kompromess.\"", "Ma nistgħux inħallu dan il-pajjiż xejn m'hu xejn f'kollox.", "Ħallejna ħafna xejn m'hu xejn.", "Ejja ma nħallux dan il-kunċett anke fl-ambjent ta' pajjiżna.", "Ejja f'din il-kilba li nonfqu l-flus ma ngħaddux minn fuq il-bdiewa tagħna, minn fuq ir-residenti u minn fuq dawk li għandhom ix-xogħol tagħhom ta' kuljum jiddependi minn hemm, għax b'hekk inkunu Gvern arroganti.", "Bil-kontra, ejja nkunu soċjetà li jimpurtana, a society that cares, ejja nħallu l-ambjent kollu ta' pajjiżna aħjar milli hu llum!", "Iva, Sur President, aħna għandna responsabilità li aħna nitkellmu meta naraw li l-ambjent ta' pajjiżna ma jkunx qiegħed jiġi mħares.", "B'responsabilità aħna nitkellmu f'dan il-Parlament u nwasslu l-kelma tal-poplu Malti u Għawdxi, il-kelma tat-tfal tagħna, ta' wliedna, ta' dawk li ġejjin warajna, tagħna llum, ta' dawk li huma akbar minna: Ħudu ħsieb l-ambjent ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru José Herrera biex jagħmel il-winding up.", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Grazzi.", "L-ewwel nett, nesprimi l-kuntentizza tiegħi li l-liġi li qiegħed immexxi u qiegħed nipproponi, jiġifieri dik tal-kurazija, qanqlet daqstant interess.", "Kellna bosta kelliema daparti tal-Oppożizzjoni, kif ukoll tal-Gvern, u dan juri kemm dan il-Parlament qiegħed jagħti importanza lill-politika ambjentali ta' pajjiżna.", "Din hija ħaġa tajba.", "Ikolli nikkummenta wkoll li hawnhekk mhux bħal meta tkun qed titkellem f'awla legali tal-Qorti, imma f'dan il-każ ftaħna d-dibattitu b'mod wiesa' ħafna, u ftit li xejn saru rimarki dwar l-Abbozz ta' Liġi per se li jidher li hemm kunsens dwaru.", "Dan huwa abbozz pożittiv immirat biex insaħħu l-ambjent, u għalkemm l-kritika kostruttiva, anke jekk tkun kontrarja, hija importanti, jien stennejt ukoll ftit kummenti pożittivi favur il-liġi li qiegħed nipproponi.", "Imma, ovvjament, l-Oppożizzjoni ħadet l-opportunità li titkellem fuq suġġetti anke mhux daqstant relatati mal-liġi in kwestjoni biex titfa' l-kritika tagħha.", "Illum, ovvjament, se nispjega ftit l-Abbozz ta' Liġi li qiegħed nipproponi.", "Però, qabel irrid nirrispondi għal ċerti asserzjonijiet li saru li mhumiex korretti.", "Nibda bl-ewwel asserzjoni li jien bilfors ikolli nwieġeb.", "Ma nafx minn fejn ġiet ir-rimarka tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jason Azzopardi, dwar il-bottle refund scheme.", "Din hija skema li qiegħed imexxi 'l quddiem il-Gvern biex għall-ewwel darba jkollna separazzjoni at source tal-plastik, tal-fliexken, tal-kontenituri, laned tal-metall u anke ta' ħġieġ.", "Se jkollna sistema ta' rifużjoni li hija sistema ambizzjuża ħafna, u li dwarha saret kritika fl-opinjoni tiegħi mhux f'waqtha.", "Saret allegazzjoni in arja mingħajr ebda tip ta' bażi li din l-iskema qed nagħmluha biex b'xi mod naġevolaw xi interessi ta' negozju partikolari.", "Mhuwiex sew li meta qed nipprovaw nintroduċu riforma daqstant radikali, li se tkun legacy ta' dan il-Ministeru għall-pajjiż, waħda mir-riformi ewlenin fl-ambjent li se tkun saret f'dawn l-aħħar 20 sena, ikollok min kapriċċjożament jitfa' kumment li din ir-riforma kollha, dan l-istudju kollu, dan ix-xogħol kollu qiegħed isir biss biex naġevolaw l-interessi ta' xi negozjant partikolari!", "Din hija gidba, din hija asserzjoni mhux veritiera u hija asserzjoni li ma tagħtix kredibilità lil min jgħidha.", "L-Oppożizzjoni, meta tikkritika b'dan il-mod bl-addoċċ u b'daqstant aggressjoni, ma tiskorjax punti, anzi titlef l-appoġġ ta' min huwa serju.", "Jien qiegħed nagħmilha ċara – hemm il-kredibilità tiegħi bħala Ministru – li qiegħed nassigura lill-poplu Malti u lil kulħadd li bl-ebda mod ma jiena qiegħed nimplimenta din l-iskema biex naġevola lil xi ħadd.", "Il-proċess se jsir bl-iktar mod trasparenti, and I vouch il-kredibilità tiegħi bħala Ministru li se jsir hekk.", "It-tieni punt li tkellimna dwaru hu fuq il-kwestjoni tal-politika tal-petrol stations.", "Saret kritika fil-konfront tiegħi meta jien kont qiegħed nippretendi li ssir kritika favur tiegħi.", "Għaliex?", "Għax bħala Ministru tal-Ambjent kont jien li ħadt l-isbriga li nordna lill-ERA, li hija l-aġenzija u r-regolatur tal-Ambjent fil-pajjiż, tagħmel studji, għax jidhirli li l-policies ta' kif aħna qed noħorġu l-permessi fuq il-petrol stations għandhom bżonn jiġu rfinuti.", "Għaliex għamilt hekk?", "Aħna qbilna mal-għagħa tan-nies li l-policy kif kienet setgħet tkun qed tiġi abbużata mhux mill-Awtorità – għax l-Awtorità tiddeċiedi skont ir-regolamenti li hemm – imma tagħti lok għal ċertu abbuż.", "Jien ordnajt u tajt terminu biex isir dan l-istudju; l-ERA għamlet dan l-istudju u l-policy ġdida ġiet skrutinizzata, kif jgħidu r-Rumani, ad unguem – sad-difer – quddiem il-Kumitat Parlamentari responsabbli mill-Ambjent.", "Hawn nirringrazzja anke lill-Oppożizzjoni li kienu preżenti u taw ir-rimarki u l-kontribut tagħhom.", "Nirringrazzja lill-partijiet interessati, fosthom l-NGOs u l-entitajiet regolatorji u l-pubbliku inġenerali.", "Wara li għaddiet mill-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent, jien għaddejt ir-rapport tal-ERA u lill-kollega tiegħi, il-Ministru responsabbli l-Onor.", "Ian Borg, li min-naħa tiegħu għaddieha lill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed tistudja u tanalizza dan id-dokument.", "Hekk isiru l-affarijiet.", "Jien naħseb li xi kultant il-membri tal-Oppożizzjoni, jew b'malizja jew għax ma jafux, jaħsbu li jekk inti tkun Ministru, inti qiegħed xi ministru ta' xi pajjiż awtoritarju fejn jekk inqum filgħodu u ngħid li rrid inbiddel policy, naqbad nagħti ordni, nagħti digriet jew executive order – kif naqraw tal-President tal-Amerika li jiffirma l-executive orders – u naqbad overnight inbiddel policy!", "L-affarijiet f'sistema ta' demokrazija parlamentari ma jsirux hekk.", "F'Malta għandek il-konċett tas-supremazija tal-Parlament.", "Il-poter aħħari huwa fdat fil-Parlament u mhux f'idejn l-Eżekuttiv, kif għandek f'pajjiżi fejn għandek sistema ta' demokrazija presidenzjali.", "Għandek ukoll il-konċett tal-kolleġġjalità tal-Kabinett, jiġifieri li ebda Ministru ma jista' jaqbad u jiddeċiedi fuq affarijiet serji tal-leġiżlazzjoni jew ta' politika mingħajr ma jirreferi kolleġjalment lill-Kabinett.", "Hekk isiru l-affarijiet.", "Mela jien, jekk rajt xi ħaġa li qiegħda tistona, jien irrid nimxi skont il-poteri mogħtijin lili.", "Agħar minn hekk, il-kritika kif ġiet ivversata lejja?", "Il-kelliema tan-naħa l-oħra jippretendu li jien nagħti ordni lil awtorità regolatorja awtonoma u indipendenti mill-Gvern, bħalma hija l-Planning Authority, jew inġiegħel lill-kollega tiegħi, il-Ministru responsabbli mill-planning, biex il-Bord u l-awtoritajiet tal-planning jaqbdu u jissospendu l-applikazzjonijiet kollha li hemm pendenti quddiem l-Awtorità.", "Kieku jien, jew l-Onor. kollega Ian Borg, naġixxu b'dan il-mod, kemm jien, kif ukoll Ian Borg inkunu qed naġixxu b'mod ultra vires, jiġifieri, nkunu qegħdin immorru lil hinn mill-poteri li aħna għandna.", "Jekk jien nagħti din l-ordni, jien inkun qed nabbuża mill-poter tiegħi, u min ikollu applikazzjoni pendenti jkollu l-jedd li jiċċensura dak l-aġir tiegħi billi jitlob lill-Qorti tirrevedi d-diskrezzjoni li nkun użajt jien minħabba li nkun aġixxejt ultra vires.", "Jien niskanta kif issir din it-tip ta' kritika min-nies li ġejjin mill-kamp legali.", "Hawn jiena se ngħid x'tgħid il-liġi.", "Mela, l-ewwel l-artiklu(a),13(i) tal-Liġi sussidjarja 552.13 jitlob:", "\"… biex jappunta l-ewwel seduta li matulha għandha tiġi diskussa l-applikazzjoni għall-iżvilupp mill-Bord tal-Ippjanar fi żmien 100 ġurnata mid-data tal-validazzjoni.\"", "Id-data ta' validazzjoni hija dik id-data meta l-Awtorità tikkonsidra l-applikazzjoni bħala waħda valida.", "Jiġifieri, kif l-applikazzjoni tiegħi tiġi konvalidata, jiġifieri li l-applikazzjoni mhijiex monka proċeduralment, l-Awtorità b'liġi hija obbligata li ttella' l-applikazzjoni biex tiġi deċiża fi żmien 100 ġurnata.", "Mela, jekk jien nagħti ordni kontra, jien qiegħed nikser liġi pożittiva tal-pajjiż.", "It-tieni nett, huwa l-applikant li jista' jitlob is-sospensjoni.", "Din toħroġ mill-artiklu 13(ii)(b) tal-Liġi Sussidjarja 552.", "Mela jekk l-applikant applika u waqt li hemm l-applikazzjoni tinbidel il-policy għal xi raġuni jew oħra u allura jkollu jerġa' japplika skont il-policy l-ġdida, l-applikant jista' jitlob, u jien bħala Ministru nista' naċċetta, li nissospendi l-applikazzjoni sakemm imbagħad tiġi riattivata at a later stage.", "Imma l-liġi tagħti dan id-dritt mhux lill-Gvern biex kapriċċjożament jissospendi l-applikazzjonijiet, imma lil min qiegħed japplika.", "Għaliex?", "Għax min se japplika se jsofri preġudizzju jekk il-policy l-ġdida tkun aktar benefiċjarja għalih.", "Dik hija l-liġi.", "Tajba l-liġi?", "Ħażina l-liġi?", "Issa jekk irrid inbiddel il-liġi, inbiddel il-liġi; imma l-liġi hi dik li hi.", "Sur President, dan li qiegħed ngħid jien ġie wkoll konfortat mis-sentenzi kollha li ċċita l-Onor.", "Jason Azzopardi, li kollha jgħidu dak li qiegħed ngħid jien li l-liġi in vigore hija l-liġi li tkun hemm li hija applikabbli għal kull applikazzjoni.", "Mela, jekk hemm liġi in vigore u jien qiegħed inqiegħed liġi ġdida fil-Parlament, jew qiegħed nipproponi policies ġodda fil-Parlament, il-liġi applikabbli hija dik li tkun fil-mument.", "Dan ma jfissirx li, jekk jien nipproponi policy ġdida jew liġi ġdida, allura jieqfu l-applikazzjonijiet.", "Din hija kkonfermata wkoll bl-aħħar sentenza li ngħatat fil-kawża Godwin Gauci vs Awtorità tal-Ippjanar, fejn ingħad hekk:", "\"Inkwantu tal-applikazzjoni tal-pjan lokali, ma hemm l-ebda dubju li, bħala regola ġenerali, il-prinċipju skont il-ġurisprudenza nostrana hija li l-policies applikabbli għall-każ huma dawk eżistenti fil-mument li jkun se jiġi deċiż l-każ.\"", "Mela l-liġi u s-sentenzi tal-Qrati kollha jgħidulek li jekk hemm liġi in vigore trid timxi magħha.", "Issa ħalli nkun fair mal-Onor.", "Jason Azzopardi: qam id-dibattitu dwar il-kwestjoni ta' just expectations.", "Jien diġà għamiltha ċara daqs il-kristall li din hija kwestjoni rimessa għall-Awtorità li trid tiġġudika; però jien esprimejt opinjoni mhux in vena tad-dritt li għandu x'jaqsam mal-ambjent, imma għal dak li għandu x'jaqsam mad-dritt amministrattiv, jiġifieri sede ta' qorti differenti mill-Bord tal-Appelli tal-Ippjanar.", "Jien għedt li jista' jkun li jekk jien għandi applikazzjoni u waqt li din kienet pendenti, saret intromessjoni eżekuttiva jew parlamentari fil-policy tal-mument, dak li jkun ikun sofra preġudizzju, u dak il-preġudizzju jista' jikkontrattah jew jargumenta kontra tiegħu billi jgħid li huwa kellu a just expectation li l-policy kienet hekk f'dak il-mument.", "Dak li għedt.", "L-argument tiegħi għaliex jien ma ssospendejtx il-proċessi mhux minn hemm joħorġu.", "L-argument tiegħi għaliex jien ma ssospendejtx il-proċessi huwa għaliex il-liġi ma tagħtinix din is-saħħa.", "Jekk jien nivvinta li għandi dak il-poter inkun qiegħed nikser il-liġi.", "Dak huwa l-ewwel punt, u dan huwa kollu għall-fini ta' kjarezza.", "Nerġa' nirriafferma li s-serjetà tal-Ministeru tiegħi kienet li, minflok ma jien qgħadt gallarija u m'għamilt xejn, ħadt l-isbriga biex issa fil-viċin se jkollna policy ġdida li tirrispekkja aktar ir-realtà.", "Din għamiltha għax ħadt nota wkoll tal-fatt li jien stess ħtart kumitat, li qiegħed jiġi spearheaded mill-Ministeru tiegħi u huwa ko-involut ukoll il-Ministeru tat-Trasport, fejn jien diġà ħriġt tender biex nara x'miżuri jridu jittieħdu u meta huwa l-iktar żmien possibbli viċin fejn jien, bħala l-Ministru responsabbli mill-Ambjent, u bħala Kabinett Malti nistgħu niddikjaraw data – tmienja jew għaxar snin oħra, u mhux ħamsa u għoxrin sena oħra, kif qal l-abbli kollega tiegħi, l-Onor.", "Jason Azzopardi – u wara dik id-data ma jidħlux iktar karozzi li jużaw il-fossil fuel.", "Dan il-punt ukoll kien argument li xprunani li nqum u ngħid: Isma', il-policy kif inhi llum mhijiex tajba.", "Ma tistax tikkritikani u tgħidli: Isma' inti qed tmexxi liġi fejn se tillimita l-importazzjoni ta' karozzi li jimxu bil-fossil fuel u fl-istess ħin għandna din il-policy tal-petrol stations.", "Appuntu għalhekk se nbiddilha!", "Jiġifieri, wieħed irid joqgħod attent kif jikkritika, u forsi ma nużawx goffaġni u negattività żejda.", "Sur President, ġejt ikkritikat ukoll fuq l-emissjonijiet.", "Qisu li dan il-pajjiż mhu qiegħed jagħmel xejn fuq din il-kwestjoni!", "Hawn irrid nippreċiża ċertu affarijiet li mhumiex ċari jew li huma misleading li ntqalu min-naħa tal-Oppożizjoni.", "L-ewwel nett, bħala fatt, ix-share ta' Malta għal dak li huwa CO2 emissions huwa 0.05% tal-Unjoni Ewropea kollha.", "Jiġifieri, aħna l-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li nemettu.", "Tgħidli: Imma inti l-iżgħar pajjiż fl-Ewropa!", "Bir-residenzi barranin għandek popolazzjoni ta' 600,000 jew 700,000 ruħ, jiġifieri mhux bilfors inti se tkun l-iktar pajjiż li se jkollu l-iktar livell baxx ta' emissjonijiet!", "Prima facie, jidher li l-argument ireġi; però, ma jreġix.", "Ħalli nieħdu lil Ċipru.", "Dan għandu persentaġġ tiegħu tal-emissjonijiet 0.2%.", "Mela, l-emissjonijiet ta' Ċipru per capita, bħala persentaġġ tal-Ewropa, huwa erba' darbiet ikbar minn Malta.", "Il-popolazzjoni ta' Ċipru hija ta' 780,000 ruħ, jiġifieri, 20% iktar minn ta' Malta.", "Però, l-ammont ta' emissjonijiet li għandha Ċipru hija erba' darbiet iktar minn Malta.", "Dan biex nuri kemm verament per capita Malta hija l-inqas pajjiż li temetti.", "Barra minn hekk, għaliex aħna jidher li qegħdin lura fit-targets tagħna?", "Nerġa' ntenni li l-ewwel nett ir-rapport li rajna kien jirrifletti sena ta' meta aħna, flok ma konna qed nużaw il-power station, konna qed nimportaw l-elettriku direttament bl-interconnector mill-Italja.", "Mela f'dik is-sena anteċedenti għas-sena ta' wara, kellna zero emissjonijiet mill-elettriku għax konna qed nimportaw l-elettriku mill-Italja.", "Dan ma jfissirx li l-emissjonijiet ma kenux qegħdin isiru: kienu qegħdin isiru l-Italja u kienu qed imorru fl-atmosfera xorta waħda, imma aħna, bħala pajjiż, sakemm bdejna naħdmu bil-power station tagħna, konna qed nużaw l-elettriku ġej mill-Italja.", "Meta mbagħad xgħelna l-gass, ovvjament is-sena ta' wara l-persentaġġ ta' emissjonijiet żdied.", "Però, wieħed irid jifhem li meta aħna xgħelna l-Power Station bil-gass, il-persentaġġ ta' emissjonijiet naqas b'37% minn kif kien fi żmien il-Power Station li taħdem biż-żejt.", "Mela, li tiġi tgħidilna li aħna ma naqqasniex l-emissjonijiet hija ħrafa, għaliex aħna bis-sistema l-ġdida ta' kif qed noperaw il-power station tagħna qegħdin innaqqsu l-emissjonijiet b'37%, li mhijiex ċajta.", "Minn fejn qed jiġu l-emissjonijiet tagħna?", "Il-main contributor tal-emissjonijiet tagħna hu l-electricity generation, u dik ġiet tackled.", "Ma nistgħux innaqqsu l-gass, għaliex minflok x'se tuża?", "Qed nippruvaw niġġeneraw enerġija alternattiva.", "Pereżempju, issa varajna s-solar energy policy tagħna.", "Din ressaqniha jien u l-Ministru responsabbli mill-enerġija fl-aħħar leġiżlatura, u issa se tiġi implimentata.", "Għandna barriera li s-sidien tagħha applikaw – u dan kollu bil-permessi tar-regolaturi, l-ERA u tal-Planning Authority – biex jistallaw dawn il-panelli.", "Hemm it-traffiku li huwa polluter prinċipali minħabba li fil-pajjiż għandek 375,000 karozza.", "Jien ma nistax innaqqas l-ammont ta' karozzi.", "Però qegħdin nagħmlu żewġ affarijiet: l-ewwel ħaġa, qed ninkoraġġixxu lin-nies b'inizjattivi fiskali biex jagħżlu karozzi li huma hybrid jew inkella jaħdmu bl-enerġija solari.", "Il-Ministru tat-Trasport u l-Ministeru tal-Finanzi ħarġu numru ta' inizjattivi fiskali.", "Illum, il-prezz biex inti tixtri karozza hybrid dejjem qed jorħos, imma karozza li timxi fuq l-enerġija solari s'issa hija aktar expensive.", "Però, il-prezz nieżel u nieżel u, at one point in time, wieħed jimmaġina u għandu jippresupponi li l-prezzijiet ta' dan it-tip ta' karozzi se jkun l-istess daqs l-oħrajn, jekk mhux irħas.", "Mela, dik hija tajba u qed nippromwovu ukoll l-enerġija solari.", "Ħafna aħjar minn hekk, jien u l-Ministeru tat-Trasport qed naħdmu fuq politika u dokument biex, at one point in time, ngħidu daqshekk minn dan it-tip ta' karozzi li jaħdmu fuq il-fossil fuels.", "Fl-istess ħin li qed nagħmlu dan kollu, il-Ministeru tal-Trasport ħa wkoll inizjattivi biex jinkoraġġixxi mezzi ta' trasport alternattiv bħal, pereżempju, billi nużaw il-baħar biex minn tas-Sliema tmur il-Belt, u biex mill-Belt tmur it-Tlett Ibliet.", "Jien infurmat li dan il-proġett miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Irridu wkoll ngħallmu iżjed lin-nies biex jibdew jużaw metodi alternattivi u jagħmlu sharing ta' karozza.", "Jekk jien sejjer x-xogħol u għandi ħabib tiegħi joqgħod ħdejja, nieħdu miegħi.", "Jekk jien għandi t-tifla tiegħi tmur l-iskola X u l-ħabib tiegħi l-istess, niftehmu ħalli darba nwassalhom jien u darba jwassalhom il-parti l-oħra.", "Jiġifieri, hemm fejn wieħed itejjeb.", "Qed isir ukoll studju mill-ERA u mill-aġenziji biex naraw kif nistgħu nimmitigaw l-użu ta' ċerti f-gases.", "Imbagħad, hemm il-waste.", "Minn hemm ġejjin l-emissjonijiet.", "Rigward il-waste, ma tistax tgħidli li m'iniex se nindirizza din il-problema, għax naħseb li l-ewwel darba li hawn Ministru tal-Ambjent li qed jindirizza l-problema tal-waste.", "Il-problema tal-waste qatt ma ġiet indirizzata.", "Aħna se nagħmlu inċineratur li se jkopri 40% tal-waste, u qed nikkreaw waste streams differenti għas-60% tal-waste l-ieħor.", "Kif se nagħmluha din?", "Se ndaħħlu liġi li se tenforza r-riċiklaġġ at source.", "Barra minn hekk, bdejna nikkreaw waste streams differenti bħal, pereżempju, bottle refunds scheme u oħrajn fejn se nkunu aktar effettivi għal dak li għandu x'jaqsam mar-riċiklaġġ.", "Tgħidli: Għaliex hawn daqshekk emissjonijiet mill-waste fil-landfills?", "Tkellimna fuq il-methane u, ħaġa tal-għaġeb, jiena ġejt ikkritikat mingħajr riċerka teknika ta' xejn.", "Qabel, Alla jbierek, in-Nazzjonalisti tant kienu nies li għandhom ħila teknoloġika kbira li kienu jaqbdu il-methane kollu mil-landfill!", "Din hija l-ikbar ħrafa li tista' tgħid.", "Illum tintuża l-istess sistema li kienet tintuża dak iż-żmien, però b'mod iktar intelliġenti.", "Meta f'landfill tagħmel il-pajpijiet biex tipprova taqbad b'mod naturali l-methane, persentaġġ żgħir minnu taqbad, li mbagħad tikkonvertih f'gass.", "Aħna mhux hekk qed nagħmlu: l-ewwel nett, dak għadu jsir, għax kif qed ngħid, sal-lum għadna l-iktar pajjiż fl-Ewropa u l-unika pajjiż fl-Unjoni – iktar minna t-Turkija, li lanqas hi membru tal-Unjoni Ewropea – li nużaw il-landfills.", "Suppost li biddilna d-destinazzjoni tagħna f'dan ir-rigward mhux issa, imma tmienja jew disa' snin ilu – imma insiha dik.", "Aħna għandna l-Malta North Waste Treatment Plant fejn tiġi pproċessata l-borża s-sewda.", "Minn din jinħareġ ammont sinifikanti ta' waste organiku li qiegħed jiġi ttrattat separatament ħalli l-gassijiet serra u l-gassijiet tal-methane jiġu maqbuda f'ambjent magħluq u iktar effettiv.", "Dak jintuża biex isir gass u jsir elettriku; imbagħad il-waste li jibqa' jiġi ppurifikat, imma ma jiġix ippurifikat biżżejjed biex inti tagħmlu fertilizzant jew kompost, għax huwa kontaminat.", "Għalhekk hi importanti s-separation at source.", "Dak li jibqa' nużawh biex ngħattu l-landfills tagħna.", "Mela l-ammont ta' methane gas li qed naqbdu llum huwa ferm aktar effettiv milli kien fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Mhux kuntrarju, ferm u ferm aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Jekk trid, darb'oħra nġib statistika!", "Biex inkomplu nsaħħu s-separazzjoni tal-iskart, konna l-ewwel Gvern li ħriġna bl-idea ta' sistema pilota – li kabbarnieha wkoll – fejn qed ninkoraġġixxu li ssir separazzjoni tal-iskart organiku.", "Dan hu importanti għax, kif diġà spjegajt, jekk inti tisseparah at source, meta mbagħad tittrattah u toħroġ il-gass minnu, li jifdal tista' tagħmlu fertilizzant.", "B'dan il-mod ikollok waste stream differenti u fertilizzant li tista' tbigħu u tiddisponi minnu.", "F'Settembru se nagħmlu din tas-separazzjoni tal-iskart organiku għal Malta u Għawdex kollha.", "Mela l-problema tal-methane se nindirizzawha, u dan meta qatt qabel ma ġiet indirizzata.", "Kif tista' tindirizzaha aħjar minn hekk?", "Għandna leġiżlazzjoni ta' liġi ċirkolari, u s-separazzjoni tal-iskart at source se ssir b'liġi.", "Jien nisma' ħafna li jgħidu li għandna ngħallmu lil dak li jkun.", "L-Onor.", "David Agius jaf kemm jonfoq il-Ministeru tiegħi għall-fini ta' edukazzjoni fi programm wara l-ieħor?", "Jonfoq miljuni kbar ta' ewro fis-sena f'edukazzjoni.", "Dażgur li naqblu li trid issir edukazzjoni!", "Imma mhuwiex biżżejjed għax l-esperjenza ta' dawn l-aħħar għaxar snin urietna li f'dak li hu separazzjoni tal-iskart għadna 12%, waqt li sa ħmistax jew għaxar snin oħra rridu nilħqu 65% separation.", "Allura inti taħseb li bl-edukazzjoni biss se naslu?", "Jekk fl-aħħar għaxar snin wasalna biss 12%, allura bilfors irridu ndaħħlu liġi biex nimponu din.", "Meta jien se ndaħħal liġi u nagħmel piena korrispettiva, niġi mgħajjar min-naħa l-oħra li jien se ndaħħal taxxa ġdida oħra.", "Kif tista' ġġibha żewġ magħhom dawn?!", "Jekk ma tagħmel xejn jgħajruk, u jekk inti tagħmel u tipprova tkun proattiv, jgħajruk ukoll!", "Jiġifieri, dik mhijiex kritika f'waqtha u kritika ġusta.", "Ġejt ikkritikat ukoll li daħħalt l-ambjent parti mill-Kostituzzjoni.", "Jason Azzopardi qal li hu u l-Partit Nazzjonalista jaqblu ma' din il-mozzjoni.", "Imma mhuwiex biżżejjed.", "Dażgur li mhuwiex biżżejjed!", "Allaħares jien qed ngħid li kulma għandu jagħmel il-Ministru tal-Ambjent hu li jiġi fil-Parlament u jdaħħal id-dritt tal-ambjent fil-Kostituzzjoni!", "Huwa tajjeb li tagħmilha għax inti qed tagħmel affermazzjoni solenni billi qed iddaħħal dan il-prinċipju fl-ogħla liġi tal-pajjiż, u allura inti qed tagħti linja gwida b'saħħa morali u legali li min jiġġestixxi l-Gvern irid isegwi.", "Fuq l-actio popularis, jiġifieri li jien nagħti l-poter lill-individwu jmexxi hu, l-ewwel nett diġà hemm liġi; hemm liġi bl-isem \"Prevenzjoni u Rimedju għal Danni Ambjentali\", li hija liġi sussidjarja, u hawn nistieden lill-Onor.", "Azzopardi biex jaraha.", "Mhijiex the best way forward, imma nwiegħdu li se naħdem fuqha.", "Din hija biċċa leġiżlazzjoni li sfortunatament ftit nies jafu biha, fejn għal infringement ambjentali jeżisti l-actio popularis.", "Nistieden lill-avukati li huma membri parlamentari tan-naħa l-oħra jaraw daqsxejn din il-biċċa liġi.", "Mhux li m'hawnx liġi, imma li ħadd m'użaha.", "Ħadd ma ndenja ruħu juża d-dritt tal-actio popularis, id-dritt ta' intervent mill-privat biex jippreserva l-ambjent meta dan id-dritt sa ċertu livell diġà jeżisti.", "X'qed ngħid jien?", "Qed ngħid li dan irrid insaħħu.", "Tant irrid insaħħu li daħħaltha fil-manifest elettorali u huwa parti mill-wegħda elettorali, fejn jien eventwalment se nwaqqaf qorti tal-ambjent u, f'din il-qorti tal-ambjent, f'ċertu areas se nagħti wkoll id-dritt tal-individwu li jipparteċipa b'mod dirett.", "Fuq il-liġi m'hemmx għalfejn nitkellem, għaliex din hija liġi li hija kkopjata, però ftit iktar profonda mil-liġi simili li teżisti fil-kamp tal-kultura fejn dejjem ġiet użata tajjeb.", "Meta jien kont responsabbli mill-kultura kont nużaha, fejn il-Ministru tal-Kultura jista' jagħti dawn il-kuraziji għal bini storiku.", "Jien deherli li jien ukoll, bħala ministru responsabbli mill-ambjent, għandu jkolli dan il-poter li għandu l-Ministru tal-Kultura għax jien niddilja ma' NGOs kważi iktar mill-Ministeru tal-Kultura, u jien għandi bżonn l-għajnuna tal-privat iktar milli għandu bżonnha l-Ministeru tal-Kultura.", "Biss biss, jien għandi taħt ir-remit tiegħi 14% tat-territorju kollu li huwa Natura 2000 site.", "Dan apparti l-parks ġodda li qegħdin niddikjaraw u family parks.", "Bażikament, kwart tal-pajjiż huwa taħt ir-remit ta' dan il-ministeru u allura, ovvjament, jien għandi bżonn l-għajnuna ta' dawn l-għaqdiet.", "Li hemm differenza hu li hawnhekk, meta nagħti kurazija – jien inħobb l-affarijiet totally transparent – din tiġi vetted mill-Parlament, barra li, flok is-Sovrintendenza tal-Kultura, jien ikolli l-ERA li tissorvelja.", "L-ISPEAKER: Ikkonkludi.", "ONOR JOSÉ HERRERA: L-aħħar punt li xtaqt nagħmel kien fuq it-toroq, però billi sar il-ħin se jkolli nieqaf hawn.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent\" Kap. 549 ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ONOR JOSÉ HERRERA: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent\" ikun jista' jmur quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif mressqa u moqrija mill-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA", "GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "IAN BORG: Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "Il-President, wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Aġenzija għal Infrastruttura Malta u biex jirregola dawk l-attivitajiet u jipprovdi għal kwistjonijiet anċillari jew inċidentali jew konnessi magħhom\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "23 ta' April 2018", "Nerġa' nsejjaħ lilll-Ministru Ian Borg biex, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "IAN BORG: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għall-Infrastruttura Malta.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "IAN BORG: Sur President, kif il-poplu Malti u Għawdxi jaf, il-Partit Laburista ikkontesta l-elezzjoni ġenerali li għaddiet fuq commitment importanti, dak li jipproponi pjan lill-poplu Malti u Għawdxi biex intejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq ta' Malta u Għawdex.", "Dan kien milqugħ b'mod pożittiv mill-istess poplu, u issa sta għalina li ġejna mogħtija dak il-mandat biex nimplimentawh.", "Se nagħmlu investiment ta' €700 miljun fuq medda ta' seba' snin.", "Hawn tajjeb nirrepeti: investiment ta' €700 miljun fuq medda ta' seba' snin.", "Dan hu investiment bla preċedent fit-toroq Maltin u Għawdxin.", "Waħda mill-prijoritajiet tal-aġenzija Infrastruttura Malta li se nwaqqfu permezz ta' dan l-Abbozz hi dik li jinbnew ukoll 160 triq residenzjali li sal-lum il-ġurnata qatt ma ngħataw wiċċ, minkejja li għal numru ta' snin ilhom jgħixu fihom familji sħaħ.", "F'dawn it-toroq, hemm anke negozji.", "'Infrastruttura Malta' se tkun responsabbli mill-bini, l-immaniġġjar u t-titjib tat-toroq arterjali, residenzjali u rurali, kif ukoll minn infrastruttura oħra.", "Għaliex 'Infrastruttura Malta'?", "'Infrastruttura Malta' għaliex irridu li jkollna entità li tkun iffokata biex timplimenta dak li ma sarx għal numru ta' snin.", "Nafu li fil-bidu tas-snin disgħin twieldu l-kunsilli lokali u ngħataw responsabilità minima fil-liġi, però li fil-prattika kienet ħafna ikbar minn hekk u mingħajr ir-riżorsi meħtieġa.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Il-Liġi tal-Kunsilli Lokali tistipula li l-kunsilli lokali huma responsabbli mill-manutenzjoni tat-toroq residenzjali fil-lokalità tagħhom, mentri nafu kif is-sindki, il-viċi sindki, is-segretarji eżekuttivi u l-amministratturi tal-kunsilli lokali tħallew għal riħhom fi 68 lokalità mingħajr qatt ma ngħataw l-esperti, l-għodda, jew il-fondi biex jagħmlu t-toroq fil-lokalitajiet tagħhom.", "Nafu li l-kunsilli lokali huma l-eqreb forma tad-demokrazija fil-lokalitajiet tagħna.", "Nafu wkoll li l-kunsilli lokali huma viċin in-nies u allura jafu l-ħteġijiet tal-lokalità tagħhom; però, għalkemm xtaqu jagħmlu ħafna iżjed, qatt ma ngħataw il-fondi meħtieġa biex jirrispekkjaw dik ir-responsabilità.", "Naħseb li l-maġġor parti assoluta tal-membri li hawn hawnhekk xi darba jew oħra, fuq livell jew ieħor, ħadmu fil-kunsilli lokali, u min irid ikun sinċier jaf li dan li għadni kemm għedt huwa verità.", "Sur President, matul din id-diskussjoni rrid nispjega wkoll kif se nkunu qegħdin naħdmu mal-kunsilli lokali.", "Jiena nibqa' ngħid li l-kunsilli lokali huma l-entitajiet li l-aktar jafu l-lokalità tagħhom.", "Jiena kelli x-xorti nservi għal tliet darbiet konsekuttivi bħala sindku ta' raħal twelidi.", "Jiena nħalli f'idejn ir-residenti tal-istess lokalità u dawk li jżuruha biex jiġġudikaw il-mod kif ħdimt, anke fuq l-infrastruttura, dak iż-żmien.", "Però, mhux kull kunsill lokali ħadem id f'id bħal dak li kelli x-xorti nservi fih bħala sindku.", "Għandek numru ta' kunsilli lokali li ħadmu id f'id bejn il-kunsilliera u id f'id mal-Gvern ċentrali, kien min kien il-ministru, kien min kien il-partit fil-gvern; iżda għandek ukoll kunsilli lokali li kienu inqas produttivi.", "Imbagħad, għandek kunsilli lokali li lanqas bl-ikbar sforz immaġinabbli minn kulħadd qatt ma setgħu jkampaw mal-kobor tal-lokalità tagħhom.", "Hawnhekk qed nara membri li mexxew kunsilli lokali kbar.", "Relattivament, forsi wieħed jaħseb illi Ħad-Dingli huwa żgħir.", "Pereżempju, Ħad-Dingli, fejn għandu x'jaqsam territorju ta' art, huwa ikbar mill-Mosta.", "Għandek firxa ta' art li mhux dejjem tirrispekkja l-għajnuna finanzjarja li jkollok.", "Il-formola ta' kif sal-lum il-ġurnata ngħataw il-flus lill-kunsilli lokali kienet maħduma fuq il-popolazzjoni; però, jekk ikollok art kbira li trid tamministra, dik mhux dejjem tirrifletti l-allokazzjoni biex tmantni t-toroq tiegħek.", "Huwa għalhekk li rridu nitkellmu fuq il-kunsilli lokali u fuq x'se jkun l-irwol tagħhom wara li nibdew nimplimentaw dan il-pjan.", "Sur President, hawn irrid nagħmilha ċara li lill-kunsilli lokali m'aħniex se mmissulhom ċenteżmu minn dak li għandhom illum.", "Se nerfgħu l-piż tat-toroq aħna bħala Gvern biex nagħmlu dak li l-kunsilli lokali ma jistgħux jew m'għandhomx ir-riżorsi li jagħmlu, waqt li se jibqgħu jżommu dawk il-flus li sal-lum huma ddedikati għat-toroq fil-lokalità tagħhom biex jagħmlu proġetti oħrajn.", "Issa, jekk hux proġetti infrastrutturali oħrajn, jekk hux spazji ġodda, jekk hux parks naturali, jekk hux fil-qasam soċjali u fil-qasam edukattiv jew dak tas-saħħa, jew fit-turiżmu tal-lokalità, dawk ikunu deċiżjonijiet tas-sindku, tal-viċi sindku u l-kunsilliera li jirrappreżentaw 'il-lokalità tagħhom.", "Infrastruttura Malta għall-ewwel darba se taqsam lir-regolatur minn mal-implimentatur.", "Wara l-kunsilli lokali, hawn irrid insellem lil Transport Malta li għal snin twal refgħet il-piż ta' regolatur u implimentatur.", "Transport Malta minn naħa tirregola x'għandu jkun id-disinn, x'għandhom ikunu l-istandards, x'għandha tkun il-kwalità tax-xogħlijiet, waqt li fuq in-naħa l-oħra timplimenta l-istess xogħlijiet li tirregola hi stess, u allura m'hemmx dik id-distinzjoni ċara u netta li suppost ikun hemm bejn ir-regolatur u l-implimentatur.", "Irridu nikkonsolidaw l-esperjenza.", "Ma jfissirx li issa d-Dipartiment tat-Toroq, bl-esperjenza kollha li kellu, li se jkun qed jgħaddi taħt aġenzija ġdida li se nwaqqfu b'dan l-Abbozz fil-Parlament, se jitlef ir-riżorsi li kellu.", "Anzi, jiena nformat li l-maġġor parti assoluta tal-ħaddiema qegħdin iħarsu 'l quddiem biex issa jgħaddu taħt Infrastruttura Malta u jagħmlu dak li għamlu b'tant dedikazzjoni għal għexieren ta' snin fi ħdan Transport Malta.", "'Infrastruttura Malta' se tkun qed tieħu gradwalment ir-responsabbiltajiet fl-aspett ta' implimentazzjoni li sal-lum kienu f'idejn Transport Malta, il-kunsilli lokali u entitajiet oħrajn involuti fiż-żamma tal-manutenzjoni u l-infrastruttura tat-toroq tagħna.", "B'hekk, permezz ta' dan kollu, Transport Malta wkoll tkun tista' tiffoka iktar fuq il-funzjoni tar-regolatur, fuq l-immaniġġjar tal-operat tat-toroq tagħna, l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' mezzi oħrajn tat-trasport alternattivi u l-infurzar tar-regoli fit-toroq u mezzi ta' sigurtà.", "Dan se jippermetti wkoll lill-kunsilli lokali biex gradwalment, kif kont qed nispjega, jużaw dawn il-fondi għal inizjattivi oħrajn fil-komunità tagħhom.", "Infrastruttura Malta se żżomm konsultazzjoni kontinwa mal-istess kunsilli lokali, u dan kif diġà jsir mal-istess kunsilli lokali fit-toroq arterjali u distributorji li sal-lum Transport Malta kienet responsabbli tagħhom.", "Hemm bżonn li tiżdied il-kollaborazzjoni mas-settur privat meta jsiru t-toroq, speċjalment fejn għandu x'jaqsam il-manutenzjoni, biex inkunu aktar effiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma tal-kwalità tal-istess toroq.", "Punt fundamentali jirrigwarda l-aspett ta' ppjanar meta se niġu biex nagħmlu x-xogħlijiet fit-toroq.", "Qabel ma jibdew xogħlijiet fuq it-toroq, wieħed ikun irid jippjana fejn jirrigwarda servizzi, fosthom tad-distribuzzjoni tal-ilma, tad-drenaġġ, tal-elettriku, tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-ġabra tal-ilma tax-xita.", "Irridu li jispiċċa ż-żmien fejn fuq triq ikollok tliet kuntratturi jirrappreżentaw entitajiet differenti, wieħed iwaħħal fl-ieħor, entità twaħħal fl-oħra, u n-nies ta' dik il-lokalità, ta' dik it-triq partikolari ibatu l-inkonvenjent sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.", "Għal dan il-għan, 'Infrastruttura Malta' se tkun qegħda timplimenta f'isem l-entitajiet l-oħrajn dak kollu li jkun qed isir f'toroq li se jkunu qegħdin isiru ġodda jew riasfaltati.", "Biex inkun ċar, illum il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tqabbad il-kuntrattur tagħha, jiġifieri toħroġ sejħa differenti minn dik ta' Transport Malta, li ovvjament tissorvelja x-xogħlijiet.", "Aħna qegħdin ngħidu li s-sitwazzjoni trid tinbidel.", "Diġà hemm memorandum of understanding lest u maqbul bejn il-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru tal-Enerġija dwar kif se nkunu qegħdin naħdmu.", "Irridu li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – u qed nagħti l-eżempju tagħha għaliex hija l-iktar entità li taħdem fit-toroq tagħna – tiddeċiedi hi l-infrastruttura relatata mal-ilma u mad-drenaġġ, tiddeċiedi hi x'tip ta' kwalità hemm bżonn, tiddeċiedi hi d-distribuzzjoni tagħha, timmonitorja hi x-xogħlijiet, trid tiċċertifika hi x-xogħlijiet li jsiru; però l-implimentatur se jkun Infrastruttura Malta.", "Dan biex nevitaw ċirkostanzi kif esperjenzajna anke f'toroq li nbnew dan l-aħħar fejn entità waħda twaħħal fl-oħra.", "Din hija xi ħaġa li ħaddieħor ma kellux il-kuraġġ li jibdel għal 25 sena sħaħ.", "Jiena kont sindku u konna naraw ministri u segretarji parlamentari minn Gvernijiet Nazzjonalisti jiddiskutu dwar kif jistgħu jaslu.", "Għal mumenti kellek anke lill-Ministru responsabbli mill-Water Services li kien il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, però xorta qatt ma wasalna.", "Minflok, is-soluzzjoni kienet li jibagħtu lill-kunsilli lokali jiddejnu bl-iskema tal-Public Private Partnership.", "Il-kunsilli lokali ma kellhomx alternattiva oħra ħlief li jidħlu għaliha, jidħlu għal dak il-piż minħabba li l-ministri ta' dak il-gvern ma setgħux jaslu fuq liġi li qegħdin nipproponu issa hawnhekk, ħalli b'hekk nibdlu darba għal dejjem il-mod ta' kif naħdmu fuq l-infrastruttura tagħna.", "Aħna rrridu naraw ukoll li nnaqqsu d-dewmien, mhux biss tal-implimentazzjoni fuq it-triq, imma anke l-ippjanar.", "Meta qegħdin nitkellmu dwar ippjanar qegħdin nitkellmu wkoll dwar il-procurement fejn għandek numru ta' entitajiet li llum jagħmlu procurement ta' servizzi differenti għal xogħlijiet fuq l-istess triq.", "Ħafna drabi l-pjanifikazzjoni tal-entitajiet lanqas tkun in sync ma' xulxin, u dawn huma bidliet importanti li rridu naraw.", "Irridu wkoll niddiskutu u nadottaw protokolli ġodda dwar l-istandards.", "Jien kemm-il darba għamilt appell li m'aħniex kuntenti b'ċerti standards.", "Nemmen li l-kuntratturi wkoll iridu jitilgħu livell 'il fuq fil-mod kif jaħdmu.", "Sal-lum il-ġurnata wieħed ikun jixtieq jara performance aħjar minnhom u, f'ċirkostanza fejn għandhom xogħol iggarantit, xogħol sakemm jifilħu jaħdmu, iridu wkoll jgħollu l-livell tagħhom.", "Dan iddiskutejtu magħhom u jien konvint li anke huma se jqumu għall-okkażjoni.", "It-toroq li se nkunu qegħdin nagħmlu jridu jkunu adegwati wkoll għall-ħteġijiet tal-futur.", "Dan mhuwiex eżerċizzju fejn naqbdu t-toroq li għandna u nagħtuhom wiċċ ġdid biss.", "Jiddispjaċini nisma' membri ta' din il-Kamra li għal xi tużżana voti jiġu jitkellmu b'mod mill-aktar irresponsabbli u jagħtu x'jifhem li infrastruttura li tixraq ma tkunx qegħda tgħin hi wkoll fl-isfidi kbar li għandna, fosthom tat-tinġis tal-arja kkawżata mill-konġestjoni tat-traffiku.", "Irridu naħdmu biex mhux biss nimplimentaw, imma anke nikkomunikaw aħjar.", "Irridu nikkomunikaw x'inhuma l-benefiċċji, u aktar 'il quddiem ikolli l-okkażjoni nispjega lill-Membri tal-Kamra dwar il-benefiċċji ta' kull intervent li se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Aktar kmieni fis-seduta tal-lum issemmew numru ta' proġetti.", "Nifhem li l-Oppożizzjoni m'hi komda xejn li l-poplu qed jinnota kemm qegħdin isiru xogħlijiet, u qed jinnota bidla ta' kif se nkomplu naħdmu f'dawn l-erba' snin li ġejjin u l-kumplament tas-snin biex minn issa 'il quddiem nimplimentaw il-proġett ta' seba' snin.", "Ħadna sena biex nikkordinaw dan kollu, u naħseb li konna nkunu irresponsabbli kieku ma ħadniex żmien biżżejjed biex nippjanaw sew kif se ninvestu ammont ta' €700 miljun.", "Irrid ngħid li matul din is-sena ma rqadniex; anzi, pjuttost il-kritika hija li qlajna wisq toroq, bħalma ssemma anke llejla.", "Pereżempju, issemmiet il-lokalità tal-Mellieħa.", "Nistaqsi lil min jagħmel argumenti bħal dawn: In-nies tal-Mellieħa qegħdin japprezzaw ix-xogħlijiet li saru, sija jekk hux il-Pwales, jekk hux ix-Xemxija jew f'żoni oħrajn?", "Aħna rridu nkomplu naħdmu u, kif għamilna f'dik il-lokalità, qegħdin nagħmlu madwar il-pajjiż kollu.", "Qegħdin nipprovaw nolqtu sfidi differenti.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ministru, ippermettili ftit jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "Jien semmejt lil xi ħadd?", "ROBERT CUTAJAR: Lill-Ministru ngħidlu biss – u forsi jkun jista' jiċċekkja – li tant mhumiex kuntenti b'dak li qed isir li kellu petizzjoni fuq l-iskrivanija tiegħu ta' 3,000 firma.", "Daqshekk biss, u nħalli lin-nies jiġġudikaw jekk kenux kuntenti bix-xogħol li għaddej.", "Ministru, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Cutajar li ma kelli ebda petizzjoni bi 3,000 firma fuq l-iskrivanija tiegħi.", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, issa għandi point of order.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Mhuwiex korrett il-Ministru.", "Jekk mhux fuq id-desk, mela fuq il-computer tiegħu.", "Point of order hu li jkun hawn ksur ta' regolament fil-Kamra.", "Mhux se noqogħdu naħlu l-ħin.", "Ministru, jekk jogħġbok, kompli bid-diskors tiegħek.", "ROBERT CUTAJAR: Ħalli n-nies ikunu jafu x'inhu għaddej.", "IAN BORG: Jiena fis-7.00 a.m. nidħol il-ministeru.", "Jekk irid, jiġi u jfittixhieli għax ma sibthiex.", "M'għandi ebda korrispondenza f'dan is-sens.", "Irridu niżguraw li t-toroq tagħna jkunu aktar siguri u, b'kollaborazzjoni mar-regolatur Transport Malta, l-aġenzija Infrastructure Malta se tkun responsabbli li timplimenta miżuri mmirati biex inaqqsu r-riskju tal-inċidenti fit-toroq.", "Dawn il-miżuri jinkludu wkoll bidliet f'junctions prinċipali fit-toroq tagħna biex dejjem innaqqsu r-riskju.", "Huwa impossibbli li telimina r-riskju f'kull aspett tal-ħajja, però rridu naħdmu iżjed biex nagħmlu dan.", "Irridu naraw li l-proġetti jiġu implimentati anke b'rispett sħiħ lejn is-saħħa u s-sigurtà ta' min qed jaħdem u tal-madwar fejn ikunu għaddejjin l-istess xogħlijiet.", "'Infrastruttura Malta' se tkun qed timponi miżuri, fosthom dawk finanzjarji, jekk ma jintlaħqux il-miri tat-tlestija tal-proġetti tat-toroq stabbiliti biex nevitaw id-dewmien.", "Irridu naslu f'punt fejn il-kuntratturi mhux biss jitfgħu t-tenders, mhux biss jieħdu x-xogħlijiet, imma jridu jonoraw l-obbligi tas-servizz li jidħlu għalih.", "Irridu naraw kif it-timeframes, kif id-deadlines li nagħtu jkunu rispettati.", "Dan il-pajjiż kien imdorri jara sptarijiet jinbnew li jieħdu 18-il sena, u wara nsiru nafu li l-concrete kien difettuż.", "L-Għawdxin kienu ilhom għexieren ta' snin biex jaraw terminal fiċ-Ċirkewwa jimplimenta ruħu.", "In-nies esperjenzaw Gvern li għal 25 sena sħaħ kien jitkellem fuq il-Coast Road u spiċċa la bdiha u lanqas spiċċaha.", "Kienu jitkellmu fuq il-Kappara.", "Fuq il-Kappara kellek tliet ministri fil-Gvern ta' Fenech Adami u fil-Gvern ta' Lawrence Gonzi li kienu jargumentaw fuq Option \"A\", fuq Option \"B\", fuq Option \"C\" u qatt ma jieħdu deċiżjoni dwar liema option se jimplimentaw.", "Allura, nifhem id-dwejjaq … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru, jekk jogħġbok.", "Se tibqa' tgħajjat, Onor. Cutajar?", "Ministru, kompli bid-diskors tiegħek.", "IAN BORG: Nifhem id-dwejjaq li għandha l-Oppożizzjoni li qegħda tara Gvern li qed jimplimenta, waqt li n-nies illum tgħid x'kien qed jagħmel ħaddieħor.", "Nerġa' nsemmi l-proġett tal-Kappara, fejn kellek tliet Ministri Nazzjonalisti li wieħed joħroġ bi pjanti \"A\", l-ieħor joħroġ bi pjanti \"B\", u l-ieħor joħroġ bi pjanti \"Ċ\", kulħadd bit-territorju distrettwali tiegħu, kulħadd għamel is-Swieqi u n-nies tal-Gżira u ta' Tas-Sliema daqslikieku huma Nazzjonalisti bi dritt għal għomorhom u ħallewhom bil-konġestjoni tat-traffiku, u qatt ma ndejnaw ruħhom jibdew il-proġett tal-Kappara.", "Dwar il-proġett tal-Marsa: forsi nifhem għaliex il-Partit Nazzjonalista qatt ma kellu għal qalbu n-nies tan-naħa t'isfel tal-pajjiż.", "Il-Partit Nazzjonalista n-nies tan-naħa t'isfel tal-pajjiż dejjem tefagħlhom proġetti li jniġġsu, dejjem tefagħlhom l-agħar proġetti fin-naħa t'isfel tal-pajjiż, u aħna ddeċidejna li nippjanaw, li nġibu l-flus u li nibdew nimplimentaw il-proġett tal-Marsa, għaliex in-nies tan-naħa t'isfel tal-pajjiż m'għandhom xejn inqas min-nies tan-naħa ta' fuq tal-pajjiż.", "Niġi wkoll għan-nies tan-naħa taċ-ċentru tal-pajjiż.", "Aktar kmieni, kien hemm intervent mill-Onor.", "Agius fejn qiegħed għal darb'oħra jirreżisti proġett li ilu ppjanat għal għexieren ta' snin.", "Qed jirreżisti proġett li kien il-Partit Nazzjonalista fl-2006 – u hu kien membru ta' dak il-Gvern – li għadda l-pjanijiet lokali u skeda t-tali żona biex issir triq, liema triq qatt m'għamel minħabba ftit li dejjem irreżistew il-bidla.", "Allura nifhem id-dwejjaq ta' min qed jinduna li tilef wisq ħin meta kellu 25 sena fil-Gvern biex jimplimenta.", "Issa dawn qegħdin jeħduha bi kbira li aħna qegħdin inwettqu.", "Sur President, aħna se nwaqqfu 'Infrastruttura Malta' ħalli nagħmlu iżjed b'inqas, u nagħmlu iżjed f'inqas żmien ukoll.", "Allura, din l-entità li se tkun qegħda gradwalment terfa' l-piż tal-kunsilli lokali, se tibda billi fl-ewwel ġurnata tagħha tassumi r-responsabbiltajiet li għandha Transport Malta vis-à-vis l-implimentazzjoni tat-toroq arterjali, distributorji u l-160 triq li qatt ma saru.", "Imbagħad, fil-kumplament ta' dawn is-seba' snin, se nkunu qegħdin nagħmlu l-uċuħ ta' dawk it-toroq b'konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali u niddeċiedu flimkien fuq il-prioritizzazzjoni.", "Irridu nimplimentaw u, minn żmien għall-ieħor, bħala Ministru, jiena u dawk li jkun hawn warajja jippubblikaw il-lista tat-toroq li gradwalment se jgħaddu minn għand il-kunsilli lokali għal għand Infrastruttura Malta.", "B'dan il-mod, f'seba' snin se nkunu neħħejna l-piż li qiegħed jifni lill-kunsilli lokali.", "Irridu naraw li l-kunsilli lokali jkunu involuti u anke madwarna fuq il-mejda meta niddeċiedu.", "Jiena għamilt dan il-commitment magħhom fil-laqgħa tas-sindki u l-viċi sindki li nżammet fix-xahar ta' Diċembru li għadda ġewwa Għajnsielem.", "Il-kunsilli lokali, is-sindki, viċi sindki u minority leaders li kien hemm preżenti ma kienu xejn f'sintonija ma' press conference li kienet żammet l-Oppożizzjoni f'nofs is-sajf fejn kienet ħarġet qatta' bla ħabel kontra dan il-pjan.", "Dan ftit ġimgħat qabel il-poplu għażel lilna b'maġġoranza assoluta, b'distakk ta' 40,000 fuq l-istess Partit Nazzjonalista.", "Aktar kmieni kien hawn Membru f'din il-Kamra – u m'iniex qiegħed narah, però forsi jkun qiegħed jismagħna – Mosta Mayor advocates handing over some council roadworks to Transport Malta.", "Qed nikkwota mill-ġurnal ta' The Times of Malta tal-Ħadd 6 ta' Settembru, 2015 fejn intqal hekk:", "Nista' nkompli naqra l-artiklu, però minflok naħli l-ħin tal-Kamra, qed inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra biex dawk kollha li jixtiequ jkunu jistgħu jaqraw il-pożizzjoni tliet snin ilu tad-Deputat l-Onor.", "Edwin Vassallo mill-esperjenza tiegħu ta' sindku.", "Bħall-Onor.", "Vassallo qegħdin jitkellmu l-kunsilli lokali kollha.", "Il-kunsilli lokali qegħdin jgħidu li sa fl-aħħar se jsiru t-toroq.", "Sur President, iktar milli huwa importanti x'ngħid jien, x'jgħid il-Gvern u x'jgħidu l-kunsilli lokali, huwa ħafna iktar importanti x'jgħid il-poplu.", "Il-poplu dak li jrid.", "Il-poplu jrid li jingħata infrastruttura li tixraq fil-lokalità ta' fejn jgħix, fil-lokalità ta' fejn jaħdem, fil-lokalità ta' fejn jivvjaġġa biex jiddeverti u jirrikrea ruħu, u dak hu dak li l-Gvern se jkun qed jagħmel permezz ta' 'Infrastruttura Malta'.", "Nifhem li mhux kulħadd jieħu pjaċir b'dan kollu.", "Saħansitra, fl-ewwel diskors – forsi nikkonċedulu li kien għadu eċċitat u kien jidher kommoss – il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr. Delia, fuq il-Fosos tal-Floriana, fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza, kien qal: \"Għaliex se tagħmlu t-toroq?", "M'għandniex bżonn toroq.", "Aħna mhux it-toroq għandna bżonn.\"", "U n-nies kienu qalu: Dan veru ġdid fil-politika.", "Però, nimmaġinaw li kien jgħix f'Malta, għax fi żmien il-kampanja elettorali għamel sajf sħiħ iħambaq madwar il-pajjiż.", "Din inaċċettabbli.", "Din xi ħaġa tal-iskantament.", "Lanqas tkun taf x'se taqbad tgħid meta tisma' l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li t-toroq huma tajbin.", "Aħna ma naqblux li t-toroq huma tajbin.", "Ma naqblux li m'għandniex bżonn ninvestu dawn is-€700 miljun.", "Dażgur li għandna bżonn ninvestu dawn is-€700 miljun!", "Anzi, inkun minn ta' quddiem li niġġieled mal-Ministru tal-Finanzi biex ninvestu iktar fl-infrastruttura tagħna.", "Mela jiġi Adrian Delia … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ministru, ippermettili ftit, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, ma fhimtx, jista' l-Ministru jikkkjarifika jekk hux qiegħed jirreferi għalija?", "Għax qed jgħid is-sajf li għadda …", "L-ISPEAKER: Le, mhux għalik qed jgħid, Onor. Busuttil.", "Għall-Kap tal-Oppożizzjoni qed jirreferi.", "Ministru, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "Bħal donnu l-Onor.", "Busuttil għadu fil-kontroll tal-Partit Nazzjonalista!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Kompli bid-diskors, jekk jogħġbok.", "Nifhem li bħal donnu għadu fil-kontroll tal-Partit Nazzjonalista, u konvint min-naħa l-oħra li l-Onor.", "Delia għad m'għandu ebda kontroll fil-Partit Nazzjonalista!", "Però, jien kont qed ngħid għad-diskors imqanqal, u tajtu l-benefiċċju tad-dubju, għax kien eċitat ħafna fl-ewwel diskors tiegħu l-Onor.", "Delia fiċ-ċelebrazzjoni tal-Indipendenza.", "Kien jidher kommoss ħafna l-Onor.", "Adrian Delia – ma nafx jekk kienx hemm l-Onor.", "Simon Busuttil – imma dakinhar qal li ma jafx għaliex qed ninvestu €700 miljun fit-toroq, għax it-toroq huma tajbin!", "(Interruzzjonijiet) Serraħ rasek li ma kontx qed ngħid għalik.", "Kont qed ngħid għall-Onor.", "Naħseb li llum l-Onor.", "Adrian Delia jiddispjaċih li għadda dak il-kumment, għax dawk ir-residenti … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Qed jikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni f'Settembru li għadda.", "Jekk jogħġbu, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-diskors fejn allegatament qal dan il-kliem.", "L-ISPEAKER: M'għandux għalfejn.", "Il-Ministru jkompli.", "ROBERT CUTAJAR: Skużani, Sur President!", "Jekk qed jikkwota minn diskors, nitolbu li jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra!", "L-ISPEAKER: Qed jagħmel referenza għal diskors?", "ROBERT CUTAJAR: Hekk qed jgħid!", "L-ISPEAKER: Onor. Cutajar, int għamilt il-pożizzjoni tiegħek.", "Ministru, inti qed tagħmel referenza għad-diskors li qal l-Onor.", "Adrian Delia fil-Jum tal-Indipendenza, meta kien hemm il-mass meeting?", "IAN BORG: Jien qed ngħid li l-Onor.", "Adrian Delia, bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, …", "L-ISPEAKER: Qed tikkwota minn xi dokument?", "L-ISPEAKER: Mela kompli bid-diskors tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Ir-Ruling huwa li dak li qed tgħid int japplika għal meta tkun qed issir referenza għal dokument.", "L-ewwel ħaġa, m'hemmx dokument.", "IAN BORG: Mhux qed nirreferi għal dokument, qed nirreferi għal diskors.", "Apparti minn hekk, jekk l-Onor.", "Cutajar jixtieq, inġiblu s-CD bil-viżiv b'kollox.", "L-ISPEAKER: Tagħmilx cross debate, Ministru, ħu paċenzja.", "IAN BORG: M'għandi ebda problema.", "Kulħadd jiftakru!", "L-ISPEAKER: Hawnhekk jidher li l-Ministru ma huwa qed jikkwota minn ebda dokument, għax kieku jien stess kont ngħidlu jpoġġih.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, bir-rispett kollu lejk u lejn is-Sedja, qed jgħid li għandu s-CD!", "Ipoġġi s-CD.", "Il-Ministru jkompli.", "IAN BORG: M'għidtilhomx li għandi s-CD, imma għidt li jekk iridu … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbu, il-Ministru jkompli bid-diskors tiegħu.", "ROBERT CUTAJAR: Hekk sewwa!", "Jgħid kelma, u f'nifs ieħor jibdilha!", "Hekk sewwa!", "Tajjeb!", "IAN BORG: Nifhem li l-Onor.", "Cutajar, bħall-kumplament tal-Oppożizzjoni, esperjenzaw – u hu partikolari anke bħala eks- sindku, bħala membru ta' kunsill lokali – esperjenza din il-frustrazzjoni li kont qed nirreferi għaliha!", "Frustrazzjoni fejn jitlob l-għajnuna tal-ministri, u l-ministri jgħidulu: Intom responsabbli tat-toroq!", "In-nies iħabbtu l-bieb tiegħek!", "Aħna rridu naħdmu iżjed.", "Aħna li jinteressana huwa li, darba għal dejjem, dan il-pajjiż li tant mexa 'l quddiem, dan il-pajjiż li kabbar daqstant l-ekonomija tiegħu – minkejja u mhux minħabba l-infrastruttura li għandu – jinvesti sabiex verament inkunu nistgħu ngħidu li huwa pajjiż modern.", "Wara li ninvestu u wara dawn is-seba' snin, irridu naħdmu anke mas-settur privat sabiex ikollna l-manutenzjoni kontinwa fuq l-istess toroq.", "Irridu nżommu t-toroq fi stat tajjeb.", "Irridu naraw li t-toroq mhux biss nirranġawhom, imma jkomplu jkunu mantnuti.", "Allura rridu ninvolvu lis-settur privat sabiex jidħol parteċipi mal-Gvern f'dik li għandha x'taqsam il-manutenzjoni, u dan wara li jkunu saru dawn ix-xogħlijiet.", "Iktar kmieni kont qed ngħid kif, sakemm ġejna biex intellqu dan il-proġett fil-ġimgħat ta' wara li ngħaddu 'Infrastructure Malta' mill-Parlament, sadanittant ma rqadniex.", "Fis-sajf li għadda tellaqna 25 proġett.", "Daqqa jwaħħlu fis-siġra, daqqa għax ma qlajthiex u daqqa għax qlajtha, daqqa għaliex se twessa' t-triq, u daqqa għax se ċċekken ir-roundabout!", "Ma jistgħux iniżżluha li l-poplu qed iħoss id-differenza f'dan is-settur ukoll, u qed jistenna iktar mingħandna!", "Ħaddieħor ma kienx jieħu deċiżjonijiet, ħaddieħor kien jamministra.", "Ħaddieħor ma kienx jiggverna – aħna niggvernaw!", "Ma jfissirx li d-deċiżjonijiet li nieħdu jogħġbu lil kulħadd.", "Kelli argumenti ma' nies fis-settur, daqqa ma' nies li riedu iżjed, daqqa ma' nies li riedu inqas, daqqa ma' nies li jsuqu r-rota, u daqqa ma' nies li jsuqu t-trakkijiet.", "Il-bilanċ irid jintlaħaq.", "Naħseb li f'dan il-pajjiż, jekk xejn, il-poplu dejjem tgħallem jgħix flimkien.", "L-isfida li għandna fuq it-toroq tagħna mhijiex waħda żgħira, però konvint li se nkunu qed naslu wkoll bil-ħidma ta' kulħadd.", "F'dan il-perijodu, waqt li konna qed nippreparaw l-aspetti finanzjarji, l-aspetti proċedurali u l-aspetti legali, għamilna wkoll numru ta' toroq, u allura tajjeb li wieħed jelenka lokalitajiet mill-Baħrija għal Ħ'Attard, u minn Birkirkara għas-Swieqi.", "Pereżempju, Triq il-Keffa fis-Swieqi, lokalità b'kunsill dejjem b'maġġoranza Nazzjonalista, bis-sindku jokrob għal snin twal sabiex issir dik it-triq u l-ebda ministru Nazzjonalista, għal 25 sena sħaħ, ma jisma' l-karba ta' kollega tiegħu fil-partit!", "Forsi għax kien kandidat ukoll?", "Ma naħsibx.", "Ma naħsibx li jaslu s'hawn!", "Sal-lum għadha responsabilità tas-sindku.", "Minflok, morna hemmhekk u bdejna x-xogħlijiet.", "Bħalma għamilna fis-Swieqi qed nagħmlu fil-kumplament tal-pajjiż.", "Sur President, permezz ta' Infrastructure Malta rridu nagħmlu t-toroq kollha, mhux biss fejn l-iktar li jsabbtu u jokorbu n-nies.", "Iridu jsiru kollha, jekk hux Santa Venera, jekk hux postijiet fil-Belt Valletta, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żurrieq, iż-Żejtun, Marsaxlokk, in-Naxxar, Marsaskala, l-Imsida, ix-xogħlijiet fil-Marsa, u numru ta' lokalitajiet oħra, fosthom il-Għargħur.", "Nifhem li hemm bżonn li nkunu koordinati aħjar bix-xogħlijiet li speċjalment jiltaqgħu fl-istess lokalità fl-istess żmien.", "Irridu naraw kif 'Infrastructure Malta', flimkien mar-regolatur, taħdem b'iktar għaqal sabiex ma nimblokkawx lokalità, sabiex ma nimblokkawx il-passaġġ ta' eluf ta' nies filgħodu jew filgħaxija waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet.", "Irridu naraw kif nużaw kemm jista' jkun is-sigħat ta' matul il-lejl.", "Però, meta ma taħdimx matul il-lejl, ovvjament tkun ikkritikat li mhux qed timmassimizza l-ħin meta taħdem matul il-lejl, ħafna drabi jikkritikawk għaliex tkun qed toħloq l-inkonvenjent.", "Dawn huma l-bilanċi li trid tilħaq Infrastructure Malta meta tkun qed timplimenta.", "Huwa żgur però li sa fl-aħħar, il-komunitajiet tagħna se jieħdu dak li ilhom daqstant jitolbu, jiġifieri infrastruttura li tixraq sabiex verament inħejju lil Malta ta' għada.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "IAN BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 22 ta' Mejju 2018, fis-6.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, xahar ilu, bħala parti mill-proġett ta' investigazzjoni ta' ġurnalisti fuq livell internazzjonali magħruf bħala Daphne Project ġiet żvelata email li se nippreżenta llum fuq il-Mejda tal-Kamra, li tant hija gravi li jmissha ġabet konsegwenzi serji, iżda ma ġabet xejn.", "Din l-email intbagħtet minn Karl Cini f'Diċembru 2015 u kienet tittratta l-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri, Chief of Staff tal-Prim Ministru, u Konrad Mizzi, dak iż-żmien il-Ministru tal-Enerġija.", "Qed nirreferi għall-kumpaniji Tillgate u Hearnville.", "Karl Cini, f'din l-email, beda jitlob li jinfetaħ kont għal dawn il-kumpaniji u spjega l-pjan ta' x'kienu se jagħmlu dawn il-kumpaniji.", "Jiġifieri, hawn għandna lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, bi sħab flimkien, meta suppost qegħdin jaqdu l-funzjoni pubblika tagħhom.", "F'din l-email Karl Cini qal li dawn fetħu l-kumpaniji tagħhom biex jagħmlu negozju ta' riċiklaġġ – u jiena naħseb li r-riċiklaġġ hu tal-flus – remote gaming, proġetti ta' infrastruttura, il-marittimu, is-sajd u t-turiżmu.", "Aktar minn hekk, Karl Cini żvela pjan ta' kif dawn it-tnejn min-nies kienu se jġibu l-flus fil-kumpaniji tagħhom fil-Panama.", "Żvela li fl-ewwel sena kienu se jdaħħlu USD2 miljun.", "Żvela li kull xahar kienu se jdaħħlu USD150,000.", "Dan ġie żvelat f'email tas-Sur Karl Cini lil Mossack Fonseca.", "Karl Cini żvela wkoll mingħand min se jidħlu l-flus, jiġifieri mhux biss dawn il-kumpaniji se jiftħu negozju, imma qed jgħid ukoll kemm se jdaħħlu u mingħand min, u hemmhekk semma l-kumpanija reġistrata fid-Dubaj 17 Black u qal li dawn se jdaħħlu USD150,000 fix-xahar minn 17 Black.", "Sur President, fil-ġurnal The Times meta ħarġet din l-aħbar għamlu tabella tajba ħafna fejn spjegaw it-taħwid li riedu jagħmlu dawn in-nies biex idaħħlu USD 2 miljun kull sena, USD 150,000 kull xahar.", "Kont tal-Bank fil-Bahamas li fih jidħlu USD 2 miljun fis-sena jgħaddu għall-kumpanija fil-Panama, u l-kumpanija fil-Panama għal ġo trust fi New Zealand, u kollox ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi bi sħab flimkien.", "Il- mistoqsija tqum: Minn fejn kienu se jitħallsu l-USD 150,000 fix-xahar?", "U Karl Cini weġibha dik il-mistoqsija.", "Daqshekk hija gravi din l-email li jien qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Se jġibuhom mingħand kumpanija 17 Black irreġistrata f'Dubaj.", "Din il-kumpanija 17 Black se tħallas USD 150,000 kull xahar lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, u s-sabiħa hi din: ġie żvelat mill-investigazzjoni li fil-kumpanija 17 Black daħlu aktar minn 1.5 miljun.", "Tafu minn fejn, Sur President?", "Mingħand kumpanija Maltija li hija l-aġent tat-tanker tal-LNG u mingħand kumpanija oħra li sidha huwa wieħed mill-Ażerbajġan.", "Mill-kumpanija 17 Black se jdaħħlu USD 150,000 fix-xahar, u l-kumpanija 17 Black qed iddaħħal il-flus mit-tanker tal-LNG!", "Wara li ġie żvelat dan, jien u l-kollega tiegħi, l-Ewro Parlamentari David Casa, morna l-Qorti u tlabna l-Qorti tiftaħ inkjesta.", "Illum, il-Qorti tat id-deċiżjoni tagħha u kkonfermat li Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini għandhom jiġu investigati kriminalment.", "Il-Qorti żiedet tgħid li, peress li hemm inkjesta oħra miftuħa fuq talba tiegħi s-sajf li għadda, il-Qorti tippreferi li minflok tiftaħ inkjesta ġdida, kollox jinstema' fl-ewwel inkjesta, kif għandha dritt li tagħmel il-Qorti, u jien id-deċiżjoni tagħha nirrispettaha.", "Iżda għamlitha ċara l-Qorti, u hawn nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-digriet tal-Qorti.", "Il-Maġistrat wasal għall-konklużjoni li, fil-konfront ta' Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini, il-pre-rekwiżiti meħtieġa fil-liġi biex investigazzjoni dwar l-ingenere, rigward il-fatti allegati fir-rikors jidher li jeżistu.", "Qalet iva, għandhom jiġu investigati.", "Dażgur li għandhom!", "Imma l-Qorti ppreferiet li, minflok li jiġu investigati f'inkjesta ġdida, jiġu investigati fl-inkjesta diġà miftuħa, u hawn irrid nispjega fiex waslet l-inkjesta miftuħa fuq talba tiegħi s-sajf li għadda.", "L-ewwel nett, tajjeb ngħidu li l-Maġistrat tal-lum huwa t-tieni maġistrat li kkonferma li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jiġu investigati kriminalment.", "Huwa inkredibbli kif ma jiġri xejn f'dan il-pajjiż.", "Dan hu t-tieni maġistrat f'temp ta' inqas minn sena.", "Is-sena li għaddiet, meta jien għamilt talba biex tinfetaħ inkjesta biex dan l-iskandlu tal-Panama jiġi investigat, it-talba tiegħi kienet ġiet aċċettata mill-ewwel maġistrat.", "X'ġara?", "Tajjeb infakkru li l-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tiegħu, Konrad Mizzi, il-Ministru ewlieni tiegħu u l-bella compania appellaw.", "Jiġifieri, fuq talba sempliċi tiegħi biex tinfetaħ investigazzjoni li ntlaqgħet mill-ewwel maġistrat, dawn appellaw.", "Min m'għandux x'jaħbi għandu jgħid: Investigawni!", "Kieku jien hekk ngħid.", "Huwa biss min għandu x'jaħbi li joġġezzjona għal investigazzjoni.", "Dak l-appell fil-fatt għamluh, u Alla jbierek l-appell spiċċa quddiem imħallef li b'kumbinazzjoni kbira huwa miżżewweġ lil Ministru Laburista.", "Jiena dlonk tlabt li l-imħallef jinbidel.", "Il-kwestjoni ilha xhur sħaħ quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, u nittama li riesqa lejn it-tmiem tagħha quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, imma biex tara min għandu l-interess itawwal u li l-ġustizzja ma ssirx!", "Sur President, ir-revelazzjonijiet tal-kumpanija 17 Black għandhom implikazzjonijiet gravissimi u ma jħallu lok għall-ebda dubju, għaliex dan huwa pjan, disinn ċarissimu ta' kif Keith Schembri u Konrad Mizzi, b'ammissjoni tagħhom stess, kienu se jdaħħlu USD150,000 fix-xahar, li ma jistax ikun iġibuhom mill-paga tagħhom għax USD150,000 fix-xahar ma jdaħħluhomx.", "Mela mill-ewwel tqum il-mistoqsija: Minn liema ħmieġ kontu se ġġibuhom dawk il-flus?", "U tiġi tgħidli għax se tiftaħ kumpanija fir-riċiklaġġ, fir-remote gaming li għadhom ma jeżistux sal-lum, sentejn, tlieta wara li saret din l-email?", "Għalhekk għandha implikazzjonijiet gravissimi.", "U kif inqabdu Konrad Mizzi u Keith Schembri?", "Taf x'għamlu?", "Merew lil xulxin.", "L-ewwel nett, Konrad Mizzi qal din hija kumpanijia għall-familja tiegħu – gidba għax ma tagħmilx proġett għall-familja tiegħek bi sħab ma' Keith Schembri – u Keith Schembri kompla jmerih billi qal: Iva, 17 Black kienet fil-pjan tiegħi.", "Qed jammetti Keith Schembri li daħal fi sħab ma' Konrad Mizzi.", "Anke din biss, Sur President, li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, waqt li huwa Chief of Staff, jidħol fi sħab ta' negozju ma' Ministru tal-Gvern, imissha waqqgħet il-Gvern.", "Imissha keċċiethom!", "U s-sabiħa hi: Ta' min hija 17 Black?", "Ta' min hi l-kumpanija?", "Taf x'qalu Konrad Mizzi u Keith Schembri: Ma jafux ta' min hi.", "Tista' temminhom meta jgħidu li ma jafux ta' min hi l-kumpanija 17 Black li mingħandha qed jammettu li se jieħdu 150,000 dollaru fix-xahar.", "Trid tkun altru m'intix qed tgħix f'dinja!", "Jien ngħid trid tkun qed tigdeb, trid tkun qed tgħix f'gidba u tipprova tbellagħha lil ħaddieħor.", "Il-gravità ta' din l-email li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra hija wkoll li hemm rabta mal-power station.", "Rabta mal-power station, li jfisser li hemm flus għaddejjin mill-proġett tal-power station li jistgħu jispiċċaw għand Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Din hija rabta li sirna nafu biha għall-ewwel darba, u din hija gravissima.", "U jien inżid ngħid: Hemm rabta wkoll mal-kontijiet tad-dawl.", "Kemm qed nisimgħu nies jgħidu – u jien wieħed minnhom – dwar kemm ġie għoli dan l-aħħar xahrejn.", "Hemm nies li qed jgħidu li ġihom id-doppju.", "Dażgur!", "Għax se jidħlu USD150,000 xi mkien fix-xahar!", "Għalhekk hemm rabta mal-kontijiet, u jagħmel sew il-Partit Nazzjonalista li qiegħed jitlob lin-nies u jgħidilhom li huwa lest li jgħinhom fuq din il-biċċa xogħol, speċjalment in-nies li qegħdin jirċievu kontijiet aktar għoljin, xi kultant anke d-doppju, ta' dak mistenni.", "Is-sabiħa hi li dan kollu nkixef.", "Imma inti għandek xi dubju li l-USD150,000 fix-xahar mhux qegħdin jitħallsu?!", "Jien ngħid li qegħdin jitħallsu.", "Jien ngħid li, minflok qed jgħaddu minn din ir-rotta, qed jgħaddu minn triq oħra, u għalhekk jien irrid li ssir ġustizzja, ħalli dawn l-affarijiet jinkixfu u joħorġu.", "Sur President, jekk inhuwa biżżejjed dan li għedt biex tibda inkjesta kriminali, kemm aktar u aktar huwa biżżejjed biex tintrefa' r-responsabilità politika u jitkeċċew Konrad Mizzi, Keith Schembri – u jien ngħid magħhom Joseph Muscat, li ilu jiddefendihom.", "Kemm huwa aktar u aktar ovvju li għandu jsir dan!", "Ma ninsewx li responsabilità kriminali hija differenti minn responsabilità politika.", "Sakemm tintrefa' r-responsabilità kriminali quddiem il-qrati, m'għandekx toqgħod tistenna; għandek turi li kapaċi terfa' r-responsabbiltà politika u twarrab, għallinqas sakemm tnaddaf ismek.", "Ir-reazzjoni tal-Partit Laburista u d-deċiżjoni tal-Qorti ta' dalgħodu kienet tad-daħk.", "Qalu li jien u l-Onor.", "David Casa ridna naħlu l-ħin tal-Qorti.", "Jaħli l-ħin tal-Qorti min ilu joġġezzjona biex tibda l-investigazzjoni, mela jien u l-kollega tiegħi u l-Partit Nazzjonalista li qegħdin nagħfsu biex din l-inkjesta ssir biex il-ġustizzja ssir?!", "Il-ġlieda għall-ġustizzja mhijiex faċli.", "Jien naf x'jiġifieri għax ngħixha kuljum.", "Però, determinat li nibqa' għaddej biha sakemm naslu.", "Li kieku Joseph Muscat ħa l-passi mill-ewwel fil-konfront ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri, kieku kien joħroġ nadif.", "Imma issa ilu sentejn jiddefendihom, u la għażel li jiddefendihom, intrabat mal-karru tagħhom, u la ntrabat mal-karru tagħhom, la ssir ġustizzja, il-ġustizzja se tgħodd għal Konrad Mizzi, għal Keith Schembri, imma anke għal Joseph Muscat.", "Sur President, ir-revelazzjonijiet ta' 17 Black ma jħallu l-ebda lok għal interpretazzjoni.", "Ma jħallu l-ebda dubju.", "Investigazzjoni kriminali se ssir meta Joseph Muscat jieqaf ikaxkar saqajh u joġġezzjona għaliha, iżda r-responsabbiltà politika tista' u għandha tintrefa' llum.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Hawn permess biex l-Onor.", "Busuttil iqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Inqiegħed fuq il- Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-allegata rabta bejn kumpaniji u trusts fil-Bahamas, Panama u New Zealand u s-Sur Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi;", "Tabella li turi l-allegata rabta bejn LNG Tanker Agent, Mayor Trans tas-Seychelles fil-Latvja u 17 Black fid-Dubaj;", "Tliet emails, datati l-10 u s-17 ta' Diċembru 2015, u t-2 ta' Frar 2016, li għaddew bejn Karl Cini ta' Nexia BT u Juan Carlos Martinez ta' Mossack Fonseca & Co dwar Tillgate Inc. u Hearnville Inc.; u", "Kopja tad-deċiżjoni tal-Maġistrat Inkwirenti Francesco Depasquale mogħtija t-Tnejn, 21 ta' Mejju 2018, dwar ir-rikors tal-Onor.", "Konrad Mizzi, is-Sur Keith Schembri, is-Sur Brian Tonna u s-Sur Karl Cini.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Grazzi ħafna.", "Kważi kważi qisna jien u l-Onor.", "Busuttil ftehemna, għaliex għażilt li llum nagħmel diskors fuq xi ħaġa li jien marbuta biha f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol politiku li qiegħda nagħmel jien f'din il-Kamra.", "Parti mid-dekasteru li jien responsabbli li nsegwi huwa dak tal-kompetizzjoni ġusta u l-affarijiet tal-konsumatur, u allura se nibda proprju minn dak li għadu kemm irrefera għalih l-Onor.", "Busuttil meta semma l-kontijiet tad-dawl.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat, il-media ġewwa pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista u l-midja soċjali kienu mifqugħin bi stejjer ta' nies li qegħdin jirċievu l-kontijiet tad-dawl għoljin.", "Dawn il-kontijiet mhumiex illużjoni, mhumiex perċezzjoni, imma huma realtà.", "Minħabba li ilna nisimgħu ħafna li f'pajjżna l-kontijiet suppost li raħsu, allura ħafna nies kienu qegħdin jinkwetaw u jgħidu: Imma jekk suppost raħsu l-kontijiet tad-dawl, jien kif qiegħed nirċievi kontijiet ogħla?", "Minn hawnhekk irrid nibda biex insellem lill-kollega, l-Onor.", "David Agius, bħala Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mal-affarijiet tal-Parlament, li naħseb kien minn tal-ewwel li ħa dan l-inkarigu li jinvestiga u jipprova jinforma ruħu fuq x'qiegħed jiġri eżattament.", "Naħseb li dan huwa punt kruċjali ħafna.", "Mir-riċerka li għamilt jien, u anke li dehret fil-midja, jidher li prattikament qegħda tintuża sistema kumplessa biex jinħarġu l-kontijiet.", "Però, importanti ħafna li nsemmu wkoll li, minħabba li l-kontijiet qegħdin joħorġu spiss – pereżempju, f'perjodu ta' xahrejn – dak li huma benefiċċji u dak li huwa l-konsum qed jinqasam pro rata, u allura l-maġġor parti tal-każijiet qegħdin juru inġustizzja lejn il-konsumatur.", "Din hija xi ħaġa li qegħdin nisimgħu kull wieħed u waħda minna.", "Aħna n-nies jiġu għandna b'dan it-tip ta' diffikultajiet.", "Jgħidulek: Ma nistax nifhem – ma jien nagħmel xejn differenti milli kont nagħmel qabel, allura kif f'daqqa waħda qegħdin jiġuni l-kontijiet ogħla?", "F'perijodu ta' pereżempju xahrejn, id-distribuzzjoni ma tibqax realistika, mentri jekk inti tqassamha fuq perijodu itwal, perjodu ta' sitt xhur jew perjodu ta' sena, inti jkollok distribuzzjoni ħafna iktar ġusta.", "Hemm fejn in-nies ma jkunux qegħdin jaqbżu l-kwota meta xhur oħra jaqbżuha; però, ma hemm xejn li qiegħed jikkumpensa fis-sistema, u allura hemm ħafna nies li fil-fatt għandhom dritt li jieħdu benefiċċju għaliex ma jikkonsmawx daqshekk elettriku, imma fil-fatt dan il-benefiċċju mhumiex jeħduh.", "L-Onor.", "Simon Busuttil għadu kif qal li l-Partit Nazzjonalista ħa inizjattiva li jgħin lin-nies jifhmu aħjar.", "Irridu ngħid li llum kelli l-opportunità li nitkellem fit-tul ukoll mal-Onor.", "David Agius biex jispjegali eżattament is-sistema kif qegħda titħaddem.", "Naħseb li din hija xi ħaġa verament tajba u li jien nappoġġjaha.", "Nappoġġja wkoll il-fatt li lbieraħ l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Adrian Delia, qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiddefendi din l-inġustizzja kbira.", "Imma, dak huwa lat wieħed ta' din l-istorja.", "Jien persuna li ma nħobbx inħalli l-affarijiet jiġu quddiemi u ngħid, \"U iva, kien hemm żball,\" jew, \"U iva, għax is-sistema …\" Hemm mistoqsijiet x'nistaqsu dwar dan, u allura rridu nistaqsu x'wassal biex dawn il-kontijiet qegħdin joħorġu kif inhuma.", "Hawn norbot mad-diskors li kien qiegħed jagħmel proprju ftit tal-minuti ilu l-Onor.", "Simon Busuttil, għaliex illum se nikkwota dak li qal l-Onor.", "David Casa ftit tal-ġimgħat ilu meta kien qiegħed jiddibatti ma' Dr Alfred Sant fuq il-programm popolari Xarabank.", "David Casa lil Dr Alfred Sant qallu: \"Illum il-poplu qed iħallas għall-korruzzjoni\", u naħseb li fil-kontijiet tad-dawl din hija evidenti għall-aħħar, u hemm rabta diretta.", "Hemm rabta diretta, u din ir-rabta ma nistgħux ninjorawha.", "Hija rabta realistika, hija rabta inkwetanti ħafna, u minn hawnhekk se nagħmel ukoll l-appelli tiegħi biex proprju ma nħallux l-affarijiet għaddejjin qisu xejn m'hu xejn, għaliex dan il-pajjiż ma jistax jibqa' sejjer hekk.", "Min verament iħobb lil din l-art ħelwa tagħna ma jistax jaċċetta li ġewwa pajjiżna jibqgħu jiġru dawn l-affarijiet b'mod daqshekk sfaċċat, u hawn nasal biex nagħmel żewġ punti essenzjali.", "Sur President, irridu l-ewwel ħaġa nifhmu li hemm rabta bejn il-kontijiet għoljin, esaġerati tad-dawl li qed joħorġu bħalissa u x-xiri taż-żejt, is-SOCAR u r-rabta li għadu kemm spjega tajjeb ħafna l-Onor.", "Hemm rabta ċara, hemm rabta intrinsika, u allura aħna qegħdin inħallsu għall-korruzzjoni b'ingann; jiġifieri, qed inwaħħlu fis-sistema, qed jgħidulna għaliex ikkumplikata, imma fil-fatt, kull wieħed u waħda minna qegħdin inħallsu għall-korruzzjoni.", "U meta nħallsu l-kontijiet ogħla, Sur President, irridu nifhmu li għal dan l-ingann hemm min qed igawdi.", "Huma ftit – forsi ma nafux 100% kulħadd min hu u x'qiegħed jieħu – però qed igawdu, għaliex, bħalma qal l-Onor.", "Simon Busuttil, USD 150,000 fix-xahar huma flus.", "USD 150,000 fix-xahar minn xi mkien iridu jiġu, u dawn iridu jiġu minn xi mkien li mhuwiex ġust, minn xi mkien fejn l-affarijiet isiru minn taħt, bil-moħbi.", "Hawnhekk se nagħmel appell lill-istituzzjonijiet ġewwa pajjiżna li dan l-aħħar ma semmejnihomx, imma f'dan il-każ inħoss li għandi nsemmihom.", "Pereżempju, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur qiegħda tiċċekkja dawn il-kontijiet, Sur President?", "Qiegħda tiċċekkja għalfejn in-nies qegħdin iħallsu aktar flus?", "Nappella minn hawnhekk lill-ħabib tiegħi, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, biex hu wkoll iħeġġeġ lill-awtorità tiegħu biex tieħu l-inizjattiva.", "Taqa' taħtu din ir-responsabilità, u m'għandix dubju li bħala persuna li jħobb l-affarijiet sew, hekk għandu jagħmel.", "Imma, f'dan ir-rigward, bqajna ma smajna assolutament xejn.", "Mhux talli hekk, talli llum qgħadt infittex ftit fuq il-website tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, u ma sibt l-ebda riferenza għal dawn il-kontijiet.", "Mela kullimkien mifqugħ fuq dawn il-kontijiet, imma Allajbierek l-awtorità li suppost qiegħda hemm tiċċekkja jekk fil-fatt hemmx ksur, jekk fil-fatt id-drittijiet tal-konsumatur – u dan huwa xogħol li nagħmel jien politikament – humiex qegħdin jinkisru, ma tagħmel assolutament xejn.", "Minn hawnhekk nappella wkoll lill-Ombudsman.", "Jiena naf li kien hemm diversi opportunitajiet, sija l-Ombudsman preżenti u anke dak ta' qablu, kif ukoll il-kummissarji li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Ombudsman kemm-il darba ħadu inizjattivi biex ifittxu xi jkun qed jiġri fuq ċerti affarijiet, u allura nappella wkoll lill-Ombudsman biex jiċċekkja ftit x'qiegħed jiġri.", "Ma jistax ikun li biex xi wħud jieħdu USD 150000 fix-xahar iridu jbatu l-anzjani, iridu jbatu l-familji, iridu jbatu dawk ta' dħul baxx, għaliex dawn l-iktar li qed ibatu.", "B'dak li qed jiġri fil-kontijiet tad-dawl huma dawn l-iktar nies li fil-fatt mhumiex igawdu minn dak li suppost qed igawdu minnu.", "Ara kemm verament huwa ingann sfaċċat!", "Il-USD 150,000 fix-xahar li qed jisirqu xi wħud qed jeħduhom minn ħalq l-iktar nies vulnerabbli ta' pajjiżna.", "X'għarukaża!", "X'mistħija!", "U naħseb li dak li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa essenzjali.", "Biex nibda nikkonkludi, nixtieq norbot mal-appell li sar f'dawn l-aħħar ġranet mill-Partit Nazzjonalista fejn qed jgħid lin-nies biex imorru bil-kontijiet tagħhom ħalli jivverifikawhom, għaliex trid tara biex temmen.", "Jien illum rajt uħud mill-kontijiet li daħlu fid-Dar Ċentrali.", "Kif jista' jkun koppja anzjana, li jgħixu weħidhom, qed iħallsu kontijiet bla sens?", "Illum stess, ftit tal-ħin ilu ġie xi ħadd u qalli li l-kont tela' bil-mijiet.", "Il-biċċa hi li għal dawk in-nies, dawk il-mijiet ifissru ħafna, imma għal min qed jaqla' USD150,000 fix-xahar, dawk m'huma xejn!", "Mhumiex iħossuhom għaliex, biex tieħu USD150,000, trid tkun qed tiddistribwixxi ftit ftit ma' ħafna nies … Imma dan huwa ingann, dan huwa serq inaċċettabbli!", "Biex nikkonkludi, Sur President, nappella minn hawnhekk lil kull wieħed u waħda minn dawk kollha li qed isegwu dan id-dibattitu llejla biex jiġu għand il-Partit Nazzjonalista ħalli aħna nkunu nistgħu niġbru kemm jista' jkun informazzjoni, għaliex din il-kwestjoni ma tistax tieqaf mal-kont.", "Il-kont irid iħallsu min qiegħed jinganna.", "Il-kont irid iħallsu min qiegħed jisraq.", "Huwa totalment inaċċettabbli li ġewwa pajjiżna dawn l-affarijiet inħalluhom għaddejjin.", "Nerġa' nappella wkoll b'mod partikolari lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex immedjatament, tiċċekkja x'qiegħed jiġri f'dan ir-rigward L-appell tiegħi jmur ukoll lill-Ombudsman biex ikun jista' jinvestiga hu wkoll.", "Iktar ma jkun hemm għajnejn fuq dak li qed jiġri f'pajjiżna, iktar ma nibqgħux ftit nies ninbħu fuq dan li qiegħed jiġri f'pajjiżna, u ssir ġustizzja mhux mal-ftit imma mal-ħafna.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 22 ta' Mejju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru Ian Borg.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum ma ntefqux flus f'reklamar fuq ir-radju filwaqt li f'perjodu ta' disa' xhur qabel u wara l-Elezzjoni Generali tal-2008, intefqu €6,112.71.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella li tidher fl-aħħar ta' dan id-dokument.", "(Ara t-tabella fl-aħħar ta' dan id-dokument)", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – RADIO ADVERTISING – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;", "Sena Nefqa fuq radio advertising", "L-ammont totali minn Marzu 2013 sa April 2018 huwa €46,363.07.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – PROMOTIONAL MATERIAL – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ.) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – PROMOTIONAL MATERIAL – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi, inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Finanzi, flimkien mal-entitajiet, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu, huwa ta' 12.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju, u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu, inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru huwa ta' 11.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju, u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali huwa ta' 11.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju, u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa ta' 18.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju, u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inkluż id-dipartimenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet, huwa ta' 13.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju, u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "CARMELO ABELA: In-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ huwa ta' tnejn (2).", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju, u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – SPEJJEŻ FUQ SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4969, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid għal kull safra", "min kienu l-persuni li siefru;", "(c) x'kien l-iskop ta' kull safra?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "NISA F'POŻIZZJONI TA' TEHID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5047, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "HELENA DALLI: Ninforma 'il-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – IMPJEGATI DETAILED", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5063 u 4858 u jgħid kemm hemm u min huma l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa' taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions?", "Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x'inhuma t-termini ta' żmien?", "X'inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMA, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI – SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5244 u 4871, u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum, x'kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar?", "Jista' jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x'kien l-għan ta' din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara, u x'kien ir-rwol tal-persuni li attendew?", "JOSEPH MUSCAT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5243 u 4870, u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum, x'kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar?", "Jista' jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x'kien l-għan ta' din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x'kien ir-rwol tal-persuni li attendew?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għall-perjodu Marzu 2013 - Jannar 2017 tirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2115, 17753, 26715, 26832, 26833 u 29670.", "Għall-perjodu minn Frar 2017, it-tagħrif tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ŻJARA FL-AWSTRALJA – RENDIKONT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t'April li għaddew?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li f'dan l-istadju għad fadal kontijiet relatati ma' din iż-żjara li ma humiex magħluqa, u għalhekk għadu mhux possibbli li tingħata l-ispiża komplessiva.", "It-tagħrif sħiħ jingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta' Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ espressjoni ta' interess għalih eżatt wara li tela' fil-Gvern f'Marzu 2013, u dan peress li issa għaddew ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwaru?", "Tista' tgħid jekk dan il-proġett hux ser isir u jekk l-espressjoni ta' interess li kienet inħarġet għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?", "Interpellant li l-Ministeru qed isegwi l-proċess li permezz tiegħu jridu jiġu solvuti kwistjonijiet bejn il-proponent u terzi.", "GĦAJNSIELEM – TRIQ IŻ-ŻEWWIEQA – ASFALTAR TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk Triq iż-Żewwieqa f'Għajnsielem/Qala Għawdex, u ċjoè t-triq li twassal minn Għajnsielem sal-Qala, hux ser tiġi asfaltata kollha kemm hi, jew inkella parti żgħira biss minnha?", "Jekk ser tiġi asfaltata parti biss minnha, x'inhi r-raġuni li mhijiex ser tiġi asfaltata kollha, u meta hi ppjanata li tingħata kollha kemm hi bit-tarmac?", "Interpellant li, bħala parti minn proġett ta' Għawdex lill-Kunsill Lokali, il-Ministeru għal Għawdex ta s-somma ta' €79,930.31 lill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem sabiex jagħmel xogħlijiet f'din it-triq.", "Is-servizzi ġew mgħoddija, it-triq inqalgħet u ngħataw livelli aġġornati, u din il-ġimgħa mistenni li x-xogħol jiġi konkluż.", "Dan ix-xogħol qed jiġi superviżjonat mill-Ministeru, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill.", "RABAT GĦAWDEX – TRIQ L-EWROPA – PARKING BAYS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta huma ppjanati li jsiru l-marki taż-żebgħa (parking bays) ġewwa Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, eżattament quddiem l-area tal-Gozo Sports Complex u l-kumplament tat-triq biex il-karozzi jkunu jistgħu jiġu pparkjati kif suppost, u dan peress li dawn ir-road markings ma għadhomx jidhru?", "Interpellant li din il-ġimgħa l-oħra saru refreshments tas-sinjali li kien hemm il-permess għalihom maħruġ mit-Transport Malta.", "Ninforma wkoll li r-Road Markings Section tal-Ministeru għal Għawdex qed twettaq programm ta' road markings madwar Għawdex kollu.", "GĦAWDEX – PROĠETTI TA' TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5240 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha, u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ta' toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa Għawdex, u f'liema sena mill-fond ta' Operational Programme I European Structures and Investments Funds 2014-2020?", "HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5609.", "BIRŻEBBUĠA – TNEĦĦIJA TAT-TANKIJIET TAL-FUEL", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk itteħdux passi jew inbdewx proġetti biex ikompli x-xogħol relatat mat-tneħħija tat-tankijiet tal-fjuwil 31 ta' Marzu 1979 f'Birżebbuġa?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif kien imħabbar qabel, sabiex is-sit ta' Birżebbuġia tingħalaq darba għal dejjem, iridu jiġu fi tmiemhom tliet proġetti maġġuri li bħalissa qegħdin fil-fażi ta' kostruzzjoni.", "Dawn il-proġetti kapitali se jiswew lill-kumpanija Enemed mas-sebgħin miljun ewro, u huma:", "Il-proġett ta' rinovar u upgrade tat-tankijiet ta' taħt l-art, liema proġett beda fil-bidu ta' Jannar ta' din is-sena, u li huwa stmat li jkun lest sa Diċembru tal-2019;", "Il-proġett ta' filling station ġdida u uffiċini ġodda f'Ħas Saptan, fejn dan il-proġett beda ukoll f'Jannar ta' din is-sena, u huwa stmat li jkun lest ukoll sa Diċembru tal- 2019;", "Il-proġett ta' bdil ta' tankijiet kollha tal-ħażna ġol-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "L-ewwel fażi tal-proġett hija lesta u f'Ġunju għandha tibda t-tieni fażi, li mistennija tkun lesta wkoll sa Diċembru tal-2019.", "QAJJENZA – FAĊILITÀ FEJN KIENU JIMTLEW IĊ-ĊILINDRI TAL-GAS", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x'passi se jkunu qed jittieħdu rigward il-faċilità fejn kienu jimtlew iċ-ċilindri tal-gass fil-Qajjenza, u jekk hemmx pjani ta' żvilupp għal dan is-sit?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-Enemalta għaddejja b'diskussjonijiet interni dwar l-iżvilupp ta' dan is-sit.", "CABLE MILL-POWER STATION LEJN ĦAL FAR", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra f'liema stadju wasal il-proġett biex jiġi mgħoddi cable mill-power station lejn Ħal Far, u li jgħaddi minn Birżebbuġa?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-proġett relatat mar-rinfurzar tal-infrastruttura tal-Enemalta, li kien jinvolvi xogħlijiet ta' tqegħid ta' cables mill-power station ta' Delimara sa Ħal Far, wasal fil-fażi finali tiegħu.", "Huwa ppjanat li fil-ġimgħat li ġejjin il-cables kollha jkunu ġew mgħoddija u allura l-proġett ikun jista' jibda jiġi konkluż.", "BIRŻEBBUĠA – XOGĦLIJIET FUQ MAINS TAL-ILMA U DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk ix-xogħlijiet f'mains tal-ilma u d-drenaġġ f'Birżebbuġa nbdewx, u kif se jkun qed jitwettaq dan ix-xogħol?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq Birżebbuġa, minn fejn l-Għassa sa Misraħ il-Knisja u Triq Santa Katarina huma lesti.", "Ix-xogħlijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, kemm tal-ilma, kif ukoll tad-drenaġġ, se jissuktaw fit-toroq l-oħra wara li jitlesta x-xogħol tal-Enemalta li qiegħed joqrob lejn it-tmiem.", "Dawn it-toroq jinkludu Triq San Patrizju sa Misraħ is-Summit, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Triq Żaren Dalli u Triq Għar Dalam sa kantuniera ma' Triq Salvatore Cachia Zammit.", "Għalkemm il-programm tax-xogħol diġa' ġie mfassal mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dan għad irid jiġi maqbul mal-Kunsill Lokali u awtoritajiet ikkonċernati minħabba li jkun qorob biex jibda l-istaġun tal-għawm.", "BIRŻEBBUĠA – TRAFFIC MANAGEMENT", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'miżuri ta' traffic management qed jittieħdu u x'se jkunu qed jittieħdu fid-dawl tax-xogħlijiet li għaddejjin fil-preżent f'Birżebbuġa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Enemalta bħalissa qiegħda ssaħħaħ il-provvista tal-elettriku mill-power station għal Birżebbuġa / Ħal Far, u għal dan il-għan qegħdin jgħaddu infrastruttura taħt l-art.", "Transport Malta qiegħda tgħin biex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet li jaffettwaw mill-inqas lil min għandu bżonn jagħmel użu minn dawn it-toroq.", "Għaldaqstant, esiġejt li tingħalaq biss karreġġjata waħda waqt li għaddejjin dawn ix-xogħlijiet, filwaqt li jitħalla wkoll jgħaddi t-trasport pubbliku.", "Dan peress li t-trinek li jinfetħu jridu jkunu ta' madwar 350 metru sabiex dawn il-cables jitpoġġew fl-intier tagħhom.", "Kulħadd jifhem li għalkemm jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet, jibqa' l-inkonvenjent ta' min titwallu t-triq bid-devjazzjonijiet li jkunu meħtiega.", "Transport Malta ħadet ħsieb ukoll li tara li l-kuntrattur jimxi mad-dati ta' skadenzi, u għaldaqstant dan ix-xogħol huwa mistenni li jiġi ffinalizzat fil-ġimgħat li ġejjin.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi r-rapport tal-għażla tal-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme?", "Tista' tgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Għażla?", "Tista' tagħti l-lista tas-sitta u tletin (36) sottomissjoni li kien hemm, u tindika minn dawn is-sottomissjonijiet kollha liema ma ġewx magħżula?", "Interpellant li l-iskema ġiet maħduma bħal dik tas-sena l-oħra li ngħatat tifħir mill-Kummissjarju għas-Settur tal-Volontarjat għall- mod kif ġiet awarded.", "Ir-riżultat u l-informazzjoni li qed tintalab qiegħda fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – KONTIJIET PENDENTI GĦAL XOGĦLIJIET FIT-TOROQ F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru tagħha, jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtha, hemmx kontijiet pendenti għal xogħlijiet ta' toroq li saru f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jekk iva, tista' tagħti dettalji ta' liema toroq huma dawn il-kontijiet pendenti, kemm hu l-ammont u għaliex il-kont għadu ma tħallasx?", "Interpellant li peress li l-files in kwestjoni huma materja ta' investigazzjoni mill-Pulizija ma jistgħux jingħataw iktar dettalji f'dan l-istadju.", "MUTUAL HELP FUND TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-Mutual Help Fund tal-Pulizija u għad-deċiżjoni li dan jiġi xolt, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni dwar din id-deċiżjoni?", "Kemm inġabru flus matul is-snin?", "Kemm tħallsu flus lura lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija mis-somma miġbura matul is-snin?", "X'miżuri ttieħdu biex min ta l-kontribut tiegħu lil dan il-fond jingħata kumpens xieraq?", "X'inhu l-mudell finanzjarju li ntuża?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SPTAR MATER DEI – PARKEĠĠ – TARIFFA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi t-tariffa biex tipparkja fil-parkeġġ?", "Jista' jgħid kemm idaħħal il-Gvern talli jikri dan il-parkeġġ lill-privat?", "Hemm ħsieb li t-tariffa tkun orħos jew li l-parkeġġ jiġi fl-operat tal-Gvern biex it-tariffa torħos?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tariffi biex tipparkja fil-parkeġġ pubbliku tal-isptar Mater Dei bħalissa huma kif ġejjin hawn taħt:", "(massimu ġurnata)", "Mill-22.00 sas-06.00 - €0.80c gћall-perjodu kollu", "Ir-rati ta' hawn fuq huma dawk skont il-kuntratt li daħal fis-seħħ f'Jannar 2008.", "Skont il-kuntratt rivedut f'Jannar 2008, il-Gvern intrabat li mhux talli ma jdaħħal xejn, imma li eventwalment iħallas lill-kuntrattur għal servizzi u manutenzjoni ta' apparat relatat.", "Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed fil-proċess li jinnegozja kuntratt ġdid għat-tmexxija tal-parking areas pubbliċi tal-Isptar Mater Dei.", "Fil-fatt, dan il-kuntratt issa huwa aġġudikat.", "Il-kuntratt il-ġdid se jkun qed jiżgura li l-kuntrattur se jkun responsabbli mill-management kollu tal-parkeġġ, inkluż manutenzjoni tal-apparat relatat, kif ukoll jiżgura li l-Gvern ma joħroġx flus, anzi jdaħħal flus permezz ta' dan l-arranġament.", "Fl-istess waqt, il-kuntratt il-ġdid se jiggarantixxi rati orћos ta' parkeġġ għal pubbliku.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-vetturi kollha (kemm privati kif ukoll le) li hawn fit-toroq f'Malta?", "Kemm hu n-numru ta' vetturi (privati u mhux) għal kull 1000 persuna?", "Kemm għandna vetturi (kemm privati kif ukoll le) għal kull kilometru ta' triq li għandna f'Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella sussegwenti :-", "DAQS TAL-BANKINI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li d-daqs minimu ta' bankina huwa ta' 1.2 m, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dan qed jittieħed bħala daqs standard meta fil-fatt mhux?", "IAN BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għad-dokument \"Access for all – Design Guidelines\" tal-Kummisjoni għasd-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li s-servizz ta' kura tal-Crisis Intervention Team għal persuni li jbatu b'diżordni mentali qed jiġi offrut mis-7.00 a.m. sal-5.30 p.m., jista' l-Ministru jgħid meta hu l-ħsieb li dan is-servizz jiġi estiż 24/7?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ladarba jkun komplut ir-reklutaġġ ta' professjonisti ġodda, il-ħinijiet ta' dan is-servizz se jkunu estiżi.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' cycle lanes hawn bħalissa f'Malta?", "Jista' jgħid kemm-il kilometru iktar ser jitwettqu bil-proġett ta' immodernizzar ta' toroq?", "X'inhu l-ħsieb biex ikun hemm konnessjoni ta' dawn is-cycle lanes, u biex ma jkollniex biċċiet ta' cycle lanes li jispiċċaw f'dead end?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – KAŻ TA' ANZJANA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din l-anzjana toqgħod fir-raba' sular u s-saħħa tagħha qiegħda tmur lura, u li għaxar snin ilu applikat għal akkomodazzjoni soċjali imma s'issa għadha mingħajr risposta?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar diġà infurmat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "DIPARTIMENT GĦAL STANDARDS FIL-ĦARSIEN SOĊJALI – RWOLI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal x'inhuma r-rwoli tad-Dipartiment għall- iStandards fil-Ħarsien Soċjali?", "Kemm hemm assessuri impjegati mad-Dipartiment sabiex jaraw li min qed jipprovdi s-servizzi jimxi mal-istandards nazzjonali elenkati fis-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-iStandards fil-Ħarsien Soċjali huwa regolatur ta' servizzi tal-ħarsien.", "Għaldaqstant, id-Dipartiment għandu dawn ir-rwoli:", "- Isiru spezzjonijiet kemm fid-Djar Residenzjali u aġenziji", "- Issir riċerka dwar il-kwalità tas-servizz;", "- Issir riċerka u tinġabar informazzjoni;", "- Isiru żjarat ta' orjentazzjoni;", "- Titwettaq analiżi u rapporti ta' informazzjoni li tkun inġabret;", "- Issir riċerka qabel ma l-għodda ta' ċċekkjar jiġu żviluppati;", "- Jiġu żviluppati l-għodod sabiex, waqt l-ispezzjoni, l-Assessuri jiċċekkjaw li s-servizzi ta' ħarsien jimxu mal-iStandards Nazzjonali;", "- Issir ġbir ta' statistika", "Barra minn hekk, f'dawn l-aħħar erba' snin:", "- Inħolqu working groups u focus groups biex jiġu stabbiliti l-iStandards Nazzjonali;", "- Saret ħidma intensiva sabiex l-iStandards Nazzjonali jkunu uffiċjali u stabbiliti;", "- Ingħatat l-assistenza fit-tfassil tal-liġijiet.", "Fid-Dipartiment Standards għall-Ħarsien Soċjali hemm jaħdmu ħames Assessuri fil-qasam tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità.", "DJAR/HOSTELS GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ – INVESTIGAZZJONIJIET MINN ASSESSURI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mill-assessuri fi Djar/Hostels għall-Persuni b'Diżabilità f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Fejn saru dawn l-investigazzjonijiet u jekk instabux jew le xi nuqqasijiet fis-servizzi mogħtija minn dawn id-Djar?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.", "DJAR RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ – PERSUNA LEGALMENT RESPONSABBLI GĦAS-SERVIZZI MOGĦTIJA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità kollha għandhomx persuna legalment responsabbli għas-servizzi mogħtija skont l-istandards approvati mill-Gvern?", "Jista' l-Ministru jindika wkoll min huma dawn il-persuni legalment responsabbli għal kull Dar Residenzjali li għandna mwaqqfa f'pajjiżna?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont informazzjoni li d-Dipartiment tal-iStandards għal Ħarsien Soċjali ġabar, jidher li fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità hemm persuna legalment responsabbli.", "Minħabba li l-informazzjoni li nġabret fuq dawn il-persuni kienet għall-użu biss tad-Dipartiment, dan l-istess dipartiment mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti l-isem ta' dawn il-persuni għall-fini tal-protezzjoni tad-data.", "Fir-rigward tad-djar residenzjali li l-operat tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Aġenzija Sapport, jitmexxew minn Leaders li jirrispondu lejn il-Manager inkarigat mir-residenzi kollha taħt id-Direttur tas-Servizzi.", "Finalment, r-responsabbiltà legali tas-servizzi mogħtija mill-Aġenzija Sapport taqa' f'idejn il-Kap Eżekuttiv.", "SAĦĦA MENTALI – SERVIZZI FIL-KOMUNITÀ U RESIDENZJALI – NEFQA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5484, jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa kapitali għas-sena 2017?", "Kemm qed tiġi tiswa sodda fl-Isptar Monte Carmeli llum?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5484.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANI MĦARRĠA KONTRA VJOLENZA/ABBUŻI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn kemm ġew organizzati sessjonijiet minn entitajiet, fosthom l-Aġenzija Appoġġ, il-Korp tal-Pulizija u professjonisti oħra, sabiex l-anzjani u persuni b'diżabilità jitgħallmu aktar dwar kif jagħrfu l-abbuż li jitwettaq fuqhom u x'għandhom jagħmlu f'każijiet bħal dawn?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Sezzjoni Anzjanità Attiva fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità fl-2014 organizzat seminar dwar l-abbuż fuq l-anzjani fl-okkażjoni tal-ġurnata ddedikata għall-għarfien dwar l-abbuż fuq l-anzjani.", "Tqassmu ukoll fuljetti lill-pubbliku dwar dan ġewwa l-Belt Valletta.", "Kienu saru wkoll żewġ radio slots iddedikati fuq is-suġġett.", "Fiċ-ċentri ta' matul il-jum saret skeda ta' taħditiet fiċ-ċentri kollha dwar sigurtà fl-użu tal-internet.", "Dawn it-taħditiet saru mis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija.", "Ipparteċipaw 'il fuq minn 300 anzjan/a f'dawn it-taħditiet li ġew organizzati.", "Fl-2015 saru wkoll sensiela ta' taħditiet fiċ-ċentri ta' matul il-jum għall-anzjani kollha dwar il-prevenzjoni mill-kriminalità, li għalihom attendew 'il fuq minn 400 anzjan/a. Dawn saru b'kollaborazzjoni mal-Pulizija.", "Fil-qasam tad-diżabilità, fl-2016 il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (CRPD) organizzat sessjonijiet ta' taħriġ għal persuni neqsin mid-dawl dwar kif għandhom jużaw l-ATMs b'mod sigur biex jiġi evitat serq.", "Fl-2017 is-CRPD ipproduċiet filmat biex tqajjem iżjed għarfien dwar nisa b'diżabilità u vjolenza domestika.", "Matul l-2018 is-CRPD se tkun qiegħda torganizza sessjonijiet ta' taħriġ dwar nisa b'diżabilità u vjolenza domestika.", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għad-diskors tal-Ministru għal Għawdex fil-Parlament ta' Malta nhar it-Tnejn 14 ta' Mejju 2018 dwar il-Gozo Channel, fejn qalet li hija taqbel li jinbena r-raba' vapur u tenniet li għandha pjan fit-tul anki fir-rigward tat-tliet vapuri li għandha l-Gozo Channel, għaldaqstant tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan fit-tul?", "Interpellant li hekk kif jgħaddi l-proċess tal-PSO u l-Gozo Channel tirbaħ dan it-tender, ikunu jistgħu jingħataw id-dettalji kollha.", "Kull dettall li jiġi mogħti f'dan l-istadju ikun qed jagħti żvantaġġ lill-Gozo Channel u vantaġġ lill-bidders potenzjali għat-tender tal-PSO.", "Il-Gozo Channel għadha trid titfa' l-offerta tagħha.", "KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR – RAPPORT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2682, jista' l-Ministru jgħid jekk finalment ġiex ipprovdut ir-rapport mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kien obbligat jipprovdi l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar mill-Bord ta' Governanza Lokali f'deċiżjoni datata l-14 ta' Settembru 2017, bir-referenza 001/2017, fejn f'punt numru 7 tad-deċiżjoni, qed jingħad hekk: \"7.", "Rigward l-allegazzjoni ta' twaħħil ta' diversi sinjali tat-traffiku llegali b'detriment għas-sewwieqa, hawn il-Bord ma jistax ma jikkundannax lill-Kunsill Lokali li, għalkemm jaf li l-liġi qed tkun miksura, qed iħalli dan l-abbuż jibqa' jseħħ.", "Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rettifikata, il-Bord qed jitlob sabiex il-Kunsill Lokali, fi żmien xahar minn din id-deċiżjoni, jagħmel audit tas-sinjali tat-traffiku li hemm f'San Pawl il-Baħar, u li dawk is-sinjali li saru bla permess tal-awtorità kompetenti, u allura b'mod illegali, jitneħħew minnufih.", "Il-Bord qiegħed jordna li jingħata kopja ta' dan l-audit, kif ukoll rapport tal-passi li ttieħdu, sal-31 ta' Ottubru 2017.\"?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat mill-Bord ta' Governanza Lokali li kien hemm komunikazzjoni, imma sa issa r-rapport għadu ma wasalx.", "Nirreferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 2600, fejn tlabt lill-Awditur Ġenerali jinvestiga r-rapport imħejji mill-Bord tal-Governanza Lokali, liema investigazzjoni għadha mhix konkluża.", "KUNSILL LOKALI TAL-BELT VALLETTA – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mill-1 ta' Jannar tas-sena 2013 sal-31 ta' Diċembru tas-sena 2017?", "Jista' jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas?", "Jista' jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164, jekk applikabbli?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILL LOKALI BELT VALLETTA – ALLOKAZZJONI FINANZJARJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mis-sena 2007 sas-sena 2017?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra.", "KUNSILLI LOKALI LI GAWDEW MINN SKEMI MAĦRUĠA MID-DIPARTIMENT GĦALL-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' liema kunsilli lokali gawdew minn skemi maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jew il-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali li permezz tagħhom gawdew minn fondi addizzjonali li ma humiex parti mill-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsilli, bejn l-10 ta' Marzu 2008 u t-8 ta' Marzu 2013?", "Jista' jagħti dan ir-rendikont għal kull Kunsill Lokali għal kull sena?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ta' min jinnota t-tnaqqis drastiku fl-imsemmija fondi mill-bidu sa tmiem dik l-istess leġiżlatura, u ċjoè, il-leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013.", "KUNSILLI LOKALI LI QED IĦALLSU GĦAT-TOROQ MAGĦMULA PERMEZZ TAL-ISKEMA PUBLIC PRIVATE PARTNERSHIP", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' Kunsilli Lokali li għadhom qed iħallsu toroq magħmula permezz tal-iskema ta' Public Private Partnership?", "Jista' jgħid kemm hu l-ammont dovut minn kull Kunsill Lokali, jekk applikabbli?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din il-persuna ma ngħatatx post alternattiv minkejja ż-żmien li għandha, u ser ikollha terġa' toħroġ mill-post li għandha u probabbilment se tispiċċa mingħajr post fejn toqgħod?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar diġà infurmat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "AKKOMODAZZJONI DIĊENTI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn baqgħet ma ħadet ebda risposta wara li ilha snin li applikat għal post diċenti mill-Housing minħabba li qed tgħix ġo tliet kmamar, u issa ilha żmien twil ma toħroġ peress li kellha stroke u ma tistax tinżel taraġ?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jgħix ġo kamra waħda u ilu żmien li applika għal post alternattiv?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "ĦSARAT F'APPARAT ĠO BINJA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara meta se jissewwew il-ħsarat li ġarrbu l-muturi fil-komun tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara li f'din il-blokka qabad in-nar nhar id-19 t'April 2018?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuni kkonċernati b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimhom.", "PROĠETT TAL-BAJJA TAL-GĦADIRA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għall-artiklu li deher fin-newsportal ta' The Times of Malta nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju dwar il-proġett marbut mal-Bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-operaturi tal-kjosks eżistenti, u jekk le, hemmx il-ħsieb li dawn ikunu kkonsultati?", "Jista' jgħid ukoll kif dan il-proġett se jaffeTtwa lill-kjosks?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5619.", "SAN ĠILJAN – VILLA PRIULI – APPLIKAZZJONI ĠDIDA", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni ġdida rigward Villa Priuli fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan (refused PA permit PA/03208/16)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultax li hemm xi applikazzjoni ġdida pendenti rigward Villa Priuli fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan.", "SAN ĠILJAN – VILLA PRIULI – DEĊIŻJONI TA' RIFJUT TA' PERMESS", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ċirkustanzi li fihom il-Planning Authority tkun tista' treġġa' lura d-deċiżjoni ta' rifjut tagħha għal Villa Priuli fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont Artiklu 80 ta' Att Numru VII tal-2016, l-Awtorità tal-Ippjanar tista' tirrevoka biss permessi f'ċirkustanzi speċifici, iżda mhux deċizjoni ta' rifjut ta' permess.", "Wieħed irid jinforma però li xejn ma jżomm lill-persuna interessata milli terġa' tapplika għal żvilupp li kien qabel irrifjutat.", "Sintendi, każi simili jinħtiegu applikazzjoni ġdida u jiġu pproċessati mill-ġdid.", "SAN ĠILJAN –VILLA PRIULI – ŻIEDA TA' IKTAR SULARI", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi aċċettata applikazzjoni ġdida biex titlob li Villa Priuli fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan, ikollha iktar sulari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull persuna tista' tissottometti applikazzjoni għal żvilupp, u din ma tiġix validata biss jekk ma jkollhiex l-informazzjoni kollha skont l-Avviż Legali 162 ta' 2016, u ma jsirux il-ħlasijiet neċessarji.", "Dan bl-ebda mod ma jfisser li kull applikazzjoni validata se jinħareġ permess għal żvilupp fuqha.", "Biex l-Awtorità tasal għal deċizjoni u taċċetta żieda ta' aktar sulari fuq din il-binja, ikun meħtieġ li applikazzjoni tali tkun evalwata abbażi tal-policies viġenti u skont il-Liġi.", "Għalhekk, ikun prematur li tingħata risposta fis-sens ta' \"iva\" jew \"le\" għal mistoqsija jekk jingħatax permess għal żieda ta' aktar sulari fuq Villa Priuli.", "Wieħed irid japprezza li s-sit in kwistjoni huwa skedat bi Grad 2 ta' protezzjoni.", "SAN ĠILJAN – VILLA PRIULI – APPLIKAZZJONI ĠDIDA GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk applikazzjoni ġdida tkun titlob change of use biss, x'inhi dik it-tip ta' attività ekonomika li hija permessa bil-liġi u għar-regolamenti tal-Planning Authority għal Villa Priuli fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-użu tal-art f'żoni urbani huwa primarjament regolat mill-Pjanijiet Lokali.", "F'dan il-każ partikulari, iż-żona hija meqjusa bħala waħda residenzjali fejn l-użi aċċettabli huma dawk li ma jkunux ta' detriment għar-residenti fil-viċinanza.", "Il-lista ta' użi aċċettabbli hija indikata f'NHHO- 01 tan-North Harbours Local Plan (July 2006), li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BORMLA – DAR TAL-ANZJANI – LIFT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika meta se jissewwa l-lift f'Bormla Home, minħabba li ilu wieqaf tul dawn l-aħħar sitt ġimgħat għad-detriment tar-residenti?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isegwi s-sitwazzjoni mill-qrib, u huwa infurmat li l-lift se jissewwa fil-ġranet li ġejjin, hekk kif mistennija jaslu l-parts meħtieġa.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpelant li d-Dar tal-Anzjani ta' Bormla hija mgħammra b'żewġ lifts, u fil-preżent ir-residenti xorta għandhom aċċess għal lift, hekk kif qed jagħmlu użu mil-lift l-ieħor.", "DAR TAL-ANZJANI – KAŻ TA' ANZJANA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5475, jista' l-Ministru jintervjeni biex anzjana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab f'Dar tal-Anzjani, issirilha gwardarobba żgħira għaliex il-qraba qed jispiċċaw ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ għax m'għandhomx fejn ipoġġuhom, inkluż ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa?", "Billi din l-anzjana qed tispiċċa bil-ħwejjeġ fuq is-siġġu, possibbli li tinstab soluzzjoni aktar dinjituża billi ssirilha gwardarobba żgħira li, kif jien infurmat, diġà saru għal xi anzjani oħrajn?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – CARERS IPPROVDUTI MINN KUNTRATTUR", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jintervjeni mal-kuntrattur li jipprovdi l-carers fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li l-carers, fosthom nisa li jaħdmu fuq bażi part-time mal-kuntrattur, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jixtiequ jaħdmu numru ta' ġranet fil-ġimgħa, u minflok qed jingħataw ġurnata waħda biss, filwaqt li minflokhom qed jiddaħħlu carers barranin?", "Filwaqt li nifhem l-importanza tal-ħaddiema barranin f'ċerti oqsma tal-ekonomija tagħna, ma jaħsibx li l-preċedenza għandha tingħata lill-carers Maltin, li ħafna minnhom huma nisa li jkunu miżżewġa bil-familja u jkunu jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time?", "Ma jaħsibx il-Ministru li hija ironija li ngħidu li rridu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, imbagħad f'istituzzjoni tal-Gvern stess, il-kuntrattur qed jagħti preferenza lill-ħaddiema barranin fuq dawk Maltin li jkunu infurmaw il-kuntrattur ikkonċernat kemm jixtiequ jaħdmu, imma qed jaħdmu ferm u ferm anqas għax minflokhom qed jiġu mgħajta carers barranin għax-xogħol?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "TESTIJIET TAD-DEMM GĦALAL-VITAMINA D", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru testijiet tad-demm għall-vitamina D fl-2017?", "Jista' jgħid kemm minnhom irriżultaw baxxi, jiġifieri inqas mil-lowest reference range?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru totali ta' testijiet għal vitamina D matul is-sena 2017 huwa ta' 19,452.", "Minn dawn, kien hemm 11,186 li kienu taħt il-livell ta' 30ng/ml.", "Dawn jammontaw għal 57% tat-total.", "Dawn il-57% jistgħu jerġgħu jinqasmu segwentement:", "37% livell mhux suffiċjenti ta' Vitamina D (20-30 ng/ml)", "20% livell ta' defiċjenza ta' Vitamina D (<20ng/ml)", "Dawn il-figuri jaqblu tajjeb ma' studji li saru f'pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment f'pajjiżi fin-nofsinhar tal-Ewropa fejn instabu livelli baxxi ta' vitamina D.", "** Tabella marbuta ma' mistoqsija parlamentari 2357"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180521_114d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tlieta, 22 ta' Mejju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 114, li saret fil-21 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Fis-Seduta 114 tal-bieraħ, 21 ta' Mejju 2018, immedjatament wara l-ħin tal-Mistoqsijiet parlamentari, l-Onor.", "Simon Busuttil ġibed l-attenzjoni tas-Sedja u qal hekk:", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet, bħal-lum ġimgħa, inti tajt ruling fuq talba tiegħi, fejn ġustament tlabt lil One News jikkoreġu rapport dwar diskors li għamilt jien fuq l-Embryo Protection Bill.", "Illum nixtieq nippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu li deher illum stess, miktub mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, fejn reġa' mmiżrappreżenta dak li għedt jien, eżatt kif għamel One News.", "Dan ifisser li mhux biss irrapporta b'mod falz dak li għedt jien, imma agħar minn hekk, sfida ruling ċar li tajt int. Għaldaqstant, nixtieq inġib dan a konjizzjoni tiegħek u nitolbok tieħu l-passi meħtieġa.", "Nirringrazzjak.\"", "Is-Sedja wieġbet hekk:", "\"L-ISPEAKER: Grazzi.", "Tajjeb tkun taf li dak ir-ruling ġie riprodott f'One News onlajn b'mod immedjat.", "Fuq dak li qed tgħidli issa rrid nindaga.\"", "Is-Sedja rat l-artiklu li kien qed jagħmel referenza għalih l-Onor.", "F'dan l-artiklu l-Onor.", "Chris Fearne jagħti analisi u opinjoni kritika dwar dak li ntqal fil-Parlament dwar l-emendi għal-liġi dwar l-IVF.", "Il-parti saljenti li jidher li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor.", "Simon Busuttil hija l-parti li taqra hekk:", "Is-Sedja rat ukoll dak li ġie deċiż fir-ruling li tat fis-Seduta 111 tal-14 ta' Mejju 2018, dwar punt li kien imqajjem mill-istess Onor. Simon Busuttil dwar rapportaġġ ta' proċeduri parlamentari minn One News.", "F'dak ir-ruling is-Sedja kienet għamlet referenza għal artiklu li kien deher fuq One News, li kien jaqra hekk, u se naqrah verbatim:", "\"ARA: Il-PN: La n-natura tgħid le tippretendix għajnuna\"", "Il-Partit Nazzjonalista issa qed jgħid li wieħed m'għandux jippretendi drittijiet li n-natura tkun qaltlu le.", "Dan b'rabta mad-dibattitu dwar l-IVF fejn lill-koppji infertili l-Eks Kap tal-PN u deputat Simon Busuttil qalilhom biex ma jipppretendux xi dritt mill-membri parlamentari ladarba n-natura qaltilhom li ma jistax ikollhom ulied.", "Busuttil qal dan fi tmiem diskors fejn attakka l-emendi fil-ligi tal-IVF u filwaqt li kemm-il darba qal li ħadem għad-drittijiet ċivili, anke jekk saħansitra astjena dwarhom fil-Parlament, kull darba segwa billi ta raġuni għaliex ma jridx li jkun estiż is-servizz tal-IVF.\"", "Is-Sedja f'dan ir-ruling kienet qalet hekk:", "\"Wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni dawn l-estratti, kif ukoll l-ilment tal-Onor.", "Busuttil, tikkonkludi li għalkemm One News, fil-fatt, sussegwentement xandar clip li rriproduċiet dak li qal l-Onor Busuttil, is-Sedja qiegħda tifhem li meta l-Onor.", "Busuttil qal dan id-diskors:", "\"… ma nistgħux aħna nagħmlu affarijiet li huma akbar minna, bħalma nagħtu xi dritt li jkollok tarbija meta la n-natura u lanqas Alla ma jagħtuhielek\"", "huwa kien qed jirreferi għall-argument dwar is-surrogazzjoni u allura ma kienx qed jgħid li fil-prinċipju huwa kontra l-IVF.", "Għalkemm mid-diskors tiegħu joħroġ ċar li filwaqt li l-Onor.", "Busuttil huwa favur l-IVF skont il-liġi tal-2012 li bħalissa qiegħda in vigore, għamel ċar ukoll li huwa kontra l-emendi tal-IVF kif qed jiġu ppreżentati fl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.\"", "Is-Sedja, wara li qrat l-artiklu kollu inkwistjoni, tagħmel referenza mill-ewwel għal dan li ġej:", "Aktar 'l isfel dan l-artiklu jkompli jgħid:", "Jidher ċar li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, filwaqt li kien qiegħed jirreferi għal dak li effettivament qal l-Onor.", "\"… ma nistgħux aħna nagħmlu affarijiet li huma akbar minna bħalma nagħtu xi dritt li jkollok tarbija, meta la n-natura u lanqas Alla ma jagħtuhielek,\"", "u dan kif effettivament għamlet is-Sedja fir-ruling li tat fl-14 ta' Mejju 2018, fejn qalet hekk:", "\"Għalhekk is-Sedja qiegħda tirrakkomanda li One News jagħmel referenza għad-diskors tal-Onor.", "Busuttil fejn jgħid li filwaqt li l-Onor.", "Busuttil huwa favur l-IVF skont il-Liġi tal-2012, però huwa kontra l-emendi dwar surrogazzjoni u l-IVF permezz tal-iffriżar tal-embrijuni kif proposti fl-Abbozz ta' Liġi li l-Kamra għandha quddiemha.\"", "Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien qed jagħmel referenza għal dak li kien qiegħed jgħid l-Onor.", "Simon Busuttil, b'mod partikolari għall-emendi tal-Liġi tal-IVF.", "Tant hu hekk illi jagħmel referenza għal dak li qed isir u li qed jiġi żviluppat fix-xjenza kontemporanja u kif dan l-iżvilupp qed jiġi rifless fl-emendi li qed jiġu proposti permezz tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.", "Fil-konsiderazzjoni tagħha s-Sedja rat ukoll dak li kien qal l-Eks Speaker Louis Galea fir-ruling tiegħu tat-18 ta' Mejju tal- 2009, fejn kien qal li:", "\"Fil-ħarsien tal-qadi sħiħ tad-dmirijiet tal-Membri, bis-saħħa tal-privileġġ li tagħtihom il-liġi, trid tinżamm dejjem ċara d-distinzjoni oġġettiva bejn in-nuqqas ta' qima dovuta, l-insult, il-malafama, ir-rappurtaġġ falz u mgħawweġ minn naħa, u min-naħa l-oħra l-kummenti u l-analisi kritika tal-opinjoni pubblika f'kull mezz ta' komunikazzjoni tal-aġir, stqarrijiet, deċiżjonijiet u pożizzjonijiet politiċi li jaddottaw il-Membri ta' din il-Kamra.", "Hu dmir tas-Sedja li tipproteġi lill-Membri kontra tal-ewwel meta dan tassew iseħħ, u lill-pubbliku u l-midja fir-rigward tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni.\"", "Chris Fearne ma kienx qiegħed jikkwota mid-diskors tal-Onor.", "Simon Busuttil, is-Sedja tikkonsidra dak li ntqal mill-Onor.", "Fearne fl-artiklu bħala kumment politiku u għaldaqstant ma tħossx li għandha tieħu pożizzjoni aktar minn hekk f'dan ir-rigward.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XVII tal-2018 - Att tal-2018 dwar l-Użu ta' Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport maħruġ mill-Awditur Ġenerali intitolat \"An Investigation of the Mater Dei Hospital Project\" datat Mejju 2018; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL: PROMOTIONAL MATERIAL - NEFQA", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots, etc.) minn Marzu, 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabelli li qed qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, li minnhom joħroġ ċar li n-nefqiet huma fuq is-servizzi li joffru entitajiet differenti, fosthom Jobsplus, il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex ikun magħruf x'servizzi joffru biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fl-aħħar jiem kelli l-pjaċir inżur iċ-Ċentru Edukattiv Alternattiv f'Raħal Ġdid, dik l-iskola li qabel kienet Ġużè D'Amato, u stajt ninnota li dan huwa konċett pjuttost ġdid f'pajjiżna, fejn hemm studenti li, minn dak li fhimt jien, imorru jqattgħu l-ħames sena f'dik l-iskola u, jekk jistgħu jipproċedu anke għal tagħlim ieħor f'dik l-iskola.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħti aktar informazzjoni lil din il-Kamra dwar x'inhu r-rwol ta' din l-iskola?", "Jien nemmen li din hija waħda mill-aktar affarijiet pożittivi li għamel il-Ministru.", "Għalhekk nixtieq nistaqsih jekk għandux il-ħsieb li jkun hemm skejjel oħrajn simili fin-naħa ta' fuq ta' Malta jew fiċ-ċentru ta' Malta għaliex iltqajt ma' student li kuljum iqum fil-5.30 a.m. għax ikun irid jinżel mill-Mellieħa lejn din l-iskola ta' Raħal Ġdid.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Iċ-Ċentru Edukattiv Alternattiv ta' Raħal Ġdid ftaħnieh madwar erba' snin ilu u ridna nolqtu lil dawk l-istudenti li jkunu waslu fil-Form 5 li l-uniku mod li għandhom biex itemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom hu li joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC, iċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja.", "Kull sena jkollna madwar 500 student li mhux biss ma jġibux iċ-ċertifikat imma lanqas biss joqogħdu għal dawn l-eżamijiet.", "Li kien qed jinkwetana kien li dawn mhumiex interessati li joqogħdu għall-eżamijiet u allura ma jġibux ruħhom sew bil-konsegwenza li ma jħallux lil min jistudja biex joqgħod għal dawn l-eżamijiet.", "Allura xtaqna li minn kull skola noħorġu dawn l-istudenti ta' bejn l-14 u l-15-il sena u neħduhom f'dan iċ-ċentru li għammarna f'Raħal Ġdid.", "Din kienet skola li kienet waslet biex tagħlaq imma ftaħnieha mill-ġdid b'workshops u b'faċilitajiet ġodda, bi programmi li jvarjaw minn catering għall-produzzjoni tal-midja, tiswija tal-karozzi, hairdressing, inġinerija bażika, xogħol tal-injam u xogħol artistiku u kreattiv.", "Kull sena konna nistiednu studenti biex imorru hemmhekk u konna qegħdin nolqtu madwar 150 jew 160 student fis-sena.", "Nieħu gost ngħid li f'dan iċ-ċentru kien hemm studenti li kienu ilhom ma jmorru l-iskola erba' snin għax kienu jħossu li l-iskola mhijiex tajba għalihom.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen li din mhijiex kwestjoni li t-tfal mhumiex tajbin għall-iskola imma l-iskola mhijiex tajba għat-tfal u allura rridu nagħġnu u nbiddlu l-iskejjel tagħna b'mod li jkun relevanti għat-tfal ħalli t-tfal jieħdu gost jiżviluppaw il-ħiliet u l-valuri tagħhom.", "F'dan iċ-Ċentru Edukattiv Alternattiv kellna bidu diffiċli għaliex dan kien konċett ġdid u jien mill-ewwel qgħadt attent li ma jintużax bħala xi bring-in-site fejn lil dawk it-tfal li tkun trid tarmi tgħidilhom biex imorru f'dan iċ-ċentru.", "L-ikbar sfida li kellna kienet biex insibu min jgħallem snajja' differenti f'dan iċ-ċentru minħabba li, sfortunatament, għal ħafna snin ġie traskurat l-iżvilupp tas-snajja' f'pajjiżna u n-nies tas-snajja'.", "Però sibna lil min jgħallem u sena wara sena kważi 1,000 adolexxent għaddew minn din l-esperjenza; hemm minnhom li daħlu fid-dinja tax-xogħol, hemm minnhom li komplew jistudjaw fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi jew fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija u hemm oħrajn li anke għamlu l-eżamijiet tas-SEC.", "Din l-esperjenza tgħallimna ħafna minnha u minn hawn irrid nirringrazzja lil dawk li jmexxu dan iċ-ċentru u lil dawk li jaħdmu fih għax għandhom dedikazzjoni kbira.", "Nagħmlu kemm nagħmlu titjib fil-korsijiet tat-taħriġ fl-edukazzjoni tal-għalliema, nagħmluhom kemm nagħmluhom iżjed professjonali u nitolbu kemm nitolbu li jrid ikollhom il-Masters, nemmen li l-aktar ingredjent importanti tal-għalliema hu li jkunu jħobbu lill-istudenti li jaħdmu magħhom biex jagħtuhom tama ġdida.", "Nieħu gost ngħid li dan iċ-ċentru jservi biex jagħti tama ġdida lill-istudenti tagħna u dan huwa mertu ta' dawk li jaħdmu hemmhekk.", "Hawnhekk qed naħseb ukoll fil-linja tal-kliem sabiħ li qal il-Papa Franġisku dan l-aħħar, li l-aqwa edukazzjoni teduka l-imħuħ, il-qlub u l-idejn, u aħna f'dan iċ-ċentru qed jirnexxielna nagħmlu dan ix-xogħol.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirringrazzja lill-Ministru għall-ispjegazzjoni tiegħu għax verament ħadt pjaċir nisimgħu.", "Imbagħad ovvjament hemm studenti oħrajn li, kif qal tajjeb il-Ministru, kienu se jispiċċaw barra mis-sistema edukattiva tagħna u probabbilment anke barra mid-dinja tax-xogħol għaliex ikunu spiċċaw l-iskola sekondarja tagħhom mingħajr ħiliet.", "Però mbagħad għandek studenti li jgħidu li huma jibbrillaw f'dawk li jissejħu STEM, jiġifieri Science, Tehnology, Engineering u Maths u lilna l-persuni responsabbli mill-edukazzjoni f'pajjiżna jistaqsuna x'qegħdin nagħmlu għalihom biex naraw li iktar studenti jkunu ppreparati f'dawn is-suġġetti għaliex ovvjament għandna bżonnhom fid-dinja tax-xogħol tagħna.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, mhux l-ewwel darba li nisimgħu l-kritika – anke lili ġieli jgħiduli – li nagħtu importanza kbira lil dawk li ma rridux inħalluhom jaqgħu lura imma mbagħad ma tantx qed nagħmlu għal dawk l-hekk imsejħa high flyers.", "Jien nemmen li ż-żewġ affarijiet imorru flimkien.", "L-ewwel nett, xogħol il-qasam tal-edukazzjoni hu li jiżviluppa kemm jista' jkun il-ħiliet u t-talent tal-istudenti kollha.", "Naħseb li filwaqt li rridu ngħidu li ma rridu nħallu lil ħadd jaqa' lura, irridu ngħidu wkoll li ma rridu nżommu lil ħadd lura.", "Min hu kapaċi jiġri għandna nħalluh jiġri; min hu kapaċi jimxi bil-pass tiegħu għandna nħalluh jimxi bil-pass tiegħu; min irid jimxi f'direzzjoni għandna ngħinuh jimxi f'dik id-direzzjoni.", "Aħna għandna programmi għaddejjin l-ewwel nett biex inħeġġu aktar studenti fl-età ta' 11 jew 12-il sena u naħseb li dik hija waħda min-nuqqasijiet li għad għandna fis-sistema tagħna; li lit-tfal tagħna nġegħluhom jagħżlu kmieni.", "Ta' 12-il sena ngħidulhom biex jagħżlu x'se jagħmlu u naħseb li hemmhekk huwa importanti li fis-snin li ġejjin inkomplu naħdmu biex it-tfal tagħna jieħdu formazzjoni tajba għall-inqas sa 16-il sena, ħalli mbagħad jagħżlu ta' 16-il sena u mhux ta' 12-il sena.", "Imma dik hija xi ħaġa li rridu nkomplu naħdmu fuqha fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li anke l-Amministrazzjoni ta' qabilna kienet ħadet passi biex tfal li għandhom talent partikolari ngħinuhom jiżviluppaw.", "Dan kien bil-ftuħ tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, li aħna appoġġjajna u li mbagħad l-ewwel xogħol li għamilna kien li ftaħna skola speċjali anke b'bini ġdid għaliha f'Pembroke.", "Fil-fatt qabel din kienet biċċa minn skola oħra.", "Nieħu gost ngħid li jien nattendi attivitajiet differenti li jiċċelebraw it-talenti tat-tfal fix-Xjenza, fit-Teknoloġija, fl-Inġinerija u fil-Matematika, u fost dawk li jkun hemm sejrin tajjeb ħafna, ikun hemm studenti tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, għaliex ċertament din hija xi ħaġa li tgħinhom.", "Fuq l-istess linja ftaħna l-iskola tal-Visual & Performing Arts fil-Ħamrun, fejn hemmhekk it-tfal li jkollhom talent partikolari artistiku u kreattiv minn età żgħira qed ikollhom iċ-ċans li filwaqt li jagħmlu l-programm akkademiku tagħhom, jagħmlu wkoll il-programm li jiżviluppa l-ħiliet artistiċi tagħhom.", "Naħseb li dmirna hu li nilħqu kemm jista' jkun tfal, jekk jista' jkun lit-tfal kollha, u nħeġġuhom, ngħinuhom u nappoġġjawhom, biex fejn jeċċellaw ikomplu jeċċellaw.", "Illum meta nitkellmu fuq ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika ħafna drabi jintuża l-kliem STEM education.", "U dan bir-raġun għaliex max-Xjenza, mat-Teknoloġija, mal-Inġinerija u mal-Matematika huwa importanti li jkun hemm l-arti għaliex qed jinstab li anke f'dawn l-oqsma trid il-kreattività u l-formazzjoni artistika.", "Dan minbarra l-fatt li ngħallmu x'ngħallmu, l-aktar ħaġa importanti hi li jkun hemm ukoll il-valuri u l-etika biex il-formazzjoni li nagħtu lill-istudenti tagħna ma tkunx biss biex jiżviluppaw u jirnexxu f'xi qasam partikolari imma li jkunu wkoll ifformati kompletament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "FREDERICK AZZOPARDI: La qegħdin nitkellmu dwar l-iskejjel, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proġett tal-iskola primarja fir-Rabat, Għawdex?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Jien sodisfatt li hemmhekk ix-xogħol miexi u li fl-aħħar se nagħtu skola diċenti lit-tfal tar-Rabat, Għawdex.", "Il-kollega tiegħi jaf sewwa li dik l-iskola għandha madwar 150 sena, mhijiex diċenti għat-tfal u min imur fiha jinduna kif inhi ppakkjata u kif is-servizzi li hemm mhumiex dehen ta' skola fis-seklu 21.", "Fi skola huwa importanti ħafna l-bini u l-ispazju imma huwa importanti wkoll l-ispirtu li toħloq fiha.", "L-iskola li għandna fil-Vajrinġa hija magħrufa bħala The Happy School għaliex isiru ħafna attivitajiet biex it-tfal iħossuhom tajjeb, jieħdu gost u jkunu ferħanin imma issa ssottomettejna l-pjanti u l-proġett miexi biex għall-ewwel darba fil-gżejjer tagħna se jkollna campus li fih ikun hemm minn childcare sa Sixth Form.", "Hemmhekk hemm spazju biżżejjed biex issir skola primarja tajba u bil-faċilitajiet meħtieġa skont il-ħteġijiet tal-lum.", "Naf li ntqalu xi stejjer u għalhekk jien stess iċċekkjajt jekk f'xi ġurnata partikolari meta mort Għawdex inbdiltx f'xi Frankenstein jew Dracula u bdejt noqtol xi għalliema u kapijiet tal-iskejjel Għawdxin u xrobtx demmhom jew le!", "Però dakinhar iċċekkjajt li ma kienx qamar kwinta u mort matul il-ġurnata u allura ma nbdiltx bħal ta' Dr Jekyll and Mr Hyde!", "Jien kont sod f'dik il-laqgħa u għedtilhom li l-iskola primarja tar-Rabat trid issir bla ma tnaqqas mill-iskola medja fuq il-post.", "Li se nagħmlu hu li se nsaħħu u nagħmlu xogħol ta' tisbiħ qawwi tal-iskola medja għaliex għalina ma jagħmilx sens li ssaħħaħ l-iskola primarja u ddgħajjef l-iskola medja.", "Irridu li jkun hemm childcare centre tajjeb fil-post, ikun hemm skola primarja tajba, skola medja tajba u skola sekondarja biex imbagħad l-istudenti jagħżlu li jew jibqgħu fl-istess campus u jmorru Sixth Form jew inkella jinżlu Għajnsielem u jkomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, peress li fl-2014 kien hemm it-tnedija tar-revision classes, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kamra x'sar minn dak iż-żmien u x'feedback kellu bħala andament ta' dawn il-korsijiet, fiex waslu, jekk hemmx xi riżultati konkreti li rajna minn din l-inizjattiva u x'kienu dawn ir-riżultati?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Kif qed jgħid l-Onor.", "Zammit Lewis, fis-sajf tas-sena 2014 konna nedejna programm qawwi f'Malta u f'Għawdex biex dawk l-istudenti li ma jkunux għaddew mis-suġġetti bażiċi tagħhom fl-eżamijiet tas-SEC, nagħtuhom iċ-ċans jagħmlu programm intensiv ta' ħames ġimgħat fil-Malti, fl-Ingliż, fil-Fiżika u fil-Matematika biex jerġgħu jagħmluhom f'Settembru.", "Ma' dawn issa żidna anke s-suġġett tal-Bijoloġija.", "Dawk li għamlu l-programm intensiv ta' ħames ġimgħat li sar permezz ta' fondi u allura l-istudenti ma kellhomx iħallsu għal-lezzjonijiet, għaddew aktar minn dawk li m'għamlux dan il-programm intensiv u issa, peress li se nkunu qegħdin fir-raba' sena ta' din l-esperjenza, tgħallimna anke mil-lat pedagoġiku ta' x'inhuma l-aħjar metodi ta' taħriġ u ta' tagħlim biex inkunu aktar effettivi ma' dawn l-adoloxxenti.", "Is-servizz se jkompli jingħata din is-sena u nħeġġu lill-istudenti biex japplikaw għalihom għax ikunu qegħdin isaħħu lilhom infushom ħalli f'każ li ma jgħaddux mis-sessjoni ta' Mejju/Ġunju jkollhom ċans jgħaddu f'Settembru.", "Ir-riżultati li hemm huma pożittivi u rridu nkomplu nibnu fuqhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: F'din id-diskussjoni ħafna drabi semmejna u għamilna mistoqsijiet supplimentari lill-Ministru dwar l-edukazzjoni, bil-ħsieb li jkollna aktar żgħażagħ li jersqu lejn id-dinja tax-xogħol u jkollhom ħiliet.", "Però llum għandna problema għaliex filwaqt li qed jinħolqu numru ta' impjiegi ġodda f'pajjiżna, pajjiżna mbagħad mhux qed jintroduċi daqshekk impjegati li jersqu lejn id-dinja tax-xogħol.", "Fid-dawl li fl-aħħar snin il-Ministru ħadem ħafna, pereżempju, biex daħħalna aktar nisa u aktar persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol, fejn anke għafas fuq il-liġi li kienet ilha hemmhekk biex 2% tal-workforce tkun magħmula minn persuni b'diżabilità, fejn jara li nistgħu nimxu aktar bħala pajjiż, anke meta niġu għal active labour market policies ġodda biex naraw li possibbilment ikollna iktar persuni Maltin, li forsi llum mhumiex employable u forsi ma jaħsbux li jistgħu jersqu lejn id-dinja tax-xogħol, li jersqu lejn id-dinja tax-xogħol qabel ikollna nimportaw il-ħaddiema barranin?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo", "EVARIST BARTOLO: Minħabba li għandna tkabbir ekonomiku qawwi ħafna li ġej minn xogħol li jagħmel il-Gvern biex jiġbed l-investiment lejn pajjiżna u joħloq l-impjiegi, ħadna passi biex aktar nies joħorġu jaħdmu.", "Kellna l-miżuri li ma titlifx il-benefiċċji soċjali meta toħroġ taħdem, kellna l-miżuri taċ-childcare centres li għen lin-nisa biex joħorġu jaħdmu u kellna l-miżuri biex persuni li qabel ma kenux qegħdin joħorġu jaħdmu, fosthom persuni b'diżabilità, li ħeġġiġniehom biex joħorġu jaħdmu, Minkejja dan l-akbar problema li għandna issa hija skarsezza ta' ħaddiema.", "Kull sena qisu qegħdin jinħolqu bejn 7,000 u 8,000 impjieg ġdid full-time.", "Fis-swieq tax-xogħol Maltin u Għawdxin jidħlu madwar 4,000 fis-sena u allura għandna shortfall ta' 3,000 jew 4,000 fis-sena.", "Allura dawn iridu jiġu minn barra l-pajjiż.", "Sadanittant irridu naraw x'nagħmlu biex insaħħu n-nies tagħna, il-Maltin u l-Għawdxin, biex niżviluppaw il-ħiliet li hemm bżonn għall-impjiegi li qegħdin jinħolqu u naraw jekk għadx baqgħalna xi setturi fis-soċjetà tagħna li nistgħu ninkoraġġuhom biex joħorġu fid-dinja tax-xogħol.", "Hemm żgur affarijiet li se nkomplu nagħmlu biex inkomplu ngħollu r-rata tan-nisa li joħorġu fid-dinja tax-xogħol.", "Pereżempju qed jiġi propost li l-anzjani jibqgħu iżjed attivi fid-dinja tax-xogħol u minn studju interessanti li għamlet il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija irriżulta li din tipproponi ħaġa bħal din.", "Imbagħad xi ħaġa oħra li rridu nkomplu nagħtu kasha – għax din mhux dejjem tinqabad fir-radar pubbliku u kważi għandna ħabta li xi ħaġa li ma tissemmiex fuq il-midja qisha ma teżistix – tirrigwarda lin-NEETS, dawk iż-żgħażagħ li jien insejħilhom l-inviżibbli fis-soċjetà tagħna imma qegħdin hemm.", "Dawn huma żgħażagħ li la huma fl-edukazzjoni u lanqas huma fl-impjieg imma dwarhom dawn qegħdin inkomplu naħdmu, anke permezz ta' programm ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ u bħall-progamm Get Into, li qegħdin nagħmlu mal-Prince's Trust International, biex niġbdu aktar żgħażagħ biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Għaldaqstant l-active labour market policies, jiġifieri miżuri biex inħeġġu u nistimulaw aktar nies biex joħorġu fid-dinja tax-xogħol, issa jridu jkunu ta' natura differenti milli kienu tliet snin jew erba' snin ilu għaliex bil-full employment ma tantx baqgħalna minn fejn nistgħu noħorġu nies jaħdmu.", "L-ikbar sfida li għandna hi x-xogħol kontinwu li hemm bżonn biex inkomplu nġeddu l-ħiliet tagħna għaliex f'ekonomija, f'teknoloġija, f'dinja li tinbidel b'mod mgħaġġel it-taħriġ u l-edukazzjoni jridu jagħtu s-sehem tagħhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet ta' dixxiplina u l-eżitu tagħhom, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bejn Marzu 2013 u April 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5741", "(Ara dokument Nru 1807 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 124 tat-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018); u", "Tabelli li juru n-numru ta' studenti fl-iskejjel primarji tal-Istat u dawk tal-Knisja f'Għawdex, f'Ottubru 2017 u f'Mejju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5742.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 158 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bejgħ ta' Elettriku ġġenerat minn Unitajiet ta' Koġenerazzjoni;", "Avviż Legali Nru 159 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta' Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx) (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 160 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta' Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx) (Emenda Nru 4);", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2363;", "f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 161 tal 2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Prattika Tajba tal-Manifattura ta' Prodotti Mediċinali, u Sustanzi Attivi għall-Użu mill-Bniedem;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-numru ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) minn entitajiet governattivi għall-qlugħ u żbir ta' siġar bejn Jannar 2017 u April 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5709; u", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal Kamra:", "Avviż Legali Nru 164 tal 2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tas-subartikolu (7) tal-artikolu 36 tal-Att tal-2018 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Att Nru I tal-2018).", "MR SPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2364.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 162 tal 2018 – Regolamenti tal-2018 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Reġistrazzjoni bħala Persuna Taxxabbli Waħda);", "Avviż Legali Nru 163 tal 2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw is-Sitt Skeda li tinsab mal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2365.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "IAN Borg (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Filmat li għamel referenza għalih il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali waqt id-diskors tiegħu fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta (Abbozz Nru 39) fis-seduta tat-Tnejn, 21 ta' Mejju 2018 dwar diskors li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel fil-mass meeting tal-Indipendenza fl-20 ta' Settembru 2017.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma I tat-2 u tal-14 ta' Mejju, 2018 ġew ikkonsidrati l-14-il proposta leġiżlattiva indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u rriżulta li:", "(i) il-proposti COM(2018)147 u COM(2018)148 dwar tassazzjoni fil-qasam tas-servizzi diġitali kienu jmorru kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà u għalhekk saret rakkomandazzjoni li tintbagħat opinjoni motivata fuqhom; u", "(ii) il-proposti l-oħra kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità:", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll 28 dokument maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea (pipeline acquis) li tagħhom sar skrutinju u ġew mgħoddija mill-Grupp ta' Ħidma I fl-istess laqgħat:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Kultura u Gvern Lokali nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjoni Ġenerali\" Kap 354 ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "BBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Mejju 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, il-Malti jgħid li mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti.", "Dan huwa Gvern li jipprova jagħti l-impressjoni li huwa xi paladin tal-konsultazzjoni.", "Però meta wieħed jiżen dak li fil-fatt isir, malajr jirrealizza illi d-definizzjoni tal-kelma \"konsultazzjoni\" dan il-Gvern dawwarha f'dik ta' \"informazzjoni\".", "Dawn huma żewġ kelmiet distinti, b'definizzjonijiet differenti.", "Qed ngħid dan għaliex waqt diversi laqgħat ta' konsultazzjoni li kelli ma' ħafna rappreżentanti ta'diversi kunsilli lokali f'dawn l-aħħar jiem, ħareġ ċar illi l-Gvern bl-ebda mod ma spjega u fiehem lill-Kunsilli Lokali kif fil-fatt se tiffunzjona din l-Aġenzija fil-konfront tal-kunsilli lokali.", "Irrid nagħmilha ċara mill-bidu li għalkemm jien naqbel li tiġi fformata entità li b'xi mod tista' tgħin lill-kunsilli lokali jagħmlu manutenzjoni tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, ma nistgħux bl-iskuża li l-Gvern se jintervjeni biex isir dan ix-xogħol, jelimina għalkollox l-involviment tal-kunsilli lokali fit-teħid tad-deċiżjonijiet liema toroq isiru fil-lokalità tagħhom u b'liema prijorità.", "Għalkemm il-Gvern qed jipprova jagħti l-impressjoni li b'din l-Aġenzija se jsolvi l-problema tal-kondizzjoni ħażina li t-toroq f'pajjiżna spiċċaw fihom, speċjalment f'dawn l-aħħar ħames snin, wieħed irid jirrimarka li l-bini mill-ġdid ta' toroq f'pajjiżna minn dejjem kien, u sal-lum għadu jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali u mhux tal-kunsilli lokali.", "Għalhekk meta wieħed jara l-istqarrijiet u l-istqarrijiet għall-istampa tal-Ministru dwar din l-Aġenzija jinkwieta, u jinkwieta bil-kbir.", "U se ngħid għaliex.", "Il-Ministru qed jgħid illi l-ewwel prijorità tal-Gvern hija li jibda jagħmel toroq li għadhom qatt ma saru, u jekk se jinbdew, żgur li mhux se jitlestew fl-ewwel sena ta' din l-Aġenzija iżda jistgħu jieħdu sentejn jew tlieta.", "Li mhux jgħid il-Ministru hu li dawn minn dejjem kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u għalhekk mhu se jagħmel l-ebda pjaċir lill-kunsilli lokali jew lir-residenti ta' dawn it-toroq bħalma qed jipprova jagħti l-impressjoni għax kulma se jkun qed jagħmel hu xogħlu, u ċjoè, dak li kien obbligat li jagħmel f'dawn l-aħħar ħames snin però spiċċa ma għamel xejn jew għamel ftit li xejn.", "Però l-Ministru qed jipprova jagħti l-impressjoni lill-kunsilli lokali li l-Gvern se jagħmel dawk it-toroq li jinsabu fi stat diżastruż u li l-kunsilli lokali qatt ma kienu f'pożizzjoni li jagħmlu x-xogħol fuqhom minħabba nuqqas ta' finanzi allokati għalihom.", "Kif stqarr il-Ministru stess f'diversi okkażjonijiet, il-€100 miljun li se jonfoq fis-sena għat-tiswija ta' toroq jinkludu wkoll toroq arterjali u distributorji imma li ma qalx il-Ministru huwa li l-maġġoranza assoluta minn dawn il-€100 miljun fis-sena huma parti mill-€1.3 biljun li l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi innegozja mal-Unjoni Ewropea u li kien għall-Prim Ministru preżenti l-Onor.", "Joseph Muscat aħna llum bqajna barra mill-Unjoni Ewropea u bqajna b'xiber imnieħer.", "Li mhux qed jgħid ukoll il-Ministru huwa li jekk tieħu diversi toroq arterjali u distributorji li se jsir intervent fihom, malajr tasal għall-konklużjoni li l-investiment li qed isemmi l-Ministru f'toroq residenzjali li se jinbidlilhom il-wiċċ se jkun jew minimu jew saħansitra ineżistenti, u ovvjament ir-residenti se jibqgħu jittewbu.", "Il-fatt li l-Ministru qed jipprova jqabbel ix-xogħol li se tagħmel l-Aġenzija max-xogħol li għadu għaddej fi Vjal ix-Xarolla u fit-Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi jinkwetani bil-kbir għax wara diversi diskorsi, aġġornamenti u interpellanzi li għamilt fil-Parlament, ix-xogħol f'dawn it-toroq għadu status quo.", "Għaddew 'il fuq minn ħames snin minn meta beda x-xogħol f'dawn it-toroq għax kienu nbdew fl-aħħar xhur ta' Gvern Nazzjonalista, imma x-xogħol kien u għadu nofs leħja, aħseb u ara kemm se jagħti t-tarmak lit-toroq kollha ta' Malta, kif qed jipprova jagħti l-impressjoni dan il-Gvern!", "Din l-attitudni se jkollha konsegwenzi koroh fuq it-toroq ta' diversi lokalitajiet u fuq ir-residenti tagħhom.", "Jekk il-Ministru mhux se jerfa' r-responsabbiltà u jfiehem b'mod ċar lill-kunsilli lokali l-pjan li fuqu beħsiebha taħdem din l-Aġenzija, jaf ikollna konsegwenzi koroh fuq l-istat tat-toroq tagħna.", "Qed ngħid dan għax jekk il-kunsilli lokali se jibqgħu jingħataw l-impressjoni li se jkun il-Gvern li se jibdlilhom il-wiċċ tat-toroq tagħhom, se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn dawn it-toroq ikomplu jiddiżintegraw b'tali mod li se jsiru aktar perikolużi.", "Il-Ministru mhux qed jgħid is-sewwa meta qed jipprova jagħti l-impressjoni li taħt Gvern Nazzjonalista ma sarux xogħlijiet ta' toroq, qisu x-xemx telgħet fuq Malta minn meta tela' fil-gvern il-partit tiegħu.", "Li ma jgħidx hu li l-ġid li qed igawdi l-pajjiż illum huwa frott ta' dak li żergħu diversi Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Jekk nesa, jien se nfakkru x'għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet ta' toroq.", "Pereżempju, għamilna minn Birżebbuġa saċ-Ċirkewwa u bqajna telgħin sa Għawdex b'investiment ta' mijiet ta' miljuni ta' Ewro; għamilna Triq Ħal Far li mill-Freeport tagħti għall-ajruport; Triq il-Kunsill tal-Ewropa f'Ħal-Luqa; Triq Galibaldi l-Marsa; Triq Diċembru 13 il-Marsa; Triq il-Belt Valletta ż-Żurrieq; it-triq Tal-Barrani; il-bypass ta' San Pawl il-Baħar; il-bypass tal-Imrieħel; il-mini ta' Santa Venera; il-mini ta' quddiem l-Univesità; Triq l-Imdina li minn Ħal Qormi tagħti għal Ħaż-Żebbuġ u twasslek ir-Rabat; Triq l-Imdina Ħ'Attard; Triq il-Buqana li mir-Rabat twasslek għall-Mosta; Triq Sir Temi Zammit li mill-Mosta twasslek għall-Imġarr; Triq is-Salina li min-Naxxar tieħdok għal San Pawl il-Baħar; Triq Murray li minn Tal-Balal tieħdok għan-niżla ta' Alla u Ommu; it-triq Tal-Balal li minn San Ġwann tieħdok in-Naxxar; il-bypass ta' Birkirkara; il-bypass tal-Mellieħa; Triq l-Imġarr li mix-xatt tagħti għal Għajnsielem, għax-Xewkija u tibqa' sejra sar-Rabat Għawdex; it-triq li mir-Rabat twasslek għax-Xlendi Għawdex; it-triq li mir-Rabat twasslek għal Ta' Pinu, Għawdex u t-triq li minn San Lawrenz twasslek għad-Dwejra.", "Jekk ikolli nibqa' nsemmi t-toroq li saru minn Gvernijiet Nazzjonalisti nispiċċa nieħu t-tul tad-diskors tiegħi.", "Ta' min jgħid li dawn mhumiex irqajja' kif għamel dan il-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin iżda toroq arterjali u distributorji li nbnew mill-pedamenti tagħhom u saru xogħlijiet kbar ta' inġinerija ċivili u xogħlijiet infrastrutturali bla preċedent.", "Dawn minbarra mijiet ta' toroq residenzjali oħrajn madwar Malta u Għawdex.", "Imbagħad xi ngħidu għal diversi xogħlijiet infrastrutturali oħrajn, bħal mini, cables tad-dawl, tiġdid ta' infrastruttura tal-ilma tax-xorb madwar il-pajjiż kollu, xogħlijiet ta' drenaġġ, culverts u mini tal-ilma u mitt elf biċċa xogħol oħra infrastrutturali.", "Dawn qed insemmihom ħalli min nesa nfakkaru ftit x'sar u ma sarx.", "Imbagħad xi ngħidu għad-diversi proposti li għandha l-Oppożizzjoni, kemm biex titnaqqas il-problema tat-traffiku f'pajjiżna kif ukoll proposti oħrajn għal trasport alternattiv għal dak tat-trasport pubbliku.", "Taf x'nawgura lil dan il-Gvern?", "Li f'dawn l-għaxar snin ta' Gvern Laburista, li diġà għaddew ħames snin minnhom, imqar jagħmel nofs ix-xogħol li sar mill-aħħar għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Niġi issa għal-liġi nnifisha.", "Huwa inutli li bid-diskors f'dan il-Parlament u barra mill-Parlament ngħidu mod, imbagħad il-liġi li se niddiskutu llejla tgħid totalment bil-kontra ta' dak li qed jintqal f'dan il-Parlament.", "Dan jinkwetani għax il-Ministru ma fehemx sewwa xi tgħid il-liġi, jew għax qed ibellgħulu r-ross bil-labra, jew inkella qed jipprova jgħaddina biż-żmien.", "Bażikament din il-liġi se tannulla għalkollox il-funzjoni tal-kunsilli lokali kif nafuhom illum.", "Huwa inutli li jiġi l-Ministru jgħid li qed jikkonsulta mal-kunsilli lokali u li l-Aġenzija se taħdem id f'id mal-kunsilli lokali għax din il-liġi li qed niddiskutu llum tgħid totalment bil-kontra ta' dak li qed jgħid il-Ministru.", "Jekk il-Ministru jrid li nemmnuh ejjew induru dawra mal-mejda u nagħmlu dawk l-emendi kollha neċessarji biex il-kunsilli lokali u r-residenti tagħhom ikunu nvoluti bis-serjetà jew inkella kkonsultati fid-deċiżjonijiet.", "Hekk jagħmel Gvern serju; dak li jwiegħed iniżżlu iswed fuq l-abjad.", "Dan huwa fatt inkwetanti għax f'dawn l-aħħar ħames snin, bi skuża jew oħra, il-Gvern naqqas mill-kunsilli lokali kważi r-responsabbiltajiet kollha li kellhom u rnexxielu jreġġa' l-arloġġ lura għaż-żmien tas-snin tmenin.", "Dan għamlu billi ċċentralizza l-poteri kważi kollha fi ħdan il-Gvern Ċentrali u għamel il-kunsilli lokali kważi kważi front desk office.", "X'se jsir minnha l-idea li l-Gvern jiddeċentralizza l-poteri tiegħu u jinvestihom fil-kunsilli lokali bħala l-aktar organu viċin in-nies, bħalma għamel il-Gvern Nazzjonalista?", "Din il-liġi se telimina għalkollox il-prinċipju tas-sussidjarjetà li daħħlu Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Filwaqt li qabel rappreżentanti tal-lokalità kienu jiddeċiedu fejn hemm bżonn isir xogħol ta' toroq fil-lokalità taghħhom – ġeneralment dan kien isir bil-kunsens tal-kunsilliera kollha, huma ta' liema kulur politiku huma - issa ġejjin f'sitwazzjoni fejn il-ministru jiddeċiedi waħdu fejn għandhom isiru x-xogħlijiet ta' toroq.", "B'hekk il-kunsilli lokali se jispiċċaw bla ebda vuċi f'dan ir-rigward.", "Nixtieq nagħmel referenza għal-liġi nnifisha u għal diversi klawsoli u se nipprova nkun oġġettiv kemm nista'.", "F'dawn l-aħħar 33 sena ħdimt taħt tmien Ministri responsabbli mix-xogħlijiet tat-toroq tul tmien leġiżlazzjonijiet, taħt diversi gvernijiet, u nistqarr li rajt lil Malta tinbidel.", "Niftakar li meta bdejt f'dan ix-xogħol it-toroq residenzjali ġodda kienu għadhom jiġu mwittija bil-grader u l-wiċċ kien jingħata biż-żrar u bil-qatran tal-kitla.", "Niftakar meta ġie introdott il-cold asphalt biex ikunu jistgħu jiġu patched id-diversi toroq li kellna.", "Kulma kien hawn kienu żewġ impjanti tat-tarmak f'Malta, wieħed fin-naħa t'isfel u l-ieħor fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Imbagħad l-impjanti tat-tarmak bdew jiżdiedu u minn tnejn żdiedu għal tmienja u daħlu standards u metodi ġodda ta' kif jinbnew it-toroq f'pajjiżna.", "Niftakar li 20 sena ilu ttieħdet id-deċiżjoni li jiġi mwaqqaf Coordination Unit biex meta tkun se ssir xi triq ġdida jinbidlu jew jiġġeddu s-servizzi ta' taħt wiċċ it-triq biex jekk tinqala' ħsara, pereżempju, f'mains tal-ilma jew f'xi servizzi oħrajn fid-drenaġġ, ma ssirx ħsara lill-wiċċ ġdid tat-tarmak li jkun sar.", "Niftakar li snin twal ilu taħt Gvern Nazzjonalista wkoll ittieħdet id-deċiżjoni li kull min ikun qed jagħmel xogħlijiet ġodda fit-toroq, kemm jekk triq tkun qed tinbena mill-ġdid kif ukoll jekk triq tkun qed tingħata wiċċ ġdid, isiru servizzi ġodda mill-istess kuntrattur li jkun qed jagħmel ix-xogħol.", "Niftakar ukoll li 25 sena ilu kull xogħol fit-toroq beda jkun regolarizzat b'permessi apposta u kienu introdotti traffic management schemes u spettorati biex jissorveljaw ix-xogħol li jkun qed isir fit-toroq.", "Mela bir-rispett lejn kulħadd, ma jiġix jgħidilna l-Ministru li din l-Aġenzija qisha se tivvinta r-rota f'Malta!", "Jien nifhem u naqbel li din l-Aġenzija se tkompli ttejjeb fuq ix-xogħol li kien sar imma mhux jipprova jbellagħha lilna u lin-nies li se jiġu vvintati ċerti proċeduri meta dawn ilhom jiġu mħaddma snin twal mill-Awtorità għat-Trasport kif ukoll mill-kunsilli lokali.", "Jiddispjaċini ngħid li dan it-tgħawwiġ tal-fatti jnaqqas il-kredibbiltà ta' dan il-Gvern.", "Fortunatament il-poplu tgħallem u llum kapaċi jaħseb b'moħħu u jiżen dak li jingħad u għalhekk nispera li l-Ministru jirrealizza bl-ambigwitajiet li fiha din il-liġi u li flimkien nistgħu nressqu emendi biex din l-Aġenzija li se tkun qed topera grazzi għat-taxxi taċ-ċittadini tkun qed tagħti servizz lin-nies fil-veru sens tal-kelma.", "Sur President, f'pajjiż normali jkun hemm żewġ entitajiet separati; ir-regolatur u l-operatur.", "Fil-każ ta' din il-liġi r-regolatur, li fl-aħħar mill-aħħar huwa wkoll il-klijent, huwa Transport Malta u l-operatur se tkun l-Aġenzija.", "Però, kif inhi proposta l-liġi, il-funzjoni tal-Aġenzija se tkun two-fold għaliex se tkun il-kuntrattur, biex timplimenta pjanijiet nazzjonali għall-kostruzzjoni ta' toroq u strateġiji għall-infrastruttura tat-toroq kif ukoll se tkun qed tokkupa, tippjana, tiddisinja, tikkostruwixxi, issewwi, twessa', tirrinova u tieħu ħsieb iż-żamma tat-toroq.", "Però l-liġi qed tgħid li se tieħu l-funzjoni wkoll ta' regolatur u allura se tagħti pariri lill-Gvern dwar it-tneħħija ta' policies relatati mal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u tagħmel rakkmandazzjonijiet lill-Gvern dwar azzjoni li fil-fehma tal-Aġenzija tkun effettiva għal dak li għandu x'jaqsam ma' kwestjonijiet li jaqgħu taħt il-funzjoni tagħha.", "Fi kliem ieħor, l-Aġenzija se tipprova tagħmilha ta' regolatur u kuntrattur f'daqqa u dan imur kontra kull sens ta' loġika.", "Mhux possibbli li entità, hi min hi, timpona fuqha stess sanzjonijiet jekk ma timxix ma' sett ta' regoli stabbiliti, bħal pereżempju, jekk ma tonorax time frames jew inkella jekk ix-xogħol ma jsirx skont ċerti standards.", "B'mod awtomatiku din is-sitwazzjoni se toħloq konflitt ta' interess.", "Fi kliem ieħor, ir-regolatur għandha tibqa' Transport Malta, jiġifieri t-tħejjija ta' policies relatati mal-infrastruttura tat-toroq f'Malta, li hija l-iskop tar-regolatur, għandha tibqa' ssir minn Transport Malta u mhux mill-Aġenzija.", "Jekk nagħmlu referenza għal paragrafu (e) ta' subklawsola (1) ta' klawsola 6 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nsibu li din tgħid hekk, u se nikkwota:", "\"twettaq, kemm bħala prinċipal, aġent jew kuntrattur, dawk l-attivitajiet kollha li l-Aġenzija jista' jidhrilha li huma meħtieġa, ta' vantaġġ jew konvenjenti li jitwettqu, għal, jew, b'rabta ta' twettiq adegwat jew mal-milja ta' kwalunkwe mill-funzjonijiet tal-Aġenzija taħt dan l-Att jew sabiex tagħmel użu ottimu mill-assi tal-Aġenzija;\"", "Ma jistax ikollna kuntrattur li jirregola lilu nnifsu.", "Jekk kunsill lokali jrid jagħmel triq irid jikkonsulta jew jottjeni l-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, mill-Awtorità għat-Trasport, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, mill-Enemalta, mill-ERA u minn diversi awtoritajiet u aġenziji oħrajn.", "Mill-banda l-oħra, din l-Aġenzija se tkun obbligata li tikkonsulta jew tottjeni l-permessi neċessarji, bħalma huma obbligati jagħmlu l-kunsilli lokali, jew inkella se tkun tista' tirregola lilha nnifisha bil-konsegwenza li se tkun l-ewwel kuntrattur li se jirregola lilu nnifsu?", "Din hija mistoqsija pertinenti li l-Ministru għandu jwiegeb.", "Imbagħad subklawsola (5) ta' klawsola 6 tgħid hekk:", "\"L-Aġenzija għandha, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, tikkonsulta ma' kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti u tistabbilixxi proċessi u proċeduri, kif ukoll prattiċi ta' ħidma sabiex tiżgura proċessi effiċjenti għal kwalunkwe xogħlijiet stradali li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija u għall-ħruġ ta' kwalunkwe permessi minn kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti fir-rigward ta' xogħlijiet stradali skont il-liġi applikabbli.\"", "Dan ifisser illi din l-Aġenzija mhux talli se tkun ir-regolatur u l-kuntrattur fl-istess ħin, talli se jkollha l-poter ukoll li hi stess tistabbilixxi proċeduri kif joħorġulha permessi minn awtoritajiet terzi ħalli tkun tista' tesegwixxi x-xogħol.", "Imbagħad hemm diversi klawsoli dwar it-twettiq tax-xogħlijiet.", "Imbagħad subklawsola (2) ta' klawsola 6 tgħid hekk:", "\"Għall-finijiet tat-twettiq adegwat jew tal-milja tal-funzjonijiet tal-Aġenzija taħt dan l-Att, l-Aġenzija tista' tagħti lil kwalunkwe terza persuna d-dritt li teżerċita, li tidħol għal, li twettaq, kemm totalment, kif ukoll parzajment, u kemm bħala operatur, konċessjonarju, maniġer, aġent, kuntrattur indipendenti jew xort'oħra, kwalunkwe funzjonijiet, attivitajiet, operati, doveri jew tranżazzjonijiet li l-Aġenzija hija awtorizzata u għandha s-setgħa jew hija obbligata li teżerċita, tidħol għal, jew twettaq, taħt jew skont dan l-Att:\"", "Nispera illi din l-Aġenzija ma twaqqfitx biex tkun tista' ddur mad-Dipartiment tal-Kuntratti u tkun trid tirrispondi lilha nnifisha biss.", "Nispera wkoll li din l-Aġenzija tkun qiegħda timxi ma' prattiki u proċeduri trasparenti, fejn l-għoti ta' direct orders ikun biss l-eċċezzjoni u mhux il-prattika u proċedura normali.", "Għandna istanzi fejn għalkemm din l-Aġenzija għadha mhijiex ifformata, digà qiegħda tiffunzjona u qed tagħti l-maġġor parti tax-xogħol tagħha, kemm dak ta' konsulenza kif ukoll ta' għoti ta' tarmak li jammonta għal miljuni ta' ewro, b'direct order.", "Dan qed isir b'mod speċjali fix-xogħol ta' konsulenza, li mhux qed isir b'sejħa għall-offerti jew b'espressjoni ta' interess, bħalma għamlet l-Awtorità tal-Artijiet, iżda qed isir b'direct order.", "Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li hawn qed nitkellmu fuq €700 miljun f'xogħlijiet ta' toroq u dawn huma kollha mit-taxxi tagħna.", "Se nitkellem ftit dwar it-twaqqif tal-bord tal-Aġenzija.", "Subklawsoli (2) u (3) ta' klawsola 8 jgħidu hekk:", "\"Il-Ministru għandu jaħtar wieħed mill-membri appuntati bħala Chairperson u membru ieħor bħala deputat Chairperson.", "Id-deputat Chairperson għandu jkollu s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha taċ-Chairperson fin-nuqqas tiegħu jew fl-eventwalità li l-pożizzjoni ta' Chairperson issir battala.", "Il-Ministru għandu jagħżel il-membri minn fost persuni li jidhirlu li huma kkwalifikati minħabba l-esperjenza li għandhom u l-kapaċità li wrew fi kwistjonijiet relatati mal-funzjonijiet tal-Aġenzija taħt dan l-Att.\".", "Skont din il-klawsola, minkejja li l-liġi tgħid li kemm iċ-Chairperson, kemm id-deputat Chairperson, kemm il-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-membri tal-bord iridu jkunu kwalifikati u bl-esperjenza, dawn se jiġu magħżula direttament mill-Ministru.", "Allura l-Ministru waħdu se jiddeċiedi min hu kwalifikat u min għandu l-esperjenza fuq dawn ix-xogħlijet?", "La l-għażla għal dan il-bord għandha tkun abbażi ta' esperjenza u kwalifiki, għaliex mhux se joħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet u kull min hu kwalifikat u għandu l-esperjenza jkollu ċ-ċans li japplika għal dawn il-pożizzjonijiet?", "Paragrafu (iv) ta' subklawsola (2) ta' klawsola 17 jgħid li I-Uffiċjal Kap Eżekuttiv se jingħata wkoll il-poter li joħrog promozzjonijiet, iżommhom eċċ. Imbagħad subklawsola (1) ta' klawsola 18 tgħid li l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv se jkun jista' jaħtar uffiċjali u jimpjega oħrajn mal-Aġenzija b'mod dirett.", "Dan ifisser li l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv jista' jimpjega nies u jagħti promozzjonijiet u demozzjonijiet hekk kif irid u jixtieq, mingħajr intervisti u mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet.", "Dan jista' jwassal għal abbuzi kbar b'detriment kbir, kemm għall-ħaddiema nfushom kif ukoll għall-pajjiż.", "(Interruzzjonijiet) Jekk irid il-Ministru, niltaqgħu u niddiskutu ħalli jfehemni dawn l-affarijiet, m'għandix problema.", "Issa se nitkellem ftit dwar ir-responsabbiltà għall-korriment u danni.", "Dawn huma klawsoli importanti ħafna, speċjalment fil-konfront tal-kunsilli lokali.", "Hawnhekk napprezza jekk il-Ministru jagħtina spjegazzjoni ċara dwar x'inhi tgħid il-liġi.", "Subklawsola (1) ta' klawsola 26 tgħid li:", "\"F'azzjoni għal korriment jew danni mġarrba minn kwalunkwe persuna jew proprjetà li tirriżulta minn nuqqas fil-manutenzjoni ta' xi triq, dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu istitwiti kontra:\"", "- fost l-oħrajn -", "\"kunsill lokali fir-rigward ta' kwalunkwe korriment jew danni mġarrba minn kwalunkwe persuna jew proprjetà fiż-żmien meta t-triq rilevanti tkun taħt ir-responsabbiltà tagħha skont il-leġislazzjoni applikabbli.\"", "Mela m'hemm l-ebda klawsola li tgħid li l-kunsilli lokali se jkollhom xi say fid-deċiżjoni ta' liema toroq isiru u b'liema prijorità; bażikament jiddeċiedi l-Ministru waħdu.", "Mill-banda l-oħra, triq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija u l-Ministru jiddeċiedi meta ssir mill-ġdid.", "Għalhekk, f'dan il-każ, jekk triq tkun perikoluża, però l-Gvern jiddeċiedi li ma ssirx u jinqala xi inċident, se jkun responsabbli minnha l-kunsill lokali.", "IAN BORG: Jien smajt diversi skorrettezzi fil-mod kif l-Onor.", "Bezzina qiegħed jinterpreta l-klawsoli ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ma rridx intellfu, se nħallih jitkellem, imbagħad inwieġeb fl-aħħar tas-seduta, jiġifieri meta nkunu qed nikkonkludu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Però qed ngħid dan għax ovvjament sadanittant il-mezzi tax-xandir qed jirrapportaw dak li qiegħed jgħid l-Onor.", "Bezzina meta huwa teknikament skorrett.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Bħalma għedt tajjeb ħafna inti Ministru, se jkollok ċans li tirrispondi u dan ma kienx point of order.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Naħseb li l-Ministru se jkollu ċ-ċans tiegħu li jirrispondi u allura mhux sew li joqgħod jinterrompi.", "Il-prassi hawn ġew dejjem kienet li jitkellmu l-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni, jew viċeversa, u għalkemm mhux bilfors taqbel magħhom mhux se toqgħod tinterrompi għax ma taqbilx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jekk jogħġobkom, ikompli l-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, jien għalhekk qed noqgħod nieħu l-briga li nikkwota parti parti mil-liġi ħalli ma jiġix il-Ministru jgħidli li qed nikkwota l-liġi ħażin.", "Jien qed nikkwota kelma kelma minn dak li qiegħda tgħid il-liġi.", "Nittama biss li npoġġu bilqiegħda fi stadju ta' Kumitat, niċċaraw ċerti affarijiet, u fejn hemm bżonn, jiġi rranġat.", "Napprezza jekk il-Ministru jilqa' s-suġġerimenti tal-Oppożizzjoni u l-liġi tiġi rranġata u kkjarifikata.", "Bir-rispett lejn kulħadd, jien noqgħod biss fuq dak li jkun hemm miktub iswed fuq l-abjad fil-liġi u ma noqgħod fuq l-ebda stqarrija għall-istampa, l-ebda konferenza stampa u l-ebda paroli li jingħad hawn ġew.", "Il-liġi qed tirrifletti mod ieħor!", "Din mhijiex problema, jalla qed nifhem il-liġi ħażin jien.", "Jekk qed nifhimha ħażin jien u għandu raġun hu, ifiehem lili, lill-poplu u lill-kunsilli lokali fejn qed nifhmu ħażin.", "M'għandi l-ebda problema.", "Aħna mhux qed nitkellmu kontra l-Aġenzija.", "Jien m'iniex kontra li jkun hemm entità tal-Gvern li tagħmel it-toroq però hemm bżonn li din il-liġi li għandna quddiemna tiġi ċċarata u ssir għall-ġid tal-lokalitajiet, tar-residenti u tal-poplu Malti u Għawdxi li se joħroġ it-taxxi mill-but biex isiru dawn it-toroq.", "Issa ħalli nkompli fejn kont wasalt.", "Kif diġà għedt, m'hemm l-ebda klawsola li tgħid li l-kunsilli lokali se jkollhom xi say fid-deċiżjoni ta' liema toroq se jsiru.", "Għalhekk, f'dan il-każ, jekk triq tkun perikoluża u l-Gvern jiddeċiedi li ma ssirx – mhux b'kapriċċ imma għax jgħid li jrid jagħmel toroq oħrajn – din se tispiċċa fir-responsabbiltà tal-kunsill lokali.", "Mela f'każ fejn triq li tkun għadha qatt ma saret u li qabel kienet taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali, kif inhi din il-liġi – jalla qed nifhmuha ħażin - ir-responsabbiltà se tkun tal-kunsilli lokali.", "Mela filwaqt li kunsill lokali m'għandu l-ebda awtorità li jiddeċiedi liema triq hemm bżonn li ssir fil-lokalità tiegħu, jekk l-Aġenzija, jew ċjoè l-Ministru, jiddeċiedi li tali triq ma ssirx, ir-responsabbiltà se taqa' fuq il-kunsill lokali.", "Għalhekk ġejna f'sitwazzjoni fejn għalkemm il-kunsilli lokali m'għandhom l-ebda awtorità li jiddeċiedu liema triq hemm bżonn issir ix-xogħol fuqha, jew inkella liema triq għandha ssir, din tibqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom.", "Nispera li l-Ministru jispjegalna aħjar x'qiegħed jipprova jgħid b'din il-liġi u b'din il-klawsola partikolari.", "Huwa inkwetanti wkoll il-fatt illi skont paragrafu (e) ta' subklawsola (3) ta' klawsola 26:", "\"fejn l-Awtorità għat-Trasport f'Malta, l-Aġenzija jew kunsill lokali, skont il-każ, ma setgħux ikunu raġonevolment mistennija li jsewwu dik il-parti tat-triq qabel ma nqalgħet il-kawża għall-azzjoni, x'tip ta' avviżi ta' twissija tpoġġew dwar il-kondizzjoni tagħha:", "Iżda għall-finijiet ta' din id-difiża m'għandux ikun rilevanti li jiġi ppruvat li l-Awtorità għat-Trasport f'Malta, l-Aġenzija jew kunsill lokali, skont il-każ, kienu għamlu arranġamenti ma' kuntrattur awtorizzat għat-twettiq jew għas-sorveljanza tal-manutenzjoni ta' dik il-parti tat-triq li magħha l-azzjoni hija relatata, sakemm ma jiġix pruvat ukoll li l-Awtorità għat-Trasport f'Malta, l-Aġenzija jew kunsill lokali, skont il-każ, kienu taw lil kuntrattur struzzjonijiet bil-miktub fir-rigward tal-manutenzjoni tat-triq u li dawk l-istruzzjonijiet ġew segwiti.\"", "Li qiegħed jingħad hawnhekk huwa li jekk jinqala' inċident fi triq li din tkun għadha taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali, huwa inutli li l-kunsill lokali jkun għamel l-intervent tiegħu mal-Gvern biex din it-triq issir għax tkun perikoluża, għax jekk ma jkunx għadu nħareġ il-works order biex isir ix-xogħol, ir-responsabbiltà tibqa' tal-kunsill lokali.", "Mela l-Ministru jiddeċiedi x'xogħol isir iżda jekk ix-xogħol ma jsirx u fil-frattemp jinqala' inċident, mhux il-Ministru jkun responsabbli iżda l-kunsill lokali.", "Imbagħad subklawsola (2) ta' klawsola 27 tgħid li:", "\"Il-Ministru għandu, b'ordni fil-Gazzetta, u wara li l-artikoli 5 u 6 u t-Taqsima IV ta' dan l-Att ikunu saru effettivi, jittrasferixxi lill-Aġenzija dawk il-funzjonijiet u s-setgħat fir-rigward ta' toroq li huma vestiti fil-kunsilli lokali taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Il-Ministru jista' jagħmel dan it- trasferiment jew fi skema jew f'sensiela ta' skemi fir-rigward ta' dawk it-toroq li għandhom jiġu identifikati fl-ordni fil-Gazzetta u b'dak il-mod li l-Ministru jqis l-aktar adatt u spedjenti sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar l-għanijiet ta' dan l-Att:\".", "Mela huwa l-Ministru li se jiddeċiedi liema toroq se jsiru.", "Il-liġi ma tispeċifikax, kif qiegħed jipprova jagħti l-impressjoni l-Ministru, li l-Ministru huwa obbligat jew b'xi mod se jikkonsulta mal-kunsilli lokali liema toroq iridu jsiru u f'liema prijorità.", "Mela b'din il-liġi l-kunsilli lokali se jinqatgħu għalkollox mid-deċiżjonijiet dwar liema toroq isiru u ma jsirux fil-lokalitajiet tagħhom.", "Il-liġi, kif inhi miktuba, bl-ebda mod ma torbot lill-Ministru li għandu jikkonsulta mal-kunsilli lokali biex jipprijoritizza t-toroq li għandhom isiru.", "Jekk il-Ministru jaqbel li għandhom ikunu kkonsultati l-kunsilli lokali, dawn għandhom jaraw liema huma l-prijoritajiet tax-xogħlijiet u din għandha titniżżel fil-liġi.", "B'hekk inkunu lħaqna l-għan tagħna u l-kunsilli lokali jkunu ġew ikkonsultati u jkunu kkontribwixxew liema toroq għandhom isiru u ma jsirux bis-serjetà.", "Però kif għedt, agħar minn hekk, dawk it-toroq li l-Ministru jiddeċiedi li ma jsirux, jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali.", "Dan ifisser li filwaqt li sal-lum triq li tkun għadha qatt ma saret tkun taqa' taħt ir-responsabbilità tal-Gvern ċentrali, b'din il-liġi din se tkun taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali.", "U hawn se nikkwota subklawsola (3) ta' klawsola 27:", "\"Il-Ministru jista', minn żmien għal żmien, permezz ta' avviż legali, jittrasferixxi mill-ġdid ċerti funzjonijiet u setgħat għall-manutenzjoni u ż-żamma tat-toroq lokali lill-kunsilli lokali, jekk il-Ministru jidhirlu li dak it-trasferiment mill-ġdid ta' dawk il-funzjonijiet u setgħat ikun idoneju jew spedjenti għall-manutenzjoni u għaż-żamma iprem ta' dawn it-toroq lokali:\".", "Sur President, jien qed nissoponi li kull triq li se ssir, se ssir skont Avviż Legali 29/2010, part 2 clause 7, li jispeċifika li kull triq ġdida li se ssir se jkollha Defects Notification Period, jew aħjar, garanzija ta' terminu ta' għaxar snin marbuta magħha.", "Dan ifisser li jekk joħrog xi difett fit-triq jew f'servizzi li jsiru fiha matul il-perjodu tal-garanzija, dan għandu jiġi rranġat mill-kuntrattur li jkun għamel ix-xogħol, li f'dan il-każ hija l-Aġenzija.", "Mela minflok il-liġi tispeċifika li din it-triq tiġi trasferita mill-ġdid mat-tmiem tal-garanzija wara li jiġi aċċertat mill-konsulenti tal-Aġenzija flimkien mal-konsulenti jew rappreżentanti tal-kunsilli lokali li tali triq tkun għadha tajba, skont din il-klawsola l-Gvern għandu l-ħsieb illi hekk kif jitlesta x-xogħol, ifarfar mir-responsabbiltà u jitfa' r-responsabbiltà ta' dik it-triq fuq il-kunsilli lokali.", "Il-Ministru għandu jaqbel miegħi li triq li tkun saret u li tkun marbuta b'garanzija għandha tgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali wara li jgħaddi l-perjodu ta' garanzija minn fuqha u wara li ssir il-handover mill-esperti tal-Aġenzija flimkien mar-rappreżentanti tal-kunsilli lokali.", "Dan biex il-kunsilli lokali jserrħu rashom li jkunu ħadu triq f'kondizzjoni tajba.", "Imbagħad paragrafu (e) ta' klawsola 34 jgħid hekk:", "\"li tistabbilixxi standards u speċifikazzjonijiet li għandhom jinżammu u jiġu osservati fl-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe xogħlijiet marbuta mat-toroq u li tagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha li jistgħu jkunu meħtieġa u spedjenti sabiex taċċerta l-osservanza ta' dawn l-istandards u speċifikazzjonijiet mill-kunsilli lokali jew mill-persuna li twettaq xogħlijiet fuq xi triq …\"", "Din hija xi ħaġa inkwetanti għax dan ifisser li Transport Malta mhux se tkun regolatur fuq l-Aġenzija.", "Transport Malta se tara li l-kunsilli lokali jagħmlu x-xogħol tajjeb; pereżempju se tkun qed tara li trinka li jkun hemm bżonn li ssir, issir b'mod tajjeb u skont l-ispeċifikazzjonjiet, li huwa tajjeb, però min-naħa l-oħra, fuq l-Aġenzija mhu se jkun hemm ħadd, u dan huwa ħażin.", "Dan ifisser illi r-regolatur, li f'dan il-każ hija Transport Malta, tneħħitilha kull setgħa li taċċerta li x-xogħol mill-akbar kuntrattur li se jkun hawn Malta, ċjoè l-Aġenzija, ikun sar skont l-istandards u l-ispeċifikazjonijiet, però min-naħa l-oħra se tuża id tal-ħadid fil-konfront tal-kunsilli lokali.", "Dan huwa diskriminatorju u abbużiv għax se jintużaw two weights and two measures fuq żewġ entitajiet tal-Gvern.", "Sfortunatament dan digà qed isir fil-konfront ta' xogħlijiet li qed isiru mill-kunsilli lokali għax Transport Malta qed tuża id tal-ħadid magħhom u għall-inqas nuqqas il-kunsilli lokali jew il-kuntratturi tagħhom qed jeħlu penali kbar però fil-konfront ta' kuntratturi li qed jaħdmu għal Transport Malta, li malli tidħol din il-liġi jigu taħt l-Aġenzija, mhux qed tintuża l-istess riga.", "Imbagħad hemm l-emenda għall-Att dwar il-Kunsilli lokali.", "Fil-fatt klawsola 41 tgħid li:", "\" Fir-Raba' Skeda tal-Att prinċipali, l-intestatura \"Toroq: It-toroq arterjali u distributorji, kif determinati mill-Pjan Strutturali.\", għandha tiġi mħassra.\"", "Din l-iskeda tispeċifika dawk it-toroq, ġonna, eċċ. li huma esklużi mir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed ineħħi minn din il-lista t-toroq arterjali u distributorji.", "Jiġifieri, by elemination, jien nifhimha li l-manutenzjoni tat-toroq arterjali u distributorji ġejja taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali.", "Jekk dan hu l-każ, se jkollna problema għax il-kunsilli lokali se ngħabbuhom b'piżijiet li ma jifilhux għalihom.", "Diġà hemm biċċa uġigħ ta' ras minħabba n-nies li jagħmlu ċerti spezzjonijiet u jaraw li t-toroq arterjali u distributorji jinżammu tajjeb aħseb u ara mbagħad meta niġu għall-ispejjeż biex issir il-manutenzjoni tat-toroq.", "Jalla qed nifhimha ħażin imma kif inhi miktuba l-liġi hekk tfisser.", "Mingħajr ma rrid qed jiġini f'moħħi l-inċident li ġara riċentement fiż-Żurrieq meta open-top sightseeing bus laqtet siġra.", "Meta jien insemmi l-manutenzjoni nkun qed ninkludi kollox ċjoè sinjali mal-art, tabelli, żbir ta' siġar, eċċ. Kif inhi l-liġi din se taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali?", "Il-Gvern mar għand il-kunsilli lokali jgħidilhom li se jagħmlilhom it-toroq kollha, imma xħin toqgħod tara l-affarijiet issib li kważi kważi se jagħmel biss it-toroq li bil-liġi kif inhi diġà huwa obbligat li jagħmel.", "Però mbagħad fuq ir-responsabbiltajiet addizzjonali li jista' jitfagħlhom fuq spallejhom ma qalilhom xejn!", "Sur President, biex nagħlaq id-diskors tiegħi rrid ngħid li huwa importanti li l-Ministru jiċċara d-diversi punti li għadni kemm semmejt fid-diskors tiegħi.", "Jekk hemm bżonn, jien lest li niltaqgħu, niddiskutuhom fid-dettall u fejn forsi hu jaħseb li jien ma fhimtx, ifehemni, u jien infiehmu fejn jien naħseb li hu mhux jifhem minn din il-liġi.", "B'hekk niċċaraw l-affarijiet, għaliex le?", "Jien naħseb li fl-aħħar mill-aħħar aħna t-tnejn għandna interess wieħed; li t-toroq li juża l-poplu Malti u Għawdxi jkunu fl-aħjar stat possibbli għall-ġid tar-residenti Maltin u Għawdxin kollha u fl-istess ħin ma nnaqqsux mill-funzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Irridu nikkonsultaw magħhom bis-serjetà u mhux sempliċement ninformawhom x'se jiġri fuq id-diversi xogħlijiet li jistgħu jsiru fit-toroq tagħhom.", "Għalkemm jien m'iniex kontra li jkun hemm entità illi tgħin lill-kunsilli kokali biex isiru t-toroq fil-lokalitajiet tagħhom, li jinkwetani hu kif se topera din l-Aġenzija.", "Ma nistgħux inħallu lill-kunsilli lokali tagħna fid-dlam.", "Irridu nuruhom kif se topera, fejn huma r-responsabbiltajiet, safejn tasal ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali u safejn tasal ir-responsabbiltà tal-Gvern u barra minn hekk ma rridux iħawdu r-rwoli bejn Transport Malta u din l-Aġenzija ġdida li se titwaqqaf.", "Aħna nipproponu li biex isir l-iskrutinju neċessarju u l-poplu jserraħ rasu li dawn is-€700 miljun li se jintnefqu, jintnefqu bl-aktar mod trasparenti, bħalma sar fil-każ tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi u l-Awtorita tal-Artijiet, fuq il-bord tal-Aġenzija għandu jkun hemm rappreżentant tal-Gvern u rappreżentant tal-Oppozizzjoni.", "Huwa importanti wkoll li naraw x'se tagħmel Transport Malta meta tidħol fis-seħħ din l-Aġenzija u x'se tagħmel ukoll l-Aġenzija.", "Għalkemm fl-istqarrija għall-istampa li saret mill-Ministru ntqal li se jkollna sitwazzjoni fejn għandek ir-regolatur għalih u l-operatur għalih, kif inhi qiegħda din il-liġi, li kkwotajt minnha wkoll, qed nifhem li din l-Aġenzija se taqdi l-funzjoni ta' operatur u regolatur.", "Għalhekk nitlob lill-Ministru biex naraw il-liġi sewwa u nagħmluha ċara li dawn iż-żewġ rwoli jkunu maqsumin.", "L-iskop aħħari tal-Aġenzija hu li jkollna kuntrattur ewlieni jagħmel ix-xogħlijiet.", "Mhuwiex fl-interess ta' pajjiżna li jkollna kuntrattur li jirregola lilu nnifsu.", "L-onus ta' kollox f'din il-liġi hu li jkunu l-kunsilli lokali li jiddeċiedu liema toroq għandhom isiru u l-prijorità tax-xogħol għaliex huma l-kunsilliera l-aktar nies viċin ir-residenti tal-lokalitatajiet ta' pajjiżna.", "Għal dan il-għan l-Oppozizzjoni qed tissuġġerixxi li għandu jinħoloq working group fi ħdan l-Aġenzija, li jkun ifformat minn rappreżentanti tar-Regjuni, biċ-chairperson ta' dan il-working group ikun membru tal-bord tal-Aġenzija, li jiddeċiedu dwar il-prijorità tax-xogħlijiet ta' toroq f'kull lokalità skont il-bżonnijiet ta' kull kunsill lokali individwali wara li dawn ikunu diskussi fi ħdan il-kunsilli lokali rispettivi.", "Id-deċiżjoni ta' dan il-working group għandha tiggwida lill-Aġenzija rigward toroq li għandu jsir ix-xogħol fihom f'kull lokalità u b'hekk ikunu salvagwardati l-interessi tar-residenti ta' kull lokalità.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, missjoni importanti li għandu l-Ministeru għal Għawdex huwa li nassiguraw li Għawdex jieħu dak li ħaqqu u jieħu sehmu.", "Sa mill-bidu nett li ġejt fdata bir-responsabbiltà tal-Ministeru bdejt niġri wara sħabi kollha biex nassigura li nġib lejn Għawdex is-sehem mis-suċċessi li għaddejjin f'pajjiżna.", "Qed ngħid dan għaliex nemmen li matul is-snin Għawdex mhux talli ġie mċaħħad minn dan kollu, talli anke tteħidlu dak li kellu.", "Irrid ukoll inġib il-bidla fil-mentalità li għal Għawdex jgħaddi kollox, li aħna nikkuntentaw bil-frak u dak li ilu snin fuq l-ixkaffa u mirdum taħt it-trab, jibqa' hemm għaliex fl-aħħar jintesa.", "Jien dak ma rridux u huwa għalhekk li għall-ewwel darba Għawdex se jkollu Pjan għall-Iżvilupp Reġjonali li se jeħodna sal-2030, hekk kif jgħid il-manifest elettorali.", "Pilastru ewlieni ta' din l-istrateġija hija l-infrastruttura.", "Nafu li matul is-snin akkumulaw diversi problemi fejn jidħlu t-toroq f'Għawdex, nafu li għandna ħafna tgergir f'dan ir-rigward u nafu li hemm nies li ilhom jistennew snin twal biex isir xogħol fit-toroq f'Għawdex.", "Kien għalhekk li fil-manifest elettorali assigurajt li Għawdex jieħu sehmu minn dak li qegħdin niddiskutu llum.", "Fil-fatt fil-manifest elettorali li għalih ivvota l-poplu, hemm miktub hekk:", "\"Għawdex għandu jgawdi b'mod sinifikanti mill-proġett ta' €700 miljun f'toroq, fejn l-importanza tingħata l-aktar lil toroq residenzjali li ilhom fi stat dilapidat.\"", "Illum qegħdin hawn biex nattwaw il-manifest elettorali, liema manifest ivvota għalih il-maġġoranza assoluta tal-poplu, u allura jrid jitwettaq.", "U dan l-Abbozz ta' Liġi huwa pass importanti biex inkomplu naraw bidla fil-mod kif isiru x-xogħljiet relatati mat-toroq, speċjalment f'Għawdex.", "Matul il-preparazzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, kif ukoll waqt xogħol ieħor, jien kelli diversi diskussjonijiet mal-Ministru Borg u man-nies tiegħu u nista' ngħid li Ilkoll kemm aħna determinati li nagħtu lil Għawdex dak li hu tiegħu, mhux biss biex isiru t-toroq imma biex ikun hemm baġit allokat għal Għawdex mill-fondi li se jiġu allokati għall-Aġenzija u dawn il-fondi jridu jeċċedu bil-bosta dawk li ġew allokati sal-lum il-ġurnata.", "Jien mal-Ministru Borg dejjem ħdimt tajjeb, anke meta kien imexxi s-settur tal-fondi Ewropej u jien dak iż-żmien kont immexxi s-settur tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità.", "Meta beda l-Operational Programme tgħidx kemm ħdimna fuq proġetti li jiswew il-miljuni l-kbar u llum dawn ħallejthom f'idejn is-suċċessur tiegħi.", "Min-naħa tiegħi llum irrid inwassal dawk il-proġetti li l-Ministru ta' qabli - insellimlu minn hawnhekk - ħalla f'idejja.", "Il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru Borg, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, għamel dikjarazzjoni importanti, fejn qal li dawn il-fondi ġodda li se jakkwista Għawdex bis-saħħa ta' din il-wegħda elettorali mhux se jieklu dawk li diġà hemm għax-xogħlijiet ta' toroq f'Għawdex.", "Dan ifisser li llum il-ġurnata l-Ministeru għal Għawdex għandu baġit ta' €1,800,000 allokat però hemm qbil li dan l-ammont jibqa' hemm u miegħu jiżdied baġit addizzjonali biex isiru aktar xogħljiet fit-toroq tagħna, kif wara kollox hemm imwiegħed fil-manifest elettorali.", "Dan kollu jxejjen il-kritika ta' ċerti nies hemm barra, il-kantaliena li ilha għaddejja, li issa l-bżonnijiet ta' Għawdex u x-xogħlijiet li se jsiru f'Għawdex se jiġu deċiżi minn Malta u mhux minn Għawdex.", "Fil-fatt il-Ministru Borg iddikjara pubblikament li x-xogħol fit-toroq f'Għawdex se jsir b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Ministeru għal Għawdex għaliex ġustament aħna l-Għawdxin nafu x'hemm bżonn isir f'Għawdex.", "Imma dan mhux minn dejjem kien hekk.", "Allura huwa tajjeb li ngħidu l-affarijiet kif verament huma għaliex aħna writna sitwazzjoni bħala Gvern, fejn il-konvenjenza ta' bnadi oħrajn u mhux ta' Għawdex, kienu qegħdin isiru b'mod differenti.", "Però hawnhekk qed nitkellmu b'mod differenti, għandna impenn elettorali, għandna miktub iswed fuq l-abjad, u iva, Għawdex se jieħu sehem minn din id-deċiżjoni importanti li qiegħda ssir llum.", "Qabel nibda nitkellem fuq dak li qed nagħmlu u dak li ġej, huwa tajjeb li nfakkar ftit minn fejn ġejjin u għalfejn is-sitwazzjoni tat-toroq f'Għawdex qiegħda fejn qiegħda.", "Jien meta kont fl-Oppożizzjoni - inti taf, Sur President, għax kont tkun ħdejja - kont nistaqsi ħafna fuq it-toroq u mhux dejjem kienu jweġbuni, anzi iktar ma jweġbunix milli jweġbuni, u għalhekk f'din il-leġiżlatura qed nagħmel premura li nwieġeb il-mistoqsijiet li jsiruli bl-aktar mod spedit possibbli.", "Però jien kont nistaqsi, pereżempju, lill-Ministru għal Għawdex ta' dak iż-żmien fuq it-toroq u din kienet tirreferini għall-Ministru konċernat.", "Kont nistaqsi ħafna dwar Triq l-Imġarr li ma saritx mill-Ministeru għal Għawdex u għalhekk kienet tirreferini għand Ministru ieħor.", "Kont nistaqsi fuq toroq li konna nkunu ilna nisimgħu bihom snin twal u l-ironija hi li llum, li jien qiegħda fejn qiegħda, dawn it-toroq għadhom ma' wiċċi.", "Pereżempju, triq li kien sar ħafna kjass fuqha hija dik tad-Dwejra.", "Din hija triq li saret fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, li suppost saret kollha, suppost tħallset kollha, imma l-aħħar kisja ta' din it-triq qed issir issa għax meta bdew jagħmlu x-xogħlijiet ma kenux komplewhom.", "Kien għalhekk li meta mbagħad rajt li dawn ma tkomplewx tajt struzzjonijiet biex jerġa' jinħareġ it-tender għaliex tant kien għadda żmien li l-istima li kienet ngħatat ma kenitx għadha valida.", "Bdejna mill-bidu nett, ġie ffirmat il-kuntratt u t-triq qiegħda ssir proprju f'dawn il-ġranet.", "Hemm ukoll Triq Sannat, triq li kont ilni nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwarha minn meta dħalt fil-Parlament fl-2003, u lanqas din ma saret.", "Issa ħriġna t-tender għall-parti minn Triq Sannat fuq in-naħa tax-Xewkija, li qed tiġi evalwata, kif ukoll għaddej proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar biex imbagħad issir il-parti tan-naħa l-oħra u b'hekk inkunu qegħdin nonoraw dak l-impenn li ttieħed minn gvern wara ieħor.", "Mhux talli qed nitkellmu fuq Triq Sannat illum il-ġurnata talli qegħdin nitkellmu wkoll mal-kunsill lokali biex naraw kif se nagħmlu l-pjazza.", "Barra minn hekk, jien illum qed nintalab inħallas kontijiet ta' xogħlijiet li saru fil-bidu tas-snin 2000.", "Jiġifieri jekk jiġi xi ħadd min-naħa l-oħra u jgħidli li fi żmien Amministrazzjoni Nazzjonalista saru t-toroq, ngħidlu li biex jordnaw kienu kapaċi imma biex iħallsu le!", "U llum li naf kif jaħdem il-procurement f'dan is-settur ngħid li meta ħarġu t-tenders u ma kienx hemm flus biex jitħallas ix-xogħol, allura xi mkien saret xi irregolarità għaliex meta toħroġ tender jew direct order, waħda mill-kondizzjonjiet prinċipali li jagħmillek il-Ministeru għall-Finanzi hi l-commitment tal-fondi.", "Kieku kien hemm il-fondi kieku llum jien m'iniex nirċievi dawn il-kontijiet, u jien dawn il-kontijiet nifhem li rrid narahom sew u, eventwalment, x'ħin jiġu konfermati rrid inħallashom, għaliex ix-xogħol sar u min jaħdem irid jitħallas.", "Huwa fatt ukoll li fi żmien ħaddieħor sar xogħol imma ma sarx sew.", "Jien niftakar li wara li sar ix-xogħol fuq it-Triq ta' Pinu, il-parti li minn Triq Għajnsielem tagħti għax-Xewkija, irriżulta li dan kien sar ħażin għaliex żviluppaw il-konsenturi.", "Niftakar ukoll li meta kienet saret it-triq tar-Ramla kien ċempilli xi ħadd, kont mort fuq il-post u rajt li mit-triq li kienet għadha kemm saret beda ħiereġ likwidu li kien ikkaġunat minn xogħol li kien sar ħażin, b'periklu għas-sewwieqa.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex nuri ċerta laxkezza u nuqqas ta' standards li kienu jirrenjaw fi żmien ħaddieħor.", "Dan ikompli jikkonferma l-animu li fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti għal Għawdex kollox kien jgħaddi.", "Jien hawnhekk irrid nagħmel referenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali Performance Audit: Maintaining and Repairing the Arterial and Distributor Road Network in Gozo li jagħti stampa ċara ta' kif inhuma l-affarijiet f'Għawdex.", "U dan mhux għax saru hekk issa imma għaliex hemm kumulu ta' snin twal ta' prattiċi ħżiena u minħabba nuqqas ta' pjan u prijoritajiet issa qegħdin fis-sitwazzjoni li qegħdin.", "Għalhekk għandna dawn il-konklużjonijiet xejn sbieħ tal-Awditur Ġenerali.", "Fil-fatt f'dan ir-rapport l-Awditur Ġenerali jgħid li n-network ta' toroq f'Għawdex hija ta' madwar 50 kilometru u għalihom għandu allokat madwar €1.5 miljun fis-sena.", "U b'dawn il-€1.5 miljun fis-sena, minbarra x-xogħol fit-toroq, irid isir xogħol ieħor ta' bankini, ta' dwal fit-toroq, ta' ħitan tas-sejjieħ kif ukoll xogħlijiet oħrajn relatati ma' twessigħ ta' toroq, jiġifieri qed nitkellmu fuq l-espropriju.", "Skont l-istess rapport tal-Awditur għandek toroq li ilhom jistennew 40 sena biex jiġu asfaltati.", "Jiġifieri dawk tan-naħa l-oħra li jqumu jippontaw subgħajhom fuq it-toroq, jien ngħidilhom li huma għamlu 25 sena fil-gvern u dawn it-toroq li ilhom 40 sena m'għamluhomx!", "Għalhekk meta wieħed iqis ix-xogħol il-ġdid ma' dak ta' manutenzjoni li tinqala' minn żmien għal żmien, anzi minn ħin għall-ieħor, wieħed irid jifhem xi pressjoni hemm fuq il-Ministeru għal Għawdex.", "Pereżempju, f'perijodu qasir ta' ftit xhur ikkrollaw żewġ partijiet minn Triq ix-Xwejni, parti minn Triq San Blas u parti minn Triq ir-Ramla u dawn ix-xogħlijiet la kienu ppjanati u lanqas kien hemm flus allokati għalihom, imma trid titlaq ix-xogħol li tkun qed tagħmel biex tagħmel dawn ix-xogħlijiet ta' emerġenza.", "Triq ma tikkrollax kif ġieb u laħaq imma tikkrolla għaliex matul is-snin ħadd ma jkun ta kasha.", "Huwa fatt li f'Għawdex qatt ma kien hemm sistema ta' road build-up u wara jkun hemm programm ta' manutenzjoni.", "Is-sistema applikabbli hija ta' build and maintain u mhux build u tinsiha totalment sakemm tikkrolla, kif qed jiġri fil-preżent.", "Dan iwassalni wkoll għal dikjarazzjoni importanti li saret mill-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu li tgħid hekk:", "Dan ifisser li biex ikollna standard aċċettabbli jrid isir dan l-investiment u dan ovvjament ma jinkludix ix-xogħlijiet ta' emerġenza.", "Dan ir-rapport wasal għandi f'Ottubru li għadda però jien m'iniex it-tip li noqgħod nibki f'rokna imma jien it-tip li naqbad il-barri minn qrunu.", "Għalhekk matul dawn l-aħħar xhur f'Għawdex imbarkajna fuq il-proġett \"Toroq fil-Lokalità Tiegħek\" li bdejna naħdmu fuqu malli rċevejt dan ir-rapport tal-Awditur.", "Fil-fatt dan il-proġett ħabbartu proprju f'Diċembru li għadda.", "Bħala Ministeru għal Għawdex ħadna impenn li nagħtu lil Għawdex, speċjalment lit-toroq f'Għawdex, dik l-attenzjoni li qatt ma ngħataw.", "Sur President, minn fondi tal-Ministeru għal Għawdex stess din is-sena se nkunu nfaqna aktar minn €4 miljun fit-toroq, jiġifieri, aktar mid-doppju li kien jintnefaq fis-snin ta' qabel.", "Issa forsi hemm min jgħidlek li jekk fil-bypass tal-Mellieħa se jintnefqu €2 miljun, għaliex qed nistagħġeb li se jintnefqu €4 miljun fuq medda ta' sena?", "Bir-rispett kollu, min jitkellem b'dan il-mod ifisser li ma jafx l-affarijiet u r-rapport tal-Awditur jikkonferma li f'Għawdex qatt ma sar daqshekk xogħol daqskemm se jkun sar matul din is-sena.", "U min jipprova jitkellem fuq fondi Ewropej għat-toroq f'Għawdex lanqas jaf x'inhu jgħid għaliex it-Ten-T network hija port related u Għawdex, tajjeb jew ħażin, sehmu ħadu.", "U anke hawn irrid infakkar x'kienu qaluli meta kienu fil-gvern in-Nazzjonalisti.", "Se nagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 5994 li fiha kont staqsejt kemm se jieħu fondi Għawdex għat-toroq taħt il-protokoll Taljan.", "Dakinhar it-tweġiba kienet hekk:", "\"Filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex issottometta lista ta' toroq f'Għawdex lill-Awtorità tat-Trasport ġew identifikati toroq f'Malta biss.\"", "Ara hawnhekk x'differenza!", "Hawnhekk sehem Għawdex huwa garantit fil-manifest elettorali, qiegħed hemm iswed fuq l-abjad u allura hija wegħda li trid titwettaq u hija wegħda li se titwettaq.", "Illum bil-proġett li ħabbarna se nkunu għamilna l-akbar ammont ta' xogħol f'sena waħda u bi prezzijiet l-aktar vantaġġjużi għall-Gvern.", "Meta ħriġna ħafna tenders f'daqqa ħadna prezzijiet li huma aktar favorevoli u x-xogħol se nkomplu nagħmluh u nżiduh u ma' dan kollu se jiżdied ix-xogħol bis-saħħa tal-Aġenzija l-ġdida.", "Fid-dawl ta' dak li qalilna l-Awditur Ġenerali x'għamilna?", "Aħna sejjaħna lill-kunsilli lokali kollha - u hawnhekk nagħmel referenza għall-kritika tal-Onor.", "Bezzina - u magħhom ftehemna l-programm ta' xogħlijiet ta' toroq għall-2018, u hekk se nerġgħu nagħmlu għall-2019.", "Irrid ngħid li dan qatt ma sar qabel u allura flimkien mal-kunsilli lokali qbilna fuq il-prijoritajiet tal-lokalitajiet infushom.", "U l-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li huwa responsabbli mit-toroq arterjali u l-formazzjoni ta' toroq residenzjali ġodda u l-farm roads, qagħad bilqiegħda mal-kunsilli lokali, ħarġilhom l-id tal-għajnuna u flimkien ħdimna programm ta' toroq li kienu ilhom snin twal jistennew.", "Il-fondi ħriġniehom kollha mill-Ministeru għal Għawdex għaliex jien l-ewwel waħda naf kemm il-kunsilli lokali m'għandhomx fondi biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "U għalhekk il-Ministru Borg qiegħed imexxi 'l quddiem din il-liġi, biex ikun hu s-sostenn tal-kunsill lokali u biex fil-lokalitajiet isiru x-xogħlijiet ta' benefiċċju għar-residenti tagħna.", "U meta għamilna l-kuntratti mal-kunsilli lokali, għaddejnielhom il-flus minn qabel biex b'hekk, kemm il-kuntratturi, kif ukoll il-kunsilli lokali, ikollhom is-serħan tal-moħħ li x-xogħol isir, malli jitlesta jiġi ċertifikat, u malli jiġi ċertifikat skont l-istandards stabbiliti u applikabbli, isir il-pagament.", "U mela jgħaddu ma nafx kemm-il sena u nkunu għadna nirċievu l-kontijiet!", "Se nerġa' ngħid, jekk se nonfqu €4 miljun matul din is-sena, ejjew nagħmlu paragun ma' ħames snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Jien meta f'leġiżlatura preċedenti kont għamilt mistoqsija parlamentari 8273 dwar xogħlijiet infrastrutturali u dwar manutenzjoni ta' toroq fuq medda ta' ħames snin, it-tweġiba li kont ngħatajt mill-Ministru ta' dak iż-żmien kienet:", "\"Xogħlijiet ta' toroq, li jinkludi gandotti, spralli, ħitan, trasport u livellar, kien jammonta għal €5 miljun.\"", "Dan ifisser li jekk nagħmlu paragun bejn ix-xogħol li se jsir din is-sena b'€4 miljun u x-xogħol li sar f'ħames snin ta' Gvern Nazzjonalista b'€5 miljun, naħseb li nkunu qed nipparagunaw tajjeb ħafna fil-konfront u f'dak li kien sar matul ħames snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Jien kburija li bdilna t-trend ta' kif dejjem saru l-affarijiet f'Għawdex u d-differenza diġà qed tinħass.", "Sur President, hawnhekk irrid nelenka x-xogħlijiet li qegħdin isiru biex in-nies hemm barra jkunu informati u jkunu jafu li mhu veru xejn li mhux qiegħed isir xogħol ta' toroq, kif hawn min qiegħed jipprova jagħti l-impressjoni.", "Mela ħalli nibda.", "Għandna Triq il-Knisja fix-Xewkija li t-tender tagħha qiegħed fl-istadju ta' evalwazzjoni; Triq Ta' Kassja fil-Qala li t-tender tagħha ġie mogħti; Triq il-Mitħna fil-Qala li t-tender tagħha ġie mogħti wkoll; Triq Tal-Virtù u Triq Tumas Cassar fl-Għarb li t-tender ġie mogħti u x-xogħlijiet għaddejjin; Triq 20 ta' Lulju u Triq Seguna fis-Sannat li t-tender ħareġ u se jkollu jerġa' joħroġ; Triq Għajn Ħosna ġewwa x-Xagħra, li tagħti għar-Ramla, li t-tender ħareġ u għaddejjin ix-xogħlijiet; Triq il-Wileġ f'San Lawrenz li t-tender ġie ppubblikat; Triq San Lawrenz u Triq id-Duluri li t-tender ġie ppubblikat ukoll; Triq Wied il-Lunzjata f'Kerċem li t-tender ħareġ u ġie mogħti; Triq il-Qortin fin-Nadur li t-tender ġie mogħti; Triq Sagħtrija fiż-Żebbuġ li t-tender ġie mogħti; Triq il-Fanal, Triq it-Tamal, Trejqet San Pupulju, Triq Dun Gużepp Cassar u Triq id-Dehra fl-Għasri li t-tender qiegħed fi stadju ta' evalwazzjoni u Triq iż-Żewwieqa f'Għajnsielem fejn ix-xogħljiet għaddejjin u din il-ġimgħa qed jiġu konklużi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq 18-il triq li għamilna mal-kunsilli lokali u li kieku ma kienx għal dan il-proġett, dawn it-toroq ma kenux isiru.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu biss fuq sempliċement asfaltar imma qed nitkellmu fuq servizzi, fosthom is-sistema ta' drenaġġ li r-residenti kienu ilhom mingħajrha kemm ilhom jgħixu f'dawn it-toroq.", "Allura dan huwa s-servizz komplut.", "Nista' nħabbar ukoll li s-suġġerimenti tal-kunsilli lokali biex inkomplu naħdmu fuq programm ġdid diġà bdew deħlin.", "Min qiegħed jippretendi li jsir aktar xogħol minn hekk f'Għawdex f'sena waħda ngħidlu li ma jafx x'inhu jgħid għaliex bil-kapaċità li għandhom il-kuntratturi Għawdxin ma jifilħux jagħmlu xogħol iktar minn daqshekk.", "Dan qed nesperjenzawh issa meta qed nagħmlu dan ix-xogħol kollu u meta għandna nuqqas ta' periti speċjalizzati fuq it-toroq.", "Fil-fatt bħala Ministeru ħriġna tender għal servizzi ta' periti minbarra dawk li għandna in-house.", "Sur President, minbarra dawn it-toroq li qegħdin isiru fil-lokalitajiet u li tajna fondi għalihom lill-kunsilli lokali, hemm ukoll dawk ix-xogħljiet li qegħdin isiru mill-Ministeru għal Għawdex.", "Dawn se nelenkahom ukoll għaliex jien xbajt nisma' kritika mhux veritiera li f'Għawdex mhu qed isir l-ebda xogħol ta' toroq.", "Pereżempju, bħalissa għaddejjin xogħlijiet fi Triq Għajn Qatgħet fir-Rabat.", "Din hija waħda minn dawk it-toroq li ilha 40 sena tistenna biex issir imma issa x-xogħol qiegħed isir u se jiġi konkluż.", "Għandna t-Triq Ġorf tax-Xagħra li t-tender għalihom ħareġ u ġie mogħti; ix-xogħlijiet fi Triq Santa Dminka fir-Rabat, Għawdex qegħdin fi stadju ta' evalwazzjoni; Triq Malta f'Għajnsielem qiegħda fi stadju ta' evalwazzjoni; Triq Sannat fix-Xewkija li qiegħda fi stat ta' evalwazzjoni; Triq il-Ġebla tal-Ġeneral, dik it-triq li tibqa' nieżla d-Dwejra, li suppost saret fi żmien Gvern Nazzjonalista, it-tender għaliha ġie mogħti u qiegħed isir ix-xogħol.", "Hemm ukoll it-tender għall-general road works li fih qed ninkludu l-patching u hawn qed nitkellmu fuq seba' kilometri kwadri li t-tender għalihom qiegħed fi stadju ta' evalwazzjoni.", "Flimkien ma' dawn irrid insemmi t-tender ta' Triq il-Ħamrija fix-Xewkija li qed jitlesta u diġà qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-vetting; Triq Franġisk Portelli fl-Għarb li qegħdin niffinalizzawha mal-WSC u l-proġett ambizzjuż tat-triq li minn Nadur tibqa' nieżla u taqsam għal Triq il-Qala, imbagħad tibqa' nieżel Triq Sant'Antnin u tingħaqad mat-triq tal-Imġarr inti u nieżel għall-vapur.", "Din it-triq ilha snin twal tissemma', qed tikkollasa, hija perikoluża u hija triq li minnha diġà nqatgħu l-vetturi kbar.", "Hija triq li nafu li trid issir u ilha trid issir.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xogħlijiet li ilhom overdue għexieren ta' snin.", "Però kien għalhekk li matul dawn l-aħħar xhur għamilna survey ta' din it-triq, ġie kompletat il-condition report, il-periti tagħna għamlu t-taħditiet mal-istakeholders u diġà beda l-abbozzar tal-bill of quantities (BOQs) biex imbagħad ikun jista' jsir it-tender ta' design and build ta' din it-triq.", "Sur President, għamilna wkoll sensiela ta' farm roads, fosthom Triq il-Fanal, l-Għasri; Triq Ta' Kanġla, l-Għarb; Triq Bordin f'Għajnsielem; Triq San Bert fix-Xewkija; Triq tat-Tafla fix-Xagħra; Triq Għejjun fix-Xagħra u oħrajn.", "Flimkien ma' dawn irrid insemmi wkoll it-€3 miljun li ħabbru l-Onor.", "Clint Camilleri dwar il-farm roads li applikaw għalihom il-kunsilli lokali s-sena l-oħra għax wara kollox dawn huma fondi li se jintnefqu f'Għawdex ukoll.", "Flimkien ma' dawn ix-xogħlijiet hemm sensiela ta' ħitan li qegħdin isiru.", "Hemm ukoll żewġ proġetti maġġuri li huma wkoll imsemmijin fil-manifest elettorali.", "Dawn huma l-Imġarr alternative road u l-Victoria bypass.", "Dawn huma żewġ proġetti ambizzjużi ħafna, ta' natura massiċċa u bħalissa qed jiġu evalwati diversi għażliet u xenarji.", "Fil-fatt dwar l-Imġarr alternative road diġà għamilna t-taħditiet mal-entitajiet regolatorji kompetenti.", "Qed naħdmu wkoll fuq il-Marsalforn Masterplan u qed inlestu wkoll it-tenders għall-ewwel fażi, kif ukoll fuq ix-Xlendi Masterplan.", "Apparti t-toroq qegħdin inħarsu 'l quddiem lejn proġetti oħrajn relatati ma' trasport alternattiv, fosthom il-park and ride li għandna msemmi wkoll fil-manifest elettorali.", "Sur President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nassigura lil kulħadd li din l-Aġenzija se tagħmel xogħol f'Għawdex.", "Fejn jidħlu t-toroq Għawdex kien minsi għal ħafna snin però se npattu lura bil-bosta għaliex qatt mhu se jkunu saru daqshekk toroq daqskemm se jkunu saru f'din il-leġiżlatura.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, din hija liġi li ovvjament tindirizza mhux bi ftit lill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex.", "Hija liġi li tinteressa lill-kunsilli lokali però fl-istess ħin hija liġi li qiegħda tinkwetahom.", "Illum smajna żewġ kelliema min-naħa tal-Gvern però lbieraħ smajt b'attenzjoni wkoll id-diskors tal-introduzzjoni ta' din il-liġi mill-Ministru konċernat u naħseb li b'dak li qal iktar kompla ħoloq dubji fost il-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex.", "Dawn id-dubji mhumiex żgħar għaliex forsi t-tifsira tal-kelma \"konsultazzjoni\" għal din in-naħa tfisser mod u għall-Partit Laburista tfisser mod ieħor.", "Biex ġiet abbozzata din il-liġi ma saret l-ebda forma ta' konsultazzjoni mal-ebda kunsill lokali.", "Nistgħu ndumu ngħidu li nemmnu fil-konsultazzjoni, nistgħu ndumu nitkellmu f'dan il-Parlament b'diversi modi u b'diversi kelliema, però huwa fatt magħruf li ma saret l-ebda konsultazzjoni.", "Saret laqgħa għas-sindki f'Għawdex però effettivament dik ma tissejjaħx laqgħa ta' konsultazzjoni.", "M'hawn l-ebda kunsill lokali f'Malta li ngħata xi forma ta' garanzija ta' liema toroq se jkunu qed isiru.", "Irrid infakkar lill-Ministru li jien komdu nitkellem fuq dan is-suġġett, bħalma naħseb li huwa l-Ministru konċernat, għaliex bħali kien sindku.", "Kieku din il-liġi tressqet fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti niggarantilek li l-Ministru Borg li kien sindku tal-lokalità ta' Ħad-Dingli kien ikun l-ewwel wieħed li jiġi u jipprotesta dwar din il-liġi.", "Din il-liġi se tkompli tkun b'mod konsistenti fejn jista' jasal il-Gvern Laburista.", "Jien mhux qed inkun negattiv imma se nkun qiegħed nagħti eżempji ta' dan li qiegħed ngħid.", "Jekk inħarsu lura fl-istorja nsibu li fil-verità l-Partit Laburista qatt ma kien favur il-kunsilli lokali.", "Niftakru li kellna partit li ma ħariġx taħt il-kappa tat-Torċa dakinhar imma ħareġ bl-iskuża tal-kunsilliera indipendenti.", "Naħseb li llum l-istorja wkoll tatna raġun.", "Jien segwejt ukoll lill-Onor.", "Justyne Caruana li bdiet titkellem fuq il-fondi.", "Irrid inserraħ ras kulħadd - il-Ministru jaf - li kull ċenteżmu li ntnefaq sal-lum il-ġurnata mill-fondi Ewropej jafu biss lill-Partit Nazzjonalista u lill-Gvern immexxi minn Dr Lawrence Gonzi għaliex kull triq li nfetħet b'fondi Ewropej ma ġabx ċenteżmu wieħed għaliha l-Partit Laburista.", "Ta' min jgħid li kellna triq partikolari li kien il-Gvern Laburista li mar jaqta' ż-żigarella meta nfetħet u hawn qed nirreferi għal Triq il-Kosta.", "Hemmhekk tlifna persentaġġ ta' flus u kien hemm inkwiet dwar il-mod kif ħarġu t-tenders, imbagħad il-Gvern ipprova jillapazza bl-iskuża li dawk il-flus ma tlifniehomx għaliex nefquhom xi mkien ieħor.", "Imma dakinhar spiċċajna biex 25% tal-flus li kellhom jintnefqu għal Triq il-Kosta kellu joħroġhom il-Gvern Malti għaliex il-proċess ta' kif inħarġu t-tenders f'dik it-triq partikolari ma ħariġx biċ-ċertifikazzjoni li kellu jgħaddi.", "Allura kif nista' nafda lil dan il-Gvern f'din il-liġi meta jiġi jgħidilna li se tkun din l-awtorità … Jien nifhem li fit-top management ta' Transport Malta hemm min ma jarax għajn m'għajn, imma skużi, minħabba l-problemi li hemm fi Transport Malta bejn min imexxi l-id l-leminija u l-id x-xellugija, m'għandniex noħolqu struttura oħra biex nipprovaw naraw lil min se nakkomodaw.", "Huwa tajjeb li nfakkar li dan il-Gvern għandu rekord f'dak li għandu x'jaqsam ma' direct orders għax 'il fuq minn 90% tat-toroq li saru fl-aħħar snin ingħataw b'direct order, u qed naqta' barra l-fondi Ewropej għax kieku jista' l-Gvern … Aħna m'għandniex problema li jkun hemm aġenzija iżda l-Bambin biss jaf min se jkun iċ-chairman u d-deputat chairman għax Alla jbierek il-bord se jaħtru kollu l-Ministru.", "Ara ma jaħarbilhomx xi ħaġa!", "Fl-2013 il-Gvern kien daħaq daħka bil-poplu fil-programm elettorali għax kien qal li l-awtoritajiet tal-Gvern se jitwaqqfu b'sejħa pubblika.", "Irrid nistaqsi lill-Ministru jekk dik il-wegħda tal-2013 tapplikax għal hawnhekk ukoll għaliex meta fittixt dwar dan fil-liġi sibt li se jkun hu li jaħtar il-bord kollu mill-bidu sal-aħħar.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru għadda xi kumment, però ma fhimtux, u se nkompli għaddej, mhux se jfixkilna.", "M'għoġbitux probabbli!", "Id-deputat chairman u ċ-chairman se jkollhom l-istess responsabbiltà.", "Probabbilment dawn huma nies diġà magħżula minn fuq s'isfel u minbarra l-kap eżekuttiv, issa se jkollna chairman u deputat chairman.", "Ovvjament hemm barra diġà ħarġu l-ismijiet però nistennew il-Ministru jħabbarhom ħalli nkunu ċerti li ma ħabbarniex xi isem imbagħad jgħidulna li konna żbaljati.", "Però jkun min ikun, il-Ministru forsi għandu ċ-ċans li jkun l-ewwel ministru mill-Kabinett taż-żewġ Amministrazzjonijiet Laburisti li jaħtar dan il-bord jew uħud minnhom b'sejħa.", "Iżda s'issa, skont l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, jidher li se jkun hu li jagħżel.", "Jidher ukoll li jista' jkun hemm mano libera u hawnhekk nistaqsi lill-Ministru dwar id-direct orders u x'se jkunu t-thresholds.", "Forsi l-Ministru jieħu nota u jweġibna aktar tard ukoll dwar dan li qiegħed ngħid.", "Sur President, Gvern Laburista qatt ma emmen fil-kunsilli lokali u m'għaddiex xahar wieħed li ma rajniex ir-responsabbiltajiet tagħhom jitnaqqsu, jitnaqqru u jittieklu.", "U għalhekk xtaqt li l-Ministru kien fuq din in-naħa meta hu kien sindku, ħalli nara x'kienet tkun ir-reazzjoni tiegħu.", "Kif kont qed ngħid, ilbieraħ segwejt b'attenzjoni dak li kien qed jingħad u jidher li hemm direzzjoni ċara anke meta jitkellmu fuq dan il-famuż proġett ta' investiment ta' €700 miljun fuq medda ta' seba' snin.", "Anke hawnhekk ipprovaw jużaw il-buzzword bin-numru 7 man-numru 7, biex ovvjament tkun iddoqq għall-widna.", "Għax għall-buzzwords il-Partit Laburista ma jgħaddih ħadd!", "Però qed jużaw il-frażi l-oħra \"investiment bla preċedent\".", "Min jismagħhom jitkellmu qisu qabel ma sar xejn fit-toroq!", "Smajna lill-Onor.", "Justyne Caruana titkellem u hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar li f'Għawdex kienet saret l-itwal triq ta' 3.1 kilometri b'fondi Ewropej.", "Jekk irridu nitkellmu fuq numri li għamlu d-differenza fil-ħajja tan-nies fejn jidħlu t-toroq, m'għandix problema li nikkwotahomlu lill-Ministru għax din hija stqarrija uffiċjali tal-Gvern.", "Kull min jaħdem fi Transport Malta - jekk fadal ftit nies minn dawk li kienu jaħdmu hemm fl-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista - jaf li dawn il-figuri li qiegħed insemmi mhuma xejn ħlief fatti.", "Fil-fatt bejn l-2008 u l-2013 kienu saru 17-il kilometru ta' toroq arterjali.", "Il-Gvern qed jgħid li se jibda l-proġett ta' toroq residenzjali imma jien irrid nara kemm dan huwa umanament possibbli li jsir però ejjew nagħtuh il-benefiċċju tad-dubju.", "Huwa tajjeb li ngħid li fl-aħħar amministrazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel xejn inqas minn 450 triq residenzjali u kien hemm toroq oħrajn li kienu mibdija biex il-Gvern seta' jmur jaqta' ż-żigarelli għax saru lejn tmiem is-sena 2012 u l-bidu tas-sena 2013.", "Sur President, ilbieraħ ukoll fid-diskors tiegħu l-Ministru għoġbu jsemmi l-public private partnership u qal li l-Gvern ta' dak iż-żmien kien sallab lill-kunsilli lokali bid-dejn.", "Jien kont wieħed minn dawk is-sindki li ħadt din l-iskema li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista u dakinhar il-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali kien l-Onor.", "Però rrid infakkar li f'pajjiżna għandna lokalità bl-isem ta' Ħad-Dingli, li s-sindku tagħha meta ħarġet din l-iskema kien il-Ministru preżenti.", "Fil-fatt il-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli mmexxi mis-Sindku Ian Borg ħa kważi €300,000 mill-public private partnership.", "Biex inkun preċiż, il-Ministru, dak iż-żmien Sindku, bejn l-2010 u l-2011 ħa minn din l-iskema, li skont hu tefgħet lill-kunsilli lokali ta' pajjiżna f'dejn, €292,000.", "Lil dawk in-nies ta' Ħad-Dingli li qegħdin isegwu u li għandhom id-djar tagħhom fi Triq il-Kbira, Triq il-Għajn, Sqaq il-Mużew u Triq il-Liedna ngħidilhom li dawn it-toroq għamilhom il-Ministru bi flus li 30% minnhom tahomlu l-Gvern Nazzjonalista.", "Iżda aħna ma konniex nimxu b'dawk il-flus biss u l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, meta l-Onor.", "Borg kien sindku, għamel Triq ir-Rabat, Triq it-Turretta, Triq Inżul ix-Xemx u Triq Panoramika.", "Dawn huma toroq li għamilhom il-Gvern ċentrali fi żmien Amministrazzjoni Nazzjonalista meta l-Onor.", "Ilbieraħ dawn ma semmihomx imma pprova joħloq id-dubji dwar dak … (Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek dwar il-video, Ministru!", "Jien ħsibtu ġab id-diskors.", "Biex min qed isewgina jkun jaf, il-Ministru pprova jiġġustifika ….", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, no cross debates.", "Onor. Cutajar, kompli indirizza lili.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, lilek qed nindirizza, m'għandix problema.", "Aktar tard ngħidlek fejn kellna point of order ilbieraħ biex inkun korrett ma' dak li għedtlek, mhux problema.", "L-Onor.", "Borg mhux qed jieħu gost għax ipprova jsemmi dak li jaqbel lilu, però dawk kienu t-toroq li saru, ovvjament kemm b'għajnuna diretta mill-Gvern kif ukoll b'finanzjament direttament lill-kunsill lokali.", "Però aħna qatt ma naqqasna responsabbiltà.", "Il-Bambin biss jaf x'tip ta' proċeduri se jintużaw f'din l-Aġenzija li qed jipprova jwelled - u se jirnexxielu – il-Ministru.", "Però minjaf minn xiex iridu jgħaddu!", "Huwa tajjeb li ngħid li ż-żewġ toroq partikolari li lbieraħ għamel referenza għalihom il-Ministru saru b'fondi Ewropej li ġab il-Partit Nazzjonalista.", "Aktar kmieni semmejt Triq il-Kosta - kienet pastażata li tnaqqsu 25% mill-flus li kienu allokati - u kien hemm ukoll il-Kappara Junction.", "Ejjew niftakru li l-pjanti u l-flus għall-finanzjament ta' din it-triq saru fi Frar tal-2010 meta ġew sottomessi l-pjanti quddiem il-MEPA u ovvjament iż-żigarella nqatgħet minn dan il-Gvern.", "Però huwa tajjeb li nkunu korretti f'dak li ngħidu għaliex dawn iż-żewġ toroq li l-Gvern jiftaħar li għamel kienu ideat b'viżjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "Huwa tajjeb li f'din il-Kamra ngħidu l-fatti u mhux nipprovaw ningannaw.", "Jien konvint li min jaħdem Transport Malta u qed isegwina jaf li dak li qed ngħid jien huma fatti.", "Fost dawn hemm il-periti li ħadmu fi Transport Malta, li wħud minnhom għadhom hemm, però huma ftit li llum għadhom jaħdmu fuq l-istess xogħlijiet li kellhom qabel.", "Aktar tard se ngħid ukoll dwar dubju serju li għandi fuq x'seta' ġara fi Transport Malta fuq pjanti partikolari u li l-Gvern ipprova jiskorja punti politiċi fuqhom.", "Illum jekk il-Bambin irid ikolli l-possibbiltà li nxejjen dak li qal il-Gvern.", "Il-Gvern jitkellem ukoll dwar il-konsultazzjoni u dwar id-demokrazija.", "Illum il-kunsilli lokali huma għal qalb dan il-Gvern però l-passat huwa garanzija tal-preżent għalih għaliex m'emminx fihom u ma nistgħux nemmnuh li din l-Aġenzija verament se tkun qed tagħmel il-ġid.", "Jien se nagħmilha ċara.", "In-nies hemm barra jimpurtahom li t-toroq isiru imma mhuwiex importanti għalihom jekk isirux mill-Gvern jew le.", "Infakkar li l-160 triq li l-Gvern qal li se jibda bihom, li huma toroq residenzjali, bl-Aġenzija u mingħajrha, dawn diġà jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu jiġifieri ejjew ma nkomplux ningannaw.", "F'din il-Kamra l-Gvern għandu tliet membri, li wieħed minnhom qiegħed fl-Eżekuttiv, u t-tlieta messew mal-kunsilli lokali u allura jafu li dak li qed ngħid jien huwa verità.", "It-toroq residenzjali li ma saru qatt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali.", "Sur President, m'għandniex nipprovaw ningannaw għaliex il-Gvern qed jagħti l-impressjoni, bil-famuż numru 160, li dawn it-toroq residenzjali se jsiru minn din l-Aġenzija.", "Issir jew ma ssirx l-Aġenzija, dawn it-toroq kienu obbligu tal-Gvern u messu ilu li għamilhom ħames snin.", "Jien irrid inqabbel in-numri ħalli jekk hawn il-midja qed issegwi terġa' tieħu nota tagħhom.", "Matul l-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija minn Dr Lawrence Gonzi, bejn l-2008 u l-2013, ma kienx hawn l-Aġenzija li qed joħlom biha dan il-Gvern imma kien hawn Transport Malta li għamlet 17-il kilometru ta' toroq arterjali, 450 triq residenzjali u 300 triq oħra bil-public private partnership.", "Dawn huma l-proġetti li għamlet l-Amministrazzjoni preċedenti u naħseb li dan il-Gvern għad irid jikkonvinċi li b'din l-Aġenzija se jkun qed jagħti aktar poteri u mhux inaqqas.", "Il-Gvern irid jgħid ukoll jekk hux se jkun qed jagħti ċans bis-serjetà lil kull kunsill lokali, għaliex jien f'mistoqsija parlamentari tlabtu jelenka liema huma l-160 triq, però l-Ministru m'għoġbux jgħidli, ma kienx f'pożizzjoni li jelenka dawn it-toroq.", "Nisperaw li mhux se jkun hemm xi ħadma fil-mod kif jintgħażlu dawn il-160 triq, għaliex dan il-Gvern ma tistax tafdah, la fejn jidħlu l-kunsilli lokali u lanqas fejn jidħlu responsabbiltajiet oħrajn.", "Qed ngħid dan għax nafu x'kienu l-intenzjonijiet tiegħu fuq toroq oħrajn.", "Sur President, ilbieraħ il-Ministru għoġbu wkoll jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet diretti li għamiltlu jien.", "Ilbieraħ jien tlabt point of order għal darba, darbtejn għax il-Ministru ċaħad li għandu fuq l-iskrivanija tiegħu jew fuq il-kompjuter tiegħu l-petizzjoni dwar il-bypass tal-Mellieħa.", "Għalhekk bil-permess tal-Kamra, fl-aħħar tad-diskors tiegħi, se nkun qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet dokumenti li juru l-petizzjoni li fiha ffirmaw 'il fuq minn 3,800 persuna.", "Din intbagħtet lill-Ministru, lill-Prim Ministru, lili bħala deputat tat-12-il distrett u lid-deputati l-oħrajn kollha, lis-Sindku u lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u anke lill-Ministru Ian Borg.", "Hawnhekk għandi lista ta' nies li every now and then kienu qegħdin jirċievu ammont ta' firem li kienu qegħdin jinġabru.", "Din hija porkerija u pastażata, bi Transport Malta u l-MEPA kompliċi mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.", "Jien se nibqa' nsemmi dan il-każ sakemm toħroġ il-verità dwar min kellu mano in pasta biex ibiddel il-policy.", "U l-Ministru għalhekk kien skomdu jwieġeb ilbieraħ, u fil-fatt, ma weġibx.", "Jien hawnhekk għandi l-pjanti annessi ma' mistoqsija parlamentari 5153.", "Ovvjament ilbieraħ issemma l-perit għax ma kienx hawnhekk il-Ministru.", "Din il-liġi titkellem dwar l-aqwa u l-ogħla standards imma ma nafx jekk il-Ministru hux se jqum jgħidilna jekk l-erba' karreġġjati humiex up to standard ma' toroq normali ta' dik il-kwalità u jekk il-bike lane hijiex skont il-kriterji mitluba fi standards tal-ogħla kwalità.", "Fuq il-pjanta li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar ġimgħat u li lbieraħ il-Ministru għamel referenza għaliha hemm isem ta' perit partikolari u hemm ukoll isem ta' disinjatur partikolari.", "Għalhekk din il-bypass insterqet parti minnha biex jiġu aġevolati l-ftit u allura ma kienx hemm l-interess pubbliku.", "Sur President, jien nibqa' ngħid li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huwa irresponsabbli għaliex meta konna qegħdin naqblu madwar il-mejda, jgħid x'jgħid il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, għaliex hekk jaqbillu jgħid illum biex jipprova jkun ta' kenn għall-pastażata li għamel il-Gvern, bil-MEPA fuq quddiem nett u Transport Malta kompliċi … Jekk wieħed, minn hawn jew minn hemm, jirnexxielu jġib il-pjanti li kienu depożitati f'xi uffiċċju fi Transport Malta, isib li dawn għandhom id-data tas-16 ta' Lulju 2014 - ta' min jgħid li f'Marzu li għadda, jiġifieri fl-2018, il-Ministru kien qam biex iwieġeb mistoqsija parlamentari li għamiltlu jien u kien qal li se jkunu qegħdin jistudjaw u jagħmlu pjanti ġodda – imma bil-firma ta' perit differenti.", "Jien konvint li xi mkien hawn xi uffiċjali ta' Transport Malta li forsi qed jifhmuni ħafna aktar min-nies hemm barra, għaliex pjanta oħra simili – u għad irrid nikkonferma jekk hijiex simili jew le – u bl-istess data ġġib il-firma ta' perit differenti.", "Hawnhekk irrid nistaqsi jekk din qattx ġrat fi Transport Malta, li fl-istess ġurnata s-suppost l-istess pjanta tibdel il-firma tal-perit.", "Dwar dan, jekk Alla jrid, inkunu nafu fil-ġranet li ġejjin u nispera li l-Ministru ma jaħrabx mir-responsabbiltà għax jien għadni qed nistenna.", "U mhux jgħidli x'hawn fil-pjanti għaliex jien informat minn Transport Malta li hemm problemi mhux żgħar fil-bypass tal-Mellieħa.", "Dak li qal il-Gvern, li se jsiru erba' karreġġjati mingħajr ma jintmiss iċ-ċint u jidħol fuq ir-riħ tal-Miżieb jidher li issa se jkun ħolma għaliex se jkun impossibbli li jagħmel erba' karreġġjati.", "Fil-fatt diġà daħal f'parti mill-Miżieb.", "Sur President, jien ngħid li mhux veru li l-pjanti saru meta tressqet il-mistoqsija parlamentari, meta l-Ministru qal li kien se jkun qed jagħmel pjanti ġodda.", "M'hemm l-ebda pjanti ġodda.", "Li hemm biss hija firma tal-perit li hija differenti – u xi ħadd irid jikkonvinċini li mhux hekk – jiġifieri hemm żewġ firem ta' żewġ periti differenti fuq l-istess pjanti.", "Allura meta wieħed jara li hawn qiegħed jabbuża b'dawn id-dokumenti, proprju anke fl-Awtorità għat-Trasport, kif jista' jkollu fiduċja fl-Aġenzija li l-Gvern qed joħlom li jwettaq?", "Ma nistgħux nafdawh lil dan il-Gvern għax kull fejn imiss joħloq id-dubji, anke fl-aktar affarijiet bażiċi, u jien ċert li min qed jifhem dak li qed ngħid jaf eżattament x'qed nipprova ngħid.", "Forsi rridu nkunu ċari wkoll anke dwar dak li tkellimt fuqu b'rabta mal-petizzjoni li semmejt aktar qabel.", "Jekk verament din l-Aġenzija se tkun qed timxi fuq il-mudell li esperjenzajna fl-aħħar ġimgħat, allura verament se tkun vroma.", "Hemm diżordni organizzata u f'kull post fejn saru xi tip ta' xogħlijiet rajna diżastru sħiħ.", "Jien li ġej mil-lokalità tal-Mellieħa - naħseb li bħali jgħaddu ħafna nies minn hemmhekk - naf x'taħwid kien hemm fit-toroq fejn kien qed isir ix-xogħol.", "Naħseb illi n-nies jistgħu jippruvaw dan li qed ngħid.", "Anke hawnhekk, l-id il-leminija qed tgħid mod u l-id ix-xellugija fl-istess Gvern qed tgħid mod ieħor.", "Rigward il-pont tal-Mistra sena ilu l-Ministru Joe Mizzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamiltlu dwar xi problemi serji li kien hemm, qal li m'hemmx urġenza.", "Erġajt għamiltlu l-mistoqsija u reġa' kkonfermali li m'hemmx urġenza, però llum jiġi l-Ministru Ian Borg u jgħid li hemm urġenza, u noqogħdu nikkwotaw il-famużi 25 sena!", "Dan il-Gvern ilu ħames snin imexxi dan il-pajjiż.", "Għaliex ministru sena ilu qal mod u llum ministru ieħor qed jgħid mod ieħor?", "Ovvjament għaliex l-id il-lemija ma tafx x'qed tagħmel l-id ix-xellugija!", "Dan huwa biss episodju wieħed però l-Bambin biss jaf x'inhu għaddej fi Transport Malta u kif jgħid il-Malti, hemm xi ftit lanżit fit-top management, fejn wieħed ma jarax għajn mal-ieħor.", "Din il-famuża Aġenzija diġà tidher li se titlaq fuq pass falz għaliex dak li hemm f'dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa 'l bogħod mill-verità.", "Jien nerġa' ntenni li meta kellna Transport Malta, din kienet taħdem kif suppost u ma kellniex dawn il-problemi u kwestjonijiet.", "Kif daħal fil-Kamra l-Ministru għoġbu jpoġġi clip fuq il-Mejda tal-Kamra u jikkwota x'qal il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Dik il-clip li rnexxieli naraha kulma hija 20 sekonda.", "F'dawk l-20 sekonda l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li mhux li nagħmlu t-toroq biss huwa importanti, għaliex jekk il-Gvern jaħseb li bit-toroq, li huwa tajjeb li jsiru, se nsolvu l-problema tat-traffiku sejjer żball.", "Ilbieraħ ipprova jqarraq il-Ministru meta kkwota d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jgħid li l-problemi ewlenin fit-toroq tagħna huma kkawżati bit-traffiku u allura jkun żball jekk nipprovaw inpoġġu kliem f'ħalq il-Kap tal-Oppożizzjoni, meta fil-verità ma qalx dak il-kliem.", "In-nies li jinqabdu fit-traffiku f'kull ħin tal-ġurnata jafu x'qed ngħid.", "Illum ma tiltaqax mat-traffiku fil-peak hour biss jew meta l-ħaddiema tal-Gvern jispiċċaw mix-xogħol imma tgħaddi xħin tgħaddi se ssib traffiku staġnat!", "Allura f'ġieħ ir-rispett lejn din il-Kamra, f'ġieħ ir-rispett lejn l-intelliġenza ta' min qed isegwina, ejjew ma nkomplux nagħtuha bis-sieq il-klassi politika għaliex għada pitgħada n-nies se jiġġudikawna fuq l-għemil tagħna.", "In-nies se jkunu qed jiġġudikawna dwar id-deċiżjonijiet li se nieħdu.", "Il-Ministru għandu għalfejn jinkwieta għax pajjiżna spiċċa fil-quċċata tal-pajjiżi bl-aktar emissjonijiet fit-toroq.", "Din mhijiex ikkawżata għax ma sarux toroq jew għax qed isiru t-toroq imma minħabba l-problema tat-traffiku li taqa' taħt l-istess Ministru u hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li taħt dan il-Gvern f'ħames snin minn ġot-taġen morna għal ġon-nar.", "Dalwaqt se nagħlaq id-diskors tiegħi għax se jiskadili l-ħin allokat għalija u warajja se jitkellem is-Segretarju Parlamentari.", "Hawnhekk irrid infakkar lis-Segretarju Parlamentari f il-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari li jien għamilt - hawnhekk għandi wkoll rapport ta' Newsbook - f'Diċembru li għadda, fejn kien qal li għad mhuwiex ċar jekk it-toroq residenzjali hux se jibqgħu taħt il-kunsilli lokali.", "Parnis, li jiltaqa' mal-kunsilli lokali b'mod regolari, biex jisma' bis-serjetà.", "Jalla ma jkunx taħt it-tmexxija tal-Onor.", "Silvio Parnis li lill-kunsilli lokali jittiklulhom l-aktar ir-responsabbiltajiet.", "Il-kunsilli lokali f'pajjiżna ma rriduhomx li jkunu estensjoni tal-customer care.", "Il-Partit Nazzjonalista welled il-kunsilli lokali 25 sena ilu.", "Ejjew ma nimmarkawx il-25 sena fit-twaqqif tal-kunsilli lokali bit-tneħħija ta' responsabbiltà li kienet ingħatatilhom minn Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Nittama li le għaliex kif diġà għedt, f'Diċembru li għadda l-Onor.", "Silvio Parnis kien qal li mhuwiex ċar jekk it-toroq residenzjali hux se jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali.", "Ejjew nagħmluhom it-toroq.", "L-Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti għamlu mijiet ta' toroq għaliex it-toroq residenzjali ġodda li qatt ma kienu saru, kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern.", "Però r-responsabbiltà kienet dejjem għand il-kunsilli lokali u ma noqogħdux nipprovaw ngħidu li l-flus li huma ring-fenced għall-kunsilli lokali se jkunu jistgħu jintnefqu f'ġonna u f'wesgħat pubbliċi.", "Gvernijiet Nazzjonalisti ħallew il-flus għand il-kunsilli lokali, nefqu l-flus fit-toroq però ma qagħdux jixxaħħu milli jagħmlu wkoll ġonna pubbliċi u wesgħat abbandunati f'wesgħat għat-tgawdija tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Fuq dak li ntqal dwar Għawdex, il-kollegi tiegħi minn Għawdex se jkollhom il-possibbiltà li jitkellmu dwar it-toroq f'Għawdex.", "Staqsi lill-Għawdxin kemm irid jagħmel snin fit-tmexxija l-Ministru responsabbli minn Għawdex illum u l-Ministru responsabbli mit-toroq biex ilaħħqu mat-toroq li saru f'Għawdex taħt Gvern Nazzjonalista.", "Għawdex ġiet kważi miksija bit-tarmak minn Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Irrid infakkar però li Għawdex kien sema' l-ewwel darba b'ministeru responsabbli minn Għawdex meta Dr Eddie Fenech Adami kien Prim Ministru.", "Għaliex meta tela' Gvern Laburista fl-1996 l-għeżież Għawdxin kien itteħdilhom il-Ministeru għal Għawdex.", "Illum għandhom ministru għaliex il-Gvern żamm il-mudell li poġġejna aħna, kif illum il-Gvern qed jitkellem fuq il-kunsill lokali.", "Għaddew 25 sena però fil-verità b'din il-liġi li qed niddiskutu llum, il-Gvern qed jerġa' jikkonferma li mhuwiex veru li għandu għal qalbu l-kunsilli lokali.", "Qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' petizzjoni mibdija mis-Sur Charles Vella Cauchi u indirizzata lill-Prim Ministru, lill-Ministru għat-Trasport, lill-Kap tal-Oppożizzjoni, lill-Ministri u Membri Parlamentari tat-12-il Distrett kif ukoll lis-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bis-suġġett \"Il-bypass tal-Mellieħa għandha tibqa' tal-poplu\".", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, jien u nipprepara dan id-diskors ġie f'moħħi x'kienu jgħidu l-Membri tal-Opppożizzjoni meta kienu fil-gvern.", "Pereżempju, meta konna ngħidu li se nraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li se nneħħu l-mediċini out of stock kienu jgħidu li dawn l-affarijiet ma jistgħux isiru.", "Illum qisna qegħdin nerġgħu nisimgħu ripetizzjoni b'mod differenti u kritika negattiva għall-aħħar u qed jaqtgħu qlub in-nies hemm barra li l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta mhux se tirnexxi.", "Però jien nista' nassigurahom li bħalma rnexxielna f'ħafna affarijiet, se nkunu qegħdin nirnexxu wkoll f'din l-Aġenzija.", "Ftit ilu hawnhekk issemma x'toroq għamlu meta kienu fil-gvern.", "Allaħares f'25 sena li għamlu fil-gvern m'għamlux numru ta' toroq!", "Aħna f'ħames snin li ilna fil-gvern irnexxielna nibdlu wiċċ dan il-pajjiż u rnexxielna nagħmlu dak li m'għamlux huma, bħall-Kappara Junction u l-Marsa Junction, li qegħdin nagħmluha bħalissa.", "Li kien għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma konna nagħmlu xejn minn dan.", "Ma naħsibx li għadu ż-żmien li niġu f'din il-Kamra u noqogħdu nikkritikaw dak li huwa pożittiv u kull ħaġa li nagħmlu għax ir-riżultati fl-elezzjonijiet qegħdin juru differenti.", "L-Onor.", "Cutajar semma kemm għamlu għal Għawdex imma minkejja dan ma tantx jafuhulkom l-Għawdxin għax … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Indirizza lili jekk jogħġbok.", "SILVIO PARNIS: Jien lilek qed nindirizza.", "(Interruzzjonijiet) Ilha tagħtina raġun din.", "(Interruzzjonijiet) Ilkom tgħidu li tatkom raġun imma ma tantx tatkom raġun għaliex b'dak kollu li għamiltu ġewwa Għawdex urew sfiduċja fikom u tliftu siġġu.", "U mhux hemm biss, imma tliftu numru ta' siġġijiet fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "(Interruzzjonijiet) Issa meta jkun imissek oqgħod għid iċ-ċuċati!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx cross debates.", "Hawnhekk kulħadd għandu dritt jgħid dak li għandu jgħid.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Se nindirizza lilek ovvjament, kif inhu l-obbligu tiegħi.", "Ma naħsibx li kulħadd jista' jgħid li jrid.", "Il-kelma \"ċuċati\" ma naħsibx li hija kelma li hija aċċettabbli f'din il-Kamra!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-kelma \"ċuċati\" hija kelma li preferibbilment ma tingħadx hawn ġew.", "Jekk jogħġbok irtiraha, Onor. Parnis.", "L-ISPEAKER: Irtiraha jew sib kelma oħra.", "SILVIO PARNIS: Se nirtiraha ħalli nkompli.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ma nagħmlux cross debates.", "Ejjew ħa nimxu.", "ONOR.SILVIO PARNIS: Meta tkellem hu jien ħallejtu jitkellem u qgħadt nisimgħu bil-paċenzja kollha.", "L-ISPEAKER: Tibżax issa tkellem inti.", "SILVIO PARNIS: Sur President, aħna qegħdin nipprovaw ngħidu li minkejja li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda tgħid li għamlet ħafna affarijiet għal Għawdex, ir-riżultat wera li l-Partit Laburista kabbar il-maġġoranza f'Għawdex.", "U nista' nassigurah li jekk jibqgħu għaddejjin b'dan il-qsim bejniethom, b'din in-negattività kollha minn xħin nibdew sa xħin nispiċċaw, se jerġa' jkollna dak ir-riżultat.", "Għalkemm l-elezzjoni għad fadlilha erba' snin oħra, is-surveys qegħdin juru li n-nies ma jridux din it-tip ta' politika.", "Illum ġejna hawnhekk biex nuru l-viżjoni tagħna bħala gvern u x'se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Aħna ma qbadniex u ġejna hawn u ħabbarna li rridu nwaqqfu aġenzija tat-toroq; din kienet fil-programm elettorali tagħna.", "Aħna konna ċari, kellna mandat aktar b'saħħtu milli kellna fl-2013 u b'dak il-mandat li kellna kien ċar li se nwaqqfu l-aġenzija li tieħu ħsieb it-toroq biex dak li m'għamlux Gvernijiet Nazzjonalisti f'25 sena nagħmluh aħna f'seba' snin.", "25 sena ilu jien kont sindku fil-lokalità tiegħi ta' Raħal Ġdid, bħalma kien l-Onor.", "Byron Camilleri li kien sindku fil-lokalità tal-Fgura, bħalma kien l-Onor.", "Clayton Bartolo li kien fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, bħalma kien l-Onor.", "Robert Cutajar li kien sindku tal-Mellieħa, bħalma kien l-Onor.", "Godfrey Farrugia li kien sindku ta' Ħaż-Żebbuġ u bħalma kienet l-Onor.", "Maria Deguara – din hija waħda mill-aktar kelliema li nieħu pjaċir nismagħha titkellem għax titkellem b'mod pożittiv - li kienet sindku tan-Naxxar.", "Aħna lkoll nafu li kellna problema bit-toroq.", "Il-kunsilli lokali kellhom ir-responsabbiltà tat-toroq imma jien niftakar, bħalma jiftakru oħrajn, li kienu jiġu n-nies jitolbuna biex nirranġaw ċerti toroq u aħna konna ngħidulhom li m'għandniex flus biex nagħmluhom.", "Issa għandna Gvern b'saħħtu, Gvern li kellu l-kuraġġ jagħmel dawk l-affarijiet li konna ngħidu li qatt ma setgħu jsiru.", "Aħna se nkunu qegħdin nirranġaw it-toroq f'seba' snin u allokajna €700 miljun proprju għat-toroq tagħna.", "Lil dawk in-nies li joqogħdu f'numru ta' toroq residenzjali li se nkunu qegħdin nirranġaw ngħidilhom li aħna se nagħmluhom minkejja l-kritika kollha li qed tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Jibqgħu sejrin b'din in-negattività u jgħidu li dak kollu li huwa tajjeb huwa ħażin u jerġa' jkollna r-riżultati!", "Kulħadd għandu dritt li jitkellem u jikkritika imma trid tkun pożittiv biex tikkritika.", "Hawnhekk dejjem nisimgħu l-istess kantaliena, li dan il-Gvern, Gvern Laburista, qiegħed hemmhekk biex inaqqas il-poteri tal-kunsilli lokali.", "Din issa drajnieha, jibqgħu jgħiduha u aktar ma jgħiduha aktar jipprovaw jerġgħu jgħiduha.", "Sur President, aħna fejn qed innaqqsu l-poteri tal-kunsilli lokali?", "Jien kull ġimgħa nitkellem ma' kunsilli lokali differenti, kemm kunsilli lokali b'maġġoranza Laburista kif ukoll kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista u nista' ngħid li dawn qegħdin jilqgħu b'sodisfazzjon din l-Aġenzija li se nwaqqfu.", "Jien niskanta kif il-kollega tiegħi qed jgħid li l-kunsilli lokali qegħdin jgħidu li ma jaqblux magħha, għaliex dawn qegħdin jifhmu x'qegħdin nipprovaw nagħmlu.", "Issa meta titwaqqaf din l-Aġenzija u nibdew naraw ix-xogħol u t-toroq isiru fil-lokalitajiet tagħna – naf li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tixtieq li din l-Aġenzija ma tirnexxix imma mhux hekk se jiġri – naħseb li mbagħad jibdew jgħidu li mnalla kienet din l-Aġenzija għax kieku dan ix-xogħol ma kienx isir!", "Hekk se jiġri.", "Din bħal tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, meta kienu jgħidu li ma jistgħux jorħsu, u mbagħad qalu li jmisshom raħsu aktar!", "Però nerġa' ngħid, in-nies hemm barra xi jridu?", "X'jiswa li min ikun sindku u jkollu r-responsabbiltà tat-toroq ma jkunx jista' jagħmel triq waħda?", "X'jiswa dan?", "Hekk iridu?", "Hekk trid l-Oppożizzjoni Nazzjonalista?", "Jekk huma jridu hekk, aħna ma rridux hekk.", "Aħna tkellimna mas-sindki, mal-Ministru Ian Borg u mal-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u ddiskutejna f'isem il-kunsill lokali.", "Meta jiġu fil-lokalitajiet tagħna u meta aħna mmorru għandhom, nitkellmu dwar dan għaliex fil-kunsilli lokali m'hemmx qasmiet.", "Pereżempju din il-ġimgħa għadna kif tkellimna mas-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li għandu numru ta' sfidi minħabba n-numru ta' turisti li hemm hemmhekk, u offrejnielu li ngħinuh bi pjan sabiex naraw kif nistgħu nnaddfu din il-lokalità.", "Poġġejna madwar mejda, b'Sindku Nazzjonalista u b'kunsilliera miż-żewġ naħat, u fil-ġranet li ġejjin se niddeċiedu kif se nibdew innaddfu u ngħinuhom fil-lokalità.", "Aħna ma rridux ngħinu lill-kunsilli lokali?!", "Aħna ma rridux indaħħluhom ġewwa l-ħajt kif daħħlithom l-Oppożizzjoni Nazzjonalista meta kienet fil-gvern u ħarġet l-iskema biex jiddejnu ħalli jirranġaw it-toroq.", "Kien hemm xi ħadd min-naħa l-oħra tal-Kamra li qal li kien hemm min użaha!", "Jekk ma jkollokx alternattiva oħra, mhux bilfors trid tużaha!", "Dak iż-żmien ma kienx hemm gvern li investa €700 miljun fuq it-toroq f'seba' snin!", "Lil min qed jarana ngħidlu li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda tgħidlu li din li nirranġaw it-toroq hija ħadma imma jien ngħidilhom li mhijiex ħadma anzi se naraw bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "L-ISPEAKER: Ħalli nara x'inhu l-point of order tal-Onor.", "Parnis ma naħsibx li qed ikun korrett f'dak li qed jgħid għaliex jien fid-diskors tiegħi fl-ebda ħin m'għedt lin-nies li t-toroq m'għandhomx isiru imma jien għedt li n-nies hemm barra jinteressahom biss li t-toroq isiru, basta r-responsabbiltà tibqa' għand il-kunsilli lokali.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. Parnis.", "SILVIO PARNIS: Jien fil-każ ngħaddilhom il-programm elettorali li bih tela' dan il-Gvern.", "Mela aħna tlajna fil-gvern fuq programm elettorali b'maġġoranza ta' 40,000 vot u issa l-Oppożizzjoni trid tiddetta jekk inwettqux dak li hemm f'dan il-programm elettorali jew le!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Ħalluh jitkellem bil-kwiet.", "SILVIO PARNIS: Il-programm elettorali tagħna kien ċar u fost affarijiet oħra kien hemm li se nkomplu ninvestu fl-IVF, imma dawn bħalma għamlu fuq l-ugwaljanza, fejn l-ewwel kienu kontra u mbagħad kienu favur … Imma nsomma!", "Nerġa' ngħid – din nieħu pjaċir ngħidha u ngħidha bil-qalb - li fl-aħħar elezzjoni r-riżultat wera li dawn in-nies huma ddestinati għall-Oppożizzjoni.", "Jekk jibqgħu sejrin hekk jagħtuna pjaċir!", "(Interruzzjonijiet) Meta nibda nisma' dawn l-argumenti u nara dawn is-surveys nibda ninduna li dawn se jibqgħu deħlin ġol-ħajt!", "Imma nieħu pjaċir, bħalma nieħu pjaċir meta nkun fid-djar tan-nies u jibdew jgħidulna li dawn in-nies ma jitgħallmu qatt.", "Però ħalli nħalluhom, imbagħad jerġa' jasal il-mument fejn jiġġudika l-poplu.", "Niftakar – hawn bilfors ikollok tidħaq - lill-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jgħid li laħquna.", "Wera r-riżultat kemm laħquna!", "Sur President, qed insemmi dawn l-affarijiet għaliex min jipprova jfixkel ma jeħux pjaċir jisma' dan.", "Però minkejja l-kritika negattiva tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista lis-sindki u lill-kunsilliera tagħna - fil-maġġoranza tal-lokalitajiet is-sindki huma Laburisti - se nkunu qegħdin ngħinuhom.", "Żgur li m'aħniex se nkunu qegħdin indaħħlu l-kunsilli lokali tagħna fid-djun kif daħħluhom Gvernijiet preċedenti.", "Aħna mhux se nkunu qegħdin neħdulhom il-poteri imma rridu nsaħħu dawk il-poteri li diġà għandhom.", "Aħna writna kunsilli lokali bir-reġjuni li lanqas jaħdmu, reġjuni mingħajr responsabbiltajiet.", "Anke meta f'dan il-Parlament tkellimna dwar il-gwardjani lokali, l-uffiċjali tal-komunità, l-Oppożizzjoni wkoll kienet negattiva u qalet li dawn se jfallu.", "Dawn huma l-gvern tal-futur ta' dan il-pajjiż!", "Ħlief fallimenti u \"no\" ma jgħidux, kollox bil-kontra!", "Imma, nerġa' ngħid, ħallihom ħalli jkomplu jitħabblu fil-qsim li għandhom!", "Sur President, inti qatt ma tista' tmexxi pajjiż jekk fil-partit tiegħek ikollok qasma.", "Ejjew inkunu pożittivi.", "Lin-nies hemm barra, min qiegħed jismagħna, min għal tant żmien kien ilu jħabbat il-bibien tal-kunsilli lokali, min għal 25 sena qatt ma ra toroq isiru, jew isiru waħdiet, aħna qegħdin ngħidulhom li dan il-Gvern immexxi mill-Onor.", "Joseph Muscat qed jagħtihom tama.", "Aħna qed ngħidulhom li wara 25 sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali l-Gvern mhux se jkun qiegħed jagħti biss il-€50 miljun fi flus lill-kunsilli lokali imma se jkun qiegħed jinvesti wkoll fil-lokalitajiet tagħna €700 miljun fuq toroq.", "Ladarba aħna qegħdin fil-gvern se nagħtuhomlhom dawn it-toroq.", "Li kien għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista dawn it-toroq ma jingħatawx.", "Issa ibqa' żgur li wara li jgħaddi ż-żmien u jibdew isiru t-toroq jibdew jgħidu illi kieku ma kenux huma dawn ma kenux isiru!", "Din hija l-Oppożizzjoni li dejjem tikkritika.", "Din hija l-Oppożizzjoni li dejjem tgħid \"no\".", "Tista' tgħid \"no\" imma jekk tgħid \"no\", għid \"no, but\" ħalli toħorġu b'xi ideat.", "Aħna wasalna biex nagħmlu ċerti affarijiet għax aħna niddjalogaw għax aħna rridu nibdlu lil dan il-pajjiż.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lis-sindki kollha – u hawn qed nirreferi għas-sindki taż-żewġ naħat għaliex aħna hawnhekk ma rridux ninqasmu bejn sindki Nazzjonalisti u sindki Laburisti - li għandhom għal qalbhom il-lokalitajiet tagħhom u li jaħdmu għall-ġid ta' dawn l-istess lokalitajiet.", "Irrid nirringrazzja lil dawk is-sindki Nazzjonalisti li fehmu x'qegħdin nipprovaw nagħmlu biex nagħtu tama fil-lokalitajiet tagħna.", "Dawn ma ngħidx min huma għaliex inkella jibbojkottjawhom.", "(Interruzzjonijiet) Issa forsi jkollu ċans jagħmel xi Aġġornament u joqgħod!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, qed ninnota li dan l-Abbozz ta' Liġi se japprova qafas ta' twaqqif ta' aġenzija u r-relazzjoni tagħha ma' Transport Malta, mal-kunsilli lokali u anke mal-pubbliku imma se jħejji wkoll strateġiji relatati ma' ħidmietha, għalkemm fl-Għanijiet u Raġunijiet tiegħu jsemmi wkoll il-kelma \"politiċi\" relatati ma' ħidmietha.", "Huwa fuq dan li se niffoka d-diskors tiegħi għaliex nifhem li għalxejn inħambaq li wasal iż-żmien li l-Ministeru għandu jafda l-Awtorità.", "Għaliex ejjew ngħiduha kif inhi, saret timbru ta' dan il-Gvern li jrid iħalli mhux biss kollox taħt għajnejh, li huwa tajjeb, imma kollox taħt il-ħakma tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, din biss hija d-disfatta ta' dan l-Abbozz ta' Liġi għaliex min-naħa tal-Ministeru m'hemmx fiduċja biex din l-Aġenzija tkun awtonoma u indipendenti meta tiġi biex ikollha relazzjonijiet ma' Transport Malta, mal-kunsilli lokali u anke mal-pubbliku.", "Jiddispjaċini ninnota li dan huwa sintomu ta' marda li qed tnawwar pajjiż, imma minkejja dan, jien ottimist u se nitkellem fuq din l-opportunità li tista' toħloq l-Aġenzija biex l-isfidi tal-mument insolvuhom.", "Fis-sena 2015 jien kont attendejt għall-konferenza Road Traffic Impact and Costs, li tlaqqgħet fl-Università ta' Malta.", "F'kelma waħda, l-impatt fuq l-ambjent, is-saħħa pubblika, l-ekonomija u l-kummerċ ġew analizzati mill-aspett ta' toroq u traffiku.", "Saru wkoll riċerki u kien hemm anke proġezzjonijiet dwar inċidenti fit-toroq, it-tniġġis tal-arja mill-emmissjonijiet, li llum nafu li f'Malta huma fl-ogħla livelli fl-Ewropa, l-istorbju, li wkoll għandna premju għalih, it-tibdil fil-klima u l-konġestjoni tat-traffiku.", "Dawn kollha ġew ikkalkolati.", "Ġiet ikkalkolata wkoll in-nefqa żejda, li mhix diretta, fit-trasport għas-sena 2012 f'dawn il-parametri imsemmija.", "Din kienet nefqa żejda ta' €274 miljun li m'għandhiex x'taqsam mat-trasport.", "F'dik il-konferenza ġew issuġġeriti tliet policies biex intejbu s-sitwazzjoni mill-2015 'il quddiem, tal-inqas sal-lum il-ġurnata.", "Minkejja dan ninnota li l-ebda bidla ma saret u bqajna status quo, anzi biex noħolqu front qegħdin naċċettaw dan il-falliment, qegħdin naċċettaw li għandna sfida u qegħdin inwaqqfu aġenzija.", "Nispera li din tgħin biex issolvi dak li ma ssolviex.", "F'din il-konferenza kien issuġġerit li jekk ix-xenarju jibqa' kif inhu, with no policy change, - fil-fatt hekk baqa' sal-2018 - fis-sena 2020, li hija bieb u għatba, sena u nofs oħra, in-nefqa indiretta minħabba l-problemi ta' toroq u trasport pubbliku se togħla għal €317-il miljun.", "Din hija nefqa addizzjonali li bażikament tinqasam fuq in-nies, fuq il-kummerċ u fuq l-ekonomija Maltija.", "Dawn huma spejjeż żejda li kieku jintużaw b'mod ieħor ovvjament il-ħajja torħos aktar.", "Sur President, irridu nifhmu li din iċ-ċifra ta' €317-il miljun hija waħda konservattiva immens għax, ejjew ngħiduha kif inhi, irridu nifhmu li mill-2015 'l hawn kellna żieda fil-popolazzjoni li ma kenitx mistennija.", "Din żdiedet b'mod partikolari minħabba l-miġja tal-barranin li qegħdin jgħixu u jaħdmu f'Malta.", "L-iżvilupp ekonomiku żdied aktar milli kien previst – din hija ħaġa tajba - imma dan iġib miegħu ċerti konsegwenzi wkoll, il-konsegwenzi tal-aqwa żmien!", "Nafu wkoll x'żieda kien hemm fl-għadd ta' karozzi, tant li llum il-ġurnata kuljum jinħarġu 33 vettura ġdida.", "Jien ilbieraħ ingħatajt tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5701 li jien għamilt dwar il-vetturi fit-toroq u nista' ngħid li l-istatistika tkexkxek għax l-għadd ta' vetturi li kien hawn sal-aħħar ta' April 2018 huwa ta' 377,305 vettura.", "Dan ifisser li l-ammont ta' vetturi għal kull 1,000 persuna huwa ta' 873 jiġifieri għal kull 1,000 persuna għandna 873 vettura.", "Barra minn hekk l-ammont ta' vetturi f'kull kilometru ta' toroq huwa ta' 132.", "Issa meta qed ngħid toroq mhux qed nirreferi għat-toroq arterjali biss imma qed nirreferi wkoll għat-toroq urbani u għat-toroq tal-kampanja, it-toroq kollha kemm huma.", "X'ma jkollniex konġestjoni!", "Qed insemmi din il-konferenza li attendejt biex nuri li jkun hawn konferenzi li jagħmlu sens, imma mbagħad meta niġu għall-implimentazzjoni, naraw li pereżempju l-policies li ssemmew f'dik il-konferenza, li fiha ħadet sehem ukoll Transport Malta, l-azzjoni ma tteħditx.", "F'din il-konferenza kien intqal ċar u tond li l-infrastruttura tat-toroq kienet għadha lura u kien hemm ħtieġa ta' analisi dettaljata imma ntqal ukoll li t-titjib tal-uċuħ tat-toroq waħdu biss mhux se jsolvi l-problema li għandu pajjiżna.", "Għalhekk jien jiddispjaċini meta nisma' lin-naħa l-oħra tal-Kamra jiftaħru bl-asfaltar tat-toroq għax dan mhux se jsolvi l-problema.", "La nitkellmu fuq it-toroq, nitkellmu fuq il-karozzi u la nitkellmu fuq il-karozzi, nitkellmu fuq l-ipparkjar, iżda dan biss mhuwiex il-qofol.", "Sa mill-bidu tas-seklu 21, jiġifieri s-seklu li qegħdin fih issa, leġiżlatura waħda wara l-oħra ffokaw fuq bini u aktar bini ta' toroq u t-twessigħ tagħhom biex jakkomodaw it-traffiku.", "U hawn qiegħed l-iżball għax dawn imxew biss fuq il-ħtieġa tad-domanda, demand and supply, miżuri li bihom tara sal-ponta ta' mnieħrek, shortsightedness mingħajr ippjanar fit-tul u, fuq kollox, mingħajr dak li huwa ta' importanza, u ċjoè, bidla fl-attitudni, dik li b'mod tekniku jsejħulha l-promotion of modal shift.", "Il-promotion of modal shift mhux talli ma saritx talli marret il-baħar, anzi kienet inkoraġġita biex ma ssirx u minflok morna 'l quddiem morna lura.", "Għalhekk jien se nistaqsi, u dan huwa l-punt kruċjali tad-diskors tiegħi: Din l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta - li l-ewwel vot tagħha huwa ta' €700 miljun tul seba' snin, xi ħaġa tajba - se tkompli tibni toroq tal-bieraħ, jiġifieri bil-ħsieb ewlieni ta' aktar u aktar asfaltar jew se tibni toroq ta' għada, bħal pajjiżi oħrajn, skont il-ħteġijiet li għandu bżonn il-pajjiż u l-ambjent li aħna lkoll ngħixu fih?", "Fil-fehma tiegħi, jekk verament irridu nimxu fuq it-toroq ta' għada u mhux fuq it-toroq tal-bieraħ - u s'issa kulma smajna min-naħa l-oħra tal-Kamra kien fuq it-toroq tal-bieraħ, qisna biex nagħmlu tajjeb għad-defiċit li jeżisti mingħajr ma nħarsu 'l quddiem - irridu l-ewwel nett, ninkoraġġixxu li l-persuni jkunu aktar mobbli, aktar fuq saqajhom u jiċċaqilqu aktar.", "Dan huwa importanti ferm u biex il-persuna tkun fuq saqajha u tħossha sigura fit-triq irid ikun hemm il-konnettività bil-pass għal żoni pedonali u l-konnettività meta tiġi biex tuża r-rota.", "Fejn hu ż-żmien meta konna nużaw ir-rota kif kont nagħmel jien meta kelli 21 sena anke biex immur l-iskola?", "Illum naħsibha għaxar darbiet jekk naqbadx ir-rota jew le mhux għax jien Membru ta' din il-Kamra imma għax ma nħossnix sigur fit-triq.", "Hawnhekk nirreferi għall-mistoqsija parlamentari 5704, li ngħatajt tweġiba għaliha lbieraħ, fejn jien staqsejt lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali:", "\"Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' cycle lanes hawn bħalissa f'Malta?", "Jista' jgħid kemm-il kilometru aktar se jitwettqu bil-proġett tal-immodernizzar tat-toroq?", "X'inhu l-ħsieb biex ikun hemm konnessjoni ta' dawn is-cycle lanes u biex ma jkollniex biċċiet ta' cycle lanes li jispiċċaw f'dead end?\"", "F'Ħaż-Żebbuġ għandna cycle lane li fih 300 metru li jibda minn post u jispiċċa f'żona fejn ikun hemm konġestjoni tat-traffiku.", "Dak huwa s-cycle lane li għandna f'Ħaż-Żebbug!", "Sintendi tweġiba ma kellix, għaliex l-informazzjoni għad trid tinġabar!", "Jien nemmen li l-informazzjoni għad trid tinħema mhux tinġabar!", "Din hija s-sitwazzjoni li qegħdin fiha llum!", "Mela l-ewwel prinċipju huwa l-inkoraġġiment biex persuni jiċċaqilqu aktar u jkunu mobbli.", "Wara kollox din tgħin ukoll fil-ħxuna żejda li għandna bħala poplu; anzi aħna champions f'dan ir-rigward!", "Niġi għat-tieni prinċipju u nispera li dan li qed ngħid jeħduh bħala kritika kostruttiva u bħala suġġerimenti għax jien nixtieq li din l-Aġenzija tirnexxi.", "It-tieni punt jirrigwarda t-trasport pubbliku.", "U mela ma sarx titjib fit-trasport pubbliku.", "Qegħdin naslu fil-ħinu?", "Le, morna għall-agħar mhux għall-aħjar.", "Hawnhekk trid tissolva l-problema u din hija parti mill-isfida ta' din l-Aġenzija.", "Huwa inutli li nonfqu flus li għandhom x'jaqsmu biss ma' asfaltar u huwa hawnhekk li jrid isir is-sħab ma' Transport Malta.", "Imbagħad xi ngħidu dwar it-tnaqqis fl-użu ta' karozzi privati u fl-użu ta' karozzi li jaħdmu bil-petrol u mhux b'enerġija nadifa?", "Dawn huma kruċjali, biex ma nsemmix it-tliet punti tal-policies tal-konferenza tal-2015, li dwarhom ma sar xejn.", "Jien naħseb li lkoll f'din il-Kamra rridu li din l-Aġenzija tirnexxi, għalfejn le?", "Illum nista' nikkonsidra li fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex qed ngħixu city life, bħal belt kbira fi kwalunkwe pajjiż Ewropew, biż-żoni urbani li għandna.", "Jien nemmen li rridu naslu f'punt fejn f'Malta u f'Għawdex nimxu fuq il-prinċipju ewlieni li b'mod tekniku nsejħulu livability, fejn fl-ambjent żviluppat, jiġfieri, dak residenzjali, jiġi skoraġġit l-użu tal-karozzi u jiġi kordinat it-trasport pubbliku, anke trasport lokali, madwar iż-żona urbana.", "Barra minn hekk irridu nħarsu l-ispazji urbani, dejjem fuq il-kondizzjoni li jixirqu l-karattru u l-karatterisitiċi tal-gżejjer Maltin u Għawdxin.", "Il-qofol m'għandux ikun li rridu naqdu t-tali persuna biex ikollha bankina, anke bankina li hija inqas mill-istandards neċessarji jiġifieri ta' 1.2 metri, l-aqwa li jkollok bankina!", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-bankini tant huma ċkejknin li tnejn min-nies ma jistgħux jimxu labranzetta flimkien.", "Wasalna f'punt fejn jekk tkun miexi fuq ċerti bankini li saru dan l-aħħar, u b'kumbinazzjoni faċċata tiegħek jiġi xi ħadd bil-puschair ikollok tinżel minn fuq il-bankina biex jgħaddi l-pushchair!", "Dwar dan l-abbuż għamilt mistoqsija parlamentari oħra biex nara x'passi qiegħed jieħu l-Ministeru, u fit-tweġiba ġejt referit għal dokument dwar l-aċċess pubbliku li għandu x'jaqsam mal-bankini li kien inħareġ mill-Assoċjazzjoni għall-Persuni b'Diżabilità.", "Tajjeb ħafna, dak huwa l-istandard, imma x'għamilna?", "Minflok l-istandard minimu ta' 1.2 metri tal-bankini ħarisna lejh bħala xi ħaġa minima, dan sar il-massimu f'ċerti bankini.", "U dan kollu biex inwessgħu ċerti toroq urbani ħalli noħolqu spazju għall-ipparkjar.", "Sur President, jien semmejt tliet tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari li kelli lbieraħ stess fuq dan is-suġġett.", "Jien nawgura minn qalbi lill-Ministru u l-istaff tiegħu li din l-Aġenzija jħalliha timxi b'mod awtonomu u indipendenti sabiex twassalna biex nirbħu dak il-ħin li tlifna - because we are in search of lost time - ħalli t-toroq tagħna jkunu jixirqulna bħala soċjetà mibdula u jkunu komdi mhux għall-vetturi imma għan-nies li jgħixu fihom.", "U hawn qiegħda d-differenza.", "L-oġġettiv tal-Aġenzija għandu jkun in-nies li jgħixu fit-toroq.", "Qegħdin nitkellmu l-aktar fuq toroq urbani.", "Il-konċett tal-livability huwa xi ħaġa li nixtieq nara waqt din il-ġenerazzjoni li jien ngħix fiha u jalla li bis-saħħa ta' din l-Awtorità din il-ħolma li għadha mhijiex reali sseħħ.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, meta wieħed jisma' d-diskorsi li saru s'issa dwar dan l-Abbozz ta' Liġi f'din il-Kamra jinnota kemm f'dan il-pajjiż għadna niddiskutu affarijiet li huma xi ftit jew wisq rudimentali.", "Però, aktar minn hekk, tirrealizza wkoll li diversi punti li qegħdin jiġu sollevati f'dan id-dibattitu huma wkoll riżultat ta' nuqqas ta' viżjoni u ppjanar matul is-snin fl-iżvilupp ta' dan il-pajjiż mal-milja taż-żmenijiet.", "Naħseb li din l-Aġenzija Infrastruttura Malta, li se tkun qiegħda titwaqqaf permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se jkollha biċċa xogħol kbira ħafna u se tkun biċċa xogħol ferm akbar anke fid-dawl tal-esperjenza li bħala poplu kellna fir-rigward tat-toroq tul is-snin.", "Qed ngħid dan għaliex kemm niftakar jien, sa minn tfuliti, kważi dejjem naf lill-poplu Malti jiddiskuti u jistaqsi meta se jkollna toroq tajbin.", "Kważi kważi l-ħofor fit-toroq kienu qishom oġġett taċ-ċajt li ngħidu bejnietna għax dejjem b'xi toqba fit-triq!", "Niftakar li kien hemm min jgħid li fejn kellna t-toqob illixxajniehom, imbagħad għamilna l-ħotob biex il-karozzi jnaqqsu mill-veloċità, jiġifieri kważi dejjem kellna, fuq livell leġġer, diskussjoni dwar il-kwalità tat-toroq.", "U naħseb li f'din id-diskussjoni huwa importanti li mhux biss ikollna struttura tajba li tindirizza dak li hu meħtieġ u mezzi aħjar kif ikollna road network ferm aħjar imma wkoll li jkollna din l-opportunità ta' dibattitu miftuħ dwar il-metodoloġija li hemm bżonn nutilizzaw biex it-toroq tagħna, kemm dawk arterjali kif ukoll dawk residenzjali, jibdew ikunu ta' kwalità tajba.", "Jekk inħarsu lura tul is-snin, 30 sena jew 40 sena kemm niftakar jien, insibu li kien hemm żmien meta beda jingħata t-tarmak minflok l-asfalt u din kienet qisha xi ħaġa kbira!", "Kont tmur barra u tgħid li hemm it-tarmak!", "Iżda dejjem bqajna nħossu li fil- kwalità tat-toroq tagħna qatt ma kien hemm dak li jixtiequ n-nies, u din hija ħasra għaliex matul is-snin intnefqu ħafna flus.", "Aktar kmieni l-Onor.", "Toni Bezzina għamel elenku ta' toroq li l-Gvern Nazzjonalista ħa 25 sena biex jagħmilhom.", "Imma mhux dak il-punt; il-punt huwa li dawk li kellhom ikunu toroq ta' ċertu standard hemm problemi serji fil-kwalità li jinsabu fiha llum.", "Għalhekk huwa tajjeb li nagħmlu riflessjoni mhux biss dwar l-Abbozz ta' Liġi kif inhu miktub u kif inhu ppreżentat, imma dwar dawk li għandhom ikunu l-miri li għandna nilħqu biex tassew ikollna road network denju.", "Dan huwa impenn li aħna bħala Gvern irridu nilħqu anke biex lil dan il-pajjiż inlestuh għall-ġenerazzjonijiet futuri rridu nsaħħu l-infrastruttura fiżika tagħna.", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Onorevoli.", "Għandi nifhem li hawn ftehim li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol jitwal u li l-Aġġornament ma jitteħidx?", "Fid-9.00 p.m. skont il-ftehim milħuq il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol twal.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Il-punt li kont qed nagħmel huwa dwar l-opportunità li niddiskutu l-kwalità li rridu nilħqu f'dan il-pajjiż.", "U meta nagħmlu din id-diskussjoni naħseb li waħda mill-affarijiet li ssemmew matul is-snin hija li m'għandux ikollna toroq biż-żippijiet jiġifieri toroq li llum isirilhom il-wiċċ u l-għada xi ħadd jiftakar li kellu jgħaddi cable jew xi main tal-ilma, jew inkella jkun hemm xi ħsara fis-sistema tad-drenaġġ bil-konsegwenza li dak il-wiċċ li jkun għadu kif sar ikollhom iħaffruh biex jgħaddu s-servizz.", "L-affarijiet għandhom ikunu aktar maħsuba ħalli ma jkollniex ċerti sitwazzjonijiet għax inkunu nfaqna l-flus biex għamilna wiċċ ġdid fit-triq.", "Dan iwassal biex dak il-livell li nkunu xtaqna li jkollna ma niksbuhx.", "Allura fid-dawl ta' dan nemmen li hemm bżonn li jkollna din l-Aġenzija biex f'dak li nagħmlu nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat, nifhmu fejn fit-tmexxija ta' proġetti relatati ma' toroq żbaljajna u nibdew nużaw sistemi ta' project management u project design li jkunu addattati biex verament ikollna effiċjenza fil-mod kif aħna nonfqu l-flus tal-poplu.", "Hija ħasra li jkollok triq ġdida u fid-daqqa u l-ħin inti ssib li f'dik it-triq ġdida kellhom isiru interventi oħra.", "Għalhekk jien qed inħares lejn din l-Aġenzija fuq tliet binarji; trid tkun aġenzija li tfassal u tippjana, aġenzija li timplimenta, u aġenzija li jkollha r-responsabbiltajiet kollha tal-manutenzjoni.", "Jien naħseb li huwa tajjeb li nagħmlu enfasi li b'dak li qiegħed jiġi propost fil-konfront tas-sitwazzjoni li għandna llum, li t-toroq jinqasmu bejn ir-responsabbiltà ta' Transport Malta u tal-kunsilli lokali, se tkun qiegħda ssir bidla li, fil-fehma tiegħi, se taġevola lill-kunsilli lokali.", "Dan għaliex filwaqt li lill-kunsilli lokali se tkun qiegħda titneħħilhom ir-responsabbiltà li għandhom tal-manutenzjoni tat-toroq residenzjali, dawk il-flus li l-kunsilli lokali jirċievu llum mill-Baġit mhux se jiġu mittiefsa.", "Sur President, huwa tajjeb li nfakkru li kien hemm żmien meta kienu ttieħdu deċiżjonijiet li biex isiru ċerti toroq fil-lokalitajiet, il-kunsilli lokali minflok kienu jingħataw il-fondi kienu jiġu mġiegħla mill-Gvern ċentrali biex jiddejnu mal-kuntratturi bil-konsegwenza li wħud minnhom intefgħu fi problemi finanzjarji għax il-Gvern ċentrali minflok li għenhom, tefgħalhom piż li ma setgħux jerfgħu.", "Huwa faċli li tiġi hawnhekk illum u tgħid kemm il-Partit Nazzjonalista huwa favur il-kunsilli lokali u kemm kien jagħtihom għajnuna meta aħna nafu realtajiet oħrajn.", "Pereżempju, jien niftakar li l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa spiċċa b'ċerti diffikultajiet għax tpoġġa piż kbir fuqu u dam ħafna biex jirkupra ħalli jagħmel proġetti oħrajn.", "Aħna mhux hekk qegħdin ngħidu.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-kunsilli lokali se nħallulhom il-fondi li għandhom u se nnaqqsulhom ir-responsabbiltà u b'dan li se nkunu qed nagħmlu hawnhekk se nkunu qegħdin immexxuhom 'il quddiem.", "Però rridu naraw li l-pjan li qiegħed jipproponi dan il-Gvern, li f'seba' snin isiru t-toroq, ikun wieħed ippjanat u maħsub u li sena wara oħra jkollna dak kollu meħtieġ biex it-toroq kollha meħtieġa effettivament isiru.", "Sur President, skont l-istatistika, sal-aħħar ta' Marzu tal-2018 f'pajjiżna kien hawn 375,041 u s-sena l-oħra kien hawn 364,117, jiġifieri, f'sena waħda, bejn l-2017 u l-2018, kellna żieda ta' 10,000 karozza.", "Dan ikompli jżid mal-ħtieġa li naraw li jkollna road network adegwat għal-lum u aktar u aktar għal għada.", "Din ir-realtà tmur lil hinn mill-kostruzzjoni tat-toroq u allura rridu niddiskutu fuq livell akbar dwar it-trasport u t-traffic policies li aħna nimplimentaw.", "Huwa importanti li din l-Aġenzija tieħu l-pariri kollha meħtieġa u tkun kreattiva fil-mod kif tippjana u tfassal għaliex hemm bżonn li nħarsu lejn soluzzjonijiet differenti fil-mod kif aħna nibnu t-toroq u hawn mhux qed nirreferi biss għall-mod kif isir il-pedament tagħhom jew li aħna ninkludu s-servizzi kollha ħalli naqtgħu din tat-toroq biż-żippijiet.", "Irridu naraw li jekk hemm bżonn ir-road space u r-road network mhux biss jikber għax b'dan il-mod inkunu qed nieħdu art li llum m'hemmx toroq fuqha imma rrid insemmi ċerti possibiltajiet li żgur jiswew il-flus però huma importanti.", "Wieħed mis-suġġerimenti li kienu saru meta kien tkabbar il-masterplan relatat ma' Paceville, li ħoloq kontroversja, kien li nibdew nikkonsidraw li, pereżempju, fil-każ ta' Regional Road, din titħaffer, tgħaddi triq minn taħt u ssir triq minn fuq, u b'hekk fl-istess spazju ta' triq tkun qed tirdoppja r-road network li għandek.", "Irid ikollna l-kuraġġ li nibdew inħarsu lejn transport policies aktar miftuħa biex aħna nħeġġu aktar nies jużaw it-trasport pubbliku, jimxu u jużaw ir-roti jew mezzi differenti ta' trasport.", "Dan ukoll irid ikun parti mill-ħsieb u hawnhekk naħseb li huwa tajjeb li wieħed jara kif it-toroq ma jkunux biss għal min qiegħed juża l-karozza imma wkoll għal min jimxi fihom.", "Pereżempju public walkways u l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità huma importanti imma rridu naħsbu wkoll kif insaħħu l-infrastruttura tagħna b'mod li nkunu kreattivi fil-mod kif immexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Sur President, it-tieni aspett li nemmen li huwa importanti għal din l-Aġenzija huwa li tkun aġenzija li timplimenta.", "Hawn min għax forsi jkun ħejja pjanta għal xi proġett partikolari jgħid li dak il-proġett huwa tiegħu u din spiss narawha min-naħa tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni.", "Dan il-Gvern iwettaq xi proġett li jkunu ilhom isemmu għal sena wara oħra tal-Partit Nazzjonalista u jgħidu l-proġett huwa tagħhom għax għamluh huma!", "Il-proġett isir meta jitlesta u mhux meta xi ħadd ikun ħasbu u forsi jkun għamel xi sketch jew xi pjanta!", "Imma dawn l-affarijiet jidher li huma l-ordni tal-ġurnata tan-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Aħna rridu li jkollna aġenzija li timplimenta għax irridu naċċertaw li dak li jsir isir sewwa u bi pjan ċar biex kull proġett li jsir ikun fil-ħin u skont il-baġit li jkun ġie mfassal.", "Iva, hemm numru ta' proġetti li jridu jsiru, fosthom pereżempju, il-proġett ta' Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u dan se nsemmih għax qiegħed fid-distrett minn fejn ġejt elett jien.", "L-Onor.", "Toni Bezzina jħobb isemmih dan, donnu huwa l-uniku proġett li għamel dan il-Gvern!", "Dan huwa proġett li minnu rridu nitgħallmu dak li mar ħażin biex aħna nkunu qegħdin inbiddlu l-metodoloġija ħalli naraw li naslu fil-ħin stipulat.", "Imma mbagħad kellna ħafna proġetti oħrajn li fihom żammejna mal-baġit u konna fil-ħin, u naħseb li dwarhom dawn nista' nagħmel elenku sħiħ.", "Sur President, naħseb li dan il-Gvern beda juri li verament jista' jkun hemm tmexxija pubblika li tagħmel proġetti li jkunu fil-ħin, li jkunu skont il-baġit, li jkunu ta' kwalità u li jkunu kif il-poplu qed jistenna.", "Il-poplu minna jistenna li meta nagħmlu proġett inkunu nafu meta se jibda, kemm se jiswa, meta se jitlesta u li jkun ta' kwalità tajba biex jitgawda għal tul ta' snin.", "L-implimentazzjoni tfisser li rridu naraw x'teknoloġiji ġodda hemm bżonn li ndaħħlu f'pajjiżna biex naċċertaw li jkollna toroq ta' standard għoli.", "Irridu nitkellmu dwar l-isfida tal-materjal li jintuża f'dawn it-toroq.", "Irridu naraw id-disinn tat-toroq fl-infrastruttura tagħhom u fil-pedament kif jibnew.", "Pereżempju jien niskandalizza ruħi meta jinqalgħu toroq li saru fis-snin l-imgħoddija li t-tarmak tagħhom sar litteralment fuq il-ħamrija li kien hemm taħt l-għelieqi.", "Hija xi ħaġa diżgustanti kif kienu jiġu aċċettati dawn l-affarijiet!", "Apparti minn hekk, meta nitkellmu dwar l-implimentazzjoni tad-disinn huwa importanti li naraw li kull proġett li jsir, speċjalment toroq residenzjali, isiru bl-inqas inkonvenjent.", "Irridu naċċertaw li jkollna kuntratturi li verament ikollhom l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa biex dawn il-proġetti jagħmluhom ta' kwalità tajba u jagħmluhom fi żmien li jkun stipulat u skont dak li jkun miftiehem.", "Għalhekk jien nara li din l-Aġenzija tista' tkun opportunità biex minnha jkun hemm aktar taħriġ għal aktar nies f'dan il-qasam.", "Ħafna drabi meta naraw il-proġetti naħsbu li warajhom ikun hemm biss il-kuntrattur u l-ħaddiema fuq is-sit imma hemm diversi nies tekniċi oħrajn li huma meħtieġa biex inti tagħmel proġetti tajbin.", "Illum għandna skarsezza ta' nies, bħalma huma, pereżempju, draftsman, quality surveyors u nies tekniċi relatati ma' proġetti fl-infrastruttura u din l-Aġenzija tista' tkun opportunità li permezz tagħha nixprunaw aktar taħriġ u tagħlim f'dawn il-ħiliet li matul is-snin naqsu.", "Irridu naraw kif inħarrġu aktar lin-nies biex verament ikollna aġenzija li timplimenta b'mod serju u adegwat.", "Jien ngħid ukoll li wasal iż-żmien – forsi ma ndumux ma jkollna dibattitu dwar dan l-aspett li jorbot ħafna mas-suċċess ta' din l-Aġenzija - li meta kuntrattur jitfa' l-offerta tiegħu għal tender nibdew nistaqsu jekk dan għandux il-kredenzjali biex jagħmel dak it-tip ta' xogħol.", "Mill-esperjenza personali tiegħi f'dawn l-aħħar snin bl-involviment f'entità pubblika li kellha responsabbiltà ta' proġetti infrastrutturali ta' ċerta entità, tgħallimt li s-suċċess ta' proġett mhuwiex biss il-mod kif toħroġ it-tender, kif dan jinkiteb jew kif jiġi aġġudikat, li jkollok nies fuq is-sit li jkunu għaqlin u li jsegwu u jagħmlu l-almu tagħhom biex jaraw li l-kuntrattur imexxi 'l quddiem.", "Parti kbira mis-suċċess ta' proġett huwa wkoll li kuntrattur li jirbaħ tender ikollu d-determinazzjoni, il-ħila u r-rieda li hu jkun parti mis-suċċess ta' dak il-proġett.", "Qed ngħid dan mhux biex xi ħadd ifarfar minn xi responsabbiltà, anzi.", "Meta l-gvern joħroġ it-tenders u jistieden lis-settur privat biex jagħti s-servizzi tiegħu ħalli jsiru dawn il-proġetti jkun qiegħed jinvesti f'ħafna riżorsi biex jasal għal għażla u ladarba din issir tkun ħasra li l-gvern, biex jasal, ikollu jirrikorri għall-mezzi legali.", "Dan aħna nafuh bħala fatt u kull min hu f'dan il-qasam jaf li parti integrali mis-suċċess ta' kull proġett huwa kemm il-players kollha jagħmlu xogħolhom sew; kemm min jippjana, jippjana tajjeb; kemm min jissorvelja x-xogħlijiet ikun jaf x'inhu jagħmel u kemm min jagħmel il-project management jagħmel xogħol tajjeb u jkun jaf li jsir procurement b'mod effiċjenti.", "Iżda fuq kollox, il-kuntrattur li jintgħażel bir-regoli li għandna huwa parti integrali minn dan il-partnership li jinbena meta joħroġ tender biex is-suċċess ta' dak il-proġett iseħħ.", "Għalhekk jien nemmen li huwa importanti li bħala entitajiet tal-Gvern ikollna l-kuraġġ li nistaqsu lilna nfusna fejn konna qegħdin niżbaljaw.", "Liema huma dawk is-sistemi li għandna bżonn naġġornaw?", "Fejn hemm bżonn li jkollna procurement aktar effiċjenti?", "Fejn hemm bżonn li jkollna project management aktar effikaċi li jassigura li fl-aħħar mill-aħħar naslu biex ikollna riżultati tajbin?", "In-nies x'qed jistennew mingħandna?", "Meta n-nies jaraw li se jinbeda proġett, anke minħabba xi esperjenza, jieħdu qatgħa għax ma jkunux jafu meta se tinbeda u se titlesta t-triq tagħhom, jekk hux se ssir tajba u jekk hux se jkollhom bżonn li joqogħdu jagħmlu xi arbitraġġ biex jaraw li l-kuntrattur jagħmel xogħol sew.", "Dawn huma affarijiet li diment li qegħdin fid-dinja se jiġru għax se jkollok min jonqos, imma bħalma f'dan il-pajjiż biddilna affarijiet oħrajn, anke f'dan il-qasam għandu jkollna l-kuraġġ li nidentifikaw fejn l-affarijiet inżammew lura.", "Jien ngħid li s-suċċess ta' din l-Aġenzija jiddependi wkoll minn kemm ikun kuraġġjuż min se jmexxiha.", "Dan għandu jagħraf l-affarijiet li saru ħażin qabel u jimplimenta sistemi ġodda u innovattivi.", "Sur President, illum hawn lokalitajiet li kważi kważi qishom qegħdin jistennew il-manna ġejja mis-sema biex isiru xi toroq.", "Pereżempju, Triq San Patrizju f'Birzebbuġa - u naf li hemm proġetti li se jkunu qegħdin jinbdew jew inbdew – ilha snin twal fi stat ħażin u għalkemm beda ftit ix-xogħol, fadal ħafna xi jsir.", "Din hija triq man-naħa tal-baħar fejn ikun hemm ir-residenti għaddejjin u nies li jkunu jridu jmorru l-Freeport u meta kont tgħaddi minnha kont tkun qisek għaddej minn fuq il-qamar.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li għandna nqisuhom bħala xi ħaġa tal-passat.", "L-Onor.", "Bezzina qalilna li Triq Valletta fiż-Żurrieq saret permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea imma naħseb li dawk il-fondi ma waslux fil-bypass tal-Imqabba, pereżempju, li llum jinsab fi stat ħażin u li għax ilu ma jsir snin twal hemm bżonn ta' interventi massiċċi.", "Fil-fatt dwaru jkollna ħafna ilmenti.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet bħala eżempji.", "Sur President, irridu niftakru wkoll li n-nuqqas ma kienx biss fil-mod kif isiru l-affarijiet għax, pereżempju, fil-qasam tat-toroq residenzjali, l-ewwel jinbena l-bini u mbagħad forsi xi darba l-gvern ċentrali jifforma triq għall-ewwel darba.", "Naħseb li din hija xi ħaġa inaċċettabbli.", "Meta llum in-nies tant qegħdin jonfqu flus fix-xiri tal-proprjetà naħseb li hija xi ħaġa totalment inaċċettabbli li triq li suppost ikun se jagħmilha l-gvern ċentrali, jgħaddu snin u ħlief ċaflis, għadajjar u triq imħarbta ma ssibx.", "Pereżempju, bħalissa qed tiġini f'moħħi ż-żona li hemm wara l-ġibjun l-Imqabba.", "Hemmhekk minħabba ppjanar ħażin spiċċajna fis-sitwazzjoni li dan il-ġibjun, li nbena snin twal ilu, meta jimtela jitfa' l-ilma għal ġot-triq ta' wara b'inkonvenjent kbir għar-residenti.", "Dan l-ilma tal-ġibjun minflok qed jinġabar fil-ġibjun qed jispiċċa fil-garaxxijiet tan-nies!", "Din hija realtà li hemm bżonn li tiġi indirizzata u huwa tajjeb li nfakkru li aktar kmieni l-Ministru Ian Borg ħabbar proġett li se jkun qiegħed jibda mill-pjazza tal-Imqabba u jkompli f'dik iż-żona biex jindirizza din il-problema.", "Però hemmhekk hemm din ir-realtà għax ma kienx hemm ippjanar tajjeb.", "L-aħħar punt li nixtieq nitkellem fuqu huwa li din l-Aġenzija se tieħu ħsieb il-manutenzjoni.", "Ejjew ngħiduha kif inhi, wieħed mid-difetti li għandna f'dan il-pajjiż huwa li ħafna drabi naħsbu kif se nagħmlu proġett infrastrutturali, imbagħad ma nivvotawx flus biżżejjed biex nieħdu ħsieb dak il-proġett.", "U f'ħafna mis-sitwazzjonijiet tat-toroq tagħna, meta inti għandek daqshekk traffiku għaddej b'daqstant heavy vehicles u b'daqstant nies għaddejjin, wieħed irid jiftakar li oġġett jekk ma teħux ħsiebu, fl-aħħar se jkollok il-problemi.", "Mela minbarra l-fatt li matul is-snin forsi m'għamilniex pedamenti sodi jew meta l-pedamenti ġew iddisinjati t-toroq ma kenux b'saħħithom biżżejjed biex jilqgħu għall-volum ta' traffiku li għandna llum, spiċċajna wkoll fis-sitwazzjoni li ma ħsibniex għall-preventive maintenance, jiġifieri, li minn żmien għal żmien tagħmel ċerta manutenzjoni.", "Din hija xi ħaġa li kompliet tiggrava s-sitwazzjoni.", "Sur President, jien ngħid li s-suċċess ta' din l-Aġenzija mhuwiex biss il-proġett ambizzjuż li fassal dan il-Gvern, li jien konvint li se jkun qiegħed iwettaq permezz ta' €700 miljun f'seba' snin fuq it-toroq kollha, imma rridu naraw proċessi ta' manutenzjoni regolari.", "Nerġa' ntenni li huwa importanti ħafna li t-toroq li nagħmlu, minbarra li nibnuhom tajjeb u li ngħaddu s-servizzi kollha minnhom ħalli nneħħu l-idea ta' toroq biż-żippijiet, nagħmlu l-manutenzjoni ħalli dak li ninvestu fih inħarsuh b'mod sħiħ.", "Sur President, jien nemmen li l-iskop li għalih twaqqfet din l-Aġenzija hija ċ-ċavetta u l-għodda li l-Gvern għażel li jagħmel għal proġett ferm ambizzjuż.", "Dan il-Gvern qiegħed iħares 'il quddiem mhux biss biex jindirizza d-diffikultajiet li għandna llum imma huwa determinat biex iwieġeb għall-isfidi ta' għada.", "Fost l-isfidi li għandna hemm dik li jkollna infrastruttura denja.", "Dan il-pajjiż li qiegħed jagħmel dan is-suċċess ekonomiku ma jistax jibqa' b'infrastruttura ta' pajjiż li mhux qiegħed jagħmel suċċess ekonomiku.", "Għalhekk huwa meħtieġ li jkollna l-istrutturi meħtieġa ħalli f'dan il-pajjiż mhux biss inkunu qegħdin inkabbru l-ġid ekonomiku, mhux biss inkunu qegħdin immexxu lil pajjiżna 'l quddiem u nagħmluh pajjiż b'waħda mill-aktar ekonomiji sodi, imma jkollna l-infrastruttura kollha meħtieġa ħalli dik l-ekonomija tibqa' miexja 'l quddiem u naraw li minn dak il-ġid li qiegħed jinħoloq igawdu n-nies għax ikollna toroq ta' kwalità aħjar, iżda fuq kollox, għax inkunu qegħdin nindirizzaw l-isfidi li għandna llum biex għada jkun ferm aħjar, għax aħna determinati li nibnu lil Malta ta' għada.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.22 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO PARNIS: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2018, fl-4.00 p.m b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) -Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti.", "Ninforma lill-Kamra li skont ftehim milħuq, fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduta tal-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2018 fis-7.00 p.m., se terġa' titqiegħed il-mistoqsija fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, u jekk terġa' tintalab votazzjoni, tittieħed dakinhar stess.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehiim milħuq, il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 23 ta' Mejju fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fid-9.24 p.m. il-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots, eċċetra) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtha, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċetra) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċetra) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċetra) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, in-nefqa fuq printed promotional material minn Marzu 2013 s'issa hija ta' ftit aktar minn €800,000, bi 93% tal-ispiża hija sostuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.", "Fil-każ ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi il-promotional material jintuża biex tippromwovi l-faċilitajiet tagħha kif ukoll l-avvenimenti li jseħħu fl-istess faċilitajiet.", "L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tuża dan il-materjal biex tippromwovi lil pajjiżna bħala destinazzjoni f'fora u fieri barranin.", "L-użu tal-promotional material huwa parti mill-istrateġija tal-marketing tal-Awtorità.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots, eċċetra) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn is-sena 2013 u llum intefaq total ta' €26,926.28 fuq promotional material mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "IAN BORG: In-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali huwa ta' 7.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): In-numru ta' uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer fil-Ministeru għal Għawdex huwa ta' sebgħa.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartimenti u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – DATA PROTECTION OFFICERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, n-numru ta' uffiċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità, li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta' Data Protection Officer huwa ta' 22.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta' Mejju 2018 u għaldaqstant il-Ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet kollha qed jaġġornaw il-listi skont il-provedimenti tar-Regolament.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi prijoritajiet qed jagħti l-Ministeru għal żoni pedonali?", "Kemm għandna postijiet fejn it-toroq huma żoni pedonali?", "Liema huma dawn il-lokalitajiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru permezz ta' Transport Malta qiegħed jinvesti bis-sħiħ f'żoni pedonali filwaqt li fl-istess ħin jagħmel dawn iż-żoni aktar siguri.", "Bħalissa għaddej proġett sħiħ fil-Belt Valletta u dan invista tal-investiment qawwi fi proġetti fil-Belt kapitali.", "Dan ukoll peress li l-attività żdiedet b'mod konsiderevoli, inħasset il-ħtieġa li jsir eżerċizzju tas-sitwazzjoni preżenti u li ssir reviżjoni taż-żoni pedonali, kemm dawk eżistenti u oħrajn ġodda.", "Dan il-proċess qed isir b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, mal-Pulizija, mal-GRTU u mal-Valletta 2018.", "Diskussjonijiet mal-kunsilli rispettivi qed isiru fuq proġetti oħra simili f'Paceville, San Ġiljan u tas-Sliema.", "Transport Malta żżomm laqgħat spissi u regolari mal-Kunsilli biex tara li l-bżonnijiet ta' sigurtà fit-toroq tagħna jitħarsu bl-aħjar mod possibbli.", "Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti ta' din il-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferihom lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.", "STUDJI DWAR MUDELLI TA' KONNESSJONI BEJN GĦAWDEX U MALTA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il studju sar mill-Ministeru jew minn Transport Malta dwar id-diversi mudelli ta' konnessjoni bejn Għawdex u Malta?", "Jista' l-Ministru jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istudji li saru dwar il-mudelli ta' konnessjoni bejn Għawdex u Malta huma:", "Il-kopja tar-rapporti ta' dawn l-istess studji tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUNI – RIŻORSI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-Riżorsi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-baġit tal-Awtorità dwar il-Embrijuni?", "Min hu ċ-Chairperson u min huma l-membri?", "X'inhu r-riżors uman li għandha bħalissa din l-Awtorità?", "Kemm ser jiżdiedu r-riżorsi umani biex jagħmel tajjeb għaż-żieda mistennija fid-domanda ta' dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Budget tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-13 ta' Marzu tal-2018.", "Għas-sena 2018 il-budget huwa ta' €323,000 - (€270,000 subvention tal-Gvern u €53,000 minn dħul iġġenerat minn fees imħallsin mill-kliniċi liċenzjati).", "Iċ-Chairperson tal-Bord huwa L-Imħallef Emeritus Philip Sciberras, Viċi Chairperson hija s-Sa Josephine Abdilla u l-membri huma s-Sa Sarah Camilleri, l-Professur Victor Grech, s-Sa Mariella Meachen u l-Pedjatra Patrick Sammut.", "Bħalissa l-Awtorità qed timpjega Direttur Eżekuttiv, Segretarja, ART Inspector u messaġġier/xufier.", "Fil-futur qarib dawn se jiżdiedu bi tlieta oħra (Assistent Direttur, Administrative Officer u Clerk).", "Huwa maħsub li jinħarġu ukoll sejħiet għall-aktar ART Inspectors u clerks għal mal-Awtorità (mhux operat).", "KONNESSJONI BEJN MALTA U GĦAWDEX", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li jidher li l-Gvern qed jiffavorixxi li l-konnessjoni bejn Malta u Għawdex tkun ta' tunnel, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara l-istudju li sar f'Settembru 2015 minn E-Cubed Consultants bit-titlu 'Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options', il-konklużjoni tar-rapport uriet li minn aspett ekonomiku u finanzjarju, mina bejn Malta u Għawdex tkun is-soluzzjoni ppreferuta meta mqabbla ma' pont.", "ERA – APPLIKAZZJONIJIET DWAR QLUGĦ U ŻBIR TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) minn entitajiet governattivi, inkluż kunsilli lokali, dwar qlugħ u żbir ta' siġar fis-sena 2017 u minn Jannar sa April 2018?", "Kemm ġew irrifjutati talbiet għall-perjodi msemmija?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk li ġew approvati għall-perjodi msemmija?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li ġie mħabbar li qed isir upgrade tal-bus shelters, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bus shelters imwaqqfa preżentement?", "Kemm-il bus stop hawn mingħajr bus shelter f'postijiet li dawn jistgħu jsiru?", "Kemm għandhom jitwaqqfu u f'kemm żmien?", "Kemm hi l-ispiża totali?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li fil-preżent hawn madwar 527 bus shelter ta' tipi differenti kif ukoll 7 bus shelter canopies, fuq in-network tat-trasport pubbliku bi skeda.", "Sa ftit taż-żmien ilu Transport Malta kellha għad-dispozizzjoni tagħha tip wieħed ta' bus shelter u allura ta' qies wieħed.", "Ghaldaqstant kienet ristretta fejn jistgħu jitwaħħlu bus shelters.", "Bil-kuntratt il-ġdid Transport Malta se jkollha għad-dispozizzjoni bus shelters ta' qisien differenti.", "Fil-preżent l-Awtorità qiegħda fil-proċess li ddur dawk il-postijiet fejn fil-passat, minħabba restrizzjoni ta' spazju, ma setax jitwaħħal bus shelter sabiex tara hux possibbli li jitwaħħal wieħed iżgħar.", "Dan il-proċess li diġà beda se jitkompla matul ix-xhur li ġejjin.", "Infurmat ukoll li f'dan l-istadju m'hemmx spiża finali peress li dan huwa proċess mifrux fuq medda ta' żmien.", "KUNSILLI LOKALI – NEFQA F'BINI TA' TOROQ MILL-ĠDID", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex f'bini ta' toroq mill-ġdid matul is-snin 2016 u 2017, sena b'sena?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra.", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' MALTA - ATTI TAT-TWELID REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti tat-twelid fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX - ATTI TAT-TWELID REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti tat-twelid fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' MALTA – ATTI TAL-MEWT REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti tal-mewt fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX – ATTI TAL-MEWT REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti tal-mewt fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' MALTA – DIGRIETI TA' ADOZZJONI FIR-REĠISTRU TAL-PERSUNI ADOTTATI REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il digriet ta' adozzjoni ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Persuni Adottati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "GĦAWDEX – TOROQ GĦAL ŻONI TURISTIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati li jsiru xi toroq ġewwa Għawdex li jwasslu għal żoni turistiċi qabel jibda l-istaġun tas-sajf kif qed isir bħalissa ġewwa Malta u, jekk iva, liema toroq ser isiru ġewwa Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf?", "IAN BORG: Waqt li l-Ministeru ta' Għawdex għadu kif ħabbar diversi proġetti ta' toroq f'Għawdex, u allura wieħed jistaqsi aktar dwar dan lil Ministru responsabbli, meta titwaqqaf l-aġenzija Infrastructure Malta fil-ġimgħat li ġejjin, din ukoll se talloka fondi għal xogħol ta' titjib f'diversi toroq f'Għawdex, bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jinvesti mas €700 miljun għal qabża 'l fuq fil-kwalità tal-infrastuttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Aktar dettalji dwar il-ħidma ta' Infrastructure Malta jingħataw dalwaqt.", "MINISTERU GĦAL EDUKAZZJONI U XOGĦOL – KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina dwar impjegati minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'kien l-eżitu ta' kull każ?", "F'kull każ x'kien il-grad tal-impjegat involut?", "EVARIST BARTOLO: It-tabella bl-informazzjoni mitluba dwar id-dipartimenti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li dwar l-entitajiet għad jonqos tinġabar xi informazzjoni.", "Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tinġabar l-informazzjoni kollha.", "GĦAWDEX: SKEJJEL PRIMARJI - STUDENTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti f'kull skola primarja f'Għawdex kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja fil-bidu tas-sena skolastika 2017/2018, ċjoè f'Settembru 2017?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' studenti f'kull waħda minn dawn l-iskejjel fil-preżent?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid f'liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet?", "Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiki mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet?", "Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum, u jekk m'għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f'liema grad qegħdin illum?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "IR-RABAT GĦAWDEX – BINI TA' PIXXINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-bini tal-pixxina ġewwa r-Rabat Għawdex hux se jinbeda matul is-sena 2018 li issa waslet kważi f'nofsha?", "Jekk iva, f'liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda x-xogħol u meta hu mistenni li din il-pixxina tibda tintuża?", "Interpellant li għandu jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5491.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – BINI TA' UNITS TAL-HOUSING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fl-erba' snin li ġejjin f'Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f'liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units?", "Jista' jgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li numru ta' appartamenti se jkunu disponibbli f'Għawdex permezz tal-iskema 'Nikru biex Nassistu', il-Ministeru għal Għawdex għaddej b'diskussjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati għal proġett ta' housing soċjali f'Għawdex.", "Għal aktar informazzjoni ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "WIED IL-GĦAJN: SKOLA SAN TUMAS MORE – PARKEĠĠI GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-parkeġġi li hemm allokatifl-Iskola San Tumas More f'Wied il-Għajn, inkluż dawk għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, humiex se jittieħdu u jitneħħew kompletament?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li fil-preżent m'hemm l-ebda parkeġġ fl-iskola San Tumas More f'Wied il-Għajn.", "WIED IL-GĦAJN – BINI TA' GĦASSA TAL-PULIZIJA QUDDIEM L-ISKOLA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kemm-il darba, preċiż quddiem l-Iskola San Tumas More f'Wied il-Għajn, hijiex se tinbena għassa tal-pulizija li se tgħatti kompletament l-iskola?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li skont id-dokument approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar, PA07389/17/31A, is-sit tal-għassa huwa biswit parti biss mis-sit kollu tal-iskola.", "Ma jirriżultax li l-iskola se tiġi kompletament mgħottija.", "ŻJARA ĠEWWA L-AWSTRALJA - NEFQA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5421 u ċjoè: B'referenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tat-22 ta' April 2018, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u għall-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni?", "Jista' jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5421.", "WIED IL-GĦAJN – BINI TA' GĦASSA TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tinbena Għassa tal-Pulizija ġdida f'Wied il-Għajn u jekk iva sarx studju u sarx proċess ta' konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili sabiex jiġi identifikat l-aħjar sit?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se tinbena għassa tal-pulizija f'Wied il-Għajn.", "Kienu saru evalwazzjonijiet ta' siti differenti, intgħażel l-aħjar sit u sar il-proċess meħtieġ mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts fi djar privati bl-għajnuna tal-Awtorità tad-Djar għall-persuni anzjani u bi bżonnijiet speċjali f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jindika kemm kien l-ammont komplessiv li ntefaq?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar matul dawn l-aħħar ħames snin approvat u ffinanzjat l-istallar ta' 154 lift jew stairlift ġewwa proprjetà privata, b'nefqa ta' €648,604.27.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – ALLOKAZZJONIJIET TA' APPARTAMENTI PROPRJETÀ TAL-GVERN", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sistema u proċedura qiegħda tiġi pprattikata sabiex jiġu allokati appartamenti proprjetà tal-Gvern lill-applikanti li qegħdin fil-lista ta' stennija mal-Awtorità tad-Djar?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qiegħda tuża l-istess policies preċedenti sabiex jiġu allokati postijiet għall-akkommodazzjoni soċjali.", "Madankollu, kull każ għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa skont iċ-ċirkostanzi u l-prijorità tiegħu."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180522_115d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 23 ta' Mejju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 115, li saret it-Tlieta 22 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots, eċċetra) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "Wieħed irid japprezza li għandi ħafna entitajiet kulturali li jagħmlu użu minn dawn l-affarijiet.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fl-aħħar jiem kien hawn għagħa f'pajjiżna minħabba l-inċident li seħħ, fejn Pulizija ġie aggredit fit-toroq tagħna.", "Jista' l-Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, jgħidilna kif il-liġijiet tagħna jipproteġu lill-uffiċjali tal-Pulizija u uffiċjali oħrajn tal-ordni, u x'nistgħu nagħmlu iktar bħala Parlament biex naraw li l-uffiċjali tal-ordni f'pajjiżna jkunu aktar protetti?", "Qed ngħid dan fid-dawl ta' dan l-inċident, fejn rajna n-nies fit-toroq li aħna konna magħhom ukoll, biex ikun hawn iktar protezzjoni u rispett lejn l-uffiċjali tal-ordni f'pajjiżna.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din id-domanda.", "Qabel xejn, f'ismi, f'isem in-naħa tal-Gvern u m'għandix dubju n-naħa tal-Oppożizzjoni, irrid nestendi s-solidarjetà u l-awguri għal irkupru fiżiku malajr kemm jista' jkun lill-kuntistabbli Simon Schembri li għadda minn trawma indeskrivibbli.", "It-trawma li għadda minnha dan l-uffiċjal pubbliku xxukkjat lil kulħadd.", "Li jkollok uffiċjal pubbliku, ħaddiem, missier, raġel tal-familja li jmur għax-xogħol u jkorri fuq ix-xogħol b'dan il-mod dirett ħalla lil kulħadd bla kliem.", "Hija xi ħaġa verament kundannabbli.", "Naħseb li fil-mixja li kellna nhar is-Sibt li għadda, fejn kien hemm l-Onor.", "Camilleri, rappreżentanti miż-żewġ naħat tal-Kamra, u inti Sur President, bgħatna messaġġ b'saħħtu ta' għaqda li fih qegħdin ngħidu li ma nistgħux nittolleraw dan it-tip ta' aġir kontra kwalunkwe persuna, iktar u iktar meta qegħdin nitkellmu dwar uffiċjali pubbliċi u dwar Pulizija.", "Naħseb f'dan il-pajjiż irridu nibagħtu messaġġ ta' sostenn u koperazzjoni mal-Korp tal-Pulizija fi kwalunkwe ċirkostanza.", "Huwa importanti li f'dak kollu li ngħidu u f'dak kollu li nagħmlu, nuru rispett lejn l-uffiċjali pubbliċi, speċjalment il-forzi dixxiplinati.", "Allaħares ma jkunux il-membri tal-Korp tal-Pulizija, is-suldati u n-nies kollha li xogħolhom hu li jirregolaw f'dan il-pajjiż.", "Meta jkun hemm dibattiti jaħarqu u b'saħħithom – u dawn huma importanti f'demokrazija – għandu jkun hemm ir-rispett f'kull każ biex nibagħtu messaġġ b'saħħtu li f'dan il-Parlament aħna grati lejn il-forzi tal-ordni f'pajjiżna, u kull attakk fiżiku li jsir fuq il-forzi tal-ordni ta' pajjiżna huwa attakk fuq l-istituzzjonijiet kollha.", "Għalhekk nerġa' nibgħat messaġġ ta' solidarjetà lill-familja Schembri li bħalissa min jaf minn liema dulur għaddejjin u nappella biex il-proċess ġudizzjarju li nbeda diġà kontra min allegatament wettaq dan l-aġir, jintemm kemm jista' jkun malajr.", "L-Onor.", "Camilleri staqsieni dwar xi tgħid il-liġi dwar uffiċjali pubbliċi u jekk hemmx protezzjoni għall-uffiċjali pubbliċi f'każijiet ta' konsegwenzi aktar serji.", "Ir-risposta hija iva.", "Fl-aħħar leġiżlatura ppilotajt abbozz ta' liġi li kompla jħarrax il-pieni kontra min jattakka uffiċjali pubbliċi, inkluż il-Pulizija.", "Biex inkun preċiż, fl-aħħar leġiżlatura kont parteċipi fi proċess leġiżlattiv wara proposta li saret mill-Oppożizzjoni, li bħala Gvern konna qbilna magħha u mexxejnieha 'l quddiem flimkien, favur iktar pieni ħorox għal min jattakka uffiċjali pubbliċi.", "Naħseb li l-pieni huma ħorox u b'saħħithom.", "Huwa tajjeb li nitkellmu dwar il-pieni u l-liġi, però naħseb li l-aktar ħaġa importanti hi li nitkellmu dwar ir-rispett li l-Korp tal-Pulizija għandu jiġi muri minn kwalunkwe membru tas-soċjetà, mill-ogħla persuna sal-iżgħar persuna, jekk għadu jeżisti l-kunċett tal-ogħla u l-iżgħar.", "Kull persuna f'din is-soċjetà għandha turi rispett kbir lejn il-Korp tal-Pulizija.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija ta' xogħolhom, tal-periklu li jgħaddu minnu, u talli jqumu għax-xogħol filgħodu meta jafu li jistgħu jkorru biex jipproteġu lil ħaddieħor minn xi għemil doluż li jkun qed jitwettaq.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għandux ħsieb li jżid il-protezzjoni lill-membri tal-korpi dixxiplinati u jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li jħarrax il-pieni, jew li jkun hemm pieni ta' natura differenti f'każijiet bħal dawn?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Wieħed irid japprezza li jien m'iniex il-Ministru nkarigat mill-Korp tal-Pulizija, però naħseb li nkun qed nitkellem f'isem il-Gvern kollu jekk ngħid li l-Gvern huwa dejjem miftuħ għal kwalunkwe proposta biex possibilment iħarrex il-pieni għal min ma jurix rispett, jew saħansitra jattakka fiżikament jew b'abbuż differenti lil xi uffiċjal tal-forzi tal-ordni f'pajjiżna.", "Mid-domanda li għamilli l-Onor.", "Interpellant qed nifhem li hu favur din il-ħaġa, allura rrid nerġa' nibgħat il-messaġġ li lil hinn mil-liġijiet, li rridu ntejbuhom kemm hemm bżonn, huwa importanti li nibagħtu messaġġ b'saħħtu li l-membri tal-forzi tal-ordni f'pajjiżna jixirqilhom kull rispett u kull tifħir.", "Kull pulizija, kull suldat u kull dixxiplina simili, jixirqilha kull ġieħ kemm f'dak li nagħmlu, kemm f'dak li ngħidu, kif ukoll fil-mod kif nikkomportaw ruħna magħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nirreferi lill-Ministru għall-mistoqsija li saret li hi relatata mal-Ministeru tal-Ġustizzja.", "Il-ġimgħa l-oħra l-Ministru qal on record – hawn nirreferi għar-rapport li deher fil-ġurnal Times of Malta tas-17 ta' Mejju – li kien qed jipprepara Kodiċi ta' Etika ġdid għan-nutara f'pajjiżna, li bħal kull professjoni oħra jeħtieġ tkun regolata għax ikollok każijiet uniċi, li tgħoddhom fuq subgħajk, li jħallu timbru ikrah fuq din il-professjoni.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-Kodiċi ta' Etika u fiex se jkun jikkonsisti?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Camilleri ta' din id-domanda pertinenti.", "Il-professjoni tan-nutara hija importanti.", "Forsi tgħidli li hija ovvja li l-professjoni nutarili hija importanti, imma forsi the man in the street japprezza iktar minn kulħadd l-importanza tar-rwol tan-nutar fis-soċjetà.", "Fil-każ tal-avukati, jista' ikollok avukati jaħdmu fil-qasam tal-kumpaniji jew fil-qasam tal-kummerċ, allura forsi ftit ikollhom interface ma' the man in the street.", "Hemm avukati li jkollhom kuntatt kuljum, bħalma konna aħna, u naf li anke l-Onor.", "Camilleri jaħdem fil-qrib ħafna ma' the man in the street, però hemm avukati li jaħdmu f'areas differenti, filwaqt li fejn jidħol in-notarjat, normalment fil-maġġoranza assoluta tal-każi, kull nutar f'pajjiżna, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, iqatta' ħajtu kuljum man-nies.", "Allura n-nies għandhom fiduċja fin-nutara u n-nutar jagħmel differenza f'ħajjithom, anke jekk sempliċement jagħtihom parir dwar testment.", "Għall-bniedem, in-nutar huwa kollox, għax x'għandu egħżeż mill-familja u mill-futur ta' uliedu?", "Li nutar jiggwidak kif għandek tagħmel testment, għal the man in the street hija d-dinja kollha.", "In-nutara għandhom impatt ikbar milli naħsbu f'din il-Kamra, anke fejn jidħlu kwestjonijiet ta' bejgħ ta' proprjetà u aspetti oħra.", "F'laqgħa li kelli mal-Kunsill Nutarili qaluli li f'Malta n-nutara ma kellhomx Kodiċi ta' Etika, u rrid nammetti li ma kontx naf.", "Sintendi għandhom il-liġi, però sa ftit ilu ma kienx hemm Kodiċi ta' Etika li jorbot lin-nutara.", "Allura, flimkien mal-Kunsill Nutarili mexxejna 'l quddiem proċess biex għall-ewwel darba fl-istorja daħal fis-seħħ Kodiċi ta' Etika għan-nutara, ħaġa li qatt ma kellna.", "Irrid ngħid li dan il-Kodiċi ta' Etika ma nkitibx mill-Ministru, jew minn xi konsulent tal-Ministru maqful f'xi kamra, imma mill-professjonisti nfushom.", "In-nutara stess qaluli kif iridu li jkun il-Kodiċi ta' Etika tagħhom.", "Naħseb li dan jibgħat messaġġ ta' serjetà kbira.", "Irrid nifraħ lill-President tal-Kunsill Nutarili, is-Sur Daniel Buġeja, li jagħmel xogħol siewi ħafna, u lill-membri kollha tal-Kunsill Nutarili li ħassew il-bżonn li jfasslu dan il-Kodiċi ta' Etika, imbagħad aħna sempliċement daħħalnieh fis-seħħ.", "Naħseb li dan huwa l-mod kif għandna nagħmlu l-affarijiet.", "Nemmen li dan il-Kodiċi ta' Etika se jgħin biex it-tajjeb li jagħmlu n-nutara nkomplu ntejbuh.", "Sfortunatament tisma' b'każijiet ta' nutara li għamlu dak li ma jmisshomx – huma ftit, imma hemm minnhom – u nemmen li l-fatt li issa hemm il-Kodiċi ta' Etika, wieħed jista' jkompli jsaħħaħ biex il-professjoni timxi 'l quddiem.", "Jien nawgura li jkompli jkun hemm inizjattivi ta' dan it-tip għan-nutara kollha f'pajiżna.", "Bħalma fil-bidu tal-intervent tiegħi rringrazzjajt lill-uffiċjali pubbliċi, lill-Pulizija u uffiċjali oħrajn, nixtieq nirringrazzja lil dawn l-uffiċjali pubbliċi, għax allaħares m'għandniex in-nutara f'pajjiżna, kemm għall-kontribut ekonomiku kbir li jagħmlu għax jiġbru ħafna taxxi għall-Gvern u jikkontribwixxu direttament fit-tkabbir ekonomiku, imma iktar minn hekk, għas-servizz soċjali kbir li jagħtu billi jiggwidaw lin-nies fl-aktar affarijiet għeżież għalihom, il-familja u d-djar tagħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Fl-aħħar jiem ħarġet l-aħbar li l-Ministru ddeċieda li jagħti l-warrant lil żewġ avukati li kienu nstabu ħatja ta' reati.", "Naturalment, kif jaf il-Ministru, kien hemm reazzjoni pubblika mill-Kamra tal-Avukati, li kemm jien u kemm hu membri tagħha, li qaltlu li dan huwa inaċċettabbli u appellat lill-President ta' Malta biex ma tagħtihomx il-warrant.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jilqa' l-appell tal-Kamra tal-Avukati u jekk hemmx il-ħsieb li 'l quddiem il-Gvern jirregola d-definizzjoni ta' x'inhu aċċettabbli biex wieħed jingħata l-warrant?", "Dan biex inkunu ċari ma' kulħadd, ħalli ma jkunx hemm legitimate expectation ta' xi ħadd li jkun għamel ċerti reati, imbagħad jidħol fil-kors tal-liġi u jippretendi li jingħata l-warrant.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien li din il-Kamra tirregola xi tfisser li tkun ta' kondotta tajba u ta' mġiba xierqa?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Aquilina ta' din id-domanda, għax tani l-isbaħ opportunità biex nispjega l-fatti.", "Sfortunatament, kien hemm sezzjoni tal-ġurnali f'Malta li ħadu interess f'din l-aħbar, u the devil is in the detail.", "Aħna, speċjalment sħabi tan-naħa tal-Gvern, nafu li d-dettall dejjem jimmilita kontra dak li jkun qed jgħid l-esponent tal-gvern tal-ġurnata.", "Li rrid ngħid hu li fis-sistema legali tagħna, biex wieħed jipprattika ta' avukat irid ikun ta' kondotta tajba u ta' morali tajba.", "Jiġifieri mhux il-kondotta biss, imma anke l-morali.", "Nifhem li l-kelma \"morali\" tiftaħ baħar kbir u wiesa'.", "Il-liġi, fl-għaqal tagħha u ta' min għamilha – mhux aħna għamilnieha, imma ilha hemm għal ħafna ġenerazzjonijiet, u ħadmet tajjeb – meta ġiet biex tiddeċiedi jekk persuna hijiex ta' kondotta tajba u ta' morali tajba biex tilħaq avukat, la tefgħet dan l-obbligu fuqi bħala Ministru u lanqas fuq il-President, imma titfgħu fuq il-ġudikatura, jiġifieri l-imħallfin.", "U tagħmel tajjeb, għax kieku dan l-obbligu qiegħed fuqi bħala Ministru kont nerfgħu u nerfa' r-responsabbiltà, imma ma kenitx tkun idea tajba.", "Naħseb li naqbel li hija ħaġa tajba li mhux il-Ministru jiġġudika xi ħaġa bħal din, imma l-ġudikatura.", "Għax x'hawn ogħla mill-ġudikatura f'pajjiżna?", "Allura l-ġudikatura tiġġudika jekk persuna hijiex ta' kondotta tajba u ta' morali tajba.", "Issa hemm dan il-każ ta' żewġ studenti żgħażagħ li ġabu Dottorat fil-liġi u jridu jsiru avukati, imma f'punt f'ħajjithom ikkommettew reat.", "Jien m'iniex se ngħid li hija xi ħaġa tajba li tikkommetti reat, anzi hija xi ħaġa ħażina, però meta l-Qorti ġiet biex tagħti s-sentenza – għax huma dehru l-Qorti u ngħataw sentenza – tat sentenza li aħna l-avukati ngħidulha conditional discharge, jiġifieri ma tkunx ħati u tiġi liberat bil-kondizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor f'ċertu żmien.", "L-idea tal-conditional discharge qiegħda biex lil dak li jkun tagħtih it-tieni opportunità, ħalli jekk ikun għamel żball darba f'ħajtu, ma jibqax imwaħħal ma' dak l-iżball u jkun jista' jimxi 'l quddiem.", "Issa mhux għal kull reat jista' jkollok conditional discharge, għax hemm ċerti reati serji li l-Qorti lanqas jekk trid ma tkun tista' tagħtik conditional discharge.", "Dawn iż-żewġ persuni kienu ngħataw conditional discharge u l-liġi li tirregola l-conditional discharge tgħid ċar u tond li l-fatt li tingħata conditional discharge ma jiskwalifikakx minn liċenzji, permessi jew mid-dritt li tagħmel xi ħaġa.", "Qiegħda ċara fil-liġi, tistgħu tarawha.", "Il-liġi tgħid li jekk tingħata conditional discharge ma tistax tiġi prekluż milli tingħata awtorità biex tagħmel xi ħaġa.", "Inkella nneħħu l-conditional discharge u ngħidu li ma teżistix u ninżlu bil-ponn tal-ħadid fuq kulħadd.", "Il-Qorti għażlet li tagħtihom conditional discharge u l-ġudikanti li studjaw il-każ ta' dawn iż-żewġ żgħażagħ taw il-parir lili biex nagħti l-warrant.", "Mela mhux il-Ministru ddeċieda, imma l-ġudikanti taw il-parir lili biex nagħti l-warrant u meta l-Kamra tal-Avukati u l-Prim Imħallef ta' dak iż-żmien kitbuli u qaluli biex niċċekkja dwar il-każ, erġajt ktibt lill-ġudikanti u staqsejthom x'kienet il-fehma tagħhom.", "Dawn reġgħu bagħtuli – erba' ġudikanti, jiġifieri żewġ imħallfin f'każ wieħed u żewġ imħallfin f'każ ieħor – li b'mod unanimu huma tal-istess fehma, jiġifieri li dawn iż-żewġ żgħażagħ legalment u anke għal raġunijiet mhux purament legali, għandhom jingħataw il-warrant.", "Jien, meta ġejna biex nagħtu l-warrants ftit ilu, per prudenza, lil dawn iż-żewġ żgħażagħ ma stedinthomx, u kien hemm min qalli li jmissni stedinthom.", "Qaluli li jekk l-imħallfin qaluli biex nagħtihom il-warrant, min jien biex ma nagħtihulhomx?", "Jien deherli li per prudenza kellna nieħdu ftit żmien ta' riflessjoni biex nitkellmu mal-Kamra tal-Avukati.", "Jien tkellimt mal-Kamra tal-Avukati u din baqgħet bl-istess fehma.", "Li kien hemm differenti hu li l-Assoċjazzjoni tal-Ġudikanti – jiġifieri l-imħallfin u l-maġistrati kollha, mhux erbgħa, imma kollha – qalu lili u qalu pubblikament li huma favur li dawn iż-żewġ studenti jingħataw il-warrant.", "Allura, ladarba għandi din il-pożizzjoni, u mhux erba' imħallfin, imma l-ġudikanti kollha ħarġuha pubblikament u dehret fil-ġurnali li dawn iż-żewġ gradwati għandhom jingħataw il-warrant, jien tal-fehma li nkun qed nonqos jekk ma nagħtihomx il-warrant.", "Allura, jien se nkun qiegħed niffirma biex dawn jieħdu l-warrant, u fis-sessjoni li jmiss biex nagħtu l-warrants – għax ikun hemm sessjoni għal dawk il-gradwati li fl-ewwel sessjoni jkunu ma jifilħux jew imsefrin, allura nagħmlu t-tieni sessjoni – se nkun qed nagħti l-warrant lil dawn iż-żewġ avukati ġodda.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq infakkar lill-Ministru li fl-aħħar jiem kien hemm sentenza kontra Malta mill-European Court of Human Rights, li fl-opinjoni tiegħi ħammritilna wiċċna, rigward il-play 'Stitching'.", "Fis-sena 2010 kien hemm bord li waqqaf din il-play milli sseħħ f'pajjiżna minħabba li kienu jgħidu li hija kontra l-morali, għax dak iż-żmien kien hawn xi ħadd li kien iħoss il-bżonn li jirregola jien, bħala adult, x'nista' mmur nara f'teatru jew ieħor.", "Għandi nifhem li għall-grazzja t'Alla llum dak il-bord m'għadux jeżisti.", "Dan kien fi żmien meta kien hemm diversi kwestjonijiet oħrajn relatati ma' dan.", "Niftakar l-istorja Li Tkisser Sewwi li saret fl-Università, u niftakar lill-Ministru, dak iż-żmien Membru tal-Oppożizzjoni, jitkellem biex f'pajjiżna nneħħu dawn il-klassifikazzjonijiet.", "Jista' Ministru jgħid jekk illum huwiex il-każ li jerġa' jkollna deċiżjoni simili, fejn produzzjoni teatrali terġa' titwaqqaf u jerġa' ikollna xi ħadd bħall-European Court of Human Rights li jħammrilna wiċċna f'dan ir-rigward?", "Jista' jgħid ukoll x'għamel u x'se jagħmel biex kemm jista' jkun l-arti f'pajjiżna tkun aktar libera?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Ir-risposta ċara hija li bir-riformi li wettaqna, qatt iktar mhu se jkun possibbli li jerġa' jiġi ripetut il-każ ta' 'Stitching'.", "Le, hija ċara din.", "Aħna fl-aħħar leġiżlatura rriformajna l-liġijiet b'mod li artist ikollu serħan il-moħħ mhux biss qabel ma jtella' l-play, imma anke wara, li sakemm ma jaqbiżx il-linja ħamra tat-tixrid tal-mibegħda jew tal-vjolenza settorjali, li hija wiesgħa ħafna, jista' jesprimi d-dritt fundamentali tiegħu tal-libertà tal-espressjoni bl-aktar mod wiesa'.", "F'din is-sentenza ta' 'Stitching', il-Qorti Ewropea turi d-differenza bejn x'kien jiġri fi żmien Gvern preċedenti u fi żmien din l-amministrazzjoni.", "Irrid infakkar li meta aħna ressaqna l-emendi li qed isemmi l-Onor.", "Camilleri fl-aħħar leġiżlatura, il-Parlament dak iż-żmien ma kienx favur b'mod unanimu.", "Din in-naħa konna kollha ponn wieħed favur il-ftuħ tal-libertà tal-espressjoni artistika, imma min-naħa l-oħra kien hemm esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni li ċerti riformi li għamilna sejħulhom \"ksuħat\".", "Qaluli li bi ksuħat kont qed nagħmilha, u kien hemm Membri tal-Oppożizzjoni li qalu li bl-emendi li konna qegħdin nagħmlu kienu se jiftħu s-sex shops u ma nafx x'ma qalux!", "Qalu li tista' tinsulenta lil Alla kemm trid u dan it-tip ta' diskors li ma jagħmel ġieħ lil ħadd u jagħmel karikatura minn diskussjoni importanti u matura immens.", "Allura jien, meta nara dan it-tip ta' sentenzi li jirreferu għal dak li kien jiġri fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, ngħid: Kemm inbidel dan il-pajjiż, kemm biddilna din is-soċjetà, kemm għamilnieha iktar miftuħa, liberali u progressiva fejn il-libertà tal-espressjoni hija verament valur li ngħożżuh u nqisuh importanti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, illum il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport li fih talbet lill-Gvern Malti biex iżid il-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni, u b'mod partikolari qalet hekk:", "Ma tridx tkun professur biex tifhem għal min qed jgħidu!", "Il-Kummissjoni s-soltu tkun diplomatika ħafna.", "Nixtieq inkun naf x'inhi r-reazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-ġustizzja u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, għal dan ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Owen Bonnici, fil-qosor għax diġà skada l-ħin.", "OWEN BONNICI: Sur President, jien kont il-Ministru li ppilotajt liġi li biha neħħejna l-preskrizzjoni minn reati ta' korruzzjoni magħmula mill-politiċi.", "Din tfisser li jekk politiku llum jagħmel reat ta' korruzzjoni, se jibqa' liable għomru, jiġifieri mhux biss f'din il-leġiżlatura, imma fl-oħrajn kollha ta' warajha, skont kemm il-Mulej jisilfu għomor.", "Dan hu dak li għamel il-Gvern biex jiġġieled il-korruzzjoni.", "Fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa importanti li nkomplu niġġieldu dak kollu li hu ħażin, jiġi minn fejn jiġi.", "Irrid ngħid li din in-naħa dejjem rat kif għamlet biex il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni topera bla diffikultà.", "Fil-perjodu meta inti kont Kap tal-Oppożizzjoni - biex ma twaħħalx fl-Onor.", "Adrian Delia - kien hemm mumenti fejn domt ma nnominajt persuna, jew inqast milli tinnomina persuna lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.", "Dawn l-affarijiet barra minn Malta jinnotawhom.", "Kollox jinnotaw!", "Allura bħala risposta ngħidlek li aħna se nkomplu nsaħħu l-qasam tal-ġustizzja biex ikollna aktar ħarsien għal governanza tajba, aktar tisħiħ tas-saltna tad-dritt u aktar separazzjoni b'saħħitha tal-poteri bejn l-organizzazzjonijiet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2370.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għal Finanzi li kellhom il-jedd jimponu penali amministrattivi, kemm kienu jammontaw dawn il-penali u abbażi ta' liema leġiżlazzjoni kienu imposti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5759.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2369.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal promozzjonali, bħal brochures u websites, mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2373.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet tal-lum 23 ta' Mejju 2018, l-Onor.", "Ivan Bartolo se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Mejju, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, illum għandna opportunità tad-deheb, għax il-liġi li hawn quddiemna se tkun qed twaqqaf aġenzija biex tieħu ħsieb it-toroq ta' pajjiżna.", "Jekk din il-liġi titħaddem sew u tiġi implimentata tajjeb u bil-ħsieb, tista' tkun għodda sabiex nindirizzaw waħda mill-ikbar problemi li għandu l-pajjiż, dik tat-traffiku.", "Nibda billi ngħid li kwalunkwe xogħol li jsir tramite din l-aġenzija, għandu jsir fil-kuntest ta' pjan strateġiku fit-tul, għax filwaqt li huwa tajjeb li se jiġu mtejba l-kondizzjonijiet tat-toroq, dan waħdu ma jnaqqasx it-traffiku mit-toroq Maltin u Għawdxin.", "Peress li din ir-responsabbiltà issa se tkun qed taqa' taħt aġenzija waħda, għandna opportunità tad-deheb.", "Nerġa' ngħid li jekk din il-liġi titħaddem sew u tiġi implimentata tajjeb u bil-ħsieb, nistgħu nindirizzaw uħud mill-problemi li għandu l-pajjiż illum, imma qabel ma niġi għall-punt tat-traffiku, xtaqt nagħmel xi osservazzjonijiet dwar din il-liġi.", "Jekk immorru lura għall-ħsieb oriġinali li wassal biex titwaqqaf din l-aġenzija ċentralizzata li tieħu ħsieb it-toroq kollha naraw li huwa ħsieb tajjeb, però hemm ħafna affarijiet li biex dan il-ħsieb jibqa' tajjeb, wieħed irid jindirizzahom mill-ewwel.", "Qed ngħid li l-ħsieb tal-liġi huwa tajjeb, għax jekk titħaddem tajjeb, il-prijoritajiet ta' liema toroq se jsiru, jistgħu jibdew jiġu evalwati aħjar fuq livell nazzjonali u mhux abbażi ta' liema kunsill jagħmel l-aktar storbju, jew jekk kunsill għandux maġġoranza Nazzjonalista jew Laburista.", "Għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li għandna opportunità tad-deheb u li jekk din il-liġi titħaddem tajjeb u tiġi implimentata bil-ħsieb se tħalli l-frott però, jekk le, se jkollna diżastru ikbar minn dak li għandna fil-preżent.", "Allura nerġa' ngħid li huwa importanti li l-evalwazzjoni ta' liema toroq isiru, issir fuq bażi nazzjonali u mhux abbażi ta' min jgħajjat l-aktar u jekk f'lokalità partikolari hemmx maġġoranza ta' nies b'tendenzi Laburisti jew Nazzjonalisti.", "It-tieni punt tiegħi hu li jekk din l-aġenzija verament titħaddem b'mod tajjeb, se tkun tista' toffri kordinament aħjar tat-toroq.", "Illum nafu x'inhu l-istat ta' pajjiżna, speċjalment meta jkollok diversi kunsilli lokali li jkunu qegħdin iwettqu x-xogħlijiet tagħhom.", "Illum jista' jkollok sitwazzjoni fejn kunsilli ma jkunux jistgħu jikkordinaw ma' xulxin u joħloqu bottlenecks għat-traffiku.", "Issa jekk din l-aġenzija se tiffunzjona sew u taħdem fuq livell ta' interess nazzjonali, jista' jkun hemm kordinament aħjar u l-inkonvenjent li llum jesperjenza l-poplu jonqos, allura jkun hemm inqas inċertezza u aktar kjarezza għaċ-ċittadin.", "Ilkoll kemm aħna nafu li mhux l-ewwel darba li kellna ċirkostanzi fejn triq partikolari tispiċċa qisha ma tkun ta' ħadd, għax il-Gvern jgħid li hi responsabbiltà tal-kunsill lokali u l-kunsill lokali jgħid li hi responsabbiltà tal-Gvern!", "Kif nafu, meta jiġri hekk, finalment la jbati l-kunsill u lanqas il-Gvern, imma ċ-ċittadin.", "Allura, jekk din l-aġenzija verament titħaddem b'mod tajjeb, tista' tindirizza din il-problema.", "Problema oħra li ġieli niffaċċjaw hi li jkollok triq li ssir nofsha biss, għax sa ċerta linja tkun tal-Gvern u l-parti l-oħra tkun tal-kunsill.", "Jien għalhekk tlaqt mill-punt fejn għedt li għandna opportunità tad-deheb li jekk din il-liġi titħaddem tajjeb u bil-ħsieb tista' tgħinna nissollevaw parti mill-problemi li għandna bħalissa.", "Għalhekk, id-diskors tiegħi tal-lum se jkun kostruttiv biex dak li hemm fil-liġi li qed tiġi proposta jista' jsir aħjar, intejbuh mill-ewwel.", "Punt ieħor importanti dwar l-aġenzija hu li din tara li tuża r-riżorsi u l-esperti li ilhom snin jaħdmu fi ħdan Transport Malta f'dan il-qasam.", "Jien nemmen li f'din l-aġenzija hemm bżonn ikun hemm demm ġdid, imma huwa importanti wkoll li jibqa' jingħata s-sehem tan-nies li ilhom is-snin jaħdmu fi Transport Malta, jekk xejn for the sake of knowledge transfer and for the sake of continuity.", "Jekk se jkollna aġenzija magħmula minn nies totalment ġodda li ma ħabbtux wiċċhom mal-problemi li wieħed jiffaċċja meta jiġi biex jagħmel it-toroq tal-pajjiż, l-aġenzija tibda fuq sieq ħażina from day one.", "Allura l-appell tiegħi lill-Ministru hu sabiex jara li f'din l-aġenzija jkollu taħlita bejn demm ġdid biex jidħlu ideat ġodda, kif ukoll ħaddiema bi snin sħaħ ta' esperjenza fid-dipartiment rispettiv fi ħdan Transport Malta.", "Nemmen li jkun għaqli li l-ħaddiema ta' Transport Malta jingħataw l-opportunità li jekk jixtiequ jmorru jaħdmu mal-aġenzija.", "S'issa semmejt l-ewwel punt dwar l-importanza li l-prijoritajiet jiġu evalwati tajjeb biex ikun hemm kordinament aħjar u iktar kjarezza għaċ-ċittadin.", "It-tieni punt tiegħi kien li l-aġenzija trid tara li tuża l-esperti u r-riżorsi li hemm fi ħdan Transport Malta.", "Issa se ngħaddi għat-tielet punt, li huwa punt kruċjali ħafna u huwa importanti li dan il-Gvern jisma' x'inhu, għax fil-ħames snin li ilu fil-gvern rajna affarijiet li ma mxewx tajjeb preċiżament minħabba dan il-punt.", "Nittama li l-aġenzija mhux se timtela bil-blue-eyed boys.", "Jekk din l-aġenzija, bħal diversi awtoritajiet oħrajn li twaqqfu, se timtela bil-blue-eyed boys, mhux se tkun qiegħda sservi l-bżonnijiet taċ-ċittadin u tal-poplu Malti u Għawdxi, imma se sservi biss l-interess ta' xi tnejn min-nies ta' xi Ministru jew ieħor.", "Ir-raba' punt tiegħi hu li biex din l-aġenzija taħdem b'mod effettiv, nemmen li l-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol ċentrali.", "Għar-raġunijiet li spjegajt qabel, nifhem u naqbel mal-fatt li l-aġenzija se tkun qed tieħu l-massa tax-xogħol u tar-responsabbiltà hi, però biex l-aġenzija verament tkun qiegħda taħdem fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi, huwa importanti li l-kunsilli lokali jkollhom rwol ċentrali.", "Għalija huwa inaċċettabbli li l-kunsilli lokali jkunu informati biss dwar liema toroq se jsiru.", "Lanqas ma hu biżżejjed li l-kunsilli lokali jiġu speċi kkonsultati, u apposta qed ngħidha din, għax matul il-ħames snin ta' Gvern Laburista saru ħafna taparsi konsultazzjonijiet li ma jwasslu għal imkien, ħlief għat-telf ta' ħin ta' kulħadd.", "Jien nemmen li l-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol attiv u dirett dwar liema toroq isiru u meta jsiru.", "Pereżempju, apparti li għandhom isiru diversi laqgħat u working groups magħhom, nemmen li fuq il-bord ta' din l-aġenzija bilfors irid ikun hemm rappreżentanti tal-kunsilli lokali, għax huma se jkunu qegħdin iwasslu l-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Trid tara li jkollok taħlita ta' nies tekniċi u ta' nies li qegħdin hands on the ground.", "Jekk jintlaħaq dan il-bilanċ, l-aġenzija tista' taħdem b'mod tajjeb.", "Apparti minn hekk – din tirrelata mal-punt li semmejt fil-bidu, li ma nixtieqx nerġa' nara li jsiru t-toroq tal-iktar kunsill li jagħmel storbju jew skont jekk kunsill għandux maġġoranza Nazzjonalista jew Laburista – naħseb li biex ix-xogħol tal-aġenzija verament ikun kredibbli u l-aġenzija tkun rispettata, waħda mill-ewwel affarijiet li għandha tagħmel qabel ma tieħu l-ewwel deċiżjoni dwar liema toroq se tagħmel, għandha tħejji policy ċara u linji gwida abbażi ta' liema toroq se jingħataw prijorità.", "Jekk mhux se jsir hekk, se nerġgħu nispiċċaw li min jgħajjat l-aktar jirbaħ, u dan mhuwiex fl-aħjar interess tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Punt ieħor li xtaqt inqajjem huwa dwar il-kuntratturi Maltin.", "F'Malta għandna numru ta' kuntratturi li huma kapaċi jagħmlu xogħlijiet tat-toroq.", "Hemm kuntratturi li kapaċi jieħdu volum kbir ta' xogħol għax għandhom ħafna inġenji u jħaddmu magħhom ħafna impjegati, imbagħad hemm kuntratturi oħrajn li jifilħu jieħdu inqas volum ta' xogħol.", "Jien nemmen li din l-aġenzija għandha tassigura li toffri l-istess opportunità lill-kuntratturi Maltin kollha.", "Nerġa' ngħid li l-kuntratturi Maltin kollha għandhom jingħataw l-istess opportunità biex jipparteċipaw f'dawn il-proġetti u ma rridx nara direct orders ħerġin mill-aġenzija.", "Issa għandna aġenzija ġdida li se tibda b'carte blanche u li tista' tippjana fit-tul, allura m'hemmx bżonn direct orders.", "Minn din l-aġenzija rrid nara numru ta' framework agreements wara xulxin li joħorġu bil-ħsieb, biex il-kuntratturi kollha ta' Malta u Għawdex ikollhom l-opportunità li jaħdmu fuq dan il-proġett, ovvjament kulħadd skont kemm jiflaħ, kemm bħala inġenji u anke bħala ħaddiema.", "Nixtieq ngħid kelmtejn dwar il-kumpaniji barranin, u se nkun ċara daqs il-kristall.", "Jien m'għandi l-ebda problema li jiġu kumpaniji barranin jaħdmu hawn Malta, però huwa importanti wkoll li dawn ma jiġux trattati aħjar mill-kumpaniji Maltin.", "Jien dejjem ninsisti fuq fair and level playingfield għal kulħadd.", "Issa jekk il-Gvern iħoss li għandu jġib l-esperti barranin, mela le, però l-esperti barranin għandhom jaħdmu id f'id ma' dawk Maltin għal żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, il-Malti jaf il-bżonnijiet tal-Maltin ħafna iktar mill-barranin.", "Apparti minn hekk, il-ħsieb ta' kull gvern għandu dejjem ikun kif se jkompli jtejjeb il-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Mela allura jekk jiġu kuntratturi barranin iridu jinvolvu lill-kuntratturi Maltin.", "Dan huwa faċli ħafna li jsir.", "Għalhekk eżiġejt li ma rridx nara direct orders u li rrid nara framework agreements.", "Qed ngħid hekk għax nemmen li l-Gvern għandu jinsisti li kull min jitfa' l-offerta tiegħu biex jipparteċipa f'dan il-proġett, tal-inqas irid ikollu sieħeb Malti.", "Mela jekk għandek joint venture jew konsorzju, uħud mill-membri parteċipi fih iridu jkunu Maltin, għax jekk m'aħniex se nagħmlu hekk tista' tinħoloq an unfair level playing field.", "Illum f'diversi gazzetti - jien ġibt miegħi it-Times of Malta - hemm artiklu dwar il-kuntratturi Maltin li huma urtati minħabba li l-flyover tal-Marsa ġiet mogħtija lil kumpanija minn Istanbul.", "Nerġa' ngħid li jien m'għandix diffikultà li kumpaniji barranin jiġu joffru servizzi hawn Malta, però jekk inhu minnu dak li hawn miktub f'dan l-artiklu, qed jinħoloq unfair level playing field.", "Qed ngħid hekk, għax waħda mill-kondizzjonijiet fil-formoli li timla meta tissottometti tender hi li tgħid x'tip ta' ħaddiema se tkun qed tħaddem u x'inhi l-paga tagħhom.", "Aħna nafu li hemm baħar jaqsam bejn il-paga minima tat-Turkija u l-paga minima Maltija, għax il-paga minima tat-Turkija hija ftit inqas minn €400 fix-xahar u dik ta' Malta hija iktar minn €700 fix-xahar.", "Allura jekk se nkomplu mexjin bit-tenders ta' min hu l-irħas jirbaħ, f'ċirkostanzi bħal dawn se tinħoloq an unfair level playing field and that is not on, għax filwaqt li qed nissalvagwardaw li ma jiġix abbużat il-ħaddiem Malti, se nkunu qegħdin naċċettaw li jiġi abbużat ħaddiem minn pajjiż ieħor.", "Mela għandek l-abbuż u għandek ukoll fejn il-kuntrattur Malti ma jistax jikkompeti mal-barrani, u dan huwa inġust.", "Għalhekk nerġa' nisħaq li huwa tajjeb li jiġu l-kumpaniji barranin hawn Malta, speċjalment meta jkunu qegħdin iġibu ħiliet u għarfien li bħala pajjiż għad m'għandniex, però huwa importanti li dawk l-istess kumpaniji jsieħbu magħhom numru ta' kumpaniji Maltin.", "Meta kienet twaqqfet l-aġenzija tal-IT taħt Gvern Nazzjonalista preċedenti kienu jaħdmu bil-framework agreements u kienu jesiġu li preferibbilment dejjem irid ikollok l-involviment ta' kuntratturi Maltin.", "Naħseb li l-aġenzija f'dan ir-rigward trid tevalwa sew jekk għandhiex tibqa' toħroġ bit-tenders ta' min hu l-irħas jirbaħ, għax kif jgħid il-Malti, meta tħallas bl-irħis, tal-irħis tieħu.", "Naħseb li fi proġetti bħal dawn, fejn il-flus huma kbar u fejn il-proġett irid isir għal tul ta' snin, ikun iktar għaqli li jerġa' jiddaħħal il-metodu tal-most economically advantageous tender (MEAT), fejn wieħed ma jevalwax biss min hu l-irħas, għax meta jkollok kompetizzjoni li fiha se tirbaħ abbażi tal-irħas prezz, hija naturali u minn ewl id-dinja li kulħadd se jipprova jara minn fejn se jnaqqas u minn fejn se jqanċeċ biex ikun l-irħas.", "Kif nafu, meta tibda traħħas u tqanċeċ, il-prodott ma jibqax tajjeb u nkunu qed nagħmlu investiment li mingħalina nkunu frankajna xi ftit miljuni, imma fil-verità in the long run ikun ġie jiswa ħafna iktar.", "Sur President, irrid ngħid kelmtejn dwar it-toroq t'Għawdex.", "Jien naqbel mal-kumment li għaddiet ilbieraħ il-Ministru Justyne Caruana meta qalet li Għawdex jistħoqqlu attenzjoni immedjata għall-ammont ta' xogħol li jrid isir fuq it-toroq.", "Minn hawnhekk ngħid li jien lesta li nappoġġjaha jekk bħala Ministru se tkun qed tressaq talbiet raġonevoli ta' liema toroq għandhom isiru.", "Ejja ngħiduha kif inhi.", "Ħafna mit-toroq arterjali f'Għawdex jeħtieġu investiment qawwi, anzi jien nemmen li wasalna f'punt fejn hemm bżonn li naraw jekk neħtiġux toroq ġodda minn fejn jgħaddi l-flow tat-traffiku.", "Pereżempju, jekk wieħed jidħol fuq il-Facebook Page dwar it-toroq f'Għawdex isib baraxx ta' toroq li tibda tistaqsi jekk humiex toroq jew hux qegħdin fil-qamar, għax kull raħal f'Għawdex għandu toroq fi stat diżastruż.", "Pereżempju, kieku kelli nsemmi żewġ toroq partikolari fir-Rabat, li hi l-Belt kapitali t'Għawdex, insemmi Triq il-Kapuċċini u Triq l-Imgħallem, li xħin tkun nieżel bil-karozza tibda taħseb li se tħalli r-roti tal-karozza warajk!", "Għalhekk għidt li naqbel mal-kumment li għamlet il-Ministru, li Għawdex għandu jingħata prijorità f'dan il-proġett.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li dan il-proġett jista' jgħinna biex nindirizzaw waħda mill-ikbar problemi li għandu pajjiżna, dik tat-traffiku.", "Sur President, illum se jkollna aġenzija waħda li se tkun qed tikkordina l-ħidma li qed issir fit-toroq kollha.", "Mela suppost issa se tispiċċa l-iskuża li ma konniex nafu li t-tali triq se tiġi patched, jew ma konniex nafu li se ssir bankina, jew ma konniex nafu li se tinqala' t-tali triq.", "Għalhekk għidt li din hija opportunità tad-deheb biex mhux biss nirranġaw l-uċuħ tat-toroq tagħna, imma jekk l-aġenzija verament taħdem bil-għaqal tista' tindirizza wkoll parti mill-problema tat-traffiku.", "Fil-leġiżlatura li għaddiet konna ressaqna 35 proposta u miżuri short-term dwar kif jista' jonqos it-traffiku.", "Il-konsulenti tal-Gvern, fid-dokument li ppubblikaw wara li pubblikajna d-dokument tagħna, prattikament ħadu l-proposti tagħna kollha on board.", "Allura nittama li din l-aġenzija se tkun qed tħares lejn dawn il-proposti.", "Pereżempju, miżura 12 kienet dwar il-kordinament u l-informazzjoni dwar x'xogħlijiet se jkunu qegħdin isiru fit-toroq.", "Imma qabel ma nibdew nirranġaw it-toroq, irid ikollna sistema kif il-poplu Malti u Għawdxi jiġi infurmat b'dawn ix-xogħlijiet.", "Peress li issa għandna aġenzija ġdida li se tibda b'carte blanche u x-xogħol se jibda mill-bidu nett, m'għandniex għalfejn nibqgħu nużaw is-sistema tal-lum, fejn joħroġ avviż li l-għada se tingħalaq Triq is-Sies, jew inkella li għal ġimgħa sħiħa ma nistgħux ngħaddu minn Triq il-Kbira.", "Jekk l-aġenzija trid tkun verament serja, trid toħroġ pjan li tal-inqas ikun fih milestone deliverables ta' sena biex il-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll in-negozju jkun jista' jippjana.", "Ma jistax ikun li jkollok kumpanija ta' salesmen jew ta' technicians li filgħaxija, xħin kulħadd ikun mar id-dar, toqgħod tfittex biex tara l-għada filgħodu x'toroq se jkun hemm magħluqin biex tavżahom ħalli ma jmorrux fit-tali ħwienet, jew biex ma jgħaddux minn ċerti rotot.", "Jekk din l-aġenzija verament trid tirnexxi, huwa importanti li tagħmel pjan fit-tul li mill-inqas ikollu rollout u deliverables ta' sena, u li dan il-pjan ikun pubbliku.", "Nispera li m'iniex se nerġa' nisma' risposti bħalma kien jagħtina l-Onor.", "Joe Mizzi fil-leġiżlatura li għaddiet, li kull meta konna nistaqsuh biex jgħidilna x'toroq se jkun qed jagħmel mhux sena oħra, imma x-xahar id-dieħel, kien jgħidilna li se jagħmilhom skont l-esiġenzi.", "Dik il-kelma trid tinqata'.", "Illum għandna aġenzija mhux biex timxi skont l-esiġenzi imma biex tippjana fit-tul.", "Konna pproponejna miżura oħra biex isir l-aħjar użu tal-information technology, fejn konna tajna deskrizzjoni pjuttost dettaljata ta' x'għandu jkollha din is-sistema biex il-poplu Malti u Għawdxi, bl-aktar mod faċli, ikun jista' jidħol f'din is-sistema u jkun jaf fejn se jkun magħluq, fejn se jkun miftuħ, liema hi l-aħjar rotta li jieħu u informazzjoni oħra.", "Ovvjament, it goes without saying li dment li se jibdew isiru dawn it-toroq, wasal iż-żmien li nibdew naħsbu għas-soft nodes tagħna.", "Issa xtaqt nagħmel xi mistoqsijiet lill-Ministru bħala punt ta' kjarifika.", "Jista' l-Ministru jgħidilna, bejn wieħed u ieħor, kemm se jkollha nies jaħdmu f'din l-aġenzija u minn meta se tibda topera?", "Nixtiequ jikkonferma li s-€700 miljun se jkunu qegħdin jintużaw għat-toroq u mhux jibdew jużawhom biex iħallsu lis-CEO jew biex iħallsu lil xi ħadd li jdaħħluh wara.", "Sur President, se nagħlaq kif ftaħt billi ngħid li jekk din il-liġi titħaddem sew u tiġi implimentata tajjeb u bil-ħsieb, il-poplu Malti u Għawdxi jista' jara wħud mill-problemi jiġu indirizzati.", "L-aħħar appell tiegħi huwa dan.", "Ilbieraħ smajt lill-Onor.", "Toni Bezzina jispjega tajjeb ħafna numru ta' emendi li jħoss li għandhom isiru f'din il-liġi biex tkun ċara u tkun tista' titħaddem aħjar.", "Jekk il-Gvern verament jixtieq li din l-aġenzija tkun suċċess, nemmen li għandu jisma' lin-naħa tal-Oppożizzjoni biex il-proposti li ressaq l-Onor.", "Toni Bezzina jkunu jistgħu jiddaħħlu fil-liġi għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi importanti ħafna li jistabbilixxi l-aġenzija Infrastructure Malta.", "Għall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna aġenzija totalment iffokata u responsabbli mit-toroq f'pajjiżna, kemm il-bini u kif ukoll il-manteniment.", "Segwejt b'attenzjoni kbira d-diskussjoni li kien hawn f'din il-Kamra, kemm mill-Ministru, kemm mill-Membri tal-Gvern, kif ukoll mill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Pereżempju, issa ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Marthese Portelli, għax fl-opinjoni tiegħi l-approach tagħha kien differenti ħafna mill-approach li ħa l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni fuq din l-aġenzija l-Onor.", "Toni Bezzina u l-Whip tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Robert Cutajar, li lbieraħ kienu negattivi ħafna fil-konfront ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Minkejja li dawn qed jgħidulna li jaqblu ma' din il-liġi, meta tagħsar dak li ntqal speċjalment ilbieraħ f'din il-Kamra, issib li saru kummenti negattivi ħafna fuq dan l-Abbozz ta' Liġi u fuq ir-responsabbiltajiet vis-à-vis il-kunsilli lokali.", "Xtaqt nagħti ħarsa lejn kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, fejn parti mit-toroq ta' pajjiżna huma responsabbiltà tal-kunsilli lokali u parti minnhom huma responsabbiltà ta' Transport Malta.", "Xi kultant ikun hemm diverġenzi dwar min hu responsabbli minn ċerti toroq.", "Sa ftit tax-xhur ilu kont Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Fgura, kariga li kont ili nokkupa għal seba' snin sħaħ u għaldaqstat missejt ħafna ma' dawn ix-xogħlijiet, għax għamilt diversi toroq fil-lokalità li kont immexxi.", "Għalhekk, nixtieq nagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni li għandna bħalissa u d-diffikultajiet preżenti vis-à-vis l-kunsilli lokali u t-toroq li sal-lum għad għandhom fir-responsabbiltà tagħhom.", "Paragrafu (a) ta' subartiklu (1) ta' artiklu 33 tal-Att li jirregola l-Kunsilli Lokali, Kap. 363, ipoġġi r-responsabbiltà fuq il-kunsilli lokali għall-manutenzjoni u titjib f'kull triq jew mogħdija li ma tkunx proprjetà privata.", "Dan jgħid ukoll li:", "\"… il-manutenzjoni għar-rigward ta' xi triq jew mogħdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar tagħha, iżda ma tinkludix ir-rikostruzzjoni tagħha.\".", "Mela l-liġi tagħmilha ċara li l-kunsilli lokali huma responsabbli mill-manutenzjoni tat-toroq imma mhux mill-bini mill-ġdid tagħhom, imbagħad it-toroq arterjali jew distributorji jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta.", "Bħalissa għandna idejn diversi li huma responsabbli ta' dawn it-toroq, u issa biex ikun hemm aktar idejn involuti, meta niġu għax-xogħlijiet fit-toroq għandna diversi entitajiet.", "L-aktar li qed jiġuni f'moħħi bħalissa huma l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta li jagħmlu xogħlijiet fit-toroq u jagħmlu r-reinstatement.", "Hemm imbagħad kumpaniji privati li huma aktar marbutin mat-telefonija u mal-internet, bħalma huma l-GO, il-Melita u l-Vodafone, li wkoll jagħmlu xogħlijiet fit-toroq.", "Mela bis-sistema preżenti, kull min irid jagħmel xi xogħlijiet fit-toroq, iqabbad il-ħaddiema u l-kuntrattur tiegħu.", "Meta xi ħadd irid iqabbad mas-sistema tad-drenaġġ, ikollu jqabbad lill-kuntrattur privat tiegħu biex jagħmel reinstatement tat-tarmak.", "Hemm sistema online li tiġi mmexxija minn Transport Malta, fejn wieħed japplika permezz tal-kuntrattur li jkun approvat, imbagħad l-entitajiet kollha, inkluż il-kunsilli lokali, jagħtu l-kummenti tagħhom u jipproċedu biex joħroġ il-permess.", "Din hija l-ewwel problema li xtaqt insemmi dwar is-sistema preżenti.", "Skont is-sistema preżenti, meta jkun hemm dawn il-kuntratturi kollha li qed iħallsuhom diversi entitajiet, ħafna drabi min ikun qed iħallas lill-kuntrattur ma jagħżilx l-aqwa wieħed, iżda jagħżel lil dak li jiġih l-irħas.", "Din tiġri kemm fit-tenders tal-Gvern kif ukoll fil-kumpaniji privati li ma jinteressahomx mill-well-being tal-lokalità, iżda jinteressahom mill-profitti li jagħmlu.", "Niftakar li meta kont Sindku kien ikolli l-problemi ma' dawn il-kuntratturi li ħafna minnhom ma jkollhom l-ebda relazzjoni mal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt, lanqas biss tkun taf min huma u meta tmur on site issir taf li ħareġ permess - xi wħud jaħdmu wkoll bla permess - u ssib kuntrattur ikisser it-triq.", "Hemm kuntratturi li ma jimxux mar-regoli tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, allura jagħmlu x-xogħlijiet b'mod li jdejqu lir-residenti.", "Niftakar b'każijiet li fil-5.00 a.m. xi ħadd isib kuntrattur ikisser ħdejn il-bieb tad-dar tiegħu u jqajmu bl-istorbju li jagħmel.", "Meta jagħmlu dawk ix-xogħlijiet, preżentement m'hemm l-ebda aġenzija li tmur tiċċekkja li x-xogħlijiet isiru kif suppost u qed jispiċċa jagħmel dan il-kunsill lokali, li għandu riżorsi limitati ħafna.", "Huwa tajjeb li meta jsiru dawn ix-xogħlijiet jiġi ttestjat il-konkrit li jintuża fil-bankini u t-tarmak u l-asfaltar li jintuża fit-toroq.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-ikbar problema preżenti hija l-permessi ta' emerġenza li joħorġu minn Transport Malta fejn jagħmlu xogħlijiet f'toroq li għalihom huma responsabbli l-kunsilli lokali.", "B'responsabbiltà ngħid li meta kont Sindku rajt diversi każijiet fejn applikaw għall-permessi ta' emerġenza b'mod abbużiv u nħarġilhom il-permess, imma ma kienx verament każ ta' permess ta' emerġenza, iżda jkun sar biex ix-xogħlijiet isiru malajr, jew inkella jkun każ ta' nuqqas ta' ippjanar.", "Għaldaqstant, b'dan l-Abbozz ta' Liġi dan kollu se jiġi solvut, kif se nispjega aktar 'l quddiem.", "Bħalissa f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-maġġoranza tat-toroq f'pajjiżna huma responsabbiltà tal-kunsilli lokali, u dawn għandhom baġit limitat biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Jekk tara r-Rapport tal-Awditur li joħroġ kull sena dwar il-kunsilli lokali tinduna li għandna kunsilli ta' lokalitajiet żgħar li jkollhom €20,000 jew inqas bħala baġit, imbagħad il-lokalitajiet medji forsi jersqu lejn €0.5 miljun, filwaqt li l-lokalitajiet il-kbar għandhom ammont akbar, għax il-baġit tal-kunsilli lokali jiġi kkalkolat skont kemm hi kbira l-lokalità, kemm hemm residenti u kemm hemm toroq f'dik il-lokalità.", "Allura bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni fejn speċjalment meta jkun kunsill lokali ta' lokalità żgħira, meta jaqta' l-ispejjeż amministrattivi mill-baġit li jiġi allokat lilu għal dik is-sena u spejjeż oħra li jrid jagħmilhom ta' bilfors, bħalma huma l-pagi, il-kirjiet, it-tindif tal-lokalità, il-ġbir tal-iskart, il-manutenzjoni fil-lokalità u manutenzjoni tal-ġonna, jirriżulta li ftit jifdallu flus x'jinvesti fit-toroq.", "Fil-fatt, hemm kunsilli lokali żgħar li jsibuha verament diffiċli biex jagħmlu xi triq u kultant jispiċċaw jagħmlu triq kull sentejn, filwaqt li kunsilli lokali medji jistgħu jagħmlu triq jew tnejn fis-sena, u kunsilli lokali akbar ikunu jistgħu jagħmlu ammont akbar ta' toroq.", "L-amministrazzjoni tal-Gvern Nazzjonalista preċedenti kellha soluzzjoni għal dan, għax bagħtet il-kunsilli jiddejnu.", "Dak iż-żmien ħarġu l-iskema tal-public private partnership u dawk il-kunsilli li ma kenux jidħlu fiha bdew jidhru koroh, għax ir-residenti ta' dik il-lokalità jibdew jaraw kunsilli oħrajn jagħmlu ħafna xogħol u l-kunsill tagħhom le.", "Fil-verità, jirriżulta li uħud minn dawk il-kunsilli li għamlu ħafna toroq għadhom iħallsu sal-ġurnata tal-lum.", "Jiġifieri l-Gvern Nazzjonalista bagħat lil dawn il-kunsilli jiddejnu u għadhom iħallsu s'issa.", "Dan wassal sabiex għal ħafna snin wara mhux biss ma setgħux jinvestu fi proġetti infrastrutturali oħrajn fil-lokalità tagħhom, imma ma setgħu jinvestu fl-ebda proġett.", "Jien naf b'kunsilli - ninsab konvint li anke l-kollegi tiegħi tal-Oppożizzjoni jafu bihom - li għal ħafna snin spiċċaw bid-Dipartiment tal-Gvern Lokali jwaqqafhom milli joħorġu pagamenti li mhumiex obbligatorji, jiġifieri li mhumiex pagi ta' ħaddiema u li mhumiex marbutin mal-amministrazzjoni ta' dak il-kunsill partikolari, għax il-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien bagħat il-kunsilli lokali jiddejnu biex jagħmlu x-xogħol ħalli jidher li għandu Segretarju Parlamentari jew Ministru tajjeb li bis-saħħa tiegħu qed isir ħafna xogħol.", "Fl-aħħar jiem għamilt mistoqsija parlmentari biex naraw liema huma dawk il-kunsilli li ħames snin wara li m'għadx hemm Gvern Nazzjonalista, u mhux ħames snin wara li għamlu x-xogħlijiet, għadhom qed iħallsu d-dejn li sar mis-Sindku ta' qabilhom u wħud anke mis-Sindku ta' qablu.", "Sfortunatament, dik il-mistoqsija parlamentari għadha ma ġietx imwieġba għax l-informazzjoni għadha ma nġabritx mill-kunsilli lokali kollha.", "Għalhekk nieħu pjaċir nara li dik l-informazzjoni toħroġ fil-jiem li ġejjin biex inkunu nafu l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien f'liema sitwazzjoni poġġa lil dawn il-kunsilli lokali li bagħathom jiddejnu, u wħud minnhom għadhom qegħdin iħallsu dak id-dejn sal-lum.", "Dan minbarra nuqqasijiet oħrajn, meta qed nitkellmu dwar il-kunsilli lokali.", "Qed nitkellem mhux biss b'rispett lejn il-kunsilli lokali, iżda mil-lenti ta' Membru li kont Sindku għal diversi snin u għaldaqstant naf x'inhuma l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom f'dan ir-rigward, għax ma jkollhomx l-ispeċjalizzazzjoni u l-għarfien ta' kif jibnu dawn it-toroq.", "Ħalli nieħu l-każ tiegħi.", "Jien, sforutnatament jew fortunament, la jien perit u lanqas avukat, allura m'għandix esperjenza ta' proġetti infrastrutturali u għaldaqstant kelli nitgħallem mill-iżbalji.", "Il-kunsill ikollu l-perit tiegħu, imma anke meta l-kunsill joħroġ it-tenders biex jagħżel il-perit tiegħu, ma tkunx taf hux se jkollok perit li jifhem fix-xogħlijiet infrastrutturali.", "Jien iltqajt ma' sitwazzjonijiet fejn il-perit magħżul mill-kunsill lokali, li jkollok tagħżlu għax ikun l-irħas, ma jkun jifhem xejn fix-xogħlijiet infrastrutturali.", "Sfortunatament iltqajt ma' perit simili meta kont Sindku, li meta jiġi għal ċerti xogħlijiet ma jkunx jaf x'deċiżjonijiet għandu jieħu, allura l-kunsilli lokali jispiċċaw jew jonfqu iżjed jew jagħmlu xogħol li mhuwiex tajjeb.", "Jien naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Marthese Portelli li jekk kollox ikun ċentralizzat b'periti speċjalizzati u persuni speċjalizzati u ta' esperjenza li kontinwament jaħdmu f'dan ix-xogħol ikollok kwalità ta' xogħol aħjar, imma l-kunsilli lokali ma jgawdux mill-economies of scale li se tgawdi minnhom din l-aġenzija.", "Aħna smajna li skont il-manifest elettorali li bih il-Partit Laburista rebaħ l-aħħar elezzjoni ġenerali, l-intenzjoni ta' dan il-Gvern hi li jonfoq €700 miljun f'seba' snin, medja ta' €100 miljun fis-sena.", "Issa meta din l-aġenzija toħroġ din it-tender, ovvjament se tgawdi minn economies of scale għax mhijiex se toħroġ tender għal triq waħda, kif jagħmlu ċerti kunsilli lokali, iżda se toħroġ tender għal batch ta' toroq wara xulxin.", "Ovvjament, meta kuntrattur jara ħafna toroq, se jraħħas il-prezz u kull triq tiġi tiswa inqas.", "Bħalissa qed niftakar f'sitwazzjoni li jistgħu jgħiduhielek il-kunsilli lokali kollha, fejn speċjalment meta tkun riesqa l-elezzjoni ġenerali, il-gvern tal-ġurnata kien iqabbad il-kuntratturi kollha ta' Malta jaħdmu lejl u nhar, għax qabel ma jkun għamel xejn.", "Il-verità hi li kien hemm każijiet meta kienet toħroġ tender ta' triq waħda, żewġ toroq jew tlieta, speċjalment sena jew sentejn qabel l-elezzjoni, u ħadd ma kien jitfa' offerta.", "Huwa tajjeb li niftakru f'dan ukoll, għax issa dik il-problema se tiġi solvuta.", "Nieħu pjaċir li hawn min qed jgħid li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda ma naqbilx mal-kelliema tal-Oppożizzjoni li tkellmu lbieraħ li b'xi mod ipprovaw jgħidu li dan huwa xi nuqqas, jew li se nieħdu xi ħaġa mill-kunsilli lokali jew minn xi lokalità.", "Il-verità hi li jekk il-kunsilli lokali, sal-lum li għad m'għandniex din il-liġi fis-seħħ għandhom baġit pereżempju ta' €0.5 miljun, ladarba jkun hemm din il-liġi fis-seħħ se jibqa' jkollhom dak il-baġit ta' €0.5 miljun, filwaqt li l-Gvern se jinvesti hu f'dik il-lokalità biex isiru toroq ġodda.", "Mela allura se nħallu aktar flus investiti f'dik il-lokalità, u lil min ilbieraħ f'din il-Kamra pprova jgħid li b'xi mod se nnaqqsu xi ħaġa mill-kunsilli lokali jew mil-lokalità, ngħidlu li meta tkun Sindku jew kunsillier, l-interess tiegħek ikun li tara aktar investiment fil-lokalità.", "Naraw diversi sindki u kunsilliera jitkellmu mal-Ministeri u jgħidulhom biex jinvestu fil-lokalità tagħhom, għax jieħdu pjaċir jaraw l-investiment.", "Ngħid għalija, meta kont Sindku, ma kienx jinteressani jekk ix-xogħol f'dik il-lokalità nagħmlux jien jew xi Ministru.", "Li jinteressani kien li x-xogħol f'dik il-lokalità jsir u li l-ħajja tar-residenti f'dik il-lokalità tmur għall-aħjar permezz ta' aktar investiment f'dik il-lokalità.", "Għaldaqstant, min ilbieraħ ipprova jgħid li b'xi mod qegħdin innaqqsu l-fondi lill-kunsilli lokali, ovvjament ma jafx x'inhu jgħid, għax jien għandi ħbieb u eks kollegi, anke ġejjin mill-Partit Nazzjonalista, li konna Sindki flimkien u konna membri tal-kunsill flimkien, li lkoll jgħiduli privatament li jaqblu ma' din il-liġi, għax fl-aħħar mill-aħħar se tħalli aktar flus investiti fil-lokalità.", "Mela lil min qed jgħidilna li mhux veru se jkun hemm aktar investiment fil-lokalitajiet, ngħidulu jġib calculator.", "Nifhem li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali l-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista kellu żbalji fil-kalkoli u l-verità hi li se jkun hemm aktar flus u aktar investiment fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex biex isseħħ il-wegħda elettorali li naraw aktar toroq ta' kwalità fil-lokalitajiet.", "Waħda mill-prijoritajiet ta' din l-aġenzija hi li jinbnew 160 triq li għadhom qatt ma saru.", "Għandna diversi residenzi f'toroq li qatt ma saru u jien naf b'każijiet ta' nies li ilhom jgħixu fi triq partikolari li qatt ma saret, jew li ilhom 15-il sena jgħixu fi triq kollha trab.", "Dawn għad għandna minnhom fil-lokalitajiet u jeħtieġ li l-ewwel nindirizzaw lilhom, għax huma l-aktar imwiegħra minħabba li jgħixu fit-trab kuljum u jibilgħu t-trab kull filgħodu hekk kif joħorġu għax-xogħol, imbagħad wara nagħmlu l-manutenzjoni u t-toroq ġodda li qabel kienu responsabbli minnhom il-kunsilli lokali.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt insemmi hi l-manutenzjoni tat-toroq.", "Il-kunsilli lokali, ħafna drabi kien ikollhom jagħżlu bejn li jagħmlu l-manutenzjoni tat-toroq billi jagħmlu patching u fejn ikun hemm bżonn jagħmlu triq ġdida.", "Xi wħud kienu jgħidu li biex jidhru li qed jaħdmu jkun aħjar li jagħmlu triq ġdida, imma lkoll nafu li meta ma tagħmilx il-manutenzjoni tat-triq, bħal kull ħaġa oħra minn ewl id-dinja, se tkun qed titlef mil-life span ta' dak il-prodott.", "Qabel kulħadd kien iqabbad il-kuntrattur tiegħu biex jagħmel biċċa xogħol, imma dan mhux dejjem kien ikollu l-esperjenza, inkella kien jinzerta kuntrattur żgħir li ma jagħmilx xogħol tajjeb.", "Niftakar b'każijiet personalment fejn rajna kuntratturi jaħdmu bla ebda interess għas-saħħa u s-sigurtà, li kienu jagħmlu xi ħofra ta' madwar żewġ metri f'nofs ta' triq, bil-karozzi għaddejjin 20 ċentimetru 'l bogħod minn ħdejha, u ħaddiem f'dik il-ħofra jistenna li jaqla' l-kundanna tal-mewt minħabba n-nuqqas ta' ħarsien ta' saħħa u sigurtà.", "Dawn l-affarijiet jeħtieġ li ma jiġrux.", "Jien nemmen li b'aġenzija ffokata li tkun totalment responsabbli hi, b'kuntratturi mqabbdin minnha, tkun tista' tara li x-xogħlijiet ta' dawn l-entitajiet isiru kif suppost.", "Hekk biss jista' jkollna s-serjetà f'dan il-pajjiż li qabel ma kellniex.", "Għaldaqstant, naħseb li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, għax ilhom isirulna talbiet anke mis-Sindki stess.", "Jien wieħed li kont nargumenta li l-kunsilli lokali m'għandhomx biżżejjed flus biex isir l-investiment li hemm bżonn isir.", "Mhux biss aħna konna ngħiduha, imma kienu jgħiduha wkoll sindki Nazzjonalisti.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Robert Cutajar, li sfortunatment illum mhux qiegħed hawn, ipprova jgħid li l-kunsilli lokali huma kontra li ssir din il-ħaġa, iżda jien nirreferih għar-rapport tal-Onor.", "Edwin Vasallo - ma nafx jekk hux se jitkellem warajja - li fl-2015 meta kien kollega tiegħi Sindku tal-Mosta kien ġie kkwotat li qal fil-ġurnal Times of Malta tas-7 ta' Settembru, 2015 li l-kunsill irid jagħti parti mill-baġit tiegħu biex isiru t-toroq fil-lokalità.", "Naħseb li għal dak iż-żmien kienet deċiżjoni tajba, għax jien naqbel li l-kunsilli lokali ma kellhomx kompetenza u ma kenux igawdu minn economies of scale biex jagħmlu t-toroq.", "Imma dan il-Gvern mhux se jieħu l-flus mingħand il-kunsilli lokali biex jagħmel it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u lanqas mhu se jagħmel bħalma għamel il-Gvern Nazzjonalista u jibgħat lill-kunsilli lokali jiddejnu biex ikunu jistgħu jagħmlu t-toroq fil-lokalitajiet, imma dan il-Gvern se jħalli l-baġit tal-kunsilli lokali kif inhu, se jħalli l-baġit li kien allokat lil Transport Malta kif inhu, u se jżid miegħu hu biex naraw li fil-lokalitajiet tagħna jsir aktar investiment ħalli t-toroq residenzjali li ngħaddu minnhom ikunu ta' kwalità aħjar.", "Ma jistax ikun li jibqa' jkollna toroq li mhumiex aċċettabbli.", "Kulħadd jaf li storikament kellna problema f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq f'pajjiżna, u għaldaqstant dan huwa mod ieħor kif dan il-Gvern qed jaħdem b'mod ferm differenti minn ta' qablu li kien jibgħat lill-kunsilli jiddejnu.", "Dan il-Gvern qed jinvesti hu u jħalli lill-kunsilli lokali bl-istess baġit bla ma jieħu xejn minnu, anzi se jkompli jżid l-investiment fil-lokalità.", "Dan huwa pass pożittiv ieħor li minnu se jgawdu l-familji Maltin u Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, bla dubju ta' xejn, meta jkollok responsabbiltà f'kunsill lokali - l-Onor.", "Byron Camilleri semma l-kunsilli lokali u s-sindki - ta' raħal bħalma hu l-Mosta, isserraħ rasek jekk ir-responsabbiltà tat-toroq ma tibqax f'idejn il-kunsilli, għall-fatt li tkun taf li hemm xi ħadd li qed jappoġġja lill-kunsill li għandu ċerti limitazzjonijiet u nuqqas ta' riżorsi.", "Il-fatt li llum il-ġurnata t-toroq ġew f'idejn il-Gvern ċentrali, kif jaf kulħadd wieħed jieħu ftit tan-nifs, b'mod speċjali s-Sindki u l-kunsilliera li huma responsabbli mit-toroq, għax mhuwiex faċli li tieħu dak l-impenn f'idejk.", "Din kienet wegħda elettorali oħra li bla dubju trid titwettaq fi żmien sitt snin, għax sena minnhom kważi għaddiet.", "Il-manifest tal-Partit Laburista kien jgħid li t-toroq ta' Malta kollha se jingħataw wiċċ ġdid u issa jonqos sitt snin oħra biex naraw din il-wegħda titwettaq.", "Fid-diskors tal-lejla xtaqt inwassal il-karba ta' ħafna nies, li ħafna drabi tmur fejn tmur anke waqt żjarat fid-djar, kulħadd jilmenta fuq it-triq fejn hemm id-dar tiegħu.", "Nittama li l-Membri tan-naħa tal-Gvern huma konxji minn din il-karba u li rridu nindirizzaw din il-ħtieġa infrastrutturali.", "Jien ġej mill-11-il distrett u se nsemmi żoni fil-Mosta bħal Tarġa Gap, Triq Ta' Vnezja u Triq Wied is-Sir li hija aktar lejn iċ-ċentru tal-lokalità, fejn hemm lista twila ta' toroq li hemm bżonn li llejla qabel għada nindirizzaw din l-isfida biex forsi l-karba tal-poplu hemm barra tieqaf darba għal dejjem.", "Jien naqbel li pajjiżna għandu jagħmel din il-qabża fil-kwalità infrastrutturali, kif wara kollox jixraq lil kull familja li qabel ma daħlet f'darha ħallset il-kontribuzzjoni tat-triq.", "Il-Maltin u l-Għawdxin, kull meta xi politiku jżurhom fid-dar tagħhom qed jgħidulu li minkejja li għaddew is-snin, it-triq tagħhom qatt ma saret bit-tarmak.", "Ġieli ssib min jgħidlek li jkunu għaddew 40 sena jew aktar u t-triq tagħhom baqgħet l-istess jew ġiet agħar, għax l-uniku sors li jkollu l-kunsill lokali jkun li jraqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar billi jimla l-ħofor bil-hot asphalt jew, agħar minn hekk, bil-cold asphalt.", "Din hija xi ħaġa oħra li turta lin-nies u jgħidulek li jarawha bħala ħela ta' flus u ta' riżorsi.", "Nerġa' ngħid, jien kont Sindku għal ftit żmien, però għalkemm tkun għamilt ftit taż-żmien, tiltaqa' ma' nies li jekk ma timliex il-ħofor bil-cold asphalt jgħidulek li m'inti tagħmel xejn.", "Allura, mill-ftit riżors li kellna bħala kunsill lokali, konna nimlew il-ħofor il-kbar bil-hot asphalt u ż-żgħar bil-cold asphalt.", "Xtaqt insemmi punt ieħor dwar l-Aġenzija Infrastructure Malta li jien newtrali fuqha, però jinkwetani l-fatt li fil-liġi fl-ebda ħin ma jissemmew u ma jidher li huma involuti l-kunsilli lokali.", "Li jagħtu l-prijoritajiet tax-xogħol lill-aġenzija li tkun obbligat li timxi magħhom, lili ma ddoqqlix.", "Irridu nagħmlu enfasi dwar kemm huwa importanti li ma nħallux lill-kunsilli lokali barra, u nagħmluha ċara li billi se jkun hemm din l-aġenzija ma jfissirx li kunsill lokali jista' qatt jitwarrab fil-ġenb.", "Hemm xi nies hemm barra li għandhom il-perċezzjoni li dan il-Gvern ftit, ftit, qed jeħdilhom kollox lill-kunsilli lokali, jew ikun hemm min jgħidlek li bil-kunsill lokali u mingħajru xorta.", "Kultant ma tagħtihomx tort sa barra, għax meta persuna tkun kunsillier jew Sindku u ma tkunx taf ċerti affarijiet li jkun qed jagħmel il-Gvern, din il-ħaġa titfa' dell ikrah kemm fuq il-kunsill kif ukoll fuq il-kunsilliera.", "Għalhekk il-kunsilliera għandhom ikunu fiċ-ċentru ta' kull diskussjoni, speċjalment fejn tidħol il-lokalità, għax daqskemm jafu l-lokalità s-Sindku u l-kunsilliera ma jafha ħadd.", "Din l-aġenzija għandha tinnota l-punti tiegħi u ta' sħabi, biex meta jgħaddu s-snin inkunu nistgħu ngħidu li din l-aġenzija rnexxiet.", "Wara kollox, minkejja li ħafna drabi jgħidulna li aħna partit negattiv, l-għan tagħna hu li nikkritikaw.", "L-Onor.", "Byron Camilleri għadu kemm qal li minn din in-naħa m'hawnx l-Onor.", "Robert Cutajar u jien jiddispjaċini li m'iniex nara lill-Ministru Ian Borg li hu responsabbli minn dan is-suġġett.", "Din il-ħaġa tiddiżappuntani, għax xtaqt li l-Ministru kien hawn jisma' l-punti li qegħdin insemmu.", "F'ġurnal lokali rajt intervista li saret lill-Ministru Ian Borg, fejn stqarr li fis-snin li għaddew it-toroq taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali tħallew fi stat ta' telqa.", "Lill-Ministru ngħidlu li hu kien Sindku ta' lokalità żgħira, għax il-Kunsill Lokali tal-Mosta ma nafx kemm-il żona jkopri, inkluż Ħad-Dingli.", "Hu jaf x'fondi għandhom il-kunsilli lokali.", "Jekk tagħmel triq waħda fil-Mosta tkun infaqt il-fondi kollha allokati biex tmexxi l-kunsill lokali, allura trid tinsa l-pagi tan-nies u trid tinsa kollox.", "Faċċata tiegħi hemm Membru li meta jien kont Sindku kien kunsillier responsabbli mit-toroq.", "X'responsabbiltà ta' toroq?", "Fil-ftit xhur li għamilt Sindku qatt m'għamilna toroq, u ma tagħtuniex tort, ma kellniex fondi.", "Il-Mosta agħar minn hekk, għax kellna nħallsu l-flus tal-proġetti li għamlu ta' qabilna, allura tonfoq dak li jkun tak il-Gvern u jkollok tħalli barra obbligi oħra, għax il-kunsill bir-riżorsi limitati li għandu ma jista' qatt jasal biex jagħmel triq.", "Għalhekk, sa ċertu punt, nieħu gost jekk ir-responsabbiltà tat-toroq ma tibqax f'idejn il-kunsilli lokali, għax fil-mument m'għandhomx mezzi.", "Issa fadal sitt snin oħra biex il-Gvern ċentrali jibdel it-toroq ta' Malta.", "Jien semmejt Ta' Vnezja n-naħa Tad-Dib, Triq Wied is-Sir u Tarġa Gap, li huma kollha tal-biżgħa.", "L-Onor.", "Marthese Portelli semmiet postijiet f'Għawdex li qalet li qishom il-qamar, imma dawn huma ferm agħar minn hekk!", "Fil-Mosta ilna s-snin ma naraw triq issir mill-ġdid.", "Qed jgħidli li l-Mosta mhux post importanti!", "Il-Ministru Ian Borg permezz ta' din l-aġenzija se jiffoka speċifikament fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Jien inħoss li sa ċertu punt, jekk dan isir b'mod rett u kif jixraq, jista' jkun pass tajjeb 'l quddiem.", "Allura ninkoraġġih biex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ambizzjuż, li jekk Alla jrid se jagħti wiċċ ġdid lil pajjiżna.", "Pajjiżna jeħtieġ titjib fl-immaniġġar tat-toroq, speċjalment dawk arterjali.", "Hemm bosta residenti li minħabba t-toroq m'għandhomx ħajja komda, partikolarment l-anzjani u l-persuni b'diżabilità.", "Għandi nifhem li fl-eżerċizzju li qegħdin nitkellmu dwaru, kemm il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD), kif ukoll il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuna b'Diżabilità se jkunu involuti f'kull deċiżjoni li tittieħed, għax huma jaraw dak li aħna ma nistgħux naraw.", "Meta kont Sindku bdejna nibnu ġnien fil-Mosta, li jekk Alla jrid għad narawh.", "Meta konna mmorru għal-laqgħat, bħala Sindku kont tara ġnien sabiħ li jattira l-għajn, però meta titkellem mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, is-Sur Oliver Scicluna - insellimlu minn hawnhekk - fuq diversi punti, kien ibiddillek l-istrateġija kollha għax dak li ma tifhimx fih inti, ikun qed jarah il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, u hekk għandu jkun.", "Għalhekk għandu jsir id-djalogu, u nittama li l-kunsilli lokali ma jinqatgħux mill-ħidma u mid-deċiżjonijiet infrastrutturali, b'mod speċjali fejn jidħlu t-toroq.", "Jien smajt diskorsi min-naħa tal-Gvern u llejla stess smajt lill-Onor.", "Byron Camilleri kważi jaċċertana li l-kunsilli lokali mhux se jitħallew barra minn din l-aġenzija infrastrutturali, għax daqs kemm jafu l-ħteġijiet tar-residenti huma, ma jafhom ħadd.", "Kien hemm drabi fejn ittieħdu deċiżjonijiet li kulħadd kien jaf bihom minbarra s-Sindku, u se nsemmi esperjenza minnhom.", "Niftakar li fi Triq il-Fortizza għamilna laqgħa pubblika li kienu mistiedna għaliha kważi n-nies taż-żona kollha.", "Meta sar il-public hearing kulħadd qal li l-one way hemm bżonn terġa' tiġi two way minħabba diversi raġunijiet u l-kunsill, kif għandu d-dmir li jagħmel, wara ħafna diskussjonijiet, reġa' dawwar it-triq kif riedu l-maġġoranza tar-residenti.", "Sinjura President, jumejn qabel l-elezzjoni kont qed nagħmel il-house visits f'H'Attard u bdew iċempluli r-residenti biex jgħiduli li b'mod sfaċċat reġgħu dawru kollox kif kien qabel, bla ma ħadd kien jaf.", "Lanqas is-Sindku ma kien jaf!", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Agħar minn hekk, fit-truf ta' Triq il-Fortizza poġġew poster daqsiex li jindika li din għamilha kandidat partikolari li joħroġ fuq il-11-il Distrett.", "Dawn huma affarijiet tal-mistħija li m'għandhomx isiru!", "Min ikun responsabbli ma jistax jgħid li dan huwa l-aqwa żmien, għax huwa mument ta' frustrazzjoni kbira meta tkun ħdimt biex it-triq issir skont l-eżiġenzi tan-nies li jgħixu f'dik tal-lokalità, imbagħad proprju jumejn qabel l-elezzjoni reġgħu dawru kollox biex jakkomodaw lil ftit nies minn Triq il-Fortizza li lanqas biss ġew għall-public hearing.", "Dawn ma ġewx għall-public hearing għax għandhom il-Ministru responsabbli jgħinhom biex it-triq issir kif iridu huma.", "Allura huwa tajjeb li din nisimgħuha bi tliet widnejn, iż-żewġ widnejn li għandna u l-widna tal-qalb, għax jekk wieħed jinjora d-deċiżjoni tal-komunità, din se tkun frustrata.", "In-nies tal-komunità għadhom sal-lum jgħiduli li meta kont sindku lanqas biss kont naf li dawru t-triq.", "Fil-fatt, kienet sorpriża għalija, għax nerġa' ngħid li kont Ħ'Attard u r-residenti bdew iċempluli dwar dan.", "Il-kunsill lokali għandhom ikunu f'ras il-mejda tad-diskussjoni.", "Kultant ikun hemm sfidi li għalkemm ikunu quddiem għajnejkom ma tarawhomx, għax daqskemm jarawhom il-membri tal-kunsilli lokali ma jarahom ħadd u daqskemm jafu l-lokalità huma, ma jafha ħadd.", "Il-poplu Malti qed iħabbat wiċċu ma' sfidi kbar fit-toroq.", "L-isfidi tal-konġestjonijiet tat-traffiku u inkonvenjenzi oħra li semmejt aktar kmieni jħallu maqfulin ġewwa bosta anzjani, nies vulnerabbli u persuni b'diżabilità.", "Hawnhekk ikolli ngħid li nammira s-sinċerità tal-Ministru Ian Borg li waqt intervista li saritlu fil-ġurnal L-Orizzont ma ddejjaqx jammetti li ċerti proġetti tat-toroq setgħu tmexxew b'aktar kordinament u li ċerti inkonvenjenzi setgħu ġew evitati.", "Dan huwa kliem il-Ministru Ian Borg u hawnhekk nara ċerta irġulija u rrid ngħidlu prosit.", "Il-Ministru semma wkoll in-nuqqasijiet ta' ċerti kuntratturi.", "Nerġa' ndur fuq l-aġenzija.", "Din għandha tiżgura li tanalizza l-ħteġijiet kollha tat-toroq li jkunu ppjanati, biex triq li diġà saret ma terġax tinqala' wara ftit taż-żmien.", "M'iniex ngħid li dawn l-affarijiet ġraw kemm ilu fil-gvern il-Partit Laburista, biex inkun kredibbli ma' min qiegħed jismagħna, imma l-aġenzija trid tara li dan ma jsirx.", "Huwa importanti li l-aġenzija tintroduċi sistema fejn tikkonsulta ma' nies tekniċi u jsiru laqgħat mal-kuntrattur responsabbli mit-triq, mas-sindku tal-lokal – hawnhekk nagħmel enfasi – mal-kunsillier responsabbli mit-toroq u mal-membri tal-kunsill li jmexxu lis-sindku, għax is-sindku ma jkunx jifhem f'kollox.", "Il-membri ta' kull kunsill, li nsellmilhom minn hawnhekk, jagħmlu xogħol impekkabbli, għax huma jkunu qegħdin imexxu ħafna mill-affarijiet li jsiru fil-lokalitajiet tagħna.", "Ħadd daqshom ma jista' jkun ta' servizz u ta' ġid għall-ippjanar fil-manutenzjoni tat-toroq lokali.", "Dawn il-laqgħat jistgħu jagħmlu differenza.", "Jien semmejt li l-KNPD u s-sindku għandhom ikunu preżenti fil-laqgħat dwar kif għandhom isiru l-affarijiet f'pajjiżna.", "Allura, anke f'dak li jirrigwarda l-wiċċ ġdid tat-toroq Maltin għandu jkun hemm din is-sinerġija.", "Dan li għadni kif għedt jista' jgħin fit-tiġdid tal-kunsilli, mhux bħalma ġara lili jumejn qabel l-elezzjoni meta kont Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "B'hekk biss niġġeddu u nattiraw enerġiji ġodda u partiċipazzjoni aktar wiesgħa miż-żgħażagħ f'dak li jitkellem dwaru l-manifest elettorali tal-Partit Laburista.", "B'hekk biss il-kunsill jibda jħossu awtonomu fl-operat tiegħu.", "B'hekk biss kunsill jista' jħossu relevanti fid-dinja tal-lum.", "B'hekk biss tista' qatt xi darba tagħti struttura li tixraq lir-responsabbiltà li għandu jkollu dan l-uffiċċju lokali.", "Kif għedt aktar kmieni, jeħtieġ li l-kunsilli jkunu f'ras il-mejda tad-diskussjoni.", "B'hekk biss Malta verament tkun tagħna lkoll, għax billi l-ħidma tal-kunsill tirrifletti lill-poplu li jkun eleġġa l-kunsilliera tiegħu, flimkien inkunu qegħdin nagħtu messaġġ wieħed li Malta hi tagħna lkoll.", "Huwa tajjeb li tippjana, iżda jeħtieġ li jkollok pjanijiet realistiċi.", "Irridu niffaċilitaw il-ħajja tan-nies, b'mod speċjali tal-ħaddiema fi triqthom lejn il-post tax-xogħol.", "Irridu naraw li waqt li jsiru dawn il-proġetti, it-traffiku jibqa' għaddej bl-inqas inkonvenjent possibbli għall-eluf ta' sewwieqa li jgħaddu mill-inħawi li fihom ikun qiegħed isir ix-xogħol.", "Din mhijiex xi ħaġa ta' darba fil-ġimgħa, imma hija xi ħaġa ta' kuljum.", "Ħafna drabi jgħidulek li fi triqthom lejn ix-xogħol il-ħaddiema jdumu ħinijiet twal fit-traffiku u sakemm jaslu jkun diġà għajjew!", "Jeħtieġ li npoġġu jdejna fuq il-ferita tar-residenti ta' dawn il-lokalitajiet u nibdew naħdmu fuq toroq rurali li jħallu effett pożittiv fuq l-għejxien tal-komunitajiet tagħna.", "Kulħadd jistenna li t-triq tiegħu u t-toroq li juża jkunu komdi u b'inqas sogru.", "Għandna toroq li jeħtieġu soluzzjoni fl-immejdat u għandna toroq li jeħtieġu attenzjoni eżiġenti.", "Kulħadd jaf bil-karba ta' bosta residenti.", "Ladarba nisimgħuhom aħna minn din in-naħa tal-Kamra, m'għandix dubju li l-membri tan-naħa tal-Gvern ikunu qegħdin jisimgħu l-istess krib.", "Issa ilna żmien ma nisimgħu b'toroq li qegħdin isiru fejn jgħixu r-residenti.", "Almenu fil-lokalità tal-Mosta ilni ma nisma' b'dan.", "Għandna residenti li l-wiċċ tat-triq tagħhom għadu lanqas sar.", "Huwa faċli li titkellem fuq is-surplus jekk tħalli eluf ta' toroq imfarrkin!", "Dan il-pass qed isir biex jgħolli l-livell tal-għajxien u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti Maltin u Għawdxin, ħalli għada pitgħada nkun nistgħu ngħidu li fl-aħħar investejna fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Sinjura President, nagħlaq billi ngħid li rridu nibnu soċjetà li jimpurtaha mill-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq id-dinjità ta' kif jgħix kull bniedem, kemm jekk qed nitkellmu fuq il-cold asphalt jew il-hot asphalt, jew fuq it-tarmak.", "Jien semmejt id-dinjità tal-persuni vulnerabbli, tal-persuni b'diżabilità u tal-anzjani, prattikament ta' kull bniedem, allura l-ħarsien ta' tant ħajjiet ta' bnedmin f'kull stadju tagħhom.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta żewġ Abbozzi ta' Liġi mgħoddija mill-Kumitat Permanenti.", "Il-permess ingħata.", "Fil-5.52 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonisti tal-Psikoterapija u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali, għaddew mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLINT CAMILLERI: Sinjura President, sena ilu l-Partit Laburista wiegħed li jekk kemm-il darba l-poplu jerġa' jagħtih il-fiduċja biex ikompli jiggverna f'din il-leġiżlatura, se jkun qiegħed jagħti prijorità lill-infrastruttura, b'investiment ta' €700 miljun fuq seba' snin.", "Dawn il-ħames snin kienu ċertifikat ta' Gvern li wera biċ-ċar li jwettaq dak li jwiegħed, u hekk qegħdin inkomplu nagħmlu.", "Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat irnexxielu jsaħħaħ l-ekonomija, ikattar l-impjiegi u jinvesti fin-nies.", "Dan seħħ għax dan il-Gvern kellu viżjoni ċara u b'ħidma bla heda u b'ambizzjoni sħiħa emmen li kapaċi naslu, u li l-aqwa żmien għal pajjiżna għadu ġej.", "Dan ma kienx biżżejjed għalina, għalhekk ippjanajna biex verament intejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq ta' Malta u Għawdex.", "L-għan prinċipali kien u għadu li nħarsu lejn il-futur ta' pajjiżna.", "Nafu li biex pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem bir-ritmu li qbadna, irridu nagħmlu qabża fil-kwalità, li fl-aħħar mill-aħħar tixraq lill-poplu tagħna.", "Il-Gvern wera l-impenn u l-ambizzjoni li jimplimenta l-wegħdiet tiegħu.", "Aħna wegħedna pajjiż b'infrastruttura moderna, għalhekk ħloqna l-Aġenzija Infrastructure Malta.", "Dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat poġġa l-iżvilupp infrastrutturali l-prijorità ewlenija biex titjieb il-kwalità tal-infrastruttura f'Malta u Għawdex.", "Minkejja li pajjiżna wiret defiċit infrastrutturali, ninsabu konvinti li b'investiment għaqli ndawruh fl-ikbar investiment f'pajjiżna, kif wara kollox jixraq lill-gżejjer tagħna.", "Dan se jkun possibbli għax irnexxielna nibnu ekonomija b'saħħitha li tippermetti li nagħmlu dan, wara li l-infrastruttura tħalliet tmajna għal għexieren ta' snin, b'mod partikolari t-toroq.", "Il-Gvern irid jirranġa t-toroq mhux biex in-nies ikomplu jixtru aktar karozzi, imma għax għal numru sħaħ ta' snin it-toroq tħallew f'abbandun sħiħ.", "Għalhekk l-infrastruttura li wiret dan il-Gvern ma bdietx tlaħħaq mal-progress mgħaġġel li dan il-Gvern irnexxielu jdaħħal f'dan il-pajjiż, u minkejja li wettaqna proġetti kbar bħalma huma l-Coast Road, il-proġett tal-Kappara, bnejna mill-ġdid u tajna wiċċ ġdid bl-asfalt lil mijiet ta' toroq, xorta għad fadal ħafna toroq li mhumiex ta' livell li jixraq lil pajjiż modern bħal tagħna.", "Bdejna wkoll il-proġett importanti tal-Marsa-Addolorata junction biex nindirizzaw il-bottleneck kritiku fin-Nofsinhar ta' Malta.", "Dan il-proġett, partikolarment fejn għandu x'jaqsam l-immaniġġar tat-traffiku, qiegħed jitmexxa b'mod tajjeb ħafna, kif tmexxa dak tal-Kappara.", "Ilbieraħ stess smajna bi proġett infrastrutturali li se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' dawk li jużaw ir-rotta ċentrali ta' Malta u tar-residenti tal-madwar.", "Dan se jsir b'investiment ta' €55 miljun għaż-żona ċentrali ta' Malta bejn l-Imrieħel u l-Mosta li ta' kuljum jgħaddu minnha madwar 30,000 vettura.", "Forsi hawn min qed jistaqsi x'inhi l-ħtieġa tal-Aġenzija Infrastructure Malta.", "Din l-aġenzija se tkun qiegħda tieħu ħsieb l-ippjanar, id-disinn, il-kordinament u l-implimentazzjoni tal-proġetti tat-toroq kollha ta' pajjiżna.", "L-iskop prinċipali għat-twaqqif ta' din l-aġenzija huwa li tiżdied l-effiċjenza, li l-proġetti jsiru aktar fil-ħin u skont il-baġit allokat li jkun ikkordinat bl-akbar investiment strutturali ta' kull żmien.", "Aħna wegħedna li se nkunu qegħdin nikkommettu aktar riżorsi lil din l-aġenzija biex twettaq dan il-pjan bl-akbar effiċjenza.", "Filwaqt li se nonoraw l-impenn tal-Gvern li nibnu toroq mill-ġdid u nirranġaw dawk eżistenti, l-aġenzija se tkun qiegħda tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' miżuri fit-tul biex l-istess toroq jiġu adattati għall-ħteġijiet tal-futur.", "Emminna li jeħtieġ mudell ġdid ta' kif isiru u jissewwew it-toroq biex din l-infrastruttura kruċjali tlaħħaq mal-progress ekonomiku li għandna f'pajjiżna.", "Jeħtieġ li f'dan is-settur nagħmlu pass ta' gġant mingħajr dewmien, għalhekk qegħdin nagħtu prijorità bla preċedent lill-iżvilupp infrastrutturali biex f'seba' snin isiru t-toroq kollha kif jixraq lil pajjiż modern u lin-nies li jużawhom u jgħixu fihom.", "Waħda mill-ewwel prijoritajiet ta' din l-aġenzija hi li nibdew il-160 triq residenzjali li għadhom qatt ma ngħataw tarmak, minkejja li diversi Maltin u Għawdxin ilhom jgħixu fihom għal bosta snin.", "Infrastructure Malta se tkun qed tagħti importanza kemm lit-toroq arterjali kif ukoll dawk residenzjali.", "Huwa importanti li wieħed jinnota li l-għan ta' din l-aġenzija mhux se jkun biss li tibni u tirranġa t-toroq, imma li żżommhom fi stat tajjeb.", "Hawnhekk irrid nenfasizza l-punt li aħna mdorrijin f'pajjiż li meta nagħmlu xi triq, ma ssirilhiex il-manutenzjoni neċessarja minn żmien għal żmien biex nassiguraw li ma titkissirx wara ftit snin.", "Aħna nafu li l-kunsilli tagħna għandhom problema ta' finanzi u ta' kompetenza biex ikunu jistgħu jagħmlu t-toroq fil-lokalitajiet tagħhom.", "Dan jien nista' nixhdu, għax qattajt ħames snin sindku tal-Kunsill Lokali tal-Qala.", "Hawn irrid infakkar li kieku ma kienx għall-Gvern ċentrali li wara t-talbiet tal-istess kunsill ħa l-inizjattiva li jagħmel numru sostanzjali ta' toroq f'dan il-lokal, kien ikun diffiċli jew kważi impossibbli li l-kunsill jagħmel dak l-ammont kbir ta' toroq.", "Ta' min isemmi li permezz ta' investiment mill-Gvern ċentrali saru t-toroq kollha minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta' Sannat.", "Dawn setgħu jsiru biss għax il-Gvern ċentrali kien daħal għal din r-responsabbiltà b'kordinament ma' tliet kunsilli lokali, biex din it-triq arterjali li kienet ilha ma ssir mis-snin sebgħin, setgħet issir b'kordinament mal-kunsill li seta' jiggwida lill-Gvern fejn għandhom isiru numru ta' bankini u infrastrutturi li hemm bżonn f'dawn it-toroq u b'hekk setgħu jgawdu tliet kunsilli lokali jew erbgħa f'Għawdex.", "Għalhekk nemmen bis-sħiħ li din l-aġenzija hija indispensabbli għall-kunsilli lokali, b'mod speċjali f'Għawdex, u qed nieħu gost nara li t-toroq f'Għawdex se jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħha.", "Sinjura President, taħt Gvern Nazzjonalista t-toroq residenzjali fl-irħula Għawdxin tħallew għal riħhom, tant li għandna rħula li l-aħħar li ngħataw it-tarmak kien fis-snin 70.", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk!", "Xi ħaġa tal-mistħija li se jkolli nsemmiha hi li fin-Nadur Għawdex għandna toroq fi stat diżastruż.", "Qed nirreferi b'mod speċjali għal Triq it-Tiġrija u Triq l-Imġarr li minkejja li kien hemm żmien meta kellna żewġ Ministri mhux biss minn Għawdex imma min-Nadur, qatt ma ħadu l-inizjattiva biex jirranġaw dawn it-toroq.", "Għalhekk, dawn it-toroq għandhom jingħataw prijorità minn din l-aġenzija biex isiru malajr kemm jista' jkun.", "Triq oħra li trid issir illum qabel għada hija Sannat Road, it-triq prinċipali li mir-Rabat Għawdex tagħti għal Ta' Sannat.", "Is-Sannatin għandhom jingħataw prijorità biex din it-triq issir mill-aktar fis possibbli.", "Smajt lill-kollega tiegħi min-naħa tal-Oppożizzjoni jgħid li hemm bżonn jiġu investiti fondi għal toroq rurali li jwasslu għall-għelieqi li jintużaw mill-pubbliku inġenerali, imma b'mod speċjali mill-bdiewa u r-raħħala.", "Dan huwa Gvern proattiv u għaldaqstant irrid infakkar lin-naħa tal-Oppożizzjoni li diġà ħaseb għal dan u alloka madwar €11-il miljun, li hu ammont sostanzjali ta' flus, biex isiru dawn it-toroq f'Malta u Għawdex.", "Fil-fatt, diġà ġew allokati €2 miljuni lill-kunsilli lokali Għawdxin biex isiru t-toroq rurali li ilhom fi stat ta' abbandun.", "Għenna bis-sħiħ lill-kunsilli lokali Għawdxin b'mod dirett.", "Għaldaqstant, permezz ta' dawn il-fondi Ewropej se nkunu qegħdin ninvestu f'16-il triq rurali f'sitt kunsilli lokali f'Għawdex.", "Infakkar lill-Oppożizzjoni li ftit tal-ġimgħat ilu allokajna €600,000 lill-Kunsill Lokali tan-Nadur biex isiru Triq Binġemma, Triq ta' Xordin u Triq Inżul il-Franċiżi, €375,000 lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra biex isiru Triq ir-Ramla, Triq Għajn Wajdar, Triq Għajn Meddew, Triq Wied l-Għeżin u Triq Tas-Sruġ, €65,000 lill-Kunsill Lokali ta' Sannat biex issir Triq Bardan, €315,000 lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ biex isiru Triq Wied l-Infern u Triq Wied l-Abjad.", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nfakkrek liema hu Wied l-Infern!", "Wied l-Infern huwa dak il-wied ġo Ħaż-Żebbuġ li l-kuntratturi ta' kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista kienu xeħtu t-terrapien ġo fih.", "Allokajna €310,000 lill-Kunsill Lokali ta' Kerċem biex issir Triq l-Għadira, u €80,000 lill-Kunsill Lokali tal-Għarb biex isiru Triq il-Knisja u t-triq ta' bejn Triq it-Trux u Triq San Dimitri.", "Sinjura President, din l-aġenzija se titwaqqaf biex nagħtu wiċċ ġdid lill-maġġoranza tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Infrastructure Malta ngħatat prijorità bħala wegħda elettorali għax se tkun qed taffettwa direttament lin-nies u lill-ġenerazzjonijiet futuri.", "Il-fiduċja tal-poplu f'dan il-Gvern ma reġgħetx ingħatat biss għax iwettaq dak li jwiegħed - mhux kif kien jagħmel il-Partit Nazzjonalista, u tajjeb li ninnutaw li f'leġiżlaturi preċedenti lanqas dan ma kien qiegħed isir - iżda għax jaf li dan l-Gvern jaħseb mhux biss għal Malta iżda wkoll għal Għawdex.", "Għaldaqstant, bħala Gvern qed nistennew bil-ħerqa li tiġi mwaqqfa Infrastructure Malta ħalli verament nagħmlu infrastruttura b'toroq ġodda għal pajjiżna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Camilleri għal dan id-diskors sabiħ li għadu kemm għamel.", "Fil-fehma tiegħi, kważi b'dak li għadu kemm qal, nistaqsih: Jekk sejrin daqshekk tajjeb mingħajr l-aġenzija, l-aġenzija xi tridha?!", "(Interruzzjonijiet) Ma ġara xejn, imma tant kien hawn entużjażmu li bdejt nistaqsi xi jriduha l-aġenzija jekk kollox miexi fuq ir-rubini!", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu ftit ordni.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, kemm hu sabiħ li tisma' lil min jiftaħar bil-fondi tal-Unjoni Ewropea li ġab il-Partit Nazzjonalista u li setgħu jintużaw fit-toroq t'Għawdex.", "Qegħdin nitkellmu fuq it-twaqqif ta' aġenzija u llum xtaqt niġi hawnhekk u nagħmel xi suġġerimenti, dejjem jekk iħalluni sħabi tal-faċċata, dwar kif nistgħu ntejbu din is-sitwazzjoni.", "Irridu naċċettaw li meta tiddeċiedi li toħloq aġenzija li fiha tiċċentralizza x-xogħol kollu li kien isir qabel mill-kunsilli lokali tkun qed tmur kontra l-prinċipji li huma bbażati fuqhom il-kunsilli lokali, dawk tad-deċentralizzazzjoni u tas-sussidjarjetà, għax qed terġa' tressaq taħt kappell wieħed dak li kien isir mill-kunsilli lokali nfushom.", "Għal min forsi mhuwiex familjari ma' din il-kelma, is-sussidjarjetà hi meta l-awtorità ċentrali, li hu l-Gvern jew il-Ministru, tipprova tagħmel dak li hu bażiku biex ma tindaħalx direttament f'dak li jkun qiegħed isir fil-lokalitajiet.", "Ovvjament irridu nammettu li bit-twaqqif ta' din l-aġenzija dan se jinteħħa.", "Naqbel mal-kelliema li tkellmu qabli li jekk din l-aġenzija ssir sew, se jkun hemm min jibbenefika minnha, u dan għandu jkun fil-pajjiż, però kellna sitwazzjonijiet fejn diġà rajna affarijiet simili jsiru taħt dan il-Gvern fejn jiġik id-dubju jekk dan hux se jsir.", "Illum se nagħtih il-benefiċċju tad-dubju, għax meta ġejt biex nipprepara dan id-diskors tkellimt ma' kunsilliera, ma' sindki u ma' eks sindki li ħafna minnhom qaluli li r-realtà hi li fil-kunsilli lokali m'għandhomx nies kompetenti biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Dawn ġibduli l-attenzjoni li mhux biss m'għandhomx nies kwalifikati fil-kunsill inniffsu biex jissorveljaw xogħol fuq toroq, imma anke f'affarijiet metikolużi bħalma huma tenders.", "Il-kollegi tiegħi li kienu f'xi kunsill dan jafuh.", "Allura, l-ewwel mistoqsija li nistaqsi hi jekk kenitx tkun idea aħjar kieku din l-aġenzija kellha rwol ta' support management system.", "Qed nistaqsi dan għax naħseb li l-argument li sar anke mill-kollegi tiegħi, li l-kunsilli lokali jafu eżattament iż-żoni tagħhom, huwa validu ħafna.", "L-argument li qiegħed isir hawnhekk mhuwiex jekk l-aġenzija għandhiex titwaqqaf jew le.", "Naħseb li hawn qegħdin naqblu li l-punt li jkollok aġenzija bin-nies esperti mhijiex idea ħażina, imma bħalma qalet l-Onor.", "Portelli aktar kmieni, trid tara lil min se tpoġġi f'dik l-aġenzija, x'inhuma l-interessi tagħhom, imma l-iktar ħaġa fundamentali li s'issa żgur għadha ma saritx hija l-kunsultazzjoni.", "Diversi kunsilliera qaluli li waqt laqgħa tas-Sindki li saret f'Għawdex attenda l-Ministru Ian Borg u l-ewwel ħaġa li qalilhom kienet li se jwaqqaf din l-aġenzija u li kien se jikkonsulta magħhom, imma sal-lum din il-konsultazzjoni ma saritx.", "Bartolo li huwa dispjaċir li llum il-Ministru mhuwiex preżenti, għax aħna nkunu qegħdin nindirizzaw il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tagħna direttament lilu.", "Naħseb li dan huwa nuqqas u m'għandux ikun.", "Meta l-Ministru Ian Borg mar għal-laqgħa tas-Sindki f'Għawdex ma saritx konsultazzjoni, allura minn hemm jiġi d-dubju kemm mill-kunsilliera u anke min-naħa tagħna li qegħdin nisimgħu x'qegħdin jgħidu l-kunsilliera dwar x'qiegħed jiġri verament, għax almenu fil-bidu nett trid tipprova tagħti widen u mhux tattendi għal-laqgħa, tgħidilhom li se ssir il-konsultazzjoni u tibqa' ma ssirx!", "L-inkwiet prinċipali tal-kunsilliera u tas-Sindki tal-lokalitajiet differenti ta' pajjiżna, u mhux ta' naħa jew ta' oħra, hu b'liema mod se jkunu involuti.", "Se nagħti xi eżempji ta' żoni differenti li kellmuni fuqhom diversi persuni.", "Pereżempju, jien nuża Triq il-Fortizza tal-Mosta li tgħaqqad min-Naxxar għall-Mosta, iż-żona li tagħti għal fuq ir-riħ tal-Magħtab u għal fuq Wied il-Għasel, li m'għandix dubju li se jsemmiha l-Onor.", "Vassallo minn hawn u ftit ieħor.", "Sur President, inti tafha wkoll din iż-żona.", "It-triq tinsab fi stat verament ħażin u ninsab informata li din se tkun waħda mit-toroq li se jsiru, però l-Gvern xorta kellu l-obbligu li jagħmilha.", "Allura x'qed niggwadanjaw meta ngħidu li se ssir din it-triq?", "Ovvjament, kulħadd tiegħu jara, għax ftit 'il fuq minn din it-triq – hawnhekk hawn l-Onor Deguara li hu eks sindku tar-raħal tagħna – hemm Triq San Pawl li bla dubju ta' xejn għandha bżonn mhux resurfacing imma li tinqala' mill-fundamenti tagħha.", "Għal min ma jafx, din hija dik it-triq li mir-roundabout tal-Iklin tieħdok għat-telgħa t'Alla u Ommu, jiġifieri s-sewwieqa tat-trakkijiet u kull min irid imur lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta, il-biċċa l-kbira jgħaddu minnha jew minn Triq Margaret Murray, però nafu li din it-triq tintuża ħafna.", "Filgħodu qed tkun traffikuża immens u m'għandix dubju li kieku llum immorru għand il-Kunsill Lokali tan-Naxxar, din tkun waħda mill-ewwel toroq li jsemmilna.", "L-argument li qiegħda nagħmel hu li jekk m'aħniex se ninvolvu lill-kunsilli lokali serjament, nistgħu noqogħdu niftaħru fuq kemm se nonfqu flus fit-toroq, għax it-toroq iqumu ħafna flus.", "Jien naqbel li jekk se jsir ix-xogħol fuq it-toroq kif suppost, għandu jsir billi litteralment jinqalgħu mill-qiegħ, għax inkella se jkollna problema.", "Huwa inutli li toqgħod tagħti daqsxejn asfalt fil-wiċċ u daqsxejn qatran u ejja ħa mmorru.", "Hemm toroq li għandhom bżonn jibnew mill-ġdid, għax dawn it-toroq, li ilhom li saru għexieren kbar ta' snin, ma kenux inbnew għall-volum tat-traffiku li għandna llum.", "Miż-żona li qed insemmi jgħaddu ħafna trakkijiet għall-miżbla tal-Magħtab, apparti li f'din iż-żona hemm il-barrieri u hemm kumpaniji kbar tal-kostruzzjoni, tal-produzzjoni tal-konkrit u tal-bricks.", "Jiġifieri jgħaddi ħafna traffiku minn hemm.", "Issa jien ovvjament qed insemmi ż-żona fejn noqgħod jien u fejn toqgħod l-Onor.", "Degura, u m'għandix dubju li kulħadd se jsemmi xi post, għax kulħadd tiegħu jara u kulħadd tiegħu jħoss.", "Issa jekk għandek aġenzija ċentrali li m'għandhiex il-polz tal-poplu, tiġix tgħidli li se tkun taf.", "L-Onor.", "Bartolo semma xi ħaġa li laqtitni, imma ħsibtu se jagħmel argument differenti u issa se nagħmlu jien.", "L-Onor.", "Bartolo kien qiegħed isemmi l-persuni b'diżabilità.", "Jekk ikun se jsir xi xogħol fi triq partikolari fejn hemm persuni b'diżabilità li għandhom ċerta rutina, in-nies tal-post iridu jkunu jafuhom dawn l-affarijiet, ħalli jkunu jistgħu javżaw.", "Jien kelli każ ta' individwu, li sfortuntament m'għadux magħna, li b'mod regolari kienet tiġi l-ambulanza għalih u d-diffikultajiet li kien isib kienu muntanja ħdejn il-problemi li jkollna kull wieħed u waħda minnha.", "Dan qed ngħidu għax ma tistax toħloq aġenzija li tkun fuq pilastru u tiddeċiedi għaliha, sakemm ma jiddettalhiex il-Ministru imbagħad tieħu d-deċiżjonijiet, għax il-poplu se jibqa' bil-ħsieb li x-xogħol mhuwiex isir, għax in-nies taż-żona tagħhom iħossu.", "Ġibduli l-attenzjoni wkoll għal toroq li għadhom qatt ma nbnew u li jridu jinbnew.", "Fejn naf jien, se nsemmi Triq ix-Xbiek f'Baħar iċ-Ċagħaq li jidher li se tkun waħda mit-toroq li se jibnew, imma l-mistoqsija hija meta.", "L-argument issa mhuwiex jekk, imma meta, għax ovvjament l-aspettattivi huma kbar u jekk tmur toqgħod ġo żona ġdida trid tkun taf meta se ssir it-triq.", "La qed insemmi ż-żoni ġodda nixtieq nsemmi żona li verament għandha bżonn kostruzzjoni sew tat-toroq tal-madwar, għax parti minnha għadha mhijiex mibnija, però f'ħafna mit-toroq li se nsemmi l-kostruzzjoni saret u diġà hemm ir-residenti.", "Qed nirreferi għaż-żona ta' Triq il-Milizja, ta' Triq in-Nafra, Triq Francis Attard u Triq is-Seneskalk.", "Dawn huma kollha żoni fin-Naxxar fejn sar żvilupp sostanzjali ta' bini residenzjali, u għadni kemm kont hemmhekk jumejn ilu u verament timpressjona ruħek f'liema stat diżastruż qegħdin it-toroq.", "Irrid insellem minn hawnhekk lil min diġà kien residenti f'din iż-żona u kellu jgħaddi minn diffikultajiet kbar sakemm sar l-iżvilupp, allura issa huwa xieraq li jsirilhom dan ix-xogħol tant meħtieġ.", "Żona li kienet fl-aħbarijiet u li saret diskussjoni online fuqha, għax verament kellha bżonn xogħol profond, hija dik ta' Triq Bontadini f'Birkirkara.", "Hemm diskussjoni sħiħa fuq kemm kienet se tiġi tiswieh kieku għamilha l-kunsill lokali u kemm qed jgħid li se tiġi tiswieh il-Gvern.", "Hemm dibattitu sħiħ!", "Irrid nistaqsi jekk dan ix-xogħol huwiex se jkompli fi Triq P. P. Castagna li tkompli magħha, dik li minn Birkirkara tieħdok lejn Ħal Balzan.", "Żona oħra li jidher li se jsir żvilupp kbir fiha min-naħa tal-Gvern hija dik Ta' Paris, fejn se jsiru 190 appartament tal-Gvern.", "Hawnhekk irrid nistaqsi mistoqsija importanti ħafna.", "Meta qegħdin ngħidu li se jsir dan it-tip ta' żvilupp, li bħalu se jsir fiż-żona tat-trade fair in-Naxxar, qegħdin naħsbu għall-infrastruttura tat-toroq, tad-drenaġġ u tas-sistema tal-ilma?", "Immaġinaw daqsxejn li meta tiġi żviluppata ż-żona tat-trade fair, minn Triq San Pawl li għadni kif semmejt, li hija traffikuża ferm u ma tistax titwessa' għax hemm id-djar fuq iż-żewġ naħat, se jkun hemm serbut dejjaq li mbagħad se jmur għall-ftuħ, allura nistgħu nantiċipaw li din it-triq mhux se tkun tiflaħ għal dan it-tip ta' żvilupp.", "Għalhekk nispera li dak li semmiet l-Onor.", "Marthese Portelli aktar kmieni, li l-aġenzija għandu jkollha pjan fit-tul, qegħdin tifhmuh.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Bezzina daħal sew fid-dettall tal-liġi u ġibdilkom l-attenzjoni fuq ħafna affarijiet, imma intom qbiżtu fuqu u għedtulu li mhux qed jifhem il-liġi, però meta tħares sew lejn il-liġi bħalma għamel hu, jiġuk l-istess mistoqsijiet li għamel hu.", "Dażgur li jiġuk il-mistoqsijiet, għax meta qed tneħħi r-responsabbiltà minn idejn il-kunsilli lokali biex titfagħha f'idejn aġenzija ma tistax tneħħi l-kuntatt dirett mal-kunsilli lokali.", "Ovvjament, dejjem qed tissemma s-somma ta' €700 miljun, però issa li qed isir ċertu xogħol għad mhuwiex ċar x'tinkludi din is-somma, jekk tinkludix il-flyover tal-Marsa, jew it-triq li qed tissemma ta' Ħ'Attard.", "Allura meta nwiegħdu lin-nies f'manifest elettorali, bħalma għamel il-Partit Laburista, li se jintefqu l-flus fit-toroq residenzjali, qed inkunu eżatti, jew inkella hemm minn dawk il-flus li diġà ntefqu jew se jintnefqu f'toroq oħrajn?", "Ovvjament, m'iniex nikkritika l-fatt li qed isir dan it-tip ta' xogħol fiż-żona tal-Marsa u f'toroq oħra li semmejt, bħal Triq tal-Forti tal-Mosta.", "Aktar kmieni saret kritika qawwija fuq l-iskema tal-public-private partnership (PPP).", "Naħseb li hemm x'tikkritika dwar dan, imma ejja nkunu korretti.", "Is-sistema tal-PPP mal-kunsilli lokali kienet titħallas bil-mod u kienet torbot lill-kuntratturi bir-responsabbiltà.", "Huwa minnu li l-ħlas kien ikun mifrux fuq ammont ta' snin, però rridu ngħidu wkoll dak li hu korrett.", "Il-kuntratturi li ħadmu t-toroq li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali, permezz ta' din l-iskema baqgħu responsabbli għal dak ix-xogħol.", "Huwa hawnhekk fejn tidħol din l-aġenzija.", "Meta din l-aġenzija tieħu triq minn idejn il-kunsill lokali – se nsemmi Triq il-Wied ta' Birkirkara, triq li ma kontx naf li hija responsabbiltà tal-kunsill lokali lokali għax hija arterja importanti, allura ejja nieħdu lilha bħala eżempju, u nispera li jasal żmienha wkoll – se jsir ix-xogħol li hemm bżonn, imbagħad se tingħata lura.", "Allura hawn se nagħmel il-mistoqsija li għamel ilbieraħ l-Onor.", "Toni Bezzina meta staqsa min se jġorr ir-responsabbiltà wara li ssir it-triq, jekk hux l-aġenzija, il-kunsill lokali, jew il-kuntratturi li jkunu għamlu x-xogħol.", "Ma naħsibx li t-tweġiba hija ċara f'din il-liġi.", "M'iniex ngħid hekk biex naqbeż għall-Onor.", "Bezzina, li żgur m'għandux bżonn lili biex naqbeż għalih, però fuq dan il-punt qajjem mistoqsija li naħseb li hija importanti ħafna.", "Sur President, biex nibda nikkonkludi se nagħmel suġġeriment.", "Nafu li qiegħed jissemma li l-Presidenti tar-Reġjuni tal-Kunsilli Lokali se jsiru full-time.", "Jien naħseb li din hija idea tajba ħafna, allura nixtieq nissuġġerixxi li dawn ikunu parti mill-bord ta' din l-aġenzija, ħalli ladarba mhux se jkun hemm il-preżenza diretta tal-kunsill, almenu jkun hemm min jirrappreżentahom ħalli ma jħossuhomx kompletament maqtugħin minn din l-aġenzija.", "Meta ma tkunx taf eżattament x'inhu għaddej f'aġenzija bħal din li minbarra x-xogħol innifsu se tkun qed timmaniġġa volumi kbar ta' flus – hawnhekk qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta' ewro – it-trasparenza, li ovvjament il-Gvern preżenti huwa nieqes ferm minnha, hija fundamentali.", "Għaldaqstant, biex inkun kostruttiva f'dak li qed ngħid, naħseb li l-preżenza tal-Presidenti tar-Reġjuni b'mod dirett tista' tkun mod kif niggarantixxu t-trasparenza u kif ir-residenti tal-lokalitajiet differenti, il-kunsilliera u s-sindki jħossu li almenu għandhom preżenza f'dak li qiegħed jiġri f'din l-aġenzija.", "Sur President, għadu kemm daħal il-Ministru Ian Borg, li qed nieħu pjaċir li ngħaqad magħna għal din id-diskussjoni. llum xi ħadd bagħatli artiklu li ħareġ fit-18 ta' Mejju mill-Blockchain Cryptocurrency News li nixtieq inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, forsi fil-winding up il-Ministru jkun jista' jispjegalna eżattament x'qiegħed jgħid.", "Napprezza jekk il-Ministru jivverifika jew le din l-aħbar li ħarġet online fl-aħħar ġranet u jispjegalna eżattament fuqiex qiegħed jitkellem u kif wasal għal din id-deċiżjoni.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu intitolat 'Malta Govt.", "To Implement Blockchain Technology to Enhance its Public Transportation' miktub minn Sheenam Khuttan u li deher fuq is-sit elettroniku fit-18 ta' Mejju 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, illejla f'din il-Kamra qegħdin niddiskutu l-infrastruttura li għalkemm fil-verità għal ħafna nies tfisser it-toroq u l-bankini, qegħdin niddiskutu l-pedament tas-soċjetà u tal-ekonomija tagħna, għax jekk wieħed ma jkollux infrastruttura soda fil-pajjiż, ma jistax ikompli għaddej bl-avvanz ekonomiku li għaddej bih pajjiżna bħalissa.", "Sfortunatament, rajna kif Gvern wara l-ieħor ftit tawha l-importanza li jixirqilha lill-infrastruttura.", "Fuq kollox, hawnhekk qegħdin naraw it-twettiq ta' wegħda prinċipali tal-manifest elettorali li fuqu kien elett dan il-Gvern, dik li nagħmlu investiment bla ebda preċedent ta' xejn inqas minn €700 miljun mqassam fuq seba' snin, investiment li fuq kollox jista' jiġi sostnut grazzi għar-riżultati ekonomiċi pożittivi li qiegħed jesperjenza pajjiżna u grazzi għall-bżulija tal-familji kollha Maltin u Għawdxin li qegħdin jisimgħuna llejla.", "Fid-dibattitu ssemmew ħafna l-kunsilli lokali, fejn smajna diversi dikjarazzjonijiet min-naħa tal-Oppożizzjoni, allura jien, li servejt għal disa' snin f'kunsill lokali, se nagħti ħarsa mil-lenti tal-kunsilli lokali.", "Kien hemm min qalilna li din il-liġi se toħnoq il-kunsilli u se tagħtihom il-ġenb, imma fil-verità l-uniku Gvern li mhux biss ħonoq il-kunsilli lokali imma għaddashom taħt l-ilma u ħalliehom jegħrqu fid-dejn, kien Gvern Nazzjonalista ta' bejn l-2008 u l-2013, meta l-unika soluzzjoni li kellu għall-problemi infrastrutturali ta' pajjiżna kienet li jibgħathom jiddejnu.", "Illum il-ġurnata għandna Gvern li qed jgħidilhom li jifhem li m'għandhomx biżżejjed flus biex iwettqu dawn il-proġetti infrastrutturali, għalhekk se jkun qed jgħinhom billi jagħel l-investiment hu tramite din l-aġenzija, mingħajr ma jitnaqqsulhom il-fondi.", "Kif għidt, il-Gvern preċedenti kien bagħat lill-kunsilli lokali jiddejnu.", "Fil-fatt saret investigazzjoni mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, li ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra f'Lulju tal-2016, fejn l-Awditur Ġenerali għadda diversi rimarki dwar l-iskema tal-PPP li se nkun qed nikkwota partijiet minnha.", "Huwa tajjeb li nifhmu x'kienet din l-iskema tal-PPP li kienet ħarġet permezz tal-memo 45/2010, meta l-Gvern ta' dak iż-żmien lill-kunsilli lokali kien qalilhom li hu se jagħtihom €300 biex huma jonfqu €1,000, jiġifieri s-€700 differenza riedu jagħmlu tajjeb għaliha mill-fondi tagħhom.", "L-ewwel nett, din kienet skema li l-Gvern ta' dak iż-żmien ma kienx jaf kemm se jonfoq fuqha għax lanqas kien hemm fondi għaliha.", "Dan ifakkarni f'dak li kien għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni qabel il-kampanja elettorali – hawn qed nirreferi għall-Onor.", "Simon Busuttil, biex ma jkunx hemm min jitfixkel – li kien qalilna li se jagħti €10,000 lil dawk li jmorru joqogħdu Għawdex, imbagħad meta staqsejnieh kemm se tiġi tiswa, qalilna li kien se jgħidilna fl-ewwel 100 jum ta' wara li jkun fil-gvern.", "Sur President, aħna l-€10,000 qegħdin nagħtuhom lil dawk il-familji li jaddottaw it-tfal minn barra biex inkomplu nħeġġu lill-familji Maltin u Għawdxin ikattru l-imħabba.", "Dik hi s-serjetà!", "Ħdejja hawn il-Ministru Michael Falzon u rrid ngħidlu prosit talli din il-ġimgħa nieda din l-iskema, li kienet wegħda prinċipali oħra ta' dan il-Gvern.", "L-Awditur Ġenerali kien qal hekk:", "Hawnhekk l-Awditur Ġenerali qiegħed jgħid li kien hemm indħil żejjed f'diversi skemi mis-Segretarju Parlamentari ta' dak iż-żmien.", "Dan mhuwiex l-ewwel każ li kellna ndħil żejjed minn segretarji parlamentari fejn jidħlu skemi u inizjattivi meħuda mill-Gvern Nazzjonalista, imma ejja nifhmu ftit x'kien qal il-Gvern ta' dak iż-żmien lill-kunsilli lokali biex jagħmlu.", "Kien qalilhom li jridu joħorġu tenders ġodda u jimxu mal-memo li kien ħareġ hu, biex l-ewwel ikollok sindku li jaqta' ż-żigarella u joqgħod jagħmel il-photo ops - għax speċjalment il-membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra jinqalgħu għar-ritratti - imbagħad is-Sindki li jiġu warajh iridu jħallsu d-dejn li jkun sar.", "Dak iż-żmien, permezz ta' din l-iskema l-Gvern kien qassam €6 miljuni, bejn wieħed u ieħor, li kienu jirrappreżentaw 30% tal-ispiża kollha.", "Jiġifieri kien inħoloq b'€20 miljun xogħol.", "Dan ifisser li l-Gvern ta' dak iż-żmien kien tefa' piż fuq il-kunsilli lokali ta' xejn inqas minn €14-il miljun.", "Dan meta l-kunsilli lokali li qatt ma kellhom żieda fl-allokazzjoni finanzjarja u qatt ma sabu l-għajnuna tal-Gvern biex jagħmlu proġetti infrastrutturali, imbagħad il-Gvern qalilhom li hu kien se jagħtihom €6 miljuni biex huma jidħlu f'dejn ta' €14-il miljun u d-differenza riedu jħallsuha huma fuq tmien snin.", "Dan ifisser li is-sindki tal-kunsilli li daħlu għal dik l-iskema qatgħu ż-żigarella u ġabu r-ritratt fuq il-website tal-kunsill u fil-magazine tal-kunsill, imbagħad is-sindki li ġew warajhom kellhom iħallsu d-dejn huma.", "Dak iż-żmien jien kont inservi fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u nixtieq inġib eżempju kif is-sindku ta' qabel l-2013, illum l-Onor.", "Robert Cutajar, kien ħalla dejn minn din l-iskema li jammonta għal madwar €250,000.", "Immaġinaw, wara l-elezzjoni daħal Sindklu ġdid u sab dak id-dejn kollu li ried jitħallas.", "Mhux talli hekk, talli sal-lum, ħames snin wara dik l-elezzjoni, fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biss għad baqa' madwar €89,000 x'jitħallsu fuq l-istess triq.", "Jiġifieri llum għadu qed jitħallas ix-xogħol li sar biex infetħet triq ħames snin ilu.", "Allura, fil-verità, min kien il-Gvern li ħonoq lill-kunsilli, il-Gvern tal-lum li qed jgħidilhom li se jgħinhom jimxu 'l quddiem, jew il-Gvern ta' dak iż-żmien li lis-sindki ma tahomx alternattiva oħra ħlief li jagħmlu d-dejn biex forsi jibdew isiru xi toroq?!", "Min illum qed jgħidilna f'din il-Kamra li hemm bżonn żieda fil-fondi, dak iż-żmien ma kienx jitlob għal żidiet fil-fondi.", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Kont qiegħed fl-uffiċċju nsegwi lill-Onor.", "Bartolo u naħseb li mhuwiex ġust li jiġi hawnhekk u jiżgwida lill-Kamra.", "Hu qal li fl-2013 jien ħallejt xi dejn fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.", "Naħseb li n-nies joqogħdu fuq ir-rapport li joħroġ kull sena l-NAO u dakinhar kien hemm il-green light li l-kunsill lokali mmexxi minni f'isem maġġoranza Nazzjonalista ma kellux dejn u bqajna mexjin bil-mod kif konna mexjin b'ċertifikat li ma kellna l-ebda dejn.", "Onor. Bartolo, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, qed nifhem li l-Onor.", "Cutajar ma jifhimx ħafna fl-accounts, allura ħalli nfiehmu xi ħaġa sempliċi.", "Se nkun onest miegħek, Onor. Cutajar.", "Għadek lanqas taf kemm se nkun onest!", "L-ISPEAKER: Onor. Bartolo, jekk jogħġbok indirizza lili.", "Biex tinżamm fil-kriterji finanzjarji tajbin tal-kunsilli lokali, għad-dejn li jkollok trid tħalli ammont ta' assi marbutin.", "Jiġifieri l-Gvern tal-Partit Nazzjonalista mhux talli daħħal lill-kunsilli fid-dejn, talli biex jibqa' fil-parametri tal-liġi ġegħilhom jorbtu flus li ma setgħux jintefqu biex jagħmlu tajjeb għal dak id-dejn.", "Mela d-dejn hemm kien qiegħed u l-PPP huwa dejn.", "Hekk għamiltu intom, daħħaltu lill-kunsilli fid-dejn u aħna qegħdin ngħidulkom: Le, mhux se ndaħħlu lill-kunsilli fid-dejn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad kien hemm kunsilli oħrajn ….", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: L-Onor.", "Bartolo qed jerġa' jqarraq.", "Il-Liġi tal-Kunsilli Lokali tagħti l-possibbiltà li tħalli 10% mill-budget li jkollok.", "Nixtieq nistaqsi jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qabiżx dak l-ammont li kien bil-liġi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Bartolo, m'għandekx għalfejn tirrispondi d-domanda.", "Nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "CLAYTON BARTOLO: Li kont qed nispjega hu li kien hemm kunsilli lokali oħrajn li daħlu għal din l-iskema li ma kellhomx is-sorsi finanzjarji u skont ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali kellhom negative ratio fil-kunsill lokali tagħhom.", "Nista' nsemmi l-Kunsill Lokali tan-Nadur u tal-Mosta li minħabba dawn l-iskemi u mismanagement ieħor li seta' kien hemm spiċċaw b'negative ratios fuq il-balance sheet tagħhom.", "Din mhijiex kwestjoni tal-10%, għax l-10% qiegħda fil-budget annwali.", "Din hija kwestjoni tar-ratio li jrid ikollok.", "Sa ċertu punt, ħadt gost li l-Onor.", "Cutajar għamel dak il-point of order.", "Huwa ovvju li ma kellux għalfejn jitlob għal żieda fil-fondi, għax meta daħal fl-amministrazzjoni tal-kunsill fl-2013 sab sitwazzjoni finanzjarja tajba, bi proġetti ppjanati mill-kunsill lokali b'maġġoranza Laburista ta' qabel, fejn kellu proġett mibdi u saħansitra kellu l-flus ivvotati għalih u matul dik il-leġiżlatura ħa anke xi fondi.", "Irrid nagħmel rimarka oħra fuq dak li qal l-Awditur Ġenerali, għax mill-iskema tal-PPP ma tqassmux biss fondi biex isiru t-toroq.", "Alla jbierek il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fit-23 ta' Ottubru 2012 ħa €31,849 biex jagħmel embellishment works f'Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II.", "Se naqra sentenza li tgħid hekk:", "Jiġifieri hawnhekk għandna każ ieħor fejn id-dokumentazzjoni hija nieqsa.", "Ilbieraħ l-Awditur Ġenerali poġġa r-rapport tal-Isptar Mater Dei li juri li hemm dokumentazzjoni nieqsa.", "Saħħa kellna l-każ ta' Spinola fejn kellna dokumentazzjoni nieqsa, allura anke fejn tidħol l-iskema tal-kunsilli lokali għandna dokumentazzjoni nieqsa?", "B'konsegwenza ta' dan, l-Awditur Ġenerali ma jistax jasal għar-raġunijiet u l-konklużjonijiet tiegħu.", "Huwa tajjeb li ngħidu li b'din l-iskema mhux talli l-kunsilli lokali daħlu fid-dejn, talli kien hemm mismanagement qawwi fl-iskema nnifisha.", "Kif tqassam fondi biex it-toroq isiru bit-tarmac, imbagħad tiġi tagħti €32,000 biex issir pjazza li lanqas biss saret bit-tarmac u saret bil-pavimentar?", "Ġiet sabiħa, m'iniex ngħid li l-pjazza mhijiex sabiħa, biex ma jkunx hemm xi ħadd li jifhimni ħażin, imma Alla jbierek minn dawk il-kunsilli lokali kollha, kunsill wieħed ħa l-flus biex issir pjazza u s-sindku tiegħu kien jaħdem Kastilja bħala parti mis-segretarjat tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi!", "Issa nħalli n-nies hemm barra jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Cutajar, se nitkellem fuq affarijiet li inti ma kontx kapaċi tagħmel f'25 sena!", "Sur President, ħalli ngħidlek x'għamel dan il-Gvern fi Triq il-Qortin fil-Mellieħa, wara li huma għamlu 25 sena sħaħ iwegħduhom u ma kenux kapaċi jagħmluha.", "Aħna din it-triq wegħedna li se nagħmluha f'Mejju 2017 u sa Settembru tal-istess sena kienet lesta.", "Dik hi s-serjetà, Sur President.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għall-bypass tal-Mellieħa - l-Onor.", "Glenn Bedingfield dalwaqt jgħidli xi ħaġa - għandna investiment ta' €2 miljuni u dan grazzi għall-Ministru Ian Borg u l-Prim Ministru talli aċċettaw mill-ewwel it-talbiet tiegħi u tas-Sindku tal-Mellieħa.", "Aħna tkellimna magħhom u bi pjaċir ngħid li din il-bypass se tibqa' b'erba' karreġġjati.", "Ħaddieħor ma kellux id-diċenza jinforma lill-kunsill li l-Ministru tiegħu stess dak iż-żmien għamel pjanti bi tliet karreġġjati.", "Fejn kien dak iż-żmien l-Onor.", "Jew il-Ministru qallu biex joqgħod kwiet u ma jitkellimx ħalli jagħmel pjanti bi tliet karreġġjati?", "Araw x'differenza!", "Dan il-Gvern verament jisma' lill-kunsilli lokali u mhux joħnoqhom jew jgħaddashom taħt l-ilma!", "Insemmi wkoll il-bridge tal-Mistra li kien ilu minsi għal 25 sena sħaħ u issa qegħdin naraw kif jista' jittieħed bis-serjetà biex verament nimxu 'l quddiem.", "Dak hu x-xogħol li qed jagħmel dan il-Gvern fin-naħa ta' fuq ta' Malta, imma m'iniex se nibqa' mwaħħal ma' din iż-żona biss.", "Għandna l-junction tal-Marsa, li huwa l-ikbar proġett infrastrutturali li qegħdin nagħmlu.", "Għandna t-tunnel bejn Malta u Għawdex, li hija challenge oħra li l-Għawdxin kien ilhom is-snin jibku għaliha, u issa dan il-Gvern qiegħed iwettaqha.", "Hemm il-junction tal-Kappara u l-Coast Road.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra fuq il-Coast Road qagħdu jbeżżgħu li se jintilfu l-flus, imma din in-naħa tal-Kamra xammret il-kmiem biex verament taħdem u wettqet dan il-proġett.", "L-aħħar proġett li tħabbar huwa s-Central Link Project, b'investiment ta' xejn inqas minn €55 miljun oħra biex din iż-żona tgawdi minn dan l-investiment.", "Minn dan kollu, hemm diversi sfidi li l-Aġenzija l-ġdida trid tippjana għalihom.", "L-ewwel nett, għandek id-disinn u l-ippjanar tat-toroq, fejn naqbel li nies ta' ċerta esperjenza fi ħdan Transport Malta għandhom jgħaddu ma' din l-aġenzija.", "Il-procurement process għandu jkun effiċjenti biex jassigura li l-aġenzija tgawdi minn economies of scale li huma tant importanti.", "Sur President, sfida kbira li se ssib din l-aġenzija, żgur u mhux forsi, huma l-kuntratturi u l-ħaddiema biex iwettqu x-xogħol li se jsir.", "Dan għax taħt gvernijiet Nazzjonalisti passati tant kienu qatgħu qalbhom dawn il-kuntratturi mill-investiment infrastrutturali, li żarmaw mit-toroq u ntefgħu fuq xogħol ieħor.", "Issa li dan il-Gvern irid jimbotta 'l quddiem ix-xogħol, qed isib problema bil-kuntratturi u l-ħaddiema li jkollhom.", "Allura huwa importanti – u dan iġibni għall-punt li jmiss – li jkollna project management effettiv u effikaċi biex ix-xogħol isir on time and on budget, għax dan il-pajjiż għejja jisma' bi proġetti li ma jitwettqux on time and on budget.", "Ilbieraħ fir-Rapport tal-Awditur Ġenerali smajna bl-Isptar Mater Dei.", "Kellna wkoll it-terminal taċ-Ċirkewwa, li wasal xi 13-il sena tard u sewa ma nafx kemm-il elf ewro iktar milli suppost!", "Issa l-Ministru Ian Borg għandu sfida fuq spallejh biex jibdel il-perċezzjoni tan-nies li daħħlu l-Gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat.", "L-aħħar punt tiegħi hu dwar l-importanza tal-maintenance, li sfortunatament Malta nbatu minnha għax meta jsir proġett, wara ma jsirx maintenance.", "Din l-aġenzija se tkun qed tieħu ħsieb il-maintenance biex b'hekk il-proġetti li jsiru jibqgħu jitgawdew minn kulħadd.", "Sur President, biex nikkonkludi d-diskors tiegħi ngħid li għandna Gvern li bis-serjetà u bil-fatti qiegħed jagħti priorità lill-infrastruttura li se tifforma pedament sod biex inkomplu nibnu fuq is-suċċessi ekonomiċi li qegħdin nagħmlu bħala pajjiż.", "Infrastruttura li bla ebda dubju, meta wieħed jara the wider picture u ma jħarisx biss lejn it-toroq u l-bankini, hemm affarijiet oħrajn li rridu naraw iktar 'il quddiem bħal, pereżempju, kif se jirnexxilna ma nibqgħux bil-mentalità li t-triq qisha zip.", "L-ewwel issir, imbagħad tinfetaħ minn entità u tingħalaq, tinfetaħ minn entità oħra u terġa' tingħalaq.", "Allura huwa importanti li din l-aġenzija ġġib flimkien lil diversi entitajiet biex ikun hemm kordinament aħjar tax-xogħol li jkun qed isir.", "Forsi n-nies illum il-ġurnata jbatu meta jkun qed isir xogħol infrastrutturali fit-toroq, għax ikollok kuntratturi … Irrid nammetti li saru punti tajbin min-naħa tal-Oppożizzjoni, imma ħafna minnhom dejjem negattivi, qishom il-profeti tad-doom and gloom, u kull ma jkun se jagħmel dan il-Gvern huwa kollu ħażin għalihom, imbagħad dak li jiġri tajjeb, jiġu jgħidulna li sar grazzi għalihom.", "Din issa drajnieha!", "Jekk nitkellmu fuq il-fondi tal-Unjoni Ewropea jgħidulna li ġabuhom huma, jekk insemmu l-proġett tal-Coast Road jgħidulna li huma għamlu l-pjanta, imma l-proġett ma jagħmlux min jagħmel il-pjanta, jagħmlu min ikun għaddej bix-xogħlijiet.", "Ilbieraħ smajt lill-Onor.", "Clint Camilleri u lill-Ministru għal Għawdex jitkellmu dwar ix-xogħlijiet f'Għawdex fejn se jkunu qegħdin isiru ammont ta' toroq.", "Għalhekk, huwa importanti li din l-aġenzija tkun qed tagħti l-importanza li tixraq lil Għawdex.", "La qed insemmi lil Għawdex nixtieq nerġa' nagħmel referenza għall-mina li se ssir bejn Malta u Għawdex, għax illum il-ġurnata għandna Gvern li sema' l-karba tal-Għawdxin u ħadem bis-serjetà biex qajjem l-ekonomija Għawdxija fuq saqajha.", "Titkellem ma' min titkellem f'Għawdex jgħidlek li qatt ma kellhom dan l-ammont ta' xogħol f'din il-gżira, għax il-gżira Għawdxija tbati minn dik li hi magħrufa bħala insularità doppja, li tfisser li turist l-ewwel irid jiġi Malta, imbagħad irid jaqbad il-vapur biex imur Għawdex.", "Għal xi wħud hija ħaġa sabiħa li jaqbdu l-vapur, imma lil dawk l-istudenti u l-ħaddiema li ta' kuljum iridu jaqsmu bejn dawn iż-żewġ gżejjer biex jiġu għax-xogħol jew għall-Università, jew għas-seduti tal-Parlament, nistgħu ngħinuhom billi nagħmlu dan l-investiment massiċċ u bla preċedent.", "Ilbieraħ qalulna li din hija buzzword, bħalma qalu wkoll għas-€700 miljun li se ninvestu fuq seba' snin.", "Li kien għalihom jgħidulna li anke t-tkabbir fl-ekonomija ta' 6% kull sena huwa buzzword, imma llum nafu li dik hija r-realtà ġdida li qegħdin ngħixu f'dan il-pajjiż li żgur se jkun kapaċi jsostni l-investiment li se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Dan l-investiment m'aħniex se nsostnuh billi niddejnu, għax huwa tajjeb li nispjega li filwaqt li għaddej dan l-investiment kollu, qegħdin nagħmlu surplus u bħala Gvern konna kapaċi nħallsu d-dejn li għamlu gvernijiet Nazzjonalisti fi 15-il sena.", "Dak li kienu jgħidulna, li d-dejn iħallsuh uliedna u wlied uliedna, għalina ma jgħoddx għax lit-tfal tagħna, lit-tfal tal-Membri tal-Oppożizzjoni u lit-tfal tal-familji kollha Maltin u Għawdxin irridu nħallulhom il-ġid.", "Aħna rridu naraw li l-ġenerazzjoni li jmiss tkun l-aktar ġenerazzjoni sinjura ta' pajjiżna, u biex dan iseħħ irid ikollha infrastruttura soda fuqiex tibni l-futur tagħha.", "Ma tistax tibni l-futur ta' pajjiż fuq toroq li wara ftit taż-żmien jinqalgħu.", "Ma jistax jkollok inkonvenjenzi kbar għan-negozji, meta b'id waħda tkun qed tipprova tiġbed ix-xogħol u l-investituri minn barra …", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, daqsxejn ordni fil-Kamra.", "Onor. Clayton Bartolo, kompli bid-diskors tiegħek.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, aħna ma niġbdux investituri mill-Brażil li qatt ma ġew Malta.", "Aħna niġbdu investituri ta' veru li qegħdin jinvestu f'pajjiżna u qegħdin joħolqu x-xogħol!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ix-xogħol mhux qegħdin noħolquh f'Malta biss, għax lil Għawdex ma nsejniehx.", "(Interruzzjonijiet) Le, Onor. Debattista, mhux mill-Brażil ġibniehom, qegħdin jiġu minn ħafna pajjiżi, imma meta għednielhom li se nġibu l-investiment mhux biss mill-Ewropa imma minn pajjiżi oħra madwar id-dinja, daħku bina.", "Issa qegħdin naraw kif illum il-ġurnata għandna kumpaniji minn madwar id-dinja kollha li jridu jiġu hawn Malta.", "Għandna kumpaniji miċ-Ċina u minn diversi pajjiżi li investew f'pajjiżna, inkluż mill-Kanada.", "Din il-ġimgħa smajna li l-Bet 365 se tibqa' hawn Malta.", "Din hija gaming company li suppost kellhom jitilqu jekk jitla' l-Partit Laburista, għax dak iż-żmien hekk kien qalilna l-Onor.", "Issa qegħdin naraw kif nagħmlu biex nattiraw iżjed kumpaniji lejn pajjiżna u kif se nattiraw l-aqwa opportunitajiet wara l-Brexit.", "Is-sigriet u l-pedament għal dan kollu hija din l-aġenzija li se tagħraf kif tagħmel biex tiggwida l-investiment infrastrutturali u x-xogħlijiet kollha li hemm bżonn fiż-żmien li ġej, inkluż konsolidazzjoni tax-xogħlijiet tat-toroq.", "Nerġa' nirreferi għall-procurement process, li hija xi ħaġa importanti ħafna li ssir, biex b'hekk inkunu nistgħu nibnu Malta t'għada.", "Qabel ma nagħlaq, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed ir-rapport li kont qed nikkwota minnu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUNI", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim tal-Kamra, issa se ngħaddu għall-ħdax-il item tal-aġenda, il-votazzjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni - Abbozz Nru 37 – liema votazzjoni kienet intalbet fis-Seduta 109 tat-8 ta' Mejju 2018.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGUIA: Sur President, aħna tal-Partit Demokratiku favur l-IVF u favur kull għajnuna li tindirizza l-infertilità, iżda li toħloq u ġġib rispett lill-ħajja.", "Kieku dan l-Abbozz kellu jsir liġi, tkun liġi li żżeblaħ il-ħajja, għax biex bniedem igawdi d-drittijiet ċivili kollha, l-ewwel irid jitħalla jgħix u mhux jitpoġġa f'periklu fejn ħajtu tintilef ħesrem.", "Meta embrijun jiġi ffriżat ħajtu titpoġġa f'periklu reali.", "L-ISPEAKER: Onor. Godfrey Farrugia, id-diskussjoni hija magħluqa.", "Jekk trid tagħmel dikjarazzjoni dwar il-vot, agħmilha u daqshekk.", "GODFREY FARRUGIA: Biex tiġi indirizzata l-ġerħa tal-infertilità hemm bżonn li nżommu l-ogħla rispett u ħarsien lejn il-ħajja tal-bniedem, għalhekk aħna se nivvotaw kontra.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, kemm niddikjara li l-vot tal-Onor.", "Jason Azzopardi, li qed jindirizza konferenza barra minn Malta, se jkun kontra din il-liġi.", "L-ISPEAKER: La mhux qiegħed hawn m'hemmx bżonn dikjarazzjoni.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, Kap. 524\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Skont il-ftehim milħuq din se tittieħed issa stess.", "Jingħalqu l-bibien.", "Minn issa niddikjara l-ħin tal-votazzjoni miftuħ.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, Kap. 524\" jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 24 ta' Mejju 2018, fis-6.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, kif jaf kulħadd, it-toroq tagħna għal diversi raġunijiet qegħdin ibatu minn konġestjoni kbira ta' traffiku, b'mod speċjali fil-ħinijiet ta' filgħodu.", "Soluzzjonijiet hemm kemm trid, però jien għadni nemmen li biex tittaffa l-problema tat-traffiku huwa ta' importanza kbira li jkollna trasport pubbliku vijabbli, effiċjenti u, fuq kollox, affidabbli.", "Naħseb li kulħadd jiftakar meta fl-2012 ġiet introdotta r-riforma fit-trasport pubbliku.", "Dak iż-żmien, il-partit li llum qiegħed fil-gvern kien voċiferu kontra din ir-riforma, allura mingħajr ma trid tistenna li appena li dak il-partit jieħu l-Gvern f'idejh, se jirranġa t-trasport pubbliku.", "Nixtieq infakkar li wegħda prinċipali fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista ta' dak iż-żmien kienet li jkun hemm trasport pubbliku għall-bżonnijiet tan-nies.", "Għaddew ħames snin minn meta l-Partit Laburista ħa t-tmexxija tal-pajjiż u kellu ċ-ċans li jirranġa dan is-servizz li jolqot lil diversi nies – kif diġà għedt, nemmen li b'servizz tat-trasport pubbliku tajjeb, pajjiżna jsolvi b'mod sostanzjali l-problemi li niltaqgħu magħhom, speċjalment filgħodu – però spiċċajna morna minn ġot-taġen għal ġon-nar.", "Kulħadd jiftakar il-mod kif kien jirreaġixxi għal dan is-servizz il-Ministru għat-Trasport ta' dak iż-żmien, kemm qabel l-elezzjoni u anke wara, u ra kif għamel biex lill-kumpanija li kienet topera qabel dabbrilha rasha.", "Allura l-inqas li konna nistennew hu li s-service provider il-ġdid ikun bil-bosta aħjar minn dak li kellna qabel, imma bis-service provider il-ġdid li żdied żgur kien is-sussidju, li minn €9 miljuni fl-2012 tela' għal €30 miljun.", "II-loġika tgħidlek, u dak iż-żmien kien jgħidha anke l-Ministru, li biex ikollok servizz tajjeb trid tħallas tajjeb.", "Allura l-pubbliku, li qed iħallas għal dan is-sussidju minn butu, kien u għadu jistenna servizz tat-trasport pubbliku ta' kwalità aħjar milli kien jiġi pprovdut qabel.", "Però sfortunatament, kif igħid il-Malti, kulħadd baqa' bix-xamma, għax it-trasport pubbliku jekk ma marx għall-agħar żgur li ma laħaqx il-livell mistenni, minkejja li żdied is-sussidju u żdiedu n-nollijiet li minnhom żgur li ma gawdewx ix-xufiera li jaħdmu f'dan is-servizz.", "Xhieda ta' dan huwa l-ammont ta' xufiera li sfortunatament jitilqu minn żmiein għall-ieħor u ma jibqgħux jipprovdu dan is-servizz.", "Illum hemm madwar 38 nazzjonalità differenti ta' ħaddiema li jaħdmu ma' din il-kumpanija.", "Jien tkellimt ma' ħaddiema u ma' rappreżentanti tal-ħaddiema, u dawn jgħidulek li meta jgħaddi ċertu żmien ma jkunux jifilħu jibqgħu jaħdmu f'dan is-settur għax il-paga mhijiex biżżejjed għall-ammont ta' stress li għandhom.", "Ċertu stress jiġi maħluq minħabba t-traffiku li jiltaqgħu miegħu huma u għaddejjin bis-servizz tagħhom, imbagħad hemm ukoll l-istress ta' meta jkunu għaddejjin fuq xi rotta u jsibu karozza pparkjata fil-bus stop.", "Dan ifisser li rridu nedukaw lill-poplu.", "Forsi tgħidli li mhuwiex tort tal-Gvern li xi ħadd jipparkja ħażin.", "Dażgur li le, però naħseb li għandna nedukaw aktar lill-poplu u nżidu l-inforzar, għax il-bus stop qiegħda hemm biex tieqaf fuqha l-karozza tal-linja, tgħabbi l-passiġġieri u tibqa' għaddejja, mhux issib karozza pparkajta fuqha u jkollha tagħlaq it-triq sakemm tgħabbi l-passiġġieri.", "Sfortunatament, hemm ukoll l-attitudni ta' ċerti passiġġieri fil-konfront tax-xuffiera.", "Jien għamilt interpellanza fil-Parlament u ħareġ ċar li kien hemm ammont sostanzjali ta' istanzi fejn l-attitudni ta' ċerti passiġġieri lejn ix-xuffiera ma kienet xejn sabiħa.", "Apparti minn hekk, hemm problemi oħra f'dan is-servizz li kulħadd jixtieq li jkun servizz li tista tafdah u tużah.", "Kieku għandna servizz tat-trasport pubbliku effiċjenti kif għandu jkun, min jaħdem il-Belt isibha aktar faċli li juża l-karozza tal-linja milli juża l-karozza privata tiegħu, però kellmuni ħafna nies u qaluli li ġieli jkun hemm vjaġġi li jinqabżu, u jekk il-karozza suppost tiġi fis-6.30 a.m. tiġi fis-7.00 a.m. u ssibha mimlija, allura jkollok titlef nofs siegħa oħra tistenna, imbagħad kultant jgħaddulek tlieta wara xulxin tal-istess numru.", "Jien naħseb li wieħed irid jaddatta l-kordinament ta' kif qed isiru ċerti rotot.", "Pereżempju, jekk f'ħinijiet partikolari tal-ġurnata d-domanda hija ħafna aktar minn f'ħinijiet oħra, f'dawk il-ħinijiet trid iżżid il-frekwenza tal-karozzi.", "Problema oħra hija li ċerti rotot, speċjalment tal-aħħar ħinijiet, mhux qegħdin isiru, bil-konsegwenza li min ikun qed jistenna l-karozza tal-linja biex imur lura d-dar, jispiċċa stranded fejn ikun.", "Għalhekk nemmen li għandu jkun hemm aktar infurzar min-naħa tal-Gvern.", "Is-sussidju huwa marbut man-numru tar-rotot li jsiru, però mill-ammont ta' lmenti li jidħluli jidher li mhux qed isir infurzar min-naħa tal-Gvern, u dan huwa inkwetanti meta tqis il-flus li qed inħallsu kull wieħed u waħda minna biex ningħataw dan is-servizz.", "Sur President, nagħlaq billi nagħmel appell lill-Gvern li fejn jidħol dan is-servizz hemm bżonn ixammar il-kmiem u jaħdem aktar biex lin-nies nagħtuhom dak li jixirqilhom, servizz effiċjenti u ta' valur għall-flus li pajjiżna qed iħallas għalih.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, illum xtaqt niddedika ftit minuti għat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Dalgħodu laqatni survey li ħareġ mill-Unjoni Eworpea, li ġie rrapportat fil-gazzetti lokali, fejn kien hemm miktub li 93% tal-Maltin jemmnu li l-Unjoni Ewropea kienet ta' ġid għal Malta.", "Mela skont dan l-istħarriġ il-Maltin huma l-aktar poplu li għandhom impressjoni tajba tal-Unjoni Ewropea u l-benefiċċji li toffri.", "Fil-fatt, il-medja Ewropea hija dik ta' 66%.", "Dan ifisser li filwaqt li 66% tal-Ewropej jaħsbu li pajjiżhom gawda mill-Unjoni Ewropea, 93% tal-Maltin jaħsbu li Malta gawdiet mill-Unjoni Ewropea.", "Jidher ċar daqs il-kristall li l-Maltin jagħrfu l-benefiċċji tal-Unjoni Ewropea.", "Sur President, ma nistax ma nirringrazzjax lil dawk kollha li ġew qabilna u ħadmu qatigħ biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, fosthom il-President Emeritu Eddie Fenech Adami, l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, u l-Eks Ambaxxatur Richard Cachia Caruana.", "Dawn huma nies li napprezzahom ħafna għax ħadmu flimkien ma' oħrajn bħal, pereżempju, l-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin Joe borg, biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Ma rridx ninsa nsemmi lill-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, li grazzi għalih dħalna fiż-żona ewro u bdejna nużaw il-munita tal-ewro f'Malta.", "Parti mis-suċċess ekonomiku li qed naraw f'Malta huwa grazzi għall-fatt li f'Malta għandna l-munita ewro, però mhux kulħadd jaħsibha bħalna.", "Pereżempju, skont l-istħarriġ li deher fil-gazzetti dalgodu, it-Taljani u l-Brittaniċi mhumiex daqshekk pożittivi dwar l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, 53% biss tal-Brittaniċi jemmnu li l-Unjoni Ewropea għamlet il-ġid lil pajjiżhom.", "Dawn kienu ta' qabel tal-aħħar u warajhom hemm l-Italja, fejn insibu li 44% tat-Taljani ma jemmnux li l-Unjoni Ewropea għenet lill-Italja.", "Dawn huma żewġ pajjżi viċin ħafna ta' Malta, għax l-Italja hija viċin ġeografikament u r-Renju Unit għandna storja twila ta' kummerċ magħhom u ta' mumenti diffiċli li għaddejna flimkien, l-aktar waħda riċenti hija t-Tieni Gwerra Dinjija, allura hemm ċerti rabtiet emozzjonali bejnietna.", "Illum xtaqt niffoka fuq ir-Renju Unit, però huwa tajjeb li ngħid li bħalissa fi Brussell il-mexxejja Ewropej qegħdin isegwu mill-qrib ħafna l-aħħar żvilupi politiċi li għaddejjin fl-Italja, peress li Matteo Salvini, li hu l-Kap tal-Lega u Luigi Di Maio, li hu l-Kap tal-Moviment 5 Stelle, għadhom kemm ħabbru Gvern ġdid fejn innominaw lil Prof. Giuseppe Conte bħala Prim Ministru, imma l-programm tagħhom xejn mhu favorevoli mal-politika tal-Unjoni Ewropea.", "Matteo Salvini ilu snin twal jikkritika bl-aħrax lill-Unjoni Ewropea u dan jidher ċar għax kemm dam Membru tal-Parlament Ewropew niftakruh dejjem jeqred dwar l-Unjoni Ewopea.", "Dan ma jawgurax tajjeb għall-Unjoni Ewropea u lanqas għas-suq intern tal-Unjoni Ewopea.", "Fil-fatt, naħseb li mhux biss il-mexxejja Ewropej qegħdin isegwu mill-qrib l-andament tal-politika fl-Italja, imma wkoll swieq internazzjonali.", "Naħseb li fir-rigward ta' Malta, wieħed għandu jistenna u jara x'se jiġri, u m'għandniex nesprimu ruħna għalissa.", "Huwa tajjeb li ngħid li Malta hija aktar marbuta mas-suq intern tal-Unjoni Ewropea, inkluż dak Taljan, milli mar-Renju Unit.", "Dan qed ngħidu fil-kuntest li r-Renju Unit issa ddeċieda li jitlaq mil-Unjoni Ewropea.", "Rigward l-Italja nitkellem darb'oħra, għax illum nixtieq niffoka fuq ir-Renju Unit.", "Jien naħseb li l-Unjoni Ewropea aċċettat b'mod profond li m'hemmx ħsieb li r-Renju Unit għad xi darba jibdel il-fehma tiegħu u jerġa' jidħol jew jibqa' fl-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li l-mexxejja Ewropej aċċettaw l-eżitu tar-referendum li sar fir-Renju Unit fis-23 ta' Ġunju, 2016 dwar jekk għandux jibqa' fl-Unjoni Ewropea, imbagħad ftit inqas minn sena wara, fid-29 ta' Marzu 2107, ir-Renju Unit innotifika lill-Unjoni Ewropea b'mod uffiċjali li jixtieq li ma jibqax membru.", "It-trattat jagħti sentejn biss lir-Renju Unit u lill-Unjoni Ewropea biex jinnegozjaw bejniethom dwar diversi affarijiet, fosthom il-kummerċ futur bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa r-Renju Unit qed jipprova jaqbel mal-Unjoni Ewropea dwar jekk għandux ikun hemm kummerċ ħieles u jekk għandux ikun hemm unjoni doganali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u fuq jekk għandux ikun hemm aċċess għas-suq waħdieni bħalma għandha n-Norveġja.", "Dan ifisser li tkun qisek parti mis-suq waħdieni, però ma tkunx parti mill-politika komuni tal-agrikoltura tal-Unjoni Ewropea u ma tkunx parti mill-politika komuni tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.", "Dak il-ftehim jaqa' taħt il-kappa tal-European Economic Area (EEA) u jekk il-Gvern tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May jidħol għal dak it-tip ta' ftehim, ikollhom jaċċettaw il-moviment ħieles tal-persuni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Minħabba dan il-prinċipju tal-moviment ħieles, ir-Renju Unit ma jridx jdħol f'dak it-tip ta' arranġament ta' aċċess għas-single market bħan-Norveġja.", "Ir-Renju Unit donnu jixtieq jidħol għall-kummerċ ħieles, li jista' jkun ta' ħafna affarijiet, però normalment bħala standard ikun ta' prodotti u ta' beni.", "Ir-Renju Unit jixtieq ikollu kummerċ ħieles tal-beni u tas-servizzi, allura qed jipprova jġiegħel lill-Unjoni Ewropea taċċetta li jkun hemm il-kummerċ ħieles ta' servizzi, imma jidher li l-Unjoni Ewropea ma tantx hija konvinta minn dan.", "L-affarijiet għadhom fluwidi, għadna ma nafux l-eżitu ta' dawn in-negozjati, u wieħed għad irid jara.", "Nixtieq ninforma lil din il-Kamra li minn laqgħat li kelli ma' stakeholders Maltin, speċjalment fid-dinja tan-negozju, jidher li jafu x'inhu jiġri.", "Iltqajt ma' diversi assoċjazzjonijiet u korpi kostitwiti, u beħsiebni nkompli niltaqa' magħhom.", "Jidher li dawn jafu x'inhu jiġri u qed isegwu mill-qrib biex jistennew l-aħħar riżultati, ħalli mbagħad jaġixxu skont il-ftehim li jkun intlaħaq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "Jien naħseb li jkun tajjeb li l-Gvern Malti jagħmel ftit pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea biex jiżdied il-perjodu ta' transizzjoni.", "Jekk ir-Renju Unit huwa deċiż li jitlaq fid-29 ta' Marzu, 2019 il-perjodu ta' transizzjoni bħalissa huwa minn Marzu 2019 sa Diċembru 2020, allura jkun tajjeb li jikkonsidraw li jżidu dak il-perjodu ta' transizzjoni biex in-negozji Maltin, Finlandiżi, tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea – tas-suq waħdieni – ikollhom aktar ċans jaddattaw għalihom.", "Jien ma nħobbx nispekula u ma rridx nispekula, imma naħseb li jista' jkun hemm effett negattiv jekk wara li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, il-valur tal-isterlina jonqos fil-konfront tal-ewro.", "Bħalissa, bejn wieħed u ieħor, 30% tat-turisti li jiġu Malta huma mir-Renju Unit, imma t-turisti Brittaniċi se jħossuha diffiċli ħafna li jiġu hawn Malta jekk il-valur tal-isterlina jonqos.", "Qabel ma nagħlaq, nixtieq nappella lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin biex jieħu ħsieb iċ-ċittadini Maltin li joqogħdu fir-Renju Unit, li issa huma obbligati li japplikaw għas-settle status mill-Gvern Ingliż.", "Dan huwa permess biex tibqa' tgħix fir-Renju Unit, għax ladarba r-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea, dawn mhux se jibqgħalhom id-dritt li jgħixu hemm.", "S'issa, bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea kellhom il-permess li jgħixu fir-Renju Unit, imma issa se jkollhom bżonn jirreġistraw ruħhom mal-Gvern Ingliż.", "Aħna qed nikkalkolaw li hemm madwar 33,000 persuna li ilhom ħafna snin jgħixu fir-Renju Unit u dawn għandhom ikunu informati mill-Gvern Malti biex imorru jirreġistraw mal-Gvern Ingliż.", "Nagħlaq billi ngħid li se nkompli nsegwi mill-qrib ħafna dan il-proċess, għax jista' jolqot lill-importaturi jew l-esportaturi Maltin u jista' jolqot liċ-ċittadini Maltin li joqogħdu fir-Renju Unit.", "Nitlob lill-pubbliku inġenerali li jekk ikollu xi diffikultà jew xi mistoqsija jgħidli u jien nagħmel mill-aħjar biex nirrispondiha bil-qalb kollha.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal għada l-Ħamis, 24 ta' Mejju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mid-Deputat Prim Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ.) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ.) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt:", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – PROMOTIONAL MATERIAL - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ.) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella t'hawn taħt:", "(*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument.)", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – PROMOTIONAL MATERIAL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtha, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ.) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX – DIGRIETI TA' ADOZZJONI FIR-REĠISTRU TAL-PERSUNI ADOTTATI REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il digriet ta' adozzjoni ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Persuni Adottati fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' MALTA – ATTI TAŻ-ŻWIEĠ REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX – ATTI TAŻ-ŻWIEĠ REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' MALTA – ATTI TA' UNJONI ĊIVILI REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' Unjoni Ċivili fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2014 sas-sena 2017, sena b'sena?", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX – ATTI TA' UNJONI ĊIVILI REĠISTRATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' Unjoni Ċivili fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2014 sas-sena 2017, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista ta' hawn taħt:", "ĠNIEN TAL-FOSS TA' ĦAŻ-ŻABBAR - PJANIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet mill-Ministeru tiegħu għall-ġnien magħruf bħala l-Ġnien tal-Foss ta' Ħaż-Żabbar?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tiegħi issottometta applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex ġewwa l-Foss ta' Ħaż-Żabbar isir ġnien pubbliku, armat b'faċilitajiet sanitarji, logħob għat-tfal u jitwaħħlu numru ta' għamra għall-ġonna (bankijiet, gażebo, dwal eċċetra).", "Il-permessi nħarrgu u beda l-proċess għal sejħiet biex tinbena l-binja li se tkun qed toffri faċilitajiet sanitarji u kafeterija għal dan is-sit.", "Preżentament għaddejjin bl-evalwazzjoni tal-offerta li daħlet għal dan ix-xogħol.", "Huwa mistenni li x-xogħol fuq din il-binja jibda fix-xhur li ġejjin.", "Diġà saru xi xogħlijiet neċessarji biex jinġieb is-servizz tad-dawl għal ġewwa l-ġnien.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX – MASTER PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Peress li fil-preżent hemm problema kbira ta' nuqqas ta' parkeġġ kemm għall-ħaddiema tal-Isptar kif ukoll għall-pazjenti u qraba li jużaw l-Isptar ta' Għawdex, jista' jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jsir car park ieħor jew jitkabbar dak eżistenti?", "L-applikazzjoni sarilha l-proċess tal-iscreening u bħalissa l-Awtorità qiegħda tistenna li jiġu sottomessi l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba fl-iscreening letter.", "Il-pjanti sottomessi fl-applikazzjoni tal-master plan juru li se jkun hemm numru ta' parking areas madwar il-konfini tal-isptar li bejniethom jipprovdu 521 \"parking spaces.", "Tlesta wkoll Traffic Impact Assessment komprensiv għall-iżvilupp propost fil-master plan, u dak ix-xogħol approvat fl-applikazzjoni għall-iskola medika ta' Barts (PA 5493/16).", "Meta dan il-Traffic Impact Assessment ġie studjat minn Tranport Malta, ġie konkluż li l-iskola medika se tiġġenera impatti minimi fuq l-infrastuttura tat-toroq tal-madwar, kif ukoll li l-impatti tat-transport iġġenerat mill-master plan għad iridu jiġu studjati minn Transport Malta.", "IN-NADUR GĦAWDEX: TRIQ IL-ĦANAQ – XOGĦLIJIET TA' TARMAK", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jitlesta x-xogħol ta' tarmak fi Triq il-Ħanaq fin-Nadur, Għawdex qabel is-sajf 2018 peress li din it-triq għadha b'kisja waħda ta' tarmak fejn diġà ġratilha ħsara kbira peress li ma tkompliex ix-xogħol?", "Jekk mhux se ssir qabel is-sajf 2018 tista' tgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "ENTITAJIET PUBBLIĊI – PENALI AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost, inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "ENTITAJIET PUBBLIĊI – PENALI AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost, inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "LOANS U DEPOŻITI MINN BANEK LI JOPERAW GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' loans mogħtija mill-branches ta' kull bank li jopera f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-ammonti ta' depożiti mal-branches tal-banek li joperaw f'Għawdex fl-aħħar tas-sena 2017?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "STUDJU DWAR LOW INCOME HOUSEHOLDS F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir jew hemmx il-ħsieb li jsir studju speċifiku dwar low income households f'Għawdex biex jiġi stabbilit jekk hemmx problema, x'inhi din il-problema u kif tista' tiġi indirizzata din il-problema fil-gżira ta' Għawdex?", "Jekk mhux qed isir tali studju, il-Ministru tikkunsidra li jsir studju ta' dan it-tip, speċifikament għall-persuni li jgħixu f'Għawdex?", "Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jikkollabora ma' Prof. Saviour Formosa mill-Università ta' Malta dwar studju dwar il-bixriet soċjali t'Għawdex.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – XIRI TA' RESIDENZI TAL-AWTORITÀ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm inxtraw residenzi tal-Awtorità tad-Djar fis-snin 2016 u 2017 u minnhom kemm inxtraw minn persuni bi bżonnijiet speċjali u minn single mothers?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2016 u l-2017 inxtraw 176 residenza tal-Awtorità tad-Djar jew tal-Gvern mill-inkwilini, b'erbgħa minn dawn il-176 jinxtraw minn single mothers.", "L-Awtorità tad-Djar m'għandhiex records fir-rigward ta' persuni bi bżonnijet speċjali li bbenefikaw minn din l-iskema, hekk kif din l-informazzjoni hija rrelevanti għax-xiri tal-proprjetà taħt din l-istess skema.", "PERSUNI LI QED JABBUŻAW MINN AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3795, jista' l-Ministru jgħid kemm instabu persuni li ġew identifikati li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali mis-sena 2014 sad-data tal-lum?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2015 sal-21 ta' Mejju 2018 l-Awtorità tad-Djar sabet 26 persuna li ġew identifikati li qed jabbużaw minn akkomodazzjoni soċjali.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li statistika qabel is-sena 2015 ma kenitx tinżamm.", "GAZZETTA FRANĊIŻA LE MONDE - RAPPORTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5419, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra l-pożizzjoni tal-Gvern u minflok jiddeċiedi li jwieġeb għall-kontenut li kien hemm fil-ħarġa tal-20 ta' April 2018 fil-gazzetta Franċiża 'Le Monde'?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5419.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ ŻABBAR - TISWIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bidu ta' Triq Żabbar, f'Raħal Ġdid li marret lura sew, hiex se ssir mill-ġdid tul din is-sena?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid li rigward il-bidu ta' Triq Żabbar, f'Raħal Ġdid qed isiru negozjati biex isir ix-xogħol din is-sena.", "KUNSILL LOKALI TA' RAĦAL ĠDID – TOROQ IMSEWWIJA JEW IRRANĠATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid matul is-sena li għaddiet u f'din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid li matul il-perjodu msemmi ġiet irranġata Triq il-Melita.", "ŻJARA MINISTERJALI FL-AWSTRALJA - NEFQA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5422 u ċjoè: B'riferenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tal-22 ta'April 2018, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-spejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni?", "Jista' jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?", "CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 5422.", "*Tabella relatata ma' mistoqsija parlamentari 2372"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180523_116d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "Il-Ħamis, 24 ta' Mejju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew approvati talbiet għall-adozzjonijiet mill-Bord tal-Adozzjonijiet mis-sena 2010 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsumin sena b'sena?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa care orders matul is-snin 2016 u 2017?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien matul is-sena li għaddiet u f'din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod mill-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena li għaddiet u f'din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija matul is-sena li għaddiet u f'din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4265 u jgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta' Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid jekk din il-binja kollha hijiex amministrata mill-Ministeru għas-Saħħa jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata?", "Jekk iva lil min ġiet mgħoddija u għal liema skop?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġo din l-istess binja u xi grad għandhom dawn il-ħaddiema?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-Master Plan għal Kemmuna?", "Meta hu maħsub li se jkun iffinalizzat dan il-Master Plan u min huma l-periti inkarigati mill-Ministeru tagħha fuq dan il-pjan?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sala mibnija reċentement u li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bdietx tintuża għal dan l-iskop u jekk le għal xiex qed tintuża bħalissa u għalfejn mhijiex tintuża bħala Orthopaedic Unit?", "Meta hu ppjanat li tibda tintuża?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5555, tista' l-Ministru tgħid għal kull Bord tal-Għażla maħtur, min kienu ċ-Chairpersons u l-membri u għal liema post/pożizzjonijiet vakanti kien maħtur kull Bord minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid fuq liema kriterji jinħatru l-membri f'kull Bord?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni li t-tagħrif dwarha qed jintbagħat separatament għad-dħul ġewwa Residenza tal-Anzjani tingħata prijorità peress li l-kundizzjoni tal-persuna b'diżabilità reċentement iddeterjorat ħafna u dan apparti li issa tinsab tgħix waħedha?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux possibbli li jinħoloq depot fin-naħa ta' fuq ta' Malta minn fejn persuna tkun tista' ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu u dan biex jiġu ffrankati ħafna inkonvenjenzi, skareġġar u tbatija lil min ikollu bżonn dan is-servizz?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jara li tingħata għajnuna finanzjarja minn SportMalta biex it-tim nazzjonali tan-netball jieħu sehem fl-avveniment sportiv tan-Netball Europe Under 21 Challenge Section f'Ottubru li ġej?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex u d-demel tal-baqar, jista' l-Ministru jgħid fejn qed jiġi miġbur u msoffi d-demel tal-baqar fil-preżent meta jidher ċar li sistema tat-tisfija tal-impjant tad-drenaġġ għada qed tiġi maħnuqa bid-demel tal-baqar?", "Meta ħa tiġi konkluża u mwettqa s-soluzzjoni fuq livell nazzjonali?", "Jista' jagħti d-data?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: peress li dan l-aħħar fit-Times of Malta tas-16 ta' Mejju deher artiklu fejn issemmew l-Onor.", "Emmanuel Mallia u l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, fejn intqal li dawn il-membri tal-back bench għandhom impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku, u peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Meta kienu ingaġġati dawn id-deputati fis-servizz pubbliku jew entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandhom dawn id-deputati kif ukoll id-dħul gross annwali tagħhom; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupaw illum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Godfrey Farrugia, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Demokratiku għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Marlene Farrugia membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Demokratiku għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tagħha; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "David Agius membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Karol Aquilina, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra s-Sindku tal-Birgu wara l-qtil barbaru ta' għadd ta' ħamiem li f'filmat fuq is-sit online tat-timesofmalta.com deher jaqa' mal-art wara li ntlaqat b'tiri u jmut bil-mod?", "Billi dan l-att barbaru ġie kkundannat bil-qawwa mill-Kummissarju tal-Annimali maħtur minn dan l-istess gvern, għalfejn għadhom ma ttieħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ntalab permess mill-Kunsill jew mis-Sindku tal-Birgu biex isir sparar fuq il-ħamiem?", "Jista' jgħid meta ngħata dan il-permess?", "Minn liema uffiċjal tal-pulizija ngħata l-permess?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mill-Korp tal-Pulizija jew mill-Gvern min iddeċieda li membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu ordnati biex ikunu preżenti mas-Sindku tal-Birgu u ma' persuni li nġiebu apposta biex jisparaw b'mod barbaru fuq il-ħamiem fl-abitat, fid-dawl tax-xemx u quddiem tfal u turisti?", "Jista' jgħid min ħa din id-deċiżjoni biex il-pulizija jkunu preżenti u poġġa l-pulizija f'sitwazzjoni antipatika biex ikunu partners in crime waqt li kien qed isir dan l-att ta' moħqrija fuq annimali permezz ta' qtil barbaru, salvaġġ u inuman?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn tliet snin ilu qalulu li għandu blockage f'saqajh u qalulu wkoll li kienu ser jibagħtu għalih, iżda sal-lum għadu jistenna?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn din l-anzjana ġiet offruta biex tidħol f'San Vinċenz de Paule, iżda hi rrifjutat u llum il-ġurnata l-kundizzjoni tagħha ggravat u ma tistax tgħix aktar waħedha?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din l-anzjana għaddejja minn uġiegħ insapportabbli, u li ilha tistenna CT Scan mill-2017 u li se jsir f'Lulju li ġej?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-proċess jitħaffef?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5578, jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawk il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar, li qegħdin jieħdu l-allowance u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv, jitħallsux ukoll tal-overtime jew tat-time off in lieu?", "Jista' jindika kemm jammonta kull allowance lil kull ħaddiem u għal liema raġuni qed jingħata?", "Jista' jgħid jekk hemmx ħaddiema li għandhom aktar minn allowance waħda u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv tal-istess Awtorità?", "Jekk iva f'liema gradi u f'liema sezzjoni qed jingħata u għaliex?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li qed jitħallsu tal-leave li ma jkunux ħadu s-sena ta' qabel?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-programmi ta' riabilitazzjoni li qed jitwettqu fil-preżent għall-pazjenti li qed jiġu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintegraw fl-komunità?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettal xi programmi twettqu f'din il-leġiżlatura għat-tkabbir ta' kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-istigma dwar is-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħna?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bi problemi ta' saħħa mentali li regolarment u kull ġimgħa, jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum taż-Żejtun?", "X'attivitajiet twettqu għal dawn il-persuni matul is-sena l-oħra 2017 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser jattendi u/jew jipparteċipa fil-Global Citizenship Seminars li ser isiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġiex mitlub jew ġiex mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars u jekk iva jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li permezz tiegħu ġie mitlub jew mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwa hux wieħed mill-kelliema speċjali waqt il-Global Citizenship Seminars li ser isiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-kelliema f'isem il-Gvern Malti li ser jattendu u jipparteċipaw fl-imsemmija seminars?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta' meta u l-bini fejn saret il-laqgħa f'Londra, l-Ingilterra, bejnu u bejn l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, liema laqgħa ġiet organizzata mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan ta' Paceville u li huwa stess irrefera għalih f'kummenti li huwa ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista ' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan ta' Paceville u li l-Prim Ministru rrefera għalih f'kummenti li ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu kuruni mbierka mill-Papa Franġisku mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva lill-anzjani Maltin u Għawdxin matul is-sena 2018?", "Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani tqassmu dawn il-kuruni u x'kienet l-ispiża biex inxtraw dawn il-kuruni?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 40 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 46 – Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 13 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Tielet Qari – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Abbozz Nru 15 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Dmirijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "23 ta' Mejju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 34 – Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 33 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 37 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Votazzjoni – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "23 ta' Mejju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180524_117a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 24 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Ħamis, 24 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Il-Ħamis, 24 ta' Mejju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 116, li saret fit-23 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "DEĊIŻJONI TAS-SEDJA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħmel referenza għal kummenti minn membri tal-pubbliku li din il-ġimgħa, staqsew jekk hux f'loku li Membru Parlamentari - b'referenza għall-Onor.", "Kien hemm ukoll sezzjoni tal-midja li staqsiet lill-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra dwar l-eżistenza ta' dress code fil-konfront ta' Membri tal-Parlament.", "Hawnhekk qed nirreferi wkoll għal artiklu li deher bi prominenza fl-ewwel faċċata fil-ħarġa tal-lum, tal-ġurnal l-orizzont intitolat \"L-Ispeaker: Wasal iż-żmien li nimponi dress code\".", "Fiċ-ċirkostanzi, is-Sedja ħasset li ladarba nqala' l-każ, kellha tidħol aktar fil-materja, anke billi tfittex x'jiġri mhux biss fil-House of Commons, iżda wkoll f'parlamenti oħra, partikolarment parlamenti nazzjonali Ewropej.", "Is-Sedja rat survey li kien sar mill-European Centre for Parliamenatry Research and Documentation (ECPRD) fost numru ta' parlamenti Ewropej dwar il-proċedura ta' komportament fl-ilbies fil-kontest tar-rispett lejn l-istess istituzzjoni tal-Parlament.", "Għal dan is-survey irrispondew 15-il parlament tal-Unjoni Ewropea, fosthom dawk tal-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, Spanja, l-Awstrija, Franza, l-Ingilterra, l-Iżvezja u l-Portugall.", "Minn dan is-survey irriżulta li għalkemm fil-maġġoranza tal-parlamenti ma kienx hemm regoli speċifiċi dwar x'għandu jkun id-dress code, min-naħa l-oħra, hemm l-użanza ċara u kostanti li minimament, wieħed għandu jkun liebes b'mod li jirrispetta d-dinjità tal-istituzzjoni.", "Is-Sedja tħoss li sabiex tkun verament rispettata d-dinjità tal-Parlament, bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, wasal iż-żmien li jiddaħħal il-konċett ta' dress code bażiku għall-Membri Parlamentari, imqar bħala konvenzjoni (u mhux regola) kif inhu l-każ fil-parti l-kbira tal-parlamenti nazzjonali Ewropej.", "Fir-rigward tar-rispett li għandu jinżamm lejn id-dinjità ta' din l-istituzzjoni, fir-regoli tagħna nsibu l-Ordni Permanenti 160, li jmur lura għexieren ta' snin, li jgħid li:", "Kull membru meta jidħol jew joħroġ mill-Kamra jew imur għal xi parti tal-Kamra waqt diskussjoni għandu jkun xuxa, u għandu jagħmel sinjal ta' rispett lejn l-Ispeaker jew il-President waqt li jkun għaddej minn jew għal postu jew min-naħa għall-oħra tal-Kamra.", "Ebda membru ma għandu jgħaddi bejn l-Ispeaker jew il-President u xi membru li jkun qed jitkellem, lanqas bejn l-Ispeaker jew il-President u l-Mejda, u lanqas ma għandu joqgħod bilwieqfa f'xi wieħed mill-passaġġi.\"", "Skont l-istess regoli tal-Kamra, fin-nuqqas ta' ordni permanenti li jirregola kwalunkwe materja, skont Ordni Permanenti 197, għandha ssir referenza għar-regoli, modi, użanzi u drawwiet tal-House of Commons.", "Hawnhekk, insibu li f'paġna 451 tal-24 Edizzjoni tal-Erskine May: Parliamentary Practice jingħad dan li ġej:", "F'dan il-kontest, skont kif fost oħrajn irrapportat f'artiklu li deher fil-verżjoni online tal-Financial Times tad-29 ta' Novembru 2017, il-pożizzjoni tbiddlet fil-House of Commons fejn kien hemm direzzjoni ċara riċenti mill-Ispeaker John Bercow, li b'segwitu għal każ li nqala' meta nġibdet l-attenzjoni tal-Ispeaker dwar Membru Parlamentari li qam biex jindirizza lill-Kamra meta kien liebes ġlekk mingħajr ingravata, l-Ispeaker qal hekk, u hawn nikkwota mit-traskrizzjoni tas-seduta tad-29 ta' Ġunju 2017 tal-House of Commons:", "Wara li qieset dan kollu, is-Sedja tħoss li kif ħareġ mill-istess survey, kull Membru li jkun qiegħed jaqdi d-dmirijiet tiegħu fil-Kamra għandu jġib ruħu b'mod dinjituż, inkluż fl-ilbies tiegħu.", "Dan ifisser li Membru Parlamentari għandu jkun liebes b'mod li jirrispetta d-dinjità tal-Parlament; fil-każ tal-Membri rġiel li jkunu lebsin ġlekk anke jekk mingħajr ingravata, u fil-każ ta' Membri nisa li jinżamm l-istess livell ta' dekor fl-ilbies tagħhom.", "Għalhekk, is-Sedja, fuq l-istess direzzjoni reċenti tal-House of Commons, qiegħda tinforma minnufih lil kull Membru Parlamentari li fil-Kamra, għandu josserva d-dress code kif indikat f'dan ir-Ruling, u dan kemm b'rispett għall-istess istituzzjoni, li hija l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, kif ukoll b'rispett għad-dinjità tiegħu stess bħala Membru Parlamentari li jkun qed jirrappreżenta lill-poplu Malti.", "Ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra sabiex jgħaddi kopja ta' dan ir-Ruling lil kull Membru Parlamentari permezz ta' email sabiex jiġi a konjizzjoni tiegħu.", "Ir-Ruling huwa deċiż.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – PROMOTIONAL MATERIAL - NEFQA", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "Nefqa fuq Promotional Material", "L-ammont totali fil-perjodu msemmi sa April 2018 huwa ta' €102,496.82.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Ftit tal-ġranet ilu twaqqfet għall-ewwel darba Awtorità ta' Standards għall-Ħarsien Soċjali.", "Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x'inhu r-rwol ta' din l-Awtorità ġdida?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, il-ġimgħa l-oħra għaddejna t-Tielet Qari tal-Att li jistabilixxi l-Awtorità ta' Standards għall-Ħarsien Soċjali.", "Din hija awtorità li kif jgħid it-titolu tagħha, għandha l-iskop li tagħmel ir-regolamenti, tapplikahom u tħares il-ħruġ ta' liċenzji fejn jidħlu fornituri ta' standards ta' ħarsien soċjali.", "Ta' min jgħid li fl-aħħar leġiżlatura, diġà kien hemm żewġ abbozzi ta' liġi biex titwaqqaf din l-awtorità li kienu bdew jiġu diskussi quddiem dan il-Parlament imma l-proċess tagħhom ma kienx laħaq ingħalaq.", "Kien hemm ukoll il-ħsieb li titwaqqaf awtorità oħra li kellha tipprovdi standards għad-djar residenzjali tal-anzjani.", "F'din il-leġiżlatura għandna liġi li se twaqqaf awtorità waħda li tipprovdi għall-istandards ta' ħarsien soċjali għas-service providers kollha.", "Sal-lum ix-xenarju preżenti li jirregola l-ħarsien soċjali huwa ftit jew wisq frammentat għax m'hemmx l-istruttura legali meħtieġa.", "Pereżempju kellna u għad għandna sitwazzjoni - għax il-liġi dieħla fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin – fejn is-service providers tad-djar tal-anzjani jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa u service providers oħrajn jaqgħu taħt il-qasam tal-wens soċjali, jiġifieri taħt id-DSWS (Department of Social Welfare and Services).", "Dan ifisser li kien hawn provdituri differenti u standards li ma kenux uffiċjali biex wieħed ikun jista' jkejjel il-kwalità tas-servizz offrut.", "Biss irrid ngħid li għalkemm ma kienx hemm l-istruttura legali, irrid nirrakkomanda x-xogħol tad-DSWS.", "Ovvjament jibqa' l-fatt li ma kienx hemm il-framework legali għal ċertu moniteraġġ u evalwazzjoni.", "Għalhekk dan huwa propju l-għan li qed inwaqqfu din l-Awtorità.", "Kif għidt, l-Awtorità se tagħmel l-istandards għas-service providers kollha, se tkun responsabbli li tirregola ħruġ ta' liċenzji u permessi għal min jipprovdi ħarsien u wens, se tara li jkun hemm moniteraġġ u se jkun hemm proċeduri ta' stħarriġ ta' ilmenti kontra min jipprovdi servizzi ta' wens.", "L-Awtorità għandha wkoll l-iskop li tassigura l-kwalità tas-servizz provdut lis-service user.", "L-iskop aħħari huwa li mhux biss nassiguraw li s-servizz ikun ta' kwalità, imma fuq kollox, li l-persuni hemm barra li jkollhom bżonn wens soċjali, jingħataw dan is-servizz kif jixirqilhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: L-ewwel nett irrid nifraħ lill-Ministru li għal mistoqsija spontanja tal-Onor.", "Alex Muscat li ma kienx jaf biha, ġie b'text ippreparat u weġibha fid-dettall!", "Prosit ħafna!", "Il-mistoqsija oriġinali kienet dwar kemm intnefqu flus fuq promotional material, inkluż brochures, websites, flyers, u mailshots.", "Fl-2013 l-ammont minfuq kien ta' €21,000, fl-2014 kien ta' €5,000, fl-2015 kien ta' €7,000, fl-2016 kien ta' €19,000 imbagħad f'daqqa waħda, fis-sena tal-elezzjoni, jiġifieri fl-2017, intnefqet is-somma ta' €41,560.", "Komparat mas-sena ta' qabel, jiġifieri mal-2016, l-ammont huwa aktar mid-doppju.", "Għaldaqstant jaħseb il-Ministru li dawn huwa abbuż ta' power of incumbency?", "Kull min imur josserva elezzjonijiet barra minn Malta jsib li tali abbuż imur kontra kull regola ta' level playing field.", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex fis-sena tal-elezzjoni s-somma minfuqa fuq promotional material splodiet għal aktar minn €41,000?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, għall-kumment tongue in cheek tal-Onor.", "Minkejja li ma kontx naf x'se jistaqsini l-Onor.", "Interpellant, ġejt ippreparat ukoll!", "Jekk tkun taf x'ikun għaddej fil-Ministeru tiegħek ikollok idea ta' x'mistoqsijiet jistgħu jsirulek!", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li nista' nagħtih risposta.", "Fejn jidħol il-Ministeru tiegħi jista' jistaqsi dak li jrid u nagħtih l-informazzjoni mitluba!", "Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel din it-tip ta' mistoqsija biex bħal donnu jgħid li l-ispiża fl-2017 tirrifletti rabta mal-elezzjoni kif kien isir qabel, biex wieħed jagħmel propaganda ta' kandidat partikolari jew ta' ministeru.", "Nassigurah li dan mhuwiex il-każ!", "Jien għandi l-informazzjoni u lest li nagħtihielu għax għalkemm ma qallix minn qabel x'se jistaqsi, ġejt ippreparat ukoll.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm diversi miżuri marbutin mal-Baġit.", "Nista' nindika li ħafna mill-ħlasijiet saru wara l-perjodu tal-elezzjoni u ma kenux marbutin ma' pubblikazzjonijiet tal-elezzjoni.", "Infakkar biss li s-sena li għaddiet, wara l-elezzjoni, il-Ministeru li jien responsabbli għalih nieda żewġ inizjattivi kbar li kienu ilhom biex isiru sa mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista!", "Dawn huma n-National Childrens' Policy, li kienet ilha ġejja xejn inqas minn 11-il sena u l-policy dwar l-alkoħol li wkoll kienet ilha ġejja ma nafx kemm-il sena.", "Nista' ngħid li din il-policy ġiet aġġornata u se tkun pubblikata.", "Nerġa' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx rabta mal-ispiża tal-elezzjoni.", "Nista' anke nindikalu ftit figuri u jekk irid jista' jitlob breakdown.", "Pereżempju, f'Settembru ntnefaq l-ammont ta' €232, f'Settembru wkoll intnefaq l-ammont ta' €2,748, fil-21 ta' Ottubru tal-2017 intnefaq l-ammont ta' €1,960 u fit-28 ta' Settembru ntnefqu €3,876.", "Wara l-elezzjoni, biex inserraħ ras l-Onor.", "Interpellant, eżattament fit-3 ta' Lulju tal-2017 intnefqu €2,450.", "Din hija l-informazzjoni li għandi.", "Ovvjament ma tinkludix l-ammonti kollha, għax ma kontx naf x'se jistaqsini eżattament l-Onor.", "Biss qed nagħtih l-informazzjoni li għandi bil-qalb kollha!", "Nassigurah li l-ammonti li ntnefqu kienu marbutin l-aktar ma' żewġ kampanji partikolari, li nispera li naqblu li kienu importanti.", "Hawn qed nirreferi għall-kampanja li saret mill-Aġenzija Sapport u l-kampanja li saret mill-Aġenzija CRPD (Commission for the Rights of Persons with Disability).", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: B'rabta mal-mistoqsija preċedenti tiegħi, milli fhimt jien, min qed jipprovdi dawn is-servizzi ta' wens soċjali se jkun regolat b'mod aħjar.", "Il-pubbliku hemm barra kif se jkun jaf min huma dawk l-entitajiet jew l-individwi li huma awtorizzati minn din l-Awtorità li jagħtu tali servizzi?", "Se tkun ippubblikata xi lista f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: L-Awtorità se jkollha l-iskop li tirregola s-service providers kollha li jipprovdu servizz ta' ħarsien soċjali.", "Nistgħu nsemmu pereżempju r-respite homes, id-djar tal-anzjani u djar residenzjali oħrajn.", "Wieħed mill-obbligi li se jkollha din l-Awtorità, li se tkun qed tieħu taħt ir-responsabbiltà tagħha x-xogħol li sal-lum isir mid-DSWS, huwa preċiżament li tipprovdi lista aġġornata tas-service providers liċenzjati magħha.", "Irridu niftakru li l-istess Awtorità se jkollha l-obbligu li toħroġ il-liċenzji lil dawn is-service providers u se tkun hi li tirregola lil min se tinħariġlu liċenzja, lil min se tiġi sospiża l-liċenzja kif ukoll lil min se tiġi rtirata l-liċenzja.", "Kif qed ngħid, wieħed mill-obbligi tal-istess Awtorità se jkun preċiżament li tipprovdi lista tas-service providers u hemm obbligu legali li din il-lista tinżamm aġġornata, jiġifieri mhux biss tiġi pprovduta lista darba fil-bidu tas-sena imma jkun hemm aġġornament meta liċenzja tiġi sospiża jew revokata.", "L-istess Awtorità se tieħu wkoll ċertu xogħol ieħor li huwa marbut mas-servizzi ta' wens soċjali, f'dawk li huma standards, moniteraġġ u ħarsien tar-regolamenti.", "Jista' jkun ukoll li tinħareġ liċenzja li tkun soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet u jista' jkun hemm ukoll kondizzjonijiet li jinbidlu.", "Però nista' nassigura li s-servizz li jingħata lis-service user se jkun tajjeb għax l-istess Awtorità se tkun obbligata li tassigura servizz ta' kwalità.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Jekk fhimt sew, ġie mħabbar b'mod uffiċjali li l-Gvern se jkun qed jgħin lil dawk il-koppji li jagħmlu addozzjoni ta' tfal.", "Jista' l-Ministru jiċċara ftit aktar kif se tkun qed titħaddem din l-inizjattiva?", "Min se jieħu l-għajnuna finanzjarja li se jkun qed jagħti l-Gvern?", "X'iridu jagħmlu dawk il-koppji li diġà għaddew mill-proċess tal-addozzjoni, li huma għaddejjin minnu bħalissa jew li beħsiebhom jidħlu fih?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Irrid ngħid li din hija miżura li nitkellem fuqha mill-qalb!", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għal din l-Amministrazzjoni li minn din il-ġimgħa bdejna ndaħħlu fis-seħħ waħda mill-wegħdi li kien hemm fil-manifest elettorali, li kienet miżura li tħabbret fil-Baġit għal din is-sena u fuq kollox, hija miżura soċjali ta' ċerta portata.", "Kif qal l-Onor.", "Interpellant, minn din il-ġimgħa, daħħalna fis-seħħ il-miżura fejn koppji ordinarjament residenti Malta u li jaddottaw tifel jew tifla minn barra l-pajjiż, jiġifieri qed nitkellmu fuq intercountry adoptions, se jkunu intitolati li japplikaw għal għajnuna finanzjarja sa massimu ta' €10,000.", "Nixtieq ngħid li l-miżura tgħodd għal dawk li qed jiffinalizzaw jew iffinalizzaw l-addozzjoni tagħhom b'effett immedjat mill-10 ta' Ottubru 2017, li kienet il-ġurnata tal-Baġit.", "Din il-miżura soċjali ma bdietx tgħodd mill-1 ta' Jannar tal-2018, kif isir f'ħafna miżuri oħrajn tal-Baġit, però minħabba l-iskop soċjali tagħha, rajna li ndaħħluha mill-ewwel ġurnata tal-Baġit.", "Dan ifisser li kull min kellu l-addozzjoni tiegħu finalizzata jew se tiġi finalizzata wara l-10 ta' Ottubru tal-2017, jista' japplika għal grant sa massimu ta' €10,000.", "B'addozzjoni finalizzata nifhmu li d-digriet tal-Qorti Maltija ta' addozzjoni jkun ħareġ wara l-10 ta' Ottubru tal-2017.", "Din is-somma se tmur biex tagħmel tajjeb għal parti mill-ispejjeż tal-addozzjoni li tkun ħarġet dik il-koppja.", "Irrid ngħid li proċess ta' addozzjoni mhuwiex faċli.", "Lokalment, sfortunatament, m'hemmx il-possibbiltà ta' addozzjoni u forsi 'l quddiem irridu nibdew naħsbu ftit dwar x'nistgħu nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Ta' min jgħid li bħalissa għandna madwar 450 tifel u tifla in care li jien inħossni qisni missierhom, niffirmalhom il-passaport u t-talba għal trattament mediku fost l-oħrajn.", "Naħseb li dik hija deċiżjoni kuraġġuża li rridu nħarsu lejha.", "Kif għedt, din il-miżura se tgħodd għal dawk li huma addozzjonijiet intercountry, liema addozzjoni mhijiex faċli għax għandek żewġ pajjiżi differenti, żewġ sistemi legali differenti, żewġ lingwi differenti u f'ħafna każijiet, aktar ikkumplikat minn hekk, għandek żewġ kulturi differenti!", "Dan kollu joħloq ċerta diffikultà għall-ġenituri addottivi u għall-aġenziji li joperaw f'dan il-qasam, kemm l-aġenziji privati kif ukoll l-aġenzija Appoġġ.", "Is-somma ta' €10,000 tista' tkopri vjaġġi tal-ajru, dokumentazzjoni, legalizzazzjoni ta' dokumentazzjoni u anke akkomodazzjoni.", "Ovvjament l-ispejjeż iridu jkunu marbutin mal-addozzjoni.", "Wieħed jista' japplika mal-Aġenzija Appoġġ sa minn din il-ġimgħa stess.", "L-applikazzjoni trid tkun akkumpanjata minn kopji ta' rċevuti.", "Din hija miżura soċjali li flimkien mal-miżura soċjali l-oħra taċ-child in care benefit tal-foster carers li minn €70 fil-ġimgħa telgħet għal €100 fil-ġimgħa, żgur li għandhom iħallu impatt soċjali pożittiv.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Din hija miżura li bla dubju ta' xejn ma tistax tmaqdarha!", "Nixtieq nistaqsi jekk din il-miżura tapplikax ukoll għal dawk il-koppji li ma jkunux użaw is-sistema tal-Gvern imma jkunu għamlu l-proċess ta' addozzjoni privatament.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Iva, min japplika għall-€10,000 ma jridx ikun bilfors għadda mill-proċess tal-addozzjoni mal-aġenzija Appoġġ.", "F'Malta għandna ħames aġenziji akkreditati, li erbgħa minnhom huma privati u għandna l-aġenzija Appoġġ.", "L-€10,000 tapplika għal kull koppja jew persuna li taddotta, basta tkun intercountry u l-addozzjoni trid tkun finalizzata wara l-10 ta' Ottubru tal-2017.", "M'hemm ebda distinzjoni bejn minn jaddotta tramite aġenzija privata jew mal-Appoġġ.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li lanqas hemm capping.", "Is-sena li għaddiet kienet waħda tajba għall-addozzjonijiet.", "Fil-fatt kien hemm 44 addozzjoni.", "Jekk jinqabeż il-vot fil-Baġit, se nagħmlu l-almu kollu biex insibu l-flus ħalli kull min se jiffinalizza l-addozzjoni tiegħu u jagħmel l-applikazzjoni, jitħallas.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Ian Borg.", "TQEGĦID TA' KARTI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "ONOR IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali li kellhom il-jedd jimponu penali amministrattivi, kemm kienu jammontaw dawn il-penali u abbażi ta' liema leġiżlazzjoni kienu imposti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5782;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi t-toroq li saret manutenzjoni fuqhom mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fl-2017 u fl-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5777; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima li kellhom il-jedd jimponu penali amministrattivi, kemm kienu jammontaw dawn il-penali u abbażi ta' liema leġiżlazzjoni kienu imposti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5783.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "INFORMAZZJONI MILL-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 46 u skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, ġie kkonfermat li s-seduta tal-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018, se tkun riżervata għall-Oppożizzjoni.", "L-Oppożizzjoni se tkun qed tieħu din is-seduta biex tiġi diskussa l-Mozzjoni Nru 110, ippreżentata mill-Onor.", "Jason Azzopardi sabiex ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew ippubblikati fir-rapport tal-11 ta' Jannar 2018, ikunu implimentati mill-Gvern fi żmien qasir u definit.", "Dan il-Private Members' Bill dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-ħasil ta' flus u evażjoni ta' taxxa se jitressaq mill-Onor.", "David Agius u minni bħala Whip tal-Oppożizzjoni.", "Is-seduta se tibda fid-9.00 a.m. bil-ħin tal-mistoqsijiet ikun sad-9.30 a.m. u bil-ħin tal-interruzzjonijiet tax-xogħol ikun f'12.00 p.m.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, il-Mozzjoni ta' Proċedura ma tippermettix li s-seduta ma ssirx fil-ħin regolari tagħha.", "Se mai, is-seduta ssir fil-ħin normali ta' filgħaxija.", "L-ISPEAKER: Biex inkunu ċari, il-Mozzjoni ta' Proċedura tippermetti dan u se nikkwota:", "\"Fil-każ ta' seduta filgħodu, din għandha tibda fid-9.00 a.m. bil-ħin tal-mistoqsijiet ikun sad-9.30 a.m. u l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun f'12.00 p.m.\"", "Nistgħu nħalluha hekk.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, jien mhux se niddubita x'hemm miktub fil-Mozzjoni ta' Proċedura però fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra mhux hekk iddeċidejna.", "L-ISPEAKER: Hawn, qed nitkellem dwar il-Mozzjoni ta' Proċedura.", "CHRIS FEARNE: Jekk huwa tajjeb għas-Sedja u għall-Oppożizzjoni, f'dawn il-ġranet jista' jkollna diskussjoni biex naraw li nilħqu ftehim.", "L-ISPEAKER: Jien ridt nenfasizza xi tgħid eżattament il-Mozzjoni ta' Proċedura.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fl-ebda ħin ma elenkajna liema ħin se nieħdu.", "L-unika deċiżjoni li ttieħdet kienet li se nieħdu s-seduta tal-31 ta' Mejju 2018.", "Ladarba l-Mozzjoni ta' Proċedura tippermetti lill-Oppożizzjoni u lill-Gvern li nieħdu seduta fid-9 a.m., aħna qed nimxu mal-linja li hemm fil-Mozzjoni ta' Proċedura.", "Għalhekk nikkonferma li min-naħa tal-Oppożizzjoni l-ħin li se nkunu qed nieħdu skont il-Mozzjoni ta' Proċedura huwa d-9.00 a.m.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.", "CHRIS FEARNE: Qed ninnota n-nuqqas ta' rieda min-naħa tal-Oppożizzjoni li titkellem man-naħa tal-Gvern!", "L-Oppożizzjoni l-ħin kollu tgħid li l-Gvern ma jridx jitkellem magħha u issa ma tridx titkellem magħna hi!", "Mhux se noqgħod niġġieled fuq il-Mozzjoni ta' Proċedura.", "Qed nerga' ngħid lill-Whip tal-Oppożizzjoni, li jekk irid, bħalma nagħmlu dejjem, niddiskutu bejnietna u naslu għal ftehim.", "Jekk l-Oppożizzjoni trid twebbes rasha u li għax għandha ġurnata kull tliet xhur, trid tagħmilha bilfors kif trid hi, ma jimpurtax!", "Però se nżommu dan bħala preċedent li jekk ikun hemm bżonn li niddeċiedu aħna, f'affarijiet tagħna, imbagħad isir hekk.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-9 ta' Mejju 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, dan huwa suġġett għal qalbi li ġejt mitluba li nsegwi mill-qrib.", "Dan l-aħħar kelli l-opportunità li f'isem dan il-Parlament inkun preżenti fi Brussell biex nitgħallem aktar fuq dan is-suġġett partikolari.", "Bla dubju ta' xejn, min qed isegwina jaf li f'dawn l-aħħar ġranet irċieva ħafna emails jew SMSs b'volum ta' messaġġi jgħidulna li minn għada dieħla din il-liġi l-ġdida msejħa General Data Protection Regulation (GDPR) tal-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-messaġġi bdew jistaqsuna jekk irridux nibqgħu parti mill-informazzjoni li min bagħathom għandu fuqna.", "Bħali kien hemm ħafna nies li ħadu gost b'xi wħud mill-messaġġi għax dan juri li l-kumpanija qed tfakkarna li għandha ċerta informazzjoni fuqna.", "Però rrid ngħid ukoll li kien hemm każijiet fejn jien kont verament sorpriża.", "Fil-fatt lil xi wħud ktibtilhom lura biex nistaqsihom, pereżempju, x'tip ta' data għandhom fuqi u għalfejn qed jużaw din l-informazzjoni.", "Qed ngħid dan għaliex kif għedt anke fil-Parlament Ewropew fi Brussell meta kont preżenti għal din il-konferenza, bħal qisna drajna li niġu ppreżentati b'lista ta' terms and conditions u biex ma noqogħdux naqraw dawk il-ħafna kliem irqiq, naqbdu u nagħfsu l-buttuna: I Accept.", "Xi kultant ma nkunux nafu eżattament għalxiex dħalna u kkomettejna ruħna.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi nfetaħ mill-Ministru Owen Bonnici fid-9 ta' Mejju 2018.", "Hawn irrid nuri daqsxejn ta' dispjaċir li qed niddiskutu din il-liġi proprju lejliet li se tidħol fl-Ewropa!", "Kont nieħu gost ferm aktar kieku tajnieha l-importanza li jixirqilha għax din hija liġi ta' importanza kbira!", "Forsi m'aħniex nirrealizzaw li l-Ewropa, b'dan l-Abbozz ta' Liġi, qiegħda ssir leader mondjali!", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa bla dubju ta' xejn ħafna aktar strett u dixxiplinat minn dak li jeżisti fl-Istati Uniti u fil-Kanada, li huma meqjusin bħala tnejn mill-aktar pajjiżi importanti!", "Il-GDPR hija l-aktar liġi b'saħħitha f'dan il-qasam.", "Dan qed isir biex ikun hemm konformità fl-Unjoni Ewropea fuq issues ta' ġbir, ta' ħażna, u ta' użu ta' data, li hija informazzjoni personali fuq in-nies.", "Għada dawn ir-regolamenti se jidħlu fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, u bħalma għidt, naħseb li dan il-Parlament ma messux ħalla għall-aħħar ġurnata biex jiddiskuti din il-liġi.", "Ovvjament mhuwiex il-Parlament imma huwa l-Gvern li jiddeċiedi meta jressaq il-liġijiet.", "Għalhekk nixtieq nissottolinja d-diżappunt tiegħi li qed niddiskutu din il-liġi, proprju lejliet li se tidħol din fl-Ewropa!", "Sur President, hawnhekk mhux qed nivvintaw xi ħaġa ġdida mil-lum għal għada għax dawn ir-regolamenti ilhom jinħmew sentejn.", "Il-mistoqsija tiegħi hija: Possibbli f'dawn l-aħħar sentejn ma stajniex insibu ż-żmien biex niddiskutu din il-liġi?", "L-ewwel mistoqsija li rrid nagħmel lill-Ministru, jew fl-assenza tiegħu, lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista hija: F'dawn l-aħħar sentejn, x'għamel il-Gvern biex jipprepara ruħu u lill-entitajiet konċernati rigward din il-liġi?", "Qed insemmi l-entitajiet għaliex dawn ir-regolamenti se jaffettwaw firxa wiesgħa ta' entitajiet li jaqgħu taħt il-Gvern imma anke taħt is-settur privat.", "Ftit tal-ħin ilu kellna lill-Ministru responsabbli mill-qasam soċjali jwieġeb il-mistoqsijiet, liema Ministeru huwa ta' uġigħ ta' ras kbira fir-rigward ta' din ir-regolamentazzjoni għaliex għandek volum kbir ta' data li hija sinifikanti.", "Minbarra dan il-Ministeru, hemm diversi oħrajn, bħal pereżempju, l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li nsellimlu minn hawnhekk.", "Naf li hemm nies kompetenti ħafna jaħdmu f'dan id-Dipartiment.", "Però l-mistoqsija tiegħi hija din: Kellhom bżonn jiżdiedu aktar nies f'dan il-Dipartiment?", "Kien hemm bżonn ta' aktar fondi biex minn għada nibdew inħaddmu din il-liġi?", "Naħseb li qed nagħmel mistoqsijiet pertinenti li nixtieq risposta fuqhom.", "Irrid insemmi wkoll lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li wkoll għandu volum enormi ta' data speċjalment f'Malta fejn għandna sitwazzjoni partikolari ħafna, għax għal għexieren ta' snin, kellna sptar wieħed, fejn kienet tinġabar id-data kollha.", "Fl-isptar ġenerali hemm minjiera ta' informazzjoni però hemm ukoll ċerti perikli marbutin magħha.", "Sur President, hemm ukoll l-aspett tal-pulizija.", "Meta attendejt il-laqgħa ġewwa Brussell kien hemm sezzjoni sħiħa dwar id-data fil-pussess tal-pulizija.", "Il-Ministru qed jagħmilli sinjal li ħiereġ l-Avviż Legali li huwa importanti ħafna.", "Però rridu nifhmu wkoll kemm hija sensittiva s-sitwazzjoni fejn tidħol id-data tal-pulizija.", "Ovvjament ma nistgħux nimmaġinaw li l-pulizija se jmorru jgħidu lill-individwu li qed jiġi investigat,li għandhom ċerta informazzjoni fuqu.", "Ikun tajjeb li nifhmu li aħna se ndaħħlu dan l-Abbozz ta' Liġi mil-lum għaliex wara li nispiċċaw minn din is-seduta se mmorru immedjatament fi stadju ta' Kumitat, biex inkunu nistgħu nlaħħqu mad-deadlines imposti mill-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa punt importanti ħafna.", "Għalhekk irrid nistaqsi: X'tip ta' għajnuna ta, qiegħed jagħti jew beħsiebu jagħti l-Gvern lin-negozji Maltin u lill-NGOs?", "Pereżempju llum irċevejt messaġġ mingħand qassis li jmexxi ċentru ta' formazzjoni taż-żgħażagħ, biex jgħidli li għandu din l-informazzjoni fuqna u staqsieni jekk naċċettax li jibqa' jsir kuntatt magħna.", "Hawn qed nitkellmu fuq informazzjoni żgħira.", "Kellmuni wkoll diversi nies mill-qasam tan-negozju li huma inkwetati ħafna dwar din il-liġi.", "Forsi hawnhekk it-tort huwa kollettiv, għaliex bħalma għedt, din il-liġi ma waqgħetx mis-sema imma ilna sentejn nippreparaw għaliha.", "Ejja ma ninsewx ukoll li l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data ilha mill-1996!", "Għalhekk ma' kull email li qed nirċievi, bla ma rrid inkun qed nistaqsi kif ħadd qatt ma bagħatli qabel biex jistaqsini jekk hux kollox sew li għandu din l-informazzjoni fuqi!", "Suppost hekk kien jiġri imma bħal donnu li f'daqqa waħda, irrealizzajna li the EU means business u allura rridu nagħmlu xi ħaġa.", "Dan il-punt issemma wkoll fil-Parlament Ewropew fejn intqal li nħoloq business kbir minħabba din ir-regolamentazzjoni.", "Ir-rappreżentanta Svediża preżenti fil-Parlament Ewropew qaltilna li hemm kumpaniji fl-Isvezja li nefqu miljuni biex ikunu jistgħu jaġġornaw ruħhom ma' din il-liġi.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel l-ewwel punt li ġibidli l-attenzjoni dwaru negozjant żgħir Malti meta staqsieni hekk: \"Tiftakar x'kien ġara bil-millennium bug, meta kien hemm dik l-għagħa kollha?", "Ma nagħmlux mod li din ġejja l-istess ħaġa hux?\"", "Qed ngħid dan biex nuri kemm huwa importanti li nserħħu ras in-negozjanti tagħna.", "Fil-fatt għamilt dan il-punt anke fil-Parlament Ewropew, fejn ġbidt l-attenzjoni li l-maġġor parti tan-negozji Maltin mhumiex Google jew Facebook imma huma negozji żgħar.", "Filwaqt li naf li l-GDPR qed tagħmel bracket biex tipproteġi lil dawn it-tip ta' negozji żgħar, naħseb li dan il-messaġġ mhux qed jasal għandhom u huwa għalhekk li qam dan il-paniku għax qegħdin nirċievu dawn il-ħafna messaġġi wieħed wara l-ieħor.", "Qisu, bħal f'daqqa waħda, kulħadd stenbaħ, inkluż in-negozji, l-NGOs u anke l-professjonisti!", "Pereżempju jien irċevejt mingħand kumpanija ta' avukati li sinċerament qatt ma kelli kuntatt magħhom u meta staqsejthom x'data għandhom dwari u x'qegħdin jagħmlu biha qaluli mill-ewwel li d-data kienet pubblika.", "Probabbilmet fil-passat konna laxki wisq fuq din it-tip ta' informazzjoni.", "Ejja ngħiduha kif inhi, aħna mdorrijin nieħdu sehem fil-lotterija tal-kappillan fejn nagħtuh in-numru tal-karta tal-identità tagħna.", "F'pajjiżi oħrajn din il-ħaġa lanqas biss tgħidha!", "Imma aħna hekk imdorrijin; qisu biex il-biljett tal-lotterija tal-kappillan ikun validu, nagħtuh in-numru tal-karta tal-identità.", "Hawn wieħed jinnota kemm huwa importanti li ngħallmu lill-poplu dwar l-użu xieraq tad-data tagħna.", "Ta' min jgħid li f'dawn l-aħħar sentejn ma rajt l-ebda forma ta' edukazzjoni dwar kif in-nies jistgħu jipproteġu lilhom infushom.", "Kważi kważi, meta tgħid le għal xi ħaġa, ma narawx l-importanza ta' dak li nkunu qed nagħmlu!", "Bħalma għedt, ħafna drabi, drajna ma naqrawx dak li jkun miktub bi small print!", "Sur President, x'inhuma l-punti prinċipali ta' tħassib rigward din il-liġi?", "Għal min ma jafx - nispera li ma se nixxokkja lil ħadd – dan l-Abbozz ta' Liġi jagħti poter lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data li jagħti multi amministrattivi ta' €20 miljun jew ta' 4% tat-turnover skont liema jkun l-ogħla.", "Ovvjament m'iniex nimmaġina li din il-klawsola se tiġi imposta fuq xi kumpanija li ġenwinament tkun għamlet xi żball fil-mod ta' kif ġabret jew ħażnet id-data.", "M'għandix dubju li kif ġie anke kkonfermat fil-Parlament Ewropew, din is-sezzjoni hija intiża għall-Google, Facebook u kumpaniji multinazzjonali però qiegħda hemm u mkien m'hemm indikat li xi ħadd żgħir mhux se jiffaċċja din il-klawsola fil-liġi.", "Dan huwa l-inkwiet prinċipali ta' wħud min-negozjanti tagħna.", "Għalhekk nixtieq inkun naf x'qed jagħmel il-Gvern dwar dan l-aspett, biex inserrħu ras in-nies.", "Ma nimmaġinax li mil-lum għal għada, se jibdew il-multi, imma nibdew bit-twissijiet biex in-nies jirregolarizzaw ruħhom.", "Hekk qed nassumi li se jiġri!", "Anomalija f'din il-liġi hija li l-klawsola tal-€20 miljun mhijiex iċċarata però mbagħad il-Gvern ħa l-iżbriga li jiċċara l-punt li fil-każ ta' ksur min-naħa tal-Gvern stess, hemm capping ta' bejn €25,000 u €50,000, fejn il-multa hija ta' bejn €25 u €50 kuljum skont iċ-ċirkostanzi.", "Għalhekk hawnhekk irrid nistaqsi: Għalfejn il-Gvern qed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu b'dan il-mod imma mhux qed jieħu ħsieb in-negozji ż-żgħar tagħna?", "Naħseb li dan il-punt irid jiġi ċċarat.", "Klawsola 21 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi tindika b'mod ċar li l-multi se jkunu hemmhekk u m'hemm l-ebda indikazzjoni ċara li dawn ma jinkludux dawk li bl-Ingliż jissejħu infamous €20 million li kulħadd qiegħed jinkwieta dwarhom!", "Il-GDPR tippermetti dan il-provvediment li kull Stat jaġġusta l-affarijiet skont pajjiżu u skont il-bżonnijiet u l-esiġenzi tiegħu.", "Għalhekk nixtieq li l-Gvern jiċċaralna aktar x'qed jagħmel f'dan ir-rigward.", "Jekk il-Gvern jinqabad jabbuża mill-użu tad-data għalfejn għandu jħallas ferm inqas milli se tkun qiegħda tħallas kumpanija privata?", "Biex inkunu ċari, bħalma għedt, l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista' faċilment jipproċedi anke kontra awtoritajiet tal-Gvern.", "Bħalma għedt ukoll, m'għandix dubju mill-kompetenza tan-nies li jaħdmu fl-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.", "L-unika ħaġa hi li m'hemmx biżżejjed manpower u riżorsi finanzjarji.", "Fil-fatt, fuq dan il-punt, waqt is-sessjoni li attendejt għaliha fil-Parlament Ewropew, fost il-membri tal-Kumitat LIBE kien hemm il-membru Parlamentari Ana Gomes li staqsiet jekk kull Kummissarju ta' kull Stat huwiex attrezzat biżżejjed biex jieħu passi kontra l-awtorità ta' pajjiżu stess.", "Naħseb li din hija sitwazzjoni delikata li wieħed jittama li ma naslux għaliha imma nixtieq norbotha ma' xi ħaġa li ġrat dan l-aħħar għax nixtieq li l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Pereżempju dan l-aħħar kien hemm sejħa biex min irid jattendi għall-kunċert Isle of MTV, irid jirreġistra online u ntalbet ċerta informazzjoni.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi, bil-permess tal-Kamra, se nqiegħed artiklu tal-ġurnal The Times tas-27 Marzu, 2018 fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn intalbet l-opinjoni tal-espert legali f'dan il-qasam, Dr Antonio Ghio, li tefa' dell fuq dak illi qiegħed jiġri f'dan ir-rigwrd.", "Għalfejn għandek tiġbor din id-data fuq min irid jattendi għal dan il-kunċert?", "Ir-raġuni li ngħatat hija kwestjoni ta' sigurezza.", "Biss wieħed awtomatikament jgħid li din mhijiex l-ewwel darba li qed issir attività tal-massa fuq il-Fosos.", "Biss biss, għadu kemm kellna l-elezzjoni ġenerali, u minn żmien għal żmien il-Fosos raw volum enormi ta' nies.", "Ma nimmaġinax li kull min irid jattendi mass meeting se jintalab biex jirreġistra ruħu.", "Għalhekk iqum dan is-sens ta' dubju!", "Meta stajt tidħol fis-sistema waqt il-perjodu li fih wieħed seta' jirreġistra, kien hemm żewġ settijiet ta' terms and conditions li lanqas biss jaqblu bejniethom.", "Però ħaġa li laqtitni kienet li wieħed ikun qed jagħti l-kunsens li din l-informazzjoni ma tintużax biss għal din l-okkażjoni.", "Għalhekk, minn hawnhekk, nitlob lill-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data biex jiċċekkja eżattament x'qed isir mill-informazzjoni li nġabret għall-kunċert tal-Isle of MTV, għand min qiegħda, hijiex qed tiġi kummerċjalizzata u hijiex se tintuża politikament, fost l-oħrajn.", "Dawn huma kollha mistoqsijiet leġittimi għaliex il-liġi li għandna quddiemna llum qed tagħti l-poter liċ-ċittadin li jistaqsi dawn il-mistoqsijiet u jgħid le fejn iħoss li d-data miġbura fuqu m'għandhiex tintuża.", "Aktar kmieni semmejt id-data li għandhom id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u d-Dipartiment tas-Saħħa.", "Pereżempju, xi jżomm lill-Gvern milli jinnegozja din id-data?", "Kif nafu, f'dan il-pajjiż, kollox huwa għall-bejgħ u kollox għandu prezz!", "Il-GDPR hija ċara ħafna fir-rigward tad-data miġbura relatata mas-saħħa u pereżempju tgħid li trid tintuża għar-riċerka.", "Biss lill-Onor.", "Mallia ngħidlu li din id-data tista' tkun negozjata bil-kbir.", "Bħalma nafu, f'dawn l-aħħar xhur, kien hemm min avviċina entitajiet Maltin biex jagħmel użu minn ċerta data.", "Il-fatt li f'pajjiżna għandna sptar pubbliku wieħed bid-data marbuta mal-kondizzjonijiet kollha immaġinabbli taċ-ċittadini, huwa ġojjell għal kull min irid jagħmel ir-riċerka.", "Ovvjament dan il-volum ta' data jitlob responsabbiltà enormi.", "Għalhekk lill-Onor.", "Mallia ngħidlu li ma naħsibx li dan li qed ngħid huwa far fetched!", "Ma jistax ma jiġinix dan is-suspett ikrah!", "Ladarba għandna magħna lill-Ministru Owen Bonnici, se nerġa' nirreferi għall-SMEs.", "Nixtieq nifhem eżattament b'liema mod qed jimxu l-affarijiet f'dan ir-rigward u kif qegħdin ngħinu lill-SMEs fejn tidħol din il-liġi.", "Kif nafu, f'pajjiżna għandna kumpaniji li huma family businesses, b'ħamsa min-nies tal-istess familja, li wisq probabbli, lanqas biss qegħdin jitkellmu dwar dan l-aspett.", "Aktar kmieni semmejt lill-Pulizija u l-Ministru Farrugia indikali li se joħroġ avviż legali f'dan ir-rigward.", "Minn hawnhekk nixtieq nissuġġerixxi lin-naħa tal-Gvern biex isegwu x'qal ir-rappreżentant tal-Pulizija tad-Danimarka fil-Parlament Ewropew, li spjega b'mod ċar, mingħajr ma indika d-dettalji kollha, kif il-Pulizija Daniża ħadet dan l-aspett bis-serjetà.", "Dan spjega li ħatru nies esperti f'dan il-qasam u fuq id-data fi ħdan il-Pulizija.", "Naħseb li bħala pajjiż aħna obbligati li nserrħu ras il-poplu f'dan ir-rigward.", "Sur President, xi ħaġa li hija nieqsa minn din il-liġi hija l-età.", "Għalhekk napprezza jekk il-Ministru Owen Bonnici jew is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jiċċaraw dan il-punt.", "Pajjiżi oħrajn iddibattew fit-tul dwar l-età u kien hemm min rabatha mal-fatt illi biex ikollok Facebook, irid ikollok 13-il sena.", "Hemm pajjiżi oħrajn li ħadu l-età ta' 16-il sena.", "Sur President, nispera li l-pass li jmiss ikun kampanja edukattiva biex il-poplu jifhem aħjar xi tfisser meta tgħaddi d-data personali tiegħek lil xi entità privata jew pubblika.", "Ikun tajjeb li nifhmu eżattament għal xiex inkunu deħlin meta nagħfsu l-buttuna I Agree.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018): Sur President, jien se nibda billi nirringrazzja lil kull min ta kontribut għal din il-liġi.", "Permezz ta' din il-liġi qed issir riforma sostanzjali rigward il-protezzjoni u l-privatezza tad-data.", "Dan huwa dritt fundamentali li jifforma parti mill-Kostituzzjoni tagħna.", "Fl-2003 kien ġie diskuss u daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data li kien jittrasponi d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 95/46, liema Att jimxi id f'id mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.", "Għaldaqstant huwa att rivedut li se jkun qed jipprovdi għal regoli nazzjonali hekk kif indikat fir-Regolament.", "Minkejja li r-Regolament Ġenerali huwa direttament applikabbli, l-Abbozz ta' Liġi li ġie diskuss u li se jidħol fis-seħħ minn għada, huwa neċessarju biex ikunu stabbiliti regoli nazzjonali li se jwasslu għat-twettiq u l-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament.", "Kapitlu 6 tar-Regolament jipprovdi għat-twaqqif ta' awtoritajiet superviżorji li jkollhom status indipendenti.", "Fil-fatt dan l-Abbozz ta' Liġi qed iwaqqaf l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u qed jintroduċi għall-ewwel darba l-konċett ta' Deputat Kummissarju.", "Barra minn hekk, dan l-Abbozz ta' Liġi qed jistabbilixxi t-twaqqif tat-Tribunal għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data billi jipprovdi għall-metodoloġija aktar ċara ta' kif jopera bħala rimedju ġudizzjarju f'każijiet deċiżi mill-Kummissarju.", "Regoli nazzjonali oħrajn li l-istess Regolament jesiġi għal kull Membru Stat jinkludu, fost affarijiet oħrajn, provvediment dwar il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni li jidher taħt klawsola 9 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u provvediment dwar multi amministrattivi li se jkunu applikabbli għal awtoritajiet u korpi pubbliċi, hekk kif inhu mfassal fi klawsola 21 tal-istess Abbozz ta' Liġi.", "Ir-Regolament jipprovdi wkoll għal regoli nazzjonali oħrajn li, fost l-oħrajn, jinkludu l-età tal-kunsens tat-tfal bejn it-13 u s-16-il sena fl-użu ta' servizzi informattivi u soċjali online, restrizzjonijiet tad-drittijiet għal suġġett ta' data f'oqsma speċifiċi u regolamenti dwar proċessar ta' data dwar saħħa fil-qasam tal-insurance.", "Dawn tal-aħħar se jkunu introdotti bħala leġiżlazzjoni sussidjarja, hekk kif dan l-Abbozz ta' Liġi jagħti s-setgħa taħt klawsola 33 biex wara konsultazzjoni mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, ikunu jistgħu joħorġu regolamenti partikolari oħrajn li xorta waħda, jkomplu jirrispettaw il-provvedimenti ġenerali tar-Regolament.", "F'dan il-kontest tissemma wkoll l-hekk imsejħa Direttiva tal-Pulizija li se tkun trasposta bħala leġiżlazzjoni sussidjarja taħt l-Abbozz ta' Liġi hekk kif isir att.", "Fil-fatt kien hemm ħidma kontinwa bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Intern għal dan il-għan.", "Din hija liġi importanti li se twassal biex data personali tiġi protetta filwaqt li s-sigurtà pubblika tibqa' tkun imħarsa.", "Bl-istess mod, il-Pulizija se jkunu qegħdin jaħdmu fil-kontest tal-Att dwar l-Użu ta' Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri biex tkompli titħares is-sigurtà nazzjonali anke f'dan il-qasam.", "Sur President, dan kollu juri biċ-ċar li kien hemm ħidma sħiħa min-naħa tal-Gvern biex iħejji għar-Regolament Ġenerali u jkun konformi miegħu.", "Ikun tajjeb li ngħidu li l-proċess ta' riforma tal-liġijiet varji fil-qasam tal-protezzjoni tad-data ilu li beda minn Jannar tas-sena 2012 u ġie konkluż f'April tas-sena 2016.", "Hekk kif it-test tar-Regolament kien ippubblikat fil-ġurnal Ewropew, il-Gvern ħatar kumitat immexxi mill-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali biex jistudja t-test u jwassal pariri għall-implimentazzjoni xierqa tiegħu.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi, flimkien ma' leġiżlazzjoni sussidjarja li qegħdin nippreżentaw, se jkunu qed jirriflettu l-ħidma u l-policies tal-Gvern li saru wara konsultazzjonijiet mal-partijiet ewlenin f'oqsma differenti.", "Ikun tajjeb li nsemmi wkoll li dan l-Abbozz ta' Liġi qed jitwassal wara li saret konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea li tat il-kummenti tagħha għat-test ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u li llum huma riflessi fih.", "L-Abbozz ta' Liġi finali ma jippreżentax konflitt mat-test tar-Regolament jew repetizzjoni anzi jimmanifesta kjarezza legali.", "Il-Gvern jassigura li jħaddem l-obbligi li joħorġu minn dan ir-regolament, fosthom l-obbligu li jsaħħaħ l-istrutturi tiegħu permezz ta' rwol tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, liema rwol huwa rifless fil-ministeri, dipartimenti u entitajiet kollha skont kif inhu mitlub fir-Regolament.", "Dan huwa rwol stabbilit biex jiżgura li l-proċessi kollha li jirrigwardaw dettalji tal-individwi jkunu konformi mar-Regolament u li jinkoraġġixxi t-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni tal-individwi li jmissu u jieħdu servizz mill-ministeri, dipartimenti u entitajiet.", "Nista' nikkonferma wkoll li l-istrutturi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li huma mwaqqfin sabiex titħares il-konformità ma' dan ir-Regolament u l-liġijiet marbutin miegħu, se jibqgħu disponibbli biex joffru l-għajnuna kollha meħtieġa u jagħtu appoġġ u gwida kif meħtieġ lill-ministeri, dipartimenti u entitajiet.", "Tul l-aħħar sentejn kien hemm xogħol sfieq għaddej f'dak li għandu x'jaqsam ma' taħriġ u kuxjenza dwar is-suġġett u t-tibdil li qed iġib miegħu r-Regolament, liema xogħol, bla dubju, se jibqa' għaddej anke waqt li r-regolament ikun direttament applikabbli.", "Sar ukoll ħafna xogħol ta' tixrid ta' għarfien min-naħa tal-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data kemm mas-settur privat kif ukoll mal-pubbliku inġenerali.", "Minkejja li dan l-uffiċċju huwa l-awtorità superviżorja f'dan il-qasam, ir-Regolament jagħtih ukoll rwoli li permezz tagħhom, se jkun jista' jkompi jaġixxi bħala punt ta' referenza fejn jidħol l-ipproċessar ta' data personali.", "Ir-Regolament Ġenerali qed iġib miegħu tnaqqis ta' burokrazija billi kontrolluri tad-data mhux se jkunu aktar obbligati jinnotifikaw lill-awtoritajiet superviżorji bil-proċessi tagħhom.", "Dan se jwassal biex dan l-obbligu ta' kontabilità u għarfien ta' proċessi jaqa' f'idejn il-kontrollur iżda żgur li mhux se jwaqqaf milli jkun hemm l-opportunità li l-istess kontrolluri jikkonsultaw u jiksbu għajnuna mingħand l-awtorità superviżorja.", "Sur President, bil-qafas legali finalizzat ninsabu lesti biex nilqgħu l-isfidi l-ġodda fil-kontest tal-protezzjoni u l-privatezza tad-data, fl-isfond tar-Regolament Ġenerali li tista' tgħid li huwa evoluzzjoni naturali.", "Meta tqis il-kontest ta' dinja globalizzata, pajjiżna għaddej b'ritmu ekonomiku b'saħħtu li jfisser ukoll żieda fl-ipproċessar ta' data personali.", "B'hekk il-Gvern qed jiżgura li f'dan is-suċċess, it-tibdil li se jsir f'dan il-qasam isir b'mod sostenibbli u jibqa' jara li jkun hemm bilanċ bejn il-bżonn ta' dawn il-proċessi tad-data personali u l-privatezza tal-individwi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap. 440\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq il-mozzjoni ħalli dan l-Abbozz ta' Liġi, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, jiġi ttrattat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA GĦALL-INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-23 ta' Mejju 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, jien se nkun qed nitkellem dwar l-Abbozz ta' Liġi li qed iressaq il-Ministru Ian Borg għat-twaqqif ta' awtorità ġdida, bl-isem ta' Aġenzija għall-Infrastruttura Malta.", "Jien segwejt kif żviluppa d-dibattitu s'issa u, mingħajr ma noqgħod inlaqlaq u ndur mal-lewża, nista' ngħid li naħseb li ħareġ ċar il-faqar ta' konsultazzjoni li kien hemm mal-kunsilli lokali.", "L-ewwel nett irrid ngħid li l-ħsieb tat-twaqqif ta' din l-aġenzija huwa wieħed tajjeb għax jidher li din l-aġenzija se tkun qed tħares lejn qafas aktar b'saħħtu minn dak li għandna llum.", "L-għan huwa li forsi xi darba, f'dan il-pajjiż, jibda jkollna servizz aktar immedjat fuq manutenzjoni ta' toroq, speċjalment fejn jidħlu l-kunsilli lokali.", "Ħafna mill-Membri f'din il-Kamra, bħali, kellhom l-opportunità sabiħa li jservu f'kunsilli lokali.", "Jien servejt għal perjodu qasir ta' sena però l-Ministru Ian Borg li koinċidentalment qed iressaq dan l-Abbozz ta' Liġi, għandu esperjenza ħafna aktar minni fil-kunsilli lokali.", "Għalhekk, bi kritika kostruttiva, ngħidlu li jien stennejt aktar konsultazzjoni dwar dan l-Abbozz ta' Liġi mal-kunsilli lokali.", "Dan għaliex jekk hemm xi ħaġa li turta lill-kunsilli lokali tagħna hija proprju meta l-gvern tal-ġurnata, ikun min ikun, jeħodhom for granted, billi jimplimenta u jadotta liġijiet li jaffettwaw lilhom mingħajr ma jkun ikkonsultahom dwar l-impatti eventwali li jkunu se jolqtuhom.", "Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għal dan is-suġġett, l-Onor.", "Toni Bezzina, sostna li kien hemm laqgħa waħda biss li saret bejn il-Ministru u l-kunsilli lokali partikolari.", "F'din il-laqgħa, bħallikieku biex indendlu karrotta lill-kunsilli lokali, kif jaf jagħmel dan il-Gvern, il-kunsilli ntalbu li jagħtu lista tat-toroq li hemm bżonn isiru.", "S'hemmhekk kollox tajjeb u naqbel mal-Ministru mija fil-mija!", "Però naħseb li l-Gvern naqas milli jfiehem lill-kunsilli lokali x'impatt negattiv se jkun hemm wara li ngħatat din il-lista.", "Qed ngħid dan għax jien nista' nagħti lista ta' toroq li naħseb li hemm bżonn isiru fis-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal-Luqa fost l-oħrajn, però nieħu gost ħafna aktar meta nara li din il-lista qed tiġi implimentata.", "Jien persważ li l-Ministru jaf x'qed ngħid għax serva fil-kunsilli lokali għal ħafna aktar snin minni.", "Nista' nifhem il-frustrazzjoni li għandhom il-kunsilli lokali llum li b'sorsi limitati ta' finanzi jridu jħabbtu wiċċhom ma' residenti li jitolbu, pereżempju, patching jew toroq ġodda.", "Illum stess ċemplitli persuna li qaltli li hemm bżonn isir patching fi triq partikolari.", "Aktar tard lill-Ministru ngħidlu liema hi.", "Wieħed jifhem il-frustrazzjoni tar-residenti għax il-kunsilli lokali m'għandhomx ir-riżorsi finanzjarji biex jaqdu din il-funzjoni u għalhekk, nasal biex nifhem l-importanza tat-twaqqif ta' din l-aġenzija.", "Però issa mhijiex kwestjoni li s-sindki taw il-wishlist tat-toroq li jridu jsiru imma rridu nistaqsu: Meta se tiġi implimentata din il-wishlist?", "Meta se jsiru dawn it-toroq?", "Min se jieħu din id-deċiżjoni; il-Ministru?", "Se nħarsu lejn kunsilli lokali Nazzjonalisti b'inferjorità komparat ma' kunsilli lokali Laburisti?", "Qed nagħmel dan il-punt għaliex qisu m'hemmx qafas dwar liema toroq għandhom isiru.", "X'se jiġri jekk il-Ministru jew il-persuna li se tintgħażel biex tmexxi din l-aġenzija jidhrilha li ma tagħtix kas ta' din il-lista?", "Sfortunatament nafu kif nimxu f'dan il-pajjiż għax kultant mhux isir dak li verament ikun hemm bżonn li jsir imma l-aktar importanti huwa lil min taf.", "Allura permezz ta' din il-liġi se npoġġu lill-kunsilli lokali f'din il-pożizzjoni, fejn kollox jiddependi fuq lil min taf, kemm inti ħabib tal-Ministru jew jekk intix kunsill lokali Laburista?", "Qed ngħid dan b'sinċerità lejn il-kunsilli lokali tagħna għax inħossni kburi ngħid li din is-sena qegħdin niċċelebraw il-25 sena mit-twaqqif tagħhom.", "Illum il-Membri tan-naħa tal-Gvern jitkellmu ħafna favur il-kunsill lokali però ejja ma ninsewx kemm kellhom dubji fuq il-kunsilli lokali.", "Ilkoll niftakru li l-Partit Laburista l-ewwel ħareġ b'kandidati indipendenti u mbagħad, bil-mod il-mod, beda jagħmel u-turn għax induna li l-kunsilli lokali huma tajbin.", "Meta l-Partit Laburista ra li dan l-esperiment irnexxa, talab lill-kunsilliera tiegħu li kienu ħarġu indipendenti, biex joħorġu in full force taħt l-arma tal-Partit Laburista.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet mhux għax irrid inkun partiġjan però llum qegħdin niċċelebraw 25 sena ta' esperiment imniedi mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern, liema esperiment wassal biex naqqas il-poter mingħand il-Ministru u firex il-poter għand il-kunsilliera li ħarġu fuq l-arma tal-partiti differenti.", "Illum il-ġurnata nafu li jagħmel sens li l-kunsilli lokali jkunu qrib ir-residenti tagħhom u forsi nħallu lill-Ministru tal-ġurnata medhi b'responsabbiltajiet ta' importanza nazzjonali.", "Illum nistgħu nħarsu lura u nagħrfu s-suċċess tal-kunsilli lokali.", "Ikun tajjeb li ngħid li kien hemm kemm kunsilli lokali Nazzjonalisti kif ukoll kunsilli lokali mmexxija mill-Partit Laburista li eċċellaw.", "Qed ngħid dan biex nuri li ma rridx inkun partiġjan għaliex l-abjad trid tgħidlu abjad u l-iswed trid tgħidlu iswed.", "L-Onor.", "Toni Bezzina tkellem ħafna dwar il-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali.", "Jien lill-Ministru ngħidlu li jekk verament jisma' nitolbu jikkonsidra bis-serjetà li jagħmel l-emendi f'din il-liġi biex mhux biss ikun mar għal-laqgħa waħda mal-kunsilli lokali biex jagħtuh din il-lista.", "Jekk dawn it-toroq ma jsirux nispera li mhux qed nippretendu li l-kunsilli lokali jridu joqogħdu għarkobbtejhom quddiem dan il-bord li se jkun maħtur mill-istess Ministru.", "Nittama li n-nies fuq il-bord ikollhom kapaċità u kompetenza dwar it-trasport, it-toroq u l-kunsilli lokali u mhux ikunu nies b'simpatija lejn il-Gvern tal-ġurnata.", "Lill-Ministru ngħidlu li nispera li meta naħtru lin-nies fuq il-bord ma jkunx sempliċement eżerċizzju biex nikkuntentaw xi erba' min-nies.", "Sur President, jien qed nirrikonoxxi l-importanza ta' din l-Aġenzija però m'iniex konvint li se nimxu b'imparzjalità meta se nagħmlu l-analisi ta' liema toroq li ġew elenkati mill-kunsilli lokali għandhom jingħataw prijorità.", "Nispera li mhux se jiġi xi ħadd minn dan il-bord li se jinħatar u jiddeċiedi hu liema triq għandha ssir jew le, biex imbagħad nindunaw li triq kienet aktar gravi minn oħra jew li r-residenti ta' triq ilhom jistennew li ssir ħafna aktar minn tal-oħra.", "Nispera li mhux se nħarsu lejn il-kulur tal-kunsill lokali.", "Qed nagħmel dan il-punt ċar biex inwassal il-messaġġ illi wara li kellna eżerċizzju ta' 25 sena li rnexxa, tajjeb li nkomplu naħdmu f'din id-direzzjoni.", "Il-kunsilli lokali rnexxew għax neħħejna ftit mill-poteri tal-politiċi f'din il-Kamra, inkluż il-poter tal-Ministru, tas-Segretarju Parlamentari u tan-nies f'Kastilja u minflok, għaddejna din ir-responsabbiltà lill-kunsilli lokali.", "Bħala Partit Nazzjonalista fil-gvern ma bżajniex naqsmu r-responsabbiltà għax aħna m'aħniex iffissati li nżommu l-poter kollu f'idejna.", "Sur President, jien wisq nibża' li minkejja li l-għan ta' din l-Aġenzija huwa tajjeb, qegħdin nerġgħu mmorru lura għal sitwazzjoni fejn inrendu l-kunsilli lokali bħala subservient għall-Ministru tal-ġurnata.", "Qed ngħid hekk għaliex kif spjega l-Onor.", "Toni Bezzina, f'din il-liġi m'hawnx salvagwardji biex dak li qegħdin jitolbu l-kunsilli lokali, fil-verità, jiġi implimentat.", "Fil-prinċipju qed naqblu mal-iskop ta' Aġenzija, jekk kemm-il darba se nnaqqsu d-diffikultà li għandhom il-kunsilli lokali tagħna bħalissa għaliex huwa veru li m'għandhomx flus biżżejjed biex jagħmlu toroq ġodda u manutenzjoni ta' toroq eżistenti.", "Nifhem li r-residenti jmorru għand il-kunsilli lokali jistaqsuhom jekk humiex minsija.", "Nifhem ukoll lill-kunsilliera għax jien ħames snin ilu kont fl-istess sitwazzjoni meta kont viċi sindku ta' lokalità partikolari.", "Niftakar sew meta s-sindku kien jgħidli: Ryan, m'għandniex fondi biżżejjed biex nagħmlu dak kollu li nixtiequ!", "Nifhem li dik is-sitwazzjoni għadha preżenti sal-lum, fejn għandna kunsilli lokali li m'għandhomx biżżejjed fondi.", "Għalhekk, f'dan l-aspett, l-għan ta' aġenzija huwa tajjeb.", "Però, nappella lill-Ministru biex jagħmel it-tibdil li hemm bżonn, ħalli jkollna s-serħan tal-moħħ li l-kunsilli lokali, speċjalment dawk li mhumiex immexxija minn kunsilliera Laburisti, jiġu ttrattati b'mod ugwali.", "Nittama li l-Aġenzija għall-Infrastruttura Malta se tkun qed timxi b'imparzjalità u mingħajr ma tħares lejn kuluri!", "Nittama li l-kunsilli lokali se jkollhom rimedju meta t-talba tagħhom ma tintlaqax minn dan il-bord li se jkun qed jaħtar il-Ministru.", "Sa ċertu punt irrid ngħid li qegħdin innaqqsu l-poteri tal-kunsilli lokali kemm-il darba ma tintlaqax it-talba li qegħdin jagħmlu permezz ta' din il-lista ta' toroq.", "Jekk it-talba tintlaħaq nifhimha, però jekk ma tintlaħaqx, se nibqgħu status quo!", "Inutli jkollok kunsill li jressaq l-ilmenti tiegħu jekk it-talba ma tintlaħaqx!", "Kważi ngħidlek li s-sitwazzjoni se tkun agħar għaliex qabel seta' kellek kunsill lokali li jgħid li tali triq tant hija gravi li jieħu deċiżjoni b'unanimità u jiddeċiedi li jinvesti parti sostanzjali mill-fondi tiegħu għaliha.", "Il-kunsill kellu dak il-poter, imma issa, jekk il-kunsill jagħti din il-lista ta' toroq u l-bord, fil-poteri tiegħu, jidhirlu li m'għandhomx isiru, allura ġejna f'sitwazzjoni agħar!", "Huwa proprju minn dan l-aspett li qegħdin innaqqsu l-poteri tal-kunsilli lokali.", "Hawn nistaqsi: Jista' jkun li din hija sfiduċja fil-kunsilli lokali minn dan il-Gvern?", "Iż-żmien għad jagħtina parir!", "Jekk naraw li jkun hemm kunsilli lokali li jkunu qegħdin jitolbu ġenwinament lil din l-Aġenzija biex tinvesti f'dawn it-toroq u l-appell ma jintlaħaqx allura nkunu morna għall-agħar!", "F'dak ix-xenarju, il-kunsilli lokali ma jkollhomx għażla oħra ħlief li jippontaw subgħajhom lejn il-bord li se jkun qed jaħtar dan il-Gvern.", "Ladaraba qed nitkellmu dwar il-kunsilli lokali rrid nagħmel referenza għall-White Paper dwar il-kunsilli lokali, li fil-fehma tiegħi, hija bħal karta trasparenti li tara minnha!", "Bħala Oppożizzjoni, l-Onor Robert Cutajar, ressaq 80 proposta!", "Ħafna drabi l-Gvern jgħid li l-Oppożizzjoni hija negattiva u bla proposti.", "Però, kif qed ngħid, l-Oppożizzjoni ressqet 80 proposta li għadhom ma ġewx ikkonsidrati f'din il-White Paper, jew aħjar, transparent paper.", "Irrid nagħmel punt ieħor.", "Ilkoll nafu li l-kunsilli lokali tagħna huma esperti fil-lokalità tagħhom għax jirrappreżentaw liċ-ċittadini ta' dik il-lokalità.", "Jien ma nifhimx daqs il-Ministru fuq Ħad-Dingli, l-Imġarr u r-Rabat, għax hu jgħaddi minn dawk l-inħawi.", "Però, bl-istess mod, il-Ministru ma jifhimx daqsi fuq il-bżonn tat-toroq fis-Siġġiewi, Ħal Qormi u Ħal-Luqa fejn jien inkun ta' spiss indur id-djar.", "Qed nagħmel dan il-punt għaliex issa ma nistgħux nippretendu li f'daqqa waħda, dan il-bord se jsir l-espert tat-toroq kollha fil-lokalitajiet tagħna.", "Huma l-kunsilli lokali li jafu liema toroq huma l-aktar gravi għal-lokalitajiet tagħhom għaliex ir-residenti jmorru għand il-kunsill bl-ilmenti tagħhom.", "Għalhekk qed nagħmel dan l-appell bl-aktar determinazzjoni.", "Ejja ma nwarrbux il-kunsilli lokali għaliex huma l-aktar nies li jafu liema toroq hemm bżonn isiru.", "Nittama li nara tibdil f'dan is-sens f'din il-liġi.", "Punt ieħor huwa li nixtieq nara li din l-Aġenzija tagħmel pass 'il quddiem fil-kwalità tat-toroq tagħna.", "Jista' jkun f'dan il-pajjiż nagħmlu triq residenzjali mbagħad jiġu tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jgħidulek li hemm pipe difettuż bil-konsegwenza li f'kull trid ikollok kanal!", "Naf triq partikolari li saret ġdida imma reġgħet inqalgħet jew biex jgħaddu s-servizzi jew għax xi ħadd ikun qed jibni.", "Minn triq lixxa terġa' tispiċċa fi triq imħarbta!", "X'inhi s-soluzzjoni?", "Kif diġà appellajt lill-Ministru fil-bidu ta' din il-leġiżlatura, nittama li s-servizzi jibdew jiġu separati u mhux ngħaddu kollox minn nofs it-triq, nagħtu t-tarmak, kulħadd iċapċap, sakemm jiġi xi appostlu, li ma tagħtihx tort għax bilfors ikollu bżonn jgħaddi s-servizzi!", "Ejja nitgħallmu mill-iżbalji li għamilna matul dawn is-snin!", "Ejja nipprevjenu li nerġgħu naqilgħu t-triq!", "Nifhem li jsiru ċerti żbalji u nifhem ukoll li l-bżonnijiet jinbidlu minn żmien għal żmien, però m'hemmx għalfejn ngħaddu s-servizzi min-nofs it-triq meta nistgħu ngħadduhom mill-ġenb!", "M'għandix dubju li l-Ministru, li għandu ħafna periti esperti fit-toroq, jaf li mal-mument li tiftaħ parti minn triq tkun qed tnaqqas il-garanzija li t-triq isservik għal ħafna aktar żmien.", "Għalhekk nappella li din l-Aġenzija mhux biss tieħu ħsieb li jsir il-patching imma tara wkoll li jkollna titjib fil-kwalità.", "Pereżempju, dan l-aħħar saret it-triq li mill-Imgieret twasslek għal Triq Aldo Moro imma naħseb li kulma sar kien li ngħatat lagħqa tarmak, kemm barxu ftit it-triq, għax meta tgħaddi minnha, tinduna li għalkemm hija triq ġdida, mhijiex lixxa.", "Ejja niftakru li dan il-Gvern kien wiegħed li se jagħmel it-toroq kollha f'seba' snin!", "Nispera li mhux se jkollna sitwazzjoni fejn l-aqwa li nagħmlu t-toroq u mbagħad, niġu għaxar snin mil-lum, u t-toroq ikunu jridu jerġgħu jsiru.", "Il-kritika tiegħi b'mod kostruttiv hija li hemm bżonn li nħarsu fuq pjan long-term.", "Nixtieq nara soluzzjonijiet għal problemi li jeżistu.", "Il-Gvern semma wkoll il-wegħda li se jneħħi l-cables minn mal-faċċati.", "Biss x'sar minnha din il-wegħda, li kienet waħda tajba?", "Se tiġi implimentata?", "L-Aġenzija se tidħol f'din il-wegħda biex il-cables jitneħħew minn mal-faċċati tad-djar u jsiru taħt it-triq?", "Nifhem li huwa aktar irħis li tobrox triq milli tagħmilha mill-ġdid għax jiswa ħafna aktar jekk tissepara s-servizzi u titfagħhom mal-ġnub.", "Però, bħala pajjiż, irridu niddeċiedu li jew nagħmlu triq għal ħames snin, jew wara xi sena jinfetaħ gandott, jew nagħmlu l-affarijiet sew darba għal dejjem biex l-investiment li qegħdin nagħmlu fit-toroq tagħna jrendi aktar.", "L-Onor.", "Toni Bezzina għamel proposta dwar kif nistgħu ninvolvu lill-kunsilli lokali f'din l-Aġenzija l-ġdida u nittama li l-Ministru jappoġġa tali proposta.", "L-Onor.", "Toni Bezzina tkellem fuq Working Group fi ħdan l-Aġenzija li jkun fih rappreżentanti tar-reġjuni tal-kunsilli lokali partikolari.", "B'hekk inkunu qegħdin inpoġġu l-kunsilli lokali fuq il-mejda ma' min jieħu deċiżjoni u mhux ikollna one way communication.", "Il-kunsilli lokali jridu jkunu involuti fid-deċiżjonijiet.", "Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa hemm distakk totali bejn il-kunsilli lokali u din l-Aġenzija.", "Jien stennejt li l-Ministru, anke bil-background li għandu ta' sindku għal żmien twil, se jkollu aktar apprezzament għall-bżonn li l-kunsilli lokali jkunu aktar imdaħħlin f'din l-infrastruttura l-ġdida li qed insejħulha l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Ma jistax ikun li jkollna aġenzija li taħdem għaliha mingħajr ebda koordinament mal-kunsilli lokali.", "Huwa ovvju li jekk il-membri tal-kunsilli lokali ma jpoġġux mal-persuna fuq il-bord li tkun qed tieħu d-deċiżjoni, li tagħżel triq \"A\" minn triq \"B\", se jkollna deficit f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol tal-kunsilli lokali.", "Dan il-Working Group jista' jagħti vuċi lil min jaf sew x'inhuma l-bżonnijiet ta' dik il-lokalità partikolari.", "Jista' jkun li l-Ministru bbaża t-tfassil ta' din il-policy fuq persuni li huma wisq viċin Transport Malta u allura nifhem li forsi ġibdu lejhom.", "Jidher li min kiteb dan l-Abbozz ta' Liġi għandu bażi tajba ta' Transport Malta.", "Però jidher li l-input tal-kunsilli lokali huwa assenti totalment.", "Punt ieħor importanti huwa dwar il-liability tal-kunsilli lokali għat-toroq.", "Xi ħaġa li inkwetatni ħafna meta qrajt l-Abbozz ta' Liġi hija li jekk kunsill jibgħat lista ta' toroq li jkunu jridu jsiru lill-bord ta' din l-Aġenzija u dan il-bord jibqa' ma jagħżilx li jipprijoritizza dawk it-toroq, il-kunsill lokali xorta se jibqa' responsabbli għal kull dannu li jistgħu jikkawżaw dawn l-istess toroq.", "Mela l-kunsill lokali jkun għarraf lil din l-Aġenzija però jekk jiġri xi ħaġa lil xi karozza privata, il-kunsill se jibqa' responsabbli għad-danni li jistgħu jiġu kkawżati.", "Għalhekk hemm bżonn li niddeċiedu jekk din l-Aġenzija hijiex se tieħu din ir-responsabbiltà fuqha ġaladarba tkun xegħlet il-bozza l-ħamra mill-kunsill lokali.", "Nifhem li t-toroq li qatt ma saru u li se jsiru għall-ewwel darba se jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' din l-Aġenzija.", "Fil-fatt qed jikkonferma dan il-Ministru.", "Kif nafu, triq li qatt ma saret u li tkun trid issir għall-ewwel darba ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali imma trid issir mill-Gvern ċentrali.", "Nittama li din il-miżura tibqa' fis-seħħ għaliex hija realtà li l-kunsilli lokali m'għandhomx fondi biex jagħmlu dawn it-toroq huma.", "Ovvjament meta ssir triq nifhem li mbagħad il-maintenance jaqa' taħt ir-responsabilità tal-kunsill lokali.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar artiklu li qrajt fil-ġurnal The Times tal-bieraħ jew ilbiraħtlula fejn ingħad li se jkun hemm aktar kuntratturi li jieklu parti mill-kejk.", "Il-ġurnal The Times ħabbar li l-proġett multi-miljunarju tal-Marsa se jingħata lill-kumpanija Torka.", "S'hemmhekk m'hemm xejn ħażin!", "Però nittama – ta' min jgħid li f'din l-evalwazzjoni tefgħu l-offerta anke l-Maltin - li jekk se jiġu ħaddiema minn barra, dawn se jkollhom l-istess kondizzjonijiet ta' xogħol li jridu jimxu magħhom il-kuntratturi Maltin.", "Qed ngħid dan għaliex jista' jkun li jinħoloq żvantaġġ jekk kemm-il darba kumpanija barranija, speċjalment barra mill-Unjoni Ewropea, mhux se tkun marbuta ma' ċerti kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Dan jista' jwassal biex kumpanija titfa' l-offerta b'ċifra inqas mill-kuntratturi Maltin.", "Nittama li fi proġetti ta' dan it-tip il-kejk jinqasam kemm jista' jkun b'mod ugwali.", "M'iniex qed ngħid dan a skapitu li nnaqqsu l-kwalità, għax għalija, il-kwalità hija l-aktar ħaġa importanti.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nagħmlu xogħol fuq it-toroq u ma jkollniex il-kwalità li nixtiequ.", "Bħalma għedt, ma jistax ikun li ssir triq ġdida u meta tgħaddi minnha tinduna mill-ewwel li l-livelli tagħha mhumiex tajbin.", "Issa jekk il-Gvern se jkun kuntent biss li jżomm mal-wegħda li jibni t-toroq mill-ġdid billi jagħti lagħqa tarmak kullimkien naħseb li mhux se nagħmlu xi avvanz.", "Il-Ministru jifhem sew x'qed nipprova ngħid.", "Fil-fehma tiegħi, inħoss li ma nkunux qed naqdu l-obbligi tagħna bħala politiċi jekk ma ninvestux flus il-poplu tagħna tajjeb.", "Għalhekk nistenna li naraw bidla anke fil-kwalità.", "Ejja nagħmlu l-pass li jmiss billi naraw li din l-Aġenzija tinvesti fil-kwalità u tgħin lill-kunsilli lokali fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.", "Meta tmur barra minn Malta tara toroq ta' livell ħafna aħjar minn tagħna.", "Ovvjament ma tistax tqabbel it-toroq tagħna mal-highways fejn hemm speed limits ferm ogħla u allura l-istandards tat-toroq ikunu ħafna aktar ogħla.", "Biss naħseb li nistgħu nagħmlu xogħol li jrendi fit-tul, anke permezz ta' din il-proposta fejn ikollna l-infrastruttura taħt it-triq li tkun isseparata min-nofs tat-toroq.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li, kif għedt, prima facie, jidher li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa intenzjonat biex jgħin lill-kunsilli lokali, però meta taqrah issib li huwa evidenti li hemm numru ta' klawsoli li minflok ma jgħinu lill-kunsilli lokali, se jkissruhom u se jpoġġuhom f'sitwazzjoni agħar, jekk kemm-il darba mhux se jkollna salvagwardji biex tiġi implimentata x-xewqa tagħhom.", "Din is-sitwazzjoni tista' tiġi evitata billi jkollna nies fl-Aġenzija li mhumiex kollha pampaluni tal-Gvern tal-ġurnata!", "Jekk se jiġri hekk, se nispiċċaw niffavorixxu kunsilli lokali minn oħrajn.", "Jien nixtieq nara li din l-Aġenzija taħdem mal-kunsilli lokali u timxi magħhom skont il-bżonnijiet veri tagħhom u mhux skont il-kulur tagħhom jew skont kemm tkun taf lill-Ministru.", "Nixtieq nara li l-prijoritajiet ikunu qed imexxu d-deċiżjonijiet ta' din l-Aġenzija!", "Bl-intenzjonijiet tajbin nistgħu naslu għal din il-qabża fil-kwalità imma jeħtieġ li jkun hemm dawn is-salvagwardji u t-tibdiliet f'din il-liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, illum qegħdin inkomplu nitkellmu fuq issue li, fl-opinjoni tiegħi, hija importanti ħafna għal pajjiżna.", "Meta nitkellmu fuq il-kwalità tat-toroq kollha ta' pajjiżna nkunu qed nitkellmu fuq bread and butter issues.", "Dan huwa suġġett għal qalbi, anke minħabba li, kif taf int, Sur President, jien għamilt ħames snin inservi liċ-ċittadini Mostin fil-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Hemmhekk kelli first hand experience ta' x'jista' u ma jistax jagħmel il-kunsill lokali f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq residenzjali, jiġifieri t-toroq li fihom jgħixu n-nies, aktar milli t-toroq arterjali u distributorji.", "Jekk kien hemm issue li kont tisma' lil tant nies jitkellmu dwarha fil-lokalità tiegħi kienet propjru dwar it-toroq.", "Kif nafu, illum il-Mosta m'għadhiex tikkwalifika bħala raħal imma saret waħda mill-ikbar ibliet li għandna f'pajjiżna, b'popolazzjoni li taqbeż l-20,000 ruħ, apparti l-ammont ta' kummerċ u turiżmu li jkun hemm ta' kuljum.", "Fil-fatt, xi ħaġa li nħabbat wiċċi magħha meta nkun qed niltaqa' man-nies waqt li nkun qed nagħmel iż-żjarat għand il-familji hija l-kummenti tan-nies dwar il-kwalità tat-toroq.", "Sfortunatament nażżarda ngħid li fil-Mosta l-parti l-kbira tat-toroq jinsabu fi stat diżastruż.", "Naħseb li għamilna wisq żmien bis-sitwazzjoni li l-Gvern u l-kunsill lokali jwaħħlu wieħed fl-ieħor fejn tidħol ir-responsabbiltà dwar jekk triq għandhiex issir jew le.", "Ir-regola ġenerali hija li t-toroq residenzjali u abitati jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsill lokali u t-toroq arterjali u distributorji, bħall-main roads u l-bypasses, jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta.", "Issa fil-verità dan mhux dejjem kien ikun il-każ għax jaf ikollok toroq residenzjali li qatt ma jkunu saru u allura jkunu għadhom jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali, sal-lum tramite Transport Malta.", "Dik is-sitwazzjoni kienet tħalli lok għall-interpretazzjoni għaliex jaf ikollok triq li tkun saret minn Transport Malta imma tkun saret ta' malajr.", "Għandna ħafna minn dawn it-toroq li qatt ma saru fil-Mosta.", "Il-kwalità tax-xogħol li kien isir fil-passat, speċjalment meta tkun ġejja xi elezzjoni, ma kienet tkun tajba xejn, għax ċertu xogħol kien isir b'ċerta ħeffa u għaġla.", "Jien nargumenta li dawk it-toroq, fil-verità, ma saru qatt!", "Bħali kienu jargumentaw is-sindki tal-Mosta.", "Hawn irrid ngħid li jien ma kont niddejjaq xejn immur niddefendi d-drittijiet tal-kunsill lokali, għax finalment, kont inkun qed niddefendi d-drittijiet u l-interessi taċ-ċittadini tagħna.", "Ħdimt kemm flaħt biex numru ta' toroq jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali minħabba nuqqas ta' fondi mill-kunsilli lokali.", "Tajjeb ngħid li xi drabi għamilt dan b'suċċess u xi drabi, b'anqas suċċess.", "Kif inhi s-sitwazzjoni llum, il-kunsilli lokali għandhom ir-responsabbiltà taż-żamma tat-toroq residenzjali, jiġifieri l-manutenzjoni u l-upkeep tat-toroq, u jekk triq tkun spiċċat trid issir mill-kunsill lokali.", "Kif nafu, il-kunsill lokali għandu l-baġit tiegħu ta' kull sena u jrid jara kif se jamministrah.", "Ħalli nagħti ftit figuri biex kulħadd jifhem bħala pajjiż x'piż intefa' fuq il-kunsilli lokali.", "Fil-Kamra nzerta hawn żewġ Eks Sindki tal-Mosta; l-Onor.", "Ivan Bartolo, li tkellem ilbieraħ u kkonferma dak li se ngħid, u l-Onor.", "L-ammont ta' flus li għandu kunsill lokali, speċjalment meta jkun kbir bħall-Mosta, fejn hemm ħafna toroq residenzjali, mhuwiex biżżejjed biex jippermettulu sitwazzjoni fejn jista' jagħmel it-toroq kollha tar-raħal tiegħu u b'xi mod iżommhom fi stat tajjeb.", "Skont l-estimi tal-baġit għal din is-sena l-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex kollha flimkien għandhom baġit ta' madwar €35 miljun.", "Il-kunsilli lokali jużaw dawn il-flus biex jiffunzjonaw u jagħmlu dak kollu li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom.", "Ovvjament il-flus jinqasmu skont il-kobor u l-popolazzjoni tal-lokalità.", "Raħal jew belt kbira se jkollhom baġit kbir paragunat ma' raħal li jkun iżgħar.", "Issa ammont minn dawn il-€35 miljun jinqasam għal xogħlijiet speċifiċi, inkluż iż-żamma tat-toroq kemm rurali kif ukoll residenzjali.", "Minn dawk il-€35 miljun għandek kważi €8 miljun li huma vvotati b'mod speċifiku sabiex bihom isiru t-toroq fil-lokalità.", "Jekk tagħmel paragun sempliċi ssib li aktar minn 20% tal-allokazzjoni ta' kunsill lokali jmorru għaż-żamma tat-toroq.", "Dawn il-fondi huma biżżejjed?", "Se nkun ċar u tond.", "Huwa impossibbli li nippretendu li bi €8 miljun, bejn il-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex kollha, ikollna l-manutenzjoni u ż-żamma b'mod tajjeb tat-toroq residenzjali kollha f'pajjiżna!", "Hawn wieħed jibda jifhem aħjar kemm kienu limitati l-fondi li kellhom il-kunsilli lokali biex jaħdmu.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni donnhom qed jgħidu li l-kunsilli lokali kienu kuntenti b'din is-sitwazzjoni u donnu qed tingħata l-impressjoni li bħalissa hemm xi battalja enormi hemm barra mill-kunsilli lokali li qed jiġġieldu qatta' bla ħabel biex din ir-responsabbiltà tibqa' f'idejhom.", "Tajjeb ngħidu li t-toroq se jibqgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali u allura l-kunsilliera li jkunu qrib in-nies se jibqgħu jkunu jafu liema huma dawk it-toroq li l-aktar għandhom bżonn ta' manutenzjoni.", "Kull sindku u kunsillier għandu kull dritt li jikkomunika ma' din l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta u minn żmien għal żmien jgħid liema huma t-toroq li huma l-aktar urġenti li jsiru.", "Ħadd mhu qed ineħħi dik ir-responabbiltà mill-kunsilli lokali!", "Kunsill lokali jista' jidentifika liema huma l-aktar toroq li jirrikjedu li jiġu rranġati b'mod urġenti u jindika dan lill-Aġenzija.", "Sur President, jien mhux se nsemmi toroq partikolari fil-lokalità tiegħi tal-Mosta għax sfortunatament hemm għexieren ta' toroq li llum jinsabu fi stat tal-biki.", "Ħalli nkun ċar kif dejjem kont fid-diskors tiegħi.", "Jien nemmen li pajjiżna, bl-avvanzi li għamilna b'mod partikolari f'dawn l-aħħar snin u għaliex għandna ekonomija li sejra tajjeb ħafna, jixraqlu li jkollu infrastruttura ħafna aħjar milli kellna sa ftit tas-snin ilu.", "Pajjiż li qed jaspira li jkun l-aqwa fl-Ewropa u l-għira tad-dinja ma jistax ikollu infrastruttura tat-tielet dinja!", "Dan huwa minn ewl id-dinja!", "Aħna jixirqilna li jkollna infrastruttura ħafna aħjar u jiddispjaċini ngħid li, s'issa, dan il-pajjiż ma kienx kapaċi biżżejjed li jsolvi din l-isfida nazzjonali.", "Nemmen li f'dawn l-aħħar snin bdejna naraw xaqq ta' tama u progress.", "Sfortunatament, aħna konna mdorrijin b'ċertu mod f'pajjiżna.", "Hawn mhux se nagħmel referenza, pereżempju, għar-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-Isptar Mater Dei imma dan huwa eżempju tipiku.", "Biss jekk irrid inkun sinċier irrid ngħid li n-nies hemm barra se jisimgħuna bilfors imma mbagħad jemmnuna biss jekk ngħidulhom il-verità!", "Qabel konna nippjanaw li t-toroq se jsiru f'tant żmien u b'tant baġit.", "Ħafna drabi, dak il-baġit u l-perjodu kien jinqabeż.", "Dik kienet in-norma li kważi konna drajnieha!", "Konna nkunu nafu meta se jibda x-xogħol, inkluż fuq it-toroq, imma ma konniex nafu meta se jispiċċa!", "Dik kienet in-norma li konna nimxu biha f'pajjiżna.", "Sur President, kulħadd ikollu l-opinjoni tiegħu kif ix-xogħol jista' jsir aħjar.", "Jien niftakar żmien fejn in-nies kienu jistaqsu għaliex ċertu xogħol fuq toroq arterjali ma jsirx billejl, meta jkun hemm inqas traffiku.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li rajnieha ssir f'dawn l-aħħar snin.", "Hawn insemmi, pereżempju, triq partikolari li konvint li ħafna mill-Membri ta' din il-Kamra u inti, Sur President, jużawha ta' spiss.", "Qed nirreferi għat-triq li tieħdok minn fejn iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija sar-roundabout ta' qabel tidħol għal Ħal Balzan u Birkirkara.", "Din mhijiex triq twila immens imma żgur li hija arterja importanti.", "Ftit tas-snin ilu, meta sar ix-xogħol fuqha, ix-xogħol baqa' għaddej 24 siegħa kuljum biex f'temp ta' ħmistax jew tliet ġimgħat tlesta.", "Hawnhekk nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' Transport Malta, inkluż il-ħaddiema kollha tal-kuntratturi li ħadmu fuq din it-triq u kienu lesti li jaċċettaw li fl-aktar ħinijiet strambi tal-ġurnata, inkluż billejl meta ħaddieħor ikun rieqed mal-familja, kienu qegħdin hemm barra jaħdmu fuq din l-infrastruttura.", "Dan huwa bla dubju ta' xejn inkonvenjent għan-nies imma l-proġett tlesta f'qasir żmien.", "Naħseb li din hija t-triq 'il quddiem li rridu nieħdu.", "Huwa ċar li dan huwa l-għan ta' din l-Aġenzija.", "Finalment għandu jkun hemm qbil bejnietna li l-kwalità u l-infrastruttura tat-toroq jitjiebu biex jirriflettu l-qabżiet kbar li għamel pajjiżna.", "Din mhijiex xi ħaġa politika!", "Naħseb li kulħadd jaqbel li jimmeritana infrastruttura tat-toroq aħjar milli għandna llum.", "Nemmen li fuq suġġett tant importanti għal kulħadd, għandna naqblu lkoll bejnietna u m'għandniex inkunu mifrudin f'politika tribali li ma tiswa xejn.", "Issemma l-prinċipju tal-economies of scale.", "Ħalli nkun fattwali ħalli jifhimni kulħadd.", "Mela l-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu ammont ta' flus biex jagħmel ammont ta' toroq u allura jmur għand il-kuntrattur u jinnegozja miegħu biex f'tant żmien, forsi jagħmel tlieta jew erba' toroq.", "Dak il-kuntrattur jista' jagħti l-istess rata lill-kunsill lokali daqskemm jista' jagħti lill-Aġenzija li se tkun qed titolbu li jibni, pereżempju, 100 triq?", "Is-saħħa tal-kunsill lokali li jinnegozja mal-kuntrattur mhijiex l-istess bħal meta se tkun qed tinnegozja l-Aġenzija, li se tkun qed tibni ħafna aktar toroq.", "Mhuwiex minn ewl id-dinja u bażiku li s-saħħa fl-innegozjar qiegħda għand min qed jikkonsma l-aktar?", "Ir-rati li jġib il-kunsill lokali qatt ma jistgħu jkunu tajbin bħalma kapaċi jġib il-Gvern ċentrali, permezz ta' din l-Aġenzija li se tkun iffokata fuq dan ix-xogħol.", "Kull kunsill lokali għandu l-membri u l-ħaddiema tiegħu imma huwa diffiċli immens li kunsill ikollu ħaddiema li jkunu esperti fit-toroq!", "Forsi wieħed jgħidli li l-kunsill lokali jista' jqabbad perit jew projects manager imma l-verità hija li ħafna kunsilli lokali ma jagħmlux dan minħabba raġuni finanzjarja.", "Fejn jidħlu proġetti ta' din in-natura, il-maġġoranza tal-kunsilli lokali ma jaffordjawx li jqabbdu projects manager biex jiċċertifika u jiggarantixxi li x-xogħol ikun qed isir b'mod tajjeb.", "Fl-ebda ħin ma qed ngħid li l-kuntratturi jabbużaw minn din is-sistema imma l-verità hi dik li hi.", "Nixtieq nagħmel punt fuq x'kien isir qabel.", "Naf li dan il-punt issemma diġà imma tajjeb li nerġa' nqajmu.", "Se nkun fattwali u se nagħti eżempju, biex ninftiehem.", "Jien se nsemmi pereżempju, kif intużat l-iskema tal-public private partnership (PPPs) fil-Mosta li kienet iddaħħlet minn Gvern preċedenti.", "Bażikament din kienet skema fejn il-kunsilli lokali setgħu jmorru jiddejnu mal-privat, jiġifieri mal-kuntrattur u mhux mal-banek, biex isir ix-xogħol u jħallsu lura dawk il-flus fuq medda ta' snin.", "Kollox sew, din kienet skema li taqbel jew ma taqbilx magħha, kienet intużat minn ħafna kunsilli biex saru numru ta' toroq.", "Biss fil-verità x'ġara?", "Il-kunsilli lokali li għamlu użu minn dik l-iskema rabtu jdejn il-kunsilli lokali li ġew warajhom għax xogħolhom kien li jħallsu għal dak id-dejn li sar taħt kunsilli lokali preċedenti.", "Kif għedt, jien servejt fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, fejn ħdimt ma' żewġ sindki partikolari, li kulma kellhom jagħmlu kien li jħallsu d-dejn li ħallitilhom is-sindku ta' qabel.", "Mhux qed ngħid li dan kien ħażin imma kienet għażla li l-kunsilli lokali kellhom jagħmlu.", "Jekk il-kunsill lokali ried jagħmel numru ta' toroq - mhux it-toroq kollha - fuq medda ta' snin, kien ifisser li ried jorbot lill-kunsilli lokali ta' wara għal ammont ta' snin.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq sena jew tnejn imma fuq perjodu ta' seba' jew tmien snin, sakemm jitħallsu lura dawk il-flus.", "Naħseb li jkun tajjeb li wieħed jifhem id-differenza kbira li hemm bejn kif kien isir ix-xogħol qabel u kif qed isir ix-xogħol illum.", "Semmejt li ħafna mill-proġetti kienu jsiru mhux skont baġit u mhux skont il-perjodu ta' żmien li kien ikun maqbul.", "Ħafna proġetti li n-nies ikunu ilhom jitolbu li jsiru, baqgħu qatt ma saru u hawn nista' nsemmi, pereżempju, il-proġett tal-Kappara.", "In-nies li jgħaddu minn dik il-junction ta' kuljum kienu ilhom is-snin jitolbu sabiex isiru dawk il-flyovers, li kienu ġew imwiegħda li se jsiru, imma qatt ma saru.", "Matul din l-Amministrazzjoni, saru fi żmien li kien ippjanat li jsiru u bil-baġit li kien hemm ivvotat għal dan il-proġett.", "Dik hija d-differenza!", "Nista' nsemmi wkoll il-proġett tal-bypass tal-Mellieħa li bħalissa naf li qed jissemma ħafna.", "Jidher li Gvern preċedenti kellu pjan li jmur lura għall-2004 biex dik it-triq tiġi single-lane fiż-żewġ direzzjonijiet, jiġifieri two-lane, lane f'direzzjoni u lane f'direzzjoni oħra.", "Meta dan l-aħħar Transport Malta kienet se timplimenta dan il-proġett, mill-ewwel qam ċertu tħassib min-nies li rrealizzaw li jekk it-triq tkun one-lane f'kull direzzjoni, mhux se tissodisfa d-domanda ta' min jgħaddi minn hemmhekk ta' kuljum.", "Qabel kienu jgħidulek li huma l-esperti li jifhmu u konna nieqfu hemm.", "Id-differenza enormi li għandek illum hija li l-Ministru u l-Awtorità kkonċernata semgħu t-tħassib tan-nies, poġġew bilqiegħda u raw kif għamlu biex illum se jkollna triq li hija four lane, jiġifieri two-lane f'kull direzzjoni.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Muscat.", "IAN BORG: Sur President, kif qed jgħid l-Onor.", "Muscat, aħna ma ddejjaqniex nerġgħu ndawru din it-triq f'erba' karreġġjati.", "Barra minn hekk, għalkemm il-kuntrattur jidher li bena l-ħajt skont permess validu u l-pjanti li jien issottomettejt biex jidħlu l-erba' karreġġjati, jekk ikun hemm bżonn inressqu dak il-ħajt 'il ġewwa kif fil-fatt se jkun qed isir.", "Aħna miftuħin li nbiddlu l-affarijiet għall-aħjar.", "Se jkun hemm ukoll ir-riċerka u l-investigazzjonijiet li talbet l-Oppożizzjoni biex jaraw jekk il-permess tal-2016 kienx validu però fejn hemm bżonn li nieħdu deċiżjonijiet biex inwessgħu t-toroq, se nkunu qed neħduhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Muscat ikompli bid-diskors tiegħu.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nirringrazzja lill-Ministru li ċċara dan il-punt għax naħseb li huwa ġust li jiġi ċċarat għall-benefiċċju tan-nies kollha, b'mod partikolari, tar-residenti tal-Mellieħa.", "Kont qed nitkellem dwar il-finanzjament ta' dawn il-proġetti, fejn qabel kellek żewġ skemi ta' dejn imħaddma mill-PPP.", "Illum dak li qed jiġi propost huwa l-oppost ta' dak li kien isir qabel rigward finanzjament tat-toroq.", "Qabel konna qed ngħidu lill-kunsilli lokali biex jiddejnu ħalli jagħmlu t-toroq bir-riżultat li konna qed norbtu jdejn il-kunsilli ta' warajhom.", "Illum qed ngħidu lill-kunsilli lokali li qed nagħtuhom aktar minn 20% tal-baġit tagħhom jiġifieri €8 miljun bejniethom kull sena, biex jonfquhom fuq affarijiet oħrajn, pereżempju fuq ġonna, indafa, aktar sigurtà u aktar playing fields u spazji miftuħa, fost l-oħrajn.", "Dan ifisser li qed inżidu l-baġit tal-kunsilli lokali kull sena b'aktar minn 20%!", "Allura nistaqsi: Il-fatt li qegħdin inżidu l-baġit tal-kunsilli lokali b'aktar minn 20% kull sena hija xi ħaġa li timmerita l-kritika tal-Oppożizzjoni?", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Muscat.", "L-Onor.", "TONI BEZZINA: Sur President, aħna m'aħniex kontra li l-fondi jibqgħu għand il-kunsilli lokali.", "Aħna qed ngħidu li hemm bżonn l-involviment tal-kunsilli lokali biex jiġu deċiżi liema toroq isiru u ma jsirux u li din il-proċedura għandha tkun riflessa fil-liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Alex Muscat jkompli bid-diskkors tiegħu.", "ALEX MUSCAT: Sur President, dan il-punt spjegajtu u ċċarajtu kemm-il darba imma se nerġa' nispjegah lill-Onor.", "Bezzina.", "Ħadd mhu qed jgħid li l-kunsilli lokali se jisparixxu mil-lum għal għada jew li mhux se jibqgħu jaħdmu fil-lokal u jaraw x'inhuma l-bżonnijiet tar-raħal tagħhom.", "Huwa ovvju li dak il-kunsillier li jrid jagħmel xogħlu sew se jibqa' f'kuntatt man-nies għax ta' kuljum se jibqa' jżur il-familji fir-raħal tiegħu.", "B'hekk il-kunsill lokali se jkun jaf liema huma dawk it-toroq l-aktar urġenti li jridu jsiru.", "Is-sindku li jinteressah minn xogħlu għandu d-dritt li jinforma lill-Aġenzija li se titwaqqaf liema huma dawk it-toroq li hemm bżonn isiru.", "Illum qed ngħidu li l-kunsill lokali se jibqa' jagħmel xogħlu u jara liema huma dawk it-toroq li hemm bżonn li jsiru u jirrapporta lill-Aġenzija għal Infrastruttura Malta liema huma l-aktar toroq urġenti li hemm bżonn li jsiru fil-belt jew raħal.", "Huwa ovvju li dawn it-toroq se jiġu kkonsidrati minn din l-Aġenzija!", "Sal-lum għandek sitwazzjoni anomala – jien konvint li l-Membri tal-Oppożizzjoni jaqblu miegħi dwar dan - fejn għandek Awtorità li xogħolha suppost huwa li tirregola imma fl-istess ħin hija wkoll eżekuttiva.", "Mela min-naħa għandek l-Awtorità u min-naħa l-oħra l-istess Awtorità trid twettaq ix-xogħol.", "Permezz ta' din l-Aġenzija l-ġdida se nkunu qegħdin nisseparaw dawn l-irwoli, fejn l-Awtorità se tibqa' r-regolatur fis-settur u l-Aġenzija se tkun qed timplimenta u taġixxi.", "Hawn nerġa' nsellem u nirringrazzja lill-ħaddiema għax-xogħol li sar f'dawn l-aħħar snin.", "Jien se nsemmi proġett ieħor li għadni ma semmejtx; il-proġett ta' Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq.", "Hawn irrid nagħmel mistoqsija retorika: Kemm kienu se jieħdu aktar snin Gvernijiet Nazzjonalisti biex jagħmlu dan il-proġett?", "Il-fatt li għandek proġett bħal dak li spiċċa mal-miri u l-baġit issettjat juri d-differenza kbira li għandek ta' kif qed isir ix-xogħol illum.", "Se nagħmel aċċenn ukoll fuq il-proġett li l-Ministru ħabbar din il-ġimgħa stess għall-bypass f'Ħ'Attard, liema proġett, fil-fehma tiegħi, hemm bżonnu b'mod urġenti.", "David Agius tkellem dwar dan il-proġett ta l-impressjoni li s-Seraċini, jiġifieri r-residenti kollha ta' Ħ'Attard, b'xi mod, huma kontra dan il-proġett.", "Għalhekk lill-Onor.", "David Agius nistaqsih eżattament ma' min qed jitkellem.", "Ħ'Attard huwa parti mid-distrett tiegħi u għalhekk niltaqa' mal-familji li jgħixu f'Ħ'Attard fuq bażi regolari.", "Nista' ngħid li s'issa ma sibtx familja waħda f'Ħ'Attard li ma tgħidlix xi problema kbira ta' traffiku hemm f'dan ir-raħal.", "Ħ'Attard huwa żona ċentrali bħalma hija l-Mosta u għalhekk minn hemmhekk jgħaddu ammont kbir ta' nies li mhumiex minn Ħ'Attard.", "Ħafna nies jgħaddu minn Ħ'Attard għax ikunu sejrin f'direzzjoni jew oħra, u mhux biex jieqfu f'Ħ'Attard.", "L-ammont ta' traffiku li jkollok kull filgħodu u kull filgħaxija ġo Ħ'Attard huwa enormi.", "Fil-fatt kull resident u familja f'Ħ'Attard ilhom is-snin - mhux xhur - jiġbdu l-attenzjoni li hemm bżonn isir xi ħaġa biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.", "Għalhekk ħadt pjaċir immens meta din il-ġimgħa l-Ministru ħabbar li fl-aħħar se jsir dan il-proġett.", "U hawnhekk nistaqsi lill-Onor.", "David Agius: Meta kien qed jikkritika dan il-proġett, lil min kien qed jiddefendi?", "L-interessi ta' min kien qed jirrappreżenta?", "L-Onor.", "David Agius jirrispondini meta jidhirlu hu imma tajjeb li jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet.", "Kull min jgħaddi minn Ħ'Attard kull filgħodu u filgħaxija jaf xi problema enormi hemm ta' traffiku li jkun wieqaf.", "Jien nitlob lill-Ministu biex proġett bħal dan jinbeda kemm jista' jkun malajr għax għandna bżonnu.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li nemmen li l-liġi li għandna quddiemna, li permezz tagħha se titwaqqaf din l-Aġenzija li xogħolha se jkun li tagħmel it-toroq kollha ta' pajjiżna fis-snin li ġejjin, huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Konvint li wara li jgħaddi ż-żmien u meta nħarsu lura lejn din id-deċiżjoni li se nkunu ħadna flimkien se naraw li kienet deċiżjoni tajba.", "Dan għaliex bis-soluzzjonijiet li sibna fil-passat, ma rnexxilniex insolvu l-problemi fit-toroq tagħna.", "Illum qed naħsbu f'soluzzjoni ġdida.", "Naħseb li lkoll kemm aħna naspiraw li f'pajjiż fejn l-ekonomija miexja ħafna 'l quddiem, għandna jkollna wkoll infrastruttura li tlaħħaq ma' dawn l-avvanzi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, se nibda b'punt qasir dwar l-iskema tal-PPP li semma l-Onor.", "Ovvjament, il-PPP, bħal kull skema oħra, kellha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha.", "Biss, vantaġġ żgur li kellha kien li minflok li l-kunsilli lokali kienu jaraw li triq tiġi patched, triq kienet tinbena mill-ġdid.", "B'hekk kien ikollok numru ta' snin, fejn it-triq tkun maintenance free.", "Qed nagħmel dan il-punt biex nuri li l-iskema tal-PPP kellha l-vantaġġi tagħha u għalhekk diversi kunsilli lokali ħadu vantaġġ minnha.", "Smajt b'attenzjoni ċerti interventi, speċjalment dawk li saru lbieraħ, fejn in-naħa tal-Gvern tat l-impressjoni li Gvernijiet Nazzjonalisti ħallew lil Malta u Għawdex presepju!", "Ħarsu madwar iż-żewġ gżejjer tagħna u taraw li kull proġett kapitali, inkluż ħafna toroq, saru taħt Gvernijiet Nazzjonalsiti!", "Pereżempju f'Għawdex għandek ir-refurbishment tal-Isptar ta' Għawdex u kilometri sħaħ ta' toroq li saru mix-Xatt tal-Imġarr sa San Lawrenz, liema investiment sar mill-Eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono li rrid insellmilha minn hawnhekk.", "L-istess, f'Malta, saru kilometri sħaħ ta' bini ġdid ta' toroq u proġetti kapitali bħall-ajruport, it-terminals taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr Għawdex, il-vapuri tal-Gozo Channel, sptar ġdid, skejjel ġodda, power station ġdida li l-Gvern biegħha lill-barranin, ir-reverse osmosis plants, il-proġett tad-daħla ta' Bieb il-Belt, ir-restawr tas-swar, St James Cavalier, cruise liner terminal, dan l-istess Parlament li qegħdin fih u jekk nibqa' sejjer nieħu s-seduta kollha!", "Sinjuri Membri tal-Gvern, ix-xemx fuq dawn il-gżejjer la telgħet meta ġie elett il-Partit Laburista fil-gvern u lanqas mhi se tinżel meta l-Partit Laburista jerġa' jmur fl-Oppożizzjoni!", "Issa ħalli niġi għal-liġi li għandna quddiemna.", "Aħna assolutament m'aħniex kontra li jsiru toroq ġodda.", "Qed nenfasizza dan il-punt, proprju għax naf x'se tkun l-ispin tal-Gvern.", "Li tibni u tirranġa toroq ġodda huwa proċess kontinwu, anke fid-dawl tat-traffiku li qed jiżdied, fosthom il-heavy vehicles li jridu jgħaddu bilfors mit-toroq tagħna, għax m'hemmx soluzzjoni oħra.", "L-ewwel nett, kif qal l-Onor.", "Toni Bezzina, il-bini ta' toroq ġodda dejjem kien fir-responsabilità tal-Gvern, jiġifieri dan il-Gvern mhuwiex qed jivvinta r-rota.", "Ilbieraħ erġajt mort qrajt l-Abbozz ta' Liġi wara li l-Ministru beda jmeri lill-Onor.", "Toni Bezzina.", "Bit-twaqqif ta' din l-Aġenzija, fl-opinjoni tiegħi u jalla nkun żbaljat, se mmorru lura għal qabel it-tmeninijiet meta Lorry Sant kien Ministru.", "Fil-fatt meta taqra dan l-Abbozz ta' Liġi faċilment taħseb li kitbu Lorry Sant!", "Permezz ta' din il-liġi se titwaqqaf Aġenzija imma kollox se jkun f'idejn il-Ministru.", "Għal darba, tnejn, tlieta, l-Abbozz ta' Liġi jgħid li l-Ministru għandu overriding powers fuq ix-xogħol tal-Aġenzija u jista' jordnalha tagħmel xogħol ieħor minn żmien għal żmien, skont il-politika tal-Gvern.", "Skont dan l-Abbozz ta' Liġi l-Ministru se jaħtar bord tal-Aġenzija b'nies li jidhirlu hu, li huma idonei u li għandhom esperjenza fis-suġġett.", "Xi tfisser li jkollok esperjenza fis-suġġett u li tkun idoneu?", "Ifisser li tkun skont l-istandards tal-Ministru?", "Se naħtru nies yes man li dejjem ibaxxu rashom għall-ordni tal-Ministri?", "Se naraw lill-Ministru jaħtar lin-nies tiegħu li jgħidulu iva f'kollox?", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jgħid li jekk il-Ministru jikkmanda lil dawk maħtura li jagħmlu xogħol li jmur lil hinn mill-funzjoni tal-Aġenzija, jridu jobdu dawn l-ordnijiet.", "Skont subklawsola (2) ta' klawsola 8 l-Ministru se jkollu l-poter li minn fost il-membri, jaħtar - mank ħallihom jaħtru huma - chairperson u deputy chairperson.", "Il-Ministru għandu dritt ukoll to hire and fire lill-membri tal-bord, jiġifieri hu jappuntahom u hu jneħħihom meta jrid.", "Il-Ministru jista' jneħħi membru tal-bord jekk jidhirlu li dan ma jkunx idoneu, whatever that may mean!", "Forsi għax membru tal-bord ma jaqbilx ma' xi ordni tal-Ministru!", "Ġustament skont subklawsola (4) ta' klawsola 8, membri tal-bord se jitħallsu għax-xogħol tagħhom.", "Biss ikun tajjeb li din il-Kamra tkun taf kemm se jkun dan il-ħlas.", "Ejja niftakru li dawn la huma flus il-Ministru u wisq inqas flus il-Gvern imma huma flus tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Ilbieraħ fil-ġurnal The Times qrajna li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar ingħata pakkett ta' €100,000 fis-sena!", "Hekk sew, tal-qalba jitħanżru u min hu mejjet għal-loqma!", "Hawn min qed jipprova jgħix bi €800 jew b'€900 fix-xahar u Alla jbierek il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar għandu pakkett li jaqbeż l-€100,000 fis-sena!", "Kif inhu miktub dan l-Abbozz ta' Liġi dan il-bord, aktarx iva milli le, se jispiċċa pupazz tal-Ministru għax il-gerżuma tagħhom se tkun f'idejn il-Ministru.", "Dan il-kontroll ma kienx biżżejjed għax il-Ministru daħħal subklawsola (1) ta' klawsola 15 fil-liġi li se tagħtih poter assolut fejn jista' jagħti ordnijiet ta' xogħol li għandha tagħmel l-Aġenzija.", "Bit-twaqqif ta' din l-Aġenzija, dak li kien jagħmel Lorry Sant b'mod illegali, issa se nillegalizzawh għax kollox se jispiċċa f'idejn il-Ministru!", "Din il-liġi se tagħti poter assolut lill-Ministru!", "Jien qed nifhem ukoll li l-Aġenzija se tkun ir-regolatur u l-kuntrattur fl-istess ħin.", "Qrajt l-Abbozz ta' Liġi darbtejn u ma fhimtx eżatt fejn tibda u tispiċċa r-responsabilità tal-Aġenzija u ta' Transport Malta.", "Fhimt biss li l-istreet furniture se tkun f'idejn Transport Malta.", "Jekk taqra l-Abbozz ta' Liġi titħawwad; issa jew għax ma fhimtux jien jew għax mhuwiex miktub ċar biżżejjed.", "Biss jidher li din l-Aġenzija se tkun ir-regolatur, se tkun obbligata li tagħmel strateġija u pjanijiet nazzjonali u fl-istess ħin se tkun ukoll il-kuntrattur.", "Il-liġi se tagħti l-poter li din l-Aġenzija tidħol f'kuntratti ma' terzi persuni biex isiru x-xogħlijiet.", "Dan ifisser li se jkollok problema ta' regolatur u kuntrattur fl-istess ħin.", "Allura min se jirregola lil min?", "Kif se jingħata x-xogħol?", "Din hija mistoqsija pertinenti għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq €700 miljun.", "Ix-xogħol se jingħata b'tenders jew b'direct orders?", "Meta smajt lill-Onor.", "Toni Bezzina jitkellem, li huwa aktar intiż fuq dan il-qasam, qal li bħalissa qed jingħata ħafna xogħol b'direct orders.", "Dan huwa abbuż sfrenat li qed isir minn dan il-Gvern għaliex għandek direct orders li qed jingħataw kontra l-liġi.", "Galea qed jgħid li d-direct orders qed jingħataw b'abbuż u kontra l-liġi.", "Kif jaf tajjeb, id-direct orders minn dejjem kienu jingħataw, għadhom jingħataw u jibqgħu jingħataw għax huma maħsuba fil-liġi bħala mod ta' procurement f'ċerti ċirkostanzi.", "Jekk b'dan l-istatement, li fil-fehma tiegħi huwa abbużiv, l-Onor.", "Galea qed jirreferi għal xi Ministeru partikolari jew, f'dan il-każ, għat-toroq, jista' jitkellem b'mod ċar.", "Naħseb li lbieraħ l-Onor.", "Portelli kienet ċara meta qalet li x-xogħol qed jinqasam tajjeb bejn kulħadd, kif jaf tajjeb l-Onor.", "Bezzina.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "Mario Galea jkompli bid-diskors tiegħu.", "MARIO GALEA: Sur President, smajna b'każijiet min-naħa tal-Gvern fejn kien hemm esaġerazzjonijiet fl-għoti tad-direct orders.", "(Interruzzjonijiet) Jien ma semmejtx it-toroq.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, dik int semmejtha!", "Jien għedt li l-Onor.", "Toni Bezzina semma li fejn jidħlu t-toroq qed jingħataw dawn id-direct orders.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, dik int ivvintajtha!", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debates.", "Kulħadd għandu ċans jitkellem.", "Onor. Galea, kompli bid-diskors tiegħek.", "MARIO GALEA: Sur President, nispera li n-naħa tal-Gvern tapprezza li għandi d-dritt li nagħmel il-kritika tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "TONI BEZZINA: Il-Ministru qed jgħid li ma jsirx xogħol b'direct orders?", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg, bil-permess tal-Onor.", "IAN BORG: Nifhem li l-Onor.", "Galea mhux qed jirreferi għat-toroq biss imma minħabba li f'dan id-dibattitu qed nitkellmu fuq it-toroq u peress li l-Onor.", "Bezzina għamel din il-mistoqsija, se nagħti l-informazzjoni.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xogħol partikolari, fejn għandek lista ta' kuntratturi li bilfors irid ikollhom il-batching plant biex jissupplixxu l-hot asphalt.", "Bħalissa x-xogħol qed jinqasam ugwali bejn kulħadd, fejn kulħadd qed jieħu l-biċċa tiegħu u x'ħin ilestu mix-xogħol, jgħaddu għal xogħol ieħor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Mario Galea, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "MARIO GALEA: Sur President, mela l-Ministru qed jikkonferma li qed isiru direct orders kif qed isiru wkoll fil-qasam tat-trasport pubbliku.", "Meta jien kont Segretarju Parlamentari kienu jgħidulna li trid titlob quotation u meta l-ammont ikun ta' aktar minn €5,000, ma tistax tagħti direct order.", "(Interruzzjonijiet) Min qabeż fin-nofs, ħadd ma talab l-opinjoni tiegħu!", "Ma qabbadt lil ħadd biex iservi bħala l-avukat tiegħi!", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx kummenti.", "Onor. Mario Galea, kompli bid-diskors tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "MARIO GALEA: Le, m'għandekx dritt!", "Jien għandi dritt nitkellem u m'għandekx dritt tinterrompi!", "Nispera li dan il-punt huwa ċar.", "Din hija l-arroganza tal-Gvern li ma jħallikx tagħmel il-kritika tiegħek!", "Dawn qed jaħluli l-ħin u inti, Sur President, suppost qed tipproteġini.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Galea, il-ħin tiegħek se jibqa' dak li hu.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, huwa tajjeb li f'din il-Kamra ssir il-kritika imma ma nistgħux ngħidu affarijiet li ma jirriżultawx mil-liġi.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Galea li dak li qed jgħid dwar il-liġijiet tal-procurement huwa żbaljat.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Mario Galea, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "MARIO GALEA: Sur President, napprezza li ningħata d-dritt li nikkritika għax kif tibda tikkritika jqumu l-irwiefen kollha!", "Dan huwa Gvern arroganti li ma jaċċettax kritika, tant li l-Membri tiegħu jibdew iqumu wieħed wara l-ieħor biex jipprovaw iwaqqfuk mill-kritika.", "Biss, aktar kemm jipprovaw iwaqqfuni, aktar se nkompli nikkritika.", "Kif kont qed ngħid, l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta se tkun obbligata tagħmel strateġija u pjanijiet nazzjonali u fl-istess ħin se tkun ukoll il-kuntrattur.", "Il-liġi se tagħtiha l-poter li tidħol f'kuntratti ma' terzi biex isiru x-xogħlijiet. €700 miljun hija ċifra sostanzjali.", "Dan il-Gvern huwa mifni bil-korruzzjoni u kuljum tisma' b'xi storja ġdida.", "Iftħu l-ġurnal The Times u tindunaw li dak li tajtuh il-permess biex jiftaħ il-Pilatus Bank, ġab il-flus minn mezzi illegali mill-Venezuela.", "Biss, dawn kienu ħaġa waħda miegħu, tant li saħansitra marru t-tieġ tiegħu.", "Dan huwa Gvern mifni b'korruzzjoni istituzzjonalizzata.", "Irridu naraw li fil-liġi jkun hemm checks and balances ta' kif l-Aġenzija se tagħti x-xogħlijiet.", "Irridu naċċertaw li mhux min jieħu ħafna, għax forsi jkun hemm xi kuntrattur li għandu għajnejh ħomor, u min jieħu l-loqom.", "Lil dan il-Gvern li qed jegħreq fil-korruzzjoni, jien ma nafdahx!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Dak narah jien, l-ordni hemm qiegħda.", "MARIO GALEA: Sur President, nitlob il-protezzjoni tas-Sedja.", "L-ISPEAKER: Is-Sedja qed tipproteġik.", "Qed titkellem fil-libertà u tista' tibqa' għaddej bid-diskors tiegħek.", "MARIO GALEA: Dan il-Gvern li qed jegħreq fil-korruzzjoni lanqas bil-garbage bag is-sewda li noħroġ ta' kuljum ma nafdah, aħseb u ara b'€700 mijun!", "Sur President, din il-liġi se tkompli tnaqqas il-poteri tal-kunsilli lokali u se tieħu l-pajjiż lura bi 30 sena!", "Għandna Gvern li kontra kull prinċipju ta' sussidjarjetà u demokrazija, qed iżid il-poter tiegħu u jnaqqas il-poter taċ-ċittadin, bħal f'dan il-każ tal-kunsilli lokali.", "Qed jirrendu l-kunsilli lokali bħala customer care offices.", "Jekk il-Gvern jemmen bis-serjetà fil-kunsilli lokali, nistiednu jagħmel tassattiva fil-liġi li jkun hemm rappreżentant tal-kunsilli lokali miż-żewġ naħat fuq il-bord tal-Aġenzija.", "Mela l-Ministru jagħżel is-seba' membri huwa stess, kif jidhirlu hu u lil min irid hu!", "Meta jien kont qed ngħaddi l-aħħar liġi tiegħi dwar is-saħħa mentali, ix-shadow minister tas-saħħa ta' dak iż-żmien, illum l-Eċċellenza Tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca, kienet qaltli li biex naqblu, il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali li żgur ma kellux €700 miljun x'jonfoq, irid jinħatar b'konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Dakinhar, jien kont aċċettajtha din it-talba.", "Illum qed nitkellmu dwar aġenzija li se tonfoq €700 miljun u mank għad-diċenza, il-Gvern iddeċieda li jkun hemm rappreżentanti tal-kunsilli lokali.", "Imbagħad il-Gvern jgħid li jrid il-kunsilli lokali on board!", "Billi jibagħtu l-listi lill-Ministru u l-Aġenzija tiddeċiedi liema triq se tagħmel jew le.", "Il-kunsilli lokali għandhom ikunu maħtura fuq il-bord u mhux sempliċement jibagħtu lista ta' toroq.", "Il-kunsilli lokali għandhom ikunu parti mid-deċiżjoni ta' liema toroq se jsiru!", "Subklawsola (2) ta' klawsola 27 tagħti d-dritt lill-Ministru li meta jrid u x'ħin irid, jaqbad it-toroq li huma taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, permezz ta' notifika fil-Gazzetta tal-Gvern u jgħaddihom lill-Aġenzija.", "L-Abbozz ta' Liġi jgħid ukoll li l-Ministru \"jista'\" jerġa' jagħti lura dawn it-toroq lill-kunsilli lokali!", "Mela sewwa, il-Ministru għandu d-dritt jeħodhom, imbagħad jista' jagħtihom lura.", "Lanqas mhu obbligat li jagħmel dan!", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se jumilja lill-kunsilli lokali!", "Illum neħdulhom triq, imbagħad jekk il-Ministru jfettillu, jagħtiha lura!", "Dan l-Abbozz ta' Liġi ma jgħidx li l-Aġenzija hija obbligata li tipprovdi minn qabel pjan tat-toroq li se tkun se tagħmel.", "Allura meta nafu kif ħadem dan il-Gvern, anke fl-aħħar elezzjoni, fejn uża the power of incumbency bl-aktar mod abbużiv, x'garanzija għandna li permezz ta' din l-Aġenzija l-Gvern mhux se jerġa' jagħmel l-istess fl-elezzjonijiet, speċjalment, imma mhux biss, tal-kunsilli lokali?", "X'garanzija għandna li l-Gvern mhux se jiddiskrimina kontra kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista billi meta tkun ġejja elezzjoni tal-kunsilli lokali, jiddeċiedi li jagħmel ħafna toroq f'kunsilli mmexxija minn maġġoranza Laburista, u inqas jew xejn toroq fejn hemm maġġoranza Nazzjonalista?", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhux qed jobbliga lill-Gvern imma se jħalli kollox f'idejh.", "Jgħid x'jgħid il-Gvern, bil-mod kif inhu miktub l-Abbozz ta' Liġi, din l-Aġenzija se tispiċċa pupazz f'idejn il-Gvern għax trid tagħmel li jgħidilha hu!", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi jagħti d-dritt lill-Aġenzija li timpjega n-nies.", "Nistaqsi: Kif se jiġu impjegati dawn in-nies?", "Se jiġu impjegati permezz ta' sejħa pubblika jew mil-lista ta' nies li qed jirreġistraw mal-Jobsplus?", "Issa jien nifhem li l-Aġenzija jaf ikollha bżonn ta' ċerti nies b'kompetenza li mhux se ssibhom jirreġistraw mal-Jobsplus, imma impjiegi li m'għandhomx bżonn ċerti ħiliet partikolari kif se jiġu ingaġġati mal-Aġenzija?", "Jista' jkun li din hija okkażjoni oħra biex nimpjegaw lil tal-qalba, kif dan il-Gvern għamel across the board, speċjalment lejliet l-elezzjoni, meta impjega nies, anke fejn ma kienx hemm bżonn, biex jaqdihom lejliet l-elezzjoni?", "F'ċerti pajjiżi, fejn jien osservajt l-elezzjonijiet, li tirranġa toroq, li tagħmel proġetti, li timpjega nies jew li tagħti promozzjonijiet lejliet elezzjoni huwa meqjus bħala corrupt practice għal xiri ta' voti!", "Però, taħt dan il-Gvern, li huwa mifni bil-korruzzjoni, xejn mhu xejn!", "Tant huwa Gvern arroganti li l-Membri tiegħu bilkemm jaċċettaw il-kritika tal-Oppożizzjoni!", "Iħarsu lejn l-Oppożizzjoni bħala a necessary evil, għax jekk ma jkunx hawn l-Oppożizzjoni, il-pajjiż ma jissejjaħx pajjiż demokratiku.", "Il-bqija, il-Membri tal-Gvern jistgħu jgħidu u jdawru d-diskors kif iridu, u lilna mank iħalluna nitkellmu!", "Ovvjament jien qed nistenna li issa l-Ministru se jgħajjarna negattivi għax drajna nisimgħu dan it-tip ta' diskors.", "Ċert li l-Ministru se jdawwar spin u jgħid li l-Oppożozzjoni ma tridx toroq ġodda!", "Nerġa' ngħid li dan mhuwiex veru!", "Anzi, aħna favur li jkollna toroq ġodda, imma nistgħu nobsru kif se tkun l-ispin!", "Aħna mhux favur il-metodu li se jintuża, fejn il-poter huwa assolut għand il-Gvern.", "Il-Gvern qed ikabbar il-poter tiegħu u jnaqqsu mill-kunsilli lokali u miċ-ċittadin, liema attitudni hija inkwetanti!", "Dan huwa ħażin!", "F'demokrazija suppost isir bil-kontra!", "F'demokrazija, inti tagħti aktar poter liċ-ċittadin u mhux tnaqqsu!", "Aħna m'aħniex favur li l-Ministru se jkollu kontroll assolut fuq din l-Aġenzija!", "Il-Ministru se jaħtar il-bord hu, jiddeċiedi hu kemm iħallashom u jiddeċiedi hu min ikun chairperson.", "Possibbli l-Gvern m'għandux id-diċenza li ladarba se jonfoq €700 miljun, jaħtar żewġ membri mill-kunsilli lokali differenti, u jekk hemm bżonn, ieħor indipendenti, sabiex għall-inqas, il-kunsilli lokali, anke jekk ikunu f'minoranza, jkollhom leħen fuq din l-Aġenzija li se tolqothom fil-laħam il-ħaj?", "Hawn qed nitkellmu fuq bini ta' toroq, fejn kif nafu, kull min ikollu problema fit-triq, l-ewwel bieb li jħabbat huwa tal-kunsilli lokali.", "Biss, permezz ta' din il-liġi, il-kunsill lokali se jkun assenti totalment!", "Bħala Oppożizzjoni, irrid nagħmilha ċara li m'aħniex hawn biex ngħidu dak li jrid jisma' l-Ministru jew il-Gvern.", "Xogħolna huwa li nagħmlu skrutinju tal-Gvern!", "It-tgħajjir min-naħa tal-Gvern mhux se jwaqqafna milli nagħmlu d-dmir tagħna.", "Se nibqgħu viġilanti biex naraw kif u min se jiġi appuntat fuq din l-Aġenzija, kemm se jitħallsu l-membri tal-bord, kif se jingħataw il-kuntratti, kif se jintnefqu s-€700 miljun, u fuq kollox, kif se jintgħażlu t-toroq!", "Se nagħżlu triq li l-aktar għandha bżonn jew triq ta' ċertu kunsill?", "Li nagħmlu din il-kritika huwa xogħolna, u hekk se nkomplu nagħmlu, akkost ta' kollox!", "Sur President, nappella li għadna fiċ-ċans li nagħmlu din il-liġi b'mod tajjeb.", "Nittama li b'rieda tajba, naraw x'hemm ħażin f'dan l-Abbozz ta' Liġi u fejn nistgħu ntejbu.", "Huwa d-dover tagħna bħala Oppożizzjoni, li ngħinu u nagħtu l-proposti tagħna, biex din il-liġi ssir aħjar!", "Ovvjament, dan ma jsirx billi kull emenda li nressqu bħala Oppożizzjoni tiġi rifjutata fi stadju ta' Kumitat.", "Naħseb li jekk hemm rieda tajba li din il-liġi ssir aħjar, irridu nisimgħu u nifhmu lil xulxin!", "Jekk ma jsirx dan, nemmen li din se tkun liġi ħażina għax se trendi lill-kunsilli lokali bħala customer care office.", "Nerġa' ngħid u nenfasizza li pajjiż li jiftaħar li huwa demokratiku, suppost jagħti aktar poter lill-kunsilli lokali, jiġifieri lill-gvernijiet lokali u liċ-ċittadini, u mhux jagħmel minn kollox biex jibqa' jikkonċentra l-poter f'idejh!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nitlob il-permess sabiex id-diskussjoni tkun interrotta ħalli nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess biex id-diskussjoni tiġi interrotta għal ftit mumenti?", "Il-permess ingħata.", "Fit-8.40 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data - Abbozz Nru 40 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "Skont ftehim milħuq, il-Kamra għaddiet għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROTEZZJONI U L-PRIVATEZZA TAD-DATA", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap. 440\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet interrotta ftit tal-mumenti qabel", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi bil-għan li titwaqqaf Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Din l-Aġenzija għandha tirregola dawk l-attivitajiet u tipprovdi għal kwestjonijiet anċillari jew konnessi magħhom.", "Għandna qafas legali li, kif jingħad fl-istess Abbozz ta' Liġi, għandu l-għan li jistabbilixxi l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, li se jkollha l-funzjoni li twettaq kwalunkwe funzjonijiet relatati mad-disinn, tiswija, manutenzjoni u mal-operat ta' proġetti infrastruttali.", "Fi ftit kliem, din hija aġenzija ġdida biex tamministra x-xogħol fuq it-toroq f'pajjiżna.", "Irrid nagħmilha ċara li m'hemm xejn kontra li jsir xogħol infrastrutturali, speċjalment fuq it-toroq.", "Anzi, irrid ngħid li jien nemmen li jekk din l-Aġenzija titħaddem kif suppost u mingħajr indħil politiku, din tista' tkun opportunità biex insolvu l-problemi infrastrutturali li għandna!", "Bħala Oppożizzjoni m'aħniex naqblu li dan l-Abbozz ta' Liġi jintuża biex jitnaqqsu r-responsabilitajiet u l-poteri tal-kunsilli lokali.", "Huma ħafna li qed jesprimu li l-iskop aħħari wara dan l-Abbozz ta' Liġi huwa proprju biex jitnaqqsu l-poteri tal-kunsilli lokali.", "Ħafna qed jgħidu wkoll li l-iskop tal-Gvern hu li jżarma l-kunsilli lokali u jieħu mingħandhom ħafna mill-poteri li għandhom sal-lum.", "Minn dan l-Abbozz ta' Liġi jidher ċar li l-Gvern irid jaqbad u jiddeċiedi hu liema toroq għandhom isiru u meta jsiru.", "Bħala Partit Nazzjonalista qed nesiġu li d-deċiżjonijiet fuq il-pjan ta' ħidma u ż-żmien ta' meta jsiru t-toroq jibqgħu jittieħdu mill-kunsilli lokali.", "Wara kollox, il-kunsilli lokali huma l-aktar viċin ir-residenti fil-lokalitajiet tagħhom.", "Qed ngħid dan għaliex il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fis-sussidjarjetà, u jibqa' jemmen f'dan il-konċett.", "Għandu jkun il-Gvern li jaħdem biex isaħħaħ il-kunsilli lokali u mhux ikun hu li jipprova jżarmahom!", "Gvern li jagħmel ostakli lill-kunsilli lokali ma jkun jagħmel xejn ħlief li jammetti li m'għandux pjan, u għalhekk jispiċċa jiddeċiedi skont dak li jfettillu.", "Sur President, dan iż-żmien meta qed infakkru l-25 sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali f'Malta kien ikun xieraq li niċċelebraw waħda mill-ħafna kisbiet kbar li għamel il-Partit Nazzjonalista għall-Maltin u l-Għawdxin!", "Minflok, għandna Gvern li bl-Abbozz ta' Liġi li qed iressaq, qed jimmina lill-kunsilli lokali.", "Illum, ħadd ma jiċħad li l-kunsilli lokali kienu żvilupp mill-aktar pożittiv.", "B'dispjaċir ngħid li l-filosofija tal-kunsilli lokali hija differenti ħafna bejn il-partiti ewlenin f'Malta.", "Għall-Partit Nazzjonalista, il-kunsilli lokali għandhom iservu liċ-ċittadin dejjem aħjar.", "Għall-Gvern Laburista, il-kunsilli lokali għandhom iservu lilu.", "Għalhekk, il-Gvern qed inaqqsilhom il-poteri, biex jinqeda hu!", "B'dan l-Abbozz ta' Liġi jidher li l-Gvern se jkompli jnaqqas dawn il-poteri.", "Aħna li wellidna u kabbarna lill-kunsilli lokali, irridu naraw li jkollhom aktar mezzi u awtorità biex iservu liċ-ċittadin u jsolvu l-problemi li qed jikbru fil-lokalitajiet tagħna.", "Kien proprju b'dan il-ħsieb li dan l-aħħar, bħala Oppożizzjoni, ressaqna xejn inqas minn 80 proposta ġdida għall-kunsilli lokali!", "Dawn il-proposti huma msejsa fuq ħames prinċipji ewlenin, li jittrattaw pereżempju kif problemi soċjali jistgħu jiġu indirizzati mil-lokalitajiet tagħna u dwar kif inżidu s-sigurtà fil-lokalitajiet li qed jinbidu.", "Qed nipproponu aktar u aqwa kooperazzjoni bejn il-kunsilli lokali.", "Qed nesiġu li aktar finanzi pubbliċi jiġu investiti fil-lokalitajiet u fuq kollox, li fil-kunsilli lokali jkun hemm amministrazzjoni effettiva u effiċjenti.", "Dawn huma prinċipji li wara kollox, nebbħu t-twaqqif tal-kunsilli lokali f'pajjiżna, liema prinċipji għandhom jibqgħu jissaħħu u mhux jitnaqqsu!", "Ewlenin fost dawn il-prinċipji hemm id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu f'livell aktar viċin taċ-ċittadin.", "Dan jista' jsir biss billi l-kunsilli lokali jkollhom riżorsi finanzjarji u l-poteri meħtieġa.", "Sur President, segwejt b'attenzjoni l-interventi li saru fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kien hemm kelliema min-naħa tal-Gvern li ċaħħdu li l-Gvern se jnaqqas xi poteri tal-kunsilli lokali.", "Kien hemm kelliema li saħansitra qalu li saru laqgħat mas-sindki kollha u li dawn qablu ma' dan it-tibdil.", "Issemma wkoll li dawn l-istess sindki kienu ngħataw id-dritt biex jgħaddu lista biex jagħżlu t-toroq huma.", "Lili, fl-ebda ħin, ma rriżultali dan!", "Tal-inqas, fir-rigward ta' Għawdex, la saru dawn il-laqgħat u lanqas intalbu listi tat-toroq mingħand is-sindki!", "Kelliema tal-Gvern esprimew li l-iskop li l-Gvern jieħu f'idejh it-toroq, li sal-lum kienu jaqgħu taħt il-kunsilli, huwa minħabba l-fatt li dawn m'għandhomx il-finanzi meħtieġa u qatt ma kienu se jaslu biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Mill-banda l-oħra, kien hemm kelliema tal-Gvern li ftaħru bin-numru kbir ta' toroq residenzjali li saru bl-għajnuna finanzjarja li ngħataw mill-Gvern.", "Hawn, bilfors wieħed jistaqsi: Jekk taħt Gvernijiet differenti dan ix-xogħol seta' jsir, bl-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern lill-kunsilli lokali, x'inhi r-raġuni li dan ma jistax jibqa' jsir?", "Wara kollox, il-fatt li fil-passat saru toroq b'dan il-mod, ġie kkonfermat min-numru ta' kelliema tal-Gvern stess!", "Sur President, fl-interventi li saru mill-kelliema tal-Gvern donnu kien hemm attentat biex jintesa x-xogħol infrastrutturali li sar taħt Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Dan huwa ferm 'il bogħod mill-verità!", "Mhux se mmur 'l bogħod wisq, imma nsemmi biss li fl-aħħar snin li matulhom, Gvern Nazzjonalista kellu t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh, f'Għawdex kien sar xogħol ta' ristrutturar estensiv li kien inbeda fis-snin ta' qabel.", "Saru wkoll aktar minn tmien kilometri oħra ta' toroq permezz ta' fondi Ewropej, tlesta xogħol minn Transport Malta fuq il-bini mill-ġdid ta' parti mit-triq li mill-Imġarr twassal għax-Xewkija, inbniet mill-ġdid parti mit-triq li tagħti għal Ta' Pinu u sar il-bini mill-ġdid ta' parti mit-triq ta' Xlendi.", "Dawn iż-żewġ proġetti waħedhom kienu jinkorporaw ħidma fuq medda ta' madwar 2.5 kilometri, b'investiment ta' madwar €9.5 miljun.", "Mhuwiex il-mument li nsemmi l-proġetti infrastruttrali kollha li saru imma ma nistax ma nsemmix proġetti ambjentali oħrajn bħall-bini taċ-ċentru tal-iskart goff f'Tal-Kus, il-waste transfer station li saret b'investiment ta' €8 miljun u r-riabilitazzjoni Tal-Qortin fix-Xagħra, b'investiment ta' €4 miljun.", "Saru ħafna proġetti oħrajn li m'għandix il-ħin li nsemmihom kollha.", "Lanqas se nirrepeti dak li tkellem dwaru l-Onor.", "Dan kollu sar mingħajr ma kien hemm ebda bżonn li titwaqqaf xi aġenzija.", "Għamilna dan ix-xogħol kollu għax kien hemm ir-rieda ta' Gvern Nazzjonalista li kien jinteressah biss mill-progress ta' Għawdex.", "Sur President, wara li esprimejt il-veduti tiegħi dwar l-irwol tal-kunsilli lokali u x-xogħlijiet imwettqa minn Amministrazzjoni Nazzjonalista, nerġa' niddikjara li bħala Oppożizzjoni, m'aħniex kontra li jsir titjib fit-toroq tagħna.", "Dan esprimejnieh xhur ilu hekk kif tħabbar li se titwaqqaf din l-Aġenzija.", "Aħna kontra biss li jsir xi tentattiv biex il-kunsilli lokali jitnaqqsulhom il-poteri tagħhom.", "Kien proprju għalhekk li l-Partit Nazzjonalista, mill-bidu li tħabbar li se titwaqqaf din l-Aġenzija, kien lest li jgħin f'din ir-riforma.", "Però, fl-istess waqt li għidna dan, insistejna li l-ħaddiema ta' Transport Malta, li diġà jaħdmu u għandhom l-esperjenza f'dan is-settur, jingħataw l-opportunità li jaħdmu f'din l-Aġenzija.", "Jekk il-Gvern jiddeċiedi li jġib esperti barranin, dawn għandhom jaħdmu id f'id ma' dawk Maltin.", "Fuq kollox, għedna wkoll li l-kunsilli lokali mhux biss għandhom ikunu kkonsultati l-ħin kollu imma d-deċiżjonijiet dwar liema toroq isiru u meta jsiru, għandhom jittieħdu minnhom ukoll.", "Sur President, tant m'aħniex kontra li jsiru t-toroq li ftit qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista kien nieda pjan nazzjonali għall-infrasttruttura li kien maħsub li jitwettaq fuq medda ta' għaxar snin biex itejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż mill-bankini sat-toroq fl-irħula u t-toroq arterjali.", "Ippreżentajna pjan nazzjonali li kien jinkludi l-akbar investiment, bħal dak ta' light railway jew tramm biex tiġi indirizzata l-problema tat-trasport f'pajjiżna.", "Din kienet se tkun sistema moderna u effiċjenti ta' trasport pubbliku alternattiv bil-għan li tgħaqqad lill-pajjiż kollu, inkluż lil Malta u Għawdex.", "Il-pjan li ppreżentajna kien maħsub li jagħti soluzzjonijiet għal sfidi li qed niffaċċjaw illum, u anke għall-futur, fuq medda ta' 20 sena.", "Nerġa' ntenni li huwa sewwa li t-toroq jingħataw wiċċ ġdid.", "Żgur li ma tistax ma taqbilx ma' dan!", "Però, wiċċ ġdid bit-tarmak waħdu mhux se jsolvi l-problema ta' konġestjoni tat-traffiku, li kif nafu, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed toħnoq il-pajjiż.", "Nammetti li wiċċ ġdid jagħmel il-vjaġġ aktar komdu però la se jnaqqas il-konġestjoni u lanqas il-ħin biex tasal minn post għall-ieħor.", "Id-deċiżjoni tal-Gvern li jonfoq €700 miljun fit-toroq ta' pajjiżna, filwaqt li għandha ttejjeb il-kondizzjonijiet tat-toroq, mhux se tnaqqas it-traffiku mit-toroq Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk, fil-pjan tagħna, aħna għidna li hemm bżonn ta' investiment f'sistema alternattiva ta' trasport modern u effiċjenti.", "Din biss tista' ssolvi l-problema kbira tat-traffiku li għandna f'pajjiżna!", "Dan il-pjan għandu jsir f'kontest u parti minn pjan strateġiku u fit-tul ta' kif wieħed jindirizza l-ikbar sfida li qed jaffaċċja l-poplu Malti u Għawdxi, li hija dik tat-traffiku!", "Tajjeb li ninvestu wkoll fil-kisi tat-toroq però dan waħdu mhuwiex biżżejjed!", "Il-pajjiż għandu bżonn pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku mingħajr aktar dewmin!", "Billi ngħidu li se jonfqu €700 miljun fit-toroq ma jfissirx li se nsolvu l-problema tat-traffiku.", "Qed ngħid dan, għaliex il-Gvern mhux qed jgħid xi kwalità ta' toroq għandu bżonn il-pajjiż u lanqas qed jirreferi għall-mezzi ta' trasport li l-pajjiż se jkollu bżonn fil-futur.", "Tajjeb li ninvestu l-miljuni fit-toroq, imma ma nistgħux nibqgħu b'mentalità li mexa' biha l-Gvern sal-lum, fejn meta niġu biex nagħmlu x-xogħol, ma jsirx ippjanar kif suppost!", "Hawnhekk, bħala eżempju, ma nistax ma nsemmix it-toroq f'Għawdex.", "F'Għawdex għandna nuqqas kbir ta' xogħol fuq it-toroq u l-manutenzjoni li qed issir fuq it-toroq hija minima ħafna, biex ma ngħidx li kważi ma teżistix, bil-konsegwenza li ċerti toroq qed jisfrundaw!", "Il-ftit toroq li ġew miksija ma tlestewx minn kollox.", "Rigward it-triq li mir-Rabat tagħti għal Sannat, ġiet miksija nofsha biss u l-parti li sar xogħol fuqha, ma ngħatatx l-aħħar kisja!", "Irrid insemmi wkoll l-istat diżastruż li tinsab fiha Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant' Antnin f'Għajnsielem.", "Parti minn din it-triq ċediet u hemm diversi diżlivelli kbar bejn naħa u oħra tat-triq.", "Saru diversi mistoqsijiet parlamentari però kulma rriżulta minn dawn il-mistoqsijiet huwa li tlesta survey fuq din it-triq!", "Riċentement għamilt mistoqsija lill-Ministru għal Għawdex li fiha tlabtha tgħid jekk tistax tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dan is-survey, jekk tistax tgħid jekk is-sistema ta' drenaġġ li tgħaddi minn taħt din it-triq hijiex tiffunzjona tajjeb u jekk dan id-drenaġġ minn din is-sistema huwiex jispiċċa fir-raba'.", "Fit-tweġiba l-Ministru qalet li qed jitħejja rapport komprensiv tar-riżultati miksuba mis-survey li semmejt.", "Interessanti li wieħed jgħid li fi tweġiba, ma kien hemm l-ebda referenza dwar jekk is-sistema ta' drenaġġ hijiex tiffunzjona u jekk dan hux jispiċċa fir-raba'.", "Sur President, smajna ħafna diskorsi dwar kemm se jittieħdu flus u kemm se jkollna toroq tajbin.", "Huwa tajjeb li jinbnew it-toroq mill-ġdid u li ssir manutenzjoni fit-toroq imma l-iskop aħħari ta' dan ix-xogħol irid ikun li nnaqqsu kemm nistgħu l-problema ta' konġestjoni tat-traffiku li qed toħnoq il-pajjiż.", "Għalhekk hemm bżonn urġenti li tingħata l-attenzjoni meħtieġa.", "Nemmen li b'rieda tajba l-immaniġġjar tat-traffiku huwa xi ħaġa li tista' ssir.", "Biss, irridu noqogħdu attenti ħafna kif se nfasslu deċiżjonijiet tajbin u għaqlin.", "Din it-trasformazzjoni tista' tintlaħaq biss b'determinazzjoni u bil-kollaborazzjoni u bl-involviment tal-istakeholders kollha involuti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Ian Borg biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "IAN BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018, fid-9.30 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-Sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttur Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar Dipendenza fuq id-Droga, Trattament mhux Priġunerija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attivi Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità u l-Innovazzjoni Diġitali u ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tkun ikkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet, Riforma dwar il-Pensjonijiet – Kumitat Permamenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON: Sur President, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi f'dan l-Aġġornament nixtieq nitkellem dwar il-pensjonanti u l-pensjoni f'pajjiżna.", "Ngħid id-dritt li kelli l-ħsieb nitkellem fuq il-miżura tal-addozzjonijiet imma peress li din l-issue qamet waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, ma nħossx illi fl-istess ġurnata, għandi noqgħod nirrepeti l-istess affarijiet f'dan il-Parlament.", "Għalhekk nixtieq nitkellem fil-qosor, b'mod aktar speċifiku, fuq dawk li għandhom 'il fuq minn 65 sena f'pajjiżna.", "Nibda billi ngħid li bla dubju wasal il-mument - ilu magħna imma naħseb illi aktar ma jgħaddi żmien aktar qed isir realtà - li wieħed iħares b'ċertu impenn lejn il-bidliet demografiċi ta' pajjiżna.", "Illum resqin lejn il-figura fejn wieħed minn kull erba' persuni li jgħixu f'pajjiżna għandhom aktar minn 65 sena.", "Dan ifisser li 25% tal-popolazzjoni tagħna hija anzjana.", "Mhux hekk biss imma fi ftit snin oħra, dan il-persentaġġ mistenni li jitla' għal 28%.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq xi medda ta' ħafna snin imma fuq ftit snin oħra.", "Għalhekk huwa importanti li bħala soċjetà nibdew naħdmu biex nilqgħu u nippreparaw għal dawn l-isfidi.", "Nixtieq nibda billi ngħid li bħala Gvern ninsabu kommessi li nħarsu lejn dawn l-isfidi.", "Aħna ninsabu kommessi li nibqgħu nħarsu lil dawk li huma vulnerabbli fis-soċjetà tagħna billi nagħtuhom l-attenzjoni li tixirqilhom.", "Kulħadd jaf li l-persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena huma fost dawk l-aktar vulnerabbli f'pajjiżna.", "Ir-riskju ta' faqar għal dawn il-persuni huwa akbar minn dak li huwa għal persuni oħrajn.", "Din hija r-realtà li qegħdin niffaċċjaw illum u fiż-żmien li ġej.", "Ma jistax ikun li nagħmlu kif għamlu amministrazzjonijiet suċċessivi Nazzjonalisti li quddiem dawn l-isfidi, m'għamlu xejn, jew saħansitra, għamlu affarijiet li komplew żiedu l-problemi għal din is-sezzjoni ta' persuni vulnerabbli.", "Infakkar fi stqarrijiet fil-Parlament mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien li meta kienu se jogħlew it-tariffi tad-dawl u l-ilma qal li se jivvota favur bil-qalb!", "X'differenza mill-Gvern tal-lum!", "Biex nagħti figura waħda rrid ngħid li fl-2012, koppja pensjonanta li tgħix bil-pensjoni kienet tonfoq madwar €520 fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Mill-2016 'il quddiem, dik l-ispiża niżlet 'l isfel għal madwar €210.", "Hawn qed nitkellmu fuq medda ta' erba' snin.", "Ovvjament, kif nafu, kien hemm il-bidla fl-Amministrazzjoni u forsi jkun hawn min jistaqsi: Mhux b'25% naqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "Wieħed irid jiftakar li hemm bands differenti imma huwa żgur li t-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma kienet imbuttatura 'l quddiem għall-pensjonanti.", "Miżura oħra li żgur tat wens lil din il-faxxa ta' persuni kienet iż-żieda fi tliet budgets suċċessivi li ngħatat lill-pensjonanti.", "Għal kważi 25 sena sħaħ, taħt Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, il-pensjoni ma żdiedet qatt!", "F'25 sena, qatt ma ngħatat żieda, lanqas fil-pensjoni minima!", "L-unika żieda li ngħatat kienet għall-għoli tal-ħajja.", "X'differenza mil-lum, fejn għandna Gvern li fi tliet budgets wara xulxin, ta żieda lill-pensjonanti!", "Sur President, kien hemm diversi miżuri oħrajn li b'mod dirett jew indirett, laqtu b'mod tajjeb lil din il-faxxa ta' persuni.", "Pereżempju, insemmi miżura li ttiedet fil-baġit tal-2016, fejn l-ewwel €13,000 tal-introjtu mill-pensjoni, ma baqgħux jiġu ntaxxatti, liema miżura gawdew minnha madwar 23,000 pensjonant.", "Fiil-fatt kien hemm madwar 9,000 pensjonant li qabel kienu jħallsu t-taxxa u permezz ta' din il-miżura, illum, mhu qed iħallsu l-ebda taxxa.", "Irrid ngħid ukoll li fl-aħħar budget din il-figura ġiet estiża għal €13,200.", "Dawn kienu kollha miżuri li bla dubju, ħallew il-flus fil-but tal-pensjonanti tagħna.", "Irrid insemmi wkoll il-miżura li jekk persuna jkollha ċerta età u tkun għadha tgħix ġewwa d-dar tagħha, tibqa' tingħata l-grant ta' €300 kull sena.", "Miżura oħra indiretta, li żgur affettwat tajjeb lill-pensjonanti hija li fejn qabel konna nitkellmu ta' spiss fuq mediċini out of stock, illum il-frażi \"out of stock\" m'għadhiex tissemma.", "Sur President, irrid insemmi żewġ eżempji oħrajn ħalli min qed isegwina hemm barra japprezza dak li qed nitkellem fuqu.", "Fl-2008, il-pensjoni medja ta' persuna bejn il-65 u l-74 sena kienet tammonta għal 41% tal-paga medja ta' persuna bejn il-50 u d-59 sena.", "Fl-2016, il-pensjonanti tal-istess età bejn 65 u 74 bdew jilħqu 45% tal-paga medja ta' persuni bejn il-50 u 59 sena.", "Din hija figura li ma jista' jmeriha ħadd!", "Irrid insemmi wkoll dak li ħareġ mill-aħħar statistika rigward is-severe material deprivation f'pajjiżna, fejn ilħaqna l-aktar rekord baxx li qatt kien irrekordjat.", "Din il-figura tikkuntrasta ferm ma' records ta' figuri għoljin ta' nies fil-faqar u f'riskju tal-faqar li kellna sa ftit tas-snin ilu.", "Dan it-tnaqqis kien mifrux fuq il-popolazzjoni kollha, mhux l-inqas fuq l-anzjani ta' 'l fuq minn 65 sena.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, nixtieq nuża dan il-ħin tal-Aġġornament biex nitkellem dwar il-Korp tal-Pulizija.", "Naf li dan huwa suġġett għal qalbek ħafna għaliex inti servejt fil-Korp u huwa għal qalbi wkoll għaliex missieri serva fil-Korp għal 25 sena.", "Għalhekk, għalija, il-każ tal-Kuntistabbli Schembri mhuwiex sempliċement każ ta' kuntistabbli li safa attakkat imma nista' nirrelata anke mat-tfal tiegħu, għaliex bħalhom, għext żmenijiet fejn rajt lil missieri joħroġ mid-dar biex imur għax-xogħol imma ma kontx naf jekk hux ġej lura d-dar filgħaxija.", "Il-membri tal-Korp jiġu wiċċ imb wiċċ ma' ġlidiet, konfrontazzjonijiet, kriminalità, theddid u tant affarijiet oħrajn.", "Għalhekk illum nixtieq li nindirizza din il-Kamra biex fl-aħħar tal-punti li se nitkellem fuqhom, inwassal numru ta' rakkmandazzjonijiet li wieħed jista' jieħu fiż-żmien li ġej.", "Nixtieq nitkellem dwar il-Korp, il-każ tal-Kuntistabbli Simon Schembri, il-kriminalità, id-dixxiplina, inkluż fost it-tfal tagħna, u r-rispett lejn l-istituzzjonijiet inkluż il-Korp tal-Pulizija.", "Tajjeb ngħid li Malta qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel ħafna.", "Li nirreaġixxu fil-ħin għall-kriminalità mhuwiex biżżejjed imma huwa importanti li nkunu pass jew tnejn qabel il-kriminalità.", "Fil-fehma tiegħi, l-ordni fil-pajjiż, ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet, il-viżjoni u l-investiment fil-Korp tal-Pulizija huma importanti daqs kull surplus ekonomiku li wieħed jista' jkollu fil-pajjiż.", "Hawn, nixtieq insellem lill-Ministru Michael Farrugia għax-xogħol li qed jagħmel u għall-viżjoni li qed jimplimenta f'dan il-qasam.", "Insellem ukoll lil kull Ministru li serva fil-Ministeru tal-Intern, għaliex naf l-investiment u x-xogħol li sar matul iż-żmenijiet.", "Fl-aħħar ġimgħat u xhur, tkellimna ħafna drabi dwar il-każi xejn sbieħ li kellna dan l-aħħar, però huwa fatt magħruf li ħdejn pajjiżi oħrajn, Malta hija pajjiż sigur, fejn wieħed jista' jgħix u jrabbi t-tfal tiegħu b'mod tajjeb.", "Wara l-każ tal-Kuntistabbli Schembri jkun tajjeb li nieqfu u nanalizzaw minn fejn ġej dan l-attentat.", "Dan kien attentat iżolat għax jekk inħarsu lejn pajjiżi oħrajn, nisimgħu b'ħafna ġlidiet, sparaturi u qtil, liema affarijiet, hawn Malta, ma nesperjenzawhomx.", "Però huwa tajjeb li nidentifikaw il-problema li għandna fil-pajjiż, li hija nuqqas ta' rispett lejn il-Korp tal-Pulizija.", "Inżid ngħid ukoll li hawn nuqqas ta' motivazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li hija riżultat ta' ħafna affarijiet.", "Pereżempju ninsab informat li kull ġimgħa jidħol l-isptar membru tal-Korp b'injury jew oħra.", "Għalija dan huwa inaċċettabbli!", "Infakkar ukoll il-ħidma li jagħmlu pajjiżi oħrajn fejn tidħol il-kriminalità.", "Pereżempju, infakkar il-ħidma tal-Eks Prim Ministru tar-Renju Unit Tony Blair, bit-tema dak iż-żmien ta' \"New labour fighting crime and the causes of crime\".", "Naqbel perfettament ma' analisi li qrajt fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet mill-kriminologu l-Professur Saviour Formosa fejn spjega li l-istatistika qed turi li l-kriminalità f'Malta mhijiex tiżdied.", "Huwa qal li fl-2009 Malta bdiet tesperjenza żieda fil-kriminalità kull sena, iżda fl-aħħar sentejn, din ir-rata bdiet tistabilizza ruħha u baqgħet fl-istess livell.", "Din hija xi ħaġa li pajjiżi oħrajn żgur li ma esperjenzawx.", "Huwa spjega - u jien naqbel miegħu definittivament - li meta tiżdied il-popolazzjoni, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, ir-rata tal-kriminalità suppost li tibqa' togħla b'rata mgħaġġla kif rajna f'pajjiżi oħrajn.", "F'Malta dan ma seħħx u għalhekk huwa tajjeb li nirrikonoxxu dan il-fatt.", "Naqbel meta f'din il-Kamra u fil-midja ngħidu li t-tipi ta' crimes li qed naraw qed jinbidlu u qed jidħlu oħrajn ġodda.", "Pereżempju hawnhekk nixtieq insemmi s-cyber crime, il-frodi u l-pick pocketing, li fil-passat ma konniex nesperjenzawhom.", "Jista' jkun li dan huwa riżultat ta' problemi soċjali li qed nesperjenzaw f'pajjiżna kif ukoll riżultat tal-influss ta' persuni barranin li jġibu magħhom mhux biss opportunitajiet ġodda imma anke prattiċi li f'Malta konna għadna ma esperjenzajniehomx.", "Jien ngħid ukoll li għandna problema identifikata ta' nuqqas ta' dixxiplina.", "Il-mara tiegħi hija għalliema ta' tfal żgħar u ilha tgħallem għal aktar minn għaxar snin.", "Hija tgħid li kemm-il darba tidentifika din il-problema u jkun evidenti li dawn it-tfal, ta' sitta u seba' snin, aktar 'il quddiem f'ħajjithom, se jxellfu difrejhom mal-Korp tal-Pulizija.", "Dawn m'għandhomx 15, 16, 17 jew 18-il sena, imma għadhom tfal ta' età tenera ta' sitta u seba' snin.", "Għalhekk, filwaqt li wieħed m'għandux jiġġeneralizza, ikun tajjeb li fl-iskejjel tagħna jkun hemm id-dixxiplina li hemm bżonn u s-sapport lejn l-għalliema, is-surmast u l-LSAs.", "Sur President, hawn nixtieq insemmi l-Oppożizzjoni.", "Mhux soltu li nagħmel dan imma llum inħoss id-dmir li b'rispett lejn il-Korp tal-Pulizija nindirizza lill-Oppożizzjoni li issa ilha 'l fuq minn ħames snin timmina l-istituzzjonijiet f'pajjiżna b'mod sistematiku u dan l-atteġġjament qed idgħajjef il-Korp tal-Pulizija.", "Għalhekk il-mixjiet ta' solidarjetà mill-Oppożizzjoni li rajna fl-aħħar jiem huma biss insult lejn il-Korp tal-Pulizija.", "Għandna Oppożizzjoni, fejn il-Kap jattendi għal mixjiet ta' solidarjetà fit-toroq imma mbagħad għandu Membri fil-grupp parlamentari tiegħu li jħossuhom komdi jingħaqdu f'folol quddiem id-Depot biex jinsultaw u jissuttaw membri tal-Korp tal-Pulizija!", "Għalhekk fil-fehma tiegħi, il-mixjiet huma farsa u insult għal kull membru tal-Korp tal-Pulizija.", "Ma nistax ma nitkellimx ukoll dwar il-każ Daphne Caruana Galizia.", "Tkellimt fuqu xhur ilu imma dak li ġara u li ġie rrapportat fl-aħħar jiem, fil-fehma tiegħi, huwa wkoll insult għall-Korp tal-Pulizija.", "Kif nafu, f'qasir żmien, il-pulizija ġabret tliet persuni akkużati b'dan il-qtil.", "Dan kien rekord li qatt ma rajna bħalu f'Malta!", "Kif nafu, kellna diversi qtil brutali f'pajjiżna, fosthom ta' Karen Grech u ta' Raymond Carauna li ħadd ma solviehom.", "Minflok ma rringrazzjajna lill-Korp tal-Pulizija, il-laptops ta' Daphne Caruana Galizia ntbagħtu l-Ġermanja għand il-pulizija Ġermaniża.", "Għalija dan kien l-ikbar insult għall-Korp tal-Pulizija.", "Għalhekk il-mixjiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni u sħabu għal solidarjetà mal-pulizija huma farsa!", "Forsi huwa faċli ħafna li nimxu minn Strada Rjali u nibqgħu neżlin lejn il-Furjana imma dawn il-prattiċi żgur li se jkomplu jimminaw b'mod sistematiku l-Korp tal-Pulizija u istituzzjonijiet oħrajn.", "Sur President, nagħlaq b'numru ta' azzjonijiet li nixtieq nara fiż-żmien li ġej.", "L-ewwel nett, irridu nieqfu nagħmlu ballun politiku mill-Korp tal-Pulizija.", "Il-mixjiet ta' solidarjetà huma tajbin, però huwa aktar importanti li npoġġu bilqiegħda u naqsmu viżjoni ċara għall-Korp tal-Pulizija għall-għaxar snin li ġejjin.", "Irridu nibdew naħsbu qabel il-kriminali biex ikun hemm il-pulizija lesti biex jipprevjenu u jintervjenu.", "Hemm bżonn li l-pulizija jkunu eqreb lejn is-soċjetà, il-familji u n-nies.", "Irridu nkabbru l-motivazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.", "Jien għandi numru ta' ħbieb tiegħi li huma membri fil-Korp tal-Pulizija u kollha jgħidulek li dak li għexu fl-aħħar xhur, fosthom it-tgħajjir li ħadu fl-aħħar ġimgħat, iddemotivahom fil-ħidma tagħhom.", "Nemmen li dan il-Gvern qiegħed fl-aqwa żmien tiegħu biex idaħħal sens ta' ottimiżmu u motivazzjoni ġdida għall-Korp tal-Pulizija.", "Kif nafu, saret ħafna ħsara mhux biss lill-pajjiż b'mod internazzjonali imma anke lill-Korp tal-Pulizija fuq bażi lokali.", "Għalhekk hemm bżonn ta' marketing campaign biex inressqu lura lill-pulizija viċin il-familji, is-soċjetà u l-komunità.", "Nemmen li l-Istat m'għandux jiffoka biss fuq l-individwi imma fuq il-komunità.", "Nafu wkoll dwar il-bżonn li nindirizzaw ċerti ghettos li nbnew f'pajjiżna fl-aħħar żmenijiet li qed iwassal biex il-Maltin ma jħossuhomx komdi li jgħixu f'ċerti żoni.", "Inkun ipokrita jekk ngħid li kollox huwa miexi ward u żahar.", "Ir-realtà mhijiex hekk!", "Għalhekk il-pulizija għandhom jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet, f'postijiet bħall-Marsa, Buġibba, il-Qawra u I-Imsida, fost l-oħrajn.", "Naf li preżentement il-pulizija qed jieħdu numru ta' azzjonijiet f'dawn il-lokalitajiet.", "Ma nistgħux inħallu sitwazzjoni fejn il-Maltin mhumiex iħossuhom komdi li jgħixu u jkabbru t-tfal tagħhom f'ċerti postijiet.", "Għalhekk jeħtieġ li l-Istat ikompli jiffoka fuq il-bżonn li nħaddnu komunità viċin il-pulizija u pulizija viċin il-komunità.", "Nemmen li l-Istat m'għandux jiffoka biss fuq detenzjoni imma anke fuq l-edukazzjoni.", "Tajjeb li niddiskutu dwar dan imma mill-kliem irridu ngħaddu għall-prattika.", "Irridu nkunu ħorox ma' min jitkessaħ iżda persuna li tkun qiegħda fil-ħabs trid tingħata t-taħriġ u l-edukazzjoni u mhux sempliċement tingħata xogħol biss.", "Bħalma għedt, hemm bżonn ta' aktar dixxiplina sa minn eta' żgħira.", "Fuq kollox, nafu li r-rispett lejn l-istituzzjonijiet għandu jibda minn din il-Kamra u jkompli saħansitra sal-iskejjel tagħna.", "Nagħlaq billi nirringrazzja - nixtieq li nista' nagħmel dan f'isem kulħadd - lill-Korp tal-Pulizija u lil kull kuntistabbli għax-xogħol kbir li jagħmlu ta' kuljum u lill-familji tagħhom għas-sapport li jagħtuhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ningħaqad mal-ħsebijiet tiegħek, Onor. Farrugia, u nselli wkoll għal missierek li nafu bħala s-Surġent Toni, bin-numru 1400, jekk m'iniex sejjer żball.", "Il-Kamra issa hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Mejju, fid-9.30 a.m., bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.24 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – PROMOTIONAL MATERIAL - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;", "Sena Nefqa fuq", "L-ammont totali fil-perjodu msemmi sa April 2018 huwa ta' €102,496.82", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub huwa diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju, kif inhu l-każ, f'kampanji li jtulu.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub huwa diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju, kif inhu l-każ, f'kampanji li jtulu.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jkun jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Ninsab informat li peress li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma twaqqaf f'Ġunju 2017 u kien hemm xi tibdil f'dipartimenti u entitajiet, it-tagħrif mitlub huwa wieħed speċifiku u għaldaqstant huwa diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "Ninformah li l-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju, kif inhu l-każ, f'kampanji li jtulu.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju, kif inhu l-każ, f'kampanji li jtulu.", "BORD TAL-ADOZZJONIJIET – APPROVAZZJONI TA' TALBIET GĦAL ADOZZJONIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew approvati talbiet għall-adozzjonijiet mill-Bord tal-Adozzjonijiet mis-sena 2010 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsumin sena b'sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bord tal-Adozzjoni mis-sena 2010 sal-21 ta' Mejju 2018 approva s-segwenti talbiet:", "2018 - 22 (sal-21 ta' Mejju 2018).", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa care orders matul is-snin 2016 u 2017?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-sena 2016, kien hemm disa' Ordnijiet għal Ħarsien (Care Order) u fis-sena 2017 kien hemm 14-il Ordni għal Ħarsien (Care Order).", "ĦAL TARXIEN – TOROQ IRRANĠATI MILL-KUNSILL LOKALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien matul is-sena li għaddiet u f'din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta' hawn taħt:", "Lista mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien tat-toroq li ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod minnu matul is-sena 2017 u 2018 (Resurfacing):", "Triq Santa Marija (parti)", "Triq Santa Marija (parti)", "Triq Dejma (parti)", "FGURA – TOROQ IRRANĠATI MILL-KUNSILL LOKALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod mill-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena li għaddiet u f'din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "SANTA LUĊIJA – TOROQ IRRANĠATI MILL-KUNSILL LOKALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika liema toroq ġew imsewwija jew irranġati b'xi mod mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija matul is-sena li għaddiet u f'din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li fil-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant il-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija wettaq xogħol ta' resurfacing fuq parti minn Triq Pensieri fl-istess lokalità.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – BINI LI KIEN INBENA MILL-FLUS TA' EKO-GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4265 u jgħid għal xiex qed jintuża llum il-bini li kien inbena mill-Ministeru għal Għawdex mill-flus ta' Eko-Għawdex u li kellu jkun iċ-Child Development Centre f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid jekk din il-binja kollha hijiex amministrata mill-Ministeru għas-Saħħa jew jekk ġietx mgħoddija lil xi Ministeru ieħor jew xi kumpanija privata?", "Jekk iva lil min ġiet mgħoddija u għal liema skop?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġo din l-istess binja u xi grad għandhom dawn il-ħaddiema?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-binja msemmija minnu ġiet mgħoddija lill-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex bħala parti minn proġett ta' żvilupp tal-istess sptar.", "Fil-preżent, minn din il-binja jingħata servizz ta' social work li huwa amministrat mill-Ministeru għal Għawdex u s-servizz tal-Pharmacy of Your Choice (POYC).", "Din il-binja tospita wkoll uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex.", "Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib jiżdied l-użu ta' din il-binja.", "Il-grad tal-ħaddiema li jaħdmu f'din il-binja jvarja minn tobba u nurses għal social workers u skrivani.", "MASTER PLAN GĦAL KEMMUNA – KONSULTAZZJONIJIET MAL-AWTORITAJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-Master Plan għal Kemmuna?", "Meta huwa maħsub li se jkun iffinalizzat dan il-Master Plan u min huma l-periti inkarigati mill-Ministeru tagħha fuq dan il-pjan?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lilll-Onor.", "Interpellant li l-pjan ġie mgħoddi lill-ERA għall-kummenti, approvazzjoni u emendi.", "Il-periti inkarigati huma d-ditta Doric Studio.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX – ORTHOPAEDIC UNIT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sala mibnija riċentement u li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bdietx tintuża għal dan l-iskop u jekk le għal xiex qed tintuża bħalissa u għalfejn mhijiex tintuża bħala Orthopaedic Unit?", "Meta huwa ppjanat li tibda tintuża?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa qegħdin fi proċess sabiex ikunu jistgħu jiġu ingaġġati infermiera Għawdxin sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f'dan il-unit.", "Wara dan il-proċess, mistenni jibda programm ta' taħriġ għall-infermiera dwar din il-kura speċjalizzata.", "Ta' min jirrimarka li din l-istess amministrazzjoni żiedet in-numru ta' konsulenti tal-ortopedija minn dak ta' wieħed għal tlieta.", "Sar ukoll investiment qawwi f'dik li hija għodda li tiġi użata fl-operazzjonijiet tal-ortopedija.", "Sabiex jikkumplimenta dan kollu, ħarġet ukoll sejħa għal specialist nurse għal dan id-dipartiment speċifiku.", "Dan kollu jawgura tajjeb biex il-kura tal-ortopedija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tkun tal-ogħla livell, xi ħaġa li l-poplu Għawdxi kien ilu jistenna għal snin twal.", "Fil-preżent u sakemm jiġi esegwit dan il-proċess kollu, qed jiġu użati tliet uffiċċji kif ukoll xi kmamar li fihom qed jinżamm apparat relatat mal-ortopedija.", "ENTITAJIET PUBBLIĊI – PENALI AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm huwa l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "ENTITAJIET PUBBLIĊI – PENALI AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm huwa l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – KOMPOŻIZZJONI TA' BORDIJIET TAL-GĦAŻLA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5555, tista' l-Ministru tgħid għal kull Bord tal-Għażla maħtur, min kienu ċ-Chairpersons u l-membri u għal liema post/pożizzjonijiet vakanti kien maħtur kull Bord minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid fuq liema kriterji jinħatru l-membri f'kull Bord?", "Interpellant li qed nikkonferma r-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 5555, li ċ-Chairperson ikun uffiċjal pubbliku waqt li ż-żewġ membri l-oħra jkunu uffiċjali pubbliċi rtirati li l-lista tagħhom tiġi approvata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "RESIDENZA TAL-ANZJANI – APPLIKAZZJONI TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni, li t-tagħrif dwarha qed jintbagħat separatament, għad-dħul ġewwa residenza tal-anzjani tingħata prijorità peress li l-kondizzjoni tal-persuna b'diżabilità riċentement iddeterjorat ħafna u dan apparti li issa tinsab tgħix waħedha?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u informa lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "ĊILINDRI TAL-OSSIĠNU", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex possibbli li jinħoloq depot fin-naħa ta' fuq ta' Malta minn fejn persuna tkun tista' ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu u dan biex jiġu ffrankati ħafna inkonvenjenzi, skariġġ u tbatija lil min ikollu bżonn dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fit-tender il-ġdid (li jinsab fi stadju avvanzat li jingħata) se jkun hemm tliet postijiet minn fejn persuna tkun tista' ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu; wieħed fin-Nofsinhar u wieħed fit-Tramuntana ta' Malta, u ieħor f'Għawdex.", "TIM NAZZJONALI TAN-NETBALL – GĦAJNUNA FINANZJARJA MINN SPORTMALTA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jara li tingħata għajnuna finanzjarja minn SportMalta biex it-tim nazzjonali tan-netball jieħu sehem fl-avveniment sportiv tan-Netball Europe Under 21 Challenge Section f'Ottubru li ġej?", "EVARIST BARTOLO: Informat minn SportMalta li l-Assoċjazzjoni tan-Netball ma għamlet l-ebda talba għal assistenza għall-2018 u għaldaqstant ma hemm l-ebda talba pendenti għal tali assistenza.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern kien u għadu kommess li jassisti għaqdiet sportivi fil-parteċipazzjoni tagħhom f'avvenimenti internazzjonali.", "Il-Bord ikun jista' jevalwa t-talba tal-Assoċjazzjoni ladarba ssir tali talba, skont il-proċedura.", "IMPJANT TAD-DRENAĠĠ F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex u d-demel tal-baqar, jista' l-Ministru jgħid fejn qed jiġi miġbur u msoffi d-demel tal-baqar fil-preżent, meta jidher ċar li sistema tat-tisfija tal-impjant tad-drenaġġ għadha qed tiġi maħnuqa bid-demel tal-baqar?", "Meta se tiġi konkluża u mwettqa s-soluzzjoni fuq livell nazzjonali?", "Jista' jagħti d-data?", "JOE MIZZI: L-Onor.", "Interpellant għandu jkun jaf li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhijiex responsabbli mill-ġbir tad-demel tal-baqar.", "Madankollu, fuq l-impjant t'Għawdex, il-Korporazzjoni tinnota li dan għadu kemm ingħata overhaul u li llum il-ġurnata qed jiffunzjona b'mod ideali.", "Il-Korporazzjoni ħarġet ukoll it-tender biex jissewwa l-outfall li nkiser b'imblukkar fl-aħħar snin.", "Filwaqt li nfakkar li kwalunkwe materjal li mhux drenaġġ domestiku jagħmel ħsara fl-infrastruttura tad-drenaġġ, il-Korporazzjoni ttenni r-rieda tagħha li tkompli tissalvagwarda l-impjanti tagħha biex tiżgura soluzzjonijiet dejjiema.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Peress li dan l-aħħar fit-Times of Malta tas-16 ta' Mejju deher artiklu li fih intqal li l-Onor.", "Emanuel Mallia u l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, li huma membri tal-backbench, għandhom impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku, u peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Meta kienu ingaġġati dawn id-Deputati fis-Servizz Pubbliku jew entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandhom dawn id-deputati kif ukoll id-dħul gross annwali tagħhom; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupaw illum?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba min-naħa tiegħu hija din:", "Għar-rigward tal-Onor.", "Emanuel Mallia, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5265.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li huma dawn l-erba' Membri Parlamentari biss minn dawk imsemmija fil-mistoqsija tiegħu, li għandhom xi tip ta kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Godfrey Farrugia, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Demokratiku għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-Servizz Pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Godfrey Farrugia m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Marlene Farrugia, Membru tal-Oppożizzjoni li tirrappreżenta l-Partit Demokratiku għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilha ingaġġata din id-Deputat fis-Servizz Pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandha din id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tagħha; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Marlene Farrugia m'għandha ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "David Agius, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-Servizz Pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "David Agius m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Karol Aquilina, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-Servizz Pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Karol Aquilina m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu kontra s-Sindku tal-Birgu wara l-qtil barbaru ta' għadd ta' ħamiem li f'filmat fuq is-sit online tat-timesofmalta.com deher jaqa' mal-art wara li ntlaqat b'tiri u jmut bil-mod?", "Billi dan l-att barbaru ġie kkundannat bil-qawwa mill-Kummissarju tal-Annimali maħtur minn dan l-istess Gvern, għalfejn għadhom ma ttieħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma tteħdux passi kontra s-Sindku tal-Birgu.", "Il-proċedura ta' culling tal-ħamiem kienet proċedura li ntużat drabi oħra u f'postijiet oħra u dan wara li saru arranġamenti mal-awtorità kompetenti.", "BIRGU – PERMESS BIEX ISIR SPARAR FUQ IL-ĦAMIEM", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ntalab permess mill-Kunsill jew mis-Sindku tal-Birgu biex isir sparar fuq il-ħamiem?", "Jista' jgħid meta ngħata dan il-permess?", "Minn liema uffiċċjal tal-pulizija ngħata l-permess?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li kif diġà ntqal fi tweġibiet għal mistoqsijiet relatati ma' dan il-każ, mal-pulizija saret biss talba għall-assistenza ta' bon ordni u prekawzjonijiet waqt il-culling.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mill-Korp tal-Pulizija jew mill-Gvern min iddeċieda li Membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu ordnati biex ikunu preżenti mas-Sindku tal-Birgu u ma' persuni li nġiebu apposta biex jisparaw b'mod barbaru fuq il-ħamiem fl-abitat, fid-dawl tax-xemx u quddiem tfal u turisti?", "Jista' jgħid min ħa din id-deċiżjoni biex il-pulizija jkunu preżenti u poġġa l-pulizija f'sitwazzjoni antipatika biex ikunu partners in crime waqt li kien qed isir dan l-att ta' moħqrija fuq annimali permezz ta' qtil barbaru, salvaġġ u inuman?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li kif diġà ntqal fi tweġibiet għal mistoqsijiet relatati mal-istess suġġett, il-Pulizija tad-Distrett ta' Bormla tramite l-uffiċjali awtorizzati, ġiet mitluba tassisti għaż-żamma tal-bon ordni u teħid ta' prekawzjonijiet waqt l-eżerċizzju relatat ma' din il-mistoqsija.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn tliet snin ilu qalulu li għandu blockage f'saqajh u qalulu wkoll li kienu se jibagħtu għalih iżda sal-lum għadu jistenna?", "CHRIS FEARNE: Filwaqt li ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ ġie segwit, ninformah ukoll li f'inqas minn sena, l-Isptar Mater Dei kien ta d-data lill-pazjent biex issirlu l-proċedura li kellu bżonn iżda l-istess pazjent irrifjuta.", "DĦUL F'SAN VINĊENZ DE PAULE – KAŻ TA' ANZJANA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ġiet offruta biex tidħol f'San Vinċenz de Paule, iżda hi rrifjutat u llum il-ġurnata l-kondizzjoni tagħha ggravat u ma tistax tgħix aktar waħedha?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għal mistoqsija li saret f'isimha.", "STENNIJA GĦAL CT SCAN – KAŻ TA' ANZJANA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għaddejja minn uġigħ insapportabbli, u li ilha tistenna CT Scan mill-2017 u li issa se jsir f'Lulju li ġej?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-proċess jitħaffef?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qed ikun segwit.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5578, jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawk il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar, li qegħdin jieħdu l-allowance u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv, jitħallsux ukoll tal-overtime jew tat-time off in lieu?", "Jista' jindika kemm jammonta kull allowance lil kull ħaddiem u għal liema raġuni qed jingħata?", "Jista' jgħid jekk hemmx ħaddiema li għandhom aktar minn allowance waħda u li mhumiex parti mill-ftehim kollettiv tal-istess Awtorità?", "Jekk iva f'liema gradi u f'liema sezzjoni qed jingħata u għaliex?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema li qed jitħallsu tal-leave li ma jkunux ħadu s-sena ta' qabel?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ħaddiema li jieħdu allowance li mhux parti mill-Ftehim Kollettiv, jitħallsu tal-overtime jew minflok jistgħu jutilizzawh f'time off in lieu.", "L-allowances li mhumiex parti mill-Ftehim Kollettiv huma fit-tabella.", "(*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument)", "Il-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar mhux qed jitħallsu tal-leave li ma jkunux utilizzaw matul is-sena ta' qabel.", "Tajjeb li niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li l-approvazzjoni għal dawn l-allowances mhijiex prassi ġdida hekk kif fl-2008 bdew jiġu approvati, miċ-Chairman u/jew mil-Kap Eżekuttiv, numru ta' allowances, inkluż car allowance u disturbance allowance f'ċertu gradi u skali skont il-prerogattiva tal-management.", "RIABILITAZZJONI GĦALL-PAZJENTI TAL-ISPTAR MONTE CARMELI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-programmi ta' riabilitazzjoni li qed jitwettqu fil-preżent għall-pazjanti li qed jiġu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintegraw fl-komunità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull tim multidixxiplinarju li hemm fid-Dipartiment tal-Psikjatrija joffri programmi olistiċi biex il-pazjenti li jkun hemm taħt il-kura tigħu jkunu jistgħu jiġu riabilitati fil-komunità.", "Dawk il-pazjenti li jkollhom diffikultajiet partikolari jiġu riferuti lil wieħed miż-żewġ timijiet immexxija minn konsulenti bi special interest fir-riabilitazzjoni.", "Dawn il-programmi jistgħu jinkludu perjodu ta' residenza fil-half way house u għandhom ukoll kollaborazzjoni mal-NGOs f'dan il-qasam.", "GĦARFIEN DWAR IS-SAĦĦA MENTALI - PROGRAMMI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettall xi programmi twettqu f'din il-leġiżlatura għat-tkabbir ta' kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-istigma dwar is-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħna?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jsiru diversi inizjattivi għat-tkabbir ta' kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali kif ukoll biex nikkumbattu l-istigma dwar is-saħħa mentali fil-komunitajiet tagħna, fosthom:", "- Taħditiet regolari fil-kunsilli lokali Malta/Għawdex (suġġetti diversi relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali) b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kura Primarja fejn il-konkorrenza tal-pubbliku hija waħda inkoraġġanti.", "- Taħditiet regolari dwar diversi suġġetti relatati mas-saħħa mentali tal-anzjani fiċ-ċentri ta' matul il-jum għal-anzjani f'Malta kif ukoll fix-Xewkija Għawdex.", "- Taħditiet regolari fil-parroċċi eżempju: Ladies Circle/gruppi tar-romol rigward stigma u għarfien dwar suġġetti relatati mas-saħħa mentali ta' dawn l-individwi.", "- Taħditiet f'għaqdiet filantropiċi.", "- Taħditiet ma' xi fondazzjonijiet immirati lejn persuni li qegħdin isegwu programmi ta' riabilitazzjoni bil-għan li jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà.", "- Taħditiet mal-membri tal-istaff ġewwa d-dipartimenti tal-gvern.", "- B'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Mental Health tal-Universita ta' Malta, nagħmlu promozzjoni għat-tkabbir ta' kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali biex nikkumbattu l-istigma f'lokalitajiet differenti.", "- Nagħtu informazzjoni waqt programmi kemm televiżivi kif ukoll fuq stazzjonijiet tar-radju u nippromwovu fuljetti b'informazzjoni relatati ma' saħħa mentali u l-istigma li jġibu magħhom dawn il-kondizzjonijiet.", "- Kitba ta' artikli f'diversi fuljetti li jitqassmu fil-parroċċi u kitbiet oħra f'rivisti li jiġu mqassma lill-ħaddiema fil-qasam tal-Kura Primarja.", "- Promozzjoni tas-Saħħa Mentali fuq il-Facebook tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.", "- Diskussjonijiet ma' kumpaniji biex isiru talks fuq il-Promozzjoni tas-Saħħa Mentali fuq il-post tax-xogħol.", "- Ġew introdotti sett ta' mistoqsijiet biex jagħtu indikazzjoni fuq is-saħħa mentali fost l-istudenti tal-Form 1, 3 u 5 bħala parti mill-HBSC survey.", "- Diskussjonijiet mal-edukaturi biex nesploraw kif is-saħħa mentali tiġi mħarsa u tkun parti integrali mill-well-being tal-istudenti.", "- Qsamna r-riżultati ta' studji fuq is-saħħa mentali fost l-adolexxenti f'Malta biex tkun tista' tiġi evalwata aħjar is-sitwazzjoni lokali u hekk jittieħdu l-passi biex din tiġi salvagwardata.", "- Diskussjonijiet mal-Perinatal Mental Health Unit biex nippromwovu s-saħħa mentali tal-omm fit-tqala u wara t-twelid tat-tarbija.", "- Talks lill-fondazzjoni RICE fejn nitkellmu fuq l-assertività.", "- Fl-iskejjel isiru talks fuq kif nistgħu negħlbu l-istress speċjalment fiż-żmien tal-eżamijiet (din issir fuq stedina tal-iskola nnifisha)", "Ċentru Tommaso Chetcuti (Servizz ta' Outpatients):", "Qegħdin jiġu organizzati taħditiet mal-qraba ta' pazjenti li jużaw is-servizz kemm ġewwa l-Isptar Monte Carmeli kif ukoll fil-komunità rigward għarfien dwar is-saħħa mentali bil-għan li titnaqqas l-istigma.", "Kliniċi li joffru servizz għas-Saħħa Mentali:", "F'dawn il-kliniċi jingħata sapport u għajnuna meħtieġa lill-pazjenti u l-qraba tagħhom f'għamla ta' sessjonijiet edukattivi.", "Taħditiet oħra dejjem relatati mal-għarfien tas-saħħa mentali jiġu offruti wkoll lill-pubbliku inġenerali fil-catchment area.", "Ċentri ta' Matul il-Jum fi Ħdan is-Servizzi għas-Saħħa Mentali:", "F'dawn iċ-ċentri wkoll jiġu offruti sessjonijiet edukattivi biex titqajjem kuxjenza għall-għarfien dwar is-saħħa mentali sewwa lill-pazjenti u wkoll lill-pubbliku inġenerali permezz ta' programmi fuq ir-radju tal-parroċċa.", "Apparti dan kollu, kull sena d-Dipartiment tas-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan is-Servizzi tas-Saħħa Mentali joffri in-service training lill-għalliema tal-iskejjel u l-kulleġġi rigward is-saħħa mentali fil-klassi.", "L-attendenza tkun waħda volontarja.", "Għalliema tal-MCAST ukoll ingħataw taħriġ (Novembru 2017) bħala parti mis-16 days of Activism imnedija mill-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika.", "Ingħataw lezzjonijiet dwar ir-relazzjoni li hemm bejn l-eating disorders, il-vjolenza domestika u s-saħħa mentali:", "Lid-dentisti waqt il Konferenza Nazzjonali li saret f'Novembru 2017.", "Artiklu f'dan ir-rigward kien ġie ppubblikat fid-Dental Probe Marzu 2018.", "Din il-konferenza ġiet irrapportata fir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għal Vjolenza Domestika.", "Lill-pubbliku u professjonisti Għawdxin waqt konferenza mnedija mill-Ministeru għal Għawdex (Novembru 2017)", "Lin-nutritionists fil-Konferenza Annwali tagħhom (April 2018)", "Lill-pubbliku u professjonisti waqt il-Konferenza Annwali ta' Dar Kenn Għal Saħħtek (Mejju 2018)", "Lill-pubbliku u professjonisti li attendew konferenza mnedija mill-ACAMH (Mejju 2018)", "Dan sar f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni għas-Saħħa Mentali.", "Taħditiet dwar eating disorders ġew mogħtija ukoll lill-istudenti tal-MCAST Naxxar u Paola u lill dawk li jattendu fis-sekondarja.", "Dawn saru matul is-snin 2017 u 2018.", "Lezzjonijiet oħra dwar il-liġi tas-saħħa mentali ġew mogħtija lill-istaff ta' Dar Kenn Għal Saħħtek u dan sar matul April 2018.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin, id-Dipartiment tas-Servizzi Psikoloġiċi kellu wkoll stand fil-Konferenza Annwali tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.", "Hemm ukoll il-Befriending Scheme li wkoll toffri esperjenza/opportunità lil dawk l-istudenti tal-psikoloġija.", "Din l-iskema kienet ta' benefiċċju kemm għal undergraduates u gradwati fil-psikoloġija kif ukoll għall-parteċipanti li kellhom problema ta' saħħa mentali.", "Din l-iskema hija bbażata fuq it-teorija ta' social re-integration by interaction li tirrigwarda meta persuna tinteraġixxi ma' oħra li għandha problema ta' saħħa mentali u fil-verità wieħed ma jdumx ma jinduna li tal-aħħar mhijiex differenti u għalhekk tikkumbatti l-istigma b'mod dirett.", "IŻ-ŻEJTUN - ĊENTRU TA' MATUL IL-JUM – PERSUNI BI PROBLEMI TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bi problemi ta' saħħa mentali li regolarment u kull ġimgħa, jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum taż-Żejtun?", "X'attivitajiet twettqu għal dawn il-persuni matul is-sena l-oħra 2017 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fiċ–Ċentru ta` Matul il–Jum taż–Żejtun jattendu madwar 33 persuna kull ġimgħa.", "F'dan iċ-Ċentru jiġu organizzati diversi attivitajiet.", "L-attivitajiet ta' kull ġurnata jkunu varjati sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu.", "Attivitajiet jiġu ppjanati b'mod individwali u anke fi gruppi.", "L-attivitajiet individwali jinkludu: Xi individwi jistgħu jsibu diffikultà biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta` kull jum bħal tindif u qadi domestiku u dan minħabba l-kondizzjoni tagħhom.", "Sabiex jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza, dawn l-attivitajiet huma addattati skont il-bżonnijiet u l–ħiliet tal-persuni rispettivi.", "Jitwettqu wkoll sessjonijiet li jipprovdu l-opportunità ta`riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal–individwi.", "Ħiliet interpersonali jirreferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta` madwarhom.", "Ħiliet intrapersonali jippermettu li l-persuna jkollha ħiliet fil-komunikazzjoni magħha nnifisha biex tgħin il-kwalità tar-relazzjonijiet soċjali tal-persuna.", "Attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet terapewtiċi orjentati lejn proġetti, sessjonijiet kreattivi, gruppi ta` diskussjoni, gruppi ta eżerċizzju fiżiku, xogħol volontarju kif ukoll ħarġiet soċjali.", "Isir ukoll taħriġ pre-vokazzjonali u professjonali pereżempju kif tikteb CV kif iġġib ruħek waqt intervista tax-xogħol eċċ.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jattendi u/jew jipparteċipa fil-Global Citizenship Seminars li se jsiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġiex mitlub jew ġiex mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars u jekk iva jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li permezz tiegħu ġie mitlub jew mistieden biex jattendi għal dawn is-seminars?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwa hux wieħed mill-kelliema speċjali waqt il-Global Citizenship Seminars li se jsiru f'Cape Town u f'Johannesburg fl-Afrika t'Isfel nhar it-30 u l-31 ta' Mejju 2018?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-kelliema f'isem il-Gvern Malti li se jattendu u jipparteċipaw fl-imsemmija seminars?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu hija fin-negattiv.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu ninsab informat li f'isem il-Gvern Malti se jattendu rappreżentanti mill-Malta Residency and Visa Agency u mill-Malta Individual Investor Programme Agency.", "LAQGĦA F'LONDRA MA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta' meta u l-bini fejn saret il-laqgħa f'Londra, l-Ingilterra, bejnu u l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, liema laqgħa ġiet organizzata mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-attività li qed jagħmel referenza għaliha fil-mistoqsija tiegħu kienet attività pubblika li saret f'Londra fil-31 ta' Ottubru 2013 u li matulha saret it-tnedija tal-Malta Individual Investor Program.", "SAN ĠILJAN – PROĠETT TAL-ITS - MASTERPLAN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Masterplan ta' Paceville u li huwa stess irrefera għalih f'kummenti li huwa ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "SAN ĠILJAN – PROĠETT TAL-ITS - MASTERPLAN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista ' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Masterplan ta' Paceville u li l-Prim Ministru rrefera għalih f'kummenti li ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi għal dak li l-Awtorità tal-Ippjannar ippublikat fl-2016 għal konsultazzjoni pubblika.", "TQASSIM TA' KURUNI MBIERKA MILL-PAPA FRANĠISKU LILL-ANZJANI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu kuruni mbierka mill-Papa Franġisku mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva lill-anzjani Maltin u Għawdxin matul is-sena 2018?", "Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani tqassmu dawn il-kuruni u x'kienet l-ispiża biex inxtraw dawn il-kuruni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Welfare Committee, flimkien mas-Segretarjat għal Anzjani u Persuni b'Diżabilità, qassam 2,067 kuruna mbierka mill-Papa Frangisku lill-anzjani u għad baqa' 1,033 kuruna x'jitqassmu.", "Il-kuruni tqassmu fid-djar tal-anzjani kif ġej;", "- Residenza San Vinċenz", "- Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa", "- Dar tal-Anzjani tal-Furjana", "- Dar tal-Anzjani tal-Mosta", "- Dar tal-Anzjani tal-Imsida", "- Dar tal-Anzjani ta' Bormla", "- Dar tal-Anzjani taż-Żejtun", "- Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa", "L-ispiża totali biex inxtraw dawn il-kuruni hija ta' €31,980.", "*Tabella relatata ma' mistoqsija parlamentari 5835"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180524_117d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.31 a.m.", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 117, li saret fl-24 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XVIII tal-2018 - Att tal-2018 dwar is-Sikurezza Nukleari u lProtezzjoni mir-Radjazzjoni; u", "Att Nru XIX tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "MISTOQSIJIET -", "TWEĠIBIET ORALI", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, fis-seduta tal-lum m'hawnx mistoqsijiet parlamentari.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "TAL-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR GĦAS-SENA 2018", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura, Proġetti Kapitali): Sur President, nipproponi illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Infakkar li d-diskussjoni fuq din il-Mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppozizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq min-naħa tal-Gvern.", "IAN BORG: Bonġu lil kulħadd.", "L-ewwel nett irrid ngħid grazzi għall-opportunità li llum qed nerġgħu nitkellmu fuq awtorità importanti f'pajjiżna, awtorità li r-rwol prinċipali tagħha huwa dak li ssegwi, tirregola u tidderieġi l-mod li bih isir l-ippjanar tal-pajjiż.", "Matul din in-nofs siegħa jien nixtieq nelenka l-kisbiet li għamlet din l-Awtorità, il-mod kif qiegħda taħdem u anke l-ħsebijiet li hija għandha għas-snin li ġejjin.", "Ikun tajjeb li nibdew insemmu l-fatt li bħalissa pajjiżna għaddej minn suċċessi ekonomiċi mingħajr preċedent u allura din l-Awtorità għandha aktar relevanza fil-ħidma tagħha għaliex kif jaf kulħadd, mill-qasam tal-kostruzzjoni jgawdu diversi niċeċ tal-ekonomija li wħud huma setturi li b'xi mod jew ieħor jirregolaw irwieħhom minn din l-istess Awtorità.", "Dan is-settur mhux qed jikber minn jeddu imma għaliex qed tiżdied id-domanda għall-attivitajiet kummerċjali u għall-akkomodazzjoni u allura l-impatt tad-deċiżjonijiet li tieħu din l-Awtorità huma kruċjali.", "Hekk kif l-ekonomija qiegħda tikber din qiegħda wkoll iżżid u tiġbed aktar investiment li joħloq aktar impjiegi.", "Illum wieħed jista' jgħid li pajjiżna huwa wieħed mill-ftit stati membri tal-Unjoni Ewropea li għandu full employment u allura qegħdin naraw influss ta' nies li qegħdin jagħżlu li jiġu jaħdmu hawnhekk li allura jkunu jinħtieġu l-akkomodazzjoni.", "Dawn joħolqu pressjoni mhux biss fuq l-infrastruttura tal-pajjiż imma anke fuq is-suq tal-proprjetà u fuq l-akkomodazzjoni soċjali imma dawn huma sfidi li hemm entitajiet u ministeri oħra li qegħdin jaħdmu fuqhom.", "Qed tiżdied ukoll id-domanda għall-units kummerċjali għaliex il-poplu għandu aktar spending power u allura, iva, hemm min jagħżel li jinvesti f'xi servizz bankarju jew finanzjarju u hemm min jagħżel li jinvesti fit-tieni jew fit-tielet proprjetà tiegħu.", "Tajjeb ukoll li nelenka l-mod kif l-Awtorità nnifisha għarfet taġġorna l-operat tagħha biex timxi ma' dawn iż-żmenijiet ta' sfida.", "Fl-2017 kellna riżultati tajbin ta' pproċessar ta' applikazzjonijiet, tejjibna l-customer care u s-servizzi li tagħti l-istess Awtorità kif ukoll il-finanzjament ta' proġetti u tfaddil.", "Illum m'għadniex nitkellmu fuq dejn li kienet magħrufa għalih fis-snin l-imgħoddija l-Awtorità imma qegħdin nitkellmu fuq tfaddil.", "Però ħalli nibdew bir-riżultati tal-ipproċessar ta' applikazzjonijiet.", "Kif wieħed jistenna, awtorità bħal din tiġbed numru ta' mistoqsijiet parlamentari u għalkemm il-figuri jista' jkun li diġà ngħataw fit-tweġibiet għad-diversi mistoqsijiet parlamentari li jkolli, ikun tajjeb li nerġa' nelenkahom.", "L-Awtorità vvalidat 10,785 applikazzjoni, iddeċidiet 'il fuq minn 10,139 applikazzjoni u spiċċat is-sena 2017 b'4,000 każ pendenti.", "Qabel, il-MEPA, kif kienet magħrufa qabel id-demerger, kienet qed tilqa' 3,601 applikazzjoni waqt li kellha 1,463 każ pendenti, jiġifieri medja ta' 98% tal-applikazzjonijiet kienu proċessati fi żmien stipulat u dejjem ngħidu li dan huwa żmien ambizzjuż ħafna.", "Id-Direttorat tal-Ippjanar irċieva 1,322 applikazzjoni tad-DNO u pproċessa 97% minnhom fiż-żmien stipulat fil-liġi.", "Min-naħa l-oħra d-Direttorat tal-Infurzar, li ftit li xejn nisimgħu dwaru, irċieva 3,000 ilment li minnhom investiga 2,900.", "Kien hemm ukoll 135 notifika ta' infurzar li ġew magħluqa b'azzjoni diretta.", "Hawnhekk x'qed ngħidu?", "Hawnhekk kien hawn proċess li eżawrixxa ruħu u l-Awtorità tkun ħadet azzjoni diretta.", "Ftit minnhom jispiċċaw jiksbu l-front page jew l-aħbar filgħaxija fuq xi mezzi tax-xandir, oħrajn jgħaddu mhux osservati però tajjeb li wieħed jirrimarka li n-numri hawnhekk jitkellmu waħedhom.", "Kellna wkoll titjib f'dak li għandu x'jaqsam ma' customer care u s-servizzi li tagħti l-istess Awtorità.", "Dan ir-riżultat kien ukoll frott tas-sistema eApps 2 li ġiet programmata mill-ġdid biex tippermetti lill-periti jagħmlu użu mill-għodod li tagħti l-istess Awtorità kif ukoll biex anke l-pubbliku jkollu aċċess għall-istess applikazzjonijiet.", "Is-sistema tejbet il-ħin li bihom jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet u tejbet ukoll il-funzjonalità ta' din is-sistema fejn issa l-applikant isibha aktar faċli biex jifhem xi jrid jagħmel.", "Ġew imnedija wkoll aktar applikazzjonijiet online għal servizzi oħra bħal compliance request kif ukoll id-development notification orders, id-DNOs.", "Din is-sistema mhux biss għamlet il-proċess aktar konvenjenti imma wkoll aktar trasparenti.", "Il-fatt hu li s-sistema issa hija waħda online u kull perit u kull ċittadin jista' jkollu aċċess għaliha.", "B'hekk issa wieħed jista' jiskrutinja l-ħidma tal-Awtorità, u dan jagħmel il-proċess aktar trasparenti.", "Kif qed naraw, l-Awtorità tal-Ippjanar ħadmet qatigħ ukoll sabiex issostni l-ambizzjoni tagħha li jkollha rwol ewlieni u pożittiv fis-settur pubbliku billi nagħtu aktar servizzi b'mod effiċjenti.", "Is-servizzi tal-Awtorità saru wkoll aktar aċċessibbli permezz tat-titjib tal-konnessjoni bejn l-Awtorità u l-pubbliku hekk kif ġie mniedi wkoll is-sit elettroniku ġdid.", "L-aspett diġitali tal-Awtorità ħa spinta ferm akbar hekk kif sar ukoll titjib permezz ta' innovvazzjoni fil-mapping u dan minbarra titjib fis-servizzi diġitali kollha kif diġà semmejt.", "Jien inzertajt responsabbli wkoll minn entitajiet oħra, Sur President, u nista' nikkompara l-livell tat-teknoloġija u tal-aċċessibilità li toffri din l-Awtorità ma' awtoritajiet oħrajn.", "Nista' ngħid li f'dan ir-rigward din l-Awtorità hija l-għira ta' awtoritajiet oħrajn, u rridu niżguraw kif aktar awtoritajiet ikunu daqstant aċċessibbli online b'mod partikolari d-dettalji tal-applikazzjonijiet li jkunu qegħdin jiġu proċessati sabiex niżguraw l-istess effiċjenza.", "Il-web interface tal-Awtorità sar aktar aċċessibbli kemm permezz tal-geographic information system ġdida (GIS) kif ukoll permezz ta' integrazzjoni aħjar tal-mapep u d-data ġeografika.", "Għaddejja wkoll ħidma biex nimxu lejn sistema paperless biex ma jibqgħux ikunu kkonsmati eluf ta' karti f'dipartimenti u f'awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika.", "Imbagħad din l-Awtorità tat eżempju tajjeb anke f'oqsma oħra bħal pereżempju t-trasport sostenibbli għall-impjegati tagħha, u forsi aktar 'il quddiem ikolli ċans li nidħol fuq dan is-suġġett ukoll.", "Kellna wkoll l-introduzzjoni ta' għodda biex il-periti jkun jista' jkollhom aktar aċċess faċli għall-informazzjoni.", "L-ewwel applikazzjoni hija online old plotting sheet viewer li tippermetti li l-periti jaċċedu għal permessi antiki anke tal-PAPB mingħajr ma jkollhom għalfejn imorru l-Awtorità fiżikament.", "Dan qiegħed jiffaċilità l-ħidma tagħhom li jistgħu jaħdmu fil-kumdità tal-uffiċċji tagħhom u jnaqqsu anke l-iskariġġ.", "Dan kollu li għadni kif semmejt juri li l-customer care tal-Awtorità tjieb b'mod konsiderevoli.", "Miżuri oħrajn kienu jinkludu wkoll il-formazzjoni tal-policies tal-ippjanar li jindirizzaw bżonnijiet preżenti kif ukoll modi aħjar ta' ipproċessar ta' applikazzjonjiet għall-permessi tal-iżvilupp.", "Fil-fatt l-Awtorità ġiet fil-45 post fil-World Banking Doing Business Report meta fl-2013 kienet fil-176 post. Dawn huma suċċessi li frankament ma niddejjaqx wisq jekk ma jispiċċawx rapportati bħala stejjer pożittivi fil-mezzi tax-xandir.", "Jien li jinteressani hu li ċ-ċittadin u l-konsumatur li jersaq lejn l-Awtorità għal xi servizz jieħu servizz ħafna aħjar milli kien jieħu fis-snin l-imgħoddija.", "Però la għandi l-opportunità jien dawn is-suċċessi semmejthom u elenkajthom għall-benefiċċju ta' dawk li qegħdin isegwuna minn djarhom.", "Xtaqt nitkellem ukoll dwar il-finanzjament ta' proġetti.", "L-Awtorità ffinanzjat 16-il proġett li qed jitmexxew mill-kunsilli lokali b'valur ta' aktar minn €1.9 miljun.", "Fl-aħħar tas-sena l-bilanċ fil-fond allokat għall-kunsilli lokali – u naħseb li jkun tajjeb din wieħed jifhimha sewwa – kien jaqbeż is-€27.8 miljun.", "Għalhekk hawnhekk irrid inħeġġeġ lill-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali għandhom €27.8 miljun li bħalissa jinsabu reqdin f'dan il-fond u l-Awtorità qed tagħmel minn kollox b'diversi inizjattivi sabiex tgħinhom iħaddmu dawn il-fondi li aħna qegħdin nallokaw għal-lokalità tagħhom.", "Ikun tajjeb li meta niġu hawnhekk nitkellmu fuq liġijiet oħrajn, bħal-liġijiet tal-infrastruttura, u meta jkun hawn xi pampalun min-naħa tal-Oppożizzjoni jqum jgħid li lill-kunsilli lokali m'aħniex nagħtuhom l-għodda, jew li lill-kunsilli lokali rridu noħonqu l-vuċi tagħhom, infakkar li dawk it-68 sindku u kunsill lokali għandhom €27.8 miljun li jinstabu għad-dispożizzjoni tagħhom f'lokalitajiet bħal Tas-Sliema, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar u l-Belt Valletta li għandhom l-akbar porzjon.", "Dawn għandhom jersqu 'l quddiem, jissottomettu l-proġetti tagħhom u jmiddu jdejhom għax-xogħol għaliex in-nies fil-komunità tagħhom huma konxji anke minn dawn il-miljuni li hemm reqdin għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li llum m'għadniex nitkellmu fuq awtoritajiet, f'dan il-każ l-Awtorità tal-Ippjanar, u d-dejn li jġorru magħhom.", "Illum qed nitkellmu fuq tfaddil.", "L-ispejjeż relatati mal-printing tal-applikazzjonijiet deċiżi ġew imnaqqsa b'madwar €950,000, kważi €1 miljun għaliex illum l-Awtorità m'għadhiex tipprintja d-deċiżjonijiet tagħha għax marret għal modi u mezzi aktar teknoloġiċi u informattivi.", "Mill-2012 sal-2017 is-savings issa saru jammontaw għal aktar minn €2.2 miljun.", "Kien hemm aktar savings fuq aspetti oħrajn fosthom il-kiri tal-karozzi li tnaqqsu b'aktar minn €140,000 mill-2015; €11,000 fi spejjeż relatati mal-fuel għaliex iddaħħlu ċerti kwoti.", "L-Awtorità sostniet il-pass li kienet qabdet sabiex tirkupra d-djun li kienu għadhom lura mhux ħażin billi bdiet tingħata attenzjoni partikolari għal multi relatati ma' żvilupp illegali li jkun qed jiġri ta' kuljum.", "L-Awtorità qiegħda tagħmel ukoll l-almu tagħha sabiex tibbenefika minn fondi Ewropej bħalma ġara fil-każ tal-proġett SIntegraM u oħrajn.", "Qed tieħu wkoll numru ta' inizjattivi li qegħdin jinżlu tajjeb mal-poplu Malti u Għawdxi.", "L-Awtorità appoġġjat ukoll inizjattivi favur it-titjib ta' inħawi urbani matul dan iż-żmien.", "Il-ħidma kienet iffokat fuq inċentivi għar-riġenerazzjoni u t-titjib ambjentali għall-qalba urbana u hawnhekk qed nirreferi għall-iskema \"Irrestawra Darek\".", "L-iskema ġiet imnedija għat-tieni darba ftit tal-ġimgħat ilu b'allokazzjoni ta' €10 miljun wara li s-sena l-oħra din l-iskema kienet waħda ta' suċċess kbir.", "Nafu kif dawn l-€10 miljun inħatfu f'temp ta' 12-il ġurnata fejn tajna l-istabilità u ċ-ċertezza legali lil eluf ta' familji li resqu 'l quddiem taħt dik l-iskema.", "Il-finanzjament ma marx għall-Awtorità, ma marx għall-amministrazzjoni tal-Awtorità, ma marx biex l-Awtorità tkun aktar komda fil-mod kif tiffunzjona imma reġgħet tatu lura lill-istess komunitajiet permezz ta' din l-iskema ta' €10 miljuni.", "Il-parti tal-iskema li taħtha setgħu japplikaw is-sidien tar-residenti f'UCA u proprjetajiet skedati grad 1 u 2 rajna kif nikkumplimentawha b'kategorija oħra tal-pensjonanti li dawn il-kategoriji li semmejt ġew assorbiti fi 12-il ġurnata.", "Issa għandek il-kumitat tal-evalwazzjoni li qiegħed jara l-applikazzjonijiet waħda waħda sabiex mijiet ta' familji jkunu jistgħu jirriġeneraw id-djar tagħhom fil-qalba tal-lokalitajiet.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li l-iskema ħarġet minn dik ta' regolarisation u f'temp ta' 19-il xahar irċevejna 8,000 applikazzjoni minn sidien li xtaqu jirregolaw ruħhom.", "Irridu ngħidu li din hija regolarizzazzjoni ta' irregolaritajiet minuri fiż-żona tal-iżvilupp u ħafna drabi irregolaritajiet li qatt ma tista' tieħu azzjonijiet dirett fil-konfront tagħhom.", "S'issa minn dawk it-8,000 applikazzjoni ġew validati 7,000 u dan wassal għal dħul ta' €16 miljun li 70% tagħhom qegħdin jiġu wżati għal din l-iskema \"Irrestawra darek\" waqt li l-20% l-oħra ġew allokati lid-Development Planning Fund sabiex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu dawk il-proġetti li rreferejt għalihom.", "L-iskema tkompli tappoġġja wkoll il-proċess ta' mmaniġġar ta' żvilupp ta' skedar ta' bini li għandu valur kulturali.", "Fil-fatt numru sinifikanti ta' town houses f'Tas-Sliema u fl-Imsida fl-aħħar tas-sena li għaddiet ibbenefikaw minn din il-protezzjoni.", "Ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna wkoll l-inizjattiva \"Sebbaħ il-Lokal\" b'fond ta' €2.5 miljun.", "Din hija inizjattiva oħra li tħares lejn il-bżonnijiet tal-kunsilli lokali li jkollhom il-fond fid-Development Planning Fund limitat u allura ħloqna inizjattiva parallela sabiex ikunu jistgħu jipproponu proġetti li jħaddru l-lokalità tagħhom, joħolqu ċerti spazji pubbliċi u jtejbu l-kwalità tal-ħajja fil-lokalità.", "Saret ħidma oħra bħall-formazzjoni u għajnuna lill-ħaddiema fis-settur kif ukoll rikonoxximent lill-professjonisti.", "Fl-2017 l-Awtorità ġiet magħżula biex tipparteċipa fi proġett ta' mobilità tal-Erasmus li qiegħed jagħti l-opportunità lill-impjegati jagħmlu job shadowing barra l-pajjiż.", "Kellna numru ta' esperjenzi għax dawn marru Spanja, l-Olanda, ir-Renju Unit u l-Irlanda għall-perjodi qosra.", "Kien hemm ukoll numru ta' konferenzi li ġew organizzati bħal Planning for Tomorrow liema konferenzi kienu miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku.", "It-taqsima tal-infurzar ukoll gawdiet minn investiment f'tagħmir teknoloġiku ġdid biex jgħin lill-uffiċjali li jkunu barra kif ukoll tagħmir ta' komunikazzjoni li jinkludi apparat informattiv li jista' jintuża minn fuq is-sit.", "Dan kollu qiegħed jgħin sabiex ikun hemm azzjoni aktar diretta u immedjata.", "Kien hemm ukoll l-introduzzjoni tas-softphones li jippermettu li wieħed ikollu linja tat-telephone tax-xogħol fid-dar tiegħu sabiex niżguraw li mhux biss ikollna l-faċilitajiet tat-teleworking imma anke biex l-attività ta' żvilupp tkun tista' ssir 24 siegħa matul il-ġimgħa kollha u allura l-Awtorità tkun tista' tkun spedita fil-mod kif tirreaġixxi.", "Erġajna appoġġjajna wkoll b'mod finanzjarju l-Malta Architect Awards fejn komplejna naraw żieda wkoll fis-sottomissjonijiet.", "Sur President, inti kellek il-fakultà li tospitana u nirringrazzjawk ta' dan għaliex huwa tajjeb li l-periti u l-professjonisti li fl-aħħar mill-aħħar qegħdin iressqu 'l quddiem l-applikazzjonijiet tal-applikanti tagħhom, ikunu jistgħu jaqsmu bejniethom l-istejjer pożittivi li jkollhom anke b'mod li jkun rikonoxxut.", "L-Awtorità ħadmet qatigħ sabiex taqsam il-ħiliet tagħha filwaqt li tappoġġja lil ħaddieħor u allura wettqet ukoll attivitajiet filantropiċi u għall-komunità.", "Ġiet mogħtija assistenza lil organizzazzjonijiet filantropiċi permezz ta' donazzjonijiet li jingħataw waqt attivitajiet li jsiru anke fost il-ħaddiema tal-Awtorità.", "Jiġu organizzati wkoll heritage tours kull xahar li qed jintlaqgħu tajjeb mill-pubbliku kif ukoll numru ta' lectures pubbliċi dwar aspetti varji tal-ippjanar.", "Nerġa' ngħid, dawn huma ħafna drabi l-istejjer pożittivi li esperjenzaw dawk li resqu 'l quddiem u jipparteċipaw.", "Nifhem li ħafna drabi l-mezzi tax-xandir ikollhom stejjer oħrajn x'jipproponu però tajjeb li f'din il-Kamra nkunu qed ngħidu l-affarijiet kollha kif inhuma.", "Kien hemm ukoll policies ġodda u oħrajn riveduti min-naħa tal-istess Awtorità.", "Tnediet is-solar farm policy li hija l-politika ġdida li tipprovdi d-definizzjoni ta' solar farm fuq il-lokalità, disinn u miżuri ta' mitigazzjoni.", "Dan id-dokument jiffaċilita l-impenn ta' Malta biex tilħaq it-targets Ewropej sas-sena 2020 ta' 10% renewable energy.", "Kien hemm ukoll ir-reviżjoni tal-local plans f'ċerti lokalitajiet u sar qafas ġdid ta' politika biex jiġu indirizzati nuqqasijiet li kellna u għad għandna fil-pjanijiet lokali b'mod partikolari fil-parti ċentrali ta' Malta, dik tal-Magħtab.", "Saret ukoll ir-reviżjoni tal-qafas tal-politika għal Tal-Bajjad f'Ħal Qormi u l-parametri ġodda proposti għall-pjan lokali tan-Nofsinhar ta' Malta kif ukoll anke ż-zona ta' Ħal Mula f'Ħaż-Żebbuġ.", "Fuqiex se tkun qiegħda taħdem l-Awtorità għaż-żmien li ġej?", "Irreferejt diġà għall-proġett SintegraM li huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.", "Dan huwa pass ieħor importanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' data ġeografika li huwa asset importanti ħafna għal pajjiżna.", "Il-ħidma se tkun tinkludi l-implimentazzjoni tal-infrastruttura ta' data ġeografika fuq livell nazzjonali, eżerċizzju li għandu jpoġġi lil Malta fuq quddiem nett fejn tidħol teknoloġija ġeo-spazjali.", "Hawn qed nitkellem fuq investiment ta' €7 miljun li huwa maħsub sabiex jieħu post il-base-map preżenti billi jipproduċi oħra li tirrifletti l-kontest u l-bżonnijiet li ninsabu fihom fil-preżent.", "Grazzi għal din it-teknoloġija se tingħata aktar għodda importanti għall-ħaddiema u l-planners tal-Awtorità u eventwalment għad-decision-making bodies fl-Awtorità sew jekk huma l-commissions u sew jekk huwa l-Bord tal-Awtorità.", "Se jitnieda wkoll il-Geoserver 2 li se jkun jinkludi informazzjoni teknoloġika geospatial.", "Dan ukoll, bħal SintegraM, se jinkludi għodda għall-klijenti tal-Awtorità.", "Dan se jkun qiegħed joħloq ukoll interface mibni apposta għall-users, utenti li jinkludi l-pubbliku inġenerali, il-komunità tan-negozji u entitajiet anke tal-Gvern f'ħin reali.", "Dawn huma żewġ inizjattivi li mistennija joħolqu aktar karrieri speċjalizzati.", "L-Awtorità qiegħda tħares li tinkludi wkoll aktar funzjonalità u aktar informazzjoni tal-applikazzjoni bħal dawk tad-DNOs kif ukoll ir-regularisation application u tintroduċi aktar faċilitajiet biex wieħed ikun jista' jfittex bħal dawk li wieħed jista' jsib fuq is-sit elettroniku.", "L-Awtorità se tkompli taħdem ukoll biex tinkludi miżuri li jtejbu l-esperjenza tax-xogħol tal-impjegati.", "L-Awtorità qiegħda tinvolvi ruħha wkoll u tmexxi sistema ta' one stop solutions billi jkun hemm sistemi ta' integrazzjoni ma' entitajiet oħra bħal Arms Ltd, l-Enemalta u Water Services Corporation, fejn għandu x'jaqsam pereżempju l-compliance certificates u anke l-introduzzjoni ta' database ċentralizzata tal-Gvern mal-Electoral Office, Maltapost, MITA u l-iStreet Naming Committee.", "L-Awtorità se tniedi wkoll proċess ta' reviżjoni fuq ir-Rural Policy and Design Guidance u hawn nixtieq ngħid kelma dwar dan.", "Qegħdin nitkellmu fuq policy li ġiet introdotta fl-2014, policy li jgħid x'jgħid kulħadd sabiex jipprova jimmiżinforma lill-pubbliku inġenerali, kienet policy kruċjali u importanti speċjalment għall-qasam tal-agrikoltura.", "Kienet policy li għenet numru ta' bdiewa u raħħala li għal snin sħaħ kienu ilhom jitolbu li jkun hemm policy immirata għalihom.", "Jien naf anke membri tal-Oppożizzjoni li saħansitra talbuni nirrevediha sabiex tkun aktar ġeneruża.", "Fuq kollox hawn qed nitkellmu fuq żoni barra ż-żona tal-iżvilupp, ODZ areas, u allura għall-ewwel darba tlabt li waqt li l-Awtorità tkun qed tirrevedi din il-policy jkunu mistiedna l-Membru tal-Gvern u l-Membru tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Dawn ġew mistiedna u l-ewwel laqgħa se ssir bħal-lum ġimgħa.", "Inħares 'il quddiem għal deċiżjoni matura però rridu nfittxu l-kunsens għaliex qed nitkellmu fuq żoni sensittivi, qed nitkellmu sabiex intejbu policy li ħadmet tajjeb.", "Issa nħares 'il quddiem biex dak il-kumitat jagħtini l-istampa u l-veduti tiegħu.", "Imbagħad ma niddejjaqx nieħu d-deċiżjonijiet kemm-il darba jkun hemm deċiżjonijiet x'nieħu u x'nerfa'.", "L-Awtorità qed taħdem ukoll fuq ir-reviżjoni tat-tariffi fuq id-Development Planning Fund, introduzzjoni ta' skemi ta' riġenerazzjoni ġodda, it-tisħiħ tad-direttorat tal-infurzar billi jiġu allokati aktar riżorsi, l-iżvilupp tal-ewwel carbon neutral building f'Għawdex u l-Awtorità se tkun qed taħdem biex tikseb l-ISO14001 għall-operat ambjentali tagħha.", "Din il-ħidma li rreferejt għaliha tal-2017 u l-ħidma ta' dawn l-ewwel xhur ta' din is-sena ma setgħetx tkun possibbli mingħajr il-kontribut tal-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Chris Agius li huwa politikament responsabbli minn din l-Awtorità.", "Aħna naħdmu ta' kuljum qatigħ fuq din u fuq entitajiet oħrajn li huma kruċjali għall-andament ekonomiku u ambjentali tal-pajjiż.", "Nagħlaq billi nsellem minn hawnhekk lill-kap eżekuttiv, liċ-chairperson, lill-membri tal-bordijiet rispettivi, lill-kummissjonijiet, lid-direttorati, lid-diretturi kif ukoll lill-impjegati kollha.", "Din l-Awtorità fadlilha ħafna aktar suċċess x'tikseb għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Hawn nixtieq niċħad ir-rapporti li kien hemm fuq il-mezzi tax-xandir li l-kap eżekuttiv se jkun qed jiċċaqlaq f'xi entità oħra però ġurnalist jistaqsik darba, jistaqsik darbtejn, tagħtih l-istess risposta u jogħġbu jirrapporta dak li jixtieq.", "Is-Sur Buttigieg flimkien mal-kumplament tat-tmexxija tiegħu għamlu biċċa xogħol tajba u konvint li fadlilhom ħafna x'jagħtu lill-istess Awtorità.", "L-investiment fl-Awtorità tal-Ippjanar huwa investiment f'titjib sostanzjali, fi proġetti importanti għall-futur ta' pajjiżna kif ukoll fil-kwalità ta' ħajja li ngħixu.", "Inħares 'il quddiem għal diskussjoni matura dwar dawn l-estimi fejn fl-aħħar tagħha jkun hemm tweġibiet mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar li għandha rwol kruċjali għall-mod kif isir l-iżvilupp f'pajjiżna u għaldaqstant għandha responsabilità kbira fit-tfassil tal-futur tagħna u fit-tfassil ta' Malta ta' għada.", "Din l-Awtorità se tkun qed tiddeċiedi jekk pajjiżna jibqax pajjiż sabiħ u pajjiż abitabbli u għalhekk għedt li din l-Awtorità għandha responsabilità kbira għax se tiddetermina jekk ikollniex pajjiż sabiħ u abitabbli jew inkella jkollniex pajjiż fejn kulħadd jgħix fuq xulxin u mingħajr estetika ta' xejn.", "Għalhekk waqt dan id-dibattitu dwar l-Awtorità tal-Ippjanar ħassejt li għal darb'oħra għandi niffoka d-diskors tiegħi fuq l-obbligu li kemm din l-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll il-Gvern għandhom lejn il-pajjiż.", "Il-Ministru Ian Borg, fil-kummenti tal-ftuħ tiegħu, qal li l-Awtorità għandha l-obbligu u d-dover, u nikkwotah:", "\"… li tirregola u tidderieġi kif isir l-iżvilupp.\"", "L-Awtorità għandha l-obbligu li tirregola u tidderieġi kif isir l-iżvilupp.", "Għalhekk minkejja l-liġijiet kollha li għandna, hija Awtorità li dejjem jibqgħalha l-obbligu u r-responsabilità ewlenija u primarja li bid-deċiżjonijiet u l-aġir tagħha dejjem tissalvagwarda l-ġid komuni.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru, kif kellu kull dritt, elenka x'għamel kif ukoll x'se jkun qed jagħmel fil-futur imma bħalssa hemm affarijiet għaddejjin fl-Awtorità tal-Ippjanar u fil-pajjiż li naħseb li jkun tajjeb li niddiskutuhom illum f'dawn l-estimi.", "Hawnhekk qed nitkellem dwar is-sit tal-ITS f'Pembroke.", "Se nkun qed nitkellem fuqu għax huwa punt li kemm il-Gvern kif ukoll l-Awtorità tal-Ippjanar għandhom responsabilità kbira fuqhom għax, fi kliem il-Ministru stess, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-obbligu li mhux biss tirregola imma wkoll li tirregola u tidderieġi.", "Għalhekk meta jkun hemm xi ħaġa li tkun manifestament żbaljata mill-bidu tagħha, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tista' qatt tkompli bl-ipproċessar għax inkella tkun f'konfoffa hija wkoll f'dak li jkun sar ħażin mill-bidu nett.", "Sur President, jien se nerġa' ngħid, għax dan huwa punt importanti ħafna, li l-Gvern għandu responsabilità u dover li jissalvagwarda l-art pubblika u mhux ikun hu l-katalist li jippermetti li jsir l-abbuż fuqha.", "L-art pubblika mhijiex tal-Prim Ministru jew ta' xi ministru imma ġiet fdata f'idejhom biex jamministrawha b'mod tajjeb u għalhekk il-Gvern huwa responsabbli għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed fuqha.", "Ippermettuli ngħid li fuq dan il-punt tal-art tal-ITS, biex inkun semmejt element wieħed biss, għad hemm l-inkjesta għaddejja quddiem l-Uffiċċju tal-Awditur.", "Din ma kenitx inkjesta li qajmet punt wieħed imma kienet inkjesta ta' paġni sħaħ li kien ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni preċedenti, l-Onor.", "Simon Busuttil u li sal-lum għadha pendenti.", "Allura anke b'rispett lejn l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna l-Gvern kellu l-obbligu li jara x'għandu jagħmel biex il-proċess għall-inqas jibqa' sospiż.", "Però minbarra dan hemm ħafna elmenti oħrajn.", "Bħal dejjem, jien nippretendi li jkun hemm trasparenza assoluta matul il-proċess kollu u governanza tajba fl-istadji kollha.", "Dawn iż-żewġ fatturi kienu neqsin u ma kienu jidhru mkien matul il-proċess ta' trasferiment kollu; mill-mument li fih ħarġet it-taparsi RFP, il-mument li fih ġie ffirmat il-kuntratt sal-mument tal-lum fejn qegħdin naraw l-applikazzjoni titressaq quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Hawn jien se nispjega ftit lil min qed jismagħna biex ikun jista' jinkwadra l-affarijiet għaliex illum ħassejt li għandi nitkellem dwar dan waqt dan id-dibattitu dwar l-estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Huwa tajjeb li nitkellmu fuq kemm ipproċessajna u x'għamilna u kemm qed niddjalogaw mal-poplu Malti u Għawdxi kif qal il-Ministru stess għax din l-Awtorità titkellem mal-poplu Malti u Għawdxi però donnu li man-nies ta' Pembroke ma tantx tkellmet.", "Jidher li man-nies ta' Pembroke widnejn torox kellha din l-Awtorità!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jidher li l-Gvern ma tantx qed jisma' lin-nies ta' Pembroke imma nippretendi u nistenna li kwalunkwe awtorità u kwalunkwe Gvern jimxi l-istess ma' kulħadd.", "Kien hemm każi fejn il-Gvern sema', u sewwa għamel, imma mhux ma' wieħed tisma' u mal-ieħor le!", "Jekk verament trid tkun Gvern kredibbli trid tisma' dejjem lil kulħadd u f'kull stadju.", "Imma issa ħalli nerġa' lura biex nispjega ftit x'kien hemm u x'għad hemm li mhuwiex korrett u mhuwiex tajjeb.", "Se nibda bil-proċess ta' matul il-pre-tender u t-tendering stage.", "Se nitkellem dwar fatti però se nitkellem ukoll dwar punti legali, jiġifieri dak li se nkun qed ngħid mhijiex biss opinjoni ta' Marthese Portelli imma hija x'tirrikjedi l-liġi.", "L-artiklu 39 tal-liġi sussidjarja 174.04 – qed insemmih biex wieħed ikun jista' jivverifika - jgħid li meta jkollok akkwist pubbliku bħalma huwa l-każ ta' din l-art, dan:", "\"… m'għandux isir bl-intenzjoni li jeskludi mill-kamp tiegħu xi nies.\"", "\"… u/jew li b'mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni.\"", "Din is-sezzjoni partikolari tal-liġi tkompli tgħid:", "\"Id-diżinn tal-akkwist pubbliku m'għandux isir b'intenzjoni li jiffavorixxi b'xi mod inġustifikat jew ikun żvantaġġ għal ċerti operaturi ekonomiċi\".", "Mela l-ewwel nett qed jgħidilna li ma jridx ikun hemm intenzjoni li jiġu esklużi xi nies.", "It-tieni qed jgħidilna li ma jistax ikun hemm mod artifiċjali kif tnaqqas il-kompetizzjoni.", "It-tielet qed jgħidilna li ma tistax tiffavorixxi operatur ekonomiku fuq l-ieħor billi tikkrea żvantaġġ għall-ieħor u jien se ngħid fejn kienu dawn.", "L-ewwel nett, din it-tender ħarġet matul il-vaganzi tal-Milied.", "Għidli int min fil-Milied se jkun qiegħed għassa mal-Gazzetta tal-Gvern u mal-website tal-Gvern biex jara x'tenders ħerġin!", "Issa isbaħ, għax issa qegħdin nisimgħu li l-applikazzjoni tiela' quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, għal darb'oħra, fi żmien meta l-poplu Malti u Għawdxi jkun qed jistrieħ ċjoè fil-vaganzi tas-sajf, f'Lulju, f'Awwissu u f'Settembru u jidher li l-aktar data reali se tkun dik ta' Awwissu.", "Dan mhuwiex sew u ġust!", "Apparti minn hekk kellha titlu li, fl-opinjoni tiegħi, huwa qarrieq ħafna għax kien jgħid li din hija tender:", "Min huwa fis-settur jaf li upmarket mixed tourism and leisure development fil-maġġoranza tiegħu tfisser lukandi u ħwienet.", "Imkien m'hemm miktub fit-titlu li din l-art pubblika se tkun qed tippermetti li jsiru wkoll units għall-iżvilupp residenzjali.", "Hawnhekk, għal darb'oħra, kellna diskriminazzjoni għax min jaqra t-titlu jgħid: Għalija huwa vijabbli li nidħol għal dan is-settur?", "Dan aktar u aktar meta wieħed iqis li biex tiġbor dan id-dokument tat-tender mhux tmur u titlob li tiġbru, jew tmur titlob li tarah u jekk tara li jista' jkun li huwa applikabbli għalik, tħallas il-miżata.", "Qabel biss tarah, kull min ried jitfa' l-applikazzjoni tiegħu ried iħallas €10,000.", "Ħaġa bħal din ħarġet fil-vaganzi tal-Milied!", "Dan huwa titlu qarrieq għax qed jintalbu €10,000 biex jinġabar dan l-imbierek dokument!", "Għidli inti, poplu Malti u Għawdxi, jekk taħsibx jekk ħaġa bħal din kenitx qiegħda ssir bl-aktar mod apert u bl-aktar mod konvenjenti għal kull min xtaq li jitfa' l-offerta tiegħu.", "Hemm sezzjoni oħra fil-liġi li tgħid li fejn l-offerti jkunu baxxi b'mod mhux naturali mill-Awtorità kontraenti, dawn ikunu offerti li ma jkunux konformi.", "Dan xi jfisser?", "Dan ifisser li meta xi ħadd jitfa' offerta u l-prezz li jitfa' jkun prezz baxx ħafna, dik l-offerta taqa' u tispiċċa.", "Imma x'ġara f'dan il-każ?", "F'dan il-każ partikolari l-prezz ġie negozjat saħansitra wara li l-offerent kien tefa' l-prezz tiegħu.", "Allura hawnhekk nistaqsi lill-Gvern: Sur Gvern, fejn hi l-ġustizzja li qed tagħmel mal-poplu Malti u Għawdxi?", "Fejn hi l-ġustizzja li qed tagħmel mal-iżviluppaturi l-oħrajn?", "Għaliex żviluppatur \"A\" jrid jitfa' l-prezz u jekk ikun prezz baxx twaqqagħlu t-tender, u f'dan il-każ partikolari għax intefa' prezz baxx, poġġejt miegħu u nnegozjajt sakemm sibt prezz li kien tajjeb għalik?", "U għalik kien tajjeb, għax għall-poplu Malti u Għawdxi mhuwiex prezz tajjeb.", "Tant hu hekk li dan il-prezz dam jiġi negozjat 12-il xahar mhux jumejn, ġimgħa jew tliet ġimgħat.", "X'differenza minn proġetti oħrajn!", "Dan il-Gvern kellu bejgħ ieħor ta' art pubblika però ma tax dawn il-kondizzjonijiet lil ħaddieħor.", "Ma ġara xejn, imma anke l-format innifsu tar-Request for Proposal (RFP).", "Is-soltu f'każijiet ta' akkwist pubbliku, it-tender tkun waħda sempliċi ħafna.", "Ikollok project description dettaljat u kull min jiġbor id-dokument ikun jaf sal-aħħar dettall x'jista' jibni u fejn u jkollu kaxxa fejn idaħħal il-prezz.", "F'dan il-każ ma kien hemm xejn minn dan u allura jien inħalli f'idejn il-poplu Malti u Għawdxi biex jiġġudika hu jekk din saritx b'mod tajjeb.", "Imma issa ħalli nitkellem ftit fuq il-valur tal-art.", "Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq l-art tal-ITS u l-art anċillari ta' madwarha li hija fost l-iprem siti li għandu l-Gvern fl-aktar parti mfittxija f'Malta.", "Tant hu hekk li din l-art qiegħda fil-golden mile ta' Malta.", "X'għamel dan il-Gvern?", "Għalija huwa manifestament ċar li l-payment terms stabbiliti mill-Gvern huma ferm 'il bogħod mill-prezz reali tas-sit.", "Dan għal kulħadd huwa reali ħlief għall-Gvern.", "Hawnhekk il-Gvern qed jitlob prezz redikolu; upfront payment ta' €5 miljun imbagħad irid iħallas €10 miljun fuq medda ta' seba' snin, jiġifieri madwar €1 miljun fis-sena, però mingħajr imgħax.", "Għiduli jekk hawnx xi ħadd li jmur il-bank jieħu loan biex jixtri d-dar tiegħu jew inkella biex jixtri biċċa art ħalli jibni d-dar tiegħu u l-bank jgħidlu: Tinkwieta xejn, insellfek €300,000, ħallashom bil-mod u nagħtihomlok mingħajr imgħax!", "Però għaliex il-Gvern huwa galantom, art tal-poplu biegħha bi prezz redikolu!", "Mhux hekk biss, imma lanqas biss indenja ruħu jżomm għall-inqas ftit imgħax.", "Ħalli nispjega għaliex dan il-prezz huwa baxx b'mod redikolu, u se nibda bil-premium.", "Il-premium huwa dak li jitħallas mal-iffirmar tal-kuntratt.", "Mela s-sit tal-ITS fih 24,000 metru kwadru u ta' dan il-Gvern iddeċieda li huwa biżżejjed jekk min jirbaħ l-offerta jħallas €5 miljun.", "Dan huwa l-istess Gvern li ftit qabel biegħ biċċa art oħra, li mhijiex kbira 24,000 metru kwadru.", "Sinjura President, naħseb li dak li qed ngħid jien mhux qed idoqq tajjeb għall-Membri tal-Gvern għax il-ftit Membri li kien hawn telqu kollha kemm huma 'l barra.", "M'hawn ħadd ħlief is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis li daħal din is-sekonda.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sinjura President, point of order.", "MARTHESE PORTELLI: Naħseb li għandhom xi laqgħa tal-Grupp Parlamentari biex jiddiskutu s-sit tal-ITS!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Sinjura President, fil-fatt f'din il-Kamra bħalissa m'hawn ħadd però fl-uffiċini tagħna hemm in-nies u bħalissa għaddej Kabinett ukoll.", "Jiġifieri l-Membri jkunu għaddejjin jagħmlu x-xogħol fil-kamra tagħhom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sinjura President, il-prassi dejjem kienet li meta l-Oppożizzjoni tkun qed titkellem fuq l-Estimi, għall-inqas il-Ministru responsabbli jkun hawnhekk biex jisma' l-kritika tal-Oppożizzjoni.", "Jekk ma jkunx hawn allura nkunu qed nitkellmu għalxejn.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Kif naf jien u kif jafu l-Membri, mill-kmamar tagħna nkunu nafu xi jkun għaddej fis-seduta.", "Il-Ministru qiegħed hawnhekk u qiegħed jisma' u se jkun qed iwieġeb.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Naħseb li l-punt sar.", "Nistgħu nkomplu bid-dibattitu.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Grazzi.", "Mela jien se neħodha bħala ben fatt li l-Membri tan-naħa tal-Gvern huma konvintissimi minn dak li qed ngħid jien għaliex m'hawn ħadd hawnhekk biex iqum u jgħidli: Marthese Portelli li qed tgħid int mhuwiex korrett!", "(Interruzzjonijiet) Iva, għaliex bin-nuqqas ta' preżenza tagħkom qed tikkonfermaw li kull kelma li għedt jien hija veritiera.", "Mela ħalli nkompli nagħmel il-paraguni.", "Jien għedt li għas-sit tal-ITS ta' 24,000 metru kwadru, bħala premium upfront payment il-Gvern għażel li jiċċarġja biss €5 miljun.", "Issa ftit żmien qabel, dan l-istess Gvern biegħ ukoll biċċa art ġewwa l-istess akwata, imma fl-aktar parti kerha, liema art kien fiha biss 650 metru kwadru – jiġifieri l-art tal-ITS hija 40 darba akbar minnha – u min rebaħ din it-tender kellu jħallas €3.2 miljun!", "Mela għal din il-biċċa art il-Gvern ta' Joseph Muscat ġiegħel lill-offerent iħallas €3.2 miljun u għal biċċa art 40 darba ikbar, il-Gvern qallu: Tajjeb, agħtini €5 miljun u barra bid-daqq u nimxu!", "Nista' nsemmi wkoll każijiet preċedenti, bħal pereżempju Fort Cambridge, li xorta huwa iżgħar mill-art tal-ITS.", "Fort Cambridge fih bejn wieħed u ieħor 8,700 metru kwadru, jiġifieri art minnhom fiha 24,000 metru kwadru u art oħra fiha kważi 9,000 metru kwadru.", "Ta' dik id-9,000 metru kwadru, li hija terz tas-sit tal-art tal-ITS, meta pajjiżna kien prattikament f'riċessjoni, taf kemm ħallas min rebaħ il-kuntratt dakinhar?", "Mhux €5 miljun imma €54 miljun!", "Allura kif jista' qatt jiġi xi ħadd ġewwa dan il-Parlament u jipprova jsib xi skuża biex jgħidilna li din l-art pubblika nbiegħet għal valur tajjeb, valur li verament jixraqlu l-poplu Malti u Għawdxi?", "Minbarra l-valur u l-issues li hemm bit-tender, imbagħad hemm ukoll l-applikazzjoni fiha nnifisha.", "Diġà nafu li d-Design Advisory Committee tal-Awtorità qalu lill-Gvern li d-disinn huwa inaċċettabbli, huwa disinn ikrah u allura r-residenti kontinwament qed jingħataw raġun.", "Mhux hekk biss imma hemm ukoll issues bil-policy tal-FAR u issues fuq il-local plan eżistenti.", "Meta tara dan l-imbierek proġett, jekk tista' ssejjaħlu proġett, u tevalwah mil-liema angolu tevalwah, kemm f'dik li hija tender, kemm waqt l-RFP, kemm fuq il-valur tal-art kif ukoll fuq il-planning policies infushom, dejjem issib iż-żbiba, dejjem issib xi ħaġa mhux konformi, imma Alla jbierek dan il-proġett jibqa' għaddej, jibqa' sailing and sailing through.", "Rigward issues li hemm mill-aspett ta' ippjanar, hemm punti li jmorru kontra l-policy tal-FAR, punti li jmorru kontra l-local plan u issues ta' infrastruttura però dwarhom dawn nitkellem darb'oħra għax illum m'għandix ċans.", "Qegħdin jgħidu wkoll li se jagħmlu tunnel.", "Meta jistaqsu lil min rebaħ il-proġett ma jgħidx li se jagħmilha hu t-tunnel, u meta jistaqsu lill-Gvern, lanqas hu ma jgħid li se jagħmilha anzi jeħles mill-ġurnalisti u jgħidilhom: Araw il-masterplan.", "Alla jbierek il-Prim Ministru lanqas jiftakar li l-masterplan tiegħu stess kellu jiġi skartat għaliex kien masterplan fażull!", "Iva, qabel isir dan l-iżvilupp għandu jkun hemm masterplan suret in-nies.", "Infakkar li fil-Kumitat Permanenti għall-Ambjent u l-Ippjanar aħna konna ġejna mwegħdin li se jsir masterplan sew u mhux bħal dak li kienu għamlu b'Mott MacDonald li ġie jiswa lill-poplu Malti u Għawdxi €300,000 u kellu jintrema għaliex il-Gvern irrealizza li kien masterplan fażull u intiż biss biex jaġevola lil xi tnejn min-nies.", "Dan kien masterplan intiż li jelimina lir-residenti u lil uħud mill-kuntratturi u negozjanti.", "Dak huwa inġust u kif jien iġġelidt il-battalja fil-leġiżlatura li għaddiet nerġa' niġġelidha issa.", "Li għedt dakinhar għadu jgħodd illum għaliex ma nbidel xejn.", "Għandek ukoll l-issues tax-shadows, l-issues tal-public domain u l-issues tax-xtajta u allaħares ikolli nispjega kull punt li hemm għaliex seduta sħiħa jkolli bżonn.", "Jien se nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nitkellem fuq żewġ punti li għalija huma kruċjali ħafna.", "Il-kuntratt tal-art tal-ITS ġie ffirmat fi Frar tal-2017, jiġifieri kważi sena ilu.", "Sa dakinhar li ġie ffirmat il-kuntratt, min ħa l-art kien diġà għalaq numru ta' booking agreements jiġifieri kien diġà avviċina lin-nies li xtaqu li jixtru l-proprjetà f'dan il-proġett li jmur kontra kull policy ta' planning.", "Mela hawnhekk qegħdin ngħidu li meta ġie biex jiffirma l-kuntratt, dan l-istess offerent diġà kellu booking agreements ma' numru sostanzjali ta' nies.", "Allura mhux bilfors li wieħed jibda jistaqsi jekk dan kienx proġett li kien diġà ngħata bil-barka!", "Naħseb li trid tkun veru prużuntuz biex inti tmur tbigħ proprjetà li la tkun għadha għaddiet mill-Planning Authority u lanqas għad ikollha investigazzjoni fuqha mill-Uffiċċju tal-Awditur!", "Trid tkun verament prużuntuz biex tmur u tbigħ art il-poplu li, kif għedt, tkun għadha taħt l-investigazzjoni tal-Awditur u tkun għadha ma ġietx approvata mill-Planning Authority u tbigħha daqslikieku għandek il-permessi kollha u l-Uffiċċju tal-Awditur investiga u ma sablek xejn ħażin!", "Din it-taparsi RFP ġiet aġġudikata minn Projects Malta.", "Issa naħseb li kulħadd jiftakar li l-Ministru responsabbli minn Projects Malta kien il-ministru tat-tanker, il-ministru tal-Vitals, il-ministru tal-hedging agreement u l-ministru ta' ħafna affarijiet oħrajn.", "Kien il-Ministru Konrad Mizzi.", "Meta wieħed jidħol fid-dettall isib li Projects Malta ma kellhiex l-istanding neċessarju bil-liġi biex toħroġ tevalwa u taġġudika din it-tender.", "Skont il-liġi din setgħet issir biss jekk ikun hemm l-involviment tad-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Mela għandna issues kbar bil-proċess tat-tendering, għandna issues kbar bil-valur ta' din il-proprjetà li nbiegħet for peanuts - għax anke karawetta tiswa iktar milli ġiet stmata din l-art - għandna issues ta' planning, għandna issues ta' planning policy, issues ta' infrastruttura u biżibilju issues oħrajn u dan il-Gvern jiddeċiedi li jibqa' għaddej.", "Jien nikkumpatixxi lil dawk il-Membri tal-Gvern, u naf li hemm minnhom, li mhuma komdi xejn b'din is-sitwazzjoni imma għaliex hemm ministru jew tnejn li jixtiequ jibqgħu għaddejjin bħal gaffa b'dan il-proġett, dawk il-ministri ġenwini qegħdin jispiċċaw ibatu magħhom.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa wieħed: Hemm barra l-poplu Malti u Għawdxi jistħoqqlu verament ir-rispett.", "Dak huwa l-appell tiegħi lejn dawk il-Membri tal-Gvern, uħud minnhom ministri, li jafu li dan il-proġett ma messu qatt ġie propost u qed isir kif qed isir.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS: Grazzi ħafna, Sinjura President, u grazzi wkoll lill-Oppożizzjoni li wkoll għandha rwol importanti f'dan il-Parlament.", "Jien nieħu pjaċir nisma' dak li jkunu qegħdin jgħidu l-kollegi tiegħi imma meta qegħdin nitkellmu dwar l-art tal-ITS naħseb li jkun tajjeb li ma nħallux barra dak li seħħ fuq l-art tal-Fekruna u dak li seħħ fuq l-art tal-L.", "Donnu li f'dan il-Parlament naħa tgħid mod u naħa oħra tgħid mod ieħor.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Kemm nikkoreġi xi ħaġa u nagħmel punt.", "L-ewwel nett kien hemm diversi offerenti, mhux bħalma ġara f'dan il-każ biss.", "Xejn ma nħareġ fi żmien il-Milied u fil-każ tal-Fekruna l-Onor.", "Parnis jaf daqsi u aktar minni li l-Uffiċċju tal-Awditur ma sab xejn ħażin.", "Allura nitolbu jikkoreġi lilu nnifsu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "SILVIO PARNIS: Dak li hu ħażin jibqa' ħażin u jekk trid l-Onor.", "Portelli nagħtiha ċ-ċans ukoll li tweġibni fuq l-art tal-L li kien hemm diskussjoni u ma nafx x'ma kienx hemm min-naħa tal-Awditur.", "Però llum qegħdin nitkellmu fuq l-Awtorità tal-Ippjanar.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Minħabba li staqsejt għal tweġiba se nagħti l-opportunità lill-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jien naħseb li fil-każ tal-L jkun tajjeb li wieħed jistaqsi lill-konsulent li għandu l-Prim Ministru.", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Issa min jieħu aktar mill-ħin tiegħi …", "ID-DEPUTY SPEAKER: Tajtha l-kelma għaliex offrejthielha int. Tista' tkompli, Onor. Parnis.", "SILVIO PARNIS: Mhux se nagħtiha aktar ħin ħalli nkun nista' ngħid dak li għandi xi ngħid.", "Jekk trid titkellem, jagħtuha ċans sħabha, però llum qegħdin niddiskutu suġġett interessanti ħafna.", "Fl-aħħar żmien tal-Gvern Nazzjonalista konna qegħdin naraw staġnar fil-Planning Authority, waqfien fix-xogħol u fil-ħidma li kienet qiegħda ssir.", "Illum mhux fil-Planning Authority biss imma f'dan il-pajjiż qegħdin niffaċċjaw sfida kbira għaliex tant ħloqna ġid u xogħol li qed ikollna problema ta' nuqqas ta' ħaddiema.", "L-Oppożizzjoni tiġi hawnhekk tikkritika għaliex ma tiflaħx tara dan il-ġid f'dan il-pajjiż.", "Qabel il-kuntratturi u kull min kien involut fil-business kien jispiċċa jagħmel erba' snin jiġri għax-xogħol u forsi jieħu xi ħaġa fl-aħħar sena għaliex tkun ġejja l-elezzjoni u għaliex forsi nġibu l-fondi mill-Unjoni Ewropea imma llum l-akbar problema hija dwar ix-xogħol li qegħdin noħolqu, dwar il-ġid li qed jinħoloq u dwar kif se nsibu nies biex jaħdmu f'dan ix-xogħol.", "Bħalissa għaddejjin ukoll bid-diskussjoni dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta li wkoll taqa' taħt l-istess Ministru Ian Borg u l-kritika tan-naħa l-oħra hi li se nieħdu mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali.", "Din għamilnieha mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li tirrappreżenta l-kunsilli lokali f'pajjiżna u mxejna 'l quddiem.", "L-akbar sfida li se jkollna hi biex insibu r-riżors uman ħalli nwettqu l-programm ta' dan il-Gvern li f'seba' snin jagħmel b'€700 miljun f'toroq f'pajjiżna.", "Sinjura President, in-nies hemm barra li jinteressahom hu kemm jinħoloq ġid.", "In-nies hemm barra jgħidu li fis-sena 2016 kien hemm 9,100 applikazzjoni quddiem il-MEPA.", "Fis-sena 2017 li qegħdin niddiskutu s-sena tal-għeluq tagħha hawnhekk, kellna 11,300 applikazzjoni.", "Dan seħħ għax l-Awtorità għamlitha aktar faċli biex bniedem jagħmel l-applikazzjonijiet tiegħu u dan wassal biex in-nies ikollhom aktar fiduċja fil-Planning Authority.", "Hawn ta' min jgħid li fid-dokumenti tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista, waħda mir-raġunijiet li ngħatat għaliex il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni kienet l-istaġnar li kien hemm fil-planning.", "Allura għaliex għamilna dan kollu nibdew indaħħlu s-suspetti f'kollox?", "Sinjura President, jien għedt li n-nies hemm barra jinteressahom li jinħoloq il-ġid, imma quddiem dan il-ġid kollu, quddiem dawn l-applikazzjonijiet kollha, għandek settur ieħor li rridu noqogħdu attenti għalih.", "Jien bħala Membru tal-Gvern għandi għal qalbi l-ambjent u rridu noqogħdu attenti li f'dan kollu jkun hemm bilanċ.", "Qiegħed isir ħafna ġid, kulħadd irid jinvesti, imma mbagħad irridu nsibu l-bilanċ f'kollox.", "L-ambjent tagħna wkoll irridu nagħtuh prijorità, u dan hu li qed jagħmel dan il-Gvern.", "Dan jidher ċar anke fil-mod kif imxiet l-Awtorità ma' kull min bena bla permess, fejn waqqgħet numru ta' postijiet illegali.", "Kien hemm 192 postijiet jew abbuż f'development zones u 123 fl-ODZ li dan il-Gvern ħa ħsieb.", "Barra minn dan, il-Planning Authority ħasbet biex min kellu irregolarità u rranġaha kellu jħallas għall-iżball li għamel.", "Dawk il-flus il-Gvern ma tefagħhomx għall-Planning Authority biss imma reġa' tahom lill-poplu.", "Dan hu l-ġid li hawn f'dan il-pajjiż.", "Dawn huma miljuni li nġabru mingħand in-nies għaliex kellhom illegalità fil-post tagħhom u rranġawha.", "Min ikollu illegalità ma jkunx jista' jbigħ id-dar tiegħu, u issa jista' jbigħ id-dar tiegħu bla inkwiet ta' xejn.", "Imma dawk il-flus għaddejniehom fi skema - u nittama li l-Ministru jiftaħha – u b'hekk qed inkomplu noħolqu x-xogħol u l-ġid f'dan il-pajjiż.", "Sinjura President, jien nifraħ lill-Planning Authority anke għall-ħidma li tagħmel mal-kunsilli lokali.", "Hawn ikun tajjeb li ngħid li hemm skemi li bihom il-Planning Authority tgħin lill-kunsilli lokali.", "Hawnhekk nisma' diskors bħal li aħna rridu nnaqqsu l-poteri mill-kunsilli lokali.", "Aħna noħolqu l-iskemi biex ngħinu lill-kunsilli lokali jinvestu aktar miljuni ta' Ewro fil-lokalitajiet tagħhom u mhux biex innaqqsulhom il-poteri!", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li pereżempju fis-sena 2017 kellna 1,322 applikazzjoni tad-DNO, li huma applikazzjonijiet li jħaffu l-proċess.", "Forsi dak li jkun jista' jikkritikana għaliex ma nagħmlux kollox tajjeb.", "Aħna nagħmlu l-iżbalji tagħna, però d-differenza hi li aħna nammettu li nagħmlu l-iżbalji tagħna u nistgħu nagħmlu ħafna żbalji għaliex qegħdin nagħmlu ħafna affarijiet.", "Li ngħid biss hu li jekk wieħed iħares lejn l-annual report tal-Planning Authority tal-2017, wieħed jara kemm dan il-Gvern, minflok ħalla din l-Awtorità staġnata, ħa l-pariri mingħand nies li emmnu fina, u dawn is-suġġerimenti ressaqniehom biex nagħmlu l-bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Fil-lokalitajiet in-nies hemm barra jħossu li l-Planning Authority toħloq ix-xogħol, imma mbagħad ma nistgħux inħallu lil min jaħseb li f'dan il-pajjiż jista' jagħmel li jrid.", "Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra saret bidla fejn in-nies kellhom aktar ċans li jipparteċipaw fl-iżvilupp li se jkun qiegħed isir fil-lokalitajiet tagħhom jew maġenbhom.", "Illum mhux lakemm taqbad twaħħal il-karta u taqbad tibni imma llum jintbagħtu notamenti lir-residenti ta' dik l-akkwata u inti jkollok ċans li tappella dwar dan.", "Dan huwa suġġett jaħraq u faċli li wieħed jipponta subgħajh però llum il-ġurnata qegħdin naraw li l-Awtorità hija strument importanti biex noħolqu l-ġid f'dan il-pajjiż.", "Hawn nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-istaff kollu, lis-CEO, is-Sur Johann Buttigieg għax-xogħol li għamel u għall-bidla li rnexxielu joħloq.", "Jien naqbel li għandu jkollna ekonomija li toħloq ix-xogħol u l-ġid.", "Illum qed ikollna problema li ma nsibux ħaddiema imma din hija l-istorja ta' meta jinħoloq il-progress.", "L-isfidi rridu nibdluhom f'opportunitajiet biex jinħoloq ix-xogħol.", "Aħna rridu nibqgħu għaddejjin bl-iżvilupp imma rridu – u dan nenfasizzah – naraw li dan isir bi pjan.", "Qed ngħid dan għaliex huwa faċli li fil-progress tax-xogħol li jkun qiegħed isir forsi naħsbu li l-ambjent mhuwiex daqshekk importanti.", "Jien naf li l-Awtorità tal-Ippjanar tenfasizza dwar dan, u allura nixtieq nagħmel appell lill-iżviluppaturi, li allaħares ma kenux huma u huma importanti għall-ekonomija ta' dan il-pajjiż, biex ma jħarsux biss lejn x'ikunu qegħdin idaħħlu fil-but.", "Huwa veru li min jinvesti u jissogra l-flus ikun irid jara l-qligħ li jdaħħal imma rridu niftakru wkoll f'ta' warajna.", "Lil uliedna rridu nħallulhom ambjent li jixraq biex għada pitgħada ma jgħidux x'għamilna.", "Irridu naraw li kemm jista' jkun fejn jidħol ambjent ma nagħmlux żbalji.", "Jien nirringrazzja lil kull min jaħdem u lil min ħadem fil-Planning Authority għax minn Planning Authority staġnata ġibnieha Planning Authority li kompliet tara li l-mutur tal-ekonomija jaħdem fil-pajjiż tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, l-Awtorità tal-Ippjanar qatt ma kienet politiċizzata daqs illum.", "Ngħidu \"iva\" lil kulħadd għaliex l-aktar ħaġa sagra u importanti għal dan il-Gvern hija l-voti.", "Il-wegħdiet elettorali jiġu l-ewwel u l-ambjent jiġi l-aħħar fil-lista ta' prijoritajiet tal-Gvern.", "Jien naħseb li m'hawn ħadd f'dan il-pajjiż li jemmen li l-Awtorità tal-Ippjanar hija awtonoma mill-Gvern anzi din taħdem b'indħil politiku kontinwu.", "L-ewwel ħaġa li għamel il-Gvern Laburista huwa li qabad lis-Sur Johann Buttigieg u b'high jump għamlu executive chairman, b'pakkett finanzjarju ta' €100,000 fis-sena kif ġie żvelat fil-ġurnal The Times ftit tal-jiem ilu.", "Safejn naf jien ma kien hemm l-ebda ċaħda mill-Gvern.", "Smajna lill-Ministru jgħid li mhux se jiċċaqlaq mill-Awtorità tal-Ippjanar imma ma ċaħadx li dan għandu pakkett finanzjarju ta' €100,000 fis-sena.", "Ovvjament nifhmu li ma jiċċaqlaqx b'pakkett finanzjarju bħal dan!", "Naħseb li darba sewwa qal il-Prim Ministru li nitimgħu lil ta' fuq biex il-frak forsi jaqa' għand dawk ta' taħt!", "Din hi l-politika ta' Gvern Laburista u għalhekk il-faqar qed jiżdied.", "Hawn min iġebbed biex jipprova jgħix b'€900 jew b'€1,000 fix-xahar għal tnejn min-nies u tal-qalba jieħdu pakkett ta' €100,000 fis-sena.", "Irrid nagħmel kritika wkoll dwar l-approvazzjoni ta' numru ta' permessi għal fuel stations ġodda meta suppost għaddejja konsultazzjoni quddiem il-Kumitat biex joħorġu linji gwidi ġodda.", "Għandna l-istramberija, li naħseb li qatt ma saret, li għal dawk li diġà applikaw tgħodd il-policy l-antika.", "Naħseb li din hija xi ħaġa skandaluża u probabbilment qed issir biex nagħtuhom dak li wegħedniehom u nilħqu naqduhom.", "B'min iridu jidħku l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Gvern?", "L-istrateġija fit-tul tal-Gvern - u aħna naqblu magħha - hija li naqilbu għall-electric cars.", "Allura għandna bżonn dawn il-fuel stations ġodda?", "Naħseb li aktar għandna bżonn charging stations milli fuel stations.", "Ma jagħmilx sens dak li tgħid l-Awtorità tal-Ippjanar li ladarba jkollna l-electric cars il-fuel stations se jiġu konvertiti f'charging stations.", "M'għandekx bżonn dak il-kobor biex tagħmel charging station imma biex tagħmel pompa tal-petrol jew tal-fuel għandek bżonn żewġt itmiem jew tlieta art.", "L-art ODZ u l-mostru ta' fuel stations li għandna in the middle of nowhere ikunu laħqu ġew mibnija għal dejjem u l-ħsara lill-ambjent li tkun saret se tkun waħda irreparabbli.", "Għalhekk billi taqlibhom f'charging stations m'inti se ssolvi xejn, il-qerda tkun saret, il-mostri se jibqgħu hemmhekk u l-ambjent ikun inqered darba għal dejjem.", "Naħseb li jeħtieġ ukoll li l-Awtorità tal-Ippjanar tipproteġi bis-serjetà l-village core uniku f'pajjiżna.", "Ma jistax ikun li l-Awtorità tal-Ippjanar tibqa' tapprova twaqqigħ ta' djar antiki b'karatteristiċi uniċi fil-village core.", "Qed neqirdu s-sbuħija ta' dan il-pajjiż li writna mingħand ix-xjuħ tagħna u dan kapriċċożament għall-voti.", "Għandna Gvern bla ebda valuri, bil-kbarat tal-Awtorità tal-Ippjanar kultant kompliċi miegħu.", "L-Awtorità tal-Ippjanar għall-inqas trid tesiġi li l-faċċata tibqa' tale quale dejjem u kullimkien f'dak li għandu x'jaqsam mal-village core u mhux kif qed jiġri ħafna drabi, inħarsu lejn wiċċ l-applikant, naraw jekk ikunx tal-qalba - għax jista' jkun Laburist imma ma jkunx tal-qalba, u dak ma jinqediex - imbagħad niddeċiedu fuq il-permess.", "Il-Gvern kien tkellem ħafna dwar policy fuq solar farms.", "X'sar minnhom dawn?", "Meta d-dinja kollha qed titkellem fuq clean energy, il-Gvern donnu tilef leħnu.", "Mhu qed jgħid xejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' solar farms u dan meta f'pajjiżna qed tiġi rapportata rata allarmanti ta' tniġġis fl-arja.", "Hawnhekk nerġa' nagħmel il-mistoqsija li għamlet sezzjoni tal-midja ftit ilu: Ġie ċċekkjat x'tip ta' gass qed jinġieb għall-power station?", "Din il-mistoqsija staqsietha wkoll il-midja ftit ilu u safejn naf jien ma ngħatatx risposta.", "Għaliex għandna dan it-tniġġis għoli fl-arja?", "Fejn hi r-retorika tal-Partit Laburista dwar il-fabbrika tal-kanċer?", "Għall-Gvern is-solar farms għadhom prijorità?", "Jekk iva, nistieden lill-Ministru jgħidilna x'għandu f'moħħu, x'sar s'issa, x'se jagħmel u x'inhuma t-time frames.", "Fi storja bl-isem \"EU Commission details Malta's environmental challenges and opportunities\" tal-Ħadd, 12 ta' Frar tal-2017, The Malta Independent ikkwotat mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea u skont dan ir-rapport Malta hija fost l-aktar pajjiżi mibnija u densely populated.", "Dak mhu xejn ġdid, nafuh, u allura għandna sfidi partikolari li l-Awtorità tal-Ippjanar jidher li qed tiġi taqa' u tqum minnhom għax, kif għedt diġà, l-aqwa li it follows her master's voice u nkomplu nibnu bla ebda pjan ta' xejn.", "Dan l-istudju mill-Kummissjoni Ewropea jsemmi diversi sfidi li għandha Malta fosthom l-iskarsezza tal-ilma u allura rridu nipproteġu din ir-riżorsa limitata li għandna.", "L-Awtorità u l-Gvern x'inhuma jagħmlu biex jipproteġu l-water table u biex, safejn hu possibbli, niġbru aktar ilma tax-xita?", "Imbagħad l-istudju tal-Kummissjoni Ewropea dwar Malta jitkellem fuq l-ambjent u nikkwota:", "Naħseb li din hija importanti ħafna.", "Hawn l-artiklu qed jirreferi għall-kwalità ta' ambjent li qed nagħtu lit-turist apparti l-obbligu li għandna lejn uliedna u wlied uliedna li nipproteġu l-ambjent u ngħaddulhom Malta b'kemm jista' jkun spazji miftuħa.", "L-artiklu jkompli jsemmi l-ħtieġa li ntejbu l-arja tagħna u nnaqqsu t-tniġġis speċjalment f'postijiet urbani u nittama li fl-għeluq tiegħu l-Gvern isemmi xi ħaġa fuq it-tniġġis ukoll.", "Il-Gvern u l-Awtorità tal-Ippjanar dan mhux qed jagħmluh.", "Biżżejjed insemmi editorjal ieħor tal-ġurnal The Malta Independent tal-Ħamis, 24 ta' Mejju 2018 \"Construction industry - No money to control illegalities\" li jgħid li l-Gvern jiftaħar kontinwament bis-surplus imma m'għandux biżżejjed flus biex iħallas overtime lill-istaff tal-Building Regulations Office tant li fil-weekend u l-festi pubbliċi, skont The Malta Independent, dan l-uffiċċju, li huwa nkarigat li jispezzjona u jara li l-bini jsir skont il-permessi maħruġa u l-kondizzjonijiet imposti, m'għandux staff biex jagħmel dawn l-ispezzjonijiet fil-weekends u fil-festi pubbliċi.", "Għandna free for all, kulħadd jagħmel li jrid għax min suppost jaħdem biex jikkontrolla jkun id-dar għax m'għandniex flus biex inħallsuh.", "L-editorjal jgħid li dan għandu konsegwenzi anke fuq l-istess ħaddiema tal-kostruzzjoni li jistgħu jkunu qed jaħdmu f'riskju għal saħħithom.", "Dan minbarra li ma jkun hawn ebda kontrolli fuq it-trab li jtir mat-triq kollha u l-ħsejjes.", "Jien noqgħod f'post fejn kultant il-ħsejjes minn filgħodu sa filgħaxija jistordu mhux biss lill-ġirien imma lit-turisti fil-viċinanzi.", "L-editorjal ikompli jgħid li jkun hemm nuqqas ta' kontroll anke meta l-Building Regulations Office ikun miftuħ u minkejja li jsiru rapporti, kultant ma jsir xejn.", "Aħseb u ara xi jsir jekk l-uffiċċju jkun magħluq!", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ġenwinament nistaqsi: Dan il-Gvern, bl-Awtorità tal-Ippjanar kompliċi miegħu, xi jrid iħalli lil uliedna minn dan il-pajjiż?", "Irid iħalli pajjiż ċappa concrete bil-bini kullimkien?", "Din hija l-viżjoni li għandhom l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Gvern għal dan il-pajjiż u dan kollu b'kapriċċ għall-voti?", "Hawnhekk irrid infakkar lil xi wħud li jaħdmu fl-Awtorità tal-Ippjanar - għax mhux kollha jaġixxu hekk - li għandhom responsabilità kbira fuqhom, meta jkollhom xi laqgħa taħraq fl-Awtorità tal-Ippjanar jaraw li jiġu l-pulizija.", "Imma l-pulizija m'għandhomx jiġu għall-ambjentalisti, għandhom jiġu għal min qed jeqred l-ambjent.", "Dan qed ngħidu għax uħud min-nies fl-Awtorità tal-Ippjanar għandhom ħafna xi jwieġbu għall-isfreġju ambjentali li qed isir f'dan il-pajjiż.", "Dawn huma mħallsin minn flus il-poplu biex jipproteġu nies bla saħħa u bla vuċi u l-ambjent tagħna u mhux biex jidħlu f'kompliċità, jien ngħid kważi kriminali, mal-Gvern biex jeqirdu s-sbuħija ta' Malta u Għawdex.", "Ftakru, Sinjuri tal-Awtorità tal-Ippjanar, li dawn il-gżejjer mhumiex tagħkom jew tal-Gvern imma Malta u Għawdex huma tagħna wkoll.", "Nifhem li l-Gvern mhuwiex interessat li jisma' l-kritika tal-Oppożizzjoni.", "Dan huwa Gvern li jattakka l-ġurnalisti li ma jaqblux miegħu, jattakka lill-NGOs li ma jaqblux miegħu, jattakka lill-Oppożizzjoni li tagħmel xogħolha u tikkritika.", "Huwa veru li hawn surplus imma s-surplus qiegħed fl-arroganza ta' dan il-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, id-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu mal-milja taż-żmien dejjem iħallu l-effetti tagħhom fuq il-poplu Malti u Għawdxi u dan qed isir ukoll fis-settur tal-ippjanar u l-ħruġ tal-permessi tal-bini.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li llum il-ġurnata dan huwa wieħed mill-pilastri prinċipali tal-ekonomija ta' pajjiżna però huwa settur imdawwar bil-kontroversji għas-sempliċi raġuni li kulħadd jara l-qasam tal-ippjanar mill-perspettiva tiegħu.", "Anke f'din il-Kamra dejjem nitkellmu fuq proġetti infrastrutturali u dejjem għaddejjin bil-battibekki bejnietna dwar liema Gvern għamel l-ikbar u l-isbaħ proġett f'pajjiżna.", "Sfortunatament dejjem ninsew lill-periti ta' dawn il-proġetti li ħadd ma jsemmihom u għalhekk, qabelxejn, nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-periti u l-inġiniera ċivili kollha kif ukoll lil dawk li jagħtu servizzi relatati ma' din il-professjoni, għall-kontribut kbir li taw f'dawn l-aħħar 20 sena biex rajna lil Malta tinbidel.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil diversi ħaddiema fosthom dawk tal-Awtorità tal-Ippjanar, tal-Awtorità tal-Ambjent, il-Building Regulations Office, is-Sovrintendenza kif ukoll lil dawk kollha li fil-parti l-kbira tagħhom jagħmlu l-almu tagħhom bl-akbar dedikazzjoni u professjonalità fix-xogħol li jagħtu.", "Ladarba qed insemmi l-kollegi periti ma nistax ma nsemmix lir-rappreżentanti ta' din il-professjoni jiġifieri l-Kamra tal-Periti li jaħdmu bla heda biex jiżguraw li jkun hemm kuntatt u konsultazzjoni kontinwa bejn dawk kollha li jipprattikaw din il-professjoni kif ukoll bejn diversi awtoritajiet tal-Gvern b'mod speċjali l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Minn dan il-lat ikolli nistqarr li l-Awtorità tal-Ippjanar mhux dejjem għamlet il-konsultazzjoni neċessarja mal-Kamra tal-Periti bil-konsegwenza li minbarra l-periti, anke ċ-ċittadini ta' pajjiżna qed ibatu l-konsegwenzi ta' dan in-nuqqas ta' konsultazzjoni.", "Hija sfortuna li dan il-Gvern neħħa l-kelma \"konsultazzjoni\" mill-vokabularju tiegħu.", "Naħseb li wasal iż-żmien ukoll li din l-Awtorità tibda trabbi ftit ruħ soċjali ma' min l-inqas jista' jħallas.", "Inutli l-Gvern joħroġ skemi biex min għandu irregolarità minima fil-proprjetà tiegħu jkun jista' jirregolarizzaha jekk l-ispejjeż relatati mas-sottomissjoni ta' dawn l-applikazzjonaijiet ikunu eżorbitanti.", "Qed nikkwalifika l-irregolaritajiet minimi fil-proprjetà għax dan il-Gvern mhuwiex kapaċi jagħmel distinzjoni bejn min bena post totalment bla permess u min forsi bena bitħa pulzier iżgħar milli tgħidlek il-liġi sanitarja.", "Sa ftit snin ilu jekk tapplika għal CTB tkun tista' tinħariġlek il-konċessjoni neċessarja bi spiża minima ta' €250.", "Illum le.", "Illum, biex tirregolarizza, f'każ ta' terraced house ikollok tħallas madwar €4,000 jew inkella iżjed u dan f'multi biss.", "Dan hu serq ta' flus minn ħalq il-familji tagħna.", "Nixtieq nispjega ftit id-differenza bejn x'inhu sanzjonar, x'inhi konċessjoni u x'inhi l-iskema ta' regolarizzazzjoni.", "L-ewwel nett, ta' min ifiehem ftit x'inhi irregolarità.", "Irregolarità hija meta żvilupp ma jkunx inbena skont il-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar jew kif kienet tissejjaħ qabel il-MEPA jew addirittura qabel l-1992, il-PAPB.", "Bini li kien mibni qabel l-1967, bil-liġijiet li għandna llum, ikun ikkonsidrat daqslikieku għandu l-permessi neċessarji.", "Mela x'inhu sanzjonar?", "Sanzjonar huwa meta persuna li jkollha irregolarità fil-proprjetà tagħha tkun tista' tapplika mal-Awtorità tal-Ippjanar biex iġġib il-permessi neċessarji għal dik l-irregolarità dment li l-irregolarità tkun koperta bil-policies u liġijiet viġenti.", "F'dan il-każ, meta persuna tapplika għal sanzjonar, jekk joħroġ il-permess neċessarju tkun soġġetta għal multa minima.", "Imbagħad x'inhi CTB?", "Is-CTB tirrigwarda proprjetà li kien ikollha irregolarità minima bħal devjazzjoni minima fil-qisien tal-btieħi interni jew il-btieħi ta' wara jew inkella l-għoli minn ġewwa ta' kull sular.", "Qabel proprjetajiet tali kien ikollhom problema biex jinbiegħu jew jingħataw is-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Għalhekk fl-2012 fi żmien Gvern Nazzjonalista ġew introdotti l-applikazzjonijiet tas-CTBs li l-iskop aħħari warajhom kien li kull min kellu irregolarità minima seta' jissottometti applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar ta' dak iż-żmien, iħallas rata fissa ta' €250 u kienet tinħariġlu l-konċessjoni neċessarja.", "Però fl-2016 ħarġet il-famuża skema ta' regolarizzazzjoni.", "Din daħlet fis-seħħ mas-separazzjoni tal-Awtorità tal-Ambjent minn mal-Awtorità tal-Ippjanar u b'din l-iskema kull tip ta' irregolarità setgħet tiġi regolarizzata dment li ma tagħmilx ħsara lil terzi kif ukoll li titħallas multa sostanzjali bbażata fuq rata ta' kull metru kwadru tal-binja kollha u mhux fejn hemm l-irregolarità biss.", "Il-problema hija li din l-iskema kkanċellat għalkollox kull konċessjoni li ħarġet permezz tas-CTB u għalhekk min kien ħallas €250 biex jottjeni konċessjoni issa qed ikollu japplika mill-ġdid għall-iskema tar-regolarizzar u qed jeħel eluf kbar ta' ewro f'multi pagabbli lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ikun jista' jirregolarizza ruħu.", "Dan qed isir b'detriment b'mod speċjali lejn min hu ta' ċerta età li għandu problema fil-proprjetà u ma jixtieqx iħalli inkwiet wara mewtu.", "Mela filwaqt li qabel b'€250 kont tagħmel festa, issa l-ispiża taf titlagħlek għal €4,000 u tul din l-aħħar sena u nofs kemm jien kif ukoll il-Kamra tal-Periti ilna nappellaw lill-Gvern biex jieħu ċerti miżuri ħalli l-piż fuq ċerti familji jonqos.", "Miżura minnhom hi li mingħajr spejjeż żejda, il-konċessjoni tas-CTB kellha tinqaleb għar-regolarizzazzjoni mingħajr ma ssir applikazzjoni mill-ġdid.", "Anke min għandu irregolaritajiet minimi li qabel kienu jaqgħu fil-kategorija tas-CTB għandu jħallas biss €250 biex jirregolarizza dak li għandu irregolari kif kien isir qabel fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Għandha ssir ukoll distinzjoni rigward multi pagabbli bejn min għandu illegalità minima u min bena bla permess.", "Dan kollu appellajna dwaru però sfortunatament kollox waqa' fuq widnejn torox u biex tgħaxxaqha, jiġi l-Ministru llum f'dan l-istess Parlament jgħid li minn din l-iskema daħħal €16-il miljun.", "Fil-parti l-kbira tagħhom dawn ħadhom minn ħalq il-familji tagħna.", "Sur President, minkejja li l-Gvern jgħid li l-parti l-kbira ta' dawn il-flus qed jintużaw għall-iskema Irrestawra Darek, kieku mexa bil-għaqal, pereżempju fix-xiri tal-gass għall-power station ta' Delimara, kien jagħmel tajjeb għal din l-iskema bil-flus li kien jiffranka u ma kienx ikollu għalfejn jisloħ skoss familji li riedu jirregolarizzaw darhom.", "Però mhux talli mhux se jagħmel dan talli minn Settembru li ġej dawn ir-rati minflok se jorħsu se jkomplu jiżdiedu b'25% bil-konsegwenza li min illum iħallas €4,000, tliet xhur oħra se jibda jkollu jħallas madwar €5,000.", "Dalgħodu f'dan il-Parlament il-Ministru semma wkoll li se ssir reviżjoni tar-Rural Policy and Design Guidelines tal-2014.", "Qal li għalkemm dawn il-policies suppost kienu intenzjonati għall-bdiewa u r-raħħala, kif jagħti l-impressjoni t-titlu ta' din il-policy u kif qal il-Ministru dalgħodu, dawn in-nies baqgħu kif kienu u cjoè lampa stampa.", "Jien nissuġġerixxi lill-Ministru konċernat biex jikkonsidra bis-serjetà li l-emendi li se jsiru għal dawn il-policies ikunu verament jirriflettu l-bżonnijiet tal-bdiewa u r-raħħala tagħna.", "Il-bdiewa u r-raħħala tagħna għandhom jiġu kkonsultati b'mod effettiv anke billi fil-bord li fih se jkunu diskussi dawn il-policies ikun hemm ir-rappreżentanti tagħhom għax din il-policy se tolqothom b'mod dirett.", "Għandu jiġi kkonsidrat ukoll li kemm il-bdiewa kif ukoll ir-raħħala jkunu rappreżentati fl-Agriculture Advisory Committee li huwa bord konsultattiv dwar l-applikazzjonijiet imressqa quddiem l-Awtorità mill-bdiewa.", "L-Awtorità tal-Ippjanar għandha wkoll tikkonsidra li ma żżommx flus għal applikazzjonjiet għal strutturi agrikoli li jkunu magħmula minn bdiewa u raħħala ġenwini.", "Sur President, jien hawnhekk dejjem qed nitkellem fuq bdiewa u raħħala ġenwini għax ikun tajjeb li wieħed jagħmel distinzjoni.", "Kulħadd jaqbel li l-bdiewa u r-raħħala tagħna huma l-gwardjani naturali tal-ambjent ta' madwarna imma sfortunatament l-ammont ta' bdiewa u raħħala naqas drastikament bil-konsegwenza li x-xogħol tal-bidwi u l-ħin li fih jinħadem ir-raba' żdied.", "Għandhom jiġu kkonsidrati wkoll applikazzjonijiet għal stores akbar għall-makkinarju agrikolu.", "Ilbieraħ waqt żjarat li għamilt waqt il-Wirja tal-Patata li saret fil-Qrendi ltqajt ma' bidwi żagħżugħ li sfortunatament m'għandux spazju fejn iżomm il-makkinarju tiegħu u sar att vandalu fuq il-makkinarju u t-tractor li għandu minħabba s-sempliċi raġuni li m'għandux fejn ipoġġih.", "Għandhom jibdew jiġu kkonsidrati wkoll applikazzjonijiet, dejjem għall-bdiewa ġenwini, għall-grading facilities, handling facilities u cold storage biex tiġi inkoraġġita l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli kemm lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll lejn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.", "Wieħed għandu jikkonsidra wkoll l-introduzzjoni ta' photovoltaic farming facilities li jkunu parti integrali minn serer biex b'hekk jiġu introdotti f'pajjiżna metodi ġodda ta' agrikoltura bħal LED hydroponics.", "Ta' min jgħid li llum il-ġurnata bir-regoli li għandna fuq il-post tax-xogħol għandu jkun hemm faċilitajiet sanitarji.", "Għaliex m'għandux jingħata ċans ukoll lill-bdiewa tagħna li jqattgħu aktar minn 12 u 14-il siegħa fl-għelieqi tagħhom li jkollhom dawn il-faċlitajiet fl-għelieqi tagħom?", "Ma rridx ninsa ngħid ukoll li waħda mill-kondizzjonijiet f'kull applikazzjoni li ssir għandha tkun li jiġu miżrugħa siġar indiġeni fir-raba' tagħna.", "Qabel nagħlaq nixtieq nagħmel rimarka dwar kumment li għamel il-Ministru fejn ipprova jagħti l-impressjoni li diversi kunsilli lokali - u semma wħud b'isimhom - għandhom miljuni ta' fondi għad-dispożizzjoni tagħhom u dawn mhuma qed jagħmlu xejn biex jonfquhom.", "L-isfortuna hija li fil-każ tal-kunsilli lokali hemm proċess twil u pjuttost burokratiku biex jieħdu dawn il-fondi.", "Pereżempju jridu jsiru applikazzjonijiet lill-Planning Authority, iridu jikkonsultaw mal-Kummissjoni Persuni b'Diżabilità u ħafna proċessi oħra.", "Forsi huwa għalhekk li ċerti kunsilli lokali għadhom ma ħadux dawn il-fondi.", "Dan mhux b'nuqqas min-naħa tagħhom però sfortunatament hemm sistema pjuttost burokratika li qed teħdilhom ħafna ħin biex jibdew jieħdu dawn il-fondi.", "Nixtieq nagħlaq billi nagħmel ftit appelli ġenwini kemm lill-Ministru kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jien nemmen li din l-Awtorità m'għandhiex tkompli tistagħna minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi.", "Anke din l-Awtorità għandha tkun xaqq ta' dawl għal min l-aktar jeħtieġha bħall-bdiewa u r-raħħala.", "Barra minn hekk, din l-Awtorità m'għandhiex taħdem għall-ġid tal-ftit imma għandha taħdem għall-ġid komuni tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, illum għandna quddiemna l-Estimi dwar l-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena li ġejja, jiġifieri din is-sena, u allura huwa żmien li nagħmlu rendikont ta' dak li tkun għamlet l-Awtorità matul is-sena li għaddiet u x'qed tippjana li tagħmel matul is-sena d-dieħla.", "Fil-fehma tiegħi, l-Awtorità tal-Ippjanar aktarx hija l-aktar awtorità f'Malta li għandha influwenza u bid-deċiżjonijiet tagħha tħalli ċertu impatt fuq il-ħajja ta' kuljum tal-poplu Malti u Għawdxi u dan bir-raġun.", "Naturalment aħna pajjiż żgħir, id-daqs ġeografiku huwa limitat, għandna art li hija limitata però għandna wkoll ħafna affarijiet pożittivi.", "Pereżempju għandna pajsaġġ sabiħ li huwa protett bil-Kostituzzjoni u għandna bliet u rħula li fil-parti l-kbira tagħhom, almenu s'issa, ċ-ċentri tagħhom għadhom protetti.", "F'dan is-settur hemm sfidi kbar.", "Għandna wkoll interess ġenwin mill-poplu Malti u Għawdxi li jipproteġi l-identità tiegħu anke fejn jidħol il-pajsaġġ, il-bini, l-arkitettura u ħafna affarijiet oħra.", "Sfortunatament għandna wkoll nies f'pajjiżna li l-Awtorità sservihom biex jabbużaw miċ-ċirkostanzi li jiżviluppaw fil-pajjiż.", "Huwa minnu li matul l-aħħar snin l-Awtorità qdiet aktar nies.", "Fil-verità qegħdin jinħarġu ħafna iktar permessi u qed ikun hemm ħafna inqas ċaħdiet għall-permessi milli kien ikun hemm qabel imma dan ma jfissirx bilfors li qed nagħmlu xi ħaġa li hija tajba u korretta.", "Illum, Sur President, f'pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin iħossu li qegħdin jgħixu f'ambjent iddominat mill-bini u mill-iżvilupp, iddominat biex ngħid hekk mill-industrija tal-kostruzzjoni.", "Jien mhux qed ngħid li din l-industrija mhjiex meħtieġa anzi hija industrija meħtieġa ħafna għal pajjiżna.", "Għal snin u sekli twal l-industrija tal-kostruzzjoni kienet importanti ħafna f'pajjiżna imma llum għandna wħud li qed imorru għall-esaġerazzjonijiet.", "Naturalment l-esaġerazzjonijiet mhuma tajbin fl-ebda settur u iktar u iktar mhumiex tajbin fis-settur tal-bini u fis-settur ambjentali f'pajjiżna.", "Hawnhekk irrid nirreferi għal xi ħaġa biex wieħed malajr jinduna għalfejn qed nitkellem dwar esaġerazzjonjiet.", "Jekk wieħed ikollu jħares lejn it-tliet lokalitajiet li se nsemmi malajr jinduna li hemm esaġerazzjoni kbira għaddejja.", "Dawn it-tliet lokalitajiet huma l-Gżira, Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Jekk tmur f'dawn il-lokalitajiet tħoss li kull fejn tmur hija building site jiġifieri kullimkien qed ikun hemm żvilupp kontinwu.", "In-numru ta' tower cranes li hemm ix-xatt ta' Tas-Sliema huwa impressjonanti.", "Kważi kważi l-lokalitajiet tal-Gżira, Tas-Sliema u San Ġiljan jistgħu jbiddlu l-arma tal-lokalità u jagħmluha forma ta' tower crane daqskemm hemm tower cranes armati!", "Is-sentiment li qed jinħoloq hu li l-iżvilupp u l-bini qiegħed jieħu over il-lokalitajiet tagħna.", "Huwa proprju għalhekk ukoll li pereżempju matul il-jiem u l-ġimgħat li għaddew kien hemm moviment sħiħ fost in-nies ta' Pembroke li pprotestaw bil-qawwa kollha kontra l-proġett fuq l-art tal-ITS.", "Jien nikkondividi totalment dak li qalet aktar kmieni f'din is-seduta l-Onor.", "Marthese Portelli dwar dan il-proġett li hemm mistoqsijiet kbar dwaru.", "Hemm ħafna raġunijiet validi u aċċettabbli għalfejn wieħed għandu jipprotesta u joġġezzjona għal dan il-proġett u issa ovvjament hemm il-proċess tal-ippjanar li l-Awtorità trid li ttemm.", "Nisperaw li ma ttemmux fi żmien meta kulħadd ikun medhi b'affarijiet oħra matul is-sajf imma f'perjodu li jkun aċċettabbli biex in-nies jipparteċipaw u jagħmlu r-rappreżentazzjoni tagħhom kif diġà għamlu.", "Dan kollu juri kemm illum għandna Awtorità tal-Ippjanar li qegħda timbotta biex ikun hemm iktar żvilupp ta' bini fl-ambjent.", "Din mhijiex xi ħaġa pożittiva imma hija sitwazzjoni li se jkun hemm konsegwenzi gravi minħabba fiha.", "Sur President, biex nipprepara għal dan l-intervent tiegħi jien qrajt ir-rapport annwali tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Kien hemm xi ħaġa li jien bdejt infittex biex nara jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għamlitx xi ħaġa dwarha bil-konkret matul is-sena li għaddiet u x'qiegħda tippjana li tagħmel din is-sena.", "Qed nirreferi għall-pjani lokali.", "Għal min forsi mhuwiex intiż ħafna mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-ħidma tagħha, il-pjani lokali huma dawk id-dokumenti li fihom ikun hemm imniżżel fejn wieħed jista' jibni fil-lokalitajiet tagħna, x'jista' jibni u kif għandu jibni.", "Ikun hemm żoni fejn ikun hemm ċertu sulari li tista' tibni, ikun hemm żoni li pereżempju fihom tista' tibni residenzi, ikun hemm żoni li fihom tista' tibni faċilitajiet għall-komunità, ikun hemm żoni li fihom tista' tibni bini għall-industrija tat-turiżmu u numru ta' deskrizzjonijiet dwar x'għandu jsir fil-lokalitajiet tagħna.", "Dawn il-pjani huma, biex ngħid hekk, il-bibbja tal-ippjanar.", "Dawn ilhom isiru numru ta' snin però l-aħħar li ġew imfassla u aġġornati kien fl-2006.", "Kien hemm proċess sħiħ fl-2006 u kienu ġew ippubblikati f'Awwissu tal-2006 wara proċess pubbliku ta' konsultazzjoni li kien ħa numru ta' snin.", "Anke dak iż-żmien kien hemm kontroversja dwar x'għandhom jinkludu dawn il-pjani lokali.", "Li hu żgur hu li dwarhom kien hemm proċess sħiħ u kull min kellu interess, jiġifieri mhux biss iċ-ċittadini individwali imma anke organizzazzonijiet volontarji, kunsilli lokali, ministeri u awtoritajiet, kellu l-opportunità li jagħti l-input tieg]u dwar x'għandu jkun hemm f'dawn il-pjani lokali jew x'għandu jinbidel fihom.", "Sur President, mill-2006 sal-lum għaddew 12-il sena.", "Issa kulħadd jaf, jew almenu ħafna jafu, li l-pjani lokali suppost jiġu aġġornati kull għaxar snin u dan wieħed jifhmu għaliex perjodu ta' għaxar snin huwa perjodu pjuttost twil.", "F'għaxar snin l-ekonomija ta' pajjiżna tinbidel.", "F'perjodu ta' għaxar snin il-bżonnijiet u l-iżvilupp tal-lokalitajiet tagħna jkun wieħed sinifikanti u allura wieħed irid jikkonsidra wkoll li f'dan il-perjodu ta' żmien hemm ħafna affarijiet li jkollhom bżonn li jiġu kkonsidrati mill-ġdid.", "Fir-rapport tagħha tal-2017 l-Awtorità tgħid li qed tħoss il-bżonn li taġġorna l-pjani tagħna imma tgħid li kulma għamlet matul din is-sena kienu bidliet żgħar f'uħud mill-pjani lokali.", "Dawn se nsemmihom biex in-nies ikunu jafu x'inhuma u kemm huma kważi kważi insinifikanti meta tikkonsidra li għandna ħafna iktar affarijiet importanti x'jinbidlu.", "Sur President, il-pjani li nbidlu kienu dawk fiż-żona tal-Magħtab, iż-żona Tal-Bajjada f'Ħal Qormi, f'Tal-Ħandaq f'Ħal-Qormi, ta' Ħal-Mula f'Ħaż-Żebbuġ u ż-żona magħrufa bħala Ta' Ċnus fix-Xewkija, Għawdex.", "Dawn kienu l-uniċi bidliet li saru fil-pjani lokali.", "Issa jien m'għandix għalfejn nispjega lin-nies għax kulħadd kapaċi jifhem li dawn il-bidliet ma sarux għaliex kien hemm xi kriżi kbira f'dawn il-postijiet imma għaliex kien hemm imbuttatura, ħafna drabi mill-privat, biex ikun hemm bidliet fir-regoli dwar x'jista' jsir f'dawn il-lokalitajiet.", "Hawn l-Onor.", "Farrugia kapaċi jitkellem ħafna iktar minni dwar pereżempju għalfejn kien hemm l-imbuttatura biex ikun hemm it-tibdil fil-pjan lokali f'Ħal Mula.", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Ryan Callus li qiegħed preżenti quddiemi kapaċi jitkellem ħafna dwar Tal-Ħandaq u Tal-Bajjada f'Ħal Qormi.", "Il-bqija l-Awtorità m'għamlet assolutament l-ebda ħidma biex jiġu riveduti u pubblikati l-pjani lokali.", "Sur President, f'Diċembru tal-2017 kont staqsejt lill-Ministru Ian Borg biex jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-pjani lokali ta' 12-il sena ilu u t-tweġiba tiegħu kienet li l-Awtorità qiegħda tanalizza, qiegħda tistudja u qiegħda tara s-sottomissjonijiet kollha li saru biex xi darba eventwalment dawn il-pjani lokali jiġu aġġornati.", "Il-Ministru kien qal ukoll, ġustament għax hekk hu, li bejn Lulju u Settembru tal-2013 kienet saret konsultazzjoni pubblika wiesgħa biex kull min kellu interess ikun jista' jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu, il-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu.", "Irrid ngħid li dak iż-żmien jien kont sindku u kont ħadt gost li hemm dan il-proċess.", "Tant hu hekk li mort infittex fid-djarju biex nara meta kont iltqajt ma' rappreżentant tal-Awtorità u fil-fatt dak is-sajf kont iltqajt ma' rappreżentanti tal-Awtorità tal-Ippjanar u tajthom is-suġġerimenti tal-kunsill lokali dwar kif għandu jiġi rivedut il-pjan lokali tas-Siġġiewi.", "Dak iż-żmien il-Ministru kien qal li saru madwar 5,700 sottomissjoni lill-Awtorità biex jiġu konsidrati bidliet fil-pjani lokali.", "Madankollu ftit xhur qabel, iċ-Chairperson Eżekuttiv kien qal li fil-fatt kienu saru madwar 7,500 sottomissjoni.", "Għalhekk forsi fil-winding up dwar dawn l-Estimi l-Ministru jista' jikkoreġi wkoll jekk kienx hemm 5,700 sottomissjoni jew 7,500 sottomissjoni imma lil hinn min-numri, jien kont staqsejt ukoll mistoqsija supplimentari lill-Ministru jekk hux se jiġu ppubblikati jew jekk jistax jippubblika dawn is-sottomissjonijiet u l-Ministru kien wieġeb li le, ma jarax il-ħtieġa li jiġu ppubblikati dawn is-sottomissjonijiet.", "Jien ngħid li dan huwa żball.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li dawn is-7,500 sottomissjoni li saru jiġu ppubblikati biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf eżattament xi proposti jew suġġerimenti qed isiru biex jinbidlu l-pjani lokali tagħna.", "Issa ħalliha li mill-2013 se jkunu għaddew ħames snin.", "Din mhijiex kwestjoni ta' xi sigriet statali, din mhijiex kwestjoni ta' xi ħaġa li jekk tingħad issir xi ħsara.", "Hemm bżonn li tingħata l-informazzjoni biex il-persuni individwali, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, il-kunsilli lokali u l-organizazzjonijiet volontarji jkunu jistgħu jagħmlu wkoll analisi ta' dawn is-sottomissjonijiet u naraw in-nies x'qegħdin jippretendu li jinbidel fil-pjani lokali u xi proposti qegħdin isiru biex intejbu l-ħajja tar-residenti.", "In-nies iridu jaraw xi proposti qegħdin isiru biex kemm jista' jkun jaraw li kwalunkwe żvilupp li jsir ikun sostenibbli u raġunevoli.", "Naturalment jien nifhem li hemm imbuttatura biex ċerti artijiet jidħlu fiż-żona tal-iżvilupp.", "M'għandix dubju li f'dawn is-sottomissjonijiet hemm imbuttatura wkoll biex jitħalla jsir ċertu żvilupp mhux bilfors fiż-żoni tal-iżvilupp imma anke barra minnhom.", "Nifhem li dik toħloq problema għax il-Gvern se jħares lejn din il-ħaġa bħala kwestjoni ta' voti, u biex ngħid hekk naħseb li nifhem ukoll ir-raġuni għalfejn dawn il-pjani lokali ma nbidlux.", "Il-Gvern għandu quddiemu 7,500 sottomissjoni u dan ifisser li jekk tgħid \"le\" lil xi ħadd, jirrita u jdejjaq lil ċerti nies però dan huwa proċess li huwa meħtieġ, proċess li m'għandniex naħarbu minnu u ma nistgħux nibqgħu aktar kwieti dwaru.", "Dan huwa proċess li suppost diġà sar imma għal raġunijiet li jafhom il-Gvern biss, għadu ma sarx.", "Illum qamet id-diffikultà li l-Awtorità baqgħet miexja bil-pubblikazzjoni u bl-implimentazzjoni ta' numru ta' policies u minkejja li l-pjani lokali jgħidu ċerti affarijiet dawn il-policies qegħdin effettivament jirkbu fuq il-pjani lokali.", "Biżżejjed wieħed jara l-policy dwar il-bini għoli, il-high rise, u biżżejjed wieħed jara x'kien se jagħmel il-Gvern bil-masterplan ta' Paceville.", "Hemmhekk tinduna kemm il-Gvern qisu għandu interess li l-pjani lokali jħallihom fil-ġenb, qisu jipprova jnessi lil kulħadd li jeżistu l-pjani lokali, imbagħad jekk ikun hemm settur li jkun irid xi permess jew ieħor jagħmel policy addattat u mirqum kompletament għalih u jgħid: Issa għandi din il-policy u tapplika hi, niġi naqa' u nqum x'jgħid il-pjan lokali.", "Illum spiċċajna nagħmlu l-policy skont it-tip ta' applikazzjonijiet li jsiru biex żgur tkun tivvantaġġa lil dak li jkun.", "Sur President, irrid nappella lill-Ministru - u dan huwa appell ġenwin - biex jagħmel żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett jippubblika immedjatament is-sottomissjonijiet kollha li saru dwar il-pjani lokali biex in-nies, il-kunsilli lokali u l-għaqdiet ambjentali jkunu jistgħu jagħmlu analisi tagħhom u t-tieni li jċaqlaq l-Awtorità biex tagħmel ir-reviżjoni u l-pubblikazzjoni tal-pjani lokali kemm jista' jkun malajr.", "Mhuwiex aċċettabbli li jkollna pjan lokali skadut.", "Hemm bżonn dawn il-pjani lokali biex naraw effettivament x'hemm bżonn isir f'pajjiżna f'termini ta' ippjanar u ta' żvilupp.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Kulma fadal huma żewġ minuti għall-Oppożizzjoni.", "Nifhem li hawn xi ftehim dwar il-ħin tad-diskussjoni.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, l-Oppożizzjoni talbet żieda ta' ħames minuti fil-ħin allokat lilha u aħna aċċettajna.", "Mhux se jkun qiegħed jitnaqqas ħin min-naħa tal-Gvern jiġifieri se nestendu s-seduta b'ħames minuti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma u m'għandi l-ebda problema.", "Aħna fadlilna lill-Onor.", "Godfrey Farrugia u kelliem ieħor minn din in-naħa li se jieħdu seba' minuti kollox.", "L-ISPEAKER: Ladarba hawn qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, il-ħin allokat lill-Oppożizzjoni se jiżdied b'ħames minuti u għalhekk se jkun hemm żieda ta' ħames minuti fil-ħin tad-diskussjoni.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, sforz l-esperjenza li għandi llum ta' kif seħħew l-affarijiet, kieku qegħdin fl-2016 u jien għadni fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra u għandna quddiemna l-kwestjoni tas-separazzjoni tal-MEPA, kont nivvota kontra.", "Il-bilanċ bejn is-sostenibilità ta' dak li tagħmel il-Planning Authority u dak li tagħmel l-Environment and Resources Authority ma jeżistix.", "Huwa fatt li l-Planning Authority hija l-bully.", "L-esperjenza wrietna li għandna Planning Authority li timxi mingħajr pjan nazzjonali għal Malta u Għawdex u hemm mozzjoni li ilha hemmhekk mill-2016.", "Nafu li bħalissa għandna 23 applikazzjoni għall-high rise u m'għandna l-ebda pjan nazzjonali minn dan l-aspett.", "Nafu li l-Awtorità timxi mhux b'mod irregolari imma b'mod anti-legali skont kif jiddetta l-Ministru u l-Ministru għandu dritt li jiddetta lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Dan narawh ben fatt fl-eżerċizzju li jsir waqt elezzjoni.", "Din l-Awtorità ma timxix skont best practices – u dan qed narawh fil-proġett kbir immens tal-ITS mingħajr development brief – u tiġi taqa' u tqum minn dak li jgħidu awtoritajiet oħrajn.", "Hawn mhux qiegħed nirreferi għall-ERA imma qiegħed nirreferi wkoll għal awtoritajiet oħrajn bħall-Ombudsman jew l-Awditur Ġenerali.", "Minkejja li jkun hemm każijiet ta' proġetti li jkunu taħt l-investigazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet, il-Planning Authority tibqa' għaddejja qisha romblu fuq il-proċessi nfushom.", "Sur President, huwa veru li l-Planning Authority taffettwa l-ekonomija ta' pajjiżna imma l-għan aħħari tal-ekonomija ta' pajjiżna m'għandux ikun l-iżvilupp u l-ippjanar tal-iżvilupp b'mod li ma jkunx sostenibbli għal pajjiżna għax dan jaffettwa l-ħajja tagħna ta' kuljum u jaffettwa wkoll il-ġejjieni ta' pajjiżna u l-ġejjieni tal-ġenerazzjoni li ġejja.", "Is-sostenn ta' pajjiżna, b'mod partikolari meta nħarsu lejn il-kapital naturali, dak li nsejħulu l-ODZ u anke dik li hija żona urbana - għax illum il-karattru tipiku ta' dak li huwa Malti nbidel - għandu jitħares.", "Huwa d-dover tal-Planning Authority li tħares dan kollu f'isem il-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, jien mhux se nieħu ħafna ħin imma rrid nitkellem biex nagħmel punt ċar.", "Peress li hawn uffiċjali tal-MEPA preżenti f'din il-Kamra rrid nieħu din l-okkażjoni biex inwassal il-messaġġ b'mod ċar daqs il-kristall.", "Huwa importanti li min imexxi l-Planning Authority - il-bordijiet fi ħdan din l-Awtorità - iżomm dejjem f'moħħu l-karatteristiċi ta' kull belt u raħal.", "Ftit tal-ħin ilu kont qed nisma' lill-Onor.", "Silvio Parnis li qal li rridu nirringrazzjaw lill-uffiċjali tal-Planning Authority għaliex għamlu bidla kbira u ma nafx x'aġġettivi uża biex proprju jfaħħar il-ħidma fi ħdan din l-istess Awtorità.", "Jekk kien qiegħed jirringrazzja lill-Planning Authority żgur li ma kienx qiegħed jagħmel dan f'isem ir-residenti tal-Mellieħa jew f'isem ir-residenti tan-Naxxar.", "Sur President, il-Planning Authority – jew it-tmexxija tagħha - għoġobha toħloq preċedent ikrah fil-lokalità tal-Mellieħa meta bidlet dak li kien iswed fuq l-abjad; regolament ċar li ma kien jagħti l-ebda possibbiltà lil min jitħanzer f'din iż-żona partikolari.", "Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti qatt ma taw il-kenn lil dawn in-nies però l-Planning Authority tal-lum u l-MEPA tal-2014 fetħet preċedent ikrah fil-lokalità tal-Mellieħa u fiż-żona magħrufa Ta' Masrija billi tat permessi biex il-bini jispara 'l fuq sa tmien sulari.", "Mhux hekk biss imma quddiem il-MEPA kien hemm applikazzjoni mod però mbagħad indunajna li kien hemm tliet talbiet – u dan safejn nafu aħna – għal bidliet f'din l-applikazzjoni partikolari.", "Dak li rajna jsir f'Ta' Masrija kien maħdum part and parcel b'mod sfaċċat biex ovvjament nisirqu parti mill-bypass ħalli nkunu nistgħu nakkomodaw lill-ftit kontra l-interessi tal-ħafna.", "Iva, il-Planning Authority hija kompliċi u għada pitgħada trid tħallas prezz għal dawn l-azzjonijiet li qed tieħu.", "Jien m'iniex se ntawwal però ċert li l-messaġġ qiegħed jasal.", "Dan li qed ngħid huwa kollu kemm hu verità u nittama li fil-futur mhux 'il bogħod toħroġ ukoll il-verità u min kien dak li kellu mano in pasta f'dak kollu li seħħ f'din iż-żona f'Ta' Masrija fil-Mellieħa, bil-bypass però wkoll bil-binja li tiela' hemmhekk.", "Jien nappella lill-awtoritajiet - u naf li hawn rappreżentant għoli tal-Planning Authority - biex jaraw li dik il-pastażata li tħalliet isseħħ fiż-żona Ta' Masrija ma sseħħx ftit metri bogħod fejn tielgħa lukanda possibbilment ta' tmien sulari b'120 appartament bl-iskuża tal-policy.", "Kissirtuha biżżejjed il-lokalità tal-Mellieħa!", "Tkomplux, sinjuri tal-Planning Authority, b'kompliċità mal-Gvern għax il-Gvern qiegħed jitfa' lilkom fuq quddiem!", "Qed ipoġġikom quddiem biex tidhru intom!", "Tkomplux tagħmlu sfreġju lill-ambjent ta' madwarna!", "Jien semmejt ukoll in-Naxxar u hawn se nagħmel dan l-appell u nieqaf hawn.", "Fin-Naxxar hemm applikazzjoni ta' madwar 500 appartament b'possibilità ta' vilel ukoll, applikazzjoni li tista' tibdel il-karatteristiċi ta' din il-lokalità.", "Nappella lill-Planning Authority biex tkun konxja u responsabbli għal kull pass li se tkun qed tagħmel.", "Iż-żmien jagħtina parir u nittama li l-verità toħroġ biex inkunu nafu min kien il-kompliċi li ħoloq dan il-preċedent li nittama li ma jiġrix fin-Naxxar.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, imiss lili biex nagħlaq din l-ewwel seduta riżervata għall-estimi tal-entitajiet.", "Illum fid-diskussjoni dwar l-Estimi ta' Dħul u Nfiq kif ukoll ir-Rapport Annwali tal-Awtorità tal-Ippjanar ipparteċipaw numru ta' kelliema u nixtieq nieħu l-opportunità li nirringrazzjahom kollha għall-parteċipazzjoni tagħhom.", "Sena ilu meta ġie diskuss ir-rapport kien mad-dħul ta' Gvern Laburista ġdid għax il-Parlament kien ġie xolt fl-1 ta' Mejju u konna qegħdin nitkellmu fuq Awtorità tal-Ippjanar li kienet għadha kif inħolqot wara s-separazzjoni tal-MEPA u l-ħolqien tal-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent.", "Kienet sena oħra ta' ħidma kbira mill-Awtorità tal-Ippjanar u allura nixtieq nibda billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha għax-xogħol kbir u importanti li reġa' sar matul din is-sena f'qasam tant importanti, delikat u sensittiv.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Kap Eżekuttiv, lill-Onor.", "Marthese Portelli u lill-Onor.", "Nixtieq nagħmel kumment żgħir fuq dak li qal wieħed mill-kelliema tal-Oppożizzjoni li semma s-salarju tal-Kap Eżekuttiv.", "Naħseb li tajjeb infakkar li għaxar snin ilu, fl-2008, il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien ħatar bħala Kap Eżekuttiv lil Austin Walker b'salarju ħafna ogħla minn dak li għandu l-Kap Eżekuttiv illum.", "Mhux hekk biss iżda maġenbu biex jassistih kien ħatar persuna oħra b'salarju konsiderevoli.", "Dak iż-żmien meta kienu staqsew lis-Sur Walker x'jaħseb fuq il-ħatra tiegħu kien qal hekk:", "Naħseb li fil-ħajja, if you pay for peanuts you get monkeys, u allura biex ikollok l-aħjar nies trid tħallas għas-servizz tagħhom.", "Nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha.", "Bil-ħidma tal-impjegati u d-direzzjoni ta' min imexxiha l-Awtorità saret eżempju ta' kif wieħed għandu jkun effiċjenti mingħajr burokrazija.", "Jekk irridu nagħmlu d-differenza, it-triq 'il quddiem għal kull awtorità hija li tikkopja kif qed timxi din l-Awtorità.", "Għalhekk, għal darb'oħra, ngħid grazzi lil dawk kollha li qed jagħtu dan is-servizz mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Is-sena l-oħra tkellimna fuq il-fatt li l-Awtorità kienet spiċċat is-sena 2016 b'bilanċ favorevoli ta' kważi €3 miljun.", "Id-dħul kien jaqbeż €15-il miljun u l-ħruġ kien ta' €12.3 miljun.", "Dakinhar, sena ilu, konna faħħarna dan ir-riżultat għax din l-entità spiċċat ma tiddependix fuq dak li tista' tingħata mill-Gvern.", "Fis-sena li qed nitkellmu dwarha, l-2017, l-Awtorità żiedet sewwa d-dħul tagħha u dan kien jammonta għal €26 miljun.", "Dan żgur li jfisser li kien hemm ħafna aktar xogħol u fuq dan nitkellem aktar 'il quddiem, bħalma se nitkellem ukoll fuq l-effiċjenza li kienet kapaċi żżid l-Awtorità.", "Illum għandna Awtorità li hija għalkollox sostenibbli u tiddependi biss fuq l-operat tagħha.", "Il-ħruġ żdied ukoll għax la jiżdied ix-xogħol jiżdied il-ħruġ.", "Fil-fatt dan kien jammonta għal €17.6 miljun.", "Meta tnaqqas il-ħruġ mid-dħul jifdal bilanċ favorevoli ta' €8.7 miljun.", "Jekk is-sena l-oħra faħħarna l-bilanċ li kellha l-Awtorità allura ngħid li din is-sena għandna għalxiex inkomplu nifirħulhom aktar għall-ħidma, l-effiċjenza u l-kontabilità tagħhom.", "Aħna nħarsu 'l quddiem biex l-Awtorità tkompli twettaq ħidmietha b'dan l-istess ritmu u suċċess li wettqet matul din l-aħħar sena.", "Dan ir-riżultat huwa frott l-effiċjenza u frott it-tkabbir ekonomiku li għaddej minnu pajjiżna.", "Matul is-sena li għaddiet kien hemm rekord ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar li kienu jammontaw għal 11,305, żieda ta' 24% fuq dak li kien hemm is-sena ta' qabel meta kien hemm 9,100 applikazzjoni.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li 98% tal-applikazzjonijiet ġew deċiżi kollha skont id-deadlines stabbiliti u dan ifisser aktar xogħol għas-sezzjonijiet kollha li jifformaw l-Awtorità.", "Kif għedt, pajjiżna għaddej minn tkabbir ekonomiku, fost l-akbar fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Problema li konna niffaċċjaw sa ftit żmien ilu kienet li l-qgħad kien jiżdied xahar wara l-ieħor.", "Illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-qgħad qed jonqos xahar wara l-ieħor.", "Kull meta toħroġ l-istatistika ta' Jobsplus naraw xahar aħjar mill-ieħor.", "Qabel il-poplu għażel lil dan il-Gvern biex imexxih, jiġifieri fil-bidu tal-2013, il-qgħad kien iqarreb is-7,000 ruħ.", "Illum għandna inqas minn 2,000 ruħ jirreġistraw għax-xogħol u xahar wara l-ieħor l-għadd ta' nies jirreġistraw għax-xogħol qed ikompli jonqos.", "II-karba li qed nisimgħu llum mhijiex biex in-nies isibu x-xogħol imma li m'hawnx nies biżżejjed għax-xogħol li qed jinħoloq.", "Il-barranin qed ifittxu lil pajjiżna għax-xogħol għax mhux qed jinstabu Maltin biżżejjed għal ċerti xogħlijiet.", "Fil-fatt bħalissa f'pajjiżna għandna 42,300 barrani li qed jaħdmu f'oqsma differenti bħall-gaming, is-servizzi finanzjarji u oqsma oħra.", "Dawn qed jimlew in-nuqqas ta' fejn m'għandniex Maltin.", "Imbagħad għandna numru ta' barranin li qegħdin jaħdmu f'oqsma oħra li m'għadhomx jappellaw għall-Maltin.", "Minn dawn insibu li 29,500 ġejjin minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dawn il-barranin qed iħallsu dak li hu dovut minnhom, qed iħallsu t-taxxa u qed iħallsu l-bolla tas-sigurtà soċjali.", "Fl-2011 id-dħul mit-taxxa minn barranin li kienu jaħdmu f'pajjiżna kien jammonta għal €51 miljun li sas-sena li għaddiet irdoppja u sar €100 miljun.", "Jien informat li t-talba minn barranin għall-proprjetà residenzjali żdiedet ukoll minn 4,000 fl-2002 għal 34,000 fl-2016.", "Kif għedt, għandna numru ta' barranin li qed jiġu jgħixu f'pajjiżna u dan iżid it-talba għal aktar proprjetajiet.", "Però tajjeb infakkru wkoll fi skemi li għal numru ta' ġimgħat kienu kkritikati mill-Oppożizzjoni, skemi bħall-IIP u l-MRVP kif ukoll il-Global Residence Programme li għenu biex persuni li jkunu jikkwalifikaw għalihom jixtru jew jikru proprjetà f'pajjiżna.", "Fil-fatt fil-perjodu bejn Lulju 2016 u Ġunju 2017, perjodu ta' sena, il-persuni li ġew aċċettati taħt dawn l-iskemi xtraw 46 proprjetà u krew 339 proprjetà.", "Tajjeb li wieħed jgħid li meta dawn jixtru ma jistgħux jonfqu inqas minn €300,000 għal proprjetà u meta jikru ma jistgħux iħallsu inqas minn €16,000 fis-sena.", "Dan ifisser li l-barranin qed jixtru proprjetà ta' ċertu valur.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-MRVP ma jistgħux jonfqu inqas minn €320,000 u ma jistgħux jikru inqas minn €12,000.", "Ikun tajjeb li ngħidu wkoll li fuq perjodu ta' sena kien hemm 98 persuna li għoġobhom jidħlu f'din l-iskema u allura xtraw jew krew proprjetà ta' dan il-valur.", "Naħseb li ma' dawn ikun tajjeb li wieħed isemmi wkoll in-numru ta' investimenti li ta' kuljum ġejjin f'pajjiżna.", "Ma tgħaddix ġurnata li ma jissemmiex investiment ġdid riesaq lejn pajjiżna u allura ngħid: X'ma jiżdedux l-applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar meta llum għandna kważi full employment, meta llum kważi kulħadd jaqla' aktar, meta llum kulħadd għandu aktar flus disponibbli, meta llum kulħadd jista' jibbenefika mill-għajnuniet li qed ikompli jagħti l-Gvern, meta llum għandna pajjiż li ra żidiet fil-pagi, surplus sena wara l-oħra, żidiet fil-pensjonijiet għat-tielet sena konsekuttiva, u ħafna aktar miżuri li ħallew aktar flus fil-but tan-nies!", "Hawnhekk nixtieq naqsam ftit informazzjoni dwar applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar paragunati mas-snin ta' qabel.", "Is-sena l-oħra kien hemm 7,782 applikazzjoni u approvazzjoni għall-appartamenti u paragunat mal-2,489 fl-2012, dan huwa tliet darbiet aktar.", "Fl-2012 permessi approvati għal maisonettes kien hemm 298 waqt li s-sena l-oħra kien hemm 852, tliet darbiet aktar ukoll.", "Permessi għal terraced houses fl-2012 kien hemm 202 waqt li s-sena l-oħra kien hemm 301.", "Imbagħad jekk nieħdu permessi għall-bungalows, farmhouses u vilel insibu li filwaqt li fl-2012 kien hemm 75 is-sena l-oħra kien hemm 91.", "Meta dawn kollha tgħoddhom flimkien issib li fl-2012 kellna 3,064 permess u s-sena l-oħra kellna 9,006.", "Hemmhekk ukoll l-ammont totali kien tliet darbiet aktar.", "Issa nixtieq nikkwota ftit minn studju li għamlet il-Malta Developers Association li hija entità responsabbli direttament f'dak li għandu x'jaqsam mal-kostruzzjoni.", "Din ikkummissjonat rapport li għamlu l-KPMG u fih ħafna informazzjoni interessanti.", "Insibu li fl-2015 l-industrija ġġenerat kontribuzzjoni diretta ta' €908.7 miljun li jfissru 11% tal-ekonomija f'pajjiżna.", "Meta dawn iżżidhom ma' kemm iġġenerat l-industrija b'mod dirett u indirett insibu li ġġenerat €2.55 biljun.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq industrija li timpjega 16,490 impjieg full-time direttament u ħafna aktar impjegati fuq bażi part-time li flimkien ma' industrija relatata bħal tile layers, kaħħala u electricians itellgħu t-total tal-part-time għal 37,000 impjieg li għandu x'jaqsam ma' din l-industrja.", "Sur President, biex inkompli ma' dak li għedt dwar iż-żieda fit-talba għal aktar proprjetà, insibu l-iskemi li għoġbu jvara l-Gvern matul dawn iż-żewġ leġiżlaturi fosthom l-iskema tal-first time buyers li min jixtri proprjetà għall-ewwel darba jiffranka sa €5,000 mill-ħlas tal-boll.", "Fl-2014, 1,039 koppja bbenefikaw minn dan it-tnaqqis tal-boll u naħseb li dawn l-ammonti komplew jżidu t-talba għal aktar proprjetà.", "Mill-2016 sal-lum kellna 11,300 proprjetà li nbiegħu taħt din l-iskema.", "Issa nixtieq nagħmel ftit kummenti fuq l-Awtorità nnifisha.", "Matul is-sena li għaddiet l-Awtorità kompliet issir aktar environment friendly fejn saret kważi totalment paperless.", "Kellna l-użu tal-karozzi li jaħdmu b'enerġija alternattiva, il-proġett ta' The Green Way għall-impjegati tagħha kif ukoll bidliet fil-binja ewlenija tal-Awtorità.", "Matul din is-sena l-Awtorità kompliet issaħħaħ inċentivi sabiex il-ħaddiema tagħha jużaw inqas it-trasport privat tagħhom u jagħmlu użu mis-servizz li toffri l-Awtorità.", "Kien hemm ukoll l-għotja ta' Tallinja Cards sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu kemm mill-karozzi tal-linja kif ukoll mis-servizz tal-ferry li mill-Kottonera u minn Tas-Sliema jwassalhom lejn il-Belt.", "Komplew ukoll il-flexible hours għall-ħaddiema u anke l-ħin xħin jidħlu għax-xogħol u naħseb li dan kompla għen sabiex ikollna tnaqqis ta' traffiku waqt il-peak hours.", "Fil-bidu ta' din il-leġiżlatura kelli l-okkażjoni nżur il-ħaddiema tal-Awtorità u binja partikolari li laqtitni b'mod negattiv hija l-binja tal-Enforcement li naħseb ma kenitx tixraq lill-ħaddiema fiż-żmenijiet tal-lum.", "It-tmexxija tal-Awtorità kienet konxja minn dan u llum qed issir ħidma sabiex din il-binja tkun tista' tiġi rinnovata u tinbena mill-ġdid sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu f'ambjent aktar nadif, aktar modern u li jixraq għaż-żmenijiet tal-lum.", "L-uffiċini tal-Awtorità ta' Għawdex se jinbidlu ta' taħt fuq sabiex il-pubbliku u l-impjegati jkunu jistgħu joperaw minn post aktar modern.", "Tajjeb ngħidu li mill-bidu ta' Marzu l-pubbliku qed jinqeda minn binja fir-Rabat, Għawdex ħalli issa jibda x-xogħol fuq il-binja tal-Awtorità.", "B'hekk ikollna binja ġdida li tkun l-ewwel binja carbon neutral.", "Skema li ħarġet l-Awtorità li jien ngħid li solviet ħafna problemi u għamlitha possibbli li jkunu regolarizzati ċerti binjiet, kienet l-iskema li ħarġet lejn nofs l-2017.", "Hawnhekk issemma s-CTB.", "Tajjeb ngħidu li s-CTB kulma kien konċessjoni u mhux permess, u naħseb li jkun tajjeb li ngħidu li minn 8,000 applikazzjoni li kien hemm għar-regolarizzazzjoni, 500 biss kellhom is-CTB.", "Allura naħseb li jkun tajjeb li wieħed japprezza kemm għamilnieha possibbli għal min forsi kien maqbud bi proprjetà li ma tistax tinbiegħ.", "Forsi kellu jħallas għal dawn in-nuqqasijiet li kien hemm, però llum sar possibbli għal min kellu xi nuqqasijiet li ma jsibx diffikultajiet jekk ikun irid ibigħ il-proprjetà tiegħu.", "Tajjeb ngħidu li kien hemm 8,000 applikazzjoni u din l-iskema ġġenerat €16-il miljun.", "Aħna nħarsu 'l quddiem sabiex din l-iskema ta' regolarizzazzjoni terġa' tiġi mġedda s-sena li ġejja għax it-talbiet għadhom hemm u għadhom jiżdiedu.", "Għax aħna Gvern li jisma', se naraw li fejn hemm id-diffikultajiet dawn jiġu solvuti.", "X'għamilna bil-flus?", "L-Awtorità ma tefgħetx il-flus hemm sabiex tgħid kemm għandha dħul imma għamlet użu tajjeb minnhom.", "Fil-fatt 70% minn dawn il-flus marru sabiex ħloqna l-iskema Irrestawra Darek, 20% minnhom marru għal fond ieħor li bbenefikaw minnu l-kunsilli lokali u 10% marru sabiex jiġu managed dawn l-iskemi għax la nħolqu żewġ skemi ovvjament trid il-flus biex timmaniġġjahom.", "Is-sena l-oħra meta l-iskema nbdiet għall-ewwel darba tpoġġew għad-dispożizzjoni €8 miljun li ttieħdu f'għaxar ġimgħat.", "Din is-sena din l-iskema reġgħet ħarġet din id-darba għall-valur ta' €10 miljun. €7.5 miljun kienu għar-residenzi pubbliċi u f'żoni ta' konservazzjoni, €1 miljun għal persuni li għandhom 65 sena jew aktar, €1 miljun għal persuni bi bżonnijiet speċjali u €0.5 miljun għall-NGOs.", "Din id-darba l-iskema għall-pubbliku inġenerali ttieħdet fi 15-il ġurnata u allura ngħid li dawn l-iskemi huma popolari.", "L-Awtorità tal-Ippjanar se tkompli toħloq skemi sabiex fejn hemm diffikultajiet jiġu solvuti u dawn l-iskemi jkomplu jitqassmu sabiex minnhom jibbenefikaw in-nies.", "Imbagħad hemm il-fond l-ieħor li twaqqaf mid-dħul tar-regolarizzazzjoni tal-ippjanar li huwa riżervat għall-kunsilli lokali u minn dawn il-fondi hemm ħafna kunsilli lokali li bbenefikaw.", "Is-sena l-oħra kien hemm spiża ta' €1.2 miljun li minnha bbenefikaw 14-il lokalità b'ħafna xogħlijiet li naħseb illi kieku ma kenux għal dawn l-iskemi ma kenux isiru.", "Fosthom insemmi l-istazzjon ta' Birkirkara.", "Dan il-kunsill kien ilu ħafna snin jistenna li jkollu l-fondi biex jagħmluh.", "Grazzi għall-iskema ta' regolarizzazzjoni dan ix-xogħol seta' jsir u naħseb li jkun tajjeb li l-kunsilli lokali jibbenefikaw minn dawn il-fondi.", "Inħeġġeġ lill-kunsilli lokali sabiex jibbenefikaw mill-fond li hemm.", "Tajjeb ngħidu li issa ġie deċiż li dawk il-kunsilli lokali li għandhom aktar minn €5 miljun f'dan il-fond, il-fond jieqaf hemm u l-flus jiġu trasferiti għal fuq il-fond ġenerali.", "Skema oħra li varajna ftit tal-ġimgħat ilu kienet Sebbaħ il-Lokal.", "Hawnhekk qed ngħidu li l-Awtorità qed tpoġġi l-valur ta' €32.5 miljun għall-kunsilli lokali li għandhom inqas minn ammont ta' €100,000 fil-fond tal-ippjanar tal-iżvilupp.", "Din l-iskema qiegħda sabiex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jtejbu u jħaddru aktar il-lokalitajiet tagħhom.", "Tajjeb ngħidu li l-lokalitajiet li jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond huma Ħal Balzan, Bormla, Ħad-Dingli, il-Għargħur, il-Gudja, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal-Lija, l-Imdina, l-Imġarr, l-Imqabba, l-Imtarfa, Pembroke, il-Qrendi, Ħal Safi, Santa Luċija, l-Isla, is-Siġġiewi, Ħal Tarxien, il-Birgu, ix-Xgħajra kif ukoll seba' lokalitajiet f'Għawdex.", "Hawnhekk nerġa' nappella lill-kunsilli lokali biex jibbenefikaw minn dan il-fond ħalli jkunu jistgħu jtejbu l-ambjent tar-residenti tagħhom.", "Matul is-sena li għaddiet l-Awtorità kompliet toffri aktar servizzi online fosthom id-DNOs.", "Fil-fatt is-sena l-oħra kien hemm 1,322 applikazzjoni u 97% minnhom ġew aġġudikati fil-perjodu stabbilit.", "Għal compliance certificates kien hemm 9,250 applikazzjoni.", "Skema interessanti oħra li qed tibbenefika minnha l-Awtorità tal-Ippjanar hija l-proġett ta' SintegraM li huwa proġett ta' €7 miljun finanzjati minn fondi Ewropej kif ukoll minn fondi lokali.", "Imbagħad kien hemm żewġ proġetti interessanti oħra biex l-impjegati jkomplu t-taħriġ tagħhom.", "Dawn huma SpatialTRAIN Scholarship Scheme u l-PA+.", "Nixtieq nagħmel ukoll kumment fuq l-infurzar li huwa direttorat importanti ħafna tal-Awtorità.", "Is-sena li għaddiet kien hemm 3,000 rapport fuq infurzar u 2,900 minnhom kienu investigati.", "Kien hemm numru ta' direct actions, uħud minhom ta' ċertu kobor.", "Tajjeb ngħid li bħalissa l-Awtorità qiegħda fl-istadju li żżid in-numru ta' enforcement officers sabiex jiżdied l-infurzar b'mod partikolari fiż-żoni li semma l-Onor.", "Aquilina, żoni fejn hemm ħafna żvilupp fosthom Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Hemmhekk se jkun hemm numru li jkunu jafu bih il-kunsilli lokali sabiex jirrapportaw fejn jaħsbu li jkun hemm abbuż minn xogħlijiet li jkunu qed isiru f'ħinijiet mhux suppost, jew b'mod mhux kif suppost.", "Mela se jkun hemm l-enforcement officers tal-Awtorità li jkunu jistgħu jaraw li x-xogħol qed isir kif suppost.", "Kien hawn kumment fuq il-mod kif topera l-Awtorità.", "Jekk qed nitkellmu fuq sfreġji li jsiru, naħseb li jkun tajjeb li wieħed jiftakar li taħt Gvern Nazzjonalista madwar 1.2 miljun metru kwadru li qabel kienu ODZ daħlu fiż-żona tal-iżvilupp.", "Għalhekk naħseb li huwa tajjeb li l-paraguni nagħmluhom mhux kif jaqbel lilna biss.", "Nagħlaq billi ngħid li din is-sena sar ħafna xogħol mill-Awtorità, u l-figuri huma xhieda ta' dan.", "Naħseb li r-rapport annwali jitkellem waħdu dwar kemm sar xogħol u allura nerġa' ngħid grazzi lil dawn in-nies li qed jagħmlu xogħol importanti ħafna, f'ambjent kultant antipatiku, sabiex l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tikber.", "Hemm ħafna aktar affarijiet li saru matul is-sena.", "Issemmew is-solar farms fejn kien hawn min qal li ma sar xejn.", "Tajjeb infakkar li s-sena l-oħra l-Gvern, flimkien mal-Water Services Corporation, għamlu l-ewwel solar farm li bbenefikaw minnu l-familji fil-Fiddien.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq żvilupp ta' €1.46 miljun li minnu bbenefikaw 370 familja li m'għandhomx bjut u li issa għandhom il-possibilità li jibbenefikaw minn dan is-solar farm li bena l-Gvern.", "Issemmiet ir-rural policy.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja pubblikament lill-membri talli għoġobhom jaċċettaw li jifformaw parti minn dan il-Kumitat li se jidħol f'qasam sensittiv.", "Nirringrazzja wkoll lill-kollega min-naħa tal-Gvern kif ukoll il-kollega min-naħa tal-Oppożizzjoni li se jifformaw parti minn dan il-Kumitat li se jkun qed jagħmel il-bidliet neċessarji għar-rural policy.", "Nikkonkludi billi ngħid li hemm ħafna aktar xogħol xi jsir u l-Awtorità se tkompli tagħmel il-bidliet neċessarji sabiex tkompli toffri l-aqwa servizz lill-poplu.", "Sar ħafna xogħol però naħseb li m'aħna kuntenti qatt.", "Dan il-Gvern mhu kuntent qatt b'li jagħmel u l-istess l-entitajiet li jaqgħu taħtu.", "Jien inħares 'il quddiem biex l-Awtorità tal-Ippjanar tkompli taġġorna ruħha maż-żmenijiet u nkomplu ntejbu l-operat tagħha sabiex tkompli tkun ta' servizz aħjar u aktar effiċjenti.", "Konvint li bit-tmexxija għaqlija li għandha l-Awtorità din l-entità se tibqa' toffri l-aqwa servizz possibbli u se tibqa' tkun dik l-entità li entitajiet oħra governattivi jħarsu lejha bħala eżempju ta' effiċjenza, trasparenza u kontabilità.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018.", "Din il-votazzjoni se ssir nhar il-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2018 skont il-ftehim milħuq mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS AGIUS: Sur Presidnet, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, 28 ta' Mejju, 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni biex il-Gvern iżid is-somma li jista' jissellef permezz ta' ħruġ ta' strumenti ta' dejn.", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari; u", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, il-ħin tal-Aġġornament ta' din is-seduta mhux se jittieħed.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, it-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "F'12.09 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180528_118d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018", "IlMinuti tasSeduta Nru 118, li saret fit-28 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XX tal-2018 - Att tal-2018 dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "It-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri 12, 13, 14 u 15 li saru lis-Sedja mill-Onor.", "Clayton Bartolo dwar il-kariga ta' Dr Joseph Said Pullicino fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta' cycle lanes hawn bħalissa f'Malta?", "Jista' jgħid kemm-il kilometru iktar se jitwettqu bil-proġett ta' immodernizzar ta' toroq?", "X'inhu l-ħsieb biex ikun hemm konnessjoni ta' dawn is-cycle lanes u biex ma jkollniex biċċiet ta' cycle lanes li jispiċċaw f'dead end?", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta Transport Malta, u dalwaqt Infrastructure Malta, tkun qed tħejji proġetti ta' toroq ġodda jew disinn u bini mill-ġdid ta' toroq eżistenti, qed jiġu miżjuda cycle lanes fejn ikun teknikament possibbli li jsiru b'mod sikur għal kull min juża t-toroq.", "Bħalissa hawn diversi kilometri ta' cycle lanes fin-network tat-toroq arterjali, fosthom dawk li saru riċentement fil-proġetti tal-Kappara u ta' Triq il-Kosta.", "Bħalissa Transport Malta qed taħdem fuq proġetti ġodda li fis-snin li ġejjin se jintroduċu mas-7.7 kilometri ta' cycle lanes ġodda.", "Sadanittant Transport Malta qed tħejji studji biex jiġu identifikati safe cycling routes oħra ġodda fin-network tat-toroq madwar il-pajjiż.", "L-użu u l-introduzzjoni tas-cycle lanes ma jistax jitqies waħdu iżda fil-kontest ta' pjan komprensiv fit-tul sabiex intejbu l-kwalità tal-infrastruttura tal-pajjiż u tal-mezzi tat-trasport li nużaw ta' kuljum għal aktar sigurtà, effiċjenza u faċilitajiet ta' mezzi alternattivi aktar sostenibbli, fosthom ivvjaġġar bir-roti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid lil din il-Kamra min jista' japplika għall-iskema ta' regolarizzazzjoni li kienet tħabbret xi xhur ilu dwar il-proprjetà?", "Din l-iskema qed tkun suċċess, u għal liema għanijiet qed jintużaw il-flus li l-Awtorità qed iddaħħal minn din l-iskema?", "CHRIS AGIUS: Fil-fatt dalgħodu, fl-għeluq tad-diskors tiegħi dwar l-Estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar, kelli l-opportunità li nsemmi l-iskema ta' regolarizzazzjoni kif ukoll għal-liema għanijiet qed jintużaw il-flus li l-Awtorità qed iddaħħal minn din l-iskema.", "L-ewwel nett, Sur President, tajjeb ngħidu li s-sena l-oħra ġiet introdotta għall-ewwel darba l-iskema Irrestawra Darek li għaliha l-Awtorità tal-Ippjanar ivvotat €8 miljun sabiex min għandu proprjetà li qiegħda f'urban conservation area jkun jista' japplika taħt din l-iskema bil-għan li jiġi megħjun finanzjarjament jirranġa l-faċċata tad-dar tiegħu.", "Fil-fatt il-flus kienu ttieħdu f'qasir żmien, u għalhekk wara r-riżultat pożittiv tas-sena l-oħra, din is-sena l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li terġa' tniedi din l-iskema għat-tieni darba.", "Ta' min jgħid li l-ammont allokat din is-sena kien ta' €2 miljun aktar mis-sena l-oħra għax ġew ivvotati €10 miljun, li kienu maqsuma f'erba' kategoriji.", "Fil-fatt kien hemm kategorija għall-pubbliku inġenerali, u hemmhekk ġew ivvotati €7.5 miljun, kien hemm kategorija għal dawk il-persuni li għandhom 65 sena jew aktar, kien hemm kategorija għal persuni bi bżonnijiet speċjali - tajjeb ngħidu li l-persuni bi bżonnijiet speċjali setgħu japplikaw taħt din l-iskema sabiex itejbu l-aċċessibbiltà fid-dar tagħhom u għalhekk ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità - u kien hemm kategorija oħra għan-non-government organisations (NGOs).", "Anke din id-darba, il-flus ittieħdu fi żmien qasir u l-ammont ta' persuni li bbenefikaw mill-iskema Irrestawra Darek din is-sena kien jiżboq lil dak tas-sena l-oħra.", "L-għan ta' din l-iskema ta' regolarizzazzjoni hu sabiex min għandu xi proprjetà b'xi irregolaritajiet fiha jirregolarizzaha ħalli jekk eventwalment xi darba sid id-dar jiddeċiedi li jbigħ il-proprjetà tiegħu ma jkollux jiffaċċja l-problemi li kienu qed jiffaċċjaw uħud minn dawk li kienu qed jipprovaw ibigħu l-proprjetà tagħhom qabel ma ġiet introdotta din l-iskema.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, ġaladarba qed nitkellmu fuq cycle lanes, jista' s-Segretarju Parlamentari jikkonferma u jserraħ moħħ in-nies li s-cycle lane li kien hemm indikata li se ssir fil-bypass tal-Mellieħa skont il-pjanti li poġġa l-Ministru Ian Borg fuq il-Mejda tal-Kamra fil-fatt se ssir realment?", "Dan għaliex dawn il-pjanti ma jirriflettux ix-xogħlijiet li attwalment qed isiru bħalissa hemmhekk.", "Tant hu hekk li proprju matul dawn l-aħħar jiem rajna li l-ħajt li qed jitwaqqa' biex jerġa' jinbena f'dik il-parti li nsterqet mill-bypass x'aktarx se jinbena aktar 'il ġewwa.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Interpellant japprezza li jien m'iniex il-Ministru responsabbli mit-toroq.", "Madanakollu se nara li fl-aħħar mill-aħħar inwassal il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ħalli min-naħa tiegħu jkun jista' jwieġeb lill-Onor.", "Interpellant malajr kemm jista' jkun.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq nerġa' nirreferi lis-Segretarju Parlamentari għall-iskema Irrestawra Darek.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk għandux il-ħsieb li jerġa' jestendi din l-iskema ġaladarba kienet daqshekk suċċess?", "Nixtieq li jinformana wkoll dwar min jista' japplika għal din l-iskema.", "L-ISPEKAER: Is-Segretarju Parlamentari.", "CHRIS AGIUS: L-iskema Irrestawra Darek hija miftuħa għal Malta kollha, imbasta l-proprjetà tal-applikant tkun sitwata f'dawk l-areas li huma meqjusa bħala żoni ta' konservazzjoni urbana.", "Kif għedt diġà, l-iskema li nfetħet din is-sena għat-tieni darba ġiet maqsuma f'erba' kategoriji u allura din id-darba l-iskema ġiet estiża għax issa mhux biss qed jibbenefikaw minnha l-proprjetarji ta' dawk ir-residenzi li qegħdin f'urban conservation area imma qed jibbenefikaw minnha wkoll persuni bi bżonnijiet speċjali, persuni li għandhom 65 sena jew aktar kif ukoll NGOs li għandhom proprjetà li tinsab f'żona ta' konservazzjoni urbana u li l-faċċata ta' din il-proprjetà għandha bżonn li tingħata attenzjoni.", "Imbagħad, Sur President, l-iskema l-oħra, li parti minnha hija marbuta mal-flus li jinġabru mir-regolarizzazzjoni, jibbenefikaw minnha l-kunsilli lokali.", "Tajjeb ngħidu li filwaqt li sfortunatament ikollna kunsilli lokali li ma japplikawx għal dawn il-fondi, ikollna kunsilli lokali oħra li l-fond tagħhom joqrob il-€5 miljun, u allura ttieħdet id-deċiżjoni li meta l-fond ta' kunsill lokali jeċċedi l-€5 miljun, dak l-ammont imur f'fond li hu komuni għall-kunsilli lokali kollha.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll, Sur President, li matul dawn l-aħħar ġimgħat varajna skema oħra bl-isem ta' \"Sebbaħ il-Lokal\" li permezz tagħha dawk il-kunsilli lokali li m'għandhomx aktar minn €100,000 fil-fond li għadni kif semmejt, kull wieħed minn dawn il-kunsilli lokali jkun jista' jibbenefika mis-somma ta' €50,000 biex ikun jista' jsebbaħ u jħaddar il-lokal tiegħu.", "Nerġa' nenfasizza li din l-iskema tapplika biss għal dawk il-kunsilli lokali li m'għandhomx aktar minn €100,000 fid-development fund.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, xtaqt li kien hawn preżenti l-Ministru kkonċernat u allura napprezza jekk is-Segretarju Parlamentari jinforma lill-Ministru b'dan li se ngħid jekk kemm-il darba ma jkunx jaf jirrispondi l-mistoqsija tiegħi.", "Illum qegħdin nagħmlu modal shift fis-sistema tat-trasport.", "Illum qegħdin ukoll nitkellmu dejjem aktar dwar il-bżonn li t-toroq tagħna, li fl-aħħar mill-aħħar jgħixu fihom in-nies, ikollhom żona pedonali, anke f'lokalitajiet urbani.", "Imma meta niġu għall-iscooters jew għal pedelec bikes, dawn se jkunu permessi li jgħaddu minn żoni pedonali?", "U hemm ċertu limitu safejn dawn se jkunu permessi?", "Issue oħra li tinkwetani huma l-bankini.", "Matul dawn l-aħħar snin ħafna mill-kunsilli lokali qegħdin jagħmlu bankini 1.2 metri, li huwa l-minimum standard, imma dan ittieħed bħala l-maximum standard bil-konsegwenza li bilkemm tgħaddi persuna waħda minn fuqhom, aħseb u ara żewġ persuni jew persuna bil-pushchair!", "Għalhekk jien nistaqsi: X'mezzi hemm sabiex il-Ministeru jkun jista' jiġbed l-attenzjoni tal-kunsilli lokali li dawn il-bankini qed isiru b'mod irregolari u mhux skont il-kriterji li semma l-Ministru fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 5702?", "CHRIS AGIUS: Sur President, kif qal l-Onor.", "Interpellant, jien m'iniex il-Ministru responsabbli mit-toroq, però nixtieq naqsam ftit ħsebijiet dwar dak li qal hu.", "Jien naqbel miegħu li bil-problemi tat-traffiku dejjem jikbru fil-pajjiż, aħna dejjem irridu nħarsu lejn mezzi differenti ta' trasport, u naħseb li tajjeb jew ħażin dan il-Gvern introduċa metodi ġodda ta' trasport li qegħdin jgħinu sabiex ikollna anqas traffiku fit-toroq tagħna.", "Biżżejjed insemmi, pereżempju, l-inizjattiva li ħa l-Gvern biex flimkien mas-settur privat jintroduċi servizz ta' ferry mill-Kottonera għall-Belt Valletta.", "Fil-fatt illum dan is-servizz sar wieħed mill-aktar mezzi ta' trasport popolari għan-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta, però sfortunatament sistemi bħal dawn jafu joħolqulek problemi oħra wkoll għax filwaqt li dan il-mezz ġdid ta' trasport bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta ma jeħux aktar minn ħames minuti, inħolqot problema ġdida; dik ta' parkeġġ.", "B'hekk filwaqt li bl-introduzzjoni tas-servizz tal-ferry solvejna problema minn naħa, ħloqna problema min-naħa l-oħra.", "Interpellant semma wkoll il-pedelec bikes, li huma mezz ieħor ta' trasport.", "Xi ħaġa li għamel dan il-Gvern fl-aħħar Baġit jew f'ta' qablu kienet li naqqas jew saħansitra neħħa l-bżonn li wieħed ikollu liċenzja meta juża muturi żgħar li għandhom ċertu ċilindraġġ.", "Dan għaliex meta jkollna lil min jagħmel użu minn muturi żgħar fir-rush hours, il-problema ta' traffiku fit-toroq tittaffa xi ftit.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, hija xi ħaġa pożittiva li nħarsu lejn metodi ġodda ta' trasport.", "Dalgħodu kelli l-okkażjoni nitkellem fuq l-inizjattivi li ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt hija ħolqot green plan għall-ħaddiema tagħha billi mhux biss qed toffri li tiġbor lill-ħaddiema mid-djar tagħhom għal fuq il-post tax-xogħol u lura iżda qiegħda wkoll tħajjar lill-ħaddiema jużaw it-trasport pubbliku, inkluż is-servizz tal-ferry, u dan qed tagħmlu billi qed tipprovdi Tallinja Card b'xejn lill-ħaddiema kollha tagħha.", "Huwa tajjeb li nħarsu lejn ideat ġodda u innovattivi bħal dawn biex ninċentivaw aktar nies jagħmlu użu minn mezzi ta' trasport alternattivi mingħajr ma noħolqu problemi ġodda fit-toroq tagħna.", "Rigward il-bankini rrid ngħid li l-approvazzjoni għall-bankini ma tiġix biss minn Transport Malta imma naħseb li hemm ukoll deċiżjonijiet li jridu jieħdu kemm l-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll l-Awtorità tal-Artijiet.", "Ta' min jgħid li dawn it-tliet entitajiet kollha għandhom l-enforcement divisions tagħhom, u jien ċert li t-tlieta li huma jassiguraw li qed tiġi mħarsa l-liġi rigward bankini ġodda.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Sur President, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk l-iskema ta' regolarizzazzjoni tagħmilx distinzjoni bejn irregolaritajiet minimi u binja li tkun totalment bla permess?", "X'inhi r-raġuni li filwaqt illi fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti meta kien ikun hemm irregolaritajiet minimi kienet issir CTB u l-pagament għaliha kien ta' €250 u llum qiegħda tittieħed rata per square metre bil-konsegwenza li filwaqt li qabel is-CTB fuq terraced house kienet tiġi tammonta għal €250, illum din qed titla' anke għal €4,000?", "Fl-aħħar nett nixtieq li s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk huwiex minnu li minn Settembru li ġej ir-rati ta' regolarisation humiex se jitilgħu b'25%.", "Interpellant ġej minn dan il-qasam li qed nitkellmu dwaru, u żgur li jaf aktar minni dwar id-differenza li hemm bejn CTB u irregolarisation.", "Tajjeb ngħidu li meta nħolqu s-CTBs, f'dak il-każ kulma nħolqot kienet konċessjoni u mhux permess.", "Meta kienet tingħata CTB, dak li jkun ma kienx qiegħed jirregolarizza l-irregolarità li seta' kellu.", "Kieku kien hekk, minn mindu ħriġna l-iskema ta' regolarizzazzjoni sal-lum ma kenux japplikaw 8,000 meta minn dawn m'hemmx aktar minn 500 li kellhom CTB.", "Jien ngħid illi jekk dak li jkun ħass li b'CTB huwa regolarizzat ma kienx ikollu għalfejn japplika taħt l-iskema ta' regolarizzazzjoni.", "Nerġa' ngħid, Sur President, li l-iskema ta' regolarizzazzjoni tant kienet popolari li filwaqt li applikaw 8,000 għaliha, 500 minnhom biss kellhom CTB.", "Dwar l-iskema ta' regolarizzazzjoni rrid ngħid li tant hawn talbiet li se nerġgħu nestenduha għas-sena d-dieħla wkoll bl-istess kondizzjonijiet għax kieku m'għamilniex skema bħal din, kieku ħafna familji li għandhom xi irregolarità fil-proprjetà tagħhom inqabdu bil-problema li ma jistgħux ibigħuha.", "(Interruzzjonijiet) Issa let's be fair, Onor. Bezzina, min kellu irregolarità ma setax ibigħ il-proprjetà tiegħu, u kien grazzi għal dan il-Gvern li daħħal din l-iskema li llum ħafna familji jistgħu jbigħu l-proprjetà tagħhom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Bezzina qed jgħid li dan mhuwiex veru, u allura jien ngħidlu biex jistaqsi lil dawk it-8,000 applikant li ddeċidew li jidħlu għal din l-iskema jekk dan huwiex minnu.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk hu għandu opinjoni differenti affari tiegħu, imma jien qed nitkellem fuq fatti.", "L-ISPEAKER: Onor. Agius, jekk jogħġbok kompli bid-diskors tiegħek.", "CHRIS AGIUS: Il-fatti huma li kien hemm 8,000 persuna li applikaw għal din l-iskema biex jirregolarizzaw ir-residenza tagħhom, ħafna minnhom minħabba li forsi riedu jċekknu jew ikabbru d-dar tagħhom.", "Dan il-Gvern għamel anke skemi għal dawk il-familji li llum kibru fid-daqs u allura xtaqu jkabbru d-dar tagħhom, imma meta ġew biex ibigħu l-proprjetà li kellhom sabu li ma setgħux jagħmlu dan minħabba li kellhom xi irregolarità fiha.", "Nerġa' ngħid li kien grazzi għal dan il-Gvern li ħareġ din l-iskema ta' regolarizzazzjoni li setgħu jħallsu xi ħaġa biex jirregolaw il-proprjetà tagħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar meta tiġi biex tirregolarizza dejjem trid tħallas, u llum dawn irregolarizzaw il-proprjetà tagħhom u b'hekk jistgħu jbigħuha.", "Il-fatt li mit-8,000 applikant li applikaw għall-iskema ta' regolarizzazzjoni, 500 biss kellhom CTB juri kemm din l-iskema serrħet moħħ familji li riedu jbigħu l-proprjetà tagħhom u ma setgħux jagħmlu dan minħabba xi irregolarità li huma kellhom.", "Illum dawn il-familji jistgħu jbigħu l-proprjetà tagħhom billi jħallsu xi ħaġa biex jirregolaw il-proprjetà tagħhom.", "U l-Awtorità tal-Ippjanar x'għamlet b'dawn il-flus?", "Minflok ma żammet dawn il-flus fil-fond tagħha, iddeċidiet li terġa' tagħtihom lin-nies billi introduċiet l-iskema Irrestawra Darek, li minnha gawdew ħafna familji.", "Hekk jaħdem dan il-Gvern, Sur President!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fid-dawl tal-fatt li anke kif qal is-Segretarju Parlamentari, din kienet skema popolari ħafna tant li applikaw għaliha 8,000 persuna, jista' jgħidilna x'kienu jkunu l-konsegwenzi li kieku ma ħarġitx din l-iskema għall-familji Maltin u Għawdxin?", "U fid-dawl tal-fatt li f'din il-Kamra stess hawn min qed jagħmel il-mistoqsijiet lis-Segretarju Parlamentari meta hu stess applika biex jagħmel żvilupp f'ODZ, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk jistax juża din l-iskema huwa wkoll billi anke hu jkun jista' japplika għaliha?", "(Interruzzjonijiet).", "Onor. Bezzina, ma tajtekx permess biex titkellem!", "(Interruzzjonijiet) Il-Prim Ministru.", "Bezzina għadu kif qal li l-applikazzjoni li għamilt jien kienet l-unika waħda li qatt ġiet awtorizzata fil-ġurnata tas-Sibt.", "Kif jista' jara l-Onor.", "Bezzina minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saret f'dan il-Parlament, kien hemm għexieren t'applikazzjonijiet simili, jekk mhux mijiet, matul din il-Leġiżlatura, matul il-Leġiżlatura preċedenti u matul il-Leġiżlatura ta' qabel dik preċedenti, u għalhekk nitolbu biex jirtira dak li għadu kif qal.", "L-ISPEAKER: Onor. Bezzina, nifhem li wara l-ispjegazzjoni li ta l-Prim Ministru se tirregola l-pożizzjoni tiegħek, hux hekk?", "TONI BEZZINA: Iva, nikkonferma li l-applikazzjoni li għamel il-Prim Ministru ġiet ikkonfermata fil-ġurnata tas-Sibt.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, Onor. Bezzina.", "Wara l-ispjegazzjoni li ta l-Prim Ministru, nifhem li se tirtira dak li għedt dwaru, hux hekk?", "TONI BEZZINA: L-applikazzjoni tiegħu ma kenitx l-unika waħda però din ġiet ikkonfermata fil-ġurnata tas-Sibt.", "L-ISPEAKER: Din l-applikazzjoni ġiet ipproċessata, bħalma spjegalek il-Prim Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "Jekk jista' jkun, aħjar ma noqogħdux ngħidu ħafna kliem żejjed!", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius biex ikompli jagħti t-tweġiba tiegħu.", "Interpellant staqsieni x'kienu l-konsegwenzi għal dawk il-familji li kellhom binjiet b'irregolaritajiet fihom.", "Fil-fatt sa sena ilu kellna ħafna familji maqbuda bi proprjetà għax wara li dawn marru għand in-nutar, saru r-riċerki u mbagħad marru għand il-bank sabiex jieħdu loan qalulhom li fil-proprjetà tagħhom għandhom xi irregolarità li mhijiex skont il-pjanti approvati, u din ħolqot diversi diffikultajiet għal ħafna familji.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li ħafna mill-applikanti li daħlu għal din l-iskema kellhom ċerta età.", "Imma dan il-Gvern jaħseb f'kulħadd, u għalhekk ħareġ l-iskema tal-first time buyers u tas-second time buyers.", "Fil-fatt kienu ħafna dawk il-familji li tħajru jidħlu għal din l-iskema minħabba li d-dar tagħhom saret kbira wisq għalihom jew inkella, għall-kuntrarju, id-dar tagħhom ġiet żgħira wisq, imma meta dawn ġew biex ibigħu l-proprjetà tagħhom ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema li l-Gvern preżenti ħareġ matul dawn l-aħħar snin, in-nutar jew il-bank li marru biex jieħdu loan mingħandu ġibdilhom l-attenzjoni li kellhom xi ħaġa li ma kinitx skont il-pjanti approvati.", "Għalhekk il-Gvern preżenti ddeċieda li jgħin lil dawn il-familji, u fil-fatt kif għenhom?", "Huwa għenhom billi ħareġ skema ta' regolarizzazzjoni, skema li hi popolari ħafna tant li s'issa applikaw 8,000, jiġifieri matul din is-sena u nofs aħna għenna 8,000 familja.", "Li kieku ma kienx għal din l-iskema, 8,000 familja għadhom imwaħħlin b'din il-problema iżda, Sur President, dan huwa Gvern li qiegħed hemm biex jgħin lill-familji, u l-familji tgħinhom billi meta tara li għandhom problema tipprova ssolvihielhom.", "L-Onor.", "Interpellant staqsieni dwar binjiet f'ODZ.", "Binjiet f'ODZ hawn kwantitajiet kbar, li ħafna minnhom huma mibnijin bla permess, u għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandha direttorat tal-inforzar b'saħħtu li għandu nies imħarrġa biex l-ewwel jipprovaw jaslu bil-kelma t-tajba.", "Dan billi jmorru għand min għandu xi ħaġa irregolari fil-proprjetà tiegħu, ikellmuh u jispjegawlu kif inhu l-aħjar mod li jirregolarizza ruħu sabiex kemm jista' jkun id-direct action tkun l-aħħar azzjoni li tittieħed.", "Fil-fatt ta' min jgħid li fl-isfond ta' dan kollu, l-Awtorità tal-Ippjanar għadha kif waqqfet kumitat li huwa magħmul min-nies li ġejjin minn sferi differenti tas-soċjetà, fosthom min-nies li ġejjin minn NGOs.", "Għandna anke Membru tal-Gvern u Membru tal-Oppożizzjoni li jagħmlu parti minn dan id-direttorat tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Mill-ġimgħa d-dieħla dan il-Kumitat se jibda jiltaqa' sabiex jiddiskuti jekk wasalx iż-żmien li jsiru bidliet għar-rural policy.", "Għalhekk, Sur President, għalkemm hemm min jikkritika dawn l-iskemi ta' regolarizzazzjoni b'mod inġust meta permezz tagħhom ġew megħjuna daqstant familji, jien nibqa' ngħid li l-aħjar triq hija dik li qabad dan il-Gvern; ċjoè dik li jiffaċċja l-problemi li jiltaqgħu magħhom il-familji tagħna u jipprova jsolvihom għall-ġid tal-istess familji.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet li saru mill-Ministeru għal Għawdex għall-Fondi Ewropej mill-baġit 2014-2020, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5786;", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 166 tal2018 - Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji;", "Avviż Legali Nru 168 tal2018 - Regolamenti tal-2018 dwar il-Protezzjoni tad-Data (Ipproċessar ta' Data Personali minn Awtoritajiet Kompetenti għall-Finijiet tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, is-Sejbien jew il-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali jew l-Eżekuzzjoni ta' Pieni Kriminali); u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 165 tal2018 - Regolamenti tal-2018 dwar xiri ta' garaxxijiet proprjetà tal-Gvern mibnija f'oqsma ta' djar tal-Gvern minflok dawk mogħtija b'titolu ta' enfitewsi temporanju jew mogħtija b'titolu ta' kera.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq l-organizzazzjoni ta' promotional and communications related events mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2380;", "Tagħrif dwar impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta maħtura fuq bordijiet tal-Gvern u ta' entitajiet pubbliċi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5850; u", "Tagħrif dwar safar mill-Gvernatur u d-Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5851.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 169 tal2018 - Regolamenti tal-2018 li jirrevokaw ir-Regolamenti dwar Proċessar ta' Data Personali (Koperazzjoni mill-Pulizija u Ġudizzjarja f'Materji Kriminali); u", "K.L.B.L Nru 15/12/2018 - Bye-Laws tal-2018 dwar Karrijiet u Oġġetti Oħra ta' Ingombru fil-Lokalità ta' Birżebbuġa (Kunsill Lokali Birżebbuġa).", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq materjal stampat mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara Marzu 2013, flimkien mal-iskop li għalih sar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5790.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 167 tal2018 - Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-artikoli 1 sa 13 u 30 tal-Att tal-2018 dwar l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (Att Nru XV tal-2018); u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq l-organizzazzjoni ta' promotional and communications related events mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2382.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-lum it-Tnejn, 28 ta' Mejju, 2018, l-Onor.", "Rosianne Cutajar kienet qed tissostitwixxi lill-Onor.", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-GVERN IŻID", "IS-SOMMA LI JISTA' JISSELLEF PERMEZZ TA' ĦRUĠ TA' STRUMENTI TA' DEJN", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "Il-President wara li kienet informata bis-suġġett tal-Mozzjoni Numru 138, hawn mehmuża, biex il-Gvern iżid is-somma li jista' jissellef permezz ta' ħruġ ta' strumenti ta' dejn skont is-subartikolu (4) tal-artikolu 13 tal-Att dwar Self tal-Gvern u l-Amministrazzjoni tad-Dejn Pubbliku (Kap. 575), tirrakkomanda l-imsemmija mozzjoni għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "7 ta' Mejju 2018", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "Billi huwa provdut, fl-artikolu 13 tal-Att dwar Self tal-Gvern u l-Amministrazzjoni tad-Dejn Pubbliku u speċifikament bis-subartikolu (4) tal-artikolu 13 li l-ammont massimu ta' dejn tal-Gvern ċentrali pendenti miżmum separatament fil-forma ta' ħruġ ta' strument ta' dejn huwa soġġett għal strument statutorju li jrid jiġi ntavolat fil-Parlament u jiġi approvat b'riżoluzzjoni parlamentari;", "U billi fl-20 ta' Lulju tas-sena elfejn u sbatax (2017) kien ġie riżolut li l-Ministru għall-Finanzi jagħmel ħruġ ta' strumenti ta' dejn tal-Gvern mhux negozjabbli għall-ammont ta' mhux iżjed minn €100,000,000 (mitt miljun euro);", "U billi sal-lum l-ammont ta' dejn pendenti tal-Gvern ċentrali miżmum fil-forma ta' strument ta' dejn tal-Gvern mhux negozjabbli inkluż ir-Retail Savings Bonds tal-Gvern ta' Malta laħħaq is-somma ta' madwar €99.5 miljun;", "U billi f'dan iż-żmien settur partikolari tal-popolazzjoni ntlaqat ħażin mir-rati baxxi tal-imgħax, din is-sena l-Gvern se jerġa' joħroġ ammont ieħor ta' savings bond li joffri rata ta' mgħax aħjar minn dik li bħalissa qegħdin joffru l-banek kummerċjali;", "Issa għalhekk qed jiġi b'dan riżolut li l-ammont massimu ta' dejn tal-Gvern ċentrali pendenti fil-forma ta' strument ta' dejn tal-Gvern mhux negozjabbli inkluż ir-Retail Savings Bonds tal-Gvern ta' Malta jkompli jiżdied għas-somma ta' mhux akar minn €200,000,000 (mitejn miljun euro).", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Finanzi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TALAWTORITÀ GĦAS-SAĦĦA U", "S-SIGURTÀ FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL GĦASSENA 2018", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kap. 424.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Ninforma lillKamra li ddiskussjoni fuq din ilmozzjoni għandha tieħu seduta waħda bilħin jinqasam indaqs bejn kelliema talGvern u kelliema talOppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Gvern.", "L-Onor.", "EMANUEL MALLIA: Sur President, dan huwa t-tieni intervent li jien qed nagħmel rigward l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol; awtorità li hija importanti ħafna, għalkemm l-ewwel intervent tiegħi kien aktar diskors formali għal dak li jirrigwarda l-ħidma tal-Occupational Health and Safety Authority (OHSA).", "Bħala chairperson ta' din l-Awtorità nixtieq nibda billi nirringrazzja mill-bidu nett lill-membri tal-bord tiegħi, li nfasslu l-politika u x-xogħol flimkien.", "Dan isir ukoll flimkien mas-CEO Dr Gauci li jattendi dan l-istess bord.", "Nixtieq nirringrazzja lil kull ħaddiem li jaħdem fl-Awtorità għax kif se nispjega aktar tard fid-diskors tiegħi, mingħajr l-impenn u l-ħidma tagħhom, ix-xogħol tal-Awtorità ma jkunx jista' jsir.", "Sur President, għalkemm isiru diversi programmi edukattivi u informattivi, naħseb li l-pubbliku hemm barra ftit japprezza x-xogħol tant importanti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, anke minħabba li din l-Awtorità għandha interessi konfliġġenti għax trid tħares l-interessi tal-ħaddiem, trid tħares l-interessi ta' min iħaddem u fl-istess ħin trid tħares ukoll l-interess tal-pubbliku għal dak li jirrigwarda s-saħħa u s-sigurtà inġenerali.", "Dan minħabba li ovvjament jekk inti tonqos milli tħares ir-regolamenti fuq il-post tax-xogħol, jista' jkollok inċidenti li fihom jiġi involut il-pubbliku inġenerali.", "Bħala avukat, qabel ma lħaqt chairperson tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jien kelli kuntatt ma' din l-Awtorità fix-xogħol tiegħi, iżda kif jgħidu t-Taljani, tra il dire e il fare c'è di mezzo il mare għax meta wieħed isir parti integrali jew viċin ħafna ta' din l-Awtorità malajr jibda jinduna li hemmhekk għandek ukoll perspettivi oħra li mhux neċessarjament ikun qed jarahom minn barra, perspettivi li huma ferm importanti minħabba li kif għedt diġà, xi drabi l-interessi ta' partijiet differenti jkunu opposti ta' xulxin.", "Madanakollu meta inti jkollok dawn l-interessi konfliġġenti, is-soluzzjonijiet ma jkunux daqstant faċli, u għalhekk min jaħdem f'dan il-qasam ikollu bilfors jiffaċċja ċerti diffikultajiet waqt li minn ġurnata għall-oħra jkun qed imur fuq lantijiet tax-xogħol differenti.", "Sur President, ir-rapport li ġie ppreżentat f'din il-Kamra llum juri l-fatt li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħadmet bis-sħiħ.", "Meta wieħed jgħaddi ċerta kritika fuq din l-Awtorità jrid iżomm quddiem għajnejh ukoll li l-att legali li waqqafha assenjalha 12-il funzjoni li trid twettaq fil-ħidma tagħha.", "Dan minbarra li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol hija responsabbli minn 35 avviż legali li jittrattaw setturi differenti, aspetti differenti ta' xogħol u ħaddiema differenti.", "Forsi hawnhekk wieħed irid jagħmel ftit parentesi u jgħid li preżentement qed issir ħidma fis-sens li wieħed qed jerġa' janalizza l-liġi, qed iħares lejn il-lat legali biex jara x'emendi jistgħu jsiru u qed jara x'ideat ġodda jista' jieħu mill-konferenzi li jsiru barra minn Malta minn żmien għal żmien u li jattendu għalihom is-CEO, il-membri u l-uffiċjali ta' din l-Awtorità.", "Sur President, matul is-sena li għaddiet l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mhux biss wettqet numru t'attivitajiet iżda saħansitra marret oltre dak li kienet qed tammira għalih.", "Dan minkejja r-riżorsi umani limitati li għandha din l-Awtorità, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Biżżejjed ngħidu li saru aktar minn 3,000 spezzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol, inħarġet aktar minn 350 awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta' materjal radjoattiv u ġew evalwati aktar minn 5,000 ċertifikat ta' apparat u makkinarju, li jinkludu ċertifikati ta' lifts fuq il-postjiet tax-xogħol, ċertifikati ta' cranes u ċertifikati ta' forklift trucks, boilers u apparat ieħor.", "Din iċ-ċertifikazzjoni hija importanti ferm għax b'hekk wieħed ikun qed jassigura li l-makkinarju u l-apparat li jkun qiegħed jintuża jkun tajjeb għall-użu li qiegħed isir u allura wieħed ikun qiegħed inaqqas ħafna r-riskju li jiġru xi inċidenti u diżgrazzji fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Ta' min jgħid ukoll li l-OHSA kienet involuta fi 38 proġett fejn kien qiegħed jitneħħa l-asbestos; materjal li matul iż-żmien ġie pprovat li tant jagħmel ħsara lill-bniedem.", "Ġew iddedikati wkoll aktar minn 3,300 siegħa sabiex tiżdied aktar il-kuxjenza kif ukoll l-għarfien dwar l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-fatt din hija proprju waħda mill-funzjonijiet li niedet l-Awtorità; biex kemm jista' jkun wieħed jeduka.", "Sfortunatament ħafna drabi jiġri li għax nagħmlu l-istess xogħol kuljum, dak li nagħmlu llum neħduh for granted u naħsbu li jekk illum nagħmel xi ħaġa li biha nkun qed nissogra saħħti u ma jiġri xejn, għada jekk nagħmel l-istess ħaġa ma jiġri xejn lanqas.", "Naturalment din hija mentalità żbaljata għax m'għandna nieħdu xejn for granted, u huwa hawnhekk fejn l-Awtorità trid tnissel dan l-għarfien tant importanti kemm lil min iħaddem kif ukoll lill-ħaddiema nfushom.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li l-OHSA ħarġet 555 multi amministrattivi filwaqt li bdiet 176 proċedura kriminali fil-qorti.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel aċċenn għal konċett li huwa tant importanti u li l-Awtorità temmen li trid iddaħħal f'pajjiżna ftit ftit, u dan minkejja li hija konxja li mhuwiex faċli li tiżblokka ċerta mentalità li tkun ilha teżisti s-snin.", "Fil-fatt l-Awtorità tixtieq tikkrea d-dixxiplina liċ wieħed ikun kapaċi jifhem il-bżonn li jirregola lilu nnifsu.", "Dan huwa konċett diffiċli, u forsi biex jiddaħħal f'pajjiżna huwa aktar diffiċli milli biex jiddaħħal f'pajjiżi oħra.", "L-Awtorità tixtieq li jasal żmien fejn wieħed ikollu dik id-dixxiplina li ma jħarisx is-saħħa tal-ħaddiem għax il-liġi u r-regolamenti jkunu jiddettaw hekk imma għax dak li jkun iħoss il-bżonn li jirregola lilu nnifsu.", "Naturalment biex kull min għandu l-obbligi legali jeħodhom b'responsabbiltà għax ikun jemmen verament fl-importanza u fil-benefiċċji tagħhom u mhux għax ikun qiegħed jiġi mġiegħel jagħmel dan jirrikjedi sens ta' maturità, u dan jista' jseħħ biss jekk kemm-il darba wieħed ikun konxju tad-drittijiet tiegħu f'dan il-qasam.", "Ovvjament inti ma tistax tirregola lilek innifsek jekk qabelxejn ma tkunx taf ir-regolamenti u ma tkunx taf xi tgħid il-liġi.", "Allura x'qiegħda tagħmel l-Awtorità f'dan ir-rigward, Sur President?", "Sabiex l-Awtorità teduka f'dan il-qasam ta' self-regulation, hija qed tniedi diversi attivitajiet ta' informazzjoni kif ukoll linji gwida differenti, u dan il-punt huwa importanti ferm biex il-messaġġ jasal hemm barra.", "Matul is-sena li għaddiet l-Awtorità lestiet tliet linji gwida li jiggwidaw lil dak li jkun biex jissalvagwarda s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.", "Ta' min jgħid li fost affarijiet oħra dawn it-tliet linji gwida kienu jittrattaw it-TEI lifts fil-vetturi, l-elettriku, l-asbestos u l-materjal li fih l-asbestos.", "Qabel ma ħarġet dawn il-linji gwida l-Awtorità rrevediet id-dokumenti kollha li kienet ippubblikat hi stess, ikkonsolidathom u aġġornathom f'dokument wieħed.", "B'hekk hija wettqet dak li għedt qabel, jiġifieri li wieħed jara fejn jista' jtejjeb is-sitwazzjoni.", "B'dan il-mod hawnhekk għandna uniformità u speċi ta' kodifikazzjoni biex dak li jkun meta jmur jara dawn il-linji gwida jkollu sors minn fejn jara mingħajr ebda taħbit jew żbalji.", "Dan l-eżerċizzju kien wieħed estensiv ħafna tant li x-xogħol inbeda mis-sena ta' qabel.", "Kif wieħed jista' jimmaġina, il-preparazzjoni ta' dan id-dokument huwa proċess li jirrikjedi riċerka teknika, u fil-fatt għalhekk huwa importanti li fl-Awtorità jkollok kemm l-aspett tekniku kif ukoll l-aspett legali.", "Wieħed qed jinnota li dawn il-linji gwida li nidiet l-Awtorità qegħdin iservu anke ta' riferenza mill-qorti fis-sentenzi li tagħti, jiġifieri dawn il-linji gwida mhux biss qed jiggwidaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem imma anke l-qrati tagħna qegħdin jużawhom bħala referenza għalihom.", "Fil-fatt huwa ppjanat li issa din is-sena jiġu mnedija numru ieħor ta' linji gwida, fosthom dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema u ta' min iħaddem kif ukoll dwar l-armar u l-użu sigur tal-cranes.", "Dawn huma xogħlijiet li fihom ċertu periklu u allura huwa importanti ferm li min iħaddem il-cranes u juża inġenji bħal dawn ikollu linja gwida ċara f'dan ir-rigward.", "Sur President, meta wieħed jara x-xogħol li qed isir minn din l-Awtorità jinduna li din qiegħda tagħmel aktar minn dak li hu mistenni minnha.", "Ta' min jgħid li minkejja li din l-Awtorità għandha complement ta' 35 ħaddiem, 18-il ħaddiem biss huma spetturi, jiġifieri l-funzjoni ta' din l-Awtorità mhijiex kif jaħsbuha ħafna, ċjoè l-bini u l-kostruzzjoni li jsiru madwar Malta u Għawdex, imma din għandha diversi funzjonijiet oħra.", "Huwa biżżejjed li wieħed jinnota li bil-ġid ekonomiku li hawn fil-pajjiż kull fejn tħares ħlief cranes u bini tiela' ma tarax biex ikun jista' japprezza x-xogħol li qed tagħmel l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, imma hawn jien nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil kull ħaddiem li hemm jaħdem f'din l-Awtorità għax naħseb li dan is-suċċess huwa dovut ukoll għall-mod kif dawn il-ħaddiema jmiddu għonqhom għax-xogħol u għal dak kollu li jkun hemm bżonn.", "Jien naħseb li s-sigriet tas-suċċess ta' din l-Awtorità huwa li dawn il-ħaddiema ma joqogħdux ikejlu x'inhu xogħolhom u x'mhuwiex imma jaħdmu bħala tim wieħed.", "Issa hawnhekk nixtieq niftaħ parentesi u ngħid illi naħseb li wasal iż-żmien - u tajjeb li din il-Kamra tkun informata li l-bord qed jagħmel dan l-eżerċizzju, anke fuq dak li forsi ġie ssuġġerit mill-International Labour Organisation (ILO) - li din l-Awtorità tkabbar l-istaff tagħha, anke s-support staff tagħha.", "Hemm bżonn ukoll ta' procurement, jiġifieri ta' aktar nies legali f'din l-Awtorità, bħalma hemm bżonn anke ta' nies li jaħdmu fir-riċerka u fl-amministrazzjoni, u jien ngħid li hemm bżonn jiżdiedu madwar għaxar jew 15-il spettur ieħor biex wieħed ikun jista' jassigura li dan ix-xogħol ikompli għaddej bl-istess ritmu pożittiv u ta' suċċess li fil-fatt bdiet bih.", "Biżżejjed insemmi li fl-2017 biss ingħataw 9,822 permess ġdid għal bini residenzjali, u dan mingħajr ma qed ninkludi permessi oħra li ntalbu u li minħabba li m'għandniex records tagħhom, wieħed ma jistax isemmihom.", "Għalhekk, Sur President, bi pjaċir ngħid li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol kisbet riżultati importanti ferm però fl-aħħar mill-aħħar liema huwa l-aqwa riżultat li l-Awtorità għandha tara li tikseb?", "Li teduka, li jkun hemm aktar nies li jirregolamentaw lilhom infushom u fuq kollox li jiġu mħarsa s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għax huwa ferm importanti li dak il-ħaddiem li joħroġ filgħodu biex jaqla' l-ħobża tiegħu, filgħaxija jirritorna lura d-dar mal-familja tiegħu.", "Wieħed jista' jkollu xogħol perikoluż, iżda l-importanti hu li s-saħħa tiegħu tiġi mħarsa b'ċerta regolamentazzjoni, u fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-istatistika kompilata f'Malta mill-2002 isib xejriet pożittivi għal dak li għandu x'jaqsam ma' korrimenti fuq il-postijiet xogħol.", "Biżżejjed ngħid li l-ammont ta' korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol mill-2002 'l hawn jinsab dejjem nieżel.", "Ovvjament dan mhuwiex biżżejjed għax jien ngħid li anke jekk ikollok fatalità waħda, din tkun ta' inkwiet għas-soċjetà, imma l-fatt li l-istatistika qed turi din ix-xejra pożittiva, allura dan ifisser li anke l-aspett ta' edukazzjoni u ta' regolamentazzjoni qiegħed jintlaħaq.", "Naturalment l-istatistika hija importanti kemm mill-aspett ekonomiku u fuq kollox anke mill-aspett soċjali.", "Hemm ħafna fatturi oħra li huma attribwiti għas-suċċess f'dan il-qasam, imma jien naħseb li l-aktar fattur prinċipali hija l-ħidma li qed issir mill-istess Awtorità.", "Madanakollu wieħed m'għandux jistrieħ fuq dawn il-kisbiet imma għandu jkompli jaħdem biex iġib riżultati aktar pożittivi xorta waħda, u jien ninsab ċert li din l-Awtorità hekk se tkompli tagħmel, kemm fl-interess tal-ħaddiema nfushom kif ukoll fl-interess tal-ekonomija biex din tibqa' aktar sostenibbli.", "Kif għedt diġà, minħabba r-responsabbiltajiet li għandha din l-Awtorità llum u li qegħdin dejjem jiżdiedu, wieħed irid jassigura li din l-Awtorità jkollha r-riżorsi umani meħtieġa biex ix-xogħol li jsir, isir bl-aħjar mod.", "Nerġa' ngħid li jien m'iniex qed ninsinwa li min jaħdem f'din l-Awtorità mhuwiex qed jagħmel xogħlu, anzi hemmhekk qiegħed verament isir xogħol siewi li qed iwassal biex l-iskopijiet u l-funzjonijiet tagħha jintlaħqu.", "Fil-fatt huwa għalhekk li fil-bidu tal-intervent tiegħi jien irringrazzjajt lill-membri tal-bord, u minn hawn nixtieq nirringrazzja wkoll lill-membri l-oħra tal-bord preċedenti li kienu ppreseduti mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Deo Debattista għax kien hemm kontinwazzjoni fix-xogħol li bdew huma.", "Naturalment hemm aspetti oħra li jaqgħu taħt l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, bħal aspetti psikoloġiċi u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol, u qed ngħid dan għax hemm ċerti nozzjonijiet li ħafna nies jaħsbu li jaqgħu taħt il-funzjoni tal-OHSA.", "Pereżempju, jekk isir meeting x'imkien, is-sigurtà ta' dak il-post pubbliku ma taqax taħt l-OHSA għax l-OHSA għandha x'taqsam biss mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk huwa kollu ta' xejn li, pereżempju, iċemplu nies jilmentaw minn dak li jkun qed isir ħdejhom għax dik mhijiex il-funzjoni tal-Awtorità, u allura sadanittant l-Awtorità qiegħda tkompli teduka dwar il-funzjonijiet tagħha.", "Issa, Sur President, meta hawnhekk qed nitkellmu dwar ħarsien, m'aħniex qed nitkellmu biss dwar il-ħaddiema Maltin u Għawdxin jew dwar min iħaddem lil dawn l-istess ħaddiema imma qed nitkellmu wkoll dwar il-ħaddiema barranin, li jistgħu jkunu f'riskju akbar, u dan minħabba diversi raġunijiet, fosthom minħabba l-problema tal-lingwa.", "Għandek ukoll nuqqas ta' għarfien dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u għalhekk din l-Awtorità ħasbet biex matul din is-sena tniedi kampanja ta' informazzjoni mmirata proprju lejn il-ħaddiema barranin.", "Fil-fatt diġà beda jsir ix-xogħol preparatorju u d-diskussjonijiet sabiex din il-kampanja titfassal b'mod konkret u effettiv.", "Aħna nafu li waħda mis-sitwazzjonijiet li għandna fil-pajjiż hija li tant hawn xogħol u li tant it-tgergir ta' min iħaddem huwa li mhux qed isibu ħaddiema, speċjalment fl-oqsma tal-kostruzzjoni, tal-lukandi u tal-catering, li l-influss tal-ħaddiema barranin f'pajjiżna qiegħed dejjem jiżdied, u allura wieħed irid jara wkoll kif se jwasslu ċerti punti ta' informazzjoni lil dawn il-ħaddiema, li kif għedt diġà, jista' jkollhom problema biex jikkomunikaw minħabba l-lingwa.", "Ta' min jgħid li dan qiegħed isir ukoll bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.", "Għodda oħra li l-OHSA qiegħda taħdem fuqha hija dik tal-evalwazzjoni tar-riskju b'mod elettroniku, li hija importanti ferm.", "L-online interactive risk assessment hija inizjattiva tal-Aġenzija Ewropea li semmejt u li permezz tagħha wieħed ikun jista' jagħmel evalwazzjoni tar-riskju online b'mod sempliċi u b'xejn.", "Fil-fatt dan huwa t-tragward li aħna nawguraw, u għalhekk l-uffiċjali tagħna jsiefru, jattendu konferenzi u jiġu lura b'ideat ġodda biex jimplimentaw affarijiet teknoloġiċi f'dan ir-rigward ġaladarba qegħdin ngħixu din ir-rivoluzzjoni diġitali.", "Biżżejjed ngħid li permezz tal-online interactive risk assessment, wieħed ikun jista' jbiddel l-informazzjoni skont l-iżviluppi li jkun għamel fuq il-post tax-xogħol, u għalhekk jien inħoss li dan il-proċess huwa essenzjali għax mhux biss qiegħed josserva l-obbligi legali iżda wkoll qiegħed joffri l-għajnuna, partikolarment lill-ismall and medium enterprises.", "Sur President, kif għedt diġà, matul is-sena r-rappreżentanti tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol isiefru għal diversi konferenzi, u hawnhekk ta' min jgħid li għandna affjatament mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol sabiex jitnieda anke tender bil-għan li jiġu żviluppati tliet għodda ġodda.", "Huwa importanti li wieħed iżomm dan il-kuntatt internazzjonali wkoll sabiex ikun hemm iżjed aċċessibbiltà għaċ-ċittadini.", "Meta jien kont il-Ministru responsabbli mill-komunikazzjoni, il-MITA kienet taħdem ħafna biex tipprovdi apps li jilħqu aktar liċ-ċittadin, u fil-fatt huwa ppjanat li jsir anke tibdil fil-websajt sabiex wieħed ikun jista' jaċċessa għadd kbir ta' informazzjoni.", "Kif għedt qabel, illum qed ngħixu l-era ta' rivoluzzjoni diġitali, u għalhekk l-IT, is-social media u l-aċċess għall-IT huma ferm importanti biex il-funzjonijiet u t-tragwardi tal-Awtorità jkunu jistgħu jintlaħqu.", "Se jsir ukoll użu akbar mis-social media, fosthom minn Facebook u Twitter, u l-Awtorità żviluppat app elettroniku li apparti milli twassal informazzjoni, din tkun tista' tintuża biex dak li jkun jikkuntattjaha b'mod faċli u allura jagħti ċans lill-Awtorità li tintervjeni b'mod aktar mgħaġġel.", "Dan huwa importanti għax ikun hemm diversi nies li jkunu jridu jwasslu s-suġġerimenti u l-ilmenti tagħhom, u allura hawnhekk qed jintlaħaq ukoll it-tragward li jrid jilħaq dan il-Gvern, ċjoè li jkun viċin il-poplu anke fil-funzjonijiet tad-diversi awtoritajiet pubbliċi li għandna.", "L-użu tar-ritratti huwa importanti wkoll għax wieħed irid jifhem li jekk is-sitwazzjoni tkun inbidlet sakemm jiġi biex isir l-ispettorat, dak li jkun ma jkunx jista' jieħu l-passi legali li jkun jixtieq fiċ-ċirkostanzi.", "Sur President, matul din is-sena se jiżdied l-involviment tal-Awtorità f'sensiela ta' spezzjonijiet f'setturi differenti.", "Pereżempju, fost l-oħrajn se ssir kampanja ta' spezzjonijiet li se tkun qed tiffoka l-aktar fuq il-prevenzjoni ta' waqgħat mill-għoli, fuq l-użu sigur tal-makkinarju kif ukoll fuq is-sigurtà fl-użu tal-elettriku.", "Se ssir kampanja oħra li tħares lejn dawk il-kumpaniji li jużaw il-plastic extrusion u injection moulding, partikolarment fejn jidħol l-użu tal-VOCs (volatile organic compound), il-moniteraġġ tas-saħħa kif ukoll l-użu sigur tal-makkinarju f'din l-industrija.", "Dan huwa xogħol speċjalizzat u allura kif għedt qabel, huwa importanti li f'din l-Awtorità jkollok aktar nies tekniċi, anzi speċi ta' support group, ħalli dak li jkun iżomm lilu nnifsu aġġornat u meta jmur fuq il-postijiet tax-xogħol ikun espert biżżejjed biex ikun jista' jagħti l-pariri neċessarji.", "Se ssir ukoll kampanja ta' spezzjonijiet fil-kumpaniji tal-gaming, tal-assigurazzjoni u tal-istampar bħala follow-up għall-kampanja preċedenti filwaqt li l-Awtorità se tkompli bil-ħidma tagħha ta' kollaborazzjoni ma' entitajiet Ewropej u ma' dawk internazzjonali sabiex ikompli jitkattar l-għarfien.", "Kif semmejt diġà, dawn jinkludu fost l-oħrajn lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-kumitat SLIC (Senior Labour Inspectors Committee), lill-Kummissjoni Ewropea u lill-AIEA (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika).", "Se nkunu qed nieħdu wkoll numru ta' inizjattivi fejn jidħlu siti li jaqgħu taħt is-COMAH (Control of Major Accident Hazards) fosthom eżerċizzji ta' emerġenza u spezzjonijiet ġenerali.", "L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol se tkun qed torganizza numru ta' seminars, korsijiet ta' għarfien kif ukoll kampanji oħra.", "Dan huwa eżerċizzju li din l-Awtorità ilha tagħmel u huwa importanti ħafna li fil-futur tkompli tagħmlu.", "Sur President, qed nara li l-ħin allokat għalija skada u għalhekk nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi billi ngħid li din l-Awtorità ilha għal numru kbir ta' snin taħdem bis-sħiħ sabiex jogħlew il-livelli ta' saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, sabiex ikun hawn inqas abbużi, sabiex tonqos l-attitudni ta' laissez-faire u finalment sabiex ikollna inqas inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Minkejja l-progress reġistrat fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, ninsabu konxji li għad fadal ħafna x'isir, u fil-fatt dan huwa proprju dak li qiegħed jagħmel il-bord flimkien mal-amministrazzjoni; li niflu u nistudjaw is-sitwazzjoni ta' din l-Awtorità sabiex nibqgħu dejjem intejbu bil-għan illi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħna tkun dejjem assigurata.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Mallia li fetaħ din id-diskussjoni, però ppermettili niġbed l-attenzjoni tal-Kamra għal din l-ewwel anomalija li għandna f'din id-diskussjoni fejn iċ-chairman ta' entità qiegħed jiftaħ diskussjoni fuq l-istess entità.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan qed inaqqas is-sens ta' skrutinju serjament.", "Din diġà ġrat meta kien chairman ta' din l-Awtorità l-Onor.", "Deo Debattista, u dakinhar jien kont ġbidt l-attenzjoni għal dan ukoll għax ma naħsibx li huwa sew li meta niddiskutu entità, … (Interruzzjonijiet) Meta nkunu qed niddiskutu entitajiet oħra ma jkollniex liċ-chairman bilqiegħda hawnhekk.", "M'iniex qed ngħid li għandek toħroġ.", "Issa d-diskors tiegħek għamiltu però jien naħseb li rridu niġbdu l-attenzjoni li hemm linji li dan il-Gvern mhuwiex qiegħed jirrispettahom għax li jkollok liċ-chairperson ta' awtorità li llum qiegħda taħt skrutinju li jiftaħ id-diskussjoni naħseb li hija xi ħaġa li din il-Kamra trid tieħu nota tagħha.", "Bħalma qal tajjeb ħafna l-Onor.", "Mallia, l-OHSA hija awtorità li taħdem bis-sħiħ, u ilha għaddejja fuq dawn il-binarji, però għad baqa' ħafna xi jsir.", "Ma ninsewx li hawnhekk qed nitkellmu fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u naħseb li l-Onor.", "Mallia għamel punt tajjeb ħafna meta semma l-importanza li jkun hemm serħan il-moħħ li wara ġurnata xogħol il-ħaddiema jerġgħu jmorru lura d-dar flimkien mal-familja tagħhom għax dik hija l-biża' u l-inkwiet ta' ħafna, speċjalment ta' dawk li jaħdmu f'ċerti setturi.", "Għalhekk jien, bħall-Onor.", "Mallia, nixtieq ukoll inrodd ħajr lill-istaff kollu tal-OHSA.", "Naf li l-istaff tal-OHSA huwa wieħed żgħir - jekk m'iniex sejra żball huwa magħmul biss minn xi 35 persuna - u allura dawn il-ħaddiema jridu litteralment jiġġebbdu biex ilaħħqu jaqdu d-dmirijiet tagħhom mal-pajjiż kollu f'setturi li mhumiex faċli.", "Jien flejt dan ir-rapport sew u dħalt fid-dettall tiegħu sew tant li anke ħażżist fuqu, forsi anke minħabba l-fatt li meta kont għamilt żmien naħdem fil-Ministeru għas-Saħħa, l-OHSA kienet taqa' taħt dan il-Ministeru, u allura filwaqt li napprezza li hemm affarijiet li huma ġodda, napprezza wkoll li hemm affarijiet li għadhom għaddejjin minn dak iż-żmien.", "Sur President, f'dan ir-rapport lili laqtuni żewġ affarijiet li semma l-Onor.", "Mallia meta kiteb il-messaġġ tiegħu bħala chairperson ta' din l-Awtorità, u fil-fatt hawnhekk nixtieq nagħmel anke xi mistoqsijiet.", "Hu semma li l-OHSA hija a tripartite authority għax hija magħmula mill-gvern, mir-rappreżentanti tal-ħaddiema u minn min iħaddem, però mbagħad ġibed l-attenzjoni wkoll għall-poor participation min-naħa tal-imsieħba soċjali, u għalhekk naħseb li jkun tajjeb li nkunu nafu b'liema mod kien hemm parteċipazzjoni fqira min-naħa tal-imsieħba soċjali, x'jista' jsir u għalfejn mhux qed ikun hemm din il-parteċipazzjoni.", "Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar jien, li qrajt u flejt dan id-dokument u li segwejt il-ħidma ta' din l-Awtorità tul is-snin, ikolli naqbel mal-Onor.", "Mallia li we underestimate what this Authority does bil-konsegwenza li allura, ġaladarba ma nkunux nafu x'qed jiġri f'din l-Awtorità lanqas inkunu nafu fejn dak li qiegħed jiġri jista' jwassal.", "Pereżempju, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol huma numerużi.", "L-Onor.", "Mallia qal li qegħdin jonqsu, però fl-opinjoni tiegħi qegħdin jilagħbu xi ftit ukoll u għalhekk nippreferi jekk ngħidu li l-għarfien żdied għax dak huwa fatt.", "Sur President, kif għedt diġà, jien ma kontx qed nistenna li llum kien se jiftaħ id-diskussjoni fuq l-OHSA ċ-chairperson tal-istess Awtorità, jiġifieri l-Onor.", "Mallia, u għalhekk ilħaqt ġbart xi ftit informazzjoni b'rabta m'artiklu li kien deher f'The Times fejn kien issemma li bħala chairperson l-Onor.", "Mallia jingħata onorarju ta' €18,000 u allowance ta' €4,659 biex juża karozza.", "Apparti minn hekk, huwa intitolat ukoll li jingaġġa żewġ persons of trust; personal assistant u messaġġier.", "Dan ifisser li ċ-chairperson waħdu qed jiġi jiswa lill-OHSA €22,659, u dan minbarra li skont l-iskali tal-gvern, messaġġier jaqla' madwar €12,000 fis-sena filwaqt li persuna li qiegħda fi skala 10 taqla' madwar €19,000 fis-sena.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li ċ-chairperson flimkien mal-persons of trusts taċ-chairperson qed jiġu jiswew lill-Awtorità €53,000 fis-sena, u allura ít's a bit rich li mbagħad niġu hawnhekk nitkellmu fuq kemm din l-Awtorità għandha bżonn aktar ħaddiema għax ovvjament biex dan isir trid il-flus, u l-flus qegħdin imorru … Issa terġa' hawnhekk m'hawnx informazzjoni dwar kemm qed jiġu jiswew lill-Awtorità affarijiet oħra, bħal mobile phones, internet, eċċ. Ta' min jgħid ukoll li skont risposti li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari l-membri tal-bord tal-OHSA jirċievu €2,795 fis-sena, li jfissru total ta' €22,360.", "Allura dan ifisser li jekk naqbdu l-bord u l-uffiċċju taċ-chairperson flimkien insibu li qed nitkellmu fuq total ta' €75,000 fis-sena.", "Issa dan wieħed ma jridx jarah f'kontest waħdu imma fil-kontest ta' kemm għandna nies impjegati fl-OHSA, u skont ir-rapport annwali li qegħdin niddiskutu llum sal-2017 kien hemm 35 persuna ngaġġati ma' din l-Awtorità filwaqt li l-ispiża rikorrenti f'salarji għas-sena 2018 tammonta għal €893,730.", "Skont kif ġie spjegat fir-rapport annwali, din il-figura tinkludi wkoll l-arretrati li riedu jitħallsu skont il-collective agreement li għadu mhuwiex iffirmat imma li hu mistenni li jkun ffirmat aktar tard din is-sena.", "Għalhekk jekk wieħed inaqqas l-ammont mill-ispiża rikorrenti antiċipata għall-2018 li jirrifletti ż-żidiet tal-collective agreement isib li l-pakkett tal-bord u taċ-chairperson qed jiswa lill-OHSA madwar 1/10 tal-ispiża … (Interruzzjonijiet) Issa jekk għandi żball ikkoreġini aktar tard!", "Hawnhekk, Sur President, wieħed bilfors irid jistaqsi: X'added value għandhom dawn in-nefqiet fil-kontest ta' Awtorità li it is working on a shoestring u li qiegħda tagħmel il-mirakli?!", "Bla dubju ta' xejn din l-Awtorità għandha bżonn aktar nies u aktar flus għax ix-xogħol li qed tagħmel f'pajjiżna huwa enormi.", "Dan meta b'€75,000 l-OHSA setgħet impjegat erba' spetturi ġodda, li għandha bżonnhom aktar mill-ħobż!", "Għalhekk, Sur President, jien inħoss li fl-OHSA qegħdin jinqalbu l-prijoritajiet.", "Ninsab informata wkoll li bħalissa - ma nafx jekk din kenitx xi direttiva maħruġa min-naħa taċ-chairperson jew le - ir-reklutaġġ tal-impjegati waqaf bil-konsegwenza li din l-Awtorità, li trid taġġorna ruħha u timxi 'l quddiem, qiegħda daqsxejn at a standstill.", "Naf li qed ikun hemm ukoll safar kontinwu f'dan ir-rigward minħabba ċerti rabtiet li għandha l-OHSA, u fil-fatt hawnhekk nixtieq infaħħar lil din l-Awtorità għax fuq livell Ewropew qiegħda toħroġna ta' nies, imma jiena nistaqsi: X'poter għandu ċ-chairperson li jieħu deċiżjoni bħal din meta l-bord m'għandu l-ebda funzjoni eżekuttiva?", "U allura għalfejn il-bord waqqaf milli jiġu ngaġġati aktar nies meta din l-Awtorità għandha bżonnhom?", "Sur President, fir-rapport li qegħdin niddiskutu l-OHSA ssemmi li qed isiru negozjati dwar il-collective agreement.", "Fil-fatt jidher li n-negozjati fuq dan il-collective agreement bdew xi sentejn ilu, imma l-collective agreement innifsu għadu ma ġiex konkluż, u għalhekk jien hawnhekk nistaqsi: X'qiegħed iżomm milli dan il-collective agreement jiġi finalizzat?", "Nispera li r-raġuni għal dan hi li m'hemmx qbil bejn il-union u rappreżentanti tal-Gvern li qed jieħdu sehem fit-taħditiet dwar żidiet fil-pagi u fl-allowances.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi wkoll u ngħid li meta nitkellmu dwar żidiet fil-pagi u fl-allowances m'aħniex qed nitkellmu fuq affarijiet ta' barra minn hawn, u għalhekk huwa skomdu li jkun iċ-chairperson tal-OHSA nnifsu li jindirizza d-diskussjoni fuq l-istess Awtorità; għax l-uffiċċju tiegħu ħa żieda ta' €6,000 fis-sena.", "Allura, ngħid jien, jekk saret żieda at the top end, għalfejn ma saritx żieda wkoll fil-pagi tal-ħaddiema eżistenti kif ukoll fin-numru ta' ħaddiema?", "Din assolutament ma tagħmilx sens meta nkunu qed niddiskutu awtorità daqstant importanti.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel punt ieħor, Sur President.", "Aħna nafu li llum il-ġurnata fl-ebda settur ma tista' tgħid li taf biżżejjed għax taf kemm taf qatt mhuwa biżżejjed, u allura xi ħaġa fundamentali llum il-ġurnata, anke fl-OHSA, huwa t-taħriġ.", "Sur President, hawnhekk qed naraw li meta qed jiġu kkonsidrati l-operational expenses għall-2018 l-OHSA qed tbassar li se tonfoq €180,630.", "Issa minn din is-somma kollha, tafu kemm hemm allokati għal taħriġ? €1,000 hemm allokati għat-taħriġ filwaqt li mbagħad għall-ivvjaġġar hemm allokati €18,000!", "Bla dubju ta' xejn dan huwa żbilanċ assolut!", "Issa hawnhekk ma rridx ninftiehem ħażin u ma rridx li jkun hemm min jikkwotani li qed ngħid illi l-OHSA m'għandhiex tipparteċipa fuq livell Ewropew, f'ġieħ kemm hemm!", "Hija għandha bżonn tagħmlu dan ukoll, u trid tagħmlu għax huwa fundamentali, aktar u aktar meta hi tirrappreżenta wkoll sezzjoni importanti tal-ħidma Ewropea.", "Imma hawnhekk jien nistaqsi: X'se nagħmlu b'€1,000 f'taħriġ?!", "Għax prattikament jekk tiddividi €1,000 bejn kull membru tal-istaff ir-riżultat ikun ta' €29 għal kull ħaddiem.", "Illum lanqas nofs ta' nhar seminar bil-kafè ma tkopri b'€29!", "Allura x'tip ta' taħriġ se jingħata lill-ħaddiema tal-OHSA?", "L-Onor.", "Mallia kellu raġun meta qal li hemm bżonn li jsir aktar taħriġ u li jkun hemm aktar riċerka fl-OHSA, mela le!", "Imma hemm assolutament ukoll bżonn il-flus f'din l-Awtorità, Onor. Mallia!", "Issa ħalli niġi biex nagħmel punt dwar ir-riċerka, li naħseb li huwa punt importanti u fundamentali, u hawnhekk se nerġa' ndur għall-operational expenses.", "Mhi qed issir l-ebda riferenza għar-riċerka li se tagħmel jew li se tkun ikkummissjonata mill-OHSA.", "Hawnhekk irrid inkun ċara għax jien m'iniex qed ngħid li dan huwa tort tal-OHSA, anzi far from it!", "Jien naf li l-OHSA m'għandhiex ir-riżorsi biex tagħmel ir-riċerka, iżda din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa' sejra hekk.", "Għad hemm ħafna oqsma li huma neqsin mir-riċerka bil-konsegwenza li m'għandniex informazzjoni sew f'idejna.", "Pereżempju, jien nixtieq inkun naf kemm hawn ħaddiema li jbatu minn mard li ġie kkaġunat mill-impjieg li kellhom jew li għad għandhom, però nafuh dan?", "U l-OHSA għandha r-riżorsi biex tagħmel din it-tip ta' riċerka?", "Le, m'għandhiex ir-riżorsi biex tagħmel din it-tip ta' riċerka!", "Nixtieq inkun naf ukoll kemm hawn nies li qed ibatu minn stress fuq il-post tax-xogħol.", "Kif nafu, l-istress u l-kondizzjonijiet ta' saħħa mentali se jkunu l-akbar prijorità għall-WHO (World Health Organisation) imma llum aħna kif nistgħu naraw x'hemm bżonn li tagħmel l-OHSA fil-pajjiż jekk ma nafux in-numri x'inhuma?!", "Din hija riċerka fundamentali, u dawn li qed insemmi huma wkoll problemi li l-OHSA stess kemm-il darba tkellmet dwarhom.", "Jien naf li kien hemm ħidma anke ma' Richmond Foundation f'dan ir-rigward u naf li saru sforzi kbar, imma kollox qed isir b'mod limitat.", "Kif għedt diġà, aħna nixtiequ nkunu nafu kemm hemm nies li jbatu minn stress fuq il-post tax-xogħol, minn mard relatat mal-post tax-xogħol kif ukoll minn mard relatat mal-asbestos, imma nafu eżattament f'liema sitwazzjoni qegħdin f'dan il-pajjiż?", "Jien ġieli niltaqa' ma' persuni tampar il-papà tiegħi li kienu jaħdmu t-Tarzna u nibda nisma' l-istejjer tagħhom.", "Imma nafu n-numri kemm huma?", "Nafu f'liema sitwazzjoni qegħdin illum?", "Nafu kemm hemm minnhom li mietu?", "U nafu kemm minnhom qed jgħixu b'xi kondizzjoni relatata mal-impjieg li kellhom?", "Jien nixtieq li jkollna din it-tip ta' informazzjoni, u dan mhux biex noqogħdu nitkellmu fuq in-numri imma biex naraw x'qegħdin niffaċċjaw realment illum.", "Ninsab persważa li jekk għad hawn min għadu jieħu l-issue tal-asbestos lightly, malli inti turih il-figuri u r-realtajiet ta' pajjiżna relatati mal-asbestos, jibda jħares lejn din l-issue minn lenti differenti u allura jieħdok aktar bis-serjetà.", "Għalhekk filwaqt li jien inħoss li l-OHSA ħaqqha verament prosit għall-ħidma tagħha, inħoss li miskina m'għandha xejn biex timxi 'l quddiem!", "Illum ir-riċerka tfisser il-futur għax ma nistgħux nagħmlu pass wieħed mingħajr ma jkollna riċerka suret in-nies.", "Issa nixtieq nidħol ukoll f'aspetti oħrajn, Sur President.", "L-Onor.", "Mallia semma l-fatt li l-OHSA qiegħda fuq is-social media.", "Fil-fatt din l-Awtorità għandha profile sabiħ ħafna fuq Facebook b'aġġornamenti li jsiru b'mod regolari.", "Jien dħalt fih u sibtu tajjeb ħafna, anke għax huwa miktub b'mod sempliċi biex in-nies jifhmuh.", "Hemm anke organigrams u affarijiet oħra li huma pożittivi ħafna, u fuq l-istess paġna hemm miktub hekk:", "\"Wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema huwa dak li jkunu kkonsultati minn qabel u fi żmien raġunevoli minn min iħaddem dwar dawk il-ħwejjeġ li jistgħu jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u dan jistgħu jagħmluh permezz ta' rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà magħżula għal dan il-għan mill-ħaddiema.\"", "Issa hawnhekk jien irrid norbot dan li kkwotajt ma' punt importanti ħafna.", "Fil-fatt kemm għandna postijiet tax-xogħol li għandhom uffiċjali tas-saħħa u s-sigurtà?", "U kemm għandna postijiet tax-xogħol li m'għandhomx dawn l-uffiċjali?", "Jien naf li fir-rapport stess saret referenza għal health and safety officers f'ċerti postijiet tax-xogħol, fosthom fir-rigward ta' barrieri u lukandi, u fil-fatt ħadt gost b'dan.", "Waqt li kont qed nitkellem mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Arrigo, qalli wkoll li l-lukandiera huma obbligati li jimpjegaw health and safety officers, speċjalment meta l-lukandi tagħhom ikunu ta' ċertu daqs, u din hija xi ħaġa pożittiva, imma jien nistaqsi: X'nistgħu nagħmlu aħjar?", "U fejn qegħdin nonqsu?", "Nispera li aktar tard illum il-Ministru tkun tista' tgħidilna aktar dwar dawn l-uffiċjali, li huma tant importanti.", "Sur President, ir-rapport jirreferi wkoll għall-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, u għal min ma jafx b'dan il-pilastru importanti jien ngħid li prattikament ġew stabbiliti 20 prinċipju fuq bażi ta' tliet kategoriji, liema prinċipji aħna neħduhom for granted.", "Pereżempju, aħna neħduh for granted l-ewwel prinċipju li jgħid illi jrid ikun hemm opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol.", "Ta' min isemmi wkoll li t-tieni prinċipju huwa dak li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu ġusti filwaqt li t-tielet prinċipju jirrigwarda l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali.", "Xi ħaġa oħra li qiegħda fuq ix-xefaq għar-raġuni li bħalissa qiegħda tinħadem - fil-fatt nixtieq insellem minn hawnhekk lill-ħabib u l-kollega tiegħi David Casa, li naf li qiegħed jaħdem fuq din il-biċċa xogħol - hija l-Work-Life Balance Directive imma din se nitfgħuha bħala piż ieħor fuq din l-Awtorità?", "Għax filwaqt li l-Onor.", "Mallia kellu raġun meta qal li mhux kulma jiġri fuq il-post tax-xogħol jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-OHSA, min-naħa l-oħra safejn se tasal din l-Awtorità?", "Jiġifieri l-konsegwenza tal-istress li wieħed jakkumula minħabba li jkollu jqatta' ħafna ħin jaħdem 'il bogħod mill-familja tiegħu u l-istress li dan iġib anke fuq il-membri l-oħra tal-familja, min se jġorrha?", "Min se jġorru l-effett li dan l-istress se jħalli fuq is-soċjetà tagħna u fuq is-settur soċjali kollu tagħna?", "Naħseb li dan huwa punt importanti.", "Ma rridx ninftiehem ħażin għax jien ma rridx ngħabbi aktar lill-OHSA, imma r-rapport li għandna quddiemna llum jaċċenna għal dawn id-direttivi Ewropej, u naħseb li huwa importanti ħafna li naħdmu fuq dawn id-direttivi.", "Nixtieq inkun naf ukoll mingħand il-Ministru llum b'liema mod qed jinvolvi ruħu l-Ministeru tagħha, il-Gvern u anke l-istess OHSA fuq il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali kif ukoll fuq il-Work-Life Balance Directive.", "Sezzjoni li hawn fir-rapport u li naħseb ma tistax ma tfaħħarhiex hija dik li titkellem dwar l-inizjattivi, l-għarfien, l-informazzjoni u l-edukazzjoni.", "Jien niftakar b'mod nostalġiku l-ewwel kampanji ta' Napo, li kienu jsiru fl-iskejjel flimkien mat-tfal u mal-għalliema, u sinċerament ma kontx nobsor li dan il-proġett kien se jibqa' għaddej sal-lum il-ġurnata.", "Dan għaliex ħafna karattri li jiġu vvintati biex iżuru l-iskejjel wara ftit jisparixxu, però dan baqa' għaddej.", "Darba jien darba kont attendejt għal attività ta' Napo, li jidhirli li kienet saret fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard, u niftakar li kont bqajt skantata b'kemm it-tfal jinvolvu ruħhom, isegwu u jinfluwenzaw.", "Għadni niftakar lit-tfal jgħollu jdejhom u jgħidu li suppost meta wieħed ikun qed jagħmel ċertu xogħol irid jilbes il-helmet, irid jilbes is-safety shoes, eċċ., u aħna 'l hemmhekk irridu mmorru.", "Issa dan li qed insemmi ilu xi għaxar snin, jiġifieri probabbilment dawk it-tfal li kont rajt jien fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard illum huma żgħażagħ li qegħdin fid-dinja tax-xogħol u għadhom iġorru dan it-tagħlim magħhom.", "Jien niftakar ukoll b'nostalġija li meta kont nippreżenta programmi televiżivi kien ikolli rappreżentanti tal-OHSA regolarment, u naf li dawn għadhom isemmgħu leħinhom fuq il-media inġenerali sal-lum għax dejjem jibqa' jkun hemm x'tispjega u x'titgħallem.", "Forsi xi kultant naħsbu li qegħdin nirrepetu, imma fil-fatt ma nkunux qegħdin nirrepetu għaliex dejjem ikollok nies li jkunu qegħdin jitgħallmu mill-ġdid.", "Hawnhekk, Sur President, nixtieq niġbed l-attenzjoni għal xi ħaġa li ġrat waqt is-seduta tal-EkoSkola fil-Parlament.", "Żewġ żgħażagħ li għandhom awtiżmu pjuttost sever u li minħabba f'hekk għandhom diffikultà kbira ta' komunikazzjoni ġibdu l-attenzjoni ta' din il-Kamra li minn mindu tneħħew is-siġar minn quddiem l-iskola tagħhom, il-volum tal-istorbju minn barra żdied bil-konsegwenza li issa dawk it-tfal li għandhom il-kondizzjoni tal-awtiżmu qegħdin ibatu aktar.", "Dakinhar jien kont qed immexxi dik is-seduta minflok Mr Speaker, u niftakar li tant ammirajt l-isforz straordinarju li għamlu dawn iż-żewġ żgħażagħ li ġew jitkellmu f'din il-Kamra dwar dak li kien qed jippreokkupahom li llum ħassejt li għandi niġbed l-attenzjoni tal-Kamra biex din tieħu nota ta' dak li qalulna dakinhar.", "Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ żgħażagħ kienu ġejjin mill-Iskola Guardian Angel.", "Issa ħalli nerġa' niġi lura għar-rapport.", "Fost affarijiet oħra, ir-rapport jgħid li l-award ma ngħatax fl-2016, u jien nixtieq inkun naf x'kienet ir-raġuni għal dan, imma mbagħad ġrat xi ħaġa li nixtieq nifhimha.", "Jidher li fl-2016 l-award ma ngħatax, imma mbagħad is-sena li għaddiet, jiġifieri fl-2017 taħt il-Presidenza, dan l-award tela' għal €15,000 minflok bil-capping ta' €5,000 u r-rapport jgħid li dan ħadu union.", "Issa jien nixtieq inkun naf min kienet din il-union u ngħid: Allura għalfejn mhux \"unions\"?", "Għalfejn ma saritx xi ħaġa bejn unions differenti taħt il-Presidenza?!", "Issa jien naħseb li ma tantx trid toqgħod tagħmel one plus one biex tassumi min kienet din il-union, però - daħakha l-Onor.", "Mallia, u dan ifisser li għandi raġun - nixtieq inkun naf jekk almenu kienx hemm sejħa pubblika.", "Mela qabel konna nagħtu €5,000, għal xi raġuni, li tista' tkun waħda valida, fl-2016 dan ma ngħatax u mbagħad ingħataw €15,000 lil union!", "Żewġ affarijiet oħra li nixtieq nirrimarka dwarhom filwaqt li nawgura lill-OHSA għalihom hija r-rappreżentanza tal-OHSA fiċ-ċertifikat tal-iskill card tal-BICC (Building Industry Consultative Council) - għax bla dubju ta' xejn din tagħmel ħafna sens - kif ukoll l-attività marbuta mas-saħħa u s-sigurtà li saret mill-GWU (General Workers Union) u mill-UĦM Voice of the Workers permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Sur President, issa nixtieq insemmi punt partikolari li joħroġ mir-rapport annwali – jidhirli f'paġna 25 - u li dan il-Parlament diġà ddiskutieh.", "Qed nirreferi għas-suġġett tal-protezzjoni mir-radjazzjoni fejn jissemma li qed isiru preparamenti biex jiddaħħal fis-seħħ att ġdid dwar ir-radjazzjoni ionizzanti kif ukoll regolamenti dwar l-EU basic standards f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt dan l-Att diġà għadda minn dan il-Parlament imma jidher li għad hemm problema dwar l-EU basic standards.", "Issa peress li dawn suppost daħlu fis-seħħ fi Frar ta' din is-sena, nixtieq inkun naf jekk il-mistoqsija li għamilt lill-Ministru meta ddiskutejna dan is-suġġett u meta l-iskadenza kienet diġà għaddiet hijiex se tfisser infringement.", "Jiġifieri Malta qiegħda f'infringement procedure minħabba t-tkaxkir tas-saqajn?", "Jien niftakar li l-Ministru kienet qaltli li din kienet bdiet fi żmienna.", "Iva, imma eżattament x'inhu l-argument?!", "Ikkritikana u agħġġel!", "Imma le, ma sarx hekk għax kien hemm it-tkaxkir tas-saqajn bil-konsegwenza li minkejja li l-Att diġà għadda mit-Tielet Qari ta' dan il-Parlament, jidher li xorta għadna ma lħaqniex in time u xorta għadna m'għamilniex dak li hu bażiku.", "Ma ninsewx li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar radjazzjoni, u dawn l-affarijiet ma nistgħux neħduhom lightly.", "Jien nixtieq inkun naf min se jkunu l-membri tal-kummissjoni kif ukoll minn fejn se jibdew joperaw il-kummissjoni u s-segretarjat.", "Għax suppost sal-lum dawn diġà twaqqfu u qegħdin joperaw.", "Għandna idea kemm irid ikun kbir dan is-segretarjat biex jiffunzjona kif suppost?", "U x'budgets se jingħataw?", "Meta se jibda l-ingaġġ tan-nies?", "Naħseb li huwa leġittimu li nistaqsi, mhux hekk?!", "Dan huwa qasam importanti ħafna għal Malta għax bħalma jafu ħafna nies, jaffettwa l-ambjent, jaffettwa s-saħħa pubblika u jaffettwa wkoll is-saħħa tal-ħaddiema.", "Bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni fejn mhuwiex biżżejjed li jkollok il-qafas leġiżlattiv jekk imbagħad ma jkollokx lin-nies u l-għodda biex timplimenta dak il-qafas.", "I hate to say \"I told you so\", però jien lill-Ministru Helena Dalli għamiltilha dan id-diskors meta konna qegħdin niddibattu fejn kont għedtilha ċar u tond li mhijiex se tlaħħaq imma hi dawritha li kien il-Gvern preċedenti li kaxkar saqajh.", "M'għandux x'jaqsam!", "Id-deadlines kienu hemm, u konna nafu li mhux se nlaħħqu, imma mid-dehra kien hemm min ma xtaqx li dan nagħmluh bil-konsegwenza li kien hemm it-tkaxkir tas-saqajn.", "Paġna 18 tar-rapport tirreferi għall-ħidma fil-barrieri, u bla dubju ta' xejn l-OHSA ħaqqha verament prosit għal din il-ħidma.", "Nafu li l-akbar numru ta' inċidenti jsiru fil-qasam tal-kostruzzjoni, għalkemm ir-rapport qed juri wkoll li kellna żviluppi oħrajn, u fuq dan se nitkellem fil-qosor għax dalwaqt jiskadili l-ħin.", "Laqtitni wkoll paġna 20 tar-rapport, li ssemmi b'mod partikolari l-kwestjoni ta' nisa tqal li jaħdmu fis-settur tal-lukandi għax qabel ma kontx qed nirrealizza fuq liema livelli qegħdin nitkellmu u allura nħoss li l-OHSA qed tagħmel sew li qiegħda tieħu passi f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Mallia qalilna li l-injuries qegħdin jonqsu u to be fair ir-rapport hekk qed jgħidilna wkoll.", "Filwaqt li huwa tajjeb u pożittiv ħafna li s-sena li għaddiet kellna fatalità waħda fuq il-post tax-xogħol, bħalma kellna fatalità waħda anke fl-2011, min-naħa l-oħra fl-2016, pereżempju, kellna sebgħa filwaqt li fl-2015 kellna ħamsa.", "Għalhekk jien ngħid: Ejjew inkunu pożittivi, let's be forward looking, imma fl-istess ħin ejjew nagħmlu sforz kollettiv sabiex in-numru ta' fatalitajiet jonqos.", "Però nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi billi ngħid illi ma jistax ikun li awtorità fundamentali bħal din, li ħaqqha kull tifħir għall-ħidma enormi tagħha, tibqa' taħdem b'nuqqas kbir ta' staff u b'nuqqas kbir ta' flus.", "Naf li hawnhekk iċ-Chairman se jieħu għalih, imma ma jistax ikun li nibqgħu nitfgħu l-flus at the top of the pyramid.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, illum qegħdin niddiskutu awtorità li hija essenzjali biex tiġi salvagwardata s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna, u minħabba l-professjoni tiegħi bħala perit id-diskors tiegħi se jkun aktar iffokat dwar il-ħidma tal-Awtorità fil-konfront tal-industrija tal-kostruzzjoni.", "Sfortunatament minn żmien għal żmien nisimgħu b'inċidenti, b'mod speċjali fuq postijiet ta' kostruzzjoni, li jien konvint li b'aktar attenzjoni jistgħu jiġu evitati.", "Matul dawn l-aħħar snin kien hawn żieda fid-domanda ta' ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni, u għalhekk irridu noqogħdu aktar attenti biex dawk kollha involuti f'dan ix-xogħol ikunu nies tas-sengħa liċenzjati u jkunu wkoll dixxiplinati magħhom infushom biex kif jgħidu l-Ingliżi, they do not cut corners meta jiġu għax-xogħol tagħhom.", "Għalkemm għall-grazzja t'Alla l-fatalitajiet mhumiex daqshekk numerużi, kull inċident xorta qed iħalli riperkussjonijiet kbar fuq din l-industrija kif ukoll fuq min hu dipendenti minnha biex jaqla' l-għajxien tiegħu, u dan biex ma nsemmux lill-persuna li tweġġa' kif ukoll lill-familjari tagħha.", "Għalhekk id-diskors tiegħi se jkun iffokat fuq il-bżonn li jkun hemm aktar inizjattivi ħalli l-postijiet tax-xogħol tagħna jkunu aktar siguri u fl-istess ħin tinqata' l-mentalità li kulħadd jagħmel dak li jfettillu mingħajr l-ebda konsiderazzjoni għas-sigurtà tiegħu, tal-ħaddiema tiegħu, ta' ħaddiema oħra li jkunu qed jaħdmu fuq l-istess lant tax-xogħol, tal-ġirien fejn ikun qed isir ix-xogħol u ta' dawk kollha li jkunu għaddejjin mill-viċinanzi tas-sit tal-kostruzzjoni.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li nsaħħu lil din l-Awtorità u nagħtuha l-għodda kollha neċessarja biex din tkun tista' taqdi dmirha fl-interess ta' kulħadd, jiġifieri kemm fl-interess ta' min iħaddem, kemm fl-interess tal-ħaddiema kif ukoll fl-interess tal-industrija tal-kostruzzjoni inġenerali.", "Sur President, għalkemm ir-rwol ta' din l-Awtorità huwa tal-akbar importanza u ħtieġa, ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha huma minimi.", "In-numru ta' nies li jaħdmu f'din l-Awtorità huwa limitat u bi sfortuna ngħid li dawn in-nies ma jistgħux ilaħħqu biex jinforzaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li daħal fis-seħħ fl-2001, ċjoè 17-il sena ilu.", "Hemm bżonn li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Awtorità jiġu mtejba b'mod immedjat biex b'hekk jiġu attirati aktar nies lejn dan ix-xogħol, li mhuwiex xi wieħed faċli.", "L-Awtorità trid tkun proattiva biex tattira lejha health and safety officers privati wkoll ħalli dawn ikunu jistgħu jattribwixxu lejn it-tkabbir ta' din l-Awtorità u jagħmlu l-postijiet tax-xogħol tagħna aktar siguri, b'mod partikolari s-siti tal-kostruzzjoni, li bi traskuraġni jew b'nuqqas t'attenzjoni jistgħu jwasslu għal fatalitajiet bla preċedent.", "Għalhekk wasal iż-żmien li din l-Awtorità tintroduċi aktar korsijiet għal diversi professjonijiet u snajja' involuti fix-xogħol ta' kostruzzjoni, u l-attendenza għal dawn il-korsijiet trid tkun mandatorja, kemm għall-professjonisti kif ukoll għall-ħaddiema kollha involuti f'dan is-settur.", "Naturalment dan għandu jsir b'kollaborazzjoni sħiħa mad-diversi unions u assoċjazzjonijiet involuti fil-kostruzzjoni tal-bini.", "F'dan is-sens ta' min ifaħħar l-inizjattiva li kienet ħadet l-Awtorità li flimkien mal-Kamra tal-Periti organizzat seminar għall-gradwati l-ġodda u għall-periti li għandhom ċerta esperjenza.", "Inizjattivi bħal dawn m'għandhomx ikunu one-off imma għandhom isiru fuq bażi regolari għall-istakeholders kollha li jkunu involuti f'dan is-settur b'mod u manjiera li, kif spjegajt aktar qabel, kulħadd jiġi konxju mill-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tiegħu.", "B'hekk biss tista' tiġi megħluba l-mentalità ħażina ta' kollox jgħaddi u ta' xejn mhu xejn.", "Hemm bżonn ukoll li tidħol il-mentalità ta' zero tolerance f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna.", "Sur President, għalkemm matul dawn l-aħħar 15-il sena l-każijiet ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol naqsu b'mod konsiderevoli, isir kemm isir qatt mhu biżżejjed, imma nemmen li wasal iż-żmien li l-ħidma tal-Awtorità għandha tingħata l-importanza kollha meħtieġa, u dan għandu jsir bi programmi fuq diversi mezzi tax-xandir biex b'hekk jingħata l-għarfien kollu neċessarju ħalli kull min hu involut f'dan il-qasam jaderixxi u jirregola ruħu mar-rekwiżiti tad-dispożizzjoni tal-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.", "F'dan il-kontest huwa importanti li kull min hu involut ikun jaf xi tgħid il-liġi f'dan ir-rigward u jkun jaf ukoll ir-responsabbiltajiet li kull wieħed u waħda minnhom iridu jġorru fuq spallejhom.", "Qabel ma nikkonkludi d-diskors tiegħi nħoss li huwa importanti li nagħmel referenza għall-Avviż Legali 281 tal-2004, li jgħid li l-health and safety officer għandu jkun bniedem kompetenti.", "Madanakollu, fl-opinjoni tiegħi, għandha tingħata direzzjoni ċara dwar fiex tikkonsisti l-kompetenza ta' health and safety officer f'dan il-qasam għas-sempliċi raġuni li din hija l-fus ta' kemm sit ta' kostruzzjoni jkun safe biex wieħed jaħdem fih.", "Għalhekk inħoss li aktar ma l-liġijiet ikunu ċari u aktar ma jiġu eliminati klawsoli ambigwi fil-liġijiet u fl-avviżi legali li jirrigwardaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, aktar dawn il-postijiet tax-xogħol tagħna isiru siguri u l-inċidenti aktar ikomplu jonqsu b'rata mgħaġġla.", "Mela ejjew naħdmu id f'id biex insaħħu lil din l-Awtorità u nagħmlu l-lantijiet tax-xogħol tagħna aktar siguri.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, qegħdin nitkellmu fuq il-prevenzjoni mir-riskji ta' fatalitajiet waqt il-ħin tax-xogħol.", "Kif qalu l-kelliema ta' qabli, normalment meta nitkellmu fuq dan is-suġġett niftakru f'nies tas-sengħa, b'mod partikolari f'dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni jew f'uffiċini, imma jien nixtieq insemmi tliet partikolaritajiet li ftit insemmu biex noħloq kuxjenza aktar dwarhom.", "Pereżempju, nixtieq insemmi l-biological hazards li ħafna healthcare professionals u veterinarji jistgħu jgħaddu minnhom, li ħafna minnhom lanqas biss jitqiesu bħala inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "Riċentement għadu kif kelli esperjenza ta' ħaddiem li jaħdem fl-ambulanza u li qatta' xahar l-isptar minħabba infezzjoni mhux tas-soltu li ħa mingħand pazjent għax dan għamel xogħlu.", "Għalkemm dan huwa hazard fuq il-post tax-xogħol, meta titqies mill-aspett tas-servizzi soċjali din ma titqiesx b'dak il-mod.", "Hawnhekk nixtieq insemmi wkoll il-chemical hazards, l-aktar meta jkun hemm occupational exposure limits.", "Sinjura President, inti ftit qabel tkellimt dwar ir-radjazzjoni, imma hemm ukoll hazards kimiċi, u aħna rridu nkunu konxji ħafna dwarhom.", "Pereżempju, naħseb li fatturi importanti li jaffettwaw lilna lkoll huma s-psychosocial hazards, jiġifieri n-nuqqas ta' sigurtà ta' meta dak li jkun ma jkollux impjieg fiss u l-ħsibijiet dwar dan, is-sigħat twal ta' xogħol, il-workplace bullying u anke l-poor work lifestyle balance.", "Jien naħseb li llum dawn l-erba' fatturi qed iżidu d-diżordni mentali u qed iżidu wkoll il-problemi soċjali li qegħdin nesperjenzaw fil-familji tagħna.", "Hawnhekk irrid inżid punt żgħir ieħor u nsemmi lill-NGOs (non-governmental organisations) li ta' spiss ninsewhom.", "Nixtieq infakkar punt partikolari ta' NGO li taħdem fl-imħażen tal-armar tal-festi għax dan ukoll huwa volontarjat.", "Ġej is-sajf, u dawk il-persuni li jkunu fit-toroq jarmaw għall-festa wkoll huma ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.", "Għalhekk hemm bżonn li lil dawn il-ħaddiema nagħtuhom attenzjoni speċjali, u dan mhux biss billi nimponulhom imma billi nsibu dawk il-mezzi fejn ngħinuhom b'mod edukattiv anke permezz ta' inċentivi min-naħa tal-gvern.", "Għall-grazzja t'Alla s'issa qatt ma kellna inċidenti li wasslu għal imwiet imma hemm bżonn li lil dawn il-persuni li jaħdmu b'mod volontarju fl-imħażen tal-armar u b'mod partikolari fit-toroq tagħna nħarsuhom sew.", "Issa nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar li m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-OHSA.", "Naf li l-OHSA qed taħdem bis-sħiħ fil-light industry, jiġifieri f'postijiet residenzjali fejn hemm l-ismall SMEs, u jien inħeġġiġha biex tiffrekwenta aktar dawn il-postijiet tax-xogħol, però l-ERA għadha ma bdietx twettaq dmirha biex tħares u tipproteġi lill-familji li joqogħdu viċin areas industrijali.", "Issa l-ERA ilha mwaqqfa żmien, però hija għadha m'għamiltx il-parti tagħha f'dan ir-rigward, u hemm bżonn li jkun hemm bilanċ bejn dak li tagħmel l-OHSA biex tħares l-interess tal-ħaddiema fil-light industry u dak li tagħmel l-OHSA biex tħares l-interess tal-familji li jgħixu bieb ma' bieb ma' dawn l-ismall SMEs.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel u li nixtieq li forsi ċ-chairperson jieħu nota tiegħu, għalkemm ma jaqax proprjament taħt ir-remit tiegħu, huwa li naħseb illi wasal iż-żmien li nħabbtu l-bieb tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali u ngħidu li meta nħarsu lejn il-workplace u lejn l-assistenza soċjali hemm bżonn li l-affarijiet ikunu paripassu ma' dak li tirrikjedi l-ħajja moderna tal-lum għax minn dan l-aspett bqajna lura ferm.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018): Sinjura President, meta ġejt informat bid-data ta' dan id-dibattitu ma stajtx nonqos milli nattendi għalih għax jien kont iċ-chairperson tiegħu għal dawn l-aħħar snin.", "Se nagħmel diskors qasir biex nesprimi s-sodisfazzjon, l-unur u r-rikonoxximent tal-fiduċja li wera fija l-Prim Ministru meta ħames snin ilu informani li kont se niġi appuntat bħala chairperson ta' din l-Awtorità.", "Fil-fatt jien domt nokkupa din il-kariga għal madwar erba' snin, perjodu li tani l-opportunità nifhem kemm dan il-qasam huwa kompless, allavolja jien ġej mill-kamp mediku.", "Qed ngħid li dan il-qasam huwa kompless għax jiddependi fuq kompetenza teknika u għarfien xjentifiku vast ħafna.", "Dan il-qasam huwa kompless ukoll għax jeħtieġ approach professjonali li ħafna drabi jiddependi fuq is-sensittività għax ikun jinvolvi persuni vulnerabbli li jkunu jeħtieġu l-għajnuna.", "Dan huwa qasam kompless anke għax billi jirrappreżenta interessi settorjali differenti, ikun hemm opposing currents, imma fl-istess ħin jien fhimt li akbar ma tkun il-problema li wieħed ikun qed jiffaċċja, akbar ikun is-sens ta' sodisfazzjon meta b'xi mod jirnexxielna nsolvu l-problemi.", "Fil-fatt matul l-aħħar erba' snin li għaddew kellna ħafna problemi imma l-OHSA rnexxielha ssolvihom bl-unuri kollha.", "Pereżempju, hija rnexxielha ssib bilanċ u kompromess bejn diversi interessi, u dan bl-aċċettazzjoni ta' kulħadd.", "Hija rnexxielha wkoll taqdi l-funzjonijiet tagħha li taha dan l-istess Parlament permezz ta' Kapitlu 424, u dan irnexxielha tagħmlu bi professjonalità kbira u mingħajr ma tat lok li jkunu ġġenerati xi polemiċi bla bżonn.", "Tajjeb nieħu l-opportunità li nsemmi l-kritika pożittiva u kostruttiva li dejjem irċevejt fuq l-OHSA kemm domt chairperson.", "Pereżempju, waqt waħda mill-attivitajiet organizzati f'Malta mill-OHSA bħala parti mill-Presidenza Ewropea, id-direttur tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea kien qalli: Dan li għandna bżonn fl-Ewropa; inizjattivi innovattivi bħalma ħadet u qed tieħu l-OHSA f'Malta.", "Nista' nsemmi wkoll il-konklużjoni prinċipali li kienu waslu għaliha l-evalwaturi Ewropej li kienu ġew biex jevalwaw l-operat tal-OHSA, ċjoè dik li għalkemm din kienet awtorità żgħira, kienet qed tagħmel ħafna xogħol siewi u kienet ukoll immexxija tajjeb.", "Jien niftakar anke kif pajjiż partikolari - li mhuwiex pajjiż kbir ħafna anzi huwa meqjus bħala pajjiż żgħir - kien skanta b'kemm l-OHSA għandha numru daqshekk ċkejken ta' nies u fl-istess ħin qiegħda taqdi dawn il-funzjonijiet kollha.", "Ma nixtieqx nispeċifika liema kien eżattament dan il-pajjiż, però paragunabbli għall-ammont ta' popolazzjoni ta' Malta, f'dan il-pajjiż partikolari l-istess xogħol jagħmluh it-tripplu tan-nies li jagħmluh il-ħaddiema Maltin.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn l-istess evalwaturi sabu ħafna eżempji ta' prattika tajba li xtaqu jressqu quddiem pajjiżi membri oħra bil-għan li jikkonsidraw li jdaħħluhom fl-operat tagħhom.", "Dan il-feedback daqstant inkoraġġanti u pożittiv ingħata minn nies esperti fil-qasam li għandhom esperjenza ta' ħafna pajjiżi membri.", "Indunaw li għalkemm aħna żgħar fid-daqs, għandna nies kompetenti u motivati li jafu x'qed jagħmlu kif ukoll x'irid isir biex inkomplu nirreġistraw progress f'dan il-qasam, u fil-fatt progress kien hemm.", "Dan il-progress ilu ġej matul is-snin bis-saħħa ta' kull amministrazzjoni għax dan il-proċess mhuwiex xi swiċċ, iżda biż-żmien you prove yourself better, u fortunatament matul l-2017 minn rata ta' aktar minn 12-il fatalità fuq il-post tax-xogħol, irnexxielna ninżlu għal fatalità waħda.", "Mhux hekk biss imma għall-grazzja t'Alla matul dawn l-aħħar 16-il xahar ma seħħet l-ebda fatalità fuq il-post tax-xogħol għax kif qalu tajjeb ta' qabli, anke fatalità waħda hija fatalità kbira.", "Sur President, mhuwiex faċli li tkompli b'dan il-plateau għax irridu ninvestu ħafna aktar.", "Pereżempju, wieħed ma jistax jinsa l-iżball uman li sfortunatament xorta jista' jwassal għal fatalità.", "Ovvjament dan mhuwiex riżultat ta' xi kumbinazzjoni iżda huwa kollu mertu tal-OHSA.", "Fil-fatt huwa hawnhekk fejn tinstab l-isfortuna; li f'pajjiżna qisha teżisti biss din l-entità daqslikieku hija l-be-all and end-all.", "L-affarijiet m'għandhomx ikunu hekk.", "Hemm lok ta' interventi proattivi ta' ħafna, inkluż u b'mod partikolari tal-korpi kostitwiti.", "Hemm bżonn li dawn jieħdu aktar inizjattivi tanġibbli fl-interess tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol imma wkoll fl-aħjar interess tal-membri tagħhom.", "Għadek tisma' stejjer fejn l-objettiv ewlieni ma jkunx it-titjib fil-livell tas-saħħa u s-sigurtà, iżda dawn l-istejjer jintużaw biex issir pressjoni ħalli jinkisbu affarijiet oħra bħal, pereżempju, titjib fis-salarji.", "Min-naħa l-oħra smajna argumenti kontra miżuri ġodda ta' saħħa u sigurtà, allavolja dawn ikunu meħtieġa, għax jintqal li dawn ikunu jiswew il-flus, bħallikieku n-nuqqas ta' ħarsien ta' saħħa u sigurtà minnu nnifsu mhuwiex assoċjat ma' telf ta' flus u ma' miżerji għal min isofri minn xi konsegwenza negattiva, bħal pereżempju korriment, fatalità jew mard ikkaġunat mix-xogħol.", "Fil-fatt in-nuqqas ta' ħarsien ta' saħħa u sigurtà jista' jirriżulta f'nuqqas ta' produttività għall-kumpanija kif ukoll f'effett negattiv fuq l-ekonomija, fuq is-servizzi soċjali u fuq l-isptarijiet.", "Sur President, matul l-2017 in-numru ta' korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol kien ta' madwar 3,000, u ma' dan in-numru jrid jiżdied ukoll in-numru ta' ħaddiema li jkunu qed ibatu minn mard ikkaġunat mix-xogħol, bħal problemi muskoloskeletali, stress, problemi kardjovaskolari, allerġiji, kanċer, mard fil-fwied, fil-kliewi, fis-sistema newroloġika, fil-ġilda, fis-sistema respiratorja, fid-demm, fl-għadam, fis-sistema riproduttiva eċċ. Insomma, fi ftit kliem f'kull sistema jista' jirriżulta mard minn exposure fuq ix-xogħol, u dawn huma wħud mill-mard li jista' jiġi kkaġunat mix-xogħol jew inkella li huma assoċjati max-xogħol.", "Sfortunatament ma nistgħux nagħtu figura eżatta ta' kemm hemm nies li qed ibatu b'dan il-mod.", "Hemm ħafna raġunijiet għalfejn m'għandniex statistika preċiża f'dan ir-rigward l-ewwel nett għaliex il-maġġoranza tal-mard jitfaċċa xhur jew snin wara li tkun seħħet l-exposure fuq ix-xogħol u t-tieni għaliex għad m'hemmx rikonoxximent mit-tobba - tiegħi inkluż - li jista' jkun hemm assoċjazzjoni bejn is-sintomi li jkunu qegħdin jaraw fuq ix-xogħol u l-pazjent.", "It-tielet raġuni tikkonċerna n-nuqqas ta' għarfien fost il-ħaddiema dwar entitlements u benefiċċji oħra skont il-liġi dwar is-sigurtà soċjali filwaqt li r-raba' raġuni hi li ħafna mill-mard ikkaġunat mix-xogħol jista' jkollu assoċjazzjoni ma' fatturi barra mix-xogħol.", "Dawn ir-raġunijiet kollha jwasslu biex ma jkollniex stampa ċara dwar kemm hi kbira l-problema.", "Ma rridx ninftiehem li din hija xi problema unika biss għal Malta għax fil-fatt il-prevalenza ta' mard relatat max-xogħol mhi magħrufa mkien b'ċertezza, u għall-istess raġunijiet li huma rilevanti għal Malta huma rilevanti wkoll għal pajjiżi oħrajn.", "Ovvjament billi ma nafux kemm hi verament kbira l-problema, dan ma jfissirx li m'għandna nagħmlu xejn.", "Fil-fatt naf li l-OHSA hija proattiva ħafna f'dan il-qasam u ħadet u se tkompli tieħu diversi inizjattivi biex f'dan il-qasam, inkluż fost it-tobba, jiżdied l-għarfien dwar il-mard relatat max-xogħol.", "Sur President, matul l-erba' snin li domt chairperson tgħallimt ħafna affarijiet ġodda.", "Tgħallimt ukoll aktar affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' mediċina u ħassejtni kbirt fil-professjoni medika għax proprju sirt aktar konxju minn din l-assoċjazzjoni bejn il-mard u x-xogħol li għadni kif tkellimt dwaru issa.", "Iżda aktar minn hekk sirt aktar konxju u tgħallimt napprezza x-xogħol kontinwu, l-impenn u d-dedikazzjoni li għandhom il-maġġoranza l-kbira tal-impjegati tal-OHSA kif ukoll il-mard relatat u dak kollu li jista' jsofri minnu l-ħaddiem snin wara.", "Naf kemm il-ħaddiema huma motivati u kemm iridu jagħmlu differenza għall-ġid tas-soċjetà Maltija u għall-ħaddiema Maltin.", "Ma nistax ma nsemmix il-fatt li l-OHSA hija nieqsa minn ħafna riżorsi u minkejja l-missjoni enormi li għandha quddiemha, probabbilment għadha waħda mill-iżgħar entitajiet li għandna f'Malta.", "Hija mhux biss tinsab nieqsa mir-riżorsi umani iżda wkoll minn dawk finanzjarji, u dawn ir-riżorsi huma meħtieġa biex din l-Awtorità tkun tista' tniedi proġetti ġodda.", "Naf, pereżempju, li l-OHSA ilha ħafna tipprova tiżviluppa sistema tal-informatika li tgħinha tkun aktar effiċjenti u effikaċi fil-ħidma tagħha filwaqt li għandha bżonn aktar riżorsi biex tkun tista' tipparteċipa b'mod aktar sħiħ f'laqgħat u f'fora Ewropej.", "Dan jgħinha sabiex tkun aktar aġġornata fl-għarfien tekniku u sabiex tkun f'pożizzjoni aħjar biex tirreaġixxi b'mod aktar mgħaġġel għall-iżviluppi u l-proposti li jkunu qed joriġinaw fuq livell Ewropew.", "Bil-ftit li għandha l-OHSA rnexxielha tagħmel ħafna, u allura wieħed jista' biss jimmaġina x'kapaċi tagħmel aktar li kieku din kellha aktar riżorsi.", "Konvint li jekk dan iseħħ, it-track record li għandha l-OHSA jservi ta' mera għall-futur għax, biex nuża terminoloġija li ġieli wżajt qabel, il-progress li ġabet l-OHSA sar mingħajr skossi għall-industrija u għall-ekonomija Maltija.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi billi nirringrazzja lill-istaff tal-OHSA, liema staff huwa verament dedikat u ħabrieki.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kap eżekuttiv Dr Mark Gauci, li minkejja l-ostakli kollha li jsib, jibqa' jagħti servizz u pariri oġġettivi lil kull min jeħtieġhom.", "Nirringrazzja anke lill-membri tal-bord li servew fiż-żmien li kont chairperson jien, li għarfu l-importanza tad-diskussjoni u l-ħtieġa li jintlaħaq kompromess fuq issues li jaħarqu, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru li ħames snin ilu afdani bir-responsabbiltà ta' din il-pożizzjoni.", "Ovvjament jien nawgura wkoll lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Emanuel Mallia kull suċċess fix-xogħol il-ġdid tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORELLI: Sur President, kif spjegaw tajjeb il-kelliema ta' qabli, illum qegħdin nitkellmu dwar l-estimi tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.", "Dalgħodu kelli l-opportunità li nitkellem fuq estimi oħrajn; dawk tal-Awtorità tal-Ippjanar, u rrid ngħid li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Claudette Buttigieg ġibditli l-attenzjoni li dan id-dibattitu tal-lum qed jibgħat messaġġ xi ftit surreali.", "Għaliex?", "Għax jien qed nimmaġina lili nnifsi li dalgħodu kont qed nagħmel id-diskors li għamilt u jqum jiddefendi dak id-diskors is-CEO tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Ovvjament dalgħodu s-CEO tal-Awtorità tal-Ippjanar ma kienx bilqiegħda fuq il-bankijiet tal-Membri Parlamentari imma kien qiegħed f'postu, u allura naħseb li l-iskrutinju li sar fuq l-Awtorità tal-Ippjanar dalgħodu kien aktar leali, korrett u adegwat għar-rwol li għandu dan il-Parlament.", "Jien ma rridx li dak li qed ngħid b'xi mod jidher li qed inaqqas mill-istima li għandi lejn il-kollega tiegħi l-Onor.", "Emanuel Mallia, però rrid ngħid li din id-deċiżjoni tal-Gvern toħloq anomalija, inkluż anomalija ta' trasparenza u ta' good governance vis-à-vis il-poplu hemm barra.", "Imma issa ħalli niġi għall-punti li ppreparajt illum.", "Nittama biss li wieħed jikkonsidra dawn il-punti li qed insemmu.", "Immaġinaw li kieku fis-seduta ta' dalgħodu minflok għamel l-opening speech fuq l-Awtorità tal-Ippjanar il-Ministru Ian Borg u għalaq id-dibattitu s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, l-opening speech dwar l-Awtorità tal-Ippjanar għamilha s-Sur Johann Buttigieg.", "Qed ngħid dan għax illejla għandna sitwazzjoni li tirrifletti proprjament dan għax iċ-chairperson tal-Awtorità li qed niddiskutu llejla nzerta li huwa Membru Parlamentari min-naħa tal-Partit Laburista.", "Imma issa ħalli niġi għall-punti li kont se nagħmel illum għax wara kollox jien inħobb li nibqgħu dejjem inħarsu 'l quddiem, u allura llum se nkun qed nagħmel xi ftit proposti oħrajn.", "Sur President, l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jelenka bl-aktar mod ċar x'inhuma d-dmirijiet ta' min iħaddem, liema dmirijiet allura jridu jiġu riflessi fuq il-ħidma tal-OHSA.", "Pereżempju, fost id-dmirijiet jissemma d-dmir li jiġi evitat ir-riskju, jissemma d-dmir li jiġu identifikati l-perikli assoċjati max-xogħol, jissemma d-dmir li jkun hemm kontroll mill-bidu ta' dawk ir-riskji fuq riskji li ovvjament ma jistgħux jiġu evitati u jissemma wkoll id-dmir li jittieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn.", "Issa fl-istess ħin irrid ngħid li l-OHSA ilha mwaqqfa sa mill-2002 u għalkemm sar ħafna ħafna xogħol minn din l-Awtorità, minħabba n-natura ta' dan is-suġġett dejjem se jibqa' jkun hemm x'isir.", "Nemmen ukoll li anke fil-qafas legali tal-ħidma tal-Awtorità li għandna llum, filwaqt li hemm areas li huma koperti b'mod tajjeb, għad baqa' areas li hemm bżonn li wieħed jagħtihom aktar attenzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm anke areas ġodda li l-Awtorità għandha tidħol fihom.", "Jien nemmen li l-Awtorità għandha dejjem tkompli tara x'jista' jsir iżjed sabiex is-saħħa u s-sigurtà tal-individwu fuq il-post tax-xogħol jiġu mħarsa aħjar.", "Għandna naraw x'jista' jsir iżjed biex min iħaddem isibha aktar faċli li jottempora ruħu mal-liġi u għandna naraw ukoll x'jista' jsir biex jittaffew l-ispejjeż ta' min iħaddem filwaqt li s-saħħa u s-sigurtà jiġu mħarsa u rispettati xorta waħda.", "Sur President, qabel ma nkompli d-diskors tiegħi nixtieq li l-ewwel u qabel kollox nirrikonoxxi x-xogħol li qegħdin jagħmlu l-ħaddiema tal-OHSA.", "Min jaf x'inhu eżattament ir-rwol tal-OHSA jaf li l-impjegati ta' din l-Awtorità huma stretched to the limit, u allura naħseb li bħala Membri Parlamentari aħna lkoll għandna nirrikonoxxu l-ħidma ta' dawn l-impjegati li minkejja li m'għandhomx għodda u riżorsi biżżejjed, qegħdin joħorġu 'l barra minn triqithom biex verament joffru servizz tajjeb.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien ngħid li dawn il-ħaddiema qegħdin jagħmlu l-mirakli, u għalhekk illum aħna għandna l-obbligu li nagħmlu minn kollox biex inkomplu ngħinu lil dawn il-ħaddiema.", "Il-Gvern isib il-flus għal ħafna affarijiet, li wħud minnhom ikunu tajbin filwaqt li oħrajn ikunu inqas tajbin, u allura wieħed għandu jara minn fejn isib il-flus anke għall-OHSA.", "Pereżempju, li kieku dan il-Gvern ma remiex l-art tal-ITS għal €5 miljun biss kien ikollu ħafna aktar x'jinvesti fl-OHSA, però dak huwa dibattitu li eżawrejtu dalgħodu u m'iniex se nerġa' nitkellem fuqu llejla.", "Issa se niġi biex nagħmel xi ftit suġġerimenti bil-għan li l-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol verament ikompli jitjieb filwaqt li l-ħaddiema jkollhom għodda aħjar biex jaħdmu u jkunu staffed kif suppost.", "L-ewwel appell tiegħi huwa indirizzat lejn il-Gvern.", "Jekk verament irridu nieħdu s-saħħa u s-sigurtà bis-serjetà, l-Awtorità trid taħdem 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa ħalli tlaħħaq tagħmel l-ispezzjonijiet fil-postijiet kollha u mhux ġabu lill-Awtorità f'sitwazzjoni fejn trid tagħżel f'liema postijiet tmur tagħmel l-ispezzjonijiet.", "Għaliex imbagħad x'jiġri?", "Teħel l-Awtorità għax tkun marret tagħmel spezzjoni għand wieħed filwaqt li għand l-ieħor ma tkunx marret mentri r-realtà ma tkunx dik imma tkun li l-Awtorità ma tistax tagħmel mirakli bin-numru ta' ħaddiema, bir-riżorsi u bl-għodda li għandha.", "Ċertament għandu jkollha staff levels adegwati b'nies esperjenzati u b'knowledge f'dan is-settur.", "Din hija xi ħaġa li kont għedtha fl-2015 u qed nerġa' ngħidha llum.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jevalwa l-potenzjal li jkun hemm public private partnership biex illum li l-OHSA hija r-regolatur, l-amministratur, l-implementor u l-enforcer tibda tagħmel dak li verament għandha tagħmel, ċjoè li tkun regolatur, li tifformula l-istrateġija tal-Awtorità u li jkollha forward vision.", "It-tieni appell tiegħi jmur lejn il-Gvern għax nemmen li l-Gvern m'għandux jiffoka biss fuq l-inforzar.", "Naf li ttieħdu diversi inizjattivi biex isir aktar training, però dan it-training għadu mhuwiex biżżejjed.", "Jien naħseb li rridu mmorru lil hinn mis-siti tal-kostruzzjoni jew mit-training bażiku li qed isir preżentement f'oqsma oħra għax naħseb li wasal iż-żmien li f'pajjiżna jkun hawn training speċjalizzat ta' ċertu livell.", "Nixtieq norbot it-tielet appell tiegħi mar-relazzjoni ta' bejn it-toroq ta' pajjiżna u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u hawnhekk nixtieq nagħmel punt partikolari.", "L-OHSA tiffoka biss fuq il-post tax-xogħol.", "Issa minn mindu twaqqfet din l-Awtorità mill-2002 sal-2018 għaddew 16-il sena, u aħna nafu li l-perikli ma jeżistux biss fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-fatt jien naħseb li huwa hawn fejn il-Gvern irid jibda jaħseb outside of the box u jistaqsi liema areas oħra jrid jindirizza u jipproteġi f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa u sigurtà.", "Pereżempju, jien ngħid li rridu nibdew naraw kif se nimmaniġġjaw aħjar ir-riskji tas-sewwieqa, tal-passiġġieri u tal-pedestrians kif ukoll ix-xogħlijiet li jsiru fit-toroq tagħna.", "Is-saħħa u s-sigurtà jridu jingħataw prijorità verament, u mhux kemm nitfgħu d-dokumenti fit-tender document fejn għandna l-method statement u d-dokumenti l-oħrajn.", "L-istess nistgħu ngħidu għat-tabelli tat-traffiku billi minflok ma nwaħħlu ħafna tabelli tat-traffiku 'l hemm u 'l hawn, li qed jikkaġunaw distrazzjoni lis-sewwieq, forsi għandna nikkonsidraw il-konċett ta' sinjali 3D fuq l-asfaltar.", "Punt ieħor jirrigwarda lill-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Is-saħħa u s-sigurtà għal nies bi bżonnijiet speċjali mhumiex identiċi għal dawk ta' ħaddieħor, u eżempju ta' dan biżżejjed insemmu l-bankini.", "Jien se jkolli nikkonkludi hawnhekk għax l-għaxar minuti tiegħi skadewli, però nixtieq nikkonkludi b'riferenza għall-kmamar tan-nar.", "Nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familji kollha tal-inċident li seħħ riċentement, però kif għedt fil-bidu, let's not only enforce but let's support because prevention is better than cure.", "Huwa veru li forsi kamra tan-nar mhijiex post tax-xogħol u fil-bidu tal-intervent tiegħi għedt illi l-Gvern irid jara li s-saħħa u s-sigurtà jmorru lil hinn mill-post tax-xogħol għax il-korrimenti jseħħu kullimkien.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, wieħed mill-modi li bihom wieħed jista' jkejjel kemm pajjiż huwa żviluppat jew le huwa kemm jieħu s-saħħa u s-sigurtà bis-serjetà b'mod ġenerali, jiġifieri f'dan il-każ mhux kemm jieħu s-saħħa u s-sigurtà bis-serjetà fuq il-post tax-xogħol biss.", "Ħafna mill-kelliema li għamlu l-intervent tagħhom qabli tkellmu fuq il-fatt li minn mindu ġiet imwaqqfa l-OHSA fl-2002 sal-lum sar progress tajjeb.", "L-għan tal-OHSA huwa li jipproteġi lill-ħaddiema, u fl-aħħar mill-aħħar aħna lkoll ħaddiema għax ilkoll kemm aħna mmorru għax-xogħol sabiex inkunu nistgħu ngħixu l-ħajja tagħna u tal-familja tagħna bl-aħjar mod possibbli.", "Għalhekk ir-responsabbiltà li għandna aħna l-politiċi kif ukoll il-Gvern hija li kull ħaddiem Malti, Għawdxi u barrani li jaħdem f'pajjiżna jkun protett.", "Nixtieq li fil-bidu tal-intervent tiegħi nirringrazzja lill-ħaddiema li jaħdmu jew li xi darba kienu jaħdmu f'din l-Awtorità għax naf li jagħmlu xogħol impekkabbli.", "Matul ix-xhur li għaddew fix-xogħol tiegħi jien ukoll kelli x'naqsam ma' persuni li jaħdmu f'din l-Awtorità, u l-professjonalità li huma wrew kienet xi ħaġa li verament tammiraha.", "Sħabi li għamlu l-intervent qabli tkellmu fuq il-fatt li l-Awtorità għandha bżonn ħafna aktar riżorsi.", "Jien naħseb li jekk minn dan id-dibattitu li għandna hawnhekk nieħdu punt wieħed biss, għandna nieħdu l-punt li hawnhekk għandna Awtorità li qiegħda taħdem, li tista' tagħmel ħafna aktar u probabbilment jidher li r-raġuni li mhijiex qed tagħmel ħafna aktar hija li m'aħniex qed nagħtuha r-riżorsi li għandha bżonn.", "Issa meta nsemmi r-riżorsi nkun qed nirreferi għar-riżorsi finanzjarji u b'mod partikolari għal dawk umani.", "Għandna bżonn nies li jafu x-xogħol tagħhom u li huma mħarrġin għax f'pajjiż li qed jikber u li għandu ekonomija li bħalissa għaddejja b'ritmu tajjeb, hija xi ħaġa loġika li jkun hemm aktar pressjoni fuq l-Awtorità.", "Skont l-istatistika bħalissa hawn 10,000 persuna barranija li qiegħda taħdem f'pajjiżna u numru minn dawn il-ħaddiema qed jaħdmu f'postijiet fejn ir-riskju li jseħħ xi inċident huwa akbar minn postijiet ta' xogħol oħra, jiġifieri aktar ma jgħaddi ż-żmien il-pressjoni aktar qed tibqa' tikber.", "Għalhekk l-appell tiegħi l-ewwel u qabel kollox huwa li naraw illi kemm jista' jkun inżidu r-riżorsi li għandha din l-Awtorità.", "Mill-figuri li rajna u minn dak li qed nara anke fir-rapport jidher li minn mindu twaqqfet din l-Awtorità 16-il sena ilu, in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqas, u bla dubju ta' xejn waħda mir-raġunijiet li dan qiegħed jiġri hija x-xogħol li qiegħda tagħmel din l-Awtorità.", "Madanakollu kif qalu l-kelliema ta' qabli, anke jekk jibda jkollna persuna waħda biss fis-sena li tweġġa' jew tmut fuq il-post tax-xogħol xorta rridu nkomplu naħdmu biex kemm jista' jkun dan in-numru jiġi zero.", "Hawnhekk, Sur President, nixtieq nagħmel appell proprju lill-employers u lill-ħaddiema.", "Jien konxju tal-fatt li l-kultura tagħna hija ftit Mediterranja u nħobbu nieħdu short cuts, imma ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin b'din il-mentalità li t-tali ħaġa ma tistax tiġri lili, bħallikieku ċerti affarijiet jistgħu jiġru biss lil nies oħrajn.", "Għalhekk l-ewwel appell tiegħi huwa indirizzat lejn il-ħaddiema biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom filwaqt li jesiġu lill-employers tagħhom illi jagħmlu kulma jistgħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Matul dan id-dibattitu ssemmiet ħafna l-importanza tal-prevenzjoni, u allura ma nistax ma nisħaqx fuq il-bżonn li l-employer jagħmel kulma jista' biex jara li l-impjegati tiegħu jkunu protetti filwaqt li l-inċidenti jkunu evitati.", "Min-naħa tagħna, aħna l-politiċi għandna nagħmluha kemm jista' jkun faċli lill-employers tagħna sabiex idaħħlu diversi miżuri li jippromwovu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Xi kultant tisma' employers li jgħidulek illi l-miżuri li wieħed jista' jieħu għas-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol huma costs żejda li jgħollu l-prezzijiet, imma min-naħa l-oħra l-employer irid jifhem li filwaqt li huwa veru li meta inti tinvesti fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tkun qed iżżid il-costs tiegħek, wieħed jista' jimmaġina kemm jogħlielu aktar il-cost jekk ħaddiem iweġġa' jew, agħar minn hekk, imut fuq il-post tax-xogħol.", "Madanakollu aħna bħala politiċi rridu nisimgħu lill-employers, irridu nifhmuhom u rridu naraw kif nistgħu nibqgħu noħolqu skemi sabiex kemm jista' jkun intaffu l-costs tagħhom għax fl-aħħar mill-aħħar dawn qed jikkompetu ma' kumpaniji f'pajjiżi oħra li forsi huma inqas żviluppati minn pajjiżna u li allura ma jkollhomx l-istandards li jkollna aħna.", "Wieħed mill-ewwel impjiegi li kelli u li bqajt ngħożż tul ħajti kollha kien fi stamperija, u niftakar li waħda mill-isfidi li kellna dak iż-żmien kienet li konna qed nikkompetu ma' stamperiji f'pajjiżi li kienu anqas żviluppati minna.", "Għaliex?", "Għax kemm minħabba leġiżlazzjoni kif ukoll minħabba li konna qed ninvestu f'ħafna equipment u training f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-prezzijiet tal-istamperiji l-oħra lanqas biss kont tista' tqabbilhom ma' tagħna għax f'pajjiżhom il-konċetti ta' saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol lanqas biss kienu jeżistu.", "Għalhekk aħna bħala soċjetà Maltija rridu nkomplu nesiġu biex kemm jista' jkun ninvestu u naraw li kull ħaddiem ikun protett għax hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq nies u fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin hawnhekk għan-nies.", "Għandna naraw ukoll li nkomplu noħolqu skemi li permezz tagħhom il-costs li għandhom x'jaqsmu ma' saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol jonqsu sabiex l-employers tagħna jkunu jistgħu jaraw dawn il-costs bħala investiment u mhux bħala detriment għall-kompetizzjoni tagħhom.", "Sur President, wieħed mill-aktar mill-punti li tqajmu matul dan id-dibattitu kien dak li jirrigwarda l-qasam tal-kostruzzjoni.", "Illum kulħadd qed jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq il-kostruzzjoni għax f'ċerti postijiet din hija lampanti u anke unsustainable.", "Fil-fatt meta llum titkellem fuq il-qasam tal-kostruzzjoni mhuwiex biżżejjed li titkellem fuq il-bżonn li jiġu protetti l-ħaddiema kollha li jaħdmu f'din l-industrija għax mhux biss huma jinsabu soġġetti għal ċerti riskji imma anke n-nies li jgħixu viċin fejn ikun qed isir l-iżvilupp u n-nies li jgħaddu minn hemmhekk, kemm bil-pass kif ukoll bil-vetturi.", "Għalhekk kif aċċennajt anke waqt dibattitu ieħor li kellna ftit tal-ġimgħat ilu, ejjew naraw li l-istandards li jkollna fil-qasam tal-kostruzzjoni jkunu kif suppost f'pajjiż żviluppat.", "Hawnhekk jien ma qed nikkritika bl-ebda mod il-fatt li qed isiru ħafna xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'pajjiż.", "Ma ninsewx li f'pajjiżna l-kostruzzjoni hija waħda mill-industriji prinċipali tagħna, u għandna nibqgħu naraw li nieħdu ħsieb din l-industrija.", "Imma l-affarijiet għandhom isiru kif suppost.", "L-aħħar darba tkellimt anke fuq l-impatt ambjentali li tħalli l-kostruzzjoni, fosthom it-trabijiet.", "Bħalma għedt dakinhar, aħna lkoll żorna pajjiżi oħrajn xi darba jew oħra u allura lkoll kemm aħna rajna li kemm jekk il-kostruzzjoni li tkun qed issir tkun waħda kbira u kemm jekk tkun waħda żgħira, jeżistu metodi kif dan jista' jsir bi standards li jirrispettaw u jevitaw kemm jista' jkun riskji.", "Għalhekk, Sur President, nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi billi nappella lill-Gvern biex jagħti lill-OHSA r-riżorsi kollha li għandha bżonn biex b'hekk inkunu nistgħu noħolmu li xi darba f'pajjiżna ma jkollna lil ħadd li jweġġa' jew li agħar minn hekk, imut fuq il-post tax-xogħol.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, meta nitkellmu dwar l-OHSA nkunu qed nitkellmu dwar il-kontribut li qegħdin nagħtu bħala Parlament, bħala Gvern u bħala pajjiż f'dik li hi saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-fatt jien xtaqt nitkellem matul dan id-dibattitu għar-raġuni li jien għandi għal qalbi u nemmen fid-dinjità tal-bniedem, u allura meta nitkellmu fuq il-ħidma ta' awtorità bħal din inkunu qegħdin nitkellmu bis-serjetà fuq dak li nemmnu fih.", "Ix-xogħol li qed tagħmel l-OHSA huwa t-termometru li pajjiż jista' jitkejjel bih fl-apprezzament li huwa għandu lejn id-dinjità tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol tiegħu.", "Jekk nimpenjaw ruħna b'mod falz fil-ħidma ta' din l-Awtorità, sinjal li mhux veru li għandna s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal qalbna.", "Għalhekk, Sur President, l-ewwel appell li nixtieq nagħmel matul dan l-intervent huwa biex ma nkunux foloz.", "Let's not be fake u mhux ninqdew bl-OHSA biex noħolqu paraventu u mbagħad fil-verità noħolqu laissez-faire enormi!", "Immedjatament flimkien ma' dan il-ħsieb jien irrid immur mal-ewwel f'ras l-għajn billi ningħaqad ma' sħabi u nirringrazzja lill-ħaddiema tal-OHSA.", "Illum preżenti għal dan id-dibattitu qed nara persuna li meta kont Segretarju Parlamentari konna naħdmu flimkien bil-għan li nqajmu aktar awareness fost is-self-employed.", "Imma issa minn dakinhar 'l hawn għadda ftit taż-żmien mhux ħażin, u f'dan il-pajjiż ma jistax ikun li jibqa' jiżdied ix-xogħol, li jibqgħu jiżdiedu l-construction sites, li l-Gvern hekk imsejjaħ \"tal-ħaddiema\" jew \"soċjalista\" - jien ngħid b'loġika kapitalista - jibqa' jiftaħar b'kemm qiegħda tikber l-ekonomija u mbagħad l-OHSA tibqa' l-istess daqs li kienet numru ta' snin ilu mingħajr ma tikber u tavvanza pari passu ma' kemm kibret l-ekonomija tagħna.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara, biex ma mmurx ninftiehem ħażin, li ftit ilu m'għedtx \"let's not be fake!\" lill-ħaddiema tal-OHSA imma lill-Gvern li qiegħed jimmaniġġja din l-Awtorità.", "Jien ma nitfax l-onus tal-fakeness u tal-falsità fuq il-ħaddiema tal-OHSA, li jaħdmu bla heda ta' kuljum, imma nitfa' dan l-onus fuq min qed jagħti l-flus lil din il-Awtorità jew inkella fuq min qed jonqos milli jagħtiha l-flus.", "Hawnhekk se nirreferi immedjatament għal dak li qalu żewġ Membri Parlamentari min-naħa tal-Gvern; l-Onor.", "Emanuel Mallia u l-Onor.", "Meta kien qed jikkonkludi l-intervent tiegħu, l-Onor.", "Emanuel Mallia qal li rridu noqogħdu attenti li ma jkollniex atteġġjament ta' laissez-faire fl-OHSA filwaqt li l-Onor.", "Deo Debattista qal li l-OHSA hija fost l-iżgħar entitajiet li għandna - issa hawnhekk irrid infakkar li l-Onor.", "Deo Debattista huwa eks chairman tal-OHSA, jiġifieri hawnhekk qed jammetti hu stess li sab awtorità żgħira u ħalliha żgħira - li għandha bżonn aktar riżorsi finanzjarji u aktar riżorsi umani.", "Emanuel Mallia jien ngħidlu li l-atteġġjament ta' laissez-faire fir-rigward tal-apprezzament u d-dinjità tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol qed jintwera mill-Gvern li qed jiġi jaqa' u jqum mill-bżonnijiet li għandha l-OHSA, kif aċċenna l-Onor.", "Deo Debattista stess, u jkun kollu għalxejn li noqogħdu ngħidu kemm hemm bżonn li l-OHSA tagħmel aktar jekk ma nagħtuhiex ir-riżorsi umani u finanzjarji biex tagħmel dan.", "Sfortunatament illum għandna Gvern li filwaqt li jaf x'inhuma l-ħteġijiet reali, biex jagħlaq ħalq ċerti Membri Parlamentari li qegħdin fuq in-naħa tiegħu stess qiegħed jispiċċa jirredikola lil dan l-Parlament u kważi kważi he's defeating the purpose li jkollna an adequate parliament debate għax poġġa bħala chairman ta' din l-entità, li hija a non-executive institution, backbencher min-naħa tiegħu stess.", "Għalhekk hawn jien irrid ningħaqad ma' sħabi li tkellmu f'dan ir-rigward speċjalment mal-Onor.", "Claudette Buttigieg, li tkellmet tajjeb ħafna meta qalet li jekk il-Gvern verament jimpurtah mill-ħidma ta' din l-Awtorità, għandu jagħtiha aktar riżorsi umani u finanzjarji, għax aħna b'hekk biss nistgħu nemmnu li the Government means business f'dan il-qasam.", "Madanakollu qed naraw li l-Gvern qed jiġi jaqa' u jqum minn dan kollu, anke jekk b'dan il-mod jaf li qed juża atteġġjament ta' laissez-faire, għax huwa aktar jimpurtah minn kif se jagħlaq ħalq Mr X jew Mr Y billi jqabbdu jagħmel xi ħaġa … Eżempju ta' dan huwa ċ-chairman preżenti tal-OHSA, li fetaħ id-dibattitu tal-lum u li nerġa' nirrepeti huwa backbencher ta' dan il-Gvern, li l-financial package tiegħu waħdu jammonta għal madwar €22,659, u jekk tieħu inkonsiderazzjoni l-pakkett kollu ta' dak li huwa intitolat għalih issib li dan qed jispiċċa jitħallas €53,000 minn flus il-poplu!", "Dan ifisser li €53,000 mill-baġit ta' din l-Awtorità qed imorru għand backbencher min-naħa tal-Gvern, and this is not adequate, Sur President!", "Dan hu tbagħbis mad-demokrazija!", "Mela tajjeb; minflok ma nagħtu l-flus lil min verament għandu bżonnhom, qed nagħtuhom lil min diġà għandu salarju ta' Membru Parlamentari!", "Din mhijiex id-demokrazija li nemmnu fiha, u fil-fehma tiegħi this is a corrupt practice min-naħa tal-Gvern!", "Dan huwa l-laissez-faire li tkellem fuqu l-istess Onor. Emanuel Mallia, li llum huwa wkoll chairperson ta' din l-Awtorità!", "Il-Gvern kif jista' jikkundanna l-laissez-faire meta hu stess qed jagħżel dan l-atteġġjament?!", "Sur President, sfortunatament illum l-entitajiet li twaqqfu bil-liġi biex jiddefendu liċ-ċittadini, biex jiddefendu lill-ħaddiema, biex jiddefendu lil dawk li joqogħdu viċin is-siti li fihom ikun qed isir ix-xogħol u biex jiddefendu lill-familji tal-ħaddiema tagħna, minflok ma qed jonoraw l-obbligu legali tagħhom, huma iżjed servjenti u qed iservu bħala paraventu għall-Gvern tal-ġurnata.", "Bħala konsegwenza ta' dan u għall-kapriċċ ta' dan il-Gvern, l-OHSA qed tħossha ristretta wisq biex twettaq il-volum kbir ta' xogħol li għandha u għalhekk qed ikun hawn din l-attitudni ta' laissez-faire; għax din l-Awtorità mhux qed jirnexxielha tagħmel dak l-enforcement li huwa tant meħtieġ, aktar u aktar illum meta għandna ekonomija mibnija fuq cheap labour.", "Kulħadd jaf li llum qed jiġu Malta kwantità kbira ta' ħaddiema jaħdmu biċ-cheap labour, u allura jekk il-Ministru verament tirrispetta lill-ħaddiema, ma tistax tiġi hawnhekk u tgħid li hija sodisfatta bil-ħidma tagħha għax il-fatt li għandek Membru Parlamentari li qed iservi ta' abbuż għall-funzjonijiet li l-OHSA twaqqfet għalihom hija xi ħaġa ta' min jikkundannaha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tagħmel il-winding up.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Sur President, matul dan id-dibattitu smajt ħafna l-frażi \"laissez-faire\", u dan minkejja li għall-grazzja t'Alla, sal-lum ilu 17-il xahar ma jkollna xi fatalità fuq il-post tax-xogħol.", "Ovvjament kull fatalità ġġib dwejjaq u dieqa, u li kieku huwa possibbli aħna rridu li lanqas ikollna fatalità waħda, imma għall-inqas fid-dizzjunarju tiegħi l-fatt li issa ilna 17-il xahar ma jkollna mqar fatalità waħda fuq il-post tax-xogħol ma jfissirx li hawn attitudni ta' laissez-faire.", "Jien naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Karl Gouder meta rrimarka li l-health and safety tal-ħaddiema tagħna għandha tkun responsabbiltà ta' kulħadd.", "M'għandniex inħarsu lejn l-OHSA bħala l-be-all and end-all imma kulħadd irid jinvesti għal dan il-għan.", "L-employer jaqbillu jagħti kas is-saħħa tal-ħaddiema tiegħu u jinvesti fl-occupational health and safety.", "Min-naħa tagħhom, it-trade unions għandhom ifakkru lill-ħaddiema x'inhuma d-drittijiet tagħhom u jorganizzaw seminars ta' tagħrif u tagħlim, bħalma naf li jagħmlu.", "Naturalment imbagħad iridu jikkoperaw il-ħaddiema nfushom ukoll billi, pereżempju, jekk ikollhom bżonn jilbsu safety boots jilbsuh u mhux ma jilbsuhx minħabba li tkun is-sħana.", "Jien naħseb li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu biex ninvestu fl-occupational health and safety żgur li jirnexxielna nkomplu nnaqqsu n-numru ta' inċidenti u mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Sur President, jien ma stajtx inkun preżenti għall-bidu ta' dan id-dibattitu għax kieku kont niftħu jien, imma kont qiegħda nilqa' lill-Prim Ministru tal-Maċedonja, u kien għalhekk li fetaħ id-dibattitu l-Onor.", "Fl-opinjoni tiegħi, meta inti għandek persuna li hija Membru Parlamentari bħala chairperson għandek aktar political accountability.", "Aħna ilna b'din is-sistema għax qabel l-Onor.", "Deo Debattista chairperson tal-OHSA, u t-tnejn li huma għamlu u qed jagħmlu xogħol tajjeb f'din l-Awtorità.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex sar dan l-enfasi kollu għall-fatt li qabel kien chairperson tal-OHSA l-Onor.", "Deo Debattista u issa l-Onor.", "Peress li, kif għedt diġà, ma kontx preżenti mill-bidu ta' dan id-dibattitu niżżluli xi noti dwar dak li ntqal u fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova nwieġeb għal xi punti li tqajmu.", "Ħalli nibda mill-punt li sar dwar ir-reklutaġġ.", "Fil-fatt ir-reklutaġġ qiegħed isir, però għalissa nżamm xi ftit għax bħalissa qegħdin fil-proċess illi nevalwaw in-numru ta' ħaddiema li hemm bżonn.", "Peress li sar xi kumment dwar il-collective agreement ukoll, tajjeb ngħid li d-diskussjonijiet dwaru waslu fit-tmiem.", "Rigward il-kummenti li saru dwar data u mard irrid nirrimarka li din hija problema li jiltaqgħu magħha ħafna pajjiżi oħra wkoll.", "Aħna noqogħdu fuq id-data li toħroġ mill-Eurofound tal-Labour Force Survey biex nieħdu l-informazzjoni li jkollna bżonn dwar dak li hu mard.", "Saret xi mistoqsija dwar l-OHSA Social Partners Fund.", "Ta' min jgħid li kien hemm qbil bejn is-social partners kollha, fosthom bejn il-UĦM u l-GWU, biex dan il-fond jintuża għall-konferenza li saret dwar il-kanċer.", "Rigward il-mistoqsija fuq l-Att dwar ir-Radjazzjoni rrid ngħid li issa dan l-Att ġie ppubblikat, u kif jiġri dejjem issa wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-Att noħorġu r-regolamenti.", "Sur President, qabel ma nkompli l-intervent tiegħi nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-OHSA, fosthom lis-CEO u liċ-chairman ta' din l-Awtorità.", "Minkejja li l-OHSA hija awtorità żgħira, dawk kollha li jaħdmu hemmhekk jagħmlu ħafna xogħol u qegħdin ukoll naraw ir-riżultati.", "Bħalma dejjem ngħidu, għalina li jweġġa' jew li jmut bniedem wieħed ukoll huwa ħafna, u huwa b'dan il-frame of mind li jaħdmu l-OHSA; kemm jista' jkun jipprovaw jagħmlu dak kollu possibbli sabiex dejjem inaqqsu l-inċidenti u l-imwiet fuq il-post tax-xogħol.", "Però kif għedna fil-bidu, huwa importanti li kulħadd jagħti sehmu; wieħed m'għandux iserraħ biss fuq l-OHSA li qed tieħu ħsieb din il-materja.", "Kulħadd għandu stake f'din il-ħaġa; kemm il-ħaddiema, kemm l-employers kif ukoll it-trade unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.", "Illum kulħadd irid imur għax-xogħol, imma fid-dinja m'hawn xejn aktar importanti mis-saħħa, u għalhekk l-aħjar ħaġa hi li jkun hemm il-ħarsien tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol biex filwaqt li wieħed ikun qed jaħdem biex jaqla' l-għajxien tiegħu, fl-istess ħin ma jkunx qed jagħmel dan b'detriment għal saħħtu.", "Min-naħa tagħha, l-OHSA qiegħda dejjem tissaħħaħ u toħroġ b'affarijiet innovattivi f'dak li hu tagħlim għax il-prevenzjoni hija parti essenzjali minn dak kollu li qegħdin nagħmlu.", "Kemm hu aħjar li wieħed jitgħallem kif jevita l-periklu milli jġib lilu nnifsu fil-periklu, iweġġa' u x'aktarx ikollu jibqa' jbati l-konsegwenzi ta' dak l-inċident ħajtu kollha!", "Fil-bidu tal-intervent tiegħi jien għedt li ilna 17-il xahar ma jkollna mewt fuq il-post tax-xogħol però hemm min iweġġa' fuq il-post tax-xogħol u jibqa' b'diżabbiltà tul ħajtu kollha bil-konsegwenza li ħajtu tinbidel kompletament.", "Minħabba negliġenza, li tista' tkun ġejja anke minn min iħaddmek, jekk tweġġa', il-ħajja li kont imdorri tgħix tinbidel għal għomrok kollu, u allura huwa importanti li l-OHSA tibqa' teduka, tgħallem u tissorvelja biex tassigura li fuq il-postijiet tax-xogħol ikunu qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha bil-għan li tiġi ssalvagwardata l-ħajja tal-ħaddiema tagħna.", "Sur President, biex ikollna stampa ċara dwar dak li qed jiġri f'dan is-settur u nkunu nistgħu nkejlu x'tip ta' progress jew rigress qed jiġi reġistrat, huwa importanti li nanalizzaw l-istatistika miġbura rigward il-korrimenti u l-imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Issa hawn irrid ngħid li meta nipprovaw ninterpretaw ir-riżultati rridu nuru ċerta kawtela għax jekk dan isir b'mod iżolat ma nkunux nistgħu naslu għal konklużjonijiet validi.", "Pereżempju, riżultat pożittiv li jiġi miksub f'sena mhux neċessarjament jiġi ripetut is-sena ta' wara, u għalhekk biex nidentifikaw xejriet komprensivi u anke tanġibbli bilfors li rridu nikkonsidraw statistika fuq perjodu twil ta' żmien; dak li nsejħulu \"longitudinal study\", u mhux snapshot ta' mument wieħed partikolari għax kif għedt diġà, m'għandna l-ebda garanzija li riżultat li jkun ġie miksub f'sena jiġi ripetut.", "L-OHSA hija konxja ta' dan il-fatt u ilha tiġbor l-istatistika sa mit-twaqqif tagħha.", "Ta' min jgħid li dan l-eżerċizzju li qed tagħmel huwa kredibbli wkoll għax l-OHSA tiġbor l-informazzjoni minn sorsi differenti; dak li nsejħulu \"triangulation\", fejn inti ma tiħux sors wieħed imma tieħu sorsi differenti biex b'hekk tassigura li l-istatistika miġbura tkun komprensiva kemm jista' jkun filwaqt li tkun qed tagħti stampa reali.", "L-istatistika f'Malta hija bbażata fuq talbiet għall-benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, u dan ifisser li ċ-ċifri miġbura huma komprensivi għax jinkludu lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u kull inċident li jwassal biex imqar tittieħed ġurnata waħda ta' injury at work leave.", "Dan ivarja minn ħafna pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropea fejn l-istatistika tinġabar biss fir-rigward ta' dawk il-każijiet li jwasslu għal erbat ijiem injury at work leave jew inkella aktar.", "Barra minn hekk hemm ukoll diversi pajjiżi membri fejn il-liġijiet ta' saħħa u sigurtà ma jkoprux lil dawk li jaħdmu għal rashom.", "F'Malta l-liġi taħseb għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà ta' dawn il-persuni wkoll, u dan ifisser li l-istatistika miġbura tinkludi anke l-korrimenti li jsofru dawn il-persuni.", "Fir-rigward ta' fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol, l-istatistika miġbura mill-OHSA tinkludi wkoll dawk il-fatalitajiet li jinvolvu ħaddiema barranin.", "Dan filwaqt li f'numru ta' stati membri dawn l-inċidenti ma jkunux inklużi fi statistika nazzjonali.", "Għal dawn ir-raġunijiet l-istatistika miġbura f'Malta hija waħda komprensiva u peress li ilha tinġabar bl-istess mod fuq medda ta' snin tippermetti analisi u identifikazzjoni ta' xejriet li jkunu statistikament validi u robusti.", "Nistgħu ngħidu li r-riċerka tagħna hija saħansitra waħda xjentifika għax issir fuq numru twil ta' snin minn sorsi differenti.", "Il-fatt li kif għedt diġà, l-istatistika tagħna tkopri kull inċident li jwassal biex tittieħed imqar ġurnata waħda ta' injury at work leave, kuntrarjament għal dak li jiġri f'pajjiżi oħra fejn biex inċident jiġi kopert fl-istatistika jridu jittieħdu erbat ijiem injury at work leave, ifisser li aħna ferm aktar preċiżi f'dik li hija statistika.", "Sur President, ix-xejriet reġistrati fir-rigward ta' rati ta' korriment fuq ix-xogħol baqgħu neżlin 'l isfel, u hawn qed nirreferi għar-rati ta' korrimenti għal kull 100,000 ħaddiem.", "Jekk inħarsu lejn in-numru ta' mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol ninnotaw dan it-tnaqqis sostanzjali li rreferejt għalih meta nqabbluh mas-sena ta' qabel.", "Biżżejjed ngħid li matul l-2017 kien hemm biss fatalità waħda mentri matul is-sena ta' qabel kien hemm seba' fatalitajiet.", "Issa kif għedt diġà, jien ngħid li anke fatalità waħda hija fatalità żejda, però dan ifisser li r-rata ta' mwiet kienet inqas minn wieħed għal kull 100,000 ħaddiem.", "Fil-fatt l-aħħar fatalità fuq il-post tax-xogħol ġiet reġistrata li seħħet fil-5 ta' Jannar tal-2017 meta kien tilef ħajtu ħaddiem ta' 59 sena, u minn dakinhar sal-lum ma kienx hemm iżjed fatalitajiet.", "Din l-istatistika turi li qed isir ċertu progress f'dan il-qasam, u nawguraw li dan il-perjodu nieqes minn imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol ikompli jitwal.", "Madanakollu, kif għedt diġà, għandha tinżamm dejjem ċerta kawtela meta niġu biex nanalizzaw l-istatistika tagħna b'mod xjentifiku, u sabiex nieħdu stampa aktar dettaljata tas-sitwazzjoni għandna nagħtu ħarsa lejn l-istatistika ta' korrimenti ppubblikata mill-OHSA, li tiddistingwi bejn is-setturi ekonomiċi differenti.", "Dan isir biex ikunu magħrufa liema huma dawk is-setturi assoċjati mal-akbar ammont ta' korrimenti u allura liema huma s-setturi li fihom hemm l-ogħla riskji.", "Skont l-analisi li għamlet l-OHSA, is-settur li kellu l-ogħla rata ta' korrimenti għat-tielet sena konsekuttiva kien dak tat-trasport u tal-ħażna u mhux dak tal-kostruzzjoni, kif jaħsbu ħafna minna.", "Ħafna minna jaħsbu li l-aktar settur li fih isiru korrimenti huwa dak tal-kostruzzjoni, però l-istatistika tal-OHSA turina li għal tliet snin sħaħ l-akbar numru ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol seħħew fis-settur tat-trasport u tal-ħażna.", "Madanakollu rrid ngħid li matul is-sena li għaddiet kien hemm titjib fis-setturi kollha, fattur li qiegħed jiġi reġistrat għat-tielet sena.", "Għalkemm għadu kmieni biex ngħidu b'ċertezza, hemm indikazzjonijiet li l-attenzjoni li tagħti l-OHSA bl-inizjattivi varji li tieħu qed jilħqu l-objettiv meħtieġ, però minkejja dan kollu għal darb'oħra jien nenfasizza l-ħtieġa ta' kawtela fl-interpretazzjoni ta' din l-istatistika.", "Naturalment l-attenzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol għandha tkompli tikber, għandu jibqa' jsir aktar tagħlim, għandhom jibqgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha u m'għandniex nillaxkaw għas-sempliċi raġuni li mxejna 'l quddiem u kellna tnaqqis ta' inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Għalkemm nirrikonoxxu x-xejriet pożittivi li ġew reġistrati f'dan il-qasam, ċertament li aħna m'aħniex se nistrieħu fuq dawn il-kisbiet.", "Kull inċident għandu l-istorja tiegħu u jġegħelna naħdmu aktar sabiex ikun assigurat li fi kwalunkwe post tax-xogħol, kbir jew żgħir, jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha f'kull ħin u fi kwalunkwe sitwazzjoni.", "Dan minħabba li l-konsegwenzi jistgħu jkunu kbar.", "Nuqqas ta' attenzjoni għal ftit ħin, deċiżjonijiet mgħaġġla, nuqqas ta' rikonoxximent dwar l-importanza ta' teħid ta' miżuri u l-idea żbaljata li dak li jkun jista' jabbuża għax mhuwiex se jinqabad huma kollha fatturi li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi kbar fuq il-ħaddiema nfushom, fuq min iħaddimhom, fuq il-familji ta' dawk li jmutu fuq ix-xogħol, fuq is-servizzi mediċi, fuq is-servizzi tal-protezzjoni ċivili, fuq is-servizzi tal-pulizija, fuq il-qrati, fuq is-servizzi soċjali, eċċ. Fil-fatt kien għalhekk li qabel tkellimna fuq l-importanza tal-edukazzjoni u fuq il-prevenzjoni.", "Kif ġara matul is-snin preċedenti, l-OHSA kompliet taħdem u tindirizza oqsma differenti filwaqt li fl-istess ħin kompliet bil-preparamenti u bl-organizzazzjoni tal-attivitajiet li kienet responsabbli għalihom taħt il-Presidenza.", "Għax hawn irridu nsemmu li s-sena l-oħra, meta kellna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-OHSA kienet waħda mill-aktar entitajiet attivi waqt dan il-perjodu.", "Saru wkoll sensiela ta' laqgħat organizzati u mmexxija mill-OHSA barra mill-pajjiż.", "Matul dan iż-żmien tal-Presidenza l-ħidma kienet straordinarja - issa min jaf kemm għad iridu jgħaddu snin biex ikollna Presidenza oħra - però minkejja din is-sitwazzjoni straordinarja li konna fiha s-sena l-oħra, l-OHSA kompliet bil-ħidma tagħha ta' kuljum fejn jidħol trawwim dwar il-kuxjenza, dwar is-saħħa u s-sigurtà, l-iżvilupp u l-aġġornament tal-qafas leġiżlattiv.", "Fil-fatt ta' min jgħid li dak li ressaqna din is-sena kien qed jitħejja s-sena l-oħra waqt il-Presidenza, jiġifieri l-iżviluppi, it-tixrid tal-informazzjoni u l-inforzar tal-liġijiet baqgħu għaddejjin.", "Għalhekk hawn nixtieq nerġa' nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-ħaddiema, lis-CEO u liċ-chairperson tal-OHSA għad-direzzjoni li jagħtu lil din l-entità, li tibqa' għaddejja bix-xogħol tagħha minkejja li jista' jkun hemm perjodi fejn ix-xogħol jiżdied ħafna, bħas-sena l-oħra.", "Sur President, filwaqt li ta' sikwit nisimgħu bis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, ftit nisimgħu bis-saħħa u s-sigurtà tal-uffiċjali u tal-ispetturi li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Għal dan il-għan waqt il-Presidenza l-OHSA organizzat ġurnata tematika kif ukoll sessjoni plenarja tas-SLIC (Senior Labour Inspectorate Committee) fejn l-għan ta' din il-ġurnata tematika kien li titqajjem kuxjenza fost l-awtoritajiet tal-inforzar tal-liġijiet tas-saħħa u s-sigurtà fil-pajjiżi membri dwar l-isfidi li l-ispetturi jiffaċċjaw waqt xogħolhom.", "Inizjattiva simili hija dik magħrufa bħala \"Train the Trainer\" fejn l-attenzjoni tintefa' fuq is-saħħa u s-sigurtà ta' min ikun qed jaħdem biex jassigura li s-saħħa u s-sigurtà tiegħu jew tagħha jkunu qed jiġu mħarsa wkoll.", "Sur President, matul is-sena l-oħra u dik ta' qabilha sar ħafna xogħol ukoll dwar is-saħħa mentali fuq il-postijiet tax-xogħol għax ħafna drabi meta nitkellmu dwar is-saħħa fuq il-postijiet tax-xogħol naħsbu li qed nirriferu biss għas-saħħa fiżika, jiġifieri li inti ma taqax u ma tweġġax waqt li tkun qed tagħmel xogħlok, però jien naf li sar anke xogħol ma' Richmond Foundation f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk ta' min isemmi li nkiteb saħansitra ktieb fuq kemm huwa importanti li nagħtu kas is-saħħa mentali tal-ħaddiema tagħna.", "Meta xi ħadd iweġġa' fuq il-post tax-xogħol, sħabu mill-ewwel jindunaw li wieħed minn sħabhom ikun weġġa' u jkollu bżonn l-għajnuna, imma sfortunatament meta xi ħadd ikollu problemi ta' saħħa mentali - kemm jekk dawn ikunu ġejjin minn fuq il-post tax-xogħol kif ukoll jekk le - indumu iżjed ma nindunaw, u allura aħna ħassejna li għandna nqajmu awareness fuq din ir-realtà.", "Fil-fatt spetturi li ġejjin minn pajjiżi differenti tkellmu dwar ir-riskji li huma jiltaqgħu magħhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom u fost affarijiet oħrajn issemmew l-atteġġjamenti vjolenti li jkollhom jiffaċċjaw ta' kuljum kif ukoll l-effetti psikoloġiċi li jħallu fuqhom ċerti inċidenti li jkollhom jinvestigaw.", "Bħalma ġieli s-social workers jesperjenzaw burnout minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, hekk ukoll l-ispetturi ġieli jkollhom jiffaċċjaw vjolenza, bullying u anke theddid.", "Xogħol l-ispettur, li jara li s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tkun imħarsa, mhuwiex xi xogħol faċli, u wieħed irid ikollu veru karattru sod biex jaħdem f'dan il-qasam.", "Għalhekk kienet idea verament tajba li waqt il-Presidenza l-membri stati kollha ddiskutew l-esperjenzi li ġieli jgħaddu minnhom dawn l-ispetturi waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Fil-fatt ta' min jgħid li bħala preparazzjoni għal dawn id-diskussjonijiet, l-OHSA kienet għamlet riċerka fost il-pajjiżi membri dwar il-miżuri ta' protezzjoni u ta' prevenzjoni li jiġu meħuda, u r-riżultat ta' din ir-riċerka ġie ppreżentat ukoll f'din il-ġurnata.", "Din ir-riċerka wriet li hemm ċerti oqsma fejn l-ispettorati Ewropej bħala entitajiet li jħaddmu n-nies magħhom kienu qed jonqsu, u barra minn hekk irriżulta wkoll li kienu 70% tal-ispettorati nazzjonali li rrapportaw problemi ta' saħħa u korrimenti relatati mal-postijiet tax-xogħol.", "L-għan ta' din ir-riċerka kien li jiġu identifikati l-problemi sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni korrettiva għax ovvjament inti ma tistax tieħu azzjoni jekk ma tkunx studjajt u flejt kif inhuma sejrin l-affarijiet.", "Sur President, kulħadd irid imur għax-xogħol, u allura x-xogħol tagħna huwa importanti ħafna.", "Mill-banda l-oħra m'hemm xejn aktar importanti mis-saħħa tagħna, u allura s-saħħa u s-sigurtà tagħna fuq il-post tax-xogħol hija essenzjali.", "Hemm bżonn li nifhmu li lkoll kemm aħna rridu nagħtu s-sehem tagħna u mhux noqogħdu nserrħu moħħna fuq l-OHSA għax naħsbu li ġaladarba twaqqfet awtorità għal dan il-għan, allura għandha tagħmel kollox hi.", "L-aħjar ħaġa hi li kemm l-employers, kemm it-trade unions, kemm il-ħaddiema kif ukoll l-OHSA jaħdmu flimkien sabiex b'hekk is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol tagħna jitħarsu bl-aħjar mod.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "L-ISPEAKER: Division.", "Din il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 skont il-ftehim milħuq.", "Sar il-ħin.", "Issa nitlob lill-Ministru Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "HELENA DALLI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 29 ta' Mejju 2018, fis-6.00 pm b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni; u", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, ovvjament kull wieħed u waħda minna l-Membri Parlamentari għandna d-dover li meta nitkellmu f'din il-Kamra, inkunu responsabbli għal dak li ngħidu filwaqt li nkunu obbligati li dak li ngħidu jkun jirrifletti l-verità.", "Dan il-Parlament, bħala l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, ma jippermettix ċerimonji u teatrini żejda imma kull wieħed u waħda minna għandna nirrispettaw il-fatt li s-siġġu li ksibna f'din il-Kamra ġie fdat lilna min-nies li tawna l-fiduċja.", "Għalhekk jien jiddispjaċini meta nara li hawn min jiġi hawnhekk għal ftit ħin u b'ingann ipoġġi dubji dwar il-ħidma mwettqa minni bejn l-2008 u l-2013.", "Dakinhar jien u nisma' dak li kien qed jgħid il-kollega tiegħi min-naħa tal-Gvern l-Onor.", "Clayton Bartolo, li kien diskors li jmur 'il bogħod mill-verità, qajjimt point of order, però deherli li mal-ewwel okkażjoni li jkolli nitkellem waqt il-ħin tal-Aġġornament biex nagħti kont tal-ineżattezzi li għoġbu jagħmel dan id-Deputat, li jmissu jaf aħjar għaliex ġej mill-istess lokalità tiegħi u għal ħames sħaħ ħdimna - jew \"suppost li hu ħadem\", bħali - fl-interess tal-lokalità.", "Bejn l-2008 u l-2013 jien ġejt fdat bħala sindku tal-Mellieħa, u għalkemm il-kollega tan-naħa l-oħra la kien sindku u lanqas kien viċi sindku, fl-aħħar mill-aħħar l-ebda kariga m'għandha tnaqqaslek mir-responsabbiltà li għandek.", "Jekk l-Onor.", "Bartolo jrid ikun onest f'din il-Kamra u man-nies li eleġġewna, huwa jaf li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mmexxi minni flimkien miegħu - fil-fatt għal ħames snin sħaħ aħna konna bilqiegħda madwar l-istess mejda - kien responsabbli għal kull ċenteżmu li nefaq.", "Għalhekk ċertament li l-Onor.", "Clayton Bartolo ma kienx ġust meta nhar l-Erbgħa filgħaxija ġie jgħid f'din il-Kamra li jien ħallejt kunsill lokali mifni bid-dejn, u llum deherli li kelli niġi b'responsabbiltà quddiem din il-Kamra.", "Fil-fatt jien mort infittex il-working capitals ukoll.", "Qalli li jien m'iniex accountant, bħallikieku ried ifakkarna li hu accountant!", "Jien insellimlu u nawguralu kull suċċess fil-professjoni tiegħu, però l-ebda accountant m'għandu dritt jiġi f'din il-Kamra u jikkwota numri li huma 'l bogħod mill-verità.", "Sur President, illejla jien se nkun qed nikkwota l-working capitals tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ta' bejn l-2008 u l-2013 sena b'sena.", "Biex dak li jkun jifhimni aħjar, \"working capitals\" huma prattikament dawk il-flus li jkollok x'tonfoq minn sena għall-oħra wara li tkun għamilt id-dħul u l-ħruġ minnhom.", "Fil-fatt ta' min jgħid li fl-2009, li kienet l-ewwel sena sħiħa li jien, flimkien ma' sħabi, li nixtieq insellmilhom minn hawnhekk, mexxejt il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, altru li ma kienx hemm dejn għax kien hemm working capital ta' kważi €787,000.", "L-istess nista' ngħid għas-sena ta' wara, jiġifieri għall-2010, għax kien hemm working capital ta' kważi €1,100,000.", "Fl-2011 kien hemm working capital ta' kważi €1,100,000 għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa filwaqt li fl-2012, jiġifieri fl-aħħar sena sħiħa li għamilt immexxi lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, ukoll kien hemm surplus għax kien hemm bilanċ favorevoli ta' €657,000.", "Fl-aħħar sena li jien għamilt immexxi lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fl-ewwel xhur tagħha, dan il-Kunsill Lokali kellu working capital ta' ftit anqas minn €450,000.", "Din hija l-verità, Sur President!", "Issa hawn ta' min jgħid ukoll li dawn il-figuri ġew iċċertifikati mill-Awditur Ġenerali u mill-awdituri tal-kunsilli lokali filwaqt li ġew saħansitra pprovati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "Bartolo nisfidah biex jiġi hawnhekk u jiċċalinġja dan id-dokument li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nkun qed inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Li kieku jien verament ħallejt dak l-ammont ta' dejn li qed jallega l-Onor.", "Bartolo, kieku taħseb li b'xi mod kienu se jħalluni kwiet, Sur President?!", "Aħna l-Membri Parlamentari għandna r-responsabbiltà li niġu f'din il-Kamra, ma nilagħbux għall-cameras u nipprovaw - għax fuq kollox aħna obbligati nagħmlu hekk - inkunu viċin il-fatti.", "Jien nista' ngħid li dak iż-żmien il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kellu €1 miljun, però se nkun qed ngħid ukoll x'għamilna f'ħames snin, u jalla l-kunsill lokali tal-lum kif ukoll dawk li ġejjin, jaslu viċin dak li wettaqna flimkien fl-interess tar-residenti tal-Mellieħa.", "Forsi min mhuwiex mill-Mellieħa ma jinteressahx dan li qed ngħid, però jien obbligat li ngħid x'inhi l-verità għax nhar l-Erbgħa li għadda d-Deputat li rreferejt għalih ipprova jirredikola dak li sar fiż-żmien li kont sindku jien.", "Bejn l-2008 u l-2013 għamilna flimkien, mingħajr ma ħallejna ċenteżmu dejn, ħames ġonna pubbliċi, park għall-familja, kumpless tal-viżitaturi f'Selmun, xtrajna bini ġdid għall-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u minkejja li ma kienx hawn l-aġenziji li jrid jagħmel il-Gvern illum, għamilna l-itwal toroq li jeżistu fil-Mellieħa bit-tarmak, fosthom it-triq tal-Armier, it-triq li tibda mid-daħla tal-Mellieħa sa Triq il-Kbira kif ukoll Triq Ġorġ Borg Olivier.", "Ta' min isemmi wkoll l-amfiteatru u Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II, l-ewwel u l-unika żona pedonali fil-Mellieħa, li llum huwa ġojjell.", "Kif qed naraw, altru li aħna ħdimna bil-għaqal, u nerġa' ntenni li dan għamilnieh mingħajr ma ħallejna ċenteżmu dejn!", "Ma rridx ninsa d-dawl permanenti tal-knisja.", "Sur President, aħna ma waqafniex fit-twettiq tal-proġetti imma żidna wkoll is-servizzi, fosthom bil-ftuħ ta' fergħa tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għax qabel ir-residenti tal-Mellieħa kien ikollhom jinqdew mill-fergħa tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Qawra, li qiegħda 'l bogħod wisq.", "Aħna konna l-ewwel kunsill lokali li introduċejna l-family-friendly measures għall-istaff tal-kunsill lokali u konna l-ewwel kunsill lokali f'Malta li bdejna niftħu l-uffiċċju nhar ta' Sibt sakemm wara r-riforma li saret mill-Onor.", "Chris Said, illum l-uffiċċji tal-kunsilli lokali kollha saru jiftħu nhar ta' Sibt.", "Ksibna wkoll għajnuniet rekord fil-parametri tal-liġi għall-għaqdiet kollha tal-Mellieħa mingħajr distinzjoni.", "U xi ngħidu għall-attivitajiet popolari li kienu jsiru u li prattikament il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa tal-lum qatilhom, fosthom \"Iljieli Melliħin\", \"Milied Mellieħi\", l-attività li kienet tonora l-isportivi Melliħin tas-sena, Mellieħa Gardens by Night u ż-żewġ musicals oriġinali li organizzajna fejn kien hemm atturi li ħadmu fuq palk għall-ewwel darba u li permezz ta' dawn il-musicals aħna ħriġna l-kapaċitajiet tagħhom?!", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-possibbiltà li tajna lil aktar minn 500 persuna mill-Mellieħa u mill-Manikata biex isiefru bil-għan li jesponu l-kapaċitajiet tagħhom fil-parametri tal-liġi.", "Dak iż-żmien konna saħansitra ħadna ħsieb li noħorġu fondi flimkien mal-Gvern ċentrali biex illum fil-Mellieħa għandna day centre u night shelter, u dan ukoll sar mingħajr ma ħallejna ċenteżmu dejn.", "Ta' min jaċċenna wkoll għar-rekord ta' korsijiet li saru għar-residenti tal-Mellieħa mingħajr ma ħallejna ċenteżmu dejn.", "Permezz ta' ħidma flimkien mal-Gvern ċentrali, il-bajja tal-Għadira ngħatat il-blue flag u saret aċċessibbli anke għal persuni b'diżabbiltà.", "Ftaħna għall-ewwel darba tourist information office fil-Mellieħa għax irrikonoxxejna li l-Mellieħa għandha sehem qawwi fil-pakkett turistiku li nistgħu noffru.", "Tajna ċertifikat importanti - u dan jien inqisu fost l-aqwa passi 'l quddiem li għamilna - ta' destinazzjoni ta' eċċellenza tal-Unjoni Ewropea fejn irrikonoxxejna l-parks li għandna, il-wesgħat pubbliċi kif ukoll iż-żoni protetti, bħalma huma s-siti ta' Natura 2000.", "Dan kollu għamilnieh mingħajr ma nfaqna ċenteżmu aktar milli konna obbligati li nonfqu, Sur President!", "Però rrid ngħid li filwaqt li ħallejna kunsill lokali b'saħħtu, jien flimkien ma' sħabi ħallejna wkoll id-dokument Sustainable Development Strategy for the locality of Mellieħa għax nemmnu fis-serjetà.", "Hija ħasra li l-kunsill lokali preżenti naqas milli jkompli jimxi mal-viżjoni li kellu dan id-dokument għal tlieta jew erba' snin biex inħallu lokalità aħjar u biex f'pajjiżna nħallu lokalità li tkun tista' tkompli tikkontribwixxi.", "Ta' min jgħid li dan id-dokument sewa €10,000, però aħna ma ħallejniex ċenteżmu wieħed dejn, kif intqal li għamilna f'din il-Kamra bl-aktar mod irresponsabbli.", "Sur President, aħna la ħallejna dejn u lanqas ħallejna policies tal-MEPA jinbidlu biex illum ġejna f'sitwazzjoni fejn għandna straġi sħiħa fil-bypass tal-Mellieħa!", "Fil-fatt sa ftit qabel ma bdejt dan l-intervent ċempluli nies u anke bagħtuli messaġġi biex jinformawni li bħalissa t-triq tax-Xemxija tinsab magħluqa filwaqt li t-triq tal-Miżieb qiegħda tintuża bħala two-way.", "Jien hawnhekk nistaqsi: Kif jista' jkun li hawn dan in-nuqqas ta' viżjoni?!", "Dak hu li m'għamilniex f'ħames snin aħna, u altru li ma ħallejniex dejn!", "Lanqas ħallejna art pubblika li kienet għand il-kunsill lokali b'encroachment taħrab minn idejh!", "Aħna konna qed inħarsu lejn il-possibbiltà li noħolqu sala li tattira niċeċ ġodda għall-qasam tat-turiżmu ġewwa l-Mellieħa, bħal indoor sports u konferenzi, però l-kunsill lokali tal-lum għalaq għajnejh u ħalla din l-art taħrablu minn taħt idejh!", "Dawn huma d-differenzi li hemm bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ta' bejn l-2008 u l-2013 u dak tal-lum, u għalhekk iddispjaċieni meta kien hawn min kien irresponsabbli u ġie jgħid hawnhekk li aħna ħallejna ammont konsiderevoli ta' dejn.", "Nerġa' ngħid, biex min qed isegwi jifhem sew, illi matul il-ħames snin li fihom aħna mexxejna l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa konna responsabbli għal kull ċenteżmu li nfaqna, u altru li ma ħallejniex dejn!", "Nerġa' nsemmi li fl-2009, jiġifieri fl-ewwel sena sħiħa li kienet immexxija minna, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kellu €787,000 x'jonfoq, fis-sena 2010 il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kellu 'l fuq minn €1 miljun x'jonfoq u l-istess nistgħu ngħidu għall-2011.", "Imbagħad fl-2012 il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kellu kważi €700,000 x'jonfoq filwaqt li fl-2013 ħallejna Kunsill Lokali b'saħħtu wkoll għax lill-Kunsill Lokali tal-lum ħallejnielu €435,000 x'jonfoq.", "Jien se jkolli nieqaf hawnhekk biex nagħti ċans lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Therese Comodini Cachia tagħmel l-intervent tagħha hija wkoll f'dan l-Aġġornament.", "Nittama biss li meta niġu f'din il-Kamra nkunu responsabbli għal kull kelma li ngħidu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, illum nixtieq li jkolli ħin biżżejjed biex nitkellem dwar l-użu tas-social media u anke l-għarfien pubbliku li huwa meħtieġ li nqajmu sabiex nindirizzaw ir-realtajiet online.", "L-għan li għalih twaqqfet is-social media huwa tajjeb għax din tiffaċilita l-komunikazzjoni, it-tixrid tal-informazzjoni kif ukoll il-fehmiet.", "Fil-fatt dan huwa għan nobbli, speċjalment meta wieħed jara kif is-social media tat il-ħajja lil dawk il-komunitajiet li huma maqtugħa u mwarrba.", "Iżda kull għan nobbli, inkluż l-għan li għalih ġiet ivvintata s-social media, jekk ma jingħatax għarfien dwar kif u għaliex għandu jintuża, jista' jservi bħala għodda biex wieħed jabbuża minnu, speċjalment jekk dan ma jkollu l-ebda qafas jew parametri.", "Għalhekk min juża s-social media biex joħloq il-mibegħda, biex jagħmel attakki orkestrati fuq persuni partikolari u biex jikkomunika ideat li mhumiex posthom f'soċjetà demokratika, ikun qiegħed jippreġudika u jagħmel ħsara kbira lis-soċjetà.", "Hawnhekk m'iniex qed nirreferi għas-sempliċi exchange ta' ideat li jseħħ fuq is-social media, lanqas għal meta dak l-exchange ikun wieħed animat b'passjoni ta' ideat, iżda qiegħda nirreferi għal dak l-exchange fuq is-social media li jmur oltre mil-libertà tal-espressjoni, jiġifieri għal meta wieħed ikun qed jabbuża minn tali libertà sabiex jagħmel il-ħsara lill-oħrajn.", "Sakemm wieħed ikun qed jitkellem dwar il-libertà tal-espressjoni online, jien inkun minn ta' quddiem biex niddefendiha, però jkun żbaljat min jaħseb li jista' jinħeba wara l-computer, wara l-gadget li jkollu jew inkella wara fake profile biex minflok ma jesprimi opinjoni, jesprimi mibegħda, ixewwex fil-konfront ta' oħrajn jew joħloq stejjer foloz.", "Il-Kostituzzjoni tagħna u anke l-Konvenzjoni Ewropea jirrikonoxxu li dik il-komunikazzjoni li tkisser l-għaqda fil-komunità, li tkebbes in-nar tal-mibegħda u li xxewwex kontra persuni oħrajn issib il-limiti tal-protezzjoni u jistħoqqilha tiġi punita.", "Is-social media tagħtik l-ispeditezza li biha jasal messaġġ għand ħafna nies u konsegwentement toħloq ċiklu ta' komunikazzjoni ta' ideat li minħabba n-numru tan-nies li jkunu qegħdin jaqsmu dak il-messaġġ, dak il-messaġġ jiddomina n-newsfeed u l-comments board fuq il-pjattaformi tas-social media.", "Dan iċ-ċiklu joħloq mob, jiġifieri grupp b'aġir aggressiv u bla rażan.", "Meta jkollna mob fiżika, din twassal għal vjolenza fiżika, però meta din l-aggressjoni jew mibegħda tkun koordinata u ssir online, hija rikonoxxuta bħala online mobbing.", "Dan iseħħ billi tiġi identifikata persuna li tkun esprimiet opinjoni jew tkun wettqet xi azzjoni, dik l-opinjoni jew azzjoni tiġi perċepita minn grupp online bħala li thedded il-poter tagħhom u dawn jorkestraw attakk serju fuq dik il-persuna u fuq l-account tas-social media li tkun qed tmexxi dik il-persuna.", "F'soċjetajiet mhux demokratiċi naraw dawn l-attakki jseħħu fuq min jopponi lill-gvern, fuq min jikxef il-korruzzjoni, fuq min mhuwiex lest li jħalli għajnejh jiġu mgħammda u fuq min jagħraf jaħseb għalih.", "Min jistudja s-suġġett tal-proċess demokratiku jikkonkludi li dawn is-sitwazzjonijiet huma attakki li jsiru sabiex isikktu lil kull min ma jaqbilx ma' dak il-grupp permezz tal-fastidju u tal-vessazzjoni.", "Però, Sur President, kif nafu llum jidher li anke f'pajjiżna s-social media qiegħda tintuża bħala għodda minn gruppi sabiex jikkontrollaw u joħonqu l-libertà tad-diskussjoni politika, sabiex joħolqu mibegħda fil-konfront ta' dawk li jesprimu fehmiet differenti minn tagħhom u sabiex \"jaħdmu\" lin-nies billi jagħtuhom il-messaġġ li huma jriduhom isegwu.", "Dawn il-gruppi qegħdin jabbużaw mill-użu tas-social media biex ikattru l-mibegħda politika u joħonqu d-diskussjoni libera li kull demokrazija għandha bżonn filwaqt li qegħdin ikissru s-sens ta' komunità.", "F'dan il-Parlament kemm-il darba kien hemm Deputati, kemm minn din in-naħa kif ukoll min-naħa tal-Gvern, li sejħu għall-għaqda nazzjonali u li l-messaġġ tagħhom dejjem kien sabiex inaqqsu dik li jien insejħilha \"politika partiġġjana estrema\".", "Kellna wkoll lil min b'kuraġġ u b'sens ta' responsabbiltà ġurnalistika qawwi investiga x'qiegħed jiġri f'dawn il-gruppi fuq is-social media, u hawn qed nirriferi għax-xogħol ġurnalistiku li sar minn The Shift News kif ukoll minn gazzetti oħra.", "Huma wrew kif dawn il-gruppi jikkontrollaw u jgħaddu messaġġi ta' mibegħda sabiex jirredikolaw u jattakkaw individwi oħra.", "Fil-fatt dawn il-gruppi jużaw is-social media sabiex jassiguraw li l-messaġġ dominanti jkun dejjem tagħhom filwaqt li jeskludu messaġġi oħrajn.", "Dawn il-gruppi qed jużaw is-social media b'tali mod illi jekk huma jkunu ċerti li jkollhom numru ta' nies li lesti jaqsmu l-messaġġ tagħhom, allura huma jsiru r-rejiet tas-social media għax ikunu kkontrollaw eluf ta' nies u influwenzawhom b'messaġġ mibni fuq mibegħda skont dak li jaqbel lilhom.", "Nerġa' nfakkar li dan kollu qiegħed isir sempliċement għaliex il-vittmi tagħhom ikunu esprimew opinjonijiet jew ħadu azzjonijiet li dawn il-gruppi ma jkunux jaqblu magħhom.", "Issa, Sur President, ġaladarba ħafna Membri tal-Gvern dejjem ifakkruna li jridu l-għaqda u ġaladarba din l-investigazzjoni kixfet li hemm Membri tal-Gvern, inkluż il-Prim Ministru, li huma parti minn dawn il-gruppi ta' mibegħda, allura jien se jkolli nibda nifhem li s-sejħa għall-għaqda li ssir mill-Gvern mhi xejn aktar minn sejħa biex kulħadd jibda jaħsibha bħall-Gvern biss u biex kulħadd jieqaf milli juża moħħu u jaħseb.", "Jien ma nippretendix li l-Prim Ministru jkun qiegħed iħaddem l-accounts tas-social media tiegħu nnifsu hu personalment u nifhem li forsi għandu mpjegati li jeħdulu ħsieb l-accounts tas-social media huma, però huwa inaċċettabbli li prim ministru ma jiddistakkax ruħu mill-membership tiegħu f'dawn il-gruppi, anke jekk dik il-membership tkun saret mingħajr l-approvazzjoni tiegħu.", "Dan jgħodd ukoll għal dawk id-Deputati kollha li huma membri ta' dawn il-gruppi u jgħodd saħansitra għal kull uffiċjal pubbliku għax dan imissu jagħraf ir-responsabbiltà tal-pożizzjoni tiegħu u jġorr ir-responsabbiltà li l-pożizzjoni tiegħu tagħtih.", "F'pajjiż demokratiku kont nippretendi li kull Deputat li huwa membru ta' dawn il-gruppi kien se jittermina l-membership tiegħu b'mod immedjat filwaqt li jinforma lill-pubbliku li huwa qed jiddistakka ruħu minnhom.", "Biex nikkonkludi, meta tintuża l-echo chamber tas-social media sabiex jitwettaq online mobbing, għalija għall-inqas dan għandu jitqies bħala fastidju li għandu jiġi investigat mill-prosekuzzjoni u punit mill-qorti.", "Iżda sadanittant jiena rrid nistieden lill-Gvern sabiex iwassal messaġġ ċar li online mobbing, mibegħda u tixwix m'għandhomx post fis-soċjetà tagħna.", "Dan jista' jsir billi d-Deputati li ġew żvelati li huma membri ta' dawk il-gruppi jitterminaw il-membership tagħhom f'dawn il-gruppi filwaqt li jikkundannaw il-mibegħda li qed issir minnhom.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 29 ta' Mejju, 2018 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub huwa diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub huwa diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4867.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema fil-Community Work Scheme ġewwa Għawdex u Malta li jagħmlu xogħol klerikali, xogħol ta' messaġġier/a, xogħol ta' telephone operator u xogħol ta' cleaner?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ingħatawx xi forma ta' kors, u jekk fl-affermattiv x'tip ta' kors ingħataw?", "X'tip ta' korsijiet hemm ippjanati li jingħataw lill-ħaddiema ta' din l-iskema matul is-sena 2018?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab infurmat li f'Jannar 2018 kien hemm total ta' 839 parteċipant fil-Community Work Scheme - 503 f'Malta u 336 f'Għawdex.", "Minn dawn kien hemm:", "Huwa min iħaddem li jara li l-ħiliet tal-individwu huma adegwati għax-xogħol li jsir.", "Il-Jobsplus ma żżomm l-ebda informazzjoni dwar taħriġ li qed jieħdu dawn il-ħaddiema li huma ingaġġati ma' employer privat.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FONDI EWROPEJ MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3169 tista' l-Ministru tgħid x'applikazzjonijiet ġodda saru mill-Ministeru għal Għawdex għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020?", "Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet?", "Tista' tgħid f'liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?", "F'kull każ, tista' tgħid kemm tħallas s'issa mill-Fondi Ewropej fuq kull proġett jew inizjattiva approvata f'Għawdex mill-istess baġit?", "HELENA DALLI: L-aġġornament tat-tabella li kienet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3169 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "F'din it-tabella hemm indikat in-nefqa li saret s'issa f'dak li jikkonċerna l-lista tal-applikazzjoniet li saru mill-Ministeru għal Għawdex u li ġew approvati għall-Programmi tal-Fondi Ewropej (2014-2020).", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PERSUNI INGAĠĠATI ĠODDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda, fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1796, 2497 u 4259 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta' Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-settur pubbliku (inklużi intrapriżi pubbliċi)?", "Kemm minn dawn kienu impjegati full-time?", "Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time?", "U kemm minn dawn kienu impjegati b'kuntratt definit?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PROJECT PLUS MALTA - PROĠETTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Projects Plus Malta s'issa minn kemm ilha li twaqqfet u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru jew jibdew sal-aħħar tas-sena 2018?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-proġetti saru jew huma ppjanati li jsiru ġewwa Għawdex?", "Jista' jgħid kemm sewa kull proġett li sar jew se jsir ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018 u min ħareġ dawn il-flus?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4555.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħtha, kemm kienet in-nefqa f'materjal stampat minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena?", "F'kull każ x'kien l-iskop li għaliha sar l-istampar?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Robert Arrigo, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat)?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat u x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Robert Arrigo m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Frederick Azzopardi, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat)?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Frederick Azzopardi m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Jason Azzopardi, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat)?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Jason Azzopardi m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Ivan Bartolo, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat)?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Ivan Bartolo m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Anthony Bezzina, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat)?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Anthony Bezzina m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Simon Busuttil, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat)?", "Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Simon Busuttil m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "STANDARDS NAZZJONALI TAS-SERVIZZI RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-iStandards Nazzjonali tad-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità se jiġux applikati wkoll għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull proġett residenzjali fil-komunità għal persuni b`nuqqas tas-saħħa mentali jiġi awtorizzat mill-Commission for the Rights of Persons with Disability (CRPD) qabel jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar, waqt li jsiru spezzjonijiet mid-Dipartiment għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa li japplika standards skont il-liċenzja maħruġa.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Wara l-inċident barbaru u kundannabli fuq il-pulizija tat-traffiku li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jikkonsidra l-Ministru li l-pulizija tat-traffiku jibdew ikunu armati b'arma tan-nar?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm mhuwiex opportun li tagħrif dwar l-operat tal-Pulizija jiġi mxandar, bħalma dejjem isir il-Pulizija se tagħmel l-evalwazzjoni tagħha sabiex jiġi determinat x'deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu f'dan ir-rigward.", "TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI – APPELLI PENDENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom, f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "BANK ĊENTRALI TA' MALTA – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ĦATRIET F'BORDIJIET TAL-GVERN U ENTITAJIET PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Bank Ċentrali ta' Malta li għandhom ħatriet f'bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi oħra?", "Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-ħaddiema, x'kariga jew pożizzjoni għandhom fil-Bank Ċentrali ta' Malta, x'rimunerazzjoni għandhom u jekk humiex eżenti mill-impjieg tagħhom mal-Bank Ċentrali ta' Malta għad-dmirijiet tagħhom f'bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi oħra?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex intgħażlu dawn il-persuni għal dawn il-pożizzjonijiet u xi rwol għandu l-Bank Ċentrali ta' Malta fl-għażla tagħhom?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista tal-impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta li għandhom ħatriet fuq Bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-impjegati huma eżentati mill-impjieg tagħhom mal-Bank Ċentrali sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fuq il-Bordijiet tal-Gvern u entitajiet pubbliċi sabiex jattendu l-laqgħat tagħhom.", "Normalment l-impjegati jpattu għall-ħin mogħti għal xogħol ta' dawn l-entitajiet.", "Il-kriterji biex intgħażlu dawn il-persuni huwa determinat mill-kapaċitajiet tal-persuni u l-Bank Ċentrali huwa kkonsultat qabel ma dawn il-persuni jintgħażlu.", "Ir-remunerazzjoni hija mogħtija fuq il-merti tal-pożizzjoni u l-Bank Ċentrali m'għandux informazzjoni dwarha għall-persuni kollha msemmija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda.", "BANK ĊENTRALI TA' MALTA - SAFAR LI SAR MILL-GVERNATUR U Ż-ŻEWĠ DEPUTATI GVERNATURI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar safar li sar mill-Gvernatur u ż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mis-safriet, x'kienet il-ħtieġa tas-safra, kemm swiet f'akkomodazzjoni, biljetti tal-ajru, assikurazzjoni, kemm ingħataw allowances, xi spejjeż oħra saru u minn min kienu akkumpanjati?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Dwar l-assikurazzjoni l-Bank Ċentrali jħallas premium wieħed li jkopri s-safar kollu fuq xogħol uffiċjali li jsir mill-impjegati kollha tal-Bank.", "Għalhekk wieħed ma jistax jidentifika l-assikurazzjoni għal kull safra.", "BANK ĊENTRALI TA' MALTA - GVERNATUR U Ż-ŻEWĠ DEPUTATI GVERNATURI – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal-laqgħa/t ma' uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, ħaddiema, diretturi jew azzjonisti tal-bank li dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saret din il-laqgħa/t, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal din il-laqgħa/t, min talab li ssir il-laqgħa u x'kien l-iskop tal-laqgħa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħa, min talab li ssir il-laqgħa u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa ma saritx?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt ma saret talba għal laqgħa mal-Gvernatur jew ma' kwalunkwe Deputat Gvernatur minn uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, impjegati, diretturi jew azzjonisti tal-bank imsemmi fil-mistoqsija.", "BANK ĊENTRALI TA' MALTA - GVERNATUR U Ż-ŻEWĠ DEPUTATI GVERNATURI – LAQGĦAT MA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħa/t, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħa/t, min talab li jsiru l-laqgħa/t u x'kien l-iskop tal-laqgħa/t?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħa/t u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa/t ma saritx/ma sarux?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saret ebda talba għal laqgħa mal-Gvernatur jew ma' kwalunkwe Deputat Gvernatur mill-persuna msemmija fil-mistoqsija.", "BANK ĊENTRALI TA' MALTA - GVERNATUR U Ż-ŻEWĠ DEPUTATI GVERNATURI – LAQGĦAT MA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur u xi wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħat, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat u x'kien l-iskop tal-laqgħat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħat u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħat ma sarux?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-15 ta' Mejju 2018, l-individwu kkonċernat talab laqgħa mal-Gvernatur.", "Il-laqgħa kienet mitluba f'isem wieħed mill-imsieħba f'joint venture ikkuntrattat mill-Bank Ċentrali ta' Malta fl-4 ta' Settembru 2013 biex iwettqu xogħlijiet f'Binja Laparelli.", "Laqgħa f'dan ir-rigward baqgħet ma ġietx stabbilita.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bollards li hemm fuq il-bankini fi Triq San Trofimu f'Tas-Sliema sarux bil-permess ta' Transport Malta?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport m'hemm l-ebda approvazzjoni għal tali bollards fi Triq San Trofimu f'Tas-Sliema.", "DELIMARA – ST PETER'S POOL – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati xogħlijiet sabiex ikun hemm aċċess aħjar għall-bajja ta' St Peter's Pool f'Delimara?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed twettaq diversi xogħlijiet infrastrutturali sabiex ittejjeb il-kwalità ta' għadd ta' toroq li nużaw aktar ta' spiss fis-sajf fosthom toroq li jwasslu għall-bajjiet.", "L-ewwel xogħlijiet bdew bil-bini mill-ġdid ta' parti mit-triq tax-xatt tax-Xemxija (Triq il-Pwales), il-konnessjoni ewlenija lejn il-Mellieħa u nħawi oħra tan-naħa ta' fuq tal-pajjiż, fosthom l-Għadira, l-Armier, iċ-Ċirkewwa u l-Marfa.", "Dan ix-xogħol issa tlesta u bħalissa qed isir xogħol ta' tiswija urġenti fl-istruttura tal-pont ta' Triq il-Mistra u tiswijiet u asfaltar fit-triq ewlenija bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, inkluż it-telgħa ta' Selmun, aktar 'il fuq f'din l-istess rotta.", "Għaddej ukoll ix-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-bypass tal-Mellieħa.", "Fil-jiem li għaddew tlesta l-bini mill-ġdid tat-toroq li jwasslu għax-xtajta ta' Għar Lapsi, b'investiment ta' aktar minn €0.5 miljun.", "Bdew ukoll it-tħejjijiet tal-ewwel fażijiet ta' proġett parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, sabiex gradwalment jinbnew mill-ġdid it-toroq fil-kampanja li miż-Żejtun iwasslu għal Tas-Silġ, Delimara, Marsaxlokk, Xrobb l-Għaġin, il-Bajja tal-Kalanka, il-Ħofriet u St Peter's Pool.", "Dawn it-toroq jinkludu Triq Delimara u Triq Xrobb l-Għaġin, li bejniethom għandhom tul ta' madwar sitt kilometri.", "L-ewwel fażijiet ta' dan il-proġett, fil-ġimgħat li ġejjin, se jinkludu t-triq u l-passaġġ tal-mixi li jwasslu għal St Peter's Pool, li f'dawn l-aħħar snin saret waħda mill-aktar bajjiet popolari fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Din il-ħidma kollha fl-inħawi taż-Żejtun u Marsaxlokk mistennija tilħaq investiment ta' €1.8 miljun, b'madwar 21,000 metru kwadru ta' asfalt ġdid.", "DAR TAL-ANZJANI - KAŻ TA' ANZJANA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5753 u jintervjeni biex anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tinsab f'dar tal-anzjani ssirilha gwardarobba żgħira għaliex il-qraba qed jispiċċaw ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ għax m'għandhomx fejn ippoġġuhom, inkluż ħwejjeġ tas-sajf u tax-xitwa?", "Billi din l-anzjana qed tispiċċa bil-ħwejjeġ fuq is-siġġu, huwa possibbli li tinstab soluzzjoni aktar dinjituża billi ssirilha gwardarobba żgħira li kif jien informat diġà saru għal xi anzjani oħrajn?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhijiex residenti fid-dar tal-anzjani msemmija b'mod separat.", "Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - CARERS PROVDUTI MINN KUNTRATTUR", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5761 u jintervjeni mal-kuntrattur li jipprovdi l-carers fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li l-carers, fosthom nisa li jaħdmu fuq bażi part-time mal-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jixtiequ jaħdmu numru ta' ġranet fil-ġimgħa u minflok qed jingħataw ġurnata waħda biss filwaqt li minflokhom qed jiddaħħlu carers barranin?", "Filwaqt li nifhem l-importanza tal-ħaddiema barranin f'ċerti oqsma tal-ekonomija tagħna, ma jaħsibx li l-preċedenza għandha tingħata lill-carers Maltin, li ħafna minnhom huma nisa li jkunu miżżewġin bil-familja u jkunu jistgħu jaħdmu fuq bażi part-time?", "Ma jaħsibx il-Ministru li hija ironija li ngħidu li rridu aktar nisa fid-dinja tax-xogħol, imbagħad f'istituzzjoni tal-Gvern stess, il-kuntrattur qed jagħti preferenza lill-ħaddiema barranin fuq dawk Maltin li jkunu informaw il-kuntrattur konċernat kemm jixtiequ jaħdmu imma qed jaħdmu ferm u ferm anqas għax minflokhom qed jiġu mgħajta carers barranin għax-xogħol?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' carers kull ġurnata jvarja skont ir-raġunijiet imsemmija hawn taħt:", "Vacation Leave u Sick Leave tal-ħaddiema tal-kuntrattur;", "Vacation Leave u Sick Leave tal-ħaddiema tal-Gvern;", "Numru ta' pazjenti li jirrikjedu carer on constant watch;", "Numru ta' pazjenti li jirrikjedu carer biex takkumpanjahom fl-ambulanza meta jmorru l-Isptar Mater Dei.", "L-ordni ta' preċedenza ta' allokazzjoni tal-carers hija kif spjegat hawn taħt:", "Carers fuq bażi full-time u fuq bażi part-time on fixed roster;", "Carers fuq bażi part-time by availability;", "Carers fuq bażi part-time on fixed roster li jaċċettaw li jaħdmu sigħat addizzjonali;", "Carers fuq bażi full-time li jaċċettaw li jaħdmu sigħat addizzjonali bħala overtime.", "PBS – XANDIRIET DIRETTI TAL-WORLD CUP", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-PBS hux se jxandar il-logħbiet kollha tal-World Cup live?", "Jekk iva, jista' jgħid fuq liema channel?", "OWEN BONNICI: Bi pjaċir inħabbar li l-Public Broadcasting Services Ltd. se xxandar il-logħbiet kollha tal-World Cup.", "Il-logħbiet primarjament se jixxandru live fuq TVM ħlief għal meta l-logħob ikun fit-20:00 u jaħbat mal-bulettin tal-aħbarijiet.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi l-logħob jiġi mxandar fuq TVM2.", "Meta jkun hemm żewġ logħbiet fl-istess ħin, dawn se jixxandru waħda fuq TVM u l-oħra fuq TVM2.", "AĠENZIJA AMBJENT MALTA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal it-twaqqif tal-aġenzija Ambjent Malta li t-twaqqif tagħha ġie mħabbar f'Lulju tal-2017?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-twaqqif ta' Ambjent Malta jinsab fi stadju avvanzat.", "Ħarġu sejħiet għal direttur ġenerali kif ukoll għal żewġ diretturi oħra.", "Malli jingħalaq il-proċess tal-għażla tkun tista' tiġi varata Ambjent Malta.", "Sadanittant qiegħed jinħoloq ukoll Bord ta' Governanza biex jissorvelja l-operat ta' Ambjent Malta kif ukoll qed jitħejjew il-business plans għal dan id-direttorat ġenerali ġdid.", "PROĊESS TAL-APPLIKAZZJONI TAD-DAR TAL-ANZJANI FL-IMQABBA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni tad-Dar tal-Anzjani fl-Imqabba?", "Peress li saru oġġezzjonijiet kbar mir-residenti dwar is-sit propost, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qed jiġu kkonsidrati siti alternattivi?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-proġett qed jitmexxa minn Projects Malta.", "Għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.", "BIRŻEBBUĠA – PROĠETT TA' MANUTENZJONI U TA' TISBIĦ FIL-HOUSING ESTATES", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx maħsub proġett ta' manutenzjoni u ta' tisbiħ fil-Housing Estates f'Birżebbuġa?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa bbenefika mill-Iskema 2 – Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern fl-2015 b'erba' blokki.", "Il-blokok li bbenefikaw minn skema 2 huma:", "Blk B, Triq San Franġisk", "Fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi ffirmat ukoll il-ftehim ma' Blokk 2, Triq tal-Ġebel, Birżebbuġa.", "ĦAL KIRKOP – PROĠETT TA' MANUTENZJONI U TA' TISBIĦ FIL-HOUSING ESTATES", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx maħsub proġett ta' manutenzjoni u ta' tisbiħ fil-Housing Estates f'Ħal Kirkop?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop ibbenefika mill-Iskema 2 – Manutenzjoni tal-Komun fil-Binjiet tal-Gvern b'erba' blokki fl-2016 u żewġ blokki fl-2017.", "Preżentement għadu għaddej ix-xogħol fuq l-aħħar żewġ blokki:", "Blk B, Misraħ Jeremy Boissevain, Qasam tal-Menħir, Kirkop – ix-xogħol kważi lest.", "Blk E, Qasam tal-Menħir, Kirkop – ix-xogħol għadu għaddej.", "Il-blokki kollha msemmija li bbenefikaw taħt Skema 2 huma:", "Blk 3, Binja Ġublew tal-Fidda 1964 – 1989.", "Blk B, Misraħ Jeremy Boissevain, Qasam tal-Menħir.", "Blk D, Misraħ Jeremy Boissevain, Qasam tal-Menħir.", "Blk E, Qasam tal-Menħir.", "ŻURRIEQ – PROĠETT TA' MANUTENZJONI U TA' TISBIĦ FIL-HOUSING ESTATES", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx maħsub proġett ta' manutenzjoni u ta' tisbiħ fuq binjiet tal-housing fiż-Żurrieq?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq ibbenefika mill-Iskema 2 – Manutenzjoni tal-Komun fil-Binjiet tal-Gvern b'erba' blokki fl-2015 u blokka waħda fl-2016.", "Preżentement għadu għaddej ix-xogħol f'Ent A, Binja Nigret, Triq il-Widnet il-Baħar, Żurrieq fejn ix-xogħol wasal fil-fażi finali.", "Erba' blokki oħra se jkunu qed jibbenefikaw mill-iskema tal-ERDF.", "Il-blokok kollha li pparteċipaw taħt Skema 2 huma dawn:", "Blk B, Binja Nigret, Żurrieq.", "Blk 1, Triq ir-Rettur Dun Salv Farrugia, Żurrieq.", "Ent D, Binja Nigret, Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq.", "Ent C, Binja Nigret, Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq.", "Ent A, Binja Nigret, Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq.", "Mill-banda l-oħra, l-blokok li se jkunu qed jipparteċipaw taħt l-iskema ERDF huma:", "Blk G, Wesgħa Franġisk Bugeja, Żurrieq.", "IMQABBA – PROĠETT TA' MANUTENZJONI U TA' TISBIĦ FIL-HOUSING ESTATES", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx maħsub proġett ta' manutenzjoni u ta' tisbiħ fuq binjiet ta' housing fl-Imqabba?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba se jibbenefika mill-Iskema 2 – Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern f'żewġ blokki fejn fil-ġranet li ġejjin se jiġi ffirmat il-ftehim bejn il-Kunsill Lokali tal-Imqabba u l-Awtorità tad-Djar u dak bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Assoċajazzjoni tar-Residenti.", "Il-blokok li se jkunu qed jibbenefikaw huma dawn:", "Blk B, Binja Ħarriġiet, Triq il-Ħarriġiet, Imqabba.", "27, Ent C, Binja Ħarriġiet, Triq il-", "Barrieri, Imqabba.", "IS-SIĠĠIEWI – TRIQ SALVU CURSO U TREJQET L-ANĠLI – ĦAJT TA' LQUGĦ", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5674, jista' l-Ministru jitlob studju sabiex titwessa' l-parti tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta' inċidenti li seħħew, b'karozza taqa' f'għalqa?", "IAN BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-istess tweġiba diġà mogħtija fuq mistoqsija parlamentari 5674 f'seduta 111 li din il-mistoqsija parlamentari tiġi riferuta lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.", "SPTAR MONTE CARMELI – AVVELENAMENT TAL-IKEL", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-Press Release li ħareġ il-Ministeru għas-Saħħa fuq allegat każ ta' avvelenament tal-ikel li ġie kkonsmat mit-tobba tal-Isptar Monte Carmeli fil-weekend tas-27 ta' April 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-investigazzjoni kif ukoll kopja tar-riżultati tal-kampjuni li ttieħdu?", "Jista' jgħid x'azzjonijiet se jittieħdu f'każ li tinstab xi ħaġa ħażina?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-27 sat-28 ta' April ġie organizzat avveniment għat-tobba tal-Isptar Monte Carmeli, fejn attendew 47 persuna.", "17 milli attendew żviluppalhom gastroenterite wara li kkonsmaw ikel li kien ġie ordnat minn kumpanija tal-outside catering u li kien servut waqt dan l-istess avveniment.", "Wieħed mill-każijiet kellu jittieħed għal kura fl-Isptar Mater Dei.", "Is-sintomi ma damux aktar minn jumejn.", "Immedjatament uffiċjali għas-saħħa ambjentali ssejħu sabiex jibdew l-investigazzjonijiet neċessarji waqt li numru ta' pazjenti pprovdew kampjun tal-ippurgar tagħhom iżda ma ġie iżolat l-ebda mikrobu.", "Saru diversi spezzjonijiet kemm fil-post fejn ġie offrut tali ikel kif ukoll ġewwa l-istabbilimenti fejn ġie ppreparat l-ikel.", "Waqt l-imsemmija spezzjonijiet ġew elevati numru ta' kampjuni tal-ikel li seta' kien involut fil-każ indikat kif ukoll ittieħdu swabs.", "Madanakollu t-testijiet mikrobijoloġiċi kollha rriżultaw fin-negattiv."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180528_119d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tlieta, 29 ta' Mejju 2018", "IlMinuti tasSeduta Nru 119, li saret fit-28 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili bħal, pereżempju, kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lilll-Ministru għal-laqgħa li kien hemm illum f'Pariġi fejn, fost l-oħrajn, kien hemm ukoll rappreżentati fazzjonijiet mil-Libja.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, anke minn dak li ovvjament jista' jgħid għax kien hemm anke xi aħbarijiet li dehru fil-midja, dwar x'kien l-eżitu ta' dawn il-laqgħat u x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta f'dan ir-rigward?", "CARMELO ABELA: Dan kien summit li kien presedut mill-President Franċiż Emmanuel Jean-Michel Frédéric Macron u għalih attenda, fost l-oħrajn, il-Prim Ministru Joseph Muscat li kien mistieden għal dan is-summit u kelli l-pjaċir nakkumpanjah.", "L-ewwel nett ngħid li b'mod storiku kien hemm erba' rappreżentanti mil-Libja li huma ż-żewġ Chairpersons tal-Parlament bl-ismijiet differenti tagħhom, il-Ġeneral Khalifa Haftar li wkoll għandu awtorità fil-Libja, kif ukoll il-Prim Ministru Fayez Al-Sarraj li kien preżenti.", "Il-fatt li dawn l-erba' fost l-aktar key players importanti fil-Libja kienu preżenti għal din il-laqgħa, diġà kien fattur importanti.", "Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti pajjiżi oħrajn mill-Ewropa kif ukoll pajjiżi mil-Lega Għarbija flimkien mal-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħrajn li għandhom interess fir-reġjun ukoll.", "L-għan ta' din il-laqgħa kien li kemm jista' jkun issir ma ngħidx pressjoni, imma li flimkien jaslu li jieħdu commitment aktar b'saħħtu li din is-sena fil-Libja jkun hemm elezzjonijiet, liema elezzjonijiet ilhom ħafna jissemmew.", "Wieħed mill-għanijiet tad-dikjarazzjoni li ħarġet kien li qabel naslu għall-elezzjonijiet huwa importanti li jkun hemm il-Liġi Elettorali maqbula u li anke jkun hemm tibdil kostituzzjonali, liema tibdil irid isir permezz ta' referendum.", "Qegħdin nittamaw li dan kollu jseħħ sa nofs Settembru ta' din is-sena.", "Il-ħsieb hu – għall-inqas dak hu li hemm anke fid-dikjarazzjonijiet – li sa nofs jew ftit qabel Diċembru jsiru l-elezzjonijiet fil-Libja.", "Naturalment dan jinvolvi li tkompli ssir ir-reġistrazzjoni tal-votanti għax finalment din kienet xi ħaġa preokkupanti.", "Il-proċess jidher li miexi mhux ħażin u li finalment dawn ix-xewqat kollha jseħħu.", "Il-pożittiv kien li ltaqgħu madwar l-istess mejda flimkien ma' players oħrajn importanti, fosthom anke r-rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Ghassan li huwa ffokat ħafna fuq dan ix-xogħol li qed isir hemmhekk.", "Però l-iktar ħaġa importanti issa hija li minn dikjarazzjoni ta' xewqat, dan kollu jseħħ.", "Allura filwaqt li nirrapporta lill-Kamra li dan is-summit fih innifsu kien pożittiv, nemmen li fl-aħħar mill-aħħar dak li jgħodd huwa l-eżitu finali u mhux dak li jkun hemm miktub, mhux dak li ġie maqbul illum anke b'ċerti skadenzi ċari.", "It-tama tagħna hi li dak li llum ġie maqbul f'din id-dikjarazzjoni finalment ikun jista' jseħħ biex wara dak li ġara numru ta' snin ilu bil-waqgħa ta' Gaddafi, il-Libja tkompli tersaq lejn sitwazzjoni fejn ikollha gvern stabbli u li l-pajjiż, biex ngħid hekk, jerġa' jsir pajjiż normali li fih id-demokrazija taħdem b'mod iktar ċar u fejn naturalment l-awtoritajiet ikunu wkoll eletti mill-poplu f'elezzjoni li wieħed jittama li ssir qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Nirringrazzja lill-Ministru ta' din l-informazzjoni.", "Jista' jekk jogħġbu jgħidilna min qiegħed imexxi t-taħdidiet?", "Huwa l-Gvern Franċiż taħt l-awspiċi tal-Ġnus Magħquda?", "Xi rwol se jkollha Malta biex isiru dawk il-passi kollha meħtieġa fil-Libja biex isiru l-elezzjonijiet din is-sena?", "Pajjiżna se jkollu xi rwol attiv?", "CARMELO ABELA: L-ewwel nett, irridu ngħidu li n-Nazzjonijiet Magħquda għandha r-rappreżentant tagħha, jiġifieri r-rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali s-Sur Ghassan, u fil-preżent huwa hu li qed imexxi dan il-proċess fost il-Libjani.", "Qed ngħid fost il-Libjani għax huwa importanti ħafna li l-poplu Libjan u l-awtoritajiet Libjani, kull min għandu xi awtorità, they own the process.", "Jiġifieri huwa proċess tagħhom l-ewwel u qabel kollox.", "Din is-sitwazzjoni ħadd ma jista' isolviha, ħadd ma jista' jimxi 'l quddiem jekk ma jkunux huma fuq quddiem nett u involuti f'din is-sitwazzjoni kollha.", "Naturalment aħna bħala Malta, kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll bħala membru tan-Nazzjonijiet Magħquda u anke membru tal-Unjoni Ewropea, kull meta jkollna dawn id-diskussjonijiet, anke bħala Ministri tal-Affarijiet Barranin, dejjem nagħtu s-sehem, is-sostenn u l-appoġġ tagħna u dejjem noffru dak li aħna nistgħu nagħtu biex dan il-proċess jimxi 'l quddiem.", "Ir-rwol tagħna hu, kif inhu r-rwol anke ta' pajjiżi oħrajn, li nagħtu s-support kollu meħtieġ mill-aspett politiku, però mhux biss.", "Jekk niġu mitlubin biex f'dan il-proċess nagħtu kontribut ulterjuri minn dak li qegħdin nagħtu bħalissa, aħna disposti li dan nagħmluh.", "Għamilnieha ċara kemm-il darba li jekk iħossu li Malta tista' tagħti kontribut iktar milli qegħdin nagħtu llum, aħna disposti li dan nagħmluh.", "Però min-naħa tal-komunità internazzjonali, huwa importanti li iktar milli kull pajjiż jaġixxi b'mod indipendenti u għal rasu, iktar kulħadd jagħti s-sapport meħtieġ lill-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda.", "Jekk ma jsirx hekk, wisq probabbli jkun hemm anke riskju li jaslu messaġġi differenti.", "Naturalment dan jiġri għax il-messaġġier ikun differenti u mhux għax il-messaġġ forsi fih innifsu jkun differenti.", "Il-mod kif wieħed iwassal il-messaġġ jista' jkun li ma jkunx qed jaqbel mija fil-mija ma' dak il-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda.", "Allura l-iktar ħaġa importanti - u dan dejjem nisħqu fuqu anke fil-fora Ewropej - hi li aħna nagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ lir-rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda biex dan il-proċess isir.", "Huwa importanti ħafna li jkunu l-Libjani stess li jmexxu dan il-proċess.", "Ħadd ma jista' jirranġa s-sitwazzjoni jekk ma jkunux huma.", "Li nistgħu nagħtu aħna bħala komunità internazzjonali huwa li nappoġġjaw kemm nistgħu.", "L-inizjattiva tal-lum tal-President Franċiż, għalkemm hija inizjattiva tajba u ta' min ifaħħarha, hija wkoll fil-linja biex din is-sena naslu għal dak li ilna ngħidu mis-sena li għaddiet u forsi anke qabel, u ċjoè li din is-sena jsiru l-elezzjonijiet.", "Kif spjegajt iktar qabel, hemm proċess li wieħed irid jasal għalih, fosthom li jkunu reġistrati l-votanti.", "S'issa, minn dak li ntqal lilna, dan il-proċess miexi b'ritmu tajjeb u hemm numru ta' votanti li dan il-proċess għaddew minnu.", "L-aħħar darba li kienu tawna briefing fuq dan fil-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin kien hemm anke min innota li r-reġistrazzjoni għaddejja b'mod tajjeb anke fost iż-żgħażagħ u anke n-nisa, u dak kien sinjal pożittiv ukoll.", "L-għan ta' dawn il-konferenzi u ta' dawn is-summits u l-għan tal-komunità internazzjonali għandu jkun li primarjament jagħti l-appoġġ lill-proċess li huwa mmexxi mill-Ġnus Magħquda.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Xtaqt nirreferi għaż-żjara tal-Prim Ministru tal-Maċedonja llum f'pajjiżna.", "Jista, jekk jogħġbu, jgħid jekk kienx hemm xi ftehim li ġie ffirmat bejn Malta u l- Maċedonja u jekk ġiex diskuss l-interess tal- Maċedonja li tissieħeb fil-blok Ewropew?", "CARMELO ABELA: Il- Maċedonja huwa wieħed mis-sitt pajjiżi tal-Balkani li għandhom l-aspirazzjoni li jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.", "Malta b'mod ċar tappoġġja t-tkabbir fl-Unjoni Ewropea.", "B'mod partikolari fil-Balkani, qegħdin nitkellmu dwar pajjiżi li huma fil-qalba tal-Ewropa b'mod ġeografiku, però illum għadhom mhumiex imseħbin fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment kien hemm rapporti anke li ħarġu mill-Kummissjoni dwar it-triq 'il quddiem għal dawn il-pajjiżi differenti, forsi bi skadenzi differenti.", "Dan l-aħħar ta' min wieħed jinnota li kien hemm rakkomandazzjonijiet pożittivi dwar l-Albanija u l-Maċedonja wara li kien hemm ukoll fuq żewġ pajjiżi oħrajn.", "Aħna, għal darb'oħra, ikkonfermajna s-sapport tagħna bħala Malta biex l-aspirazzjonijiet tal- Maċedonja jkunu jistgħu jsiru realtà ġaladarba huma jilħqu l-kriterji li kull pajjiż ikun mistenni jilħaq biex isir membru tal-Unjoni Ewropea.", "Aħna bdejna r-relazzjonijiet bilaterali ma' dan il-pajjiż f'Ottubru tal-2016.", "Hemm ħafna skop li aħna nkattru dawn ir-relazzjonijiet, hemm ħafna possibbiltajiet li naħdmu ma' dan il-pajjiż żgħir, u allura t-triq 'il quddiem hi li nkomplu nikkoperaw ma' dan il-pajjiż.", "Illum stess ġew iffirmati tliet MOUs, fosthom fuq koperazzjoni politika b'mod regolari, u dwar dak ikun hemm ftehim speċifiku kif għandna ma' pajjiżi oħrajn.", "Issa għandna r-rabta bħala ftehim li minn żmien għall-ieħor, skont kif jistabbilixxi l-ftehim, ikollna b'mod kostanti political consultations.", "Kien hemm ukoll ftehim mal-Mediterranean Academy of Diplomatic Studies (MEDAC), l-istituzzjoni li tħarreġ id-diplomatiċi fejn, anke hawnhekk, ikun hawn koperazzjoni fejn għandu x'jaqsam it-taħriġ tad-diplomatiċi.", "Kien iffirmat ftehim ieħor dwar aċċess aktar b'saħħtu għall-ħaddiema potenzjali li jiġu mill-Maċedonja biex jiġu jaħdmu f'pajjiżna, u wieħed jinnota b'sodisfazzjon, anke kif intqal lilna mill-istess Prim Ministru tal-Maċedonja, li diġà hawn eluf ta' ċittadini ta' dan il-pajjiż li qegħdin jaħdmu f'pajjiżna.", "Għall-grazzja t'Alla f'dawn l-aħħar sentejn jew tlieta, l-ekonomija ta' Malta kompliet tikber b'mod kostanti.", "Huwa fatt magħruf li għandna bżonn iktar ħaddiema biex jiġu jaħdmu f'dan il-pajjiż, u huwa ta' sodisfazzjon ukoll li numru ta' ħaddiema, b'mod partikolari ħaddiema żgħażagħ mill-Maċedonja, diġà qegħdin jiġu f'pajjiżna.", "Jidher li l-esperjenza tagħhom, anke minn dak li ntqal lilna, hija waħda pożittiva, u dawn qegħdin jikkontribwixxu għall-ekonomija ta' pajjiżna kif ukoll qegħdin jikkontribwixxu naturalment għad-dħul xieraq għalihom u għall-familja tagħhom.", "Aħna nħarsu 'l quddiem li nkomplu nikkoperaw mal-Maċedonja mhux biss fuq bażi bilaterali, imma anke, kif għedt, billi naħdmu magħhom biex ix-xewqat ta' dan il-poplu li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jseħħu.", "Ma jfissirx li t-triq hija faċli.", "Nafu li hemm issues anke ta' natura bilaterali ma' pajjiżi oħrajn li huma diġà fl-Unjoni Ewropea, primarjament mal-Bulgarija u l-Greċja.", "Jidher li l-affarijiet mal-Bulgarija mxew mhux ħażin, mal-Greċja wkoll jinsabu fi stadju avvanzat, u t-tama hi li malajr kemm jista' jkun dawn l-issues, li ilhom snin twal, finalment jiġu riżolti anke fuq bażi bilaterali.", "Qed ngħid dan għax dawn jista' jkollhom effett u impatt pożittiv fuq ix-xewqa tal-Gvern u l-poplu tal-Maċedonja fl-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk dawn l-issues ikunu solvuti malajr kemm jista' jkun fuq bażi bilaterali, naturalment ikun hemm inqas xkiel biex anke dan il-pajjiż jagħmel dan il-pass, ovvjament skont l-iskadenzi li wieħed ikollu bħala Unjoni Ewropea u skont kemm jilħqu l-kriterji li s-sħubija titlob.", "Kienu laqgħat pożittivi dawk li kien hemm illum, u naturalment nittamaw li nibnu fuq it-tajjeb li diġà sar.", "Hemm potenzjal anke bejn il-komunità kummerċjali taż-żewġ pajjiżi.", "Hemm ukoll flights diretti li jqarrbu aktar, u nafu li l-konnettività hija importanti ħafna biex il-kummerċ u anke t-turiżmu joktru.", "Dawn huma affarijiet li jagħmlu s-sħubija tagħna, anke fuq bażi bilaterali, aktar b'saħħitha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Nirringrazzja lill-Ministru tat-tweġibiet li ta fuq il-Libja u l- Maċedonja.", "Jekk ma jimpurtax nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel nett saru tliet ftehimiet mal-Maċedonja; ma nafx fhimtx tajjeb li sar xi tip ta' arranġament bejn iż-żewġ pajjiżi biex ikunu jistgħu jiġu ċittadini tal-Maċedonja jaħdmu f'Malta jew xi tip ta' arranġament li jiffaċilita li jiġu aktar hawn Malta.", "Mistoqsija oħra hi dwar il-Brexit u hija mistoqsija relatata mal-immigrazzjoni xorta waħda.", "Matul Dawn l-aħħar għexieren ta' snin, mill-ħamsinijiet, fir-Renju Unit kienu marru eluf ta' nies mill-Karibew.", "Ftit tal-jiem ilu rajna skandlu politiku kbir fir-Renju Unit, dak li jissejjaħ il-Windrush Scandal, fejn innotajna li l-Gvern tar-Renju Unit ittrattahom b'mod ħażin ħafna.", "Fil-fatt talab lil dawn in-nies mill-Karibew li ilhom jgħixu hemmhekk mill-ħamsinijiet jagħtu provi ta' kemm fil-verità kienu jgħixu fir-Renju Unit u ħafna minnhom spiċċaw bla dar u kien hemm konsegwenzi koroh ħafna fuqhom.", "Ovvjament dan it-tip ta' skandlu qajjem furur fil-Parlament Ewropew għax hemm numru ta' ewro deputati, inkluż in-negozjatur tal-Parlament Ewropew fil-Brexit Guy Verhofstadt, li esprimew it-tħassib tagħhom dwar jekk iċ-ċittadini Ewropej, wara li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, jispiċċawx mingħajr drittijiet.", "Allura ovvjament il-mistoqsija tiegħi tmur lejn il-Ministru: Huwa preokkupat b'dan l-iskandlu u x'qed jagħmel fil-kampanja ta' informazzjoni li kien wegħedna ftit tal-ġimgħat ilu?", "Jista' jagħtini rendikont ta' din il-kampanja ta' informazzjoni mat-33,000 Malti li hemm jgħixu fir-Renju Unit biex dawn japplikaw għal settled status biex jirreġistraw lilhom infushom fir-Renju Unit biex jibqgħu bl-istess drittijiet li kellhom qabel ma' r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea?", "CARMELO ABELA: Se nibda mill-aħħar mistoqsija.", "S'issa l-każ li semma l-Onor.", "Stellini ma jirriżultax fuq ċittadini Maltin.", "Ma nafx hux qed jitkellem minn xi esperjenza li ltaqa' magħha hu jew forsi kellmu xi ħadd, imma qed tagħmel sinjal li mhuwiex il-każ.", "Kif taf inti wkoll, aktar 'il quddiem matul din is-sena għandhom joħorġu d-dettalji tal-ftehim dwar is-settled status u allura jkun hemm iktar formalità b'riżultat tad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-Brexit.", "Però s'issa ma jirriżultalniex li għandu jkun hemm xi diffikultajiet għal ċittadini Maltin f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Stellini għamel referenza għall-kampanja ta' informazzjoni jew inkella biex wieħed jiġbed l-attenzjoni għal dawk li jgħixu fir-Renju Unit.", "Din il-kampanja għandha ssir fil-ġimgħat li ġejjin biex inqajmu din l-awareness f'każ li xi ħadd forsi jkun jonqsu xi dokumenti li, għal xi raġuni jew oħra, minkejja li jkun ilu jgħix għal diversi snin fir-Renju Unit, ma ħassx il-ħtieġa tagħhom.", "Dik il-kampanja se ssir biex inżidu l-awareness f'dawn il-Maltin li ilhom jgħixu fir-Renju Unit.", "Kif diġà għedt, ma jirriżultax li hemm xi problemi bħal fil-każ taċ-ċittadini tal-Karibew li kien hemm daqsxejn għagħa mhux ħażin dwarhom fir-Renju Unit.", "Niġi issa għall-ewwel mistoqsija, għal dak li għandu x'jaqsam mal-ftehim.", "Se niċċara ftit l-ewwel risposta li tajt iktar qabel.", "Ftehim minnhom li sar illum, li ġie ffirmat miż-żewġ Prim Ministri, kien jirrigwarda r-rikonoxximent ta' higher education degrees, diplomas u ċertifikati fis-settur tal-edukazzjoni.", "Rigward dak li semmejt li wieħed jiffaċilità u jkompli jħeġġeġ li jiġu ċittadini minn pajjiż tal-Maċedonja, però mhux biss, anke minn pajjiżi oħrajn, għaddejjin diskussjonijiet immexxija mill-JobsPlus li hija l-aġenzija tal-Gvern responsabbli minn dan is-settur.", "Li nista' ngħid bħalissa hu li għaddejjin dawn id-diskussjonijiet ma' diversi pajjiżi, fosthom mal-Maċedonja.", "Naturalment meta jkun hemm aktar informazzjoni dwar l-eżitu tagħhom, wieħed ikun jista' jistaqsi fuqhom, però jien m'għandix din l-informazzjoni f'aktar dettall.", "Informat li għaddejjin dawn id-diskussjonijiet ma' diversi pajjiżi, fosthom mal- Maċedonja.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nirreferi lill-Ministru għall-European Foreign Affairs Council li anke seħħ fl-aħħar jiem.", "Minn dak li ġie rapportat fil-midja jidher li fl-aġenda kien hemm is-sitwazzjoni fl-Iran u jidher li ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.", "Jista', jekk jogħġbu, safejn hu possibbli, jagħti informazzjoni dwar dan lill-Kamra?", "CARMELO ABELA: Fil-fatt ilbieraħ iltaqa' l-Foreign Affairs Council li huwa kważi appuntament ta' kull xahar, u fuq l-aġenda, fost l-oħrajn, kien hemm l-issue tal-Iran marbuta mal-ftehim magħruf bħala JCPOA, li għandu konnotazzjonijiet mal-aspett nukleari, fis-sens li l-ftehim jagħmel ċerti restrizzjonijiet fuq l-Iran.", "Hemm obbligi li wieħed jaħdem mal-Iran f'dak li għandu x'jaqsam mal-investiment u affarijiet oħrajn.", "Irridu ngħidu li dan il-ftehim wasal wara ħafna snin ta' diskussjoni u wara ħafna snin ta' laqgħat, però nafu wkoll bl-iżviluppi li seħħew, primarjament fl-Istati Uniti, fejn il-President Amerikan ħa ċerti deċiżjonijiet li ma jibqax parti minn dan il-ftehim.", "L-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħrajn huma tal-fehma li għandna nibqgħu niddefendu dan il-ftehim għal diversi raġunijiet u lbieraħ, fid-diskussjonijiet li kien hemm, ikkonfermajna l-bżonn u l-importanza li dan il-ftehim jibqa' jiġi onorat.", "L-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi membri huma intenzjonati li jibqgħu jonorawh.", "Diġà il-Higher Representative iltaqgħet, mhux biss hi, imma anke t-tliet pajjiżi li huma parti minn dan il-ftehim, anke fuq bażi individwali, bħall-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit.", "Kien hemm laqgħat mal-Iran biex wieħed ikompli jispjega li l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi membri huma intenzjonati li jkomplu jonoraw dan il-ftehim, u ħareġ ċar li dan il-ftehim għandna nkomplu nonorawh ukoll primarjament minħabba s-sigurtà.", "L-aspett ekonomiku jidħol ukoll, però primarjament hemm l-aspett ta' sigurtà fir-reġjun, u mhux biss.", "Irridu naħdmu biex ikun hemm reġjun ħieles mill-armi nukleari.", "Naturalment, kemm is-sigurtà kif ukoll l-aspett ekonomiku mhumiex għedewwa ta' xulxin, imma jmorru flimkien.", "Allura meta wieħed jiddefendi l-interessi tas-sigurtà, awtomatikament ikun qed iżid jew potenzjalment jista' jżid ir-rabtiet ekonomiċi.", "Allura f'din l-ordni, is-sigurtà u l-ekonomija, imorru flimkien, anzi l-aspett ekonomiku ma jistax jaħdem jekk ma jkunx hemm sigurtà, għax it-tkabbir u l-investiment iridu jiġu mis-settur privat.", "Allura rridu naħdmu billi nkomplu niddefendu dan il-ftehim u fl-istess ħin inkomplu l-engagament tagħna mal-Iran u mal-Istati Uniti tal-Amerka biex naraw anke t-triq 'il quddiem.", "Jidher li l-pożizzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fuq din l-issue huma differenti, però dan ma jfissirx li m'għandniex inkomplu għaddejjin bil-komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat biex finalment xi ħaġa, li qegħdin iħossu li hija importanti li għandha tkompli tiġi difiża f'dan il-ftehim, dan inkomplu nagħmluh.", "Punt ieħor li kien hemm f'dan il-kunsill kien proprju wara l-iżviluppi li seħħew f'Gaza, speċjalment wara l-ftuħ tal-Ambaxxata Amerikana f'Jerusalem, fejn kellna l-opportunità nitkellmu ftit dwar is-sitwazzjoni xejn feliċi li għaddejja hemmhekk, fejn il-vjolenza donnu qed terġa' terfa' rasha.", "Huwa importanti ħafna li l-proċess ta' paċi jerġa' jibda malajr kemm jista' jkun.", "L-ebda proċess ta' paċi ma jista' jibda jekk ikun hemm il-vjolenza.", "Allura huwa importanti ħafna li naħdmu flimkien mal-atturi kollha li għandhom interess, primarjament Iżrael u l-Palestina, però mhux biss.", "L-Istati Uniti tal-Amerka hija player importanti ħafna f'dan ir-reġjun, kif inhi anke l-Unjoni Ewropea stess, u jista' jkun hemm pajjiżi oħrajn li għandhom interess f'dan ir-reġjun, u fil-fatt hekk hu.", "lrridu naħdmu flimkien biex kemm jista' jkun il-proċess ta' paċi jerġa' jibda mill-ġdid.", "Irridu naraw ukoll fejn ninsabu aħna bħala pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea f'dan kollu u li nibqgħu nagħtu l-appoġġ kollu tagħna biex finalment ikun hemm il-kondizzjonijiet kollha neċessarji biex dan il-proċess ta' paċi jerġa' jibda.", "L-iktar li jbatu f'dan kollu huma proprju n-nies innoċenti.", "Rajna mwiet li seħħew, kriżi umanitarja, li jkollok nuqqas ta' servizzi ta' saħħa u servizzi oħrajn, u allura f'dan kollu ħafna drabi, kif jiġri f'dawn il-kwestjonijiet, l-iktar vulnerabbli huma ċ-ċittadini li jintlaqtu l-ewwel u qabel kollox min-nuqqas ta' servizzi u nuqqas ta' ħwejjeġ oħrajn.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Dwar l-Iran, għandna kumpaniji Maltin u Ewropej li f'dawn l-aħħar ftit snin daħlu fl-Iran biex jinvestu u issa jista' jkollhom problemi mal-ġustizzja tal-Istati Uniti peress li issa hemm is-sanzjonijiet.", "Jista' jgħidilna jekk fil-laqgħa li kellu l-Ministru kenux diskussi xi miżuri biex jipproteġu lill-kumpaniji Maltin u Ewropej?", "CARMELO ABELA: Is-sanzjonijiet kienu fost l-affarijiet li ssemmew.", "S'issa għadna ma wasalniex s'hemmhekk, però punt li ssemma anke lbieraħ waqt il-laqgħa kien proprju l-effett tal-banek, jiġifieri kif banek Amerikani jistgħu jittrattaw kumpaniji jew banek Ewropej, jew kumpaniji li għamel referenza għalihom l-Onor.", "Interpellant, għalkemm mhux biss.", "Dik kienet kwestjoni li ssemmiet minn numru ta' ministri.", "Is-sitwazzjoni hawnhekk għadha qed tiżviluppa u rridu nkomplu nsegwu biex naraw kif se tiżviluppa fil-jiem li ġejjin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq konsulenza dwar public relations jew komunikazzjoni mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2391;", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 170 tal 2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2018 dwar l-Użu ta' Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri; u", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Ir-rapport annwali għas-sena 2017 tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur;", "Independent Auditors' Report to the Board of Governors tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għall-2017;", "Full Year Forecast għall-2018 tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur;", "Avviż Legali Nru 171 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolamenti tal-2018 li jirrevokaw ir-Regolamenti dwar Proċessar ta' Data Personali (Koperazzjoni mill-Pulizija u Ġudizzjarja f'Materji Kriminali); u", "Avviż Legali Nru 172 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolamenti tal-2018 dwar il-Protezzjoni tad-Data (Ipproċessar ta' Data Personali minn Awtoritajiet Kompetenti għall-Finijiet tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, is-Sejbien jew il-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali jew l-Eżekuzzjoni ta' Pieni Kriminali).", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 173 tal-2018 - Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata;", "Avviż Legali Nru 174 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2); u", "Kopja tal-pjanta tal-mina proposta mill-iżviluppatur tas-sit tal-ITS f'San Ġiljan, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5863.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq IT equipment fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5885.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-5 ta' Ġunju 2018, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tissostitwixxi lill-Onor.", "Ngħaddu issa għal stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "TAL-AWTORITÀ TAD-DJAR", "GĦAS-SENA FINANZJARJA 2018", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar l-Awtorità tad-Djar, Kap. 261.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "MICHAEL FALZON: Sur President, illum għandna quddiemna l-estimi tal-Awtorità tad-Djar.", "Biex jifhimni iktar il-poplu, qed nitkellmu dwar dak li nsejħulu l-housing.", "Kif wieħed jista' jobsor, l-issue tal-housing mhijiex issue li qiegħda magħna llum l-ewwel darba, hija issue li kellna matul is-snin u hija issue li forsi qed taċċentwa ruħha primarjament għal żewġ raġunijiet, u ċjoè għal raġunijiet demografiċi kif ukoll għal raġunijiet ekonomiċi.", "Ir-realtà ġeografika hi li pajjiżna huwa pajjiż żgħir ħafna u huwa pajjiż relattivament popolat ħafna.", "Mill-aħħar statistiċi li ħarġu rriżulta li pajjiżna huwa l-iktar pajjiż li għandu popolazzjoni densa fl-Unjoni Ewropea.", "Minnu nnifsu, minħabba r-regoli bażiċi ta' demand u supply, jiġifieri r-regoli bażiċi ekonomiċi, ma jistax jonqos li jkun hemm ċertu strain.", "L-ewwel strain li għandna hija ta' natura ġeografika.", "Ma' din ovvjament għandna r-riżultat demografiku wkoll.", "Nafu li riċentement kellna min spekula li l-populazzjoni tista' saħansitra titla' għal 700,000.", "Forsi jiena ma nkunx hawn meta jiġri dan, imma dik tkun xi ħaġa li tkompli żżid l-isfida tal-housing inġenerali, mingħajr ma nitkellem fuq l-aspett soċjali.", "Għandna wkoll sfida ekonomika fis-sens li f'pajjiżna qegħdin jiżdiedu għexieren ta' eluf ta' ħaddiema barranin li qed iżidu d-domanda għall-proprjetà.", "Skont ir-regola tad-demand and supply, fejn għandek domanda li qed tiżdied, dan il-fatt ukoll qed jagħmel ċertu strain fuq l-istess Awtorità tad-Djar.", "Iktar milli nitkellmu biss fuq l-aspett ekonomiku u demografiku, naħseb li rridu wkoll nitkellmu fuq aspetti ta' strain ġeografiku u demografiku.", "Naħseb li rridu wkoll bilfors nitkellmu fuq realtajiet soċjali ġodda.", "Huwa fatt li l-familja tagħna, fis-sens ristrett tal-kelma, qed tinbidel.", "Għandek realtajiet soċjali li qegħdin dejjem jiżviluppaw u dawn iwassluna biex inħarsu lejn dik li hija housing unit b'mod differenti.", "Għandek realtajiet soċjali, li nsemmi mingħajr ebda disprezz, li rridu niffaċċjawhom ukoll jekk irridu nħarsu lejn il-qasam tal-housing minn għajn wiesgħa.", "Għandna realtajiet soċjali ta' single mothers li qed iżidu d-domanda għal ċertu tip ta' akkomodazzjoni.", "Għandna realtajiet soċjali ġodda ta' persuni li jiddivorzjaw, partikolarment meta jkollhom ċerta età, fejn allura r-realtajiet tagħhom anke finanzjarji biex ikollhom saqaf fuq rashom huma realtajiet differenti minn dak li konna mdorrijin niffaċċjaw.", "Għandna wkoll persuni li jisseparaw f'età relattivament żgħira, fejn forsi l-strain huwa inqas, imma dan kollu jżid il-pressjoni fuq il-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Mela rigward sfidi għandek l-isfida ġeografika ta' pajjiż żgħir li għandu popolazzjoni relattivament għolja li qed dejjem togħla, għandek l-isfidi ekonomiċi u l-isfidi demografiċi, imbagħad għandek ukoll l-isfidi soċjali.", "Sur President, jiena se nitkellem ftit dwar kif wieħed jista' jħares lejn dawn l-isfidi.", "Minħabba r-realtajiet li dejjem jitbiddlu huwa neċessarju li jsir eżerċizzju mill-Awtorità fejn wieħed jara, jispettezza u jeżamina n-natura tal-applikazzjonijet, partikolarment ta' applikanti li għandna fuq il-lista ta' stennija għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Huwa importanti li wieħed jagħmel eżerċizzju bħal dan għax jagħtik stampa aħjar tas-sitwazzjoni li tippermetti li tkun proattiv u tara kif tista' taħseb għal bżonnijiet forsi speċifiċi u differenti minn dawk li kellna qabel.", "Dan l-eżerċizzju għandu jgħin biex l-ewwel nett nidentifikaw b'mod iktar preċiż fejn huma n-nuqqasijiet tagħna.", "Dan hu eżerċizzju ta' profiling biex naraw fejn irridu nindirizzaw l-inizjattivi tagħna.", "Dan huwa eżerċizzju li għadu għaddej, eżerċizzju li mhux se jitqies biss bħala eżerċizzju for its own sake, imma iktar u iktar biex jgħinna nimplimentaw miżuri li jkunu iktar reali u iktar fattwali u li fl-aħħar mill-aħħar jagħtuna riżultat.", "Huwa minn hawn li rridu nitilqu biex inkomplu bil-ħidma li bdejna, ħidma li rridu nintensifikawha.", "Aħna m'aħniex Gvern li joqgħod jgħid li din hija perċezzjoni, din ma teżistix.", "Irridu niffaċċjaw id-diffikultajiet kollha ta' dawn in-nies.", "Jien infurmat li dan l-eżerċizzju, li huwa ta' ċertu kumplessità, għaddej u qed isiru intervisti mal-applikanti fuq il-lista ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Qed ngħid li l-ħidma trid tkompli u mhux tibda għaliex fis-sena 2017 u anke din is-sena saru żewġ skemi ta' sussidju fuq dawk li aħna ngħidulhom social loans.", "Huma żewġ skemi li għamilna biex niffaċilitaw iktar li n-nies isiru sidien ta' djarhom.", "Dawn is-social loans huma mogħtija b'rata vantaġġuża u l-Gvern jissussidja l-pagament tal-loan kull xahar.", "Huma skemi li jgħinu ħafna, diġà għenu koppji, imma żgur li nistgħu ngħinu iktar koppji biex isiru sidien ta' djarhom.", "Infakkar li f'Mejju tal-2017 kien ġie ffirmat ftehim mal-APS Bank, li kien jagħti sa massimu ta' €100,000 għax-xiri ta' post finished, b'self li kien intenzjonat li jkopri anke d-depożitu.", "L-Awtorità hawnhekk tassisti billi tissussidja sa massimu ta' 176 ewro fix-xahar bħala għotja fuq il-pagament ta' self.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar għotja fuq pagament ta' self b'differenza minn sussidju ta' kera.", "Infurmat li f'inqas minn seba' xhur kien hemm madwar 360 applikazzjoni għal din l-iskema.", "Jien nawgura li jimxu iktar.", "Illum bdew isiru numru ta' kuntratti finali.", "Għad hemm xi jsir u għad hemm ukoll x'jittieħed minn din l-iskema.", "Din l-iskema ġiet korroborata wkoll bi skema oħra li għamilna f'Jannar tal-2018, fejn kien hemm ftehim mal-Bank of Valletta, fejn hawnhekk il-massimu tas-self, b'realizzazzjoni tas-suq li huwa li huwa, minn €100,000 tela' għal €120,000.", "Hawnhekk qed inkopru l-istess sistema bħal tal-APS, bid-differenza li filwaqt li tal-APS is-self massimu li wieħed seta' jagħmel taħt is-social loan kien ta' €100,000, hawnhekk tela' għal €120,000.", "Anke hawn, f'perjodu ta' madwar ħames xhur, diġà daħlu mal-270 applikazzjoni għal din l-iskema u qed nistennew li jidħlu iktar.", "Dawn l-iskemi għandhom jgħinu biex iktar nies isiru sidien ta' darhom, u għaliex le, biex iktar nies jagħmlu l-ewwel pass biex ikollhom proprjetà li hija tagħhom.", "Din hija xi ħaġa ta' ċertu importanza.", "Hija skema fejn irridu ninkoraġġixxu li iktar nies isiru sidien ta' djarhom.", "Dan huwa każ fejn qed tagħti lill-persuna l-qażba, iktar mill-ħuta, imma hawnhekk irridu nagħtu aċċenn ikbar.", "F'pajjiżna forsi għandna l-fortuna li għandna madwar 80% taċ-ċittadini tagħna li huma sidien ta' darhom.", "Hija xi ħaġa li tagħmilna pajjiż outstanding, li għandek daqstant nies li huma sidien ta' djarhom, però huwa ovvju li rridu nħarsu lejn iktar miżuri bħalma hija dik tas-social loans.", "Sur President, ngħaddi issa biex insemmi żewġ proġetti li forsi mhumiex daqshekk kbar meta nqabbla ma' oħrajn.", "Din is-sena għamilna tliet inizjattivi li ħarġu mill-baġit, fejn l-Awtorità qed tieħu ħsieb skema ta' restawr ta' djar battala.", "Qed nagħtu grant lil min għandu dar battala biex isewwi u jirranġa dik id-dar, bil-kundizzjoni li dik id-dar tingħata għal ċertu tul ta' żmien għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Hija skema 'Irrestawra Darek', skema fejn il-Gvern jagħtik somma ta' flus, tirranġa d-dar tiegħek, imbagħad inti tiftiehem mal-Awtorità li tikrilha dak il-post għal għaxar snin, imbagħad l-istess Awtorità ovvjament tikri dak il-post lil ħaddieħor b'rata li tkun iktar aċċessibbli.", "F'April tal-2018 daħħalna wkoll miżura oħra tal-baġit fejn tajna inċentiv sabiex anzjani li jidħlu fid-djar tal-anzjani jirritornaw iċ-ċwievet ta' residenza tagħhom li tkun mikrija mill-Gvern jew mill-Awtorità tad-Djar.", "Hawnhekk, min ikollu dar mikrija lilu mill-Gvern jew mill-Awtorità u jirritorna ċ-ċwievet għax jidħol f'dar tal-anzjani, minflok jitnaqqsulu 60%, jitnaqqsulu 40% tal-pensjoni.", "Jekk jidħol f'San Vinċenz de Paul, fejn is-soltu r-rata ta' tnaqqis hija dik ta' 80%, hemmhekk ir-rata tinżel għal 60%.", "Effettivament, persuni li jagħtu ċwievet lura jkollhom it-tnaqqis mill-pensjoni tagħhom b'20% inqas.", "L-Awtorità tad-Djar għamlet ukoll skema f'Settembru 2017 bl-isem 'Nikru Biex Nassistu'.", "Il-prinċipju ta' din l-iskema huwa li l-Gvern jikri proprjetà mingħand il-privat b'rati relattivament kummerċjali u mbagħad jikri dik l-istess propjetà lil ħaddieħor.", "Hija skema li hija għaddejja u tiddependi ħafna mill-andament ta' dak li jkun għaddej fuq is-suq.", "Hija skema fejn il-Gvern iħajjar lil min jintrabat miegħu billi jagħtih introjtu garantit għal għaxar snin, imbagħad hu jikri dik l-istess proprjetà lil terzi b'rati iktar vantaġġjużi.", "Minbarra dawn l-iskemi, għandna żewġ proġetti oħra u bħalissa qed issir ħidma konsiderevoli fuq wieħed minnhom.", "Dan huwa l-proġett tal-bini ta' 680 unit li qed isir permezz ta' loan ta' €58 miljun, li l-Gvern ħa permezz tal-Malita, li hija l-borrowing entity, mingħand il-Council of Europe Bank u mill-EIB.", "Beda x-xogħol fuq diversi siti madwar Malta u Għawdex - b'kollox hemm 16-il sit - li għandhom iwasslu għall-bini ta' 680 unit.", "Meta jkunu lesti, dawn il-units mhux se jinbiegħu imma jiżdiedu mal-istock tal-Awtorità tad-Djar, imbagħad ikunu mikrijin bi prezz relattivament vantaġġjuż.", "Nista' ngħid li fl-aħħar - għax dejjem nixtieq li ngħaġġlu iktar - wasalna biex ħarġu t-tenders fuq diversi siti u issa qed nitkellmu fuq il-kostruzzjoni ta' dawn il-units.", "Dawn huma miżuri li mhux se jħallu frott għada, imma żgur li juru l-impenn li għandu l-Gvern.", "Qed nitkellmu fuq 16-il sit.", "Diġà hemm tliet siti li wasalna dwarhom u fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi aġġudikata t-tender tal-kostruzzjoni.", "Din il-ġimgħa ħarġet tender oħra fuq sit ieħor.", "Matul Ġunju huwa mistenni li joħroġ sit ieħor.", "Fost dawn is-siti li ħarġu hemm tlieta li huma relattivament kbar.", "Dawn huma f'Birkirkara, fejn qed nistennew li nagħmlu l-aġġudikazzjoni fuq is-sit, u fih se jkun hemm 'il fuq minn 70 unit; is-sit tas-Siġġiewi, fejn qed nitkellmu fuq madwar 80 unit u li ħareġ din il-ġimgħa, u hemm ukoll is-sit tal-Imsida li se jkun fih fuq 100 unit.", "Il-ħsieb hu li t-tender għall-kostruzzjoni toħroġ matul ix-xahar ta' Ġunju.", "Dawn huma parti mill-proġett tas-680 unit li huma finanzjati mill-Bank tal-Kunsill tal-Ewropa u mill-EIB.", "Sur President, hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-proġett l-ieħor ta' akkomodazzjoni soċjali li ħabbar il-Prim Ministru fl-1 ta' Mejju, fejn se tiġi allokata s-somma ta' €50 miljun biex jinbnew madwar 500 unit ieħor.", "Hawnhekk mhux se jsir self minn banek barranin, imma dawn il-flus se jiġu allokati minn fondi li ġejjin mill-IIP, il-programm li qajjem ċertu kontroversja politika.", "Forsi 'l bogħod mill-kontroversja politika, jekk minn dan il-programm jirnexxielna nallokaw €50 miljun u nibnu 500 unit oħra nkunu għamilna pass ieħor 'il quddiem.", "Hawnhekk ukoll il-ħsieb huwa li dawn il-units jiżdiedu wkoll mal-istock tal-Awtorità tad-Djar.", "M'hemmx il-ħsieb li dawn jinbiegħu, imma dawn il-postijiet se jinkrew b'rata li tintlaħaq min-nies biex b'hekk intejbu s-sitwazzjoni li għandna.", "Hemm ukoll diversi skemi oħra, fosthom dik fejn fl-2017 l-Awtorità tad-Djar għamlet installazzjoni u upgrades ta' lifts.", "Nista' ngħid li jkollna numru kbir ta' talbiet minn dawn.", "Għandna housing estates li llum numru sostanzjali minnhom għandhom ċertu numru ta' snin, in-nies li daħlu fihom kienu żgħar imma illum ħafna minnhom huma anzjani, uħud minnhom b'diżabilità.", "F'dan il-każ kien hemm 12-il lift ġdid u kien hemm ukoll upgrading ta' 11 oħra, b'total ta' 23 lift.", "Veru, forsi ma jinstemax ħafna, imma kien ammont ammont record li qatt sar u rridu nżommu dan il-progress għaddej.", "Infakkar li għandna proġett intensiv ta' installazzjoni ta' 'l fuq minn 100 lift fil-blokok ta' akkomodazzjoni soċjali ġewwa diversi lokalitajiet f'Malta.", "Dan il-proġett huwa mmirat li jiswa' madwar €15-il miljun u parti minnu huwa finanzjat minn fondi Ewropej.", "Bħalissa għaddejjin bi preparazzjonijiet għal permessi, stimi, tenders, u anke beda x-xogħol ta' kostruzzjoni, is-civil works fl-ewwel blokok.", "Xi ħaġa li għaddejja b'mod kontinwu wkoll hi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tiswijiet ta' proprjetà mikrija mill-Awtorità tad-Djar.", "Hawnhekk, fuq tiswija biss, intefqet is-somma ta' €2.5 miljuni.", "Kienet xi ħaġa li ħdimna ħafna fuqha.", "Għandek ukoll ħidma li għaddejja li tvarja immens minħabba talbiet għal affarijiet strutturali żgħar.", "Min iħabbat il-bibien bħalna, min jagħmel house visits, jaf it-talbiet kemm ivarjaw.", "Hawnhekk l-Awtorità tad-Djar tagħmel outsourcing ta' xogħol biex kemm jista' jkun immexxu din il-ħidma.", "Hemm ukoll dak li huwa xogħol ta' riġenerazzjoni, xogħol ta' tisbiħ f'diversi housing estates.", "Qed isir xogħol fuq entraturi u qed isir xogħol ukoll ta' landscaping.", "Din hija xi ħaġa importanti li rridu naraw li tibqa' għaddejja.", "Pereżempju, bħalissa hemm xogħlijiet għaddejjin f'Santa Luċija, hemm tenders għal xogħlijiet f'Ħal Lija u San Ġiljan, hemm tender għal xogħol fil-Mellieħa li se toħroġ dalwaqt kif ukoll Ħal Qormi, il-Kalkara, Raħal Ġdid, Tarxien u numru ta' lokalitajiet oħrajn.", "Kif għidt, għandna wkoll xogħlijiet ta' landscaping.", "Ovvjament dejjem hemm wieħed x'jagħmel u fejn wieħed jista' jżid ir-ritmu tiegħu.", "Sur President, flok ma nidħol fid-dettall tar-rapport, li żgur li se jitkellmu fuqu l-Onor.", "Membri ta' din il-Kamra, forsi nerġa' naċċenna ftit għall-aspett ta' home owership.", "Naħseb li rridu nħarsu 'l quddiem anke fil-proprjetà li nibnu.", "L-ewwel nett huwa importanti l-eżerċizzju tal-profiling, li għandu jwassal biex wieħed jidentifika l-mix li rridu nibdew.", "Qed nitkellmu fuq il-proġett tal-Malita, fejn hemm pjanti lesti u l-proġett miexi.", "Jekk Alla jrid iktar tard f'din is-sena tibda l-kostruzzjoni fuq diversi siti, imma rridu naraw ir-realtajiet realistiċi demografiċi li joħorġu anke mill-profiling meta niġu biex nagħmlu proġetti oħrajn bħall-500 unit li se nallokaw flus għalihom mill-IIP.", "Irridu naraw ukoll il-kwalità.", "Mhux se noqgħod nidħol f'kontroversji dwar units u mhux units, imma ovvjament irridu naraw li jkun hemm spazji pubbliċi, parkeġġi, faċilitajiet komunitarji u rridu naraw li jkun hemm il-bżonnijiet li huma abbinati ma' dawn l-iżviluppi.", "Ma jistax ikun li tgħid li se tibni 1,200 unit u daqshekk, imma rridu naraw ukoll kif se nidħlu fejn għandek ċerti proġetti li huma ta' ċertu daqs.", "Irridu nħarsu lejn l-akkomodazzjoni soċjali lil hinn minn sempliċement bini ta' units; irridu naraw ukoll kif se jaffettwaw lil persuni oħra u kif se jeffettwaw lill-ambjent.", "Sur President, irridu nitkellmu wkoll dwar l-entitlement.", "Naf li din mhux lil kulħadd togħġbu, imma rridu naraw x'nifhmu b'entitlement.", "Miniex qiegħed hawn biex inwerwer lil xi ħadd.", "Min għandu l-proprjetà tiegħu li ħadha minn skemi tal-housing, dik se tibqa' hemm, però fil-futur irridu naraw ukoll x'nifhmu b'entitlement.", "Irridu naraw jekk b'entitlement nifhmux li post ta' akkomodazzjoni soċjali li ngħatajt fil-mument meta kellek bżonn għandux jibqa' tiegħek, tat-tifel, tan-neputi u, jekk hemm bżonn tinqaleb l-ID card biex jibqa' għaddej fil-familja għal dejjem, jew inkella aħniex se nħarsu lejn l-akkomodazzjoni soċjali bħala l-għajnuna li għandek bżonn, u jekk għall-grazzja t'Alla ma jkollokx bżonnha aktar, joħodha min veru għandu bżonnha.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa li tirrikjedi maturità u responsabbiltà, responsabbiltà kollettiva mhux tal-Parlament biss.", "Hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha bis-serjetà.", "Irridu naraw x'nifhmu b'akkomodazzjoni soċjali, jekk hix xi ħaġa għall-eternità hu x'inhu l-bżonn tiegħek, jew hijiex xi ħaġa li tingħata sakemm għandek bżonnha, imbagħad jekk m'għadx għandek bżonnha, tista' tingħata lil ħaddieħor.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, illum qegħdin niddiskutu l-estimi finanzjarji ta' awtorita li taħdem f'qasam tant importanti għas-soċjetà tagħna.", "Jien ħadt gost nisma' lill-Ministru jitkellem u qbilt ma' ħafna minn dak li qal.", "Dan huwa qasam li jmiss sezzjoni żgħira tas-soċjetà tagħna li tassew irridu nagħtu kasha mill-viċin.", "Dan il-qasam huwa importanti ħafna biex ngħinu lil dawk il-familji li tassew jeħtieġu l-għajnuna.", "F'dan il-kwadru kollu ta' min jgħid li jkun hemm xi abbużi wkoll.", "Kif qal tajjeb ukoll il-Ministru, ikun tajjeb li ndaħħlu l-kultura li din l-għajnuna ta' akkomodazzjoni soċjali tingħata lil min verament għandu bżonn.", "Sfortunatament nafu b'każijiet - u ċert li l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes jiltaqgħu ma' diversi każijiet - fejn ma jurux l-istampa kollha imma juruk 80% mill-istorja.", "Minn jaf kemm il-darba nibgħat email lis-Segretarju Parlamentari, imbagħad nirrealizza li 20% tal-istorja ma kontx nafha.", "Tkun ħaġa tajba li fil-kultura tas-soċjetà tagħna kemm jista' jkun indaħħlu l-onestà f'dawn l-affarijiet.", "F'pajjiżna ta' min isemmi li sa minn dejjem sar sforz f'dan il-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali, però forsi mhux dejjem nistgħu ngħidu li ttrattajna dan il-qasam bl-iktar mod xieraq u anke f'waqtu.", "Ir-rwol primarju tal-Gvern huwa li jassigura li kull bniedem f'pajjiżna jkollu post deċenti fejn joqgħod.", "Il-Ministru semma li 80% tal-Maltin huma sidien ta' darhom u qal li bħala pajjiż għandna għalfejn nifirħu dwar dan.", "Iva, jiena nifraħ miegħu f'dan il-kuntest, però hemm dawk l-20% li għad mhumiex sidien ta' darhom.", "Hemm ħafna minnhom li jidher li għaddejjin minn tbatijiet.", "Matul dan id-diskors se nsemmi wkoll xi tbatijiet li proprju niltaqa' magħhom.", "Se nsemmihom mhux biex nallarmaw ruħna, għaliex wara kollox dan mhuwiex suġġett li għandna nagħmluh ballun politiku, imma biex verament naraw kif nistgħu anke fis-snin li ġejjin intejbu l-ħajja ta' dawn in-nies.", "Wara kollox dan hu li jixtiequ kemm il-Membri tal-Gvern u anke aħna mill-Oppożizzjoni.", "Illum, sfortunatament, minkejja li qegħdin fl-2018, għandna nies li jgħixu fil-karozzi minħabba diversi raġunijiet.", "Illum għandna wkoll numru mhux żgħir ta' nies jgħixu fil-garaxxijiet.", "Hemm oħrajn jgħixu f'garaxxijiet taħt l-art.", "Hemm min qed jgħix fl-infern tad-dinja għall-fatt li jkollu jaqsam il-kera ma' xi ħadd li ma jafx.", "Pereżempju, niftiehem ma' anzjan u naqsmu l-kera bejnietna.", "Issa anke żewġ wires jekk iħokku ma' xulxin jisparkjaw, aħseb u ara aħna l-bnedmin!", "Imma dawn jgħixu hekk minħabba dħul baxx u allura ma jaffordjawx iħallsu l-kera kollha.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li jkollu jgħaddi minnhom min huwa żgħir u min huwa vulnerabbli għaliex m'għandux triq oħra.", "F'dawn is-sitwazzjonijiet dak li jkun mhux talli jgħaddi minn tbatija familjari, talli jidħol f'sitwazzjonijiet fejn ma jkunx jaf x'inhuwa ġej għalih, u l-problema tkompli tikber.", "Fl-2018 għandna tbatijiet kbar ta' nies li sfortunatament imorru jikru f'żoni li ma jħossuhomx komdi fihom u f'kundizzjonijiet dipressanti li ma jixirqu lil ħadd.", "Però l-ikbar tbatija hija meta anke jitbiegħdu mill-ġenituri tagħhom u allura jkunu tbiegħdu mill-għeruq li jkunu telgħu fihom.", "Hemm min ikun jgħix fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż, imbagħad minħabba l-kera baxxa, jkollu jmur jgħix pereżempju f'Bormla, jew viċiversa, xi ħadd li jkun jgħix in-naħa t'isfel tal-pajjiż isib xi mkien lejn in-naħa tal-Qawra …", "Naf b'ġenituri li biex ilaħħqu mal-ħajja jkollhom iħallu kollox u jmorru jaħdmu.", "Ilbieraħ iltqajt ma' każ fejn mara taħdem u taqla' qrib is-€700, però €600 minnhom tħallashom kera.", "Il-Ministru semma diversi nies li huma separati, li huma waħedhom, li jbatu minn mard mentali u single parents.", "Bla dubju ta' xejn sitwazzjonijiet bħal dawn iġibu l-faqar.", "Hemm ukoll aspetti oħra li ta' min jaħseb fihom ukoll.", "Pereżempju huwa diffiċli li toħroġ taħdem jekk ikollok tifel bl-awtiżmu, għax dan ikun irid ċerta attenzjoni.", "Huwa importantissimu li ma nkomplux inpoġġu pressjoni fuq dawn il-familji li diġà jinsabu għaddejjin minn diversi tbatijiet u minn ħajja diffiċli.", "It-tbatija tkompli tikber meta, kif għedt, xi ħadd ikun minn Bormla, twieled u trabba hemm u mbagħad ikollu jmur jgħix xi mkien ieħor, bħall-Qawra, għaliex hemmhekk isib xi post li jkun jiflaħ iħallas il-kera tiegħu.", "Sinjura President, jeħtieġ li waqt li qed niddiskutu l-estimi finanzjarji ninnutaw ukoll il-ħafna tbatijiet li qed insemmu ta' ħutna Maltin.", "Jiena għedt li hemm każijiet li mhumiex ġenwini jew ma ssirx taf is-sitwazzjoni kollha, però hemm każijiet li huma ġenwini mija fil-mija u hemmhekk jeħtieġ li l-Gvern verament joħroġ għonqu għal dawn in-nies u jkun ta' spalla għalihom.", "Il-lista ta' nies fi tbatija iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar titwal.", "Fost dawn insemmi ġenituri anzjani li llum il-ġurnata jrabbu t-tfal tat-tfal, minkejja li huma anzjani u minkejja li l-pensjoni ħafna drabi hija dik li hi.", "Madankollu dawn xorta jipprovaw jgħinu lil uliedhom itejbu s-sitwazzjoni tagħhom u ovvjament il-ħajja tat-tfal tagħhom.", "Semmejt l-anzjani, u huwa tajjeb ukoll li nsemmu dawk l-anzjani li għandhom diffikultà ta' mobilità.", "Il-Ministru semma nies li daħlu f'estates fis-sebgħinijiet meta kellhom 40 sena, qegħdin fis-sular ta' fuq u rabbew familja hemmhekk.", "Dak iż-żmien is-sitwazzjoni ma kenitx ħażina, imma llum dawn huma anzjani, u jekk qegħdin fis-sitt sular u għandhom diffikultà ta' mobilità, minħabba t-turġien dawn ħafna drabi jispiċċaw maqfula f'darhom.", "Irridu naħdmu anke dwar dan u fil-fatt il-Ministru semma lifts li saru fil-komun ta' diversi housing estates.", "Huwa tajjeb, imma kif ngħidu, qatt ma jkun biżżejjed.", "Din hi sitwazzjoni li ħafna anzjani jgħaddu minnha mqar biex joħorġu jagħmlu x-xirja ta' kuljum.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll it-tbatijiet ta' diversi żgħażagħ li jixtiequ jiżżewġu u jissetiljaw imma ma jkunux jistgħu jaslu lanqas bl-iskemi li semma l-Ministru.", "L-agħar hu jekk jispiċċaw anke jaqtgħu qalbhom għax pereżempju bil-paga li jaqilgħu, il-bank ma jislifhomx kemm ikollhom bżonn.", "Hemm ukoll tbatijiet fost nies li kienu l-ħabs u ħarġu.", "Ħafna drabi fis-soċjetà m'hawn xejn x'jinkoraġġihom, u min jaf kemm-il darba tiltaqa' ma' ex-inmates li jgħidulek li bis-sitwazzjoni li hawn f'pajjiżna ħafna drabi jippreferu jerġgħu lura bejn dawk l-erba' ħitan!", "Forsi ftit huma dawk li jifhmu d-diffikultajiet u l-isfidi li jiffaċċjaw dawn in-nies.", "Hemm min lanqas kont il-bank ma jitħalla jiftaħ.", "Ara kemm lil dawn l-eks ħabsin qegħdin indaħħluhom fis-soċjetà u qed ngħinuhom isibu saqajhom jekk lanqas jistgħu jġemmgħu!", "Jien ngħid li din hija sfortuna.", "Irridu wkoll nindirizzaw sfidi f'soċjetà ta' klijenteliżmu, soċjetà fejn ningannaw lil min m'għandux skola biżżejjed, u fejn nies li m'għandhom l-ebda titolu jispiċċaw fit-triq b'ta' fuqhom senduqhom.", "Irridu nidħlu anke fil-but vojt ta' nies vulnerabbli li mhux dejjem għandhom dawk il-mezzi finanzjarji biex ikunu jistgħu jikru mis-settur privat.", "Dawn jeħtieġu imbuttatura permezz tal-għajnuna tal-Gvern ċentrali u bl-għajnuna tal-iskemi li semma l-Ministru Falzon.", "Irridu wkoll inħarsu lejn is-sitwazzjoni ta' persuni morda.", "Nista' nsemmi wkoll persuni morda li jinsabu waħedhom li ġew operati, jew nies li għandhom kundizzjonijiet bħall-ażma u qed jgħixu f'post tal-akkomodazzjoni soċjali li mhuwiex adattat għalihom minħabba nuqqas ta' ventilazzjoni, umdità jew turġien.", "Sinjura President, l-Awtorità tad-Djar għandha tkun ikona tar-ruħ soċjali.", "L-Awtorità tad-Djar għandha tara dan kollu u mhux sempliċement isserraħ rasha li hemm min għandu l-post.", "Hawn nieħu l-opportunità li nsellem liċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar li huwa preżenti hawnhekk, u nsellem ukoll lill-ħaddiema kollha li jaħdmu ħafna drabi taħt pressjoni.", "Lil dawn għandna nirringrazzjawhom għax-xogħol utli li jagħmlu f'pajjiżna.", "Tajjeb li nistaqsu jekk il-Gvern hux qed jara li kulħadd qed ilaħħaq jikri jew jixtri proprjetà li tkun adattata skont il-ħtiġijiet tiegħu.", "Il-Ministru semma - u din hija xi ħaġa li tajjeb li niftaħru biha - li 80% tal-poplu tagħna huwa s-sid ta' daru.", "Però ma rridux ninsew li hemm ukoll dawk il-ftit li mhumiex f'din is-sitwazzjoni u anke jekk ikunu biss tużżana, dawn irridu nieħdu ħsiebhom u nkunu ta' spalla għalihom.", "Il-Gvern qiegħed jara li l-proprjetà kollha jkollha l-faċilitajiet neċessarji għall-ħajja fid-dinja tal-lum?", "Il-Gvern irid jaħdem, flimkien mal-Oppożizzjoni u ma' kulħadd, biex inbiddlu l-kultura.", "Ma jistax ikun li l-Gvern ikun is-soluzzjoni ta' kollox.", "Meta jċempluli n-nies l-ewwel ħaġa li nistaqsihom hija jekk jaħdmux u x'qed jagħmlu biex itejbu s-sitwazzjoni tal-familja.", "Nistaqsihom x'qed jagħmlu biex ma jibqgħux dak li kienu fil-passat.", "Sinjura President, il-Ministru semma anke l-faqar.", "Jien dejjem ngħid li l-faqar kien minn dejjem u sfortunatament se jibqa' għal dejjem.", "Tajjeb li nsemmu wkoll ix-xogħol tajjeb li sar fis-sebgħinijiet minn Gvern Laburista ta' dak iż-żmien.", "Huwa tajjeb li nirrikonoxxu t-tajjeb li jkun sar, però f'dawk is-snin daħlet ukoll kultura li qisek trid tistenna l-partit tiegħek ikun fil-gvern biex tieħu akkomodazzjoni soċjali.", "Daħlet il-kultura ta' \"il-gvern tiegħi\" u \"il-gvern tal-oħrajn\".", "Speċjalment fil-qasam soċjali, naħseb li din il-kultura għandha tinqata'.", "Aktar minn hekk, il-Gvern u min hu responsabbli m'għandux jittollera kliem abbużiv fejn għax tkun segretarju jew teżorier ta' xi każin politiku tgħid: It-tali post ma jdumx ma jkunx f'idejja.", "Dan huwa kliem li m'għandniex nittollerawh, jiġi mingħand min jiġi.", "Dan huwa kliem abbużiv u bl-ebda mod mhu aċċettabbli, b'mod speċjali jekk hemm nies jgħixu fit-tali post. Hemm min lanqas jorqod mhu qiegħed għaliex sema' lit-teżorier jew lis-segretarju ta' każin politiku f'tali post jgħid b'superjorità li l-post ma jdumx ma jkunx tiegħu.", "Imbagħad tisma' mill-ġara li min qiegħed jgħid dan id-diskors għandu ċertu saħħa.", "Xi ħaġa li saret fil-passat minn gvernijiet preċedenti, għadha ssir llum u li jeħtieġ li ssir aktar hi li l-Gvern iħares ukoll lejn postijiet mitluqa.", "Milli nisma' ma jidhirx li n-numru huwa żgħir u allura jiena nħeġġeġ lit-telespettaturi li qegħdin isegwuna minn ġewwa djarhom biex meta jkollhom xi informazzjoni dwar postijiet tali, din jgħadduha lill-Awtorità tad-Djar biex il-Gvern jieħu passi b'mod leġiżlattiv ħalli kemm jista' jkun dawn il-postjiet ma jibqgħux mhux utlizzati.", "Irridu nħajru lin-nies jirrapportaw ukoll dwar nies li jkunu mitluqa.", "Kumbinazzjoni xi tlett ijiem ilu jiena bgħatt xi emails lis-Segretarju Parlamentari li weġibni lura għalihom b'mod immedjat.", "Ħafna drabi meta n-nies hemm barra jgħaddulek xi informazzjoni fuq xi post, donnhom jibżgħu jagħtuk ċerta informazzjoni dwarha, pereżempju l-indirizz, għaliex jaħsbu li dik l-informazzjoni tista' tiġi mgħoddija lil xi ħadd li ma kenitx intiża għalih.", "Dawn l-affarijiet kienu jingħadu kemm qabel u anke issa.", "Jiena nemmen li dan qatt m'għandu jsir.", "Aħna lkoll kemm aħna ħadna ġurament u huwa importanti li dak il-ġurnament ma nġibuhx trietaq.", "Jiena nissuġġerixxi li jkun hemm xi forma ta' inċentivi biex inħajru aktar nies jagħmlu dan b'mod kunfidenzjali anke mal-Awtorità.", "M'hemm xejn ħażin li wieħed jirrapporta lil min jabbuża.", "Il-ħażin hu meta xi ħadd jirrapporta b'sens ta' vendetta jew b'vendikazzjoni.", "Dak huwa l-ħażin.", "Aħna dan ma nittollerawhx u ma nxerrdux din il-forma ta' tagħlim.", "Għandi nirrapporta għax xi ħadd qiegħed jabbuża, għax xi ħadd qiegħed jieħu xi ħaġa li mhijiex tiegħu, għax xi ħadd qiegħed jieħu xi ħaġa minn ħalq dak li tassew jeħtieġ l-għajnuna.", "Il-Ministru semma li 80% tal-poplu tagħna huwa sid ta' daru, però tajjeb li naħsbu dwar il-fatt li hemm uħud li ilhom aktar minn 30 sena jgħixu f'darhom, għadhom bla titlu u jekk jinqalgħu sitwazzjonijiet familjari tali li jkunu kostretti jaqsmu l-proprjetà, peress li ma jkunux sidien ta' darhom tinħoloq ċerta pressjoni fuqhom u jgħaddu minn ċerti tbatijiet.", "Għalhekk nemmen li għandu jsir kordinament bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tad-Djar u l-Gvern jibda jalloka ammont ta' flus fis-sena lill-Awtorità tad-Djar biex din tkun tista' tħallas lis-sidien.", "Wara kollox ħafna mid-djar li qed nirreferi għalihom ittieħdu anke minn gvernijiet Laburisti qabel l-1987.", "Il-Mosta, pereżempju, matul dan ix-xahar iltqajt ma' ħafna familji f'żoni partikolari li għandhom preokkupazzjonijiet dwar din is-sitwazzjoni.", "Jien tkellimt ma' bosta politiċi li kienu responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u jgħidulek li jkun hemm mumenti fejn iħossuhom dgħajfa għaliex dan mhuwiex suġġett faċli imma huwa suġġett partikolari.", "Kważi kważi tispiċċa taqta' qalbek quddiem il-ħafna pressjonijiet f'dan is-settur.", "Irrid ngħid li għandna 3,500 applikazzjoni, u wara kull waħda hemm storja.", "Ma jfissirx li kull applikazzjoni hija ġenwina, imma jien nemmen li l-maġġoranza ta' dawn l-applikazzjonijiet huma ġenwini.", "Ovvjament uħud minnhom ikunu jduru maċ-ċirku 'l hawn u 'l hinn.", "Tant hemm stejjer dipressanti li kien għalihom kulħadd iqabbeż il-kju għax kulħadd irid id-dar tiegħu.", "Kulħadd irid saqaf fuq rasu, kulħadd irid dar tal-housing, u dak li jkun iridha issa u mhux għada, sena oħra jew xi xahar qabel l-elezzjoni kif fil-fatt jiġri f'pajjiżna.", "Nisperaw li dawn il-units li semma l-Ministru mhux jibdew jiġu mogħtija lin-nies xi tliet snin u nofs oħra għall-akkwist tal-voti.", "Il-maġġoranza ta' dawn l-istejjer huma każijiet ġenwini u serji.", "Hemm każijiet li jregħxuk.", "Irridu ndaħħlu l-kultura li semmejt aktar kmieni u semmieha anke l-Ministru li ma nibqgħux nippretendu kollox mill-Gvern għax il-Gvern mhuwiex piramida, jien fuq u inti taħt.", "Il-Gvern huwa jien, il-Gvern huwa int, il-Gvern huwa dak, il-Gvern huwa l-ieħor, il-Gvern huwa l-komunità u finalment kull ewro li toħroġ mill-but tal-Gvern tkun qed toħroġ mill-but tiegħi u mill-but tiegħek.", "Huwa importanti li dan il-kunċett nifhmuh kollha kemm aħna.", "Irridu nibnu politika li naħsbu li hija l-aħjar politika biex tgħin lil dawk li verament għandhom bżonn.", "Irridu naħsbu fl-anzjani li qegħdin iżommu magħhom lil binthom b'tarbija.", "Awtomatikament din il-koppja anzjana qiegħda tgħin lill-Gvern għaliex solviet każ minn dawn il-każijiet li hemm fil-waiting list.", "Possibbli ma nistgħux nagħtu xi forma ta' għajnuna biex din il-koppja anzjana jittaffhielha xi ftit minn dan il-piż li żdidilha?", "Tgħiduli: Imma bintha ma taħdimx?", "Il-Gvern għandu jagħti din l-għajnuna biex iwasslilha messaġġ li trid tagħmel minn kollox biex tibni futur, anke meta din hija fis-sitwazzjoni li qiegħda.", "Illum jekk ma jkollokx ammont sostanzjali ta' flus imġemmgħin, taħdem kemm taħdem, il-bank ma jsellfekx, aktar u aktar jekk tkun qbiżt ċerta età.", "Huwa tajjeb li fl-estimi finanzjarji li jagħlqu f'Diċembru, 2018 insibu inizjattivi fejn ngħinu lill-NGOs, nagħtu għajnuna biex jissebħu partijiet komuni u jsiru lifts.", "Dan kollu huwa tajjeb u ngħidilkom prosit, imma dan sar ukoll fil-passat taħt gvernijiet preċedenti.", "Prattikament qed issir l-istess ħaġa kif kien jiġri taħt amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti, u dan huwa tajjeb.", "Hawn irrid infaħħar ix-xogħol kollu li qed isir b'risq Malta tal-Maltin u mhux b'risq Malta tat-teżorier jew tas-segretarju tal-każin lokali!", "M'għandniex inkunu kuntenti biss b'dak li nisimgħu, imma rridu wkoll inpoġġu jdejna fuq il-ferita ta' dawn il-bnedmin li aħna kontinwament niltaqgħu magħhom.", "Irridu nkunu ċerti li dak li hemm ma jitqassamx bl-addoċċ għax fl-aħħar mill-aħħar hekk ikun jaqblilna.", "Jiena ċert li kemm l-Onor.", "Roderick Galdes kif ukoll il-Ministru ma jaqblux ma' din l-idea.", "Irridu mmorru oltre minn hekk u nwettqu anke l-prinċipji fejn il-Gvern jgħin sakemm ikun hemm bżonn.", "Irridu naraw li r-riżorsi li għandna jiġu mħaddmin bl-aktar mod għaqli għaliex ir-riżorsi mhumiex xi ħaġa infinita.", "Fortunatament għandna l-edukazzjoni b'xejn, però dak li titfa' fl-edukazzjoni trid tnaqqsu mis-saħħa u dak li tnaqqas mis-saħħa trid tgħaddih lit-toroq u sta għall-Gvern li jara x'inhuma l-prioritajiet.", "Dan il-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali huwa sensittiv u r-riżorsi li wieħed jitfa' fih iridu jiġu wżati b'mod għaqli biex l-Awtorità tad-Djar sservi aħjar u t-tmexxija tagħha ssir ġusta iktar milli hi u fuq kollox tkun iktar effiċjenti.", "Id-diskors tiegħi kien marbut mal-bniedem li għaddej minn tbatija u sħaqt u nirrepeti li d-dover tal-Gvern hu li jara li kull ċittadin ikun jista' jaffordja jikri jew jixtri proprjetà u jara li din il-proprjetà tkun skont il-ħteġijiet u skont il-but tal-individwu.", "Huwa dover tal-Gvern li jara li kull proprjetà li jqassam ikollha l-faċilitajiet neċessarji għall-ħajja fid-dinja tal-lum, fosthom il-kamra tal-banju, soqfa li mhumiex ikkundannati u anke kmamar ventilati.", "Aħna rridu naħdmu għal housing diċenti u affordabbli skont il-ħteġijiet tal-bniedem.", "Intqal ukoll li qed isir il-profiling.", "Prosit u jalla dan jitlesta llejla qabel għada.", "Naf li huwa proċess li fih 3,500 persuna, proċess mhux faċli, imma issa ilna kważi sena fil-Parlament u ilni sena nisma' b'dan il-profiling.", "Sinjura President, jiena m'għandix dubju li se niġi mwieġeb fuq id-diversi punti li qajjimt.", "Jiena persważ li l-kelliem ta' qabli l-Ministru u anke s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li se jitkellem iktar tard, innotaw il-punti validi li semmejt, b'mod speċjali punti dwar bnedmin li jinsabu f'sitwazzjonijiet serji fil-ħajja.", "Huwa irrelevanti jekk tkunx teżorier jew segretarju ta' każin, ejjew niffokaw fuq min verament għandu bżonn l-għajnuna.", "Ejjew niffokaw mingħajr ma ndaħħlu l-element politiku għax kif għedt aktar kmieni u semmieha anke l-Ministru Michael Falzon, dan mhuwiex suġġett li nistgħu nilagħbu bih bħala ballun politiku.", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, nirringrazzja lis-Sinjorija tiegħek ta' din l-opportunità li nitkellem fil-qosor.", "Dan mhuwiex suġġett li normalment nagħti l-kontribut parlamentari tiegħi dwaru, però bħala membru parlamentari għalija dan huwa suġġett importanti ħafna.", "Inutli nitkellmu dwar ekonomija b'saħħitha jekk imbagħad ma nagħmlux minn kollox biex ngħinu lil dawk in-nies verament vulnerabbli li m'għandhomx il-mezzi ekonomiċi tant tajbin li ħejjejna bħala pajjiż mill-2013 'il quddiem.", "Lil dawn irridu nagħtuhom l-għodda biex jimxu 'l quddiem u anke biex joħorġu jaħdmu.", "Inutli nitkellmu dwar Partit Laburista jekk ma jkollniex politika ta' housing effettiva.", "Jiena smajt lill-Onor.", "Bartolo jitkellem dwar dan.", "Il-politika ta' housing tista' taraha mill-aspett soċjali imma jiena se nkun iktar oġġettiv.", "L-aspett soċjali ma naħsibx li joħroġ mill-personalità politika tiegħi daqs kemm joħroġ f'dik tal-Onor.", "Bartolo, però xi rridu nagħmlu?", "Huwa faċli.", "Il-prinċipju hu li bil-flus li għandna, bil-flus li jalloka l-Gvern nipprioritizzaw biex naraw li l-aktar nies vulnerabbli f'pajjiżna jkollhom għajxien diċenti u dinjità.", "Dak huwa l-prinċipju tal-housing, mhux li waqt li kont fil-każin xi ħadd qalli li se jieħu post … Dawk huma kollha affarijiet micro!", "Fil-Kamra tad-Deputati rridu nitkellmu dwar policies li jagħmlu sens u fuq affarijiet li jimxu 'l quddiem.", "Jien minn hawn insellem kemm lill-Ministru responsabbli Michael Falzon kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari li huwa ffokat fuq il-housing, li għandhom sfida kbira quddiemhom.", "Is-suċċess ekonomiku li qegħdin nagħmlu bħala Partit Laburista mhuwiex biss it-tkabbir ekonomiku imma wkoll li jagħti dinjità fil-mod kif jgħixu l-iktar nies vulnerabbli f'pajjiżna.", "Dak hu li jagħmilna differenti minn partiti politiċi ta' twemmin differenti.", "Jiena hawnhekk slitt tliet punti mill-estimi li juru x-xogħol validu li sar mill-Awtorità u se nipprova nispjegahom b'mod mill-aktar sempliċi.", "Fl-estimi nsibu l-ispiża relatata ma' tiswijiet.", "It-tiswijiet huma priorità kbira għall-Awtorità għaliex hemm ħafna housing estates fosthom fiż-żoni ta' Ta' Xbiex, San Ġwann, Ħ'Attard, Ħal Lija u Birkirkara, li għandhom bżonn manutenzjoni u tisbiħ fir-residenzi li ma nxtrawx, li huma mikrija.", "Fis-sena 2013 għal tiswijiet kien hemm ivvotati madwar €465,000, filwaqt li fis-sena 2017 qegħdin ninnotaw li l-ispiża allokata għall-manutenzjoni kienet telgħet għas-somma ta' €2.5 miljuni.", "Hija ċifra li m'għandhiex tiġi sottovalutata, hija spiża importanti ħafna għaliex il-housing estates iridu jiġu mantnuti biex jinżamm il-livell.", "It-tieni punt hu dwar għotjiet mill-Awtorità tad-Djar għal titjib ta' 176 blokka fi 23 lokalità differenti.", "Meta nitkellmu fuq il-housing irridu nitkellmu fuq dawn l-affarijiet ukoll u mhux biss fuq min se jieħu xi post. Bir-rispett kollu qegħdin fil-Kamra tad-Deputati u rridu nevitaw il-medjokrità.", "Irridu nitkellmu fuq fatti li joħorġu mill-estimi.", "Aħna qed nagħmlu dan id-dibattitu biex naraw x'għamlet l-Awtorità b'mod oġġettiv u mhux x'qal it-teżorier li semma l-Onor.", "Jien nara l-estimi u nara jekk morniex lura jew 'il quddiem f'dak li għamilna.", "L-ispiża żdiedet.", "Fl-2015 l-ispiża kienet €200,000 u fl-2017 kienet tqarreb is-€616,000.", "Ara kemm kien hemm flus iktar ivvotati għal titjib li sar f'176 blokka fi 23 lokalità!", "Sur President, huwa importanti li dawn l-affarijiet neżaminawhom u mhux niġu hawnhekk u nitkellmu qisna talking shop.", "Veru kulħadd jgħid li jrid fis-soċjetà tagħna, imma hawnhekk irridu naraw l-affarijiet u nitkellmu fuq in-numri.", "U hawn niġi għat-tielet punt.", "Għalkemm żdiedu l-iskemi u s-sussidji, fis-sena 2017 meta mqabbla mal-2016 l-Awtorità naqqset id-defiċit tagħha b'€1.5 miljun.", "Mela l-Awtorità tat iktar f'manutenzjoni, imbarkat fuq proġetti ġodda, qed tagħmel tiswijiet fejn hemm bżonn u rnexxielha - meta tqabbel is-sena 2017 mas-sena 2016, tnaqqas id-defiċit tagħha b'€1.5 miljun.", "Dawn it-tliet punti jimlewni b'kuraġġ.", "Mhux qed ngħid li solvejna l-problema, għax il-problema qiegħda hemm, u iktar ma jkun hemm suċċess ekonomiku, il-problema iktar se tikber u mhux tonqos.", "L-isfida li għandna hi li nieħdu ħsieb dak il-bracket ta' persuni vulnerabbli li se jikber.", "Jiena slitt erba' messaġġi partikolari minn dan kollu, l-ewwel wieħed huwa l-għaqal u l-governanza.", "Hawnhekk nitkellmu ħafna fuq il-governanza.", "Din hi governanza tajba, l-Awtorità qed tagħti aktar, qed tiffunzjona aħjar u qed tnaqqas id-defiċit.", "Dak huwa corporate governance; saret biċċa xogħol tajba li minn naħa naqqset id-defiċit u min-naħa l-oħra qed topera b'iktar effiċjenza.", "Dak huwa sinjal ta' governanza tajba, li f'termini aktar sempliċi jfisser għaqal fit-tmexxija.", "Punt ieħor hu li l-Gvern huwa ċar dwar il-pjanijiet li għandha l-Awtorità.", "Kif qal diġà l-abbli Ministru Michael Falzon qabli, il-Gvern huwa kommess li f'dan is-settur joħroġ iktar skemi biex iktar Maltin isiru sidien ta' darhom.", "Hawnhekk irrid nirrimarka dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Din hi xi ħaġa li tittraxxendi mill-politika partiġjana.", "Aħna trabbejna għal 25 sena taħt Gvern Nazzjonalista u allura l-isforz huwa ta' kulħadd.", "Irridu ngħidu li mill-Household Budgetary Survey ta' Jannar 2018 irriżulta li aħna wieħed mill-iktar pajjżi fl-Ewropa li għandna nies sidien ta' darhom.", "Dan ħadd ma qalu.", "Jiena nifhmu lill-Onor.", "Bartolo, però dawn l-affarijiet irid isemmihom ukoll.", "Għandek waħda mill-iktar statistiċi għolja ta' nies li xtraw darhom u din hija xi ħaġa sabiħa.", "Jiena ġieli nkun qed indur l-Iklin u nara xi post sabiħ, ngħidu aħna terraced houses u tgħid: Dawn kif akkwistawhom?", "Dawn huma ħaddiema li llum għandhom dan l-asset, probabbilment ikun l-uniku asset ta' valur qawwi li għandhom, jiġifieri dik it-terraced house tagħhom.", "Jiena mhux qed ngħid li għamel kollox il-Partit Laburista.", "Aħna mxejna 'l quddiem flimkien u għamilna ħafna nies sidien ta' darhom.", "Għalhekk huma importanti l-iskemi li qed tniedi l-Awtorità, fosthom skema partikolari li għamlet mal-BOV.", "Għandek nies - u jien ninduna min-nies li niltaqa' magħhom u li jiġu l-uffiċċju tiegħi - li mhumiex daqshekk vulnerabbli imma xorta jinħtieġu l-għajnuna biex jikru.", "Roderick Galdes dwar każ fejn il-persuna taħdem u tagħmel ħilitha, però m'għandhiex flus biżżejjed biex iġġib finanzjament mill-bank waħedha u ma tikkwalifikax lanqas għal għajnuna għall-kera tal-appartament.", "Ma rridux ninsew lil dawn in-nies għax kulħadd jitkellem dwar il-vulnerabbli u kultant inħallu barra lil dawn in-nies li jaqgħu f'din il-bracket, fejn fosthom issib single mothers li ħarġu jaħdmu f'dawn l-aħħar erba' snin u qegħdin jagħmlu sforz biex jibnu ħajjithom.", "Aħna rridu ngħinu mhux lill-vulnerabbli biss, imma lil kull min qed jipprova jagħmel sforz biex iqum u jimxi 'l quddiem, lil dawk in-nies li ma jikkwalifikawx għal dawn l-iskemi li l-abbli kollegi nidew, fosthom tal-BOV, li hija skema li qed tgħidlek: Qum u imxi.", "Aħna mhux soċjetà tal-qrid irridu, fejn niġu hawnhekk u noqogħdu neqirdu li dan vulnerabbli u l-ieħor vulnerabbli.", "Aħna rridu mmexxu n-nies 'il quddiem, li n-nies iqumu fuq saqajhom u jimxu 'l quddiem.", "Sur President, il-Gvern qed jinvesti fil-housing, imma jiena nagħmel appell li ilna mis-sena 2013 fil-Gvern u hemm bżonn li l-housing units jinbnew u jinbnew malajr.", "Għandna ħafna familji li għandhom bżonn jidħlu f'units.", "Bis-suċċess ekonomiku li qegħdin nagħmlu għandna sitwazzjoni fejn ħafna familji qegħdin jaqgħu f'ċertu bracket li ma jaffordjawx jikru.", "Jiena nikkontesta fuq il-lokalità ta' Birkirkara u nista' ngħid li qatt qabel ma rajt kirjiet f'Birkirkara fil-livell li qegħdin illum.", "Hemm ċerti nies li jaħdmu - jiġifieri mhux ma jaħdmux, għaliex dawk żgur ma jaffordjawx - li wkoll mhumiex qegħdin jaffordjaw u hemmhekk hemm bżonn li l-Gvern jintervjeni.", "Jiena smajt lill-Prim Ministru fl-1 ta' Mejju, smajt lill-Ministru Michael Falzon u lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li qegħdin jagħmlu sforzi kbar u fil-ġejjieni qrib se jkollhom iktar minn 1,000 unit fis-suq, però huwa importanti li dawn kemm jista' ikun jitlestew malajr.", "Irrid ngħid ukoll li l-profiling li qed isir huwa xi ħaġa tajba għax b'hekk verament dawn il-postijiet jeħodhom min ħaqqu.", "Nista' niġi hawnhekk u noqgħod neqred kemm ikun hemm nies fil-każini li jgħidu li għandhom bżonn housing.", "Ejja nħarsu b'mod oġġettiv lejn is-soċjal.", "Fis-soċjal għandek baġit u trid tipprioritizza għaliex, kif jgħid it-Taljan, l'appetito vien' mangiando, jiġifieri iktar ma tagħti aktar se jersqu nies biex jieħdu.", "Xi rridu nagħmlu?", "Mhuwiex korrett li wieħed jiġi hawnhekk u joqgħod jitħassar lil dak u lill-ieħor biex forsi meta tiġi l-elezzjoni jivvotawlu.", "Is-sitwazzjoni mhijiex dik.", "Is-sitwazzjoni hi li rridu naqtgħu l-abbużi li qegħdin isiru fil-housing soċjali.", "Il-housing soċjali qiegħed hemm biex verament ngħinu lil min għandu bżonn.", "U kellu raġun il-Prim Ministru fl-1 ta' Mejju li b'responsabbiltà qal li huwa tajjeb li qed isir dan il-profiling.", "Jiena nserraħ rasi meta nara liż-żewġ kollegi li huma responsabbli minn dan il-qasam qegħdin jagħmlu l-affarijiet sew.", "Jiena, bħala parti minn Gvern li wieħed mill-prinċipji fundamentali tiegħu huwa l-mobilità soċjali, irrid nara nies li mhux jiġu jgħiduli li ħadu post tal-housing.", "Irrid nara nies li jgħiduli li ħarġu jaħdmu, li l-mara qed tieħu s-servizz taċ-childcare u għalhekk ħarġet taħdem hi wkoll għax hawn ix- xogħol - u x-xogħol jiġri wara n-nies mhux in-nies jiġru wara x-xogħol - u li xtraw il-proprjetà tagħhom.", "Irridu naspiraw li l-familji tagħna mhux jaraw kif jagħmlu biex jibqgħu kemm jista' jkun dipendenti fuq il-Gvern.", "Din semmieha wkoll l-Onor.", "Bartolo b'mod ċar.", "Ma rridux inħallu l-hekk imsejħa free riders - għax tista' ssejħilhom b'ħafna modi, imma free riders hija pjuttost diplomatika - imma rridu naqtgħu l-abbuż.", "Is-soċjetà tagħna nbidlet u l-housing irridu nħarsu lejh bħala miżura temporanja biex ngħinu n-nies u ngħidulhom: Qum u imxi 'l quddiem, għandek Gvern jissapportjak, li ħoloq ix-xogħol u li jista' jagħtik għajxien u ħajja aħjar.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, huwa dritt uman li kull bniedem ikollu saqaf fuq rasu.", "Għalija l-housing jiġi l-ewwel.", "Din hija t-tieni darba li qed ngħidha f'din il-Kamra u dan joħroġ mill-Equal Treatment Directive.", "L-akkomodazzjoni soċjali hija parti mir-ruħ soċjali.", "Jiena nifhem li gvern wara l-ieħor dejjem inħakem mill-kult tal-ġebla u dan kien il-mutur ekonomiku, minkejja d-diffikultajiet ta' sostenibilità ta' dan il-qasam.", "Nifhem u jkolli nammetti wkoll li llum qegħdin fis-sitwazzjoni fejn għandna nuqqas ta' housing soċjali minħabba dak li ġara fil-leġiżlatura preċedenti, fejn il-housing soċjali ġie traskurat u bqajna bil-wegħda ta' €50 miljun minn baġit għal ieħor.", "Kellna direzzjoni ta' pro business, running my country as my business, imma meta ġejna għall-housing soċjali, bqajna lura.", "Allura nieħu pjaċir meta f'din il-leġiżlatura bdejna mill-ewwel nitkellmu dwar il-housing soċjali biex din il-pjaga nneħħuha darba għal dejjem.", "Jiena nenfasizza fuq il-frażi \"darba għal dejjem\", għax importanti li nissodisfaw id-domanda li teżisti.", "Il-Gvern jimxi bil-policy ta' demand and supply u nemmen li t-3,500 rikjesta li jaqgħu taħt il-brackets li jeżistu tal-means test għandhom ukoll ikunu sodisfatti.", "Sur President, għalija housing first jitlob erba' kriterji.", "Jitlob ġustizzja soċjali, affordable housing li meta tiġi biex tixtri darek ikun prezz reali, ikun prezz li hu skont il-pagi tagħna, ikun prezz li ma jagħmlikx ilsir ta' self sal-pensjoni u jkun prezz li mhux iġibek skjav tax-xogħol.", "Housing first jitlob ukoll li kull familja jkollha saqaf fuq rasha, b'mod partikolari dawk vulnerabbli, imma hawn irridu wkoll nammettu li l-bracket kif inhi imposta bħalissa tal-means test hija waħda baxxa u qegħdin inħallu barra faxxa tas-soċjetà.", "It-tielet punt hu li hemm bżonn regolarizzazzjoni fil-kirjiet.", "Din nemmen fiha ħafna.", "Regolarizzazzjoni fil-kirjiet fis-sens li jkun hemm bilanċ ġust bejn id-drittijiet tas-sid u d-drittijiet tal-kerrej anke f'sempliċi ħaġa bħalma hi tal-ARMS.", "Forsi l-Awtorità tad-Djar m'għandhiex x'taqsam direttament f'dan il-punt, imma l-kiri fil-privat għandu l-konsegwenzi tiegħu u għaldaqstant nemmen li l-Awtorità għandha tħares lejh ukoll.", "Se nispiċċa b'żewġ proposti ta' soluzzjoni.", "Għalija – u nirrepetiha f'din il-Kamra – għandu jidħol social housing tax f'żewġ setturi.", "Għandha tidħol social housing tax fejn jirrigwarda t-torrijiet, ħalli barra l-isfreġju li qed jagħmlu lill-ambjent tagħna u lill- affarijiet karatteristiċi Maltin, it-torrijiet jikkontribwixxu wkoll għas-soċjetà.", "Għandha tidħol social housing tax minn ċertu għoli 'l fuq għax dawn mhumiex appartamenti għall-poplu, imma huma appartamenti għal saffa totalment differenti ta' nies.", "Għandha tidħol din it-taxxa wkoll anke fejn jidħlu għotjiet ta' art pubblika.", "Dawn qegħdin jingħataw għal ċerti żviluppi anke ta' mega projects u allura għandha tidħol is-social housing tax biex wieħed jagħmel tajjeb.", "Naqbel ukoll li għandu jsir il-profiling u prosit u tajjeb u hekk għandu jkun biex l-affarijiet isiru b'mod xjentifiku, imma rridu naraw x'nagħmlu biex nevitaw il-bubble, għax qegħdin nimxu mingħajr pjan nazzjonali fejn l-ammont ta' appartamenti vojta li għandna u li se jinbnew se joħolqu problema 'l quddiem.", "Nemmen li wasal iż-żmien li l-Ministeru jħares mill-ġdid lejn il-mod kif se nilqgħu kontra din l-isfida li se jkollna 'l quddiem.", "Sur President, housing first u akkomodazzjoni soċjali huma t-tnejn importanti, it-tnejn katina flimkien.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, dan hu suġġett li jien nagħmel mezz li dejjem nipprova nintervjeni fuqu, u dan anke meta kont kelliem ewlieni tas-settur tal-ekonomija.", "Illum jiena l-kelliem ewlieni fuq is-settur soċjali li huwa settur ħafna iktar viċin dan l-aspett politiku.", "Dan huwa dibattitu li jien ili nsegwih minn qabel ma kont f'din il-Kamra u kieku wieħed kellu joqgħod janalizza ftit id-dibattiti kollha li saru fuq din l-Awtorità tara li sena wara oħra, bejn wieħed u ieħor ikollok l-istess argumentazzjoni.", "Min ikun fil-Gvern jesprimi kemm għamel ħidma f'dan is-settur u min ikun fl-Oppożizzjoni jipprova dejjem isib iċ-ċifri li jirriflettu li għad fadal ħafna xi jsir biex ovvjament juri li t-tazza hija nofsha vojta.", "Jiena nemmen li f'dan il-qasam soċjali, b'mod partikolari għax l-aspett tal-housing jinkwadra wkoll fuq il-politika tas-social welfare ta' pajjiżna, wasal iż-żmien li jkun hemm bidla fil-mindset, bidla fil-mod ta' kif aħna nħarsu lejn is-social welfare u fil-mod ta' kif aħna wkoll nikkontribwixxu lejn kif is-social welfare f'pajjiżna jista' jitjieb u jinbidel.", "Is-sistema tas-social welfare ta' pajjiżna ilha tevolvi.", "Bdiet b'intenzjonijiet tajbin ħafna, bdiet b'intenzjonijiet li riedet tippromwovi wkoll il-wens fuq livell soċjali, però nemmen li matul iż-żmien gvern wara ieħor evolva l-qafas tal-wens soċjali iktar fuq sistema popolista.", "B'din is-sistema popolista l-għajnuna temporanja, is-soluzzjonijiet temporanji spiċċaw sistemi perpetwi.", "L-għajnuna soċjali intiża biex tgħin, biex twieżen lil dak li jkun, spiċċat issir xi ħaġa perpetwa.", "Il-konsegwenza hi li l-ispiża tispiċċa ssir a hard core expenditure li flok tgħin lil dak l-individwu jew lil dik il-household biex titla' l-iskaluni li għandha bżonn titla' biex tkun household produttiva u parteċipi fl-ekonomija u fis-soċjetà b'mod ġenerali, iġġiegħel lil dik il-household tibqa' tibbaża fuq dik l-għajnuna soċjali biex hi tkun tista' tamministra l-ħajja tagħha.", "Il-housing huwa għalija eżempju tipiku, eżempju klassiku ta' kif din il-politika titħaddem.", "Hawn jiena mhux qed ngħid għal issa, però din il-politika ilha titħaddem matul is-snin taħt diversi gvernijiet fejn aktar milli nħarsu lejn strateġija, lejn kif il-housing irridu narawh li jindirizza l-bżonnijiet li hemm fil-pajjiż, inħarsu, niddiskutu u naħsbu fuq kuntest ta' proġetti, fuq kuntest ta' kif tista' tibni tant biex tagħti jew tikri tant.", "Finalment jiena nemmen li jgħaddi kemm jgħaddi żmien qed nerġgħu niġu fl-istess post, għaliex teknikament, f'ekonomija li qed tibker, f'ekonomija li qed tissaħħaħ, fejn kif qal l-Onor. kollega qabli x-xogħol jiġri wara n-nies, inti suppost tara tnaqqis drammatiku fit-talba għal akkomodazzjoni soċjali u mhux, at best, li tibqa' bejn wieħed u ieħor fejn tkun bil-bżonn li inti tieħu miżuri daqshekk kbar u daqshekk b'saħħithom biex tindirizza dan is-settur.", "Sur President, hawnhekk irridu niddiskutu kif aħna nistgħu nbiddlu l-frame of mind ta' ħafna nies li sfortunatament f'pajjiżna għandhom il-mentalità ta' dak li jiena ngħidlu l-entitlement, li inti tħoss li inti intitolat għal post tal-housing u, agħar minn hekk, entitlement li jimxi minn ġenerazzjoni għal oħra, jiġifieri li l-ġenerazzjoni ta' wara tħoss li hi intitolata wkoll għal dak il-post.", "Issa jekk aħna irridu noqogħdu nitkellmu fuq kif nistgħu nidhru sbieħ mal-kostitwenti tagħna, tajjeb.", "Jiena ġej minn distrett li għandu domanda qawwija ħafna għal postijiet tal-housing u allura l-aktar diska popolista li nista' nkanta hawn ġew hija d-diska ta' kemm il-Gvern imissu jqassam aktar postijiet tal-housing.", "Jiena nħoss li s-soluzzjoni mhijiex dik.", "Jiena nemmen li s-soluzzjoni hija kif aħna nistgħu niċċaqilqu minn kunċett li aħna nagħmlu proġetti individwali għal kunċett fejn niffokaw u jkollna strateġija dwar housing, mhux housing soċjali, mhux akkomodazzjoni soċjali, mhux li xi ħadd ikollu jittallab biex ikollu fejn joqgħod, imma ta' kif aħna nistgħu verament nassiguraw li kull persuna f'dan il-pajjiż ikollha saqaf diċenti fuq rasha, saqaf li jkun jirrispetta d-dinjità ta' dak il-persuna.", "F'dan il-kuntest jiena nemmen li l-ewwel nett l-għajnuna tagħna trid tmur b'saħħitha lejn min hu verament vulnerabbli.", "Għalija l-iktar element importanti, - anke fil-qasam tas-social welfare - li rridu nibdew inħarsu lejh hu kif nistgħu nżidu aktar l-għajnuna għal min hu l-aktar vulnerabbli u mhux li l-għajnuna nxerrduha u nferrxuha b'mod li dik l-għajnuna li tkun tista' tagħti lil min hu verament vulnerabbli tant tkun żgħira li ma tistax twennsu.", "It-tieni, apparti l-proġetti, aħna rridu wkoll nedukaw u nimmotivaw lin-nies biex l-aspirazzjoni tagħhom ma tkunx li jkollhom akkomodazzjoni soċjali.", "Lili jweġġagħni l-fatt li l-aspirazzjoni ta' dawn in-nies tkun li jieħdu post tal-housing.", "Dik m'għandniex naċċettawha, u jekk se nibqgħu naċċettawha se nibqgħu fil-medjokrità li ilha magħna s-snin, kienet kemm taħt gvern kif ukoll taħt ieħor u hija medjokrità li ġejja mill-kultura tal-entitlement.", "Sur President, wieħed jista' jgħidli: Ir-retorika hija sabiħa, però x'tissuġġerixxi?", "Allura jiena fil-ftit ħin li għandi xtaqt insemmi ftit punti.", "Għandi xi punti oħrajn li forsi jkolli opportunità niddiskutihom anke mal-Ministru u s-Segretarju Parlamentari responsabbli.", "Fl-ewwel lok irridu nagħmlu drive qawwija kif għamlu diversi pajjiżi li nimbottaw lejn l-ownership.", "Biex inkun fair, naf li l-Gvern diġà qed iħares lejn skemi bħal dawn, però rridu nagħmlu drive ħafna aktar qawwija lejn kif individwu, anke jekk għandu dħul li huwa relativament baxx, nistgħu ngħinuh biex ikollu d-dar tiegħu.", "Apparti l-fatt li għandu asset taħt rasu qiegħed fejn qiegħed fis-soċjetà, però lil din il-persuna inti qed tagħtiha d-dinjità u mobilità ta' veru.", "Dik il-persuna li qed tgħix f'dak il-post se tibża' għall-post tagħha għax ikun hemm dak l-element ta' belonging.", "Jiena mmur f'postijiet tal-housing kif tmorru intom ukoll – u nerġa' ngħid li d-distrett tiegħi huwa mimli postijiet u blocks tal-housing - u nara li f'ħafna mill-postijiet tara dinja tal-biki.", "Allura bilfors irid jaqa' kollox fuq il-Gvern?", "Le, m'għandux jaqa' kollox fuq il-Gvern u jiena għalhekk nemmen fl-ownership, li bniedem ikun sid ta' daru.", "Fl-opinjoni tiegħi aħna għandna diversi mezzi finanzjarji ta' kif nistgħu nimxu f'din id-direzzjoni, fosthom anke permezz ta' art li għandu l-Gvern.", "Aħna nafu li l-iktar element li jiswa fil-prezz ta' proprjetà hija l-art u mhux il-kostruzzjoni jew il-finishing ta' post, allura għandna faċililtajiet kbar ta' kif aħna nistgħu nikkontribwixxu biex ikollna aktar sidien tal-proprjetà.", "Fl-areas fejn hemm predominanza ta' akkomodazzjoni soċjali għandu jkun hemm ukoll aktar faċilitajiet u spazji miftuħa biex dawn il-postijiet nagħmluhom postijiet li inti tista' tgħix fihom u mhux eyesore, postijiet fejn min għandu l-proprjetà tiegħu hemm ikun irid jitlaq minnha, imma nikkonsidrawh bħala post li huwa parti minn belt jew raħal u allura tintegrah b'mod li wieħed lanqas jinduna b'dawn it-tip ta' linkages.", "It-tielet punt hu li mil-lat ta' ppjanar, meta l-iżviluppaturi jiżviluppaw postijiet oħrajn, ikun hemm kontribuzzjoni li flok tmur għand il-MEPA u allura l-fond tal-commuted payment parking scheme jibqa' tiela', tiela' u tiela', ikun hemm allokazzjoni għal investiment li jrid isir f'dawn il-postijiet.", "Mhux sempliċement nitfgħu fondi u finanzjament li jiġu minn dawn l-iżviluppi … Għaliex din hi d-dikotomija li għandek, u kollha kemm aħna nafuha u ngħixuha, u hija ironija kbira li tweġġgħek.", "Mela jkollok appartament ta' 200 metru li għaliex ikun ġewwa prime site ikun jiswa 'l fuq minn €1 miljun, però dak huwa purament il-valur tat-titlu.", "Imbagħad għandek postijiet oħra li bi ftit kontribuzzjoni minn dak il-valur, inti tista' tagħmel tant differenza fihom.", "L-istess jekk aħna nħajru suq ġdid biex ikollna min jiżviluppa proprjetajiet ta' ċertu standard li ma jkunx standard tar-rimi, ma jkunx standard mitluq.", "F'dan il-każ inti ddaħħal capital gains tax aktar baxxa għal min jiżviluppa dawn il-postijiet, jagħmilhom aċċessibbli għal dan is-suq partikolari, bl-istandard li jkun standard approvat mill-Awtorità.", "Dan biex inti terġa' tpoġġi fis-suq proprjetà li tkun ta' dinjità, li tagħti l-ownership tagħha lill-individwu, proprjetà li finalment inti se tibni madwarha l-kunċett ta' housing aktar avvanzat.", "Għandek ukoll l-element marbut ma' min ikun qiegħed jiżviluppa.", "Jekk qed isir żvilupp li parti minnu se jkollu proprjetajiet li se jmorru għal din il-kategorija ta' postijiet, il-Gvern u l-awtoritajiet jistgħu jiffaċilitaw il-ħruġ ta' permessi b'mod aktar spedit.", "B'hekk biex dawn il-postijiet ikunu jistgħu jmorru fis-suq biex dawn il-familji jkunu jistgħu jakkwistawhom skont il-benchmarks u skont il-livelli li jpoġġi available il-Gvern.", "Jiena nemmen li jeżistu dawn l-opportunitajiet.", "Dawn l-opportunitajiet iridu jeżistu jekk isiru kategorizzazzjoni u daqsijiet ta' postijiet li jkunu adegwati, li jkunu effiċjenti u li jkunu mibnijin bl-inqas spiża possibbli.", "Dan ngħidu għaliex nafu li ċ-ċifri li qed jissemmew – u dan qalitu l-Malta Developers Association - huma on the high side tal-proprjetà.", "Finalment aħna rridu naraw kif verament iktar milli nibnu l-appartmenti biex inti qiegħed tħaddan aktar kunċetti tradizzjonali ta' kiri, nibdew nimbuttaw l-ownership dirett ta' dawn il-familji.", "Jiena nagħlaq billi nerġa' ngħid li din mhijiex xi ħaġa li tista' ssolviha f'leġiżlatura.", "Din mhijiex xi ħaġa li nistgħu nindirizzawha f'sena waħda jew f'erba' jew ħames snin, però hija xi ħaġa li nistgħu nimxu ħafna fiha jekk ikun hemm – u jien nemmen li jista' jkun hemm – il-qbil dwar mira komuni fuq medda ta' snin li f'pajjiżna ħadd ma jkun mingħajr saqaf fuq rasu.", "Jiena nemmen li pajjiżna, bl-ekonomija kif qiegħda llum u fl-avvanz ta' fejn aħna naspiraw għalih, din għandha tkun mira li nistgħu nilħquha, mira li tixraq lid-dinjità ta' pajjiżna u tal-familji tagħna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Grazzi, Sur President, għalkemm ir-rwol tiegħi f'dan il-Parlament huwa ta' kelliem dwar is-saħħa, però naqsam l-istess ħsieb mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Claudio Grech li nħoss li l-housing soċjali huwa xi ħaġa li tolqot b'mod dirett il-kostitwenza tiegħi, id-distretti fejn jiena naħdem l-aktar bħala politiku, u għalhekk jien ukoll nixtieq nagħti l-kontribut tiegħi f'dan il-qasam.", "Illum qed nitkellmu dwar l-estimi tal-Awtorità tad-Djar, dak li nsejħulu s-social housing.", "Is-social housing huwa ismu miegħu, qiegħed indirizzat lejn dawk li verament huma fil-bżonn, dawk li verament jistħoqqilhom li jkunu intitolati għal dan it-tip ta' housing.", "Dawn huma persuni vulnerabbli, familji fil-bżonn u dawk li ma jistgħux ilaħħqu mal-kirijiet għoljin li pajjiżna qed jaffaċċja.", "Għandna familji li qegħdin f'diffikultajiet finanzjarji u ma jistgħux jikru mill-privat.", "Hawn jiena lanqas biss qed insemmi xiri, għaliex dawn żgur ma jilħqux ma' dik il-mira.", "Sur President, meta wieħed iħares lejn il-qasam soċjali ħafna drabi flok inkunu proattivi nkunu aktar reattivi u nistennew li l-problema tiżdied, tikber u tkompli tintefaħ imbagħad nippruvaw naraw kif se nsolvuha.", "Naħseb li l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali pajjiżna qed jgħaddi minn dan, u hawn m'iniex nirriferi għal din il-leġiżlatura biss.", "Naturalment illum għandna l-Gvern Laburista, u huwa l-obbligu tiegħu li jindirizza din il-problema li pajjiżna qed jaffaċċja.", "Pajjiżna bħalissa jinsab għaddej minn ekonomija b'saħħitha, għaddej minn mument anke ta' surplus fil-finanzi tal-Gvern, u allura aktar u aktar huwa floku li l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali jingħata spinta 'l quddiem.", "Ma nistgħux nħallu 'l fuq minn 3,500 applikant jistennew li xi darba jinqdew.", "Issa ħalliha li mhux bilfors li dawn it-3,500 applikant kollha huma daqshekk fil-bżonn, u allura għandna naraw individwalment dawn l-applikazzjonijiet u nagħtu priorità lil dawk li jeħtieġ li jiġu indirizzati mill-aktar fis.", "Ma jistax ikollok familja li qed tgħix ġewwa substandard housing, familja li qed tgħix taħt saqaf li ma jixraqx jew f'dar fejn is-sanità mhijiex ta' standard, fejn ikollok it-toilet imiss mal-kamra tas-sodda jew saħanistra mal-kċina.", "Dawn huma każijiet li aħna narawhom meta nidħlu ġewwa d-djar tan-nies.", "Dan ma jfissirx li din hija l-istampa ta' kull dar li aħna naraw, però hemm każijiet li jistħoqqilhom prijorità u dawn għandhom ikunu indirizzati għaliex dawn huma l-familji vulnerabbli.", "Dawn huma l-familji li jistħoqqilhom akkomodazzjoni soċjali.", "Irrid ngħid li parti mid-domanda li llum qed naraw għall-akkomomdazzjoni soċjali żgur hija kaġunata miż-żieda eżaġerata fil-kirijiet li pajjiżna għaddej minnha.", "Nifhem li meta għandek din it-tip ta' ekonomija, ġewwa l-pajjiż ikun hemm boom qawwija anke fis-settur tal-kiri u fis-settur tal-iżvilupp, iżda din mhijiex ġusta fuq familji li huma fil-bżonn.", "F'pajjiżna għandna familji li għandhom pagi medji ta' bejn €800 u €900 fix-xahar li minnhom ikunu jridu jħallsu €400 jew €500 kera fix-xahar.", "Din il-ħaġa qed toħloq żbilanċ finanzjarju għal dawn il-familji li ma jippermettilhomx jgħixu b'mod komdu.", "Hemmhekk qed iħossu diffikultajiet u naturalment qegħdin jersqu aktar għas-social housing li suppost joffri kirijiet orħos, joffri sitwazzjonijiet aktar komdi, sitwazzjonijiet li jistgħu jlaħħqu magħhom dawn il-familji.", "Naħseb li wasal iż-żmien li ġewwa pajjiżna jittieħdu l-miżuri biex din is-sitwazzjoni tinbidel.", "Dan qalu anke l-Prim Ministru, għednieh kemm-il darba f'din il-Kamra u tkellimt fuqu jiena wkoll sentejn ilu meta kont mistieden għal konferenza fuq is-sitwazzjoni tal-kirijiet dejjem jogħlew ġewwa pajjiżna.", "Donnu llum kulħadd qed jaqbel li rridu naraw kif se nindirizzaw din is-sitwazzjoni biex ngħid hekk inġusta mal-familji tagħna fejn il-pagi medji ma jirriflettux il-kirijiet daqshekk għoljin li għandna.", "Huwa importanti ħafna li l-Gvern b'mod immedjat jibda jżid is-supply tal-units għall-akkomodazzjoni soċjali u b'hekk jindirizza din il-problema għaliex meta inti qed iżżid is-supply tal-units, l-ewwel ħaġa qed tnaqqas in-numru ta' applikanti u t-tieni tkun qiegħed tgħin ukoll biex il-kirijiet ma jibqgħux daqshekk għoljin u eventwalment nistabbilixxu livelli inqas minn dawk li għandna llum u iktar affordabbli għall-familji li l-pagi tagħhom mhumiex daqshekk b'saħħithom.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll dwar sitwazzjonijiet partikolari ta' persuni vulnerabbli li jkunu għaddew minn diffikultajiet f'ħajjithom.", "Nista' pereżempju nsemmi lil dawk li ġew riabilitati mill-vizzju tad-droga.", "Xi drabi jaslu sa fuq nett tal-muntanja f'dak li hu sagrifiċċju biex huma ħarġu mill-vizzju, imbagħad isibu diffikultà biex isibu xogħol u biex ikollhom post fejn joqogħdu.", "Dawn huma eżempji partikolari li jiena ġieli nisma' fejn insib ruħi ma nafx kif nista' ngħinhom.", "Dawn huma każijiet partikolari li jeħtieġu l-attenzjoni ta' dawk li qegħdin jamministraw.", "Hemm ukoll dawk li weħlu l-ħabs għal numru ta' snin imbagħad jaslu biex jirritornaw fil-komunità.", "Nippridkaw ħafna kif nistgħu ngħinuhom, li nsibulhom xogħol ħalli huma jibdew anke jagħmlu pass f'ħajjithom, iżda xi drabi x-xogħol ma jasalx u lanqas l-akkomodazzjoni.", "Dawn huma nies li jkun għaddew minn diffikultajiet u nħoss li l-Istat għandu obbligu li jgħin lil dawn in-nies.", "Il-qafas soċjali għandu jkun mibni fuq dawn il-valuri fejn aħna ngħinu lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn, u dan iġibni għal dak li huwa abbuż fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Ma nistgħux nippermettu abbuż f'dan il-qasam għaliex l-abbuż qed inaqqar mid-drittijiet ta' dawk li verament għandhom bżonn.", "L-abbuż irid jiġi kontrollat minn min qed jamministra.", "Min jamministra jrid jara li l-bord li jiddeċiedi dawn l-akkomodazzjonijiet ikun ġust.", "Għandna naraw li jkun hemm means testing adegwat, però rrid inżid ukoll li ma naħsibx il-means testing huwa dejjem ġust ma' ċerti familji.", "Wieħed ma jistax jagħti kas biss is-sitwazzjoni finanzjarja f'dak li huwa qligħ, għax familja jaf għandna spejjeż ulterjuri, pereżempju minħabba mard.", "Jista' jkun ukoll li jkollok il-kap tal-familja li qabel kien iġib il-ħobża ta' kuljum li jkun spiċċa boarded out bil-pensjoni tal-invalidità u fejn qabel kien forsi jaffordja l-kirja, illum spiċċa ma jistax.", "Irridu naraw dawn il-każijiet li qed insemmi.", "Forsi wieħed jgħid li dawn huma każijiet iżolati, huma każijiet li mhumiex komuni.", "Veru, imma huma każijiet li għandu jkollna kuxjenza soċjali għalihom.", "Għandna naraw li ssir ġustizzja ma' dawn il-familji.", "Irrid insemmi, pereżempju, sitwazzjonijiet fejn għandek familji li daħlu ġewwa akkomodazzjoni li tkun fis-sular ta' fuq meta kienu għadhom żgħar imma llum huma ristretti fil-mobilità minħabba li kibru fl-età.", "Għaldaqstant irridu naraw li jkun hemm lifts attrezzati speċjalment meta għandek persuni anzjani jew persuni li għaddejjin minn xi forma ta' marda u għandhom problemi ta' mobilità.", "Irridu naraw li l-akkomodazzjoni soċjali tkun ta' standard u kwalità li tixraq lill-familja li tgħix fiha.", "Għandu jkollna kontroll u nirregolaw il-housing ġewwa pajjiżna mil-lat ta' ndafa u spazji rikreattivi.", "Hemm bżonn li naraw li jkun hemm standards anke ta' kwalità ta' saħħa li tixraq lil dawn il-familji.", "Sur President, jiena nikkonkludi billi ngħid li l-akkomodazzjoni soċjali hija sfida ġewwa pajjiżna u l-Gvern tal-ġurnata jrid juża l-policies tiegħu u juża sistemi vijabbli biex inaqqas kemm jista' jkun din il-problema soċjali li pajjiżna għaddej minnha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "RODERICK GALDES: Sur President, illum ħadt pjaċir nisma' lill-kollegi kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll mill-Oppożizjzoni.", "Dan huwa suġġett li aħna bħala Gvern qed neħduh bis-sejretà u fih qed immexxu 'l quddiem aġenda u viżjoni għall-ġid ta' pajjiżna.", "Dan kollu fl-isfond li llum għandna ekonomija b'saħħitha li pajjiżna ma rax bħalha għal għexieren ta' snin.", "Imma qabel kollox nixtieq nagħmel aċċenn għal xi dikjarazzjonijiet li saru min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Sur President, seħibna l-Onor.", "Claudio Grech qalilna li ladarba l-ekonomija qed tikber suppost għandhom jonqsu t-talbiet għall-akkomodazzjoi soċjali.", "Sfortunatament, naħseb li l-kollega l-Onor.", "Claudio Grech nesa fattur importanti, li hija l-globalizzazzjoni, il-moviment tan-nies.", "Illum għandna pajjiż li qed jersaq lejn ta' nofs miljun, jiġifieri l-popolazzjoni ma baqgħetx 365,000.", "Barra minn hekk, jekk qed nitkellmu fuq il-kirjiet irridu nifhmu x'qed jiġri u għalfejn qed jogħlew.", "Wieħed irid jikkalkula ċerti fatturi li jeżistu llum, bħalma huma popolazzjoni li dejjem qed tikber u ekonomija li ġabet ċertu investiment fil-proprjetà, fejn dak li jkun idaħħal il-proprjetà tiegħu fis-suq tal-kirjiet – u sewwa jagħmel – biex jaqla' l-flus minnha.", "L-Oppożizzjoni staqsiet għaliex qed jiżdiedu l-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Ejja npoġġu l-affarijiet kif inhuma.", "Illum għandna 3,200 applikazzjoni u mhux 3,500.", "Kieku għandna kriżi għandna xi 7,000 jew 8,000 applikazzjoni, imma llum għandna kważi l-istess ammont li sibna f'Marzu tal-2013, jiġifieri qed nitkellmu fuq ftit għexieren aktar minn dak iż-żmien.", "Jiena dejjem nisma' l-istess diskors, li rridu nnaqqsu d-domanda għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Però r-realtà hi li sfortunatament, mill-2004 'l hawn ħadd ma bena l-ammont ta' units li kellu bżonn dan il-pajjiż għal dawk in-nies.", "L-Onor.", "Claudio Grech qal li lil dawn in-nies irridu nipprovaw inħeġġuhom biex jixtru.", "Dawn ma jistgħux jixtru.", "Tagħmel x'tagħmel, dawn ma jistgħux isiru sidien ta' darhom għax ħafna minnhom huma nies vulnerabbli li għandhom bżonn l-għajnuna tal-Istat.", "Jekk wieħed jara n-numri jsib li 55% ta' dawk li qegħdin fuq il-waiting list huma nies li kellhom problema matrimonjali, single mothers u nies li qed jgħixu bil-benefiċċji soċjali.", "Issa immaġina kif lil dawn se ngħidilhom li jridu jsiru sidien ta' darhom!", "Jekk ikollok 'il fuq minn 40 sena insa li qatt xi darba xi ħadd se jagħtik loan biex issir sid ta' darek.", "Hemm nies f'ċerta kategorija soċjali li bilfors, tagħmel x'tagħmel, jispiċċaw jaqgħu fuq l-għajnuna tal-Istat.", "Għandna wkoll madwar 500 anzjan.", "Dawn ma jaffordjaw qatt li jsiru sidien ta' darhom għax fl-anzjanità żgur li ma tistax tieħu loans mill-bank.", "Sur President, l-aħħar units li nbnew għal skop soċjali – jiġifieri mhux għax-xiri, mhux biex tagħti lill-first time buyers u ssaħħaħ l-affordabilità, u dażgur li huwa punt pożittiv li jkollok rata ta' 80% ownership tad-djar – imma li nbnew għal skop soċjali, għall-kiri, kien bniehom l-Eks Ministru Louis Galea bejn l-1987 u l-1992.", "Daqshekk hija gravi s-sitwazzjoni!", "L-Eks Ministru Dolores Cristina - mhux fl-aħħar leġiżlatura qabel ma niżel il-Gvern ta' Gonzi imma f'ta' qabel, meta kellha dekasteru għall-ewwel darba – wkoll kienet bniet xi blokka f'Bormla ta' ma nafx kemm units.", "Mill-bqija qatt ma nbnew units għall-kiri, u dik hija r-realtà.", "Il-Partit Nazzjonalista għamel tajjeb li meta kellu artijiet fuqhom kien jibni l-appartamenti u jerġa' jbigħhom, però b'hekk ma tkunx qed issolvi l-problema tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan il-Gvern huwa kburi li se jkun investa l-akbar baġit li qatt kien investit fil-housing, ta' €110 miljun, li bihom se nkunu tellajna madwar 1,200 unit.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kien hemm min qalilna li nistgħu ndaħħlu 2,000 unit.", "Mela aħna qed nagħmlu l-gallinari!", "Dawn se joqogħdu fihom in-nies!", "Qed nitkellmu fuq nies li ħafna drabi jkollhom issues soċjali.", "Darba mingħalija l-Onor.", "Lanqas aħna ma rridu nibnu ghettos, u għalhekk qed nibnuhom bi pjan, bil-għaqal u fihom hemm inklużi spazji pubbliċi, għax dawn huma familji li għandhom bżonn l-għajnuna u jekk ma tagħtihomx id-dritt li jgħixu ħajja diċenti allura jkollok problema ta' inter-generational poverty, u dik ma rriduhiex.", "Qalulna wkoll li meta l-ekonomija sejra tajjeb suppost li naqsu t-talbiet għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Jiena ngħid bil-kontra.", "Meta l-ekonomija tmur tajjeb, ħafna drabi n-nies jixtru aktar, u dan meta l-prezz jibda jogħla.", "Min irid jagħmel investiment tajjeb, għandu jixtri meta l-ekonomija tkun sejra ħażin għax ikun qed jieħu l-proprjetà bi prezz baxx.", "Dik hija r-realtà ta' kif taħdem l-ekonomija, huma l-affarijiet li sfortunatament jikkontrollaw is-suq u m'għandekx kontroll fuqhom, imma min irid jixtri bi prezz tajjeb, ħafna drabi jixtri fil-mument fejn għandu jixtri.", "Pereżempju bħalissa mhuwiex żmien tajjeb għalina li qed nibnu l-appartamenti għax tant hawn xogħol, li kuntratturi ftit li xejn issib.", "Imbagħad ingergru għax jiġu l-barranin u qed jibnu l-appartamenti.", "Tant hawn xogħol bħalissa li m'hawnx nies biżżejjed biex jieħdu dak ix-xogħol.", "Dawk huma realtajiet li rridu nirrikonoxxu li għandna u li bidlu lil pajjiżna.", "Pajjiżna m'għadux pajjiż ta' 365,000 ruħ imma sar pajjiż ta' nofs miljun ruħ u dan iġib sfidi soċjali anke fl-akkomodazzjoni soċjali.", "Però dan huwa Gvern li ma raqadx fuq il-problema.", "Sur President, dan huwa Gvern li qed jaġixxi u qed jipprova jagħraf x'inhuma s-soluzzjonijiet.", "Is-soluzzjoni mhijiex li wieħed joqgħod jeqred li għandna nies li qed jgħixu f'garaxxijiet.", "Din tal-garaxxijiet ili nismagħha.", "Kien hemm nies jgħixu f'garaxxijet anke qabel l-2013 u llum ukoll hemm nies li qegħdin jgħixu fil-garaxxijiet.", "Hemm ukoll nies li qed jisfruttaw lill-barranin li qegħdin jiġu jgħixu Malta u ma jsibux jikru bi prezzijiet baxxi, billi jipprovaw jikkonvertu garaxxijiet f'residenzi.", "Dak huwa abbuż.", "Illum il-liġi tal-kera ma tirrikonoxxix it-tip ta' fondi u liema fondi huma tajbin biex jinkrew u din hija xi ħaġa li rridu nindirizzaw fil-white paper.", "Irridu naraw liema proprjetajiet verament jistgħu jinkrew u nagħtuhom inċentiv biex jinkrew.", "Imma huwa ħażin li wieħed jikri fond bħala residenza meta dan lanqas biss ikollu l-faċilitajiet sanitarji.", "Dak ikun sfruttament tan-nies, xi ħaġa li lili ddejjaqni immens.", "Kien hawn min qalilna li għandna mijiet jgħixu fil-garaxxijiet u jiena mill-ewwel mort nara x'inhi s-sitwazzjoni.", "Iċċekkjajt il-profiling li għaddej u minn xi 1,600 persuna li diġà għamlulhom profiling ma rriżultawx dawk l-ammonti.", "Kull m'hemm huma xi tliet każijiet biss, u jien għedtilhom biex juruni liema huma ħalli jekk nistgħu, noħorġuhom minn dik is-sitwazzjoni.", "Ejja ma nallarmawx lin-nies u ngħidu li kulħadd qed jgħix fil-garaxxijiet.", "Jingħad ukoll li hawn min qed jgħix barra fit-toroq.", "Jekk wieħed imur l-Ingilterra, Liverpool jew Manchester, wieħed jara nies jgħixu barra għax għandhom problema ta' homelessness.", "Anke fi Brussell tara nies mal-art, u hawn qed nitkellmu fuq iċ-ċentru tal-Ewropa.", "F'Malta, fortunatament, għadna ma esperjenzajniex din is-sitwazzjoni u rridu naħdmu biex ma nesperjenzjawhiex.", "Pajjiżna għaddej minn vena ta' investiment li qatt ma rajna bħalu u rridu naraw li dak l-investiment ikompli jgħolli l-istandard of living tan-nies inkluż tal-Maltin li jridu jkomplu jaħdmu u jgħinu lilhom infushom.", "Min-naħa l-oħra, x'nistgħu nagħmlu fl-immedjat?", "Waħda mid-deċiżjonijiet li qed nimbotta 'l quddiem kemm f'livell ta' Gvern kif ukoll fuq livell ministerjali hija s-sussidju tal-kera.", "Ma jistax ikun li jibqa' jkollna sussidju tal-kera kif inhu maħdum illum.", "L-affordabilità trid tkun ibbażata fuq l-income ta' dik il-persuna li għandha bżonn l-akkomodazzjoni jew l-għajnuna mill-Istat.", "Din hija l-miżura li rrid nimbotta 'l quddiem biex is-sussidju tal-kera jiġi riformat.", "Huwa inutli noqgħod niġi hawn u bir-rettorika ngħid għax hemm in-nies barra t-triq u għax hawn il-problemi.", "Irridu naraw kif naħdmu barra mill-kaxxa u nsibu s-soluzzjonijiet jekk verament irridu nindirizzaw l-issue tal-housing bis-serjetà.", "Waħda mid-deċiżjonijiet li l-Gvern Nazzjonalista ħa qabel l-elezzjoni għax qatt ma bena appartamenti kemm suppost kienet li hu jikri mingħand il-privat.", "Dik hija miżura tajba li tixbah l-iskema li għandna llum Nikru biex Nassistu, imma dik hija temporanja.", "Pereżempju naf li tliet snin oħra se jiskadu dawk tal-għaxar snin u l-Istat se jkollu jħallas aktar biex isostni dawk l-appartamenti li għaxar snin ilu ħarġu għall-kiri mingħand il-privat.", "Dan għax dak iż-żmien ma kienx hawn suq tal-kera u allura l-Gvern kien isib ħafna appartamenti għax ma kienx hawn il-kompetizzjoni li hawn illum.", "Illum aħna ħriġna l-iskema xorta waħda, però mhux qed nippretendu li se jkollna l-istess ammont ta' response li kien hemm dak iż-żmien għax nafu li s-suq tal-kera llum huwa dak li hu.", "Mela rridu naraw li dan it-tip ta' inizjattivi jibqgħu għaddejjin imma fl-istess ħin irridu naraw li jkollna soluzzjonijiet dejjiema.", "Kunċett ġdid li rridu nitkellmu u naħdmu fuqu hu dak tal-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili fuq l-akkomodazzjoni soċjali.", "Sfortunatament, dan il-kunċett qatt ma kien diffuż u din hija xi ħaġa li trid tkun maħduma bil-għaqal bejn l-Istat u s-soċjetà ċivili.", "Tiġini f'moħħi, pereżempju, il-Knisja.", "Il-Knisja tagħmel ħidma soċjali enormi fil-pajjiż u l-Knisja għad għandha fejn tista' tikkopera mal-istat fl-akkomodazzjoni soċjali.", "Nittama li nkunu nistgħu naħdmu aktar flimkien fuq dan il-qasam ħalli ngħinu lil min huwa fil-bżonn.", "Nittama wkoll li naħdmu aktar fuq il-konċett ta' housing associations.", "F'Malta qatt ma mraħna fuq kif nistgħu nutilizzaw l-assi tal-Istat li b'mod soċjali jħallu rendiment.", "Hemm ħafna nies li jixtiequ jinvestu fil-housing li mhux qed jaraw biss il-qligħ on a short-term basis imma jgħidulek li jridu jagħmlu investiment li jħalli rendiment long-term.", "Dawk huma miżuri li aħna qegħdin naħdmu fuqhom.", "Bħala segretarjat irridu nuru x'inhi l-alternattiva.", "Jekk ma nagħmlux hekk, noqogħdu neqirdu u ngħidu nibnu, nibnu, però li tibni biss mhuwiex biżżejjed.", "Apparti li tibni, irid ikollok sistemi fejn taffettwa nies li forsi m'għandhomx problema ta' housing soċjali imma għandhom problemi oħrajn, fosthom ta' affordabilità.", "Dażgur li jinkwetani meta nara rapporti tal-KPMG, inkluż tal-MDA, li jgħidu li hemm problema fost single income earners li għandhom income ta' €20,000 u li dawn qed isibuha diffiċli biex jidħlu fis-suq tal-proprjetà għax nafu li l-prezzijiet tal-proprjetà għolew.", "Ir-realtajiet nirrikonoxxuhom u rridu naħdmu fuq miżuri oħrajn li nsaħħu mhux biss idejn l-Istat li jgħin lil dawk il-familji imma rridu ngħinu aktar nies biex isiru sidien ta' darhom.", "Aħna niftaħru li llum għandna 80% tan-nies li huma sidien ta' darhom.", "Aħna rridu naraw li dak it-80% jibqa' u mhux jinżel.", "Issa bil-popolazzjoni tikber fil-pajjiż, irridu naraw li mhux biss insaħħu s-suq tal-kera imma nsaħħu wkoll l-affordabilità.", "Din hija l-viżjoni tagħna, viżjoni li rridu naraw.", "Irrid ngħid ukoll li ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Hemm ċerti oqsma li naħseb hemm konverġenza mal-Oppożizzjoni fuqhom.", "Pereżempju l-Prim Ministru kien l-ewwel wieħed li tkellem dwar l-entitlement.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq l-istock l-antik, għax inti ma tistax taqla' nies ta' 80 sena 'l barra mill-post fejn trabbew u tgħidilhom li issa jaffordjaw.", "Qed nitkellmu fuq il-ġodda.", "Jekk se nibnu 25% tal-istock eżistenti li għandu l-Istat bħalissa fuq housing soċjali, l-akbar bini li qatt sar minn żmien Mintoff 'l hawn, aħna se nħallu l-istess sistema li ilha għaddejja minn dak iż-żmien, li jekk tieħu post tal-Gvern dak tibqa' tgawdih għal għomrok anke jekk imbagħad wara ċertu żmien tkun taqla' aktar flus u ma jkollokx bżonn dik l-għajnuna?", "Jew se ngħidu li jekk tibda taqla' aktar flus int trid tgħaddi dik l-għajnuna lil ħaddieħor ħalli dik l-għajnuna tmur għand min l-aktar li għandu bżonnha fis-soċjetà?", "Dawk huma l-mistoqsijiet li qegħdin inpoġġu quddiemna.", "Aħna rridu nbiddlu.", "Ma nistgħux nibqgħu bil-mentalità ta' 20 jew 30 sena ilu meta ċ-ċirkostanzi qed jinbidlu.", "Is-soċjetà wkoll qed tinbidel.", "Is-soċjetà li għandna llum mhijiex is-soċjetà li kellna qabel.", "Illum anke l-familja m'għadhiex il-familja li kienet qabel.", "Ġimagħtejn ilu, fil-ġurnata ddedikata lill-familja, attendejt għal konferenza li fiha kienu qed jipparteċipaw is-social workers kollha u entitajiet mill-Knisja u mis-soċjetà ċivili.", "Matul il-konferenza kien hemm min argumenta li dari ma konniex nagħmlu hekk.", "Irridu nifhmu li llum qegħdin niġu influwenzati mill-globalizzazzjoni, mid-dinja tal-internet u tal-Facebook u mill-midja soċjali kollha li hawn madwarna.", "Hekk ukoll il-familja tagħna qed tinbidel.", "Jekk xi ħadd qed jaħseb li mhux se jkun hawn separazzjonijiet ma jafx x'qed jgħid, għax separazzjonijiet se jibqa' jkun hawn u allura rridu nilqgħu għal dawk l-elementi li l-familja tagħna tista' tinbidel matul iż-żmien.", "Mill-istatistika li qegħdin naħdmu fuqha u mill-istudji li qed naraw anke l-inkwilin qed jinbidel.", "Pereżempju, niftakar fi żmieni n-nies kienu jiżżewġu ta' età aktar żgħira.", "Illum għandna statistika li turi li l-età ta' familja jew ta' koppja li tidħol f'relazzjoni qed tkun fuq it-30 sena u kważi kważi anke fin-nofs tat-tletinijiet.", "Dak ifisser li għandek l-inkwilin li qed jinbidel.", "Għandna inkwilin li llum il-ġurnata jgħidlek li jippreferi jibda jikri għax jibża' jidħol għall-commitment ta' loan bil-prezzijiet tal-proprjetà tal-lum.", "Dawk huma realtajiet li qed naraw iseħħu f'pajiżna.", "Aħna rridu naraw li l-policies tagħna jkunu bbażati fuq kif qed tinbidel is-soċjetà.", "Jekk ma nirrikonoxxux il-mod kif qed tinbidel is-soċjetà ma jistax ikollna l-housing policy li tkellem fuqha l-Onor.", "Claudio Grech, li nassigurah li qed naħdmu fuqha.", "Sur President, fl-aħħar baġit għamilna miżuri rigward housing li qatt ma kellna bħalhom sa mill-2013 'l hawn.", "Kien l-akbar baġit li qatt kellna fil-housing soċjali, mhux biss fuq l-iskema Nikru biex Nassistu fejn aħna qed nikru mingħand il-privat u diġà għandna madar 195 applikazzjoni, imma kellna, pereżempju, każijiet ta' skemi oħrajn li huma interessanti ħafna li se jkomplu jgħinu biex ikollna viżjoni aktar 'il quddiem, fosthom l-iskema biex wieħed jirriabilita proprjetà antika mitluqa.", "Jekk irridu nsaħħu s-supply, irridu naħsbu f'inċentivi.", "Miżura li sfortunatament għadna ma tajnihiex biżżejjed importanza pubbliċitarja għax nemmen li tista' tkun ta' aktar suċċess hija l-iskema fejn lin-nies qed ngħidulhom li se nagħtuhom €25,000 biex jirriabilitaw proprjetà battala jew proprjetà run-down li ilha mitluqa għal diversi snin, li ilha mibnija aktar minn 30 sena, imbagħad jagħtuhielna għal għaxar snin u aħna niggarantulu inkwilin għal għaxar snin sħaħ b'mod li jkollu l-kera dieħla dejem matul dak iż-żmien.", "Din hija skema li qed tintlaqa' tajjeb, diġà daħlu madwar 11 jew 12-il proprjetà li qed jibbenefkaw minnha u nittamaw li nlaħħqu l-baġit kollu sa Novembru li ġej u b'hekk inkunu eżawrejna l-baġit kollu ta' din l-iskema.", "Dwar l-iskemi ta' self nifhem li dawn l-iskemi għandhom il-limiti tagħhom.", "Jgħiduli għax b'€120,000 wieħed ikun limitat ħafna fl-għażla tal-postijiet.", "Dażgur li nifhem, però wieħed ma jistax jippretendi li l-bank se jagħtih loan li ma jiflaħx iħallsu.", "Aħna, għal grazzja ta' Alla, qatt ma kellna kriżi finanzjarja f'dan il-pajjiż għax il-banek kienu konservattivi fuq kif jagħtu loans u qatt ma taw loan li sfortunatament il-persuna li ħaditu ma rnexxilhiex tħallsu matul ħajjitha.", "Irridu nirrikonoxxu li din l-iskema l-massimu tagħha ħadnieh, ħadna sa €120,000, u hawn nappella u nerġa' nappella biex ma nitfgħux rasna fir-ramel.", "Qed nagħmel l-appell lis-suq tal-proprjetà għax illum veru għandna ekonomija b'saħħitha u l-bejgħ tal-proprjetà, imma ma nistgħux ngħidu li għandna xi garanzija li l-prezz se jibqa' tiela'.", "Irridu nifhmu li bħalissa hemm suq ta' madwar 600 familja li lesti jixtru meta jsibu prezz ta' €120,000 proprjetà.", "Nemmen li sa sena ilu kien hemm aktar ammonti fl-istock ta' €120,000 proprjetà, imma sfortunatament, aktar ma tinċentiva, aktar nies jibbenefikaw mis-suq u allura s-suq isaħħan il-prezz tal-proprjetà.", "Irridu nifhmu wkoll li jekk hemm min lest li joffri dawn it-tip ta' appartamenti żgur li se jsib bejgħ mill-ewwel għax se jkun hemm domanda qawwija għal dawn il-prezzijiet.", "Bħala Stat irridu naraw ukoll x'miżuri jew skemi oħrajn nikkonsidraw jekk l-iskemi preżenti jgħaddi ż-żmien tagħhom u ma jibqgħux reali f'dak li huwa l-prezz tal-proprjetà.", "Fosthom hemm ix-shared ownership, jew l-equity sharing schemes fi żmien il-Gvern Nazzjonalisa ħalli nkomplu nsaħħu l-għajnuna lil dawk li jridu jixtru darhom għax fil-housing ma nistgħux nitkellmu fuq dawk li huma vulnerabbli biss, kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Irridu nħarsu wkoll lejn min mhux qiegħed f'sitwazzjoni li għandu bżonn akkomodazzjoni soċjali imma jixtieq li jixtri.", "Lil dan irridu nkomplu ngħinuh ħalli jsir sid ta' daru, però rridu nifhmu wkoll li l-Istat m'għandux xi bir bla qiegħ li jista' jaffordja joħroġ il-flus u ma jkunx hemm miżuri li jistgħu jkunu sostenibbli.", "Tkellimna ħafna wkoll fuq abbuż.", "L-ewwel darba li sar xi ħaġa konkreta fuq abbuż kien is-sena li għaddiet bit-tnedija ta' freephone għal min lest li jirrapporta każijiet ta' abbuż soċjali.", "Diġà kellna 56 telefonata li ġew investigati kollha imma mhux kollha kienu każ ta' abbuż.", "Ikun hemm min jirrapporta b'mod frivolu anke għax ikun imqabbad ma' xi ħadd, però fejn kien hemm każijiet ta' abbuż kien hemm żgumbramenti ta' nies għax kienu qegħdin jokkupaw illegalment proprjetà tal-Gvern.", "L-Onor.", "Bartolo llum semma xi każ li ma nafx min hu, lanqas biss smajt bih, fejn xi segretarju ta' każin qed jgħid li se jieħu xi proprjetà tal-Gvern.", "Jekk l-Onor.", "Bartolo għandu xi informazzjoni nitolbu jgħaddihieli.", "Jien ma naħlef għal ħadd, però nassigurah li sakemm ikun hawn jien bħala Segretarju Parlamentari, ma jien se nħalli lil ħadd jabbuża mill-proprjetà tal-Istat.", "Jekk hemm xi ħadd li qed jgħid li se jieħu xi ħaġa li m'għandux dritt għaliha, nitolbu jgħaddili d-dettalji ħalli ninvestiga minnufih.", "Qed nagħmilhielu ċara minn issa!", "Il-pożizzjoni tagħna hi li niġġieldu l-abbuż u ma nkunux parteċipi fl-abbuż.", "Mhux se noqgħod ngħid x'ġara fil-passat.", "Jien jinteressani minn dak li nagħmel jien u x'hemm bħalissa għaddej min-naħa tal-Awtorità biex naqtgħu l-abbuż tal-housing soċjali.", "Inti llum għandek l-awtorità li tiġi f'dan il-Parlament, tgħaddilna l-informazzjoni u aħna ninvestigaw.", "L-investiment huwa xi ħaġa li ħadd ma kkonsidraha fid-diskussjoni fuq l-estimi.", "Pereżemju, fl-2011 il-baġit għall-manutenzjoni tad-djar kien ta' €180,000.", "Tafu kemm tela' dan il-baġit illum?", "Tela' għal aktar minn €2.5 miljun.", "Araw kemm qegħdin naħdmu fuq manutenzjoni.", "Veru li jkollok stock ta' housing, imma meta l-istock jibda jiqdiem ifisser li jkun hemm bżonn ta' aktar għajnuna, aktar sussidji u aktar xogħol ta' manutenzjoni, u dak qed isir.", "Għall-ewwel darba f'40 sena waqqfna unit speċjali fi ħdan is-Segretarjat li qed idur il-faċċati ta' kull blokka appartamenti.", "Għax x'inhi l-ikbar problema tal-housing?", "Meta lill-proprjetà ma tagħtihiex il-protezzjoni neċessarja mix-xita, mill-umditajiet u mill-elementi naturali, jekk tħalli l-fili miftuħin, ġewwa jibda jittiekel kollu.", "Aħna għedna li dan l-investiment irridu nagħmluh issa u ddedikajna madwar €2.5 miljun oħra biex isir dak li ma sarx f'40 sena.", "Dan qed isir għax illum għandna surplus, għax għandna ekonomija b'saħħitha, għax kieku minn fejn se ġġib il-flus għall-housing?", "Bid-defiċit u d-dejn dejjem tiela' ma ssibx flus biex tiddedikahom għal dawn l-investimenti.", "Issemmew ukoll – u jiena bdejt nidħak - il-plots ta' żmien Mintoff li kienu ngħataw fl-1987 u għadhom ma tħallsux.", "Iva, kien hemm 25 sena li setgħu tħallsu fihom; kieku tħallsu dak iż-żmien fis-snin 80 jew fis-snin 90 forsi l-prezz tal-art kien ikun biċ-ċuċati.", "Illum il-ġurnata taf kemm qed inħallsu bil-prezz tal-lum?", "Il-Lands Department irid iħallas miljuni kbar ta' ewro!", "Xtaqt nagħmel aċċenn għax-xogħol li għaddej bħalissa mill-Awtorità.", "Bħalissa, kif tafu, qegħdin naħdmu biex nikkonkludu l-white paper relatata mal-kirjiet.", "Il-ħsieb tagħha huwa li tagħtina stampa ċara tas-sitwazzjoni u x'inhi r-realtà fil-qasam tal-housing, però rridu nitilqu wkoll minn proposti li l-Gvern huwa committed li jwettaq.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu lin-nies hemm barra li se nikkontrollaw il-prezzijiet.", "Jekk se mmorru fuq kontroll tal-prezzijiet qed ngħidu lin-nies biex ma jibqgħux jikru għax ma jaqblilhomx jikru għax il-Gvern se jikkontrollalek.", "Ma rridux inbeżżgħu lin-nies mill-kirjiet, anzi rridu ninċentivaw lin-nies li jkollhom aktar proprjetà li jitfgħuha fuq is-suq tal-kera.", "Irridu naraw ukoll li l-inċentivi għal min jikri jkunu adegwati speċjalment f'dik li hija l-protezzjoni tal-inkwilin.", "L-aktar ħaġa li ddejjaqni hija li l-istatistika turi li 35% tal-każi ta' dawk li huma fuq il-waiting list għandhom problema minħabba l-prezz tal-kera.", "Hemm ukoll min għandu problema ta' sub-standard dwelling u jrid ibiddel.", "Din hi problema li l-Istat irid jindirizza għax huwa fl-obbligu li jgħin lill-familji ħalli ma jaqgħux lura.", "Min-naħa l-oħra, irid ikun hemm l-infurzar biex naqtgħu l-abbuż minn ċerti sidien li qegħdin ikunu sangisugi fuq il-kirjiet għax lill-inkwilini qed jeħdulhom is-sussidju tagħhom.", "Dak m'għandniex inħalluh għax dak huwa sussidju li qed jingħata lill-inkwilin biex jitrejjaq u jkun jista' jgħin lilu nnifsu fir-rigward tas-suq tal-kera u m'għandux jispiċċa bħala sussidju li jittieħed mis-sid.", "Dik hija waħda minn dawk il-benefiċċji li rridu naraw kif nindirizzaw fil-ġejjieni.", "Irridu nirrikonoxxu li l-housing huwa wieħed mill-ikbar sfidi li se jkollu pajjiżna mhux issa biss imma għall-għaxar snin, 20 sena li ġejjin.", "Irridu nifhmu li dan il-pajjiż m'għadux sempliċiment gżira magħluqa fiha nfisha imma huwa pajjiż fejn qegħdin niftħu l-ekonomija tagħna, qegħdin niftħu l-bibien beraħ biex inkomplu nikbru ma' ħaddieħor u naraw aktar nies iħallsu t-taxxi u aktar nies li jkabbru l-ekonomija tagħna.", "Irridu nindirizzaw il-bżonnijiet ta' soċjetà kożmopolitana, il-bżonnijiet ta' soċjetà li jkollha housing soċjali adegwat u housing affordabbli u tajjeb għall-futur.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u infiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018.", "L-ISPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018, skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "RODERICK GALDES: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – Votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtortià għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtortià tad-Djar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi): Sur President, illum ħadt gost nisma' diskussjoni matura bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Huwa ta' pjaċir li hawnhekk ikollna argumenti li jkunu rpożati, argumenti li jkunu mneżżgħa minn dak li huwa partiġjan għax nemmen li huwa b'dan il-mod li bħala pajjiż nistgħu nersqu biex insewwu parti mill-inġustizzja li tkun saret ma' numru ta' familji Maltin u Għawdxin.", "Is-settur tal-housing li rrefera tajjeb ħafna għalih is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes huwa settur li dan il-Gvern qed jinvesti bis-sħiħ fih.", "Nirreferi għal dak li ħabbar il-Prim Ministru Joseph Muscat ftit tal-jiem ilu li se nkunu qegħdin ninvestu €50 miljun mill-fondi li faddalna mill-programm ta' ċittadinanza fi proġetti tant meħtieġa fil-pajjiż.", "Se nkunu qegħdin nagħmlu l-akbar investiment li qatt sar fl-istorja ta' pajjiżna.", "Qed ngħidu li parti mill-fondi li ġbarna u faddalna b'tant għaqal tul dawn l-aħħar snin se jkunu investiti biex nagħmlu 500 unit soċjali ieħor fil-pajjiż.", "Huwa tajjeb li jkollna pjan f'pajjiżna.", "Qed ngħid dan għax bħala ċittadin jiena nħoss li għexna 25 sena ta' amministrazzjoni preċedenti fejn konna nagħmlu l-miżuri neċessarji biex jgħattu wħud mit-toqob mill-problemi li jkunu qegħdin jirriżultaw f'dak il-mument partikolari.", "Konna nraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar minflok ikollna policies ċari fil-pajjiż, pjan fit-tul li jindirizza mhux dak li jkun evidenti, l-aggravju li nkunu waqajna fih, imma li jaħseb fit-tul biex jilqa' minn qabel għal dak li l-pajjiż se jkun qed jgħaddi minnu.", "Jiena nixtieq nirreferi għal settur ieħor li nemmen li għal għexieren ta' snin l-amministrazzjoni preċedenti dejjem irraġunat li għandna problema fih, mela ejja ninvestu u naraw kif se nsibu soluzzjoni temporanja.", "Qed nirreferi għat-toroq fejn kellna sitwazzjoni fejn jibdew uħud mill-proġetti infrastrutturali f'dan il-pajjiż u jibqgħu jkaxkru 18-il sena wara.", "Hemm ħafna eżempji li jiġu f'moħħi bħalissa, fosthom it-terminal taċ-Ċirkewwa u numru ta' toroq li kienu jibdew imbagħad Alla biss jaf meta jispiċċaw!", "Jiena nemmen bis-sħiħ fil-mod ta' kif il-Gvern qiegħed jaħdem, li jinvesti f'aġenzija li jkollha miri ċari quddiemha, miri li huma spjegati b'mod ċar li jħarsu long-term lejn soluzzjonijiet li jkunu dejjiema u mhux li naqilgħu triq, nagħmlulha ftit tarmac, imbagħad tiġi l-ewwel xita u tkaxkar kollox magħha.", "Ma jistax ikun li nibdew triq u tliet snin wara għadna qed inkarkru biha.", "Ma jistax ikun li jkollok ċerti kuntratturi li jridu jibilgħu d-dinja mbagħad ma jkollhomx il-kapaċità u l-għodda biex ikomplu l-investiment li jkunu se jitħallsu għalih.", "Hawn nixtieq nagħmel referenza għal żmien l-era tal-Eks Prim Ministru Dom Mintoff.", "Min kien jgħix dak iż-żmien jiftakar tajjeb ħafna – u jien kont għadni żgħira ħafna fl-età, forsi kelli tliet snin jew erbgħa – li t-toroq kienu jingħataw it-tarmac kif suppost.", "Dawn it-toroq, kważi 40 sena wara, tħallew b'dak l-istess tarmac li kienu ngħataw dakinhar.", "Illum il-Ministru responsabbli huwa l-kollega tiegħi l-Onor.", "Ian Borg, li huwa Ministru ddedikat u ffokat, u għall-ewwel darba għandna l-akbar ammont ta' toroq li qed ikunu rranġati.", "Illum qed isir l-investiment infrastrutturali li hemm bżonn u ma ssibx is-sitwazzjoni diżastruża li konna mdorrijin biha taħt amministrazzjoni preċedenti.", "Fil-każ tal-flyover tal-Kappara dan kien proġett li kien qed jimxi mat-termini li kienu sipulati u għall-ewwel darba stajna naraw kif bil-kapaċità ta' nies li jkollhom viżjoni u sens ta' planning, ix-xogħol sar within the established time-frames.", "Nixtieq nagħmel referenza għal dak li ntqal fuq diversi setturi, fosthom fuq l-investiment tant meħtieġ fil-bypass ta' qrib l-Isptar Monte Carmeli Ħ'Attard.", "Huwa proġett li ilu jissemma.", "Dan kien ilu fuq l-ixkaffa u mhuwiex xi ħaġa li qomna filgħodu u f'daqqa waħda għedna li se nagħmluh.", "Diversi studji taħt gvernijiet Nazzjonalisti jindikaw li huwa importanti li dik it-triq tingħata l-attenzjoni.", "In-nies li jridu ta' kuljum jivvjaġġaw jew biex iwasslu lil uliedhom l-iskola jew għall-privatijiet, jew biex jagħmlu l-qadi, jew biex imorru lejn il-post tax-xogħol, jafu li din hija triq li għal għexieren ta' snin kull xahar kienet sejra lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' traffic jams minħabba l-bottlenecks li qed jinħolqu, ibda mit-Triq ta' Ħaż-Żebbuġ min-naħa tar-Rabat san-naħa tal-Imrieħel, triq li ma tispiċċa qatt.", "Bħala ġurnalisti matul is-snin rajna sitwazzjonijiet tar-redikolu relatati mat-traffiku fil-pajjiż.", "Jiena niftakar ftit tas-snin ilu, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, fuq il-mezzi soċjali konna naraw nies jiddieħku jagħmlu l-make-up waqt li jkunu weqfin fit-traffic.", "Kien hemm make-up artist minnhom li għamlet full make-up fil-karozza wieqfa fl-istess post għal nofs siegħa.", "Din hija s-sitwazzjoni li konna drajna biha taħt gvernijiet Nazzjonalisti.", "Minkejja dan, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista l-Onor.", "David Agius ħareġ jikkritika dan il-proġett.", "Qalilna li se nibdew dan il-proġett mingħajr ma kkonsultajna, skont hu, mar-residenti.", "L-Onor.", "Adrian Delia jgħid li jridu jkunu qrib iċ-ċittadini.", "David Agius matul is-snin, għax sa fejn naf jien, dan kien kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, u jekk verament hu u l-Kap tal-Oppożizzjoni kienu qrib in-nies, jafu b'mod ġenwin kemm qed ibatu n-nies li joqogħdu r-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, l-Imrieħel jew dawk li jaħdmu f'dawk l-akwati minħabba l-arja mniġġsa li qed ikun hemm grazzi għad-defiċjenza ta' partit li meta kien fil-gvern ma ħax passi.", "Imbagħad wieħed jara wkoll il-konflitti f'din il-kwestjoni kollha.", "Pereżempju għandek eks Membri Parlamentari Nazzjonalisti, fosthom Charlò Bonnici, li qabel ma' dan il-proġett u anke fil-ġurnal the Times of Malta b'mod pubbliku qal li dan huwa proġett tajjeb u proġett li jagħmel sens.", "Qal ukoll li hawn għandna nbiegħdu l-politika partiġjana u għal darba, fejn hu tajjeb ngħidu li huwa tajjeb.", "Nixtieq li aktar 'il quddiem nippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra ittra partikolari li nkitbet minn persuna li kienet taħdem u timmilita fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista.", "Qed nirreferi għal Dr Herbert Messina Ferrante li għal żmien twil kellu karigi differenti fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista.", "Dak li kiteb fil-ġurnal The Times of Malta jneħħi l-maskra ta' dawk li b'xi mod jew ieħor imeru dak li hu ovvju, li jagħmlu hekk għax qed jagħmlu Gvern Laburista, qed jiġu jipprovaw jgħidulna li hija xi ħaġa ħażina.", "Nixtieq nislet parti minn din l-ittra li kienet ippubblikata erbat ijiem ilu.", "Dan jgħidilna hekk:", "Ikompli jgħid hekk:", "Amministrazzjoni preċedenti kienu ilhom aktar minn 12-il sena jafu kemm kien bżonnjuż dan l-investiment.", "Fl-ittra, l-eks sindku Nazzjonalista qed jgħidilna wkoll li dan huwa proġett li saħansitra lura fl-2006 kien inkluż fil-pjani lokali ta' Ħ'Attard biex isir dan l-investiment u qalilna hekk:", "Kienu tħallew fuq l-ixkaffa għal raġuni li s'issa ħadd mill-Oppożizzjoni għadu ma qalilna.", "David Agius qallu: Nixtieq inkun naf kif inti tasal tinsulenta lir-residenti li joqogħdu f'dawn l-akkwati meta inti insejt x'kienu u x'inhuma l-bżonnijiet tan-nies fil-lokal.", "Qal - u din interessanti - li:", "Jiġifieri qed jipprova jiskorjaw punti politiċi baxxi billi jinkoraġixxi b'xi mod jew ieħor lir-residenti jqumu kontra dan il-proġett.", "Qal ukoll li jittama li David Agius jirrealizza li bil-kummenti tiegħu qed jinsulenta lin-nies ta' Ħ'Attard u jirrealizza li n-nies ta' Ħ'Attard jixirqilhom aħjar.", "Fl-opinjoni tiegħi, għamel appell sinċier, u minn hawn insellem lil Dr Herbert Messina Ferrante li naf li lil hinn mit-twemmin politiku differenti tiegħu dejjem mexa ta' ġentlom.", "Nafu li dan l-aħħar kien għaddej minn żmenijiet diffiċli.", "Tara nies ġenwini li fil-ħidma politika tagħhom dak li huwa tajjeb jgħidulu li huwa tajjeb, u dwar dak li huwa inqas tajjeb jgħidulek: Din naqblu magħha imma ejja nagħmluha aħjar.", "Hekk għandha tkun il-politika.", "Dr Messina Ferrante jagħlaq l-ittra hekk:", "Nixtieq nawgura minn hawnhekk li l-mod kif nagħmlu l-politika f'dan il-pajjiż ikun mod matur u eżemplari anke fis-soċjetà tagħna.", "Nistgħu ma naqblux fuq miljun oġġett, imma hemm mod u mod kif nuru x'inhi l-fehma tagħna.", "Għandna nħallu l-kors ta' dak li huwa sinċier fil-ħidma politika li hija mmirata biex tgħin liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikomplu għaddejjin bir-ritmu tagħhom.", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ittra tas-Sur Herbert Messina Ferrante lill-editur tal-gazzetta Times of Malta li dehret fil-ħarġa tal-25 ta' Mejju 2018 dwar il-proġett ta' toroq fl-inħawi ta' Ħ'Attard.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018): Ningħaqad mal-kollega tiegħi u nsellem lil Dr Messina Ferrante, għax l-ewwel nett ili ma narah u t-tieni, għax illum se nitkellem fuq is-settur farmaċewtiku u Dr Messina Ferrante bħala dentist, għal snin twal, kellu kuntatt ukoll ma' dan is-settur.", "Sur President, f'dawn l-aħħar snin rajna tkabbir mhux ħażin f'kull settur li għandna f'Malta, f'kull settur li għandu x'jaqsam mal-ekonomija, u wieħed minnhom kien is-settur farmaċewtiku.", "Rajna żieda fin-numru ta' prodotti mediċinali awtorizzati li kompla saħħaħ il-kompetizzjoni u bi pjaċir ngħid li wassal għat-traħħis fil-prezzijiet tal-mediċinali.", "Dan il-Gvern saħħaħ dan is-settur bħala parti mill-istrateġija biex titjieb il-kwalità ta' servizz li jingħata lill-pazjent kif ukoll tissaħħaħ ir-reputazzjoni ta' Malta f'dan is-settur anke barra minn xtutna.", "Bejn Marzu tal-2013 u llum irnexxielna nħabbru roħs għal 12-il darba fil-prezzijiet tal-mediċini fuq total ta' 196 mediċina.", "Ir-roħs ma kienx ċajt, u kien hemm saħansitra każi ta' roħs li wasal sa 70% tal-prezz oriġinali.", "Mill-2014 sal-lum raħħasna 184 mediċina u tpoġġew fis-suq 150 prodott ġeneriku ġdid.", "X'jiġifieri ġeneriku?", "Ġeneriku jfisser li l-kompożizzjoni kimika tiegħu, dak li l-mediċina hija magħmula minnu, tkun identika għall-oriġinal.", "B'hekk il-pazjenti jkollhom aktar aċċessibbiltà u aktar varjetà bi prezz orħos.", "Fl-2017, ġew awtorizzati 660 prodott u fix-xhur kemm ili nkarigat, jiġifieri dawn l-aħħar disa' xhur, l-Awtorità tal-Mediċini raħħasna 36 mediċina u introduċejna kważi d-doppju ta' mediċini ġeneriċi.", "Dawn il-mediċini jvarjaw minn mediċini għas-saħħa mentali, għall-dementia, IVF, kontra l-aċidu, mediċini tal-qalb, tat-trombożi kif ukoll vaċċini bħall-hepatitis C kif ukoll il-meningococcal meningitis.", "Ovvjament mhux se nieqfu hawn.", "Fix-xhur li ġejjin bil-ħidma li qed nagħmlu se nkomplu nraħsu aktar mediċini u biex jgħinna f'dan l-aspett waqqafna l-Medicines Intelligence and Access Unit li fiha għandna speċjalisti li jħarsu b'mod proattiv lejn kif il-konsumaturi jista' jkompli jkollhom mediċini aċċessibbli bi prezzijiet ġusti anke fis-settur privat.", "Semmejt il-privat għax din mhux kwestjoni li l-Gvern jiġuh orħos, iżda l-pazjenti li jixtruhom se jsibuhom ukoll bi prezzijiet kompetittivi ħafna u, barra minn hekk, b'għażla wiesgħa, għax meta magħhom qed iżżid il-mediċini ġeneriċi, qed iżżid l-għażla.", "Fil-fatt din kienet waħda mill-inizjattivi prinċipali li permezz tagħha ġie eliminat il-fenomenu tal-out of stock.", "Il-pazjenti llum għandhom trattament bi prezz orħos mingħajr ma tkun kompromessa l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja, jiġifieri l-prodott ikun eżatt bħall-originator u b'hekk il-pazjent ikun iktar complianti, jiġifieri jieħu l-kura li għandu bżonn mingħajr ma jkollu saram ekonomiku.", "L-Awtorità qed torganizza wkoll konferenzi ta' informazzjoni indirizzati lejn il-pazjent.", "Permezz ta' dawn il-konferenzi qegħdin immorru fil-komunità u nwasslu l-messaġġ ta' x'mediċini huma aċċessibbli, is-side effects tagħhom u aktar informazzjoni.", "B'hekk ikollna involviment tal-komunitajiet u l-pazjent jagħraf iktar il-kura li jkun qed jirċievi.", "Dan qegħdin nagħmluh bl-għajnuna tal-Malta Health Network li l-Awtorità għandha ftehim ta' kollaborazzjoni magħha, sintendi biex iktar inwasslu l-għarfien dwar il-mediċini.", "Dawn il-konferenzi se jkomplu jsiru wkoll fix-xhur u s-snin li ġejjin ħalli n-knowhow fuq mediċini ma' tibqax biss tat-tabib u l-ispiżjar, imma wkoll tasal fil-komunità.", "Jien għal snin twal kont nagħmel slots fuq it-television biex inwassal dan il-messaġġ mediku.", "Sfortunatament illum ma nistax niffunzjona bħala tabib tal-familja, iżda permezz ta' dawn il-konferenzi xorta nista' nibqa' nwassal il-messaġġ ta' kif il-pazjent għandu jkollu aċċess għall-mediċini u kif inhu l-aħjar mod li jista' jużahom.", "Żvilupp ieħor li qed tixpruna l-Awtorità kif riċentement għaddejnieha bħala liġi huwa l-użu tal-kannabis mediċinali.", "Fil-fatt dan qegħdin nagħmluh b'sistemi li huma identiċi ta' kif jiġu maħdumin u ttestjati l-mediċini l-oħrajn.", "Sintendi dan qegħdin nagħmluh billi nħarsu kemm il-liġijiet lokali kif ukoll ir-regolamenti internazzjonali.", "Matul il-ġimgħa li għaddiet, żewġ spiżjara mill-Awtorità kienu qegħdin jattendu konferenza organizzata mill-awtorità kompetenti tal-Olanda u ż-żjara tagħhom kienet tinkludi wkoll kif tiġi l-manifattura ta' dawn il-prodotti.", "Madwar erba' ġimgħat ilu kelli wkoll l-okkażjoni li mmur l-Olanda biex nara eżattament il-proċess ta' kif tiġi prodotta l-mediċina tal-kannabis miż-żerriegħa sa ma tasal għand il-pazjent.", "Waqqafna wkoll direttorat ġdid iffokat fuq oqsma xjentifiċi avvanzati u qegħdin naħdmu biex noħorġu gwida lill-kumpaniji li se jimmanifatturaw il-kannabis għall-użu mediku biex verament aħna nkunu ċentru ta' eċċellenza f'dan is-settur.", "L-Awtorità dwar il-Mediċini qed tispezzjona wkoll il-manifattura ta' mediċini mhux biss lokalment, iżda anke barra minn xtutna.", "Fil-fatt għamilna spezzjonijiet fiċ-Ċina, fl-Indja, f'Dubai u fis-Serbja u mis-sena 2014 sal-lum saru madwar 30 EU GNPS f'pajjiżi terzi u din is-sena se jkollna record ta' spezzjonijiet li se jlaħħqu mal-11-il spezzjoni.", "Qegħdin inħarsu wkoll 'il quddiem biex niftħu orizzonti ġodda ħalli din is-sena wkoll isiru l-ewwel spezzjonijiet ġewwa l-Kanada, l-Ukrajna u l-Amman.", "Il-fiduċja tal-investituri qed tkompli tikber.", "Qegħdin inħarsu wkoll lejn l-opportunità tal-Brexit, se negħlbu l-ostakli li tista' ġġibilna din il-Brexit għax aħna għandna l-lingwa Ingliża li torbotna mal-mediċini, iżda wkoll se nieħdu l-opportunità biex naraw li ma nitilfux okkażjonijiet ta' xogħol ħalli nkomplu nespandu l-operat xjentifiku tagħna.", "Fil-ġimgħat li għaddew ilħaqna ftehim mal-Awtorità tal-Mediċini Olandiża fejn dawn se jinvestu madwar €2 miljuni biex ikomplu jħarrġu xjentisti lokali ħalli nkomplu nikbru bħala awtorità.", "L-istess awtorità Olandiża se tkun qed tuża s-servizzi tagħna, tagħtina x-xogħol b'valur ta' €200,000 fis-sena.", "Jiena personalment mort hemmhekk, kelli laqgħat maċ-Chairman tal-awtorità Olandiża u stabbilejna relazzjonijiet verament tajbin li jekk Alla jrid fis-snin li ġejjin żgur se jagħtuna frott.", "Riċentement ukoll inħarġu regoli ġodda Ewropej fuq medical devices.", "Fid-dinja jiġu prodotti 500,000 tip differenti ta' medical devices li jvarjaw minn faxex, termometri, sphygmomanometers, sa pacemakers u prostheses, jiġifieri globalment huwa settur kbir ħafna.", "F'Malta għandna numru ta' kumpaniji li jimmanifatturaw tagħmir mediku u tajjeb li nkomplu ninvestu f'dan is-settur innovattiv.", "Sal-lum Malta m'għandhiex korpi notifikati għal tagħmir mediku u għalhekk se nkunu qegħdin naħdmu biex nattiraw korpi notifikati f'dan il-qasam lejn pajjiżna.", "Sintendi l-Brexit tista' toffri opportunitajiet ġodda biex Malta jkollna dawn il-korpi notifikati ħalli wkoll l-Awtorità tal-Mediċini f'pajjiżna nibdew ingawdu dan is-servizz li minbarra li huwa tajjeb għall-pazjent, jista' wkoll iħalli introjtu kbir f'pajjiżna.", "Fil-fatt, żewġ xjenzati dwar il-mediċini attendew għal seminar fl-Irlanda organizzat mill-Awtorità u ġew diskussi wkoll l-implikazzjonijiet u r-regolamenti dwar it-tagħmir mediku.", "Nixtieq ukoll ngħid bi pjaċir li żidna l-ħaddiema tal-Awtorità u li l-Awtorità għadna kif iffirmajna ftehim kollettiv ġdid.", "B'hekk komplejna nċentivajna ħalli l-ħaddiema li għandna jkomplu jispeċjalizzaw.", "Fil-fatt kellna madwar sitta li ggradwaw fil-Masters u għandna madwar 11 oħra li qegħdin jagħmlu d-Dottorat.", "Nista' nibqa' nitkellem għal sigħat twal, imma nikkonkludi billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità, nirringrazzja liċ-Chairperson, il-Prof.", "Serracino Inglott u minn hawnhekk nixtiqilhom kull suċċess fix-xogħol kbir li qegħdin jagħmlu fil-qasam tal-farmaċewtika.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 30 ta' Mejju, 2018 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtha, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli ħafna li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Claudette Buttigieg, membru tal-Oppożizzjoni li tirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tagħha; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Claudette Buttigieg m'għandha ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Ryan Callus, membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Ryan Callus m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Therese Comodini Cachia, membru tal-Oppożizzjoni li tirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista, għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobsplus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tagħha; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Therese Comodini Cachia m'għandha ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Robert Cutajar, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Robert Cutajar m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Maria Deguara, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tagħha; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Maria Deguara m'għandha ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Mario De Marco, membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Mario De Marco m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-maintenance tant meħtieġ fl-Iskola Primarja tan-Nadur peress li hemm partijiet sostanzjali minn din l-iskola li jinsabu fi stat ħażin?", "Jista' jgħid għaliex dan il-maintenance li kien previst li jsir fl-aħħar tliet snin, qatt ma sar?", "Jista' jgħid x'maintenance hemm ippjanat għal din l-Iskola Primarja u meta hu mistenni li jinbeda?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għaddejja bil-proċess biex jintgħażel perit li se jkun qiegħed jaħdem fuq il-proġett ta' tisbiħ estensiv tal-Iskola Primarja fin-Nadur.", "REGOLAMENT TAL-UE DWAR IL-GEO-BLOCKING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega x'miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta' Frar 2018 dwar il-geo-blocking, b'mod partikolari jekk ġewx identifikati l-entitajiet pubbliċi li ser ikunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-regolament u l-għodda li dawn ser ikollhom biex jagħmlu din il-ħidma?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.", "IL-MARSA: BINI TA' MULTI LEVEL INTERCHANGE – PROĊESS TA' AĠĠUDIKAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender għall-bini ta' multi-level interchange fil-Marsa?", "It-tender għall-bini ta' dan il-multi-level interchange ġiet awarded?", "Jekk iva, lil min ġiet mogħtija?", "IAN BORG: informa lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess ta' aġġudikazzjoni għall-bini ta' multi-level interchange fil-Marsa tlesta u kien hemm rakkmandazzjoni għall-għoti tal-offerta lill-kumpanija Torka Ayhanlar Yol Asfatlama San.", "Wara din ir-rakkmandazzjoni kien hemm il-perjodu tal-appelli skont il-proċeduri regolari.", "Matul dan l-istess perjodu tressaq appell minn wieħed mill-offerenti u għaldaqstant il-proċess bħalissa huwa wieqaf sakemm jinstema' tali appell.", "ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA – PROĠETT TA' ESTENSJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jaġġorna dwar il-proġett ta' estensjoni (bini ta' aktar oqbra) fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?", "It-tender ġiet awarded?", "Minn min hu ffurmat il-konsorzju li rebaħ it-tender u se jagħmel ix-xogħol?", "Meta hu ppjanat li jibda u jitlesta x-xogħol ta' din l-estensjoni f'dan iċ-Ċimiterju?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-riżultat u r-rapport tal-evalwazzjoni fuq il-proġett tal-Addolorata ġie sottomess lid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Il-Konsorzju rebbieħ huwa Campo-Santo.", "Hekk kif jiġi ffirmat il-kuntratt ikun jista' jibda x-xogħol.", "Huwa ppjanat li l-estensjoni tal-oqbra titlesta sa massimu ta' 36 xahar minn meta jinbeda x-xogħol.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5688, tista' l-Ministru tagħti aktar dettalji u tgħid xi kwistjonijiet hemm bejn il-proponent u terzi rigward il-proġett ta' żvilupp dwar il-bini ta' Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal u dan peress li dan il-proġett suppost huwa wieħed mill-akbar u l-aktar importanti għall-gżira ta' Għawdex?", "Interpellant li peress li hemm vertenzi ta' natura legali li l-Ministeru għal Għawdex mhux parti fihom, ma hemm xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 5688.", "SAN ĠILJAN – PROĠETT FUQ L-ART TAL-ITS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti dwar il-mina li qed tiġi proposta li tinbena b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa' l-bini ta' din il-mina u jikkonferma li l-bini ta' din il-mina huwa proġett tal-Gvern u li l-ħlas għaliha ser isir mill-Gvern?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proposta li qed jagħmel id-developer tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Din għadha qed tiġi evalwata mill-Awtoritajiet ikkonċernati.", "SAN ĠILJAN – PROĠETT FUQ L-ART TAL-ITS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti dwar il-mina li qed tiġi proposta li tinbena b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ser jiġi jiswa' l-bini ta' din il-mina u jikkonferma li l-bini ta' din il-mina huwa proġett tal-Gvern u li l-ħlas għaliha ser isir mill-Gvern?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5863.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li hemm 23 persuna fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament.", "Tlieta jinsabu fil-Malta Individual Investor Programme Agency, 17 fl-ID Malta u tlieta fl-MCA.", "Ir-raġunijiet li dawn il-persuni jagħtu l-ġurament huma b'rabta mal-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment, b'relazzjoni mal-artiklu 4 tal- Kapitlu 79 tal-Ligijiet ta' Malta u b'rabta ma' apparat ta' radjukomunikazzjoni fl-ambitu tal-awtorizazzjoni għall-użu, f'każijiet meta dan, għal xi raġuni mogħtija mill-klijent, ma jibqax jintuża.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hemm persuna waħda li għandha r-rwol ta' Commissioner for Oaths.", "Din il-persuna taħdem fl-Arkivji Nazzjonali.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – NEFQA FUQ IT EQUIPMENT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa ta' kull dipartiment u entità li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha f'dak li hu IT equipment minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena?", "X'kien kull tip ta' IT equipment li fuqu saret din in-nefqa?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – SERVIZZ TA' CHILDCARE CENTRE", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi offrut servizz ta' childcare ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li s'issa m'hemmx il-ħsieb li jinfetaħ dan iċ-ċentru.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min mill-ħaddiema ta' Heritage Malta għandu performance bonus relatat mas-suġġett ta' 'Taste of History and Events'?", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ELECTRICIANS MITLUBA JAGĦMLU XOGĦOL TA' WAITERS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-electricians ta' Heritage Malta qed ikunu mistennija li jagħmlu xogħol ta' waiters waqt l-attivitajiet?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA INTERNAL MEMO: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĦADDIEMA MINGĦAJR AĊĊESS GĦALL-EMAILS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' Heritage Malta li m'għandhomx aċċess għall-email ma ġewx mgħarrfa b'din l-inizjattiva?", "Jista' jgħid għaliex din ma ħarġitx bil-lingwa Maltija wkoll?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĦADDIEMA FI GRAD MANIĠERJALI – ĦLAS ADDIZZJONALI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk individwi fi grad maniġerjali (li jinkludu senior executives, managers u principal curators/conservators) fi ħdan Heritage Malta hux se jkunu intitolati għal ħlas addizzjonali abbinat mal-attivitajiet ta' Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA TA' ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu magħżula l-ħaddiema ta' Heritage Malta għal dan il-għan?", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job descriptions relatati ma' kull job title imniżżel fl-Expression of Interest?", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦARFIEN DWAR IS-SAĦĦA MENTALI - PROGRAMMI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f'din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦARFIEN DWAR IS-SAĦĦA MENTALI – PROGRAMMI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tal-Anzjani li kellhom taħditiet regolari f'din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-taħditiet li saru fiċ-Ċentri ta' Anzjanità Attiva dwar suġġetti relatati ma' għarfien u/jew stigma dwar is-saħħa mentali, mill-2016 sal-lum huma kif ġej:", "SPTAR MONTE CARMELI – SPIŻA GĦAL KULL RESIDENT", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23156 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża bejn wieħed u ieħor għal kull ġurnata ta' resident li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża ta' sodda kuljum fl-Isptar Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent ikkonċernat u tvarja bejn €76 u €654.", "SPTAR MONTE CARMELI – POSTIJIET VAKANTI TA' PSIKJATRI, INFERMIERA U SOCIAL WORKERS", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm postijiet vakanti ta' psikjatri, infermiera u social workers fl-Isptar Monte Carmeli?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4995.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – APPARTAMENTI ALLOKATI GĦALL-PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il flat jew appartament ġew allokati lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali mill-Awtorità tad-Djar f'din il-Leġiżlatura?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma żżommx statistika rigward kemm għandha applikanti li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180529_120d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 120, li saret fid-29 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għall-konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu, 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu, 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex) (f'isem il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Ninsab informat li n-nefqa mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma saret permezz tad-DCS u hija ta' €12,901.65 (eskl.", "Din in-nefqa saret minn meta twaqqaf dan l-istess Ministeru wara Ġunju, 2017 sal-21 ta' Mejju, 2018.", "Ma saret l-ebda nefqa mill-Korporazzjoni Enemalta minn Marzu, 2013 s'Awwissu, 2014.", "L-informazzjoni mitluba għall-perjodu ta' Settembru 2014 sal-lum għandha valur kummerċjali għall-kumpanija Enemalta plc.", "Minħabba f'hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.", "Fir-rigward tal-entitajiet l-oħrajn, ma kien hemm l-ebda nefqa fuq konsulenza għal public relations jew komunikazzjoni.", "Fil-każ tal-Enemed, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Għal kull bon fini, nixtieq nagħmel mistoqsija relatata mad-dekasteru tal-enerġija lill-Ministru, li naf li mhijiex politikament responsabbli mis-settur imma forsi hi jew membri tal-Gvern għandhom xi ħjiel dwar dan li se nistaqsi.", "Minħabba li llum l-istatistika li ħarġet mill-Eurostat ikkonfermat li s-sena li għaddiet il-prezzijiet tal-elettriku f'Malta kellhom it-tielet l-akbar żieda fl-Unjoni Ewropea, b'żieda ta' 7.1%, meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien stabbli, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għal din iż-żieda?", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek xi informazzjoni?", "JUSTYNE CARUANA: Li nista' ngħid hu li kien dan il-Gvern li raħħas il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Din l-informazzjoni toħroġ mill-NSO wara li tintalab mill-ARMS.", "Kif jaf kulħadd ir-rati f'Malta ma żdidux.", "Jien tlabt għall-metodoloġija li ntużat biex wasslu għal din il-figura.", "Staqsejt jekk hux il-fatt li raw kemm tħallsu kontijiet u l-figura ġiet divisioned by the number of households.", "Aktar 'il quddiem, inkun nista' nagħti spjegazzjoni kif waslu għal din il-figura għaliex huwa fatt magħruf li t-tariffi f'pajjiżna ma żdidux.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Il-metodoloġija ta' kif tiġbor l-informazzjoni l-Eurostat, li llum għadha kemm ħarġet l-aħbar li Malta hija t-tielet pajjiż fl-Ewropa li kellu l-ogħla żieda fil-prezz tal-enerġija, ma nbidlitx.", "Il-mod kif kienet tinġabar l-informazzjoni qabel huwa l-istess mod li ntuża llum.", "Dan ifisser li meta llum il-Eurostat qed tgħid li f'Malta kien hawn żieda ta' 7% li kienet it-tielet l-ogħla fl-Ewropa, huwa fatt.", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek xi żżid?", "Għax il-mistoqsija diġà saret darbtejn.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Jibqa' l-fatt li wieħed irid ikun jaf x'inhi l-metodoloġija li ntużat u x'inhu s-sinifikat tagħha.", "Wieħed għad irid jara jekk din hijiex biss benchmarking b'metodoloġija li hija magħrufa fl-istatistika.", "Però, nerġa' ngħid, li l-familji Maltin u Għawdxin jafu li mis-sena l-oħra sa meta ħarġet din l-istatistika, it-tariffi baqgħu l-istess u ma żdidux.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Peress li l-metodoloġija wżata mill-Eurostat, sena wara l-oħra, hija l-istess, jaħseb il-Ministru li l-Eurostat qegħdin jigdbu jew qegħdin jgħidu l-verità?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax jew vit jew skorfina!", "L-ISPEAKER: Onor. Azzopardi, jekk jogħġbok, din hija mistoqsija ripetuta u saret tliet darbiet.", "Ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "L-Onor.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu, 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali) (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fid-dawl li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ministru Helena Dalli huwa responsabbli mill-fondi Ewropej, u peress li kemm-il darba bħala Membri ta' din il-Kamra niġu mistoqsija minn għaqdiet volontarji kif jistgħu jibbenefikaw minn fondi Ewropej, jista' s-Segretarju Parlamentari jagħti ftit informazzjoni lil din il-Kamra dwar dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA: Kif nafu, l-NGOs kollha li huma reġistrati mal-VO kif ukoll kull kunsill lokali għandhom l-għajnuna neċessarja mill-Aġenzija MEUSAC li tgħinhom jidentifikaw fondi Ewropej, kemm ċentrali kif ukoll fondi li huma għal Malta direttament, tgħinhom japplikaw u tgħinhom ukoll iwettqu u jimplimentaw il-proġett rispettiv tagħhom.", "Sal-lum nista' ngħid li ħafna minn dawn l-NGOs resqu lejn l-Aġenzija u ħadu s-servizz mitlub li, kif tafu, huwa mingħajr ħlas.", "Dan is-servizz professjonali ta riżultati pożittivi.", "Biss biss, jekk wieħed iħares lejn il-miżuri u l-proġetti li ħabbarna fl-aħħar ġimgħat isib numru kbir ta' NGOs u kunsilli lokali li ħadu fondi Ewropej minn programm iffokat fuq il-kultura.", "Hemm ukoll kunsilli lokali li qegħdin jersqu lejn il-MEUSAC għal aktar għajnuna.", "Insemmi, pereżempju, il-fondi tat-toroq rurali li nedejna ftit tal-ġimgħat ilu, fimkien mal-Onor.", "Clint Camilleri li huwa l-persuna responsabbli mis-settur li qegħdin nitkellmu dwaru.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Ġaladarba t-tweġiba hija dwar il-komunikazzjoni, jaħseb u jemmen is-Segretarju Parlamentari li huwa aċċettabbli li minn fondi pubbliċi, jippromwovi l-Facebook personali tiegħu?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA: Din kienet mistoqsija li saritli ftit tal-ġimgħat ilu minn ġurnal lokali fejn jien tajt l-informazzjoni mitluba, liema informazzjoni tinsab fil-pubbliku.", "Fil-fehma tiegħi, huwa tajjeb li nippromwovu proġetti Ewropej.", "Fir-risposta li tajt lill-ġurnal speċifiku, jien għedt li dawk il-posts fuq Facebook li jirrigwardaw il-ħidma politika personali tiegħi huma posts li jien inħallas għalihom minn buti.", "Però nħoss li l-Facebook huwa mezz tajjeb ħafna ta' kif tippromwovi l-fondi Ewropej.", "Nista' ngħid ukoll li l-ammont li qegħdin nitkellmu dwaru huwa bil-wisq inqas milli kieku jien kelli nħallas żewġ reklami f'ġurnal lokali.", "Jidhirli li l-ispiża li qegħdin nitkellmu fuqha hija ta' madwar €750 għall-perjodu bejn Jannar u Mejju.", "Għalija din hija ċifra raġonevoli għaliex, kif qed ngħid, li kieku kelli nħallas għal żewġ reklami f'ġurnal lokali, dawn jiswew ferm aktar.", "Għalhekk permezz tal-Facebook qed nilħqu aktar nies biex nippromwovu aħjar ix-xogħol li jaqa' direttament taħt il-portafoll tiegħi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jagħti informazzjoni lil din il-Kamra dwar x'fondi jistgħu jgawdu minnhom l-SMEs, anke sabiex ikunu ggwidati aħjar dwar kif jistgħu japplikaw għal tali fondi?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Pralamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA: Bħala Gvern, fl-2014 identifikajna €30 miljun ta' fondi li ġejjin speċifikament mill-European Regional Development Fund (ERDF) biex imorru għall-SMEs.", "Permezz ta' dan il-proġett bl-isem ta' Business Enhance Grants Scheme, start-ups u SMEs jistgħu jgawdu minn grants - mhux instruments - minn żmien għal żmien.", "Hawn qed nitkellem dwar diversi skemi bħal pereżempju, skemi għall-istart-ups fejn kumpanija ġdida tista' tersaq lejna u tieħu madwar 50% tal-ispiża biex tibda jew ittellaq il-proġett ħolma tagħha.", "Fejn jidħol SME growth, qegħdin nitkellmu dwar fondi fejn wieħed jista' jieħu sa massimu ta' 50% tal-ispiża totali.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar start-ups, imma fuq sitwazzjonijiet fejn grupp ta' nies, li jistgħu jkunu f'partnership jew sole traders, ikunu jixtiequ jkabbru l-operat tagħhom.", "Bil-fondi f'forma ta' grants - mhux financial instruments – li qed jingħataw, wieħed jista' jespandi u jkabbar ix-xogħol tiegħu.", "Dak ifisser li wieħed se jħaddem aktar nies, se jinvesti aktar u l-ekonomija Maltija se tkompli tikber.", "Mela qed ngħidu li għandna għajnuna għall-istart-ups u l-SME growth.", "It-tielet għajnuna hija internationalization.", "Ħafna drabi, jersqu lejna kumpaniji żgħar u medji biex jitolbuna l-għajnuna ħalli jattendu fieri internazzjonali, bl-iskop li jippromwovu l-prodott tagħhom u biex jaraw best practices barra minn Malta.", "Hemm ukoll grants għal dawn l-SMEs biex ikunu jistgħu jattendu dawn l-events jew fieri internazzjonali.", "Ir-raba' għajnuna hija diversification, fejn SME li tkun ilha tagħmel prodott jew servizz għal ħafna żmien, tħoss li wasal iż-żmien li tbiddel.", "Biex nagħti eżempju simplistiku, forsi llum qed tagħmel l-imwejjed u għada trid tibda tagħmel is-siġġijiet.", "Għad-diversification hemm cash grants li qegħdin jingħataw lil dawn l-SMEs.", "Il-ħames għajnuna hija l-e-commerce.", "Illum qed ngħixu f'dinja tal-informatika li qed tiġri b'ritmu mgħaġġel ħafna.", "Għalhekk ħassejna l-ħtieġa li ngħinu lil dawn l-SMEs biex ikunu jistgħu jmorru online.", "Hawn m'aħniex qed nitkellmu dwar websites li llum saru sempliċi ħafna, imma qegħdin nitkellmu dwar apps li tuża biex tħallas u tixtri through the channels li tkellimt dwarhom.", "Dan ifisser li persuna tista' tuża l-app biex tbigħ il-prodott tagħha mhux bilfors f'Malta imma wkoll barra minn Malta.", "Bħala Gvern qed nagħtu cash grants għal dan il-għan.", "Biex nagħlaq din il-mistoqsija u nwieġeb lill-Onor.", "Interpellant irrid ngħid li biex tapplika għal dawn il-fondi fl-iskemi li semmejt, għandek bżonn business plan professjonali.", "Anke hawn, qegħdin nagħtu grant sa massimu ta' €4,000 biex wieħed jagħmel business plan professjonali li bih, imbagħad, ikun eliġibbli għall-fondi u l-grants li għadni kemm speċifikajt.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Kif jaf is-Segretarju Parlamentari u kif jaf ukoll il-pajjiż kollu, bħalissa għadna qegħdin nibbenefikaw minn €1.2 biljun ta' fondi Ewropej li l-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista mmexxija mill-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi rnexxiela ġġib għal pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar sigħat, fuq il-midja lokali segwejna li pajjiżna se jkun qed jitlef madwar €200 miljun mis-somma li konna ħadna fl-aħħar pakkett finanzjarju.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jserrħilna rasna li hemm impenn sħiħ min-naħa tal-Gvern biex b'xi mod, dan it-tnaqqis drastiku ma jirriflettix ħażin fuq il-pajjiż?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA: Ma nsib l-ebda diffikultà li nfaħħar il-ħidma li saret mill-Amministrazzjoni preċedenti biex inġibu pakkett ta' fondi mill-Unjoni Ewropea għal pajjiżna.", "Però nispera li m'aħniex ngħidu li biex nibbenefikaw mill-istess livell ta' fondi, lesti li nieħdu l-ekonomija Maltija lejn dik li kienet fl-2012.", "Qed nifhem li f'din il-Kamra kulħadd huwa komdu bil-livell tar-ritmu ekonomiku u bil-GDP li lħaqna f'pajjiżna, liema suċċess ovvjament iġib miegħu sfidi ġodda.", "Fl-aħħar ġimgħa rajna li l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-infiq totali li beħsiebha tagħmel bejn is-sena 2021 u s-sena 2027 u lbieraħ tkellimna wkoll dwar il-koeżjoni, fejn l-Unjoni Ewropea bdiet toħroġ is-sectorial items.", "Fil-jiem li ġejjin, se nkunu qegħdin nidħlu fuq temi oħrajn, fosthom l-Erasmus Plus, il-Common Agricultural Policy u l-innovazzjoni.", "Fid-dawl li l-ekonomija Maltija sejra tajjeb u li l-Unjoni Ewropea tal-lum mhijiex dik tas-sena 2012, wieħed jirrikonoxxi li issa huwa l-mument li bħala Gvern u bħala pajjiż, inkunu kawti.", "Ejja niftakru li Brexit se tħalli vacuum ta' madwar €13 biljun fil-baġit tal-Unjoni Ewropea.", "Ejja niftakru wkoll li hemm sfidi ġodda bħas-sigurtà, difiża u immigrazzjoni.", "Kif diġà għedt, fil-jiem li ġejjin, se jkunu qed joħorġu sectorial items oħrajn li bihom se nkunu nafu, bejn wieħed u ieħor, x'se jieħu kull pajjiż.", "Nifhmu wkoll li din hija deċiżjoni li teħtieġ il-kunsens tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Ministri u fuq kollox tal-Kunsill Ewropew li jrid japprova din id-deċiżjoni.", "Għalhekk il-bidliet li se naraw fiż-żmien li ġej jitolbu għal kawtela biex ma nxekklux l-informazzjoni li ħierġa bħalissa.", "Punt interessanti li ħareġ ilbieraħ u li ħabbarna wkoll bħala Gvern kien li l-Kummissjoni lesta tikkonsidra l-fatt li pajjiżna għadu fi transizzjoni, fejn se jespandi minn 75% għal 90% tal-GDP b'average li jitla' sa 100%.", "Dan ifisser li hemm potenzjal kbir li Malta tibqa' f'dak li jissejjaħ perjodu ta' transizzjoni jiġifieri ma nsirux a more developed country kif kien jiġri li kieku kellna nibqgħu b'average ta' 90% tal-GDP.", "Biss, il-fatt li l-Kummissjoni se twessa' dan il-bracket ifisser li pajjiżna kapaċi jibqa' pajjiż fi transizzjoni, li jfisser il-possibbiltà ta' aktar fondi Ewropej vis-à-vis dak li kieku nieħdu bħala a more developed country.", "Fl-aħħar sigħat smajt kummenti, anke minn MEPs, li nifhem li huma ġenwini, però huwa importanti li bħala pajjiż nimbuttaw l-istess linja ta' konsolidazzjoni, jiġifieri li nfiehmu lill-Kummissjoni li bl-għaqal tal-Gvern u bil-fondi Ewropej, wasalna fejn ninsabu llum.", "Kulħadd huwa kuntent u kburi bil-livell li lħaqna bħala pajjiż imma l-Kummissjoni trid tifhem li hemm bżonn nikkonsolidaw dan l-avvanz u mhux titlaqna u nerġgħu lura għall-ekonomija tal-2012!", "Għalhekk hemm bżonn ta' konsolidazzjoni tal-fondi Ewropej.", "L-għan tagħna huwa li nikkonvinċu li din hija a win-win situation!", "Jekk nibqgħu fejn aħna, se ngawdu aħna u s-single market.", "Jekk is-single market se jtejjeb, se jagħmel aktar tkabbir li minnu se jgawdu wkoll pajjiżi li huma net contributors, bħall-Ġermanja, l-Isvezja, il-Belġju u oħrajn.", "Għalhekk huwa importanti li nifhmu li ċerti formulas li smajna bihom fl-aħħar sigħat jistgħu jkunu ġenwini imma mhux bilfors jagħtu l-aħjar pakkett ta' fondi għal pajjiżna.", "Huwa f'dan il-kontest li nerġa' nappella biex bħala pajjiż, inkunu kawti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna ftit aktar dwar il-Business Enhance Grants Scheme?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA: Il-programm li semmiet l-Onor.", "Interpellant, il-Business Enhance Grants Scheme, jinkludi sitt skemi biex ngħinu lill-SMEs ħalli jkomplu jikbru u jimirħu.", "Jien kburi ngħid li fi żmien sena waħda biss, minn €30 miljun ta' fondi identifikati, diġà approvajna grants ta' madwar €9.2 miljun li bihom għenna xejn inqas minn 145 entità, liema entitajiet huma familji li l-għajxien dirett tagħhom ġej mix-xogħol, fejn ta' kuljum iqumu filgħodu biex jinvestu ħinhom u flushom ħalli jkabbru l-intrapriża jew l-entità li jmexxu.", "Magħhom jaħdmu ammont ta' nies li għandhom familja wkoll.", "Għalhekk, din l-għajnuna, li kif għedt, mhijiex ta' financial instruments imma cash grants, qed tmur direttament biex dawn l-entitajiet ikomplu jikbru u jimirħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Nixtieq infakkar li fl-2012, meta Malta kisbet pakkett ta' aktar minn €1 biljun, l-ekonomija Maltija kienet ferm aħjar milli kienet fl-2004, imma Malta xorta nnegozjat pakkett ferm akbar milli kellha qabel.", "Minkejja dan, m'għandix dubju li l-Oppożizzjoni kollha se tagħti l-appoġġ sħiħ lill-Gvern biex jinnegozja l-aqwa pakkett finanzjarju possibbli għal Malta.", "F'dan is-sens, nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari: X'inhu r-red line ta' Malta f'dawn in-negozjati?", "Malta qiegħda tagħmel red line li bħala pajjiż, m'aħniex lesti li naċċettaw inqas minn dak li diġà għandna?", "Wara kollox, il-Baġit tal-Unjoni Ewropea se jiżdied u mhux jonqos.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA: Proprju għax dawn in-negozjati għadhom fil-bidu nett, ġew imħabbra biss it-top ceilings.", "Bħalissa għadna qegħdin niddiskutu u għad iridu joħorġu ħafna affarijiet oħra.", "Għalhekk ikun għaqli li l-informazzjoni toħroġ fil-mument opportun.", "Niftakru li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-Baġit Ewropew għal Malta u għall-pajjiżi l-oħrajn għas-seba' snin ta' wara s-sena 2020.", "L-għaqal jitlob li l-ewwel wieħed jara l-informazzjoni kollha - mhux nofsha – u mbagħad jasal għal ċerti konklużjonijiet.", "Min-naħa l-oħra, l-argument li fl-2012 ġibna fondi aktar mis-sena 2004 ma tantx jikkonvinċi.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li fl-2007 issieħbu fl-Unjoni Ewropea l-Bulgarija u r-Rumanija u għalhekk kien hemm dak li jissejjaħ statistical effect li ġie kkoreġut fil-fondi li ngħataw lill-pajjiżi fl-2012, xi ħaġa li fl-2004 ma kienx hemm.", "Infakkar ukoll li fl-2012 konna f'nofs kriżi finanzjarja internazzjonali, xi ħaġa li fl-2004 ma kienx hemm.", "Għalhekk definittivament ma nistgħux nikkomparaw like with like.", "Rigward ir-red lines, punt li huwa ċar huwa li bħala pajjiż m'aħniex naqblu li fir-rigward ta' livell ta' taxxa u tassazzjoni, ngħaddu aktar poteri lil Brussell.", "Pereżempju, insemmi l-Common Consolidated Corporate Tax Base (CCCTB) li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jitkellem dwarha kull darba li jkun Brussell.", "Bħala pajjiż m'aħniex naqblu li n-national competence ta' pajjiżna fuq taxxa għandu jgħaddi għand Brussell, xi ħaġa li l-Kummissjoni qiegħda tevalwa.", "Ovvjament hemm ukoll punti oħrajn li l-Kummissjoni qed titkellem dwarhom, fosthom pereżempju, il-kontribuzzjoni fuq non-recyclable plastic, xi ħaġa li rridu naraw eżattament fejn se naslu fuqha, biex imbagħad nieħdu deċiżjoni addattata.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Xi ħaġa li bħala pajjiż għadna lura fiha hija l-qasam ta' research and development.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'faċilitajiet hemm għal studenti u kumpaniji Maltin biex bħala pajjiż inkomplu ninvestu f'dan il-qasam tant importanti?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA: Xi ħaġa li ridna nikkoreġu f'dawn l-aħħar snin kienet li fuq naħa għandna fondi Ewropej li jmorru għall-SMEs u fuq in-naħa l-oħra hemm nuqqas ta' parteċipazzjoni ta' entitajiet privati Maltin f'dak li huwa research, development and innovation (RDI).", "Għalhekk biex nolqtu ż-żewġ naħat b'ġebla waħda, identifikajna €20 miljun mill-European Regional Development Fund li marru speċifikament għal proġetti ta' RDI.", "Pajjiżna identifika sitt setturi - hawn mhux qegħdin nitkellmu biss dwar SMEs - li huma l-ikbar entitajiet li hawn fil-pajjiż, b'uħud minnhom għandhom anke bażi barra minn Malta, kif ukoll fabbriki u entitajiet lokali.", "Dawn is-sitt setturi jinkludu l-manifattura, is-saħħa, l-avjazzjoni, l-ICT, is-servizz marittimu u t-tourism product development, fejn entitajiet kbar f'Malta jistgħu jibbenefikaw minn proġetti, riċerka, innovazzjoni u żvilupp tas-servizz tagħhom għaż-żmien li ġej.", "Kif għedt, għandna madwar €20 miljun ta' fondi mill-RDF li se jmorru għal dawn l-entitajiet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru għall-Finanzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq konsulenza dwar public relations jew komunikazzjoni mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2395; u", "Tabella li turi l-uffiċjali fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi maħtura bħala kummissjunarji biex jagħtu l-ġurament u għalxiex jingħata l-ġurament, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5871.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp): Sur President, nirrapporta li fil-laqgħa tat-Tnejn, 28 ta' Mejju, 2018, il-Kumitat iddiskuta u qabel mal-pjan kif propost fil-Final Draft of the Partial Review of the Central Malta Local Plan (2006) – Magħtab Planning Strategy Area.", "Hawnhekk il-Kumitat innota li l-isforz min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa wieħed tajjeb għax jipprova jikkombaċja għall-użu differenti li hemm fl-area tal-Magħtab billi jipproteġi l-ambjent, jillimita li jkompli b'xi mod jitnaqqar mill-agrikoltura u anke jsaħħaħ is-settur tar-raħħala u għaldaqstant jaqbel mal-pjan kif propost.", "Il-Kumitat jirrakkomanda li jsiru l-istudji neċessarji kif suġġerit biex jiġi stabbilit jekk mil-lat tal-ippjanar huwiex feasible li Sqaq Ħabel Żwejra jinfetaħ kompletament biex jingħaqad ma' Triq ir-Ramla u b'hekk tinħoloq rotta alternattiva għal min irid jagħti servizz fl-area ddedikata lill-animal husbandry minflok dik li jgħaddu mit-toroq residenzjali.", "Il-Kumitat qabel ukoll mal-pjan propost għall-Partial Local Plan Review of the Central Malta Local Plan – is-Sgħajtar Rationalization Site, sit fir-raħal tal-Mosta.", "Hawnhekk il-Kumitat innota li din l-art daħlet fl-iskema tal-iżvilupp fir-rationalization exercise tal-2006.", "Il-Kumitat laqa' b'sodisfazzjon l-element qawwi li hemm iddedikat għall-public open space, anke kif mitlub mill-istess Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Il-Kumitat ra li l-ippjanar tat-toroq huwa wieħed tajjeb u li joħloq continuity f'dak li għandu x'jaqsam mal-flow tat-traffiku u għaldaqstant qabel mal-pjan kif propost mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Sur President, qed inqiegħed dawn ir-rakkmandazzjonijiet fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Final Draft of the Partial Review of the Central Malta Local Plan (2006) – Magħtab Planning Strategy Area maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar f'Mejju 2017 u r-rakkomandazzjonijiet dwaru; u", "Partial Local Plan Review of the Central Malta Local Plan (2006) –Rationalization Site at Is-Sgħajtar, Mosta – Public Consultation Document maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar f'April 2018 u r-rakkmandazzjonijiet dwaru.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, nitlob il-permess sabiex qabel ma ngħaddu għall-Mozzjonijiet, il-Kamra tgħaddi għall-għaxar item tal-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR POTERI LI JSIRU REGOLAMENTI FL-INTERESS NAZZJONALI", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali, Kap. 365 u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew konsegwenzjali għal dan\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MOZZJONIJIET", "TAL-AWTORITÀ MALTIJA", "TAL-ARTIJIET GĦAS-SENA 2018", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet, Kap. 563.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u l-kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up għan-naħa tal-Gvern.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, għat-tieni darba qegħdin niddiskutu l-Estimi u r-Rapport Annwali tal-Awtorità tal-Artijiet li twaqqfet sena ilu permezz ta' żewġ liġijiet ġodda li biddlu totalment il-mod kif topera din l-Awtorità li sa ftit ilu kienet il-Lands Department.", "Matul din is-sena wara li twaqqfet l-Awtorità għaddejna minn elezzjoni ġenerali.", "Għalhekk wieħed għandu japprezza li x-xogħol kbir li sar mill-Awtorità ma kienx xogħol ta' sena sħiħa imma xogħol ta' ftit aktar minn seba' xhur.", "Niftakru wkoll li l-istess Awtorità setgħet tibda taħdem bil-liġi l-ġdida minn April tas-sena l-oħra.", "Nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi pubblikament nirringrazzja lill-Eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, is-Sur Carlo Mifsud, għax-xogħol kbir li għamel fejn matul dawn ix-xhur li serva bħala Kap Eżekuttiv, poġġa l-istrutturi f'posthom biex l-Awtorità reġgħet telqet timxi.", "Illum is-Sur Mifsud qed iħejji biex titwaqqaf aġenzija oħra, hekk kif kien imwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista, li se tkun responsabbli mill-entitajiet li jmissu mal-qasam tal-kostruzzjoni, ċjoè l-BICC (Building Industry Consultative Council), il-BRO (Building Regulations Office), il-BRB (Board Regulations Board) u l-Bord tal-Bennejja.", "Jien ċert li hekk kif is-Sur Mifsud kien strumentali biex l-Awtorità telqet fuq bażi soda hekk ukoll se jkun qed jagħmel fit-twaqqif ta' din l-aġenzija ġdida.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll liċ-Chairman, l-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco, għall-impenn kontinwu tiegħu biex ikollna awtorità mibnija fuq it-trasparenza, is-serjetà, l-effiċjenza u l-kontabilità.", "Nirringrazzja wkoll lill-bord immexxi minnu għall-ħidma tant importanti li jwettqu ta' kuljum.", "Ryan Callus kif ukoll lill-Onor.", "Alex Muscat għall-ħidma tagħhom bħala Membri fil-Bord tal-Gvernaturi.", "Nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk li ħadmu matul is-snin fil-Lands Authority.", "Għal ħafna minnhom kien hemm mumenti mhux tant faċli u feliċi tul is-snin l-imgħoddija u għalhekk nirringrazzjahom talli komplew ħidmithom b'serjetà, minkejja d-diffikultajiet li għaddew minnhom.", "Ċert li flimkien nistgħu nġibu lill-Awtorità tal-Artijiet taħdem b'aktar effiċjenza u trasparenza fi żmien qasir.", "Naħseb li meta qegħdin nitkellmu dwar l-Awtorità tal-Artijiet, tajjeb li wieħed jgħid mnejn telqet l-Awtorità, sena u ftit xhur ilu, minn meta twaqqfet.", "L-Awtorità riedet tibda taħdem bi proċeduri ġodda differenti għall-aħħar mill-mod li kien jintuża skont il-liġi l-antika.", "Fl-istess ħin, kien hemm backlog kbir ta' files jistennew biex tittieħed deċiżjoni dwarhom.", "Kienet drawwa li tagħmel talba lil-Lands Department, tirċievi acknowledgement, jgħaddu x-xhur jew is-snin u ma tirċievi xejn aktar.", "Illum, din is-sistema nbidlet, kif se nkun qed nispjega.", "Hemm madwar 8,000 file b'lura li, kif għedt, uħud minnhom imorru lura numru ta' snin.", "Hemm każijiet ta' esproprju li saħansitra jmorru lura sas-snin sittin, jiġifieri qegħdin nitkellmu dwar aktar minn 50 sena ilu.", "Barra minn hekk, it-talbiet baqgħu ġejjin u żdiedu meta ftit xhur ilu, ġiet imnedija website ġdida, fejn issa, skont il-liġi, kull applikazzjoni trid issir online.", "Għalhekk nappella lil min xi darba kien għamel talba lil- Lands Deparment – illum l-Awtorità tal-Artijiet – biex imur online u jerġa' japplika.", "Se nkun qed nitkellem fuq dan il-punt aktar 'il quddiem.", "Sur President, saret bidla konsiderevoli biex illum, kull applikazzjoni tiġi acknowledged mill-ewwel u tmur direttament għand il-case officer responsabbli minn tali applikazzjoni.", "Fil-fatt għandna case officers li huma responsabbli minn applikazzjonijiet differenti.", "Ċert li hemm ħafna xi ntejbu fuq it-tajjeb li sar però konvint li ninsabu fit-triq it-tajba.", "Skont kif titlob il-liġi llum, kull applikazzjoni trid tgħaddi minn taħt numru ta' jdejn, fejn wara li tiġi acknowledged, isir rapport tal-case officer, li jmur għand is-CEO għar-rakkmandazzjoni tiegħu, biex imbagħad titla' quddiem il-bord sabiex tittieħed id-deċiżjoni.", "Dan huwa proċess trasparenti għall-aħħar fejn għal kull deċiżjoni li tittieħed ikun hemm deskrizzjoni dwar kif ittieħdet tali deċiżjoni.", "Illum, qed tingħata wkoll l-opportunità li dak li jkun jista' jappella jekk id-deċiżjoni tkun marret kontra t-talba tiegħu.", "Bidla oħra importanti kienet li kull trasferiment ta' proprjetà li taqbeż l-€400,000 issa jrid ikollu stima ta' tliet periti.", "Għal dan il-għan, lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, ħarġet sejħa għal dawk il-periti li jixtiequ jagħmlu xogħol ta' stimi għall-Awtorità.", "Wara li għalqet din is-sejħa, sar seminar għal madwar 80 perit li applikaw, fejn ġie mfiehem lilhom il-proċess li jrid isir skont il-liġi l-ġdida, biex ikunu konformi ma' dak li tgħid il-liġi li daħlet fis-seħħ madwar sena ilu.", "Għal dan is-seminar kien hemm attendenza tajba ħafna mill-periti li applikaw.", "Is-seminar kien indirizzat minn Dr Robert Musumeci li tkellem dwar l-aspett legali tal-liġi l-ġdida, kif ukoll mill-periti Stephanie Cassar u Dennis Camilleri li tkellmu dwar kif iħaddmu l-valuations dwar il-lokalitajiet, fejn jinsabu u għal xiex se jintużaw il-valuations ta' proprjetajiet differenti.", "Kif għedt aktar kmieni, lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, ġiet imnedija l-website il-ġdida, li hija website moderna għall-aħħar u minn fuqha wieħed irid japplika online.", "Hemm numru kbir ta' formoli u fiż-żmien li ġej, se jkomplu jiżdiedu, meta l-Awtorità toħroġ skemi ġodda.", "Bħalissa hemm 28 applikazzjoni għal talbiet differenti.", "Sal-aħħar tas-sena, jiġifieri fuq perijodu ta' tliet xhur minn meta tnediet il-website, daħlu 430 applikazzjoni online u sa ftit tal-ġimgħat ilu, kienu daħlu aktar minn 1,400 applikazzjoni online.", "Dan juri li meta tvara sistemi moderni, il-poplu mill-ewwel jirreaġixxi għalihom.", "Dan huwa wkoll riżultat tal-progress li sar fl-Awtorità tal-Artijiet.", "Kif diġà għedt, ilment kontinwu fir-rigward tal-Lands Department kien li kont tibgħat talba, tirċievi acknowledgement, jgħaddu s-snin u ma tisma' xejn aktar.", "Illum, bis-sistema l-ġdida, din il-prattika spiċċat għaliex mhux biss tirċievi acknowledgement mill-ewwel, iżda x-xogħol jibda jinħadem mill-ewwel, fejn il-case officers jaħdmu fuq kull każ partikolari u jgħadduh għand is-CEO biex imbagħad, imur għad-deċiżjoni tal-bord.", "Nittama li r-ritmu li qabdu l-impjegati tal-Awtorità tal-Artijiet matul dawn l-aħħar xhur, ikompli jiżdied biex inkunu nistgħu nagħtu servizz aqwa u aħjar lill-klijenti li jersqu lejn l-Awtorità.", "Sur President, nixtieq nagħti ħarsa lejn ftit mix-xogħol li sar matul din is-sena, fejn nerġa' ngħid li ma nistgħux inqisuha bħala sena sħiħa, għaliex f'nofsha kien hemm elezzjoni ġenerali.", "Il-bord inħatar f'April u għalhekk wieħed japprezza li qegħdin nitkellmu dwar perjodu ta' inqas minn sena.", "Fejn tidħol il-ħidma tal-customer care officers, din is-sezzjoni ġiet imsaħħa u l-impjegati ġew mogħtija t-taħriġ kif għandhom jittrattaw mal-klijenti.", "Fil-fatt ix-xogħol ta' din is-sezzjoni żdied mil-lejl għan-nhar, fejn il-customer care officers irċevew u rrispondew 8,430 email, iltaqgħu ma' 4,911-il klijent u rrispondew 3,520 telefonata.", "Dan ifisser li l-Customer Care Office tal-Awtorità tal-Artijiet ittratta 16,800 każ.", "Il-bord ipproċessa 1,317-il file sal-aħħar tas-sena.", "Nerġa' ngħid li għalkemm qegħdin nitkellmu fuq estimi u rapport annwali ta' sena sħiħa, ix-xogħol imwettaq huwa ta' ftit aktar min-nofs is-sena.", "Naħseb li wieħed japprezza li l-Awtorità tal-Artijiet tamministra wieħed mill-akbar assi li għandu pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li din l-istess Awtorità timxi, kif qed tagħmel, bi trasparenza u akkontabilità.", "Tajjeb ngħid li sal-lum, l-Awtorità għadha tirċievi subvention ta' €6.5 miljun mingħand il-Gvern f'kull baġit biex tkun tista' topera.", "L-Awtorità tingħata wkoll l-ammont ta' €10 miljun biex isir ħlas fuq esproprju kif ukoll €1 miljun biex isiru tiswijiet fuq proprjetajiet li huma amministrati mil-Lands Authority.", "Matul din l-aħħar sena, l-Awtorità daħħlet l-ammont ta' €33.6 miljun minn kirjiet, ċnus, permessi kif ukoll minn xi bejgħ ta' proprjetà.", "Nemmen li dan id-dħul jista' jikber ħafna aktar meta l-Awtorità tiġi aktar fuq saqajha għax tkun tista' tikkonċentra aktar fuq il-proprjetajiet li tamministra.", "Sfida kbira li għandha quddiemha l-Awtorità fiż-żmien li ġej hija li jkollha informazzjoni dwar il-proprjetà tal-Gvern.", "Naħseb li wieħed faċli jistaqsi: Kif jista' jkun li l-Gvern ma jafx xi proprjetà għandu?", "Dan huwa proċess laborjuż u importanti, li diġà beda.", "Qed inħarsu biex fuq perijodu ta' numru ta' snin ikollna database tal-proprjetajiet kollha li jiġu amministrati mil-Awtorità tal-Artijiet.", "Ċert li dan il-proċess se jwassal biex niskopru kemm hu kbir dan l-ass ta' proprjetà u artijiet li għandu l-Gvern.", "Sur President, se nagħti ftit figuri biex inkomplu napprezzaw kemm kien kbir ix-xogħol li twettaq matul din is-sena.", "Fil-fatt ħarġu aktar min 70,000 invoice, saru aktar minn 72,000 transazzjoni, ħarġu 60,000 irċevuta u kważi 17,000 każ ġie ttrattat mill-Customer Care Office.", "Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li matul din l-istess sena, ġew riveduti 2,621 kirja residenzjali biex il-kirjiet reġgħu marru għal dawk li kienu f'Diċembru tas-sena 2012.", "Din kienet wegħda tal-Baġit li ġiet imwettqa fejn l-Awtorità tal-Artijiet tat lura refunds ta' €239,000 u madwar €100,000 fi kreditu.", "Ftit xhur ilu, jien u l-Ministru Ian Borg żorna lill-ħaddiema tal-Awtorità, fejn kellna l-okkażjoni li nduru l-irkejjen kollha tal-Berġa tal-Baviera fejn jaħdmu l-ħaddiema.", "Hawnhekk irrid nirrimarka li l-Berġa tal-Baviera mhijiex l-aqwa post fejn jistgħu jaħdmu l-ħaddiema.", "Naħseb li għaż-żmenijiet tal-lum il-ħaddiema jistħoqqilhom u jimmeritahom uffiċini moderni u komdi, għax fl-aħħar mill-aħħar, dan hu l-post fejn iqattgħu l-akbar parti tal-ġurnata tagħhom.", "Jien dejjem emmint li jekk trid tieħu l-aqwa u l-aħjar tan-nies tiegħek, trid iżżommhom kuntenti u toħolqilhom l-aħjar ambjent possibbli mnejn jaħdmu.", "Qed ngħid dan għax fil-Berġa tal-Baviera hemm partijiet konsiderevoli li għaż-żmenijiet tal-lum ma jistħoqqilhomx li jissejħu uffiċini.", "Fost il-partijiet li żort, ġie ttimbrat f'moħħi post fejn jinżammu l-files, li aktar jixbah lil xi kantina jew shelter, u hemmhekk hemm numru ta' ħaddiema.", "Naħseb li fiż-żmien li ġej trid tittieħed deċiżjoni dwar x'se jiġri mill-binja fejn illum topera l-Awtorità tal-Artijiet.", "Għalkemm sar ħafna xogħol ta' titjib, anke infrastrutturali, l-Awtorità xorta waħda trid tara x'jista' jkompli jsir biex il-post ikun aħjar.", "Fil-ġranet li ġejjin, se jibda xogħol fuq il-faċċata tal-Berġa tal-Baviera, liema proġett qed jitmexxa mill-GHRC u huwa ffinanzjat mill-fondi Ewropej.", "Għalhekk, fiż-żmien li ġej, se jibda jitpoġġa scaffolding biex l-erba' kantunieri tal-Baviera jkunu jistgħu jingħataw dehra ġdida biex jerġa' jiġi apprezzat il-valur ta' ġmiel arkitettoniku li għandha din il-Berġa.", "Nixtieq inkompli nitkellem fuq il-files li huma amministrati mill-Awtorità tal-Artijiet.", "Kull min kellu x-xorti jżur fejn jinżammu dawn il-files, jaf li ħafna minnhom qed jinżammu f'postijiet li mhumiex ideali.", "Barra minn hekk hemm files li jmorru lura ħafna snin.", "Proprju għalhekk li l-Awtorità nediet proġett li kien ilu fuq l-ixkaffa għal ħafna snin, u li qed nittamaw li jitlesta fuq perjodu ta' sentejn jew tlieta.", "Hawn qed nitkellmu fuq l-iscanning tal-files kollha li għandha l-Awtorità.", "Tajjeb ngħidu li l-Awtorità għandha madwar 250,000 file li fihom hemm aktar minn 25 miljun dokument.", "Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, bi ftehim mal-Maltapost kif ukoll mal-Jobsplus, inbeda proċess ta' digitalization tal-files kollha li għandha l-Awtorità.", "Dan ix-xogħol beda min-nies li l-Maltapost għandha f'Għawdex u tajjeb ngħidu li mhu se jqum xejn lill-Awtorità għaliex huwa proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li numru ta' impjegati tal-Awtorità qegħdin jikkumplimentaw dan ix-xogħol ta' scanning billi jagħmlu xogħol in-house.", "Dan wara li l-Awtorità investiet f'numru ta' overhead scanners biex tkun tista' tagħmel dan ix-xogħol.", "Sa ftit tal-ġimgħat ilu kienu diġà ġew scanned 4,000 file.", "Dan huwa ammont żgħir ħdejn l-ammont kbir ta' files li hemm, però bir-ritmu li nqabad, qed nittamaw li fiż-żmien li ġej dan il-proċess, li ilu jistenna li jinbeda għal numru ta' snin, ikun jista' jitlesta darba għal dejjem.", "Kif għedt aktar qabel, matul dan il-proċess il-files iridu jgħaddu minn ħafna jdejn, biex fl-aħħar jgħaddu għand il-bord għad-deċiżjoni finali.", "Minkejja li dan il-proċess huwa laborjuż, matul l-2017, kien hemm 36 laqgħa tal-bord.", "Tajjeb ngħid ukoll li minħabba l-ammont kbir ta' xogħol, il-bord kien iddeċieda li jitwaqqfu numru ta' kumitati li quddiemhom jitilgħu każijiet differenti.", "Tant hemm numru kbir ta' talbiet li żgur ma kienx se jkun possibbli li kull file, hu x'inhu u hu ta' liema applikazzjoni hu, jitla' quddiem bord wieħed.", "Għalhekk dawn il-kumitati ddeċidew numru kbir ta' files għax jekk ikun hemm qbil bejn il-membri preżenti fil-kumitat, il-file jiġi approvat.", "Dawn il-kumitati ltaqgħu 48 darba u tul dawn il-laqgħat iddiskutew 1,317-il file.", "Kienu ppreżentati 3,200 board memo lill-bord, bl-akbar ammont ikun għal talbiet ta' no objection in principle u minnhom kien hemm 700 talba.", "Rigward talbiet no objection in principle, b'mod partikolari għall-imwejjed u siġġijiet, tajjeb li wieħed ikun jaf li l-proċess jitlob li jkun hemm permessi minn entitajiet oħrajn, sabiex tali permess ikun jista' jingħata mill-Awtorità tal-Artijiet.", "Wieħed għandu japplika mal-Awtorità tal-Ippjanar, ikollu l-permess tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta biex finalment, l-Awtorità tal-Artijiet tkun tista' toħroġ encroachment ħalli l-ħwienet u n-negozji jagħmlu użu minn art tal-Gvern biex ipoġġu fuqha mwejjed u siġġijiet.", "La qed nitkellem fuq encroachment ikun tajjeb li nsemmi l-liġi l-ġdida dwar il-billboards fejn issa l-entitajiet kollha involuti qed jaħdmu flimkien sabiex jinħarġu u jingħataw il-permessi.", "Nixtieq ngħid ukoll li l-ammont ta' permessi għall-encroachment u l-billboards issa niżel għal 1,500 fis-sena.", "Sur President, tkompla x-xogħol fuq l-applikazzjonijiet tal-ħwienet tal-Belt għal min applika sabiex ikollu tiġdid għal 45 sena.", "Tajjeb ngħid li biex applikazzjoni titwassal għall-kuntratt finali, kien hemm ħafna xogħol li ried isir minn sezzjonijiet diversi tal-Awtorità.", "Malli jingħalqu dawn l-applikazzjonijiet kollha, hemm il-ħsieb li l-Awtorità toħroġ skema simili għall-ħwienet kollha madwar Malta u Għawdex.", "Ladarba semmejt l-iskema tal-ħwienet ikun tajjeb li nżid li matul din is-sena sar ħafna xogħol ta' preparazzjoni biex fiż-żmien li ġej joħorġu aktar skemi mill-istess Awtorità.", "Ħarġet l-iskema ta' trasferiment tal-ħwienet permezz tal-goodwill u reġgħet ħarġet l-iskema tal-bejgħ tal-garaxxijiet li jinsabu f'housing estates, liema skema ġiet ippubblikata nhar il-Ġimgħa li għaddiet.", "Din l-iskema reġgħet ħarġet mhux biss biex tikkoreġi xi anomalija li kien hemm, fejn ma setax isir il-kuntratt finali fl-ewwel skema u għalhekk kien hemm numru ta' kuntratti pendenti imma wkoll biex nagħtu ċans għal min jixtieq jerġa' japplika.", "Tajjeb ngħid li min kien diġà applika m'għandux għalfejn japplika u l-każijiet ta' applikazzjonijiet pendenti diġà bdew jinħadmu mil-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Nittama li l-istennija ta' numru ta' dawk li applikaw fl-2015 tispiċċa, biex imbagħad, it-tim ta' ħaddiema li l-Awtorità ddedikat għal din l-iskema, ikun jista' jikkonkludi bil-kuntratti.", "Waslet biex toħroġ skema ta' proprjetà kummerċjali għal min jixtieq jirtira.", "Hemm skema dwar tiġdid ta' ċens li skada jew li se jiskadi.", "Hemm ukoll skemi dwar qbiela u trasferimenti.", "Kif qed naraw, il-ħidma fl-Awtorità tal-Artijiet ma tispiċċa qatt, anzi tiżdied jum wara l-ieħor!", "L-Awtorità tal-Artijiet reġgħet bdiet toħroġ it-tenders għad-dispożizzjoni ta' proprjetajiet li jkollha f'idejha, li joħorġu fuq il-website kif ukoll fil-ġurnali.", "Inħoss li l-proċess ta' ħruġ ta' tenders għandu jingħata spinta qawwija sabiex fiż-żmien li ġej, proprjetajiet mitluba u li jinsabu vojta għax il-Gvern mhux qed jagħmel xi użu partikolari minnhom, għandhom jinħarġu b'offerta ta' tender.", "Naħseb li mhuwiex sewwa li jkollok proprjetajiet magħluqa u abbandunati meta dawn l-assi jista' jkollhom potenzjal daqshekk qawwi.", "Ħafna mix-xogħol delikat tal-Awtorità tal-Artijiet jeħtieġ nies imħarrġa.", "Għal dan il-għan il-ħaddiema qed jingħataw taħriġ kontinwu biex ikunu jistgħu jaħdmu b'aktar ċertezza skont il-bidliet li seħħew bid-dħul tal-liġi l-ġdida.", "Hawnhekk, għal darb'oħra, irrid nirringrazzja lill-ħaddiema l-antiki tal-Awtorità tal-Artijiet li qed jassistu lill-ħaddiema l-ġodda biex jifhmu l-proċessi differenti tal-liġi l-ġdida.", "L-esperjenza ta' ħafna ħaddiema li qattgħu ħajjithom fil-Lands Department hija kruċjali għall-operat tal-Awtorità.", "Unit importanti ieħor tal-Awtorità huwa l-unit legali, għax ħafna każi tal-Awtorità jirrikjedu li min jaħdem fuqhom, ikun jaf il-parti legali tal-liġi tal-Awtorità.", "Matul is-sena li għaddiet, l-Awtorità tilfet is-servizzi ta' żewġ avukati li kellha in-house, imma llum is-sezzjoni legali tal-Awtorità għandha numru ta' avukati li flimkien ma' numru ta' avukati outsourced qed jagħmlu volum kbir ta' xogħol, bħal pereżempju ta' rikonoxximent u fidi fil-Qrati u fit-tribunali, liema xogħol jeħtieġ li jsir minn persuni legali.", "Matul din is-sena, l-uffiċċju legali ħadem fuq 922 file fi proċessi differenti.", "Nerġa' ntenni li meta qed ngħid sena, qed infisser perjodu ta' ftit aktar minn sitt xhur.", "Problema kbira li tolqot lil ħafna nies u li nħabbat wiċċi magħha ta' sikwit hija dwar skemi li ħarġu matul is-snin mill-Awtorità tad-Djar sabiex dak li jkun jixtri r-residenza tiegħu u jsir sid ta' daru.", "Dan huwa proċess fejn l-art tgħaddi mingħand l-Awtorità tal-Artijiet għal għand l-Awtorità tad-Djar.", "Xi kultant, l-art tkun esproprijata, imma xi drabi, l-Awtorità tkun għadha ma ħallsitx lis-sid u allura l-Gvern ikun għadu ma sarx is-sid uffiċjali tal-art.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat beda proċess fejn uffiċjali miż-żewġ Awtoritajiet tal-Housing u tal-Artijiet, qed jiltaqgħu biex isolvu l-ammont kbir ta' każi antiki li hemm, fejn hemm nies li għadhom qed jistennew biex jagħlqu l-konvenju u l-kuntratti, sabiex isir l-att finali.", "Jien nifhem lil dawn in-nies għax ħafna minnhom illum kibru fl-età.", "Dawn huma nies li għamlu akkwist ta' proprjetà għexieren ta' snin ilu u din il-ħidma bejn iż-żewġ awtoritajiet qed issir sabiex fl-aħħar numru ta' każi jkunu jistgħu jingħalqu.", "Sezzjoni oħra li hija kruċjali għall-Awtorità hija l-Enforcement Unit.", "Dan huwa xogħol li ħafna jippreferu li ma jagħmluhx għax mhuwiex xi xogħol faċli, però ċerti xogħlijiet xi ħadd irid jagħmilhom!", "Għalhekk irrid niringrazzja lil dawn in-nies li jħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjonijiet differenti.", "Tajjeb ngħid li sa ftit taż-żmien ilu l-Enforcement Unit kellha biss tlieta min-nies imma llum dan il-unit ġie msaħħaħ bi 15-il ruħ.", "Dawn il-ħaddiema jagħmlu xogħol varju ta' infurzar u spezzjonijiet fejn jaraw li l-artijiet u l-proprjetajiet li tgħaddi l-Awtorità tal-Artijiet qed isiru skont il-kirjiet mitluba.", "Matul l-ewwel xhur ta' din is-sena l-uffiċjali tal-infurzar segwew ammont konsiderevoli ta' xogħol.", "F'Jannar 2018 ittrattaw 158 każ, fi Frar 2018 ittrattaw 153 każ, f'Marzu 2018 ittrattaw 195 każ u f'April 2018 ittrattaw 173 każ.", "Ħidma oħra li twettqet minn din il-unit kienet li nġabret informaazjoni dwar kull negozju f'Malta u Għawdex fir-rigward tal-imwejjed u s-siġġijiet.", "L-ewwel biċċa xogħol tagħhom kienet li jinformaw lil min għandu din il-konċessjoni dwar dak li għandu permess għalih u mbagħad bdew jindirizzaw fejn kien hemm affarijiet li ma kenux regolari ħalli fejn hu possibbli, jirregolarizzawhom.", "Issa li qed joqrob is-sajf għaddejja ħidma bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ħalli jkunu jistgħu jilqgħu għall-ilmenti ġustifikati li jista' jkun hemm min-nies dwar is-sunbeds u d-deckchairs fuq il-bajjiet.", "Għandna wkoll l-Uffiċċju Konġunt li qed jagħmel ħafna xogħol fuq proprjetà li kienet għaddiet għand il-Gvern permezz tal-ftehim bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Hemmhekk ukoll, għad hemm ħafna xogħol xi jsir.", "Ta' min jgħid li hemm xogħol li nbeda 30 sena ilu u għadu ma ġiex konkluż!", "Ovvjament meta l-Gvern jagħmel rikonċiljazzjoni tal-affarijiet se jkun jista' jgħaddi d-differenza fil-valuri lis-Santa Sede.", "Uffiċċju ieħor li nħoloq bil-ħolqien tal-liġi l-ġdida huwa l-uffiċċju taċ-chief audit officer.", "Dan huwa uffiċċju importanti li jiskrutinizza kull transazzjoni tal-Awtorità li taqbeż il-€100,000.", "Għall-ewwel darba, din is-sena, iċ-chief audit officer ippreżentat l-ewwel rapport liċ-chairperson u lill-bord tad-diretturi kif ukoll lis-Sedja u lil din il-Kamra.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li din ma kenitx sena faċli għal kull min kien involut fil-bidliet li seħħew fl-Awtorità.", "Kienet sena fejn kulħadd ried jaddatta ruħu għall-bidliet li ġabet magħha l-liġi l-ġdida.", "Dan kien ifisser li jinbidlu l-prattiċi l-antiki li kulħadd kien imdorri bihom.", "Illum, sena wara, ngħid grazzi għall-impenn ta' kulħadd għax ninsabu fit-triq it-tajba.", "Dażgur li le!", "Hemm ħafna aktar x'isir.", "Naħseb li rridu ntejbu l-effiċjenza iżda konvint li bl-impenn li ntwera matul din l-aħħar sena u d-dedikazzjoni ta' dawk kolllha li għandhom x'jaqsmu mal-Awtoroità tal-Artijiet, fiż-żmien li ġej, se jkollna entità b'saħħitha, effiċjenti, trasparenti u kapaċi ssostni lilha nnifisiha billi tibda tiddependi biss fuq id-dħul tagħha.", "Għal darb'oħra nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja liċ-chairperson, lill-bord tal-gvernaturi kif ukoll lil-ħaddiema kollha tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, l-ewwel nett, nibda billi nsellem lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius għad-diskors li għadu kif għamel fejn elenka l-ħidma li saret mill-Awtorità kif ukoll ta ħjiel dwar kif l-Awtorità beħsiebha taħdem fix-xhur li ġejjin.", "L-Awtorità tal-Artijiet hija importanti ħafna għal pajjiżna u għandha responsabilità kbira lejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Din hija Awtorità ta' portata kbira.", "Jekk wieħed jisma' x'kien qed jgħid is-Segretarju Parlamentari, mill-ewwel jifhem ir- responsabilitajiet kbar li għandha din l-Awtorità.", "Din l-Awtorità għandha poter kbir u għalhekk trid tara li f'kull pass li tagħmel u f'kull deċiżjoni li tieħu, fl-ebda ħin ma jkun hemm abbuż tal-poter li għandha.", "Din l-Awtorità, fost affarijiet oħrajn, tirregola l-artijiet pubbliċi, il-kirjiet u l-bejgħ tagħhom u anke x'jista' jsir fuq dawn l-artijiet.", "Għalhekk nippretendi li din l-Awtorità timxi ma' kulħadd l-istess!", "Ġieli kellna każijiet li ma jitwemmnux!", "Pereżempju, xi ħadd għandu s-salt pans biex jieħu ħsiebhom, japplika biex ikun jista' jagħmel upgrading tal-post fejn iżomm l-apparat tiegħu u l-Awtorità toġġezzjona.", "Sewwa għamlet jekk ħasset li kellha toġġezzjona!", "Però mbagħad, jekk hemm kwestjonijiet dwar artijiet li huma ħafna akbar, trid timxi bl-istess mod.", "Pereżempju, riċentement kellna l-każ dwar l-art fejn qabel kien hemm il-lukanda Fortina li deher quddiem il-bord tal-ippjanar.", "Hemmhekk ukoll kien hemm ċerti issues mal-Awtorità.", "Għalhekk jien nippretendi li kif fl-ewwel każ l-Awtorità kienet ċara u qalet le għax ma seta' jsir xejn, trid turi s-serjetà tagħha u snienha meta jkun hemm bżonn.", "Wara kollox, l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda hemmhekk biex tissalvagwarda l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u biex tara li ssir ġustizzja ma' kulħadd.", "Qabel ngħaddi għax-xogħol tal-Awtorità tal-Artijiet bilfors se jkolli nirreferi għal artiklu li deher dalgħodu fil-ġurnal Malta Today li jitkellem dwar l-Awtorità.", "F'dan l-artiklu naqraw li wara r-riżenja tas-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet preċedenti, is-CEO il-ġdid se jkun is-Sur James Piscopo.", "Il-ġurnal Malta Today tirrapporta u tgħid hekk:", "Jien ma rrid innaqqas xejn mill-mertu tas-Sur James Piscopo però minn hawnhekk nappellalu li se jkollu responsabilità kbira fuqu jekk kemm-il darba jkun hu li jiġi magħżul biex jokkupa din il-kariga.", "IAN BORG: Sinjura President, ma nafx jekk huwiex għaqli li nitkellem dwar dan il-punt waqt li qed tippresiedi din il-parti tas-seduta inti għax waqt li nixtieq nagħti l-informazzjoni lill-Onor.", "Portelli, ma nistax ninjora l-fatt li inti, waranofsinhar, għamiltli tag fuq Twitter – kif għamlu wkoll l-Onor.", "Portelli u l-Onor.", "Callus – wara li ħadt b'vanġelu l-artiklu tal-ġurnal Malta Today.", "Jien tajt garanzija lil dan il-Parlament li se nimxi mal-liġi.", "Il-liġi, f'artiklu 15 ta' kapitlu 563, tispeċifika li l-Ministru jaħtar lill-Kap Eżekuttiv wara sejħa pubblika.", "Is-sejħa pubblika se toħroġ nhar il-Ġimgħa u nħeġġeġ lil dawk kollha li jemmnu li għandhom il-kapaċitajiet għal din il-pożizzjoni, biex japplikaw.", "Nixtieq ngħid ukoll li jekk inti tkun tissimpatizza mal-Partit Labursita jew ma tkunx Nazzjonalist, ma jeskludikx minn dak il-post.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Portelli, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "MARTHESE PORTELLI: Sinjura President, jien se nkompli fuq dak li għadu kif spjega l-Ministru Ian Borg.", "Fil-fatt jekk tisma' eżattament x'għedt jien issib li jien qrajt it-titlu tal-ġurnal Malta Today jiġifieri naħseb li l-kritika tal-Ministru kienet indirizzata lejn dan il-ġurnal.", "Jien għalaqt is-sentenza tiegħi billi għedt \"jekk kemm-il darba jkun hu li jiġi magħżul biex jokkupa din il-kariga.\"", "(Interruzzjonijiet) Jekk tippermettili, Onor. Ian Borg, jien għandi kull dritt li ngħid dak li naħseb.", "S'issa għadni m'għedt xejn li mhuwiex korrett għax ikkwotajt sempliċement dak li qed tgħid il-Malta Today li hemm ċans kbir li jinħatar is-Sur James Piscopo f'din il-kariga.", "(Interruzzjonijiet) Qed naqra x'qalet il-gazzetta Malta Today!", "Aktar 'il quddiem fl-istess artiklu hemm ikkwotat li l-kelliem tal-Ministeru qal, u nerġa' nikkwota mill-Malta Today:", "Nibda billi ngħid li s-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet m'għandux ikun a yes man.", "Is-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet għandu jkun is-CEO tal-poplu u mhux is-CEO tal-Prim Ministru!", "L-Awtorità għandha titmexxa mill-aħjar persuna li għandha l-kapaċitajiet li tirrikjedi din il-kariga.", "Illum għandna konferma mill-Ministru Ian Borg li qed jistieden lil kull min jixtieq japplika, biex jagħmel dan.", "Nittama li dan l-artiklu ma kienx intiż għal skop ulterjuri.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament dawn l-affarijiet rajniehom jiġru diġà.", "Pereżempju, meta ħarġet l-RFP (Request for Proposal) għas-sit tal-ITS, li kien proġett li qajjem ħafna polemiki, b'kumbinazzjoni, dakinhar ma kien hawn l-ebda Malti jew barrani ieħor interessat f'dik l-RFP, ħlief wieħed!", "Għalhekk nittama li meta tinħareġ din is-sejħa jkun hemm ħafna nies li japplikaw għax hawn ħafna Maltin u Għawdxin li huma kapaċi li jieħdu dan l-irwol.", "Nerġa' ngħid li jien ma rrid inneħħi xejn mill-mertu tas-Sur James Piscopo, li nsellimlu minn hawnhekk, u ngħidlu li jekk jintgħażel hu, jalla jmexxi l-Awtorità fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u mhux fl-interess ta' bniedem jew ieħor.", "Nerġa' nirrepeti li s-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet, bħal kwalunkwe CEO ieħor, irid ikun CEO tal-poplu u mhux CEO tal-Prim Ministru.", "Sinjura President, bilfors kelli nqajjem dan il-punt għax jekk wieħed jara l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista tal-2013 - mhux tal-aħħar elezzjoni tal-2017, għax forsi f'sena ma kienx hemm żmien biżżejjed biex din il-proposta titwettaq – isib li fi proposta 19 kienu qalu li se jsiru hearings parlamentari għall-persuni li jkunu nominati biex imexxu funzjonijiet regolatorji u regolaturi bħall-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni u awtoritajiet oħrajn.", "IAN BORG: Sinjura President, għandna Deputat fil-Kamra li lanqas taf li vvotajna fuq liġi li għaddejnieha minn din il-Kamra u bdejna nattwawha!", "Fil-fatt ftit tal-ġimgħat ilu l-Prof.", "Mamo nħatar Chairperson tal-MFSA bl-iskrutinju parlamentari, skont il-liġi li għaddejna f'din il-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu.", "Skużi, imma nafu x'aħna ngħidu?!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Portelli, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "MARTHESE PORTELLI: Sinjura President, l-appell tiegħi huwa wieħed: li quddiem l-iskrutinju parlamentari jrid jersaq kull min se jkun qiegħed imexxi awtorità regolatorja bħalma ġie mwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-2013.", "(Interruzzjonijiet) Din il-proposta ma tirreferix għaċ-chairpersons imma għas-CEOs għax il-Ministru jaf daqsi li huwa s-CEO li għandu l-poter eżekuttiv biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar xi jsir.", "(Interruzzjonijiet) Sinjura President, fil-każ nieqaf hawn u nagħti l-kelma lill-Ministru.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Portelli, kompli bid-diskors tiegħek.", "Ħadd m'għandu l-kelma ħlief inti.", "MARTHESE PORTELLI: Jekk verament se jintgħażel l-aħjar CEO, ma nistax nifhem għaliex għandu jkun hemm problema li jiġi għall-iskrutinju parlamentari, bħalma kien ġie mwiegħed fl-2013.", "Il-messaġġ primarju tiegħi huwa li jilħaq min jilħaq fil-kariga ta' CEO tal-Awtorità tal-Artijiet, nawguralu u ngħidlu li bħala l-kelliema tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-artijiet, se nkun qed nagħmel dmiri billi nissapportjah jew nikkritikah, fejn meħtieġ.", "L-importanti huwa li min jintgħażel ikun CEO tal-poplu u mhux tal-Prim Ministru.", "Nemmen li s-CEO għandu sfidi kbar quddiemu li se nkun qed nelenka xi wħud minnhom u se nagħti xi suġġerimenti żgħar ukoll.", "Ħadt pjaċir ħafna nisma' lill-Onor.", "Chris Agius jitkellem dwar l-esproprjazzjonijiet.", "Hija realtà li l-esproprjazzjonijiet kienu jsiru, għadhom isiru u se jibqgħu jsiru.", "Sal-lum, m'għandniex mekkaniżmu effettiv biex lil min titteħidlu proprjetà, jingħata l-kumpens xieraq, bi prezz ġust u fi żmien raġonevoli.", "Din hija xi ħaġa li nemmen li għandha tiġi indirizzata minnufih.", "Niftakar li fl-2015 kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Prim Ministru fejn kont tlabtu biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet jew artijiet li kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet, illum l-Awtorità tal-Artijiet, li ġew esproprjati mill-1 ta' Marzu tal-2015 sad-data li fiha għamilt il-mistoqsija parlamentari, jiġifieri fuq perjodu ta' tliet xhur.", "Dakinhar, fl-2015, il-Prim Ministru kien qalli li din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna xogħol għax trid tinġabar lista tal-esproprjazzjonijiet li saru fi tliet xhur u li kien se jagħtini l-informazzjoni f'seduta oħra.", "Illum ninsabu fl-2018, tliet snin wara u sal-lum din il-lista ta' esproprjazzjonijiet ta' tliet xhur għadha ma waslitx!", "Għalhekk qed ngħid li hemm bżonn li l-Parlament – din mhijiex kwestjoni ta' Gvern jew Oppożizzjoni - jieħu din l-issue b'mod serju biex naraw li kull min kellu proprjetà li ġiet esproprjata, jingħata l-ħlas tagħha minnufih u mingħajr iżjed dewmien!", "Naħseb li bħalissa huwa l-aħjar żmien biex dan il-Gvern jindirizza din is-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Dan il-Gvern, kontinwament, jgħidilna li għandu surplus.", "Jalla jkollu aktar surplus, ħalli dawn in-nies jitħallsu minnufih u l-problema tiġi indirizzata.", "Kemm-il darba s-surplus jintuża b'mod tajjeb, jien, bħala Membru tal-Oppożizzjoni, inkun ferm kuntenta.", "Mela l-ewwel punt li qed nagħmel huwa dwar l-esproprjazzjonijiet.", "Nerġa' ngħid li nemmen li peress li l-Gvern kontinwament jgħidilna kemm il-pajjiż sejjer tajjeb, bħalissa huwa l-mument opportun li mingħajr iżjed dewmin, jiġu indirizzati l-issues fir-rigward tal-esproprijazzjonijiet.", "It-tieni punt tiegħi jirrigwarda dawk il-ħafna familji li xtraw id-dar tagħhom mingħand il-Gvern u li sal-lum għadhom fuq konvenju.", "M'iniex qed ngħid li din hija problema li ġabha dan il-Gvern għax din hija problema li ilha għaddejja minn sena għal oħra.", "F'ħin minnhom, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius aċċenna għal dawn in-nies li wħud minnhom jixtiequ li jbigħu l-proprjetà tagħhom imma qed isibu problemi kbar mal-bank għax minkejja li ħallsu s-somma kollha, dawn għadhom fuq konvenju.", "Jidher li la l-Awtorità tad-Djar u lanqas l-Awtorità tal-Artijiet mhi qed toħroġ il-garanzija neċessarja li ġieli jitolbu l-banek.", "Għalhekk ladarba l-Membri tan-naħa tal-Gvern dejjem jgħidulna li dan il-pajjiż għaddej minn surplus, naħseb li bħalissa huwa ż-żmien ideali li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata minnufih.", "Din hija waħda mill-issues fejn jien lesta li nagħti l-kontribut tiegħi biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaħdmu flimkien ħalli nsibu soluzzjoni darba għal dejjem dwarha.", "It-tielet punt tiegħi huwa dwar il-kirjiet.", "Illum hemm każijiet fejn qed ibati l-inkwilin u hemm każijiet oħrajn fejn qed ibati sid il-proprjetà.", "Huwa importanti li ssir ġustizzja kemm mas-sidien kif ukoll mal-inkwilini.", "Ejja ngħinu lil dawk li għandhom bżonnijiet soċjali u ma jifilħux iħallsu l-kirjiet eżorbitanti li qed jintalbu llum.", "Nemmen li quddiem dawn ir-realtajiet soċjali m'għandux ikun l-individwu li għandu d-dar privata tiegħu li jsolvi l-problema imma għandu jkun il-Gvern li jidħol u joffri s-soluzzjonijiet.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu hekk se nkunu qegħdin noħolqu inġustizzji kbar u se nkunu qegħdin nirfsu fuq wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem li huwa d-dritt għall-proprjetà.", "Punt ieħor li rrid inqajjem huwa dwar storja li rajt illum fuq l-online portals dwar biċċa art ta' 5,000 metru kwadru f'Bulebel li ngħatat lill-KASCO Limited għal 65 sena.", "S'issa, safejn naf jien, għadha ma ħarġet l-ebda ċaħda ta' din l-istorja u għalhekk se nitkellem fuqha.", "Kieku l-istorja ġiet miċħuda, kont ngħid li mhijiex vera, però din l-istorja ħarġet dalgħodu u prattikament, għaxar sigħat wara, ħadd għadu ma ħareġ jiċħadha.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu jekk din l-art ħarġitx mingħand l-Awtorità tal-Artijiet jew mingħand il-Malta Enterprise.", "Il-punt tiegħi huwa li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq art pubblika.", "IAN BORG: Tista' l-Onor.", "Portelli tikkwota l-portal minn fejn ħarġet din l-istorja?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Portelli, jekk jogħġbok, ikkwota minn fejn qrajt din l-istorja.", "MARTHESE PORTELLI: Jien qrajt din l-istorja fuq il-portal ta' manueldelia.com.", "L-issue hawnhekk hija dwar art pubblika.", "In-naħa tal-Gvern qegħdin jidħku.", "Mela fil-każ insemmi l-art tal-ITS li l-istorja dwarha ma ħarġitx fuq is-sit ta' manueldelia.com.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Ian Borg, m'hemmx interruzzjonijiet.", "Tista' tkompli, Onor. Portelli.", "MARTHESE PORTELLI: Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq art pubblika u jekk in-naħa tal-Gvern tiġi taqa' u tqum mill-art pubblika, jien ma nistax ngħid l-istess.", "Illum f'dan l-artiklu ntqal li KASCO Limited li l-ultimate beneficiary tagħha huwa Keith Schembri li jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, se tingħata 5,000 metru kwadru ta' art industrijali f'Bulebel.", "Issa min hu fin-negozju jaf kemm hu diffiċli li ssib biċċa art industrijali.", "Nemmen li kif jgħid il-Malti, kien hemm ħafna klieb għall-istess għadma!", "Ma naħsibx li dik il-biċċa art industrijali riduha biss il-KASCO Limited.", "Naħseb li dik il-biċċa art industrijali kienet tkun tajba għal ħafna oħrajn li huma wkoll involuti fis-settur tal-manifattura u allura hawnhekk nistaqsi: X'tip ta' evalwazzjoni qed issir meta wieħed jiġi biex jalloka l-artijiet?", "Qed ikun hemm proċess ta' għażla trasparenti u ġust?", "Qegħdin jiġu applikati l-prinċipji ta' good governance?", "Nerġa' ngħid, li f'dan dan il-każ partikolari, m'iniex qed nidħol fil-mertu jekk l-art ħarġitx mill-Awtorità tal-Artijiet jew mill-Malta Enterprise.", "Jibqa' l-fatt li ħarġet minn taħt dan il-Gvern!", "Din l-Awtorità għandha ħafna artijiet taħt ir-responsabilità tagħha u għalhekk, minn hawnhekk, nappella lill-Ministru Ian Borg li naf li he means well u forsi ġieli jkun hemm affarijiet li jixtieq li jsiru aħjar: Agħmel dak li temmen li huwa tajjeb għax inti taf daqsi li l-art pubblika m'għandha qatt tintrema!", "Fl-2015 kont għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari.", "Fost l-oħrajn, kont tlabt lill-Prim Ministru, peress li dak iż-żmien hu kien responsabbli mill-artijiet, biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet u l-artijiet kollha li jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet u li ġew mgħoddija lil terzi bi kwalunkwe titlu bejn l-1 ta' Marzu 2015 u s-16 ta' Ġunju 2015, jiġifieri għal tliet xhur sħaħ.", "Għal min irid jiċċekkja l-mistoqsija parlamentari, din kienet iġġib in-numru 16976.", "Dakinhar il-Prim Ministru qalli li din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna xogħol u se tingħata f'seduta oħra.", "Għaddew tliet snin u din il-lista għadha ma waslitx!", "Jista' jkun li kollox miexi fuq ir-rubini u sewwa, però hemm barra, meta n-nies jaraw din il-mistoqsija se jistaqsu: X'għandu x'jaħbi l-Prim Ministru?", "Għaliex ma jridx jippubblika din il-lista fil-Parlament?", "Forsi għax f'din il-lista hemm xi każ simili, bħalma semmejt aktar qabel, tal-5,000 metru kwadru art f'Bulebel?", "Forsi għax kieku ppubblika dik il-lista, kienu joħorġu każijiet oħrajn bħalma kellna ta' Strada Zekka jew l-art tal-ITS?", "Illum qegħdin f'punt kritiku ħafna u għalhekk bdejt billi appellajt lis-CEO il-ġdid biex ikun CEO tan-nies; ħalli kull deċiżjoni li tittieħed tkun verament fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nemmen li l-Awtorità tal-Artijiet għandha r-responsabilità li tara li ma jsirx abbuż bl-artijiet tagħha, l-istess bħalma għandha wkoll l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jien ma nistax nifhem kif ikollok biċċa art bħal dik tal-ITS, li għadha għaddejja taħt skrutinju mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, li għadu ma nħarġilha l-ebda permess u li hawn diversi nies li qegħdin jgħidu x'jaraw ħażin f'dik l-applikazzjoni, imbagħad ikun hemm min itella' post fuq Facebook u jagħmel ben fatt li dan il-proġett se jiġi approvat, tant li jikteb li:", "Kif jista' jkun li xi ħadd iħossu komdu li joħroġ b'dan il-post fuq Facebook, li se tarah mhux Malta biss imma d-dinja kollha, li jirrigwarda proġett li għadu taħt l-investigazzjoni tal-Awditur u għadu lanqas biss għadda mill-proċess tal-ippjanar!", "Huwa hawnhekk fejn il-poplu Malti u Għawdxi jħares lejn il-Ministru għall-intervent tiegħu.", "Lanqas qed ngħid lejn il-Prim Ministru, għax meta wieħed ikun irid ċerta serjetà, forsi llum aħjar iħares lejn il-Ministru!", "L-appell tiegħi huwa dan: Ministru int għandek portafoll importanti ħafna li minnu jiddependi l-futur ta' Malta u Għawdex.", "Kif diġà għedt, m'għandi l-ebda dubju mill-fatt li inti tixtieq li l-affarijiet isiru b'mod sewwa u għalhekk, minn hawnhekk, bħala Membru mill-Oppożizzjoni, inwiegħdek li se nagħtik l-appoġġ kollu li għandek bżonn, biex dak li qed isir ħażin, jieqaf u biex dak li jista' jsir aħjar, jitjieb.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-burokrazija.", "Naħseb li llum kulħadd jammetti li fl-Awtorità tal-Artijiet għad hemm ħafna burokrazija.", "Jekk verament irridu naqdu lill-poplu Malti u Għawdxi, din hija waħda mill-issues li rridu nindirizzaw.", "Meta titkellem mal-pubbliku inġenerali kulħadd jgħidlek li għad hemm issues ta' burokrazija.", "L-istess jgħidulek l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet u l-għaqdiet.", "Fuq nota pożittiva, għax jien inħobb ngħid mhux biss dak li jkun qed idejjaqni għax ikun ħażin, imma anke dak li hu tajjeb, ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Chris Agius li flimkien mal-Ministru Ian Borg se jkunu qegħdin jaħdmu biex ikomplu jinvestu fis-sistema tal-IT.", "Ladarba jkun hemm l-informazzjoni kollha online se jkun hemm proċess aktar trasparenti.", "L-art pubblika mhijiex tal-Gvern!", "L-art pubblika hija tal-poplu u għalhekk din għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd il-ħin kollu, bil-kondizzjonijiet kollha li jkunu marbuta mal-art f'kull stadju, ikun li jkun.", "Pereżempju, illum għandna sitwazzjoni reali li jekk xi ħadd għandu proprjetà u jixtieq il-proprjetà ta' maġenbu, isir jaf li hija tal-Awtorità tal-Artijiet u jitlob li dik toħroġ b'tender pubblika.", "Xi ħadd li ma jafx kif jaħdem il-proċess, ma jagħmilx din il-biċċa xogħol.", "Imbagħad għandek oħrajn, speċjalment ċerti spekulaturi, li jkunu għassa għall-artijiet tal-Gvern li jkunu tajbin għalihom, jitolbu li toħroġ tender u hekk isir!", "Però mhux kulħadd huwa spekulatur u għalhekk nemmen li f'ġieħ it-trasparenza u s-serjetà, għandu jkun hemm sistema fejn il-proprjetà kollha tal-Gvern, bid-drittijiet, bir-responsabbiltajiet, bl-ipoteki kollha li jkun hemm u bil-kondizzjonijiet kollha, tkun aċċessibbli online għal kulħadd.", "B'hekk ikun hemm it-trasparenza u l-Awtorità tkun verament tista' timxi 'l quddiem.", "Sinjura President, jien se nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li nittama li l-Ministru jieħu d-diskors tiegħi bħala wieħed kostruttiv.", "Kif għedt, dak li hu tajjeb, jien ngħidlu tajjeb, u dak li hu ħażin, ngħidlu ħażin.", "Qed noffri wkoll l-għajnuna tiegħi fejn hu possibbli.", "Nagħlaq b'dak li ftaħt bih, li s-CEO il-ġdid, ikun min ikun, għandu responsabilità kbira lejn il-poplu Malti u Għawdxi.", "Għalhekk m'għandux ikun is-CEO tal-Prim Ministru imma għandu jkun is-CEO tal-poplu.", "Ma jinteressanix minn liema kamp politiku se jkun ġej.", "Li jinteressani biss hu li l-persuna li tingħażel tkun persuna li kapaċi tagħmel xogħolha sewwa, fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, illum ninsabu bejn wieħed u ieħor, sena wara t-twaqqif tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Ejja niftakru li l-Awtorità ġiet fis-seħħ minħabba skandlu li riegħed lid-Dipartiment tal-Artijiet u nista' nitkellem fuq dan is-suġġett għax jien nirrappreżenta lill-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Jien se nibda billi nitkellem fuq ir-rapport annwali tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Irrid ngħid li dan ir-rapport ġie quddiem il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet ipprintjat u lest.", "Issa, bħala membru tal-bord, jien kont nistenna li dan ir-rapport kellu jiġi għandi qabel ikun ipprintjat u lest.", "Din hija xi ħaġa li urtatni għax f'din iċ-ċirkostanza rajt nuqqas ta' rispett.", "Irrid ngħid li drabi oħrajn rajt rispett għall-kariga li nokkupa.", "Però fir-rigward ta' dan ir-rapport ma kellix iċ-ċans li nesprimi l-ħsebijiet tiegħi ta' fejn naqbel u fejn le.", "Għalhekk nasal biex ngħid li dan ir-rapport ma ġiex approvat mill-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet!", "Forsi l-Ministru ma jafx b'din il-ħaġa imma rrid nurih li l-affarijiet m'għandhomx isiru b'dan il-mod.", "Naħseb ukoll li dan l-aġir juri pattern ta' kif qed isiru ċerti affarijiet fl-Awtorità, fejn jew isiru minn wara dahar il-bord jew isiru minn wara dahri!", "Dak huwa l-ewwel punt li nixtieq nagħmel dwar dan ir-rapport annwali.", "It-tieni punt huwa li jien ninsab informat li s-sistema tal-EMIS se tissaħħaħ b'units addizzjonali.", "Għal min mhuwiex familjari mas-sistema tad-Dipartiment tal-Artijiet, l-EMIS hija sistema diġitali biex taċċessa file partikolari.", "Hawn irrid infakkar kif il-predeċessur tal-Ministru qaltilna kemm-il darba li l-EMIS ma jiswa għalxejn!", "Biss, illum, għandi l-konferma kemm dan mhuwiex minnu!", "Il-politiku jiżbalja meta jipprova jiskarta dak kollu li sar minn ta' qablu għax ikun sar minn amministrazzjoni oħra.", "Qed ngħid dan għax l-Onor.", "Deborah Schembri kienet qalet li l-EMIS ma servietx l-iskop tagħha sal-punt li kważi m'għamlet xejn tajjeb f'dak li qabel kien id-Dipartiment tal-Artijiet.", "Qed ngħid dan mhux biex niddefendi lil ta' qabli imma għax huwa korrett li ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Forsi l-EMIS ma kenitx perfetta imma l-fatt li kien hemm deċiżjoni tal-Kap Eżekuttiv li jiġu kkummissjonati units addizzjonali ta' software li jkunu kompatibbli mal-istess programming language tal-EMIS, sabiex l-EMIS ikollha aktar faċilitajiet, juri li din kienet sistema tajba.", "Nittama li l-Kap Eżekuttiv li se jinħatar ikompli miexi fuq din id-deċiżjoni għax huwa importanti li dak li sar tajjeb, inżommuh u nkomplu nibnu fuqu.", "Xi ħaġa oħra li jien assolutament ma qbiltx magħha hija proposta li tressqet quddiem il-bord biex jiġu tagged il-files.", "Meta staqsejt għalfejn hemm bżonn dan qaluli biex wieħed ikun jaf fejn qiegħed file.", "Din hija xi ħaġa tajba, għax waħda mill-affarijiet li l-Awditur Ġenerali kien innota fl-iskandlu Gaffarena kienet proprju li ma kienx hemm audit trail b'saħħtu biżżejjed biex wieħed jiddetermina għand min qiegħed il-file f'ħin partikolari.", "L-iskop ta' dan il-proġett huwa tajjeb però b'dan il-proġett li kien mistenni li jiswa mijiet ta' eluf ta' ewro, it-tag se ssir fuq il-cover tal-file.", "Għalhekk jien staqsejt: Jekk it-tag se ssir fuq il-cover tal-file u l-file ikun qiegħed għandi bħala ħaddiem, jekk jien nieħu karta minn dan il-file, xi prekawzjonijiet addizzjonali milli hemm illum se jagħti dan il-proġett meta l-unika miżura ta' sigurtà hija li tagħmel it-tag mal-file?", "Fil-verità, jien nista' nieħu l-kontenut kollu tal-file, nitfgħu f'kexxun u nħalli t-tag fuq il-cover.", "B'hekk se nkunu nafu fejn hu l-cover tal-file u mhux il-file!", "Għalhekk ma kienx se jagħmel sens li nonfqu dawn il-mijiet ta' eluf ta' Ewro biex inkunu nafu fejn hu l-cover tal-file!", "Ħaġa oħra li dejqitni kienet li mmorru hemmhekk bil-proposti lesti u jien, b'idi marbuta, irrid nieħu deċiżjoni biex naqbel ma' din il-proposta.", "Biex inkun ġust u veritier mal-fatti rrid ngħid li kien hemm qbil bejn il-membri tal-bord li dan il-proġett m'għandux jimxi 'l quddiem.", "Naħseb li kull min ikkonċepixxa dan il-proġett kellu jifhem li din hija miżura tad-daħk għax ma tagħti l-ebda sigurtà ta' fejn ikun qiegħed il-file, ħlief għall-cover tiegħu.", "L-Onor.", "Chris Agius tkellem fuq l-iscanning tal-files u qal li s'issa ġew scanned 4,000 file.", "Dan huwa tajjeb però issa jeħtieġ li jkun hemm mod ta' kif naċċessaw il-files.", "Dan ifisser li jekk qbadt file li fih 100 paġna u rrid infittex paġna partikolari, irrid bilfors nagħmilha b'mod fiżiku u mhux diġitali.", "Qed nifhem li bħalisa qed isir scanning tal-100 paġna kollha f'daqqa, però għad m'hemmx dak il-kordinament bejn il-kontenut tal-file mas-sistema diġitali.", "Nifhem li dan huwa proġett li għadu fl-infanzja tiegħu u nifhem li l-ħaddiema, li nsellmilhom minn hawnhekk, qed jagħmlu dak kollu li jistgħu.", "Però issa, wara dan l-iscanning ta' kull paġna fil-files, irridu nimxu għall-pass li jmiss fejn nibdew naraw li dawn id-dokumenti diġitali jkunu marbuta ma' tags.", "B'dan il-mod, meta wieħed ifittex l-isem tal-file, dan jitla' mill-ewwel.", "L-istess jekk irrid ifittex, pereżempju, kull min kien sid ta' proprjetà partikolari jew kull min kellu titlu ta' din il-proprjetà.", "Nifhem li hemm proċess li jrid isir.", "Qed nagħmel dan il-kumment b'mod kostruttiv għax nemmen li dan għandu jkun il-pass li jmiss ta' dan il-proġett ta' diġitalizzazzjoni.", "Niġi issa għall-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Artijiet.", "Tajjeb li l-Ministru jisma' x'se ngħid għax se nitkellem dwaru.", "Jien għamilt żewġ mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru li fihom staqsjetu jekk jistax jgħidli kemm daħħal ħaddiema mid-distrett tiegħu fl-Awtorità minn mindu laħaq Ministru.", "Ir-risposta li ngħatajt kienet mhux lista tal-ħaddiema mid-distrett tiegħu imma lista tal-ħaddiema kollha li daħlu mal-Awtorità tal-Artijiet.", "Huwa minnu li l-informazzjoni li tani kienet maqsuma distrett distrett imma l-lista hija tal-ħaddiema li hemm illum u mhux ta' dawk li daħlu minn meta hu sar Ministru.", "Għalhekk kelli nerġa' nagħmel din il-mistoqsija għat-tieni darba, fejn il-Ministru mhux talli ma qallix minn fejn huma l-ħaddiema imma beda jitkellem fuq xogħol li qed tagħmel l-Awtorità!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru Borg, jekk jogħġbok, tinterrompix.", "Onor. Callus, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, kieku l-Ministru wieġeb il-mistoqsija tiegħi ma kontx se nqajjem dan il-punt illum.", "Però jien, bħala deputat, l-unika saħħa li jagħtini dan il-Parlament hi li nqajjem dawn il-punti fid-diskors li nagħmel.", "Naħseb li l-Membri ta' din in-naħa jafu bħali li ma jistax ikun li l-Oppożizzjoni tiġi ttrattata b'dan il-mod, fejn nagħmlu l-mistoqsijiet u qatt ma jiġu mwieġba.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk jien m'għandix għażla oħra ħlief li niġi hawn u nħammar wiċċ il-Ministru!", "Dan għaliex għamilt mistoqsija għal darba tnejn u bqajt mingħajr risposta.", "Ma jistax ikun li niġi hawn qisni xi wieħed iblah, nittallab għall-informazzjoni meta huwa dritt sagrosant tiegħi bħala Membru elett mill-poplu li nitlob għal din l-informazzjoni.", "Jien immur oltre minn hekk u ngħid li huwa dmir tal-Ministru li jwieġeb b'serjetà għax dawn mhumiex flus mill-but tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari imma huma flus mit-taxxi tal-poplu!", "Dawn huma taxxi tagħna lkoll, biex nuża l-famuża frażi!", "Ma jistax il-Ministru jipprova jqarraq u jagħti risposti li totalment ma jweġbux il-mistoqsijiet li nagħmlu.", "Qed inqajjem dan il-punt fid-dibattitu tal-lum għax ma kellix għażla oħra.", "Il-Ministru jagħtina l-verità u l-fatti, imbagħad in-nies jiġġudikaw fil-kwiet ta' darhom.", "Però l-fatti jridu joħorġu!", "L-Onor.", "Chris Agius tkellem dwar il-binja tal-Baviera.", "Kif nafu, kien hemm għajdut u jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm anke l-ħsieb mill-predeċessur tal-Ministru Ian Borg, li l-Awtorità tal-Artijiet tiċċaqlaq mill-Berġa tal-Baviera.", "S'hemmhekk, nifhimha, però għalija huwa inkonċepibbli li l-Awtorità tal-Artijiet toħroġ sejħa biex tikri mingħand il-privat.", "Possibbli l-Awtorita tal-Artijiet se tikri mingħand il-privat biex topera l-uffiċini tagħha!", "X'messaġġ qed nibagħtu meta l-Awtorità għandha tant proprjetajiet?", "Mhux talli kien hemm il-ħsieb li jsir dan talli ħarġet sejħa biex il-Gvern jikri post mingħand il-privat fejn jista' jkun hemm l-uffiċini tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Għalija din il-ħaġa tistona ħafna!", "Nistgħu niddiskutu li nużaw din il-Berġa tal-Baviera fis-sbuħija tagħha, mibnija mill-Kavallieri, għal skop aħjar, imma l-Awtorità tal-Artijiet m'għandhiex tibgħat il-messaġġ li biex topera l-uffiċini tagħha, trid tmur għand il-privat meta għandha dawn il-postijiet kollha!", "Jekk xejn, din hija opportunità biex jekk hemm binjiet abbandunati, isir investiment ta' restawr fihom mill-vot allokat fil-baġit għall-Awtorità.", "Kif għedt, din hija idea li diffiċli nifhimha!", "Punt ieħor li rrid nagħmel u li diġà ssemma mill-Onor.", "Marthese Portelli jirrigwarda t-tenders.", "Meta niġu għat-tenders, jien noqgħod b'seba' għajnejn!", "Tant hu hekk li l-Ministru jaf li kont jien stess li tlabt li t-tenders jiġu għad-diskussjoni tal-bord minflok jibqgħu quddiem it-tender committee li bħala bord, ma kellna x'naqsmu xejn miegħu.", "Jien kont lest li nerfa' r-responsabbiltà ta' din.", "Bħala membru tal-bord, ma stajtx nikkonċepixxi l-fatt li kien hemm kumitat fl-Awtorità, li l-bord ma kellu l-ebda setgħa fuqu u li dan il-kumitat seta' jiddeċiedi liema art toħroġ għall-bejgħ.", "Minn hawn irrid nirringrazzja liċ-Chairman tal-bord, l-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco, li laqa' t-talba tiegħi dwar l-importanza li dejjem nimxu b'ekwità.", "Dan ifisser li fir-rigward ta' min ikollu d-dritt għall-ewwel rifjut, ikun speċfikat taħt liema kondizzjonijiet jista' jieħu dan id-dritt.", "Fil-fatt huwa tajjeb li l-bord għamel linji gwida dwar min għandu jingħata d-dritt tal-ewwel rifjut għax dan id-dritt huwa b'saħħtu ħafna.", "Id-dritt tal-ewwel rifjut huwa meta toħroġ tender u inti tista' titlob dan id-dritt biex anke jekk ma tkunx offrejt l-ogħla offerta, tingħata d-dritt biex tqabbel l-ogħla offerta li jkun tefa' terza persuna.", "Ir-regoli kif inti tista' tikkwalifika għal dan l-ewwel rifjut jistgħu jkunu, pereżempju, li inti għandek l-art ħdejn dik fejn ikun ħareġ it-tender jew inkella inti tkun qiegħed diġà fuq dik l-art però jkollok titlu li mhuwiex b'saħħtu u mbagħad joħroġ tender għal ċens meta inti jkollok titlu ta' kirja.", "Huwa ferm importanti li jkollna t-trasparenza f'dawn l-affarijiet u għalhekk kif semmiet tajjeb l-Onor.", "Portelli, għandu jkun hemm aktar pubbliċità ta' dawn it-tenders fuq il-website tal-Awtorità biex nimxu b'ekwità u trasparenza ma' kull min jixħet l-offerta tiegħu.", "Sinjura President, issa se niġi għas-sejħa taċ-chief financial officer, għax din hija l-aktar ħaġa li qed tinkwetani bħalissa.", "Fil-fatt qajjimt dan il-punt madwar ħames darbiet fil-bord.", "Wara sena mit-twaqqif tal-Awtorità, din għadha mingħajr chief financial officer.", "Ejja niftakru li hawn qegħdin nitkellmu fuq awtorità li tagħmel transazzjonijiet ta' miljuni fis-sena!", "Għalhekk ma nistax nifhem kif l-Awtorità mliet il-postijiet kollha tal-ħaddiema vakanti tagħha però ċ-chief financial officer għadu nieqes.", "Biex inkun leali mal-fatti, ħarġet sejħa fejn applikat persuna u wara xi ftit ġimgħat, irriżenjat.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħidli li ħierġa sejħa oħra.", "Naħseb li għaddew għaxar xhur minn mindu rriżenjat din il-persuna, kif jixhdu l-Minuti tal-bord!", "Xi drabi, bdejt niddubita jekk dan hux qed isir b'intenzjoni għaliex ma jistax ikun li awtorità ta' din il-portata tagħmel dawn ix-xhur kollha mingħajr chief financial officer, meta għandna Gvern li wegħedna governanza tajba.", "Għalhekk jien nappella lill-Ministru biex jieħu din il-kwestjoni f'idejh ħalli tittieħed azzjoni minnufih u mhux inkomplu ntawlu fuq kwestjoni ta' importanza kbira.", "Saret ukoll l-għażla taċ-chief audit officer.", "Hawn irrid infakkar li meta konna ddiskutejna din il-kariga, konna għedna li l-persuna li tintgħażel għandha tkun indipendenti mill-Awtorità, tant li fil-leġiżlatura li għaddiet konna għedna wkoll li għandha taqa' taħt l-Awditur Ġenerali.", "Dik it-talba ma ntlaqgħetx!", "Però, sopra corna bastonate, il-persuna li ntgħażlet hija politikament attiva.", "Għalhekk jien ma kellix għażla oħra ħlief li nivvota kontra l-ħatra tagħha.", "Dan għamiltu mhux għax għandi xi ħaġa kontra din il-persuna però jien qatt ma stajt inkun favur li l-awditur tal-Awtorità jkun ukoll sindku ta' lokalità f'isem partit politiku, li nzerta n-naħa tal-Gvern.", "X'kumbinazzjoni!", "Seta' kien sindku ta' kunsill lokali Nazzjonalista, għax xorta ma kontx naqbel!", "Il-kariga ta' awditur ta' awtorità titlob ċerta indipendenza.", "Ma jistax ikollna awditur li huwa involut politikament mal-Gvern tal-ġurnata u jimxi b'imparzjalità totali tagħha!", "Nerġa' ngħid li seta' kien sindku ta' kunsill lokali Nazzjonalista, għax ma jistax ikun li din il-pożizzjoni tingħata lil persuna li hija politikament attiva.", "Immaġinaw l-Awditur Ġenerali jkun involut fil-politika!", "L-istess dan l-argument, l-awditur tal-Awtorità tal-Artijiet ma jistax ikun politikament attiv.", "Kien għalhekk li jien ma stajtx nivvota favur din in-nomina, minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' imparzjalità.", "Niġi issa biex nitkellem dwar l-għażla tas-CEO.", "Aktar qabel smajt il-battibekk li kien hemm bejn il-Ministru u l-Onor.", "Portelli, fejn il-Ministru staqsa lill-Onor.", "Portelli jekk kenitx qed temmen l-istorja tal-Malta Today.", "Il-Ministru qed jgħid li dik hija storja tal-Malta Today.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Callus.", "IAN BORG: Onor. Callus, ħu paċenzja, meta tikkwota lil Malta Today, ikkwotaha kif trid u twieġbek il-Malta Today, imma meta tikkwota lili, ikkwotani tajjeb.", "Jien m'għedtx li l-istorja tal-Malta Today hija tajba jew ħażina.", "Jien għedt li inti, waranofsinhar, mort tifraħ fuq Twitter, itteggjajtni u ħadt l-artiklu tal-Malta Today bħala vanġelu.", "Jien qed ngħidlek li skont artiklu 15 kapitlu 563, il-Ministru jaħtar il-kap eżekuttiv wara sejħa pubblika.", "Is-sejħa pubblika se toħroġ nhar il-Ġimgħa u nħeġġeġ lil kull min f'dan il-pajjiż iħoss li huwa kompetenti sabiex japplika għal din il-kariga.", "Li nista' ngħid hu li l-istess ġurnal kellu artiklu l-ġimgħa l-oħra fejn semma persuna oħra għal din il-kariga u llum qed jagħti t-tieni isem.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Callus, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "RYAN CALLUS: Jien qed ngħid dan għaliex jidher li mhux il-Malta Today biss qed titkellem dwar din il-persuna imma fid-Dipartiment tal-Artijiet kulħadd qed jgħid li James Piscopo se jkun is-CEO.", "Aktar minn hekk, fi Transport Malta kulħadd qed jgħid li James Piscopo se jitlaq l-Awtorità tal-Artijiet!", "Ministru, il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn!", "L-ISPEAKER: M'hemmx għalfejn ngħajtu u nagħmlu cross debates.", "Kompli d-diskors tiegħek, Onor. Callus.", "Jien ma neħodhiex bi kbira li jintgħażel James Piscopo għax din diġà ġrat mal-predeċessur tiegħu Carlo Mifsud, li nsellimlu minn hawnhekk għax ħdimt miegħu kemm ilni fuq dan il-bord.", "Carlo Mifsud huwa mis-Siġġiewi bħali imma xorta kkritikajtu għax intgħażel mingħajr sejħa pubblika meta kien hemm nies aktar kompetenti minnu li ilhom jaħdmu fl-Awtorità tal-Artijiet għal għexieren ta' snin.", "Hawnhekk nixtieq nagħti messaġġ lill-Ministru: Ministru, inti żagħżugħ bħali fil-politika u nemmen li tista' ġġib il-bidla.", "Hemm nies fl-Awtorità tal-Artijiet li għandhom esperjenza sħiħa u għalhekk jien se nħeġġiġhom biex japplikaw għal din il-kariga.", "Nispera li dawn il-messaġġi li se jinħatar James Piscopo mhumiex intiżi biex jibagħtu messaġġi ħalli naqtgħu qalb dawn in-nies b'esperjenza biex japplikaw, kif ġara fl-applikazzjoni ta' qabel.", "Lill-Ministru ngħidlu li bħalissa hemm is-Sur Peter Mamo bħala acting CEO, li qiegħed fostna u nsellimlu minn hawnhekk, għax huwa persuna li għex ħajtu fid-Dipartiment tal-Artijiet u għandu esperjenza twila.", "Bħalu hemm nies oħrajn li għandhom l-esperjenza u għalhekk nistieden lill-Ministru biex jagħti vot ta' fiduċja fil-ħaddiema tal-Awtorità tal-Artijiet li ilhom hemm is-snin billi jagħżel lil xi ħadd minnhom, jekk verament irid jurina li jemmen fir-riżorsi u fl-esperjenza tal-ħaddiema ta' din l-Awtorità.", "Kif għedt, time will tell!", "Jien illum se nagħti l-benefiċċju tad-dubju lill-Ministru.", "Ejja ngħidu li l-istorja tal-Malta Today hija skorretta u l-paroli li kien hemm fiż-żewġ awtoritajiet huwa kollu fake news, time will tell jekk għandniex raġun jew le.", "Bħalma jaf il-Ministru, jien naħdem ma' kull min jiġi nominat, però jekk il-Ministru jrid ir-rispett tal-ħaddiema tal-Awtorità tal-Artijiet għandu juri sinjal ta' fiduċja billi jagħżel wieħed minn dawk li għandhom esperjenza twila f'din l-Awtorità.", "Niġi għal xi punti oħrajn.", "L-Onor.", "Chris Agius semma li l-Awtorità tilfet numru ta' avukati u hawn nistaqsi: Tilfet jew tant iddejqu bil-promozzjonijiet ta' oħrajn li telqu?", "Ejja nagħmlu distinzjoni bejn it-tnejn!", "F'punt minnhom, l-Awtorità tal-Artijiet spiċċat mingħajr avukat għax kellha xi tliet avukati li telqu kollha.", "Għalhekk, għalkemm għandi rispett lejn l-Onor.", "Agius, ma nistax naqbel miegħu meta jgħid li l-Awtorità tilfet lil dawn l-avukati għax fil-verità, dawn qatgħu qalbhom u telqu 'l hemm.", "Jien tkellimt waħdi dwar dan il-punt fejn iddefendejt lill-ħaddiema għax in-naħa tal-Gvern baqgħet siekta.", "Fl-Awtorità tal-Artijiet ingħataw promozzjonijiet lil persuni u nqabżu oħrajn li kellhom aktar esperjenza.", "Huwa dan in-nuqqas ta' rispett li ġiegħel lill-ħaddiema jżarmaw u jitilqu mal-privat jew f'dipartiment ieħor.", "Dan hu r-rispett li għandu jintwera lejn il-ħaddiema?", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq Nazzjonalisti jew Laburisti, imma qed nitkellmu fuq il-ħaddiema taċ-Ċivil.", "Ma jistax ikun li xi ħadd minn barra jingħata promozzjoni għax huwa ħabib tal-Kap Eżekuttiv u ħaddiema ta' esperjenza jingħataw il-ġenb!", "Jien ma nistax nibqa' kwiet quddiem dawn l-affarijiet għax inkun qed nonqos lil dawn il-ħaddiema li kull nhar ta' Ġimgħa, meta ngħaddi minn ħdejhom, għalkemm ma nitkellmux, ninduna li huma rrabjati b'dawn l-affarijiet li ġraw.", "Minn hawn irrid insellem lill-ħaddiema, li speċjalment wara l-iskandlu ta' Gaffarena, spiċċaw imbeżżgħin jieħdu kull deċiżjoni.", "Ejja niftakru li l-Awtorità kellha titwaqqaf minħabba dan l-iskandlu kbir li ġabha għarkobbtejha!", "Kollox kien staġna fl-Awtorità tal-Artijiet minħabba dan l-iskandlu!", "Il-ħaddiema bdew jibżgħu jieħdu deċiżjoni minħabba dak li ġara, u allura nsellmilhom tax-xogħol li qegħdin jagħmlu, anke fl-infanzja ta' din l-Awtorità l-ġdida.", "Irrid nistaqsi wkoll meta ħierġa l-iskema tat-trasferiment tal-qbiela għall-bdiewa.", "L-Oppożizzjoni m'għandhiex diffikultà li taqbel ma' din il-miżura għaliex kienet fil-programm elettorali ta' din in-naħa kif ukoll tan-naħa l-oħra.", "Hawn qed nitkellmu biex it-trasferiment tal-qbiela ma jibqax isir biss b'mod vertikali imma jimxi bejn l-aħwa.", "Qed nitkellmu wkoll dwar il-fatt li niftħu l-possibilità li nagħtu art agrikola lill-bdiewa żgħażagħ.", "Fejn wasalna dwar dawn il-proposti?", "Nixtieq li l-Ministru jaġġornana fuq dan il-punt għaliex din hija xi ħaġa li n-nies hemm barra qed jistaqsu dwarha.", "Sur President, bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni rrid ngħid li kien hemm istanzi fejn jien ma qbiltx mal-bord.", "Irrid nirrikonoxxi wkoll li ħafna drabi l-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco jaħdem biex ikun hemm deċiżjoni b'unanimità, kif għandu jkun, speċjalment fejn tidħol proprjetà pubblika.", "Dan jista' jikkonfermah l-Onor.", "Alex Muscat li huwa r-rappreżentant tal-Gvern fuq dan il-bord.", "Inħoss ukoll li qed isir l-almu kollu biex jitnaqqas il-backlog li hemm, b'tali mod li jsir aċċettabbli.", "L-Onor.", "Chris Agius qal li qsar iż-żmien biex tirċievi korrispondenza lura meta tibgħat ittra lil din l-Awtorità.", "L-affarijiet tjiebu xi ftit, però fadal ħafna x'intejbu għaliex jien għadni nisma' ilmenti ta' min jibgħat ittra u ma jingħatax risposta.", "Kien hemm ċirkostanza fejn ħassejt li qegħdin ngħaġġlu żżejjed għaliex kull min qiegħed f'dan is-settur, bħan-nutara u l-avukati, jifhmu li the devil is in the detail.", "Billi jiġi mazz kollu karti quddiemi li jridu jarawh tmienja min-nies ma jagħtinix konfort jekk ma narax kull karta.", "Għalhekk kont tlabt li tingħata kopja tal-memo lill-membri tal-bord kollha, liema talba ġiet aċċettata miċ-Chairman tal-bord.", "Nirrikonoxxi li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba li jżid it-trasparenza u jgħin lill-membri tal-bord biex jaslu għal deċiżjoni.", "Sur President, l-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar il-kwestjoni tal-espropriji.", "Issemma li l-Awtorità għamlet dħul ta' €33 miljun f'sena minn dħul ta' kirjiet u ċnus, però fl-aħħar baġit, il-Gvern iddedika €6 miljun biss għall-espropriji.", "Hawn se nerġa' nagħmel l-appell kif ilni nagħmel kull darba li nitkellem fuq l-Awtorità tal-Artijiet li €6 miljun mhumiex biżżejjed.", "Ejja niftakru li hawn mhux qed nitkellem fuq l-espropriji tal-lum, imma qed nitkellem fuq espropriji li wħud minnhom saru aktar minn 30 sena ilu. €6 miljun hija qatra f'oċean!", "Irrid ngħid ukoll li l-Awtorità tal-Artijiet hija żvantaġġata ħdejn awtoritajiet oħrajn għax tagħti l-artijiet lil kulħadd, fosthom lill-Ministeri, lill-Awtorità tad-Djar u lil Sport Malta, kif għandu jkun, però ma ddaħħal xejn tagħhom għaliex dan huwa trasferiment ta' art tal-Gvern minn Ministeru għal ieħor.", "Barra minn hekk, kull dħul tal-Awtorità dejjem jgħaddi għand il-Ministeru tal-Finanzi.", "Il-proposta li għamilna bħala Oppoiżizzjoni fil-manifest elettorali tal-elezzjoni li għaddiet kienet li d-dħul tal-Awtorità tal-Artijiet jibqa' għand l-Awtorità sakemm infiequ minn din il-pjaga li ilha magħna għexieren ta' snin.", "Ngħid ukoll li l-Membri tan-naħa tal-Gvern għandhom iħossuhom aktar obbligati li jindirizzawha għax ħafna mill-artijiet ittieħdu taħt Gvernijiet Laburisti fi żmien meta l-Ministru kien jaħtaf l-art u jagħtiha lil min irid hu.", "Sal-lum għad hemm nies li għadhom lanqas tħallsu tal-proprjetà li tteħditilhom!", "Nifhem li l-Ministru Ian Borg mhuwiex responsabbli għal dan l-aġir li sar fil-passat però l-predeċessuri tiegħu għandhom responsabilità li jindirizzaw din il-kwestjoni.", "Jien ngħid li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jaħdmu biex din is-sitwazzjoni tiġi riżolta darba għal dejjem.", "Però Gvern Laburista li wettaq dawn l-inġustizzji għandha tagħfsu qalbu u jżid l-allokazzjoni fil-baġit għall-espropriji kull sena.", "Il-proposta tagħna fl-aħħar elezzjoni ġenerali kienet li d-dħul tal-Awtorità tal-Artijiet ma jgħaddix għand il-Ministru tal-Finanzi imma jibqa' għand l-Awtorità tal-Artijiet ħalli nkunu nistgħu naqtgħu d-djun li hemm man-nies, li wħud minnhom ħallewna u llum hemm il-werrieta tagħhom li għadha ma saritx ġustizzja magħhom.", "Il-Gvern għadu jista' jadotta din il-proposta tagħna u nassigurawh li se jsib lill-Oppożizzjoni tappoġġjah.", "Naf li fil-bord hemm ħafna nies li jaqblu miegħi dwar dan il-punt.", "Wasalna f'sitwazzjoni fejn qed napprovaw ħlasijiet b'lura tal-espropriji u m'hemmx flus biex isiru dawn l-espropriji.", "Hawn mhux qed nitkellem dwar l-espropriji t'issa imma dwar esproprji passati.", "Bl-emenda li kien daħħal l-Eks Ministru Tonio Borg meta kien Ministru tal-Artijiet, il-Gvern tal-ġurnata llum irid iħallas tal-esproprji mill-ewwel.", "Però, fir-rigward tal-espropriji li saru 25, 30 jew 35 sena ilu, mod ieħor, għax il-Gvern ma jridx iħallas lill-werrieta dak il-ħin stess.", "Għalhekk nappella lill-Ministru biex jaħdem ħalli jikkonvinċi lill-Ministru tal-Finanzi u lill-Prim Ministru biex il-fondi tal-Awtorità tal-Artijiet jinżammu fl-Awtorità tal-Artijiet, almenu sal-mument li tkun saret ġustizzja ma' dawn in-nies li ilhom jistennew żmien twil.", "Ħalli mbagħad meta jitħallsu dawn in-nies, il-flus jerġgħu jibdew imorru għand il-Ministru għall-Finanzi.", "Però ma jistax ikun li din l-Awtorità qiegħda tispiċċa bla flus biex inħallsu dawn l-esproprji li saru tant snin ilu.", "Naf li hemm ukoll membri tal-Gvern li jaqblu ma' din il-proposta u naf ukoll li mhijiex faċli, però naf żgur li ma nistgħux intawlu aktar biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni, għax kull ġurnata itwal, hija ġurnata fejn tkompli ssir inġustizzja ma' dawn in-nies.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, se nkun onest li ninsab ftit sorpriż dwar dak li smajt illum, għax bil-mod kif tkellmu l-Membri tal-Oppożizzjoni, donnu li l-Awtorità tal-Artijiet li kif nafu, għadha fl-infanzja tagħha, m'għamlet xejn f'din l-aħħar sena.", "Donnu li l-ħaddiema fl-Awtorità tal-Artijiet jagħmlu xi ġurnata b'idejhom fuq żaqqhom, jiċċassaw lejn is-saqaf u ma jagħmlu xejn!", "Jekk l-Oppożizzjoni qed tipprova tagħti din l-impressjoni lill-poplu hemm barra, naħseb li qed tkun inġusta ħafna u żleali lejn dawk il-ħaddiema, li ħafna minnhom ilhom snin twal jaħdmu f'din l-entità u għaddew anke mir-riforma li saret fl-aħħar sena.", "Mhuwiex ġust li b'xi mod, nipprovaw nitfgħu dell ikrah fuq dawn il-ħaddiema li ta' kuljum jagħmlu l-almu tagħhom biex jamministraw bl-aqwa mod possibbli l-art pubblika, li hija tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Sur President, jien irrid nuri d-dispjaċir tiegħi li x-shadow minister tad-Dipartiment tal-Artijiet ma tafx l-affarijiet bażiċi.", "L-Onor.", "Portelli ġiet titkellem fuq art li allegatament jista' jkun li ngħatat mill-MIP, liema art m'għandha x'taqsam xejn mal-Awtorità tal-Artijiet.", "L-Onor.", "Portelli qed tiżgwida lil din il-Kamra u lill-poplu hemm barra.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Muscat.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: L-Onor.", "Muscat jidher li ma semax sewwa x'kont qed ngħid jien.", "Dan għaliex jien mill-ewwel ġibt il-paragun tal-art ta' Bulebel, għaliex din hija art pubblika, bħal art pubblika oħra li qiegħda taħt l-Awtorità tal-Artijiet.", "Għalija kull art pubblika li tiġi amministrata mill-Malta Enterprise jew mill-Awtorità tal-Artijiet dejjem għandha tiġi amministrata b'mod tajjeb.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Muscat, kompli bid-diskors tiegħek.", "ALEX MUSCAT: Jidher ċar u kellna konferma oħra li sfortunatament ix-shadow minister tal-Oppożizzjoni mhijiex qed tifhem l-affarijiet bażiċi ta' kif taħdem l-Awtorità tal-Artijiet u kif taħdem l-MIP.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Muscat, ippermettili ħalli nara x'inhu l-point of order, għax jekk dan mhuwiex point of order, m'għandniex noqogħdu naħlu ħin.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jien naf eżattament kif taħdem l-Awtorità tal-Artijiet u għalhekk mill-ewwel għamilt distinzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet, l-MIP u l-Malta Enterprise.", "Naħseb li l-Onor.", "Muscat ma jafx u mhux jien!", "Onor. Muscat, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ALEX MUSCAT: Sur President, jidher ċar li l-Onor.", "Portelli mhux qed tieħu pjaċir tisma' dan id-diskors.", "Il-fatt li quddiem il-poplu l-Onor.", "Portelli nqabdet fuq sieq waħda, ovvjament, qed iġegħelha tħossha skomda u nifhimha, għax kieku jien f'lokha, jiddispjaċini wkoll.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Muscat, ippermettili, se nieħu pożizzjoni mill-ewwel.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: L-Onor.", "Muscat qiegħed jgħid li jien qed niżgwida lill-Kamra.", "Le, m'iniex qed niżgwida lill-Kamra għaliex jien spjegajt eżattament x'jaqa' taħt l-Awtorità tal-Artijiet, taħt l-MIP u taħt il-Malta Enterprise.", "Naf sew kif joperaw l-affarijiet.", "L-ISPEAKER: Kollox sew!", "Fir-rigward tal-iżgwidar tal-Kamra, nagħti pożizzjoni jekk ikun hemm il-każ.", "Onor. Muscat, kompli bid-diskors tiegħek.", "ALEX MUSCAT: Sur President, għal darb' oħra, dan ma kienx point of order.", "Se nkompli bid-diskors u nispera li l-Onor.", "Portelli li jien qgħadt nismagħha u ma waqqafthiex minkejja l-affarijiet żbaljati li qalet, ma terġax twaqqafni.", "Jien qgħadt nisma' bil-kwiet u ħallejtha tgħaffeġ u tgħid affarijiet li kienu lil hinn mill-fatti.", "Issa, jekk jogħġobha, tisma' lili bir-rispett kif għamilt jien lejha.", "Kif diġà ssemma, l-Awtorità tal-Artijiet ilha mwaqqfa sena.", "Però l-istorja wara d-Dipartiment tal-Artijiet hija ħafna itwal minn hekk għax dan id-Dipartiment ilu jeżisti għal ħafna snin.", "Bla dubju, hemm persuni li ilhom jaħdmu f'din l-entità għal ħafna snin u għandhom esperjenza kbira.", "Però din l-Awtorità tal-Artijiet għadha fl-infanzja, bħal tarbija li telqet timxi.", "Matul ix-xhur li għaddew, din l-Awtorità ma qagħditx iddoqq ħafna trombi dwar il-ħidma tagħha u se nkun onest, li dan it-tip ta' approach jogħġobni.", "Meta tisma' dak li kellu xi jgħid is-Segretarju Parlamentari Chris Agius li huwa responsabbli b'mod dirett minn din l-Awtorità, tinduna li n-numri huma pożittivi.", "Fi żmien sena minn kemm ilha mwaqqfa din l-Awtorità, sar ħafna xogħol.", "Insemmi fost l-oħrajn, ir-rapport li tressaq quddiem din il-Kamra għas-sena li għaddiet, li jkopri prattikament, nofs sena.", "Jekk wieħed jara x'kienet kapaċi tagħmel l-Awtorità f'dawn il-ftit xhur, minkejja li l-Awtorità għadha qed tifforma u tirriforma ruħha, jidher ċar li l-Awtorità qabdet miexja fit-triq it-tajba.", "Sar achievement importanti u jien kont nippretendi li l-Oppożizzjoni, li qalulna li se jkunu kostruttivi, se jirrikonoxxu dan ix-xogħol.", "Però, ħlief tgħajjir, kritika u ineżattezzi ma smajniex!", "Jien kont nippretendi li l-Oppożizzjoni tirrikonoxxi dak li sar tajjeb u ssemmi punti fejn l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar.", "Biss, ma smajtx suġġeriment wieħed min-naħa tal-Oppożizzjoni fir-rigward tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Sur President, matul din is-sena, l-applikazzjonijiet kollha li wieħed ikollu bżonn jagħmel mal-Awtorità tal-Artijiet qed isiru b'mod diġitali, b'mod online.", "Meta bniedem ikollu bżonn japplika għal xi ħaġa mal-Awtorità tal-Artijiet, illum, dawn l-applikazzjonijiet issibhom kollha aċċessibli online.", "Dan huwa pass li awtoritajiet oħrajn li għandhom ħafna aktar snin ta' esperjenza wara daharhom, s'issa, għadhom ma waslux għalih.", "F'temp ta' sena, l-Awtorità tal-Artijiet kienet kapaċi tagħmel pass importanti ħafna 'l quddiem, fejn mhux biss qed tħaffef il-ħajja ta' kull min irid japplika għal xi ħaġa magħha iżda wkoll qed iżżid l-effiċjenza u t-trasparenza fi ħdanha.", "Punt li kont nippretendi li se ssemmi l-Oppożizzjoni, li minkejja li biddlet il-Kap, xorta baqgħet negattiva, hija t-trasparenza li llum għandna fl-Awtorità tal-Artijiet.", "L-Onor.", "Ryan Callus, bħala membru fi ħdan il-bord tal-Awtorità, jaf li f'dawn ix-xhur li ilna nservu fi ħdan l-Awtorità, żdiedet it-trasparenza.", "Bħala membri tal-bord għandna d-dritt naraw kull file fejn inħossu li għandu jkun hemm skrutinju, qabel ma dan jiġi approvat.", "Kif jista' jikkonferma l-Onor.", "Callus, qatt ma ngħatajna xi rifjut milli naraw xi file, ikun xi jkun il-każ.", "L-Onor.", "Callus semma li ħafna drabi jkollna qbil però fil-verità aħna nimxu bi qbil fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet.", "Qed ngħid dan biex inkunu ġusti man-nies li qed isegwuna u ma nagħtux l-impressjoni li fi ħdan l-Awtorità qed nimxu qisna xi kelb u qattus.", "Fir-realtà ħafna drabi qed naħdmu b'kollaborazzjoni tajba bejnietna fejn qed isir sforz mill-ħaddiema biex naqtgħu l-backlog li hemm u nimxu 'l quddiem.", "Jien ngħid bla tlaqliq li l-Awtorità tal-Artijiet li għandha r-responsabblità tal-art pubblika kollha għad għandha sfidi kbar quddiemha u għad għandha ħafna xogħol x'tagħmel.", "Ejja niftakru wkoll li hemm ħafna xogħol b'lura għax uħud mill-files ilhom pendenti mis-snin sittin!", "Li hu żgur hu li bil-liġi l-ġdida li ilha fis-seħħ ftit aktar minn sena, it-trasparenza fl-Awtorità żdiedet b'mod qawwi.", "Il-poplu li qiegħed isegwina jista' jserraħ moħħu minn dan, anke għall-fatt li l-partiti politiċi, permezz tar-rappreżentant tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Prim Ministru, qed jagħmlu l-iskrutinju kollu neċessarju biex nassiguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fi ħdan l-Awtorità jsiru b'mod ġust, leali u trasparenti lejn iċ-ċittadini Maltin.", "Jien ġibt ftit figuri dwar id-deċiżjonijiet li qed jieħdu s-sub committees tal-istess bord.", "Fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena diġà nqabeż l-ammont ta' files li ġew ipproċessati matul is-sena li għaddiet.", "Jidher li aktar mhu qed jgħaddi żmien, l-Awtorità qiegħda tipperfezzjona aktar l-operat tagħha u tingrana.", "Għalhekk, jekk nibqgħu sejrin hekk, l-Awtorità se tkompli żżid fl-effiċjenza tagħha, anke biex taqta' l-backlog li hemm.", "Għandna naraw kif inkomplu nsibu sistemi interni sabiex ta' kuljum, inkomplu nieħdu aktar deċiżjonijiet u nipproċessaw aktar każijiet u files ħalli nkomplu naqdu l-poplu kollu b'mod ġenerali.", "Minkejja l-baraxx ta' kritika li kien hemm min-naħa tal-Oppożizzjoni, irrid nieħu l-opportunità li qabelxejn ngħid grazzi lill-ħaddiema kollha ta' din l-Awtorità għax-xogħol tagħhom.", "Finalment dawn huma n-nies li qed jamministraw il-proprjetà pubblika.", "Ma naħsibx li huwa ġust li niġu hawn u b'xi mod nipprovaw nagħtu l-impressjoni li dawn in-nies mhu qed jagħmlu xejn.", "Insellem anke lill-Eks CEO Carlo Mifsud li rriżenja ftit tal-ġranet ilu, li flimkien maċ-chairman attwali kien strumentali sabiex twaqqfet l-Awtorità u għaddejja ħidma tajba.", "Nawguralu għall-ħidma l-ġdida li se jmur għaliha.", "Nixtieq insellem ukoll lill-acting CEO Peter Mamo li għandu esperjenza kbira fl-amministrazzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet għax kif nafu huwa Eks Kummissarju tal-Artijiet.", "Huwa tajjeb li wieħed jirrikonoxxi din l-esperjenza u ma nipprovawx nibagħtu messaġġ li dik l-esperjenza ma tiswa xejn.", "Anzi, naħseb li l-għażla li għamel il-bord tal-gvernaturi meta ħatar persuna ta' tant esperjenza kienet deċiżjoni tajba ħafna.", "Insellem ukoll liċ-Chairperson attwali l-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco li kif qal tajjeb l-Onor.", "Callus, fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, jara li l-gvernaturi kollha jaslu għal deċiżjonijiet fuq kull każ b'mod unanimu.", "Huwa importanti li l-poplu hemm barra jkun jaf kif qed titħaddem l-Awtorità.", "Tajjeb li nkunu kritiċi u jien nilqa' l-kritika kostruttiva li ssir, imma ejja nkunu ġusti max-xogħol li qiegħed isir.", "Pereżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-policies li addottajna matul dawn l-ewwel xhur ta' din l-Awtorità, fosthom il-policy dwar id-dritt tal-ewwel rifjut.", "Kien il-bord tal-gvernaturi li għamel is-suġġerimenti tiegħu lill-Ministru biex jingħata d-dritt tal-ewwel rifjut u fuq il-pariri li l-bord tal-gvernaturi ta lill-Ministru, il-Ministru aċċetta u addotta din il-policy bħala l-politika li qed timxi biha l-Awtorità.", "Sur President, nerġa' nagħmilha ċara ħafna li għad fadal ħafna xogħol x'isir biex nindirizzaw il-ħafna sfidi li għandha quddiemha l-Awtorità.", "Minn hawn nappella lill-Oppożizzjoni biex fuq materja tant sensittiva u importanti, hi wkoll tagħmel il-parti tagħha.", "Nemmen li r-rappreżentant tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Ryan Callus, qiegħed jagħmel il-parti tiegħu, biex qed ikollna xogħol kostruttiv fi ħdan l-Awtorità.", "Però se nkun onest għax li niġu hawn u jkollok lix-shadow minister, l-Onor.", "Marthese Portelli, li titkellem b'ċertu mod, ma tantx jawgura tajjeb.", "L-appell tiegħi huwa għal aktar maturità u serjetà fuq dan is-suġġett għax finalment, hawn qegħdin nitkellmu fuq art li hija tal-poplu Malti kollu.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, l-Onor.", "Portelli reġa' għoġobha twaqqafni.", "Jidher li mhux qed jogħġobha d-diskors tiegħi.", "L-ISPEAKER: Onor. Muscat, ippermettili, il-ħin li qiegħed jitnaqqas min-naħa tiegħek jerġa' jiżdied.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Matul id-diskors tiegħi jien offrejt l-għajnuna u l-appoġġ tiegħi lin-naħa tal-Gvern.", "Aktar minn hekk ma nistax nifhem xi trid, Onor. Muscat!", "Onor. Muscat, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ALEX MUSCAT: Sur President, dak li semmiet l-Onor.", "Portelli aktar qabel jirrigwarda art industrijali li ngħatat lill-kumpanija partikolari.", "Huwa fatt li l-istess kumpanija li qed tagħmel referenza għaliha l-Onor.", "Portelli ħadet l-art taħt Gvern Nazzjonalista.", "Portelli ġiet hawn, ikkwotat lil blogger bravu ħafna li jikteb fuq l-internet u tat dik l-informazzjoni bħala stat ta' fatt. Naħseb li dan juri nuqqas ta' serjetà.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, dawn mhumiex point of orders.", "L-Onor.", "Portelli qiegħda kull darba twaqqafni milli nagħmel l-intervent tiegħi.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Muscat.", "Ħalli nerġa' nisimgħek.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Jien għedt ċar u tond li se nikkwota lil dan il-blogger għaliex għaxar sigħat wara, dan l-artiklu ma ġiex miċħud.", "Jien ġbidt il-paragun mal-art pubblika tal-ITS.", "Ara fuq tal-ITS ma weġibtnix, Onor. Muscat!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Din hija kwestjoni ta' min jaqra u ma jaqrax il-blogs.", "Point of order huwa meta jkun hemm ksur ta' regolamenti fil-proċedura.", "Ħafna Membri jsibuha faċli jgħollu jdejhom biex jagħmlu point of order ħalli jinstemgħu imma huwa tajjeb li wieħed jispjega eżattament x'inhu point of order.", "(Interruzzjonijiet) Jien niddefendi lil kull wieħed minnkom.", "Ippermettili, Onor. David Agius, hija r-responsabiltà ta' kull wieħed minnkom li bħala rappreżentanti tal-poplu tkunu tafu x'inhi l-proċedura.", "Onor. Muscat, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGUIS: Sur President, l-Ispeaker qiegħed f'din il-Kamra biex jiddefendi lid-Deputati u mhux biex jgħajjarhom li qegħdin hawnhekk biex jinstemgħu.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li toffendi lid-Deputat.", "Bħala Speaker tal-Kamra, m'għandekx tiġi hawnhekk u tgħid li d-Deputat qed jagħmel point of order biex jinstema', qisna xi nies li niġu hawnhekk biex nagħmlu show!", "Hawnhekk niġu biex nagħmlu dmirna.", "L-ISPEAKER: Onor. Agius, l-ewwel nett, jekk jogħġbok, ġib rispett lejn is-Sedja.", "(Interruzzjonijiet) Jien inġib rispett lejn kulħadd mingħajr distinzjoni.", "Meta point of order jiġi abbużat, is-Sedja trid tiġbed l-attenzjoni.", "Meta deputat jgħolli jdejh biex jagħmel point of order u kull darba, ma jkunx point of order, is-Sedja trid tinġibidlu l-attenzjoni.", "Il-proċedura meta tagħmel point of order tfisser li jkun hemm ksur tar-regolamenti u allura meta membru, hu min hu, ma jifhimx dan il-punt, irrid niġbidlu l-attenzjoni.", "Onor. Muscat, kompli bid-diskors tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, jekk tippermettili, nixtieqek tispjegali ftit, jekk meta l-parti l-oħra tkun żleali lejn dak li jkun qal membru ieħor, jikkwalifikax bħala point of order.", "X'jista' jagħmel membru parlamentari meta l-parti l-oħra tkun żleali lejn dak li jkun qal hu?", "Sur President, jien nottempora ruħi ma' dak kollu li tgħid is-Sedja.", "L-ISPEAKER: Onor. Portelli, point of order huwa meta jkun hemm ksur tar-regolamenti.", "Issa jekk jirriżulta li membru jkun żleali fid-diskors tiegħu, is-Sedja tieħu l-passi neċessarji.", "Inti għamilt id-diskors tiegħek u issa trid tagħti ċ-ċans lil ħaddieħor jagħmel il-kritika tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu qiegħed jisma' lilek u x'qed jgħidu membri oħrajn u mbagħad jagħmel il-ġudizzju tiegħu.", "Onor Alex Muscat, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ALEX MUSCAT: Sur President, fin-nofs siegħa skorruti li għamlet titkellem l-Onor.", "Portelli jien ma waqqaftha fl-ebda mument.", "L-ISPEAKER: Onor. Muscat, terġax tagħmel kumment.", "Point of order ma jintużax biex twieġeb lil xi ħadd.", "Tista' tkompli.", "ALEX MUSCAT: Sur President, qed nindirizza lis-Sedja.", "Portelli, kull darba biex waqqfitni milli nkompli bid-diskors tiegħi, fil-verità, ma kienu points of order xejn.", "L-Onor.", "Portelli semmiet ukoll il-każ tal-proprjetà f'San Ġiljan.", "Għal darb'oħra, l-Onor.", "Portelli hija żbaljata għaliex ma kenitx l-Awtorità tal-Artijiet li ddisponiet minn dik l-art.", "Jien kont nippretendi li x-shadow minister responsabbli minn dan is-suġġett tkun taf l-affarijiet bażiċi fir-rigward tal-art tal-ITS.", "It-tender għall-art tal-ITS ma ġiex ippubblikat min-naħa tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Għalhekk il-kumment tiegħi kien wieħed ġust għax wieħed jippretendi li meta membru jagħmel id-diskors tiegħu f'din il-Kamra jkun aktar ippreparat.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, għadhom qegħdin jipprovaw itellfuni u jwaqqfuni milli nagħmel id-diskors tiegħi.", "L-ISPEAKER: Onor. Muscat, kompli bid-diskors tiegħek.", "Jekk nara li hawn diżordni nieħu l-passi neċessarji, però ma naħsibx li huwa l-każ.", "ALEX MUSCAT: Sur President, jien se naħdem b'mod differenti mill-attitudni negattiva u distruttiva tal-Oppożizzjoni.", "Nagħlaq billi nerġa' nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità tal-Artijiet li żgur mhux qegħdin jieħdu pjaċir jaraw dan it-tip ta' battibekki li ma jwasslu mkien.", "Jien naspira li għaż-żmien li ġej, l-Awtorità tal-Artijiet tkompli tikseb aktar riżultati u suċċessi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, għandek tmien minuti.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, illum ġejna nitkellmu fuq dak li huwa tagħna lkoll.", "Ġejna nitkellmu fuq l-aqwa u l-uniku riżors li għandu pajjiżna li huwa l-art, anke minħabba ċ-ċokon tagħna.", "Dan huwa l-punt kruċjali tat-tluq.", "Nemmen li l-għan li għalih twaqqfet l-Awtorità tal-Artijiet kien wieħed tajjeb, fejn il-Gvern għandu jkun il-gwardjan assolut ta' dan l-ass.", "Jekk l-Awtorità tal-Artijiet titħalla taħdem b'mod indipendenti u awtonomu, se tkun tista' tħares dawn l-assi b'mod pro-attiv fl-interess tal-poplu.", "Però meta jien inħares lejn l-esperjenza li għandi dwar l-art pubblika, nirrealizza li hemm kobba mħabbla għax għandek art tal-Joint Office li għadha mhijiex solvuta u għandek art li taqa' taħt ġurisdizzjoni ta' awtorità oħra bħall-MIA jew Project Malta.", "Għaldaqstant hemm sfidi li mhumiex tas-soltu imma nemmen li jekk l-Awtorità timxi biċ-checks and balances kif mixtieq, minkejja li ħafna mill-membri huma maħtura mill-Prim Ministru, tista' ssaltan it-trasparenza.", "Huwa importanti li jidħol il-valur reali ta' art pubblika għax mill-esperjenzi varji li għandna, il-valur reali ta' art pubblika huwa dejjem inqas mill-valur fis-suq.", "Anke jekk l-Awtorità tal-Artijiet ma kenitx hi li tat il-permessi biex art pubblika tgħaddi f'idejn il-privat, xorta nifhem li l-Awtorità għandu jkollha l-interess u l-indipendenza li titkellem bħala l-Awtorità li tħares l-interess pubbliku.", "Qed insemmi l-interess pubbliku għar-raġuni unika li llum il-ġurnata jien tlift il-fiduċja kemm il-Gvern qiegħed verament iħares l-interess pubbliku fir-rigward tal-artijiet.", "Jien se nkun qed insemmi erba' eżempji b'kuntrast.", "Se nsemmi deċiżjoni tajba li ttieħdet fir-rigward tal-art fejn kien hemm il-Fortina.", "Wara li tkellimna fil-pubbliku dwar il-fatt li din l-art kienet ingħatat skont prezzijiet għall-iżvilupp turistiċi, u issa l-istess art qed tintuża mod ieħor, kien hemm reviżjoni li talbet l-istess Awtorità tal-Artijiet biex l-affarijiet isiru aktar realistiċi, kif għandu jkun!", "L-istess mod, nistenna li jsir fi SmartCity.", "SmartCity kienet ukoll art tal-pubbliku li ngħatat lil ħaddieħor.", "F'dak il-każ, il-kondizzjonijiet u l-policy inbidlu speċifikament biex l-iżviluppaturi ta' SmartCity jkollhom aktar profitti.", "Saħansitra rajna li nbidlet l-iskema minn ICT city għal waħda li se tkun aktar residenzjali ta' ċertu valur.", "Aktar minn hekk, il-policy tal-Awtorità tal-Ippjanar għal-local plan ta' dik iż-żona nbidlet biex tiġi vvantaġġjata SmartCity.", "F'dan il-każ, minkejja li anke bħala PD tkellimna biex il-każ jiġi investigat mill-Awditur Ġenerali, kollox waqa' fuq ommu u l-affarijiet saru b'mod differenti.", "Hawn ma nistax ma nsemmix, kif għamlet l-Onor.", "Portelli, l-art tal-ITS, fejn saret oxxenità kbira, tant li l-mod kif sar it-trasferiment tal-art, bħalissa, qed jiġi investigat mill-Awditur Ġenerali.", "Din hija prime land li tiswa madwar €200 miljun u li spiċċat f'idejn il-privat b'inqas minn €50 miljun mingħajr taxxa!", "Dan huwa serq ta' art tal-poplu!", "Ara biċċa art ħafna iżgħar ftit 'il bogħod minnha fil-bidu ta' Paceville inbiegħet għal €3.4 miljun.", "Dak għandu jkun l-eżempju li rridu nimxu bih u mhux il-mod kif id-DB Group ħa l-art mingħand il-Gvern bil-ħbub!", "Hawn nemmen li l-Awtorità tal-Artijiet, li hija l-gwardjan tal-interess pubbliku - il-Gvern m'għandux dan l-interess - għandha titkellem u tgħid l-affarijiet eżattament kif inhuma.", "Dan huwa parti mir-remit tagħha.", "Issemmiet is-simplifikazzjoni biex ikollna reġistru pubbliku tal-artijiet diġitali.", "Dan huwa tajjeb.", "Però, huwa possibbli li f'dan il-pajjiż ċkejken, se nibqgħu bi strateġija fejn kollox huwa indefinit, meta nafu kemm ir-riżorsi huma limitati!", "Possibbli se naslu fi stat li ngħidu li proċess ġdid għandu jieħu s-snin biex jidħol fis-seħħ!", "Jekk hemm bżonn li naslu waqt din il-leġiżlatura l-Ministru għandu jżid ir-riżors uman, jekk il-Gvern verament jixtieq li jkollna simplifikazzjoni.", "B'hekk il-pubbliku jinqeda aħjar u jkollna sistema customer friendly u trasparenti bis-saħħa tad-digital information.", "Imma l-ewwel u qabel kollox irid ikollok ir-rieda biex naslu għax inkella se nibqgħu b'mod unlimited.", "Issa se nagħmel l-aħħar suġġeriment.", "Hemm assi oħrajn li dan il-pajjiż qatt ma ħa ħsieb u qed nirreferi għall-ibħra ta' madwar Malta li huma tagħna lkoll.", "Wasal il-punt li dawn l-ibħra jkunu parti mil-liġi li tħares din l-Awtorità tal-Artijiet.", "Qed ngħid dan għax hemm ħafna negozjanti li jieħdu art li hija parti mill-ibħra tagħna biex jisfruttawha għas-sitwazzjonijiet tagħhom.", "Dawn ikunu qed jaqilgħu biss, mingħajr ma jagħtu lura dak li huwa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nemmen li bit-twaqqif ta' din l-Awtorità qed nagħmlu pass 'il quddiem, imma hemm ħafna x'isir, b'mod partikolari, meta niġu għar-rieda tal-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nixtieq nivverbalizza li hemm il-qbil li l-ħin li għad fadal għad-dispożizzjoni tal-Gvern jittieħed kollu mill-Ministru fil-winding up, liema ħin jista' jaqbeż is-7.00 p.m.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, qed naqblu ma' dak li qiegħed jgħid l-Onor.", "Muscat u dan il-ħin mhux se jkun qiegħed jintilef mill-ħin tal-Aġġornament.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru Ian Borg biex jagħmel il-winding up.", "IAN BORG: Sur President, illejla ma nistax inkun ministru iżjed kuntent għax wara dibattitu ta' sagħtejn u nofs li fihom id-Deputati tkellmu fuq l-aktar entità li kienet kontroversjali mill-Indipendenza 'l hawn, ħadd ma seta' jitfa' l-iċken dubju fuq it-trasparenza li biha qed tmexxi din l-Awtorità matul dawn l-aħħar xhur.", "Kburi li din il-bidla għamilha l-Partit Laburista fil-gvern billi wettaq riforma sħiħa fl-Awtorità tal-Artijiet.", "Dan sar sabiex ma narawx aktar stejjer li jħammru wiċċ il-klassi politika f'dan il-pajjiż, bi skrutinju wieħed wara l-ieħor fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, matul leġiżlatura wara l-oħra.", "Ilkoll niftakru li daqqa nitkellmu fuq art fil-Fekruna, daqqa fuq il-Löwenbräu u daqqa fuq proprjetà fi Strada Zekka!", "Aħna nirrikonoxxu l-iżbalji, tant li meta sar żball li lanqas kien qiegħed jiġi mwettaq mill-politiku nnifsu, kellna l-ewwel riżenja ta' Ministru li assuma r-responsabbiltà politika u mbagħad saret ir-riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet.", "Dak kien jum storiku għal dawk li mexxew l-entità responsabbli mill-art pubblika.", "Il-Gvern ried imur pass oltre billi jirriforma darba għal dejjem id-dipartiment li matul is-snin tant kiteb front pages għal raġunijiet ħżiena!", "Sabiex issir din ir-riforma ltqajna ma' dawk kollha involuti, fosthom mal-ħaddiema li tant issemmew fid-dibattitu tal-lejla.", "Hawn ma nistax nonqos milli nsellem lil dawk kollha li f'xi żmien ħadmu fid-Dipartiment tal-Artijiet.", "Insellem ukoll lil dawk li għażlu li jkomplu f'din il-mixja fl-Awtorità tal-Artijiet u lil dawk kollha li ssieħbu magħha, sew jekk jgħixu Ħad-Dingli, Marsaskala, Tas-Sliema jew iż-Żejtun.", "Insellmilhom kemm jekk kienu daħlu jaħdmu ma' din l-entità f'amministrazzjoni preċedenti u nzertaw minn Raħal Ġdid, Ħal Lija, Bormla - fejn mhux bilfors huma kollha Laburisti għax f'Bormla hemm miż-żewġ naħat - jew mir-Rabat.", "F'kelma waħda, irrid insellem lill-ħaddiema kollha!", "Insellem ukoll lis-Sur Mamo li laqa' t-talba li saritlu sabiex jaġixxi ta' Acting CEO wara li jien tlabt lis-Sur Mifsud biex jaħdem fit-twaqqif ta' awtorità oħra importanti li hija parti mill-programm tal-Gvern.", "Insellem lis-Sur Mifsud li kien l-ewwel kap eżekuttiv ta' din l-Awtorità li ħadem sabiex illum għandna numru ta' riżultati u kisbiet li nistgħu nispjegawhom f'din il-Kamra.", "Ma nistax nonqos milli nsellem ukoll lill-ewwel chairman ta' din l-Awtorità, l-Imħallef Emeritu Farrugia Sacco, li jaħdem ta' kuljum minn filgħodu sa filgħaxija, mal-kumplament tal-Gvernaturi biex jagħtu d-direzzjoni strateġika u jidħlu anke każ każ fil-ħidma tal-Awtorità.", "Insellem ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li wara l-vaganzi tas-sajf għoġbu jrattab ras l-Oppożizzjoni u jibgħat Membru tal-Oppożizzjoni sabiex jingħaqad magħna fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Ara lill-Onor.", "Simon Busuttil, li hu l-Kap tal-parti l-oħra tal-Oppożizzjoni, ma nistax nirringrazzjah għaliex negattiv kien, negattiv għadu u aktarx li negattiv jibqa'.", "Għalkemm għandi rispett lejn l-Onor.", "Callus u l-Onor.", "Portelli, nistaqsi biss kif ikollok il-kelliem responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet li ma tkunx hi l-persuna li tpoġġi fuq il-bord tal-gvernaturi, imma minflok jintgħażel il-kelliem responsabbli mill-isport.", "Però jien ninsab informat li, kif intqal anke llejla, jeżisti sentiment tajjeb u hemm ħidma għaddejja.", "Jekk l-Onor.", "Portelli tkun tixtieq tibda tattendi dawn il-laqgħat bħala l-kelliem ewlieni għal dan is-settur, aħna nieħdu pjaċir li jkun hemm ix-shadow minister tal-Ministeru għax tkun tista' tara l-ħidma mill-viċin.", "Issa jekk dan hux qed isir sabiex inkunu nistgħu ma nkunux preċiżi ladarba m'aħniex qed nattendu fuq il-bord tal-gvernaturi, dik hija storja differenti!", "Kien għalhekk li llum qajjimna numru ta' points of information u points of order, skont ir-regoli tal-Kamra li nafuhom sew, sabiex nispjegaw dawk l-istatements li saru mill-kelliema tal-Oppożizzjoni li ma kenux daqstant ċari.", "Ħafna tkellmu fuq id-diversi transazzjonijiet u ġustament argumentaw li hawn qed nitkellmu fuq l-aktar riżors importanti li għandu dan il-pajjiż.", "Però, oħroġ il-għaġeb, ma setgħux jippontaw subgħajhom lejja, lejn is-Segretarju Parlamentari Chris Agius jew lejn il-ħidma tal-Awtorità li twaqqfet fl-aħħar sena.", "Fadal ħafna xi jsir!", "Jien nittama li dawk kollha li se jersqu 'l quddiem sabiex joffru l-kapaċitajiet tagħhom biex iservu fl-irwol ta' Kap Eżekuttiv, ikunu l-katalisti sabiex din il-magna li issa taf sew il-parametri tagħha, tibda tagħti aktar riżultati tanġibbli.", "Ħadt pjaċir li ssemmew numru ta' issues li għandha l-Awtorità jew aħjar li għandu l-poplu!", "Dan għaliex jekk l-Awtorità għandha tagħti lil sezzjoni oħra tal-poplu, dawn huma piżijiet tal-poplu u mhux tal-Awtorità!", "Naqbel li għandna nagħmlu ġustizzja ma' min ilu għexieren ta' snin jistenna l-pagament tiegħu!", "Però, biex tkun tista' tqassam, l-ewwel trid tiġbor!", "Jekk ma tiġborx, ma jkollox biex tqassam!", "Hemm numru ta' metodi kif l-Awtorità tal-Artijiet tista' tkun aktar effiċjenti sabiex tiġbor il-ħlasijiet dovuti, bi wħud minnhom ilhom dovuti għal numru ta' snin.", "Pereżempju, tista' toħloq skemi li tħaddmu fil-passat u li hawn tant għatx għalihom, biex in-nies jifdu ċ-ċnus jew biex l-investituri jħaddmu proprjetajiet li għandhom valur imprezzabbli u jinsabu reqdin.", "Issemmiet l-isfida li għandna fl-agrikoltura fejn jidħlu qbiela.", "Hawn ikun tajjeb li nsemmi wkoll il-qbiela li fihom anke numru ta' irziezet li għandhom valur importanti ħafna fil-qasam tas-settur tal-proprjetà.", "F'dan kollu rridu naraw kif nivvalorizzaw aħjar l-assi li għandu l-poplu u li qegħdin jiġu amministrati minn din l-Awtorità!", "Issa ħalli nsemmi n-numri li ssemmew illejla u nibda bil-valur ta' €400,000 li meta se jinqabżu, se jkollna l-valuti li jiġu mfassla minn tliet periti indipendenti.", "Din hija xi ħaġa kruċjali u mhux qed nużaw is-servizzi ta' periti tal-Awtorità jew periti li huma marbuta ma' xi dipartiment jew entità oħra tal-Gvern!", "Aħna sejjaħna lil kull min jinsab fil-professjoni u għidnielu li hu min hu, kemm jekk ivvota lill-Partit Laburista, kemm jekk ivvota lill-Partit Nazzjonalista, kemm jekk ma vvotax kif ukoll jekk ma jagħtix kas il-politika, imma huwa kompetenti u għandu warrant, jista' jersaq 'il quddiem biex jagħti kontribut lill-pajjiż billi jagħti valur lill-proprjetà tal-poplu!", "Aħna qed nagħtu x-xogħol lil dawn il-periti li qed iħaddmu din is-sistema.", "Tajjeb li ngħid li kellna 80 perit li applika sabiex jagħti dan is-servizz!", "Niġi issa għall-Uffiċċju Kap tal-Verifika.", "Jien nifhem li wieħed irid jilgħab il-logħba politika meta jiġi fil-Parlament, għax fl-aħħar mill-aħħar aħna politiċi.", "Però min ma jaqbilx li sindku ta' partit politiku m'għandux jinħatar f'din il-kariga - fil-fatt ivvota kontra u kulħadd irrispetta dik il-votazzjoni - għandu jgħidilna wkoll jekk jaħsibx li din il-persuna qed tagħmel biċċa xogħol tajba jew ħażina!", "Għandu jgħidilna fejn qed tonqos il-persuna kkonċernata!", "Jien nista' ngħid li minn dak li nara, qed isir xogħol impekkabbli!", "Fil-fatt diġà kellna ċirkostanzi fejn dan l-Uffiċċju ġibed l-attenzjoni tal-Awtorità sabiex l-istess Awtorità tieħu l-aħjar deċiżjoni!", "Kulħadd jista' jaċċedi għal dan l-Uffiċċju!", "Għalhekk qed inħares 'il quddiem ħalli kull min ikun jokkupa dan ir-rwol ikun jista' jagħti kontribut siewi fil-governanza tal-istess Awtorità!", "Illum ġejna f'sitwazzjoni fejn għandna aktar trasparenza, kif riedet din in-naħa tal-Gvern.", "Ara ħaddieħor jista' jgħid li ppropona l-emendi imma matul 25 sena kien kuntent bis-sistema li kien hemm, kien kuntent li l-files jibqgħu jiġru 'l hawn u 'l hemm bla ċippa, kien kuntent li l-Ministru jagħmel il-minuta fil-file hu, kien kuntent li l-Ministru jiddisponi kif irid hu mill-files, kien kuntent li l-Ministru jagħti l-encroachments u kien kuntent ukoll li l-Ministru jippermetti l-permuti.", "Fiha xi ħaġa ħażina li tagħmel permuta?", "Ma fiha xejn ħażin però trid tiżgura t-trasparenza billi jkollok il-valuti!", "X'sar mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista biex il-valuti jkunu tajbin?", "Qatt ma pproponew li jkun hemm tliet periti indipendenti li jersqu 'l quddiem sabiex jagħmlu l-valuri tal-proprjetajiet tal-poplu!", "Huwa proprju għalhekk li matul is-snin rajna tant ħneżrijiet!", "Huwa proprju għalhekk li l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi kien iqatta' ħafna mill-ħin tiegħu jitkellem fuq ir-rwol li kellu d-Dipartiment tal-Artijiet!", "Sur President, matul l-2017 ittellgħu 36 board meeting u saru 48 laqgħa f'kumitati.", "Mill-indipendenza sal-2017 ma kien hemm l-ebda board meeting u l-ebda kumitat imma kien hemm uffiċjal li joqgħod jistenna l-minuta tal-Ministru biex jagħtih id-direzzjoni fejn trid tasal il-ħamiema!", "L-uffiċjal kien jibqa' jiżgura li dik il-ħamiema tasal f'postha!", "Illum għandna sitwazzjoni fejn fl-2017, minn wara li twaqqfet l-Awtorità, kellna 36 board meeting.", "Nerġa' nirringrazzja lill-Oppożizzjoni li fehmet li żbaljat, biddlet fehemtha u li llum qed tipparteċipa!", "Naħseb li bħalma ġara f'dan il-każ, irridu niżguraw li jkollna l-istess esperjenzi anke f'awtoritajiet oħrajn.", "Jekk hux qed nitkellmu dwar is-sistema tal-IT, dwar min u fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet jew dwar il-parteċipazzjoni tal-istakeholders, bħal pereżempju, fl-Awtorità tal-Ippjanar, għandna niżguraw li jkollna l-istess effiċjenza.", "X'sar bejn Mejju u Diċembru?", "Muscat u l-Onor.", "Callus iltaqgħu u qagħdu jilletikaw bejniethom?", "Xejn minn dan!", "Dawn raw 1,317 file, li 134 minnhom kienu tal-Uffiċċju Konġunt.", "Forsi wieħed jgħidli li llum qed nitkellmu fuq l-Awtorità tal-Artijiet, però d-distinzjoni mal-Uffiċċju Konġunt hija waħda fina ħafna.", "L-Uffiċċju Konġunt ta' bejn il-Gvern u l-Kurja, hekk kif miftihem bejn il-Gvern u s-Santa Sede, għad għandu fost l-akbar assi tal-poplu.", "Għalhekk filwaqt li rridu nagħmlu ħafna aktar ħidma fl-Awtorità tal-Artijiet, irridu nagħtu ħafna aktar attenzjoni wkoll lill-ħidma ta' dan l-uffiċċju.", "L-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv ħadem 'il fuq minn 2,000 applikazzjoni, li madwar 1,800 minnhom tressqu quddiem il-bord tal-gvernaturi.", "Dan juri li qed nitkellmu fuq awtorità li bdiet miexja 'l quddiem.", "Nerġa' ngħid li ma wasalniex.", "Biss, ngħid ukoll illi li tirċievi acknowledgement u reference number diġà huwa pass kbir 'il quddiem!", "Però m'iniex se nikkuntenta ruħi billi persuna tirċievi l-acknowledgement u r-reference number.", "Ħadd ma semma pereżempju l-applikazzjonijiet li tpoġġew online.", "Jien fhimt il-punt tal-Onor.", "Portelli, li mhux kulħadd ikun jaf ta' min hija tali proprjetà, però ejja ma nagħtux wieħed x'jifhem li din is-sena – kif irreferiet għaliha l-Onor.", "Portelli, mingħajr ma semmiet speċifikament liema sena – bħal donnu kellna xi spekulaturi li talbu xi art u ħarġitilhom b'tender!", "Fost il-kritika li jien nagħmel lill-Awtorità tal-Artijiet hija li trid tkun ħafna aktar produttiva sabiex taħdem dawn it-talbiet.", "Jien ma nikkuntentax ruħi billi l-bord jinformani li t-talba biex joħroġ it-tender saret.", "Din hija Awtorità waħda u ma rridux nidħlu fis-sistema ta' ħsieb li l-Kap Eżekuttiv jgħid li ressqu t-talba lill-bord u li l-bord approva t-tender biex joħroġ, imma l-importanti huwa li meta ssir it-talba u ġustifikament, il-bord iddeċieda li dik it-talba għandha tintlaqa', il-kumplament tad-dipartimenti fi ħdan l-Awtorità taħt il-kappeġġament tal-Kap Eżekuttiv, irid finalment jippubblika, jirċievi l-offerta, jevalwa, u jikkuntratta biex jibda jiġbor il-ħlas adegwat!", "B'hekk biss nibdew niġbru l-flus, biex imbagħad inqassmu lil min ilu għexieren ta' snin jistenna!", "L-Onor.", "Portelli semmiet ukoll il-burokrazija.", "Jien inħares 'il quddiem sabiex inpoġġu flimkien u nitkellmu dwar kif nistgħu nindirizzaw il-burokrazija!", "Dan jista' jsir kemm billi jekk hemm bżonn, nagħmlu l-emendi meħtieġa fil-liġi sabiex indaħħlu pereżempju, skandenzi, kif daħlu f'awtoritajiet oħrajn, li jridu jiġu rispettati mill-Awtorità kif ukoll billi nsibu mekkaniżmi aktar effiċjenti mingħajr ma nikkompromettu t-trasparenza, sabiex ix-xogħol jitla' b'mod aktar spedit.", "Ovvjament min ikun għamel in-noti għal dan id-diskors, ikun anke elenka numru ta' kisbiet li għamlet l-Awtorità, bħal pereżempju l-mod kif qiegħda tiġi pprogrammata l-Geographic Information System (GIS), is-sistemi ġodda bħal dik tad-Dakar u t-tfassil ta' file scanning lab.", "Naħseb li aktar milli l-għodda u r-riżorsi, kulħadd fi ħdan l-Awtorità, mill-aktar wieħed li ilu jaħdem hemm, sal-inqas wieħed li ilu jaħdem, irid jiżżewweġ il-bidla li għandna bżonn sabiex it-teknoloġija tingħata l-ispazju li titħaddem.", "B'hekk, niżguraw darba għal dejjem it-traceability tal-files.", "Għaliex bniedem m'għandux ikun jaf fejn wasal il-file tiegħu?", "Nerġa' nsemmi l-Awtorità tal-Ippjanar, fejn illum tieħu pjaċir tidħol fis-sit tagħha u jista' jkollok aċċess għal kull pjanta, dokument u minuta li jkun ipprepara l-uffiċjal tal-Awtorità fir-rigward tat-talba!", "Ejja ma ninsewx li, kif qalu l-kelliema ta' qabli, qed nitkellmu fuq Awtorità li twaqqfet ftit aktar minn sena ilu.", "Jien fiduċjuż li dawn l-aspetti jkunu inidirizzati fil-futur qarib.", "Sur President, saħħaħna wkoll l-uffiċċju tal-customer care u s-sezzjoni tal-infurzar.", "Dan it-titjib ħafna drabi ma jsibx l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir.", "Huwa aktar faċli li tbigħ storja li l-Building Regulations Office m'għandux biżżejjed riżorsi għas-Sibt u l-Ħadd, milli li tgħid li l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda tagħmel ammont rekord ta' infurzar sabiex tiżgura li l-proprjetà tal-poplu tkun rispettata.", "Jien fiduċjuż li fil-futur qarib jerġa' jkollna l-opportunità li niġu f'din il-Kamra u nitkellmu dwar il-kisbiet tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Qed nitkellmu dwar Awtorità li għamlet passi importanti matul din l-aħħar sena.", "Ninsab konvint li se tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex niżguraw li l-assi tal-poplu, għall-ewwel darba, ikunu qed jiġu amministrati daqslikieku huma l-assi tal-familji għaqlin Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Skont il-ftehim milħuq, il-votazzjoni għandha tittieħed nhar l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2018.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Ian Borg, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "IAN BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni 110 tal-Onor.", "Jason Azzopardi dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa ppubblikat fil-11 ta' Jannar 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni; u", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ftit tal-ġranet ilu, waqt il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, il-Ministru Josè Herrera qal dan il-kliem u se nikkwota:", "\"Jekk tara x'inhuma corrupt practices u taqra fuq is-suġġett, tara li l-politiċi Maltin, f'kull ħaġa li jagħmlu, jagħmlu corrupt practices!\"", "Irrid ngħid li l-Ministru Herrera kien qed jiġi mistoqsi mill-Onor.", "Jason Azzopardi waqt dibattitu dwar jekk qabel l-elezzjoni li għaddiet ġewx ingaġġati nies mal-WasteServ, u jekk dawk li ġew ingaġġati sarux għall-ksib tal-voti.", "Il-Ministru Herrera wieġeb b'dawn il-kliem li niftakar bl-amment:", "\"Jien imħarreġ bħalek, Onor. Azzopardi, biex meta jien nirrispondi, ma nirrispondix fuq opinjoni, imma nirrispondi fuq fatt, għax opinjoni tista' tvarja imma fatt jibqa' fatt!\"", "Din hija l-loġika tal-Ministru Herrera!", "Nifhem li għall-Ministru Josè Herrera, din mhijiex tant l-opinjoni tiegħu imma dan huwa stat ta' fatt.", "**Sur President, jien irrid niddiżassoċja ruħi minn dan il-kliem!", "Jien ma nistax inħalli lill-Ministru Herrera jitkellem hekk fuqi u hawn nieħu l-libertà li f'isem ħafna Deputati fuq iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, ngħid li l-maġġoranza tagħna d-Deputati ma niġux hawn biex nagħmlu corrupt practice!", "Il-fatt li aħna nibqgħu silenzjużi quddiem kliem bħal dan ipoġġina f'ċirkostanza fejn nidhru kompliċi.", "Hemm bżonn li nqumu u ngħidu lill-Ministru: Ministru, jekk jogħġbok, din l-ammissjoni għamilha fuqek innifsek għax la għidtha, taf sew lilek innifsek, minn xiex għaddej u x'inti tħoss, imma ddaħalx lilna miegħek!", "Jien mhux se mmeri lill-Ministru jekk qed iħoss dan, imma jekk nieħdu l-kliem tal-Ministru bis-serjetà, xi ħadd imissu jibgħat għalih u jistaqsih: Ministru, x'għamilt bħala corrupt practice?", "X'libertà għandek biex miegħek iddaħħal lil ħaddieħor fl-istess keffa?", "Skużi, jien nemmen li ħafna Deputati fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra ma jiġux hawn biex jagħmlu corrupt practice!", "Min qiegħed fil-politika diġà qisu qed jgħum fil-ħama u kif nafu, min jgħum fil-ħama ma tantx jista' jitla' nadif!", "Biss, ma jistax jiġi Ministru ewlieni tal-Gvern li jkompli jniżżilna aktar 'l isfel u jgħoddosna f'din il-ħama!", "Għalhekk, nerġa' ngħid, li niddiżassoċja ruħi minn dan il-kliem u ma rridx inħalli lill-Ministru Herrera jitkellem b'dan il-mod f'ismi!", "Jien, fuq il-kuxjenza tiegħi, filwaqt li ma ngħidx li jien perfett, għax ħadd mhu perfett, irrid nuri li ma naqbilx mal-kliem li qed jgħid il-Ministru Herrera.", "Għalhekk ma rridx inżomm is-silenzju!", "Jekk inżomm is-silenzju u ngħid li ma jimpurtanix li l-Ministru jitkellem b'dan il-mod ikun ifisser li qed nagħti l-kunsens tiegħi biex il-Ministru Herrera jitkellem f'ismi!", "Sur President, minkejja li m'iniex perfett, ma nipprovax negħreq fl-imperfezzjoni tiegħi!", "Ta' kuljum nipprova nara kif għada nkun aħjar mil-lum, kemm fil-ħidma tiegħi, kemm fl-attitudni tiegħi kif ukoll fid-deċiżjonijiet tiegħi.", "Anzi, nieħu pjaċir min ikun jista' jgħidli kelma biex jikkoreġini!", "Dejjem għandi x'nitgħallem biex inkun aħjar!", "Jien ma naċċettax id-deċiżjoni li għax qegħdin ngħixu f'dinja mimlija taħwid u prattiċi malizzjużi, nirrassenja ruħi.", "Anke jekk il-prattiċi tal-massa jista' jkun li jimbuttawk għal corrupt practices, jien ma nistax nagħti l-kunsens tiegħi u naċċetta li naġixxi bħal massa.", "Pereżempju, nafu li l-arja li nieħdu n-nifs minnha hija mimlija kontaminazzjoni u kważi hija beyond repair, imma kulħadd jipprova jwettaq politika ta' kif se nipprovaw innaddfu din l-arja, bit-tama li għada pitgħada, in-nifs li nieħdu jkun ftit aħjar milli qed nieħdu llum!", "Allura għaliex m'għandniex nemmnu l-istess fil-politika?", "Skont dan il-Ministru huwa aċċettabbli li tagħmel corrupt practice u dak li mhux sewwa!", "Quddiem dan kollu, għandna żewġ għażliet; jew nemmnu fis-sewwa, anke jekk min jemmen fis-sewwa jkun qisu ħanqa ta' ħmar f'nofs deżert li ma jisimgħu ħadd, bħalma forsi mhu qed inkun jien, u tkun qisek l-iblah tal-belt jew inkella nilleġiżlaw il-ħażin u bil-liġi l-ħażin isir sewwa.", "Nistgħu naċċettaw ukoll il-korruzzjoni għax inċedu l-armi!", "Illum hawn min jgħid li jeżisti l-argument li jekk il-ħażin jirbħek, allura lleġiżlah!", "Għalhekk nistaqsi: Huwa dan li verament irridu?", "Jien għadni nemmen f'dak li huwa tajjeb u niġi hawn bit-tama li nsalva dak li huwa tajjeb!", "Jien għadni nemmen li għandna nobogħdu l-ħażen u nżommu bis-sħiħ mat-tajjeb!", "Dan huwa t-terms of reference tiegħi li nitkellem f'isem it-tajjeb, għalkemm jien m'iniex perfett!", "Jien għadni nemmen li nistgħu nagħmlu s-sewwa u għalhekk nitkellem fuq is-sewwa quddiem in-nies kollha, anke jekk jgħodduni bi ħmar!", "Jien għadni nemmen li ma nħallix il-ħażin jirbaħni u rrid nirbaħ il-ħażin bit-tajjeb!", "Qed nitkellem fuq dak li qal il-Ministru Herrera għaliex ma naqbilx mal-loġika li taqbel jew li tiffavorixxi l-korruzzjoni!", "Jien konxju li llum, meta qed nitkellem hekk, nista' faċilment niġi mwarrab bħala parti minn minoranza, però anke jekk dan huwa l-każ, jien kburi li nagħmel parti minn minoranza li mhijiex se tbaxxi rasi għall-kultura fejn xejn mhu xejn, fejn the end justifies the means u fejn kollox jgħaddi sakemm tiekol!", "Mhux se nbaxxi rasi għall-kultura li tagħlaq ħalqek, l-aqwa li qed tiekol!", "Jien naf li qed nitkellem minn Parlament f'soċjetà maħkuma mill-kultura tal-korruzzjoni!", "Taħt dan il-Gvern, speċjalment taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li se jagħlaq għaxar snin bħala Kap tal-Partit Laburista - jew aħjar, ta' dak li kien Partit Laburista, għax illum huwa xi ħaġa oħra taħt l-istess isem - hawn min sar jemmen li bil-korruzzjoni jaqbillek!", "Però jien nibqa' niġġieled, anke jekk waħdi, kontra l-kultura tal-lagħqiżmu u tax-xiri tas-silenzju!", "Ftit ilu kont qed nara lill-Onor.", "Alex Muscat f'dibattitu mal-Onor.", "Alex Muscat staqsa lill-Onor.", "Robert Cutajar biex jagħtih isem ta' Membru tal-Gvern li hu korrott!", "Alex Muscat ngħidlu: Possibbli kellek il-wiċċ tistaqsi dik il-mistoqsija, meta taf li l-Gvern li tagħmel parti minnu għalaq ħalq l-istituzzjonijiet, bir-riżultat li meta kien hemm kull suspett raġunat biex issir investigazzjoni, din ma saritx!", "Meta l-FIAU kellu kull suspett raġunat biex il-pulizija tibda tinvestiga, il-Gvern baqa' sakemm biddel ir-rapport u lil min kien qed imexxi, biex ma ssirx l-investigazzjoni.", "Ejja niftakru wkoll li kellna ħames Kummissarji tal-Pulizija sakemm il-Gvern sab wieħed li jissodisfah!", "Jekk kriminalment il-korrott ma nstabx għaliex għadu mhux misjub ħati mill-Qorti, etikament missu ilu li rriżenja.", "Il-pulizija li suppost jinvestigaw, illum, huma ineżistenti fl-investigazzjonijiet fuq il-korruzzjoni.", "Dan mhux għax m'hawnx korruzzjoni imma għax m'hawnx rieda għall-investigazzjoni!", "Bħal ħafna istituzzjonijiet oħrajn, il-pulizija spiċċaw paraventu tal-Gvern!", "Però, etikament, min kien imsemmi fl-istejjer tal-korruzzjoni bħall-Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, li nqabdu minn dokumentazzjoni li tixhed li huma għandhom kumpaniji sigrieti, misshom irriżenjaw, bħalma għamlu ministri ta' pajjiżi oħrajn, fuq kodiċi ta' etika!", "Allura jkolli nagħti raġun lill-Ministru Herrera meta jgħid li kulma jagħmlu l-politiċi Maltin huma corrupt practices, għax hu qiegħed fi grupp ta' Ministri li jgħixu fin-nuqqas ta' kodiċi ta' etika u li ġabu attitudni negattiva, fejn il-ħażin sar tajjeb u ngħata valur!", "Huwa għalhekk li ħadd minnhom ma rriżenja!", "Fis-Slovakkja kien hemm qtil ta' ġurnalista bħalma kellna l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia f'pajjiżna, imma għax hemm kodiċi ta' etika fil-qlub ta' min huwa politiku u għax għad hemm il-mistħija, xi ħadd irriżenja!", "Hawn Malta ma baqgħalniex il-mistħija li xi ħadd jirriżenja!", "Sur President, issa jiġi s-Sette Giugno u kif inhu mistenni, is-Sedja tagħmel diskors fejn wisq probabbli - bħalma għamilt kemm-il darba inti u ta' qablek - titkellem fuq it-tisħiħ tad-demokrazija.", "Dan għaliex l-Ispeaker huwa l-kustodju tad-demokrazija f'dan il-pajjiż!", "Aħfirli li se ngħid dan il-kliem, imma kif jista' jkollok il-wiċċ – b'mod wiesa' – li bħala President ta' din il-Kamra, titkellem fuq it-tisħiħ tad-demokrazija f'dan il-pajjiż, meta taf li qed ngħixu f'soċjetà fejn anke f'dan il-Parlament, l-arroganza tal-korruzzjoni tinħass!", "Is-Sedja tat Ruling tajjeb, biex niġu f'din il-Kamra bil-ġlekk.", "Biss, il-ġlekk ma jaħbix il-korruzzjoni!", "Inkella nkunu bħal oqbra mbajda!", "Sur President, huwa importanti li tiġbed l-attenzjoni dwar dan!", "Bħalma ġbidtilna l-attenzjoni biex niġu hawn bil-ġlekk ħalli nidhru ta' nies, trid tiġbed l-attenzjoni dwar l-attitudni tagħna li ġġegħelna nidhru aktar ta' nies!", "F'dan il-Parlament għandna defiċit morali u inti, bħala l-President ta' dan il-Parlament, trid tiġbed l-attenzjoni dwar dan!", "Ftit tal-ġranet ilu u anke lbieraħ, rajna Membru Parlamentari backbencher jinħatar chairman ta' awtorità.", "Din bħal donnha saret l-ordni tal-ġurnata! ll-Prim Ministru m'għażlux bħala Ministru, imma tah top-up fis-salarju tiegħu, billi appuntah charmain non-executive jew executive, bil-paga, ma' Heritage Malta.", "Jekk dan mhux il-każ, niskuża ruħi, imma ma naħsibx li jien żbaljat f'dak li qed ngħid.", "Dawn huwa attitudnijiet negattivi!", "Jekk irridu nħarsu d-demokrazija jrid ikun hemm separation of powers.", "Biss, għal dan il-Gvern, ma jeżisti xejn minn dan!", "Anzi, qamet il-Ministru Helena Dalli tgħid li m'għandniex għalfejn nitkażaw għax din hija xi ħaġa li ħadmet!", "Le, din mhux suppost taħdem, u inti, Sur President, trid tiġbed l-attenzjoni dwar dan!", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Vassallo.", "Jien mhu qed naqbel miegħek f'xejn f'dak li qed tgħid!", "L-argument tiegħek huwa kompletament kontra s-separation of powers!", "Jekk jogħġbok, tibqax tindirizza lili fil-konfront tiegħi!", "Isma' d-diskors tiegħi tas-Sette Giugno u jkollok ħafna x'tistad!", "EDWIN VASSALLO: Sur President, naf li ma taqbilx miegħi, imma oqgħod attent li ma tmurx tiċċappas anke l-imparzjalità tiegħek!", "Mhux se nittollera li tindirizza lili fuq l-imparzjalità!", "Agħmel id-diskors u l-argumenti tiegħek u lili m'għandekx għalfejn iddaħħalni fl-argumenti tiegħek!", "EDWIN VASSALLO: Mela ħalli nindirizza lill-poplu Malti!", "L-ISPEAKER: Ikun aħjar hekk!", "Tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ma rridx immur kontra r-regoli tal-Parlament għax suppost nindirizzaw lilek.", "Però qed nitkellem b'mod ġenerali fuq is-sitwazzjoni preżenti f'dan il-pajjiż.", "Sinċerament jien wasalt għall-konklużjoni li ma naċċettax li nkun preżenti għaċ-ċerimonja tas-Sette Giugno, mhux b'disprezz lejn is-Sedja, imma biex nagħmel protesta paċifika.", "Naf li l-affarijiet xorta se jibqgħu għaddejjin kif inhuma, imma jien ma nistax inkun kompliċi ma' Ministru tal-Gvern meta jgħid li jekk tara x'inhuma corrupt practices u taqra fuq is-suġġett, tinduna li l-politiċi Maltin, f'kull ħaġa li jagħmlu, jagħmlu corrupt practice.", "Jekk tara x'inhu jiġri fid-demokrazija f'dan il-pajjiż, ma jistax ikollna diskors fuq it-tisħiħ tad-demokrazija!", "Jekk tara li f'pajjiżna għandna din il-kultura ta' korruzzjoni, li hija l-kultura tal-mewt tad-demokrazija, ma nistgħux nispiċċaw nirreaġixxu għal dan billi nagħlqu għajnejna, widnejna u ħalqna, bħal dawk it-tliet xadini, u kollox jibqa' qisu xejn mhu xejn!", "Jien ġejt hawn nitkellem b'dan il-mod għax il-kuxjenza tiegħi tinsab imweġġgħa!", "Kif għedt, l-istituzzjonijiet f'dan il-pajjiż spiċċaw mixtrija!", "Għażiż poplu Malti, għandna istituzzjonijiet li m'għadhomx jirrappreżentaw u jiddefendu lilkom, imma qed jiddefendu l-ispekulazzjoni u l-interessi tal-Gvern!", "Wasalna f'sitwazzjoni fejn min huwa mixtri minn hawn u min huwa mħallas minn hemm!", "F'dan il-pajjiż inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-Gvern ittratta dan il-qtil bħala qtil normali.", "Però din hija kriminalità organizzata!", "Xi ħadd ippjana u ħallas biex jitwettaq dan id-delitt!", "Però l-invoice ta' min ħallas ma sibnieha mkien!", "Spiċċajna f'pajjiż fejn kollox huwa falz!", "Meta nitkellmu fuq demokrazija, qed nitkellmu fuq demokrazija kważi falza, fejn sakemm in-nies qed jieklu, kulħadd huwa kuntent!", "Jien nifraħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat li se jkun qed jiċċelebra għaxar snin bħala mexxej tal-Parit Laburista!", "Però, tajjeb nistaqsu x'inhuwa l-legat li se jħalli l-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Fil-fehma tiegħi, il-legat li se jħalli huwa l-ideal fejn the end justifies the means!", "Però huwa raġel għax ma kielx waħdu!", "Miegħu kielu ħafna oħrajn ukoll, li ovvjament, jgħidulu prosit u jħalluh jibqa' jagħmel li jrid!", "Se nikkwota minn artiklu ta' opinjonista li deher fil-25 ta' Settembru 1998 fil-ġurnal The Malta Independent, fejn intqal li:", "Għażiż poplu Malti, taf min kien l-awtur ta' dan l-artiklu?", "Fl-1998 hekk kien jaqbillu jgħid fuq il-Partit ta' Mintoff, imma llum, fl-2018, minn hawn u erbat ijiem oħra, se jkun qed jinawgura monument tal-Perit Mintoff!", "Din hija t-tifsira ta' the end justifies the means, li tagħmel li jaqbillek, basta tasal!", "Jien nifraħ lill-Prim Ministru għaż-żewġ rebħiet kbar li kiseb, li huma l-istrengths tiegħu, però l-weaknesses tiegħu llum spiċċaw il-weaknesses tal-poplu Malti!", "Wasalna f'punt fejn dan il-Gvern wassal lill-poplu Malti jaqbel mal-kultura tal-korruzzjoni!", "Għandna Prim Ministru li għaraf jixtri s-silenzju u l-qbil, basta kulħadd jiftaħ idejh għaċ-ċejċa!", "Ikollok chairman ta' għaqda tal-kostruzzjoni li jibqa' ċ-chairman ta' dik l-għaqda u fl-istess ħin jispiċċa konsulent tal-Prim Ministru fuq il-bini!", "Ma nafux xi tfisser serjetà!", "Ma nafux li fid-dinja l-flus mhux kollox!", "Jien qed nisma' l-ilħna jgħiduli li tant għandna leblieba għall-flus li l-importanti huwa kemm għandek flus fil-kont u mhux l-ideali li għandek f'moħħok!", "Jien kelli min jgħidli: Edwin, toqgħodx titkellem fuq il-korruzzjoni, għax kollu telf ta' ħin.", "Inti tidħol Kastilja trid u mhux titla' l-ġenna!", "Mela biex tidħol Kastilja hemm bżonn tispiċċa tbigħ kollox!", "Hemm bżonn titqaħħab biex titla' Kastilja!", "Immaġina l-Partit Nazzjonalista li biex jirbaħ l-elezzjoni jibda jwiegħed li se jagħmel dak kollu u agħar milli għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat f'dawn l-għaxar snin!", "Dan ikun ifisser ir-rovina ta' dan il-pajjiż, kif ġara fil-Greċja!", "Bil-ħafna intenzjonijiet tajba tal-politiċi Griegi, l-ekonomija tal-Greċja falliet!", "Kien hemm nies fil-Greċja li m'għadhomx ħajjin u baqgħu jirċievu l-pensjoni tar-romol!", "Kulħadd ipprova jagħti minn dak li mhux tiegħu, basta nixtru l-voti!", "Sur President, ftit tal-ġranet oħra se niċċelebraw l-għaxar snin tal-Prim Ministru Joseph Muscat bħala kap tal-Partit Laburista u s-Sette Giugno.", "Però llum jien ġejt nitkellem b'dan il-mod għaliex ma niflaħx nara aktar lil dan il-pajjiż jgħix f'din il-korruzzjoni, f'din il-kultura tal-mewt u f'soċjetà fejn l-għatx għall-poter ma sarx fih limitu!", "Ejja ma nibqgħux siekta quddiem din il-marda hekk qerrieda!", "Meta kellna d-duħħan ġej mill-power station, kien hemm min qal li din kienet fabbrika tal-kanċer.", "Illum neħħejna ċ-ċmieni u għandna fabbrika tal-kanċer fit-toroq tagħna bl-emissjonijiet tal-karozzi!", "Dan ġie ċċertifikat mill-Unjoni Ewropea!", "Però daqskemm għandna emissjonijiet tal-karozzi fit-toroq tagħna għandna wkoll emissjonijiet u ħmieġ ieħor ta' amoralità!", "Sur President, nemmen li ma nistgħux nibqgħu nippermettu li noħolqu aktar preċedenti perikolużi fis-soċjetà tagħna!", "Ma nistgħux nibqgħu ngħixu f'soċjetà fejn warrabna s-sens tal-ħażen u kollox sar meqjus bħala tajjeb, daqslikieku l-ħażin m'għadux jeżisti!", "Dan il-Gvern warrab il-kodiċi ta' etika!", "L-appell tiegħi lill-poplu Malti huwa dan: Ejja naħdmu flimkien biex nifhmu kemm huwa meħtieġ li nibnu soċjetà fuq il-valuri umani!", "Ejja ma naqtgħux qalbna minn dan id-diskors!", "Ejja nifhmu l-importanza tal-valur tal-ġid komuni; tal-ġustizzja li trid issir u trid tidher li qed issir; tas-solidarjetà fejn jimpurtana minn xulxin u mhux kif nirkbu minn fuq xulxin; fuq il-valur tal-familja u mhux li nkissru aktar lill-familja u li nħaddnu sens ta' komunità.", "Jien niġi hawn bit-tama li xi darba, nirbħu lil dan is-sens ta' korruzzjoni!", "Però ma jistax ikun li jkollna min jaħseb li l-politiċi kollha li għandna f'dan il-pajjiż jagħmlu corrupt practices, kif qal il-Ministru Herrera!", "Le, din mhijiex il-verità!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ħamis, 30 ta' Mejju 2018 fis-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 'l hawn intnefqu medja ta' €17,445 fis-sena f'konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI– KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FARRUGIA: (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saru ebda pagamenti rigward konsulenzi fuq public relations jew komunikazzjoni fil-perjodu mitlub.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ngaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Beppe Fenech Adami m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Mario Galea, membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Mario Galea m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Karl Gouder, membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ngaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Karl Gouder m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Claudio Grech, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ngaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u l-grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Claudio Grech m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Kristy Debono, Membru tal-Oppożizzjoni li tirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilha ngaġġata din id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tagħha; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?", "Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa dan:", "MP: L-Onor.", "Data: 5 ta' Mejju 2006", "Dħul: Basic Salary - €28,975", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, Membru tal-Oppożizzjoni li jirrappreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ngaġġat dan id-Deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-Deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma hemm żewġ persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "HELENA DALLI: (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Informata li fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg hemm żewġ uffiċjali fil-kariga ta' Assistenti Diretturi li fil-kompetenza tax-xogħol tagħhom għandhom is-setgħa li jagħtu l-ġuramenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' investigazzjonijiet dwar ksur ta' kondizzjonijiet tax-xogħol.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm żewġ persuni ġewwa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li huma kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "KUMITAT TAL-KUNTRATTI DIPARTIMENTALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-Kumitat tal-Kuntratti Dipartimentali?", "Minn mindu twaqqaf dan il-kumitat, kemm-il sejħa għall-kuntratti ġiet evalwata u/jew ikkonsidrata minn dan il-kumitat?", "Min huma l-membri ta' dan il-kumitat?", "Interpellant li l-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti twaqqaf fl-14 ta' Lulju 2010.", "Minn mindu twaqqaf dan il-Kumitat kienu evalwati u/jew ikkonsidrati 683 sejħa għal offerti.", "Il-Kumitat huwa maħtur skont l-Artiklu 74 tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviż Legali 352 tal-2016 kif emendat bl-Avviżi Legali 155 u 233 tal-2017, u 26 tal-2018).", "Il-membri huma:", "Chairperson, id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi jew ir-rappreżentant tagħha;", "Membru li jirrappreżenta lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex;", "Membru li jirrappreżenta lid-Direttur tal-Kuntratti;", "Segretarja maħtura minn fost l-Unità Ministerjali għall-Akkwist fil-Ministeru għal Għawdex.", "XAGĦRA GĦAWDEX – PARK TAL-FAMILJA FIL-QORTIN – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra, Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla u li din ġiet magħluqa u riabilitata?", "Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi mill-PA u jekk inħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja?", "Jista' jgħid jekk dan il-park hux se jkun aċċessibbli u lest għall-familji Għawdxin matul is-sena 2018?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess tal-permessi meħtieġa mill-PA riesaq lejn it-tmiem tiegħu wara diversi konsultazzjonijiet mal-ERA.", "It-tenders qegħdin għall-vetting id-DoC u maħsuba li jkunu fuq is-suq f'Lulju 2018.", "Il-pjan għadu li l-park jinfetaħ għall-pubbliku sal-aħħar ta' 2018.", "GĦAWDEX – GOZO ALIVE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għal kull wieħed u waħda mil-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li sar f'Għawdex fil-weekend tat-18, 19, u 20 ta' Mejju 2018, kemm-il siegħa jew parti minnha taw bħala performance u kemm tħallas kull artist għal kull performance li ngħatat?", "Interpellant li kif seta' jikkonstata personalment, il-festival li qed jirreferi għalih kien suċċess kbir u serva biex inkomplu nagħtu promozzjoni lil Għawdex kemm lokalment u anke internazzjonalment.", "Gozo Alive kellu wkoll impatt ekonomiku sostanzjali.", "Ta' min isemmi biss li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. ġarret 'il fuq minn 54,000 passiġġier matul l-imsemmijin dati.", "L-ispiża relatata mal-artisti, li kienu jinkludu Għawdxin, Maltin u anke ismijiet magħrufa internazzjonalment, fit-tlett ijiem kollha tal-festival madwar Ghawdex kollu tlaħħaq madwar €104,000.", "Festivals u attivitajiet oħrajn simili, inkluż bl-appoġġ tal-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber, se jkomplu jsiru matul din is-sena stess, partikolarment fis-sajf li ġej.", "RABAT GĦAWDEX – TRIQ VAJRINĠA - ARKIVJU NAZZJONALI U L-LIBRERIJA – FIRE ALARM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2185, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u jekk twaħħalx il-fire alarm li kellu jsir fl-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajrinġa fir-Rabat, Għawdex u dan kif kien indika sena ilu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27782 tat-12-il leġiżlatura?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni jekk dan ix-xogħol għadu ma sarx, issa li għadda tant żmien?", "Ma jaħsibx li hemm periklu serju għal tant dokumenti importanti li hemm f'dan il-post?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li rigward fire safety ġew iċċekkjati l-fire extinguishers kollha li jinsabu fil-librerija nazzjonali fejn ġie evalwat liema ċilindri jridu jinbidlu, liema għandhom bżonn service u jekk hemmx bżonn li jinxtraw oħrajn ġodda.", "Informat ukoll li Malta Libraries qed jagħmlu użu minn servizz professjonali ta' inġiniera biex jaraw x'potenzjal hemm fil-binja msemmija li jitwaħħlu cameras tas-sigurtà.", "Bħalissa dawn l-inġiniera qed jaħdmu fuq lista ta' rekwiżiti tekniċi biex tkun tista' tinħareġ it-tender.", "Peress li l-Arkivji Nazzjonali f'Għawdex joperaw f'parti mill-binja tal-Librerija Nazzjonali, il-proċess fl-Arkivji Nazzjonali se jkun ukoll parti minn din il-ħidma.", "GOZO ALIVE – GĦAŻLA TAL-ARTISTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew expression of interest biex jintgħażlu l-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li nżamm f'Mejju 2018 f'Għawdex?", "Min kien iċ-Chairman u l-membri tal-bord li għażlu l-artisti?", "Tista' l-Ministru tgħid kif intgħażlu ċ-Chairman u l-membri tal-bord u jekk iċ-Chairman u l-membri tal-bord kenux imħallsa għal dan ix-xogħol?", "Jekk iva, kemm?", "Interpellant li f'każ ta' artisti mhuwiex dejjem possibbli li tinħareġ sejħa għall-offerti minħabba li l-attività ġieli tkun tirrikjedi artist partikolari skont l-istess attività.", "F'dan il-każ tintalab direct order approval mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Il-Bord organizzattiv għall-Gozo Alive kien ifformat minn tmien membri.", "Il-maġġoranza tal-membri huma impjegati mas-settur pubbliku u għandhom esperjenza fl-organizzazjoni ta' festivals simili kif ukoll tagħrif fuq l-arti, kultura u spettaklu rispettivament.", "Il-membri li tħallsu skont ix-xogħol li għamlu huma s-Sur Lou Bondi u s-Sur Felix Busuttil.", "GĦAJNSIELEM GĦAWDEX – DAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tindika meta hu mistenni li tiġi inawgurata u allura tilqa' l-ewwel residenti fiha, id-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, Għawdex?", "Tista' tgħid kemm se tkun tista' tospita anzjani b'kollox din id-dar u fuq liema mudell se titmexxa?", "Interpellant li hekk kif ħareġ il-permess il-ġdid biex id-dar tiġi fully compliant mal-istandards applikabbli, issa qed jiġi ffinanzjat il-bini kif ukoll it-tender għat-tlestija u l-operat mill-privat.", "Skont l-andament tat-tender tkun tista' tingħata data aktar preċiża.", "HERITAGE MALTA – TASTE OF HISTORY AND EVENTS – MINUTI TAD-DEĊIŻJONI LI TINĦAREĠ ESPRESSJONI TA' INTERESS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-minuti relatati mad-deċiżjoni li tinħareġ din l-espressjoni ta' interess?", "Jista' jgħid min kien involut f'dawn il-laqgħat u deċiżjonijiet?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA – TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĦRUĠ TA' ESPRESSJONI TA' INTERESS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm ħsieb li din l-expression of interest tinħareġ ukoll għas-settur pubbliku?", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu direct orders relatati mal-avveniment Taste of History and Events u jikkonferma jekk hux diġà ġie avviċinat xi kuntrattur sabiex jiġu esplorati possibbiltajiet li jinħareġ direct order abbinat ma' dawn l-attivitajiet?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA – TASTE OF HISTORY AND EVENTS – POŻIZZJONI TA' HEAD (CORPORATE SERVICES AND ICT)", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-inizjattiva hijiex abbinata mal-pożizzjoni ta' Head (Corporate Services & ICT) li Heritage Malta beħsiebha toħroġ fil-futur qarib?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA – TASTE OF HISTORY AND EVENTS – TRASPORT GĦALL-ĦADDIEMA LI JINTALBU JAĦDMU F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu Malta hux se jkollhom jagħmlu xogħol f'Għawdex?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid hux se jiġi pprovdut trasport u akkomodazzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA – TASTE OF HISTORY AND EVENTS – KRITERJI GĦALL-GĦAŻLA TAL-ISTAFF COMPLEMENT", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-event manager, curator or delegate se jagħżel l-istaff complement?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180530_121d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.01 a.m.", "Il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 121, li saret fit-30 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER: Is-Sedja tixtieq tagħti ruling ex officio dwar dak li nqala' lbieraħ fuq il-kwestjoni ta' point of order, ċjoè xi jfisser point of order u meta jista' jintalab point of order.", "Għall-finijiet ta' direzzjoni aħjar irrid ngħid li s-Sedja fl-ebda mument mhi se tippermetti li point of order jintuża sabiex Membru jirrispondi lill-Membru li jkun qiegħed jitkellem, jew inkella li jżid informazzjoni.", "Se nagħmel referenza mill-ewwel għal dak li jgħidu l-iStanding Orders tal-Kamra tad-Deputati, regolamenti li kull min jiġi elett fil-Parlament għandu jkun jaf, u mhux jiġi hawnhekk wara sena, sentejn, tlieta u jkun għadu lanqas biss qrahom.", "Biex jagħmel xogħlu sew u jkun rappreżentant denju tal-pajjiż, huwa imperattiv li kull Membru jkun jaf xi jgħidu l-iStanding Orders.", "L-ewwel nett, point of order huwa punt ta' proċedura.", "Biex persuna tagħmel interjection, ċjoè twaqqaf lill-Membru li jkollu l-kelma, din trid titlob il-permess tas-Sedja u għandu jkun hemm raġuni eċċezzjonali għal dan.", "Membru jista' jqajjem point of order fuq kull regolament tal-Kamra li Membru jista' jkun qed jikser waqt li jkun qed jitkellem, u mhux għax ma jaqbilx ma' dak li qiegħed jgħid jew għax hemm fatt li għandu opinjoni differenti dwaru.", "F'dawn il-każijiet l-ebda Membru m'għandu dritt jagħmel il-pożizzjoni tiegħu u jinkwadraha bħala point of order.", "Jidher li l-uniku istanza fejn jissemma point of order fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tagħna huwa fl-Ordni Permanenti 48 li jgħid, u nikkwota:", "Id-diskussjoni għandha tkun rilevanti għall-ħaġa jew kwistjoni quddiem il-Kamra jew il-Kumitat u, meta iżjed minn kwistjoni waħda tkun ġiet proposta, id-diskussjoni għandha tkun rilevanti għall-aħħar kwistjoni proposta sakemm tiġi meħlusa:", "Iżda Membru jista' jqum biex jitkellem fuq punt ta' ordni jew fuq kwistjoni ta' privileġġ li tinqala' f'daqqa.\".", "Għaldaqstant bis-saħħa tal-Ordni Permanenti 197 rajt id-definizzjoni ta' dan it-terminu fil-prattiċi parlamentari Ingliżi minn fejn joħroġ li:", "Meta jqum xi Membru, ikun minn liema naħa jkun u jgħid: Mr Speaker, point of order!, l-ewwel irid jgħid fuq liema proċedura qed jitkellem, ċjoè għal liema ordni permanenti qed jagħmel referenza.", "Pereżempju, ikollna mozzjoni u ma jkunux għaddew it-tliet ijiem minn meta ġiet ippreżentata; jew inkella ssir supplementary question fejn għandek l-ordnijiet permanenti 27 u 28 bħala guidelines dwar xiex tista' ssir dik id-domanda; jew inkella xi ħadd minn xi naħa tal-Kamra jkun qed jindirizza Membru b'mod li jkun qed jikser ir-regolamenti tal-Kamra li jista' jwassal li jinqala' inċident, u hemm is-Sedja jkollha tirregola l-imġiba ta' dak il-Membru.", "Imma li Membru, hu min hu, b'mod li ngħidlu abbużiv fejn f'diskors ta' 20 minuta iqum jagħmel point of order għaxar darbiet jew sitt darbiet – u ma jien nagħmel referenza għall-ebda Membru għax din tapplika għall-ministri, għall-Prim Ministru, għall-Kap tal-Oppożizzjoni, għal kulħadd, peress illi f'din il-Kamra l-Membri huma kollha l-istess – biex jagħmel point of explanation, jew biex iżid fatti, jew biex imeri lil dak li jkun, jew biex jgħid li qed tiġi żgwidata l-Kamra (misleading the House) ma hux aċċettabbli.", "Każ ta' żgwidar tal-Kamra jinqala' meta Ministru jkun qed iwieġeb waqt il-Ħin tal-Mistoqsijiet u jagħmel referenza għal dokument jew inkella informazzjoni li jkollu fil-file li jista' jkun mhux veritiera, u jkun qed jagħmilha deliberament, b'mod differenti minn dak li għandu, hemmhekk huwa każ ta' misleading the House.", "Imma jekk ma taqbilx ma' Membru waqt dibattitu, hu min hu, dan tista' tagħmlu fil-ħin allokat għalik biex titkellem fejn tista' tagħmel l-argument kollu.", "Din hija l-pożizzjoni tas-Sedja dwar point of order.", "Dan ifisser li point of order ma jistax jintuża – u jien mhux se nippermetti li jintuża – biex Membru jwieġeb Membru ieħor li jkun qed jindirizza lill-Kamra.", "Jiġifieri li tqum biex twieġeb jew biex tispjega xi ħaġa mhuwiex point of order u ma jistax jintuża biex jerġa' jsir argument ieħor politiku biex jirribatti dak li jkun qed jgħid il-Membru.", "Point of order ma huwiex opportunità biex Membru jintervjeni fil-Kamra waqt diskussjoni u ma jistax jintuża minn Membru bħala opportunità biex jerġa' jżid tweġiba oħra għaliex ikun diġà tkellem.", "Jekk Membru jkollu l-opportunità li jitkellem aktar tard, allura mbagħad hemmhekk jista' jagħmel l-argumenti kollha tiegħu.", "Dan qiegħed ngħidu sabiex il-pożizzjoni tkun ċara.", "Din id-definizzjoni ta' point of order toħroġ mill-proċedura ta' diversi parlamenti li jkollna kuntatt magħhom għalihom, anke fil-Commonwealth.", "L-istess definizzjoni tapplika wkoll fil-Francophone countries u wkoll f'fora oħra Ewropej.", "Dan huwa ruling li qed nagħtih proprju biex ma jkunx hemm problemi, għaliex se nkun qiegħed nimxi miegħu.", "L-aħħar punt huwa – u dan qed ngħidu b'referenza għal punti mqajma mill-Onor.", "Edwin Vassallo waqt l-aġġornament fejn kelli ngħidlu biex jirregola ruħu – li l-Ispeaker ma jidħolx f'diskussjonijiet u li skont il-Kostituzzjoni r-rwol tiegħu huwa li jżomm l-ordni fil-Kamra sabiex il-proċeduri jiġu osservati skont il-Kostituzzjoni.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, ovvjament mhux qed nikkontesta dak li għadek kif għedt, però rrid nagħmel domanda lilek bħala l-Ispeaker ta' din il-Kamra.", "Meta għamilt referenza li xi ħadd miż-żewġ naħat tal-Kamra jkun qed jimmiżlijdja l-Kamra waqt dibattitu li jkun għaddej, jiġifieri l-ebda Deputat m'għandu dritt li jqum dak il-ħin u jiġbed l-attenzjoni?", "U jekk le, f'liema okkażjoni d-Deputat, kien min kien miż-żewġ naħat tal-Kamra, iqum u jiġbed l-attenzjoni li qed jimmiżlijdja?", "L-ISPEAKER: Sempliċi ħafna, Onor. Cutajar.", "Il-persuna li tkun qiegħda f'dibattitu għandha l-ħin tagħha biex tagħmel dan, sakemm qiegħda in regola u mhi qed tikser l-ebda Ordni Permanenti tal-Kamra, għandha dritt tispiċċa d-dibattitu.", "Jekk xi Membru, hu min hu, iħoss li dak il-Membru qal affarijiet li ma kinux veritieri, f'kull mument jista' jitlob ruling, jew id-direzzjoni lis-Sedja, sabiex tinvestiga, imbagħad tara hi bħalma jsir is-soltu.", "Ġeneralment din tinqala' għaliex il-Ministru li jkun qed iwieġeb ikollu d-dokumenti f'idejh.", "Jiġifieri idealment tinqala' waqt il-Question Time.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, imma mhux dak il-ħin; tagħmel osservazzjoni, bħalma jsir ħafna drabi, imbagħad is-Sedja tinvestiga u toħroġ bir-ruling tagħha.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jiena lbieraħ fl-ebda ħin ma dħalt f'diskussjoni mas-Sedja.", "Kont qed nagħmel kummenti fuq x'nista' nistenna, però fl-ebda ħin ma kont qed nistenna li s-Sedja tweġibni.", "Seta' kien hemm min kien hemm.", "Però naħseb għandi dubji kemm dak li għamilt inti stajt tagħmlu.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Bir-rispett kollu, Onor. Vassallo, id-dubji żommhom għalik.", "Naċċertak li naf x'jien ngħid, u int m'għandek l-ebda dritt tiddiskuti mas-Sedja.", "Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nitolbok li dan ir-ruling jiġi ċċirkolat mal-Membri kollha ta' din il-Kamra, għaliex bħalma għedt tajjeb ħafna inti, din qiegħda tiġri miż-żewġ naħat u filwaqt li ġrat lilek meta kont qiegħed fis-Sedja, ġrat lili wkoll ftit qabel meta kont qiegħda minflokok.", "L-ISPEAKER: Grazzi ħafna, Onor. Buttigieg.", "Naċċertak li se nagħmel traskrizzjoni tiegħu u niċċirkolah lil kulħadd.", "Grazzi.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant japprezza li peress li l-ammont ta' entitajiet u dipartimenti huma kbar ħafna, qegħdin nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inwieġbu malajr kemm jista' jkun.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li din il-mistoqsija ilha li saret mit-13 ta' Novembru, 2017.", "Ma nafx minn fejn qed tinġabar din l-informazzjoni, għax illum qegħdin fil-31 ta' Mejju, 2018!", "L-ISPEAKER: Ovvjament, is-Sedja ma tistax tidħol fil-mertu tar-risposta.", "OWEN BONNICI: Naf li l-Onor.", "Cutajar huwa bniedem ġust u kif ngħid dak li se ngħid, naħseb li se jaqbel miegħi.", "Huwa veru li d-domanda saret f'dik il-ġurnata, però peress li l-Onor.", "Azzopardi jagħmel ħafna mistoqsijiet parlamentari, jiddependi meta titla' fl-aġenda.", "I stand to be corrected, però għandi nifhem li l-mistoqsija telgħet fl-aġenda f'data ħafna wara li ssottomettiha.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit, Onor. Cutajar.", "Ħalli nagħlaq u jekk għandek raġun, nagħtik ir-raġun, però safejn naf jien – onestament, bix-xogħol li għandna ma nsibx ħin biex nidħol fid-dettall ta' kif taħdem is-sistema, imma jekk hemm bżonn nidħol – meta Membru Parlamentari jagħmel id-domanda, tasal għand il-Ministru fil-mument li titla' biex tiġi mwieġba.", "Għaldaqstant, peress li l-Onor.", "Azzopardi huwa deputat li jagħmel ħafna domandi, kif għandu kull dritt u jagħmel sew, bħalma kont nagħmel jien meta kont fl-Oppożizzjoni, wieħed irid ikejjel meta d-domanda tasal għand il-Ministru mill-mument li d-domanda tkun telgħet fuq l-aġenda.", "Filwaqt li nerġa' ngħid li I stand to be corrected, ma naħsibx li huwa ġust li jgħid li d-domanda ilha għandi minn Novembru, għax mhuwiex il-każ.", "Jien tlabt li jkolli l-informazzjoni kollha, għax jien ma naqbadx u nwieġeb, imma qabel ma niffirma l-karti nara l-informazzjoni u nistudjaha, biex jekk ikun hemm affarijiet li għandi nkun naf bihom u nistaqsi dwarhom, nistaqsi qabel ma nwieġeb, għax ma rridx niġi hawn u ma nkunx ippreparat.", "Jien nipprova nagħmel xogħli sew u nassigura lill-Kamra li d-domandi parlamentari neħodhom b'serjetà massima.", "Kif tafu, jien dejjem nattendi fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "Nerġa' nissottometti l-impenn tiegħi li din id-domanda tiġi mwieġba malajr kemm jista' jkun.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Meta jkun ġej is-sajf, normalment f'pajjiżna l-attivitajiet kulturali jonqsu daqsxejn u jiżdiedu dawk li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Bonnici, però jiżdiedu l-festi fl-irħula, eċċetra.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu xi inizjattivi, anke din is-sena, biex matul is-sajf l-attivitajiet kulturali jkomplu għaddejjin?", "Fil-bidu ta' din is-sena kellna ħafna minnhom, speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu mal-V18.", "OWEN BONNICI: F'Malta storikament dejjem konna nħarsu lejn is-sajf bħala x-xhur tat-turiżmu.", "Għall-grazzja t'Alla, din il-ħaġa nbidlet u bis-saħħa tal-ħidma li saret matul l-aħħar ħames snin, it-turiżmu qiegħed għaddej matul is-sena kollha.", "Aħna qegħdin intellgħu avvenimenti anke f'Jannar, fosthom il-Baroque Festival li dejjem ikun mifqugħ bit-turisti.", "Dan iwassalni biex ngħid li minn sistema staġjonali ġejna għal sistema fejn essenzjalment it-turiżmu huwa matul is-sena kollha, però huwa veru li fis-sajf l-ammont ta' nies u l-ammont ta' attività li jkun hawn, hija xi ħaġa straordinarja.", "Kieku jkolli ngħidlek x'kienet l-ikbar diffikultà fis-settur kulturali, probabbilment innissillek tbissima, għax waħda mill-akbar sfidi li kellna fis-settur kulturali mhijiex li ntellgħu l-attivitajiet.", "L-attivitajiet intellgħuhom tajjeb ħafna, u mhux aħna biss imma anke s-settur privat, l-NGOs u l-għaqdiet fl-irħula li jtellgħu l-festi fis-sajf.", "L-ikbar problema kienet kif se nagħmlu djarju biex l-attivitajiet ma jaħbtux.", "Niftakar li fil-bidu li bdejna l-ħidma tagħna kienu jċempluli artisti lokali kbar biex jgħiduli li ma setgħux jippjanaw jekk ma jkunux jafu meta se jsir l-Arts Festival.", "Irrid ngħid li bis-saħħa tal-ħidma li għamilna aħna u bis-saħħa tal-ħidma li saret fuq livell ċentrali mill-Uffiċċju tas-Sur Mario Cutajar, ħloqna l-app Kultura Malta li permezz tagħha jkollok djarju minn qabel tal-attivitajiet li jkunu se jsiru ġurnata b'ġurnata.", "Din għenet ħafna biex jekk, pereżempju, band lokali tkun tixtieq tagħmel festival jew kunċert f'data partikolari, tkun taf x'festivals oħrajn hemm fl-istess ġurnata.", "Daqshekk għandna attività kulturali fis-sajf.", "L-Onor.", "Camilleri staqsieni x'għandna ppreparat għas-sajf.", "Sintendi, bħala Gvern, għandna l-programm straordinarju tal-Arts Council, fejn għal darb'oħra għandna festivals importanti ħafna.", "Diġà kellna l-ewwel wieħed, li hu l-World Music Festival.", "Fil-fatt, ġbarniehom f'erba' festivals kbar u għamilna kampanja ta' informazzjoni dwarhom.", "L-Arts Festival din is-sena se jkun straordinarju.", "Nixtieq nirringrazzja lill-Artistic Directors ta' kull festival tax-xogħol kbir li qegħdin jagħmlu.", "Apparti l-Arts Council, hemm ukoll il-V18 li għandha impenn informali, biex ngħid hekk, li kull xahrejn tagħmel festa kbira b'saħħitha li tiġbed ħafna nies.", "Jiġifieri tagħmel ħafna programmi żgħar matul is-sena u programmi artistiċi li mmirati għal sezzjonijiet speċifiċi, niche, imbagħad kull xahrejn jew kull għaxar ġimgħat tagħmel xi ħaġa kbira li tattira eluf ta' nies.", "Fil-fatt, wara l-aħħar avveniment kbir li sar, li kienet il-festa l-kbira, issa jmiss il-Pageant of the Seas.", "Kif tafu, f'Ġunju li ġej hemm il-Pageant of the Seas u nistieden lil kulħadd jattendi.", "Se naraw il-Port il-Kbir isir palk teatrali fenomenali, fejn se jkun hemm xi ħaġa kbira ħafna.", "Ma rridx nagħti ħafna dettall, għax inkella lil dak li jkun inneħħilu mis-sorpriża.", "Jiġifieri, bejn wieħed u ieħor, kull xahrejn se jkun hemm dawn it-tip ta' avvenimenti kbar.", "L-aħħar kelma hija dwar il-festivals li jsiru fil-komunitajiet, li huma importanti daqskemm huma importanti l-festivals li jsiru fil-Belt jew iktar.", "Din hija xi ħaġa li nimbuttaw ħafna, u ndunajna li waħda mill-problemi li għandna hi li ħafna festivals jitħabbru minn tliet xhur qabel għal tliet xhur wara, fejn ikun hemm soċjetà li fi Frar tħabbar li se tagħmel rock festival f'Lulju.", "Aħna ridna li nagħmlu ftehim magħhom biex ikunu jistgħu jippjanaw minn tliet snin bil-quddiem ħalli jekk ikollhom artist li jkunu se jġibuh tliet darbiet, ikunu jistgħu jitolbuh prezz irħas.", "Bħala Arts Council ngħinuhom billi nagħtuhom ċerti pariri ta' kif jistgħu jżidu l-professjonalità tagħhom.", "Il-livell diġà huwa għoli, però naħseb li dejjem ikun hemm fejn wieħed itejjeb.", "Fil-fatt, aħna ffirmajna 11-il cultural partnership agreement, għax allaħares ikun il-Gvern biss li jagħmel il-festivals kulturali f'pajjiżna.", "Huwa tajjeb li dawn isiru wkoll mill-NGOs u organizzazzjonijiet oħrajn, għax dik hija d-demokrazija.", "Aħna rridu ngħinu biex dawn ikunu jistgħu jsiru.", "Bħala eżempju ta' dawn il-festivals nista' nsemmi l-Beland Music Festival, li huwa l-ikbar festival mużikali fin-Nofsinhar ta' Malta.", "Hija xi ħaġa sabiħa li tara l-entitajiet jagħmlu dan ix-xogħol kollu.", "Irrid ngħid li s-soċjetajiet mużikali Maltin fis-sajf jagħmlu festa jew tnejn fil-ġimgħa.", "Immaġinaw kieku l-Gvern kellu jagħmel żewġ festivals jew żewġ festi hu f'kull raħal kull ġimgħa.", "M'għandux il-ħila, m'għandux ir-riżorsi, u ma jasalx.", "Allura meta tiftakar kemm is-settur komunitarju jagħmel attivitajiet kulturali, tirrealizza kemm huwa importanti li nkomplu nsaħħu l-kultura fil-komunitajiet.", "Din hija xi ħaġa li nemmnu fiha ħafna, allura nidejna fondi apposta għall-baned u dalwaqt se nqassmu t-tieni parti ta' dawn il-fondi.", "Se nagħtu wkoll fondi biex inżidu s-sigurtà għal min jaħdem fil-kmamar tan-nar.", "Ma nistax nitkellem dwar is-sigurtà fil-kmamar tan-nar mingħajr ma nsellem il-memorja ta' Colin, iż-żagħżugħ ta' 33 sena li tilef ħajtu traġikament fi splużjoni li seħħet ftit tal-jiem ilu.", "Dawn huma affarijiet ta' swied il-qalb u naturalment irrid ngħaddi kliem ta' solidarjetà lill-familjari u l-għeżież tiegħu.", "Il-memorja ta' Colin tfakkarna kemm irridu nkomplu naħdmu biex insaħħu s-sigurtà f'dawn il-postijiet.", "Għalhekk ninsabu impenjati li nkomplu ngħinu lill-kmamar tan-nar jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex isaħħu s-sigurtà tagħhom.", "Ftit ilu nidejna fond ta' madwar €170,000 biex il-kmamar tan-nar isaħħu s-sigurtà tagħhom u se nibqgħu għaddejjin b'dawn it-tip ta' programmi biex inkomplu ngħinu lil dan is-settur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mal-Ministru fil-kondoljanzi lill-familjari ta' Colin Muscat, li kont nafu sew.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, ovvjament ningħaqad magħkom biex insellem il-memorja ta' Colin Muscat, tifel Mosti li ħadem f'ħafna soċjetajiet Mostin.", "Nuri solidarjetà miegħu u mal-qraba tiegħu.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, ħafna mill-avvenimenti kulturali li jsiru, b'mod partikolari fl-irħula u fl-ibliet tagħna, ikunu bbażati fuq il-volontarjat.", "Il-Ministru diġà għamel aċċenn għall-għajnuna li qed joffri l-Ministeru tiegħu lil diversi soċjetajiet.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ngħinu iktar lill-għaqdiet li b'xi mod huma involuti fl-organizzazzjonijiet tal-festi fid-diversi bliet u irħula tagħna?", "Jekk iva, jista' jgħid x'forma ta' għajnuna qed naħsbu li nagħtuhom, jekk hux għajnuna finanzjarja jew hemmx il-ħsieb li nagħtu xi tip ta' għajnuna jew protezzjoni ulterjuri biex ngħinuhom itellgħu dawn il-festi u l-festivals li jikkaretterizzawna bħala Maltin?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Sur President, se nagħmilha ċara li l-Gvern se jagħmel dak kollu li hu fil-poter tiegħu biex jipproteġi u jkabbar is-soċjetajiet mużikali Maltin u dak kollu li jagħmilna Maltin.", "Allaħares jiġi żmien li ngħidu li s-soċjetajiet mużikali Maltin naqqsu mill-importanza tagħhom, jew addirittura m'għadhomx jagħtu dawn is-servizzi, għax il-kultura fil-komunità tagħmel differenza enormi.", "Jien dejjem ngħid li kieku kellna nwaqqfu l-kultura f'Malta, ix-xemx tibqa' titla' filgħodu, in-nies imorru għax-xogħol xorta waħda, it-tfal imorru l-iskola, filgħaxija dak li jkun joqgħod jiekol mal-mejda, imma pajjiżna jkun qed jitlef il-kuntentizza li tagħti l-ħidma kulturali.", "Mhux biss dik li ddoqq strument, imma li tkun parti minn familja kbira, li tqum filgħodu u tkun taf li filgħaxija se tagħmel xi ħaġa li togħġbok.", "L-iktar ħaġa li taffaxxinani f'dawn is-soċjetajiet hi li jkollok tifel li jekk taqilgħu minn dik is-soċjetà tgħid li ma tantx għandu ħiliet, però kif titfgħu ġo soċjetà kulturali, jagħmillek l-isbaħ opra artistika li qatt tista' timmaġina!", "Jien ġieli mort f'soċjetajiet fejn qaluli li l-bandalora għamilha tifel li fil-klassi kienu jgħidu li għandu diffikultajiet biex jitgħallem.", "Dawn huma esperjenzi pożittivi li dawn is-soċjetajiet biss jistgħu jagħtuhom, u jekk ngħinu lil dawn is-soċjetajiet, mhux biss inkunu qed ngħinu lill-kultura timxi 'l quddiem u ngħidu li għandna iktar żgħażagħ li qed jitgħallmu jdoqqu, imma ngħinu lis-soċjetà tkun iktar b'saħħitha, fejn wieħed jirrispetta lill-ieħor u finalment is-soċjetà jkollha dak il-fattur li kull bniedem ifittex, il-kuntentizza fil-ħajja.", "Allura kull sold li nagħtu huwa favur dawn l-affarijiet li qed insemmu.", "Kif għidt, aħna għamilna fond biex ngħinu s-soċjetajiet mużikali per se, għax kien qed jiġri li meta s-soċjetajiet mużikali kienu japplikaw għall-fondi kulturali, kienu qed jikkompetu ma' kantanti tal-opri, ma' atturi u ma' artisti ta' ġeneru differenti.", "Allura dehrilna li kellna nagħmlu xi ħaġa apposta għalihom bl-għan li jagħmlu proġetti fit-tul bħal, pereżempju, swali biex jgħallmu l-mużika.", "Bħalissa qed nistudja l-pass li jmiss, li huwa dak li ngħinu lil tal-armar.", "S'issa għenna lill-kmamar tan-nar u lis-soċjetajiet mużikali, allura naħseb li għandu raġun min jistaqsi meta se ngħinu lil tal-armar.", "Dik hija l-analiżi li qegħdin nagħmlu bħalissa, u jalla jirnexxilna ngħinu lil tal-armar ukoll.", "Irrid ngħid li apparti din l-għajnuna diretta kollha, għamilna għajnuna indiretta.", "Hemm skema li ftit jafu biha, li kienet idea tas-Sur Alfred Camilleri li huwa s-Segretarju Permanenti tal-Finanzi.", "Dan huwa bniedem li dejjem nitgħallem mingħandu.", "Huwa ħareġ bl-idea ta' skema fejn bl-għajnuna tagħna min jagħmel xogħlijiet għal għanijiet kulturali jkun qed jieħu refund fit-taxxa ta' persentaġġ limitat ta' 200%.", "Fis-soċjetajiet mużikali hemm ħafna kuntratturi li huma dilettanti.", "Mela ejja ngħidu li jkun hemm kuntrattur li jagħmel xogħol ta' tiswija ta' faċċata ta' każin, u jagħmlu b'xejn.", "Talli jagħmel dak ix-xogħol b'xejn, il-kuntrattur se jieħu refund fit-taxxa ta' 200%, limitat sa madwar €40,000 jew €50,000, però mhux ammont irriżorju.", "Irrid ngħid li ħafna soċjetajiet mużikali ħatfuha din l-iskema u wżawha, allura rridu nagħmlu iktar bħalha, għax il-handouts huma importanti, però huma biss il-ħuta.", "Issa aħna rridu nagħtu l-qasba, li tkun tikkonsisti fi skemi strutturali ta' inċentivi fiskali differenti.", "Dan is-suġġett huwa għal qalbi ħafna.", "Skema li qed naħdmu fuqha bħalissa hi li artist, għax huwa artist, meta jiġi biex iħallas it-taxxa jkun jista' jippjana t-taxxa tiegħu fuq tliet snin.", "Mela filwaqt li min mhuwiex artist jippjana t-taxxa tiegħu sena b'sena, artist li forsi sena minnhom ikollu ħafna ngaġġi u s-sena ta' wara jieqaf biex jagħmel xi recordings ta' xogħol ieħor, ikun jista' jagħżel hu b'liema rata se jiġi ntaxxat f'dawk it-tliet snin.", "Ikun hemm skema pubblikata minn qabel u jagħżel hu, biex jikkalibra l-karriera f'dawk it-tliet snin.", "Dawn huma l-affarijiet li rridu nagħmlu.", "Irrid ngħid li għall-grazzja t'Alla fis-settur kulturali, għalkemm mhux kollox hu perfett u hemm xi ttejjeb, sejrin 'il quddiem u naħseb li x-xogħol qed jinħass u qed jagħmel differenza.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq konsulenza dwar public relations jew komunikazzjoni mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2399; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-uffiċjali fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ maħtura bħala kummissjunarji biex jagħtu l-ġurament u għalxiex jingħata l-ġurament, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5876.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tabella li turi l-uffiċjali fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex maħtura bħala kummissjunarji biex jagħtu l-ġurament u għalxiex jingħata l-ġurament, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5878; u", "Screenshot tas-sit fejn wieħed jara d-direct orders mogħtija mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5900.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali.", "DISKUSSJONI DWAR FTEHIM TAL-KAMRA", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nixtieq nivverbalizza li lbieraħ kelli laqgħa tajba mal-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, l-Onor.", "Stephen Spiteri, fejn tkellimna dwar kif l-aħjar nissuġġerixxu lill-Presidenti tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet li nimxu dwar l-emendi għall-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.", "Fil-fatt, qbilna li l-laqgħat tal-Kumitat isiru l-ġimgħa d-dieħla.", "Qed nissuġerixxu lill-Presidenti ta' dawn il-Kumitati li jiġu mistiedna l-NGOs u għaqdiet oħra li jkunu interessati li jindirizzaw lill-Kumitat, biex nisimgħu l-opinjonijiet tagħhom.", "Jien personalment ili għal dawn l-aħħar ġimgħat niltaqa' prattikament mal-NGOs kollha involuti, imma jkun tajjeb li jkunu mistiedna fil-Kumitat ħalli jkunu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom, imbagħad inkomplu bid-diskussjoni fuq l-Abbozz u l-emendi li jista' jkun hemm, bħalma jiġri s-soltu.", "Aħna ssuġġerejna li peress li hemm petizzjoni fuq l-istess emendi li tagħlaq nhar it-Tnejn, nhar it-Tlieta jkunu jistgħu jsiru l-laqgħat tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet b'mod kunġunt, biex ikun hemm diskussjoni miftuħa u nisimgħu lil kulħadd, però l-Whip tal-Oppożizzjoni qed jgħidli li sa dalgħodu kien għad m'hemmx qbil.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nieħu gost li l-Gvern qiegħed jaċċetta li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni jiġi diskuss fil-Kumitat, għax kif taf is-Sedja, it-talba tal-Gvern waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra kienet li niddiskutuh hawnhekk.", "L-Oppożizzjoni dakinhar ma tatx il-kelma tagħha u diġà għidna pubblikament li konna se nagħmlu t-talba lill-istess President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi biex l-NGOs kollha li tkellmu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi jiġu mistiedna.", "Allura, min-naħa tagħna, nilqgħu dak li qed jipproponi l-Gvern, għax konna aħna li ssuġġerejna li d-diskussjoni m'għandhiex issir fil-Plenarja, imma ssir fil-Kumitat, fejn tista' tingħata l-possibilità lill-NGOs li tkellmu bil-qawwa kontra l-emendi kif proposti mill-Gvern, li jitkellmu.", "Jien nittama li l-proċess ta' konsultazzjoni jkun bil-iktar mod wiesa' possibbli, biex fil-veru sens tal-kelma lil kull min semma' l-vuċi tiegħu dwar dawn l-emendi, nagħtuh ċans li jwassal il-messaġġ b'mod kalm u seren biex jasal ċar għand kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li hawn ftehim.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, bħala President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, ġaladarba tqanqal il-punt u saret referenza għall-Kumitat li nippresiedi jien, irrid ngħid li naħseb li hija idea tajba li jingħata dan l-ispazju, biex qabel ma wieħed jiddiskuti fid-dettall l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, ikun hemm l-opportunità li dawn iż-żewġ kumitati b'mod konġunt jisimgħu dak kollu li għandhom xi jgħidu l-NGOs, imbagħad wieħed ikompli bid-diskussjoni.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ONOR.DAVID AGIUS: Sur President, kif qal l-Onor.", "Cutajar, aħna m'għandna l-ebda diffikultà li l-NGOs jattendu għal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, anzi konna aħna li pproponejna dan mill-bidu nett.", "It-tieni proposta min-naħa tal-Gvern hija li jingħaqdu flimkien il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u l-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet.", "Hemmhekk aħna naħsbu li hemm remits differenti, allura s'issa m'hemmx qbil min-naħa tagħna, u rridu nitkellmuha internament.", "Ir-remit tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet hu li jista' jagħmel ċerta analiżi u ċerti domandi, li huwa differenti minn dak tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, allura naħseb li għandna nżommuhom separati.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE: Sur President, aħna se nistennew l-eżitu tad-diskussjoni bejn il-partijiet fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni biex jgħidulna xi tkun il-pożizzjoni aħħarija tagħhom.", "Jien ilbieraħ iddiskutejtha mal-Onor.", "Spiteri, u kien hemm dak il-ftehim, imma nifhem li jridu jiddiskutuha bejniethom u nitlobhom jagħtuna risposta.", "Nixtieq li l-President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderzzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi jagħmel l-istedina lil dawk l-NGOs u għaqdiet oħra interessati li jkunu preżenti għad-diskussjoni – ħaġa li ma nistax nagħmilha jien u lanqas inti Sur President – biex javżawna ħalli nkunu nistgħu nirregolaw il-ħinijiet ta' kif u meta se niltaqgħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, irrid nifhem għalfejn hemm bżonn l-istedina, għax f'Kamra ta' Kumitat jista' jidħol min irid u m'għandu bżonn l-ebda stedina.", "Aħna mill-Oppożizzjoni nistgħu nistiednu nies biex jiġu fil-Kumitat, imbagħad jekk xi ħadd ikun irid jitkellem, jieħu l-permess tal-Kumitat.", "Jien nixtieq inkun naf x'għandu f'moħħu l-Gvern, jekk hux se nibdew niddiskutu klawsola klawsola bl-emendi, jew jekk il-Ministru jridx jagħmel diskussjoni, għax hemm differenza bejn li tibda tiddiskuti klawsola klawsola u li tagħmel diskussjoni b'mod ġenerali.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE: Sur President, ilbieraħ jien għamilt xi sagħtejn niddiskuti mal-kelliem tal-Oppożizzjoni u m'għandix problema li jiddiskuti internament mal-Oppożizzjoni, imbagħad jgħidilna xi ddeċieda.", "Aħna nixtiequ li nhar it-Tlieta tibda d-diskussjoni fil-Kumitat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mela għalissa għad m'hemmx ftehim.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: L-irġulija bejn iż-żewġ naħat kienet titlob li d-Deputat Prim Ministru l-ewwel jistenna risposta min-naħa tagħna, imbagħad jiġi jitkellem fil-Parlament!", "Issa jekk irid jgħaġġel, jiġri waħdu, imma jekk irid jimxi mal-Oppożizzjoni jrid iħallina niddiskutu, imbagħad niġu lura bir-risposta min-naħa tagħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mhux se naċċetta iktar kummenti.", "Jaraw il-partijiet bejniethom.", "Il-ftehim ma ġiex reġistrat.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Lil hinn mill-argumenti li saru, irrid inkun ċar li jien u l-Onor.", "Byron Camilleri bħala Whips tkellimna fuq elf ħaġa, però din il-parti li issa ħadna għaxar minuti fuqha, fl-ebda ħin ma tkellimnieha!", "Jien nifhem li jekk kien hemm bdil fil-proċedura ta' kif jaħdmu l-kumitati, iż-żewġ Whips għandna nkunu tkellimna qabel ma niġu nitkellmu hawnhekk.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Id-Deputat Prim Ministru kien ċar; qal li hu avviċina lill-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa.", "Nieqfu hawn u nkomplu bix-xogħol tal-Kamra.", "Ngħaddu għal Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TAL-OPPOŻIZZJONI DWAR IR-RAPPORT", "TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR ĦASIL TA' FLUS U EVAŻJONI", "TAT-TAXXA PPUBBLIKAT FIL-11 TA' JANNAR 2018", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Robert Cutajar, nipproponi li:", "Billi nhar il-11 ta' Jannar 2018 il-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew ippubblika r-rapport tiegħu wara ż-żjara li huwa kellu f'Malta fit-30 ta' Novembru 2017 bil-għan \"to investigate alleged contraventions and maladministration in the application of Union Law in relation to money laundering, tax avoidance and tax evasion\";", "Billi r-Rapport imsemmi jelenka xejn inqas minn 13-il rakkomandazzjoni, fosthom:", "1. li l-Kummissjoni Ewropea tara jekk l-awtoritajiet Maltin humiex jimplimentaw kif suppost id-direttivi tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' due diligence;", "2. li l-Awtorità Bankarja tal-Unjoni Ewropea tara jekk il-Malta Financial Services Authority għandhiex kunflitti ta' interess fil-qadi ta' dmirijietha;", "3. li l-Awtorità Bankarja tal-Unjoni Ewropea tara jekk il-Malta Financial Services Authority hijiex taqdi l-obbligi tagħha bħala regolatur in vista tan-nuqqas ta' azzjoni kontra l-Bank Pilatus u Nexia BT u kif dawn għad għandhom liċenzja biex joperaw fl-Unjoni Ewropea;", "4. li l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jinvestigaw jekk il-Bank Pilatus għandux jibqa' jkollu liċenzja biex jopera fl-Unjoni Ewropea u jekk dawn għandhomx jintervjenu;", "5. li l-Kummissjoni Ewropea trid tieħu nota tat-theddid li l-Bank Pilatus u d-ditta Henley & Partners għamlu lill-midja Maltija biex jagħlqu ħalq il-ġurnaliżmu Malti u kif dawn it-theddid ta' kawżi, li mhuma xejn għajr kawżi magħrufa bħala SLAPP, imorru kontra l-libertà tal-espressjoni;", "6. li l-Kummissjoni Ewropea trid tanalizza l-impatt u l-implikazzjoni tal-programm ta' bejgħ ta' ċittadinanza Maltija u kif dan qed jiffomenta l-korruzzjoni, l-importazzjoni tal-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus;", "7. li dawk l-uffiċjali pubbliċi Maltin li huma implikati f'attività ta' korruzzjoni u ħasil tal-flus b'riżultat ta' dak li ħareġ mill-Panama Papers u diversi rapporti tal-FIAU għandhom jitneħħew mill-kariga tagħhom u jinġiebu quddiem il-ġustizzja mill-iktar fis, għax fin-nuqqas qed tkompli tiżdied il-perċezzjoni ta' impunità u ssir iktar ħsara lill-interessi tal-Istat;", "8. li hemm bżonn ħafna xogħol biex jiżdiedu ċ-checks and balances fil-liġijiet Maltin sabiex jiġi limitat l-indħil tal-Prim Ministru sija fil-Ġudikatura u l-mezzi tax-xandir;", "9. li l-kariga tal-Avukat Ġenerali jeħtieġ tkun riformata biex jinfired ir-rwol ta' Prosekutur minn dak ta' konsulent legali tal-Gvern;", "10. li l-Kummissarju tal-Pulizija ma jibqax jinħatar mill-Prim Ministru;", "11. li tissaħħaħ il-liġi tal-Whistleblower u biex is-Sur Jonathan Ferris, eks impjegat tal-FIAU, jingħata iktar protezzjoni sija mill-Pulizija u sija mil-Liġi tal-Whistleblower;", "12. li l-Gvern għandu jżid qatigħ it-trasparenza fil-pubblikazzjoni tal-ismijiet taċ-ċittadini Maltin ġodda taħt l-IIP;", "13. li l-Gvern għandu jżid bis-saħħa u bis-serjetà l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jiżdiedu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni kontra d-delitti finanzjarji u l-korruzzjoni;", "14. li għandu jkun hemm investigazzjoni dwar ix-xiri ta' voti qabel l-elezzjoni ġenerali permezz ta' ingaġġ ta' impjegati mal-Gvern, ħruġ ta' permessi u promotions fl-Armata.", "Billi dawn ir-rakkmandazzjonijiet huma ta' gravità u serjetà bla ebda preċedent kontra Malta u jolqtu mill-viċin immens is-saltna tad-dritt f'Malta;", "Billi dan ir-Rapport u r-Rakkmandazzjonijiet tiegħu jolqtu fil-laħam il-ħaj id-dehra ta' Malta barra minn xtutna bi ħsara kbira fuq medda ta' żmien għall-impjiegi tal-Maltin u Għawdxin onesti, ta' rieda tajba, ħawtiela u għaqlin;", "Billi sija r-Rapport u r-Rakkmandazzjonijiet tiegħu mhuma xejn ħlief daqqa ta' ħarta kbira u theddida gravi għall-ħidma ta' eluf ta' professjonisti u ħaddiema Maltin u Għawdxin li fl-aħħar snin ħadmu bl-għaraq ta' ġbinhom biex bnejna qasam ta' servizzi finanzjarji b'reputazzjoni impekkabbli, attraenti, u kalamita għall-investiment li ħoloq eluf ta' impjiegi f'pajjiżna;", "Billi issa hu ċar iktar minn qatt qabel li l-inerzja tal-awtoritajiet Maltin li jinvestigaw persuni Maltin esposti politikament fuq korruzzjoni u ħasil ta' flus minn meta ħarġu l-Panama Papers 'l hawn, jekk mhux ukoll kompliċità attiva biex tinħeba kull traċċa ta' delitti finanzjarji, qed tkun ta' dannu kbir u irrimedjabbli għall-interessi tal-Istat Malti, speċjalment fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-eluf ta' impjiegi li jħaddan;", "Għalhekk din il-Kamra tirriżolvi li:", "hu fl-interess nazzjonali tagħna lkoll li din il-Kamra tiddiskuti, tanalizza, teżiġi u tirriżolvi favur li dawn ir-Rakkmandazzjonijiet tar-Rapport imsemmi jkunu implimentati mill-Gvern sa żmien qasir u definit.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, f'isem in-naħa tal-Gvern qed inressaq emenda għall-mozzjoni moqrija mill-Onor.", "Għaldaqstant, qed nipproponi li:", "Jitneħħa l-kliem minn \"Billi r-rapport imsemmi jelenka xejn inqas\" sal-kliem \"tar-Rapport imsemmi jkunu implimentati mill-Gvern sa żmien qasir u definit.\",", "U minflok jidħol is-segwenti:", "\"Billi r-Rapport għamel diversi rakkmandazzjonijiet lill-Gvern ta' Malta;", "U billi l-Gvern ta' Malta filwaqt li wieġeb għall-imsemmi rapport u għar-rakkmandazzjonijiet li saru fih mill-ewwel għamilha ċara:", "Illi l-Gvern ta' Malta huwa miftuħ għad-diskussjoni dwar it-titjib fl-istituzzjonijiet u jilqa' rakkmandazzjonijiet li jistgħu jkomplu jsaħħu l-governanza, fosthom rakkmmandazzjonijiet li diġà twettqu jew bdew jitwettqu.", "Illi l-Gvern, qabel l-imsemmi rapport, kien diġà wettaq, kompla jwettaq u qed iwettaq numru ta' bidliet.", "Fost dawn hemm id-dħul fis-seħħ u l-implimentazzjoni tar-Raba' Direttiva Kontra l-Money Laundering kif ukoll titjib u tisħiħ tal-Malta Financial Services Authority.", "Illi l-Gvern daħħal fis-seħħ liġijiet favur it-tisħiħ tal-libertà ġurnalistika, it-tneħħija tal-libell kriminali u anke miżuri anti-SLAPP fuq livell lokali.", "Il-Gvern huwa wkoll favur liġi Ewropea anti-SLAPP li tkun enforzabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.", "Illi tinnota wkoll li l-Kummissjoni Ewropea diġà analizzat il-programm ta' Ċittadinanza b'Investiment ta' Malta.", "Kif ukoll tinnota li issa l-Kummissjoni Ewropea għaddejja b'xogħol ta' analiżi ta' xejn anqas minn programmi simili fi 12-il pajjiż Membru Stat tal-Unjoni Ewropea, f'liema analiżi Malta kkoperat bis-sħiħ f'ġieħ it-trasparenza.", "Illi tfakkar li kull allegazzjoni qed tiġi investigata u fil-fatt hemm għaddejjin proċessi ġudizzjarji li nfetħu minn membri ta' din il-Kamra.", "Liema inkjesti għandhom jitħallew isiru b'sens ta' ġustizzja u mhux, kif hawn min qed jipprova jagħmel, idawwarhom f'ballun politiku.", "Tinnota wkoll li diversament mil-liġijiet ta' xi pajjiżi oħra Ewropej tippermetti anke liċ-ċittadin privat illi jitlob direttament li Maġistrat jiftaħ inkjesta;", "Tinnota wkoll kif diversament milli sar fl-istorja tal-Ġudikatura Maltija, għall-ewwel darba mill-2016 lil hawn l-Eżekuttiv jimxi fuq parir ta' kumitat imwaqqaf bil-Kostituzzjoni u magħmul mill-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali u l-President tal-Kamra tal-Avukati.", "Dan għall-ewwel darba qed idaħħal checks and balances aħjar sabiex tiġi limitata d-diskrezzjoni tal-politiku fil-Ġudikatura.", "Tinnota wkoll li bdew isiru u se jibqgħu jiġu mtejba u msaħħa istituzzjonijiet li minn dejjem kienu rispettati bħall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, kif ġie rikonoxxut mill-aħħar rapport tal-GRECO, u anke l-Korp tal-Pulizija.", "Liema istituzzjonijiet jixirqilhom kull tifħir għall-ħidma sfiqa tagħhom.", "Illi tinnota li fost l-ewwel miżuri ta' dan il-Gvern kienet id-dħul fis-seħħ ta' Whistleblower Act kif ukoll it-tneħħija ta' preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni mwettqa mill-politiċi; ta' min jieħu konjizzjoni li Malta hija fost ammont żgħir ħafna ta' Membri Stati tal-Unjoni Ewropea illi għandhom liġi tal-Whistleblower.", "Illi l-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment għaddej minn proċess ta' konsultazzjoni biex jissaħħaħ.", "U li l-programm ta' Malta huwa fost l-uniċi li jippubblika l-ismijiet ta' min jieħu ċittadinanza Maltija; permezz ta' dan il-programm li wassal għal Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali li bis-saħħa tiegħu qed isiru diversi proġetti ta' fejda għal pajjiżna.", "Illi l-Ministeru tal-Finanzi nieda strateġija kontra Money Laundering u ffinanzjar ta' terroriżmu filwaqt li qed ikompli jsaħħaħ il-ġlieda kontra reati ekonomiċi oħra billi waqqaf kumitat nazzjonali ta' kordinament kontra Money Laundering u Iffinanzjar ta' Terroriżmu.", "Dan il-programm jinvolvi 'l fuq minn 50 inizjattiva li għandhom jiġu implimentati fuq tliet snin.", "Illi din il-mozzjoni tinnota wkoll li rapport tal-OSCE li analizza l-elezzjoni ġenerali f'Malta ma wasal għall-ebda konklużjoni li kien hemm xi prattiċi skorretti.", "Dan filwaqt li għall-ewwel darba ddaħħlet fis-seħħ Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti.", "Din il-mozzjoni tinnota wkoll ir-riżultati u l-avvanzi fil-qasam tal-Ġustizzja kif elenkati bl-iktar mod sod fil-Justice Scoreboard ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea, tant li pajjiżna ġie fl-ewwel post fl-Unjoni Ewropea kollha fejn tidħol il-clearance rate fil-kamp ċivili, amministrattiv u kummerċjali.", "Illi din il-Kamra tesprimi t-tħassib tagħha għall-fatt illi uħud mir-rakkmandazzjonijiet fir-rapport ma kinux se jservu l-iskop li jtejbu l-governanza billi huma bbażati fuq premessi u rapporti li jonqsu milli jagħtu stampa vera tal-Gvern u tal-istituzzjonijiet f'Malta.", "Għalhekk l-għan ewlieni tal-Gvern hu li jkompli għaddej bi djalogu kostruttiv mal-istituzzjonijiet Ewropej sabiex flimkien isir xogħol għal Malta aħjar;", "Għalhekk din il-Kamra tirriżolvi:", "Illi tagħti l-appoġġ kollu lill-Gvern biex ikompli fil-proċess meqjus u miftuħ ta' riformi tas-sistemi legali u kostituzzjonali ta' Malta u fil-proċess ta' djalogu kostruttiv kemm f'Malta kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Parlament Ewropew u ma' diversi organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.", "Dan minħabba li d-demokrazija f'pajjiżna hija ħajja u wieħed irid jibqa' jaħdem dejjem favur it-tisħiħ tagħha.", "Illi tappoġġja t-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt b'mod illi l-Ġudikatura titħalla tkompli l-inkjesti li qiegħda twettaq mingħajr ma tiġi soġġetta għal pressjonijiet mhux xierqa u għal attakki intiżi biex joskuraw l-integrità tagħha, dan għax min jemmen fis-Saltna tad-Dritt tassew għandu jħalli l-istituzzjonijiet ġudizzjarji jaħdmu fil-libertà sabiex issir ġustizzja, mingħajr pressjoni minn min irid jipprova jinfluwenza l-kors tal-ġustizzja.", "Tħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli jiddefendi l-interess nazzjonali u l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu fil-ħidma tiegħu.\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, u allura sa nofsinhar, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, kif jaf kulħadd mhux normali li l-Parlament jiltaqa' l-Ħamis.", "Qed jiltaqa' l-Ħamis b'eċċezzjoni fuq talba tal-Oppożizzjoni li talbet din is-seduta biex niddiskutu rapport dwar Malta li ħareġ mill-Parlament Ewropew.", "Il-fatt minnu nnifsu li din hija seduta mitluba mill-Oppożizzjoni minflok mill-Gvern diġà għandu jitlobna nirriflettu.", "Għalfejn fuq rapport bħal dan kellha tkun l-Oppożizzjoni li titlob li niddiskutuh?", "Li kien għall-Gvern, dan ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar pajjiżna li ħareġ fil-11 ta' Jannar li għadda lanqas biss iddiskutejnieh f'din il-Kamra.", "Kellha tkun l-Oppożizzjoni li titlob għal dan, għax minn meta ħareġ dan ir-rapport għaddew kważi ħames xhur.", "Mhuwiex soltu li l-Parlament Ewropew jagħmel rapport dwar pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li jkun kritiku daqskemm hu kritiku dwar pajjiżna dan ir-rapport.", "Taqbel jew ma taqbilx ma' dan ir-rapport, bħala minimu għandek tieqaf taħseb u tgħid: Għalfejn istituzzjoni daqshekk importanti qiegħda titkellem b'dan il-mod fuq Malta?", "X'hemm ħażin?", "Ejjew nirriflettu tassew minflok ma ndaħħlu rasna fir-ramel daqslikieku m'hemm xejn, kif qed tipprova tagħmel in-naħa tal-Gvern bl-emenda proposta għal din il-mozzjoni, li jien smajtha issa għall-ewwel darba, li tibdel kompletament din il-mozzjoni u ġġibha tinqara daqslikieku f'pajjiżna mhu qed jiġri assolutament xejn fuq dan is-suġġett.", "Sur President, mhuwiex soltu li l-Unjoni Ewropea tieħu passi fil-konfront ta' pajjiżi membri tagħha.", "Kif jaf kulħadd, hemm 28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea fejn għandu x'jaqsam mal-kamp tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt, jiġifieri li l-istituzzjonijiet f'dak il-pajjiż jiffunzjonaw.", "Fost l-eċċezzjonijiet hemm il-Polonja, li fil-każ tagħha l-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri taħt artiklu 7 tat-Trattat, li hija l-ewwel darba li ġrat.", "Meta dan iseħħ tkun qiegħed tagħfas litteralment in-nuclear button fil-konfront ta' pajjiż membru li jista' jispiċċa minn membru u saħansitra jitlef ċerti drittjiet bħala membru.", "Il-Kummissjoni ħadet interess attiv fil-konfront ta' pajjiżi oħra bħall-Ungerija, ir-Rumanija u issa anke pajjiżna.", "Erba' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, inkluż pajjiżna, li dwarhom qed iqumu mistoqsijiet dwar jekk l-affarijiet humiex sejrin sew jew le.", "Minnu nnifsu, dan għandu jġegħilna naħsbu, nirriflettu u nkunu onesti magħna nfusna, għax huwa faċli li xi ħadd iqum u l-verità jaqlibha rasha 'l isfel u saqajha 'l fuq!", "Dik hija l-iktar ħaġa faċli, imma b'daqshekk ma tkunx qed issolvi l-problema.", "Biex issolvi l-problema, l-ewwel trid tirrikonoxxi li teżisti.", "Il-Gvern, anke bl-emendi tiegħu, qiegħed imeri s-sewwa magħruf u jdaħħal rasu fir-ramel daqslikieku mhu qed jiġri xejn, daqslikieku dan ir-rapport hu xi ħmerija jew invenzjoni, però mhuwiex, għax huwa bbażat fuq il-verità tal-fatti.", "Dan ir-rapport fih 13-il rakkmandazzjoni li kieku kelli nagħsarhom, kont nagħsarhom fi tnejn, li huma dawn.", "L-ewwel nett, il-ġustizzja.", "Dan ir-rapport qed jgħid li għandha ssir ġustizzja fuq il-każ ewlieni ta' korruzzjoni li jinvolvi liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u lill-Ministru Konrad Mizzi.", "Dan ir-rapport qiegħed jgħid: Ħudu passi fil-konfront tagħhom.", "Qiegħed jitlob lill-Prim Ministru jwarrab lil dawn it-tnejn u jressaqhom għall-ġustizzja, għax jekk ma jagħmilx hekk – qed jgħid ir-rapport – se ssir ħsara kbira lil pajjiżna, għax pajjiżna jkun qiegħed jibgħat messaġġ li hawn Malta hawn kultura ta' impunità, jiġifieri li tista' tikser il-liġi u ma jiġri xejn, sakemm tkun qiegħed hemm fuq.", "Ara jekk tkun ċittadin komuni, jarrestawk mill-ewwel u jressquk il-Qorti, u jekk ħaqqek hekk għandu jsir, imma jekk tkun iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jew il-Ministru Konrad Mizzi, ma jitteħdux passi kontrik.", "Dak huwa ħażin, għax il-liġi qiegħda hemm għal kulħadd.", "Hekk jgħidu l-Qrati fl-Italja, u wara kull imħallef hemm dan il-motto, din l-għajta għall-ġustizzja, li suppost iħaddan kull min jemmen fil-ġustizzja.", "Dan li għadni kif spjegajt nixtieq naqrah, biex ħadd ma jaħseb li qed nesaġera.", "Ir-rapport f'paġna 29.1 jitkellem dwar x'passi qiegħed jitlob li tieħu Malta, u jgħid hekk:", "Min huma l-persuni li nqabdu fil-Panama Papers?", "Sempliċi!", "Issa r-rapport qed jgħid li dawn għandhom jitneħħew u jitressqu għall-ġustizzja \"as swiftly as possible\".", "Ir-rapport ikompli hekk:", "Jekk iżommuhom hemm se taffettwaw ħażin il-kredibilità tal-Gvern.", "Qed jgħid li jekk tħalluhom hemm se żżidu l-impressjoni li diġà hawn, li f'Malta hawn l-impunità.", "Dawn jistgħu jagħmlu li jridu għax ħadd ma jieħu passi kontrihom, u din se tagħmel ħsara akbar lill-pajjiż.", "Terġa', jista' jkun li dawn għadhom għaddejjin bl-allegat reati kriminali tagħhom!", "Meta naqra dan il-paragrafu ngħid: Hemm bżonn li jgħidhielna l-Parlament Ewropew din?", "Hemm bżonn li l-Oppożizzjoni tgħidha lill-Gvern?", "Il-Gvern mhuwiex kapaċi jirrealizza waħdu li jekk mhux se jneħħi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi u jressaqhom il-Qorti, wara investigazzjoni tal-Pulizija li qatt ma saret, ikun qiegħed jagħmel ħsara kbira lill-interess tal-pajjiż?", "Il-Gvern fl-emenda qiegħed jgħid li hu qed jimbotta l-interess tal-pajjiż, meta fil-verità qiegħed ikisser l-interess nazzjonali, għax din hi l-impressjoni li qed nibagħtu!", "Irrid nagħmilha ċara li m'għandux ikollna bżonn l-istituzzjoni Ewropea tgħidilna biex nagħmlu dak li huwa ovvju.", "Dak hu l-ewwel punt tiegħi.", "It-tieni punt, kieku kelli nagħsar dan ir-rapport u t-13-il rakkmandazzjoni tiegħu, huwa li l-istituzzjonijiet f'pajjiżna mhux qegħdin jiffunzjonaw kif suppost.", "Huwa veru li hemm l-istituzzjonijiet.", "M'għandix dubju li kelliem wara l-ieħor tal-Gvern se joqogħdu jgħidulna bl-istituzzjonijiet li għamlu, għax dawn huma professuri biex jiftħu aġenziji, entitajiet u istituzzjonijiet ġodda, imma l-punt mhuwiex li jkun hemm l-istituzzjonijiet.", "Il-punt hu li l-istituzzjonijiet jieħdu l-passi meta xi Keith Schembri jew xi Konrad Mizzi jinqabdu b'kumpanija fil-Panama ħalli jgħaddu l-flus minnha!", "U hemm, l-istituzzjonijiet ma ħadmux!", "Ma ħadimx il-Korp tal-Pulizija, m'għamilx xogħlu l-Avukat Ġenerali, u l-FIAU baqgħet ma qaltilniex jekk ir-rapport dwar Konrad Mizzi spiċċatux jew le.", "Għall-inqas għidilna, għax huwa fl-interess pubbliku li nkunu nafu jekk rapport ta' investigazzjoni tal-FIAU li ġie mibdi sentejn ilu spiċċax jew le, intbagħatx għand il-pulizija jew le, itteħdux passi jew le.", "Li nafu dwar l-FIAU huwa dak li ġie leaked.", "U jien ngħid: Imnalla ġie leaked, għax kieku dawn kienu jaħbulna l-fatt li nies bħal Keith Schembri nqabad jieħu l-flus minn fuq il-passaporti.", "Imnalla ħarġu dawn ir-rapporti, għax kieku dawn l-affarijiet kienu jibqgħu moħbija, u minflok jieħdu passi kontra min kixef.", "Qed ngħid imnalla, għax kieku ma sarx hekk, il-pubbliku ma kien ikun jaf xejn.", "Riedu jaħbu dak li qiegħed isir ħażin, meta suppost għandek tikxfu biex il-ġustizzja tkun tista' ssir.", "Mela dawn huma ż-żewġ rakkmandazzjonijiet ewlenin, li jekk mhux se jittieħdu passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi se ssir ħsara kbira lil Malta, u li l-istituzzjonijiet mhux qed jiffunzjonaw kif suppost.", "Mhux billi jkollok l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet fil-pajjiż, imma jridu jaħdmu, u jridu jaħdmu l-aktar fil-konfront ta' min għandu l-iktar poter, għax inkella niġu bi stat li ma jiffunzjonax sew.", "X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern?", "Ir-reazzjoni tal-Gvern kienet li m'għamel assolutament xejn!", "Fil-fatt għaddew kważi ħames xhur u ma tteħdux passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Jidher ċar li l-Prim Ministru ma jridx – jien se nżid oħra, ħalli nkun ċar u skjett f'dak li qiegħed ngħid, Sur President – jew m'għandux l-awtorità politika u morali li jneħħi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Tafu għalfejn?", "Għax jekk ineħħi lilhom ikollu jinżel hu!", "Dik hi l-kwestjoni kollha!", "Dawn inqabdu; hemm allegazzjonijiet kbar li għamlu reat kriminali, imma l-Prim Ministru żammhom hemm u daħal f'morsa, għax issa għaddew sentejn, tgerbeb magħhom u tilef kull awtorità li jkeċċihom.", "Mela mhux ta' b'xejn li l-Prim Ministru mhux qed jieħu azzjoni fil-konfront ta' Ministri oħra!", "Sirna nafu li hemm Ministru li siefer mit-taxxi tagħna, Alla jbierek fil-weekend.", "Dan meta kulħadd jaf li fil-weekend ma jsirux laqgħat tal-gvernijiet, ħlief f'każ ta' xi konferenza eċċezzjonali.", "Dan mar Monaco, fejn qed issir il-grand prix!", "Hu qal li m' attendiex għall-grand prix.", "Ħasibna imbeċilli?!", "F'Monaco m'għandekx għalfejn tattendi għall-grand prix, għax toħroġ fil-gallarija tal-hotel, speċjalment jekk tkun ħallast €11,000 għal tlett jiem, u tkun qiegħed tattendi l-grand prix.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ħaseb li se jgħaddina minn għajn il-labra l-Ministru Chris Cardona?", "Dażgur li ma jeħux passi kontra Chris Cardona l-Prim Ministru!", "Ma jistax, għax fuq Keith Schembri u Konrad Mizzi ma ħax passi, allura tilef kull awtorità morali, u jien ngħid politika.", "Il-Prim Ministru seta' kien parti mis-soluzzjoni sentejn ilu, u kieku ħa passi mill-ewwel jien kont inkun l-ewwel wieħed li naqlagħlu l-kappell u ngħidlu: Prosit, ħriġt ta' raġel.", "Issa għaddew sentejn u m'għamel xejn apposta, u jien ngħid li issa sar kompliċi magħhom.", "Minflok parti mis-soluzzjoni l-Prim Ministru sar parti mill-problema!", "Ir-reazzjoni tal-Gvern kienet dik li m'għamel xejn.", "Qed jagħmel iktar il-Gvern, għax qed jgħid li din hija ħsara li qed tagħmel l-Oppożizzjoni, li qed jagħmel Simon Busuttil u li jagħmlu ċerti ġurnalisti bħal Daphne Caruana Galizia, li issa spiċċat inqatlet.", "Dawn kollha skużi.", "M'għandix dubju li kelliem wara ieħor tal-Gvern tgħidx kemm se jgħidulna li dan ir-rapport sar fuq talba tagħna u li aħna qed nagħmlu l-ħsara.", "M'għandix dubju li se jgħidu hekk, però nixtieq li n-nies li se jisimgħu lill-kelliema tal-Gvern jirriflettu.", "Din qisha sitwazzjoni fejn xi ħadd ikun daħal fid-dar tiegħek biex jisraq, inti qbadtu, rajtu b'għajnejk u mort tagħmel rapport għand il-Pulizija.", "Għax dan ix-xi ħadd jaf lil xi ħadd fil-gvern, jaf lil xi ministru, jew hu tal-klikka, ma jeħdux passi kontrih u l-istorja jdawruha kontrik u jgħidu li inti qed tagħmel il-ħsara għax trid li jittieħdu passi kontra dak il-ħalliel.", "Skużi, mela n-nies injoranti?", "Min qiegħed jagħmel il-ħsara?", "Min irid li jittieħdu passi fuq korruzzjoni jew min wettaq il-korruzzjoni?!", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħiduli li qed nigdeb; ma nafx min qalha!", "MR SPEAKER: Ma rridx kummenti, jekk jogħġobkom.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, skont ir-rulings tiegħek dan huwa każ ta' point of order.", "Fir-rulings tiegħek inti għedt li meta xi ħadd juża kliem dispreġjattiv fil-konfront ta' ħaddieħor, ikun każ ta' point of order.", "L-ISPEAKER: Għidtilkom li m'hemmx kummenti.", "M'għandekx għalfejn tiddibatti fuqha.", "Għandek l-ordni, tista' tkompli titkellem.", "SIMON BUSUTTIL: L-ordni tiegħek diġà nkisret, Sur President.", "Minflok ma qiegħed tiddiskuti miegħi, imissek għedt lill-Onor.", "Membru li l-kelma \"qed jigdeb\" hija kelma żbaljata.", "Hekk imissek għedt, Sur President, għax il-ġustizzja trid issir b'mod ugwali ma' kulħadd.", "L-ISPEAKER: U hekk se jsir.", "Kompli bid-diskussjoni.", "SIMON BUSUTTIL: Missek tlabtu jirtiraha dik il-kelma, meta qal \"qed jigdeb\".", "L-ISPEAKER: Onorevoli, issa meta titkellem inti, għid għalfejn mhux qiegħed jgħid il-fatti eżatti.", "Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. Busuttil.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, qed jgħidu … Smajtu lill-Onor.", "Glenn Bedingfield jgħid li qed nigdeb?", "L-ISPEAKER: Ma tkunx kelma parlamentari jekk jgħidlek li inti giddieb, imma ma qalhiex.", "Tista' tkompli.", "SIMON BUSUTTIL: Alla jbierek, Sur President, veru qiegħed tagħtina protezzjoni!", "Qed tagħtina protezzjoni kbira!", "L-ISPEAKER: Ir-rulings qegħdin ċari.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, ħalli ngħidlek jekk hux qed ngħid il-verità jien.", "Ftit iktar minn xahar ilu, bħala parti minn The Daphne Project ħarġet email li tikxef il-pjan li kellhom biex jieħdu €150,000 fix-xahar.", "Jekk din ħarġet, mhux talli mhijiex gidba, talli hija l-verità.", "Jien tlabt li ssir inkjesta u l-qorti qaltli li hemm inkjesta miftuħa u dehrilha li dik l-inkjesta għandha ssir f'waħda.", "Jien qed ninsisti li ssir inkjesta, imma taf x'inhi r-risposta tal-Gvern?", "Ħalli ngħidlek, u nagħlaq biha.", "Ir-risposta tal-Gvern hi li ma jridx li tibda l-inkjesta biex jiġi investigat dan l-iskandlu ta' Panama Papers.", "Allura kif tiġu hawnhekk illum u tgħidu: \"Hemm l-inkjesti l-Qorti, ħalluhom għaddejjin?\".", "Għax ma triduhomx isiru!", "Mela l-Prim Ministru tilef kull awtorità morali u politika li jieħu l-passi.", "Allura l-appell tiegħi hu li ladarba l-Prim Ministru tilef dik l-awtorità, id-deputati tan-naħa l-oħra tal-Gvern iridu jħarsu lejn l-interess nazzjonali u jaraw eżattament għalfejn sar dan ir-rapport u għalfejn il-membri tal-Parlament Ewropew immexxija minn Deputat mhux min-naħa tagħna imma min-naħa tagħkom, għamlu dan ir-rapport u llum se jerġgħu jiġu b'delegazzjoni - għax ma sar xejn - ħalli jirriflettu fuq x'inhu tassew l-interess nazzjonali.", "Hawnhekk hawn konflitt bejn l-interess personali tal-Prim Ministru, ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi u l-interess nazzjonali.", "Għalhekk jien nitlob lil kulħadd f'din il-Kamra biex jivvota favur l-interess nazzjonali.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sur President, l-interess nazzjonali tipproteġih bil-fatti u mhux b'aġir kundanabbli.", "L-interess nazzjonali tibża' għalih u tħarsu meta fil-mument tal-prova taġixxi b'mod li tagħmel lil kull Malti u Maltija kburin bid-deċiżjonijiet li tkun ħadt.", "Forsi kultant ninsew li aħna pajjiż żagħżugħ, għax pajjiżna sar indipendenti fl-1964 – hawn min għadu jiftakar il-ġurnata tal-Indipendenza qisha lbieraħ – u kiseb ħelsien sħiħ fl-1979.", "Fil-fatt, hawn sezzjonijiet kbar tal-popolazzjoni Maltija li għadhom jiftakru l-avvenimenti meta telqu l-aħħar forzi navali Brittaniċi.", "Qed ngħid dan kollu għax id-diskussjoni li għandna llum hija dwar it-tessut ta' pajjiżna, dwar dak li jagħmel lil pajjiżna.", "Aħna nafu wkoll li pajjiżna ftit tas-snin ilu, fl-2003 jew fl-2004, ħa d-deċiżjoni li jidħol fl-Unjoni Ewropea u jsir membru sħiħ tagħha.", "Issa meta dħalna fl-Unjoni Ewropea, ma ftaħniex il-bieb u dħalna, imma qgħadna għall-iskrutinju tat-tessut legali, soċjali, kulturali u ekonomikiu ta' pajjiżna.", "Mela meta dħalna membri tal-Unjoni Ewropea, din studjat fid-dettall lil pajjiżna u qalet fejn għandu jirranġa u fejn hu tajjeb, u fejn dehrilha għamlet id-derogi.", "Mela pajjiżna huwa pajjiż li twieled ftit tas-snin ilu, ħa rajh f'idejh ftit tas-snin ilu, u daħal fl-Unjoni Ewropea ftit tas-snin ilu wara li sar skrutinju mill-Unjoni Ewropea li studjat bħala pajjiż x'affarijiet għandna tajbin u x'affarijiet irridu nikkoreġu.", "Ħames snin ilu l-poplu ħa d-deċiżjoni b'saħħitha li jtella' partit ġdid fil-gvern, il-Partit Laburista, wara 25 sena prattikament mhux interrotti - neħħi xi ftit xhur - ta' tmexxija minn Gvern Nazzjonalista.", "Jien m'iniex se niġi hawn u ngħid li l-Partit Nazzjonalista għamel kollox ħażin u l-Partit Laburista jagħmel kollox tajjeb.", "Dik in-narrativa naħseb li m'għadha tappella lil ħadd fid-dinja tal-lum, però rrid ngħid li ħames snin ilu ġiet immarkata bidla għall-aħjar fid-direzzjoni, għax wara x-xogħol li sar mill-Partit Nazzjonalista biex dan il-pajjiż jitlaq jimxi fl-ewwel jiem wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Partit Laburista ta impetu ta' enerġija ġdida.", "Biżżejjed tara l-ammont rekord ta' liġjiet li ngħaddu minn dan il-Parlament, li hu impetu ġdid biex dan il-pajjiż ikompli jmexxi 'l quddiem ħafna affarijiet li kienu ġew posposti speċjalment lejn l-aħħar tal-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Fil-bidu sar xogħol tajjeb, però lejn l-aħħar kien hemm inertia kbira, kien hemm nuqqas ta' enerġija.", "Dawk l-affarijiet li kienu ilhom jiġu posposti, dan il-Gvern beda jwettaqhom mill-ewwel matul l-aħħar ħames snin.", "Issa għandna pajjiż fejn filwaqt li ħames snin ilu l-ġudikant kien jaħtru l-Prim Ministru jew il-Ministru, illum għandna sistema fejn qabel ma jinħatar ġudikant, irid jgħaddi minn skrutinju ta' nies kompletament indipendenti li jistgħu jgħidu iva u jistgħu jgħidu le.", "Fil-fatt, meta l-kumitat qal \"le\", dan il-Gvern irrispetta dik il-fehma.", "Aħna ġejna bħall-kumplament tal-Ewropa f'oqsma li għal ħafna snin konna qegħdin lura fihom.", "Biex inġib eżempju ieħor se nsemmi l-kwestjoni tal-libell kriminali.", "Għal ħafna snin kien hawn dibattitu dwar il-bżonn li l-libell kriminali kontra l-ġurnalisti jispiċċa, u dan il-Gvern, għax għandu enerġija ġdida, se jkompli jtejjeb fuq it-tajjeb li sar minn ta' qabilna, jirranġa l-ħażin u jieħu deċiżjonijiet li setgħu ma tteħdux.", "Aħna ħadna din id-deċiżjoni biex inneħħu l-libell kriminali.", "Biex nispjega l-bidliet li wettaqna se nġib it-tielet eżempju u se nsemmi l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.", "Għal ħafna snin kulħadd kien jistaqsina meta se ndaħħlu l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti bħalma hemm barra minn Malta u bħalma hemm fl-Ewropa u aħna daħħalnieha.", "Jekk tippermettuli, insemmi eżempju ieħor.", "Barra minn Malta, il-presidenti ta' awtoritajiet regolatorji normalment jidhru quddiem il-Parlament, imma f'Malta ma kellniex din is-sistema.", "Għalhekk daħħalnieha biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem u biex fejn mhuwiex tajjeb daqs l-istandards Ewropej fejn jidħlu governanza, tidħol demokrazija u s-saltna tad-dritt, insiru tajbin daqs il-pajjiżi Ewropej jew aħjar.", "Issa meta tapplika dawn l-istandards, naturalment ikun hemm il-kontroversji.", "Pereżempju, meta għamilna l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, kien hemm il-kontroversja tal-Partit Laburista u d-DB Group, imma l-fatt li kien hemm kontroversja jfisser li l-liġi kienet effikaċi u għamlet differenza, għax kieku m'hemmx dik il-liġi, lanqas biss kien ikun hemm dik il-kontroversja.", "Kontroversji se jkun hemm fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, imma l-importanti hu li l-istrutturi u l-istituzzjonijiet jitħallew jaħdmu.", "Biex forsi nispjega ruħi aħjar, l-Onor.", "Simon Busuttil ftit ilu ġab l-eżempju li jidħollok ħalliel u meta tmur l-għassa l-pulizija tiddeċiedi li ma tinvestigax għax il-ħalliel jinzerta jkun jaf l-ogħla awtoritajiet.", "Jien naħseb li hawnhekk ma kienx qiegħed iġib eżempju korrett.", "Għandna każ fejn min qiegħed jgħid ħaġa u min qed jgħid oħra, imma l-awtoritajiet qed jagħmlu l-investigazzjonijet.", "Issa wieħed jista' jgħid li l-investigazzjoni qed iddum u jien stess nappella lill-membri tal-ġudikatura, li nifhem li l-investigazzjonijiet li għandhom huma diffiċli, jirrikjedu attenzjoni u jirrikjedu xogħol mhux biss tajjeb imma perfett – il-membri tal-ġudikatura jridu jagħmlu biċċa xogħol kbira u verament diffiċli, u nifhem li jridu jagħmlu xogħolhom sew, bi prudenza, u bl-aħjar mod – imma nappellalhom biex l-inkjesti li hemm għaddejjin jiġu konklużi malajr kemm jista' jkun, għax jekk idumu biex jiġu konklużi, ikun hemm min jgħid li l-awtoritajiet mhumiex jinvestigaw.", "Filwaqt li mhuwiex veru li mhumiex jinvestigaw, għax kull allegazzjoni maġġura qed tiġi investigata mill-ġudikatura tagħna, jekk dawn idumu, dak li jkun jibda jaħseb li mhux qed issir investigazzjoni.", "Allura nerġa' nħeġġeġ lill-ġudikanti, li jagħmlu xogħol eċċezzjonali u nifhem ir-responsabbiltà kbira li hemm fuq spallejhom, biex ix-xogħol investigattiv jiġi konkluż malajr kemm jista' jkun.", "Irridu noqogħdu attenti, għax ir-responsabbiltà qiegħda fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Qiegħda fuqna bħala Gvern meta nagħmlu l-affarijiet u nieħdu d-deċiżjonijiet, però qiegħda fuq l-Oppożizzjoni meta tuża d-drittjiet kbar li tagħti l-liġi b'mod ħażin.", "Jekk l-Oppożizzjoni taqbad xibka u twaddabha fil-baħar bit-tama li taqbad ħuta, ma tistax tlum lil min m'għandux x'jaqsam ma' dik il-kwestjoni talli jagħmel użu mid-drittjiet tiegħu biex ma jinqabadx f'dik il-fishing expedition.", "L-Oppożizzjoni għandha r-responsabbiltà li jekk titlob investigazzjoni fuq xi ħadd, irid ikun xi ħadd li prima facie jkun hemm raġuni għalfejn issirlu investigazzjoni.", "Allura jien ma nippretendix minn avukat li jiġi hawn jikkritika lill-Prim Ministru għax qed jagħmel użu mid-drittijiet li għandu, meta ġie garbuljat ma nafx għal liema raġuni mill-Oppożizzjoni biex jagħmlu fishing expedition u jaraw liema ħuta jistgħu jkaxkru għal fuq il-blat.", "Tista' b'xi mod tlum lil xi ħadd talli juża d-drittjiet tiegħu?", "Mela din mhijiex saltna tad-dritt ukoll?", "Lili jdaħħkuni meta jgħidu li l-istituzzjonijiet f'pajjiżna ma jaħdmux.", "Irridu jiddeċiedu!", "L-FIAU għamlet rapporti, li ftit ilu għadhom kemm qalu li mnalla għamlithom għax ġew leaked u sirna nafu b'dak li ġara.", "Mela allura l-FIAU taħdem, għax kieku ma taħdimx, dawn ir-rapporti ma sarux u ma ġewx magħrufa mal-pubbliku.", "Tridu tiddeċiedu jekk l-FIAU ħadmitx jew le.", "Erġajna smajna kritika lejn l-Avukat Ġenerali, li issa naqset għax forsi qed jifhmu li l-poter li qed jgħidu li għandu fil-verità ma jeżistix, imma hija finzjoni li mbuttaw tan-naħa l-oħra.", "Allura qed naraw li fl-aħħar donnu wieħed qiegħed jifhem li l-FIAU ħadmet, l-Avukat Ġenerali wettaq xogħlu, u qed isiru l-investigazzjonijiet fuq kull claim maġġuri li saret.", "Intuża l-kliem \"mhux normali\" u \"parti mill-problema\".", "Jien nitlob lill-pubbliku li qiegħed jarana biex jikkonkludi hu x'mhuwiex normali u x'inhi parti mill-problema.", "Li jkun hawn dibattitu fil-pajjiż hija xi ħaġa importanti.", "Allaħares ma jkunx hemm dibattitu f'demokrazija!", "Li jkun hemm diskussjoni f'pajjiżna, anke jekk tkun qawwija, huwa importanti, u jekk jien l-ewwel wieħed nieħu deċiżjoni li mingħalija tkun tajba u tkun ħażina, nitlobkom tikkritikawni kemm tifilħu, għax dik hija d-demokrazija.", "Tkunu qegħdin tagħmlu l-ġid lil dan il-pajjiż jekk hawn ġew tikkritikaw fejn taħsbu li jien, l-ewwel wieħed, jew sħabi għamilna xi ħaġa li stajna nagħmluha aħjar.", "Dik hija d-demokrazija, imma li jien immur barra minn pajjiżna biex niftiehem ma' min forsi għandu interess, għal raġunijiet li jaf hu, li jsawwat lil pajjiżna u nlaqqa' l-barranin ma' parti biss tas-soċjetà Maltija, fejn allura jisimgħu qanpiena waħda biss, u nitma kompletament dak li naħseb li għandi nitma, il-konsegwenza tkun li jsiru stqarrijiet li jistgħu jipperikolaw il-postijiet tax-xogħol, mhux ta' sezzjoni waħda tal-poplu imma tal-poplu kollu, hi x'inhi l-fehma politika tagħhom, naħseb li hemmhekk ma nkunx qed nieħu ħsieb l-interess nazzjonali, imma nkun qed nagħmel xi ħaġa li mhijiex fl-interess nazzjonali.", "Sur President, nagħlaq billi nagħmel referenza għall-emenda għall-mozzjoni li ppreżenta l-Onor.", "Id-demokrazija tagħna hija demokrazija żagħżugħa, u bħal kull demokrazija żagħżugħa rridu nkomplu nsaħħuha u nmexxuha 'l quddiem.", "Lili qatt m'intom se tisimgħuni ngħid li d-demokrazija tagħna hija perfetta, jew li m'hemmx x'wieħed imexxi 'l quddiem u jirranġa.", "Fejn hemm bżonn li nirranġaw, intejbu u nsaħħu, u fejn hemm bżonn li dan isir bil-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra, lilna se ssibuna hemm biex dan isir, però f'dak kollu li nagħmlu u nwettqu rridu nżommu quddiem għajnejna li Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Simon Busuttil talli ngħatawli dawn il-ħames minuti, però nixtieq ngħid li naqbel mija fil-mija ma' kull ħsieb li esprima hawnhekk l-eks Kap tagħna l-Onor.", "Ftit tal-jiem ilu, jien u ġej Malta fuq il-vapur, iltqajt ma' ħabib tiegħi u staqsejtu jekk kellux bżonn lift.", "Fil-fatt, kien sejjer Mater Dei u tajtu lift u qgħadna nitkellmu, għax kellna xi tliet kwarti fil-karozza.", "Hu staqsieni kif jien sejjer fil-politika u għidtlu li sejjer tajjeb ħafna għax il-politika togħġobni, però jdejquni ħafna l-firda, il-mibegħda u l-insulti.", "Niftakar li ftit tal-jiem qabel kont għadni kemm smajt l-aġġornament tal-Onor.", "Therese Comodini Cachia proprju kontra l-mibegħda fuq Facebook u l-midja soċjali, u lill-ħabib tiegħi għedtlu li l-politika hija sabiħa, però nixtieq nagħti kontribut biex ikun hawn xi forma ta' rikonċiljazzjoni f'dan il-pajjiż.", "Il-ħabib tiegħi ħasadni, għax qalli: Jien injorant fil-politika, però kif jista' qatt ikun hemm rikonċiljazzjoni f'dan il-pajjiż jekk ġustizzja ma ssirx u ma tidhirx li qiegħda ssir?", "Therese Comodini Cachia li għandna naħdmu mal-partitarji tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista biex ikun hawn forma ta' rikonċiljazzjoni biex titnaqqas din il-mibegħda, però, kif qal dan il-ħabib tiegħi, ma jista' qatt ikollna rikonċiljazzjoni aħħarija jekk ma jkunx hawn ġustizzja f'dan il-pajjiż.", "Lili dan laqatni, għax is-soltu ma' din il-persuna ma nitkellimx fuq politika, emminni ngħidlek li lanqas naf jekk jivvotax lilna, jew lill-partit Laburista, jew lill-partiti l-oħrajn, u għalhekk napprezzah, għax nitkellmu fuq kollox mingħajr interessi partiġjani.", "Malli mort l-uffiċċju fittixt fuq google il-kliem \"reconciliation\" u \"justice\" biex nara x'inhi r-relazzjoni bejniethom u fl-ewwel tliet entries telgħet stqarrija tal-istampa tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini - biex niftiehmu, tista' ssejħilha l-Ministru tal-Affarijiet Barranin fuq livell tal-Unjoni Ewropea - li kienet qed tfakkar il-jum tal-ġustizzja kriminali internazzjonali fis-17 ta' Lulju 2017, fejn qalet li l-ġustizzja hija waħda mill-elementi prinċipali biex tintlaħaq ir-rikonċiljazzjoni u l-paċi sostenibbli, il-paċi aħħarija.", "Jiġifieri l-ħabib tiegħi mhuwiex injorant fil-politika, imma huwa għaref iktar minni, għax Federica Mogherini tatu raġun.", "Issa jien m'iniex nikkwota lil xi ħadd li ġej mill-partit politiku tiegħi, mill-Partit Popolari Ewropew, il-familja politika tagħna, imma qed nikkwota lil xi ħadd li ġej mill-familja Soċjalista Ewropea.", "Federica Mogherini hija Soċjalista Taljana, li hi proprju l-familja tal-Partit Laburista tal-kollegi li hawn quddiemi.", "Jien għandi ħbieb mill-passat jaħdmu fil-Partit Soċjalista Ewropew u naf li Federica Mogherini bħalissa qiegħda tiġi msemmija bħala l-kandidat tal-Partit Soċjalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew minn hawn u sena oħra.", "Naf li Federica Mogherini hija meqjusa ħafna.", "Fil-fatt, bħalissa qed jiġu msemmija hi u Moscovici.", "Nixtieq inkun naf il-familja Soċjalista Ewropea kif tħares lejn it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Jien naf biss li l-Kummissjoni Ewropea li tagħha hija membru Federica Mogherini u tagħha huwa membru Karmenu Vella, ftit tal-jiem ilu ħarġet Country Specific Report – din toħroġhom spiss fuq kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea, fil-fatt ħarġet wieħed fi Frar u wieħed issa u fit-tnejn semmiet il-korruzzjoni – fejn qalet li s-sistema tal-ġustizzja ta' Malta għadha qed tiffaċċja sfidi kbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Huwa meħtieġ li jiġi żgurat ambjent ta' negozju ta' kwalità għolja.", "In-nuqqasijiet ta' governanza fil-qafas ta' kontra l-korruzzjonijiet jistgħu jaffettwaw ħażin il-klima tan-negozju u jaffettwaw b'mod negattiv l-investiment f'Malta.", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tgħidilna li l-effettività tal-isforzi ta' Malta biex tiġġieled il-korruzzjoni jeħtieġ li tkompli titjieb, speċjalment fir-rigward tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni.", "Allura t-titjib tal-governanza f'Malta huwa kruċjali biex tinżamm ir-reputazzjoni tal-attrazzjoni ta' Malta bħala destinazzjoni ta' investiment internazzjonali.", "F'dan id-dibattitu qegħdin niddiskutu l-futur ta' Malta f'żewġ punti.", "L-ewwel punt hu l-investiment f'Malta, jiġifieri jobs ta' kwalità, ir-reputazzjoni u l-investiment barrani f'Malta.", "Il-punt l-ieħor hu l-għaqda f'dan il-pajjiż.", "Bħalma qalli l-ħabib tiegħi minn Ta' Sannat, qatt ma jista' jkun hawn għaqda jekk il-ġustizzja ma ssirx.", "Ir-rapport tal-FIAU li ġie leaked taħt it-tmexxija ta' Manfred Galdes jgħid li l-FIAU sabet evidenza suffiċjenti biex tikkonkludi li hemm suspett raġonevoli li Keith Schembri kien involut f'ħasil ta' flus li nġabu milml-kriminalità.", "Issa Keith Schembri, li huwa l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ammetta fil-midja ftit tax-xhur ilu li minn dejjem kien jaf x'inhi l-kumpanija sigrieta 17 Black.", "Jiġifieri jien nistaqsi: X'qed jgħidu l-Ewropej fuq Malta?", "X'qed tgħid il-familja Soċjalista fuq it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat?", "Kif jista' qatt ikollna rikonċiljazzjoni u għaqda f'dan il-pajjiż, għalkemm aħna qed inkomplu naħdmu favuriha, jekk il-Prim Ministru ma jiddeċidix li jġiegħel lil Keith Schembri jirriżenja?", "Allura nagħlaq billi nitlob lill-Prim Ministru jagħti kas l-għaqda fil-pajjiż u nfakkru li huwa Prim Ministru tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Mhuwiex Prim Ministru tal-partitarji Laburisti biss, imma huwa Prim Ministru tan-Nazzjonalisti, tal-Laburisti, u ta' kull min jgħix f'dan il-pajjiż.", "Ninsisti miegħu biex ma jagħtix kas biss tal-interessi tiegħu personali, jew l-interessi partiġjani, imma jagħti kas l-għejxien ta' eluf ta' nies li jiddependu mis-servizzi finanzjarji.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, m'hemm l-ebda dubju x'inhi l-opinjoni ta' dawk li qed jarawna u jisimgħuna dwar pajjiżhom, li hu pajjiż demokratiku, pajjiż paċifiku, u ġeneralment kuntent.", "Huwa veru li ftit qabel l-elezzjonijiet forsi jisħnu l-irjus, imma wara ftit jgħaddi kollox, in-nies imorru lura għax-xogħol u jirrikreaw ruħhom.", "Safejn nafu aħna, meta nħarsu fuq medda twila ta' snin, il-ħajja dejjem hekk kienet.", "Għandna pajjiż li jirrispetta s-saltna tad-dritt, kemm meta nikkomparaw ruħna fir-reġjun tagħna u anke ma' pajjiżi oħra.", "Qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea waqqafna istituzzjonijiet regolatorji u għandna qrati indipendenti.", "Huwa minnu li x-xogħol fil-passat kien ftit kajman, u hekk għadu, però sar progress fil-passat u sar iktar progress f'din il-leġiżlatura.", "Skont rapport li ħareġ ilbieraħtlura, ksirna rekord fejn tqassar il-proċess ġudizzjarju.", "F'kelma waħda, Malta tikkonforma mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, u dan jixhduh l-iscoreboards li toħroġ l-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li hawn pajjiżi li bħall-bnedmin huma traskurati, li jdumu ma jdaħħlu d-direttivi fis-seħħ, joqogħdu jkarkru saqajhom, jingħataw infringements, imbagħad, bħall-bniedem, hawn min hu smart u, give or take, dejjem jirnexxilu jilħaq id-deadlines u jimplimentahom, u n-nies taċ-Ċivil tiegħu, l-uffiċjali u l-esperti jaħdmu qatigħ biex jaraw li jkun hemm dik it-traspożizzjoni tad-direttiva fil-liġi tal-pajjiż.", "Malta, fl-iscoreboard li toħroġ minn żmien għal żmien l-Unjoni Ewropea, dejjem uriet li hija waħda minn dawk l-ismart countries li timplimenta d-direttiva.", "Ir-riżultat ta' dan kollu, il-fatt li l-pajjiż huwa demokratiku, paċifiku u attraenti, ma nixhduhx aħna minn din in-naħa tal-Kamra, imma jixhduh il-mijiet ta' investituri li jissugraw flushom f'pajjiżna u jinsabu kuntenti li ħadu dik id-deċiżjoni.", "Dawn ifaħħru l-ħaddiem Malti, ifaħħru lil pajjiżna li minkejja d-dgħufijiet u n-nuqqasijiet tiegħu, meta tagħsar kollox, huma kuntenti.", "Dan jixhduh l-ambaxxaturi.", "Tafu b'xi ambaxxatur jew ambaxxatriċi li tkun waslet biex tmur lura lejn pajjiżha u ma tgħidlekx kemm qed jisgħobbiha li waslet biex titlaq mill-pajjiż għax kienet kuntenta f'pajjiżna?", "Dan jixdhuh it-turisti li sena wara sena qegħdin jiżdiedu b'rati fenomenali.", "Kull min ikun barra l-pajjiż u jiġi f'pajjiżna jkun kuntent.", "Naħseb li din mhijiex xi ħaġa li nagħmluha b'mod artifiċjali.", "Meta wieħed jidħol jgħix fil-pajjiż u jitkellem man-nies, huwa xhieda li għalkemm l-istituzzjonijiet tagħna mhumiex perfetti, on average iżommu l-pajjiż demokratiku, paċifiku, sigur u attraenti.", "Issa hawnhekk għandna l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, u se naraw x'inhuma jgħidu.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li hi ħadmet ħafna biex isir ir-rapport.", "Dik l-istorja kulħadd jafha, imma minflok ma jiddefendu lil pajjiżna li dejjem implimenta d-direttivi, qegħdin imorru n-naħa l-oħra u jiġġudikaw lil pajjiżhom li ma jimxix mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Wara kollox, dan ir-rapport li ħareġ mill-Parlament Ewropew ma jistax jindaħal f'affarijiet partikolari, għalkemm qed jirnexxilu jidħol, imma hu qiegħed hemm biex jara li l-pajjiżi membri jikkonformaw mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri hawn għandna Oppożizzjoni li minflok ma tiddefendi lil pajjiżha, hi u l-MEPs tagħha mbottaw u ħadmu kemm felħu biex jinħolqu kumitati ad hoc li, at face value, qegħdin hemm biex iħarsu lejn l-Unjoni Ewropea, u minflok spiċċaw jiffokaw fuq pajjiżna, b'mod partikolari fuq ċerti każijiet.", "Jien kont fil-Parlament Ewropew bħal kollegi oħrajn u bħall-Prim Ministru, u qatt ma nafu li l-MEPs spiċċaw saru investigaturi fuq każijiet partikolari u qagħdu jagħmluha ta' pulizija, jagħmlu x-xogħol ta' regolatur, ta' ġurat u ta' imħallef li jaqta' s-sentenza u jistenna li tiġi esegwita.", "Pereżempju, fis-sapjenza tagħhom huma ddeċidew li għandha tiġi rtirata liċenzja ta' bank.", "Addio li aħna ħdimna biex għamilna l-banking union, addio li għamilna s-single supervisor, addio li hemm ir-recovery plan u r-resolution fund, addio li waqafna l-MFSA, addio kollox!", "Dawn l-erba' min-nies f'kumitat ad hoc iddeċidew li jirtiraw il-liċenzja ta' bank.", "Mhux hekk!", "Aktar minn hekk, Sur President, qegħdin jgħidu li għandna nużaw ċerti sanzjonijiet u li għandna nirtiraw ċerti skemi li minnhom qegħdin igawdu ħafna familji Maltin.", "Kieku dan kollu huwa l-oġġettiv, kont nifhimha, imma this is just a means to an end, għax mingħalihom se jwaqqgħu lill-Gvern, imma bħalma tafu aħna responsabbli u sħabi se jitkellmu dwar x'inhu jagħmel il-Gvern.", "Jien, bħala eks MEP, ngħid li għalkemm nafu li l-Parlament Ewropew b'dan il-kumitat ad hoc ġie hijacked mit-tliet MEPs tan-naħa l-oħra, u nafu kemm il-verżjoni tagħhom kienet one sided u highly politicised, minn din il-Kamra xorta għandna nuru r-rispett li għandu jingħata lejn istituzzjoni bħalma hu l-Parlament Ewropew u lejn il-Membri Parlamentari Ewropej li kienu sħabna meta konna fil-Parlament, u għalhekk għandna nindirizzaw ir-rakkmandazzjonijiet ta' dan ir-rapport waħda, waħda.", "Peress li ma tantx għandi ħin se niffoka fuq dawk li jirrigwardaw is-settur finanzjarju, u se nibda bl-ewwel waħda.", "Araw x'inhu jgħid dan ir-rapport, li nerġa' ngħid huwa instigat mill-Onor.", "Qed jgħid li l-Kummissjoni tara jekk l-awtoritajiet Maltin humiex jimplimentaw kif suppost id-direttiva tal-Unjoni kontra l-ħasil ta' flus, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-due diligence.", "Aħna li qegħdin f'Malta, qegħdin naraw ir-rapporti u din tad-due diligence ma ssemmietx għal kull bank ieħor, lanqas għan-Nemea Bank li l-liċenzja tiegħu ġiet irtirata b'mod serju, imma qed jitkellmu biss fuq Pilatus Bank.", "Iffokaw fuq bank partikolari, u biex tara l-imparzjalità tagħhom, addio l-Falcon Funds li minħabba fihom intilfu miljuni kbar ta' pensjonijiet!", "Li jkun hemm ħasil ta' flus minn xi Membri mill-Oppożizzjoni, dak ma jimpurtax, u niffokaw biss fuq il-Pilatus Bank.", "Aħna dejjem konna kburin bl-istorja tal-MFSA u meta konna fl-Oppożizzjoni u huma kienu fil-gvern dejjem tajna s-sostenn tagħna.", "Jien personalment kont ġejt appuntat President tal-MFSA fl-1997 u matul il-leġiżlatura Nazzjonalista tħallejt hemm mill-Prim Ministru Fenech Adami.", "Nafu li l-MFSA kellha reputazzjoni tajba u għamilna li stajna biex żammejnieha.", "Mhux kulħadd ikollu xi nuqqasijiet 'l hemm u 'l hawn?", "Bħal forsi li ndumu biex nagħtu l-liċenzji!", "Meta tlajna fil-gvern - u l-Prim Ministru dan jixhdu - kieku ridna qbadna l-bord kollu tal-MFSA li ġie appuntat minn Gvern Nazzjonalista u neħħejnieh, imma aħna nafu li l-MFSA hija istituzzjoni li għandha tgawdi r-rispett, il-kontinwità u l-istabbilità, allura ħallejna dak il-bord.", "Nista' nsemmihom.", "Dawn qed insemmihom mhux biex inħammrilhom wiċċhom, anzi kellna fiduċja fihom u ħallejniehom hemmhekk.", "Dan għamilnieh minkejja li kellna nies kapaċi daqshom lil min nappuntaw, kif għamilna meta spiċċa t-term tagħhom fl-aħħar tal-2014 u appuntajna bord ġdid fl-2015.", "Dawn kienu l-membri li l-Oppożizzjoni qed tgħid li għamlu due diligence fażulla, jew li b'xi mod għandhom suspetti li d-due diligence ingħatat lil Pilatus Bank f'qasir żmien.", "Dan huwa bord li waqqfu huma stess!", "Huwa veru li l-liċenzja ngħatat taħt l-amministrazzjoni Laburista, imma kemm jien kif ukoll il-Prim Ministru ma biddilna lil ħadd mill-bord.", "Jiġifieri l-Oppożizzjoni lil dawn qegħdin jikkritikaw li għal xi raġuni jew oħra ngħataw liċenzja meta mhux suppost?", "It-tieni rakkomandazzjoni tgħid li l-Awtorità Bankarja tal-Unjoni Ewropea tara jekk l-MFSA għandhiex konflitti ta' interess fil-qadi ta' dmirijietha.", "Għal min qed jgħidu dawn?", "Nixtieq inkun naf.", "Meta tara x'qal Sven Giegold issib li kien qed jirreferi għal Joe Bannister, li filwaqt li serva ta' President, kien involut fil-promotion FinanceMalta.", "Huwa minnu li l-istandards tal-lum mhumiex bħal tal-bieraħ.", "Meta twieldet l-MFSA kienet MFSC, fejn kellna bord li jippromwovi s-servizzi finanzjarji u kellna bord eżekuttiv li jirregola.", "Illum l-istandards huma aktar ebsin u kull min hu regolatur m'għandux ikollu x'jaqsam mal-operat u l-promozzjoni ta' FinanceMalta jew mas-servizzi finanzjarji.", "Il-Gvern appuntah meta ngħata l-liċenzja?", "Jiġifieri dan il-konflitt ta' interess għamlu l-Gvern?", "Allura n-naħa tagħhom jinsewha u jħarsu lejn naħa waħda biss?", "Għax dan li qed jgħid ir-rapport!", "It-tielet rakkmandazzjoni tgħid li l-Awtorità Bankarja tal-Unjoni Ewropea tara jekk l-MFSA hijiex taqdi l-obbligi tagħha bħala regolatur in vista tan-nuqqas ta' azzjoni kontra l-Pilatus Bank u kif dawn għad għandhom liċenzja biex joperaw.", "Mela issa mhux qed jgħidu li ngħatat bl-addoċċ, imma li għandha tiġi rtirata.", "Dawn qabbdu lill-European Banking Authority biex tinvestiga u tara kif saret id-due diligence u ngħatat il-liċenzja, u kif ġew ipproċessati n-nuqqasijiet li nstabu fil-bank min-naħa tal-FIAU.", "Jekk bniedem li verament jemmen fil-ġustizzja, bħalma qal il-kelliem ta' qabli, il-ġustizzja għajnejha magħluqa, mhux tħares lejn naħa waħda u n-naħa l-oħra ma tarahiex.", "Tħares lejn Pilatus Bank, imma n-Nemea Bank, għax hemm ismijiet bħal Gonzi u Zahra, dak ma jissemmiex?", "Il-Falcon Funds qatt ma ssemmew hawn ġew.", "Hemm Tonio Fenech li kien Ministru tagħhom!", "Dik hi l-ġustizzja?!", "Kelli ħafna punti ta' rakkomandazzjonijiet, però jekk hemm xi ħaġa li naqbel magħha mill-mozzjoni tal-Oppożizzjoni hi li dan ir-rapport jolqot fil-laħam il-ħaj id-dehra ta' Malta barra minn xtutna, bi ħsara kbira fuq medda ta' żmien għall-impjiegi ta' Maltin u Għawdxin onesti, ta' rieda tajba, ħawtiela u għaqlin.", "Ma nistax ma naqbilx magħha, però nħalli għall-poplu li jara l-ipokresija politika tan-naħa l-oħra, u ninsab persważ li meta tiġi l-elezzjoni se jagħti l-verdett tiegħu lil min wassal din il-ħsara fuq medda ta' żmien għall-impjiegi tal-Maltin u l-Għawdxin, lil min bdieha u min qed isostniha.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, wieħed mill-aktar persuni li jissemmew fir-rapport tal-Parlament Ewropew huwa Ali Sadr Hasheminejad, li hu s-sid u ċ-Chairman tal-Pilatus Bank.", "Ali Sadr fil-verità huwa Iranjan li xtara passaport tas-St Kitts & Nevis mingħand il-kumpanija Henley & Parnters.", "F'dan id-diskors se niżvela x'kienu l-pjanijiet ta' Ali Sadr għall-business tiegħu hawn Malta.", "Kif taf, Sur President, Ali Sadr għandu kuntatti tajbin ħafna hawn Malta, tant li għat-tieġ tiegħu ġo Firenze kellu bħala mistednin speċjali lill-Prim Ministru u liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.", "Immaġinaw ftit kemm hu importanti li l-Prim Ministru ta' Malta, li hi pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, u ċ-Chief of Staff tiegħu joqogħdu jinqalgħu minn pajjiżna biex imorru għat-tieġ ta' Ali Sadr f'Firenze.", "Kif jaf kulħadd, u kif għadu kemm qal il-Ministru Edward Scicluna, Pilatus Bank, li s-sid tiegħu huwa Ali Sadr, ingħata l-liċenzja biex jopera bħala bank taħt Gvern Laburista f'Jannar 2014.", "Imma fil-verità min hu Ali Sadr?", "Ali Sadr ġej minn waħda mill-aktar familji sinjuri fl-Iran.", "Il-familja tiegħu għandha imperu kummerċjali enormi u fost oħrajn huma involuti fl-industrija tal-kostruzzjoni, taż-żejt u tal-banek kummerċjali.", "Il-familja ta' Ali Sadr għandha kumpanija jisimha Stratus International Contracting J.S. u Ali Sadr stess jikkonferma li din il-kumpanija, flimkien ma' numru ta' kumpaniji oħra, hija tal-familja tiegħu f'email li bagħat lil waħda minn ħutu – li aktar tard se nqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra – fejn qalilha biex ma toqgħodx tinkwieta għax dan l-imperu kbir ta' kumpaniji li semmielha f'dik l-email huma kollha proprjetà tal-familija tiegħu u taż-żewġ ħutu l-oħra.", "Din il-kumpanija tagħmel xogħlijiet kbar ta' kostruzzjoni.", "Ali Sadr għandu kumpanija oħra li jisimha Iranian International Housing Corporation, liema kumpanija kienet imqabbda mill-Gvern tal-Venezuela biex tibni 7,000 unit ta' housing soċjali fil-Venezuela bil-flus tal-Gvern tal-Venezuela, u tħallset aktar minn USD450 miljun.", "Ali Sadr kien involut personalment fi grupp żgħir ta' nies li ħadu ħsieb li dan il-proġett jitwettaq, u mhux biss, imma ħa ħsieb ukoll li jgħaddi l-flus li ġejjin minn dan il-proġett mis-sistema bankarja Amerikana bi ksur tal-liġi Amerikana u tas-sanzjonijiet Amerikani biex jibgħathom lill-kumpaniji u lill-familja tiegħu fl-Iran, ħaġa li għaliha qed jiffaċċja akkużi serji u minħabba f'hekk jista' jmur sa 125 sena ħabs, jekk jinstab ħati.", "Ftit tal-jiem ilu, fil-qorti Amerikana ntqal li l-Gvern Amerikan għandu l-provi f'idejh li juru li l-fllus li ħa minn dan il-proġett intużaw biex jitwaqqaf il-Pilatus Bank f'Malta.", "Qed ngħid dan kollu għax dawn huma fatti li ħarġu u ma jista' jmerihom ħadd, la jista' jmerihom l-Prim Ministru u lanqas jista' jmerihom Keith Schembri.", "Dawn huma affarijiet li jirriżultaw mir-rapport tal-Parlament Ewropew u mir-rapporti tal-FIAU li ġew żvelati mill-ġurnalista eroj Daphne Caruana Galizia, kif ukoll mill-Onor.", "Simon Busuttil u mill-MEP David Casa.", "Huwa importanti li tkun taf min hu Ali Sadr, għax Ali Sadr ma kellux biss interess li jkollu l-Pilatus Bank f'Malta.", "Fil-fatt, f'Jannar tal-2014 waqqaf kumpanija oħra jisimha Malta International Construction Limited li tagħha Ali Sadr kien u għadu sal-lum direttur, segretarju, rappreżentant legali u rappreżentant ġudizzjarju.", "Bażikament, Ali Sadr għandu kontroll assolut ta' din il-kumpanija.", "Is-sid ta' din il-kumpanija hija kumpanija oħra li jisimha Bridgestone Limited, li hi rreġistrata f'Hong Kong.", "Jekk tfittex dwarha ssib li s-sid tagħha hu l-istess sid ta' Pilatus Bank, jiġifieri Ali Sadr.", "Din il-kumpanija kienet irreġistrata f'kull indirizz li kien irreġistrat Pilatus Bank u kull meta Pilatus Bank biddel l-indirizz fejn hu reġistrat, din il-kumpanija bidlet l-indirizz ukoll.", "L-ewwel kienet reġistrata l-Gżira, bħalma kien Pilatus Bank, imbagħad ġiet reġistrata Ta' Xbiex.", "Din il-kumpanija twaqqfet biex Ali Sadr jidħol fl-industrija tal-kostruzzjoni, imma mhux biss, għax il-memorandum and articles of association ta' din il-kumpanija, li se nippreżenta kopja tagħhom, jgħidu ċar u tond li din il-kumpanija twaqqfet for social and mass housing projects.", "Mela filwaqt li qiegħed jikser il-liġi u s-sanzjonijiet Amerikani, Ali Sadr fetaħ kumpanija f'Malta biex jidħol fl-industrija tal-kostruzzjoni.", "Għalfejn kellu jiftaħ din il-kumpanija tal-industrija tal-kostruzzjoni f'Malta bl-għan ewlieni li jibni l-housing soċjali?", "F'Malta min jibni l-housing soċjali?", "Hawn entità waħda biss li tibni l-housing soċjali, li hu l-Gvern.", "Allura Ali Sadr, bil-fatti u bid-dokumenti, waqqaf kumpanija hawn Malta biex jidħol fl-industrija tal-bini tal-housing soċjali.", "Għalhekk iqumu ħafna mistoqsijiet dwar x'kien qed jagħmel Ali Sadr u se nagħmel numru ta' mistoqsijiet li naħseb li jeħtieġu li jiġu mwieġba f'din il-Kamra.", "X'kontijiet kellha l-kumpanija Malta International Construction Limited fil-Pilatus Bank?", "Kellha kontijiet oħra ma' banek Maltin?", "Xi flus għaddew mill-Pilatus Bank f'isem din il-kumpanija?", "Din il-kumpanija ntużat biex Ali Sadr jgħaddi l-flus maħmuġin tal-proġett tal-Venezuela bi ksur tal-liġijiet u s-sanzjonijiet Amerikani minn Malta?", "L-MFSA u l-FIAU jafu li teżisti din il-kumpanija u li hi rreġistrata f'Malta?", "X'azzjoni ħadu wara li sar magħruf li Ali Sadr ġie arrestat u akkużat b'reati serji fl-Istati Uniti?", "Ma nagħmlux mod li l-Gvern Lasburista, li ma beniex lanqas house unit wieħed ta' housing soċjali f'Malta, kien qed jipprova jiftiehem ma' Ali Sadr dwar il-famuż proġett ta' €50 miljun għall-bini ta' housing soċjali, biex imbagħad tidħol il-kumpanija Malta International Construction Limited, li twaqqfet proprju biex tibni l-housing soċjali?", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba, għax huwa magħruf u pprovat li Ali Sadr huwa ħabib speċjali tal-Prim Ministru u ta' Keith Schembri.", "Jeħtieġ li min qiegħed f'kariga ta' responsabbiltà jwieġeb dawn il-mistoqsijiet, biex ma tkomplix issir aktar ħsara lil pajjiżna minn persuni bħal Ali Sadr li jużaw il-kuntatti tagħhom mal-Onor.", "Joseph Muscat u Keith Schembri biex jagħmlu li jridu f'pajjiżna.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "KAROL AQUILINA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' email mibgħuta minn Ali Sadr lil Pegah Sadr fit-18 ta' Lulju 2011 dwar diversi kumpaniji;", "Kopja ta' ittra mibgħuta minn Geoffrey S Berman, United States Attorney, lill-Onorevoli Andrew L Carter Jr, United States District Judge, fi New York, fit-23 ta' Mejju 2018 dwar il-każ United States vs Ali Sadr Hashemi Nejad, 18CR.224 (ALC); u", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, is-serjetà titlob minna li niġu f'dan il-Parlament u nkunu onesti.", "Qed niltaqgħu llum, il-Ħamis filgħodu, mhux għax hawn xi sitwazzjoni speċjali jew eċċezzjonali, imma għax l-Oppożizzjoni għandha dritt li kull tliet xhur tlaqqa' seduta, u dan il-Gvern, mhux bħall-Gvern ta' qabel, iħalli lill-Oppożizzjoni tiddeċiedi hi meta tagħmel is-seduta u xħin tagħmilha.", "Issa l-Oppożizzjoni riedet li niltaqgħu dalgħodu, u hekk qed nagħmlu, imma meta fl-Oppożizzjoni kien hemm il-Partit Laburista, is-seduta tal-Oppożizzjoni ma kenitx tkun deċiża mill-Oppożizzjoni, imma kien ikun il-Kap tal-Kamra li jiddeċiedi.", "Qed ngħid dan biex naraw, anke minn dawn l-affarijiet iż-żgħar, li dan il-Gvern huwa ħafna aktar differenti mill-gvernijiet ta' qablu.", "Jien nifhem li l-Oppożizzjoni ma tistax tibni relazzjoni onesta mal-poplu Malti, għax mhumiex qed ikunu sinċieri u onesti fuq sempliċement affarijiet żgħar bħal dawn, aħseb u ara fuq affarijiet kbar li mingħalihom iġibulhom il-voti.", "Kieku l-Oppożizzjoni kellha tkun onesta, ma kenitx tippreżenta mozzjoni bħal din.", "Mhuwiex veru li huma jiddefendu s-saltna tad-dritt, għax kieku kellna nattwaw dak li l-Oppożizzjoni trid li din il-Kamra tagħmel, jew tħeġġeġ lill-Gvern biex jagħmel, inkunu qegħdin immorru kontra l-ispirtu tal-liġijiet u l-istituzzjonijiet Maltin li qed jinvestigaw l-allegazzjonijiet kollha li saru.", "L-investigazzjonijiet qegħdin isiru għax il-Prim Ministru m'għandux x'jaħbi, m'għandux faħam miblul, anzi mar minn jeddu għand il-maġistrat biex hu u martu jiġu investigati wara l-ikbar gidba li ntqalet fuqhom fl-istorja politika Maltija.", "Nittama li r-riżultat ta' din l-inkjesta ma jdumx ma joħroġ.", "L-Onor.", "Karol Aquilina għadu kif għamel ħafna mistoqsijiet, però mistoqsija waħda li l-Onor.", "Busuttil għadu qatt ma wieġeb jekk jinstab li l-allegazzjonijiet li qiegħed jagħmel fuq l-Egrant huma infondati, hu lest li jerfa' r-responsabbiltà politika u jirriżenja?", "Din il-mistoqsija għadu ma weġibhiex wara aktar minn sena li bdejna nagħmluhielu.", "L-Onor.", "Adrian Delia wkoll, imma dik mhijiex il-biċċa tiegħu, għax hemm team ieħor li jieħu ħsieb dan.", "Ħasbu li bil-gideb tirbaħ l-elezzjoni, imma araw fejn iwasslek il-gideb.", "Araw f'liema sitwazzjoni qiegħed illum il-Partit Nazzjonalista!", "Qalulna li jridu t-tisħiħ tal-whistleblower.", "Tissaħħaħ il-whistleblower, mela le.", "Aħna m'aħniex Gvern supperv, aħna Gvern miftuħ, imma biex tkun whistleblower trid tagħti l-informazzjoni.", "Ma tistax tgħid li inti whistleblower u l-informazzjoni ma tagħtihiex.", "Jafu x'jiġifieri whistleblower, jew ma jafux?", "Jien naħseb li ma jafux, għax fil-25 sena sħaħ li dam fil-gvern, il-Gvern Nazzjonalista qatt ma attwa din il-liġi flimkien ma' liġijiet oħrajn li jiġġieldu l-korruzzjoni.", "Qalu wkoll li hemm l-indħil tal-Prim Ministru fil-ġudikatura.", "Din minn fejn ġabuha?", "La dan il-Gvern bidel is-sistema ta' kif tinħatar il-ġudikatura, kif qed jgħidulna li dan il-Gvern qed jindaħal fuq min ikun ġudikant?", "Biex taraw kemm hu diffiċli li n-nies jemmnu lill-Oppożizzjoni!", "Bħalma hu diffiċli li temmenihom meta jgħajru lill-poplu Malti \"mixtri\" għax ma vvotax lill-Partit Nazzjonalista u reġa' vvota lill-Partit Laburista.", "Reġgħu semmew ix-xiri tal-voti mingħajr ma qraw ir-rapport tal-OSCE li ma sab l-ebda irregolarità fl-elezzjoni ġenerali tas-sena l-oħra f'Malta.", "Il-firmatarju ta' din il-mozzjoni, l-Onor.", "Jason Azzopardi, jaf xi ħaġa jew tnejn fuq il-pjaċiri ta' erbat ijiem qabel l-elezzjoni!", "Nerġa' nirreferih għal paġna 11 tar-rapport tal-Awditur Ġenerali, li diġà qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u diġà kelli okkażjoni naqralu kemm indaħal fl-għoti ta' xi tmienja minn xi 11-il permess li ngħataw tlett ijiem jew erbat ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008!", "Dak hu indħil dirett u dak hu xiri ta' voti!", "Ammetti li żbaljajt Onor. Azzopardi!", "Huwa veru li qatt m'erfajt ir-responsabbiltà politika, imma għall-inqas ammetti li żbaljajt u itlob apoloġija lill-poplu Malti.", "Semmew il-promozzjonijiet fl-Armata u se nitkellmu fuq l-Armata.", "Huwa tajjeb li wieħed isemmi li ċerti inġustizzji li nstabu fl-Armata kienu jinvolvu membri tal-Forzi Armati li fi żmien l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ma kenux jingħataw promozzjonijiet kif suppost.", "Dak iż-żmien kienu jingħataw promozzjonijiet anke lil nies li ma kenux kwalifikati, jew inkella kien hemm uffiċjali għolja li l-ewwel kienu jieħdu l-promozzjonijiet imbagħad jaraw kif tinstab vakanza għalihom.", "Allura issa ma jistgħux jgħallmuna kif jingħataw il-promozzjonijiet u kif isiru l-affarijiet bis-serjetà fl-Armata u f'ħafna dipartimenti oħra ta' dan il-Gvern.", "Aħna rnexxielna nġibu bidliet f'dan il-qasam u f'kull qasam f'pajjiżna, u n-nies taf li dan il-Gvern irnexxielu jġib ħafna bidliet għall-aħjar.", "Għalhekk in-nies taf li qatt ma jista' jkollha relazzjoni onesta mal-Partit Nazzjonalista u qed tibqa' tagħti l-fiduċja lilna għal sena wara oħra.", "Aħna daħħalna liġijiet li ta' qabilna lanqas kienu joħolmu li jdaħħluhom bħal, pereżempju, it-tneħħija tal-preskrizzjoni minn fuq il-politiċi fejn jidħlu każijiet ta' koruzzjoni.", "Huma qatt m'għamluha din.", "Kien dan il-Gvern li għamilha!", "Kemm heddidtuhom lill-ġurnalisti, inkluż lili, bil-libell kriminali li llum aħna neħħejnieh.", "Illum investejna fin-nies, fl-istituzzjoniiet, fl-infrastruttura u fl-edukazzjoni, investejna f'kull qasam tal-ħajja u n-nies qed tara bidla, għax aħna verament inħobbu lil pajjiżna u nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem, bħalma kien jgħid Mintoff - din semmieha wkoll il-Ministru Owen Bonnici - li nsellem l-memorja tiegħu u li llum se ninawguraw il-monument tiegħu fi Pjazza Kastilja: Malta l-ewwel u qabel kollox!", "Din hi l-għajta li tibqa' tidwi f'qalbna, li tibqa' tixprunana u tibqa' tmexxina fil-prinċipji tagħna biex inkomplu nġibu l-bidla u nagħmlu l-ġid għal Malta tal-lum u għal Malta t'għada.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, qegħdin hawn biex niddiskutu l-mozzjoni li għandna quddiemna, li hija reazzjoni għal rapport aħrax fil-konfront tal-awtoritajiet ta' pajjiżna li ħafna minnhom huma marbuta b'mod dirett mas-settur tas-servizzi finanzjarji, li se nkun qiegħda nitkellem dwaru.", "Għall-kuntrarju ta' dak li qed jipprovaw jimplikaw min-naħa tal-Gvern, ċertament li din mhijiex sitwazzjoni li aħna tal-Oppożizzjoni qegħdin nieħdu gost biha u qed noqogħdu nogħrku idejna.", "Fil-verità, din hija sitwazzjoni inkwetanti li fiha nnifisha tħott ħafna mir-reputazzjoni tajba li bena pajjiżna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji taħt gvernijiet Nazzjonalisti.", "Din il-qagħda tattakka b'mod dirett l-investiment tajjeb li kien attirat lejn pajjiżna u titfa' f'riskju l-eluf ta' impjegati li din l-industrija tħaddem f'pajjiżna.", "Din hija sitwazzjoni li lilna tinkwetana bis-sħiħ u tħassibna dwar il-ġejjieni ta' din l-industrija f'pajjiżna.", "Meta jiġi l-investiment, huwa tajjeb li niftaħru bih u nieħdu gost bih, biss meta jkun hemm xi żviluppi negattivi li jxellfu r-reputazzjoni tagħna u li jistgħu jtellfu tali investiment milli jkun attirat lejn pajjiżna, daqstant ieħor għandna nuru t-tħassib tagħna, nieħdu s-sitwazzjoni bis-serjetà, u nieħdu azzjoni.", "Meta jkollok rapport mill-Kummissjoni Ewropea li qed teżiġi u tanalizza mill-qrib jekk l-awtoritajiet Maltin humiex jimplimentaw kif suppost id-direttivi tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil ta' flus, b'mod partikolari d-due diligence u ċ-checks and balances, meta l-istess rapport juri tħassib serju dwar l-imparzjalità tal-MFSA, tant li l-Awtorità Bankarja Ewropea qed tirrikkmanda li tanalizza l-istituzzjoni fid-dettall, dawn ma jibqgħux biss serji imma jsiru gravi.", "Naqblu li waħda mill-akbar sfidi tal-Unjoni Ewropea hija proprju l-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus u l-evażjoni tat-taxxa.", "Mhuwiex sigriet tal-Istat li r-raba' direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil ta' flus għaddiet mill-Unjoni Ewropea wara d-diversi attakki terroristiċi li kien hemm fl-Ewropa, kif ukoll wara li faqqa' l-iskandlu tal-Panama Papers.", "Allura r-rapport li għandna quddiemna mhux biss mhux qed jgħin lil dan is-settur kruċjali f'pajjiżna, iżda jien ngħid li qiegħed itellifna l-kompetittività għax hemm isem Malta.", "Fejn qabel isem pajjiżna, il-qafas legali ta' pajjiżna, is-serjetà ta' pajjiżna u l-istituzzjonijiet relevanti kienu l-best selling point ta' pajjiżna, issa qegħdin isiru the weakest links.", "M'għandix dubju li lkoll ninsabu konxji bl-isfidi kbar li għandna bħala pajjiż minħabba ċ-ċokon tagħna u l-economies of scale biex nibqgħu relevanti u kompetettivi, meta quddiemna għandna l-isfida enormi tal-corresponding banking.", "Il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed teżiġi compliance aktar rigoruż u penali f'każ ta' improper practice tal-operaturi li qegħdin jiżdiedu, grazzi għar-reputazzjoni li dejjem kellna u għall-istituzzjonijiet serji li dejjem kellna u grazzi għall-practitioners li dejjem kienu l-prime movers f'dan is-settur, pajjiżna dejjem irnexxielu jegħleb kull sfida, però rapporti bħal dawn fuq l-iskandlu tal-Panama Papers u tal-Pilatus Bank huma game changer għal dan is-settur.", "Dan kollu fi żmien meta pajjiżna qiegħed jipprova jdawwar l-isfida ta' Brexit f'opportunità għal pajjiżna, u fi żmien meta qegħdin niddiskutu l-Liġi ambizzjuża dwar l-Assi Finanzjarji Virtwali.", "Allura huwa inġust meta tisma' istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji, u kumpaniji tal-gaming li qegħdin jinvestu flejjes kbar biex jirristrutturaw l-operat tagħhom u jsaħħu l-proċeduri kontra l-money laundering, kif għedt bi spejjeż kbar u bi sfidi u inkonvenjent mhux biss għalihom iżda wkoll għall-klijenti tagħhom, bħalma huma n-know your client procedures (KYCs) speċjalment fis-settur bankarju biex jibqgħu in line mad-direttivi Ewropej, imbagħad pajjiżna qed jibqa' taħt skrutinju kbir għax huwa ċar li l-Gvern ma jridx jibgħat il-messaġġ that he practises what he preaches.", "Il-biżgħa tiegħi u ta' ħafna fis-settur tas-servizzi finanzjarji huwa proprju l-fatt li din is-sena se jkollna eżami kruċjali mill-Moneyval li hu l-monitoring body tal-Kunsill Ewropew li jevalwa l-prattiċi tagħna fl-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-ħasil ta' flus u jista' jkun li għadna ferm u ferm 'l bogħod fit-tħejjija tagħna għal dan l-eżami.", "Però hemm żewġ possibbiltajiet, jew li pajjiżna jgħaddi with flying colours u allura nibagħtu messaġġ ċar li pajjiżna mhuwiex xi money laundering haven, jew inkella we will fail miserably.", "Ovvjament, nittama li tkun l-ewwel possibbiltà, però dawn ir-riżultati ambizzjużi u kruċjali għal isem pajjiżna ma jinkisbux bit-tama.", "Dawn jinkisbu b'commitment ċar mill-Gvern bil-provi li m'hemm l-ebda tolleranza għall-ħasil ta' flus, għat-tixħim, għall-evażjoni tat-taxxa u għall-korruzzjoni, mill-kbir saż-żgħir.", "Sur President, ejja nkunu ċari, kategoriċi u ġusti mal-fatti billi naqblu li dawn huma rapporti persistenti minn diversi sorsi ta' informazzjoni serji, allura l-Gvern ma jistax jibqa' jgħid li dawn ir-rapporti qed jiġu vvintati minn persuna waħda jew minn ġurnalist wieħed.", "Dawn huma stejjer serji u negattivi li jimplikaw ksur gravi tal-liġijiet ta' pajjiżna u tal-Unjoni Ewropea, allura żgur li ma jgħinux l-immaġni ta' pajjiżna.", "Li ħadd ma jagħmel xejn, li ħadd ma jgħid xejn u li ħadd ma jieħu l-ebda forma ta' azzjoni, żgur li mhijiex it-triq li rridu nikkonsidraw.", "Ma nistgħux nibqgħu nidħku bina nfusna u ngħidu li min jitkellem fuq dawn ir-rapporti, fuq dawn l-istejjer, fuq dawn l-allegazzjonijiet, fuq dawn il-fatti, u fuq dawn l-irregolaritajiet, qed jagħmel ħsara lil Malta, għax fil-verità huma l-ksur tal-liġi u l-azzjonijiet irregolari nfushom li qegħdin jagħmlu ħsara lil pajjiżna.", "Li jinkixef il-ksur tal-liġi u li tinkixef il-korruzzjoni hija xi ħaġa tajba, allura qegħdin naraw li nieħdu azzjoni kontra min jikser il-liġi u mhux kontra min jikxef il-ksur tal-liġi.", "Il-persekuzzjoni tal-ġurnalisti u ta' min jikxef l-illegalitajiet u l-ksur tal-liġi trid tieqaf immedjatament.", "Dawn għandhom jingħataw il-protezzjoni assoluta, għax jekk ma jsirx hekk tkun verament il-perverżjoni tas-sistema tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "Sur President se nagħlaq, għax ftit għandna ħin, billi ngħid li jekk nippermettu li jsir dan kollu, mhux talli nkunu qegħdin inxettlu u nikkultivaw kultura ta' impunità - kif nisimgħu diversi drabi - talli nkunu qegħdin napprovaw l-akbar forma ta' inġustizzja fl-agħar tip tagħha, għax inkunu qegħdin napprovaw l-illegalità u nħallu d-dixxiplina tintrema.", "L-agħar ħaġa li tista' tiġri hi li nikkastigaw lil min jikxef l-illegalità minflok lil min ikun qiegħed jagħmilha.", "Bħala membri parlamentari f'dan il-pajjiż modern u Ewropew, xogħolna hu li naraw li pajjiżna jara li l-affarijiet ikunu mexjin normali, b'mod mgħaġġel u effettiv, li jagħti r-riżultati li pajjiżna verament jixraqlu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President fuq talba tal-Oppożizzjoni u bi qbil magħna, nipproponu li jiġu allokati għaxar minuti iżjed lil kull naħa f'din is-seduta.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma li hemm dan il-qbil.", "L-ISPEAKER: Il-Kamra taqbel li jiġu allokati 20 minuta mill-ħin tal-Aġġornament u l-Aġġornament jittieħed f'12.20 p.m?", "L-ISPEAKER: B'dan il-ftehim, titwal ftit is-seduta.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, l-ekonomija Maltija qed tikber b'pass mgħaġġel, u fost l-oħrajn hija dipendenti fuq is-settur finanzjarju li jkopri firxa wiesgħa ta' attivitajiet mis-settur bankarju, intermedjarji finanzjarji u servizzi professjonali finanzjarji oħra.", "Matul iż-żmien Malta saret ċentru għal dawn l-attivitajiet.", "Sfortuntament, wieħed irid jgħid li hawnhekk il-kriminalità ddeffes denbha wkoll, fost oħrajn permezz ta' korruzzjoni, money laundering, frodi, miżapproprjazzjoni, computer related offences u illegalitajiet oħrajn.", "Għalhekk hemm il-ħtieġa li nieħdu l-passi biex ikollna unit fil-Korp tal-Pulizija li tkun effiċjenti, effettiva, proattiva, u li taġixxi fl-iqsar żmien ħalli nipproteġu l-ekonomija u l-istakeholders kollha.", "L-Economic Crimes Unit bdiet taħdem b'mod modest madwar 20 sena ilu.", "Minn dakinhar 'l hawn, din il-unit għamlet qabżiet fil-kompetenzi tagħha u tkopri firxa ta' kriminalità, inkluż dik relatata mal-assistenza li tagħti lill-istituzzjonijiet Ewropej.", "Fl-aħħar snin, din l-iskwadra daħħlet leġiżlazzjoni li tefgħet piż akbar, b'mod speċjali fejn għandu x'jaqsam il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu.", "Din l-anti-money laundering unit tagħmel xogħol delikat ta' investigazzjonijiet, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-FIAU.", "Bħalissa ninsabu fi stadju ta' bidla sabiex ikollna skwadra tal-economic crimes aktar effiċjenti u effettiva.", "Għal din ir-raġuni, se jsir ristrutturar fl-Investigations and Security Branch fi ħdan il-Pulizija ta' Malta, sabiex jitwaqqaf il-Financial Crimes Investigation Department li se jkun fih żewġ skwadri distinti, l-economic crime squad u l-anti-money laundering squad li se jkunu assistiti mill-Financial Crimes Analysis Unit.", "Ninsabu konxji li hemm bżonn ta' aktar riżorsi umani f'dan is-settur mat-32 uffiċjal li diġà kienu f'din l-iskwadra.", "Bdejna billi daħħalna financial analyst, filwaqt li ġew assenjati seba' spetturi ġodda biex jagħmlu t-taħriġ f'dan il-unit u wara li jiggradwaw ftit tal-ġimgħat oħra se jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom.", "Huwa ttamat li iktar spetturi u uffiċjali oħra jiġu mħarrġa u assenjati biex jaħdmu fl-economic crime.", "Il-pjan hu li fi żmien tliet snin oħra jkun hemm 17-il team investigattiv.", "Dan it-tkabbir fir-riżorsi umani jitlob spazju akbar u aktar sigur fejn dawn ikunu jistgħu jaħdmu.", "Għal din ir-raġuni, bħalissa ninsabu fil-proċess li nsibu post ideali minn fejn dan id-dipartiment tant importanti jkun jista' jaħdem.", "Qed ngħid dan biex nikkonferma l-importanza li qegħdin nagħtu f'dan is-settur, apparti minn 50 inizjattiva oħra li semmew sħabi iktar kmieni, flimkien mal-upgrading li qiegħed isir fis-settur forensiku u tas-Cyber Crime Unit.", "Infakkar li l-politiċi fl-ebda ħin m'għandhom jindaħlu fl-investigazzjonijiet li jagħmlu l-Pulizija, fl-investigazzjonijiet li jkunu qegħdin isiru min-naħa tal-maġistratura u fir-rapporti li jsiru mill-FIAU, aġenzija li xogħolha mhuwiex li tinvestiga kriminalment imma li tiġbor informazzjoni fuq intelliġenza finanzjarja.", "L-investigazzjonijiet kriminali jridu jidħlu aktar fil-fond, għax mhuwiex biżżejjed li jkun hemm sempliċi suspett u taġixxi fuqu.", "Il-Pulizija biex tmexxi trid tkun beyond all reasonable doubt li wara jrid jiġi pprovat il-Qorti.", "Hawn min jemmen li l-investigatur, il-prosekutur, l-imħallef, il-ġuri u kważi, kważi, anke l-persuna li tmexxi l-ħabs, ifajru l-akkużi bl-addoċċ u jsibu ħati lil kull min jidhrilhom, imma din mhijiex is-saltna tad-dritt.", "Filwaqt li ma nindaħlux lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha, ikun ħażin jekk minħabba pressjoni inġusta l-Pulizija tmexxi mingħajr provi konkreti, u min ikun għamel xi aġir ħażin joħroġ liberat sempliċement għax l-investigazzjonijiet ikunu saru nofs kedda.", "Niġi issa għall-promozzjonijiet fl-Armata, li l-Onor.", "Glenn Bedingfield għadu kemm qal xi ħaġa żgħira fuqhom.", "Bażikament, min irid jitkellem fuq il-promozzjonijiet?", "Nibda biex ngħid li kull promozzjoni li ngħatat taħt dawn l-aħħar żewġ gvernijiet Laburista saret skont il-liġi.", "Nista' nassigura li kuntrarju għal dak li kien jiġri qabel, l-ebda uffiċjal għoli ma ngħata promozzjoni meta ma kenitx teżisti vakanza għalih.", "Nassigura wkoll li ħadd ma ħa promozzjoni wara li tkeċċa fuq atti kważi kriminali mill-akkademja militari prestiġjuża ta' Sandhurst fl-Ingilterra, jew għax inqabad jabbuża, jew għax ma kienx ta' livell, u kif ġie Malta ħa promozzjoni.", "Infakkar li fl-2011 iddaħħlet policy ħażina u diskriminatorja għall-aħħar.", "Il-punti li ħarġu kienu tailor-made għal klikka ta' uffiċjali pre-identified, filwaqt li saret diskriminazzjoni mal-bqija.", "Naturalment, lill-uffiċjali li kienu earmarked biex jilħqu, kienu jagħtuhom l-opportunità ta' punti li oħrajn qatt ma seta' jkollhom, għax ma kenux jingħataw ċans.", "Gvern Laburista wettaq ġustizzja billi neħħa din id-diskriminazzjoni u ħoloq level playingfield għall-uffiċjali kollha tal-Forzi Armati, anke fejn jidħlu l-promozzjonijiet tas-suldati.", "Fl-2015 inqatgħu l-punti suġġettivi u ġew introdotti l-korsijiet ta' formazzjoni għal junior u senior non-commissioned officer forces, li mingħajrhom suldat ma setax jieħu promozzjoni għal ċerti gradi fi ħdan l-Armata.", "Dan kuntrarju għal dak li kien jiġri qabel l-2013, fejn in-nies tal-klikka tal-Gvern ta' dakinhar kienu jingħataw promozzjoni għax kien ikun hemm indħil politiku dirett minn barra l-Armata.", "Dan illum waqaf għal kollox u daħħalna l-meritokrazija.", "Illum l-amministrazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta taħdem bil-għaqal u bi professjonalità liema bħalha.", "Il-Ministeru li mmexxi jien ma jindaħalx lill-Forzi Armati ta' Malta, ħlief fuq policy li taqa' purament taħt ir-remit tal-Ministeru tiegħi.", "Kuntrarju għal dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, il-promozzjonijiet fl-aħħar ħames snin ingħataw b'meritokrazija u ġustizzja, u dan jidher b'mod konkret mir-riżultati pożittivi li qed jinkisbu mill-Forzi Armati ta' Malta.", "Irrid nagħmel l-aħħar punt, Sur President.", "Illum assistejna għal ħrafa u invenzjoni ġdida li tkompli mal-gidba politika li kienet saret fuq il-kumpanija Egrant.", "Illum kellna Membru Parlamentari li qal li l-Pilatus Bank f'Malta kien se jinvesti €50 miljun biex jibni s-social housing f'pajjiżna.", "Għall-informazzjoni ta' din il-Kamra u ta' kulħadd, għamilna sentejn niddiskutu mal-Council of Europe Bank u mal-European Investment Bank li magħhom sar il-ftehim ta' finanzjament ta' self ta' €58 miljun biex jinbnew djar tal-housing f'Malta, b'kuntrarju għal min irid ibellagħha lil din il-Kamra u lill-poplu Malti u Għawdxi li l-investiment kien ġej minn Pilatus Bank.", "Apparti minn hekk, il-€50 miljun għall-estensjoni tal-proġetti tal-housing f'pajjiżna ġejjin mill-Bank tal-Investiment minn fondi li ġew investiti f'pajjiżna mill-proġett tal-Individual Investor Programme (IIP).", "Dan se jkun qiegħed iwassal biex aktar minn 1,000 appartament f'pajjiżna jinbena għas-social housing.", "Gidba oħra li smajna llum hi li l-finanzjament tas-social housing kien se jinbena grazzi għal Pilatus Bank, imma ninforma lill-Onor.", "Membru li hu żbaljat.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, bħala rappreżentanti tal-poplu Malti, fl-għażliet kollha li nagħmlu, fl-azzjonijiet kollha li nwettqu u fil-mod kif nitkellmu dwar pajjiżna, għandna dejjem inpoġġu l-interessi ta' pajjiżna u tal-poplu tagħna l-ewwel u qabel kollox.", "Pajjiżna, minkejja ċ-ċokon tiegħu fid-daqs u minkejja li m'għandux riżorsi naturali, qed jirnexxilu jibni ekonomija effiċjenti li qiegħda tikber b'rata mgħaġġla u li qed toħloq xogħol b'rata mingħajr preċedent.", "Dan qed nagħmluh bil-ħila, bl-għaqal u bil-bżulija tal-poplu tagħna.", "Poplu li qatt ma beża' jiġġedded u jfittex opportunitajiet ġodda biex jimxi 'l quddiem.", "Poplu li dejjem ħabbel rasu biex ikun kreattiv u jara kif joħloq dawk l-opportunitajiet li tawna s-suċċessi li qegħdin niksbu.", "Matul is-snin, flimkien irnexxielna nibnu settur finanzjarju li qiegħed jattira ħafna investiment u ħafna attività ekonomika lejn pajjiżna.", "Minkejja li fl-Ewropa u fid-dinja hawn ġganti fl-oqsma finanzjarji, pajjiżna irnexxielu joħloq għodod varji li jagħmluna attraenti u kompetittivi.", "Wieħed mill-aspetti mill-aktar importanti għas-suċċess ta' dan is-settur huwa l-aspett regolatorju.", "Il-bidu tas-servizzi finanzjarji f'Malta madwar 20 sena ilu fisser bidu ta' ekonomija ġdida li hija parti importanti mill-ekonomija Maltija, iżda fisser ukoll il-bidu ta' strutturi ġodda li huma ta' importanza kbira għal pajjiżna li huma maħsuba biex filwaqt li jippromwovu lil pajjiżna bħala ġurisdizzjoni li toffri servizzi finanzjarji tal-ogħla livell, fl-istess ħin dan is-settur ikollu r-regolamentazzjoni kollha meħtieġa ħalli jkun b'saħħtu u jagħti fiduċja lil dawk kollha li jridu jinvestu f'pajjiżna jew jagħmlu attivitajiet finanzjarji f'Malta.", "Dan is-settur huwa wieħed mill-iktar dinamiċi, jiġġedded kontinwament u llum qiegħed jiġi influwenzat kontinwament mill-avvanzi teknoloġiċi, u għalhekk kontinwmanet irridu niffaċċjaw l-isfida ta' kif se nkomplu ntejbu r-regolamentazzjoni li għandna għal dan is-settur fid-dawl tal-iżviluppi li qegħdin iseħħu.", "Irridu naraw tisħiħ u tibdil regolatorju biex nassiguraw li f'pajjiżna s-settur finanzjarju jibqa' javvanza.", "Għalhekk ma nistax ma nsemmix it-tiġdid li qiegħed iseħħ fil-Malta Financial Services Authority (MFSA) li permezz ta' emendi fl-Att li waqqaf din l-Awtorità ta' importanza nazzjonali qegħdin ikomplu jsiru bidliet fl-istruttura tagħha.", "Dawn il-bidliet saru anke permezz ta' pariri siewja li qed jagħtu l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej.", "Fil-fatt, saret bidla importanti fejn il-funzjoni taċ-Chairman u tal-Kap Eżekuttiv ta' din l-Awtorità illum ġew distinti u hemm direzzjoni biex ikunu aktar separati minn xulxin biex isir it-tisħiħ regolatorju.", "Ovvjament, dan ġie ċċarat permezz ta' bidliet fil-liġi.", "Il-ħatra taċ-Chairman il-ġdid sabet l-appoġġ sħiħ ta' din il-Kamra.", "Huwa tajjeb li nsemmi li ċ-Chairman ta' din l-Awtorità għadda minn skrutinju ġdid li ddaħħal fis-sistema legali tagħna permezz tal-Parlament.", "B'hekk hemm aktar tisħiħ tat-trasparenza f'dawn il-ħatriet ta' entitajiet regolatorji f'pajjiżna.", "Bidla importanti oħra seħħet bl-avviż legali li permezz tiegħu r-reġistru tal-kumpaniji llum infatam għal kollox mill-MFSA.", "Dan iwassal biex din l-Awtorità tiffoka aktar fuq ir-regolamentazzjoni ta' dan is-settur importanti.", "Fl-istess ħin, ir-reġistru tal-kumpaniji jeħtieġ li jkompli jissaħħaħ, kemm fl-aħjar interess tas-settur kif ukoll biex jiġu assigurati aktar trasparenza u informazzjoni dwar il-kumpaniji li joperaw f'pajjiżna.", "Irid dejjem jiġi aċċertat li jkun hemm aktar tisħiħ f'dan il-qafas regolatorju, b'osservanza tal-liġijiet kollha li jirregolaw dan is-settur.", "Dawn il-bidliet qegħdin isiru b'sens ta' responsabilità fid-dawl tar-rata qawwija li biha dan is-settur kiber tul l-aħħar snin, kif ukoll biex nieħdu passi importanti biex filwaqt li jkompli jseħħ dan it-tkabbir, naraw li dejjem ikollna ħarsien sħiħ tal-interessi tal-investituri u tar-reputazzjoni tal-ġurisdizzjoni ta' pajjiżna.", "Għalhekk hemm il-ħtieġa li sseħħ diskussjoni estensiva b'mod kontinwu dwar il-mod kif qed issir ir-regolamentazzjoni għal dan is-settur u kif se tkompli tiżviluppa.", "Huwa ċar li aspett kruċjali f'dan il-qasam huwa dak tad-due diligence, li nisimgħuh jissemma diversi drabi.", "Irridu naraw kif inkomplu nsaħħu dan l-aspett li jagħti assigurazzjonijiet importanti.", "Għandha ssir due diligence kemm ta' dawk li joffru s-servizzi, kemm ta' dawk li jaħdmu fl-azjendi li joffru s-servizzi finanzjarji, kif ukoll ta' dawk li b'xi mod jew ieħor joffru xi servizz lil dan is-settur fuq livell professjonali.", "Irridu dejjem inkomplu ntejbu fuq dak li għandna, biex il-ġurisdizzjoni Maltija jibqa' jkollha pożizzjoni importanti fuq livell internazzjonali.", "L-MFSA għandha rwol ċentrali u importanti sabiex jitwettaq dak kollu possibbli biex ikun hemm livell għoli ta' integrità, onestà u kompetenza.", "Fi kliem ieħor, kull min huwa involut għandu jkun fit and proper.", "Din il-ħidma hija importanti anke fid-dawl tal-fatt li qiegħda tiġi implimentata l-Fourth Anti-Money Laundering Directive. uwaHuwa tajjeb li ngħidu li l-Kummissjoni Ewropea ġiet mitluba tagħmel skrutinju tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, u naħseb li l-istituzzjonijiet Ewropew għandhom jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa b'serenità, u fuq kollox jingħataw il-fatti meħtieġa dwar kif dan is-settur qiegħed jiżviluppa f'pajjiżna u kif għandna nkomplu nsaħħuh.", "Sur President, huwa importanti wkoll li f'pajjiżna nkomplu nsaħħu l-mod rigoruż u diliġenti kif immexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Għalhekk se nsemmi numru ta' inizjattivi interni li qed jittieħdu biex l-MFSA issir aktar effiċjenti u effettiva biex tilħaq l-għanijiet tagħha.", "Dawn l-inizjattivi jinkludu ristrutturar ġenerali li għandu jolqot il-mod kif issir is-superviżjoni u jitnaqqas il-ħin biex jittieħdu azzjonijiet regolatorji meta jkun hemm xi ksur tal-liġi.", "Dan għandu jwassal sabiex l-Awtorità ssaħħaħ ferm l-istrutturi preventivi tagħha biex jonqos bis-sħiħ il-bżonn li jittieħdu azzjonijiet, jiġifieri jkun hemm a preventive approach fil-mod kif isir ix-xogħol tal-MFSA.", "L-investiment fir-riżorsi u fit-teknoloġija tal-Awtorità huwa prijorità assoluta.", "Dan is-settur kiber ferm fl-aħħar snin u hemm id-determinazzjoni politika biex jiżdiedu r-riżorsi kollha meħtieġa biex dan is-settur jibqa' miexi 'l quddiem, anke mil-lat ta' regolamentazzjoni.", "Hemm bżonn li wieħed isemmi li ġie kostitwit l-Audit Committee tal-Awtorità, li issa beda jiffunzjona u janalizza skont l-iskopijiet li nħoloq għalihom.", "Dan għandu jwassal għal internal audit aktar effiċjenti fejn ikun hemm link diretta bejn l-internal audit u l-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità.", "Hemm diversi inizjattivi oħra li qed jittieħdu, iżda huwa tajjeb li ngħidu li dan kollu rridu nagħmluh b'sens ta' umiltà ħalli nkomplu nifhmu fejn hemm bżonn li ntejbu u nmexxu 'l quddiem.", "Aħna nemmnu li pajjiżna jixraqlu l-aħjar, allura hemm bżonn li nkomplu naħdmu biex dan is-settur li tana tant suċċessi jibqa' miexi 'l quddiem u nkomplu ninvestu dak kollu meħtieġ biex is-settur tas-servizzi finanzjarji jibqa' miexi 'l quddiem.", "Sur President, aħna lkoll għandna l-obbligu li naraw li t-tibdil ikompli jseħħ u li nkomplu nieħdu l-inizjattivi, għax fuq quddiem nett għandna l-obbligu li nħarsu l-interessi tal-poplu Malti u ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, dalgħodu fil-Parlament qegħdin niddiskutu mozzjoni li fil-verità wieħed jista' jiddeskriviha bħala ħasra li f'dan il-pajjiż wasalna s'hawn.", "Qed ngħid dan għax kieku xhur ilu kulħadd refa' r-responsabbiltà li hu obbligat jerfa', għamel dak li hu mistenni minnu u mexa b'lealtà lejn l-uffiċċju li hu responsabbli minnu, kieku ma wasalniex s'hawn.", "Aħna konna korretti meta għedna li l-istituzzjonijiet ewlenin f'dan il-pajjiż mhumiex qegħdin jaħdmu.", "Dan mhux qed tgħidu l-Oppożizzjoni.", "Fid-diskors tiegħi se nkun kredibbli billi se nikkwota nies importanti f'pajjiżna u barra minn pajjiżna li tkellmu b'mod ċar fuq dak li għaddej minnu pajjiżna.", "L-Oppożizzjoni dejjem tiġi kkritikata li hi negattiva, imma jien ngħid: Negattiva meta d-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi l-Prof.", "Keven Aquilina, f'artiklu li kiteb fil-ġurnal The Malta Independent, qed jgħid hekk:", "L-istess Professur jgħid ukoll:", "Naħseb li dan jiġġustifika għalfejn qegħdin hawnhekk u altru li l-Oppożizzjoni mhijiex negattiva.", "Huwa tajjeb li nfakkar li fil-Parlament Ewropew l-MEPs tkellmu dwar dan.", "Hawnhekk kien hawn min qal li kien hawn delegazzjoni u għada se jkun hawn delegazzjoni oħra, għax f'pajjiżna mhux kollox miexi sew.", "Għalfejn l-MEPs ħassew il-bżonn li għandhom jerġgħu jiġu f'pajjiżna?", "Dakinhar, fir-rapport li qegħdin nitkellmu dwaru f'din is-seduta, News from the European Parliament, qalu hekk:", "Dan mhux qed tgħidu l-Oppożizzjoni.", "Kif ma qalitux l-Oppożizzjoni dak li ġie irrapportat mit-transparency international index, li dwar din l-istatistika uffiċjali qal hekk:", "Sur President, iva għandna problema f'dan il-pajjiż, għax l-istituzzjonijiet mhux qegħdin jaħdmu, u ejja naqtgħuha li kull darba li jissemmew ċerti nies bħal, pereżempju, l-Avukat Ġenerali, ikollna membri tan-naħa l-oħra li jipprovaw jgħattu xturhom billi jgħidu li kien ġie maħtur minn Gvern Nazzjonalista.", "Dan ma jagħmilx sens, għax dak li qed isir illum m'għandu x'jaqsam xejn ma' dak li kien isir taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Mela ejjew naqtgħuha li nipprovaw niġġustifikaw l-inkompetenza tal-awtoritajiet ikkonċernati u tal-istituzzjonijiet, inkluż tal-Kummissarju tal-Pulizija, li naqas milli jagħmel dak li kellu jagħmel.", "Tkellmet ukoll il-Membru Parlamentari tar-Rumanija, Monica Macovei, li qalet:", "Hawnhekk ukoll, mhux l-Oppożizzjoni tkellmet.", "Huwa tajjeb li nxebbhu dak li ġara f'pajjiż ieħor mhux daqstant 'il bogħod minn pajjiżna, li wkoll huwa Membru tal-Unjoni Ewropea.", "Hawn qed nirreferi għas-Slovakkja, u għalkemm diġà kelli l-opportunità li ngħidha fi programm televiżiv, din hija l-ewwel darba li f'din il-Kamra se ngħid: Mhux bilfors li pajjiżna mhux miexi b'mod normali?", "Mhux bilfors li għandna l-istituzzjonijiet li suppost kienu fuq quddiem nett biex ħadu l-azzjonijiet li kienu mistennija minnhom, mhux illum imma aktar minn sena ilu?!", "Alla jbierek f'dan il-pajjiż business as usual, u ħadd ma jerfa' r-responsabbiltà politika.", "Dak li ġara f'Malta fis-16 ta' Ottubru 2017 meta nqatlet b'mod brutali l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, sal-lum ħadd min-naħa tal-Gvern mhu qed jerfa' r-responsabbiltà politika tiegħu, u ħadd mill-istituzzjonijiet li suppost qed jagħmlu xogħolhom mhuma qegħdin jerfgħu responsabbiltà.", "X'differenza fis-Slovakkja, Sur President, fejn ġara każ simili għal dak ta' pajjiżna fil-21 ta' Frar 2018, u f'inqas minn erba' ġimgħat il-Prim Ministru, il-Ministru tal-Intern u l-Kummissarju tal-Pulizija rriżenjaw, però Alla jbierek f'pajjiżna ovvjament business as usual daqslikieku ma ġara xejn, kulħadd imwaħħal mas-siġġu jipprova jgħatti xtur il-Gvern.", "Allura huwa ovvju li se nibqa' nitkellem dwar dak li kien mistenni minn dan il-Gvern, għax huwa tajjeb li ngħidu wkoll li rigward il-kuntratt li smajna bih f'pajjiżna matul l-aħħar 16-il xahar, smajna li kien hemm xamma ta' korruzzjoni min-nies li b'xi mod kienu involuti mal-Gvern u ovvjament ma sarx dak li kien mistenni minnhom fl-interess tal-poplu Malti.", "Fil-ġurnal The Times ġie rapportat hekk:", "Dan hu pajjiżna li qed jiżżeffen mal-erbat irjieħ tad-dinja, imma meta tisma' l-kelliema tal-Gvern taħseb li r-reputazzjoni ta' pajjiżna barra l-pajjiż se tiġi ġġudikata biss bin-numri tal-ekonomija li l-Gvern qed jikkwota kif jogħġbu.", "Sur President, wasalt biex nagħlaq ħalli nimxi mal-ħin allokat għalija.", "Dalgħodu smajna għal darba, darbtejn li ma saret l-ebda referenza għar-rapport tal-OSCE, meta delegazzjoni mill-OSCE ġiet f'pajjiżna ftit tal-ġimgħat ilu!", "Altru li kkumentaw, mhux kif qalu l-kelliema tal-Gvern fil-kontromozzjoni li ressqu llum, fejn qalu li ma kien hemm l-ebda referenza għal xi forma ta' tmexxija ħażina tal-Gvern.", "Fil-fatt, ir-rapport jagħmel referenza għall-ammont ta' impjiegi u promozzjonijiet li ngħataw qabel l-elezzjoni, però ovvjament għal dan il-Gvern business as usual!", "Dan ir-rapport tal-OSCE li ltaqgħu f'pajjiżna ftit tal-ġranet ilu, anke ma' delegazzjonijiet tal-Gvern, jitkellem ukoll dwar il-midja f'pajjiżna.", "Filwaqt li l-midja indipendenti qiegħda tagħmel xogħolha, irridu ngħidu li l-PBS qed tonqos bil-kbir.", "F'paġna 21 ta' dan id-dokument insibu referenza għal dan, u se nikkwotaha.", "Din tgħid hekk:", "Il-PBS qiegħda tonqos mid-doveri tagħha, għax mhux qed twassal l-aħbar li l-poplu għandu dritt jistenna.", "Mhux qed twassal il-verità ta' dak kollu li qiegħed jagħmel il-Gvern 'il bogħod mill-obbligi tiegħu.", "L-Oppożizzjoni ġiet hawnhekk b'din il-mozzjoni li l-Gvern ħass li kellha tiġi diskussa b'importanza - għax rajna li l-Gvern għamel kontromozzjoni bi 12-il punt li huma 'l bogħod mill-verità li qed jgħix il-poplu Malti – u fl-aħħar mill-aħħar naqas meta m'aċċettax li din is-seduta ma titteħidx mill-ħin allokat darba kull tliet xhur lill-Oppożizzjoni.", "Aħna konna nistennew li l-Gvern ma kellux minn xiex jiddejjaq li din il-mozzjoni titressaq waqt is-seduti tat-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, però l-Gvern ħassu skomdu li jagħmel hekk, u għandu għalfejn, imbagħad ġie hawnhekk u għamel kontromozzjoni.", "Jien inħalli lill-poplu jiġġudika, għax jien nibqa' ngħid li lill-Oppożizzjoni l-istorja għad tagħtina raġun.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkar li l-Gvern fadallu 17-il minuta u l-Oppożizzjoni fadlilha 19-il minuta.", "ROBERT ABELA: Sur President, jien naqbel mal-Onor.", "Cutajar meta fl-aħħar tad-diskors tiegħu qal li għandu jkun il-poplu li jiġġudika.", "Dik dejjem kienet il-pożizzjoni li ħadet din in-naħa, però nappellalu biex meta jkun qiegħed jiddibatti jkun korrett lejn is-sewwa.", "Hu semma li hawn xi delegazzjoni f'Malta biex tinvestiga l-mission report, imma m'hawn l-ebda delegazzjoni f'Malta.", "Almenu ejja nkunu korretti lejn is-sewwa u ma nonfħux dak li mhuwiex korrett.", "Jien qrajt il-mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Jason Azzopardi, qrajt il-kontromozzjoni, qrajt il-mission report tal-Kumitat LIBE tal-11 ta' Jannar 2018, u l-osservazzjoni li toħroġ hi kemm konna proattivi f'dawn l-aħħar xhur, kemm ħdimna, kemm għamilna emendi kuraġġużi, riformi kuraġġużi, u bidliet effettivi.", "Jien ħarist lejn ir-rapport tal-Kumitat LIBE fejn għamlulna r-rakkomandazzjoni li nidħlu fil-European Public Prosecutor's Office, u hekk għamilna.", "Dawn għamlu rakkomandazzjonijiet rigward liġi anti-SLAPP, biex il-midja ma tippermettix ċerti azzjonijiet li jkunu ntiżi biex joħonqu l-libertà tal-espressjoni.", "Aħna mhux talli għamilna hekk, talli morna pass 'il quddiem, għax introduċejna liġi li tirregola l-midja li mhux talli tippreserva d-dritt tal-libertà tal-espressjoni, talli forsi tmur ftit iktar minn hekk.", "Fil-fatt, kieku kelli nkun ftit kritiku lejn din l-liġi, kont ngħid li forsi hija liberali ż-żejjed, imma hekk għandu jkun, għax il-libertà tal-espressjoni hija waħda assoluta u mhux relattiva.", "Jien nistieden lil kulħadd iħares lejn il-liġi li tirregola l-midja tagħna ħalli taraw il-libertà assoluta li għandha l-midja meta teżerċita d-dritt tagħha tal-libertà li tesprimi ruħha.", "Dawn tkellmu fuq in-nuqqas ta' restrizzjonijiet u qalulna biex nikkonsidraw li nneħħu l-libell kriminali, u hekk għamilna, neħħejna l-libell kriminali.", "Illum il-libell kriminali m'għadux jeżisti.", "Huwa minnu li ma stajniex naddottaw kull rakkmandazzjoni li saret f'dan ir-rapport, għax ħafna mir-rakkmandazzjonijiet laħqu ġew implimentati qabel ma daħal fis-seħħ ir-rapport.", "Hawn irrid nagħmel referenza għar-rakkmandazzjoni li saret dwar il-ġudikatura, fejn ingħad li l-Prim Ministru kellu jerħi mill-prerogattiva li kellu fil-ħatra tal-ġudikatura.", "Dan ġara b'effett mill-2016, għax illum għandna fis-seħħ liġi li toħroġ mill-Kostituzzjoni tagħna stess, fejn min jiġi maħtur bħala Maġistrat jew Imħallef irid jgħaddi minn skrutinju ta' kumitat magħmul mill-Avukat Ġenerali, mill-Prim Imħallef, mill-Awditur Ġenerali, mill-Ombudsman u mill-President tal-Kamra tal-Avukati qabel ma jkun jista' jiġi maħtur.", "Għamilna xi ħaġa bla preċedent, fejn l-eżekuttiv reħa minn idejh il-prerogattiva assoluta li kellu minn dejjem ta' dejjem li jaħtar lill-ġudikatura hu b'mod dirett.", "Rajna kemm kien mekkaniżmu effettiv, għax kien hemm min issottometta lilu nnifsu għal dan l-iskrutinju u weħel.", "Tant kellna riformi effettivi fil-ġudikatura li ftit tal-ġranet ilu seħħ avveniment kruċjali fil-ġudikatura li tant kien kruċjali u ma kienx kontroversjali li, kważi, kważi, fil-pajjiż ħadd ma nduna x'kien.", "Hawn qed nirreferi għall-ħatra tal-Prim Imħallef li kien inħatar bħala mħallef mill-amministrazzjoni preċedenti tal-Partit Nazzjonalista, li tant ma kenitx kontroversjali li, kważi, kważi, fil-pajjiż ftit huma dawk li jafu li nbidel il-Prim Imħallef.", "Fir-rapport tal-kumitat LIBE jissemma li għandna nagħmlu emendi fil-Liġi tal-Whistleblower, fejn qalulna biex nirreveduha u nemendawha biex tkopri ħaddiema fis-settur pubbliku.", "Din l-emenda fil-liġi ma nistgħux nagħmluha, għax il-liġi diġà qiegħda hekk u ilha hekk mit-twelid tagħha.", "Għalhekk meta qrajt il-mozzjoni tal-Onor.", "Azzopardi u qrajt ir-rapport tal-kumitat LIBE tal-11 ta' Jannar 2018, fir-rapport hemm ineżattezzi fattwali li bilfors wieħed ma jistax jirrimarka dwarhom għax ikunu ilhom li ġew implimentati.", "Dik tal-ġudikatura ilha mill-2016 u dik tal-Liġi tal-Whistleblower ilha mill-bidu tagħha, allura wieħed bilfors ikollu jirreferi għal dawn l-ineżattezzi, bla ma jkun supperv, ħalli nagħmilha ċara.", "Aħna dan ir-rapport qrajnieh sew u bħala Gvern għamilna l-pożizzjoni tagħna.", "Kien hemm fejn qbilna, kien hemm fejn ma qbilniex u kien hemm fejn implimentajna r-rakkomandazzjonijiet.", "Fir-rapport issemma li għandu jkun hemm investigazzjoni dwar dan l-allegat xiri ta' voti li qed jissemma fil-mozzjoni tal-Oppożizzjoni.", "U hekk għamilna.", "Saret talba mill-Oppożizzjoni stess quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex jiġi investigat dan l-allegat xiri ta' voti permezz tal-għoti ta' impjiegi fis-settur pubbliku.", "Bħala rappreżentanti tal-Gvern fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi qbilna li dik l-investigazzjoni kellha ssir, anzi ssuġġerejna li l-investigazzjoni testendi aktar fit-tul, u hekk sar.", "Imma din l-investigazzjoni li suppost kellha tkun investigazzjoni serja, bl-aġir tan-naħa tal-Oppożizzjoni ġiet konvertita f'farsa, għax il-President ta' dan il-Kumitat l-Onor.", "Beppe Fenech Adami ġie mitlub biex jixhed dwar allegazzjonijiet li saru quddiem dan l-istess kumitat li fih hu parteċipi hu stess, u minkejja dan qed jinsisti li jixhed u jibqa' jippresiedi l-kumitat.", "Ara x'sitwazzjoni bla preċedent li jkollok President ta' Kumitat ta' din il-Kamra jixhed quddiem il-kumitat presedut minnu stess!", "Dik hi s-sitwazzjoni tas-serjetà li għandna quddiemna.", "Aħna m'għandniex problema li jsiru l-investigazzjonijiet, għax l-investigazzjonijiet se jkomplu jikkonfermaw kemm ma kien hemm xejn assolutament minn dan li qed tgħid l-Oppożizzjoni, imma l-investigazzjonijiet iridu jsiru bis-serjetà, għax jekk ma jsirux bis-serjetà jkun disservizz lejn dan il-pajjiż.", "Ir-rapport tal-Kumitat LIBE qed jgħid li jista' jkun hemm sitwazzjoni ta' xiri ta' voti permezz ta' skema biex jiġu regolarizzati l-binjiet.", "Fil-fatt, din ma reġgħetx ġiet ripetuta fil-mozzjoni tal-Onor.", "Azzopardi, għax tant hi pożizzjoni li m'għandha xejn mill-bonsens li l-Oppożizzjoni ħallietha barra.", "Li tgħid li l-iskema ta' regolarizzazzjoni ta' infrazzjonijiet minuri ta' binjiet, li tant kienet ta' solljev għal kull min kellu xi shaft ta' binja b'xi ċentimetru nieqes u seta' jirregolarizzah billi jħallas tiegħu, hija xiri ta' voti, bl-akbar rispett ma jagħmel assolutament l-ebda sens.", "Se nikkonkludi, Sur President, fuq il-punt finali dwar il-ħarsien tal-interess nazzjonali.", "Bħala Membri ta' din il-Kamra, ilkoll għandna l-obbligu li nħarsu l-interess nazzjonali.", "Għandna l-obbligu wkoll li nosservaw u niskrutinizzaw ir-rakkomandazzjonijiet li jsirulna, però għandna dejjem nagħmlu dan bil-ħarsien tal-interess nazzjonali fuq quddiem nett.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Infakkar li l-Gvern fadallu disa' minuti u l-Oppożizzjoni fadlilha 19-il minuta.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, qegħdin niddiskutu din il-mozzjoni, u iktar interessanti hija l-emenda għall-mozzjoni li ressqet din in-naħa tal-Kamra, u nistieden lill-Oppożizzjoni li jaqblu magħna fuq din l-emenda, li hija emenda ċara għax tindika d-demokrazija li qed tevolvi.", "L-ebda demokrazija fid-dinja mhi perfetta.", "M'hawnx istituzzjoni f'pajjiż demokratiku li m'għandhiex difetti.", "F'pajjiżna m'aħniex perfetti u qatt ma konna perfetti, però bħala nazzjon mill-Indipendenza 'l hawn żgur nistgħu ngħidu li mxejna 'l quddiem, anke fil-proċessi demokratiċi tagħna.", "L-Oppożizzjoni qed tgħidilna – dan loġikament ma jagħmilx sens – li jinsabu inkwetati u qed taħraqhom qalbhom li minħabba li pajjiżna m'għandux kredibilità jew qed jitlef il-kredibilità, qed jitlef l-investiment.", "Dan ma jagħmilx sens loġikament, għax l-investiment f'pajjiżna qed jiżdied, u dan mhux skont xi figuri li ressaqna aħna imma skont figuri fuq livelli oġġettivi Ewropej.", "Il-kredibilità ta' pajjiżna, is-saltna tad-dritt, id-dixxiplina finanzjarja u l-investor confidence imorru kollha flimkien.", "Ma jistax ikollok waħda u ma jkollokx l-oħra.", "Jien qrajtu r-rapport tal-Kummissjoni datat 11 ta' Jannar 2018 u nista' ngħid li dan fih punti li għamilniehom diġà, fih punti li huma work in progress u fih punti li lanqas jien ma naqbel li għandhom jiġu implimentati f'pajjiżna.", "Bir-rispett kollu, lill-Onor.", "Simon Busuttil li beda d-diskors tiegħu b'dan ir-rapport tal-Parlament Ewropew ngħidlu li dan mhuwiex xi vanġelu.", "Dawn huma suġġerimenti li saru anke lil stati membri oħrajn.", "L-Onor.", "Jiġifieri qed jgħidilna li fl-Italja għandhom l-istrutturi demokratiċi u indipendenti aħjar minn tagħna?", "L-opinjoni tiegħi hi li bħalissa fl-Italja hemm kriżi istituzzjonali, ħaġa li f'pajjiżna ma teżistix bi Gvern stabbli li jgħaddi l-liġijiet.", "Jiena slitt seba' punti minn dan ir-rapport li se ngħaddihom malajr, fosthom is-separation of powers.", "X'ma għamilx dan il-Gvern għas-separation of powers?", "Għamel skrutinju tal-public appointments - dan semmieh il-Ministru Owen Bonnici - u għamel l-awtonomija parlamentari.", "Biex dan seta' jitwettaq, is-Sedja kienet strumentali u kien hemm ukoll il-koperazzjjoni mal-Oppożizzjoni, għax l-Oppożizzjoni għenet fiha.", "Jien jidhirli li d-dibatittu rridu nżommuh f'dawn il-parametri ta' maturità u mhux ta' tgħajjir u konġetturi fuq il-proġetti tal-housing li semma l-Onor.", "Karol Aquilina, li għandhom iktar minn xi storja ta' Enid Blyton milli storja serja fuq rapport tal-Parlament Ewropew!", "Minn hawnhekk ngħidlu li jmissu jistħi joħroġ b'dawn il-konġetturi li lanqas jagħmlu sens u ġieħ lil din il-Kamra tad-Deputati.", "X'ma għamilniex għall-ġudikatura?", "Illimitajna d-diskrezzjoni tal-Gvern.", "Le, mhijiex perfetta, però jien kont avukat taħt gvernijiet Nazzjonalisti u konna ilna ngħidu li se nagħmluha li l-appointments tal-ġudikatura jkunu at arm's length.", "Imma fil-verità min għamilha?", "Għamilha l-Gvern Laburista.", "Immorru għat-tieni punt.", "Ir-rapport semma l-MFSA fuq livell nazzjonali.", "Jien ma naqbilx mar-rapport.", "Taf ma' xiex naqbel jien fuq l-MFSA?", "Li nagħmlu żball li nattakkawha għax l-MFSA kienet regolatur li kien imexxi tajjeb, anke taħt Gvern Nazzjonalista.", "Jien naqbel li l-MFSA issa għandna Chairman u CEO biex ikun hemm checks and balances importanti fl-istess Awtorità.", "Din semmieha l-Onor.", "Jien ma' dik naqbel u mhux mar-rapport tal-Parlament Ewropew.", "Jien nistenna lil dawn it-tliet Ewro Parlamentari jiġu Malta - nassumi li wieħed minnhom qiegħed Malta, għax hu Malti - ħalli niddiskutu r-rapport magħhom u naraw x'qegħdin jagħmlu f'pajjiżhom dawn.", "Aħna pajjiż demokratiku u m'għandna nistħu minn ħadd fuq livell Ewropew.", "It-tielet punt hu dwar l-Avukat Ġenerali, l-AG.", "L-Eks Ministru Tonio Borg fis-sena 2005 għamel miżura tajba meta l-AG għamlu aġenzija.", "Issa llum qegħdin nitkellmu dwar jekk għandniex naqsmu l-funzjonijiet, fejn waħda tkun tal-prosekuzzjoni u l-oħra tagħti parir lill-Gvern.", "Din il-ħaġa hija dibattibbli.", "Jista' jkun li għandhom raġun, però ma nistgħux ngħidu li għax l-AG għandu żewġ funzjonijiet, m'hawnx saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "L-argument lanqas biss isegwi!", "Ir-raba' punt huwa dwar il-Whistleblower.", "Min għamel il-Liġi tal-Whistleblower f'pajjiżna?", "Għamilha Gvern Laburista fl-aħħar leġiżlatura.", "Perfetta l-liġi?", "Huwa ovvju li jekk inpoġġi bilqegħda mal-kollegi tiegħi nsibu x'nistgħu nagħmlu, però ċertament li l-qafas fiex jopera l-Whistleblower għamlu Gvern Laburista u mhux Gvern Nazzjonalista.", "Il-ħames punt hu dwar il-money laundering.", "Fejn jidħol il-money laundering, sakemm jibqa' jkollna setturi, servizzi finanzjarji u s-settur tar-remote gaming, li bdieh il-Partit Nazzjonalista stess, hemm sfidi għar-regolatur.", "Trid toqgħod attent u tkun viġilanti, però jekk naraw ir-record tal-Malta Gaming Authority nsibu li qatt ma kellha record ħażin f'dak li hu liċenzjar u f'dik hi regolamentazzjoni taħt iż-żewġ gvernijiet.", "Anzi, għandha record tajjeb u meta jiġu l-MEPs se ngħidulhom li f'pajjiżna għandna istituzzjonijiet li jaħdmu.", "Semmejt ukoll il-money laundering u għidt li l-Ministru Scicluna semma 50 task fuq tliet snin li se jsiru b'koperazzjoni mal-istituzzjonijiet.", "Ngħaddi għas-sitt punt.", "Qed igħidulna li s-civil society organisations jistgħu jirrapportaw.", "F'pajjiżna kulħadd jista' jirrapporta, mhux is-civil society biss.", "M'hemmx għalfejn tkun deputat, imma kull persuna tista' tmur għand il-Pulizija jew għand maġistrat inkwerenti u tagħmel rapport.", "Aħna qegħdin aħjar milli qed jipproponu fir-rapport, Sur President.", "Dak li se ngħidulhom lill-MEPs!", "Is-seba' punt hu dak tax-xiri ta' voti li semmieh ukoll l-Onor.", "Aħna jkollna elezzjoni wara oħra, iż-żewġ partiti niġġieldu dak il-ħin u meta tgħaddi nkomplu mmexxu l-pajjiż 'il quddiem.", "Dak hu li għandna f'pajjiżna.", "Mhu veru xejn li hawn xiri ta' voti, imma hawn il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.", "Semmew ir-rapport tal-Parlament Ewropew u jien se nsemmi x'qal il-GRECO fl-2011 fuq il-Political Parties Act.", "Dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista spiċċa qisu qed jagħmel xi telenovella biex idaħħal din il-liġi.", "Għadni niftakarha!", "Punt 47 tar-rapport, datat 21 t'Ottubru, 2011 jgħid hekk:", "Dan mhux taħt dan il-partit, imma taħt il-Partit Nazzjonalista.", "Dakinhar, l-eks deputat tal-Partit Nazzjonalista Franco Debono qal li lanqas kien draft tiegħu.", "Lanqas jaqblu fuq id-draft li ppreżentaw lill-GRECO, aħseb u ara kemm jien personali nista' nieħu parir mingħand l-Oppożizzjoni dwar kif nagħmlu l-liġijiet!", "Fl-24 ta' Marzu, 2017 kellna tifħir għal-liġi li għadda Gvern Laburista fejn jidħol political parties funding.", "Sur President, xtaqt nagħlaq b'punt żgħir.", "Id-demokrazija huwa proċess li rridu nibqgħu nsaħħuh u għandna nibqgħu nitkellmu fuqu, però kif qal tajjeb George W Bush:", "Irridu nibqgħu naħdmu flimkien biex intejbu l-istituzzjonijiet, però Malta hija pajjiż fejn hawn is-saltna tad-dritt, hawn investor confidence u hawn dixxiplina finanzjarja.", "Dak li semmew id-deputati Laburisti se ngħidu lill-Membri Parlamentari Ewropej.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal, jiġifieri 19-il minuta, huwa kollu għall-Oppożizzjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, il-ġurnata t-tajba lilek, lill-kollegi, u lil dawk kollha li qed isegwuna.", "Illum qegħdin hawn biex niddiskutu din il-mozzjoni li għandha ttejjeb u ssaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħna biex jiffunzjonaw u tara li fejn hemm bżonn isir tibdil fil-liġijiet li jittrattaw fuq settur partikolari li fuqu jiddependu eluf ta' impjiegi ta' sustanza u li huma mħallsin sew, f'settur finanzjarju li fuq medda ta' snin il-poplu Malti u Għawdxi, il-Parlament u l-gvernijiet rispettivi ħadmu flimkien għalih.", "Aħna ngħidu li meta ġejna għal-liġijiet tas-servizzi finanzjarji kien hemm qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni li kemm jista' jkun – u dan kien segwit għal diversi snin – iż-żewġ naħat tal-Kamra naħdmu flimkien u nipprovaw ma ndaħħlux ballun politiku partiġjan f'dan is-settur tant importanti għalina, għax irridu nirrappreżentaw lil pajjiżna barra minn Malta bl-għan li nkunu ċentru ta' eċċellenza.", "Irridu hub ta' servizzi finanzjarji li jagħmel ġid u jagħti ġieħ lil pajjiżna, ħalli nattiraw investiment ta' kwalità u nibqgħu nsaħħu dawn l-opportunitajiet għat-tfal tagħna, għaż-żgħażagħ tagħna u għall-familji tagħna.", "Matul is-snin kellna l-liġi tal-1988 u fil-bidu l-Gvern kien ra li kien tajjeb li jiġi kkreat settur finanzjarju.", "Dak iż-żmien, fid-dinja kien hemm il-ħtieġa u l-opportunità li jitwieldu ġurisdizzjonijiet u jkun hemm iktar għażla f'dak li kien offshore banking.", "Malta kienet ħadet dik id-direzzjoni u konna ħdimna lkoll bħala pajjiż biex nibdew insaħħu r-reputazzjoni ta' Malta f'dan is-settur.", "Ġara li fis-snin 90, wara li waqgħet il-purtiera tal-ħadid, kien hemm flejjes li kienu ħerġin mill-eks Unjoni Sovjetika li wħud minnhom kienu qed jipprovaw jidħlu bħala investiment u bħala kapital f'diversi postijiet Ewropej, fosthom Malta u Ċipru.", "Il-Gvern ta' dak iż-żmien kellu għażla quddiemu, jew li nibqgħu għaddejjin kif konna u dak kollu li jiġi naċċettawh, ikun x'ikun, fejn naċċettaw kwalunkwe kapital u kwalunkwe investiment, jew li ntejbu l-offering tagħna, intejbu dak li pajjiżna jrid u naċċettaw l-aħjar.", "Il-Gvern dak iż-żmien kien iddeċieda li jmur għal kwalità aħjar, dik li dak iż-żmien kienet international trading company system u biddilna l-leġiżlazzjoni tagħna biex inkunu iktar rigorużi, nagħmlu iktar due diligence, u nagħżlu.", "Dan għax kellna l-opportunità, għax diġà konna bnejna reputazzjoni li konna qed insaħħuha biex nieħdu direzzjoni differenti.", "Fil-fatt, hekk għamilna u bqajna nsaħħuha, tant li mal-medda tas-snin ġibna kumpaniji li mhux biss huma international trading companies imma li huma kompletament on-shore.", "Allura bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ħloqna sistema ta' liġijiet li kienet tagħmel sens u li kienet qed tattira investiment serju, investiment nadif, investiment ta' veru, li kien qed jikkrea mijiet u mbagħad eluf t'opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ tagħna.", "Kellna value added jobs li kienu qed iwasslu biex titjieb il-ħajja u jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk kollha li daħlu f'dan is-settur.", "Fil-bidu ma kienx faċli, għax biex tibni reputazzjoni u tikkumbatti mal-kompetizzjoni internazzjonali, mhux dejjem huwa faċli, anzi kien diffiċli, imma ftit, ftit, għamilna għażliet serji u għamilna dak li professjonalment kien meħtieġ biex jintagħżlu n-nies, biex isiru l-istituzzjonijiet, għamilna proċessi rigorużi ta' min naċċettaw li jiġi f'pajjiżna, fosthom il-licensing tal-banek, il-credit institutions u l-financial institutions.", "Aġġornajna l-liġijiet tagħna u konna wasalna biex wara numru ta' snin Malta kellha reputazzjoni eċċellenti fl-Ewropa u fid-dinja li kienet qed tattira lejha l-aqwa investiment.", "Ġara però li ftit tas-snin ilu nqalbet id-direzzjoni u kellna Gvern li l-għażla tiegħu kienet kompletament bil-maqlub ta' dak li kien qed isir, u minflok ma bdejna naraw min irid jinvesti, u niflu, nixtarru u nagħżlu l-aħjar, bdejna mhux biss naċċettaw kollox imma bdejna nħajru biex f'pajjiżna jiġu dawk li s-serjetà ma jafux x'inhi, dawk li ma kenux interessati li jagħmlu investiment ta' veru, imma sempliċement bdew jużaw lil pajjiżna u jabbużaw bih biex il-flus maħmuġin jibdew jgħaddu mis-sistema bankarja u finanzjarja Maltija.", "Dan beda jseħħ bil-mod il-mod, imbagħad sfortunatament jew fortunatament, kollox tela' f'wiċċ l-ilma b'dak li ġie żvelat wara li kien hemm investigazzjonijiet u leaks li kulħadd sar jaf bihom mhux biss lokalment imma internazzjonalment, u bdejna naraw sensiela ta' każ wara l-ieħor, ta' kumpannija wara l-oħra, u ta' banek li kienu ġew Malta biex jaħslu l-flus tagħhom, biex bil-kapital maħmuġ tagħhom …", "Biex jifhmuna n-nies, meta ngħidu kapital f'kumpanija jfisser li inti se tagħmel negozju, se tibda xi ħaġa u fil-bidu nett iż-żerriegħa, dak li trid tibbaża fuqu, ikun maħmuġ, ikun imnawwar, ikun ħażin, ikun ġej minn attività kriminali, u dawn l-istituzzjonijiet mhux biss ħajjarniehom jiġu Malta, imma sfortunatament użajniehom għal skopijiet partikolari, biex jinfetħu kontijiet ta' dawk li riedu jidħlu f'din ix-xibka ta' money laudering.", "Meta ġie żvelat dak li kienu qegħdin jagħmlu, minflok ma ħadna l-passi u għamilna dak kollu neċessarju biex min żbalja, min abbuża, min kiser il-liġi jbati l-konsegwenzi, għamilna minn kollox u għadna qegħdin nagħmlu minn kollox biex nipproteġu lil min naqas.", "Infakkar li ftit tax-xhur ilu, meta ħarġet iktar informazzjoni pubblika internazzjonali dwar il-Pilatus Bank, aħna konna tlabna u għedna li l-loġika kienet li l-istituzzjonijiet tagħna jieħdu passi immedjati u minnufih jirrevokaw il-liċenzja ta' dan il-bank.", "Ġara li l-istituzzjonijiet m'għamlu xejn u l-Gvern baqa' sieket.", "F'Marzu ttieħdu xi ftit azzjonijiet biex tingħata l-impressjoni li qed tiġri xi ħaġa, u sal-lum, xhur wara li ġie żvelat li l-istituzzjonijiet Amerikani stabbilew li l-kapital li kien intuża biex dan il-bank jitwieled f'Malta kien ġej minn flus maħmuġin u kriminali, il-liċenzja ta' dan il-bank li kien qiegħed jitwieled mid-dnub u kien qiegħed jiġi stabbilit f'Malta bi flus tal-kriminalità, għadha ma ġietx revokata.", "X'impressjoni qegħdin nagħtu, mhux biss lill-Maltin li jaħdmu, li huma bil-għaqal, li jridu s-serjetà u lin-negozji tagħna, imma lil dawk li qed iħarsu lejn pajjiżna u jiddeċiedu jridux jinvestu hawnhekk jew le?", "Qegħdin inħajru investiment serju, jew qed ingerrxu lil dawk li huma serji u nħajru iktar lil dawk li mhumiex, għax igħidu li jekk jiġu Malta xejn mhu xejn u jekk dak li jagħmlu hu ħażin isibu lill-Gvern jipproteġihom!", "L-Onor.", "Zammit Lewis qal li għandna l-investment appetite u li r-reputazzjoni tagħna sejra aħjar, u aħjar u aħjar.", "Nixtieq li dan kien minnu, imma sfortunatament mhuwiex hekk, għax fir-realtà jekk naraw il-figuri li ġew ippubblikati nsibu li l-ammont ta' istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin jersqu lejn pajjiżna fir-realtà mhux qed jiżdied, imma qed jonqos.", "Jekk naraw il-credit institutions biss, sal-2015 kien hemm 28 liċenzja, imbagħad naqsu għal 27, imbagħad għal 25, u kull sena qed jibqgħu neżlin.", "Issa mhux biss m'aħniex qegħdin inżommu lil dawn il-banek f'pajjiżna, imma qegħdin nitilfu bank wara l-ieħor, għax qed toħroġ storja wara l-oħra ta' dak li qed iseħħ f'pajjiżna.", "Sur President, jekk naraw il-figuri nsibu li qed jiżdiedu l-investigazzjonijiet li qed iwasslu għal miżuri amministrattivi, għax fl-2015 kellna erbgħa, fl-2016 kellna 12, fl-2017 kellna 23, u sena wara sena dejjem qed jiżdiedu.", "Ikun tajjeb kieku qed tiżdied jew tissaħħaħ ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, u ma neħdux pjaċir li dan mhux qed iseħħ.", "Huwa inutli li noqogħdu nużaw l-aġġettivi li qed taħraqna qalbna!", "Aħna konna l-partit fil-gvern li wellidna s-settur tas-servizzi finanzjarji.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna konna l-partit fil-gvern li ħoloq, saħħaħ u kabbar mijiet u eluf ta' impjiegi f'dan is-settur.", "Jekk hawn xi ħaġa li l-Gvern Nazzjonalista għandu jingħata l-kredtu għaliha u għandu jingħata l-fiduċja li dak li nagħmlu f'dan is-settur huwa verament serju u professjonali, huwa proprju dan.", "Fis-servizzi finanzjarji għamilna, għadna qed nagħmlu, u se nibqgħu nagħmlu l-aħjar għal pajjiżna, mhux hawn biss imma anke barra minn Malta.", "Għalhekk qegħdin hawn illum!", "Għalhekk qegħdin hawn b'din il-mozzjoni fil-bidu ta' din is-sena, wara li fl-aħħar tas-sena li għaddiet kienet ġiet delegazzjoni mill-Parlament Ewropew, għamlet is-suġġerimenti tagħha u tat lista ta' rakkomandazzjonijiet.", "Din il-lista ta' rakkomandazzjonijiet mhijiex qiegħda hemm biex noqogħdu nifirħu, ngħajru, jew ngħajtu kemm naqas dan il-Gvern.", "Dak il-ġudizzju jagħmluh in-nies, imma dawn ir-rakkmandazzjonijiet huma intiżi u maħsubin biex isaħħu l-istituzzjonijiet tagħna, biex jagħtu iktar poter u iktar saħħa lill-istituzzjonijiet u l-istrutturi biex il-liġi Maltija tkun iktar b'saħħitha, biex l-istituzzjonijiet ikunu iktar awtonomi u indipendenti u jingħataw iktar setgħat, biex il-kontroll u l-ħakma tal-Gvern ikunu inqas u biex dawn ikunu jistgħu jaġixxu b'mod iktar trasparenti.", "Dan kollu biex jiġi iktar investiment, biex intejbu l-liġijiet li għandna, u biex noħolqu iktar opportunitajiet ta' investiment u ta' xogħol lejn pajjiżna u lejn il-ħaddiema tagħna.", "Ħalli ngħid x'inhuma dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u se naqra wħud minnhom.", "Il-Kummissjoni Ewropea tara jekk l-awtoritajiet Maltin humiex qed jimplimentaw kif suppost id-direttivi tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-due diligence.", "Due diligence tfisser li qabel ma jiġi xi ħadd tara min hu, u qabel ma jiġu flus minn barra tara minn fejn ġejjin, tara humiex flus nodfa jew maħmuġin.", "F'Malta hawn xi ħadd fin-negozju li qabel ma jdaħħal lil xi ħadd miegħu, ma jarax ma' min se jagħmel in-negozju?", "Hawn xi negozjant Malti li jkun se jagħmel xi negozju ma' xi ħadd u ma jarax dak li se jagħmel in-negozju miegħu min hu, minn fejn ġab flusu, hux se jdaħħlu fl-inkwiet, hux se jagħmilha ma' xi ħadd li għandu preċedent u l-flus li se jaħdem bihom hux se jdaħħluh fl-inkwiet jew hux se jiġġeneraw il-ġid?", "Allura l-Gvern għalfejn ma jaqbilx ma' din ir-rakkomandazzjoni?", "Rakkomandazzjoni oħra hi li l-Awtorità Bankarja Ewropea tara jekk l-MFSA għandhiex konflitti ta' interess fil-qadi ta' dmirijietha.", "Huwa sewwa li naraw jekk awtorità hijiex indipendenti?", "Huwa sewwa li naraw li n-nies li qed imexxuha m'għandhomx konflitt ta' interess?", "Jekk jien nieħu deċiżjoni, m'għandix interess li nara li dik id-deċiżjoni se niggwadanja minnha?", "Il-Gvern illum spjegalna għalfejn din ir-rakkomandazzjoni m'għandhiex isseħħ?", "Għalfejn ma jridux li l-MFSA, li hija l-awtorità prinċipali fil-financial services, tkun immexxija b'mod li ma jkunx hemm konflitt ta' interess?", "X'qed jara ħażin fiha l-Gvern?", "Għalfejn ma jridhiex?", "Għalfejn ma jixtiqhiex?", "Forsi jrid jibqa' jżomm il-kontroll?", "Irid jibqa' jiddeċiedi hu kif jittieħdu d-deċiżjonijiet?", "Irid jibqa' jassigura li jekk jiġi xi ħadd bħal Pilatus Bank f'Malta u jġib flus maħmuġin, dawn jidħlu fis-sistema tagħna u jriegħdu r-reputazzjoni tagħna?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hekk irid il-Gvern?", "Fil-każ jgħidilna, jekk ma qalilniex diġà.", "L-Awtorità Bankarja Ewropea tara jekk l-MFSA hijiex qed taqdi l-obbligu tagħha bħala regolatur in vista tan-nuqqas ta' azzjoni - din diġà semmejtha - fil-Pilatus Bank, fin-Nexia BT u oħrajn, u kif dawn għad għandhom liċenzja biex joperaw fl-Unjoni Ewropea.", "Għandna s-sistema tal-punti ħalli jekk tikser il-liġijiet tat-toroq u tagħmel xi offiżi bil-karozza, jgħoddulek il-punti u jeħdulek il-liċenzja.", "Hawn min jekk jonqos f'xi ħaġa, jeħdulu l-liċenzja għax ma jkunx osserva l-liġi.", "Allura ma' dawn għalfejn ma jsirx l-istess?", "Għalfejn fuq iż-żgħir irridu ninżlu qisha se taqa' d-dinja u l-kbir jibqa' għaddej qisu xejn mhu xejn?", "(Onor. Membri: Hear, hear) X'inhuma l-interessi li lil dawn biss nagħtuhom l-ikbar protezzjoni?", "Għalfejn ma jridx il-Gvern li nkunu trasparenti?", "Għalfejn irid li min qed jikser il-liġi jibqa' jikser il-liġi bil-permess tal-Gvern?", "Li meta l-Gvern jonqos u jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li jieħu passi kontra min qed jagħmel atti kriminali, isir kompliċi u allura kriminal huwa stess!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Kummissjoni Ewropea trid tanalizza l-impatt u l-implikazzjoni tal-programm ta' bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija u kif dan qed jiffumenta l-korruzzjoni, l-importazzjoni tal-kriminalità organizzata, u l-ħasil tal-flus.", "Mill-bidu nett, din kienet liġi li tmur kontra dak kollu li huwa Malti.", "Mill-bidu nett, din kienet liġi li tbigħ in-nazzjonalità u s-sovranità Maltija.", "Mill-bidu nett, riedu jagħmlu kollox sigriet, riedu jżommu kollox mistur, kif qed jagħmlu fil-qorti fil-każ tal-Vitals, ħalli dak li jinten ma jxommu ħadd!", "Ħalli dak li huwa ħażin jibqa' mistur!", "Ħalli min qed jibqa' jisraq lil pajjiżna, inħalluh u nagħtuh il-protezzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-Oppożizzjoni mhux hekk trid.", "L-Oppożizzjoni trid l-investiment, l-Oppożizzjoni trid il-banek, l-Oppożizzjoni trid il-financial institutions, l-Oppożizzjoni trid tkattar il-ġid imma bi flus nodfa, trid l-investiment imma tajjeb, trid negozji imma ta' vera, trid net-worth individuals li jiġu Malta u verament iġibu l-investiment, verament iħaddmu t-tfal tagħna, verament iħarsu r-reputazzjoni tal-pajjiż li dan il-Gvern qisu ħalef li jherriha u jkissirha.", "Dalwaqt nibdew inbatu l-konsegwenzi ta' dawn il-kapriċċi u l-illegalitajiet li qed jippermetti dan il-Gvern.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-emenda ippreżentata mill-Onor.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ votazzjoni.", "Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa 13 ta' Ġunju, 2018.", "Nistieden lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Ġunju, fid-9.30 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Infiq ta' l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni għas-sena li ġejja.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontrolli tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali dwar Dipendenza fuq id-Droga, Trattament mhux Priġunerija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi Teknoloġija Innovativa – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-lnnovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa – votazzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda diversi Liġijiet – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "RODERICK GALDES: Sur President, qiegħed preżenti għal dan l-Aġġornament biex inkun nista' nwieġeb għal dak li qal l-Onor.", "Karol Aquilina waqt din is-seduta, fejn allega li kumpanija partikolari ta' oriġini Iranjana, il-Malta International Constructions Limited, kellha l-ħsieb li titwaqqaf f'Malta biex tkun tista' tieħu x-xogħol tal-bini ta' appartamenti tas-social housing tal-Gvern.", "Fil-fehma tiegħi, min jagħmel allegazzjonijiet bħal dawn bla ma jivverifika l-fatti, mhux biss ikunu stejjer xokkanti, imma jkunu purament stejjer ibbażati fuq il-kalunji u fuq ħrejjef li m'għandhom l-ebda nitfa ta' verità.", "Qed ngħid hekk, għax kif tafu dan huwa proġett essenzjali għal pajjiżna.", "Għall-ewwel darba minn żmien Mintoff 'l hawn, dan il-Gvern qed jiddedika s-somma ta' €110 miljuni għall-bini ta' social housing u nittama li l-Partit Nazzjonalista ma jridx joħloq xi kontroversja fuq il-bini tal-akbar proġett soċjali li qatt sar fi żmienna.", "L-isfortuna hija li l-informazzjoni kollha relatata max-xogħlijiet ta' dan il-proġett hija pubblika u kull min ried seta' jaċċessaha.", "Dan id-deputat għamel allegazzjoni meta jaf li l-affarijiet li qal mhumiex minnhom.", "Kieku mar jagħmel daqsxejn riċerka fuq l-internet, jew talab l-informazzjoni lid-Dipartiment, kienu jagħtuhielu.", "Dan il-Gvern m'għandux x'jaħbi, għax l-affarijiet nagħmluhom b'mod trasparenti.", "Iktar minn hekk, qed jiddispjaċini għall-fatt li l-mod kif saret l-allegazzjoni kellha l-intenzjoni li tagħmel il-ħsara lil Malta barra minn xtutna.", "Huwa tajjeb li nifhmu li parti minn dan il-proġett huwa ffinanzjat minn żewġ entitajiet finanzjarji importanti ħafna, li huma l-European Investment Bank u l-European Central Bank.", "Nittama li dan id-deputat ma kellux l-intenzjoni li jnaffar lil Malta milli tieħu l-fondi ta' dawn iż-żewġ banek billi joħloq stejjer bla bażi li jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna, meta dak li qal mhuwiex minnu.", "Jien illum ġejt hawn biex inwieġeb bil-fatti.", "F'temp ta' nofs siegħa, qabbadt lid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħti, kemm mill-aspett ta' Housing Authority, kemm mill-aspett ta' Housing Projects Management Unit kif ukoll mill-Malita Investments – din ma taqax taħti, imma qed tikkordina l-proġett kollu marbut mal-bini ta' dan il-proġett – biex nara jekk il-kumpanija li semma dan id-deputat qattx kellha xi konnessjoni ma' dawn il-proġetti.", "Irriżulta li mhux talli din il-kumpanija qatt ma kellha konnessjoni ma' dawn il-proġetti, talli lanqas biss applikat.", "Tistgħu taraw id-dokumentazzjoni tat-tenders kollha li ħarġu – se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa – għat-tħammil li qed isir bħalissa u għall-bini tal-appartamenti, li llum qegħdin joħorġu t-tenders għalih, għax dawn huma pubbliċi u kulħadd jista' jaċċessahom.", "Kulħadd jista' jara min kienu l-bidders u jivverifika.", "Li tiġi hawn u tallega li l-proġetti soċjali li qed jagħmel dan il-Gvern huma intiżi għal xi ħadd partikolari naħseb li mhux biss tkun qed tiżvilja lil din il-Kamra, imma wara dik l-allegazzjoni jkollok l-intenzjoni li twaqqaf dan l-akbar proġett soċjali li qatt sar f'pajjiżna.", "Qed ngħid hekk għax nifhem li l-Onor.", "Karol Aquilina mhux talli kien kontra l-IIP, li parti mill-finanzjament tiegħu se tmur għal dan l-akbar proġett tal-housing li qatt sar minn żmien Mintoff 'l hawn, talli kien ukoll kontra l-proġett tas-Siġġiewi, fejn għall-ewwel darba se nkunu qed nindirizzaw il-problemi ta' social housing li għandhom.", "Hu mar jipprotesta kontra dan il-proġett, apparti l-proġetti kollha li ġie jitkellem kontrihom hawn ġew.", "Nifhem għalfejn ġie jagħmel din l-allegazzjoni, għax ma jixtieqx jara dan ix-xogħol jimxi 'l quddiem!", "Nerġa' ngħid li trid tkun irresponsabbli bħala politiku, jew inkella diżonest - għax m'għandix kelma oħra x'ngħid - biex tagħmel allegazzjoni li ma jkun fiha l-ebda bażi veritiera.", "Kieku talab l-informazzjoni kienet tingħatalu, għax aħna qegħdin immexxu b'mod trasparenti.", "It-tenders huma pubbliċi.", "Mela għal proġett ta' €110 miljuni jistgħu ma jinħarġux tenders?!", "Mhux bilfors li kollox se jkun pubbliku b'mod li tista' taċċessah?", "It-tifel tiegħi, li għadu żgħir, jista' jaċċessa din l-informazzjoni, aħseb u ara jekk deputat jistax jagħmel din ir-riċerka!", "Min-naħa tiegħi, irrid ngħid li fuq din l-allegazzjoni se jkolli noħroġ stqarrija biex nirribattiha, apparti li se nqiegħed id-dokumenti kollha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien ma nafx jekk din l-allegazzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-lum jagħmilhiex tiegħu, għax nifhem li din ġejja mit-team tal-Onor.", "Simon Busuttil li kollox jaraw ikrah u negattiv, tant li anke fuq proġett soċjali jridu joħolqu kontroversja u jipprovaw jitfgħu t-tajn minflok ma jaraw l-affarijiet kif inhuma b'mod veritier.", "Issa l-Partit Nazzjonalista jrid jgħidilna jekk hux se jibqa' jitfa' t-tajn anke barra minn pajjiżna, meta jaf li dan il-proġett hu ffinanzjat minn żewġ entitajiet Ewropej li mhux biss jitolbu skrutinju, imma biex tasal biex ikollok proġett bħal dan trid tgħaddi mill-għarbiel kollu u mhux biss dak tat-trasparenza!", "Għalhekk ħafna drabi niġu kkritikati li jkun hemm id-dewmien, għax minħabba d-direttiva tal-Unjoni Ewropea, il-procurement regulations f'pajjiżna huma esiġenti ħafna.", "Hemm regolamenti ebsin, u hekk għandu jkun, għax hawn qed nitkellmu fuq flus in-nies.", "Jien nifhem għalfejn ġieli niġu kkritikati dwar kemm se jdum il-proġett, għax aħna m'aħniex kuntratturi privati u ma nistgħux naqbdu u nitfgħu l-ewwel ġebla mill-ewwel!", "Hemm il-parametri tat-tenders u hemm id-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Kulħadd jaf kif għandhom isiru l-proċeduri u kulħadd jista' japplika b'mod apert.", "Sur President, jien m'iniex se nħalli lill-Partit Nazzjonalista jwaqqaf dan il-proġett, li naf li jixtieq iwaqqfu għax ma jixtieqx jara li għall-ewwel darba jkun hawn Gvern li verament jiddedika parti sostanzjali mill-fondi tiegħu għall-bini ta' appartamenti ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Qed ngħid hekk, għax dan il-proġett se jwassal biex l-istock kollu li għandu l-Gvern ta' akkomodazzjoni soċjali jiżdied b'25%.", "Jekk illum għandna 3,000 familja jistennew fuq il-waiting list tal-Awtorità tad-Djar, se nkunu qegħdin ngħinu ħafna minnhom permezz ta' proġetti bħal dawn.", "Dan apparti li ħafna nies, meta jitbattal il-flat tagħhom jerġgħu jgħadduh lura lill-familji fil-bżonn.", "Nappella sinċerament lill-Membri tal-Partit Nazzjonalista biex ma jibqgħux jagħmlu ħsara lil pajjiżna meta ma jkollhomx l-affarijiet b'mod veritier.", "Jien għadni kemm tlabt l-informazzjoni mingħand il-Malita Investments biex nara min tefa' t-tender u rriżulta li din il-kumpanija partikolari qatt ma tefgħet it-tender.", "Aħseb u ara kemm nistgħu nagħtu proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali lil din il-kumpanija!", "L-istess ħaġa fir-rigward tat-tħammil.", "Għal ġieħna, ix-xogħol ma sarx issa, imma beda sena ilu.", "Mela kellu biżżejjed ċans biex jivverifika qabel ma jiġi hawn u jagħmel xi gaffata bħalma għamel illum!", "Jiddispjaċini meta nara li l-Partit Nazzjonalista baqa' negattiv u ma tgħallimx mill-elezzjoni 'l hawn.", "Sfortunament, dan il-Partit għadu maqsum sal-lum.", "Dan jidher b'mod ċar għax anke sħabu stess iddistakkaw ruħhom minn din l-allegazzjoni tiegħu.", "Bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali m'iniex se nippermetti li f'dan il-Parlament jintqalu affarijiet li jistgħu jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna!", "Nirringrazzjak, Sur President.", "Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar sejħiet għall-offerti għall-bini ta' appartamenti u garages tal-Gvern f'Ħaż Żebbuġ, B'Kara u Ħ'Attard; u", "Tagħrif dwar sejħiet għal excavation works f'diversi lokalitajiet b'rabta mal-bini ta' appartamenti tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018, fid-9.30 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fin-12.35 pm il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ– KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Marzu 2013 s'issa ntefqu €1,500 fl-2016 għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, filwaqt li bejn is-sena 2008 u s-sena 2011 intefqu €13,173.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella.", "*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX– KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu, 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili bħal, pereżempju, kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Marthese Portelli, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tagħha; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Onor Marthese Portelli m'għandha ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Clyde Puli, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u l-grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Clyde Puli m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Chris Said, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Chris Said m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Hermann Schiavone, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Hermann Schiavone m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Stephen Spiteri, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Stephen Spiteri m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "David Stellini, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "David Stellini m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm żewġ persuni fi ħdan il-Ministeru tiegħi li għandhom ir-rwol ta' Commissioner for Oaths.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-uffiċjali li jinħatru Kummissjunarji bis-setgħa li jagħtu l-Ġuramenti huma fdati biex jirrappreżentaw lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ f'Missjonijiet barra minn Malta.", "F'din il-funzjoni hemm servizzi wiesgħa li l-uffiċjali jeħtieġu biex jamministraw il-ġurament.", "Il-lista ta' hawn taħt hija lista mhux eżawrjenti ta' servizzi provduti li jeħtieġu dikjarazzjoni b'ġurament:", "Akkwist ta' Ċittadinanza Maltija, Ċittadinanza Doppja, Dritt għal passaport Malti / UE, Ċertifikazzjoni ta' Dokumenti; Applikazzjoni tar-Reġistru Pubbliku biex jiżżewġu f'Malta; Reġistrazzjoni ta' Twelid/Żwiġijiet/Mwiet/ Dokumenti ta' divorzju mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta; Dikjarazzjoni dwar Ġurament; Dokument ta' Vjaġġar ta' Emerġenza; Applikazzjoni IIP; Awtentikazzjoni ta' dokument ta' natura edukattiva jew ta' natura kummerċjali, u oħrajn.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm 19-il Kummissjunarju b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).", "Dawn il-Kummissjunarji jinsabu fi Transport Malta, l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Il-kompetenza tal-individwi f'dan ir-rigward hi ta' Nutara Pubbliċi, Prokuraturi Legali, Uffiċjal Eżekuttiv, Manager, Senior Clerk, Chief Audit Officer, Case Officer, Administration Officers, Senior Manager u Debt-Recovery Para-Legal.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan id-dekasteru hemm tliet Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).", "Dawn għandhom is-setgħa li jagħtu ġuramenti għal fini ta' bordijiet ta' dixxiplina, fuq rapporti annwali sottomessi mill-kustodji appuntati mill-bord u lill-persuni li jkunu tilfu l-Blue Badge.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI -PERSUNI LI HUMA MAĦTURA BĦALA KUMMISSJUNARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni jekk il-persuna hijiex uffiċjal pubbliku, persuna li għandha x'taqsam mas-servizz barrani tal-Gvern f'xi pajjiż barra minn Malta, avukat, prokuratur legali jew persuna privata?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni, id-data tal-ħatra tagħha bħala Kummissjunarju b'setgħa li jagħti Ġurament u jekk il-ħatra saritx bħala waħda personali jew bl-isem tal-kariga jew tal-funzjonijiet moqdija minnha?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "IL-BAJJA TAR-RAMLA: TRIQ TA' GĦAJN ĦOSNA - TISWIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5684 kollha u tgħid jekk Triq Ta' Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f'dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss?", "Tista' tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta' dan is-sajf?", "Interpellant li triq Għajn Ħosna hi responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra, iżda l-Ministeru għal Għawdex alloka l-fondi għall-ammont ta' €150,015 biex din it-triq tingħata t-tarmac skont kif indikat mill-perit konċernat tal-istess kunsill.", "Il-Ministeru għal Għawdex hu kommess li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti Għawdxin.", "GĦAWDEX – PROĠETT TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proġett ta' afforestazzjoni sar ġewwa Għawdex u f'liema lokalità mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm-il siġra ġiet imħawla f'dawn il-proġetti ta' afforestazzjoni?", "Jista' jgħid fejn hu ppjanat li jsiru iktar proġetti ta' afforestazzjoni matul is-sena 2018 f'Għawdex?", "JOSÈ HERRERA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3761.", "Ninfurmah ukoll li f'Kemmuna tlesta l-proġett ta' afforestazzjoni fejn tħawlu 3,100 siġra indiġena.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f'Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018?", "Tista' tgħid kemm ingħataw direct orders għal din l-attività u lil min ingħataw, kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-direct orders?", "Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f'din l-attività saru wara talba għall-quotations u tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għalhekk jingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX: TRIQ LI MIR-RABAT TWASSAL GĦAŻ-ŻEBBUĠ – BINI TA' TRIQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta' bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal saż-Żebbuġ f'Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż?", "Tista' tgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul is-sena 2018?", "JUSTYNE CARUANA: Ninforma lil Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma ġietx inkluża fil-pjan ta' toroq li għandu l-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2018.", "Il-Ministeru hu kommess li jkompli jinvesti fl-infrastruttura tal-gżira Għawdxija biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja kemm tal-Għawdxin u l-eluf ta' turisti li jżuruna.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mid-Direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sad-data li bdew jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern permezz tal-Avviż Legali msemmi fit-tweġiba tagħha?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?", "Interpellant li din l-informazzjoni hija aċċessibbli online skont il-link li ġejja:", "Kopja tal-iscreenshot tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX: ROADS SECTION - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaqgħu taħt ir-Roads Section ġewwa Għawdex u li bħalissa jagħmlu parti mill-Ministeru għal Għawdex humiex se jkunu parti mill-aġenzija ġdida tat-toroq li se tkun responsabbli mit-toroq kollha ta' Malta u Għawdex?", "Jekk iva, kif inhu maħsub li dawn il-ħaddiema jgħaddu għal mal-aġenzija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif tħabbar fil-Parlament waqt it-Tieni Qari ta' Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, fil-jiem li għaddew, Għawdex ser ikun qed igawdi minn żieda sostanzjali fil-fondi allokati għat-titjib u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq permezz tal-ħidma ta' din l-aġenzija ġdida.", "Fl-istess waqt, il-fondi għal xogħlijiet fit-toroq li preżentament jiġu allokati kull sena għall-Ministeru t'Għawdex mhumiex ser jitnaqqsu.", "L-aġenzija ġdida ser tkun qed tappoġġja u ssaħħaħ ix-xogħol li preżentament isir mill-Ministeru t'Għawdex, b'aktar riżorsi u b'aktar fondi.", "Id-diskussjonijiet dwar il-loġistika ta' din il-kollaborazzjoni bejn Infrastruttura Malta u l-Ministeru t'Għawdex għadhom għaddejjin, u mistennija jitkomplew fiż-żmien li ġej.", "Fl-istess waqt, il-Gvern qed jagħmilha ċara li r-riżorsi umani, bl-esperjenza u l-ħiliet tagħhom, li hemm bħalissa fi Transport Malta, fil-Ministeru t'Għawdex u f'entitajiet oħra relatati, jeħtieġ jibqgħu jagħtu s-sehem tagħhom fl-iżvilupp tal-infrastruttura tat-toroq, speċjalment fis-snin li ġejjin meta ser naraw investiment bla preċedent għal toroq aħjar u aktar siguri f'Malta u Għawdex.", "HERITAGE MALTA: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĦLAS LILL-ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema interessati humiex se jitħallsu mill-payroll system jew humiex se jiġu mitluba jirreġistraw bħala self-employed u jużaw il-ktieb tal-VAT?", "Jista' jgħid kif se jassigura li ma jinħoloqx xi tip ta' xogħol tal-prekarjat ġdid fi ħdan Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – KONSULTAZZJONI MAL-UNION", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Union li tirrapreżenta l-ħaddiema ta' Heritage Malta ġietx ikkonsultata fuq din il-kwistjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – XOGĦOL TA' HMSL", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu relatat mal-HMSL isir b'mod volontarju u jingħata biss lil min jixtieq jaħdmu?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "HERITAGE MALTA: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĠBIR TA' TIPS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġi permess li jinġabru tips mill-events, u, jekk iva, dawn kif ser jiġu mqassma?", "Jista' jgħid xi proċedura qiegħda tiġi addottata bħalissa?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "*Tabella ta' mistoqsija parlamentari 2402"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180531_122d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 4 ta Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.30 a.m.", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 122, li saret fil-31 ta' Mejju 2018, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XXI tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, f'din is-seduta m'hawnx mistoqsijiet parlamentari.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 175 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar ir-Rimi u Ġbir ta' Skart fil-Belt Valletta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali tal-MEUSAC għas-sena 2017;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 176 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku; u", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L. Nru 2/13/2018 - Bye-Laws tal-2018 dwar l-Użu ta' Faċilitajiet (Kunsill Lokali L-Imdina) (Città Nobile);", "Avviż Legali Nru 177 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar ir-Restrizzjoni tal-Protezzjoni tad-Data (Obbligi u Drittijiet);", "Avviż Legali Nru 178 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar l-Ipproċessar ta' Data dwar is-Saħħa għall-finijiet ta' Assigurazzjoni; u", "Avviż Legali Nru 179 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar l-Ipproċessar ta' Data Personali ta' Minorenni fir-rigward tal-Offerta ta' Servizzi minn Soċjetà tal-Informazzjoni.", "L-ISPEAKER: Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "TAL-AWTORITÀ DWAR", "IL-PROTEZZJONI TA' EMBRIJUNI GĦAS-SENA 2018", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, Kap. 524.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Gvern.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Sur President, illum, qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Embryo Protection Authority kif ukoll ix-xogħol li wettqet matul din l-aħħar sena, fosthom ir-rapport annwali għall-2017.", "Irrid nibda dan id-diskors billi nirringrazzja lit-team kollu li hemm fl-Awtorità mmexxija mill-Imħallef Sciberras, għax-xogħol li wettqu mhux biss matul is-sena li għaddiet, imma minn mindu twaqqfet din l-Awtorità fil-bidu tas-sena 2013.", "L-Awtorità tkun qed tara x-xogħol li jkun għaddej għar-rigward ta' assistenza riproduttiva, jiġifieri l-IVF u sistemi simili tal-IVF.", "Għalhekk irrid nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil mijiet ta' professjonisti li jaħdmu fil-laboratorji u fl-isptarijiet tagħna, kemm f'Mater Dei kif ukoll fil-privat, li joffru dan is-servizz tant essenzjali lil mijiet ta' koppji.", "Il-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tal-infertilità huma nies serji ħafna u dedikati f'xogħolhom.", "Għalhekk f'isem il-koppji li ħadu dan is-servizz, f'isem id-Dipartiment tas-Saħħa u f'isem il-Gvern, irrid nirringrazzjahom tax-xogħol u d-dedikazzjoni kbira tagħhom.", "Bi pjaċir ngħid li minn mindu beda jingħata s-servizz tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, fil-bidu ta' Jannar 2015, sal-lum kellna 127 tarbija li twieldu grazzi għall-IVF.", "Dawn huma 127 miraklu, 127 ħajja ġdida u 127 familja ġdida!", "Dawn huma trabi li twieldu wara snin twal li fihom il-ġenituri jkunu pprovaw ikollhom tarbija biex jesprimu l-imħabba u x-xewqa kbira li jifformaw familja.", "Dawn il-ġenituri jkunu għamlu diversi trattamenti, nefqu l-flus u għaddew minn proċeduri li jħallu l-impatt tagħhom kemm fiżiku kif ukoll psikoloġiku.", "Għalhekk nifraħ lil dawn il-familji, lin-nanniet u z-zijiet ta' dawn it-trabi u lil dawn it-trabi nfushom għax, kif għedt, dawn huma 127 miraklu li għandna fis-soċjetà Maltija grazzi għas-servizz tal-IVF li qed jingħata fl-Isptar Mater Dei.", "Però rrid ngħid li dawn il-127 tarbija kienu riżultat ta' madwar 600 ċiklu li sar fl-Isptar Mater Dei.", "F'dawn is-sentejn u nofs li ilna nagħmlu l-IVF fl-Isptar Mater Dei, għamilna 590 ċiklu, li minnhom kellna suċċess f'127 u falliment f'464.", "Dan ifisser li għal 464 koppja, 464 familja potenzjali, 464 ġenituri potenzjali bin-nanniet u z-zijiet, is-sistema li għandna bil-liġi tal-2012, qed tfalli.", "Għal kull tarbija li rnexxielna nwelldu bl-IVF, kellna erba' fallimenti!", "Għal erbgħa minn ħames koppji li jmorru għall-IVF, is-sistema tal-lum qed tfalli.", "Biss, kif nafu, ix-xjenza tevolvi u dejjem tiżviluppa u llum għandna metodi xjentifiċi u mediċi ta' kif nistgħu noffru kura medika għall-infertilità li tista' tgħin lil uħud minn dawn l-464 – u bħalhom hawn eluf oħra – li s-sistema tal-lum mhux tirnexxi għalihom.", "Sur President, illum jeżistu sistemi u kura li nistgħu nagħtu lil dawn il-mijiet ta' koppji.", "Jien ngħid: Min aħna biex inċaħħdu lil dawn il-koppji minn din il-kura medika li jista' joffri l-Istat?", "Bħalma kellna 127 miraklu ta' ħajja ġdida minn kważi 600 ċiklu, bil-liġijiet u bl-emendi li se nagħmlu għal-Liġi tal-IVF nistgħu nagħtu aktar opportunitajiet lil dawn l-464 u eluf oħrajn bħalhom li, sal-lum, għalihom is-sistema falliet.", "Għalhekk, ejja nkunu responsabbli, maturi u leġiżlaturi li naraw x'inhu jiġri fis-soċjetà Maltija u fil-qasam mediku biex ngħinu lil aktar nies.", "Ejja nifhmu li fejn ma tasalx in-natura, tista' tasal ix-xjenza u l-imħabba.", "Ejja nkunu aħna li nagħtu l-opportunità lil dawn il-familji potenzjali, li bil-liġi li għandna sal-lum is-sistema għalihom mhux qed tirnexxi, biex huma wkoll ikollhom il-miraklu ta' ħajja ġdida fil-familja tagħhom.", "Aħna ninsabu determinati li noffru dawn l-opportunitajiet lil dawn il-koppji li sal-lum ipprovaw kemm-il darba biex ikollhom tarbija, imma s-sistema għalihom falliet.", "Nagħmilha ċara li m'iniex qed ngħid li bl-emendi li se nagħmlu permezz tal-liġi l-ġdida, kull min jipprova l-proċess tal-IVF se jkollu suċċess, però nafu li nistgħu nżidu r-rata tas-suċċess.", "Għalhekk nifhem li għandna nkunu kuraġġużi biżżejjed li nieħdu l-pass meħtieġ biex nagħtu l-kura medika li għandhom bżonn dawn il-koppji u li teżisti imma li sal-lum huma mċaħħdin minnha.", "Dan huwa l-prinċipju tagħna, li noffru servizz mediku eċċellenti u tal-aħjar kwalità mingħajr ħlas lil kull min għandu bżonnu.", "Dan is-servizz se jkun aċċessibbli għal kulħadd, imma bl-emendi fil-liġi tal-IVF li qegħdin nipproponu se naraw li ngħinu lil min l-aktar li għandu bżonn.", "Naturalment nifhem li fil-pajjiż hawn diskussjoni u wieħed irid jirrispetta l-veduti ta' kulħadd.", "Filwaqt li l-prinċipju sagrosant tagħna hu li nagħtu l-kura medika tal-inferitilità lil kull min għandu bżonnha mingħajr ma nċaħħdu lil xi ħadd b'mod diskriminatorju, irridu wkoll nisimgħu lil kulħadd.", "Waħda mill-affarijiet li għedna sa mill-bidu hi li rridu nirrispettaw il-ħajja fl-istadji kollha tagħha.", "Għalhekk qegħdin nipproponu tibdil li jippermetti li aktar embrijuni jispiċċaw il-vjaġġ tagħhom tat-tqala u jsiru tarbija milli qed jiġri llum.", "Bl-emendi li qegħdin nipproponu li ndaħħlu se nsalvaw aktar embrijuni.", "L-għan tagħna hu li nagħtu aktar opportunitajiet lil min sal-lum ma kellux suċċess bis-sistema preżenti, minkejja li jeżisti trattament xjentifiku għalih.", "Irridu nneħħu kull diskriminazzjoni għax illum f'dan il-pajjiż m'għadx hawn post għad-diskriminazzjoni.", "Fl-istess ħin, kif għedt, irridu nirrispettaw il-ħajja mill-bidu tagħha.", "F'dawn ix-xahrejn prattikament kuljum iltqajt ma' nies minn spettru kbir tas-soċjetà u smajt l-opinjonijiet li esprimew dwar l-emendi li qegħdin nipproponu biex intejbu l-liġi tal-IVF.", "Irrid ngħid li kien hemm min qabel, min ma qabilx, min issuġġerixxa kif nistgħu ntejbu, min ried iżjed u min ried inqas.", "Iltqajt u għadni qed niltaqa' ma' kulħadd biex nisma' aktar veduti.", "Sal-lum stess reġa' għandi laqgħat ma' aktar nies li matulhom mhux biss nisma', imma anke nieħu s-suġġerimenti ta' nies li huma ġenwini fil-kummenti tagħhom.", "Aħna ġenwini wkoll, u għalhekk nixtiequ li l-liġi li qegħdin infasslu tagħti aktar opportunitajiet ta' trattament mediku lil kulħadd biex inneħħu kull diskriminazzjoni.", "Fl-istess waqt, kif għedt, irridu nirrispettaw il-ħajja mill-bidu tagħha.", "Fost l-oħrajn, iltqajt ma' għexieren ta' NGOs, mal-President tar-Repubblika u mal-ogħla awtoritajiet tal-Knisja Kattolika f'Malta.", "Qed ngħid dan biex naqtgħu l-paroli żejda ta' min jipprova jieħu gwadann partiġjan minn xi ħaġa sensittiva bħal din.", "Ngħid ukoll li kuntrarjament għal dak li ntqal minn xi wħud, bħala partit iddiskutejna din il-liġi internament darba, darbtejn, anke internament mal-fergħat kollha tal-Partit, mal-grupp Parlamentari Laburista, fil-Kabinett u anke ma' xi wħud mill-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.", "Kien hemm ħafna persuni li tawni suġġerimenti tajbin.", "Ftit inqas minn għaxart ijiem ilu, f'din il-Kamra ttieħed vot li permezz tiegħu l-emendi kif proposti għaddew b'maġġoranza soda.", "Dan ifisser li jien għandi l-unur ngħid li għandi maġġoranza soda f'dan il-Parlament li qed tapprova l-emendi li ressaqt għal-Liġi tal-IVF.", "Il-grupp Parlamentari Laburista kollu, b'mod unanimu, huwa solidu wara dawn l-emendi.", "Madankollu, xorta smajt u fhimt espressjonijiet u veduti differenti.", "Illum stess se nkun qiegħed ngħaddi numru ta' emendi li qegħdin nipproponu għal dan l-Abbozz lill-Oppożizzjoni.", "Dan sabiex nieħdu on board il-veduti u l-fehmiet diversi li ħafna minnhom huma ġenwini u jistgħu jtejbu din il-liġi biex nagħtu aktar opportunità, ineħħu kull diskriminazzjoni u nirrispettaw il-ħajja.", "Meta jiltaqa' l-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi tal-Liġijiet biex nibdew niddiskutu klawsola klawsola ta' dan l-Abbozz se nressaq dawn l-emendi biex intejbu l-Liġi tal-IVF.", "Se nibda bil-kwestjoni tad-donazzjoni tal-gameti.", "Aħna qegħdin ngħidu li nifhmu li hawn koppji fejn jew min-naħa tar-raġel jew min-naħa tal-mara hemm problema medika fejn jew ir-raġel m'għandux l-isperma jew il-mara m'għandhiex il-bajd.", "Nifhmu wkoll li wieħed mill-metodi kif wieħed jista' jkollu tarbija hu billi jkun hemm id-donazzjoni tal-gameti.", "Nifhmu li din hija xi ħaġa li sseħħ fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej u nifhmu wkoll li bħala pajjiż Ewropew, pajjiżna għandu jieħu din ix-xjenza on board biex nagħtu din l-opportunità lil aktar familji potenzjali li jesprimu l-imħabba tagħhom u jkollhom wild fil-familja tagħhom.", "Meta fil-bidu semmejna li se nintroduċu d-donazzjoni tal-gameti fil-liġi tagħna konna għedna li din se tiġri b'mod anonimu.", "Dan ifisser li min jagħti l-bajda jew l-isperma ma jkunx jaf lil min taha, min irċevieha ma jkunx jaf mingħand min ħadha u l-wild ma jkunx jaf minn fejn ġie.", "Jien kelli diversi diskussjonijiet ma' ħafna persuni li esprimew il-veduti tagħhom u wara dibattiti u konsultazzjonijiet sħaħ, iddeċidejna li se nagħmlu emenda fl-abbozz li għandna biex immorru fuq il-mudell tal-Fillandja li huwa pajjiż bejn wieħed u ieħor daqs tagħna u għandhom sistema li taħdem.", "Is-sistema tal-Fillandja fejn tidħol donazjzoni ta' gameti hi li waqt li d-donatur ma jkunx jaf lil min ta d-donazzjoni tiegħu u waqt li min irċieva d-donazzjoni ma jkunx jaf minn fejn ġiet, il-wild, meta jagħlaq 18-il sena, ikollu d-dritt ikun jaf min kien id-donatur.", "Dan ifisser li se nneħħu din il-parti tal-anonimità.", "Hawn mhux qed ngħidu li d-donatur ikun jaf min hu l-wild, jew li l-ġenituri jkunu jafu minn fejn ġiet id-donazzjoni, imma qed ngħidu li l-wild, meta jikber u jsir raġel jew mara, jekk irid hu, ikollu l-opportunità li jkun jaf minn fejn ġiet id-donazzjoni.", "Fil-fatt se jkun hemm reġistru bid-dettalji ta' min ikun ta d-donazzjoni u wieħed ikun jista' jara min kien id-donatur li wassal biex ikollu ħajtu.", "Sur President, qegħdin nitkellmu wkoll fuq l-embryo freezing, li huwa konċett li diġà jeżisti fil-Liġi Maltija.", "Aħna se nkomplu nużaw dan il-konċett, però proprju għax nirrispettaw il-ħajja mill-bidu tagħha, ma nixtiqux li jkollna numru kbir ta' embrijuni li jkunu priservati u ffriżati li ma jintużawx.", "Aħna rridu li l-embrijuni kollha jingħataw l-opportunità li jkomplu l-vjaġġ tagħhom, imma nixtiequ wkoll li l-maġġoranza kbira jingħataw din l-opportunità mill-istess koppja li tkun iffertilizzathom.", "Aħna qegħdin ngħidu li fl-ewwel ċiklu, ikollna biss tliet bajdiet li jiġu fertilizzati.", "Fil-maġġoranza tal-każijiet, se jkun hemm embrijun wieħed jew tnejn li jiġu trasferiti fl-omm.", "F'dawk il-każijiet li jkun hemm tliet embrijuni u tnejn jiġu trasferiti, jibqa' embrijun li jkun iffriżat.", "Permezz ta' dawn l-emendi se nagħmlu tibdil fil-protokoll biex dawk il-koppji li jkollhom embrijun iffriżat jerġgħu jingħataw l-opportunità ta' ċiklu ieħor, anke jekk ikollhom suċċess fl-ewwel ċiklu, biex ikunu jistgħu jittrasferixxu l-embrijun huma stess.", "B'dan, qegħdin ngħidu li l-maġġoranza assoluta tal-embrijuni li jkunu maħluqin minn koppja se jiġu trasferiti minn din il-koppja oriġinali.", "Se jkunu biss l-eċċezzjonijiet fejn l-embrijun imur għall-addozzjoni.", "Permezz ta' din il-klawsola tal-addozzjoni, l-ebda embrijun mhu se jkollu l-opportunità li jiżviluppa miċħuda.", "Fil-maġġoranza kbira tal-każi, l-embrijuni kollha se jkollhom l-opportunità jiżviluppaw f'dik il-koppja stess li tkun ħolqithom.", "Aħna qegħdin nieħdu din l-inizjattiva biex mhux biss ikollna tliet ċikli, imma jekk hemm bżonn ikollna aktar ċikli biex min għandu embrijuni ppriservati, jużahom.", "Qegħdin ngħidu wkoll li min diġà għandu tarbija u sal-lum ma jistax ikollu ċikli oħrajn, issa jista' jkollu ċikli oħrajn biex jekk għandu embrijun iffriżat, ikun jista' jittrasferih.", "Qegħdin ngħidu li l-età ta' meta tista' tagħmel l-IVF f'każ li għandek embrijun iffriżat se titla' minn 43 għal 48.", "Dan ifisser li qegħdin nagħtu l-opportunità kollha lil dik il-koppja li tkun ħolqot l-embrijun biex dak l-embrijun jiżviluppa għandha u jkollha t-tarbija li tixtieq hi.", "L-embrijuni kollha – in-numru se jkun żgħir - li se jkunu ppriservati se jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw f'dik il-koppja stess li ħolqithom u oħrajn, billi jkunu addottati minn koppja oħra li tkun tħobbhom, tgħożżhom u trabbihom bħalma trabbi kull tifel jew tifla oħra.", "Fir-rigward tal-kwestjoni tal-embryo adoption li l-liġi tal-lum issemmiha mingħajr ma tagħti regolamentazzjoni sew fuqha, qegħdin ngħidu li rridu naraw li l-omm u l-missier potenzjali li jkunu se jaddottaw l-embrijun ikunu ġenituri tajbin.", "Dan eżattament bħalma jiġri llum fejn tidħol l-addozzjoni.", "Il-Bord tal-Addozzjoni se jara li fejn se jkun hemm addozzjoni ta' embrijun, ikun hemm il-proċeduri kollha biex il-ġenituri potenzjali jiġu misħarrġa kif jiġri llum fl-addozzjoni ta' tarbija.", "Nerġa' ngħid li għalkemm l-addozzjoni tal-embrijuni llum u anke permezz ta' dawn l-emendi se ssir f'każijiet pjuttost eċċezzjonali, s'issa m'għadx hemm il-mod kif din il-prattika tkun regolarizzata.", "Kien hemm ħafna nies li, bir-raġun, kellmuni dwar il-fatt li t-terminoloġija f'dan l-Abbozz mhux dejjem hija konsistenti, jiġifieri filli wieħed jirreferi għal embrijun u filli wieħed jirreferi għal bajda fertilizzata.", "Naħseb li din kienet kwestjoni ta' meta din il-liġi kienet qed tiġi drafted minn esperti differenti li wżaw terminoloġija differenti.", "Waqt li nifhem li dan mhu se jżid l-ebda valur lil-liġi, nifhem ukoll li terminoloġija differenti forsi tista' toħloq xi naqra konfużjoni.", "Għalhekk, permezz tal-emendi fil-Kumitat se nipproponu li kull fejn hemm dawn it-termini, tintuża dejjem il-kelma \"embrijun\".", "Se nkunu qegħdin nipproponu wkoll numru ta' tibdiliet fl-Abbozz kif inhu llum biex kull fejn hemm terminu ta' bajda fertilizzata jew termini oħrajn li jfissru l-istess ħaġa jinbidlu għat-terminu ta' embrijun.", "Nifhem li kien hawn min forsi ħaseb li din saret għal xi raġuni partikolari, biss dan mhux il-każ u għalhekk, biex naqtgħu kull dubju, se nkunu qegħdin inbiddlu dawn it-termini kollha u nużaw it-terminu \"embrijun\".", "Sur President, permezz ta' din il-liġi, qed nipproponu numru ta' emendi bil-għan li, l-ewwel nett, inneħħu dik il-parti tal-anonimità f'każ ta' donazzjoni tal-gameti biex tarbija, meta tikber, ikollha d-dritt li tkun taf min kien id-donatur.", "Se nagħmlu wkoll proċeduri biex min ikollu embrijun iffriżat ikollu l-opportunità kollha li jerġa' jmur għalih u għalhekk l-embrijun ikun qed jingħata l-ħajja f'dik il-koppja stess li tkun ħolqietu.", "Qegħdin ngħidu li fejn se jkun hemm l-addozzjoni ta' embrijuni, se naraw li l-embrijuni kollha jingħataw l-opportunità li jiżviluppaw.", "Qed ngħidu li se jkun hemm bord imwaqqaf li se jara s-suitability tal-ġenituri prospettivi.", "Kif għedt, kull fejn hemm terminoloġija differenti li tfisser l-istess ħaġa, se nkunu qegħdin dejjem nużaw il-kelma \"embrijun\".", "Se niġi issa għas-surrogazzjoni b'mod altruwista, fejn se nkun ċar għax kien hemm min ipprova jdaħħal xi dubju dwar din il-kwestjoni.", "Is-surrogazzjoni b'mod ultruwista se tkun mingħajr ebda forma ta' ħlas jew kumpens materjali.", "Bil-liġi kif inhi llum, jekk mara għandha problema medika bħal, pereżempju, tilfet l-utru jew twieldet mingħajr utru u ommha jew oħtha tixtieq iġġorrilha t-tarbija tagħha, dik l-omm jew l-oħt teħel tliet snin ħabs jekk tagħmel dan.", "Aħna nixtiequ niddikriminalizzaw dan l-att u għalhekk issuġġerejt li nneħħuh minn att kriminali, biex imbagħad indaħħlu l-qafas regolatorju.", "Kien hawn min qal li dan l-att qed jagħti wisq setgħa lill-Ministru.", "Kien hemm min qal li se nkun qisni alla u oħrajn li qalu li se nkun qisni xitan!", "F'dan kollu, tajjeb li nsib it-triq tan-nofs.", "Għalkemm ħafna drabi l-avviżi legali jiġu diskussi fil-Parlament, nifhem li kien hemm min ħass illi din il-liġi kienet qiegħda tagħti wisq poter f'idejn il-Ministru li jibdel ir-regolamenti ta' kif issir is-surrogazzjoni b'mod altruwistiku permezz ta' avviż legali.", "Għalhekk se nkun qiegħed nipproponi li minflok l-ewwel niddikriminalizzaw u mbagħad ikollna l-legal notice ta' kif tista' issir is-surrogazzjoni b'mod altruwistiku, se nagħmlu l-istess ħaġa imma bil-maqlub, anke jekk konna qegħdin ngħidu li l-klawsola li tiddikriminalizza tidħol biss fis-seħħ meta jkollna dan il-qafas fis-seħħ.", "Aħna qed ngħidu li f'dan l-Abbozz ta' Liġi, il-parti tas-surrogazzjoni b'mod altruwistiku se tibqa' kif inhi.", "Se nagħmlu konsultazzjoni wiesgħa dwar il-mod ta' kif għandha tidħol fis-seħħ, għax nifhem li legalment hemm ħafna x'wieħed għandu jiddiskuti.", "Nifhem li wieħed irid isib l-aħjar metodu, jekk jista' jkun, mill-ewwel, imbagħad, jekk ikun hemm bżonn, nerġgħu niġu fil-Parlament b'abbozz ġdid biex niddiskutuh bl-iżjed mod miftuħ.", "Jekk eventwalment ikun hemm bżonn li jinbidlu r-regolamenti, nerġgħu niġu niddiskutu fil-Parlament.", "Kif għedt, jien smajt ħafna suġġerimenti dwar is-surrogazzjoni b'mod altruwistiku u għalkemm nemmen fil-prinċipju li niddikriminalizzaw, se nkunu qegħdin intellgħu din id-dikriminalizzazzjoni f'abbozz separat biex ikollna l-opportunità kollha li niddiskutu, anke b'konsultazzjoni f'din il-Kamra, fil-kumitati kif ukoll mas-soċjetà ġenerali.", "Irridu li jkollna konsultazzjoni bl-iżjed mod miftuħ, trasparenti u responsabbli.", "Nerġa' ngħid li qegħdin nagħmlu dan kollu b'mod ġenwin biex nagħtu l-aħjar servizz u l-aħjar opportunitajiet, waqt li nneħħu d-diskriminazzjoni u nkomplu nirrispettaw il-ħajja mill-bidu nett tagħha.", "Illum se nkun qiegħed ngħaddi l-emendi li qed nipproponi lill-Oppożizzjoni biex ikunu jistgħu jiddiskutuhom bejniethom.", "F'dawn l-emendi se nkun qed nipproponi li l-kwestjoni tas-surrogazzjoni b'mod altruwistiku titneħħa minn din il-liġi u tiġi ppreżentata f'abbozz separat biex ma tkunx xi ħaġa li tidħol b'legal notice minn idejn il-Ministru, imma tidħol b'Att tal-Parlament.", "Nerġa' ngħid li għadha l-intenzjoni tagħna bħala Gvern li niddikriminalizzaw is-surrogazzjoni b'mod altruwistiku.", "Kien hemm ukoll min tkellem dwar il-loġistika ta' din il-biċċa xogħol.", "Wara li l-ġimgħa li għaddiet ivvotajna fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz, issa se nibdew niltaqgħu f'kumitat tal-Parlament.", "Oriġinarjament, bħala Gvern, konna ssuġġerejna li l-kumitat isir fil-plenarja biex il-Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw f'diskussjoni, imma l-Oppożizzjoni xtaqet li din id-diskussjoni ssir fil-Kumitat u aħna aċċettajna dan.", "Illum tagħlaq il-petizzjoni fuq il-Liġi tal-IVF u minn għada stess se nibdew niddiskutu din il-petizzjoni li kienet iffirmata minn numru ta' persuni.", "Fil-fatt ipproponejna li jsiru laqgħat konġunti bejn il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u l-Kumitat tal-Petizzjonijiet biex ikollna diskussjoni wiesgħa kemm jista' jkun, però l-Oppożizzjoni ma laqgħetx din l-istedina u aħna aċċettajna.", "Ipproponejna wkoll li niltaqgħu għada biex nibdew niddiskutu anke mas-soċjetà ċivili li tixtieq tkun preżenti, però l-Oppożizzjoni qegħdin jgħidulna li għada, għal xi raġuni jew oħra, ma jistgħux.", "Ma ġara xejn, aħna nakkomodaw kemm nistgħu, u għalhekk qed nissuġġerixxi li minflok niltaqgħu għada, niltaqgħu nhar l-Erbgħa f'nofsinhar jew fin-12.30 p.m.", "Il-Ħamis hija festa u għalhekk, jekk ikun hemm bżonn, inkomplu niddiskutu nhar il-Ġimgħa u fil-ġranet ta' wara, ħalli jkollna liġi tajba, ġusta u li tagħti l-opportunità ta' trattament mediku lil aktar koppji u individwi li, s'issa, il-liġi eżistenti qed tonqoshom minkejja li teżisti l-kura medika.", "Aħna rridu li jkollna liġi li tneħħi d-diskiminazzjoni fl-għoti ta' trattament mediku u li tirrispetta l-ħajja mill-bidu nett tagħha.", "Irridu wkoll li jkollna proċess miftuħ għall-konsultazzjoni.", "Bħalma ilni nagħmel għal dawn l-aħħar xhur, jien ħadt on board is-suġġerimenti li saruli min-nies ġenwini u li se nkunu qed niddiskutuhom fi Stadju ta' Kumitat ħalli nkomplu ntejbu bl-iżjed mod ġenwin din il-liġi.", "Hija r-responsabbiltà tagħna li nilleġiżlaw biex nagħtu dak li verament hemm bżonn fis-soċjetà tagħna.", "Sur President, nirringrazzjak li tajtni l-opportunità nitkellem fuq dawn l-emendi li se nkunu qegħdin ngħaddu lill-Oppożizzjoni minn hawn u ftit ieħor.", "Qabel nikkonkludi, nerġa' nirringrazzja lill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni għax-xogħol kbir li tagħmel u għall-mod kif, bl-iżjed mod rett, iżżomm l-istandards għoljin kemm fl-isptar pubbliku kif ukoll fi kliniċi privati.", "Grazzi għax-xogħol ta' din l-Awtorità u tal-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam, kellna għexieren ta' ħajjiet ġodda, ta' familji ġodda u ta' mirakli li saru permezz tal-IVF.", "Nerġa' ngħid, illum ix-xjenza tagħtina l-opportunità biex lil dawk li s'issa bil-liġi tal-lum ma rnexxilhomx, ladarba teżisti l-possibbiltà ta' kura medika, nagħtuhom din l-opportunità ta' trattament li jixirqilhom biex ikollna aktar familji, aktar mirakli u aktar tfal u biex inneħħu d-diskriminazzjoni u nirrispettaw il-ħajja mill-bidu nett tagħha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nesprimi l-apprezzament tan-naħa tal-Oppożizzjoni għax-xogħol li tagħmel l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.", "Nesprimi l-apprezzament tagħna wkoll għall-mod dettaljat li bih qed jiġi ppreżentat dan ir-rapport għaliex fih ammont sostanzjali ta' informazzjoni u statistika li qed turi wkoll ix-xogħol u l-ħidma li qed issir mill-Awtorità, anke jekk għandha riżorsi limitati.", "Meta wieħed jara l-allokazzjoni li għandha din l-Awtorità u l-operat tagħha, indubjament wieħed jinduna li hemm ħidma pożittiva li ta' min japprezzaha.", "Però huwa evidenti li dan id-dibattitu hekk kif ukoll ġie rifless fid-diskors li għadu kemm għamel il-Ministru Chris Fearne, għandu dimensjoni kompletament differenti mid-diskussjoni fuq ir-rapport tal-ħidma tal-Awtorità.", "Mingħajr l-ebda sens ta' diżrispett, naħseb li llum kull Membru ta' din il-Kamra se jkun qiegħed jiffoka aktar fuq id-dimensjoni tal-emendi introdotti fl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-liġi tal-IVF, milli dwar dak li ħareġ minn dan ir-rapport.", "Sur President, dan ir-rapport minnu nnifsu huwa riflessjoni tal-ħidma li twettqet taħt din il-liġi, li ddaħħlet minn amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Meta tara li matul din is-sena kien hemm 309 applikazzjonijiet għall-prokreazzjoni medika-ment assistita li kollha kemm huma ġew aċċettati, tinduna li għandna liġi li qed taħdem.", "Bejn wieħed u ieħor tliet kwarti tat-trattamenti saru fl-Isptar Mater Dei u l-kwart l-ieħor fil-privat.", "Dan ifisser li dawn il-248 koppja li applikaw għas-servizz qegħdin jieħdu s-servizz tal-IVF u servizzi relatati miegħu taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti.", "Meta tieħu wkoll ir-rata ta' suċċess fuq medda ta' snin, tara li r-rata ta' suċċess ta' dak li fir-rapport jissejjaħ it-take home baby, huwa essenzjalment viċin ħafna tal-medja li toħroġ mill-istatistika internazzjonali.", "Din hija riflessjoni ta' liġi u ta' mekkaniżmu li qed jaħdem b'armonija bejn l-istakeholders kollha.", "Meta wieħed jara anke d-dettall li fih dan ir-rapport u l-mod ta' kif topera u tinteraġixxi din l-Awtorità mal-operaturi u mal-Ministeru tas-Saħħa, jinduna li ntlaħaq bilanċ etiku bejn ir-rispett u d-dinjità tal-ħajja u l-interess naturali tal-koppji li għandhom sfidi ta' infertilità li jridu li jkollhom it-tfal.", "Ta' min jgħid li dan huwa ċertifikat għal-liġi tal-2012 fejn qed jintlaħaq bilanċ etiku mingħajr ma nippreġudikaw id-drittijiet tal-embrijun u tat-tarbija fil-ġuf.", "Dan juri li din il-liġi responsabbli qed tara verament kif wieħed jista' jindirizza sfidi etiċi u mediċi li fi żmien tal-lum jistgħu jiġu b'xi mod indirizzati permezz tat-teknoloġija.", "Dan kollu għandu jintlaħaq fl-istess waqt li nħarsu l-interess komuni.", "Din għandha tkun l-abbilità tal-leġiżlaturi.", "Ejja niftakru li fl-2012 iż-żewġ naħat tal-Kamra vvotaw favur din il-liġi tal-IVF.", "Dan jurina li biex tilħaq l-għan tiegħek m'hemmx għalfejn issib kompromess biex ikollok xi gwadann partiġjan, imma tista' taħdem biex verament issib dak li jixirqilha s-soċjetà fil-bilanċ kollu tagħha.", "Ovvjament, dan ma jfissirx li kulħadd se jkun kuntent u sodisfatt bl-eżitu aħħari, però huwa importanti li jintlaħaq dan il-bilanċ etiku.", "Meta taqra dan ir-rapport, il-messaġġ huwa li din hija liġi li qed taħdem, li qed tagħti r-riżultati u, fuq kollox, li ma tippreġudikax id-drittijiet ta' min m'għandux vuċi, jiġifieri l-embrijun.", "Din kienet sa mill-bidu nett il-pożizzjoni li ħadet l-Oppożizzjoni minn kemm ilna li bdejna niddiskutu din il-liġi.", "Il-punt ta' tluq tagħna kien li kull persuna għandha d-dritt għall-ħajja.", "Illum ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru Fearne jħabbar sensiela ta' emendi għal din il-liġi.", "Ta' min jgħid li għad irridu naraw dawn l-emendi, għax s'issa m'għandniex l-abbozz tal-emendi.", "Aktar tard se nkun qed nitkellem fuq il-kritika li għamlilna dwar it-tempistika ta' din il-liġi.", "Però huwa interessanti u pożittiv li llum il-preżentazzjoni hija kemmxejn differenti minn dak li konna ppreżentati biha oriġinarjament.", "Ħadt gost ħafna nisma' lill-Ministru għas-Saħħa jgħid li l-Gvern għandu rispett sħiħ lejn il-ħajja sa mill-bidu nett tagħha.", "Fill-fatt, kont nistenna li l-Ministru Fearne jiddisassoċja ruħu minn dak li ntqal reċentement minn uffiċjal ewlieni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni f'pajjiżna, fejn f'artiklu f'The Times of Malta qal li l-embrijun m'għandux l-istess drittijiet tal-ħajja umana.", "Nixtieq li l-Ministru, fil-winding up tiegħu, jgħidilna jekk jaqbilx ma' din l-istqarrija għax fl-opinjoni tiegħi din hija stqarrija inkonsistenti ma' dak li għadu kemm qal il-Ministru u li bl-ebda mod m'għandha tirrifletti l-valuri li jħaddan dan il-Parlament.", "Fid-diskorsi kollha li saru mill-Oppożizzjoni matul il-proċess tat-Tieni Qari, il-punt tat-tluq fuq kull tibdil għal din il-liġi dejjem kien mibni fuq id-dritt għall-ħajja, liema dritt, kemm fil-bidu nett tiegħu kif ukoll wara t-twelid, l-ebda leġiżlatur, uffiċjal tal-Gvern, jew operatur privat m'għandu dritt u l-fakultà li jippreġudikah.", "Ta' min jgħid ukoll li din il-pożizzjoni ma kenitx biss tal-Oppożizzjoni.", "Kif jaf il-Gvern, din il-liġi ġabet waħda mill-ikbar mewġiet ta' kritika għall-Gvern fuq il-mod ta' kif ġiet ippreżentata.", "Konferma ta' dan huma s-sensiela ta' emendi li semma l-Ministru.", "Bħala Oppożizzjoni konna għedna li din il-liġi ġiet ippreżentata b'għaġla kbira, frott ta' deċiżjoni li riedet timbotta 'l quddiem ċerti prinċipji.", "Illum qed jidher ċar li l-Gvern stess qed jirrealizza li kien qed jgħaġġel ħafna.", "Kif nafu, kien hawn lista twila ta' organizzazzjonijiet u individwi mis-soċjetà ċivili li ressqu l-pożizzjonijiet tagħhom pubblikament, fejn ikkritikaw b'mod sostantiv dak li kien qed iressaq il-Gvern.", "Ta' min jgħid li din il-kritika ma kenitx ġejja biss minn dawk l-organizzazzjonijiet li forsi tradizzjonalment dejjem kienu kontra dawn it-tip ta' bidliet bħal, pereżempju, il-Knisja Kattolika, imma kienu ġejjin mingħand nies tekniċi, nies li għandhom kwalifiki fix-xjenza u nies li jipprattikaw fil-qasam tal-familja.", "Jekk tara l-aħħar dokument li ġie ppubblikat minn madwar 50 professjonist li ġejjin minn oqsma diversi, fosthom mill-qasam tas-servizzi marbutin mat-tfal u mal-familja, tara d-dettall li daħlu fih bi kritika għall-leġiżlazzjoni li tressqet.", "Bil-peremss tal-Kamra, se nkun qed inpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan huwa rapport dettaljat u studjat, li jinkludi sensiela ta' referenzi biex jixħet dawl dwar il-mod strutturat ta' kif wieħed għandu jilleġiżla.", "Il-leġiżlatur ma jilleġiżlax biex sempliċement joħloq xi ħaġa li tmur kontra l-fibra tas-soċjetà tagħna.", "Nerġa' ngħid li dan ir-rapport sar minn numru ta' esperti li mhumiex midħla tal-politika, imma jaħdmu f'diversi oqsma, fosthom fis-servizzi soċjali, fil-qasam tal-familja u fl-Università ta' Malta.", "Dawn huma nies akkademiċi li għandhom il-fakultà u l-intellwalità li jagħmlu din l-analiżi.", "Għalhekk, kif qed naraw, il-kritika kienet ġejja mill-ispettru kollu tas-soċjetà.", "Din il-kritika kienet anke riflessa fl-appell tal-President fejn qalet li l-Gvern għandu jisma' lill-partijiet kollha aktar fit-tul, biex din il-leġiżlazzjoni tiġi indirizzata bl-aħjar mod u b'kunsens dwar il-pilastri ewlenin tagħha.", "Illum qed nisperaw li l-emendi li semma l-Ministru jirriflettu verament dak li mhux biss qed tgħid l-Oppożizzjoni, imma anke s-soċjetà ċivili.", "Irridu naraw li ma jkollniex emendi kożmetiċi, imma emendi li jindirizzaw l-oġġezzjonijiet u t-tħassib ewlieni li għandhom l-Oppożizzjoni u n-nies.", "Il-Ministru qal li l-Oppożizzjoni ma xtaqitx li jkun hawn id-diskussjoni fil-plenarja.", "L-Oppożizzjoni informat lill-Gvern li xtqana li d-diskussjoni ssir fil-Kumitat għar-raġuni sempliċi, li l-Gvern suppost jafha sew għax huwa l-Leader of the House, li fil-Kumitat Permanenti s-soċjetà ċivili għandha d-dritt u l-fakultà li tipparteċipa direttament mingħajr ma tirreferi għall-ebda politiku.", "Nafu li meta d-diskussjoni ssir f'din il-Kamra, is-soċjetà ċivili trid tirreferi għall-politiku biex id-deputat ikun jista' jressaq il-punti tagħha f'din il-Kamra.", "Aħna jidhrilna li s-soċjetà ċivili m'għandhiex għalfejn tallinja ruħha ma' xi partit politiku u għalhekk għandna nagħtuha l-vuċi billi tipparteċipa fid-diskussjoni fil-Kumitat Permanenti.", "Il-Ministru qalilna li xtaq li niddiskutu wkoll il-petizzjoni, bil-proposta tal-Gvern tkun li l-petizzjoni tiġi diskussa fil-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġi.", "Allura hawnhekk ikolli ngħid li huwa inutli li għamilna l-Kumitat tal-Petizzjonijiet jekk qed nippretendu li din il-petizzjoni tiġi diskussa mill-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-petizzjoni li kienet iffirmata minn eluf ta' persuni għandha tiġi diskussa on its own merit.", "Jekk ma nagħmlux dan, allura nkunu qed nuru li għamilna mekkaniżmu li ma jiswa għalxejn ħlief li wieħed jiffirma petizzjoni!", "Il-Leader of the House jaf ħafna aktar minn kull Membru ieħor f'din il-Kamra li fl-Istadju ta' Kumitat il-proċess ikun li niflu l-liġi klawsola klawsola.", "Dak il-Kumitat mhuwiex il-lok fejn tiddiskuti l-petizzjoni!", "Il-Gvern ried li l-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi jiltaqa' għada u qed jikkritika lill-Oppożizzjoni għax għednielu li għada ma nistgħux.", "Għednielu wkoll li nistgħu nlaqqgħu l-Kumitat nhar l-Erbgħa.", "Mill-banda l-oħra, l-istess Ministru għadu lanqas biss għadda lill-Oppożizzjoni kopja tal-emendi sostantivi li jrid jagħmel għal din il-liġi.", "Mela tajjeb, iridna mmorru għall-Kumitat għada, però l-emendi sostantivi għal-liġi għadhom mhumiex għand l-Oppożizzjoni!", "Fl-opinjoni tiegħi dan huwa kollu logħob bil-kliem!", "L-għan tagħna huwa li nipparteċipaw attivament f'dan il-proċess leġiżlattiv biex niriflettu l-oġġezzjonijiet tagħna għal-liġi kif proposta mill-Gvern u li naraw li dawk l-oġġezzjonijiet ikunu riflessi fl-emendi.", "Jekk l-emendi li qed iressaq il-Gvern jirriflettu l-punti ta' prinċipju li ressaqna bħala Oppożizzjoni, m'għandna l-ebda problema li nipparteċipaw u nagħtu l-appoġġ tagħna.", "Però l-ewwel irid ikollna kopja tal-emendi, għax bħala partit irridu niddiskutuhom internament.", "Il-Gvern kellu l-opportunità li jiddiskuti darba, tnejn, tlieta mal-Eżekuttiv u mal-Grupp Parlamentari, għalhekk ma jistax jippretendi li l-Oppożizzjoni lanqas biss għandha kopja ta' dawn l-emendi u fi żmien 24 siegħa rridu mmorru għad-diskussjoni fil-Kumitat.", "Nifhem li l-Gvern jipprova jsib il-mekkaniżmi ta' kif, mingħalih, jipprova jaqsam lill-Oppożizzjoni.", "Però, kif rajna, anke jekk il-membri tal-Oppożizzjoni fit-Tieni Qari ngħataw free vote, kull Membru tal-Oppożizzjoni vvota kontra.", "Ta' min jinnota wkoll li l-emendi li qed iressaq il-Gvern jipprovaw kemm kull Membru tal-Oppożizzjoni kellu raġun jivvota kontra fit-Tieni Qari.", "Għalhekk issa nistennew li l-Gvern jimxi bl-irġulija mal-Oppożizzjoni u jagħti l-ħin adegwat biex l-Oppożizzjoni tkun tista' tiddiskuti dawn l-emendi.", "Se niġi issa għall-oġġezzjonijiet tal-Oppożizzjoni.", "Mhux se noqgħod nirrepeti dak kollu li għedna, għax dak id-dibattitu sar diġà.", "L-oġġezzjoni priniċpali tagħna hija marbuta mar-riskji li joħloq l-iffriżar tal-embrijuni.", "Meta tqabbel ir-rata ta' suċċess issib li jista' jkun hemm titjib marġinali, imma l-element tal-istockpiling se jibqa' hemmhekk.", "Għalhekk se naraw kif se jkun qed jaħdem il-proċess li qed iressaq il-Gvern.", "Jekk qed nifhem tajjeb, il-Gvern mhux se jbiddel il-liġi imma se jbiddel il-protokoll, jiġifieri l-liġi se tibqa' kif inhi.", "Kif nafu, il-liġi tippermetti numru ta' ċikli differenti.", "Jien se nagħti l-benefiċċju tad-dubju lill-Ministru waqt li nħares 'il quddiembiex niflu dawn l-emendi.", "Minn dak li jidher s'issa, dak li hu propost fil-liġi fir-rigward tal-iffriżar tal-embrijuni għandu l-għan li tiġi indirizzata marġinalment ir-rata ta' suċċess fil-proċess tal-IVF, li bħalissa hija ta' 21.5%.", "Huwa tajjeb li ntejbu r-rata ta' suċċess, imma dan ma jistax isir billi tippreġudika l-ħajja ta' ħaddieħor.", "Il-prinċipju aħħari għall-iffriżar tal-embrijuni kif inhu fil-liġi llum qiegħed hemm biex jissalvagwardja l-ħajja.", "Ma jistax ikollna għażla oħra.", "B'dawn l-emendi qegħdin ngħidu li, by design, se nkunu qed noħolqu diskriminazzjoni ġdida, bejn l-embrijun li jibqa' ffriżat u l-embrijun li jkun addottat.", "L-embrijun iffriżat mhux se jingħata l-opportunità li jiżviluppa fil-familja naturali tiegħu.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-addozzjoni hija kompromess biex jiġi indirizzat l-istockpiling.", "Hawnhekk il-materja qed tkompli tikkomplika ruħha, għax biex il-Gvern idaħħal l-iffriżar tal-embrijuni mingħajr ħadd ma jgħidlu li qed jagħmel stockpiling qed idaħħal l-element tal-addozzjoni.", "Dan huwa kompromess insensittiv!", "Fil-fatt, anke meta titkellem ma' nies li għandhom sfidi u problemi ta' infertilità jgħidulek li dan huwa kompromess li jkexkixhom.", "Dan għaliex, permezz ta' dan il-kompomess, dawn il-koppji jridu jidħlu f'kuntratt mal-Istat biex ikunu jistgħu jagħtu t-tfal prospettivi tagħhom lil ħaddieħor għall-addozzjoni.", "Ir-rapport tal-professjonisti li għadni kemm għamilt referenza għalih juri l-implikazzjonijiet enormi li għadhom mhux analizzati u studjati fuq il-futur ta' dawn it-tfal.", "Għalhekk, qabel ma tittieħed deċiżjoni bħal din, dawn limplikazzjonijiet iridu jiġu studjati u analizzati u mhux l-ewwel nagħmlu l-liġi, imbagħad naraw kif il-liġi se taħdem!", "Fir-rigward tal-anonimità, huwa tajjeb li l-Gvern jidher li biddel ir-rotta fuq dan il-punt.", "Din hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil-fatt, il-Gvern qed ineħħi l-klawsola li kienet se tagħti poter lill-Gvern innfisu biex idaħħal ir-regolamentazzjoni tas-surrocgacy.", "Aħna qed naqblu li din il-klawsola għandha titneħħa.", "Hawn irrid ngħid ukoll li mhux il-każ li l-Gvern kellu change of heart fuq is-surrogacy, imma qed jgħid li se jara kif idaħħalha separatament.", "Essenzjalment, il-Gvern qed jipposponi d-diskussjoni għal darb'oħra.", "Sur President, nixtieq nuża l-aħħar ftit ħin tiegħi biex nisħaq li l-politika li nemmen li għandna nibqgħu naħdmu fuqha għandha tirrispetta l-ħajja u d-dinjità tal-embrijun.", "L-embrijun għadnu dritt għall-ħajja.", "Nispera li kulħadd f'din il-Kamra jemmen li l-ħajja tibda mill-istadju inijzali tagħha!", "Għalhekk hemm bżonn ta' politika li tkompli ssaħħaħ l-empatija u li taħdem fuq il-prokreazzjoni medikament assistita biex nagħtu aktar faċilitajiet, servizzi u sapport lil dawk il-koppji li verament għandhom sfidi ta' infertilità.", "Bħala politiċi ma nistgħux ninjoraw dawn id-diffikultajiet, u għalhekk għandna naraw kif nistgħu ngħinu lil dawn il-koppji mhux biss mil-lat ta' leġiżlazzjoni imma wkoll mil-lat finanzjarju.", "Bħala pajjiż, qed nagħtu grant lil min irid jaddotta t-tfal, miżura li hija tajba ħafna.", "Għalhekk nistaqsi: Għaliex m'għandniex indaħħlu miżura simili biex nappoġġjaw lil dawk il-koppji li jridu jgħaddu mill-proċess tal-IVF?", "Nafu li dan huwa proċess diffiċli, fejn il-koppja tgħaddi minn diffikultajiet sostanzjali kemm fiżiċi u emozzjonali kif ukoll finanzjarji.", "Is-sena li għaddiet kellek 250 koppja li ħadu dan is-servizz, u għalhekk ma narax li għandu jkun hemm xi diffikultà enormi biex nagħtu din l-għajnuna finanzjarja.", "Nagħlaq billi ngħid li bħala Oppożizzjoni se nistennew l-emendi li l-Gvern qed jgħid li se jagħtina.", "Aħna se nkunu attivi fl-Istadju ta' Kumitat u se nibqgħu ninsistu li anke s-soċjetà ċivili jkollha rwol attiv f'dak l-istadju.", "Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lid-deputati kollha tal-Oppożizzjoni li fl-istadju tat-Tieni Qari bagħtu messaġġ b'saħħtu permezz tal-free vote tagħhom li jidher li qed jinstema' għax, kif qed naraw, il-Gvern se jressaq emendi għal din il-Liġi.", "Nirringrazzjak.", "Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tla-Kamra:", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, bħala għada sena, il-Prim Ministru kien qed jieħu l-ġurmaent tal-ħatra bħala Prim Ministru għat-tieni leġiżlatura konsekuttiva tiegħu.", "Fit-tieni elezzjoni li l-Onor.", "Joseph Muscat mexxa lill-Partit Laburista, il-poplu reġa' wera l-fiduċja tiegħu f'dan il-Partit Laburista, anke meta konna għaddejjin minn l-eqqel kampanja ta' gideb u kalunji, liema kampanja, kif jaf kulħadd, għadha għaddejja.", "Joseph Muscat rebaħ l-elezzjoni ta' sena ilu għax irnexxielu jibni relazzjoni onesta u ġenwina mal-elettorat Malti.", "L-elettorat Malti qed jirrikonoxxi l-ħidma ta' dan il-Gvern illum aktar minn qatt qabel.", "Hawn mhux se nidħol fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li ġie ppubblikat ilbieraħ għax kulħadd jaf x'kien l-eżitu tiegħu.", "Ngħid biss li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jieħu stampa tal-lum biss u mhux ta' dak li jista' jiġri għada jew ta' dak li ġara lbieraħ!", "Illum l-elettorat Malti jaf li dan huwa Gvern li jwettaq dak li jwiegħed.", "Aħna wegħedna li nwessgħu l-liġi tal-IVF u hekk qegħdin nagħmlu llum.", "Aħna Gvern li jisma', kif huwa evidenti għal kulħadd.", "L-Oppożizzjoni, ta' kuljum ikollhom jirrepetu li jisimgħu lin-nies.", "Aħna m'għandniex għalfejn nagħmlu dan, għax in-nies taf sew li dan il-Gvern jisma' u jwettaq fuq dak li jisma'.", "Aktar minn hekk, dan il-Gvern jgħid lill-elettorat Malti x'se jkun qed jagħmel.", "Proprju għalhekk li wara li kif qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ltaqa' ma' kull min kellu interess f'dan is-suġġett, inkluż is-soċjetà ċivili, illum qed nippreżentaw sensiela ta' emendi għal-liġi li diġà għaddiet mill-Istadju tat-Tieni Qari.", "Hawn ta' min ngħid li, bil-kliem, l-Oppożizzjoni kellha free vote, imma bil-fatti ma nafx kemm kellha free vote!", "Dik hija d-differenza ewlenija bejn Gvern u Oppożizzjoni.", "Aħna ma kellniex bżonn ta' free vote għax kulħadd kien jaqbel ma' dak li kien hemm propost fil-programm elettorali.", "L-emendi ta' dalgħodu li ppreżenta d-Deputat Prim Ministru jirriflettu d-diskussjoni pubblika li kien hemm u li għadha għaddejja biex nindirizzaw xi tħassib li kellhom xi wħud, fosthom dwar l-anonimità.", "Dalgħodu smajna li l-Gvern se jindirizza dan it-tħassib ta' min kien qed jgħid li t-tarbija għandha tkun taf min hu d-donatur.", "Għalhekk, meta jkun hemm persuna li tkun twieldet permezz ta' donazzjoni, ta' 18-il sena, dik il-persuna se jkollha d-dritt tkun taf min kien id-donatur tagħha.", "Dwar l-iffriżar tal-embrijuni, sfortunatament, smajna ħafna miżinformazzjoni mingħand min ried jilgħab fuq l-emozzjonijiet tan-nies.", "Kien hemm min beda jpinġi stampa li aħna rridu niffriżaw it-trabi jew in-nies!", "Onestament, ma nafx minn fejn ġabu ċerti kliem!", "Illum qegħdin ngħidu li se nkomplu nwessgħu dak li diġà għaddejna f'din il-liġi.", "Bl-emendi li ppreżentajna dalgħodu se jkun hemm aċċess aktar wiesa' għall-koppji li volontarjament – din mhijiex xi ħaġa ta' bilfors – jagħżlu l-proċess tal-iffriżar tal-embrijuni.", "Naħseb li dan kien punt li ħafna li tkellmu dwar l-iffriżar tal-embrijuni naqsu milli jsemmu!", "Id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li se tkun qed titwessa' anke l-età.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-addozzjonijiet smajna ħafna opinjonijiet ukoll, kemm validi u kemm anqas validi.", "Biss, tiskanta kif f'dan il-pajjiż hawn min għadu jaħseb li għax jitkellem hu trid tieqaf id-dinja biex tisma' dak li jrid jgħid hu!", "Kif għedt, aħna għarafna li kien hawn min kellu xi tip ta' tħassib u għalhekk għedna li min irid jaddotta embrijun li jkun iffriżat, irid jgħaddi minn skrutinju, mhux investigazzjoni, tal-bord tal-addozzjoni biex jara jekk il-ġenituri prospettivi humiex tajbin biex jaddottaw jew le.", "Naħseb li bħalma jkun hemm ġenituri li jfallu dan l-iskrutinju meta jiġu biex jaddottaw it-tfal, jista' jkun hemm ġenituri prospettivi li jridu jaddottaw l-embrijuni iffriżati li jafu jfallu dan l-iskrutinju wkoll.", "Għalhekk dan l-iskrutinju se jiddaħħal fl-Abbozz ta' Liġi, u jalla li jkun hemm qbil dwaru.", "Fir-rigward tas-surrogacy, id-Deputat Prim Ministru dalgħodu qal li dik il-parti se tinqala' minn dan l-Abbozz ta' Liġi u ssir f'liġi ġdida biex kulħadd ikollu ċ-ċans li jitkellem dwar din l-issue.", "L-Onor.", "Claudio Grech qalilna li għaġġilna ladarba issa se nibdlu din il-parti fil-liġi!", "Mela jekk aħna nippreżentaw liġi, insabbtu saqajna u ngħidu li tagħna biss tajjeb, jgħidulna li m'aħniex qed nisimgħu mingħand in-nies, u issa, għax smajna mingħand in-nies, qed jgħidulna li għaġġilna!", "L-emendi li d-Deputat Prim Ministru ppreżenta dalgħodu juru li dan mhux Gvern supperv imma huwa Gvern li jisma' u jaġixxi fuq dak li jisma'!", "Stajna sabbatna saqajna, għax għandna l-maġġoranza biex ngħaddu kull liġi minn dan il-Parlament.", "Niftakru kif ħaddieħor kien jgħidilna li għandu ħames deputati u allura jista' jagħmel dak li jrid f'dan il-Parlament!", "Aħna, għall-grazzja t'Alla, differenti minn hekk!", "Aħna għandna maġġoranza ta' seba' deputati, imma xorta nisimgħu mingħand in-nies u nipprovaw nilħqu kompromess mill-aktar wiesa' mas-soċjetà ċivili, inkluż man-naħa tal-Oppożizzjoni, ovvjament dejjem jekk tkun trid.", "Hawn ta' min jgħid li f'ħafna liġijiet li jgħaddu minn dan il-Parlament ikun hawn qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Imbagħad, ovvjament ikun hemm ċerti każijiet oħrajn fejn ma jkunx hemm qbil.", "Biss, dan huwa l-mod ta' kif issir il-politika u kif jaħdem il-Partit li għaraf ibiddel l-Onor Joseph Muscat matul dawn l-għaxar snin li ilu mexxej tal-Partit Laburista.", "Ejja ma ninsewx li l-Parit Laburista kien ilu 25 sena fl-Oppożizzjoni, forsi għax sabbatna saqajna wisq żżejjed, jew forsi għax is-soċjetà Maltija bdiet tinbidel u l-Partit Laburista ma baqax jinbidel bl-istess ritmu.", "Però llum hemm differenza kbira bejn il-mod ta' kif qed naħdmu aħna, bħala Partit Laburista u l-mod kif immexxu bħala Gvern, fejn ma nsabbtux saqajna, m'aħniex suppervi u dejjem lesti li nisimgħu u nixtarru dak li jkun qed jgħid il-poplu.", "Wara kollox, aħna qed inressqu dan l-Abbozz ta' Liġi għax ġenwinament naħsbu li nistgħu ntejbu l-ħajja ta' eluf ta' familji.", "Irridu niftakru li waħda minn kull sitt koppji f'Malta għandha problemi ta' infertilità.", "Forsi din il-figura taf tinstema' ftit, imma dan ifisser li mat-30,000 koppja f'Malta għandhom problemi ta' infertilità!", "Din in-naħa tal-Kamra taħseb li f'Malta kulħadd għandu jkollu ċ-ċans u d-dritt li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu jew tagħha, jew ta' koppja flimkien.", "Għalhekk qed inressqu dan l-Abbozz ta' Liġi, fejn qed inwessgħu l-Liġi tal-IVF u qed inwessgħu l-metodoloġija li dejjem intużat s'issa f'din il-prattika sabiex aktar nies ikollhom iċ-ċans li jsiru ġenituri.", "Skont ir-rapport li qed niddiskutu llum, is-sena li għaddiet saru 304 ċikli, 229 użaw is-servizz tal-IVF tal-Gvern u 75 użaw is-servizz fil-privat.", "Dawn il-figuri jirrappreżentaw żieda ta' aktar minn 11%!", "Kull sena qed ikun hemm aktar koppji li jirrikorru għall-IVF biex ikollhom familja!", "Is-sena li għaddiet kien hemm 151 koppja li wżaw dan is-servizz għall-ewwel darba, 96 użaw is-servizz għat-tieni darba, 30 użaw is-servizz għat-tielet darba u 20 użaw is-servizz għar-raba' darba.", "Kienu hemm ukoll seba' koppji li għamlu l-IVF għall-ħamsa darba jew aktar!", "Kien hemm każ fejn koppja saħansitra pprovat dan il-proċess tal-IVF seba' darbiet biex tipprova jkollha tarbija!", "Mill-2015 kellna madwar 127 każ ta' suċċess, però kif qal id-Deputat Prim Ministru, kien hemm 600 każ li fallew!", "Issa, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, se nkunu qed innaqqsu dan in-numru ta' ċikli li qed ifallu, sabiex il-koppja ma tgħaddix minn tant diffikultajiet.", "Jalla meta jgħaddi dan l-Abbozz ta' Liġi l-koppji li llum qed joħolmu biex isiru ġenituri jaqtgħu x-xewqa tagħhom!", "Ninsab persważ li l-poplu Malti qiegħed jifhem eżattament x'inhu jagħmel dan il-Gvern, mhux biss f'dan il-qasam, imma anke f'tant oqsma oħrajn, fosthom fil-qasam ekonomiku, finanzjarju u fil-qasam tad-drittijiet ċivili.", "Nerġa' ngħid li l-appoġġ li qed igawdi llum dan il-Gvern huwa mingħajr preċedent!", "Il-poplu Malti qed jagħtina dan l-appoġġ għax jemmen f'dak li aħna qegħdin nagħmlu, fejn il-prinċipju ewlieni li jiggwidana huwa l-prinċipju tal-ugwaljanza.", "Storikament, bħala Partit Laburista, dejjem emminna li l-Maltin għandhom ikunu ugwali bl-istess drittijiet, anke fejn jidħlu għażliet personali ta' kif wieħed jikkonduċi ħajtu u l-għażliet li jagħmel.", "Ħadd ma għandu jikkmanda l-għażliet personali li jagħmlu l-individwi, ikunu xi jkunu dawk l-għażliet, sakemm naturalment ikunu fil-parametri tal-liġi!", "Nemmnu fil-libertà tal-persuna u fl-ugwaljanza!", "Meta nieħdu d-deċiżjonijiet neħduhom għal kulħadd!", "Kif għedt, nagħmlu hekk fil-qasam tax-xogħol, fil-qasam ekonomiku u anke fir-rigward tad-drittijiet ċivili.", "Aħna naqblu li kulħadd għandu jingħata ċ-ċans li jiżżewweġ, li jrabbi familja u li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu!", "Aħna nemmnu f'Malta ta' aktar drittijiet u f'Malta ta' aktar ugwaljanza!", "Qed inressqu dawn l-emendi fil-Liġi għaliex verament nemmnu fil-ħajja!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sinjura President, illum qed niddiskutu l-estimi tal-Awtorità għall-protezzjoni tal-embrijuni.", "Din l-Awtorità nħolqot għall-iskop ewlieni li tipproteġi l-embrijun uman, li huwa l-bidu tal-ħajja tagħna lkoll.", "Il-punt kardinali u importanti huwa li aħna lkoll nemmnu li l-bidu tal-ħajja umana tibda mill-konċepiment, u li għalhekk għandha tkun imħarsa sa mill-konċepiment.", "Jekk ma nemmnux dan, m'hemmx għalfejn nagħmlu dibattitu u nressqu liġijiet fir-rigward tal-protezzjoni tal-embrijun għaliex ma jkunx hemm bżonn il-protezzjoni.", "Fl-2012, dan il-Parlament qabel dwar il-liġi tal-IVF, għaliex emminna li din hija liġi b'saħħitha li tħares sa mill-bidu nett il-ħajja umana.", "L-Awtorità li llum qegħdin nitkellmu fuqha dejjem ħarset b'reqqa sabiex f'pajjiżna jkollna sistema ta' IVF li tassigura assistenza medika u teknoloġija assistiva lill-koppji bi problemi ta' infertilità.", "Din l-Awtorità dejjem asssigurat l-aħjar standards ta' servizz u kura, kif jixraq!", "Fuq kollox, permezz tal-liġi li għaddejna fl-2012, dan il-proċess ġie regolat ukoll, għax kif nafu, f'pajjiżna l-proċess tal-IVF kien ilu jsir għal diversi snin imma ma kienx regolat.", "Ovvjament, dan in-nuqqass kien ta' detriment għas-saħħa tal-mara li kienet tkun għaddejja minn dan it-trattament li jinkludi ċerti riskji għall-mara.", "Tkellimna wkoll dwar il-bżonn li l-embrijun ikun imħares.", "Hemm bżonn li naraw li kollox isir taħt protokoll.", "Fil-fatt, hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu u għadhom jaħdmu f'din l-Awtorità għax-xogħol siewi tagħhom.", "Qed nenfasizza dan il-punt għaliex nemmen li din il-Liġi għamlet ġid kbir lill-pajjiż tagħna.", "Fil-fatt, id-Deputat Prim Ministru llum reġa' qalilna li mill-2015 kellna 'l fuq minn 124 tarbija li twieldu wara li l-IVF saret tingħata bħala servizz bla ħlas.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li meta qed nittrattaw dan is-suġġett, nuru sens kbir ta' sensittività.", "Irridu nkunu 'l bogħod mill-ballun politiku.", "Irridu nuru simpatija u emozzjoni mal-koppji li jkunu għaddejjin minn dan it-trattament, għaliex nafu d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom, fosthom diffikultajiet psikoloġiċi, finanzjarji u soċjali.", "Hawn mill-ewwel irrid nirrimarka li pajjiżna għandu rata aktar għolja ta' infertilità mill-medja ta' pajjiżi Ewropej.", "Għalhekk inħeġġeġ sabiex issir riċerka ħalli naraw x'qed tkun il-kawża ta' din ir-rata għolja ta' infertilità ġewwa pajjiżna.", "Ejja nużaw ir-riċerka u l-istudji, sabiex kif nagħmlu f'ħafna każijiet oħrajn, inkunu nistgħu nipprevjenu l-infertilità, ħalli l-koppji ma jkollhomx għalfejn jgħaddu minn dan il-proċess li, kif nafu, mhuwiex wieħed faċli.", "Hemm bżonn li nkunu proattivi u ninvestu fir-riċerka u fit-teknoloġiji l-ġodda sabiex ir-rata ta' infertilità ġewwa pajjiżna tonqos.", "Niġi issa biex nitkellem fuq l-emendi li ressaq il-Gvern u li għaddew mit-Tieni Qari, biex issa se mmorru għall-istadju ta' Kumitat.", "Jidher li l-Ministru Chris Fearne diġà wera li l-Gvern induna li hemm affarijiet li mhumiex f'posthom u li għalhekk hemm bżonn li jinbidlu u jiġu rranġati.", "Bħala l-kelliem għas-saħħa min-naħa tal-Oppożizzjoni, nieħu gost li nara dan iċ-ċaqliq min-naħa tal-Gvern.", "Dawn l-emendi jistgħu jgħaqqdu ż-żewġ naħat tal-Kamra fuq suġġett daqshekk importanti u delikat.", "Però, rridu naraw li fl-Istadju ta' Kumitat nonoraw l-ideat wara li nagħmlu konsultazzjoni wiesgħa anke ma' diversi għaqdiet li esprimew it-tħassib tagħhom.", "Ejja nipprovaw naslu għal liġi li tħares il-ħajja mill-bidu tagħha u mhux tnaqqas id-dinjità tal-ħajja umana sa mill-bidu nett tagħha!", "F'dan id-dibattitu u anke f'dibattiti oħrajn li kellna dwar dan is-suġġett qed nitkellmu fuq koppji li għaddejjin mid-diffikultà tal-infertilità.", "Però ma rridux ninħbew wara subgħajna u nieqfu fuq dan il-punt biss.", "Dan għaliex dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex jindirizza biss il-koppji li għaddejjin minn problema ta' infertilità, li nissimpatizzaw magħhom u rridu noffru kull mezz possibbli biex ngħinuhom, iżda qed jitkellem ukoll dwar l-iffriżar tal-embrijuni u l-element ta' donazzjoni.", "Hawn irrid nenfasizza li l-adozzjoni qiegħda tiġi mdaħħla f'sitwazzjoni kritika.", "Ejja niftakru li hawn għandek koppji vulnerabbli li qed isir kuntratt magħhom biex l-embrijuni li ma jiġux impoġġija fl-utru tal-mara sabiex eventwalment ikun hemm tqala, ikunu iffriżati.", "Jekk il-koppja tirrifjuta li tuża dawn l-embrijuni, jew b'xi mod, tiddeċiedi li se tħallihom fil-friża, l-Istat se jkollu l-jedd u d-dritt li jagħtihom donazzjoni għall-addozzjoni.", "Hawn nistaqsi: Qegħdin naraw l-implikazzjonijiet soċjali?", "Qegħdin inħarsu d-drittijiet tat-tfal?", "Qed inħarsu fit-tul jew qed nilleġiżlaw u mbagħad naraw x'se tkun il-konsegwenza għaxar jew 20 sena oħra?", "Hawn irrid nirrimarka li ħafna drabi qed nitkellmu fuq koppji, però l-Abbozz ta' Liġi jippromovi s-single parenthood, jiġifieri d-dritt li jekk inti mara jew raġel li tixtieq li jkollok it-tfal mingħajr ir-responsabbilità ta' partner, ta' shared responsibility, jew ta' familja, tista' tagħmel użu minn dan il-proċess ta' IVF.", "Dan ifisser li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, minflok ma qegħdin nippromovu soċjetà b'saħħitha li tagħraf ir-responsabbilità ta' żewġ persuni - mhux qed insemmi żwieġ biss, imma qed ninkludi anke lil dawk il-koppji li jikkoabitaw u li ilhom f'relazzjoni stabbli għal żmien twil – qed nippromwovu ġenitur wieħed.", "Nifhem li meta qed nitkellmu fuq addozzjoni jew fuq xi ħadd li jrid it-tfal, irid ikun hemm skrutinju u xi forma ta' due diligence biex nassiguraw it-trobbija xierqa tat-tfal.", "Irridu naraw li ninvestu f'soċjetà aktar b'saħħitha li 'l quddiem tkun qed tagħti l-frott tagħha f'dik li hija saħħa soċjali.", "Hawnhekk irrid nirrimarka li dan mhux kliem tal-Oppożizzjoni jew tiegħi biss, imma ngħad ukoll f'rapport intitolat \"Matters of Concern\" fuq l-Embryo Protection Act b'riflessjonijiet ta' 'l fuq minn mitt akkademiku.", "Dan ir-rapport, f'sentenza jgħid ċar u tond li:", "Hawnhekk huwa importanti li nħarsu u nkunu l-leħen ta' min m'għandux leħen u l-protezzjoni ta' min jistax jiddefendi lilu nnfisu.", "Irridu nenfasizzaw din it-tip ta' protezzjoni.", "Hawn irrid nirreferi wkoll għall-kliem taċ-Child and Family Scholars and Practitioners li wkoll taw ir-riflessjoni tagħhom.", "Dawn qed jgħidu ċar u tond: Hemm sitwazzjonijiet fejn nifhmu li l-iffriżar tal-embrijun jista' jżid iċ-ċans ta' aktar tqala għall-koppji u allura rridu nħarsu lejn it-triq 'il quddiem ta' kif nistgħu ngħinu f'dawn il-każijiet.", "Però jgħidu wkoll li rridu noqogħdu attenti biex ma noħolqux sitwazzjoni fejn biex inżidu l-probabbiltà tat-tqala noħolqu problema ta' surplus u stockpiling ta' embrijuni.", "Dan jista' jwassal għal problemi u konfużjoni aktar 'l quddiem meta nħarsu lejn l-elementi etiċi, morali u soċjali, speċjalment ta' tfal li jitwieldu minn dawn it-teknoloġiji assistivi.", "Fir-rigward tal-gamete donation, id-Deputat Prim Ministru diġà semma li d-donazzjoni anonima tidher li qed tistona ħafna, għaliex huwa ċar u tond li qegħdin immorru kontra d-drittijiet tat-tfal li jsiru jafu min huma l-ġenituri ġenetiċi tagħhom.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti f'dak li se nkunu qed nilleġiżlaw billi nitgħallmu minn esperjenzi ta' pajjiżi oħrajn.", "Ejja ma nikkuppjawx pajjiżi oħrajn meta nafu li saru ċerti żbalji!", "Irridu nħarsu u nipproteġu l-ħajja umana sa mill-bidu nett!", "Għalhekk, bħala Oppożizzjoni, għandna r-riżervi tagħna għal dawn l-emendi.", "Aħna nemmnu bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-embrijun.", "Aħna nemmnu li l-koppji ġewwa pajjiżna li qed jesperjenzaw problemi ta' infertilità għandhom ikunu megħjuna, tant li qed nipproponu li minbarra s-servizz, għandhom jingħataw il-mediċini bla ħlas ukoll, għax nifhmu l-piż finanzjarju li jgħaddu minnu dawn il-koppji.", "Però, min-naħa l-oħra, ma nistgħux ninsew li bħala leġiżlaturi għandna l-obbligu li nħarsu d-dinjità tal-embrijun, il-bidu tal-ħajja, it-tarbija ġol-ġuf li qed tiżviluppa u t-tfal li jitwieldu minn dawn it-teknoloġiji assistivi!", "Qed ngħid dan għaliex forsi wieħed jista' ma japprezzax l-embrijun li għandu ftit ċelloli, jew it-tarbija li għadha fil-ġuf, iżda meta dik it-tarbija titwieled, tikber u tibda tistaqsi ċerti mistoqsijiet, għandha d-dritt għal tweġibiet onesti.", "Naħseb li tkun irresponsabbiltà kbira jekk f'dan il-Parlament nilleġiżlaw xi ħaġa li se tħalli mistoqsijiet mhux inwieġba ippreżentati minn tfal li se jitwieldu minn dawn it-teknoloġiji.", "Huwa tajjeb li f'dan il-Parlament qed niftaħru bit-teknoloġiji li se nużaw, bl-investiment li se nagħmlu sabiex ngħinu lil dawn il-koppji u bis-servizz li se jingħata bla ħlas.", "Biss, importanti aktar minn hekk, huwa li niftaħru li dan il-Parlament għadda liġi li tħares u tipproteġi l-embrijun mill-bidu nett tal-ħajja tiegħu, u fl-istess ħin tagħti l-aħjar servizzi lill-koppji li qed jesperjenzaw problemi ta' infertilità!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sur President, is-suġġett tal-IVF u l-emendi li ġew suġġeriti għall-protezzjoni tal-embrijun qajmu diskussjonijiet fit-tul ġewwa din il-Kamra.", "Forsi għall-ewwel darba, dan is-suġġett qajjem għarfien u diskussjoni pjuttost sħuna fost il-Maltin kollha!", "Ħareġ ċar li minkejja d-diversi opinjonijiet espressi, il-maġġoranza qablet u kkonkludiet li l-ħajja tibda mill-bidu tal-konċepiment.", "Għalija, dan huwa ċertifikat ċar li l-valuri tal-Maltin ma marrux il-baħar kif isostnu xi wħud fostna!", "M'hemmx l-iċken dubju li ġewwa Malta, il-protezzjoni tal-ħajja hija prijorità u għall-qalb kull wieħed u waħda minna!", "Din il-konvinzjoni mhijiex xi opinjoni jew twemmin reċenti.", "Kull wieħed minna li huwa ħaj, huwa xhieda ċara ta' din l-għożża tagħna bħala poplu favur il-ħajja.", "Pajjiżi ġewwa l-Ewropa li jħaddnu valuri differenti tbiegħdu minn dan il-valur.", "Biżżejjed niftakru dak li għadu kif seħħ bħalissa ġewwa l-Irlanda, li huwa l-aktar pajjiżi li nixxiebhu miegħu, sew bħala poplu, kif ukoll fit-twemmin u valuri li nħaddnu.", "Nistgħu ngħidu li fostna, il-konċett tal-familja u dak li tfisser għalina, għadu prijorità.", "Dan iwassal ukoll biex bħala poplu nemmnu bis-sħiħ li għandna nuru solidarjetà ma' dawk il-koppji kollha li jixtiequ jiffurmaw familja, fejn ikabbru l-ulied b'għożża u b'imħabba, imma li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma rnexxilhomx.", "Għaldaqstant għandna d-dover li ngħinuhom b'kull mezz possibbli u aċċettabbli.", "Fost dawn is-soluzzjonijiet, insibu l-proċess tal-IVF li jixraqlu li jiġi ffinanzjat bil-qawwa.", "Dan iżda għandna nagħmluh filwaqt li dejjem nipproteġu kull dritt għall-ħajja tal-embrijun.", "Kisbiet kontinwi fil-kamp mediku qed jipprovdu soluzzjonijiet fejn qabel ma kienx hemm.", "Dawn l-avvanzi jesiġu finanzjament xieraq, investiment qawwi fix-xiri ta' apparat modern u adegwat, kif ukoll rieda li naslu.", "Dawn kollha jissarrfu u jwasslu biex tiżdied il-probabbilità ta' suċċess, li waqt li twassal li koppji jikkonċepixxu, fl-intess ħin tiżgura li d-dritt ta' kull embrijun għall-ħajja jkun salvadgwardjat.", "L-IVF huwa proċess favur il-ħajja, twemmin li dejjem kien, għadu u jibqa' għall-qalb tal-Partit Nazzjonalista.", "Xi wħud jażżardaw iwaħħlu li din il-konvinzjoni tal-Maltin favur il-ħajja mill-konċepiment ġejja minħabba t-twemmin Kattoliku tagħna.", "Prova ċara li bħala Partit aħna favur il-ħajja hija li kien il-Partit Nazzjonalista li waqqaf, introduċa u rregolarizza l-proċess tal-IVF, għadda l-liġi li tirregola dan il-proċess, u fl-2012 beda jipprovdi s-servizz tal-IVF mingħajr ħlas ġewwa l-Isptar Mater Dei.", "Bħal kull introduzzjoni ta' servizz ġdid, dan is-servizz ġie introdott gradwalment u f'fażijiet differenti.", "Sal-lum, il-pazjenti jipprovdu għall-ispejjeż tat-trattament neċessarju qabel ma jkunu jistgħu jipproċedu għall-proċess tal-IVF.", "Personalment, u bħala tabib, naf mill-qrib minn xiex jgħaddu dawn il-koppji, u għalhekk jien favur il-ħajja u fl-istess waqt naqbel mal-IVF.", "Sfortunatament, kif ġew imressqa l-emendi mill-Gvern, ma ħallewli l-ebda triq jew għażla ħlief li, kontra qalbi, nivvota kontra dawn l-emendi, għaliex il-mod kif ġew ippreżentati mhumiex aċċettabbli!", "Dan ma jfissirx li jien ma jimpurtanix jew m'iniex konxja mit-tbatija li dawn il-koppji jiffaċċjaw, però ma nistax nivvota favur emendi li jmorru kontra d-drittijiet ta' ħajja innoċenti, il-valuri, it-twemmin u l-kuxjenza tiegħi!", "Ilna nisimgħu u naqraw ħafna fuq dawn l-emendi, u jidher li l-maġġoranza tal-poplu għandu dubji serji dwarhom, tant li esprima bil-miftuħ li qed jara ċerta għaġla żejda biex dan l-Abbozz ta' Liġi jsir liġi, meta fil-verità għaġla ma hemmx!", "Jien żgur li jekk ma niġrux iżżejjed, ma nwebbsux rasna, imma nisimgħu u nixtarru l-opinjonijiet tal-esperti tal-liġi u tal-mediċina fuq din il-materja, dawn l-emendi jistgħu jiġu adattati biex jirriflettu l-opinjoni pubblika u jsiru aċċettabbli għall-maġġoranza tal-Maltin, li biċ-ċar jinsabu inkwetati!", "Fil-fatt kienet ħaġa pożittiva li għadna kif smajna lill-Ministru Chris Fearne jgħid li wara li sema' u ddiskuta ma' dawk involuti, se jagħti widen għall-petizzjoni li għalqet illum u lest jagħmel tibdil fl-emendi mressqa, biex jiġu aċċettati kemm jista' jkun minn kulħadd, inkluż mill-Oppożizzjoni.", "L-IVF isir bżonjuż meta l-mezzi normali ta' konċepiment ikunu fallew.", "Smajna kemm-il darba li waħda minn kull sitt koppji ġewwa pajjiżna għandhom problemi biex ikollhom tarbija.", "M'għandix l-iċken dubju li min isemmi din l-istatistika, m'għandu l-ebda ħsieb li jiżgwida lill-Kamra.", "Però min jikkwota din l-istatistika mhuwiex qed ikun kompletament korrett, għaliex mhux il-koppji kollha li għandhom problemi biex jikkonċepixxu bilfors għandhom bżonn jew iridu jirrikorru għall-IVF.", "Fil-verità, il-biċċa l-kbira tal-koppji bi problemi ta' infertilità ma jkollhomx bżonn din it-teknoloġija jew intervent.", "Hemm numru ta' interventi oħrajn li jistgħu jsiru f'ċerti każijiet ta' infertilità.", "Hemm każi fejn koppja ma tikkonċepixxix sempliċement minħabba fatturi fiżiċi, fejn id-diffikultà tista' tissolva billi l-isperma tar-raġel titpoġġa fl-utru ta' martu stess.", "Hemm każi ta' infertilità kkaġunati minn nuqqas jew ammont żejjed ta' ormoni.", "Oħrajn ma jikkonċepixxux sempliċement għaliex ma jkollhomx ċikli regolari.", "Dawn huma ftit każi ta' infertilità fejn ma jkunx hemm bżonn tal-IVF.", "Illum il-mediċina miexja aktar lejn l-aspetti preventivi u mhux dawk kurattivi.", "Fi ftit kliem, aħjar tonfoq biex tilqa' milli tonfoq biex tikkura!", "Il-Malti jgħid li bil-flus tagħmel triq fil-baħar!", "Jidhirli li anke waqt li niddisktu dawn l-estimi, irridu nżommu quddiem għajnejna kemm hemm bżonn li ninvestu favur il-prevenzjoni anke tal-infertilità.", "Għalhekk huwa pass fid-direzzjoni t-tajba li ninnotaw żieda fil-finanzi allokati biex bihom inkunu nistgħu nżidu l-għarfien dwar il-prevenzjoni, apparti milli nżidu wkoll is-servizzi.", "Meta tħares lejn l-estimi tal-infiq u dħul għall-protezzjoni tal-embrijun tinnota li mill-2012 'il hawn, dawn dejjem żdiedu.", "Tul dawn l-aħħar tliet snin, l-estimi kważi rduppjaw u dan huwa sinjal tajjeb.", "Però ta' min jinnota li iżjed minn nofs dawn il-flus imorru għall-pagi u l-amministrazzjoni.", "Ovvjament, l-infiq ta' apparat u teknoloġija ġdida jaqa' taħt il-vot tas-saħħa u għalhekk ma jidhirx taħt dawn l-estimi li għandna quddiemna.", "Aktar finanzi jistgħu jgħinu biex isiru kampanji edukattivi minn kmieni fl-iskejjel sabiex studenti, fuq medda ta' snin, jibdew jifhmu xi tfisser l-infertilità, x'inhuma l-kawżi tagħha u kif nistgħu nipprevjenuha, x'inhuwa l-proċess tal-IVF, il-komplikazzjonijiet li jistgħu jseħħu, u l-vera għan ta' prokreazzjoni.", "Ir-riċerka fil-mediċina wasslet biex illum nistgħu nidentifikaw b'ċertezza dawk il-fatturi li l-aktar jikkonribwixxu u jikkaġunaw l-infertilità fil-koppji.", "Fir-rigward tan-nisa, fil-parti l-kbira tal-każijiet kollha, l-edukazzjoni favur għajxien u stil ta' ħajja aktar b'saħħitha tilgħab rwol importanti biex titnaqqas bil-kbir ir-rata ta' infertilità.", "Illum nafu li t-tipjip huwa wieħed mill-fatturi li l-aktar iwasslu għal infertilità b'kawża ta' sperm count baxx fl-irġiel.", "Minkejja din iċ-ċertezza, naraw kampanji biex iqajmu għarfien dwar il-perikli tat-tipjip, għax dan jista' jikkawża kanċer tal-pulmun, tal-ħalq u tal-bużżieqa tal-awrina.", "Però, ftit li xejn nisimgħu dwar li t-tipjip jikkawża l-infertilità fost l-irġiel.", "Nafu wkoll li x-xorb alkoħoliku żejjed, l-użu tad-droga, l-inkwinament tal-ambjent ta' madwarna, in-nuqqas ta' eżerċizzju, l-istress kontinwu u l-obeżità, huma kollha fatturi li jistgħu jnaqqsu l-fertilità fiż-żewġ sessi.", "Aktar edukazzjoni biex jiżdied l-għarfien dwar dawn il-perikli li nħabbtu wiċċna magħhom ta' kuljum għandha twassal biex jikber l-għarfien u titqajjem kuxjenza dwar il-ħsara li dawn il-fatturi jagħmlu fejn jidħol it-tkabbir tal-familja.", "Fattur ieħor li jikkontribwixxi għall-infertilità fin-nisa huwa l-fatt li għal raġunijiet varji, numru kbir ta' nisa jaħsbu aktar tard minn qatt qabel biex jibdew familja.", "Dan minħabba li wħud jemmnu li qabel ma jibdew irabbu, iridu jgawdu dak li tagħti d-dinja!", "Oħrajn ikomplu l-edukazzjoni terzjarja u jsibuha diffiċli li wara snin ta' studju, jabbandunaw il-karriera professjonali.", "Numru ieħor ta' koppji jinvestu fix-xiri ta' residenza u jipposponu li jibdew irabbu minħabba d-dejn u piżijiet oħrajn li jkunu daħlu għalihom.", "Dan iwassal biex numru ta' koppji jipposponu li jibdew familja meta l-mara tkun qabżet il-35 sena.", "Il-mediċina tgħallimna li wara din l-età, fil-maġġorparti tan-nisa, jonqos kemm l-ammont ta' bajd kif ukoll il-kwalità, u allura jsibuha aktar diffiċli li jikkonċepixxu.", "Għalhekk, investiment finanzjarju qawwi f'kampanji edukattivi jgħin lill-koppji, speċjalment lin-nisa, biex jaslu għal deċiżjonijiet responsabbli u infurmati dwar l-għażliet li jkollhom quddiemhom.", "Din it-tip ta' infertilità tista' tiġi evitata sinifikament permezz ta' aktar edukazzjoni u b'hekk mhux biss innaqqsu l-bżonn ta' interventi mediċi, imma dawk il-finanzi li niffrankaw jistgħu jintużaw għal bżonnijiet oħrajn.", "Nisa li għandhom bżonn il-proċess tal-IVF għall-prokreazzjoni ta' wild, qabel ma tiġi fertilizzata l-bajda jridu jieħdu għal perjodu ta' żmien mediċini u injezzjonijiet li jiswew eluf ta' ewro kull ċiklu.", "Mhux kull koppja tkun kapaċi tiffaċċja din l-ispiża, speċjalment meta tkun ipprovat diġà dan il-proċess u tkun għamlet ċikli oħrajn li sfortunatament ma rnexxewx.", "Issa li l-Gvern beħsiebu jżid iċ-ċikli għal iżjed minn tlieta, huma importanti li fl-istess waqt jiżdiedu l-finanzi b'tali mod li persuni li jkunu għaddejjin bl-IVF jingħataw dan it-trattament b'xejn, kif sar dan l-aħħar f'każ speċjali.", "L-Oppożizzjoni kienet minn tal-ewwel li qablet u saħqet li t-trattament li jwassal għall-IVF għandu jingħata b'xejn lil kulħadd.", "Issa nappella wkoll lill-Gvern li ladarba qed jindika li beħsiebu jipprovdi dan it-trattament qabel l-IVF, dan għandu jingħata bla ħlas.", "Jekk din l-inizjattiva tiġi attwata u tidħol fis-seħħ għal kulħadd, din tkun inizjattiva ta' min ifaħħarha, għax jingħata ċans ikbar lill-koppji li verament għandhom bżonn l-IVF biex ikollhom tarbija.", "Din it-teknoloġija għandha tiġi offruta lil kull koppja, irrispettivament mill-istat finanzjarju tagħha.", "Normalment, in-nisa li jibdew il-proċess tal-IVF ikunu taħt stress qawwi mentalment u fiżikament u jkunu aktar vulnerabbli.", "Għalhekk huwa neċessarju li ninvestu biex inkabbru s-servizzi ta' teams multidixxiplinarji magħmula minn diversi professjonisti.", "Kulħadd jaqbel li dawn saru bżonnjużi għall-persuni li għandhom bżonn ta' għajnuna kontinwa kemm psikoloġika, medika, legali u għajnuna oħra.", "Il-membri ta' dan it-team jeħtieġu taħriġ speċjali għax irridu jkunu minn ta' quddiem li jiggwidaw lin-nisa li jkollhom bżonn l-IVF.", "Dawn in-nisa li qed jipprovaw ikunu ommijiet għandhom jingħataw l-għajnuna kollha possibbli jekk verament aħna konvinti li omm b'saħħitha mentalment u fiżikament hija investiment għall-komunità u garanzija ta' familji b'saħħithom u wlied li jaslu għall-maturità bħala ċittadini responsabbli.", "Fost is-servizzi li jipprovdu dawn it-teams multidixxiplinarji, għandhom jistinkaw biex jinħoloq rapport li jixpruna fiduċja bejniethom u bejn il-koppji.", "Ikun għaqli li jibdew sezzjoni ta' informazzjoni kemm jista' jkun minn kmieni bejniethom u bejn il-koppja biex dawn tal-aħħar ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu għażliet informati dwar, pereżempju, kemm embrijuni għandhom jinħolqu.", "Għalkemm in-numru neċessarju jvarja skont kull koppja, dan m'għandu qatt jaqbeż il-limiti permessi bil-liġi.", "In-numru ta' embrijuni li jiġu fertilizzati jista' jvarja skont il-kaġun tal-infertilità, skont kemm għandhom età l-koppja involuta, skont in-numru ta' bajd li normalment tipproduċi dik il-mara, skont il-ħxuna tal-inforra tal-utru, jekk il-mara kellhiex ċikli oħrajn qabel u, fost l-oħrajn, jekk dawn iċ-ċikli kenux ta' suċċess.", "Jekk dawn il-pofessjonisti jwettqu xogħolhom sew u jagħtu parir tajjeb lil dawn il-koppji, konvinta li ma jkollniex surplus ta' embrijuni, ħlief għal xi każi eċċezzjonali, kif diġà permess bil-liġi attwali.", "B'hekk, jitnaqqas in-numru ta' embrijuni li jispiċċaw iffriżati.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li dan il-punt, jiġifieri l-iffrizar tal-embrijuni u x'se jiġri minnhom jekk ma jintużawx, kien l-aktar li qajjem oġġezzjoni u kontroversja fost il-poplu Malti.", "B'din is-sistema nkunu verament qed nipproteġu l-embrijuni safejn hu umanament possibbli, waqt li niggarantixxu li l-embrijuni jkunu protetti u jgawdu kull dritt ta' ħajja.", "Is-suċċess tal-IVF f'pajjiżna diġa jħabbatha ma' dak ta' pajjiżi oħrajn fl-Ewropa.", "Ovvjament, qatt m'għandna nkunu kuntenti b'dak li ksibna, iżda kif hi karatteristika tagħna bħala poplu ħawtiel u ħabrieki, dejjem għandna naspiraw li nkunu aħjar.", "Huwa għalhekk li għandna ninvestu iżjed f'dan is-settur tal-mediċina biex ngħollu l-livell ta' suċċess.", "Dan jista' jintlaħaq billi nattiraw speċjalisti f'dan il-qasam li jkunu jistgħu jġibu lejn xtutna proċeduri u teknoloġija aktar reċenti minn dawk li għandna s'issa.", "Dan il-għan jintlaħaq jekk, fost mezzi oħrajn, inkomplu ninvestu fl-aħjar teknoloġija u nħaddnuha, dejjem sakemm din ma tmurx kontra l-valuri li nemmnu fihom.", "Pajjiżi li ma żammewx ma' din ir-regola bażika, illum aċċettaw l-abort bħala ħaġa normali, waqt li oħrajn marru oltre u mexjin bil-mod il-mod lejn l-aċċettazzjoni tal-ewtanasja.", "Sur President, dawn l-affarijiet m'għandhom qatt jintużaw bħala kejl ta' kemm pajjiż huwa miexi 'l quddiem, kemm hu progressiv jew kemm jemmen fil-libertajiet ċivili.", "Meta jiġu introdotti affarijiet li ma jpoġġux il-persuna fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom, aktar u aktar meta dawn iseħħu mingħajr evalwazzjoni dettaljata, bir-reqqa u fit-tul, l-hekk imsejħa kisbiet dejjem jispiċċaw biex jherru l-valuri u t-tessut tas-soċjetà.", "Ejja niftakru li s-soċjetà tagħna mhijiex eċċezzjoni!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Infakkar li l-ħin li fadal għall-Oppożizzjoni huwa ta' disa' minuti.", "(Interruzzjonijiet) Qed niġi informat min-naħa tal-Gvern li hawn qbil li jiżdiedu tliet minuti u allura baqa' 12-il minuta għall-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, f'Novembru tal-2017, waqt li l-Prim Ministru kien qed jirrispondi mistoqsijiet li kienu saru meta konna qegħdin niddibattu l-avviż legali tal-100 siegħa leave, b'insistenza u persważjoni kien assigura lil din il-Kamra li m'għandux mandat elettorali li jdaħħal is-surrogacy.", "Illum għadu kemm intqal lili li l-Ministru Fearne għadu kemm ħabbar li l-Gvern se jkun qed iwarrab is-surrogacy bħala proposta mill-Abbozz ta' Liġi li għadu quddiem il-Parlament.", "Nifraħ lill-Gvern li almenu qed jagħmel dan il-pass.", "Però hawn irrid nagħmel osservazzjoni.", "Minkejja li l-Prim Ministru pprova jurina li għandu mandat elettorali għall-gamete donation u għall-isperm donation, fl-ebda programm elettorali ma ssib din il-proposta miktuba.", "Għalhekk irrid nindirizza lill-bord tal-Awtorità li llum qegħdin niddiskutu l-estimi tagħha, u ngħidlu li ladarba l-Prim Ministru tkellem b'dan il-mod fl-2017, fil-fehma tiegħi żgur li jew ma kienx jaf li qegħdin isiru dawn l-emendi u kif kienu qegħdin isiru, jew dawn l-emendi ma kenux għadhom qegħdin jinħmew.", "Jekk tħares lejn is-sekwenza ta' kif seħħew l-avvenimenti, tara li fil-bidu ta' din is-sena l-Gvern ressaq avviż legali li jagħti tax breaks lil foreign specialists fl-IVF.", "B'din il-miżura, bħal donnu ċaqlaqna l-argumentazzjoni kollha fuq l-emendi tal-IVF.", "B'mod ġenerali, dan il-Gvern ma ressaq l-ebda proposta ta' leġiżlazzjoni jekk warajha ma kienx hemm xi inizjattiva ta' investiment li kważi ħadd ma jkun jaf minn fejn ġie!", "Għalhekk hawn irrid nindirizza lil dan il-bord ta' din l-Awtorità.", "Għeżież membri ta' dan il-bord fi ħdan din l-Awtorità, bil-liġi attwali t-terms of reference speċifiċi tagħkom huma li tħarsu l-ħajja tal-embrijuni.", "Għalhekk nitlobkom biex f'isem il-poplu Malti, minkejja kull interess finanzjarju u investiment fl-industrija jew fil-qasam mediku tal-IVF, tibqgħu Awtorità li tiddefendi l-ħajja.", "Il-poplu Malti u Għawdxi tilef ħafna mill-istituzzjonijiet li suppost kienu qegħdin hemm biex iħarsu u jiddefendu liċ-ċittadin.", "Għeżież membri tal-bord, nitlobkom tibqgħu tiddefendu l-ħajja!", "Tinxtrawx mill-interessi finanzjarji għax il-ħajja għandha prezz ukoll!", "Nitlobkom biex ma titilfux l-awtonomija, l-integrità u l-imparzjalità, bħalma ġralhom ħafna mill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Għalhekk, nirrepeti l-appell tiegħi: Titilfux l-interess u l-objettiv tagħkom li tiddefendu l-ħajja!", "Diversi istituzzjonijiet f'pajjiżna tilfu l-indipendneza tagħhom għax spiċċaw jiddefendu l-interessi politiċi tal-Gvern u saru parti intima mal-Gvern fis-sens dejjaq tal-kelma.", "Li tkunu membri ta' Awtorità li taraw li titwettaq il-policy tal-Gvern b'mod ġenerali huwa fid-dmir tagħhom u hija xi ħaġa tajba.", "Biss, li tkunu membri ta' Awtorità li tagħlqu għajnejkom għal deċiżjonijiet li moralment ikunu ħżiena u etikament inkorretti imma li l-Gvern iġegħelkom twettqu, huwa inaċċettabbli!", "Jekk għalikom il-moralità m'għadhiex gwida, almenu żommu l-etika bħala gwida.", "Jekk l-etika lanqas m'għadha valida għalikom, almenu jekk mhijiex se titbiddel il-liġi prinċipali li daħlet fl-2012, ibqgħu żommuha bħala riga tas-sewwa li tobbligakom tħarsu l-embrijun li huwa ħajja umana.", "Sur President u sinjuri membri tal-bord, fil-fehma tiegħi hija theddida min-naħa tal-Gvern li jkollna min jgħid li l-embrijun m'għandux dritt għall-ħajja.", "Il-fatt li l-Ministri jibqgħu siekta quddiem din it-tip ta' stqarrija li għamel kelliem importanti għall-Gvern, Dr Silvan Agius, f'artiklu fil-ġurnal The Times of Malta, juri li din hija theddida serja.", "Dr Silvan Agius qed jgħid li l-embrijun m'għandux dritt għall-ħajja.", "Din l-ammissjoni se tkun piż fuq il-kuxjenza tagħkom u fuq spallejkom.", "Nitlobkom biex ma taqgħux għal din it-theddida ta' ideoloġija.", "Dr Mark Sant, fil-programm Xarabank, ried jiddefendi l-ħsieb tiegħu li l-embrijun m'għandux dritt għall-ħajja u għalhekk qal lin-nies li kienu preżenti li huma jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom li l-embrijun huwa ħaj, minn twemmin wieħed, jiġfieri mill-fidi.", "Però, ħbieb tiegħi, jekk bħal Dr Mark Sant għandkom kull libertà li ma teħdux l-ispirazzjoni tagħkom mill-fidi, jekk jogħġobkom, oqogħdu attenti li ma teħdux l-ispirazzjoni tagħkom minn ideoloġija!", "Sinjuri membri ta' din l-Awtorità, infakkarkom li intom obbligati li tħarsu l-liġi li toffri protezzjoni lill-ħajja umana, jiġifieri lill-embrijun.", "Intom obbligati li tħarsu l-ħajja qabel kull interess ta' politika partiġjana jew interess kummerċjali.", "Nerġa' ngħid, quddiem is-saħħa tremenda fil-qasam kummerċjali, ħafna istituzzjonijiet Maltin, illum aktar minn qabel, qegħdin jiddefendu l-kummerċ u l-ispekulazzjoni għax għal dan il-Gvern, li tkun business friendly saret tfisser partners in business!", "Jekk jogħġobkom, intom m'intomx qegħdin hemm biex tiddefendu bankina, għalkemm bankina fiha wkoll il-valur tagħha.", "Intom m'intomx qegħdin hemm biex taraw li art pubblika ma ssirx privata, għalkemm din fiha l-valur tagħha wkoll.", "Intom qegħdin hemm u tinsabu msejħa biex tiddefendu l-ħajja!", "Nitlob lil din l-Awtorità tirregola l-ħidma tagħha b'mod etiku mingħajr ma taqta' qalbha u li tħares l-imparzjalità tagħha.", "Għeżież kollegi f'din l-Awtorità, titilfux l-imparzjalità tagħkom u bħala Awtorità tispiċċawx biex taċċettaw affarijiet jew sitwazzjonijiet li bihom tkunu suġġett tal-korruzzjoni tal-verità.", "Se jkun meħtieġ li jsiru protokolli li jirregolaw il-ħidma tagħkom, taħt l-emendi tal-liġi l-ġdida li għad trid tiġi diskussa.", "Irridu niggarantixxu li x-xjenza u t-teknoloġija jkunu għas-servizz tal-persuna umana u għalhekk jgħinu l-ħajja umana u mhux jabbużaw minnha.", "Nitlob lil din l-Awtorità li, fost id-dmirijiet tagħha, tingħaraf mir-rispett li jkollha lejn id-drittijiet fundamentali li huma tnejn, l-ewwel, id-dritt ta' kull persuna umana għall-ħajja u l-integrità fiżika mill-mument tal-konċepiment sal-mewt u, it-tieni, id-dritt tal-familja u taż-żwieġ li, bħala istituzzjoni, hemm id-dritt tat-tarbija li tkun konċepita, miġjuba fid-dinja u mrobbija mill-ġenituri tagħha stess.", "Ejja nifhmu li jekk inħarsu lejn dawn l-objettivi prinċipali bħala l-qofol tar-raġunar u tal-etika tagħna, inkunu qegħdin insalvaw is-soċjetà.", "Waqt li kont ġej għal dan id-dibattitu, smajt b'sodisfazzjon kelliema oħrajn jitkellmu fuq kemm hija xi ħaġa sabiħa li permezz tal-proċedura medika tal-IVF, numru kbir ta' koppji ngħatalhom il-wens li huma wkoll ikollhom familja.", "Ejja nġorruha din ir-responsabbilità u nagħmlu dan possibbli għal ħafna nies oħrajn, biss dan għandu jsir dejjem fil-parametri tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, fejn tarbija tiġi konċepita mill-ġenituri tagħha u tgħix fil-familja mal-ġenituri tagħha.", "Għeżież kollegi fil-qasam ta' din l-Awtorità, agħmlu kuraġġ, iddefendu s-sewwa u s-sewwa jmexxikom biex tkunu kburin bil-ħajja li qegħdin issalvaw!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin għad-dispożizzjoni tal-Oppożizzjoni.", "Issa l-ħin li fadal huwa għad-dispożizjzoni tal-Gvern.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, meta nisma' dak li għadu kif qal l-Onor.", "Vassallo li l-emendi għal-liġi tal-IVF huma xprunati minn xi interess kummerċjali, nistaqsi jekk dan it-tip ta' kummenti jistgħux jaqgħu aktar fil-baxx, fid-diżrispett u fl-insensittività lejn min qed jistenna li jkollu dan it-trattament għax s'issa t-trattament li hemm skont il-liġi li għandna ma jistax jagħti ħajja ġdida lil dawn in-nies li jixtiequ jsiru ġenituri.", "Li aħna nitkellmu b'dan il-mod fil-konfront tal-Awtorità u saħansitra nattakkaw lil din l-Awtorità, bir-rispett kollu, naħseb li hawn min verament ma messux jaqa' f'livell daqstant baxx.", "Ejja niftakru li r-rapport tal-Awtorità li qegħdin niddiskutu llum juri kemm din l-Awtorità qed taqdi d-dmirijiet tagħha b'mod fidil lejn dak li titlob il-liġi.", "Huwa insult li niġu hawn u ngħidu li ladarba l-Gvern se jagħmel avviż legali li jista' jiffavorixxi lil xi settur relatat ma' dan il-proċess fit-taxxa, allura hemm il-kummerċ.", "Dan mhuwiex sewwa!", "Aħna nħarsu f'għajnejn in-nies li qegħdin jistennew li nbiddlu l-liġi.", "B'dawn l-emendi se nneħħu d-distinzjoni li għandna fejn, min għandu l-flus, jista' jmur jagħmel dawn it-trattamenti barra minn Malta u min m'għandux il-mezzi jrid joqgħod għad-dettami tal-liġi restrittiva li għandna bħalissa.", "Kif intqal, se nkunu qegħdin nibdlu din il-liġi wara li nagħmlu d-diskussjoni kollha meħtieġa.", "Aħna qegħdin inressqu emendi favur il-ħajja biex aktar nies li jixtiequ jsiru ġenituri jkollhom din l-opportunità.", "Dan huwa l-messaġġ li rridu ngħaddu fir-rigward ta' dawn l-emendi!", "Għalhekk, mhuwiex aċċettabbli li niġu hawn u nitkellmu dwar din l-Awtorità daqslikieku qiegħda tagħmel xi nuqqas.", "Fil-fehma tiegħi, ir-rapport li għandna quddiemna jpoġġi f'perspettiva ċara dak li għaddej fil-qasam tal-IVF.", "Din l-Awtorità għamlet il-kritika tagħha, anke b'mod iebes fejn ħasset li hemm bżonn u niżżlet dan iswed fuq l-abjad.", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Vassallo biex jekk forsi għadu ma qarax dan ir-rapport fid-dettall, jara d-dettalji kollha li fih, inkluż kritika dwar dipartimenti oħra tal-Gvern.", "Għalhekk, li niġu hawn u noħolqu d-dubju, mhuwiex aċċettabli.", "Jekk l-Onor.", "Vassallo huwa kontra din il-liġi u forsi għal raġunijiet tal-konvinzjonijiet tiegħu ħa pożizzjoni kontra, għandu jgħid dan mill-ewwel.", "Però li jinsulenta lil min qed jistenna dan it-trattament u jgħid li hemm xi interess kummerċjali li qed imexxi 'l quddiem dawn l-emendi fil-liġi, ikolli ngħid li qatt ma stennejt li jkun hawn min lest li jaqa' daqstant fil-baxx fuq diskussjoni daqstant sensittiva.", "Ejja nkunu responsabbli fid-diskussjoni tagħna!", "Ejja ma ninsewx li ċ-ċifri li dan ir-rapport jitkellem dwarhom ifissru ħajjiet ġodda u possibbiltà ta' aktar ħajja ġdida.", "Għalhekk inħeġġeġ biex anke fid-dibattitu li se jkollna fil-ġranet li ġejjin fi Stadju ta' Kumitat fejn se nkunu qegħdin naraw fid-dettal il-liġi tal-IVF, inkunu responsabbli f'dak li ngħidu u meta nikkritikaw, nagħmlu dan b'mod sensittiv lejn min qiegħed isegwina u lejn min jinsab għaddej minn tbatija li nistgħu nindirizzaw jekk nagħmlu liġi li twessa' l-possibbiltà għal aktar ħajjiet b'aktar trattament.", "Sur President, illum qgħadt insegwi lil kull kelliem li tkellem dwar dan ir-rapport.", "Hawn nixtieq infakkar ftit dati biex anke nippreċiża xi diskors li ntqal dwar meta saru l-affarijiet u min daħħal din il-liġi.", "Huwa minnu li l-liġi tal-IVF għaddiet minn dan il-Parlament meta kien hemm Gvern Nazzjonalista fl-2012, però tajjeb li ngħidu wkoll li taħt Gvern Nazzjonalista, għal ħafna snin, dan is-settur tħalla jitħaddem mingħajr ma jkun regolat.", "Kien hemm min kien komdu li jħalli s-settur mhux regolat!", "Fil-fatt, kien wara ħafna snin u b'insistenza mill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien li dan is-settur beda jiġi regolat.", "Ejja niftakru li din il-liġi għaddiet bil-kunsens taż-żewġ naħat.", "Din il-liġi daħħlet il-prinċipju tal-iffriżar tal-embrijuni u l-konċett tal-adozzjoni tal-embrijuni f'każ eċċezzjonali, imma min llum qiegħed jikkontesta dawn iż-żewġ oqsma u jgħid li huma ħżiena, bħala prinċipju kien ivvota favur tagħhom!", "Fl-istess ħin, ma rridux ninsew parti oħra mill-istorja.", "Meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei, kien hemm spazju fejn kellha ssir il-klinika tal-IVF, imma kellna nistennew sal-2015 biex din il-klinika tibda titħaddem.", "Fl-2015 Gvern Laburista ta dan is-servizz b'xejn lill-poplu Malti kollu!", "Dan ifisser li min kien jenħtieġ l-IVF kellu jistenna sal-2015 għaliex kien hemm min kien komdu li jgħid li għandu klinika maqfula f'Mater Dei b'apparat li kien se jaqa' biċċiet u l-liġi ma tressqitx.", "Qed ngħid dan għaliex jekk rridu nitkellmu dwar min għamel xiex f'dan il-qasam, naħseb illi l-istorja titkellem ċar u d-dati u l-fatti juru min verament kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja fejn tidħol l-IVF.", "Sur President, din l-Awtorità twaqqfet fl-2013 biex tiġi implimentata l-liġi tal-IVF.", "Huwa faċli li tgħaddi l-liġi, imma mbagħad trid tara li l-liġi tiġi implimentata.", "Kellna nistennew sal-2013 biex għall-ewwel darba jkollna din l-Awtorità li tkun tista' tibda tħaddem din il-liġi, li wasslet biex in-nies setgħu jgawdu minn dan is-servizz b'xejn.", "Din l-Awtorità għandha numru ta' responsabbiltajiet li huma sensittivi.", "Hawn nirreferi għal dak li qal l-Onor.", "Claudio Grech li faħħar din l-Awtorità li minkejja r-riżorsi relattivament limitati li għandha, qed tagħmel xogħol kbir.", "Nieħu pjaċir li jkollna dik it-tip ta' kritika, li nikkritikaw fejn hemm bżonn li l-affarijiet jinbidlu għall-aħjar, imma ninnotaw ukoll is-sewwa magħruf.", "Fuq quddiem nett, din l-Awtorità għandha obbligi importanti ħafna li tara li l-istandards ta' dawk kollha involuti f'dan il-qasam ikunu tal-ogħla kwalità.", "Aktar kmieni kellna min beda jitkellem dwar kif għandhom isiru ċerti protokolli.", "Però, l-Awtorità, fl-awtonomija tagħha, skont il-liġi, hija responsabbli li tistabbilixxi dawk il-protokolli li bihom irid jitħaddem dan is-servizz f'pajjiżna.", "L-Awtorità trid tara li fil-parametri tal-liġi jkun hemm il-protokolli mediċi biex dak id-dettal mediku jkun stabbilit minn dawn il-protokolli.", "Għalhekk intenni, li issa, b'diżrispett sħiħ u b'nuqqas ta' servizz lejn pajjiżna nipprovaw nitfgħu d-dubju biex intappnu l-mod kif qiegħda titmexxa din l-Awtorità, naħseb li huwa nuqqas serju li ta' min jikkundannah.", "Sur President, meta wieħed jara r-rapport ta' din l-Awtorità jinnota kemm tagħmel żjarat f'dawn il-kliniċi biex tara li s-servizz ikun qed jingħata b'mod ta' kwalità għolja u biex tara li l-metedoloġiji li jkunu qegħdin jintużaw ikunu wkoll tal-ogħla livell.", "Din l-Awtorità trid issegwi u tara min huma l-professjonisti u l-ħiliet tagħhom li jkunu qegħdin jipparteċipaw u jħaddmu dan is-servizz daqstant importanti.", "Fil-fatt, kważi nistgħu ngħidu li tant għandna rispett lejn dan il-qasam u tant qed nagħtuh valur qawwi, li naħseb li huwa l-uniku intervent mediku li biex tasal għalih trid awtorizzazzjoni mill-Awtorità.", "Din mhijiex kwestjoni jekk tikkwalifikax jew le bħalma huwa l-każ f'ċerti interventi oħrajn, imma l-proċess kollu, mill-bidu sal-aħħar, għandu bżonn il-barka tal-Awtorità.", "Hawnhekk, wieħed jirrealizza kemm din l-Awtorità għandha importanza kbira fil-proċess tal-IVF u kemm kien importanti li titwaqqaf din l-Awtorità.", "Issa, li qegħdin inħarsu lejn servizz aktar estiż, importanti wkoll li jsir aktar investiment f'din l-Awtorità fejn jidħlu riżorsi sabiex tkun tista' taqdi fedelment ix-xogħol u r-responsabbiltajiet tagħha skont il-liġi.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jagħmel osservazzjonijiet oħrajn, fosthom li mir-rapport jirriżulta li kien hemm investiment fir-riżorsi umani f'din l-Awtorità.", "Nifhem li minħabba n-natura speċjalizzata ta' dan il-qasam, hija ta' sfida li ssib in-nies kollha li tkun meħtieġ biex tibni t-teams kollha li għandek bżonn għat-tħaddim tal-Awtorità.", "Għalhekk, hemm bżonn li nkomplu ninvestu f'din l-Awtorità biex nassiguraw il-provvediment tas-servizzi tal-IVF f'Mater Dei, għaliex wara kollox, il-Gvern għandu r-responsabbiltà li jagħti l-aqwa servizz tal-IVF f'Mater Dei, imma wkoll fil-privat.", "L-Awtorità trid tħares ukoll lejn il-kwalità ta' servizzi li huma aċċessibbli f'pajjiżna.", "Wara kollox, huwa tajjeb li nsemmu li s-settur privat kien il-pijunier li introduċa dan is-servizz f'pajjiżna.", "Għalkemm kien hemm żmien fejn dan is-servizz ma kienx regolat, però tajjeb li wieħed jirrimarka li l-qasam tal-IVF iddaħħal mis-settur privat.", "Illum huwa importanti li l-Awtorità, bl-interventi tagħha, tkompli tara li jkun hemm l-ogħla kwalità ta' servizz u ta' management f'dawn il-kliniċi li joffru s-servizz tal-IVF.", "Għalhekk hemm il-ħtieġa ta' aktar investiment f'din l-Awtorità, biex filwaqt li nwessgħu dan is-servizz kif qed jiġi propost b'din il-liġi, naraw li l-Awtorità tkun tista' tagħti is-sapport kollu meħtieġ u taqdi id-dover ta' sorveljanza biex niżguraw li l-etika qed tiġi segwita minn dawk kollha involuti.", "Sur President, din hija liġi li mhux biss titkellem dwar il-metedoloġiji mediċi imma għandha wkoll l-aspett penali.", "Għalhekk, fejn l-Awtorità jkollha suspett raġonevoli li hemm ksur ta' liġi, bilfors irid ikollha s-setgħa li tagħmel l-investigazzjonijiet relatati.", "Minn hawn intenni li r-rapport jelenka u jindika sitwazzjonijiet fejn kien hemm bżonn li l-Awtorità tiġbed l-attenzjoni.", "Nifhem ukoll li l-awtoritajiet responsabbli fil-qasam tas-saħħa ħadu l-passi kollha meħtieġa.", "Niftakar f'inċident partikolari li seħħ riċentement, fejn il-Ministru talab saħansitra għal inkjesta, liema inkjesta kienet ingħalqet.", "Hawn wieħed jinnota li dan il-qasam ma jitteħidx b'mod leġġer, imma jittieħed bis-serjetà kollha li jixraqlu għaliex dan il-proċess huwa maħsub biex b'intervent mediku naraw li nkomplu noħolqu aktar ħajjiet.", "Wieħed jinnota wkoll li fir-rapport hemm referenza għall-ħidma li trid issir mas-Supretendent tas-Saħħa li bil-liġi għandu s-setgħa li joħroġ il-liċenzja ta' kull klinika li toffri dan is-servizz tal-IVF.", "Imbagħad, l-Awtorità taħdem fir-rigward tal-ispezzjonijiet biex tiżgura l-ogħla kwalità.", "Għalhekk, hemm bżonn li jkun hemm kordinazzjoni.", "Wieħed jifhem li fil-parti l-kbira tal-każijiet dan isir, imma fejn l-Awtorità ħasset il-ħtieġa li tiġbed l-attenzjoni għax dehrilha li s-servizz ma ngħatax bl-aħjar mod, din ġibdet l-attenzjoni.", "Altru milli l-Awtorità mhijiex qed taqdi d-doveri tagħha!", "Għalhekk, naħseb li f'dan il-Parlament għandna bżonn naraw li jirrenja spirtu fejn insaħħu l-istituzzjonijiet li waqqafna aħna stess b'saħħa ta' liġi, u mhux inkunu aħna stess li għal skopijiet partiġjani jew għaliex ma naqblux ma' xi ħaġa, nipprovaw intappnu jew indaħħlu d-dubji fuq awtoritajiet li, bil-fatti, qegħdin iwettqu x-xogħol tagħhom b'mod tajjeb.", "Wieħed jinnota wkoll li l-ħidma fil-qasam ta' din l-Awtorità teħtieġ ukoll aktar intervent tekonoloġiku.", "Wieħed jinnota l-ħtieġa ta' investiment f'software li se jkun qed jgħaqqad il-kliniċi kollha biex l-Awtorità tkun tista' tkompli tissorvelja dak kollu li jkun qed iseħħ.", "F'dan ir-rigward, uġigħ ta' ras kbir li għandha din l-Awtorità ġej mill-fatt li hija depożitarju ta' ħafna data sensittiva.", "Dan il-Parlament għadu kif għadda liġi ġdida li tirrigwarda l-protezzjoni tad-data biex naderixxu ruħna ma' regolament ġdid tal-Unjoni Ewropea.", "Din il-liġi qed tħares l-ipproċessar tad-data b'mod ferm aktar strinġenti u iebes milli kellna qabel.", "Għalhekk, konvint li dan ifisser impenn aktar ikbar għall-Awtorità, mhux biss biex issegwi l-intervent mediku li jwassal għal IVF, imma anke fil-mod kif dawk kollha involuti qed jittrattaw din id-data sensittiva.", "Ovvjament, bl-emendi li qegħdin jiġu proposti f'dan il-Parlament għall-bidla fil-Liġi tal-IVF, l-Awtorità se jkollna sfidi ġodda bħala depożitarju ta' din id-data.", "Fl-aħħar mill-aħħar qed inkomplu ngħabbu lill-Awtorità b'aktar responsabbità.", "Għalhekk, l-Awtorità trid tkun imħejjija sabiex tkun tista' timmaniġġja aħjar din id-data li se jkollha f'idejja, liema data hija ikkategorizzata bħala data sensittiva bil-liġi u għalhekk hemm bżonn ta' aktar attenzjoni.", "Irridu nsemmu wkoll aspetti oħrajn importanti fejn l-Awtorità tista' tiġi rinfaċċjata b'deċiżjonijiet ferm sensittivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-addozzjoni ta' embrijuni.", "Irridu nassiguraw li meta jkollok il-possibbiltà ta' friżar ta' embrijuni, ikun hemm proċess tal-ogħla standards.", "Tajjeb li nsemmi wkoll li fir-rigward tal-iffriżar tal-embrijuni, f'dan ir-rapport l-Awtorità ssemmi sitwazzjonijiet fejn kellha tagħti permess biex ikun hemm embrijuni ffriżati.", "Nifhem li preżentement hemm embrijuni ffriżati minħabba ċ-ċirkostanzi li nqalgħu, però issa li qegħdin inħarsu li l-proċess tal-iffriżar tal-embrijuni jkun imwessa' aktar bl-emendi li qegħdin jiġu proposti, naħseb li huwa importanti ferm li l-Awtorità jkollha l-għodod kollha meħtieġa biex tagħmel sorveljanza sħiħa fuq il-proċess tal-iffriżar tal-embrijuni skont ma se tkun qiegħda tipprovdi l-liġi meta tiġi emendata.", "Sur President, dan ir-rapport isemmi kwestjonijiet importanti oħrajn li, fil-fehma tiegħi, wieħed irid jirrifletti dwarhom.", "Pereżempju, ir-rapport jitkellem dwar is-suċċess li inti jkollok minn tekniċi differenti.", "Dan it-tagħrif huwa importanti ferm li jiġi innotat anke fir-riflessjonijiet tagħna meta qed niddiskutu l-emendi li għandna quddiemna, għax jixħet dawl dwar il-ħtieġa għalfejn dawn l-emendi li qed inressqu huma fattwalment u xjentifikament meħtieġa.", "Dan ir-rapport juri li ċerti metedoloġiji, minkejja li jagħtu s-suċċess tagħhom, mhumiex qegħdin jagħtu r-rati mixtieqa ta' suċċess.", "Fil-fatt meta wieħed jara l-konklużjoni ta' dan ir-rapport, wieħed jirrealizza li l-Awtorità ħasset il-ħtieġa li tiġbed l-attenzjoni li r-rata tas-suċċess marret lura minn sena għal oħra u naqset.", "Dan qed insemmih għaliex fl-aħħar mill-aħħar l-iskop tagħna li nagħmlu dawn l-emendi huwa biex inwessgħu l-possibbiltà tal-IVF sabiex aktar koppji li jixtiequ jsiru ġenituri u ma jistgħux, ikollhom din il-possibbiltà.", "Hemm bżonn li dan is-servizz tal-IVF ikompli jissaħħaħ, għaliex l-istatistika qiegħda turi li l-liġi li approva dan il-Parlament fl-2012 hemm bżonn li tiġi mwessgħa biex ir-rata ta' suċċess tkompli tiżdied.", "Dan għaliex, kif qed ngħid, iċ-ċifri qegħdin juru realtà ċara.", "Issa hawn min forsi jgħid li nistgħu nħallu kollox kif inhu, ma nibdlu xejn, għax ladarba għandna l-liġi tal-IVF, nistgħu nkunu kuntenti.", "Le, il-fatti qegħdin juru xort'oħra, u għalhekk hemm bżonn li wieħed jindirizza din ir-realtà.", "Naħseb li tajjeb li wieħed jagħmel riferenza wkoll għall-Assisted Reproductive Technology Prioritization Committee fejn illum għandna kumitat li jinkludi r-rappreżentazzjoni tal-Awtorità.", "Wieħed jifhem li mhux kull min japplika għal dan is-servizz irid jistenna fil-kju, għax jista' jkollok ċerti prijoritazzazzjoni meħtieġa skont il-proċess mediku.", "Għalhekk, huwa importanti li dan il-kumitat jipproritizza dawn il-każijiet.", "Nikkonkludi, Sur President, billi ngħid li nemmen li din l-Awtorità qiegħda tagħmel xogħol kbir u għalhekk irridu nkompli ninvestu fiha billi nagħtuha aktar riżorsi.", "Inħoss li dan il-proċess kollu jrid ikun iggwidat mir-rieda tagħna li aktar koppji jsiru ġenituri bl-aħjar mod.", "Huwa għalhekk li hemm il-ħtieġa li nkomplu nsaħħu dak li bnejna tul s-snin fil-qasam tal-IVF.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Intemm il-winding up min-naħa tal-Gvern.", "Se npoġġi l-mistoqsija fuq il-Mozzjoni kif imressqa mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċmebru 2018, skont l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, Kap 524.", "L-ISPEAKER: Ladarba qed tintalab division, din se tittieħed fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju, 2018, skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ il-Ministru Chris Fearne biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tnejn, 4 ta' Ġunju, 2018 fis-6:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Koperazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz tal-Liġi dwar l-Aġenzija għall-Infrastruttura Malta - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar Id-Dipendenza fuq id-Droga, Trattament mhux Priġunerija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Profesjsoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-Sena 2018 – Votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-Sena 2018 – Votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Awtorità tad-Djar għas-Sena 2018 – Votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Infiq mill-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-Sena 2018 – Votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għal Mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar Ħasil ta' Flus u Evażjoni tat-Taxxa – Votazzjoni; u", "Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni għas-Sena 2018 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni ta' Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda diversi Liġijiet, Riformi tal-Pensjoni – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, f'din is-seduta mhux se jittieħed l-Aġġornament.", "Għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal-lum stess fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru.", "F'12.02 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180604_123d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ. minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ. minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ. minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ. minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ. minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Edwin Vassallo, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Clayton Bartolo, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Byron Camilleri, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Silvio Grixti, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku datat l-1 ta' Frar 2017, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess att u li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-valutazzjoni, l-RFP submission u l-project evaluation dwar l-art tal-ITS f'San Ġiljan li tlestew fis-26 ta' Jannar 2017 mid-ditta li isimha qiegħed jingħata separatament?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5607, tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet fil-passat, ċjoè minn Marzu 2013 'l hawn, dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru u r-rakkmandazzjonjiet li ħarġu minnhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5755 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing f'Għawdex fl-erba' snin li ġejjin min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex u f'liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units?", "Tista' tgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3006 peress li għad ma sar ebda xogħol biex isir network ta' distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b'kisja waħda u hemm ammont ta' tappieri perikolużi li huma 'l fuq mil-livell tat-triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'korsijiet hemm ippjanati li jsiru mill-Institute of Public Service (IPS) ġewwa Għawdex minn issa sal-aħħar tas-sena?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk Wied Dalam hemmx pjanijiet biex isir park naturali?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Ħal Kirkop?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Ħal Safi?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità taż-Żurrieq?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità tal-Qrendi?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta bejn l-2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta' nazzjonalità Maltija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex bejn is-sena 2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta' nazzjonalità Maltija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5848, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-akkwist ta' 3,100 kuruna mbierka mill-Papa Franġisku?", "Jista' jgħid kemm offerti ġew preżentati u minn min?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti u tar-rapport dwar l-aġġudikazzjoni tal-istess sejħa?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm daħlu bastimenti Amerikani u bastimenti Russi fil-Port il-Kbir?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom jinsabu pendenti?", "Jista' jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2011 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm irċieva ilmenti l-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office)?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'azzjoni ttieħdet dwarhom mill-Uffiċċju dwar ir-Regolamenti tal-Bini?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għaż-żjarat li l-Ministru għamel barra minn Malta skont l-iskeda li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament, jista' l-Ministru jgħid:", "a. x'kienet ir-raġuni taż-żjara li huwa għamel;", "b. ma' min iltaqa' waqt din iż-żjara;", "c. jekk il-Ministru kienx akkumpanjat minn uffiċjali tal-Gvern u/jew tal-Ministeru tiegħu u/jew entitajiet tal-Gvern għal din iż-żjara; u", "d. min ħallas għaż-żjara?", "Jista' jippreżenta l-irċevuti tal-ispejjeż tal-lukanda li qagħad fiha f'kull każ?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hux minnu li d-Dar tal-Anzjoni ta' Sa Maison Home se tagħlaq?", "Jekk fl-affermattiv, billi hemm numru ta' pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli trasferiti f'din il-home, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid fejn se jmorru jekk tagħlaq din il-home ?", "Kemm hemm pazjenti trasferiti mill-Isptar Monte Carmeli għal San Miason?", "Jekk dawn il-pazjenti jiġu trasferiti f'post ieħor min se jħallas u kemm se jitħallas għal kull pazjent?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk persuni li kienu f'Korp tal-Emerġenza jew impjegati mal-kumpaniji parastatali fejn kienu jaħdmu bħala suldati u ħafna minnhom bħala tradesmen u li kienu impjegati bejn is-snin 1972 u l-1997 hux se jieħdu flus dovut lilhom kif qed jieħdu ħaddiema oħrajn?", "Billi dawn wettqu xogħol importanti u taw servizz utli lil pajjiż, jaħsibx li dawn ukoll għandhom jibbenefikaw minn flus (somma) li l-Gvern qed jagħti l-ħaddiema oħra?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta' konsultazzjoni żamm ma' stakeholders u ma' konsulenti qabel ma' vara l-proġett ta' tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija parallela mat-tagħlim tal-Malti bħala l-lingwa nazzjonali?", "Jekk inżammet konsultazzjoni, jista' jgħid ma' min iltaqa' kemm bħala stakeholders kif ukoll bħala konsulenti?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jiltaqa' ma' stakeholders fil-qasam tal-Lingwa tal-Malti u jżomm diskussjonijiet magħhom dwar it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija parallela mat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa nazzjonali?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-istudenti li se jkunu qegħdin jikkwalifikaw sabiex jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija, u jindika jekk dawn jinkludix persuni li jkollom iċ-ċittadinanza Maltija?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk tfal ta' ġenituri fejn ġenitur ikun barrani u l-ieħor Malti, humiex se jitqiesu biex jikkwalifikaw għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija minflok bħala l-lingwa nazzjonali?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk tfal imwielda f'Malta lill-ġenituri barranin iżda li ilhom fis-sistema edukattiva ta' Malta, humiex se jitqiesu li jikkwalifikaw għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija jew humiex se jitqiesu bħala li għandhom jitħallew isegwu s-sillabu tal-Malti fil-Livell Ordinarju tal-Matsec?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid mil-liema età se jibda jiġi offrut it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija?", "Kemm se jkun hemm lezzjonijiet f'ġimgħa għal dan it-tagħlim?", "X'taħriġ ingħata jew se jingħataw l-għalliema ta' dan is-suġġett u x'riżorsi se jingħataw?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5855 fejn ġie kkonfermat li Transport Malta ma approvat l-ebda bollards fi Triq San Trofimu, Tas-Sliema, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se ssir investigazzjoni fuq il-bollards preżenti fi Triq San Trofimu mingħajr permess?", "Jista' jgħid jekk dawn jissodisfawx il-kriterji ta' Transport Malta speċjalment fid-dawl li persuni bil-wheelchair, mhux possibbli li jgħaddu minħabba tali bollards?", "Jista' jgħid jekk hux se tittieħed azzjoni sabiex dawn il-bollards jitneħħew?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex isiru railings għal aċċess aħjar għall-bajja ta' St Peters Pool f'Delimara?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' għalliema ġodda tar-Reliġjon fis-sena skolastika li jmiss?", "Kemm applikaw għalliema tar-Reliġjon u kemm biħsiebu jdaħħal il-Gvern?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jippubblika l-istudju ta' Transport Malta (TM) dwar il-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jippubblika l-istudji (u t-TIS) fuq it-traffiku fl-inħawi tal-madwar il-bypass li qed tiġi proposta u li jinkludu fost postijiet oħra Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara?", "Meta saru dawn l-istudji?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta Transport Malta għamlet traffic counts tal-vetturi fil-lokalitajiet ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara?", "Jista' jippubblikahom?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun 'il bogħod (f'metri) il-bypass ta' Ħ'Attard mir-residenti li joqogħdu f'dawn it-toroq: Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcuti u Triq Oliver Agius?", "Jista' jgħid jekk humiex ippjanati li jsiru sound barriers fi Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinand Inglott u Triq Oliver Agius?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun wiesa' l-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jgħid kemm se jkun hemm metri min-nofs it-triq sa kull naħa fejn jibda l-bini u d-djar tar-residenti jew l-għelieqi?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk bil-proġett tal-bypass ta' Ħ'Attard, hux se tiġi affettwata l-kamra protetta li tinsab f'Wied Inċita?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm parking spaces fi Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinand Inglott u Triq Oliver Agius hekk kif titlesta l-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li juri kif ġej il-parkeġġ f'dawn it-toroq?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna kellha l-kuntratt ta' impieg tagħha mibdul minn kuntratt definit għal kuntratt indefinit ai termini tad-Direttiva maħruġa mis-Segretarju Permanenti Prinċipali nhar it-18 t'April 2017?", "Jista' jgħid ukoll f'liema aġenzija jew entitajiet pubbliċi jaħdmu dawn il-persuni, kemm-il persuna hemm f'kull aġenzija u/jew entità u f'liema grad iddaħħlu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara kif żewġ postijiet li huma tal-Akkomodazzjoni Soċjali, u li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, liema proprjetajiet is-sidien tagħhom ilhom ġimgħat sħaħ jirrapurtaw li qed jinżel id-drenaġġ ġewwa dawn iż-żewġ proprjetajiet, u peress li l-foreman kien tahom indikazzjoni li se jmur għandhom fi żmien tliet ġimgħat imma għadhom qed jistennew u peress li post minnhom huwa ħanut tal-ikel u l-għejxien tas-sid jiddependi minn hemm, jista' jara l-każ ta' dawn iż-żewġ postijiet?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kif il-pjanti li tpoġġew minnu fuq il-Mejda tal-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu (u li kellhom id-data li tmur lura sa Lulju 2014 u mhux b'dati riċenti kif ingħatat l-impressjoni f'risposta għall-mistoqsija parlamentari f'Marzu li għadda) dwar is-suppost erba' karreġġjati u cycle lane li kellhom isiru fil-bypass tal-Mellieħa, kellhom isem ta' perit differenti minn dak li suppost qed jaħdem fuq il-proġett (skont il-mistoqsija parlamentari 5153) ?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'ġara preċiżament u x'seta' mar ħażin biex il-ħajt li tela' b'mod stramb u suspettuż fil-bypass tal-Mellieħa (biex insterqet parti mill-istess bypass) issa qed jitkisser, anke fid-dawl li sa ftit jiem ilu l-Ministru stess fil-Parlament kien aċċerta lill-Kamra li kollox kien qed isir skont il-pjanti li hu stess kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma' mistoqsija parlamentari 5153?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi u l-pjanti oriġinarjament approvati tal-ħajt li tela' fil-bypass tal-Mellieħa li permezz tiegħu nsterqet parti mill-istess bypass biex setgħet issir service road (liema service road kienet indikata mill-Ministru stess f'risposta għall-mistoqsija parlamentari 4634)?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun wiesa' kull karreġġjata fil-bypass tal-Mellieħa flimkien mas-Cycle Lane li se jkunu qed isiru fil-bypass tal-Mellieħa preċiżament minn ħdejn ir-roundabout fid-daħla tal-Mellieħa sal-pompa tal-petrol li tinsab fit-tarf tal-istess bypass?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet valutata s-service road (kif indikata mill-Ministru stess f'risposta parlamentari 4634) li saret fil-bypass tal-Mellieħa u jekk kienx hemm ħlas dovut lid-Dipartiment tal-Artijiet u jekk kien hemm ħlas, jista' jgħid kemm kien dan il-ħlas?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda dovuti sabiex inbena u twaqqa' l-ħajt li permezz tiegħu saret is-service road u jistax ukoll jikkonferma jew le jekk il-ħajt li nbena u twaqqa' fil-bypass tal-Mellieħa sabiex setgħet issir service road hux se jerġa' jinbena liema service road kienet indikata mill-Ministru stess f'risposta għall-mistoqsija parlamentari 4634?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għaż-żjara li għamel f'Monaco fil-weekend tal-Grand Prix tal-2015, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuti tal-lukanda li qagħad fiha, tar-restaurants li mar fihom u tal-ispejjeż l-oħra kollha mħallsa mill-erarju pubbliku ammontanti għal kważi €11,000 għal tliet ijiem biss?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-laqgħat li attenda l-Ministru li huwa tenut li jippreżenta skont il-proċeduri regolari tal-Gvern?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara x'jista' jsir mid-deċiżjoni li kienet ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ħruġ tal-permess ta' żvilupp fejn fost il-kundizzjonijiet tal-permess għall-ftuħ tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet obbligat lil dan l-istabbiliment biex iħallas u jagħmel tajjeb li ssir roundabout f'salib it-toroq fi Triq id-Difiża Ċivili, Mosta mal-istess dħul għall-istabbiliment u dħul għal MCAST?", "S'issa din ir-roundabout għadha ma saritx.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li tittranġa l-ħsara fil-lights taż-zebra crossing li hemm fi Triq Fisher fl-Imġarr (Malta) quddiem l-iskola primarja tal-gvern?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li uffiċjali tas-Sanità jkunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex irażżnu ż-żieda fin-numru ta' ġrieden li hemm f'Triq Familja Cumbo fil-Mosta?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-nanniet li jattendu d-Day Centre mhux qed jitħallew jieħdu n-neputijiet magħhom?", "Billi r-riċerka turi li t-tfal jistgħu jitgħallmu ħafna minn esperjenzi interġenerazzjonali u peress li fil-vaganzi tas-sajf għadd ta' tfal ikunu għal xi ġranet man-nanniet tagħhom, jista' l-Ministru jikkunsidra li dan ikun permissibbli fost l-oħrajn bil-preżenza ta' child carer fl-istess Day Centre tal-anzjani?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaqqaf l-aġenzija Ambjent Malta, liema aġenzija tħabbret li se tiġi mwaqqfa minn Lulju 2017?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tati rendikont dettaljat ta' kemm ġie jiswa l-avveniment Gozo Alive li sar f'Mejju 2018 u tgħid: • Kemm ġie jiswa l-istage tal-Pjazza tat-Tokk,", "• Kemm tħallas il-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u", "• Kemm tħallsu l-band li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li t-tnejn daqqew fi Pjazza San Ġorġ?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid għalfejn ma ħarġitx call for tender bħalma jsir fl-avveniment tan-Notte Bianca biex jintgħażlu l-artisti ta' Gozo Alive li sar f'Mejju 2018?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid min kien iċ-Chairman tal-bord li għażlu l-artisti tal-Gozo Alive li sar f'Mejju 2018?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' tgħid jekk il-membri tal-bord Gozo Alive kenux imħallsa?", "Jekk iva, tista' tgħid kemm?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-istage fi Pjazza Indipendenza li ntuża waqt Gozo Alive ta' Mejju 2018, inkluż bit-tinda u bis-sound li sar ġo fih?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx diskussjonijiet dwar il-possibiltà li jkun hemm speed cameras fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, u dan in vista tad-diversi inċidenti tat-traffiku li qed iseħħu ta' spiss f'din it-triq?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5222, hemm diplomatiċi li huma kkwalifikati bi professjoni u hemm ħaddiema li huma parti miċ-ċivil jew persuni appuntati politikament li jissejħu diplomatiċi, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li bħalissa jokkupaw kariga ta' diplomatiku imma fil-fatt ma jagħmlux (jew m'humiex) parti mid-Diplomatic Corps ta' Malta?", "Kemm hawn membri tal-Korp Diplomatiku li ilhom snin jaħdmu hawn Malta mingħajr ma' jistgħu jaħdmu bħala diplomatiċi kif inhu suppost il-grad tagħhom, jiġifieri li jirrapreżentaw lil pajjiżhom fuq posting f'missjonijiet ta' Malta barra minn xtutna?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jsir l-MRI (bil-loppju) lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-aktar fis, minħabba l-istat ħażin li tinsab fih?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament liema każ huwa urġenti imma l-appuntament huwa għas-7 ta' Diċembru 2018 f'Mater Dei?", "Possibbli l-Ministru jara li dan l-appuntament isir qabel minħabba l-urġenza tiegħu?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5933 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f'din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5408, u fid-dawl li l-Kunsill Lokali tal-Fgura għamel talba lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar biex isiru l-livelli mill-ġdid fi triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jiġu mmarkati dawn il-livelli?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn l-2004 u l-2012 il-Prim Ministru qattx kien akkumpanjat mis-sinjura tiegħu waqt safar uffiċjali?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta sar dan is-safar, fejn sar, kemm kienet l-ispiża u x'kien l-għan ta' kull safra?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5502 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus b'kollox lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bejn l-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5501 u ċjoè: F'April 2017, il-Gvern ġie rrapportat li ħallas miljun ewro lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bil-ġustifikazzjoni li l-Awtorità tat-Turiżmu se tagħmel reklami fuq il-magazine tal-kumpanija u peress li issa li għaddiet iktar minn sena, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-reklami?", "Kemm hu kkalkolat li laħqet nies din il-pubbliċità?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex Uffiċjali tas-Sigurtà impjegati mal-Gvern u li qegħdin ma' Cleansing Malta, b'ordni tad-Direttur Ġenerali qed jgħidulhom li se jintbagħtu jiġbru ż-żibel il-Belt u minflokhom se jiġu ngaġġati Uffiċjali tas-Sigurtà mill-privat?", "Jista' jgħid jekk dan id-Direttur Ġenerali għandux dritt li jgħid li se jibgħat impjegati bi grad ta' Uffiċjal tas-Sigurtà jiġbru ż-żibel biex xogħolhom jittieħed mill-privat?", "Il-Ministru ġie infurmat b'dan u kien ta l-approvazzjoni tiegħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn jidher li l-file tagħha qiegħed għand il-Jobsplus u tixtieq li jitħaffef il-proċess għall-work permit?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5935, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm residenti fl-Isptar Monte Carmeli li l-ispiża tagħhom għal kull ġurnata, tlaħħaq bejn wieħed u ieħor:", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq Francis Attard fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "(Ara ritratti li qed jintbagħtu separatament).", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Konti Manduca fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Markiż Ċensu Depiro fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, b'antiċipazzjoni għall-proġett ta' żvilupp massiv fin-Naxxar fiż-żona ta' Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk, x'tip ta' xogħol ta' preparazzjoni qed isir, biex it-toroq taż-żona jkunu jifilħu għat-traffiku industrijali li se jkun hemm fix-xhur u s-snin li ġejjin, liema xogħol u traffiku, jekk ma jkunux antiċipati, jista' jkollhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti f'din iż-żona u fuq id-djar tagħhom?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett pilota mħabbar mill-Prim Ministru f'Birkirkara, f'Mejju 2017 li kellu jara li l-cables tal-Enemalta u oħrajn jibdew jinqalgħu mill-faċċati tad-djar u l-arbli fl-irħula tagħna u jitpoġġew taħt l-art qabel jirranka l-proġett ta' €700m f'manutenzjoni estensiva tat-toroq Maltin tul din il-leġiżlatura?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq il-Forġa (parti) fin-Naxxar?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠAR TAL-ILMA L-Onor.", "Joe Mizzi Jipproponi", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Kap. 355.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 46 – Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 15 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 - Votazzjoni.", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "4 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010.", "(Kont.)", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 34 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 3 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Abbozz Nru 33 – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018, f'nofsinhar fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 37 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "4 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180604_124a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018", "IlMinuti tasSeduta Nru 123, li saret fl-4 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "It-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16, 17, 18 u 19 li saru lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar każijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman;", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar attivitajiet u wirjiet fil-Parlament ta' Malta matul it-Tlettax-il Leġiżlatura;", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar il-paġna elettronika tal-Parlament ta' Malta;", "Ir-rapport annwali tal-Malta Community Chest Fund Foundation għas-sena 2017;", "Il-pubblikazzjoni intitolata Bullying: The Child's Perspective riżultat tal-laqgħat ta' konsultazzjoni mat-tfal b'rabta mal-Ewwel Konferenza Nazzjonali dwar il-Ġid tat-Tfal; u", "Ir-rapport annwali tal-Malta Business Bureau għall-2017-2018.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – KONSULENZA FUQ PUBLIC RELATIONS JEW KOMUNIKAZZJONI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "2013 - (minn Marzu) ma kien hemm l-ebda spiża.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, waqt konferenza stampa li għamel il-Ministru matul dawn l-aħħar jiem, huwa ħabbar li l-ispejjeż li jkollhom jagħmlu dawk kollha li jkunu addottaw minn barra l-pajjiż sa massimu ta' €10,000 se jkunu jistgħu jiġu refunded mill-gvern.", "Jista' l-Ministru jispjega kif se taħdem din l-iskema?", "Huwa tajjeb li nħajru aktar nies jagħmlu dan l-att ta' mħabba u anke nnaqqsulhom xi ftit mit-tbatija li jkollhom jgħaddu minnha sabiex jaddottaw.", "Kif u min jista' japplika biex igawdi minn din l-iskema?", "U f'liema perjodu trid tkun saret l-addozzjoni?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt iva, matul il-ġimgħa li għaddiet ġibna fis-seħħ waħda mill-wegħdiet tal-Manifest Elettorali u waħda mill-budgetary measures għal din is-sena.", "Permezz ta' din il-miżura aħna qed ngħidu li dawk il-persuni li huma ordinarjament residenti f'Malta u li addottaw tifel jew tifla minn barra pajjiżna jistgħu japplikaw għal grant sa massimu ta' €10,000.", "Qed ngħid sa massimu ta' €10,000 għax ovvjament jekk l-ispejjeż ma jkunux ilaħħqu dak l-ammont, allura min jaddotta mhuwiex se jingħata dak l-ammont, għalkemm ġeneralment meta ssir addozzjoni ta' wild minn barra l-pajjiż is-somma teċċedi l-€10,000.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li permezz ta' din il-miżura l-Gvern qiegħed jiffaċilita l-ħajja ta' koppja addottiva billi almenu jkoprilhom parti mill-ispejjeż hu.", "Ma nkun qed niżvela l-ebda sigriet jekk ngħid li l-proċess t'addozzjoni mhuwiex xi wieħed straightforward għax jinvolvi diversi proċessi, jinvolvi tul ta' żmien u jien ngħid li jinvolvi wkoll ħafna emozzjonijiet.", "Ma rridux ninsew li dan il-grant qed jingħata meta ssir addozzjoni minn barra l-pajjiż u allura hawnhekk għandek involuti żewġ sistemi legali, żewġ pajjiżi differenti u ħafna drabi jkollok involuti saħansitra żewġ kulturi differenti.", "Ta' min jgħid li l-grant huwa intiż sabiex ikopri spejjeż li jkunu marbuta mal-proċess tal-addozzjoni, jiġifieri wieħed jista' jitlob refund għal spejjeż ta' vjaġġar, għal spejjeż ta' akkomodazzjoni fil-pajjiż minn fejn ikun se jiġi addottat it-tifel jew it-tifla, għal spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' legalizzazzjoni ta' dokumenti kif ukoll għal spejjeż oħrajn li jkunu marbutin ma' dak il-proċess.", "Is-sistema tapplika għal persuni li jkunu residenti Malta u li jkunu se jagħmlu addozzjonijiet minn barra l-pajjiż.", "Ta' min jgħid li din is-sistema se tibda tapplika b'effett mid-data tal-Baġit tas-sena li għaddiet, jiġifieri mill-10 ta' Ottubru, 2017.", "Dan ifisser li kull min se jkollu jew kellu l-addozzjoni tiegħu finalizzata wara d-data tal-aħħar Baġit jista' japplika għal dan il-grant.", "L-addozzjoni titqies bħala finalizzata meta jinħareġ id-digriet finali ta' addozzjoni mill-qrati Maltin.", "Wieħed seta' jkun beda l-addozzjoni qabel għax xorta jikkwalifika għal dan il-grant.", "L-importanti huwa li l-addozzjoni tkun ġiet finalizzata wara l-10 ta' Ottubru, 2017.", "Biex koppja tgawdi minn dan il-grant hija trid tapplika l-Aġenzija Appoġġ u ovvjament trid tagħti formola ta' kunsens sabiex din l-aġenzija tkun tista' ġġib id-data rilevanti mill-qrati Maltin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, l-ewwel nett irrid ngħid li l-Oppożizzjoni tilqa' din il-miżura partikolari mal-ewwel għax hija miżura pożittiva ħafna.", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li bħalissa l-ġenituri prospettivi Maltin jistgħu jaddottaw minnhom?", "Għax kif jaf il-Ministru, minn żmien għal żmien ikun hemm pajjiżi differenti li jkunu miftuħin għall-addozzjonijiet.", "Niġi issa għat-tieni mistoqsija li għandi.", "Ftit tal-ġranet ilu l-Ministru ħabbar li r-rapport tal-inkjesta fuq il-mewt taċ-ċkejkna Victoria kien tlesta mill-Imħallef li kien qed imexxi din l-inkjesta.", "Il-Ministru qal ukoll li għalkemm huwa rċieva dak ir-rapport, ma kienx se jippubblikah, u aħna naqblu li ma jiġix ippubblikat sakemm tiġi konkluża l-inkjesta maġisterjali li hemm għaddejja bħalissa.", "Imbagħad huwa kompla jgħid li qed jieħu sensiela ta' miżuri amministrattivi li ġew rakkmandati fl-istess rapport u jpoġġihom fil-prattika.", "Jista' l-Ministru jgħid, mingħajr ma jimpinġi fuq dak li hemm fir-rapport, x'inhuma dawn il-miżuri amministrattivi li daħħal fis-seħħ - ġaladarba semmiehom - wara li ġie ppreżentat bir-rapport tal-inkjesta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Ħalli nibda nirrispondi l-ewwel mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Sur President, matul l-2017 saru addozzjonijiet minn tliet pajjiżi.", "Wieħed minn dawn il-pajjiżi huwa l-Portugall fejn l-arranġament li għandna miegħu huwa sabiex it-tfal li jinġabu jkunu aħwa u għalkemm ikunu għadhom żgħar, ma jkunux għadhom trabi.", "Saru wkoll addozzjonijiet mis-Slovakkja u mill-Indja.", "Jekk niftakar sew, matul l-2017 kellna 44 addozzjoni li ġew finalizzati, li nofshom, jiġifieri xi 22, ġew mill-Indja filwaqt li t-22 l-oħra ġew mis-Slovakkja u mill-Portugall.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet kienet rekord għax kienet l-aktar sena li ġew finalizzati addozzjonijiet matul dawn l-aħħar snin.", "Qegħdin naħdmu wkoll biex niftħu relazzjonijiet ta' adozzjoni ma' pajjiżi oħra barranin, għalkemm din mhijiex xi ħaġa faċli.", "Aħna signatories tal-Hague Convention u allura nkunu rridu noqogħdu għal ħafna testijiet ta' due diligence, kif wara kollox għandu jkun.", "Aħna noqogħdu attenti wkoll li l-pajjiżi li nibdew arranġamenti magħhom dwar addozzjonijiet ikunu firmatarji ta' din il-Konvenzjoni huma wkoll biex kemm jista' jkun kollox ikun above board u l-affarijiet jimxu sewwa.", "Forsi jekk kollox imur sew, din is-sena jkollna pajjiż ieħor Ewropew li se nibdew inkunu f'pożizzjoni li nġibu tfal għall-addozzjoni minnu.", "Niġi issa għat-tieni mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Kif għedt f'dan il-Parlament, ir-rapport tal-inkjesta amministrattiva dwar il-każ ta' Victoria ġie konkluż madwar ħmistax ilu.", "Nieħu pjaċir ninnota li anke l-Oppożizzjoni taqbel li m'għandniex nippubblikaw dan ir-rapport, għax ma jagħmilx sens li nippubblikaw dan ir-rapport meta għandna inkjesta maġisterjali li għadha għaddejja, għalkemm ma nsibu l-ebda problema li meta dik l-inkjesta titlesta, dan ir-rapport jiġi ppubblikat għax m'hemm xejn x'wieħed joqgħod jaħbi.", "Din hija kwestjoni ta' Hobson's choice għax jekk l-inkjesta tiġbed l-attenzjoni għal ċerti affarijiet li setgħu saru aħjar u jibqa' ma jsir xejn - u nenfasizza fuq il-kelma \"jekk\" għax jien m'iniex qiegħed hawn biex niżvela x'fiha l-inkjesta – mela hemmhekk il-politiku ma jkun għamel xejn.", "Aħna jidhrilna li għandhom jittieħdu passi amministrattivi biex intejbu l-operat.", "Ejjew ninsew il-każ sfortunat taċ-ċkejkna Victoria.", "Jekk Alla jrid, matul il-ġimgħat li ġejjin se nressqu quddiem dan il-Parlament abbozz ta' liġi ġdid dwar il-protezzjoni tat-tfal.", "Fil-fatt il-ħsieb hu li nressqu dan l-Abbozz ta' Liġi quddiem il-Parlament qabel il-vaganzi tas-sajf għax, ngħid jien, jekk nistgħu nagħmlu ċerti affarijiet biex intejbu s-servizz, għaliex m'għandniex nagħmluhom?", "B'daqshekk m'iniex qed niżvela x'fih ir-rapport tal-inkjesta u, kif għedt diġà, dak se nippubblikawh hekk kif titlesta l-inkjesta maġisterjali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, inizjattiva oħra li ħa l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali hija l-hekk imsejħa \"ċavetta diġitali\".", "X'inhuma l-objettivi ta' din l-inizjattiva u fiex wasalna fl-implimentazzjoni tagħha?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Jien naħseb li l-aktar wieħed li jista' jirrispondi din il-mistoqsija huwa s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, li jinsab preżenti f'din il-Kamra u allura forsi jkun jista' jirrispondi din il-mistoqsija hu.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Ministru ta' din l-opportunità.", "Sur President, din l-inizjattiva qiegħda ssir bħala Gvern wieħed, bħala tim wieħed.", "Għall-grazzja t'Alla l-aktar ħaġa sabiħa li għandna f'din l-Amministrazzjoni hija t-team spirit li jeżisti bejnietna.", "Ta' min jgħid li aħna qed inwettqu din l-inizjattiva flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni l-Onor.", "Silvio Schembri, li nixtieq nirringrazzjah minn hawnhekk għall-koperazzjoni li huwa wera f'dan ir-rigward.", "Aħna ħloqna dan il-kors sabiex fil-pajjiż ma jkun hawn ħadd li jkun jixtieq jaċċessa t-teknoloġija u minħabba xi raġuni jew oħra jħossu eskluż minħabba li ma jkollux aċċess għaliha.", "Ta' min jgħid li dan il-kors, li se jkun b'xejn, se jkun miftuħ għal dawk kollha li għalqu l-55 sena u li jixtiequ jiffamiljarizzaw ruħhom mat-teknoloġija moderna.", "Dan il-kors se jkun maqsum f'erba' partijiet.", "L-ewwel nett dawn il-persuni se jiġu mgħallma kif jibagħtu email, xi ħaġa li hija bżonjuża fid-dinja tal-lum, speċjalment għal dawk l-anzjani li għandhom familjari tagħhom jgħixu barra minn Malta, għax b'hekk ikunu jistgħu jikkomunikaw magħhom u jużaw din it-teknoloġija bl-aktar mod liberu, kif tagħmel il-kumplament tas-soċjetà.", "Min se jattendi għal dan il-kors se jitgħallem anke kif juża s-social media, li llum tista' tgħid li kulħadd jagħmel użu minnha.", "Is-social media hija invenzjoni pożittiva ħafna għax permezz tagħha wieħed ikun jista' jżomm kuntatt dirett ma' wliedu jew man-neputijiet tiegħu, anke jekk ikun jgħix f'xi dar tal-anzjani.", "Fil-fatt aħna qed nagħmlu wkoll proġett sabiex insaħħu is-sistemi ta' wi-fi fid-djar tal-anzjani u mbagħad permezz ta' dawn il-korsijiet u ta' korsijiet oħra li se nagħtu, l-anzjani tagħna se jiġu familjari ma' kif jużaw it-tablet u mat-teknoloġija moderna biex ikunu jistgħu saħansitra jixtru online.", "Bażikament dan il-kors se jsir fit-28 day centres li għandna mxerrda ma' Malta u Għawdex kif ukoll fil-homes tal-anzjani tagħna għax aħna nemmnu li l-anzjani għandhom jiffamiljarizzaw ruħhom ma' dak kollu li aħna familjari miegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-iskema ta' għajnuna għal ġenituri addottivi li kien qed jitkellem fuqha l-ewwel hijiex retroattiva?", "Jekk iva, x'inhi l-cut-off date ta' din l-iskema?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt din l-iskema hija retroattiva sad-data tal-Baġit, però issa dan jiddependi minn x'wieħed jifhem b'retroattività.", "Ejjew nieħdu lil xi ħadd li applika għall-addozzjoni erba' snin ilu, jekk kemm-il darba l-addozzjoni ma ġietx finalizzata sal-10 ta' Ottubru, 2017 u ġiet finalizzata wara, il-Gvern huwa lest li jagħti dawk l-€10,000 xorta waħda, jiġifieri aħna m'aħniex qed ngħidu li hawnhekk se ninkludu lil kull min beda l-addozzjoni wara d-data tal-Baġit imma qed ngħidu li se ninkludu lil kull min se jkollu l-finalizzazzjoni tal-addozzjoni wara d-data tal-Baġit.", "Ovvjament kull min applika wara d-data tal-Baġit żgur li se jikkwalifika għall-grant tal-€10,000, imma min kien beda l-proċess qabel u ġie konkluż wara l-10 ta' Ottubru, 2017 se jikkwalifika għal dak il-grant.", "Barra minn hekk irrid ngħid ukoll li kull min se jikkwalifika għal din l-iskema se jgawdi minnha żgur, jiġifieri mhu se jkun l-ebda vot allokat għaliha.", "Hawn Malta aħna għandna għaxar aġenziji li huma akkreditati, erba' privati - li nixtieq insellmilhom minn hawnhekk għax jiffaċilitaw il-ħajja tal-koppji addottivi wkoll - u l-Aġenzija Appoġġ.", "Issa din mhijiex kwestjoni li l-applikazzjoni trid tgħaddi mill-Appoġġ imma hawnhekk aħna qed ngħidu li kull min se jkollu addozzjoni minn barra l-pajjiż finalizzata wara l-10 ta' Ottubru, 2017 jista' jikkwalifika għal din l-għajnuna, u huwa jista' jagħmel dan billi jissottometti t-talba u l-irċevuti u jingħata grant sa €10,000.", "Aħna ħassejna li għandna niftħu din l-iskema kemm jista' jkun biex ikun hemm aktar koppji li jgawdu minnha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, matul dawn l-aħħar ġimgħat rajna li kien hemm sitt persuni li ngħataw il-warrant fil-psikoloġija u fil-counselling.", "Fid-dawl li issa l-counselling ġie meqjus bħala professjoni indipendenti, jista' l-Ministru jelenka x'se tkun id-differenza f'dawn ir-rwoli?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, anke wara dak li seħħ matul dawn l-aħħar ġimgħat, illum f'dan il-qasam għandna tliet professonijiet li għalkemm huma relatati ma' xulxin, fl-istess ħin huma professjonijiet distinti.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-professjoni tal-psikoloġisti, għall-professjoni tal-counsellors u għal dik tas-social workers.", "Fil-fatt illum stess aktar kmieni waranofsinhar għadni kif ippreżentajt il-warrant lil 11-il psikoloġista biex dawn jingħaqdu ma' sħabhom il-psikoloġisti l-oħrajn.", "Ta' min jgħid li l-psikoloġija hija waħda minn dawk il-professjonijiet li għandha liġi dedikata għaliha, liema liġi, jekk niftakar sew, kienet daħlet fis-seħħ fl-2004.", "Din il-professjoni għandha wkoll il-bord tagħha, ir-regoli tagħha u l-etika tagħha.", "Imbagħad fl-2014 twaqqaf ukoll il-Counselling Profession Act, li daħħal il-konċett ta' warrants għall-counsellors, konċett li kien ilu ġej, u fil-fatt madwar ħmistax ilu kellna l-ewwel warrant ceremony tal-professjonisti fejn għal din l-okkażjoni ngħataw il-warrant madwar 110 counsellors.", "Kif bla ebda dubju din il-Kamra taf, ftit tal-ġimgħat ilu għaddejna wkoll minn dan il-Parlament liġi li tipprovdi għall-professjoni tal-psikoterapisti.", "B'hekk issa f'dan il-qasam għandna tliet liġijiet differenti li qed jirregolaw tliet professjonijiet differenti.", "It-tlieta li huma għandhom il-bord regolatorju tagħhom u jaħdmu intimament ma' xulxin kif ukoll ma' professjonijiet oħra, bħal dik tat-tobba.", "Ta' min jgħid li f'dan il-qasam jingħataw tliet warrants differenti, però l-professjonijiet li jaqgħu taħt dan il-qasam għandhom jaħdmu flimkien.", "Jien nawgura li n-numru ta' professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam ikompli jikber, anke għaliex ma nistax ma naċċennax għall-fatt li m'għandniex supply biżżejjed ta' dawn il-professjonisti, partikolarment dawk ta' social workers.", "Infatti hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nagħmel appell.", "Il-professjoni ta' social worker għandna bżonnha ħafna f'dan il-pajjiż, imma m'għandniex biżżejjed supply għaliha, u dan meta s-social workers huma dawk il-professjonisti li jgħinuna niffaċċjaw il-mod ta' kif ngħixu, l-isfidi soċjali li għandna u sfidi oħrajn.", "Fl-aħħar nett jien ma nistax ma nerġax nawgura li dawn it-tliet professjonijiet, jiġifieri dawk ta' counsellors, ta' psikoterapisti u ta' social workers, jaħdmu aktar mhux biss bħala tliet professjonijiet differenti u distinti imma aktar minn hekk bħala tliet professjonijiet li għandhom ikunu komplimentari għal xulxin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar ħarġet informazzjoni li 23 uffiċjal fis-settur pubbliku ngħataw taħriġ mis-Sedqa permezz ta' programm imsejjaħ Substance Abuse Free Employee Programme (SAFE).", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop ta' dan il-programm u għaliex il-Ministeru tiegħu ħass li uffiċjali fis-settur pubbliku għandhom jattendu tali programm?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Wieħed irid iħares lejn il-programm SAFE b'mod ħolistiku bħala sforz biex idealment inżommu l-popolazzjoni kollha tagħna 'l bogħod mill-abbuż ta' sustanzi.", "Forsi hawnhekk nista' nagħmel riklam żgħir.", "Fis-26 ta' Ġunju dan il-Parlament se jorganizza konferenza nazzjonali ta' ġurnata taħt il-patroċinju tas-Sedja u bil-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Claudio Grech u għal din l-okkażjoni se jirnexxielna nġibu flimkien l-għaqdiet kollha li jaħdmu kontra l-abbuż mis-sustanzi, jiġifieri l-Caritas, is-Sedqa, il-Fondazzjoni Oasi kif ukoll ovvjament il-Ministru li tinsab ħdejja, anke biex inwasslu messaġġ wieħed minn din il-Kamra bħala Parlament.", "Issa biex niġi għall-mistoqsija tal-Onor.", "Byron Camilleri, is-SAFE huwa programm li jitħaddem fi ħdan il-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) u li l-għan tiegħu hu li jżomm lill-impjegati 'l bogħod mill-abbuż tas-sustanzi.", "F'dawn l-aħħar żminijiet kellna 'l fuq minn 23,000 uffiċjal mis-settur pubbliku li ngħataw taħriġ mis-Sedqa.", "Dan huwa programm dedikat li filwaqt li huwa indirizzat għal min għandu bżonn jattendi għalih, għandu wkoll l-iskop li jqajjem awareness, li forsi hija l-aktar ħaġa importanti.", "Bi pjaċir ngħid li għandna diversi istituzzjonijiet li huma standing partners magħna, bħall-Armata u azjendi pubbliċi oħrajn, filwaqt li għandna wkoll oħrajn li qed inħajruhom jissieħbu magħna.", "Parti mill-għan ta' dan il-programm għandha tkun l-attitudni ħolistika biex naraw li l-abbuż mis-sustanzi jonqos kemm jista' jkun.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, esperti f'dan is-settur jindikaw - u dan rajnieh anke riċentement meta konna qed niddiskutu r-rapport tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali - li l-akbar problema eżistenti li hawn bħalissa f'dan il-qasam hija ż-żieda tal-availability tad-droga sintentika u l-impatt li din it-tip ta' droga qiegħda tħalli fuq min jużaha.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani leġiżlattivi min-naħa tal-Gern biex naraw kif il-pajjiż jista' jkun dejjem pass aktar 'il quddiem fejn tidħol din it-tip ta' droga?", "Dan għaliex dawn it-tip ta' drogi joħorġu fis-suq b'pass mgħaġġel ħafna regolarment u sfortunatament ġeneralment is-subsidiary legislations tagħna ma jkunux qed ilaħħqu mal-pass li bih dawn ikunu qed isibu ruħhom fis-suq.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija tiegħu għax din hija issue xi ftit kontroversjali wkoll fis-sens li filwaqt li ovvjament sustanza tħalli effett negattiv li mhuwiex mixtieq, min-naħa l-oħra wieħed isib diffikultà legali biex jipproċedi għas-sempliċi raġuni li dik is-sustanza ma tkunx meqjusa bħala illegali, u allura hawnhekk wieħed irid jara kif jista' jagħmel ċertu tibdil leġiżlattiv.", "Pereżempju, kull min hu legali bħali jista' jaħseb biex tinħoloq xi forma ta' leġiżlazzjoni li tgħid illi kull sustanza li mhijiex legali għandha tiġi meqjusa bħala illegali, però wieħed għad irid jara kemm tista' tiffunzjona leġiżlazzjoni bħal dik.", "Jista' jkollok anke lil xi ħadd li jgħidlek li qed takkużah b'xi ħaġa li mhijiex reat, u fil-fatt din hija d-diffikultà li għandna.", "Li hu żgur huwa li aħna se nkomplu nimpenjaw ruħna f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt bħalissa qed nimpenjaw ruħna partikolarment biex nindirizzaw lill-minorenni ta' taħt it-18-il sena li għandhom problema ta' droga, anke permezz taċ-ċentru l-ġdid li se niftħu fis-Siġġiewi flimkien mal-Caritas.", "L-appell li rrid nagħmel hawn, u li qed nagħmlu minn qalbi, hu li dan l-impenn m'għandux ikun sempliċement tagħna l-Membri Parlamentari biss imma jrid ikun tagħna bħala nazzjon.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq midja soċjali mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2405; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq safar uffiċjali tal-Prim Ministru fejn kien akkumpanjat mill-mara tiegħu bejn l-2004 u l-2008, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6067.", "(Ara dokument Nru 1821 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 126 tat-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018)", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 5741 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 115 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar każijiet ta' dixxiplina fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq midja soċjali mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2407.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq midja soċjali mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2408;", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq midja soċjali mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2406;", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq midja soċjali mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2409; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja tal-pjanti tal-proġett ta' toroq, Central Link Project, li kienu qed jiġu diskussi mal-partijiet konċernati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5986.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq l-istage li ntuża waqt l-attività 'Gozo Alive' li nżammet f'Mejju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6030.", "PUNT IMQAJJEM MILL-ONOR.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, peress li l-Ministru kkonċernat mhuwiex preżenti, nixtieq nitlob direzzjoni mis-Sedja għall-fatt li r-risposti ta' żewġ mistoqsijiet parlamentari li jien għamilt lill-Ministru Ian Borg, li huma mistoqsijiet parlamentari 6012 u 6013, huma identiċi.", "Ma nafx jekk hawnx xi żball.", "Iż-żewġ mistoqsijiet parlamentari jirrigwardaw il-Mellieħa bypass, u ċjoè Triq Lewis Wettinger.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Se nieħu nota tal-punt li għadu kif qajjem l-Onor.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018 tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se jissostitwixxu lill-Onor.", "Helena Dalli u lill-Onor.", "Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SOSTITUZZJONI TAL-PRESIDENT U TA' MEMBRU FUQ IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru, l-Onor.", "Illi l-Kamra tirriżolvi li għal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li se tinżamm għada, it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018, l-Onor.", "Robert Cutajar jissostitwixxi lill-Onor.", "Beppe Fenech Adami, President tal-istess kumitat, li ġie msejjaħ biex jixhed quddiem il-kumitat; u li l-Onor.", "Kristy Debono, Membru fl-istess Kumitat, tinħatar President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Dawn is-sostituzzjonijiet japplikaw f'kull laqgħa li tista' tinżamm fejn l-Onor.", "Fenech Adami jiġi msejjaħ biex jixhed quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "TAL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA GĦAS-SENA 2018", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Kap. 355.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Ninforma lillKamra li d-diskussjoni fuq din il-Mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Gvern.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nixtieq nibda dan l-intervent billi nirringrazzja lill-Ministru Joe Mizzi, anke għall-fatt li tani l-kelma biex niftaħ dan id-dibattitu li jirrigwarda l-estimi tal-Water Services Corporation (WSC).", "Meta wieħed jifli dan is-settur sew jirrealizza kemm il-funzjoni li taqdi l-WSC hi importanti, kemm mill-aspett ta' konsum tal-ilma mid-djar tagħna kif ukoll mill-aspett ta' infrastruttura ta' pajjiż li l-akbar industrija tiegħu hija s-settur tat-turiżmu, fejn allura rridu niggarantixxu kemm il-provvista tal-ilma kif ukoll il-kwalità tiegħu.", "F'pajjiż li l-ekonomija tiegħu qiegħda dejjem tikber, għandek sitwazzjoni fejn l-accounts ta' din il-Korporazzjoni partikolari qed jiżdiedu wkoll, u allura l-isfidi ta' kif topera din il-Korporazzjoni partikolari qed jiżdiedu għax ix-xogħol qed ikun akbar.", "Jien ħadt b'mod simplistiku ħames aspetti varji minn dawn l-estimi li xtaqt nittekiljahom separatament, għax juru d-direzzjoni li qed taqbad il-WSC, l-objettivi tagħha kif ukoll ix-xogħol li rnexxielha tagħmel matul is-snin.", "L-ewwel aspett li rridu nsemmu hu li matul l-2017 il-WSC, korporazzjoni li hi tant vitali għal pajjiżna, irnexxielha tilħaq l-objettivi tagħha għax għamlet surplus ta' €2 miljun, jiġifieri kważi kważi nistgħu ngħidu li ġiet break-even.", "Ovvjament dan ma ġarax b'kumbinazzjoni imma ġie b'cost control, jiġifieri l-ispejjeż li kienet qed tagħmel il-WSC bdew jiġu kkontrollati b'ċerta dixxiplina u għaqal.", "Dan filwaqt li kien hemm anke tisħiħ fid-dħul tal-Korporazzjoni, u dan billi l-WSC mhux biss rat id-dħul miktub fuq il-karta imma aċċertat li d-dħul huwa verament wieħed reali, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Kibret ukoll l-effiċjenza f'dik li hi distribuzzjoni, jiġifieri fil-mod ta' kif l-ilma jiġi distribwit mingħajr ħela.", "Fl-istess ħin il-loans li kellha l-WSC baqgħu jitħallsu b'mod regolari, u allura ovvjament naqas kemm id-dejn kif ukoll l-imgħax.", "Dan kollu li spjegajt sar f'sitwazzjoni fejn, kif għedt qabel, kellek żvilupp ekonomiku b'saħħtu li wassal għal domanda ta' accounts ġodda.", "Ovvjament dan huwa wkoll marbut mal-iżvilupp tal-kostruzzjoni tagħna, ma' aktar units ta' residenzi, ma' aktar businesses, ma' aktar attivitajiet kummerċjali, ma' aktar lukandi u ma' domanda turistika akbar.", "Fil-fatt anke jekk wieħed iqabbel l-accounts tas-sena 2017 ma' dawk tas-sena 2016 ikun jista' jinnota li dawn żdiedu.", "Dan minnu nnifsu huwa fattur pożittiv, però fl-istess ħin joħloq sfidi ċari għall-istess Korporazzjoni.", "Fil-fatt dan kien it-tieni aspett li nnotajt minn dak li qrajt fl-estimi.", "It-tielet aspett huwa l-fatt li l-WSC investiet aktar fit-teknoloġija.", "It-teknoloġija ma tgħinx biss biex il-billing ikun wieħed effiċjenti imma wkoll biex il-korporazzjoni partikolari tiġbor flusha.", "Issa hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li għal dawk li huma kontijiet m'għandhiex x'taqsam il-WSC imma l-ARMS Ltd, u permezz ta' investiment fit-teknoloġija kien hemm anke aktar effiċjenza fil-mod kif joħorġu l-kontijiet.", "Naturalment dan huwa importanti għax il-WSC m'għandhiex tkun effiċjenti biss fid-distribuzzjoni tal-ilma imma wkoll biex tiġbor flusha għax biex il-Korporazzjoni jkollha ċerta effiċjenza finanzjarja bilfors trid tiġbor il-flus u, kif wieħed jista' jimmaġina, dan huwa eżerċizzju kbir ħafna meta tqis li l-WSC tissupplixxi s-servizz tal-ilma lir-residenzi kollha, lill-proprjetajiet kummerċjali kollha u lill-entitajiet turistiċi kollha ta' Malta u Għawdex.", "Tajjeb jingħad li minn mindu sar il-kuntratt mal-IBM Europe, liema kuntratt baqa' jiġi onorat, l-effiċjenza żdiedet għax permezz ta' dan il-kuntratt qed tintuża l-aħħar teknoloġija Ewropea u dinjija f'dak li għandu x'jaqsam ma' billing.", "Fil-fatt aktar 'il quddiem nixtieq nitkellem dwar il-kwestjoni tal-billing tal-WSC ukoll għax fl-opinjoni tiegħi qed issir konfużjoni totali minn min qed jipprova jieħu vantaġġ politiku minn sitwazzjoni ta' billing li miżerjament ilha hemm mill-2009 billi issa f'daqqa waħda jrid jilgħabha bħallikieku hu xi eroj tal-konsumaturi!", "Però pleasures yet to come, u aktar tard se nispjega dwar dan, anke għall-benefiċċju ta' min qed isegwina.", "Ir-raba' aspett li nnotajt meta kont qed nara l-estimi tal-WSC kien li qed isir aktar investiment min-naħa tal-Korporazzjoni, u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil xi persuni li qegħdin anke preżenti f'din il-Kamra, fosthom lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lill-ħaddiema kollha.", "Ta' min isemmi li sar aktar investiment fil-customer care.", "Pereżempju, illum il-klijent jista' japplika għal xi servizz tal-WSC jew inkella jirrapporta ħsarat permezz ta' sistema online.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna għax l-ilma huwa essenzjali kemm għall-familji tagħna kif ukoll għas-settur tat-turiżmu, li huwa l-akbar settur li għandu pajjiżna, u issa li qed noqorbu lejn is-sajf l-isfidi f'dak li hu konsum se jiżdiedu u mhux jonqsu.", "Sar saħansitra investiment ċar li hu ntiż speċifikament biex tonqos il-ħela billi jiġi nnotifikat fejn hemm il-ħsarat.", "Dan meta qabel kienet xi ħaġa ta' kuljum dik li jkun hemm xi ħsara xi mkien, jgħaddu l-ġranet u jibqa' ma jsir xejn b'telf kbir ta' ilma, li naturalment hija ħasra kbira.", "Il-ħames aspett li jien jidhirli li joħroġ bl-aktar mod ċar mill-estimi tal-WSC hu li matul l-2017 żdied ukoll il-moniteraġġ kontra l-abbuż u s-serq tal-ilma.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid illi l-estimi stess juru li l-ispezzjonijiet żdiedu bi 30% meta pparagunati mal-2016.", "Ċertament dan iservi wkoll ta' deterrent għal min jitħajjar jabbuża għax meta dak li jkun jara li l-ispezzjonijiet żdiedu, ma jibqax ikollu moħħu daqshekk mistrieħ li mhu se jiġi ħadd jispezzjonalu d-dar jew in-negozju tiegħu biex jara jekk ikunx qed jabbuża, u allura naturalment dan wassal għal anqas telf ta' ilma.", "Dawn kienu l-ħames aspetti kruċjali li jien osservajt meta kont qed nara l-estimi tal-WSC, u pprovajt inkun sempliċi kemm jista' jkun fl-osservazzjonijiet tiegħi.", "F'dan is-settur l-edukazzjoni hija importanti ħafna, u fil-fatt il-Ministru Joe Mizzi ħareġ b'diversi kampanji edukattivi li jsiru anke fl-iskejjel biex sa minn età żgħira t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jitgħallmu jibżgħu għall-ilma.", "Naturalment aħna lin-nies m'aħniex qed inwasslulhom il-messaġġ biex ma jużawx ilma għax, kif diġà għedna, l-ilma huwa essenzjali u jrid jintuża bilfors, però huwa tajjeb li l-poplu jiġi edukat biex juża l-ilma b'ċerta kuxjenza.", "Ta' min jgħid li l-prezz tal-ilma f'pajjiżna meta pparagunat ma' ħafna pajjżi oħra huwa wieħed mill-orħos bħala medja fl-Ewropa, però l-ilma huwa riżors importanti ħafna għal pajjiżna u allura xorta waħda għandu jintuża bil-għaqal.", "Hawnhekk ma nistax ma nifraħx lill-Ministru Mizzi għall-inizjattivi li ħa fuq livell edukattiv, li wħud minnhom ħabbarhom f'Jannar ta' din is-sena.", "Punt interessanti ħafna huwa dwar jekk hux se jsir aktar investiment.", "L-investiment huwa kruċjali biex il-Korporazzjoni tibqa' ssaħħaħ is-sistemi li għandha filwaqt li tibqa' ssib streams ġodda fil-mod ta' kif nistgħu niġġeneraw aktar ilma u ta' kif nistgħu niġġeneraw aktar ilma ta' kwalità.", "Għalhekk l-investiment li ġie mħabbar mill-Kap Eżekuttiv tal-WSC flimkien mal-Ministru u mas-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Aaron Farrugia, li jqarreb il-€100 miljun, huwa importanti għax permezz ta' dan l-investiment tkun qed tiżdied il-provvista tal-ilma, tkun qed tiżdied il-kwalità tal-ilma u tkun qed tiżdied ukoll l-effiċjenza fil-mod kif jintuża dan is-sors tant importanti.", "Kif għedt qabel, qed nantiċipa li min-naħa l-oħra se jkun hemm dibattitu dwar il-kwestjoni li tqajmet.", "Jien m'għandix dubju li l-Ministru se jkun qed jispjegaha pubblikament ukoll għax din il-kwestjoni tqajmet fil-midja u hu daħal fiha sew tant li diġà qal li se jġib il-feedback mill-entitajiet biex jara x'inhi eżattament is-sitwazzjoni.", "B'umiltà ngħid li anke jien dħalt f'din is-sitwazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, li jdejjaqni hu li din il-kwestjoni tintuża bħala ballun politiku.", "L-ewwel nett irridu nagħmlu premessi ċari ta' x'inhi ta' kif jinħadmu l-bands tad-dawl … U hawn irrid nagħmel parentesi.", "Qed nitkellmu fuq id-dawl u mhux fuq l-ilma; sfortunatament f'dan il-Parlament kemm-il darba jiġri li nħalltu ħaġa m'oħra.", "Il-kwestjoni hija limitatament għad-dawl u mhux għall-ilma, jiġifieri aħna rridu nibdew mill-ewwel minn dik il-premessa.", "Kif għedt, il-prezz tal-ilma f'pajjiżna - u l-Membri tan-naħa l-oħra jagħmlu tajjeb jekk jisimgħuna għax qed nantiċipa l-konfużjoni li se jkun hemm fl-argumenti li se jagħmlu - huwa fost l-orħos fl-Ewropa u, kif se jelabora l-Ministru aktar 'il quddiem, tajjeb li n-nies ikunu jafu li qed iħallsu rati ferm baxxi għall-konsum tal-ilma.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, u aħna hekk irridu.", "Fil-fatt aħna tant irridu hekk li fl-2013, u ċjoè fl-ewwel sena ta' Gvern Laburista, żammejna l-wegħda politika li għamilna li nnaqqsu l-kontijiet tad-dawl lill-households b'25% filwaqt li s-sena ta' wara naqqasna l-kontijiet tad-dawl b'25% lil-lukandi u lill-intrapriżi.", "Dak iż-żmien, bħala ministru għat-turiżmu, jien kont ikkalkolajt li f'sena waħda 4-star hotel ta' daqs medju jew kbir iffrankat €0.25 miljun fil-konsum tad-dawl.", "Nerġa ngħid li din kienet il-wegħda li saret minn Gvern Laburista fil-Manifest Elettorali tal-2013, wegħda li nżammet.", "Issa hawnhekk qed ngħidu li l-billing li sar b'reqqa kbira sar aktar effiċjenti u l-mod ta' kif qed joħorġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma llum hu aħjar.", "Ta' min jgħid ukoll li l-kontijiet qed joħorġu skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Ħafna semmew id-direttivi tal-Unjoni Ewropea, però jien għadni sorpriż kif sal-lum għadu ħadd ma qalilna - u nispera li xi ħadd jgħidilna dan - jekk il-mod li bih qed isir il-billing illum jiksirx imqar direttiva waħda tal-Unjoni Ewropea!", "Jien nistieden lil xi ħadd minn dawk li hawn f'din il-Kamra biex jindikali … M'iniex qed ngħid lil dak li jkun biex jindikali xi ħaġa fl-arja imma biex jindikali direttiva bin-numru ħalli nkun nista' naraha!", "Pereżempju, waħda mill-affarijiet li jgħidu d-direttivi tal-Unjoni Ewropea hi li l-billing irid ikun fuq l-actual consumption, u fl-aħħar mill-aħħar is-sistema tal-billing tagħna hi li anke meta jittieħed estimate, ikollok il-billing attwali.", "Ħaġ'oħra li jgħidu d-direttivi tal-Unjoni Ewropea hi li jrid ikun hemm breakdown ta' kif dak li jkun wasal għall-kont, u dan isir bl-aktar mod serju mill-persuni u mill-entitajiet li hemm taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Joe Mizzi.", "Id-direttivi tal-Unjoni Ewropea jgħidul wkoll li għandu jkun hemm avenue fejn wieħed jista' jikkontesta l-kont b'mod trasparenti, u din l-avenue teżisti wkoll.", "Għal dak li hu billing, aħna kkonsolidajna mal-Energy Efficiency Regulations Directive 2012/17/EU.", "Bażikament din hija d-direttiva li tirregola l-billing fil-kamp tal-enerġija tal-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea, u fl-ebda ħin ma ġie indikat li pajjiżna b'xi mod kiser xi regola ta' din id-direttiva mill-2009 'l hawn għax il-faxex ta' kif jiġi kkalkolat il-kont qatt ma nbidlu mill-2009 'l hawn.", "Allura hawn x'qed ngħidu?", "Qed ngħidu li billi llum il-kontijiet qed joħorġu b'aktar effiċjenza, jista' jkun li wieħed qed jitlef mill-konsum ta' dawn il-faxex.", "Però rrid ngħid li jien qrajt x'qalet l-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward ukoll.", "Pereżempju, l-Onor.", "David Agius qalilna li mill-kontijiet li ra hu kkalkola li 80% minnhom kienu ogħla milli suppost.", "Bir-rispett kollu, imma inti kif tista' tkun taf il-konsum tal-elettriku mingħajr ma ġġib il-profile tal-klijent?!", "Għandu summer residence li qed jużaha minn Ġunju sa Settembru?", "Huwa klijent li jgħix dejjem fl-istess residenza?", "Huwa klijent li f'xi mument, ikollu hike, jiġifieri pereżempju, il-kont matul ix-xhur tas-sajf jogħla ħafna u mbagħad jinżel.", "L-Onor.", "David Agius irid jgħidilna x'tip ta' klijent hu dan kif ukoll jispjega b'liema mod ikkalkola dawn il-kontijiet.", "Agius għandu ħafna doni, però bir-rispett kollu, ma naħsibx li huwa espert fil-komputazzjoni tal-kontijiet tal-enerġija, u lanqas naħseb li għandu xi sistema tal-IT li tikkalkola l-kontijiet aħjar mill-ARMS Ltd!", "Naf li l-Onor.", "David Agius huwa kapaċi u għandu esperjenza politika vasta, però ma naħsibx li fost il-ħafna doni li għandu, għandu d-don li huwa xi espert fil-mod ta' kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl!", "Sur President, hawnhekk irridu nuru ċerta serjetà.", "Aktar 'il quddiem il-Ministru se jkun qed jelabora dwar dan is-suġġett u se jkun qed jidħol f'dak li għamel għax il-Gvern mhuwiex supperv.", "Il-Gvern seta' qal li aħna ma biddilna xejn u li daħħluhom … Jiġifieri l-Gvern ma pprovax jitla' fuq xi karru.", "Jien stennejt li l-Onor.", "Agius, minflok ma joqgħod jikkalkola l-kontijiet hu, kien se jġibilna x'qal ir-regolatur jew x'qalet l-entità responsabbli mill-kompetizzjoni, il-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA)!", "Bir-rispett kollu, dawn huma l-entitajiet tal-konsumatur u mhux tiġbor il-kontijiet biex tgħidilna li, skont inti, mill-għaxar kontijiet li rajt, tmienja minnhom rajthom għoljin!", "(Interruzzjonijiet) Fuq liema bażi rajthom għoljin?!", "Inti taf jekk il-behaviour pattern ta' dak il-klijent kienx dejjem l-istess f'dak li hu konsum?", "Allura inti qed tgħid li f'Awwissu jien nista' nixgħel l-air conditioners kollha tad-dar u mbagħad immur ngħid lill-ARMS Ltd li l-kont ġieni għoli?!", "Bir-rispett kollu, imma kif għedt diġà, irridu nuru ċerta serjetà.", "Jien bħala backbencher hawn ġew - għax jien ma nifformax parti mill-Gvern - naqbel mal-pożizzjoni li ħa l-Ministru Joe Mizzi li wera ċerta kawtela billi qal li se jara s-sitwazzjoni li għandu quddiemu, iġib l-informazzjoni mill-entitajiet - għax hekk isiru l-affarijiet! - jibda jinvestiga u jara x'sar.", "Aħna m'aħniex favur il-konsumatur?!", "Mela n-naħa l-oħra hi favur il-konsumatur?!", "Issa n-naħa l-oħra qiegħda turi li hi favur il-konsumatur fuq vena politika.", "L-Onor.", "David Agius ilu fil-Parlament aktar minni, u allura żgur li jiftakar meta kienu jgħidulna biex nirrassenjaw ruħna għax il-kontijiet se jibqgħu l-istess!", "Dik kienet il-politika tagħkom fuq il-kontijiet!", "Jien naħseb li dan id-don żviluppajtu matul l-aħħar Leġiżlatura, Onor. David Agius, għax lill-eks-Ministru Tonio Fenech ma kontx toqgħod tiċċekkjalu l-kontijiet imma minflok mort tgħid lin-nies biex jirrassenjaw ruħhom għax il-kontijiet hekk se jibqgħu!", "U mbagħad ovvjament meta waslet l-elezzjoni ġenerali n-nies għamlu dak li kellhom jagħmlu!", "Għalhekk huwa issa, f'daqqa waħda, li żviluppajna dan l-expertise li niċċekkjaw il-kontijiet tad-dawl!", "(Interruzzjonijiet) Tista' ma tiċċekkjali xejn għax il-kont tad-dawl jien inħallsu mill-ewwel għar-raġuni li jien konvint li l-entitajiet taħt dan il-Gvern u taħt il-Ministru Joe Mizzi jagħmlu xogħolhom sew!", "Mela l-punt hu - u dan ikun tajjeb li ngħiduh, anke għall-benefiċċju tat-telespettaturi, biex iserrħu rashom - li l-Gvern qed jara x'inhi s-sitwazzjoni, fosthom billi jara profiles differenti ta' konsumaturi u billi qed jara fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Pereżempju, meta ngħidu \"konsum\" fuq xiex qed nitkellmu?", "Qed nitkellmu fuq id-dawl?", "Qed nitkellmu fuq l-ilma?", "Fuq xiex qed nitkellmu meta qed ngħidu \"konsum\"?", "Aħna qed ngħidu li billi llum għandna sistema ta' informatika aħjar, għandna sistema ta' billing aktar effiċjenti.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa importanti li l-Korporazzjoni tiġbor il-flus.", "Mela kif konna qabel meta l-ewwel konna ninsew meta rċevejna l-aħħar kont tad-dawl u mbagħad nirċievu kont ta' sena sħiħa u konna nibqgħu nħarsu lejn l-ammont li konna rridu nħallsu?!", "Għax dik kienet is-sitwazzjoni!", "Illum hemm sistema ta' billing aktar effiċjenti, u aħna qed ngħidu li qed nerġgħu nagħmlu review tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u mbagħad fil-mument opportun … Huwa aħna li aħna favur il-konsumatur għax konna aħna li naqqasna l-kontijiet tad-dawl b'mod sostanzjali!", "Fil-fatt jien ngħid li dan ir-roħs kien it-turning point fl-ekonomija tagħna ta' kemm in-nies baqgħalhom flus fil-but.", "Lil min għandu interess li jsegwina jien ngħidlu biex ma jħallu lil ħadd ibellgħalhom ir-ross bil-labra li l-kontijiet tad-dawl baqgħu l-istess jew inkella li taħt Gvern Nazzjonalista l-kontijiet tad-dawl kienu orħos għax il-verità hi li taħt Gvern Nazzjonalista l-kontijiet tad-dawl kienu għoljin u qalulna biex nirrassenjaw ruħna għax il-kontijiet kienu se jibqgħu għoljin!", "Dik kienet il-politika tal-Partit Nazzjonalista dwar l-enerġija!", "Ara issa jidhru li biddluha xi ftit din il-politika għax issa saru tekniċi, jiċċekkjaw il-kontijiet!", "Issa ħa l-inkarigu li jiċċekkja l-kontijiet politiku, l-Onor.", "Agius, li nirringrazzjah tal-expertise ġdid li akkwista fejn xogħlu hu li jiċċekkja l-kontijiet u jgħid \"dan għoli\" u \"dan baxx\"!", "Imma jien nixtieq li meta jitkellem, l-Onor.", "Agius jispjegalna b'mod tekniku kif wasal biex jikkalkola l-kontijiet, fuq liema bażi wasal u jekk dan l-aħħar ħax xi kors dwar kif jikkalkola l-kontijiet għax din hija sitwazzjoni pjuttost laborjuża.", "Jien għedtilkom mal-ewwel li m'iniex xi espert fuq kif jiġu kkalkolati l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, però naf li hemm serjetà kbira fil-mod ta' kif qed isiru l-affarijiet f'dan ir-rigward, u huwa importanti li nagħtu lill-Gvern il-ħin tiegħu biex jara dan l-ilment partikolari li ġej minn settur wieħed.", "Hawn irrid ngħid ukoll li dan l-ilment li qed isir ma jirrigwardax il-kontijiet kollha.", "Hemm ilment partikolari … Dan bħall-kwestjoni tar-rule of law.", "Jien ħsibt li billi n-naħa l-oħra huma paladini tar-rule of law … Għax dawn iġibulna saħansitra MEPs minn barra biex jgħallmuna fuq ir-rule of law, kif għamlu nhar il-Ġimgħa stess!", "Fil-fatt jien ħadt pjaċir inkellimhom ftit ukoll, imma bħala paladini tar-rule of law dawn imisshom qalulna li l-Onor.", "David Agius lanqas biss imissu qed jiċċekkja l-kontijiet.", "Għaliex?", "Pereżempju, dawn jafu li hemm għaddejja kawża pendenti quddiem l-Imħallef Felice proprju fuq il-mertu ta' dan il-punt?", "Jiġifieri l-politiku se jiddeċiedi kawża li għadha sub judice fuq l-interpretazzjoni tal-legal notice?", "Iva, Sur President, bħalissa għaddejja kawża li għadha sub judice fuq l-interpretazzjoni tal-legal notice dwar l-electrical supply regulation.", "Imma f'daqqa waħda dehrilna li l-kontijiet mhumiex qed jinħadmu sew!", "Imma aħna se nħallu lill-qorti tagħmel xogħolha u taħtar l-esperti biex jiddeċiedu, jew se nibdew nikkalkolaw il-kontijiet u niddeċiedu l-affarijiet aħna?!", "Għax din ma tissejjaħx rule of law!", "Jien ġejt mgħallem li skont ir-rule of law, meta jkun hemm xi kawża għaddejja għandna nħallu lill-qorti tieħu l-kors tagħha u mbagħad meta s-sentenza tinqata' jekk hemm bżonn din tiġi appellata.", "Ħafna drabi meta niġu biex nappellaw sirna rridu nistaqsu lill-Onor.", "Busuttil biex nagħmlu dan ukoll għax malajr jgħidilna li qed niksru l-liġi, donnu dan l-aħħar hu biss jista' jappella mill-kawżi!", "Meta jappella dan il-Gvern jew il-Prim Ministru, dak huwa ħażin, però hu fil-kawża Rosette Thake vs il-Kummissjoni Elettorali, sabiex il-Partit Nazzjonalista ma jiġix investigat fuq l-invoices, dik kien pront appellaha!", "Issa jien ma nafx x'kiteb fl-appell l-Onor.", "Simon Busuttil għax is-sentenza li ngħatat kien fiha 80 faċċata, jiġifieri nistgħu ngħidu li s-sentenza tatu knockout waħda u sew għall-argumenti li ġab!", "Fil-fatt ili ma nara knockout legali hekk żmien, però l-Onor.", "Għandu dritt jappella, jiġifieri jien m'iniex se nikkritikah fuq il-fatt li appella, għax ir-rule of law tapplika dejjem, mhux meta tirbaħ biss imma anke meta titlef.", "Hekk irridu nimxu f'dan il-pajjiż.", "Anzi bir-rule of law, l-isbaħ huwa meta titlef għax tkun qed tirrispetta … Meta kont qed nistudja għal avukat jien kont niġi mgħallem li jekk klijent tiegħi jitlef il-kawża, m'għandix ngħidlu li dan ġara minħabba li l-Qorti hi ħażina, imma għandi ngħidlu li aħna għaddejna mill-proċess kollu, għamilna l-argumenti tagħna u l-argumenti tagħna ma ġewx aċċettati.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi billi nirringrazzja lill-Ministru Mizzi li tani l-opportunità nitkellem fuq dan is-suġġett.", "Huwa importanti li nagħfsu fuq dawn il-parametri ħalli f'moħħ it-telespettaturi jkun ċar li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern iħalli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin filwaqt li l-Partit Laburista fil-Gvern inaqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Tajjeb ngħidu li hemm ilment wieħed partikolari min-naħa ta' persuna waħda li fetħet kawża li qiegħda sub judice l-Qorti, imma dawn huma affarijiet li jinqalgħu, jiġifieri mhijiex l-aħħar tad-dinja!", "Meta ġew mistoqsija dwar din il-kwestjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin, kemm il-Ministru kif ukoll il-Prim Ministru qalu li qed jieħdu azzjoni fuqha billi qed iġibu l-feedback mill-entitajiet ikkonċernati.", "Għax dan mhuwiex xogħol il-politiku, għalkemm issa għandna politiċi li f'daqqa waħda saru tekniċi wkoll u qed jikkalkolaw il-kontijiet!", "Fil-fatt din kienet xi ħaġa li jien qatt ma kont nafha!", "(Interruzzjonijiet) Aħna m'aħniex esperti tal-karozzi.", "Dawk ċaħħadtuhomlhom intom u aħna tajnhiehomlhom mingħajr ma daħħalniehom il-qorti, kif tħobbu tagħmlu intom!", "Dak hu li għamilna aħna!", "Tajniehomlhom u b'hekk il-wegħda ġiet imwettqa.", "L-istess qed nagħmlu hawnhekk!", "L-ISPEAKER: Onor. Edward Zammit Lewis, jekk jogħġbok kompli indirizza lili!", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ħadtx xi ċekk anke inti mill-iskema wkoll, Onor. Agius?!", "(Interruzzjonijiet) Jekk inhu hekk nieħu pjaċir!", "Sur President, jekk hemm ilment, dan għandu jiġi investigat, però l-fatt kien, għadu u jibqa' li l-Gvern Laburista żamm il-wegħda tiegħu billi raħħas il-kontijiet.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, ħadt pjaċir li l-kollega tiegħi tkellem dwar din il-kwestjoni għax tkellem dwar dak li qed jitkellmu n-nies.", "Illum in-nies qed jitkellmu fuq kontijiet ogħla tad-dawl u l-ilma.", "Illum għandna quddiemna l-estimi tal-WSC, u jien nieħu pjaċir li l-kollega tiegħi għamel 20 minuta jitkellem biex jipprova jiġġustifika jekk kienx hemmx żieda fil-kontijiet.", "Il-poplu Malti jaf u aħna nafu għax tkellimna man-nies … Aħna għandna l-esperti tagħna li għamlulna l-workings.", "Fil-fatt għamlulna saħansitra computer programme għax illum aħna bħala Oppożizzjoni u bħala partit politiku għandna lil min jgħinna wkoll, u n-nies qed jiġu … U nista' nassigura lill-kollega tiegħi li mhux għaxra hemm kontijiet imma hemm ħafna aktar!", "Fil-fatt l-ewwel sample huwa ta' 100 u għandna biex nagħmlu ieħor, ieħor u ieħor.", "Jiġifieri aħna mexjin, u meta jasal il-mument ngħidlek ukoll, imma nista' nassigurak mil-lum, għażiż kollega, li n-nies qed ibatu u li n-nies qed jinsterqu!", "Issa jekk intom ma jimpurtakomx min-nies, dik affari tagħkom, imma jidher li kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru jimpurtahom min-nies għax ma qalulniex li qed nigdbu jew li aħna m'aħniex qed ngħidu l-verità, anzi qalulna li se jinvestigaw.", "Is-soltu meta aħna ngħidu xi ħaġa jgħidulna li m'aħniex qed ngħidu l-verità u li aħna giddibin.", "Ara llum ma qalulniex li aħna giddibin!", "Għalfejn?", "Għax quddiemna għandna fatti konkreti ta' kontijiet ta' nies li qed jirċievu kontijiet ogħla milli tgħid u tistabbilixxi l-liġi!", "Sur President, meta jien ilħaqt Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, u l-Kap tal-Oppożizzjoni ħatarni bħala kelliem għall-ilma u l-enerġija, bdejt nistudja dan is-settur u bdejt nitgħallem ukoll, bħalma jitgħallem kull wieħed u waħda minna.", "Jien naħseb li l-ewwel ħaġa li trid titgħallem hija li inti għandek tanalizza l-liġi li jkollok quddiemek, tistudjaha u tara x'tgħid biex imbagħad tkun tista' tagħmel l-argument.", "Ara l-kollega abbli tiegħi ma qarax il-liġi u ma ġabilniex il-liġi quddiemna li tgħid ċar u tond li l-konsum irid ikun magħdud f'sena.", "Ara dik ma qalhiex il-kollega tiegħi, imma dik hija xi ħaġa li se niġu għaliha aktar tard!", "Għandi kollox bil-miktub, u lill-kollega tiegħi kif ukoll lill-Ministru nista' nurihom dak li għandi miktub.", "Madankollu, fil-bidu tal-ewwel intervent tiegħi relatat mal-qasam tal-ilma rrid bilfors nibda billi nirrikonoxxi l-ġid li sar minn diversi gvernijiet f'dan il-qasam.", "Biex nagħmlu hekk naħseb li rridu mmorru lura lejn l-1987 meta l-ilma kien jinqata' ta' spiss.", "Żgur li l-kollegi tiegħi jiftakru li dak iż-żmien meta kienu jiftħu l-vit l-ilma kien joħroġ qisu orange juice daqskemm kien ikollu sadid!", "Żgur li jiftakru wkoll kif kienet tinqata' l-provvista tal-ilma f'post, għada tinqata' f'post ieħor u pitgħada tinqata' f'post ieħor biex il-provvista tal-ilma tkun tista' sservi!", "Dik kienet is-sitwazzjoni fi żmien Gvern Laburista ta' qabel l-1987!", "Minn hemm bdejna, u għalhekk naħseb ikun xieraq li nsellem minn hawnhekk lill-Eks Ministru Ninu Zammit, lill-Eks Ministru Josef Bonnici, lill-Eks Ministru Austin Gatt u lill-Eks Ministru Tonio Fenech filwaqt li nirringrazzjahom għax-xogħol kollu li wettqu fil-qasam tal-ilma f'pajjiżna.", "Fl-1987 l-Eks Ministru Ninu Zammit sab diżastru sħiħ fis-sistema tal-ilma li kellna, u dan huwa fatt li ħadd ma jista' jiċħdu.", "Għalhekk inbeda x-xogħol mal-ewwel billi bdew jinbnew ir-reverse osmosis plants.", "Ta' min isemmi wkoll it-telf kbir ta' ilma li kellna u l-ħsarat kbar li kellna taħt l-art.", "Tkellmu ma' min hu espert u jgħidilkom jekk dan li qed ngħid huwiex minnu jew le!", "U dak iż-żmien aħna x'għamilna?", "Investejna bil-kbir biex nibdew insibu l-leakages u filwaqt li bdejna nnaqqsu t-telf tal-ilma, bdejna nibdlu l-meters tad-dawl tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk ġaladarba l-politika tagħna llum hi li fejn hu tajjeb irridu ngħidu li hu tajjeb filwaqt li fejn hu ħażin irridu ngħidu li hu ħażin, irridu ngħidu li din hija xi ħaġa tajba li twettqet u rridu nfaħħru lil min wettaqha, wettaqha min wettaqha.", "Mill-2011 bdew jitwaħħlu wkoll l-ismart meters tal-ilma bir-riżultat li llum għandna numru kbir ta' familji li m'għadux jiġihom il-meter reader id-dar biex iniżżel kemm dawn użaw ilma matul perjodu partikolari għax l-ismart meter jibgħat messaġġ lill-WSC fejn jinformaha kemm il-klijent qed juża ilma f'kull ħin.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li grazzi għall-investiment li sar fi żmien Gvern Nazzjonalista, il-WSC mill-uffiċċji tagħha tista' tkun taf mhux biss x'qed jikkonsma l-klijent imma anke jekk hemmx xi leakages fid-dar tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Ma tafhiex din, Ministru?!", "Ħalli ngħidlek għal xiex se nasal.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debates.", "DAVID AGIUS: Peress li normalment bil-lejl l-ilma ma jintużax, jekk il-meter jibqa' għaddej bil-lejl ukoll, dan ikun ifisser li jkun qed jinħela l-ilma minħabba xi leakage li jkun hemm, u għalhekk suppost li ħadd f'pajjiżna mhu qed ikollu jħallas iżjed minħabba xi leakage li jista' jkun hemm għax is-sistema kif inhi tindikalek jekk hemmx leakages jew le.", "Jien nistaqsi lill-Ministru: Inti taf jekk illum fil-WSC għadx hemm nies li xogħolhom huwa biss dak li jgħarrfu lil dawk il-klijenti b'xi leakage li jista' jkollhom?", "Issa tgħidlix li m'għandekx b'min taħdem, Ministru, għax paġni 58 u 59 tal-Annual Report tas-sena li għaddiet - li kumbinazzjoni kienet is-sena tal-elezzjoni ġenerali! – juru li mal-WSC biss daħlu jaħdmu, fi professional u f'technical grades kif ukoll bħala clerical staff, 259 ruħ!", "Biex inkunu għedna kollox, ta' min jgħid ukoll li rtiraw 72 ruħ, u skont l-istess Annual Report, illum hemm 1,162 jaħdmu mal-WSC.", "Mela hemm nies biex jiċċekkjaw!", "Allura għalfejn m'aħniex qed inkellmuhom lin-nies?!", "Ta' min ifakkar li fi żmien l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kienu ġew itterminati mill-WSC 160 ħaddiem filwaqt li ġew reklutati 49.", "Is-sena li għaddiet daħlu jaħdmu mal-WSC … Issa jien naf li qed iġġorr is-salib ta' ħaddieħor, Ministru, imma llum inti hawn u allura lilek irrid nikkritika!", "Għadni kemm smajt li intom Gvern wieħed, imma m'hemmx x'tagħmel, Ministru, illum inti hawn!", "Li kieku kien hawn preżenti l-Eks Ministru li impjegahom, kont ngħid lilu wkoll!", "Dan jirriżulta f'differenza ta' kważi 200 ruħ!", "Fejn qegħdin dawn fil-WSC, Ministru?!", "Għalhekk, Sur President, naħseb li tkun xi ħaġa raġunata meta ngħid illi jekk qed jinħarġu kontijiet tal-ilma għoljin, dan qed isir minħabba li l-WSC mhijiex qed tpoġġi nies f'din is-section relattiva biex tara kif qed jimmarka l-computer!", "Kemm għandek nies jaħdmu f'din is-section, Ministru?", "Għax suppost bl-ismart meters tal-ilma, il-WSC tkun taf meta l-meter jibqa' jimmarka wkoll matul il-lejl.", "Allura lill-konsumaturi għaliex m'aħniex qed ngħiduhulhom dan?", "Nispera li mort tara din is-sistema, Ministru, u jekk ma mortx, nieħu pjaċir li niġi miegħek ħalli naraw din is-sistema flimkien u naraw kif nistgħu ntejbuha.", "Jien nistaqsi lill-Ministru wkoll jekk tawhx xi rapport fuq fejn qed ikun hemm ħela ta' ilma.", "Sur President, hawnhekk ta' min isemmi wkoll li aħna nħallsu s-service charge tal-meter … Qabel meta kienu jiġu l-ħaddiema tal-WSC biex jaraw jekk għandekx xi ħsara u ma jkollokx, is-servizz kien b'xejn, imma llum jien informat li meta dan is-servizz jingħata f'dar residenzjali qed iwaħħluhom €15 filwaqt li f'każ ta' ħanut, il-klijent irid iħallas madwar €35 fis-siegħa.", "Ministru, nixtieqek tikkonfermali jekk din l-informazzjoni li għandi jien hijiex minnha għax meta ħabib tiegħi ċempel lill-WSC hekk qalulu meta qalilhom li għandu ħanut u għandu xi leakage.", "Sur President, jien inħeġġeġ lin-nies li qed jisimgħuna biex jiċċekkjaw il-meter tal-ilma għax kif jinqabeż it-33 metru kubu għal kull persuna fis-sena ma tibqax tħallas bi ftit aktar minn €1 imma tibda tħallas 'il fuq minn €5, u huwa għalhekk li mbagħad il-kontijiet jibdew jiġu għoljin!", "Jien inħeġġeġ lin-nies hemm barra biex jaraw il-kontijiet li jirċievu, kemm dawk tad-dawl kif ukoll tal-ilma.", "Ta' min ifakkar ukoll li meta l-Onor.", "Konrad Mizzi, li dak iż-żmien kien il-Ministru responsabbli mill-enerġija, kien bagħat karta lin-nies fejn qalilhom li kemm id-dawl kif ukoll l-ilma kellhom jorħsu b'5%, kien qalilhom ukoll li kellhom jirċievu water saving kit li jiffranka sa 25% fil-konsum tal-ilma lill-familji kollha.", "Ma nafx jekk il-Ministru jistax jgħidilna jekk tahulhomx dan il-kit lill-familji.", "Jien nista' ngħid biss li kemm fil-każ tad-dawl kif ukoll fil-każ tal-ilma qed tintuża sistema illegali ta' kif in-nies qed iħallsu l-kontijiet tagħhom.", "Ħa nibda billi nikkwota mill-ġurnal Malta Today tat-8 ta' Novembru, 2017:", "Dan ifisser li kemm il-Ministru kif ukoll il-Gvern ilhom mit-8 ta' Novembru tas-sena li għaddiet jafu li hemm xi ħaġa ħażina!", "Mhux hekk biss, imma kif qal il-kollega tiegħi tan-naħa l-oħra stess, dak iż-żmien residenti fetħu kawża kontra l-Gvern għax qalulhom li fil-kontijiet tagħhom għandhom żball imma l-WSC jew l-ARMS Ltd ma tridx tirranġah.", "Mela l-Gvern jaf b'din is-sitwazzjoni, u allura jien lin-nies se nispjegalhom ħalli anke min mhuwiex espert ikun jista' jifhem.", "Il-ħabib tagħna qalilna li jekk inti wżajt ħafna ilma fiż-żmien tas-sajf, allura għandek tħallsu.", "Hu hekk qalilna, imma fil-fatt il-liġi mhux hekk tgħidlek.", "Il-liġi tgħidlek li l-konsum tiegħek huwa fuq sena, mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta Diċembru.", "Ħalli nagħti eżempju ħafif biex dak li jkun jifhimni aħjar.", "Jekk fil-bidu tas-sena inti ddeċidejt li tuża 32 metru kubu ta' ilma jew inkella ddeċidejt li tuża 1,900 mill-2,000 unit li għandek tuża fil-każ tad-dawl, u mbagħad matul il-kumplament tas-sena ma tibqax tuża aktar dawl u ilma f'dak il-post partikolari, x'jiġri?", "Tħallas bil-għoli għax il-Gvern jibgħatlek il-kont pro rata, jew inkella dak il-kont jinqasamlek matul is-sena kollha?", "Fil-fatt dan il-Gvern qed iwaħħal lin-nies prezzijiet għoljin fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax hu mhuwiex qed jaqsam il-kont matul sena sħiħa imma l-konsumatur qed jiġi billed f'xahrejn partikolari.", "Jien għandi numru ta' każi ta' dan it-tip.", "Però dan m'iniex qed ngħidu jien biss.", "Il-ġurnal The Malta Independent fil-15 ta' April ta' din is-sena qal hekk:", "U l-ġurnalista Helena Grech tat ir-raġunijiet.", "Titlu ieħor fit-18 ta' April kien jgħid hekk:", "Immorru issa għat-23 t'April fejn għal darb'oħra l-ġurnalista Helena Grech kitbet hekk fil-ġurnal The Malta Independent:", "Mela mhux tmien kontijiet biss jidhru li hemm ħżiena, Onor. kollega, u mhux l-Onor.", "David Agius biss qed jgħidhom dawn l-affarijiet!", "Aqraw il-gazzetti!", "Qed tinqatgħu minn man-nies!", "Tkellmu man-nies, li huma wkoll konsumaturi, għax il-konsumatur għandu raġun hawnhekk!", "(Interruzzjonijiet)", "Titlu ta' artiklu ieħor tal-ġurnal The Malta Independent miktub mill-ġurnalista Helena Grech, din id-darba fis-26 t'April, kien jgħid hekk:", "The Malta Independent ġabet ukoll artiklu li t-titlu tiegħu kien jgħid:", "jiġifieri kien hemm complaints, kif qalet anke l-Għaqda tal-Konsumaturi!", "Is-Sur Benny Borg Bonello, li huwa l-President tal-Għaqda tal-Konsumaturi, qal li kellhom ħafna lmenti, imma minn mindu nkiteb dan l-artiklu, jiġifieri mit-3 ta' Mejju sal-lum 4 ta' Ġunju, Alla jbierek il-Ministru għadu jistudja, jiġifieri ilu xahar jistudja!", "Se nirriferi għal titlu ieħor ta' The Malta Independent, li deher fis-6 ta' Mejju:", "Mela filwaqt li suppost aħna tant nieħdu ħsieb lill-konsumatur, qegħdin nimmiżlijdjawh, u sadanittant il-Gvern mhu qed jgħid xejn dwar dan.", "u minbarra l-elettriku jien inżid l-ilma wkoll għax anke fir-rigward tal-ilma għandna każijiet ċari li n-nies qegħdin jilmentaw.", "Imbagħad fit-18 ta' Mejju tkellem il-Prim Ministru, u l-Prim Ministru ma qalilniex li aħna m'aħniex qed ngħidu l-verità, ma qalilniex li qed nigdbu, ma qalilniex li ma nafux x'qed ngħidu, ma qalilniex li aħna injoranti u ma qagħadx jiddieħak bina għal kemm sirna esperti fil-mod kif naqdu lin-nies u għax narawlhom il-kontijiet.", "Iva, aħna daqshekk injoranti li lin-nies narawlhom il-kontijiet, għax aħna man-nies, aħna tan-nies, aħna partit tal-ħaddiema!", "Intom m'għadkomx partit tal-ħaddiema u sirna aħna partit tal-ħaddiema!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Naturalment aħna m'aħniex partit tal-ħaddiema biss imma aħna partit ta' kull min irid jingħaqad ma' dan il-moviment tal-Partit Nazzjonalista, ġej minn fejn ġej, inkluż minn familji tal-ħaddiema għax intom m'għadkomx il-partit tal-ħaddiema.", "Intom tliftu t-tifsira ta' li tkun verament partit tal-ħaddiema!", "Imma mbagħad, biex inkompli ma' dak li kont qed ngħid, skont TVM fit-18 ta' Mejju l-Prim Ministru talab li ssir analiżi tas-sistema li biha jinħarġu l-kontijiet tad-dawl.", "Eh, mela l-Prim Ministru ma qalilniex li qed nigdbu!", "Il-Prim Ministru ma qalilniex \"Kemm intom injoranti!\"", "Il-Prim Ministru ma qalilna xejn għall-fatt li rajna tmien kontijiet għaljin minn għaxra!", "Ma qalilniex hekk il-Prim Ministru, imma qalilna li qed jinvestiga!", "Imma issa mit-18 ta' Mejju sal-lum għaddew tliet ġimgħat, u l-Prim Ministru għadu jinvestiga!", "Kemm idum jinvestiga l-Prim Ministru fejn irid b'detriment għall-konsumatur!", "Imma ma ġara xejn, ma jimpurtax!", "Sur President, illum in-nies qed jistaqsu wkoll għaliex il-Gvern qed jinkwieta fuq din il-kwestjoni u għaliex qiegħed jgħaġġel fil-konklużjonijiet tiegħu.", "Jien nispera biss ħaġa waħda.", "Nispera li l-Ministru jserrħilna moħħna li dan kien żball ġenwin li huwa lest jikkoreġih ħalli fl-aħħar mill-aħħar jirbħu l-familji u l-poplu Malti u Għawdxi kollha.", "Nispera li dawn il-flus mhumiex qegħdin jittieħdu minn ħalq il-familji u l-pensjonanti tagħna biex igawdi xi ħaddieħor!", "Aħna nafu li l-ARMS tgħaddi l-flus tagħha lill-Enemalta, imbagħad l-Enemalta tgħaddi l-flus tagħha lil xi ħaddieħor u xi ħaddieħor jgħaddi l-flus tiegħu lil ħaddieħor!", "Issa nispera li mhux għalhekk ittieħed dan l-\"iżball\", biex xi ħadd xi mkien idabbar xi €400 miljun!", "Nisperaw li mhux għalhekk, għax inkella verament inkunu nistgħu ngħidu li missejna l-qiegħ f'dan il-pajjiż!", "Jien nixtieq nemmen li mhux għalhekk ittieħed dan l-iżball!", "Nixtieq nemmen li dawk l-€40 miljun li qegħdin nitilfu fis-sena mis-SOCAR u minn kumpaniji oħrajn bħax-Shell, m'għandhomx x'jaqsmu ma' din il-biċċa xogħol!", "Issa jekk hawn min la jemmen lill-Partit Nazzjonalista, la jemmen lill-Malta Today, la jemmen lil The Malta Independent u lanqas jemmen lil The Times of Malta, għandu jara wkoll lil:", "Dan kien titlu ta' artiklu li dehe f'The Times of Malta fit-28 ta' Mejju li għadda.", "Issa jien mal-kontijiet għoljin tad-dawl se nirriferi wkoll għall-kontijiet tal-ilma għoljin għax hemm familji li qegħdin ibatu minħabba li l-kontijiet tal-ilma qed jiġuhom ogħla milli suppost u dan għaliex qed jiġu kkalkolati biss fuq xahrejn u mhux fuq is-sena sħiħa.", "Jien għamilt saħansitra mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru f'dan ir-rigward fit-8 u fid-9 ta' Mejju, li min-naħa tiegħu l-ewwel weġibni billi qalli li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u mbagħad meta beda jwieġeb, fost affarijiet oħra f'mistoqsija parlamentari 5647 qalli hekk:", "\"Il-Gvern ser ikompli jaħdem biex jiżgura li l-familji f'Malta jibqgħu jibbenefikaw minn waħda mill-irħas tariffi tal-elettriku fl-Ewropa, hekk kif ilhom jagħmlu mill-2014, u hekk kif ikkonfermat kemm-il darba mill-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.\".", "Eċċellenti, għax ma laħaqx spiċċa s-sentenza li ma ħarġitx l-istatistika tal-Eurostat!", "U tafu x'qalet il-Eurostat?", "Qalet li f'pajjiżna t-tariffi tad-dawl u l-ilma żdiedu b'7.1%!", "Din mhux aħna qed ngħiduha imma qed jgħidha l-Gvern permezz tal-Eurostat għax ġaladarba l-Gvern qed jikkwota l-informazzjoni tal-Eurostat, allura nassumi li l-Eurostat qed iġġib din l-informazzjoni mingħand il-Gvern.", "Għalhekk għal darb'oħra l-Eurostat ikkonferma li l-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu aktar għad-dawl u l-ilma, u dan meta l-prezz internazzjonali kien wieħed stabbli.", "Sur President, jien kont għamilt ukoll mistoqsija parlamentari 5650 fejn lill-Ministru Mizzi kont staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5547 u jgħid kif l-ARMS Ltd tiddeċiedi kemm-il kont toħroġ li jkun ikopri l-konsum ta' sena sħiħa u lil min?\",", "u l-Ministru Joe Mizzi kien weġibni hekk:", "\"Ninsab informat li l-konsumaturi residenzjali kollha …\"", "- jiġifieri dawk li għandhom il-karta tal-identità fuq dak il-post -", "\"… jinħarġilhom kont kull xahrejn, jiġifieri sitt kontijiet fis-sena.\".", "Allura jista' l-Ministru jispjegali kif hemm kontijiet li joħorġu għal ħamest ijiem, hemm kontijiet li joħorġu għal 190 ġurnata, hemm kontijiet li joħorġu għal 200 ġurnata, hemm kontijiet li joħorġu għal 30 ġurnata u hemm ukoll kontijiet li joħorġu għal 60 ġurnata?!", "Issa jew il-Ministru Mizzi was misleading the House, li ma naħsibx li huwa l-każ, jew min kiteb din ir-risposta lill-Ministru pprova jiġbidlu saqajh jew inkella l-Ministru mhuwiex qed jiċċekkja l-affarijiet għax quddiemi stess jien għandi kontijiet li nħarġu għal ħamest ijiem biss.", "U xi jfisser dan il-kont?", "Ifisser li l-brackets kollha ta' dik it-tariffa jintilfu għall-kumplament ta' dak il-perjodu, li f'dan il-każ huwa mill-20 ta' Mejju sal-24 ta' Mejju.", "Issa hawnhekk ejjew ma naħsbux li l-meter għadu kulħadd jinqralu b'mod manwali għax kull ma qed isir qari manwali hu għal 35,000 meter, għalkemm irrid nistaqsih lill-Ministru wkoll meta se jinqatgħu dawn il-35,000 meter li għadhom jinqraw b'mod manwali.", "Huwa tajjeb li s'issa ġew installati 124,000 smart meter u hawnhekk irrid ngħid \"prosit\" għax it-tajjeb trid tgħidlu tajjeb, imma fiex wasalna fil-35,000 meter l-oħra?", "Meta se jibdew jinqraw b'mod awtomatiku dawn il-meters?", "Il-Ministru qalli wkoll li s-sistema baqgħet kif kienet u kemm kienu joħorġu kontijiet qabel qed joħorġu kontijiet issa.", "Mela m'hemmx effiċjenza, Onor. Zammit Lewis, għax bqajna l-istess!", "Din qalha l-Ministru stess!", "Qabel kienu jibagħtulek kont estimate u actual fuq sitt xhur u dawk is-sitt xhur iżommu bilanċ għal meta inti tikkonsma ftit aktar jew ftit anqas, jiġifieri ma titlef xejn, filwaqt li llum qed jibagħtulek tliet kontijiet actual wara xulxin u allura qed titlef il-bands tat-tariffi tiegħek!", "Allura anke hawnhekk issa rridu nidħlu għall-eco-reduction.", "Skont it-tweġiba tal-Ministru stess għal mistoqsija parlamentari 5649, fl-2015 kien hemm 651,000 invoice ta' eco-reduction.", "Issa ta' min jgħid li s-sena li għaddiet kien hemm 634,000 invoice ta' eco-reduction, jiġifieri hawnhekk hawn nuqqas.", "Allura mhux ovvja li għandna nies li qed jitilfu l-eko-kontribuzzjoni?!", "Bejn wieħed u ieħor għandna 20,000 ruħ li qed jitilfu l-eko-kontribuzzjoni għax għandna madwar 20,000 invoice inqas.", "Għalhekk aħna ma bqajniex nitkellmu weħidna imma morna għand l-awtoritajiet Maltin u għednielhom biex jinvestigaw.", "Imma dawn tgħidx kemm investigaw!", "Għalhekk morna għand ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma (REWS) u għednielu biex jinvestiga, imma anke hawn, xejn!", "(Interruzzjonijiet) Il-kollega qed jgħidli li qed nattakka l-istituzzjonijiet!", "L-ISPEAKER: Onor. Agius, kompli bid-diskors tiegħek u mbagħad min irid jagħti xi spjegazzjoni jgħolli jdejh u jitkellem.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien flimkien mal-kollega tiegħi morna għand ir-Regolatur.", "Issa nispera li l-kollega mhux se jgħidli li qed nindaħal lir-regolatur meta nitolbu biex jinvestiga xi ħaġa li għandha x'taqsam ma' serq lill-poplu Malti u Għawdxi, kif nispera wkoll li r-regolatur jagħtina risposta!", "Aħna mhux għand ir-regolatur biss morna imma bħala partit li huwa favur il-konsumatur, aħna morna wkoll għand l-MCCAA, imma kulma rċevejna huwa silenzju sħiħ!", "Daqshekk jiddefendu lill-konsumatur dawn!", "Silenzju sħiħ!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi qed iqabbel lir-regolatur mal-McDonald's għax qalilna li qisna qegħdin għand il-McDonald's!", "Jekk l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi jrid iqabbel ir-regolatur mal-McDonald's jagħmel hu, imma jien naħseb li n-nies li qed iħallsu kontijiet ogħla jridu risposta malajr għax fejn iridu, biex jinnegaw xi ħaġa, huma joħorġu stqarrijiet mil-lum għal għada, u allura naħseb li l-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu risposta ċara biex ma jibqax iħallas kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla milli suppost!", "Fl-aħħar mill-aħħar dan mhu xejn ħlief serq legalizzat fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħna.", "Aħna ma nistgħux inħallu lin-nies iħallsu kontijiet ogħla milli suppost.", "Għalhekk, Sur President, jien lill-Ministru nixtieq ngħidlu: Ħu ħsieb!", "Tħallix min jgħaddik minn għajn il-labra għax qed joħorġu anke karti mingħand iċ-Chairman u l-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta u jgħidu kemm għandhom il-konsumatur għal qalbhom … Imbagħad hemm nies li jmorru biex ibiddlu l-post tagħhom minn domestic zero - bl-ID card fuq dak l-istess post - u jekk trid nagħtik din l-informazzjoni privatament, Ministru, għax din hija kostitwenta tiegħek minn Bormla - u ilhom ġimgħat biex jinqdew!", "Għandi l-każ ta' din il-persuna li qiegħed quddiemi u nista' ngħaddihulek, Ministru.", "Hemm oħrajn li r-readings tal-ilma tagħhom ilhom zero għal ġimgħat sħaħ, u hemm bżonn li ssir xi ħaġa fuq din ħalli mbagħad ma nħallux lin-nies jirċievu kont kbir u dak il-kont ikun ibbażat fuq xahrejn biss bil-konsegwenza li jerġgħu jitilfu t-tariffa ta' matul is-sena kollha.", "Issa Ministru, jien naf li qed iġġorr is-slaleb ta' ħaddieħor ukoll, imma nixtieqek tgħidli jekk meta jsir ix-xogħol minn Transport Malta humiex qed jinbidlu l-mains, kemm minnhom qed jinbidlu meta ssir xi triq ġdida u jekk mhumiex qed jinbidlu.", "Jien naf li mhumiex qed jinbidlu.", "Nispera li mhux biex niffrankaw għax inkella qed tiġina z-zalza ogħla mill-ħuta!", "Robert Cutajar, li qiegħed ħdejja, biex jiċċekkja ftit ukoll jekk tbiddlux il-mains tal-bypass tal-Mellieħa.", "U s-servizzi qegħdin jinbidlu f'dawk it-toroq li qed isiru ġodda?", "Il-main tal-Buskett inbidel, u jekk le, għaliex mhumiex qed isiru dawn l-affarijiet, Ministru?", "Dawn huma biss ftit affarijiet li qed insemmi għax imbagħad hemm oħrajn.", "Jien naf x'qed jiġri, imma qed inżomm l-affarijiet fil-kwiet kemm jista' jkun ħalli nirranġaw l-affarijiet.", "Diġà għedtlek, Ministru, biex meta trid niltaqgħu l-WSC, l-Enemalta jew xi mkien ieħor fejn tkun komdu inti u nitkellmu.", "Mhux problema għalija.", "Taf kif naħdem jien, Ministru, imma dak li hu iswed trid tgħid li hu iswed u dak li hu abjad trid tgħid li hu abjad.", "Dak li hu tajjeb trid tgħid li hu tajjeb filwaqt li dak li hu ħażin trid tgħid li hu ħażin.", "U l-wegħda li saret qabel l-elezzjoni li l-wires tad-dawl kollha se jitpoġġew taħt l-art fejn spiċċat?!", "(Interruzzjonijiet) Mhumiex qegħdin isiru?!", "Imma dan Gvern wieħed, Ministru!", "(Interruzzjonijiet) Jekk dawn l-affarijiet qed isiru, tajjeb!", "(Interruzzjonijiet) Pilot project!", "Qed tfakkarni fl-Airmalta, Ministru, imma ħalli noqgħod kwiet!", "Hawnhekk, Sur President, irrid infaħħar lill-ħaddiema tad-WSC, li jaħdmu bil-għaqal sakemm jitħallew jagħmlu dan.", "Ħalluhom jaħdmu lill-ħaddiema tal-WSC!", "Hemm min mhuwiex qed jitħalla jaħdem!", "Hemm min jixtieq jaħdem fil-WSC u mhuwiex qed jitħalla jagħmel dan!", "Lill-ħaddiema ngħidilhom: Komplu agħmlu xogħolkom!", "Ejjew għandna fil-kwiet u fis-silenzju, kif qed tagħmlu, u aħna naqbżu għalikom!", "Ovvjament biex naraw li l-ħaddiema ma jiskartawx - għax dawn huma ħaddiema, mhux hekk?! – qed nagħmlulhom id-data track fuq il-vannijiet!", "Kollox sew, wieħed jista' jgħid li dan il-Gvern mhuwiex qed jafda lill-ħaddiema, imma s-supervision qed issir?!", "Jien mhux id-data track tinteressani!", "Ma fiha xejn ħażin li l-ħaddiema jkollhom data track, imma s-supervision qed issir u x-xogħol qed isir sew?", "Ix-xogħol qed isir b'aktar effiċjenza jew moħħna biss biex naraw fejn qed ikun it-tali ħaddiem u mbagħad m'aħniex nikkalkolaw ix-xogħol li dan ikun tella' matul il-ġurnata?", "Għax x'jiswa li inti tkun fuq il-post u ma jsir xejn jew ma ssir l-ebda superviżjoni?!", "Sur President, nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi fuq il-ħaddiema.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, il-WSC ma tistax tgħid li m'għandhiex biex taħdem għax f'sena waħda irtiraw 72 ħaddiem filwaqt li żdiedu 259 ħaddiem.", "Issa nispera biss li jiżdiedu l-apprendisti.", "Skont dan ir-rapport, hemm xi tmien apprendisti, però dawn mhumiex biżżejjed, Ministru, u hemm bżonn li nżidu aktar.", "Hemm bżonn ukoll li ma jiżdidux apprendisti mill-MCAST biss imma jiżdiedu apprendisti anke fuq plumbing biex ikun jista' jsir xogħol sew.", "Sur President, hemm suġġetti oħrajn li nixtieq inkellem lilek kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi dwarhom, fosthom il-bżonn li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-ilma f'pajjiżna.", "Fil-Jum Dinji tal-Ilma jien ħriġt press release relatata mal-ilma - fil-fatt din kienet waħda mill-ftit press releases li ħriġt - fejn appellajt li għandu jinstab bilanċ bejn il-bżonn ta' aċċess għall-ilma ta' kuljum u t-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-aquifers għall-futur.", "Naf u nifhem li din hija sfida kbira, Ministru, però jien ċert li se nsibu kunsens f'dan ir-rigward.", "Jien min-naħa tiegħi noffrilek l-id tal-ħbiberija u l-id tal-kunsens għax irrid li f'din il-parti tirnexxi, mhux għalik u lanqas għall-Gvern jew għall-Oppożizzjoni imma għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Fuq dan l-aspett se ssib lill-Partit Nazzjonalista u lill-Oppożizzjoni warajk għax aħna rridu naraw li Malta tkun pajjiż fejn is-servizz tal-ilma jkun verament sostenibbli.", "Irridu naraw li permezz tal-investimenti li saru fir-reverse osmosis u fl-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ din l-isfida relatata mal-ilma negħlbuha flimkien.", "Naf li hemm theddida għall-aquifers bl-ammont kbir ta' spieri li jieħdu l-ilma mill-pjan u naf li din is-sitwazzjoni marret għall-agħar wara li f'dawn l-aħħar tliet snin ix-xita kienet anqas mill-medja tal-istaġun.", "Filwaqt li l-ilma taħt l-art qed iżomm l-attività ekonomika f'Malta vijabbli u kompetittiva, l-estrazzjoni tal-ilma bla kontroll se twassal biex b'mod inevitabbli jkollna kollass tas-sistema naturali u t-tmiem ta' dawk is-setturi ekonomiċi li jeħtieġu ammont kbir ta' ilma, bħall-agrikoltura ta' pajjiżna.", "Għalhekk, Sur President, jien nixtieq intemm dan l-intervent tiegħi billi f'din l-okkażjoni fejn qegħdin nitkellmu dwar il-WSC aħna, bħala Oppożizzjoni, nuru l-apprezzament lejn l-element vitali għall-ħajja ta' kuljum, li huwa l-ilma.", "Aħna lesti wkoll biex naħdmu mal-Gvern u ma' dawk kollha li huma lesti li jgħinu fiċ-ċirkostanzi kollha li jeżistu f'pajjiżna biex l-ilma, li huwa tant importanti għal pajjiżna, nibżgħu għalih.", "Madankollu, l-appell tiegħi lill-Ministru huwa biex dak li hu tan-nies nagħtuh lura lin-nies.", "Fejn hemm bżonn li l-Gvern ikollu l-għajnuna mill-Oppożizzjoni, din se jsibha, filwaqt li fejn hemm bżonn li nikkritikaw aħna se nikkritikaw, imma l-aktar ħaġa importanti hija li naħdmu lkoll flimkien biex insaħħu s-sostenibbiltà tal-ilma ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, jien smajt b'attenzjoni dak li kien qed jgħid il-kollega tiegħi l-Onor.", "David Agius, però jkolli ngħid li l-Onor.", "Aguis mhuwiex kredibbli meta jitkellem dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u se ngħid għalfejn.", "Dan għaliex, fost l-oħrajn, meta l-Oppożizzjoni Laburista kienet ressqet mozzjoni biex jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-Onor.", "Agius kien ivvota kontra dik il-mozzjoni u kien qabel mal-għoli tal-kontijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Huwa faċli li llum wieħed jiġi jitkellem hawnhekk wara li sar roħs bla ebda preċedent minn dan il-Gvern u wara li ħaddieħor meta kien fil-gvern ivvota kontra dan ir-roħs!", "Għalhekk mhuwiex kredibbli min qiegħed jiġi hawn jipprova jitkellem bħallikieku huwa xi paladin tal-poplu fuq il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.", "Sur President, jien infakkar lill-Onor.", "Agius ukoll li qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013, meta aħna konna ressaqna l-proġett u għedna iswed fuq l-abjad kif se nraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, huwa kien parti minn dak il-kor li qal li dan huwa Alice in Wonderland għax ma kienx emmen f'dan il-proġett!", "Madankollu aħna wegħedna li se nraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u wettaqna din il-wegħda għax dak li nwiegħdu, aħna nwettquh.", "Għalhekk l-Onor.", "Agius, li huwa l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, mhuwiex kredibbli meta jiġi hawnhekk jagħmel dawn l-espożizzjonijiet u, agħar minn hekk, meta jiġi jitkellem hawnhekk u jkompli mal-kantaliena ta' attakki li qegħdin iressqu hu u sħabu fuq l-istituzzjonijiet.", "Dalgħodu kellna lill-Onor.", "Edwin Vassallo li għax ma jaqbilx mal-emendi tal-liġi tal-IVF ipprova jitfa' dell ikrah fuq l-awtorità responsabbli, filwaqt li llejla l-Onor.", "Agius kompla bl-istess mod sistematiku tal-Oppożizzjoni li biex tipprova tirbaħ il-punti politiċi, tattakka lill-istituzzjonijiet.", "L-Onor.", "Agius ilu anqas minn sebat ijiem li talab investigazzjoni min-naħa tar-regolatur, u ppretenda li dawn kienu se jagħtuh risposta mal-ewwel.", "Bħal dak li qallu li hemm xi ħaġa fejn wieħed jista' jagħfas buttuna u tingħatalu risposta mal-ewwel!", "L-ewwel jien għalhekk għaddejtlek dak il-kumment, Onor. Agius u mhux għax għandi xi diżrispett lejn dawn l-istituzzjonijiet!", "Aħna qatt ma nitkellmu kontra l-istituzzjonijiet għax għandna fiduċja fihom.", "Nafu li dawn jagħmlu xogħolhom u għalhekk qatt ma niġu f'dan il-Parlament u nsibu kull opportunità biex nitfgħu dell fuqhom.", "Meta titfa' dell fuq l-istituzzjonijiet, hemmhekk inti tkun qed tnaqqas il-fiduċja tal-poplu u tkun qed iddgħajjef dak li jipproteġi lill-poplu.", "Fil-fatt din hija l-problema fl-Oppożizzjoni, li f'kull opportunità possibbli tipprova tpoġġi f'dell ikrah l-istituzzjonijiet li ġew imwaqqfa bis-saħħa ta' liġi biex proprju jiddefendu lill-poplu.", "Jien ngħid li dan il-Gvern huwa kredibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax il-wegħdi li għamilna f'dak li għandu x'jaqsam mar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma wettaqniehom.", "Din hija d-differenza bejnna u bejn l-Oppożizzjoni!", "Madankollu, Sur President, jien irrid inkun pożittiv fid-diskors tiegħi filwaqt li nħares u nirrifletti fuq ir-rapport li sar dwar il-WSC.", "Wieħed irid jinnota x-xogħol estensiv li qiegħed isir.", "Irridu nifhmu li hemm sfidi kbar f'dan il-qasam, u għalhekk hemm bżonn li x-xogħol isir b'ċerta attenzjoni u li f'ċerti oqsma jkun hemm programm aċċellerat biex inwieġbu għad-domanda dejjem tikber tal-ilma, li huwa element tant importanti.", "Ta' min jgħid li meta jkollok ekonomija li qiegħda tikber, id-domanda għad-dawl u l-ilma tikber ukoll.", "Meta inti jkollok rekord sena wara l-oħra fit-turiżmu, ikollok bżonn ta' aktar ilma.", "Għalhekk l-investiment li rridu nagħmlu mhux biss irid iwieġeb għan-nuqqasijiet gravi li kien hemm matul is-snin f'dan il-qasam, għax ma rridux ninsew li meta fl-2013 rebaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista, il-WSC ma kenitx ward u żahar.", "Ma kienx hemm xi sitwazzjoni fejn il-WSC kienet sejra tajjeb finanzjarjament, kif ipprova jagħti l-impressjoni l-Onor.", "Agius, anzi kellna lill-Enemalta li kienet waslet biex tfalli u kellna lill-WSC b'diffikultajiet finanzjarji wkoll.", "Illum s-sitwazzjoni nbidlet, u mhux talli raħħasna l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, talli kemm l-Enemalta kif ukoll il-WSC mexjin 'il quddiem finanzjarjament, u dan bil-fatti.", "Fil-fatt, minħabba n-nuqqasijiet finanzjarji kbar li kellhom dawn iż-żewġ entitajiet – għalkemm illum jien irrid nillimita ruħi għall-WSC - ħafna mill-investiment li kien hemm bżonn isir ma kienx qed isir biżżejjed.", "Ara llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn nistgħu nsaħħu lil din il-Korporazzjoni u l-infrastruttura li trid toffri, però minħabba t-tkabbir aċċellerat tal-ekonomija wieħed jifhem li d-domanda tkun qiegħda dejjem tikber, u allura hemm bżonn li nlaħħqu iżjed u li jkun hemm investiment akbar anke f'dan il-qasam.", "Wara li rajt ir-rapport irrid nirrimarka b'mod pożittiv dwar il-fatt li qed isir investiment kbir biex il-WSC tnaqqas il-carbon footprint tagħha billi jkun hemm mezzi li permezz tagħhom jonqos il-livell ta' użu ta' enerġija fl-operat tagħha.", "Pereżempju, illum hemm spazji li qed jintużaw proprju biex jitpoġġew il-pannelli fotovoltajiċi.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll l-inizjattivi li qed isiru biex dawk is-sistemi li jaħlu aktar enerġija jiġu mwarrba u mibdula filwaqt li jsir l-investiment meħtieġ biex ikun hemm aktar effiċjenza fl-enerġija.", "Dan qiegħed jirrifletti wkoll fuq il-costings tal-istess Korporazzjoni għax meta wieħed jara kemm għandek perċentwali fin-nefqa tal-istess Korporazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija, wieħed jifhem kemm hu importanti li jkun hemm anqas konsum ta' enerġija sabiex il-costings tal-Korporazzjoni jiġu mtejba.", "Sur President, naħseb li waħda mill-isfidi li għandha quddiemha l-WSC - u hawnhekk nixtieq nirrimarka li kont nistenna aktar informazzjoni dwar dan fir-rapport - aktar milli hi d-distribuzzjoni tal-ilma … Tajjeb li nirrimarkaw li ġaladarba qegħdin nimxu 'l quddiem bi pjan strateġiku, anke bit-twaqqif ta' aġenzija għat-toroq sabiex isiru t-toroq kollha ta' Malta u Għawdex, hemm bżonn ukoll ta' aktar koperazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet biex naraw li qabel ma jsir il-wiċċ fit-toroq, jinbidlu s-servizzi.", "Nifhem li din hija sitwazzjoni li toħloq kumplikazzjonijiet, però biex nilħqu l-mira li qegħdin infasslu f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq, huwa importanti ħafna li jsir investiment fil-bdil tas-servizzi.", "Madankollu, filwaqt li wieħed jinnota l-fatt li llum għandna produzzjoni akbar ta' new water mit-trattament tad-drenaġġ, jien naħseb li hemm bżonn ta' aktar attenzjoni għas-sistema tad-drenaġġ, u fil-fehma tiegħi dan jirriżulta anke mill-informazzjoni li ġieli ta l-Ministru wara mistoqsijiet parlamentari li għamilt jien dwar ċerta realtajiet fil-kostitwenza tiegħi, fosthom pereżempju, is-sitwazzjoni ta' Triq il-Belt Valletta f'Ħal Kirkop, fejn għalkemm hemmhekk diġà hemm commitment li jinbidlu s-servizzi, żgur li hemm bżonn ta' investiment akbar.", "Sur President, jien naħseb li hemm bżonn ta' investiment akbar fl-infrastruttura kollha ta' pajjiżna, b'mod partikolari fil-qasam tal-enerġija, fil-qasam tal-ilma u fil-qasam tal-waste water, liema investiment ikun qiegħed jirrispetta wkoll dak li qiegħed jiġri bħala żvilupp f'pajjiżna, u nemmen li għandna bżonn nagħmlu numru ta' domandi dwar il-mod kif dawn jiġu ffinanzjati.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien illi meta jkollok proġetti massiċċi li minnhom infushom iwasslu għal ħtieġa ta' investiment ferm akbar fil-qasam tal-infrastruttura, hemm bżonn li naraw kif is-settur privat ikun ferm aktar parteċipi fl-iffinanzjar tal-proġetti meħtieġa.", "Sfortunatament matul is-snin sar wisq żvilupp mingħajr ma sar żvilupp bl-istess rankatura fil-qasam tal-infrastruttura ta' pajjiżna bil-konsegwenza li llum qegħdin naraw ċerti diffikultajiet.", "Għalhekk hemm bżonn li nkunu kuraġġjużi u nindirizzaw din ir-realtà billi naraw li filwaqt li s-settur privat ikollu l-possibbiltajiet kollha biex ikompli jmexxi 'l quddiem u jinvesti fl-ekonomija b'saħħitha li għandna, fl-istess ħin ikun aktar parteċipi fl-investiment li hemm bżonn isir biex insaħħu l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, il-WSC, li llum qed nitkellmu dwar l-estimi tagħha, hija waħda mill-aktar korporazzjonijiet importanti għal pajjiżna.", "Ta' min isemmi li filwaqt li l-WSC hija responsabbli mill-ilma tax-xorb li jiġi pprovdut lir-residenzi tagħna, hija responsabbli wkoll mis-servizz tad-drenaġġ, żewġ servizzi li huma tal-akbar importanza għal kull pajjiż u mhux għal pajjiżna biss.", "Għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' din il-Korporazzjoni, jaħdmu f'liema unit jaħdmu, għax jien konvint li huma jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jagħtu l-aqwa servizz lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Madankollu wieħed irid jirrikonoxxi wkoll il-ħidma bla heda li kienet saret minn diversi gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat, speċjalment bejn l-1987 u l-1996, fejn dak iż-żmien l-Eks Ministru Ninu Zammit, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk, kien imbarka fuq proġett li permezz tiegħu kienu nbidlu kważi l-mains tal-ilma kollha tal-pajjiż.", "Kif qal il-kollega tiegħi, qabel l-1987 kellna infrastruttura fejn meta wieħed jiftaħ il-vit, l-ilma jew kien joħroġ qisu orange juice jew inkella kien ikun hemm drabi fejn lanqas biss kien ikollna ilma.", "U kien grazzi għall-ħidma bla heda tal-Eks Ministru Ninu Zammit li, kif għedt diġà, kienu nbidlu kważi l-mains kollha tal-pajjiż.", "Però llum nixtieq nikkonċentra aktar id-diskors tiegħi fuq in-new water, li nemmen li hu servizz ta' fejda għall-bdiewa kollha tagħna.", "Nibda biex ngħid li kif qal is-CEO tal-WSC stess, f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif ta' din il-Korporazzjoni, ġie inawgurat il-proġett tan-new water, proġett li ġie inawgurat minn dan il-Gvern wara x-xogħol siewi li kienu għamlu gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti.", "Jien nħoss li dan il-proġett jista' jagħmel differenza lil diversi bdiewa u raħħala.", "Huwa fatt rikonoxxut minn kulħadd li l-ilma huwa l-aktar riżors importanti għas-settur agrikolu.", "Matul dawn l-aħħar snin b'mod partikolari, pajjiżna sofra minn nuqqas kbir ta' xita, u għan-nuqqas ta' xita wieħed irid jagħmel tajjeb billi jippompja l-ilma mill-boreholes.", "Madankollu llum ġejna f'sitwazzjoni fejn kważi kważi qed intellgħu ilma salmastru, jiġifieri ilma li fih għandu kontenut qawwi ta' melħ.", "Il-kwalità tal-prodott agrikolu fl-aħħar mill-aħħar tiddependi mill-ilma li jintuża, u għalhekk kien hawn bdiewa li investew f'reverse osmosis żgħir biex kemm jista' jkun jipprovaw inaqqsu l-melħ minn dan l-ilma, imma mbagħad min-naħa l-oħra spiċċat saret ħsara anke lill-ħamrija peress li r-reject water, jiġifieri dak l-ilma li ma jkunx għadda mir-reverse osmosis, spiċċa fil-ħamrija bir-riżultat li żdied il-kontenut tal-melħ fil-ħamrija.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li s-servizz tan-new water jintlaħaq mill-bdiewa kollha bla ebda dewmien, u bażikament dan għal żewġ raġunijiet prinċipali; biex ma tibqax issir ħsara lill-ħamrija kif ukoll biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-bdiewa tagħna, anke fil-konsum tad-dawl meta jiġi ppompjat l-ilma mill-boreholes.", "Hawnhekk jien nixtieq inserraħ moħħ dawk kollha li qegħdin isegwuna llejla billi ngħidilhom li n-new water huwa safe biex jintuża fil-qasam tal-agrikoltura, jiġifieri dawk il-prodotti agrikoli li jiġu msaqqija b'dan l-ilma jistgħu jittieklu u l-kwalità tagħhom tilħaq il-livelli neċessarji kollha skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk tajjeb li nikkwota mir-rapport tal-WSC fejn intqal li wara li ġie inawgurat dan il-proġett f'nofs is-sena 2017, fl-aħħar sitt xhur tal-istess sena saru madwar 3,500 test, li kienu jikkonsistu f'samples, f'chemical tests u anke f'microbiological tests.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-parti l-kbira ta' dawn it-testijiet saru mill-WSC, u allura wieħed jista' jserraħ rasu li dan l-ilma huwa tajjeb għat-tisqija.", "Fil-fatt, anke mid-diskussjonijiet li kelli ma' diversi bdiewa meta kont għadni nsegwi l-qasam tal-agrikoltura u sajd, dawn jgħidulek li l-prodotti li kienu msaqqija b'dan l-ilma kienu ta' kwalità aħjar minn dawk il-prodotti li kienu msaqqija bl-ilma tal-boreholes u kellhom terminu itwal ukoll.", "Sur President, ta' min iżid jgħid li skont ir-rapport tal-WSC, f'seba' xhur ġew ipprovduti 135,000 metru kubu ta' new water.", "Tgħiduli: Biżżejjed?", "Jien ngħid li dan żgur illi mhuwiex biżżejjed, u naħseb li l-WSC trid tagħmel l-almu kollu tagħha biex in-new water jiġi pprovdut lill-bdiewa kollha b'servizz ta' network ta' pajpijiet taħt l-art, u fejn mhuwiex possibbli li dan l-ilma jitwassal b'underground network, jekk hemm bżonn għandhom jiġu pprovduti bowsers biex b'hekk dan l-ilma jkun jista' jitwassal anke għand dawk il-bdiewa li ma jintlaħqux b'dan in-network filwaqt li s-servizz għandu dejjem jingħata b'xejn.", "Ta' min jgħid ukoll li qabel l-elezzjoni ġenerali l-Gvern kien qal li l-provvista tan-new water se tingħata lill-bdiewa b'xejn, però jien ninsab xi ftit jew wisq deluż mill-fatt li wara l-elezzjoni ġenerali sibna li għal dan l-ilma kien hemm kwota stabbilita li hekk kif tinqabeż, il-bdiewa jkollhom jibdew iħallsu għal dan l-ilma.", "Għalhekk jien irrid inħeġġeġ minn hawn lill-Gvern u anke lill-Ministru Joe Mizzi biex jikkonsidraw illi n-new water kollu li jiġi pprovdut lill-bdiewa u lir-raħħala tagħna jiġi pprovdut b'xejn, anke biex ninċentivawhom jużaw dan it-tip ta' ilma.", "B'hekk lill-bdiewa nkunu qed innaqqsulhom il-piżijiet finanzjarji li għandhom ukoll.", "Il-WSC hija responsabbli wkoll mid-diversi ġibjuni tal-ilma li għandna mxerrda ma' Malta u Għawdex, għax kull qatra li jirnexxielna niġbru taf tagħmel id-differenza f'pajjiżna.", "Inħarġu anke skemi min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex iħeġġu lill-bdiewa jibnu l-ġwiebi fl-għelieqi tagħhom, u jien naħseb li ġaladarba l-WSC għandha l-expertise kollha neċessarja, hija tista' tagħti anke għajnuna teknika lill-bdiewa u lir-raħħala tagħna għax, pereżempju, huwa inutli li tagħmel ġiebja jekk ma jkunx hemm water catchment.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi l-WSC għandha tidħol responsabbli mill-catchment tal-ilma hi f'dawk it-toroq li huma rurali biex minflok ma dan l-ilma jintilef, jispiċċa jinġabar.", "Hekk jew hekk aktar ma jinġabar ilma, aktar tiggwadanja l-istess Korporazzjoni.", "Sur President, qabel ma nikkonkludi l-intervent tiegħi nixtieq nagħmel riferenza għal dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "David Agius rigward il-kwestjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Naħseb li l-Gvern għandu jassigura ruħu bis-serjetà li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jinħarġu skont il-legal notice li kienet saret.", "Irridu nifhmu li hawn familji li tant huma batuti li kull €1 jaf jagħmlilhom id-differenza, u għalkemm dak li huwa dovut irid jitħallas, imbagħad min-naħa l-oħra dawk l-ammonti li suppost ma tħallsux għandhom jingħataw lura lill-konsumaturi.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi qal li huwa jispera li permezz tal-aġenzija l-ġdida li twaqqfet, Infrastructure Malta, jibdew jinbidlu l-mains.", "Fil-fatt lill-Onor.", "Zrinzo Azzopardi jien nixtieq ngħidlu li l-mains ilhom jinbidlu meta jkunu se jsiru toroq ġodda mhux minn ħames snin 'l hawn jew minn għaxar snin 'l hawn imma minn xi 20 sena 'l hawn.", "Nispera biss li meta Infrastructure Malta tieħu dan ix-xogħol f'idejha s-servizzi tal-ilma jibqgħu jinbidlu filwaqt li jsiru wkoll renewals tal-mains eżistenti fejn ikun hemm bżonn.", "F'ċerti toroq għandu jsir ukoll dual main biex jekk tinqala' ħsara, isiru t-tiswijiet neċessarji biss u mhux nispiċċaw inqattgħu t-triq kollha.", "Fl-aħħar nett nappella biex hekk kif meta l-kunsilli lokali japplikaw biex jagħmlu triq, isir il-kordinament neċessarju biex jinbidlu l-mains fejn ikun hemm bżonn, il-WSC timxi bl-istess riga ma' Infrastructure Malta meta din tkun se tagħmel xi triq u mhux biex it-triq issir malajr, ma jsirx il-bdil neċessarju tas-servizzi, speċjalment dawk tal-ilma.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, jidher li lill-Membri tal-Gvern qed tinkwetahom ħafna l-kwestjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Fil-fatt s'issa kull kelliem min-naħa tal-Gvern li għamel l-intervent tiegħu f'dan id-dibattitu ħa l-parti l-kbira tad-diskors tiegħu fuq dan is-suġġett.", "Imma jien ħalli mmur għas-suġġett proprju u nitkellem dwar il-WSC.", "Il-WSC hija l-unika korporazzjoni li tipprovdi s-servizz tal-ilma fil-gżejjer tagħna, kemm l-ilma li nixorbu kif ukoll dak li huwa msejjaħ bħala new water, li jintuża mis-settur tal-biedja u tal-industrija ta' pajjiżna.", "Il-problema tal-ilma hija sfida għall-Ewropa kollha, iżda b'mod partikolari għall-pajjiżi tan-naħa t'isfel tal-Ewropa.", "Għal Malta din l-isfida hija akbar.", "Biżżejjed insemmi l-fatt li pajjiżna huwa l-għaxar pajjiż l-aktar nieqes mill-ilma fid-dinja meta wieħed iqis ir-riżorsi tal-ilma għal kull persuna.", "Id-daqs ġeografiku żgħir tal-gżejjer tagħna, in-nuqqas ta' korp permanenti tal-ilma u l-klima niexfa flimkien ma' popolazzjoni densa, kollha huma fatturi li jwasslu għal domanda għolja għall-ilma u għal nuqqas fil-provvista tal-ilma.", "Ma' dan iridu jissemmew ukoll iż-żieda fin-numru ta' turisti, iż-żieda ta' barranin li jaħdmu f'Malta, l-attività ekonomika li qiegħda dejjem tikber u t-temperaturi għoljin għax dawn kollha wasslu biex id-domanda tal-ilma matul dawn is-snin żdiedet konsiderevolment.", "Din is-sitwazzjoni qed twassal sabiex fil-gżejjer tagħna nużaw iktar mid-doppju ta' ilma tal-pjan li tipprovdi n-natura permezz tax-xita.", "Filwaqt li d-domanda tal-ilma f'pajjiżna hi ta' 60 miljun metru kubu, il-provvista tal-ilma mill-pjan hija anqas min-nofs.", "Din hi l-anqas rata ta' ilma disponibbli fil-pajjiżi Ewropej, u għalhekk id-differenza jkollha tiġi minn impjanti ta' desalinazzjoni, li jipproduċu madwar 30 miljun metru kubu.", "Irid jingħad li l-ilma tal-pjan fil-gżejjer Maltin hu f'kuntatt dirett mal-ilma tal-baħar fil-blat, jiġifieri jekk se nibqgħu nippompjaw l-ilma tal-pjan bil-goff u bl-istess rata li qed isir bħalissa, dan se jwassal biex l-ilma tal-baħar jieħu post l-ilma ħelu.", "Ta' min jgħid ukoll li meta jittella' l-ilma mill-pjan ikun hemm ammont ta' taħlit ta' ilma ħelu ma' ilma baħar, u b'riżultat ta' dan l-ilma li jittella' jkun mielaħ.", "Aktar ma tkun għolja r-rata tal-estrazzjoni tal-ilma, aktar ikun hemm taħlit u għalhekk il-konċentrazzjoni tal-melħ aktar tkun għolja.", "Fil-fatt l-ilma tal-pjan qiegħed isir dejjem iktar mielaħ tant li llum xi bdiewa lanqas biss qed isibuh tajjeb għall-użu agrikolu.", "Barra minn hekk għandna problema oħra għax ħafna mill-korpi tal-ilma tal-gżejjer Maltin qabżu l-ammont stabbilit ta' nitrati skont il-kriterji tal-Unjoni Ewropea.", "Direttur fid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ambjent fil-MEPA kien ikkwotat li qal illi jekk din is-sitwazzjoni tal-ilma tibqa' tipprevali, Malta se ssir deżert.", "Dakinhar dan id-direttur kien ġie kkritikat għax intqal li kien sensazzjonali wisq fi kliemu, però sfortunatament jekk ma noqogħdux attenti dak li llum qed jingħad li hu sensazzjonali jista' verament isir realtà.", "Jekk is-sitwazzjoni tibqa' tali u tibqa' ma titteħidx azzjoni biex insalvaw dan ir-riżors, se jkollna riperkussjonijiet kbar.", "L-ewwel li se jbati huwa l-qasam tal-biedja għax billi dan il-qasam jiddependi mill-ilma tal-pjan u m'għandux għażla oħra minn fejn jista' jittella' l-ilma, dan jispiċċa jinqered.", "B'konsegwenza ta' dan, l-għelieqi jisfaw abbandunati u fil-pajjiż tibda dieħla l-idea ta' urbanizzazzjoni totali.", "Kull prodott agrikolu jeħtieġ ilma tajjeb, speċjalment meta wieħed iqis li matul dawn l-aħħar snin konna neqsin mix-xita.", "In-nuqqas ta' xita ma jaffettwax biss il-prodotti ta' dik is-sena partikolari.", "Bdiewa li jkunu ilhom irawmu s-siġar tal-frott għal snin sħaħ ma jistgħux jaffordjaw li ma jsaqqux għax jekk dawn is-siġar imutu, ikunu tilfu snin sħaħ ta' xogħol.", "Għalhekk il-konsum tal-ilma fil-biedja jmur lil hinn mill-produzzjoni għax huwa wkoll bżonnjuż għall-manutenzjoni tas-siġar minn sena għall-oħra.", "Ma rridux ninsew lanqas l-aspett ekonomiku li jirriżulta u li huwa konsegwenza tad-desalinazzjoni tal-ilma tal-pjan.", "Anqas kemm il-WSC ittella' ilma mill-pjan, din aktar se tkun tiddependi minn fuq l-impjanti tar-reverse osmosis.", "Dan ifisser li l-impjanti jkollhom iżidu l-produzzjoni bi spejjeż kbar, u allura l-produzzjoni tal-ilma tibda tiswa aktar flus.", "Jien qed ngħid dan biex nuri l-bżonn u l-urġenza li f'pajjiżna jkollna pjan ħolistiku fil-qasam tal-ilma, liema pjan ħolistiku jkun jilħaq bilanċ bejn il-ħtiġijiet u l-provvista tal-ilma tal-lum u dawk tal-futur.", "Huwa veru li llum qed jintnefqu l-miljuni fi proġetti ta' dan it-tip, kif wara kollox għandu jkun, però sfortunatament il-proġetti li qed nagħmlu llum m'aħniex qed nagħmluhom bi pjan.", "Biżżejjed insemmi, pereżempju, in-nefqa ta' €60 miljun biex bnejna mina ħalli l-ilma tax-xita jmur fil-baħar.", "Bnejna wkoll impjant tad-drenaġġ biex wara li dan jiġi trattat, l-ilma jkun tajjeb biex jintuża għall-għelieqi, u dan meta jista' jkun li l-impjant li bnejna, bnejnieh 'il bogħod wisq minn dawk iż-żoni fejn hemm il-biedja.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ukoll li minkejja li f'pajjiżna l-ilma hu riżors limitat ħafna, ilna għal ħafna snin niffunzjonaw bħallikieku dan ir-riżors ma jista' jispiċċa qatt.", "Il-liġi għandha ħafna nuqqasijiet f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżors imprezzabbli tal-ilma, u għalhekk jeħtieġ li din tiġi msaħħa u fuq kollox inforzata.", "Sfortunatament sal-lum għad m'għandniex qafas legali li jiddefinixxi d-drittijiet għall-ilma filwaqt li jiddistingwi x'inhu pubbliku u x'inhu privat, dawk li huma msejħin bħala \"water rights\".", "Madankollu, Sur President, jien ma rridx inkun negattiv u din hija biss kritika kostruttiva għax jien nemmen li kwestjoni bħal din dwar l-ilma m'għandha qatt tiġi politiċizzata, anzi bħala punt pożittiv hawnhekk ma nistax ma nsemmix l-inizjattiva li ttieħdet biex l-ilma tad-drenaġġ jiġi trattat u jintuża għall-biedja għax din kienet deċiżjoni għaqlija li għandha titqies bħala soluzzjoni vijabbli biex tittaffa d-domanda għall-ilma tal-pjan.", "Irrid ngħid ukoll li minkejja l-problemi kollha li jeżistu f'dan il-qasam, dan ma jfissirx li m'hemmx tama biex insolvu din is-sitwazzjoni f'pajjiżna.", "Pajjiżi oħra bi problemi ta' nuqqas ta' ilma, bħall-Iżrael u l-Awstralja, ħadmu bil-kbir biex żviluppaw politika ta' immaniġġar sostenibbli tal-ilma b'suċċess, u allura m'għandu jkun hemm xejn xi jżommna milli nirnexxu aħna wkoll.", "Però biex nirnexxu trid titnissel responsabbiltà kollettiva li tippermetti politika fit-tul u inforzar effettiv.", "Dan jista' jsir biss jekk jinħolqu proċeduri li jirregolaw l-użu tal-ilma u jitwaqqaf l-abbuż, isir inforzar tajjeb ta' dawk il-proċeduri u, fuq kollox, jitnieda programm ta' edukazzjoni fuq diversi livelli dwar l-użu sostenibbli tal-ilma.", "In-nuqqas ta' liġi b'saħħitha u l-inforzar tagħha flimkien man-nuqqas ta' awtorità responsabbli qed iwasslu għal sitwazzjoni fejn l-irregolaritajiet qed jiġu regolarizzati.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li b'dan il-mod qed issir inġustizzja maċ-ċittadini onesti li josservaw dmirijiethom filwaqt li qed iservi ta' inċentiv għal min jabbuża sabiex ikompli jagħmel hekk għad-detriment tas-soċjetà.", "Ejjew ma nipprovawx niskorjaw punti politiċi biex nirbħu l-voti, imma minflok ejjew inħarsu lejn il-ġejjieni ta' dan il-pajjiż fit-tul għax il-ġenerazzjoni futura ta' pajjiżna jista' jkollha diffikultajiet kbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilma tal-pjan.", "Għalhekk hemm bżonn li aħna l-politiċi f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ikollna viżjoni fit-tul ħalli nkunu kapaċi ndawru l-isfidi li għandna fis-settur tal-ilma f'opportunitajiet u niksbu suċċessi fihom.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nixtieq nibda l-intervent tiegħi dwar il-ħidma tal-WSC billi nsellem lil-Ministru Joe Mizzi, li huwa l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam u li issa huwa veteran f'dan il-Parlament.", "Kif kien qed jgħid l-Onor.", "Frederick Azzopardi, il-provvista tal-ilma dejjem kienet ta' sfida għal dan il-pajjiż, kemm għas-settur residenzjali, kemm għas-settur industrijali kif ukoll għas-settur agrikolu.", "Ir-rapport li għandna quddiemna llum jitkellem ukoll dwar il-ġenerazzjoni tal-ilma, u għalhekk hawn ma nistgħux ninsew il-ħidma li saret fi żmien l-eks Ministru Ninu Zammit biex ġie introdott ir-reverse osmosis.", "Ħafna minna jiftakru li dak iż-żmien ir-riżors tal-ilma kien skars anke fid-djar tagħna tant li kellna kampanji elettorali li matulhom kienu saħansitra jiddendlu l-fliexken tal-ilma mal-każini.", "Jiġifieri ejjew niftakru minn fejn tlaqna.", "Quddiemi qed nara inġiniera li għadhom żgħażagħ, u għalhekk x'aktarx li huma ma jiftakrux dawk iż-żminijiet.", "Però min għandu ftit taż-żmien, bħali, bħall-Ministru Joe Mizzi u forsi anke bħall-Ispeaker, żgur li jiftakru dan kollu.", "Għalhekk illum għandna nirringrazzjaw lid-diversi amministrazzjonijiet preċedenti li mexxew lil dan il-pajjiż, fosthom lill-amministrazzjoni Nazzjonalista li kienet investiet fit-tisfija tad-drenaġġ, għax li kieku ma kienx għal dawn l-investimenti li saru fil-passat, illum ma konniex inkunu nistgħu niftaħru bl-investimenti li qed nagħmlu llum fit-turiżmu, fosthom pereżempju, biex l-ibħra Maltin u Għawdxin ikunu ibħra nodfa u ħielsa minn kull tniġġiż.", "Illum ma kien ikollna l-ebda baħar jew bajja nadifa li kieku d-drenaġġ baqa' jmur fil-baħar mingħajr ma dan jiġi trattat, kif qed isir illum.", "Kien ta' sodisfazzjon kbira għalija wkoll li fl-ewwel paġna ta' dan ir-rapport is-CEO tal-WSC qal li:", "Dan hu s-sabiħ tal-politika, u għalhekk ejjew inkunu pożittivi!", "Ma nistgħux nitkellmu fuq an EU funded project jekk ma nitkellmux fuq is-suċċess ta' Gvern Nazzjonalista, li permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea llum dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat mill-istess Unjoni Ewropea.", "Sur President, matul dan l-intervent nixtieq nagħmel tmien osservazzjonijiet partikolari, u se nibda mal-ewwel bl-ewwel punt ħalli żgur ma jaħrablix mill-attenzjoni tiegħi bħala l-kelliemi għall-agrikoltura u għar-raħħala Maltin.", "Se nirreferi mill-ewwel għall-mistoqsija parlamentari 5197 li jien għamilt lill-Ministru Joe Mizzi fejn kont għedtlu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Water Services Corporation qed timponi li d-demel ta' farms tal-majjal ma jibqax jitwaddab fis-sistema tad-drenaġġ?\".", "Bir-raġun kollu, il-Ministru Joe Mizzi tani din it-tweġiba:", "\"L-Onor.", "Interpellant għandu jkun infurmat li r-rimi tad-demel fis-sistema tad-drenaġġ huwa projbit skont Leġislazzjoni Sussidjarja 545.08 tal-11 ta' Ġunju 2002.\".", "Madankollu hawnhekk jien nappella lill-WSC sabiex ikun hemm aktar kordinazzjoni bejnha u bejn id-Direttorat tal-Agrikoltura għax ma jagħmilx sens li ninqasmu, li ninfirdu u li niġġieldu fuq dak il-ftit li baqgħalna.", "Irziezet tal-majjal ftit baqgħalna, u f'dan il-pajjiż l-industrija tal-majjal waslet fl-aħħar.", "Jien nifhem li l-WSC ma tkunx trid lil min iwaddab id-drenaġġ tal-majjali fis-sistema domestika, però lanqas huwa sewwa li t-tappieri joqogħdu jingħalqu u jinfetħu sakemm jintlaħaq ftehim.", "Għalhekk huwa importanti li dawn iż-żewġ entitajiet jaslu għal ftehim bejniethom għax b'hekk biss jista' jkollna l-aqwa operat.", "Sur President, jien għamilt din mistoqsija parlamentari 5641 lill-Ministru Josè Herrera rigward l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fejn staqsejtu hekk:", "\"B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5195, jista' l-Ministru jgħid jekk s'issa l-parti likwida wara t-trattament ta' tisfija ta' demel li qed isir fl-Impjant ta' tisfija tad-drenaġġ fix-Xewkija Għawdex kenitx qed tintrema fis-sistema tad-drenaġġ domestiku sakemm ikun deċiż x'għandu jsir?", "Kemm-il darba l-parti likwida mhix qed tintrema fis-sistema ta' drenaġġ domestiku, jista' jgħid fejn qed ikun depożitat dan il-likwidu?\".", "U hawnhekk bla tlaqliq il-Ministru Herrera rrispondieni hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent il-parti likwida li tirriżulta wara t-trattament ta' tisfija tas-srew tad-demel li qed isir fl-impjant ta' tisfija temporanju f'Tal-Kus fix-Xewkija Għawdex, u mhux fl-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ, qed tintrema fis-sistema tad-drenaġġ domestiku sakemm ikun hemm aktar żviluppi li jistgħu jwasslu għall-użu aktar sostenibbli tiegħu.\".", "Ministru Mizzi, dan ifisser li l-Ministru Josè Herrera qed jarmilek dak li qed jibqa' mill-impjant tat-tisfija temporanju f'Tal-Kus, fix-Xewkija Għawdex, fis-sistema domestika!", "Hawnhekk qed ngħidu li wara li ssir it-tisfija tad-drenaġġ, dak li huwa solidu qed jittieħed, però dak li huwa likwidu qed jintrema fis-sistema tad-drenaġġ!", "Issa nisperaw li ma tgħidulix li qed inkun negattiv hawnhekk għax jien qiegħed sempliċement niġbed l-attenzjoni għal dan kollu sabiex ikun hemm aktar kordinazzjoni bejn il-Ministeri għax ma jistax ikollna ministeru jgħid lir-raħħala li ma jistgħu jwaddbu xejn fis-sistema domestika filwaqt li mbagħad ikollna ministeru ieħor li jiddisponi mid-drenaġġ fis-sistema domestika!", "Sur President, dan iwassalni biex niġi għat-tieni osservazzjoni li nixtieq nagħmel, li huwa s-serq fil-kontijiet tal-ilma, u fil-fehma tiegħi l-Onor.", "David Agius kien qalbu tajba wisq meta kien qed jitkellem fuq din il-kwestjoni!", "Jien ilni għal dawn l-aħħar erba' jew ħames snin insostni - anke fil-preżenza tas-Sur Sandro Craus, li huwa responsabbli mill-customer care ta' dan il-Gvern - li l-kontijiet ma raħsux, u għalhekk qed nieħu pjaċir bl-insistenza tal-Onor.", "David Agius f'dan ir-rigward.", "Illum hemm anke numru ta' gazzetti u nies li qed jindunaw b'dan, u għalhekk jien se nibqa' nsostni l-argument tiegħi.", "Issa qed jgħaddi ż-żmien, dan il-Gvern m'għadux ġdid, and time is proving us right.", "Il-falsità qed tinkixef, u bħalma nkixfet il-falsità fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, speċjalment fil-kontijiet tal-ilma, se tkompli tinkixef il-falsità anke f'aspetti oħrajn.", "Le, dan il-Gvern mhuwiex innoċenti f'dawk li huma kontijiet, daqskemm mhuwiex innoċenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' ngaġġ ta' ħaddiema.", "Huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn in-nefqa fuq il-wages and salaries biex jinnota li fl-2017 din in-nefqa kienet tammonta għal €26 miljun filwaqt li fl-2018 ġiet tammonta għal €29 miljun.", "Kif diġà ntqal matul dan id-dibattitu, wieħed irid jinnota wkoll li filwaqt li matul is-sena 2017 telqu 72 ħaddiem minn mal-WSC, ġew reklutati 259 ħaddiem.", "Jien ngħid: Ejjew noqogħdu attenti għax ma jistax jibqa' kollox għaddej qisu xejn mhu xejn!", "X'differenza mill-2011!", "Forsi fl-aħħar mill-aħħar aħna konna l-ħmir, Onor. David Agius, għax fi żmien Gvern Nazzjonalista telqu minn ma' din il-Korporazzjoni 71 ħaddiem u ġew ingaġġati 31; fl-2012 spiċċaw 158 ħaddiem u ġew ingaġġati 49 ħaddiem u fl-2013 spiċċaw 54 ħaddiem u ġew ingaġġati 35 ħaddiem!", "Għalhekk jien nappella biex noqogħdu attenti li ma jmurx qed ikun hemm xi abbużi f'dan ir-rigward!", "Jien qrajtha b'sodisfazzjon dik il-parti tar-rapport tal-WSC li tgħid li fejn huwa possibbli għandhom jiġu ngaġġati fil-WSC studenti tal-MCAST.", "Issa jien nifhem li forsi l-Ministru Joe Mizzi sab kollox maqlub ta' taħt fuq minħabba ta' qablu, imma jekk din kienet it-trend ta' dak ta' qablu, kemm jista' jkun għandna naraw li din it-trend ma nkompluhiex ħalli din il-malizzja ma tibqax għaddejja!", "L-ISPEAKER: Onor. Vassallo, nitolbok biex tikkonkludi għax skadielek il-ħin.", "L-aħħar argument tiegħi jirrigwarda t-transfers ta' ħaddiema Nazzjonalisti.", "Ejjew ma narawx aktar ħniżrijiet fejn ħaddiema jiġu mogħtija transfers sfaċċatament sempliċement għax huma Nazzjonalisti.", "Mhijiex xi ħaġa denja għaż-żmien li qegħdin ngħixu fih li nibqgħu għaddejjin b'din it-tip ta' kantaliena u attitudni.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Joe Mizzi biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "JOE MIZZI: Sur President, għall-WSC is-sena 2017, li kienet is-sena li fiha ċċelebrat 25 sena mit-twaqqif tagħha, kienet sena ta' suċċess għax minkejja ż-żieda fin-nefqa fl-operat u t-tnaqqis marġinali fid-dħul tagħha meta mqabbel mas-sena preċedenti, nistgħu ngħidu li kompliet issaħħaħ il-qagħda finanzjarja tagħha u rreġistrat ukoll profitt mingħajr ma kkompromettiet l-operat u l-kredibbiltà tagħha.", "Għal dan kollu jien nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' din il-Korporazzjoni, minn fuq s'isfel.", "Ta' min jgħid ukoll li skont ċifri mhux awditjati, matul is-sena l-oħra l-WSC irreġistrat qligħ ta' aktar minn €2 miljun filwaqt li tħallsu aktar minn €2 miljun lill-European Investment Bank (EIB) biex issa d-dejn tal-Korporazzjoni niżel għal kważi €70 miljun minn ċifra li ħames snin ilu kienet taqbeż il-€160 miljun.", "F'dan l-isfond f'Marzu ta' din is-sena l-Korporazzjoni varat l-identità l-ġdida tagħha u investiet f'website ġdida b'servizz aktar qrib il-pubbliku bil-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ilma tax-xorb f'ambitu li jħares lejn il-politika nazzjonali addottata minn dan il-Gvern, politika li tiżgura li l-provvista tal-ilma tax-xorb fil-gżejjer tagħna tkun ta' kwalità tajba, sostenibbli, disponibbli u affidabbli għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Dan kollu wassal sabiex il-WSC ħejjiet pjan konkret bil-għan li tilħaq dawn l-isfidi filwaqt li ttejjeb l-effiċjenza fl-operat tagħha kemm fl-ilma kif ukoll fid-drenaġġ u tikseb bilanċ xieraq bejn id-desalinizzazzjoni u l-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan.", "Għal dan il-għan aktar kmieni din is-sena l-WSC nidiet proġett ta' investiment infrastrutturali bla preċedent li jlaħħaq 'il fuq minn €100 miljun permezz ta' ko-finanzjament mill-fondi Ewropej, liema proġett għandu jkun implimentat matul l-erba' snin li ġejjin.", "Dan il-proġett, li se jkun mifrux fuq l-operat kollu tal-Korporazzjoni, se jagħti injezzjoni vitali kemm fl-operat tal-ilma, kemm fil-qasam tad-drenaġġ kif ukoll fl-ekonomija Maltija filwaqt li jbiddel il-mod kif l-ilma li huwa tajjeb għax-xorb jiġi mħallat u ddistribwit bil-għan li titjieb l-effiċjenza u l-kwalità tal-ilma.", "Sur President, matul il-ġimgħat li għaddew ġiet ippubblikata tender għat-tħaffir u għall-kostruzzjoni ta' mina ta' kważi għaxar kilometri b'dijametru ta' tliet metri li permezz tagħha se jitwasslu madwar 52,000 metru kubu ta' ilma kuljum mill-impjant tar-reverse osmosis f'Pembroke lejn il-ġibjun f'Ta' Qali biex hemmhekk l-ilma jitħallat ma' dak ta' taħt l-art b'użu inqas ta' kimiċi.", "Ta' min jgħid ukoll li b'hekk l-ilma se jitwassal b'ferm aktar effiċjenza fil-lokalitajiet tal-Lvant, jiġifieri minn Tas-Sliema sal-Belt Valletta u l-madwar, u dan permezz ta' gravity system ġdida li se tkun qed tnaqqas l-ispejjeż marbuta mad-distribuzzjoni tal-ilma drastikament minħabba l-fatt li se jonqos l-użu tal-pompi.", "B'hekk meta jinqata' d-dawl id-distribuzzjoni tal-ilma mhijiex se tibqa' tiġi affettwata, u din apparti r-rotta l-oħra li hemm lejn ir-riżerva ta' Misraħ Lewża f'San Ġwann.", "Parti oħra integrata mill-proġett 'Net-Zero Impact Utility' hija t-tibdil u r-rinovazzjoni tan-network tad-distribuzzjoni tal-ilma.", "Ġew ippubblikati wkoll tenders sabiex issir sistema ġdida tal-ilma tax-xorb fl-inħawi tal-Qrendi, ta' Ħaż-Żebbuġ u tas-Siġġiewi biex tinbidel is-sistema li hemm, li hija antika ħafna, tant li għadha mqabbda mal-boreholes.", "Se jitqiegħdu wkoll 'il fuq minn 40 kilometru ta' pajpijiet f'dawn l-inħawi, u x-xogħol għal din il-parti tal-proġett mistenni li jieħu 18-il xahar.", "Dawn huma biss uħud minn sensiela ta' proġetti li l-WSC se tkun qed timplimenta għax imbagħad il-Korporazzjoni se tkompli tinvesti fl-impjanti tar-reverse osmosis tagħha billi żżid il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ilma filwaqt li żżid l-effiċjenza b'mod sostenibbli kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll ambjentali.", "B'hekk qiegħda titnaqqas ukoll l-estrazzjoni tal-ilma mill-pjan, li llum ilaħħaq madwar 40% tal-ilma kkonsmat mid-djar.", "Matul il-ġimgħat li ġejjin għandha tiġi ppubblikata t-tender għall-bini tal-impjant tar-reverse osmosis.", "Dan ir-reverse osmosis, li se jkun state of the art, se jkun kapaċi jipproduċi madwar 9,000 metru kubu ta' ilma kuljum.", "Dan se jsir fil-binja eżistenti ta' Ħondoq ir-Rummien, li ilha mitluqa għal għexieren ta' snin, u allura permezz ta' dan il-proġett Għawdex se jiġi kompletament awtosuffiċjenti u indipendenti minn Malta għall-bżonnijiet tal-ilma.", "Fl-istess waqt il-WSC se tkun qed tinvesti madwar €0.25 miljun minn fondi lokali sabiex tbiddel madwar 38 metru mill-aħħar parti tas-submarine outfall pipeline f'Ras il-Ħobż, Għajnsielem.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li dan is-submarine pipe, li kien ġie installat fl-1998, li jestendi għal madwar 140 metru 'l barra mix-xatt u li għandu fond ta' madwar 80 metru, iservi sabiex jintrema l-affluwent tad-drenaġġ ittrattat mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ.", "Dan kien ilu għal żmien twil bil-problemi u allura aħna ħadna l-passi neċessarji biex naraw li jiġi rranġat.", "Sur President, huwa fatt li l-ilma tal-pjan għandu bżonn attenzjoni immedjata.", "Kif diġà aċċennajt, permezz ta' dan il-proġett il-Gvern se jibqa' mpenjat favur it-twettiq tal-pjan nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma, u dan bil-għan li titnaqqas id-domanda minn fuq l-ilma ta' taħt l-art biex l-ilma tal-pjan jiġi lura għal livell aktar sostenibbli filwaqt li pajjiżna jikseb il-good status objectives mitluba mill-Water Framework Directive.", "Ta' min jgħid li l-WSC se tkun qed tinstalla sistema intelliġenti ta' sensors fil-boreholes li tagħmel użu minnhom biex meta tiddgħajjef il-prestazzjoni tal-ilma minn xi boreholes partikolari, l-ippompjar minn dawk il-boreholes jintefa b'mod awtomatiku u dan jiġi kkumpensat minn sors ieħor.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nieħu din l-okkażjoni biex inserraħ moħħ il-poplu li anke jekk isseħħ l-eventwalità li jkun hemm bosta boreholes ma jintużawx, bl-investiment li qed isir fl-impjant tar-reverse osmosis mhuwiex possibbli li Malta tispiċċa b'nuqqas ta' ilma.", "Qed nagħmel dan l-enfasi biex jekk kien hemm xi ħadd qed jipprova jallarma, bl-investiment li qed nagħmlu qed nassiguraw li ma jkollniex dawn il-problemi.", "Aħna ma nparlawx biss imma nwettqu wkoll u nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà.", "Fil-fatt aħna għalhekk ġibna l-fondi, biex inkunu nistgħu nagħmlu dawn il-proġetti li huma tant meħtieġa f'pajjiżna, u nerġa' ngħid li dan jista' jsir biss minħabba li llum il-WSC għandha l-kapaċità li tipprovdi l-ilma minn sistema ta' desalinazzazzjoni robusta u b'saħħitha li aħna se nkomplu nsaħħuha.", "Pass importanti ieħor sabiex l-iżbilanċ bejn id-domanda u l-provvista nazzjonali għall-ilma jitnaqqas b'mod sinifikanti qed isir permezz tal-produzzjoni tal-highly polished reclaimed water, jew dak li llum huwa magħruf bħala 'new water', li qed jibbenefikaw minnu aktar minn 170 bidwi għall-irrigazzjoni minflok ma jagħmlu użu mill-ilma tal-pjan.", "Permezz ta' dan l-ilma l-bdiewa qed igawdu minn provvista stabbli ta' ilma għat-tisqija b'salinità baxxa li tirriżulta b'impatt pożittiv fuq l-uċuħ tar-raba' tagħhom u b'aktar flessibbiltà fil-produzzjoni tat-tkabbir tal-ħxejjex lokali.", "Kien hawn xi ħadd li rrimarka li għandna nagħtu l-ilma kollu b'xejn.", "L-affarijiet aħna ma nagħmluhomx bl-addoċċ.", "Biżżejjed ngħid li qabel ma l-bdiewa bdew jibbenefikaw minn ilma b'xejn, ġew ikkalkolati l-uċuħ li għandhom biex b'hekk jiġi assigurat li għandhom biżżejjed ilma għall-uċuħ tar-raba' tagħhom.", "Għalhekk l-affarijiet saru bis-serjetà.", "Aħna ma rridu lil ħadd jabbuża lanqas, u allura filwaqt li qgħadna attenti biex naraw li l-bdiewa jibbenefikaw mill-ilma li għandhom bżonn għall-għelieqi tagħhom, fl-istess ħin assigurajna wkoll li ma jitwettqux abbużi għax nemmnu li dik hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Tajjeb infakkar, Sur President, li skont il-politika nazzjonali ta' dan il-Gvern, l-ewwel 2,500 metru kubu fis-sena per holding ta' dan l-ilma trattat jingħataw b'xejn lill-bdiewa għall-użu agrikolu, u allura b'dan il-mod qed nuru kemm aħna konxji li filwaqt li lill-bdiewa għandna nagħtuhom biżżejjed ilma għall-uċuħ tagħhom, fl-istess ħin għandna noqogħdu attenti wkoll li ma nħallux lil min jabbuża.", "Ta' min jgħid li wara li din is-sena ġie inawgurat l-impjant f'Taċ-Ċumnija ġewwa l-Mellieħa, il-WSC qiegħda fi stat avvanzat ħafna li tipproduċi new water fiż-żewġ impjanti l-oħra tagħha, ċjoè dawk li jinsabu fil-gżira Għawdxija u f'Ta' Barkat ix-Xgħajra, fejn mill-impjant f'Ta' Barkat biss il-WSC se tkun kapaċi tipproduċi madwar 9.6 miljuni litri ta' new water kuljum.", "Immaġinaw biss li dak l-ammont ta' ilma kien qed jintrema l-baħar!", "X'differenza u x'irresponsabbiltà kien hemm qabel!", "Sa minn meta kont ix-Shadow Minister fuq dan il-qasam, jien dejjem kont ngħid li dan l-ilma m'għandux jintrema imma għandu jintuża b'mod għaqli.", "Issa llum, li jien il-persuna responsabbli minn dan il-qasam, m'iniex naħsel idejja imma qed nerfa' r-responsabbiltà li għandi bil-fatti u mhux bil-paroli biss.", "Jien qed nara fejn wieħed jista' jtejjeb filwaqt li qed nilqa' għall-problemi li writna fis-snin l-imgħoddija.", "Matul din is-sena, permezz tal-European Fund for Regional Development (EFRD), il-WSC se testendi d-distribuzzjoni tan-network tan-new water b'20 kilometru filwaqt li se tinstalla madwar 140 dispensing points biex tkopri medda ta' madwar 40 ettaru ta' raba' agrikola fit-Tramuntana ta' pajjiżna.", "Intant tajjeb ngħid ukoll li l-offerti relatati max-xogħol ta' tħaffir u mal-pipeline ta' din il-medda ta' infrastruttura diġà ġew ippubblikati.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għall-fatt li b'din is-sensiela ta' proġetti l-Gvern se jkun qed jassisti sabiex l-ilma tal-pjan jiġġenera ruħu mill-ġdid u b'mod sostenibbli biex b'hekk jassigura li l-ġenerazzjonijiet futuri tagħna jkollhom riżorsi ta' ilma tal-pjan b'saħħithom u li fl-istess ħin għandu l-back-up neċessarju sabiex isostni l-ekonomija, li qiegħda tikber dejjem b'mod aktar effiċjenti, kif jistħoqq lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Sur President, matul dan l-intervent tiegħi jien xtaqt nagħti stampa fil-qosor ta' dan il-qasam, però ovvjament ħallejt ukoll ħin biex inkun nista' nirrispondi għar-rimarki li saru għaliex aħna, bħala Gvern, ma naħarbux mir-realtà imma ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Nibda billi nirreferi għal waħda mill-kwestjonijiet li tqajmu u li għandha x'taqsam mas-sistema ta' moniteraġġ dwar il-leakages.", "L-ewwel nett tajjeb ngħid li l-WSC qed tagħmel monitoring ta' din is-sistema tant li qed tibgħat madwar 50 ittra fil-ġimgħa lill-konsumatur.", "Aħna mhux talli m'aħniex qed nagħmlu dak li implika l-Onor.", "Membru, imma talli jien qed nagħtih il-provi x'qed nagħmlu.", "Irrid ngħid ukoll li dan kollu sar b'investiment minn Gvern Laburista għax huwa fatt li s-sistema li writna ma kenitx xi waħda intelliġenti!", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-ħaddiema tal-WSC li ħolqu software li bih jekk ikun jixtieq il-konsumatur ikun jista' jara l-consumption pattern tiegħu minn ġewwa daru stess.", "Għall-informazzjoni tal-Oppożizzjoni, jeżisti wkoll Advisory Board biex jekk jinstab li hemm xi leakage, il-konsumatur residenzjali jkun jista' jagħmel talba sabiex ikollu l-kont rivedut fuq rata speċjali.", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li l-konsumatur residenzjali ma jiġi ċċarġjat l-ebda fees sabiex isiru l-internal leakage investigations.", "Naturalment il-konsumatur kummerċjali jiġi ċċarġjat fee, imma l-fee ta' €11.65 li l-konsumatur kummerċjali jiġi ċċarġjat meta jagħmel talba biex jiġi ttestjat il-meter tiegħu ma vvintajthiex jien; hija l-leġiżlazzjoni stess li timponi dan.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Membru din qed jipprova jitfagħha fuqi wkoll, bħallikieku kont jien li imponejt din il-fee!", "Issemma wkoll ix-xogħol tat-tqegħid u bdil ta' kanen fit-toroq li qed isir minn Transport Malta.", "Tajjeb ngħid li ntlaħaq ftehim mal-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kif ukoll mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar sabiex ix-xogħol infrastrutturali li jsir fit-toroq ikun jinkludi wkoll dak relatat mal-ilma u d-drenaġġ.", "Dwar l-impjanti tad-drenaġġ, lil sieħbi ngħidlu li aħjar ra kif inbnew l-impjanti tad-drenaġġ milli qagħad jiġi jiftaħar bihom għax il-mod kif saru l-affarijiet huwa xi ħaġa tat-twerwir!", "Fl-aħħar sieħbi l-Onor.", "Aħna nistgħu nassiguraw lil kulħadd li mhu se nħallu lil ħadd jarmi l-ebda tip ta' materjal li mhuwiex aċċettabbli, u huwa l-obbligu tagħna li naraw li dan ma jsirx għax dan jista' jagħmel ħsara lill-impjanti ukoll.", "Fejn kien hemm bżonn, aħna ħadna passi f'dan ir-rigward u tejjibna s-sitwazzjoni, u hekk se nkomplu nagħmlu.", "Fil-fatt diġà qegħdin naraw riżultati f'dak li qed nagħmlu, imma aħna ma nħossux li għandna għalfejn indoqqu trombi għax wara kollox lilna li jinteressana hija s-saħħa taċ-ċittadin.", "Aħna qed nagħmlu dak li qed nagħmlu mhux biex noqogħdu niftaħru u ndoqqu t-trombi imma għax nemmnu li għandna ntejbu s-sitwazzjoni bis-serjetà.", "Nerġa' ngħid li diġà tejjibna s-sitwazzjoni drastikament, u meta qed ngħid hekk m'iniex qed inparla bl-addoċċ.", "Però, minkejja dan kollu, jien qatt ma qgħadt niftaħar, anzi hawnhekk irrid nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'dan il-qasam għax huwa bl-għajnuna tagħhom li saru dawn l-affarijiet.", "Issa se niġi biex nirreferi għall-allegazzjonijiet li qed isiru fejn fost affarijiet oħra qed jingħad li l-ARMS qed toħroġ aktar kontijiet minn qabel.", "Nibda biex ngħid li din hija gidba li hija intenzjonata li tinganna.", "Fil-fatt l-uniku tibdil li sar fil-kontijiet matul dawn l-aħħar għaxar snin kien iż-żieda ta' 30% fuq it-tariffi matul l-2010 u t-tnaqqis ta' 25% fuq it-tariffi fl-2014 u 2015 għall-konsumaturi residenzjali u għall-konsumaturi mhux residenzjali rispettivament.", "Fil-futur qarib jien se nġib provi fattwali ta' dan li qiegħed ngħid ukoll għax m'għandi xejn x'naħbi!", "Jien ngħid dak li hu, u jekk inħoss li hemm bżonn li l-affarijiet jiġu rranġati, ngħid li hemm bżonn li l-affarijiet jiġu rranġati, imma din hi r-realtà, u jien se nġibilkom provi ta' dan li qed ngħid ukoll.", "Issa jien naf li m'għandix għalfejn għax in-nies diġà jafu x'inhi r-realtà, imma jien se nipprovalkom kemm intom qed tipprovaw tingannaw!", "Tajjeb ngħid ukoll li l-mod ta' kif jiġu kkalkolati l-kontijiet mill-ARMS baqa' ma nbidilx minn meta ġiet stabbilita s-sistema kurrenti fl-2009, u dan ħareġ mir-riċerka li għamilt matul dawn l-aħħar ġimgħat u li għadni nagħmel sal-ġurnata tal-lum għax jien irrid li l-affarijiet ikunu ġusti.", "Għalhekk wieħed irid ikun ipokrita biex jgħid mod ieħor, u jien se nagħti aktar provi biex nuri kemm qed tkunu ipokriti meta qed tallegaw dan kollu għall-gwadann politiku għax jien ma nħobbx inparla biss!", "Fil-fatt jien dejjem ġibt provi għal dak li għedt f'dan il-Parlament, bħalma għamilt meta kont tkellimt fuq il-korruzzjoni, mhux bħalma tagħmlu intom!", "Sur President, kif għedt diġà s-sistema kurrenti li tinkludi l-bands tal-konsum u l-perjodi ta' kontijiet għadha l-istess waħda li ġiet introdotta permezz tal-emendi li kienu saru fl-2009.", "S'issa hawnhekk jien qed insemmi x'sibt mill-analiżi li qed nagħmel b'mod uffiċjali.", "Il-verità hi li t-tnaqqis fit-tariffi matul l-2014 u l-2015 wasslu għal tnaqqis sostanzjali fil-kontijiet tal-konsumatur.", "Fil-fatt il-kont tal-konsum attwali bbażat fuq xahrejn għal żewġ persuni fl-2017 huwa ta' 30% anqas meta mqabbel mal-istess kont bl-istess rata ta' konsum ikkalkolat bl-istess mod iżda bil-kalkoli tal-2018.", "Dawn huma fatti, u aktar 'il quddiem jien se nipprova dawn il-fatti wkoll!", "Tajjeb ngħid ukoll li għall-kuntrarju ta' dak li hemm min ta x'jifhem, l-ARMS Ltd ma tagħmel l-ebda profitt minn fuq xi sistema tal-kontijiet.", "ARMS Ltd hija joint venture bejn Enemalta plc u l-WSC, u għaldaqstant il-ħlasijiet li jinġabru jiġi mgħoddija lilhom rispettivament.", "Aħna la żidna t-tariffa tal-elettriku u lanqas beħsiebna nżiduha matul iż-żmien li ġej.", "Kif kont għedt lil The Malta Independent, it-tariffi tad-dawl u l-ilma raħsu drastikament b'25%, kif kien wiegħed il-Gvern Laburista.", "Lil ta' The Malta Independent jien għedtilhom ukoll li dawn huma fatti mhux diskutibbli, u huma ma merewnix fuq hekk.", "Nerġa' ngħid li s-sistema li tintuża minn ARMS Ltd ilha tintuża għal snin twal mill-gvern preċedenti.", "L-ilmenti li rċevejt min-naħa tal-konsumaturi, ġew minn fejn ġew, jien għaddejthom lill-entitajiet rilevanti, sal-lum għadni qed nirċievi feedback dwarhom, liema feedback qed nanalizzah u għaddejtu saħansitra lir-regolatur.", "Jiġifieri jien ma qgħadtx nistenna lill-entitajiet biex jgħaddu l-feedback lir-regolatur huma imma bgħatt il-feedback lir-regolatur qabilhom.", "Anke l-artikli li ġew ippubblikati fil-gazzetti nnotajniehom.", "(Interruzzjonijiet) Iva, għandi, u issa nippubblika kollox!", "Jien mhu se naħbi u mhu se ngħatti xejn imma għandi evidenza ta' kollox.", "Stenna daqsxejn, u dalwaqt se nagħtik evidenza oħra wkoll!", "Fil-fatt bħalissa ninsab għaddej bid-diskussjonijiet biex imbagħad naraw x'rakkomandazzjonijiet hemm bżonn inressqu.", "Issa ħalli niġi biex nagħti xi ftit statistika.", "Jien informat li l-ammont ta' kontijiet li nħarġu minn ARMS Ltd jiddependi minn diversi fatturi, fosthom mill-ammont ta' klijenti, imma madankollu r-rata medja tal-kontijiet ta' kull klijent ma żdiditx.", "Fil-fatt, filwaqt li fl-2012 inħarġu medja ta' 6.1 kont għal kull klijent, fl-2017 din ir-rata kienet anqas minn hekk għax kienet ta' 5.7 kont għal kull klijent.", "Fl-istess waqt ta' min jgħid li n-numru ta' familji li rċevew kontijiet li ma jaqbżux il-faxxa l-aktar baxxa tat-tariffi, jiġifieri dak ta' 2000 unit fis-sena, fl-2017 żdied b'4.3% meta mqabbel mal-istess figura tal-2013.", "Dan ifisser, Sur President, li llum hemm ħafna aktar klijenti li qed jibbenefikaw mill-orħos faxxa ta' tariffi mill-2012.", "Ifisser ukoll li llum aktar klijenti qed jikkonsmaw l-elettriku bil-għaqal sabiex jibbenefikaw mill-aktar tariffi baxxi u sabiex inaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent.", "Min-naħa tiegħu, il-Gvern se jkompli jaħdem biex jiżgura li l-familji Maltin jibqgħu jibbenefikaw minn waħda mill-orħos tariffi tal-elettriku fl-Ewropa, hekk kif ilhom jagħmlu mill-2014, kif ikkonfermat il-Eurostat stess, li qalet illi Malta għandha fost l-orħos … (Interruzzjonijiet) Anzi l-Eurostat qalet aktar minn hekk, għax qalet li kien hemm varjazzjoni ta' 7.1% minħabba li żdiedet kemm id-domanda kif ukoll il-konsum.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, is-Sedja għaddiet rulings minn din il-Kamra biex jekk xi ħadd jikkwota, jikkwota verbatim minn dak id-dokument.", "Għalhekk nitlob lis-Sedja biex tapplika r-ruling li tat hi stess.", "L-ISPEAKER: Jien naf x'għedt fir-rulings tiegħi.", "Fil-fatt jien għedt li jekk Onor. Membru jkun qed jikkwota verbatim irid ipoġġi d-dokument li jkun qed jikkwota minnu fuq il-Mejda tal-Kamra, imma jekk hu jkun qiegħed jagħmel biss riferenza għal dak id-dokument, m'għandux għalfejn ipoġġih.", "(Interruzzjonijiet) Ir-ruling huwa ċar.", "Mhux jien niktibhom ir-rulings, Onor. Agius?!", "Hawnhekk il-Ministru Mizzi qiegħed biss jagħmel riferenza u mhux … (Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja u ppermettili ftit!", "Jekk Onor. Membru ma jikkwotax minn dokument verbatim imma jagħmel biss riferenza għal dak id-dokument, m'għandux għalfejn ipoġġi d-dokument li jkun qed jirreferi għalih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "JOE MIZZI: Sur President, jien ma noqgħodx inparla fil-vojt bħalma jagħmlu huma imma naġixxi, u meta għedt li se nara l-affarijiet, rajt l-affarijiet!", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nurik kemm nidħol bis-serjetà fl-affarijiet jien.", "Jekk wieħed jikkalkola l-eco-reduction fis-sena u mhux jibbażaha fuq xahrejn, mill-140,000 konsumatur li qed jieħdu benefiċċju bħalissa, dawn jinżlu għal 114,000.", "Dan qed ngħidu biex nurik kemm is-sistema eżistenti hija ikkomplikata, Onor. Agius!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "Niġbidlek l-attenzjoni wkoll li għad fadallek erba' minuti għad-dispożizzjoni tiegħek.", "JOE MIZZI: Ħalli nurik l-ipokresija tan-naħa l-oħra, Sur President!", "Fl-2010 il-Ministru responsabbli ta' dak iż-żmien kien qal hekk:", "\"Bħala regola ġenerali l-kontijiet tad-dawl u l-ilma joħorġu kull xahrejn, però minħabba t-tranżizzjoni għas-sistema l-ġdida hemm ammont ta' kontijiet b'lura u bħalissa qed isir ix-xogħol meħtieġ biex is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata u kif dan jiġi finalizzat il-kontijiet jerġgħu jibdew jinħarġu kull xahrejn.\".", "Dan ifisser li huma stess ikkonfermaw li s-sistema li daħħlu u li ħallsu l-miljuni għaliha ma ffunzjonatx.", "Huma nefqu dawn il-miljuni mill-Kaxxa ta' Malta, li għadha difettuża sal-lum u issa llum aħna qed nipprovaw nirranġawha!", "Ħalli nkompli ngħid x'qal l-Eks Ministru responsabbli fl-2012:", "\"Ninsab informat li sabiex jiġi regolarizzat il-billing cycle fuq il-perjodu ta' kull xahrejn, uħud mill-konsumaturi qegħdin jirċievu kontijiet għall-perjodu ta' konsum iqsar minn dak ta' xahrejn …\".", "(Interruzzjonijiet) Nesa l-Onor.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li komunikazzjoni li saret bejn iċ-chairman ta' ARMS Ltd u l-Ministeru għall-Finanzi lejn l-aħħar tas-sena 2012 u kmieni fis-sena 2013 turi li l-Gvern preċedenti kien jaf bil-kontijiet pro rata.", "Fil-fatt f'komunikazzjoni permezz ta' email hemm spreadsheet b'estimi maħduma dwar kif dak iż-żmien ARMS Ltd kienet qed taħdem il-kontijiet.", "Allura issa qamu l-Membri tan-naħa l-oħra, Sur President?!", "Tant iħobbuh lill-konsumatur huma li ħallewh ibati!", "Dan biex taraw kemm huma vili u ipokriti!", "Jekk illum qed jgħidu li aħna qed nisirqu lill-konsumatur, allura fl-2012 kienu qed jisirqu lill-konsumatur huma, imma l-fatti mhumiex hekk!", "Issa biex nipprova li dak li qed ngħid huwa l-verità se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra korrispondenza minn Wilfred J. Borg min-naħa ta' ARMS Ltd lil Colin Calleja, li kien il-prinċipal tas-segretarjat tal-Ministeru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien.", "Ħalli npoġġi din il-korrispondenza, Sur President, biex wieħed ikun jista' jara l-ipokresija ta' dawn in-nies!", "Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' email bejn l-ARMS u l-Ministeru għall-Finanzi datata 30 ta' Diċembru 2012 dwar kalkoli fir-rigward ta' konsum ta' elettriku u ilma fil-perjodu bejn l-2010 u l-2012.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nerġa' nenfasizza li aħna qed nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà u nevalwaw kollox, imma l-Membri tan-naħa l-oħra huma verament ipokriti biex mill-2012 'l hawn, huwa issa li qed iħennu għall-konsumatur!", "Ara dak iż-żmien ma kenitx ġietkom ħniena mill-konsumatur għax kellkom l-elezzjoni ġenerali, u kontu tafu li kulma kontu se tagħmlu huwa li tirranġaw l-avviż legali biex tiġu in line kif suppost!", "Għall-kuntrarju aħna qed nevalwaw kollox biex naraw kif nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni, u hekk se nagħmlu.", "Aħna se nkunu ġusti, u se naraw li fejn wieħed ikun irid jagħmel il-parti tiegħu minħabba s-CO emissions, dak irid jagħmel il-parti tiegħu wkoll.", "Fejn hemm lok li wieħed itejjeb is-sitwazzjoni, aħna se naraw li ntejbuha, imbasta nkunu ġusti.", "(Interruzzjonijiet) Mill-2012 intom issa tkellimtu, u allura kif issa qed tgħajru lili għax ħadt xahar biex nagħmel l-affarijiet kif suppost?!", "Jien xahar biss ili nara l-affarijiet, mhux bħalkom, li ħadtu dawn is-snin kollha biex tkellimtu!", "Kemm tifilħu tkunu ipokriti!", "Intom qed tapprofittaw ruħkom!", "L-ISPEAKER: Ministru Mizzi, nitolbok biex tikkonkludi għax skadielek il-ħin.", "JOE MIZZI: Nerġa' ngħid li minn hawn u ftit taż-żmien ieħor se nġibilkom il-provi u l-fatti li juru kemm intom qed tipprovaw tqarrqu!", "Intom tafu li l-affarijiet kienu hekk, imma issa qed tipprovaw iddawruha mod ieħor.", "Jien min-naħa tiegħi qed inħares lejn kull angolu biex naraw x'għandu jiġi diskuss ħalli mmexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma.", "L-ISPEAKER: Division.", "Din il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 skont il-ftehim milħuq.", "Għaldaqstant nitlob lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju, 2018 fid-9.30 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) -Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għassena 2018 – votazzjoni; u", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, meta ma taqbilx mad-drawwiet ħżiena tal-maġġoranza, b'mod speċjali ta' dawk li għandhom il-poter f'idejhom, tiġi meqjus daqslikieku qed tikser il-bonordni, daqslikieku qed tikser ir-rieda qaddisa u daqslikieku qed tagħmel xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Ħafna drabi meta jiġri hekk tħossok qed tgħix fil-Libja, fi żmien meta Muammar Gaddafi kien fl-aqwa tiegħu.", "Jien kont il-Libja fis-snin disgħin, u niftakar li f'kull post pubbliku li kont tmur fih kont tara ritratt ta' Muammar Gaddafi, anke f'ħanut tal-laħam jew fi stationery.", "Forsi f'pajjiżna m'aħniex f'dak l-estrem, però jista' jkun li f'pajjiżna x-xbihat huma aktar sottili, u se nispjega għaliex qiegħed ngħid dan.", "Forsi x-xbihat f'pajjiżna ma jagħtux daqshekk fil-għajn, Sur President, però qegħdin hemm xorta waħda, u qegħdin hemm bis-saħħa.", "Biżżejjed ngħid li jekk titkellem jew tikkritika, allura jqisuk mal-lista tal-midinbin daqslikieku ħadtha kontra l-alla tas-soċjetà, u għalhekk tiġi mwiddeb, anke jekk bil-pulit u b'mod sottili.", "F'Aġġornamenti li għamilt fil-passat tkellimt diversi drabi dwar il-biżgħat li jeżistu fis-soċjetà tagħna, u jien ma nagħtix tort lil dawk in-nies li, meta speċjalment aħna l-Membri tal-Oppożizzjoni, immorru nħabbtulhom il-bieb ma jiftħulniex biex jiltaqgħu u jitkellmu magħna, minħabba li jibżgħu li jarahom xi ħadd mill-ġirien.", "Fil-fatt din hija l-agħar forma ta' biża' li bniedem jista' jgħaddi minnha.", "Għall-kuntrarju, Sur President, anke jekk tfaħħar il-ħażin, inti tiġi mogħti indulġenzi soċjali, u allura biex tieħu minn dawn l-indulġenzi trid jew tagħlaq imqar għajn waħda jew inkella trid tidħol f'xi sit soċjali li jkun magħluq u li biex tidħol fih trid tagħtihom l-ID card number għax dawn ikunu jridu jkunu jafu li inti veru teżisti u qiegħed hemm.", "Sfortunatament f'dawn it-tip ta' gruppi jkun hemm bnedmin, li għandhom ukoll ċerta awtorità f'pajjiżna, li qegħdin hemmhekk biex jaraw diversi kitbiet li ħafna drabi ma jixirqu lil ħadd, aħseb u ara kemm jixirqu lil ħutna Maltin, huma min huma, irrispettivament mill-fehma li għandhom u minn kemm il-fehma tagħhom hija differenti minn tiegħek.", "Jekk, pereżempju, inti sempliċement tpoġġi fuq sit soċjali rapport li tkun ġabet gazzetta fuq diskors partikolari tiegħek, wara biss ħames minuti li jkun deher dan ir-rapport, dawn il-persuni - li jammontaw għal xi għaxra - jinfexxu f'bumbardament ta' tgħajjir għax mingħalihom persuna bħali se taqta' qalbha!", "Jekk dawn il-persuni jagħmlu xogħolhom billi joqogħdu għassa ta' dak li jkun qed jingħad u jattakkaw b'mod speċjali persuni mill-Oppożizzjoni, allura f'dan il-każ id-dnubiet ta' dawn il-persuni jkunu maħfura, jagħmlu x'jagħmlu u jgħidu x'jgħidu!", "Però jekk l-inġustizzji jkunu jdejquk u ma tissaportix tiskot - wara kollox jien, bħala Membru Parlamentari, huwa fid-dmir tiegħi li nitkellem dwar dak li nara - ikollok tbati prezz għoli, anzi nażżarda ngħid prezz bl-użura.", "Jekk twebbes rasek u turi li l-fehmiet tiegħek huma differenti minn dawk tal-alla tas-soċjetà, allura fl-għajnejn tal-qalba inti tkun dnibt u tkun għawwiġt it-tifsira ta' x'inhu qaddis, ta' x'inhi qdusija u ta' x'inhi ubbidjenza għal kollox bil-konsegwenza li f'dan il-pajjiż sirna ma nistgħux nitkellmu, ma nistgħux naqdu dmirna u ma nistgħux naħdmu.", "Pereżempju, l-aħħar esperjenza li kelli minn dawn li qed insemmi kienet il-ġimgħa l-oħra meta waqt li kont qed nitkellem dwar l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar, fost l-oħrajn semmejt li naf b'każijiet ta' persuni li jgħixu u jorqdu f'garaxx ta' karozza waħda.", "Dawn huma stejjer li mhux biss tista' tisma' dwarhom imma tista' tmur tmiss il-ferita ta' dawn in-nies b'idejk stess!", "Pereżempju, illum fi Triq il-Granmastri, Marsaskala jien rajt tliet persuni jgħixu f'garaxx, però s-Segretarju Parlamentari għoġbu jgħid li f'Malta hu jaf biss tlieta min-nies li jorqdu f'garaxx!", "Issa jekk is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes ikompli jinsisti fuq dan il-punt, jiddispjaċini ngħid li allura mhuwiex imiss ir-realtà tas-soċjetà u ma jafx x'qed jiġri fis-soċjetà tagħna.", "Biss biss l-Orizzont tat-Tlieta, 6 ta' Marzu, 2018 … Issa hawnhekk qed nikkwota l-Orizzont, Sur President, u mhux In-Nazzjon jew Il-Mument … Il-ġimgħa l-oħra jien għedt li naf b'ħafna nies li qed jgħixu f'garaxxijiet, u fil-fatt is-siti ta' Newsbook u anke ta' inewsmalta ġabu artiklu dwar dak li għedt jien, u nixtieq nirringrazzjahom minn hawnhekk ta' dan.", "Però l-bumbardament li jkun hemm, li inti qed tigdeb, li qed tesaġera, li qed tallarma lill-poplu u ħafna gideb ieħor bħal dan ma jixraq lil ħadd.", "Nixtieq nasal għall-konklużjoni ta' dan l-Aġġornament billi nsemmi lilek, Sur President, bħala raġel li nafek mill-qrib u allura naf kemm inti tissalvagwardja anke l-interess tagħna d-Deputati hawnhekk.", "Naf kemm tagħmel xogħol għalina, anke jekk sempliċement nitolbok ftit informazzjoni.", "Naf li inti tinsab il-ħin kollu warajna hawnhekk.", "Anke f'dak li għandu x'jaqsam magħna d-Deputati Parlamentari, aħna nneħħulek il-kappell u nirringrazzjawk ta' dak kollu li tagħmel magħna.", "Però llum qed nitolbok protezzjoni sabiex aħna ma niġux intimidati b'dan il-mod billi niġu mgħajra u jingħadu stejjer fuqna li ma ġrawx verament.", "Pereżempju, lili ma nafx x'jgħiduli li għamilt fis-Seminarju.", "Jgħiduli: \"Għax ma tarax x'għamilt fis-Seminarju?!\"", "Mela x'għamilt jien is-Seminarju?!", "Ma nafx, u jekk jaf nitlob lis-sinjur biex jgħidli!", "Dejjem l-istess ħaġa!", "M'għandhomx fuq xiex jgħajruni ħlief fuq din il-ħaġa!", "Nerġa' ngħid li llum jien żort tliet persuni li jgħixu f'garaxx ġo Triq il-Granmastri, Marsascala.", "Allura b'daqshekk jien qed nigdeb?!", "U nkun qed nigdeb meta nikkwota l-Orizzont tas-6 ta' Marzu, 2018 – nerġa' ngħid, m'iniex qed nikkwota in-Nazzjon jew Il-mument imma l-Orizzont - illi fuq il-front page qalet li f'Malta hawn 190 persuna li qed jgħixu fil-garaxxijiet?!", "Allura l-Orizzont qiegħda tigdeb hawnhekk?", "Allura jekk aħna ngħidu l-verità, bilfors irridu niġu mgħajra fuq il-midja soċjali u fit-triq?!", "Għaliex dan?!", "Jien m'iniex se nsemmi lilna d-Deputati Parlamentari biss imma se nsemmi xi ftit każijiet oħra bħal, pereżempju, il-każ tal-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista tal-Gżira Jeremy Cardona, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk.", "Dan il-kunsillier żagħżugħ spiċċa fil-mira ta' sewwieq billi malli beda jaqsam it-triq, għal xi raġuni kien hemm sewwieq li għafas il-gass għal fuqu filwaqt li qallu: \"Għax ma qgħadtx fin-nofs ħalli ntajrek?!\"", "U nfexx jgħajru bi kliem oxxen li mhux ta' min jgħidu f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż!", "Issa, Sur President, jien qed insemmi biss każ wieħed, imma hemm biżibilju ta' każijiet bħal dawn.", "Huwa biżżejjed li tidħol fi gruppi magħluqa tal-midja soċjali biex tara x'jgħidu fuqna l-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Huwa inkredibbli meta tara ċerti ismijiet!", "Jien għandi dawn l-iscreenshots.", "Fil-pubbliku u fuq it-televiżjoni d-dehra hija xort'oħra.", "Jien lanqas ridt nemmen xi bdejt nara u minn min, imma donnu fis-soċjetà tagħna dan hu permess li jsir.", "Kollox huwa miexi sew u kollox huwa miexi fuq ir-rubini!", "L-aqwa li għandna tliet persuni biss jgħixu fil-garaxxijiet f'pajjiżna!", "Kieku kont responsabbli jien minn dan il-qasam kont immur għand dawn it-tliet persuni u nara kif se nirranġalhom biex ma jibqgħux jgħixu f'garaxx, għax bħalma jien ma ngħixx f'garaxx, lanqas irrid li jgħix f'garaxx ħaddieħor!", "Imma fis-soċjetà tagħna ma tistax tgħid dak li hu ħażin.", "Donnu li tgħajjar lill-Membri tal-Oppożizzjoni huwa meqjus fl-ogħla ġieħ!", "Donnu jixraqlek li tingħata Ġieħ ir-Repubblika jekk inti tgħajjar lil nies min-naħa tal-Oppożizzjoni għax xi wħud li jgħajru kemm jifilħu ma damux ma ngħataw rigal fis-soċjetà tagħna!", "Din hija sistema li nħolqot bl-iskop li tkisser l-effett tal-paċi!", "Sur President, dan huwa tip ta' mard, u dan juri li l-prinċipji Maltin u l-valuri f'pajjiżna tmermru.", "Morru araw x'qed jinkiteb fuq il-midja soċjali dwar l-Arċisqof ta' Malta!", "Sempliċement għax il-Papa ordnalu jmur iċ-Ċili fuq xogħol, ikun hemm min jgħidlu: Għax ma taqtax one-way ticket?!", "Jew inkella, ħafna agħar minn hekk, hemm min qiegħed jittama u jitlob lil Alla biex din id-darba minflok ma jkollu attakk tal-ġebla, ikollu forma ta' attakk ieħor.", "Tal-mistħija, Sur President!", "Tassew tal-mistħija!", "Inkitbu wkoll affarijiet li huma ħafna agħar minn hekk fuq l-Arċisqof, imma mhuwiex xieraq li ngħid dak li qrajt.", "Meta ċertu wieħed Silvio Farrugia esprima opinjoni politika - u dawn qed insemmihom b'isimhom għax rajthom fuq Facebook - xi ħadd bl-isem ta' Alexander Vella minn Ħal Luqa qallu hekk fuq Messenger: Nafu kollox fuqek; insibuk!", "Dan, Sur President, qed jiġri f'Malta tagħna, li llum niftaħru li hija \"Malta Tagħna Lkoll\", li dan huwa \"L-Aqwa Żmien\" u li \"Tista' ma tkunx taqbel magħna, imma tista' taħdem magħna\"!", "Irrid ngħid li fuq Facebook rajt ukoll nota fuq kif se ntajru lill-Prim Ministru 'l hemm, li wkoll mhuwiex sew, hekk kif hemm ukoll noti oħra fuq l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti David Casa, Francis Zammit Dimech u Roberta Metsola, li nixtieq insellmilhom minn hawnhekk.", "Morru araw x'hemm dwarhom!", "Sur President, jien għaddejt ukoll minn esperjenza oħra li mhi xejn sabiħa fejn fl-inbox, li ma jaraha ħadd, irċevejt filmat tal-Prim Ministru jitkellem fuq is-CNN dwar Daphne Caruana Galizia, u ma' dan il-filmat kien hemm ukoll xi kliem.", "Jien, bi żvista, minflok ma bgħattu lil min ridt nibagħtu - ħalli nuża ismek, Sur President! - jiġifieri minflok ma, pereżempju, bgħatt dan il-filmat lilek, Onor. Farrugia, bgħatt dan il-filmat lil Angie Farrugia, u mid-dehra din Angie Farrugia ħadet għaliha.", "Jien ma nagħtihiex tort jekk ħadet għaliha, però din minflok ma ċemplet jew kitbet lili, xerrditha mal-erbat irjieħ tad-dinja għax bħalma jaf kulħadd, illum Facebook jarah kulħadd!", "Però l-viltà hija din, li ġabu li jien qiegħed ngħajjar lill-mamà tal-Prim Ministru.", "Allaħares qatt!", "Għax ma' dan il-filmat kien hemm kliem dispreġjattiv li ma jixraq lil ħadd, la lill-mamà tal-Prim Ministru u lanqas lill-Prim Ministru nnifsu.", "Lil ħadd ma jixraq dak il-kliem u jien m'iniex dak it-tip!", "Imbagħad, Sur President, li l-istazzjon nazzjonali, li huwa mħallas mit-taxxi tiegħi, mit-taxxi tiegħek u mit-taxxi ta' kulħadd, iġib storja news item fuq dan il-filmat tiegħi hija xi ħaġa tal-mistħija!", "Forsi għaliex jien Deputat Nazzjonalista?!", "Dan biex taraw f'liema mumenti tal-biża' u tal-mistħija qegħdin ngħixu!", "Daqskemm hawn fuq xiex tgħid!", "Issa jien ma bgħattx dak il-filmat barra tafux, u rrid ngħid ukoll li dan il-filmat tgħidx kemm kien ilu jiġri, imma għax bgħattu jien l-istazzjon nazzjonali għamel storja sħiħa fuqi, u din hija xi ħaġa tal-mistħija!", "Sur President, dawn li qed insemmi huma sitwazzjonijiet li lilna qed ikomplu jifirduna u jxekkluna għax dawk iż-żgħażagħ li huma mħajra li joħorġu bħala kandidati għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali … Jekk Alla jrid l-elezzjoni tal-kunsilli lokali se ssir is-sena d-dieħla, u jien naf kemm iż-żewġ partiti politiċi l-kbar qed jagħmlu ħilithom biex dejjem iġibu uċuħ ġodda u jġibu demm ġdid, u sewwa jagħmlu.", "Imma meta llum iż-żgħażagħ qed jaraw iseħħu f'pajjiżna sitwazzjonijiet bħal dawn, qed jaqtgħu qalbhom.", "Meta jaraw sitwazzjonijiet bħal ta' Jeremy Cardona, li kien sejjer id-dar wara ġurnata xogħol, fejn imbagħad żgur li wara - għax jien lil Jeremy nafu - kien se jagħmel xi xogħol volontarju għal-lokalità tal-Gżira u għall-ġid ta' Malta, u minkejja dan kollu kien hemm min riedu fin-nofs biex ikun jista' jtajru bil-karozza, bilfors jaqtgħu qalbhom.", "Araw fiex ġejna!", "Sur President, jekk issib ruħek f'dawn is-sitwazzjonijiet, għidli int jekk dawn jirnexxilhomx imermrulek il-mudullun ta' moħħok!", "Din hija l-kultura tal-mewt!", "Jien ċert, Sur President, li inti għaddejt minn mumenti bħal dawn ukoll, u trid tgħaddi minnha din il-ħaġa biex tkun tista' tirrealizza kemm din hija kultura ta' ħdura u ta' mibegħda.", "Jieħdu għalihom meta tgħidilhom li erġajna lura għas-snin tmenin!", "Jieħdu għalihom meta tgħidilhom li erġajna lura għaż-żminijiet tad-dlam!", "Jieħdu għalihom meta tgħidilhom li qegħdin ngħixu żmien iebes - mela qed ngħixu f'\"L-Aqwa Żmien\"?! - minħabba li kliemhom u l-imġiba tagħhom mhuma qed iwasslu għall-ebda ħjiel ta' barka u progress.", "Hemm ħafna preġudizzji, u anke meta jiktbu stejjer li mhumiex veri fuq il-midja soċjali, kliemhom ikun vili u mimli qerq fejn ipinġuk u jqisuk bħala bniedem impestat u jassassinawlek il-karattru.", "M'hemm l-ebda rispett lejna l-politiċi.", "Tkun għaddej mit-triq għall-affari tiegħek, Sur President, u tisma' ħamsa min-nies jinsulentawk u jumiljawk waqt li jkunu għaddejjin minn ħdejk bil-karozza!", "Taħseb li huma sew dawn l-affarijiet, Sur President?!", "Għalhekk qed nitolbok biex inti tipproteġina bil-poteri tiegħek.", "Imbagħad jispiċċaw billi jgħajtu \"Viva l-Labour, Viva l-Labour!\"", "Kien hemm mumenti fejn jien saħansitra komplejt ngħajjat magħhom, imma jien nistaqsi: Huwa normali li ma tistax tgħaddi minn triq?!", "Possibbli li d-distakk ta' aktar minn 40,000 vot - u lbieraħ qalulna li issa hemm distakk ta' 82,000 vot - iġib daqstant ewforja fil-bniedem?!", "Allura dawk li ma vvotawx lill-Onor.", "Joseph Muscat jew lil \"jm10\", eċċetra, ma jistgħux jibqgħu jgħixu f'din il-gżira tal-isponoż?!", "F'kelma waħda dawn il-messaġġi li qed jintbagħtu fuq il-midja soċjali u fid-djar tan-nies … Għax jien naf kemm inħabbat bibien u mbagħad l-għada jċempluli biex jgħiduli li ma fetħulix minħabba li jibżgħu, imma huma xtaqu jkellmuni xorta waħda!", "Anke meta tgħidilhom biex, pereżempju, niltaqgħu fil-pjazza biex nieħdu kafè, jgħidulek li qed jibżgħu jidhru miegħek!", "Għaliex qed jiġri dan kollu f'pajjiżna?!", "Dawn wegħduna li mhux se jkun hawn biża' fil-pajjiż u li se nkunu lkoll aħwa!", "Dawn mhuma xejn għajr messaġġi li min hu l-aqwa jħawwel, u allura inti jkollok iddaħħal denbek taħt il-blata u tgħoddha b'waħda!", "Nerġa' ngħid: Addio l-kliem \"Malta Tagħna Lkoll\"!", "Jien ingiddibhom fuq dan il-kliem għax ma nemmnux!", "Malta mhijiex tagħna lkoll, speċjalment meta tara dawk l-iscreenshots ta' bnedmin li huma awtorità f'pajjiżna u li llum il-ġurnata jien tlift il-fiduċja kollha tiegħi fihom!", "Għalhekk jistgħu jgħidulna li \"tista' ma taqbilx magħna, imma tista' taħdem magħna\" kemm iridu għax din hija gidba u mhi vera xejn!", "Dan żgur li mhuwiex l-aqwa żmien lanqas għal min ismu jissemma kontinwament f'kampanja ta' mibegħda fuq dawn il-gruppi magħluqa li hemm fis-siti soċjali!", "Sur President, anke jekk il-kummenti li tagħmel ikunu validi, dawn idardru lill-maġġoranza patrijarkali.", "Sfortunatament il-ġemgħa għandha l-ħila li bi vjolenza kbira twikkik bid-dnubiet tagħha stess, bit-tgħajjir, billi ssikktek, billi tassassinalek il-karattru tiegħek, billi tivvinta xi storja fuqek jew inkella billi toħloq xi fake profile tiegħek u allura tibgħat ċerti messaġġi ħżiena f'ismek.", "Din hi s-soċjetà li qed ngħixu fiha li billi tgħajrek, issikktek jew tiddemoralizzak mingħaliha li tkun qed tbiegħed il-ħażen u taħbi l-affarijiet tagħha!", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi nitlob għal darb'oħra l-protezzjoni tiegħek.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi b'saying li qrajt fi ktieb din il-ġimgħa.", "Sfortunatament ġieli meta tkun qed taqdi dmirek hawnhekk jew tattendi għal xi kumitat, issib lil xi ħadd li jgħajrek u jżebilħek kontinwament billi jgħidlek li inti bħall-oħrajn, li int m'int xejn aħjar mill-oħrajn, li inti bħalhom, li int korrott u jgħidlek ħafna aġġettivi oħra bħal dawn.", "M'għandniex xi ngħidu li dawn huma mumenti turbulenti, u ħafna drabi - m'iniex se ngħid li ma torqodx għax fl-aħħar mill-aħħar inti ma tkun għamilt xejn ħażin - titnikket ħafna meta tara li hemm uħud minn ħutek Maltin li huma kontra tiegħek.", "Kif għadni kemm għedt ftit ilu, matul dawn l-aħħar jiem qrajt saying li laqtitni ħafna, li tgħid hekk:", "\"Fl-aktar lejl mudlam, iqumu l-aqwa profeti u qaddisin.\".", "Din qalitha soru Benedittina, li qrajt il-ktieb tagħha proprju l-ġimgħa l-oħra u li ħassejt li għandi nsemmiha proprju f'dan id-diskors għax xi kultant ikun hemm mumenti fejn verament tħossok fid-dlam.", "Fl-aħħar nett, Sur President, nerġa' nitolbok biex tiddefendina.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja se twieġbek b'mod immedjat fuq dak li tlabt inti, Onor. Bartolo.", "Bla dubju ta' xejn u kif taf inti, is-Sedja tagħtik il-protezzjoni tagħha f'dak li għandu x'jaqsam ma' dak li jsir fil-Kamra, jiġifieri f'dak li għandu x'jaqsam ma' dak li tkun għedt fil-Kamra jew ma' xi dokument li jkun jifforma parti mill-proċedura ta' din il-Kamra fejn jew tiġi kkwotat ħażin jew inkella tiġi kkwotat differenti biex issir ħsara lill-karattru tiegħek.", "Hekk kif inti tiġi hawnhekk u titlob protezzjoni lis-Sedja, is-Sedja se tagħtihielek jekk kemm-il darba jkun hemm ksur tar-regolamenti tal-Kamra jew ta' Kap. 113 tal-Liġijiet ta' Malta, fejn allura hemmhekk inti tista' titlob ukoll Ksur ta' Privileġġ.", "Jien nista' ngħidlek li f'kull okkażjoni li nqalgħet, is-Sedja dejjem tat il-protezzjoni tagħha.", "Jekk imbagħad ikun hemm xi attakki minn xi hate group, kif qed isemmi l-Onor.", "Bartolo - dawn huma s-saħta tas-social media, li rrid ngħid illi ma nħolqux illum, u fil-fatt jien ukoll kelli ħafna daqqiet f'dan is-sens - Membru Parlamentari għandu l-protezzjoni tal-liġijiet tal-pajjiż fis-sens li jekk persuna tkun qiegħda tattakka Membru Parlamentari bħala persuna – jiġifieri mhux, fuq dak li jkun intqal hawnhekk - billi tagħmillu allegazzjoni jew forma ta' theddid, allura huwa għandu l-protezzjoni tal-liġijiet tal-pajjiż.", "Għalhekk, kif ġieli ġara f'okkażjonijiet oħra, f'dan il-każ l-Onor.", "Membru għandu jagħmel id-denunzja tiegħu lill-awtoritajiet fil-konfront ta' dik il-persuna li tkun qed tattakkah b'mod ħażin jew li tkun qed tagħmillu l-ħsara permezz tas-social media u mbagħad jittieħdu l-passi fil-Qorti.", "Ovvjament, jekk dan ikun każ aggravat, ikun hemm anke multi u piena ta' ħabs.", "Madankollu s-Sedja tista' sserraħ moħħ l-Onor.", "Bartolo li jekk xi ħadd jagħmel rapport żleali fuq dak li jkun sar fil-Kamra jew fi kwalunkwe kumitat parlamentari, l-Onor.", "Membru involut ikollu l-protezzjoni tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, 5 ta' Ġunju 2018, fid-9.30 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Joe Mizzi.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: L-entitajiet u d-dipartimenti li llum jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ilhom jagħmlu użu mis-social media fil-ħidma tagħhom sa minn qabel l-2013.", "It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Adrian Delia m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Edwin Vassallo, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Edwin Vassallo m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Clayton Bartolo, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Clayton Bartolo m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Byron Camilleri, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Byron Camilleri m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor.", "Silvio Grixti, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma' entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku?", "Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b'artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma' kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b'xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma' kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta' Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri JobsPlus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f'entitajiet fuq imsemmija u b'liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni;", "b. X'kuntratt ta' impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x'inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u", "c. X'inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Silvio Grixti m'għandu ebda tip ta' kuntratt ta' impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "SAN ĠILJAN: ART TAL-ITS - ART LILL-KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku datat l-1 ta' Frar 2017, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess att u li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru responsabbli mit-turiżmu.", "(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1897 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 133 tat-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018)", "SAN ĠILJAN – ART TAL-ITS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-valutazzjoni, l-RFP submission u l-project evaluation dwar l-art tal-ITS f'San Ġiljan li tlestew fis-26 ta' Jannar 2017 mid-ditta li isimha qiegħed jingħata separatament?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokument hu kummerċjalment sensittiv u li l-Gvern diġà ta preżentazzjoni mill-aktar dettaljata dwar din il-valutazzjoni.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ TAL-ĦADDIEMA FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5607, tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet fil-passat, ċjoè minn Marzu 2013 'l hawn, dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru u r-rakkomandazzjonjiet li ħarġu minnhom?", "Interpellant li ċerti miżuri twettqu filwaqt li oħrajn ser jitwettqu fil-ġimgħat li ġejjin.", "ENTITAJIET PUBBLIĊI – PENALI AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost, inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ENTITAJIET PUBBLIĊI – PENALI AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta' penali amministrattiva (administrative fine)?", "Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista' jiġi impost, inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi?", "Jista' jgħid a tenur ta' liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Mediku għandu l-jedd li jimponi penali amministrattiva bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-Avviż Legali 38 ta' 2009, Regolamenti tal-2009 dwar Penali imposti mill-istess Kunsill Mediku.", "It-tieni artiklu tal-imsemmi Avviż Legali jistipula li f'dawk il-każijiet li l-Kunsill Mediku jkun sodisfatt li akkuża li tinġieb kontra professjonist tkun ġiet ippruvata, dan il-Kunsill jista' jimponi penali ta' mhux iżjed minn għoxrin elf ewro.", "Artiklu 3 ikompli jispeċifika li \"jekk professjonist jonqos milli jħallas dik il-penali li tiġi imposta fuqu fi żmien tliet xhur mid-data meta tiġi imposta dik il-penali, għaldaqstant il-Kunsill Mediku għandu jordna li isem il-professjonist jiġi kanċellat mir-reġistru adatt mingħajr il-ħtieġa ta' ebda avviż ieħor.\".", "Is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika huwa l-Awtorità dwar il-Liċenzjar għall-għanijiet tal-Att dwar il-Medicini, Kap 458, u għalhekk ukoll għandu l-jedd li jimponi penali amministrativa bis-saħħa ta' Artiklu 100 tal-Att hekk imsemmi meta persuna tkun ikkommettiet reat kontra dan l-Att jew xi regolamenti jew regoli magħmulin taħtu.", "Artiklu 100 (3) jesiġi li \"Il-Ministru għandu jippreskrivi l-penalitajiet li jistgħu jintalbu mill-Awtorità dwar il-Liċenzjar dwar xi reat speċifikat: Iżda penali bħal dik ma għandhiex tkun teċċedi ammont ta' tlieta u għoxrin elf u mitejn u tlieta u disgħin ewro u tlieta u sebgħin ċenteżmu (€23,293.73).\"", "Meta tinkiser id-dispożizzjoni tal-artiklu hekk imsemmi, jidħol fis-seħħ artiklu 100 (5) li jispeċifka li \"Meta l-persuna li jingħatalha l-avviż taħt is-subartikolu ma tħallasx il-penali fi żmien il-perjodu ta' wieħed u għoxrin ġurnata msemmi fis-subartikolu (3) u ma osservatx, fiż-żmien speċifikat, il-ħtiġiet ta' dan l-Att, jistgħu jittieħdu proċedimenti ordinarji kontriha skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, ta' dan l-Att u ta' kull liġi oħra li tkun tapplika dwar ir-reat.\"", "Ninfurmah ukoll li skont l-Avviż Legali 32 tal-2015, Regolamenti tal-2015 dwar l-Awtorità għall-Protezzjoni ta' Embrijuni (KAP.", "524) artiklu 18(9) \"Multa amministrattiva imposta ma għandhiex, sakemm ma jkunx xort'oħra provdut minn jew taħt l-Att, teċċedi t-tliet mija u disgħa u erbgħin elf u erba' mitt ewro (€349,400) għal kull ksur jew nuqqas ta' konformità u, jew ħdax-il-elf u sitt mitt ewro (€11,600) għal kull jum ta' ksur jew nuqqas ta' konformità skont il-każ li jkun.", "Iżda jekk l-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu ksur huma mwettqa minn impriża u l-Awtorità tqis li l-att jew ommissjoni għandhom effetti partikolarment sinifikanti għad-detriment tal-klijenti u, jew pazjenti, l-ammont iddikjarat li jista' jiġi impost bħala multa amministrattiva jista' jiżdied għal ammont li ma jkunx aktar minn ħamsa fil-mija tal-fatturat tal-impriża fis-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-ksur ikun sehh.", "Kull multa imposta kuljum tista' tkun retroattiva għad-data tal-att jew ommissjoni jew tal-bidu tal-ksur.\".", "AWTORITÀ TAD-DJAR – BINI TA' UNITS TAL-HOUSING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5755 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing f'Għawdex fl-erba' snin li ġejjin min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex u f'liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units?", "Tista' tgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?", "Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħejja pjanijiet għal bini ta' blokk flats f'Taċ-Ċawla, ir-Rabat Għawdex u ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "In-numru ta' tracking tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa 206136.", "GĦAWDEX: TRIQ IL-QASAM SAN ĠORĠ – KISI BIT-TARMAK", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3006 peress li għad ma sar ebda xogħol biex isir network ta' distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala new water fit-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b'kisja waħda u hemm ammont ta' tappieri perikolużi li huma 'l fuq mil-livell tat-triq?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għad għandha ppjanat li jsir network ta' distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala new water fit-triq imsemmija.", "Il-Korporazzjoni għadha kif issottomettiet l-applikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea u għandha l-preparamenti għat-tender fi stadju avvanzat ħalli hekk kif jiġu disponibbli l-fondi neċessarji tkun tista' timxi minnufih.", "Biex ittaffi din is-sitwazzjoni, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed taħdem biex tmewwet kemm jista' jkun l-inkonvenjent madwar it-tappieri.", "GĦAWDEX – KORSIJIET IPPJANATI MILL-IPS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'korsijiet hemm ippjanati li jsiru mill-Institute of Public Service (IPS) ġewwa Għawdex minn issa sal-aħħar tas-sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ġejt infurmat li l-korsijiet li hemm ippjanati li jsiru mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi f'Għawdex mid-data ta' din it-tweġiba sal-aħħar tas-sena huma dawk kif murija fil-lista hawn taħt:", "Il-korsijiet jiġu organizzati skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku u l-prospectus tal-istess Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isir park naturali f'Wied Dalam?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm pjanijiet biex f'Wied Dalam isir park naturali.", "BIRŻEBBUĠA – PJAN TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Birżebbuġa?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tiegħi għaddej bi pjanijiet sabiex żona fil-limiti ta' Birżebbuġa tinbidel f'żona ta' afforestazzjoni.", "ĦAL KIRKOP – PJAN TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Ħal Kirkop?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju l-Gvern m'għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.", "ĦAL SAFI – PJAN TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Ħal Safi?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju l-Gvern m'għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.", "IŻ-ŻURRIEQ – PJAN TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità taż-Żurrieq?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju l-Gvern m'għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.", "IL-QRENDI – PJAN TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità tal-Qrendi?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm f'dan l-istadju l-Gvern m'għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija, riċentament sar xogħol ta' tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ u tindif ta' żona ġewwa l-Qrendi, bħala assistenza lill-Kunsill Lokali, fejn fiha tħawlu madwar 120 siġra indiġena bħala parti minn pjan ta' afforestazzjoni li jsir mid-Direttorat tal-PARKS u Inizjattivi.", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' MALTA –", "ŻWIĠIJIET MINN KOPPJI BARRANIN", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta bejn l-2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta' nazzjonalità Maltija?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab hawn anness:", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX – ŻWIĠIJIET MINN KOPPJI BARRANIN", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex bejn is-sena 2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta' nazzjonalità Maltija?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab hawn anness:", "TQASSIM TA' KURUNI MBIERKA MILL-PAPA FRANĠISKU LILL-ANZJANI – SEJĦA GĦAL OFFERTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5848, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-akkwist ta' 3,100 kuruna mbierka mill-Papa Franġisku?", "Jista' jgħid kemm offerti ġew ippreżentati u minn min?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti u tar-rapport dwar l-aġġudikazzjoni tal-istess sejħa?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, minħabba l-karatteristika u l-partikolarità tal-prodott, ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti.", "IL-PORT IL-KBIR – DĦUL TA' BASTIMENTI AMERIKANI U RUSSI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm daħlu bastimenti Amerikani u bastimenti Russi fil-Port il-Kbir?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2013 u d-29 ta' Mejju 2018 f'Malta daħlu bastimenti Navali Amerikani u Russi fil-Port il-Kbir kif indikat f'din it tabella hawn taħt:", "XOGĦLIJIET TA' TWAQQIGĦ/SKAVAR F'SITI F'ŻONI TURISTIĊI – EŻENZJONI MIR-REGOLAMENT TAL-2007 DWAR L-IMMANIĠĠAR AMBJENTALI TAS-SITI TAL-KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom jinsabu pendenti?", "Jista' jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa ntalbu żewg eżenzjonijiet li għadhom qegħdin jiġu evalwati, waħda fi Triq ix-Xatt f'tas-Sliema u l-oħra fi Triq San Ġorg f'San Ġiljan.", "UFFIĊĊJU DWAR IR-REGOLAMENT TAL-BINI - ILMENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2011 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm irċieva lmenti l-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office)?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'azzjoni ttieħdet dwarhom mill-Uffiċċju dwar ir-Regolamenti tal-Bini?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ilmenti kienu jvarjaw minn titjir ta' trab, nuqqas ta' protezzjoni ta' netting, ħsejjes eċċessivi u xogħol barra l-ħin permess.", "Kull ilment ġie trattat separatament u l-azzjoni li ttieħdet kienet skond il-mertu tiegħu.", "Infurmat li għas-snin 2011 – 2012 dan it-tagħrif ma kienx inżamm.", "Fl-2013 kien ikun hemm medja ta' tliet rapporti kuljum.", "Fl-2014 dawn telgħu għall-medja ta' ħamsa kuljum, fl-2015 dawn żdiedu għall-medja ta' sebgħa kuljum, fl-2016 dawn telgħu għal medja ta' tmienja kuljum, fl-2017 telgħu għal medja ta' disgħa kuljum u baqgħu fl-istess livell fl-2018.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - ŻJARAT BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għaż-żjarat li l-Ministru għamel barra minn Malta skont l-iskeda li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament, jista' l-Ministru jgħid:", "a. x'kienet ir-raġuni taż-żjara li huwa għamel;", "b. ma' min iltaqa' waqt din iż-żjara;", "c. jekk il-Ministru kienx akkumpanjat minn uffiċjali tal-Gvern u/jew tal-Ministeru tiegħu u/jew entitajiet tal-Gvern għal din iż-żjara; u", "d. min ħallas għaż-żjara?", "Jista' jippreżenta l-irċevuti tal-ispejjeż tal-lukanda li qagħad fiha f'kull każ?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi fuq impenji ministerjali, kif indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5248, tħallsu kollha mill-Ministeru, skont l-istess proċeduri li jintużaw f'dan ir-rigward.", "Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li dawn iż-żjarat servew għal laqgħat skedati bilaterali u/jew ma' intraprendituri barranin li juru interess li jinvestu f'pajjiżna u allura biex jinġieb aktar investiment lejn xtutna.", "L-Onor.", "Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li t-tkabbir bla preċedent fl-ekonomija nazzjonali u fl-għadd ta' investimenti barranin ma jseħħux b'kumbinazzjoni jew b'xi simpatiji partikolari u din il-ħidma kienet tirrikjedi numru ta' żjarat barra minn xtutna għal raġunijiet varji.", "Għax fuq kollox kien u jibqa' d-dmir tiegħi, fost oħrajn, li nattira aktar investimenti lejn pajjiżna, bid-differenza tal-istess Onor. Interpellant li ż-żjarat tiegħu barra minn Malta jużahom partikolarment biex jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "Fl-aħħar irrid inżid li għal għadd ta' drabi, matul amministrazzjonijiet preċedenti tal-Partit Nazzjonalista, din il-Kamra mhux biss kienet imċaħħda minn tagħrif ta' tali laqgħat simili, iżda lanqas kienu jingħataw l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta' Ministri u Prim Ministri.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hux minnu li d-Dar tal-Anzjoni ta' Sa Maison Home se tagħlaq?", "Jekk fl-affermattiv, billi hemm numru ta' pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli traferiti f'din il-home, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid fejn se jmorru jekk tagħlaq din il-home?", "Kemm hemm pazjenti trasferiti mill-Isptar Monte Carmeli għal San Miason?", "Jekk dawn il-pazjenti jiġu trasferiti f'post ieħor min se jħallas u kemm se jitħallas għal kull pazjent?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dar tal-Anzjani ta' Sa Maison ser tingħalaq minħabba xi xogħol ta' rinovar f'din l-istess dar, filwaqt li ser ikunu qed jinfetħu żewġt idjar oħra li permezz tagħhom ser jospitaw 40 pazjent li kienu ġew trasferiti mill-Isptar Monte Carmeli fis-sena 2003 taħt l-iskema Extended Care System.", "Trattativi mad-diriġenti ta' Sa Maison għadhom għaddejin.", "Hemm ukoll 18 pazjenti oħra li ġew trasferiti f'Sa Maison matul Novembru tal-2017 peress li kienu qed isiru xi xogħlijiet strutturali fl-Isptar Monte Carmeli.", "Dawn il-pazjenti ser jiġu trasferiti f'dar oħra tal-anzjani liema negozjati għadhom ukoll għaddejjin.", "KORP TAL-EMERĠENZA: KUMPANIJI PARASTATALI – ĦLAS DOVUT LIL SULDATI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk persuni li kienu f'Korp tal-Emerġenza jew impjegati mal-kumpaniji parastatali fejn kienu jaħdmu bħala suldati u ħafna minnhom bħala tradesmen u li kienu impjegati bejn is-snin 1972 u l-1997 hux se jieħdu flus dovuti lilhom kif qed jieħdu ħaddiema oħrajn?", "Billi dawn wettqu xogħol importanti u taw servizz utli lil pajjiż, jaħsibx li dawn ukoll għandhom jibbenefikaw minn flus (somma) li l-Gvern qed jagħti lill-ħaddiema oħra?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PROĠETT TA' TAGĦLIM TAL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA – LAQGĦAT TA' KONSULENZA MA' STAKEHOLDERS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta' konsultazzjoni żamm ma' stakeholders u ma' konsulenti qabel ma' vara l-proġett ta' tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija parallela mat-tagħlim tal-Malti bħala l-lingwa nazzjonali?", "Jekk inżammet konsultazzjoni, jista' jgħid ma' min iltaqa' kemm bħala stakeholders kif ukoll bħala konsulenti?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-programm tal-Malti bħala lingwa barranija tfassal waqt il-proċess tal-formulazzjoni tal-Learning Outcomes Framework.", "Dan il-proċess kien jinkludi proċess twil ta' konsultazzjoni onlajn permezz tas-sit elettroniku http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt.", "Permezz ta' dan is-sit, kulħadd kellu l-opportunità jagħti l-feedback tiegħu dwar il-programm.", "Saret ukoll konsultazzjoni wiesgħa u estensiva dwar dan il-qasam fit-tfassil tal-Profil ta' Politika Lingwisitka għall-Edukazzjoni li saret bl-għajnuna u l-kontribut tal-Kunsill tal-Ewropa: https://www.coe.int/t/dg4/linguistic/Source/Profile-Malta_final2015_EN.pdf", "QASAM TAL-LINGWA TAL-MALTI – LAQGĦAT MA' STAKEHOLDERS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jiltaqa' ma' stakeholders fil-qasam tal-Lingwa tal-Malti u jżomm diskussjonijiet magħhom dwar it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija parallela mat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa nazzjonali?", "EVARIST BARTOLO: Iva, dawn diġà bdew isiru u hemm il-ħsieb li jsiru iktar laqgħat ta' dan it-tip.", "TAGĦLIM TAL-LINGWA MALTIJA BĦALA LINGWA BARRANIJA - KWALIFIKI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-istudenti li se jkunu qegħdin jikkwalifikaw sabiex jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija, u jindika jekk dawn jinkludix persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza Maltija?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru digà spjega l-kunċett u d-dettalji relatati f'PR180654, PR180672 u PR180684 u se jkun qed jiffinalizza t-termini ta' kwalifiki waqt laqgħat tekniċi mal-istakeholders.", "TAGĦLIM TAL-LINGWA MALTIJA BĦALA LINGWA BARRANIJA – ULIED B'ĠENITUR BARRANI U IEĦOR MALTI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk tfal ta' ġenituri fejn ġenitur ikun barrani u l-ieħor Malti, humiex se jitqiesu biex jikkwalifikaw għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija minflok bħala l-lingwa nazzjonali?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5970 li l-Ministeru se jkun qed jiffinalizza t-termini ta' kwalifiki waqt laqgħat tekniċi mal-istakeholders.", "TAGĦLIM TAL-LINGWA MALTIJA BĦALA LINGWA BARRANIJA - TFAL LI ILHOM FIS-SISTEMA EDUKATTIVA TA' MALTA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk tfal imwielda f'Malta lill-ġenituri barranin iżda li ilhom fis-sistema edukattiva ta' Malta humiex se jitqiesu li jikkwalifikaw għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija jew humiex se jitqiesu bħala li għandhom jitħallew isegwu s-sillabu tal-Malti fil-Livell Ordinarju tal-Matsec?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5970 li t-termini ta' kwalifiki qed jiġu ffinalizzati waqt laqgħat tekniċi mal-istakeholders.", "TAGĦLIM TAL-LINGWA MALTIJA BĦALA LINGWA BARRANIJA - ETÀ", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema età se jibda jiġi offrut it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija?", "Kemm se jkun hemm lezzjonijiet f'ġimgħa għal dan it-tagħlim?", "X'taħriġ ingħata jew se jingħataw l-għalliema ta' dan is-suġġett u x'riżorsi se jingħataw?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant sabiex tirreferi għad-dettalji kollha tal-livelli kollha tal-progamm fuq is-sit elettroniku http://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt/mt/", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5855 fejn ġie kkonfermat li Transport Malta ma approvat l-ebda bollards fi Triq San Trofimu, Tas-Sliema, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se ssir investigazzjoni fuq il-bollards preżenti fi Triq San Trofimu mingħajr permess?", "Jista' jgħid jekk dawn jissodisfawx il-kriterji ta' Transport Malta speċjalment fid-dawl li persuni bil-wheelchair mhux possibbli li jgħaddu minħabba tali bollards?", "Jista' jgħid jekk hux se tittieħed azzjoni sabiex dawn il-bollards jitneħħew?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li eżatt kif Transport Malta ivverifikat li dawn il-bollards kienu mingħajr permess, skattat investigazzjoni sabiex jitneħħa minnufih dak li huwa illegali.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex isiru railings għal aċċess aħjar għall-bajja ta' St Peter's Pool f'Delimara?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġejt infurmat mill-FTZD li għaddejjin taħditiet ma' Transport Malta sabiex jitjieb l-aċċess għall-bajja min-naħa tal-baħar.", "Ġie ordnat ukoll poġġaman sabiex jitwaħħal mat-taraġ eżistenti u b'hekk jitjieb l-aċċess mit-triq għall-bajja.", "Dan kollu qed isir fid-dawl li l-ínterventi jkunu idoneji mal-post minħabba s-sensittività tal-ambjent tal-madwar.", "GĦALLIEMA TAR-RELIĠJON", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' għalliema ġodda tar-Reliġjon fis-sena skolastika li jmiss?", "Kemm applikaw għalliema tar-Reliġjon u kemm biħsiebu jdaħħal il-Gvern?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat għar-Riżorsi Edukattivi bħalissa qiegħed fil-proċess li jiddetermina l-bżonnijiet tal-iskejjel tal-Istat għas-sena skolastika 2018/19.", "Waqt dan il-proċess jiġu wkoll ikkunsidrati t-talbiet tal-edukaturi għal ċaqliq minn skola għal oħra.", "Għal dawk li huma għalliema, dan il-proċess jingħalaq fl-aħħar ta' Ġunju 2018.", "Ikun f'dan l-istadju li nkunu nafu eżattament kemm għandna bżonn nimpjegaw għalliema għal kull suġġett.", "Din is-sena applikaw disa' persuni bħala għalliema tar-Reliġjon.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jippubblika l-istudju ta' Transport Malta (TM) dwar il-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jippubblika l-istudji (u t-TIS) fuq it-traffiku fl-inħawi tal-madwar il-bypass li qed tiġi proposta u li jinkludu, fost postijiet oħra, Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara?", "Meta saru dawn l-istudji?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jirreferi għas-Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan tal-Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Fil-fatt, permezz tas-Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok bypass sħiħa ta' erba' jew sitt korsiji, issir biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "Central Link Project jinkludi disinn ġdid tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, ir-Rabat u l-Imġarr.", "Permezz tiegħu ser jitneħħew erba' sistemi ta' traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta' Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min naħa tal-Mosta, Ta' Qali u r-Rabat ikollhom jgħaddu minn lembut ta' korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat.", "Ser jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta' Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu s-central strips.", "Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivvjaġġar.", "Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta' karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b'aktar riskji ta' aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.", "Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta' 10 kilometri ta' bankini u passaġġi għall-mixi, żewġ kilometri ta' korsiji għar-roti u 19,300 metru kwadru ta' żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).", "Kopja tal-pjanti ta' Central Link Project, li bħalissa qed jiġu diskussi ma' dawk kollha kkonċernati tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-istudju li qed isemmi l-Onor.", "Agius, Traffic Impact Assessment (TIS), isir meta jkun ser isir xi żvilupp ta' bini, mhux meta jkunu se jiġu mtejba jew mibnija mill-ġdid it-toroq.", "TIS isir sabiex jistudja l-impatt ta' bini ġdid, u l-użu tiegħu, fuq is-sistema tal-immaniġġar tat-traffiku, u tat-toroq, madwar l-istess binja.", "Waqt it-tfassil ta' Central Link Project, Transport Malta wettqet diversi studji tekniċi, bħala parti minn proċess magħruf bħala cost benefit Analysis.", "Din l-analiżi ma tqisx biss l-impatt tal-infrastruttura tat-toroq ġodda proposti, iżda tqis ukoll proposti alternattivi, sabiex tiġi identifikata l-aktar waħda li ser ikollha benefiċċji għal dawk kollha involuti.", "Dawn l-istudji tekniċi twettqu fix-xhur li għaddew, u waqt li kienu qed jiġu meqjusa pjanti u proposti differenti sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni.", "Ir-riżultati ta' dawn l-istudji qed jiġu diskussi mal-awtoritajiet konċernati sabiex ikun jista' jiġi ffinalizzat ir-rapport dwarhom.", "Ir-riżultati ta' dawn l-istudji ser jifformaw parti mill-proċess pubbliku tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-permessi meħtieġa dwar dan il-proġett.", "Madankollu, mir-riżultati tal-istudji tekniċi li diġa ġew ikkonfermati, nistqarr li l-proġett ser iwassal għal tnaqqis drastiku ta' 50% fil-ħin tal-ivvjaġġar bejn l-Imrieħel u Ta' Qali, li jfisser tnaqqis kbir fid-diffikultajiet tar-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara.", "L-istudji jħarsu wkoll lejn xenarji tal-futur, u jikkonfermaw li jekk l-infrastruttura tal-inħawi tibqa' kif inhi, il-ħin tal-ivvjaġġar f'dawn l-inħawi ser jiżdied b'250%.", "L-istudji jikkonfermaw ukoll li permezz tas- Central Link Project, it-tniġġis tal-arja mill-karozzi ser jonqos bi 13%.", "Jekk ma jsir xejn, fi-snin li ġejjin it-tniġġis ser jittripplika, b'żieda ta' 300%.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta Transport Malta għamlet traffic counts tal-vetturi fil-lokalitajiet ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara?", "Jista' jippubblikahom?", "IAN BORG: Filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5986, nikkonferma wkoll li t-traffic counts meħtieġa sabiex jitfassal is-Central Link Project saru f'Novembru 2017, fi ġranet tax-xogħol.", "L-istudju sar permezz ta' tagħmir diġitali li jkejjel l-ammont ta' vetturi, it-tip ta' vetturi u tagħrif ieħor relatat, li tpoġġa fi sbatax-il post differenti fl-inħawi tal-proġett, f'ħinijiet differenti tal-jum.", "Intużaw ukoll l-automatic traffic counters ta' Transport Malta li jikkontrollaw is-sistemi tat-traffic lights fl-istess inħawi, sabiex it-tagħrif miksub ikun iċċekkjat u kkonfermat minn sorsi differenti.", "B'kollox, waqt l-istudju fi ġranet differenti nġabar tagħrif dwar il-moviment ta' aktar minn 191,500 vettura.", "93% ta' dawn il-vetturi kienu vetturi żgħar, waqt li l-kumplament kienu vetturi kbar, bħal trakkijiet.", "It-tagħrif kollu miksub minn dawn l-istudji kompla jikkonferma li l-pjan propost mill-Gvern huwa l-għażla li toffri l-aktar benefiċċji għal dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi u għar-residenti li jgħixu fihom.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun 'il bogħod (f'metri) il-bypass ta' Ħ'Attard mir-residenti li joqogħdu f'dawn it-toroq: Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcuti u Triq Oliver Agius?", "Jista' jgħid jekk humiex ippjanati li jsiru sound barriers fi Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinand Inglott u Triq Oliver Agius?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onorevoli Agius qed jirreferi għas-Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan ta' Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Fil-fatt, permezz tas-Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok bypass sħiħa ta' erba' jew sitt korsiji, issir biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "Kieku l-Gvern żamm mal-pjanijiet tal-amministrazzjoni preċedenti tal-2006, kieku kien ser ikun hemm ħafna aktar teħid ta' art u ħafna aktar vetturi fl-inħawi tat-toroq residenzjali msemmija, jiġifieri Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcui u Triq Oliver Agius.", "Permezz tas-Central Link Project, it-toroq residenzjali msemmija ser jinbnew mill-ġdid.", "F'ħafna bnadi, fejn huwa teknikament possibbli, it-triq ewlenija ġdida, b'żewġ korsiji biss minflok erbgħa jew sitta kif ippjanat fl-2006, ser tkun aktar baxxa mit-toroq residenzjali.", "Fl-istess waqt, bejn it-triq arterjali u t-toroq residenzjali ser ikun hemm żoni ta' siġar u pjanti, landscaped area, li jkomplu jbiegħdu ż-żona residenzjali miż-żewġ korsiji tat-triq arterjali.", "It-tnaqqis drastiku fl-ammont ta' korsiji oriġnarjament proposti (minn sitta għal tnejn), id-differenza fl-għoli bejn it-triq residenzjali u dik arterjali u ż-żoni ta' siġar u pjanti li ser isiru bejn iż-żewġ toroq ser iservu bħala acoustic barriers li jnaqqsu l-ħsejjes milli jolqtu ħażin liż-żoni residenzjali.", "It-triq residenzjali ser ikollha wkoll spazji ta' parkeġġ għar-residenti.", "Permezz tas-Central Link Project, ir-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara ser igawdu minn tnaqqis ta' 13% fit-tniġġis tal-arja mill-karozzi.", "Tagħrif ieħor mitlub jinsab fil-pjanti tal-proġett, impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5986.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun wiesgħa l-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jgħid kemm se jkun hemm metri min-nofs it-triq sa kull naħa fejn jibda l-bini u d-djar tar-residenti jew l-għelieqi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jirreferi għal Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan ta' Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Fil-fatt, permezz tas-Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok bypass sħiħa ta' erba' jew sitt korsiji ssir biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "Il-bypass imsemmija mill-Onorevoli Agius, hekk kif ippjanata mill-amministrazzjoni tal-2006, kien se jkollha wisa' sa sitt korsiji, tlieta' f'kull direzzjoni.", "Is-Central Link Project, li qed jiġi propost mill-Gvern, ser tinkludi biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji minflok is-sitt korsiji ppjanati fl-2006.", "Tagħrif ieħor mitlub jinsab fil-pjanti tal-proġett, impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5986.", "Ħ'ATTARD: BYPASS – KAMRA PROTETTA F'WIED INĊITA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk bil-proġett tal-bypass ta' Ħ'Attard hux se tiġi affettwata l-kamra protetta li tinsab f'Wied Inċita?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jirreferi għas- Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan ta' Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Fil-fatt, permezz tas-Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok bypass sħiħa ta' erba' jew sitt korsiji ssir biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "Filwaqt li d-diskussjonijiet mal-entitajiet konċernati dwar is-Central Link Project għadhom għaddejja, nixtieq niżgura li jekk xi strutturi protetti jkunu ser jiġu affettwati, l-awtoritajiet ikkonċernati ser jieħdu l-passi kollha sabiex jissalvagwardjawhom, bħalma sar fi proġetti infrastrutturali simili f'postijiet oħra.", "Ħ'ATTARD – BYPASS - PARKEĠĠI FI TRIQ TUMAS CHETCUTI, TRIQ FERDINAND INGLOTT U TRIQ OLIVER AGIUS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm parking spaces fi Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinand Inglott u Triq Oliver Agius hekk kif titlesta l-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li juru kif ġej il-parkeġġ f'dawn it-toroq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jirreferi għal Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan ta' Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Mhuwiex magħruf kemm kien se jkun hemm spazji ta' parkeġġ għar-residenti fil-bypass ta' bejn erba' u sitt korsiji li kien ippjana Gvern preċedenti fl-2006.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jirreferi għas-Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li b'dan il-proġett li qed jipproponi l-Gvern, minflok il-bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji kif ippjanat fl-2006, ser isiru biss żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "It-toroq imsemmija ser jinbnew mill-ġdid u ser ikollhom diversi faċilitajiet ġodda, fosthom spazji ta' parkeġġ adegwati mal-ġnub tal-istess toroq.", "Fl-istess waqt, f'ħafna bnadi, fejn huwa teknikament possibbli, it-triq arterjali (b'żewġ korsiji minflok sitta) li ser tinbena bi dritt dawn it-toroq ser tkun aktar baxxa.", "Bejn it-toroq residenzjali msemmija u t-triq arterjali, ser ikun hemm ukoll spazji bis-siġar u pjanti oħra (landscaped area).", "Il-pjanti mitluba diġà ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5986.", "KUNTRATT TA' IMPJIEG TA' ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna kellha l-kuntratt ta' impieg tagħha mibdul minn kuntratt definit għal kuntratt indefinit ai termini tad-Direttiva maħruġa mis-Segretarju Permanenti Prinċipali nhar it-18 t'April 2017?", "Jista' jgħid ukoll f'liema aġenzija jew entitajiet pubbliċi jaħdmu dawn il-persuni, kemm-il persuna hemm f'kull aġenzija u/jew entità u f'liema grad iddaħħlu?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li nbidlet is-sistema.", "Meta l-ħaddiema fis-settur pubbliku issa m'għadhomx fuq kuntratt definit, ifisser li l-probation tal-ħaddiema fis-settur pubbliku saret bħal tal-ħaddiema l-oħra kollha fl-ekonomija, jiġifieri ta' massimu ta' 12-il xahar.", "Sal-2013 ma' kull elezzjoni ġenerali, kienu jinqalbu diversi kuntratti bi pjaċir u mhux bi dritt.", "Din l-amministrazzjoni qatgħet din id-drawwa kerha.", "Fl-istess ħin ma hemm ebda problema li ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'ID Malta u fil-MITA kien hemm persuna waħda f'kull entità li ħadu d-drittijiet tagħhom, fl-MGA kien hemm 27 persuna u fl-MCST kien hemm 55 persuna.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI: PROBLEMA TA' DRENAĠĠ – KAŻ TA' INDIVIDWI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara kif żewġ postijiet li huma akkomodazzjoni soċjali, u li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, liema proprjetajiet is-sidien tagħhom ilhom ġimgħat sħaħ jirrapportaw li qed jinżel id-drenaġġ ġewwa dawn iż-żewġ proprjetajiet, u peress li l-foreman kien tahom indikazzjoni li se jmur għandhom fi żmien tliet ġimgħat imma għadhom qed jistennew u peress li post minnhom huwa ħanut tal-ikel u l-għejxien tas-sid jiddependi minn hemm, jista' jara l-każ ta' dawn iż-żewġ postijiet?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuni kkonċernati b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li saret f'isimhom.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ LEWIS WETTINGER – PJANTI TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kif il-pjanti li tpoġġew minnu fuq il-Mejda tal-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu (u li kellhom id-data li tmur lura sa Lulju 2014 u mhux dati riċenti kif ingħatat l-impressjoni f'risposta għal mistoqsija parlamentari f'Marzu li għadda) dwar is-suppost erba' karreġġjati u cycle lane li kellhom isiru fil-Bypass tal-Mellieħa, kellhom isem ta' perit differenti minn dak li suppost qed jaħdem fuq il-proġett (skont il-mistoqsija parlamentari 5153) ?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta' Triq Louis Wettinger, magħrufa bħala l-Bypass tal-Mellieħa, miexi b'ritmu mgħaġġel u mistenni jitlesta sas-sajf, kif ippjanat.", "Dan l-investiment b'valur ta' madwar €2 miljun qed isir wara li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali laqa' suġġerimenti tal-Kunsill Lokali Mellieħa u ta' persuni oħra li jużaw din it-triq u talab lil Transport Malta tikkunsidra li tiddisinja l-pjanti tat-triq mill-ġdid sabiex issir aktar sigura, mingħajr ma tidjieq, kif kien ippjanat li jsir qabel.", "B'dan il-proġett, is-sigurtà għal dawk kollha li jużaw din it-triq qed tissaħħaħ permezz ta' tagħmir ġdid ta' crash barriers mal-ġnub tal-karreġġjata, u central strip ġdida bil-crash barriers fin-nofs, bejn il-korsiji f'direzzjonijiet opposti.", "Fl-istess waqt, it-triq kollha, li sal-lum qatt ma kienet imdawla, ser ikollha sistema ġdida ta' lampi fuq arbli.", "Minbarra l-erba' korsiji għall-karozzi, tnejn f'kull direzzjoni, din il-bypass ser ikollha wkoll korsija għar-roti b'tul ta' 1.4 kilometri.", "Fl-aħħarnett, dan il-proġett jinkludi wkoll disinn ġdid ta' uħud mill-junctions bejn din it-triq u toroq oħra li jinfdu magħha, fosthom it-triq tal-Miżieb u toroq oħra li jwasslu għaż-żoni residenzjali tal-Mellieħa.", "Il-pjanijiet oriġinali għad-disinn mill-ġdid tal-bypass tal-Mellieħa, imfassla snin ilu, kienu jinkludu t-tneħħija ta' waħda mill-erba' korsiji tal-bypass bħala miżura ta' sigurtà.", "Fil-fatt, partijiet oħra ta' dan il-bypass, kif ukoll toroq oħra fl-istess rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, diġà ċċekknu għal tliet jew żewġ korsiji minn amministrazzjonijiet preċedenti.", "Hekk kif diġà spjegajt waqt intervent fis-seduta Parlamentari ta' nhar il-Ħamis 24 ta' Mejju, waqt it-twettiq ta' dan il-proġett, il-periti ta' Transport Malta nnutaw li jekk isir intervent addizzjonali biex it-triq titwessa' ftit ieħor, ikun jista' jkompli jitnaqqas ir-riskju ta' aċċidenti f'din iż-żona, biswit waħda mill-junctions tal-bypass.", "Dan seta' jsir billi titwessa' ftit it-triq fuq art naturali fuq naħa waħda, jew billi tiġi mmodifikata triq residenzjali pubblika li qed tinbena fl-istess ħin minn żviluppatur privat, skont pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, fuq in-naħa l-oħra tal-bypass.", "Tlabt lil Transport Malta sabiex tevita li twessa' t-triq fuq żoni naturali u minflok tagħmel it-titjib meħtieġ fin-naħa tat-triq residenzjali, li setgħet tiġi aġġustata faċilment peress li għadha f'fażi ta' żvilupp.", "Dan it-titjib addizzjonali sar fi żmien qasir sabiex il-proġett seta' jitkompla skont kif ippjanat.", "Tajjeb jiġi ċċarat li l-ħajt li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Cutajar ma seraq xejn, għaliex kemm it-triq residenzjali kif ukoll il-bypass kienu u għadhom proprjetà pubblika.", "Meta jitlestew l-iżviluppi kollha mis-sidien differenti tal-artijiet f'din iż-żona, din it-triq residenzjali ġdida ser tifforma parti minn Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, li tinsab fl-istess inħawi, biex ma tibqax sqaq iżda triq tinfed mal-qalba tal-lokalità.", "B'hekk issir aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha.", "(Korrezzjoni: Ara dokument PL 1827 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 126 tat-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018)", "IL-MELLIEĦA: TRIQ LEWIS WETTINGER – ĦAJT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'ġara preċizament u x'seta' mar ħażin biex il-ħajt li tela' b'mod stramb u suspettuż fil-bypass tal-Mellieħa (biex insterqet parti mill-istess bypass) issa qed jitkisser, anke fid-dawl li sa ftit jiem ilu l-Ministru stess fil-Parlament kien aċċerta lill-Kamra li kollox kien qed isir skont il-pjanti li hu stess kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma' mistoqsija parlamentari 5153?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta' Triq Louis Wettinger, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa, miexi b'ritmu mgħaġġel u mistenni jitlesta sas-sajf, kif ippjanat.", "Dan l-investiment b'valur ta' madwar €2 miljuni qed isir wara li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali laqa' suġġerimenti tal-Kunsill Lokali Mellieħa u ta' persuni oħra li jużaw din it-triq u talab lil Transport Malta tikkunsidra li tiddisinja l-pjanti tat-triq mill-ġdid sabiex issir aktar sigura, mingħajr ma tidjieq, kif kien ippjanat li jsir qabel.", "B'dan il-proġett, is-sigurtà għal dawk kollha li jużaw din it-triq qed tissaħħaħ permezz ta' tagħmir ġdid ta' crash barriers mal-ġnub tal-karreġġjata, u central strip ġdida bil-crash barriers fin-nofs, bejn il-korsiji f'direzzjonijiet opposti.", "Fl-istess waqt, it-triq kollha, li sal-lum qatt ma kienet imdawla, ser ikollha sistema ġdida ta' lampi fuq arbli.", "Minbarra l-erba' korsiji għall-karozzi, tnejn f'kull direzzjoni, din il-bypass ser ikollha wkoll korsija għar-roti b'tul ta' 1.4 kilometri.", "Fl-aħħarnett, dan il-proġett jinkludi wkoll disinn ġdid ta' uħud mill-junctions bejn din it-triq u toroq oħra li jinfdu magħha, fosthom it-triq tal-Miżieb u toroq oħra li jwasslu għaż-żoni residenzali tal-Mellieħa.", "Il-pjanijiet oriġinali għad-disinn mill-ġdid tal-bypass tal-Mellieħa, imfassla snin ilu, kienu jinkludu t-tneħħija ta' waħda mill-erba' korsiji tal-bypass bħala miżura ta' sigurtà.", "Fil-fatt, partijiet oħra ta' din il-bypass kif ukoll toroq oħra fl-istess rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, diġà ċċekknu għal tliet jew żewġ korsiji minn amministrazzjonijiet preċedenti.", "Hekk kif diġà spjegajt waqt intervent fis-seduta Parlamentari ta' nhar il-Ħamis 24 ta' Mejju, waqt it-twettiq ta' dan il-proġett, il-periti ta' Transport Malta nnutaw li jekk isir intervent addizzjonali biex it-triq titwessa' ftit ieħor, ikun jista' jkompli jitnaqqas ir-riskju ta' aċċidenti f'din iż-żona, biswit waħda mill-junctions tal-bypass.", "Dan seta' jsir billi titwessa' ftit it-triq fuq art naturali fuq naħa waħda, jew billi tiġi mmodifikata triq residenzjali pubblika li qed tinbena fl-istess ħin minn żviluppatur privat, skont pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, fuq in-naħa l-oħra tal-bypass.", "Tlabt lil Transport Malta sabiex tevita li twessa' t-triq fuq żoni naturali u minflok tagħmel it-titjib meħtieġ fin-naħa tat-triq residenzjali, li setgħet tiġi aġġustata faċilment peress li għadha f'fażi ta' żvilupp.", "Dan it-titjib addizzjonali sar fi żmien qasir sabiex il-proġett seta' jitkompla skont kif ippjanat.", "Tajjeb jiġi ċċarat li l-ħajt li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Cutajar ma seraq xejn, għaliex kemm it-triq resienzjali kif ukoll il-bypass kienu u għadhom proprjetà pubblika.", "Meta jitlestew l-iżviluppi kollha mis-sidien differenti tal-artijiet f'din iż-żona, din it-triq residenzjali ġdida ser tifforma parti minn Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, li tinsab fl-istess inħawi, biex ma tibqax sqaq iżda triq tinfed mal-qalba tal-lokalità.", "B'hekk issir aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ LEWIS WETTINGER – PERMESSI U PJANTI TA' ĦAJT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi u l-pjanti oriġinarjament approvati tal-ħajt li tela' fil-Bypass tal-Mellieħa li permezz tiegħu nsterqet parti mill-istess Bypass biex setgħet issir service road (liema service road kienet indikata mill-Ministru stess f'risposta għall-mistoqsija parlamentari 4634)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħajt li qed jirreferi għalih ma seraq l-ebda art.", "Il-ħajt imsemmi sar minn kuntrattur privat sabiex tiġi ffurmata triq residenzjali skont il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u skont il-liġijiet applikabbli għall-iffurmar ta' toroq residenzjali ġodda.", "Din it-triq residenzjali eventwalment ser tifforma parti minn Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, triq residenzjali fl-inħawi li bħalissa ma tinfidx.", "B'hekk ir-residenti ta' din it-triq ikollhom aċċess aħjar għall-qalba tal-Mellieħa.", "Kemm l-art tal-bypass kif ukoll l-art tat-triq residenzjali ġdida kienu u għadhom proprjetà pubblika.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ LEWIS WETTINGER – CYCLE LANE", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun wiesgħa kull karreġġjata fil-bypass tal-Mellieħa flimkien mas-cycle lane li se jkunu qed isiru fil-bypass tal-Mellieħa preċiżament minn ħdejn ir-roundabout fid-daħla tal-Mellieħa sal-pompa tal-petrol li tinsab fit-tarf tal-istess bypass?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-karreġġjata tat-triq imsemmija hija wiesgħa 16.3 metri matul it-tul kollu tagħha, filwaqt li l-korsija għar-roti għandha wisa' ta' 1.8 metri oħra.", "(Korrezzjoni: Ara dokument PL 1828 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 126 tat-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018)", "IL-MELLIEĦA BYPASS – SERVICE ROAD", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet valutata s-service road (kif indikata mill-Ministru stess f'risposta parlamentari 4634) li saret fil-bypass tal-Mellieħa u jekk kienx hemm ħlas dovut lid-Dipartiment tal-Artijiet u jekk kien hemm ħlas, jista' jgħid kemm kien dan il-ħlas?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ LEWIS WETTINGER – SPEJJEŻ GĦAL SERVICE ROAD", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda dovuti sabiex inbena u twaqqa' l-ħajt sabiex setgħet issir is- service road fil-bypass tal-Mellieħa, liema service road kienet indikata mill-Ministru stess f'risposta għall-mistoqsija parlamentari 4634?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6013 u 6014.", "MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – ŻJARA F'MONACO", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għaż-żjara li għamel f'Monaco fil-weekend tal-Grand Prix tal-2015, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuti tal-lukanda li qagħad fiha, tar-restaurants li mar fihom u tal-ispejjeż l-oħra kollha mħallsa mill-erarju pubbliku ammontanti għal kważi €11,000 għal tlett ijiem biss?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-laqgħat li attenda l-Ministru li huwa tenut li jippreżenta skont il-proċeduri regolari tal-Gvern?", "CHRIS CARDONA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 5961.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - DEĊIŻJONI DWAR ROUNDABOUT", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara x'jista' jsir wara d-deċiżjoni li kienet ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ħruġ tal-permess ta' żvilupp fejn fost il-kundizzjonijiet tal-permess għall-ftuħ tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-Planning Authority kienet obbligat lil dan l-istabbiliment biex iħallas u jagħmel tajjeb li ssir roundabout f'salib it-toroq fi Triq id-Difiża Ċivili, Mosta, mal-istess dħul għall-istabbiliment u dħul għal MCAST, peress li s'issa din ir-roundabout għadha ma saritx?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-permess huwa marbut, fost l-oħrajn, ma' titjib fil-junction fuq Triq id-Difiża Ċivili bi spejjeż tal-iżviluppatur, kif ukoll li Transport Malta għandha toħroġ ċertifikazzjoni qabel ma jibda jopera l-kumpless.", "L-Awtorità tal-Ippjanar diġà ħadet il-passi meħtiega permezz ta' Avviż biex Tieqaf u ta' Twettiq peress li l-kundizzjoni msemmija ma ġietx onorata mill-applikant.", "L-Avviż imsemmi qed jiġi kkontestat mill-applikant quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "Sadanittant Transport Malta ħarġet ċertifikazzjoni rigward il-miżuri temporanji li ttieħdu fl-immaniġġjar tat-traffiku relatati mal-proġett.", "Fl-istess waqt, il-periti ta' Transport Malta ser jissottomettu l-applikazzjonijiet meħtieġa lill-Awtorità tal-Ippjanar, bil-pjanti u r-rekwiżiti tad-disinn ġdid tal-junction imsemmija, fil-ġimgħat li ġejjin.", "Meta l-applikazzjoni tiġi approvata, din l-infrastruttura ġdida, li tinkludi roundabout, se ssir mill-iżviluppatur indikat.", "MĠARR: TRIQ FISHER - TISWIJA TAD-DWAL", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li titranġa l-ħsara fil-lights taż-zebra crossing li hemm fi Triq Fisher fl-Imġarr (Malta) quddiem l-iskola primarja tal-gvern?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MOSTA: TRIQ FAMILJA CUMBO - ĠRIEDEN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li uffiċjali tas-Sanità jkunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex irażżnu ż-żieda fin-numru ta' ġrieden li hemm fi Triq Familja Cumbo fil-Mosta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ġew irreġistrati l-ebda lmenti mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rigward il-problema ta' infestazzjoni ta' ġrieden fit-triq indikata.", "Hekk kif saret din il-mistoqsija parlamentari ntbagħtu ħaddiema mit-Taqsima tal-Pest Control fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u għamlu trattament għal kontra l-ġrieden fiż-żona.", "L-istess trattament ser jiġi ripetut fi żmien ħmistax il-ġurnata.", "DAY CENTRES TAL-ANZJANI - NEPUTIJIET", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-nanniet li jattendu d-Day Centre mhux qed jitħallew jieħdu n-neputijiet magħhom?", "Billi r-riċerka turi li t-tfal jistgħu jitgħallmu ħafna minn esperjenzi interġenerazzjonali u peress li fil-vaganzi tas-sajf għadd ta' tfal ikunu għal xi ġranet man-nanniet tagħhom, jista' l-Ministru jikkunsidra li dan ikun permissibbli, fost l-oħrajn bil-preżenza ta' child carer fl-istess day centre tal-anzjani?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskop taċ-ċentri huwa li l-anzjani jiġu pprovduti b'attivitajiet, li fihom ikunu qed jibbenefikaw u fl-istess ħin jikkontribwixxu fis-soċjetà.", "Iċ-ċentri ta' Anzjanità Attiva jagħtu diversi opportunitajiet lill-anzjani li jattendu ċ-ċentri, fejn saħansitra jieħdu sehem fi proġetti ma' skejjel diversi u għaqdiet mhux governattivi.", "Fiċ-ċentri jsiru wkoll sezzjonijiet ta' tagħlim, li l-anzjani jattendu għalihom bi ħġarhom.", "It-tfal iridu post fejn jiġu pprovduti bl-istimulazzjoni neċessarja li hemm bżonn fl-età tagħhom u nħossu li ċ-Ċentri mhumiex l-post addatat għalihom.", "Il-preżenza ta' child carer hija idea tajba li wieħed jista' jikkunsidra 'l quddiem.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaqqaf l-aġenzija Ambjent Malta, liema aġenzija tħabbret li se tiġi mwaqqfa minn Lulju 2017?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 5881.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat ta' kemm ġie jiswa l-avveniment Gozo Alive li sar f'Mejju 2018 u tgħid:", "• Kemm ġie jiswa l-istage tal-Pjazza tat-Tokk,", "• Kemm tħallas il-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u", "• Kemm tħallsu l-band li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li t-tnejn daqqew fi Pjazza San Ġorġ?", "Interpellant li b'referenza għal kemm ġie jiswa l-istage tal-Pjazza tat-Tokk nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6030.", "Iż-żewġ bands li qed tirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant, waħda daqqet Pjazza San Ġorġ, u l-oħra fi Pjazza t-Tokk, u bejniethom tħallsu €10,350.", "GOZO ALIVE – GĦAŻLA TAL-ARTISTI", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għalfejn ma ħarġitx call for tenders bħalma jsir fl-avveniment tan-Notte Bianca biex jintgħażlu l-artisti ta' Gozo Alive li sar f'Mejju 2018?", "Interpellant li f'każ ta' artisti mhuwiex dejjem possibbli li tinħareġ sejħa għall-offerti minħabba li l-attività ġieli tkun tirrikjedi artist partikolari skont l-istess attività.", "F'dan il-każ tintalab direct order approval mill-Ministeru tal-Finanzi kif fil-fatt sar.", "GOZO ALIVE – BORD TAL-GĦAŻLA TAL-ARTISTI", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min kien iċ-Chairman tal-bord li għażlu l-artisti tal-Gozo Alive li sar f'Mejju 2018?", "Interpellant li l-leadership tal-Gozo Alive kienet f'idejn id-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li ħadmu bla heda biex l-avveniment kien suċċess enormi kif fil-fatt kien.", "GOZO ALIVE - MEMBRI TAL-BORD", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' tgħid jekk il-membri tal-bord Gozo Alive kenux imħallsa?", "Jekk iva, tista' tgħid kemm?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari saret fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5888.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-istage fi Pjazza Indipendenza li ntuża waqt Gozo Alive ta' Mejju 2018, inkluż bit-tinda u bis-sound li sar ġo fih?", "Interpellant li l-ammont investit għall-istage f'din l-attività huwa kif muri fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqtil-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-set-up kien l-istess bħal ma' kien f'okkażjonijiet oħrajn.", "GĦAJNSIELEM: TRIQ L-IMĠARR – SPEED CAMERAS", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li jkun hemm speed cameras fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, u dan in vista tad-diversi inċidenti tat-traffiku li qed iseħħu ta' spiss f'din it-triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru responsabbli mil-LESA.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5222, fid-dawl tal-fatt li hemm diplomatiċi li huma kkwalifikati bi professjoni u hemm ħaddiema li huma parti miċ-ċivil jew persuni appuntati politikament li jissejħu diplomatiċi, jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li bħalissa jokkupaw kariga ta' diplomatiku imma fil-fatt ma jagħmlux (jew mhumiex) parti mid-Diplomatic Corps ta' Malta?", "Kemm hawn membri tal-Korp Diplomatiku li ilhom snin jaħdmu hawn Malta mingħajr ma' jistgħu jaħdmu bħala diplomatiċi kif inhu suppost il-grad tagħhom, jiġifieri li jirrappreżentaw lil pajjiżhom fuq posting f'missjonijiet ta' Malta barra minn xtutna?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuna li għandha status ta' diplomatiku ma tagħtix is-servizz tagħha biss barra minn Malta imma anke fil-Head Office f'Malta stess.", "Persuni li huma membri tas-servizz pubbliku ġieli jservu ukoll f'Missjonijiet barra minn Malta kif dejjem sar u skont il-ħtiġijiet tal-Ministeru.", "Rigward in-numru ta' persuni li jinsabu jservu f'Missjonijiet ta' Malta barra mill-pajjiżi f'ħatriet differenti, u li skont il-Classification Agreement ma jagħmlux parti mid-Diplomatic Corps, huwa ta' tletin (30), filwaqt li n-numru ta' persuni li jokkupaw kariga fid-Diplomatic Corps ta' Malta u li qatt ma servew fil-Missjonijiet ta' Malta barra minn xtutna huwa ta' erbatax (14).", "Uħud minn dawn tal-aħħar għadhom ġodda u allura huwa meħtieġ li jgħaddi ftit taż-żmien ieħor qabel ikunu jistgħu jiġu kunsidrati biex iservu f'xi waħda mill-Missjonijiet ta' Malta.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jsir l-MRI (bil-loppju) lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-aktar fis, minħabba l-istat ħażin li tinsab fih?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qed ikun segwit.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, liema każ huwa urġenti imma l-appuntament huwa għas-7 ta' Diċembru 2018 f'Mater Dei?", "Possibbli l-Ministru jara li dan l-appuntament isir qabel minħabba l-urġenza tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qed ikun segwit.", "GĦARFIEN DWAR IS-SAĦĦA MENTALI - PROGRAMMI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5933 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f'din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "FGURA: TRIQ L-GĦARNUQ – LIVELLI FIT-TRIQ", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5408, u fid-dawl li l-Kunsill Lokali tal-Fgura għamel talba lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar biex isiru l-livelli mill-ġdid fi triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jiġu mmarkati dawn il-livelli?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-livelli tal-imsemmija triq diġà saru.", "PRIM MINISTRU - SAFAR AKKUMPANJAT MILL-MARA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn l-2004 u l-2012 il-Prim Ministru qattx kien akkumpanjat mis-sinjura tiegħu waqt safar uffiċjali?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta sar dan is-safar, fejn sar, kemm kienet l-ispiża u x'kien l-għan ta' kull safra?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm 13-il okkażjoni bejn l-2004 u l-2012 meta l-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-mara tieghu fuq safar uffiċjali.", "L-ispiża tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq dawn it-13-il okkażjoni kienet ta' €297,603.", "Il-pajjiżi li l-Prim Ministru żar akkumpanjat mill-mara tiegħu bejn l-2004 u l-2012 jinkludu r-Renju Unit, l-Belgju, il-Finlandja, l-Awstrija, l-Italja, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Awstralja, l-Uganda, Franza u Trinidad & Tobago.", "Lista bid-dettalji kollha mitluba dwar kull safra tal-Prim Ministru bejn l-2004 u l-2013 meta kien akkumpanjat mill-mara tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "(Korrezzjoni: Ara dokument PL 1821 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 126 tat-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018)", "KUMPANIJA - ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5502 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus b'kollox lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bejn l-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5501 u ċjoè: F'April 2017, il-Gvern ġie rrapportat li ħallas miljun ewro lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bil-ġustifikazzjoni li l-Awtorità tat-Turiżmu se tagħmel reklami fuq il-magazine tal-kumpanija, peress li issa għaddiet iktar minn sena, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-reklami?", "Kemm hu kkalkolat li laħqet nies din il-pubbliċità?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6068.", "CLEANSING MALTA – UFFIĊJALI TAS-SIGURTÀ", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Uffiċjali tas-Sigurtà impjegati mal-Gvern u li qegħdin ma' Cleansing Malta, b'ordni tad-Direttur Ġenerali qed jgħidulhom li se jintbagħtu jiġbru ż-żibel il-Belt u minflokhom se jiġu ngaġġati Uffiċjali tas-Sigurtà mill-privat?", "Jista' jgħid jekk dan id-Direttur Ġenerali għandux dritt li jgħid li se jibgħat impjegati bi grad ta' Uffiċjal tas-Sigurtà jiġbru ż-żibel biex xogħolhom jittieħed mill-privat?", "Il-Ministru ġie infurmat b'dan u kien ta l-approvazzjoni tiegħu?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li minħabba diversi raġunijiet, inħass il-bżonn li għal iktar sigurtà organizzata, għandu jkun hemm sigurtà professjonali fuq bażi ta' 24 siegħa fil-binja amminstrattiva tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni, peress li qed isiru investimenti kbar fejn jirrigwarda makkinarju.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux minnu li ngħatat xi ordni mid-Direttur Ġenerali rigward dawn l-uffiċjali tas-sigurtà sabiex imorru jiġbru l-iskart matul il-lejl fil-Belt Valletta.", "Dawn se jibqgħu jaħdmu ta' uffiċjali tas-sigurtà f'binjiet oħra tad-Diviżjoni fosthom f'Pembroke u l-Mellieħa.", "Biss dawn ingħatatilhom l-għażla fuq bażi individwali biex jekk ikunu jixtiequ jistgħu jkunu jistgħu parti mit-tim li jiġbor l-iskart matul il-lejl.", "Dan dejjem fuq għażla individwali.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn jidher li l-file tagħha qiegħed għand il-JobsPlus u tixtieq li jitħaffef il-proċess għall-work permit?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Jobsplus hija fid-dmir li tuża kull kawtela u żmien neċessarju sabiex tassigura li l-proċess tal-permessi għax-xogħol isir b'reqqa bla ebda interferenza jew indħil.", "SPTAR MONTE CARMELI – SPIŻA GĦAL KULL RESIDENT", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5935, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm residenti fl-Isptar Monte Carmeli li l-ispiża tagħhom għal kull ġurnata, tlaħħaq bejn wieħed u ieħor:", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2017 kien hemm 83% (tlieta u tmenin fil-mija) tal-pazjenti li għal kull ġurnata fl-isptar Monte Carmeli l-ispiża kienet minn €76 sa €99, 11% (ħdax fil-mija) li l-ispiża kienet minn €100 sa €299, 1.5% (wieħed punt ħamsa fil-mija) li kienet minn €300 sa €499 u 4.5% (erbgħa punt ħamsa fil-mija) minn €500 sa €654.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq Francis Attard fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej) (Ara ritratti li qed jintbagħtu separatament).", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-KONTI MANDUCA - PJANIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Konti Manduca fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-MARKIŻ ĊENSU DEPIRO - PJANIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Markiż Ċensu Depiro fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ L-ABBATE SAVOIA, TRIQ IL-MILIZZJA, TRIQ IN-NAFRA U TRIQ IS-SENESKALK – XOGĦLIJIET TA' PREPARAZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, b'antiċipazzjoni għall-proġett ta' żvilupp massiv fin-Naxxar fiż-żona ta' Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk, x'tip ta' xogħol ta' preparazzjoni qed isir, biex it-toroq taż-żona jkunu jifilħu għat-traffiku industrijali li se jkun hemm fix-xhur u s-snin li ġejjin, liema xogħol u traffiku, jekk ma jkunux antiċipati, jista' jkollhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti f'din iż-żona u fuq id-djar tagħhom?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett pilota mħabbar mill-Prim Ministru f'Birkirkara, f'Mejju 2017 li kellu jara li l-cables tal-Enemalta u oħrajn jibdew jinqalgħu mill-faċċati tad-djar u l-arbli fl-irħula tagħna u jitpoġġew taħt l-art qabel jirranka l-proġett ta' €700m f'manutenzjoni estensiva tat-toroq Maltin tul din il-leġiżlatura?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-FORĠA (PARTI) – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq il-Forġa (parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180604_124d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.31 a.m.", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju, 2018", "IlMinuti tasSeduta Nru 124, li saret fl-4 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Skont il-ftehim milħuq, għal din is-seduta m'hawnx mistoqsijiet parlamentari.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Naf li f'din is-seduta m'għandniex mistoqsijiet, però xtaqt nagħmel kumment żgħir biex nitlob direzzjoni mingħandek.", "Ta' min jinnota li b'mod ripetut f'din il-Kamra fil-ħin allokat għall-mistoqsijiet parlamentari b'mod intenzjonat il-Gvern qed jibqa' dejjem fuq l-istess mistoqsija parlamentari u mhux qed iħalli lil dan il-Parlament jiffunzjona waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Nifhem li tista' tgħidli li hemm l-iStanding Orders, però naħseb li dan m'għandux jibqa' jsir anke b'rispett lejn l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, qed nifhem li l-Oppożizzjoni qed tgħid li huma biss għandhom id-dritt jagħmlu l-mistoqsijiet supplimentari.", "Dan mhuwiex aċċettabbli.", "Dan l-istatement tal-Whip li huwa kollega tiegħi verament mhuwiex aċċettabbli għaliex kull Membru f'din il-Kamra li mhuwiex fl-Eżekuttiv għandu dritt jagħmel mistoqsijiet supplimentari.", "L-ISPEAKER: Mhux se nippermetti li jinfetaħ xi dibattitu.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Napprezza biss li l-kollega tiegħi ma jpoġġix kliem f'ħalqi li ma nkunx għedt.", "Jien m'għedtx hekk.", "Mela ma nafux li kulħadd jista' jagħmel id-domandi?!", "Però qed tinħadem sistema min-naħa tal-Gvern li naħseb li mhijiex aċċettabbli.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Onor. Mizzi, jekk jogħġbok.", "Għadna ma bdejniex is-seduta u qed nagħmlu sempliċement osservazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom.", "Ministru Mizzi, nitolbok tieqaf għax ikolli nieħu pożizzjoni.", "Is-Sedja ħadet nota tal-osservazzjoni tiegħek però, kif taf inti, is-Sedja fl-ebda mument ma tidħol fil-mod kif ministru jew ministri jirrispondu u kull membru hawnhekk - inti inkluż għax tagħmel ħafna mistoqsijiet - jagħmel il-mistoqsijiet supplimentari.", "M'hemm l-ebda mod kif is-Sedja tindaħal safejn għandhom jieqfu l-mistoqsijiet supplimentari.", "Is-Sedja dejjem tagħti d-direzzjoni li kemm jista' jkun mistoqsija supplimentari ma teħux aktar minn 60 sekonda u li r-risposta tal-Ministru ma teħux aktar ħin milli għandha tieħu.", "Dik hija l-pożizzjoni.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' PATRIMONJU MALTA U SOVRINTENDENZA TAL-PATRIMONJU KULTURALI GĦASSENA 2018", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar, 2018 sal-31 ta' Diċembru, 2018 skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Infakkar lillKamra li ddiskussjoni fuq din ilmozzjoni għandha tieħu seduta waħda bilħin jinqasam indaqs bejn kelliema talGvern u kelliema talOppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq min-naħa tal-Gvern.", "OWEN BONNICI: Sur President, għall-benefiċċju ta' min qed isegwina dalgħodu, f'dan il-Parlament għandna regola li tgħid li biex numru ta' entitajiet ewlenin jingħataw il-fondi biex ikunu jistgħu joperaw, l-ewwel iridu jiġu quddiem dan il-Parlament.", "Teknikament diġà jkun hemm dan il-proċess li jkun sar fil-Baġit, però ta' qabilna kienu pprospettaw li tant kemm riedu li min imexxi aġenzija jkun accountable lejn il-Parlament, li anke meta jiġu biex jieħdu l-fondi għas-sena li nkunu in eżami, trid tiġi quddiem il-Parlament.", "Jien din dejjem naraha bħala opportunità pożittiva ħafna anke biex nispjegaw u ninformaw lill-pubbliku dwar ix-xogħol li nkunu qegħdin nagħmlu u l-miri li nkunu qegħdin inwettqu.", "Illum qegħdin nitkellmu dwar Heritage Malta u s-Superintendence of Cultural Heritage li huma żewġ organi kruċjali ewlenin għall-ħarsien u t-tmexxija 'l quddiem tal-wirt storiku.", "Is-settur kulturali jiena nħobb naqsmu fi tnejn, għandek is-settur artistiku fejn qegħdin nitkellmu dwar ix-xogħol li jsir mill-Arts Council Malta u dawn l-entitajiet, imbagħad għandek is-settur tal-wirt patrimonjali fejn hemmhekk qegħdin naraw lill-Heritage Malta u s-Superintendence bħala ċ-champions ewlenin fejn tidħol il-ħidma governattiva għall-ħarsien tal-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Illum se niffokaw dwar il-ħarsien tal-wirt storiku u dwar ix-xogħol li jagħmlu dawn iż-żewġ entitajiet.", "Naturalment mhumiex biss dawn iż-żewġ entitajiet li jagħmlu xogħol favur il-wirt storiku.", "Jiġini f'moħħi d-Direttorat tar-Restawr li jagħmel ħafna xogħol.", "Jiġuni f'moħħi wkoll id-diversi NGOs li jagħmlu ħafna xogħol fejn jidħol il-wirt storiku, però llum se niffokaw fuq dawn iż-żewġ entitajiet, Heritage Malta u s-Superintendence of Cultural Heritage u naħseb tajjeb nispjegaw dwar ix-xogħol li jsir - għaliex qatt mhu żejjed li tispjega dak li jkun sar - u dak li beħsiebna nagħmlu.", "Teknikament Heritage Malta jisimha Patrimonju Malta u jien illum ġejt hawnhekk b'aħbar pożittiva.", "Is-sena l-oħra, bħal dan iż-żmien sena, fil-Parlament kont għedt li kont qed nipprospetta li din is-sena, jiġifieri s-sena 2017, din l-entità tagħlaq bit-telf minħabba li kellna żewġ siti maġġuri li kienu magħluqin.", "Qed nirreferi għall-Palazz li kien magħluq għal prattikament seba' xhur minħabba l-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u l-Ipoġew li kien qed jiġi restawrat, u dawn it-tnejn huma kalamita tal-viżitaturi.", "Kont għedt li peress li dawn it-tnejn kienu magħluqin għall-parti kbira tas-sena, probabbilment konna se nagħlqu s-sena bit-telf.", "Illum qiegħed f'pożizzjoni li ngħid li mhux talli m'għalaqniex is-sena bit-telf, talli minkejja dawn iż-żewġ sfidi li kellna, matul is-sena 2017 kellna ammont record ta' viżitaturi, 1.3 miljun viżitatur u għalaqna s-sena bi profitt ta' iktar minn €300,000.", "Mela minn sena li jien stess kont għedtilkom hawnhekk li probabbilment se nagħlquha bit-telf għax kellna żewġ siti magħluqin, mhux talli m'għalaqniex bit-telf, talli għamilna profitt ta' iktar minn €300,000 kif ukoll ksirna r-record ta' kull żmien ta' kemm ġew viżitaturi fis-siti ta' Heritage Malta, 1.3 miljun viżitatur.", "Fil-fatt mill-biljetti ġġenerajna dħul ta' €7 miljun u dan għal darb'oħra kien record ieħor.", "Irrid ngħid li, kif nafu, f'Malta l-prezzijiet tal-biljetti huma moderati ħafna.", "Spiss jiġu ħbieb tiegħi minn barra u jirrimarkawli dwar kemm huma affordabbli l-biljetti ta' Malta.", "Minkejja dan, irnexxielna nagħmlu dħul ta' €7 miljun li ma ħadhomx il-Gvern.", "Il-Gvern ma jiġix fl-aħħar tas-sena u jgħid li se jieħu nofs dawn is-€7 miljun biex iħallas il-pagi tal-ħaddiema.", "Dawn is-€7 miljun jerġgħu jmorru lura kollha għand Heritage Malta biex inkunu nistgħu nkomplu nagħmlu x-xogħol favur il-patrimonju kulturali.", "Is-sena li għaddiet saru xejn inqas minn 250 avveniment u wirja u jien dejjem inħeġġeġ lil min jaħdem fil-qasam tal-patrimonju kulturali biex jagħmel wirjiet u jtella' esibizzjonijiet għax lin-nies irridu niftħulhom il-bibien ħalli jiġu fis-siti tagħna.", "Forsi l-iktar avveniment li ntgħoġob kien dak relatat mas-sejf ta' La Valette.", "Kif tafu, aħna rnexxielna nikru għal numru ta' xhur is-sejf ta' La Valette – u l-esperti ma jaqblux bejniethom dwar kif għandek issejjaħlu – li esibejnieh fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u b'kollox ġew jarawh iktar minn 80,000 viżitatur.", "Anke t-tfal ħadu pjaċir ħafna jmorru jaraw dan is-sejf.", "Fis-sena 2017 sar ħafna xogħol, u għalkemm ma nistax nelenka kollox għax inkella nieħu s-seduta kollha, imma rrid insemmi l-ftuħ mill-ġdid tal-Ipoġew matul is-sena li għaddiet.", "Ħadt pjaċir ħafna meta ġie Sergio Mattarella, il-President tal-Italja, li wera x-xewqa li jiġi l-Ipoġew.", "Mis-siti kollha dan xtaq li jara l-Ipoġew.", "Ħadt gost ħafna miegħu meta ħadtu jara l-Ipoġew u anke l-ħaddiema ta' Heritage Malta jieħdu pjaċir ħafna li jkollhom viżitaturi ta' eċċellenza li japprezzaw ix-xogħol tagħhom.", "Barra dan, għamilna xogħol f'Ħaġar Qim Visitors Centre, fosthom sala ta' lqugħ ġdida, sala għall-konferenzi ġdida u museum shop ġdid.", "Jien inħeġġeġ lin-nies jaraw dawn l-affarijiet li għamilna.", "Tejjibna wkoll il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Forti Sant'Anġlu u l-Mużew Marittimu Waqqafna wkoll kċina industrijali - u issa nispjega ftit dwarha - inkonnessjoni mal-attività A Taste of History, u għamilna ħafna xogħol ta' restawr fil-Grand Salon tal-Mużew tal-Arkeoloġija, restawr tal-bitħa u l-ftuħ tal-casements area li fihom hemm interpretazzjoni ġdida fil-Palazz Vilhena.", "Għamilna strateġija ta' interpretazzjoni ta' Għar Dalam għall-heritage park project li dalwaqt se nniduha u se tinkludi wkoll iż-Żona ta' Kaċċatura, restawr ta' mijiet ta' artefacts, ir-restawr tal-kappella ta' San Pawl Milqi u restawr tar-razzett f'Tas-Silġ.", "Fil-fatt f'Tas-Silġ, jekk Alla jrid, dalwaqt ikollna visitors centre.", "Kienet ix-xewqa tal-mibki Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Joe Attard, u qabel miet qalli biex inwiegħdu li l-Interpretation Centre li ilu ġej f'Tas-Silġ ikun up and running, tajtu kelma u din se nwettquha għaliex se jkun hemm visitors centre anke f'Tas-Silġ.", "B'hekk in-nies ikunu jistgħu japprezzaw iktar din iż-żona.", "Għamilna manutenzjoni ġenerali tas-siti kollha u hemm il-proġetti tal-ERDF li huma fondi Ewropej, fosthom il-proġett tal-MUŻA li se jinfetaħ din is-sena u nkunu nistgħu nieħdu pjaċir flimkien naraw ix-xogħol eċċezzjonali li għamlu l-ħaddiema kollha.", "Diġà nidejna wkoll il-proġett tal-Palazz tal-Gran Mastru, il-proġett ta' restawr tal-Knisja tal-Pilar li se jitlesta f'Ottubru ta' din is-sena u l-mużewijiet f'Għawdex li se jitkellmu żgur sħabi l-Għawdxin dwarhom.", "Introduċejna wkoll sezzjoni ta' wirt kulturali taħt l-ilma li huwa l-Underwater Culture Heritage Section fi ħdan Heritage Malta biex tispeċjalizza fuq dan is-settur.", "Bħala Heritage Malta ħadna ħsieb ukoll il-monumenti nazzjonali, fosthom il-monument tal-Fjamma, il-Monument ta' City Gate u l-monument tal-Perit Mintoff.", "Irrid nirringrazzja lil kulħadd għax-xogħol eċċezzjonali li sar u għamilna żoni ġodda miftuħin għall-pubbliku f'Forti Sant'Iermu u fil-Mużew Nazzjonali.", "Għamilna wkoll xalata ta' open days, ħolma oħra li saret realtà, li kont ili nimbotta fuqha u fl-aħħar irnexxielna.", "Dawn huma open days għall-pubbliku li għalihom jistgħu jattendu l-ġenituri bit-tfal u jieħdu pjaċir jaraw il-wirt kulturali li għandna f'pajjiżna.", "Qed ngħaġġel għax irrid ngħid kemm jista' jkun u l-ħin huwa krudili wisq.", "Qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi, irrid nirringrazzja minn qalbi lil żewġ persuni.", "Nirringrazzja lill-Acting CEO Noel Zammit li kompla fuq it-tajjeb li wettaq il-predeċessur tiegħu Kenneth Gambin.", "Naħseb li flimkien mas-Sur Zammit komplejna bir-ritmu tajjeb ta' xogħol li kien għaddej.", "M'għandix dubju li għandu għal qalbu prinċipju kardinali li l-wirt storiku m'għandux ikun għal ftit imma t-tgawdija tal-wirt storiku għandha tkun għal ħafna.", "Naħseb li dan huwa prinċipju kardinali li jiggwidana.", "Irrid insellem ukoll lil wieħed mid-Diretturi f'Heritage Malta, id-Direttur Eżekuttiv is-Sur Mario Cutajar li kif nafu huwa wkoll il-Principal Permanent Secretary.", "Hu jkun ta' għajnuna enormi biex isir dan ix-xogħol kollu, biex isiru dawn ir-riformi kollha.", "Nemmen li b'dan il-mod qegħdin nagħmlu xogħol li qed jinħass u li tajna impetu enormi f'dan is-settur tant importanti.", "Se ngħaddi biex issa ngħid xi ħaġa dwar is-Superintendence of Cultural Heritage (SCH).", "Ħafna nies m'għandhomx viżibilità ta' dan l-uffiċċju.", "Dan huwa uffiċċju delikat ħafna li jagħmel xogħol importanti.", "Se nagħmilha ċara minn hawnhekk li s-sena 2018 trid tkun is-sena ta' differenza fl-uffiċċju tas-Superintendent of Cultural Heritage.", "L-ewwel nett, irridu nżidu l-viżibilità ta' dan l-uffiċċju.", "In-nies jaħsbu li s-Superintendence of Cultural Heritage u Heritage Malta huma ħaġa waħda.", "Irridu naħdmu iżjed biex inżidu l-viżibilità għax ħafna nies, inkluż nies istruwiti u ta' skola, jaħsbu li s-Superintendence of Cultural Heritage u Heritage Malta huma l-istess ħaġa u minn hemmhekk irridu nirrealizzaw il-bżonn li nkomplu nkabbru l-viżibilità.", "Waħda mid-deċiżjonijiet importanti kienet il-ħatra ta' Suprintendent ġdid li huwa s-Sur Joe Magro Conti, li nsellimlu minn hawnhekk, li fix-xahrejn li ilu fil-ħatra tiegħu diġà beda jagħmel id-differenza.", "Hemm xogħol importanti li sar mill-predeċessur tiegħu, is-Sur Tony Pace li nsellimlu minn hawnhekk u nħeġġu jkompli jaħdem fis-settur tal-wirt storiku fir-rwol il-ġdid li għandu li jiffoka fuq il-wirt tanġibbli ta' pajjiżna fi proġett li qed isir mal-Università.", "Inħeġġeġ lis-Sur Magro Conti biex ikompli għaddej bir-ritmu li qabad.", "Bħalissa s-Suprintendent qiegħed f'sitwazzjoni ta' titjib …", "L-ewwel nett, se jkun hemm ingaġġ ta' uffiċjali ġodda.", "Għandna l-approvazzjoni għal 25 impjegat ġdid mas-Superintendence maqsumin fuq tliet snin, għaxra minnhom f'din is-sena.", "Fil-fatt diġà kienet saret sejħa biex jidħlu aktar nies mas-Superintendent of Cultural Heritage.", "Oriġinarjament it-talba kienet għal ħames persuni, applikaw iktar minn ħames persuni, kien hemm konkorrenza, għamilna talba biex ladarba kien hemm dik il-konkorrenza ma jkunux biss ħamsa, imma jkunu iktar, u t-talba tagħna ntlaqgħet biex fuq bażi ta' tliet snin ikun hemm ingaġġ ta' 25 persuna ġdida li se jkun l-ikbar ingaġġ mas-Superintendence li qatt sar fl-istorja ta' pajjiżna.", "Dawn se jkollhom il-funzjoni li jagħtu servizz aħjar lill-pubbliku.", "Irrid ngħid li jien sensittiv għall-kritika li l-pubbliku u anke membri tal-professjoni tal-periti jgħaddu dwar is-Superintendence.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema tas-Superintendence tax-xogħol li għamlu u se ngħid ukoll x'se nagħmlu biex intejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dan l-ingaġġ ta' 25 uffiċjal ġdid fi żmien tliet snin huwa bżonjuż biex inlaħħqu mal-volum ta' xogħol ġdid li ġie maħluq bir-riformi li għamilna fl-aħħar leġiżlatura biex il-wirt storiku jkun rispettat iktar.", "Infakkar li kuntrarjament għal dak li jingħad kultant mill-Oppożizzjoni, fl-aħħar leġiżlatura r-rwol tas-Superintendent, li biex in-nies jifhmuni, huwa l-pulizija fejn jidħol il-wirt storiku, żdied biex inħarsu l-wirt storiku f'pajjiżna u filwaqt li qabel kien jara 20 każ fil-ġimgħa, illum is-Superintendent jara 200 każ fil-ġimgħa.", "Dan ifisser li hemm iktar xogħol biex inħarsu l-wirt storiku ta' pajjiżna fejn jidħol l-iżvilupp, u għax hemm dan ix-xogħol kollu rridu aktar nies.", "Kif diġà għedt, u se ngħidha t-tielet darba, se jkun hemm ingaġġ ta' 25 persuna maqsumin fuq tliet snin, għaxra minnhom din is-sena.", "Allura se naraw impetu li jkompli jibni fuq ix-xogħol tajjeb ħafna li għamel is-Sur Magro Conti fi tmien ġimgħat jew disgħa li ilu fil-kariga.", "Però rridu nirringrazzjaw lill-ħaddiema eżistenti tas-Suprintendent.", "Fil-fatt fil-ġranet li ġejjin se jiġi ffirmat ftehim kollettiv ġdid li se jtejjeb il-kondizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema.", "Dan il-ftehim kollettiv ilu li skada numru ta' snin u din hija sitwazzjoni inaċċettabbli.", "Meta qaluli li l-ftehim kollettiv ilu li skada numru ta' snin ma ħadthiex tajjeb – ħalli nitfagħha b'mod diplomatiku – imma ħadtha ħażin u rajt u insistejt li malajr kemm jista' jkun isir hemm ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema għax il-ħaddiema jixirqilhom l-aqwa kondizzjonijiet, anke jekk irridu nattiraw nies tajbin, u fis-Superintendence irid ikun hemm ħaddiema tajbin, struwiti, li jitħallsu tajjeb tax-xogħol tagħhom.", "Nirringrazzja lill-GWU li hija l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema tal-għajnuna kbira li tatna u nawgura li hekk kif il-proposti finali jiġu approvati mill-GWU, inkunu nistgħu niffirmaw il-ftehim kollettiv ġdid u allura hemmhekk inkunu qegħdin nagħtu żiffa ġdida oħra lil dawn l-impjegati tas-Sovrintendenza.", "Inħeġġeġ anke lill-istudenti tal-Ekoloġija li forsi qegħdin isegwuna minn fuq it-televiżjoni biex jikkonsidraw karriera mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Qed nagħti l-commitment ċar tiegħi li se nagħmel dak kollu li huwa fil-poter tiegħi biex lis-Sovrintendenza nagħtuha impetu u enerġija ġdida.", "Għamilna xogħol eċċezzjonali fejn tidħol Heritage Malta, xogħol brillanti fejn jidħol id-Direttorat tar-Restawr, u issa rridu naraw li s-Sovrintendenza wkoll togħla fil-livell daqs dawn iż-żewġ entitajiet l-oħra li għadni kif semmejt.", "Fil-bidu ta' April ta' din is-sena kien hemm 78 każ pendenti biex jinħarġu terms of reference għall-monitoraġġ arkeoloġiku waqt żvilupp.", "Sal-aħħar ta' Mejju dawn it-terms of reference ġew maħruġin kollha.", "Dan qed ngħidu biex in-nies jifhmu li fis-Superintendence for Cultural Heritage qed isir u se jkompli jsir sforz kbir biex is-sitwazzjoni tkompli titjieb.", "Sintendi f'pajjiżna kull fejn tmiss issib il-wirt storiku.", "Qabel ġejt tlabthom jgħiduli kemm hemm monitoring arkeoloġiku bħalissa.", "Attwalment hemm madwar 300 każ ta' archeological monitoring għax pajjiżna, kif jgħidu l-esperti, huwa superpotenza fejn jidħol il-wirt arkeoloġiku.", "Għad-daqs ta' pajjiżna, għandna konċentrazzjoni ta' wirt arkeoloġiku enormi.", "Jien ngħid li filwaqt li kulħadd jiddejjaq - anke l-iżviluppaturi jiddejqu - meta l-proċess idum, però nemmen li n-nies jifhmu li jekk jinstab wirt storiku, dan irid jiġi kkonservat bl-aħjar mod.", "Li ma jaċċettawx in-nies – u jien m'iniex se naċċettaha lanqas u qed nagħmilha ċara – hu dewmien esaġerat biex il-proċessi jimxu.", "Allura qed nagħti dan il-commitment li fejn jidħlu dawn il-proċessi we're going to up the game.", "Jien personalment se nagħmel dak kollu li huwa fil-poter tiegħi biex fejn ikun hemm dan it-tip ta' proċessi s-sitwazzjoni titjieb.", "Żblukkajna wkoll is-sitwazzjoni tal-Bord tal-Warrants.", "Kien hemm raġuni teknika għalfejn il-Bord tal-Warrants ma setax jiffunzjona.", "Biex wieħed jifhem x'qed ngħid, teżisti professjoni f'pajjiżna, dawk li jgħidulhom il-conservators, nies li mhumiex periti u mhumiex riċerkaturi, imma huma nies li jikkonservaw il-wirt storiku ta' pajjiżna, li jagħmlu xogħol ta' konservazzjoni fuq il-karta u fuq il-pittura u hemm ħafna branki.", "Huwa xogħol sabiħ ħafna, u kemm ili responsabbli minn dan is-settur tgħallimt ħafna.", "Jiena ngħid li qabel ma kont naf xejn u issa sirt naf ftit, u sirt naf għax kelli x-xorti li nagħmilha mal-aqwa nies f'dan is-settur fejn tidħol il-konservazzjoni u r-restawr.", "Irrid ngħid li dawn il-persuni wrew ix-xewqa li jkollhom warrant biex jipprattikaw.", "Bħalma perit u avukat ikollhom warrant, huma jixtiequ li jkollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni.", "Min-naħa l-oħra, kien hemm min qal li m'għandux ikun hemm warrant; kien hemm anke membri akkademiċi li mmilitaw kontra li jingħata warrant.", "Meta rajt is-sitwazzjoni sibt li l-liġi diġà tipprovdi li jistgħu jingħataw warrants, però kien hemm impediment legali li żamm lill-bord milli jiffunzjona.", "Jiena tlabt laqgħa ma' esperti ewlenin ta' Heritage Malta u mal-Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech, li żgur ma jistax jilmenta li x-xogħol tiegħu mhuwiex ikkulurit u vast, li daħal fil-Liġi tal-Wirt Storiku u tana parir dwar kif nistgħu niżblukkaw is-sitwazzjoni.", "Jien illum qiegħed f'pożizzjoni li nħabbar li fil-jiem li ġejjin se nkun qed inwaqqaf bord li jagħti l-warrants lill-conservators biex din il-kwestjoni li ilha tkarkar iktar minn 15-il sena issa tiġi riżolta darba għal dejjem.", "L-aħħar kumment li rrid nagħmel huwa dwar it-triq 'il quddiem.", "F'dibattiti bħal dawn għandna ħabta ħarsu lejn dak li ġara fil-passat.", "Però jien iktar interessat li nħares 'il quddiem, lejn il-futur.", "Bħalissa qed isir xogħol tajjeb ħafna biex tiġi riveduta l-Liġi dwar il-Wirt Storiku.", "Dan huwa proċess li ħa l-ħin tiegħu u nemmen li ħa iktar milli missu.", "Qed ngħid hekk għax huwa importanti li naġġornaw il-liġi tagħna tal-wirt storiku ma' dak li qed jiġri barra.", "Min jaħseb li l-Liġi dwar il-Wirt Storiku tirregola biss il-pitturi u affarijiet li forsi mhumiex kontroversjali sejjer żbaljat, għax hemm issues jaħarqu ħafna, fosthom il-kwestjoni dwar meta pittura tiġi f'pajjiżna minn barra, u x'jiġri biex din terġa' lura minn fejn ġiet, jew għandhiex titħallas taxxa speċjali fuqhom.", "Hemm il-kwestjoni ta' x'nistgħu nagħmlu biex nattiraw iktar kollezzjonisti ħalli jġibu pittura f'Malta u nagħmluhielhom iktar interessanti biex iżommuha f'Malta u jarrikixxu lil pajjiżna.", "X'nistgħu nagħmlu biex pajjiżna jkompli jsir ċentru ta' eċċellenza fejn jidħol il-wirt storiku?", "Iltqajt ma' nies fantastiċi fis-settur li huma interessati ħafna f'pajjiżna, nies li l-poplu Malti u Għawdxi jafhom għax trabba magħhom u jarahom fuq it-televiżjoni, u li huma interessati joperaw minn Malta.", "Naħseb li aħna għandna obbligu lejn il-poplu Malti u Għawdxi li nagħmlu l-qafas legali li hemm bżonn biex inkunu the cutting edge, inkunu friski u nagħtu soluzzjonijiet li jagħmlu sens lil min jixtieq itella' kollezzjonijiet importanti ħafna f'pajjiżna mingħajr ma jibża' li jekk xi darba jkun irid jerġa' jeħodhom f'pajjiżu, jara l-passjoni bħalma sfortunatament spiss jiġri s'issa.", "Il-liġi l-ġdida tal-wirt storiku trid tagħti wkoll poteri ġodda li jagħmlu sens fiż-żmien tal-lum lil Heritage Malta biex fejn hemm bżonn tidħol u tieħu ħsieb postijiet storiċi.", "Jien dejjem ngħid li għamilna miraklu żgħir fl-aħħar ħames snin li rrestawrajna Forti Sant'Anġlu, Forti Sant'Iermu u l-Gardjola tal-Port il-Kbir.", "Prattikament id-dawra kollha tal-Port il-Kbir ġiet restawrata.", "Jonqos il-Forti Ricasoli; hija x-xewqa personali tiegħi li nkunu nistgħu ngħaqqdu l-kwadru ta' postijiet storiċi li nkunu rrestawrajna fid-daħla tal-Port il-Kbir.", "Tant kemm irrestawrajna affarijiet li biex żgur inkunu perfetti, anke rrestawrajna s-swar tal-Floriana li d-dehra tagħhom tilqa' mill-ewwel lit-turisti li jiġu Malta bil-cruiseliners.", "Dan huwa l-perfezzjoniżmu li aħna kburin bih u li se nkomplu naħdmu fuqu.", "Il-futur f'dan is-settur huwa eċitanti.", "Pajjiżna, kif tafu, qiegħed f'reġjun interessanti ħafna.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lill-istorja tad-dinja - u hawn clips fuq Youtube intitolati History of the World in 20 minutes – wieħed isib li r-reġjun li qegħdin fih aħna kien id-dar tal-ikbar ċiviltajiet u tal-ikbar konkwisti.", "Biżżejjed ngħidu li r-reliġjonijiet il-kbar, tneħħi r-reliġjonijiet tal-Lvant, kollha twieldu fir-reġjun li qegħdin aħna.", "Ġesù twieled erba' passi 'l bogħod minn pajjiżna, fil-Lhudija.", "Hekk ukoll iċ-ċiviltajiet ewlenin tal-qedem, bħall-Imperu Ruman, il-Kartaġiniżi u l-Biżantini, kollha twieldu f'dan ir-reġjun tant sabiħ li Malta tagħmel parti minnu.", "Pajjiżna qiegħed proprju f'nofs is-sodda fejn twieldu dawn iċ-ċiviltajiet kollha u għalhekk għandu rwol eċċezzjonali akbar mid-daqs tiegħu fejn jidħol il-wirt storiku.", "Irridu nagħtu impetu ġdid anke fejn jidħol il-ħarsien u r-rikonoxximent mill-UNESCO.", "Din hija xi ħaġa li fl-aħħar snin tajnieha spinta kbira.", "L-isfida hija li tkun gvern ta' pajjiż b'art żgħira ħafna.", "Aħna art m'għandniex, u jekk tagħmel xi ħaġa żgħira ibqa' ċert li se tolqot ħażin jew tajjeb lil ammont kbir ta' persuni.", "Aħna Gvern, aħna Parlament ta' stat li għandu territorju żgħir ħafna, però mbagħad għandu wirt storiku enormi.", "L-isfida hija li tipprova tibbilanċja l-fatt li għandna ftit art mal-fatt li għandna wirt storiku eċċezzjonali, mal-ħteġijiet tan-nies u mal-ħteġijiet tal-ekonomija, u trid tivvalorizza din il-ħaġa.", "Għalkemm mad-daqqa t'għajn taħseb li din hija xi ħaġa impossibbli, jiena naraha bħala a cutting edge.", "Aħna għandna xi ħaġa li ħaddieħor m'għandux.", "Aħna qegħdin f'dan ir-reġjun ibaqbaq ta' kultura u ta' ċiviltajiet; anke l-piramidi tal-Eġittu qegħdin verament viċin.", "Għandna din iċ-ċiviltà kbira fir-reġjun tagħna, ejja nużawha biex inkomplu nkabbru u mmexxu 'l quddiem pajjiżna.", "Mal-UNESCO jrid ikollna l-aqwa relazzjonijiet li qatt kellna.", "Irrid ngħid li fl-aħħar snin għamilna xogħol kbir mal-UNESCO biex ikollna iktar siti f'pajjiżna li jiġu rikonoxxuti, filwaqt li nkomplu nagħmlu l-iżvilupp li hemm bżonn għal pajjiżna - pereżempju fejn jidħlu l-mini taħt il-Belt Valletta - u nirrispettaw il-wirt storiku tagħna.", "M'għandix dubju li għas-settur tal-wirt storiku, is-snin li ġejjin se jkunu snin eċitanti immens li fihom naraw livell ta' progress u titjib li bħalu ma nkunu rajna qatt qabels'issa.", "Qabel nikkonkludi rrid insellem lil wieħed mill-predeċessuri tiegħi li kien Ministru tal-Kultura Dr Louis Galea li kien welled il-Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali u kien iddeċieda li jneħħi d-Dipartiment tal-Mużewijiet u joħloq minflok Heritage Malta li tkun l-id operattiva u jagħmel Sovrintendenza li tkun l-id regolatorja.", "Din kienet viżjoni li tat il-frott, viżjoni b'saħħitha ħafna li ppermettitilna nkomplu nibnu fuq dan il-ġid kollu li għamilna fl-aħħar snin.", "Irrid infaħħar dik il-viżjoni.", "Bl-istess mod irridu li jkollna viżjoni aqwa.", "Bl-istess mod li ta' qabilna lestew dan il-pedament in more ways than one - inħoss li din hija mission accomplished - issa wasal il-pass li jmiss, it-tieni stadju ta' din il-viżjoni ta' pajjiżna, li nivvalorizzaw il-wirt storiku tagħna u nagħmlu lil pajjiżna ċentru ta' eċċellenza fis-settur tal-wirt storiku.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, irrid nibda dan id-diskors billi nirringrazzja lis-Sur Anthony Pace għall-ħidma li wettaq bħala l-ewwel Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.", "Hu kien inħatar bħala Sovrintendent f'Ġunju tal-2002 u kien l-ewwel persuna li ngħata dan l-inkarigu hekk kif l-amministrazzjoni ta' dak iż-żmien kienet għarfet il-ħtieġa li jkun hemm sovrintendenza fuq il-wirt kulturali.", "Is-Sur Pace illum għandu madwar 36 sena esperjenza fis-settur tal-wirt kulturali u żgur li għad għandu ħafna x'joffri.", "Irrid nirringrazzjah f'isem l-Oppożizzjoni tal-ħidma kollha li wettaq f'din il-pożizzjoni.", "Fl-istess waqt irrid nawgura wkoll lis-Sur Joseph Magro Conti li ħa dan l-inkarigu fi żmien meta dan l-uffiċċju qiegħed jiffaċċja ostakoli kbar.", "Sfortunatament dawn l-ostakoli jidhru li huma ta' natura strutturali, konsegwenti għal deċiżjonijiet li ħa dan il-Gvern.", "Però qabel nibda nitkellem dwar dan, irrid verament nirringrazzja lis-Sur Magro Conti talli daħal għal din ir-responsabbiltà daqstant importanti għalina peress li aħna poplu mdawwar u mogħni b'wirt kulturali enormi.", "Għalija l-wirt kulturali ma jfissirx biss l-oġġett jew il-binja jew il-fdalijiet, u għalhekk m'iniex se nitkellem fuq il-preservazzjoni passiva tal-wirt kulturali, iżda se nitkellem fuq it-tgawdija attiva ta' dan il-wirt.", "Il-wirt kulturali mhuwiex xi ħaġa mejta, iżda huwa wirt kontinwu.", "Aħna rridu nipproteġu l-legat tal-antenati tagħna imma rridu wkoll naħsbu għal ta' warajna anke f'dak li huwa wirt li qegħdin noħolqu aħna għalihom.", "Għalija l-wirt kulturali jinkludi l-wirt li ħallewlna missirijietna iżda jinkludi wkoll il-wirt li aħna qegħdin noħolqu issa u li se nħallu biex isibu dawk li ġejjin warajna.", "Jiena nispera li dan il-wirt mhux se jkun konkos li jordom il-fdalijiet ta' missirijietna u li jkun kisser il-legat ta' dawk li mhumiex daqshekk 'il bogħod minna.", "F'dan kollu s-Sovrintendenza għandha responsabbiltà kbira u jien ngħid responsabbiltà unika, u jekk dan il-Parlament verament jemmen fil-wirt kulturali – u hawn b'\"wirt\" qed nifhmu l-legat - għandu jara kif jassigura li s-Sovrintendenza tingħata r-riżorsi kollha li teħtieġ biex tkun tista' twettaq xogħolha b'mod effettiv u b'mod effiċjenti.", "Naħseb li ningaġġaw għaxar persuni din is-sena u 25 fi tliet snin mhuwiex biżżejjed.", "Se nkunu diġà tlifna ħafna mill-wirt kulturali li għandna nipproteġu.", "Dan il-Parlament irid ukoll jassigura li hekk kif issa ilna għal żmien b'wtorità għall-ambjent u b'awtorità għall-ippjanar, ikollna wkoll struttura għall-wirt kulturali li tkun struttura bis-snien simili għall-ERA, bil-poteri u bl-istatus li għandha l-ERA.", "Dan apparti li tkun mogħtija r-riżorsi meħtieġa u li tkun tista' taħdem b'expertise qawwi.", "Dan il-Gvern ġab lis-Sovrintendenza f'pożizzjoni – u hawnhekk m'iniex se nagħti l-benefiċċju tad-dubju lill-Gvern – fejn ma tistax tagħmel xogħolha.", "Għandna uffiċċju mogħni b'nies kapaċi, nies li jifhmu fis-settur, li għandhom esperjenza vasta fl-uffiċċju mmexxi minn persuna bħas-Sur Joseph Magro Conti, iżda dan il-Gvern ġab il-ħidma tagħhom fix-xejn għaliex id-deċiżjonijiet li jieħdu ma jorbtu assolutament lil ħadd.", "Huwa tajjeb li lill-konsulent estern tal-Awtorità tal-Ippjanar għamilnieh konsulent li jagħti biss parir u għamilnieha faċilissima li l-Awtorità ma ssegwix dak il-parir u saħansitra tinjorah bl-aktar mod assolut?", "L-Oppożizzjoni qiegħda ssegwi bir-reqqa l-ħidma li qiegħda ssir mill-Uffiċċju tas-Sovrintendent u dan qiegħda tagħmlu b'appoġġ sħiħ lejn is-Sovrintendent u l-ħaddiema kollha ta' dan l-uffiċċju.", "Bit-tibdil fil-Liġi tal-Ambjent u l-Ippjanar huma ġew inondati b'xogħol ta' importanza kbira għall-patrimonju Malti iżda qajla ngħataw ir-riżorsi jew ir-rikonoxximent li jixirqilhom bħala l-esperti f'dan il-qasam.", "Il-Gvern, wara d-demerger tal-MEPA, dgħajjef lis-Sovrintendenza billi inondaha bix-xogħol u ħallieha mingħajr riżorsi, u dan m'iniex ngħidu jiena biss, imma qalitu wkoll il-Kamra tal-Periti permezz ta' ittra fil-5 ta' Diċembru tas-sena l-oħra lill-Ministru Owen Bonnici.", "Nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra – il-permess qed nitolbu lill-Ministru Owen Bonnici għax hu biss hawn bħalissa fil-Kamra min-naħa tal-Gvern - biex fl-aħħar tad-diskors tiegħi nqiegħed din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Irrid ngħid ukoll li wasal iż-żmien li nagħtu r-rikonoxximent li hemm bżonn lill-wirt kulturali tagħna.", "Irridu nagħrfu nsibu t-triq kif nipproteġu, iżda wkoll ingawdu, il-wirt kulturali tagħna qabel ma nitilfuh darba għal dejjem fl-attakk sfrenat li għaddej f'pajjiżna li fih il-wirt kulturali m'għadux prijorità.", "Dan il-Parlament b'mod ċar għandu juri apprezzament reali lill-wirt kulturali tagħna billi apparti li jara li jingħataw r-riżorsi kollha meħtieġa, jara wkoll li tissaħħaħ is-Sovrintendenza billi jagħtiha vuċi soda ħalli l-konklużjonijiet tagħha jiġu rispettati mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jekk il-Gvern jibqa' jirrifjuta li jagħmel dan l-investiment politiku u finanzjarju fi żmien li dejjem ifakkarna li huwa l-aqwa żmien li qatt kellu dan il-pajjiż – qisu qatt qabel il-Gvern ta' Joseph Muscat ma kien hawn xi gvern ieħor li ġab ġid għal dan il-pajjiż - allura dan il-Gvern ikun qiegħed juri biċ-ċar li għalih il-proċess ta' sindikar tal-applikazzjonijiet tal-ippjanar li jsir mis-Sovrintendenza huwa biss proċess li l-Gvern iridu jkun wieħed fażull u mingħajr snien!", "Nistieden għalhekk lill-Gvern biex iressaq emendi u proposti konkreti li jsaħħu lis-Sovrintendenza.", "Jekk jagħmel hekk isib lill-Oppożizzjoni miegħu, għaliex flimkien irridu nassiguraw li ma nitilfux il-wirt kulturali ta' pajjiżna, ta' niesna u tagħna.", "Sur President, jiena nemmen li dawn l-emendi għandhom jgħinu biex jassiguraw l-ewwel nett li l-konklużjonijiet tas-Sovrintendenza ma jiġux megħluba jew injorati minn bordijiet oħrajn bħal dawk tal-Awtorità tal-Ippjanar li qajla jifhmu fil-wirt kulturali.", "Dan diġà rajnieh iseħħ, pereżempju, fil-każ ta' Villa Ignatius f'San Ġiljan.", "Dan ħareġ ċar anke minn mistoqsija parlamentari li ressaq il-kollega tiegħi l-Onor.", "It-tieni ħaġa, għandha ssir emenda biex is-Sovrintendenza tingħata l-istatus sħiħ u almenu poteri simili għal dawk tal-ERA, iżda f'dan il-każ fuq il-wirt kulturali, u dan bħala rikonoxximent li s-Sovrintendenza hija l-espert f'dan il-qasam.", "It-tielet emenda għandha tkun li jekk ikun hemm bżonn, jiġi estiż it-terminu li fih is-Sovrintendenza trid tagħti l-parir tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar meta din tkun mitluba tagħti l-parir fuq large scale projects.", "Jiena nippreferi li t-terminu jibqa' kif inhu imma s-Sovrintendenza tingħata r-riżorsi kollha li għandha bżonn biex tlaħħaq ma' dak it-terminu.", "Jekk il-Gvern jaħseb li b'għaxar persuni s-Sovrintendenza se tkun qed tlaħħaq mal-applikazzjonijiet kollha li żdiedu b'aktar minn seba' darbiet ta' dawk li kienet qed tara fiż-żmien ta' qabel id-demerger tal-MEPA, allura sejjer żball.", "Jekk mhux se jingħataw biżżejjed riżorsi għandu jittawwal iż-żmien li fih is-Sovrintendenza trid tagħti l-parir tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar dwar large scale projects.", "Ir-raba' proposta hi li ndaħħlu l-prinċipju ta' użu jew tgawdija sostenibbli tal-wirt kulturali tagħna u mhux ikollna xi laguna fil-Forti Sant' Iermu jew xi bejt għal xi parties u l-bejt ikun tal-Mediterranean Conference Centre!", "Tgawdija sostenibbli hija dik li tagħti l-ħajja lill-wirt kulturali mingħajr ma tmur kontra n-natura u l-għan ta' dak il-wirt.", "Il-ħames emenda għandha tkun ukoll fil-mod kif isir l-iskedar u d-descheduling tal-proprjetà.", "Dawn huma proprjetajiet li huma parti mill-wirt kulturali tagħna lkoll u allura d-deċiżjoni kemm għall-iskedar kif ukoll għad-descheduling għandu jkun proċess effettiv u effiċjenti miftuħ għall-pubbliku.", "Irrid nitkellem ukoll dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-istakeholders u tal-professjonisti f'dan is-settur.", "Il-wirt kulturali jirrappreżenta storja u memorja kulturali anke ta' valuri soċjali.", "Il-kultura hija mibnija u magħmula minn valuri soċjali u mill-istili ta' ħajja li aħna ngħixu llum.", "Ma nistax nara lil dan il-qasam jimxi 'l quddiem b'mod tajjeb jekk mhux bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-istakeholders u tal-professjonisti fis-settur fejn il-prijorità għandha tibqa' l-qalba u r-ruħ tal-kultura li allura tmur lil hinn mill-politika partiġjana.", "Dan is-settur jinkludi fih persuni kreattivi li japprezzaw il-wirt li tħalla lilna mill-antenati tagħna u li jaħsbu dwar x'jistgħu jħallu għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Żgur li f'dan il-qasam hemm nies li vvotaw lill-Partit Laburista, li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista, li vvotaw lill-Partit Demokratiku u nies li qajla jagħtu każ il-politika.", "Dawn in-nies hemm xi ħaġa li tgħaqqadhom flimkien, u din hija l-apprezzament tal-wirt kulturali u s-sens ta' urġenza li ġie kkreat fihom minħabba l-iżvilupp sfrenat u mingħajr pjan, żvilupp individwali minflok żvilupp bi pjan ħolistiku li qiegħed jolqot kull parti ta' pajjiżna.", "Kien dan is-sens ta' urġenza, dan l-għarfien tad-dannu irreparabbli u tat-telfien għal dejjem tal-wirt kulturali tagħna li ġab flimkien lil aktar minn 22 organizzazzjoni biex jiffirmaw u jippubblikaw id-dikjarazzjoni Our Legacy - Wirtna.", "La se nagħmel referenza għaliha, din ukoll nixtieq inqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar tad-diskors tiegħi.", "Din id-dikjarazzjoni hija ċara u preċiża fil-mod kif tirrappreżenta kif qegħdin nitilfu l-wirt kulturali tagħna għax il-policies tal-Gvern ipoġġu l-kummerċjaliżmu popolari bħala priorità, għall-voti, bi skapitu tal-wirt kulturali.", "Nistieden lil min qiegħed isegwina jaħseb fir-raħal fejn joqgħod u jgħid hu stess jekk il-feeling tal-ambjent mibni u tal-ħajja tar-residenti huwiex mgħakkes bl-iżvilupp li qed isir f'dak ir-raħal.", "Fejn hu l-karattru arkitettoniku tal-irħula u l-ibliet tagħna, meta qegħdin nibnu dak li rridu u nżommu biss il-faċċata jew nibnu li rridu u nwaħħlu plakka biex ngħidu x'kien hemm qabel?", "Id-dehra u l-ambjent tat-toroq tagħna kif qiegħed jitħalla jinbidel?", "Dan se jħalli effett fuq ir-residenza u anke fuq it-turiżmu ta' x'wieħed jista' jgawdi f'dik il-lokalità?", "Il-profil tar-raħal mill-bjut tal-ibliet u tal-irħula kif qed inħalluh jinbidel?", "Kull min joqgħod ħdejn xi żvilupp jirrealizza kif dak l-iżvilupp tal-bini jkollu effetti fuq l-ambjent u fuq ir-residenti li jgħixu hemm.", "Nafu liema toroq għandhom valur kulturali li wieħed għandu jirrispetta, jew se nibqgħu nieħdu deċiżjonijiet fuq binja binja, dar dar, u ninjoraw l-ambjent tat-triq u l-area li fiha hemm dik id-dar?", "Veru, ħadd ma jista' jżomm l-iżvilupp u m'għandniex nipprovaw inżommu l-iżvilupp, imma l-iżvilupp irid ikun wieħed ippjanat.", "Wieħed irid ikollu pjan ħolistiku li jfisser li tara l-aspetti ġenerali tal-kultura wkoll u mhux biss il-binja waħedha in vacuum.", "Għalhekk irrid nistaqsi lill-Gvern dwar kif qed jassigura li żoni ta' konservazzjoni urbani jiġu verament protetti, u meta ngħid protetti mhux kif kull dar għandha l-limitazzjonijiet ta' żvilupp fuqha, iżda kif dik l-area bħala area qed tiġi miżmuma u mgħammra.", "Dan il-Gvern qed jagħti appoġġ anke finanzjarju lill-kunsilli lokali li għandhom wirt kulturali ta' dan it-tip x'jipproteġu u x'iħarsu?", "Li nħarsu l-wirt kulturali jmur oltre li nħallu l-faċċata jew li naqilgħu n-niċċa u nerġgħu nitfgħuha fuq il-faċċata l-ġdida!", "Imur ferm aktar 'il bogħod milli nibnu fuq pedamenti ta' valur ta' wirt storiku u ngħattuhom bi ħġieġa biex nimxu fuqhom minn fuq il-ħġieġa!", "Is-sejħa ta' dawn it-22 għaqda mhijiex xi leħen fil-bogħod li wieħed jista' ma jagħtix kasu.", "Dan huwa leħen il-professjonisti li ta' kuljum qed iħabbtu wiċċhom mat-telf tal-wirt kulturali.", "Dawn mhumiex xi professjonisti li jżommu kollox f'bozza, anzi xogħolhom huwa preċiżament fl-iżvilupp, imma għax qed jaraw tifrik mgħaġġel tal-wirt kulturali minflok pjan sostenibbli, huma esprimew it-tħassib tagħhom.", "Jiena naqbel ma din id-dikjarazzjoni li qrajt u flejt sew, u naqbel magħha għax terġa' tqiegħed bħala prijorità l-wirt kulturali li aħna writna u titlobna naħsbu fuq dak li aħna se nħallu għal ta' warajna.", "Irrid ngħid li stqarrijiet simili m'għamluhomx biss dawn l-għaqdiet li jinkludu wkoll il-Kamra tal-Periti, imma saru wkoll mis-sidien tal-lukandi u saru wkoll mill-kuntratturi.", "Dan il-Gvern ma jistax jinjora t-tħassib tal-istakeholders, ma jistax jibqa' jaġixxi bħal dawk it-tliet xadini li jagħżlu li jagħlqu ħalqhom, jagħlqu għajnejhom u jagħlqu widnejhom, jidħkulek u jibqgħu għaddejjin kif iridu!", "Iż-żmien biex naġixxu ħalli nsalvaw dak li huwa salvabbli huwa issa u mhux għada, u huwa dan il-Gvern li għandu jieħu l-inizjattiva.", "Min-naħa tiegħi nwiegħed l-appoġġ tiegħi lil dawn l-għaqdiet speċjalment fil-ħolqien ta' forum għall-istakeholders kollha, forum li jeleva l-wirt kulturali 'l fuq mill-politika partiġjana u forum li jħares lejn il-wirt kulturali min lenti nazzjonali.", "Kif qed nitkellem fuq il-ħtieġa li nisimgħu u naħdmu id f'id mal-professjonisti u l-istakeholders fuq il-wirt kulturali u fuq wirtna, ma nistax nonqos milli nagħmel referenza għal dik il-petizzjoni li artisti fil-qasam tal-kultura bagħtu kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-Ministru Bonnici fejn talbuh jassigura li waqt il-kumplament tas-sena Valletta 2018 ikollna min verament huwa kapaċi jirrappreżenta l-kultura Maltija u jaġixxi fl-interess nazzjonali.", "Hawnhekk qed nirreferi għal dik il-petizzjoni li artisti Maltin bagħtu lill-Ministru fil-konfront tal-aġir xejn denju tas-Sur Jason Micallef, mhux bħala persuna privata iżda bħala ċ-Chairperson tal-Valletta 2018 Foundation u għalhekk il-wiċċ ta' Valletta 2018.", "Għal darb'oħra, l-għażliet politiċi tal-Gvern u tal-Onor.", "Bonnici mhumiex qegħdin jirrappreżentaw dak il-legat tal-kultura Maltija li s-sena tal-Valletta 2018 għandha tħalli jew hija mistennija tħalli minn dawn l-artisti.", "Apparti l-ilmenti tal-artisti li jgħidulek li tħallew barra jew saħansitra ġew imwarrba mill-parteċipazzjoni fil-ħolqien ta' dak il-legat li l-Valletta 2018 bħala l-Belt Kapitali Ewropea hija mistennija tħalli, is-Sur Micallef f'pożizzjoni pubblika ta lill-kultura Maltija t-timbru ta' nuqqas ta' għarfien tal-ħidma tal-ġurnalisti, ta' insensittività grassa fil-konfront ta' ġurnalista assassinata u ta' redikolaġni fil-konfront ta' ġurnalisti investigattivi.", "Żgur li dawn l-artisti ma ressqux din il-petizzjoni għax kull wieħed minnhom kien xi fan ferventi ta' din il-ġurnalista.", "Minkejja l-fehma politika tagħhom, għalihom ħadd m'għandu jagħti l-messaġġ li l-kultura Maltija hija dik ta' insensittività grassa fil-konfront ta' ġurnalisti assassinati u ta' ġurnalisti investigattivi jew ta' impunità strutturali fuq il-korruzzjoni, aktar u aktar jekk dan il-messaġġ ikun ġej minn dawk il-persuni maħtura biex jirrappreżentaw il-kultura Maltija u l-legat tal-Maltin.", "Jien nixtieq nippreżenta din il-petizzjoni ħalli tkun qiegħda wkoll fir-records ta' din il-Kamra.", "Minkejja din il-petizzjoni, il-Gvern li jgħid li jisma', iddeċieda li jisma' biss il-qanpiena mhux tal-interess nazzjonali iżda l-qanpiena li tirrinforza l-messaġġ politiku partiġjan tal-Partit Laburista.", "Il-Gvern għażel li jonqos milli jisma' lil dawn l-artisti.", "Jien personalment tlabt lill-Onor.", "Clayton Bartolo sabiex isejjaħ laqgħa tal-Kumitat Parlamentari tal-Valletta 2018 li tiegħu huwa Chairperson.", "Tlabtu sabiex f'dik il-laqgħa jistieden lil dawn l-artisti kollha u jistieden ukoll lil Jason Micallef sabiex flimkien insibu soluzzjoni u way forward ħalli almenu nsalvaw il-legat li Valletta 2018 tista' tħalli fl-aħħar xhur li fadlilna f'din is-sena bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal- Kultura.", "L-Onor.", "Bartolo għażel li ma jweġibx b'mod uffiċjali għat-talba uffiċjali imma li jidħol fil-Facebook tiegħi u jinforma lin-nies li Jason Micallef dejjem ikun mistieden.", "Hu jkun mistieden biss biex jiftaħar bl-avvenimenti li wieħed ikun qed jagħmel, imma t-talba formali li bgħatt permezz ta' email għadha ma ġietx mwieġba.", "Dan il-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mal-kultura qed juri li mhuwiex rappreżentattiv tal-kultura Maltija imma tal-kultura politika partiġjana ta' xi wħud biss.", "Hekk huwa l-każ tas-Sur Jason Micallef, u hekk huwa l-każ tal-ħatra tal-Onor.", "Illum mhuwiex fil-Kamra, għax forsi ma kienx ċert f'liema siġġu jrid jpoġġi, jekk huwiex fis-siġġu ta' deputat jew fis-siġġu tal-mistednin li jirrappreżentaw l-awtoritajiet li fuqhom inkunu qed nitkellmu.", "Hekk ukoll huwa l-każ tal-ħatra tas-Sinj.", "Phyllis Muscat bħala Chairperson tal-Malta International Contemporary Art Space.", "Kif wasalt biex nagħmel dan il-punt, irrid ngħid li hemm madwar tużżana mistoqsijiet parlamentari li jien għamilt bil-miktub lill-Onor.", "Owen Bonnici u li hu wieġeb b'nuqqas ta' tweġiba.", "Meta Ministru tiġi quddiemu mistoqsija parlamentari fuq il-mertu, pereżempju, ta' xi ħatra li tkun diġà saret bħal dik il-ħatra tas-Sinj.", "Phyllis Muscat, fuq xi public space exhibits li jkunu diġà qed jiġu esibiti jew fuq xi skema kulturali ġdida li saħansitra fid-diskors tiegħu llum ftaħar biha, nippretendi li ladarba l-ħatra diġà saret, il-Ministru jkun kapaċi jgħidilna x'inhuma l-kwalifiki u x'inhi l-esperjenza ta' dik il-persuna u mhux jirrispondi sempliċiment billi jgħid l-informazzjoni għadha qed tinġabar!", "Naf ukoll li hemm il-proċedura li nista' nerġa' nissottometti dawn il-mistoqsijiet parlamentari, u żgur li hekk se nagħmel, imma nippretendi mill-Ministru li għamel ħatra li jkun jaf eżattament ir-raġunijiet għalfejn għamel dik il-ħatra, mhux jiġi hawnhekk u lill-Parlament jirrispondih li għadu qed jiġbor l-informazzjoni!", "Niġi issa biex niffoka fuq il-ħidma tal-Heritage Malta.", "Irrid nibda billi nirringrazzja lil kull ħaddiem ta' Heritage Malta u nuri l-apprezzament tiegħi lejn il-ħidma tagħhom kif urejt fil-konfront tal-ħidma tas-Sovrintendenza.", "Din hija ħidma importanti mhux biss għax tesponi l-wirt kulturali tagħna fil-mużewijiet li Heritage Malta tieħu ħsieb iżda għax permezz ta' dawn il-mużewijiet jitqajjem aktar għarfien dwar il-passat tagħna, dwar l-istorja tagħna u lejn dak li jagħmilna Maltin.", "F'dan id-dibattitu nixtieq inqajjem żewġ punti prinċipali fil-konfront ta' Heritage Malta, wieħed fuq l-operat u t-tmexxija tagħha u l-ieħor fuq l-aċċessibbiltà għal dak kollu li għandna biex niftaħru bih, jew kif jgħid il-Malti, ta' dak kollu li għandna biex nitkessħu bih u li jinsab f'dawn il-mużewijiet.", "Sur President, se nibda mill-operat tal-Heritage Malta u l-ewwel mistoqsija u l-aktar waħda taħraq fuq Heritage Malta hija: Min qed imexxi lil Heritage Malta?", "Min huwa l-boss ta' Heritage Malta?", "Il-Principal Permanent Secretary bħala executive member, l-Onor.", "Anton Refalo bħala Chairperson, l-Acting CEO jew iċ-Chief Operations Officer?", "Dawn huma mistoqsijiet li l-istakeholders u l-ħaddiema ta' Heritage Malta kollha jistaqsu.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-human resources plan ta' Heritage Malta?", "Wara l-aħħar elezzjoni kien hemm ħaddiema li ngħataw transfers u r-raġuni kienet l-esiġenza tas-servizz.", "Jekk dawn ingħataw transfer għax l-esiġenza tas-servizz hekk talbet, għandi nifhem li hemm human resources plan!", "Irrid ngħid ukoll kelmtejn dwar l-aċċessibbiltà tal-mużewijiet.", "Nixtieq nara mużewijiet li joffru esperjenza aktar interattiva, aktar engaging għall-viżitaturi, esperjenza li tikkmanda u tqanqal l-attenzjoni u l-parteċipazzjoni tal-viżitaturi u għalhekk tesponi lill-viżitatur għal perspettivi u informazzjoni dwar dawk l-oġġetti esposti b'mod differenti, b'mod li twassal għall-għarfien.", "Nixtieq nara mużewijiet verament ħajjin li jkollhom attivitajiet attraenti għal kull età.", "L-open days jgħinu, imma l-open days ma tweldux ma' dan il-Gvern, l-open days ilhom iseħħu f'dan il-pajjiż.", "L-aċċessibbiltà għal u tal-mużewijiet mhijiex kwestjoni ta' ħin jew ta' prezz tal-biljett biss; jien qed nirreferi wkoll għal aċċessibbiltà aħjar għal esperjenza kulturali u mhux sempliċiment ħarġa li matulha rajt oġġetti esebiti.", "L-aħħar ħaġa li xtaqt nitkellem fuqha llum hija l-MUŻA, ċjoè l-flagship tal-legat li l-Valletta 2018 suppost hija mistennija li tħalli.", "Il-MUŻA mistennija li tkun mużew li jimpressjona bil-kollezzjoni li se jkollu fih, imma wkoll minħabba l-mod kif se jiffunzjona.", "Però l-aktar mistoqsija taħraq bħalissa fuq il-MUŻA hija: Meta se jiftaħ il-MUŻA?", "Fis-17 ta' Ottubru tas-sena l-oħra l-Ministru Owen Bonnici fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1848 kien informa lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Karl Gouder li l-MUŻA kellu jiġi inawgurat lejn nofs is-sena 2018.", "Aħna bdejna x-xahar ta' Ġunju, li huwa nofs is-sena 2018, u żgur li l-MUŻA ma jistax jinfetaħ dan ix-xahar sakemm il-Ministru Bonnici ma jagħżilx imur għal xi soft launch, iwaħħal xi erba' banners ikkuluriti mal-faċċata, jaqta' ż-żigarella fil-bieb u jarma l-ewwel kamra biss!", "Jien jiddispjaċini jekk il-MUŻA ma jilħaqx jinfetaħ b'mod komplet sal-aħħar u mal-għeluq tal-Valletta 2018 għax il-MUŻA huwa konċett tajjeb, huwa proġett fenomenali u huwa proġett li l-artisti Maltin għandhom għatx kbir għalih, bħalma għandhom ukoll it-turisti.", "Ikun verament… (Interruzzjonijiet)", "Jekk se tagħmel point of order, trid tindika fuq liema ordni permanenti se tagħmlu.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, ninforma lill-kollega tiegħi …", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Comodini Cachia tagħtih permess?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzjaha, aħna kollegi antiki.", "Nassigura lill-Parlament u lil kulħadd li l-MUŻA se jkun miftuħ matul din is-sena fl-okkażjoni tal-Valletta 2018 u nieħu gost jekk l-Onor.", "Kollega tkun hemmhekk miegħi biex tara b'għajnejha l-ġmiel li l-ħaddiema ta' Heritage Malta ppreparaw.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Comodini Cachia, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sinjura President, hemm indikazzjoni li hemm dewmien fl-inawgurazzjoni tal-MUŻA għax hemm problemi strutturali fil-binja.", "Il-Ministru għandu jiġi hawnhekk u jagħti spjegazzjoni għal dan id-dewmien.", "Ħadd mhu se jgħidlu li qed jagħmel ħażin jekk hemm ostakli li jrid jindirizzahom, imma almenu jindenja ruħu jinforma lill-pubbliku jekk il-pjan iċċaqlaq.", "Issa qalilna li se jiftaħ din is-sena, imma ma nafux meta.", "Nafu biss li n-Network of European Museum Organisations (NEMO) ilha ġimgħat u xhur tħabbar li bejn il-15 u t-18 ta' Novembru ta' din is-sena se torganizza l-konferenza annwali tagħha fil-MUŻA.", "Nispera li f'Novembru ma jkunx hemm lesta biss kamra waħda biex in-NEMO tagħmel il-konferenza, imma l-poplu Malti jkun jista' jgawdi l-MUŻA fil-funzjoni sħiħa tiegħu.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk l-għaqdiet kollha li jaħdmu f'dan is-settur.", "Irrid nirringrazzjahom għax huma ta' eżempju ċar għal għaqdiet oħra f'oqsma oħra.", "Huma għaqdiet li jsemmgħu leħenhom 'il fuq mill- politika partiġjana, jitkellmu fuq dak li huwa ħażin u jgħidu u jressqu l-proposti tagħhom.", "Verament nirringrazzjahom ta' xogħolhom u verament nirringrazzja lil kull min jaħdem fis-settur tal-kultura.", "Sinjura President, qabel ma nagħlaq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed id-dokumenti li rreferejt għalihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-ittra mibgħuta mill-President tal-Kamra tal-Periti lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fil-5 ta' Diċembru 2017 dwar is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;", "Kopja ta' stqarrija intitolata 'Wirtna - Our Legacy' maħruġa minn 22 għaqda fit-18 ta' April 2018; u", "Petizzjoni minn numru ta' artisti lill-Prim Ministru, lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u lis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 fejn talbu r-riżenja tas-Sur Jason Micallef minn Chairperson tal-Fondazzjoni Valletta 2018, datata 25 ta' April 2018.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTON REFALO: Sinjura President, ma stajtx inkun hawn mill-bidu nett għax kelli mmur il-qorti biex nixhed, però se nibda billi nagħmel statement qawwi li naħseb kull wieħed u waħda minna jaqbel miegħu: Heritage Malta hija dik l-aġenzija li verament tagħmilna poplu Malti u Għawdxi ħieles.", "Dan huwa suġġett li suppost qiegħed hemm biex jgħaqqadna flimkien.", "Għalhekk niskanta kif l-Onor.", "Comodini Cachia tiġi hawn u anke fuq dan is-suġġett tiżra' l-firda u tipprova tagħti l-impressjoni li dak li abbilment qed jagħmel il-Ministru Owen Bonnici qed jagħmlu politikament, l-ewwel nett bl-għażla tiegħi bħala Chairperson ta' Heritage Malta.", "Jien dejjem emmint u nibqa' nemmen li l-arti mhijiex sempliċiment parti mill-kultura imma hija l-essenza tal-ħajja nfisha.", "Jekk teħħi l-kultura u l-arti, il-bniedem ma jibqax bniedem.", "Nixtieq ukoll li naqblu dwar il-fondi li se nivvotaw għal din l-aġenzija, għax irrispettivament minn min ikun qed imexxiha, din hija aġenzija li qed tagħmel ħafna ġid lil Malta u lil Għawdex.", "Huwa għalhekk li jien verament ninkedd li nisma' dan il-kliem min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jidher ċar li dawn ma tgħallmux.", "Jgħidulna li aħna dejjem ngħidulhom negattivi.", "Anke fuq Heritage Malta niġu hawn u nuru n-negattività!", "Anzi jixtiequ li jekk jista' jkun il-MUŻA ma tinfetaħx din is-sena!", "Kien hawn min qal f'dan il-Parlament… (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Refalo.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, fl-eda mument fid-diskors tiegħi m'għedt li nixtieq li l-MUŻA ma jiftaħx imma għedt li hemm l-appoġġ tal-Oppożizzjoni sabiex nassiguraw li l-MUŻA jiftaħ din is-sena.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ħa nagħmluha ċara!", "L-aħħar ruling li tajt huwa ċar: Membru m'għandux id-dritt u l-permess li jerġa' jispjega l-fatti kif qalhom.", "Inti tispjega l-fatti tiegħek, tgħidhom kif tgħidhom, imbagħad fil-winding up jirrispondi l-Ministru.", "Therese Comodini Cachia għamlitu.", "Però ma naqbdux din is-sistema li kulħadd joqgħod iqum biex jikkjarifika dak li jkun qal.", "Dak li tkun għedt instema' u m'għandekx għalfejn toqgħod tikkjarifka.", "Onor. Anton Refalo, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "ANTON REFALO: Sur President, niskuża ruħi jekk bil-kliem li għedt stajt niġi interpretat b'ċertu mod, però bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkombatti.", "Dan qed ngħidu għax il-mission statement ta' Heritage Malta huwa qawwi ħafna li dak li hu tagħna mhuwiex tagħna biss imma huwa fdat f'idejna għal ta' warajna.", "Mhuwiex ġust, u nerġa' ngħid li mhuwiex ġust u mhuwiex ekwu li niġu hawnhekk u ma ngħidux grazzi, almenu jekk mhux lill-Ministru li jien naf kemm jaħdem f'Heritage Malta… (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx interruzzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) M'għandekx għalfejn tikkoreġih.", "Kompli, Onor. Anton Refalo, bid-diskors tiegħek.", "ANTON REFALO: … jekk mhux lill-bord tad-diretturi u s-CEO, almenu ngħidu grazzi lil dawk il-ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin li jaħdmu f'Heritage Malta għax nagħti il-kelma tiegħi li dawn qegħdin jagħmlu xogħol imprezzabbli f'dan il-qasam.", "Kelli l-opportunità li s-CEO jdawwarni ftit mal-istaff kif ukoll mad-Dipartiment tal-Konservazzjoni, u rrid ngħid li bqajt mistagħġeb bil-professjonalità u l-commitment ta' dawn l-impjegati, li huma kollha focused, u li l-mira primarja tagħhom hija l-ftuħ tal-MUŻA.", "Naħseb li huwa bżonjuż li lil dawn il-ħaddiema ngħidulhom grazzi għax qegħdin jagħmlu xogħol verament imprezzabbli fir-restawr ta' dak li huwa tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Irrid ngħid ukoll li huwa ħażin ħafna li ngħidu li xi ħaġa li hija wirt patrimonjali nistgħu ngħaddu mingħajrha u nużaw il-flus xi mkien ieħor.", "L-affarijiet mhumiex hekk u m'għandhomx isiru hekk.", "Min jirraġuna hekk ma jafx x'inhu jgħid.", "Dan kif irraġuna min ikkwotani ħażin f'gazzetta, li sibt fond għall-mużew ta' Għawdex biex ċaħħadt lill-istudenti mill-iskola.", "L-ewwel nett din mhijiex either/or, it-tnejn jikkomplementaw lil xulxin.", "Ma tistax tgħid irrid skola u ma rridx mużew, imma ħaġa tikkomplementa lill-oħra.", "Wieħed jedukak biex tmur tagħmel il-MATSEC u l-mużew jagħtik l-edukazzjoni għal għomrok għax huwa interattiv u jagħmlek bniedem verament kolt.", "Irrid ngħid ukoll li fejn riedu jippjanaw li ssir l-iskola ma kienx hemm spazju biżżejjed, għax in-naħa ta' wara kienet ittieħdet u, barra minn hekk, l-Awtorità tal-Ippjanar ma riditx li jittella' sular ieħor 'il fuq minħabba l-iskyline taċ-Ċittadella, jiġifieri fejn se jsir il-mużew f'Għawdex qatt ma setgħet issir skola.", "Għamilna numru ta' laqgħat ma' Heritage Malta biex niddiskutu xogħol li sar u dak li qed isir.", "F'din il-laqgħa wieħed seta' wieħed jifhem aħjar il-ġid li qed tagħmel din l-aġenzija fil-protezzjoni u l-aċċessibbiltà tal-patrimonju nazzjonali.", "Kif diġà spjegajt, qed isir xogħol ta' restawr u konservazzjoni imprezzabbli, u l-proġetti li twettqu bil-għaqal huma kollha xhieda tas-serjetà ta' din l-aġenzija.", "Hawn tajjeb insemmi l-proġett ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra, fejn tlesta l-proġett ta' reception u ħanut fiċ-ċentru tal-viżitaturi.", "Dan kien jikkonsisti f'xogħol ta' manifattura li sar mill-impjegati stess.", "Sar ukoll titjib fil-faċilitajiet tal-istess ċentru.", "Sar titjib u tisbiħ fis-sala għall-konferenzi f'Ħaġar Qim stess u dan sar mhux biss biex ikun hemm użu aħjar tal-ispazji imma wkoll għax l-aġenzija rat l-opportunità sabiex tkabbar il-ħanut u tikkrea sala għall-konferenzi ħalli tkabbar l-introjtu u allura timxi aktar 'il quddiemm lejn mudell sostenibbli.", "Irrid insemmi xi ħaġa fuq il-Mużew Nazzjonali li hemm fil-Belt Valletta.", "Hemmhekk sar ħafna xogħol ta' tisqif tal-Grand Salon u anke saru strutturi sabiex ikun hemm aktar aċċessibbiltà.", "Sar ukoll investiment f'partijiet tal-bitħa interna sabiex ma tkomplix issir ħsara hemmhekk.", "Sar ukoll xogħol ta' restawr estensiv fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, fil-Mużew Marittimu u anke fil-Palazz Vilhena fl-Imdina.", "Dan l-aħħar tlesta x-xogħol kollu ta' restawr tal-bitħa interna u nfetħu wkoll il-vaults u saret interpretazzjoni ġdida għall-viżitaturi.", "Sar anke ħanut għall-Mużew tal-Istorja Naturali.", "Dan kollu xogħol li sar bir-riżorsi tal-istess Heritage Malta.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll xogħol li sar ukoll mill-fondi strutturali Ewropej kif ukoll mill-fondi li jissejħu EFA, fosthom il-MUŻA, li se tiftaħ l-bibien tagħha aktar tard din is-sena.", "Tajjeb li din il-Kamra tkun taf li matul is-sena 2017 sar ħafna u ħafna xogħol ta' restawr ta' pitturi, għamara u affarijiet oħra relatati li se jkun on display fil-mużew.", "Dan ix-xogħol jien kelli l-opportunità narah b'għajnejja ġewwa Bighi fil-laboratorji tal-konservazzjoni, huwa xogħol metikoluż imwettaq mill-impjegati professjonali tal-Aġenzija.", "Is-sena l-oħra kellna wkoll l-inawgurazzjoni tal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, li wkoll huwa proġett importanti ħafna li sar bis-saħħa tal-fondi tan-Norveġja biex nipproteġu aktar dan il-ġojjell uniku li għandna f'pajjiżna.", "Saret ukoll sistema innovattiva awdjo-viżiva fejn wieħed jista' jesperjenza l-istorja tal-Ipoġew tul iż-żmenijiet.", "Irrid insemmi wkoll li s-sena l-oħra Heritage Malta organizzat laqgħat u għamlet iktar minn 250 attività li jinkludu wirjiet, lectures u attivitajiet kulturali.", "Naħseb li dan huwa numru konsiderevoli meta wieħed jikkonsidra x-xogħol kollu li hemm għaddej, xogħol ta' restawr u proġetti u xogħol ieħor li jsir wara l-kwinti bħal finanzi, sapport, IT u oħrajn.", "Dawn l-attivitajiet ma jinkludux it-tfal tal-iskola li naħseb li huma pedina importanti fir-rwol ta' Heritage Malta u lanqas jinkludu attivitajiet tematiċi li jsiru għall-iskejjel, inklużi attivitajiet marbutin mal-inizjattivi tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, bħal Skolasajf, fejn fl-2017 rajna 'l fuq minn 25 klassi jżuru l-Mitħna ta' Kola f'Għawdex fejn it-tfal ġew murija kif taħdem din il-mitħna tassew importanti fl-istorja ta' pajjiżna.", "Bħala aġenzija, Heritage Malta ma tiqafx hawn, imma kontinwament tipproduċi wkoll kotba u workbooks għat-tfal sabiex kemm waqt iż-żjarat tagħhom fis-siti jew ġewwa xi mużew kif ukoll id-dar jew l-iskola huma jkunu jistgħu jaħdmu dawk il-worksheets u jitgħallmu aktar fuq il-patrimonju nazzjonali tagħna.", "L-aġenzija tagħti dawk ir-riżorsi b'xejn lit-tfal, u dan huwa importanti ferm sabiex it-tfal jikbru u jedukaw ruħhom.", "Heritage Malta qiegħda kontinwament tinvesti wkoll fil-marketing u f'modi ġodda kif tista' tiġbed aktar turisti lejn is-siti tagħna.", "Meta wieħed jara ċ-ċertifikati li ġabet Heritage Malta, fosthom minn TripAdvisor u siti importanti oħrajn, wieħed malajr jinduna kemm dawn taw ċertifikat ta' eċċellenza u anke awards lill-mużewijiet tagħna.", "Hawnhekk wieħed ma jistax ma jgħidx prosit tax-xogħol impekkabbli li għamlet l-aġenzija.", "Ta' dan huma xhieda n-numri.", "Fil-fatt is-sena l-oħra Heritage Malta rat 'il fuq minn 1.6 miljun turist, rekord assolut fuq is-sena ta' qabel li kienet sena rekord oħra.", "Finanzjarjament Heritage Malta għamlet qligħ, li huwa sinjal tajjeb għal din l-aġenzija.", "Irridu ngħidu li Heritage Malta dan il-qligħ terġa' tinvestih fil-patrimonju nazzjonali tal-gzejjer tagħna.", "Sinjura President, din hija Heritage Malta, li mhijiex xi ħaġa statika kif qalet tajjeb l-Onor. kelliema tan-naħa l-oħra.", "Irridu mużewijiet li huma ħajjin għaliex illum it-trend inbidlet.", "Dan l-aħħar jiena u l-Onor.", "Mifsud Bonnici morna l-Kajr flimkien mal-iSpeaker fejn morna l-mużew tal-Kajr.", "Hemmhekk għandhom patrimonju kbir, rikkezzi kbar, imma kollox statistiku u kollox ġo vetrini bil-katnazzi.", "Mhuwiex dak il-mod u lanqas hi t-trend tal-lum li inti tesponi l-mużewijiet tagħna b'dak il-mod.", "Il-muzewijiet tagħna jridu jkunu ferm u ferm differenti.", "Naħseb li l-mużewijiet tagħna jridu jkunu organizzati b'mod li jgħallmu lil dak li jkun.", "Jekk inti għandek pittura, it-tfal quddiem dik il-pittura jridu jaħsbu l-pittur xi jrid ifisser, x'kien qed jaħseb f'dak il-mument meta ġie ispirat biex jagħmel dik il-pittura.", "Naħseb li hekk irridu nimxu, nagħmlu l-mużewijiet tagħna ħajjin ħalli l-oġġetti jkunu aktar attraenti.", "Irrid ngħid ukoll xi ħaġa fuq Għawdex.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat kelli wkoll l-opportunità li ndur is-siti u l-mużewijiet fil-gżira Għawdxija u bl-istess mod rajt nies professjonali li lesti jgħinu f'dak li hemm bżonn għall-ġid tal-patrimonju kulturali tal-gżira Għawdxija.", "Hemm ħafna xogħol għaddej, u wieħed ma jistax ma jsemmix in-nuqqasijiet fil-mużewijiet ta' Għawdex.", "Jiena tajt struzzjonijiet li jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet, fosthom l-arja kondizzjonata fejn hu possibbli u l-promozzjoni aktar b'saħħitha tas-siti u l-mużewijiet fiċ-Ċittadella u x-Xagħra.", "Irridu nagħmlu wkoll sistemi awdjo-viżivi u interattivi sabiex ngħollu l-istandard tal-ġojjell li għandna fil-gżira Għawdxija.", "Jiena kelli wkoll l-opportunità nara l-progress fuq ix-xogħol li għaddej fuq il-proġett tal-Gozo Museum u ħadt ħafna pjaċir nara team ta' nies ta' Heritage Malta jiddiskutu b'mod attiv sabiex jiżguraw li jkollna mużew mill-aqwa, interattiv b'interpretazzjoni u esperjenza marbutin mal-oġġetti ta' valur storiku importanti għal Għawdex li se jkunu esebiti f'dan il-mużew.", "Fl-istess ħin li kelli ma' dawn l-impjegati f'Għawdex iddiskutejna l-importanza li jkollna attrazzjoni li tiġbor fiha storja u kollezzjonijiet li jirrakkontaw u jispjegaw l-istorja sabiħa tal-gżira Għawdxija.", "Nerġa' nirringrazzja lil dawn l-impjegati li tkellimt magħhom u nħeġġiġhom biex jibqgħu għaddejjin bl-istess spinta li rajthom għaddejjin.", "Is-sena l-oħra sar titjib fil-mużew tal-folklor meta ġew introdotti l-filmati awdjo-viżivi, u naħseb li hemmhekk ukoll hemm bżonn li naraw li dan l-mużew nagħtuh l-ispinta li jixraqlu.", "Qed jgħiduli li l-ħin tiegħi għadda, però rrid nispiċċa billi ngħid li huwa importanti li din l-aġenzija nieħdu ħsiebha għaliex għandha rwol importanti u taqdi ħafna lil dawn il-gżejjer.", "Naħseb li l-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom ikunu flimkien wara din l-aġenzija u wara dawn in-nies meraviljuzi li indipendentement mill-kulur politiku tagħhom, ħafna drabi jaħdmu minn wara l-kwinti għax għandhom għal qalbhom il-wirt storiku u patrimonjali tal-gżejjer tagħna.", "B'hekk irridu nimxu 'l quddiem.", "Irridu ndaħħlu f'rasna wkoll li importanti hu li mhux nimlew lil Għawdex u lil Malta bl-istatwi imma rridu noqogħdu attenti fejn aħna npoġġu dak li verament ikun jaqbel u jkun tajjeb għall-gżejjer Maltin u Għawdxin.", "Naħseb li bil-mod kif inhi miexja, Heritage Malta qiegħda tagħmel unur kbir lill-gzejjer tagħna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "RYAN CALLUS: Sur President, jien se nipprova ngħaġġel kemm jista' jkun.", "Nirringrazzja lill-kelliem ta' qabli l-Onor.", "Comodini Cachia għall-analiżi li għamlet fuq dan is-suġġett.", "Imma qabel xejn nibda biex nirringrazzja lis-Sur Tony Pace li serva għal żmien twil bħala Sovrintendent tal-Wirt Kulturali u nsellem lis-Sovrintendent il-ġdid, is-Sur Joe Magro Conti.", "Lis-Sur Magro Conti kont ilni nafu minn żmien l-Awtorità tal-Ippjanar għax għamel snin twal janalizza liema siti għandhom jiġu protetti.", "Naħseb li kienet għażla tajba li hu jinħatar f'din il-kariga.", "Hemm numru ta' affarijiet li jinkwetawni fis-Sovrintendenza tal-Partimonju Kulturali, l-ewwel nett il-piż kbir li ntefa' fuqha minħabba tibdil fil-Liġi tal-Ippjanar li sar fl-2016.", "Huwa evidenti li s-Sovrintendenza qiegħda tagħti wisq ħin fuq dan ix-xogħol u tabdika, mhux għax trid hi iżda għax m'għandhiex għażla, minn responsabbiltajiet ikbar.", "Waħda mir-responsabbiltajiet tagħha hi li żżomm l-inventarju tal-proprjetà storika f'Malta aġġornat.", "F'dan ir-rapport intqal li minħabba r-responsabbiltajiet li kibrulha tant, is-Sovrintendenza waqgħet lura milli taġġorna dan l-inventarju.", "Naħseb li dan huwa żball għaliex jekk xi darba xi ħadd ifettillu jkisser il-wirt kulturali tagħna, aħna nkunu nafu x'kien hemm u ma kienx hemm.", "L-applikazzjonijiet tal-Ippjanar kif qed jolqtu s-Sorvrintendenza?", "Qabel kellna l-Awtorità tal-Ippjanar tindika lis-Sovrintendenza liema huma l-każijiet li hi għandha tagħmel skrutinju dwarhom, imma bil-liġi tal-2016 li daħħal Gvern Laburista, is-Sovrintendenza issa trid tara l-applikazzjonijiet kollha, allura wieħed jista' jimmaġina kif sploda x-xogħol tas-Sovrintendenza f'dan is-settur partikolari.", "Jiddispjaċini naqra fir-rapport li 95% tax-xogħol tas-Sovrintendenza huwa l-assessjar ta' applikazzjonijiet tal-iżvilupp.", "Naturalment dan ifisser li 5% biss tax-xogħol ta' din is-Sovrintendenza qiegħed ikun għar-riċerka, għall-inventarju, għar-regolamentazzjoni tal-moviment tal-bċejjeċ kulturali bejn u lejn Malta u fuq l-iżvilupp ta' politika f'dan l-qasam.", "Jekk il-Liġi tal-Ippjanar se tibqa' dik li hi, is-Sovrintendenza se tibqa' tegħreq fis-sitwazzjoni diffiċli li diġà tinstab fiha.", "Sur President, biex nieħdu idea, fl-2015 s-Sovrintendenza kienet tassessja 1000 applikazzjoni tal-ippjanar.", "Fl-2017 kellha tassessja 8,700.", "Dan minħabba t-tibdil fil-liġi tal-Ippjanar.", "Qabel, is-Sovrintendenza kienet tirċievi lista ta' applikazzjonijiet mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar fejn ikun hemm bżonn l-input tal-Sovrintendenza fuq applikazzjoni partikolari fil-liġi kif inbidlet għamilna blanket provision li s-Sovrintendenza trid tara l-applikazzjonijiet kollha anke jekk ħafna minnhom m'għandhomx x'jaqsmu mal-wirt kulturali.", "Dan hu ħela ta' ħin li tista' tużah għal affarijiet oħrajn.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti ħafna u hemm bżonn nindirizzawha bis-serjetà għaliex ma jistax ikun li l-ftit nies li hemm fis-Sovrintendenza jaħlu l-ħin tagħhom fuq applikazzjonijiet li m'għandhomx impatt fuq il-wirt kulturali.", "Jekk twaqqa' binja fid-development zone u m'hemmx impatt arkeoloġiku, qegħdin naħlu l-ħin tal-case officers tal-Sovrintendenza, li huma ftit.", "Jien nappella lill-Ministru jdur fuq il-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar biex il-MEPA tieħu iktar responsabbiltà għax għandha ħafna iktar riżorsi milli għandha s-Sovrintendenza.", "B'hekk inħallu s-Sovrintendenza taħdem fuq affarijiet ta' iktar importanza.", "X'inhu r-riżultat ta' dan, Sur President?", "Jien nirċievi ħafna lmenti mingħand in-nies li jgħiduli li għadhom qed jistennew mingħand is-Sovrintendenza.", "Jiena nifhimhom, però jien nifhem ukoll lill-ħaddiema tas-Sovrintendenza għaliex jinsabu understaffed waħda sew u allura jkun impossibbli tagħti risposta fil-ħin meta għandek dak il-case load kollu quddiemek.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-moniteraġġ, għaliex nisma' li hemm nuqqas ta' archeological monitors li huma aċċessibbli mingħand l-Awtorità.", "Huwa tajjeb li l-privat jista' jdur fuq lista oħra ta' self-employed monitors għax dan jagħti iktar leeway lill-Awtorità biex topera.", "Jiena niskanta kif il-Ministru sar jaf issa li għadu ma ġiex iffirmat għaliex issa ilu responsabbli minn dan is-settur numru ta' snin!", "Ma nistax nifhem kif induna issa li dan ilu skadut għal numru ta' snin!", "Inkwetat ukoll bil-fatt li fir-rapport tas-Sovrintendenza jingħad li hemm għaxar konvenzjonijiet internazzjonali marbuta ma' dan is-suġġett li għadhom ma ġewx prattikati.", "Din hija inkwetanti ħafna.", "Pajjiżna għandu jkun fuq ta' quddiem biex jidħol għar-ratifikazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali u multilaterali li għandhom impatt fuq dan is-settur.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-protezzjoni mhux biss tal-wirt kulturali Malti imma anke ta' dak dinji, għax dawn il-konvenzjonijiet jaħdmu kontra min jisfrutta l-wirt kulturali ta' pajjiżi oħrajn minn persuni li jkunu jridu jsiru sinjuri mil-lejl għan-nhar.", "Huwa evidenti wkoll li s-Sovrintendenza għandha uffiċini li mhumiex adegwati għaliha.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li fl-opinjoni tiegħi Heritage Malta f'dawn l-aħħar snin qed issir każin politiku!", "Jiena rrid insellem lill-ħaddiema, però mingħajr ebda diżrispett lejn il-kollega l-Onor.", "Anton Refalo, huwa ħażin li jkollok awtoritajiet imexxija minn politiċi.", "Aħna din qatt ma qbilna magħha.", "Jien m'għandi xejn kontra l-Onor.", "Anton Refalo, għandi rispett kbir lejh, però ma nistax nifhem kif Awtorità tista' timxi b'imparzjalità, b'nuqqas ta' partiġjaniżmu politiku meta tkun immexxija minn membru parlamentari.", "Fil-fatt nafu li kien hemm bosta transfers li nasal biex ngħid li kienu vendikattivi.", "Jgħidu li dawn ikunu saru minħabba esiġenzi tal-aġenzija jew tas-servizz pubbliku.", "Imma kif jista' jkun li persuna li kienet ilha taħdem Heritage Malta għal snin twal u b'kompetenza kbira f'dan is-settur, minħabba l-esiġenzi tas-servizz tingħata transfer u tintbagħat post ieħor li m'għandu x'jaqsam xejn mal-wirt kulturali?", "Din jien ma nistax nifhimha, u allura l-konklużjoni loġika hija ovvja, li dawn ingħataw transfer minħabba l-kulur politiku tagħhom.", "Din hija inġustizzja u jiena ma nistax niġi hawn u ma nsemmihiex.", "L-aħħar punt hu dwar is-Sur Mario Cutajar li nħatar Direttur Eżekuttiv.", "Dan huwa l-Kap tas-Servizz Pubbliku.", "Din il-kariga li saret apposta għalih ħadd ma jaf x'inhi għaliex qabel ma kenitx teżisti.", "Alla jbierek ma kellux biżżejjed fuq il-platt tiegħu, iħares is-Servizz Pubbliku; ridna nżidulu kariga oħra!", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Nibda dan l-intervent qasir tiegħi billi nifraħ u nirringrazzja lill-Ministru Bonnici u t-team ħabrieki tiegħu.", "B'mod partikolari nifraħ lill-kollega l-Onor.", "Anton Refalo għall-ħatra tiegħu.", "Persważa li l-għarfien li għandu dwar is-suġġett se jużah biex jagħti l-kontribut tiegħu.", "Hawn nistieden lill-Onor.", "Callus biex, meta jrid, jagħmel diskussjoni mal-Onor.", "Anton Refalo ħalli jara first hand l-għarfien li għandu dwar dan il-qasam.", "Nassigura li l-Onor.", "Refalo jagħtih lezzjoni f'sens pożittiv.", "Nassigurah li mbagħad jiġi jaqbel mal-għażla li saret biex l-Onor.", "Anton Refalo jiġi maħtur fil-kariga li għandu.", "Jien bħala Ministru għal Għawdex irrid nassigura li Għawdex u l-patrimonju Għawdxi jkollhom sehem xieraq f'din l-aġenda importanti li qegħdin niddiskutu llum.", "Ilkoll kemm aħna naqblu li Għawdex huwa tassew għani fil-patrimonju artistiku u kulturali, u l-Ministeru huwa impenjat bis-sħiħ biex ikabbar l-għarfien u jgħin favur il-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt artistiku u kulturali li għandu.", "Meta kont Segretarju Parlamentari f'dekasteru ieħor ħdimt mill-qrib ma' Heritage Malta anke b'risq l-aċċessibbiltà tas-siti storiċi.", "Jiena llum, f'dan l-uffiċċju li għandi, se nimxi bl-istess mod kif ħdimt dakinhar ma' Heritage Malta.", "Fil-ftit ħin li għandi se nagħti rendikont qasir ta' x'sar f'dan il-qasam matul din is-sena.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Refalo, proġett importanti huwa l-mużew reġjonali għal Għawdex li għalih hemm fondi Ewropej.", "Fil-fatt dan il-proġett qiegħed jissemma wkoll fir-rapport annwali ta' Heritage Malta.", "Irrid ngħid li anke l-Ministeru għal Għawdex stess qed isib lil Heritage Malta ta' sostenn kbir.", "Biex nagħmel update ta' dak li qiegħed jingħad fir-rapport, peress li kien intilef ħafna żmien fil-proċess biex intgħażlet id-ditta li għamlet id-disinn, bħala Ministeru ħdimna u stinkajna kemm flaħna biex matul din is-sena erġajna ġibna l-proġett on track.", "F'Awwissu li għadda applikajna għall-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Issa li l-permess ħareġ, ippreparajna u ħriġna t-tenders li qed jiġu awarded.", "Heritage Malta għandha l-konfort li dan ix-xogħol kollu qiegħed isir mill-Ministeru u huma qed jiffokaw fuq l-istory line.", "Waqt dan l-istess proċess Heritage Malta qed tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha biex il-Ministeru għal Għawdex jixtri l-opri artistiċi minn line item li għandu l-Ministeru stess.", "Hawn irrid nifraħ lit-team li għandu Heritage Malta għall-impenn, dedikazzjoni u l-professjonalità li bih qed nimxu flimkien biex jitwettaq dan il-proġett.", "Sur President, bla dubju ta' xejn ġojjell fil-gżira Għawdxija hija ċ-Ċittadella.", "Wara ħidma ta' ħafna nies f'amministrazzjonijiet differenti llum iċ-Ċittadella ġiet rrestawrata, reġgħet akkwistat il-glorja li kienet tilfet minħabba t-telqa li tħalliet fiha għal ħafna snin.", "Issa li sar ir-restawr irridu nħarsu 'l quddiem u naraw kif nimmassimizzaw il-potenzjal enormi ta' dan is-sit uniku.", "Żgur li rridu naraw il-proċess biex iċ-Ċittadella ssir world heritage site, u hawnhekk naf li se nsib l-appoġġ sħiħ tas-Sovrintendenza għax naf kemm hu għal qalbha dan is-suġġett.", "Il-Ministeru għal Għawdex ried jassigura li l-manutenzjoni taċ-Ċittadella tibqa' għaddejja fuq bażi kontinwa u ntejbu l-prodott biex eventwalment ikollna sit li jiġi self-sustained.", "Pass importanti li sar fis-sajf li għadda kien il-ftehim li għamilna ma' Heritage Malta biex ninkludu visitor centre mas-siti ta' Heritage Malta u dan kien pass pożittiv li ħalla ħafna frott u li rridu nkomplu nibnu fuqu.", "Bħalissa qed naraw li jkollna struttura aktar formali għaċ-Ċittadella li tkun iktar b'saħħitha ħalli eventwalment inkunu nistgħu nħejju u nimplimentaw strateġija bil-għan li jkun hemm attività ekonomika li tkun kompatibbli mas-sit b'mod li, kif għedt qabel, tkun self-sustainable.", "Filwaqt li nirringrazzja lill-management committee, irrid ngħid li hemm qbil across the board li rridu nimxu lejn struttura li tkun iktar professjonali.", "Sur President, iċ-Ċittadella hija mimlija attività, imma rridu nassiguraw li tkun fiċ-ċentru tal-attività li tkun għaddejja.", "Fil-fatt fl-attività Gozo Alive li għadha kif saret f'Għawdex u kienet suċċess, ridna wkoll li ċ-Ċittadella tkun il-protagonista.", "Nerġa' nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil Heritage Malta li laqgħet l-istedina tal-Ministeru għal Għawdex biex tkun parti mill-Gozo Alive.", "F'din l-attività nfetħu s-siti b'xejn għall-pubbliku, u l-patronaġġ tal-pubbliku waqt din l-attività kien eċċezzjonali.", "Ftit tal-ġranet ilu meta intervjenejt fid-dibattitu dwar il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, tajt rendikont ta' xi proġetti konna qegħdin nagħmlu.", "Se nerġa' nieħu l-opportunità biex naċċenna għalihom għaliex nemmen li huma importanti għall-aġenda li qed niddiskutu llum.", "Semmejt il-Fanal tal-Ġordan li kien mibni fl-1851 li huwa proġett importanti ħafna.", "Minħabba telqa u nuqqas ta' attenzjoni matul is-snin dan iġġarraf u tnaqqsitlu ħafna mill-importanza li kellu.", "Fil-baġit li għadda aħna assigurajna li jkollna l-fondi neċessarji biex dan il-fanal importanti jkun jista' jiġi restawrat.", "Bdejna wkoll il-proċess tar-riabilitazzjoni tal-mitħna li għandna fix-Xewkija.", "Għal dan il-proċess hemm allokati fondi Ewropej.", "It-tenders ħarġu wkoll u għandhom jiġu aġġudikati.", "Dan ifisser li se jkollna l-mitħna fid-daħla tax-Xewkija li se tiġi restawrata, l-istess kif ġiet restawrata l-mitħna Ta' Kola li wkoll hi attrazzjoni li tinsab fil-gżira Għawdxija.", "Proġett importanti ieħor hu dak tal-akwedotti inti u dieħel fit-triq ta' Pinu.", "Niftakar li bdejna niddiskutu dwar ix-xogħlijiet ta' restawr ta' dawn l-akwedotti sa mill-ewwel ftit ġimgħat li bdejt il-ħidma tiegħi fil-Ministeru, u fil-fatt l-ewwel fażi ta' dawn ix-xogħlijiet saru lejn l-aħħar ta' Lulju li għadda mill-ħaddiema tal-Ministeru stess.", "Issa qed inħarsu lejn proġett aktar ambizzjuż, u malli nidentifikaw il-finanzjament inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem biex ikollna proġett sħiħ.", "Għandna wkoll il-proġett tar-restawr tal-Għar ta' Calypso.", "Saret esproprjazzjoni ta' biċċa art li tagħmel parti mill-Għar biex ikun jista' jitwettaq ir-restawr tal-istess għar kif xieraq.", "Sar ukoll studju tal-interventi meħtieġa biex imbagħad inkunu nistgħu nqassmu l-proġett f'fażijiet.", "Xi ħaġa li qed tiġi implimentata f'din il-leġiżlatura hija d-Dwejra Opportunity Fund.", "Din kienet wegħda fil-manifest elettorali.", "Dan il-proġett huwa essenzjalment avviz legali li diġà ġie mgħoddi mill-Parlament fejn rajna li t-telfa tat-tieqa tad-Dwejra tiġi mibdula f'opportunità.", "B'dan l-opportunity fund se jkun hemm funding u inċentivi fiskali biex anke l-Gvern ikun qiegħed jagħti l-kontribut tiegħu.", "L-iskop ta' dan il-fund huwa biex immexxu proġetti 'l quddiem.", "Qed nitkellmu fuq siti storiċi bħalma huma Għar Gerduf u Villa Rumana.", "Dwar Għar Gerduf fil-fatt issottomettejna talba għall-esproprjazzjoni tal-art biex inkunu nistgħu nippjanaw proġett speċifikament għalih.", "Kif anke aċċenna l-Onor.", "Refalo, fil-lokalitajiet tagħna hemm ħafna potenzjal u hemm bżonn ta' ħafna xogħol ta' restawr .", "Jien ningħaqad mal-appell tal-Onor.", "Callus li għandu jkollna inventarju li jkun aġġornat, għax meta jkollok inventarju quddiemek tkun tista' tintervjeni b'mod aktar pront għax tkun taf x'għandek u tkun taf x'intervent ikun hemm bżonn isir.", "Fil-fatt il-Ministeru għal Għawdex il-ġimgħa li għaddiet ħabbarna r-riżultat tal-ewwel skema għar-restwar tal-lokalitajiet li minnha bbenefikaw sitt kunsilli lokali li se jagħmlu sitt proġetti ġodda ta' restawr.", "Hemm ukoll ħidma għaddejja fl-Università ta' Malta.", "Fil-fatt fir-rapport ta' Heritage Malta jissemmew ukoll il-proġett tax-xini ta' żmien il-Feniċi li qed isir taħt it-treġija tal-Prof.", "Timmy Gambin, u bħala Ministeru għal Għawdex għandna kif iffinanzjajna l-underwater galleries ta' Santa Luċija.", "Nemmen ukoll li f'din il-ħidma kollha li qed issir, ir-rwol tal-NGOs huwa kruċjali.", "Naf li l-NGOs fis-settur tal-wirt kulturali jaħdmu qatigħ.", "Hemm ħafna knowlege based experience u din irridu naraw kif ninvolvuha fil-ħidma li tkun għaddejja fl-entitajiet kollha tal-Gvern.", "Aħna bħala Ministeru għal Għawdex naħdmu ħafna ma' Fondazzjoni Wirt Għawdex, u fil-fatt għamilna ftehim dwar ir-restawr ta' żewġ siti li se jkunu qegħdin isiru matul din is-sena, li huma l-barrakka ta' Triq ir-Repubblika kif ukoll ix-xelter tal-gwerra li hemm fiċ-Ċittadella.", "Ċertament li l-entużjażmu li hemm fl-NGOs huwa wieħed importanti ħafna u allura bħala Gvern għandna dmir li nkomplu nsostnuh u ninkoraġġuh.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll is-swali tal-esibizzjonijiet li għandna ġewwa Għawdex.", "Is-swali tal-esibizzjonijiet fil-Ministeru, tal-Banca Giuratale, iċ-Ċittadella u anke postijiet oħrajn għandhom kalendarju mimli wirjiet u avvenimenti li huma mmirati għall-promozzjoni tal-valuri kulturali u artistiċi tal-Għawdxin u anke oħrajn.", "Dan kollu jkomplu jrawwem sens ta' apprezzament kulturali u artistiku mhux biss fl-Għawdxin imma wkoll f'dawk li jkunu qegħdin iżuruna.", "Nixtieq insemmi avveniment importanti ħafna li għamilna ma' Heritage Malta f'Diċembru li għadda fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum ir-Repubblika.", "Dakinhar kellna l-ewwel public viewing tal-Mattia Preti li kien ġie akkwistat għall-mużew ta' Għawdex.", "Din il-wirja kienet saret fil-Ministeru għal Għawdex u fetħet it-triq biex imbagħad fix-xhur ta' wara kellna esebizzjoni importanti ħafna.", "Fil-fatt għall-okkażjoni ta' Gozo Alive kellna fostna lil Vittorio Sgarbi li nieda l-ktieb tiegħu Dal Mito alla Favola Bella, fejn qal li l-arti sofistikata għandha tiġi apprezzata u ssir aktar popolari.", "Għal dan l-għan u għal dan l-istess skop se jkun hemm ħafna taħditiet u konferenzi kif ukoll workshops u attivitajiet oħra li qegħdin isiru biex ninvolvu t-tfal u nkattru din il-kultura fost it-tfal.", "Ċertament fix-xhur u fis-snin li ġejjin nixtieq naħdem iktar mill-qrib mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Rigward iċ-Ċittadella u l-ħajt Ruman li hemm fir-Ramla ċertament kienu very important big eye openers u ċertament irrid inkompli naħdem flimkien mal-Ministru Bonnici biex nindirizzaw ċerti issues.", "Fl-aħħar nett ngħid li jiena nemmen li għandu jkun hemm kull sforz biex jiġi preservat il-wirt intanġibbli.", "Qed nitkellem dwar il-festi u t-tradizzjonijiet li għandna, għaliex dawn ukoll huma parti mill-patrimonju li għandna bħala poplu.", "Jiena nagħlaq billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' Heritage Malta, lill-ħaddiema tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u lil dawk kollha li jaħdmu taħt il-Ministru Bonnici, l-Arts Council u Valletta 2018, għaliex kollha flimkien, flimkien mat-tim li għandna bħala Ministeru għal Għawdex, qegħdin naħdmu b'għan wieħed, qegħdin niġbdu ħabel wieħed.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-patrimonju kulturali huwa ta' kulħadd u allura għandna r-responsabbiltà li mhux biss nippreservaw dak li writna imma li ngħadduh lil ta' warajna aħjar milli sibnieh aħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, dalgħodu xtaqt niffoka d-diskors tiegħi iktar fuq is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Jiena nemmen u konvint li s-Sovrintendenza qed tagħmel l-almu tagħha kollu biex taderixxi ma' dan l-istatement, però naħseb li fil-fatt il-Gvern qiegħed jagħmilha impossibbli li din topera.", "Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lis-Sur Tony Pace li mexxa s-Sovrintendenza għal dawn l-aħħar 15-il sena kif ukoll nawgura ħidma tajba lis-Sur Magro Conti li daħal fiż-żarbun tas-Sur Pace.", "Nixtieq nirringrazzja minn qalbi wkoll lill-ħaddiema kollha tas-Sovrintendenza, għax jien konvint li dawn għamlu l-almu kollu tagħhom, anzi għamlu iktar milli hu mitlub minnhom.", "Ma nixtieqx ninsa lill-monitors independenti għax xi kultant ninsewhom.", "Li ma jkunx għall-ħidma tagħhom kieku x-xogħol ta' superviżjoni ma jkunx jista' jsir.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-wirt kulturali ta' pajjiżna, fosthom l-NGOs, il-kollegi periti, il-Kamra tal-Periti u diversi individwi.", "Fil-ftit minuti li għandi xtaqt niffoka ftit fuq id-diversi diffikultajiet li s-Sovrintendenza qed tiltaqa' magħhom, li jiena ngħid li kważi kważi qed jagħmluha impossibbli biex din l-entità topera.", "Fil-fatt anke r-rapport annwali tas-Sovrintendenza huwa karba lill-Gvern biex jagħtiha l-għajnuna neċessarja.", "Dan jgħid ċar u tond li għalkemm wieħed mix-xogħlijiet prinċipali tas-Sovrintendenza huwa li jiġi updated il-cultural inventory, sfortuntament fl-2016 u fl-2017 dan ma sarx minħabba ż-żieda sostanzjali ta' applikazzjoniet tal-ippjanar li s-Sovrintendenza kellha tara.", "Biss biss, fl-2015 kien hemm 1,110 applikazzjonijiet li kellhom bżonn jiġu evalwati mis-Sovrintendenza, fl-2016 dawn telgħu għal 5,500 applikazzjoni u fl-2017 telgħu għal iktar minn 9,000, jiġifieri disa' darbiet iktar mill-2015.", "Din iż-żieda daqshekk qawwija fl-applikazzjonijiet li jridu jiġu evalwati mis-Sovrintendenza tfisser li trid iżżid in-nies.", "Fir-rapport hemm li fl-2016 kien hemm 16-il ħaddiem u fl-2017 kien hemm 19-il ħaddiem.", "Illum il-Ministru qalilna li se jiżdiedu 30 ħaddiem fuq tliet snin.", "Dan mhuwiex biżżejjed.", "Hemm bżonn ta' iktar riżorsi, hemm bżonn iktar ħaddiema biex is-Sovrintendenza tkun tista' topera kif suppost u kif tiddettalha l-liġi.", "Fir-rapport jingħad ukoll li 95% tar-riżorsi tas-Sovrintendenza marru biex jevalwaw dawn l-applikazzjonijiet, jiġifieri kważi kważi r-riżorsi kollha qed imorru biss biex din l-entità taġixxi bħala external consultee għall-MEPA.", "Qisu s-Sovrintendenza ġiet unit fi ħdan il-Planning Authority!", "Hawn qed ngħidu li jekk ikun hemm uffiċjal jew tnejn li jridu jevalwaw dawn l-applikazzjonijiet, dawn iridu jaraw madwar 750 applikazzjoni fix-xahar, li mhijiex ċajta!", "Jiena naħseb li wasal iż-żmien li jsir assessjar bis-serjetà tal-operat tas-Sovrintendenza u l-ħaddiema jingħataw ir-rikonoxximent mistħoqq ta' xogħolhom, kemm bħala gradi fix-xogħol u anke bħala żieda fil-pakkett finanzjarju.", "Il-Ministru qalilhom li se jiġi ffirmat il-collective agreement.", "Din ilna nisimgħuha għal dawn l-aħħar erba' snin!", "Jalla dan il-collective agreement jidħol fis-seħħ, għax inkella se nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn se jkun hemm iktar nies li jitilqu minn magħha u, bil-Malti, kważi kważi se tiżvina.", "Hawn nerġa' nirreferi għall-fatt li se jiżdiedu għaxra min-nies fis-sena għal tliet snin.", "Inti trid taħseb mhux biss għall-ammont ta' xogħol li hemm illum imma wkoll għall-eventwalità li jaf ikun hemm uffiċjali li maż-żmien jitilqulek minn mas-Sovrintendenza wkoll.", "Kif diġà għedt, mingħajr il-ħidma tal-monitors indipendenti, is-Sovrintendenza ma tiffunzjonax.", "Mir-rapport li ħareġ fl-2017 kien hemm madwar 417-il sit li kellhom jiġu monitored.", "Ikun hemm siti fejn ikun hemm bżonn continuous monitoring u jkun hemm siti oħra fejn dan ma jkunx il-każ, però dawn l-417-il sit iridu jiġu monitored minn 14-il monitor indipendenti full-time u għaxra part-time.", "Il-Gvern irid jara kif jinkoraġġixxi aktar nies jidħlu f'din il-professjoni biex ma nispiċċawx naqgħu lura f'diversi xogħlijiet.", "Ġejna f'sitwazzjoni fejn ċerti korporazzjonijiet qabel l-elezzjoni żiedu madwar 250 ħaddiem, imma s-Sovrintendenza, kif jgħid il-Malti, baqgħet issaffar.", "Nagħlaq billi ngħid li lis-Sovrintendenza għandna nagħtuha l-għodod kollha neċessarji b'mod immedjat biex din tkun tista' topera, biex tlaħħaq ma' skadenzi u biex tkun tista' tagħmel dak ix-xogħol kollu neċessarju li hu mitlub mil-liġi.", "Naħseb li f'dan is-sens għandhom jiġu formulati proċeduri dwar kif topera s-Sovrintendenza, però għandha ssir konsultazzjoni serja ma' dawk kollha involuti, il-Ministeru, is-Sovrintendenza, il-Kamra tal-Periti, l-NGOs u kull min għandu għal qalbu l-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORELLI: Sur President, kif spjegaw tajjeb il-kelliema ta' qabli, illum qegħdin nitkellmu dwar is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, entità li hija importanti ħafna għal pajjiżna għax f'idejha għandha fdata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali kif ukoll l-aċċessibbiltà għalih.", "Għalhekk, din hija waħda mill-entitajiet li qed tiddetermina lil Malta ta' għada.", "L-ewwel u qabel kollox irrid nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li minkejja li huma stretched to the limit, dawn il-ħaddiema qegħdin jagħmlu l-mirakli u jagħmlu minn kollox biex ilaħħqu max-xogħol li għandhom.", "Ippermettili ngħid li ċerta kritika li ssir lis-Sovrintendenza, pereżempju, għaliex ma jkunux ħadu azzjoni fuq ċerti affarijiet jew għax ma jkunx hemm timely reaction, jew follow-up, naħseb li hija kritika inġusta.", "Hija kritika li m'għandhiex issir lejn il-ħaddiema tas-Sovrintendenza però għandha ssir lejn is-sistema li ġabet lis-Sovrintendenza f'dan l-istat.", "Kif spjegat tajjeb l-Onor.", "Therese Comodini Cachia aktar kmieni f'dan id-dibattitu, minn meta daħlet id-demerger tal-MEPA, fejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA ġew separati, l-ammont ta' applikazzjonijiet li spiċċaw quddiem is-Sovrintendenza splodew.", "Splodew 'il fuq għax bil-liġi l-ġdida s-Sovrintendenza sar għandha l-obbligu li tagħti l-opinjoni tagħha fuq kull applikazzjoni għal talba ta' permess li ssir lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Hawnhekk m'iniex qed ngħid li dan huwa ħażin, għax il-verità hi li fiċ-ċokon ta' pajjiżna, anke sempliċi applikazzjoni jaf ikollha effett fuq il-patrimonju Malti.", "Aħna pajjiż żgħir u, kif għedt, applikazzjoni waħda jaf ikollha effett fuq il-patrimonju tagħna.", "Pereżempju kemm togħla 'l fuq u kif tista' tbiddel il-faċċata għandu impatt fuq il-village core tagħna, fuq l-arkitettura u fuq il-kultura tagħna, imma mbagħad ma nistgħux nippretendu li s-Sovrintendenza tlaħħaq ma' dan l-ammont kollu mingħajr ma nżidulha r-riżorsi.", "Hawnhekk nistaqsi kif staqsew diversi nies li jiktbu fil-gazzetti: Was it purposely weakened?", "Nittama li le, u hawn niġi biex nagħmel l-ewwel proposta tiegħi.", "Illum qabel għada s-Sovrintendenza għandha bżonn iżjed riżorsi, però mhux riżorsi kwalunkwe.", "Jiġifieri ma rridx nara Sovrintendenza timtela b'Tom, Dick and Harry!", "Is-Sovrintendenza trid timtela b'mod sew u b'nies ta' kwalifiki.", "Irridu naraw restawraturi, irridu naraw periti speċjalizzati fil-qasam tal-konservazzjoni, irridu nies speċjalizzati fl-istorja, nies speċjalizzati fl-arkeoloġija u nies speċjalizzati fil-kultura.", "Jekk ma jsirx hekk, inutli jiddaħħlu nies fis-Sovrintendenza għax inkunu mlejna entità oħra simply with blue eyed boys u s-Sovrintendenza ma tkunx tista' taħdem bil-mod li tixtieq taħdem.", "It-tieni punt tiegħi huwa dwar ir-rwol tas-Sovrintendenza fl-ippjanar.", "Meta f'dan il-Parlament konna qegħdin niddiskutu l-liġi tad-demerger tal-MEPA, bħala Oppożizzjoni konna ssuġġerejna li membru rappreżentant tas-Sovrintendenza għandu jkun parti mill-Bord tal-Ippjanar.", "Aħna xtaqna li dakinhar l-ERA u s-Sovrintendenza jingħataw equal footing.", "Dan kien importanti għax illum ġejna fis-sitwazzjoni redikola fejn għandek is-Sovrintendenza li għandha l-obbligu li tagħti l-opinjoni tagħha fuq kull permess, jiġifieri għandha wkoll id-dritt li toġġezzjona għall-permessi, però m'għandhiex biżżejjed impjegati biex tagħmel dan ix-xogħol.", "Sopra corna bastonate, l-Awtorità tal-Ippjanar tista' tagħżel li tinjora l-parir li tkun tat is-Sovrintendneza.", "Hawnhekk, għal darb'oħra, minflok rajna istituzzjoni tissaħħaħ, rajna istituzzjoni tiġi mdgħajfa.", "Jien ngħid li s-Sovrintendneza ġiet relegated!", "Mela t-tieni proposta tiegħi hija li għandu jiġi indirizzat dan l-iżbilanċ u s-Sovrintendenza għandu jkollha l-istess standing tal-ERA.", "It-tielet punt tiegħi huwa dwar l-iskedar tal-proprjetà.", "Illum l-iskedar isir mill-kunsill eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, u kulħadd jaf li biex tiskeda biċċa art, biċċa proprjetà, tieħu xhur u snin sakemm - għax dejjem ikun hemm l-eċċezzjoni - ma tkunx xi dar ta' xi eks Prim Ministru li kumbinazzjoni t-tifla tiegħu tkun tefgħet oġġezzjoni għal xi ħadd li se jagħmel żvilupp maġenbha!", "Hemmhekk dik issir mil-lum għal għada, litteralment fi ftit ġranet, u kumbinazzjoni l-iskedar isir ukoll ftit jiem qabel titla' l-applikazzjoni quddiem il-Planning Board.", "M'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu jekk din id-dar tal-eks Prim Ministru kellhiex tiġi skedata jew le, imma nemmen li kull applikazzjoni għall-iskedar għandha tingħata l-istess attenzjoni u mhux waħda tagħmel xhur tistenna u l-oħra tiġi proċessata fi żmien jumejn!", "F'dan il-każ, it-tielet proposta tiegħi hija li wasal iż-żmien li nikkonsidraw li ndaħħlu limitu ta' żmien realistiku li fih dawn l-applikazzjonijiet tal-iskedar għandhom jiġu determinati.", "Barra minn hekk, illum, kif jispjega l-fatt li biex xi ħadd jiskeda proprjetà – nerġa' ngħid sakemm ma tkunx ta' xi Eks Prim Ministru u t-tifla tiegħu tkun qed toġġezzjona għall-bini li se jsir maġenbha - jdum snin u xhur jistenna, mbagħad biex tiġi mneħħija mill-iskedar, hemmhekk il-proċess huwa ferm aktar mgħaġġel!", "Jien qed ngħid li għandna nirrevedu l-proċedura u l-kriterji ta' descheduling għax illum huwa relattivament faċli li wieħed ineħħi mill-iskedar meta wieħed iqabbel mal-iskedar.", "It-tielet punt tiegħi huwa marbut ma' din it-tielet proposta li għandu jkollna public inventory tal-assi kulturali tagħna wieħed, wieħed, u dan għandu jinkludi fih dik il-proprjetà li hija skedata, dik li hija identifikata għall-iskedar u dik li hija worthy li tiġi skedata.", "Dan għandu jkun taħt is-Sovrintendenza u mhux taħt l-Awtorità tal-Ippjanar (Onor. Membri: Hear, hear) u għandha tkun obbligatorja, u mhux tiġi quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u din tista' tibdel id-deċiżjonijiet tas-Sovrintendenza.", "Dan huwa fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi għax il-poplu jkollu l-patrimonju kulturali tiegħu protett, u huwa favur l-iżviluppaturi għax ma jkunx hemm min jiġi favorit bi skapitu ta' ieħor.", "Dan huwa importanti li jsir.", "Nagħlaq billi nirreferi għal-laqgħa li għamilna lbieraħ bħala Oppożizzjoni ma' 22 NGOs li ngħaqdu flimkien bit-titlu ta' 'Wirtna'; l-għan tagħhom huwa li jissalvagwardjaw il-kultura u l-patrimonju tagħna.", "Nirrikonoxxi d-dikjarazzjoni li għamlu u naqbel ħafna ma' dak li qalu.", "Jiena nifhem li l-Onor.", "Therese Comodini Cachia poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tagħhom, u għaldaqstant nitlob lill-Gvern biex idur il-punti wieħed wieħed u dik id-dikjarazzjoni jeħodha bis-serjetà.", "Hemm ħafna punti validi fiha, u jekk verament irridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem, dik hija waħda mid-dikjarazzjonijiet li dan il-Gvern għandu jagħtiha importanza.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkar li l-Oppożizzjoni fadlilha 12-il minuta.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, m'iniex se nieħu l-ħin kollu biex inħalli ftit ħin għall-Onor.", "Aktar kmieni f'dan id-dibattitu l-Ministru Owen Bonnici tkellem fuq il-fatt li s-Sovrintendenza għandha nuqqas ta' viżibilità.", "Jien naħseb li dan in-nuqqas ta' viżibilità ġej wkoll mill-fatt li llum qegħdin hawnhekk niddibattu mhux lis-Sovrintendenza waħedha biex nagħtuha dik il-viżibilità li għandha bżonn, imma tfajnieha flimkien mal-Heritage Malta.", "B'dan il-mod jista' jkun hemm nies li qed isegwuna li qed jitfixklu dwar x'inhu r-rwol ta' waħda u x'inhu r-rwol tal-oħra.", "Il-Ministru spjega x'inhi d-differenza bejn it-tnejn u anke l-Onor.", "Refalo spjega b'mod ċar x'inhu r-rwol ta' Heritage Malta.", "Smajna lill-kollegi kollha jitkellmu fuq l-importanza tas-Sovrintendenza.", "Din suppost hija l-watchdog, suppost hija l-Awtorità li qiegħda hemmhekk biex tipproteġi akkost ta' kollox il-wirt storiku kulturali ta' pajjiżna, imma din m'għandhiex ir-riżorsi umani jew ir-riżorsi finanzjarji biex tagħmel dan.", "Bħalma għadha kemm qalet l-Onor.", "Portelli wkoll, din lanqas snien biex tigdem u biex tgħid le ma fadlilha!", "Dan għaliex għandna Gvern li għalih l-iżvilupp huwa fuq kollox, l-iżvilupp qed jieħu prijorità dejjem, u għalhekk għalih huwa konvenjenti li jkun hemm aġenzija bħal din, li suppost qed tagħmel ċertu xogħol imma fil-fatt ma tistax tagħmlu.", "Jena hawn irrid inkun kritiku għaż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Ejja npoġġu jdejna fuq qalbna kollha kemm aħna, u nistaqsu meta l-aħħar li verament kellna nies politiċi li l-kultura ħabbewha b'mod verament profond f'dan il-Parlament Mhux se nażżarda ngħolli idi jien!", "Il-kultura jien inħobbha, imma naħseb kellna politiċi partikolari li ħadu deċiżjonijiet importanti f'dan is-settur, u hawn qed nirreferi għal Dr Ugo Mifsud Bonnici u għal Dr Francis Zammit Dimech.", "Dawn verament ħadu deċiżjonijiet importanti.", "Aħna f'pajjiżna l-aħħar li kellna Segretarju Parlamentari għal dan is-suġġett kien Jesmond Mugliett.", "Jekk aħna se nieħdu bis-serjetà dak li qal il-Ministru Owen Bonnici li pajjiżna huwa żgħir wisq għall-volum enormi ta' kultura, allura dan il-pajjiż, bħala minimu għandu jkollu segretarju parlamentari għall-kultura.", "Anzi jiena ngħid li għandu jkollu Ministru.", "Għaliex aħna lil uliedna x'se nħallulhom?", "Sur President, tiftakru meta kien qam għagħa kbir għax konna se nneħħu t-twieqi tal-aluminium mill-village core?", "Issa mhux it-twieqi tal-aluminium qed inneħħu imma qed inneħħu d-djar!", "Qed inneħħu l-karatteristika tal-village core ta' pajjiżna!", "Aħna biex se mmorru niftaħru mal-barranin li jridu jiġu f'pajjiżna?", "Jiena naf li l-Onor.", "Refalo huwa dilettant kbir tal-arti u tal-kultura.", "Naħseb li jekk illum ikollok xi akkwarell tal-pajsaġġ dan se jkollu l-valur li jisplodi għax il-pajsaġġ bilkemm għadu jeżisti!", "Jiena hawn se nirrepeti dak li qalu sħabi anke rigward l-għaxar impjegati ġodda fis-sena.", "Hawnhekk irridu nagħmlu shift radikali fil-mentalità ta' kif inħarsu lejn il-kultura.", "Il-kultura ta' pajjiżna hija t-tweġiba għall-mistoqsija sempliċi: Aħna min aħna?", "Sur President, aħna min aħna?", "Aħna dak li konna u aħna dak li se nkunu.", "Dan huwa aspett filosofiku sabiħ ħafna, li mhux se noqgħod nidħol fih.", "Din hija passjoni li dejjem kelli u li dejjem xtaqt naħdem fiha.", "Ħdimt fiha għal ċertu żmien u jiddispjaċini nara lil pajjiżi sejjer f'din id-direzzjoni.", "Illum il-ġurnata lit-tfal tagħna - u l-Onor.", "Therese Comodini Cachia għandha raġun - x'qed nuruhom?", "X'qed japprezzaw uliedna?", "L-istudju tal-istorja f'pajjiżi oħrajn mexa 'l quddiem ħafna u sar avventura sabiħa li tiskopri u tkun taf minn fejn ġejt.", "Illum iż-żgħażagħ tagħna jgħidulek: Jiena x'jimpurtani mill-history!", "Dan hu tort tagħna, għax l-istorja ta' pajjiżna nittrattawha b'gaffa u ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk!", "Kellna l-istorja ta' dak il-famuż trakk li għadda mit-triq id-dejqa f'San Ġiljan u ma nafx x'ma waqqax!", "Kien hemm azzjonijiet?", "L-istorja li waqqa' xi ħaġa storika telgħet fil-midja, imma x'ġara wara ma nafux.", "Nixtieq inkun naf, u dan il-Parlament għandu kull dritt ikun jaf x'ġara minn sitwazzjoni bħal dik.", "X'deterrent hemm għal ħaddieħor biex ma jagħmilx li jfettillu?", "Sur President, naf li hemm nies li fuq livell privat mhux se jieħdu gost b'dan li se ngħid, imma naf li hemm min iħalli proprjetà tiġi fi stat fejn ikun impossibbli li tirrestawraha biex imbagħad ikollha taqa'.", "L-awtoritajiet tagħna x'inhuma jagħmlu?", "Il-Gvern b'liema mod qed jintervjeni?", "U ejja ma niġux bl-iskemi ta' ħmerijiet tafux, skemi żgħar wisq ħdejn il-valur u l-infiq li jrid isir biex tieħu ħsieb proprjetà antika.", "Kull min f'dan il-Parlament mess ma' proprjetà antika jaf x'bagatella ta' ewro trid toħroġilha.", "Jiġifieri mhux billi noqogħdu ngħidu li se nagħtu skema!", "Mhux hekk iridu jsiru l-affarijiet.", "L-iskemi jridu jkunu b'saħħithom u l-iskemi jridu verament jagħtu inċentiv biex dak li jkun ma jitħajjarx iwaqqa' djar antiki imma jsebbaħhom u jgħożż dak li għandhom.", "Aħna se nispiċċaw inwaqqgħu t-toroq id-dojoq u l-isqaqien ta' pajjiżna biex inwessgħuhom?", "Jien kburija li jien min-Naxxar, għandna waħda mill-isbaħ toroq li kulħadd irid jiġi joqgħod fiha, Triq Santa Luċija, li fiha aktar minn 17-il sqaq, imma mhux dejjem tieħu gost bl-iżvilupp li jsir fiha.", "Dejjem tinnota li hemm djar li qed jintelqu, imma biex tieħu ħsiebhom, biex tiżviluppahom tajjeb u terġa' tagħtihom il-ħajja li darba kellhom, trid tagħmel xi ħaġa drastika.", "Issemma ħafna fuq ir-rabta mal-iżvilupp.", "Naħseb li huwa l-waqt li nerġgħu nżuru x'qed jgħid id-DC15.", "X'se nagħmlu?", "Kif se nikkombaċu l-iżvilupp mal-qerda tal-wirt storiku ta' pajjiżna?", "Sħabi għandhom raġun meta jgħidu li mhux imbilli se ddaħħal in-nies.", "Min huma dawn in-nies?", "X'expertise għandhom dawn in-nies?", "B'sogħba kbira ngħid li jien naf restawraturi li m'għadhomx jaħdmu fir-restawr, nies ta' sengħa kbira li tlifniehom għax marru jaħdmu fil-maintenance.", "Tibki tgħidha!", "Jien naf wieħed mill-aqwa marmisti li għandna f'pajjiżna u qed jaħdem fil-maintenance.", "Meta tkellimhom jgħidulek: Mela jien se nibqa' naħdem f'dawk il-kondizzjonijiet?", "Nixtieq nagħlaq billi nagħmel xi mistoqsijiet oħrajn.", "Skont il-Cultural Heritage Act il-Ministru suppost jipprepara strateġija għall-cultural heritage.", "Mill-informazzjoni li għandi l-aħħar darba li saret kien minn Dr Francis Zammit Dimech.", "L-Onor.", "Mario de Marco kien ippreparaha, imma laħqet ġiet l-elezzjoni.", "Din hija t-tieni leġiżlatura tal-Ministru Owen Bonnici u nixtieq inkun inkun naf jekk bediex jaħdem fuq strateġija u fejn waslet din l-istrateġija.", "Kemm ilu ma jiltaqa' l-Kumitat tal-Garanzija?", "Il-Ministru Owen Bonnici meta kien fl-Oppożizzjoni kien jikkritika n-nuqqas ta' laqgħat ta' dan il-Kumitat.", "Nistaqsi: X'sar minnu dan il-Kumitat?", "Dan il-Kumitat, għal min ma jafx, ilaqqa' flimkien entitajiet differenti min-naħa tal-Gvern, NGOs, il-Knisja u kull min imiss mal-beni kulturali ta' pajjiżna.", "Mill-informazzjoni li għandi lanqas biss nafu jekk dan il-kumitat huwiex ifformat, u huwa xieraq li nkunu nafu.", "X'ġara mill-Heritage Advisory Committee?", "Dan huwa kumitat ieħor importanti ħafna u naħseb li tajjeb li nkunu nafu fuq dan ukoll.", "Xtaqt nieħu aktar ħin però se nċedi l-ħin li fadal lill-Onor.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkrek li baqa' minuta u nofs.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien kburi li ngħix f'torri li huwa uniku u li nbena fis-Seklu 15 u huwa parti mill-patrimonju ta' dan il-pajjiż.", "Il-patrimonju Malti li qed nitkellmu fuqu llum jagħtina identità u jagħrafna bħala poplu.", "Jagħtina identità meta niġu għall-wirt arkitettoniku Malti u Għawdxi u għalhekk għandna nippromwovuh, għandna nipproteġuh u għandna nrawmuh.", "Huwa l-patrimonju li jagħtina sens ta' identità u sens ċiviku u aħna għandna nkunu kburin b'dak li għandna.", "Jiena nixtieq nsemmi żewġ punti malajr.", "Skont mistoqsija parlamentari li kont għamilt lill-Ministru, is-Sovrintendenza għandha poteri mhux tas-soltu li l-Gvern jiftaħar bihom għax jgħid li b'dawn il-poteri s-Sovrintendenza tista' twaqqaf kull applikazzjoni li ssir lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Fl-istess ħin, mhijiex parti mill-istess bord.", "Ir-risposta li l-Ministru kien tani għall-mistoqsija parlamentari 4460 turi biċ-ċar li mill-2014 sal-2018, għalkemm il-baġit huwa kważi d-doppju, ir-riżors uman tagħha huwa wieħed fqir u mhuwiex riżors uman tekniku u ta' kwalità.", "Irrid insemmi eżempju wieħed.", "Aħna tal-Partit Demokratiku kemm-il darba b'kuxjenza kkritikajna dwar il-proċessi adottati minn din l-entità għall-qalba tar-raħal u b'mod partikolari qed nirreferi għall-buffer zones li għandu jkun hemm madwar djar Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Huwa ironiku li nipproteġu dak li hu taħt l-art imma ma nipproteġux dak li huwa fuq l-art.", "Għaldaqstant, nappella biex is-Sovrintendenza, li bħalissa hija dgħajfa, tinbidel f'waħda li tkun aktar robusta biex b'hekk ngħożżu u nipproteġu aktar dak li huwa Malti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Glenn Bedingfield biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "GLENN BEDINFIELD: Sur President, smajt id-dibattitu kollu, smajt lill-kelliema kollha tal-Oppożizzjoni u nista' ngħid li kellhom punti relevanti, punti tajbin speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ml-bżonn ta' aktar għarfien, aktar edukazzjoni u l-ħtieġa li t-tfal tagħna jidraw ikunu kburin b'dak li għandna bħala patrimonju nazzjonali.", "Il-patrimonju nazzjonali jagħtina identità u jiddistingwina minn ħaddieħor.", "Fost affarijiet oħra hemm il-lingwa u l-arkitettura tagħna li tiddistingwina minn ħaddieħor.", "Il-membri kollha kellhom punti li kienu tajbin, però kien hemm punti oħra li jiena ma nistax naqbel magħhom.", "Pereżempju ma nafx minn fejn inġiebet din li se nwaqqgħu d-djar fl-isqaqien pittoreski li għandna f'ħafna lokalitajiet biex flokhom nagħmlu toroq għall-iżvilupp.", "Ikkritikaw ħafna affarijiet!", "Ikkritikaw lil sieħbi l-Onor.", "Anton Refalo u kkritikaw ukoll il-ħatra tal-Principal Permanent Secretary Mario Cutajar bħala Executive Director ta' Heritage Malta.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni donnhom insew li f'Novembru li għadda nstabu ħatja ta' diskriminazzjoni politika fil-konfront tas-Sur Mario Cutajar u lanqas biss kellhom id-diċenza jagħmlu apoloġija.", "Dawn jibqgħu jippersegwitaw persuna sempliċiment għax Laburist, għax ma jaqbilx magħhom.", "Kieku kien xi wieħed jaqbel magħhom, l-ewwel nett ma kenux se jneħħuh minn Heritage Malta għax fi żmienhom hemmhekk verament kien każin tal-Partit Nazzjonalista!", "Jibqgħu jippersegwitaw persuni għax ma jaqblux mal-politika tagħhom u lanqas għandhom id-diċenza li jitolbu apoloġija.", "Dawn instabu ħatja ta' diskriminazzjoni politika fil-konfront tas-Sur Mario Cutajar u nittama li xi darba jagħmlu apoloġija pubblika.", "Irrid ngħid li s-Sur Mario Cutajar kellu sehem ewlieni f'ħafna ideat li kien hemm rigward l-istrateġija tal-Belt Valletta li ħafna minnha llum ġiet inkorporata minn Heritage Malta.", "Fost l-ideat li twettqu kien hemm il-ftuħ taċ-ċisterni, il-Main Guard u proġetti oħrajn li reġgħu taw lill-Belt Valletta l-glorja tagħha.", "Il-Belt Valletta hija landmark ewlenija, imma f'Malta għandna ħafna landmarks storiċi oħrajn u siti storiċi li nixtieq nara aktar nies li jmorru fihom.", "Għandna, pereżempju, Sant'Anġlu li llum il-ġurnata ngħata l-glorja tiegħu mill-ġdid u anke Sant'Iermu, però dawn il-postijiet ikollhom biss influss ta' Maltin meta jagħmlu l-open days.", "Jiena nixtieq nara li jkun hemm aktar attendenza mill-Maltin anke meta ma jkunx hemm l-open days li jsiru darba kultant.", "Fl-aħħar snin rajna żieda fir-restawr ta' ħafna postijiet.", "Aħna nieħdu gost b'dan ir-restawr għax permezz tiegħu qegħdin insebbħu mill-ġdid lil Malta, però għad għandna ħafna postijiet li għandhom bżonn li jkunu restawrati.", "Pereżempju l-Fortizza ta' Rikasoli hija waħda mill-ikbar fortizzi fl-Ewropa, imma din qed titmermer u qed taqa'.", "Jien kelli laqgħat mal-Għaqda Kulturali tal-Kalkara u mal-Ministru Owen Bonnici li jaqbel li għandu jsir xogħol, għandu jsir intervent, però dejjem hemm il-problema tal-flus.", "Inħeġġeġ il-Gvern biex isib il-fondi ħalli dik il-fortizza ma tibqax taqa' kif inhi.", "Naf li bħalissa qed tintuża mill-industrija tal-films u jalla tibqa' tintuża, però jekk ma jsir xejn fuqha, fil-futur din ma hi se tintuża minn ħadd għax se taqa'.", "Imbagħad ikun tard wisq!", "Jiena ħadt gost nisma' lill-Ministru jgħid li s-Sovrintendenza se tissaħħaħ.", "Tal-Oppożizzjoni qalu li se ndaħħlu ftit wisq u hemm bżonn ta' ħafna iktar ħaddiema.", "Issa ħalliha li s-soltu dawn jikkritikawna li daħħalna n-nies mal-Gvern, imma huwa tajjeb li s-Sovrintendenza nsaħħuha, bħalma huwa tajjeb li nibqgħu nsaħħu l-Heritage Malta.", "Is-Sovrintendenza għandha ħafna xogħol għax kull fejn tħares f'Malta, Alla jbierek, għandna xi ħaġa ta' patrimonju nazzjonali.", "Anke meta ħaffru t-Triq tax-Xarolla fiż-Żurrieq instabu oqbra.", "Tħaffer fejn tħaffer issib xi ħaġa ta' patrimonju nazzjonali.", "Allura, waħda mill-awtoritajiet li għandha tkun b'saħħitha u għandha tingħata ħafna saħħa f'Malta hija s-Sovrintendenza.", "Però nixtieq nara li s-Sovrintendenza tkun proattiva iktar milli reattiva.", "Għandna postijiet anke fil-Kottonera.", "Ix-xatt tal-Birgu għandna Scamp Palace, li qiegħed f'idejn il-privat, u sfortunatament tħalla jaqa' biċċiet.", "Nixtieq li s-Sovrintendenza tieħu azzjoni dwar dan.", "Tista' tieħu azzjoni billi toħroġ emergency conservation order, kif diġà għamlet f'Sant' Anġlu meta kien hemm ħtieġa, u dan għandu jsir kemm rigward dan il-bini u anke rigward binjiet oħrajn li għandna fil-Kottonera.", "Fl-istrateġija li qed inħejju għall-Kottonera li dalwaqt tkun ippreżentata, il-kultura se jkollha rwol importanti ħafna anke mill-aspett soċjo-ekonomiku għaliex il-beni kulturali li għandna jistgħu jservu ta' mezz ta' għejxien għal ħafna u ħafna nies f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi lli l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "Skont il-ftehim milħuq, il-votazzjoni tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 fis-6.00 pm b'din aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtortià għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa - votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għassena 2018 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Skont il-ftehim milħuq, l-Aġġornament illum ma jitteħidx.", "Għalhekk il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "F'12.04 p.m. ilKamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180605_125d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ir-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija, kif kien propost fil-budget għas-sena 2017?", "Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol ta' restawr u kemm intefaq fuq dan ix-xogħol ta' restawr sa issa?", "Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kif ġie magħżul?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5237, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number (numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar) kif ukoll pjanti tal-junction li trid issir fix-xogħol tat-tieni parti ta' Triq Ta' Sannat fis-Sannat?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5130 u tgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3405 u 5680 u tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tipprovdi ċifra globali separatament għal kull entità u dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtara equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid kemm minn dan l-equipment inxtara permezz ta' tender u kemm inxtara permezz ta' direct order, kif ukoll mingħand min inxtara u kemm kien il-valur?", "Tista' tgħid ukoll min ta l-awtorizzazzjoni u approva li jinxtara dan l-equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel, twaqqa' aktar minn sena ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta' Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità tal-Imqabba?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Ħal Farruġ?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi timponix kundizzjonijiet biex siġar li jkollhom jinqalgħu minħabba proġetti infrastrutturali li jkunu se jsiru, jiġu mħawla f'postijiet oħra jew jitħawlu siġar oħra minflokhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm jew hemm impjegati fl-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office) sena b'sena mit-twaqqif tiegħu fis-sena 2011?", "Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord li Jirregola l-Bini?", "Jista' jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord li Jirregola l-Bini sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reġistru tad-deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola l-Bini?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jitpoġġa fuq il-website tal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office) ir-reġistru tad-deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola l-Bini skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (9) (b) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett għat-tkabbir tal-librerija pubblika f'Birżebbuġa huwiex qed jiġi kkunsidrat u hemmx pjanijiet biex dan jitwettaq?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kontra l-għargħar fl-Imqabba?", "X'passi ttieħdu s'issa?", "Dan jinkludi wkoll ix-xogħlijiet meħtieġa għaż-żona tal-ġibjun fl-Imqabba?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kif se jsir it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija meta n-numru ta' studenti barranin fi skola jkun wieħed żgħir u jgħid x'riżorsi umani bħala għalliema huwa għandu lest, sabiex isir dan it-tagħlim?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk suġġetti mgħallma bil-Malti, bħal Studji Soċjali, Ġeografija u Storja, humiex se jibqgħu jiġu mgħallma bil-Malti fil-klassijiet li jinkludu studenti li qegħdin isegwu t-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija u jekk l-assessjar ta' dawn is-suġġetti huwiex se jkun kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jelenka fuq liema kriterji se tittieħed deċiżjoni sabiex student jitgħallem il-Malti bħala lingwa barranija u jgħid min se jieħu dik id-deċiżjoni?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiddaħħlu regolamenti biex vapuri li jidħlu fil-Freeport jibdew jużaw enerġija elettrika shore to ship biex b'hekk jintfew il-generators tal-vapuri bir-riżultat li jonqos il-livell tal-ħoss li l-vapuri jiġġeneraw waqt li jkunu fil-port?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu affettwati l-irziezet eżistenti bil-bypass ta' Ħ'Attard u jekk iva x'se jiġri mill-għejxien tas-sidien tal-imsemmija rziezet li jaqilgħu l-għejxien tagħhom minn dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid x'se jiġri mill-ġibjuni eżistenti?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-parkeġġ tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jinsab fi Triq Ferdinand Inglott b'relazzjoni mal-bypass ta' Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il roundabout se jkun hemm fil-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' kif hu maħsub li jsiru dawn ir-roundabouts?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid xi prijorità qed tingħata lit-trasport pubbliku sabiex tiġi riżolta l-problema tat-traffiku fiż-żona ta' Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata li fiż-żona tal-Gold Market, fi Triq iż-Żagħfran, ġewwa Ħ'Attard ma jkunx hemm ipparkeġġar ta' vetturi fil-ħin li jinġemgħa t-traffiku?", "Jista' jgħid x'miżuri qed jieħu bħalissa l-Gvern biex minn issa jitnaqqas it-traffiku?", "Jista' jgħid jekk hux qed jintbagħtu pulizija tat-traffic, ħaddiema/uffiċjali ta' Transport Malta jew wardens biex imexxu t-traffiku f'Ħ'Attard speċjalment ħdejn l-Attard Farm Supplies, fi Triq l-Imdina u fi triq li minn Ħ'Attard tmur lejn Ħaż-Żebbuġ, fi Triq Nutar Zarb u fi Triq l-Linja kantuniera ma' Triq il-Linja?", "Jista' jgħid meta u x'ħin f'dan l-aħħar xahar kien qed ikun hemm uffiċjali ta' Transport Malta/Pulizija, fil-ħin li jinġemgħa t-traffiku speċjalment filgħodu fiż-żoni msemmija f'Ħ'Attard sabiex jiġu osservati t-traffic lights u jieħdu ħsieb il-flow tat-traffiku?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju sabiex wieħed ikun ċert li l-ħruġ mill-garaxxijiet tar-residenti li joqogħdu f'Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinand Inglott u Triq Oliver Agius ikun wieħed sigur, ġaladarba tkun lesta l-bypass ta' Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-bini tal-lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa bejn Triq il-Kbira u Triq in-Nasses?", "Fl-istess waqt jindika jekk kienx hemm xi forma ta' oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn membri tal-korp diplomatiku li qegħdin jaħdmu hawn Malta u jagħmlu l-istess xogħol bħall-membri taċ-ċivil, ma' jistgħux igawdu l-istess miżuri ta' work-life-balance bħal telework mentri sħabhom taċ-ċivil jistgħu?", "X'inhi r-raġuni għalfejn qed titħalla din id-diskrepanza?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-foss il-qadim tar-Rabat li hi art privata, tiġi protetta minn kull tip ta' żvilupp?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-ewwel summit li jġib l-isem World's First Global Ministerial Mental Health Summit f'Londra li ser isir f'Ottubru li ġej, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hu ġiex mistieden?", "Jista' jgħid jekk hux ippjanat li ser jattendi?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ ta' secondary infertility kienu eleġibbli mill-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni għal trattament b'xejn mill-2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Ta' kull sena l-post ta' divertiment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li qiegħed fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ joħloq skumdità b'mużika li tindaqq fl-apert b'volum għoli u storbjuż li jinstema' mir-residenti ta' Ħaż-Żebbuġ u tal-madwar.", "Jidher li minkejja li jsiru diversi rapporti lill-pulizija, din tonqos li taġixxi.", "Peress li l-post hu fil-konfini ta' Ħaż-Żebbuġ, iżda rapport irid isir f'distrett ieħor, jiġifieri fl-għassa tar-Rabat, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ser jittieħdu biex dan l-ilment jissolva darba għal dejjem?", "X'passi ħadet il-pulizija fil-passat?", "X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-operat ta' din id-diskoteka?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4609 u 5405 u ċjoè: Peress li ġie mħabbar li l-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġi investigat minn awtoritajiet fil-Lussumburgu minħabba ħasil ta' flus, jista' l-Ministru jgħid xi due diligence sar meta ġie aċċettat dan il-bank meta kien magħruf li ċertu pajjiżi Ewropej kienu qed jinvestigaw wieħed mis-sidien tal-bank?", "Jista' jgħid meta l-aħħar saret spezzjoni fuq dan il-bank mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u kemm-il darba saret spezzjoni għal kull sena, waħda wara l-oħra, mis-sena 2014?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema data u sena ġew devoluti dawn il-beni fil-Mellieħa lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mill-Gvern:", "1: Batterija ta' Westreme;", "3: Kumpless ta' Rziezet f'Selmun;", "4: Pill Box fuq ix-xifer biswit Triq Dun Balen; u", "5: Kamra li tifforma parti minn kumpless ta' kmamar fil-Park tal-Majjistral?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f'xi sena bejn l-2008 u l-2013, dawn l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f'xi sena bejn l-2008 u l-2013, dawn l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3038, dwar il-volum ta' plastic, metall u karti li ġew riċiklati permezz ta' public tenders, jista' l-Ministru jagħti break down ta' kemm kien l-ammont ta' plastic, kemm kien l-ammont ta' metall u kemm kien l-ammont ta' karti għal kull sena rispettiva elenkata f'dik il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħaraq plastic fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern?", "Jekk iva, x'tip ta' plastic se jinħaraq?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jekk fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern se jinħaraq il-plastic, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-volum jew il-piż ta' plastic li qed jiġi pproġettat li jinħaraq fuq daily basis?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Fir-rigward tal-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-expected emission levels?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid minn min se jiġi determinat liema toroq se jsiru mill-Aġenzija tat-Toroq?", "Tista' tgħid jekk hiex se taħtar xi kumitat speċifikament biex jagħmel dan?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid f'liema livell se jkun involut il-Ministeru għal Għawdex fl-Aġenzija tat-Toroq sabiex tassigura li l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tat-toroq f'Għawdex jingħataw l-attenzjoni li verament għandhom bżonn?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28025 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru sorveljanza mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali/Hostels, meta saru dawn iż-żjarat u f'liema Residenza saru dawn iż-żjarat ta' sorveljanza matul din il-Leġiżlatura?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28025 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saru sorveljanza mill-Health Care Standards Directorate fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali/Hostels, meta saru dawn iż-żjarat u f'liema Residenza saru dawn iż-żjarat ta' sorveljanza matul din il-Leġiżlatura?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm telefonati ġenwini tal-Helpline għall-għajnuna u li saru minn persuni bi problemi ta' saħħa mentali bħal depressjoni, solitudni u każijiet ta' suwiċidju matul is-sena l-oħra u matul din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi proċedura hemm biex persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali tibda tirċievi s-Servizz ta' Outreach?", "Min huwa responsabbli minn dan is-servizz?", "Hemm xi waiting list biex persuna tinqeda minn dan is-servizz?", "Kemm huwa ż-żmien li persuna tistenna biex tirċievi dan is-servizz?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hawn persuni f'Malta u f'Għawdex li jbatu bid-dijabete?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hi l-ispiża totali nazzjonali marbuta mal-inċidenza tad-dijabete f'pajjiżna (Spiża; preventive measures, kura primarja, hospitalization, mediċini, surgery, telf ta' ġranet ta' xogħol eċċ.)?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Gaetano Vitale (parti) fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Ġdida fi Triq tan-Najder fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Birguma (l-aħħar parti) fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq San Ġwann l-Evanġelista (parti) fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Sqaq fi Triq il-Għargħur fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t'April li għaddew?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL l-Onor.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Jobsplus għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 46 – Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 15 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 - Votazzjoni.", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "5 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010.", "(Kont.)", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 34 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 33 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018, f'nofsinhar fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 37 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "5 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180605_126a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "It-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta nru.", "125 li saret fil-5 ta' Ġunju, 2018 ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman għas-sena 2017.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – NEFQA FUQ SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google, eċċetra, minn Marzu, 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninfoma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi l-Ministru għall-aħbar pożittiva ferm li ħarġet illum rigward it-tkabbir ekonomiku, li fl-ewwel kwart tas-sena kien ta' 4.4%.", "Jista' l-Ministru jgħid kif wasalna għal dan ir-riżultat u anke forsi minn fejn tlaqna, biex jista' jkollna dawn it-tip ta' riżultati?", "Kif ninsabu kkomparati anke ma' pajjiżi Ewropej oħrajn?", "U xi jfisser dan l-iżvilupp ekonomiku għall-familji Maltin u Għawdxin?", "Għaliex fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin naħdmu għalihom?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Ir-rata li kienet imħabbra fil-11.00 a.m. illum tirreferi għat-tkabbir ekonomiku għall-ewwel kwart ta' din is-sena, jiġifieri jagħmlu stima ta' kemm ġie prodott fil-pajjiż, kemm kien hemm dħul, sew f'dawk li huma pagi u salarji, kif ukoll profitti.", "Qed jikkomparawh mal-kwart tas-sena l-oħra tal-istess żmien, imbagħad ineħħu l-inflazzjoni minnu billi japplikawlu d-deflator biex aħna narawh b'mod reali u mhux b'mod nominali.", "B'mod nominali t-tkabbir kien 'il fuq minn 6% u t-tkabbir reali kien ta' 4.4% li jikkompara sew mal-aħħar kwart tas-sena ta' qabel.", "Dawn, bħalma jiġri dejjem, jistgħu jiġu riveduti u l-biċċa l-kbira, jekk jiġu riveduti, jiġu riveduti 'l fuq minħabba li ċerta data ma tkunx daħlet fil-ħin.", "Però t-tkabbir ta' 4.4% jibqa' fuq quddiem nett taż-żona ewro, jekk mhux ukoll tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-rata tfisser li t-tkabbir huwa sostenibbli, tkabbir li ilu ġej għal dawn l-aħħar snin u għadu għaddej b'saħħtu.", "Prova wkoll tar-rata qawwija ta' tkabbir ekonomiku hija r-rata tat-tkabbir tax-xogħol, li m'għandna l-ebda indikazzjoni li qiegħda tonqos.", "Irridu ngħidu wkoll li kien hemm żewġ fatturi ewlenin wara dan it-tkabbir.", "L-ewwel fattur kien iż-żieda qawwija fil-konsum privat li kien xprunat mit-tkabbir sostanzjali fid-dħul tal-ħaddiema.", "Fil-fatt, fl-ewwel kwart il-pagi f'pajjiżna żdiedu b' €78 miljun f'dawn it-tliet xhur, jiġifieri żieda ta' 7%.", "Riżultat ta' dan it-titjib sostanzjali fid-dħul, l-istatistika uffiċjali turi li s'issa l-konsum privat żdied bi 3% tul is-sena kollha.", "It-tieni fattur wara t-tkabbir ekonomiku qawwi kien l-andament pożittiv tal-azjendi.", "Ċifri uffiċjali juru li l-profitti żdiedu b'70% meta mqabbla mal-istess kwart tas-sena 2017.", "Dan it-titjib nistgħu ngħidu li wasal minn negozju privat, b'investiment ta' €416-il miljun, kontra l-€292 miljun f'investiment fis-sena 2012.", "Għalhekk qegħdin isiru l-profitti għaliex saret qabża kbira fl-investiment u meta tikkompara l-ewwel kwart tas-sena 2018 tara li kważi rdoppjat ir-rata ta' investiment li kien hemm fis-sena 2018.", "L-istatistika turi wkoll li s-settur finanzjarju, li skont l-Oppożizzjoni għaddej minn żmien ta' inċertezza, kabbar l-operat tiegħu b'€5 miljuni, filwaqt li s-settur tal-igaming kiber bi €30 miljun.", "Anke fis-settur tal-kostruzzjoni, il-valur miżjud ra titjib ta' €3 miljuni.", "F'kelma waħda, it-tkabbir huwa fis-setturi kollha tal-ekonomija, mhuwiex f'settur partikolari.", "Din bħal magna li tkun għaddejja tajjeb, tkun qed tispara fuq il-pistons kollha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Glenn Bedingfield, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINGFIELD: Nittama li l-Whip tal-Oppożizzjoni ma jurtax ruħu għax se nagħmel mistoqsija parlamentari!", "Kelli xi kostitwenti tiegħi li jirċievu pensjoni mill-Awstralja li rċevew ittra, uħud għax kellhom xi diskrepanzi fid-dikjarazzjoni tat-taxxi, imma milli jidher intbagħtu ittri lil kull min jirċievi din il-pensjoni.", "Jista' l-Ministru forsi jispjega x'inhi s-sitwazzjoni u x'inhu għaddej?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: L-ewwel nett, naħseb jekk hemm xi ħaġa li rrealizzajna huwa n-numru kbir sew ta' Maltin li kienu l-Awstralja, ħadmu, min għal ftit snin, min għal ħafna u min għal tul ħajtu kollha, u ġew jirtiraw f'pajjiżna.", "Ħija ħaġa sabiħa li dak li jkun wara li jkun ħadem u stinka għall-inqas igawdi ż-żmien tal-irtirar f'pajjiżna.", "Dawn l-individwi jirċievu, kif inhu xieraq li jsir, il-pensjoni mill-Awstralja.", "Kien hemm nuqqas ta' ftehim qawwi minn dawn l-individwi li billi bejn Malta u l-Awstralja għandna double taxation agreement, dawn kienu jgħidulhom li t-taxxa qed jeħodilhom il-Gvern Awstraljan u allura jistgħu ma jiddikjaraw xejn għax tkun imnaqqsa.", "Fil-fatt, dan ma kienx minnu.", "Kieku staqsew sew kienu jsibu li huma obbligati li d-dħul li jidħol f'pajjiżna għandu jiġi dikjarat u t-taxxa titħallas fuqu.", "Kien hemm nuqqas ta' ftehim.", "Li ġara issa, u mhux qabel, huwa l-fatt li bħalma dejjem avżajna hawnhekk, Malta qiegħda tiffirma numru kbir ta' ftehimiet ma' pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, għaliex mal-Unjoni Ewropea diġà għandna s-Savings Directive, li b'mod awtomatiku l-Kummissarju tat-Taxxa jirċievi informazzjoni kompluta tal-kontijiet f'banek Ewropej miftuħin mill-Maltin u allura bl-automatic exchange hu jirċievi l-informazzjoni u huwa fid-dmir li tiddikjaraha u sintendi jekk le, il-Kummissarju se jkun jaf biha.", "Li qed jiġri iżjed hu li qegħdin niffirmaw dan il-ftehim, skont il-Foreign Account Tax Compliance Act (FATCA) mal-Gvern Amerikan u numru kbir … F'Berlin jiena ffirmajt li huwa fid-dmir tagħna li ngħaddu l-informazzjoni tal-kontijiet li jinfetħu f'pajjiżna lil dawn il-pajjiżi u huma jridu jagħmlu l-istess f'pajjiżhom.", "Allura l-Kummissarju tat-Taxxa rċieva l-informazzjoni kompluta tal-kontijiet kollha fil-banek Awstraljani jew inkella pensjonijiet, jiġifieri, sorsi ta' dħul.", "Mhux bilfors għall-kontijiet qed ngħid.", "Kull sors ta' dħul mill-Awstralja għal Malta huwa mibgħut lill-Kummissarju tat-Taxxa li dan malli jirċievi l-informazzjoni, huwa fid-dmir tiegħu bil-liġi li jinforma lil dik il-persuna li l-Gvern hawnhekk qed jgħid li qed jgħaddilek dħul u inti, għal xi raġuni jew oħra, m'intix qiegħed tiddikjarah.", "Allura li jiġri huwa li jkollok tħallas it-taxxa b'lura ta' dak li inti ma ħallastx, hemm l-imgħax fuqha u hemm ukoll penali.", "Qegħdin nitkellmu fuq nies anzjani li, bħalma għedt, qegħdin fiż-żmien tal-irtirar f'pajjiżna.", "Lil dawn in-nies tawhom x'jifhmu ħażin.", "Dan huwa nuqqas ta' ftehim li qed nirreferi għalih, u d-Dipartiment kellu jindirizzaha daqsxejn iktar b'mod sensittiv.", "Issa l-persuni se jirċievu ittra fejn se jiġu nformati.", "Dawn il-persuni diġà ġew informati li għandhom jagħtu t-taxxa, l-arretrati, kif ukoll l-imgħax, eċċetra, imma issa ġie deċiż, wara li nformawni u jiena aċċettajtha, li dawn l-individwi ma jħallsux imgħax fuq it-taxxa li kellhom jagħtu fil-passat u li jirċievu piena nominali ta' €20 kull wieħed.", "Li qed ngħid hawnhekk lill-mezzi tax-xandir hu li dawn l-individwi se jirċievu ittra li tgħid li mhux se jkun hemm impost l-imgħax, li din il-piena tkun ta' €20 u li din it-taxxa se tingħata sitt xhur biex titħallas.", "Dan sabiex anke min jista' jħallas, ikollu l-kontijiet fil-bank, mhux biex jirtirahom jitlef l-imgħax.", "Allura qegħdin nagħtuh sitt xhur żmien biex it-taxxa li hija dovuta minnu jħallasha.", "Min wara dan kollu għandu problemi li lanqas din it-taxxa ma jista' jħallas, id-Dipartiment lest jisimgħu, naraw il-means test, imbagħad naraw kif nistgħu nimxu miegħu ukoll.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ġaladarba qegħdin nitkellmu dwar reklamar, nhar il-Ħadd li għadda fuq żewġ ġurnali partikolari, It-Torċa u KullĦadd, kien hemm kważi paġna sħiħa b'reklam partikolari bl-uċuħ tal-ministri kollha preżenti.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid dan ir-reklam partikolari minn liema fond tħallas?", "Dan ir-reklam kien jimmarka l-għaxar snin mill-ħatra ta' Kap tal-Partit Laburista, tal-Prim Ministru jew tas-sena mir-rebħa elettorali.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: L-ewwel nett, ninnega li dan huwa reklam.", "Tista' tgħidli li xi ħaġa mħallsa hija reklam.", "Jekk id-definizzjoni trid tagħmilha hekk, agħmilha hekk, però mhuwiex l-iskop li tirreklama, huwa li tinforma.", "Huwa importanti li l-pajjiż, kull ministeru, jinforma liċ-ċittadini Maltin dwar ix-xogħol li twettaq matul din is-sena, tħares lejn is-sena u tgħid \"we take stock of what we deliver\" ħalli min jaħseb li dan il-Gvern iwiegħed u ma jwettaqx, ikollu impressjoni differenti.", "Jiġifieri kull ministeru mill-baġit tiegħu għandu kull dritt meta jrid li jgħid u jħallas biex jinforma lill-qarrejja dwar ix-xogħol fil-ministeru tiegħu.", "Dwar din li qed tgħid m'hemmx xi baġit ċentrali għal dan ix-xogħol, jitħallas mill-vot ta' kull ministeru li inti għandek allokat biex tinforma liċ-ċittadini.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Biex nibqgħu ftit mat-tema, anke ma' dak li staqsa l-kollega tiegħi l-Onor.", "Glenn Bedingfield lill-Ministru fir-rigward tal-pensjonijiet u mal-anzjani, fl-aħħar jiem il-Ministru ħabbar, u anke għaddiet minn dan il-Parlament, bonds speċjali għall-persuni li jkollhom 'il fuq minn 62 sena, u milli stajt nifhem jien dan huwa b'rata preferenzjali.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet marbuta ma' dawn il-bonds u x'inhi din ir-rata preferenzjali, anke komparat ma' rati oħrajn li joħroġ il-gvern, u min jista' japplika għal dawn il-bonds?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Din kienet informazzjoni li tajna f'din il-paġna li kien qed jirreferi għaliha l-kollega tiegħi min-naħa l-oħra tal-Kamra, u ċjoè, is-62+ Malta Government Savings Bond.", "Meta tara proposti bħal dawn tirrealizza kemm dan il-Gvern jaħseb f'kulħadd u fi kwalunkwe ċirkostanza.", "Meta tan-naħa l-oħra jsemmu l-pensjonijiet, in-nies li rtiraw mhux mill-pensjonijiet biss jimpurtahom, imma minn nefqa tagħhom, mill-flus li faddlu, kwalunkwe aspett tal-ħajja, it-taxxa.", "Aħna ħsibna li nżidu l-pensjonijiet, żidna l-minimu u komplejna nżidu.", "Ħsibna wkoll li ma titħallasx taxxa fuq il-pensjoni sa massimu ta' €13,200.", "Aspett ieħor li huwa tajjeb huwa li togħla l-pensjoni, tajjeb li ma tħallasx taxxa fuqha, tajjeb ukoll li x-xi ħaġa li tfaddlet u qiegħda investita fil-bank jew inkella f'bonds mal-gvern, tirrendi.", "L-isfortuna ta' dawn in-nies, li qegħdin b'mod iktar minn ħaddieħor jiddependu minn dan is-sors bħala dħul, jiġifieri jkollhom €5,000, €10,000, €15,000, €20,000 jew €30,000 imfaddlin u qegħdin mixtrijin f'bonds tal-gvern fi żmien meta l-inflazzjoni kienet qawwija, ir-rata tal-Bank Ċentrali Malti, jew inkella fil-każ meta dħalna fiż-żona ewro, tal-Bank Ċentrali Ewropew, kienet għolja, għax l-inflazzjoni kienet għolja, u qiegħda hemm biex tipprova trażżan kemm jista' jkun l-inflazzjoni.", "U b'hekk dak li jkun jirkeb fuq din is-sitwazzjoni u jkollu dħul ta' bejn 6% u 7% - kien hemm żmien li kienet anke iżjed, 8% - fuq bond tal-Gvern.", "Din kienet għal għaxar snin, 15-il sena jew 20 sena, imma l-isfortuna kienet li fl-aħħar waslet u għalqet.", "Allura min kellu xi ħaġa mġemmgħa u qegħdin f'bonds tal-Gvern, li ħesrem jirċievi avviż li dawn issa se jiġu likwidati u dak id-dħul ta' bejn 5% u 8% sparixxa, jieħu xokk kbir, u meta jasal biex jixtri bond ġdid is-sitwazzjoni hija ferm differenti minn tal-passat għax ir-rata tal-inflazzjoni u r-rata tal-bank hija baxxa.", "U għalhekk il-kupun ta' din il-bond tal-Gvern hija baxxa.", "Hawnhekk ta' min infiehmu li dan il-Gvern ħaseb biex joħroġ bond speċjali għal dawn in-nies, li qed jissemma 62+.", "Hija ċara daqs il-kristall li min jagħlaq it-62 din is-sena, minn Jannar sa Diċembru, huwa ntitolat li jixtri sa massimu ta' 8,000 ewro u se jingħata preferenza jekk ma xtarax is-sena l-oħra.", "Però, jekk xtara s-sena l-oħra, għandu ċans xorta għax għandek sa 100 miljun ewro li offra l-Gvern.", "Nisperaw li kulħadd ikollu aċċess għal dan il-bond li jista' jżommu bi 3% għal ħames snin.", "Dan jirtuh il-werrieta wkoll, però ma jkunux jistgħu jiskambjawh bħalma jsir b'bond normali.", "Dan il-bond huwa attraenti ħafna għaliex jagħti rata ta' imgħax 'il fuq minn dak li joffri s-suq.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Se nqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra ta' artiklu jew silta li għadha kif ħarġet ftit tal-minuti ilu li tgħid hekk:", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bihom, jekk dawn kenux xi spejjeż li ġew ritornati minħabba fondi li ħallas il-Gvern?", "Hemm xi informazzjoni li jidhirlu li ta' min jaqsamha fil-pubbliku?", "U jekk le, dan l-ammont x'jirrappreżenta vis-à-vis dik il-ġita, dik il-mawra partikolari?", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek xi informazzjoni dwar din il-mistoqsija supplimentari?", "EDWARD SCICLUNA: M'għandix informazzjoni dwarha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar baġit kienet issemmiet l-iskema ta' second-time buyers, u jiena nformat li fl-aħħar jiem anke din ġiet imħabbra mill-Ministru Edward Scicluna.", "Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar kif taħdem din l-iskema, min jista' japplika għaliha, anke dwar it-terminu \"second-time buyer\", għaliex jidher li hemm xi ftit konfużjoni dwar min jista' jiġi dikjarat u anke aċċettat bħala second-time buyer?", "Din l-iskema hija biss marbuta ma' djar residenzjali?", "Jista' jagħti aktar informazzjoni marbuta ma' din l-iskema?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Nieħu gost ħafna nitkellem dwar proposti li saru bil-għaqal u bir-reqqa li jolqtu l-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi, u dan wara s-suċċess kbir tal-first-time buyer li fl-istorja għad titniżżel bħala dik il-miżura li b'mod immedjat bdiet iddawwar ir-rota ekonomika f'pajjiżna.", "Kien hemm affarijiet ikbar bħal dik tal-enerġija, imma li ridt ngħid huwa li kienet proposta straightforward, diretta, immedjata, u allura kellha l-effett mixtieq li tagħti nifs lill-ekonomija li kienet staġnata, li tat is-sinjal li we are here to do business, sew għal min kien il-benefiċjarju tal-first-time buyer, kif ukoll għall-industrija tal-kostruzzjoni u l-industrija tal-proprjetà.", "Magħha mbagħad, bħalma nafu, huwa marbut kull settur ieħor tal-ekonomija.", "Però aħna ma waqafniex hemmhekk.", "Il-programm elettorali kien ċar għal din il-leġiżlatura, li jgħid li rridu naħsbu wkoll fil-persuni, gawdew jew ma gawdewx mill-first time buyer, li s-sitwazzjoni f'ħajjithom tirrikjedi li jbiddlu r-residenza tagħhom għal raġuni ġustifikata.", "Għandek min-naħa waħda koppja żagħżugħa li l-familja tagħha tibda tikber u allura tkun tixtieq issib post ikbar minn dak li jgħixu fih wara li jiżżewġu jew jgħixu flimkien jew ,għall-kuntrarju, familja anzjana li t-tfal tagħha issa ħarġu mid-dar, iżżewġu jew sabu l-istat tagħhom u allura m'għandhomx bżonn dak il-kobor u jridu jċekknu l-proprjetà tagħhom.", "Bħalma nafu, it-taxxa hi li hi.", "Hija transaction tax li tintaxxa u tħallas il-boll fuq kull tranżazzjoni li ssir, u aħna biex ninċentivaw u nippremjaw lil min jaħseb bil-għaqal, li jċekken jew ikabbar ir-residenza tiegħu bir-raġun anke, pereżempju, dawk il-familji li jkollhom persuna bi bżonnijiet speċjali, aħna qed nagħtu l-vantaġġ ta' skont ta' 5% fuq il-boll u jinżel għal 3%.", "B'hekk, minbarra li tkun qed taġevola lil dik il-familja, is-suq tal-proprjetà jkun effiċjenti.", "Il-koppji anzjani li għandhom villa kbira iktar milli għandhom bżonn - affari tagħhom fejn jgħixu, il-Gvern żgur mhux se joqgħod jindaħal – li jridu jgħixu fi proprjetà iżgħar qegħdin nagħtuhom iċ-ċans u jieħdu skont fuq dan il-boll.", "Irrid ngħid li s'issa għas-sena 2018 kellek 765 kuntratt, li minnhom gawdew 1,020.", "Biex inkun ċar dwar il-kondizzjonijiet irrid ngħid li, biegħ meta biegħ l-ewwel proprjetà tiegħu, hu jkun xtara, hemmhekk minn wara l-Baġit, malli jixtri t-tieni proprjetà tiegħu u għalaq il-kuntratt, ikun jista' jgawdi minn din il-proposta.", "Iżda sintendi ma jridx ikollu proprjetajiet oħrajn f'dak il-mument.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ADRIAN DELIA: Ġaladarba l-Ministru għall-Finanzi m'għandux informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni li għadni kif esibixxejt, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux l-istess informazzjoni li jixtieq jaqsamha magħna u mal-poplu?", "L-ISPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Bil-permess tal-Kamra nikkonferma li kien hemm ċaħda kategorika min-naħa tas-Sur Schembri, u kienet mill-ġdid storja mimlija invenzjonijiet!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Dan l-aħħar smajna li l-Kummissjoni Ewropea bdiet tagħmel proposta dwar it-taxxa diġitali.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar din il-proposta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Ilu jinħass il-bżonn li kumpaniji kbar … Meta qegħdin ngħidu kbar, jiġifieri, kbar ħafna, bħalma huma Amazon, Facebook, Apple, kumpaniji kbar diġitali globali li qegħdin fid-djar tagħna u mad-dinja kollha.", "Minn informazzjoni li ħarġet mill-midja nafu li dawn qegħdin iħallsu taxxa inqas milli forsi wieħed jaħseb, għaliex kemm għandhom iħallsu taxxa l-liġijiet iridu jiddeċiedu.", "Ċerti pajjiżi, speċjalment Franza, u magħha hemm ukoll xi pajjiżi oħrajn, jixtiequ b'xi mod jew ieħor jbiddlu l-mod tat-taxxa u jintaxxawhom f'pajjiżhom.", "Dawn iħallsu t-taxxa fejn għandhom ir-residenza tagħhom, bħall-Amerika, l-Irlanda, il-Lussemburgu, hi fejn hi r-residenza.", "Kif nafu, s'issa, sal-lum nistgħu ngħidu li t-taxxa għandha ċerti regoli, għandek it-taxxa diretta fuq il-profitti u t-taxxa fuq il-konsum.", "Dawn jixtiequ jaqilbu din is-sistema u jintaxxaw il-bejgħ u jeħduh profitti mit-taxxa, li jrid jitnaqqas mill-pajjiż l-ieħor, xi ħaġa li l-Amerka mhux se taċċetta.", "Aħna qegħdin ngħidu li rridu nkunu kawti.", "Malta taċċetta li nsibu soluzzjoni internazzjonali, għaliex jekk qegħdin nitkellmu fuq ħafna pajjiżi, ma jistax ikun li l-Ewropa tmur naħa waħda biex toħloq gwerer.", "Għandna biżżejjed gwerer kummerċjali, m'għandniex għalfejn inżidu magħhom!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għattweġiba talmistoqsija parlamentari 6067 li ngħatat fisseduta 124 tal4 ta' Ġunju 2018 dwar in-nefqa fuq safar uffiċjali tal-Prim Ministru fejn kien akkumpanjat mill-mara tiegħu bejn l-2004 u l-2008.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' spezzjonijiet li saru fil-faċilitajiet liċenzjati għas-saħħa mentali mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali minn wara Lulju 2017 u li kienu ppjanati skont Artiklu 6 tal-Att dwar is-Saħħa Mentali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6090; u", "Lista ta' spezzjonijiet li saru fil-faċilitajiet liċenzjati għas-saħħa mentali mill-Health Care Standards Directorate, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6091.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rendikont finanzjarju għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2017 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għattweġiba talmistoqsija parlamentari 6012 li ngħatat fisseduta 124 tal4 ta' Ġunju 2018, dwar pjanti ta' Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa (Bypass tal-Mellieħa);", "Korrezzjoni għattweġiba talmistoqsija parlamentari 6015 li ngħatat fisseduta 124 tal4 ta' Ġunju 2018 dwar il-wisa' tal-karreġġjata u tal-korsija għar-roti fil-Bypass tal-Mellieħa;", "Tabella li turi l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office), bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5953;", "Tabella li turi l-impjegati fl-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office) maqsuma skont il-grad u data tal-impjieg, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5954; u", "Tagħrif dwar il-laqgħat miżmuma mill-Bord li Jirregola l-Bini minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5956.", "F'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 180 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet;", "F'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont ta' plastik, metall u karti li ġew riċiklati permezz ta' offerti pubbliċi fil-perjodu bejn Jannar 2012 u Novembru 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6072.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 181 tal2018 – Ordni tal-2018 dwar Żona ta' Southridge, Mellieħa, bħala Żona Speċjali Msemmija; u", "Avviż Legali Nru 182 tal2018 – Ordni tal-2018 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (il-Gvern tar-Repubblika Demokratika Federali tal-Etjopja).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar apparat li nxtara għall-Gozo Sports Complex minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5915.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont il-paragrafu 4 tal-artikolu 120(b) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum it-Tlieta 5 ta' Ġunju, 2018 tal-Kumitat tal-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, l-Onor.", "Chris Agius se jkun qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "PUNT IMQAJJEM MILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI", "ADRIAN DELIA: Fid-dawl ta' dak li ħareġ fir-rigward tal-Ministru Carmelo Abela u l-utilizzar ta' ħaddiema tal-Gvern biex jaħdmu xogħlijiet u għamlu xogħlijiet id-dar tiegħu, nixtieq nistaqsi jekk hux beħsiebu jagħmel xi stqarrija ministerjali dwar dan.", "L-ISPEAKER: Is-Sedja mhijiex f'pożizzjoni tara l-Ministru x'se jagħmel.", "Jekk hawn xi Ministru li jrid jagħmel stqarrija ministerjali ġeneralment jinforma li se jagħmilha.", "(Interruzzjonijiet) Inti staqsejt, mhux hekk?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: La qiegħed preżenti, li qed nistaqsi huwa jekk iridx jinforma lis-Sedja jew lill-pubbliku jekk hux beħsiebu jagħmel din l-istqarrija ministerjali jew le.", "L-ISPEAKER: Preżenti u mhux preżenti, ovvjament is-Sedja ma tistax tordna lil xi ministru biex jagħmel stqarrija.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, sabiex… (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, għalissa se jitkellem l-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "FTEHIM TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nivverbalizza ftehim li hemm bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li għada, l-Erbgħa 6 ta' Ġunju, is-seduta se tibda f'nofsinhar u sas-2.30 p.m. issir id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-ewwel tliet items li se jidhru fuq l-aġenda taħt l-Ordnijiet tal-ġurnata; bejn is-2.30 p.m. u t-3.00 p.m. ikun hemm ħin għall-mistoqsijiet parlamentari u tqegħid ta' karti, u mbagħad fit-3.00 p.m. tibda d-diskussjoni fuq il-mozzjoni dwar l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Aworità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018.", "Din id-diskussjoni għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżiti tal-artiklu 25 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent.", "L-ISPEAKER: Nitlob lill-Whip tal-Oppożizzjoni biex jikkonferma dan.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma dak li qed jgħid l-Onor.", "Fuq il-mistoqsija punt li ssemma qabel, jekk tagħtini l-permess, nixtieq li l-Ministru li qiegħed preżenti hawnhekk jikkonferma jekk hux se jagħmel stqarrija, jekk mhux illum darba'oħra.", "Anke għal min qed isegwina, kemm jgħid \"iva\" jew \"le\".", "L-ISPEAKER: Is-Sedja diġà qalet li jekk il-Ministru, preżenti jew mhux preżenti – illum qiegħed preżenti kif qed tgħid inti – hux se jagħmel stqarrija ministerjali jew le, dik hija diskrezzjoni tiegħu u s-Sedja ma tistax fl-ebda mument lanqas tistaqsih jekk hux se jagħmel stqarrija.", "Però għamiltu l-osservazzjoni tagħkom.", "(Interruzzjonijiet) Meta Ministru jkun irid jagħmel stqarrija jqum u jinforma lill-Kamra qabel.", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "MOZZJONIJIET", "ESTMI TA' DĦUL U NFIQ TA' JOBSPLUS GĦAS-SENA 2018", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Jobsplus għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u l-kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding-up min-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, illum nixtieq nindirizza lil din il-Kamra dwar il-Korporazzjoni Jobsplus li hija waħda mill-entitajiet importanti mhux biss għall-Gvern imma wkoll għall-pajjiż.", "Qegħdin nitkellmu dwar l-approċċ ħolistiku li l-Gvern qiegħed jieħu across the board, u Jobsplus bħala korporazzjoni għandha rwol ewlieni.", "Qed ngħid hekk ukoll għaliex matul is-snin rajna lil din il-korporazzjoni bi rwol differenti.", "Hawnhekk m'iniex nitkellem b'mod partiġjan meta qed ngħid li r-rwol tal-Jobsplus, hekk nif nafuh żmien ilu, illum huwa differenti.", "Dan għar-raġuni li sa ftit żmien ilu r-rwol ta' din il-korporazzjoni kien speċifiku, jiġifieri li tilqa' nies li m'għandhomx xogħol u tippromwovi magħhom postijiet tax-xogħol vakanti li jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Dak kien ir-rwol, kważi kważi ewlieni u waħdieni, ta' Jobsplus.", "Illum, bi stil u b'approċċ totalment differenti Jobsplus qiegħda twassal biex il-programm tal-Gvern jiġi implimentat.", "Ir-rwol ta' Jobsplus huwa tali li jippromwovi u jħaddem is-sistema u l-istrutturi biex illum għandna r-riżultati li qegħdin niskbu jum wara jum.", "Jobsplus tirrispekkja wkoll il-valuri u l-prinċipji ta' dan il-moviment, ta' dan il-Gvern.", "Dan huwa gvern pro business u allura għandu bżonn din il-korporazzjoni biex ikun jista' jgħin aktar lil min iħaddem, lill-industrijalist u lill-entitajiet billi tiffaċilita, pereżempju, il-proċess fuq visas meħtieġa biex wieħed fil-pajjiż.", "Illum ilħaqna livelli rekord ta' nies li jaħdmu fil-pajjiż, xi ħaġa li nirrikonoxxuha aħna kif ukoll l-Oppożizzjoni.", "Illum għandna l-inqas rata ta' nies li qegħdin ifittxu impjieg u allura hemm il-bżonn li nħarsu lil hinn minn pajjiżna, lejn il-ħaddiema barranin, kemm membri tal-Unjoni Ewropea u anke oħrajn minn pajjiżi terzi, li jkollhom bżonn il-visas b'ħeffa, imma bi trasparenza, biex min iħaddem isib il-ħaddiema li għandu bżonn.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq inżid hija li l-Gvern mhux biss għandu l-pro business approach li Jobsplus tiffittja tajjeb ħafna fih, imma għandu wkoll ruħ soċjali.", "Hawn jidħol ir-rwol tiegħi u tat-tim tiegħi f'dan il-mandat elettorali li ħadna sena ilu, li bil-fondi Ewropej li pajjiżna nnegozja fl-2013 inkunu nistgħu niffaċilitaw ix-xogħol ta' Jobsplus.", "Qed nagħmlu dan għaliex il-fondi Ewropej li qed ngħaddu lill-Jobsplus se jlaħħqu kważi €50 miljun bejn l-2014 u l-2021.", "Fuq quddiem nett hemm il-Fond Soċjali Ewropew, li ħafna minnu qed imur għand Jobsplus.", "Jien kburi ngħid li l-Gvern, b'għaqal, bi trasparenza u b'viżjoni, qed juża l-fondi Ewropej b'mod strateġiku.", "Allura nistaqsi jekk huwiex mod strateġiku l-fatt li dawn il-€50 miljun qed ninvestuhom biex nies vulnerabbli, nies li ilhom li kienu fid-dinja tax-xogħol, nies li għandhom diżabilità u huma vulnerabbli, nies li huma forsi wkoll soċjalment esklużi jew fir-riskju li jiġu esklużi, jiġu megħjuna biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol!", "Hemm dan il-bilanċ bejn il-fatt li għandek gvern pro business u gvern li għandu ruħ soċjali biex jara li l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom xogħol b'dinjità.", "Issa mhux qed nitkellmu dwar xogħol biss, imma qed nitkellmu wkoll dwar karrieri.", "Illum qed ngħinu lin-nies mhux biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għax xogħol illum il-ġurnata hawn kemm trid.", "Illum għandna l-inqas livell ta' qgħad li qatt kellu pajjiżna, u għalhekk qed immexxu lin-nies biex ikollhom karriera.", "Dan ifisser li llum persuna tista' tħares 'il quddiem biex ikollha impjieg aħjar, paga aħjar, salarju aħjar, imma wkoll kondizzjonijiet aħjar.", "Dan huwa l-għaqal, din hija r-ruħ soċjali li għandu l-Gvern, u grazzi għal Jobsplus dan hu rifless ukoll fil-ħidma ta' din l-aġenzija.", "Sur President, nixtieq ninforma wkoll lill-Kamra kif Jobsplus qed tonfoq il-fondi Ewropej li semmejt.", "Insemmi mill-ewwel il-proġett Access to Employment Scheme.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar xejn inqas minn €12-il miljun li qed imorru għall-intrapriżi.", "Din turi wkoll differenza fl-approċċ tagħna, li l-għajnuna li nagħtu mhijiex biss lill-ħaddiem biex itejjeb il-ħiliet tiegħu, biex jidħol fid-dinja tax-xogħol u biex ikompli jimxi 'l quddiem u jimraħ f'din Malta ta' għada, imma qed ngħinu wkoll direttament lill-intrapriżi.", "Dan il-programm imiss direttament lill-intrapriżi li jistgħu jirrikorru għal grants speċifiċi għand Jobsplus biex jipprovdu opportunitajiet ta' xogħol lill-persuni vulnerabbli.", "Hawnhekk huwa importanti li nirrepeti li l-għajnuna li qed nagħtu f''dan il-programm hija lill-persuni vulnerabbli.", "Pajjiżna llum laħaq livelli rekord ta' ħaddiema u allura bilfors irridu nduru lejn in-nies li għadhom ma daħlux fid-dinja tax-xogħol, għaliex nemmnu fihom u nemmnu li għandhom dritt mhux biss għax-xogħol, imma xogħol tajjeb u b'dinjità!", "Allura dawn it-€12-il miljun se jwasslu biex xejn inqas minn 1,675 ruħ jiġu megħjuna biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba.", "Niftakru li ftit żmien ilu, mhux għexieren ta' snin ilu, persuni vulnerabbli li kienu jħossu li m'għandhomx futur fil-pajjiż, imma kienu jħossu li għandhom kontribut x'jagħtu, għandhom l-intellett u l-enerġija li jidħlu u jagħtu s-sehem tagħhom fis-soċjetà u lill-komunità, ma kellhomx l-opporunitajiet.", "Illum l-opportunitajiet qed jingħataw ukoll grazzi għal dawn il-programmi, li huma finanzjati minn fondi Ewropej.", "Skema oħra li nixtieq insemmi hija The Vaste Programme, proġett li ħabbart ukoll mal-Ministru Bartolo ftit tax-xhur ilu, u li bih qed ninvestu €11-il miljun, din id-darba biex persuni bi bżonnijiet speċjali jitħarrġu għal żmien fil-potenzjal u fl-iżvilupp tagħhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Jien kburi ngħid li dan se jaffettwa mal-2,000 persuna.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi tkellimt dwar il-mod ħolistiku kif il-Gvern qiegħed jaħdem.", "Fil-fatt, jekk tara l-ħidma li qed issir minn entitajiet differenti tal-Gvern, issib li persuni li għandhom bżonnijiet speċjali qed jiġu megħjuna bi programmi relatati ma' xulxin.", "Pereżempju, b'dan il-programm qed nagħtu taħriġ lil persuni li għandhom bżonnijiet speċjali, imma fl-istess ħin bi programm ieħor b'fondi Ewropej qed nagħtu ċ-ċans ta' għajxien indipendenti lil dawn il-persuni.", "Dan huwa l-approċċ ħolistiku li il-Gvern qiegħed jieħu minn żmien għal żmien.", "Mela persuna bi bżonnijiet speċjali mhux biss qed nagħtuha xogħol, imma wkoll għajxien indipendenti, li flimkien iwasslu għad-dinjità li tant nitkellmu dwarha, li hija r-ruħ soċjali li jitkellem dwarha u li jħaddan il-Moviment Laburista.", "Sur President, it-tielet proġett li huwa finanzjat minn fondi Ewropej huwa Training for Employment.", "Hawnhekk ukoll qed ninvestu €9.5 miljuni biex noffru assistenza ta' taħriġ lil dawk li qed ifittxu xogħol u li għandhom bżonn itejbu l-ħiliet tagħhom biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar persuni li m'għandomx problemi ta' saħħa jew problemi soċjali, imma qed jistennew li jidħlu fid-dinja tax-xogħol u għandhom bżonn l-aħħar sforz, forsi l-aħħar taħriġ f'ċerti ħiliet li jeħtieġu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk nerġa' ndur lejn l-approċċ ħolistiku, għax qed nitkellmu dwar l-industriji mhux tal-lum biss, imma ta' għada.", "Mela jekk illum hemm persuni li mhumiex jaħdmu u qed jistennew li jidħlu fil-workforce tagħna, issa huwa ċ-ċans li ninvestu biex nagħtuhom il-ħiliet li l-industriji ta' għada se jkollhom bżonn.", "Fuq naħa qed indaħħlu iktar nies fil-workforce tagħna, fosthom nisa, żgħażagħ u anzjani li jixtiequ jkomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar, imma dan qed inżewġuh ukoll mal-bżonnijiet tal-industrija tal-lum u ta' għada.", "Ir-raba' skema hija l-famuża Garanzija Żgħażagħ, li jien kburi ngħid li kien il-Moviment tagħna li mbotta dan il-kunċett fuq quddiem nett, mhux hawn Malta biss, imma anke fl-istrutturi Ewropej, u ħaddimnieh bħala gvern.", "Allura permezz ta' Garanzija Żgħażagħ qed ninvestu €5 miljun minn fondi Ewropej biex żgħażagħ li mhumiex f'edukazzjoni, f'impjieg jew f'xi taħriġ, u li jinsabu f'riskju ta' esklużjoni soċjali, jingħataw it-taħriġ meħtieġ.", "Dan għandu jiffaċilita t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għad-dinja tax-xogħol.", "Permezz ta' din l-iskema qed immissu mal-5,500 żagħżugħ taħt il-25 sena li mistennija jibbenefikaw minn din l-iskema.", "Dan kollu jinkwadra fl-approċċ ħolistiku li qed nieħdu, għax jekk lil dawn iż-żgħażagħ li jinsabu f'riskju ta' esklużjoni soċjali ma ninvestux fihom, dak ifisser li, għada jew pitgħada, dawn jistgħu jinqabdu fix-xibka tal-kriminalità!", "Permezz ta' dawn il-€5 miljuni f'investiment, barra milli qed tingħata opportunità lil numru ikbar ta' żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, fl-istess waqt qed titnaqqas il-possibbiltà li dawn iż-żgħażagħ jispiċċaw vittma tal-kriminalità jew ta' vizzji.", "Il-ħames skema hija Investing in Skills, li huwa programm ieħor b'investiment ta' fondi Ewropej ta' €8 miljuni, biex nagħtu taħriġ lil persuni li diġà qegħdin fid-dinja tax-xogħol sabiex itejbu l-ħiliet tagħhom.", "Din għalija hija importanti ħafna għax jien niftakarni żagħżugħ nikteb artikli għal ġurnali lokali u nitkellem dwar il-bżonn li pajjiżna jittrasferixxi nies minn industrija għall-oħra, għaliex kellhom xogħol li ma kienx produttiv.", "L-ekonomisti tal-pajjiż kienu jgħidulna li huwa minnu li dawk in-nies għandhom xogħol u salarju, imma nistgħu nagħmlu ħafna aħjar bl-input tagħhom.", "Għal darb'oħra jien kburi ngħid li investejna dawn il-miljuni kollha biex dawn il-ħaddiema Maltin u Għawdxin jimxu minn industrija għal oħra.", "Mhu faċli xejn tikkonvinċi persuna li għandha 40, 50, jew 55 sena titlaq mill-comfort zone tagħha, mix-xogħol li dejjem għamlet għall-aħħar 20 sena u tidħol għal taħriġ li jwassalha għal industriji ġodda.", "Ħadd ma jieħu pjaċir jimxi minn industrija għall-oħra ta' età avvanzata, però rridu nikkonvinċuhom, għaliex hemmhekk jista' jkollhom pagi u kondizzjonijiet aħjar u l-potenzjal ta' karriera li dejjem ħolmu.", "Dan il-programm b'investiment ta' €8 miljuni se jmiss mas-6,000 persuna.", "Is-sitt skema li se ninvestu fiha wkoll b'fondi Ewropej hija l-Work Programme Initiative.", "Hawnhekk qed ninvestu xejn inqas €1.2 miljun biex nindirizzaw lil dawk li huma meqjusa bħala long-term unemployed sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex itejbu l-prospetti tagħhom.", "Hawnhekk qed immissu mal-2,000 persuna li, hawn ukoll, bħal ta' qabel, issib diffikultà biex tikkonvinċihom li jridu taħriġ wara snin twal bla xogħol, u tħeġġiġhom biex eventwalment jakkwistaw impjieg li jagħtihom dik id-dinjità u l-kuraġġ li filgħodu jqumu, imorru għax-xogħol u jikkontribwixxu għas-soċjetà u għall-komunità!", "Huwa diffiċli ħafna però jien kburi ngħid li dan il-Gvern irnexxielu wkoll jmiss lil dawn il-persuni u jikkonvinċihom biex joħorġu minn dik is-sitwazzjoni fejn filgħodu ma jmorrux għax-xogħol u jibqgħu d-dar, u minflok jibdew jieħdu taħriġ u jidħlu fil-workforce huma wkoll.", "It's a win-win situation għalihom, għall-familji tagħhom u għall-pajjiż.", "Sur President, nagħlaq id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' Jobsplus, miċ-Chairman Eżekuttiv Clyde Caruana sal-ħaddiema kollha li jagħtu kontribut qawwi f'din l-aġenzija li għandha rwol importanti, mhux biss għall-programm ta' ħidma tal-Gvern, imma wkoll għall-pajjiż.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-Ministru Evarist Bartolo, lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, li flimkien qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, li jmiss ma' kull ħidma li dan il-Gvern qiegħed jimplimenta minn ġimgħa għal ġimgħa.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sinjura President, qabel ma nibda nitkellem fuq l-estimi dwar il-Jobsplus, huwa mument li kull sena, anke jien nieħu gost nipparteċipa f'dan id-dibattitu, għaliex huwa tajjeb li nħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni tax-xogħol f'pajjiżna, l-affarijiet tajba li qed ikun hawn f'pajjiżna, l-isfidi li qed ikollna, u x'nistgħu nagħmlu sabiex dawn l-isfidi negħlbuhom.", "Iżda qabel dan, nixtieq insellem lil dawk li jinsabu l-Gżira bħalissa, fejn hemm protesta organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Gżira stess, flimkien mal-Kunsilli Lokali ta' San Ġiljan, Tas-Sliema u tas-Swieqi, b'solidarjetà b'mod partikolari ma' wieħed mill-kunsilliera tas-Swieqi, Jeremy Cardona, li minn hawn insellimlu.", "Nixtieq nirringrazzja lil dawn il-kunsilli lokali, b'mod partikolari lill-Kunsill tal-Gżira, talli f'mument bħal dan ingħaqdu u lkoll kemm huma wrew is-solidarjetà tagħhom lejn kunsillier tagħhom.", "Il-protesta tal-lum hija xi ħaġa li aħna ilna nitkellmu fuqha għal ħafna żmien, jien b'mod partikolari, u din mhijiex protesta kontra l-kostruzzjoni, imma hija protesta sabiex il-kostruzzjoni li ssir f'pajjiżna ssir b'mod ippjanat u b'rispett lejn dawk kollha li qegħdin hemmhekk.", "Għaldarb'oħra nsellem lil min qiegħed hemm bħalissa.", "Xtaqt inkun hemm, imma ovvjament ir-responsabbiltà tiegħi bħalissa hi li nkun hawnhekk.", "Illum qed nitkellmu fuq Jobsplus u s-sitwazzjoni tal-impjiegi f'pajjiżna.", "Sena ilu konna hawn minħabba dak li ġara.", "Safejn naf jien id-dibattitu kien f'Lulju tal-2017, fejn ukoll rajna ftit x'kienet is-sitwazzjoni ta' pajjiżna, x'inhuma l-isfidi u x'inhuma l-affarijiet li bħala pajjiż għandna nagħmlu sabiex nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "L-għan tal-Oppożizzjoni wkoll huwa li pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Aħna mhux qegħdin hawn biex nikkritikaw u biex nagħmlu l-bsaten fir-roti, imma l-kritika li nagħmlu u l-ideat li nagħtu nagħtuhom għax irridu lil dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Mir-rapport annwali ta' Jobsplus jidher li fis-sena 2017 il-labour supply kien ta' ftit inqas minn 194,000 persuna.", "Allura issa rridu naraw kif se nagħmlu sabiex nilqgħu għall-isfidi li għandna f'pajjiżna.", "L-ewwel nett, xi ħaġa li nagħmlu f'kull dibattitu li jkollna meta nkunu qed nitkellmu fuq estimi ta' istituzzjoni partikolari … Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu l-Jobsplus.", "Nafu li minn meta ġiet ikkreata l-ETC, li llum il-ġurnata tissejjaħ Jobsplus, għandha missjoni kruċjali f'pajjiżna, kemm meta l-ekonomija ta' pajjiżna tkun sejra tajjeb u, probabbilment iktar u iktar, meta l-ekonomija ta' pajjiżna tkun sejra ħażin.", "Imma jien ngħid li r-responsabbiltajiet li għandha Jobsplus meta l-ekonomija ta' pajjiżna tkun sejra tajjeb huma importanti daqskemm meta l-ekonomija ta' pajjiżna ma tkunx sejra tajjeb.", "Bħalissa nafu li l-figuri ekonomiċi huma tajbin f'pajjiżna li, bħal kull pajjiż ieħor, jgħaddi minn ċiklu ekonomiku.", "L-ewwel punt li rridu nisħqu fuqu huwa li, fi żmien fejn pajjiżna għaddej minn ċiklu ekonomiku tajjeb, inħejju għal dak li jrid jiġi 'l quddiem.", "Ma rridx niġi interpretat li b'xi mod qisna qed nittamaw li l-ekonomija tagħna ma tibqax sejra tajjeb, anzi lkoll kemm aħna għandna r-responsabbiltà li naraw li l-ekonomija ta' pajjiżna tibqa' sejra tajjeb.", "Imma lkoll kemm aħna nafu li ekonomija taħdem f'ċikli, l-isfidi jkunu differenti, u x-xogħol tagħna llum mhuwiex sempliċement li ngħidu li għandna figuri tajbin u li għandna ekonomija li qiegħda trendi x-xogħol, u nieqfu hemmhekk!", "Il-kritika li qed nagħmlu bħalissa b'konnessjoni mal-andament tal-ekonomija huwa ibbażat fuq il-fatt li we are resting a bit too much on our laurels.", "Bħalissa għandna industriji tajbin, li ħafna minnhom huma b'saħħithom għaliex fis-snin li għaddew, daqs għaxra, ħmistax u 20 sena ilu, dawk li ġew qabilna ħolmu li jkollna dawn l-industriji, qabdu l-industriji li dak iż-żmien kienu fl-infanzja tagħhom, bħall-farmaċewtika, is-servizzi finanzjarji u l-ajrunawtika, u llum għadda ż-żmien u dawn l-industriji kibru, u aħna kbirna magħhom.", "Iżda ċ-ċiklu li għaddejna minnu għad irridu nerġgħu ngħaddu minnu.", "Aħna li forsi ftit iżgħar fl-età f'dan il-Parlament nafu li fiż-żmien li l-ġenituri tagħna kienu qed joħorġu għad-dinja tax-xogħol, l-industrija li l-iktar kienet tiġbed nies kienet l-industrija tat-tessuti, li dak iż-żmien probabbilment kienet l-iktar industrija b'saħħitha li kien hawn f'pajjiżna.", "Ovvjament dan seħħ għax fis-snin ta' qabel din l-industrija kienet kibret u aħna konna kbirna magħha, imma imbagħad wasal mument li din l-industrija prattikament bdiet tmajna, u spiċċat għal kollox!", "Però, anke meta konna għaddejjin minn dak iż-żmien fejn l-industrija tat-tessuti kienet qiegħda tmajna u tispiċċa għal kollox, f'pajjiżna konna f'pożizzjoni li nibdew noħolmu x'irridu nagħmlu fil-15 u 20 sena ta' wara.", "Allura ir-rappreżentanti tagħna fil-Parlament dak iż-żmien bdew jitkellmu fuq industriji ġodda li huma riedu jaraw fis-snin ta' wara.", "Minn hemm bdew jitkellmu fuq is-servizzi finanzjarji, l-ajrunawtika, u servizzi oħrajn.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni li dawn l-industriji li kbirna magħhom issa huma b'saħħithom, qegħdin joħolqu postijiet tax-xogħol, li wħud minnhom huma postijiet tax-xogħol tajbin ħafna.", "Għaldaqstant inħoss li dan huwa l-mument, meta għandna l-lussu li l-figuri huma favurina, li verament inħarsu lejn il-25 sena li ġejjin!", "Il-kritika li nagħmlu hija li m'aħniex qed nagħmlu biżżejjed biex pajjiżna jkun lest għal meta dak li jiġri b'mod naturali ftit snin oħra nkunu nistgħu nerġgħu nagħmlu t-tranżizzjoni.", "L-Onor.", "Farrugia tkellem fuq il-fatt – u jien naqbel miegħu - li jrid ikollna nies li jkunu flessibbli, li llum qed jaħdmu f'industrija, u għada pitgħada jkunu jistgħu jaħdmu f'industrija li m'għandha x'taqsam xejn u hija totalment differenti.", "Hawnhekk tidħol l-edukazzjoni u l-importanza li, l-ewwel nett, ikollna l-katina bejn dak li qed jiġri barra fid-dinja tax-xogħol u dak li qed ngħallmu fl-istituzzjonijiet tagħna, bħall-Università, l-MCAST, l-ITS u istituzzjonijiet oħra.", "Però, għalkemm huwa kruċjali li rridu nibqgħu naħdmu f'din id-direzzjoni u nkunu nafu x'inhuma l-bżonnijiet tal-industrija għal dawn iż-żmenijiet b'mod partikolari u anke għaż-żmien li ġej, u li nħejju nies minn età bikrija li huma lesti sabiex jidħlu f'dawn l-industriji, però fl-istess ħin irridu nżommu l-flessibbiltà.", "Mingħajr ma ninstema' wisq negattiv, il-verità hija li t-tfal u ż-żgħażagħ li bħalissa qegħdin f'sitwazzjoni edukattiva li twassalhom għal ċertu tip ta' industriji, aktarx li meta jiġu biex jispiċċaw il-karriera tagħhom daqs 40 sena oħra, dawn l-industriji li għandna llum ma jkunux eżistenti f'pajjiżna u jkollna industriji li totalment m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dak li għandna llum.", "Allura, filwaqt li rridu nagħfsu u nagħmlu iktar biex inżewġu iktar flimkien l-istituzzjonijiet edukattivi ta' pajjiżna mal-industrija, fl-istess ħin irridu nżommu f'moħħna li jrid ikollna tfal u żgħażagħ li jibqgħu flessibbli.", "Allura permezz ta' dawk il-ħiliet li qed nagħtuhom mhux biss qed ipoġġuhom f'sitwazzjoni li jistgħu jkomplu għaddejjin f'industrija partikolari, imma li jagħtuhom il-flessibilità u allura qed ikollhom dawk il-ħiliet sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f'industriji oħrajn.", "L-ewwel nett, peress li għandna ħafna industriji, il-mentalità li inti qiegħed fl-istess post tax-xogħol għal ħajtek kollha m'għadhiex teżisti, anke jekk ma tridx, u ddaħħalha f'moħħok li inti trid tibqa' fl-istess industrija f'ħajtek kollha, għax il-probabbiltà hija li dik l-industrija ma tibqax teżisti.", "Waħda mill-affarijiet li naħseb li rridu nibqgħu nagħfsu dejjem iktar fuqha hija li jrid ikollna din is-sinerġija bejn l-Univesità, l-MCAST u l-ITS ma' dawk kollha li qed jirrappreżentaw l-industrija f'pajjiżna.", "Minħabba f'hekk ukoll, b'mod partikolari, irridu nkunu nafu u nibdew minn issa naħdmu u nitkellmu fuq x'tip ta' industriji rridu naraw fis-snin li ġejjin.", "Hemm diversi ideat.", "Nafu li dan l-aħħar il-Gvern qed jaħdem fuq il-blockchain, li bħalissa għadha qed tibda.", "Filwaqt li huwa tajjeb li nibqgħu nsegwu u naraw pajjiżna x'jista' jieħu minn hekk, nagħmel l-appell biex ma nkunux entjużjasti żżejjed, fis-sens li rridu naraw din it-teknoloġija kif se tiżviluppa.", "Irridu naraw it-tajjeb kollu li għandha din it-teknoloġija, kif ukoll inkunu nafu x'inhuma l-pitfalls fiha, x'inhuma l-iżvantaġġi u l-affarijiet li jistgħu jmorru ħażin sabiex verament inkunu preparati u nkunu nafu din it-teknoloġija fejn sejra fiż-żmien li ġej.", "Sinjura President, hemm affarijiet oħrajn.", "Dan mhux dibattitu dwar l-ambjent.", "Nista' nikkritika ħafna affarijiet li qed jiġru fil-qasam ambjentali, imma jien persuna li verament nemmen li speċjalment minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, pajjiżna jista' jkun post fejn aħna nesperimentaw b'teknoloġiji ġodda fejn jidħlu teknoloġiji ambjentali, fejn aħna nistgħu nużaw affarijiet bħall-intelliġenza artifiċjali, li għadha fl-infanzja tagħha.", "Nafu li hemm industriji, kumpaniji li jridu jikbru f'din it-teknoloġija u qed ifittxu postijiet żgħar fejn huma jkunu jistgħu jesperimentaw bit-teknoloġija tagħhom u allura tista' żżewweġ din l-intelliġenza artifiċjali flimkien mal-ambjent.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq mezzi intelliġenti ta' kif nindirizzaw it-traffiku f'pajjizna, mezzi intelliġenti ta' kif nagħmlu l-kostruzzjoni u diversi affarijiet oħrajn u nafu b'kumpaniji, kemm fl-Ewropa u anke fl-Istati Uniti, li qed ifittxu ċ-ċokon biex ikunu jistgħu jagħmlu esperimenti, jużaw lil pajjiżna jew pajjiżi żgħar bħala prototipi, li mbagħad ikunu jistgħu jiżviluppawhom għal pajjiż ikbar.", "Naħseb li din hija opportunità tad-deheb għal pajjiżna, fejn pajjiżna jista' jikber ma' din l-industrija fis-snin li ġejjin u, iktar u iktar, nistgħu nżewġu l-ħiliet li qed jieħdu ż-żgħażagħ tagħna bħalissa u niżviluppawhom sabiex dawn ikunu fuq quddiem nett f'dawn l-aspetti.", "Dawn huma ftit mill-ideat ta' kif naħsbu li pajjiżna jista' jkun bejn 15 u 20 sena oħra, però huwa importanti li nibdew nitkellmu fuq dawn l-affarijiet sabiex anke ż-żgħażagħ tagħha li llum qed jagħżlu x'tip ta' linja jridu, ikollhom almenu idea ta' pajjiżna fejn sejjer fiż-żmien li ġej.", "L-ekonomija tagħna qed tikber, qegħdin noħolqu iktar postijiet tax-xogħol, imma rridu naraw ukoll x'tip ta' postijiet tax-xogħol qed noħolqu, u x'nistgħu nagħmlu biex fejn hemm il-ħażin intejbuh.", "Għandna figuri tajbin, huma figuri li kull pajjiż li għandu dawn il-figuri jkun kburi bihom, imma ma nistgħux sempliċement ngħidu li għandna l-figuri tajbin, li l-affarijiet sejrin tajjeb, u nieqfu hemmhekk!", "Hemm diversi realtajiet f'pajjiżna u jekk aħna se noqogħdu ngħidu li għandna figuri tajbin, għandna l-inqas rata ta' qgħad f'pajjiżna imma mhux se nħarsu lejhom, ifisser li għandna persuni f'pajjiżna li xorta qed ibatu.", "L-ewwel nett, hemm il-verità tal-prekarjat.", "Niftakar lill-Partit Laburista, li dak iż-żmien kien fl-Oppożizzjoni, li kien għamel kruċjata sħiħa fuq il-prekarjat.", "Il-verità hi li l-prekarjat għadu preżenti f'pajjiżna u f'ċerti faxex qiegħed jiżdied, u allura bħala pajjiż irid ikollna l-kuraġġ li ngħidu li għandna din il-problema u naraw x'se nagħmlu sabiex din il-problema tiġi eradikata.", "Għad għandna nies li qegħdin jaħdmu fl-istess xogħol, fl-istess kumpanija, bl-istess kwalifiki, bl-istess esperjenza, fejn wieħed jaqla' tant u l-ieħor jaqla' inqas!", "Qed ngħid wieħed u l-ieħor apposta, għaliex l-ewwel problema tal-prekarjat hija proprju li għandek żewġ persuni li għandhom kollox l-istess, inkluż is-sess tagħhom, imma wieħed jaqla' ammont u l-ieħor jaqla' inqas, u xi kultant ħafna inqas!", "Hemm diversi raġunijiet.", "Probabbilment persuna partikolari tkun qed taħdem direttament mal-gvern jew xi dipartiment, u l-ieħor ikun sub-contracted, u allura dak li qed jaħdem mal-gvern għandu ammont ta' paga, mentri dak li huwa sub-contracted għandu ħafna inqas!", "Dawn huma affarijiet li jridu jispiċċaw u naħseb li wasal iż-żmien li bħala pajjiż inkunu ċari li meta nagħtu t-tenders nagħtuhom anke skont il-pagi li dawn in-nies ikunu qed iħallsu.", "Semmejt il-fatt li għandek żewġ persuni li għandhom kollox l-istess, inkluż is-sess tagħhom.", "Il-verità hija li f'pajjiżna għad għandna sfidi fejn tidħol gender pay gap, fejn tara rġiel bi kwalifiki u esperjenza li jaqilgħu ammont ta' flus, imbagħad mara bl-istess kwalifika, bl-istess esperjenza, imma sempliċement għax hija mara, taqla' inqas flus.", "Minn survey li ħareġ madwar tliet xhur ilu, pereżempju, jekk tara r-rata ta' qgħad taż-żgħażagħ bejn il-15 u 24 sena, irġiel għandek 9% u nisa għandek 10%.", "Jekk tara l-paga medja li jaqilgħu irġiel u nisa, issib li prattikament in-nisa jaqilgħu €1,000 fis-sena inqas.", "Jekk tara l-pagi ta' żgħażagħ, ta' nies ikbar, issib li n-nisa bħala medja jaqilgħu €2,000 inqas, sempliċement għax dawn huma nisa!", "Iżda dwar dan is-survey ikun jista' jitkellem l-Onor.", "Callus, li huwa l-kelliem ewlieni dwar is-settur taż-żgħażagħ.", "Naħseb li hawnhekk ukoll irridu naraw x'se nagħmlu bħala pajjiż.", "Ħafna minn dawn probabbilment ġejjin mis-settur privat, u allura naħseb li bħala pajjiż irridu nifhmu li dawn l-affarijiet huma inaċċettabbli.", "Però rridu nagħmlu wkoll kampanji kbar.", "Fil-verità naħseb li ħafna nies lanqas jafu u ma jirrealizzawx li għandna dawn l-isfidi, u għalhekk naħseb li huwa importanti li bil-mod il-mod nagħmlu skemi sabiex il-gender pay gap f'pajjiżna tibda tonqos.", "Sinjura President, ir-rapport ta' Jobsplus jitkellem fuq il-fatt li l-ammont ta' persuni impjegati full-time u l-ammont ta' persuni impjegati part-time żdiedu, imma rridu nħarsu wkoll lejn dawk in-nies, li skont dan ir-rapport jammontaw għal ftit inqas minn 26,000, li għandhom kemm impjieg full-time kif ukoll part-time.", "Kull min jixtieq jagħmel iktar minn xogħol wieħed, jalla l-ġid.", "M'għandna xejn assolutament kontra dan, u jalla jkollu l-opportunità li jaħdem kemm jiflaħ u kemm jixtieq jaħdem hu, però l-probabbiltà hija li f'din il-figura għandek numru konsiderevoli ta' nies li qed jaħdmu full-time u part-time mhux għax iridu huma, imma għaliex ma jistgħux ilaħħqu mod ieħor.", "Il-probabbiltà hija li dawn il-persuni għandhom paga li mhux qed tħalli lilhom u lill-familja tagħhom jgħixu ħajja deċenti, u allura l-mod kif dawn jistgħu jipprovaw almenu jlaħħqu mal-ħajja hija billi jagħmlu wkoll xogħol part-time.", "Naħseb li f'pajjiż żgħir bħal tagħna, fejn prattikament kulħadd jaf lil kulħadd, ikun tajjeb li nagħmlu eżerċizzju u naraw min huma dawn it-tip ta' nies.", "Il-probabbiltà hija li dawn ġejjin minn cohort simili, u nifhmu allura x'inhuma l-isfidi u għalfejn dawn ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja.", "Bla dubju, ikun hemm raġunijiet differenti, fosthom minħabba li intrinsikament il-problemi jkunu ġejjin minħabba l-familji, jew forsi minħabba li ma jkollhomx il-ħiliet neċessarji biex ikollhom post tax-xogħol diċenti u għal xi raġuni jew oħra ħadd ma jkun irid jimpjegahom.", "Ikun hemm diversi raġunijiet għalfejn dan isir.", "Jidhirli li bħala pajjiż ikun tajjeb nifhmu din il-figura biex naraw minn dawn is-26,000 persuna kemm hemm nies li għandhom żewġ impjiegi għaliex huma kostretti li jagħmlu dan.", "Jien naħseb li rridu naslu f'punt fejn wieħed li jkollu mpjieg full-time jagħtih d-dħul neċessarju biex ikun jista' jgħix ħajja deċenti hu u l-familja tiegħu.", "Jiena naħseb li persuna tippreferi ġġib il-flus tagħha minn dan l-impjieg wieħed u tgħix minn hekk u tqatta' l-bqija tal-ħin mal-familja tagħha, tipprattika xi delizzju u affarijiet oħrajn, milli tmur għal xogħol ieħor.", "Nafu b'familji, għax iltqajna magħhom, fejn il-mara jkollha bżonn taħdem f'impjieg full-time u r-raġel ikollu full-time u part-time, bil-konsegwenza li qatt ma jkollu l-opportunità jiltaqa' mat-tfal tiegħu.", "Dan iġib l-istress fil-familja.", "Dawn il-każijiet niltaqgħu magħhom f'Malta u Għawdex u jeżistu f'kull lokalità.", "Naħseb li jkun tajjeb li naraw x'nistgħu nagħmlu f'pajjiżna sabiex inżidu l-medja tal-paga nazzjonali, u b'mod partikolari nħarsu lejn dawn il-familji li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja.", "Allura, filwaqt li huwa tajjeb li nibqgħu nieħdu ħsieb dawk l-industrji li qed jagħtu pagi tajbin, u jalla jibqgħu jissaħħu, naħseb li nistgħu nagħmlu iktar jekk inħarsu ftit lejn min qiegħed ibati serjament.", "Sinjura President, xi ħaġa oħra li rridu nħarsu lejha bis-serjetà u li dwarha rajna rapporti fil-ġurnali hija l-kwestjoni tal-faqar.", "Il-verità hi li f'pajjiżna, pajjiż li għandu figuri ekonomiċi tajbin, pajjiż li qed joħloq postijiet tax-xogħol, pajjiż li qiegħed jimporta ħaddiema minn barra minn Malta biex jaħdmu f'pajjiżna - u m'għandna xejn kontra l-fatt li jiġu persuni minn barra pajjiżna jaħdmu hawnhekk, però naħseb li nistgħu nippjanaw ftit aħjar - imbagħad għandek nies li qegħdin verament jgħixu fil-faqar, nies li ma jaffordjawx jikru post, ma jaffordjawx il-bażiku li jista' jkollok biex tgħix ħajja diċenti.", "Allura, għalkemm għandna inkunu kburin bil-figuri tagħna, naħseb li rridu nistħu ftit, meta għandna figuri daqshekk tajbin, li mbagħad inħallu dawn l-affarijiet jiġru f'pajjiżna.", "Hemm bżonn li aħna, bħala politiċi, il-Gvern, il-pajjiż b'mod sħiħ, jagħmel sforz ikbar, speċjalment bħalissa meta l-ekonomija tagħna tagħtina dan il-lussu, li nħarsu lejn il-faqar ftit iktar bis-serjetà u naraw li l-għan tagħna bħala politiċi huwa li f'pajjiżna ħadd ma jkun f'sitwazzjoni li ma jistax almenu jgħix ħajja bażika u diċenti.", "L-ewwel semmejt dak li qed jiġri f'pajjiżna, jiġifieri l-fatt li għandek numru sostanzjali, madwar 10,000 kull sena, li qed jiġu minn barra l-pajjiż sabiex jaħdmu f'pajjiżna.", "Naħseb li fiha nnifisha dik hija xi ħaġa tajba.", "Il-fatt li pajjizna qiegħed joħloq dawn il-postijiet tax-xogħol, u qiegħed – mingħajr ma ninstema' crude, għax qed nitkellmu fuq persuni – jimporta persuni barranin biex jaħdmu f'pajjiżna, naħseb li anke b'mod ekonomiku din tgħin sabiex ma jkollokx overheating fl-ekonomija u ma jkollokx problemi kbar ta' inflazzjoni.", "Però, rridu nifhmu li meta jiġri hekk se jkollok pressjonijiet kbar fuq pajjiżek, li jekk m'intix se tagħmel xi ħaġa dwarhom jista' jkollok eventwalment problemi kbar, forsi mhux fejn tidħol l-ekonomija direttament, imma problemi kbar fis-soċjetà.", "Imma l-ewwel nett trid tirrikonoxxi li għandek dawn il-pressjonijiet, imbagħad trid tagħmel xi ħaġa dwarhom.", "Waħda mill-affarijiet li diġà qed naraw hija l-isfida tal-prezzijiet tal-proprjetà u tal-kera.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn il-faqar f'pajjiżna qiegħed jiżdied hija proprju għalhekk, u l-verità hi li jekk m'aħniex se nagħmlu xi ħaġa dwar din fix-xhur u fis-snin li ġejjin, iż-żgħażagħ se jsibuha diffiċli ħafna.", "Minkejja li aħna pajjiż li aħna kburin li l-maġġoranza tagħna sidien ta' darna, il-verità hi li din it-tendenza bil-mod il-mod qiegħda tinbidel, fis-sens li numru ta' żgħażagħ mhumiex f'pożizzjoni li jixtru post tagħhom, u allura qed jikruh.", "Issa qegħdin fir-riskju li ngħaddu għall-pass l-ieħor, u hemmhekk jibdew diffikultajiet kbar, meta ż-żgħażagħ jiġu f'sitwazzjoni li lanqas ikunu jistgħu jikru l-postijiet tagħhom!", "Allura rridu naraw xi skemi nistgħu noħolqu biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Jien inħoss li idealment iż-żgħażagħ tagħna, bħal ħafna minna hawn ġewwa, għandu jkollhom l-opportunità u jkunu kapaċi jixtru l-post tagħhom.", "Dik tagħtihom vantaġġ kbir fil-ħajja fis-snin ta' wara, imma tal-inqas fl-ewwel snin tagħhom meta jiġu biex jitilqu mid-dar tagħhom u jmorru ġo post għalihom, irridu naraw li jkollna skemi ħafna iktar attraenti sabiex iż-żgħażagħ tagħna għall-inqas ikunu jistgħu jikru bi prezz li jifilħu jħallsu.", "Sfida oħra li qed iġibu dawn il-ħaddiema kollha li qed jgħixu f'pajjiżna hija fuq l-infrastruttura tal-pajjiż, fuq it-toroq tagħna u setturi oħra.", "Se nerġa' ngħid, ejjew inkomplu nġibu dawn il-ħaddiema f'pajjiżna jekk għandna bżonnhom, imma ejjew nippjanaw bis-serjetà!", "Jien ġej minn lokalità li forsi hija kważi mimlija, fis-sens li ħafna jridu jiġu joqogħdu fil-lokalità tagħna, imma hemm sfidi kbar fejn tidħol l-infrastruttura, li ilna nitkellmu fuqhom għal diversi snin, mhux biss dawn l-aħħar sitt snin, imma anke fis-snin ta' qabel.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien u inqas ma nagħmlu sabiex l-infrastruttura ta' pajjiżna tkun tiflaħ għaż-żieda fil-popolazzjoni, b'mod partikolari għaż-żieda tat-turisti li qed jiġu jżuruna, allura iktar se jkollna problemi fiż-żmien li ġej.", "Dan jeħodni għal punt ieħor li ilna nħambqu fuqu, il-kostruzzjoni, li qed tagħti valur miżjud lil dan il-pajjiż.", "Fil-fatt illum bdejt id-diskors tiegħi dwar il-protesta li se ssir illum.", "Il-ġimgħa l-oħra kellna dibattitu dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA).", "Ma tistax titkellem fuq Jobsplus u fuq ix-xogħol u ma titkellimx fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Naf li kellna seduta sħiħa nitkellmu fuq din, imma anke llum irridu npoġġuha in the limelight għax f'pajjiżna għad għandna setturi, mhux biss il-kostruzzjoni, fejn nistgħu nagħmlu iktar fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Huwa veru li qed ikollna riżultati tajbin u naħseb li f'dawn l-aħħar 25 sena, minn mindu twaqqfet l-OHSA, iktar ma għadda ż-żmien, qed naraw inqas inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol u inqas imwiet għall-grazzja t'Alla, imma rridu nagħmlu iktar sabiex kemm jista' jkun l-għan prinċipali tagħna jkun li ħadd ma jweġġa' u, wisq iktar, ħadd ma jmut!", "Però, l-kostruzzjoni, li qed tagħti dan il-valur miżjud, sfortunatament qiegħda toħloq inkonvenjent kbir għan-nies tal-madwar, għar-residenti, għan-nies li jużaw it-toroq, għal kulħadd.", "Din mhijiex kritika lejn il-fatt li f'pajjiżna għandna l-kostruzzjoni.", "Mhux qed ngħidu li m'għandux ikollna kostruzzjoni f'pajjiżna, għax il-kostruzzjoni hija industrija kruċjali f'pajjiżna, u anke rridu naraw li din tkompli timxi 'l quddiem, imma b'mod ippjanat.", "Aħna lkoll kemm aħna sifirna u kollha nafu li f'pajjiżi oħrajn il-kostruzzjoni teżisti, iżda lanqas tkun taf li għandek il-kostruzzjoni għaddejja ħdejk.", "Naħseb li hemm bżonn li naraw li jkollna standards għoljin, fejn il-qagħda tal-kostruzzjoni f'pajjiżna ssir b'mod kif jixraq f'pajjiż Ewropew.", "Sur President, se nagħlaq id-diskors billi nirrikapitola dak li għedt.", "Dan huwa żmien li fih, l-ewwel nett, għandna l-lussu li nħarsu 'l quddiem, jiġifieri, irridu nagħtu iktar kontribut f'dak li nixtiequ naraw fil-15 u 20 sena li ġejjin, kemm għalina, imma b'mod partikolari għal dawk li hemm jistudjaw fl-iskejjel tagħna bħalissa.", "Imma, iktar u iktar, irridu nużaw dan iż-żmien sabiex inħarsu lejn il-bwiet ta' nies f'pajjiżna li ġenwinament qed ibatu.", "Irridu nidentifikaw min huma eżattament u naraw x'nistgħu nagħmlu sabiex f'pajjiżna kulħadd ikun f'pożizzjoni li jimxi 'l quddiem!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nirringrazzja lill-kelliema ta' qabli u nirringrazzja wkoll lill-Ministru Evarist Bartolo dwar dan is-settur tant importanti.", "Jien kelli l-privileġġ naħdem miegħu fuq inizjattivi fil-kamp tax-xogħol u naf kemm huwa suġġett li jifhmu, li daħal fih sewwa, u jifhem l-isfidi li għandna quddiemna bħala pajjiż bi tkabbir ekonomiku bla preċedent, kif jirrapportaw anke l-istess istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li però jġib miegħu sfidi ġodda li forsi ma rajnihomx fl-imgħoddi, li bħala ottika wieħed irid jiffaċċjahom f'kuntest ta' sostenibbiltà u b'mod iktar long-term.", "Dan is-settur huwa importanti għaliex fis-suq tax-xogħol, apparti l-aspett tad-dinjità tal-ħaddiem, il-ħaddiem akkwista ħafna kondizzjonijiet tajbin tul is-snin, u allura għandek l-aspett dejjem iktar uman tax-xogħol.", "Però mbagħad, ix-xogħol huwa importanti meta marbut mat-tkabbir ekonomiku għax ma jistax ikollok tkabbir ekonomiku san jekk ma jkollokx workforce li hija b'saħħitha u li għandha ħiliet tajba li jaqblu max-xogħol ta' dik l-ekonomija partikolari.", "Ma jistax ikollok suq tax-xogħol tajjeb jekk ma tħarisx ukoll lejn l-element kompettitiv tas-settur tax-xogħol u tal-ekonomija.", "Ma jistax ikollok settur tax-xogħol li jagħti pagi f'ċerti sub-sectors tiegħu li ma jkunux kompettivi, għaliex inkella tibda titlef ekonomikament dak il-competitive edge li jkollok f'dik l-industrija partikolari.", "Illum għandek Malta bħala parti mis-suq intern, li mhux qiegħed hemm biss għall-prodotti, biex ġie pakkett u mar minn Spanja għal Malta, però għandek suq intern fis-suq tax-xogħol, bl-obbligi wkoll li assumejna meta sirna membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea, fejn jidħol il-free movement tal-ħaddiema, li ġab sfidi ġodda għal pajjiżna.", "Dan huwa importanti għaliex is-suq tax-xogħol jiddetta wkoll kif se nkunu fil-futur.", "Jiġifieri, l-ekonomija tagħna fejn sejra?", "X'ħiliet qed inħarsu lejhom?", "Qed inħarsu lejn l-industrija, lejn il-manifattura?", "Qed inħarsu lejn is-servizzi?", "U x'tip ta' servizzi qed inħarsu lejhom?", "X'inhuma s-setturi partikolari li rridu nippreparaw lil uliedna għalihom?", "Fil-passat riċenti diġà kellna esperjenzi ta' setturi li fihom, pereżempju, kellna nagħmlu crisis management għax indunajna li m'għandniex biżżejjed ħaddiema u allura kellna nimportaw – fis-sens tajjeb – ħaddiema minn barra.", "Ma ġara xejn li jiġu ħaddiema jaħdmu f'Malta, ħalli nkun ċar, għax din l-idea li qishom għax jiġu l-barranin hawn Malta…", "Minn hawn nappella, inkluż lill-Kap tal-Oppożizzjoni, dwar kif jitkellem fejn jidħlu ħaddiema li jiġu f'pajjiżna u immigranti li jiġu jaħdmu f'pajjiżna.", "Dment li jingħataw id-dinjità, bil-jeddijiet u l-obbligi tagħhom, ma fiha xejn li jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jintegraw fid-dinja tax-xogħol tagħna.", "F'dan l-aħħar seklu rajna esperjenzi ta' ekonomiji, bħal fl-Awstralja, fil-Kanada u fl-Istati Uniti tal-Amerika, u f'mumenti partikolari anke esperjenzi ta' missirijietna Maltin li marru, pereżempju, l-Awstralja, u sabu xogħol hemm, ħadmu għal impjieg, tnejn, u tellgħu l-familji hemm b'dinjità.", "Allura ma fiha xejn li għandna ekonomija li sejra tajjeb, li jiġu ħaddiema minn barra u nagħtuhom l-istess dinjità u nimxu 'l quddiem.", "Is-suq tax-xogħol marbut ukoll ma' aspett importanti tal-ekonomija tagħna li rridu nitkellmu fuqu.", "Ma rridux nieħdu t-tkabbir ekonomiku for granted.", "Dik qatt, li naħsbu li l-ekonomija tagħna tista' żżomm dan il-momentum li għaddejjin minnu għal dejjem.", "Irridu naħdmu fuqha u dejjem nirsistu aktar, però li tkun sostenibbli.", "Se nagħti eżempju prattiku ta' dak li qiegħed ngħid, flok noqogħdu nużaw kliem biex forsi nimpressjonaw in-nies.", "Aspett partikolari huwa li jiġu ħaddiema minn barra u jaħdmu, però rridu naħsbu li s-setturi tagħhom huma sostenibbli, jew se jagħmlu ħames snin magħna u se jispiċċaw li forsi s-settur li jaħdmu fih u li huma profiċjenti fih jispiċċa?", "Dawn il-ħaddiema, jekk allaħares qatt jispiċċa dak is-settur, mhux neċessarjament jerġgħu jitilqu minn pajjiżna, bil-konsegwenza li jkollok problemi kif kellhom pajjiżi oħrajn, fosthom ta' delinkwenza, għax dawn jispiċċaw bla xogħol.", "Ikollok povertà relattiva għaliex imbagħad dawn ma jitilqux għax ikunu stabbilew ruħhom f'pajjiżna u jkollok problemi soċjali bihom ukoll, li wieħed irid jaħseb fihom.", "Għalhekk qed ngħidu li jrid ikollna sostenibbiltà.", "Jiġifieri, anke meta ngħidu li għandna bżonn ħaddiema, ma nistgħux naraw il-kejl tas-short-term, billi ġġib kemm tiflaħ ħaddiema, mingħajr ma naraw fejn sejjer is-settur.", "Ġaladarba dawn jiġu u jkunu stabbiliew ruħhom f'pajjiżna dawn ikunu saru parti mit-tessut tas-soċjetà tagħna.", "Ma nistgħux nibqgħu ngħidu \"s-soċjetà tagħna\", \"aħna\", \"huma\" jew \"aħna l-barranin\".", "Is-soċjetà hija waħda u allura rridu naħsbu fis-sostenibbiltà.", "Se mmur lura għal dak li ntqal mill-Kap ta' Jobsplus Clyde Caruana għall-ħabta ta' Novembru tal-2017, meta kien diġà bassar li din is-sena b'mod minimu se jkun hemm bżonn 12,500 ħaddiem fl-ekonomija tagħna.", "Din hija sfida kbira, mhux biss sfida biex nilqgħu dawn il-ħaddiema, iżda għandek ukoll sfidi amministrattivi biex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet u sfidi soċjali, fosthom tal-integrazzjoni, li semmejt ftit ilu dwar fejn sejra s-soċjetà tagħna b'dawn il-ħaddiema barranin u li m'għandniex nibżgħu nilqgħuhom.", "Jien dejjem favur li aħna soċjetà miftuħa, kif konna minn dejjem u għandna nibqgħu, anzi għandna nibżgħu milli naqbdu argumenti estremi ta' partiti jew b'ideoloġiji estremi jew popolisti, li għax jiġu l-barranin jaħdmu f'pajjiżna qisna nibżgħu minnhom jew irridu neħilsu minnhom.", "Dawk huma argumenti dejjem perikolużi li wieħed jagħmel, anke jekk forsi jista' jkun popolari għall-mument.", "Issa se mmur għal dak li ntqal - nixtieq inqajjem dan il-punt għaliex huwa punt b'saħħtu - fis-summary tal-Country Specific Recommendations li ġew pubblikati fit-23 ta' Mejju tal-2018.", "Għall-benefiċċju tat-telespettaturi rrid ngħid li dan huwa rapport mill-Unjoni Ewropea speċifiku fuq pajjiżna, li jissottolinea aspetti varji tal-ekonomija tagħna tad-dinja tax-xogħol, ta' kif inhi komposta d-dinja tax-xogħol bħal, pereżempju, fejn sejra l-mara fid-dinja tax-xogħol, jekk hux qed noħolqu opportunitajiet għall-mara li huma ugwali daqs ir-raġel, qed nagħtuha l-għodda, mhux fuq il-karta, però fattwalment, li jekk għandha familja tistax verament toħroġ taħdem, u affarijiet oħra.", "Dan imbagħad jirregola l-progress jew ir-rigress li jagħmel pajjiż.", "B'sodisfazzjon bħala Malti ħa nikkwota parti minn dan ir-rapport, forsi f'mument partikolari, fejn nisimgħu ħafna affarijiet li qed jiġru barra minn Malta, affarijiet li wieħed ma tantx jieħu pjaċir jisma'.", "Mhux veru li pajjiżna huwa pajjiż hekk, kif forsi hemm min għandu interess ipinġih.", "Dan ir-rapport qal hekk:", "Dan ir-rapport qed jgħid li għandna ekonomija tajba, qed ikun oġġettiv u qed jgħid li fejn jidħlu persuni b'diżabilità u fejn tidħol il-mara morna 'l quddiem.", "U din mhux kumbinazzjoni li morna 'l quddiem, imma morna 'l quddiem għax infurzajna liġi fejn jidħlu l-persuni b'diżabilità, li kienet ilha hemm 40 sena mingħajr ħadd ma infurzaha.", "Din qed ninfurzawha u diġà qed naraw persuni b'diżabilità jsibu aktar xogħol u jiġu integrati.", "Ħaġa li ninnotaha anke jien personalment meta nkun qed ngħin nies b'diżabilità hija kemm is-settur privat, b'konformità mal-politika tal-Gvern, mexa 'l quddiem u qiegħed jaċċetta aktar persuni b'diżabilità.", "Anzi, ġieli jgħidulek li għall-ewwel kellhom id-dubji minn ċerti persuni b'diżabilità, però spiċċaw li sabu li l-ħidma tagħhom hija aħjar minn bosta ħaddiema oħrajn.", "Irrid ngħid kemm marret 'il quddiem il-mara u kemm saret komponent importanti fid-dinja tax-xogħol tagħna, li żied - dan forsi punt li ma tantx jinstema' - il-kontribut lejn il-working population tagħna, fosthom lejn is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet.", "Iktar ma l-mara ħarġet taħdem u saret protagonista fid-dinja tax-xogħol, iktar qed tgħin biex dawk li jaħdmu f'pajjiżna jsostnu l-pensjonijiet ta' dawk li qegħdin jirtiraw.", "Din kienet kruċjali u se ngħid għaliex.", "Minn hawn irrid infaħħar lill-Ministru Bartolo għax naf li ilu mill-aħħar leġiżlatura jaħdem fuqha, fejn ittieħdu miżuri u ma bqajniex nitkellemu kif kienu jitkellmu tal-Oppożizzjoni meta kienu fil-gvern, li nagħmlu l-liġijiet biss.", "Il-liġijiet sbieħ u jien avukat u nieħu pjaċir bihom u noqgħod nanalizzahom u nara x'hemm ħażin u x'jista' jitranġa fihom.", "Però, fattwalment trid twaqqaf strutturi amministrattivi, bħalma sar, pereżempju, fiċ-childcare, fejn il-mara ngħatat għodda biex din tkun tista' taħdem, għodda li hija wkoll finanzjarjament sostenibbli, għax inti ma tistax tagħtiha ċ-childcare, imbagħad tiċċarġjaha żewġ terzi tal-paga li taqla', għax inkella din tgħidlek li mhux vijabbli li tmur taħdem!", "Jiġifieri ċ-childcare kif ġie propost - mhux ġie introdott iċ-childcare - ġie introdott konċett ta' childcare affordabbli għall-mara, li jagħmilha vijabbli li l-mara toħroġ taħdem.", "U vijabbli mhux biss għall-mara professjonista, però għal spettru wiesa' ta' nisa ta' kapaċitajiet varji.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-ħruġ tan-nisa fid-dinja tax-xogħol kienet waħda mir-rivoluzzjonijiet siekta li ġraw f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Ir-rwol tal-mara fid-dinja tax-xogħol għamel ħafna ġid, apparti li kabbar id-dinjità tal-mara.", "Issa se nitkellem dwar problema li ilna nitkellmu fuqha.", "Il-Gvern mhuwiex gvern supperv, jaf li għandna studenti li jitilqu kmieni mill-iskola jew ma jkomplux jew joħorġu mill-iskola, saħansitra mingħajr ħila partikolari.", "Dwar dan qed ngħinu u qed naraw fejn hi l-problema.", "Id-dinja tax-xogħol saret aktar raffinata.", "Illum min m'għandux ħila huwa aktar diffiċli biex issiblu x-xogħol għax l-ekonomija saret iktar sofistikata u allura r-rekwiżiti tax-xogħol, il-ħiliet iridu jkunu aktar sofistikati.", "Nafu b'din il-problema u qed tiġi indirizzata, u bdejna naħdmu wkoll fuq il-persuni b'diżabilità, li jsemmu wkoll il-Country Specific Recommendations.", "Ix-xejra hija waħda tajba, baqa' ħafna x'isir, iżda ma ġara xejn.", "Il-Gvern qatt ma qal li hu perfett, però huwa gvern li ħa d-direzzjoni t-tajba anke f'dawn iż-żewġ aspetti.", "Sur President, flejt sew ukoll ir-rapport li għamlet Jobsplus, li mhuwiex rapport karatterizzat biss mill-figuri, jiġifieri ma sarux estimi, biex ngħidu hekk, mill-aspett ta' kontabilità biss, ta' awditjar, però huwa rapport li jien insejjaħlu ta' viżjoni u ta' fejn irridu mmorru fid-dinja tax-xogħol.", "Jien slitt ħames punti interessanti li nixtieq nissottolinea, kemm mill-figuri kif ukoll mid-diskors u mill-kontribut li kien hemm.", "L-ewwel punt huwa li fis-sena 2017 l-Jobsplus irnexxielha tilħaq figura ta' retained earnings ta' iktar minn €3.5 miljun.", "Fl-istess ħin, però, żiedet l-inizjattivi fis-suq tax-xogħol, jiġifieri mhux biss uriet dixxiplina finanzjarja, però żiedet l-inizjattiva fl-istess ħin.", "Ara x'għaqal fit-tmexxija f'din l-entità partikolari!", "It-tieni punt huwa li rnexxielha tilħaq surplus ta' nfiq fuq spejjeż ta' €2 miljuni, meta mqabbla mas-sena ta' qabel, meta kienu ta' €800,000.", "Jiġifieri, kważi ttriplikat is-surplus.", "It-tielet punt huwa li Jobsplus irnexxielha tkun dinamika, għax ir-rwol ta' Jobsplus inbidel.", "Qabel kellek aġenżija li tradizzjonalment aħna nafuha li kont tmur hemm biex tfittex ix-xogħol, imma llum in-nies m'hemmx għalfejn imorru Jobsplus biex ifittxu x-xogħol għax ix-xogħol qiegħed jiġri wara n-nies.", "Mela minflok m'għandha kriżi ta' identità għaliex l-għan ewlieni għalfejn twaqqfet illum inbidel, din qed tkun dinamika u qed tittrasforma l-operat tagħha f'ambitu fejn il-pajjiż qiegħed jara rekord fl-impjiegi.", "Hi qed tbiddel ir-rwol, qed tara, pereżempju, fejn huma l-iskills gaps.", "Dik hija sfida li għandna quddiemna iktar milli biex issib ix-xogħol.", "Qed taħdem fuq l-intelliġenza, fuq il-ħaddiema barranin li qed jiġu f'pajjiżna, bħal minn fejn ġejjin u x'ħiliet għandhom dawn il-ħaddiema.", "Dan huwa punt importanti li qed taħdem fuqu Jobsplus.", "Ir-raba' punt li rrid nagħmel huwa dwar l-intrapriżi żgħar u medji, li huma s-sinsla tad-dahar tal-ekonomija tagħna.", "Fir-rapport dawn jingħataw ħafna importanza, fosthom l-iskemi immirati għal ħiliet u għal re-training ta' ħaddiema li qegħdin fl-intrapriżi żgħar u medji.", "Dawn l-intrapriżi ż-żgħar u medji ħafna drabi jbatu għax ma jkollhomx flus biżżejjed biex jagħmlu investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom, u allura jridu jiġu megħjuna.", "Dan bħalma jridu jiġu megħjuna biex, pereżempju, ifittxu fondi Ewropej.", "Dawn ħafna minnhom ma jkollhomx għarfien partikolari dwarhom u billi huma żgħar ma jaffordjawx li jkollhom strutturi interni amministrattivi li jistgħu jissapportjawhom.", "Punt importanti ħafna f'dak li qiegħed jingħad fir-rapport ta' Jobsplus huwa s-sostenn konkret, mhux il-lip service, ta' inizjattivi ċari mmirati bi sniper approach għall-intrapriżi żgħar u medji.", "Din hija xi ħaġa li għaliha rrid ngħid prosit lill-Ministru Barolo.", "Innotajt ukoll kemm Jobsplus – niftakar fil-famuża frażi 'no man is an island, entire of itself' - ma tistax taħdem bħala gżira jew bħala repubblika indipendenti fil-Greċja antika, bħal Ateni u Sparta, imma trid taħdem ma' ħaddieħor.", "Ir-rapport juri din l-eko-sistema li qed tibni Jobsplus ma' entitajiet oħra tal-gvern bħal, Identity Malta, li hija importanti ħafna fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet minn ħaddiema barranin, speċjalment dawk li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, u wkoll ma' istituzzjonijiet edukattivi bħall-MCAST.", "Dawn qed jaħdmu flimkien għaliex il-kordinament iġib iktar suċċessi u prestazzjoni aħjar ta' dawn l-entitajiet.", "Dawn kienu l-ħames punti li nnotajt fir-rapport.", "Sur President, biex nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq insemmi erba' punti li fl-opinjoni umli tiegħi jidhirli li permezz tagħhom Jobsplus tista' timxi 'l quddiem.", "Jien nemmen li għandha tibqa' tinvesti.", "Ħaġa importanti ħafna li qed tissemma fir-rapport, però nħoss li għandi nisħaq fuqha, hija l-intelliġenza, il-ġbir ta' informazzjoni.", "Irridu nkunu nafu iktar fuq is-suq tax-xogħol tagħna, u biex nifhmu jrid ikollna iktar informazzjoni dwaru biex nkunu nistgħu nieħdu d-deċiżjonijiet.", "It-tieni punt huwa dwar skemi ta' taħriġ u programmi li jridu jsiru.", "Dawn diġà qegħdin isiru, però huwa importanti li nirreaġixxu malajr għad-domanda li dejjem qed tinbidel fid-dinja tax-xogħol minn industriji partikolari.", "L-interface ma' min iħaddem għandu jkun attiv ħafna, kemm l-interface fiżiku bejn in-nies ta' Jobsplus u min iħaddem, kif ukoll b'użu ta' mezzi ta' informatika.", "It-tielet punt huwa li rridu nkunu iktar attenti fejn jidħol il-legal employment.", "Huwa importanti li min jaħdem u jaħdem kif suppost nagħtuh id-dinjità u d-drittijiet kollha, però ma nistgħux nippermettu iktar xogħol illegali.", "Ir-raba' u l-aħħar punt, Sur President.", "Jien inħoss li għandna nesploraw mhux biss fuq livell ta' Jobsplus, imma anke fuq livell ta' gvern ma' gvern, fuq livell bilaterali, fejn naħdmu ma' pajjiżi oħrajn biex ikun hemm screening ta' ħaddiema f'pajjiżi li għandhom rati għoljin ta' qgħad - mhux bħalna - f'setturi partikolari bħal, pereżempju, l-ospitalità, fejn diġà jkun hemm screening ta' ħaddiema min-naħa tagħhom, biex fi framework bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jiġu Malta.", "Qed jistaqsuni x'inhu l-vantaġġ ta' dan.", "Il-vantaġġ huwa li billi l-ħaddiema jkunu ġew screened, ikun iktar faċli biex nilqgħu għad-domanda tas-settur privat għax dawn mal-ewwel jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, nitlob il-permess sabiex id-diskussjoni tiġi sospiża sakemm nirrapporta progress f'Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Fit-7.50 p.m. id-diskussjoni ġiet sospiża.", "L-ISPEAKER: Insejjaħ lill-President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, l-Onor.", "Glenn Bedingfield, biex jirrapporta progress.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozz ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, Abbozz Nru 34, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emenda, u li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, Abbozz Nru 33, għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emendi.", "Nirringrazzjak.", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' JOBSPLUS GĦAS-SENA 2018 - KONTINWAZZJONI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni li ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, id-diskussjoni tal-lum hija dwar l-estimi ta' Jobsplus li hija l-aġenzija li għandha l-obbligu li tħares l-impjiegi f'pajjiżna.", "Naturalment, jien bħala kelliem dwar iż-żgħażagħ se niffoka fuq din il-parti tas-soċjetà tagħna iktar milli fuq sezzjonijiet oħrajn tas-soċjetà.", "Kif kont qed nipprepara għal dan id-dibattitu wieħed mir-rapporti li ġew quddiem għajnejja kien is-Social Justice in the EU Index Report tal-2017.", "Dan l-istudju jagħtina indiċi li huwa bbażat fuq numru ta' elementi biex jasal għall-indiċi primarju assenjat lil pajjiżna.", "Dan huwa bbażat fuq sitt pilastri, jiġifieri l-prevenzjoni tal-faqar, l-ekwità fl-edukazzjoni, l-aċċess għas-suq tax-xogħol, il-koeżjoni soċjali u dik kontra d-diskriminazzjoni, is-saħħa u l-intergenerational justice.", "Fost il-ħafna riżultati li joħorġu minn dan l-istudju, wieħed minnhom jittratta ċ-child and youth opportunity index, li huwa l-indiċi li jikklassifikana għall-opportunità li għandhom it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Dan l-indiċi huwa maħdum fuq erba' parametri.", "Wieħed minnhom huwa n-numru ta' tfal u żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma fir-riskju ta' faqar u l-esklużjoni soċjali, it-tieni parametru hija l-influwenza tal-background soċjo-ekonomiku abbinat mal-outcomes edukattivi, it-tielet hija r-rata ta' dawk li jitilqu mill-iskola kmieni, jiġifieri, l-early school leavers, u l-aħħar parametru hija r-rata tan-NEET, jiġifieri dawk iż-żgħażagħ li la huma fl-impjieg, la qegħdin jirċievu l-edukazzjoni u lanqas huma involuti f'xi mod jew ieħor fit-taħriġ.", "U f'din il-klassifika, minn fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, Malta tikklassifika fid-19-il post, jiġifieri, żewġ postijiet taħt il-medja Ewropea.", "Statistika oħra titkellem dwar l-ekwità fl-edukazzjoni, u allura kemm pajjiżna huwa kapaċi joffri aċċess ekwu fl-edukazzjoni f'dan is-settur partikolari.", "U hawnhekk huwa inkwetanti għaliex jidher ….", "Anzi, jekk niġi għal indiċi ieħor - u naħseb dak li jirrigwarda l-iktar din il-faxxa ta' nies li qed nitkellem fuqha - huwa l-indiċi ta' dawk li jitilqu mill-iskola kmieni, u jidher li hawnhekk Malta tinsab fl-aħħar post. Jiġifieri, Malta qiegħda fl-agħar pożizzjoni fir-rata ta' dawk li jagħżlu li jitilqu mill-iskola kmieni.", "U allura dan huwa l-indiċi… (Interruzzjonijiet) Kont se niftaħ iktar fuqu, imma nagħtih il-kelma.", "L-ISPEAKER: Bil-permess tiegħek, point of explanation.", "EVARIST BARTOLO: Ma rridx intellef lill-kollega, imma hawn idea żbaljata totalment mal-pajjiż kollu xi tfisser early school leaving.", "Aħna m'għandniex żgħażagħ li qegħdin jitilqu kmieni mill-iskola.", "Id-definizzjoni ta' early school leaving hi li dawn itemmu l-iskola sekondarja bla ma jiksbu l-ħiliet li wieħed jistenna li jkunu kisbu wara madwar 13-il sena fis-sistema edukattiva.", "Għaliex qed inkomplu nagħtu din l-impressjoni!?", "Qed ngħid li din mhijiex kwestjoni politika jew partiġjana, għax donnu kulħadd għandu din l-idea.", "L-early school leaving ma tfissirx li qegħdin jitilqu kmieni mill-iskola, imma tfisser – u hija inkwetanti – li r-rata ta' dawk iż-żgħażagħ li jkunu għamlu l-edukazzjoni sekondarja u ma kisbux il-ħiliet li wieħed jistenna li jkunu kisbu.", "Kieku l-iktar ħaġa faċli hija li ngħid li l-attendenza hija għolja, għandna fuq 80%, imma mhux dak il-punt.", "Il-punt hu x'ħiliet kisbu fl-esperjenza edukattiva tagħhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Tista' tkompli Onor. Callus.", "RYAN CALLUS: Nirringrazzja lill-Ministru ta' din l-ispjegazzjoni.", "Huwa minnu li qiegħed jgħid il-Ministru, imma li hu xorta inkwetanti huwa - u l-Ministru aċċenna ftit għaliha - li għandna dawn iż-żgħażagħ li qegħdin ilestu t-terminu edukattiv tagħhom, però joħorġu mingħajr il-ħiliet neċessarji.", "Allura nirringrazzja lill-Ministru, u għalhekk tajtu l-opportunità biex jispjega dan il-punt, għaliex żgur dan huwa punt li rridu nindirizzawh mingħajr ma nagħtuh daqqa jew xeħta ta' partiġjaniżmu politiku.", "Però jibqa' l-fatt li hija xi ħaġa inkwetanti, u allura l-mistoqsija li tqum wara dan il-punt hija x'inhuma r-raġunijiet li aħna qegħdin fl-aħħar nett f'din il-klassifika.", "Jiġifieri għalfejn dawn iż-żgħażagħ qed jispiċċaw mingħajr il-ħiliet neċessarji?", "Forsi t-tweġiba mhijiex waħda faċli u ta' malajr biex wieħed jindirizzaha, però jibqa' l-fatt li mhijiex ċifra li għandna nkunu kburin biha, u l-fatt li għandna żgħażagħ li qegħdin jitilqu mill-bank tal-iskola u jibqgħu m'għandhomx il-ħiliet neċessarji jwassal biex dawn iż-żgħażagħ stess ma jkunux employable għal-livell ta' skola li huma jkunu kisbu.", "Għaliex ilkoll nafu li ħafna drabi mhijiex biss il-kwestjoni ta' ċertifikat li tikseb, jew il-fatt li inti tkun temmejt l-iskola sekondarja, però hemm ħiliet oħrajn li huma bżonnjużi fis-suq tax-xogħol tagħna, u jekk inti m'għandekx dawn il-ħiliet għandek aktar problema biex saħansitra tippenetra fis-suq tax-xogħol u jkun jista' jkollok xogħol li huwa ta' kwalità tajba.", "Hemm statistika oħra li se nagħmel referenza għaliha, li dehret f'artiklu bit-titlu: \"300 have 'disappeared' from school and work.", "Sixteen-year-olds drop out into idleness or illegal employment\", fil-ġurnal TheTimes of Malta tat-2 ta' Jannar tal-2017, jiġifieri kważi sena u nofs ilu.", "Forsi l-Ministru jista' jagħti r-reazzjoni tiegħu dwar xi żviluppi kien hemm minn mindu sar dan ir-rapport.", "Dan ir-rapport jgħid ukoll x'qal il-Ministru Bartolo u x'jaħseb li huma r-raġunijiet għaliex għandna dawn it-300 żagħżugħ ta' 16-il sena wara li jispiċċaw mid-dinja tal-edukazzjoni.", "Dan bħallikieku jisparixxu minn taħt ir-radar tagħna, fis-sens li ma jkomplux fid-dinja tax-xogħol jew fid-dinja tal-edukazzjoni.", "U din hija xi ħaġa li lili, bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-żgħażagħ, tinkwetani għaliex huwa minnu li m'għandniex fost l-agħar rati ta' qgħad fl-Unjoni Ewropea, però jien xorta meta nħares lejn dawn it-300 żagħżugħ u żagħżugħa tingħafasli qalbi.", "Jiġifieri, kollox sew, għandna l-maġġoranza stragranti li qed ikomplu fl-edukazzjoni, sew fl-Università jew inkella fl-MCAST.", "Din kienet deċiżjoni tajba tal-Partit Nazzjonalista li rrikonoxxa l-fatt li mhux kulħadd irid imur l-Università.", "Jien kważi kważi ngħid li allaħares kulħadd imur l-Università għaliex dan il-pajjiż m'għandux bżonn biss persuni gradwati mill-Università.", "Dan il-pajjiż, bħalma taf tajjeb inti, għandu bżonn firxa wiesgħa ta' penetrazzjoni fis-suq tax-xogħol li ġej minn kull faxx.", "Għandna bżonn dawk li huma gradwati, però għandna bżonn ukoll dawk li għandhom ħiliet vokazzjonali, dak li toffri llum l-MCAST.", "U allura huwa tajjeb li bħala pajjiż, frott il-politika li ħaddan Gvern Nazzjonalista, irnexxielna naqbdu iktar f'din ix-xibka, f'sens pożittiv, numru akbar ta' żgħażagħ li jew ikomplu fl-Università jew ikomplu fit-taħriġ fl-MCAST jew ikomplu fil-Higħer Secondary biex forsi dawk li ma nrexxilhomx jidħlu l-MCAST nagħtuhom iċ-ċans li jkunu jistgħu jiksbu r-riżultati li forsi ma kenux kisbu fl-ewwel darba li huma poġġew għall-eżami.", "Sur President, huwa importanti ngħidu li l-importanti mhux min jasal l-ewwel, u meta nkun indur id-djar u niltaqa' ma' xi ħadd li jgħidli li ma nrexxilux jidħol l-Università jew l-MCAST, it-tweġiba li nagħtihom hija li l-importanti mhuwiex min jasal l-ewwel.", "Hemm dawk li qabel forsi konna nsejħulhom ir-repeaters, però jien nammira dawn in-nies forsi iktar minn oħrajn li waslu mill-ewwel, għax urew il-perseveranza tagħhom.", "Meta forsi nies fl-istess klassi tagħhom waslu u daħlu l-Università, oħrajn li waslu u marru l-MCAST, u huma forsi ġiethom sena ħażina fil-familja jew forsi kien hemm diffikultajiet fil-familja, fosthom ta' saħħa jew ta' separazzjoni bejn il-ġenituri.", "Mhux kulħadd f'din id-dinja għandu l-istess sitwazzjoni f'ħajtu bħal ħaddieħor li jkun eċċella, u allura f'dan il-pajjiż is-sistemi edukattivi jħarsu lejn min ma wasalx sal-finish line mal-ewwel attentat.", "Jekk aħna rridu nżidu jew naqbdu iktar żgħażagħ u nnaqqsu minn dawn it-300 żagħżugħ u żagħżugħa li għadni kemm semmejt li tlifniehom mir-radar tagħna, li ma nafux jekk humiex qegħdin jistudjaw, ma nafux jekk humiex fid-dinja tax-xogħol … X'qegħdin jagħmlu dawn iż-żgħażagħ?", "Qegħdin iqumu filgħodu u jgħidu li m'għandhomx skop f'ħajjithom?", "Jien niltaqa' ma' żagħżagħ li jgħiduli li jobogħdu dak il-mument li titla' x-xemx filgħodu, jiftħu għajnejhom u m'għandhomx skop f'ħajjithom għax xogħol m'għandhomx, għar-raġuni li m'għandhomx kwalifiki x'juru.", "Meta jiġu għandi żgħażagħ, bħalma jmorru għand kull deputat, biex ngħinhom u jgħiduli li ilhom jibagħtu CVs u ma jistgħu isibu xogħol imkien … Irrid ngħid li jkun hemm dawk li huma ġenwini u dawk li jkunu inqas ġenwini, però tagħraf min hu ġenwin minnhom.", "Hawn min m'għandux il-kapaċità, mhux li jsib xogħol, imma illi saħansitra juri l-kapaċitajiet tiegħu meta jmur għal intervista għax hawn min hu mistħi.", "Hawn min ilablab ħafna waqt intervista u jista' jimpressjona u jagħżlu lilu, u ħaddieħor forsi jkun riservat, u għalkemm ikollu l-ħiliet neċessarji, forsi ma jkunx kapaċi jbigħhom meta jmur għal intervista.", "Allura hija kerha li għandna żgħażagħ - veru mhumiex ħafna, però għalija 300 żgħażugħ huma ħafna – li donnhom mingħajr skop f'ħajjithom, lili tinkwetanti ħafna bħala kelliem ewlieni għaż-żgħażagħ.", "Huwa ikrah li tqum filgħodu u m'għandekx skop f'ħajtek.", "Huwa ikrah li tqum filgħodu u m'għandekx fejn tmur tkompli tistudja.", "Huwa ikrah li tqum filgħodu u m'għandekx xogħol fejn tmur jew li tqum filgħodu u m'għandekx post fejn tmur biex tagħmel it-taħriġ tiegħek.", "Għaliex il-verità hi li din il-fażi tal-ħajja tant hi kruċjali li mbagħad tiddetermina ħafna l-bqija ta' ħajtek.", "Jiġifieri l-messaġġ tiegħi meta niltaqa' maż-żgħażagħ huwa dejjem dan, li forsi veru li jsibuha diffiċli jew antipatka li jmorru jitgħallmu biex jiksbu aktar ħiliet, però huwa ferm importanti li f'dan il-mument jinvestu l-ħin tagħhom fit-tagħlim.", "U hija responsabbiltà tal-ġenituri li jaraw li jagħmlu hekk.", "Illum ngħidu li ż-żgħażagħ jagħmlu li jridu, però l-ġenituri għandhom responsabbiltà kbira għalkemm ma jiddependix biss minnhom, għax bħalma nafu, illum iż-żgħażagħ huma aktar indipendenti; saħansitra tajniehom il-vot ukoll.", "Però r-responsabbiltà kbira hija li nibqgħu determinati mhux biss aħna bħala politiċi, li nwettqu programmi ta' edukazzjoni, imma anke bħala ġenituri li nenfasizzaw lit-tfal tagħna li jekk mhumiex se jkomplu fi skola sekondarja, almenu jridu jagħmlu xi ħaġa u ma jmorrux fuq il-bank tax-xogħol bħala l-ewwel għażla, għaliex meta jiġu għandi żgħażagħ bla kwalifiki u jgħiduli li jixtiequ xi xogħol, jien ngħidilhom li jien inkun nixtieq nagħtik dak ix-xogħol, però dak ix-xogħol jitlob ċerti kwalifiki u ħiliet.", "Meta tistaqsihom jekk għandhom ċerti ħiliet, jgħiduli li le.", "Imbagħad ikun hemm min jgħidli li veru jkun irid dak ix-xogħol, u jien f'dak il-mument ngħidlu li jekk tassew irid dak ix-xogħol, l-ewwel pass li se nagħmel biex jikseb dak ix-xogħol huwa li se ngħinu japplika l-MCAST ħalli jġib dawn il-ħiliet, u meta jġib dawk il-ħiliet jien inkun hemmhekk ngħinu biex wara li jikseb dawk il-ħiliet ikun jista' jikseb dak ix-xogħol.", "Sur President, se nagħlaq id-diskors tiegħi hawn.", "Kelli affarijiet oħrajn x'ngħid, imma ġrejt bil-ħsebijiet tiegħi fuq id-diffikultajiet ta' wħud miż-żgħażagħ li niltaqa' magħhom.", "Nistgħu niftaħru li għandna x-xogħol f'pajjiżna bħalissa, però ma ninsewx li hemm settur ta' żgħażagħ li għadhom mingħajr skop f'ħajjithom.", "Id-determinazzjoni u l-impenn tagħna taż-żewġ naħat huwa li nagħmlu programmi ta' taħriġ li permezz tagħhom inkunu nistgħu nilħqu dawn iż-żgħażagħ li m'għandhomx skop f'ħajjithom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, nixtieq nitkellem dwar it-tema tal-lum, li hija l-aġenzija Jobsplus, però nixtieq nitkellem iktar dwar il-barranin li qed jiġu jaħdmu f'Malta u s-sitwazzjoni partikolari ta' Għawdex.", "Niftakar li fil-25 ta' Ottubru konna qegħdin niddiskutu l-baġit dwar Għawdex hawnhekk f'dan il-Parlament, u matul dik id-diskussjoni l-Onor.", "Anton Refalo, eks-Ministru għal Għawdex, qalilna li l-Partit Laburista rebaħ lill-Għawdex għax ħa l-people's approach.", "Il-people's approach huwa interessanti ħafna.", "Niftakar li fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew s-Soċjalisti Ewropew ħarġu bil-motto \"People First\" u aħna tal-Partit Popolari Ewropew ħriġna bil-motto tal-kampanja \"Believe in people\".", "Huwa sabiħ li jkollna politika ddur mal-bżonnijiet taċ-ċittadin Ewropew, jew ċittadin Malti u Għawdxi, u dan huwa proprju l-approċċ tal-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Adrian Delia, li qed jara li nkunu viċin ħafna tan-nies, naraw x'inhuma l-bżonnijiet, l-isfidi u l-aspirazzjonijiet tagħhom u minn hemm imbagħad nibdew infasslu l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal dan il-pajjiż.", "Jiġifieri l-approċċ ta' 'people first' tal-Eks Ministru Anton Refalo huwa tajjeb ħafna u jogħġobni, però, bħalma jgħidilna l-Kap tagħna l-Onor.", "Adrian Delia, trid toqgħod attent, mhux biss tara x'inhuma l-bżonnijiet tan-nies, imma jrid ikollok ukoll pjan fit-tul.", "Għax inkella jekk biex taqdi persuna 'A' tkisser persuna 'B', lanqas jagħmel sens.", "Jekk għandek interess ta' persuna partikolari u dak l-interess imbagħad jirfes l-interess tal-komunità, lanqas hu tajjeb.", "Għalhekk huwa tajjeb li jkollok pjan li jkun fit-tul.", "Jien naqbel ma' dak li għamlet il-Ministru għal Għawdex attwali, l-Onor.", "Fil-fatt, matul dawk l-erba' ġimgħat tal-kampanja elettorali li għaddiet daħlu mijiet ta' Għawdxin jaħdmu taħt skemi tal-gvern, kif ukoll mal-Gozo Channel, u oħrajn.", "Hemm min jgħid li dawn jammontaw bejn 800 u hemm min jgħid 1000, eżatt ma nafx kemm kienu, però nawguralhom u nispera li dawn in-nies għadhom jaħdmu fl-impjieg li ngħataw sena ilu u għadhom kuntenti.", "Huwa tajjeb u hija xi ħaġa pożittiva li l-Ministru żammithom anke wara l-elezzjoni u nispera li poġġiethom f'postijiet fejn iħossuhom kuntenti u fejn jistgħu jagħtu kontribut lis-soċjetà.", "Li naħseb li mhux tajjeb huwa li l-eks Ministru Anton Refalo daħħalhom fl-erba' ġimgħat biss ta' qabel l-elezzjoni.", "Jien naħseb li kieku daħħalhom matul l-erba' snin li kien ilu ministru hu kien ikun ħafna aħjar għall-komunità tan-negozju, għax li taqbad dawn il-mijiet ta' nies u tixrobhom, tassorbihom mill-komunità tan-negozju Għawdxija, hija minn ewl id-dinja li se tħalli effetti negattivi fil-komunità tan-negozju.", "Jien niftakar li matul il-kampanja elettorali li għaddiet, waqt li kont inkun indur id-djar, diversi nies fin-negozju kienu jgħiduli li hija inaċċettabbli li spiċċaw mingħajr nies, tant li ma jistgħux jibqgħu għaddejjin bix-xogħol.", "Kienu jitolbuni biex nitkellmu dwar dan.", "Nista' ngħid li t-tgergir fost in-nies tan-negozju kompla u kellha raġun il-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex li tinsisti biex il-Gvern isib soluzzjoni, għax kienet problema reali.", "U naħseb li din il-problema għadha teżisti xi ftit jew wisq u nawgura li l-Ministru għal Għawdex tkompli taħdem dwar dan, u jekk m'hemmx Għawdxin jaħdmu f'dak it-tip ta' mpjiegi jinġiebu l-barranin.", "Mingħajr ħaddiema n-negozji żgħar u medji xorta jridu jaħdmu u jkomplu għaddejjin bl-attività ekonomika tagħhom.", "Jiġifieri filwaqt li \"people first\" jew \"people's approach\" huwa tajjeb ħafna, imma jrid ikollok ukoll pjan fit-tul biex il-politika tiegħek ikollha effetti pożittivi u tevita l-effetti negattivi li jista' jkun hemm.", "Issa se ngħid x'inhuma l-effetti negattivi li jista' jkun hemm.", "Fil-każ ta' Għawdex peress li l-Onor.", "Refalo kien daħħal ħafna ħaddiema mal-Gvern u ma' entitajiet oħra, daħħalhom f'kolp, fil-ferneżija li kellu biex jirbaħ il-voti hu personali, ħoloq ħafna ħsara lill-komunità tan-negozju f'Għawdex.", "L-effetti negattivi f'pajjiżi Ewropej ikunu varji.", "Normalment, f'pajjiżi Ewropej ma jidħlux il-barranin jaħdmu f'temp ta' ftit ġimgħat, jidħlu fuq medda ta' snin, imma xorta jista' jkun hemm effetti negattivi.", "Jien naħseb li bħala Oppożizzjoni u bħala Gvern irridu nħarsu lejn Malta ta' 15 jew 20 sena oħra biex ma jkollniex dawn l-effetti negattivi li sofrew pajjiżi oħrajn fl-Ewropa.", "Pereżempju, insemmi l-kwestjonijiet jaħarqu ħafna fl-Awstrija, fi Franza, fl-Italja u fir-Renju Unit, fejn proprju waħda mir-raġunijiet ta' Brexit hija minħabba l-ħaddiema barranin fir-Renju Unit.", "Fl-italja wkoll, mir-riżultat tal-elezzjoni li għaddiet, jidher ċar li waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern li hemm bħalissa hija l-immigrazzjoni.", "Dawn huma effetti negattivi li wieħed irid jevita, u se nidħol aktar fid-dettall ta' dawn l-effetti negattivi.", "Però kien hemm ftit pajjiżi, bħall-Irlanda, fejn l-immigrazzjoni mill-Polonja, mil-Latvja u mill-Estonja kienet xi ħaġa pożittiva ħafna, u allura bħala Parlament, bħala Gvern, bħala Oppożizzjoni, huwa importanti li niflu tajjeb x'kien hemm negattiv, x'inhuma l-isfidi u x'kien hemm pożittiv fl-Ewropa u nitgħallmu minnhom.", "Sur President, il-preokkupazzjoni tagħna bħala Partit Nazzjonalista huwa l-fatt li Dr Clyde Caruana, il-Kap tal-Jobsplus, qed jgħidilna li l-Gvern beħsiebu jattira bejn wieħed u ieħor 40,000 ħaddiem barrani f'Malta.", "Nerġa' ngħid, huwa importanti li jiġu l-barranin għax għandna bżonnhom fl-ekonomija ta' Malta, però dawn huma numri kbar ħafna fi żmien qasir ħafna.", "Għalhekk wieħed irid joqgħod attent.", "Dr Caruana qed jgħidilna li għandna bżonn xi 40,000 fis-snin li ġejjin.", "S'issa diġà għandna xi 40,000 oħra, u bejn wieħed u ieħor qegħdin jidħlu 10,000 fis-sena wara li tqis dawk li jiġu u dawk li jitilqu wara ftit żmien.", "Dr Caruana qed jgħid li s-sena d-dieħla qed jistenna li jkun hawn xi 12,500 ħaddiem barrani f'Malta.", "Dawn huma figuri kbar ħafna u għalhekk bħala Partit Nazzjonalista aħna nistaqsu jekk dan il-Gvern għandux pjan, pereżempju, dwar il-mod kif dawn il-ħaddiema barranin li qed jiġu Malta ser jagħmlu … Naħseb li hija minn ewl id-dinja li dawn il-barranin li jiġu f'Malta, speċjalment dawk low-skilled, jiġifieri dawk li jkunu jagħmlu tip ta' xogħol li lanqas il-Maltin u l-Għawdxin normalment ma jkunu jridu jagħmlu - hija ċara li għandna bżonn il-barranin biex jagħmlu dak it-tip ta' xogħol - però xorta waħda dawk il-barranin jiġu u jaċċettaw pagi relattivament iktar baxxi minn tal-Maltin għax ikunu ġejjin minn pajjiżi li normalment ikunu ifqar minn Malta.", "Allura f'dak il-każ ma jaħsibx il-Gvern li se jkun hemm pressjoni fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin?", "Għandu pjan biex il-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikomplu jogħlew?", "Ma ninsewx ukoll li marbuta mal-pagi tal-Maltin u Għawdxin hemm il-pensjonijiet.", "Jiġifieri, jekk inti maż-żmien, b'mod għaqli u kawt, tgħolli l-pagi tal-Maltin u l-Għawdxin, ovvjament jogħlew ukoll il-pensjonijiet.", "Ma ninsewx li t-tkabbir ekonomiku fl-aħħar snin f'Malta kien ta' 7%, jiġifieri l-ġid li ħoloq dan il-pajjiż f'dawn l-aħħar snin kien ta' 7%.", "Però meta wieħed iħares lejn il-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u meta wieħed iqis ukoll l-inflazzjoni f'dawn l-aħħar snin, bejn wieħed u ieħor jara li l-pagi tal-Maltin u l-Għawdxin żdiedu b'0.6%.", "Jiġifieri, meta wieħed iqis l-inflazzjoni, jifdal biss 0.6% taż-żieda fil-pagi medji tal-Maltin u l-Għawdxin.", "U allura jekk it-tkabbir ekonomiku f'Malta huwa ta' 7%, dan il-profitt fejn sejjer?", "Għalfejn il-pagi tal-Maltin u l-Għawdxin ma żdidux għall-inqas b'1% jew 1.5% jew 2%?", "Huwa importanti li dan il-Gvern jieħu din il-ħaġa bis-serjetà għax jien nemmen li l-pagi tal-Maltin u l-Għawdxin baqgħu baxxi, speċjalment meta wieħed jikkonsidra l-kirjiet li f'dan il-pajjiż sparaw 'il fuq.", "Ejjew nieħdu eżempju ta' ħaddiem Malti li jaħdem bħala waiter.", "Mela dan il-ħaddiem iħallas €600 fix-xahar kera, jiġi barrani jagħmel l-istess xogħol, però dan il-barrani ma joqgħodx waħdu fl-appartament ta' tliet kmamar tas-sodda, imma joqgħod ma' sitta min-nies, allura flok iħallas €600 għall-kirja fix-xahar, iħallas €100.", "Għaldaqstant, jekk il-kirja ta' dan il-barrani hija baxxa għax jaqsam l-appartament ma' numru ta' persuni, dan il-ħaddiem jista' jaċċetta paga inqas minn tal-Malti għax il-Malti għandu l-familja u jħallas il-kera sħiħa ta' €600 fix-xahar.", "Jiġifieri, fil-verità ħafna drabi l-barranin ikollhom vantaġġ ekonomiku fuq il-Maltin u dik tagħmel pressjoni fuq il-pagi tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Huwa importanti li ma nibżgħux nitkellmu dwarhom dawn l-affarijiet, ma npoġġuhomx taħt it-tapit bħalma poġġewhom għal snin twal pajjiżi bħal Franza, l-Awstrija, il-pajjiżi kontinentali Ewropej, għax imbagħad jekk in-nies jaraw li l-gvern u l-awtoritajiet mhumiex jindirizzaw il-problema, jirvellaw u jduru għall-partiti popolisti kontra l-Unjoni Ewropea.", "Allura jien se nagħmel numru ta' mistoqsijiet oħrajn, fosthom jekk il-Gvern għandux pjan fit-tul fuq kif is-servizzi tas-saħħa għandhom jimxu 'l quddiem fis-snin li ġejjin.", "Pereżempju, dan l-aħħar kont qiegħed f'poliklinika bit-tfal tiegħi u nnotajt li min-nies li kien hemm jistennew għas-servizz kien hemm tnejn minn kull sitta barranin.", "Huwa tajjeb u għandu jingħatalhom is-servizz u m'għandi xejn kontra l-barranin.", "Jien personalment kuntent nara l-multikulturaliżmu f'Malta, però jekk il-popolazzjoni tal-pajjiż qed tiżdied b'10,000 fis-sena, nimmaġina li anke dawk li jagħtu s-servizz, li f'dan il-każ huma l-infermiera u t-tobba, iridu jiżdiedu biex is-servizz jibqa' tal-istes livell.", "Ma ninsewx li jekk il-barranin li jiġu f'Malta jkunu qed jaħdmu huma wkoll, qed iħallsu parti mill-paga tagħhom għas-servizzi soċjali.", "Jiġifieri qed iħallsu iktar, imma anke l-loġistika tas-servizz tas-saħħa għandha tiżdied.", "L-istess irrid ngħid dwar il-preżenza tal-pulizija fit-toroq tagħna.", "Lili jċempluli nies, partikolarment minn Għawdex, li jgħiduli li fit-tali bajja, peress li hawn ħafna waiters barranin jaħdmu, idumu wara l-ħin tax-xogħol u joqogħdu jixorbu, ħaġa li l-Maltin normalment ma kenux jagħmluha.", "Illum fix-xitwa f'ċerti lokalitajiet bħal, pereżempju, ix-Xlendi u Marsalforn, ikun hemm iktar inkwiet.", "Ir-residenti jisimgħuhom jitkellmu, jiċċajtaw, jiġġieldu, eċċetra.", "Allura, xi ftit jew wisq, il-preżenza tal-pulizija trid tiżdied ukoll biex tieħu ħsieb is-sitwazzjoni ġdida li aħna l-Għawdxin għadna m'aħniex imdorrijin biha.", "Sur President, l-istess huwa fil-każ tal-iskejjel tagħna.", "Hawnhekk għandna l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Onor.", "F'Għawdex m'aħniex bħal San Pawl il-Baħar, ma naħsibx li għadna mdorrijin bi skejjel multikulturali.", "Hija xi ħaġa sabiħa ħafna.", "It-tfal tiegħi jmorru fl-iskola tar-Rabat Għawdex, li tista' tgħidilha multikulturali għax hemm il-barranin u nista' ngħid li din hija xi ħaġa sabiħa ħafna.", "Jiġifieri m'iniex qed nikkritika din l-iskola, lanqas xejn, imma qed nistaqsi jekk hux qed isiru preparamenti fl-iskejjel kollha f'Malta u Għawdex biex jirriflettu l-multikulturaliżmu u tingħata l-għajnuna li jkun hemm bżonn.", "Jien personalment kuntent ħafna bis-servizzi li qed jirċievu fl-iskola u t-tfal tiegħi li nista' ngħid li huma barranin għax jitkellmu bil-Franċiż u bl-Ingliż, huma kuntenti ħafna.", "Però huwa importanti li jkollna pjan fit-tul għal kull settur.", "Se nitkellem ftit dwar il-kwestjoni tal-identità.", "Huwa importanti ħafna li ngħid li f'Diċembru tal-2017 il-Ministru Helena Dalli ħarġet dokument ta' konsultazzjoni dwar l-integrazzjoni tal-immigranti.", "Ma jidhirlix li dan id-dokument jirrifletti dawn l-ammonti kbar ta' immigranti li ġejjin f'Malta.", "Fil-fehma tiegħi, huwa importanti li dawn il-barranin li jiġu f'Malta jitgħallmu dwar il-kultura, l-ilsien Malti u n-normi u d-drawwiet tagħna l-Maltin biex bħala Maltin inżommu l-identità tagħna.", "It-trasport u l-infrastruttura wkoll huma importanti ħafna għax dawn iridu jirriflettu l-ammonti akbar ta' residenti li qed ikollna f'Malta.", "Jien naħseb li l-mistoqsija għandha tkun jekk l-għan ewlieni f'dan il-pajjiż għandux ikun li nġibu aktar barranin f'Malta.", "Jiġu jekk hemm bżonn, imma l-għan ewlieni tagħna għandu jkun – għall-inqas tal-Oppożizzjoni hekk hu - li l-Maltin jaħdmu inqas u jaqilgħu iktar biex ikunu jistgħu jgawdu l-familja u l-ħajja tagħhom.", "Jien naħseb li l-għan ewlieni m'għandux ikun li l-Gvern jew Jobsplus jattiraw dejjem iktar barranin, imma li nżidu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Sur President, qabel nagħlaq id-diskors tiegħi irrid nagħmel punt żgħir dwar Għawdex.", "Fl-2013 dan il-Gvern kien għamel il-wegħda elettorali li jkollna xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess, u dik hija x-xewqa tagħna.", "Però fil-verità qegħdin f'sitwazzjoni fejn mhux qed jiġri hekk.", "Jien nappella lill-Gvern biex ikompli jagħfas ħafna sabiex l-Għawdxin li hemm jaħdmu Malta jkunu jistgħu jiġu jaħdmu f'Għawdex.", "Il-ħolma tiegħi hija li mhux biss jiġu l-Għawdxin jaħdmu f'Għawdex, imma li jiġu wkoll il-Maltin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Għandek żewġ minuti u nofs.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, dwar Jobsplus u ħidmietha jien ftit għandi xi ngħid, anzi m'hemmx xi tgħid, ħlief li bħalissa dan il-Gvern għandu suċċess fl-ammont ta' Maltin u Għawdxin li qegħdin jaħdmu fil-gzejjer tagħna.", "Imma rridu nifhmu wkoll li kellna bżonn numru ta' ħaddiema barranin biex inkunu nistgħu nlaħħqu mar-ritmu ekonomiku u dan ħalla r-riperkussjonijiet li qegħdin niffaċċjaw aħna b'mod partikolari, mhux biss dawk il-ħaddiema tal-id li huma fuq skala baxxa, imma issa anke dawk li għandhom livell akkademiku pjuttost għoli.", "Dan għax il-barranin qegħdin jikkompetu għal xogħolhom, tant li l-kondizzjonijiet u anke l-pagi qed jonqsu u għalhekk xi wħud qegħdin jitnaffru minn ċertu xogħol li s-soltu kien ikollu ċertu valur.", "Ħaġa li lili tolqotni fil-pjaga soċjali hija li l-kondizzjonijiet fuq l-istess lant tax-xogħol huma differenti, mhux biss fil-privat, imma anke mal-gvern.", "Ġieli jkun hemm okkażjonijiet fejn ikollok nies fis-servizz pubbliku li jaħdmu taħt xi kondizzjoni, sija tal-edukazzjoni jew tas-saħħa, jista' jkollok nies li huma ekstarznari, self-employed u anke nies li ġejjin minn xi entità oħra ta' skema ta' rtirar, u li għaldaqstant jaħdmu fuq l-istess lant tax-xogħol.", "U dan, fil-fehma tiegħi, qiegħed joħloq pjaga ta' stress fuq il-post tax-xogħol, tant li qed taffettwa l-kondizzjonijiet u anke saħħet il-ħaddiem u l-familja tiegħu.", "Fuq Jobsplus punt ċkejken se nagħmel.", "Meta xi ħadd jmur f'xi fergħa ta' Jobsplus bil-karta tal-identità u biċ-ċertifikat ta' terminazzjoni tal-impjieg, jew inkella biċ-ċertifikat tal-borża ta' studju li jkun għadu kemm għamel, biex isejjaħlu job advisor idum bejn erba' u sitt ġimgħat.", "Jiena naħseb li dan jista' jiġi ssimplifikat iktar.", "Anke li bilfors kulħadd irid japplika għal minn tal-inqas ħames xogħlijiet differenti fil-ġimgħa, anke jekk l-istess opportunitajiet mhumiex tajbin għal dak l-individwu, qegħdin ukoll joħolqu ċertu xkiel lil dawk li huma qiegħda.", "Allura nixtieq nappella lill-Ministru biex flimkien mal-ħaddiema ta' Jobsplus jaraw kif dan il-proċess jitħaddem aħjar.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa nistieden lill-Ministru Evarist Bartolo biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nirringrazzja lill-kollegi li tkellmu llejla f'din id-diskussjoni.", "Naħseb li qajmu ħafna punti validi li rridu nirriflettu u anke nieħdu passi dwarhom.", "Irrid nirringrazzja qabelxejn lis-Sur Clyde Caruana.", "Naħseb li għandna xorti, mhux bħala gvern, imma anke bħala pajjiż, li għandna persuna daqshekk serja li tmexxi Jobsplus.", "Irrid nirringrazzja wkoll lit-tim tiegħu, għaliex matul dawn il-ħames snin mhux biss għamlu xogħol li kien tradizzjonali li jsir biex tgħin lill-persuni jsibu x-xogħol, imma kienu wkoll innovattivi u ħarġu policies ġodda ta' kif jgħinu aktar nies joħorġu fid-dinja tax-xogħol.", "Sintendi biex ikollok aktar nies joħorġu fid-dinja tax-xogħol irid ikollok investiment li ħoloq il-ġid, li ħoloq l-impjiegi u mbagħad trid tara kif timla dawk l-impjiegi.", "Allura rrid nirringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu u tal-isfidi l-kbar li għandhom quddiemhom.", "Illum qed naħdmu f'pajsaġġ differenti, f'realtà differenti u rridu niffaċċjaw din ir-realtà ġdida b'mod ġdid.", "Irrid ngħid li minn kemm ilhom jeżistu l-gżejjer tagħna, minn kemm ilna nafu l-istorja ta' pajjiżna, dejjem kellhom il-bżonn li jivvintaw lilhom infushom mill-ġdid.", "Dejjem kellhom il-bżonn li jkollhom ħidmiet ekonomiċi, li minħabba ċ-ċokon tagħna aħna bilfors irridu naraw kif ngħixu mal-bqija tad-dinja u naraw x'ħidmiet ikollna biex inbigħu servizzi u prodotti lil pajjiżi oħrajn.", "U allura matul is-snin kellna bilfors nibdew ħidmiet ekonomiċi li mbagħad maż-żmien jimmaturaw, jikbru, imutu u minflokhom ikun hemm bżonn jinħolqu ħidmiet ekonomiċi ġodda.", "Jien nista' nserraħ ras il-kollegi u ras kulħadd mid-diskorsi li saru llejla li … Jiena suppost wieħed mill-iktar ministri responsabbli mix-xogħol ferħana fid-dinja, għar-raġuni sempliċi li għandna full employment.", "Imma nista' ngħid li m'iniex, għar-raġuni li tkun qed tara biss fil-qasir u tkun qed tara sal-ponta ta' mnieħrek jekk tisker biss bin-numri li jkollok – u dawn mhumiex numri imma persuni – u ma taħsibx x'se jiġri għada, pitgħada u fis-snin li ġejjin.", "Għaliex aħna ma nistgħux nieqfu.", "Aħna ngħixu f'dinja fejn ma nistgħux nieqfu, għaliex malli tieqaf tmur lura u malli tgħid li m'għandniex x'nagħmlu, mill-ewwel tibda tmur lura.", "Allura żgur li aħna m'għandniex kompjaċenza, għax kien hawn min qal li l-Gvern qiegħed jistrieħ fuq is-suċċessi li għandu.", "Il-Gvern mhuwiex jistrieħ, il-Gvern huwa impenjat bis-serjetà biex inkomplu naraw it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-ġid, il-ħolqien tax-xogħol.", "In-nisġa sħiħa li jrid ikollok fil-mod kif tmexxi l-pajjiż, il-ħolqien tal-ġid u l-ħolqien tax-xogħol, il-ġustizzja soċjali u s-soċjetà miftuħa u l-ħarsien ambjentali jridu jmorru flimkien.", "Huwa diffiċli żżomm bilanċ f'dawn l-oqsma kollha, imma biex ikollna kwalità ta' ħajja aħjar f'pajjiżna, dawn huma l-isfidi l-kbar li qed niffaċċjaw.", "Jiena ngħid li huma sfidi li hemm minnhom li huma partikolari għall-gżejjer tagħna, imma hemm sfidi li huma reali għall-pjaneta kollha kemm hi.", "Jiġifieri, l-iżvilupp sostenibbli llum nafu li huwa sfida għall-pjaneta kollha kemm hi, u jekk ma nagħmlux il-bidliet meħtieġa u ma neħdux il-passi meħtieġa, nagħmlu lill-pjaneta tagħna inabitabbli, għaliex jekk ma jkollniex żvilupp sostenibbli nkomplu noħolqu problemi serji fis-saħħa tagħna, kemm fis-saħħa mentali, kemm fis-saħħa fiżika, kif ukoll fil-kwalità tal-ħajja li ngħixu.", "Allura naħseb li waħda mill-akbar prijoritajiet li għandna quddiemna bħala pajjiż hi kif insaħħu l-iżvilupp tagħna, li jrid ikun żvilupp sostenibbli.", "Id-definizzjoni ta' żvilupp sostenibbli mhijiex kwestjoni ta' żvilupp ekonomiku u ħarsien ambjentali biss, żvilupp ekonomiku u ġustizzja soċjali biss, jew żvilupp ekonomiku u soċjetà miftuħa u demokratika biss, imma kollox flimkien, inkluż li nagħtu importanza - u jien ħadt ġost illejla li ssemma dan il-punt aktar minn darba – u nagħtu każ lil dawk li huma bla leħen, lil dawk li huma wkoll vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.", "Għaliex waħda mill-affarijiet li jistgħu jiġru hi li jkollok żvilupp ekonomiku qawwi, imma jekk fl-istess ħin ma teħux passi kbar ta' ġustizzja soċjali u tiżdied id-diżugwaljanza, dak ma jkunx żvilupp sostenibbli u lanqas ma jkun żvilupp ġust.", "Imma rrid ngħid li - u din nista' nifhimha jien – it-tendenza tal-Oppożizzjoni tkun li jenfasizzaw … Dan qisu bħal meta jkollok is-sema ċelesti u fih sħab iswed u sħab abjad, u wieħed jgħid li se jara biss il-parti ċelesti tas-sema u jgħid kemm huwa bnazzi u kemm huwa sabiħ, u jkun hawn ħaddieħor li jikkonċentra fuq is-sħab li jkun hemm u jara sħab iswed biss u jgħid li sħab iswed biss fiha!", "Jiena naħseb li trid tara s-sema sħiħ, tara l-parti ċelesti, tara s-sħab abjad u tara s-sħab iswed ukoll.", "Wieħed mill-kuntrasti li għandna f'pajjiżna huwa li r-rata tal-impjegabilità tal-gradwati tagħna hija ta' 97%, li hi fost l-ogħla rati fid-dinja, mhux fl-Ewropa biss.", "Jiġifieri din ir-rata hija ogħla minn tal-Ġermanja u minn ta' kull pajjiż ieħor.", "U meta qed ngħid gradwati, mhux qed ngħid għal dawk li jiggradwaw mil-livell terzjarju biss, imma anke dawk li joħorġu mis-settur edukattiv qabel, mill-post sekondarju.", "Fl-istess ħin imbagħad irridu nieħdu ħsieb lil dawk li s-sistema skolastika tagħna għadha mhijiex tilħaqhom tajjeb.", "Irridu nkomplu naħdmu fuq dan; ħadna passi f'dawn l-aħħar ħames snin, imma rridu nieħdu aktar passi biex aktar miż-żgħażagħ tagħna joħorġu bil-ħiliet meħtieġa.", "Sur President, irrid nagħmel punt dwar iż-żgħażagħ li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mingħajr ma jkunu kisbu l-ħiliet meħtieġa.", "Aħna fis-sena 2013 writna s-sitwazzjoni li n-numru ta' dawn kien jilħaq il-21%.", "Din ir-rata issa qed inniżżluha u jekk nibqgħu naħdmu bis-serjetà, sa sentejn jew tliet snin oħra nkunu niżżilnieha għal madwar 12% jew 11%, jiġifieri l-medja jew il-mira Ewropea ta' 10%.", "Imma jiena nemmen li meta qed nitkellmu fuq żgħażagħ, l-istatistika m'għandniex nużawha biss biex nitkellmu fuq l-istatistika, qisna qed nitkellmu fuq numri, għax hawnhekk qed nitkellmu fuq nies tad-demm u l-laħam.", "L-istatistika għandna nużawha biss bħala mira tax-xogħol tagħna.", "F'dawn il-ħames snin bdejna nieħdu passi u rridu nieħdu ħafna iżjed passi biex nilħqu aktar lill-istudenti kollha.", "Aħna writna sitwazzjoni fejn mill-inqas kull sena iktar minn 500 student tal-ħames sena sekondarja lanqas biss joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC.", "Jiġifieri, hawn mhux qed ngħidu li ma jgħaddux, jew kemm iġibu l-gradi, imma lanqas biss joqogħdu.", "Dak in-numru bdejna nniżżluh u ħadna passi biex ħloqna l-programm edukattiv alternattiv biex iż-żgħażagħ tagħna li mhux se joqogħdu għall-eżamijiet indaħħluhom fi programm edukattiv apposta, fejn jagħmlu aktar xogħol tal-idejn u jagħmlu aktar l-affarijiet skont il-ġibda partikolari tagħhom, skont x'jixtiequ u jħobbu huma.", "Bis-saħħa t'hekk bdejna nsalvaw iżjed żgħażagħ.", "Jiena naf studenti li kien ilhom anke erba' snin ma jmorru l-iskola.", "Għaliex issa qed imorru?", "Għamilna xi ħaġa tal-maġija?", "B'responsabbiltà ngħid li jiena ma nemminx li hawn tfal li mhumiex tajbin għall-iskola, imma hawn skejjel li mhumiex tajbin għat-tfal.", "Allura b'kuraġġ irridu naraw kif l-esperjenza edukattiva ngħaġnuha b'mod li ġuvni jew tfajla jiġu l-iskola għaliex se jsibu fiha dak li jixtiequ jsibu, isibu sodisfazzjon għaliex dak li qed jagħmlu fl-iskola jagħmel sens għalihom u għal ħajjithom u allura jiġu.", "Aħna qed naħsbu, pereżempju, li nħarrxu l-pieni u nħarrxu l-multi, anke qed nikkonsidraw piena ta' ħabs għall-ġenituri li huma traskurati u ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola.", "Jiena għalija dik tagħmilha, imma s-suċċess veru edukattiv ma tagħmlux billi tikkastiga lil min ma jiġix l-iskola jew lil min ma jibgħatx lil uliedu l-iskola.", "Is-suċċess edukattiv huwa fuq ir-responsabbiltà kbira tagħna li noħolqu esperjenzi edukattivi, fejn it-tfal iridu jiġu l-iskola, fejn l-adoloxxenti jridu jiġu l-iskola u jridu jibqgħu jiġu l-iskola għaliex l-esperjenza li qed jagħmlu qed tkun ta' ġid għalihom.", "U f'dawn il-ħames snin, minbarra l-programm edukattiv alternattiv, ħloqna l-Education Hub u anke l-programm Achieve mal-Prince's Trust International, li permezz tagħhom, minn età żgħira lill-adolexxenti tagħna niżviluppawlhom il-ħiliet personali u ta' impjegabilità tagħhom.", "Illejla ssemmiet, u bir-raġun, minn wieħed mill-kollegi tagħna, li għandna żgħażagħ li jmorru għal intervista u lanqas ikunu jafu x'se jagħmlu.", "Imma dak tort tagħhom?", "Dak nuqqas fis-sistema tagħna, u allura aħna qegħdin nagħmlu li nistgħu biex intejbu dawn il-ħiliet li għandek bżonn għall-impjegabilità; kif taħseb, kif tippjana, kif tesprimi ruħek, kif tippreżenta ruħek, kif tmur għal intervista u kif anke tressaq is-CV tiegħek biex tapplika għax-xogħol.", "Dawk qed nagħmluhom minn età żgħira biex iż-żgħażagħ tagħna jkunu lesti b'dawk il-ħiliet meħtieġa ta' kif jaħdmu mal-oħrajn, ta' kif jieħdu inizjattivi u ta' kif isolvu l-problemi.", "Dawn huma kollha affarijiet li qed nagħmlu u naħseb li rridu nagħmlu ħafna iżjed.", "Jiena qed ngħid \"qed nagħmlu\", imma rrid infaħħar u nirringrazzja ħafna lil dawk l-għaqdiet mhux governattivi u anke lis-settur privat li jgħinuna f'affarijiet bħal dawn.", "Pereżempju, ma nistax ma nsemmix il-Young Enterprise, li jidħlu fl-iskejjel tagħna, anke fl-iskejjel primarji, mhux biss fl-iskejjel post-sekondarji kif kienu tradizzjonalment jidħlu.", "Dawn huma megħjuna anke minn organizzazzjonijiet kummerċjali biex isiru dawn l-esperjenzi ħalli ,inressqu kemm jista' jkun id-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol flimkien.", "Aħna l-uniku pajjiż fid-dinja li fir-raba' sena tas-sekondarja, meta l-istudenti tagħna jkollhom madwar 14-il sena, qed nagħtuhom iċ-ċans li jqattgħu ġimgħa esperjenza fuq post tax-xogħol.", "L-istudenti tar-raba' sena tas-sekondarja kollha jistgħu jagħmlu dik l-esperjenza.", "Forsi tistaqsini jekk naħsibx li ġimgħa hija biżżejjed.", "Jiena naħseb li mhijiex biżżejjed, imma aħjar mix-xejn, u diġà tgħin ħafna lill-istudenti u lill-ġenituri - għax jgħidulna - li qegħdin nesponuhom għal dik ir-realtà.", "Kif diġà għedt, għamilna programmi oħrajn, fosthom 'Garanzija taż-Żgħażagħ'.", "Punt li ssemma llejla huwa li huwa importanti li bħalissa mhux biss għandna l-ogħla rata ta' impjegabilità fost il-gradwati tagħna, li kif għedt hija ta' 97%, imma għandna wkoll rata fost l-iktar baxxi ta' qgħad fost iż-żgħażagħ tagħna.", "Imma mbagħad għandna dawk il-gruppi ta' żgħażagħ li mhumiex fix-xogħol jew fl-edukazzjoni u li ħafna drabi għandhom problemi serji, anke ta' saħħa mentali, minħabba diffikultajiet ta' ħiliet li tistenna li jkollhom fil-ħajja.", "Lil dawn irridu ngħinuhom billi, l-ewwel nett, nindirizzaw dawk it-tip ta' problemi li għandhom, biex imbagħad ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jaħdmu.", "Irridu wkoll naħsbu – u din hi xi ħaġa li f'pajjiżna rridu nagħmluha ħafna iżjed milli qed nagħmlu – f'żgħażagħ li mhux se jidħlu fid-dinja tax-xogħol b'mod regolari u b'mod permanenti; lil dawn trid tara kif toffrilhom il-possibbiltà ta' programmi fejn iħalltu flimkien il-ħinijiet ta' xogħol ma' ħinijiet ta' ħajja sodisfaċenti.", "Sintendi, irridu nkomplu nagħmlu minn kollox biex inressqu flimkien id-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol, imma anke d-dinja soċjali.", "Jiena nħobb nikkwota ħafna xi ħaġa li jħobb jgħid Papa Franġisku dwar dan il-qasam.", "Naf li wieħed jista' jikteb kotba sħaħ fuq l-edukazzjoni, imma fil-fehma tiegħi, f'sentenza waħda l-Papa ġabar l-aqwa għerf dwar edukazzjoni tajba.", "Huwa qal li r-responsabbiltà tagħna hi li nedukaw l-imħuħ, il-qlub u l-idejn.", "Marbuta f'sentenza ta' għerf bħal dik għalija hemm l-aqwa mod 'il quddiem kif nimxu fl-edukazzjoni, kif l-edukazzjoni tieħu ħsieb l-iżvilupp intellettwali, l-iżvilupp emotiv, l-iżvilupp etiku, l-imġiba etika tal-persuni tagħna u l-kapaċità li dak li jitgħallmu dwaru jkunu kapaċi jagħmluh u kapaċi jipprattikawh, u allura kif norbtu flimkien it-teorija u l-prattika, kif norbtu flimkien l-edukazzjoni u x-xogħol.", "Nieħu gost ngħid, u rrid nirringrazzja anke lill-kollegi tal-Oppożizzjoni, li ftit xhur ilu f'dan il-pajjiż għaddejna liġi li jekk inħaddmuha tajjeb tista' tagħmel ħafna ġid.", "Qed nirriferi għall-Att dwar it-Tagħlim waqt ix-Xogħol u l-Apprendistat.", "Hemmhekk flimkien ħdimna biex għaddejna liġi tajba ħafna, li biha jistgħu jintlaħqu l-livelli kollha edukattivi.", "Aħna nafu li fil-qafas tal-kwalifiki Ewropej u Maltin hemm, biex ngħid hekk, tmien skaluni.", "L-ewwel skaluna s-soltu norbtuha mal-primarja, it-tieni u t-tielet norbtuhom mas-sekondarja, ir-raba' skaluna hija marbuta mal-post-sekondarju jew id-diploma għal min jagħmel l-edukazzjoni vokazzjonali, il-livell 6 mal-Baċellerat, livell 7 mal-Masters u t-8 livell mad-Dottorat.", "Bis-sistema li ħloqna tista' tagħmel apprendistat, xogħol marbut mal-edukazzjoni fil-livelli kollha, meta hemm pajjiżi fejn sal-livell 5 biss tista' tagħmel.", "Fil-każ tagħna, tista' tagħmilhom fil-livelli kollha u jiena nħares 'il quddiem fejn l-Università ta' Malta, il-kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u anke organizzazzjonijiet privati tal-edukazzjoni, nissieħbu flimkien biex fix-xhur li ġejjin nibdew inħaddmu din il-liġi ħalli kemm jista' jkun inżewġu flimkien ix-xogħol u l-edukazzjoni.", "Meta qed nagħmlu hekk, ma nkunux qed nagħmlu hekk biss għall-impjegabilità.", "Mhux veru li sempliċement qed nagħmluha biex in-nies ikunu ppreparati aħjar għad-dinja tax-xogħol.", "Edukazzjoni marbuta mar-realtà – u jiena nħobb ngħid ħafna li għandna bżonn li l-edukazzjoni nikkontaminawha b'realtajiet kemm nifilħu – tkun qed tipprepara lin-nies tagħna għad-dinja reali.", "Id-dinja reali hi ta' kif tgħum fil-baħar imqalleb tar-realtà, il-ħiliet li għandek bżonn biex issolvi l-problemi reali.", "Edukazzjoni u taħriġ ta' dan it-tip ma jippreparawkx aħjar biss għad-dinja tax-xogħol, imma jippreparawk aħjar anke intellettwalment.", "Anke l-ħiliet intellettwali tiegħek ikunu aħjar.", "Jekk bil-ħiliet tiegħek tipprova ssolvi problemi reali, dawk il-ħiliet ikunu aktar qawwija u b'saħħithom milli sempliċement tkun xi ħaġa astratta, vaga u moħħok fis-sħab.", "L-isterjotip kien li aktar ma inti intelliġenti, aktar moħħok fis-sħab.", "Mhux hekk għandu jkun, imma bil-maqlub, li aktar ma inti intelliġenti, aktar inti kapaċi tidħol fir-realtà u ssolvi l-problemi reali li ssib.", "Għalhekk irridu naħdmu biex inkomplu nbiddlu s-sistemi edukattivi tagħna f'kull livell biex nagħtu esperjenza tajba liż-żgħażagħ u lit-tfal tagħna biex jirnexxu.", "Illum waħda mill-akbar sfidi li għandna, bħalma għandhom pajjiżi oħrajn, hi kif inkomplu nitgħallmu tul il-ħajja.", "L-aqwa edukazzjoni llum hija li mhux sempliċement tgħallmek xi ħaġa llum u forsi għada lanqas għandek bżonn tużaha, imma li tgħallmek tkompli titgħallem.", "Dak huwa l-aqwa għan tal-edukazzjoni llum għaliex id-dinja tax-xogħol se tkompli tinbidel, is-soċjetà se tkompli tinbidel u allura l-bżonn li tkompli titgħallem tul ħajtek se jkun hemm.", "Għaldaqstant naħseb li aspett importanti fis-sistemi edukattivi u ta' taħriġ huwa l-impenn għall-edukazzjoni tul il-ħajja u li anke l-istituzzjonijiet edukattivi jridu jippreparaw ruħhom biex jagħtu sehemhom f'dan l-iżvilupp.", "Jobsplus diġà qed tagħmel ħafna xogħol fit-taħriġ u fl-iskemi ta' taħriġ u ta' edukazzjoni li għandha.", "Flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet u ma' istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ oħrajn, irridu nkomplu niżviluppaw it-talent u l-ħiliet tagħna.", "Aħna qed nikkompetu għat-talent li hawn, mhux biss f'pajjiżna, imma anke f'pajjiżi oħrajn, u meta aħna jkollna bżonn inġibu nies minn barra biex jaħdmu nkunu qed nikkompetu ma' min irid iħaddimhom anke f'pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk huwa importanti li nżommu f'rasna li fil-każ tagħna l-kompetizzjoni mhijiex qiegħda biss biex nikkompetu biex inġibu t-turisti jew biex inbigħu l-prodotti tagħna, jew biex inbigħu s-servizzi tagħna, imma hemm kompetizzjoni wkoll biex insibu t-talent meħtieġ għall-iżvilupp f'pajjiżna.", "Bit-tkabbir ekonomiku li għandna qed noħolqu bejn 11,000 u 12,000 impjieg fis-sena.", "Meta tqis ir-rata tat-twelid li kellna fis-snin li għaddew, issib li n-numru ta' Maltin li kull sena jidħlu fid-dinja tax-xogħol huwa ta' 4,000 biss.", "Allura s-7,000 jew 8,000 l-oħrajn iridu jiġu minn pajjiżi oħrajn.", "Jekk aħna rridu pajjiż b'saħħtu, jekk aħna nitkellmu fuq il-bżonn li nagħmlu iżjed biex nilħqu lil dawk li għandhom bżonn biex insolvu l-problema tal-faqar, jekk aħna rridu nagħmlu iżjed biex insaħħu l-pensjonijiet biex ma jkollniex anzjani li jbatu, jekk aħna rridu nagħmlu iżjed ma' dak li qed nagħmlu biex aktar nies jgħixu aħjar f'pajjiżna, irid ikollna t-tkabbir ekonomiku.", "Iżda mingħajr ħolqien ta' ġid dan ma nagħmluhx, għaliex biex tqassam il-ġid l-ewwel trid toħolqu.", "Għaldaqstant huwa importanti ħafna li nkomplu bit-tkabbir ekonomiku, bil-ħolqien tal-ġid u bil-ġustizzja soċjali.", "Diġà naqqasna l-faqar bin-nofs u rridu nkomplu x-xogħol tagħna biex innaqqsu dejjem iżjed il-faqar.", "Fl-istess ħin biex nilħqu dan it-tkabbir ekonomiku rridu bilfors inġibu ħaddiema minn barra għaliex jekk qed noħolqu 11,000 jew 12,000 impjieg, 7,000 minnhom irridu nġibuhom minn barra.", "Meta qed nagħmlu hekk, irridu nkunu bil-għaqal u rridu nkunu ċari, u fil-fatt il-politika tagħna ta' inklużjoni u ta' integrazzjoni qed tagħmilha ċara li min jiġi fostna jrid jgħix fil-qafas demokratiku u kostituzzjonali ta' pajjiżna.", "Irridu ngħixu flimkien b'regoli fejn kulħadd huwa ndaqs quddiem il-liġi u fejn kulħadd irid joqgħod għal-liġi li għandna f'pajjiżna, b'rispett lejn il-Kostituzzjoni u l-liġijiet tagħna.", "Sur President, anniversarju li bħal donnu ntnesa mid-dinja kollha huwa dak tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li din is-sena tagħlaq 70 sena minn meta saret.", "Fil-fehma tiegħi, il-qafas ta' politika ta' integrazzjoni, ta' nies li ġejjin minn kulturi u pajjiżi differenti u kif ngħixu flimkien għandu jkun id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Fil-fatt, isimha magħha, dik suppost hija universali.", "Jiena ma naċċettax li, pereżempju, ir-rispett lejn in-nisa, id-demokrazija u l-fatt li m'għandux ikollok omofobija huma prinċipji Ewropej.", "Fid- Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem hemm imniżżel li għandna nirrispettaw lil kull persuna bħala persuna.", "U ma jiġix xi ħadd hawn, kif ġieli kellna inċidenti anke fi skejjel, li jgħid li minħabba r-reliġjon u t-tradizzjoni tiegħu ma jridx ikellem lill-kap tal-iskola għaliex hija mara!", "Inti issa qiegħed fil-gżejjer Maltin, inti issa qiegħed f'soċjetà li tħabtet u batiet biex iġġib l-ugwaljanza fost il-ġeneri, id-drittijiet ċivili u soċjetà aktar miftuħa.", "Ma jistax ikun li jkollna kejl għal min jiġi minn barra u kejl għal min jgħix hawn.", "Jien mhux l-ewwel darba li għedt li għalija l-istess liġijiet li jorbtu lill-Arċisqof tal-Knisja Kattolika jorbtu lill-Imam tar-reliġjon Iżlamika jew ta' reliġjon oħra, u allura, iva, dan huwa l-mod kif naġġustaw għal xulxin u kif nitgħallmu ngħixu flimkien.", "Illum għandna skejjel u postijiet tax-xogħol b'nies ta' kulturi, twemmin u tradizzjonijiet differenti.", "Dak li jżommna flimkien, li ngħixu diċenti ma' xulxin, huwa li nistmaw lil xulxin indaqs u ma nippretendux privileġġi u preferenzi f'isem xi tradizzjoni jew f'isem xi reliġjon jew kultura partikolari.", "Jiena nemmen ħafna fid-drittijiet tal-bniedem u nemmen ħafna fid-drittijiet ċivili, imma jridu jkunu ndaqs għal kulħadd.", "Sfida oħra li għandna, bħall-bqija ta' pajjiżi oħrajn, huma l-forom ġodda ta' xogħol li qed jitfaċċaw illum.", "Illum qed nitkellmu fuq gig economy, fuq xogħol ma' pjattaforma diġitali, fuq freelancing.", "F'pajjiżna qed tiżdied din l-idea ta' freelancing, li mhux sempliċement ikollok xogħol temporanju jew xogħol b'kuntratt, imma tkun freelancer taħdem ma' kumpaniji differenti.", "Jiena ngħid li jinbidlu kemm jinbidlu l-forom tax-xogħol, żgur li m'għandniex inqisu bħala antikwata l-protezzjoni tal-ħaddiema jew id-drittijiet tal-ħaddiema.", "Ma rridux nagħmlu l-iżball li f'isem xi modernità jew għax issa qegħdin fis-seklu 21 qisu m'hawnx post għad-drittijiet soċjali tal-ħaddiema.", "Il-ħaddiema, jaħdmu fejn jaħdmu, hi x'inhi l-forma, kemm jekk huma self-employed, kemm jekk huma contract workers, kemm jekk huma ħaddiema temporanji, kemm jekk huma ħaddiema full-time u kemm jekk huma freelancers, għandu jkollhom id-drittijiet u l-protezzjoni tagħhom.", "Sfida oħra li se nkunu qegħdin niffaċċjaw hi kif se tkompli r-rivoluzzjoni diġitali li qed tħarbat kull qasam tal-ħajja, fosthom anke l-qasam tax-xogħol.", "Irridu nkomplu naħdmu biex nippreparaw lit-tfal tagħna, liż-żgħażagħ tagħna, lil min diġà qiegħed fix-xogħol.", "U din mhijiex xi ħaġa ta' għada.", "Smajt lill-kollegi tiegħi jitkellmu dwar preparazzjoni ta' 15-il sena oħra, 20 sena oħra, 25 sena oħra u tkellmu anke fuq l-intelliġenza artifiċjali.", "L-intelliġenza artifiċjali mhux ġejja, l-intelliġenza artifiċjali qiegħda hawn!", "Jiena nistedinkom iżżuru postijiet tax-xogħol tal-manifattura avvanzata li għandna f'pajjiżna stess.", "Ir-robotika f'pajjiżna qiegħda hawn u allura mhux kwestjoni li din hi xi ħaġa li għad trid tidħol.", "Irridu nagħrfu r-realtà tagħna.", "Ħafna drabi għadna qed nitkellmu fuq ir-realtà tagħna bil-lingwaġġ u l-mentalità antiki.", "Ejjew nagħrfu r-realtajiet ġodda li diġà għandna u se jibqa' jkollna u nippreparaw u naħdmu għalihom.", "Kif diġà għedt, dan dejjem jitlob rabta aħjar bejn l-edukazzjoni u r-realtà ekonomika għaliex huwa b'dak il-mod li nġeddu lilna nfusna kif kellna nġeddu lilna nfusna matul is-snin.", "Jiena niftakar żmien - issa għall-inqas dak iż-żmien għadda - fejn iċ-ċokon ta' pajjiż kien marbut mal-vulnerabbiltà.", "Min jaf kemm smajna, u anke rajna speċjalment fil-letteratura tal-Commonwealth - ħafna mill-membri tal-Commonwealth huma stati żgħar - li 'small is vulnerable' u li 'the vulnerability of small states'.", "Min jaf kemm hemm kotba miktubin fuq hekk.", "Issa għaddejjin għal perjodu tajjeb ħafna fejn 'small is resilient'.", "Il-fatt li inti ċkejken tista' tużah biex tieħu passi malajr, biex tkun reżiljenti u tagħmel dan b'mod li tista' tkun anke qabel ħaddieħor u anke qabel pajjiżi kbar, għaliex dak li tbati minħabba n-nuqqas ta' riżorsi tista' ġġibu bil-ħeffa li biha tista' tieħu ċerti deċiżjonijiet.", "Naħseb li parti importanti ħafna mit-tkabbir ekonomiku li kellna fl-aħħar ħames snin, u li jrid ikollna fs-snin li ġejjin, kienet dovuta għall-kapaċità li naħdmu flimkien u li naħdmu flimkien malajr.", "Nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li għall-ħolqien tal-ġid u għall-ħolqien tax-xogħol ejjew nibżgħu għal pajjiżna u nqisu li pajjiżna … Hawnhekk qed niftakar f'ittra sabiħa li l-President Emeritu Ċensu Tabone kiteb - minn hawn insellimlu għall-ġid li għamel f'pajjiżna - lil Joe Micallef Stafrace, li fiha kien qallu li barra minn Malta għandna nkunu partit wieħed għaliex id-differenzi li għandna bejnietna huma żgħar.", "Qatt ma jista' jkun li naħa għandha t-tort kollu u n-naħa l-oħra għandha r-raġun kollu!", "Nistgħu naħdmu flimkien u jiena nappella biex jekk inħobbu lil pajjiżna, ma nobogħdux lil xulxin iktar milli nħobbu lil pajjiżna!", "Waqt li f'soċjetà demokratika inti tista' tispara fuq il-kaptan u l-ekwipaġġ għax tixtieq li teħodlu postu, jekk tispara fuq il-vapur, tgħarraq il-vapur li inti tixtieq tmexxi!", "Allura jekk irridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem, jekk irridu li l-ħaddiema tagħna jgħixu aħjar, jekk irridu nsolvu l-problema tal-faqar, jekk irridu noħolqu soċjetà iktar ġusta u pajjiż aħjar, għandna nieħdu ħsieb pajjiżna!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' Jobsplus għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ, Kap. 343.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "Skont il-ftehim milħuq, il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Evarist Bartolo jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018 f'12.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Aworità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) -Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtortià għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtortià tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtortià Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għassena 2018 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' JobsPlus għassena 2018 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "Sur President, ninforma lill-Kamra li din is-seduta li se tibda f'nofsinhar u skont ftehim milħuq se jkunu qed jiġu kkonsidrati l-ewwel tliet items fuq l-aġenda.", "Fis-2.30 p.m., dejjem skont il-ftehim, id-diskussjoni se tiġi interrotta biex isiru l-mistoqsijiet parlamentari sat-3.00 p.m. Il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti fuq il-Mejda tal-Kamra jkun immedjatament wara l-ħin tal-Mistoqsijiet.", "Wara l-Kamra tgħaddi biex tikkonsidra l-Mozzjoni Nru 115 dwar l-approvazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ERA għas-sena 2018.", "Għall-finijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, din id-diskussjoni għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżiti tal-artiklu 25 ta' dan l-Att.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet fi Pjazza Kastilja ġie mikxuf monument ta' wieħed mill-ġganti politiċi fl-istorja ta' pajjiżna.", "Qed nirreferi għall-kxif tal-monument tal-mibki l-Perit Duminku Mintoff.", "Dakinhar, waqt li kont qiegħed niddiskuti ma' xi ħbieb tiegħi dwar x'kien ifisser il-Perit Duminku Mintoff għal Malta, ilkoll qbilna li din il-persuna qalgħet lil Malta mill-għeruq tal-faqar.", "Bis-saħħa tiegħu nfetħu lista sħiħa ta' azjendi, kumpaniji u industriji, governattivi u parastatali, li taw ħafna ġid u xogħol lill-Maltin f'dak iż-żmien.", "Dawn kienu jifformaw is-sinsla tal-ekonomija, li biha l-Maltin sabu x-xogħol u dinjità.", "Dan wassal biex il-Gvern kien ukoll daħħal flus biex inbnew skemi oħrajn li għadhom imwaqqfa sal-lum.", "Aħna nafu li l-istorja ta' Malta minn dejjem kienet okkupata mill-barrani.", "Ġibna l-Indipendenza, mhux totali, fl-1964, imbagħad sirna Repubblika fl-1974 u l-1979 ingħalqet il-bażi militari.", "Dan kien pass importanti u tajjeb biex Malta ma jkollha l-ebda indħil, speċjalment militari, minn forzi barranin.", "Aħna nafu li Ċipru, li mxiet pari passu ma' Malta anke fejn tidħol l-istorja tal-kolonjaliżmu Brittanniku, għad għandhom sal-lum partijiet ta' din l-art li hija bażi militari tal-Ingliżi.", "Aħna nistgħu ngħidu li aħna fortunati.", "Dan ġara bis-saħħa ta' dan il-bniedem li dak iż-żmien kien iġġieled biex Malta jkollha s-sovranità u l-indipendenza tagħha.", "Għadda ż-żmien u Malta ma kellhiex tiddependi fuq spiża militari.", "Kien hemm żmien, bħal fi żmien il-Kavallieri, li Malta kienet bażi marittima militari, fejn kienu joħorġu ħafna xwieni jiddefendu kontra l-għedewwa ta' dak iż-żmien, jiġifieri t-Torok jew il-Musulmani.", "Però, fi żmien l-Ingliżi kien hemm ħafna Maltin li kienu jaħdmu mal-Merchant Navy Ingliża, imma meta telqu l-Ingliżi kien hemm rundown u Malta kellha tibni l-istrutturi ekonomiċi, li l-protagonista fihom kien proprju l-Perit Duminku Mintoff.", "Għalhekk huwa wieħed mill-gġanti, għaliex il-biċċa xogħol li kellu għamilha tajjeb, b'kuraġġ kbir, u xi kultant anke b'oppożizzjoni Maltija stess, li kienet topponih f'dak li jagħmel u jipprova jġib.", "Numru ta' azjendi u korporazzonijiet, bħall-Airmalta, l-Enemalta u l-BOV għadhom hemm sal-lum, iżda azjendi oħrajn, bħall-ajruport u t-Telemalta bigħhom il-Gvern Nazzjonalista.", "Anke d-dockyard bigħuha u ħallew biċċa żgħira biss minnha!", "Ħafna milli għamel Duminku Mintoff għadu hemm sal-lum, il-pedament għadu hemm sal-lum, fosthom il-welfare state u l-pensjonijiet.", "Anke l-edukazzjoni b'xejn għadha hemm sal-lum u niftaħru biha u nipprovaw inżommuha!", "L-istess huwa fis-servizz tas-saħħa b'xejn, li hija xi ħaġa li tant niftaħru biha u ngħożżuha, u mhijiex biċċa xogħol faċli.", "M'għandix dubju li ma kinetx faċli għal Mintoff biex jagħmel dan fi żmienu, u llum iktar u iktar mhijiex faċli għax, pereżempju, il-mediċina hija iktar sofistikata.", "L-edukazzjoni, fosthom fl-Università, fejn illum hemm iktar minn 11,000 jew 12,000 student jistudjaw, hija b'xejn għal kulħadd, u dawn kollha qed tagħtihom stipdenju, mhux talli mhux qed iħallsu, bil-kontra ta' pajjiżi oħrajn Ewropej, fejn iridu jissellfu l-flus u jħallsu!", "F'pajjiżi kbar bħall-Awstralja u l-Amerika l-skema nazzjonali tas-saħħa, ħlief dawk li huma fil-linja tal-faqar, iridu bilfors iħallsu assigurazzjoni biex ikunu jistgħu jirċievu l-kura tas-saħħa tagħhom.", "Nafu wkoll li kien hemm xi kumpaniji li bena l-Perit Mintoff, bħall-Airmalta u l-Enemalta, li taħt gvernijiiet Nazzjonalisti f'dawk il-famużi 25 sena marru ħażin ħafna!", "Fil-fatt, waħda mill-affarijiet tajbin li għamel Gvern Laburista ta' Dr Joseph Muscat meta tela' fil-gvern fl-2013 hija li salva l-Enemalta u bħalissa, pemezz tax-xogħol tajjeb tal-Ministru Konrad Mizzi, qiegħed fil-fażi li jsalva u jġib fuq saqajha, u jkabbar il-linja tal-arju tagħna tal-Air Malta!", "Sur President, nafu kemm it-turiżmu u l-industrija kibru fi żmien it-tmexxija ta' Duminku Mintoff u kemm dawn ġabu xogħol u ġid lill-Maltin.", "Mintoff kien jaf iġib il-flus minn barra biex inkunu nistgħu nibnu l-infrastruttura ta' pajjiżna mill-qiegħ.", "Aħna ma kellna xejn!", "Meta telqu l-Ingliżi pajjiżna ma kellu xejn, it-turiżmu kien rudimentali u anke l-Industrija kienet rudimentali.", "Kollox kien jiddependi fuq il-qawwiet kolonjali.", "Duminku Mintoff ħadem ħafna biex l-infrastruttura tal-pajjiż, apparti mill-attivatijiet ekonomiċi, jibnihom, u ra minn fejn iġib il-flus biex ikun jista' jibni l-infrastruttura ta' Malta, bħall-arjuport u t-toroq prinċipali ta' Malta.", "Minkejja dan, nafu kemm fil-25 sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista l-industrija tal-manifattura, waħda mill-affarijiet li bena sew Duminku Mintoff, marret lura.", "Saħansitra kien hemm ministru prominenti Nazzjonalista li kien qal li jagħmel imħatra li ma jifdalx fabbrika waħda tal-manifattura f'Malta.", "Iżda għalkemm is-sena ta' qabel kienet naqset ħafna l-manifattura u kienu qed jagħlqu ħafna fabbriki, kif tlajna aħna fil-gvern fl-2013 erġajna qajjimna fuq saqajha l-industrija tal-manifattura, speċjalment il-manifattura li għandha valur miżjud.", "Mhux qed ngħid li l-oħrajn huma cheap u sempliċi, imma dawn ikollhom bżonn taħriġ ta' personnel, bħall-fabbriki tal-mediċini, oħrajn li jipproduċu l-elettronika u fabbriki oħrajn li jeħtieġu ċerti ħiliet mill-ħaddiem Malti.", "Fil-fatt, meta marret lura l-industrija tal-manifattura, daħal l-Onor.", "Joseph Muscat u, kif kien id-dmir tagħna li nagħmlu, erġajna qajjimna din l-industrija.", "Qajjimna wkoll is-settur tat-turiżmu.", "Bejn l-2010 u l-2013 it-turiżmu kien beda sejjer lura, iżda mill-2014 'il quddiem it-turiżmu beda tiela' b'mod esponenzjali.", "Fil-fatt, tant tela' li ironikament anke l-assoċjazzjonijiet tat-turiżmu qed jgħidu li \"għandna wisq turiżmu hawn Malta\"!", "Dan jgħiduh b'referenza għall-infrastruttura li tinħtieġ biex tmanti turiżmu kbir u anke għad-densità tal-popolazzjoni Maltija, però nafu li hawn ħafna Maltin li sabu xogħol u mill-2017 'l hawn żdiedu wkoll il-pagi.", "Din kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn kellna tkabbir ekonomiku sostanzjali, minħabba li żdied il-konsum privat.", "Orizzonti ġodda li kien beda żmienhom wara l-bidu tal-millennju u kienu rudimentali u kibru b'mod espansiv taħt l-amministrazzjoni tagħna wara l-2013 kienu l-industrija tal-gaming u l-industrija finanzjarja.", "Dawn ukoll ħadu spinta 'l quddiem mill-2013 'l hawn.", "Aħna qed naraw li fl-istorja ta' Malta kellna żewġ ġganti fi żmenijiet differenti: il-Perit Mintoff fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet u l-Prim Ministru preżenti Joseph Muscat, li wkoll huwa ġgant, stilla ġdida.", "It-tnejn ħadmu ħafna biex pajjiżna jimxi 'l quddiem u jkompli jibni fuq dak li pprovaw iħottu gvernijiet Nazzjonalisti!", "Tant sar ġid f'dawn l-aħħar snin li dak li kien jgħid u jixtieq Mintoff fil-fatt ġie fis-seħħ, li mhux talli jkollna biżżejjed xogħol għall-Maltin, iżda jkollna xogħol li jiġu għalih il-barranin!", "Għandna xogħol li jiġri wara n-nies!", "Kien hemm żmien meta n-nies kienu jkunu fi kju għand il-politiċi, jittallbu impjieg, imma llum ix-xogħol jiġri wara n-nies!", "Anke persuni b'diżabilità għandhom opportunitajiet kbar.", "Dan ma kienx ikun jista' jseħħ mingħajr ċerti miżuri li ħadna bil-għaqal bħala Gvern, li jżidu l-investiment barrani dirett, kif ukoll investiment mill-Maltin stess.", "B'hekk l-ekonomija tikber u l-attivitajiet ekonomiċi, bħas-servizzi finanzjarji, il-gaming, il-manifattura u t-turiżmu qed jiġu xprunati u qed iżidu iktar xogħol, b'riżultat li iktar nisa qed joħorġu jaħdmu u qed nagħmlu inċentivi biex ngħinu lil mara toħroġ taħdem.", "Dawn huma s-sigrieti, ir-riċetta li biha l-Onor.", "Joseph Muscat ikkrea xi ħaġa b'tant suċċess.", "Din hija frażi li kienet tintuża fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti, speċjalment lejn l-aħħar tagħhom, meta ovvjament kien hemm ħafna affarijiet sejrin lura.", "Il-tkabbir ekonomiku li għandna llum il-ġurnata huwa ħames darbiet ikbar mit-tkabbir ekonomiku li kellna fl-aħħar sena tal-aħħar Gvern Nazzjonalista qabel tlajna aħna!", "Illum il-Maltin ma jsifrux għax-xogħol bħalma kienu jagħmlu fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet! illum joqogħdu hawn Malta u x-xogħol jiġi jħabbat il-bieb tagħhom!", "Għal min ma jaħdimx nipprovaw naraw x'inhi l-problema; hemm mezzi u ċerti korsijiet li jista' jattendi apposta għal min ikollu problema biex jaħdem.", "Huwa veru li jkun hemm min jgħidlek li jippreferi xogħol minn ieħor, kulħadd jippreferi xogħol li huwa komdu, imma ovvjament, ix-xogħol huwa xogħol u huwa salmura tal-ġisem.", "Għandna xogħlijiet li żdidilhom il-qligħ, anke l-pagi żdiedu.", "Fil-fatt, din is-sena żdiedu b'mod sostanzjali, bħalma żdiedu f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Hawnhekk irrid niċċara xi ħaġa li ħafna għandhom idea ħażina dwarha.", "Qed nirreferi għall-barranin li jiġu jaħdmu f'Malta.", "Hawn Malta għandna 40,000 barrani reġistrati li qed jaħdmu f'Malta u dawn qegħdin jikkontribwixxu.", "Huwa veru li għandna problema ta' spazju għax l-art tagħna mhijiex kbira, però huwa tajjeb li ngħidu, bħalma qal is-CEO ta' Jobsplus, li ħafna nies li jiġu jaħdmu, minħabba li ċ-ċittadinanza tagħhom … Billi xi ħadd ġie jaħdem hawn ma jfissirx li ħa ċ-ċittadinanza Maltija!", "Biex iġġib iċ-ċittadinanza Maltija hemm ħafna regolamenti skont il-Liġi taċ-Ċittadinanza.", "Wara numru ta' snin, ħafna minn dawk li jiġu hawn Malta biex jaħdmu jerġgħu jitilqu u jmorru lura lejn pajjiżhom jew imorru lejn xi pajjiż ieħor.", "Jiġifieri, ma naħsbux li għax għandna eluf kbar ta' barranin jaħdmu hawn Malta, dan ifisser li dawn se jibqgħu hawnhekk għal dejjem, u ma jfissirx li għax għad iridu jiġu dawn il-barranin, dawn kollha se jiġu akkomodati f'Malta u allura l-popolazzjoni ta' Malta se tisplodi!", "Fil-fatt, it-tendenzi juru li persentaġġ żgħir ħafna, inqas minn 5%, jibqgħu fil-pajjiż wara, pereżempju, għaxar snin.", "Dan huwa pprovat anke mill-istatistiċi tal-awtoritajiet.", "Ovvjament dawn il-barranin li jaħdmu hawn Malta jħallsu l-kera, l-ikel, jixtru l-ħwejjeġ, iħallsu għat-trasport tagħhom, qegħdin jaqilgħu l-paga, qegħdin jaħdmu!", "Dawn mhumiex qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali.", "Dawn qegħdin hawn biex jaħdmu!", "Jiġifieri, jekk dawn qalgħu l-paga tagħhom, għalkemm jista' jkun li biċċa mill-paga tagħhom jibagħtuha barra minn Malta, jew jerfgħuha jew iġemmgħuha, imma ħafna minnha titħallas f'kera u fl-ikel li jieklu u allura jkunu qed imexxu l-ekonomija Maltija.", "Jekk dawn imorru jixtru mingħand ħanut Malti jew joħorġu jixorbu xi ħaġa, dawn qegħdin iżidu x-xogħol tal-Maltin u qed igawdu ħafna minn dan.", "Sur President, fiż-żmien meta l-Perit Mintoff kien prim ministru ma kienx hemm defiċit.", "Id-defiċit ġabuh purament in-Nazzjonalisti!", "Id-defiċit erġajna neħħejnieh aħna, il-Gvern ta' Dr Joseph Muscat, u ġibna surplus!", "In-Nazzjonalisti li kienu jagħmlu kienu jagħmluh bi djun, dejjem kienu jissellfu!", "Ma kenux jagħmlu affarijiet bis-saħħa tagħhom stess, ma kenux jikkreaw affarijiet li ġejjin bis-saħħa tagħhom, kienu joqogħdu jissellfu!", "Minħabba f'hekk kienu jħallu lill-ġenerazzjonijiet ta' Maltin ta' warajhom id-djun li kienu għamlu biex iħallsuhom.", "Fil-fatt, kif diġà għedt, aħna reġġajna lura dan id-defiċit u għandna surplus.", "U dan m'għamilniehx billi għamilna bħalma jagħmlu ċerti pajjiżi oħrajn, li meta jkollhom defiċit iżidu t-taxxi, jaqtgħu l-benefiċċji u jnaqqsu l-ispejjeż.", "Aħna m'għamilna xejn minn dan.", "Anzi, aħna kabbarna dawk l-attivitajiet ekonomiċi, naqqasna t-taxxa fuq l-income, naqqasna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u, fil-fatt, b'din l-istilla l-ġdida li għandna, Joseph Muscat, xorta rnexxielna nneħħu d-defiċit u d-dejn li għamlu n-Nazzjonalisti fi żmienhom.", "Ma jistax ikollok dawn l-affarijiet tajbin u jkollok gvern li ġej minn partit negattiv bħalma huma n-Nazzjonalisti!", "Aħna partit immexxi minn kap li huwa pożittiv, li jħares 'il quddiem, jara kif se jġibha żewġ.", "Jara kif se jġib il-barrani biex jinvesti, jara kif se jiftaħ postijiet ġodda, attivitajiet kummerċjali ġodda.", "Aħna nimxu lkoll wara l-Onor.", "Ma jridx ikollok partit maqsum, li lanqas taf min huwa l-kap tiegħu!", "Din hija xi ħaġa ħażina, xi ħaġa li ovvjament mhux se tagħmel tajjeb biex ikollok pajjiż li jimxi 'l quddiem!", "Għalhekk in-Nazzjonalisti dejjem kellhom il-ġlied, speċjalment fl-aħħar ħames snin qabel ma tilfu l-poter fil-pajjiż kellhom qasmiet kbar, li għadhom sal-lum!", "L-Onor.", "Joseph Muscat huwa verament l-istilla politika taż-żmien tal-lum.", "Sur President, anke fil-qasam tal-infrastruttura, pereżempju, se nsemmi l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, li għadu fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Din l-awtorità se tkun qed tirregola madwar €100 miljun fis-sena għal seba' snin sabiex nirranġaw l-infrastruttura, fosthom it-toroq u l-bankini, biex verament inġibu pajjiż up to standard mal-iktar pajjiżi b'saħħithom tal-Ewropa.", "Però xorta, għalkemm din l-aġenzija għadha ġejja, diġà qed ninvestu bil-kbir fit-toroq ġodda u manutenzjoni toroq.", "Fil-fatt, lestejna Triq il-Kosta u Kappara Junction malajr.", "Għall-proġett tal-Marsa diġà ħarġu t-tenders tal-mina ta' Santa Lucia, u fil-Marsa għaddej ġmielu x-xogħol.", "L-affarijiet qed isiru b'mod veloċi u mhux indumu ħafna biex nagħmluhom!", "Fi żmien il-gvernijiet Nazzjonalisti l-affarijiet kienu jdumu ħafna biex isiru.", "Aħna nagħmluhom b'mod li, apparti milli jkunu ta' valur għall-flus li nonfqu - għax hija importanti ħafna, għaliex inkella tispiċċa taħli ħafna flus u ma jifdallek xejn biex tagħmel iktar minn proġett wieħed – nagħtu importanza li nżommu mat-time-frames ukoll.", "Dan għax ovvjament biex tagħmel dawn l-affarijiet, biex taqla' l-infrastruttura tal-pajjiż u tirranġaha, dejjem toħloq inkonvenjent u tagħmel devjazzjonjiet u ma jkollhomx minn fejn jgħaddu l-karozzi, u allura l-ħeffa biex tagħmel dawn l-affarijiet hija xi ħaġa importanti u xi ħaġa li aħna verament nagħtuha importanza, iżda ovvjament iridu jsiru ta' kwalità tajba u li jservu għal snin twal.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid kemm huma bitter dawk in-Nazzjonalisti li jikkummentaw fuq il-siti elettroniċi tal-ġurnali.", "Tagħrafhom meta toqgħod taqra l-kummenti tan-nies!", "Meta dan l-aħħar tħabbar online li se jissewwew it-toroq u li diġà ġew ivvotati l-flus biex il-Ministeru għall-Infrastruttura jirranġa t-toroq li hemm minn Tal-Barrani sal-Kalanka u St Peter's Pool ġewwa Dellimara, x'qalu l-bloggers Nazzjonalisti?", "Qalu li din hija xi ħaġa ħażina li se nirranġaw it-toroq li sejrin lejn dawn il-bajjiet Maltin - li anke jien meta kont żgħir kont immur ngħum fihom - għax ladarba t-toroq ikunu iktar tajbin, mela se jiġu iktar karozzi u iktar nies u minħabba f'hekk dawn il-bajjiet se jitkissru!", "Mhux ta' b'xejn li n-Nazzjonalisti u min jirrappreżentahom jieħdu pjaċir jagħmlu ħsara lil Malta lil hinn minn xtutna!", "Din verament hija tal-misħtija u ċertament li jekk se jibqgħu b'din l-attitudni, il-folol tagħhom se jkomplu jonqsu u l-folol tagħna se jkomplu jiżdiedu!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018, f'12.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 'l hawn intefqu medja ta' ftit aktar minn €293,000 (mitejn, tlieta u disgħin elf Ewro) fis-sena f'social media advertising.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 784, 247 u 179.", "Tajjeb jingħad li matul is-sena 2018 ma kien ebda nfiq f'dan ir-rigward.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tabella t'hawn taħt u ninformah ukoll li s-social media advertising użata mill-entitajiet u d-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa kienet fuq Facebook.", "*sal-aħħar ta' Mejju", "GĦAWDEX – MITĦNA TAX-XEWKIJA - RESTAWR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ir-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija, kif kien propost fil-budget għas-sena 2017?", "Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol ta' restawr u kemm intefaq fuq dan ix-xogħol ta' restawr sa issa?", "Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kif ġie magħżul?", "Interpellant li x-xogħlijiet fuq is-sit tal-Mitħna tax-Xewkija bdew f'Mejju 2018.", "Ix-xogħol tar-riabilitazzjoni tal-Mitħna kollu hu mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena 2019.", "Sa issa, fuq dan ix-xogħol ta' restawr intefqet is-somma ta' €36,000.45 (VAT eskluża).", "Il-lista ta' hawn taħt turi l-offerenti magħżula sa issa li se jissupplixxu materjal u jagħmlu dan ix-xogħol:", "SANNAT: TRIQ SANNAT - XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5237, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number (numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar) kif ukoll pjanti tal-junction li trid issir fix-xogħol tat-tieni parti fi Triq ta' Sannat fis-Sannat?", "Interpellant li n-numru tal-applikazzjoni li skadiet huwa PA 4983/09 u qed tiġi ppreparata applikazzjoni ġdida.", "GĦARB GĦAWDEX: TRIQ FRANĠISK PORTELLI - TARMAK", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5130 u tgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq?", "Interpellant li peress li x-xogħlijiet kienu qed isiru mill-Water Services Corporation, il-Ministeru qed jiddiskuti mal-istess Water Services Corporation biex ikun jista' jsir ix-xogħol fl-iqsar żmien possibbli.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – OVERTIME MAĦDUM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3405 u 5680 u tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tipprovdi ċifra globali separatament għal kull entità u dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5680.", "GOZO SPORTS COMPLEX – EQUIPMENT TAL-ISPORTS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtara equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid kemm minn dan l-equipment inxtara permezz ta' tender u kemm inxtara permezz ta' direct order, kif ukoll mingħand min inxtara u kemm kien il-valur?", "Tista' tgħid ukoll min ta l-awtorizzazzjoni u approva li jinxtara dan l-equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX - CANTEEN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel twaqqa' aktar minn sena ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta' Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "L-IMQABBA – PJAN TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità tal-Imqabba?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju l-Gvern m'għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.", "ĦAL FARRUĠ – PJAN TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal inizjattivi ta' afforestazzjoni fil-lokalità ta' Ħal Farruġ?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju l-Gvern m'għandux siti identifikati speċifikament għall-afforestazzjoni fil-lokalità msemmija.", "AWTORITÀ GĦALL-AMBJENT U R-RIŻORSI – TĦAWWIL TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi timponix kundizzjonijiet biex siġar li jkollhom jinqalgħu minħabba proġetti infrastrutturali li jkunu se jsiru jiġu mħawla f'postijiet oħra jew jitħawlu siġar oħra minflokhom?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi timponi diversi kundizzjonijiet f'permessi għall-qlugħ ta' siġar, fosthom kundizzjoni li s-siġar ikunu trapjantati fejn hu possibbli (skont l-ispeċi ta' siġar u l-età tagħhom) jew inkella s-siġar jiġu kkumpensati b'numru ta' siġar indiġeni skont linji gwida mill-ERA.", "L-ERA wkoll timponi garanziji bankarji sabiex dawn il-kundizzjonijiet u oħrajn imposti jiġu mħarsa mill-persuna fil-pussess tal-permess.", "UFFIĊĊJU DWAR IR-REGOLAMENT TAL-BINI – TABELLA ORGANIZZATTIVA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office)?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU DWAR IR-REGOLAMENT TAL-BINI - IMPJEGATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm jew hemm impjegati fl-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office) sena b'sena mit-twaqqif tiegħu fis-sena 2011?", "Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BORD LI JIRREGOLA L-BINI - MEMBRI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord li Jirregola l-Bini?", "Jista' jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba jidhru hawn taħt:", "Sur Emanuel Zahra (Mahtur fis-17 ta' April 2018)", "Nominat mill-Kamra tal-Periti", "Segretarju", "Il-persuni l-oħra msemmija kienu maħtura fl-14 ta' Ġunju 2016.", "BORD LI JIRREGOLA L-BINI - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord li Jirregola l-Bini sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "BORD LI JIRREGOLA L-BINI – REĠISTRU TAD-DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reġistru tad-deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola l-Bini?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba qegħdin fit-tabella t'hawn taħt.", "UFFIĊĊJU DWAR IR-REGOLAMENT TAL-BINI – REĠISTRU TAD-DEĊIŻJONIJIET TAL-BORD LI JIRREGOLA L-BINI FUQ IL-WEBSITE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitpoġġa fuq il-website tal-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini (Building Regulation Office) ir-reġistru tad-deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola l-Bini skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (9) (b) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-deċiżjonijiet tal-BRB ser jitpoġġew fil-futur qarib fuq website tal-Bord dwar ir-Regolament tal-Bini (BRB) peress li din il-website qed tiġi preżentament ifformata.", "Il-BRB kien informa lill-BRO b'dawn id-deċizjonijiet.", "BIRŻEBBUĠA – ESTENSJONI TAL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett għat-tkabbir tal-librerija pubblika f'Birżebbuġa huwiex qed jiġi kkunsidrat u hemmx pjanijiet biex dan jitwettaq?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-entità Malta Libraries bħalissa qiegħda f'taħditiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-possibbiltà ta' tkabbir tal-librerija pubblika f'Birżebbuġa.", "L-IMQABBA – PROĠETT KONTRA L-GĦARGĦAR", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kontra l-għargħar fl-Imqabba?", "X'passi ttieħdu s'issa?", "Dan jinkludi wkoll ix-xogħlijiet meħtieġa għaż-żona tal-ġibjun fl-Imqabba?", "IAN BORG: Il-proġett kontra l-għargħar fl-Imqabba jikkonsisti f'sistema li tiġbor l-ilma tax-xita minn Triq Karmenu Ciantar u Triq Xandru Farrugia u twasslu f'ġibjun li ser jinbena f'sit fi Triq Ġanni Darmanin.", "Barra minn hekk, l-overflow tal-ġibjun eżistenti fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija ser ikun ukoll imqabbad mal-ġibjun il-ġdid.", "Ninsab informat li s-sejħa għall-offerti biex jinbnew il-gradilji (catchment pits) u jitqiegħdu l-katusi fit-toroq imsemmija ġiet ippreparata u qiegħda d-Dipartiment tal-Kuntratti biex tiġi ppubblikata.", "Qiegħda ssir ukoll l-investigazzjoni tal-blat fis-sit fejn ser jinbena l-ġibjun biex ikun jista' jiġi ppreparat id-disinn strutturali tiegħu.", "TAGĦLIM TAL-LINGWA MALTIJA BĦALA LINGWA BARRANIJA – STUDENTI BARRANIN", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kif se jsir it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija meta n-numru ta' studenti barranin fi skola jkun wieħed żgħir u jgħid x'riżorsi umani bħala għalliema huwa għandu lest sabiex isir dan it-tagħlim?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. interpellant li l-implimentazzjoni qed issir skont ir-realtà ta' kull skola u l-Ministeru għandu fiduċja sħiħa fl-għalliema tal-Malti kif ukoll għalliema gradwati ġodda li jkunu kapaċi jkomplu jgħallmu dan il-programm b'mod effettiv.", "TAGĦLIM TAL-LINGWA MALTIJA BĦALA LINGWA BARRANIJA – SUĠĠETTI OĦRA BIL-MALTI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk suġġetti mgħallma bil-Malti, bħal Studji Soċjali, Ġeografija u Storja, humiex se jibqgħu jiġu mgħallma bil-Malti fil-klassijiet li jinkludu studenti li qegħdin isegwu t-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija u jekk l-assessjar ta' dawn is-suġġetti huwiex se jkun kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din is-sitwazzjoni diġà qed toħloq numru ta' sfidi fi klassijiet fejn hemm numru ta' studenti li ma jafux il-Malti.", "Il-programm tal-Malti bħala lingwa barranija jista' jkun parti minn soluzzjoni għal dawn is-sitwazzjonijiet.", "TAGĦLIM TAL-LINGWA MALTIJA BĦALA LINGWA BARRANIJA – KRITERJI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka fuq liema kriterji se tittieħed deċiżjoni sabiex student jitgħallem il-Malti bħala lingwa barranija u jgħid min se jieħu dik id-deċiżjoni?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5970.", "FREEPORT: REGOLAMENTI GĦAL VAPURI – UŻU TA' ENERĠIJA ELETTRIKA SHORE TO SHIP", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiddaħħlu regolamenti biex vapuri li jidħlu fil-Freeport jibdew jużaw enerġija elettrika shore to ship biex b'hekk jintfew il-generators tal-vapuri bir-riżultat li jonqos il-livell tal-ħoss li l-vapuri jiġġeneraw waqt li jkunu fil-port?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Dan l-istudju huwa marbut mal-pjan tal-implimentazzjoni abbażi tad-Direttiva 2014/94/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi.", "L-Artiklu 4 ta' din id-Direttiva jgħid: L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħtieġa għall-provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti f'passaġġi tal-ilma interni jew vapuri tat-tbaħħir f'portijiet marittimi u interni tkun ivvalutata fl-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom.", "Tali provvista tal-elettriku max-xatt għandha tiġi installata bħala prijorità fil-portijiet tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T u f'portijiet oħra sal-31 ta' Diċembru 2025, dment li ma jkun hemm l-ebda domanda u l-ispejjeż ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji ambjentali.", "F'dan ir-rigward, inbdew diskussjonijiet mal-partijiet interessati, fosthom l-Enemalta u l-Freeport, sabiex jiġu deċiżi l-viabilità u l-passi li jmiss.", "F'dan l-istadju, però, għad m'hemmx informazzjoni konklużiva.", "Ħ'ATTARD BYPASS – EFFETT FUQ L-IRZIEZET EŻISTENTI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu affettwati l-irziezet eżistenti bil-bypass ta' Ħ'Attard u, jekk iva, x'se jiġri mill-għejxien tas-sidien tal-imsemmija rziezet li jaqilgħu l-għejxien tagħhom minn dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid x'se jiġri mil-ġibjuni eżistenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jirreferi għas-Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan ta' Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Fil-fatt, permezz ta' Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok bypass sħiħa ta' erba' jew sitt korsiji ssir biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "Dan ifisser li f'dawn l-inħawi ser tintuża inqas art minn kemm fil-fatt kien se jkun hemm bżonn skont il-pjan tal-2006.", "Transport Malta għaddejja b'diskussjonijiet mas-sidien ta' artijiet li jistgħu jiġu affettwati b'dan il-proġett, u ma' persuni oħra li jagħmlu użu mill-istess artijiet, sabiex jinstabu soluzzjonijiet li jkunu xierqa għalihom, mingħajr ma jkun imxekkel l-iżvilupp infrastrutturali meħtieġ f'din iż-żona, żvilupp li se jwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar u arja aktar nadifa għar-residenti u għal aktar minn 30,000 persuna li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi ta' kuljum.", "Ħ'ATTARD BYPASS – PARKEĠĠ TAL-ISTABBILIMENT", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-parkeġġ tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jinsab fi Triq Ferdinand Inglott b'relazzjoni mal-bypass ta' Ħ'Attard?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellent jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5992 tal-istess seduta.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il roundabout se jkun hemm fil-bypass ta' Ħ'Attard?", "Jista' jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' kif hu maħsub li jsiru dawn ir-roundabouts?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onor.", "Agius qed jirreferi għal Central Link Project, li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan ta' Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Il-pjanti tal-proġett diġà ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5986.", "Ħ'ATTARD – PRIJORITÀ GĦAT-TRASPORT PUBBLIKU", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi prijorità qed tingħata lit-trasport pubbliku sabiex tiġi riżolta l-problema tat-traffiku fiż-żona ta' Ħ'Attard?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li permezz tas-Central Link Project, l-investiment infrastrutturali ta' €55 miljun sabiex intaffu d-diffikultajiet ta' vjaġġar u tniġġis ta' arja fil-lokalitajiet ta' Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ'Attard, il-ħin tal-ivvjaġġar f'dawn l-inħawi ser jonqos b'50%.", "Dan ifisser li f'dawn it-toroq ser naraw ukoll tnaqqis ta' 50% fil-ħin tal-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku, li wkoll ser ikun qed igawdi minn dan il-proġett.", "Is-servizz tat-trasport pubbliku f'dawn l-inħawi ser ikun jista' jsir aktar effiċjenti, hekk kif ser isib inqas diffikultajiet fir-rotot li juża.", "Is-Central Link Project ser inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar billi jelimina diversi bottlenecks, sistemi ta' traffic lights u toroq arterjali dojoq li bħalissa qed ixekklu kull mezz ta' trasport li jgħaddi minn dawn l-inħawi.", "Il-proġett ser iżid 7.4 kilometri ta' korsiji ġodda fir-rotta bejn l-Imrieħel u r-roundabout tal-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, sabiex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar.", "Fl-istess waqt, matul din ir-rotta, is-Central Link Project ser jintroduċi diversi bus bays bi spazji adekwati sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jirkbu u jinżlu mill-karozzi tal-linja b'aktar kumdità u sigurtà.", "Ħ'ATTARD: TRIQ IŻ-ŻAGĦFRAN – PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata li fiż-żona tal-Gold Market, fi Triq iż-Żagħfran, ġewwa Ħ'Attard ma jkunx hemm parkeġġar ta' vetturi fil-ħin li jinġema' t-traffiku?", "Jista' jgħid x'miżuri qed jieħu bħalissa l-Gvern biex minn issa jitnaqqas it-traffiku?", "Jista' jgħid jekk hux qed jintbagħtu pulizija tat-traffic, ħaddiema/uffiċjali ta' Transport Malta jew wardens biex imexxu t-traffiku f'Ħ'Attard speċjalment ħdejn l-Attard Farm Supplies, fi Triq l-Imdina u fit-triq li minn Ħ'Attard tmur lejn Ħaż-Żebbuġ, fi Triq Nutar Zarb u fi Triq il-Linja, kantuniera ma' Triq il-Linja?", "Jista' jgħid meta u x'ħin f'dan l-aħħar xahar kien qed ikun hemm uffiċjali ta' Transport Malta/Pulizija, fil-ħin li jinġema' t-traffiku speċjalment filgħodu fiż-żoni msemmija f'Ħ'Attard sabiex jiġu osservati t-traffic lights u jieħdu ħsieb il-flow tat-traffiku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "Ħ'ATTARD BYPASS – GARAXXIJIET FI TRIQ TUMAS CHETCUTI, FERDINAND INGLOTT U OLIVER AGIUS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju sabiex wieħed ikun ċert li l-ħruġ mill-garaxxijiet tar-residenti li joqogħdu fi Triq Tumas Chetcuti, Triq Ferdinand Inglott u Triq Oliver Agius ikun wieħed sigur, ġaladarba tkun lesta l-bypass ta' Ħ'Attard?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Jekk l-Onorevoli Agius qed jirreferi għas-Central Link Project li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, tajjeb jiġi ċċarat li f'dan il-proġett il-Gvern ma qabadx u kkopja l-pjan ta' Gvern preċedenti tal-2006, li kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Fil-fatt, permezz tas-Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok bypass sħiħa ta' erba' jew sitt korsiji ssir biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "Kieku l-Gvern żamm mal-pjanijiet tal-amministrazzjoni preċedenti tal-2006 u bena bypass ta' sitt korsiji, kieku kien ikun hemm ħafna aktar teħid ta' art u vetturi fl-inħawi tat-toroq residenzjali msemmija – Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcui u Triq Oliver Agius.", "Permezz tas-Central Link Project, it-toroq residenzjali msemmija ser jinbnew mill-ġdid.", "F'ħafna bnadi, fejn huwa teknikament possibbli, it-triq ewlenija ġdida, b'żewġ korsiji biss minflok erbgħa jew sitta kif ippjanat fl-2006, ser tkun aktar baxxa mit-toroq residenzjali, b'mod li ma tkunx tidher mill-istess toroq residenzjali.", "Fl-istess waqt, bejn it-triq arterjali u t-toroq residenzjali ser ikun hemm żoni ta' siġar u pjanti, landscaped area, li jkomplu jbiegħdu ż-żona residenzjali miż-żewġ korsiji tat-triq arterjali.", "It-triq residenzjali ser ikollha wkoll spazji ta' parkeġġ għar-residenti.", "Il-garaxxijiet imsemmija jinsabu f'toroq residenzjali.", "Dawn it-toroq ser jinbnew mill-ġdid, sabiex ikunu ta' kwalità aħjar għar-residenti li jgħixu fihom.", "Madankollu, xorta waħda ser jibqgħu toroq residenzjali, anke wara li jitlesta s-Central Link Project.", "Il-garaxxijiet mhux ser ikunu qed jagħtu għal xi waħda mill-korsiji ta' toroq arterjali li ser jiġu żviluppati b'dan il-proġett.", "Permezz tas-Central Link Project, ir-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara ser igawdu minn tnaqqis ta' 13% fit-tniġġis tal-arja mill-karozzi.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ IL-KBIRA U TRIQ IN-NASES - PJANTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-bini tal-lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa bejn Triq il-Kbira u Triq in-Nases?", "Fl-istess waqt jista' jindika jekk kienx hemm xi forma ta' oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari ma tistax titwieġeb mingħajr ma' tipprovdi n-numru tat-tracking jew in-numru tal-PA.", "MEMBRI TAL-KORP DIPLOMATIKU LI MA JISTGĦUX IGAWDU MINN WORK LIFE BALANCE", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li membri tal-korp diplomatiku li qegħdin jaħdmu hawn Malta u jagħmlu l-istess xogħol bħall-membri taċ-ċivil ma' jistgħux igawdu l-istess miżuri ta' work life balance bħal telework mentri sħabhom taċ-ċivil jistgħu?", "X'inhi r-raġuni li qed titħalla din id-diskrepanza?", "CARMELO ABELA: Ninsab infurmat li l-eliġibilità għal telework kif indikata fil-Manual on Work Life Balance Measures tħares lejn il-prestazzjoni tax-xogħol, karatteristiċi u ħiliet tal-impjegat kif ukoll jekk ix-xogħol huwiex adattat għal telework.", "Sabiex impjegat ikun jista' jaqdi dmirijiet permezz ta' telework b'suċċess, huwa mistenni li l-impjegat ikollu dawn il-karatteristiċi u ħiliet kollha:", "· Kapaċità li jaħdem b'mod indipendenti u mingħajr superviżjoni kostanti;", "· Kompetenza fil-ħiliet tat-tqassim tal-ħin;", "· Kapaċità li jaħdem fuq inizjattiva proprja;", "· Għarfien tal-informatika (ICT); u", "· Ir-rekord tal-prestazzjoni passata biex jintlaħqu deadlines, miri u r-riżultati.", "B'konformità mal-Public Service Mangement Code, sezzjoni 4.3, fl-2015, il-Ministeru adotta politika interna fuq family friendly measures li fiha indikat it-tip ta' xogħol li jista' jiġi adottat għal telework.", "F'ċertu każijiet, bħal fejn hemm bżonn ta' aċċess għal dokumentazzjoni klassifikata u/jew kunfidenzjali, ma huwiex permessibbli li x-xogħol isir barra mill-uffiċju.", "Biex tiġi aċċettata applikazzjoni, huwa essenzjali li x-xogħol assenjat jista' jsir b'supervizzjoni limitata u tal-istess kwalità daqslikieku x-xogħol sar fl-uffiċċju.", "Kull talba tiġi evalwata fuq bażi individuali skont il-kriterji adottati.", "Inżid ngħid li l-politika mħaddma mill-Ministeru ssemmi li hemm family friendly measures oħra li persuna tista' tapplika għalihom, bħal flexitime u reduced hours.", "RABAT – PROTEZZJONI TAL-FOSS IL-QADIM", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-foss il-qadim tar-Rabat, li hi art privata, tiġi protetta minn kull tip ta' żvilupp?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-ewwel summit li jġib l-isem World's First Global Ministerial Mental Health Summit f'Londra li ser isir f'Ottubru li ġej, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hu ġiex mistieden?", "Jista' jgħid jekk hux ippjanat li ser jattendi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadni ma rċivejt l-ebda stedina dwar is-summit imsemmi minnu.", "AWTORITÀ TAL-PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUNI – KAŻIJIET TA' SECONDARY INFERTILITY", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ ta' secondary infertility kienu eleġibbli mill-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni għal trattament b'xejn mill-2013 sal-lum?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor Interpellant li minn statistika miġbura mill-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni sa Diċembru tal-2017, skont l-eligibility criteria maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa (mhux l-Awtorità) kienu eliġibbli 43 koppji li rrappurtaw li kellhom Infertilità Sekondarja minħabba li diġà kellhom wild minn relazzjonijiet preċedenti.", "Bil-liġi tal-2012 u l-protokol eżistenti, koppji li diġà għandhom wild mill-istess relazzjoni mhumiex intitolati għal proċeduri ta' prokreazzjoni assistita b'xejn.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: POST TA' DIVERTIMENT - SKUMDITÀ LIR-RESIDENTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Ta' kull sena l-post ta' divertiment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li qiegħed fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ joħloq skumdità b'mużika li tindaqq fl-apert b'volum għoli u storbjuż li jinstema' mir-residenti ta' Ħaż-Żebbuġ u tal-madwar.", "Jidher li minkejja li jsiru diversi rapporti lill-Pulizija, din tonqos li taġixxi.", "Peress li l-post hu fil-konfini ta' Ħaż-Żebbuġ, iżda rapport irid isir f'distrett ieħor, jiġifieri fl-għassa tar-Rabat, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ser jittieħdu biex dan l-ilment jissolva darba għal dejjem?", "X'passi ħadet il-Pulizija fil-passat?", "X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-operat ta' din id-diskoteka?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li jirriżulta li l-istabbiliment imsemmi mill-Onor.", "Interpellant għandu permess maħruġ mill-Ministeru tat-Turiżmu fl-2006 sabiex tindaqq il-mużika fil-miftuħ b'kundizzjoni li dan isir sal-erbgħa ta' filgħodu.", "Infurmat li l-Pulizija tad-Distrett tar-Rabat jagħmlu spezzjonijiet u verifiki kull meta jkollhom rapport u anke spezzjonijiet għal għarrieda biex jaraw anke li l-post jingħalaq mal-ħin li għandu bħala kundizzjoni fil-permess.", "Dawn l-ispezzjonijiet ser jibqgħu jsiru.", "Konsegwenza ta' dawn l-ispezzjonijiet, infurmat li kienu ħarġu akkużi kontra d-diriġenti tal-lokal fil-passat u għad hemm ukoll akkużi pendenti quddiem il-Qorti dwar daqq ta' mużika bil-qawwi minn dan l-istess stabbiliment.", "Akkużi oħra jibqgħu jinħarġu meta jkun hemm ksur tal-Liġi.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4609 u 5405 u ċjoè: Peress li ġie mħabbar li l-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġi investigat minn awtoritajiet fil-Lussumburgu minħabba ħasil ta' flus, jista' l-Ministru jgħid xi due diligence sar meta ġie aċċettat dan il-bank meta kien magħruf li ċerti pajjiżi Ewropej kienu qed jinvestigaw wieħed mis-sidien tal-bank?", "Jista' jgħid meta l-aħħar li saret spezzjoni fuq dan il-bank mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u kemm-il darba saret spezzjoni għal kull sena, waħda wara l-oħra, mis-sena 2014?", "JOSEPH MUSCAT: Il-bank inkwistjoni ġie liċenzjat wara li sar il-proċess kollu meħtieġ u skont il-proċeduri tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA).", "Dan il-proċess jinkludi due diligence assessment tal-persuni kollha li jkunu ser imexxu jew ikunu f'pożizzjoni li jinfluwenzaw jew jikkontrollaw id-direzzjoni tal-entità u jinkludu s-sidien tal-entità.", "Bħala parti minn dan id-due diligence isiru wkoll kuntatti ma' awtoritajiet regolatorji barranin fejn u jekk il-persuni msemmija jkunu involuti f'attivitajiet regolati minn dawn l-awtoritajiet.", "Ninsab infurmat li wara li sar proċess metikoluż kif meħtieġ, inkluż id-due diligence assessment minn fejn ma rriżultatx informazzjoni negattiva li setgħet twaqqaf licenzja, l-MFSA lliċenzjat il-bank inkwistjoni wara li assigurat ruħha li l-kriterji kollha meħtieġa skont il-liġi kienu sodisfatti.", "Bħal kull bank ieħor, il-bank inkwistjoni huwa soġġett għas-sorveljanza kontinwa tal-MFSA.", "Din tieħu l-forma kemm ta' off-site assessments ta' informazzjoni u rapporti mogħtija mill-bank lill-Awtorità fuq bażi regolari, kif ukoll eżamijiet on-site fejn spetturi mill-Awtorità jżuru l-bank.", "L-Awtorità ma tistax tagħti informazzjoni speċifika dwar is-sorveljanza tagħha ta' xi bank jew entità oħra minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità.", "MELLIEĦA: KUNSILL LOKALI – DEVOLUZZJONI TA' BENI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema data u sena ġew devoluti dawn il-beni fil-Mellieħa lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mill-Gvern:", "Batterija ta' Westreme;", "Kumpless ta' Rziezet f'Selmun;", "Pill Box fuq ix-xifer biswit Triq Dun Balen; u", "Kamra li tifforma parti minn kumpless ta' kmamar fil-Park tal-Majjistral?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda annessa ma' din it-tweġiba.", "MELLIEĦA: TRIQ IL-QORTIN – SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL WIĊĊ ĠDID TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq imsemmija kellu jsir fl-2012.", "Kienet ħarġet sejħa għall-offerti fl-1 ta' Ġunju tal-istess sena.", "Madankollu, l-offerta tal-kuntratt lill-kuntrattur magħżul għal dan ix-xogħol ġiet ikkanċellata f'Settembru tal-istess sena.", "It-triq baqgħet ma saritx sakemm f'Novembru 2017 inbniet mill-ġdid kif kien meħtieġ, permezz ta' kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mellieħa.", "MELLIEĦA: TRIQ IL-QORTIN – SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦALL-WIĊĊ ĠDID TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MELLIEĦA: TRIQ IL-QORTIN – XOGĦOL", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f'xi sena bejn l-2008 u l-2013, dan l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq imsemmija kellu jsir fl-2012.", "Kienet ħarġet sejħa għall-offerti f'Ġunju tal-istess sena.", "Madankollu, l-offerta tal-kuntratt lill-kuntrattur magħżul għal dan ix-xogħol ġiet ikkanċellata f'Settembru tal-istess sena.", "It-triq baqgħet ma saritx sakemm f'Novembru 2017 inbniet mill-ġdid kif kien meħtieġ, permezz ta' kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mellieħa.", "L-għoti tal-kuntratt f'Settembru 2012 ġie kkanċellat wara li l-kuntrattur, li kien l-uniku wieħed li tefa' l-offerta, ma ffirmax il-kuntratt offrut lilu minn Transport Malta.", "Dan il-kuntratt kien jirrifletti l-offerta li għamel l-istess kuntrattur u li kienet tikkompara tajjeb mal-istima tal-Awtorità għal dan ix-xogħol.", "MELLIEĦA: TRIQ IL-QORTIN – XOGĦOL", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f'xi sena bejn l-2008 u l-2013, dan l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PLASTIC, METALL U KARTI – PUBLIC TENDERS GĦAR-RIĊIKLAĠĠ", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3038 dwar il-volum ta' plastic, metall u karti li ġew riċiklati permezz ta' public tenders, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm kien l-ammont ta' plastic, kemm kien l-ammont ta' metall u kemm kien l-ammont ta' karti għal kull sena rispettiva elenkata f'dik il-mistoqsija parlamentari?", "JOSÈ HERRERA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħn ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħaraq plastic fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern?", "Jekk iva, x'tip ta' plastic se jinħaraq?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jekk fil-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern se jinħaraq il-plastic, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-volum jew il-piż ta' plastic li qed jiġi pproġettat li jinħaraq fuq daily basis?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Fir-rigward tal-Waste to Energy Plant li qed jippjana li jagħmel dan il-Gvern, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-expected emission levels?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandha tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "AĠENZIJA TAT-TOROQ – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn min se jiġi determinat liema toroq se jsiru mill-Aġenzija tat-Toroq?", "Tista' tgħid jekk hiex se taħtar xi kumitat speċifikament biex jagħmel dan?", "Interpellant li x-xogħlijiet ta' toroq li jridu jsiru f'Għawdex huma estensivi ħafna wara tant snin ta' telqa.", "Diġà kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi li x-xogħol li ser isir f'Għawdex ser isir b'konsultazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex.", "Ix-xogħlijiet li saru u li qed isiru fl-2018 permezz ta' Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalità Tiegħek, saru b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali.", "AĠENZIJA TAT-TOROQ: PRIJORITAJIET GĦAL XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid f'liema livell se jkun involut il-Ministeru għal Għawdex fl-Aġenzija tat-Toroq sabiex tassigura li l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tat-toroq f'Għawdex jingħataw l-attenzjoni li verament għandhom bżonn?", "Interpellant tirreferi għar-risposta tal-mistqosija parlamentari 6076.", "SERVIZZI RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA - STANDARDS NAZZJONALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28025 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saret sorveljanza mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali/Hostels, meta saru dawn iż-żjarat u f'liema residenza saru dawn iż-żjarat ta' sorveljanza matul din il-Leġiżlatura?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali permezz tal-uffiċjali tiegħu jagħmel żewġ tipi ta' spezzjonijiet fil-faċilitajiet liċenzjati għas-saħħa mentali f'pajjiżna, jiġifieri (1) spezzjonijiet/żjarat għall-għarrieda jew bħala parti minn investigazzjoni ta' lmenti li jkun irċieva u (2) spezzjonijiet ippjanati skont Artiklu 6 tal-Att dwar is-Saħħa Mentali li daħal fis-seħħ f'Ottubru 2013.", "Ma tinżammx statistika dwar spezzjonijiet għall-għarrieda.", "Dwar spezzjonijiet ippjanati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali, skeda dettaljata tal-ispezzjonijiet li saru matul din il-Leġiżlatura tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta Karti.", "SERVIZZI RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA - STANDARDS NAZZJONALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28025 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm saret sorveljanza mill-Health Care Standards Directorate fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali/Hostels, meta saru dawn iż-żjarat u f'liema residenza saru dawn iż-żjarat ta' sorveljanza matul din il-Leġiżlatura?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Health Care Standards Directorate jagħmel spezzjonijiet għal għarrieda bħala parti minn investigazzjoni ta' lmenti li jkun irċieva kif ukoll spezzjonijiet ippjanati.", "Il-lista tal-ispezzjonijiet li saru mill-Health Care Standards Directorate matul din il-Leġiżlatura sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm telefonati ġenwini tal-Helpline għall-għajnuna u li saru minn persuni bi problemi ta' saħħa mentali bħal depressjoni, solitudni u każijiet ta' suwiċidju matul is-sena l-oħra u matul din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "Għas-sena 2018 l-informazzjoni għadha mhux magħrufa minħabba li tinġabar kull sitt xhur u għaldaqstant l-informazzjoni tkun tista' tiġi provduta aktar tard.", "SERVIZZ TA' OUTREACH FIL-KURA TAS-SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi proċedura hemm biex persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali tibda tirċievi s-Servizz ta' Outreach?", "Min huwa responsabbli minn dan is-servizz?", "Hemm xi waiting list biex persuna tinqeda minn dan is-servizz?", "Kemm huwa ż-żmien li persuna tistenna biex tirċievi dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi dawk il-persuni li jkollhom bżonn is-servizz tal-Outreach jiġu riferuti mill-konsulenti psikjatriċi rispettivi tagħhom.", "Dan is-servizz jaqa' taħt ir-responsabbiltà tas-Senior Nurse Manager u Charge Nurse.", "M`hemm l-ebda lista ta' stennija u persuna tiġi segwita immedjatament.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hawn persuni f'Malta u f'Għawdex li jbatu bid-dijabete?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li jbatu bid-dijabete u jieħdu xi mediċina b'xejn relatata ma' din il-kundizzjoni sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena huwa ta' 30, 677.", "Ninfurmah ukoll li n-numru attwali jkun xi ftit akbar għaliex ikun hemm ftit pazjenti li jikkontrollaw din il-kundizzjoni bid-dieta biss u oħrajn li jagħżlu li ma jużawx mediċinali b'xejn milli jipprovdi l-Istat.", "Skont l-Istħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa (EHIS) li sar fl-2015, 8.5% mill-popolazzoni ta' età 'l fuq minn 15-il sena iddikjaraw li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete.", "Dan jammonta għal madwar 33,600 persuna.", "Dan in-numru ma jinkludix dawk li jsofru minn din il-kundizzjoni imma għadhom ma jafux.", "Fil-fatt riżultati preliminari ta' studju nazzjonali li għaddej bħalissa jindikaw li n-numru jista' jkun akbar.", "SPIŻA TOTALI NAZZJONALI MARBUTA MAL-INĊIDENZA TAD-DIJABETE", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hi l-ispiża totali nazzjonali marbuta mal-inċidenza tad-dijabete f'pajjiżna (Spiża, preventive measures, kura primarja, hospitalization, mediċini, surgery, telf ta' ġranet ta' xogħol, eċċetra)?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.", "IN-NAXXAR: TRIQ GAETANO VITALE – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Gaetano Vitale (parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ ĠDIDA FI TRIQ TAN-NAJDER – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Ġdida fi Triq tan-Najder fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ BIRGUMA (L-AĦĦAR PARTI) – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Birguma (l-aħħar parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ SAN ĠWANN L-EVANĠELISTA (PARTI) – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq San Ġwann l-Evanġelista (parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: TRIQ BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IN-NAXXAR: SQAQ FI TRIQ IL-GĦARGĦUR – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Sqaq fi Triq il-Għargħur fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ŻJARA MILL-PRIM MINISTRU FL-AWSTRALJA - RENDIKONT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t'April li għaddew?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li delegazzjoni tal-Gvern Malti għamlet żjara fl-Awstralja bejn is-27 ta' Marzu u s-7 t'April.", "Din iż-żjara saret wara stedina li saret lill-Gvern Malti bħala chair in office tal-Commonwealth, mill-Prim Ministru tal-Istat ta' Queensland, Annastacia Palaszczuk b'rabta mal-ftuħ tal-logħob tal-Commonwealth fi Brisbane.", "Jakkumpanjaw lili fid-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal din iż-żjara kien hemm il-mara tiegħi, tliet membri tas-Segretarjat privat tiegħi, uffiċjal tas-sigurtà u l-eks Kap tal-Malta CHOGM 2015 Task Force.", "Jakkumpanjaw lill-mara tiegħi u lili kien hemm iż-żewġ uliedna.", "Kif sar dejjem fi żjarat oħra simili matul is-snin taħt amministrazzjonijet differenti, l-ispejjeż tal-membri tad-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tħallsu mill-gvern.", "L-ispejjeż tat-tfal tħallsu privatament.", "L-ispiża mħallsa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din iż-żjara hija ta' €142,645.", "Din l-ispiża tinkludi l-biljetti tal-ajru (5 għal kull persuna), l-akkomodazzjoni, il-loġistika relatata maż-żewġ laqgħat mal-komunitajiet tal-Maltin f'Melbourne u fi Brisbane, l-ospitalità għall-membri kollha tad-delegazzjoni, mhux dawk biss tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f'xi okkażjonijiet anki għall-membri tal-midja lokali u għall-uffiċjali tas-sigurtà Awstraljani, spejjeż relatati mal-midja lokali li akkumpanjat lid-delegazzjoni, it-trasport għall-impenji kollha li kellha d-delegazzjoni Maltija u rigali għad-dinjitarji li ltaqjt magħhom u għall-kontinġent Malti li ha sehem fil-logħob tal-Commonwealth.", "Matul iż-żjara kien hemm sensiela ta' impenji f'Melbourne u fi Brisbane.", "Fost oħrajn kelli laqgħa mal-Prim Ministru tal-Awstralja Malcolm Turnbull, laqgħa mal-Prim Ministru tal-Istat ta' Victoria, Daniel Andrews, laqgħa mal-Prim Ministru tal-Istat ta' Queensland, Annastacia Palaszczuk, laqgħa mal-European Australian Business Council u laqgħat mal-komunitajiet Maltin f'Melbourne u fi Brisbane.", "Kont ukoll mistieden biex flimkien mal-Gvernatur Ġenerali tal-Awstralja Sir Peter Cosgrove, il-Prim Ministru tal-Istat ta' Queensland, Annastacia Palaszczuk u s-Sindku tal-belt tal-Gold Coast, Tom Tate nindirizza attività li permezz tagħha ngħata bidu għat-Trade 2018 Games Time Trade and Investment Programme waqt li ntlabt nagħmel id-diskors ewlieni fil-ftuħ tal-Commonwealth Innovation Forum.", "Id-delegazzjoni Maltija żaret il-villaġġ tal-atleti li ħadu sehem fil-Logħob tal-Commonwealth u ltaqgħet mal-kontinġent Malti.", "Fuq stedina tal-Prim Ministru tal-Istat ta' Queensland, Annastacia Palaszczuk, id-delegazzjoni attendiet ukoll għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth.", "Kif żgur li huwa konxju l-Onor.", "Interpellant, din ma kenitx l-ewwel darba li Prim Ministru Malti għamel żjara fl-Awstralja.", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant u lill-Kamra li fl-2007 il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien ukoll mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fl-Awstralja bejn id-29 ta' Lulju u t-13 t'Awwissu.", "Id-delegazzjoni dakinhar kienet tinkludi lill-mara tal-Prim Ministru, uffiċjali mis-Segretarjat privat tal-Prim Ministru u uffiċjal tas-sigurtà.", "Magħhom kien hemm ukoll membri tal-midja lokali.", "Madankollu, b'differenza mil-lum, din il-Kamra qatt ma ngħatat rendikont tal-ispejjeż ta' din iż-żjara.", "U dan minkejja li kienu saru sitt misoqsijiet parlamentari biex tingħata din l-informazzjoni.", "Ħdax-il sena ilu, l-ispiża tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq iż-żjara tal-Prim Ministru u d-delegazzjoni tiegħu fl-Awstralja kienet ta' €159,853.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant u lill-Kamra li kien hemm ukoll okkażjoni oħra fl-2011 meta l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien kien se jżur l-Awstralja biex jieħu sehem fic-CHOGM f'Perth u biex jiltaqa' ma' xi komunitajiet tal-Maltin.", "Għalkemm eventwalment il-Prim Ministru ħassar din iż-żjara, jirriżulta mill-bookings li kienu saru li l-ispiża fuq biljetti tal-ajru u lukandi biss kienet se tlaħħaq mill-inqas €84,390.", "Fl-2011 il-Prim Ministru kien se jkun ukoll akkumpanjat mill-mara tiegħu, minn uffiċjal mis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru u minn uffiċjal tas-sigurtà.", "Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li f'leġiżlaturi qabel l-2013 kien hemm iktar minn okkażjoni waħda li fihom ma ngħatatx informazzjoni lil din il-Kamra dwar spejjeż relatati ma' safar tal-gvern.", "F'iktar minn okkażjoni waħda qabel l-2013 il-Prim Ministri naqsu milli jagħtu rendikont lil din il-Kamra dwar spejjeż ta' safar għaliex dehrilhom illi ma kien hemm 'ebda ġustifikazzjoni' jew 'ebda skop'."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180605_126d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju, 2018 f'12:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul is-sena 2016, maqsuma xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid minn fost in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul l-2016, kemm intgħażlu permezz ta' metodu ibbażat fuq riskju u kemm intgħażlu b'metodu każwali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista l-Ministru jgħid liema huma s-sottokumitati maħtura mill-Bord li Jirregola l-Bini skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (10) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid għal kull sottokumitat, meta dan ġie maħtur, min huma l-membri tiegħu u x'rapporti tekniċi u/jew xi proċeduri identifikaw sabiex jiġu adottati?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mitlub mill-Bord li Jirregola l-Bini sabiex jaħtar Kumitat tal-Appelli skont dak li jipprovdi l-artikolu 10 tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jekk iva, jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat tal-Appelli u jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari dwar il-direct orders li ngħataw bejn Marzu 2013 sal-lum, mid-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li l-valur tagħhom ma kienx jobbliga lill-Ministeru jippubblikahom?", "Tista' tgħid ukoll lil min ingħataw u kemm kien l-ammont ta' flus għal kull direct order?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ambjent għamlitx spezzjonijiet fil-Freeport sabiex tara li l-operational permit hux qed jiġi osservat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport u x'passi ttieħdu dwar ħsejjes eċċessivi fl-operat?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm u għad hemm periti u min huma dawn il-periti li ma jaħdmux mal-Gvern jew mal-Ministeru għal Għawdex imma qed jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Tista' tgħid ukoll x'tip ta' xogħol għamlu jew qed jagħmlu u fuq liema proġetti ħadmu jew qed jaħdmu?", "Kif intgħażlu dawn il-periti?", "B'liema rata tħallsu jew qed jitħallsu u kemm tħallsu s'issa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema f'kull Dipartiment u entità li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments?", "F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments?", "Jista' jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?", "Jista jgħid ukoll jekk kienx hemm ħaddiema li ħadu iktar minn appointment wieħed bejn Marzu 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba parlamentari 5014, tista' l-Ministru tgħid kif intgħażel il-perit li bħalissa hu inkarigat mill-bini tad-Dar tal-Anzjani ġewwa Għajnsielem?", "Tista' tgħid kemm qed jitħallas għal kull siegħa xogħol li jagħmel?", "Tista' tgħid kemm tħallas s'issa dan il-perit bħala somma globali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kif intgħażlu d-ditta tal-Periti li semmiet il-Ministru fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 5780, biex jaħdmu fuq il-Master Plan ta' Kemmuna?", "Kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu dawn id-ditta ta' Periti, u kemm tħallsu s'issa?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-emissjonijiet ta' carbon monoxide f'Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcuti u Triq Oliver Agius, f'Ħ'Attard?", "Jista' jippubblika l-istudji li saru?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu applikaw persuni għas-sejħa li kienet saret fit-23 ta' Ġunju 2017 għall-promozzjoni ta' senior operative?", "Kemm minnhom ġew promossi u kemm minnhom ma ġewx promossi?", "Kull wieħed minn dawk li ġew promossi, kemm kien ilu impjegat tal-Gvern?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il spezzjoni saret fir-rigward il-kwalità tal-ilma tal-baħar fil-bajjiet li hemm f'Birżebbuġa fis-sena 2016, fl-2017 u fl-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid x'kienu r-riżultati u jekk ittieħdux xi passi mid-Dipartiment tas-Sanità pubblika?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet dwar il-proġett maħsub għaż-żona ta' Wied iż-Żurrieq?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti qed jiġu ppjanati fil-lokalità ta' Birżebbuġa minn Projects Malta, Projects Plus u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiġu ppjanati li jinbnew units ta' housing soċjali f'dawn il-lokalitajiet:", "c. Iż-Żurrieq;", "e. Birżebbuġa; u", "f. L-Imqabba?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li tinbena Dar tal-Anzjani fil-lokalità ta' Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5794, tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jiġu żgurati soluzzjonijiet dejjiema rigward ir-rimi tal-iskart tal-baqar u l-majjali?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5705, jista' l-Ministru jgħid kemm għandna lokalitajiet f'Malta u Għawdex li għandhom żoni pedonali?", "Liema huma dawn il-lokalitajiet?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1737 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: L-artijiet f'Malta u Għawdex għadhom mhux kollha rreġistrati mar-Reġistru Pubbliku tal-Artijiet.", "Nifhem li mhijiex ħidma faċli, imma jekk kull biċċa art tkun reġistrata jkun ġie ssimplifikat proċess ta' riċerka burokratika u jiġu ffrankati ħafna flus lil terzi.", "X'inhi l-prijorità li għandu l-Gvern għal din il-ħidma f'din il-leġislatura?", "X'inhi l-istrateġija dwar dan ir-Reġistru?", "Hemm time frames?", "Kemm huma bħala persentaġġ dawk l-artijiet li huma rreġistrati?", "Kemm hemm impjegati li jaħdmu f'din it-taqsima proprju biex jirreġistraw l-art?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u n-negozjati li qed isiru mal-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu dawn in-negozjati?", "X'inhu l-eżitu ta' dan il-ftehim?", "X'inhu l-gwadann pubbliku?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata b'direct order minn Novembru 2017 sa Mejju 2018 lid-direttorat li jieħu ħsieb il-Parks?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma wieħed wieħed u x'inhuma r-raġunijiet?", "Kemm huma u liema huma dawk il-kuntratti li ma nħarġilhomx direct order għall-perjodu, Novembru 2017 sa Mejju 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u fiex jikkonsistu l-applikazzjonijiet għall-bini approvati jew pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar preżentement għaż-żona ta' fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar (biċ-ċentru indikat inkluż ukoll)?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti ppreżentati b'rabta mal-proġett li ser isir minflok il-bini li qabel kien iservi bħala ċentru tal-fieri fin-Naxxar u kif ukoll jgħid fiex waslet din l-istess applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tal-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u li għandu jsir fiż-żona biswit fejn qabel kien hemm il-bini taċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u meta mistenni jibda jopera?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Peress li f'Malta hawn problema kbira fl-inċidenza tad-dijabete, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid għaliex ma reġax twaqqaf il-Kumitat Parlamentari tad-Dijabete li kien twaqqaf fuq inizjattiva tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, chaired minn Membru Parlamentari tal-Gvern u li kien qed jagħmel xogħol utli ħafna?", "Meta hemm il-ħsieb li se jerġa' jiġi mwaqqaf dan il-kumitat?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid meta l-persuni li jbatu mid-dijabete se jibdew jingħataw apparat u l-isticks biex jagħmlu moniteraġġ tal-blood glucose level tagħhom?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hawn persuni li hu kkalkulat li jbatu bid-Dementia jew/u Alzheimer's f'pajjiżna?", "Kemm hu kkalkulat li se jiżdied dan in-numru fl-għaxar snin li ġejjin?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hi l ispiża totali f pajjiżna marbuta mad-Dementia/Alzheimer's?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Sqaq l-Imnieqa fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Trejqet l-Irziezet fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Tal-Ħotba l-Bajda fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Ta' Saverja fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Tal-Qadi fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Sqaq Brimbu fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Monte Carmeli matul is-sena l-oħra u din is-sena u reġgħu ġew ammessi fl-istess sena li ġew discharged sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li impjegaw magħhom persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali matul din il-Leġiżlatura?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA l-Onor.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, Kap. 549.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 46 – Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 15 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 34 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 33 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 - Votazzjoni.", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "5 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018, f'nofsinhar fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 37 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010.", "(Kont.)", "5 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180606_127a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju, 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018", "IlMinuti tasSeduta Nru 126, li saret fil-5 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Emanuel Mallia fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li nżammet fl-1 ta' Ġunju 2018 ġewwa Zagreb, il-Kroazja; u", "Kopja ta' sentenza tal-Qorti bin-numru tar-referenza 43/2014JPG (Kawża Nru 4) tal-Qorti Ċivili, Prim' Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) F u M konjugi Z vs il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Avukat Ġenerali datata 23 ta' April 2018 u mogħtija mill-Onor.", "Imħallef Jacqueline Padovani Grima, liema sentenza ġiet mgħoddija lis-Sedja dakinhar is-6 ta' Ġunju 2018.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq fis-seduta 126 tat-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018, issa se nkunu qed ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Fis-2.30 p.m. id-diskussjoni tiġi interrotta biex isiru l-mistoqsijiet parlamentari sat-3.00 p.m., meta mbagħad ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Immedjatament wara, il-Kamra tgħaddi biex tikkonsidra l-Mozzjoni Nru 115 dwar l-approvazzjoni tal-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018.", "Il-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "Għall-fini tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, id-diskussjoni għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżiti ta' artiklu 25 ta' dan l-Att.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-ARRANĠAMENT U SERVIZZI", "TAT-TEKNOLOĠIJA INNOVATTIVA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Arranġamenti u Servizzi tat-Teknoloġija Innovattiva.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, naħseb li għal pajjiżna u speċjalment għas-settur ekonomiku, din hija ġurnata storika.", "Qed ngħid hekk għall-fatt li qegħdin niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva, li nista' ngħid li se jkun qed joħloq ekonomija ġdida f'pajjiżna, u apparti minn hekk se jkun qed iġib sigurtà legali.", "Kif tkellimt mal-Oppożizzjoni, fil-verità hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar liġi ħolistika li bħala Gvern qsamnieha fi tliet abbozzi.", "Ovvjament, il-proċedura parlamentari ma tippermettix li ngħaddu tliet abbozzi ta' liġi f'daqqa.", "Però l-ftehim hu li peress li dawn it-tliet abbozzi jittrattaw tista' tgħid l-istess suġġett u huma interlinked ma' xulxin – qed ngħid dan biex min qed jismagħna jifhem aħjar dak li qegħdin nipproponu – se nkunu qegħdin nagħmlu diskussjoni ħolistika fuq it-tliet abbozzi waqt dan it-Tieni Qari, imbagħad id-diskussjoni fuq it-tieni u t-tielet Abbozz tkun waħda iktar ta' proċedura, għax inkella d-diskussjoni tkun waħda repetittiva.", "L-Abbozzi ta' Liġi li qed nirreferi għalihom huma l-Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva li qegħdin niddiskutu llum, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali, u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, fejn se nkunu qed inwaqqfu l-Awtorità li se tkun qed tirregola dan is-suq.", "Nixtieq nibda din id-diskussjoni billi nkompli bil-vena li qbadna li nħabbru kumpaniji ġodda li se jkunu qegħdin joperaw minn Malta.", "Nista' ngħid li ftit tal-minuti ilu kellna laqgħa oħra, fost id-diversi laqgħat li kellna.", "Din il-kumpanija li tipprogramma s-software tat-teknoloġija blockchain, tispeċjalizza iktar fejn tidħol il-komunikazzjoni.", "Fil-fatt, din diġà topera ma' networks ta' komunikazzjoni fuq 130 pajjiż, u fis-sena li ġejja dawn mistennija jitilgħu għal 200 pajjiż.", "Il-headquarters ta' din il-kumpanija jinsabu f'Londra, però bi pjaċir inħabbar li din il-kumpanija avżatna, u se tkun qed toħroġ call b'mod uffiċjali, li wara li analizzat id-diversi leġiżlazzjonijiet li qegħdin jagħmlu f'diversi pajjiżi, se tkun qiegħda tirriloka l-headquarters f'pajjiżna b'investiment ta' €20 miljun u b'team inizjali ta' 30 persuna li se jibdew joperaw minn pajjiżna.", "Naħseb li kien mod idoneju li nibdew billi nħabbru kumpanija oħra, għax minn qabel ma dawn il-liġijiet jiġu fis-seħħ, diġà qegħdin naraw il-benefiċċju u l-frott ta' dak li qegħdin nagħmlu.", "Nixtieq nibda billi nagħti daqsxejn stampa ta' minn fejn bdejna u kif irnexxielna naslu s'hawn.", "F'April mill-bidu nett varajna d-diskussjoni għall-konsultazzjoni pubblika, imbagħad eventwalment għamilna task force fuq dan is-settur.", "Però nixtieq immur pass aktar lura minn hekk.", "Niftakar li meta ġejt elett Membru Parlamentari fl-2013, jekk m'iniex sejjer żball fit-tieni jew fit-tielet diskors li għamilt fil-Parlament, kont ħeġġiġt lill-Gvern biex jibda jħares lejn industriji ġodda, fosthom Fintech, RecTech u industriji oħrajn relatati.", "Dak iż-żmien bdejna ħidma f'dan is-settur u eventwalment kont ġejt maħtur President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Sur President, naħseb li inti tiftakar tajjeb li, tista' tgħid ftit xhur qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, konna organizzajna konferenza bħala kumitat parlamentari, fejn bdejna nanalizzaw industriji ġodda li l-pajjiż irid iħares lejhom għat-tkabbir, u fost oħrajn kien hemm b'mod partikolari l-blockchains, il-cryptocurrencies, l-exchanges, il-wallets u l-brokers.", "Imbagħad kien hemm ukoll il-kwestjoni ta' artificial intelligence, internet of things, wearable technologies, eċċetra.", "Il-Prim Ministru kien fetaħ din il-konferenza, u wara l-konferenza ressaqna numru ta' punti u miżuri li kienu ntlaqgħu mill-Gvern u eventwalment sabu ruħhom fil-programm elettorali.", "Ftit ġimgħat wara ssejħet l-elezzjoni ġenerali, jien kont erġajt ġejt elett fil-Parlament u l-Prim Ministru kien fdali dan il-portafoll fejn bażikament qalli li la ressaqna dawn il-proposti rrid nara li jiġu implimentati.", "U għalhekk ninsabu hawnhekk llum.", "Bdejna proċess immedjatament u rajna li niftħu s-suġġett kemm jista' jkun għall-konsultazzjoni.", "Huwa tajjeb li nifhmu li dak li qegħdin nipproponu hawnhekk ma jeżisti mkien fid-dinja u allura ma stajniex naraw pajjiżi oħrajn x'qegħdin jagħmlu biex forsi nimitaw lilhom, bħalma kien il-każ fis-settur tas-servizzi finanzjarji u s-settur tal-gaming li għalkemm fih konna innovattivi wkoll, kien hemm bażi 'l fejn tħares.", "Dan huwa settur li prinċipalment qegħdin nibdewh aħna, jiġifieri fejn jidħol l-aspett leġiżlattiv ma kien hemm l-ebda eżempju lejn xiex wieħed iħares.", "Kellna l-isfida li ridna naraw li nkunu innovattivi u filwaqt li nipproteġu l-integrità tas-suq, ridna nagħtu dik il-flessibilità lill-industrija biex tkun tista' tiffjorixxi.", "Ma kenitx xi ħaġa faċli, però bir-rieda politika u bil-kapaċitajiet kbar li għandu dan il-pajjiż, nista' ngħid li jekk ma wasalniex – għax aħna qatt ma ngħidu li wasalna – qegħdin viċin ħafna li nkunu fuq quddiem nett f'din l-industrija ħalli nibdew nattiraw kumpaniji f'dan is-settur u noħolqu industriji ġodda.", "Eventwalment, waqqafna task force li l-għan prinċipali tagħha kien li nidentifikaw kif se nkunu qegħdin naħdmu f'dan is-settur.", "Wara li sar ċertu ristrutturar fil-Malta Financial Services Authority ħriġna b'konsultazzjoni pubblika u llum il-ġurnata għandna unit speċjalizzat li qed jaħdem fuq dan is-settur biss, fejn qegħdin inħarsu lejn il-futur biex naraw kif nistgħu nespandu u nkomplu nsaħħu dan is-settur.", "Ħriġna l-viżjoni tagħna li hi 'Malta - a leader in Distributed Ledger Technology (DLT) Regulation' u qegħdin nirreferu, fost l-oħrajn, għall-blockchain.", "Però qegħdin inħarsu anke lil hinn minn hekk.", "Fassalna l-Abbozz ta' Liġi li se jwaqqaf din l-Awtorità li se nsemmuha Malta Digital Innovation Authority għax ir-remit tagħha mhux se jkun limitat biss għall-blockchain, iżda immedjatament kif ngħaddu dawn il-liġijiet se nkunu qegħdin inħarsu lejn setturi ġodda oħrajn u se nkunu iktar innovattivi.", "Dawn huma kollha industriji li għadhom at embryo stage, ngħid jien, però huwa importanti li bħala pajjiż inħarsu 'l quddiem biex we tap into them ħalli niddiversifikaw kemm jista' jkun l-ekonomija tagħna, li mbagħad tkun iktar resilient against external shocks.", "Ħalli nispjega għalfejn hemm il-bżonn li nirregolaw dan is-settur, jew iktar milli nirregolaw irridu noffru qafas regolatorju fejn dan is-settur ikun jista' jopera.", "Meta ngħidu li rridu nirregolaw settur li hu disruptive u decentralised, inkunu qegħdin nużaw kelma daqsxejn goffa, għax l-iskop ta' din l-industrija huwa proprju li tkun decentralised.", "L-innovazzjoni ġiet – u forsi pajjiżi oħrajn ma rnexxielhomx – għax konna flessibbli u bilgħaqal biżżejjed u ħsibna b'moħħna kif nistgħu noffru qafas regolatorju biex nagħmlu din l-industrija li hija decentralised u m'għandekx a central authority li tieħu ħsiebha.", "Illum il-ġurnata għandna settur li mhuwiex illegali, però mhuwiex regolat, għalhekk hemm il-bżonn urġenti li wieħed jara li dawn il-liġijiet jidħlu fis-seħħ illum qabel għada, għax illum il-ġurnata, peress li mkien ma jeżisti qafas regolatorju jew ta' liċenzjar, jew il-ftit li jeżistu huma primittivi ħafna u ma joffrux il-protezzjoni fis-suq, kwalunkwe kumpanija li topera f'dan is-settur tista' topera b'mod liberu u aħna bħala pajjiż ma nistgħu nagħmlu xejn.", "Aħna, peress li konna innovattivi, ġbidna l-attenzjoni tad-dinja kollha b'mod pożittiv.", "Fil-fatt, meta tħares lejn ċerti artikli ta' prominenza, issib li Malta tikklassifika kullimkien bħala waħda mit-top three countries in the world fejn jidħol dan is-settur.", "Illum il-ġurnata f'dan is-settur qegħdin naqbżu pajjiżi bħall-Amerika, il-Ġermanja, Franza, iċ-Ċina u l-Indja.", "Huwa settur enormi u joffri potenzjal anke għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Però ejja nagħmluha ċara: ir-riskji f'dan is-settur qegħdin hemm.", "Kieku m'hemmx riskji, ma konniex noħorġu b'liġi li tippermetti lil dan il-pajjiż li jkollu awtorità ħalli jekk ikun hemm kumpanija li ma tgħaddix mid-due diligence process kif suppost, ikollna l-fakultà u d-dritt li ma nħalluhiex topera, nimmultawha u nkeċċuha mill-pajjiż biex ma tkunx ta' riskju għas-servizzi finanzjarji, għas-settur tal-gaming u għas-servizzi l-oħrajn.", "Aħna dak li qegħdin nagħmlu, u għalhekk hemm l-urġenza biex tgħaddi din il-liġi kemm jista' jkun malajr.", "Nappella lill-Oppożizzjoni li jgħidulna eżatt fejn qegħdin fid-deċiżjoni u fil-prinċipju, ħalli mmorru flimkien kemm jista' jkun malajr.", "Din mhijiex kwestjoni ta' għaġġla, biex nagħmluha ċara, għax bdejt nisma' ċerti argumenti li qisna bħala Gvern irridu ngħaġġlu biex nipprovaw indaħħlu l-korruzzjoni f'pajjiżna.", "Dan l-argument assolutament ma nistax nifhmu jien.", "Jien qed nipprova ndaħħal liġi biex nimponi liġijiet anti-money laundering u ta' Know Your Customer (KYC), kif ukoll liġijiet biex min jikser direttivi Ewropej jew ma jimxix magħhom, nimmultawh u ma nħalluhx jopera minn pajjiżna.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif qed niġi kkritikat bil-maqlub!", "Għalhekk qed ngħid li hawn il-bżonn urġenti li jidħlu dawn il-liġijiet.", "Jien nifhem il-bżonn ta' konsultazzjoni, però aħna għamilna erba' konsultazzjonijiet pubbliċi f'dan is-settur, allura naħseb li ż-żmien tal-konsultazzjoni għadda.", "Kellna 'l fuq minn sitt xhur ta' konsultazzjoni miftuħa li naħseb li kienet l-iktar konsultazzjoni miftuħa li qatt kellna fil-pajjiż, għax kulħadd kellu ċans jikkontribwixxi u nbidlu ħafna affarijiet.", "Pereżempju l-ewwel nett kien hemm biss abbozz wieħed imma wara li rċevejna kritika ġustifikata, qsamnieh fi tlieta.", "Din il-ħaġa kienet tinvolvi xahrejn aktar xogħol, ħalli naraw li kull liġi tkun tirrifletti l-cross notification u l-cross references għal liġijiet oħrajn, però kienet kritika ġustifikata u aħna ħadnieha on board.", "Nista' ngħid li f'pajjiżna addottajna l-Fourth Anti-Money Laundering Directive (AML) u qegħdin fil-proċess għall-ħames waħda.", "Biss, biss, ngħidilkom li f'dawn l-abbozzi we transposed il-Fourth AML, rajna li l-liġi tirrifletti l-obbligi tal-Fifth AML u morna oltre minn hekk, speċjalment fejn jidħlu cryptocurrencies li forsi iktar ikun hemm kritika fuqhom milli fuq it-teknoloġija.", "Sur President, nista' ngħidlek li jekk tħares lejn il-liġijiet tista' tara li l-onus fuq l-applikanti serji li jridu jġibu liċenzja Maltija - il-liċenzja mhijiex dritt, iżda trid tkun onorat li jkollok liċenzja Maltija – qiegħed iktar mill-Fifth AML.", "Aħna qegħdin nagħmlu dan, għax filwaqt li rridu nattiraw kumpaniji ġodda f'dan is-settur, irridu naraw li nosservaw il-bażi tal-liġijiet proposti, li huma tlieta: Li jkollok l-integrità fis-suq, il-protezzjoni tal-investitur u tal-konsumatur.", "Din bħalissa ma teżistix, imma f'din il-liġi qegħdin indaħħluha, ħalli nipproteġu lill-konsumatur li jidħol f'dawn l-investimenti u l-istabilità tas-suq.", "Nafu li din it-teknoloġija se tkun qiegħda tifrex fuq diversi setturi oħrajn, għax nistgħu ngħidu li din hija industrija li tolqot kważi kull settur ieħor, allura rridu nassiguraw li filwaqt li ndaħħlu teknoloġiji u industriji ġodda, nipproteġu lil dawk li diġà għandna.", "Ma nistgħux inpoġġu riskji ġodda fuq is-settur finanzjarju.", "Aħna nafu li din it-teknoloġija, b'mod partikolari l-cryptocurrencies, se jkunu integrati f'din l-industrija tas-servizzi finanzjarji, u bħala Gvern irridu nagħmlu minn kollox biex naraw li din l-integrità tiġi protetta.", "Kif diġà semmejt, bħala pajjiż għandna settur finanzjarju b'saħħtu, settur tal-gaming b'saħħtu u l-infrastruttura tat-teknoloġija hija waħda tajba ħafna.", "Fejn tidħol coverage of connectivity u data centres, m'ilux ftaħna wieħed mill-ikbar data centres internazzjonali b'investiment dirett barrani f'pajjiżna li jilħaq il-miljuni kbar ta' ewro, u fil-jiem li ġejjin se nkomplu nħabbru aktar l-investiment f'dan is-settur, però rajna li issa rridu niddiversifikaw l-ekonomija biex, kif jgħidu, we don't put all our eggs in one basket!", "Irridu naraw li jkollna iktar setturi biex wieħed ikun jista' jimraħ f'dan is-settur.", "Il-konsultazzjoni kienet miftuħa mal-istakeholders kollha, fosthom awtoritajiet, practitioners u diversi kumpaniji minn madwar id-dinja.", "Nista' ngħid li apparti li b'mod personali żort pajjiżi oħrajn u morna direttament fuq l-ikbar kumpaniji biex nattirawhom lejn pajjiżna u rnexxielna, rajna wkoll ir-ripple effect tal-kumpaniji li qegħdin jiġu jkellmuna f'pajjiżna.", "Ovvjament, bħalissa fin-nuqqas tal-liġi, mhux qed isir KYC jew due diligence fuqhom, għax il-liġi għadha ma teżistix.", "L-awtorità ma tistax tagħmel due diligence jekk għadha ma teżistix.", "Għalhekk hemm l-għaġġla li nfittxu nagħmlu dawn il-liġijiet, għax irnexxielna nżommu r-riħ li jimbotta l-vapur 'il quddiem fil-poppa tagħna u rnexxielna niksbu l-ikbar kumpaniji fid-dinja.", "Fil-fatt, l-ikbar ħames exchanges fid-dinja diġà ħabbru li se jirrilokaw f'pajjiżna.", "Illum għadni kemm ħabbart kumpanija oħra fejn jidħol software, u hemm numru kbir ta' kumpaniji oħra li kellmuna u li qegħdin jippjanaw li jiġu hawnhekk.", "Issa għandna l-bżonn immedjat li filwaqt li nibdew nilqgħu lil dawn il-kumpaniji, għax il-policy direction hija dik li mmorru f'dan is-settur, irridu naraw li immedjatament jibda jsir id-due diligence fuq dawn il-kumpaniji, ħalli dawk il-kumpaniji li mhumiex serji, li għandhom intenzjonijiet oħra, jew li ma jilħqux mal-istandard li aħna qegħdin nissettjaw, ma jkunux jistgħu joperaw minn pajjiżna.", "Għalhekk hemm l-urġenza biex kemm jista' jkun malajr ngħaddu dawn l-Abbozzi ta' Liġi.", "Fit-23 t'Ottubru għamilna konsultazzjoni pubblika fuq il-virtual currencies direttament.", "Fit-3 ta' Novembru saret konsultazzjoni pubblika oħra fuq l-Initial Coin Offerings (ICOs).", "Saret ukoll konsultazzjoni interna u nista' ngħidilkom li qattajt diversi ġranet u ljieli flimkien mal-istaff tajjeb li għandi fi ħdan il-Ministeru, kif ukoll mal-konsulenti li qabbadna fuq dan is-settur.", "Fis-16 ta' Frar saret konsultazzjoni pubblika oħra u nista' ngħid li rċevejna numru sabiħ ta' proposti u kritika kostruttiva tajba li kont verament ferħan u kuntent li rċevejtha, sabiex illum għandna bażi soda ħafna li tilqa' għal ħafna attakki li jistgħu jsiru.", "Kellna wkoll policy guidelines u fit-13 t'April saret konsultazzjoni oħra.", "Iddiskutejna mill-bidu nett ma' awtoritajiet regolatorji li se jkollhom x'jaqsmu direttament ma' din l-industrija, fosthom l-MFSA, li minn hawnhekk nirringrazzjahom tal-kontribut kbir li taw u l-koperazzjoni li sibna mingħandhom.", "Nirringrazzja liċ-Chairperson preċedenti Prof. Bannister, lis-CEO il-ġdid Joe Cuschieri, liċ-Chairperson il-ġdid Prof. Mamo, lil Dr Chris Buttigieg li kien strumentali biex jgħinna f'dan is-settur u lil ħafna nies oħra, għax ma nixtieq li ninsa lil ħadd.", "Il-Malta Gaming Authroity, il-Malta Communications Authority, l-FIAU, il-MITA, il-Pulizija, it-Task Force, il-Ministru għall-Finanzi, Blockchain Malta Association, BitMalta Association, ditti legali lokali bħal Ganado Advocates li kienu qed jaħdmu flimkien mal-Gvern, kif ukoll ditti legali internazzjonali, fosthom mill-Amerika u mill-Ingilterra, u top notch lawyers speċjalizzati f'dan is-settur.", "Dawn kollha taw il-kontribut tagħhom biex illum qegħdin nippreżentaw dawn l-abbozzi li se jkunu qegħdin joffru qafas leġiżlattiv.", "Dan il-qafas mhux se jkun biss għat-teknoloġija per se, u dan hu li jagħmilna differenti, għax filwaqt li wħud mill-pajjiżi raw sempliċiment ix-short term gain u bbażaw fuq l-exchanges, l-ICOs, jew il-virtual currencies, aħna rajna li noffru qafas regolatorju b'mod ħolistiku.", "Ovvjament ħarisna lejn it-teknoloġija, għax ma tistax tipproponi prodott finanzjarju bħalma huwa l-ICO, li l-bażi tiegħu hija t-teknoloġija, u tiċċertifika biss dak li għandek miktub fuq il-karta, meta jekk ma jkollokx it-teknoloġija ċertifikata, dak li hemm fuq il-karta ma jistax iseħħ.", "Din hi l-innovazzjoni, il-ħsieb li ħriġna bih ta' kif se nipproteġu lis-suq.", "Ħaġa li tista' tgħid li kulħadd kien pożittiv fuqha hi li rajna li mhux sempliċement inħarsu lejn ix-short-term, imma li jkollna viżjoni soda fit-tul.", "Dak hu li se nkunu qegħdin nagħmlu permezz tal-Awtorità, u aktar 'il quddiem se nispjega kif se nkunu qegħdin noperaw.", "Bażikament, rajna wkoll mudelli li kienu ta' suċċess f'pajjiżna, fosthom il-Malta Gaming Authority, biex naraw kif tkun tista' toħroġ liċenzjar għal kumpaniji li l-bażi tagħhom hi t-teknoloġija iżda l-prodott ikun daqsxejn differenti.", "Rajna li fejn li nistgħu nġibu prodott ta' suċċess, nimplimentaw proċedura li ħadmet u jekk jista' jkun intejbu fuqha wkoll.", "Dawn l-Abbozzi se jkunu qed iġibu ċertezza legali li bħalissa ma teżistix.", "Ir-realtà hi li dawn il-kumpaniji qegħdin jiġu f'pajjiżna għax meta jipprovaw joperaw fi kwalunkwe pajjiż ieħor, meta titkellem mal-awtoritajiet jgħidulek li jafu li t-teknoloġija hija kbira u tajba, però jkunu għadhom ma waslux biex joffru qafas legali.", "Jiġifieri dawn ma jistgħux jgħidulek jekk dak li qed tagħmel huwiex legali jew le, però jafu li tista' jiġi ġurnata fejn jgħidulek li għandek xi ħaġa li mhijiex skont il-liġi.", "Jekk il-liġi ma teżistix, kif tista' tkun skont il-liġi?", "Dawn qed jgħidu li jridu jiġu f'pajjiżna għax b'din il-liġi se nkunu qed noffru qafas legali biex ikollhom serħan il-moħħ li għada pitgħada jkunu konformi mal-liġi u ma tistax tiġi kwalunkwe awtorità internazzjonali u tgħidilhom li qed jiksru l-liġi.", "Kien hemm min ipprova jħammeġ din l-industrija u beda jgħid li dawn qegħdin jiġu hawnhekk wara li keċċewhom pajjiżi oħrajn, għax iridu jagħmlu l-ħasil ta' flus hawn Malta.", "Iridu l-ħasil ta' flus meta qed jiġu hawnhekk biex jirregolaw ruħhom?", "Dawn m'għandhomx bżonn lil Malta biex joperaw, imma jistgħu joperaw minn kullimkien fid-dinja għax f'pajjiżi oħra dawn mhumiex illegali, sempliċiment mhumiex regolati.", "Jiġifieri dawn bħalissa jistgħu jmorru joperaw fi kwalunkwe pajjiż, anke f'Malta, għax fin-nuqqas ta' din il-liġi ħadd ma jista' jwaqqafhom lil dawn il-kumpaniji; m'hemmx qafas legali li jagħtik is-saħħa li twaqqafhom milli joperaw, u dak hu li qegħdin nagħmlu llum.", "Se nsemmi eżempju wieħed biss.", "Din il-ġimgħa l-kumpanija BitBay, li hija l-ikbar kumpanija ta' exchange fil-Polonja, minħabba n-nuqqas ta' legal certainty ma setgħetx tkompli topera fil-Polonja, u ħabbret li se tkun qed topera minn Malta.", "Mill-ewwel stajna nsegwu wħud mill-kritiċi li jħobbu ħafna lill-pajjiż u li jipprovaw irewħu madwar id-dinja kollha, jgħidu li dawn tkeċċew minn pajjiżhom, li aħna nilqgħu l-imbarazz u r-raċanċ, li għax pajjiżi bħall-Polonja keċċewhom se nilqgħuhom aħna biex naraw kif se naħslu l-flus u kif se nkunu korrotti, għax aħna 'mafia state' u l-kantaliena tas-soltu!", "Dawn l-erba' min-nies li tant iħobbu lill-pajjiż qed jagħmlu minn kollox biex jipprovaw ikissru dak li qed nibnu aħna.", "L-għada, fil-ġurnal CoinTelegraph stajna naqraw hekk:", "Dan wara li din kienet kostretta li titlaq u wara li rat li aħna konna proattivi u ħabbret li se tiġi topera hawn Malta.", "Dawk l-istess kritiċi, qalbiena ta' Malta, li mill-ewwel ħassew id-dispjaċir u lanqas ħallew il-linka tinxef minn fuq il-karta li ma bdewx jikkritikaw, issa x'se jgħidu, li l-Polonja terġa' trid ir-raċanċ?", "Għax issa din il-kumpanija rċeviet ittra - se nikkwota minnha u aktar tard se nqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra; din ippubblikawha huma stess u mhux ġiet mogħtija lili b'mod sigriet, għalhekk se nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra – mingħand l-istituzzjoni li tirregola s-settur finanzjarju fil-Polonja, ekwivalenti għall-Malta Financial Services Authority fejn BitBay ġiet mistiedna terġa' tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha u topera f'dak is-settur.", "Però BitBay qalet ċar u tond li:", "Allura rridu naraw li kemm jista' jkun inkomplu nkunu proattivi f'dan is-sens.", "Hemm numru ta' affarijiet oħra li rridu nħarsu lejhom, però se nsemmihom aktar 'il quddiem, għax għalissa nixtieq niffoka aktar fuq il-kontenut, imbagħad jekk Alla jrid ikollna okkażjonijiet fejn inkunu nistgħu nagħmlu l-punti politiċi.", "Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra bil-Pollakk datata 28 ta' Mejju 2018 mibgħuta minn Marek Chrzanowski, Kap tal-Polish Financial Supervision Authority (KNF), traduzzjoni mill-Pollakk ta' tweet, u kopja ta' dokument datat 31 ta' Mejju 2018 li deher fuq is-sit https://cointelegraph.com, kollha b'rabta mas-suġġett: Polish Gov't Invites BitBay to Join Working Group as Exchange Forced to Leave Country.", "Illum qed nipproponi li titwaqqaf il-Malta Digital Innovation Authority li se tkun qed tirregola technology arrangements, DLT u smart contracts.", "Kif għedt, dan huwa r-remit inizjali, għax ħallejna l-liġi miftuħa sabiex tippermetti li kif titwaqqaf din l-Awtorità, tibda tħares ukoll lejn industriji ġodda tal-artificial intelligence u l-internet of things, li huwa settur forsi aktar miftuħ u daqsxejn aktar komplikat, però qegħdin naħsbu għalih ukoll.", "Jekk wieħed jara l-mod kif waqqafna din l-Awtorità, isib li waqqafna żewġ units partikolari fl-Awtorità, fosthom il-Joint Efficiency Regulatory Board.", "Dan il-bord jinkludi rappreżentanza mill-awtoritajiet regolatorji l-oħra tal-pajjiż, biex fejn ikun hemm xi issue teknika li fil-liġi ma tkunx ċara fejn għandha toqgħod, naraw liema se tkun l-awtorità regolatorja tagħha u ma noqogħdux nintilfu fil-burokrazija.", "Tajna s-saħħa tal-liġi lil dan il-bord li jitwaqqaf skont kif ikun hemm bżonn, ħalli skont l-issue partikolari jiddeċiedi liema awtorità trid tkun qed tirregola prodott partikolari.", "Hawn qed naraw li l-liġi mhux biss tipprovdi għal-lum, iżda qed tkun future proof ukoll, ħalli jekk ikun hemm bżonn inbiddlu l-liġi, ma noqogħdux nerġgħu ngħaddu mill-proċess burokratiku kollu.", "Din hija industirja mgħaġġla li tevolvi mill-ewwel u hija dinamika, allura mhux se toqgħod tistenna lill-gvernijiet jieħdu l-ħin tagħhom.", "Jekk aħna mhux se nkunu effiċjenti aktar mill-industrija, nistgħu ninsew li din l-industrija nġibuha hawnhekk.", "Apparti minn hekk, ħriġna wkoll bin-National Ethics Committee, konċett innovattiv li se jkun qed jara l-affarijiet etiċi.", "Aħna ma ħarisniex biss lejn l-aspett legali, lejn l-aspett ekonomiku, u lejn l-aspett soċjali, imma ħarisna wkoll lejn l-aspett etiku.", "L-etika tidħol speċjalment fejn tidħol l-artificial intelligence, u se nagħti eżempju wieħed li kull meta nagħtih ninftiehem ħafna.", "Ejja ngħidu li għandek self-driving car – dawn huma karozzi li jsuqu waħedhom bl-artificial intelligence, bil-komunikazzjoni, u eventwlament bil-5G li qed naħdmu fuqha wkoll, għax id-dinja 'l hemmhekk miexja u diġà bdew it-tests inizjali - ipprogrammata fuq safety, u hemm tifel jew tifla li qed jaqsmu t-triq fejn mhux suppost.", "Ovvjament l-artificial intelligence ikollu processor li jkun jista' jagħmel different combinations u jkun jaf l-għażliet li jkollu quddiemu, jiġifieri jista' ma jibqax fir-rotta tiegħu, imma jdawwar u jsalvaw it-tnejn.", "Però ejja ngħidu li tiġi sitwazzjoni fejn l-unika għażla tkun li jew iddawwar it-triq u jkollok inċident ieħor bil-probabilità kbira li jweġġa' jew imut id-driver, jew inkella tibqa' miexi dritt u ttajjar lil dik il-persuna.", "Dawn huma għażliet li meta ma jkunux f'idejn il-magni u jkunu f'idejn il-persuna, tkun tista' ddur fuq il-persuna.", "Għalhekk irridu naħsbu fit-tul għal dawn l-affarijiet.", "Issa dan il-kumitat se jkun qed jara kif ifassal ċerti policies f'dan ir-rigward, u għalhekk issejjaħ The National Ethics Committee.", "Din ma kenitx xi ħaġa li ħsibnieha mil-lum għal għada.", "Kien hemm ħsieb fit-tul li kien jinvolvi numru kbir ta' esperti, li jien m'għandi xejn ħlief kliem ta' tifħir għalihom.", "Din l-industrija qiegħda fl-istadju inizjali tagħha u hemm ftit esperti fiha, imma kif semmejt se tkun qed tolqot awtoritajiet oħra, għax mhux se nkunu qegħdin nistennew li kull awtorità tibni l-unit ta' expertise tagħha fuq id-Distributed Ledger Technology anke minħabba r-riżorsi limitati li għandna bħala pajjiż.", "Allua din l-Awtorità se tkun qed isservi bħala l-unika awtorità li tista' tissejjaħ esperta biex tagħti pariri u opinjonijiet lill-awtoritajiet l-oħrajn, kull fejn ikun hemm bżonn.", "Għalhekk mhux se jkollna bżonn li noqogħdu nimpjegaw lil nies ġodda f'kull awtorità, għax se jkollna awtorità waħda li tkun interlinked mal-awtoritajiet l-oħrajn u kulħadd jirreferi għaliha.", "Dan ir-regime li din l-Awtorità se tkun qed topera fuqu se jippermetti ċ-ċertifikazzjoni ta' pjattaformi, bħal meta ngħidu ethereum, jew meta nitkellmu fuq pjattaformi oħrajn ta' blockchains u DLT platforms li prodotti u apps oħra joperaw fuqhom.", "Forsi għax din l-industrija hija waħda ġdida u daqsxejn teknika, kull meta nsemmu blockchain ħafna nies jirreferu għall-bitcoin, imma rrid nagħmilha ċara li din hija misconception kbira li xtaqt niċċaraha mill-ewwel.", "Il-bitcoin jew il-cryptocurrencies huma app importanti, però b'użu limitat ħafna tat-teknoloġija blockchain.", "Jiġifieri l-app taħdem fuq il-blockchain, qisek għandek il-YouTube jaħdem fuq l-internet.", "Issa aħna ma ħarisniex lejn il-YouTube, għax bħalu għandek miljuni oħra ta' apps, imma ħarisna lejn l-internet.", "Il-blockchain huwa l-internet il-ġdid li fi ftit snin oħra se jkun qed jeħodlu postu.", "Bħalma kienu pajjiżi kbar bħall-Amerika li mbottaw 'il quddiem it-teknoloġija tal-internet, issa qed nagħmluha aħna, din il-gżira żgħira f'nofs il-Mediterran ta' ftit aktar minn 400,000 ruħ, iżda b'intellettwal u viżjoni li trid timxi 'l quddiem.", "Din hi d-differenza li tefgħetna fuq quddiem ħdejn pajjiżi oħra fejn tidħol din it-teknoloġija, allura se nkunu qegħdin naraw kif noħorġu b'ċertifikazzjoni ta' pjattaformi, reġistrazzjoni ta' system auditors u technical administrators.", "Peress li nafu kemm hu diffiċli li tirregola dan is-settur, rajna kif noħorġu kunċett li filwaqt li jkollok operaturi teknoloġiċi li ma jkunux lesti li jaqsmu l-coding jew il-moħħ wara dik it-teknoloġija ma' awtorità governattiva, rajna li noħolqu third parties ta' system auditors li l-ewwel jiġu ċertifikati u reġistrati mill-Awtorità fejn isirilhom il-fit and proper test biex naraw li huma nies serji, li jifhmu fis-suġġett u li għandhom il-kwalifiki neċessarji.", "Għaldaqstant ikollok lista ta' operaturi li jkunu ċertifikati bħala system auditors, li eventwalment ikunu jistgħu jiċċertifikaw it-teknoloġija wara dak il-prodott.", "Dan il-proċess jintuża wkoll fil-Malta Gaming Authority u fi Transport Malta meta tqabbad surveyor privat li jkun reġistrat fuq il-lista ta' Transport Malta biex jiġi jara d-dgħajsa tiegħek u joħroġlok ċertifikat li mingħajru Transport Malta ma toħroġlokx ċertifikat tad-dgħajsa.", "Dik hija l-bażi tal-konċett, imbagħad ftaħnieh b'mod daqsxejn aktar ikkomplikat biex jiġi applikat għal din it-teknoloġija partikolari.", "Apparti minn hekk, rwol ieħor ta' din l-Awtorità hu li se jkompli jkun hemm continuous ongoing compliance and due diligence biex naraw li dawk li jkunu ġew reġistrati u ċertifikati mill-Awtorità jibqgħu jaderixxu ma' dawk l-obbligi b'mod kontinwu.", "Dak huwa r-rwol l-ieħor ta' din l-Awtorità.", "Huwa tajjeb li ngħidu li r-regime tad-DLT u tal-blockchain tal-gaming għalissa ftaħnieh in a send box environment, jiġifieri f'ambjent limitat, fejn ma tistax tinvesti ammont kbir ta' flus biex wieħed jara kif imur, ħalli jekk ikun hemm xi żbalji jkunu contained u ma taffettwax lill-industrija, imbagħad wara li jgħaddi perjodu ta' żmien, jekk naraw li dak it-test ħadem, inkunu nistgħu niftħuh b'mod aktar ampju.", "Allura jekk eventwlament tkun trid topera xi prodott li hu disruptive jew topera fuq blockchain ma' dawn l-awtoritajiet, l-ewwel trid iġġib ċertifikat mis-system auditors li jkunu reġistrati mal-Awtorità biex eventwalment dik l-awtorità regolatorja l-oħra bħall-MFSA tkun tista' tkompli bil-proċess tagħha tal-liċenzjar.", "Dan huwa regime li se jkun qed jirregola l-attiv finanzjarju virtwali fuq bażi mandatorja.", "Biex nagħmluha ċara, il-kumpaniji li qed joperaw bħalissa minn Malta, appena dawn il-liġijiet jiġu enacted, ikollhom obbligu li japplikaw għal-liċenzja tal-prodott tagħhom.", "Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, bħala pajjiż ikollna s-saħħa li nimmultawhom, nagħlqulhom l-operat tagħhom minn pajjiżna u nwaqqfuhom milli jużaw isem pajjiżna, għax il-fatt li issa ħadna t-titlu ta' the blockchain island qed nisimgħu uħud min-nies li lanqas biss inkunu nafu bihom jikkwotaw lil Malta bħala blockchain island u esperti internazzjonali jikkwotaw li qegħdin jipparteċipaw f'Malta.", "Ovvjament, fin-nuqqas ta' dawn ir-regoli, ma jkollniex viżibilità ta' kollox.", "Jien ġieli naqra artikli fejn ikun hemm li se nkun qiegħed nitkellem f'konferenzi li qatt ma nkun smajt bihom, u ovvjament ma nkunx se nattendi.", "Ġieli nisimgħu kumpaniji jgħidu li qegħdin jiddiskutu mal-Gvern Malti fuq dan is-settur, meta aħna qatt ma nkunu kellimniehom, ovvjament biex jibbenefikaw għax aħna rnexxielna nibnu isem.", "Meta jkun hemm isem kbir u pretiġjuż, tipprova tagħmel minn kollox biex tallaċċja miegħu, u dan hu li qed isir.", "Għalhekk hemm l-urġenza għal din l-Awtorità, biex dik il-kumpanija li ssemmi isem Malta u ma tkunx verament qiegħda timxi kif suppost, ikollna d-dritt u s-saħħa li nwaqqfuha.", "Fin-nuqqas ta' din l-Awtorità ma nistgħux.", "Għalhekk, bħala Gvern inħoss li b'dan l-Abbozz li qed nipproponu se nkunu qegħdin naċċertaw it-tliet prinċipji li tkellimt fuqhom, il-market integrity, l-investor protection u market stability.", "Hawnhekk qed niftħu opportunitajiet ġodda fejn jidħlu intermedjarji li għandhom x'jaqsmu mal-virtual currencies, fosthom ICOs, exchanges, wallet providers, brokers u numru ta' attivitajiet oħra, però mbagħad qed insemmu attivitajiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-virtual currencies, bħat-teknoloġija.", "Din hija liġi li se tkun ferm b'saħħitha, b'mod partikolari fejn jidħol il-ħasil tal-flus u l-infurzar ta' KYC.", "Kif diġà semmejt qabel, dawn huma importanti ħafna minħabba li bħala pajjiż għandna l-obbligu internazzjonali li nsegwu dawn id-direttivi.", "Bħala pajjiż, b'dawn l-abbozzi se nkunu qegħdin immorru 'l hinn minn hekk, għax kif diġà semmejt, il-Fifth AML Directive ma tħarisx lejn setturi bħal cryptofiat, iżda tħares lejn settur partikolari.", "Aħna, għax se nkunu qed noffru regolamentazzjoni ġdida, rajna li mmorru lil hinn minn dak li qed titlob u nkunu iktar sodi u b'saħħitna ħalli nkunu aktar trasparenti f'dan is-settur.", "Fl-aħħar minuti li għandi, nasal biex nikkonkludi fuq l-impatt ekonomiku.", "Bħalissa, fost l-ikbar kumpaniji tad-dinja f'dan is-settur ħabbru li qed jirrilokaw ġo pajjiżna u lil dawn il-kumpaniji qegħdin nilqgħuhom.", "Ovvjament, mhux qed ngħid li diġà għandhom il-liċenzja, għax il-liċenzja għadha ma teżistix, imma aħna ninsabu fuq x-xwiek biex tgħaddi din il-liġi ħalli dawn il-kumpaniji jibdew dan il-proċess u jgħaddu.", "Nagħmilha ċara li ma jfissirx li l-kumpaniji li lqajna kollha se jieħdu l-liċenzja.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li wħud minn dawn il-kumpaniji jistgħu ma jgħaddux mit-test, imma aħna fid-dover li jekk nibnu xi ħaġa rridu nkabbruha.", "Ma nistax niżra' żerriegħa u nsaqqiha l-pitrolju minflok l-ilma!", "Insaqqiha l-ilma, tibda tikber, tagħmel il-friegħi, imbagħad jekk jibda jkolli l-mard fuq fergħa minnhom naqtagħha u narmiha biex ma tmarradlix is-siġra.", "Dan hu li qed nagħmlu hawnhekk.", "Qegħdin nilqgħu l-kumpaniji ħalli nkabbru l-ekonomija, ħalli jkollna r-ripple effect.", "Semmejna kumpaniji kbar bħal Binance u OKEx.", "Binance, kumpanija partikolari minnhom, tagħmel $1.6 billion transactions a day.", "Aħna bħala pajjiż, fis-setturi kollha nipproduċu bejn wieħed u ieħor prodott gross domestiku ta' bejn €11-il biljun u €12-il biljun.", "Din il-kumpanija waħedha, f'ġimgħa tagħmel transazzjonijiet daqs kemm aħna nipproduċu f'sena!", "Jekk m'iniex sejjer żball, għamlet xi €200 miljun fi profitti.", "Issa din kumpanija waħda biss.", "It-tieni l-ikbar kumpanija fid-dinja, l-OKEx, din il-ġimgħa qabżet it-transazzjonijiet ta' Binance, jiġifieri hija saħansitra akbar.", "Nistgħu nimmaġinaw l-effett ta' dawn il-kumpaniji kollha fuq il-pajjiż.", "Immaġinaw it-taxxa li se jkunu qegħdin iħallsu lejn il-pajjiż u l-intellettwal li se jkunu qegħdin iġibu f'dan il-pajjiż, għax ngħiduha kif inhi, dawn ma jistgħux jimpjegaw Maltin biss għax bħalissa m'hemmx dawk il-ħiliet kollha.", "Dawn se jġibu ħaddiema minn barra li jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu hawnhekk, allura se jħallsu fejn joqogħdu, se jħallsu l-income tax, se jmorru jieklu barra, u se jattendu għal attivitajiet.", "Allura dan mhux kollu introjtu għall-Gvern?", "Mela jekk il-kejk tal-Gvern ikompli jissaħħaħ u l-introjtu jkompli jikber, aħna nkunu nistgħu nkomplu nsaħħu l-pensjonijiet, inkomplu nnaqqsu t-taxxi, inkomplu ninvestu fil-housing soċjali u fl-edukazzjoni, fejn fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru proġetti ġodda.", "Qegħdin naraw li noħolqu industriji ġodda relatati mal-IT, fejn se naraw kif nattiraw studenti li jiġu jistudjaw f'pajjiżna f'dan is-settur, anke fl-Università ta' Malta.", "Jien infurmat li minn Ottubru li ġej se jibdew korsijiet fil-livell ta' degree u ta' Masters speċjalizzati fuq blockchain, biex tliet snin jew erba' snin oħra, meta din l-industrija tkun fil-quċċata tagħha f'pajjiżna, l-istudenti Maltin jibdew jibbenefikaw minn dik iż-żerriegħa li qegħdin niżirgħu llum.", "B'hekk nibdew naraw li noħolqu eko-sistema għall-industriji l-oħra, ħalli ma jkunx hemm raġuni waħda għalfejn kumpanija topera f'dan il-pajjiż.", "Jekk nieħdu l-każ ta' Londra, li huwa ċ-ċentru ta' eċċellenza tas-servizzi finanzjarji, minkejja l-Brexit, ħafna mill-kumpaniji l-kbar xorta se jibqgħu joperaw minn hemm.", "Jiftħu fergħat oħrajn, jagħmlu arranġamenti oħrajn, imma jibqgħu hemm, għax hemm eko-sistema.", "Dak hu li rridu nagħmlu f'pajjiżna, noħolqu eko-sistema ħalli jekk ikun hemm min jattakkana fuq is-settur tal-gaming, jew ikun hemm min jattakkana fuq is-servizzi finanzjarji, jew ikun hemm min jipprova jbiddel il-qafas legali jew tat-taxxa ta' dan il-pajjiż, dawn il-kumpaniji xorta jibqgħu hawn għax ikollhom eko-sistema fejn ikollhom transfer of skills minn azjenda għall-oħra, u jekk kumpanija tkun se tispiċċa jafu li se tassorbiha kumpanija oħra, u jafu li hemm potenzjal ta' kobor, anke għall-fatt li dawn huma servizzi.", "Din hija ekonomija tas-servizzi u mhux ekonomija li trid artijiet kbar, bħall-fabbriki, xi ħaġa li aħna m'għandniex.", "L-effett fuq l-ambjent huwa minimu jew mill-inqas u l-externalities huma mill-inqas.", "Din hi l-viżjoni li rridu nkomplu naraw li nkabbru.", "Wieħed jista' jara li bħala pajjiż qegħdin nibnu l-fortifikazzjonijiet tagħna biex meta jiġu l-attakki fl-ekonomija - dawk li ngħidulhom external shocks - inkunu sodi u cushioned biżżejjed biex nilqgħu għalihom.", "Meta jiġri dan, se jkollna prodotti oħra lejn xiex inħarsu għax, kif diġà semmejt, din it-teknoloġija għandha l-użu wiesa' tagħha.", "Bħala Gvern ninsabu kommessi.", "Kif diġà semmejt, aħna konna l-ewwel gvern fid-dinja li wħud mill-istudenti tat-tliet istituzzjonijiet prinċipali ta' pajjiżna qed jirċievu ċ-ċertifikat tagħhom fuq il-blockchain.", "Dan is-servizz qed jiġi offrut minn kumpanija Amerikana, flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni.", "Qegħdin naraw li ninvestu wkoll fuq servizzi oħra tar-registry of companies, fosthom ir-reġistru pubbliku u s-settur tad-data, fil-ħsieb tar-regoli l-ġodda tal-General Data Protection Regulation u tas-supply chain, fejn ikollok prodott li jiġi manifatturat u trid tittraċċah sal-aħħar, mis-sit sal-klijent.", "Il-kwestjoni tal-medical cannabis u l-kwestjoni tal-loġistika, b'din it-teknoloġija tista' tassigura transazzjoni li ma tistax timmanipulaha.", "Jiġifieri s-sabiħ ta' din it-teknoloġija hu li filwaqt li l-individwu jkollu s-saħħa tad-data, ma jistax ibagħbas magħha.", "L-iktar ħaġa pożittiva se tkun li se naqtgħu ħafna transazzjonijiet milli jiġu mibdula.", "Jiġifieri illum, jekk nibgħat email lilek, ma nkunx naf inti lil min bgħattha wara, x'għamilt biha, jew jekk għadx għandek kopja tagħha.", "Issa, grazzi għal din it-teknoloġija, jien nista' nibgħat email lilek biss u tkun taf li l-email rajtha u m'għadhiex għandi.", "Pereżempju, jekk jien għidt li se nagħmel kuntratt ta' xiri ta' proprjetà mingħandek, inkun ċert li dik il-proprjetà inti m'għamiltx erba' konvenji oħra fuqha, għax kien hemm iż-żmien ta' transazzjoni sakemm tirreġistra l-konvenju, għax hija instantaneous u ma tistax titbagħbas.", "Din hija l-effiċjenza li se tkun qed toffri din is-sistema.", "L-użu tat-teknoloġija huwa wiesa' u dan huwa dak li ra li jagħmel dan il-Gvern.", "F'kelma waħda, impatt pożittiv kbir fuq l-ekonomija, mifrux mas-setturi kollha.", "Sur President, se nieqaf hawn.", "Nixtieq nirringrazzja lix-Shadow Minister tiegħi l-Onor.", "Kristy Debono, li min-naħa tagħna għamilnielhom preżentazzjoni u kkonsultajniehom fuq dan is-settur.", "Milli nista' nifhem hemm qbil fuq ħafna prinċipji.", "Ovvjament, aħna qegħdin niddiskutu sabiex inkomplu nilqgħu l-kritika, minkejja li kien hemm konsultazzjoni pubblika fejn min ried seta' pparteċipa.", "Finalment, ejja ħalli naraw li dawn il-liġijiet jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr, kif diġà semmejt, għall-protezzjoni.", "Nittama bil-ħerqa li jerġa' jkun hemm qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni, bħalma kien hemm fuq setturi oħra meta aħna konna fl-Oppożizzjoni, ħalli għall-futur ta' wliedna u ta' dan il-pajjiż, bħalma llum qegħdin nitkellmu fuq il-gaming u fuq is-servizzi finanzjarji u niftaħru kemm kibru dawn is-setturi u kemm jimpjegaw nies, niġu ħames snin oħra u ngħidu li f'Malta Gvern u Oppożizzjoni reġgħu bnew l-istorja, għax flimkien qablu fuq settur ġdid li se jkun qed irendi ħafna lil dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, illum qegħdin niddiskutu settur importanti għall-futur, li jekk pajjiżna jindokrah b'mod ħolistiku, jiġifieri f'dak li għandu x'jaqsam mal-qafas legali, l-implimentazzjoni tal-proċeduri, il-moniteraġġ mill-awtoritajiet kompetenti u l-investiment fir-riżors uman, ikollna tassew opportunità tad-deheb li permezz tagħha f'pajjiżna jitkattar dak il-valur miżjud tant kruċjali u li hu tant mistenni minn dan il-Gvern li mhux biss jistrieħ fuq is-suċċess ta' gvernijiet Nazzjonalista, iżda joħloq setturi li għandhom potenzjal massiċċ ta' valur addizzjonali.", "Dan is-settur, kif spjega tajjeb l-Onor.", "Silvio Schembri, huwa dak ta' distributed ledger techonologies (DLTs) li jinkorporaw din it-teknologija finanzjarja li tant nisimgħu dwarha, il-blockchains u l-ismart contracts.", "Din se tkun qed toffri servizzi ta' virtual currencies, initial coin offerings u cryptocurrencies li tant nisimgħu dwarhom.", "Żgur li dan huwa suġġett li bħalissa huwa fuq fomm kulħadd.", "Bosta minna semgħu bil-blockchain li nassoċjawh ma' settur futuristiku, innovattiv u teknoloġiku, iżda l-għarfien tiegħu huwa tant limitat.", "Sur President, jien bħall-Onor.", "Schembri fl-aħħar leġiżlatura kemm-il darba tkellimt u sħaqt li jeħtieġ li pajjiżna jibda janalizza fid-dettall avenues ġodda fis-settur finanzjarju bħall-artificial intelligence, il-blockchain u l-Fintech.", "F'Mejju tas-sena li għaddiet, fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista, proposta 169 kienet tgħid li jekk jingħata l-mandat tal-elettorat, il-Partit Nazzjonalista jkompli jkun il-katalist għas-settur tas-servizzi finanzjarji u flimkien mal-esperti u l-practitioners ta' dan is-settur infasslu qafas regolatorju dinamiku f'oqsma ġodda fjamanti bħall-blockchain u crowdfunding, u permezz tar-riċerka nesploraw oqsma oħra bħal robotics, biotechnology, genomics u cyber security.", "Allura, żgur li bħala prinċipju aħna nappoġġjaw din il-liġi li tista' tagħtina dak il-first mover advantage għal pajjiżna, kif tawna setturi oħrajn, b'mod partikolari dak tar-remote gaming.", "Mill-feedback li nieħu mingħand il-practioners fis-servizzi finanzjarji u fl-IT, mingħand l-akkademiċi fl-Università u mid-diversi artikli u studji li saru, bosta naqblu li minkejja li wieħed għandu jħares lejn dan is-settur b'kawtela kbira dwar l-iżvilupp tiegħu, xorta waħda nemmen li hemm potenzjal ta' investiment kbir jekk jiġi regolat b'mod robust, flessibbli u kompetittiv.", "Bla dubju li l-blockchains u l-cryptocurrencies huma realtajiet importanti li se jaffettwaw il-ħajja u d-dinja li qed ngħixu fiha llum minn diversi aspetti.", "Il-core technology, il-blockchain, jekk regolata b'mod tajjeb, tista' ġġib magħha tibdil pożittiv kbir fil-mod kif isir in-negozju fis-settur tal-manifattura, fis-settur tar-retail, fis-settur tal-infrastruttura u fit-titli tal-proprjetà.", "Tista' tintuża wkoll biex jitnaqqsu l-voter frauds f'elezzjonijiet globali, u saħansitra diversi studji juru li kapaċi tkun il-fattur li verament jista' jeqred il-faqar f'pajjiżi tat-tielet dinja.", "Allura, bħala Oppożizzjoni, aħna kommessi li dan is-suġġett inħalluh 'il bogħod minn kull kontroversja politika, però nisħqu li jiġu implimentati s-safeguards neċessarji, filwaqt li nassiguraw li nipproteġu lil dan is-settur innovattiv.", "Il-benefiċċji tal-blockchain, li kif spjega l-Onor.", "Schembri hija l-pjattaforma diġitali li permezz tagħha jiġu pprovduti servizzi ta' cryptocurrencies, ta' ICOs, ta' exchanges u oħrajn, huma massiċċi u sal-lum huwa diffiċli li nifhmuhom, u aktar diffiċli li nispjegawhom, minħabba l-abbiltajiet virtwali tagħhom.", "Kif għidt, il-blockchain għadha f'embryo stage, però jekk wieħed jiftakar meta 30 sena ilu smajna bil-kelma \"internet\", kien hemm min ħadu lightly minħabba n-nuqqas t'għarfien dwaru u kien hemm min beża' minnu u pprotesta kontrih, però fil-verità llum ma nikkontemplawx ħajjitna mingħajru.", "Id-drone technology kienet ikkunsidrata bħala expensive, stravaganti u li m'għandniex bżonnha, filwaqt li issa qed narawha bħala lifesaver f' ċerti kwestjonijiet madwar id-dinja.", "Jien nifhem li n-nuqqas t'għarfien, flimkien mal-overhype dwar il-blockchain, jista' jagħti lok għal ħafna inċertezzi, però qabel ma nidħol fit-teknikalitajiet, se nagħti żewġ eżempji dettaljati li mhuma relatati assolutament xejn ma' xulxin ta' kif blockchain tista' tkun a game changer għalihom.", "Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina kif it-teknoloġija tal-blockchain tista' tkun katalista rivoluzzjonarja biex teradika jew tnaqqas sostanzjalment il-faqar f'pajjiżi tat-tielet dinja.", "Dan għax din it-teknoloġija, speċjalment f'dan il-każ il-cryptocurrencies, tista' tiffaċilita l-integrazzjoni ekonomika, u se ngħid għalfejn.", "Wieħed mill-akbar ostakli biex tiġi mnaqqsa l-gap bejn is-sinjur u l-fqir huwa l-aċċess għas-sistema bankarja.", "Fil-fatt, l-inklużjoni finanzjarja hija kkonsidrata bħala fattur ewlieni biex tnaqqas il-faqar estrem.", "Bħalissa persentaġġ kbir tal-popolazzjoni dinjija għadhom ma jaffordjawx jużaw servizzi bankarji.", "Skont studju li sar mill-Bank Dinji, hemm madwar 2.5 biljun adulti li ma jużawx servizzi bankarji għax ma jaffordjawx, però biljun minnhom għandhom mobile phone u madwar 480 miljun għandhom aċċess għall-internet.", "Dawn iċ-ċifri għandhom implikazzjonijiet kbar, meta narawhom fil-kontest tal-potenzjal tal-blockchain.", "Cherie Blair, il-mara tal-eks Prim Ministru Ingliz Tony Blair, li hija l-fundatur ta' Cherie Blair Foundation for Women, qalet, u rightly so, li:", "Ovvjament, għall-fqir!", "Allura f'dan il-kontest, il-blockchain imżewweġ mat-teknoloġija ċellulari jista' jkun ta' għajnuna kbira għal dawk li m'għandhomx kont bankarju, peress li bit-teknoloġija tal-blockchain m'hemmx il-ħtieġa ta' transazzjonijiet u spejjeż bankarji.", "Dan għax il-blockchain tneħħi l-intermedjarju u tipprovdi d-deċentralizzazzjoni.", "Dan ifisser li bil-blockchain jistgħu jinfetħu sezzjonijiet fl-ekonomija globali li qatt ma kienu attivi qabel, peress li din tagħti l-opportunità għal microtransactions, meta teżisti realtà li bank kummerċjali ma jsarrafx cheque u ma jiftaħx kont bankarju ta' ewro jew ta' dollaru, meta għal dawn in-nies, ewro jew dollaru wieħed huwa dak li jkollhom bżonn.", "Allura dan it-tip ta' microtransaction jagħti l-opportunità lil dawk li bħalissa m'għandhomx aċċess bankarju biex jipparteċipaw fil-kummerċ globali.", "Dan bħalissa mhuwiex profitabbli għas-sistema bankarja kummerċjali tradizzjonali biex tagħti servizz lil konsumaturi bi threshold baxxa ħafna, però dan hu possibbli permezz tal-cryptocurrency.", "Vantaġġ ieħor marbut ma' dan l-aspett huwa proprju l-abbiltà tal-blockchain li żżomm rekord tal-iżgħar tranżazzjonijiet, allura tagħti lok biex isir il-microlending, li hu self ta' ftit flus.", "F'każijiet fejn ikun hemm faqar estrem, l-aċċess għal self ta' ftit flus jista' jagħmel id-differenza kollha f'ħajjithom.", "Normalment, il-microlending nassoċjawh ma' attività negattiva minnħabba r-rati ta' interess għoljin, il-loan sharks, eċċetra, però permezz tal-blockchain dawn qed jiġu eliminati.", "Il-blockchain accounting inaqqas drastikament l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tas-self saħansitra b'madwar 90% jew aktar, allura permezz ta' dan, tiftaħ opportunitajiet għall-microlenders biex jamministraw ħafna aktar kontijiet, jiċċarġjawhom inqas u jestendu s-servizzi tagħhom lil numru akbar ta' klijenti.", "Ovvjament, dan isir meta kollox ikun regolat kif suppost.", "Il-microtrading jiftaħ dinja ta' opportunitajiet għal dawk il-persuni li jgħixu fil-faqar, speċjalment fis-settur tal-agrikoltura.", "Dan għax permezz tal-blockchain technology, l-individual sellers jistgħu jfittxu u jsibu swieq u jinnegozjaw bi prezz ġust mingħajr mark-ups eżaġerati li mhumiex neċessarji u mingħajr intermedjarji.", "Din it-teknoloġija tista' toħloq rivoluzzjoni tal-faqar biex issalva l-miljuni ta' dollari li jintefqu f'international aids.", "Huwa fatt li l-aid distribution jeħtieġlu metodu finanzjarju li huwa ferm aktar trasparenti u accountable.", "Skont studju li sar dwar dan fl-Istati Uniti, l-aid distribution permezz tal-blockchain jista' jelimina $2 triljuni li l-Istati Uniti tonfoq fuq korruzzjoni madwar id-dinja, u tinvesti il-$143 biljun iddedikati għall-iżvilupp globali b'mod aktar effiċjenti u effettiv.", "B'mudell aktar trasparenti ta' ledger pubbliku, fejn kulħadd jista' jivvalida t-transazzjoni, il-blockchain tista' serjament titfa' d-dawl fuq is-side deals li jsiru permezz tal-korruzzjoni.", "Qed nagħti dan l-eżempju biex ikollna idea bażika ta' x'inhuma l-vantaġġi ta' din it-teknoloġija, mingħajr ma nkun teknika ż-żejjed.", "It-tieni eżempju prattiku huwa proprju s-settur tar-retail, ħalli nkun ħadt żewġ eżempji estremi, għax forsi wieħed jistaqsi kif jista' l-blockchain jgħin lil dan is-settur.", "L-ewwel nett, din it-teknoloġija toffri aktar fiduċja u trasparenza lill-klijent u lin-negozjant fl-istess ħin, peress li permezz tat-teknoloġija kemm il-klijent kif ukoll in-negozjant jista' jsegwi pass, pass, kull stadju tal-prodott.", "Ħalli nieħu l-eżempju tas-settur tar-retail fejn jidħol il-bejgħ tal-ħwejjeġ tad-ditta.", "Din it-teknoloġija tiżvela l-validità tal-brand innifisha.", "Huwa fatt li l-konsumatur huwa brand conscious, allura joqgħod attent jekk il-prodott li jkun xtara huwiex oriġinali jew kopja.", "Permezz ta' din it-teknoloġija, il-klijent jista' jagħmel tracking tad-data u jiggarantixxi jekk hux qiegħed jixtri prodott ġenwin jew le.", "Min-naħa l-oħra, il-blockchain tgħin biex tiżvela s-serq ta' prodotti lussużi u l-bejgħ ta' prodotti misruqa permezz tat-tracking tal-owner u tal-oġġetti.", "Il-blockchain tista' timmaniġġja aħjar is-supply chain u l-inventory management tan-negozjanti.", "Din it-teknoloġija għandha l-abbiltà li timmaniġġja records twal ta' sekwenza ta' avvenimenti, biex in-negozjant ikun jista' jżomm track tal-prodotti mid-dispatching, għax-shipment, għad-delivery.", "Ovvjament, permezz tal-cryptocurrency hemm il-benefiċċji tal-pagamenti, il-wallets u l-ecommerce.", "Studju li sar mid-ditta tal-konsultazzjoni internazzjonali Cognizant juri li 87% ta' dawk li pparteċipaw jemmnu li l-blockchain hija neċessarja għall-futur tal-industrija tar-retail, filwaqt li 82% tal-parteċipanti bassru li se jiffrankaw l-ispejjeż permezz ta' operat aktar streamlined u li se jitnaqqsu t-tasks manwali.", "L-istess stħarrig juri li 53% ta' dawk li pparteċipaw jemmnu li l-akbar ostaklu biex jaddottaw din it-teknoloġija huwa proprju n-nuqqas ta' għarfien dwarha.", "Skont dan l-istħarriġ, waqt li l-banek u s-servizzi finanzjarji issa ilhom jaħdmu fuq applikazzjonijiet tal-blockchain, il-potenzjal ta' din it-teknoloġija li tbiddel numru ta' business processes qiegħed ikun aktar viżibbli, però jeħtieġ ferm aktar awareness.", "Fuq kollox, l-akbar benefiċċju tal-blockchain u l-ledger pubbliku hija proprju t-trasparenza.", "Permezz tat-teknoloġija tal-blockchain, kull transazzjoni fil-ledger hija trasparenti u viżibbli għall-partijiet kollha kkonċernati, allura din it-teknoloġija tista' tassigura kontabilità f'kull ħolqa tal-katina tal-proċess tat-transazzjoni.", "Dan għax l-ebda transazzjoni ma tista' tinbidel, titħassar, tiġi kkopjata jew frodata.", "Dan mhux biss jelimina ċertu livell ta' korruzzjoni u tixħim, iżda jassigura li n-negozjant individwali jkun ikkumpensat b'mod ġust, filwaqt li jnaqqas ħafna l-ispejjeż tal-end user.", "Il-fatt li kull interaction tiġi rrekordjata f'ledger pubbliku jfisser li kull transazzjoni tħalli l-footprint.", "B'hekk l-ismart contracts ma jeħtiġilhomx l-involviment uman u kull pagament ikun irriversibbli u tamper-proof.", "Minkejja li dan il-kunċett huwa far from perfect minħabba li għadna fi stadju bikri u għal darb'oħra ntenni li l-għarfien dwaru huwa limitat ferm, il-blockchain jista' jkun katalist rivoluzzjonarju fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u favur it-trasparenza.", "Sur President, qed ngħid dan kollu għax fil-prinċipju verament nemmen li din hi opportunità għal pajjiżna li b'għaqal u b'kawtela tista' tissarraf f'valur kbir għal pajjiżna, filwaqt li tagħmilna leaders f'dan is-settur innovattiv.", "Dawn it-tliet liġijiet tressqu quddiemna wara ammont ragonevoli ta' konsultazzjoni mal-pubbliku, b'mod partikolari mal-esperti fis-settur finanzjarju u dak teknologiku.", "Naf li numru ta' emendi li tressqu mill-practitioners ittieħdu on board proprju f'dawn l-Abbozzi.", "Nemmen li l-liġi biex tistabbilixxi l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, li se tkun responsabbli għal dan is-settur, huwa pass importanti.", "Sinċerament ngħid li huwa milestone leġiżlattiv fir-rivoluzzjoni globali tal-blockchain.", "Din l-Awtorità li se tingħata diversi poteri, fosthom il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' dan is-settur teknoloġiku innovattiv, u se tkun responsabbli wkoll għaċ-ċertifikazzjoni tal-innovative technology arrangements and services (ITAS) li jkopru s-service providers tad-DLTs u s-smart contracts.", "Għaldaqstant, din l-Awtorità se jingħatalha r-rikonoxximent meħtieġ permezz ta' regolamentazzjoni relevanti, sabiex ikollha l-poteri meħtieġa biex tippromwovi u tiżviluppa dan is-settur f'pajjiżna.", "Il-kriterji essenzjali għaċ-ċertifikazzjoni tad-DLTs, tal-ismart contracts, kif ukoll għal-liċenzjar neċessarju tal-virtual financial assets, qed ikunu mfasslin f'żewġ pilastri oħra ta' dan ir-regime legali.", "L-Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva se jirregola l-pjattaforma tad-DLTs u smart contracts, allura l-blockchain innifisha, filwaqt li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali se jirregola l-initial virtual asset offering u l-virtual financial assets (VFA) exchanges.", "Il-Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali ġiet ippreżentata fi żmien kritiku, ngħid jien, meta hemm numru ta' VFA exchanges li qegħdin juru interess li jistabbilixxu jew jirrilokaw in-negozju tagħhom f'pajjiżna.", "Huwa żgur li din il-liġi hija antiċipata ferm, għax tintroduċi wkoll il-qafas regolatorju tal-initial virtual financial assets, dawk magħrufin bħala ICOs.", "Permezz ta' din il-liġi se jiġi stabbilit il-qafas legali għar-regolamentazzjoni tal-VFA exchanges, allura jekk il-proċeduri jiġu implimentati sew u skont il-liġi, għandna nistennew li aktar kumpaniji juru interess li jinvestu f'pajjiżna.", "Din il-liġi tirregola speċifikament il-VFA exchanges li joperaw f'Malta jew minn Malta, għalhekk tipprovdi aktar ċarezzi għal dawk l-investituri li jikkonsidraw lil pajjiżna bħala l-ġurisdizzjoni b'potenzjal li tkun l-għażla tagħom li jinvestu fiha.", "Din il-liġi tintroduċi qafas legali robust, però prattiku, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-VFA exchanges.", "Nemmen li din il-liġi hija in line mat-tir ambizzjuż li dejjem kellu pajjiżna biex ikun leader fir-regolamentazzjoni tal-blockchains u l-VFAs.", "F'industrija li għadha highly unregulated madwar id-dinja u li għad hemm reżistenza kbira għaliha f'pajjiżi oħra, dawn l-abbozzi żgur jeħtieġu struttura legali b'saħħitha, imfassla b'mod li tagħti l-leġittimità lil din l-industrija ekonomika diġitali li għadha fl-embryo stage tagħha u li ftit li xejn għad hemm għarfien dwarha.", "Jeħtieġ li permezz ta' dawn l-abbozzi nkunu ambizzjużi ferm, anke fl-isforzi tagħna li nikkonsolidaw is-salvagwardji kollha meħtieġa kontra l-abbuż fi żmien fejn l-industrija f'pajjiżna u madwar id-dinja hija vulnerabbli u għatxana għal regolametazzjoni globali.", "Għalhekk huwa importanti ferm li din il-liġi, minnbarra li tkun il-prime mover u l-main enforcer tar-regolamentazzjoni tal-blockchain, tkun responsabbli ukoll għall-ħolqien ta' policies ġodda u regolamentazzjoni b'saħħitha li tikkomplementa l-iskeleton framework li qegħdin niddiskutu llum.", "Bla dubju ta' xejn, kif dejjem għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, li kien katalist fit-tnedija tas-setturi innovattivi f'pajjiżna, tistgħu sserrħu raskom li mill-Oppożizzjoni se nkomplu nkunu ta' spalla għal din l-industrija.", "Għaldaqstant, il-Gvern se jsib l-appoġġ tagħna kollu biex nassiguraw li neċċellaw fis-settur tat-tekonoloġija, dak finanzjarju, dak tal-innovazzjoni u l-Fintech, kif għamilna f'tant setturi oħrajn, fosthom fis-settur tal-gaming u tas-servizzi finanzjarji, fis-settur marittimu, dak tal-avjazzjoni u tat-teknoloġija fis-snin li għaddew.", "Issa se nagħti ħarsa lejn l-abbozzi li għandna quddiemna llum.", "Aktar kmieni, semmejt il-benefiċċji infiniti tal-blockchain, però milli stajt nifhem l-approach tal-Gvern dwar it-tliet strumenti leġiżlattivi huwa proprju li jistabbilixxi lil pajjiżna bħala ġurisdizzjoni li, aktar minn kollox, tappoġġja l-cryptocurrencies.", "Jidher li l-mira tal-Gvern hi li jattira players kbar tal-cryptocurrencies lejn pajjiżna.", "Fil-fatt, wieħed għad irid jara jekk il-qafas leġiżlattiv propost u l-prerekwiżiti pjuttost estensivi tal-VFA fattwalment jistabilixxux lil Malta bħala ġurisdizzjoni kompetittiva għal dan l-operat.", "Għalissa huwa a wait and see approach, però li huwa żgur hu li dawn l-abbozzi ma jipprovdu l-ebda assistenza jew direzzjoni għall-innovatur żgħir tal-Fintech.", "Qed ngħid dan għax l-iżvilupp tal-Fintech, li mhuwiex relatat mal-blockchain, mhuwiex inkluż fl-Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva, jista' jkun li din hija opportunità mitlufa, li setgħet tkun utli biex tinkoraġixxi innovazzjoni tal-Fintech aktar wiesgħa, bħalma hu l-iżvilupp ta' derivatives aktar kumplessi.", "Nifhem li għal dan jeħtieġ regolamentazzjoni sussidjarja, li dan l-Abbozz jipprovdi għaliha, però f'dan il-każ nħoss li l-Abbozz huwa xi ftit jew wisq restrittiv, għalhekk qiegħda nsejjaħlu skeleton framework.", "Kif semmejt aktar kmieni, it-twaqqif tal-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta huwa milestone leġiżlattiv fir-rivoluzzjoni globali tal-blockchain technology, però nħossni fid-dmir li ngħaddi xi rimarki.", "Taqsima III tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta tittratta dwar twaqqif, funzjonijiet u tmexxija tal-Awtorità.", "Nemmen li l-fatt li huwa l-Ministru li jagħżel iċ-Chairman u l-membri kollha tal-bord, li se jkun kompost minn minimu ta' erba' membri u massimu ta' tmien membri, qiegħed jagħti lok għal wisq poter lill-Ministru responsabbli, li f'dan il-każ nemmen li hu l-Prim Ministru.", "Nifhem li dan hu l-format addottat minn istituzzjonijiet oħra bħall-MFSA, l-MGA u oħrajn, però la qegħdin nitkellmu dwar settur innovattiv li, kważi, kważi, hu ahead of our time, fejn nistgħu naħtfu l-first mover advantage, għandna nkunu innovattivi u prime movers għall-bidla, anke fejn jidħlu l-ħatriet ta' dan il-bord.", "Allura mhux biss nesiġi li ċ-Chairman u s-CEO għandhom ikunu taħt skrutinju parlamentari, imma wkoll li l-bord għandu jkun ferm aktar rappreżentattiv tal-industrija.", "Ma jistax ikun li jkollna Awtorità ġdida li tibda on the wrong footing f'settur fejn hemm kunsens politiku u fejn qiegħda niggarantixxi l-appoġġ tiegħi u tal-Oppożizzjoni, kif jista' jiġri jekk ma jintbagħatx messaġġ ċar li dan il-bord se jkun kompletament awtonomu, b'nies kompetenti u rappreżentattiv tal-industrija.", "Għalhekk nappella bis-sħih biex naraw li jkun hemm numru ta' membri rappreżentattivi tal-industrija, li jiġu nominati minnhom stess.", "Għalhekk, nappella bis-sħiħ lill-Gvern biex jikkonsidra din il-proposta.", "Klawsola 6, subinċiż (4)(a) jgħid li:", "\"(4) (a) Il-Bord tal-Awtorità jista', wara konsultazzjoni mal-Ministru, jistabbilixxi kumitati tal-Bord\".", "Għal darb'oħra jidhirli li this is defeating the same purpose li jkollna Awtorità indipendenti u awtonoma, u ma nistax nifhem għalfejn jeħtieġ li jkun hemm l-involviment tal-Ministru, li nerġa' ngħid f'dan il-każ huwa l-Prim Ministru, sempliċiment biex jiġi stabbilit Kumitat.", "Allura rrid nistaqsi jekk l-involviment ministerjali hux se jkun estiż fid-day to day administration u fil-policy coordination tal-istess Awtorità.", "Klawsola 6, subinċiż (4)(b) jitkellem dwar il-possibbiltà li l-Bord jistabbilixxi Kumitat Nazzjonali tal-Etika fit-Teknoloġija, wara konsultazzjoni mal-Ministru.", "Għal darb'oħra nemmen fermament li l-kompożizzjoni ta' dan il-Bord, aktar minn kollox, għandha tkun determinata b'mod aktar b'saħħtu fl-istess liġi li tassigura rappreżentazzjoni indipendenti f'dan il-Kumitat.", "Irrid ngħid li anke hawn, il-liġi ma tobbligax it-twaqqif ta' dan il-bord iżda l-possibbiltà biss.", "L-Unjoni Ewropea waqqfet bord simili fuq l-artificial intelligence, u anke hawn il-liġi għandha tinforza li dan il-kumitat ikun rappreżentattiv tas-settur u maħtur b'mod indipendenti.", "Subklawsola 24(2) titkellem dwar il-possibbiltà li l-Awtorità tiskopri transazzjonijiet b'konnessjoni ma' money laundering jew iffinanzjar tat-terroriżmu u li għandha tiżvela dawk il-fatti lill-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja bla dewmien.", "Meta tqis kemm hu neċessarju li permezz ta' din il-liġi jintbagħat messaġġ ċar kemm pajjiżna huwa ppreparat u diliġenti fil-ġlieda kontra l-money laundering, kif ukoll li ma nesponux lil pajjiżna u lil dan is-settur għal riskju bla bżonn, l-istatement \"bla dewmien\" ma nemminx li hu biżżejjed.", "Għaldaqstant, nemmen li għandhom jiġu stabbiliti timelines ċari dwar dan.", "Subklawsola 57(2) ta' dan l-istess Abbozz titkellem dwar il-Bord Konġunt dwar l-Effiċjenza Regolatorja.", "Bħala prinċipju naqbel perfettament dwar dan il-Bord li se jkun rappreżentattiv tal-awtoritajiet kompetenti, jiġifieri l-MDIA, il-Bank Ċentrali, l-MFSA, l-MGA, l-MCA, l-MCCAA u l-MITA, taħt it-tmexxija tal-Ministru.", "Jidher li dan il-Bord se jkun kompost minn mhux inqas minn ħames membri u mhux aktar minn ħdax-il membru.", "Għal darb'oħra, filwaqt li nifhem il-bżonn tal-preżenza governattiva, nisħaq l-importanza li dan il-Bord ikollu rappreżentanza eletta mill-practitioners li ma jkunux handpicked mill-Ministru responsabbli.", "Nemmen li dan hu kruċjali biex dan il-Bord, bħal dak tal-Etika u l-Awtorità per se, jirbaħ mill-ewwel il-kredibilità tas-settur privat, li wara kollox jixprunaw is-suċċess ta' din l-industrija.", "Se nirreferi issa għall-Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali, li Taqsima VII tiegħu tittratta dwar Setgħat Regolatorji u Investigattivi, u tirreferi għas-setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti.", "Filwaqt li nħoss li anke hawn il-poteri tal-Ministru huma overpowering, nemmen li skont subklawsola 38 (j) li tgħid li l-Ministru għandu l-poter li:", "\"(j) jeżenta xi entità emittenti, aġent ta' VFA, detentur ta' liċenza jew xi persuna oħra, servizz ta' VFA, attiv ta' DLT, whitepaper jew reklam minn xi waħda, jew aktar\",", "il-poteri huma massivi u m'għandhomx ikunu f'idejn il-Ministru, speċjalment meta l-liġi ma tirreferi għall-ebda checks and balances.", "Sur President, huwa imperattiv u kruċjali li dawn l-abbozzi, li nerġa' ngħid huma pożittivi, we get them right, għax żgur li ma naffordjawx li ma nibagħtux messaġġ hemm barra u lill-practitioners lokali fejn nikkonvinċu li dan is-settur se jkun immexxi b'mod awtonomu, b'mod trasparenti, u mingħajr indħil mill-Ministru, meta fil-liġi stess l-indħil tal-Ministru huwa pjuttost heavy.", "Dawn l-abbozzi huma opportunità għal pajjiżna biex nassiguraw li l-innovazzjoni sostenibbli qiegħda fil-qalba tal-viżjoni ta' pajjiżna.", "Dawn l-abbozzi jsegwu l-approach li ħadet l-Unjoni Ewropea biex tnaqqas l-inċertezza regolatorja tal-anti-money laundering u tal-innovazzjoni diġitali, b'mod partikolari l-użu tat-teknoloġija innovattiva fis-settur finanzjarju.", "Schembri, il-Ħames Direttiva tal-AML Ewropea qed tipproponi li jiġu regolati żewġ entitajiet.", "Dawn huma s-service providers li huma ngaġġati primarjament u professjonalment f'servizzi ta' exchange bejn virtual currencies u fiat currencies, u l-wallet providers li joffru custodial services għall-kredenzjali neċessarji biex jaċċessaw il-virtual currencies.", "Din l-emenda fil-liġi Ewropea hija raġonevoli għax ma teradikax il-potenzjal kreattiv tal-blockchain, però tipprovdi ċarezzi fuq l-issue tant importanti tal-compliance.", "Permezz ta' dan, il-blockchain sar aktar business friendly, orħos biex jaddottah l-intraprenditur u aktar sigur għall-users biex jużawh.", "Għaldaqstant, l-approach ta' pajjiżna biex jirregola l-virtual currencies permezz tal-abbozzi msemmija, fid-dawl tal-approach addottat mill-Unjoni Ewropea, tista' tippożizzjona lil pajjiżna fil-forefront fost il-pajjiżi Ewropej.", "Dan inaqqas l-arbitraġġ regolatorju li jista' jiġi abbużat mill-intraprendituri li jkunu mħajrin jinvestu f'dan is-settur.", "Hawnhekk naqbel ferm mar-response document tal-Malta Information Technology Law Association (MITLA), fejn saħqu li wieħed għandu jagħti prijorità u attenzjoni li ma jkunx hemm overregulation fl-istruttura teknoloġika fundamentali, li kif aċċennejt għadha at embryo stage.", "Jekk ikun hemm overregulation inkunu qegħdin nirriskjaw li nostakolaw l-effetti pożittivi li din l-industrija tista' tattira, filwaqt li nitilfu l-kompetittività ma' pajjiżi oħra li joffru liġijiet simili għal tagħna, min aktar laxki u min aktar restritti.", "Jeħtieġ li permezz tal-liġi ma nidħlu fl-ebda straitjacket żejda, imma għall-kuntrarju nixprunaw il-konċett ta' technology neutral, kif wara kollox kien il-fattur ewlieni fir-regolamentazzjoni tar-remote gaming fl-2004.", "Għalhekk, filwaqt li nemmen li dawn l-abbozzi huma bbilanċjati tajjeb, għax la huma laxki u lanqas huma restrittivi żżejjed, huwa kruċjali li nattiraw, nirregolaw u niċċertifikaw investiment serju li jġibilna ġieħ.", "Żgur li ma nistgħux nieħdu l-fama li l-kumpaniji jiġu f'pajjiżna sempliċement għax huwa faċli biex tkun awtorizzat jew liċenzjat, jiddependi xi jkun il-prodott, mal-Malta Digital Innovation Authority (MDIA).", "Għaldaqstant, Sur President, minn perpettiva aktar micro, nemmen li tħoll u torbot ħaġa waħda, u din hi l-implimentazzjoni ta' tali proċeduri u regolamentazzjoni.", "L-implimentazzjoni hija kruċjali.", "Huwa inutli li jkollna r-regoli mingħajr ma jkollna l-workforce adattat biex jimplimentahom.", "Huwa inutli li jkollna l-proċeduri mingħajr ma jkollna r-riżors uman li jara li l-proċeduri are put in place.", "Bl-istess mod, huwa inutli li jkollna ħafna teoriji fil-liġi jekk ma jkollniex in-nies ideali biex jagħmlu l-moniteraġġ.", "Għaldaqstant huwa imperattiv li filwaqt li jkollna dawn l-abbozzi u nippromwovuhom, jinħatar team maniġerjali kompetenti bir-riżorsi adegwati skont kif qed jiġi propost fl-Abbozz tal-MDIA.", "Jeħtieġ li jkollna riżors uman knowledgeable mhux biss fl-MDIA, iżda f'kull entità kompetenti, peress li dawn huma mistennija li jinteraġixxu ma' din l-Awtorità l-ġdida.", "Fejn jidħol it-taħriġ, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Schembri jgħid li se jibdew korsijiet ta' degrees u Masters, però hemm bżonn nagħmlu aktar enfasi fuq ir-riżorsi umani anċillari.", "Jeħtieġ tal-inqas taħriġ minimu dwar il-blockchain mal-entitajiet kompetenti li se jkunu qegħdin jaħdmu flimkien mal-MDIA, inkluż id-dipartimenti tat-taxxi.", "Ir-reklutaġġ tal-istaff kollu ta' din l-Awtorità hu imperattiv.", "M'għandix dubju li se jkun hemm domanda kbira ta' persuni biex jiġu ngaġġati f'din l-Awtorità li se tkun il-wiċċ ta' din l-industrija, kemm meta l-investitur jiġi jżur xi uffiċċji f'din l-Awtorità, kif ukoll waqt il-korrispondenza.", "Huwa neċessarju li din l-Awtorità ma tintużax bħala vejikolu politiku ieħor, iżda għandna nkunu responsabbli u nirreklutaw verament l-aħjar persuni.", "Jeħtieġ li jiġu segwiti l-proċeduri tal-konformità u tal-infurzar biex naraw li dan is-settur ma jattirax investiment li we better do without.", "Sur President, jekk kien hemm lezzjoni li għandna nitgħallmu minn settur oħra, bħal meta pajjiżna rregola s-settur tar-remote gaming, hija proprju dik tar-riżors uman.", "Huwa neċessarju li mil-lum nibdew ninvestu fit-taħriġ, mhux biss f'korsijiet li jwasslu għal Degree.", "Għandu jkun hemm l-għarfien bażiku fl-edukazzjoni terzjarja u anke f'dik primarja, allura jeħtieġ ninvestu issa fir-riżors uman li mingħajru dan is-settur ma jkunx jista' jikber u jiġi ndukrat.", "Fl-aħħar nett, jeħtieġ li nattiraw it-talent f'pajjiżna.", "Nafu li f'setturi bħal dawk tal-IT, tal-gaming, tas-servizzi finanzjari u anke tal-accounting, l-akbar sfida hi li ssib l-impjegati.", "Nafu bil-limitazzjonijiet ta' pajjiżna minħabba li aħna ckejknin, allura filwaqt li ninvestu bis-serjetà fit-taħriġ u l-edukazzjoni ħalli jkollna workforce li għandu t-talent u l-għarfien, irridu naraw li noffru inizjattivi vantaġġjużi għall-impjegati barranin, bħal high net worth individuals u oħrajn, biex naraw li t-talent jiġi importat f'pajjiżna, għax inkella se jkun l-akbar ostaklu għas-suċċess ta' dan is-settur.", "Ejja nkunu ċari, huwa inutli li jkollna qafas legali kompetittiv, ikollna awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-almu tagħhom u nattiraw kumpaniji kbar, jekk dawn isibu diffikultajiet enormi biex isibu l-ħaddiema.", "Dan is-settur għadu fl-aktar stadju bikri, allura bħala pajjiż qegħdin xi ftit jew wisq at par fejn tidħol il-kompetenza, però ejja ma ninqatgħux lura u nassiguraw li ma nirrealizzawx l-importanza li ninvestu fir-riżors uman meta jkun tard wisq, għax dak ikun il-punt meta verament inkunu qegħdin nitilfu l-competitive edge.", "Sur President, biex nagħlaq nerġa' ngħid li l-abbozzi li għandna quddiemna huma pass pożittiv fid-direzzjoni t-tajba.", "Hija opportunità li jekk tkun ġestita b'mod tajjeb mill-aspett regolatorju, mill-aspett tat-trasparenza, mill-aspett tal-konformità u mill- aspett ta' moniteraġġ, speċjalment b'mod li r-regolamenti u l-liġijiet sussidjarji jkunu relevanti, flessibbli u adattati, nemmen li għandna potenzjal ta' investiment f'settur li jista' verament ipoġġina leaders f'dan il-qasam.", "Issa jeħtieg il-political will li l-proċeduri jiġu implimentati mingħajr riservi, u li verament naraw li nattiraw il-kwalità u mhux sempliċement il-kwantità.", "Pajjiżna huwa vulnerabbli minħabba li ġejna esposti għal riskji bla bżonn għar-reputazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fuq kemm nieħdu bis-serjetà l-każijiet ta' ħasil ta' flus, allura jeħtieġ li noqogħdu b'seba' għajnejn ħalli settur li jista' verament jagħtina mbottatura 'l fuq, ma jimbarazzaniex aktar billi nattiraw the wrong kind of business.", "Għalhekk, għal darb'oħra nappella sabiex inħarsu lejn dan is-settur minn aspett ħolistiku bis-serjetà, però with a nimble approach minn din l-awtorità l-ġdida, mill-MFSA u mill-awtoritajiet kompetenti, biex verament jirnexxilna nibqgħu nżommu pass 'il quddiem f'din l-industrija li tevolvi kontinwament u b'rata mgħaġġla.", "Fl-aħħar nett, biex nagħmel aċċenn għal dak li qal l-Onor.", "Silvio Schembri, nittama li verament jinħoloq il-valur miżjud, it-tkabbir ekonomiku u l-ġid li jkattar dan is-settur, biex minnu jgawdi kulħadd.", "Jekk Alla jrid, ikun hemm tkabbir ekonomiku sostanzjali li nittama li jintlaħaq miż-żgħir u ma jiqafx biss fil-livell tal-kbir.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, ovvjament ma nippretendix li fid-diskors tiegħi nissupera dak li għadha kif qalet l-Onor.", "Kristy Debono f'dak li hu aspett tekniku, però se nitkellem mill-aspett ta' kif jien nara dan is-settur partikolari.", "Dan huwa settur importanti ħafna fid-dinja, għax permezz tiegħu tista' sseħħ trasformazzjoni fl-istat tal-bniedem.", "Il-faqar fid-dinja għandu numru ta' kawżi, però għandu numru ta' soluzzjonijiet li waħda minnhom hi dan is-settur partikolari.", "Dan huwa settur li twieled u għandu jitħalla f'din id-direzzjoni, dik ta' strument ta' trasformazzjoni li bih il-klassijiet li qegħdin 'l isfel fis-soċjetajiet tagħna u mondjali jimxu 'l quddiem.", "Jiena nirreżisti li din il-liġi b'xi mod tittrasforma ruħha f'liġi għas-setturi u l-kumpaniji l-kbar għad-detriment tal-abbiltà tal-bniedem iż-żgħir li jsib mekkaniżmu li bih ikollu l-vantaġġ li jimxi 'l quddiem fis-soċjetà.", "Kif qalet tajjeb l-Onor.", "Kristy Debono, huwa magħruf li fid-dinja hawn madwar 2 biljun persuna li m'għandhomx kont bankarju.", "Għandek bżonn kont bankarju fid-dinja tal-lum?", "B'din il-liġi partikolari m'għandekx bżonn kont bankarju u m'għandekx bżonn il-limitazzjonijiet kollha li s-settur bankarju jimponi fil-mekkaniżmi tiegħu.", "Allura għalija din il-liġi għandha tirrispetta l-ġustizzja soċjali u tagħti l-abbiltà lil min hu taħt biex jitla' fuq.", "M'għandhiex tiġi trasformata sempliċement fi struttura biex min għandu l-flus ikompli jagħmel iktar flus, imma għandha tibqa' b'din id-dimensjoni soċjali u b'direzzjoni ċara li fl-ebda mument ma tħalli lil min hu isfel isib l-ostakli biex jagħmel użu tajjeb minn din il-liġi u jitla' 'l fuq.", "It-tieni punt li xtaqt nagħmel hu rigward jekk wieħed għandux jagħmel dawn il-liġijiet jew le.", "Hemm il-vantaġġi u hemm l-iżvantaġġi.", "Aħna qegħdin nagħżlu li nagħmlu liġi biex nipprovaw indaħħlu ġo flixkun dak li minnu nnifsu jrid itir fl-arja.", "Dan huwa settur li qed jikber u tant kiber li kważi ssupera l-iżvilupp tal-internet fil-kapaċità tiegħu li jiġri, proprju għax huwa strument li jassisti lil ċerti setturi biex jitilgħu 'l fuq, allura hemm id-diffikultà enormi ta' kif wieħed jagħmel il-leġiżlazzjoni.", "Smajt kemm lis-Segretarju Parlamentari kif ukoll lill-Onor.", "Kristy Debono, jitkellmu fuq il-kwestjoni tal-internet marbut ma' ċerti partijiet minn dan is-settur.", "Dan is-settur ma jiddependix fuq l-internet, però fil-maġġoranza jitħaddem permezz tal-internet.", "Mela dan is-settur għandu l-istess problemi li għandu l-internet biex jiġi regolamentat u biex isiru liġijiet apposta għalih.", "Diġà nafu li l-aspett tas-cyber huwa diffiċli ħafna biex tirregolamentah.", "Wieħed irid jagħti kredtu kbir lil min ta l-parir lill-Gvern biex isiru dawn il-liġijiet u għall-mod ta' kif saru dawn il-liġijiet biex wieħed jipprova jimxi 'l quddiem fit-triq it-tajba fejn jirregolamenta mingħajr ma jorbot l-affarijiet.", "Qed ngħid hekk, għax dan hu settur tipiku tas-suq isuq, però għandu l-vantaġġ li jsuq f'direzzjoni fejn in-nies li huma taħt jistgħu jimbottawh jew ma jimbottawhx.", "Il-fiduċja o meno tiegħu tiddependi miż-żgħar li jintervjenu u jidħlu fih.", "Niġi għall-munita.", "Il-munita ilha fid-dinja għal ħafna żmien u ħafna drabi kienet tiġi wżata biex turi l-poter ta' min imexxi.", "Ftit tal-jiem ilu fil-vanġelu qrajna l-kliem: Agħti lil Ċesare dak li hu ta' Ċesare.", "Meta lil Sidna Ġesù Kristu staqsewh jekk għandhomx iħallsu t-taxxi, qalilhom biex iġibulu munita, staqsiehom ta' min hi, u meta qalulu li hi ta' Ċesare, qalilhom: Mela agħtu lil Ċesare dak li hu ta' Ċesare u agħtu lil Alla dak li hu ta' Alla.", "Il-munita hija neċessarja u hemm nuqqas ta' volontarjetà fiha, fis-sens li ma tistax tgħix fis-soċjetà jekk ma tagħmilx użu minnha.", "Aħna nqtajna mill-kunċett li npartu l-affarijiet.", "Meta konna tfal tal-iskola konna npartu l-affarijiet ma' xulxin, però il-munita hija indispensabbli fis-soċjetà, u fl-indispensabilità tal-munita anke f'pajjiżna, aħna bħala Partit Nazzjonalista ħadna d-deċiżjoni strateġika li nidħlu fiż-Żona Ewro.", "Hawnhekk wieħed għandu jsemmiha din il-ħaġa.", "Ma jistax jestrapola din id-diskussjoni mingħajr ma jiddiskuti l-ideat li mexxewna għall-ewro, li ttieħdu biex nissodaw l-ekonomija, biex nagħtu saħħa lill-istabbilità tad-dinja tax-xogħol u biex nagħtu valur miżjud lin-nies ħalli jbatu inqas mill-effetti negattivi tal-inflazzjoni.", "Dan suppost li hu strument kontra l-inflazzjoni.", "Huwa veru li fin-natura tagħha din il-liġi hija mwielda biex tkun kontra l-inflazzjoni, però ma rajtx biżżejjed regolamentazzjoni biex tieħu ħsieb tassigura din il-ħaġa.", "Allura l-ewro, li hi l-munita unika Ewropea, iddispensat mid-diversi muniti li kien hemm biex tmur għall-kunċett li oriġinarjament ivvinta Karlu Manju, dak li jagħmel munita waħda għall-imperu tiegħu biex ikollu valur f'ħaġa waħda.", "Jiġifieri l-munita dejjem tiggarantixxi li jkun fiha ċertu ammont ta' fidda u ċertu ammont ta' deheb, u dik tagħti stabbilità fin-negozju u tagħti saħħa lil min jaħdem fid-dinja tiegħu.", "Allura hawn m'għandniex inħarsu lejn din il-liġi fil-kontest uniku ta' kumpaniji kbar bl-idea li l-kultura llum fis-settur finanzjarju inevitabbilment qed tagħmel effett u influwenza biex tikkondizzjona l-mod ta' kif inħarsu lejn dawn il-liġijiet ġodda li qed joħorġu llum.", "Għalkemm ġo fija għandi diskussjoni akkademika ta' jekk wieħed għandux jilleġiżla jew le, żgur mhux forsi hemm vantaġġi kbar fil-leġiżlazzjoni, u pajjiżna qiegħed jimxi f'din id-direzzjoni, u sewwa qiegħed jagħmel, però jrid joqgħod attent li ma jorbotx wisq lilu nnifsu.", "Qed ngħid dan fil-parti tal-bidu.", "Is-settur finanzjarju, tal-kumpaniji, tal-gaming u tat-trusts jitlob li jkun hemm regoli stabbli u permanenti li joħorġu ċ-ċertezza fis-suq, però hawn qegħdin immissu ma' settur volatili li qiegħed jiżviluppa f'żiemel tal-galopp ferm iktar milli naħsbu.", "Li kieku xi ħadd ħames snin ilu ġie fil-Parlament b'dawn il-liġijiet, ma naħsibx li kien jiġi milqugħ kif se jiġi milqugħ illum is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, għax f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tibdil kbir u nbena mekkaniżmu ta' infrastruttura mondjali li qed tiggarantixxi l-affarijiet ferm iktar minn qabel.", "Allura issa aħna qegħdin insegwu dak li forsi fi New York fl-Istati Uniti, bil-BIT licence ħarġet bħala l-ewwel direzzjoni jew l-ewwel triq f'din il-linja partikolari.", "Wieħed irid jgħid li l-kummenti li saru wieħed għandu jaqbel magħhom.", "Meta saret dik il-leġiżlazzjoni kien hemm min qal hekk:", "Jien ċert li meta qed nagħtu ċerti poteri lill-Ministru, dawn il-liġijiet jitolbu li jkun hemm forma ta' sunset clause li permezz tagħha l-Ministru jkun jista' jiddispensa minn ċerti partijiet mil-liġi biex iġib il-liġi fl-istess pass taż-żiemel tal-galopp, li huwa dan is-settur.", "Dan meta d-delegated legislation tiġi mwielda biex tfassal dak li hemm fil-liġi, però ma jkollokx il-poter tad-delega biex tkun tista' toħroġ mill-ambitu tal-liġi u żżid ambiti oħrajn skont xi jkun qiegħed jingħad barra.", "L-iskeda tgħin, però trid tagħti poter leġiżlattiv għal din il-ħaġa.", "Għaldaqstant aħna rridu ngħidu li dan huwa pass 'il quddiem u kif qal ċertu Benjamin Lawsky, ir-regolamentazzjoni hija the first step towards the industry growth.", "L-Oppożizzjoni qed taqbel mal-liġi li qegħdin nagħmlu llum però kif qalet tajjeb fid-diskors tagħha l-Onor.", "Kristy Debono, aħna nafu x'inhu jiġri fis-settur, allura rridu nassiguraw li din tkun strument effikaċi u effiċjenti għal dak li qiegħed jiġri llum, però fl-istess ħin ma tkunx hi l-maħanqa li żżommna milli nimxu 'l quddiem.", "Allura f'din il-perspettiva jien inħoss li rridu naċċettaw li qegħdin nagħmlu bidla kbira fil-leġiżlazzjoni tagħna, għax hija bidla fil-politika monetarja ta' pajjiżna.", "Li m'aħniex nirrealizzaw hu dak li qed jgħidu tajjeb iż-żewġ awturi Don u Alex Tapscott fil-ktieb tagħhom Blockchain Revolution:", "Irridu nirrealizzaw li qed immissu mal-monopolju ta' kif issir il-valuta.", "Meta pajjiżna sar parti miż-Żona Ewro u sar parti mill-Bank Ċentrali Ewropew fejn tiġi ppjanata u mmexxija l-politika monetarja, finanzjarja u fiskali tal-Unjoni Ewropea, kien qiegħed iċedi parti mill-idea li nagħmlu l-munita tagħna.", "Infakkar li fl-Unjoni Ewropea, bl-intelliġenza kbira ta' Romano Prodi, għandna munita ewro bis-siġill ta' Malta.", "Fil-fatt, ħafna drabi ddaħħal idejk fil-but u toħroġ €1 u tibda tipprova tara minn fejn ġiet, jekk hux minn Malta, minn Spanja, mill-Irlanda, eċċetra.", "B'dan il-mod daħal kunċett li ġie ċentralizzat u fl-istess ħin deċentralizzat.", "Hawn qegħdin immorru għall-kunċett fejn il-pubbliċità jew il-governabilità marret għall-privat.", "Issa fil-liġi wieħed irid joqgħod l-iktar attent għall-privatizzazzjoni tal-munita, because this is what at the end of the day it might amount to, mhux fis-sens li dawn se jagħmlu munita, imma issa hemm il-privat li qiegħed jaħdem f'settur li se jkollu impatt dirett fuq iż-żewġ konċetti tal-monetary policy u tal-financial regulation innifishom.", "Dan jitlob li nħarsu ħafna iktar prinċipji, għax dawn mhumiex liġijiet sempliċement tekniċi.", "Meta kont involut fil-kwestjoni tat-trust, dak iż-żmien mal-eks Ministru John Dalli u Dr Max Ganado li ltqajt miegħu meta kont għadni kif sirt Segretarju Parlamentari, bħalek rajt dan il-piż daqshekk qawwi ġej fuqi, imma hawn m'hawnx it-teknikalità u l-good practice li saru f'kunċetti oħrajn.", "Meta għamilna t-trust, l-Ingliżi u setturi oħrajn diġà kellhom a strong standing and good practice fiha, imma hawn f'ċertu sens qegħdin f'territorju kompletament ġdid.", "Xtaqt inqajjem dan il-punt, għax naħseb li dawn huma prinċipji li tajjeb li wieħed iħares.", "L-Onor.", "Schembri jaf daqsi li Satoshi Nakamoto witta t-triq għal ħafna affarijiet f'din id-direzzjoni.", "Imma fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Schembri qisu iktar enfasizza l-bżonn tas-sigurtà fis-sistema, li huwa tajjeb, però hemm punti oħrajn li rrid insemmi, għax hemm ħaddieħor li ħareġ bi tmien prinċipji differenti fejn jidħol dan is-settur mill-aspett finanzjarju.", "Dan il-bniedem, li jekk qrajt tajjeb kien hemm min iddubita jekk jeżistix jew le, però jien naħseb li jeżisti u li huwa ħaj, għamel is-seven design principles tiegħu, li huma network integrity, distributed power, value as incentive, security, privacy, rights preserved u inclusion.", "Dawn is-seba' prinċipji naħseb li jispirawna u fl-istess ħin se nħajrek li f'din il-liġi tagħmel qisha charter żgħir tad-drittijiet li l-liġi trid tispira ruħha għalihom.", "F'kapitlu 2 tal-Kostituzzjoni għandna d-drittjiet fundamentali u l-prinċipji li baqgħu hemmhekk u mhumiex qegħdin jiġu utilizzati, li ċerti drabi wieħed jispira ruħu għalihom u ċerti drabi ma jispirax ruħu għalihom, però f'dan is-settur trid id-dawl li fih se tmexxi din il-linja.", "Forsi tgħidli li jekk tagħmilhom se tintrabat magħhom.", "Jien ngħidlek li le, għax kif tagħmilhom – hekk naħseb jien u għalhekk qed inħajrek – se żżid fil-valur ta' dawk li qegħdin joperaw fis-settur li però għandhom dubju jekk għandux ikollok leġiżlazzjoni li biha tispira kif se timxi u fl-istess ħin iġġib fiduċja ikbar f'dan is-settur li għandu jikber u li kif għidtu tajjeb, kemm inti u anke l-Onor.", "Kristy Debono, fih hemm futur tajjeb.", "Ovvjament, aħna bħala politiċi l-futur inħarsu lejh bħala impjiegi, kumpaniji li jiġu hawnhekk, li Malta ssir hub, li kollha huma tajbin, però rridu nħarsu ferm iktar 'il quddiem.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għidt li din il-liġi nħares lejha bħala liġi ta' ġustizzja soċjali, u wieħed mill-iktar prinċipji importanti fl-aħħar ta' dawn il-liġijiet hija l-kwestjoni tal-inklużjoni, għax iddaħħal il-kunċett tad-direct democracy u tal-participation in direct economic democracy, li għalija huwa punt importanti ħafna.", "Aħna konna għamilna żmien niddiskutu fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiem fil-mezzi tal-produzzjoni.", "Għal dawk li bħali twieldu fid-dinja fejn il-Marxiżmu kien b'saħħtu, konna dejjem nifhmu u nħarsu lejn x'inhuma l-mezzi tal-produzzjoni fil-pajjiż.", "Hawnhekk għandek mekkaniżmu ta' parteċipazzjoni demokratika diretta fl-ekonomija, li hija l-iktar ħaġa importanti.", "Waħda mill-affarijiet li kien għamel, Alla jagħtih il-ġenna n-Nutar George Bonello du Puis meta kien Ministru tal-Finanzi taħt Gvern Nazzjonalista, hi li fetaħ kemm jista' jkun biex, speċjalment fil-banek li kellna, jintervjeni ż-żgħir biex ikun jista' jixtri l-ishma ħalli l-politika tal-bank ma tkunx dettata biss min-nies li għandhom il-flus, imma jkun hemm it-teħid tal-ideat tal-inter-klassiżmu, li hu importanti.", "Jiġifieri dan huwa mezz ta' kif aħna nistgħu nġibu prosperità ikbar lin-nies.", "Dan huwa mezz kif nistgħu nibnu difiża aqwa għal dik li hi l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jien infakkar li waħda mir-raġunijiet li żammitna b'saħħitna tul il-kriżi finanzjarja li l-Gvern ta' Lawrence Gonzi kellu jiffaċċja fi kwalunkwe baħar, kwalunkwe riħ u diffikultà, hi li kellna bażi soda fl-ekonomija tagħna.", "Senjatament, il-mod tajjeb kif kienu qegħdin jaħdmu l-banek u l-mod kif is-self marbut mal-proprjetà f'pajjiżna kien sigur.", "Dan għandu jkun mekkaniżmu ieħor biex jekk, u nittamaw li le – fid-dinja tas-suq isuq, ċerti drabi fl-individwaliżmu li sfortunatament naraw f'din id-dinja, il-bniedem narawh bħala individwu u mhux bħala persuna umana – nitilfu d-dimensjoni tas-solidarjetà, ikollna bażi li permezz tagħha tkun tista' tissoda s-solidarjetà f'dak li hemm bżonn isir u ma jsirx.", "Ovvjament, il-kwestjoni tal-blockchain u dawn l-affarijiet kollha jiddependu mill-vantaġġ kbir li żżomm dak li jissejjaħ simplified payment verification, li l-Onor.", "Kristy Debono diġà aċċennat għalih, li fih qegħdin naraw settur fejn m'għandekx bżonn bank account, m'għandekx bżonn proof of citizenship, m'għandekx bżonn proof of a birth certificate jew home address u lanqas m'għandek bżonn xi forma ta' stabilità fis-settur partikolari fejn tkun qed taħdem.", "Allura ovvjament hawnhekk għandek vantaġġi kbar li nappellalek biex tagħmel.", "Qabel ma jgħaddili l-ħin, xtaqt nirrimarka fuq partijiet importanti minn din il-liġi.", "Taqsima VI tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali, tintroduċi l-Prevenzjoni ta' Abbuż tas-Suq.", "Dawn huma punti tajbin, però jitolbu li jiġu indirizzati u allinjati ftit aktar.", "Jien inħoss li għalkemm bla dubju ta' xejn huwa tajjeb li wieħed iżid fil-mod kif tipproteġi n-nies u tassigura li l-affarijiet isiru aħjar fid-dinja ekonomika, hawn jista' jkun li hemm duplikazzjoni ma' liġijiet oħrajn, jew il-possibbiltà ta' integrazzjoni aqwa bejn dak li hemm f'liġijiet oħrajn u dak li hawn hawnhekk.", "Qed ngħid hekk, għax aħna bħala partit dejjem konna favur li l-affarijiet isiru sew u konna kontra li l-affarijiet isiru b'mod żbaljat.", "Konna dejjem il-partit li ddefenda l-interess nazzjonali u r-reputazzjoni nazzjonali ta' pajjiżna.", "Fl-ebda mument fil-karriera politika tiegħi m'għaddejt xi kliem dispreġjattiv fuq pajjiżi, jew fuq il-mod ta' kif naħdmu.", "Aħna dejjem kellna intenzjonijiet tajbin, però l-kritika trid issir ukoll.", "Aħna m'għandniex ngħixu f'dinja touchy, fejn kulħadd jieħu għalih fuq kwalunkwe ħaġa li jgħid ħaddieħor!", "Issa jekk wieħed qal xi ħaġa fil-fora Ewropej, jew jekk qal xi ħaġa hawnhekk, m'għandux kulħadd jieħu għalih, għax f'daqqa waħda nsib lili nnifsi mad-dinja tat-touchy fejn jekk tikkritika lil xi ħadd tqum kwestjoni kbira u fuq Facebook tara diskors fejn la tista' tgħid fejn bdejna u lanqas fejn spiċċajna!", "Allura dak li qiegħed isir hemmhekk huwa tajjeb u sod.", "L-aħħar punt tiegħi hu li jien bħala l-bniedem li vvintajt it-tribunal amministrattiv u li m'għamilt xejn bħala Ministru għas-snin li għaddew, almenu ġejt rikonoxxut għall-Administrative Review Tribunal!", "Għamiltu biċċa xogħol tajba ħafna li daħħaltuha, u diġà qiegħda taħdem tajjeb ħafna fis-settur tal-VAT u tal-income tax.", "Kienet deċiżjoni diffiċli ħafna li kont ħadt meta daħħalt ħafna tribunali amministrattivi taħt dik il-liġi, li kollha għaddew qisu ma ġara xejn, ħlief meta missejt l-iSpecial Commissioners for Income Tax u l-kwestjoni tal-VAT.", "Però rridu ngħidu li llum hemm ġurisprudenza tajba, li hija ppubblikata, hemm streamlining ċar, hemm ideat ċari, l-operaturi diġà jafu fejn qegħdin, hemm interpretazzjoni magħrufa għal kulħadd u d-drafters daħħlu l-kwestjoni tal-penali, fejn wieħed jista' jikkontesta.", "Dak huwa konċett iktar interessanti, għax hemmhekk qegħdin immissu ma' dimensjoni li trid tiġi regolata.", "Aħna għandna s-sistema penali li permezz tagħha teħel il-Qorti.", "Issa għandna ż-żona tal-penalitajiet amministrattivi li minn hawn u ftit ieħor se titlob li jkollha liġi apposta għaliha, li biha wieħed jista' jirregola x' jiġri u x'ma jiġrix.", "Hawn qed tmiss ma' xi ħaġa li qed tibda tagħmel ħafna sens.", "Jista' jkun li se jkun hawn żieda … Hemm min għandu liġijiet oħrajn li jimponu multi amministrattivi, li fihom ħafna vantaġġi.", "Li xi ħadd fuq kwalunkwe żball li jkun għamel ikollu ċ-ċertifikat tal-kondotta mmarkat, hawn qiegħed taħrab minnu kompletament u għalhekk dak li qed isir naħseb li hu magħmul b'mod loġiku.", "Verament ħadt pjaċir naqra din il-parti, għalkemm għad fadal ferm iktar xi jsir fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.", "L-ISPEAKER: Nitolbok iżżomm mal-ħin.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: L-aħħar punt huwa rigward il-prinċipji li hemm f'artiklu 5 dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.", "Dawn trid tara jekk jorbtux magħhom, senjatament il-kwestjoni li xi ħadd juri dak kollu li għandu fil-file inkwestjoni.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Fadal erba' minuti sal-ħin tas-2.30 p.m., meta skont il-ftehim milħuq ngħaddu għall-Mistoqsijiet.", "L-Onor.", "BRYON CAMILLERI: Nipproponi li s-seduta tiġi sospiża sas-2.30 p.m.", "L-ISPEAKER: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Il-Kamra hija sospiża.", "Fis-2.26 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet fis-2.30 p.m.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu fuq social media advertising, maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċetra, minn Marzu 2013 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza, maqsumin sena b'sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barrani u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2013 intefqu €25 fuq Facebook u €538.20 fuq Youtube.", "Fl-2014 intefqu €20.34 fuq Facebook u fl-2017 intefqu €218.30 fuq il-website tal-Ministeru.", "Inżid ngħid li fiż-żewġ ċirkostanzi li ntefqu flus fuq Facebook saru minn Ambaxxata fuq CDF Project.", "Bejn April 2010 u Settembru 2012 intefqet is-somma ta' €2,725.80 għal social media advertising.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nirreferi lill-Ministru għall-akkużi li kien hemm kontrih fil-ġurnal Times of Malta tal-Ħadd li għadda, fejn fost oħrajn ġie akkużat li b'xi mod qabbad xi ħaddiema tal-Gvern biex jagħmlulu tinda fid-dar tiegħu.", "Jien rajt l-istqarrija ta' ċaħda li ħareġ il-Ministru u rajt il-kummenti fuq il-midja.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra b'dan u jgħaddilna l-verżjoni tiegħu fid-dawl li kien hawn xi membri li lbieraħ ipprovaw jagħmlu referenza għal dan il-każ?", "Nifhem li l-Ministru għandu l-provi dokumentati, għaldaqstant nistiednu jinforma lill-Kamra dwar dan il-każ.", "L-ISPEAKER: Din m'għandha x'taqsam xejn mad-domanda orġinali, jiġifieri l-Ministru jaf jekk huwiex komdu.", "CARMELO ABELA: Sur President, nassigurak li nħossni komdu ħafna li nwieġeb.", "Jien tajt ċans biżżejjed biex min qiegħed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet jilħaq jipprovdi provi ta' dak li qed jallega.", "Issa għaddew erbat ijiem minn meta saret din l-akkuża l-ewwel darba flimkien ma' numru ta' allegazzjonijiet oħra, imma minn dakinhar sal-lum ma ġabux prova waħda ta' dak li qegħdin jgħidu.", "Minn fuq, min għamel din l-allegazzjoni jrid li nġib il-provi jien għal dak li qed jallega hu.", "Kif għedt, jien m'għandi l-ebda problema li nispjega lil din l-Kamra u lil dawk li qegħdin isegwuna għax m'għandi xejn x'naħbi, għalhekk se ngħid kif ġraw l-affarijiet.", "Huwa tajjeb li ngħid li hawn qegħdin nitkellmu fuq xogħol li sar fis-sena 2015, jiġifieri tliet snin ilu.", "Din l-allegazzjoni saret erbat ijiem ilu, u min għamel l-allegazzjoni ma ġabx prova waħda.", "Għalhekk, se nispjega ftit kif ġraw l-affarijiet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-ħin, għax ilbieraħ staqsejna jekk kien hemm xi stqarrija ministerjali u l-Ministru lanqas biss tkellem.", "Ħu paċenzja, il-ħin li juża l-Ministru tarah is-Sedja.", "Ovvjament, jekk tkun qed tirrepeti se nwaqqfek.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien noqgħod għar-regoli tal-Kamra u għad-direzzjoni tiegħek.", "Nispera li l-Oppożizzjoni jħalluni nagħti l-interpretazzjoni tiegħi, mhux jiġu jitfgħu l-allezzjonijiet bla ma jġibu l-provi u minn fuq iridu jwaqqfuni milli nitkellem.", "Sur President, jien nimxi mad-direzzjoni tiegħek, u bil-permess tiegħek se nkompli nispjega kif ġraw l-affarijiet.", "Il-mara tiegħi kienet qed titkellem ma' ħabib tat-tfulija, li dak iż-żmien kien l-imgħallem ta' numru ta' impjegati li kienu jagħmlu xogħol manwali fil-Ministeru li kont responsabbli minnu qabel.", "Il-mara tiegħi, bħalma jagħmlu ħafna Maltin oħrajn, waqt id-diskursta tkellmet fuq il-bżonnijiet li jinqalgħu fid-dar minn żmien għal żmien.", "Nistqarr li ma tantx setgħet tagħmel din it-tip ta' diskussjoni miegħi, minħabba li jien kont iffokat u tajt il-ħin u l-enerġija tiegħi għall-ħidma ministerjali, kif qed nagħmel bħalissa u kif nimpenja ruħi li se nkompli nagħmel.", "Fil-fatt, jekk nista' nkun daqsxejn personali, waħda mill-kritika li tagħmel il-mara tiegħi hi li kważi ma nagħtix kas ta' dak li jiġri fid-dar.", "Naħseb li din hija l-esperjenza ta' diversi politiċi, jekk irridu nkunu sinċieri għall-inqas fuq ħaġa waħda.", "Id-diskurstata li kellha l-mara tiegħi ma' dik il-persuna ma kellha l-ebda intenzjoni għax, kif għedt, lil dik il-persuna ilna nafuha mit-tfulija, u jien nafha wkoll.", "F'ħin minnhom, waqt din id-diskurstata, il-mara tiegħi semmiet li tixtieq tagħmel tinda fuq il-bejt minħabba x-xemx, kif naraw f'ħafna djar f'Malta u Għawdex.", "Ma naħsibx li din hija xi skoperta kbira!", "Imma dalgħodu fuq Radio 101 qalu li għamilt venda!", "Venda qiegħda għall-karozzi tal-linja, ma naħsibx li fid-dar tiegħi jistgħu jitilgħu l-karozzi tal-linja, imma nsomma!", "Sar suġġeriment mill-istess individwu li l-mara kienet qed titkellem miegħu – wisq probabbli f'dawn l-aħħar ġranet kien qiegħed jikkomunika mal-ġurnalist ta' The Times – li xi ħadd li kien jaħdem miegħu, li kien responsabbli tiegħu hu stess, seta' jagħmel din il-biċċa xogħol għax kien mastrudaxxa, peress li sar is-suġġeriment li din it-tinda tista' ssir bi struttura tal-injam.", "Il-mara tiegħi tkellmet miegħi u qbilna li din it-tinda ssir tal-injam, allura ġaladarba ġie ssuġġerit li wieħed mill-ħaddiema seta' jagħmel dan ix-xogħol wara l-ħin tax-xogħol tiegħu, bħala parti mix-xogħol li kien jagħmel fil-ħin liberu tiegħu, ġie mqabbad hu u ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni li jagħmel dan it-tip ta' xogħol hu.", "Ovvjament, tlabna li ssir stima tax-xogħol u bejn wieħed u ieħor kellna l-prezz ta' din it-tinda.", "Darba, tard wara nofsinhar dan il-ħaddiem ġab il-materjal, imbagħad is-Sibt filgħodu kmieni ġie jwaħħal din it-tinda minħabba li ried jevita x-xemx, għax iktar tard matul il-ġurnata f'dik in-naħa ta' wara tad-dar tiġi x-xemx.", "Irrid nerġa' nsostni dak li għedt fl-isqarrija tal-Ħadd, li dan il-ħaddiem qatt ma ġie mġiegħel jew ordnat li jagħmel dan ix-xogħol bilfors, jew waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu; jiġifieri la ntqal lilu li jrid jagħmel dan ix-xogħol bilfors u lanqas waqt il-ħin normali tax-xogħol tiegħu.", "Huwa aċċetta li jagħmel dan it-tip ta' xogħol, kif jaċċetta xogħlijiet oħrajn ta' persuni oħra.", "Nerġa' ngħid li qatt ma ntqal lilu, la minni u lanqas minn marti, biex jagħmel xi xogħol waqt il-ħin tax-xogħol normali tiegħu.", "Wara li tlesta x-xogħol, naturalment kien imiss li jsir il-ħlas dovut.", "Ġew ippreżentati l-irċevuti tal-materjal, li jammontaw għal €327.88, u se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices u d-dokumenti li juru l-ispiża tal-materjal.", "L-ISPEAKER: Nitolbok tikkonkludi.", "CARMELO ABELA: Jekk tippermettili ftit ħin ieħor, inkun nista' nagħti ftit dettalji oħra.", "Meta ġejna għall-ħlas, hu nsista li ma jridx ħlas, imma aħna xorta nsistejna li għandu jitħallas u żidna ammont ma' dak li tajnieh għall-materjal, li aċċettah ukoll u se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-evidenza ta' dak li ġie mħallas.", "Dawn huma l-fatti.", "Se nqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ ritratti li ħadt jien, li mhumiex professjonali, tal-istruttura li qegħdin nitkellmu fuqha, biex ma jaħsbux li qed nitkellmu fuq palazz jew swimming pool!", "Sur President, bil-permess tiegħek nixtieq ngħid xi ftit affijiet oħra, għax huwa tajjeb li wieħed jgħid mingħand min ġejja din il-kritika.", "Jien segwejt dak li kien għaddej fil-midja, li fosthom kien hemm tweet … (Interruzzjonijiet) …", "L-ISPEAKER: Fil-qosor, Onorevoli.", "(Interruzzjonijiet) Naħseb li kien hemm bżonn jagħmel spjegazzjoni, la saret id-domanda.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Grazzi.", "Peress li din kienet Stqarrija Ministerjali, ma nafx jekk l-Oppożizzjoni skont l-iStanding Orders għandhiex il-ħin għal Stqarrija Ministerjali!", "L-ISPEAKER: Qegħdin fil-ħin tal-Mistoqsijiet.", "Se tagħmilha l-mistoqsija supplimentari?", "SIMON BUSUTTIL: Iva, se nagħmilha.", "Grazzi, Sur President.", "Dak li …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Jiddispjaċini, imma r-regoli tal-Kamra huma ċari.", "Bħalissa qed isiru l-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "Simon Busuttil il-ġimgħa l-oħra ħaseb li għadu Kap tal-Oppożizzjoni u llum qed jaħseb li hu Ministru għax irid jagħmel Stqarrija Ministerjali!", "Ma jistax!", "Bir-rispett kollu, ma tistax!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, inti taf u tgħallimna, u naħseb li l-Ministru jgħallimna, li jekk Ministru jew Deputat fil-Kamra, skont l-Ordnijiet Permanenti, ikun irid jagħmel personal explanation fuq każ tiegħu, għandu l-ħin.", "Jekk tkun Ministru jkollok id-dritt ukoll li tagħmel Stqarrija Ministerjali.", "Dan huwa l-ħin tal-Oppożizzjoni biex nagħmlu d-domandi parlamentari.", "Ma naħsibx li inti għandek ….", "(Interruzzjonijiet)", "Is-Sedja taf li waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jistgħu jsiru d-domandi supplimentari.", "Id-domanda supplimentari, ladarba l-Ministru jaċċetta li jirrispondiha, għandu l-ħin biex jirrispondiha.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: L-Onor.", "David Agius qed jgħid li dan huwa l-ħin tal-Oppożizzjoni.", "Dan huwa l-ħin li fih kull Membru għandu dritt li jistaqsi l-mistoqsijiet supplimentari.", "Dan il-ħin mhu esklużiv għal ħadd!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jien għamiltha ċar li d-domanda supplimentari ma kellha x'taqsam xejn mad-domanda oriġinali.", "Sta għall-Ministru li jirrispondiha.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur Presdient, nhar il-Ħadd il-Ministru nkixef li b'abbuż uża ħaddiema tal-Gvern mill-istess Ministeru tiegħu fl-2015.", "Irrid infakkar li fl-2015 ifisser ftit xhur biss wara li l-Onor.", "Abela kien sar Ministru għall-Intern u Ministru għall-ewwel darba, għax f'Diċembru 2014 kien tneħħa l-Ministru ta' qabel f'ċirkostanzi partikolari.", "Jiġifieri minkejja li sar Ministru wara dak li ġara, l-ewwel ħaġa li għamel kienet li abbuża billi uża ħaddiema tal-Gvern fid-dar residenzjali privata tiegħu.", "Il-mistoqsija hija din.", "Jien lill-Ministru Abela nafu bħala bniedem diċenti u serju u allura f'isem id-diċenza u f'isem is-serjetà, nitolbu jgħid jidhirlux li wara każ bħal dan għandu jerfa' r-responsabbiltà politika għall-ġudizzju żbaljat li għamel, jew għall-inqas bħala minimu, jekk tassew m'għamel xejn ħażin, jaċċetta li ssir inkjesta indipendenti dwar il-każ.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Jien lill-eks Kap tal-Oppożiżizzjoni ma kontx se nfakkru kemm kien żbaljat hu bħal-lum sena fl-asserzjoni tiegħu, u issa kien żbaljat ukoll f'dak li qal fil-preambolu għall-mistoqsija supplimentari tiegħu.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq €327.88 u se nqiegħed dawn id-dokumenti flimkien ma' ritratti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kont qed nispjega kif ġraw l-affarijiet biex nuri kemm huwa skorrett l-Onor.", "Busuttil, kif kien skorett fuq ħafna affarijiet oħra.", "Sur President, kont qed ngħid li fi tweet li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni attwali qal li:", "U jien għedt, kemm hu sabiħ dan il-kliem li l-Kap tal-Oppożizzjoni kiteb fi tweet, imma rrid infakkru xi ħaġa lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Ilbieraħ hu talab li jien nitkellem, u issa qed nitkellem u qiegħed niġi interrott minn uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Illum il-Partit Nazzjonalista, wara 25 sena fil-gvern, fl-aħħar stenbaħ li jeżisti l-faqar.", "Meta kienu fil-gvern, għalihom il-faqar kien perċezzjoni, minkejja li kien qed jiżdied sena wara l-oħra.", "Illum, taħt din l-amministrazzjoni, il-faqar qed innaqqsuh bl-inizjattivi li qegħdin nieħdu.", "Hemmhekk verament qed jonqos il-faqar!", "Lill-Kap tal-Oppożizzjoni rrid infakkru wkoll li l-fondi pubbliċi jiġu mit-taxxi li aħna nħallsu.", "Tajjeb li nfakkar lill-Kap tal-Oppożizzjoni li hu għamel snin ma jħallasx it-taxxi u jista' jkun li għad fadal xi taxxi li għadu ma ħallasx.", "Allura fil-perjodu li ma ħallasx it-taxxi, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma ħarqitux qalbu għal dawk li huma batuti u għall-foqra.", "Dawn huma double standards min-naħa ta' ċerti persuni min-naħa tal-Oppożizzjoni!", "Issa se ngħid ħaġa oħra, Sur President.", "Fl-allegazzjoni li dehret fil-gazzetta The Sunday Times of Malta tal-Ħadd li għadda ma semmewx lili u 'l-mara tiegħi biss, imma semmew ukoll uffiċjali għolja ta' Ministeru li jien kont responsabbli minnu.", "Ftit tal-ħin ilu ġejt informat li s-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, talab lis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Intern biex jagħmel stħarriġ fuq dak li kien qed jiġi allegat.", "Jien se naqra mid-dokument li ntbagħat lili dwar dawn l-allegazzjonijiet tal-Ħadd li għadda, fejn inkiteb li uffiċjali għolja fil-Ministeru kienu jafu b'dan l-allegat abbuż.", "Qed nikkwota l-verżjoni Maltija:", "\"Dan l-istħarriġ jew fact finding exercise sar mid-Direttur Ġenerali u d-Direttur Servizzi Korporativi tal-Ministeru kif diretti minni wara struzzjonijiet mingħandek.\".", "Hawnhekk qiegħed jitkellem is-Sur Mario Cutajar.", "Dak li rriżulta nsibuh f'seba' punti, li se naqrahom.", "Jirriżultaw fatti li jiskolpaw lill-uffiċjali għolja tal-Ministeru minn wrongdoings f'dan il-każ u li lanqas biss kienu jafu dwar dawn ix-xogħlijiet.", "Jirriżulta mill-istħarriġ li x-xogħlijiet ta' twaħħil verament saru minn uffiċjal pubbliku, iżda saru wara l-ħinijiet uffiċjali tal-uffiċċju (tard wara nofsinhar) u f'Sibt partikolari.", "Ma tħallas l-ebda overtime lill-impjegat bħala xi rikompens tax-xogħol li għamel għand il-Ministru u għaldaqstant il-Ministeru ma ħariġx flus biex jagħmel tajjeb għal xogħlijiet privati.", "Ma sar l-ebda ħlas ta' xi materjal minn fondi pubbliċi għal materjal li seta' ntuża fix-xogħol fir-residenza tal-Ministru Abela.", "Il-ħames punt.", "Kien impjegat wieħed biss li ħadem dan ix-xogħol.", "Il-persuna l-oħra li allegatament ħadmet fuq dan ix-xogħol ma kenitx uffiċjal pubbliku.", "Il-manifattura tat-tinda ma saritx fil-Ministeru jew f'xi garaxx li jippartjeni lill-Gvern, imma f'garaxx privat.", "Lanqas ma ntuża apparat tal-Gvern fil-manifattura tat-tinda.", "Is-seba' punt.", "Ma ntuża l-ebda trasport tal-Gvern biex jiġi trasferit il-materjal għand il-Ministru, imma karozza privata.", "Dawn huma evidenzi ċari li jien ma ddejjaqtx nipprovdi provi tagħhom, filwaqt li min tefa' t-tajn ma ġabx prova waħda ta' dak li allega.", "L-ISPEAKER: La kkwotajtha trid tqegħidha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "CARMELO ABELA: M'għandix oġġezzjoni li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti li semmejt:", "Kopja tal-irċevuti fir-rigward tal-materjal mixtri sabiex inħadmet struttura fuq il-bejt tar-residenza tal-Ministru Carmelo Abela;", "Żewġ ritratti tal-istruttura li saret fuq il-bejt tar-residenza tal-Ministru Carmelo Abela; u", "Ir-riżultat tal-istħarriġ intern li sar f'Ġunju 2018 mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fuq talba li saritlu mis-Segretarju Permanenti Ewlieni dwar l-allegat użu minn servizzi ta' uffiċjal/i pubbliku/ċi biex fl-2015 saret struttura fuq il-bejt tar-residenza tal-Ministru Carmelo Abela.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar ir-rwol tiegħu u l-ħidma tal-Ministeru tiegħu.", "Peress li Brexit issa hija wara l-bieb, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ħidma tal-Ministeru tiegħu, anke fid-dawl ta' studenti Maltin li qegħdin jistudjaw l-Ingilterra?", "Hemm numru ta' ħaddiema Maltin li preżentament jinsabu l-Ingilterra li qed jistaqsu lilna d-deputati x'inhu l-futur tagħhom u jekk wara Brexit jistgħux jibqgħu jaħdmu jew jistudjaw l-Ingilterra.", "CARMELO ABELA: Din hija mistoqsija ta' importanza għall-pajiiż u għaċ-ċittadini tagħna.", "Bħalissa s-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-eks Kummissarju Michel Barnier qed jinnegozjaw mar-Renju Unit dwar diversi fatturi.", "Iktar 'il quddiem ċertament se joħorġu iktar id-dettalji ta' dak li qed jiġi maqbul.", "Hemm negozjati li mhumiex faċli f'dak li għandu x'jaqsam mal-Irlanda ta' Fuq u wieħed jittama li tinstab soluzzjoni għal dan il-punt ukoll.", "Però mbagħad, iktar milli nieqfu sakemm iseħħ Brexit fejn isir ftehim bejn is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit, hemm ir-relazzjoni futura ta' kull pajjiż li b'mod bilaterali jrid ikompli r-relazzjonijiet tiegħu, anke fuq bażi bilaterali, skont il-bżonnijiet tal-pajjiż rispettiv.", "Ċertament li ż-żewġ elementi li ssemmew mill-Onor.", "Interpellant huma ta' importanza kbira.", "Aħna nafu li anke qabel is-sħubija ta' pajjiżna mar-Renju Unit, diġà kellna ftehimiet f'posthom biex wieħed jikkollabora u jaħdem mar-Renju Unit fil-qasam tas-saħħa, imbagħad hemm il-qasam tax-xogħol u l-edukazzjoni.", "Allura, il-pass li jkun imiss hu li fuq bażi bilaterali pajjiżna jidħol f'diskussjonijiet mar-Renju Unit fuq oqsma u issues differenti, għax imbagħad ir-Renju Unit se jsir pajjiż terz, bħalma huma pajjiżi oħrajn li llum mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li fil-Ministeru tiegħi diġà bdew isiru l-preparamenti bażiċi biex inkunu nistgħu nippreparaw ruħna għall-istadju li jkun imiss, ħalli nidħlu f'diskussjonijiet mal-Gvern Ingliż dwar ir-relazzjoni futura tagħna.", "Finalment, dan jiddependi wkoll mill-outcome finali tan-negozjati li qed isiru fl-ewwel fażi ta' Brexit, għax imbagħad nidħlu għat-tieni fażi li tiddependi minn dak li jkun ġie miftiehem mar-Renju Unit fl-ewwel fażi.", "Nista' ngħid li fuq bażi bilaterali, ir-relazzjonijiet tagħna mar-Renju Unit dejjem kienu tajbin, il-koperazzjoni dejjem kienet hemmhekk, u hemm ir-rieda fuq bażi politika miż-żewġ naħat, jiġifieri minn Malta u mir-Renju Unit, biex inkunu nistgħu nżommu l-aqwa relazzjonijiet u ninnegozjaw magħhom dak li hu l-aħjar għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Lura għall-kwestjoni tax-xogħlijiet li saru minn ħaddiema tal-Gvern fir-residenza privata tal-Ministru.", "Il-Ministru llum ammetta quddiem kulħadd li għal dawn ix-xogħlijiet uża ħaddiema tal-Gvern.", "Il-Ministru qal li x-xogħol sar f'ġurnata li kienet is-Sibt.", "Dan aħna ma nistgħux nikkontestawh, għalkemm huwa kkontestat mill-midja.", "Dik irid jerfagħha l-Ministru.", "L-ISPEAKER: Onor. Busuttil, ejja għad-domanda.", "Għandek minuta.", "SIMON BUSUTTIL: Il-Ministru ppreżenta rċevuti li ma jinkludux l-irċevuta tax-xogħol li sar.", "Ippreżenta rċevuti tal-materjal li ntuża, iżda ma ppreżentax irċevuti għax-xogħol li sar.", "Allura nixtieq nistaqsi lill-Ministru kemm ħallas għax-xogħol li sar u fejn hi l-irċevuta fiskali.", "Għandha tiġi waħedha li anke kieku l-Ministru se jħallashom lill-ħaddiema tal-Gvern, ma jmissux qabbadhom mill-Ministeru tiegħu, aħseb u ara kieku ma ħallashomx!", "Allura mill-ġdid nistaqsi fejn qiegħda l-irċevuta tax-xogħol li sar u jekk il-Ministru huwiex lest li jerfa' r-responsabbiltà politika jew jissottometti ruħu għal inkjesta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien napprezza li l-Onor.", "Busuttil ma ħax gost b'dak li għidt.", "Ma ħax gost li jien spjegajt b'mod ċar l-evidenza għal dak li għidt u ma tax kas dak li għidt.", "Kieku kien attent għal dak li spjegajt u ma kienx interessat li joqgħod jinterrompi, kien jisma' dak li għidt b'mod ċar.", "Allura ma naħsibx li għandi noqgħod nirrepeti; diġà tkellimt dwar l-evidenza li l-materjal tħallas, spjegajt kif sar ix-xogħol, spjegajt dak li ġara wara li tlesta x-xogħol, u qegħidt fuq il-Mejda tal-Kamra dokument ta' stħarriġ intern li jikkonferma li ma sar l-ebda ħlas fejn għandu x'jaqsam overtime lil dan l-impjegat partikolari li wara l-ħin tax-xogħol tiegħu, kif inhu intitolat kulħadd, jista' jagħmel xogħol ieħor, kemm bħala passatemp, kif ukoll bħala part-time.", "Naħseb li ma qed ngħid xejn ġdid u differenti minn dak li jaf kulħadd.", "Ix-xogħol fuq it-tinda ma sarx waqt il-ħin tax-xogħol u ma ntuża xejn mill-Ministeru, la biex saret u lanqas biex ġiet trasportata.", "Jien spjegajt, imma l-Onor.", "Busuttil ma kienx interessat li jisma'.", "Fil-ħin li ppruvajt nagħti d-dettalji ta' kif saru l-affarijiet, għidt li meta tlesta x-xogħol, aħna tlabna li ningħataw l-irċevuti biex inkunu nistgħu nħallsu dak kollu li kien dovut, imma l-Onor.", "Interpellant donnu ma jridx jibqa' jisma'.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Ir-rapport dwar il-ħidma tal-Public Contracts Review Board matul l-2017; u", "Tabella li turi l-għadd ta' spezzjonijiet li saru mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) f'kull xahar tal-2016, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2428.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar direct orders maħruġa mid-Direttorat tal-PARKs u li għalihom intalbet l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi bejn Novembru 2017 u Mejju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6043.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq midja soċjali mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2419.", "F'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar ħatriet ġodda li saru fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5983.", "F'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Lista tal-lokalitajiet f'Malta u Għawdex li kellhom żoni pedonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6040.", "F'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq midja soċjali mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2418.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "TAL-AWTORITÀ GĦALL-AMBJENT U R-RIŻORSI GĦASSENA 2018", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, Kap. 549.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li ddiskussjoni fuq din ilmozzjoni għandha tieħu sal-5.15 pm, bilħin jinqasam indaqs bejn kelliema talGvern u kelliema talOppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Gvern.", "JOSÈ HERRERA: Sur President, meta dan il-Gvern ingħata l-fiduċja mill-poplu fl-ewwel mandat tiegħu fl-2013, konna sostnejna li uliedna jixirqilhom ambjent aħjar u impenjajna ruħna li nieħdu ħsieb dan il-qasam bis-serjetà u nindirizzaw b'mod effettiv l-ispettru wiesa' tiegħu.", "Dan qegħdin inwettquh billi qed nindirizzaw sfidi f'oqsma varji li għal diversi snin qatt ma ngħataw il-prominenza mistħoqqa.", "Qegħdin nieħdu deċiżjonjiet u nwettqu diversi proġetti u inizjattivi.", "Qegħdin nindirizzaw l-isfida tal-immaniġġjar tal-iskart li nista' nassigurakom li mhijiex sfida żgħira.", "Qegħdin inwettqu proġetti ta' afforestazzjoni b'mod iktar maħsub.", "Qegħdin nindirizzaw l-isfidi relatati mal-kwalità tal-arja.", "Qegħdin nimplimentaw diversi siti ta' importanza ekoloġika, bħalma huwa s-sit Natura 2000, fejn b'mod iktar ippjanat qegħdin nimplimentaw strateġija u mekkaniżmu fejn jidħol l-infurzar.", "Qegħdin nagħtu iktar protezzjoni lil żoni b'importanza ekoloġika, u nirriabilitaw postijiet u żoni li għal diversi snin tħallew abbandunati u kienu qed jagħtu lok għal sfreġu ambjentali wieħed wara l-ieħor.", "Dan kollu nistgħu nagħmluh għax sentejn ilu dan il-Gvern niseġ Awtorità bl-għan u l-obbligu ewlieni li jorbot bis-sħiħ mal-lat ambjentali bil-prijorità assoluta tal-ħarsien tal-kapital naturali ta' pajjiżna.", "Inħossni kburi ngħid li llum għandna Awtorità għall-Ambent u r-Riżorsi (ERA) li f'sentejn rajtha tiżviluppa b'mod li iktar ma jgħaddi ż-żmien, qiegħda tkun iktar effettiva fil-ħidma tagħha, partikolarment dik li tipproteġi l-biodiversità f'pajjiżna.", "Għal dan il-għan il-Gvern, għal sena oħra, qiegħed jalloka żieda fil-fondi ta' din l-istess Awtorità ta' madwar €2.3 miljuni.", "Kif tħabbar fl-2017, il-baġit tal-ERA fl-2018 se jiżdied minn madwar €8 miljuni għal ftit iktar minn €10 miljuni.", "Dawn se jingħaqdu ma' €1 miljun ieħor li l-Awtorità tiġġenera minn permessi ambjentali.", "Din iż-żieda tirrifletti l-investiment li qed jagħmel il-Gvern fil-portafoll ambjentali wiesa' li tħaddan l-ERA, speċjalment l-investiment li qed jitwettaq fil-moniteraġġ u l-infurzar tar-regoli ambjentali.", "Dan qed isir għax irridu nsaħħu l-impenn tal-Gvern, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mat-twettiq tal-obbligi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-azzjonijiet diretti u tanġibbli li kulħadd jara u jħoss.", "Sur President, irrid inpoġġi dak li se nitkellmu fuqu llum fil-perspettiva tal-ħidma li saret fl-2017.", "Ta' min jgħid li minbarra x-xogħol speċjalizzat li tagħmel l-Awtorità fuq studji, rapporti u immaniġġjar f'setturi bħal biodiversità, skart u kwalità tal-arja, l-ERA toħroġ madwar 5,000 permess ambjentali ġdid u ġġedded madwar 4,000 permess ieħor fis-sena.", "L-Awtorità rċeviet madwar 450 ilment fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni tagħha li jvarjaw bejn dawk marbuta man-natura, skart jew faċilitajiet.", "L-Awtorità ħarġet ukoll madwar 14-il ordni ta' waqfien u konformità wara li jkunu ġew investigati abbużi, inkluż dawk ta' rimi illegali ta' skart ġo żoni protetti.", "Saru 'l fuq minn 480 spezzjoni relatati ma' movimenti ta' annimali, inkluż dawk fl-Unjoni Ewropea.", "Ġew ipproċessati madwar 2,700 dokument ta' esportazzjoni relatat ma' skart tossiku u mhux tossiku.", "Madwar 8,500 applikazzjoni għal żvilupp ġew valutati fuq l-impatt ambjentali.", "Kien hemm żieda ta' 30 sit ta' protezzjoni ta' siġar.", "Ingħataw €1.5 miljun għall-implimentazzjoni tal-management plans tas-sit Natura 2000.", "L-ERA kellha rwol importanti matul l-2017, għaliex kompliet taqdi r-rwol importanti tagħha fil-proċess tal-ippjanar, fejn permezz tar-rappreżentanti tagħha fuq il-Bord tal-Ippjanar ressqet argumenti bl-għan li tisħaq dwar is-sostenibbilità tal-art f'pajjiżna, li hija riżorsa daqstant limitata.", "L-ERA kienet strumentali anke fejn jidħol l-aspett ta' policies, emendi fil-liġijiet eżistenti, kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni ta' diversi proġetti u inizjattivi li wettqet u se tkompli twettaq fis-snin li ġejjin.", "Rajna b'mod partikolari kif l-ERA ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika emendi għal-liġijiet dwar il-protezzjoni tas-siġar, fejn ftit tal-ġranet oħra se nkun qed inressaq fil-Kabinett liġi emendata b'iktar pieni ħorox għal siġar iktar protetti.", "Ħriġna għall-konsultazzjoni pubblika regolamenti għal azzjonijiet kontra r-rimi tal-iskart b'mod abbużiv u riklamazzjoni ta' art b'mod illegali, bl-għan li permezz ta' studji speċifiċi jiġi identifkat jekk art li fiha sar rimi illegali ta' skart tkunx tista' tinbidel f'żona ta' afforestazzjoni.", "Din kienet idea tiegħi u sibt kollaborazzjoni mill-ERA u mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Irriżulta li matul is-snin kien hemm numru ta' ordnijiet ta' infurzar fuq żoni fejn l-art ġiet degredata minħabba l-kostruzzjoni, però minħabba imprattikabilità dawn is-siti ma setgħux jiġu ritornati fl-istat oriġinali tagħhom, allura kollox kien wieqaf.", "Issa, b'din il-liġi li qed nipproponu, il-Gvern jista' jordna li minflok bilfors isiru garrigue jew xagħri, jistgħu jitħawlu siġar jew arbuxelli u, jekk is-sid jirrifjuta, se jkun hemm miżuri drastiċi, inkluż f'ċerti każi l-konfiska tal-art innifisha biex isiru proġetti ta' afforestazzjoni.", "Minn studju li sar, hemm madwar 1.7 kilometri ta' art madwar Malta u Għawdex li jinsabu f'din is-sura.", "Fuq rikjesta li għamilt jien bħala Ministru għall-Ambjent, l-ERA fasslet proposti għal emendi fil-policy tal-pompi tal-petrol, fejn wara li l-Awtorità kienet qiegħda tirrimarka dwar l-effett komunitattiv ta' dawn il-pompi b'mod kostanti, illum fasslet qafas ta' proposti li issa se jkunu qegħdin jiġu diskussi u kkonsidrati.", "Nispera li ma ndumux wisq biex inkunu f'pożizzjoni li nbiddlu l-policy darba għal dejjem!", "Bil-għan li tkompli toffri protezzjoni lill-biodiversità f'pajjiżna, wara xogħol estensiv ta' riċerka, l-ERA ddikjarat numru ta' speċi bħala speċi nazzjonali.", "Għaldaqstant, dawn l-ispeċi għandhom iktar protezzjoni mill-aspett legali.", "B'mod proattiv, ftit tal-ġranet ilu tlabt lill-ERA biex f'terminu identifikat tfassal strateġija dwar l-użu tas-single-use plastic.", "Din l-istrateġija qed tingħata importanza, għax trid twassal għal bidla fil-mentalità tagħna, ħalli nifhmu iktar l-impatt li dan it-tip ta' plastic qed iħalli fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tagħna u fuq is-saħħa tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Fil-fatt, bir-raġun nisimgħu b'ħafna lmenti u kritika li Malta hi mimlija single-use plastic u li l-volum tal-iskart li ġej mill-plastic huwa esaġerat, mhux f'Malta biss imma fid-dinja kollha.", "Id-dinja qamet u rrealizzat li jekk ma nagħmlu xjen fuq il-plastic se jkollna katakliżma li qatt ma rajna bħalha, fejn kważi neqirdu d-dinja bil-plastic, allura rridu nieħdu l-miżuri.", "Qegħdin nieħdu diversi miżuri u se nitkellem fuq uħud minnhom, però żgur li s-single-use plastic huwa l-aktar qerriedi, għax tużah darba u tarmih, u l-volum huwa kbir.", "Allura jien tajt direzzjoni għal żmien stabbilit biex toħroġ policy u jekk hemm bżonn qafas leġiżlattiv biex nindirizzaw din il-problema darba għal dejjem.", "Irrid nirrimarka kif għas-sena 2018, l-allokazzjoni fuq programmi u inizjattivi żdiedet minn €276,772 għal €1,232,084.", "Dan juri d-determinazzjoni ta' din l-Awtorità li tkompli tkun strument għat-tisħiħ tal-kapital naturali ta' pajjiżna.", "L-ispiża rikorrenti għas-sena 2018 se titla' għal €11.5 miljuni, u tinkludi investiment f'apparat ta' moniteraġġ tal-aspetti ambjentali u ta' surveys fuq il-kwalità tal-ambjent ta' pajjiżna.", "Aktar minn €1 miljun se jingħataw għal proġetti u inizjattivi previsti għal din is-sena.", "Dawn ġew imqassmin f'€375,000 għal proġetti relatati mal-biodiversità u l-ilma, €241,000 għall-kontinwazzjoni tal-moniteraġġ tal-kwalità tal-ambjent u €115,000 għall-proġetti ppjanati mid-Direttorat tal-Infurzar, li fuqhom se nitkellem aktar tard.", "Dawn l-inizjattivi, li jkopru firxa wiesgħa tal-ispettru ambjentali, se jkomplu jibnu fuq l-inizjattivi li twettqu fil-passat.", "Wieħed mill-elementi importanti li diversi fondi se jkunu qegħdin jiġu allokati għalih huwa dak tar-riċerka u l-kisba ta' informazzjoni relatata mal-biodiversità u l-ekosistemi ta' pajjiżna.", "Ovvjament, mingħajr studju, riċerka u data ma tkunx f'pożizzjoni li timplimenta miżuri ta' protezzjoni ambjentali.", "L-ERA s-sena d-dieħla se tkun qed tinvesti f'diversi inijzattivi relatati mal-protezzjoni u l-moniteraġġ tal-ibħra tagħna.", "Ilbieraħ kelli l-unur li nħabbar li llum Malta għandha 35% tal-ibħra tagħha ddikjarati bħala żoni protetti.", "Permezz tal-programm LIFE BaĦAR for N2K, numru ta' msieħba li kienu kkordinati f'dan il-proġett mill-ERA temmew diversi studji u ġbir ta' informazzjoni, fejn iddikjarajna żewġ siti protetti ġodda u estendejna diversi siti oħra fil-protezzjoni tagħhom.", "Inizjattivi oħra li ħabbarna ta' importanza kbira huma l-arranġamenti milħuqa mal-Park tal-Majjistral, l-ikbar park nazzjonali li għandna fil-pajjiż, fejn ilbieraħ għall-World Environment Day, ħaddiema mill-Ministeru tiegħi għamlu clean-up f'żona partikolari.", "Ħabbart ukoll li fil-ġimgħa li ġejja se jibda x-xogħol sabiex jitneħħew mijiet ta' eluf ta' tunnellati ta' skart li ġie mormi b'mod illegali u abbużiv.", "Sfortunatament, f'dan il-park nazzjonali, matul is-snin kien qed jintrema ammont eżaġert ta' construction waste u l-ħsara ambjentali li kienet qed isir hija skandaluża, allura se nikkordinaw din il-ħidma biex nagħmlu clean-up serju kif jistħoqqlu dan il-park.", "Permezz ta' dan il-memorandum of understanding, ilħaqna ftehim biex issir riabilitazzjoni ta' diversi siti f'dan il-park, inkluż pajsaġġi, riġenerazzjoni ta' diversi żoni u titjib fil-mod ta' kif jiġi kkomunikat il-materjal informattiv dwar din iż-żona.", "Memorandum of understanding ieħor li ġie milħuq huwa dak mal-parks fejn qed isir xogħol importanti u estensiv f'diversi żoni u siti differenti.", "Kulħadd sema' dwar ix-xogħol li twettaq fuq Kemuna.", "Kulħadd apprezza li fuq din il-gżira twettaq proġett ta' afforestazzjoni daqstant importanti, fejn tħawlu 'l fuq minn 3,100 siġra indiġena fuq medda ta' 20 tomna.", "Dan hu l-frott ta' dawn l-arranġamenti, fejn l-esperti xjentifiċi tal-ERA kif ukoll il-kapaċità u l-ħila tal-ħaddiema tal-parks, qegħdin ikunu f'pożizzjoni li jwettqu dan kollu.", "Jien xtaqt li l-proġett ta' afforestazzjoni jkun akbar, però hemm limitazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-ilma.", "Qabel m'għamilna dan ix-xogħol ta' afforestazzjoni, għamilna mapping ta' Kemmuna biex ma mmissux dak li kien xagħri u dak li kien imsebbaħ bi ġmiel naturali ieħor.", "Sibna areas li oriġinarjament kienu għelieqi u kien hemm ħamrija li llum ġiet degredata għalkollox.", "L-afforestazzjoni qed issir f'dawn iż-żoni u l-proċedura qegħdin naqsmuha f'perjodi.", "Għamilna l-ewwel stadju, issa se nagħmu sena u nofs nagħtuhom l-ilma, imbagħad inkunu f'pożizzjoni li nagħmlu proġett ieħor simili biex bil-mod il-mod inħaddru lil Kemmuna.", "Kulħadd qal li dan huwa impossibbli għax hija niexfa wisq u għax m'hemmx ilma.", "Għal diversi snin kulħadd kien jitkellem dwar il-bżonn li nagħmlu afforestazzjoni f'Kemmuna, imma qatt ma sar xejn, allura ddeċidejna li nagħmlu xi ħaġa u għamilna xi ħaġa bil-kbir.", "Proġett ieħor li nħadem bejn l-ERA u PARKs huwa l-Magħluq, li dwaru kien hemm ħafna kritika, ħafna minnha dovuta u ħafna minnha mhux dovuta.", "Il-Magħluq huwa sit ta' Natura 2000 importanti ħafna, anke mill-aspett ekoloġiku.", "Huwa wieħed mill-ftit żoni fejn hemm ilma salmastru – ilma ħelu mħallat mal-ilma baħar – u hemm abitat speċjali fejn toqgħod ħuta partikolari li hija indiġena għal Malta, allura jridu jsiru xi studji qabel ma jsiru l-interventi.", "L-istudji saru, u fil-fatt għal diversi snin dan is-sit tħalla abbandunat totalment, fejn donnha saret żona li ħadd ma ried jersaq lejha.", "Proprju f'dawn l-aħħar ġranet ħabbarna x-xogħol estensiv li kien diġà beda jidher u jħalli l-frott permezz tat-tindif estensiv li sar.", "Inxtara apparat ta' sigurtà, sar bdil ta' fencing u ta' xatbiet però, fuq kollox, sar xogħol importanti fejn iż-żona ġiet riabilitata b'mod ekoloġiku billi ġew indirizzati xtieli u siġar invażivi u tħawlu siġar indiġeni.", "Ninsab informat ukoll li fil-ġranet jew ġimgħat li ġejjin se terġa' tiġi introdotta l-ħuta Bużaqq.", "Biex nikkonservaw din il-ħuta, li kienet qed tonqos u kienet se tispiċċa tiġi estinta, erġajna kabbarnieha.", "F'dan is-sit baqa' ftit minn din il-ħuta u għandha bżonn boost, allura fil-ġimgħat li ġejjin se nerġgħu nintroduċu din l-ispeċi f'din iż-żona.", "Din hija forma ta' protezzjoni tal-ekoloġija u l-biodiversità diretta.", "L-istudji ma jsirux għalxejn.", "Ħafna nies jgħidu li nagħmlu l-istudji, imbagħad ma nagħmlu xejn!", "Fil-biodiversità ma tistax taqbad u terġa' tibda tintroduċi xi ħaġa jew oħra bl-addoċċ.", "L-ewwel irid isir l-istudju biex tara sa fejn tista' tasal, imbagħad tagħmel il-pass, kif qed tagħmel l-ERA f'dan is-sit daqstant importanti ekoloġikament.", "Sur President, ippermettili nuri l-apprezzament tiegħi lill-ħaddiema kollha ta' din l-Awtorità għall-koperazzjoni u d-dedikazzjoni li kull wieħed u waħda minnhom jagħtu sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-objettivi ta' din l-istess Awtorità.", "Hija d-dedikazzjoni ta' dawn l-istess ħaddiema u l-mod professjonali li qed jaħdem bih il-management tal-ERA li llum nista' niġi hawn b'wiċċi minn quddiem u b'fiduċja li din l-Awtorità se tkompli tissaħħaħ b'impatt pożittiv fuq l-ambjent.", "Il-kritika hija importanti, però trid tkun leali, mhux dejjem negattiva u distruttiva.", "Lill-ERA lanqas tawha ċans tibda taħdem, għax xahrejn wara li twaqqfet bdew jikkritikwha li m'għandhiex snien!", "Ma naħsibx li qatt kien hawn awtorità li kabbret snienha f'xahrejn!", "Anke sentejn huma infanzja, aħseb u ara xahrejn, imma d-differenza bejn l-ERA tal-lum u l-ERA ta' sentejn ilu hija inimmaġinabbli!", "Mhux talli kabbret snienha, talli naħseb li llum kabbrithom bin-nejbiet b'kollox u miexja 'l quddiem ħafna.", "Perfetta mhijiex u dejjem se jkollha post fejn tkompli tirranġa, però aktar ma jgħaddi żmien aktar tasserixxi ruħha u se nispjega, f'ċerti areas, fejn naħseb li għandha tasserixxi ruħha iktar, kif qed tgħid int ukoll, Onor. Farrugia.", "Jien se nieħu nota tal-kritika tiegħek, għax naf li inti bniedem impenjat favur l-ambjent.", "Xi kultant tagħmel kritika li forsi ma tkunx daqstant leali, fis-sens li tkun eċċessiva.", "Però ħafna drabi l-kritika tiegħek tkun kostruttiva u jien dejjem nieħu nota tagħha.", "Hawnhekk, wieħed irid japprezza ferm id-diversità ta' professjonijiet li jirrikjedi suġġett bħal dan.", "Ta' min jgħid li din l-Awtorità għandha bżonn nies tekniċi u professjonisti mħarrġa minn tal-inqas fi 17-il professjoni differenti biex tkun tista' topera u tassigura l-implimentazzjoni ta' iktar minn 200 obbligu u liġi ambjentali.", "Għaldaqstant, ġiet allokata s-somma ta' madwar €7 miljuni f'salarji, li tirrifletti żieda ta' madwar €2 miljuni ikkomparat mas-sena 2017.", "Din in-nefqa hija investiment fir-riżors uman li b'mod dirett qegħdin ikunu l-ewwel fruntieri għall-ħarsien tal-ambjent.", "Qegħdin ninvestu aktar f'dak li hu stħarriġ biex inkomplu ntejbu l-kwalità tar-riżorsi tagħna.", "Sur President, matul l-aħħar sentejn l-ERA stabbiliet lilha nnifisha bħala awtorità.", "Fil-fatt, jien ngħid li hija waħda mill-aktar tliet awtoritajiet importanti fil-pajjiż.", "Kif diġà spjegajt, qed isir investiment anke minn aspett ta' riżors uman, fejn qegħdin nallokaw €2.25 miljuni f'assi biex ikomplu jiġu mgħammra l-uffiċini tal-ERA, qed jinxtara l-apparat biex tiżdied l-effiċjenza tal-operat u jinxtraw il-vetturi għall-infurzar.", "Hawn irrid nitkellem ftit dwar l-infurzar, għax qed issir kritika mill-Onor.", "Farrugia li hu x-Shadow Minister għall-Ambjent, minn kelliema oħra tal-Oppożizzjoni, minn din in-naħa stess u mill-pubbliku inġenerali fuq l-infurzar.", "Biex inkun onest, jien stess innotajt li l-infurzar mill-aspett ambjentali f'dan il-pajjiż tradizzjonalment dejjem kien batut ferm, però issa wasal iż-żmien li nieħdu deċiżjonijiet radikali u irriversibbli.", "Sur President, wieħed mill-aktar aspetti ambjentali li l-poplu u l-għaqdiet ambjentali qegħdin jisħqu dwaru huwa dak tal-infurzar.", "Jien ħadt nota u kkommettejt ruħi diversi drabi dwar dan.", "Nista' ngħid li l-Ministeru u l-ERA għaddejjin b'ħidma kontinwa biex dan iseħħ.", "Stajna għażilna triq faċli, stajna għamilna l-affarijiet għad-dehra, stajna ħabbarna xi inizjattivi żgħar biex nidhru li qegħdin nindirizzaw din l-isfida, biss konna kawti għax nifhmu li dan il-pass fih l-isfidi tiegħu wkoll.", "Qegħdin noħolqu struttura formidabbli li maż-żmien l-impatt tagħha jkun aktar evidenti.", "L-ispiża rikorrenti riferuta iktar qabel tinkludi t-twaqqif tad-Direttorat tal-Infurzar.", "Jiġifieri s'issa l-ERA, għalkemm twieldet bl-obbligu li tinforza l-liġijiet ambjentali, ma kellhiex Direttorat tal-Infurzar u ħafna drabi kienet tkun dipendenti fuq aġenziji oħrajn biex jagħmlu l-infurzar għaliha.", "Din il-metodoloġija jien ma qbiltx magħha, allura tajt direzzjoni politika bl-iktar mod ċar u skjaċċanti li jrid ikollna Direttorat tal-Infurzar.", "Għaldaqstant issa n-nefqa rikorrenti se tinkludi wkoll it-twaqqif ta' dan id-direttorat.", "Se jsir ingaġġar ta' uffiċjali oħra biex l-Awtorità ssaħħaħ is-sorveljanza kontinwa madwar Malta u Għawdex.", "Dan id-Direttorat se jinkludi uffiċjali speċjalizzati li jkunu mħarrġin f'setturi speċifiċi ambjentali.", "Qegħdin nixtru wkoll apparat adegwat, kemm marittimu kif ukoll terren, biex inkunu nistgħu nagħmlu din is-sorveljanza, u se jkollna struttura biex inkunu aktar effiċjenti.", "Fil-ġimgħat u l-ġranet li ġejjin, mingħajr ma nwiegħed dati, nispera li nkun kapaċi nagħmel press statement fejn nispjega fid-dettall x'se jkun dan id-direttorat u kif se nimxu 'l quddiem fid-direzzjoni tal-infurzar.", "Għaldaqstant, permezz ta' dan l-investiment, l-ERA se tkun qiegħda tkompli ssaħħaħ l-azzjonijiet fir-regolarizzazzjoni tal-ambjent.", "Huwa minnu li huwa importanti li nsaħħu l-liġijiet u li nagħmlu kampanja edukattiva, biss l-infurzar se jkun pedina importanti fil-ħarsien effettiv tal-ambjent tagħna, għax wieħed ma jistax sempliċement jgħaddi l-liġijiet u jieqaf hemm.", "Jien ħadt l-iżbriga li nirrevedu l-liġijiet.", "Saret White Paper biex flimkien mat-tekniċi u mal-ERA analizzajna l-qafas leġiżlattiv ambjentali kollu.", "Dornieh kważi kollu u ħriġna White Paper, allura wara li ngħaddu din il-liġi, ħadd ma jkun jista' jgħid li m'hemmx il-pieni rispettivi.", "Il-pieni li qegħdin nagħmlu issa m'għandhomx x'jaqsmu mal-pieni li kienu jeżistu qabel, u daħħalna kunċetti oħrajn.", "Pereżempju, jien kont kontra li lock, stock and barrel ir-reati ambjentali kollha ġew depenalizzati u se jibdew jiġu trattati quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja, għax minħabba li mhumiex qorti l-poteri tagħhom huma limitati u jistgħu jittrattaw biss każijiet depenalizzati - de minimis - mentri jekk irrid nagħti poter lil organu ġudizzjarju li jordna konfiska ta' vannijiet, jew sospensjoni ta' liċenzji, jew penali biex il-post jiġi riprestinat, jew multi ta' eluf ta' ewro, jew ħabs, ma nistax naħdem bil-Kummissarji tal-Ġustizzja.", "Allura, bl-għajnuna eċċezzjonali tal-ERA, dorthom jien personalment reat reat, u fejn deherli li l-piena kellha tkun ikkonsidrata bħala reat u mhux sempliċement kontravenzjoni, ridt li jerġgħu jinstemgħu l-Qorti biex nuru s-serjetà, imbagħad hemm reati oħrajn ġodda li se nibgħathom quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja.", "Pereżempju, mhux f'din il-liġi imma f'dik dwar l-ekonomija ċirkulari li wasalt biex inressaq quddiem il-Kabinett, se jkollna l-obbligu li nisseparaw l-iskart at source.", "Ovvjament, din hija liġi ġdida, allura r-reati u l-kontravenzjonijiet konnessi magħha mhux se jkunu daqstant qawwijin f'dan l-istadju, u se jiġu trattati mill-Kummissarji tal-Ġustizzja.", "Hemm każijiet oħrajn li jien deherli li jistgħu jiġu trattati mill-Kummissarji tal-Ġustizzja, però f'każijiet fejn ikun hemm reċidività, peress li l-piena togħla b'mod massiċċ, se jiġu trattati quddiem il-qrati u daħħalt klawsola li tgħid li jekk l-aggravju tar-reċidività ma jinstabx, il-qorti xorta tkun vestita b'ġurisdizzjoni u kompetenza li tiġġudika materja li s-soltu kienet tkun quddiem il-Kummissarju.", "Rajna l-liġijiet b'mod ħolistiku u dorna l-legal notices kollha li saru taħt l-Att dwar is-Saħħa l-antik, għax fis-snin 60 kien hemm biss l-Att dwar is-Saħħa.", "L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent sar 15-il sena ilu, allura peress li ċerti liġijiet kienu jikkontemplaw ċerti pieni u rimedji li għadhom in vigore u għadhom eżistenti fl-Att dwar is-Saħħa, dak li jkun seta' jmur quddiem il-Qorti u jgħid li jekk hemm żewġ liġijiet paralleli, għandu jibbenefika minn piena minuri u ma tistax twaħħlu piena f'liġi oħra jekk hemm liġi li tikkontempla l-istess delitt, l-istess reat, jew l-istess kontravenzjoni, u għalhekk kienet qed tingħata din l-eċċezzjoni.", "Issa żidna r-reati li ma kenux kontemplati fil-liġi relatata mal-ambjent u assorbejna l-legal notices kollha li kienu ħarġu taħt il-Liġi tas-Saħħa u se jiġu inklużi kollha fil-liġi l-ġdida li qegħdin nagħmlu.", "Ħaġa oħra li xtaqt nitkellem dwarha hi fejn nixtieq nara lill-ERA sejra.", "Din hija viżjoni tiegħi.", "L-ewwel nett tridu tkunu tafu – għax din hija importanti u tkellem dwarha l-Ministru Ian Borg, allura nħoss li għandi nitkellem dwarha jien ukoll – li qed issir inizjattiva sabiħa ħafna bejn l-ERA u d-Dipartiment tal-Ippjanar.", "Saret preżentazzjoni tajba lili u lill-Ministru Ian Borg, imma peress li we are at early stage m'iniex se nagħti d-dettalji, però bil-mod il-mod u b'ċertu kuraġġ qegħdin nipproponu li ssir reviżjoni sħiħa tal-politika tal-ODZ.", "L-iktar ħaġa li tinkwetani bħala Ministru għall-Ambjent – din għedtha pubblikament – hija l-preservazzjoni tal-kapital naturali.", "Jien naqbel mal-kelliema tal-Oppożizzjoni, mal-kelliema tal-Partit Demokratiku, mal-NGOs u mal-poplu inġenerali li akkost ta' kollox irridu nippreservaw il-kapital naturali li baqgħalna, it-territorju li għadu prestin jew kważi prestin, il-kampanja tagħna.", "Naħseb li dak hu obbligu morali fuqi bħala Ministru għall-Ambjent.", "Meta ssirli kritika, jien naċċettaha, imma mhux dejjem ikun tort tiegħi, għax jien nista' nuża l-liġijiet li għandi, nista' nbiddel il-policies u l-liġijiet, imma ma nistax nagħmel kollox f'ġurnata waħda.", "Emmnuni li huwa ferm diffiċli li tbiddel id-direzzjonijiet, tbiddel il-mentalità u tbiddel il-kultura, però nemmen bis-sħiħ u b'mod ġenwin li rridu nibżgħu għall-kapital naturali tagħna.", "Nemmen ukoll li jekk isiru xi riformi f'dan ir-rigward, l-ERA trid tasserixxi ruħha iżjed.", "Ara meta jsir xogħol fl-urban, mhux qed ngħid li l-ERA m'għandhiex tipparteċipa, għax l-ambjent huwa kullimkien u għandna l-politika ta' greening of the urban zones, però nħoss li trid tkun consultee u trid tkun iebes, però meta qed nitkellmu fuq territorju li huwa kapital naturali, jien personalment bħala Ministru għall-Ambjent nemmen li l-ERA għanda turi snienha iżjed u issa hija l-okkażjoni, għax qegħdin niddiskutu dan is-suġġett daqstant importanti.", "Fil-manifest elettorali aħna wegħedna li se nagħtu kas l-ODZ, u jien għandi l-obbligu li joħroġ mill-manifest elettorali li nuri snieni iżjed f'dak li għandu x'jaqam mal-kapital naturali, u b'kawtela kbira mexjin f'din id-direzzjoni.", "Ikolli ngħid li s-CEO tal-Awtorità tal-Ippjanar qed jikkopera ħafna mal-Ministeru tiegħi, biex nitkellem ċar u tond.", "Hemm koperazzjoni sħiħa wkoll bejn is-CEO tal-Awtorità tal-Ippjanar u s-CEO tal-ERA.", "It-tensjonijiet tal-bidu spiċċaw kważi fix-xejn.", "Il-misunderstandings li kien hemm fil-bidu kważi spiċċaw fix-xejn u jien nemmen li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha ssir l-ikbar ħabiba tal-ERA, għax dawn iridu jimxu id f'id, u waħda trid tisma' lill-oħra.", "L-ERA ma tistax tmur in extremis u twaqqaf milli tgħaddi triq kapriċċożament, però mbagħad tista' timponi li jekk hemm xi siġar, iridu jiġu trapjantati f'xi toroq viċin.", "Wieħed irid jibbillanċja lill-ieħor.", "Bi pjaċir ninnota u nfaħħar pubblikament lil żewġ persuni partikolari fir-rigward ta' policy making - hemm ħafna oħrajn, għax ma sibtx wieħed li m'iniex kuntent bih fl-ERA, però hemm tnejn partikolari - il-Perit Michelle li hija waħda mid-diretturi tiegħi, hija effiċjentissima u teċċella fil-policy drafting, kif ukoll is-CEO Louise.", "Irrid insemmi wkoll lil Johann Buttigieg, għax il-koperazzjoni li qed nara mingħandu ta' min japrezzaha, għax hija eċċezzjonali u mexjin ħafna 'l quddiem.", "Nixtieq nirrinspondi xi kritika li saret fuq is-siġar.", "Huwa veru li tneħħew madwar 500 siġra din is-sena, li minnhom ġew salvati 300 għax ġew trapjantati.", "Tlifna 200, però b'kumpens għalihom ħawwilna 2,000 siġra!", "Lil min neħħiehom ġegħilnieh iħawwel oħrajn u ġew imħawla 2,000 siġra!", "Mela minn 500 tlifna 200, żidna 2,000 u llum għandna 2,300 siġra.", "Din hija r-risposta għal ċerti kummenti inutli li saru u ċerti artikli li dehru fil-gazzetti minn individwi li minnhom tara negattività biss.", "Mhux dik trid tara, għax din is-sena se tkun rekord mill-aqwa fl-afforestazzjoni mill-Ministeru jew mill-Gvern, għax se nħawlu iktar minn 12,000 siġra oħra, u dan apparti l-iskemi tal-privat li qed iħawlu wkoll.", "Id-diffikultà xi kultant tkun li ssib it-territorju fejn tħawwel, u hemm il-proċedura twila li trid tieħu art mid-Dipartiment tal-Artijiet.", "Però din is-sena se nħawlu 'l fuq minn 12,000 siġra oħra!", "Jekk dan mhux rekord, jien ma nafx x'inhu rekord!", "Sur President, biex nikkonkludi ngħid li llum f'din il-Kamra qegħdin niddiskutu Awtorità li kien dan il-Gvern li kellu l-kuraġġ iwaqqaf.", "Kien dan il-Gvern li ta awtorità lill-ambjent li qiegħda hemm biex toffrilu protezzjoni.", "Aħna bħala Gvern se nkomplu nibnu fuq is-suċċess li qiegħda tikseb din l-Awtorità.", "L-investiment li qegħdin nagħmlu f'din l-Awtorità huwa għalina bħala poplu.", "Awtorità iktar b'saħħtiha tfisser ambjent iktar protett u sigur għalina lkoll.", "Fil-firxa wiesgħa tax-xogħlijiet li qed twettaq din l-Awtorità, irridu naraw li s-suċċess miksub jirrifletti l-element bażiku, imma importanti, li bħala poplu ngħixu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Jien inħobb nipproponi emendi għall-Kostituzzjoni.", "Waħda li ma pproponejtx, imma xi darba għad nipproponiha, hija l-klawsola li ssib fil-Kostituzzjoni Amerikana u ma ssibha kważi fl-ebda kostituzzjoni oħra, però għalija hija l-iktar klawsola importanti, u din hi the right to pursue happiness.", "Għalhekk qegħdin nagħmlu dak kollu li nagħmlu, għax jekk ma jkollniex ambjent san u frisk, ma jistax ikollna l-kuntentizza u ma jistax ikollna kwalità ta' ħajja aħjar.", "Għandna d-dritt li jkollna l-kuntententizza u kwalità ta' ħajja aħjar, però għandna obbligu wisq ikbar, dak li nħallu dan l-istat ta' fatt għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, huwa ta' pjaċir għalija li nagħti l-kummenti u r-reazzjoni tiegħi għan-nom tal-Oppożizzjoni fuq l-estimi tal-ERA, wara li għadni kif smajt b'attenzjoni l-kummenti u l-introduzzjoni li għamel il-Ministru Herrera.", "Qabel ma nkompli rrid nagħmel premessa, għax naħseb li huwa obbligu importanti li nagħmel dan.", "Jekk se nkun qed nagħmel xi kritika f'dan l-intervent, ċertament mhuwiex b'nuqqas ta' rispett lejn il-Ministru Herrera nnifsu, li m'għandix diffikultà niddikjara pubblikament li kien u għadu l-gentleman li kont naf meta konna naħdmu flimkien il-qorti.", "F'dak li se nkun qiegħed ngħid, hemm affarijiet fejn naqbel mal-Ministru u mal-ħidma tiegħu, però hemm affarijiet li naħseb li huma ta' tħassib u f'ċerti partijiet ta' inkwiet mhux żgħir fil-qasam ambjentali.", "Hawn se jkolli nagħmel paragun żgħir.", "Illum qegħdin niċċelebraw l-anniversarju tal-invażjoni tan-Normandija Operation Overlord, li seħħet 74 sena ilu, fejn eluf ta' żgħażagħ put themselves in harm's way għall-ideal li emmnu fih, biex aħna llum għandna l-paċi u l-libertà li qed ingawdu, grazzi għalihom.", "Dawn kienu jafu li se jinqatlu, però marru b'sens kbir ta' kuraġġ u patrijottiżmu li naħseb li ilna ma naraw bħalu għal għexieren ta' snin.", "Huwa dak it-tip ta' kuraġġ li naħseb li lkoll kemm aħna għandna bżonn biex nilqgħu għall-isfidi u għall-attakk sfrenat li qed isofri l-ambjent f'pajjiżna bħalissa.", "Minkejja l-intenzjonijiet ġenwini tal-Ministru – m'għandix dubju li għandu intenzjonijiet ġenwini, I do not doubt his good intentions – qed jiġi mdgħajjef minn sħabu fil-Kabinett bid-deċiżjonijiet skandalużi li qed jittieħdu mil-lat ta' ippjanar li jnisslu tħassib!", "Allura, dan iġib suf ix-xogħol li qed jipprova jagħmel il-Ministeru tal-Ambjent.", "Sur President, l-ewwel punt li rrid nagħmel hu li ftit tax-xhur wara t-twaqqif tal-ERA, li issa ilha mwaqqfa iktar minn sena, jeħtieġ li nistaqsu hand on heart jekk kenitx worth it u x'inhuma l-benefiċċji tanġibbli għal John Citizen lil hinn mill-misħuta politika partiġġjana għas-soċjetà, għas-soċjetà ċivili u għal dawk kollha li jħobbu l-ambjent.", "Sar sforz qawwi u kien hemm ħafna ħela ta' riżorsi u ta' ħin biex saret id-demerger tal-MEPA.", "Qalulna li l-iskop kien li tingħata vuċi iktar b'saħħitha lill-qasam ambjentali.", "Huwa evidenti – din mhijiex opinjoni, iżda huwa fatt – li bid-deċiżjonijiet tal-ippjanar li kienu qegħdin jittieħdu matul l-aħħar xhur, il-vuċi ambjentali ddgħajfet u ħafna drabi ndifnet.", "M'hemmx il-clout tal-ERA fid-deċiżjonijiet ambjentali partikolari, sensittivi jew kontroversjali.", "Dak l-ewwel punt li rrid nagħmel u nistieden li ssir riflessjoni.", "Minkejja li nassumi li kien hemm intenzjoni ġenwina, wara d-demerger tal-MEPA għadda żmien biżżejjed biex nistaqsu: Where's the beef?", "X'inhuma l-benefiċċji tanġibbli għall-ħin u r-riżorsi li ntużaw għad-demerger biex illum għandna l-ERA?", "X'inhu l-clout tal-ERA fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA)?", "Kemm-il darba r-rappreżentant tal-ERA fuq il-Bord tal-PA biddel id-deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet pendenti?", "Kemm kien hemm drabi fejn kien kapaċi jipperswadi, jekk mhux biex tiġi miċħuda, biex tiġi modifikata applikazzjoni?", "Kemm kien persważiv?", "M'iniex ngħid dan b'relazzjoni mal-persuna li tirrappreżena lill-ERA fuq il-Bord tal-PA, Prof. Victor Axiaq, li nsellimlu hawnhekk.", "Assolutament m'iniex ngħid għalih personali, imma it goes beyond.", "Jisgħobbija ninnota li l-vuċi tar-rappreżentant tal-ERA fuq il-Bord tal-PA qed tkun marġinata, emarġinata, iżolata, u mhijiex effettiva.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel suġġeriment lill-Ministru li għaddew biżżejjed xhur u saru biżżejjed applikazzjonijiet li bi qbil bejnietna għandna nħabbtu rasna flimkien biex insibu mod legali u ġust kif insaħħu l-vuċi tal-ERA fuq il-Bord tal-PA.", "Jaf ikun il-każ li f'ċerti deċiżjonijiet – qed inġib eżempju; dak li qiegħed ngħid is not cast in stone, imma biss food for thought – fejn ikun hemm applikazzjoni li tinvolvi environmental impact assessment jew oġġetti ta' ċerta entità li jkunu stabbiliti minn qabel b'parametri miktuba b'mod oġġettiv u mhux arbitrarju f'idejn xi ħadd, l-ERA jkollha l-veto.", "Hawnhekk qed nitkellem b'mod oġġettiv u mhux biex niskorja xi punti politiċi.", "Dan huwa qasam fejn, jekk dak li ngħidu tassew nemmnu fih, jeħtieġ ningħaqdu flimkien.", "Jien lest li min-naħa tal-Oppożizzjoni nagħtu l-kontribut tagħna biex b'mod ġust, legali, trasparenti u oġġettiv li ma jkun f'idejn l-ebda awtorità li tistabbilixxi hi, però jkun stabbilit minn qabel – għax aħna l-avukati mgħallmin fuq dak il-prinċipju Latin ta' ħafna snin ilu li optima est lex quae minimum relinquit arbitrio juducis, għax aktar ma tħalli diskrezzjoni f'idejn min qed japplika l-liġi, iktar tiftaħ il-bieb għall-abbuż – ikunu stabbiliti linji gwida ċari f'ċerti applikazzjonijiet li jħallu ċertu impatt.", "Pereżempju, fejn applikazzjoni jkollha bżonn environmental impact assessment, l-ERA għandu jkollha l-veto.", "Inħoss li anke jekk ma naslux biex naqblu fuq dan, għandna naqblu fuq il-bżonn li l-ERA jkollha clout ikbar fuq il-Bord tal-PA.", "Huwa tajjeb li nisimgħu dwar l-istaff complement tal-Environmental Assessment Unit tal-ERA, li naħseb li huwa poorly staffed.", "Qed ngħid dan mhux b'nuqqas ta' rispett lejn il-persuni li jaħdmu u li jagħmlu ħilithom kollha b'sens ta' sagrifiċċju mhux żgħir biex jaqdu dmirijiethom, imma għall-entità tal-isfidi li għandhom naħseb li l-istaff complement huwa fqir ħafna.", "Irrid infakkar li fir-rapport annwali tal-ERA tal-2016 – mhux l-aħħar wieħed, imma ta' qabel, ħalli nkun ġust – f'paġna 21 jingħad li l-ERA kellha biss 35% tal-istaff complement.", "Għadna 'l bogħod, u nerġa' ngħid li jien konvint mill-intenzjonijiet ġenwini tal-Ministru, però kif nafu u kif tgħallimna, the way to hell is paved with good intentions!", "Allura ejja mmorru lil hinn mill-intenzjonijiet u mmorru għall-azzjonijiet konkreti, ħalli naraw kif se nkomplu nsaħħu l-qasam tal-infurzar kontra l-abbuż.", "Ministru, inti taf u aħna nafu li hawn il-cowboys u hawn il-bullies li, għax jafu li għandhom il-flus, jaħsbu li jistgħu jagħmlu triq fil-baħar u jgħaddu romblu minn fuq ħaddieħor!", "Ġieli jkollok kuntrattur ewlieni li għax pulizija jwaqqfu biex jagħtih ċitazzjoni, biex jiddieħak bih jgħidlu li hu miljunarju.", "Dan mhux qed ngħidu jien, imma ġie rapportat fl-online portal tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS ftit tax-xhur ilu.", "Hawn irrid insellem lis-Sur Jeremy Cardona, kunsillier tal-Gżira u lis-Sindku tal-Gżira li ma nafux personalment, imma ħadt gost bil-mod kif tkellem ilbieraħ filgħaxija.", "Xtaqt nattendi, imma minħabba l-abbozzi ta' liġi li kellna hawnhekk ma stajtx.", "Hija xi ħaġa pożittiva li hemm dik is-solidarjetà across both parties fil-Kunsill Lokali tal-Gżira lejn Jeremy Cardona, li safa vittma tal-bullying u tal-cowboy tactics ta' min jaħseb li għax għandu l-flus mingħalih jista' jagħmel l-arja biż-żgħir!", "Sur President, jien għadni kemm għedt kemm hu effettiv il-ħarsien ambjentali li qiegħda tagħmel l-ERA.", "Wieħed mill-ikbar simboli u r-realtajiet ambjentali hija s-siġra.", "L-arja forsi ma tarahiex, imma s-siġra taraha.", "F'dawn l-aħħar ġranet, sal-bieraħ u anke dalgħodu, qrajna dikjarazzjonijiet ebsin ħafna minn min jifhem dwar il-massakkru bla sens li għaddej fuq is-siġar f'pajjiżna, partikolarment siġar li rnexxielhom jegħlbu l-isfida tat-Tieni Gwerra Dinjija, però kellhom ibaxxu rashom quddiem ir-regħba preżenti ta' min jaħseb li għax huwa sinjur, jista' jiġi jaqa' u jqum mill-ħarsien ambjentali!", "Infaħħar lill-Ministru, kif għadni kemm għamilt ftit ġranet ilu, għall-afforestation projects li qiegħed jagħmel, però mhuwiex sew u jġib fix-xejn dawk l-isforzi, kif qrajna f'artiklu fil-ġurnal The Times ilbieraħ, li din is-sena biss kważi 500 siġra ġew \"uprooted\", biex nuża l-kelma eżatta.", "Jien m'iniex espert, imma l-esperti jgħidu li ħafna minn dawn it-transplants ma jirnexxux.", "Jekk ma naqblu fuq xejn, ejja naqblu fuq din.", "Meta l-ajruplan ikun nieżel fuq Malta, minflok ma tolqtok il-ħdura tal-ambjent - il-ħdura qiegħda xi mkien ieħor fis-soċjetà tagħna – tolqtok il-massa ta' siment li sar dan il-pajjiż.", "Dan il-pajjiż, bil-mod il-mod qed jiġi joqrob a one city state.", "We lack greenery, we lack trees, u fuq dan is-senseless massacre li għaddej, sa dalgħodu stess qrajt artiklu fil-ġurnal Times of Malta fuq dak li qal l-espert Alfred Baldacchino, eks Assistent Direttur tal-Environmental Protection Directorate, li issa rtira, li fuq il-qerda tas-siġar, jgħid hekk:", "Isimgħu din:", "Dawn huma mistoqsijiet li nagħmilhom jien u qegħdin jagħmluhom ħafna.", "Jekk l-ERA mhux se titkellem fuq il-bread and butter issues li jolqtu lin-nies mill-viċin, se tkun qed tfalli l-missjoni tagħha u x-xogħol tagħha, indipendentement mill-intenzjonijiet ġenwini.", "Isir ħafna xogħol mill-ħaddiema kkonċernati b'sens ta' sagrifiċċju u b'sens ta' dover, però għalfejn l-ERA ma ssemmax leħinha?", "Għalfejn hija assenti, voiceless?!", "Għalfejn il-vuċi taħgha hija mkeffna?", "Hemm xi raġuni?", "Qed tibża' minn xi ħaġa?", "M'għandhiex is-sinsla?", "Din il-qerda tas-siġar hija turija ta' falliment ta' dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern ma bediex ilbieraħ, imma beda fl-2103.", "Ħafna minna nsew li fl-2013 dan il-Gvern kellu l-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat, li llum qiegħed band'oħra, li f'Mejju ta' dik is-sena, xahrejn wara l-elezzjoni, waqqaf kumitat biex iħares is-siġar.", "Dak li kkwotajt minnu huwa l-online portal tal-PBS fuq il-konferenza stampa li kien għamel dak iż-żmien il-Ministru Leo Brincat.", "Fallejtu anke f'ħaġa żgħira bħal din.", "Infakkar li sena ilu, fid-dibattitu fuq l-estimi tal-ERA, smajna dikjarazzjoni mill-Ministru għall-Ambjent li kien fil-proċess li jippubblika regolamenti ġodda għall-ħarsien tas-siġar.", "Sena wara, dawk ir-regolamenti għadhom ma rawx id-dawl tax-xemx!", "Biex waqqfu kumpanija l-Panama ħalli jitfgħu l-miljuni fit-tixħim damu 48 siegħa, però għaddiet sena u r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar ma rajnihomx, bħalma ma smajna xejn fuq 'Ambjent Malta'.", "Sena ilu l-Ministru qalilna li kien wasal biex ivarah, però sena wara għadna ma smajna xejn dwaru.", "Xtaqt nagħmel stedina lill-Ministru għall-Ambjent għal xi ħaġa żgħira immens, però li tagħti vuċi liċ-ċittadin.", "Jekk il-Gvern verament għandu intenzjoni li jiġġieled l-abbuż ambjentali, se nagħmillu suġġeriment żgħir li mill-esperjenza passata tiegħi hu effettiv ħafna, li l-ERA jkollha freephone fejn il-pubbliku jkun jista' jirrapporta ksur ta' liġijiet ambjentali anke b'mod anonimu.", "Meta kont responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, nidejna l-freephone tal-Lands biex in-nies ikunu jistgħu jċemplu anke b'mod anonimu, fuq l-abbużi li jsiru fil-qasam tad-Dipartiment tal-Artijiet, partikolarment fuq squatting.", "Dan il-freephone li twaqqaf kif inbidel il-Gvern f'Marzu tal-2013, kien suċċess, għax kienu jċemplu ħafna nies b'ħafna rapporti.", "Biex nagħti eżempju żgħir, sal-2013 l-ammont ta' enforcement actions li d-Dipartiment tal-Artijiet kien jagħmel f'ġimgħa waħda, illum qed isiru f'sitt xhur.", "Dan mhux qed ngħidu jien, imma hija statistika li ngħatat mill-Prim Ministru preżenti fl-aħħar leġiżlatura bħala tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tal-Onor.", "Jekk l-ERA trid tibgħat sinjal żgħir, però effettiv, permezz tal-freephone tista' tagħti vuċi liċ-ċittadin li jkun jista' jirrapporta l-abbużi ambjentali li mhumiex il-ftit, anke b'mod anonimu.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi huwa d-dust pollution, l-air pollution.", "Dan l-uffiċċju ma jaqax taħt il-Ministeru għall-Ambjent.", "Ministru, naħseb li dak huwa difett u żball li jaqa' taħt Ministeru differenti minn tiegħek.", "Jekk iċċempel f'dan l-Uffiċċju wara ċertu ħin jew fil-weekend, għax is-siti ta' kostruzzjoni jibqgħu għaddejjin il-Ġimgħa filgħaxija, is-Sibt u l-Ħadd, ma ssib lil ħadd!", "Dan l-aħħar fil-gazzetta kien hemm artiklu li jgħid li m'għandhomx flus għall-overtime.", "Direct order ta' €2 miljuni mhijiex problema, però m'hemmx flus għall-overtime tal-ħaddiema biex iċ-ċittadin ikun jista' jirrapporta biex isib il-ħarsien u l-ilqugħ!", "Ħażin!", "Huwa żball u prijoritajiet ħżiena!", "Il-BRO huwa dak l-uffiċċju fejn kif persuna tiftaħ it-tieqa u tidħol sħaba trab, għax il-kuntrattur li jkun qed jiżviluppa s-sit ta' ħdejha ma jkunx ħa ċerti prekawzjonijiet u ġie jaqa' u jqum mill-kundizzjonijiet tal-permess, issib ħajt ta' kenn.", "L-iżvilupp huwa importanti u l-industrija tal-kostruzzjoni hija importanti għal raġunijiet elementari ħafna, għax f'pajjiżna minn żmien il-Kavallieri l-ġebla kienet kontributur ewlieni fir-rota ekonomika, però m'għandux isir bi skapitu taż-żgħar, għax dik l-anzjana li m'għandhiex vuċi, m'għandhiex clout, m'għandhiex is-saħħa finanzjarja, għandha d-dritt li tiftaħ it-tieqa tad-dar tagħha mingħajr ma tidħol sħaba trab f'darha!", "Meta tgħaddi minn Tas-Sliema, jew tgħaddi mill-Gżira, jew tgħaddi minn Tignè, taħsbek għaddej minn ġo war zone!", "Dan hu nuqqas ta' infurzar, nuqqas ta' rispett, għax għandhom ir-riħ fil-qala' u għax jafu li m'hemmx snien min-naħa tal-infurzar.", "Lanqas nebħa m'hemm, aħseb u ara kemm hemm gidma, u dak huwa ħażin, għax dan huwa aspett li jolqot lin-nies mill-viċin.", "Meta tara s-surveys, wieħed wara l-ieħor, issib li din il-ħaġa qiegħda ddejjaq u tirrita lin-nies f'diversi partijiet f'Malta.", "Semmejt Tas-Sliema, il-Gżira u Tignè, imma għandek Ħ'Attard, il-Mosta, Pembroke u l-Mellieħa, kollha b'dan l-inkonvenjent.", "Ilkoll kemm aħna nsiefru.", "Meta ssiefer u tkun għaddej bil-karozza f'sit ta' kostruzzjoni, tara ċertu apparat partikolari li jitfa' l-ilma.", "Dan ikollu bħal fann kbir bl-ilma ħiereġ minnu biex imewwet it-trabijiet.", "F'Malta, fl-2018, wara ħafna kritika u artikli fil-gazzetti, biex iraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar, f'Tignè krew żewġ fire engines.", "Dawk huma d-dust abatement measures ta' pajjiżna fl-2018, li traqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar!", "Dan mhuwiex sew.", "Hija nuqqas ta' serjetà!", "Niftakar li f'Marzu ta' din is-sena kien hemm apparat difettuż fl-ERA u wara li għaddew aktar minn disa' sigħat kelli nitkellem jien biex jiċċaqalqu u jserrħu moħħ in-nies għax kien qed jimmarka li fl-akkwati taż-Żejtun l-air pollution indicators kienu 20 darba above safe limits!", "Kemm nistgħu nistrieħu?", "Kemm jista' jkollna affidament?", "Kemm jista' jkollna serħan il-moħħ mill-kapaċità tal-ERA li tgħidilna tassew kemm hemm trabijiet u sustanzi fl-arja li jagħmlu ħsara lill-bniedem?", "Niġi għall-parks.", "Ministru, ma naħsibx li xogħol l-ERA għandu jkun li timmaniġġja l-parks.", "L-ERA hija regolatur, jiġifieri l-management tal-parks għandu jkun f'idejn entità separata mill-ERA u l-ERA tibqa' regolatur, imma kif inhi s-sistema preżenti, l-ERA timmaniġġja l-parks hi.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata.", "Ambjent Malta diġà tkellimt dwarha, u kif qed insemmi Ambjent Malta rrid insellem lill-NGO 'Din l-Art Ħelwa' li fl-2015 ħarġet dokument dettaljat, intitolat The Future of Nature Parks in Malta, fejn semmiet l-importanza tat-twaqqif ta' Natura Malta.", "Fil-fatt, irrid ngħid li lejn tmiem is-sena 2012, il-Kabinett tal-Gvern Nazzjonalista konna wasalna biex inniedu Natura Malta, imbagħad ġiet l-elezzjoni u ġara li ġara.", "Fl-2015, tliet snin ilu, f'punt 92 ta' dan id-dokument dettaljat ta' Din l-Art Ħelwa, issuġġerew 'Natura Malta to oversee the management of all sites'.", "Il-Gvern li ilu jgħid ħafna fuq Ambjent Malta, kellu dan id-dokument.", "Din issemmiet fil-Baġit tas-sena li għaddiet ukoll, però qegħdin f'nofs l-2018 u għadha ma ratx ix-xemx.", "Nittamaw li ma jkunx il-każ li 'parturient montes, nascetur ridiculus mus'.", "Nittamaw li ma jkunx il-każ ta' ħoblot il-muntanja, biex imbagħad tkun welldet ġurdien tal-imramma!", "Il-Ministru jifhimni, għax jaf bil-Latin.", "Alfred Sant kien jgħidha.", "Ma tiftakruhx jgħidha lil Alfred Sant?", "Għoġbithom, hux veru?", "Il-Ministru semma l-Bużaqq u jien semmejt din!", "Niġi għall-kostruzzjoni u l-abbużi.", "Jien ħassejtni perturbat ħafna naqra intervista li saret lill-Executive Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar is-Sur Johann Buttigieg f'Novembru tas-sena li għaddiet, intitolata 'Malta's rate of construction is still sustainable.", "Din l-intervista li saret lil wieħed mill-key persons f'din il-katina ta' decision making fl-ippjanar, raised eyebrows, u nixtieq li l-Ministru jgħid x'inhuma l-veduti tiegħu dwarha.", "F'dan l-artiklu intqal hekk:", "Fil-filosofija, dan konna ngħidulu non sequitur, għax ma jsegwix, m'hemmx loġika.", "Minn fejn tiġi din li dment li hawn investiment barrani, ir-rata ta' kostruzzjoni hija sostenibbli?", "Dawn m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin.", "It-tieni punt li għamel f'din l-intervista hu – u għidilna, Ministru, jekk dan huwiex target mhux pubbliku li l-Gvern għamel biex jilħaq – kemm għandu jkun hawn nies fil-pajjiż, għax donnu t-target hu li nilħqu l-miljun ruħ!", "Din ilha tissemma, issa naraw jekk hijiex sostenibbli.", "F'parti oħra tal-intervista nsibu hekk:", "Qabża oħra fil-loġika, somersault!", "Kutrumbajsa kbira oħra din!", "Biex insolvu l-problema tat-traffiku hemm bżonn ikollna aktar nies!", "Dan qed jgħid hawnhekk, u se nirrepeti:", "Għandna dritt inkunu nafu dak li ilu jissemma fil-kurituri ta' ċerti postijiet li l-mira maġika hi li dan il-pajjiż jilħaq il-miljun ruħ, għax dak iġib miegħu konsegwenza ta' ċerta pressjoni fuq l-infrastruttura u fuq l-ambjent.", "Qed ngħid dan ħalli nifhmu 'l fejn sejrin.", "Ejja naqblu.", "Jien min jien biex ngħid li l-capping f'pajjiżna għandu jkun tant jew tant.", "Imma għandna nies fil-pajjiż li jifhmu u jafu l-affarijiet tagħhom, li kapaċi jgħidulna kif nistgħu nagħmlu dan b'mod sostenibbli, sakemm ma rridux insiru bħal Hong Kong!", "Min minna mar Hong Kong impressjona ruħu, imma for the wrong reasons.", "Jien darba mort Hong Kong, u dan hu eżempju ieħor ta' city state fejn tara l-gabubi fuq xuxlin bin-nies qishom nemel.", "Għandhom ħafna investiment hemmhekk u għandhom ċerti affarijiet verament m'għola s-sema, però l-kwalità tal-ħajja hu aspett ieħor.", "Kemm ili responsabbli minn dan is-settur, l-ewwel darba li tkellimt għidt li jeħtieġ nibdew nagħmlu differenza bejn l-istandard of living u l-kwalità tal-ħajja.", "Intom qegħdin titkellmu biss fuq l-istandard of living.", "Intom dħaltu f'dan il-mode li, bir-rispett kollu, għandkom mantra, għandkom phobia, għandkom fissazzjoni, għandkom twemmin li all that matters is credit rating, all that matters is growth, all that matters is growth at all costs!", "Din il-fissazzjoni fuq growth, growth, growth, ovvjament hija importanti, però huwa aktar responsabbli li dak il-growth ikun sostenibbli!", "Billi nagħmel growth u niġi naqa' u nqum minn dawk li ġejjin warajja, dak ma jkunx growth, imma jkun egoiżmu u irresponsabbilità!", "Issa jekk verament ittieħdet policy decision from the powers that be fil-gvern li l-mira tal-ammont ta' nies f'dan il-pajjiż bejn residenti u ħaddiema barranin huwa ta' miljun, il-pajjiż għandu bżonn ikun jaf.", "Mhux biss l-Oppożizzjoni, mhux biss il-Parlament, imma l-pajjiż għandu d-dritt li jkun jaf, għax dak iġib miegħu ċerti pressjonijiet.", "F'ċerti ġranet u f'ċerti postijiet, it is becoming unlivable!", "Għall-ewwel darba f'ħajti qed nisma' l-kliem: Kieku jien iżgħar, kont naqbad u nitlaq minn hawn!", "Ma jistax jkun nibqa' ngħix hawn.", "Hawn m'għandhiex x'taqsam il-politika.", "M'iniex insemmi l-argumenti politiċi li jkollna ta' bejnietna, biex ma ninftehimx ħażin.", "Għall-ewwel darba f'ħajti qed nismagħha din, u xi raġuni hemm.", "Ministru, inti għandek responsabbiltà enormi, imma bir-rispett kollu lejk ikun għalxejn li tagħmel il-massimu tiegħek, jekk sħabek jimminawk mill-ġenb, għax ix-xogħol tiegħek jisfa suf, minkejja l-intenzjonijiet tajba tiegħek.", "Sur President, fuq il-plastic għandna sfida kbira, u aħna lesti li nagħtu l-kontribut tagħna.", "Aħna lesti li nagħtukom l-appoġġ tagħna, imma teħdunix ħażin, m'iniex se nkun kompliċi biex jiġi leġittimat proċess diġà deċiż biex jibbenefika min hu fis-setgħa f'Kastillja.", "Kellmuna tliet persuni ewlenin fil-pajjiż li waslilhom il-messaġġ li jekk iridu jibqgħu jieħdu ċerti kuntratti tal-Gvern, ma jitfgħux it-tender għall-bottling return scheme.", "Hawnhekk għandi f'idejja artiklu li ħareġ Manuel Delia fl-4 ta' Ġunju 2018, dwar dak li jidher li huwa … (Interruzzjonijiet) Sinjura President, m'għandix dubju li dan mhuwiex point of order, għax l-Ispeaker ta Ruling il-ġimgħa li għaddiet dwar dan, però billi qed nitkellem fuq il-Ministru Herrera, ma nsib l-ebda diffikultà li jagħmel l-intervent li għandu bżonn jagħmel.", "JOSÈ HERRERA: Irrid nagħmilha ċara li għall-bottle refund scheme se toħroġ tender trasparenti, u fil-kumitat tal-għażla se jkun hemm l-iktar nies trasparenti possibbli.", "Jekk kellmuhom xi nies u qalulhom hekk, jgħidli min huma jew imorru jagħmlu rapport.", "Jekk iħossu li saret xi pressjoni illeċita jew illegali fuqhom, imorru jagħmlu rapport fejn għandhom imorru jagħmlu rapport, però nista' nassigurak li l-bottle refund scheme ħierġa dirett mill-Ministeru tiegħi u jien m'għandi l-ebda persuna jew konsorzju f'moħħi – għax dan l-aħħar tkellmu l-konsorzju.", "Huma jistgħu jikkontestaw kif jikkontesta kulħadd, però rrid nagħmilha ċara, kif diġà kelli l-okkażjoni li nagħmel, li l-proċedura tal-bottle refund scheme se tkun trasparenti u onesta iktar minn mija fil-mija, kif għandha tkun.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Ġaladarba l-Ministru għamel din id-dikjarazzjoni, xtaqt ngħidlu li jekk verament irridu li l-affarijiet sew, dik l-iskema għandha tkun imħaddma mill-privat u mhux mill-Gvern.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Herrera, għandek iċ-ċans li tirrispondi fl-aħħar.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, ma nsibx diffikultà, assolutament.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Azzopardi li from day one, il-punt tiegħi kien li din se tiġi operata mill-privat.", "Il-Gvern se jkun biss regolatur, għax bilfors irid ikun hekk.", "Qgħadt nikkrea kunsill biex jirregola l-bottle refunds scheme u way streams differenti li rrid noħroġ minn dan il-kunsill, biex ikolli vehicle minn fejn noħroġ it-tenders, il-procurement, eċċetra.", "Għalhekk irrid kunsill, imma naqbel miegħu totalment li allaħares ikun il-Gvern li jmexxi dawn il-proġetti.", "Dażgur li jkun il-privat.", "Naqblu totalment, u hekk se jiġri!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Grazzi ħafna Ministru, ta' dak il-kliem.", "Issa meta tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika, mingħalija fl-aħħar ta' Ġunju, inkunu nistgħu nitkellmu aħjar.", "Jalla qegħdin naqblu li l-privat għandu jmexxi din l-iskema, però kien hemm artiklu li deher fi blogg ta' Manuel Delia that raises eyebrows, fejn intqal li f'Ġunju li għadda, lejlet l-elezzjoni li għaddiet, il-Gvern ta iktar minn 5,000 metru kwadrat art lill-kumpaniji proprjetà taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, b'65 sena ċens li beda jiddekorri mill-1 ta' Marzu 2017.", "Dan skont x'hawn miktub, għax jien dak li hawn miktub nista' ngħid.", "Issa sta għal ħaddieħor li jgħid jekk huwiex veru jew hijiex gidba.", "Jingħad ukoll li:", "Għalfejn?", "Għax aħna nafu li meta tingħata art għal skop industrijali, dejjem ikun hemm il-kundizzjoni li ma jkunx hemm bdil fl-użu li għalih tkun ingħatat dik l-art.", "Hawn dejjem qed nikkwota.", "Issa jekk hawn gibda, jgħidulna li hawn gibda, imma sakemm ma jkunx hemm iċ-ċaħda, hawnhekk hawn miktub li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt jippermettu change of use għal skop industrijali.", "Insibu wkoll li:", "Jekk dan huwa minnu, huwa ħażin, għax ikun ifisser li għandek uffiċċjal pubbliku li permezz tal-fatt li huwa uffiċċjal pubbliku, għamel użu minn informazzjoni li tkun disponibbli għalih minħabba l-uffiċċju li hu jokkupa biex jippromwovi interessi kummerċjali.", "Dak jgħidulu kunflitt ta' interess.", "Sinjura President, se nagħlaq b'dawn iż-żewġ punti fil-qosor billi ningħaqad mal-editorjal tal-lum tal-ġurnal Malta Today intotolat, 'Something's got to give', li jgħid hekk:", "Fi kliem safi bil-Malti ngħidu li meta tiżra' r-riħ, taħsad ir-riefnu u jbati kulħadd.", "Aħna ma rridux naslu f'dak il-punt, għalhekk l-istqarrija li ħarġet il-Birdlife ilbieraħ fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ambjent hija a wake up call, għax wasal iż-żmien għall-azzjonijiet konkreti biex jiġi mħares l-ambjent naturali!", "F'din id-dikjarazzjoni l-Birdlife qed tgħid li wasal iż-żmien li jittieħdu l-azzjonijiet konkreti relatati mal-liġijiet li hemm bżonn jiddaħħlu, li jsiru l-bidliet fil-policies li hemm bżonn isiru, u jittieħdu l-miżuri ta' infurzar u konservazzjoni li jridu jittieħdu biex jiġi mħares l-ambjent naturali tagħna.", "Ministru, we need to put our money where our mouth is, u la qegħdin niddiskutu l-estimi tal-ERA, din għandha tkun Awtorità mhux biss li tinbaħ, imma li tigdem, li jkollha s-sinsla, li jkollha l-personalità, li jkollha l-vires, li jkollha l-clout, li jkollha vuċi b'saħħitha, li jkollha l-awtorità morali li meta titkellem hi, people look up and listen.", "Imma jiddispjaċini ngħid li għadna 'l bogħod ħafna milli naslu f'dak l-istat!", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Sinjura President, naturalment diskussjoni fuq l-ambjent tqajjem interess, u jien ngħid li b'mod ġustfikat hekk għandu jkun, però naħseb li nagħmlu żball li minn din il-Kamra nibagħtu ċerti messaġġi li qisu t-tkabbir ekonomiku f'daqqa waħda sar ħażin.", "Hija xi ħaġa ħażina li qed nibagħtu l-messaġġ li għax pajjiżna qed jesperjenza tkabbir ekonomiku sostnut għal numru ta' snin li hu robust u qawwi, dan jolqot ħażin lill-ambjent.", "M'għandniex nippruvaw inpinġu li għax pajjiżna għaddej minn tkabbir ekonomiku, l-ambjent se jintlaqat ħażin, għax dan l-argument ma jreġix!", "Se mai, it-tkabbir ekonomiku għandu jsostni lill-pajjiż biex nagħmlu żviluppi ekonomiċi, u fuq kollox nagħmlu żviluppi fejn l-ambjent imur 'il quddiem.", "Issemma l-argument tal-kwalità tal-ħajja.", "Kif tista' ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' familji u persuni jekk ma jkollokx minn fejn issostni il-kwalità tal-ħajja tagħhom?", "It-tkabbir ekonomiku jagħtik il-possibbilità li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, tal-individwi u tal-familji, naturalment dejjem jekk tonfoq il-flus bil-għaqal.", "Mela ejja ma noqogħdux indaħħlu l-issue tat-tkabbir ekonomiku bħala xi ħaġa ħażina.", "Naħseb li dan il-pajjiż kien ilu jaspira li jkollu dan it-tip ta' tkabbir ekonomiku, allura f'daqqa waħda m'għandniex inpinġu li għax l-ekonomija qed tikber b'dan il-mod, hija xi ħaġa negattiva, anzi dawn l-affarijiet għandhom ikunu komplementari għal xulxin.", "Min jaf kemm hawn pajjiżi li jaspiraw u jixtiequ li jkollhom it-tkabbir ekonomiku li għandha Malta!", "Naturalment, għad għandna sfidi fil-qasam ambjentali.", "Għad fadal fejn nimirħu u fejn intejbu.", "Il-Ministru, ġustament fl-introduzzjoni tiegħu semma diversi sfidi, u semma wkoll fejn qed isir progress.", "Smajt ukoll lill-Onor.", "Azzopardi jikkritika – nieħu gost li jkun hemm il-kritika, għax hekk għandu jkun – li fejn għadna ma wasalniex, għandna npoġġu subgħajna fuq il-ferita u ngħidu li din hija xi ħaġa li rridu naħdmu iktar fuqha, bħal pereżempju fl-infurzar.", "Jien ili fil-Parlament 21 sena, u sena waħda wara l-oħra, kull meta nitkellmu fuq l-ambjent u fuq affarijiet oħrajn, l-infurzar huwa wieħed mill-punti ewlenin li dejjem insemmu.", "Ili 21 sena f'dan il-Parlament u dejjem insemmu l-issue tal-infurzar!", "Naħseb li jekk inpoġġu jdejna fuq qalbna, nammettu li bħala poplu ma tantx aħna dixxiplinati.", "Fil-mod kif insuqu hemm min jgħidlek li huwa evidenti li ma tantx aħna dixxiplinati, u l-istess f'infurzar ieħor.", "Naħseb li huwa tajjeb li we call a spade, a spade, għax l-infurzar irid jiġi minn fuq u mill-awtoritajiet, imma jrid jiġi wkoll mill-edukazzjoni u mill-individwi.", "Sinjura President, jien ngħid bla tlaqliq li dan il-Gvern huwa favur l-ambjent, u se nispjega għalfejn.", "Għad fadal ħafna xi jsir.", "Saru passi, ittieħdu inizjattivi, hemm ir-rieda, imma ma nistax ma nitlaqx mill-premessa li dan huwa Gvern favur l-ambjent.", "M'iniex ngħid biss għall-Ministru responsabbli mill-ambjent, imma dan huwa Gvern favur l-ambjent.", "Nispera li jkolli ċ-ċans li nuri kif il-Ministeru tiegħi, jiġifieri l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, hu attiv fil-qasam ambjentali fl-oqsma li aħna nistgħu naħdmu fuqhom.", "Se nsemmi ftit miżuri bħala eżempji, fejn se nuri kif verament dan il-Gvern huwa favur l-ambjent, għax dak li għidt forsi jista' jixxokkja lil xi wħud.", "Dan il-pajjiż kellu sfidi u għad għandu sfidi li ħaddieħor mhux biss ħarabhom, imma lanqas biss tkellem fuqhom.", "Waħda mill-miżuri l-kbar li ħa dan il-Gvern kienet l-għeluq tal-power station tal-Marsa.", "Din kienet ilha tissemma mill-bidu tas-snin 90, imma jiddispjaċini ngħid li ma sar xejn!", "L-għeluq tal-power station tal-Marsa sar fl-ewwel ħames ta' din l-amminstrazzjoni.", "Issa jekk hawn xi ħadd li jgħidli li l-għeluq tal-power station tal-Marsa mhijiex miżura ambjentali kbira li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, allura ma nafx x'tista' tkun din il-miżura!", "Filwaqt li ngħidu fejn għadna ma wasalniex u x'jonqos xi jsir, irridu ngħidu wkoll fejn wasalna bħala pajjiż.", "Huwa stat ta' fatt li l-power station tal-Marsa ingħalqet issa, taħt din l-amministrazzjoni, u għalija din hija miżura kbira ħafna li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies li jgħixu fil-Marsa u fi nħawi oħrajn.", "Ċertament, din hija miżura ambjentali importanti.", "It-tieni ħaġa li għamilna kienet li qlibna mill-heavy fuel oil għall-gass.", "Jien m'iniex se nidħol fil-kwestjonijiet ta' korruzzjoni li tqajmu f'dan ir-rigward, għax mhuwiex is-suġġett li nixtieq nindirizza fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Din ukoll hija miżura ambjentali li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Niftakar li fil-kampanja elettorali ta' sena ilu, kont qiegħed għand familja f'Marsaxlokk li kellhom tifla ta' bejn 15 u 16-il sena tbati bl-ażżma, u ommha u hi qaluli li fl-ewwel ġimgħat minn meta qlibna mill-heavy fuel oil għall-gass kienet diġà qed tħossha aħjar.", "Jien komplejt nistaqsi, biex ma nipprovax ngħid kemm aħna tajbin bħala Gvern, u l-omm u t-tifla kkonfermawli li l-bidla fl-arja, għalkemm kien għadu fil-bidu tal-bidla mill-heavy fuel oil għall-gass, diġà kienet qed tinħass!", "Mela jekk din il-miżura mhijex miżura favur l-ambjent, x'inhi?", "Jekk din il-miżura mhijiex miżura favur il-kwalità tal-ħajja, x'inhi?", "Dan kollu jista' jsir bil-għaqal ta' kif għamilna t-turnaround tal-Enemalta, u bil-għaqal ta' kif qed nużaw il-fondi mit-tkabbir ekonomiku.", "Mela ejja ma nġellduhomx, anzi ejja nżewġuhom flimkien biex inkomplu nagħmlu t-tibdil neċċessarju.", "Jien ħadt gost nisma' lill-Ministru jsemmi numru ta' inizjattivi oħra li jħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent, fosthom is-siġar.", "Jalla jkollna aktar open spaces, jalla nkunu iktar intelliġenti, jalla nesperimentaw kif nistgħu noħolqu l-ispazji li tant għandna bżonn!", "Ejja nkunu kreattivi ħalli jkollna dawn l-ispazji.", "F'dan il-pajjiż għandna l-problema serja tal-management tal-iskart, problema li ħaddieħor ħarab, u aħna qed nippruvaw naraw kif niddisponu mill-iskart, għax hija xi ħaġa urġentissima.", "Mhux biss li nisseparaw u li nieħdu ħsieb li mmexxu l-proċess kollu tas-separazzjoni tal-iskart u nippruvaw innaqqsu l-iskart, imma naraw kif nistgħu niddisponu mill-iskart tagħna.", "Ma nistgħux nibqgħu nieħdu iktar artijiet u nagħmluhom miżbliet, għax m'għandniex l-ispazju!", "Jista' jkollna l-ispazju għall-għaxar snin li ġejjin, u forsi nagħmlu sforz u nsibu għall-għaxar snin ta' wara, imma mbagħad daqshekk, m'għandniex iktar spazju f'dan il-pajjiż.", "Nieħu gost nisma' bil-konservazzjoni taż-żoni fil-baħar.", "Dan hu punt ieħor li nixtieq insemmi li juri kemm dan il-Gvern huwa favur l-ambjent, u din ukoll hija xi ħaġa pożittiva li saret dan il-pajjiż.", "Naturalment, issa se nkomplu nieħdu ħsieb din il-konservazzjoni.", "Imma filwaqt li nammettu li għad fadal ħafna xi jsir, għandna l-isfidi u għandna l-infurzar, ma nistgħux ma ngħidux x'għamilna.", "U dak li għamilna fl-ewwel ħames snin juri li dan il-Gvern huwa Gvern favur l-ambjent.", "Jien ngħid ukoll li l-ERA, l-awtorità li tagħha qegħdin niddiskutu l-estimi u r-Rapport Annwali, għandha sfida, mela le, kif tenna ċ-Chairman fl-introduzzjoni tar-Rapport Annwali għas-sena 2017 li ġie ppreżentat lilna.", "Iva, għandna sfida, u din mhijiex biss tal-ERA, imma rridu nagħmluha l-pajjiż kollu flimkien.", "Jien napprezza dak li qal l-Onor.", "Azzopardi, li l-Oppożizzjoni lesta li tagħti s-sehem tagħha.", "Hekk għandu jkun, għax fl-aħħar mill-aħħar jekk l-ambjent ikun aħjar, ma jkunx aħjar għal-Laburisti, imma jkun aħjar għal kulħadd.", "Hekk għandna bżonn nagħmlu, imma rridu nagħmluha bis-serjetà, u mhux nagħżlu fejn nikkoperaw u nagħżlu fejn ma nikkoperawx.", "Se nagħmel traduzzjoni libera tal-messaġġ taċ-Chairman, għax hi bl-Ingliż.", "Iċ-Chairman qal hekk:", "\"L-immaniġġjar tal-ambjent u l-iżvilupp ekonomiku b'mod sensibbli huma komplementari għall-aħħar.", "Fuq kollox, huma l-istess naħa biex naslu għall-iżvilupp sostenibbli.\".", "Naħseb li huwa importanti li nifhmu dan il-messaġġ li aħna m'għandniex inġelldu l-immaniġġjar tal-ambjent u kif nieħdu ħsieb il-wirt naturali tagħna mal-iżvilupp ekonomiku.", "Ma nistgħux ngħidu li se nwaqqfu l-iżvilupp ekonomiku biex intejbu l-ambjent, għax dawn għandhom imorru flimkien.", "Naturalment, irridu nkunu intelliġenti fil-mod kif inwettqu dawn l-affarijiet, biex finalment l-għanijiet tagħna tal-kunċett ta' żvilupp sostenibbli nwettquh fil-prattika.", "Allura huwa importanti li nifhmu dan kollu.", "Nixtieq nifraħ lill-Awtorità tal-ħidma tagħha, u napprezza wkoll li fil-ħidma tagħha jżommu sens ta' bilanċ.", "L-estremitajiet huma t-tnejn ħżiena.", "Min jgħidlek li jrid li nibnu kullimkien huwa ħażin għax ma nistgħux u ma naffordjawx.", "Min jgħidlek li rridu nwaqqfu kollox, huwa ħażin ukoll.", "Is-sabiħ ta' dan kollu jkun meta nilħqu l-bilanċ meħtieġ, u l-bilanċ meħtieġ irridu nsibuh flimkien.", "Jien napprezza li f'pajjiż li d-daqs tiegħu hu dak li hu, is-sens ta' bilanċ ta' din l-Awtorità jkun hemm u rridu nipperfezzjonawh, imma l-isfida tagħna hija ħafna u ħafna ikbar.", "Dak huwa l-mod kif aħna għandna nimxu.", "Nixtieq nifraħ ukoll lill-Ministru Josè Herrera għall-impenn tiegħu favur l-ambjent, u meta nisimgħu jitkellem favur l-ambjent, jitkellem b'mod passjonat.", "Hija xi ħaġa tajba li l-Ministru li jkun responsabbli minn qasam ma jitkellimx fuqu biss għax hu responsabbli minnu politikament, imma jitkellem b'ċerta passjoni.", "Sinjura President, xtaqt nagħmel xi punti dwar ir-rwol tal-Ministeru tiegħi.", "Is-sena li għaddiet għadna kif iċċelebrajna l-50 anniversarju ta' inizjattiva ambjentali kolossali li ħadet Malta fil-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar, biex nieħdu ħsieb mhux biss il-baħar ta' madwar Malta, imma l-ibħra tad-dinja kollha.", "Naturalment, kien kruċjali dak li nbeda 50 sena ilu bid-diskors ta' Dr. Arvid Pardo.", "Ħadna wkoll inizjattivi li m'għandix iċ-ċans nidħol fihom, li minnhom ma bbenefikatx Malta biss, imma dak iż-żmien bdejna diskussjoni li kompliet bil-Konvenzjoni dwar il-Law of the Sea li saret madwar 15-il sena wara fl-1985, fejn id-dinja kollha bbenefikat mill-inizjattiva ta' Malta.", "Dan l-aħħar, jien u l-kollega tiegħi appuntajna lil Prof. Alan Deidun bħala ambaxxatur iddedikat għall-oċeani, sabiex inkomplu bil-vokazzjoni ta' Malta mhux biss bħala nazzjon marittimu fejn mill-aspett ekonomiku niddependu wkoll minn dan il-qasam, imma rridu nkomplu nħarsu u niżviluppaw l-ibħra tagħna b'mod sostenibbli.", "Allura, huwa importanti ħafna li għad-deċennju li ġej, bejn is-sena 2021 u s-sena 2030, dan se jiġi ddikjarat bħala d-deċennju dinji għax-xjenza tal-ibħra għas-servizz tal-iżvilupp sostenibbli.", "Allura Prof. Alan Deidun, bħala ambaxxatur iddedikat għall-oċeani, se jkun qed jaħdem fuq dan il-qasam, naturalment taħt id-direzzjoni tal-Ministeru kkonċernat.", "Jien xtaqt insemmi wkoll iż-żewġ inizjattivi li ħadet Malta fl-ewwel nofs tas-sena li għaddiet fi żmien il-Presidenza tal-UE, li għadu għaddej ix-xogħol fuqhom u rridu nkomplu naħdmu fuqhom, kemm fejn għandu x'jaqsam mal-proposta dwar l-anthropogenic underwater noise, kif ukoll dwar il-proċess regolari ta' rapportar globali u l-valutazzjoni tal-ambjent marittimu tan-Nazzjonijiet Magħquda.", "Kien sar workshop, li naturalment irridu nkomplu naħdmu fuqu u ttieħdu inizjattivi oħrajn fejn għandu x'jaqsam il-Commonwealth u ġie addottat il-Commonwealth Blue Charter, allura huwa importanti li nkomplu nisħqu u nimbuttaw dawn il-konċetti.", "Hemm imbagħad dik li tissejjaħ id-diplomazija tal-klima, li l-Ministeru tiegħi hu attiv fiha.", "Fi Frar li għadda enfasizzajna l-importanza ta' impenn globali kontinwu għall-ftehim ta' Pariġi u tal-urġenza li jitkompla l-programm tat-twettiq tiegħu.", "Dan għandu jiġi finalizzat fil-Konferenza tal-Klima tan-Nazzjonijiet Magħquda f'Diċembru fil-Polonja.", "F'Malta se nibqgħu nappoġġjaw dawn il-miżuri u bħala Ministeru se nibqgħu nagħtu l-backing kollu tagħna.", "Irrid ngħid li matul din is-sena l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ beħsiebu jikkommemora t-30 anniversarju mill-inizjattiva li ħadet Malta fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda favur il-protezzjoni tal-klima globali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri tal-umanità.", "Dan ikompli juri l-impenn ta' pajjiżna lejn id-diplomazija tal-klima, għax se nkomplu nisħqu fuq l-importanza tal-ambjent mhux biss għal pajjiżna, imma wkoll għad-dinja kollha.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, kont ippjanajt li nagħmel dan id-diskors strettament dwar l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi, għax qegħdin niddiskutu l-estimi ta' din l-awtorità, imma naturalment iċ-ċirkostanzi xi kultant iġegħluk tibdel ftit il-punti li tkun se ssemmi.", "Minħabba l-affarijiet li żviluppaw fl-aħħar jiem, inħoss li għandi niddedika dan id-diskors kollu għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Rajna kif ftit tal-jiem ilu, il-kunsillier Jeremy Cardona mill-Gżira spiċċa vittma ta' attakk minn persuna, li għax hija involuta fis-settur tal-kostruzzjoni, u Jeremy Cardona huwa kritiku ħafna tas-settur tal-kostruzzjoni, partikolarment f'dak li qed iseħħ fil-Gżira, spiċċa sar attentat fuqu li huwa kundannabbli għal kollox.", "Naħseb li din il-Kamra taqbel li affarijiet bħal dawn għandhom ikunu kundannabbli.", "Illum għandna sitwazzjoni fil-pajjiż fejn ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni qegħdin jiddominaw il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Ħafna drabi, meta nitkellmu dwar l-ambjent jiġi f'moħħna l-kunċett tas-soltu li l-ambjent huwa l-baħar, il-kampanja u l-pajsaġġ Malti, imma l-ambjent mhuwiex dak biss.", "Forsi f'din il-Kamra u fl-awtoritajiet ta' pajjiżna jonqos li tqum is-sensittività lejn l-ambjent urban ta' pajjiżna, jiġifieri l-partijiet mil-lokalitajiet tagħna li huma mibnija.", "F'pajjiżna għandna ftit estremitajiet dwar kif inhu l-ambjent urban.", "Eżempju klassiku ta' dan huwa Ħal Safi li hi lokalità bi ftit bini u mdawra bil-kampanja, imbagħad għandek lokalitajiet oħrajn miżgħuda bil-bini bħal, ngħidu aħna, Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira u San Pawl il-Baħar.", "Mela hemm dawn iż-żewġ estremitajiet li qegħdin nesperjenzaw u li l-Maltin qegħdin jgħixu ta' kuljum.", "Meta nitkellmu dwar l-ambjent urban, qegħdin nitkellmu dwar il-kwalità tat-toroq tagħna, l-ispazji miftuħin, il-pjazez, il-ġonna, u dawn kollha jfissru esperjenza negattiva jew pożittiva għall-familji tagħna.", "Ilbieraħ filgħaxija, fil-ħin li jiltaqa' l-Parlament, ir-residenti tal-Gżira mmexxija mill-kunsill lokali organizzaw protesta kontra l-abbuż sfaċċat ta' numru ta' żviluppaturi u kuntratturi li fil-preżent qegħdin jagħmlu xogħlijiet f'din il-lokalità.", "Sfortunatament, l-esperjenza ta' dawn ir-residenti hi li dawn ix-xogħlijiet li qegħdin jitwettqu qed jeqirdulhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Irrid nagħmilha ċara li f'pajjiżna għandna ħafna kuntratturi u żviluppaturi li l-maġġoranza tagħhom huma responsabbli li jagħmlu xogħolhom b'rispett lejn id-drittijiet u l-ħajja tar-residenti.", "Il-maġġoranza huma nies prudenti u tal-affari tagħhom, imma r-realtà hi li għandna numru limitat ta' żviluppaturi u kuntratturi li jiġu jaqgħu u jqumu minn x'tgħid il-liġi u mill-ħajja tan-nies, allura jaqbdu u jagħmlu l-affarijiet mingħajr ma jkunu responsabbli ta' dak li qegħdin jagħmlu.", "F'pajjiżna għandna liġijiet li jirregolaw l-industrija tal-kostruzzjoni, imma nafu li xi kultant il-liġijiet qegħdin hemm biex jinkisru!", "Ilbieraħ is-Sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manchè – insellimlu minn hawn u nsellem lill-kunsilliera kollha, li se nsemmihom ħalli nkun korrett magħhom, fosthom Wayne Hewett, Graziella Attard Previ, Jeremy Cardona, Neville Chetcuti u Joseph Galea – tkellem dwar kif fil-lokalità tal-Gżira, li għandha biss 51 triq, bħalissa hemm aktar minn 130 sit ta' kostruzzjoni.", "Le, ma ħadtx żball fin-numri!", "Hemm 130 sit ta' kostruzzjoni f'51 triq!", "Jiġifieri bħala medja, f'kull triq hemm tliet siti ta' kostruzzjoni, u dan huwa numru allarmanti ħafna.", "Dan huwa piż kbir fuq il-lokalità tal-Gżira u wieħed ma jistax jgħid li mil-lum sa sena oħra se jkun solvut, imma se jibqa' jipperpetwa ruħu, għax nafu kif timxi din l-industrija, kif tlesti biċċa xogħol, issib post ieħor u tinvesti fih.", "Din hija s-sitwazzjoni gravi li qed tolqot lil-lokalità tal-Gżira.", "Imma mhux lill-Gżira biss, għax hemm ħafna lokalitajiet oħrajn li qegħdin jesperjenzaw din is-sitwazzjoni, li biex ngħid hekk irrendiet lil din il-lokalità bħala żona ta' kostruzzjoni permanenti.", "L-esperjenza tan-nies hi li m'għadhomx jgħixu fil-lokalità li trabbew fiha, jew li marru jgħixu fiha, imma qegħdin jgħixu f'post li fih il-ħin kollu għaddej ix-xogħol ta' kostruzzjoni.", "Allura ladarba qegħdin niddiskutu l-Awtorità tal-Ambjent, wieħed irid jistaqsi x'qed tagħmel l-Awtorità tal-Ambjent dwar din is-sitwazzjoni.", "X'influwenza qed teżerċita fil-proċess tal-ippjanar biex ma jkollniex l-esaġerazzjonijiet fil-bini?", "X'passi qiegħda tieħu biex l-abbużi fl-industrija tal-kostruzzjoni jispiċċaw darba għal dejjem?", "Forsi hawn min qed jgħid li l-Awtorità tal-Ambjent mhijiex responsabbli direttament minn dan il-qasam, u dan huwa minnu, imma l-Awtorità tal-Ambjent għandha r-responsabbiltà ġenerali li tara li l-ambjent ta' pajjiżna ma jiġix influwenzat b'mod ħażin mid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-proċess tal-ippjanar.", "Jekk hemm awtorità li żgur hija responsabbli minn dan kollu, dan huwa l-Building Regulation Office, li semmieh ukoll l-Onor.", "Jason Azzopardi ftit tal-minuti ilu waqt l-intervent tiegħu.", "Għal min ma jafx, dan l-uffiċċju ilu li twaqqaf mis-sena 2011 bl-intenzjoni li jirregola l-industrija tal-kostruzzjoni u jiżgura li x-xogħlijiet isiru skont il-liġi, b'mod responsabbli u b'rispett lejn ir-residenti.", "Matul l-aħħar jiem, għamilt sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari dwar dan l-Uffiċċju, biex nipprova nifhem ftit x'inhi l-ħidma li qed jagħmel u x'riżultati qiegħed jagħti, jekk qed jagħti riżultati!", "Pereżempju, staqsejt x'eżenzjonijiet qegħdin jingħataw mill-famuża regola li fil-perjodu tas-sajf, li għal dan il-qasam jibda fil-15 ta' Ġunju, ma jsirux xogħlijiet ta' skavar u twaqqigħ ta' bini fiż-żoni turistiċi ta' pajjiżna.", "Oħroġ il-għaġeb, meta l-15 ta' Ġunju huwa fl-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla, jirriżulta li s'issa saru biss żewġ talbiet f'Malta u Għawdex fejn jista' jsir xogħol ta' twaqqigħ u skavar, minħabba ċerti sitwazzjonijiet, waħda fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema u l-oħra fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.", "Jekk tmur San Ġiljan u Tas-Sliema, meta tara s-siti ta' kostruzzjoni, it-twaqqigħ u l-iskavar li qed isir, ma tridx tkun professur biex tinduna li ħafna mix-xogħlijiet li qegħdin isiru se jibqgħu għaddejjin.", "Huwa tal-iskantament kif ġimgħa qabel ma jibda l-perjodu li suppost dawn ix-xogħlijiet jieqfu, hemm biss żewġ talbiet pendenti biex jingħataw din l-eżenzjoni, skont ir-risposta li ngħatat.", "Dan juri b'mod ċar li hemm numru ta' żviluppaturi u kuntratturi li litteralment qegħdin jiġu jaqgħu u jqumu minn din il-projbizzjoni li jsir xogħol ta' twaqqigħ u skavar, u se jibqgħu għaddejjin daqslikieku ma ġara xejn.", "Jgħidulek: Jekk jinduna xi ħadd nitlob għall-exemption.", "Għalhekk is-sitwazzjoni hija proprju bla kontroll.", "Jien ma nlumux lis-Sindku u lanqas ngħir għalih – naħseb kieku jien kont sindku tal-Gżira, kont ninkwieta ħafna iktar – meta qed jgħid li kważi wasalna fi stat li kulħadd jibda jaqta' qalbu milli jindirizza din il-problema!", "Ilbieraħ għamilt mistoqsija parlamentari oħra dwar in-numru ta' lmenti li jirċievi l-Building Regulation Office, u n-numri jinkwetawk ħafna, għax jirriżulta li fl-2013 kien hemm medja ta' tliet rapporti kuljum, fis-sena 2014 kien hemm medja ta' ħames rapporti kuljum, fis-sena 2015 kien hemm seba' rapporti kuljum, fis-sena 2016 kien hemm tmien rapporti kuljum, u s-sena li għaddiet kien hemm medja ta' disa' rapporti kuljum.", "Jien tkellimt ma' kunsillier mil-lokalità ta' Tas-Sliema li jieħu ħsieb dan il-qasam u meta staqsejtu jekk hijiex ħaġa realistika li jkun hemm disa' rapporti kuljum, qalli li disa' rapporti kuljum jagħmilhom hu waħdu f'Tas-Sliema.", "Qalli li dan sinjal li n-nies qatgħu qalbhom milli jirrapportaw lill-Building Regulation Office, għax jafu li fuq in-numru tal-mobile li jirreklamaw ma jirrispondi ħadd għax huwa mitfi, u fil-weekend m'hemm assolutament ħadd li jagħti kas.", "Allura s-sitwazzjoni hi li għandna residenti ta' lokalitajiet differenti ta' pajjiżna li qatgħu qalbhom mill-Building Regulation Office!", "RYAN CALLUS: Forsi spiċċalhom il-credit tal-mobile!", "KAROL AQUILINA: Mhux hekk!", "L-Onor.", "Callus qed jgħidli li spiċċalhom il-credit, imma dawn iċemplulhom, mhux iċemplu huma, jiġifieri suppost m'għandhomx bżonn credit.", "Din lanqas titwemmen li fuq sitwazzjoni ta' ksur ta' liġi sfaċċata f'pajjiżna m'hemm ħadd li jagħti kas!", "L-uniċi awtoritajiet li jindirizzaw din il-problema qegħdin ikunu l-kunsilli lokali, bil-poteri u r-riżorsi limitati tagħhom.", "Is-sindki u l-kunsilliera tal-lokalitajiet affettwati, għar-residenti kważi saru l-gwardjani kontra l-abbużi fis-settur tal-kostruzzjoni!", "Ma rridx ninstema' qisni qiegħed nikkritika s-sitwazzjoni biss, u għalhekk fil-ħin limitat li għandi nixtieq nagħmel proposta biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni, u l-proposta m'iniex se nagħmilha biex il-Gvern jidħol fiha.", "Illum smajt li tħabbru numru ta' miżuri, u jalla dawk il-miżuri jħallu l-effett tagħhom.", "Jalla tittieħed bis-serjetà li jkun hemm clampdown fuq dawn l-abbużi matul is-sitt ġimgħat li ġejjin u jalla din l-industrija tirregola lilha nfisha f'din is-sitwazzjoni.", "Jien se nagħmel proposta għal dak li tista' tagħmel l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA).", "F'diversi pajjiżi Ewropej jeżistu skemi mwaqqfin minn għaqdiet bħall-MDA biex l-industrija tilħaq ċerti standards.", "Pereżempju, jekk wieħed imur Londra u jara l-postijiet fejn għaddejjin il-proġetti l-kbar, jara banners kbar bid-dettalji ta' din l-iskema.", "F'Londra u fl-Ingilterra kollha teżisti l-iskema Considerate Constructors Scheme.", "Din hija organizzazzjoni indipendenti li twaqqfet fl-1997 biex ittejjeb l-istandards tal-industrija tal-kostruzzjoni u l-immaġni ta' dik l-industrija.", "Ħalli nagħti ħjiel u ftit informazzjoni dwar din l-iskema.", "Din l-istituzzjoni hija awtonoma kompletament mill-Gvern, jiġifieri m'iniex qed indaħħal il-Gvern fiha, imma qed nissuġġerixxi kif l-industrija tal-kostruzzjoni f'Malta tista' ttejjeb il-pożizzjoni tagħha.", "Din l-iskema titlob lil min ikun se jagħmel proġetti kbar jirreġistra magħha.", "Hemm fee nominali u min ikun se jiżviluppa jintrabat li jsegwi l-istandards ta' din l-iskema u b'hekk la jikser il-liġi u lanqas ikun ta' inkonvenjent għar-residenti, imbagħad din l-iskema tieħu ħsieb tara li f'dak l-iżvilupp partikolari jintlaħqu ċerti standards fil-bini.", "Pereżempju, din l-iskema tirreklama b'mod kontinwu biex min qiegħed viċin ta' ċertu żvilupp ikun jista' jagħmel ilment magħha u jitlob li tittieħed azzjoni fir-rigward ta' dak l-iżvilupp.", "Tirreklama wkoll li n-nies jistgħu jilmentaw dwar l-istorbju, it-trabijiet, l-iskart, it-tnaqqis ta' parkeġġ, is-sigurtà, imġiba mhux xierqa, l-istat tat-triq u l-bankini fejn qed isir l-iżvilupp, iċ-ċaqliq perikoluż tal-vetturi u l-makkinarju, in-nuqqas ta' sigurtà għal dawk li jkunu mexjin fit-triq, il-ħsara fil-proprjetà ta' terzi u fil-proprjetà pubblika, in-nuqqas ta' dawl fil-ħinijiet ta' matul il-lejl, u l-ħinijiet u l-ġranet li fihom isiru x-xogħlijiet.", "Dawn huma kollha punti li f'Malta għandna numru kbir ta' lmenti dwarhom.", "Għalhekk xtaqt li f'dan l-intervent nappella lill-MDA biex iniedu skema simili għal din, fejn iħeġġu lill-membri tagħhom jipparteċipaw fiha.", "Jien ngħid li għandhom iħeġġu wkoll lill-kunsilli lokali kollha ta' pajjiżna jkunu parteċipi, ħalli din l-iskema tirnexxi mingħajr l-intervent tal-Gvern u mingħajr il-bżonn li wieħed jagħmel dak li qal l-Onor.", "Agius aktar kmieni llum, jiġifieri li jkun hemm clampdown għax is-sitwazzjoni tkun iggravat.", "Din hija forma ta' self-regulation li mhux biss tħalli benefiċċju lill-industrija, imma l-komunitajiet tagħna jkunu jistgħu jgħixu bil-kwiet u b'serħan il-moħħ.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Għandek ħames minuti.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, illum qegħdin nitkellmu dwar dawk il-karatteristiċi naturali li minnhom jagħrfuna bħala pajjiż u li neħduhom for granted, għalkemm dam miljuni ta' snin biex dan il-kapital naturali evolva għal dak li huwa llum.", "Għalija, kif qal sew il-Ministru, dan huwa s-sies tal-kwalità tal-ħajja li ngħixu, u wara kollox jiddetermina s-saħħa ta' kull wieħed u waħda minna.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar dak li jolqotna lkoll u dak li hu tagħna lkoll.", "Il-Professional Development (PD) minn dan l-aspett, sa minn meta tnissel dejjem tkellem favur l-ambjent.", "Hawn se jkolli nuża kelma li ddejjaqni meta nsemmiha, imma jidhirli li minn dan l-aspett ambjentali Malta tellgħet il-bandiera l-ħamra dwarha!", "Malta hija suffokata b'żona urbana fejn l-ispazju pubbliku huwa ftit.", "Malta hija suffokata bit-tniġġis mhux biss tal-arja imma anke ta' iskart li joħloq il-mard.", "Meta nsemmi l-arja, lil hinn mill-power station, niftakar fit-traffiku.", "Malta hija suffokata minħabba li ż-żona tal-kampanja kważi sparixxiet.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn ħafna nies li jifilħu għax il-but jagħtihom qed jixtru spazji fil-kampanja lil hinn minn xtutna.", "Issemma wkoll il-baħar, li għalija wkoll huwa ODZ u ssemma l-mod kif se jiġi protett.", "Imma ejja niftakru li bħalma issa wasalna f'punt fejn qegħdin nipproteġu l-bużaqq jew il-qabru, għandna żoni kbar sew, ikbar minn Malta, fil-baħar fejn lanqas ħuta waħda ma tara.", "Illum min jogħdos taħt l-ilma jgħidlek kif sparixxiet il-bijodiversità fil-ħut.", "Is-sikka l-bajda llum hija deżert fil-baħar, meta sa ftit tas-snin ilu kienet xi ħaġa ħajja bl-ekoloġija tagħha.", "L-istess nista' ngħid għall-iktar post fond li jeżisti f'Għawdex, Xatt l-Aħmar.", "Kellmu lil min hu tal-mestier u jgħidilkom li dan l-impatt negattiv irid rimedju immedjat.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru jgħid li xammar il-kmiem biex jipprova jirrimedja għal dan.", "Għalija l-ERA qiegħda taħdem, iżda jekk verament ngħożżu l-ambjent, u għandna sfida u nammettuha, irridu nassiguraw li l-ERA tkun b'saħħitha daqs l-ambjent jekk irridu ambjent b'saħħtu.", "Hawn se nelenka erba' punti, li tnejn minnhom se nindirizzahom lill-Ministru u tnejn se nindirizzahom lill-ERA.", "Il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent trid tiġi emendata biex din l-awtorità tkun at par, ugwali, daqs il-bully li jeżisti llum, li hi l-Awtorità tal-Ippjanar, ħalli l-ERA jkollha vera sett ta' snien – illum semmejna s-snien il-ħin kollu, u se nkompli nsemmihom jien – ħalli għall-inqas ikollha l-istess gidma bħall-Awtorità tal-Ippjanar.", "Hemm bżonn ukoll li jkun hemm reviżjoni politika dwar il-viżjoni tal-ħarsien tal-kampanja ODZ, fejn l-ambjent jingħata l-persuna legali tiegħu u b'mod partikolari titħares is-sostenibbilità.", "Huwa tajjeb li jkollna l-ekonomija u t-tkabbir tagħha, naqbel magħha u prosit, imma ejja nħarsu iktar lejn green economy minflok ekonomija li għandha x'taqsam mal-iżvilupp.", "Hemm bżonn li l-ERA – hawnhekk se nerġa' nappella, għax semmejtha kemm-il darba f'din il-Kamra – tiżviluppa l-unit li huwa fir-remit tal-liġi tagħha, li jħares l-interess u s-saħħa tal-familji li jgħixu f'żoni ta' light industry, jew li jgħixu fejn qiegħed isir l-iżvilupp.", "Dawn iridu jiġu protetti.", "Min-naħa l-oħra ssemma r-rapport tal-Ombudsman li diġà tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u għaldaqstant se nikkwota minnu.", "Dan jgħid li fis-sezzjoni tal-ERA, id-Dipartiment tal-Ambjent jilmenta li l-informazzjoni li jitlob ma tingħatax fil-pront, imma ddum ix-xhur, jew inkella ma tingħata xejn.", "Hawnhekk tidħol it-trasparenza.", "Hawn jidħlu flus il-poplu, u hawn hu fejn il-Ministeru tal-Ambjent qiegħed jonqos u għandu ħafna fejn jirranġa.", "Il-Ministeru tal-Ambjent qiegħed ikun eżemplari fejn Ministeri oħrajn.", "Nitolbu jkun eżemplari f'dan ukoll.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, qed nieħu pjaċir li llum din il-Kamra qed titkellem dwar awtorità li prattikament li kien għall-Oppożizzjoni llum mhux qegħdin nitkellmu fuqha.", "Illum qegħdin nitkellmu dwar awtorità li d-dmir u r-rwol tagħha ta' kuljum hu li tipproteġi l-ambjent.", "Naħseb li huwa tajjeb li nfakkru lil kull min qed isegwina llum li ħaddieħor ma tantx għoġbu dan il-kunċett u kien kritiku immens meta ġejna biex nagħmlu d-demerger ta' dik li kienet il-MEPA.", "Dak li qabel kien direttorat fi ħdan awtorità ikbar, illum ġiet awtorità għaliha, fuq saqajha, bid-drittijiet kollha li taġixxi kif jidhrilha li hu l-aħjar biex tipproteġi l-ambjent Malti.", "Illum, milli smajt mill-Oppożizzjoni, jidher li hawn min għadu qed jistaqsi u jitfa' d-dubji jekk l-ERA għandhiex teżisti.", "Smajt membri tal-Oppożizzjoni jistaqsu x'inhi tagħmel l-ERA llum, bħallikieku l-ERA waqqafnieha biex ngħidu li għandna awtorità, just to pay lip service li llum għandna awtorità li xogħolha hu li tipproteġi l-ambjent.", "Jiġifieri l-intendere min-naħa tal-Oppożizzjoni – almenu kif interpretajtu jien, u ninsab konvint li l-messaġġ dak kien – hu li waqqafna awtorità li qegħdin jgħidulna li ma kienx hemm bżonnha.", "Jien se nkun ċar u tond, kif inħobb inkun dejjem.", "Le, ma naqbilx assolutament, għax naħseb li kien pass tajjeb ħafna meta sentejn ilu, jekk m'iniex sejjer żball, ħadna d-deċiżjoni bħala Gvern li l-ambjent Malti jimmerita li jkollu awtorità li tipproteġih.", "Jien ngħid li ħafna mill-kritika li saret illum hija inġusta, għax forsi l-Oppożizzjoni lanqas indenjat taqra r-rapport li ħejjiet l-ERA, għax fil-verità, ħafna mill-punti li ġew imqajma kienu jsibu risposta għalihom sempliċement kieku qraw dak ir-rapport.", "Se nsemmi punt li ssemma ħafna llum, l-infurzar.", "Il-kelliema ta-Oppożizzjoni llum ipprovaw jagħtu l-impressjoni li fi ħdan l-ERA m'hemmx infurzar.", "Huwa tajjeb li ngħidu li din l-awtorità ilha teżisti sentejn, jiġifieri qegħdin nitkellmu dwar awtorità li qed issib saqajha.", "Jien ngħid li meta kkomparata ma' awtoritajiet oħrajn, nemmen li l-esperjenza li kellhom ħafna mill-ħaddiema li llum jaħdmu fl-ERA – u aktar tard fid-diskors tiegħi se nsellmilhom lill-ħaddiema – li kienu jifformaw parti minn entitajiet oħrajn, fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar, għenet biex l-ERA ssib saqajha iktar malajr minn awtoritajiet oħrajn.", "Ipprovat tingħata l-impressjoni li l-ERA mhijiex qed tagħmel infurzar.", "Sur President, ninsab informat li l-ERA għandha tal-inqas 20 ruħ li xogħolhom huwa li ta' kuljum jaraw li jkun hemm compliance u li jkun hemm enforcement.", "Issa li tiġi f'dan il-Parlament u tagħti l-impressjoni li l-ERA m'għandhiex snien biex tigdem u mhi tagħmel xejn f'dak li għandu x'jaqsam ma' infurzar, naħseb li mhuwiex ġust, speċjalment ma' min qed isegwina.", "Naħseb li aħna bħala politiċi l-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li nwasslu l-fatti kif inhuma, u li l-abjad ngħidulu abjad u l-iswed ngħidulu iswed.", "Il-verità hi li l-ERA għandha mhux inqas minn 20 ruħ li xogħolhom huwa l-infurzar u l-compliance.", "F'dawn l-aħħar snin rajna każijiet fejn l-infurzar ma kienx ġej unikament mill-Awtorità tal-Ippjanar iżda kien ġej mill-ERA wkoll.", "Jien nemmen li hemm ċirkostanzi fejn l-ERA, bir-riżorsi li għandha llum, qed tieħu azzjoni.", "Jien ngħid li l-midja tagħmel tajjeb li tiġbed l-attenzjoni għal ċerti sitwazzjonijiet, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' kostruzzjoni u abbużi ambjentali oħrajn.", "Ovvjament dak li qed isir xorta mhuwiex biżżejjed, u għad fadal x'nagħmlu.", "Aħna ma nippretendux li niġu hawnhekk illum u ngħidu li fl-ERA, li waqqafnieha sentejn ilu, kollox ward u żahar u m'għadx fadal xogħol xi jsir.", "Dażgur li għad fadal ħafna xogħol x'nagħmlu!", "Fil-fatt, jekk taqra r-rapport, iċ-Chairperson qed jagħmilha ċara – u mhux hu biss – li jridu jiġu ngaġġati aktar nies ma' din l-Awtorità biex tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha.", "L-Oppożizzjoni staqsiet għalfejn illum għandna l-ERA, u tat x'wieħed jifhem li kienet kontra d-demerger.", "Hawn jien nistaqsi: Kemm-il deċiżjoni ttieħdet li saret aħjar bis-saħħa tal-interventi li għamlet l-ERA f'dak li għandu x'jaqsam mal-ippjanar fuq il-Bord tal-Ippjanar?", "Għax l-ERA hija rappreżentata fuq il-Bord tal-Ippjanar fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet fuq il-permessi tal-iżvilupp f'pajjiżna.", "Nistaqsi wkoll kemm-il żvilupp sar li llum huwa ambjentalment iktar sensittiv milli kieku din l-Awtorità ma teżistix!", "Dik hi l-mistoqsija li rridu nistaqsu!", "Kemm xogħol qed isir mill-membri kollha fi ħdan l-ERA, kif ukoll mill-Membri tal-Bord li qegħdin fuq l-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jirrappreżentaw lill-ERA, biex l-iżvilupp li jkun qed jiġi approvat ikun iktar sensittiv għar-realtajiet ta' pajjiżna.", "Naħseb li dawk huma l-mistoqsijiet li rridu nistaqsu.", "Huwa tajjeb li nitkellmu fuq is-siġar u l-protezzjoni tas-siġar u huwa tajjeb li l-midja u l-Oppożizzjoni jsemmu dan is-suġġett, imma naħseb li lanqas irridu nwaqqgħu dan is-suġġett b'mod simplistiku, qisu l-ambjent huwa s-siġar biss, fejn issir kontestazzjoni jekk it-tali siġra kenitx qed tmut jew le u kellhiex tinqala' jew le.", "Dak hu l-ambjent ta' pajjiżna, is-siġar biss?!", "Finalment, il-Ministru għamilha ċara li ħarġet White Paper, allura kien hemm konsultazzjoni dwar dan is-suġġett.", "Għamilha ċara wkoll li l-liġi prattikament hija lesta biex fi ftit ġranet jew ġimgħat oħra dan l-isess Parlament ikun qed jiddiskuti l-liġi li tipproteġi s-siġar f'pajjiżna.", "Infakkar li finalment kien il-Gvern preċedenti li rrilaxxa, biex ngħid hekk, il-Liġi għall-Protezzjoni tas-Siġar lura fis-sena 2011.", "Żball ieħor jew ineżattezza oħra li ħarġet illum mill-Oppożizzjoni kienet fejn qalulna li kif tela' dan il-Gvern fl-2013 neħħa n-numru li fuqu kienu jċemplu n-nies biex jirrapportaw każijiet ta' abbuż.", "Irrid ngħid li llum l-ERA għandha l-emergency number tagħha.", "Jiġifieri meta l-Oppożizzjoni ġiet hawnhekk u tat l-impressjoni li llum bniedem m'għandux fejn iċempel biex jirrapporta l-abbużi li jidhirlu li jkunu qegħdin isiru, mhuwiex il-każ.", "Ejja nkunu leali ma' kull min qed isegwina.", "L-ERA għandha emergency number li qiegħed proprju għalhekk.", "Ma rridx ngħid li ntqalet gidba, imma forsi min ġie jitkellem hawn ma nformax ruħu sew qabel ma tkellem fuq dan is-suġġett.", "Sur President, jien ngħid bla tlaqliq li ninsab kuntent li l-ERA fuq ċerti deċiżjonijiet uriet li għandha s-snien tagħha billi appellat minn ċerti deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ippjanar.", "Jien inħoss li llum għandna Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent li fejn dehrilha li huwa opportun fi spirtu ta' żvilupp sostenibbli li għandu jkollna f'pajjiżna, appellat minn ċerti deċiżjonijiet, mentri l-intendere li qed tagħti n-narrattiva tal-Oppożizzjoni, mhux illum biss, imma d-djalogu li issa ilu għaddej għal xhur jekk mhux snin f'pajjiżna, hu li b'xi mod l-ekonomija hija l-għadu tal-ambjent.", "Dak il-messaġġ l-Oppożizzjoni ilha tipprova twasslu, li l-iżvilupp ekonomiku f'pajjiżna qiegħed isir bi skapitu tal-ambjent.", "Mela jekk għandna Gvern li jien ngħid bi dritt jifraħ u jiċċelebra s-suċċessi ekonomiċi li pajjiżna għaddej minnu, u jagħmel sew, min-naħa l-oħra tal-munita l-Oppożizzjoni qed tgħidilna li qegħdin neqirdu l-ambjent biex dan isir.", "Naħseb li jekk nagħtu dik l-impressjoni hemm barra, qegħdin nagħtu messaġġ ħażin.", "Fil-verità, il-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli ma vvintajnihomx ilbieraħ u nemmen li dik l-awtorità li qed taħdem ta' kuljum biex f'pajjiżna jkun hawn żvilupp sostenibbli hija l-ERA.", "Naħseb li aħna fid-dmir li nirrikonoxxu dan, kif ukoll il-protezzjoni li qed tagħmel fuq it-territorju Malti.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-ibħra.", "Ilbieraħ stess tħabbret xi ħaġa importanti ħafna, u dan huwa l-fatt li llum terz tal-ibħra Maltin huma protetti, jiġifieri qegħdin nitkellmu dwar territorju enormi.", "Min-naħa tal-ERA beda x-xogħol fuq kif dawn għandhom jiġu mmaniġġjati, f'diskussjoni li bħalissa għaddejja mal-istakeholders involuti.", "Naħseb li l-mod kif l-ERA qiegħda taġixxi f'dak li għandu x'jaqsam ma' management plans fil-policies li qed tipproponi qed juri li hija awtorità li qed tuża ħafna bilanċ.", "Fil-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li nippresiedi f'dan il-Parlament, diversi drabi kellna ċirkostanzi fejn l-ERA uriet li altru li mhijiex xi awtorità bla snien, kif qed tipprova tpinġiha l-Oppożizzjoni.", "Fil-fatt, fuq talba tal-istess Ministru, wara li sema d-diskors li kien għaddej f'pajjiżna fuq il-fuel station policy, tressqu policies emendati.", "Huwa tajjeb li ngħid li qabel ma kienx hemm fuel station policy.", "Allura kif kienu jingħataw il-permessi għall-fuel stations f'pajjiżna?", "Fil-verità, naħseb li r-risposta kulħadd jafha.", "Illum, taqbel jew ma taqbilx magħha, għandek politika nazzjonali fuq il-fuel stations.", "Il-Ministru deherlu li għandu jitlob lill-Awtorità biex tagħmel review ta' din il-policy u din hekk għamlet, u meta ġejna quddiem il-Kumitat ressqet il-veduti tagħha dwar kif tista' tittejjeb il-policy li għandna.", "Jien ma ddejjaqt xejn li r-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-awtorità għaddejniehom lill-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġu kkonsidrati u possibbilment tiġi emendata l-liġi.", "Sur President, qabel ma nikkonkludi d-diskors tiegħi, irrid nirringrazzja lill-membri tal-bord u lill-ħaddiema kollha tal-ERA tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu favur l-ambjent.", "Minkejja li ngħatat l-impressjoni li din l-Awtorità hija xi awtorità rieqda, il-fatti juru bil-kontra, għax l-Awtorità hija ħajja u fl-opinjoni tiegħi qed taħdem b'mod tajjeb ħafna.", "Iva, għad fadal xogħol xi jsir u għad jonqos riżorsi li l-Awtorità għandha bżonn biex tkompli tikber.", "Jien nawgura li fis-snin li ġejjin din l-Awtorità tkompli ssir effettiva biex finalment tkun qed tissalvagwarda u tipproteġi l-ambjent Malti kollu kemm hu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Infiq tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018.", "L-ISPEAKER: Intalbet votazzjoni.", "Skont il-ftehim milħuq mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, din il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa 13 ta' Ġunju, 2018.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Josè Herrera biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018, fid-9.30 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għassena 2018.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għassena 2018 – votazzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq,", "l-Aġġornament ma jitteħidx.", "Għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018, fid-9.30 a.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru Josè Herrera.", "Fil-5.17 p.m. ilKamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba mill-21 ta'Ottubru 2017 sal-31 ta' Mejju 2018 hija kif murija fit-tabella sussegwenti:", "Nixtieq ngħid ukoll li d-dettalji minn Marzu 2013 sal-20 ta' Ottubru 2017 diġà ngħataw fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 252 f'Seduta 42.", "*Minn Marzu 2013 sal-20 ta' Ottubru 2017 il-figuri/nefqa diġà ngħatat f'mistoqsija parlamentari 252 f'Seduta 42", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtha, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – SOCIAL MEDIA ADVERTISING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FIAU – ON-SITE EXAMINATION TA' NUTARA PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul is-sena 2016, maqsuma xahar b'xahar?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FIAU - ON-SITE EXAMINATION TA' NUTARA PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid minn fost in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) matul l-2016, kemm intgħażlu permezz ta' metodu bbażat fuq riskju u kemm intgħażlu b'metodu każwali?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-sena 2016, disa' nutara ntgħażlu skont ir-riskju, u sitt nutara ntgħażlu fuq metodu każwali (random).", "BORD LI JIRREGOLA L-BINI – ĦATRA TA' SOTTOKUMITATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-sottokumitati maħtura mill-Bord li Jirregola l-Bini skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (10) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid għal kull sottokumitat, meta dan ġie maħtur, min huma l-membri tiegħu u x'rapporti tekniċi u/jew xi proċeduri identifikaw sabiex jiġu adottati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bord li Jirregola l-Bini ħatar diversi working groups/sottokumitati biex jindirizzaw diversi materji li kienu qed jiġu diskussi.", "Qed nagħti l-lista tal-membri u s-sena ta' meta ġew maħtura s-sottokumitati u r- rapporti li saru jew li qed isiru kif mitlub.", "Draft Legal notice presentat lill-BRO u l-Ministru għal approvazzjoni", "Id-dokument intbagħat lill-Bord li Jirregola l-Bini.", "Ir-rapport kien konkluż u mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea.", "AC & Heating Inspections – Id-dokument intbagħat lill-Bord li Jirregola l-Bini.", "Ir-rapport konkluż u eventwalment inkluż fil-Published Revised Guidance F ippreżentat lill-BRO.", "Membri – Inġ.", "Johann Psaila u rappreżentanti tal-BRO", "Abbozz tal-Avviż Legali ippreżentat lill-BRO u lill-Ministru għall-approvazzjoni finali.", "Avviż Legali ppubblikat riċentement LN 47 /18.", "Abbozz tal-Avviż Legali preżentat lil BRO u l-Ministru għall- approvazzjoni finali.", "Revised Guidance F ippreżentat lill-BRO", "Revised Technical Guidance F (Part 1, Part 2) maħruġ fl-2016.", "Membri – Inġ.", "Johann Psaila, Perit Philip Grech u rappreżentanti tal-BRO", "Minimum requirements for Technical Building Systems - għandu jkun maħruġ mal-Guidance of Technical F ippreżentat lill-BRO", "Revised Technical Guidance F (Part 1, Part 2) maħruġ fl-2016.", "Membri – Inġ.", "Johann Psaila u rappreżentanti tal-BRO", "Ir-rapport ippreparat u mibgħut lill-Ministru u l-EU Secretariat.", "Ir-rapport konluż u mibgħut lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea", "Implimentazzjoni tad-Direttiva fil-proċess", "BORD LI JIRREGOLA L-BINI – ĦATRA TA' KUMITAT TAL-APPELLI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mitlub mill-Bord li Jirregola l-Bini sabiex jaħtar Kumitat tal-Appelli skont dak li jipprovdi l-artikolu 10 tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini (Kap. 513 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jekk iva, jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat tal-Appelli u jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-artikolu 3(11) tal-Att dwar ir-Regolament tal-Bini jaqra kif ġej:", "3(11) Jekk ikun hemm il-bżonn, il-Bord jista' jitlob lill-Ministru jaħtar Kumitat tal-Appelli li jkun magħmul minn mhux inqas minn tlieta u mhux aktar minn ħames membri oħra, li wieħed minnhom ikun maħtur minn fost il-membri tal-Bord, li jkun Chairperson u li jippresiedi l-laqgħat tal-Kumitat.", "Il-membri tal-Kumitat tal-Appelli għandhom jinħatru mill-Ministru għal żmien ta' tliet snin u jistgħu hekk jerġgħu jinħatru għal perjodi oħra hekk kif il-Ministru jista' jqis li jkun xieraq.", "Għaldaqstant ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt ma saret din it-talba.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari dwar id-direct orders li ngħataw bejn Marzu 2013 sal-lum, mid-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li l-valur tagħhom ma kienx jobbliga lill-Ministeru jippubblikahom?", "Tista' tgħid ukoll lil min ingħataw u kemm kien l-ammont ta' flus għal kull direct order?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?", "Interpellant li l-informazzjoni diġà ngħatat fil-mistoqsija parlamentrari 5900.", "FREEPORT - SPEZZJONIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ambjent għamlitx spezzjonijiet fil-Freeport sabiex tara li l-operational permit hux qed jiġi osservat?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapport u x'passi ttieħdu dwar ħsejjes eċċessivi fl-operat?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Compliance and Enforcement Unit tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) ma rċiviet l-ebda rapport ta' ilment rigward l-operat tal-Port Ħieles fl-2018.", "Madankollu l-ERA, flimkien ma' rappreżentanti tal-Birżebbuġa Action Group u tal-Kunsill Lokali, jiltaqgħu ta' kull xahar ma' rappreżentanti tal-Freeport, f'dak li jissejjaħ l-Environment Management Committee.", "Kundizzjoni speċifika fil-permess ambjentali li jirregola l-operat tal-Port Ħieles (EP 0033/09) tesiġi li jkun hemm dan il-Kumitat.", "F'dawn il-laqgħat jiġu diskussi, fost affarijiet oħra, diversi ġeneri ta' rapporti, inkluż ta' ħsejjes eċċessivi, li jsiru mir-residenti tal-madwar li jilmentaw direttament mal-Freeport minħabba l-operat, u jiġu spjegati u diskussi l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Freeport biex jindirizzaw il-materji li jitqajmu.", "Ta' min jingħad ukoll li diġà ttieħdu miżuri varji sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes relatati mal-operat tal-Freeport, billi tnaqqsu l-livelli ta' ħoss tal-alarms ta' rubber tyre gantries u ta' quay cranes, qiegħed jiġi implimentat l-użu ta' white noise, qed jtneħħew it-turning pads tar-rubber tyre gantries li jikkawżaw ħafna ħsejjes, kif ukoll qed jitneħħew sorsi oħrajn li jikkawżaw ħsejjes madwar il-Port Ħieles.", "L-operatur għadu qed janalizza metodi oħrajn ġodda biex jara kif jista' jimmitiga iktar dawn il-ħsejjes mingħajr ma jikkomprometti s-sigurtà tal-ħaddiema.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PERITI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm u għad hemm periti u min huma dawn il-periti li ma jaħdmux mal-Gvern jew mal-Ministeru għal Għawdex imma qed jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Tista' tgħid ukoll x'tip ta' xogħol għamlu jew qed jagħmlu u fuq liema proġetti ħadmu jew qed jaħdmu?", "Kif intgħażlu dawn il-periti?", "B'liema rata tħallsu jew qed jitħallsu u kemm tħallsu s'issa?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – APPOINTMENTS ĠODDA LILL-ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema f'kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments?", "F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments?", "Jista' jagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?", "Jista jgħid ukoll jekk kienx hemm ħaddiema li ħadu iktar minn appointment wieħed bejn Marzu 2013 sal-lum?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li rigward id-Dipartimenti infurmat li t-tagħrif mitlub għandu jkun konkluż sal-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.", "Sadanittant, it-tabelli bl-informazzjoni dwar ħatriet ġodda li ngħataw lill-ħaddiema fl-entitajiet u f'liema gradi kienu qabel ingħataw dawn l-appointments tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "It-tagħrif dwar id-dipartimenti jkun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali l-informazzjoni.", "GĦAJNSIELEM GĦAWDEX – DJAR TAL-ANZJANI SAN ĠUŻEPP", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba parlamentari 5014, tista' l-Ministru tgħid kif intgħażel il-perit li bħalissa hu inkarigat mill-bini tad-Dar tal-Anzjani ġewwa Għajnsielem?", "Tista' tgħid kemm qed jitħallas għal kull siegħa xogħol li jagħmel?", "Tista' tgħid kemm tħallas s'issa dan il-perit bħala somma globali?", "Interpellant li l-perit inkarigat għandu esperjenza vasta fid-djar tal-anzjani u kien inkarigat minn diversi amministrazzjonijiet differenti biex jaħdem fuq proġetti simili.", "Intgħażel permezz ta' direct order awtorizzata mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Din il-kumpanija qed titħallas bir-rata ta' €25 fis-siegħa (VAT eskluż).", "S'issa tħallset is-somma ta' €27,900 (VAT eskluż), li kienet tkopri xogħol ta' tibdil sostanzjali fil-pjanti, applikazzjoni ġdida mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-proċeduri relatati kollha, superviżjoni tax-xogħol ta' kostruzzjoni u restawr u preparazzjoni tat-tender mill-aspett tekniku kif ukoll preparazzjoni ta' materjal viżiv dwar il-proġett.", "MASTER PLAN GĦAL KEMMUNA – KONSULTAZZJONIJIET MAL-AWTORITAJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kif intgħażlet id-ditta tal-Periti li semmiet il-Ministru fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 5780, biex jaħdmu fuq il-Master Plan ta' Kemmuna?", "Kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu dawn id-ditta ta' Periti, u kemm tħallsu s'issa?", "Interpellant li minħabba li Kemmuna hi sit sensittiv, dan il-Ministeru għażel permezz ta' direct order lill-Kumpanija Doric Studios li għandha esperjenza dwar accessibbiltà.", "Din il-kumpanija qed titħallas bir-rata ta' €25 fis-siegħa (VAT eskluż).", "Sa issa tħallset is-somma ta' €8,000 (VAT eskluż), li jkopru spejjeż ta' studju, disinjar, rappreżentazzjonijiet u laqgħat mal-awtoritajiet kif ukoll materjal awdjoviżiv.", "Ħ'ATTARD: TRIQ TUMAS CHETCUTI, OLIVER AGIUS, U FERDINAND INGLOTT – EMISSJONIJIET TA' CARBON MONOXIDE", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-emissjonijiet ta' carbon monoxide fi Triq Ferdinand Inglott, Triq Tumas Chetcuti u Triq Oliver Agius, f'Ħ'Attard?", "Jista' jippubblika l-istudji li saru?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema studji qed jirreferi.", "PROMOZZJONIJIET TA' SENIOR OPERATIVES", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu applikaw persuni għas-sejħa li kienet saret fit-23 ta' Ġunju 2017 għall-promozzjoni ta' senior operative?", "Kemm minnhom ġew promossi u kemm minnhom ma ġewx promossi?", "Kull wieħed minn dawk li ġew promossi, kemm kien ilu impjegat tal-Gvern?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab infurmat li kienu applikaw 843 persuna.", "Minn dawn 495 kienu promossi u 348 ma kenux.", "It-tabella ta' hawn taħt turi fejn dawk li ġew promossi, kemm kien ilhom impjegati tal-Gvern:", "BIRŻEBBUĠA - SPEZZJONIJIET FUQ IL-KWALITÀ TAL-ILMA TAL-BAĦAR FIL-BAJJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il spezzjoni saret fir-rigward tal-kwalità tal-ilma tal-baħar fil-bajjiet li hemm f'Birżebbuġa fis-sena 2016, fl-2017 u fl-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid x'kienu r-riżultati u jekk itteħdux xi passi mid-Dipartiment tas-Sanità pubblika?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li parti mill-monitoraġġ għal kwalità tal-ilma baħar id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jagħmel monitoraġġ ta' sitt siti f'Birżebbuġia kif elenkati f'Tabella 1.", "Il-kampjuni jinġabru matul l-istaġun uffiċjali bejn it-tielet ġimgħa ta' Mejju sat-tielet ġimgħa ta' Ottubru, b'set kampjuni 15-il ġurnata qabel jibda l-istaġun uffiċjali.", "Matul dan il-perjodu dawn il-kampjuni jinġabru kull ġimgħa.", "Kull kampjun jiġi analizzat fil-laboratorju tad-Direttorat għal żewġ parametri ta' mikrobi li huma enterokoċċi intestinali u Escherichia coli.", "Fl-aħħar tal-istaġun issir valutazzjoni u klassifikazzjoni tar-riżultati kollħa.", "Dawn il-ħames siti kklassifikaw matul is-snin mitluba hekk kif indikat f'tabella 2.", "Meta għal xi raġuni, bħal kontaminażżjoni minn dranaġġ, id-Direttorat għandu l-obbligu li jagħlaq dik iż-żona affetwata u jinforma lill-pubbliku kemm billi jwaħħal tabelli fil-post kif ukoll billi joħroġ stqarrija għall-istampa.", "Nixieq ninformah ukoll li dawn is-siti wkoll fis-snin indikati qatt ma kellhom jiġu temporarjament magħluqa.", "L-informazzjoni kollha fuq il-kwalità tal-ilma baħar, inkluż ir-riżultati kollha, tista' tinstab ukoll fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat.", "WIED IŻ-ŻURRIEQ – PROĠETT", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet dwar il-proġett maħsub għaż-żona ta' Wied iż-Żurrieq?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet mal-istakeholders kollha kkonċernati sabiex wara jkun jista' jiġi ffinalizzat il-pjan.", "BIRŻEBBUĠA - PROĠETTI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti qed jiġu ppjanati fil-lokalità ta' Birżebbuġa minn Projects Malta, Projects Plus u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern mistenni jħabbar il-pjani tiegħu b'rabta mal-ewwel fażi tal-proġett ta' Birżebbuġa.", "BINI TA' UNITS GĦAL HOUSING SOĊJALI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiġu ppjanati li jinbnew units ta' housing soċjali f'dawn il-lokalitajiet:", "c. Iż-Żurrieq;", "e. Birżebbuġa; u", "f. L-Imqabba?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' units ta' housing soċjali fl-imsemmija lokalitajiet huwa kif ġej:", "· Iż-Żurrieq – 53 units", "· Ħal Safi, Birżebbuġa u l-Imqabba, fil-mument xejn.", "BIRŻEBBUĠA – DAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li tinbena dar tal-anzjani fil-lokalità ta' Birżebbuġa?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent mhux ippjanat li tinbena dar tal-anzjani fil-lokalità msemmija minnu.", "RIMI TA' SKART TAL-BAQAR U MAJJALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5794, tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jiġu żgurati soluzzjonijiet dejjiema rigward ir-rimi tal-iskart tal-baqar u l-majjali?", "Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma u l-Water Services Corporation li waslu fi stadju avvanzat.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5705, jista' l-Ministru jgħid kemm għandna lokalitajiet f'Malta u Għawdex li għandhom żoni pedonali?", "Liema huma dawn il-lokalitajiet?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-informazzjoni mogħtija mill-Kunsilli Lokali, hawn 29 lokalità f'Malta u Għawdex li għandhom żoni pedonali.", "Il-lista bl-informazzjoni mogħtija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "REĠISTRAZZJONI TAL-ARTIJIET F'MALTA U GĦAWDEX", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1737 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: L-artijiet f'Malta u Għawdex għadhom mhux kollha rreġistrati mar-Reġistru Pubbliku tal-Artijiet.", "Nifhem li mhijiex ħidma faċli, imma jekk kull biċċa art tkun reġistrata jkun ġie ssimplifikat proċess ta' riċerka burokratika u jiġu ffrankati ħafna flus lil terzi.", "X'inhi l-prijorità li għandu l-Gvern għal din il-ħidma f'din il-leġislatura?", "X'inhi l-istrateġija dwar dan ir-Reġistru?", "Hemm time-frames?", "Kemm huma bħala persentaġġ dawk l-artijiet li huma rreġistrati?", "Kemm hemm impjegati li jaħdmu f'din it-taqsima proprju biex jirreġistraw l-art?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jrid jingħad li sest minn Malta u nofs minn Għawdex huma ddikjarati bħala area ta' reġistrazzjoni u għaldaqstant kull nutar li jippubblika kuntratti li fiha jkun hemm proprjetà li qiegħda f'dawn iż-żoni jkun obbligat jirreġistra din il-proprjetà.", "Minbarra l-proprjetà li hemm l-obbligu tar-registrazzjoni, ċjoe dawk f'żona ta' reġistrazzjoni, qegħdin jiġu rreġistrati wkoll il-proprjetajiet li jappartjenu lill-Gvern kif ukoll il-proprjetà msemmija f'Kap. 358 (Att dwar Proprjeta ta' Entitajiet Ekkleżjastiċi).", "Wara snin ta' telqa, il-Gvern qiegħed fil-proċess li jirristruttura dan id-Dipartiment ħalli jkun il-mutur ewlieni fil-proċess ta' reġistrazzjoni ta' proprjetà.", "Għaldaqstant, fi żmien qarib, ħa ssir struttura ġdida kemm f'dak li jirrigwarda l-impjegati kif ukoll f'dak li jirrigwarda sistemi ta' registrazzjoni.", "Id-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jinħargu tenders permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jinxtara hardware modern u ssir sistema kompjuterizzata ġdida, liema sistema hija intenzjonata li tkun waħda paperless u liema tenders għandhom jinkludu wkoll ix-xogħol li għandu jsir sabiex ikun hemm it-transpożizzjoni u t-trasfermiment tal-parcels u d-data li hemm fuq is-sistema preżenti għal fuq is-sistema l-ġdida.", "Huwa maħsub li dan il-proċess ikun lest fl-aħħar tas-sena 2021.", "B'din is-sistema l-ġdida, huwa antiċipat li s-sistema għar-registrazzjoni tiġi faċilitata u titħaffef u allura tagħmilha possibbli li tkun miftuħa għall-enterità ta' Malta u Għawdex.", "Għalkemm il-liġi dwar ir-Registru tal-Artijiet daħlet fis-seħħ fl-1981, wasal iż-żmien li l-Gvern jagħti l-importanza xierqa lir-rwol li qiegħed jaqdi dan id-Dipartiment b'inizjattivi ġodda kif indikat f'din ir-risposta, u dan sabiex verament joffri servizzi aktar faċli u b' anqas spejjeż ta' sistema ta' reġistrazzjoni ta' proprjetà bħal ma' hemm f'pajjiżi oħra Ewropej.", "Fis-sistema preżenti, ġewwa Malta u Għawdex hemm total ta' 60,727 parcels ta' proprjetà rreġistrata, li komplessivament ikopru area ta' 157.03 kilometri kwadri.", "Din id-data mhix aċċessibbli mis-sistema preżenti imma ġiet kompilata permezz ta' analiżi li saret f'Diċembru, 2017.", "In-numru totali ta' impjegati fir-Reġistru tal-Artijiet huwa 35, ċjoè 28 impjegat fl-uffiċċju ta' Malta u seba' impjegati fl-uffiċċju ta' Għawdex.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – NEGOZJATI MA' LUKANDA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u n-negozjati li qed isiru mal-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu dawn in-negozjati?", "X'inhu l-eżitu ta' dan il-ftehim?", "X'inhu l-gwadann pubbliku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid-dawl tal-azzjonijiet meħuda fil-passat u fl-ambjent ekonomiku preżenti, l-Awtorità qiegħda tevalwa d-diversi aspetti fl-interess tal-Gvern.", "DIRETTORAT LI JIEĦU ĦSIEB IL-PARKS – GĦOTI TA' KUNTRATTI B'DIRECT ORDER", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata b'direct order minn Novembru 2017 sa Mejju 2018 lid-Direttorat li jieħu ħsieb il-Parks?", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma wieħed wieħed u x'inhuma r-raġunijiet?", "Kemm huma u liema huma dawk il-kuntratti li ma nħarġilhomx direct order għall-perjodu, Novembru 2017 sa Mejju 2018?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ĊENTRU TAL-FIERI FIN-NAXXAR- APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PROĠETT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u fiex jikkonsistu l-applikazzjonijiet għall-bini approvati jew pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar preżentement għaż-żona ta' fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar (biċ-ċentru indikat inkluż ukoll)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sabiex inkunu nistgħu nirrispondu din il-mistoqsija ikollna bżonn site-plan tal-post in kwistjoni.", "ĊENTRU TAL-FIERI FIN-NAXXAR – APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti ppreżentati b'rabta mal-proġett li ser isir minflok il-bini li qabel kien iservi bħala ċentru tal-fieri fin-Naxxar u kif ukoll jgħid fiex waslet din l-istess applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6061 tal-istess Seduta.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: PROĠETT TA' DISABILITY HUB – PJANTI APPROVATI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tal-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u li għandu jsir fiż-żona biswit fejn qabel kien hemm il-bini taċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-pjanti tal-proġett jinsabu fid-dominju pubbliku u huma aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar, bħalma huma l-pjanti tal-proġetti l-oħra kollha, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat.", "PROĠETT DISABILITY HUB", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u meta mistenni jibda jopera?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li f'Malta hawn problema kbira fl-inċidenza tad-dijabete, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid għaliex ma reġax twaqqaf il-Kumitat Parlamentari tad-Dijabete li kien twaqqaf fuq inizjattiva tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, chaired minn Membru Parlamentari tal-Gvern u li kien qed jagħmel xogħol utli ħafna?", "Meta hemm il-ħsieb li jerġa' jiġi mwaqqaf dan il-kumitat?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sotto-kumitat parlamentari tad-Diabetes Mellitus ma jinħatarx minni.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid meta l-persuni li jbatu mid-dijabete se jibdew jingħataw apparat u l-isticks biex jagħmlu moniteraġġ tal-blood glucose level tagħhom?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuni li jbatu mid-dijabete tat-Tip 1 diġà ngħataw l-apparat u l-isticks biex jagħmlu moniteraġġ tal-blood glucose level.", "Dawk il-pazjenti li għandhom id-dijabete tat-Tip 2 u jieħdu l-insulina ilhom jingħataw l-apparat u l-isticks b'xejn biex jagħmlu moniteraġġ tal-blood glucose level mill-2017.", "Il-proġett li se jwassal biex pazjenti li għandhom id-dijabete tat-Tip 2 u jieħdu mediċina orali jingħataw l-apparat u l-isticks b'xejn biex jagħmlu moniteraġġ tal-blood glucose level, beda f'April li għadda u qiegħed ikun estiż raħal raħal.", "S'issa beda fil-Furjana, il-Marsa u l-Ħamrun u qiegħed ikompli fil-Belt Valletta.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se jkompli fil-Birgu, l-Isla, Bormla, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, il-Fgura u Ħaż-Żebbuġ, u wara jkompli ma' Għawdex u Malta kollha.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hawn persuni li hu kkalkulat li jbatu bid-dimenzja jew/u Alzheimer's f'pajjiżna?", "Kemm hu kkalkulat li se jiżdied dan in-numru fl-għaxar snin li ġejjin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li skont studju li sar mill-Università ta' Malta u li kien ġie ppubblikat f'rivista akkademika fis-sena 2012, kien instab li fis-sena 2010, f'Malta kien hawn 5,198 persuna bid-dimenzja u/jew Alzheimer.", "Dan in-numru kien maħsub li jilħaq is-6,071 persuna fis-sena 2015, u 9,883 persuna fis-sena 2030.", "SPIŻA TOTALI MARBUTA MAD-DIMENZJA/ALZHEIMER'S", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hu kkalkulat li hi l-ispiża totali f'pajjiżna marbuta mad-dimenzja/Alzheimer's?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li studji ta' kemm id-dimenzja tiswa' lil Malta qatt ma saru lokalment.", "Iżda skont studju li sar mill-Università ta' Karolinska, fl-Izvezja u li ġie ppubblikat fis-sena 2010, instab illi f'Malta n-nefqa totali fuq id-dimenzja tvarja bejn €63.1 miljun u €96.2 miljun.", "Id-differenza f'dawn il-figuri tiddependi mill-ammont ta' kura informali (ċjoè dik li tingħata mill-familja).", "L-ewwel figura tikkorrispondi għal 1.6 sigħat ta' kura informali kuljum, filwaqt li t-tieni figura tikkorrispondi għal 3.7 sigħat ta' kura informali kuljum.", "Għalkemm għaddew kważi għaxar snin minn dan l-istudju, huwa jibqa' l-aktar studju riċenti li għandna ta' din ix-xorta.", "IN-NAXXAR: SQAQ L-IMNIEQA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Sqaq l-Imnieqa fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità.", "Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Permezz ta' din l-aġenzija ser inwettqu l-pjan ta' dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż.", "B'mod gradwali, din l-aġenzija se tkun qed tikkollabora mal-kunsilli lokali ħalli jinbnew mill-ġdid ukoll it-toroq residenzjali u toroq oħra li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-istess kunsilli lokali.", "Sfortunatament, fil-passat, dawn il-kunsilli lokali tgħabbew bir-responsabbilità tal-manutenzjoni tat-toroq mingħajr ma ġew megħjuna bir-riżorsi tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu dawn id-dmirijiet b'mod sħiħ.", "L-aġenzija se tagħti wkoll prijorità lil dawk it-toroq li baqgħu qatt ma ġew mibnija kif meħtieġ, biex dawn ukoll jiġu mibnija u miksija b'wiċċ ġdid kif meħtieġ.", "Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis.", "Permezz ta' Infrastruttura Malta, pajjiżna ser ikollu ferm aktar riżorsi, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun, prattiċi ġodda ta' xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta' sostenibbiltà u sigurtà, sabiex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta' kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.", "IN-NAXXAR: TREJQET L-IRZIEZET– XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Trejqet l-Irziezet fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TAL-ĦOTBA L-BAJDA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Tal-Ħotba l-Bajda fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ TA' SAVERJA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Ta' Saverja fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ TAL-QADI – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Tal-Qadi fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: SQAQ BRIMBU – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Sqaq Brimbu fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "SPTAR MONTE CARMELI – PAZJENTI LI ĠEW DISCHARGED", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Monte Carmeli matul is-sena l-oħra u din is-sena u reġgħu ġew ammessi fl-istess sena li ġew discharged sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-2017 kien hemm 709 pazjenti li ġew re-admitted fl-Isptar Monte Carmeli filwaqt li minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju ta' din is-sena kien hemm 228.", "KUNSILLI LOKALI: IMPJIEG TA' PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li impjegaw magħhom persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali matul din il-Leġiżlatura?", "OWEN BONNICI: Minħabba l-protezzjoni tal-identità ta' dawn il-persuni ma nħossx li għandi nagħti indikazzjoni speċifika f'liema kunsilli lokali dawn ġew impjegati."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180606_127d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.34 a.m.", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018", "IlMinuti tasSeduta Nru 127, li saret fis-6 ta' Ġunju 2018 ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Skont il-ftehim milħuq, f'din is-seduta m'hawnx mistoqsijiet parlamentari.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għat-Turiżmu.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TALAWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU GĦASSENA 2018", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 skont l-Att dwar Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu, Kap. 409.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u l-kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding-up minn naħa tal-Gvern.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, għandi l-privileġġ li llum niftaħ dan id-dibattitu.", "Ċertament li t-turiżmu huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija ta' pajjiżna, mhux l-inqas f'Għawdex.", "Irrid ngħid li din is-sena kellna record ta' attività turistika f'Għawdex u dan mhux qed ngħidu jien, imma qed jgħiduh dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma involuti fis-settur.", "Illum fil-fatt m'għadniex nitkellmu fuq shoulder months, imma qegħdin nitkellmu dwar turiżmu li għaddej b'saħħtu matul is-sena kollha u dan ikompli jimla' s-settur b'kuraġġ.", "Biex nilħqu l-miri ambizzjużi tagħna jrid ikun hemm koperazzjoni sħiħa f'kull inizjattiva b'konsultazzjoni f'kull każ u dan qiegħed isir bejn il-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità tat-Turiżmu (GTA) u b'ħafna forza u qawwa mal-Ministru Konrad Mizzi u t-team kollu li għandu.", "Jekk inħarsu ftit lejn l-istatistika tal-NSO nistgħu naraw kif it-turiżmu f'Għawdex sploda 'l fuq.", "Qegħdin naraw ukoll diversifikazzjoni fis-settur.", "Ilna ħafna nitkellmu dwar il-ħtieġa ta' diversifikazzjoni, però bil-ħidma li qed issir u bil-ħidma u bl-input ta' ħafna nies qegħdin naraw li qegħdin naslu.", "Illum ukoll qegħdin naraw fenomeni ġodda bħal, pereżempju, il-boutique hotels, il-B&Bs li qegħdin jattiraw suq differenti u dan qegħdin narawh ukoll meta wieħed janalizza x-share li Għawdex qed jieħu mill-użu tal-low cost airlines.", "Kif għadni kemm aċċennajt lill-B&Bs flimkien mal-MTA u l-GTA, irridu nitkellmu biex naraw x'tip ta' liċenzji għandhom jibdew jinħarġu biex ikollna rikonoxximent ta' din il-kategorija li għandha potenzjal enormi.", "Matul is-sena 2017 kellna wkoll record ta' port calls minn cruiseliners.", "Fil-fatt kellna 25 port call u għal din is-sena diġà għandna 22 li huma konfermati.", "Sal-bieraħ stess kellna cruiseliner fostna u għada se jkollna ieħor.", "Irrid ngħid li bejn ix-xhur ta' Ġunju u Awwissu, 2017 kellna għaxar cruiseliners li żaru Għawdex li bejniethom ġarrew 7,558 passiġġier li potenzjalment niżlu l-art ukoll.", "F'dan il-kuntest qegħdin naraw ħtieġa li naġġornaw l-infrastruttura biex dan is-settur ikun organizzat u rridu naraw ukoll ir-relevanza jew le tal-baga.", "Ilna ħafna nitkellmu fuq il-baga, però huwa fatt li l-cruiseliners li jiġu Għawdex ma jħallsu ebda tariffa biex jiġu.", "Bl-introduzzjoni tal-baga dan ix-xenarju jinbidel u l-ispiża trid tiġi assorbita minn xi ħadd minn x'imkien.", "Għal dan il-għan il-Ministeru għal Għawdex ikkummissjona economic impact assessment li qed jinħadem bħalissa mbagħad nimxu 'l quddiem skont l-eżitu tiegħu.", "Meta qegħdin nitkellmu dwar is-suċċessi fit-turiżmu f'Għawdex, partner ewlieni tagħna hija l-Malta Tourism Authority.", "Imbuttajna flimkien biex ikollna inizjattivi u miżuri ġodda, l-ewwel waħda hija dik li fil-Baġit ikollna skema ġdida intiża biex l-imprendituri Għawdxin li joperaw fis-settur tat-turiżmu itejbu l-livell tal-istabbilimenti turistiċi tagħhom.", "Dan ovvjament jirrikjedi diskussjoni.", "Għadna kemm iffinalizzajna dik l-iskema li tħabbret fil-Baġit tar-rifużjoni ta' €6,000 għal kull impjieg ġdid li jinħoloq f'Għawdex li se tiġi mnedija minn hawn u ftit tal-ġranet oħra flimkien mal-Ministru għall-Finanzi.", "Nafu li permezz ta' dawn l-iskemi se nkunu qegħdin nindirizzaw sfida enormi li għandna ta' nuqqas ta' riżors uman, b'mod partikolari fis-settur tat-turiżmu.", "Qegħdin nantiċipaw li b'din il-miżura se nkunu qegħdin ngħinu f'dawk li huma numri u biex ikun hemm ukoll l-aħjar użu tal-ITS li għandna f'Għawdex.", "Irridu li jkollna żieda fir-riżors uman, imma rridu riżors uman li jkun motivat, ikun imħarreġ tajjeb u li jara li għandu karriera fit-turiżmu.", "Sur President, fil-ftit ħin li għandi se nieħu l-opportunità li nelenka xi inizjattivi, fosthom kampanja ta' marketing diġitali flimkien ma' kampanja kontinwa ta' marketing fuq diversi mezzi tax-xandir.", "Dan kien jinkludi pubblikazzjonijiet stampati fuq media tradizzjonali u diġitali, produzzjoni u distribuzzjoni ta' materjal pubbliċitarju wiesa', kitba ta' diversi editorjali għall-pubblikazzjonijiet internazzjonali u pubbliċità permezz tal-billboards li għandu l-Ministeru għal Għawdex.", "Flimkien ma' dan hemm diversi fieri li konna qegħdin fihom flimkien mal-MTA biex nippromwovu lil Għawdex.", "Kellna wkoll l-app il-ġdida ta' Visit Gozo flimkien ma' app oħra li jisimha MyGozo fejn qegħdin nippromwovu diversi servizzi.", "Qegħdin nistiednu lis-settur privat jiġi on board ħalli jkollna sistema waħda ħolistika li dak li jkun ikun jista' jużaha bl-iktar mod faċli.", "Ġiet ippjanata u saret electronic newsletter ta' kull xahar kif ukoll blogs u materjal ġdid, kemm fotografiku kif ukoll awdjoviżiv, li ġie prodott biex nużawh għall-kampanji professjonali.", "Qegħdin naraw li l-kampanji fuq Facebook qegħdin ikunu effettivi ħafna u fil-fatt saruli anke mistoqsijiet parlamentari dwar l-ispiża.", "Aħna qegħdin ninvestu u l-investiment li qegħdin nagħmlu qed jirrendi.", "Ħadna ħsieb ukoll li Għawdex jiġi promoss bħala destinazzjoni għat-turiżmu sostenibbli.", "Fil-fatt Għawdex ġie meqjus bħala waħda mill-aqwa 100 destinazzjoni fid-dinja għal turiżmu sostenibbli fejn ukoll ħadna award għal dan il-għan.", "Jekk nitkellmu fuq l-awards, nista' ngħid ukoll li erġajna rbaħna premju prestiġjuż ieħor bis-saħħa taċ-Ċittadella fejn il-ġimgħa l-oħra kelli l-opportunità nitkellem dwar iċ-Ċittadella u dwar il-potenzjal li għandha.", "Irrid ngħid li ġie finalizzat l-ewwel abbozz tal-pjan dwar is-sostenibbilità tal-operat taċ-Ċittadella u qegħdin niddiskutu dwar qafas u struttura biex ikollna entità li tamministra u tippreserva ċ-Ċittadella u tara kif dan il-potenzjal li għandha ċ-Ċittadella nkunu qegħdin nilħquh.", "Saret ukoll pubblikazzjoni dwar il-mixjiet f'Għawdex.", "Ċertament wieħed ma jistax ma jirreferix għall-pajsaġġ naturali li għandu Għawdex li jattira wkoll niche markets għal dawk kollha li jridu jgawdu n-natura, iridu jgawdu l-pajsaġġ.", "Għandna l-walking tours, il-walking holidays, l-isports holidays li qed jattiraw nies ġodda, niċeċ ġodda u allura rridu nkunu aktar proattivi biex ninkoraġġixxu l-miġja ta' dawn it-tip ta' turisti.", "Kellna wkoll l-introduzzjoni ta' webcams f'żoni turistiċi biex wieħed ikun jista' jarahom ukoll mill-Visit Gozo.", "L-iskop hu li apparti li wieħed jara x'joffri Għawdex, ikun jista' wkoll jorganizza ruħu aħjar meta jkun qed jippjana l-btala tiegħu, u jara anke xi jkun qed jistennieh fil-gżira Għawdxija.", "Fil-fatt ġew stallati ħamsa, għandna tnejn fuq it-torri tad-Dwejra, tnejn fuq iċ-Ċittadella u oħra fuq il-Calypso Cave.", "Apparti minn dan, għandna żewġ cameras oħra li juru l-queueing areas tal-vapur biex dak li jkun ikun jista' jara wkoll għall-konvenjenza tiegħu t-traffiku li jkun hemm bejn il-gżejjer u jkun jista' jagħmel ċerti pjanijiet.", "Nidejna wkoll skema li permezz tagħha qegħdin niffinanzjaw ġurnalisti barranin biex jiġu Għawdex u jippromwovu l-attivitajiet kulturali li jiġu organizzati f'Għawdex.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar xhur bi sħubija mal-MTA kellna crew ta' Mela Verde li ġew Malta u ġew Għawdex ukoll, għamlulna reklam u feature sabiħ ħafna u kumbinazzjoni reġa' ntwera fuq il-mezzi tax-xandir Taljani lbieraħ.", "Meta qegħdin nitkellmu dwar il-valorizzar u l-valorizzazzjoni tal-prodott turistiku ċertament wieħed irid jara wkoll l-ambjent.", "Aħna qegħdin nagħtu ħafna attenzjoni lill-indafa, Sur President.", "Irridu naraw ukoll li jkollna Għawdex fi stat u kondizzjoni tajba.", "Bdejna bil-kampanji tal-Bin It fejn qegħdin nindirizzaw ukoll il-mod ta' kif jiġi dispost l-iskart, speċjalment minn dawk li jiġu jżuruna peress li dawn ma jkunux jafu l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart.", "Irrid infakkar fl-intervention team li ġie mniedi mill-Ministeu għal Għawdex li se jagħlaq sena f'Awwissu li ġej.", "Dan huwa team dedikat u ffokat ħafna u qed jipprevjeni wkoll ħafna inkonvenjenti u diffikultajiet.", "Għandna wkoll mod ta' kif dak li jkun ikun jista' jirrapporta lill-intervention team biex dan jintervjeni mbagħad jgħaddiha lid-dipartiment konċernat biex tkun tista' tittieħed azzjoni li tkun timely and effective.", "Għal dan il-għan għamilna freephone kif ukoll email address.", "Irrid ngħid li l-intervention team tant kien proattiv li ġarr miegħu anke diversi entitajiet u għaqdiet non-governattivi, allura hemm moviment qawwi ħafna ta' clean up events li qed iservi wkoll biex jgħin lill-Gvern iżomm lil Għawdex fi stat pristin u fi stat tajjeb ħafna.", "Dan jgħinna wkoll biex nidentifikaw ir-riżorsi li għandna bżonn, fosthom makkinarju ta' tindif u anke mezzi ta' kif jinġabar l-iskart.", "Parti mir-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex kien ukoll il-fatt li d-Dipartiment tal-Kultura issa sar jifforma parti mid-Direttorat tat-Turiżmu.", "Irrid ngħid li fl-aħħar Baġit rajna impenn tal-Gvern b'risq il-kultura f'Għawdex b'vot ġdid għall-festivals tematiċi u produzzjonijiet artistiċi Għawdxin.", "Għall-ewwel darba f'Għawdex tellajna l-Malta International Food Festival li sar fix-Xewkija u qegħdin inħejju għat-tieni edizzjoni li se ssir fl-10 u fil-11 ta' Awwissu, għax wara s-suċċess li kellna fl-ewwel edizzjoni, issa se nifirxu dan il-festival fuq jumejn.", "Tellajna l-Gozo Film Festival u ċ-Ċittadella Arts Festival u l-festi tal-Milied u tal-Għid kienu suċċess.", "Għall-ewwel darba organizzajna wkoll weekend dedikat għal Jum San Valentinu u attivitajiet ta' Jum l-Omm li kollha kemm huma rriżultaw f'suċċess enormi.", "Għall-ewwel darba wkoll - u qed nistieden lill-MTA tkun parti minn din l-inizjattiva – se jkollna l-karnival tas-sajf f'Għawdex kif ukoll kull ġimgħa se jkollna programmi mużikali u kulturali f'Marsalforn, ix-Xlendi u l-Imġarr għax irridu li ż-żoni turistiċi tagħna jkunu mimlijin attività, ikunu ta' attrazzjoni u b'hekk igawdu minnhom il-ħwienet, ir-ristoranti u l-lukandi.", "Qegħdin nippreparaw ukoll għax-XlendiFest, Ceramic Festival li wkoll isir fis-sajf, il-Festival tat-Tin, Qala Folk Festival u dak tal-Għasri fejn il-Ministeru għal Għawdex din is-sena se jgħin sostanzjalment lill-kunsilli lokali li qegħdin jorganizzaw dawn l-attivitajiet.", "Permezz tal-NGO Scheme tajna wkoll diversi fondi b'risq attivitajiet kulturali li se jsiru f'Għawdex sal-aħħar ta' din is-sena.", "Ma rridx ninsa nsemmi l-Gozo Alive li kienet l-akbar attività li qatt ra Għawdex.", "Kulħadd kelma waħda li qajjimna lil Għawdex u Għawdex issa qed jiġi kkonsidrat bħala destinazzjoni fejn tista' tmur bħala żagħżugħ jew żagħżugħa biex tiddeverti.", "Jien l-ewwel waħda kont xbajt nisma' li Għawdex huwa mejjet u li m'hemmx fejn tmur, imma l-Gozo Alive kien suċċess u minnu tgħallimna ħafna.", "Irrid ngħid li flimkien mal-Ministru Joe Mizzi, it-team tiegħu u l-MTA sar l-Abode on the Rock.", "L-Abode on the Rock sar matul il-weekend li għadda fejn kellna 1,600 żagħżugħ u żagħżugħa li ġew Għawdex mir-Renju Unit.", "Huwa stmat li Abode on the Rock ħalla kontribut ekonomiku dirett ta' madwar €330,000 u ġew affettwati madwar 630 impjieg.", "Huwa kkalkolat ukoll li wara l-ewwel sena – għaliex irridu li dan l-Abode on the Rock jibda jsir fuq bażi annwali – l-impatt ekonomiku ta' dan l-event għandu potenzjal li jiġġenera d-doppju, jiġifieri €660,000.", "Jiena nistieden lil kulħadd biex imur Għawdex jistaqsi lill-Għawdin.", "Kulħadd jgħidlek li tant kien hemm attività li litteralment ma setgħux ilaħħqu max-xogħol.", "Jiena nifraħ lill-organizzaturi għaliex kollox kien smooth u ma tellef xejn mill-atmosfera trankwilla li għalih hu magħruf Għawdex.", "Irridu naħdmu aktar biex nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni għaż-żgħażagħ ukoll.", "Dan filwaqt li rridu ninkoraġġixxu aktar city-break destinations, turiżmu reliġjuż, turiżmu relatat mas-saħħa u l-benessere kif ukoll għad-diving.", "Dan hu settur importanti li rridu nibżgħu għalih u li rridu nagħmlu l-investiment li hemm bżonn fih.", "Hemm bżonn ikollna eżerċizzju ta' ripopolazzjoni tal-ħut u iktar scuttling ta' wrecks biex ikollna attrazzjonijiet ta' taħt il-baħar.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq it-titjib tal-prodott turistiku ma nistax ma nsemmix il-proġetti ta' konservazzjoni u restawr tal-wirt kulturali u naturali u anke l-proġetti infrastrutturali li qegħdin naħdmu fuqhom biex ikollna aċċessibbilità aħjar f'Għawdex stess.", "Irrid insemmi l-proġetti tal-masterplan ta' Marsalforn fejn qegħdin nippreparaw it-tender u l-masterplan tax-Xlendi li diġà bdejna l-ewwel fażi tiegħu li tikkomprendi wkoll ir-riorganizzazzjoni tal-parkeġġ.", "Dan qegħdin naħdmuh flimkien ma' Projects Malta li wkoll taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Joe Mizzi.", "Dan flimkien ma' proġetti oħrajn ta' fejda għal Għawdex li qegħdin naħdmu fuqhom flimkien.", "Qegħdin naħdmu wkoll fuq proġett għal Kemmuna mal-MTA, mal-Ministeru għat-Turiżmu, mal-ERA u mal-Ministeru tal-Ambjent.", "Diġà ppreżentajna l-ewwel fażi li huwa l-proġett għall-Blue Lagoon.", "Bħalissa għaddejjin it-taħditiet mal-ERA; hemm laqgħa skedata għal din il-ġimgħa u nisperaw li l-affarijiet jiġu mobilizzati.", "Dan flimkien ma' xogħol li għaddej fil-bajjiet fejn komplejna naħdmu fuq il-blue flags biex intejbu l-livell tagħhom.", "Għal dan il-għan flimkien mal-MTA ħriġna sejħiet pubbliċi biex ikollna beach supervision għal matul is-sajf.", "Applikajna wkoll għall-ewwel darba għall-White Flag u fil-fatt din il-ġimgħa stess se niffirmaw il-kuntratt relattiv.", "Qegħdin nitkellmu wkoll flimkien mal-MTA u s-CRPD fuq il-proġetti ta' bajjiet aċċessibbli.", "Ħdimna wkoll biex sar audit tal-public conveniences fiż-żoni turistiċi kollha u qegħdin inbiddlu dawk tal-Blue Lagoon kif ukoll dawk ta' Marsalforn.", "Qegħdin nagħmlu wkoll il-walkways u din il-ġimgħa stess waħħalna dik taż-Żewwieqa.", "Flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Għarb qegħdin naħdmu wkoll fuq Wied il-Mielaħ.", "Għandna wkoll il-Kunsill Lokali tal-Għasri li qed jitlob l-assistenza għal Wied l-Għasri u bħalissa qegħdin ukoll naraw kif naħdmu flimkien.", "Kelma tal-aħħar, għax il-ħin qed jagħfas, hija dwar il-Gozo Channel.", "Jien diġà kelli l-opportunità nispjega x'qed jiġri u dan għamiltu b'mod kawt biex ħadd ma jgħid li qed nipprova nippreġudika xi proċess li għaddej, iżda biex inwieġeb u nirribatti għal xi dubju li xi ħadd qed jipprova jitfa' fuq il-preliminary market consultation li għamlet il-Gozo Channel għall-fast ferry, nerġa' ngħid dak li dejjem għedt.", "Il-Gozo Channel għamlet ir-riċerka tagħha u għażlet is-sieħeb li jgħodd għall-interessi tal-Gozo Channel u ta' ħadd u ta' xejn aktar.", "L-interessi tal-Gozo Channel huma dawk li jipprevalu.", "Hemm min qed jipprova jħallat proċess ma' ieħor b'mod intenzjonat.", "Huwa minnu li kien hemm proċess li kien sar is-sena l-oħra, iżda dak kien sar f'kuntest ta' tender li mbagħad ġie rtirat u ġie pubblikat ieħor floku.", "Il-Gozo Channel reġgħet għamlet proċess ġdid mill-bidu nett skont kif kien qed jitlob it-tender il-ġdid.", "Mela issa, kull min qed jispekula, ikollu jistenna l-eżitu tal-appell bħalma qed nistenna jien.", "Wara nitkellmu kemm tridu, imma sakemm għaddej dan il-proċess jiena nappella biex nimxu b'mod kawt, bħalma dejjem appellajt, għaliex l-ewwel dmir u responsabbiltà tiegħi huwa lejn il-kumpanija u l-ħaddiema.", "Irrid ngħid li kif diġà ħabbart, lestejna pjan short, medium u long-term biex nassiguraw li jkollna Gozo Channel iktar effiċjenti.", "Irridu nirrikonoxxu li l-użu tal-Gozo Channel żdied sostanzjalment.", "Biss biss irrid ngħid li matul dan il-weekend il-Gozo Channel ġarret 'il fuq minn 55,000 passiġġier, żieda ta' 13% fuq l-istess weekend tas-sena l-oħra.", "Għalhekk fil-ġranet li ġejjin se nagħmel ukoll dikjarazzjonijiet pubbliċi f'dan is-sens.", "Naf li hemm forsi min qed jiddubita li hemm dan il-pjan u anke saruli mistoqsijiet parlamentari f'dan is-sens, però jien immur fil-pubbliku fil-mument opportun.", "Il-kritika ma ddejjaqni xejn, però rrid nimxi b'responsabbiltà, u mhux qed nagħmel dan biex nipproteġi lili nnifsi mill-kritika.", "Qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi ngħid li aħna determinati li nsostnu r-ritmu li bdejna bih biex flimkien u bis-sehem ta' min hu involut u ċertament anke min hu interessat anke fit-turiżmu u l-industrija daqstant vitali u importanti, inkunu mħejjijin għaż-żmien li ġej.", "Aħna rridu nwettqu kollox b'mod sostenibbli biex b'hekk inkomplu nsaħħu l-ħajja ta' Għawdex ta' għada.", "Nirringrazzja minn qalbi lill-Ministru Konrad Mizzi, lit-team kollu tiegħu, lill-MTA u lill-GTA li l-Ministeru għal Għawdex isostni b'mod qawwi.", "Jiena rrid nara GTA iktar b'saħħitha.", "Finalment grazzi kbira lil dawk kollha involuti fis-settur turistiku li investew fl-istabbilimenti tagħhom u, iktar minn hekk, lil dawk kollha li jkollhom kuntatt dirett mat-turisti fuq bażi regolari, ta' kuljum għaliex dawn huma l-ambaxxaturi diretti tagħna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, jiena ppreparajt xi kummenti rigward turiżmu inġenerali imma naħseb li bħalissa we have an overriding problem bl-Air Malta u nieħu gost li hawn iċ-Chairman tal-Air Malta biex forsi jilluminaw lill-Maltin u li min se jsiefer bl-Air Malta dwar x'qed jiġri.", "Kull weekend mijiet, jekk mhux eluf ta' nies, ma jeħdux il-flights kif suppost.", "Ilbieraħ kien imiss Sqallija, il-bieraħtlura Franza, u għaddejjin!", "Aħna konna favur it-tkabbir tal-Air Malta u hekk għandu jkun, imma stennejt li jkollna planning u logistics ħafna aħjar.", "Jiena ma nistax nifhem għaliex qed jiġru dawn l-affarijiet.", "Li naf hu li qed nikru ajruplan ġdid kuljum minn fuq l-internet.", "Għandek is-CEO ifittex ajruplan mil-lum għal għada kuljum.", "Issa jekk tikri mil-lum għal għada naħseb li se tiġina z-zalza ogħla mill-ħuta, imma apparti hekk, dan mhuwiex sew anke għan-nies li jkunu bbukkjaw mal-Air Malta u jispiċċaw fuq l-Air Horizon jew BH Air.", "Illum għall-Flight KM993 ġie leased ajruplan ieħor tal-BH.", "Jiġu leased ukoll ajruplani minn The Capital Airlines, Orange2Fly, Smart Links li marret Vienna, u l-ajruplani li ngħidulhom NAOs kollha bil-problemi, li rrifjutaw anke xi kumpaniji tal-ajru oħrajn.", "Għandek ukoll l-iSmart Wings u Saunders Planes ukoll.", "Dawn ikollhom żewġ ajruplani u jikrulek wieħed fl-aħħar ġurnata.", "Mhijiex esperjenza sabiħa għan-nies li jaraw anke l-crew li ma jkunx Malti.", "Anke l-ajruplani xi kultant ma jkunux up to standard u jkollhom ċerti problemi.", "Dan għax, ovvjament, meta jordna mil-lum għal għada wieħed ma jistax ikun choosy.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-ħaddiema tal-Air Malta huma stretched ħafna u se nispiċċaw bil-problema li fi ftit żmien ieħor dawn se jkunu burnt out.", "Hemm ħaddiema li qegħdin jaħdmu sigħat twal ħafna fl-ajru mhux b'riskju għalihom u għal saħħithom biss, għax jafu għal xiex daħlu, imma wkoll għas-servizzi li aħna mdorrijin bihom mal-Air Malta.", "Qed ngħid hekk mhux b'disprezz imma to get our act properly done.", "Qegħdin fis-sajf, fl-eqqel tal-istaġun u ma nistax naħseb li jkollok din is-sitwazzjoni fejn tikri l-ajruplani mill-lum għal għada.", "Apparti dawk li jiġu f'pajjiżna għax ikunu bbukkjati fil-lukandi, hemm ħafna Maltin li qegħdin jinkwetaw minħabba li għandhom flights oħra minn ajruporti oħra.", "Jekk dawn jaslu sagħtejn tard jew anke ġurnata tard, dawn se jitilfu l-connections ukoll.", "Veru li qed tagħmlu ħafna connections u re-connections, imma se tiswielkom il-flus ukoll.", "Dan apparti cancellations ta' flights li saru f'Cagliari u f'Southend ukoll.", "Xi kultant ikollok ukoll kumpaniji tal-ajru li jagħmlu stopover f'Malta imbagħad isibu li m'hemmx lanqas l-istaff biex iservuhom.", "Dan iwassal għal telf fid-dħul li l-Air Malta ma tistax taffordja.", "Sur President, in-nies jivvjaġġaw fuq pjan fejn it-transfers, il-hotels, l-excursions u kollox ikun ippjanat minn qabel, u minn ġimgħa bniedem ma jistax jaħli ġurnata fl-ajruport speċjalment meta tkun flight qasira.", "Lill-Ministru ngħidlu li qed issir ħsara lir-reputazzjoni tagħna u allura nappellalu biex jara li l-affarijiet jitranġaw.", "Jiena naf li mhuwiex soltu li l-Ministru jaġixxi hekk, imma dan hu nuqqas ta' ippjanar li jeħtieġ li jitranġa.", "Pereżempju, jiena ma nistax nifhem kif żewġ ajruplani tal-Airmalta jmorru għall-maintenance barra minn Malta flimkien biex imbagħad toqgħod tara minn fejn se tikri biex ikollok min jagħmillek it-titjiriet għal Vjenna.", "Il-maintenance għalfejn għandu jsir barra meta suppost f'Malta attrezzati biex nagħmluh?", "Dawn huma messaġġi li jfixklu u jinkwetaw lil min ikun professjonist fl-industrija.", "Għandek ukoll sezzjoni ta' impjegati li jridu jmorru l-Qorti.", "Għandek early retirement scheme intiża għal minimu ta' għaxra min-nies, applikaw ħafna iktar minn għaxra min-nies, imma żammejtu minimu ta' għaxra min-nies.", "Mela fuq naħa għandek staff li huwa tant importanti, li mhuwiex kuntent u tisma' ħafna tgergir minn għandu, u għandek il-klijenti wkoll li jagħmlu ħafna lmenti.", "Naħseb li anke fil-management hemm ħafna tgergir għax mil-lum għal għada ma tistax tikklejmja u naħseb dan iwassal biex anke fl-accounts section ikollok ħafna tgergir ukoll għaliex dawn l-affarijiet huma katina.", "L-appell huwa biex il-Gvern jipprova jagħmel dak li jista' biex hemmhekk jerġa' jinnormalizza s-sitwazzjoni.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-gwidi.", "Minkejja li ilni nitkellem fuqhom u anke saru xi mistoqsijiet parlamentari, xorta ma kienx hemm titjib.", "Biex jieħdu l-liċenzji ta' gwidi dawn iridu jmorru SmartCity bilfors, jaħlu ġurnata xogħol.", "Din hi xi ħaġa li llum wieħed jista' jibgħatha online jew anke bil-posta.", "Hawn irrid ngħid li iżjed ma qed inżidu l-klijenti inqas qed ikollna gwidi fil-lingwi proprji.", "Issa f'dan il-każ gwida ma ssibux minn fuq l-internet bħalma ssib tikri l-ajruplani. lnti trid tagħmel sena jew sentejn biex titgħallem fuq l-istorja ta' Malta u allura din ukoll għandha tkun xi ħaġa fuq nett tal-aġenda.", "Aħna ngħidu li f'pajjiżna qed jidħlu żewġ miljuni klijenti fis-sena.", "Dawn jinkludu nies barranin li jaħdmu f'Malta u allura jmorru u jiġu darbtejn fis-sena bit-tfal b'kollox.", "Għandna wkoll l-airbnbs, u allura nies li jmorru fil-lukandi huma ftit aktar min-nofs ta' dawk li jiġu, jiġifieri 1.2 miljun.", "Fil-fatt wieħed jinnota li hemm inqas hotel beds f'Malta, m'hemmx sinjali ta' xi over-bookings fis-sajf, anzi pjuttost hemm xi lukandi li qegħdin jgħidu li għandhom il-vojt anke f'Lulju.", "Dan hu dovut għas-suq ġdid li għandna llum, dak tal-airbnb, li ma tistax tinjorah.", "Dan se jkompli jespandi mhux Malta biss imma kullimkien.", "Pereżempju ftit ilu kien hemm rapport eċċellenti dwarhom fuq Rai 3.", "L-airbnbs illum qed jinxterdu fl-irħula u l-ibliet ta' Malta u Għawdex kollu.", "M'hemm xejn ħażin f'dan, imma rridu nkunu preparati għaliha wkoll.", "Qed ngħid dan għax f'dan il-każ jinkrew anke kmamar, apparatamenti, djar jew flats mhux bil-liċenzja u allaħares jiġri xi ħaġa f'dawn l-accommodations.", "Il-MTA m'għandhiex kontroll fuqhom u m'għandhiex mezz kif tiċċekkja.", "Issa huwa veru li jekk ma jkunx hawn l-airbnbs, il-low cost airlines ma jkunux jistgħu jiġu għax ikollhom occupancy inqas, u allura l-airbnbs huma ħolqa importanti, imma trid tkun xi ħaġa integrata.", "Jiena nixtieq li l-kunsilli lokali ta' kull post jaħdmu iżjed mal-MTA vis-â-vis din l-esperjenza ġdida biex jinħolqu liċenzji u standards.", "Imbagħad ħalli l-flus imorru għall-kunsilli lokali stess.", "Irrid ngħid ukoll li sentejn ilu daħlet il-famuża eco-tax u kien ipprogrammat li minnha jidħlu €6 miljuni.", "Skont l-aħħar mistoqsija parlamentari daħlu biss xi €1.5 miljun minn dawn is-€6 miljuni.", "Dan ifisser li almenu €4 miljuni huma unaccounted for.", "Dawn huma €4 miljuni li kellhom imorru għand il-kunsilli lokali jew biex isiru joint ventures magħhom fil-lokalitajiet fejn hemm l-accommodations biex jintnefqu fil-komunità tal-lokal.", "Hawn irridu napprezzaw li llum it-turisti huma mifruxa ma' Malta u Għawdex, huwa suq kbir ħafna, u allura lil dawn il-kunsilli għandna nagħtuhom il-flus, anke biex jiġu rranġati t-toroq jew biex issir l-istreet furniture.", "Sur President, nafu wkoll u rridu nammettu - u jekk ma nammettux, il-problema ma nsolvuhiex - li Malta hija maħmuġa.", "San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, u anke Tas-Sliema u San Ġiljan hemm ħmieġ enormi.", "Dan mhuwiex aċċettabbli u żgur trid issir xi ħaġa dwar dan.", "Nuqqas ta' staff żgur m'hemmx għax ara kemm daħlu nies mal-Gvern qabel l-elezzjoni!", "Dan apparti li għandek is-siti tal-kostruzzjoni.", "Kulħadd irid jaħdem, u aħna m'aħniex kontra l-iżviluppaturi jew kontra l-kostruzzjoni, imma lanqas hu sew li viċin lukanda jew xi holiday flats jibdew ix-xogħol fil-5.00 a.m. bis-Sibt u l-Ħadd inkluż!", "Imma allura din btala li tiġi toqgħod fi flat jew f'lukanda u kulħadd iqajjimna fil-5.00 a.m?!", "Dan mhuwiex sew, apparti t-trabijiet li jħallu.", "Irrid ngħid ukoll li s-settur jilmenta li hemm ħafna dewmien fuq ir-refunds tal-VAT u hemm nies li għandhom jiġbru eluf u eluf ta' ewro.", "Hemm ukoll is-sistema tal-hotel fuel purchasing.", "Hija idea tajba li inti tħallas imbagħad tieħu refund, imma ma jistax ikollok uffiċċju wieħed jara r-refunds tal-hotels kollha li jammontaw għal miljuni kbar, u jgħidlek: Issa meta jkolli ċans naħdimha!", "Mela l-VAT refund jeħduha tard, il-fuel refunds jeħduhom tard, u dawn kollha jitfgħu pressjoni żejda fuq il-cashflow.", "Naħseb li hemmhekk hemm x'tirranġa.", "Barra minn dan, l-industrija suppost tibbenefika minn 25% roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma minn stħarriġ li għamilt jirriżulta li l-hotels ma jeħdux iżjed minn 15% ta' dan ir-roħs.", "Rigward ir-rotot ġodda tal-Air Malta, nispera li dawn ikunu vijabbli.", "Huwa tajjeb li hemm xi commitments fuqhom, imma xi kultant ikun hemm problemi għax huma iżjed għaljin mill-prezzijiet li l-Air Malta turi fuq il-website.", "Aħna m'aħniex kontra li nkomplu nżidu, imma naħseb li Malta għandha taħseb in a global way dwar dan, għax meta żżid se tkabbar il-piż anke fuq l-infrastruttura.", "Għalhekk wieħed irid jaħseb f'xi reverse osmosis plant ġdida u fil-provvista tad-dawl ukoll, għax erġajna dħalna fi żmien li d-dawl qiegħed jinqata'.", "Issa dan jista' jinqata' għal diversi raġunijiet, imma bħalissa f'postijiet turistiċi qed jinqata' minħabba a constant lack of supply.", "Huwa ħażin li belt jew raħal ikun bla dawl, għax dan jaffettwa mhux lill-Maltin biss imma anke lit-turist li jkun hawn Malta.", "Sur President, fuq l-MTA, kuntrarju għall-Air Malta, m'għandix xi ngħid ħlief li qed tkompli tagħmel xogħol siewi.", "Illum il-flights qed ikunu iżjed mimlijin bil-barranin li jaħdmu hawn Malta u li jmorru lura d-dar għal xi vaganza u mbagħad jerġgħu jiġu.", "Dan ngħidu biex nuri li llum il-jigsaw puzzle kibret, u jekk ftit ilu kienet tikkonsisti f'500 biċċa, issa saret fiha 5,000 biċċa!", "Irid ikollna tagħrif iktar dettaljat dwar dawn is-sitwazzjonijiet, u l-NSO dan l-aspett mhux qed tagħtih importanza.", "Illum il-length of stay naqset kemm kemm, u jekk naqset b'ġurnata jew nofs ġurnata, din xorta tinvolvi miljuni!", "L-infiq ras imb ras, li wkoll huwa importanti, rajnieh jonqos xi ftit.", "Minħabba s-sitwazzjoni li għandna, il-costs żdiedu bejn 15% u 20% f'sena.", "Issa jekk aħna ngħaddu l-price increases lill-klijenti, dak li jkun is-sena d-dieħla se jsib il-vaganza iktar għolja.", "Forsi ma jimpurtax jekk iħallas iżjed, sakemm ikollu l-prodott kif għandu jkun.", "Il-prodott jikkonsisti fil-marketing tal-MTA, fl-ajruplani u fis-servizz li aħna fid-dover li nagħtu bħala industrija jew bħala Malta.", "Jekk ma nagħrfux negħlbu d-diffikultajiet li toħloq din il-jigsaw puzzle kbira, ifisser li nkunu qegħdin naħsbu short-term wisq.", "Jekk tiftaħ ftit aktar, it-Turkija tista' teħdilna l-biċċa l-kbira tax-xogħol.", "Aħna għandna prodott tajjeb u attraenti, għandna nies kompetenti, għandna nies li jridu jaħdmu, għandna ħaddiema kemm barranin kif ukoll Maltin li jridu jaħdmu, u allura għandna lkoll flimkien naħdmu biex jerġa' jkollna dik Malta li aħna konna dejjem kburin biha.", "L-aħħar ħaġa li rrid insemmi tirrigwarda l-inċident tal-open top bus.", "Sfortunatament dan kien inċident li rriżulta f'imwiet u ħalla ħafna nies feruti gravi.", "Irridu nkunu iżjed ippreparati u rridu nippjanaw minn qabel biex nevitaw inċidenti bħal dawn.", "Fl-aħħar nett l-appell tiegħi huwa li jekk intom issejħulna, aħna lesti biex ngħinu biex dan il-prodott u Malta fejn ngħixu, li tant hija sabiħa, ikun aħjar milli hu llum.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, ippermettili nibda billi l-ewwel nett nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għax-xogħol siewi li jagħmlu.", "Nirringrazzja liċ-chairman Gavin Gulia u anke lis-CEO, is-Sur Paul Bugeja, li serva għal diversi snin f'din il-kariga u, ngħid jiena, ġab anke diversi riżultati bit-tmexxija tiegħu flimkien mat-tim kollu f'din l-Awtorità.", "Grazzi għalihom ukoll komplejna dejjem naraw iżjed riżultati tajbin u pożittivi fil-qasam turistiku.", "Qed nara wkoll liċ-Chairman tal-Air Malta, in-Nutar Charles Mangion li nsellimlu minn hawnhekk filwaqt li nirringrazzja kemm lilu kif ukoll lin-nies kollha tal-Air Malta li qegħdin jaħdmu sabiex il-linja nazzjonali tal-ajru tkun anke l-linja tal-Mediterran.", "Dawn id-diskussjonijiet qed nagħmluhom fi sfond ta' suċċessi kemm ekonomiċi u anke turistiċi.", "Jiena għadni kemm smajt lill-kelliem tal-Oppożizzjoni jitkellem dwar dan il-qasam u ddispjaċieni li beda juża ċertu kliem.", "Jien nappella biex fil-qasam tat-turiżmu jinqata' dan id-diskors tribalistiku ta' \"aħna\" u \"intom\".", "Fdin il-Kamra għandna nkunu magħqudin fuq dan is-settur.", "Ma nistgħux noqogħdu ngħidu għaliex intom tridu tagħmlu hekk jew inkella min-naħa tagħna ngħidu aħna biss irridu nagħmlu hekk!", "Gvern u Oppożizzjoni għandna nkunu magħqudin fuq dan is-settur tant u tant vitali għal pajjiżna.", "Dan huwa wkoll settur li bis-suċċessi li qegħdin niksbu qed ikollna anke sfidi.", "Grazzi għal proactiveness ta' nies fi ħdan l-MTA u fil-Ministeru tat-Turiżmu, qegħdin naraw kif dawn l-isfidi jiddawru f'opportunitajiet li bla ebda dubju jħallu l-frott, u biex nuri dan huwa tajjeb li nsemmi ftit numri.", "Sur President, nieħu ġost ninnota li f'April ta' din is-sena kien hemm żieda ta' madwar 17% f'numru ta' turisti u fl-infiq totali.", "In-nefqa totali f'pajjiżna laħqet kważi €160 miljun.", "Qegħdin naraw kif għal darb'oħra l-qasam tat-turiżmu qiegħed ikun pilastru ewlieni fl-ekonomija, pilastru li fih jaħdmu eluf ta' familji Maltin u Għawdxin, mhux biss fil-hotels il-kbar imma anke f'diversi ristoranti li jkunu anke immaniġġjati minn familji.", "Dawn huma SMEs li jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija ta' pajjiżna u huwa importanti li nagħtuhom l-attenzjoni li jixirqilhom.", "Ħadt gost ukoll nisma' lill-Ministru għal Għawdex titkellem dwar is-suċċess li qed tikseb il-gżira Għawdxija fejn jidħol it-turiżmu.", "Sa ftit ta' żmien ilu konna nitkellmu fuq il-problema tal-insularità doppja għal Għawdex, jiġifieri n-nies l-ewwel iridu jiġu Malta bl-ajruplan imbagħad minn hemmhekk iridu jaqbdu vapur biex imorru Għawdex u allura kellek il-qasam tat-turiżmu f'Għawdex li kien dejjem nieżel 'l isfel.", "Illum il-ġurnata qegħdin naraw kif negħlbu din il-problema bil-għaqal, bil-ħsieb u b'ippjanar tajjeb u serju bejn l-istakeholders kollha, mhux biss f'Malta imma anke f'Għawdex.", "Għal ħafna snin, gvern wara l-ieħor ma rnexxielhomx isibu soluzzjoni għal dan.", "Jiena m'iniex qed ngħid li s-soluzzjoni nstabet, imma tal-inqas bdejna mexjin fit-triq it-tajba", "Sur President, qegħdin jinkisbu riżultati tajbin grazzi għal diversi inizjattivi li qiegħda tieħu l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.", "Fost l-oħrajn, rajna inizjattivi fil-qasam tal-attivitajiet kulturali u anke parties ta' kalibru internazzjonali.", "Dawn huma affarijiet tajbin, niċeċ ġodda li forsi ħaddieħor kien beża' jidħol għalihom.", "Grazzi għal dan il-foresight, dawn il-kunċerti kapaċi jattiraw lejn pajjiżna nies li forsi qabel ma kenux jaħsbu li jikkonsidraw lil Malta bħala d-destinazzjoni tagħhom.", "Nista' nsemmi wkoll il-Gozo Alive li tassew tat il-ħajja lil Għawdex.", "Din kienet attività li saret fuq weekend sħiħ fejn rajna eluf ta' nies li qasmu lejn Għawdex biex jipparteċipaw fiha.", "Hawnhekk tidħol l-importanza tal-prodott li għandu jkun wieħed tajjeb, però biex inżommuh tajjeb għandu jkollna inforzar fuq dawk li qegħdin joffru dan is-servizz.", "Hawn insellem u nirringrazzja lid-Direttorat tal-Inforzar tal-Awtorità Maltija għat-Turżmu u nappella sabiex inkomplu nżidu iżjed ħaddiema f'dan id-Direttorat tal-Inforzar sabiex b'hekk inkunu nistgħu nirregolaw id-diversi investimenti li għaddejjin u nassiguraw ruħna li s-servizz li jkun qiegħed jiġi offrut ikun wieħed tajjeb u xieraq.", "Huwa b'hekk li t-turist li jiġi Malta jkun irid jerġa' jiġi Malta anke s-sena ta' wara u ta' wara.", "Tajjeb ukoll li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu jkollha ftehim formali mad-diversi booking portals li qegħdin kulma jmur jiżdiedu.", "Illum il-ġurnata qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-qasam tat-turiżmu qed jinbidel.", "Illum spiċċa ż-żmien li n-nies jiġu Malta bl-aġent biss.", "Illum qegħdin naraw turisti li jibbukkjaw minn online portals, għandna l-konċett tal-airbnbs li qiegħed jiżdied, il-boutique hotels li wkoll huwa konċett tajjeb ħafna u li qiegħed jagħti l-ħajja lil iżjed lokalitajiet li forsi sa ftit tas-snin ilu ma kenux jikkonsidraw lilhom infushom bħala lokalitajiet turistiċi, u kważi kienu jibku biex jipprovaw jattiraw ftit nies lejhom.", "B'riżultat ta' dawn l-airbnbs li qegħdin jiftħu, dawn il-lokalitajiet litteralment qed ikollhom konkorrenza qawwija minn dan it-tip ta' turisti.", "Ċertament huwa tajjeb li jkollok dawn l-airbnbs żgħar li qegħdin jiftħu, però importanti wkoll li jkunu regolati u fuq l-online portal tagħhom jiktbu n-numru tar-referenza tal-liċenzja tal-MTA.", "B'hekk it-turist ikun jaf li se jieħu prodott tajjeb ta' akkomodazzjoni liċenzjata u, fl-istess waqt, min-naħa tal-Gvern inkunu nistgħu niġbru l-flus dovuti f'taxxi sabiex b'hekk ikompli jiżdied anke l-introjtu tal-Gvern mingħajr ma nżidu taxxi żejda.", "Huwa tajjeb li mhux qed inżidu t-taxxi, grazzi għall-ekonomija li miexja 'l quddiem u li qiegħda tiffjorixxi anke fil-qasam tat-turiżmu.", "Sur President, smajt anke lill-kelliem tal-Oppożizzjoni jgħid li għandna ħmieġ enormi f'Malta.", "Jiena forsi nifhem ftit x'qed jipprova jgħid.", "Semma, pereżempju, li fil-Mellieħa hemm ħmieġ enormi.", "Jiena minn hemm għadni ġej u dalgħodu waqqfitni persuna li qaltli grazzi għaliex ġew inaddfu fit-triq tagħha.", "Jiena ma nistax nifhem għaliex qegħdin nippruvaw niġġeneralizzaw u għaliex nipprovaw inpinġu kollox qisu doom and gloom!", "Imma possibbli f'pajjiżna kollox ħażin għandna?", "Għandek turisti li jibqgħu jiġu sena wara l-oħra u dejjem jużawlek l-istess service providers.", "Pereżempju, xi ħadd jinqeda bit-taxi mill-airport sal-Mellieħa u dejjem jużalek l-istess bniedem għaliex ikun ħa servizz tajjeb.", "Il-bieraħ kont tieġ u jiena naqbad taxi biex immur tieġ.", "Ngħid id-dritt niddejjaq insuq wara tieġ u din il-persuna li kienet qed twassalna, li għandha business żgħir tat-taxis fil-Mellieħa, qaltli li sa għaxar snin ilu kienu jiġu n-nies iħabbtulu biex jaraw jekk għandhomx bżonn xufiera, imma llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn qegħdin huma jiġru wara n-nies biex isibu xufiera!", "Tant hawn xogħol f'pajjiżna li ma nistgħux insibu xufiera!", "Imbagħad jiġu kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni u jgħidulna li għandna ħmieġ enormi fil-Mellieħa, f'San Pawl il-Baħar u Tas-Sliema!", "Iva, hemm sfidi, mela m'hemmx, imma ejja noqogħdu attenti kif nitkellmu fuq dawn l-isfidi.", "Ejja nagħrfu li qegħdin isiru l-isforzi li hemm bżonn biex wieħed anke jżid it-tindif.", "Għandna l-Cleansing Directorate li qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna taħt ir-responsabbiltà politika tal-Onor.", "Deo Debattista, li qiegħed jagħmel sforz kbir, u fejn ikun hemm bżonn isiru interventi sabiex tinżamm l-indafa f'pajjiżna.", "Iktar ma jiżdiedu n-nies fil-pajjiż se jiżdied l-iskart, però rridu nirrikonoxxu wkoll li qiegħed jiżdied l-impenn min-naħa tal-Gvern sabiex il-livell tal-indafa jkun mill-aħjar.", "Sur President, la semmejt il-Mellieħa ma nistax ma nsemmix il-proġett li qed jiġi propost għall-bajja tal-Mellieħa, l-ikbar u l-isbaħ bajja f'Malta.", "Hawn minn forsi ma jaqbilx miegħi, imma jiena xorta nibqa' ngħid li dik hija l-isbaħ bajja f'pajjiżna.", "Dan hu proġett tajjeb, importanti u bżonjuż sabiex inkomplu nsostnu t-turiżmu fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Bla dubju huwa proġett li jġib diversi sfidi, iżda ninsab ċert li grazzi għall-ippjanar li għamel il-Ministru Mizzi flimkien mat-team tiegħu, se jkun qiegħed iħalli riżultati pożittivi.", "Jiena hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Ministru Mizzi talli tani l-ħin tiegħu ftit tal-ġimgħat ilu sabiex iltqajna u ddiskutejna dan il-proġett.", "Naf li kien hemm anke rappreżentanti min-naħa tiegħu li ltaqgħu mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fejn spjegawlhom il-proġett li se jkun qiegħed isir u l-kunsill lokali kellu anke ċ-ċans jgħaddi l-punti u l-ħsebijiet tiegħu.", "Imma ppermettuli hawnhekk naqsam ftit ħsebijiet dwar sfidi li nara li wieħed se jkun qiegħed jiffaċċja f'dan ir-rigward.", "L-ewwel nett huwa essenzjali li nieħdu ħsieb l-ambjent u n-natura.", "Irridu nassiguraw li waqt li nkunu qegħdin intejbu l-prodott tagħna, ma niżvalutawx l-ambjent naturali.", "Jiena nemmen li bil-mod kif se jkun ippjanat il-proġett għandna nagħtu l-ħajja mill-ġdid bejn il-Bajja tal-Għadira u r-Riżerva Naturali li qiegħda wara t-triq.", "Nappella lill-Ministru wkoll biex jieħu ħsieb li jkun hemm iżjed parkeġġ fil-qrib ta' din il-bajja.", "Ladarba se nattiraw iżjed nies u iżjed karozzi, irridu naħsbu wkoll biex lil dawn in-nies nipprovdulhom fejn jipparkjaw.", "Ninsab ċert li l-Ministru se jieħu ħsieb anke din l-isfida.", "Hemm bżonn ukoll inżidu l-frekwenza tat-trasport pubbliku min-naħa tal-Għadira u ċ-Ċirkewwa, u jekk hemm bżonn anke nżidu rotta oħra li tkun tista' taqdi lit-turisti u lill-Melliħin, kemm studenti u nies oħra li li jmorru għax-xogħol.", "Fl-aħħar mill-aħħar nappella biex ix-xogħol kollu jsir b'konsultazzjoni sħiħa u b'kordinazzjoni mal-istakeholders kollha involuti.", "La qed insemmi x-xogħol li sar, tajjeb nirringrazzja anke lill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi taħt l-MTA għax-xogħol kbir u siewi li qegħdin jagħmlu.", "L-investiment f'bankini sabiex titjieb l-aċċessibbilità għall-bajja u anke għall-bajjiet stess huwa importanti ħafna.", "Tajjeb ngħid li s'issa diġà saru walkways fuq żewġ bajjiet, Golden Bay u l-Għadira, sabiex dawn saru aktar aċċessibbli.", "Qed isiru xogħlijiet li jtejbu l-livell f'bajjiet li fil-passat kienu pjuttost traskurati.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-Bajja tal-Armier, Little Armier u l-Bajja tat-Torri l-Abjad li huma tliet bajjiet naturali li kulma jmur qed jiżdied l-ammont ta' turisti fihom.", "Jiena nirringrazzja lill-Fondazzjoni li qiegħda tapplika r-riżorsi tagħha biex permezz ta' dawn il-bajjiet inkomplu ntejbu l-prodott turistiku tagħna.", "Finalment, Sur President, nappella mill-ġdid sabiex dan is-settur nittrattawh bħala wieħed ta' importanza nazzjonali u ma nipprovawx indawruh f'ballun politiku.", "Lili jdejjaqni ċertu diskors ta' \"aħna u \"huma\" speċjalment meta qed nitkellmu fuq qasam li minnu jridu jaqilgħu l-għajxien tagħhom eluf ta' familji li investew u li jaħdmu fih b'mod dirett.", "Fl-aħħar nett mill-ġdid nawgura l-ħidma t-tajba lill-persuni kollha nvoluti f'dan il-qasam, mhux l-inqas lill-Ministru Mizzi li nawguralu suċċess anke għas-sena li ġejja.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Grazzi, Sur President.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq l-Awtorità dwar it-Turiżmu u fuq l-industrija tat-turiżmu.", "M'għandix dubju li naqblu li l-industrija tat-turiżmu hija parti importanti, essenzjali, prinċipali mill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Qegħdin nitkellmu fuq it-turiżmu fejn naħseb japplika l-qawl Malti: Dak li tiżra' taħsad!", "Illum dan il-pajjiż, Sur President, qiegħed jaħsad dak li nżera' fis-snin li għaddew, primarjament taħt gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista.", "Immaġina li kieku ma kienx hawn il-Partit Nazzjonalista li kif tela' fl-1987 bena ajruport ġdid.", "Immaġina, Sur President, li kieku ma kienx hawnx Gvern Nazzjonalista li 25 sena ilu bena power station ġdida li serviet lil dan il-pajjiż.", "Immaġina li ma kienx hawn Gvern Nazzjonalista li ġab rivoluzzjoni fil-qasam tal-produzzjoni tal-ilma biex illum għandna sistema ta' reverse osmosis li sservi lil pajjiż u lill-industrija tat-turiżmu.", "Immaġina, Sur President, li ma kienx hawn gvernijiet Nazzjonalisti suċċessivi li ma biddlux l-infrastruttura ta' pajjiżna biex ħolqu dan il-pajjiż kif nafuh illum!", "Immaġina, Sur President, li ma kienx hawn gvernijiet Nazzjonalisti li welldu industrija kbira tat-turiżmu partikolari fil-qasam tal-lukandi five-star li rajniehom jiffjorixxu f'dan il-pajjiż fis-snin disgħin u fil-bidu tas-snin elfejn.", "Immaġina, Sur President, kieku ma kienx hawn Partit Nazzjonalista li kien jemmen li għandna nsiru parti mill-Unjoni Ewropea biex inġibu l-miljuni mill-Unjoni Ewropea biex insebbħu lil pajjiżna!", "Immaġina, Sur President, kieku ma kienx hawn Partit Nazzjonalista fil-gvern li nbarka fuq il-proġetti kbar tar-restawr f'dan il-pajjiż!", "Immaġina, Sur President, li kieku ma kienx hawn Gvern Nazzjonalista li ma mexxiex bl-idea tiegħu li ġabet rivoluzzjoni f'dan il-pajjiż bl-introduzzjoni tal-low cost!", "Li kieku dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista ċeda għal dak li kienet qiegħda tippriedka l-Oppożizzjoni dakinhar, kieku llum la għandna ajruport ġdid u lanqas power station ġdida!", "Kieku llum m'għandniex sistema tal-elettriku kif nafuha llum, u kieku m'għandniex sistema ta' ilma li għandna llum.", "Kieku m'għandniex dan il-pajjiż li huwa sabiħ!", "Dan huwa pajjiż li, iva, illum qiegħed jaħsad il-frott tad-deċiżjonijiet kbar li ttieħdu mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Qed ngħid dan għax illum hawn min jiftaħar bin-numru ta' turisti li għandna u jinsa minn fejn tlaqna.", "Ninsew, pereżempju, li l-Belt Valletta llum hija ġojjell frott tad-deċiżjonijiet tant tajbin, tant kuraġġużi li ħa l-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "Jiena rrid infakkar fil-mod kif il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ittrasforma l-Belt Valletta permezz ta' proġetti kbar.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li ġab Strada Merkanti kif nafuha llum, żona pedonali fejn għandek palazzi litteralment restawrati, fejn għandek ristoranti li fetħu għax kien hemm Partit Nazzjonalista li kellu viżjoni għall-Belt Valletta.", "Sur President, Pjazza San Ġorġ ftit tas-snin ilu kienet car park u llum hija waħda mill-isbaħ pjazez li għandna f'pajjiżna.", "Għandek ukoll il-proġett ta' Renzo Piano.", "Dan il-Parlament huwa ġojjell, tara t-turisti litteralment jieħdu r-ritratti ta' dan il-kapulavur li rnexxielna nagħmlu fid-dħul tal-Belt Valletta.", "Infakkar, Sur President, li meta ġejna biex nagħmlu dawn il-proġetti b'miljuni kbar, ħafna minnhom b'fondi mill-Unjoni Ewropea, dakinhar kellna l-Partit Laburista li kien jopponi, iżeblaħ u kien imaqdar.", "Kien jgħid \"xi kruha\" anke għall-binja tal-Parlament li għandna llum!", "Fid-daħla tal-Belt illum għandna kapulavur!", "Illum, kif tidħol il-Belt tinduna li kien hemm xi ħadd li kellu viżjoni għal dan il-pajjiż.", "Il-Belt Valletta hija mdawra bis-swar, hija belt unika, u bil-miljuni li rnexxielna nġibu rrestawrajna s-swar tagħha.", "Għamilna wkoll il-cruiseliner terminal.", "Ftit tal-ġranet ilu kont għaddej minn Triq ir-Repubblika, waqqafni wieħed mis-sidien tal-ħwienet u qalli li llum hawn dawn l-eluf grazzi għall-Partit Nazzjonalista.", "Irrid infakkar, Sur President, li anke meta ġejna biex nagħmlu l-cruiseliner terminal viċin il-Belt Valletta, dakinhar kellna ħafna membri tal-Oppożizzjoni li llum għadhom ipoġġu fuq il-bankijiet tal-Parlament fuq in-naħa tal-Gvern li kienu jagħmlu l-protesti, kienu jinżlu bin-nies tagħhom ix-Xatt biex ma jsirx il-cruiseliner terminal.", "Għal darb'oħra, kemm kien tajjeb li kien hemm il-Partit Nazzjonalista li ħa dawn id-deċiżjonijiet!", "Dawn kienu deċiżjonijiet li wasslu biex illum għandna iktar minn żewġ miljun turist f'dan il-pajjiż, però l-ikbar żball li nistgħu nagħmlu huwa li naħsbu li għandna nieħdu for granted is-suċċess kbir li qed nagħmlu u li għamilna f'dan il-pajjiż.", "Huwa indubbjament veru li għandna l-prodott \"Malta\" li sal-lum għadu qed jattira l-miljuni, qed jattira ftit aktar minn żewġ miljun turist fis-sena, però l-ikbar żball li nistgħu nagħmlu huwa li naħsbu li dan il-prodott jista' jibqa' jinbiegħ dejjem indipendentement mill-kompetizzjoni li għandna madwarna.", "Dan mhuwiex il-każ, Sur President, u għalhekk nappella lil dan il-Gvern biex ma jibqax medhi kif inhu bis-surplus, jaħseb li m'hawnx problemi f'dan il-pajjiż, u jindirizza minn issa l-problemi li m'għandix dubju se tiffaċċja l-industrija tat-turiżmu.", "Sħabi hawnhekk diġà semmew ċerti fatturi li qegħdin jitfgħu lura l-industrija tat-turiżmu.", "Wasalna f'sitwazzjoni redikola f'dan il-pajjiż fejn ikollok vjaġġ bl-ajru mill-ajruport sa Ruma li jieħu siegħa u kwart, però biex taqbad il-flight tas-6.00 p.m. trid titlaq minn San Ġiljan fil-11.30 a.m.", "Wasalna f'sitwazzjoni assurda fejn għandek lukandi jagħtu parir lir-residenti tagħhom biex jekk għandhom xi flight jaħsbu kmieni għaliex hemm ċans tajjeb li jinqabdu tliet kwarti ta' siegħa biex joħorġu minn ġewwa Paceville jew ċans tajjeb li jagħmlu siegħa maqbudin ġewwa Regional Road, u tliet kwarti oħra l-Marsa.", "F'dan il-pajjiż wasalna fl-assurdità li jkollok vjaġġ għal Ruma imma trid taħseb biex tmur l-ajruport minn sitt sigħat qabel, meta f'ċirkostanzi normali l-vjaġġ jeħodlok 20 minuta!", "Dan jagħmel ħażin lill-industrija tagħna.", "F'dan il-pajjiż għandna wkoll sitwazzjoni ta' ħmieġ li hija tal-biża'!", "F'Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar hemm degradazzjoni u telqa totali.", "Hemm żibel kullimkien.", "Wara nofsinhar l-art tkun twaħħal bil-ħmieġ li hemm fit-toroq!", "Huwa inutli li twaħħlu fil-kunsilli lokali.", "Intom Gvern li ddeċidejtu li tixxaħħu mal-kunsilli lokali.", "Illum hawn ċerti lokalitajiet, partikolarment fejn it-turiżmu huwa qawwi – qed insemmi b'mod partikolari Buġibba għax kont hemm dan il-weekend stess - li l-ammont ta' ħmieġ fihom huwa inkredibbli.", "Oħorġu issa, wara nofsinhar, u itilgħu u inżlu Triq ir-Repubblika u taraw il-ħmieġ li jkun hem, bil-bins qed ifuru bid-disposables, bit-tazzi tal-plastik, bil-fliexken, biż-żibel u bid-dubbien!", "Nistedinkom tagħmlu hekk.", "Din mhix xi ħaġa li qed nivvintaha.", "Oħorġu minn hawn kif tispiċċa din is-seduta, inżlu Triq ir-Repubblika u araw il-ħmieġ li jkun hemm ta' bins ifuru bl-affarijiet li jarmu n-nies.", "Fil-Belt Valletta wkoll hawn telqa kbira.", "Lanqas tinduna li din hija l-Belt Kapitali Ewropea!", "Inżlu sa Triq ir-Repubblika u araw ix-shabbiness li hawn bħalissa!", "M'hawnx arblu li huwa mwaħħal dritt.", "Ħlief arbli mxenglin 'l hemm u 'l hawn ma tarax!", "Imdendlin magħhom sa ftit tal-ġranet ilu - għaliex issa neħħewhom - kien hemm tabelli jirreklamaw event li ilha li għaddiet ġimgħat.", "Il-Belt Valletta llum hija building site b'diversi xogħlijiet għaddejjin, ħafna minnhom proġetti tal-Gvern li waqgħu lura.", "Għandna statwi tal-ġibs jew plastik jew ma nafx xiex imxerrdin mal-Belt Valletta, uħud minnhom imkissrin, oħrajn imxellfin u oħrajn b'xi ħaġa nieqsa!", "Għandna telqa ġenerali ġewwa l-Belt Valletta.", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Robert Arrigo semma l-industrija tal-bini li tibqa' għaddejja anke fiż-żmien meta jkunu ġejjin ħafna turisi, bir-riżultat li n-nies ma jistgħux jgħixu komdi.", "Dan jiġri għax ma jiġux osservati r-regolamenti tal-bini.", "Sur President, jiena prattikament għalaqli l-ħin tiegħi, però qabel ma nagħlaq irrid ngħid li ma jistax ikun li nibqgħu fis-sitwazzjoni li l-Ministru Konrad Mizzi ma jerfax ir-responsabbiltà għad-diżastru li hemm bħalissa f'dak li għandu x'jaqsam max-scheduling tal-flights tal-Air Malta.", "Jiena hawnhekk għandi siltiet mill-gazzetti ta' din il-ġimgħa.", "Fis-6 ta' Ġunju ntqal li:", "L-għada:", "Xi ħadd irid jerfa' r-responsabbiltà ta' dan għaliex huwa fatt li meta jkollok delays inti tkun qed tesponi lill-kumpanija għal claims li l-Ministru jaf tajjeb li jistgħu jkunu kbar ħafna.", "Illum hemm direttivi tal-Unjoni Ewropea li jagħtu d-dritt lil passiġġieri li jkollhom il-flights tagħhom ikkanċellati li jagħmlu claims kontra l-airline tagħna.", "Jiena nixtieq li l-Ministru jqum u jgħidilna min se jerfa' r-responsabbiltà politika għall-istraġi li kellu l-ġimgħa li għaddiet.", "Dan apparti li donnhom qegħdin jippreparawna għal xi delays oħra matul il-weekend li ġej.", "Nitolbu jgħidilna x'danni f'termini monetarji sofriet l-Air Malta u min se jerfa' r-responsabbiltà għal dan kollu.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Grazzi, Sur President.", "Kif sikwit nagħmel, se nkun qed inħares lejn dan is-settur minn aspett ekonomiku.", "Bħal dejjem se nara li nkun oġġettiva kemm jista' jkun, aktar u aktar meta qed niddiskutu settur daqstant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Minkejja li l-ekonomija ta' pajjiżna b'mod ġenerali għaddejja minn perjodu tajjeb għal ħafna raġunijiet, jeħtieġ noqogħdu attenti ferm minn dik li tissejjaħ il-boom and bust economy.", "Għalfejn qed ngħid dan prorpju llum u x'rabta għandu dan mat-turiżmu?", "Jiena nitkellem ma' bosta negozjanti u ħafna jgħiduli kemm huwa kruċjali li l-ekonomija ta' pajjiżna tibqa' tibker bl-istess ritmu inkella se nweġġgħu u se naqgħu lura.", "Wasalna f'punt fejn jew nikbru ħafna jew inkella mmorru l-estrem l-ieħor li nfallu.", "Din hi proprju d-definizzjoni ta' boom and bust economy.", "Din hija ekonomija li jew tikber b'ċerta rata fis-sena jew inkella tista' tidħol f'riċessjoni qawwija.", "L-ekonomija tagħna, Sur President, hija komposta minn diversi setturi u dan mas-snin ippermettielna nirkbu ċerti mewġiet ta' riċessjonijiet internazzjonali b'mod li jekk settur ibati, settur ieħor jagħmel tajjeb għalih.", "Grazzi għal gvernijiet Nazzjonalisti li dejjem fittxew li joħolqu setturi ġodda għall-ekonomija tagħna, illum għandna ekonomija diversifikata.", "Però l-ekonomija tgħallimna li xi darba r-rota ddur, u aħna allura rridu nippreparaw ruħna għal dak iż-żmien.", "X'jiġri jekk l-ekonomija jew settur wieħed importanti jieqaf?", "Hawn tidħol il-preokkupazzjoni tiegħi dwar il-boom and bust economy relattivament inkonnessjoni mas-settur tat-turiżmu.", "Inparti, l-ekonomija qiegħda tikber għaliex qed tikber ukoll il-popolazzjoni ta' Malta b'rata mgħaġġla ferm.", "Aktar nies ifisser iżjed konsum, iżjed konsum ifisser aktar produzzjoni.", "Dan huwa parti miċ-ċiklu li qiegħed jirriżulta wkoll fit-tkabbir ekonomiku.", "Il-biża' ta' ħafna hu li jekk ma nibqgħux nikbru se ninqatgħu lura.", "It-tkabbir tal-popolazzjoni jġib miegħu sfidi kbar, u jiena se nsemmi biss żewġ eżempji li diġà qegħdin nesperjenzaw.", "L-ewwel hija l-isplużjoni esaġerata tal-prezzijiet tal-proprjetà u tal-kiri u t-tieni hija l-isfida enormi tal-infrastruttura, is-sitwazzjoni tat-toroq ta' pajjiżna u dik tat-traffiku.", "Peress li l-ħin huwa ristrett jiena llum mhux se nitkellem dwar dawn il-problemi fid-dettal, però rrid nenfasizza li fil-ħajja għal kollox hemm prezz, inkluż għas-suċċess.", "Minħabba t-tkabbir fil-popolazzjoni l-pajjiż qiegħed ikollu jagħmel investiment mhux biss biex immorru 'l quddiem imma biex iżomm l-istess livell li għandna llum sabiex ma ninqatgħux lura.", "Jiena se nagħti eżempju żgħir.", "Jekk illum nieħdu nofs siegħa biex naslu minn post għal ieħor – u hawn qed inkun konservattiva ħafna – biż-żieda fil-popolazzjoni jkollna bżonn ninvestu fl-infrastruttura mhux biex nieħdu anqas ħin biex naslu minn post għal ieħor, imma biex nibqgħu nieħdu l-istess ħin, nofs siegħa f'dan il-każ, b'aktar popolazzjoni, b'aktar karozzi fuq it-toroq u b'aktar nies iduru!", "It-turiżmu jikkontribwixxi għal din iż-żieda fil-popolazzjoni b'żewġ modi ewlenin.", "L-ewwel mod għaliex din l-industrija qed tattira ħaddiema barranin sabiex dawn jiġu jgħixu hawn u jaħdmu f'dan is-settur.", "It-tieni mod huwa għaliex in-numru ta' turisti li jżuru pajjiżna jsarraf ukoll f'żieda ta' madwar 10% fil-popolazzjoni tagħna, u se nispjega kif.", "Fl-2017 ġew 2.2 miljun turist f'pajjiżna li ras għal ras qattgħu 7.3 iljieli f'Malta, jiġifieri medja ta' ftit aktar minn ġimgħa f'Malta.", "Jekk wieħed jagħmel medja ta' kemm ikun hawn turisti f'kull ġurnata matul is-sena jirriżulta li fl-2017 kien hawn kważi 50,000 turist kull ġurnata, biex inkun preċiża 44,600 turist f'kull ġurnata.", "Din ovvjament hija l-medja, għaliex sintendi hemm dak l-element ta' staġjonalità, imma l-argument hu li t-turiżmu qiegħed ikabbar il-popolazzjoni tagħna b'madwar 10%.", "Dan ifisser li t-turiżmu jżid l-istress u l-użu tal-infrastruttura ta' pajjiżna b'madwar 10%.", "It-turisti jikru postijiet fejn joqogħdu, jużaw il-bajjiet, jużaw it-trasport pubbliku jew isuqu, allura jużaw it-toroq u ġieli anke jużaw servizzi mediċi.", "Huma jagħmlu dan flimkien mal-kumplament tal-poplu Malti u Għawdxi li jgħix ta' kuljum ġewwa dan il-pajjiż, però bid-differenza li l-aspettattiva u t-tolleranza tagħhom għal servizz anqas tajjeb huma ferm aktar baxxi.", "It-turist jippretendi l-ogħla standards f'kull pajjiż li jżur.", "It-turist iħallas għal vaganza u allura jippretendi standards għoljin.", "Għandu ferm aktar high expectations.", "Aħna, pereżempju, tajjeb jew ħażin, drajna t-toroq li ngħixu fihom u lesti naċċettaw li l-bajjiet huma ffullati.", "Però meta nsiefru aħna stess dak li naċċettaw f'pajjiżna ma naċċettawhx f'pajjiż ieħor, għaliex aħna nkunu qegħdin fuq vaganza u allura qegħdin nippretendu l-eċċellenza.", "L-istess jagħmel it-turist jagħmel dan meta jiġi ġewwa pajjiżna.", "Għalkemm l-ispiża ta' holiday qiegħda kulma tmur dejjem tonqos minħabba li s-suq huwa ferm aktar miftuħ u iktar kompetittiv, xorta waħda tirrappreżenta nefqa straordinarja u allura meta wieħed isiefer ikun irid li kemm jista' jkun ikun kollox perfett, u hekk għandu jkun.", "Sur President, hija verament ħasra li l-esperjenza Maltija li noffru meta wieħed jiġi jżur pajjiżna mhijiex sejra 'l quddiem, anzi nemmen li sejra lura.", "Biex nibdlu dan irridu programm serju, programm iffukat, u fuq kollox irridu ntejbu l-infrastruttura u l-prodott turistiku.", "Jekk ma nagħmlux dan, it-turiżmu se jbati.", "Is-settur privat kontinwament jara li jilħaq miri aktar għoljin, miri aktar ambizzjużi u jilħaq l-eċċellenza, u issa jeħtieġ li l-Gvern ukoll isegwi l-pass tas-settur privat.", "Hija ħasra li l-Gvern flok żied l-ispiża kapitali żied l-ispiża rikorrenti.", "Il-Gvern naqqas l-ispiża kapitali, inkluż il-proġetti li kienu jsiru biex insaħħu l-prodott turistiku ta' pajjiżna.", "Nista' nsemmi lista sħiħa li ma tispiċċa qatt ta' proġetti li dan il-Gvern wiegħed biex itejjeb il-prodott turistiku, però dawn ma sarux.", "Il-lista hija twila anke rigward proġetti li kienu mwiegħda ġewwa Għawdex.", "Il-cruiseliner terminal, il-yacht marina, il-casino, il-bridge u l-airstrip huma wħud minnhom.", "Jiena tajt eżempji proprju ta' proġetti li jirrigwardaw Għawdex, għax l-għan ewlieni kien li wieħed jassigura li Għawdex ukoll igawdi mit-tkabbir turistiku u allura t-tkabbir ekonomiku.", "Imma fl-aħħar minuta xtaqt nagħmel serje ta' mistoqsijiet lill-Ministru li nittama li jweġibhom.", "L-ewwel nett nistaqsi lill-Ministru jekk l-Awtorità tat-Turiżmu hijiex tagħmel proġetti bil-fondi Ewropej kif kienet tagħmel fil-passat.", "Jekk iva, nistaqsi liema proġetti se tagħmel jew qiegħda tagħmel u kemm se jiswew.", "Nixtieq nistaqsi wkoll kif qegħdin jintnefqu l-flus li qed idaħħal mill-accommodation tax.", "Kemm minn dawn qegħdin jintnefqu f'Malta?", "Kemm qegħdin jintnefqu ġewwa Għawdex?", "Kif u min qiegħed jiddeċiedi l-prijoritajiet fejn jintużaw dawn il-fondi?", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar xi ħaġa li qed tkun ta' preokkupazzjoni għall-impjegati tal-Malta Tourism Authority li minn hawnhekk insellmilhom għax-xogħol tajjeb ħafna li qegħdin jagħmlu.", "Hawn xniegħa li se ssir riforma fi ħdan din l-Awtorità li permezz tagħha se jitnaqqsu l-pagi tal-ħaddiema.", "Nixtieq li l-Ministru jikkonferma, iva jew le, ħalli jserraħ l-imħuħ ta' dawn il-ħaddiema.", "L-aħħar punt li xtaqt inqajjem hu li l-Oppożizzjoni ilha snin titlob informazzjoni dwar il-carrying capacity u biex isir eżerċizzju fid-dettall tal-carrying capacity.", "Hawnhekk nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex se jagħmel dan l-eżerċizzju meta issa anke l-MHRA qiegħda titlob dan.", "Xtaqt nirreferi wkoll għall-opportunità, li jiena nemmen li hija mitlufa, tal-European Capital City of Culture.", "Din stajna nieħdu opportunità minnha, però spiċċajna iżolajna lil pajjiżna mill-komunità internazzjonali kulturali.", "Sur President, jeħtieġ li jkollna pjan ħolistiku u pjan iktar viżjonat.", "Anke jekk bħalissa ċ-ċifri jidhru li huma tajbin, xorta waħda rridu nippjanaw f'każ li l-istess ċiklu jibda jmajna.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, iż-żewġ naħat tal-Kamra dejjem qbilna li t-turiżmu għandu sehem importanti u huwa pilastru tal-ekonomija ta' pajjiżna.", "Kien minn dejjem hekk u llum żgur li mhux eċċezzjoni.", "Fil-ftit minuti li għandi jiena se nitkellem dwar tliet punti li nemmen li għandhom jgħinu biex verament intejbu l-pakkett li pajjiżna qed joffri.", "Bla dubju ta' xejn, għandna diversi niċeċ li fihom hemm il-lok li ntejbu fuq dak li għandna llum.", "Jiena, bħala l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-kunsilli lokali, naħseb li l-MTA flimkien mal-organizzazzjonijiet kollha li b'xi mod imissu mat-turiżmu ma jistgħux iħallu barra minn din il-katina l-ħolqa tal-kunsilli lokali.", "Għamel riferenza għal dan anke l-Onor.", "Aħna bħala Oppożizzjoni għamilna proposta uffiċjali lill-Gvern biex rigward allokazzjonijiet lill-kunsilli lokali, nibdew naħsbu kif jaħsbu pajjiżi oħra.", "It-turiżmu jħalli impatt pożittiv, però postijiet fejn ikun hemm ammonti kbar ta' turisti jintlaqtu b'mod negattiv ukoll.", "Il-proposta tagħna miktuba u mgħoddija lill-Gvern diġà hija bbażata fuq mudelli, good practices, li jaħdmu diġà barra minn Malta.", "Apparti li parti mill-bed tax għandha tibqa' f'dik il-lokalità, wasal iż-żmien ukoll li jkun hemm introjtu għal-lokalitajiet li għandhom il-bajjiet.", "Inħoss li għandna wkoll naraw mudelli oħra li ħadmu barra minn Malta fejn il-lokalitajiet igawdu anke minn persentaġġ mid-dħul għall-permessi li jħallsu dawk li jipprovdu deckchairs, umbrelel u mwejjed u siġġijiet fil-bajjiet.", "Wasal iż-żmien li persentaġġ minn dak li jitħallas mill-komunità kummerċjali jibqa' fil-lokalità, għand il-kunsill lokali.", "Nittama li l-Gvern jikkonsidra din il-proposta bil-miktub li l-Oppożizjoni għaddietlu b'mod uffiċjali.", "Rigward it-tourism police dan kien esperiment tal-Ministru tat-turiżmu preċedenti, però ma smajna xejn iktar b'aħbaru.", "Jiena naħseb iva, għandu jkun hemm impenn mill-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru tal-Intern biex ikollna tourism police fiż-żoni turistiċi.", "Għandna naraw x'mar ħażin meta tħaddem il-proġett pilota f'San Ġiljan u nifirxuh fil-lokalitajiet kollha turistiċi f'pajjiżna.", "Sur President, jiena ġej mill-Mellieħa u allura ma nistax ma nsemmix il-Bajja tal-Għadira.", "Jiena għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari fuq il-bajja tal-Mellieħa fejn staqsejt lill-Ministru kkonċernat dwar x'inhu għaddej, għaliex kien jidher li kien hemm ċertu għaġla b'rabta mal-proġett tal-Bajja tal-Għadira, għaġla li xegħlet il-bozza ħamra!", "Wara li rajt l-affarijiet nista' ngħid li jiena favur il-proġett, u tajt il-kelma lill-Ministru li jekk isir bil-għaqal u fl-interess tal-ġid komuni jiena nkun l-ewwel wieħed minn din in-naħa li nfaħħar dan il-proġett.", "Hawn irrid nirringrazzja lil Projects Malta tal-impenn tagħhom u tal-preżentazzjoni pożittiva li tawni ftit tal-ġranet ilu.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema li ħadu l-inkarigu, flimkien mal-periti tal-proġett, li tawni din il-preżentazzjoni.", "Wara kelli follow-up meeting, u nirrikonoxxi li din kienet xi ħaġa pożittiva.", "Fl-opinjoni umli tiegħi deherli li l-pjan tal-Gvern għal dan il-proġett ma kienx tajjeb u jien nittama li l-kelma li ngħatajt, tinżamm.", "Sur President, jien ngħatajt il-kelma - u qed ngħidha fil-Parlament biex nirreġistraha uffiċjalment - li mhu se jkun hemm l-ebda tkabbir tal-Bajja tal-Għadira jekk mhux se jkun hemm żieda adegwata fil-parkeġġ u żieda fil-frekwenza tat-trasport pubbliku.", "Għal min qed isegwina, hemm il-ħsieb li l-bajja tirdoppja fid-daqs tagħha.", "Imma llum diġà għandna l-problema li min imur l-Għadira ma jsibx jipparkja.", "Dan barra li l-influss qawwi ta' nies li qed imorru llum, meta l-bajja għadha mhijiex imkabbra kif ippjanat, qed joħloq problema wkoll lil min joqgħod fil-qalba tal-irħula tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar.", "Hawnhekk, l-appell tiegħi lill-Gvern hu biex l-id il-leminija tkun taf x'qed tagħmel l-id ix-xellugija.", "L-MTA ma tistax taħdem ma' Projects Malta biss fuq dan il-proġett.", "Fuq il-mejda tad-diskussjoni għandu jkun hemm ukoll Transport Malta għaliex ma nistgħux nagħmlu proġett biex ngħidu kabbarna l-bajja, imbagħad ikollna ferħ ta' ġenn dwar parkeġġi!", "Jiena nittama wkoll li jsiru studji tajbin li jserrħulna rasna li m'hemm l-ebda riskju għall-blue flag.", "Aħna bdejna nitkellmu dwar blue flags fl-2008.", "Il-bajja tal-Għadira rnexxielna ntellgħuha fil-livell ta' blue flag għax ġibnieha in line mar-regolamenti tal-blue flag u allura rridu nkunu mija fil-mija ċerti li l-ebda proġett fiha ma jikkomprometti dan l-istatus.", "Naħseb li lkoll nafu li l-karozzi tal-linja miċ-Ċirkewwa u mill-Għadira jitilqu ppakkjati bil-konsegwenza li r-residenti fil-qalba tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, fost l-oħrajn, jispiċċaw jistennew għal ħinijiet twal.", "Nittama li dan li qed ngħid jittieħed bis-serjetà.", "Jiena dispost li nibqa' niltaqa' ma' Projects Malta biex nibqgħu niddiskutu.", "Nerġa' ngħid, ma niddejjaq xejn infaħħar dan il-proġett.", "Però rrid infakkar li fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm proġett ieħor li jidher li tpoġġa fil-ġenb.", "Irrid infakkar li way back, taħt it-triq li hemm illum ukoll kien jifforma parti mill-bajja tal-Għadira.", "Dwar l-MTA nixtieq nistaqsi fuq il-promozzjonijiet.", "Kien hemm żieda fil-flus allokati għall-promozzjonijiet tal-MTA?", "Dwar Għawdex se jitkellem iktar tard il-kollega tiegħi l-Onor.", "Rigward l-Air Malta rrid nistaqsi wkoll lill-Ministru kkonċernat – u nixtieq li xi ħadd ifehemni - jekk kompliex fuq il-pjanijiet li kien hemm ta' żmien l-Amministrazzjoni Gonzi meta daħlet saħansitra l-Unjoni Ewropea.", "Imma ħalli ma mmorrux lura sas-sena 2008.", "Illum il-Ministru Mizzi qed jimxi fuq l-istess pjanijiet li kien għamel l-Onor.", "Edward Zammit Lewis fil-leġiżlatura preċedenti?", "Għaliex ma jistax ikun li sena u nofs ilu Ministru jersaq bi pjan li l-Bambin biss jaf kemm intnefqu flus għalih, imbagħad bħal donnu jinbidel il-Ministru u dan il-pjan jinbidel kompletament!", "Il-Ministru fuq Facebook stqarr li l-ajruplani huma antiki u l-inġiniera qegħdin jieħdu aktar ħin biex isewwu l-istess ajruplani.", "Imma ta' min jgħidilna jekk hux veru li l-aħħar żewġ ajurplani li ġab għandhom kwart ta' seklu kull wieħed?", "Jista' jserrħilna rasna dwar l-aħħar ajruplani li ġab u forsi jgħidilna wkoll kemm swew?", "Dan apparti li ma nistax nifhem kif l-eks Ministru Zammit Lewis jagħmel pjan li se jnaqqas ir-rotot u l-flotta, imbagħad f'daqqa waħda jiġi l-Ministru Konrad Mizzi mill-istess Gvern, mill-istess Kabinett, u jiddeċiedi li jkabbar il-flotta!", "Nistaqsi wkoll: Il-qagħda finanzjarja tal-Air Malta għadha miexja fuq il-pjanijiet li kien hemm jew se jiġi mument fejn se nibdew insibu l-iskużi għax ajruplani antiki u għax sebaħ u għax dalam?", "Irrid infakkar lill-Ministru Mizzi li l-Partit Laburista issa ilu ħames snin fil-Gvern.", "Ma nistgħux nibqgħu nsemmu x'ġara fis-snin tmenin u fl-aħħar tas-snin 2000!", "Naħseb ir-responsabbiltà politika titlob mod ieħor.", "Nispera li jkolli risposti wkoll anke dwar dan il-paniku li għaddejja minnu l-Air Malta bħalissa li mil-lum għal għada jċemplu biex jipprovaw isibu l-ajruplani biex jikru u ovvjament jitħallsu biz-zalza.", "Dan il-Gvern għandu jkollu viżjoni u pjan għal din in-niċċa tant importanti li hija pilastru ekonomiku importanti f'pajjiżna.", "M'għandux ikun li l-ġenerazzjoni ta' għada tispiċċa tħallas għal dan in-nuqqas ta' viżjoni u għad-deċiżjonijiet mgħaġġla li jittieħdu minħabba l-istat ta' paniku tal-Gvern.", "Nittama li l-Ministru jserrħilna rasna li l-aħħar ajruplani li ġabu m'għandhomx aktar minn 25 sena kull wieħed, xi ħaġa li tikkontradixxi l-argument tiegħu stess fejn ilmenta li l-flotta li għandha l-Air Malta qed iddum biex tissewwa minħabba li hija flotta antika!", "Nispera li fil-qasam tat-turiżmu jkollna impenn bis-serjetà minn dan il-Gvern għaliex l-iżbalji tal-lum se tkun qiegħda tħallas għalihom il-ġenerazzjoni ta' għada.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkar li l-Oppożizzjoni fadlilha 13-il minuta.", "FREDERICK AZZOPARDI: Grazzi, Sur President.", "It-turiżmu huwa pilastru ewlieni għall-ekonomija Għawdxija, anzi ħafna jiddeskrivu dan is-settur bħala l-pern tal-ekonomija Għawdxija.", "Infatti żieda jew tnaqqis fl-influss turistiku jħalli impatt dirett fuq l-andament ekonomiku tal-kumplament tal-industrija u s-setturi differenti fil-gżira.", "Huwa fatt magħruf li matul l-aħħar snin l-industrija turistika f'Malta rreġistrat żieda sostanzjali fin-numru ta' turisti li żaru lil Malta.", "Dan is-suċċess xi ftit jew wisq inħass ukoll fil-gżira Għawdxija.", "Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Għawdex kellu żieda netta fl-iljieli ta' 13% fis-sena 2017 meta mqabbel mal-2016, però dawn ir-riżultati ma ġewx mil-lum għal għada.", "Dawn setgħu jintlaħqu biss għax kull gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li Għawdex hi gżira b'karatteristiċi u bi bżonnijiet partikolari.", "Il-Partit Nazzjonalista qatt ma kkonsidra lil Għawdex daqslikieku kien biss distrett bħall-oħrajn imma dejjem stmah bħala distrett li jirrappreżenta gżira.", "Dan billi ħoloq ambjent ekonomiku, soċjali u politiku fejn l-ekonomija tal-gżira setgħet tikber u tiżviluppa.", "Ma' dan ma jistax ma jiżdiedx potenzjal ieħor kbir li għandha l-gżira ta' Għawdex.", "Hawn qed nirreferi għall-ambjent naturali ta' gżiritna.", "Għawdex għandu l-elementi b'saħħithom tiegħu.", "Minbarra l-istorja, il-kultura u l-arkeoloġija, Għawdex s'issa evita l-feriti ta' żvilupp li ġraw f'Malta.", "Dan fllimkien mal-aspett turistiku Għawdxi li jiddistingwi lilu nnifsu permezz ta' aspetti kulturali bħall-ikel, l-aspett soċjali kif ukoll dak artistiku u kulturali.", "Din is-saħħa tagħti lil Għawdex vantaġġ kompetittiv fuq Malta f'termini ta' sbuħija u atmosfera tal-lokal.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern dejjem għamel minn kollox biex jissalvagwardja dan il-vantaġġ u ħa l-miżuri neċessarji u xierqa kollha biex jibni fuq dan il-potenzjal li għandna f'Għawdex.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien ha inizjattivi li għadna naraw il-frott tagħhom sal-lum.", "Hawn ma nistax ma nsemmix b'sodisfazzjon premju internazzjonali li ngħata lill-gżira tagħna.", "Għawdex din is-sena rebaħ il-Premju tal-Aqwa Destinazzjoni Sostenibbli fil-Mediterran.", "Dan il-premju ġie mogħti mill-Green Destination li hija organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi turiżmu sostenibbli.", "Sur President, semmejt il-passat, imma ħarsitna issa trid tkun 'il quddiem.", "Ftit qabel semmejt li Għawdex hu gżira b'karatteristiċi u bi bżonnijiet partikolari.", "Anke fis-settur turistiku Għawdex huwa destinazzjoni distinta, u dan irid ikun imsaħħaħ bi strutturi maħsuba li jipproġettaw, jippromwovu u li jpoġġu lil din il-gżira bħala destinazzjoni differenti.", "Għandu jkollna strutturi bbażati fuq il-merti u l-karatteristiċi uniċi tagħha.", "Sabiex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn li nibdew naħsbu u nħarsu b'mod differenti minn kif għamilna s'issa.", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li titwaqqaf assemblea reġjonali magħmula mir-rappreżentanti li jkunu ġejjin mil-lokalitajiet kollha kif ukoll minn rappreżentanti tal-imsieħba soċjali f'Għawdex.", "Din għandha tkun entità b'oġġettivi ċari li tirreklama u tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta minn Malta imma fl-istess ħin komplementari għal dik Maltija.", "Hemm bżonn li t-turiżmu f'Għawdex jkun aktar sostenibbli.", "Għalhekk, waqt li qiegħed nitkellem fuq din l-entità rrid ngħid ukoll li din naturalment tirrikjedi fondi u anke riżorsi umani biex tkun tista' topera b'suċċess.", "Għal dan l-għan hemm bżonn li l-gżira Għawdxija tkun aċċessibbli matul is-sena lejl u nhar.", "Waqt li kont qed nipprepara għal dan l-intervent irriżultali li r-reklamar dwar Għawdex fir-Renju Unit tnaqqas sew.", "Dan qiegħed jiġi rifless anke fin-numru ta' turisti mir-Renju Unit li qed iżuru l-gżira ta' Għawdex.", "Dalgħodu l-Ministru għal Għawdex l-Onor.", "Justyne Caruana tkellmet ukoll dwar il-Gozo Channel.", "Il-fatt li l-kumpanija Gozo Channel tejbet is-servizzi tagħha ma jista' jmerih ħadd, però destinazzjoni turistika u distinta bħalma huwa Għawdex ma jistax ikollu aċċess wieħed marbut mal-baħar biss.", "Jien nemmen li għandha terġa' tiġi esplorata l-possibbiltà li Għawdex ikollu airstrip b'kapaċità li tagħmilha possibbli li jinżlu u jtiru minn Għawdex ajruplani żgħar li jġorru numru żgħir ta' passiġġieri.", "B'hekk Għawdex ikun jista' jiġi milħuq b'mod aktar effiċjenti mit-turisti li jaslu l-airport internazzjonali ta' Malta.", "Fl-intervent tagħha l-Ministru għal Għawdex l-Onor.", "Justyne Caruana semmiet ukoll il-festival Abode on the Rock li ġie organizzat f'Għawdex matul il-weekend li għadda.", "Filwaqt li wieħed ma jistax ma jilqax b'sodisfazzjon kull inizjattiva ta' ġid għal Għawdex, però rridu noqogħdu attenti li ma nagħmlux l-iżball li biex nintroduċu niċċa ġdida nagħmlu ħsara lil niċeċ oħra li dejjem kienu ta' suċċess għal Għawdex.", "S'issa dejjem irreklamajna lil Għawdex għall-karatteristiċi uniċi tiegħu u bħala post trankwill.", "Irridu noqogħdu attenti li għal attività ta' ftit drabi fis-sena f'Għawdex ma jkollniex riperkussjonijiet matul is-sena kollha.", "Mill-ftit feedback li kelli s'issa jidher li kien hemm numru ta' lmenti ma' operaturi fil-qasam turistiku minn turisti li tradizzjonalment iżuru lil Għawdex.", "Ma nistax ma nsemmix il-bżonn li Għawdex inżommuh nadif u organizzat.", "Lit-turisti rridu noffrulhom prodott turistiku li jagħmel ġieħ lid-destinazzjoni tagħna.", "Hawn irrid ngħid li l-gvernijiet differenti dejjem ħadmu biex jilħqu dan l-għan, però għad fadal ħafna xi jsir biex inkunu nistgħu ngħidu li Għawdex huwa destinazzjoni totalment akkoljenti għat-turist.", "Kien hemm ħafna x'wieħed jgħid dwar dan is-settur, però l-ħin li għandi huwa limitat.", "Sur President nagħlaq billi nesprimi n-neċessità li din l-industrija tibqa' tingħata attenzjoni partikolari mhux bil-kliem biss iżda bil-fatti u b'azzjonijiet konkreti.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, għandna ġawhra ta' prodott turistiku ewlieni li huwa tajjeb, imma nemmen li l-prodott turistiku nnifsu, il-prodott ta' Malta, qiegħed jintilef.", "Malta għandha karatteristiċi li jiddistingwuna bħala pajjiż.", "Nixtieq nirreferi għal tliet ħwejjeġ żgħar li jien bħala ċittadin Malti u bħala rappreżentant tal-poplu jolqtuni.", "Wieħed minnhom hu l-ikel tradizzjonali Malti u Għawdxi.", "Illum spiċċajna b'ħafna ristoranti li għandhom sidien barranin, iservuk nies barranin li ftit li xejn jafu dwar Malta, minkejja li huma l-ewwel kuntatt mat-turisti.", "Barra minn hekk, il-menu li hu offrut huwa kollox barra dak li mdorrijin ikollna fuq il-mejda tal-ikel tagħna.", "Ħaġa oħra li ddejjaqni hi li s-soċjetà nbidlet u tilfet is-sens ta' ospitalità li toffri lil persuna barranija.", "Din hi xi ħaġa li ma tiġix mill-Ministeru biss imma tiġi wkoll mill-mod kif għandna nirriklamaw il-prodott Malti u kif għandna naġixxu meta niltaqgħu ma' nies barranin.", "Il-ħaġa l-oħra li ddejjaqni hija d-dehra karatteristika li għandha x'taqsam mal-irħula u d-dehra mill-bogħod tagħhom, il-kampanja bil-ħitan tas-sejjieħ, il-bajtar tax-xewk u l-ħarruba.", "Dan kollu huwa parti mill-prodott turistiku li jiddistingwina, però qed jitnaqqar ftit ftit.", "L-infrastruttura Maltija bħalissa hija mhedda mhux biss minħabba li t-turiżmu mhuwiex indirizzat favur turist ta' kwalità.", "In-numri huma sbieħ, imma n-niche tourism huwa iktar importanti u allura jiena nappella biex tingħata direzzjoni ġdida.", "Jien personalment inħoss li l-mira tal-Gvern kellha tkun li l-ewwel nużaw il-proġett kapitali mill-aspett ta' infrastruttura biex l-affarijiet jissaħħu, imbagħad immorru għal dan li qiegħed ngħid jien.", "Hemm ħtieġa li jkun hemm pjan ta' all in government approach f'dan li qiegħed ngħid, u għaldaqstant nitlob lill-Gvern jikkonsidra t-talba tiegħi.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar il-pożizzjoni pubblika li l-Ministru jokkupa, għax jekk ma nitkellimx fuq dan inħossni nkun qed nonqos u ma nkunx tajt is-sehem tiegħi.", "Malta jixirqilha aħjar.", "Mhux qed ngħid li kollox huwa minħabba fil-Ministru, imma hemm ħafna oħrajn li huma involuti.", "Il-valuri etiċi, aħseb u ara ta' responsabbiltà politika, jitolbu għemil ferm differenti minn dak li qed isegwi l-Ministru.", "L-irġulija titlob mod ieħor, aktar u aktar meta l-portofolio tiegħu hu ta' ambaxxatur ta' pajjiżna.", "Bħal dejjem, nawguralu sliem u saħħa.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin li fadal sa nofsinhar huwa tal-Gvern.", "Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Grazzi, Sur President.", "Jidher li hawn kunsens fil-Kamra dwar l-importanza tas-settur tat-turiżmu għall-pajjiż u għall-ekonomija tagħna.", "Fost is-setturi ekonomiċi differenti li hawn f'pajjiżna, huwa ċar li s-settur tat-turiżmu huwa dak li għandu l-iktar ripple down effect, jiġifieri l-flus li jintnefqu fit-turiżmu l-aktar li jilħqu lill-poplu Malti u Għawdxi, lis-sidien tar-ristoranti, lill-operaturi, lin-nies li jaħdmu fis-servizzi u lin-negozjanti żgħar u kbar.", "Il-viżjoni tagħna għas-settur tat-turiżmu hija waħda li naqsmu flimkien mal-istakeholders.", "Naqsmu l-viżjoni tagħna mal-Malta Hotels and Restaurants Association, mal-Mediterranen Tourism Foundation, mal-constituted bodies u mal-FELTOM, u tassew nemmnu li Malta tista' ssir u għandha tkun l-aqwa destinazzjoni fil-Mediterran.", "Aħna m'għandniex ix-xtajtiet kbar li bihom nistgħu nikkompetu ma' resorts kbar, però lifestyle destination nistgħu nkunu.", "Jien fiduċjuż ukoll li jekk aħna nagħmlu upgrade tal-prodott nistgħu nkunu wkoll a premium product destination fejn nattiraw aktar turisti ta' kwalità lejn pajjiżna.", "Fuq medda ta' seba' sa għaxar snin oħra nistgħu nittrasformaw dan is-settur b'tali mod li l-ekonomija u l-poplu Malti u Għawdxi tassew igawdu minnu.", "Bħala parti mill-viżjoni tagħna fis-settur tat-turiżmu, nerġa' nisħaq fuq l-importanza li Malta tkun well connected kemm min-naħa tal-linja nazzjonali Air Malta kif ukoll mit-traditional carriers, bħal-Lufthansa, bħall-British Airways u l-low cost carriers, bħar-Ryanair, il-Wizz Air u l-Easyjet, għal airline models ġodda bħall-Jet2 u l-istate owned carriers bħall-Emirates, il-Qatar Airways, it-Turkish Airlines u oħrajn.", "Jien nemmen tassew li l-viżjoni tagħna għat-turiżmu għandha tkun li għandu jkollna world class events, għaliex meta xi ħadd jiġi lejn pajjiżna huwa importanti wkoll li jkollu x'jagħmel.", "Minn dawn l-events igawdu wkoll il-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "L-events għandhom ikunu varjati, għandhom jilħqu liż-żgħażagħ, lill-familji u wkoll lil min tinteressah il-kultura.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li l-lukandiera qegħdin jemmnu fil-pajjiż u qed iżidu l-kmamar.", "L-istess tar-restaurants u l-leisure operators li qed jinvestu f'attrazzjonijiet ġodda.", "Il-Gvern irid jagħmel l-istess.", "Hemm bżonn isir investiment fl-infrastruttura biex tassew nagħmlu upgrade bi grad jew tnejn.", "It-tkabbir fit-turiżmu għandu jkun ukoll sostenibbli billi nassiguraw li jkollna aktar tkabbir fix-shoulder months.", "Matul din l-aħħar sena għamilna enfasi qawwija fuq tkabbir bejn Jannar u April u qed naħdmu wkoll biex it-tkabbir ikun sostenibbli mill-aspett ambjentali billi jkollna aktar open spaces, xtajtiet aktar sostenibbli, nieħdu iktar inizjattivi biex innaqqsu l-plastik fis-settur tat-turiżmu u inizjattivi oħrajn li tassew jassiguraw li kemm it-turist li jiġi kif ukoll il-Maltin igawdu l-pajjiż.", "Imma ħalli issa nibda biex nitkellem dwar ir-rotot u wara nitkellem ftit dwar l-Air Malta u dwar il-kumplament tas-settur.", "Kif spjegajt, hemm korrelazzjoni diretta bejn il-capacity fir-rotot u n-numru ta' nies li jiġu lejn pajjiżna.", "Ir-rotot huma importanti għat-turisti, però huma importanti għas-settur tan-negozju u għall-Maltin ukoll.", "L-Air Malta ħadmet ħafna biex iżżid ir-rotot, però mhux l-Air Malta biss imma anke r-Ryanair, il-Volotea, il-Wizz Air, il-Vueling, it-Turkish Airlines, Thomas Cook, il-British Airways u l-Qatar Airways qed jaħdmu ħafna.", "Dawn kollha qed iħabbru rotot ġodda lejn pajjiżna.", "Dan għax hawn fiduċja fl-pajjiż.", "F'kull fiera li mmur barra minn Malta u nitkellem dwar Malta, jidher ċar li hemm interess qawwi fil-pajjiż.", "Hemm interess qawwi f'Malta, hemm kurożità dwar dak li noffru u hemm ukoll attrazzjoni lejn il-pajjiż.", "Din is-sena ħdimna fuq numru ta' rotot importanti, fosthom il-Portugall li huwa suq importanti għal pajjiżna u suq ġdid.", "Aħna żidna rotta lejn Porto permezz tar-Ryanair u żidna rotta wkoll lejn Lisbona permezz tal-Air Malta.", "Huwa suq li permezz tiegħu nistgħu nikkonnettjaw ukoll mas-South America.", "Bdejna naħdmu issa permezz tal-Air Malta fuq is-suq ta' Kiev, fl-Ukrajna li issa huwa visa free.", "L-Air Malta qed tespandi bil-qawwi ġewwa l-Afrika ta' Fuq permezz ta' Tuneż, Casablanca, u qed taħdem fuq Tel Aviv fil-Lvant Nofsani.", "Qed inħeġġu wkoll aktar linji tal-ajru jiftħu fuq l-istess rotta.", "Illum il-ġurnata hemm numru ta' rotot b'multiple airlines li qed joperaw fuqhom.", "Pereżempju, biex imur Vjenna, wieħed illum għandu għażla bejn il-Wizz Air u l-Air Malta.", "Qed inħarsu wkoll lejn kif nistgħu nikkomplementaw ix-xogħol li qed isir mill-MTA għal-long-haul flights.", "Permezz ta' connectivity li se jkollna mal-Qatar Airways se noffru option oħra biex turisti mill-Awstralja u mill-Asja jiġu lejn pajjiżna.", "L-MTA se tibqa' taħdem fuq aktar u aktar rotot.", "Spanja hija suq importanti u għalhekk qed nespandu lejn Bilbao, Malaga u Seville.", "L-Italja huwa suq importanti ta' 400,000 ruħ u hemmhekk qegħdin nikkonsolidaw ir-rotot billi żidna Pescara, Venezia u Comiso.", "Il-Polonja huwa suq modern u ġdid li llum il-ġurnata jaqbeż il-100,000 turist fis-sena.", "Għalhekk l-MTA qed tikkonsidra u tistudja l-eventwalità li tiftaħ uffiċċju ġewwa l-Polonja għax dan huwa wieħed mill-ikbar swieq li għandna.", "Tajjeb li ngħid li minn Jannar sa April/Mejju 2018 kellna żieda qawwija ta' 350,000 passiġġier li għaddew mill-Malta International Airport.", "Il-figura preċiża hija ta' 354,000.", "Tajjeb li ngħidu li 45% minn dawn il-passiġġieri li żdiedu vvjaġġaw permezz tal-Airmalta jiġifieri l-Airmalta kellha żieda qawwija.", "Fil-fatt l-Airmalta saħħet ir-rotot taghha u ntroduċiet 21 rotta ġdida lejn Berlin, Tuneż, Frankfurt, Casablanca, Cagliari, Comiso, Kiev, Southend, Lisbon, Malaga, Manchester, Marseille, St Petersburg, Lourdes, Venice, minn Catania għal Southend, minn Catania għal Vjenna, minn Cagliari għal Southend, Hamburg, Leipzig u Tel Aviv.", "Dawn huma kollha rotot importanti ħafna.", "Imma ħalli issa naqleb ftit is-suġġett u nitfa' daqsxejn focus fuq l-Air Malta.", "Hemm ħafna mistoqsijiet mill-Oppożizzjoni dwar in-national carrier tagħna.", "Nibda billi ngħid li l-Air Malta is here to stay.", "L-Air Malta għandha rwol importanti għall-pajjiż, għandha rwol importanti għat-turiżmu, u l-oġġettiv tal-Prim Ministru u tal-Kabinett ukoll huwa li l-Air Malta ssir l-airline tal-Mediterran, l-airline li taqdi l-gżejjer tal-Mediterran.", "Il-funzjoni primarja tal-Air Malta għandha dejjem tkun li Malta jkollha connectivity aħjar mal-Ewropa, mal-Afrika ta' Fuq u ma' pajjiżi differenti.", "Biex naslu għal dan irridu l-critical mass, l-economies of scale.", "Biex noperaw irridu li l-ajruplani tagħna jkunu qed itiru mhux sitt sigħat kuljum imma jtiru għal 14 jew 15-il siegħa kuljum.", "Għaldaqstant qed naħdmu fuq mudell fejn qed nesploraw il-possibbiltà li jkollna bażijiet oħrajn fil-Mediterran u għalhekk bdejna ġewwa Cagliari.", "Fil-fatt illum minn Cagliari qed noperaw għal Londra u għal Catania wkoll.", "Aħna mhux se nieqfu hemmhekk.", "Bħalissa qed nikkonsultaw mal-MHRA dwar din l-istrateġija u l-intenzjonijiet huma li nikkonnettjaw mal-Afrika wkoll, b'mod partikolari l-Afrika ta' Fuq ma' Malta, u nużaw lil Malta bħala hub għal din l-istrateġija.", "Iċ-Chairman tal-Air Malta, in-Nutar Charles Mangion qed jaħdem fuq din l-istrateġija u għandna s-sapport ukoll min-naħa tal-MTA u ta' Gavin Gulia vis-à-vis l-viżjoni ta' fejn sejrin.", "Biex nagħmlu dan bdejna naħdmu bis-sħiħ u wara fażi ta' konsolidament ġewwa l-Air Malta fejn fl-aħħar snin iffokajna ħafna fuq il-cost cutting, issa qlibna għar-revenue growth phase.", "Tajjeb li ngħid li din is-sena se nkunu żidna 6,600 flight tal-Air Malta, jiġifieri t-tkabbir huwa wieħed kbir.", "L-ajruplani tagħna fis-sajf qegħdin itiru 14 jew 15-il siegħa u fix-xitwa jtiru madwar 12 jew 13-il siegħa.", "Din is-sena l-Air Malta se tkun ġarret 40% aktar passiġġieri.", "Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru r-riżultati għal Marzu 2018 biex nuru l-progress li qiegħed isir.", "Irrid ngħid ukoll li x-xogħol li qiegħed isir mill-commercial huwa xogħol notevoli ħafna u hawn xtaqt nirringrazzja lis-sales team tal-Air Malta għar-riżultati li ksibna li ma nistax ma nelenkahomx.", "Pereżempju, fis-shoulder months l-għadd ta' passiġġieri żdiedu ħafna.", "F'Marzu, li huwa shoulder month, il-passiġġieri żdiedu b'29%, Mejju ngħalaq bi 43% aktar passiġġieri mis-sena l-oħra u x-xhur li ġejjin jidhru promettenti ħafna.", "Fil-fatt, it-tkabbir li qed naraw bħalissa huwa ta' bejn 38% u numru ferm ikbar f'Novembru.", "Ma nixtieqx insemmihom għalissa għax dawn għadhom forecast.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-cancellations ta' wħud mill-flights li kellna f'dawn l-aħħar ftit ġranet.", "It-tkabbir qed iġib suċċess ukoll u l-load factor tal-ajruplani qed ikun tajjeb, fejn ħafna drabi qed intiru b'87% load factor.", "Ilbieraħ 57 flight, kważi 60 flight, kienu mimlijin kważi kollha b'87% load factor.", "Ovvjament meta l-flights jiżdiedu b'dawn l-ammonti, ikollok ukoll operational challenges.", "Bħalissa għaddejjn b'capacity building exercise biex insaħħu l-operat tagħna.", "Peress li l-ajruplani tagħna qed itiru ħafna sigħat u ma tantx ikunu mal-art - u hekk għandu jkun - malli jkollok a technical problem jinħoloq a ripple effect.", "Il-flotta tal-Air Malta għandha ajruplani li ilhom magħna 15-il sena u jridu jinbidlu.", "L-ajruplani li semma l-kollega tagħna, li kienu daqsxejn antiki, kienu għal ftit ġranet u mhumiex core aeroplanes għall-Air Malta.", "L-ajruplani li rċevejna huma ajruplani moderni.", "Din il-ġimgħa se nirċievu ajruplan ġdid li huwa A320neo li huwa ġdid fjamant, qatt ma ntuża, huwa fuel efficient għax jiffranka 17% mill-fuel u allura huwa tajjeb għall-ambjent, u jnaqqas ukoll l-istorbju.", "Biex insolvu l-problemi short-term li kellna, għamilna dak kollu li kien possibbli u jekk kellna bżonn nikru ajruplan ikbar biex inkopru d-domanda li kien hemm għal Franza, krejna A330 għal ftit ġranet.", "L-Air Malta tiskuża ruħha għall-inkonvenjent li nħoloq, però tajjeb ukoll li l-affarijiet jinżammu fil-proporzjon ta' dak li ġara.", "Kienu biss ftit titjiriet li ġew affettwati.", "Jien tlabt l-istatistika lill-MIA u qabbilt l-interruptions li għandha l-Air Malt taħt it-tmexxija ta' Charles Mangion ma' dawk ta' airlines oħra.", "We compare very well meta tara l-cancellations tagħna ma' dawk ta' airlines oħrajn.", "Huwa veru li issues jeżistu u rridu nindirizzawhom, però huwa importanti li ma nikkreawx xi media hype fuq din il-ħaġa!", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-Air Malta ffirmat ftehim kollettiv ġdid li permezz tiegħu l-ħaddiema tagħna, b'mod speċjali l-flying crew, qed itiru skont international flight time regulations.", "Dan ifisser li qed itiru aktar sigħat; ir-realtà hi li qed intiru 6,600 flight aktar u qed nużaw l-istess crew.", "We pushed it, u issa jidher li lħaqna l-limit għaliex prattikament ir-rostering tagħna qed jiġi structured according to the limit.", "Issa wasal iż-żmien li nżidu n-numru ta' piloti u fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna xi 12-il pilota ġdid li se jingħaqdu mal-flotta tal-Air Malta.", "Aħna ma xtaqniex li nirreklutaw bl-addoċċ.", "L-ewwel ridna nassiguraw li nimlew l-ajruplani u xtaqna nassiguraw li nużaw l-istandards tal-IASA.", "Issa li għamilna dan, għandna bżonn ftit iktar flessibbilità, u hawn nixtieq nirringrazzja lill-flying crew kollu tas-sagrifiċċji li qed jagħmlu għax qed itiru ħafna sigħat.", "Issa se jkollna aktar flessibbiltà, grazzi għal din iż-żieda li semmejt ta' piloti ġodda mal-Air Malta.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-Air Malta qed tinvesti ħafna fl-IT systems.", "L-IT systems li kellha l-Airmalta ma kenux jippermettu li nikbru u ma kenux jippermettu l-interface mal-operators, mal-online travel agents u ma' booking engines fuq l-internet.", "Qed naħdmu wkoll mar-Ryanair fuq sales tal-prodotti ġodda tal-Air Malta u hemmhekk mexjin ukoll fuq swieq li ma jkunux f'konflitt ma' tagħna.", "Implimentajna ukoll lill-Medair għar-raġuni prinċipali li s-slots maġġuri tagħna ta' Heathrow u Gatwick ġew trasferiti lill-Medair li issa għandha operating license u qed tikri lura dawn is-slots lill-Air Malta skont kif spjegajna lill-European Commission dwar dan.", "Il-bidliet iridu jsiru u, iva, we take the cue li l-operat issa jrid ilaħħaq mal-commercial.", "Meta inti tikber b'6,600 flight fis-sena, meta żżid il-passiġġieri b'40%, l-operat tiegħek irid ilaħħaq ma' dik il-bidla.", "We are now developing capacity u l-Airmalta team bħalissa qed jaħdem fuq riforma tal-Operation Control Centre (OCC).", "Din hija l-qalb tal-airline fejn isir scheduling, fejn ikun hemm deployment tal-crew u fejn, jekk ikun hemm ħsarat, jiġu scheduled alternative flights.", "Din hija the main engine room tal-airline u fiha qed nagħmlu riforma sħiħa.", "Din bdejnieha f'dawn l-aħħar ġimagħtejn bit-tama li sal-aħħar tas-sajf tkun implimentata wkoll.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-ground handling għaddejjin bir-riformi wkoll.", "Ġiet ikkreata kumpanija ġdida u fix-xhur li ġejjin l-istaff se jiġi transferit permezz ta' agreement li sar.", "Jien konfidenti li hemm nistgħu naħdmu ukoll biex intejbu t-turnaround għall-kumpanija għal meta jiġu l-flights lejn pajjiżna.", "Jiena nxtaqt nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Airmalta għall-isforzi li għamlu.", "Jien fiduċjuż li se jkollna suċċess.", "Ovvjament se jkun hemm a few hiccups along the way, imma l-ebda kumpanija ma tikber bir-rata li kbirna mingħajr ma jkollok a few hiccups!", "Dawn huma biss hiccups temporanji li aħna qegħdin nindirizzaw u aħna konfidenti wkoll li se nkomplu nagħtu r-riżultati.", "Ovvjament l-Airmalta se jibqa jkollha technical faults bħalma jkollhom airlines oħrajn, però s-servizz li toffri huwa rikonoxxut ukoll.", "Fil-fatt, kumpanija li tagħmel reviews tal-airlines kollha madwar id-dinja kklassifikat lill-Air Malta bħala waħda mill-aħjar għaxar airlines fid-dinja.", "Għalhekk xtaqt nirringrazzja lil-leadership u lill-istaff tal-Air Malta tal-isforzi li qegħdin jagħmlu.", "Jien konfidenti li l-Air Malta se tkun suċċess kbir u li l-Maltin u l-Għawdxin se jkunu kburin biha.", "Irrid ngħid grazzi wkoll lill-Malta Hotels and Restaurants Association li b'mod kontinwu jibqgħu jiġu b'ideat għall-Air Malta ta' kif nistgħu nsaħħu.", "Aħna qed nisimgħu l-ideat tagħhom u qed naħdmu magħhom biex nimmitigaw l-issues li jinqalgħu minn żmien għal żmien.", "Wara li tkellimt dwar l-MTA u r-rotot nixtieq issa naqleb għall-Malta Tourism Authority.", "Hawn xtaqt nirringrazzja lil Dr Gavin Gulia, lis-CEO Paul Bugeja u l-leadership team li għandna ġewwa l-MTA b'mod partikolari lid-Deputy CEO Leslie Vella u Carol Micallef tax-xogħol li qed jagħmlu fl-MTA.", "L-MTA qed taħdem biex tattira aktar niċeċ lejn pajjiżna.", "Ma tantx għandi ħin, però xtaqt insemmi li ċerti niċeċ qegħdin verament javvanzaw, fosthom il-cultural tourism li qed jattira ċerti nies lejn pajjiżna.", "Għandna wkoll il-faith tourism fejn qed niltaqgħu ma' gruppi ġodda li qed jiġu jaraw il-patrimonju kbir li għandna f'dak li għandu x'jaqsam ma' reliġjon.", "Pereżempju qed ikollna gruppi li jiġu speċifikatament biex iżuru t-tempji neolitiċi.", "Niċċa oħra li qed taħdem fuqha l-MTA hija tal-LGBTIQ fejn il-ġimgħa l-oħra ħadu sehem ukoll fil-Proud Experience ġewwa Londra u din is-sena se jkun hemm numru ta' festivals fis-sajf għas-settur tal-LGBTIQ, li huwa settur importanti ukoll u li jinvolvi ħafna flus.", "Xtaqt insemmi wkoll is-settur tal-conventions fejn l-MTA din is-sena tat sapport lil 80 convention individwali, li wħud minnhom huma żgħar, fejn forsi jkollok 100 ruħ, u wħud minnhom huma kbar u jkollok 2,500 ruħ sa 3,000 ruħ.", "Qed nirreklamaw lil pajjiżna għal dawn il-conventions u qed nattendu dedicated events u qed naħdmu wkoll ma' ħafna associations għax l-industrija qed tinbidel.", "Qed naħdmu mad-DMCs u qed naħdmu wkoll mal-associations tal-Medical Practioners u tal-Isports biex inġibu dawn it-tip ta' events lejn pajjiżna.", "Waqt li qed nitkellem dwar dawn l-events tajjeb li nsemmi wkoll xi ħaġa li jien nemmen ħafna fiha.", "Qed naħdmu flimkien mal-Permanent Secretary tiegħi Ronald Mizzi biex f'Malta jkollna a proper convention centre.", "F'pajjiżna m'għandniex convention centre li jesa' 2,000 sa 3,000 ruħ li huwa fit for purpose.", "Qed naħdmu fuq feasibility study biex naraw kif nistgħu naslu għal dan.", "Illum il-ġurnata l-lukandi qed jgħinuna ħafna dwar dan.", "L-MCC qed tgħinna wkoll, però xorta hemm dak il-gap.", "Jiena konfidenti li fis-snin li ġejjin inkunu nistgħu nħabbru inizjattivi oħrajn f'dan ir-rigward.", "Rigward is-settur tal-English language teaching (ELT), aħna naħdmu ħafna mal-FELTOM li hija federazzjoni proattiva ħafna u sejrin tajjeb ukoll.", "Qed ikollna numru ta' studenti li ġejjin mis-South America, mic-Ċina, mis-South Korea, mill-Ġappun u mill-Ungerija.", "Dan huwa settur li qiegħed jikber ħafna u li aħna kburin ħafna bih.", "Xtaqt nirringrazzja lill-kollegi tiegħi l-Onor.", "Julia Farrugia Portelli u lill-Onor.", "Evarist Bartolo tax-xogħol li qed jagħmlu vis-à-vis il-work study visa li hija importanti ħafna.", "Mhux se nitkellem wisq dwar Għawdex li huwa niċċa li qed nippromwovu bħala settur għalih, għaliex dwaru tkellmet il-kollega tiegħi l-Onor.", "Justyne Caruana, il-Ministru għal Għawdex, li qed taħdem b'ruħha u b'ġisimha biex dan is-settur jissaħħaħ.", "Aħna qed nagħtuha s-sapport kollu għaliex tassew nemmnu f'Għawdex u persważ li nistgħu nikkreaw a destination which is all year round.", "Nissapportjaw id-diving intiatives li diġà hemm, nissapportjaw il-festival tourism, il-cultural tourism u l-eco agricultural tourism li qed iseħħ ġewwa Għawdex ukoll.", "Tajjeb li nsemmu wkoll il-cruises u għalfejn dawn huma importanti għal pajjiżna.", "Mill-cruiseliner terminal jgħaddu 780,000 passiġġier.", "Dan huwa settur li jiġġenera mal-€94 miljun fis-sena fl-ekonomija tagħna.", "Qed naħdmu mal-MTA, mal-cruiseliner terminal u mal-cruise network biex nassiguraw li jkollna l-fly-cruises li jiġu lejn pajjiżna biex insaħħu n-numru ta' passiġġieri li jiġu jagħmlu jumejn jew tlett ijiem Malta mbagħad jaqbdu l-cruise minn hawnhekk.", "Din is-sena nidejna numru ta' fly-cruises ġodda, xi ħaġa pożittiva għall-pajjiż.", "Hawn xtaqt nirringrazzja lill-MIA u lil-leadership tagħha għaliex l-ewwel nett qegħdin ikampaw tajjeb mat-tkabbir li kellna tul dawn l-aħħar snin fit-turiżmu imma anke fuq il- qasam tal-cruiseliners.", "Nafu li l-Ħamisijiet ikunu sfida mhux ħażin għaliex jaslu ħafna nies li jaqbdu l-fly-cruises.", "Aħna ħdimna mal-Malta International Airport fuq il-pjan biex ikun hemm riġenerazzjoni tal-area biex ikollhom aktar counters, ikollhom aktar retail space, iktar check-in counters, aktar spazju għat-turisti, car park u fil-futur ikollhom anke airport hotel.", "Din hija parti mill-viżjoni tagħna għall-cluster ta' ħdejn l-airport u min-naħa tagħna se nibqgħu nagħtu s-sapport lill-MIA.", "Tajjeb li nsemmi wkoll l-events, xi ħaġa importanti li t-turisti jfittxu.", "Waħda mir-raġunijiet għalfejn ħafna turisti qed jerġgħu jiġu lejn pajjiżna – din dejjem qed jgħiduhielna - hija li qed jiġu organizzati numru ta' events f'pajjiżna.", "Din is-sena kienet il-Valletta 2018 u hawn nixtieq nifraħ lill-Onor.", "Deo Debattista u lil Jason Micallef tax-xogħol li qegħdin jagħmlu għaliex qed ikollna events li huma ta' livell għoli ħafna.", "Min-naħa tal-MTA qed nippromwovu Valletta 2018 kemm nifilħu f'kull fiera u f'kull post possibbli u fil-pubblikazzjonijiet kollha, tant li rnexxielna nġibu coverage tajjeb anke mis-CNN.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-festival tourism fejn kellna suċċess fil-passat, b'events bħall-Isle of MTV, il-Lost and Found u oħrajn, din is-sena qed nintroduċu konċetti ġodda wkoll, fosthom bil-festival Elrow li ġej Malta għall-ewwel darba f'Settembru, u Abode on the Rocks li organizzajnieh flimkien mal-Ministru għal Għawdex.", "Dan tal-aħħar seħħ f'Għawdex il-weekend li għadda u għalih ġew apposta 1,500 Ingliż.", "Il-BBC Radio 1 event li se jsir ġewwa pajjiżna għal Santa Marija huwa event importanti ħafna li fih se jipparteċipaw Rita Ora, Martin Garrix u persuni oħra magħrufa.", "Dan se jiġi aired fuq il-BBC ukoll, fuq Radio 1 u anke fuq l-istations tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi dawn huma kollha events importanti ħafna li rridu nsaħħu u nkabbru, però ma nistgħux nieqfu fuq il-mużika biss.", "Il-mużika hija importanti, però jiena nemmen li għandu jkollna wkoll events għall-familji u għat-tfal.", "Ħafna turisti jgħidulna li meta jiġu Malta ma jsibux biżżejjed attivitajiet x'jagħmlu mat-tfal.", "Din hija verità u rridu nindirizzawha.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru inizjattiva ġdida, event kbir ieħor li għandu x'jaqsam mat-tfal biex nassiguraw li fix-shoulder months f'pajjiżna jkun hawn aktar attrazzjonijiet għat-tfal u l-familji.", "Apparti minn dan kollu, it-target tagħna tul is-sentejn li ġejjin hu li jkollna a major show li jiġi f'pajjiżna u li jkollu a Maltese context.", "Naħseb li jekk jirnexxielna norganizzaw event tul is-sena kollha nkunu f'pożizzjoni fejn mhux biss igawdu t-turisti imma jgawdu wkoll il-Maltin.", "Issa ħalli ngħaddi biex nitkellem fuq l-infrastruttura u l-prodott.", "Il-kollegi mill-Oppożizzjoni staqsew dwar fondi tal-EU.", "Tajjeb li ngħid li l-finanzjament tal-infrastruttura qed iseħħ permezz ta' financing tal-Gvern ċentrali, permezz tal-eco contribution, permezz ta' private public partnerships u permezz ta' EU funds.", "Tajjeb li ngħid li l-investiment li qed isir ġewwa l-Belt Valletta huwa kollu permezz ta' EU funds.", "Aktar tard din il-ġimgħa se nħabbru proġett turistiku ġdid ieħor biex nirrijabilitaw ċerti siti storiċi ukoll.", "Rigward il-Belt Valletta ma nistax ma nirringrazzjax lill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), lill-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, lil Gino Cauchi u lill-kumplament tat-tim li tant qiegħed jaħdem f'dan ir-rigward.", "Permezz tal-GHRC u l-MTA li taħdem magħhom id f'id ħloqna an open space ġdid fl-area tal-funtana tat-Tritoni ġewwa pajjiżna.", "Bħalissa qed naħdmu biex inlestu d-ditch tal-Belt ukoll u fil-ġranet li ġejjin se nkunu qegħdin nibdew ix-xogħol fuq ir-restawr tas-swar.", "Se jsir xogħol ta' restawr tal-French and English Curtain Bastions, wara tal-German Curtain Bastions u wkoll dawk Franċiżi li jinsabu faċċata ta' Fountain Street.", "Se naħdmu ukoll fuq ir-restawr tal-Bażilika u knejjes u nagħmlu upgrade tal-faċċata tad-dar li kien joqgħod fiha Dun Mikiel Scerri, li hija attrazzjoni wkoll, u noħolqu heritage trail.", "Se nirrestawraw ukoll il-faċċata tal-Baviera li hija daqsxejn mitluqa, l-Auberge d'Aragon u l-House of Catalunya.", "Se nirrestawraw ukoll il-barracks l-antiki, l-istreet shrines, imma se nassiguraw ukoll li fejn għandna appartamenti ta' akkomodazzjoni soċjali fil-Belt nirranġawhom biex ikollna turiżmu sostenibbli li jgawdu minnu l-komunitajiet.", "Se naħdmu biex nindirizzaw il-faċċati li hemm bżonn jitranġaw, fejn għandna nxir barra u faċċati u gallariji mitluqin.", "Se naħdmu wkoll fejn għandek appartamenti ta' akkomodazjzoni soċjali fil-Belt li m'għandhomx aċċess għal-lift.", "Dawn se ngħinuhom permezz ta' €24 miljun investiment li qed isir fin-naħa t'isfel tal-Belt.", "Tajjeb infakkar ukoll li fin-naħa t'isfel tal-Belt qed naħdmu flimkien mal-concessionaire biex nimplimentaw il-proġett ta' transport links bejn Tas-Sliema, il-Belt u t-Tlett Ibliet permezz ta' mina li tgħaddi minn taħt il-Belt.", "Xtaqt nirringrazzja lill-Foundation for Tourism Zones, lil Joe Cassar, lil Ronnie Vella u l-kumplament tat-team li qed jaħdmu taħt id-direzzjoni tal-MTA u tas-Segretarju Permanenti Ronald Mizzi biex nassiguraw li ż-żoni turistiċi jiġu upgraded.", "Kif qalu l-kollegi tiegħi, sar ħafna xogħol fiż-żoni turistiċi kollha anke f'żoni li tradizzjonalment ma kienx isir xogħol fihom.", "Din is-sena se nkunu qegħdin insaħħu dik il-capability.", "Bdejna f'Paceville fejn għamilna management committee u flimkien mal-Ministru Ian Borg ħdimna biex isiru ħafna mit-toroq ta' Paceville biex nassiguraw li jsir upgrade hemmhekk.", "Sur President, aħna mhux se nieqfu hawnhekk.", "Flimkien mal-Mediterranean Tourism Foundation u flimkien mal-Foundation for Tourism Zones qed naħdmu fuq pjan ta' riġenerazzjoni għal Paceville u San Ġiljan biex ikollna upgrade xieraq.", "Se nagħmlu l-istess f'San Pawl il-Baħar għax nirrikonoxxu li hemm żoni f'San Pawl il-Baħar u Buġibba li huma mitluqin u jistħoqqilhom ferm aħjar.", "Se nagħmlu l-istess għaż-żona tal-Gżira, għal The Strand Tas-Sliema u għaż-żona ta' Marsaxlokk li tant hija importanti għal pajjiżna fejn diġà lestejna car park.", "F'Marsaxlokk qed isir natural tourism hub fin-naħa t'isfel tal-pajjiż.", "Hemm lukandi li qed jiġu żviluppati f'Marsaxlokk, hemm guesthouses u għandna wkoll diversi attrazzjonijiet.", "Il-car park se jitlesta minn hawn u ftit ġimgħat oħra, u kif inlestu l-car park se jsiru żewġ toroq oħra.", "Fix-xitwa se nagħmlu r-riġenerazzjoni taż-żona Tal-Magħluq u kif jitlesta Tal-Magħluq naqilbu għax-Xatt is-Sajjieda.", "Barra minn hekk, minn hawn u ftit xhur oħra jibda x-xogħol fuq il-park ġdid li se jkun a natural barrier mill-Freeport għal Birżebbuġa.", "Hawnhekk xtaqt nirringrazzja lill-Freeport għas-sapport finanzjarju li se jagħtu biex insaħħu din il-lokalità.", "Qed naħdmu mal-Freeport biex jinvestu fi cranes ġodda biex inaqqsu l-istorbju li jaffettwa l-lokalità kif ukoll it-turisti, u qed naħdmu wkoll fuq car park ġdid għal Birżebbuġa.", "Bħalissa għaddejjin f'konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni fuq Wied iż-Żurrieq li huwa importanti wkoll, biex nindirizzaw il-problema kbira tal-parking.", "Niġi issa għall-bajjiet.", "Din is-sena għamilna sand replenishment fil-Bajja ta' San Ġorġ u perched beach f'Buġibba li ntlaqgħu tajjeb mill-pubbliku.", "Dan is-sajf il-Malta Tourism Authority se tagħmel experimental beach nourishment project f'Balluta.", "Dan se jsir fil-ġimgħat li ġejjin u l-intenzjoni tagħna hi li l-bajja jkollha wisa' ta' 20 metru u we renourish żona ta' 900 metru kwadru biex noħolqu a sandy beach f'Balluta.", "Tajjeb ngħid li bħala Malta Tourism Authority qed nixtru l-apparat biex dan in-natural replenishment isir ta' kull sena għax hemmhekk il-wave current hu li hu u, għaldaqstant, parti minn dawn il-bajjiet jerġgħu jittieħdu, imma bl-investiment fl-infrastruttura nkunu nistgħu nagħmluha ta' spiss u nżommuha.", "Hemm nuqqas ta' bajjiet fiż-żona ta' Tas-Sliema u jiena persważ li sandy beach hemmhekk jintlaqa' tajjeb ukoll.", "Niġi issa għall-Bajja tal-Għadira li dwarha tkellem ħafna l-kollega tiegħi, l-Onor.", "L-għan tagħna huwa li jkollna proġett sostenibbli fl-Għadira.", "Ir-realtà hija li llum tmur l-Għadira u kulħadd imwaħħal ma' kulħadd.", "Ir-realtà hi li din il-bajja bilfors ridna nagħmlu xi ħaġa dwarha.", "Naqbel mal-Oppożizzjoni li l-blue flag irridu nżommuha u nsaħħuha.", "Naqbel ukoll li rridu nindirizzaw l-issue tal-parking fil-Mellieħa.", "Fil-fatt bħalissa bdejna niżviluppaw pjanijiet dwar dan.", "Fl-erba' xhur li ġejjin se jsiru aktar studji fuq il-bajja tal-Mellieħa fejn diġà saru numru ta' studji minn barranin u mill-Maltin ukoll.", "L-idea tagħna hija li l-bajja tal-Mellieħa tikber permezz ta' metodi ambjentalment sensittivi.", "Se nċaqilqu r-ramel li diġà qiegħed fil-bajja u nżiduh b'85,000 metru kubu permezz ta' suction dredging.", "Dan huwa proġett importanti u kbir ħafna.", "Il-bajja se tikber sew u f'ċerti żoni se toħroġ 30 metru 'l barra.", "Biex isir dan il-proġett se jsir investiment qawwi u ma nistgħux nitilfu r-ramel li nkunu għamilna.", "Il-proġett tal-Balluta huwa wieħed żgħir u differenti, għax tista' tagħmel replenishment fuq bażi regolari, però dak tal-Mellieħa rridu nagħmluh b'mod li nassiguraw li jkun ambjentalment sensittiv.", "Għaldaqstant, qed isir studju biex isir wave deflector biex b'hekk permezz ta' natural wave deflectors ir-ramel ma jintilifx.", "Qed naħdmu wkoll fuq it-triq tal-Mellieħa u qegħdin niddiskutu options differenti mal-Ministru Ian Borg dwar dan.", "Jiena naħseb li se jkun proġett verament sabiħ fejn il-bajja tal-Mellieħa tkun a world class beach f'pajjiżna u fiha jkun hemm il-beach accessories kollha, fost oħrajn showers, changing rooms u lockers li jkunu tal-livell dak li ħaqqu l-poplu Malti u t-turist li jżur dawn iż-żoni.", "Din is-sena diġà għamilna xogħol f'din l-area.", "Għamilna parti mill-promenade, nidejna ċerti xogħlijiet fil-Mellieħa, għamilna changing rooms, imma dan mhux biżżejjed.", "Issa rridu ntellgħuha mill-inqas tliet notches u verament ikollna a world class beach facility fil-Mellieħa.", "L-MTA - u għal darb'oħra nirringrazzja t-tmexxija tal-MTA – qed taħdem fuq beach accessories biex insaħħu u ndaħħlu s-showers u changing rooms ma' Malta kollha.", "Dawn huma inizjattivi li huma importanti ħafna.", "Ma tantx fadalli ħin, però xtaqt insemmi l-isports tourism fejn qed naħdmu biex niżviluppaw rugby ground ġdid, faċilitajiet ġodda tal-waterpolo u ħdimna wkoll fuq ix-shooting range flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "Dawn huma kollha inizjattivi importanti ħafna.", "Semmejt li għandna l-intenzjoni li jkollna convention centre f'pajjiżna li hija mira importanti.", "Bħalissa l-Mediterranean Conference Centre qed tikkomplementa l-inizjattivi fuq konvenzjonijiet.", "Jekk għada pitgħada niġu f'pożizzjoni li jkollna convention centre apposta, inkunu nistgħu nikkonvertu l-MCC u ssir a proper opera house, a proper theatre.", "Se nkunu għaddejjin b'eżerċizzju ta' rebranding tal-Mediterranean Conference Centre u għall-40 sena anniversarju tagħha, aktar tard is-sena d-dieħla, se nkunu qegħdin ninawguraw a rooftop venue.", "Dan se jkun venue mill-isbaħ fejn taħtek iġġib il-Port il-Kbir.", "Se jkollna wkoll mużew 'Reliving the Sacra Infermeria' u se nipprovaw ngħaqqdu l-Mediterranean Conference Centre ma' Sant'Iermu.", "Xtaqt niringrazzja liċ-Chairperson tal-MCC, id-Dentist Kenneth Spiteri, flimkien mas-CEO Pierre Fenech għax-xogħol siewi li qed jagħmlu hemmhekk.", "Nagħlaq billi nerġa' ngħid li aħna se nibqgħu naħdmu mal-istakeholders kollha, naħdmu mal-Oppożizzjoni, mal-Hotels and Restaurants Association, mal-Mediterranean Tourism Foundation, li għandna potenzjal qawwi, maċ-Chamber, mal-FELTOM u mal-FATTA biex nassiguraw li t-turiżmu jkun suċċess għal pajjiżna.", "In-numri huma tajbin, it-tkabbir ekonomiku huwa tajjeb, is-settur privat jemmen u qed jinvesti l-flus tiegħu f'dan is-settur, u aħna bħala Gvern se nagħmlu l-istess.", "Se nibqgħu nsaħħu r-rotot, se nibqgħu nsaħħu l-Air malta, insaħħu l-prodott, inżidu l-konvenzjonijiet u l-events.", "Fuq kollox, insaħħu wkoll l-infurzar u l-compliance ħalli nassiguraw li jkollna a well-versed product.", "Nirringrazzjakom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2018 skont l-Att dwar is-Servizz tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu (Kap. 408).", "L-ISPEAKER: Peress li ntalbet votazzjoni, din se tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018, skont il-ftehim milħuq mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Konrad Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "KONRAD MIZZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla t-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għassena 2018 – votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għassena 2018 – votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq f'din is-seduta l-ħin tal-Aġġornament mhux se jittieħed.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, 11 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "F'12.03 p.m., skont il-ftehim milħuq, il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180611_128d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Konti Manduca fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, b'antiċipazzjoni għall-proġett ta' żvilupp massiv fin-Naxxar fiż-żona ta' Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk, x'tip ta' xogħol ta' preparazzjoni qed isir, biex it-toroq taż-żona jkunu jifilħu għat-traffiku industrijali li se jkun hemm fix-xhur u s-snin li ġejjin, liema xogħol u traffiku, jekk ma jkunux antiċipati, jista' jkollhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti f'din iż-żona u fuq id-djar tagħhom?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li personalment wettqu xi on-site examination lil Nutar/a Pubbliċi matul l-2016 u kemm minnhom għadhom sal-ġurnata tal-lum impjegati mal-istess entità jew b'xi mod ieħor jiżvolġu xogħol għall-istess entità?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jindika liema kienet is-sejħa ta' applikazzjoni li permezz tagħha, l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament ġie impjegat mal-Malta Gaming Authority?", "Jista' jgħid meta ġie impjegat u x'inhu xogħlu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat irriżenja minn SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm-il impjegat ġie impjegat ma' SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "Għal kull każ jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa ta' applikazzjoni (u jagħti d-data rispettiva) jew le?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jindika d-data u l-post fejn ġiet ippubblikata l-lista ta' dawk kollha li akkwistaw ċittadinanza Maltija, inkluż bl-Individual Investor Programme (IIP) għas-snin 2016 u 2017?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx solvuta l-kontroversja legali bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali peress li din tal-aħħar ma kenitx qed tirċievi l-informazzjoni u d-dettalji kollha li skont hi għandha tirċievi minn Identity Malta skont il-Liġi?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni preżenti bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali wara l-artikolu li kien deher f'The Malta Independent fit-2 ta' Jannar 2017 bit-titlu \"Ministry rejects Times story on failed meeting between Electoral Commission, Identity Malta\"(li link qed jingħata separatament), fejn kien intqal li t-taħditiet li qed imexxi l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kien fi \"stadju avvanzat\"?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-pjanijiet għat-tkabbir tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paule hemmx pjanijiet biex issir binja biex isservi bħala residenza għal każijiet inqas akuti u b'hekk jiżdiedu l-postijiet fin-naħa ta' isfel ta' Malta?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid liema servizzi fil-komunità qed jiġu offruti biex aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5679 u tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Liema kienu dawn il-farm roads?", "Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road?", "X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5643, tista' l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom?", "Jekk fl-affermattiv, x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f' Malta jew barra minn Malta?", "F'kull każ x'inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f'liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiġi riveduta mil-limitu attwali ta' €3,500 peress li dan l-ammont ilu ma jiġi rivedut għal diversi snin?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investiment sar, fejn sar u kemm intefqu flus ġewwa Għawdex mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati għal Għawdex għas-sena 2018 u fis-snin ta' wara mill-istess Awtorità għat-Turiżmu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw vetturi, sia dawk proprjetà tal-Gvern, dawk mikrija kif ukoll dawk privati li jappartjenu lill-Higher u Senior Management fil-Ministeru, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, għal xogħol uffiċjali minn Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Tista' għal kull vettura tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'dak li hu fuel, tiswijiet u manutenzjoni, tibdil ta' parts u ħasil u tindif tal-istess vettura?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal reġistru ta' titolu ġew sottomessi lir-Reġistru tal-Art mis-sena 2010 sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari?", "Kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet u kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu pproċessati?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi konċessjoni mogħtija lil xi entità privata f'xi sit biswit il-Forti Ricasoli?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta ngħatat din il-konċessjoni, x'kienu l-kundizzjonijiet li ngħataw, kif ukoll x'inhu l-użu li qed isir minn tali konċessjoni?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Trejqet il-Palma fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Wied Filep fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq il-Widna Radar fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Sqaq il-Qbiela fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq tal-Ħmieri fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Trejqa fi Triq tal-Imdawra fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f'din il-Leġiżlatura lill-impjegati tal-Jobsplus u meta sar dan it-taħriġ?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f'din il-Leġiżlatura lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti?", "Meta sar dan it-taħriġ u fejn sar dan it-taħriġ?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jindika kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli li għandhom kundizzjoni kronika fil-preżent?", "X'qed isir biex dawn il-pazjenti jintegraw lura fis-soċjetà?", "Kemm kien hemm pazjenti li jbatu b'kundizzjoni kronika u li integraw ruħhom fil-komunità matul din il-Leġiżlatura u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm każijiet ta' persuni f'Malta u Għawdex li ġew irrappurtati lill-Pulizija li neħħew ħajjithom matul din il-Leġiżlatura u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' każijiet ta' suwiċidju?", "Billi skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f'dawn l-aħħar 40 sena r-rata dinjija tas-suwiċidju żdiedet b'60%, jista' jgħid kemm hi r-rata f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid il-prezzijiet differenti tal-passaporti ġodda jew biex jiġu mġedda u jekk hemmx tariffi differenti fi żmenijiet differenti tas-sena?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Peress li Triq Wied il-Għasri, fl-Għasri, Għawdex għandha bżonn tiġi rranġata għax għadha tat-torba u qatt ma ġiet asfaltata u peress li din tinsab kollha ħofor u qiegħda fi stat ħażin ħafna u parti minnha hija diffiċli biex tgħaddi b'karozza u meta tagħmel ix-xita jkun impossibbli biex tgħaddi bil-mixi minn ġol-għadajjar u peress li fil-bidu tas-sajf il-Kunsill tal-Għasri pprova jimla t-toqob iżda din it-triq għandha bżonn li tiġi rranġata sew għax minnha jgħaddu diversi turisti li jkun sejrin Wied il-Għasri u t-Tieqa tal-Mielħa kif ukoll din it-triq tieħdok għas-Salini u l-Bajja ta' Marsalforn u l-parti tat-triq imsemmija tibda minn wara l-Knisja tal-Patroċinju sal-kantuniera ta' Triq Ta' Ċaqra, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li din it-triq tittranġa?", "Jekk iva meta?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li t-tabelli bis-sinjali tat-traffiku f'Għawdex qegħdin ġeneralment fi stat ħażin għax ħafna minnhom m'għadhomx jintgħarfu u jkun diffiċli għat-turisti u l-barranin biex isibu minn fejn jgħaddu, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir il-manutenzjoni tagħhom jew inkella jinbidlu?", "Jekk iva, meta?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'kienet l-ispiża kapitali tal-Gvern għal kull sena mill-2013 sas-sena 2017?", "Jista' jagħti wkoll il-figuri sena b'sena?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5902, u peress li t-twessigħ ta' triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, jista' l-Ministru jikkunsidra mill-ġdid it-talba għat-twessigħ tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta' inċidenti li seħħew?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni separati u single mothers li qed jirċievu r-relief?", "Mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom matul din il-Leġiżlatura ?", "Meta saru dawn il-korsijiet?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-għalliema biex ikunu mħarrġa dwar id-dyslexia u kif jistgħu jgħinu aktar lil dawn l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri msemmija u li ngħataw l-entitajiet u l-ktejjeb ta' informazzjoni mfassal mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Ġudikatura mill-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Kemm kien hemm aggressuri li wettqu din il-vjolenza domestika li weħlu:", "a. il-ħabs;", "b. Ordni ta' Protezzjoni;", "c. Ordni ta' Trattament; jew", "d. Ordni ta' Trażżin u Restrizzjoni?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, is-speċi tas-siġra u timmarka b'distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le?", "Fil-każ li ma kienx hemm permess, x'passi ttieħdu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux bi ħsieb li jippubblika r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar li l-konsultazzjoni pubblika dwarhom għalqet fl-1 ta' Marzu 2018?", "Jekk iva meta se jiġu ppubblikati?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-ħaddiema tax-xatt, b'mod partikolari l-port workers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm bżonn li għal darb'oħra jerġa' jiddaħħal il-wirt tax-xogħol meta r-regoli tal-EU u l-good sense amminstrattiv jistipulaw il-kontra?", "X'inhi r-raġuni għalfejn l-ebda ċittadin Malti u Għawdxi ma jistax jikseb il-liċenzja bħala port workers sakemm ma jkollokx lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkunu diġà liċenzjat?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'poteri għandha l-Awtorità għall-Ippjanar biex tħares il-wirt naturali tagħna?", "Jista' jikkwota r-regoli?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-Masterplan 2015 ta' Transport Malta dwar it-tħejjija ta' proġetti ta' toroq li kienu mitluba mill-Unjoni Ewropea biex jingħataw fondi, b'mod partikolari għal paġna 225, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li t-triq arterjali ta' Ħ'Attard li kienet fl-aħħar tal-lista issa hi prijorità tal-Ministeru biex issir minnufih?", "Xi studji kienu saru dak iż-żmien meta kienet qed tiġi ppreparata l-lista tat-toroq biex issir il-klassifikazzjoni ta' prijorità li għandhom jingħataw?", "Dan għadu jgħodd?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Peress li d-drenaġġ qed jiskula fil-bajja tal-Għadira l-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet?", "Is-Supratendenza tas-Saħħa Pubblika hi notifikata?", "X'passi ttieħdu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-pjani lokali mill-Awtorità għall-Ippjanar?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku lill-Awtorità għall-Ippjanar bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjani lokali mill-istess Awtorità?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tal-membru tal-Korp tal-Pulizija li ismu u kunjomu qegħdin jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jinsabu sospiżi minħabba każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed minnhom x'salarju qegħdin jirċievu sakemm jinsabu sospiżi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex inxtrat statwa tal-Madonna li dwarha s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva reċentement stqarr pubblikament li qiegħda ddur id-djar tal-anzjani biex tkun esposta fihom?", "Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani ttieħdet din l-istatwa tal-Madonna?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex sejrin jinfetħu aktar servizzi ta' respite għall-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali billi ta' spiss is-servizzi li joffru Għaqdiet Mhux Governattivi bħall-għaqda li isimha qed jingħata separatament ma jkollhomx postijiet vakanti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka x'servizzi jeżistu f'pajjiżna li jispeċjalizzaw fil-psikjatrija għal tfal ta' età żgħira?", "Kemm hemm tfal li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Jobsplus għandhomx skema li tinkorpora miżuri mmirati għall-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali u li jixtiequ jsibu impjieg?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf servizz pubbliku ta' emerġenza biex jintuża' minn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali biss, billi s-servizz eżistenti ta' għajnuna (179) qiegħed ikun ta' spiss okkupat?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5785, jista' l-Ministru jgħid kemm parteċipanti mit-total ta' 839 persuni li qegħdin f'din l-iskema, għandhom xi problema ta' saħħa mentali?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu minn Identity Malta biex issa li ninsabu fl-aqwa tal-istaġun turistiku, jitħaffef il-proċess biex ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea (Third Country Nationals) jitħaffilhom kemm jista' jkun il-proċess għall-ħruġ ta' work permits f'Malta?", "Ma jaħsibx li minħabba s-sitwazzjoni ta' full employment fil-pajjiż, għandna bżonn miżuri urġenti biex il-qasam turistiku u anke oqsma ekonomiċi oħra, ikunu jistgħu jsibu l-ħaddiema li għandhom bżonn kemm jista' jkun malajr u bl-inqas burokrazija possibbli?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed ikun hemm problemi fil-ħruġ ta' visas mill-Kummissjoni Għolja ta' Malta fi New Delhi minħabba li jidher li diversi intrapriżi kienu qed jippruvaw jingaġġaw ħaddiema minn dan il-pajjiż?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-kumpaniji barranin fil-qasam tal-blockchain u cryptocurrencies li s'issa wrew interess jew li fil-fatt diġà allokaw l-operat tagħhom f'Malta?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq rurali fl-inħawi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Marsaskala, li qegħdin fil-pjani ta' Transport Malta jew tal-Aġenzija li qed tiġi mwaqqfa għat-toroq, biex jingħataw wiċċ ġdid minħabba li stat ħażin li jinsabu fih?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proġett tal-housing soċjali tas-Siġġiewi li qed isir bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering għall-bini mill-ġdid tal-arterja ewlenija li tgħaqqad Ħaż-Żabbar maż-Żejtun u meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol f'din it-triq?", "L-ONOR.", "MARLENE FARRUGIA staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni mogħtija lis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-użu ta' art pubblika (coastline) ġewwa l-Bajja ta' San Ġorġ f'Paceville?", "L-ONOR.", "MARLENE FARRUGIA staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi li jirregolaw ix-xogħlijiet li saru, u li qed isiru mis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq art pubblika fil-Bajja ta' San Ġorġ f'Paceville?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtha, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Tista' tagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5206 u 5672 dwar il-kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħidilna jekk ġiex deċiż l-ammont ta' dan il-kumpens?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3142 tat-30 ta' Jannar 2018 fejn il-Ministru għarrafna li ġew ordnati tliet ambulanzi ġodda għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħidilna jekk dawn l-ambulanzi waslux, peress li għaddew erba' xhur minn dik ir-risposta?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq f'Għawdex li hu maħsub li ser isir xogħol fuqhom u l-pjanijiet għal toroq ġodda, matul din is-sena u s-sena d-dieħla?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Peress li anke l-Gvern Malti qiegħed jammetti li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eliġibbli għall-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit, jista' l-Prim Ministru jgħid kif f'dan ix-xenarju se tġi mwettqa l-wegħda li kienet saret lill-Għawdxin, li skont id-Dikjarazzjoni 36, anessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li tgħid hekk:", "Fid-dawl ta' din id-dikjarazzjoni unilaterali, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk intużawx ħaddiema tal-Gvern biex isir xogħol fid-dar privata tiegħu fiż-żmien li kien Ministru tal-Intern responsabbli mill-ħarsien tal-liġi u ż-żamma tal-ordni?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar:", "· id-data ta' meta sar dan ix-xogħol u/jew xogħlijiet oħra fid-dar privata tiegħu f'dati oħra;", "· kemm kienu l-ħaddiema tal-Gvern involuti fix-xogħol fid-dar privata tal-Ministru u ma' liema Ministeru u/jew Dipartiment jaħdmu l-ħaddiema inkwistjoni;", "· kemm ħallas għal dan ix-xogħol flimkien ma' kopja tal-irċevuta fiskali relevanti għal dan il-ħlas?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid jekk hux minnu li l-iswali tal-ġeriatrija ġewwa l-Isptar Monte Carmeli se jagħlqu minn wara l-15 ta' Ġunju ħalli dawn is-swali jiġu rranġati biex jilqgħu pazjenti b'kundizzjonijiet psikjatriċi?", "Fejn se jiġu trasferiti l-pazjenti ġeriatriċi u l-istaff li jaħdem magħhom?", "Dan se jkun ċaqlieq temporanju jew wieħed permanenti?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex is-supply tan-new water jibqa' jitwassal sal-Fiddien u Ħad-Dingli?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet fuq opri tal-baħar bħal Cruise liners eċċ., bejn is-sena 2007 u s-sena 2017, maqsumin sena b'sena?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vetturi kummerċjali fil-Belt Valletta matul is-snin 2015, 2016 u 2017?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5996 u jgħid jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata li fiż-żona tal-Gold Market, fi Triq iż-Żagħfran, ġewwa Ħ'Attard ma jkunx hemm ipparkeġġar ta' vetturi fil-ħin li jinġemgħa t-traffiku?", "Jista' jgħid x'miżuri qed jieħu bħalissa l-Gvern biex minn issa jitnaqqas it-traffiku?", "Jista' jgħid jekk hux qed jintbagħtu pulizija tat-traffic, ħaddiema/uffiċjali ta' Transport Malta jew wardens biex imexxu t-traffiku f'Ħ'Attard speċjalment ħdejn l-Attard Farm Supplies fi Triq l-Imdina u fi triq li minn Ħ'Attard tmur lejn Ħaż-Żebbuġ, fi Triq Nutar Zarb u fi Triq il-Linja kantuniera ma' Triq il-Linja?", "Jista' jgħid meta u x'ħin f'dan l-aħħar xahar kien qed ikun hemm uffiċjali ta' Transport Malta/Pulizija, fil-ħin li jinġemgħa t-traffiku speċjalment filgħodu fiż-żoni msemmija f'Ħ'Attard sabiex jiġu osservati t-traffic lights u jieħdu ħsieb il-flow tat-traffiku?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-pulizija dwar il-messaġġ ta' mibgħeda li ġie mtella' fuq facebook mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hekk kif jidher indikat fil-viżwal li wkoll qed jingħata separatament?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kiteb il-messaġġ ta' mibgħeda li ġie mtella' fuq facebook kif jidher mill-viżwal li wkoll qed jingħata separatament, liema individwu hu kuntrattat għal xogħol mal-PBS?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-Wasteserve għall-faċilità ta' Civic Amenity Site li hemm f'Ħal Far limiti ta' Birżebbuġa?", "Hemm xi ħsieb ta' estensjoni ta' servizzi?", "Jekk hemm estensjoni kemm huwa d-daqs u x'tip ta' attività qed tiġi ppjanata?", "Sar xi studju dwar l-impatt possibbli fuq il-madwar u hemm xi pjani biex jekk hemm impatt ikun imnaqqas?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fin-Nofsinhar ta' Malta hemm il-ħsieb li jiġu rranġati (resurfaced) jew magħmula mill-ġdid f'dawn is-sitt xhur li ġejjin?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari (Kont.) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 46 – Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 15 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Dmirijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 34 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 33 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 - Votazzjoni.", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2018 - Votazzjoni", "11 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PETIZZJONIJIET", "Il-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet se jiltaqa' nhar t-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' żewġ petizzjonijiet.", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010 (Kont.).", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "Il-Kumitat dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 f'nofsinhar filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018, fis-2.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 37 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 fil-5:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Affarijiet Oħra.", "11 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180611_129a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 128, li saret fil-11 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport maħruġ mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali intitolat \"An Investigation of allegations on Dingli Interpretation Centre\" datat Ġunju 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-KONTI MANDUCA – PJANI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Konti Manduca fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġett ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li fl-istadju ta' ippjanar tal-proġetti msemmija Transport Malta tikkollabora mal-awtoritajiet tal-ippjanar u tal-ambjent sabiex l-iżviluppaturi jsegwu kondizzjonijiet u prekawzjonijiet li jnaqqsu l-impatt tal-ivvjaġġar marbut max-xogħol ta' kostruzzjoni, l-awtorità kontinwament issegwi l-qagħda tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha sabiex fejn ikun meħtieġ isir it-titjib meħtieġ.", "Din il-ħidma se tkun qed tissaħħaħ fiż-żmien li ġej bit-twaqqif ta' Infrastructure Malta, l-aġenzija li se tmexxi u twettaq programm ta' titjib u bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż, b'investiment bla preċedent ta' madwar €700 miljun.", "Infrastructure Malta se tieħu ħsieb il-kwalità tat-toroq arterjali u b'mod gradwali anke dawk residenzjali li bħalissa jieħdu ħsiebhom il-kunsilli lokali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Naf li fil-ġranet li għaddew il-Ministru ħabbar anke l-proġett li, jekk m'iniex sejjer żball, qed jissemma Central Link, li naf li żgur se jkollu impatt importanti ħafna, b'mod partikolari fuq iż-żona ta' Ħ'Attard u ż-żona ċentrali ta' Malta.", "Jista' l-Ministru jagħti ftit aktar dettalji dwar dan il-proġett u forsi jagħti wkoll xi ftit time frames u min minn dan il-proġett se jibbenefika l-aktar?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ovvjament dan huwa proġett li mhux biss huwa għal qalbi imma huwa għal qalb dawk kollha li għandhom ftit sens komun.", "Matul iż-żmien il-lokalità ta' Ħ'Attard spiċċat lembut li minnha jridu jgħaddu n-nies fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż u nies fin-naħa tal-majjistral tal-pajjiż.", "Fil-fatt it-toroq jaraw madwar 30,000 vettura fil-ġurnata.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka wkoll kif l-istress jinsab mhux biss fuq il-lokalità ta' Ħ'Attard, imma anke fuq dawk tal-madwar, fosthom Ħal Lija, l-Iklin u Ħal Balzan, minħabba li s-sewwieqa, frustrati bil-konġestjoni tat-traffiku, jidħlu f'toroq residenzjali fil-qalba tal-lokal u immedjatament joħolqu aktar konfużjoni fiċ-ċentri tal-lokalità.", "Dan huwa proġett ambizzjuż, proġett li tħalla fuq l-ixkaffa għal għexieren ta' snin, proġett li diversi residenti u esponenti tkellmu dwar l-importanza tiegħu.", "Ilbieraħ kellna anke dikjarazzjoni tal-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni li jinsab konfuż u kważi qed jagħmel saħansitra u-turn fuq dan il-proġett li tant tkellmu dwaru n-nies ta' Ħ'Attard.", "Għalhekk aħna qed inħarsu 'l quddiem biex fil-ġimgħat li ġejjin, meta tagħlaq is-sejħa tal-offerti, jibdew bl-evalwazzjonijiet.", "Eventwalment, wara l-evalwazzjonijiet isiru l-proċeduri meħtieġa u joħorġu l-permessi mill-awtoritajiet ikkonċernati u nibdew il-proġett immedjatament.", "Dan il-proġett se jara, fost l-oħrajn, tnaqqis ta' 13.5% fl-emissjonijiet, in-nies se jiffrankaw nofs il-ħin tad-dewmien fl-ivvjaġġar tagħhom f'din iż-żona tal-pajjiż u permezz ta' dan il-proġett, toroq arterjali li qatt ma kienu intenzjonati li jservu bħala bypass se jkunu qegħdin jiġu relieved.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Nirringrazzja lill-Ministru għat-tweġiba tiegħu għaliex din hija mistoqsija li kelli tweġiba għaliha u reġgħet saret.", "Din iż-żona li qed nitkellem dwarha f'din il-mistoqsija parlamentari hija żona fin-Naxxar, li fiha sar u għadu għaddej żvilupp kbir ħafna prattikament fuq tliet toroq residenzjali u issa se jkun hemm anke xi toroq oħrajn li se jinfdu għaliha.", "In-nies ta' din iż-żona ilhom ibatu ħafna minn inkonvenjent kbir minħabba trabijiet, eċċ. Meta dawn in-nies jiġu għandna u jistaqsuna x'se jiġri, il-Ministru qed jgħidilna li ma jistgħu jagħmlu xejn f'dan ir-rigward, jew inkella huma awtoritajiet oħrajn li jistgħu jagħmlu xi ħaġa?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Buttigieg għal din il-mistoqsija.", "Ovvjament in-nies ma jitkellmux biss mal-Oppożizzjoni imma jitkellmu anke man-naħa tal-Gvern u aħna mħassbin fuq l-impatt li toħloq l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra s-Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-lokalità tal-Gżira spjega kif fil-Gżira u f'Tas-Sliema se nkunu qegħdin nagħmlu saħansitra infurzar speċjali permezz ta' uffiċċju ieħor, il-BRO (Building Regulation Office).", "Il-mistoqsija aktar kienet relatata ma' trasport u allura ġew riflessi l-ħsebijiet ta' Transport Malta.", "Però tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li bħalissa għaddejjin u wasalna anke biex ikollna progress sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-amalgamazzjoni tad-diversi uffiċini u awtoritajiet relatati mal-qasam tal-kostruzzjoni li għandna f'pajjiżna b'liġijiet frammentati ħafna u li se jkunu qegħdin jiġu kkonsolidati f'awtorità waħda li jkollha iktar snien biex tinforza u tiżgura li l-inkonvenjent, li f'ċerti ċirkostanzi qed jinħoloq madwar il-pajjiż, ikun limitat kemm jista' jkun.", "Ma rridux nagħtu l-impressjoni li kull min qiegħed fl-industrija tal-kostruzzjoni qiegħed jikser ir-regoli, imma hemm dawk il-ftit li jkunu qegħdin jagħmlu isem ħażin lill-industrija u joħolqu inkonvenjent.", "Però l-aktar importanti mhuwiex biss l-inkonvenjent innifsu li joħolqu imma l-isem ħażin li qegħdin jagħmlu lill-industrija u lill-awtoritajiet, li f'ċertu rapportaġġ jista' jkun li tingħata l-impressjoni li huma lenient u li jħallu kollox għaddej.", "F'numru ta' tweġibiet li jien tajt - jidhirli lill-Onor.", "Karol Aquilina - fuq xogħol li għamel il-BRO, joħroġ biċ-ċar li fejn ikun hemm rapporti, u anke fuq inizjattiva tagħhom, il-BRO huwa uffiċċju li jaħdem.", "Però rridu nagħtuh iktar snien u għalhekk se nkunu qegħdin nersqu quddiem il-Parlament biex inwaqqfu din l-awtorità li għadni kif irreferejt għaliha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Glenn Bedingfield, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINGFIELD: Nixtieq nieħu spunt minn ilment li kelli, u li diġà għaddejtu anke lill-Ministru, minn residenti li joqogħdu l-Isla dwar il-puntwalità tas-servizz tat-trasport pubbliku filgħodu.", "L-ewwel nett, nixtieq nara jekk jistgħux jinvestigaw aktar x'inhu l-livell ta' puntwalità li qed ikun hemm fit-trasport pubbliku u x'inhu jagħmel dan il-Gvern biex jibqa' jtejjeb l-affarijiet ħalli jkollna servizz pubbliku aktar effiċjenti u tonqos id-dipendenza minn fuq il-karozzi tagħna.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Nikkonferma li l-Onor.", "Bedingfield dalgħodu stess għamel kuntatt miegħi minħabba nuqqas ta' puntwalità fuq ċerti rotot tat-trasport pubbliku, b'mod partikolari dik tal-Isla.", "Li nista' ngħid ukoll hu li llum b'mod partikolari, għaliex ġieli tagħmel ġranet sħaħ ma tirċevix ilmenti, kelli ħafna ilmenti, pereżempju, mil-lokalità tal-Fgura fuq ċirkostanza oħra.", "Illum qed ikollna problemi u sfidi differenti.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq li s-servizz ma jingħatax jew ma jkunx puntwali però ħafna drabi s-servizz tat-trasport pubbliku qed jilħaq ċerti capacity issues.", "Kif anke juru n-numri, filwaqt li fl-2011 kellna patronaġġ ta' bejn 22 miljun u 23 miljun, illum għandek kważi 50 miljun persuna li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku, jiġifieri aktar mid-doppju.", "U din hija ċifra li żgur se nkunu qegħdin naqbżu din is-sena.", "Ovvjament il-flotta hi dik li hi, in-nies li jagħmlu użu minnu, kemm Maltin u anke l-ħafna barranin li jaħdmu jew jivvjaġġaw fostna qegħdin ikomplu jżidu mad-domanda u dawn huma d-diskussjonijiet li għandna għaddejjin.", "Dwar il-każ partikolari li semma l-Onor.", "Bedingfield irrid ngħid li immedjatament meta kkuntattjani tlabt lir-Regolatur jivverifika fuq l-operatur u malli jkolli dik l-informazzjoni se nkun qed ngħaddihielu għaliex naf kemm iżomm kuntatt mal-kostitwenza tiegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux target date ta' meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Vjal ix-Xarolla u fi Triq il-Kuċċard fiż-Żurrieq u f'Ħal Safi rispettivament kif ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsir it-tarmak fi Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa, fi Triq l-Imqabba li miż-Żurrieq tagħti għall-Imqabba u fi Triq Valletta l-Imqabba, il-parti ta' barra?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Din il-mistoqsija jħobb jagħmilhieli wkoll l-Onor.", "Schiavone, li wkoll jieħu ħsieb ħafna l-kostitwenti tiegħu, u xejn inqas in-nies min-naħa tal-Gvern, inklużi d-Deputati tal-ħames distrett, fejn aħna għandna ftit iżjed, imma mhux se nsemmihom għax ninsa lil xi ħadd barra.", "Se nibda mill-aħħar mistoqsija għaliex huwa aktar faċli.", "Triq Ħal Far hija waħda minn dawk it-toroq li se tkun qiegħda ssir u se ssir fiż-żmien qarib.", "Kif ħabbru l-Onor.", "Clint Camilleri, din hija waħda minn dawk it-toroq li ġiet mogħtija fondi Ewropej għall-iżvilupp rurali u Transport Malta issa qiegħda fil-fażi li tibda dawk ix-xogħlijiet.", "Din hija triq importanti ħafna, bħal ħafna oħrajn, li jgħaqqdu lokalità ma' oħra b'żoni rurali li mhux biss iservu għall-bdiewa u r-raħħala li jagħmlu użu minnha kuljum imma jservu wkoll għal ħafna oħrajn li jevitaw toroq arterjali u distributorji li jkunu mifnija bil-konġestjoni tat-traffiku.", "Rigward Vjal ix-Xarolla u Triq il-Kuċċard m'għandix data speċifika meta se titlesta l-fażi li qegħdin fiha.", "Kif għamilt dejjem u kif kont għamilt meta għedt li sal-aħħar ta' Marzu se titlesta l-ewwel fażi - kif fil-fatt ġara eżatt sal-aħħar ta' Marzu - jien inħares 'il quddiem biex tagħmilli mistoqsija bil-miktub u nagħtik tweġiba, anke għada jew pitgħada, bit-timeframes li jagħtuni l-esperti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, illum ħareġ rapport tal-Awditur Ġenerali li investiga proġett li kien wettaq il-Ministru meta kien sindku ta' Ħad-Dingli u minn dan ir-rapport ħarġu diversi shortcomings f'diversi awtoritajiet, fosthom f'dik li dak iż-żmien kien jisimha MEPA u anke fid-Dipartiment tal-Artijiet.", "Jista', jekk jogħġbu, jagħti gwida lil din il-Kamra dwar x'inbidel minn meta ħareġ dan ir-rapport, jiġifieri, minn dak iż-żmien li investiga dan ir-rapport sal-lum, u xi pjanijiet għandu għal dawn iż-żewġ awtoritajiet?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Qabelxejn nirringrazzja lill-Onor.", "Bartolo u lil ċerti nies b'qalbhom ħanina li fl-2016 għoġobhom jipprovaw iħammġu l-integrità tiegħi u ta' sħabi l-kunsilliera billi talbu l-investigazzjoni.", "Jien din ilqajtha mill-ewwel u llum għandna rapport li jikkonkludi ċar u tond, f'punt numru 4, li jaqra hekk:", "Ir-rapport jibqa' għaddej b'dikjarazzjonijiet oħrajn.", "Allura huwa ta' sodisfazzjon għalija u għall-kunsilliera kollha li aħna tant ħdimna flimkien mal-Gvern.", "Niftakar lil xi erba' jew ħames ministri li ħadmu fuq dan il-proġett, li kien wieħed minn tal-ewwel fost ix-xorta tiegħu - hemm ieħor f'Tal-Pietà - u llum l-Awditur Ġenerali qiegħed jivverifika dan.", "Minn allegazzjonijiet li saru nnotajt ukoll li min kien qiegħed jagħmel dawk it-tali allegazzjonijiet kien qiegħed jibbażahom fuq dikjarazzjonijiet li qed jgħid li għamillu fil-privat l-Onor.", "Azzopardi ntalab jixhed qal li xejn mhu minnu jew ma kienx minnu dak li kien qiegħed jiġi allegat fuqu, u din se nieħu nota tagħha wkoll.", "Apparti minn hekk, jidher li dak iż-żmien id-Dipartiment tal-Artijiet u anke l-awtoritajiet l-oħrajn, bħall-MEPA u l-MTA kellhom jindirizzaw ċerti kwestjonijiet kif jaħdmu mal-kunsilli lokali, speċjalment meta jidħol is-settur privat.", "Allura rridu naraw kif proġetti bħal dawn, li anke joffru ċerta sostenibbiltà, ikunu mressqa 'l quddiem mill-kunsilli lokali, nitgħallmu anke mix-shortcomings amministrattivi tad-dipartimenti konċernati li rrefera għalihom l-istess Awditur u ma nħarsux lejn uċuħ meta niġu biex nimplimentaw.", "Ma jistax ikun li għax bniedem ma jkunx irid li xi ħadd jersaq lejn sit storiku li jinzerta viċin ir-residenza tiegħu, inħallu l-proġetti fuq l-ixkaffa u ma nimplimentawhomx.", "Naħseb li dan jagħti mhux biss ċertifikat lis-sindku ta' dak iż-żmien, li nzertajt jien, però fuq kollox lill-kunsilliera kollha li, kif jagħmlu f'ħafna mil-lokalitajiet, jaħdmu mingħajr piki politiċi u fl-interess tal-lokalità.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk qabel isiru xogħlijiet ta' tarmak, bħalma qegħdin isiru bħalissa, bħal fil-każ tax-xogħol li għaddej f'Paceville u anke x-xogħol li sar riċentement fil-Buskett, jinbidlux is-servizzi, bħal pereżempju, is-servizzi tal-ilma?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ovvjament hemm ħidma kontinwa għaddejja mal-entitajiet konċernati.", "Apparti minn hekk, kif diġà spjegajt, din hija xi ħaġa li ma tarahiex fil-liġi imma hija xi ħaġa amministrattiva u proċedurali kif din l-Aġenzija se tkun l-entità li se tibda u tispiċċa kull xogħol li jkun hemm fit-triq meta tkun up and running.", "Illum il-ġurnata qiegħda ssir ħidma partikolarment mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imma wkoll mal-Enemalta, mas-service providers tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u ma' entitajiet oħrajn li qegħdin jaħdmu mill-qrib.", "Fil-maġġor parti assoluta ta' dawn ix-xogħlijiet li qegħdin nagħmlu kien hemm servizzi li jridu jsiru u, fil-fatt, hekk ġara, u kien hemm ċirkostanzi oħrajn fejn ma kienx hemm rakkmandazzjoni mill-entitajiet konċernati u allura ma kienx hemm din il-ħtieġa.", "Pereżempju, fil-ġonna tal-Buskett m'hemm ebda servizzi minn fejn għadda l-asfalt jew il-korporazzjonijiet konċernati dehrilhom li dik l-infrastruttura ma kellhiex għalfejn tinbidel, però fil-maġġor parti assoluta jkun hemm bżonn jinbidlu s-servizzi u hekk qiegħed isir.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem il-Ministru ħabbar illi kienu ngħalqu t-tenders marbutin mal-proġett ta' Santa Luċija.", "Kulħadd jaf li dawk li bħalissa jkunu jixtiequ joħorġu minn Santa Luċija jsibuha diffiċli ferm biex jaqbdu r-roundabout u ħafna drabi r-residenti ta' Santa Luċija jilmentaw li dan huwa perikoluż ħafna għalihom.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex se jkun qed jikkonsisti dan il-proġett f'Santa Luċija u anke fit-triq li tieħdok għaċ-Ċimiterju tal-Addolorata, kif dik iż-żona se taffettwa ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku u jekk hemmx xi timeframes marbutin ma' dan il-proġett?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Il-proġett ta' Santa Luċija huwa interessanti ħafna għaliex se nkunu qegħdin naraw ir-rilevanza tiegħu aktar meta eventwalment jispiċċa l-proġett tal-Marsa, li se jpoġġi aktar pressjoni fuq din ir-roundabout u allura ma tkunx tiflaħ għall-volumi tat-traffiku, kif diġà għandna ċerti sitwazzjonijiet illum il-ġurnata.", "Għalhekk permezz ta' dawn il-mini se nkunu qegħdin nagħtu soluzzjoni li kienet ilha tiġi diskussa però fil-verità qatt ma kien hemm pjanijiet konkreti.", "Aħna applikajna wkoll għall-fondi Ewropej biex niffinanzjaw parti minn dan il-proġett.", "Li nista' ngħid hu li wara li nfetħu l-offerti kont daqsxejn sorpriż għaliex dawn huma ħafna irħas mill-istima oriġinali u allura l-evalwazzjoni issa tibda bix-xogħol tagħha jiġifieri trid tara anke dak l-aspett.", "Għalina aħjar jekk ikun hemm savings bħalma ġara fil-Kappara ħalli ovvjament ngħaddu għal proġetti oħrajn u permezz ta' fondi Ewropej inkunu nistgħu niffinanzjaw iżjed proġetti li jagħmlu parti mit-TEN-T Network u li jindirizzaw ċerti bottlenecks li għandna.", "Immedjatament wara li l-preferred bidder jiġi magħżul mill-proċess kollu mbagħad jibdew il-pjanijiet loġistiċi biex jibdew ix-xogħlijiet.", "Irridu niżguraw li filwaqt li jkun għaddej ix-xogħol tal-Marsa u eventwalment jiżdied ix-xogħol ta' Santa Luċija, ma jkunx hemm inkonvenjent għal min sadanittant ikun irid jgħaddi minn hemmhekk waqt dawn l-istess proġetti.", "Apparti minn hekk, il-proġett minnu nnifsu se jkun qiegħed joffri diversi alternattivi kif wieħed jivvjaġġa u dan huwa allaċċjat ukoll ma' xogħlijiet li qegħdin nagħmlu bħalissa fiż-żona Tal-Barrani.", "Hemmhekk it-traffic lights ġew ottimizzati b'mod intelliġenti, għalkemm forsi jkun hemm min jgħidlek li qegħdin jgħaġġlu iżjed imma din is-sistema hija aktar intelliġenti minn kif tirraġuna persuna umana u allura rridu noqogħdu fuq dak li jgħidulna l-esperti.", "Qed isiru alterazzjonijiet fil-junction speċjalment meta wieħed ikun ġej min-naħa tal-Gudja jew meta wieħed ikun dieħel lejn in-naħa tal-Gudja, ħalli nagħtu aktar nifs lil min jivvjaġġa.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex aċċettabbli, bħall-każ tal-Buskett, li servizz tal-ilma jiġi mdendel ma' ħajt?", "U x'inhi r-raġuni li mhux qed tintuża l-prassi li kienet tintuża qabel, li meta jinbidel il-wiċċ, jekk ma jinbidilx il-main, jinbidlu s-servizzi, jiġifieri l-house services tal-ilma?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Irrid ngħid lill-Onor.", "Bezzina li jien ma nagħmilx micro management u allura ovvjament ma nafx x'inhu l-punt relatat ma' xi servizz imdendel.", "Napprezza jekk jagħtini l-informazzjoni sabiex niċċekkja mal-entità.", "Eventwalment il-Kap Eżekuttiv jiċċekkja mal-inġiniera x'kienet ir-raġuni, u l-istess, m'iniex se nkun jien li ngħid lill-inġiniera u lill-esperti - dawn fl-aħħar mill-aħħar għalhekk jitħallsu - x'tip ta' soluzzjonijiet u sistemi jsiru.", "Il-punt li qed isemmi huwa loġiku u sens komun u wieħed jassumi li ladarba ma ntużatx il-prassi li kienet tintuża qabel, kif qed jgħid il-kollega tiegħi - għalkemm f'ċerti ċirkostanzi naf li qed tintuża - ikun hemm raġunijiet oħrajn.", "Però, bla ebda ħażen, napprezza jekk jagħtini l-każ speċifiku, nivverifika u nagħtih tweġiba dwaru.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar ġimgħat u xhur wieħed seta' jinnota policy change min-naħa tal-Ministru Borg, min-naħa ta' Transport Malta u anke minn min imexxi t-trasport f'pajjiżna, għaliex filwaqt li jidher li Gvernijiet preċedenti kellhom il-policy li jċekknu t-toroq tagħna, issa dawn it-toroq qed jinfetħu speċjalment fejn jidħlu junctions.", "Kif nafu, issa beda x-xogħol fuq il-junction kif toħroġ mill-Gudja, imbagħad tibqa' sejjer lejn Santa Luċija jew lejn il-Marsa.", "Hemm ukoll il-proġett tal-Ħamrun int u ħiereġ minn taħt il-mini u diversi proġetti oħrajn, anke b'mod simili s-Central Link Project li semmejna fil-bidu u r-roundabout ta' Santa Luċija.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'qegħdin jaspiraw li jilħqu?", "Fost l-oħrajn, fl-aħħar jiem issemma li peress li l-karozzi jagħmlu inqas ħin jistennew fit-traffiku se jkun hemm inqas emissjonijiet, iżda b'dawn it-tibdiliet kollha, li mhumiex żgħar, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-għan primarju li jixtieq jilħaq hu u anke min imexxi t-trasport f'pajjiżna?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Huwa tajjeb li l-kollega tiegħi qed jagħmel din il-mistoqsija għaliex ħafna drabi nispiċċaw vittmi tal-ftit ħin limitat li għandna biex nifhmu sewwa ċ-ċirkostanzi u noqogħdu biss fuq xi titlu jew fuq xi kumment li jkun hemm fuq il-mezzi soċjali jew fuq xi rapportaġġ online.", "Aħna m'aħniex ngħidu li billi nindirizzaw il-bottlenecks u billi nwessgħu ċerti toroq se nkunu qegħdin nindirizzaw l-isfidi li għandna fit-trasport.", "Kif wieħed jassumi u jista' japprezza għandek short, medium u longer-term solutions għal problema daqshekk kbira u sfida daqstant reali.", "Huwa faċli li wieħed jgħid kif kien qal il-Kap tal-Oppożizzjoni li jixtieq jagħmel underground, jew tramm, jew mass transport system, però kieku llum niddeċiedu li nonfqu biljuni f'sistema bħal dik, din tista' titlesta bejn għaxra u 15-il sena oħra.", "Issa forsi jkun hawn min jgħidli li għandna naqbdu u niddeċiedu fuq din il-ħaġa.", "Fil-fatt qegħdin isiru l-istudji u wieħed ikollu ċ-ċans jitkellem dwarhom ukoll.", "Però min għada se jmur għax-xogħol u xorta se jerġa' jispiċċa fil-konġestjoni tat-traffiku jistenna li aħna għandna nipprovaw nindirizzaw dawn l-isfidi u ċerti bottlenecks għall-inqas for the medium jew short-term, u dawn fil-fatt qegħdin jiġu indirizzati.", "Għalkemm dawn mhumiex se jsolvu l-problemi li għandna fis-settur tat-trasport pubbliku, huma sfidi li qegħdin iħallu l-effett u wħud ħallew effetti akbar minn oħrajn.", "Se nsemmi każ partikolari.", "Ħadd mhu qed jgħid li l-proġett tal-mini ta' Santa Venera li sar fis-snin disgħin ma kienx xi proġett tajjeb jew importanti però huwa fatt ukoll li għal min ikun ġej minn Cannon Road u l-bypass tal-Imrieħel, ma tagħmilx sens li għandek żewġ korsiji ħerġin minn ġot-tunnels u korsija li ġejja minn fuq il-bridge li jridu jingħaqdu f'żewġ korsiji mhux tlieta.", "Dak huwa bottleneck li huwa faċli li tindirizzah u qatt ħadd ma indirizzah.", "Għalhekk iddeċidejt li nagħti direzzjoni lill-Awtorità li bdiet timplimenta dan il-proġett u nħares 'il quddiem biex wara s-sajf nibdew inħossu l-effett pożittiv tiegħu, għax il-proġett tal-Kappara u tal-Coast Road qegħdin jitfgħu aktar flow fi Triq Reġjonali u wieħed qed jispiċċa jagħmel għaxar minuti taħt il-mini ta' Santa Venera.", "Forsi hawn min jgħid li qed inwessgħu t-toroq u qed nagħtu spazju għal aktar karozzi.", "Jien dan l-argument nifhmu però għada dawk il-karozzi xorta jridu joħorġu biex iwasslu lill-familja minn post għall-ieħor, la m'għandniex mass transport system u trasport pubbliku li huwa effiċjenti mija fil-mija.", "Sur President, fil-bidu ta' din is-seduta tajt in-numri li għandna fis-servizz tat-trasport pubbliku.", "Fl-2011 writna servizz li kien iġorr 22 miljun persuna u sitt xhur ilu għalaqna s-sena 2017 bin-numru ta' persuni li jużaw is-servizz jilħaq il-50 miljun, aktar mid-doppju.", "Issa għandna capacity issue fit-trasport pubbliku.", "Issib nies li jużaw it-trasport pubbliku u ssib nies li jridu jużawh imma jixtiequ li jiġu indirizzati dawk l-issues li fadal, u fadal issues x'jiġu indirizzati.", "Jien niltaqa' ma' ċiklisti u nifhem it-tħassib tagħhom li m'hawnx biżżejjed cycle lanes, però realistikament ukoll, mhuwiex possibbli li f'kull triq iddaħħal cycle lane.", "Pereżempju, fi Triq Borg Olivier ir-Rabat lanqas jgħaddu żewġ karozzi, aħseb u ara kemm tista' ddaħħal cycle lane!", "Fil-laqgħa li kelli magħhom ipproponewli – xi ħaġa li jien ma tantx kont smajt biha biex inkun sinċier – li ġewwa lokalità tista' tagħmel tabelli li jagħtu prijorità liċ-ċiklisti fuq il-vetturi, anke jekk mhux se jużaw korsiji differenti, imma korsiji segregati.", "Għalhekk id-diskussjoni hija għaddejja.", "Però dawn il-bottlenecks li semmejt qed iħallu effett, f'ċerti ċirkostanzi aktar minn oħrajn, għall-isfidi ta' għada, tal-ġimgħa d-dieħla, tax-xahar id-dieħel u tas-sena d-dieħla.", "Biex verament nikkumbattu l-konġestjoni tat-traffiku rridu nibqgħu naħdmu fuq servizz ta' trasport pubbliku li jkun effiċjenti.", "U llum għandna sfidi kważi pożittivi għaliex qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku ħafna aktar nies milli jiflaħ.", "Però rridu nikkonsidraw li naħdmu fuqu għaliex ma rridux li n-nies jibdew jonqsu minn fuq dan is-servizz.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar korsijiet ta' taħriġ dwar id-dyslexia li saru għall-ġenituri bejn Lulju 2017 u Ġunju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6173; u", "Tagħrif dwar korsijiet ta' taħriġ dwar id-dyslexia li saru għall-għalliema bejn Lulju 2017 u Ġunju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6174.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pubblikazzjoni 'Who is Who - Stop Violence' maħruġ mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6175;", "f'isem id-Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 183 tal2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tar-regolamenti dwar ir-rimi u ġbir ta' skart fil-Belt Valletta (L.S. 206.02); u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-użu u l-ispiża ta' kull vettura, tal-gvern, privata jew mikrija, minn uffiċjali f'pożizzjoni għolja fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6045.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ispiża kapitali tal-Gvern f'kull sena fil-perjodu bejn l-2013 u l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6160.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' persuni separati u single mothers li kienu qegħdin jirċievu l-għajnuna soċjali jew il-benefiċċju tal-qgħad, maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6172.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Erbgħa 13 ta' Ġunju, 2018 tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Edward Zammit Lewis biex, jekk jogħġbu, jirrapporta x-xogħol tal-istess kumitat.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li fil-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma I tat-30 ta' Mejju, 2018 ġew ikkonsidrati s-seba' proposti leġiżlattivi indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u rriżulta li kienu konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà:", "nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra 17-il dokument maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea (pipeline acquis) li tagħhom sar skrutinju u ġew mgħoddija mill-Grupp ta' Ħidma I fl-istess laqgħa:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, xtaqt nagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni li nqalgħet ilbieraħ il-Ħadd, 10 ta' Ġunju, fil-kwestjoni tal-MV Aquarius.", "F'ċirkostanzi bħal dawn se nillimita ruħi għall-fatti dokumentati li ma jista' jmerihom ħadd.", "Wara, imbagħad, nixtieq ngħaddi ftit kummenti min-naħa tiegħi.", "L-ewwel nett, is-salvataġġi seħħew fis-search and rescue region Libjan.", "L-operazzjoni ġiet ikkordinata mir-rescue coordination centre ta' Ruma.", "Kien f'din il-kordinazzjoni minn Ruma li ġie deċiż li l-immigranti kollha minn dgħajjes differenti jitpoġġew fuq l-MV Aquarius, li jtajjar bandiera ta' Ġibiltà u operat minn NGO Franċiża.", "Fl-akkwati kien hemm bċejjeċ oħra navali Taljani fejn setgħu jittellgħu dawn l-immigranti li ġew salvati.", "Dan huwa sinjal li l-awtoritajiet Taljani li kkordinaw dan is-salvataġġ kienu certi li MV Aquarius kellu l-abbiltà jagħti kenn lis-700 immigrant.", "B'hekk Malta, bl-iktar mod ċar, la kienet l-awtorità li qed tikkordina (coordinating authority) u lanqas kellha l-kompetenza fuq is-salvataġġ (competent authority).", "L-MV Aquarius beda jipproċedi lejn l-Italja, fejn kellu jiżbarka skont il-konvenzjonijiet u bil-mod kif dejjem imxew l-affarijiet.", "Waqt li kien fl-ibħra internazzjonali, fi triqtu lejn l-Italja, u waqt li ma kien hemm l-ebda sinjal li d-dgħajsa kellha xi diffikultà, irriżulta li l-awtoritajiet Taljani taw ordni lill-MV Aquarius biex jieqaf fejn qiegħed u ma jkomplix jipproċedi.", "Huwa assolutament inkontestat li pajjiż ma jistax jagħti ordni bħal din.", "Pajjiż li jagħti direzzjoni biex, f'dak il-mument, dgħajsa tieqaf fejn qiegħda, ikun qed imur totalment kontra l-liġijiet internazzjonali marittimi.", "Dawn l-istruzzjonijiet setgħu eskalaw il-każ fi kriżi umanitarja.", "Sur President, bħala pajjiż żammejna dejjem mal-obbligi internazzjonali, mal-konvenzjonijiet applikabbli u mal-liġijiet marittimi.", "Din il-pożizzjoni wassaltha b'mod dirett lill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte f'kuntatt telefoniku tard ilbieraħ filgħaxija.", "Nagħmilha ċara li l-interess tal-Gvern Malti huwa li jkollu l-aħjar relazzjonijiet possibbli mal-Italja.", "Kemm ilni Prim Ministru dan huwa r-raba' gvern Taljan li qed nesperjenza u, kif kellna mal-amministrazzjonijiet preċedenti, se naħdmu biex ikollna relazzjonijiet tajbin miegħu wkoll, kif wara kollox irid ikollna mal-ġirien kollha tagħna, kemm min-naħa Afrikana, kif ukoll min-naħa Ewropea; m'għandniex għalfejn inkunu fuq naħat differenti.", "L-interess tagħna fuq din il-kwestjoni u ħafna kwestjonijiet oħrajn huma identiċi.", "Huma wkoll l-interess tal-Ewropa.", "Imma importanti li l-Gvernijiet u l-organizzazzjonijiet kollha involuti jsegwu r-regoli maqbula u mhux jitilqu għal rashom, kif sfortunatament nemmen li ġara f'dan il-każ.", "Eventwalment, matul il-ġurnata tal-lum tħabbar li Spanja, taħt it-tmexxija ġdida tal-Prim Ministru Pedro Sanchez, offriet biex l-MV Aquarius jiddaħħal fil-port ta' Valencia.", "Filwaqt li rringrazzjajt personalment lill-Prim Ministru Sanchez talli intervjena biex ikun hemm dan l-iżblokk, nisħaq li dawk kollha involuti għandna noqogħdu bilqiegħda madwar mejda u niddiskutu kif se nevitaw milli terġa' tinqala' sitwazzjoni bħal dik tal-aħħar sigħat.", "Kif dejjem għedt, din hija kwestjoni Ewropea li teħtieġ soluzzjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li fiċ-ċirkostanzi kollha xorta bqajna nimmonitorjaw li l-immigranti ma jkunux f'periklu.", "Fil-fatt, illum wara nofsinhar, ftit tas-sigħat biss ilu, il-Gvern Malti bagħat konsenja ta' ikel u ilma għas-700 immigrant abbord l-MV Aquarius.", "Dan għamilnieh minkejja li ma saret ebda talba għal din it-tip ta' għajnuna.", "Għamilnieh għaliex nifhmu, u nifhmu sew, id-diffikultà tas-sitwazzjoni.", "Dan huwa pajjiż li, bla ma jippreġudika l-pożizzjoni tiegħu u f'konformità mal-politika li ħaddem fis-snin li għaddew, dejjem kien lest biex, fejn possibbli, anke jwettaq evakwazzjonijiet ta' emerġenza medika ta' persuni li jkollhom bżonn attenzjoni għal raġunijiet umanitarji.", "Fil-fatt, Sur President, filwaqt li konna qegħdin nistennew li ssir din l-istqarrija – biex inkunu korretti peress illi jista' jkun hemm żviluppi fil-ħin li ġej – bħala gvern ġejna kkuntattjati mill-UNHCR u ġejna mitlubin nikkonsidraw jekk tistax tingħata għajnuna lill-persuni li għandhom bżonn għajnuna medika, bħal numru ta' nisa li huma tqal.", "Aħna tajna l-messaġġ li lesti ngħinu lil dawn il-persuni li jkunu qegħdin f'sitwazzjoni ta' saħħa prekarja, kif għamilna u komplejna nagħmlu matul is-snin li għaddew mingħajr l-ebda eżitazzjoni kull darba li ntlabna nagħmlu hekk.", "Fuq dan ikun hemm żviluppi għaliex għaddejjin diskussjonijiet ma' dawk kollha involuti.", "Dwar dawn il-punti, iċ-Ċentru ta' Salvataġġ Malti kiteb formalment liċ-Ċentru ta' Salvataġġ Taljan u lill-Kaptan tal-MV Aquarius.", "Jien informat li min-naħa tiegħu l-Kaptan ħa nota tal-pożizzjoni ta' Malta u talab lill-Italja biex tieħu azzjoni immedjata u ssolvi din is-sitwazzjoni skont il-liġijiet u r-regoli relevanti.", "Nerġa' nisħaq, Malta dejjem imxiet mal-obbligi tagħha.", "L-assi kollha Maltin huma ddedikati biex insalvaw il-ħajjiet.", "Meta l-Ewropa fl-aħħar fehmet li jkun hemm kwota fuq ridistribuzzjoni ta' immigranti mal-istati kollha membri, konna aħna minn tal-ewwel li wettaqna dawk l-obbligi; ħadna l-parti tagħna u integrajna immigranti f'Malta.", "Il-pożizzjoni tagħna hija altru milli waħda populista.", "Anzi hija waħda ta' kompassjoni realistika li tifhem li l-prijorità hija li nsalvaw lin-nies mill-baħar, imma ma nistgħux nieħdu iktar milli nifilħu.", "Irrid infakkar ukoll li Malta hija fost l-iktar pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jipproċessaw applikazzjonijiet ta' ażil.", "Fl-2017 konna r-raba' l-iktar, meta pproċessajna 1,610 first-time applications għall-protezzjoni internazzjonali.", "U fl-ewwel tliet xhur tal-2018 konna t-tielet l-iktar pajjiż tal-Unjoni Ewropea li pproċessa applikazzjonijiet ta' ażil; 395 first-time applications.", "Ħadd, nirrepeti, ħadd fl-Ewropa ma jista' jdur fuqna u jgħidilna li l-parti tagħna m'aħniex nagħmluha.", "Fl-aħħar snin, meta naqsu l-ammonti ta' immigranti li jaslu Malta b'mod illegali, dejjem sħaqt li din hija sitwazzjoni volatili u li mil-lum għal għada tista' tinbidel.", "Għalhekk qatt ma daqqejna trombi, minkejja li stajna lgħabna l-karta populista.", "Sur President, bħala Prim Ministru żgur li mhux se nħalli lil min jinqeda b'din is-sitwazzjoni u oħrajn simili biex ixerred ir-razziżmu.", "Iva, se nibqa' naqbeż għall-interess ta' pajjiżi l-ewwel u qabel kollox, imma qatt ma se nippermetti lil min juża din il-pożizzjoni biex irewwaħ il-mibegħda.", "Għalhekk f'dan kollu nerġa' nisħaq fuq l-għaqda nazzjonali.", "Nirrikonoxxi u nilqa' l-punt li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ, fejn din il-Kamra kienet solidali flimkien, u nirringrazzjah tal-pożizzjoni tiegħu kif irringrazzjajtu personalment.", "Din il-Kamra trid tkun magħquda favur l-interess nazzjonali, speċjalment meta l-fatti juru li aħna mxejna u se nibqgħu nimxu b'mod sod iżda korrett.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, dawn huma sitwazzjonijiet li tħares minn fejn tħares lejhom huma delikati u jinvolvu l-aktar żewġ elementi importanti, kif se nispjega.", "Dawn huma l-ħarsien tad-dinjità u l-ħajja tal-persuni, u l-osservanza tal-liġijiet internazzjonali, ċjoè, dawk il-liġijiet li jirregolaw il-komportament bejn stat u ieħor.", "Kif diġà qal il-Prim Ministru, jiena lbieraħ minnufih esprimejt ruħi u għedt li l-interess nazzjonali jiġi l-ewwel u qabel kollox u allura l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda mal-Gvern biex tissalvagwardja l-interess nazzjonali ta' pajjiżna.", "Jien se nagħmel referenza għal xi kwotazzjonijiet li kien hemm fuq il-midja li qegħdin jitfgħu lil Malta u lill-Italja fl-istess qoffa.", "Pereżempju ntqal li:", "jiġifieri li qegħdin jinkisru d-drittijiet u l-obbligi internazzjonali.", "Safejn naf jien, Malta ma kisret ebda liġi internazzjonali imma kienet konsistenti mal-ħarsien tad-dritt u l-liġi internazzjonali.", "Hawnhekk jien nisħaq illi għandna dejjem inkunu konsistenti u konsonanti mal-osservanza tad-drittijiet internazzjonali, li jgħidu ċar li meta jkun hemm sitwazzjonijiet bħal dawn għandu japplika l-prinċipju tas-safest and closest port.", "Għalhekk f'dan il-każ, bil-fatti rakkontati mill-Prim Ministru - u jien aċċertajt ruħi miegħu u anke ma' sorsi oħrajn li dawn il-fatti huma minnhom - Malta ma kisret ebda liġi, lanqas dik internazzjonali.", "Sur President, issa se nitkellem ftit dwar il-parti umana għax jista' jkun li jkun hemm min ironikament qed jistenna li okkażjonijiet bħal dawn jitwieldu biex jibda jrewwaħ ċerti sentimenti.", "Irridu nifhmu li hemm żewġ uċuħ ta' din il-problema.", "Hemm il-wiċċ ta' min ikun għaddej minn sofferenza, minn tbatija, persuni li qegħdin jaħarbu minn sitwazzjonijiet ta' faqar, ta' vjolenza, ta' dittatorjati u ta' krudeltà u dik hija l-parti umana li ma jistax jgħaddi diskors wieħed jew okkażjoni waħda li ma nsemmuhomx u li ma neħduhomx inkonsiderazzjoni meta nkunu qegħdin nagħmlu d-deċiżjonijiet tagħna.", "Però mbagħad ikun hemm min jabbuża minn dawn is-sitwazzjonijiet u jagħmel suq u negozu mill-faqar ta' dawn in-nies.", "Meta qed ngħid faqar qed nirreferi għas-sitwazzjoni ta' dawn in-nies li huma wkoll vittmi li wieħed jużahom għax minnhom jista' joħloq negozju u lukru.", "Il-liġi internazzjonali rridu naqsmuha f'biċċtejn ħalli n-nies jifhmu u jsegwu dak li qed jiġri.", "L-ewwel hemm il-parti importanti li l-liġi internazzjonali tiddetta li l-bastiment jew il-biċċa tal-baħar tmur lejn l-eqreb port sigur.", "Però filwaqt li jkun qed isir dan, anke matul it-traġitt, hemm ċirkostanzi personali li jikkonċernaw lil dawk li jkunu fuq dak il-vapur ċjoè l-kwestjoni ta' kriżi umanitarja.", "Allura hemmhekk, b'kawtela kbira, pajjiżna, kif jidher u qed jirriżulta li diġà għamel, irid ikun pront li jagħti l-assistenza kollha li jista' jagħti biex jassigura li ma tintilef jew ma tiġi pperikolata ebda ħajja.", "Biex nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq insellem lil dawk il-membri kollha, kemm tal-Forzi Armati ta' Malta, kif ukoll tas-sigurtà tagħna, u lil dawk li ħafna drabi jaħdmu b'periklu għalihom infushom biex isalvaw il-ħajja ta' ħaddieħor.", "Riċentement kellna okkażjonijiet ukoll fejn il-forzi tal-ordni tagħna wrew dan u wrewh bil-kif.", "Irridu napprezzaw dan ix-xogħol li jsir u biex nikkonkludi rrid ngħid li fuq kwestjonijiet ta' materja nazzjonali mhux biss se nkunu qegħdin mal-Gvern biex niddefendu l-interess nazzjonali, imma se nkunu attivi wkoll fl-Ewropa ħalli l-obbligi tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi Ewropej li huma akbar minna u li għandhom riżorsi ħafna ikbar minn tagħna, ikunu qed jiġu mħaddma u dawn il-pajjiżi mhux joqogħdu bilqiegħda u ma jagħmlu xejn u mbagħad joqogħdu jikkritikaw!", "Jien nistieden lill-Gvern biex immorru fimkien barra minn pajjiżna u nuru li meta niġu biex inħarsu l-interess nazzjonali tagħna, il-leħen tagħna jkun wieħed, il-leħen tagħna huwa b'saħħtu u kapaċi nkunu vuċi fl-Ewropa ħalli nbiddlu l-mod kif l-Ewropa tittratta dawn l-affarijiet, għax din mhux biss hija problema tal-Ewropa kollha, imma hija problema li wasslet biex partijiet sostanzjali tal-Ewropa huma maqsumin kontra xulxin dwarha.", "Hemm distinzjonijiet netti ta' min jippriedka mod u jagħmel ieħor u hemm gruppi differenti fl-Ewropa fejn kulħadd iħares l-interess ta' pajjiżu biss.", "Għaldaqstant naħseb li l-isfida li għandna quddiemna hija li l-ewwel inħarsu l-interess ta' pajjiżna, imbagħad naraw li qegħdin nissalvagwardaw ukoll il-ħajja umana, imma mbagħad irridu nagħmlu sforz b'saħħtu, nieħdu r-riedni aħna u mmorru fl-Ewropa biex naraw kif din il-problema nirribattuha għax se tibqa' tikber.", "Din mhux se tiġri dan is-sajf jew is-sajf ta' wara.", "Il-ġid li hemm fl-Ewropa, il-faqar li hemm fl-Afrika, in-nuqqas ta' investiment u l-problemi politiċi se jibqgħu jikbru u allura b'serjetà rridu nippjanaw 'il quddiem, irridu nkunu konsistenti u konsonanti u nieħdu l-inizjattiva aħna fl-Ewropa.", "Irridu nużaw l-abbiltà ta' Malta li kapaċi tlaqqa' naħat differenti u nibdew nipproponu soluzzjonijiet li jissalvagwardaw l-interess ta' pajjiżna u l-ħajja umana u jġibu aktar kuxjenza fl-Ewropa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Infakkar li kull intervent se jkollu massimu ta' tliet minuti.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, irrid nistaqsi lill-Prim Ministru jekk jistax jgħidilna x'inhi l-qagħda bħalissa fil-Mediterran.", "Jien għandi informazzjoni li bħalissa hemm tliet bastimenti joperaw fil-Mediterran, li huma s-Sea Fuchs, is-Sea-Watch Vessel 3 u l-Aquarius, u bħalissa hemm xi ħames bastimenti ta' ħames NGOs irmiġġjati f'Malta u l-Italja.", "Jista' jkun - għalkemm dan mhuwiex ikkonfermat - li hemm ukoll il-bastiment tal-gwerra Diciotti tal-Guardia di Finanzia.", "Jista' l-Prim Ministru jew il-Ministru jgħidilna jekk jafx dwar dan?", "Milli jidher dan salva numru ta' immigranti u ma jidhirx li jagħmel parti mill-Operations Team tal-Frontex.", "Jiġifieri din hija operazzjoni purament Taljana.", "Il-Gvern jaf dwar dan u hemm xi riskju partikolari għal Malta?", "Fit-28 ta' Ġunju l-Prim Ministru se jattendi għas-summit tal-Unjoni Ewropea li fost affarijiet oħrajn se jkun dwar l-immigrazzjoni, kif se jindirizza l-kwestjoni tal-immigrazzjoni mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u xi pjan għandu biex l-Unjoni Ewropea terfa' l-piż tar-responsabbiltà f'dan il-qasam.", "Dan hekk kif il-Gvern stess ammetta li dan huwa fenomenu tal-Unjoni Ewropea, mhux ta' pajjiż wieħed biss.", "Il-Gvern huwa ppreparat f'każ li l-pajjiż ikollu jiffaċċja mewġa wara mewġa ta' immigranti u jista' jispjegalna għalfejn fi Frar li għadda l-Gvern Malti ddeċieda li ma jidħolx fl-operazzjoni Themis tal-Frontex?", "Jista' jgħidilna għalfejn dik id-deċiżjoni kienet fl-interess nazzjonali?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien nemmen ħafna fid-drittijiet umani u solidarjetà ma' min hu vulnerabbli.", "Jien nifhem li l-immigrazzjoni mhux se tonqos fil-ġejjieni minħabba tibdil fil-klima, inkwiet ġeopolitiku u gwerer.", "Għaldaqstant naqbel ukoll li l-Gvern u l-Oppożizzjoni naħdmu flimkien biex nistabbilixxu politika.", "Il-mistoqsijiet tiegħi huma dawn.", "Bosta stati membri tal-Unjoni Ewropea għandhom l-ambaxxati fil-pajjiżi tal-Afrika tas-Sub Sahara.", "Hemm ħsieb li dawn jinfetħu għall-ipproċessar ta' talbiet tal-immigrazzjoni legali u fil-Libja jinfetħu ċentri ta' ipproċessar biex b'hekk applikazzjonijiet għall-ażil jitħejjew qabel ma l-immigranti jipperikolaw ħajjithom meta jaqsmu s-Sahara Desert u l-Baħar Mediterran?", "Bħal-lum sena kellna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Malta wiegħdet li għandhom jinħolqu kurituri umanitarji fl-Ewropa.", "Dawn seħħew?", "X'miżuri qegħdin jittieħdu fl-Ewropa biex tiġi ssorveljata n-nefqa tal-fondi mogħtija lit-Turkija u l-Libja?", "Wara t-traġedja umana f'Lampedusa, kif tħaffef il-proċess dwar l-immigrazzjoni?", "X'kien il-kontribut ta' Malta f'dan ir-rigward fil-Mediterran t'Isfel?", "Il-Gvern spiss jgħid li għandu bżonn ħafna aktar ħaddiema u l-popolazzjoni trid tmiss is-600,000.", "Filwaqt li nifhem li Malta tiflaħ biss numru ta' nies, x'differenza hemm bejn dawn ir-refuġjati ladarba jiġu integrati u jibdew jaħdmu, u ħaddiema li jġibu kumpaniji privati magħrufin?", "Malta kemm qed tieħu fondi kull sena mill-Unjoni Ewropea għall-isfidi tal-immigrazzjoni?", "Nitlob ukoll lill-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-proċessi li jsiru mal-wasla tal-immigranti sakemm jieħdu l-istat ta' refuġjat?", "Kif qiegħda titħaddem il-politika ta' integrazzjoni?", "U kemm mit-tfal immigranti illegali li twieldu Malta ingħataw ċ-ċittadinanza Maltija?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, nixtieq ningħaqad ma' dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni bħala l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mal-intern u s-sigurtà nazzjonali.", "Illum assistejna għal dik li setgħet żvolġiet fi traġedja, għaliex kien hemm aktar minn 600 ruħ, fosthom nisa tqal, tfal u żgħażagħ maqbudin f'sitwazzjoni illi kieku ma ġietx żblokkata sagħtejn u nofs ilu, probabbilment dawn qegħdin maqbudin f'nofs il-Mediterran, f'battibekk politiku bejn żewġ pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.", "Għal darb'oħra kellna Unjoni Ewropea li falliet quddiem sitwazzjoni gravi bħal din.", "Il-Prim Ministru ġie kkwotat jgħid li \"this cannot happen again\".", "Sfortunatament din l-istqarrija ilna nisimgħuha wisq mill-politiċi, ilna li smajnieha f'din il-Kamra, smajnieha ħierġa minn prim ministri oħrajn u smajnieha ħierġa mill-ogħla uffiċjali fl-Unjoni Ewropea.", "Però r-realtà hi, kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Stellini, li għandna sitwazzjoni fejn b'mod imminenti, f'ħoġorna, fuq l-għatba tagħna, għandna vapuri li bħalissa qegħdin iġorru immigranti li possibbilment jispiċċaw fis-sitwazzjoni li qegħdin.", "Jien segwejt l-argumenti legali li saru llum, l-argumenti bbażati fuq prinċipji tal-liġi internazzjonali.", "Bażikament l-argument kien li din kienet missjoni ta' salvataġġ li oriġinat, ġiet ikkordinata u bdiet mill-Guardia Costiera Taljana u dan il-vapur aġixxa fuq struzzjonijiet speċifiċi tagħha.", "Barra minn hekk, l-eqreb port kien il-port ta' Lampedusa u mhux ta' Malta.", "Dan huwa xenarju li kien jiġġustifika l-pożizzjoni tajba li ħa l-Gvern illum.", "Però r-realtà hija li għada pitgħada jista' jkollok gvern Taljan ġdid, bħalma ġara riċentement, li n-narrativa tiegħu tkun tali li se jnaqqsu l-impenn li kellhom s'issa.", "Għandna Gvern Taljan li tela' b'dik l-għajta u beda jwettaqha u allura issa s-sitwazzjoni fil-Mediterran inbidlet b'mod drammatiku.", "Peress li l-Gvern Taljan qed jiddikjara li l-politika li kien qed jaddotta sal-bieraħ mhux se jibqa' jaddottaha, nitlob lill-Prim Ministru jispjegalna kif se jippjana li jindirizza din is-sitwazzjoni.", "Se nagħmel l-aħħar punt.", "Tkellimna fuq in-nuqqas ta' wasliet bid-dgħajjes fl-aħħar snin.", "Huwa fatt li mis-sena 2014, ċjoè mal-bidla fil-gvern sal-2017, skont statistika ppubblikata llum fil-ġurnal The Times of Malta, kulma kellna kienu 720 wasla.", "Però fl-istess nifs, b'mod kontradittorju, kellna 6,321 talba għall-ażil.", "Jista' l-Prim Ministru jispjega kif tista' tikkombaċċja dawn iż-żewġ figuri?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ Iill-Prim Ministru biex jagħmel ir-replika tiegħu.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, se nwieġeb uħud mill-mistoqsijiet imma nitlob lill-kollegi tiegħi jagħdruni għax hemm mistoqsijiet speċifiċi ħafna li rridu dibattitu sħiħ biex inweġbuhom.", "Però naħseb li jkollna mumenti differenti fejn inkunu nistgħu nwieġbu għalihom.", "Nixtieq li wħud mill-mistoqsijiet li saru nweġibhom fid-dettall, imbagħad nagħmel punt politiku.", "Se nibda l-ewwel nett b'dak li qal l-Onor.", "Farrugia rigward ċentri tal-ipproċessar fil-Libja jew f'postijiet oħrajn.", "Huwa faċli li niġu hawnhekk u nibdew nattakkaw biss lill-Unjoni Ewropea.", "Jien diżappuntat minn ħafna mill-affarijiet li saru, jew li ma sarux, fuq livell Ewropew f'dan il-qasam, biss waħda mis-suċċessi kienet id-dimensjoni esterna, li fuq livell Ewropew - u dan beda bil-Valletta Summit li kien sar hawn Malta - hemm koordinazzjoni b'saħħitha aktar minn qatt qabel biex persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw mid-deżert jintlaqgħu f'postijiet strateġiċi qabel biss jaslu l-Libja.", "Dan permezz ta' ċentri jew outposts f'postijiet strateġiċi bħan-Niger, fejn qed isir xogħol kbir, u bħaċ-Chad, fejn hemmhekk hemm kollaborazzjoni ma' tribujiet u ma' awtoritajiet reġjonali u lokali.", "Hemmhekk qed isir xogħol importanti ħafna min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "Il-kontribut ta' Malta f'dan kollu huwa li 100% tal-assi kollha tas-sigurtà ta' pajjiżna huma dedikati għall-kwestjoni tal-immigrazzjoni.", "Nemmen li m'hawn l-ebda pajjiż ieħor fid-dinja li jista' jgħid li mija fil-mija tal-assi kollha tal-Forzi Armati tiegħu huma dedikati għal dan il-qasam.", "Illum il-ġurnata ħadd ma jista' jħammrilna wiċċna fuq dak li nagħmlu aħna f'Malta f'dan il-qasam ukoll u rrid nenfasizza ħafna dan il-punt.", "Aħna sodi f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-fruntieri tagħna, li huma fruntieri Ewropej ukoll, imma rridu nagħtu s-sehem tagħna.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra li pajjiżna huwa l-ewwel pajjiż – u safejn naf jien huwa wieħed minn tnejn – li wettaq il-kelma kollha tiegħu meta ġie għar-rilokazzjoni ta' immigranti mill-Greċja u mill-Italja.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-kriżi li kienet inqalgħet fil-Greċja u fl-Italja rrid infakkar li skont il-key li ħarġet l-Unjoni Ewropea stess, key li kienet ikkontestata minn uħud, aħna din issodisfajnieha kollha.", "Tlabna lill-awtoritajiet Taljani biex jibagħtulna n-nies hawnhekk, kif fil-fatt għamlu, meta l-eħfef ħaġa li stajna nagħmlu kienet li ngħidu li fis-snin li għaddew aħna tħallejna waħedna u allura issa nħallu lil ħaddieħor waħdu.", "Minflok, aħna wieħed minn dawk il-pajjiżi - jekk m'iniex sejjer żball konna żewġ pajjiżi - li wettaqna l-kelma tagħna mija fil-mija u konna żgur l-ewwel pajjiż li wettaqna l-kelma tagħna.", "Qed jgħiduli li huma ammonti żgħar!", "Huma ammonti relattivi imma aħna nistgħu nieħdu l-ammont ta' nies li nifilħu.", "Bit-tieni mod ukoll, bid-diskussjoni li għaddejja bħalissa bir-reviżjoni tar-regolament ta' Dublin u bid-diffikultajiet kollha li hemm, ħafna mill-metodoloġija li qed tiġi wżata mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-piż li għandu jerfa' kull pajjiż, Malta qed terfa' l-piż tagħha.", "Jiġifieri m'iniex fil-libertà li noħroġ jien, imma kien hemm artikli internazzjonali dwar keys differenti.", "Meta qed ngħid keys jiġifieri formoli u metodoloġiji li qegħdin jintużaw mill-Kummissjoni Ewropea dwar kemm jista' jieħu jew jiflaħ jieħu immigranti kull pajjiż.", "Malta qed tagħmel sehemha.", "U dan jien ngħidu bi kburija għax waħda mir-raġunijiet għaliex nistgħu nerfgħu b'dak il-mod huwa għaliex għandna ekonomija li sejra tajjeb.", "Se nerġa' mmur għall-mistoqsija tal-Onor.", "Farrugia li qal li ladarba għandna bżonn il-barranin m'għandux għalfejn ikollna problema minn fejn ikunu.", "Punt importanti ta' prinċipju huwa li aħna m'għandniex problema minn liema pajjiż ikunu.", "Il-punt prinċipali huwa kif jidħlu f'pajjiżna.", "Irid ikun hemm mod regolamentat ta' kif wieħed jidħol f'pajjiżna.", "L-argument tagħna mhuwiex li ma rridux il-barranin.", "L-argument tagħna huwa li rridu l-barranin, imma rriduhom jidħlu b'mod ordnat, li tkun taf min dieħel, li tista' tagħmel sistema li taħdem.", "Fenech Adami għamel mistoqsija leċita li jistaqsuha ħafna nies.", "Dan qed jistaqsi kif dawk li jaslu bid-dgħajjes naqas u żdiedu l-applikazzjonijiet.", "Dan qed jiġri għaliex il-persuni jaslu mod ieħor u s-sistema Ewropea tipprovdi li wieħed jista' jiċċaqlaq minn pajjiż għall-ieħor wara li jkun daħal fl-Unjoni Ewropea u japplika għall-protezzjoni f'pajjiż partikolari.", "Nerġa' ngħid, dan juri mill-ġdid kif pajjiżna llum il-ġurnata huwa t-tieni l-aktar pajjiż li per capita għandu applikazzjonijiet simili.", "Dan ineħħi t-tip ta' karikatura li jkun hemm min jipprova jagħti, li qisu pajjiżna mhux qiegħed jerfa' l-piż tiegħu.", "Pajjiżna fil-passat refa' ferm aktar milli felaħ u llum, fil-fehma tiegħi, qed nerfgħu dak li nifilħu mingħajr qatt ma nieħdu xejn for granted.", "L-Onor.", "Stellini staqsa kif qed tiżviluppa bħalissa l-qagħda fil-Mediterran u semma r-rapporti li hemm dwar vapuri u salvataġġi li saru.", "Li nista' ngħidlu huwa li dan mhuwiex l-aktar perijodu li saru traġitti kemm ili Prim Ministru.", "Forsi b'dak li se ngħid mhux se nkun popolari; l-unika ħaġa pożittiva li tista' toħroġ minn din il-kriżi li nqalgħet hija li jista' jkun li twassal il-messaġġ li mhux kollox għaddej b'mod normali fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-wasliet ta' immigranti.", "Jista' jkun li l-għaqdiet kriminali li jittraffikaw il-persuni jkunu qegħdin jieħdu wait and see attitude.", "Ma nafux jekk dan huwiex il-każ, imma jekk hemm xi ħaġa waħda pożittiva li tista' tittieħed minn din il-kriżi, u li hija kbira, hija din.", "Fl-aħħar nett l-Onor.", "Stellini staqsa wkoll dwar in-nuqqas ta' parteċipazzjoni ta' Malta f'operazzjoni partikolari.", "Bħala pajjiż fejn aħna naraw li r-rules of engagement ikunu saru b'mod unilaterali, li mhux qegħdin jieħdu inkonsiderazzjoni l-effetti fuq pajjiżna, aħna ma neħdux sehem f'dik l-operazzjoni.", "Aħna m'għandna l-ebda obbligu li nieħdu sehem f'operazzjonijiet.", "X'se jiġri issa b'engagement jew b'disengagement min-naħa tal-Gvern Taljan għad irridu naraw.", "Ħafna qegħdin jaħsbu li l-Gvern Taljan se jagħmel disengagement.", "Fil-verità, dak li rajna fl-aħħar sigħat kien engagement b'saħħtu, imma b'mod differenti.", "Aktar milli wieħed jagħmel pass lura, kważi nista' ngħid li kien hemm passi 'l quddiem, imma mbagħad fl-aħħar mill-aħħar nistaqsi x'se jiġri mill-persuni li qed jiġu salvati b'dan kollu.", "Naħseb li hemm diskussjoni, li bdiet fuq livell ta' Kunsill Ewropew u naħseb li se titkompla, dwar ir-rwol tal-NGOs f'dan kollu.", "Dawn qed jagħmlu xogħol importanti imma x-xogħol irid ikun regolat.", "Pereżempju, l-Unjoni Ewropea qed tonfoq miljuni kbar biex tħarreġ il-gwardji tal-kosta Libjana.", "Dawn huma flus il-Maltin daqskemm huma flus l-Ewropej.", "Dawn huwa sinjal li hemm qafas, li ddiskutejnieh ukoll f'Malta, li permezz tiegħu qed ngħidu li l-Libjani jridu jieħdu ħsieb l-ibħra tagħhom.", "Allura mbagħad ma jistax ikun li ma nħalluhomx jieħdu ħsieb l-ibħra tagħhom.", "U hemmhekk tidħol ir-responsabilizzazzjoni tal-awtoritajiet Libjani.", "Mill-informazzjoni li għandna nafu li f'ċerti każi dawn ipprovaw jidħlu responsabbli u ġew injorati għalkollox.", "Jien mhux qed nikkritika lill-NGOs imma qed ngħid li jrid ikun hemm sett ċar ta' regoli dwar kif isir dan kollu.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li jien nieħu pjaċir b'dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, li rridu nkunu front unit anke fuq livell Ewropew.", "Qed nifhem li l-Gvern u l-Oppożizzjoni qed naqblu fuq l-attitudni li ħa l-Gvern Malti.", "Mhux se nagħmel blanket statement li naqblu fuq kollox fuq dan il-qasam, imma fuq dan l-inċident qed nifhem li qegħdin naqblu.", "Sfortunatament Membru min-naħa tal-Oppożizzjoni dalgħodu qaltilna li aħna populisti.", "Bl-istess kejl, jekk qed tgħidilna li aħna gvern populista, għandna oppożizzjoni populista għax l-Oppożizzjoni qed taqbel eżattament mal-Gvern.", "Imma lil hinn minn dan il-punt, li ridt ngħid huwa li ma jistax ikun li hawnhekk ngħidu mod, imbagħad ikun hemm ħaddieħor xi mkien li jmur jgħid mod ieħor.", "Jien lest u konvint li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa lest li naħdmu b'ponn wieħed, ħaġa waħda għall-ġid ta' pajjiżna.", "Iva, dawn huma punti delikati, imma l-appell tiegħi huwa li nibqgħu mexjin 'il quddiem bil-ħidma u l-ħajja tagħna bħala pajjiż.", "Sur President, l-agħar ħaġa bħalissa hija li ngħollu t-temperatura u ngħidu li ġejja xi kriżi - jien ma nemminx li ġejja xi kriżi – bil-konsegwenza li dawk l-elementi l-aktar estremi fis-soċjetà tagħna li mhumiex rappreżentati f'dan il-Parlament jieħdu s-sopravvent b'nofs ta' kelma.", "Dan huwa l-punt li jien irrid nisħaq dwaru; li aħna se nibqgħu mexjin 'il quddiem bħala pajjiż u bil-ħajja tagħna bħala familji u bħala negozji.", "Jista' jkollna aktar problemi milli kellna sal-lum il-ġurnata, imma kif solvejna din il-kwestjoni, l-isfidi kollha qegħdin hawnhekk biex insolvuhom u jekk ma jkunx il-Gvern biss li jsolvihom, imma jkunu l-Gvern u l-Oppożizzjoni, nagħtu sinjal b'saħħtu ħafna lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Rigward ir-riferenza li għamel il-Prim Ministru rrid ngħid li meta jien inkun tkellimt bħala Kap tal-Oppożizzjoni, l-Oppożizzjoni tkun tkellmet b'vuċi waħda.", "L-appoġġ li qed nagħtu lill-Gvern fuq din il-materja huwa ta' interess nazzjonali għax aħna nġibu l-interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-24 ta' Mejju, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, qed niddibattu Abbozz ta' Liġi li għandu relevanza sostanzjali fil-futur - dak tal-ekonomija ta' pajjiżna b'mod partikolari - għax jittratta suġġett vitali għal pajjiż, u ċjoè, is-suġġett marbut mal-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Jien ngħid li din hija liġi li b'mod ġenerali għandha ħafna affarijiet pożittivi u mil-lat politiku, b'eċċezzjoni għall-kwestjoni marbuta mal-kunsilli lokali li se nitkellem aktar 'il quddiem dwarha.", "Però fuq livell politiku hemm relevanza ta' dak li aħna rridu naraw f'pajjiżna f'dan il-qasam.", "Din il-liġi hija relevanti għaliex is-settur tal-infrastruttura huwa settur kruċjali u huwa importanti ħafna għall-futur tas-soċjetà u tal-ekonomija tagħna.", "Għalhekk f'dan l-ispirtu nixtieq inressaq ftit punti marbutin mal-istrateġija infrastrutturali ta' pajjiżna u nixtieq ukoll inressaq numru ta' punti marbutin mat-tħaddim ta' dak li aħna qegħdin naraw ta' kif tista' titħaddem u tiġi implimentata l-ħidma marbuta ma' din l-Aġenzija.", "Din hija liġi li jien ngħid li għandha konċett tajjeb u żgur li dan il-pajjiż għandu bżonnha.", "L-ewwel punt li nixtieq nagħmel huwa marbut mar-raġuni għalfejn l-infrastruttura hija importanti u daqshekk relevanti.", "L-infrastruttura mhijiex xi ħaġa li sempliċement you tick the box, mhijiex xi ħaġa li tagħmilha biex tkun wettaqtha però tista' tgħid li hija n-network tal-vini li minnhom tgħaddi l-ħajja, is-soċjetà u l-ekonomija ta' pajjiż.", "Mingħajr infrastruttura ma jistax ikollok pajjiż ċivilizzat, pajjiż żviluppat, pajjiż li jaspira li jkun aktar avvanzat.", "Jien l-infrastruttura nqisha bħala ċertifikat tal-istate of readiness ta' pajjiż, ċertifikat ta' kemm pajjiż huwa lest u ppreparat biex jilqa' l-isfidi li qed toffrilu d-dinja u kif dawk l-isfidi kapaċi jipprovdu ambjent operazzjonali li permezz tiegħu jkun jista' jaħdem u jeċċella.", "L-infrastruttura hija wkoll riflessjoni tal-istandards ta' pajjiż, ta' kemm pajjiż jixraqlu jissejjaħ pajjiż żviluppat jew pajjiż avvanzat.", "Jekk pajjiż ikollu l-infrastruttura tiegħu ta' pajjiż tat-tielet dinja m'għandux jippretendi li huwa pajjiż żviluppat.", "L-infrastruttura hija wkoll riflessjoni tal-ambizzjoni u tal-aspirazzjoni ta' pajjiż, ta' fejn pajjiż irid jasal u jilħaq, mhux għada, però matul medda ta' żmien.", "Għalhekk din il-liġi hija importanti, għaliex qed nitkellmu fuq settur li huwa fundamentali, settur li għandu r-rwol ta' pilastru ekonomiku u soċjali għall-pajjiż tagħna, settur li jinfluwenza u jimpatta l-kwalità tal-ħajja ta' pajjiżna.", "U għalhekk jien norbot dan l-element mal-infrastruttura għaliex pajjiżna, bħal kull pajjiż ieħor, għandu wkoll jaspira li l-kwalità tal-ħajja li ngħixu tkun kwalità ta' ħajja li hija adegwata u konsistenti mal-aspirazzjonijiet ta' fejn aħna rridu nwasslu lil dan il-poplu tagħna, dik li bl-Ingliż isejħulha liveability.", "Hawn qed nitkellmu dwar kemm pajjiż huwa liveable jiġifieri kemm pajjiż tista' tgħix u tgawdi s-sabiħ tal-ħajja fih u kemm tista' tħossok li m'intix skjav tas-sistema fih.", "U għalhekk dan il-punt tal-liveability huwa importanti.", "Sur President, f'pajjiżna l-infrastruttura evolviet.", "Matul is-snin pajjiżna għadda minn diversi sfidi u fażijiet.", "Pereżempju, fl-aħħar 50 sena, mill-infrastruttura li ħallew warajhom is-servizzi Ingliżi, konna dħalna f'perjodu fejn kien hemm nuqqas ta' investiment fl-infrastruttura ta' pajjiżna, u ddur fejn iddur l-infrastruttura ta' pajjiżna għal snin sħaħ kienet qed tiddeterjora.", "Wara l-1987 u wara li kien hemm investiment bla preċedent fl-infrastruttura ta' pajjiżna minn gvernijiet wieħed wara l-ieħor immexxijin mill-Partit Nazzjonalista, il-pass li kien imiss fl-infrastruttura sar wara li pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea.", "Dan sar bis-saħħa tal-fondi tal-Unjoni Ewropea u bis-saħħa tal-finanzjament ta' sensiela kbira ta' proġetti kapitali tal-Unjoni Ewropea li kkontribwixxew biex pajjiżna hu dak li hu llum; pajjiż b'infrastruttura li tixraq lil pajjiż li huwa membru stat tal-Unjoni Ewropea.", "Però jien nemmen li issa qegħdin fi żmien li fejn tidħol l-infrastruttura ta' pajjiżna rridu naħsbu fil-ġenerazzjoni li jmiss, irridu nħarsu lejn il-volumi tan-nies li qed jgħixu hawnhekk, mhux biss iċ-ċittadini Maltin u t-turisti imma l-popolazzjoni li qed tiżdied bil-mudell ekonomiku li qed iħaddan dan il-Gvern u kif l-infrastruttura se tkun tista' tilqa' għal dan.", "Irridu naraw kif l-infrastruttura ma tkunx biss ta' ċertu kwalità biex navvanzaw matul is-snin imma rridu naħsbu wkoll biex iż-żieda fil-volum tal-popolazzjoni ta' pajjiżna ma tnaqqarx il-kwalità tal-infrastruttura li ngħixu fiha.", "Għalhekk hemm dawn l-isfidi quddiemna li, sfortunatament, leġiżlatura wara oħra, gvern wara ieħor, xi ftit jew wisq ħarsu lejn l-infrastruttura mill-ottika li l-proġetti li jsiru jkunu proġetti li t-tempistika tagħhom tkun marbuta ma' ċiklu elettorali.", "Barra minn hekk, nerġa' ngħid, għal leġiżlatura wara oħra kellek element sostanzjali ta' nuqqas ta' finanzjament għall-infrastruttura.", "Ikollok l-underfunding fuq livell kapitali però jkollok ukoll l-underfunding fuq livell operazzjonali.", "Donnu li l-infrastrutura nagħmluha darba u ma jkollniex għalfejn ninkwetaw fuqha jew ma jkollniex għalfejn nallokaw finanzjament għaliha għax dik se tibqa' għal dejjem!", "Għalhekk jien nemmen li din il-liġi hija opportunità ta' kif inħarsu lejn dawn l-isfidi.", "Jekk ma nammettux li għandna sfidi fuq l-infrastruttura nkunu qed ngħaddu lil xulxin biż-żmien.", "L-ewwel punt li nixtieq nagħmel li huwa marbut ma' din il-liġi u mad-diskussjoni fuq din il-materja huwa dwar x'niddefinixxu b'infrastruttura.", "Din il-liġi ttendi li d-definizzjoni ta' \"infrastruttura\" tagħmilha biex torbot kemm jista' jkun mas-sistema tat-toroq.", "Jien nemmen li ġaladarba se nagħmlu aġenzija għall-infrastruttura, din ma tistax tkun sempliċement aġenzija tat-toroq però trid tkun verament aġenzija għall-infrastruttura li tkopri n-networks kollha f'pajjiżna.", "Network huwa network u infrastruttura ma tibdiex u tispiċċa bit-toroq.", "L-infrastruttura tkopri l-infrastruttura kollha li għandna bżonn fil-pajjiż.", "Għalhekk nemmen li jekk din l-Aġenzija se tkun iddedikata purament u sempliċement biex tieħu ħsieb it-toroq se nkunu qisna qed naqbdu d-Diviżjoni tat-Toroq minn taħt Transport Malta u nagħmlu aġenzija u b'hekk inkunu qed nitilfu opportunità.", "Hemm bżonn inħarsu lejn kif l-istrateġija fuq l-infrastruttura nippreparawha għas-snin li ġejjin.", "Nafu li meta tagħmel investiment fl-infrastruttura tkun qed tħares lejn medda ta' bejn 20 sena u 30 sena, jiddependi mill-infrastruttura li jkollok.", "B'dan il-mod inkunu verament qed nindirizzaw il-bżonnijiet ta' pajjiżna.", "Jien naħseb li pajjiżna għandu jkollu pjan ta' żvilupp fl-infrastruttura li jkopri a ten-year rolling period għax l-infrastruttura ma tistax tippjanaha minn sena għal oħra, ma tistax tippjanaha minn ċiklu elettorali għal ieħor imma trid tippjanaha fit-tul u tagħti viżibbiltà tal-investiment li tkun se tagħmel għaliex ġeneralment proġett tal-infrastruttura, bejn ippjanar, tendering, permessi u l-aspetti l-oħrajn kolha marbutin miegħu, jieħu ammont sostanzjali ta' snin.", "Jien nemmen li dan il-Parlament għandu jsib il-maturità, għandu jsib ir-resolve, għandu jsib il-kuraġġ li jtella' għad-diskussjoni pjan ta' infrastruttura għal għaxar snin.", "Irridu naraw kif se nevolvu l-infrastruttura ta' pajjiżna għax din se tibqa' tevolvi minn leġiżlatura għal oħra, minn gvern għal ieħor, minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Pereżempu, meta tħares lejn il-proġetti l-kbar ta' infrastruttura ssib li ħafna minnhom idumu għexieren ta' snin.", "Allura għaliex m'għandux ikollna pjan ta' infrastruttura li jiġi aġġornat kull sena f'din il-Kamra, ikun taħt il-portata ta' din l-Aġenzija u aħna bħala l-politiċi li qegħdin inwasslu l-leħen u l-aspirazzjonijiet tan-nies inkunu nistgħu verament inwasslu lil pajjiżna fejn jixraqlu.", "Anke jekk ikun hemm bidla fil-gvern, il-pajjiż għandu jkollu pjan ta' infrastruttura maqbul, li jkun shared, li jkun ta' kulħadd u ma jkunx sempliċement xi ħaġa eżekuttiva li ssir minn sena għal oħra.", "B'hekk f'pajjiżna nibdew nagħmlu infrastruttura li verament tixraq lil pajjiż li qed jaspira li jkun fuq quddiem nett tal-pajjiżi avvanzati.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar l-użu ta' strutturi u ta' bini taħt l-art.", "Bħala pajjiż nafu li għandna limitazzjonijiet kbar fuq l-ispazju tagħna.", "Dawn huma limitazzjonijiet naturali li tagħmel kemm tagħmel reklamazzjoni ta' art żgur li m'aħniex se nagħmlu xi tkabbir enormi tal-ġurisdizzjoni tal-art tagħna.", "L-art tagħna hi dik li hi, però hemm potenzjal sostanzjali ta' kif nistgħu nużaw l-infrastruttura ta' taħt l-art, mhux neċessarjament biex nagħmlu proġetti enormi, bħall-metro, li n-natura tagħhom tant tkun kbira u tant l-istadju tal-ippjanar tagħhom jieħu fit-tul li tkun problematika.", "Inti trid tara kif tista' tuża l-istrutturi ta' taħt l-art biex tkun tista' tillibera spazji mill-wiċċ u toħloq aktar spazji miftuħa u fl-istess ħin toffri infrastruttura bħall-underpasses li permezz tagħhom tkun tista' ttaffi sostanzjalment it-traffiku min-numru ta' żoni f'pajjiżna.", "Punt ieħor huwa dwar kif nistgħu niffinanzjaw din l-infrastruttura.", "Għandu jkun hemm strumenti u nemmen li pajjiżna għandu bżonn leġiżlazzjoni biex indaħħlu konċetti ta' PPPs u ta' Private Finance Initiatives però dawn iridu jkunu regolati b'liġi, kif hemm f'diversi pajjiżi oħrajn, fejn tuża finanzjament mis-settur privat biex tkun tista' twassal assi għal ċertu perjodu ta' żmien, assi li ġeneralment jiġu finanzjati f'bulk payment wieħed mill-gvern.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel f'dan l-istadju huwa dwar kif aħna nistgħu nsaħħu l-aspett regolatorju ta' dan il-qasam.", "Jien nemmen li l-Aġenzija għandu jkollha funzjoni li tissettja ċerti standards biex dawn ikunu jistgħu jiġu osservati u infurzati.", "Sfortunatament ir-road management ta' pajjiżna, kemm xogħlijiet ta' ċertu daqs, kif ukoll xogħlijiet ta' daqs iżgħar, żgur ma jirriflettix road management ta' pajjiż avvanzat.", "Meta tgħaddi minn postijiet fejn ikunu qed isiru l-proġetti tkun qisek qiegħed f'żona ta' gwerra.", "Din dejjem kienet problema u tibqa' problema.", "Ma nistax nifhem kif fiż-żmien li qed ngħixu fih ma nistgħux nieħdu mill-eżempji li jsiru f'pajjiżi oħrajn - f'pajjiżi Ewropej biex ma nsemmux pajjiżi aktar 'il bogħod minna - dwar kif tamministra, tmexxi u tippreżenta lin-nies sit fejn ikunu għaddejjin xogħlijiet infrastrutturali.", "Ma nistax nifhem kif fi proġetti li jiswew għexieren ta' miljuni ma tistax iddaħħal element ta' road management li estetikament, il-viżiv ta' dak li jkollok waqt li jkun għaddej ix-xogħol, ma jkunx viżiv li juri li we don't care, li aħna poplu li ma nagħtux kas, fejn is-siti jkunu diżorganizzati u mitluqin.", "Żgur li dawn il-komponenti, għalkemm jiswew il-flus, ma jiswewx l-aħħar tad-dinja u jekk l-Aġenzija ddaħħal ċerti standards u regolamenti li jkunu jridu jiġu osservati bilfors jew inkella tieħu miżuri li jitħallsu direttament mill-Aġenzija u jinqatgħu minn dak li jkollu jieħu l-kuntrattur, inkunu nistgħu nagħtu uplift lil dawn il-proġetti ta' infrastruttura.", "B'hekk inti tkun qed turi li għalkemm tkun qed taħdem tkun qed tirrispetta lir-residenti u lil dawk li jgħaddu kuljum minn dawk iż-żoni u lin-nies li jiġu jżuruna li ma jkollhomx għalfejn jaraw dawn is-siti.", "Dawn is-siti ma jkunux siti ta' kilometri kbar imma forsi jkunu siti ta' kilometru jew tnejn u allura b'road management pulit tkun tista' timmaniġġjahom aħjar.", "Aspett ieħor li nemmen li rridu ndaħħlu meta qegħdin nitkellmu fuq l-infrastruttura - u għalhekk appellajt li għandna nħarsu lejn l-infrastruttura b'mod ħafna aktar wiesa' - huwa li din l-Aġenzija tibda tħares lejn kif tista' tapplika l-innovazzjoni fil-mod kif noperaw l-infrastrutttura f'pajjiżna.", "Kif jafu ħafna nies, fid-dinja għaddej żvilupp b'pass mgħaġġel li qed jiżviluppa anke f'pajjiżna.", "Qed nirreferi għall-iżvilupp ta' the internet of things, ta' kif tuża teknoloġiji ġodda, sensors ta' komunikazzjoni ġodda, biex tkun tista' tagħmel titjib fil-mod ta' kif tipprovdi s-servizzi marbutin mat-trasport, mal-użu tal-enerġija u mal-aspetti ambjentali.", "Jien nemmen li wieħed mill-mandati ta' din l-Aġenzija responsabbli mill-infrastruttura li qed titwaqqaf fl-2018 għandu jkun li għall-inqas għandu jkollha r-rwol ta' promutur ta' dan l-aspett, għandu jkollha r-rwol li tara li waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet, b'mod partikolari issa li se jsir dan il-volum enormi ta' xogħlijiet minn din l-Aġenzija, pajjiżna jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi li jħaddem dawn is-sistemi, fejn mhux ikollok l-iscreens tat-transport management system iżomm billboards elettroniċi imma jkollok dawk l-iscreens li jwasslu messaġġi ta' intelligent transport systems.", "Dawk mhumiex information systems imma intelligent transport systems u allura f'pajjiżna għandna naspiraw li jkollna dak il-livell ta' servizzi.", "M'għandniex sempliċement nagħmlu t-toroq imma ġaladarba se nagħmlu t-toroq f'dawk it-toroq għandna ndaħħlu elementi innovattivi, bħall-elettriku li jaħdem bl-enerġija solari.", "Dan huwa mod kif permezz tal-infrastruttura tibgħat messaġġ li aħna pajjiż avvanzat - mhux biss pajjiż żviluppat - li jaspira li jkun pajjiż fuq quddiem nett.", "Sur President, jien xtaqt nagħmel punti oħrajn imma nixtieq nuża l-aħħar ftit ħin tiegħi b'rabta direttament mal-liġi li qed tiġi proposta.", "Se nagħmel xi punti li nemmen li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta naslu għall-istajdu ta' Kumitat.", "L-ewwel nett, nemmen li rridu noqogħdu attenti li ma noħolqux overlaps u frammentazzjoni ġdida.", "Kif nafu, meta tinħoloq aġenzija pubblika oħra, ħafna drabi dik l-aġenzija pubblika tagħti lok għall-ħolqien ta' burokraziji ġodda, li kulħadd jibda jara kif se jkun qed jagħmel il-parti tiegħu mhux neċessarjament b'kordinament ma' dak li jagħmlu l-aġenziji l-oħrajn.", "Bl-overlap, b'mod partikolari ma' dak li tagħmel Transport Malta, jekk, nerġa' ngħid, din l-Aġenzija se tkun aġenzija tat-toroq - għax mit-terms of reference fhimt li hija aġenzija tat-toroq u mhux tant aġenzija tal-infrastruttura – u jekk sempliċement qed tinqala' diviżjoni minn Transport Malta biex titpoġġa f'aġenzija għaliha, mhux neċessarjament se nkunu qegħdin nieħdu dak il-valur miżjud.", "Għalhekk nixtieq nara li fid-definizzjoni ta' \"infrastruttura\" din l-Aġenzija tingħata mandat ħafna aktar wiesa', tkun standard setter u tkun tista' tinforza ċerti standards, fejn ikollha taħt is-superviżjoni tagħha d-deployment ta' networks ta' tipi differenti f'pajjiżna biex ikun hemm strateġija waħda ta' infrastruttura u ta' networks relatati li jservu lil pajjiżna.", "Sur President, nemmen ukoll li r-rwol tal-kunsilli lokali għandu jiġi rivedut f'din il-liġi.", "Nifhem minn fejn ġej min għamel l-abbozzar tal-liġi u napprezza dik il-perspettiva għax meta tiddeċiedi biex tagħmel xi ħaġa jrid ikollok il-fakultà li timplimenta.", "Ma tistax tiddeċiedi li tagħmel xi ħaġa u mbagħad tibqa' teħel u tipposponi biex tagħmel xi ħaġa.", "Naħseb li hemm metodi kif il-kunsilli lokali jista' jkollhom involviment attiv u dirett li bl-ebda mod ma jxejjen is-sussidjarjetà li aħna tant imbottajna, biex fl-istess waqt ma twaqqafx l-aspett tal-implimentazzjoni tal-programm li jkun hemm.", "Pereżempuu, f'ċerti deċiżjonijiet li jkunu jolqtu lokalitajiet partikolari, il-kunsilli lokali jista' jkollhom rwol dirett.", "Illum dan il-mekkaniżmu diġà qed jiġi pprovat fl-Awtorità tal-Ippjanar għax il-kunsill lokali jkollu rappreżentazzjoni fit-teħid tad-deċiżjoni u ma jkunx sempliċement fakultà konsultattiva.", "B'hekk il-kunsill lokali jkollu dak l-element ta' aktar involviment u parteċipazzjoni fil-proċess.", "Jien nemmen ukoll li l-mod kif jiġi appuntat il-bord kif stipulat fil-liġi jista' jkun ħafna aħjar jekk ikun hemm definizzjonijiet aktar estensivi ta' x'inhuma l-kwalifiki li jrid ikollhom il-persuni li jkunu qed jokkupaw ċerti postijiet.", "Ovvjament l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta mhux se jkollha rwol politiku imma se tkun qed taħdem fuq aspetti tekniċi u allura wieħed jistenna li l-persuni li se jkunu involuti fiha jkollhom background tekniku u jkollhom il-kwalifiki neċessarji biex ikunu jistgħu jipparteċipaw u jagħmlu l-iskrutinju tagħhom b'mod effettiv.", "Naħseb li għandu jkun hemm rappreżentazzjoni tas-soċjetà ċivili b'mod aktar wiesa', pereżempju, mill-aspett tas-settur privat bħala user ewlieni li jista' jagħti perspettiva ta' kif tista' tiġi żviluppata l-infrastruttura, għax finalment dik l-infrastruttura se tiġġenera aktar attività ekonomika u dik l-attività ekonomika se tiġġenera d-dħul ewlieni tal-Gvern li ġej mit-taxxa.", "Dan kif għandna, pereżempju, il-bord tal-Malta Enterprise.", "F'din l-Aġenzija għandu jkun hemm rappreżentazzjoni tas-settur privat mill-korpi kostitwiti li jkunu jistgħu jinnominaw persuni li jkunu jistgħu jipparteċipaw fiha.", "Fl-aħħar nett, irrid ngħid ukoll li nemmen li din l-Aġenzija għandha tkun player li jixpruna l-industrija ħalli din tkun tista' ttejjeb il-professjonalità tagħha.", "Sinjura President, se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella lill-Gvern biex l-idea ta' din l-Aġenzija, li hija tajba, tiġi żviluppata aktar ħalli l-ewwel nett ikollha aktar portata fuq aktar networks ta' infrastruttura imma wkoll biex din l-infrastruttura tkun waħda li sservi lil pajjiżna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, jien se nkompli minn fejn ħalla l-Onor.", "Fil-fehma ta' ħafna nies il-kwalità ta' toroq tfisser il-kwalità tal-ħajja tagħna.", "It-toroq huma standard li juri xi kwalità ta' ħajja l-poplu tagħna jkun qed jgħix.", "Jien ġej mil-lokalità tal-Mosta fejn għamilt numru ta' snin bħala kunsillier u sa ftit ilu kont ukoll is-sindku qabel ma dħalt f'dan il-Parlament u allura nista' ngħid li ġej minn waħda mill-akbar lokalitajiet li għandha bżonn li jsiru t-toroq.", "Nista' ngħid li qatt ma qbilna ma' Transport Malta dwar jekk it-toroq humiex up to standard jew għandhomx jerġgħu jsiru.", "Però jekk se tkun Transport Malta jew l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta li se tiddeċiedi jekk humiex tajbin, huwa kejl, imma jekk se jkunu r-residenti ta' dik it-triq li jiddeċiedu jekk it-triq tagħhom hijiex tajba jew le se jkun kejl ieħor.", "Fil-fehma tiegħi, din il-liġi li qed niddiskutu hija importanti għax qegħdin immissu problema akuta.", "Fil-fatt skont survey li għadu kemm sar mill-ġurnal Malta Today, meta n-nies ġew mistoqsija x'inhuma l-aktar affarijiet li jinkwetawhom irriżulta li l-ewwel hemm it-traffiku, warajh hemm il-korruzzjoni imbagħad l-ambjent.", "Għalhekk meta qegħdin nitkellmu fuq it-toroq, kif qal l-Onor.", "Claudio Grech, qegħdin nitkellmu fuq element importanti fil-ħajja tagħna llum.", "Jien mhux se nirrepeti dak li qal tajjeb l-Onor.", "Claudio Grech imma se nagħmel kumment totalment differenti li huwa kemxejn goff.", "Hawnhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru: Din l-Aġenzija x'se tagħmel aktar jew aħjar li ma setgħetx tibqa' tagħmel Transport Malta?", "Kif jaf kulħadd diġà għandna Awtorità li dmirha hu li tagħmel dak kollu li għadu kemm tkellem dwaru l-Onor.", "Dak kien il-mandat li suppost ħadem fuqu dan il-Gvern tul dawn l-aħħar ħames snin kemm ilu li ġie elett.", "Jekk dan ma sarx, naqas il-Gvern.", "Illum, għax ma sarx dak li kellu jsir, it-tweġiba ta' dan il-Gvern hija li din l-Awtorità m'għamlet xejn minn dak li suppsot kellha tagħmel!", "Jien ma nwaħħalx fl-Awtorità għax fl-aħħar mill-aħħar id-direzzjoni hija tal-Gvern.", "Din l-Awtorità kienet taħt il-Ministru Joe Mizzi u wara l-aħħar elezzjoni għandna Ministru ġdid, li meta tisimgħu jitkellem hawnhekk jagħtik l-impressjoni li x-xemx telgħet wara li nħatar ministru hu.", "Issa dan qed jipproponi li biex nagħmlu dawn l-affarijiet kollha - li huma tajbin u li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu fuqhom għax dawk huma l-aktar ħteġijiet importanti li rridu naħdmu fuqhom - l-unika soluzzjoni hi li nwaqqfu aġenzija.", "Fl-aħħar mill-aħħar, aġenzija hija kelma oħra għal awtorità u jekk tħares lejn din il-liġi ssib li l-Gvern donnu staħa jgħid li se jagħmel awtorità għax jaf li diġà għandu awtorità oħra.", "Però minflok awtorità sejħilha aġenzija.", "Jekk tħares lejn il-liġi tinduna li bit-terms of reference u bl-istruttura ta' din l-Aġenzija, din mhijiex aġenzija imma hija awtorità.", "Qegħdin insejħulha aġenzija imma hija awtorità għax trid tagħmel il-flus, trid tieħu l-ordnijiet mingħand il-Ministru, se tqabbad lin-nies magħha, eċċ. Għal darb'oħra nistaqsi x'se tagħmel aħjar u aktar din l-Aġenzija milli kienet tagħmel Transport Malta.", "Nerġa' ntenni li din l-Aġenzija għandha biċċa mill-funzjoni ta' Transport Malta imma minflok se nsejħulha awtorità oħra fuq it-toroq, se nsejħulha Infrastruttura Malta taħt in-nomenklatura ta' aġenzija.", "Meta kien qed jitkellem il-Ministru Ian Borg - nifhem li kien qed jitkellem waħdu u ma kellu lil ħadd imerih; ħa pjaċir jagħmel diskors u jien smajtu - għamel ħiltu biex jipprova jikkonvinċina li issa l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta se taħdem b'inqas spejjeż, se tagħtina standards aħjar u se tikkomunika aħjar mal-kunsilli lokali imma ma nafx kif se tagħmel dan.", "U bir-raġun kollu ngħid li ma nafx kif!", "Għax jekk il-Gvern kellu lil Transport Malta bħala l-għodda u f'idejh ma ħadmitx tajjeb, kif jiġi hawn u jgħidilna li issa se joħloq xi ħaġa ġdida, joħroġha mill-kustilja ta' Transport Malta, iwelled din l-Aġenzija u issa se taħdem tajjeb, jekk fi żmien dan l-istess Gvern ma ħadmitx tajjeb bl-affarijiet kollha li semma li issa se jsiru tajbin?!", "II-Ministru qal li issa se nibdew nagħmlu standards aħjar, se naħdmu toroq orħos, se nikkomunikaw mal-kunsilli lokali u se nikkonsultaw aħjar.", "Dawn kollha huma affarijiet li suppost issa se jibdew isiru aħjar.", "Allura la f'dawn l-aħħar erba' snin hu kien fil-gvern u l-affarijiet ma ħadmux tajjeb dakinhar, kif issa jrid jikkonvinċini li dawn se jaħdmu aħjar?", "Għax kieku ħadmu tajjeb imma rridu li jaħdmu aħjar u se nagħtuhom xi funzjoni aħjar, ngħid li ħadmu tajjeb u rriduhom jaħdmu aħjar!", "Meta beda jitkellem il-Ministru Ian Borg tani l-impressjoni li għalih issa telgħet ix-xemx u fl-aħħar ħames snin qisu ma sar xejn.", "Tani x'nifhem li tant ma kienx qed jaqbel ma' dak li ġara qabel ma daħal għal din ir-responsabbiltà hu li ġie hawn jgħid li se jbiddel kollox.", "Nixtieq li l-Ministru Borg jiġi b'argumentazzjoni serja u jgħidilna l-verità għalfejn se jwaqqaf din l-Aġenzija.", "Fil-fehma tiegħi, il-verità hi li peress li l-Gvern se jwaqqaf din l-Aġenzija, illum il-ħaddiema ta' Transport Malta qed iħossuhom sfiduċjati għax se jeħdulhom xogħolhom.", "Il-Ministru Ian Borg, bil-ħolqien ta' din l-Aġenzija, qed juri sfiduċja f'dak li ħaddieħor kien għamel qablu, u għax m'għoġbux ix-xogħol se joħloq għodda ġdida.", "Punt ieħor li rrid nagħmel hu li dak li l-Ministru Borg irid jagħmel b'din l-Aġenzija seta' għamlu bi Transport Malta sena ilu għax dalwaqt se jagħlaq sena.", "Ma kellux għalfejn iwaqqaf Aġenzija għal Infrastruttura Malta biex jiġi jgħidilna li issa se jibda jagħmel 150 triq.", "Mhu qiegħed jgħid xejn.", "Jew jien qiegħed barra mid-dinja jew hu!", "Suppost bdew jaħdmu fuq il-150 triq ħames snin ilu meta tela' l-Gvern tal-Onor.", "Joseph Muscat għax il-150 triq li qed isemmi l-Onor.", "Borg kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali.", "Għalhekk dan mhu qed jagħmel l-ebda buona grazia lil xi ħadd.", "Dak li kien tiegħu u li suppost ħadem fuqu ħames snin ilu għadu ma ħadimx fuqu u se jibda jagħmlu issa, u minflok beda jagħmlu permezz ta' Transport Malta, se jibda jagħmlu bi spejjeż addizzjonali u bi struttura oħra ġdida permezz tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Missu ilu li beda jaħdem fuq dawn il-150 triq!", "X'inhu jistenna?", "Ma jridx li nbaxxu rasna għax se jibda jaħdem fuq 150 triq li l-kunsilli lokali ilhom jistennew u li huma l-150 triq responsabbiltà tal-Gvern!", "Mela bil-famużi €700 miljun infiq għat-toroq fuq proġett ta' seba' snin se jkun qed jibda jagħmel dak li kien fid-dover tiegħu li jagħmel u mhux niġu hawn u ngħaddu n-nies biż-żmien!", "Dan iwassalni biex nagħmel punt ieħor.", "Is-€700 miljun imqassmin fuq seba' snin huma sal-infinit!", "Dan ifisser li dan il-proġett mhux se jsir għax kieku l-Gvern riedu jsir kien jgħid li sakemm jispiċċa l-leġiżlatura, se jagħmel pereżempju triq b'€1 miljun u triq oħra bi €3 miljun.", "Qed ngħid hekk għax hu mhuwiex kontabbli għal dak li se jkompli f'leġiżlatura oħra għax leġiżlatura oħra jista' jiġi elett hu u jista' jiġi elett ħaddieħor.", "Mela minflok ippropona lin-nies €700 miljun toroq fuq seba' snin, aħjar qal li se jonfoq €500 miljun fuq erba' snin għax ix-xogħol jibdieh hu u jispiċċah hu.", "B'hekk kien ikun aktar fattwali u kien jitwemmen aktar.", "Naħseb li l-Ministru Ian Borg, ta' ministru żgħażugħ li hu, nesa meta l-partit tiegħu kien fl-Oppożizzjoni kemm kien jippilla biex jivvota favur ħolqien ta' awtorità ġdida.", "Fost affarijiet oħra kien jgħidilna jobs for the boys u li dawn kollha huma spejjeż żejda.", "U issa qed jistħu jiġu hawn u jgħidu li qegħdin joħolqu awtorità ġdida u allura semmewha Aġenzija għal Infrastruttura Malta, imma nerġa' ngħid, li jekk wieħed iħares lejn il-liġi jsib li din hija awtorità oħra.", "Il-Ministru Ian Borg qal – huwa veru li huwa ftit twil bħala persuna imma jħossu ftit kbir! - li l-Ministri Nazzjonalisti fuq proġett wieħed kellhom option 1 u option 2 u m'għamlu xejn, fuq proġett ieħor kellhom option 2 u option 3 u m'għamlu xejn u fuq proġett ieħor kellhom option 1 u option 2 u m'għamlu xejn eċċ. Taf x'messaġġ ngħaddilu jien lill-Ministru?", "Li Gvern Nazzjonalista kellu option 1, dik li jidħol fl-Unjoni Ewropea, u ħadha u daħal fl-Unjoni Ewropea, u meta l-Gvern tal-Onor.", "Ian Borg ħames snin ilu kien elett, fil-kexxun sab €1 biljun fondi tal-Unjoni Ewropea li Dr Lawrence Gonzi kien ħallielu biex ikun jista' jonfoq.", "Dak li naf, li l-aqwa option li seta' jieħu Gvern Nazzjonalista ħadha, biex illum l-Onor.", "Ian Borg sab is-sodda mifruxa!", "Pereżempju, ħdejn iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata jrid jgħid li 50% jew 80% - hawnhekk nitlob lill-kollega tiegħi biex jikkoreġini ftit ħalli nkun eżatt - se jiġu funded mill-Unjoni Ewropea.", "Mela l-proġett li qed jiftaħar li se jagħmel huwa funded mill-flus li ħallielu Dr Lawrence Gonzi u milli ħallielu l-Gvern ta' Fenech Adami għax kellu option li jidħol fl-Unjoni Ewropea u ħadha.", "Kieku f'Malta kellna Membri Parlamentari li ħadu l-option tal-Partit Laburista ċjoè li ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea, ma kienx ikollu flus x'jonfoq mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u kien ikollu jonfoq il-flus kollha mit-taxxi tal-poplu Malti.", "Pereżempju l-Membri Parlamentari Għawdxin ftaħru li se jagħmlu t-toroq fir-raba' imma dawk kollha huma funded mill-flus tal-Unjoni Ewropea.", "Allura, fil-fehma tiegħi, lill-Ministru Borg li ġie hawnhekk jgħidilna x'options kellhom il-Ministri Nazzjonalisti li ma ħadux ngħidlu li l-aqwa option li kellhom, dik li jidħlu fl-Unjoni Ewropea, ħaduha u grazzi lilhom illum jista' jkollna Transport Malta jew Aġenzija għal Infrastruttura Malta għax dan il-Gvern għandu minn fejn iħallas għal dawn it-toroq bi flus li ġew mill-Unjoni Ewropea.", "Dan il-Gvern ilu sitt snin fil-poter imma ftit huma dawk in-nies li qegħdin jarawna u jsegwuna li jistgħu jgħidu li t-triq tagħhom għadha kemm saret minn dan il-Gvern.", "Nerġa' ngħid, meta niġu biex nitkellmu fuq it-toroq, speċjalment fejn jidħlu toroq residenzjali, il-150 triq li kienu responsabbiltà ta' dan il-Gvern u li suppost ilu li ħadem fuqhom matul dawn l-aħħar ħames snin, huwa too late biex jibdihom minn issa.", "Mela m'għandux biex jiftaħar il-Ministru Borg meta jiġi jgħidilna li se jibdew jagħmlu l-150 triq.", "Dawk kien imissu ilu li għamilhom u dawk huma fir-responsabbiltà tiegħu.", "Sur President, nerġa' ntenni li ma nafx għalfejn il-Gvern qed joħloq struttura oħra.", "Jien ngħid li l-Ministru Ian Borg sab lil Transport Malta mimlija bin-nies u ma setax idaħħal aktar fiha u biex idaħħal lil dawk in-nies li jrid, ħoloq din l-Aġenzija!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Edwin Vassallo.", "Vassallo għandu dritt jagħmel id-diskors tiegħu.", "Issa rrispondih meta tagħmel il-winding up.", "L-ISPEAKER: Ministru, ħu paċenzja, jekk qed jgħid xi ħaġa li mhijiex veritiera, għandek il-winding up biex twieġeb.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jekk qed ngħid gidba, meta l-Ministru jkun qed jitkellem, bil-kumdità tiegħu, nitolbu jagħtini prova u jgħid dak li għandu jgħid.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, mhux se nittollera cross debates.", "Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. Edwin Vassallo.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, fil-bidu nett jien għedt li dak li l-Ministru qed jgħid li se tagħmel din l-Aġenzija setgħet għamlitu Transport Malta għax meta tara l-liġi u tara x'se tkun qed tagħmel din l-Aġenzija, issib li mhi se tagħmel xejn aktar minn dak li diġà kienet qed tagħmel Transport Malta.", "Ir-realtà hi li Transport Malta mhijiex denja għal dan il-Ministru.", "Dan il-Ministru qed jisfiduċja lil Transport Malta u qed joħloq aġenzija ġdida biex idaħħal lin-nies tiegħu u allura dan ma jfissirx li dak li ma kienx qed isir, issa se jsir aħjar.", "Jien kontra din l-Aġenzija għax bil-loġika ta' dan il-Gvern se nibdew noħolqu awtoritajiet li qegħdin nistħu nsejħulhom awtoritajiet - tant hu hekk li dan il-Gvern, permezz ta' dan il-Ministru, qed isejħilha aġenzija – u se nispiċċaw biex minflok inċekknu l-gvern u nkabbru l-intrapriża privata u l-ekonomija, se naqbdu l-vizzju ikrah li nkabbru l-gvern a skapitu tal-intrapriża.", "Dan huwa li qed jiġri ħażin f'dan il-pajjiż; li qbadna dan il-mudell ekonomiku mibni fuq iċ-cheap labour u l-ispekulazzjoni tal-proprjetà u qegħdin nipprovaw nieħdu aktar nies minnu biex ngħabbu lill-Gvern b'aġenziji u b'awtoritajiet ġodda li fl-aħħar mill-aħħar se jiswew il-flus.", "Ma jistax jiġi hawnhekk il-Ministru u jgħid li dawn mhux se jiswew il-flus għax f'din l-Aġenzija se jkun hemm CEO, li se jkollu x-xufier, se jkun hemm il-bini u se jkun hemm il-ħaddiema.", "Jiġifieri dawn se jkunu plus and above dak li diġà jeżisti fi Transport Malta.", "Il-Ministru ma qalilniex li għandu 120 ħaddiem fi Transport Malta u se jneħħi 60 minnhom u jpoġġihom fl-Aġenzija.", "Jekk illum għandu reġiment ta' 100, 200 jew 300 ħaddiem, hu kemm hu n-numru ta' ħaddiema li hemm fi Transport Malta, ma' dawk se jiżdied reġiment ieħor bl-istess numru ta' nies.", "Mela l-ispiża tal-Gvern għat-toroq tagħna se tkun ogħla milli hi.", "Quddiemna għandna liġi li tobbliga lil min se jkun qed imexxi din l-Aġenzija li jrid ikollu d-dħul minnha.", "Mela din se tkun aġenzija, se tkun entità, se tkun awtorità li trid tagħmel il-flus.", "Din l-Aġenzija se tkun awtorità mibnija b'konċentrament ta' nies miżjuda mal-Gvern meta f'dan iż-żmien m'għandniex bżonn aktar nies jaħdmu mal-Gvern għax għandna bżonn inkabbru l-ekonomija.", "Però llum dan il-poplu qed isofri l-ispiża ta' dan l-aqwa żmien.", "L-aqwa żmien għandu spiża, għandu prezz.", "Il-poplu tagħna qed isofri minn żieda ta' numru ta' karozzi.", "Waħda mill-akbar problemi fit-toroq tagħna hija n-numru ta' karozzi, il-konġestjoni tat-traffiku u l-ħin li trid tqatta' fih.", "Jekk bil-power station tal-Marsa kellna fabbrika tal-kanċer, kif kien jgħid l-Onor.", "Joseph Muscat, issa t-toroq kollha spiċċaw fabbrika tal-kanċer!", "Aħseb u ara jekk il-Gvern iġib aktar nies!", "Jekk f'Malta jġib madwar 40,000 ruħ aktar milli diġà għandna biex jaħdmu f'Malta u 20,000 ruħ minnhom jixtru karozza, jekk kull karozza tieħu spazju ta' erba' metri, dawn jieħdu 80,000 metru spazju mit-toroq tagħna, jiġifieri jkollna 80 kilometru ta' konġestjoni tat-traffiku ta' karozzi ġodda!", "(Interruzzjonijiet) Jien niġi bir-rota wara li l-Ministru jiġi bir-rota!", "Anzi hu jiġi b'karozza erba' darbiet ikbar minn tiegħi!", "Dan hu dan il-Gvern!", "Dalgħodu kien hawn id-dibattitu fuq l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u l-lukandiera lill-Gvern qalulu hekk:", "Il-problema kbira tal-overcrowding li għandna f'dan il-pajjiż mhux se tissolva b'din l-Aġenzija li se titwaqqaf.", "Kellu raġun il-Kap tal-Oppożizzjoni - u kkwotah ħażin il-Ministru Borg - meta fuq il-Fosos qal li t-tarmak fit-toroq mhijiex l-unika soluzzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx interruzzjonijiet.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, huwa tajjeb li tagħmel it-toroq imma inti trid tkompli tara kif jiżdied in-numru ta' karozzi fit-toroq tagħna.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx interruzzjonijiet.", "EDWIN VASSALO: Dan ikompli joħloq problema li lill-poplu Malti qed iddejqu.", "Fl-ewwel ġimgħa li jien kont maħtur sindku – fil-fatt miegħi kien hemm l-Onor.", "Alex Muscat - konna morna quddiem is-CEO ta' dak iż-żmien, is-Sur Piscopo, u tlabnieh biex isir ix-xogħol, li issa qed isir … (Interruzzjonijiet) Neħħieh lil Piscopo?", "U mhux għalhekk ma jaqbilx miegħu!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili Ministru.", "Huwa inutli li tgħajjat għax m'għandekx microphone.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom!", "(Interruzzjonijiet) Ministru rrid l-ordni hawn!", "Hawn mhux qegħdin f'xi ħanut u noqogħdu ngħajtu!", "Irridu nżommu l-kalma.", "X'inhi l-pożizzjoni tiegħek, Onor. David Agius?", "DAVID AGIUS: Sur President, inti tajt rulings li ġo din il-Kamra rridu nużaw lingwaġġ parlamentari.", "Il-Ministru Borg għadu kemm uża żewġ kelmiet li żgur mhumiex lingwaġġ parlamentari.", "Għal ħames darbiet għajjar lill-kollega tiegħi giddieb u issa qallu wkoll \"vili\" u inti smajtu.", "Dan huwa diskors li l-Parlament ma jixraqlux u nispera li s-Sedja tara li dan il-kliem ma jingħadx hawn ġew.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni.", "Diġà għedt li meta wieħed jgħid li għandu point of order irid jispjega l-ksur tar-regolament.", "Fl-ebda mument ma kellna ksur tar-regolament u allura tajt il-kelma li jkompli d-diskors tiegħu l-Onor.", "Il-kliem li għandu jintuża hawnhekk għandu jkun parlamentari u f'dan il-Parlament kull persuna għandha tagħti l-eżempju u tkun meqjusa fid-diskors tagħha.", "EDWIN VASSALLO: Meta jien kont mort quddiem is-Sur James Piscopo, li dakinhar kien is-CEO ta' Transport Malta, u tlabtu biex isir ix-xogħol li qiegħed isir issa - u nirringrazzja lil Transport Malta u lil kull min ħa deċiżjoni biex Triq id-Difiża Ċivili ssir bit-tarmak - jien kont għedtlu li jekk hu b'€1 miljun kapaċi jagħmel 11-il triq, u jien bħala kunsill lokali kapaċi nagħmel għaxar toroq, allura nagħtih ir-responsabbiltà tat-toroq u jagħżel it-toroq fejn irid hu.", "Però t-tweġiba li ħadd ma ġab - naħseb li l-Onor.", "Muscat jiftakar - kienet li dakinhar is-Sur James Piscopo kien qalli biex ma noħlomx li hu bħala Transport Malta b'€1 miljun ikun jista' jagħmel iżjed toroq milli nista' nagħmel jien; anzi jista' jkun li bħala kunsill lokali kapaċi nġib prezzijiet irħas milli jġib hu.", "Sur President, dik hija d-differenza bejni u l-Ministru, li meta mort quddiem Transport Malta, għarkupptejja quddiem il-Gvern, jien mort bis-serjetà kollha nitkellem bħala sindku ta' lokalità li l-iżjed li għandha bżonn li jsiru toroq u ma qgħadtx inqis l-interess tiegħi nnifsi u l-interess politiku, biex ngħid lill-Gvern jagħmel it-toroq hu.", "Jien li kont nistenna hawnhekk huwa li jiġi l-Ministru u jgħidli li issa b'din l-Aġenzija sindku m'għandux għalfejn imur jipprostitwixxi ruħu quddiem il-Gvern, kif għamilt jien, għax issa se joħolqu xi ħaġa ġdida li lis-sindki se tagħtihom l-awtorità li jkunu kapaċi jagħżlu t-toroq huma u tagħmel ix-xogħol l-Aġenzija biex ineffquhom inqas.", "Jien dik li kont nistenna mingħand dan il-Ministru, mhux jiġi hawnhekk u jressqilna liġi li meta tħares lejha tinduna li biha se jkun qiegħed jieħu t-toroq minn taħt idejn il-kunsilli lokali.", "Din hija l-ħniżrija li jien ma naċċettax li ssir fost il-kunsilli lokali.", "B'din il-liġi minflok qiegħed isaħħaħ il-kunsilli lokali u l-awtonomija tagħhom, qed idgħajjef prinċipju importanti u sagrosant.", "Bħala gvern demokratiku kont nistenna li jiġi hawn u mhux jinqeda b'dak li għedt jien biex jasal xi mkien.", "Hawn missu ġie bl-irġulija u qal li lill-kunsill lokali mhu se jneħħilhom xejn minn dak li huwa tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, jien se nkompli proprju fuq dak li għadu kif qal l-Onor.", "Vassallo, ċjoè kif dan il-Gvern illum b'din il-liġi qed jurina li ma jemminx fil-kunsilli lokali.", "Tant hu hekk li qiegħed inaqqas ir-responsabbiltà lill-kunsilli lokali billi qed jeħdilhom it-toroq minn taħt idejhom u qed jgħid li issa t-toroq se jagħmilhom hu b'€700 miljun.", "Allura n-nies hemm barra bilfors jistaqsu għalfejn dawn is-€700 miljun ma tahomx lill-kunsilli lokali u konna naraw jekk humiex kapaċi jagħmlu t-toroq ta' pajjiżna kif għamlu fil-passat.", "Imma le, dan huwa gvern li jrid iżomm l-affarijiet f'idejh, dan huwa gvern li jagħmel il-kontra ta' dak li kien jagħmel Gvern Nazzjonalista, għax Gvern Nazzjonalista dak li hu nazzjonali kien jagħtih, kien jiddeċentralizza l-poteri u kien għalhekk li ħoloq il-kunsilli lokali.", "Però dan il-Gvern qiegħed jieħu r-responsabbiltà li kellhom il-kunsill lokali lura f'idejh biex jikkontrolla kollox hu.", "Fejn hi l-konsultazzjoni?", "Jien nispera li fir-rimarki konklużivi l-Ministru Borg jgħidilna li hawnhekk għamlu żball u li lill-kunsilli lokali se jagħtuhom il-flus, imbagħad huma jafu liema huma l-aħjar toroq li jsiru fil-lokalità tagħhom u kif għandhom isiru x-xogħlijiet.", "Imma dan il-Gvern jaf kollox u hemm ċerta arja ta' arroganza fl-atmosfera f'dan is-settur għax la hemm konsultazzjoni u lanqas qed isir skrutinju.", "Lanqas irid jagħmel bħalma hemm, pereżempju, fl-Awtortà tal-Artijiet u fl-Awtorità tal-Ippjanar, fejn hemm rappreżentanti tal-Gvern u rappreżentanti tal-Oppożizzjoni.", "Forsi dan il-Gvern - ħdejja hawn il-kollega tiegħi l-Onor.", "Toni Bezzina – jismagħna, inaqqas ftit mill-arroganza tiegħu u jiddeċiedi li jagħmel skrutinju ta' dawn is-€700 miljun.", "Wara kollox hawn mhux qed nitkellmu fuq €7, fuq €70, fuq €700,000 jew fuq €7 miljun imma fuq €700 miljun!", "Imma l-Gvern irid jonfoqhom waħdu u fin-nies li jrid hu.", "Issa se ngħid xi ħaġa fuq il-membri tal-bord.", "Jgħidilna li huma membri tal-bord kwalifikati u ma jgħidilniex kif għandek tkun kwalifikat.", "Jien nistenna li issa l-Gvern jiġi hawn u jgħidilna li jrid li l-Oppożizzjoni tkun parti minn dan il-proċess.", "(Interruzzjonijiet) Għax aħna kontra, qed jgħid!", "Mela għax kontrih ma jistedinnix biex jien bħala Membru tal-Oppożizzjoni nikkwalifika biex nara li f'dan il-proġett għall-inqas ma jkun hemm xejn ħażin?", "Ma jridx min jiftaħlu għajnejh, ma jridx min jgħidlu l-affarijiet kif għandhom ikunu, irid jagħmel kollox hu!", "Jagħmel kollox hu, ma jimpurtax!", "Dan bħalma issa qed jgħidilna li jrid jagħmel is-Central Link Project!", "Meta ġie hawn fil-21 ta' Mejju jgħidilna dwar dan il-proġett ħsibtu li se jgħaqqad xi erba' lokalitajiet f'daqqa imma fir-realtà dan se jgħaqqad lil Ħ'Attard ma' Ħ'Attard għax jibda minn ħdejn l-MFSA Ħ'Attard u jispiċċa ħdejn l-Isptar Monte Carmeli Ħ'Attard.", "Dan hu l-kobor ta' dan il-Gvern!", "Jien ħsibt li dan il-proġett se jqum xi €5 miljun imma l-Ministru lanqas kellu d-diċenza jgħid li mhux €5 miljun se jqum, imma €55 miljun!", "Imma x'għamel dakinhar?", "Telaq minn hawnhekk u qalilhom biex iħaffu ħalli jagħmlu konferenza stampa.", "U kumbinazzjoni l-għada filgħodu mar waħdu u għamel konferenza stampa waħdu!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, issa jkollok ċans tirrispondi, Ministru.", "Ma rridx aktar interruzzjonijiet.", "DAVID AGIUS: Nhar it-Tnejn, 21 ta' Mejju jien tkellimt f'dan il-Parlament, fost l-interruzzjonijiet tal-Ministru u l-għada mar jagħmel konferenza stampa waħdu ġo nofs Ħ'Attard!", "Lanqas in-nies ta' Ħ'Attard ma kellu miegħu!", "Tant iriduh dan il-proġett li waħdu kien!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Aħna se nibqgħu sejrin biha din?", "DAVID AGIUS: Dan il-kliem lill-Ministru ma jogħġbux u qiegħed jgħid ħafna affarijiet, li issa nitkellem dwarhom; m'għandix problema.", "Mela l-Ministru l-għada filgħodu mar Ħ'Attard waħdu biex jagħmel din il-konferenza stampa.", "Imma fil-Parlament lanqas kellu d-diċenza jgħidli li kelli żball u li dan il-proġett mhux €5 miljun se jiġi jiswa imma €55 miljun biex ngħaqqdu lil Ħ'Attard ma' Ħ'Attard, biex il-karozzi jgħaddu sparati, inkluż hu meta jkun sejjer lejn ir-Rabat.", "Imma mbagħad taf x'se jiġrilu?", "Se jgħaddi sparat minn quddiem in-nies ta' Ħ'Attard imma mbagħad ikollu jieqaf ħdejn Ta' Qali għax hemmhekk hemm karreġġjata waħda!", "Imma kif tista' tidħak bin-nies!", "Għalhekk jien għamilt numru ta' mistoqsijiet lill-Ministru dwar dan il-proġett li jrid jagħmel, liema proġett jien semmejtu l-bypass ta' Ħ'Attard u hu kull darba jgħidlu Central Link Project!", "Wieħed jibda jaħseb li dan huwa xi proġett kbir.", "Pereżempju meta jien tlabtu biex jagħtini l-pjanti ħalli narawhom, kulma tani kienu erba' linji tat-toroq!", "Hawn il-Perit Toni Bezzina.", "Hekk isiru l-affarijiet għal €55 miljun!", "Dawn €55 miljun?!", "Din hija xi ħaġa tal-iskantament!", "Dawn poġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra però jien ngħid li għad irid jirranġahom għax lanqas għal quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar mhuma tajbin dawn.", "Imbagħad tibda tagħmillu mistoqsijiet bħal, pereżempju, xi studji saru dwar dan il-proġett.", "U dan, għal darba, tnejn, tlieta, qabad numru ta' mistoqsijiet u wieġeb bl-istess mod, jaħseb li n-nies mhumiex intelliġenti!", "Sur President, jien f'dan il-Parlament, anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, appellajt – anke lill-Ministru tal-Ambjent - biex ma neqirdux ir-raba' li għandna viċin Ħ'Attard u biex nagħmlu numru ta' affarijiet li jistgħu jkunu utli minn issa ħalli ma jkollniex problemi ambjentali f'pajjiżna.", "Imma mid-dehra dan il-Ministru jrid jibqa' għaddej!", "Qed ngħid hekk għax anke sal-lum stess għamiltlu mistoqsija oħra dwar parkeġġ li hemm fi Triq Żagħfran, Ħ'Attard u tlabtu jekk jistax jikkonsidra li biex innaqqsu t-traffiku fil-ħin li jkunu neżlin jew telgħin il-karozzi, ma jipparkjawx fil-ġenb.", "Tlabtu wkoll jekk nistgħux nibagħtu pulizija tat-traffiku jew ħaddiema ta' Transport Malta jew wardens ħalli jmexxu t-traffiku.", "Imma taf x'weġibni dan il-one government?", "Għax issa qed nisimgħu ħafna l-frażi one government, gvern wieħed!", "Weġibni li dik mhijiex problema tiegħu imma problema tal-Ministru li huwa responsabbli mill-pulizija tat-traffiku u kull direzzjoni lill-uffiċjali ta' Transport Malta wkoll tingħata mill-pulizija!", "Din ġdida!", "Jien informat li meta jkun hemm pressjoni qawwija ta' traffiku fuq il-post, xi drabi jintbagħat pulizija bil-mutur biex jgħin sabiex tittaffa l-konġestjoni.", "Dan skont tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6265.", "F'Ħ'Attard qatt ma naraw pulizija tat-traffiku, wardens jew uffiċjali ta' Transport Malta, jiġifieri ma jkunx hemm konġestjoni qawwija tat-traffiku.", "Allura għalfejn se nonfqu €55 miljun jekk skont il-Gvern lanqas ikun hemm bżonn pulizija biex jidderieġi t-traffiku?!", "Ara naqra dan il-Gvern fiex waqa'!", "Jiġifieri minflok nibnu l-iskejjel, minflok nagħmlu t-tarmak, minflok nirranġaw l-affarijiet li għandna bżonn nirranġaw, se nagħmlu bypass minn ħdejn l-MFSA sa ħdejn l-Isptar Monte Carmeli Ħ'Attard meta llum lanqas għandna bżonn nibagħtu pulizija!", "Issa nispera li l-editur tal-ġurnal The Malta Independent illum togħġbu l-vuċi tiegħi - għax l-editur li kiteb l-editorjal dakinhar m'għoġbitux il-vuċi tiegħi - u jaqbad din ukoll; li m'għandniex pressjoni qawwija ta' traffiku għax kultant fejn ikun hemm konġestjoni tat-traffiku jintbagħat pulizija bil-mutur biex tittaffa l-konġestjoni, u se jintnefqu €55 miljun!", "Allura għalfejn se ttittieħed l-art?", "Għalfejn se jittieħed l-ispazju tal-parkeġġ tan-nies?", "Għaliex se nagħmlu dan il-proġett meta minn issa hemm affarijiet oħrajn x'nistgħu nagħmlu li jiffaċilitaw dan?", "Sur President, jien issuġġerejtlu li, pereżempju, fiż-żona ta' ħdejn il-Gold Market fi Triq iż-Żagħfran ma jipparkjawx vetturi fil-ħin li jinġema' t-traffiku.", "Barra minn hekk staqsejtu x'miżuri qed jieħu l-Gvern minn issa biex jitnaqqas it-traffiku u jekk hux qed jintbagħtu aktar pulizija fit-toroq, speċjalment ħdejn Attard Farm Supplies fi Triq l-Imdina, fit-triq li minn Ħ'Attard tmur lejn Ħaż-Żebbuġ, fi Triq in-Nutar Zarb u fi Triq il-Linja.", "Dan il-Ministru qisu lanqas jafhom dawn il-postijiet jew inkella ma jagħtuhx il-pariri għax kieku minn issa jagħmel xi ħaġa!", "Imma issa x'qiegħed jagħmel dan il-Gvern?", "Qiegħed jipprova joħloq traffiku li ma jeżistix biex jiġġustifika l-€55 miljun!", "Għax kieku għandna traffiku qawwi - inti forsi tgħaddi xi kultant minn hemm, Sur President - kieku jibgħat il-pulizija!", "Jien naħseb li nistgħu nsolvu problemi.", "Pereżempju fejn hemm id-dwal tat-traffiku ħdejn l-MFSA u inti u ħiereg minn ħdejn il-Palazz ta' San Anton, hemm fejn wieħed imexxi t-traffiku jekk ikun hemm il-pulizija u allura n-nies li jkunu ġejjin min-naħa ta' Ħal Balzan li jkunu se jmorru lejn Ħaż-Żebbuġ jistgħu jgħaddu minn toroq oħrajn u jsibu soluzzjonijiet kif jgħaddu.", "B'hekk inkunu nistgħu nibdew insolvu l-problemi mbagħad naraw jekk għandniex bżonn dan il-proġett.", "Jien ngħid li l-ewwel irridu naraw x'hemm bżonn isir.", "Minn hawn nappella lill-Ministru biex jipprova dawn l-ideat ta' dawk in-nies li ġew fil-garaxx tiegħi.", "Jien niftħilhom il-bibien lin-nies ta' Ħ'Attard u jidħlu d-dar tiegħi.", "Ara hu ma ġiex jiltaqa' man-nies ta' Ħ'Attard!", "Il-Ministru bagħat lin-nies biex joqogħdu jitkellmu mal-ħaddiema ta' Transport Malta, mhux miegħu!", "Ara meta mbagħad tkellmet l-għaqda taċ-ċiklisti, imbagħad iltaqa' magħhom liċ-ċiklisti!", "Għaliex din li s-cycle lane tibda minn ħdejn l-MFSA u tibqa' sejra sa ħdejn l-Isptar Monte Carmeli, imbagħad daqshekk … Mhux bilfors li n-nies jikkritikawh!", "Mhux bilfors ikollu dawn il-problemi jekk ma sarx traffic impact assessment, skont it-tweġibiet parlamentari li jagħti hu stess?", "Transport Malta wettqet diversi studji tekniċi, imma meta nitolbu jippubblikahom, ma jippubblikax wieħed minnhom!", "(Interruzzjonijiet) Jista' jkun, Onor. Vassallo.", "(Interruzzjonijiet) Ma ppubblika xejn dan il-Ministru.", "Imbagħad daħħal ukoll lil Birkirkara.", "U skont tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5986, it-tniġġis tal-arja se jonqos bi 13%.", "Minn fejn ġabha din?", "Kif se jonqos bi 13% it-tniġġis tal-arja?", "Jien nispera li fuq il-proġett ta' €700 miljun jippubblikalna l-istudji kollha li qegħdin isiru!", "Il-Ministru qalilna wkoll li jekk ma jsir xejn, fis-snin li ġejjin it-tniġġis tal-arja se jittrippla, se jkun hemm żieda ta' 300%.", "Minn fejn ġabha din il-Ministru?", "Jista' jippubblika l-istudji li għamel?", "Jew m'għamel xejn studji u daħħal f'rasu li bilfors irid jagħmel dan il-proġett?!", "Hawnhekk irrid nistaqsi xi ħaġa oħra.", "Għandna miktub ukoll li dan huwa proġett li jista' jkun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Informaha lill-Unjoni Ewropea?", "Għandu l-approvazzjoni tagħha?", "Jew qed jgħid li forsi jiġu l-flus tal-Unjoni Ewropea imma għad m'għandux il-konferma tal-Unjoni Ewropea biex jieħu l-art tal-bdiewa?", "U kemm se jieħu art tal-bdiewa?", "Ma jafx, ma qalilniex fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari li għamiltlu jien!", "Kemm se jneħħi mit-toroq li se jiġu affettwati, bħal Triq Ferdinand Inglott, Triq Thomas Chetcuti u Triq Oliver Agius?", "Se jagħmlilhom sound barriers?", "(Interruzzjonijiet) U żgur li le għaliex m'għamilx studju fejn jurina l-impatt li se jkollu dan il-proġett fuq ir-residenti ta' diversi toroq ta' Ħ'Attard.", "Il-Ministru jgħid ukoll li aktar nies se jużaw il-bypass.", "Ovvjament, jekk minnha wieħed se jgħaddi aktar malajr, se jużaha!", "Allura jekk wieħed se juża aktar it-toroq mhux se jġib aktar tniġġis?", "Allura kif jgħidli li se tnaqqas it-tniġġis jekk kemm-il darba aktar karozzi se jutilizzaw din it-triq partikolari?!", "Jekk se jiżdiedu aktar karozzi, mhux bilfors li se jiżdied it-tniġġis?", "Għalhekk ma jippubblikax ir-rapporti l-Ministru!", "Sur President, lill-Ministru staqsejtu wkoll fuq kmamar protetti f'Wied Inċita.", "U hawnhekk reġa' ma rrispondieni xejn, reġa' uża l-istess tweġibiet li ta għall-mistoqsijiet ta' qabel.", "Għal mistoqsija parlamentari 5991 dwar l-ispazju għall-parkeġġ, il-Ministru ma jgħid assolutament xejn, ħlief li darba, fl-2006, kien ippjanat li se jsir xi ħaġa.", "Dan il-Ministru għadu mwaħħal fl-2006 imma mill-2006 sal-lum għaddew 12-il sena!", "Dan il-Gvern iħares lura u jirraġuna li dak li kien se jsir 12-il sena ilu għandu jsir illum!", "Le, jekk l-affarijiet jinbidlu, l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar.", "Sur President, jien nixtieq li dan l-Gvern jgħidilna xi traffic impact assessments saru, jekk għandux diġà l-approvazzjoni tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett, jekk tkellimx mal-bdiewa, jekk tkellimx ma' dawk li għandhom l-irziezet fl-inħawi u jekk hux se jeħdilhom il-post tagħhom u hux se jagħtihom kumpens.", "Dawn lanqas tkellmu man-nies.", "Issa dan suppost partit tal-poplu, partit tan-nies.", "Jien tkellimt ma' nies mil-lokalitajiet kollha u fosthom kien hemm bdiewa u negozjanti.", "Jien ilqajthom, tkellimna u għedtilhom li issa f'idejhom.", "Jien nitkellem fil-Parlament u huma jitkellmu, m'għandix problema.", "Imma ara l-Ministru ma jiltaqax magħhom għax qalilna li dawn l-erbgħa min-nies huma l-elite ta' Ħ'Attard meta kien ġo dan il-Parlament.", "Għadu ma jafx il-Ministru kemm hemm aktar minn erbgħa min-nies!", "Imma l-mument jasal.", "Jien nistenna li qabel ma mmorru għand l-Awtorità tal-Ippjanar dan il-Gvern ikun ippubblika l-istudji li saru u jkun qassamhom lil dawk in-nies li huma interessati għax dawn huma l-flus tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Pereżempju, għandu jgħidilna jekk hemmx ġwiebi għall-irrigazzjoni biex isaqqu l-għelieqi tal-madwar, jekk hux se jiġu affettwati u kif; il-livelli tan-noise pollution u jekk dan hux se jeħduh inkonsiderazzjoni; u ovvjament, jekk hux se jitneħħew numru ta' siġar protetti.", "Huwa importanti li nieħdu ħsieb l-ambjent ta' pajjiżna u naħseb li dan il-Gvern hawnhekk għandu problemi kbar għax ma jagħtix importanza lill-ambjent ta' pajjiżna.", "Għalhekk jien irrid nara li nkun il-vuċi ta' dawk in-nies li għandhom l-irziezet, id-djar u l-għelieqi hemmhekk biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu verament dak li jixraqlu.", "Il-poplu għandu bżonn gvern li jisma' lin-nies u li verament ikun jaf x'iridu f'dak kollu li għandu x'jaqsam mat-toroq ta' pajjiżna u mhux gvern li jibqa' għaddej b'romblu u bl-addoċċ.", "Jien inħeġġeġ lill-Gvern biex jgħidilna, pereżempju, kemm se tittieħed art ODZ għal dan il-proġett.", "Fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5540 il-Ministru informani li d-dettalji tal-proġett tal-bini ġdid tal-konnessjoni bejn Ħ'Attard u Ħ'Attard – daħħal l-Imrieħel, Birkirkara u Ħaż-Żebbuġ imma ma nafx x'għandhom x'jaqsmu– se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif il-periti ta' Transport Malta jtemmu l-proċess ta' ippjantar u diskussjonijiet oħra meħtieġa għal dan l-investiment.", "Dan kien fis-7 tax-xahar li għadda imma minkejja li għadda xahar, minn dan kollu m'għamel xejn, ma ħabbar xejn.", "Qed jitfagħha fuq ħaddieħor, fuq il-periti ta' Transport Malta, mhux hu bħala ministru huwa responsabbli!", "Il-Ministru qed jgħid li dan il-proġett se jtejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà ta' waħda mill-aktar rotot ewlenin f'pajjiżna, inaqqas id-dewmien fl-ivvjaġġar, iniedi l-faċilità għall-mezzi ta' trasport alternattivi u jtaffi d-diffikultajiet tat-traffiku, storbju u tniġġis.", "Mela se jgħaddu aktar karozzi minn dik il-lokalità u allajbierek se tnaqqas l-istorbju, it-traffiku u t-tniġġis!", "Probabbli meta l-Ministru se jkun qiegħed jagħmel il-winding up se jsemmi żewġ persuni minn Ħ'Attard li tkellmu pubblikament.", "Jien lil dawn diġà kellimthom u meta wrejthom l-affarijiet kif inhuma, li huma differenti milli qiegħed jgħid il-Ministru, fehmu.", "Mhux se noqgħod nitkellem fuq Herbert Messina Ferrente għax mhuwiex lok li nitkellem fuqu fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom bħalissa, imma kellimtu wkoll.", "Kellimt ukoll lill-Eks Deputat Charlò Bonnici u nista' nserraħ ras il-Ministru li dawn mhux qegħdin jaqblu miegħu.", "Dak li qalilhom il-Ministru mhuwiex l-istess bħalma hemm fil-verità, f'dawn il-pjanti li wrejthom jien u fit-tweġibiet li huwa ta għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Allura nħeġġeġ lill-Ministru biex qabel ma jagħmel l-affarijiet, jagħmilhom sew, jaħseb u jikkonsulta u mhux jagħmel dak li jdaħħal f'moħħu, ċjoè li jagħmel bypass li jgħaqqad Ħ'Attard ma' Ħ'Attard.", "Anke lill-Unjoni Ewropea se jkollu diffikultà biex jikkonvinċi.", "Aħna ma naqblux li qabel tieħu l-art tal-bdiewa, art li hija ODZ, u tgħaddi bil-gaffa minn fuq kulħadd ma tipprovax alternattivi oħra li bihom tista' ssib soluzzjoni.", "Naħseb li kulħadd għandu dritt jgħix il-ħajja tiegħu b'mod trankwill, li ma jkollu l-ebda bypass quddiemu, li ma nġibulux aktar traffiku lejn Ħ'Attard.", "Illum hemm soluzzjonijiet oħra biex in-nies li jgħaddu minn din iż-żona jkunu jistgħu jgħaddu b'aktar ħeffa.", "Sur President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nħeġġeġ lill-Ministru biex naraw li jsir skrutinju tajjeb u dan mhux biss rigward il-bypass ta' Ħ'Attard imma f'kollox.", "Il-Gvern għandu jkollu lil min jifhem u lil min ikun qiegħed jiskrutinja dak li jkun qiegħed jagħmel min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Għalhekk il-flus m'għandhomx ikunu biss għand il-Gvern imma għandhom jinżlu wkoll għand il-kunsilli lokali kif kienu qed jagħmlu qabel.", "Kemm kienu jagħmlu xogħol kieku dawn il-flus tawhom lill-kunsilli lokali!", "M'għandhomx fiduċja fis-sindki tagħhom?", "Qed jaħsbu li għandhom sindki li mhumiex kapaċi jagħmlu t-toroq fil-lokalitajiet tagħhom jekk jagħtuhom il-flus?", "Jew għandhom xi ħsebijiet oħrajn dwar dan l-infiq propost ta' €700 miljun?", "Għalfejn iridu jagħmlu kollox f'din l-Aġenzija ġdida li jridu joħolqu?", "Insomma, wieħed jista' jifhem għalfejn!", "Jalla l-poplu Malti u Għawdxi jkollu l-aqwa toroq f'pajjiżna, jalla l-poplu Malti u Għawdxi jara t-tarmak isir fejn hemm bżonn, imma ejjew inħallu r-responsabbiltà fejn verament għandha tkun, mhux nieħdu r-responsabbiltà minn idejn il-kunsilli lokali.", "Jien ma naqbilx li għandhom jittieħdu r-responsabbiltajiet mill-kunsilli lokali tagħna u ma naqbilx li m'għandux ikun hemm skrutinju jekk kemm-il darba titwaqqaf din l-Aġenzija kif irid il-Gvern għax għandu l-maġġoranza u jagħmel dak li hu jaħseb li huwa l-aħjar.", "Ma naqbilx ukoll li għandu jkun il-Gvern li jaf kollox u jagħmel kollox, imma għandu jkun hemm in-nies li jkunu intelliġenti biżżejjed, kwalifikati biżżejjed, anke b'rappreżentanza min-naħa tal-Oppożizzjoni, biex dawn l-affarijiet nagħmluhom sew.", "Jien ċert li, kif rajna fil-passat, il-kunsilli lokali huma kapaċi.", "Għandna nies ġo dan il-Parlament li kienu sindki u jafu li jekk il-kunsilli lokali jingħataw il-flus, ikunu kapaċi jwettqu u jaraw liema huma l-aqwa toroq li għandhom isiru f'pajjiżna biex b'hekk ikollna lokalitajiet aħjar.", "Jien ċert li dawn is-€700 miljun jistgħu jintnefqu ħafna aħjar jekk kemm-il darba ssir konsultazzjoni aktar wiesgħa.", "Nispera li fi Transport Malta u f'din l-Aġenzija ġdida ma jkunx hemm rwoli li jkunu qed jikkonfliġġu ma' xulxin.", "Nispera wkoll li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta jikkoperaw f'dan il-proġett biex ikun hemm konsultazzjoni neċessarja dwar jekk triq għandhomx jinbidlulha s-servizzi jew le, li ġieli jsiru u ġieli le.", "Issa forsi b'din l-Aġenzija jinġabar kollox taħt id waħda - dan suppost huwa Gvern wieħed - biex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Din kienet wegħda tal-Partit Laburista meta kien għadu fl-Oppożizzjoni.", "Jien ċert li aħna l-Membri tal-Oppożizzjoni nikkritikaw għaliex nemmnu li dak li għandna ngħidu għandna ngħiduh b'responsabbiltà.", "Aħna nemmnu fid-deċentralizzazzjoni tal-poter, jiġifieri li l-poter ma jkunx f'idejn il-gvern imma jkun f'idejn iċ-ċittadin li jeleġġi l-kunsilli lokali.", "Issa s-sena d-dieħla se jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u mbagħad nibdew narawh jgħidilna kemm għandu fiduċja fil-kunsilli lokali, meta f'dawn l-aħħar snin ħlief neħħielhom ir-responsabiltajiet minn taħt idejhom m'għamilx!", "Hawnhekk il-poplu Malti għandu jara min verament jemmen fil-kunsilli lokali, min verament jemmen fih u min verament irid il-ġid tal-lokalitajiet tagħna.", "Aħna nemmnu fil-kunsilli lokali, nemmnu f'dawk eletti, fis-sindki, fil-viċi sindki u fil-kunsilliera tagħna.", "Aħna ċerti li jekk il-Gvern jagħtihom il-flus kapaċi jagħmlu x-xogħol u jagħmluh sew.", "Però jien inħeġġeġ ukoll lill-Gvern biex jagħti lil dan il-Parlament tweġibiet li għandhom ikunu sinċieri u veri mingħajr tidwir mal-lewża.", "Għaldaqstant aħna, bħala Oppożizzjoni, ma nistgħux naqblu ma' din it-tip ta' liġi.", "Nispera li l-Gvern ibiddel u jisma' minn dak li qiegħda tgħidlu l-Oppożizzjoni ħalli finalment f'dan il-pajjiż ikollna xi ħaġa li naqblu dwarha ż-żewġ naħat tal-Kamra u li tista' tagħmel il-ġid f'pajjiżna.", "Dan jista' jsir billi l-flus nagħtuhom lill-kunsilli lokali u r-responsabbiltà tingħata lill-kunsill lokali għax aħna nemmnu fiċ-ċittadini tagħna u fil-lokalitajiet tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru Ian Borg biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "IAN BORG: Sur President, issa veru ninsabu pass eqreb li nwaqqfu Aġenzija għal Infrastruttura Malta li se tkun qed tagħmel investiment mingħajr preċedent fl-infrastruttura tagħna għaliex għandna bżonn intejbu n-network tat-toroq ta' pajjiżna.", "U rrid ngħid li b'network tat-toroq tagħna ma nfissrux biss it-toroq arterjali u distributorji, li sal-lum dejjem kienet responsabbli minnhom Transport Malta, imma rridu nerfgħu l-piż li ġew mgħobbija bih inġustament il-kunsilli lokali fil-bidu tas-snin disgħin mingħajr qatt ma ngħataw ir-riżorsi, kemm finanzjarji kif ukoll ta' expertise, sabiex jimplimentaw kemm toroq residenzjali kif ukoll rurali fil-lokalità tagħhom.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-kelliema tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni però ma fhimtx jekk l-Oppożizzjoni hijiex favur jew kontra dan l-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu.", "Ma fhimtx jekk l-Oppożizzjoni hijiex favur jew kontra li għandna bżonn nintervjenu fuq it-toroq tagħna.", "Ma fhimtx jekk, pereżempju, ċerti esponenti Deputati tal-Oppożizzjoni biddlux fehemthom minn kif kienu jaħsbu meta kienu sindki tal-lokalità tagħhom għal dak li qegħdin jaħsbu llum li huma Deputati ta' din il-Kamra.", "Ħareġ ċar li hemm qbil li għandna nwaqqfu din l-Aġenzija, għall-inqas meta tisma' lid-Deputati tal-Gvern, għaliex dawn jemmnu li għandna bżonn dan l-investiment, li għandna bżonn ngħinu lill-kunsilli lokali billi nagħmlulhom it-toroq fil-lokalitajiet tagħhom u ma neħdulhomx ċenteżmu wieħed minn dak li għandhom illum.", "B'hekk awtomatikament jiżdiedu r-riżorsi tagħhom ħalli jimplimentaw dak illi huwa fid-dover tagħhom li jagħmlu fil-lokalità tagħhom.", "Huwa inutli li wieħed jibqa' marbut ma' sistemi tal-passat għaliex hekk dara u huwa inutli li wieħed jopponi l-bidla għax jibża' minnha.", "L-Oppożizzjoni tibża' mill-bidla imma aħna ma nibżgħux, aħna se nagħmlu l-bidla.", "Jistgħu jkomplu jokorbu li ma jridux ibiddluhom l-affarijiet għax aħna qegħdin hawnhekk biex inbiddlu l-affarijiet, anke kif nagħmlu l-proġetti infrastrutturali.", "U jekk Alla jrid, fil-ġimgħat li ġejjin se nkomplu niddiskutu skont kemm ikun hemm bżonn, dwr kif intejbu dan l-Abbozz ta' Liġi u nieħdu anke l-konsiderazzjonijiet kostruttivi li tressqu miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Però m'hemmx lok li wieħed imur lura minn din id-deċiżjoni li fuqha għandna mandat tal-akbar riżultat elettorali li qatt ingħata lil gvern, ċjoè li nwaqqfu l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta u ninvestu €700 miljun fis-seba' snin li ġejjin.", "Sur President, irrid inserraħ ras il-Membri ta' din il-Kamra u ras kull min qed jismagħna li se jkun hemm kontabbiltà kompluta u sħiħa f'dak li għandu x'jaqsam man-nefqa.", "Se nkunu qegħdin naħdmu b'mod ġus fil-mod ta' kif inkunu qegħdin nipprokuraw ix-xogħol u se nwasslu r-riżultat mixtieq fil-lokalitajiet, fejn ħafna drabi jkollok kunsilli lokali li wettqu l-ħidma tagħhom bil-limitazzjonijiet li kellhom u oħrajn li ma wettqux u dan fuq iż-żewġ naħat tal-ispettru politiku.", "Il-fatt hu li bir-ritmu li l-kunsilli lokali jistgħu jinvestu llum fit-toroq tagħhom fadlilna għexieren ta' snin biex naraw ħidma sħiħa u kompluta fl-infrastruttura.", "Dan huwa pajjiż li qed jirnexxi ekonomikament minkejja l-infrastruttura li għandu, meta f'ċirkostanzi oħrajn l-ekonomija tikber grazzi għal infrastruttura tajba.", "Aħna kbirna minkejja li l-infrastruttura hija waħda ħażina.", "Aħna ma naqblux mal-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Adrian Delia, li jmur fuq il-Fosos tal-Floriana u jgħid li f'Malta m'hawnx ħofor.", "Ma naqblux, u l-poplu ma jaqbilx mal-Kap tal-Oppożizzjoni u jaf li dan kien żbaljat dakinhar.", "Hawn Deputati f'din il-Kamra li huma preżenti hawnhekk anke llum u li qegħdin jisimgħuni, li jafu li żbalja dakinhar u pprovaw ibenġluhielu.", "Jien saħansitra poġġejt ir-recording tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Illum kien hawn min reġa' pprova jqajjem l-argument li m'għandniex bżonnu dan l-investiment.", "Jiddispjaċini għalihom jekk jemmnu li m'għandniex bżonnu dan l-investiment.", "Aħna se nagħmluh dan l-investiment, il-poplu jridu u vvota għalih dan l-investiment.", "U ma jidħlux fis-semantika li huma jisimgħu lill-poplu imma n-naħa tal-Gvern ma tismax lill-poplu.", "Dawn bis-serjetà?!", "Jafu li inqas minn sena ilu għaddew mit-tieni l-akbar tkaxkira elettorali li qatt sofrew kollha kemm huma?", "Huma se jgħidu li aħna ma nisimgħux mill-poplu!", "Iridu jgħidulna li huma jisimgħu mill-poplu u aħna ma nisimgħux mill-poplu?!", "B'liema ardir jiġu jgħidu li aħna ma nisimgħux mill-poplu u huma jisimgħu mill-poplu?!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Agius jasal għall-konklużjonijiet tiegħu, li sal-lum mhumiex ċari, għaliex ilbieraħ ħassu ftit deluż illi l-ġurnal The Malta Independent qal li m'għandux raġun.", "Allura kiteb għall-qarrejja tal-ġurnal The Malta Independent, u ma qalx jekk huwiex favur jew kontra l-proġett, però llejla reġa' ġie u bela' kulma qal ilbieraħ.", "Allura jekk hawn xi ħadd li hu konfuż, dan huwa l-Onor.", "L-Onor.", "Agius ma jridx jaf, ma jridx jgħidilna x'jaħseb.", "L-Onor.", "Agius ftaħar li laqqa' lin-nies ta' Ħ'Attard fil-garaxx tad-dar tiegħu.", "Kienu xxamplati n-nies, ma tantx ġewk nies!", "Jidher li l-poplu ta' Ħ'Attard mhuwiex miegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ministru, ħu paċenzja, indirizza lili.", "IAN BORG: Il-poplu ta' Ħ'Attard, ta' Ħal Balzan, ta' Ħal Lija, tal-Iklin, ta' Birkirkara, tal-Mosta, tal-Imġarr, tar-Rabat, ta' Ħad-Dingli, tal-Imtarfa u ta' Ħaż-Żebbuġ mhumiex mal-Onor.", "Allura għal-laqgħa li sejjaħ m'attendewx għax ma jaqblux miegħu però hu jixtieq ikun il-vuċi ta' dawk il-ftit nies li qegħdin jgħidulu li ma jaqblux mal-proġett.", "Issa ħalli nkomplu nitkellmu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li jħares lill-kunsilli lokali wkoll.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali jridu jkunu madwar il-mejda u jridu jkunu magħna meta nagħmlu ċerti prijoritajiet.", "Lill-kunsilli lokali se nagħtuhom il-vuċi ħalli flimkien mal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta jgħidulna liema huma t-toroq l-aktar fil-bżonn fil-lokalità tagħhom.", "Se jkun hemm ukoll eżerċizzji xjentifiċi dwar liema huma l-aktar toroq li għandhom bżonn attenzjoni, imbagħad il-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu.", "Aħna ma niddejqux nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Jekk tieħu d-deċiżjonijiet jgħidulek li trid tieħu d-deċiżjonijiet inti biss u waħdek!", "Ara huma qagħdu gallarija għal 25 sena sħaħ għaliex għaddew il-piż tat-toroq lill-kunsilli lokali u meta kien ikellimhom il-kostitwent - għax jgħidu li jisimgħu lin-nies – kienu jgħidulu biex mur għand is-sindku.", "Imbagħad jekk, pereżempju, is-sindku Nazzjonalist ma kienx imur tajjeb mal-ministru Nazzjonalist, kienu joqogħdu jkesksu, jgħidu li s-sindku ma jridx jagħmilha, jilletikaw bejniethom, wieħed jispiċċa fil-Parlament, imbagħad l-ieħor jispiċċa jiġri warajh eċċ. Dawn iż-żmenijiet spiċċaw.", "Il-Gvern jerfa' r-responsabbiltà, il-kunsill lokali jiġi magħna, jgħidilna liema huma l-prijoritajiet tiegħu u l-Gvern imidd idejh u jaħdem biex iwettaq dan kollu hu.", "Kif diġà għedt fl-introduzzjoni tiegħi, f'liġi ma tistax toqgħod tikteb minn liema naħa se jgħaddi l-pipe tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Ejjew ma nkunux petty, ejjew ma nkunux medjokri f'din il-Kamra u ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Hemm l-esperti li jgħidu minn fejn għandhom jgħaddu s-servizzi.", "Prinċipju wieħed hemm; li x-xogħlijiet fit-toroq se jsiru minn aġenzija waħda.", "U ma nistgħux nibqgħu nwaħħlu f'xulxin kif għamlu huma għal 25 sena, fejn pereżempju, tmur għand Transport Malta u jgħidulek li dik il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma responsabbli minnha, tmur għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jgħidulek li dik Heritage Malta responsabbli minnha, tmur għand Heritage Malta u jgħidulek li dik l-Awtorità tal-Ippjanar responsabbli minnha, imbagħad tmur għand l-Awtorità tal-Ippjanar u jgħidulek li dik il-Lands responsabbli minnha għax għadha ma tatx il-biċċa art tagħha, u noqogħdu sejrin hekk u ngħaddu n-nies biż-żmien!", "Aħna ma rriduhx dan u n-nies li qegħdin jarawna jafu li dik kienet is-sistema sal-lum u aħna rridu nibdluha.", "Imma l-Membri tal-Oppożizzjoni ma jeħdux pjaċir b'dan!", "L-ISPEAKER: Ministru, ippermettili ftit, jekk jogħġbok.", "Jekk jogħġobkom, Onorevoli Membri tal-Oppożizzjoni.", "Kulħadd qal il-parti tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, kompli bil-winding up ħalli nkomplu għaddejjin.", "IAN BORG: Sur President, hija tal-mistħija li l-Oppożizzjoni ma tridx tħallini nikkonkludi kif jistgħu jisimgħu n-nies minn ġo djarhom.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "Tista' tieqaf, jekk jogħġbok?", "Ministru, kompli bid-diskors tiegħek jekk jogħġbok.", "IAN BORG: In-nies ma tridx l-għajjat tal-Oppożizzjoni.", "In-nies trid gvern li jagħmlilhom it-toroq xierqa u li jtejjeb l-infrastruttura tagħna.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru, jekk jogħġbok.", "Onor. Agius, taħseb li tista' tkompli hekk?", "Mela jekk jogħġbok ieqaf.", "Ministru, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "IAN BORG: Sur President, se nisseparaw ir-regolatur minn mal-implimentatur biex ikollna governanza aħjar.", "Għandna fiduċja assoluta fi Transport Malta bħala regolatur, li tgħin biex tiddisinja t-toroq skont l-istandards internazzjonali.", "Imbagħad l-implimentatur, l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, li llejla se ngħaddu l-Abbozz ta' Liġi li se jwaqqafha, jimplimenta l-proġetti.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni qegħdin jinkwetaw għaliex jafu li aħna nwettquhom il-wegħdiet tagħna, għaliex jafu li se nkunu qegħdin nagħmlu mijiet ta' toroq li fi żmienhom qatt ma saru.", "Imbagħad jiġu hawnhekk u ma jħallukx tikkonkludi!", "Dawn huma n-nies li tant jiftaħru li ġabu d-demokrazija f'dan il-pajjiż u li tant jiftaħru bis-saltna tad-dritt imma jemmnu li d-dritt li jsaltnaw qiegħed għalihom biss.", "Huwa importanti li niddiskutu, iva, imma ma nistgħux nibqgħu niddiskutu.", "Issa se jkollna l-istadju ta' Kumitat u jien inħares 'il quddiem u ninsab konvint illi l-Onor.", "Bezzina jista' jagħti l-kontribut tiegħu flimkien mal-kumplament tal-Oppożizzjoni biex intejbu din il-liġi, imma wasal iż-żmien ukoll li naġixxu u se nkunu qegħdin naġixxu.", "Kulħadd jirrikonoxxi li għandna bżonn iktar effiċjenza, trasparenza u kontabbiltà, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' procurement.", "Ma jistax ikun li nkomplu nikkonsidraw triq ta' €50,000 bl-istess mod li nikkonsidraw il-proġett tal-Marsa li se jiswa miljuni kbar, u allura ma jistax li nkunu effiċjenti fil-mod kif inħaddmu l-flus jekk irridu nkomplu naġixxu bis-sistemi li kellna s'issa.", "Sur President, jien irrid nara li r-regolatur jissaħħaħ.", "Transport Malta trid tissaħħaħ fil-kwalità ta' toroq li tawditja, trid tissaħħaħ bil-permitting u anke bil-kondizzjonijiet li tpoġġi, għaliex huwa tajjeb li nagħmlu t-toroq imma rridu ntejbu l-mod kif dawn isiru, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalità kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru.", "Għalhekk se niġi għall-punt tal-kontabbiltà li ssemma min-numru ta' kelliema tal-Oppożizzjoni - ejjew ngħidu li ma qrawx il-liġi tajjeb, mhux se noqgħod ngħid b'qerq u mhux qerq – li bdew jallegaw li din l-Aġenzija donnu li se jkollha xi open cheque u ma tagħti rendikont lil ħadd.", "Bħal kull entità oħra, darba f'sena, l-operat u l-finanzi ta' din l-Aġenzija jridu jkunu awditjati u dawn iridu jersqu quddiem il-Parlament kif isir fuq entitajiet oħrajn.", "Allura hija tal-mistħija li fil-ftit ħin li deputat ikollu biex jitkellem fuq liġi, jirredikola l-argumenti b'dan il-mod, daqslikieku n-nies mhumiex kapaċi jidħlu fl-Abbozz ta' Liġi u jaraw il-miżuri li ħadna biex dawn il-flus tal-poplu jkunu qegħdin jintużaw kif suppost.", "Transport Malta se tkun qed tiffoka fuq ir-regolamentazzjoni u l-immaniġġjar tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet imsemmijin u b'hekk insolvu l-anomalija tar-regolatur u l-implimentatur.", "Dan ifisser ukoll li se jkollna assigurazzjoni ta' ħidma bl-ogħla kwalità fit-toroq tagħna.", "M'iniex sodisfatt bil-livell li wasalna s'issa u għamilt diversi appelli, u nerġa' nieħu l-opportunità biex nappella lill-kuntratturi li jafu li hemm ħafna xogħol qed jistennihom, però dawn iridu jinvestu wkoll fil-capacity tagħhom ħalli jiżguraw li dan ix-xogħol ikun jista' jsir.", "M'iniex konvint li bil-capacity li għandhom illum jistgħu jilħqu dawn il-livelli, anke għaliex sal-lum il-pajjiż ma rax investimenti ta' €100 miljun fis-sena fit-toroq, imma ra ħafna inqas, u allura dik il-capacity f'din l-ewwel sena pprovajna nżiduha kemm jista' jkun billi nagħmlu iżjed xogħlijiet, u x-xogħlijiet qegħdin jinħassu għaliex in-nies jafu li hemm ritmu differenti minn dak li kienu draw.", "Għalhekk l-appell lejn il-kuntratturi huwa li they up their game, jiġifieri jridu jinvestu fin-nies, iridu jħarrġu lin-nies tagħhom aħjar u jridu, jekk hemm bżonn, jagħrfu li jilħqu l-limitazzjonijiet tagħhom.", "Għalhekk inħares 'il quddiem għaliex jien konvint li huma wkoll iridu jkunu parti minn dan is-suċċess ta' investiment ta' €700 miljun fis-seba' snin li ġejjin, investiment li se jkun qed jagħti wiċċ lil Malta u lil Għawdex.", "Irrid nirreferi wkoll għad-diskors li għamlet il-Ministru għal Għawdex.", "Bażikament Għawdex kien jibbenefika minn €1 miljun jew €1.5 miljun fis-sena.", "B'€1.5 miljun fis-sena tkun qed tiddieħak bil-poplu Għawdxi.", "Ma tistax tagħmel investiment li jistħoqq lill-gżira Għawdxija billi tagħti lill-Ministeru għal Għawdex €1.5 miljun.", "Allura Għawdex se jkun meqjus daqs Malta fil-mod kif din l-Aġenzija trid taħdem, fil-mod kif il-Ministeru għal Għawdex, apparti l-kunsilli lokali Għawdxin, se jkunu qegħdin jiġu kkonsultati f'dan il-proċess.", "Kien hawn min ukoll kellu l-ardir jirreferi għall-160 triq li qatt ma saru.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni ħarġu ma nafx b'kemm-il programm jgħidu li dawn it-toroq kienu se jagħmluhom.", "Dawn kienu jwegħduhom qabel kull elezzjoni u qabel kull Baġit u f'25 sena ma sabux iċ-ċans jagħmluhom!", "Però l-Partit Laburista, fost il-prijoritajiet tiegħu, fil-manifest elettorali poġġa l-160 triq li qatt ma saru u allura issa dawn qegħdin iħossu li se jkunu qegħdin jaqgħu għaċ-ċajt mal-familji u huma inkwetati b'dan kollu.", "Però jien ngħidilhom biex ma jinkwetawx wisq għax aħna se nkunu qegħdin nagħmluhom.", "Jaqblu jew ma jaqblux, il-160 triq se jkunu qed isiru għax sal-lum dawn għadhom ramel u fix-xhur tax-xitwa jkunu tajn!", "Filwaqt li l-Membri tal-Oppożizzjoni jkomplu jgedwdu bejniethom u jgħidu li sar ħafna xogħol f'25 sena, jidher li ma sarx biżżejjed.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Ministru, jekk jogħġbok, kompli bid-diskors tiegħek.", "IAN BORG: Aġenzija għal Infrastruttura Malta tfisser differenza fil-ħajja tan-nies u tan-negozji tagħna.", "In-network tat-toroq li għandna fil-pajjiż ma jirriflettix iż-żmenijiet u l-ħteġijiet tal-lum.", "Aġenzija għal Infrastruttura Malta tfisser inqas piż għall-kunsilli lokali tagħna imma dawn xorta waħda se jkollhom vuċi.", "Aġenzija għal Infrastruttura Malta tfisser parti minn viżjoni fuq infrastruttura għal pajjiżna u għall-pjan fit-tul.", "Aġenzija għal Infrastruttura Malta tfisser rivoluzzjoni tal-infrastruttura ta' pajjiżna, pilastru importanti għall-pajjiż.", "Aġenzija għal Infrastruttura Malta tfisser parti mill-pjan ta' dan il-Gvern li għandu għal Malta ta' għada.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Aġenzija għal Infrastruttura Malta u biex jirregola dawk l-attivitajiet u jipprovdi għal kwistjonijiet anċillari jew inċidentali jew konnessi magħhom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni; din se tittieħed fis-seduta tat-13 ta' Ġunju 2018 skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Ian Borg biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "IAN BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għassena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għassena 2018 – votazzjoni; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Aġenzija għal Infrastruttura Malta – votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (Kont.) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, dalgħodu kellna dibattitu interessanti ħafna dwar it-turiżmu f'Malta però l-Ministru Justyne Caruana kif ukoll il-kollega tiegħi l-Onor.", "Frederick Azzopardi tkellmu dwar it-turiżmu f'Għawdex.", "Nixtieq li f'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nitkellem ftit fuq dan is-suġġett.", "Dwar Għawdex mhux se noqgħod nirrepeti għax dalgħodu tqajmu diversi punti tajbin ħafna fuq it-turiżmu, kemm mill-Ministru, kif ukoll mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Hemm x'wieħed jgħid, imma f'dan l-Aġġornament nixtieq niffoka dwar il-bżonnijiet ta' Għawdex u tar-residenti Għawdxin.", "Jekk inħares lura f'ħajti u nara x'kienet l-aktar esperjenza li għallmitni l-aktar, speċjalment li għallmitni nsir indipendenti, din kienet meta bħala Għawdxi tlajt Malta biex nistudja u naħdem.", "Din kienet esperjenza iebsa però għallmitni nkun indipendenti.", "Ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru qal li jixtieq li mhux biss iġib xogħol ta' kwalità għall-Għawdxin f'Għawdex - din hija xi ħaġa bżonjuża ħafna, anzi naħseb li hija l-prijorità numru wieħed li għandu jkollu dan il-Gvern - imma jemmen u jixtieq li jkun hemm ukoll xogħol ta' kwalità għall-Maltin u għall-barranin f'Għawdex.", "Din hija ħolma li jien naqsam mal-Prim Ministru però naħseb ukoll li mill-kliem issa rridu ngħaddu għall-fatti.", "Jien se ngħaddi s-suġġeriment – aktar huwa miżura long-term milli short-term; fuq ix-short-term nitkellem aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi – li jekk hemm il-ħsieb li tinħoloq xi fakultà ġdida fl-Università jew fl-MCAST, minflok tinħoloq u tkun ibbażata f'Malta, tkun ibbażata f'Għawdex biex b'hekk studenti Maltin, kif ukoll barranin, bħalma għamlu fil-każ tal-Iskola ta' Barts, jiġu f'Għawdex.", "Nafu li l-Università ta' Malta dejjem qed tikber, kważi kważi lanqas fadlilha ħafna spazju, u allura kieku l-fakultajiet il-ġodda jew inkella anke fakultà diġà eżistenti f'Malta, jirrilokaw lejn Għawdex, naħseb li jkun ta' ġid mhux biss għall-ekonomija ta' Għawdex, imma anke għall-istudenti Maltin li jiġu joqogħdu Għawdex matul l-istudji tagħhom.", "Aħna l-istudenti Għawdxin li għaddejna minn din l-esperjenza, nafu li għenitna nsiru aktar indipendenti qabel min ma kellux din l-esperjenza.", "Kulħadd isir adult u indipendenti f'mument jew ieħor f'ħajtu però aħna l-Għawdxin nesperjenzawha qabel ma nsibu l-partner u niżżewġu, li hija xi ħaġa pożittiva.", "Naħseb li din tkun win win situation, kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ekonomija f'Għawdex, bħalma qed jiġri fil-każ tal-Iskola ta' Barts, li ġiet mir-Renju Unit għal Għawdex.", "F'dan il-każ qegħdin ngħidu li minn Malta jiġu Għawdex.", "Ninsab ċert li l-kampus tal-Università ta' Malta f'Għawdex għandu bżonn ta' pjan ġdid u għandu bżonn jieħu r-ruħ billi, pereżempju, jiżiedu l-korsijiet, għax kollox donnu sejjer lura u l-istudenti qegħdin jonqsu.", "Għalhekk hemm bżonn li jkollna pjan biex, l-ewwel nett, l-Għawdxin jibqgħu f'Għawdex aktar u biex il-Maltin jiġu f'Għawdex.", "Minkejja dan, naħseb li hemm affarijiet pożittivi li qegħdin isiru f'Għawdex.", "Għalissa se nkun pożittiv, imbagħad naqleb għall-bżonnijiet ta' Għawdex u l-prijoritajiet il-kbar li l-Gvern ma jistax jinjorahom iktar.", "Fejn tidħol aċċessibilità għal Għawdex, ilna snin kbar nagħmlu t-talbiet tagħna.", "Sur President, nista' ngħid li kellna tmiem il-ġimgħa sabiħ ħafna f'Għawdex u kien hemm attivitajiet tajbin ħafna.", "Minn hawnhekk insellem lis-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi, lill-kunsilliera u lil kull min jaħdem fil-kunsill lokali li organizzaw l-attivitajiet permezz tal-għajnuna tal-Ministru Justyne Caruana, kif ukoll lil kull min jaħdem fid-Dipartiment tal-Kultura f'Għawdex.", "Nixtieq nifirħilhom għall-attivitajiet li organizzaw għax kienu attivitajiet ta' livell għoli ħafna.", "Irrid insellem ukoll lis-soċjetajiet filarmoniċi tar-Rabat, Għawdex, il-Banda Leone u l-Banda La Stella li tellgħu żewġ attivitajiet ta' kwalità għolja ħafna, li verament niżlu tajjeb, mhux biss mal-Għawdxin, imma wkoll mal-Maltin u l-barranin li kienu hemm.", "Bħalma qalet il-Ministru Justyne Caruana dalgħodu, l-attivitajiet kulturali huma importanti ħafna f'Għawdex għax jattiraw lit-turisti u l-kummerċ, u qegħdin isiru ħafna minnhom.", "Ovvjament dawn għandhom ikomplu jsiru u aħna bħala Oppożizzjoni nappoġġjawhom, imma min-naħa l-oħra ma naħsibx li l-infrastruttura ta' Għawdex tiflaħ għal ħafna attivitajiet.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li nibdew naħsbu biex inżidu l-infrastruttura f'Għawdex.", "Pereżempju, l-attivitajiet li kellna matul tmiem il-ġimgħa kellhom effett negattiv fuq it-traffiku.", "Triq ir-Repubblika fir-Rabat kienet magħluqa, kienet is-sħana u ovvjament sofrejna l-konsegwenzi.", "Għalija kienet worth it li jkollok attivitajiet bħal dawk f'Għawdex minkejja l-problemi tat-traffiku, però għandna naħsbu fi pjan iktar fit-tul biex ikollna, pereżempju, post adegwat għall-kunċerti f'Għawdex, ngħidu aħna postijiet bħalma hu l-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel tax-Xewkija, Ta' Xħajma.", "Tista' l-Ministru għal Għawdex tikkonsidra jekk din tistax issir?", "Pereżempju fl-Amerika l-istadiums jibdluhom b'mod temporanju għall-kunċerti.", "Tant hi kbira dik il-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel li naħseb li fin-nofs tista' titqiegħed xi tip ta' platform b'mod temporanju.", "Bħalma jitqiegħdu palkijiet fi Triq ir-Repubblika u fil-Pjazza tat-Tokk fir-Rabat, Għawdex, hemmhekk ukoll jista' jitqiegħed palk u allura jsir post għall-kunċerti b'mod temporanju.", "Jien nimmaġina li anke faċilitajiet ta' parkeġġ jistgħu jsiru madwar il-korsa.", "Nimmaġina li jista' jkun hemm ideat oħrajn biex isiru postijiet għall-kunċerti.", "Din hija xi ħaġa li hemm bżonnha f'Għawdex għax din tant hija gżira sabiħa li tista' faċilment tattira turisti kulturali ta' ċertu livell.", "Naħseb li t-talent Malti u Għawdxi huwa ta' livell għoli ħafna, għoli daqs il-livell Ewropew jew aktar f'ċerti każi.", "Però minkejja li Għawdex huwa relattivament nadif, xorta waħda tara bankini li mhumiex tal-livell mixtieq jew inkella biċ-chewing gum imwaħħal magħhom.", "Naħseb li għandna nieħdu ħsieb dawn l-affarijiet żgħar u rqaqat għax it-turisti jinnotawhom.", "Il-prodott Għawdxi huwa tajjeb ħafna imma għandna bżonn ngħollu l-livell tal-infrastruttura f'Għawdex, fosthom il-livell tal-indafa.", "Dak huwa l-aspett pożittiv.", "Sur President, jien lil Għawdex kultant inxebbhu ma' Ferrari.", "Qed ngħid hekk għax Ferrari hija karozza sabiħa ħafna però mhijiex prattika għal Malta għax ovvjament il-limitu ta' veloċità tas-sewqan f'Malta huwa ta' 80 kilometru.", "L-istess Għawdex; huwa post sabiħ ħafna biex toqgħod fih.", "Jien noqgħod Għawdex u qatt ma nimmaġina li nista' ngħix f'post ieħor fl-Ewropa fejn f'ħames minuti tista' tkun qiegħed ħdejn il-baħar, tista' tiġri ġirja, tieħu t-tfal l-iskola u taf li għandhom edukazzjoni tajba ħafna anke fl-iskejjel pubbliċi tal-Gvern, moħħok mistrieħ li f'Għawdex hemm is-sigurtà u hemm arja pura.", "Għalhekk Għawdex huwa eċċezzjonali biex trabbi lit-tfal fih però bħall-Ferrari mhuwiex prattiku għax ħafna professjonijiet ma ssibx xogħol tagħhom f'Għawdex u allura jkollok tmur Malta.", "Hawnhekk tiġi l-prijorità assoluta li għandu jkollu dan il-Gvern; l-aċċessibilità.", "Issa jien mhux qed nitkellem għalija personali, li naqsam lejn Għawdex mal-vapur tal-9.45 p.m. jew mal-vapur tal-10.30 p.m. Din hija xi ħaġa li l-Maltin li jmorru Għawdex għall-vaganza ma jifhmuhiex għax biex tifhimha trid iġġarrabha.", "Mela tqum fil-5.00 a.m. kuljum għal għaxar snin sħaħ, tinżel biex tilħaq il-vapur tas-6.00 a.m., ma jtellgħekx għax ikun mimli - normalment jiġri hekk nhar ta' Tnejn jew nhar ta' Tlieta – u jkollok tistenna l-vapur tas-6.45 a.m., imbagħad tasal fuq il-lant tax-xogħol għal xi t-8.15 a.m. Jiġifieri, mill-5.00 a.m. tasal fuq l-iskrivanija tax-xogħol tiegħek fit-8.15 a.m. u din tagħmilha għal xi għaxar snin.", "Dan biex ma nsemmix ukoll l-iskariġġ li jkollok biex tmur lura, għax normalment il-Ħamis jew il-Ġimgħa l-vapuri tal-4.30 p.m. u tal-5.15 p.m. ikunu mimlijin u hemmhekk ukoll titlef il-ħin għax ikollok taqbad il-vapur ta' wara u tispiċċa tasal id-dar tard, bil-konsegwenza li ma tarax lit-tfal għax tkun trid torqod kmieni biex l-għada terġa' tilħaq il-vapur tas-6.00 a.m.", "Din hija r-realtà ta' mijiet ta' Għawdxin.", "Fil-fatt għandna statistika li turi li 3,000 Għawdxi jaħdem Malta, b'56% tagħhom jaħdmu fis-settur pubbliku, li jistgħu jkunu għalliema, LSAs, skrivani mal-Gvern, infermiera jew pulizija.", "Hemm ħafna Għawdxin li jaħdmu Malta u dawn għandhom bżonn ta' aktar aċċessibbiltà, iktar servizz.", "Jiġifieri jekk il-Ministru għal Għawdex għandha f'moħħha li tikri vapur ieħor, ir-raba' vapur, dik hija xi ħaġa li naqblu magħha, nappoġġjawha u nilqgħuha.", "Naħseb li jekk dak il-vapur jitħaddem bejn il-vapur tas-6.00 a.m. u s-6.45 a.m. ikun ideali biex ineħħi dak il-piż ta' filgħodu minn fuq il-Gozo Channel u l-Għawdxin jinqdew aħjar u jistennew inqas.", "Imma ovvjament din hija xi ħaġa li għad irridu nistennew u naraw.", "Il-Ministru għal Għawdex dalgħodu qaltilna li għandha pjan long-term, short-term u anke medium-term għall-Gozo Channel jew għall-aċċessibbiltà, iżda ma nafx eżatt x'inhu għax għadha ma ppubblikatx ir-rapport.", "Għalhekk aħna qed nistennew biex naraw x'inhu dan ir-rapport.", "Sur President, ftit tal-jiem ilu tkellimna hawnhekk fil-Parlament dwar persuna Għawdxija li skont post fuq Facebook, ir-renta tagħha rdoppjat.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-Prim Ministru, l-ewwel nett, isolvi l-problema kbira li hawn f'Malta minħabba r-renti għoljin.", "Dan huwa falliment politiku, irridu nkunu onesti magħna nfusna.", "Fil-fehma tiegħi, din hija wkoll kriżi.", "Ma ninsewx li ġejjin mijiet ta' nies jaħdmu Malta, fosthom minn Ġibiltà u pajjiżi oħrajn u kumpanija Ingliża tal-gaming.", "Huwa tajjeb li dawn ġejjin Malta u li jkompli jiġi l-investiment barrani però ma naħsibx li l-Gvern qiegħed jaħseb fit-tul dwar dan għax dawn in-nies iridu jmorru joqogħdu xi mkien, għandhom pagi għoljin ħafna u allura l-kera f'Malta se tkompli togħla b'detriment għall-istudenti, speċjalment studenti Għawdxin, kif ukoll għal single mothers u persuni li għandhom paga waħda.", "Dawn in-nies jinsabu f'qagħda dgħajfa fis-soċjetà u ħafna minnhom jispiċċaw joqogħdu f'xi garaxx.", "Fil-fatt jien iltqajt ma' persuna li qaltli li kellha tmur toqgħod ġo garaxx li nofsu ħallietu biex iddaħħal il-karozza u n-nofs l-ieħor għamlitu kċina żgħira, għamlet banju u sodda u trabbi lit-tifla magħha u lanqas biss għandha tieqa!", "Din hija realtà ta' nies li m'għandhomx vuċi għax jistħu jgħidu li qegħdin f'dik is-sitwazzjoni.", "Għalhekk ir-rwol tagħna fil-Parlament Malti huwa li nagħtuhom vuċi għax filwaqt li ħafna nies qegħdin jistagħnew, numru ta' nies għaddejjin minn sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Dan mhux bħal xi villaġġ fl-Afrika fejn kulħadd ikun bil-ġuħ u allura l-problema hija tal-ġuħ, kulħadd m'għandux x'jiekol.", "F'Malta mhux biss hawn il-problema li ma twassalx sal-aħħar tax-xahar jew li ma jkollokx flus biex tiekol jew biex trabbi lit-tfal imma għandek problema li hija aktar tqila minn dik tal-Afrika, għaliex għandek il-problema psikoloġika, li tistħi turi s-sitwazzjoni li qiegħed fiha.", "Naħseb li l-qagħda ekonomika f'Malta qiegħda timbotta lil numru kbir ta' nies iktar 'l isfel taħt il-livell tal-faqar f'Malta.", "Hawn pressjoni ekonomika fuq dawn in-nies.", "Jiġifieri numru ta' nies qegħdin isiru aktar fqar minn qabel u numru ta' nies qegħdin isiru aktar sinjuri minn qabel u l-middle income earners qegħdin jonqsu.", "Issa nixtieq nitkellem ftit dwar l-istudenti Għawdxin u nwassal il-kelma tal-Gozo University Group, il-GUG, li ilhom numru ta' xhur jitkellmu u jinsistu li s-sitwazzjoni tagħhom hija inaċċettabbli.", "Fil-fatt persuna Għawdxija xebbhet din is-sitwazzjoni mal-favelas fil-Brażil u qalet li ħassitha diżappuntata għax sid l-appartament li kienet toqgħod fih fl-Imsida għollielha l-kera ta' kull xahar minn €950 għal €1,600 minn Settembru li ġej!", "Ara kif jista' jkun li student ikompli jħallas dan it-tip ta' kirjiet!", "Issa wasalna f'punt inaċċettabbli.", "Fi żmieni, meta kont student jien, kellu jsir hostel fejn joqogħdu l-istudenti Għawdxin imma dan qatt ma sar.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien, anzi suppost ilu li wasal iż-żmien, li jinbena dan il-hostel għall-Għawdxin li joqogħdu f'Malta bħala studenti, kif ukoll dormitorju għal dawk li jistudjaw fl-MCAST u għal dawk li jmorru l-Università.", "Irrid insemmi żewġ punti importanti ħafna.", "Naqbel mal-Onor.", "Frederick Azzopardi li qal li f'Għawdex għandu jkollna kunsill reġjonali.", "Bħala Partit Nazzjonalista naqblu mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u nemmnu li Għawdex jista' jkun immexxi aħjar jekk il-poter ikun aktar viċin in-nies.", "Issa li l-Gvern qed jammetti li jista' ma jirċevix l-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqs il-baġit ta' seba' snin ilu, jekk f'Għawdex ikun hemm kunsill reġjonali jkun jista' jinnegozja dawk il-fondi direttament għax Għawdex ċertament li ma jilħaqx il-medja tat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li wasal iż-żmien li Għawdex ikun immexxi aktar mill-Għawdxin.", "Naħseb ukoll li l-Gozo Channel hija lifeline għalina l-Għawdxin u, jekk tippermettili, nidħol f'ċerti dettalji.", "Pereżempju l-Ministu Justyne Caruana għandha taħseb għal tinda għall-passiġġieri, kemm fl-Imġarr Għawdex, kif ukoll fiċ-Ċirkewwa, speċjalment għall-ħaddiema tal-Gozo Channel li fis-sajf jagħmlu sigħat sħaħ fil-qilla tax-xemx u fix-xitwa fix-xita u fir-riħ.", "Normalment f'Malta nagħmlu t-tined għaż-żwiemel u allura naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu tinda għall-ħaddiema tal-Gozo Channel.", "Dwar dan għamilt ukoll mistoqsija parlamentari.", "Sur President, se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nagħmel appell lill-Gvern biex jindirizza s-sitwazzjoni tal-aċċessibbiltà għal Għawdex u hawn qed nirreferi b'mod partikolari għar-raba' vapur, li jkun ġdid jew mikri, biex ikollna servizz aktar frekwenti bejn Malta u Għawdex kif ukoll hostel għall-istudenti Għawdxin tal-MCAST u tal-Università.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, is-sistema politika tagħna hija waħda li la partit ikun fil-gvern kollox huwa possibbli għax, ejjew ngħiduha kif inhi, nutilizzaw il-benefiċċji u r-riżorsi tal-Istat u nqassmuhom lil min jidhrilna aħna u naġevolaw lil min irridu aħna, ġeneralment skont il-wiċċ, skont il-partiġjaniżmu!", "Jien nixtieq nitkellem dwar il-konċett ta' equal pay for equal work, il-konċett li għandu x'jaqsam mal-paga bażika, mal-bonuses, ma' allowances u mal-liveable wage, jiġifieri l-mod kif tista' tlaħħaq mal-ħajja bil-paga li jkollok.", "Nafu li bħalissa min-naħa ta' Malta għandna ksur fuq tliet konvenzjonijiet, ċjoè, l-Equal Remuneration Convention, artiklu 7 tal-International Covenant on Economic Social and Cultural Rights u artiklu 4 tal-European Social Charter.", "It-tlieta li huma mhux qed jitħarsu mill-awtoritajiet Maltin.", "Huwa tajjeb li għandna full employment, hija verament xi ħaġa sabiħa u nħossni kburi dwarha, anke minn din in-naħa tal-Kamra, u għad irrid insib pajjiż ieħor li huwa bħalna fiha, imma meta niġu għall-konċett tal-equal pay for equal work qegħdin 'il bogħod ħafna.", "Jien se nsemmi tliet eżempji fil-qosor biex nagħti aktar illustrazzjoni ta' dan li qed ngħid dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol fuq l-istess linja tax-xogħol.", "Pereżempju tmur l-Isptar Mater Dei u fuq l-istess linja ta' xogħol issib lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu bil-kuntratt, li jistgħu jkunu Maltin jew barranin, issib lill-ħaddiema taċ-Ċivil, issib lil dawk li jaħdmu mal-Foundation for Medical Services, issib lis-self-employed u ssib lil dawk tal-IPSL.", "Dawn kollha jaħdmu l-istess imma l-pagi u l-kondizzjonijiet tagħhom huma totalment differenti minn xulxin jew, agħar minn hekk, ikollok lil xi ħadd - tista' ssejjaħlu tal-kastig – li forsi jkollu grad ogħla imma dan jibqa' jokkupa l-grad baxx li kellu qabel b'paga ogħla milli suppost għandu.", "Dan huwa ħażin ħafna.", "Issa se niġi għal punt ieħor li għandu x'jaqsam mal-gender pay gap.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq sexual discrimination.", "Nafu li mara jkollha l-karriera tagħha tax-xogħol imma jkollha wkoll il-kontribut siewi tal-familja.", "Però ddispjaċieni ninnota fix-xahar li għadna kemm għaddejna li l-gender pay gap f'Malta mhux naqas, - għalkemm jitkellemu fuq libertajiet ċivili - imma żdied bi 11%.", "Din hija statistika li ħarġet mill-Eurostat u hija kkonfermata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Skont il-ġurnali l-gender pay gap jiġifieri d-diskrepanza bejn ir-raġel u l-mara fil-pagi tagħhom kienet ta' 5% fl-2015 u llum qiegħda 11%.", "Din tiżdied skont l-età u anke skont il-livell edukattiv li jkollha l-mara, fejn il-paga tagħha hija baxxa aktar minn tar-raġel.", "Irrid insemmi punt ieħor.", "Meta titħabbar elezzjoni naħseb li ssir xalata ta' abbuż.", "Hija sfortuna li tirrenja l-mentalità ta' jobs for the boys waqt l-elezzjonijiet, u se nsemmi każ wieħed li għalija jikser kull regola u jċappas b'linka ħamra lill-Istat Malti.", "Hawn se nsemmi l-port workers, dawk il-ħaddiema tax-xatt li huma privileġġjati, dawk li għandhom il-wirt.", "Fl-2008 kien sar eżerċizzju fejn dawn il-ħaddiema tax-xatt li kellhom il-wirt – hija xi ħaġa Medjevali li x-xogħol tiegħek jirtu t-tifel jew it-tifla tiegħek - ingħataw kumpens mill-Gvern tal-ġurnata biex iċedu l-wirt u ntnefqu mijiet ta' eluf ta' flus.", "Ġejna fl-2017, 13-il ġurnata wara li tħabbret l-elezzjoni, joħroġ avviż legali, li ħadd ma jista' jmerieh għax il-Parlament ikun magħluq, u b'dan l-avviż legali waqt l-elezzjoni - għax hekk huwa l-poter assolut li noffru fis-sistema politika tagħna - jerġa' jingħatalhom id-dritt tal-wirt li kienu għadhom kemm ħadu kumpens għalih!", "Is-sabiħa hija li din mhux biss tmur kontra kull regola u kull prinċipju - mhux biss tal-equal pay for equal work għax hemm kategoriji oħra ta' ħaddiema - imma tmur kontra r-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa ħażin!", "Din hija xi ħaġa li tħammar wiċċ il-Gvern li bħalissa huwa mmexxi mill-Onor.", "Sur President, jien semmejt tliet punti, li huma l-kondizzjonijiet fuq l-istess linja tax-xogħol; il-gender pay gap, jiġifieri, id-diskriminazzjoni bejn ir-raġel u l-mara li jaħdmu l-istess xogħol imma lill-mara nħallsuha inqas u d-diskrepanzi li noħolqu aħna stess minħabba l-voti.", "Semmejt ukoll l-iskema tal-ħaddiema tax-xatt li huma privileġġati għax illum il-ġurnata reġa' għandna lill-missier jaħdem mat-tifel jew it-tifla tiegħu, fuq kondizzjonijiet u pagi li huma ħafna aħjar minn sħabhom li jaħdmu fix-xatt, sew jekk huma casual workers kif ukoll jekk huma part-time workers.", "X'affarijiet dawn!", "Dawn huma affarijiet li qegħdin inġibuhom aħna stess u li m'aħniex qegħdin nikkoreġuhom, l-aqwa li niftaħru bil-full employment!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IN-NAXXAR: TRIQ L-ABBATE SAVOIA, TRIQ IL-MILIZZJA, TRIQ IN-NAFRA U TRIQ IS-SENESKALK – XOGĦLIJIET TA' PREPARAZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, b'antiċipazzjoni għall-proġett ta' żvilupp massiv fin-Naxxar fiż-żona ta' Triq l-Abbate Savoia, Triq il-Milizzja, Triq in-Nafra u Triq is-Seneskalk, x'tip ta' xogħol ta' preparazzjoni qed isir, biex it-toroq taż-żona jkunu jifilħu għat-traffiku industrijali li se jkun hemm fix-xhur u s-snin li ġejjin, liema xogħol u traffiku, jekk ma jkunux antiċipati, jista' jkollhom effett ħażin ħafna fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti f'din iż-żona u fuq id-djar tagħhom?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6101 tal-istess seduta.", "FIAU - ON-SITE EXAMINATION TA' NUTARA PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li personalment wettqu xi on-site examination lil Nutar/a Pubbliċi matul l-2016 u kemm minnhom għadhom sal-ġurnata tal-lum impjegati mal-istess entità jew b'xi mod ieħor jiżvolġu xogħol għall-istess entità?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-sena 2016 kien hemm 11-il uffiċjal tal-FIAU li wettqu eżaminazzjoni fuq il-post fuq nutara pubbliċi.", "Sal-lum il-ġurnata, tmienja minnhom għadhom impjegati mal-FIAU.", "MALTA GAMING AUTHORITY – SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindika liema kienet is-sejħa għal applikazzjoni li permezz tagħha, l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament ġie impjegat mal-Malta Gaming Authority?", "Jista' jgħid meta ġie impjegat u x'inhu xogħlu?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li s-sejħa għall-applikazzjoni kienet ETC Vacancy No. 275919.", "Il-Persuna msemmija ġiet ingaġġata fil-25 ta' Awwissu 2014 fil-pożizzjoni ta' Projects Administrator.", "SPORTSMALTA – RIŻENJI TA' IMPJEGATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat irriżenja minn SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u kemm-il impjegat ġie impjegat ma' SportsMalta minn wara t-3 ta' Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "Għal kull każ jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa ta' applikazzjoni (u jagħti d-data rispettiva) jew le?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li mit-3 ta' Ġunju 2017 sat-30 ta' Mejju 2018 kien hemm ħames riżenji minn SportMalta.", "Infurmat ukoll li fl-istess perjodu kien hemm l-ingaġġ ta':", "102 Part-Time Coaches - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017 50 Part-Time Helpers - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 07/04/2017 1 Chief Executive Officer - data tas-sejħa ta' applikazzjoni 29/01/2018", "PUBBLIKAZZJONI TA' LISTA TA' MIN AKKWISTA Ċ-ĊITTADINANZA MALTIJA INKLUŻ BL-IIP", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jindika d-data u l-post fejn ġiet ippubblikata l-lista ta' dawk kollha li akkwistaw ċittadinanza Maltija, inkluż bl-Individual Investor Programme (IIP) għas-snin 2016 u 2017?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li l-lista ta' dawk li akkwistaw ċittadinanza Maltija fl-2016 ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-21 ta' Diċembru 2017.", "Dik tal-2017 tiġi ppubblikata aktar tard din-sena.", "KUMMISSJONI ELETTORALI U IDENTITY MALTA – KONTROVERSJA LEGALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx solvuta l-kontroversja legali bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali peress li din tal-aħħar ma kenitx qed tirċievi l-informazzjoni u d-dettalji kollha li skont hi għandha tirċievi minn Identity Malta skont il-Liġi?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda azzjoni legali bejn il-partijiet ikkonċernati.", "KUMMISSJONI ELETTORALI U IDENTITY MALTA - SITWAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni preżenti bejn Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali wara l-artikolu li kien deher f'The Malta Independent fit-2 ta' Jannar 2017 bit-titlu \"Ministry rejects Times story on failed meeting between Electoral Commission, Identity Malta\" (li link qed jingħata separatament), fejn kien intqal li t-taħditiet li qed imexxi l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kienu fi \"stadju avvanzat\"?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Identity Malta għandha rapport kordjali u tajjeb ħafna mal-Uffiċċju Elettorali.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – PJAN GĦAL TKABBIR", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-pjanijiet għat-tkabbir tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paul hemmx pjanijiet biex issir binja biex isservi bħala residenza għal każijiet inqas akuti u b'hekk jiżdiedu l-postijiet fin-naħa ta' isfel ta' Malta?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-investiment li qed isir ġewwa ir-Residenza San Vinċenz de Paule huwa mmirat għal residenti b'livell ta' dipendenza għolja.", "Diġà jeżistu numru ta' residenzi fin-naħa t'isfel ta' Malta għal dipendenza fuq livell inqas akut.", "SERVIZZI FIL-KOMUNITÀ GĦALL-ANZJANI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema servizzi fil-komunità qed jiġu offruti biex aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizzi fil-komunità li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità joffri, huma:", "• Għajnuna fid-Dar (Home Help)", "• Servizz ta' Handyman", "• Servizz ta' Kontinenza", "• Ċentri ta' Anzjanità Attiva", "• Servizz ta' Respite", "• Servizz ta' Ġerjatrija fil-Komunità", "• Servizz ta' Occupational Therapy", "• Servizz ta' Fiżjoterapista", "• Servizz ta' Podjatrija", "Aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi tinsab fis-sit eletroniku, www.activeageing.gov.mt fejn hemm il-lista ta' servizzi, informazzjoni fuq kull servizz, kif ukoll dettalji ta' kif tista' tibbenefika mis-servizzi.", "GĦAWDEX – FARM ROADS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5679 u tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Liema kienu dawn il-farm roads?", "Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road?", "X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġà spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5679, minħabba li bħalissa xi files huma suġġetti għal investigazzjoni, l-informazzjoni ma tistax tinġabar kollha.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5643, tista' l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu, bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċetra, għal nuqqasijiet imwettqa minnhom?", "Jekk fl-affermattiv, x'kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦADDIEMA BI KWALIFIKI MINN ISTITUZZJONIJIET EDUKATTIVI TERZJARJI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f'Malta jew barra minn Malta?", "F'kull każ x'inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f'liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATUR - ĠURISDIZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiġi riveduta mil-limitu attwali ta' €3,500 peress li dan l-ammont ilu ma jiġi rivedut għal diversi snin?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Il-proposta qed tiġi analizzata.", "AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU – FLUS MINFUQA ĠEWWA GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investiment sar, fejn sar u kemm intefqu flus ġewwa Għawdex mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati għal Għawdex għas-sena 2018 u fis-snin ta' wara mill-istess Awtorità għat-Turiżmu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ġejt infurmat li f'Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġġjar tal-bajjiet bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi.", "Mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 l-MTA nefqet medja ta' €182,500 fis-sena ġewwa Għawdex.", "Bis-saħħa ta' dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta' Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta' Blue Flag, u kien ukoll possibbli li jiġġedded il-Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla l-Ħamra.", "B'hekk Għawdex issa għandu tliet bajjiet li jxejru l-Blue Flag u diversi bajjiet oħra li qed jiġu mmaniġġjati.", "Huwa ppjanat li għal din is-sena u għas-snin li ġejjin dan l-investiment ikompli jissaħħaħ sabiex ikompli jitjieb il-prodott turistiku f'Għawdex.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – VETTURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw vetturi, kemm dawk proprjetà tal-Gvern, dawk mikrija kif ukoll dawk privati li jappartjenu lill-Higher u Senior Management fil-Ministeru, f'kull dipartiment jew entità tad-dekasteru tagħha, għal xogħol uffiċjali minn Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Tista' għal kull vettura tagħti breakdown tal-ispejjeż involuti f'dak li hu fuel, tiswijiet u manutenzjoni, tibdil ta' parts u ħasil u tindif tal-istess vettura?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "REĠISTRU TAL-ARTIJIET - APPLIKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal reġistru ta' titolu ġew sottomessi lir-Reġistru tal-Art mis-sena 2010 sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari?", "Kemm ġew ipproċessati applikazzjonijiet u kemm hemm applikazzjonijiet li għadhom pendenti biex jiġu pproċessati?", "IAN BORG: In-numru ta' applikazzjonijiet għal reġistru ta' titolu li ġew sottomessi għall-perjodu mis-sena 2010 sal-31 ta' Mejju 2018, huwa ta' 34,549.", "Minn dan in-numru ta' applikazzjonijiet, ġew approvati 31,344 filwaqt li n-numru ta' applikazzjonijiet li ma ġewx approvati huwa ta' 3,205.", "Irid jiġi kkjarifikat li t-3,205 applikazzjoni li ma ġewx approvati huwa dovut prinċiparjament għall-fatt li ġie mitlub lill-applikant dokumentazzjoni ulterjuri, inkluż pjanti, evidenza, korrezzjonijiet u materjal ieħor u/jew informazzjoni, u li sal-lum għadhom ma ġewx ippreżentati lid-Dipartiment.", "FORTI RICASOLI - KONĊESSJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi konċessjoni mogħtija lil xi entità privata f'xi sit biswit il-Forti Ricasoli?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta ngħatat din il-konċessjoni, x'kienu l-kundizzjonijiet li ngħataw, kif ukoll x'inhu l-użu li qed isir minn tali konċessjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-konċessjonijiet mogħtija biswit il-Forti Ricasoli jinkludu primarjament:", "· Ċens temporanju, għal tletin sena, rivedibbli kull ħames snin lil Ricasoli Port Facility sa mill-4 ta' Jannar 2013;", "· Proprjetà allokata lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445), għamel att ta' kurazija permezz ta' att pubbliku ma' Fondazzjoni Wirt Artna;", "· Ċens temporanju mogħti lill-Mediterranean Film Studios Ltd għal-ħamsa u sittin sena, illi, permezz ta' rikors għat-talba ta' ritrattazzjoni tal-appell numru 724/2005, il-Qorti tal-Appell laqgħet it-talba tal-Kummissarju tal-Artijiet sabiex il-kumpanija tiżgombra mill-post okkupat minnha u l-art tiġi ritornata lill-Kummissarju tal-Artijiet u li l-konċessjoni enfitewtika tiġi rexissa.", "IN-NAXXAR: TREJQET IL-PALMA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Trejqet il-Palma fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ WIED FILEP – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Wied Filep fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-WIDNA RADAR – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq il-Widna Radar fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Intrpellant li, sfortunatament, it-triq imsemmija hija waħda mit-toroq f'Malta u Għawdex li partijiet minnhom (jew kollha kemm huma) baqgħu qatt ma ġew mibnija u miksija b'saffi ta' asfalt, kif meħtieġ.", "Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Permezz ta' din l-aġenzija se nwettqu l-pjan ta' dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż.", "L-aġenzija se tagħti prijorità lil dawk it-toroq li baqgħu qatt ma ġew mibnija kif meħtieġ, biex dawn ukoll jiġu miksija b'wiċċ ġdid kif meħtieġ.", "B'mod gradwali, din l-aġenzija se tkun qed tikkollabora wkoll mal-kunsilli lokali ħalli jitranġaw toroq residenzjali li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-istess kunsilli lokali u li jeħtieġu tiswijiet jew bini mill-ġdid.", "Sfortunatament, fil-passat, il-kunsilli lokali tgħabbew bir-responsabilità tal-manutenzjoni tat-toroq mingħajr ma ġew megħjuna bir-riżorsi tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu dawn id-dmirijiet b'mod sħiħ.", "Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis.", "Permezz ta' Infrastruttura Malta, pajjiżna se jkollu ferm aktar riżorsi, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun, prattiċi ġodda ta' xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta' sostenibilità u sigurtà, sabiex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta' kwalità għolja kif jixraq lil Malta u Għawdex.", "IN-NAXXAR: SQAQ IL-QBIELA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Sqaq il-Qbiela fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ TAL-ĦMIERI – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq tal-Ħmieri fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6120 tal-istess seduta.", "IN-NAXXAR: TREJQA FI TRIQ TAL-IMDAWRA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Trejqa fi Triq tal-Imdawra fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "SERVIZZ TA' TAĦRIĠ FIL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f'din il-Leġiżlatura lill-impjegati tal-Jobsplus u meta sar dan it-taħriġ?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'din il-Leġiżlatura Jobsplus offriet servizzi dwar is-saħħa mentali kif se nsemmi:", "ħames servizzi varji matul Settembru u Ottubru 2017 li kienu jinkludu taħriġ ta' kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta' saħħa mentali; taħriġ fuq kif wieħed iġib ruħu dwar stress fuq il-post tax-xogħol; taħriġ dwar well-being post-trauma u attendenza għal żewg konferenzi.", "taħriġ fi Frar u Marzu 2018 fuq kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta' saħħa mentali.", "Dan it-taħriġ ingħata lill-impjegati tad-Diviżjoni responsabbli mill-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità f'Jobsplus.", "SERVIZZ TA' TAĦRIĠ FIL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI - IMPJEGATI LI JAĦDMU MAL-ISTUDENTI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm-il servizz ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali ġew organizzati f'din il-Leġiżlatura lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti?", "Meta sar dan it-taħriġ u fejn sar dan it-taħriġ?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizzi ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti mill-Institute for Education s'issa f'din il-Leġiżlatura kienu kif se nsemmi:", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li l-Università ta' Malta organizzat erba' servizzi ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti.", "Dan it-taħriġ sar minn Richmond Foundation u sar fl-Università ta' Malta fid-dati elenkati hawn taħt:", "5, 7, 12 u 14 ta' Lulju 2017", "3 u 6 ta' Novembru 2017", "16 u 23 ta' Frar 2018", "4 u 11 ta' Mejju 2018", "L-Università estendiet is-servizzi professjonali lill-istudenti u l-istaff billi ingaġġat aktar counsellors tant li din is-sena ma kellniex waiting list.", "Hemm ukoll servizzi psikjatriċi u minn social worker fil-Health and Wellness Centre li l-Università għadha kemm inawgurat.", "L-MCAST organizzat disa' sessjonijiet ta' taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti.", "Dawn saru kollha fil-Kampus Ewlieni tal-MCAST f'Kordin f'dawn id-dati:", "11 ta' Lulju 2017", "7, 12 u 13 ta' Settembru 2017", "11 ta' Ottubru 2017", "25 ta' Jannar 2018", "8 ta' Frar 2018", "15 ta' Marzu 2018", "12 ta' April 2018", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jindika kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli li għandhom kundizzjoni kronika fil-preżent?", "X'qed isir biex dawn il-pazjenti jintegraw lura fis-soċjetà?", "Kemm kien hemm pazjenti li jbatu b'kundizzjoni kronika u li integraw ruħhom fil-komunità matul din il-Leġiżlatura u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz tas-saħħa mentali għandu żewġ konsulenti li jispeċjalizzaw fil-qasam tar-rehab.", "Dawn il-konsulenti jaħdmu ma tim multidixxiplinarju biex ikun jista' joffri pjan tar-rehab għall-pazjent.", "L-għan aħħari hu li l-pazjent imur jgħix lura fil-komunità.", "Sar u qed ikompli jsir ftehim ma' NGOs differenti biex jinfetħu aktar sheltered hostels fejn numru minn dawn l-individwi jistgħu jmorru.", "F'dawn l-aħħar xhur 41 pazjent ġie integrat ġo faċilitajiet differenti.", "KAŻIJIET TA' SUWIĊIDJU", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm każijiet ta' persuni f'Malta u Għawdex li ġew irrappurtati lill-Pulizija li neħħew ħajjithom matul din il-Leġiżlatura u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika ta' każijiet ta' suwiċidju?", "Billi skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa f'dawn l-aħħar 40 sena r-rata dinjija tas-suwiċidju żdiedet b'60% , jista' jgħid kemm hi r-rata f'pajjiżna?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li matul din il-Leġiżlatura, jiġifieri bejn it-3 ta' Ġunju 2017 u l-4 ta' Ġunju 2018, il-Pulizija rreġistrat 26 każ ta' suwiċidju.", "Il-medja ta' suwiċidji matul l-aħħar għoxrin sena kienet ta' 23.5 kull sena, bl-ammonti jvarjaw minn sena għal oħra.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid il-prezzijiet differenti tal-passaporti ġodda jew biex jiġu mġedda u jekk hemmx tariffi differenti fi żminijiet differenti tas-sena?", "Interpellant li dawk l-adulti li jmorru l-Uffiċċju tal-Passaporti biex japplikaw jew iġeddu l-passaport tagħhom bejn Settembru u Marzu jħallsu €70 filwaqt li dawk li jmorru bejn April u Awwissu jħallsu €80.", "Il-ħsieb wara din l-iskema kien li l-pubbliku jieħu vantaġġ minn dan l-iskont u jippjana bil-quddiem.", "B'hekk, il-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar u fl-inqas ħin possibbli għaliex jiġu evitati kjuwijiet twal u ffullar fl-Uffiċċju tal-Passaporti, speċjalment fix-xhur li huma l-aktar sinonimi mas-safar u meta d-domanda għas-servizz tkun fl-ogħla livelli.", "Għal spjegazzjoni aktar dettaljata nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-A.L. 86 tal-2015.", "GĦAWDEX: GĦASRI - IRRANĠAR TA' TRIQ WIED IL-GĦASRI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li Triq Wied il-Għasri, fl-Għasri, Għawdex għandha bżonn tiġi rranġata għax għadha tat-torba u qatt ma ġiet asfaltata u peress li din tinsab kollha ħofor u qiegħda fi stat ħażin ħafna u parti minnha hija diffiċli biex tgħaddi b'karozza u meta tagħmel ix-xita jkun impossibbli biex tgħaddi bil-mixi minn ġol-għadajjar, u peress li fil-bidu tas-sajf il-Kunsill tal-Għasri pprova jimla t-toqob iżda din it-triq għandha bżonn li tiġi rranġata sew għax minnha jgħaddu diversi turisti li jkun sejrin Wied il-Għasri u t-Tieqa tal-Mielħa kif ukoll din it-triq tieħdok għas-Salini u l-Bajja ta' Marsalforn u l-parti tat-triq imsemmija tibda minn wara l-Knisja tal-Patroċinju sal-kantuniera ta' Triq Ta' Ċaqra, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li din it-triq titranġa?", "Jekk iva meta?", "Interpellant li t-talbiet imressqa mill-Kunsill Lokali tal-Għasri għal xogħlijiet ta' toroq għall-2018 ġew milqugħa kollha.", "L-ebda triq indikata mill-Onor.", "Interpellant ma kienet inkluża fit-talba li saret.", "GĦAWDEX – TIBDIL TA' TABELLI BIS-SINJALI TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li t-tabelli bis-sinjali tat-traffiku f'Għawdex qegħdin ġeneralment fi stat ħażin għax ħafna minnhom m'għadhomx jintgħarfu u jkun diffiċli għat-turisti u l-barranin biex isibu minn fejn jgħaddu, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir il-manutenzjoni tagħhom jew inkella jinbidlu?", "Jekk iva, meta?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru responsabli mill-Ministeru għal Għawdex.", "SPIŻA KAPITALI TAL-GVERN", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'kienet l-ispiża kapitali tal-Gvern għal kull sena mill-2013 sas-sena 2017?", "Jista' jagħti wkoll il-figuri sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "IS-SIĠĠIEWI: TRIQ SALVU CURSO U TREJQET L-ANĠLI – ĦAJT TA' LQUGĦ", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5902, u peress li t-twessigħ ta' triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, jista' l-Ministru jikkunsidra mill-ġdid it-talba għat-twessigħ tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta' inċidenti li seħħew?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni separati u single mothers li qed jirċievu r-relief?", "Mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba sew ta' persuni separati, kif ukoll ta' single mothers tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI – KORSIJIET LILL-ĠENITURI DWAR ID-DYSLEXIA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet tat-tfal tagħhom matul din il-Leġiżlatura?", "Meta saru dawn il-korsijiet?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s'issa f'din il-Leġiżlatura saru 13-il sessjoni ta' taħriġ għall-ġenituri dwar id-dyslexia.", "Il-lista bid-dettalji ta' dawn is-sessjonijiet ta' taħriġ u t-tip ta' korsijiet li saru tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI – KORSIJIET LILL-GĦALLIEMA DWAR ID-DYSLEXIA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kors sar għall-għalliema biex ikunu mħarrġa dwar id-dyslexia u kif jistgħu jgħinu aktar lil dawn l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Il-lista bid-dettalji tas-sessjonijiet ta' taħriġ li saru għall-għalliema dwar id-dyslexia tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "STRATEĠIJA NAZZJONALI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA – MANWAL TAL-PROĊEDURI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri msemmija u li ngħataw l-entitajiet u l-ktejjeb ta' informazzjoni mfassal mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Ġudikatura mill-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Kemm kien hemm aggressuri li wettqu din il-vjolenza domestika li weħlu:", "a. il-ħabs;", "b. Ordni ta' Protezzjoni;", "c. Ordni ta' Trattament; jew", "d. Ordni ta' Trażżin u Restrizzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex fl-akkużi li jinħarġu mill-Pulizija ma jkunx hemm indikat speċifikament li huma każi ta' vjolenza domestika u għalhekk ma tinżammx statistika f'dan is-sens.", "SIĠAR MEQRUDA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, is-speċi tas-siġra u timmarka b'distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le?", "Fil-każ li ma kienx hemm permess, x'passi ttieħdu?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "REGOLAMENTI GĦALL-ĦARSIEN TAS-SIĠAR U L-IMSAĠAR", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux bi ħsieb li jippubblika r-Regolamenti għall-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar li l-konsultazzjoni pubblika dwarhom għalqet fl-1 ta' Marzu 2018?", "Jekk iva meta se jiġu ppubblikati?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-Regolamenti se jiġu mtellgħin quddiem il-Kabinett tal-Ministri fil-ġimgħat li ġejjin.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-ħaddiema tax-Xatt, b'mod partikolari l-port workers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm bżonn li għal darb'oħra jerġa' jiddaħħal il-wirt tax-xogħol meta r-regoli tal-EU u l-good sense amministrattiv jistipulaw il-kontra?", "X'inhi r-raġuni li l-ebda ċittadin Malti u Għawdxi ma jista' jikseb il-liċenzja bħala port worker sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkunu diġà liċenzjati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITÀ GĦALL-IPPJANAR: WIRT NATURALI - POTERI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'poteri għandha l-Awtorità għall-Ippjanar biex tħares il-wirt naturali tagħna?", "Jista' jikkwota r-regoli?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-poteri tal-Awtorità tal-Ippjanar joħorġu mill-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552) li jobbligaw lill-Awtorità tħejji lista ta' żoni ta sbuħija naturali, ta' valur ekologiku jew xjentifiku għall-iskedar (Art.", "57) u li tħejji pjanijiet, policies u regolamenti biex jindirizzaw il-fatturi kollha relatati mar-riżorsi tal-art u l-baħar u l-konservazzjoni tal-ambjent sabiex ikun hemm bilanċ bejn il-ħtieġa tal-iżvilupp u l-ħtieġa li jiġi protett l-ambjent (Art.", "L-Awtorità tista' taġixxi wkoll fejn temmen li hemm periklu imminenti għall-ambjent permezz ta' avviż ta' twettiq b'emerġenza (Art.", "TRANSPORT MALTA: MASTERPLAN – TĦEJJIJA TA' PROĠETTI TA' TOROQ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-Masterplan 2015 ta' Transport Malta dwar it-tħejjija ta' proġetti ta' toroq li kienu mitluba mill-Unjoni Ewropea biex jingħataw fondi, b'mod partikolari għal paġna 225, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li t-triq arterjali ta' Ħ'Attard li kienet fl-aħħar tal-lista issa hi prijorità tal-Ministeru biex issir minnufih?", "Xi studji kienu saru dak iż-żmien meta kienet qed tiġi ppreparata l-lista tat-toroq biex issir il-klassifikazzjoni ta' prijorità li għandhom jingħataw?", "Dan għadu jgħodd?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IL-MELLIEĦA: BAJJA TAL-GĦADIRA –TNIXXIJA TAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Peress li d-drenaġġ qed jiskula fil-bajja tal-Għadira l-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet?", "Is-Suprintendenza tas-Saħħa Pubblika hi notifikata?", "X'passi ttieħdu?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma sabet l-ebda evidenza ta' xi drenaġġ li kien qiegħed jiskula fil-bajja tal-Għadira.", "TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI – APPELLI PENDENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "AWTORITÀ GĦALL-IPPJANAR – PROĊESS TA' REVIŻJONI TAL-PJANI LOKALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-pjani lokali mill-Awtorità għall-Ippjanar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-pjani lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta' issues li huma ta' natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta' aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta' options differenti.", "AWTORITÀ GĦALL-IPPJANAR – SOTTOMISSJONIJIET MILL-PUBBLIKU DWAR IL-PJANI LOKALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku lill-Awtorità għall-Ippjanar bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-pjani lokali mill-istess Awtorità?", "IAN BORG: L-Awtorità tal-Ippjanar wettqet numru kbir ta' konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-pjani lokali u għalhekk huwa meħtieġ li l-Onor.", "Interpellant jindika għal liema konsultazzjoni u dwar liema pjan lokali qed jirreferi.", "KORP TAL-PULIZIJA – KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA FIL-KONFRONT TA' MEMBRU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tal-membru tal-Korp tal-Pulizija li ismu u kunjomu qegħdin jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kif diġà ntqal fi tweġibiet oħra, il-każ kontra l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, għadu pendenti.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI SOSPIŻI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jinsabu sospiżi minħabba każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed minnhom x'salarju qegħdin jirċievu sakemm jinsabu sospiżi?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li sal-5 ta' Ġunju 2018 kien hemm 13-il membru fil-Korp tal-Pulizija li jinsabu sospiżi minħabba każijiet ta' dixxiplina kontrihom.", "Dawn kollha qegħdin jirċievu nofs paga skont il-proċeduri li ilhom jeżistu.", "DJAR TAL-ANZJANI - XIRI TA' STATWA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex inxtrat statwa tal-Madonna li dwarha s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva reċentement stqarr pubblikament li qiegħda ddur id-djar tal-anzjani biex tkun esposta fihom?", "Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani ttieħdet din l-istatwa tal-Madonna?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, l-ispiża biex inxtrat l-istatwa tal-Madonna, inkluż il-bradella, kienet ta' €750.", "S'issa l-istatwa tal-Madonna ttieħdet fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa.", "SERVIZZI TA' RESPITE GĦALL-FAMILJARI TA' PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk humiex sejrin jinfetħu aktar servizzi ta' respite għall-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali billi ta' spiss is-servizzi li joffru Għaqdiet Mhux Governattivi, bħall-għaqda li isimha qed jingħata separatament, ma jkollhomx postijiet vakanti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizzi tas-saħħa mentali tal-Gvern jaħdmu id f'id mal-NGOs, inkluż ma' dik imsemmija separatament.", "Jekk id-domanda tiżdied u naraw il-bżonn ta' aktar servizzi, ma neskludix li dan is-servizz ikun jista' jiżdied.", "SERVIZZI TA' PSIKJATRIJA GĦAL TFAL TA' ETÀ ŻGĦIRA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka x'servizzi jeżistu f'pajjiżna li jispeċjalizzaw fil-psikjatrija għal tfal ta' età żgħira?", "Kemm hemm tfal li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandna tliet dipartimenti li jispeċjalizzaw fil-psikjatrija għal tfal ta' età żgħira.", "Fl-2018, ġewwa l-YPU ġew ammessi 56 tifel u tifla, fil-CAPES 109 u fil-CYPS bħalissa hemm 1,917 li qed jieħdu l-kura meħtieġa.", "JOBSPLUS – SKEMI GĦAL PERSUNI BI PROBLEMI TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Jobsplus għandhomx skema li tinkorpora miżuri mmirati għall-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali u li jixtiequ jsibu impjieg?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Jobsplus tamministra diversi skemi li huma mmirati għall-persuni b'diżabilità, inklużi dawk li għandhom problema ta' saħħa mentali li jixtiequ jsibu impjieg.", "Biex persuni li għandhom diffikultajiet ta' saħħa mentali jkunu eliġibbli għal dawn l-iskemi/programmi, irid ikollhom isimhom fir-Reġistru tal-Persuni b'Diżabilità tal-Jobsplus.", "Dawn l-iskemi/programmi jinkludu:", "Ftehim li għandha Jobsplus mar-Richmond Foundation li jipprovdi assistenza minn professjonisti, inkluż sessjonijiet fuq livell personali mal-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Il-programm Sheltered Employment Training, li jipprovdi taħrig assistit għal persuni b'diżabilità iktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol.", "Diversi job coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu l-programm ta' taħriġ.", "Il-Job Bridge Training and Development Centre li huwa ċentru li jiffoka fuq taħriġ speċifiku fuq ħiliet soċjali u ta' impjegabilità kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti, fost l-oħrajn.", "L-iskema Bridging the Gap toffri opportunità ta' prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b'diżabilità għal numru ta' ġimgħat.", "Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw allowance minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali.", "Jekk il-persuna ddum aktar minn 12-il ġimgħa f'din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tagħha.", "Min-naħa l-oħra min iħaddem ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħas-sick leave.", "L-iskema Access to Employment (A2E), kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Gvern Malti, tipprovdi sussidju ta' €125 fil-ġimgħa għal kull persuna b'diżabilità ġdida f'impjieg full-time għal 156 ġimgħa.", "Fil-każ ta' impjieg part-time jingħata sussidju pro rata ta' 20, 25 jew 30 siegħa fil-ġimgħa.", "Fl-impjieg ta' persuni b'diżabilità kumpaniji (mhux governattivi) jistgħu jitolbu biex:", "Jiġu eżentati mill-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b'diżabilità.", "Jirċievu inċentiv fiskali ta' 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b'diżabilità diġà impjegata sa massimu ta' €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta' kull sena kalendarja.", "Barra mill-iskemi/programmi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) li ġiet imwaqqfa bejn Jobsplus u min iħaddem, tgħin lill-persuni b'diżabilità kif ukoll lil min iħaddem biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli u aktar divers bl-għajnuna tal-job coaches.", "Il-Fondazzjoni għandha l-għan li ssib modi biex bihom tneħħi l-barrieri u tkabbar l-opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'diżabilità.", "Il-Fondazzjoni tipprovdi servizz personalizzat bi pjan t'azzjoni skont il-ħtieġa tal-persuni b'diżabilità, inkluż lill-persuni li għandhom problema ta' saħħa mentali.", "SERVIZZ PUBBLIKU TA' EMERĠENZA GĦAL PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI BISS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf servizz pubbliku ta' emerġenza biex jintuża minn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali biss, billi s-servizz eżistenti ta' għajnuna (179) qiegħed ikun ta' spiss okkupat?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament hemm biss is-servizz ta' għajnuna 179.", "COMMUNITY WORK SCHEME ENTERPRISE FOUNDATION – ĦADDIEMA BI PROBLEMA TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5785, jista' l-Ministru jgħid kemm parteċipanti mit-total ta' 839 persuni li qegħdin f'din l-iskema għandhom xi problema ta' saħħa mentali?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent, mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation hemm 15-il persuna li għandhom problema ta' saħħa mentali.", "IDENTITY MALTA – TĦAFFIF TAL-PROĊESS GĦAL WORK PERMITS", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu minn Identity Malta biex issa li ninsabu fl-aqwa tal-istaġun turistiku, jitħaffef il-proċess biex ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea (Third Country Nationals) jitħaffilhom kemm jista' jkun il-proċess għall-ħruġ ta' work permits f'Malta?", "Ma jaħsibx li minħabba s-sitwazzjoni ta' full employment fil-pajjiż, għandna bżonn miżuri urġenti biex il-qasam turistiku u anke oqsma ekonomiċi oħra jkunu jistgħu jsibu l-ħaddiema li għandhom bżonn kemm jista' jkun malajr u bl-inqas burokrazija possibbli?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-gvern huwa kommess li jnaqqas il-burokrazija u jħaffef il-proċessi tiegħu fil-livelli kollha.", "Dan bil-għan li l-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar filwaqt li jiġu indirizzati wkoll il-bżonnijiet tal-ekonomija.", "F'dak li jirrigwarda l-ħruġ ta' single permits, Identity Malta diġà ħadet numru ta' miżuri biex tħaffef dan il-proċess u mingħajr ma' tikkomprometti l-kontrolli tas-sigurtà tagħha.", "Madanakollu, minħabba ż-żieda kbira fin-numru t'applikazzjonijiet li deħlin, b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku bla preċident li qed jesperjenza pajjiżna, qed jinħass il-bżonn li dan il-proċess jieħu inqas żmien.", "Fid-dawl ta' dan, Identity Malta imbarkat fuq eżerċizzju intern biex issaħħaħ l-id operattiva tagħha sabiex tkun tista' tilqa' aħjar għal din ir-realtà ekonomika.", "Fost il-miżuri li ħadet, l-aġenzija nediet il-Key Employee Initiative, liema skema se tiġi estiża biex tilħaq numru akbar t'applikanti, fejn l-applikazzjoni ta' dawk li jaqilgħu ċertu dħul u li għandhom ħiliet partikolari, tiġi pproċessata f'ħames t'ijiem tax-xogħol.", "Dawn l-istess ħaddiema speċjalizzati ngħataw ukoll l-opportunità li jġeddu l-permess ta' residenza u xogħol għal massimu ta' tliet snin.", "Fejn jikkonċerna r-reklutaġġ ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li ma jeħtiġux ħiliet partikolari, Identity Malta introduċiet rekwiżiti partikolari li jgħoddu l-aktar għal industriji bħat-turiżmu u l-manifattura.", "Minn żmien għall-ieħor, Jobsplus jaġġornaw il-lista ta' karigi li huma eżenti mill-verifiki relatati mas-suq tax-xogħol.", "Din il-miżura tapplika għal dawk is-setturi li qed jesperjenzaw l-akbar nuqqas ta' ħaddiema bħall-qasam tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji, l-IT u l-gaming.", "Identity Malta tinsab ukoll fil-proċess li tniedi pjattaforma elettronika li tagħti l-opportunità lil min iħaddem sabiex japplika għall-permess għan-nom ta' ħaddiem li ġej minn pajjiż terz u li għadu barra mill-pajjiż.", "L-aġenzija estendiet ukoll dan is-servizz marbut mas-single permits f'Għawdex u fetħet ukoll it-tieni front desk office ġewwa l-Belt biex jipproċessa speċifikament it-tiġdid tal-istess permess u b'hekk ikompli jitħaffef dan il-proċess.", "Barra minn hekk, Identity Malta toffri s-servizz ta' Outreach fuq il-post lill-entitajiet li jħaddmu magħhom numru kbir ta' ħaddiema barranin.", "Fl-aħħar mill-aħħar, Identity Malta hija impenjata li ttejjeb l-operat tagħha u se tkompli tibni fuq ir-rapport tajjeb li għandha mal-imsieħba soċjali sabiex tkun tista' tantiċipa u tilqa' aħjar għad-domanda tal-ekonomija.", "KUMMISSJONI GĦOLJA TA' MALTA FI NEW DELHI - ĦRUĠ TA' VISAS", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed ikun hemm problemi fil-ħruġ ta' visas mill-Kummissjoni Għolja ta' Malta fi New Delhi minħabba li jidher li diversi intrapriżi kienu qed jipprovaw jingaġġaw ħaddiema minn dan il-pajjiż?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li t-talba għal viżi mill-Indja żdiedu, l-Ministeru diġà ħa ħsieb li jżid l-istaff tiegħu fil-Kummissjoni Għolja billi żied impjegati kemm lokali kif ukoll minn Malta.", "Għaldaqstant, m'hemmx problema dwar il-ħrug ta' viżi f'dan il-pajjiż, liema ħruġ isir wara l-verifikazzjonijiet meħtieġa mas-Central Visa Unit fi ħdan Identity Malta u l-entitajiet l-oħra kkonċernati.", "QASAM TAL-BLOCKCHAIN U CRYPTOCURRENCIES – KUMPANIJI BARRANIN", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma u liema huma l-kumpaniji barranin fil-qasam tal-blockchain u cryptocurrencies li s'issa wrew interess jew li fil-fatt diġà allokaw l-operat tagħhom f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddej it-Tieni Qari fuq tliet abbozzi ta' liġi: Att tal-2018 dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Abbozz 45/2018; Att tal-2018 dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Abbozz 43/2018, u Att tal-2018 dwar Attiv Finanzjarju Virtwali – Abbozz 44/2018.", "Kif jgħaddi l-proċess parlamentari u jiġu kostitwiti l-awtorità u l-istrutturi neċessarji tkun tista' tibda tinġabar din l-istatistika.", "TRANSPORT MALTA: IŻ-ŻEJTUN, MARSAXLOKK U MARSASKALA – PJANIJIET GĦAL IRRANĠAR TA' TOROQ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq rurali fl-inħawi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Marsaskala, li qegħdin fil-pjani ta' Transport Malta jew tal-Aġenzija li qed tiġi mwaqqfa għat-toroq, biex jingħataw wiċċ ġdid minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IS-SIĠĠIEWI: PROĠETT TA' HOUSING SOĊJALI -", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proġett tal-housing soċjali tas-Siġġiewi li qed isir bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-proġett mhux se jsir bl-għajnuna ta' fondi li huma ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Rigward l-istadju li fih wasal dan il-proġett, bħalissa għaddej ix-xogħol ta' skavar waqt li ġie ppubblikat l-appalt għall-kostruzzjoni ta' dan is-sit.", "ĦAŻ-ŻABBAR U Ż-ŻEJTUN – PROĊESS TA' TENDERING GĦALL-BINI MILL-ĠDID TAT-TRIQ TAĊ-ĊAWSLI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering għall-bini mill-ġdid tal-arterja ewlenija li tgħaqqad Ħaż-Żabbar maż-Żejtun u meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol f'din it-triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess sabiex tinbena mill-ġdid Triq Bormla jew, kif inhi magħrufa, it-Triq taċ-Ċawsli, bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, beda f'Lulju li għadda, meta nħarġet is-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet meħtieġa.", "Wara li ntgħażlet l-aħjar offerta, wieħed mill-kuntratturi mhux magħżula appella d-deċiżjoni.", "Għalhekk, ix-xogħol għadu ma jistax jibda.", "Ninsab infurmat li s-smigħ tal-appell mistenni jintemm dalwaqt sabiex din it-triq ewlenija fin-naħa t'isfel tal-pajjiż tkun tista' tinbena mill-ġdid mill-aktar fis.", "BAJJA TA' SAN ĠORĠ – UŻU TA' ART PUBBLIKA", "L-ONOR.", "MARLENE FARRUGIA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni mogħtija lis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-użu ta' art pubblika (coastline) ġewwa l-Bajja ta' San Ġorġ f'Paceville?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kopja tal-konċessjoni mogħtija lis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-użu ta' art pubblika (coastline) ġewwa l-Bajja ta' San Ġorġ f'Paceville, hija aċċessibbli għall-pubbliku u tista' tinkiseb mingħand in-Nutar tal-Gvern.", "L-informazzjoni mitluba tinsab f'Att Nru 89, fl-atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 15 ta' April 2005, kif ukoll permezz tal-Att Nru 77, fl-atti tan-Nutar Vincent Miceli, datat 10 ta' Mejju 2006.", "Flimkien ma' dan imsemmi, l-emfitewta ngħata encroachment permit fl-2012 biex jokkupa żewġ siti adjaċenti.", "BAJJA TA' SAN ĠORĠ – PERMESSI GĦAL XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "MARLENE FARRUGIA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi li jirregolaw ix-xogħlijiet li saru u li qed isiru mis-sidien tal-hotel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq art pubblika fil-Bajja ta' San Ġorġ f'Paceville?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini ma rċieva ebda dokumentazzjoni kif stipulat fl-Avviż Legali 72/2013 peress li l-imkien imsemmi m'għandu ebda proprjetà kontigwa* tmiss miegħu.", "*proprjetà li tmiss mal-proprjetà li tmiss magħha.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt biex tinġabar din l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtha, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Tista' tagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "HELENA DALLI: Infurmata li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BEJJIEGĦA TAL-MONTI TAR-RABAT GĦAWDEX – GĦOTI TA' KUMPENS", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5206 u 5672 dwar il-kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tar-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħidilna jekk ġiex deċiż l-ammont ta' dan il-kumpens?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX – AMBULANZI ĠODDA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3142 tat-30 ta' Jannar 2018 fejn il-Ministru għarrafna li ġew ordnati tliet ambulanzi ġodda għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħidilna jekk dawn l-ambulanzi waslux, peress li għaddew erba' xhur minn dik ir-risposta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadu kif ġie introdott għall-ewwel darba fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex is-servizz tar-Rapid Response Vehicle.", "Il-għan ta' din il-vettura hu li twassal fuq il-post tal-inċident il-paramediċi, inkluż tobba tal-emerġenza, biex jibdew jassistu u jistabbilixxu l-kundizzjoni tal-midruba qabel tasal l-ambulanza nnifisha.", "L-ambulanzi l-ġodda qegħdin fi stadju li jiġu mgħammra apposta għal dan is-servizz.", "GĦAWDEX – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq f'Għawdex li hu maħsub li ser isir xogħol fuqhom u l-pjanijiet għal toroq ġodda, matul din is-sena u s-sena d-dieħla?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5010.", "ELIĠIBILITÀ GĦAL FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li anke l-Gvern Malti qiegħed jammetti li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eliġibbli għall-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit, jista' l-Prim Ministru jgħid kif f'dan ix-xenarju se tġi mwettqa l-wegħda li kienet saret lill-Għawdxin, li skont id-Dikjarazzjoni 36, annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li tgħid hekk:", "Fid-dawl ta' din id-dikjarazzjoni unilaterali, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "XOGĦLIJIET FUQ ID-DAR PRIVATA TA' MINISTRU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk intużawx ħaddiema tal-Gvern biex isir xogħol fid-dar privata tiegħu fiż-żmien li kien Ministru tal-Intern responsabbli mill-ħarsien tal-liġi u ż-żamma tal-ordni?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar:", "· id-data ta' meta sar dan ix-xogħol u/jew xogħlijiet oħra fid-dar privata tiegħu f'dati oħra;", "· kemm kienu l-ħaddiema tal-Gvern involuti fix-xogħol fid-dar privata tal-Ministru u ma' liema Ministeru u/jew Dipartiment jaħdmu l-ħaddiema inkwistjoni;", "· kemm ħallas għal dan ix-xogħol flimkien ma' kopja tal-irċevuta fiskali relevanti għal dan il-ħlas?", "CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-ispjega li tajt u dokumenti li ppreżentajt fis-seduta parlamentari ta' nhar l-Erbgħa 6 ta' Ġunju.", "M'għandi xejn aktar xi nżid ma' dan.", "SPTAR MONTE CARMELI – SWALI TAL-ĠERJATRIJA", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid jekk hux minnu li is-swali tal-ġeriatrija ġewwa l-Isptar Monte Carmeli se jagħlqu minn wara l-15 ta' Ġunju ħalli dawn is-swali jiġu rranġati biex jilqgħu pazjenti b'kundizzjonijiet psikjatriċi?", "Fejn se jiġu trasferiti l-pazjenti ġerjatriċi u l-istaff li jaħdem magħhom?", "Dan se jkun ċaqliq temporanju jew wieħed permanenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dawn l-aħħar xhur beda xogħol estensiv ta' renovar u mmodernizzar tal-Isptar Monte Carmeli.", "Dan ir-renovar, li l-ħtieġa tiegħu hija waħda li ilha tinħass, jinvolvi xogħol strutturali maġġuri f'numru ta' swali, inkluż fuq is-soqfa tagħhom.", "Għaldaqstant qiegħed minn żmien għal ieħor isir ċaqliq ta' pazjenti sabiex ix-xogħol ikun jista' jsir mingħajr detriment għal saħħithom.", "ĦAD-DINGLI U L-FIDDIEN - PROVVISTA TAN-NEW WATER", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex is-supply tan-new water titwassal sal-Fiddien u Ħad-Dingli?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li bil-volum ta' ilma li hemm ippjanat bħalissa mill-impjant taċ-Ċumnija mhuwiex possibbli li jitwassal is-servizz tan-new water fl-inħawi msemmija.", "ŻWIĠIJIET FUQ OPRI TAL-BAĦAR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet fuq opri tal-baħar bħal cruiseliners eċċetra, bejn is-sena 2007 u s-sena 2017, maqsumin sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "IL-BELT VALLETTA – DĦUL TA' VETTURI KUMMERĊJALI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vetturi kummerċjali fil-Belt Valletta matul is-snin 2015, 2016 u 2017?", "IAN BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi kummerċjali li daħlu fil-Belt Valletta matul is-snin 2015, 2016 u 2017 kienu kif ġej:", "Dawn jinkludu dħul ta' aktar minn darba tal-istess vetturi fl-istess ġurnata.", "Għall-fini ta' din ir-risposta, vetturi kummerċjali huma vetturi tal-ġarr tal-merkanzija żgħar, medji u kbar, inklużi vetturi bi skop speċjali, li l-ogħla massa permissibbli tagħhom tvarja bejn dawk ta' mhux iżjed minn 3.5 tunnellati, ta' aktar minn 3.5 tunnellati iżda ta' mhux iżjed minn 12-il tunnellata, u ta' aktar minn 12-il tunnellata.", "Ħ'ATTARD: TRIQ IŻ-ŻAGĦFRAN – PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5996 u jgħid jekk huwiex qed jiġi kkunsidrat li fiż-żona tal-Gold Market, fi Triq iż-Żagħfran, ġewwa Ħ'Attard ma jitħallewx jiġu pparkjati vetturi fil-ħin li jinġema' t-traffiku?", "Jista' jgħid x'miżuri qed jieħu bħalissa l-Gvern biex minn issa jitnaqqas it-traffiku?", "Jista' jgħid jekk hux qed jintbagħtu pulizija tat-traffic, ħaddiema/uffiċjali ta' Transport Malta jew wardens biex imexxu t-traffiku f'Ħ'Attard speċjalment ħdejn l-Attard Farm Supplies fi Triq l-Imdina u fit-triq li minn Ħ'Attard tmur lejn Ħaż-Żebbuġ, fi Triq Nutar Zarb u fi Triq il-Linja kantuniera ma' Triq il-Linja?", "Jista' jgħid meta u xħin f'dan l-aħħar xahar kien qed ikun hemm uffiċjali ta' Transport Malta/Pulizija, fil-ħin li jinġema' t-traffiku speċjalment filgħodu fiż-żoni msemmija f'Ħ'Attard sabiex jiġu osservati t-traffic lights u jieħdu ħsieb il-flow tat-traffiku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din iż-żona ilha tiġi diskussa sa mill-2016 b'soluzzjonijiet, uħud minnhom kif qiegħed jgħid l-istess Onor. Agius.", "Il-kunsill lokali ma kienx qed jaqbel kompletament mat-tibdiliet li kienet qed tissuġġerixxi Transport Malta, inkluż li jitneħħa l-parking kif indikat f'din l-istess mistoqsija parlamentari.", "Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda, jiġifieri jekk jintbagħtux uffiċjali fil-post, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tali responsabbiltà taqa' f'idejn il-Pulizija tat-Traffiku, u kull direzzjoni lill-uffiċjali ta' Transport Malta wkoll tingħata mill-Pulizija.", "Infurmat li meta taħt pressjoni qawwija tat- traffiku, fuq il-post xi drabi ntbagħat mutur biex jgħin tittaffa l-konġestjoni.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Pulizija dwar il-messaġġ ta' mibegħda li ġie mtella' fuq Facebook mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hekk kif jidher indikat fil-viżwal li wkoll qed jingħata separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ma jidhirx li l-kontenut tal-messaġġ li ġie mtella' fuq Facebook minn individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mill-Onor.", "Interpellant b'xi mod inġab għall-konjizzjoni tal-Pulizija qabel ma saret din l-interpellanza.", "Għaldaqstant, ma setgħux jittieħdu passi dwar dan.", "Madankollu, qed jittieħdu l-proċeduri meħtieġa biex dak kollu neċessarju fil-konfront ta' dan il-każ, isir.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kiteb il-messaġġ ta' mibegħda li ġie mtella' fuq Facebook kif jidher mill-viżwal li wkoll qed jingħata separatament, liema individwu hu kuntrattat għal xogħol mal-PBS?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-individwu mhuwiex impjegat tal-PBS iżda jipprovdi biss servizz ta' traduzzjoni fuq bażi ta' self-employed.", "Minkejja dan xorta waħda l-kumpanija ġibdet l-attenzjoni għal dan l-aġir u talbet lill-individwu sabiex ineħħi l-post immedjatament.", "WASTESERVE – FAĊILITÀ TA' CIVIC AMENITY F'ĦAL FAR, LIMITI TA' BIRŻEBBUĠA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanigħandha l-Wasteserve għall-faċilità ta' Civic Amenity Site li hemm f'Ħal Far, limiti ta' Birżebbuġa?", "Hemm xi ħsieb ta' estensjoni ta' servizzi?", "Jekk hemm estensjoni kemm huwa d-daqs u x'tip ta' attività qed tiġi ppjanata?", "Sar xi studju dwar l-impatt possibbli fuq il-madwar u hemm xi pjani biex jekk hemm impatt ikun imnaqqas?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Wasteserv m'għandhiex ħsieb ta' estensjoni fil-faċilità ta' Civic Amenity Site li hemm f'Ħal Far.", "Permezz tal-applikazzjoni PA 3123/18 il-Wasteserv qiegħda tippjana faċilità primarjament ta' transfer station fejn l-għan ewlieni huwa dak li jinġabar u jiġi proċessat materjal bħal injam, gypsum u skart ieħor elettroniku.", "Wieħed mill-għanijiet ta' dan il-proġett huwa li dak il-materjal elettroniku li llum huwa miżmum fil-miftuħ jibda jinżamm taħt l-art.", "Għall-fini ta' kjarezza, mhix l-intenzjoni tal-Wasteserv li din il-faċilità sservi bħala rilokazzjoni tal-faċilità tal-Material Recovery Facility (MRF) li kien hemm f'Sant' Antnin.", "Din l-applikazzjoni se tkun qed issegwi l-proċessi kollha mitluba mill-awtoritajiet kollha kkonċernati, inkluż tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.", "NOFSINHAR TA' MALTA - IRRANĠAR TA' TOROQ", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fin-Nofsinhar ta' Malta hemm il-ħsieb li jiġu rranġati (resurfaced) jew magħmula mill-ġdid f'dawn is-sitt xhur li ġejjin?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' interventi f'diversi lokalitajiet skont il-prijoritajiet li jirriżultaw."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180611_129d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tlieta, 12 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta 129, li saret fit-12 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IL-MELLIEĦA BYPASS – SERVICE ROAD", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet valutata s-service road (kif indikata mill-Ministru stess f'risposta parlamentari 4634) li saret fil-bypass tal-Mellieħa u jekk kienx hemm ħlas dovut lid-Dipartiment tal-Artijiet, u jekk kien hemm ħlas, jista' jgħid kemm kien dan il-ħlas?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-art imsemmija, li l-Onor.", "Interpellant jirreferi għaliha bħalha service road, li kienet u għadha proprjetà pubblika, ġiet mogħtija b'ċens temporanju għal 150 sena fl-1933 u qatt ma ġiet mittiefsa.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Wieħed mill-mezzi ta' trasport li jgħin sabiex innaqqsu t-traffiku fuq l-art huwa billi nużaw aktar it-trasport tal-baħar.", "Hawn qed nirreferi għat-trasport li hemm bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta u bejn il-Belt Valletta u x-Xatt ta' Tas-Sliema.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li dan is-servizz jiġi msaħħaħ aktar?", "Hemm pjanijiet biex dan is-servizz ikun aktar frekwenti u forsi anke jibda jopera minn postijiet differenti?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi riżultati li juru jekk dan is-servizz sarx aktar popolari jew inkella naqqasx il-popolarità tiegħu ma' dawk li jużawh?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Hawnhekk m'għandix id-dettalji u l-figuri, però nista' ngħid li dan is-servizz qed isir aktar popolari, speċjalment minn mindu introduċejna l-użu ta' Tal-Linja Card għas-servizzi mogħtija mill-ferries.", "Fil-fatt żdiedet il-frekwenza tan-nies li jużaw il-ferries mill-Kottonera għall-Belt u minn Tas-Sliema għall-Belt u viċiversa, kif ukoll ta' dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.", "Fl-istess ħin għandna wkoll impenn fil-programm tal-Gvern li nesploraw u nżidu aktar quays minn fejn ikun hemm servizzi ta' ferries ġodda.", "Jidhirli li Tranport Malta qiegħda taħdem fuq in-naħa tal-Kalkara kif ukoll fuq in-naħa ta' San Pawl il-Baħar.", "Hemm ukoll fondi Ewropej li nkisbu xi xhur ilu sabiex ikunu jistgħu jikkomplementaw proġetti oħrajn fuq l-art, fir-rigward tal-użu tar-roti u mezzi oħrajn ta' trasport alternattiv.", "Fost il-komponimenti ta' dak il-proġett hemm iż-żieda ta' quays u servizzi tal-ferries.", "Kif għedt, m'għandix id-dettallji speċifiċi miegħi, però nkun nista' nagħti din l-informazzjoni f'xi seduta oħra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, se mmur lura għall-mistoqsija oriġinali.", "Nixtieq nibda billi nfakkrek li l-ebda arblu tad-dawl u tarmak ma huwa se jnessi l-iskandlu tal-bypass tal-Mellieħa!", "Fuq l-istess suġġett, ftit tal-ġranet ilu l-Ministru poġġa pjanta b'isem ta' perit fuq il-Mejda tal-Kamra, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5153, li suppost kellha tkun reċenti, imma fil-fatt iġġib data ta' erba' snin ilu, eżattament Lulju 2014.", "F'idejja għandi l-istess pjanta, li ġejja mil-istess Awtorità, b'isem ta' perit differenti!", "Xi jgħid il-Ministru dwar dan il-każ stramb?", "Wara li din il-pjanta li l-Ministru poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma kenitx il-pjanta reali għax il-ħajt twaqqa' u l-Gvern ġie fi kliem l-Oppożizzjoni, li ma kenux jidħlu erba' karreġġjati u bike lane, jista' l-Ministru jserraħ ras in-nies u jikkonferma li bix-xogħol li għaddej illum se jkun hemm lok għal erba' karreġġjati u bike lane, skont il-qisien li titlob il-liġi u l-istandards Ewropej?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sur President, ara kemm hija tajba!", "L-Onor.", "Interpellant għamel il-mistoqsija oriġinali biex jistaqsi dwar l-art li ilu jiġi hawn, idaħħak u jgħajjat mal-erbat irjieħ tad-dinja, li l-art inkwestjoni nsterqet!", "Jien għadni kif tajtu informazzjoni li l-art li ilu jgħajjat li nsterqet ingħatat fl-1933 għal 150 sena b'ċens, u issa qiegħed jagħmel mistoqsijiet oħrajn li diġà saru.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru.", "Se nieħu pożizzjoni skont l-Ordni Permanenti 60!", "Donnha qed titrabba d-drawwa li wieħed jista' joqgħod jgħajjat kemm jista' sakemm twaqqfu s-Sedja!", "Ħa nagħmilha ċara, li mhux se nittollera dan l-aġir, ġej minn fejn ġej!", "Ministru Ian Borg, tista' tkompli.", "IAN BORG: Sur President, se nerġa' nibda t-tweġiba mill-bidu biex l-Onor.", "Interpellant jifhimni sew!", "L-Onor.", "Interpellant oriġinarjament għamilli mistoqsija fuq biċċa art li llum għoġbu jsejħilha service road.", "Nerġa' ngħid li ilu jallega mal-erbat irkejjen tal-pajjiż - f'din il-Kamra, barra din il-Kamra, fuq il-Facebook, ma' tal-gazzetti u anke b'talba lill-Ombudsman - li din l-art insterqet b'xi barka tal-Gvern, u issa saret tal-iżviluppatur.", "Jien għadni kif weġibt lill-Onor.", "Interpellant u għidtlu li din l-art ilha mogħtija b'ċens lill-privat għal 150 sena mill-1933.", "Interpellant ma sabx il-fenek hawn, qed jipprova jsibu band'oħra!", "Fil-fatt beda billi qal li l-ebda tarmak u bozza ma se jnessu dan l-iskandlu.", "Jien ma għamilt ebda skandli, u jekk kien hemm xi ħadd li għamel skandlu, ikun tajjeb li l-Onor.", "Interpellant jitlob lill-awtoritajiet ikkonċernati biex jinvestigaw u jesponu tali skandlu.", "Ma għandi ebda problema dwar dan.", "(Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: L-iskandlu sar minn xi ħadd madwarek!", "IAN BORG: Min xi ħadd madwari?!", "Ta' madwari jwieġbu huma!", "Jien sibt ċirkostanza fejn fl-2004 kien sar suġġeriment lill-amministrazzjoni Nazzjonalista mill-konsulenti Beacon, biex f'dik il-bypass isiru żewġ lanes f'direzzjoni, u lane waħda n-naħa l-oħra.", "Meta jien iltqajt ma' din l-isfida, minflok ma għamilt kif għamel l-Onor.", "Interpellant meta kien Sindku u ħalla lill-eks Ministru Austin Gatt jagħmel lane waħda mill-Mellieħa saċ-Ċirkewwa, iddeċidejt li nirrikonoxxi l-isfidi li għandna fit-toroq u ma nippermettix li minn żewġ lanes naqgħu għal korsija waħda!", "Tajjeb ngħid li dak il-proġett mexa 'l quddiem.", "Għidt kemm-il darba lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett se jkun lest sas-sajf, u hekk se jsir skont il-pjanti!", "Biex inkunu ċari, il-kuntrattur bena l-ħajt skont il-linji u l-permess validu li għandu, imma għax jien ħassejt li m'għandniex innaqqsu żewġ korsiji għal korsija waħda, Transport Malta marret u qalbet il-ħajt!", "Ara din il-ħaġa ma togħġbux lill-Onor.", "Biss jidher li jrid jibqa' jinstema' fejn tidħol il-kelma Mellieħa!", "Għandu kull dritt li jieħu din l-opportunità li qed tagħtih ċerta viżibilità, speċjalment meta ma jkunx hawn il-Viċi Kap tiegħu, li baqa' jagħmel ix-xogħol ta' Whip, bil-konsegwenza li l-Onor.", "Interpellant ma tantx għandu x'jagħmel ħlief issemma' leħnu fuq il-Mellieħa!", "Tajjeb li jagħmel hekk, imma fl-istess ħin ma jistax jiġi hawnhekk u jirrepeti l-mistoqsijiet li għamilli bil-miktub u diġà weġibtu fuqhom!", "Kieku ma weġibtux, għandu kull dritt li jerġa' jagħmel il-mistoqsija, imma biex sempliċement isemma' leħnu, iridni nagħtih a voce r-risposti li diġà tajtu bil-miktub!", "Nitolbu jaqra r-risposti li diġà tajtu!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Fir-rigward tal-proposta elettorali li nallokaw madwar 700 miljun ewro għal asfaltar ta' toroq ġodda, jista' l-Ministru jgħid jekk diġà bdewx isiru toroq minn dan il-baġit li ġie allokat?", "Jekk le, meta huwa mistenni li jibdew l-ewwel xogħlijiet fuq dawn it-toroq, li s'issa għadhom qatt ma raw wiċċ ġdid?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Skont il-programm tal-Partit Laburista, li ġie mogħti mandat elettorali b'saħħtu sabiex jiggverna f'din il-leġiżlatura, wieħed mill-punti ewlenin tal-investiment li se nkunu qed nagħmlu fuq l-infrastruttura huwa dawk il-160 triq li qatt ma saru.", "Ilbieraħ, waqt li konna qed niddiskutu t-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li se jwaqqaf Infrastructure Malta, saru numru ta' argumenti minn deputati tal-Partit Nazzjonalista li qalu li l-Gvern mhu se jagħmel xejn ġdid, għax se jkun qed jagħmel dak li suppost ilu lil għamel.", "Ejja ma ninsewx li ħafna minn dawn il-160 triq ilhom jiġu mwiegħda minn żmien l-eks Ministru Mugliett u preċedessuri tiegħu.", "Ejja nieqfu nippolitiċizzaw din l-issue!", "Għandna 160 triq li fihom jgħixu familji li qatt ma raw it-triq tagħhom bit-tarmak, bil-konsegwenza li għadhom jgħixu fit-trabijiet matul ix-xhur tas-sajf u fit-tajn matul ix-xhur tax-xitwa.", "Din hija waħda mill-prijoritajiet għal dan il-Gvern.", "S'issa l-Partit Nazzjonalista għadu ma qalilniex jekk hux favur dan l-Abbozz ta' Liġi jew le, għax daqqa tisma' esponenti tiegħu jgħidu li huma favur il-proġett u daqqa tisma' esponenti jgħidu li huma kontra.", "Ikun tajjeb jekk jgħidulna eżattament humiex favur jew le li nagħtu prijorità lil dawn il-160 triq li qatt ma saru, għalkemm hemm familji jgħixu fihom!", "Dawn it-toroq qegħdin dejjem jiżdiedu, għaliex bħalissa għaddej proċess ta' rationalisation fuq il-local plan reviews li saru fl-2006.", "Fil-fatt qed ikomplu jifformaw aktar toroq ġodda fl-ibliet u l-irħula tagħna, li qed jidħlu aktar familji jgħixu fihom, bil-konsegwenza li t-toroq tagħhom mhumiex qed jiġu mogħtija l-attenzjoni xierqa.", "Għalhekk, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed napprovaw it-twaqqif ta' Infrastructure Malta fil-Parlament biex inniedu immedjatament dan il-proġett b'investiment ta' €700 miljun għas-seba' snin li ġejjin.", "Bħala Gvern, se nkunu qed nagħmlu sforz sabiex f'dawn is-snin li ġejjin nagħtu prijorità lil dawn il-160 triq!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' flus li se jintefqu fuq il-junction tal-Marsa u fuq il-proġett ta' Santa Luċija jifformawx parti mis-€700 miljun li l-Gvern qed jgħid li se jonfoq fuq it-toroq?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ir-risposta hija le!", "Għidna dan diversi drabi, anke qabel l-elezzjoni.", "Il-proġetti maġġuri li huma finanzjati minn fondi Ewropej ma jagħmlux parti minn dawn il-160 triq.", "Dawn iż-żewġ toroq partikolari huma fuq in-network tat-Ten-T.", "Il-proġett tal-Marsa diġà ġie approvat u m'għandix għalxiex ma nemminx li l-proġett ta' Santa Luċija se jkun approvat ukoll.", "Nerġa' ngħid li dawn iż-żewġ proġetti ma jifformawx parti minn dan l-investiment ta' €700 miljun.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: B'referenza għall-iskill card li kienet ħarġet mill-BICC, jista' l-Ministru jgħid liema snajja' huma koperti b'din il-skill card?", "Xi trid tagħmel persuna sabiex tapplika biex ikollha din il-skill card?", "X'vantaġġi jkollu persuna li jkollu din il-skill card maħruġa mill-BICC ikkumparat ma' persuna li ma jkunx applika u għadaqstant ma jkunx ottjena din l-iskill card?", "L-ISPEAKER: Bil-permess tal-Kamra, insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, tajjeb li ngħidu li sabiex wieħed japplika għall-iskill card irid jippreżenta ċertifikat tal-health and safety, kif ukoll ċertifikat ta' kompetenza għal xi sengħa partikolari.", "Fost dawn, wieħed jista' jsemmi s-sengħa ta' min ipoġġi l-madum, jiġifieri t-tile layers jew l-assistant tile layers, min jiksi, jiġifieri l-plasterers jew l-assistant plasterers, l-electricians u l-assistant electrical fitters, kif ukoll il-plumbers u l-assistant plumbers.", "Il-BICC qed toffri wkoll numru ta' korsijiet addizzjonali, fejn wieħed minnhom huwa fit-taħriġ tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ, jiġifieri r-rubble wall building.", "Hemm ukoll is-sengħa tal-mastrudaxxa, il-bini tax-shutters, il-gypsum workers, l-aluminium u PVC workers u numru ta' snajja' oħrajn marbutin mas-sengħa tal-kostruzzjoni.", "L-ammonti ta' skill cards li ħarġu jaqbeż sew il-500.", "Inħarġu wkoll aktar minn elf ċertifikat għal min applika għal ċertifikat ta' health and safety.", "Probabbilment dawk li applikaw għal ċertifikat ta' health and safety, fiż-żmien li ġej japplikaw sabiex ikollhom l-iskill card għas-sengħa partikolari li jipprattikaw.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jidher li l-Ministru Borg ġie hawnhekk biex jilgħab għal camera!", "IL-Ministru qal li wieġeb għall-mistoqsijiet li għamiltlu, imma l-Bambin biss jaf it-taħwid li fihom!", "Il-Ministru Borg għadu ma weġibx għaliex poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ pjanti identiċi b'żewġ firem differenti li ma jaqblux mal-proġett, u allura żvija lill-Kamra.", "Il-Ministru semma wkoll lill-Ombudsman.", "L-ewwel nett, jien ma niddejjaqx ngħid li jien mill-Mellieħa!", "L-ISPEAKER: Onor. Cutajar, tagħmilx statements!", "Agħmel il-mistoqsija!", "ROBERT CUTAJAR: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta ilha kważi tliet ġimgħat biex tagħti appuntament lill-Ombudsman ħalli jiltaqa' magħhom fuq dan l-iskandlu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "Interpellant ħa r-risposta li tajtu daqxejn bi kbira mhux ħażin!", "Ħalli nirrepeti għall-benefiċċju ta' min qed isegwina.", "Kif nafu, is-Sedja għamlet ħidma kbira biex dawn is-seduti jkunu trasmessi ħalli jiġu segwiti min-nies.", "Il-mistoqsijiet supplimentari li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel lili diġà għamilhomli bil-miktub u jien weġibtu!", "It-tweġibiet qegħdin fil-karti li aħna l-membri ningħataw jew nistgħu niġbru waqt li nidħlu f'din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Jien tajt ir-risposti bil-mitkub.", "Tajjeb li n-nies li jsegwu jew il-ġurnalisti li ma jafux il-proċeduri jkunu jafu li mhux dejjem titla' l-mistoqsija li trid inti, għax din titla' awtomatikament mis-sistema.", "Issa peress li dawk ir-risposti qegħdin bil-miktub u mhux qegħdin hawn għad-diskussjoni f'din l-ewwel nofs siegħa ddedikata għall-mistoqsijiet parlamentari, jidher li l-Onor.", "Interpellant irid jerġa' jagħmilhomli b'mod supplimentari.", "Jien qed nerġa' nirreferih għal risposti li diġà tajtu.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Interpellant għandu kull dritt jagħmel il-mistoqsijiet u jien għandi kull dritt inwieġeb kif nixtieq jien!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ministru, ippermettili ftit.", "Jekk jogħġobkom, inżommu l-ordni, għaliex hawnhekk qegħdin fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż!", "(Interruzzjonijiet) Onor. David Agius, il-mistoqsija saret, issa rridu nagħtu ċans lill-Ministru jirrispondi!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Agius, inti taf li s-Sedja ma tindaħalx fuq ir-risposta!", "Tajjeb li tkun taf l-Ordnijiet Permanenti, speċjalment fir-rwol tiegħek ta' Deputat Mexxej.", "Ministru, tista' tkompli.", "IAN BORG: Kif inħoloq anke fis-seduti, il-fattur komuni… (Interruzzjonijiet)", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, dawn mhumiex affarijiet tad-daħk!", "IAN BORG: Dażgur li mhux tad-daħk!", "Ħallini nitkellem!", "L-ISPEAKER: Iva, qed nitbissem ħafna!", "Ministru, tista' tkompli!", "IAN BORG: Il-fattur komuni bejn l-Onor.", "Agius u l-Onor.", "Cutajar huwa li huma żewġ deputati li mhux jieħdu gost bil-ħidma li qed jagħmel il-Ministeru u l-ħafna nies li jaħdmu miegħi, fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom tal-Mellieħa u ta' Ħ'Attard.", "Gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma għamlu xejn fil-lokalità tagħhom u allura issa jinsabu maħruqin għaliex dan ix-xogħol qed idejjaqhom!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Żgur li m'iniex l-aktar Cutajar imqarba, Sur President!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk se nibqgħu sejrin hekk, se jkolli nissospendi l-Kamra!", "L-imġiba ta' ċerti membri fil-Kamra hija tal-mistħija!", "Qishom tfal fi klassi tal-nuna!", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, nikkonferma li l-istudenti tiegħi kienu aktar bil-għaqal mill-membri tal-Oppożizzjoni!", "L-ISPEAKER: Onor. Cutajar, agħmel il-mistoqsija!", "Onor. Cutajar, għidli liema huwa l-ksur tar-regolament!", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, dan li se ngħid huwa indirizzat għalik.", "Jekk taċċetta dan il-kumment, verament waqqajna l-livell tal-Kamra!", "Sur President, nistenna mingħandek li twaqqaf lill-Onor.", "Cutajar milli tagħmel ċerti kummenti!", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin ġo klassi tal-iskola!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ir-regolamenti qegħdin għal kulħadd!", "Onor. Cutajar, jekk jogħġbok, irtira d-diskors u agħmel mistoqsija!", "ROSANNE CUTAJAR: Jekk kien hawn min ħa għalih bil-kumment li għidt, nirtirah.", "L-ISPEAKER: Agħmel il-mistoqsija!", "ROSIANNE CUTAJAR: Jidher li hawn min jieħu għalih ħafna għal dak li ngħid jien!", "Fl-aħħar snin, sar titjib sostanzjali f'diversi junctions, fosthom fuq dawk ta' Ħal Qormi u Ħal Luqa.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tagħmilx xi studji biex tara liema impatt qed iħalli x-xogħol li jkun sar?", "Ħafna drabi l-perċezzjoni tagħna hija waħda pożittiva.", "Jien li ġejja mil-lokalità ta' Ħal Qormi ninnota li qed inqatta' inqas ħin fit-traffiku.", "Dan it-tijib qiegħed ikun sostanzjat b'xi studji?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Kif qalet l-Onor.", "Interpellant, saru diversi interventi importanti f'Ħal Qormi u Ħal Luqa, fost żoni oħrajn.", "Kif spjegajt ilbieraħ, dawn ix-xogħlijiet huma parti mix-short to medium-term initiatives li qed nieħdu biex niġġieldu l-isfida tal-konġestjoni tat-traffiku li għandna fit-toroq tagħna, li hija sfida reali.", "Għalkemm it-trasport pubbliku rdoppja l-ammont ta' nies li jġorr mill-2012 'l hawn, il-popolazzjoni kompliet tikber, anke ta' dawk 'il fuq minn 18-il sena, kif kompla jikber ukoll, fuq kollox, in-numru tal-vetturi.", "It-toroq ilhom dawk li huma għal numru ta' snin.", "Għalhekk, qegħdin naraw li nagħmlu interventi oħrajn fejn huwa meħtieġ, bħall-intervent li qed isir bħalissa bejn il-Marsa u l-Ħarmrun bypass, jiġifieri kif toħroġ mill-mini ta' Santa Venera.", "Hemm lokalitajiet oħrajn fejn ma rridux nitilfu korsiji eżistenti, bħal dik tal-Mellieħa, u kif erġajt kelli l-opportunità nitkellem anke fis-seduta tal-bieraħ, hemm il-proġett importanti tas-Central Link li se jkun qed jgħaqqad il-lokalitajiet tan-naħa ta' fuq u l-Majjistral tal-pajjiż maċ-ċentru tal-pajjiż, biex nevitaw l-isfida li għandhom in-nies illum il-ġurnata meta jridu jivvjaġġaw min-nofs il-lokalità ta' Ħ'Attard, ta' Ħal Balzan, ta' Ħal Lija u l-Iklin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir fuq il-bypass tal-Mellieħa huwiex il-bini mill-ġdid tat-triq jew inkella sempliċement resurfacing tal-wiċċ li hemm?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Qed nieħu pjaċir li hawn deputati oħrajn jinteressahom mil-lokalità tal-Mellieħa, anke għaliex saru ħafna xogħlijiet fil-lokalità tal-Mellieħa.", "Tajjeb li nsemmi x-xogħlijiet li għamilna n-naħa tal-Pwales u fil-Mistra, wara li għal numru ta' snin qatt ma saret manutenzjoni fuq il-pont tal-Mistra!", "Wara li identifikajna l-problemi strutturali, ħassejna li kellna nintervjenu b'emerġenza.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li mill-ġdid, l-Oppożizzjoni ma tixtieqx tismagħni!", "L-ISPEAKER: Ministru, ħu paċenzja, tista' tkompli bit-tweġiba tiegħek.", "Fir-rigward tal-ordni tal-Kamra, nieħu ħsieb jien!", "IAN BORG: Apparti minn hekk, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, għaliex huwa perit, fir-rigward tax-xogħlijiet li għaddejjin fil-lokalità tal-Mellieħa, b'mod partikolari fil-bypass li qed inwieġeb mijiet ta' mistoqsijiet fuqha, mhux biss kien hemm il-bini mill-ġdid ta' diversi layers li qed tingħata din il-bypass, imma anke nbnew barriers ta' siġurtà fil-ġnub u central strips li ma kenux preżenti, ingħatat il-provvista tal-elettriku biex issa se jkun hemm bypass imdawla u ġew mgħoddija numru ta' servizzi meħtieġa f'din iż-żona.", "L-ISPEAKER: Ippermettili Ministru.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nitlob il-protezzjoni tas-Sedja!", "Il-Ministru Cardona qed jitfagħli ħafna botti personali!", "Sur President, inkellmek waħdek.", "L-ISPEAKER: Kollox sew, il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Jidher li hawn min jieħu għalih u hawn min ma jiħux ħafna għalih!", "Irrid ngħid li waqt li kien hawn min talab il-protezzjoni tas-Sedja, kien hawn min għadda kummenti lejn il-Ministru Joe Mizzi!", "Biex mingħalihom jizzikawh qalulu: Mela inti m'għamilt xejn?", "Hawn irrid infakkar kif il-Ministru Joe Mizzi rdoppja n-numru ta' nies li jużaw it-trasport pubbliku mill-2011 sal-2017!", "Infakkar ukoll li meta kien hawn min qal li kien spiċċa ż-żmien tal-bużullotti, il-bużullotti kienu għadhom lanqas biss bdew!", "Fl-2011, meta Gvern Nazzjonalista wiegħed li se jispiċċaw il-bużullotti, sfiduċja l-aktar mezz ta' trasport importanti biex niġġieldu t-traffiku li għandna fit-toroq tagħna!", "Oħroġ il-għaġeb, għax tajjeb li nfakkru lin-nies, l-advisor u d-ditta legali konsulenta ta' Transport Malta u l-Ministru Austin Gatt fuq l-Arriva kienet id-ditta Aequitas Legal tal-Onor.", "Adrian Delia li ħadet €300,000 f'konsulenzi fuq il-karozzini, it-taxis u l-Arriva!", "Gvern Nazzjonalista għamel sfreġu fit-toroq tagħna!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 5983 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 127 tas-6 ta' Ġunju 2018 dwar ħatriet ġodda li saru fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għal Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 186 tal-2018 – Personal Protective Equipment Regulations, 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ħaddiema li minn wara Marzu 2013 talbu biex ma jibqgħux jaħdmu fil-Gozo Sports Complex, flimkien mar-raġuni għal dan, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6050.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp): Sur President, nippreżenta l-minuti kkonfermati tal-laqgħat minn Numru 1 sa 8 li saru bejn l-10 ta' Ottubru 2017 u l-14 ta' Mejju 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi): Sur President, nippreżenta l-minuti kkonfermati tal-laqgħat minn Numru 1 sa 22 li saru bejn il-25 ta' Settembru 2017 u t-22 ta' Mejju 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA LI TNEĦĦI", "L-KONTROLL TAD-DJAR", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi li qed nipproponu huwa tekniku, però importanti għax se jolqot lin-nies fil-laħam il-ħaj, billi jagħmel differenza għall-aħjar fil-ħajja ta' nies li sal-lum għandhom riskju legali quddiem wiċċhom.", "Min qiegħed f'tali sitwazzjoni, bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, se nkunu qed nipprovdulu għajnuna biex ma jitħalliex waħdu.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi li se jagħmel intervent soċjali f'żewġ kategoriji importanti ta' din is-soċjetà.", "L-ewwel kategorija hija ta' ċerti nies li joqogħdu fi proprjetà b'titolu ta' kera jew titolu possessorju antik, li twieled snin qabel, u t-tieni kategorija hija tal-każini tal-baned li għandhom is-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin li huma regolati b'titolu possessorju.", "Irrid nibda billi ngħid li ddeċidejt li flok ma mmur għal diskors politiku u noqgħod ngħid x'għamilna aħna u x'ma sarx qabel, iddeċidejt li nagħmel diskors tekniku biex inkun ċar u preċiż, ħalli l-pubbliku hemm barra jifhem eżattament x'se nkunu qed nagħmlu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi importanti, li żgur se jibqa' jissemma fis-snin li ġejjin!", "Fil-ħidma kollha li wettaqna s'issa ħdimt attivament bħalma dejjem nagħmel fuq l-abbozzi ta' liġi kollha, biex ikollna kunsens kemm jista' jkun wiesa' f'dan il-Parlament.", "Ix-xewqa tiegħi hi li dan l-Abbozz ta' Liġi, bħal abbozzi oħrajn li jiġu ppreżentati minn żmien għal żmien, joħroġ minn din il-Kamra bl-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Sintendi, fi stadju ta' Kumitat ikun hemm l-opportunità li wieħed jirtokkja, jiddiskuti, ivarja, jagħmel virgola jew ibiddel kelma, li huma kollha affarijiet li aħna dejjem disposti u miftuħin li nagħmlu sabiex inkomplu ntejbu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Qed ngħid dan mill-bidu nett għaliex verament nixtieq li dan l-Abbozz ta' Liġi ta' intervent soċjali qawwi jattira kemm jista' jkun il-kunsens wiesa' ta' dan il-Parlament.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi importanti li forsi ħaddieħor, għar-raġunijiet tiegħu, qagħad bilqiegħda u ma wettaqx, imma aħna qed nintervjenu biex nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies!", "Sur President, irrid l-ewwel nett, nirringrazzja lill-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi u lill-Onor.", "Edward Zammit Lewis, li flimkien mal-Avukat Ġenerali kienu ta' għajnuna straordinarja biex bdejna dan l-Abbozz ta' Liġi u llum wasalna biex inkunu nistgħu nippreżentawh f'dan il-Parlament.", "M'għandix dubju li l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi se jkunu qed jikkontribwixxu wkoll matul dan id-dibattitu biex jispjegaw u jiżvolġu aktar il-punti importanti li hawn f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ngħaddi issa biex nagħti spjega kemm jista' jkun teknika u sempliċi ta' dak li qed nipproponu f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din il-liġi se ddaħħal artiklu ġdid, fir-rigward tad-djar residenzjali, permezz ta' artiklu 12B fl-Ordinanza dwar it-Tneħħija tal-Kontroll tad-Djar.", "Meta ddaħħlet din l-Ordinanza kien ġie introdott l-hekk imsejjaħ decontrol, fejn id-djar mibnijin wara Marzu 1959 jew djar li saru jeżistu wara l-1959 minħabba diviżjoni ta' djar akbar kienu mneħħijin mill-kontroll.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi, il-leġiżlaturi tal-1959 kienu ddeċidew li dawn il-kategorji ta' djar se jkunu mneħħija mill-kontroll fis-sens li ma kenux jaqgħu taħt ir-regime tar-regolamentazzjoni tal-kirjiet tas-snin 30 li l-effett tagħha għadu magħna sal-lum u lanqas setgħu jiġu rekwiżizzjonati taħt l-Att dwar id-Djar.", "Din l-Ordinanza kienet għamlet bħalma sussegwentement ġara fl-1995, jiġifieri introduċiet speċi ta' free market dwar il-kirjiet li kienu ġodda, skont ċerti linji gwida.", "Għad li l-free market fil-liġi dak iż-żmien deher ideali, wara ftit snin, fl-1979, għaddiet liġi li daħħlet il-kontroll fuq il-kirjiet tad-djar dekontrollati.", "Mela hawn qed ngħidu li bil-liġi tal-1959 kienu ddeċidew li ċerti kategoriji ta' djar jiġu dekontrollati, jiġifieri li tħalla f'idejn is-sidien li jagħżlu kemm jikru u taħt liema kondizzjonijiet.", "Din il-biċċa xogħol damet biss għal ftit għexieren ta' snin, għax fl-1979 kien daħal fl-Ordinanza artikolu 12 li jistabbilixxi kontroll fuq il-kirjiet ta' djar dekontrollati u jipprovdi li ċnus temporanji ta' inqas minn 30 sena, mat-tmiem minnhom, jinqalbu f'kirjiet bil-kera togħla d-doppju kull 15-il sena.", "Dan il-famuż artikolu 12, li kull min hu avukat probabbilment jafu bl-amment, kien u għadu jipprovdi li apparti minn dak li semmejt, meta jintemm ċens ta' dar ta' abitazzjoni li tkun okkupata minn ċittadin ta' Malta bħala residenza ordinarja u dan iċ-ċens ma jkunx ċens ta' inqas minn 30 sena li jkun sar qabel l-21 ta' Ġunju 1979 jew ċens mogħti għal kull terminu wara din id-data, jiġifieri ma jkunx ċens li jkun jista' jinqaleb f'kera, f'dan il-każ ta' ċnus ta' aktar fit-tul minn 30 sena, iċ-ċenswalist ikollu d-dritt li jikkonverti ċ-ċens f'wieħed perpetwu.", "Dan iċ-ċens kellu jkun sitt darbiet taċ-ċens oriġinali u jogħla kull 15-il sena.", "Fl-istess artikolu hemm ipprovdut ukoll li meta ċ-ċenswalist ma jeżerċitax dan id-dritt ta' perpetwazzjoni, dan id-dritt ikun jista' jiġi eżerċitat mill-okkupant tad-dar taħt l-istess kondizzjonijiet.", "Dawn l-emendi bdew jiġu attakkati fil-Qorti.", "Fil-fatt, artikolu 12 tal-Ordinanza għandu probabbilment record fil-Guinness Book of Records għall-aktar artikolu li ġie attakkat u attira kawżi biex jattakkaw parti jew oħra ta' dan l-artikolu.", "Fil-fatt, meta Malta rrikonoxxiet id-dritt tal-petizzjoni individwali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-1987, jiġifieri ftit qabel l-elezzjoni tal-1987, minn dakinhar kien hemm xi ħaġa ġdida li ġrat f'dan il-pajjiż fejn beda jintuża dan id-dritt tal-petizzjoni individwali fil-Qorti Ewropea.", "Sal-2006-2007 kienet żviluppat sitwazzjoni fejn ħafna okkupanti ta' dawn id-djar kienu qed jaraw li se jsibu ruħhom barra kemm minħabba xi sentenzi tal-Qorti Ewropea kif ukoll minħabba sentenzi tal-Qrati Maltin.", "Din ovvjament ma ġratx mill-ewwel; bħal meta tkun se torqod, ma torqodx mill-ewwel imma imbagħad torqod f'daqqa.", "L-istess, l-attakk legali li kien hemm fuq dan l-artikolu beda bil-mod il-mod, imma imbagħad beda jiġi attakkat f'daqqa.", "Fil-fatt, illum għandna sitwazzjoni li għandna sentenzi li jgħidu li meta dar li jkun hemm ċens ta' iżjed minn 30 sena tkun soġġetta għal ċens ieħor, pereżempju ċens perpetwu, l-artikolu 12 ma kienx applikabbli.", "Din is-sentenza ġabet sitwazzjoni fejn ħafna persuni li kienu akkwistaw ċnus temporanji bl-idea li jagħmluhom perpetwi – dawn huma nies li marru għand l-avukat, ħadu parir u qalulhom li għandhom dritt li jixtru proprjetà b'ċens jagħlaq għax jafu li kienu jistgħu jagħmluh perpetwu - spiċċaw jitkeċċew mal-għeluq ta' dawn iċ-ċnus għax ma kienx l-uniku ċens li dik id-dar kienet soġġetta għalih.", "Fit-3 ta' Awwissu 2017, għaddiet liġi li permezz tagħha ġie introdott fl-Ordinanza l-artikolu 12.", "Hawnhekk, għandna l-ewwel intervent leġiżlattiv ta' sustanza għall-artikolu 12.", "Dan l-artikolu huwa kkomplikat immens, jiġifieri trid taqrah diversi drabi biex tasal biex tifhmu, imma kien jipprovdi li meta tagħlaq enfitewsi jew superenfitewsi li ma tkunx waħda li l-effetti tat-terminazzjoni tagħha kienu jkunu regolati bl-artikolu 12, allura l-persuna li tkun qed tokkupa l-post xorta jkollha d-dritt mhux li tipperpetwa ċ-ċens, imma li tibqa' fil-post b'kera li togħla kull 15-il sena.", "Dan ifisser li l-emenda tal-2007 kienet diretta biex tirrimedja s-sitwazzjoni fejn minħabba xi ċens preċedenti, l-artikolu 12 kien dikjarat li ma japplikax.", "Din is-sistema ta' ħolqien ta' kirjiet u ta' perpetwazzjoni ta' ċnus ġiet iddikjarata li kienet inaċċettabbli mill-Qorti Ewropea minħabba l-fatt li l-kumpens li jitħallas lis-sid huwa meqjus bħala baxx wisq inrelazzjoni mal-valur tal-propjretà, minkejja li huwa rikonoxxut li l-gvernijiet jistgħu jimponu kontroll fuq l-ammont ta' kera għal skopijiet soċjali.", "Din hija parti importanti u essenzjali ħafna.", "Mela jekk ikolli nagħsar dan fi ftit kliem, qed ngħidu li l-Qorti Ewropea tippermetti li għar-raġunijiet soċjali, il-Gvern jindaħal fl-ammont tal-kera.", "Mela min jgħid li din ma tistax issir, ma jafx x'inhu jgħid!", "Il-Qorti Ewropea, repetutament, qalet li għal għanijiet soċjali - public purpose - il-Gvern għandu d-dritt li jindaħal fl-ammont ta' kera li titħallas, b'kondizzjoni waħda, li l-ammont ta' kera li jitħallas inrelazzjoni mal-valur tal-proprjetà ma jistax ikun baxx iżżejjed.", "Din hija kwestjoni ta' kif wieħed jinterpreta l-ammont ta' kera ġusta li għandha titħallas għal dawn il-kirjiet li huma kkontrollati.", "Ħa nirrepeti dan il-punt biex jifhmu kulħadd, għax ma nixtieqx li nibqa' naqra nofs veritajiet fil-gazzetti, xi kultant anke miktubin minn avukati, tant li nibda nistaqsi: Kif jista' jkun li naqra xi ħaġa li mhijiex vera, meta l-prinċipju huwa tant ċar u assodat fil-ġurisprudenza?", "Mhux veru li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ma tħallix lill-Gvern jintervjeni u jikkontrolla l-kirjiet.", "Però, il-Qorti Ewropea trid li jkun hemm għan soċjali li huwa a public purpose u li l-ammont ta' kera li jiġi impost ikun ammont li ma jkunx baxx iżżejjed u jkollu relazzjoni proporzjonata mal-valur tal-proprjetà.", "Dan huwa l-ambitu li qed ngħumu fih!", "Għalkemm aħna Stat indipendenti u ħieles, il-Gvern ma jistax jgħid, pereżempju, li se jagħmel liġi li biha l-kirjiet se jkunu €50 fis-sena.", "Dan ma jistax isir għax għandna l-Qorti Ewropea li qiegħda fuqna biex, jekk hemm bżonn, tattakka liġijiet li jmorru kontra d-drittijiet tal-bneidem.", "Hekk għandu jkun!", "Aħna kburin li nagħmlu parti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u nagħmlu ħilitna kollha biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem.", "Illum il-pożizzjoni tal-Qorti Ewropea hija li tista' timponi ammont ta' kirja għal raġunijiet ta' skop pubbliku – din hija importanti - basta l-ammont ta' kera jkun proporzjonat mal-valur tal-proprjetà.", "Imbagħad it is a balancing act u aħna, bħala leġiżlaturi, irridu nkunu responsabbli li meta nfasslu liġijiet ta' dan it-tip nimponu kirjiet li jirrispettaw il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Dan huwa l-isfond legali u storiku għal din il-liġi.", "Fi ftit kliem, ipprovajt inkun kemm jista' jkun pożittiv u korrett mal-istorja.", "X'qegħdin nipproponu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, Sur President?", "Illum qed jiġi propost li meta persuna tkun qed tokkupa dar ta' abitazzjoni bis-saħħa ta' kirja magħluqa għax qabel din l-istess dar kienet mogħtija b'ċens u din il-kera nħolqot permezz tal-Ordinanza tal-1959, mill-10 ta' April 2018 għandu jibda japplika dan li se ngħid issa.", "Is-sid ikollu d-dritt li jitlob li l-kera togħla u ssir sal-ammont ta' 2% tal-valur tal-proprjetà fl-1 ta' Jannar tas-sena li fiha ssir it-talba.", "Qed ngħidu li f'dawn il-każijiet li semmejt, jiġifieri f'każijiet ta' proprjetà li qiegħda f'idejn in-nies bil-liġijiet antiki ta' qabel l-1995 u li llum, min joqgħod fiha qiegħed f'riskju li jispiċċa barra għax il-Qrati qalu li l-liġi tal-1979 tmur kontra d-drittijiet tal-proprjetà għax ma tilħaqx dan il-prinċipju tal-proporzjonalità, is-sid jista' jibda jitħallas ammont ta' 2% tal-valur tal-proprjetà fl-1 ta' Jannar tas-sena li fiha ssir it-talba u jkollu wkoll id-dritt li jitlob li jiġu ffissati kondizzjonijiet oħrajn dwar il-kirja mill-Bord tal-Kera.", "Aħna qegħdin nipproponu li l-Awtorità tad-Djar tkun dejjem notifikata bil-kawża sabiex hi wkoll tkun parteċipi f'dak li jkun għaddej fis-soċjetà.", "Peress li naf li ħafna inkwilini jew sidien jistgħu jkunu pensjonanti, għax dan it-titlu fuq proprjetà li qed insemmi twieled b'liġijiet li daħlu fis-seħħ qabel ma twelidt jien, dawn jistgħu jagħmlu użu minn avukat tal-Gvern mingħajr ħlas.", "Hemm sezzjoni tal-poplu li jgħixu fi djar li t-titlu fuqhom ġej minn liġi li għaddiet fl-1979, li tkompli tibni fuq il-liġijiet tal-1959.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq dan il-felli ta' djar fis-soċjetà tagħna.", "Jien kont avukat bħalma huma ħafna Membri ta' din il-Kamra u jafu bħali li ħafna minn dawn in-nies huma pensjonanti u allura qed ngħidu li dawn ikollhom dritt għal-avukat tal-għajnuna legali, irrispettivament mill-mezzi tagħhom.", "Dan ifisser li jekk hemm pensjonant li jrid jattakka jew iwieġeb għat-talba tas-sidien li jogħla l-valur tal-kera għal raġunijiet li jaf hu, dan jista' jagħmel użu minn avukat b'xejn mingħand il-Gvern.", "Ovvjament, il-Bord għandu jagħmel test tal-mezzi lill-inkwilin biex nassiguraw li l-miżura tkun qed tittieħed għal skop soċjali.", "Dan għaliex, kif għedt fil-bidu, il-Qorti Ewropea tippermettilek li tiffissa kirja b'valur li jkun proporzjonat għall-valur tal-proprjetà, basta tkun għal skop soċjali.", "Għalhekk, biex inkunu ċerti li dan li qed nagħmlu għandu skop soċjali, qed ngħidu li għandu jkun hemm dan it-test tal-mezzi.", "Jekk hemm inkwilin li meta jsir it-test tal-mezzi jinstab li dan m'għandux biex jixtri proprjetà oħra, dan l-inkwilin għandu jibbenefika minn din il-liġi.", "Però, jekk meta jsir it-test tal-mezzi, jinstab li dan għandu biex jixtri proprjetà oħra, għax għandu l-flus, f'dak il-każ, din il-liġi ma tapplikax.", "Nagħtuh ħames snin ċans biex joħroġ mill-post u matul dawn il-ħames snin ikollu jħallas kera doppja.", "Ħa ngħid mill-ġdid x'qegħdin nagħmlu permezz ta' dan l-Abbozz.", "Għandna sezzjoni tal-poplu li tgħix fi proprjetà bis-saħħa ta' liġi li kienet għaddiet fl-1959, imbagħad kien hemm żvilupp fl-1979 fejn il-Parlament kien ta d-dritt li n-nies joqogħdu f'dak il-post versu l-korrispettiv.", "Din il-liġi ġiet attakkata diversi drabi mill-Qrati u llum hija flaġellata, jiġifieri l-Qrati, sentenza wara l-oħra, qed jgħidu li dik il-liġi tikser id-dritt tal-proprjetà.", "Aħna qed ngħidu li din is-sezzjoni żgħira tal-poplu, jiġifieri qed nitkellmu fuq numru limitat ta' familji, se jsirlhom test tal-mezzi fuq talba tas-sid.", "Dan għaliex jista' jkollok sid benevolenti li jgħidlek li hu kuntent kif qiegħed.", "Però, jekk is-sid irid, jista' jagħmel rikors lill-Bord li Jirregola l-Kera u jsir dan it-test tal-mezzi.", "Jekk l-inkwilin huwa sinjur, se jkollu ħames snin ċans biex joħroġ mill-post u jixtri post ieħor, għax ladarba huwa sinjur u għandu l-mezzi, huwa ġust li dan jixtri post ieħor.", "Jekk l-inkwilin mhuwiex sinjur u m'għandux mezzi biex jixtri post ieħor, forsi għax huwa pensjonant jew għandu paga baxxa, dan jista' jibqa' jgħix fil-post u jingħata l-protezzjoni.", "Illum qed jgħix fil-post bir-riskju, għax nafu li kawża wara l-oħra, il-Qorti ddikjarat li dan imur kontra l-Kostituzzjoni.", "Permezz ta' dan l-Abbozz qegħdin nilħqu bilanċ importanti ħafna.", "Ovvjament, l-inkwilin li m'għandux mezzi biex jixtri post ieħor jista' jgħix f'dak il-post mhux bl-istess kera tal-lum, imma b'kera li tkun 2% tal-valur tal-proprjetà.", "Dan ifisser li l-kera se togħlielu.", "Talli se jibqa' jgħix fil-post bis-saħħa tal-intervent li qed nagħmlu f'din il-liġi, is-sid se jbati għax l-inkwilin se jibqa' jokkupa l-post, imma fl-istess ħin is-sid jaf li se jieħu 2% tal-valur tal-proprjetà.", "Naħseb li b'dan il-mod ilħaqna bilanċ ġust li jirrispetta l-Konvenzjoini Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Nerġa' ngħid li l-Konvenzjoni u l-Qrati Ewropej jagħtuk id-dritt li tintervjeni b'mod li tikkontrolla l-kera, basta għal skop pubbliku u skop soċjali, biex ikun hemm ħlas li jkun kemm jista' jkun proporzjonat mal-valur tal-proprjetà.", "Naħseb li b'hekk inkunu bbilanċjajna l-affarijiet b'mod ġust.", "Kif għedt, jekk l-inkwilin ma jkollux il-mezzi, il-Bord jagħmel eżerċizzju li bih jiffissa l-kera xierqa u jista' jagħmel proċess ta' amortizzazzjoni, jiġifieri l-kera togħla ftit ftit.", "Immaġina li jkollok pensjonant ta' 80 sena li filli jħallas tant kera u filli jrid iħallas 2% tal-valur tal-proprjetà.", "F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-Bord jista' jgħolli l-kera bil-mod, biex l-inkwilin ikollu shock absorber u l-għoli tal-kera jsir b'mod gradwali.", "Dan huwa maħsub biex nagħmlu impatt soċjali mill-inqas.", "Meta l-Bord jiffissa l-kera, dak l-ammont ta' kera jkun jgħodd għal perjodu ta' sitt snin u wara jkun jista' jerġa' jiġi rivedut.", "Din hija klawsola importanti, għax jekk ma tagħmilx mekkaniżmu ta' reviżjoni, jista' jkollok sid li jmur quddiem il-Qorti Ewropea u jirbaħ il-kawża bla ebda diffikultà.", "Għalhekk, trid bilfors tagħmel dan il-mekkaniżmu ta' reviżjoni.", "Jekk matul il-kirja, ikun hemm tibdil materjali fiċ-ċirkostanzi, pereżempju, l-inkwilin jiret u jsir sinjur, is-sid ikun jista' jmur quddiem il-Bord u jitlob li l-kondizzjonijiet ivarjaw.", "Din hija liġi li tipprospetta kemm jista' jkun għal kwalunkwe cirkostanza li tista' tqum.", "Pereżempju, jiġi nieqes missier l-inkwilin u jiret post mingħandu.", "F'dak il-każ, l-inkwilin għandu jibqa' jgħix f'dan il-post mikri b'din il-liġi li ġiet imposta, meta għandu proprjetà oħra?", "Ir-risposta hija li le, dan mhux sew u dan għandu jmur jgħix fil-proprjetà tiegħu.", "Qed nipprovdu wkoll li fejn hemm inkwilini li mhumiex l-armel jew l-armla tal-inkwilin, dawn ma jistgħux jibqgħu fil-post għal aktar minn ħames snin, u waqt dawn il-ħames snin il-kera li jħallsu tkun id-doppju.", "Aħna qed ngħidu li din il-kera speċjali li qed noħolquha bis-saħħa ta' din il-liġi tkopri biss il-ħajja tal-inkwilin u l-mara jew ir-raġel tiegħu jew tagħha skont il-każ, jiġifieri t-tfal ma jirtux imma jkollhom perjodu ta' aġġustament għal ħames snin.", "Biex inkun ċar, dan li qed ngħid japplika biss għal kirjiet li twieldu bis-saħħa tal-liġi tal-1979, jiġifieri mhux qegħdin nitkellmu dwar kirjiet li twieldu llum.", "Għal min kera post illum, din il-liġi ma tapplikax.", "Qed nitkellmu dwar sezzjoni żgħira ta' djar li qegħdin f'idejn in-nies bis-saħħa tal-liġi tal-1979.", "Huwa pprovdut ukoll li d-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu ġdid se jkunu japplikaw f'kull każ fejn iċ-ċens, is-subċens jew il-kirja ta' dar ta' abitazzjoni tkun skadiet minħabba sentenza ta' xi Qorti bbażata fuq nuqqas ta' proporzjonalità ta' xi kumpens.", "Mela anke f'dawk il-każijiet fejn l-Qorti tkun ikkundannathom biex joħorġu mill-post imma għad ma sarx l-iżgrumbrament, dawn jistgħu jibbenefikaw minn din il-liġi.", "Dan għaliex nafu li sa ftit ilu l-Qorti tal-Appell għadha kemm tat numru ta' sentenzi fejn nies ġew ordnati biex joħorġu mill-proprjetà.", "Issa, bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, dawk se jkollhom id-dritt li jibqgħu jgħixu fil-post b'titlu ta' kera speċjali, imma b'kera ogħla milli fil-fatt qed iħallsu llum.", "Importanti li l-inkwilini jkunu għadhom jokkupaw il-fond bħala r-residenza ordinarja tagħhom.", "Din hija fil-qosor l-ewwel parti ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar it-tieni parti li tirrigwarda s-soċjetajiet mużikali.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jintervjeni wkoll biex jgħin lis-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin li għandhom is-sede tagħhom b'titlu ta' kera.", "Hawn qed nitkellmu fuq baned li s-sede tagħhom hija mikrija.", "Hawn ħafna minn dawn il-baned f'din is-sitwazzjoni li jien għandi lista tagħhom hawnhekk.", "Hemm ftit baned li s-sede tagħhom hija mikrija mingħand il-Gvern u hemm ħafna li jikru mingħand il-privat.", "Hemm raħal partikolari – mhux se nsemmi ismijiet - fejn iż-żewġ baned ewlenin jikru s-sede tagħhom mingħand il-privat.", "Nimmaġinaw kieku aħna niddeċiedu li ma nagħmlu xejn u dawn jiġu żgumbrati mill-post!", "Kieku nispiċċaw b'raħal kbir f'pajjiżna biż-żewġ soċjetajiet mużikali mkeċċija 'l barra mill-proprjetà tagħhom!", "Naħseb li ħadd f'dan il-Parlament ma jixtieq li naslu għal tali sitwazzjoni għax naf kemm il-Membri Parlamentari jattendu għal attivitajiet tas-soċjetajiet mużikali.", "Bħala Ministru għall-Kultura, jien nipprova nattendi kemm nista' dawn l-attivitajiet u nieħu gost nara Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra li jattendu għal dawn il-kunċerti u attivitajiet.", "Issa huwa l-mument tal-prova, għax inti tappoġġja lis-soċjetajiet mużikali mhux billi tisma' l-kunċerti, li hija xi ħaġa sabiħa, imma billi tgħinhom meta qegħdin fil-bżonn.", "Għalhekk qed nistieden lil dan il-Parlament biex bil-fatti ngħinu lis-soċjetajiet mużikali Maltin!", "Dan huwa l-mument meta wħud minnhom qegħdin fil-bżonn u qed jgħidulna biex ngħinuhom.", "Ovvjament irridu ngħinu lis-soċjetajiet mużikali, però rridu nagħmlu dan b'mod li jirrispetta d-drittijiet ta' kulħadd.", "Aħna qegħdin f'dan il-Parlament biex nilleġiżlaw għal kulħadd.", "Aħna m'aħniex NGO, imma Gvern li, flimkien mal-Oppożizzjoni, għandu l-obbligu li jilleġiżla għall-pajjiż kollu, skont il-liġijiet ta' Malta u l-liġijiet li qegħdin parteċipi fihom.", "F'dan il-każ qegħdin nipprovaw noħolqu bilanċ bejn id-drittijiet tal-inkwilini, jiġifieri l-baned u s-sidien tal-proprjetà.", "Irridu li s-sid ma jerfax il-piż soċjali kollu waħdu, iżda jiġi kemm jista' jkun ikkumpensat tal-piż li jkun qed jerfa'.", "Se nirrepeti dan il-punt, għax erġajt rajt artikli fil-gazzetti li jwaħħxuk u tibda tistaqsi jekk minn kitibhom qarax il-liġi!", "Rajt ċerti kummenti ta' nies li żgur ma rawx l-Abbozz ta' Liġi!", "Talli dawn is-sidien se jerfgħu piż soċjali bħalma ilhom jerfgħu għal snin kbar, dawn se jingħataw kumpens ogħla milli qed jieħdu llum, jiġifieri l-kirja se tiżdidilhom sew, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Dan il-punt imur ma' dak li għedt fil-bidu, fejn tista' tintervjeni u timponi kera protetta, basta tirrispetta żewġ testijiet, l-ewwel, li tagħmel dan għal skop pubbliku - li tgħin lill-baned huwa skop pubbliku – u t-tieni, li l-kera tkun ta' valur li joqrob kemm jista' jkun lejn il-proporzjonalità bejn il-valur tal-proprjetà u l-kera li qed tiġi mħallsa.", "Issa jien nifhem li f'dan il-kamp qatt ma tista' tikkuntenta lil kulħadd, għax huwa ovvju li s-sidien tal-20 każin tal-banda li qegħdin bil-kera iridu l-proprjetà lura vojta.", "Din hija xi ħaġa evidenti, għax kieku ma jridux il-proprjetà lura vojta ma kenux jagħmlu kawża l-Qorti u jidħlu fi proċeduri legali.", "Naf minn xiex jgħaddu ħafna mis-soċjetajiet mużikali minħabba din is-sitwazzjoni.", "Naf ukoll li hawn min f'din il-Kamra jaf dan ix-xenarju aktar minni.", "Dawn huma nies volontiera li jibdew jirċievu ittri legali u jiġu għandna biex ngħinuhom.", "Hawn 20 banda li tinsab f'din is-sitwazzjoni.", "Se ngħinuhom lil dawn il-baned jew se nħalluhom jikkrollaw?", "Jien żgur li m'iniex se nħallihom jikkrollaw, għax inkella nkunu ipokreti meta ngħidu kemm il-baned huma importanti f'pajjiżna!", "Aħna għandna obbligu li ngħinuhom, għax nemmnu li dawn is-soċjetajiet mużikali jagħmlu ġid li ebda Gvern ma jista' jagħmlu.", "Fost l-oħrajn, dawn jgħinu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna.", "Jien dejjem nagħti dan l-eżempju.", "Naf nies li tarahom barra fit-triq maqlugħin mill-kontest tal-baned, tibda tgħid imsieken kemm huma unskilled, bla ħiliet, imbagħad tarahom fil-kontest tal-banda u jgħidulek li dak il-pavaljun jew dik l-istatwa huma xogħol tagħhom!", "Bla ma trid tibda tgħid: Possibbli dawn huma l-istess nies li kellmuni ftit ilu?!", "Minkejja ċerti diffikultajiet, il-każin jagħti kontest ta' familja, ta' kolleġġjalità u ta' fratellanza bejn il-membri, li meta jgħaddi ż-żmien tinduna li ħafna mil-ħiliet tan-nies ikunu trawmu fis-soċjetajiet mużikali.", "Għall-ġid li jagħmlu man-nies fis-soċjetà tagħna, ukoll għandna obbligu li ngħinuhom.", "Li kieku ma kienx għas-soċjetà mużikali, probabbilmemnt dawn l-istess nies ikunu d-dar jilagħbu bil-playstation ġurnata sħiħa!", "Dan biex ma nsemmix il-mużika li tiġi komposta mis-surmastijiet u l-eluf ta' artisti u mużiċisti bravissimi li ħarġu mill-każini tal-banda tagħna, u li wħud minnhom qegħdin fl-orkestra nazzjonali, jagħmlu ġieħ lil pajjiżna.", "Il-banda ġġib il-familji flimkien, inkluż in-nanniet, ix-xjuħ u ż-żgħażagħ.", "Din hija xi ħaġa inkredibbli u sabiħa li rridu nipproteġuha.", "Kif nistgħu noqogħdu ċassi u naraw 20 każin bil-mannara fuq rashom mingħajr ma nagħmlu xejn?", "Irridu nagħtu soluzzjoni li tkun in line mal-liġi Ewropea tad-Drittijiet tal-Bneidem u in line mar-regoli li rridu nirrispettaw.", "Aħna qegħdin nipproponu li, l-ewwel nett, nerġgħu ndaħħlu miżura minuri li diġà se ssolvi parti kbira mill-problema.", "Hawn qed nirreferi għal numru ta' soċjetajiet li għandhom kawża biex jitkeċċew 'il barra, mhux għax il-kera hija baxxa, imma għax pereżempju, fetħu xi arkata, iddeċidew li għandhom żewġt ikmamar u riedu jagħmluhom f'waħda, jew forsi jkunu xtraw xi biċċa art jew garaxx ħdejn il-każin u riedu jniffduha mal-każin.", "Kif nafu, kulħadd jipprova jkabbar u jsebbaħ mill-aħjar li jista'.", "Hawn każini li qegħdin jirriskjaw li jispiċċaw barra mill-proprjetà għax għamlu dan ix-xogħol fejn irranġaw xi kmamar mingħajr il-permess tas-sid.", "Perżempju, nista' nsemmi l-każ tal-każin De Paule f'Raħal Ġdid.", "Dawn ma spiċċawx barra għax il-kera hija baxxa, kif kien hawn min qal, għax dan m'għandu x'jaqsam xejn.", "Is-sentenza mogħtija mill-Qorti hi li jekk ma nagħmlu xejn, f'Settembru li ġej, dan il-każin li ilu mwaqqaf ġenerazzjonijiet jispiċċa barra, għax kien hemm bidla fl-intern mingħajr il-permess tas-sid.", "Issa hawn, aħna qed ngħidu li se nerġgħu nirxoxtaw prinċipju li kien magħna diġà.", "Hawn ta' min ngħid li meta jkun hemm xi ħaġa bħal din, kulħadd jibda ġej bil-pariri!", "Dak huwa s-sabiħ tal-poplu Malti, fejn ninsew il-kuluri u nipprovaw ngħinu!", "Fill-fatt, avviċinawni avukati anzjani li kont ilni ma narahom ħafna, biex jagħtuni ċerti pariri.", "L-avukati anzjani kollha qaluli li kienet parti mill-ġurisprudenza tagħna li meta tagħmel alterazzjoni strutturali, minflok titkeċċa mill-kirja, jiġifieri tiġi tterminata l-kirja, tiddepożita garanzija li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jkun hemm biex il-proprjetà terġa' tiġi lura għall-istatus quo ante.", "Jidher li qabel hekk kienu jagħmlu!", "Issa għal xi raġuni, il-ġurisprudenza evolviet b'mod differenti u qed nerġgħu ndaħħluha.", "Qed nagħmlu xi ħaġa li tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem?", "Qed ngħidu li jekk tirranġa l-istruttura, il-Qorti minflok ma tkeċċik, iġġiegħlek tiddepożita ammont ta' flus li jagħmel tajjeb biex terġa' ġġib il-fond lura għall-istatus quo ante f'każ li l-kera tispiċċa.", "B'din il-klawsola diġà solvejna 40% tal-problema.", "Issa fadal is-60% tal-problema, li tirrigwarda soċjetajiet mużikali li qed iħallsu kera baxxa.", "Nerġa' ngħid, hawn raħal kbir f'Malta fejn iż-żewġ soċjetajiet qed jirriskjaw li jispiċċaw barra - allaħares qatt jiġri dan - minħabba li l-kera hijia baxxa.", "Mela diġà spjegajt il-każ fejn ikun hemm alterazzjonijiet strutturali, u issa se nitkellem dwar każijiet fejn il-kera tiġi dikjarata li hija baxxa żżejjed.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi se noħolqu safety net li meta xejn ma jaħdem, jiġifieri meta l-liġi ma tipprovdix garanziji, jew meta l-Qorti tordna li jitkeċċew il-każini għax il-kera hija baxxa, ikun hemm din il-protezzjoni.", "Kif għedt, tkellimt ma' ħafna avukati u mhux qed nara raġuni oħra għalfejn għaqda tal-banda tista' titkeċċa jekk mhux dawn it-tnejn.", "Mela jekk il-Qorti tiddeċiedi li l-kera hija baxxa, soċjetà mużikali taqa' f'din is-safety net li qed noħolqu b'din il-liġi, biex is-soċjetà, minflok ma tibqa' nieżla fil-preċipizju, taqa' fuq saqqu.", "Dan is-saqqu jipprovdi li tinħoloq kera ġdida bis-saħħa tal-liġi li tagħti d-dritt lil dawn is-soċjetajiet li jibqgħu jokkupaw il-fond, però jħallsu aktar kera.", "Dan għaliex, kif għedna fil-bidu, il-Qorti Ewropea tgħidlek li tista' timponi kera kontrollata basta jkun hemm skop pubbliku u l-valur ikun wieħed li, kemm jista' jkun, ikun viċin tal-valur tal-proprjetà.", "Hawnhekk irrid ngħid li aħna ħadna pariri tekniċi u anke l-Avukat Ġenerali ħa pariri b'saħħithom fir-rigward ta' din il-liġi.", "Mela, qed ngħidu li l-kera li titħallas mis-soċjetajiet mużikali li jaqgħu fuq dan is-saqqu, trid tkun ogħla.", "Kemm trid tkun ogħla?", "Mhux inqas minn €5,000 fis-sena, iżda ma taqbiżx il-1% tal-valur tal-post.", "L-ewwel eżerċizzju li jsir huwa li naqbdu l-kera u nimmultiplikawha b'10, jekk tkun inqas minn €5,000, din tiżdied għall-€5,000, u jekk tkun aktar minn 1%, tiġi ridotta għal 1%.", "Mela l-1% tal-valur tal-proprjetà huwa l-aktar u €5,000 huwa l-inqas.", "Dan ifisser li min illum qed iħallas €500 kera fis-sena, issa se jiġi jħallas minimu ta' €5,000 fis-sena u massimu ta' 1% tal-valur tal-proprjetà, li mhijiex ċajta.", "Min qed jgħid li dan huwa serq legalizzat, ma jafx x'inhu jgħid!", "Serq legalizzat meta s-sid se jieħu massimu ta' 1% tal-valur tal-proprjetà, meta qabel kien jieħu ħafna inqas!", "Permezz ta' din il-liġi, aħna qed nipprovaw noħolqu bilanċ.", "Lis-sid se nagħtuh ukoll id-dritt li jikkontesta l-kondizzjonijiet tal-kera u l-Bord qed jingħata d-dritt li jirrimedja kull sitwazzjoni ta' sproporzjonalità manifesta, però l-Bord irid jieħu inkonsiderazzjoni l-funzjonijiet soċjali u kulturali tal-każin, jiġifieri l-Bord ma jistax ikun robot u jaqbad u jgħolli l-kera.", "Aħna qegħdin ngħidu li permezz ta' din il-liġi, qabel ma xi ħadd jitlaq jiġri, hemm din is-safety net li se tipproteġi lis-soċjetajiet mużikali li jagħtu għajnuna soċjali kbira lis-soċjetà tagħna.", "Fil-fatt, aħna ddefenixxejna li soċjetà trid tkun ilha stabbilita mill-inqas 50 sena – jiġifieri min se jivvinta każin illum, mhux se jibbenefika minn din il-liġi – u ilha tuża l-fond għal numru ta' ġenerazzjonijiet sħaħ.", "Fl-Abbozz ta' Liġi, jidhirli li l-perjodu huwa ta' 50 sena.", "Issa meta niġu għall-istadju ta' Kumitat, nistgħu nagħmlu dan il-perjodu għal 40 jew 60 sena, jew il-€5,000 nagħmluha €10,000.", "Jien ninsab miftuħ għal dan it-tip ta' diskussjonijiet.", "L-importanti hu li jiġi rispettat il-prinċipju li nipproteġu lis-soċjetajiet mużikali u lis-sid li se jirċievi kirja ogħla u mhux jibqa' kollox kif inhu s'issa.", "Ladarba l-każini se jaqgħu f'din is-safety net, is-soċjetà qed tagħti kumpens xieraq ta' kirja ogħla lil dawn is-sidien.", "B'kollox, qed nikkalkula li qed nitkellmu fuq massimu ta' 20 proprjetà li se jiġu milquta minn din il-liġi.", "Permezz ta' din il-liġi qed insalvaw 20 soċjetà mużikali biex dawn ikunu jistgħu jkomplu jwettqu x-xogħol tagħhom.", "Se jkun hemm min jattakka dan l-Abbozz ta' Liġi?", "Ċertament li se jkun hemm min jagħmel kawżi kostituzzjonali.", "Imma għax hemm iċ-ċans li xi ħadd jagħmel kawża kostituzzjonali, allura ma nagħmlu xejn u nibqgħu niċċassaw?", "Qed nipprova ma nkunx politiku, imma se jkolli ngħaddi kumment.", "Rajt post fuq Facebook fejn intqal li meta l-każin tad-De Paul spiċċa barra, kien hemm min qal li Owen Bonnici ma għamel xejn!", "Il-kawża nfetħet fl-1998!", "Bejn l-1998 u l-bidu tal-2013, kien hemm Gvern Nazzjonalista!", "Jekk irridu noqogħdu nitkellmu politikament, jien nixxala nagħmel dan, però mhux se nagħmel hekk!", "Qed ngħid li issa li l-biża' li s-soċjetajiet mużikali jispiċċaw barra saret reali, irridu naġixxu, kif għandna l-obbligu li nagħmlu!", "Aħna se nagħmlu dak kollu li huwa fil-poter tagħna - b'rispett għad-drittijiet ta' kulħadd - biex insalvaw dawn is-soċjetajiet mużikali Maltin u ma nħalluhomx jisfaxxaw!", "Jekk tieħu s-sede tal-każin, tkun qed tieħu l-egħżeż u l-aktar ħaġa importanti li għandha soċjetà mużikali.", "Sur President, biex nirrikapitola rrid ngħid li dan huwa wieħed mill-Abbozzi ta' Liġi l-aktar importanti li tressqu quddiem dan il-Parlament matul din is-sena.", "L-għan tiegħu hu li jgħin, jintervjeni u jipproteġi sezzjoni żgħira tal-poplu Malti li tgħix fi proprjetajiet abbażi ta' titolu li twieled b'liġi tal-1979, u sezzjoni żgħira ħafna tas-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin li qegħdin f'post b'kera u għandhom ix-xabla mdendla fuq rashom li jispiċċaw barra!", "Bħalma għidt, aħna Gvern li rridu ngħinu lil min qiegħed fil-bżonn.", "Aħna rridu ngħinu lil dawn iż-żewġ sezzjonijiet żgħar tal-poplu li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Nappella biex mhux biss aħna bħala Gvern, imma anke l-Oppożizzjoni, tivvota favur dan l-Abbozz.", "Inkun aktar kuntent jekk nispiċċaw dan id-dibattitu fejn noħorġu magħqudin favur il-bżonn li ngħinu lil min illum qed jgħix bil-biża' li se jispiċċa barra mid-dar li trabba fiha u fejn għandu l-isbaħ memorji ta' ħajtu.", "Dan meta l-inkwilin m'għandux tort, għax il-liġi tal-1979 m'għamilhiex hu u hu qed jirrispetta l-liġi.", "Bl-istess mod, aħna għandna l-obbligu li ngħinu lis-soċjetajiet mużikali Maltin billi nagħmlu dak kollu possibbli ħalli dawn is-soċjetajiet ikomplu jiffjorixxu u jimxu 'l quddiem.", "Sur President, fil-mument li tgħaddi din il-liġi, il-Gvern mhuwiex se jaħsel idejh milli jkompli jgħin ulterjorment.", "Bħalma ilna ngħinu lis-soċjetajiet mużikali anke permezz ta' skemi, jien dispost li nkompli ngħin lis-soċjetajiet mużikali li se jkollhom isofru kera ogħla.", "1% tal-valur tal-proprjetà mhijiex ċajta!", "Jekk ikollok proprjetà li tiswa €2 miljun, 1% ta' €2 miljun huwa ammont kbir.", "Għalhekk, bħala Gvern, irridu nkomplu ngħinu.", "Bl-istess mod, bħala Gvern, irridu ngħinu lil dik is-sezzjoni żgħira ħafna tal-poplu li kif tidħol din il-liġi, il-kera fuq id-dar tagħhom se tisplodilhom għal 2% tal-valur tal-proprjetà.", "Anke hemmhekk irridu npoġġu bilqiegħda u naraw kif se ngħinu b'għajnuniet ad hoc.", "M'għandix dubju li sħabi se jkunu qed iħabbru skemi biex ngħinu lil dawn il-pensjonanti li jridu jiġu mwieżna.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lil kulħadd tal-ġentilezza u nawgura li jkollna dibattitu kordjali, pożittiv u li jgħaqqad lil dan il-Parlament favur din il-liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, illum quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li jittratta kwestjoni taħraq u sensittiva, li pajjiżna kemm-il darba jiżloq fiha, u li dwarha l-Qrati Maltin, fosthom il-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, kemm-il darba sabet lil pajjiżna ħati ta' vjolazzjoni tad-dritt għat-tgawdija tal-proprjetà.", "F'dan il-pajjiż, fost wieħed mill-ftit, għandna eċċezzjoni għad-dritt tal-ħajja u dan biex inkomplu nippermettu l-klassifikazzjoni ta' omiċidju skużat jekk iseħħ biex tiddefendi l-proprjetà tiegħek għax xi ħadd jipprova jidħollok fil-proprjetà matul il-ħin tal-lejl.", "Tant huma importanti l-proprjetà u l-konċett li inti tkun sid ta' dik il-proprjetà, u tant huma mnaqqxa fil-kultura tagħna, li saħansitra wasalna biex nirrikonoxxu dawn iċ-ċirkostanzi bħala skużabbli u bħala mhux sindikabbli taħt l-artikolu 2, jiġifieri bħala omiċidju ġustifikat.", "Ftit jiem ilu, dan il-Parlament kien qed jiddiskuti l-estimi tal-awtorità responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u diversi membri tkellmu dwar is-sens ta' entitlement li għandhom ħafna nies fil-konfront tal-Gvern, meta jippretendu li l-Gvern għandu jagħtihom appartament.", "Dak is-sens ta' entitlement ma jinsabx biss fil-konfront tal-Gvern għall-akkomodazzjoni soċjali iżda, sfortunatament, jinsab ukoll fil-konfront ta' sidien ta' proprjetajjiet li snin ilu, huma jew l-antenati tagħhom, kien fettlilhom jagħtu dik il-proprjetà lil terzi b'kera jew b'ċens, enfitewsi, li l-liġi kkonvertiet f'kera.", "Ħafna drabi dan is-sens ta' entitlement idejjaq lis-sidien tal-prorpjetà u fl-istess ħin jippreġudika l-pożizzjoni ta' ħafna inkwilini, li verament għandhom bżonn u jixirqilhom il-protezzjoni ta' dan il-Parlament.", "Qed ngħid dan għax nafu li hemm inkwilini li għandhom proprjetajiet oħra tagħhom, hemm inkwilini li għandhom introjtu tajjeb u assi sostanzjali, imma mbagħad, min-naħa l-oħra, għandna inkwilini li verament m'għandhomx biex jixtru l-proprjetà tagħhom jew ma jistgħux jaffordjaw li jħallsu dik il-kera li tiġi kkalkulata skont il-valur tal-post fis-suq kummerċjali.", "Dan il-Parlament għandu jkun ċar dwar x'qed jagħmel illum permezz ta' din il-liġi kif proposta mill-Ministru Owen Bonnici.", "Aħna lil min irridu nagħtu l-protezzjoni biex jibqa' jkollu saqaf fuq rasu?", "Lil dawk il-koppji anzjani li bl-ispejjeż tal-mediċini, viżti fir-rigward saħħa u spejjeż oħrajn relatati ma' anzjanità, ma sservihomx il-pensjoni biex ikopru l-kera miżjuda jew m'għandhomx assi fuq xiex jaqgħu u għal xiex iduru?", "Lil dawk in-nisa li qatt ma kellhom indipendenza ekonomika u li forsi qegħdin bil-kura u l-kustodja tat-tfal tagħhom u li jgħixu fuq il-manteniment jew is-social services?", "Dawn huma kollha każijiet soċjali li dan il-Parlament għandu jirrikonoxxi u għandu jagħmel ħiltu biex jassigura li l-persuni li jinsabu f'dawn il-każijiet ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu b'dinjità fir-residenza fejn draw jgħixu.", "Biss, dan il-Parlament m'għandu bl-ebda mod jagħti protezzjoni li tkompli żżid is-sens ta' entitlement tal-inkwilin fil-konfront tas-sidien.", "Għalhekk, kwalunkwe liġi li tipproponi aktar protezzjoni għall-inkwilin trid tkun waħda li tassigura li ma tippremjax lil dawk li ma ħaqqhomx din il-protezzjoni.", "Il-Qrati tagħna raw każijiet fejn inkwilini kellhom introjtu ġmielu, fejn saħansitra kienu anke akkwistaw proprjetà fl-istess triq tad-dar li kienu qed igawdu taħt titlu ta' kera, u baqgħu jinsistu li jżommu dik id-dar.", "F'dawn il-każijiet, il-Qrati raw l-intransiġenza tal-inkwilini u d-drittijiet preklużi minnhom minħabba kif inhi l-liġi llum.", "Dawn kienu każijiet fejn il-Qrati, fosthom il-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienu ċari fl-analiżi tagħhom.", "F'din il-liġi m'għandniex nirredikolaw dik l-analizi, u lanqas ma għandna nċekknu s-serjetà tal-preġudizzju li s-sidien tal-proprjetà ilhom ibatu għal snin twal.", "Min-naħa l-oħra, lanqas ma għandna nċekknu l-ħtieġa soċjali ta' wħud mill-inkwilini.", "Dan il-Parlament għandu s-setgħa li jirregola l-ftehimiet ta' kera bejn sidien u inkwilini.", "Dan il-Parlament għandu s-setgħa li jindaħal fir-relazzjoni legali bejn is-sid u l-inkwilin, iżda la dan il-Gvern u l-ebda Gvern ma jgawdi din is-setgħa b'xi mod bla limitu.", "Kont naħseb li dan il-pajjiż wasal biex jifhem darba għal dejjem li l-piż soċjali għall-akkomodazzjoni m'għandux jinġarr mis-sidien tal-proprjetà, iżda mill-Gvern!", "Kont naħseb li f'ekonomija daqshekk tajba, fejn il-Gvern dejjem jgħid li kulħadd qiegħed igawdi, ma jkollniex bżonn nixħtu aktar piżijiet fuq is-sidien privati ta' proprjetajiet!", "Kont naħseb li ladarba dan il-Gvern jiftaħar bid-dħul tiegħu, kien ikun hu li jġorr il-piż ta' dawk li ma jistgħux iġorru l-piż ta' kera bbażata fuq il-valur, jew almenu viċin il-valur, tas-suq, u mhux inkomplu nixħtu l-piż fuq is-sidien, li huma individwi privati!", "Il-Qrati kemm-il darba qalu li dan il-Parlament għandu s-setgħa li jilleġiżla b'tali mod li jindaħal fir-relazzjoni legali u privata bejn is-sid u l-inkwilin, iżda dawk l-istess Qrati kemm-il darba qalu wkoll li dan il-Parlament għadu ma sabx il-formula t-tajba.", "Dan il-Gvern, fl-Abbozz ta' Liġi li qiegħed jipproponi u jippreżenta quddiemna llum, mhuwiex qiegħed iressaq il-formula t-tajba, li ma tgħabbix lis-sid bil-piż sproporzjonat, filwaqt li tippermetti lill-inkwilin jibqa' jkollu saqaf fuq rasu billi l-Istat jidħol għalih fejn dan ma jistax jilħaq dak il-kumpens ta' kera li huwa proporzjat u xieraq.", "Hawnhekk, il-Gvern qiegħed joħloq grupp ta' sidien speċjali, fis-sens negattiv tal-kelma, għaliex se jkunu dawn is-sidien li ma jistgħux igawdu mill-ġid ekonomiku li dan il-Gvern dejjem jgħid li qed joħloq.", "Filwaqt li s-sid ta' proprjetà ġdida jista' jieħu l-frott tal-proprjetà f'ammont ta' kera fis-suq, dak is-sid li hu u l-antenati tiegħu ilhom snin ma jaraw dħul mill-proprjetà tagħhom ħlief għal xi kont biex jirranġaw is-saqaf ta' dik il-proprjetà, issa, dan il-Gvern qiegħed ukoll jeskludihom milli jgawdu mill-kirjiet tas-suq!", "Dan huwa fejn is-soċjetà Maltija għandha ħafna paradossi!", "Għandna proposta mill-Gvern fejn, mingħajr ma sar studju bir-reqqa dwar kemm għandna familji li qed jokkupaw dar b'kera wara ċens enfitewsi, mingħajr ma sar studju ta' x'inhu l-valur kummerċjali ta' dawk il-proprjetajiet u mingħajr ma sar studju ta' min huma l-inkwilini u min huma s-sidien, il-Gvern qiegħed jaqta' linja waħda għal kulħadd l-istess, meta mhux kull sid, kull inkwilin u kull proprjetà qegħdin fl-istess ċirkostanzi!", "Il-Gvern, ġustament, għaraf li hemm diffikultajiet għaliex hemm numru ta' inkwilini li qed jokkupaw djar u jħallsu kera miżera għal proprjetà li ġġib ħafna aktar minn dik il-kera kieku kellha tinkera b'mod liberu fis-suq!", "Forsi nkun aktar preċiża jekk ngħid li l-Gvern issa wasallu l-messaġġ li fejn sid jitħallas kirja li lanqas biss tibda tmiss mal-valur tal-proprjetà, hemmhekk ikun hemm ċirkostanzi li jistgħu jammontaw għal vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali!", "Dan huwa messaġġ li l-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ilhom jibagħtu lil din il-Kamra, bi tqegħid anke tas-sentenzi tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Bħala Partit Nazzjonalista, konna diġà fhimna dan il-messaġġ, tant li fl-aħħar leġiżlatura tagħna kienu diġà tressqu emendi sabiex nassiguraw bilanċ aħjar bejn is-sidien ta' dawn il-proprjetajiet u l-inkwilin li jkun qiegħed jirrisjedi f'dawk id-djar.", "Propjru għaliex l-Oppożizzjoni ilha li fehmet dan il-messaġġ, din in-naħa tal-Kamra hija favur li jkun hemm ħidma leġiżlattiva fil-konfront ta' kirjiet li huma diġà protetti.", "Iżda filwaqt li l-Oppożizzjoni taqbel mal-għan, mhux neċessarjament taqbel li l-miżuri li qiegħed jipproponi l-Ministru Owen Bonnici huma miżuri li jixirqu lil dan il-Parlament.", "Ejja niftakru li fl-aħħar mill-aħħar, il-ħidma ta' dan il-Parlament hija sottomessa għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem!", "Għalhekk, filwaqt li l-Oppożizzjoni taqbel mal-għan ta' dawn l-emendi dwar il-ħtieġa ta' intervent leġiżlattiv fil-konfront ta' kirjiet li jiġu fis-seħħ sussegwenti għal ċens enfitewsi, ma taqbilx għalkollox mal-miżuri u l-mezzi li l-Gvern qed jissuġġerixxi.", "Aħna rridu li l-piż ma jintefax b'mod sħiħ fuq is-sidien, imma rridu li kull każ jiġi determinat skont iċ-ċirkostanzi kollha tiegħu, pereżempju, skont il-valur ta' dik il-proprjetà, skont il-piż soġġettiv tas-sid, skont il-ħtieġa tal-inkwilin, u anke skont dik ir-responsabbiltà li huwa fid-dmir li jerfa' l-Gvern u mhux is-sid privat.", "Għalhekk huwa interessanti kif se jkun hemm means testing tal-inkwilin, iżda hija ferm inqas interessanti fejn il-Gvern qabad u ddeċieda li kull sid mhuwiex se jirċievi aktar minn 2% tal-valur ta' dik il-proprjetà fis-suq.", "Skont il-Gvern, kull proprjetà, irrispettivament jekk hijiex palazz, dar bl-arja tagħha, appartament jew maisonette u irrispettivament jekk tinsabx f'żona mfittxija jew le, dawn kollha tqiegħdu f'borma waħda, u l-Gvern iddeċieda li jiffissa kera li ma tkunx aktar minn 2% tal-valur tas-suq ta' dik il-proprjetà.", "Biex nagħti eżempju ċar, li kieku jkollok proprjetà b'valur fuq is-suq ta' €200,000, il-kera massima fix-xahar se tkun ta' €333, jew aħjar ta' €4,000 fis-sena.", "Hawnhekk, qed nassumu li dak huwa l-valur ta' kull proprjetà li tinsab b'kera protetta, imma nafu wkoll li dak il-valur ta' €200,000 żgur li mhuwiex wieħed realistiku għal ħafna minn dawn il-proprjetajiet!", "Kull perit jgħidlek li l-valur tal-kirja jvarja skont il-proprjetà, id-daqs tagħha, il-post fejn tinsab u kemm għandha kmamar, fost ħafna kriterji oħrajn.", "Kull perit jgħidlek li ma tistax taqbad u tgħid li l-valur tal-kera ġust għal dik il-proprjetà huwa 2% tal-valur tagħha!", "Nistaqsi: Nistgħu aħna f'dan il-Parlament niddeċiedu liema hi l-kera ġusta għal kull proprjetà?", "Naħseb li anke l-Gvern mhuwiex daqshekk konvint minn dan il-metodu li qed iqiegħed lil kull dar u lil kull sid f'qoffa waħda!", "Proprju għalhekk li qiegħed jipproponi miżuri oħrajn fejn is-sid jista' jitlob bdil fil-kera, speċjalment meta jkun hemm bdil materjali fiċ-ċirkostanzi.", "Però, filwaqt li qiegħda nirrikonoxxi dan, xorta ninsab imħassba dwar kemm dan il-mezz li qiegħed jissuġġerixxi l-Gvern biex nistabbilixxu l-kera u nħallu lis-sidien jibqgħu jġorru dan il-piż għal aktar snin jista' jkun kostituzzjonalment validu.", "Huwa interessanti kif dan il-Gvern m'għandux ideat ġodda u innovattivi fejn għandna inkwilini li ilhom jirrisjedu fil-fond bil-kera.", "Pereżmpju, ma ssibx inċentivi biex dawk il-proprjetajiet jiġu akkwistati bi prezz ferm viċin dak tas-suq.", "Lanqas ma ssib inċentivi ta' kif l-inkwilin jew is-sid jista' jżomm lil dik il-proprjetà fi stat tajjeb mingħajr ma jkollu jdaħħal idu fil-but u joħroġ il-flus li qatt ma jkun daħħal minn dik il-kirja.", "Huwa wkoll interessanti kif il-Gvern ma jidhirx li se jidħol b'xi mod għal dawn iċ-ċirkostanzi fejn l-inkwilin ma jiflaħx iħallas il-kera, ħalli jiġi assigurat li s-sid ikun qed jieħu l-kera ġusta.", "Interessanti wkoll kif il-Gvern ta aktar proċeduri lis-sidien biex ikunu jistgħu jmorru quddiem il-Bord tal-Kera, iżda ma tahomx neċessarjament il-miżura ġusta li tagħtihom il-kera raġonevoli.", "Hija wkoll kurjuża kif il-Gvern qiegħed jipproponi li d-dritt akkwistat mis-sid permezz ta' sentenza tal-Qorti – hawnhekk x'aktarx qegħdin nitkellmu fuq sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali – jiġi mċaħħad.", "Hawn qed nirreferi b'mod preċiż għall-paragrafu 11 tal-artikolu 3 tal-Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Ministru Owen Bonnici.", "Dan il-Gvern qiegħed jgħid li meta sid ikun għamel sforz u ġġieled għad-drittijiet tiegħu u l-Qorti tkun tatu raġun u qaltlu li bħala sid ilu jsofri inġustizzja u ilu żmien ma jgawdix il-benefiċċji tal-proprjetà tiegħu u għalhekk tiddikjara bħala skaduta dik il-kirja jew dak iċ-ċens enfitewsi, is-sid ma jistax isarraf id-dritt mogħti lilu mill-Qorti.", "Dan ifisser li dawk is-sidien kollha li ngħataw dritt mill-Qorti u li mingħalihom li issa l-Qorti se tagħtihom id-dar lura, issa jistgħu jinsew dan!", "Dan għaliex jekk l-inkwilin kien għadu jokkupa d-dar fl-10 ta' April ta' din is-sena bħala residenza ordinarja, dak is-sid ma jistax jipproċedi bl-iżgumbrament tal-okkupant.", "B'hekk, il-Gvern qiegħed jipproponi li jġib deċiżjoni tal-Qorti mingħajr effett.", "Dan il-Gvern li jiftaħar kemm jifhem fir-rule of law u fis-separation of powers qiegħed jagħti l-ben servito lill-Qorti!", "Nerġa' ngħid li minkejja li jien u l-kollegi fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni naqblu mal-għan tal-emendi, ma nistgħux naqblu ma' proposta anti-demokratika li ġġib fix-xejn il-poteri u d-deċiżjonijiet tal-Qrati.", "L-Oppożizzjoni ma tistax taqbel ma' proposta li taħseb li tista' tiġbed it-tapit minn taħt saqajn l-imħallfin.", "Min qatt f'pajjiż demokratiku jilleġiżla biex iġib fix-xejn deċiżjoni tal-Qorti?!", "It-tieni parti ta' dan l-Abbozz hija direttament dwar il-każini tal-banda.", "Dan il-Gvern qiegħed jipproponi lil dan il-Parlament biex nassiguraw li l-każini tal-banda jiġu protetti fl-okkupazzjoni tal-fond li jinsabu fih.", "Qabel ma niddiskuti l-emendi li qegħdin jiġu proposti fir-rigward tal-każini, nixtieq nagħmel ftit punti dwarhom.", "Irrid nagħmilha ċara li għall-Oppożizzjoni, il-każini tal-banda huma parti neċessarja u intimament konnessa mal-kultura Maltija.", "Mhux kulħadd iqatta' ħin fil-każin tal-banda, iżda xorta waħda dawn il-każini huma parti mill-kultura u mil-lifestyle ta' dawk kollha li jgħixu fl-irħula u fl-ibliet Maltin.", "Huma każini integrati fis-soċjetà li tar-raħal jew belt inkwestjoni.", "Huma każini li jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-ħajja tar-raħal fejn jinsabu.", "Huma każini li joffru mezz ta' kif wieħed jgħix il-ħajja tar-raħal u li fihom jinġabru nies ta' etajiet differenti, ħafna drabi mill-istess belt jew raħal, u għalhekk għandhom ukoll funzjoni soċjali li l-Oppożizzjoni tirrikonoxxi u trid tipproteġi.", "Il-każini tal-banda għandhom ukoll rwol kulturali f'pajjiżna; huma marbutin mal-funzjonijiet tal-qaddis tar-raħal u jagħtu kontribut enormi fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tar-raħal.", "Hawn min forsi jgħid li l-festa tiġi għal ġimgħa biss fis-sena!", "Iżda dan mhuwiex minnu, għaliex il-każini tal-banda jipparteċipaw f'din il-kultura tal-festa matul is-sena kollha u jagħmlu dan bil-preparamenti u bl-involviment ta' ħafna nies.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll li f'każin tal-banda ssib it-talent ta' ħafna nies fil-ħidma tal-injam, fit-tpinġija, fl-iskultura u f'ħafna xogħol artistiku ieħor bħal, pereżempju, il-metodi tal-marbling u t-tpinġija fuq il-ħitan, liema metodi qegħdin nitilfuhom mill-patrimonju Malti bl-iżvilupp qawwi ta' djar li jixirqilhom aħjar milli jitwaqqgħu.", "Il-każini tal-banda għandhom ukoll rwol importanti fl-edukazzjoni artistika tat-tfal u taż-żgħżagħ tar-raħal jew il-belt fejn jinsabu.", "Forsi meta nsemmu l-każini, kulħadd jaħseb fit-tagħlim ta' strument mużikali, imma dan huwa wieħed biss mill-metodi li l-każini tal-banda jikkontribwixxu għall-edukazzjoni u l-formazzjoni ta' tfal u żgħażagħ li jmorru jitgħallmu strument mużikali fihom.", "Fil-każini tal-banda għandna ċertament il-formazzjoni ta' talent fil-qasam tal-mużika u għalhekk l-Oppożizzjoni tixtieq tara li dan it-talent ikun protett.", "Dan kollu jagħmel mill-każini tal-banda ħolqa unika u importanti fil-kultura Maltija u fil-patrimonju Malti.", "Għalhekk irrid nirringrazzja mhux biss lill-każini tal-banda u lill-kumitati u lis-soċji tal-każini, iżda wkoll lill-Għaqda Każini tal-Banda tal-ħidma li tagħmel mal-każini kollha, tal-mod kif tgħinhom jimxu 'l quddiem fit-tgawdija tal-attivitajiet kulturali u anke fit-tgawdija u fl-amministrazzjoni tal-każini.", "Għalhekk, l-Oppożizzjoni taqbel li dan il-Parlament għandu jgħin lil dawn il-każini, hekk kif ilna nagħmlu għal tant snin, billi dejjem tajna l-għajnuniet neċessarji lill-każini tal-banda tagħna.", "Żgur li l-Oppożizzjoni se tkompli tappoġġja kwalunkwe miżura li tkompli ssegwi dan il-għan.", "L-Oppożizzjoni trid att leġiżlattiv bil-għan li jgħin lill-każini tal-banda, iżda trid ukoll att leġiżlattiv sod u mhux xi att li mal-ewwel kawża fil-Qorti, jintilef.", "Dan il-Parlament m'għandux ħin x'jaħli f'liġijiet dgħajfin, u l-każini tal-banda m'għandhomx ħin x'jaħlu fejn mingħalihom li jkunu protetti imma, fil-verità, ma jkunu protetti xejn.", "Jiddispjaċini ngħid li meta tiġi hawn u tipproponi liġi li tapplika meta l-Qorti tkun żgumbratek mill-post, tkun qiegħed tiġi hawn biex tidħak bil-Kostituzzjoni u bil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem!", "Nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni trid tara lil kull każin tal-banda jissaħħaħ.", "Irridu naraw li kull każin tal-banda, anke dak il-każin li qatt ma investa biex jakkwista l-proprjetà, jikber u jibqa' jiffunzjona.", "Aħna lesti nisimgħu u niddiskutu kull proposta li l-Gvern lest li jressaq.", "Iżda li tiġi hawn u tgħid lil dan il-Parlament li se niġu naqgħu u nqumu minn, u nagħmlu trietaq, id-deċiżjoniiiet tal-Qrati huwa inaċċettabbli, anke jekk irridu nipproteġ u nagħtu l-assigurazzjonijiet kollha lill-każini tal-banda!", "Il-każini tal-banda ma jridux min jagħtihom mezz li jiddaħħlu l-Qorti.", "Il-kumitati tal-każini tal-banda ma jridux inkwiet fil-Qorti.", "Il-każini tal-banda jridu sigurtà u serħan tal-moħħ biex ikomplu bil-ħidma kulturali, edukattiva u soċjali tagħhom.", "L-istess, is-sidien tal-proprjetà jridu sigurtà u serħan tal-moħħ dwar kif jistgħu jgawdu l-frott tal-proprjetà tagħhom, hekk kif l-istess proprjetà tkun qiegħda titgawda mill-każini.", "Żgur li la s-sidien u lanqas il-kumitati tal-każini ma jridu jaħlu ħinhom u flushom jiġġieldu l-Qorti, iżda huma t-tnejn qegħdin jistennew metodu u miżuri li jistgħu jwassluhom biex it-tnejn li huma jgawdu dan il-fond, sew min għandu dritt u anke min għandu pretenzjoni.", "Meta tiġi hawn u tgħid lis-sidien u lill-każini tal-banda biex imorru l-Qorti u meta jingħataw sentenza ta' żgumbrament hemm il-liġi li tħallihom fil-post, tkun qiegħed toħloq biss aktar konflitti bejn is-sidien u l-kumitati tal-banda.", "Nispera li l-Ministru Owen Bonnici mhuwiex qiegħed jaħseb li għax jagħti lis-sidien sa massimu ta' 1% tal-valur tal-proprjetà, jew għaliex il-kera se tkun tista' ssir għaxar darbiet l-ammont tal-kera oriġinali, allura qiegħed isolvi l-konflitti li diġà nħolqu bejn is-sidien u xi każini.", "Jista' jkun li din il-miżura tagħti nifs żgħir lill-każini, iżda jien irrid nagħti nifs sod, profond u qawwi lill-każini u mhux nifs dgħajjef li wieħed jieħu qabel ma jispiċċa.", "Għalhekk nippretendi li l-Gvern jiġi bi proposti li verament jgħinu lill-każini tal-banda jibqgħu mexjin bil-ħidma tagħhom.", "Nippretendi li l-Gvern jiġi bi proposti fejn ikun il-Gvern stess li jgħin lill-każini jħallsu l-kera dovuta lis-sid.", "Nippretendi li l-Gvern jagħmel inizjattivi ta' kif, anke permezz ta' arbitraġġ, tinstab soluzzjoni bejn is-sid u l-każin.", "Nippretendi wkoll li l-Gvern jagħti inċentivi biex il-każini jkunu jistgħu jakkwistaw il-proprjetà li qegħdin igawdu.", "Nimbarazza ruħi u nistħi mill-każini tal-banda meta nara li l-miżura li dan il-Gvern qiegħed jissuġġerixxi tiġi fis-seħħ wara li l-każin tal-banda jkun ġie żgumbrat mill-Qorti!", "Il-Gvern irid jgħin lill-każini tal-banda qabel ma jiġu żgumbrati u mhux wara!", "Nimbarazza ruħi wkoll b'din il-proposta ma' dawk il-każini li ħadmu biex ikunu s-sidien tal-proprjetà li l-każin tagħhom jokkupa, għaliex dawn ladarba kienu bilgħaqal u akkwistaw il-proprjetà, ħafna drabi b'sagrifiċċji finanzjarji, għandhom jingħataw ir-rikonoxximent mistħoqq.", "Qabel nikkonkludi, kemm fil-każ tal-inkwilini tad-djar ta' abitazzjoni kif ukoll fil-każ tal-każini tal-banda, naqbel mal-għan propost ta' din il-liġi, jiġifieri naqbel li għandu jkun hemm xi forma ta' intervent leġiżlattiv biex nassiguraw li familji u każini ma jispiċċawx barra fit-triq, iżda rrid li dan l-għan jintlaħaq b'mod ġust, li jagħti lill-inkwilini u lill-każini tal-banda serħan tal-moħħ, sigurtà u rispett lejn id-drittijiet tagħhom.", "Għalhekk, qiegħda nistenna li l-Gvern, fl-istadju ta' Kumitat iressaq proposti ta' miżuri li jkunu proporzjonati u raġonevoli biex nilħqu dan l-iskop u jissalvagwardaw il-prinċipji tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni Ewropea.", "Hekk kif pajjiżi oħrajn sabu miżuri bħal dawn, nemmen li anke dan il-Gvern jista' jsib dawn il-proposti.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru Owen Bonnici semma li tista' tingħata l-kera sal-massimu ta' 1% tal-valur; hawnhekk irridu ngħidu li l-liġi mhux neċessarjament tagħti l-kera ta' 1% tal-valur fil-każ tal-każini tal-banda, imma sa massimu ta' 1%.", "Però hawn irridu niftakru li hemm sentenzi tal-Qrati, anke tal-Qorti Ewropea, fosthom sentenza antika ta' James and Others v United Kingdom, li jindikaw b'mod ċar li ma jistax ikun hemm daqshekk varjazzjoni bejn il-valur reali ta' dik il-proprjetà fis-suq u l-ammont li jiġi ffissat minn kwalunkwe Parlament.", "Għalhekk, jekk verament qegħdin naqblu, kif jidher li huwa l-każ, kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni rridu naraw li nagħtu protezzjoni lill-inkwilini li għandhom bżonn din il-protezzjoni biex jibqgħu jgawdu d-dar ta' residenza li ħafna drabi ilhom joqogħdu fiha u hija l-unika dar ta' residenza li huma jafu.", "Irridu wkoll naraw li l-każini tal-banda jibqgħu jgawdu dak il-fond li ilhom żmien jaħdmu u jiffunzjonaw minnu.", "Però dawn iridu jkunu proposti li ma jġibux la lill-inkwilin u lanqas lill-każin tal-banda fi problemi ġudizzjarji oħrajn.", "Il-Ministru Owen Bonnici nesa jsemmi li dan l-Abbozz, b'mod dirett, f'subklawsola 11 ta' klawsola 3, jgħid li d-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każijiet kollha fejn enfitewsi jew kirja tkun skadiet minħabba deċiżjoni tal-Qorti.", "Hawn il-liġi qed tgħid li meta l-Qorti ssibek in default u tiddeċidi li hemm vjolazzjoni ta' drittijiet fundamentali, dan il-Parlament se jgħid lill-Qorti li se jkun qed jindirizza s-sitwazzjoni hu!", "B'daqshekk!", "Anke jekk il-Qorti ordnat li jkun hemm żgumbrament bħala rimedju effettiv, il-Parlament se jinjora din id-deċiżjoni tal-Qorti u jgħid lill-inkwilin li se jibqa' fil-fond.", "Huwa minnu li l-kera mhux se tibqa' dik li kienet titħallas qabel dik is-sentenza, però huwa inaċċettabbli għalija li nkun Membru ta' Parlament f'pajjiż demokratiku u jkolli liġi li tagħmilli referenza diretta għal sentenza mogħtija tal-Qorti fejn, b'mod ovvju u ċar, tgħidli li l-effett ta' dik is-sentenza ma jistax jiġi fis-seħħ.", "Mela għalfejn immorru quddiem il-Qrati jekk imbagħad jiġi l-Gvern u jgħidli li s-sentenza mogħtija mill-Qorti mhijiex effettiva?!", "L-istess għamel il-Gvern, anke b'mod aktar sfaċċat, fir-rigward tal-każini tal-banda.", "Klawsola 4 ta' dan l-Abbozz tgħid li d-dispożizzjonijiet ta' dan is-subartikolu japplikaw meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu kollha sodisfatti.", "Waħda minn dawk il-kondizzjonijiet hi l-iżgumbrament tal-każin tal-banda jkun ordnat minn sentenza finali mogħtija mill-Bord tal-Kera jew minn xi Qorti, għal raġuni li ma tkunx in-nuqqas ta' ħlas ta' kera dovuta.", "Dan huwa mod ċar kif il-Gvern qiegħed jgħid li s-sentenza mogħtija mill-Qorti ma tistax tiġi effettiva.", "Fil-verità, m'iniex mistgħaġba b'dan, għax kemm fil-leġiżlatura preċedenti kif ukoll f'din il-leġiżlatura kemm-il darba kellna ċirkostanzi fejn il-Gvern ma tantx wera rispett lejn is-sentenzi tal-Qrati!", "Imma mhux aċċettabbli li l-Gvern jiġi hawnhekk u jqiegħed lill-każini tal-banda f'xifer l-irdum li diġà qegħdin fih u jagħmlilhom ċint żgħir biex forsi jżommhom għal ftit, imma xorta jibqa' jesponihom għal xi deċiżjonijiet oħrajn li mhux biss jistgħu jkunu dwar il-validità tal-kirja jew taċ-ċens, imma saħansitra dwar il-validità tal-poter ta' dan il-Parlament.", "Nerġa' ngħid li dan il-Parlament se jkun qed jgħid lill-Qorti li hi ordnat l-iżgumbrament u waqqfet il-kirja, imma hu, bħala leġiżlatur, qiegħed iġib dik is-sentenza fix-xejn.", "Dan huwa l-inkwiet tiegħi bħala Membru tal-Oppożizzjoni fir-rigward ta' dan l-Abbozz.", "Naqbel perfettament mal-Ministru Owen Bonnici li l-inkwilini u l-każini tal-banda jixirqilhom il-protezzjoni, jekk hemm bżonn, anke permezz ta' Att leġiżlativ.", "Lesta wkoll li niddiskuti kwalunkwe proposta li jressaq il-Gvern, però ma nistax ma nikkummentax u ma niġbidx l-attenzjoni tal-Gvern li b'dan li se jagħmel qed jagħti l-protezzjoni biss wara li l-Qrati jkunu diġà ordnaw l-iżgumbament u ddikjaraw li l-kirja hija skaduta.", "Jekk il-Ministru Owen Bonnici jaħseb li jien qed naqra l-liġi b'mod żbaljat, żgur li se jerġa' jkollu ċ-ċans biex ifehemna aħjar.", "Diversi avukati diġà tkellmu dwar il-problema li se toħloq din il-liġi, u għalhekk ma jistax ikun li kulħadd qed jifhem ħażin.", "Nagħlaq billi nassigura kemm lill-inkwilini tad-djar ta' abitazzjoni kif ukoll lill-każini tal-banda li jien ninsab warajhom, għax irrid li jkollhom il-protezzjoni leġiżlattiva li tixirqilhom.", "Biss, din trid tkun protezzjoni vera, u mhux protezzjoni li tibqa' tesponihom għal aktar sentenzi tal-Qrati, anke jekk forsi sentenzi b'argumenti jew b'konklużjonijiet fuq artikli differenti.", "Naqbel mal-għan ta' dan l-Abbozz, imma rrid li l-miżuri jkunu kostituzzjonalment validi u li ma jħallu l-ebda ombra ta' dubju fuq il-validità ta' dawn l-emendi.", "Forsi għalhekk ikolli ntenni li wasal iż-żmien li dan il-Parlament ikollu l-Kumitat Parlamentari tiegħu sabiex ikun jista' jissindika l-abbozzi li jiġu mressqa mill-Gvern għad-diskussjoni quddiem dan il-Parlament, b'mod li jara jekk jaqblux mal-Kostituzzjoni tagħna kif ukoll mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Forsi b'dan il-mod ċerti proposti żbaljati li qed nara f'dan l-Abbozz ma jaslux f'dan l-istadju u minflok ikollna proposti li jagħtu l-protezzjoni li qegħdin naqblu fuqha.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ministru Owen Bonnici, infakkrek li trid tindika liema ordni tal-Kamra qed tikkontesta.", "Il-Ministru Owen Bonnici, bil-permess tal-Kamra.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nixtieq inkun naf jekk l-Oppożizzjoni hux se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, meta niġu għall-vot, tkun taf il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni.", "Però naħseb li l-Onor.", "Comodini Cachia kienet ċara fid-diskors tagħha.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, meta dan il-Parlament ifassal u jgħaddi l-liġijiet, dejjem ikun influwenzat minn dak li jkun għaddej f'dak il-mument fil-pajjiż.", "Meta wieħed jara l-liġijiet fl-isfond storiku tagħhom, isib li kważi dejjem huma mera tal-esiġenzi u l-ħteġijiet li jkunu għaddejjin fil-pajjiż.", "Jekk wieħed imur lura għal-liġi tal-1979, Kap. 158, li se nkunu qegħdin nemendawha permezz ta' dan l-Abbozz, wieħed jirrealizza li l-Gvern ta' dakinhar kien ħass il-ħtieġa li jagħmel intervent minħabba realtà li ħafna familji kienu jiffaċċjaw li kieku ma saritx dik il-liġi bi skop soċjali.", "Naħseb li tajjeb ngħidu li dan li qegħdin nemendaw permezz ta' dan l-Abbozz jirrelata għal sitwazzjoni fejn it-tradizzjoni kienet li ċerti proprjetajiet, minflok ma kienu jingħataw b'kera, kienu jingħataw b'ċens, bil-konsegwenza li meta jagħlaq iċ-ċens, l-inkwilin kien jispiċċa mingħajr l-ebda protezzjoni u jkollu jrodd il-proprjetà lura.", "Meta daħlet il-liġi tal-1979 kienet tħares lejn dawn iċ-ċnus f'żewġ proporzjonijiet, ċens li kien taħt it-30 sena u ċens li kien 'il fuq minn 30 sena.", "Dak iż-żmien, il-Parlament kien approva liġi li kienet tgħid li jekk inti ċittadin ta' Malta u dik il-proprjetà tużaha bħala r-residenza ordinarja tiegħek, jekk il-proprjetà ngħatat b'ċens ta' taħt it-30 sena, wara l-għeluq tiegħu dak iċ-ċens kien jiġi konvertit f'kirja.", "F'każ ta' ċens li kien jeċċedi t-30 sena, dan iċ-ċens temporanju kien jiġi kkonvertit f'ċens perpetwu.", "Tajjeb ngħidu wkoll li fir-rigward tad-dibattitu f'pajjiżna dwar il-liġijiet tal-kera, għaddew ħafna snin qabel ma dan il-Parlament għamel għażliet biex ibiddel il-liġijiet tal-kera.", "Naħseb li fi storja twila ta' liġijiet li daħħlu kontrolli severissimi u li huma aktar favur l-inkwilin milli favur is-sid, kellha tasal is-sena 1995 meta permezz ta' Abbozz ta' Liġi kien ġie deċiż li dawk il-kirjiet u ċ-ċnus kollha temporanji li jidħlu fis-seħħ wara l-1 ta' Ġunju 1995 ma jibqgħux aktar regolati bil-liġijiet li għaddew tul is-snin, fosthom Kap. 59 li jirregola t-tiġdid tal-kiri, Kap. 158, u anke din is-sitwazzjoni li qegħdin inħarsu mill-ġdid lejha llum.", "Kif diġà għedt, dan il-Parlament iħares lejn l-iżviluppi importanti li jkunu għaddejjin fis-soċjetà u anke fil-mod kif il-liġijiet ikunu qed jiġu interpretati.", "Fil-fehma tiegħi, wieħed irid iħares lejn il-proprjetajiet li kienu ngħataw b'ċens u mbagħad ġew konvertiti f'kera u li dwarhom qed nitkellmu llum, fid-dawl tad-diversi sentenzi tal-Qrati li ddiskutew b'mod ċar l-applikabilità tal-liġi vis-à-vis id-drittijiet fundamentali tas-sidien.", "Fil-fatt, hemm diversi sentenzi li wieħed jista' jsemmi li jitkellmu bl-aktar mod ċar dwar dawn il-każijiet.", "Meta kienu qegħdin jinfetħu l-kawżi mis-sidien fil-konfront tal-inkwilini fuq bażi kostituzzjonali, fis-sentenzi beda jingħad li fir-rigward ta' dik il-kirja li l-inkiwlini kienu akkwistaw abbażi tal-liġi li għaddiet fl-1979, il-liġi m'għadhiex torbot, bil-konsegwnza li l-inkwilini jispiċċaw mingħajr ebda titolu.", "Dan ifisser li ġaladarba l-Qorti Kostituzzjonali tiddikjara li dik il-liġi m'għadhiex tagħti l-protezzjoni li kienet tagħti qabel, is-sid jista' faċilment jiftaħ kawża ta' żgumbrament bil-konsegwenza li min ikun qiegħed f'dak il-fond, jispiċċa jiġi żgumbrat 'il barra.", "Tajjeb ngħidu wkoll li ħafna min-nies li llum jgħixu fi proprjetajiet li ngħataw b'kuntratti ta' ċens li jmorru lura saħansitra qabel is-sena 1979 huma affettwati b'din ir-realtà u pożizzjoni legali li twieldet kawża tal-mod kif il-Qrati Kostituzzjonali tagħna kif ukoll il-Qorti ta' Strasburgu interpretaw il-każijiet u waslu għad-deċiżjonijiet tagħhom.", "Ejja niftakru li jekk ma nindirizzawx din is-sitwazzjoni, għandna numru ta' nies, li ħafna minnhom huma anzjani, li jistgħu jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom jekk ma tinbidilx is-sitwazzjoni.", "Huwa għalhekk li dan il-Gvern qed jieħu dawn il-miżuri u qed iressaq dawn l-emendi biex nissalvagwardjaw is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies.", "Jien segwejt id-diskors tal-Onor.", "L-ewwel nett tajjeb ngħidu li f'din il-mixja ta' snin mill-1979 'il hawn, fejn din il-liġi bdiet taħt Gvern Laburista, kompliet taħt Gvern Nazzjonalista għal 25 sena u mill-ġdid taħt Gvern Laburista, minkejja s-sentenzi li ilhom li bdew jagħtu s-sinjali li hemm bżonn tittieħed azzjoni b'qalb soċjali biex inħarsu d-drittijiet tal-inkwilini, kien Gvern Laburista li ddeċieda li jindirizza din is-sitwazzjoni.", "Aktar minn hekk, din il-liġi mhijiex qiegħda tħares biss lejn l-aspett soċjali u tara kif tissalvagwardja l-pożizzjoni ta' dawn l-inkwilini, imma tmur oltre minn hekk.", "Mill-insenjament li tawna l-Qrati permezz tas-sentenzi tagħhom, wieħed mill-punti kien jirreferi għall-fatt li l-mod kif kienet miktuba l-liġi fl-1979 kien antikostituzzjonali għax ma jilħaqx bilanċ b'mod proporzjonali bejn id-drittijiet tas-sid u d-drittijiet tal-inkwilin fil-kumpens tal-kera li jirċievi s-sid.", "Kien ilu ħafna jkun hemm min jiġbed l-attenzjoni li hemm bżonn tittieħed azzjoni dwar dan il-punt.", "Għalhekk, kif semma tajjeb il-Ministru, wara d-diskussjonijiet li kellna, il-Ministru, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis u jien, flimkien mal-Avukat Ġenerali, bdejna naraw aktar il-ħtieġa impellenti li mmexxu 'l quddiem din l-emenda.", "Fil-fatt, ħabbilna ftit rasna u rajna l-parametri li tawna s-sentenzi li bażikament huma tnejn, aċċess għall-Qrati u proporzjonalità vis-à-vis il-kumpens li jirċievi s-sid.", "Minn hemm ġiet imfassla din l-emenda fil-liġi li, fil-fehma tiegħi, qed tagħmel pass kbir 'il quddiem u twieġeb għal dak li l-Qrati kienu ilhom jgħidulna vis-à-vis il-liġi tal-1979.", "L-isfortuna hija li llum kien hawn min qed jgħidilna li din il-liġi mhix tajba, però fl-istess ħin m'għamel ebda kontraproposta u ma ressaq l-ebda soluzzjoni alternattiva ħlief, jekk fhimt sew lill-Onor.", "Comodini Cachia, li kkritikat il-fatt li l-kirjiet mhumiex qed jogħlew biżżejjed!", "Naħseb tajjeb li l-Oppożizzjoni tkun ċara dwar x'inhi l-pożizzjoni tagħha f'dan ir-rigward.", "Naħseb li tajjeb wieħed ikompli jsegwi kif se jiżvolġi dan id-dibattitu.", "Kif għedt, segwejt b'attenzjoni biex nifhem jekk hemmx xi proposti oħrajn kif nistgħu ntejbu dan l-Abbozz.", "Kif dejjem ngħidu, aħna m'aħniex suppervi!", "Din hija proposta li ġiet imfassla wara diskussjoni intensiva li saret wara li ħarisna lejn kif ingħataw is-sentenzi tal-Qrati u lejn il-prinċipji li ggwidawna għal dan l-Abbozz.", "Ovvjament, wieħed jista' dejjem ikompli jirfina, però hemm punti li huma kardinali.", "Pereżempju, meta ġie deċiż il-valur ta' 2%, naħseb li hija indikazzjoni tajba fil-mod kif din il-liġi qed tiddefinixxi kif togħla l-kera.", "Fil-fatt, hemm mekkaniżmu li se nitkellem dwaru aktar 'il quddiem.", "Aħna ridna naraw li ma nitfgħux piż żejjed fuq l-inkwilin, kif forsi qed tipproponi l-Onor.", "Tajjeb ngħidu li din il-liġi qed tbiddel fattur ieħor.", "Fejn qabel jekk kont tkun ċittadin Malti u qed tuża l-fond bħala r-residenza tiegħek, il-liġi kienet qed tagħtik ex lege dritt ta' kera, hawnhekk il-liġi qed tgħid xi ħaġa differenti.", "Din il-liġi qed tagħti aċċess lis-sidien biex isir proċess fejn jiġi evalwat jekk min qed jokkupa l-fond f'dik iċ-ċirkostanza għandux ikompli jokkupah jew le, permezz tat-test tal-mezzi.", "Tajjeb li nsemmu li t-test tal-mezzi ddaħħal f'emendi importanti oħrajn li għamel dan il-Parlament fl-2009, fejn għall-ewwel darba wara ħafna snin sar pass 'il quddiem biex liġijiet li jirregolaw ċerti kirjiet jiġu mibdula sabiex jinħoloq bilanċ aħjar bejn id-drittijiet tal-inkwilin u tas-sid.", "Dak l-istess mekkaniżmu qed jiġi introdott f'din il-liġi bil-konsegwenza li issa s-sidien għandhom kwestjoni oħra li jistgħu jħarsu lejha.", "Dan għaliex min għandu l-mezzi m'għandux jingħata l-protezzjoni li kienet qed tagħtih il-liġi tal-1979.", "Biss, min ma jgħaddix minn dak it-test, hemm pass ieħor li jidħol fis-seħħ.", "Dan kollu jkompli jirriafferma kemm din hija liġi soċjali, għax il-Gvern ma qabadx u qal li l-kirjiet kollha jogħlew għal 2% tal-valur tal-proprjetà.", "Naħseb li kieku għamilna hekk ma konniex inkunu qegħdin immexxu l-affarijiet b'qalb soċjali.", "Għall-kuntrarju, il-Gvern qal li ladarba se jkun hemm it-test tal-mezzi, jekk persuna tgħaddi minn dan it-test tal-mezzi, jiskatta mekkaniżmu ieħor biex naraw iċ-ċirkostanzi tal-inkwilin.", "Dan isir fil-massimu li qed tipprospetta l-liġi biex tiġi stabbilita l-kera.", "Irridu ngħidu wkoll li f'dawn il-proċeduri tidħol ukoll l-Awtorità tad-Djar.", "Fil-fatt il-liġi tgħid:", "\"L-Awtorità tad-Djar għandha tiġi notifikata bir-rikors u għandu jkollha dritt li tipparteċipa bis-sħiħ bħala amicus curiae fil-proċedimenti.\".", "Dan għaliex b'qalb soċjali, aħna qegħdin ngħidu li jekk inti tgħaddi mit-test tal-mezzi, il-Bord se jara kif isib liema tkun il-kirja ġusta vis-à-vis il-kondizzjoni finanzjarja tiegħek li ma teċċedix it-2% tal-valur tal-proprjetà.", "Fil-każ li inti ma tiflaħx għal dik il-kirja li se tiġi imposta fuqek mill-Bord, l-Awtorità tad-Djar se tkun qed tagħti sussidju.", "Dan sabiex inkomplu nsibu l-bilanċ bejn is-sid u l-inkwilin.", "Aħna nifhmu li mill-aspett soċjali għandu jkun hemm l-intervent tal-Istat li jkompli jagħmel tajjeb għal ċerti sitwazzjonijiet.", "Tajjeb ngħidu li din il-liġi qed tressaq 'il quddiem dawn l-emendi wara li kien hemm ħafna opportunitajiet biex isiru dawn l-emendi, imma għal xi raġuni jew oħra qatt ma saru!", "Illum qegħdin inħarsu lejn dan il-mekkaniżmu mill-aktar importanti biex insibu bilanċ bejn is-sidien u l-inkwilini, filwaqt li nieħdu ħsieb li ma jitwildux aktar kirjiet ta' din ix-xorta.", "Ladarba l-Qrati ġibdulna l-attenzjoni f'tant sentenzi dwar dawn il-kirjiet, ma nistgħux nibqgħu nagħlqu għajnejna mingħajr ma nindirizzaw dawn ir-realtajiet li dan il-Parlament, għal tant snin, għażel li ma jiġux indirizzati.", "Qabel nagħlaq, nixtieq insemmi żewġ punti dwar ir-realtajiet tal-każini tal-banda.", "Tajjeb ngħid li nifhem li l-emenda li qed titressaq 'il quddiem qed tipprospetta mod differenti kif japplikaw il-liġijiet tal-kera, ġaladarba kellek kirjiet ta' qabel l-1995 fir-rigward ta' binjiet li qed jintużaw bħala każini.", "Segwejt b'attenzjoni d-diskors tal-Onor.", "Comodini Cachia, imma mill-ġdid, ma nafx eżattament x'inhi l-pożizzjoni tagħha f'dan ir-rigward.", "Għalhekk nifhem għalfejn qabel ma bdejt l-intervent tiegħi, il-Ministru Bonnici staqsa x'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar din l-emenda u jekk humiex se jivvotaw favur tagħha jew le.", "Dan għaliex filwaqt li l-Onor.", "Comodini Cachia għamlet diversi osservazzjonijiet, jiddispjaċini ngħid li ma għamlet l-ebda kontroproposta kif nistgħu ntejbu dawn l-emendi.", "Mill-kritika tal-Onor.", "Comodini Cachia jidher li mhux qiegħda taqbel ma' dawn l-emendi.", "Però aħna rridu nagħtu soluzzjoni lill-każini tal-baned.", "Filwaqt li l-Onor.", "Comodini Cachia għamlet il-kritika tagħha, ma smajna l-ebda proposta kif nistgħu ntejbu dak li qed jiġi propost mill-Gvern!", "Il-Gvern qed iressaq 'il quddiem dan l-Abbozz ta' Liġi għaliex jemmen li l-każini tal-baned jixirqilhom protezzjoni ulterjuri minħabba ir-rwol soċjali u kulturali li għandhom fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li fl-emendi tal-2009 konna ħarisna lejn il-każini tal-baned b'mod differenti milli kif kienu qabel!", "Fl-1956, Gvern Laburista kien għamel bidla fundamentali biex il-każini ddaħħlu fid-definizzjoni ta' ħanut, bil-konsegwenza li ngħataw protezzjoni bħal ħwienet oħrajn.", "Dan għaliex sa dakinhar il-każini tal-baned ma kellhomx protezzjoni u kienu jispiċċaw barra!", "Niftakar li din il-bidla kienet immexxija minn Dr Ġużè Cassar.", "Bħala punt ta' storja, tajjeb li nirrakontaw li dak iż-żmien kien hemm kawża ta' żgumbrament fil-konfront tal-każin tal-Karmnu taż-Żurrieq.", "Għalhekk kienet saret emenda biex daħlet il-protezzjoni, bil-konsegwenza li l-każin tal-Karmnu baqa' għaddej bil-ħidma tiegħu.", "Fl-2009, imbagħad, ma bqajniex inħarsu lejn il-każini tal-baned bħala ħanut daqs il-ħwienet l-oħrajn, minħabba wkoll emendi oħrajn li saru fuq it-terminazzjoni tal-protezzjoni.", "Fil-fatt bdejna nħarsu lejn il-każini b'mod differenti biex ikollhom aktar protezzjoni, għax emminna fil-ħidma tal-każini.", "Mill-ġdid, minħabba r-realtajiet li rajna matul is-snin, il-Gvern iddeċieda li jressaq 'il quddiem din l-emenda biex inkomplu nsaħħu l-protezzjoni tal-każini, filwaqt li qed tingħata wkoll protezzjoni biex jiġu rrispettati d-drittijiet tas-sidien abbażi tal-garanzija li qiegħda tiġi introdotta permezz ta' dawn l-emendi.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa maħsub b'idea ċara biex nagħtu aktar valur lill-ħtiġijiet soċjali ta' pajjiżna.", "Meta qed niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi, irridu nħarsu wkoll lejn l-istorja.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jagħti protezzjoni, iżda fl-istess ħin qed iħares ukoll lejn id-drittijiet tas-sidien.", "Minkejja d-diffikultajiet li hemm biex nilħqu ċerti bilanċi, b'mod kurraġġuż u determinat dan il-Gvern qed iħares lejn l-isfidi, imma mhux joqgħod lura milli jaġixxi biex nagħtu protezzjoni lill-familji li bbenefikaw tul is-snin mil-liġijiet tal-1979, waqt li nħarsu d-drittijiet tas-sidien bit-tibdil li qed isir b'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-istess qed nagħmlu fir-rigward tal-każini tal-baned, fejn qed noffrulhom aktar protezzjoni kif jixirqilhom minħabba ir-rwol soċjali u kulturali li jaqdu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, personalment, din hija okkażjoni importanti ħafna għalija, meta qed nara li l-Gvern qed jindirizza issue li tirrigwarda l-Kap 158 tal-Liġijiet ta' Malta li jgħid li ċ-ċnus li kienu jeċċedu t-30 sena kienu jiġu ċens perpetwu, waqt li dawk iċ-ċnus ta' taħt it-30 sena kienu jiġu kera.", "Bħala pajjiż, aħna marbutin b'konvenzjonijiet li huma parti mil-Liġi tagħna, u mhux biss it-trattati internazzjonali.", "Fil-Liġi tagħna hemm stipulat li rridu nipproteġu il-jedd għal proprjetà privata.", "Għalhekk jien flimkien mal-Onor.", "Zrinzo Azzopardi ħdimna fuq dawn l-emendi wara li tkellimna mal-Prim Ministru, li mill-ewwel qalilna biex nitkellmu mal-Ministru Owen Bonnici ħalli nagħtu soluzzjoni konkreta għal dawn iċ-ċnus tal-1979.", "Nibda billi ngħid li mill-lenti politika, ma naqbel xejn mal-mod kif tkellmet l-Onor.", "Comodini Cachia li qaltilna li tissimpatizza mal-anzjani li huma milquta biċ-ċnus tal-1979, imma qaltilna wkoll li din il-liġi mhijiex tajba għax se tiġi attakkata mill-Qorti Kostituzzjonali.", "Min bħali jaħdem b'dan is-settur u jiffaċċja n-nies, jaf tajjeb li ħafna minn dawk milquta huma pensjonanti, li m'għandhomx il-potenzjal li jħallsu aktar kera.", "Hawnhekk qegħdin fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż fejn irridu niftakru li aħna leġiżlaturi u mhux imħallfin jew ġudikanti!", "Aħna għandna obbligu li ngħinu lin-nies vulnerabbli!", "Il-vulnerabbli f'din il-liġi huma dawk il-pensjonanti li qed jisimgħuna u jinsabu inkwetati, tant li qed imorru għand l-avukati, għax jafu li l-kirja tagħhom ġiet dikjarat kontra l-Kostituzzjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.", "Ħafna jgħidulek li se jitfgħuhom 'il barra fi xjuħijthom!", "Għalhekk il-leġiżlatur irid isib bilanċ!", "Bir-rispett kollu lejn l-Onor.", "Comodini Cachia, huwa faċilissimu li jien naqbad kull Abbozz ta' Liġi li jiġi ppreżentat f'dan il-Parlament u bħala avukat nibda' nsemmi liema partijiet jista' jkunu anti-kostituzzjonali!", "Imma aħna qegħdin hawn biex nagħtu s-soluzzjonijiet u mhux biex nikkritikaw biss!", "Huwa faċilissimu li tikkritika, imma bħala deputati ta' din il-Kamra rridu nieħdu d-deċiżjonijiet, anke dawk diffiċli.", "Din in-naħa tal-Kamra qed tieħu d-deċiżjonijiet favur il-pensjonanti li qed jintlaqtu mil-Liġi tal-1979 u qed ngħidulhom li l-kera se togħla, għax m'għandniex triq oħra, minħabba l-patafjun ta' sentenzi li ngħataw mill-Qrati, però qed ngħidulhom ukoll li se noffrulhom protezzjoni!", "Sur President, jien ġibt miegħi status report fuq Malta maħruġ mid-Department for the Execution of Judgements of the European Court of Human Rights, datat 20 ta' Mejju 2015 fejn, fost l-oħrajn, isemmi l-każ ta' Chigo kontra Malta, il-każ ta' Amato Gauci, il-każ ta' Saliba u l-każ ta' Zammit u Cassar.", "Dawn huma kawżi fejn bħala pajjiż ingħatajna suġġerimenti.", "Sa minn qabel l-2015, il-Kunsill tal-Ewropa kien diġà qed jgħidilna li għandna din il-problema fil-Liġi tagħna, għax m'hemmx bilanċ bejn l-aspett soċjali, li rridu nħarsu, u min għandu l-proprjetà, li rridu niżguraw li jkollu a fair deal and return fuq il-proprjetà.", "Kif nafu, iċ-ċirkostanzi jinbidlu, però wara kollox jien m'iniex fil-Kamra tad-Deputati biex naqbeż għas-sidien biss, li huwa ġust li jieħdu l-parti tagħhom.", "Jien qiegħed hawn bħala leġiżlatur li għandi l-obbligu li ngħin lill-vulnerabbli!", "Għalkemm m'għandniex statistika ta' dawk li se jintlaqtu minn dan l-Abbozz ta' Liġi, nafu li huma ħafna nies li għandhom kirjiet li ġejjin miċ-ċnus temporanji tal-1979.", "L-Onor.", "Comodini Cachia kważi qaltilna li l-kera mhijiex se togħla biżżejjed għax is-sid ħaqqu aktar!", "Mela aħna qegħdin hawn biex naqbżu għas-sidien!", "Is-sid jieħu sehmu, però aħna rridu nagħtu protezzjoni u soluzzjoni lil dik l-anzjana li hija milquta minn din is-sitwazzjoni.", "Dan huwa l-għan għalfejn aħna qegħdin fil-gvern!", "L-istess l-Oppożizzjoni, li għandha l-obbligu li mhux tikkritika biss imma toffri wkoll is-soluzzjonijiet.", "Huwa tajjeb li l-Oppożizzjoni, bħal nies oħrajn li mhumiex parti mill-Gvern, jixprunaw lill-Gvern biex l-affarijiet isiru dejjem aħjar.", "Però ma tistax tiġi hawn qisek l-imħallef tal-kuruna, iddur il-liġi u toqgħod tgħid liema parti tal-liġi se tikser il-liġi.", "Lil dik il-mara li tiġi l-uffiċċju jew li mmorru għandha waqt il-home visits, li tgħidilna li bil-liġi tal-1979 ġiet iddikjarata li mhijiex konformi mal-Kostituzzjoni u se jitfgħuha 'l barra, irridu nagħtuha soluzzjoni u mhux sempliċement nikkwotawlha s-sentenzi tal-Qorti Ewropea!", "Jien nirrispetta lill-Qrati, li għandhom rwol importanti fil-pajjiż u jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Nafu li għandna ġudikanti tajbin ġejjin minn kull affiljazzjoni politika, li jien ħdimt magħhom.", "Però hawn qegħdin biex ngħaddu l-liġijiet li joffru soluzzjoni fejn ikun hemm bżonn!", "L-Onor.", "Comodini Cachia qaltilna li tissimpatizza mal-każini tal-baned, għax għandha simpatija kbira ma' kulħadd, però qalet ukoll li l-Abbozz ta' Liġi mhux tajjeb!", "Fl-istess ħin ma qed tipproponi xejn ġdid!", "Lill-każini tal-baned li jaqdu rwol u funzjoni soċjali anke mat-tfal tagħna billi joffru lezzjonijiet tal-mużika b'xejn jew bi ftit flus u jżommu lit-tfal 'il bogħod mill-vizzji, qed tgħidlhom li tissimpatizza magħhom, però m'għandhiex soluzzjoni!", "Kważi kważi l-Onor.", "Comodini Cachia qed tagħtihom is-sentenzi hi wkoll!", "Naħseb li jieħdu ħafna pjaċir biha jekk tibda tagħmel dawn is-sessjonijiet fil-kumitati tagħhom!", "Nerġa' ngħid li bħala leġiżlaturi aħna għandna l-obbligu li nħarsu lil dawk li huma vulnerabbli!", "Din il-liġi hija landmark!", "Nirringrazzja lill-Ministru Bonnici li semagħna fir-rigward tat-tħassib li kien hemm, speċjalment dwar il-Liġi tal-1979.", "Insemmi wkoll li l-Onor.", "Robert Abela ta daqqa t'id bil-kompetenza tiegħu wkoll, għax ilu jaħdem ħafna f'dan il-qasam.", "Flimkien mal-Ministru Bonnici ħriġna b'dan l-Abbozz ta' Liġi li mhuwiex perfett, però jagħti soluzzjoni u solljiev lin-nies!", "Fl-istess ħin, din il-liġi tipprova tibbilanċja u twieżen lis-sid li għandu jkollu a fair return fuq il-proprjetà tiegħu.", "Din il-liġi hija konformi ma' dan l-istatus report li għamilt referenza għalih u li nista' nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan ir-rapport qed jgħidilna x'kienu d-difetti fil-liġi tagħna.", "Pereżempju jsemmi, fost l-oħrajn, in-nuqqas ta' proporzjonalità li qed nindirizzawha permezz ta' dawn l-emendi.", "Huwa minnu li l-kera se togħla, però fl-ambitu ta' kollox, l-għażla hi li jew titlef darek jew li togħlielek il-kera?", "Jien kieku nagħżel li togħlieli l-kera!", "Din il-liġi saret f'dan l-ambitu!", "Mhu veru xejn li din il-liġi saret affront tal-Qrati!", "Din il-liġi hija fil-parametri ta' dak li qed jgħidu l-Qrati tagħna.", "L-ebda liġi mhi perfetta, però qed nagħtu soluzzjoni għal dawn il-każijiet.", "Nixtieq inkun naf x'inhija l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni!", "Forsi, li ma tagħtix soluzzjoni lil dawn il-pensjonanti li huma milquta bil-Liġi tal-1979?", "Nafu x'qed ngħidu hawn?", "L-Onor.", "Comodini Cachia għamlet madwar 50 minuta titkellem, imma l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni mhijiex waħda ċara!", "Dan juri l-istat konfuż tal-Oppożizzjoni!", "Forsi l-Oppożizzjoni huma kontra l-emendi dwar il-Liġi tal-1979?", "Forsi jridu jħallu sitwazzjoni fejn il-każini tal-baned jiġu żgumbrati?", "Jekk dan huwa l-każ, l-Oppożizzjoni għandha tagħmel il-pożizzjoni tagħha ċara!", "Il-Qrati jitħallew jagħmlu x-xogħol tagħhom, imma aħna d-deputati fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż irridu nagħmlu l-liġijiet li joffru s-soluzzjonijiet!", "Ma nistgħux niġu hawn u nitkellmu bħall-imħallfin!", "Aħna nitkellmu bħan-nies u għan-nies, speċjalment dawk li huma vulnerabbli!", "Kieku ridna nsiru mħallfin, konna nibqgħu avukati u nsiru ġudikanti, imma bħala leġiżlaturi, qegħdin hawn biex naqbżu għan-nies!", "Nerġa' ngħid li dawk milquta mill-Liġi tal-1979, fil-maġġoranza tagħhom huma kollha nies anzjani.", "Dak iż-żmien li ħadu l-fond forsi kellhom 25 sena u llum, 30 sena wara, għandhom bejn 55 u 60 sena.", "Dawn in-nies m'għandhomx il-potenzjal li jżidu d-dħul tagħhom u għalhekk irridu ngħinuhom!", "X'għamlet din il-liġi b'mod bil-għaqal?", "Din il-liġi wieżnet u għolliet il-kera, għax f'ċerti ċirkostanzi kellek kera li hija redikola u s-sid ħaqqu dħul ġust mill-proprjetà tiegħu.", "Kif nafu, illum il-proprjetà splodiet, anke jekk mhux neċessarjament li se tibqa' hekk!", "Is-sentenzi li semmejt ta' Amato Gauci, Zammit, Cassar u Saliba kollha huma favur dħul ġust għas-sid.", "Fl-4 ta' Ġunju 2018, inqatgħet ukoll sentenza fuq kirja kummerċjali mill-Imħallef Zammit McKeon, li ġiet appellata lbieraħ mill-Avukat Ġenerali u għalhekk irrid noqgħod attent kif nitkellem dwarha.", "Però l-Qorti qed tgħid li ma jistax ikollok fond kummerċjali li jista' jġib kirja ta' €100,000, imma l-kirja hija inqas minn €1,000, għax dak mhuwiex a fair return!", "Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ewropea tgħidlek ukoll li l-Gvern għandu l-obbligu li jaħseb fl-aspett soċjali.", "Dawk li huma milquta mil-liġi tal-1979 u li llum għandhom inċertezza legali, għandhom bżonn l-għajnuna.", "Sa erbat ijiem ilu, dawn in-nies bdew jirċievu kawżi kostituzzjonali u jinformawhom li se jkunu żgumbrati.", "X'se ngħidu lil dawn in-nies?", "Morru ikru bi €800 fix-xahar!", "Żgur li le!", "Din il-liġi qed tagħti soluzzjoni!", "Għalhekk kont nistenna li, l-ewwel nett, l-Oppożizzjoni tiddikjara jekk hijiex favur jew kontra din il-liġi, kif għandha kull dritt li tkun kontra, però mbagħad kont nistenna li tiġi bil-proposti u mhux toqgħod tgħid li din il-liġi tista' tkun antikostituzzjonali, qisha l-imħallef tal-kuruna!", "Din hija l-attitudni li qed nieħdu f'dan il-Parlament?", "Li naqbżu għas-sidien u mhux għan-nies vulnerabbli?", "Dawn xi prinċipji huma?", "Irrid insemmi wkoll dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi li xtaqtu li jitkellem f'dan id-dibattitu.", "L-Onor.", "Azzopardi kien qalilna li hawn omertà istituzzjonali, u akkuża lill-Ministru Owen Bonnici over tenants facing eviction.", "Hawn qed nikkwota dak li qal l-Onor.", "Azzopardi, hekk kif kien irrappurtat f'ġurnal fis-7 ta' Marzu 2018.", "Jien inħobb nitkellem bil-fatti, biex ħadd ma jipprova jmerini fuq il-fatti!", "Jason Azzopardi ngħidlu li hu kien parti mill-Gvern fil-leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013 fejn ingħataw ħafna sentenzi f'dan ir-rigward.", "Se nikkwota sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, li hija l-ewwel waħda li ddikjarat li l-Liġi tal-1979 li kienet tgħid li fejn hemm ċens ta' 30 sena u aktar isir perpetwu, tmur kontra l-ewwel artiklu tal-ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni.", "Hawn qed insemmi s-sentenza Josephine Bugeja kontra l-Avukat Ġenerali et, li nqatgħet fis-7 ta' Diċembru 2009, jiġifieri taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Minn hemm 'il quddiem, kien hemm diversi sentenzi oħrajn li qalu l-istess ħaġa.", "Insemmi, fost l-oħrajn, il-kawża tal-Provinċjal tal-Franġiskani kontra Mary Bugeja.", "Dan kien landmark judgement li elenka is-sentenzi tal-Qorti Ewropea.", "Nistaqsi: X'għamel l-Onor.", "Azzopardi meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern u hu kellu r-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Artijiet biex jagħti soluzzjoni?", "Kif jafu ħafna mill-membri f'din l-Kamra li kienu fil-gvern, hu ferm differenti li tikkritika milli tiddeċiedi u tieħu deċiżjoni.", "Fl-2009, Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn biex isolvi din il-problema tal-Liġi tal-1979!", "F'termini ta' futbol, ladarba dalwaqt se nassistu għall-World Cup, Gvern Nazzjonalista xxuttja l-ballun 'l bogħod bit-tama li ma jerġax jiġi lura għandu!", "Il-problema hemm kienet, imma Gvern Nazzjonalista m'għarafx jindirizzaha.", "Il-liġi kienet qed tgħid li ċ-ċens perpetwu jista' jinfeda.", "Mhux se nkun tekniku fuq dan is-suġġett li naħdem fih kuljum, biex jifhimni kull min qed jismagħna.", "Jien kont parti mit-team ta' nies li ħdimna fuq ir-riforma li fl-2009 kien għamel l-eks Ministru John Dalli.", "Niftakar li dakinhar, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat kien appuntani biex inkun f'dik il-Kummissjoni fejn konna ndunajna li kien hemm problema.", "Ejja niftakru li meta qed tifdi ċ-ċens, inti tkun ħadt il-proprjetà lis-sid, jiġifieri s-sid ma baqagħlu xejn!", "Għalhekk, il-Qorti Ewropea qalet, korrettement, li inti tkun spussessajt lis-sid mill-proprjetà tiegħu.", "Kif jista' jkun li fl-2009 Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn dwar din is-sitwazzjoni!", "Nerġa' ngħid li din il-liġi mhijiex perfetta, però qed toffri soluzzjoni billi tipprova tibbilanċja l-interessi tal-vulnerabbli mal-interessi tas-sidien.", "Kif smajna, fl-Abbozz hemm it-test tal-mezzi li testwalment diġà qiegħed fil-Kodiċi Ċivili tagħna.", "Hemm avviż legali li jgħid li min għandu l-flus biex jikri, m'għandux jiġi protett.", "Mela inti għandek tipproteġi lil min għandu kwart ta' miljun il-bank u jista' jikri!", "F'dak il-każ, il-piż m'għandux jintrefa' mis-sid, kif qed jiġi stipulat anke f'dan l-Abbozz.", "Min għandu allokazzjoni tal-Housing u għandu l-mezzi biex jikri, ma nistgħux inżommu lis-sid milli jagħmel użu minn proprjetà li hija tiegħu.", "Hemm ukoll l-applikazzjoni tal-artikolu 1555 A tal-Kodiċi Ċivili tal-Kap 16 tal-Liġijiet ta' Malta li jitkellem fuq in-non uso, jiġifieri jekk il-post m'intix qed tużah, ma tistax iżommu u ma tagħtihx lis-sid.", "Il-Kummissjoni Ewropea tkellmet ċar dwar id dritt tal-proprjetà.", "Naf li s-Sedja qed tifhem x'qed ngħid, għax għamlet żmien taħdem il-Qorti b'mod attiv man-nies.", "Is-sid għandu aċċess għall-Bord li Jirregola l-Kera.", "Jekk hemm xi ħaġa li ma tissodisfax it-test tal-proporzjonalità, is-sid jista' jmur quddiem il-Bord li għandu l-poter li jirrevedi l-kondizzjonijiet tal-kirja.", "Il-Kunsill tal-Ewropa tkellem ċar li ma tistax toħloq sitwazzjoni fejn is-sid jaqta' qalbu mill-proprjetà u ma jkollux rimedju.", "Aħna qed nindirizzaw dan il-punt ukoll.", "Fir-rigward tal-każini tal-banda, l-Onor.", "Comodini Cachia qalet li qed insolvu problema ta' każin wieħed.", "Bħalissa hemm problema fuq 20 każin!", "Hemm żgumbrament f'kawża waħda, però hemm 19 il-każ ieħor pendenti, bir-riżultat li hemm ħafna membri u soċji li huma inkwetati bis-sitwazzjoni.", "X'kienet l-għażla li kellna quddiema?", "Kellna żewġ għażliet, l-għażla tal-Gvern li jagħti soluzzjoni effikaċi bl-isfidi legali kollha li jeżistu jew li noqogħdu niddiskutu l-ħafna affarijiet li jistgħu joffru ċerti sfidi.", "Aħna għażilna li nagħtu rimedju.", "Wara kollox, il-leġiżlatur għandu l-obbligu li jilleġiżla favur in-nies f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u mhux jaġixxi ta' mħallef kif ipprovat tagħmel l-Onor.", "Comodini Cachia mingħajr ma pproponiet l-ebda soluzzjoni.", "Fl-istess ħin, l-Onor.", "Comodini Cachia qaltilna li tissimpatizza mal-każini.", "Nissimpatizza miegħek, imma ma nagħtik l-ebda rimedju, anke jekk għandek żgumbrament imdendel fuq rasek!", "Allaħares pajjiżna jkollu Ministri ta' dan it-tip li ma jiddeċidux!", "Il-Gvern għandu l-obbligu li jieħu d-deċiżjonijiet, kif il-Qrati għandhom l-obbligu li jaġixxu ta' għarbiel meta jagħmlu l-iskrutinju tagħhom.", "Biss, ma nistgħux ma nagħmlu xejn għax nibżgħu nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Bir-rispett kollu, possibbli l-Oppożizzjoni waslet f'dan l-istat?", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li din il-liġi hija deċiżjoni kuraġġuża.", "Nafu li s-settur tal-kirjiet għandu sfidi biex jinżamm il-bilanċ soċjali bejn in-nies vulnerabbli li għandhom bżonn l-għajnuna u s-sidien li għandhom dritt idaħħlu l-flus tal-proprjetà tagħhom.", "Din il-liġi qed tara li dak il-bilanċ jinżamm.", "Fir-rigward tas-settur tal-kera, hemm sfidi oħrajn li se nkunu qed nindirizzawhom aktar 'il quddiem anke permezz ta' White Paper.", "Is-suq tal-kera sar niċċa importanti f'pajjiżna anke mill-aspett ekonomiku.", "Illum għandna industrija tas-servizzi bbażata fuq il-kirjiet.", "Kif nafu, hawn ħafna estate agents u sensara li qed jaħdmu f'din in-niċċa.", "Hawn anke ħaddiema li xtraw it-tieni proprjetà u qegħdin jikruha biex jissupplimentaw il-paga tagħhom bi dħul ieħor.", "Din il-liġi hija parti mill-ħolqa.", "Fadlilna x'nagħmlu, però l-importanti hu li qed niddeċiedu biex nimxu 'l quddiem favur bilanċ soċjali ġust.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi ngħid li mhuwiex ġust li l-Onor.", "Zammit Lewis għażel li jikkwota sentenza waħda mid-diskors ta' 40 minuta li għamlet l-Onor.", "Inserraħ ras l-Onor.", "Zammit Lewis li bħala Oppożizzjoni aħna favur in-nies, favur il-każini u favur il-volontarjat!", "Qabelxejn, irrid nirrikonoxxi l-ġid kbir li jsir mill-każini tal-baned fil-lokalitajiet tagħna, permezz ta' ħin twil ta' volontarjat.", "Jekk naqraw l-annwal tas-sena li joħroġ kull każin, nistgħu nieħdu idea tax-xogħol kbir li jagħmlu l-każini tal-banda.", "Dan l-annwal ikun fih patafjun ta' informazzjoni.", "Apparti li fih taqra l-ħidma kollha li ssir matul is-sena, ikun jinkludi wkoll riċerka li ma ssibha mkien ieħor u li tista' titgħallem ħafna minnha.", "Il-ħidma tal-każini tagħti identità kulturali lill-lokalitajiet, u għalhekk irrid pubblikament nirringrazzjahom tax-xogħol siewi li jagħmlu.", "Waqt li kont qed nagħmel ir-riċerka tiegħi għal dan id-diskors, fittixt ftit fuq il-midja soċjali biex nara kif jaħsibha l-Malti.", "Fil-fatt sibt ideat u ħsibijiet varji.", "Hemm min tassew japprezza l-każini tagħna u hemm ukoll min jgħidlek li dawn dejjem għaddejjin bil-fund-raising u allura ma jistgħux jifhmu kif qatt ma nrexxielhom jixtru l-binja minn fejn joperaw.", "Sibt ukoll min jgħid li f'raħal jew belt m'hemmx għalfejn ikollna żewġ każini – din hija diskutibbli – biex almenu niffokaw fuq problema waħda u mhux tnejn.", "Jien ma naqbel assolutament xejn ma' dawn l-istatements, imma tajjeb li nirriflettu ftit anke dwar fehmiet ta' min jaħsibha differenti minna.", "Fil-fehma tiegħi, kull każin għandu storja kbira warajh.", "Mill-ġdid, nirringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu.", "Sur President, hemm min qiegħed isejjaħ din l-emenda fil-liġi bħala moralment u legalment skorretta, għax l-interess tal-Gvern huwa bħal sajda għall-vopi!", "Ovvjament, flok il-vopi, f'moħħ l-Gvern hemm il-voti!", "Il-Gvern preżenti jrid iħares lejn dak li huwa sewwa u ġust u mhux ikun beżgħan li jista' jitlef xi vot!", "Nafu tajjeb li għal dan il-Gvern qabel kollox tiġi l-esiġenza tal-partit u mhux dik tal-pajjiż!", "Personalment, nemmen li l-każini tal-baned huma importanti u jistħoqqilhom kull għajnuna, b'mod partikolari jekk ma jistgħux jaslu waħedhom biex jaqdu l-funzjoni tagħhom.", "Din id-diskussjoni qamet fid-dawl ta' din l-emenda li qed titressaq mill-Gvern.", "Qed naraw li l-Gvern qed jipprova jillapazza għax inqabad fin-nofs!", "Ovvjament, għall-Gvern huwa importanti li jidher li qed jagħmel minn kollox għall-każini tal-baned tagħna li qegħdin jiffaċċjaw ordni ta' żgumbrament.", "Qed nuża l-kelma \"jillapazza\", għax il-Gvern kien ilu jaf li kien hemm bżonn li tinbidel din il-liġi u għalhekk, minflok ħalla n-nies ibatu, kien imissu sab soluzzjoni minn qabel.", "L-Onor.", "Zammit Lewis staqsa għaliex l-Onor.", "Jason Azzopardi ma tkellimx f'dan id-dibattitu.", "Infakkar lill-membri tal-Gvern li l-Onor.", "Jason Azzopardi għamel diversi interventi f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt, ftit tal-ġimgħat ilu, saħanistra ippreżenta volum ta' sentenzi li bihom tkeċċew familji, inkluż ta' persuni anzjani.", "L-Onor.", "Zammit Lewis semma żewġ sentenzi ta' nies li tkeċċew mid-djar tagħhom li kienu mikrija lilhom.", "F'din ix-xena, għandna Gvern ippanikjat li qed jipprova jintervjeni fil-każijiet fejn il-Qrati tagħna qed jiddeċiedu kontra l-kerrejja u favur is-sid.", "Hawn tidħol l-issue ta' ġustizzja.", "Il-Gvern għandu l-obbligu li jgħin lin-nies u lill-każini mingħajr ma jnaqqas mid-drittijiet tas-sidien li mingħandhom ikunu qegħdin jikru.", "Dan il-bilanċ jeħtieġ li jinstab permezz ta' din il-liġi.", "L-Onor.", "Zammit Lewis qal li din il-liġi mhijiex perfetta sal-aħħar.", "Dażgur li mhijiex perfetta!", "M'għandix dubju li anke l-Ministru Owen Bonnici jaqbel li l-Gvern għandu l-obbligu li jgħin lill-każini tal-baned, imma mhux b'detriment ta' terzi persuni.", "Il-Gvern irid jara li jitħares l-interess tas-sidien.", "Issa huwa l-mument fejn il-Gvern jista' juri bil-provi li hu Gvern li jisma', billi jkun ta' spalla għal min hu zgħir u vulnerabbli.", "Sa ċertu punt, il-kumitati li jmexxu l-każini tagħna huma żgħar.", "Dan il-Gvern ġietu x-xoqqa f'moxtha biex juri li verament lest li jgħin lill-każini biex iwettqu l-funzjoni tagħhom.", "Ejja niftakru li dan il-Gvern dejjem ipproġetta ruħu li huwa taż-żgħir, tal-vulnerabbli, tal-emarġinat, tal-batut, tal-imwarrab u ta' min hu fil-minoranza!", "Jekk il-Gvern verament irid jgħin lill-każini, għandu joħroġ il-flus hu!", "Jekk fl-irħula u l-ibliet tagħna l-każin ma jkunx miftuħ, il-pjazez sbieħ li għandna jkunu bla ħajja, speċjalment fix-xitwa.", "Għalhekk huwa fl-interess tal-Gvern li jserraħ l-imħuħ tad-diriġenti tal-każini f'Malta u f'Għawdex.", "Il-Gvern jeħtieġ li jħares serjament l-interess privat, jiġifieri dak tas-sidien tal-proprjetà li għandhom dritt li jgawdu l-proprjetà tagħhom, imma fl-interess pubbliku jrid iħares ukoll lejn ir-rwol importanti li jaqdu l-każini tal-banda.", "Ejja nżommu f'moħħna li, kif semma l-Onor.", "Zammit Lewis, hemm 20 każin li jinsabu taħt il-mannara.", "Hemm każini li għandhom kawżi l-Qorti minħabba bidliet fl-istruttura mingħajr ma avżaw lis-sid.", "Hemm deċiżjoni fejn il-Qorti rat li ma kienx hemm bilanċ u għaldaqstant ordnat l-iżgumbrament.", "Sur President, din is-sitwazzjoni nħolqot għaliex gvernijiet tal-passat kienu lleġiżlaw biex dak li kien mogħti b'ċens temporanju jiġi konvertit f'kirja favur l-inkwilin.", "B'hekk ġiet evitata sitwazzjoni fejn mijiet u eluf ta' familji jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom ladarba jagħlaq iż-żmien taċ-ċens.", "Madanakollu, inħolqu ħafna sitwazzjonijiet fejn ġew miksura d-drittijiet tas-sidien biex igawdu l-proprjetà tagħhom jew jirċievu l-ħlas xieraq mingħand min ikun qiegħed jagħmel użu mill-proprjetà tagħhom.", "Għalhekk nappella lill-Gvern sabiex ikun ċert minn dak li jkun qiegħed jipproponi permezz ta' dan l-Abbozz.", "Il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni hija ċara!", "Aħna favur iż-żgħir, favur il-każini, favur il-volontarjat u favur dawk il-ħafna Maltin u Għawdxin li wara ġurnata xogħol imorru jagħtu servizz lill-lokalitajiet tagħna.", "Fl-istess ħin, ma rridux li ssir inġustizzja la mas-sidien u wisq anqas mal-inkwilini.", "Bħala osservazzjoni personali tiegħi ngħid li l-Gvern irid jirrispetta ukoll kull deċiżjoni tal-Qorti.", "M'iniex avukat, imma safejn naf jien, fil-Liġi Ċivili, anke jekk il-liġijiet jinbidlu, dawk qodma jibqgħu jorbtu, jiġifieri kuntratt jibqa' jorbot skont il-liġijiet li jkun hemm meta jkun sar.", "Jidhirli li jekk maż-żmien jinbidlu l-liġijiet, dawn il-kuntratti passati jibqgħu validi abbażi ta' liġijiet passati.", "Ovvjament, li kieku dan il-prinċipju kellu jinkiser, ara x'taħwid ikollna fil-liġijiet ċivili!", "Għalhekk irridu nsibu soluzzjoni fid-dawl ta' dawk il-liġijiet eżistenti meta kien sar il-kuntratt.", "Aħna m'aħniex nitkellmu biss fuq kwestjoni ta' bilanċ, imma anke fid-dawl tad-dritt tal-proprjetà.", "Deċiżjoni fil-Qorti m'għandhiex tinbidel biex jittawwal iż-żmien sakemm il-Qorti terġa' tikkonferma d-dritt tas-sidien, għaliex dak ikun abbuż tal-poter.", "L-għan tagħna huwa li bl-ebda mod ma jinkiser id-dritt tal-bniedem, sew jekk inti sid u sew jekk inti l-inkwilin.", "Sur President, se nieqaf hawn u nibqa' in possession.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Deo Debattista biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Emenda tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018 – votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2018 – votazzjoni; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Aġenzija għal Infrastruttura Malta – votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "Skont ftehim milħuq, il-votazzjonijiet li jidhru fuq l-aġenda se jittieħdu fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO GRIXTI: Sur President, f'dan l-Aġġornament nixtieq nitkellem ftit dwar xi problemi li jiffaċċjaw xi kostitwenti tat-Tielet Distrett.", "Nibda billi ngħid li jien għażilt li nidħol għal din il-missjoni hekk importanti li nirrappreżenta iċ-ċittadini tat-Tielet Distrett u għalhekk inħossni responsabbli u onorat li nitkellem dwar il-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom ċerti komunitajiet u nies f'dan id-distrett.", "Waħda mill-problemi ewlenin li qed iħabbtu wiċċhom magħha r-residenti taż-Żejtun hi dik ta' toroq fi stat diżastruż.", "Insemmi biss tlieta minn dawn it-toroq, li huma t-Triq taċ-Ċawsli li minn Ħaż-Żabbar tagħti għaż-Żejtun li tinstab fi stat pjetuż immens.", "Hemm it-Triq tad-Daħla tal-Bajja ta' San Tumas, dik li nafuha bħala t-Triq tar-Ramla u Triq il-President Anton Buttigieg jew kif nafuha aħna ż-Żwieten, it-triq tal-bypass.", "Biżżejjed wieħed isemmi li f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena ġraw diversi inċidenti tat-traffiku, anke fatali, konsegwenza tal-istat ħażin li tinstab fih Triq il-President Anton Buttigieg.", "Sindki taż-Żejtun tkellmu diversi drabi dwar din it-triq.", "Hawn, nixtieq insellem il-memorja tas-Sur Joe Attard li kien għamel diversi rappreżentazzjonijiet mal-Gvern ċentrali biex jieħu r-responsabbiltà ta' din it-triq peress li l-kunsill lokali taż-Żejtun ma kellux l-ammont ta' fondi kbar li hemm bżonn sabiex din it-triq tinbena mill-ġdid.", "Nafu li kull darba li s-Sur Attard kien iqajjem dan l-argument mal-amministrazzjoni preċedenti, kull darba kienet tasal l-istess risposta li m'hemmx biżżejjed fondi.", "Ilum il-ġurnata, l-amministrazzjoni preżenti bidlet dan l-atteġġjament u, kif nafu, il-Gvern lest li jidħol għall-ispiża kapitali kbira sabiex jara li t-toroq kollha ta' pajjiżna jsiru mill-ġdid, b'mod tajjeb u kif suppost.", "Naħseb li nkun qed inwassal il-ħsieb u x-xewqa taż-Żwieten kollha meta ngħid li li dawn it-tliet toroq jeħtieġ li jsiru mill-aktar fis possibbli u jridu jsiru bi pjan preċiż mingħajr ħafna dewmien u titubar sabiex ma nerġgħux naraw li tirrepeti ruħha l-istess storja ta' Triq Alfredo Cachia Zammit fiż-Żejtun stess.", "Mhijiex ħaġa aċċettabbli li kuntrattur jieħu aktar minn sena sabiex jagħmel triq!", "Problema oħra li qed iħabbtu wiċċhom magħha ż-Żwieten hi dik dwar it-trasport pubbliku.", "Qed jasluli diversi lmenti dwar ċerti nuqqasijiet fis-sistema tat-trasport pubbliku, l-aktar dwar il-karozza tal-linja fuq ir-rotta bejn iż-Żejtun u l-isptar San Vinċenz de Paul u bejn iż-Żejtun u l-Isptar Mater Dei.", "Mhux sew li ħafna li jagħmlu użu minn dan is-servizz, fosthom Żwieten li huma anzjani, li jridu jużaw is-servizz pubbliku ta' spiss sabiex imorru lejn dawn iż-żewġ sptarijiet għall-appuntamenti mediċi jew sabiex iżuru lil qrabathom fl-isptarijiet ikollhom jgħaddu minn ħafna tbatijiet bla bżonn fid-destinazzjonijiet tagħhom.", "Nixtieq nitkellem fuq lokalità oħra fit-Tielet Distrett, li hi Marsaskala.", "Sfortuntament, meta wieħed jisma l-kelma \"Marsascala\", l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħ dak li jkun hu l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant Antnin li jinsab ftit 'il barra minn Marsaskala, f'dak li huwa magħruf bħala Wied iz-Ziju fil-bypass ta' bejn Marsaskala u Ħaż-Żabbar.", "Niftakru kemm kienu saru protesti kontra l-impjant tar-riċiklaġġ li għoġbu jwikkina bih Gvern preċedenti Nazzjonalista, eżatt f'nofs wied tant ħelu u sbejjaħ b'tali mod li rrovinah u sfreġjah b'mod gravi u permanenti.", "Niftakru l-attakki feroċi, kultant anki selvaġġi, fuq il-mikbi u tant maħbub Sindku ta' dak iż-żmien is-Sur Joe Attard u s-sindku ta' Marsaskala ta' dak iż-żmien, is-Sur Charlo Mifsud li flimkien ma' sindki ta' rħula u bliet oħra fl-inħawi li kienu se jintlaqtu ħażin mill-proġett tal-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant Antnin kienu qed jopponu b'kull mezz legali li kienet tagħtihom il-liġi sabiex il-proġett ma jsirx.", "Niftakru kemm dawn il-persuni ġew attakkati minn esponenti tal-partit li dak iż-żmien kien fil-gvern fejn kienu qed jgħidu li dawn kienu qed ibatu mis-sindromu li bl-Ingliż jissejjaħ \"not in my backyard syndrome\".", "Niftakru kemm qalulna li aħna n-nies tan-naħa t'Isfel ta' Malta qed innewħu u nibku kull darba li jsir xi proġett ta' żvilupp ta' importanza nazzjonali f'din il-parti ta' Malta.", "Niftakru li l-Prim Ministru ta' Malta ta' dak iż-żmien jiddikjara li hu kien joqgħod eżattament faċċata ta' fejn kien se jsir l-impjant u ma kienx ser jopponih għax jifhem li kien ta' importanza strateġika nazzjonali.", "Bħal donnu li ried jgħidilna li ladarba ma kienx qed inewwaħ hu, ma kellniex għalfejn innewħu aħna!", "Bħal dak li qallu, il-bwiet huma ta' kulħadd l-istess!", "Mur żommu kieku ried jixtri jew jikri xi proprjetà oħra, però hawn ċerti nies li għandhom proprjetà waħda u ma jistgħux jiċċaqalqu minn fejn qegħdin joqogħdu bħalissa.", "Kif naħseb li jaf kulħadd, qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista għamel proposta fil-manifest elettorali biex jagħlaq l-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant'Antnin.", "Nemmen li dan hu pass fid-direzzjoni t-tajba!", "Dan għaliex ma nistgħux ninsew it-tbatija li għaddew minnha l-komunitajiet ta' Marsaskala, Żejtun, Fgura, Ħaż-Żabbar, Ħal Għaxaq, Marsaxlokk u nħawi oħra fil-qrib.", "Għalkemm nemmen li huwa importanti li l-wegħda li dan l-impjant jiġi żarmat tinżamm, hu importanti wkoll li l-Gvern jara li dan l-impjant jiżżarma fiż-żmien imwiegħed.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nissuġġerixxi li ladarba dan l-impjant jiġi żarmat, is-sit li fuqu hu mibni dan l-impjant li għamel tant ħsara lill-komunitajiet imsemmija jintuża sabiex fuqu jinbena padiljun tal-isport.", "Forsi fl-aħħar, dawn il-komunitajiet li tant batew kawża ta' dan l-impjant jibdew jiġu riżarċiti xi ftit tad-dannu li sofrew matul is-snin.", "Hemm diversi problemi oħrajn li jweġġgħuni ħafna meta nħares lejn Wied il-Għajn.", "Fost l-oħrajn, hemm in-nuqqas ta' ċerti faċilitajiet għal din il-komunità, grazzi għan-negliġenza tul tant snin mill-Gvern preċedenti Nazzjonalista fil-konfront tan-nies tan-Naħa t'Isfel ta Malta.", "Wieħed ma jistax jifhem kif f'Wied il-Għajn m'hemmx uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.", "Possibbli li matul 25 sena sħaħ, meta kien hemm komunità li dejjem kienet qed tikber u tiżdied, qatt ma nħasset il-ħtieġa li jinfetaħ uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u uffiċċju ta' dik li kienet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, li llum hija magħrufa bħala l-Jobsplus!", "Possibbli li f'25 sena sħaħ qatt ma nħasset il-ħtieġa li f'Marsaskala jsir sforz biex ikun hemm uffiċċju tal-posta minn fejn il-komunità ta' Marsaskala tkun tista' tinqeda fil-bżonnijiet tagħha!", "Possibbli li sal-lum, l-Iskalin għadhom jiddependu mill-uffiċċju mobbli ta' post office li jinżel darba fil-ġimgħa f'Marsaskala għal ftit sigħat biss u matul ċerti xhur biss!", "Xi ngħidu mbagħad għall-għassa tal-Pulizija.", "Possibbli li f'25 sena l-awtoritajiet qatt ma ħassew il-bżonn li l-komunità ta' Marsaskala tkun moqdija aħjar minn għassa moderna skont l-esiġenzi taż-żmenijiet tal-lum!", "Possibbli li l-għassa kellha tibqa' f'post fil-binja magħrufa bħala Briconet Redoubt li hija fortifikazzjoni mibnija mijiet ta' snin ilu fi żmien il-Kavallieri u mhijiex addattata għaż-żmenijiet tal-lum!", "Tant kienet ħżienet is-sitwazzjoni li kienu jaħdmu fiha l-pulizija f'Wied il-Għajn li sa ftit tas-snin ilu, kif jaf kulħadd, kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-għassa tal-pulizija tibda topera minn ġewwa container jew mobile office.", "Ara f'liema sitwazzjoni Gvern Nazzjonalista kien ħalla lill-Korp tal-Pulizija!", "Dan l-aħħar sirna nafu li tħejjew pjanti dettaljati minn din l-amministrazzjoni u se jinbeda l-proċess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-għassa tal-pulizija fis-sit viċin l-iskola primarja ta' Marsaskala, fiż-żona magħrufa Ta' Monita.", "Din il-binja se jkollha l-faċilitajiet kollha li wieħed jistenna li binja li sservi bħala għassa tal-pulizija ikollha fis-seklu 21.", "Nittamaw li ma ndumux ma naraw din il-ħolma ssir realtà sabiex fl-aħħar il-komunità ta' Marsaskala jkollha għassa tal-pulizija kif jixirqilha.", "Jaqbdek il-biki tara t-telqa li tħalla fih Wied il-Għajn minn dawk li kienu jgħajtu b'ħanġra kbira li għalihom in-Naħa t'Isfel ta' Malta hu the jewel in the crown.", "Għal paroli u d-diskors ħadd ma kien jirbħilhom!", "Biżżejjed tħares lejn iż-żona magħrufa bħala Il-Magħluq biex tara f'liema diżastru tħalliet fih, b'negliġenza sħiħa, speċjament fis-sajf, fejn l-ilma jibda jinten u jikkawża intejjen kbar li impossibli tissaportihom minħabba nuqqas ta' ċirkolazzjoni tal-ilma.", "Dan minħabba li ż-żewġ katusi li tpoġġew taħt il-medda ta' Triq il-Gardiel fejn tmiss ma' Triq il-Qaliet meta nbniet lura fis-snin disgħin ma kenux wesgħin biżżejjed u allura ta' spiss jiġri li jinstaddu.", "Barra minn hekk, kien hemm xi għaref li matul is-snin fettillu jitlaq il-papri fil-Magħluq biex kompla għaxxaq is-sitwazzjoni.", "Riżultat ta' dan, ġiet mhedda tip ta' ħuta li hi partikolari għal-laguna fiż-żona tal-Magħluq, magħrufa bl-Ingliż bħala kill-fish, u bil-Malti bużaqq, li hi ta' importanza ekoloġika kbira.", "Fil-Magħluq hemm fawna partikolari ħafna li hija magħrufa bħala sit ta' konservazzjoni ta' importanza speċjali tan-Natura 2000.", "Naf ukoll li dan is-sit huwa responsabbiltà tal-Awtorità responsabbli mill-ambjent f'pajjiżna.", "Qed ngħid dan biex ħadd ma jaħseb li qed nattakka lill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala.", "Naf li kemm-il darba l-Kunsill Lokali pprova jiġbed l-attenzjoni fuq iż-żona tal-Magħluq u naf ukoll li sa ftit tas-snin ilu kien tħejja rapport li kien ffinanzjat b'fondi Ewropej, li kien elenka x'irid isir sabiex dan is-sit jiġi mħares, protett u mmaniġġjat aħjar.", "Naf li xi ftit tal-ġimgħat ilu beda jitwettaq dan il-proġett ta' tindif u titjib f'dan is-sit.", "Naf ukoll li saru diversi xogħlijiet li kienu tant meħtieġa f'din iż-żona.", "Nixtieq ngħid li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba, però nixtieq ngħid ukoll li dan mhux biżżejjed.", "Jeħtieġ li dak kollu li hemm irrakkomandat fl-istudju li semmejt aktar qabel jitwettaq mill-aktar fis possibbli.", "Ma jistax jibqa' jinħela aktar żmien!", "Din iż-żona jeħtieġ li tiġi protetta u kkonservata bl-aħjar mod possibbli u bl-aktar mod professjonali.", "Sur President, nixtieq insemmi ukoll in-nuqqas kbir ta' faċilitajiet sportivi li hemm ġewwa Wied il-Għajn.", "Ħaġa tal-għaġeb, f'25 sena sħaħ ma rajniex proġett wieħed li huwa wieħed ta' fejda għall-poplu ta' Wied il-Għajn fejn jidħlu faċilitajiet sportivi!", "Lanqas temmen li sa ftit taż-żmien ilu l-Iskalin lanqas grownd tal-futbol ma kellhom!", "Hawnhekk nixtieq insemmi wkoll il-proġett ta' fejda kbira għall-komunità ta' Marsaskala li tnieda ftit tax-xhur ilu, f'sit li jinsab ftit 'il bogħod minn dan l-impjant, eżattament ħdejn il-park tal-familja li hemm biswit ir-Razzett tal-Ħbiberija.", "Hawn qed nirreferi għall-proġett kbir ta' grownd tal-futbol li x-xogħol fuqu diġà beda.", "Dan il-grownd se jkollu l-faċilitajiet moderni kollha possibbli u, barra minn hekk, il-klabb tal-futbol ta' Marsaskala li huwa klabb żagħżugħ peress li ilu mwaqqaf ftit tas-snin biss, għall-ewwel darba se jkollu l-uffiċċju amministrattiv tiegħu.", "Dan il-proġett se jiswa madwar €2 miljuni, bil-fondi se jinħarġu bejn il-Gvern ċentrali u l-Malta Football Association.", "Qed inħares 'il quddiem għal dak il-jum li fih jitlesta dan il-proġett li m'għandix dubju li se jkun ta' fejda kbira għall-komunità ta' Wied l-Għajn kif ukoll għall-komunitajiet kollha fil-madwar.", "Nixtieq nagħlaq billi nsemmi lokalitjiet oħrajn fit-Tielet Distrett Elettorali li jien għandi l-unur u d-dover li nirrapprezenta u nitkellem għalihom f'din il-Kamra.", "Hawn qed nirreferi għal Marsaxlokk u Delimara.", "F'din iż-żona nsibu diversi fortifikazzjonijiet li nbnew fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann u żmien l-Ingliżi, liema fortifikazzjonijiet huma uniċi u ta' importanza arkitettonika kbira.", "Nibda sabiex insemmi l-Forti San Luċjan, jew kif inhu magħruf aħjar mal-popolin, it-Torri ta' San Luċjan li huwa wieħed mill-akbar fortifikazzjonijiet mibnija mill-Kavallieri f'Malta.", "Possibbli li Forti ta' din l-importanza se nħalluha f'idejn id-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd sabiex tintuża bħala ċentru għal xi riċerka dwar il-bijodiversità tal-ibħra?", "Possibbli li ma jistax jinstab post alternattiv għal dan iċ-ċentru ta' riċerka fejn ikun jista' jiġi rilokat kollox bi spejjeż tal-Gvern ċentrali?", "Possibbli ma jista' jsir xejn sabiex din il-Forti tingħata lil Heritage Malta sabiex din, min-naħa tagħha, tieħu ħsieb li din il-forti tiġi restawrata b'mod professjonali u modern b'metodi li huma relevanti għas-Seklu 21?", "Din il-forti għandha tintuża bħala mużew li għandu jkun immexxi minn Heritage Malta fuq bażi professjonali ħalli jkun gawdut mhux biss min-nies tat-tielet distrett jew min-nies tal-lokal, imma mill-Maltin kollha.", "Nixtieq insemmi wkoll il-Fortizza Delimara li tinsab fi stat ta' abbandun totali u telqa kbira.", "Din il-Fortizza nbniet fi żmien l-Imperu Ingliż bejn l-1875 u l-1881.", "Fil-fatt, hija fortizza ta' importanza kbira għax hija waħda mill-akbar fortifikazzjonijiet ta' dak il-perjodu li ġiet mibnija fl-Ewropa.", "Dan juri l-importanza li l-Imperu Ingliż kien jagħti lill-bajja ta' Marsaxlokk u lid-difiża tal-istess bajja mill-għedewwa tal-Imperu Ingliż ta' dak iż-żmien.", "Għall-grazzja tal-Ħanin Alla, f'din il-Fortizza għad fadal erba' eżempji ta' kanuni partikolari li kienu jissejħu Victorian 12.5 inch 38 tons rifle muzzle loading guns.", "Kif jista' jobsor kulħadd, dawn l-erba' kanuni jinsabu fi stat ħażin ħafna, bħalma tinsab il-Fortizza ta' Delimara.", "Huwa fatt li biex l-awtoritajiet u l-Gvern ċentrali jidħlu għal tali spiża, iridu jkunu ċerti li jkollhom il-fondi kollha neċessarji sabiex jinbeda u jitlesta proġett daqshekk kbir ta' restawrazzjoni.", "Minbarra l-fondi kbar, il-Gvern ċentrali jrid jaċċerta li jkollu pjan iddettaljat sal-iċken dettall dwar il-metodoloġija li trid tintuża sabiex jiġi mnaddaf dan is-sit mill-imbarazz u l-ħmieġ kollu li fih fil-mument, sabiex jiġi elminat il-periklu kollu li jeżisti bħalissa u sabiex jitwaqqaf id-degrad kbir li hemm u li għadu għaddej f'dan is-sit minħabba li jinsab mitluq għal riħu u huwa wkoll espost għall-elementi.", "Dan kollu jrid ikun akkumpanjat b'viżjoni ħolistika dwar l-istess proġett ta' restawr ta' din il-Forti ta' Delimara.", "Jeħtieġ li l-awtoritajiet jintervjenu kemm jista' jkun malajr sabiex isalvaw din il-Forti li qiegħda tiddiżintegra ftit ftit u taqa' kollha fil-baħar ta' Delimara.", "Naf li din hija sfida kbira, imma nemmen li dan il-Gvern għandu r-rieda, il-kuraġġ kif ukoll il-kapaċità li jsib ir-riżorsi finanzjarji neċessarji sabiex jasal f'din l-impriża kbira biex jirrestawra u jsalva l-Forti ta' Delimara.", "Sur President, għalkemm ninkedd xi ftit għall-fatt li fil-passat gvernijiet oħrajn ħallew lin-naħat tagħna jaqgħu fl-abbanbdun u t-telqa li jinsabu fihom, ninsab fiduċjuż li issa, taħt dan il-Gvern, l-affarijiet se jibdew ikunu aħjar għan-nies tan-Naħa t'Isfel ta' Malta.", "Dan jista' jingħad ukoll għan-nies ta' lokalitajiet tat-Tielet Distrett elettorali, liema disrett ninsab tant kburi li nirrappreżenta f'dan il-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MĠARR: TRIQ FISHER – TISWIJA TAD-DAWL TAŻ-ZEBRA CROSSING", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li titranġa l-ħsara fil-lights taż-zebra crossing li hemm fi Triq Fisher fl-Imġarr (Malta) quddiem l-iskola primarja tal-gvern?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif daħal ir-rapport permezz tal-istess mistoqsija parlamentari, it-taqsima li tieħu ħsieb dawn it-tiswijiet ħadet ħsieb mill-ewwel.", "Minbarra li ssewwiet il-ħsara, Transport Malta se tieħu ħsieb ukoll tiffriska ż-żebgħa.", "PROĊEDURI DIXXIPLINARI FIL-KONFRONT TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' proċeduri dixxiplinari kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien kiteb kliem dispreġjattiv kontra s-Sinj.", "Daphne Caruana Galizia ftit wara li din inqatlet fis-16 t'Ottubru 2017, u liema kliem kien ġie rrappurtat anke mill-midja barranija?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PROĊEDURI DIXXIPLINARI FIL-KONFRONT TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' proċeduri dixxiplinari kontra l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien kiteb kliem dispreġjattiv kontra s-Sinj.", "Daphne Caruana Galizia ftit wara li din inqatlet fis-16 t'Ottubru 2017, u liema kliem kien ġie rrappurtat anke mill-midja barranija?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6186 li saret mill-Onor.", "IL-FGURA: TRIQ IL-KARMELITANI – XOGĦLIJIET FUQ BANKINA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li waslu diversi lmenti li l-bankina fi Triq il-Karmelitani fil-Fgura tinsab fi stat perikoluż ferm u ilha hekk ix-xhur, jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet biex ikun indirizzat dan il-periklu?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li fi Triq il-Karmelitani hemm sit kbir ta' kostruzzjoni u li ta' spiss il-bankina qed tiġi użata minn vetturi kbar li jgħaddu minn fuqha.", "Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill għamel ta' spiss manutenzjoni li kienet meħtieġa, filwaqt li għamel ukoll kuntatt mal-iżviluppatur biex appena jitlesta dan il-proġett jassigura li din il-bankina tiġi rrnanġata skont ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà.", "IL-FGURA: TRIQ IL-KARMELITANI – XOGĦLIJIET FUQ BANKINA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li waslu diversi lmenti li l-bankina fi Triq il-Karmelitani fil-Fgura tinsab fi stat perikoluż ferm u ilha hekk ix-xhur, jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet biex ikun indirizzat dan il-periklu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija responsabbiltà tal-kunsill lokali ta' din il-lokalità.", "Madankollu, Transport Malta infurmat lill-kunsill lokali kkonċernat sabiex jieħu l-azzjoni meħtieġa mill-aktar fis.", "Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Permezz ta' din l-aġenzija se nwettqu l-pjan ta' dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż.", "B'mod gradwali, din l-aġenzija se tkun qed tikkollabora mal-kunsilli lokali ħalli jinbnew mill-ġdid ukoll it-toroq residenzjali u toroq oħra li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-istess kunsilli lokali.", "Sfortunatament, fil-passat dawn il-kunsilli lokali tgħabbew bir-responsabbiltà tal-manutenzjoni tat-toroq mingħajr ma ġew megħjuna bir-riżorsi tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu dawn id-dmirijiet b'mod sħiħ.", "Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis.", "Permezz ta' Infrastruttura Malta, pajjiżna se jkollu ferm aktar riżorsi, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun, prattiċi ġodda ta' xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta' sostenibilità u sigurtà sabiex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta' kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.", "ORKESTRA FILARMONIKA TA' MALTA - KUNĊERT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Philharmonic Orchestra hijiex ser tkun qed tilqa' sejħiet biex iżżomm kunċerti li fihom iddoqq il-mużika favorita ta' kulmin iwieġeb tali sejħiet, kif ser tagħmel fi Frar li ġej, bil-mużika favorita tal-Prim Ministru?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Orkestra Filarmonika ta' Malta għandha tim artistiku li jiddeċiedi fuq il-programm ta' kunċerti li l-Orkestra Filarmonika ta' Malta se tkun involuta fihom.", "Dan it-tim artistiku jevalwa u jiddiskuti kull proposta li tiġi quddiemu u jiddeċiedi fl-aħjar interess tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta.", "ORKESTRA FILARMONIKA TA' MALTA – KUNĊERT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi Ewropej li minnhom iddakkret il-Malta Philharmonic Orchestra li fl-aħħar 50 sena l-orkestri nazzjonali rispettivi tagħhom organizzaw kunċerti li fihom tindaqq il-mużika favorita tal-Prim Ministru ta' dak il-pajjiż, u jagħti wkoll is-sena li fihom dak il-pajjiż ikun organizza dak l-avveniment?", "OWEN BONNICI: Huwa xogħol l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li tkun innovattiva, u l-mistoqsija tikkonferma dan.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: INGAĠĠ TA' LABOURERS - KORSIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk is-86 labourer li ġew ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar 5 snin intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu, u jekk hemmx ippjanati li jsirulhom iktar korsijiet matul is-sena 2018?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar.", "TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATUR: IL-VERBALI ONLINE - SISTEMA ELETTRONIKA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbiltà li fil-każ tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur tiġi introdotta sistema elettronika fejn wieħed ikun jista' jara on line l-verbali, eċċetra, ta' kull każ bħal ma jiġri għat-Tribunal għal Talbiet Żgħar?", "OWEN BONNICI: Il-proposta qiegħda tiġi kkunsidrata.", "RABAT GĦAWDEX – PJANIJIET GĦAL BINI TA' PARKEĠĠI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3023 jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u jgħid fejn huma ppjanati li jinbnew car parks fir-Rabat Għawdex biex tkun tista' tittaffa l-problema tal-parkeġġ f'din il-lokalità?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Projects Malta Ltd flimkien mal-Ministeru għal Għawdex qed jesploraw il-possibilitajiet dwar din il-materja.", "GĦAWDEX: TOROQ F'ŻONI RURALI – FONDI TAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hux maħsub li jiġu allokati fondi tal-Unjoni Ewropea għal toroq f'żoni rurali f'Għawdex?", "Jekk iva, liema toroq rurali huma ppjanati li jsiru u kemm hu stmat li ser tiswa kull waħda minn dawn it-toroq?", "JUSTYNE CARUANA: Il-Ministeru għal Għawdex qed jagħmel eżerċizzju biex jara x'fondi jista' jakkwista mill-Unjoni Ewropea.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ħaddiema talbu li ma jibqgħux jaħdmu fil-Gozo Sports Complex minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'kien il-grad tagħhom u fejn marru jaħdmu u x'kienu r-raġunijiet li l-ħaddiema talbu biex ma jibqgħux jaħdmu fil-Gozo Sports Complex?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX: ORTHOPAEDIC UNIT – XOGĦOL FUQ BANKINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4261, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestiex ix-xogħol fuq il-bankina ta' barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid jekk inħariġx il-Compliance (Completion) Certificate għal din il-binja u, jekk iva, ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess ta' procurement rigward il-bankina ta' barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex", "IN-NAXXAR: TRIQ PIROTTA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Edward Pirotta (parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ L-IFRAN – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq l-Ifran fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ SANTA LUĊIJA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq Santa Luċija fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: PJAZZA DARNINO – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Pjazza Darnino fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ SAN ĠWANN – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq San Ġwann fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ SAN PAWL – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq San Pawl fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi fuq l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Permezz ta' din l-aġenzija se nwettqu l-pjan ta' dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż.", "B'mod gradwali, din l-aġenzija se tkun qed tikkollabora mal-kunsilli lokali u ma' entitajiet oħra ħalli jinbnew mill-ġdid it-toroq residenzjali u toroq oħra f'Malta u Għawdex.", "L-aġenzija ser tagħti wkoll prijorità lil dawk it-toroq li baqgħu qatt ma ġew mibnija kif meħtieġ, biex dawn ukoll jiġu mibnija u miksija b'wiċċ ġdid kif meħtieġ.", "Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis.", "Permezz ta' Infrastruttura Malta, pajjiżna ser ikollu ferm aktar riżorsi, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun, prattiċi ġodda ta' xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta' sostenibilità u sigurtà sabiex gradwalment niksbu l-infrastruttura ta' kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'għandhom intelliġenti l-Intelligent Electronic Traffic Signs li ġew stallati mill-Awtorità għat-Trasport f'Malta f'numru ta' toroq f'Malta u Għawdex u li s'issa ħlief juru l-istess messaġġi b'mod ripetut mhumiex jagħmlu?", "Jista' jgħid kemm tammonta l-ispiża biex ġew mixtrija u stallati dawn is-sinjali?", "Jista' jgħid x'sar mid-dikjarazzjoni pubblika li huwa għamel f'Novembru 2017 u ċjoè li l-imsemmija tabelli ser jibdew jaħdmu b'mod intelliġenti minn Jannar 2018?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Intelligent Traffic Lights jew aħjar Variable Messaging System (VMS) isiru intelligenti meta jkollok bżonnhom, ċjoè meta miċ-Ċentru ta' Kontroll jirriżulta li hemm inċident jew sitwazzjoni ta' kriżi u jintbagħtu messaġġi ta' devjazzjoni jew oħrajn skont il-bżonn.", "Meta ma jkunx hemm dan il-bżonn ikun hemm messaġġi standard u ripetuti kif qiegħed jgħid tajjeb l-Onor.", "Kif tħabbar, iċ-Ċentru tal-Kontroll f'Jannar beda jaħdem u miegħu għalhekk bdew jintużaw dawn l-iscreens fil-massimu tagħhom meta meħtiega.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix mument ta' kriżi fit-traffiku f'Wied iż-Żurrieq meta s-servizzi tal-emerġenza kienu kollha fuq allert u dawn l-iscreens għenu mhux ftit fid-direzzjoni li bdew jingħataw is-sewwieqa u avviżi relatati.", "Tajjeb li wieħed ifiehem lill-Onor.", "Interpellant li f'xi wħud mill-pajjiżi Ewropej dawn saħansitra jibqgħu mitfija u jinxtegħlu fil-mumenti ta' kriżi.", "F'pajjiżna wieħed jippreferi li meta kollox għaddej b'mod normali jiġu trasmessi avviżi oħra relatati mat-traffiku.", "Pagament finali tax-xogħol li ġie ċċertifikat f'Mejju tal-2017 jammonta għal €600,246.98 (VAT inkluż).", "KUMMISSJUNARJI B'SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni jekk il-persuna hijiex uffiċjal pubbliku, persuna li għandha x'taqsam mas-servizz barrani tal-Gvern f'xi pajjiż barra minn Malta, avukat, prokuratur legali jew persuna privata?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni, id-data tal-ħatra tagħha bħala Kummissjunarju b'setgħa li jagħti Ġurament u jekk il-ħatra saritx bħala waħda personali jew bl-isem tal-kariga jew tal-funzjonijiet moqdija minnha?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - KUMMISSJUNARJI B'SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uffiċjali fil-Ministeru responsabbli biex jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji huma għaxra.", "L-entitajiet/dipartimenti li dawn l-uffiċjali huma assenjati fihom huma d-Dipartiment tal-Ġustizzja, l-Aġenzija tal-Għajnuna, Qrati u Tribunali Kriminali, Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - KUMMISSJUNARJI B'SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uffiċjali fil-Ministeru responsabbli biex jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji jammontaw għal 191.", "L-entitajiet/dipartimenti li dawn l-uffiċjali huma assenjati fihom huma l-Pulizija, il-Forzi Armati u REFCOM.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR - KUMMISSJUNARJI B'SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "CHRIS CARDONA (Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent ma hemm l-ebda persuna fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar li huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu Ġurament, skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta).", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR - KUMMISSJUNARJI B'SETGĦA LI JAGĦTU ĠURAMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru għas-Saħħa, inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b'setgħa li jagħtu ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni fil-Ministeru għas-Saħħa u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uffiċjali fil-Ministeru għas-Saħħa responsabbli biex jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji jammontaw għal 38.", "L-entitajiet/dipartimenti li dawn l-uffiċjali huma assenjati fihom huma fid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, fl-Isptar Mater Dei, fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, fl-Isptar Sir Anthony Mamo, fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali u fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.", "KORSIJIET FIL-PROFESSJONI TAL-INFERMIERA U QWIEBEL", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif kien ir-rispons ta' studenti żgħażagħ għall-kampanja u s-sejħa li saret biex aktar żgħażagħ jieħdu korsijiet fil-professjoni ta' infermiera u qwiebel minħabba n-nuqqas ta' ħaddiema f'dan is-settur?", "Jista' jelenka kif żdied il-complement tal-infermiera u l-qwiebel fis-servizz tas-saħħa tal-Gvern fl-aħħar ħames snin u x'miżuri qed jieħu l-Ministeru għas-Saħħa biex itaffi n-nuqqas f'dan il-qasam?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din is-sena mistennija jiggradwaw 153 student mill-Università ta' Malta, waqt li fl-2019 se jiggradwaw 176 u fl-2020 se jiggradwaw 164.", "Barra minn hekk fl-istess sena, jiġifieri fl-2020, se jiggradwaw ukoll 30 infermiera oħra mill-MCAST b'kollaborazzjoni mal-Università ta Northumbria.", "Dan ifisser li, grazzi għal kampanja kontinwa tal-gvern għar-reklutaġġ ta' studenti nfermiera, bil-kollaborazzjoni tal-Union tal-Infermiera u Qwiebel u għal-parteċipazzjoni tad-Direttorat għas-Servizzi Infermeristiċi f'diversi Career Conventions li jiġu organizzati matul is-sena, fl-2017 kien hemm żieda ta' 25% fuq is-sena 2015.", "Il-figuri ta' reklutaġġ għal din is-sena għad iridu jinġabru peress li s-sejħa mill-Università ta' Malta, u issa anke l-Università ta Northumbria, jiftħu għal nofs dan ix-xahar.", "Mill-2013 sas-sena l-oħra il-complement żdied b'400 infermier fejn minn 2,905 fl-2013 tela' għal 3,306 fl-2017.", "Aktar tard din is-sena għandhom jiġu ngaġġati mhux inqas minn 193 infermiera u qwiebel.", "Il-Ministeru għas-Saħħa din is-sena s'issa ħareġ tliet sejħiet għal reklutaġġ ta' infermiera.", "Dawn is-sejħiet ġew promossi ukoll fuq siti tal-EURES kif ukoll ġurnali online fl-Ewropa.", "Bejnietom mistennija li jiġu ingaġġati madwar 220 infermier.", "Dawn jinkludu studenti li se jiggradwaw din is-sena, infermiera Maltin li huma diġà rreġistrati u barranin.", "Dawn apparti numru konsiderevoli ta' infermiera li se jiġu re-employed jew re-instated mas-Servizz Pubbliku wara li kienu rreżenjaw fil-passat.", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'vakanzi jeżistu fil-qasam tas-saħħa f'dawk li huma tobba, kirurgi u konsulenti u jekk hux kontinwament jittieħdu passi biex dawn il-vakanzi jimtlew?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2015 u l-aħħar tal-2017 kien hemm 202 sejħiet għal tobba, kirurgi u konsulenti u ġew ingaġġati 817 f'tobba, kirurgi u konsulenti ġodda.", "Ninfurmah ukoll li bħalissa hemm diversi sejħiet miftuħin.", "KORP TAL-EMERĠENZA / KUMPANIJI PARASTATALI - ĦLAS DOVUT", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5965 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jiċċara jekk persuni li kienu f'Korp tal-Emerġenza jew impjegati mal-kumpaniji parastatali fejn kienu jaħdmu bħala suldati u ħafna minnhom bħala tradesmen u li kienu impjegati bejn is-snin 1972 u l-1997 hux se jieħdu flus dovuti lilhom kif qed jieħdu ħaddiema oħrajn?", "Billi dawn wettqu xogħol importanti u taw servizz utli lil pajjiż, jaħsibx li dawn ukoll għandhom jibbenefikaw minn flus (somma) li l-Gvern qed jagħti l-ħaddiema oħra?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KUNTRATT TA' XOGĦOL TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "Dan l-individwu għalaq l-età tal-irtirar?", "Jekk iva, b'kemm snin?", "Hemm xi raġuni għaliex tħalla fl-impieg?", "X'inhu xogħlu?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw seperatament qatt ma kien impjegat tal-PBS, iżda jipprovdi servizz ta' traduzzjoni fuq bażi ta' self-employed.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA ​", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA ​", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5964, fid-dawl li ġie konfermat li d-Dar Sa Maison se tagħlaq għal xogħol ta' rinovazzjoni u fid-dawl li ġie kkonfermat li hemm numru ta' pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli f'din id-Dar (madwar 58 b'kollox skont risposta tal-Ministru), jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta dawn il-pazjenti se jiġu trasferiti u fejn se jiġu trasferiti għax teżisti inċertezza fost dawn il-pazjenti, il-qraba tagħhom u anki l-istess professjonisti li jieħdu ħsiebhom?", "CHRIS FEARNE: Filwaqt li nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li n-negozjati mad-djar tal-anzjani għadhom għaddejjin, it-trasferimenti se jsiru fix-xhur li ġejjin.", "NOFSINHAR TA' MALTA – PROĠETTI TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid f'liema postijiet fin-Nofsinhar ta' Malta hemm il-ħsieb li jsir proġett ta' afforestazzjoni f'dawn is-sitt xhur li ġejjin?", "X'sar f'din l-aħħar sena f'dan ir-rigward fin-Nofsinhar ta' Malta?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fix-xhur tas-sajf ma jsirx tħawwil ta' siġar.", "Fil-ħarifa 2018 mistennija jsiru żewġ proġetti ta' tħawwil f'Marsaskala.", "Se jsir ukoll proġett ta' tħaddir fil-lokalità ta' Ħaż-Żabbar.", "F'din l-aħħar sena saru proġetti ta' tħawwil fil-Qrendi, Marsaxlokk, Ħal Far, Paola, Siġġiewi u Fgura, fejn tħawlu total ta' 1,600 siġra u arbuxelli.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li ssir gwardarobba żgħira lill-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separtament, li tinsab rikoverata fl-Isptar Boffa, il-Furjana, peress li din l-anzjana m'għandhiex fejn tpoġġi l-ħwejjeġ bil-konsegwenza li l-qraba tagħha jkollhom joħdulha l-ħwejjeġ id-dar għax l-unika post fejn tista' tpoġġi l-ħwejjeġ tagħha hu fuq is-siġġu u konsegwenza ta' dan, din l-anzjana, li tinsab rikoverata fit-tul, la tista' tħalli ħwejjeġ tas-sajf u lanqas tas-xitwa u l-qraba tagħha qed ikollhom joqogħdu ġejjin u sejrin bil-ħwejjeġ?", "Billi hemm anzjani oħra li għandhom gwardarobbi żgħar, jista' ġentilment jara li din it-talba tintlaqa'?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qed jiġi segwiit.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet telefonati kuljum id-Dementia Helpline minn mindu twaqqfet?", "X'tip ta' għajnuna ntalbet minn min ċempel fuq dan il-helpline?", "Kemm minn dawn it-telefonati kienu kklassifikati bħala emerġenza?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kemm ilha li twaqqfet id-Dementia Helpline minn Awwissu tal-2015 sal-10 ta' Ġunju 2018 irċeviet total ta' 1,868 telefonata.", "Minn dawn it-telefonati, 18-il telefonata kienu meqjusa bħala urġenti, li kienu jvarjaw bejn persuni bid-dimenzja li ġew irrappurtati nieqsa, u suspetti ta' abbużi varji jew aggressività minn persuni bid-dimenzja.", "L-għajnuna li ntalbet kienet ta' informazzjoni dwar il-kundizzjoni tad-dimenzja inġenerali kif ukoll informazzjoni dwar servizzi eżistenti relatati mal-anzjani.", "Ammont ta' telefonati oħra kienu dawk meqjusa bħala mhux urġenti, fejn il-carer jew il-familjari jsibu diffikultà fl-imġiba tal-persuna bid-dimenzja u jistaqsu għall-pariri dwar x'għandhom jagħmlu.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta t-tagħrif dwar persuni akkużati bi vjolenza domestika se tibda tinżamm taħt forma komputerizzata minflok manwali mill-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ħafna mit-tagħrif dwar persuni akkużati bi vjolenza domestika u reati oħra jinżamm taħt forma kompjuterizzata.", "Infurmat però li ċerti dettalji dwar dan ir-reat u reati oħra, speċjalment dak li jikkonċerna proċeduri fil-Qorti u l-eżitu tagħhom ma jinżammux taħt forma kompjuterizzata.", "Biex dan isir, is-sistema preżenti jkun meħtieġ li terġa' tiġi miktuba kollha jew parti sostanzjali minnha u sal-lum it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar meta ssir il-bidla ma jistax jingħata.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA – TOROQ FIL-MELLIEĦA, SAN PAWL IL-BAĦAR U N-NAXXAR", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Wara li titwaqqaf l-Aġenzija Infrastruttura Malta, jista' l-Ministru jgħid liema se jkunu dawk it-toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, mill-160 triq li l-Gvern se jkun qed jibni mill-ġdid?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-160 triq li qed jirreferi għalihom ma jistgħux jinbnew mill-ġdid hekk kif qed jiġi indikat fil-mistoqsija, iżda jeħtieġ jinbnew għall-ewwel darba wara li tħallew mhux mibnija u asfaltati għal snin twal, taħt amministrazzjonijiet preċedenti.", "Dawn it-toroq residenzjali baqgħu qatt ma ġew mibnija minkejja li ilhom jgħixu fihom ir-residenti għal ħafna żmien.", "Matul ix-xahar li għadda fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Permezz ta' din l-aġenzija se nwettqu l-pjan ta' dan il-Gvern sabiex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż.", "Waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-ewwel snin ta' ħidma ta' Infrastruttura Malta se tkun li tibni u tasfalta t-toroq kollha li gvernijiet preċedenti qatt ma investew fihom qabel.", "Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem bla heda sabiex din l-aġenzija titwaqqaf mill-aktar fis.", "Permezz ta' Infrastruttura Malta, pajjiżna se jkollu ferm aktar riżorsi, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun, prattiċi ġodda ta' xogħlijiet fit-toroq u standards ġodda ta' sostenibilità u sigurtà, biex gradwalment niksbu infrastruttura ta' kwalità għolja, hekk kif jixraq lil Malta u Għawdex.", "ĦAL QORMI – XOGĦLIJIET NEĊESSARJI FUQ TAL-BLAT", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet neċessarji fuq Tal-Blat 1 Ħal Qormi peress li kull meta tagħmel ix-xita, qiegħed jidħol l-ilma fil-lift tal-Blokka C?", "Jista' jagħti prijorità lil dawn ix-xogħlijiet peress li r-residenti ilhom jistennew dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar snin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li min-naħa tal-Awtorità tad-Djar ġiet milqugħa t-talba tar-residenti tal-Blokk imsemmi u ġiet approvata għajnuna finanzjarja biex ir-residenti jkunu jistgħu jħallsu għat-tiswijiet tal-lift, inkluż l-installazzjoni ta' pompa fil-lift pit biex awtomatikament tneħħi l-ilma li jinġema' hemm.", "L-amministratriċi tal-blokk ġiet infurmata li t-talba tagħha ġiet approvata fit-2 ta' Mejju 2018 u għaldaqstant tista' tipproċedi bit-tiswijiet neċessarji minnufih.", "Sadanittant, l-Awtorità diġà kienet għamlet diversi tiswijiet biex issolvi l-problema msemmija, imma minħabba li jidher li qatt ma ssolviet għal kollox, għad irid jiġi stabbilit jekk il-ħsara hux ġejja minn barra l-blokk u, f'dak il-każ, min hu responsabbli biex isewwiha.", "ĦAL QORMI – AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn hemm ippjanat li jinbnew djar ta' akkomodazzjoni soċjali f'Ħal Qormi?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-proġett preżenti m'hemmx ippjanati units ta' akkomodazzjoni soċjali f'Ħal Qormi, iżda hemm diversi siti li qed jiġu kkunsidrati f'diversi lokalitajiet bħala parti mill-proġett ta' €50 miljun.", "Għalhekk id-dettalji se jingħataw aktar 'il quddiem.", "ĦAL LUQA – AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn hemm ippjanat li jinbnew djar ta' akkomodazzjoni soċjali f'Ħal Luqa?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-proġett preżenti se jinbnew 182 unit f'Ħal Luqa, fiż-żona magħrufa bħala Ħal Farruġ.", "IS-SIĠĠIEWI – AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn hemm ippjanat li jinbnew djar ta' akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-lokalità tas-Siġġiewi huwa ppjanat li jinbnew 84 unit.", "EPATITE Ċ – PERSUNI LI JIEĦDU L-KURA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tieħu l-kura tal-Epatite Ċ b'xejn?", "Jista' jgħid x'jisimhom il-pilloli li jingħataw għall-Epatite Ċ u f'każ li persuna tixtrihom minn butha, xi kemm jiswew?", "Jista' jgħid fiex tikkonsisti l-kura tal-Epatite Ċ u kemm hu l-perjodu ta' din il-kura?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kura tal-Epatite Ċ hija b'xejn għal kull min huwa intitolat għas-servizzi tas-saħħa b'xejn f'pajjiżna.", "Fil-ħames snin li ġejjin se jiġu kkurati madwar 1,000 persuna.", "L-għan huwa li nittrattaw lil kulħadd u li neliminaw din il-marda minn pajjiżna.", "Il-perjodu ta' kura permezz ta' dawn il-mediċini huwa ta' madwar 12-il ġimgħa, iżda jibqa' jkun hemm monitoraġġ sa 24 ġimgħa wara li jinbeda t-trattament.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET - AVVIŻI TA' TENDERS", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il avviż għat-tenders ġie ppubblikat mill-Awtorità tal-Artijiet f'kull ġurnal bil-Malti u bl-Ingliż minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Ġunju 2017 'l hawn ġew ippubblikati 23 tender adverts mill-Awtorità tal-Artijiet fuq ġurnali lokali."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180612_130d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 130, li saret fit-12 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Pubblikazzjoni li s-Sedja rċeviet mill-organizzazzjoni SKOP Solidarjetà u Koperazzjoni, intitolat Rapport: Il-progress ta' Malta rigward l-Għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli.", "MISTOQSIJIET –", "TWEĠIBIET ORALI", "ORKESTRA FILARMONIKA TA' MALTA– KUNĊERT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li l-Malta Philharmonic Orchestra fi Frar li ġej se ttella' kunċert ta' mużika favorita tal-Prim Ministru, jikkunsidra l-Ministru li l-Malta Philharmonic Orchestra ttella' kunċert li jikkommemora l-ħajja u x-xogħol tal-ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament b'omaġġ lejn il-vittmi kollha tal-intolleranza u l-libertà tal-espressjoni?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proposta se titpoġġa għall-kunsiderazzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Glenn Bedingfield, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINFIELD: B'referenza għall-aħbar li ngħatat dwar ir-risposta li l-Kummissarju Věra Jourová tat b'rabta mal-leġiżlazzjoni magħrufa bħala SLAPP, x'inhuma l-kummenti tal-Ministru f'dan ir-rigward, partikolarment wara l-kummenti li għamel Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista David Casa?", "OWEN BONNICI: Ir-risposta li tat il-Kummissarju Věra Jourová fit-13 ta' Ġunju hija essenzjalment ritratt tal-pożizzjoni legali kif spjegajnieha aħna.", "Dak li qalet huwa dak li ilna ngħidu aħna mill-bidu nett ta' din il-kwestjoni.", "Jien onestament ninsab imbellah kif nies li jgħidu li huma serji u li jafu l-affarijiet tagħhom joħorġu stqarrijiet u dak li huwa iswed jippruvaw ipinġuh abjad u dak li huwa abjad jippruvaw ipinġuh iswed!", "Qed ngħid hekk għax kemm il-European People's Party (EPP), kemm l-Onor.", "David Casa kif ukoll xi erba' jew ħames membri tal-Partit Nazzjonalista li lanqas mal-partit tagħhom stess ma jaqblu, ħarġu stqarrijiet fejn essenzjalment qalu li r-risposta tal-Kummissarju tathom raġun meta fil-fatt ir-risposta tal-Kummissarju kkonfermat mija fil-mija dak li ilna ngħidu aħna mill-bidu nett, u ċjoè li meta inti tiftaħ kawża barra mill-pajjiż u tirregola x'jiġri mill-eżekuzzjoni tas-sentenza f'pajjiżna, pajjiżna, bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea, ma jistax jagħmel dak li jrid.", "Kieku pajjiżna jista' jagħmel li jrid, kieku din il-liġi diġà għaddiet.", "Imma pajjiżna ma jistax jagħmel li jrid għaliex hemm regolamenti li jridu jiġu segwiti u r-risposta tal-Kummissarju qed tgħid dawn ir-regolamenti liema huma u qed tgħid b'mod ċar li pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea jrid jirrispettahom.", "Li ngħidu li l-Kummissarju Jourová jew il-Kummissjoni Ewropea qalu li tista' ssir xi ħaġa meta fir-realtà qalu eżatt bil-maqlub hija xi ħaġa inaċċettabbli!", "Jien dispost li nispjega f'aktar dettall dan li qiegħed ngħid għaliex din hija kwestjoni importanti u ta' ċerta serjetà imma bażikament ir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea tikkonferma mija fil-mija l-pariri differenti li tawna l-Prof.", "Refalo, Dr Peter Grech, Dr Paul Cachia u xi esperti barranin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Peress li l-mistoqsija oriġinali hija dwar il-kunċert ta' mużika favorita tal-Prim Ministru li ġie organizzat fi Frar li għadda u jien il-mistoqsija għamiltha f'Novembru li għadda, jista' l-Ministru jindika jekk fl-aħħar 50 sena qattx kien hemm orkestra nazzjonali ta' pajjiż Ewropew li organizzat kunċert simili, fis-sens ta' kunċert imtella' fuq il-mużika favorita tal-Prim Ministru tal-post?", "OWEN BONNICI: Qabelxejn ninnota li l-Onor.", "Azzopardi għadu kif kellu kull opportunità biex jgħid li dak li għadni kemm għedt fuq ir-risposta tal-Kummissarju mhuwiex veru iżda minflok għażel li jistaqsi fuq id-diski tal-Prim Ministru!", "(Interruzzjonijiet) Iva, nistiednek tagħmel dan, anzi I am looking forward to it!", "L-Onor.", "Azzopardi għamel mistoqsija li jien diġà weġibtha.", "Ma nafx jekk ġietx ippubblikata llum imma jekk ma ġietx ippubblikata llum, se tiġi ppubblikata fil-jiem li ġejjin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BRYON CAMILLERI: Sur President, dalgħodu ġie mħabbar li f'pajjiżna se jkollna mużew tal-arti kontemporanja bl-isem MICAS.", "Jista' l-Ministru jindika x'xogħol qiegħed isir fuq dan il-mużew?", "Jista' jgħid x'tip ta' arti se jkollu?", "Jista' jgħid ukoll x'qed isir sabiex nippromwovu l-arti kontemporanja f'pajjiżna u sabiex insaħħu aktar il-professjoni tal-artisti tagħna?", "OWEN BONNICI: Sur President, il-komunità artistika ilha ħafna tistenna biex ikollha spazju fejn tesebixxi l-arti kontemporanja.", "Pajjiżna għamel ħafna affarijiet però rridu nammettu li għad għandna limitazzjonijiet fejn tidħol l-infrastruttura kulturali.", "Għaldaqstant aħna għamilna proċess biex nippruovaw nimlew dan il-vojt.", "Fil-fatt, ħejjejna diversi proġetti li wħud minnhom diġà tkellimna dwarhom u oħrajn se jkollna l-opportunità li nitkellmu dwarhom fil-futur.", "Għalissa però qegħdin nitfgħu l-ispotlights fuq il-proġett MICAS.", "Għal dan il-għan, diġà applikajna għal fondi Ewropej u diġà ġejna assigurati €5 miljun biex isir dan il-proġett.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Inutli titkellem fuq proġett jekk ma jkollokx il-finanzi għalih.", "Dan il-proġett huwa maqsum f'erba' stadji u l-ewwel żewġ stadji tlestew diġà, fejn sar restawr straordinarju tas-swar u tal-postijiet fiż-żona.", "Qed nirreferi għaż-żona ta' Sa Maison u tal-ġnien sabiħ tal-Milorda.", "Din iż-żona, ladarba restawrata, se toffri spazju kontemporanju bl-isbaħ xenarju possibbli fejn jittellgħu wirjiet artistiċi.", "Biżżejjed ngħid li taħtek tara l-Port il-Kbir.", "Hija xi ħaġa verament sabiħa li jkollok spazju fejn kemm l-artisti lokali, kif ukoll dawk internazzjonali jkunu jistgħu jesebixxu l-arti tagħhom.", "Bħalissa qed naħdmu ma' artist ta' fama internazzjonali u f'Ottubru li ġej se jkollna l-ewwel proġett, imbagħad fix-xhur li ġejjin se nkomplu għaddejjin bix-xogħol sabiex sal-2021, ikollna l-bidu ta' dan l-ispazju li huwa xi ħaġa verament tal-meravilja.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja minn qalbi lis-Sa Phyllis Muscat, Chairperson tal-Coordinating Board for Culture Projects.", "Is-Sra Muscat hija bniedma ta' enerġija kbira li taħdem lejl u nhar.", "Nista' ngħid li qed tagħmel xogħol eċċezzjonali u l-affarijiet kbar li għamlet se jibbenefika minnhom il-poplu Malti u Għawdxi kollu, partikolarment il-komunità artistika.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, l-ewwel nett nitlob lill-Ministru biex iwieġeb il-mistoqsija supplimentari li għadni kemm għamilt.", "It-tieni, rigward it-tweġiba li għadu kemm ta dwar l-iSLAPP, nistiednu jerġa' jaraha sew ir-risposta lil tat il-Kummissjoni Ewropea llum għax din tgħid l-oppost ta' dak li għadu kemm qal hu!", "Il-Kummissjoni Ewropea qalet li fin-nuqqas ta' kompetenza tal-Unjoni Ewropea biex jiġu armonizzati l-liġijiet dwar il-malafama u biex tiġi indirizzata kawża SLAPP, l-istati membri huma ħielsa li jintroduċu tali leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali.", "Nissottolinja l-kelma \"ħielsa\", jiġifieri m'hemm xejn xi jżomm, u nistaqsi lill-Ministru jekk il-Gvern hux biħsiebu jdaħħal xi tip ta' protezzjoni għall-ġurnalisti Maltin minn kawżi SLAPP, ikunu minn fejn ikunu, għax dawn jistgħu jintalbu jħallsu sa €40 miljun f'danni.", "Dawn il-kawżi jsiru biex joqtlu lill-ġurnalist finanzjarjament.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nistagħġeb kif bniedem ta' esperjenza legali bħalma huwa l-Onor.", "Azzopardi jasal biex jaqa' f'dan il-livell ta' żlealtà lejn il-verità u jikkwota b'mod kompletament distorted it-tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea dwar xi ħaġa daqshekk importanti.", "Dak li qal l-Onor.", "Azzopardi huwa biss silta li meta teħodha barra mill-kuntest, tbiddel kompletament ir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea.", "Jien naf kif taħdem il-Kummissjoni Ewropea, anke minħabba li għadu kif kellna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Anzi, naħseb li l-Kamra kollha għandha l-esperjenza biex titkellem b'wiċċha minn quddiem dwar dak li tgħid il-Kummissjoni Ewropea.", "Dak li qalet il-Kummissjoni fir-risposta tagħha huwa li m'hemm l-ebda liġi tal-Unjoni Ewropea li tgħid li miżuri anti-SLAPP iridu jiġu regolati fuq livell Ewropew.", "Dan ifisser li dik hija materja li trid tiġi regolata mill-parlamenti nazzjonali.", "Fil-fatt, aħna daħħalna miżuri anti-SLAPP f'dak kollu li stajna u fil-limiti li stajna.", "Dan għal meta jkollok xi ħadd f'Malta li jagħmel xi għaxar kawżi jew xi 15-il kawża waħda wara l-oħra kontra ġurnalist.", "Bil-liġi l-ġdida dwar il-malafama, dawk il-kawżi jitqiesu daqslikieku huma kawża waħda.", "Aħna għamilna kulma stajna nagħmlu u tajjeb ngħid li l-Kummissjoni qalet ukoll hekk:", "\"Sakemm dawn l-inizjattivi jirregolaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fi kwestjonijiet ċivili u kummerċjali transfruntieri, inkluż każijiet ta' malafama …\"", "L-isfortuna hi li dan huwa ħafna kliem tekniku li the man in the street forsi ma jkunx familjari miegħu imma bażikament li qed tgħid il-Kummissjoni Ewropea huwa li f'każ li ssir kawża ta' malafama fl-Italja kontra ġurnalist li qiegħed f'Malta, pereżempju, l-infurzar u r-rikonoxximent tas-sentenzi jridu jkunu konformi mal-liġi relevanti tal-pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Tgħid ukoll li sentenzi mogħtija minn qrati oħra ta' xi stat membru tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi ta' raġuni ġurisdizzjonali, iridu jiġu rikonoxxuti u esegwibbli fl-istat membru rikjest.", "Tkompli tgħid li veru li on paper hemm id-dritt li tirrifjuta on grounds of public policy, però, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku hija interpretata b'mod restrittiv.", "Allura x'qed tgħidlek hawn?", "Qed tgħidlek li tista' tagħmilha l-Kummissjoni Ewropea?", "Qed tgħidlek li ma tistax tagħmilha!", "Qed tgħidlek li fejn tidħol il-ġurisdizzjoni, inti trid bilfors tirrispetta dan ir-regolament.", "Ċara din!", "Meta l-Kummissjoni qed tgħid li l-iskop pubbliku jrid jiġi interpretat b'mod ristrettiv qed tfisser li tista' tagħmilha jew li ma tistax tagħmilha?!", "Ejja nkunu leali mal-verità!", "Sussegwentement il-Kummissjoni Ewropea tkellmet dwar kawżi li jinfeħtu f'pajjiżi barra l-Ewropa.", "Mela ejja għall-argument ngħidu li saret kawża fl-Amerika kontra ġurnalist li qiegħed f'Malta.", "Hemmhekk l-Unjoni Ewropea ma tindaħalx.", "Issa aħna għamilna r-riċerka tagħna u ġibna erba' pariri mingħand nies awtorevoli, ċjoè professuri tal-Università, u dawn qalulna li l-liġi Maltija diġà tipprovdi għal dan u kulma jrid jagħmel il-ġurnalist huwa li ma jweġibx il-kawża.", "Mela allura għaliex il-membri tal-Oppożizzjoni qed ikomplu jaqilbu l-affarijiet rashom 'l isfel?", "Waqgħu għaċ-ċajt fuqha din u allura qed jipprovaw joħorġu minnha billi dak li huwa iswed jgħidu li huwa abjad u dak li huwa tond jgħidu li huwa kwadru!", "Nerġa' ngħid, dak li qalet fit-tweġiba tagħha l-Kummissjoni Ewropea huwa identitku għall-pożizzjoni legali li spjegajna aħna.", "U nerġa' ngħid, biex ikun hemm soluzzjoni għal din il-problema, irid ikun hemm soluzzjoni Ewropea u jekk il-Kummissjoni Ewropea tkun trid toħroġ direttiva fuqha din, se ssib lil Malta warajha.", "Aħna għamilna liġi biex inneħħu l-libell kriminali u nipproteġu lill-ġurnalisti billi nagħtuhom drittijiet ġodda, mhux se nkunu favur liġi Ewropea li tipproteġi l-ġurnalisti?!", "Nitlob li l-Oppożizzjoni tirregola ruħha.", "Anzi, nisfida lill-Onor.", "Azzopardi biex jibgħat il-Bill li għamel hu lill-Kummissjoni Ewropea u jitlobha tgħidlu jekk dak li ppropona jistax isir skont il-liġi Ewropea.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Glenn Bedingfield, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINGFIELD: Il-Ministru qal li diġà għandu xi pariri mingħand l-esperti fuq din il-materja, imma jista' jserraħ ras il-poplu Malti, u forsi xi darba anke ras l-Oppożizzjoni, għalkemm naf li diffiċli, li f'Malta l-ġurnalisti għandhom il-protezzjoni kollha meħtieġa għax dan il-Gvern biddel u emenda l-Att dwar il-Midja u l-Malafama?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Sur President, se nagħmel statement ċar b'mod li jifhimni kulħadd; pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea huwa limitat f'dak li jista' jilleġiżla minħabba r-regolamenti tal-istess Unjoni Ewropea.", "Fil-mument li aħna sirna membri, aħna qbilna li ninżgħu parti mis-sovranità ta' dan il-Parlament u naqsmuha ma' familja ta' pajjiżi Ewropej oħrajn.", "Allura meta niġu biex nirregolaw kwestjoni bħal din, bħala Parlament irridu nimxu skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea.", "Fejn stajna ndaħħlu miżuri anti-SLAPP, ibqgħu ċerti li daħħalniehom.", "Mhux talli hekk, talli għamilna miżuri li bis-saħħa tagħhom, jekk bniedem għandu l-flus x'jaħli u jiddeċiedi li jagħmel għaxar kawżi ta' libell kontra ġurnalist wieħed, il-Qorti tqis dawk l-għaxar kawżi daqslikieku huma kawża waħda.", "Sur President, din mhux miżura anti-SLAPP?!", "Fejn jidħlu kawżi li jitwieldu barra l-Unjoni Ewropea mbagħad, aħna ma nistgħux nagħmlu li rridu.", "Věra Jourová hawnhekk qalet li rridu nobdu r-regolamenti Ewropej.", "Issa jien diġà tkellimt mal-ogħla uffiċjali fl-Unjoni Ewropea u personalment għedtilhom li jekk l-Unjoni Ewropea tipproponi liġi li fuq bażi Ewropea ddaħħal l-anti-SLAPP, aħna se nkunu warajha.", "Però din hija soluzzjoni Ewropea.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, b'rispett lejn is-Sedja u b'rispett lejn il-verità ngħid li kontestwalment il-Kummissjoni Ewropea l-ewwel nett qalet li l-istati membri huma ħielsa li jintroduċu leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali, u aktar ċara minn hekk ma tistax tkun.", "It-tieni qalet li jridu jagħmlu dan biss fil-limiti tal-liġi Ewropea u bla dubju ta' xejn, aħna naqblu.", "It-tielet qalet li fil-każ ta' pajjiżi terzi, bħal pereżempju l-Istati Uniti, il-pajjiż jista' jagħmel li jrid.", "Dak hu li qalet Jourová, u dan qed ngħidu b'rispett tiegħek, Sur President, għax il-Ministru assolutament ma jridx jifhem dak li qaltlu Jourová.", "Hekk tal-inqas isserraħ moħħok li qed naqraw dak li hemm.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: Ejja għall-grazzja tal-argument ngħidu li fuq livell ta' Unjoni Ewropea ma jistgħux jiddaħħlu miżuri anti-SLAPP fil-konfront ta' pajjiżi terzi, bħall-Istati Uniti, il-Ministru lest li jdaħħal tali miżuri fuq livell lokali?", "Ma ninsewx li fl-Istati Uniti nfetħet kawża kontra Daphne Caruana Galizia fejn ġiet mitluba tħallas €40 miljun f'danni!", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Fl-aħħar qed nimxu 'l quddiem!", "Fl-aħħar qed jiġi rikonoxxut li fejn jidħlu l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea … (Interruzzjonijiet) Jien smajt lill-Onor.", "Busuttil jgħid li huwa ovvju li aħna rridu nirrispettaw ir-regoli Ewropej.", "Jien hekk smajtu jgħid!", "U ħalli nerġa' nikkwota r-risposta tal-Kummissarju; fl-ewwel paragrafu din qed tgħid li din mhijiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea imma hija kompetenza nazzjonali.", "Fit-tieni paragrafu mbagħad qed tgħid li fl-eżerċizzju tal-kompetenza nazzjonali, il-pajjiż irid jobdi r-regolamenti Ewropej, u r-regolamenti Ewropej ma jħallukx iddaħħal miżuri anti-SLAPP jekk ikollok kawża fl-Ewropa kontra ġurnalist f'Malta.", "Hekk hu, għax hekk qed tgħid Jourová u hekk qalu l-esperti, inkluż professuri ewlenin.", "It-tielet qed tgħid li fejn jidħlu pajjiżi terzi bħall-Amerika, il-pajjiż membru jagħmel li jrid.", "Azzopardi, jien ħadt parir mingħand il-Prof.", "Refalo, mingħand Dr Paul Cachia u mingħand l-Avukat Ġenerali.", "Issa jekk għalikom dawn ma jifhmux, għiduli li ma jifhmux imma għalija dawn huma nies li legalment huma ppreparatissimi.", "Dawn huma fost l-aqwa mħuħ legali f'pajjiżna u t-tlieta li huma qablu li l-liġi tagħna diġà tipprovdi għall-protezzjoni tal-ġurnalist.", "Allura kif jiġi l-Onor.", "Azzopardi jgħidli biex indaħħal xi ħaġa li qiegħda hemm diġà?!", "Kulma jrid jagħmel ġurnalist huwa li ma jipparteċipax f'dik il-kawża.", "Ċara din!", "Għaliex qed jagħmlu dan id-diskors li jħawwad l-imħuħ meta jafu li fejn jidħlu kawżi ta' libell minn barra l-Unjoni Ewropea li għandhom natura vessatorja, kulma jrid jagħmel il-ġurnalist huwa li jaqa' kontumaċi, jiġifieri ma jweġibx għall-kawża.", "It-triq 'il quddiem hija li nsolvu l-kunflitt legali li hemm fuq livell Ewropew sabiex bħalma ġurnalist jista' ma jweġibx kawża li ġejja mill-Amerika, pereżempju, ħalli ma jbatix konsegwenzi, hekk ukoll ikun jista' jagħmel fir-rigward ta' kawża li ġejja minn pajjiż Ewropew.", "Dan dejjem jekk tkun kawża ta' SLAPP għax jekk tkun kawża normali, dik ħaġa oħra.", "Jekk tkun SLAPP però u tkun ġejja minn stat membru tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi protett xorta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: In vista ta' dak li qal il-Ministru, jiġifieri d-ditta legali Amerikana li għamlet kawża għal USD40 miljun biex tiġi infurzata Malta ma rawx jekk tistax tiġi infurzata f'Malta?!", "Jiġifieri dawn għamluha għal xejn jew biex jagħmluha f'inkwadru?!", "It-tieni, għall-ħabta tal-bidu ta' Mejju tal-2018 il-MaltaToday irċeviet theddida ta' kawża SLAPP minn ġewwa l-Ingilterra minħabba rapport li kien sar dwar il-Pilatus Bank.", "Il-Ministru kif jispjega dan meta dik it-theddida ġiet mill-Ingilterra, pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea?", "Dan jaqbel jew igiddeb dak li għadu kemm qal, ċjoè li llum għandna protezzjoni f'Malta?", "Kieku għandna dik il-protezzjoni, kieku l-MaltaToday ma kenitx tirċievi dik it-theddida.", "X'serħan tal-moħħ se jagħti lill-MaltaToday u lil ġurnalisti oħrajn li għadhom jirċievu theddid SLAPP sal-lum stess?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Dawn huma affarijiet inkredibbli!", "Sa fejn naf jien l-Ingilterra hija membru tal-Unjoni Ewropa u allura kif l-Onor.", "Azzopardi jiġi hawn u jqabbilli l-Amerika mal-Ingilterra?!", "Possibbli huma daqshekk iddisprati li fid-dagħdija li għandhom biex jitfgħu t-tajn, jinsew li l-Ingilterra hija membru tal-Unjoni Ewropa?!", "Mhux ovvja li l-każ ta' libell li qam mill-Ingilterra huwa differenti minn kawża li saret fl-Amerika!", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Ministru.", "L-Onor.", "Semmejt l-Ingilterra u l-Amerika biex inkun semmejt pajjiż membru tal-Unjoni Ewropa u pajjiż li mhuwiex.", "OWEN BONNICI: Fil-mistoqsija tiegħek inti staqsejt jekk l-Amerikani humiex daqshekk fidili li jiftħu libell ta' USD40 miljun jekk ma jistgħux jinfurzawh f'Malta.", "Imbagħad semmejt l-Ingilterra li għamlu kawża ta' libell kontra l-MaltaToday.", "Dawn tfajthom fl-istess ilma.", "(Interruzzjonijiet) Fid-dagħdija li għandek insejt li l-Ingilterra hija membru tal-Unjoni Ewropea!", "F'każ ta' SLAPP action li titwieled mill-Ingilterra nerġa' ngħidlek li bħala pajjiż ma nistgħux nintervjenu unilateralment għaliex hemm regolamenti li jridu jiġu segwiti.", "Ir-risposta ta' Jourová tliet paragrafi għandha mhux wieħed!", "Fir-rigward ta' pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, bħall-Amerika, nerġa' nirreferik għall-pariri li tawna Prof. Ian Refalo, Dr Peter Grech u Dr Paul Cachia, u qed nirreferik għal dawn għax huma Maltin.", "Bird & Bird ukoll tawna parir dwar id-dimensjoni Ewropea u huwa l-istess parir li tawna dawn it-tlieta.", "Dawn huma nies legali ppreparatissimi.", "Issa jien ma nafx x'pariri ħadu l-Amerikani, onestament, imma l-parir li għandi jien bħala Ministru tal-Gvern - għax jien m'iniex supperv u nitlob pariri - huwa li fejn jidħlu l-kawżi li jsiru minn barra l-Unjoni Ewropea, fil-Kodiċi ta' pajjiżna l-antenati tagħna, fl-għerf tagħhom, diġà kienu pprovdew għal miżuri ta' protezzjoni meta inti tiddeċiedi li ma tipparteċipax f'kawża oħra.", "Din hija kwestjoni ta' ġurisdizzjoni.", "Sur President, dan huwa argument diffiċli u tekniku imma dak li qiegħed jipproponi l-Onor.", "Azzopardi jmur kontra r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea għax ma jirrispettax ir-regoli ta' ġurisdizzjoni.", "Għaldaqstant nappella biex qabel imorru u jitkellmu biex jagħmlu l-ħsara lil pajjiżna, jaraw il-verità x'inhi u jaraw ir-responsabbiltà tagħhom x'inhi.", "Minn qalbi ngħidilhom li jekk jagħmlu l-ħsara lil pajjiżna ma jkunux qed jagħmlu l-ħsara lili, jew lil sħabi, imma jkunu qed jagħmlu l-ħsara lill-familji u lin-negozji Maltin u Għawdxin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fit-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-elettriku ġġenerat bejn l-2007 u l-2016, inkluża l-enerġija li nxtrat mill-interconnector bejn Malta u Sqallija, minn Marzu 2015 sa Diċembru 2016, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3001; u", "f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali tal-Libreriji ta' Malta għas-sena 2017.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar safar uffiċjali mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6052.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDNINANZA LI TNEĦĦI", "L-KONTROLL TAD-DJAR", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Ġunju 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "Infakkrek li ħadt 12-il minuta.", "IVAN BARTOLO: Sur President, irrid nagħmilha ċara li bħala Oppożizzjoni aħna favur il-volontarjat.", "Aħna favur il-ħafna Maltin u Għawdxin li qegħdin jaħdmu fil-każini tagħna u ma rridux li ssir inġustizzja, la mas-sidien u wisq inqas mal-inkwilini.", "Jien mhux kemm ilni fil-Parlament imma naħseb sa minn meta kont żgħir dejjem moħħni biex naqbeż għaż-żgħir u għal min ikun għaddej minn mumenti xejn faċli.", "Inħoss li din hija vokazzjoni però nkun qiegħed nonqos jekk ma nsemmix id-drittijiet tas-sidien ukoll.", "Li l-Gvern jiffissa kera ta' €200 fis-sena, li minnha trid tnaqqas it-taxxa u allura s-sid jiġi jaqla' biss €170 f'sena, hija redikola.", "Lil dan is-sid jien inħoss li bħala soċjetà m'aħniex qegħdin nagħtuh dak li hu tiegħu bi dritt.", "Fil-fatt, ma nkun qiegħed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li s-sidien tal-King's Own Band Club diġà ħadu lill-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea.", "F'każijiet simili żgur li ħadd ma jista' jgħid li mhuwiex qed jinkiser anke d-dritt li wieħed igawdi l-proprjetà tiegħu.", "Fil-fatt, mill-faqar tiegħi fejn tidħol liġi, naħseb li din il-liġi għad trid tiġi challenged kemm mill-qrati ta' pajjiżna u aktar tard anke mill-Ewropa, speċjalment b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem.", "Faċċati tiegħi għandi l-Onor.", "Emanuel Mallia u qiegħed jagħmilli sinjal b'rasu u allura nserraħ rasi li dak li qed ngħid huwa korrett għaliex bla dubju ta' xejn, dan huwa suġġett li fih jien lanqas nibda ħdejh.", "Appell ieħor lill-Gvern huwa biex kemm jista' jkun malajr iwettaq ir-riforma tal-kera li tant ilna nisimgħu dwarha.", "Jien ilni sena fil-Parlament u smajt ħafna kliem u diskors dwar il-prijorità tal-każijiet imma għall-inqas fil-każijiet li niltaqa' magħhom jien, ma nafx lil min taqbad tagħti prijorità għax huma kollha każijiet tal-biża' u kollha għandhom l-istorja u l-inkwiet tagħhom!", "Dawn huma familji vulnerabbli, bnedmin li qegħdin ibatu.", "L-Onor.", "Galdes qalilna li kulma jaf kien bi tliet każi ta' nies li qed jgħixu ġo garaxx taħt l-art.", "Kumbinazzjoni jien iltqajt ma' tliet każi fi triq waħda!", "Qed nirreferi għal Triq il-Granmastri, Marsaskala.", "Wieħed minnhom huwa Għarbi u tnejn Maltin.", "Din hija tbatija għax mhuwiex faċli li wieħed jgħix fi spazju ta' karozza.", "Mhux hekk biss, kumbinazzjoni llum dħalt fil-garaxx ta' persuna minnhom u din la għandha dawl u lanqas ilma.", "Għiduli din fejn se tinħasel!", "Fejn se tagħmel il-bżonnijiet tagħha?", "Din il-persuna għandha magħha tifel ta' disa' snin tafux.", "Dawn huma affarijiet inkwetanti.", "Preżenti hawn il-Ministru Michael Falzon u nieħu gost meta nkun qed ngħid dan id-diskors u jkun qiegħed fil-Kamra għax naf li mhux biss ikun qiegħed jieħu n-noti imma naf kemm iħoss għal bnedmin bħal dawn.", "Issa ilna żmien nisimgħu li se toħroġ White Paper.", "Jeħtieġ li din tiġi ppubblikata għax meta jkellmuk, lil dawn in-nies mhux se tgħidilhom \"bħalissa l-Gvern qiegħed jagħmel White Paper!\"", "Dawn huma każijiet diffiċli ta' nies li messew il-qiegħ u bħalma jiġu għandna jmorru għand l-Onor.", "Galdes u għand l-Onor.", "Dawn jafu x'każijiet iddisprati għandna.", "Dawn huma każijiet li meta naħseb fihom nibda nħossni guilty li qiegħed fil-kumdità tal-kamra tiegħi.", "Meta ssemmilhom il-White Paper lil dawn in-nies jgħidulek b'mod ċar li huma mhux White Paper iridu imma xi ħaġa b'mod immedjat.", "Dawn iridu li ssir ġustizzja magħhom illejla qabel għada.", "Dawn jgħidulek: Jien illejla qabel għada ma rridx nibqa' norqod kif irqadt dal-lejl.", "Fl-istess ħin irridu naraw li ma jkunx hemm lok għal abbużi sfaċċati, la mis-sidien u lanqas mill-inkwilini.", "Qed nirreferi għal meta l-inkwilin ma jħallasx u għal meta s-sidien jaqbdu u jgħollu l-kera b'mod esaġerat mil-lum għal għada u jħallu lil dak li jkun b'ħalqu miftuħ.", "Jekk inti jkollok dħul veru limitat u l-parti l-kbira tiegħu trid tagħtiha lil sid il-kera, inti jaf tispiċċa b'xi €90 fix-xahar u trid tara kif se tgħaddi bihom.", "Hemm min kważi kważi jkollu jagħti kulma jdaħħal.", "Ma nkun qed nikxef l-ebda storja jekk ngħid li hemm nies li qed jibżgħu jitkellmu għax qed jgħixu ġo garaxx mingħajr ebda kuntratt.", "Dawn jibżgħu li jekk jitkellmu jispiċċaw jitkeċċew 'il barra u jgħidulek: Imbagħad fejn se taqbad tmur?", "Se ngħidilhom biex imorru f'shelter home meta fix-shelter homes, mingħajr ma nallarma lil ħadd, nafu eżattament x'hemm?!", "Allura dawn jibqgħu b'ħalqhom magħluq biex ma jispiċċawx barra b'ta' fuqhom senduqhom.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-units soċjali, li hija kwestjoni fundamentali.", "Min bħali jieħu l-politika bis-serjetà u bħala vokazzjoni, irid jagħmel xi ħaġa għaċ-ċittadini kollha u mhux għal dawk tad-distrett tiegħu biss!", "Min jieħu l-politika bħala vokazzjoni ma jaħdimx biex iġib il-voti biss imma jaħdem għall-bnedmin kollha, huma min huma u jħaddnu liema prinċipji jħaddnu.", "Jien li kieku naħdem biex naqdi n-nies ta' ċertu kulur biss inkun qed nonqos anke lil membri tal-familja tiegħi stess, allura żgur li ma nistax nagħmel din il-ħaġa.", "Huwa importanti li aħna naħdmu għas-soċjetà tagħna kollha kemm hi.", "Jien inweġġa' meta nisma' lil xi ħadd jgħid: Dik dejjem teqred u tittallab imma mbagħad għal pakkett sigaretti, jew biex tmur tagħmel dufrejha, jew biex tmur xi coffee morning għandha!", "Dawn huma statements li jdejquni għax inti ma tkunx taf ċerti sitwazzjonijiet kif ikunu.", "Pereżempju jien darba kważi għajjatt ma' single parent għax xtrat iPhone lit-tifel tagħha ta' 16-il sena.", "Niftakar għedtilha: \"Imma dan kien prijorità?\"", "Tafu x'weġbitni?!", "Qaltli: \"Jien ċaħħadt lil ibni minn missier, għax lanqas jaf min hu missieru, issa se nċaħħdu minn iPhone ukoll?\"", "Hekk jirraġuna l-moħħ ta' dawn in-nies.", "U jien min jien biex niġġudikahom?", "Għalkemm għajjatt magħha, però nħoss li m'għamiltx sew.", "Jien min jien biex nara l-prijorità tagħha?", "Biex xtratlu dan l-iPhone din kellha tiddobba l-flus minn fuq il-idejn, li fl-opinjoni tiegħi huwa żball, u kompliet tidħol f'aktar żbalji.", "Imma jien min jien biex niġġudika lil din l-omm li l-prijorità tagħha kienet li tara li binha qed jgħix bħal sħabu?", "Skont l-artikolu 3 tal-Kodiċi Ċivili, l-ewwel obbligu li għandu ġenitur jittratta s-saħħa però t-tieni obbligu jittratta l-abitazzjoni, jiġifieri li jkollok saqaf fuq rasek.", "Dan hu li rridu naraw aħna l-politiċi.", "Wara kollox aħna nkunu l-point of reference ta' ħafna u ħafna nies, speċjalment ta' dawk vulnerabbli.", "Huwa għalhekk li jien nara li l-politika hija vokazzjoni.", "Bħalma missier tajjeb irid jaħseb biex il-familja jkollha saqaf fuq rasha, hekk ukoll il-Gvern huwa fl-obbligu li jaħseb għall-abitazzjoni tal-poplu tiegħu, speċjalment meta uliedu jkunu foqra u jħossuhom esklużi mis-soċjetà jew inkella jħossu li bihom jew mingħajrhom is-soċjetà tkun l-istess.", "Aħna ma nistgħux inkunu maqtugħin mir-realtà ta' dak li qiegħed verament jiġri f'Malta bħalma, sfortunatament, huwa l-Gvern.", "Il-ġimgħa l-oħra s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qalli li kulma jaf bi tliet każijiet ta' persuni li qed jgħixu taħt l-art jew f'garaxx.", "Dan ifisser li l-Gvern huwa maqtugħ mir-realtà tal-ħajja.", "Fil-fatt, nistidenu biex jiġi miegħi u nindikalu fejn jinsabu dawn il-każijiet.", "U tajjeb ikun jaf li dawn ma jinsabux biss fis-South, jew fil-Qawra, imma għandna każijiet f'Ħ'Attard, fil-Fgura, f'Wied il-Għajn u f'Buġibba wkoll, fost diversi postijiet oħra.", "Pereżempju f'housing estate partikolari f'Ħ'Attard hemm madwar għaxar familji li qed jgħixu f'garaxx.", "Tgħidli: Imma d-dar tagħhom qegħdin jużawha għall-fajjenza, jew għall-vażuni, jew għaċ-ċeramika?", "Le, xejn minn dan.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-fatt li f'ħames snin għadu ma nbena l-ebda unit għall-housing soċjali.", "Din hija xi ħaġa li qed tinkwieta lil ħafna u ħafna nies.", "Apparti l-fatt li hemm ippjanat li jinbnew mal-1,000 unit meta talbiet għall-akkomodazzjoni soċjali għandna 'l fuq minn 3,500 u n-numru qiegħed dejjem jikber.", "B'dawn l-1,000 se nindirizzaw il-ħteġijiet fl-immedjat u mhux long term, u dan huwa nuqqas kbir u serju, speċjalment minn Gvern li jipproġetta lilu nnifsu bħala pijunier tal-housing soċjali; Gvern li jgħidilna li fi żmien Gvern Nazzjonalista ma sar xejn fejn jidħol housing soċjali!", "Wieħed bilfors jinkwieta meta jara dan minn Gvern li suppost għandu kuxjenza soċjali u jaħseb f'dawk li l-aktar huma fil-bżonn.", "Huwa dritt bażiku ta' kull ċittadin f'pajjiżna li jkollu saqaf fuq rasu u huwa obbligu morali tal-Gvern li lil min jaqa' lura, jipprovdilu kenn.", "Il-Gvern irid jipprovdi xibka soċjali tajba u dan ifisser li jrid jipprovdi livell minimu ta' protezzjoni għaċ-ċittadini kollha tagħna.", "Din għandha tkun il-kuxjenza ta' Gvern Laburista u mhux qiegħed jipproġetta lilu nnifsu li qiegħed jgħin lill-fqir, u li qiegħed jgħin liż-żgħir, meta mbagħad huwa maqtugħ mir-realtà għax ma jafx kemm hawn bnedmin li qed jgħixu f'garaxx.", "Biss biss fil-ġurnal tiegħu stess, l-Orizzont, fil-ħarġa tas-6 ta' Marzu 2018, ukoll intqal b'mod ċar li hawn 190 persuna li qed jgħixu ġo garaxx taħt l-art.", "Dmirna maż-żgħir għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox u qabel kull impenn ieħor.", "Sur President, jien kuntent li ninsab fil-Partit Nazzjonalista, fejn aħna kontinwament niddiskutu dwar dan.", "Jekk Alla jrid, għada pitgħada nkunu nistgħu nkunu ta' spalla għal min hu żgħir, għal min hu eskluż soċjalment, għal min hu batut u għal min iħossu li bih u mingħajru s-soċjetà hija xorta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan huwa Abbozz ta' Liġi importanti ħafna għax permezz tiegħu se nkunu qed nirregolaw il-kirjiet f'pajjiżna.", "Fl-ewwel parti tiegħu dan l-Abbozz ta' Liġi jirregola dawk il-kirjiet li oriġinarjament kienu ċnus u mbagħad, bis-saħħa ta' emendi legali, ġew konvertiti f'kirjiet.", "Qed nirreferi għall-kirjiet li kienu ġew maħluqa permezz ta' liġi.", "Fit-tieni parti dan l-Abbozz ta' Liġi jirregola l-kirjiet tal-każini tal-banda, li huma ċentri ta' kultura u anke ċentri soċjali fil-lokalitajiet tagħna, u jien l-aktar li se nitkellem huwa fuq dan l-aspett.", "Biex wieħed ikun jista' jifhem għalfejn matul is-snin il-leġiżlatur ħass li għandu jirregola dan l-aspett tal-kirjiet f'pajjiżna, jeħtieġ jara l-isfond storiku.", "Kif intqal minn xi kollegi tiegħi lbieraħ, kull deċiżjoni li ħa dan il-Parlament fir-rigward ta' dan il-qasam ħafna drabi kienet reazzjoni għal xi sitwazzjoni storika li nħolqot.", "L-istess qegħdin nagħmlu llum.", "Illum qegħdin nilleġiżlaw fl-isfond tal-isfidi ġodda li għandna, kemm fil-qasam tal-housing kif ukoll sfidi ġodda li qegħdin jiffaċċjaw il-każini tal-baned, li fl-aħħar mill-aħħar huma sfidi tal-komunitajiet tagħna.", "Smajna ħafna dwar il-housing soċjali u dwar il-kirjiet residenzjali, speċjalment mill-kelliem ta' qabli, iżda jien nixtieq nagħti ħarsa lejn il-kirja tal-każini tal-banda u l-importanza li jkun hemm proporzjonalità bejn min qiegħed jikri, jiġifieri l-każin tal-banda, u s-sid tal-proprjetà.", "Wieħed irid jifhem iċ-ċirkostanzi, però jrid jifhem ukoll ir-rwol li l-każini tal-banda għandhom fis-soċjetà għaliex minn hemmhekk imbagħad irridu niddeċiedu jekk il-każini tal-banda jixraqilhomx li dan il-Parlament jagħtihom status legali speċjali biex ikun hemm aktar protezzjoni fil-konfront tagħhom.", "Fl-aħħar jiem fuq il-ġurnali lokali smajna li hemm madwar 20 każin tal-banda li jinsabu fil-periklu li jitilfu l-binja li joperaw minnha u tajjeb wieħed jifhem is-sitwazzjoni li għandna quddiemna bħalissa u anke r-rwol li jaqdu dawn il-każini.", "Issa aktar milli każini tal-banda jien narahom bħala ċentri ta' kultura, ċentri soċjali u anke ċentri ta' tagħlim.", "Dawn minn dejjem kienu jifformaw parti integrali mill-ħajja kulturali u tradizzjonali Maltija u primarjament wieħed jista' jħares lejhom bħala ċentri li għallmu u għadhom jgħallmu l-mużika lil diversi tfal u żgħażagħ f'pajjiżna.", "It-tagħlim f'dawn iċ-ċentri huwa bla ħlas u li kieku wieħed ikollu jagħti ħarsa lejn l-orkestra nazzjonali jsib li hemm diversi mużiċisti li bdew it-tagħlim tagħhom proprju f'każin tal-banda.", "Mela dan huwa l-ewwel rwol ta' dawn il-każini.", "It-tieni, għandhom ir-rwol li jtellgħu attivitajiet kulturali partikolari, inkluż esibizzjonijiet.", "F'moħħi bħalissa qed jiġini x-xogħol li jagħmlu fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira biex iżommu ħajja l-kultura marbuta ma' dan iż-żmien.", "Mingħajr każin tal-banda, lokalità tkun qed titlef ħafna fejn tidħol kultura.", "Dan minbarra li ħafna minn dawn il-każini huma mogħnija b'arti, pitturi u statwi mill-isbaħ.", "Fi wħud minnhom saħansitra nsibu għamara tradizzjonali li matul is-snin, is-soċjetà mużikali jkun irnexxielha takkwista jew forsi tkun ingħatat lilha bħala donazzjoni mingħand xi benefattur.", "Ir-rwol tat-tagħlim ma jittrattax biss it-tagħlim tal-mużika.", "Ilkoll nafu li l-każini u s-soċjetajiet tagħna jgħallmu wkoll diversi snajja'.", "Dan għaliex iż-żgħażagħ li jgħinu fit-tħejjija tal-festa tal-lokal tagħhom, filwaqt li jkunu qed jagħmlu dan, ikunu qed jitgħallmu wkoll diversi snajja'.", "Barra minn hekk, naf b'każini u għaqdiet li jaħdmu għall-festa li rnexxielhom jakkwistaw fondi biex jagħmlu korsijiet strutturati.", "Saħanistra naf min akkwista fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ biex jagħmlu ċerti korsijiet u allura bis-saħħa ta' dawn il-każini, iż-żgħażagħ li jipparteċipaw ikunu miġburin u jkunu qegħdin jitgħallmu xi sengħa ġdida minflok ma jgħixu xi tip ta' ħajja differenti.", "It-tielet hemm ir-rwol soċjali.", "Dawn il-każini jservu bħala post fejn il-persuni jiltaqgħu, jiddiskutu u jkunu parteċipi f'diversi inizjattivi li jittellgħu mill-istess każini.", "Huwa proprju għal dawn ir-raġunijiet li semmejt li nemmen li l-każini tal-banda jixirqilhom ikunu trattati bil-mod preferenzjali li qed jipproponi dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ix-xogħol tagħhom fil-komunità huwa imprezzabbli u jekk naqtgħu dawn il-każini mis-soċjetajiet tagħna żgur li s-soċjetà tagħna tkun qed titlef ħafna.", "Sal-lum x'kienet is-sitwazzjoni?", "Bil-liġi preżenti, il-każini li huma b'kirja primarjament jistgħu jitkeċċew mill-binja tagħhom f'żewġ istanzi; l-ewwel jekk isir xi tibdil strutturali fil-binja mingħajr il-permess tas-sid u t-tieni, jekk il-kera tkun baxxa.", "Jista' jkollok ukoll ċirkostanzi fejn soċjetà ma tħallasx il-kera dovuta u tajjeb ngħid li min ma jħallasx il-kera xorta mhuwiex kopert b'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Tajjeb nagħtu ħarsa lejn liema każini se jkunu mogħtija din it-tip ta' protezzjoni speċjali li semmejt.", "L-ewwel nett każin irid ikun każin tal-banda li jkun ilu jeżisti mill-inqas 50 sena, għalkemm wara komunikazzjoni li kellna ġie deċiż li fl-istadju ta' Kumitat forsi nkunu nistgħu niddiskutu dwar jekk għandniex innaqqsu xi ftit dan il-perjodu jew le.", "It-tieni, irid ikun każin tal-banda li sal-1 ta' Jannar tal-2018 ikun ilu jokkupa l-fond bħala l-kwartieri prinċipali tiegħu taħt titolu ta' kera jew ta' ċens għal perjodu ta' mill-inqas 50 sena.", "It-tielet, sal-1 ta' Mejju 2018 il-każin tal-banda jeħtieġ li jkun għadu jokkupa dan il-fond.", "Biex il-każin tal-banda jkun jista' jaqa' f'din is-safety net li qed jipprovdi dan l-Abbozz ta' Liġi, jeħtieġ ikun hemm żgumbrament tal-każin tal-banda li jkun ordnat minn sentenza finali mogħtija mill-Bord tal-Kera jew mill-Qorti għal raġuni li ma tkunx in-nuqqas ta' ħlas dovut tal-kera.", "Biex tingħata din il-protezzjoni, f'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin indaħħlu daqsxejn aktar sens ta' proporzjonalità bejn id-drittijiet tal-proprjetarju tal-fond li qed jintuża bħala każin u d-drittijiet tal-każin li qed jikri.", "Dan għaliex nafu li għandna sitwazzjonijiet fejn m'hemmx proporzjonalità bejn il-valur tal-proprjetà u l-kera li qed titħallas.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin jiġu proposti diversi miżuri f'dan ir-rigward u forsi l-aktar miżura li ġibdet attenzjoni hija dik li l-kera togħla b'għaxar darbiet u li l-minimu ma jkunx inqas minn €5,000 u l-massimu ma jkunx jammonta għal aktar minn 1% tal-valur tal-fond hekk kif kien valutat fl-1 ta' Jannar tal-2018.", "Minkejja dan kollu, xorta s-sid jista' jagħmel rikors quddiem il-Bord tal-Kera u jitlob li jkun hemm varjazzjoni fil-kondizzjonijiet tal-kera biex jagħmel tajjeb għal kull sitwazzjoni ta' sproporzjonalità manifesta li tista' tirriżulta mill-applikazzjoni ta' din il-liġi.", "Reċentement smajna ħafna fuq il-każin tal-banda li jista' jispiċċa bla premises minħabba tibdil strutturali li għamel fil-binja mingħajr il-permess tas-sid.", "Kellna anke xi każistika li tagħmel referenza għall-garanzija bankarja li għandu jkun hemm meta jsir tibdil strutturali simili.", "Għaldaqstant dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jifformalizza dan kollu u korrettement qed jintroduċi sistema fejn każin tal-banda jkollu l-obbligu li jipprovdi garanzija bankarja fl-eventwalità li l-post jerġa' jmur lura għand is-sid u dan ikun irid jagħmel xi xogħlijiet biex dak il-post jerġa' jġibu lura għal li kien.", "F'każ bħal dan, ikun hemm din il-garanzija bankarja li tagħmel tajjeb.", "Sur President, għalkemm mid-diskorsi li kien hawn ilbieraħ ma fhimtx jekk l-Oppożizzjoni hijiex favur dawn l-emendi jew le, naħseb li lkoll naqblu dwar ir-rwol importanti li jaqdu l-każini tal-banda fil-komunitajiet tagħna.", "Ħafna mill-Membri Parlamentari huma viċin ta' dawn l-għaqdiet u anke nattendu għall-kunċerti li jorganizzaw u dan huwa l-mument li nuru kemm verament napprezzawhom.", "Dan huwa l-mument fejn niddeċiedu biex nagħtu protezzjoni legali lil dawn il-każini fid-dawl tax-xogħol kbir u insostitwibbli li jwettqu fil-komunitajiet tagħna għax jekk nitilfuqhom, żgur li s-soċjetà Maltija ma tibqax l-istess.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, l-Oppożizzjoni taqbel ma' dan l-Abbozz ta' Liġi; wara kollox dan nibet wara sentenza li ngħatat mill-Qorti kontra l-Każin De Paule ta' Raħal Ġdid.", "Wara dik is-sentenza aħna ridna naraw kif nistgħu ngħinuhom lill-każini tagħna.", "Oriġinarjament dan l-Abbozz ta' Liġi kien jittratta biss il-kirjiet tal-każini tal-baned però mbagħad ġew inklużi wkoll il-kirjiet privati.", "Minkejja dan, bħall-kollega l-Onor.", "Byron Camilleri jien ukoll se nikkonċentra fuq il-każini tal-baned u r-rwol tagħhom fis-soċjetà tagħna.", "Jien suppost kelli nitkellem ilbieraħ iżda minħabba li jien u sħabi d-deputati tal-Ħames Distrett konna mistednin għal programm vokali u mużikali mill-isbaħ fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju, tlabt lill-Whip biex minflok nitkellem illum.", "U sa mnalla għamilt hekk għaliex ilbieraħ erġajt irrifriskajt il-memorja tiegħi dwar ix-xogħol kbir li jagħmlu l-każini tal-baned.", "Qabel niġi għar-rwol tal-każini tal-baned irrid niġbed l-attenzjoni għal dak li hemm fil-bidu ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, ċjoè li biex tiġi kkonsidrata, soċjetà trid tkun ilha mwaqqfa 70 sena.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Therese Comodini Cachia u jien iltqajna mal-Assoċjazzjoni tal-Każini tal-Baned u wasalna għall-konklużjoni li jkun aħjar li minflok 70 sena nagħmluha 50 sena ħalli nkopru l-20 każin li jinsabu fil-periklu li jitkeċċew mill-binja tagħhom, għalkemm jidhirli li hemm wieħed minnhom li kulma ilu mwaqqaf 30 sena u allura nittama li fl-istadju ta' Kumitat nikkonsidraw li nnaqqsu dan il-perjodu biex dan ikun kopert ukoll.", "Dan il-każin mhuwiex fid-distrett tiegħi u ma twaqqafx ilbieraħ.", "Dan ilu mwaqqaf mill-1987 u allura nħoss li dan ukoll għandu jiġi kopert mix-xibka li ġiet maħluqa b'mod tant tajjeb f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qed jemenda wkoll il-Kodiċi Ċivili bil-għan li jingħata rikonoxximent lill-kontribut li jagħtu l-każini tal-banda lill-kultura u lill-identità soċjali ta' Malta.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kontribut soċjali u kontribut kulturali però jien naħseb li l-każini tal-banda jagħtu wkoll kontribut ekonomiku, imma din hija xi ħaġa li niġi għaliha aktar 'il quddiem.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Byron Camilleri, il-każini huma skola tal-mużika però apparti milli jgħallmu l-mużika, dawn itellgħu wkoll attivitajiet u wirjiet matul is-sena kollha.", "Fl-okkażjoni tal-lbieraħ kellna l-opportunità naraw ħames studenti, għadhom tfal, bilkemm jidhru, li kkwalifikaw u ngħataw ċertifikat.", "Il-każini tal-banda huma l-benniena tal-mużika f'pajjiżna u huma l-post fejn it-tfal tagħna jitgħallmu strument bla ħlas.", "Il-każini tal-banda huma fost l-aktar għaqdiet soċjali qodma u ħajjin fis-soċjetà tagħna.", "Ħafna minnhom ma jeħdux biss ħsieb il-banda, jew il-festa, li hija karatteristika ewlenija tagħhom, imma huma attivi s-sena kollha.", "Biss biss, il-każini tal-Imqabba, tal-Qrendi u taż-Żurrieq għandhom studio tar-radju u jagħmlu saħansitra maratoni biex jiġbru l-fondi għal skopijiet filantropiċi.", "Għalhekk, bilfors wieħed irid iħares lejhom b'mod different milli jħares lejn entitajiet kummerċjali.", "Sur President, imbagħad xi ngħidu għall-artisti tal-piroteknika?", "Dawn ukoll joħorġu mill-każini tal-baned.", "Ilbieraħ ikkommemorajna wkoll tliet persuni fl-Imqabba mis-Soċjetà tal-Ġilju li mietu matul din is-sena, tnejn artisti fil-piroteknika u ieħor li kien artist fil-lavur.", "Kif qal tajjeb il-Ministru lbieraħ, kultant jekk lil dawn in-nies tarahom fit-triq, tgħid: \"Imma dawn x'kontribut qegħdin jagħtu?\", għax lanqas biss timmaġina l-kontribut tant tajjeb li jagħtu lil pajjiżna.", "Kif diġà għedt, dawn jagħmlu attivitajiet soċjali matul is-sena kollha u jservu wkoll ta' post fejn iż-żgħażagħ jinġabru u jżommu bogħod mill-vizzji.", "Il-każini tal-baned għandhom dixxiplina, huma organizzati u huma post sigur fejn wieħed jibgħat lit-tfal tiegħu.", "Il-każini tal-baned huma wkoll ta' sapport għall-kunsilli lokali.", "Kif nafu, il-kunsilli lokali jorganizzaw diversi attivitajiet soċjali, pereżempju l-Festa tal-Ħut, il-Festa tal-Ġbejniet, il-Festa tal-Irkotta u l-Festa tal-Ħalib, u f'dawn l-okkażjonijiet, il-kunsilli jduru wkoll fuq il-każini tal-baned biex jagħtuhom is-sapport tagħhom fl-organizzazzjoni ta' dawn l-attivitajiet.", "Dan bħalma jagħtu sapport lill-parroċċa.", "X'inhi l-festa Maltija mingħajr il-baned u l-każini tal-baned?", "Kif għedt, dawn huma ċentri ta' attivitajiet, però rridu wkoll naraw il-problemi li qegħdin jiffaċċjaw.", "Dawn l-għaqdiet jagħtu kontribut pożittiv kbir lis-soċjetà tagħna u għaldaqstant l-istat għandu jneħħilhom kull xkiel li jtellifhom.", "Hawnhekk hu fejn nistgħu ngħinu aħna l-politiċi.", "Jien, bħalma ovvjament jagħmlu d-deputati kollha ta' dan il-Parlament, niltaqa' ma' ħafna membri minn dawn l-għaqdiet.", "Irridu nkunu prattiċi u nitkellmu fuq l-isfidi li għandhom is-soċjetajiet mużikali.", "Waħda mill-isfidi jidher li hi li d-donazzjonijiet min-naħa tal-partitarji u s-soċji qegħdin jonqsu minħabba żewġ fatturi importanti.", "L-ewwel nett il-partitarji akkanati qegħdin jonqsu u l-anzjani qegħdin ovvjament imutu, u t-tieni, il-maġġoranza tal-ġenerazzjoni żagħżugħa jew ikollha xi loan mal-bank jew inkella l-flus tonfoqhom f'tip ta' divertiment ieħor.", "Naturalment dan mhuwiex tort tal-Gvern, imma huwa żvilupp fis-soċjetà tagħna.", "Madanakollu xorta rridu naraw li kemm jista' jkun il-każini tal-banda ma jkollhomx xkiel.", "Niġi għal punt ieħor.", "Meta każin jagħmel xi tip ta' żvilupp jew restawr tas-sede tiegħu, dan jiġi jiswieh flejjes kbar.", "Veru li wieħed jista' japplika għal għajnuna mill-Gvern bis-saħħa ta' diversi fondi li hemm, inkluż dawk tal-Unjoni Ewropea, imma biex każin jagħmel xi żvilupp ukoll irid jissellef mill-bank.", "Issa fiż-żmien li ġej nistennew li r-rati tal-imgħaxijiet, li fl-aħħar snin kienu storikament baxxi, jibdew jogħlew u allura tajjeb li jkun hemm skemi tal-istat biex is-self lill-każini tal-baned ikunu bla interessi.", "Barra minn hekk, fejn jidħol ir-restawr ta' każini qodma hemm diversi inizjattivi prattiċi li jistgħu jittieħdu.", "Pereżempju lill-istudenti tar-restawr tal-MCAST nistgħu npoġġuhom hands on mal-professjonisti li jkunu qegħdin jagħmlu tali restawr.", "Jew nistgħu nqabbdu studenti mill-ITS u studenti oħrajn biex jinġabru fondi għal dawn is-soċjetajiet mużikali permezz ta' attivitajiet ta' tisjir li jorganizzaw l-istess soċjetajiet f'ħafna okkażjonijiet.", "L-okkażjonijiet tat-tisjir huma frekwenti ħafna fis-soċjetà Maltija li, bħal soċjetajiet Mediterranji oħra, tħobb tiltaqa' madwar l-ikel.", "Sur President, meta niltaqa' ma' xi membru ta' xi soċjetà mużikali kważi dejjem nikkonkludi li rridu nsibu modi ġodda ta' kif nattiraw aktar studenti u kif it-tagħlim tagħhom jingħata valur.", "Illum kulħadd jimbotta lit-tfal għall-edukazzjoni, inkluż fl-isport, fiż-żfin u anke fit-tagħlim ta' mużika fil-privat, iżda ħadd ma jieħu inizjattiva biex jirriklama s-soċjetajiet mużikali għax kif issemmi l-kelma \"każin\", ġieli titqanqal ċerta stigma.", "Fis-soċjetajiet tal-banda jsir ħafna xogħol u tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas u issa we have to start thinking outside the box.", "L-awtoritajiet tal-edukazzjoni jistgħu, pereżempju, jieħdu t-tagħlim tal-mużika u l-attività volontarja bħala parti mill-portafoll tal-ħiliet tal-istudenti.", "Il-Matsec għandu jkun studju u eżamijiet biss?!", "Jista' jinvolvi element ta' tagħlim mhux akkademiku u parteċipazzjoni volontarja?", "Qabel, fil-Milied, fil-karnival u f'Ħadd il-Palm, kienu jsiru programmi mill-fondi tal-banka tal-lottu bħala għajnuna lill-baned.", "Illum dawn il-programmi nqatgħu.", "Tista' allura titqajjem diskussjoni mal-Maltco biex dawn jerġgħu jibdew isiru?", "Hemm ukoll ħafna attivitajiet governattivi fejn il-baned jistgħu jingħataw opportunità li jdoqqu, kif wara kollox isir barra minn Malta, fejn anke baned żgħar huma valorizzati bil-kbir mill-kunsilli lokali u gvernijiet.", "Żvilupp interessanti ħafna fl-aħħar snin, speċjalment minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, kien il-koperazzjoni li nħolqot ma' baned barranin.", "Dan hu qasam fejn il-Gvern jista' jgħin aktar.", "Numru ta' soċjetajiet tal-banda jinkludu fihom taqsimiet oħrajn, fosthom tal-logħob tan-nar.", "Issa fil-logħob tan-nar sar żvilupp kbir f'pajjiżna matul dawn l-aħħar għaxar snin u tista' tgħid li dan huwa l-unika ħaġa li neċċellaw fiha.", "Diversi għaqdiet ħadu sehem u rebħu konkorsi barra minn Malta wara li fl-ewwel snin tal-millenju l-ġdid, beda jsir il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fil-Port il-Kbir, imbagħad f'portijiet oħrajn.", "Il-festi li darba kien hawn min bassar li setgħu jmutu mhux talli ma mitux, talli wħud minnhom jattiraw folol kbar minħabba l-logħob tan-nar.", "Din hija tradizzjoni sabiħa li bdiet mill-benniena mużikali tal-każini, għalkemm il-pressjoni fuq l-ambjent bdiet tinħass ukoll minħabba l-artijiet fejn jinħaraq il-logħob tan-nar.", "Il-Gvern, l-awtoritajiet lokali u dawk ambjentali għandhom jagħtu valur ukoll lill-art minn fejn jinħaraq il-logħob tan-nar.", "Dan hu fejn il-flus jagħmlu ħsara lil-livell tal-għajxien.", "Pereżempju parti minn fejn jinħaraq logħob tan-nar mill-isbaħ fi Triq il-Konvoj ta' Santa Marija l-Imqabba, daħlet fiż-żona tal-iżvilupp u jidher li se jinbeda xi proġett u allura l-logħob tan-nar se jitnaqqas minn parti sostanzjali ta' dik it-triq.", "Meta nitkellem ma' dawk involuti jsemmuli wkoll il-ħlas għoli għal permessi taż-żamma tal-ordni, speċjalment għal programmi żgħar fil-lokalitajiet fix-xitwa.", "Hemm ukoll il-problema tal-insurances għall-ħruq tan-nar u l-armar.", "Il-kumpaniji tal-piroteknika qegħdin joperaw f'atmosfera fejn bilfors trid tintalab insurance u hemmhekk fejn forsi jista' jkun hemm ukoll għajnuna mill-Gvern.", "Kif jafu tajjeb, il-kumitati tal-każini tal-banda ma jeħdux ħsieb il-banda biss u għandna napprezzaw ħafna aktar ix-xogħol tagħhom.", "F'soċjetà ħajja jrid ikollna dak li jlaqqagħna flimkien f'ambjent volontarju u mhux biss dak li hu kummerċjali u ekonomiku.", "Anzi, is-sabiħ fil-ħajja ma tistax tixtrih!", "Is-sabiħ tal-ħajja ma jidħolx fiċ-ċifri tal-ekonomija!", "Il-każini tal-banda jikkontribwixxu bil-kbir għal dak li hu sabiħ f'ħajjitna u allura aħna l-politiċi rridu naraw li nkunu ta' servizz għalihom għax daw n qegħdin jagħtu ħafna lil pajjiżna.", "Nixtieq nagħmel l-aħħar punt dwar il-kontribut ekonomiku indirett tas-soċjetajiet mużikali tagħna.", "Pajjiżna jiddependi mit-turiżmu.", "It-turiżmu huwa sinonimu, speċjalment fix-xhur tas-sajf, mhux biss mal-baħar u x-xemx, imma anke mal-festi li jkollna ta' kull ġimgħa.", "U x'inhuma l-festi mingħajr il-każini tal-baned?", "X'inhuma l-festi mingħajr il-logħob tan-nar li jagħmlu l-każini tal-baned?", "Dan huwa l-kontribut ekonomiku indirett tagħhom.", "Sur President, qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi nerġa' ntenni l-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni għal dan l-Abbozz ta' Liġi, anzi nixtieq nara kif nistgħu nkunu ta' aktar għajnuna.", "Jista' jkun li din il-liġi se toħloq sfida, però rridu nibqgħu naħsbu u nsibu soluzzjonijiet u alternattivi għal dawn il-każini.", "Ma jistax ikun li għandna 20 każin f'pajjiżna li nistgħu nitilfuhom.", "Għalhekk nerġa' ngħid, il-Gvern se jkollu l-appoġġ tagħna għaliex pajjiżna jiddependi ħafna mill-kontribut li jagħtu l-każini tal-baned.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sinjura President, se jkolli nimprovizza ftit id-diskors tiegħi għaliex ġejt ippreparat biex nindirizza parti minn dak li tkellmet dwaru l-Onor.", "Therese Comodini Cachia lbieraħ, però wara li smajt lill-Onor.", "Hermann Schiavone jitkellem, ikolli nistqarr li ninsab ftit konfuż għax donnu l-Oppożizzjoni qiegħda tieħu pożizzjonijiet differenti fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Hawnhekk qegħdin niddibattu emendi li jittrattaw żewġ suġġetti.", "Jiġifieri għalkemm qegħdin nagħmlu Abbozz ta' Liġi wieħed, dan jittratta żewġ suġġetti distinti minn xulxin.", "Fil-fatt, fl-ewwel parti tiegħu nsibu emendi li jikkonċernaw residenzi li dwarhom hemm titolu ta' kera li huwa derivanti minn konċessjoni enfitewtika, jiġifieri kien hemm kuntratt ta' ċens li mbagħad, bis-saħħa ta' liġi, inqaleb f'kera, mentri fit-tieni parti nsibu emendi li jikkonċernaw il-każini tal-baned.", "Ir-residenzi li qegħdin nitkellmu fuqhom hawnhekk huma dawk li dwarhom hemm kuntratt ta' kera li joħroġ mill-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Din hija liġi tal-1979 li bis-saħħa tagħha nħolqu diversi protezzjonijiet għal skop soċjali.", "Fost il-protezzjonijiet hemm dawk tal-konċessjonijiet enfitewtiċi, jiġifieri fejn għandek kuntratt ta' ċens temporanju li mhuwiex perpetwu, jiġifieri għal dejjem, imma li jiskadi wara numru ta' snin.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi tal-1979, fi tmiem ta' dik il-konċessjoni enfitewtika ċ-ċens jinqaleb f'titolu ta' kera.", "Mela minflok l-enfitewta jispiċċa barra mir-residenza, bis-saħħa ta' din il-liġi jista' jkompli jokkupa dik il-proprjetà permezz ta' kuntratt ta' kera.", "X'inhi s-sitwazzjoni llum?", "Ir-reġim legali maħluq b'din il-liġi tal-1979 ġie attakkat fil-qrati tagħna għal darba, darbtejn, tliet darbiet.", "Il-konsegwenzi jew l-eżiti tas-sentenzi tal-qrati tagħna huma magħrufa u d-diffikultà prinċipali ta' din il-liġi mhuwiex il-prinċipju tagħha, għax il-prinċipju tagħha jaqa' f'dak li jissejjaħ \"margin of appreciation\" li għandu kull gvern.", "Meta l-istat illeġiżla u għamel din il-liġi fl-1979, l-iskop fundamentali tagħha kien li tingħata protezzjoni lil min ma kellux residenza alternattiva.", "Dak huwa skop tajjeb u kemm il-ġurisprudenza tagħna kif ukoll il-Konvenzjoni Ewropea jippermettuh.", "Li ma tippermettix il-Konvenzjoni Ewropea huwa li jkollok sproporzjon.", "U x'inhu dan l-isproporzjon?", "L-isproporzjon huwa meta s-sid jiġi obbligat, peremzz ta' liġi, li jitlob kumpens li jkun baxx wisq.", "Ħalli nagħti eżempju.", "Ejja ngħidu li jien sid ta' proprjetà li tiswa €100,000 u l-valur tagħha fuq is-suq tal-kera hu ta' bejn wieħed u ieħor 3% tal-valur tagħha, jiġifieri €3,000 fis-sena iżda l-kumpens li qed nirċievi huwa ta' €300 fis-sena.", "Hemmhekk għandek kwestjoni ta' sproporzjon.", "Hemm kwestjonijiet ta' sproporzjon akbar għax hemm proprjetajiet li jiswew €0.5 miljun, pereżempju, u l-kumpens li qed jirċievi s-sid huwa ta' €300 fis-sena.", "Sur President, wieħed bilfors irid iħares lejn dak li jgħidu s-sentenzi tal-qrati tagħna biex jifhem ir-raġuni wara dawn l-emendi.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li matul diversi leġiżlaturi qabel l-2013, ħaddieħor, għalkemm diġà kien konxju tal-problema għaliex il-qrati tagħna ilhom jissenjalaw din il-problema sa mis-sena 2000, jew m'għamel xejn jew inkella għamel biss attentati fjakki biex taparsi jindirizza s-sitwazzjoni.", "X'qalu l-qrati tagħna tul is-snin?", "Hawnhekk niġu għall-ewwel diffikultà!", "Filwaqt li l-qrati tagħna tista' tgħid li llum ħadu pożizzjoni konsistenti u jgħidu li fejn għandek sproporzjon, għandek kwestjoni ta' ksur tad-drittijiet tas-sid li joħorġu kemm mill-Kostituzzjoni kif ukoll mill-Konvenzjoni Ewropea, meta jiġu għar-rimedju mhux dejjem jaqblu bejniethom.", "Saħansitra l-ġimgħa li għaddiet ingħatat sentenza rigward fond kummerċjali differenti fejn il-qorti ma mxietx fuq l-istess binarju u kriterju li mxew ta' qabilha.", "Imma x'qalu l-qrati tagħna?", "Kien hemm sentenzi li qalu li fejn għandek din il-kwestjoni tal-isproporzjon, jiġifieri s-sid ikun qed jirċievi inqas milli ħaqqu, id-differenza jrid jagħmel tajjeb għaliha l-Gvern.", "Jiġifieri jekk għandek proprjetà li tiswa tant u l-inkwilin ikun qed iħallas inqas, biex tiġi indirizzata l-kwestjoni tal-isproporzjon id-differenza jrid jagħmel tajjeb għaliha l-istat.", "Hemm sentenzi li qalu hekk.", "Hemm imbagħad sentenzi li qasmu l-piż bejn l-istat u min qed jokkupa l-proprjetà u hemm sentenzi oħrajn li qalu li ġaladarba l-liġi tmur kontra l-Kostituzzjoni u kontra l-Konvenzjoni Ewropea, l-inkwilin jew min ikun qed jokkupa l-proprjetà jitlef id-drittijiet kollha li għandu fuq dik il-proprjetà, u hawnhekk fejn qamet id-diffikultà prinċipali li wasslet biex jitressqu dawn l-emendi.", "Hemm sentenzi li qegħdin jgħidu li fi kwestjoni ta' sproporzjon, l-inkwilin ma jistax jippretendi li jibqa' jokkupa dik il-proprjetà u għandu jiġi żgumbrat, anke jekk ma jkollux il-mezzi biex isib residenza alternattiva.", "Imbagħad hemm ir-raba' kumplikazzjoni.", "Apparti minn dan in-nuqqas ta' konsistenza fid-deċiżjonijiet tal-qrati tagħna għax kull qorti jkollha l-fehma tagħha dwar kif għandha tapplika l-Konvenzjoni Ewropea u dwar kif għandha tapplika l-Kostituzzjoni, is-sitwazzjoni tkompli tikkomplika ruħha iżjed bid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għaliex il-Qorti Ewropea b'mod konsistenti qatt ma tikkundanna lill-individwi, jew lill-privat, imma dejjem tikkundanna lill-istat.", "Mela fejn il-Qorti Ewropea ssib li hemm kwestjoni ta' sproporzjon bejn dak li ħaqqu jirċievi s-sid u dak li attwalment qed jirċievi, il-Qorti Ewropea qatt ma tgħid li l-inkwilin jew min qed jokkupa l-proprjetà jrid jitlaq 'il barra mill-proprjetà imma tordna lill-istat biex jagħti kumpens lis-sid ħalli jpatti għal dak l-isproporzjon.", "Mela hawnhekk għandna din l-anomalija li l-qrati tagħna ġieli jordnaw li jiġi żgumbrat individwu minn post biex titpatta l-kwestjoni tal-isproporzjon mentri l-Qorti Ewropea qatt meta tiddeċiedi li tiżgumbra individwu.", "Minħabba din l-anomalija, jekk tkun avukat u tintalab biex tagħti parir dwar suġġett simili, kważi kważi tieħu qatgħa!", "Kulma tista' tgħidlu lill-klijent huwa x'qalu diversi sentenzi però żgur li ma tistax tagħtih parir li jkun konsistenti jew uniformi.", "Għalhekk l-ewwel skop ta' dawn l-emendi huwa li tiġi introdotta ċertezza.", "Sur President, l-emendi li qed nipproponu aħna mhumiex perfetti.", "Fil-fatt l-Onor.", "Comodini Cachia lbieraħ fid-diskors tagħha għamlet punti legali li jien segwejt b'interess.", "Jiġifieri nafu li dawn l-emendi mhumiex perfetti, u naħseb li ebda emendi li nistgħu nagħmlu mhu se jkunu perfetti għax dejjem jista' jinqala' sid li jiddeċiedi li jikkontestahom, però naħseb li huma emendi kuraġġużi, solidi u huma emendi li fl-aħħar mill-aħħar jirrikonoxxu d-diffikultà li għandna llum.", "L-iskop prinċipali tal-liġi tal-1979 kien skop soċjali imma sfortunatament, illum għandna sitwazzjoni fejn jista' jkun li l-inkwilin jirbaħ il-lotterija, jew forsi jkun finanzjarjament b'saħħtu, u xorta jibqa' jibbenefika minn din il-liġi u allura xi mkien l-iskop soċjali ntilef.", "Fil-verità, għalkemm l-iskop wara din il-liġi kien wieħed soċjali, fil-liġi nnifisha dak l-iskop qatt ma kien kristallizzat għaliex x'tgħid il-liġi qatt ma kien abbinat mal-mezzi tal-individwu u huwa proprju għalhekk li nħolqot l-anomalija li jista' jkun hemm xi miljunarju, jew forsi bniedem li għandu mezzi qawwija, li jibqa' jgħix fi proprjetà li hija protetta bil-Kap.", "158 u jħallas biss ammonti żgħar f'kera, u dan meta fl-istess waqt ikollu diversi proprjetajiet li jkun qed jikkapitalizza minnhom.", "Każijiet simili jeżistu f'pajjiżna, Sur President.", "Għalhekk, l-ewwel ħaġa kuraġġuża li jagħmlu dawn l-emendi hija li jindirizzaw din l-anomalija.", "Tajjeb ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi ma jħarisx biss lejn is-sitwazzjoni tal-okkupant imma janalizza l-problema u jindirizzaha across the board.", "Jiġifieri dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed iħares kemm mill-ottika tas-sid, kif ukoll mill-ottika tal-inkwilin.", "Issa l-kelliema tal-Oppożizzjoni lbieraħ qalu li dan huwa badly drafted.", "L-ewwel nett jekk hemm bad drafting, li fl-opinjoni tiegħi ma hemmx, kont nistenna l-kontroproposti u t-tieni, meta tanalizza l-klawsoli waħda waħda ssib li dawn huma emendi li mhux talli mhumiex badly drafted, talli qed janalizzaw id-diffikultajiet li joħorġu mill-ġurisprudenza tagħna u jindirizzaw is-sitwazzjoni.", "Sur President, l-emenda prinċipali li qed nipproponu fir-rigward tal-konverżjonijiet minn ċens għal kera hija li jibsa jsir means test.", "Aħna qed nipprovaw nintroduċu l-prinċipju li ġaladarba din hija liġi bi skop soċjali, huwa naturali u loġiku li għandu jgawdi minnha min huwa fil-ħtieġa.", "Għaldaqstant qed nipproponu li jibda jsir means test biex issir distinzjoni bejn min għandu bżonn u min m'għandux il-bżonn.", "B'hekk, issir ukoll ġustizzja mas-sid.", "Naħseb li dan huwa prinċipju paċifiku u jikkonferma li l-akkomodazzjoni soċjali hija obbligu tal-istat u mhux tal-privat.", "Minkejja dan, l-istat għandu l-fakultà mogħtija lilu bil-Konvenzjoni Ewropea li jipprovdi wkoll għaċ-ċirkostanzi msemmija fil-liġi tal-1979, li fil-prinċipju mhijiex liġi ħażina u hija aċċettabbli, anke mil-lat konvenzjonali, li l-istat ikun jista' jagħmel miżuri bħalma huma dawn l-emendi, basta jindirizza l-kwestjoni tal-proporzjon.", "Persuna li m'għandhiex il-mezzi biex issib akkomodazzjoni alternattiva se tibqa' tibbenefika mill-istess protezzjoni li kellha sal-lum; l-unika differenza hija li se tiġi indirizzata l-kwestjoni tal-isproporzjon.", "Fil-fatt, għalkemm is-sid mhux bilfors li se jkun qiegħed jirċievi daqskemm kien jirċievi li kieku kellu jikri l-proprjetà fuq is-suq miftuħ, id-differenza se titnaqqas ferm għax qed ngħidu li r-rata tal-kera għandha tkun sa massimu ta' 2% tal-valur tal-proprjetà.", "Qed ngħidu wkoll li se tkun fid-diskrezzjoni tal-Bord tal-Kera li jvarja l-ħlas dovut skont iċ-ċirkostanzi partikolari li jkollu quddiemu, ċjoè skont iċ-ċirkostanzi tas-sid u tal-inkwilin.", "L-importanti li dan ma jkunx aktar minn 2% tal-valur tal-proprjetà.", "B'hekk, nemmen li se tiġi indirizzata b'mod kuraġġuż il-kwestjoni tal-isproporzjon.", "Dan huwa mod innovattiv, fejn il-Bord tal-Kera se jkun l-organu ġudizzjarju li se jiġi fdat b'dan l-eżerċizzju tal-means test.", "Il-Bord tal-Kera se jkun l-organu ġudizzjarju li jiddetermina jekk il-means test huwiex sodisfaċenti jew le.", "Imbagħad eventwalment jistabbilixxi r-rata tal-kera kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-kirja.", "Xi ħaġa oħra importanti li qed ngħidu hija li min jibbenefika minn din il-liġi jrid jibqa' jissodisfa l-kriterju li m'għandux mezzi li jeċċedu l-means test.", "Dan ifisser li jekk persuna kienet taqa' taħt il-Kap.", "158 meta sar il-means test però mbagħad kellha tibdil fiċ-ċirkostanzi tagħha u pereżempju - każ estrem - rebħet il-lotterija, din ma tistax tippretendi li tibqa' tibbenefika minn dawn il-kirjiet protetti bil-Kap 158.", "Dan huwa prinċipju ieħor innovattiv li se jkun qed jiġi introdott b'din il-liġi.", "Hemm diversi emendi oħra li mhux se noqgħod nidħol fit-teknikalitajiet tagħhom waħda waħda, però dawn għandhom il-prinċipju komuni li jindirizzaw din id-diffikultà tal-isproporzjon.", "Fil-każ li ma jkunx hemm sentenza ta' qorti u dak li jkun ikollu biżżejjed mezzi, mhux qed ngħidulu li jrid jiżgombra ruħu mill-proprjetà b'mod immedjat, imma qed nintroduċu l-perjodu ta' ħames snin.", "Jiġifieri dak li jkun ikun jista' jibqa' jirrisjedi fil-proprjetà sa ħames snin, imbagħad ikollu jċedi t-titolu tiegħu.", "Dan meta ma jkunx hemm sentenza ta' qorti.", "L-emendi jitkellmu wkoll dwar meta jkollna sentenza ta' qorti, jew tal-Bord, li tiddikjara li hemm sitwazzjoni ta' sproporzjon.", "Ejja ngħidu li s-sid ikun mar quddiem il-qorti, talab lill-qorti tiddikjara li bil-konverżjoni ta' ċens għal kera hemm sproporzjon u qed jirċievi ħafna u ħafna inqas minn dak li jagħtih is-suq miftuħ u l-qorti qablet miegħu u tagħti rimedju jew dikjarazzjoni li hemm sproporzjon.", "L-Abbozz ta' Liġi qiegħed jindirizza dawn is-sitwazzjonijiet ukoll, u hawnhekk għandna emenda oħra innovattiva, però din se nabbinaha mal-emenda li qed tiġi proposta għall-każini u nabbinaha wkoll mal-emenda li ddibattejna fir-rigward tal-kmamar tan-nar.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Comodini Cachia tkellmet ħafna dwar din l-emenda li tittratta każijiet fejn il-qorti tkun iddikjarat li hemm sproporzjon però l-inkwilin xorta jkun għadu fil-pussess tal-proprjetà.", "Jien segwejt il-punti li semmiet u se nidħol fil-kwestjoni tal-konsistenza.", "Il-prinċipju wara l-emenda li għamilna fir-rigward tal-kmamar tan-nar u l-prinċipju wara l-emenda li qed nipproponu fir-rigward tal-kera tal-każini huwa identiku u allura kif l-Oppożizzjoni qed tgħid li ma taqbilx mal-emendi li qed niddibattu llum, u qed tgħid li huma badly drafted, meta kienet appoġġjat b'mod totali l-emenda fir-rigward tal-kmamar tan-nar?!", "Bir-rispett kollu, il-prinċipju huwa wieħed identiku.", "Hermann Schiavone tkellem b'mod differenti u allura forsi llum ġiet eliminata l-inkonsistenza li smajna lbieraħ.", "Il-prinċipju huwa wieħed u l-Oppożizzjoni trid tiddeċiedi.", "Ma tistax tkun favur l-emendi tal-kmamar tan-nar u tkun kontra l-emendi li qed nipproponu għall-każini.", "Dawn it-tnejn huma soċjetajiet li għandhom rwol kruċjali fl-organizzazzjoni tal-festi tagħna, u dan semmewh kemm-il darba l-Onor.", "Għaldaqstant nappella biex ikollna konsistenza fid-dibattiti.", "Ma jistax ikollna inkonsistenzi.", "Ma jistax ikollna dibattiti li ma jkunux kostruttivi.", "Ma naħsibx li aħna suppervi b'tali mod li m'aħniex lesti li naċċettaw il-kritika, jew li m'aħniex lesti nisimgħu fejn jista' jsir aħjar.", "U naħseb li jkun ta' disservizz li inti tkun kritiku bla ma tipproponi emendi kostruttivi.", "Kien ikun aktar faċli li wieħed jibqa' għaddej u jinjora r-realtà u l-inċertezza kbira li hemm hemm barra, kemm min-naħa tas-sidien kif ukoll min-naħa ta' inkwilini, però dawn l-emendi huma bżonjużi.", "Aħna li naħdmu fil-professjoni legali nafuh sew dan għax ta' kull ġimgħa nsibu dawn is-sitwazzjonijiet ma' wiċċna.", "Kulħadd jistaqsik x'se jiġri minnu u jekk jiftaħ kawża fejn se tmur.", "Sur President, jien la jien kritiku tas-sidien u lanqas tal-inkwilini.", "Kulħadd għandu d-drittijiet u l-interessi tiegħu.", "Naturalment l-interessi tas-sid żgur li huma kunfliġġenti mal-interessi tal-inkwilin.", "Għalhekk, jien dejjem nipprova nara s-sitwazzjoni mill-ottika taż-żewġ partijiet.", "F'dan il-każ, fuq naħa għandna l-inkwilin, li daħal f'post u kellu ċ-ċertezza li ngħatat lilu bil-liġi tal-1979 u li issa din il-liġi lanqas jaf hux se jkompli jiggwadanja minnha jew le, u fuq in-naħa l-oħra għandna s-sid li tteħditlu proprjetà li mingħalih kien se jeħodha lura fl-1990, meta suppost kienet tiskadi l-konċessjoni enfitewtika, imma bis-saħħa tal-istess liġi tal-1979 spiċċa kellu jikri dik il-proprjetà għal perjodu indefinit.", "Dik hija r-realtà li għandna llum.", "Allura li qed nagħmlu b'dawn l-emendi huwa li qed nindirizzaw is-sitwazzjoni kemm tas-sidien kif ukoll tal-inkwilini biex tal-inqas ikunu jafu l-pożizzjoni legali tagħhom x'inhija, anke bi pronunzjament ġudizzjarju ta' dak li jridu jħallsu.", "Naturalment jista' jkun hemm min jikkontesta dawn l-emendi għax kulħadd għandu d-dritt mogħti lilu bil-Kostituzzjoni u bil-Konvenzjoni Ewropea ta' aċċess għal qorti.", "Għalhekk aħna demokrazija ħajja.", "Għalhekk aħna demokrazija vibranti, fejn is-saltna tad-dritt u l-qrati tagħna huma b'saħħithom.", "Tant kemm għandna qrati b'saħħithom u tant kemm għandna qrati li japplikaw b'mod b'saħħtu l-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni li kellna bilfors nindirizzaw l-ilmenti li bdew jagħmlulna.", "Kellna diversi sentenzi tal-qrati li ġew komunikati lil din il-Kamra, inkluż dik li semmejt aktar qabel tal-fond kummerċjali fi Triq ir-Repubblika, u meta Qorti superjuri tikkomunika sentenza lil din il-Kamra ma nistgħux naġixxu bħallikieku qatt ma ġara xejn.", "Issa f'dan il-każ il-Qorti bagħtet sentenza quddiemna u qaltilna li hawn kwestjoni ta' ksur tal-Kostituzzjoni jew tal-Konvenzjoni li rridu nieħdu ħsiebha, u dak huwa dak li qed jagħmlu dawn l-emendi.", "Din il-kwestjoni tal-isproporzjon tqajmet f'diversi sentenzi u aħna qed nindirizzawha mingħajr ma ninjoraw il-pożizzjonijiet u l-interessi kemm tal-inkwilin kif ukoll tas-sid.", "Naħseb li dawn l-emendi mhux biss jindirizzaw il-kwestjoni tan-nuqqas ta' ħlas li kien qed jirċievi s-sid tul is-snin imma jindirizzaw ukoll id-drittijiet tas-sid u tal-inkwilin mingħajr ma joħolqu sitwazzjoni fejn in-nies jispiċċaw żgumbrati mill-proprjetà tagħhom.", "Dawn huma episodji li ġraw.", "Kien hawn min irnexxielu jġib dikjarazzjoni minn qorti li hemm ksur tal-Kostituzzjoni jew tal-Konvenzjoni Ewropea u mbagħad wara segwa bi proċeduri ta' żgumbrament u l-inkwilin spiċċa fit-triq.", "Dawn l-emendi qed jindirizzaw dik is-sitwazzjoni wkoll.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi fih ukoll emendi li jindirizzaw il-kwestjoni tal-każini, li wkoll jistgħu jispiċċaw f'din is-sitwazzjoni.", "Issa f'dawn l-emendi hemm żewġ ottiċi li wieħed irid jara.", "L-ewwel nett hemm każini li t-titolu tagħhom ġie terminat mhux minħabba nuqqas ta' ħlas ta' kera imma minħabba tibdil strutturali li għamlu mingħajr il-permess tas-sid.", "Hawnhekk forsi nieħu spunt mis-sentenza tal-Qorti dwar il-Każin de Paul, li applikat il-liġi kif inhi, u nistaqsi jekk għandniex nibdew naħsbu biex nagħmlu reviżjoni tal-kwestjoni tat-tibdil strutturali.", "Il-liġi bħalissa tgħid li jekk l-inkwilin jagħmel tibdil strutturali mingħajr il-kunsens tas-sid, anke f'residenza, il-konsegwenza tkun li jiġi terminat it-titolu ta' kera.", "L-ironija hi li hemm ħafna tibdil strutturali x'wieħed jista' jagħmel li jżid il-valur u l-preġju tal-post.", "Forsi jkun hawn min jgħid li s-sid xorta għandu d-dritt li joġġezzjona.", "Veru, però hemm ftit ta' inkonsistenza għaliex il-liġi ma tagħtix diskrezzjoni lill-Qorti f'dawn il-każijiet u tibdil strutturali mingħajr il-kunsens tas-sid dejjem iwassal biex it-titolu jiġi terminat.", "Hemm ukoll sentenzi tal-qrati tagħna li jitkellmu fuq meta t-tibdil strutturali jista' jitreġġa' lura u jgħidu li f'dawn il-każijiet il-kirja m'għandhiex tintemm, però jien naħseb li aktar m'għandhiex tintemm meta t-tibdil itejjeb il-valur tal-fond!", "Jekk għandi fond li bit-tidbil li għamiltlu tellajtlu l-valur sostanzjalment, għaliex għandu jkun hemm il-konsegwenza tat-terminazzjoni tal-kirja?!", "Naħseb li l-emenda li qed nipproponu fir-rigward tal-każini tal-banda se toħloq dibattitu għax hija emenda inovattiva però wieħed irid jara l-kuntest kollu.", "Wieħed irid jara din l-emenda anke fil-kuntest tal-funzjoni li jservu l-każini tal-banda.", "Ovvjament dan filwaqt li nindirizzaw l-ammonti li se jkunu qed jirċievu s-sidien.", "Sur President, nappella biex nirrikonoxxu li llum qegħdin fis-sena 2018 u mhux fis-sena 1979.", "Mill-1979 sal-lum għaddew ħafna snin u dak li kien jgħodd fl-1979 - meta f'Malta l-Konvenzjoni Ewropea tal-1987 saret tagħmel parti mill-ordinament ġuridiku Malti - mhux bilfors għadu jgħodd fil-ġurnata tal-lum.", "Is-sitwazzjoni nbidlet ħafna u l-bżonnijiet soċjali nbidlu wkoll.", "Għad hemm min għad għandu bżonn l-għajnuna soċjali, u dan ma nistgħux ninjorawh, u allura permezz ta' dawn l-emendi se nkunu qed nindirizzaw il-bżonnijiet ta' dawn il-persuni fid-dawl tar-realtajiet soċjali li għandna llum.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sinjura President, kemm il-membri tal-Gvern kif ukoll il-membri tal-Oppożizzjoni enfasizzaw il-punt li din il-liġi qed issir biex jintlaħqu l-bilanċ u l-proporzjonalità li hemm bżonn.", "Fil-fatt, l-iskop ta' din il-liġi huwa twofold għaliex la jrid ibati min illum qiegħed fil-kera u lanqas ma jrid ibati u jkompli jiċċaħħad mill-proprjetà tiegħu s-sid tal-istess proprjetà.", "Jien nemmen li biex nagħmlu dan, l-ewwel u qabel kollox irridu nkunu konxji tar-realtajiet u tas-sitwazzjonijiet kollha li għandna u mhux ta' xi wħud.", "Pereżempju lkoll kemm aħna nafu li llum hawn nies li ma jifilħux iħallsu kera għolja.", "Saħansitra hemm minnhom li lanqas se jkunu jifilħu jħallsu l-kera kif qiegħda tiġi proposta f'din il-liġi.", "Imbagħad hemm dawk li mhux talli jifilħu jħallsu l-kera bla problemi, talli huma kkunsidrati li huma pjuttost well-off.", "Għaldaqstant inħoss li din il-liġi trid tagħmel dawn it-tip ta' differenzi.", "Wara kollox dan huwa x-xogħol tal-politiku; il-politiku qiegħed hemmhekk għall-ġid tan-nies.", "Il-politiku qiegħed hemmhekk biex jilleġiżla fl-interess ta' kulħadd.", "Nammetti li din il-liġi hija pjuttost tricky u allura importanti li f'dan il-mument kruċjali ħadd ma jagħlaq widnejh, anzi għandna nitkellmu u niddiskutu kemm nistgħu biex nipprovaw intejbuha u nagħmluha aħjar.", "Huwa għalhekk li jien illum se nagħmel biss ħames osservazzjonijiet, sabiex meta niġu fi stadju ta' Kumitat, verament inkunu nistgħu nagħmlu t-tibdiliet neċessarji.", "Nibda bl-ewwel osservazzjoni tiegħi li hija preċiżament fuq is-subklawsola 3(2).", "Din is-subklawsola tgħid hekk:", "\"(2) Il-proprjetarju għandu jkollu l-jedd jippreżenta rikors quddiem il-Bord li jirregola l-Kera fejn jitlob li l-kera tiġi riveduta għal ammont li ma jeċċedix it-tnejn fil-mija fis-sena, tal-valur liberu u frank tas-suq miftuħ tad-dar … \"", "Din is-subklawsola taqta' miż-żewġ naħat u tolqot ħażin kemm lis-sid kif ukoll lill-kerrej.", "Ħalli nibda bil-kerrej li ma jiflaħx iħallas, jiġifieri l-kerrej li veru huwa fqir.", "Forsi m'għandniex eluf kbar ta' nies li huma tant foqra li ma jifilħux iħallsu l-kera, però dawn huma nies bħalek u bħali, Sinjura President, u allura din il-liġi trid taħseb għalihom ukoll.", "Ejja nassumu li d-dar fejn qed joqħod il-kerrej illum tiswa €200,000, prezz raġonevoli ħafna għas-suq tal-lum.", "Skont din il-klawsola, il-kera tista' titla' sa 2% fis-sena tal-valur tal-proprjetà u allura fil-każ ta' din id-dar li tiswa €200,000, il-kera tista' titla' sa €4,000 fis-sena. €4,000 mhux kulħadd jiflaħ iħallashom u allura x'se jiġri minn dawn in-nies?", "Verament se nħalluhom jispiċċaw barra fit-triq?", "Naħseb li ħadd ma jrid li dawn in-nies jispiċċaw fit-triq u allura rridu naraw kif nindirizzaw din il-problema reali.", "Min-naħa l-oħra, peress li qed ngħidu li l-proprjetà se tkun tista' tinkera sa massimu ta' 2% tal-valur tal-istess proprjetà, qegħdin nagħmlu inġustizzja mas-sid meta wieħed jikkonsidra kif inhu s-suq tal-kiri llum.", "Fil-fatt, min qiegħed fis-settur jgħidlek li bħala return fuq il-proprjetà, il-kirja normalment tkun 5% tal-valur.", "Mela min illum il-proprjetà tiegħu hija libera, jista' jikriha u jdaħħal 5%, u lil min diġà ilu għal snin sħaħ ma jistax jikri ħwejġu stess lil ħaddieħor qegħdin ngħidulu: Lilek bit-2% biss se nħalluk tikri!", "Mela wieħed jista' jiggwadajna 5% u l-ieħor 2%.", "Forsi min qed jismagħni jgħid: U iva, bejn 2% u 5% kulma hemm 3%!", "Aħdmu n-numri biex verament tifhmu x'qed ngħid!", "Fuq dan il-punt għalija din il-liġi qed toħloq diskriminazzjoni u distorsjoni bejn sid u ieħor.", "Sinjura President, irridu niftakru wkoll li min jikri jrid iħallas 15% taxxa.", "Ejja nieħdu dar li tiswa €300,000.", "Sid li għandu dar li tiswa €300,000 u hija diġà mikrija, taħt din il-liġi l-aktar li jista' jikriha huwa għal €6,000 fis-sena.", "Xħin iħallas it-taxxa dan jibqagħlu fil-but €5,100.", "Sid ieħor li l-proprjetà tiegħu wkoll tiswa €300,000 u jista' jitfagħha fuq is-suq kif irid hu se jieħu lura 5%, u allura se jkun jista' jdaħħal €15,000 fis-sena.", "F'dan il-każ, is-sid se jħallas kważi €3,000 taxxa u allura fil-but se jibqagħlu madwar €12,000.", "Dan hu każ ta' żewġ proprjetajiet li t-tnejn jiswew €300,000 iżda sid minnhom, għaliex se jintlaqat b'din il-liġi l-aktar li jista' jibqagħlu fil-but huwa €5,000 u s-sid l-ieħor se jdaħħal €12,000!", "Għalija dik hija inġustizzja.", "Kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, l-iskop ta' din il-liġi huwa li jintlaħqu l-bilanċ u l-proporzjonalità li hemm bżonn, u fuq dan qed naqblu Gvern u Oppożizzjoni, imma issa rridu naraw kif verament se naslu għalihom.", "Anke jekk pereżempju nħarsu lejn il-banek.", "Meta xi ħadd jissellef biex jixtri dar bl-iskop li jikriha, il-bank tafu kemm jitolbu imgħaxx? 4%!", "Mela jekk xi ħadd investa f'dar u se jintlaqat b'din il-liġi, dan miskin se jdaħħal 2% meta l-imgħaxx tal-bank huwa ta' 4%!", "Għalhekk għedt li din is-subklawsola taqta' miż-żewġ naħat.", "Lil min verament huwa batut se nkomplu nsallbuh filwaqt li s-sidien qed noħolqu żbilanċ bejniethom.", "Sur President, irridu naġixxu bil-għaqal.", "Jien nemmen li min illum jiflaħ iħallas il-kera, għandu jmur u jikri xi mkien ieħor u mhux jibqa' jikri proprjetà li taqa' taħt din il-liġi.", "Dan il-punt se nkun qed nispjegah fid-dettall aktar 'il quddiem però min-naħa l-oħra, fil-każ ta' dawk li ma jifilħux iħallsu għaliex verament huma foqra, hemmhekk il-Gvern irid jara kif se jsolvi l-problema, u jsolviha mhux billi joħloq liġi u jitfa' r-responsabbiltà u l-piż fuq is-sid privat.", "Hija responsabilità tal-Gvern li jipprovdi lil dawn in-nies fejn joqogħdu.", "Għalhekk tajjeb li jkun hawn is-surplus fil-pajjiż, ħalli s-surplus jintuża fuq każijiet li huma verament ġusti bħalma huma l-każijiet ta' dawn in-nies!", "It-tieni osservazzjoni tiegħi tittratta s-subklawsola 3(4), li titkellem fuq meta jkun hemm kawża għaddejja quddiem il-Bord tal-Kera u l-kerrej ma jkunx jissodisfa l-kriterji ta' dħul.", "Hawnhekk qed ngħidu li fil-każ li l-kerrej ma jkunx jissodisfa l-kriterji ta' dħul, dan se jkollu ċans ħames snin biex jitlaq minn dik il-proprjetà.", "Hawnhekk nistaqsi: Ħames snin huwa perjodu ġust?", "Ma taħsbux li ħames snin huwa perjodu twil wisq?", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq kerrej li ma jiflaħx iħallas, hawnhekk qed nitkellmu fuq kerrej li sarlu l-means test u rriżulta li għandu biżżjjed dħul biex jikri bil-prezzijiet tal-lum u li m'għandux bżonn li jibqa' jikkappara dik il-proprjetà.", "F'dan il-każ is-sid diġà jkun ilu snin bil-proprjetà tiegħu kkapparata inġustament u allura għalfejn se nżidulu ħames snin oħra?", "U x'jiġri jekk isiru l-appelli?", "M'iniex qed ngħid li kif tinqata' s-sentenza għandna nitfgħu lin-nies 'il barra, xejn minn dan, imma naħseb li f'dan l-istadju għandna naraw jekk dan il-perjodu għandux jiqsar.", "Bħalissa fis-suq hawn proprjetajiet għall-kiri, jiġifieri mhijiex kwestjoni li ma jsibux fejn jikru.", "Lanqas mhija kwestjoni li ma jistgħux jikru.", "Għalhekk nerġa' ngħid, irridu nikkonsidraw jekk dan it-terminu ta' meta l-post għandu jiġi vakat għandniex innaqqsuh jew le.", "It-tielet osservazzjoni tiegħi tittratta s-subklawsola 3(11), li titkellem dwar deċiżjonijiet li diġà ttieħdu mill-qrati msejsa fuq in-nuqqas ta' proporzjonalità bejn il-valur tal-proprjetà u l-ammont li għalih huwa intitolat sid il-kera.", "F'din is-subklawsola qed jingħad hekk:", "\"F'dawn il-każijiet is-sid ma jistax jipproċedi biex jitlob l-iżgumbrament tal-okkupant mingħajr ma jagħmel użu minn qabel tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu.\"", "Taf x'qegħdin ngħidu f'din is-subklawsola, Sinjura President?", "Li l-Qorti ma jinteressahiex jekk sid ta' proprjetà diġà mar il-Qorti u għandu sentenza favur tiegħu għaliex biex ikeċċi lill-inkwilin 'il barra, xorta jrid jgħaddi minn dan l-artiklu!", "Dan ifisser li s-sentenzi tal-qrati li kien hemm qabel se jiġu injorati?", "U jekk hemm sentenza li nqatgħet favur is-sid u l-kerrej appella minnha, għall-finijiet ta' din il-liġi s-sentenza hija maqtugħa jew għax għadha fuq appell, se tiġi kkonsidrata bħala sentenza li għadha pendenti?", "Naħseb li huwa ftit perikoluż li jkollok sentenza tal-qorti u mbagħad iddaħħal liġi li tgħid li dik is-sentenza se tinjoraha.", "L-ewwel nett tkun qed tippreġudika d-deċiżjonijiet li jkunu diġà ġew stabbiliti mill-qrati; it-tieni tkun qed toħloq aktar inċertezza; u t-tielet, naħseb li dan imur kontra wħud mid-drittijiet fundamentali.", "Għaldaqstant nemmen li ladarba għandna sentenzi mill-qrati, din il-liġi f'dawn il-każijiet m'għandhiex tiġi applikata b'mod retroattiv.", "Ir-raba' osservazzjoni tiegħi hija dwar klawsola 4, li titkellem dwar il-każini.", "Ilkoll kemm aħna qed naqblu li l-każini huma importanti fil-fibra soċjali tas-soċjetà tagħna, u lkoll kemm aħna qed naqblu li meta każin verament jaħdem fl-interess tal-lokalità tiegħu, dan jista' jservi ta' post fejn iż-żgħażagħ jittrawmu fit-talent u jiltaqgħu eċċ. Jiġifieri ħadd mhu qed jikkontesta li l-każini jrid ikollhom post minn fejn joperaw u joperaw b'mod sew.", "Il-mistoqsija tiegħi però hija din: Għandu jkun sid privat li jipprovdi din il-proprjetà?", "Jekk dawn huma bżonjużi għas-soċjetà tagħna u biex nibnu liż-żgħażagħ, għaliex m'għandux ikun il-Gvern li jipprovdi dawn il-proprjetajiet?", "Il-Gvern għandu proprjetajiet u meta ried jagħti xi biċċa art jew biċċa proprjetà lil xi ħadd, dejjem sab il-mezzi kif jagħmilha.", "Issa forsi jkun hawn min jgħid li l-Gvern jista' jkun li m'għandux proprjetà prime location bħalma għandhom ċerti każini llum.", "Ma jimpurtax, niddiskutu.", "Pereżempju nistgħu nikkonsidraw li nikkumpensaw lis-sid bi proprjetà oħra, forsi anke f'lokalità oħra?", "Naħseb li dawn huma l-affarijiet li għandna nkomplu niddiskutu.", "Huwa inġust li sid privat jagħmel tajjeb hu għan-nuqqasijiet ta' operat u ta' viżjoni ta' gvern, ikun min ikun fil-gvern.", "Din il-liġi teħodna lura għal numru ta' snin u jien għalhekk qed ngħid li għandna npoġġu bilqiegħda u naraw l-osservazzjonijiet li għamilna aħna, bħala Oppożizzjoni, kif ukoll l-osservazzjonijiet li għamlu xi wħud mill-Membri tal-Gvern u meta niġu fl-istadju ta' Kumitat niddiskutuhom kif hemm bżonn.", "L-aħħar osservazzjoni tiegħi hija li s-sitwazzjoni llum hija li meta tiftaħ kawża taf imma meta se tinqata' u tispiċċa ma tafx.", "Biex taħdem din il-liġi u verament issir ġustizzja ma' kulħadd, kemm mal-kerrej, li mhux sew inħalluh imdendel u ma jafx jekk huwiex se jintefa' 'l barra jew le, kif ukoll mas-sid, li għandu dritt li fi ftit żmien ikun jaf x'se jsir mill-proprjetà tiegħu, naħseb ikun għaqli li ndaħħlu ċerti perjodi minn meta ssir l-applikazzjoni sa meta għandha tinstema'.", "Jekk xi ħadd tefa' applikazzjoni għal reviżjoni llum, meta se jissejjaħ biex jibda l-kawża tiegħu?", "Għada?", "Pitgħada?", "Ġimgħa oħra?", "Xahar ieħor?", "Tliet snin oħra?", "Naħseb li għaċ-ċertezza ta' kulħadd, kemm tal-kerrejja kif ukoll tas-sidien, għandna nikkonsidraw jekk għandniex indaħħlu l-perjodu li fih dawn il-kawżi għandhom jiġu deċiżi.", "Fil-verità, jekk il-means test primarjament se jsir fuq il-beni li għandu l-individwu, din hija xi ħaġa li faċli tevalwaha u allura m'għandux għalfejn ikun hemm seduti ad eternum biex jiġu deċiżi dawn il-każijiet.", "Sur President, nittama li l-osservazzjonijiet li għamilt kemm jien kif ukoll il-kollegi tiegħi u li se jagħmel l-Onor.", "Farrugia issa, ma jaqgħux fuq widnejn torox, anzi nieħdu l-opportunità biex niddiskutuhom fl-istadju li jmiss.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, b'sodisfazzjon nilqa' l-iskop ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, li jħares lejnżewġ sitwazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kera f'pajjiżna.", "L-ewwel sitwazzjoni tinvolvi l-każini tal-baned u t-tieni sitwazzjoni tinvolvi lill-inkwilini li l-kirja tagħhom bdiet qabel l-1979.", "Nifhem li wasal iż-żmien li jsir intervent leġiżlattiv, anzi dan imissu sar snin ilu.", "Fl-opinjoni tiegħi ta' tabib – jien m'iniex avukat - sar wisq tgħaffiġ fil-qasam tal-kera u bħala membru tal-Partit Demokratiku qed nistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar ir-regolazzjoni tal-kera.", "Nemmen li wasal iż-żmien li nibnu strateġija mill-qiegħ biex verament ikollna akkomodazzjoni affordabbli.", "Wasal iż-żmien li jkollna policy komprensiva li tħares l-akkomodazzjoni soċjali, il-kera, is-suq tal-proprjetà privata u fuq kollox tiskoraġġixxi l-kirjiet bil-black market.", "Ninnota li dak li huwa propost f'dan l-Abbozz ta' Liġi huwa intiż biex jintlaħaq bilanċ soċjali ġust bejn l-inkwilin u s-sid.", "Ħadt pjaċir nisma' l-frażi \"bilanċ proporzjonat\" tituża kemm minn membri tal-Gvern kif ukoll minn membri tal-Oppożizzjoni.", "Nispera biss li s-suġġerimenti li saru min-naħa tal-Oppożizzjoni jintlaqgħu biex verament dan il-\"bilanċ proporzjonat\" jintlaħaq fl-istadju Kumitat.", "Sur President, fl-1979 il-Gvern ħassar prattika u magħha prattikament l-effetti kollha tal-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar.", "Għaldaqstant min kien kera proprjetà dekontrollata spiċċa ma jistax jitterminaha u jgħolli l-kera.", "Fil-verità suppost li -kera kollha kellha tiġi aġġustata għal 15-il sena, u l-inkwilin kien ikollu jaċċetta li togħla l-kera skont l-għoli tal-ħajja, però lkoll nafu li ħafna drabi din il-miżura ma saritx kif suppost.", "Jien naf b'sitwazzjonijiet fejn kera ta' dar li tiswa bejn €100,000 u €150,000 għandha ħlas ta' kera f'sena li bihom lanqas tixtri fenek!", "Meta ġew għat-taxxa tas-suċċessjoni, għax dik id-dar tintiret mill-wild tas-sid, it-taxxa kienet ħafna aktar mill-fenek li jieħu kull sena!", "Nifhem li dan kollu se jiġi rranġat u li ż-żewġ naħat tal-Kamra qed naqblu li dan l-aġġustament għandu jsir b'mod ġust.", "Sur President, peress li qed nitkellmu fuq liġi li saret qabel l-1979, ħafna mill-inkwilini llum il-ġurnata huma pensjonanti jew qrib il-pensjoni u allura qegħdin fil-faxxa tan-nies vulnerabbli għax uħud mill-pensjonanti lanqas biss ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja.", "Għalhekk, għandu jkollhom il-protezzjoni imma fl-istess ħin għandna wkoll nipprovdu soluzzjoni ġusta lis-sid li jkun krielhom il-proprjetà tiegħu qabel l-1979.", "Minn dak li smajt hawnhekk nifhem li l-ħsieb huwa li dan l-Abbozz ta' Liġi nixtarruh sew waqt l-istadju ta' Kumitat biex dak li huwa suġġerit min-naħa tal-Gvern, nagħmluh aktar ġust milli hu.", "Rigward il-każini tal-baned, lil hinn mill-festi u lil hinn mill-kumitat tal-festi, mill-gruppi tal-armar, mill-kmamar tan-nar u mill-affarijiet kollha li ilhom isiru fuq bażi volontarja kemm ilu li nfetaħ l-ewwel każin fis-seklu 19, uħud minn dawn il-każini isimhom tant kiber li llum għandhom brand bħalma għandhom ċerti negozji.", "Aktar minn hekk, il-każini mhux biss jagħtu identità kulturali iżda jagħtu wkoll identità komunitarja.", "U meta tiġborhom kollha flimkien, dawn jagħtu identità imprezzabbli soċjokulturali nazzjonali.", "Huwa fatt magħruf li ħafna huma s-soċji u l-partitarji li jqisu l-każin, il-maħżen jew il-kamra tan-nar bħala t-tieni dar tagħhom u x-xogħol li jagħmlu, jagħmluh b'orgolju.", "Dawn l-entitajiet, li llum il-ġurnata huma rikonoxxuti bħala NGOs, għalija huma l-mutur tas-sens ċiviku u f'ċerti rħula, sa anke żammew ħaj il-wirt komunitarju, biex ma ngħidx ukoll il-wirt ta' ġensna u l-patrijottiżmu.", "Bla dubju però li l-akbar teżor ta' dawn l-entitajiet huwa l-kontribut soċjali li għandhom fil-formazzjoni taż-żgħażagħ għax huwa minn hemmhekk li ż-żgħażagħ jibnu l-leadership skills tagħhom.", "Għalhekk, l-iskop tagħna għandu jkun li nipproteġu lil dawn l-entitajiet.", "Sur President, jien dejjem ftaħart bil-formazzjoni li ħadt mill-Każin tal-Banda San Filep.", "Ma naħsibx li jien l-uniku membru f'din il-Kamra li ħadt il-formazzjoni tiegħi minn soċjetà bħal dik.", "Kull każin huwa skola tal-banda u nistedinkom issibu membru stat ieħor tal-Unjoni Ewropea li f'kull raħal, jew tal-inqas f'nofs l-irħula tiegħu, għandu każin tal-banda li jgħallem il-mużika b'xejn u jagħti l-istrumenti b'xejn.", "Naħseb li aħna l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għandna dan it-teżor!", "U grazzi għal dawn is-soċjetajiet, tgħallimna u trawwimna u anke għandna l-widna meta niġu għall-arti mużikali.", "Kull kamra tan-nar ukoll hija skola ta' apprendistat u llum din hija rikonoxxuta b'liġi.", "Dan jgħodd ukoll għal kull maħżen tal-armar, anke jekk mhux rikonoxxut b'liġi bħalma hi kamra tan-nar.", "Fl-imħażen iż-żgħażagħ tagħna jiġu mgħallma l-induratura, it-tapezzar, l-iskultura, l-irħamar u ħafna snajja' tradizzjonali oħra.", "Fil-fatt, ħafna mis-snajja' tradizzjonali baqgħu ħajjin sal-lum il-ġurnata bis-saħħa tal-każini tal-baned, b'mod partikolari s-sezzjonijiet tal-armar.", "Is-soċjetajiet tal-banda m'għandhomx biss kalendarju li jolqot il-festa imma għandhom kalendarju kulturali li jkopri s-sena kollha.", "Dawn jorganizzaw attivitajiet mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Diċembru u minbarra l-festi reliġjużi jorganizzaw ukoll avvenimenti soċjali, inkluż avveniment ta' fund raising, u avvenimenti kulturali biex joħolqu dak is-sens ta' identità fil-komunità.", "Sur President, għedt dan kollu għaliex nemmen li għandna ħafna xi nroddu lura lil dawn l-għaqdiet.", "U din il-Kamra qed tirrikonoxxih dan.", "Għalija dawn l-għaqdiet huma s-sisien tal-kultura Maltija.", "Innutajt però li dan l-Abbozz ta' Liġi qed jitkellem dwar il-każini u s-sit ewlieni tagħhom.", "F'Malta, bejn wieħed u ieħor, għandna 23 każin li għandhom ukoll is-sezzjoni tal-armar u l-kamra tan-nar tagħhom.", "L-oħrajn huma każini tal-baned biss.", "Dawn l-istess kmamar tan-nar u tal-armar huma wkoll rikonoxxuti bħala għaqdiet volontarji.", "Għalhekk nistaqsi: Dan l-Abbozz ta' Liġi jkoprihom dawn il-fergħat?", "Hemm każini tal-banda li s-sit ewlieni tagħhom jinsab f'post u l-maħżen jinsab f'post ieħor.", "Minn dak li fhimt, dan l-Abbozz ta' Liġi qed iħares biss lejn is-sit ewlieni, jiġifieri s-sit fejn il-każin ikollu l-indirizz tiegħu, u allura nixtieq inkun naf jekk dawn il-fergħat hux se jkunu koperti.", "L-Abbozz ta' Liġi jitkellem ukoll dwar alterazzjonijiet strutturali u li nixtieq inkun naf huwa fil-każ li tinxtara biċċa art biex is-sit li jkun mikri jitkabbar fl-ispazju, kif inhuwa l-każ għal ħafna każini, il-kriterji ta' aġġustament imniżżla fil-liġi se jieħdu inkonsiderazzjoni l-fatt li l-post issa huwa akbar milli kien, u allura l-valur tiegħu huwa ogħla?", "Min kiteb dan l-Abbozz ta' Liġi għalfejn inkluda biss il-każini tal-baned u eskluda l-għaqdiet kulturali l-oħrajn li jagħtu sehem fil-festi?", "Qed nirreferi għall-għaqdiet tal-armar, għall-għaqdiet tan-nar u l-kumitati tal-festi.", "Dawn ukoll ikollhom is-siti tagħhom.", "Dawn ukoll għandhom jiġu kkunsidrati.", "Il-festa hija parti mill-identità tal-komunità tagħna u dawn ukoll għandhom ukoll sehem fiha u allura ma nistax nifhem għalfejn ma ġewx inklużi.", "L-istess ma nistax nifhem għalfejn ma ġewx koperti l-għaqdiet kulturali li ġeneralment ikollhom isem, bħal pereżempju Wirt iż-Żejtun, Wirt Ħad-Dingli jew Talent Żebbuġi.", "Għaqdiet kulturali bħal dawn ukoll għandhom problema fuq żgumbrament ta' garaxx, li huwa s-sit ewlieni tagħhom, allura naħseb li jekk irridu nkunu komprensivi, dawn għandhom ikunu inklużi wkoll.", "Hawnhekk m'iniex insemmi l-clubs tal-futbol għax qed nitkellem fuq kultura biss.", "Forsi l-Ministru jista' jieħu nota u jressaq emenda f'dan is-sens fl-istadju ta' Kumitat.", "B'hekk, noffru soluzzjonijiet għal kwalunkwe entità kulturali u jekk hawn min fostna ra li din il-liġi qed tintuża biex nippreferu xi każin minn ieħor, permezz ta' dak li qed nipproponi nkunu qed nolqtu lil kulħadd.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin ngħidu wkoll li fil-każ tal-każini tal-baned, il-kirjiet se jiżdiedu sa massimu ta' 1% tal-valur tal-proprjetà.", "Hawnhekk naqbel ma' dak li qalet l-Onor.", "Marthese Portelli u nżid ngħid li jien l-idea ta' one size fits all idejjaqni.", "Ilkoll tafu kemm inħobb il-festi u l-każini, u lkoll tafu li t-tieni dar tiegħi huwa l-Każin tal-Banda San Filep.", "Madanakollu rrid inkun ġust u ngħid l-affarijiet kif inħosshom; illum faċli ssib każin li qiegħed f'kera ta' €20,000 fis-sena u għaliex għandu xi bar, jew xi bottegin, jew saħansitra banka tal-lottu, l-introjtu tiegħu jaqbiżhom dawn l-€20,000.", "Din ma naħsibx li hija fair fuq is-sid.", "Hawnhekk għandna każ ta' proprjetà ta' xi ħadd li ħaddieħor qed jagħmel in-negozju minnha.", "Mela issa hawnhekk ħriġna 'l barra mill-bracket tal-volontarjat.", "Jien nifhem li l-Bord tal-Kera mhux se jidħol f'din il-biċċa xogħol għax mhijiex residenza però nistaqsi: Min se jieħu ħsieb li l-aġġustament bejn is-sid ta' dik il-proprjetà u l-inkwilin, li din id-darba huwa l-każin, isir b'mod ġust?", "F'każ ta' residenza hemm il-means test, li naqbel miegħu għaliex inħoss li huwa ġust, però f'każ ta' każin x'mekkaniżmu hemm?", "Nappella biex nagħmlu l-affarijiet b'mod aktar diliġenti sabiex inħarsu l-interessi taż-żewġ naħat.", "Bħalma qalet l-Onor.", "Marthese Portelli, il-Gvern jista' jintervjeni b'mod dirett billi joffri lis-sid proprjetà alternattiva għal dik fejn hemm il-każin, jiġifieri jsir tpartit.", "Ovvjament dan it-tpartit għandu jsir b'mod ġust u mhux b'xi aġenda moħbija!", "Nemmen li wieħed irid joqgħod attent.", "Sur President, ta' min ifaħħar ċerti inizjattivi li ttieħdu.", "Pereżempju l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali għandu l-Good Causes Fund u kien hemm okkażjonijiet meta dan il-fond intuża biex ċerti każini stallaw lift għal persuni b'diżabilità.", "Għandna wkoll l-għotja li għadha kemm ingħatat lill-kmamar tan-nar sabiex jinvestu fis-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol tagħhom.", "Dan kollu huwa tajjeb imma aktar minn hekk, jekk vera għandna l-interess tal-każini tal-baned, għandna nagħmlu minn kollox biex dawn jibqgħu għaddejjin.", "Hemm ċerti soċjetajiet li daħlu fi kriżi li wasslithom għall-falliment.", "Hemm oħrajn li għaddejjin minn diffikultajiet kbar għax f'soċjetà Maltija u Għawdxija li nbidlet, għandna ċerti rħula fejn l-għotjiet finanzjarji u x-xogħol volontarju naqsu u kważi għebu.", "Għalhekk għandu jsir proċess kontabbli u trasparenti biex dawn il-każini, li huma l-pern tas-soċjetà, jiġu salvati.", "Hemm każini oħrajn li għalkemm m'għandhomx problemi bis-sit, għandhom problemi oħra u jien nemmen li dawn jistgħu jiġu megħjuna b'għodod li diġà qegħdin f'idejn il-Gvern jew iċ-Ċivil.", "Sur President, fl-aħħar nett irrid ngħid li hemm xi ħaġa li mhijiex ċara f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Is-sid x'tama għandu li xi darba l-fond li jkun kera se jirritorna għandu jew għand uliedu?", "Għalkemm f'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm aktar bilanċ proporzjonat minn dak li kien hemm fil-liġi tal-1979, xħin qrajtu xorta ħassejt li għad hemm ċerta inċertezza li l-proprjetajiet xi darba jistgħu jirritornaw għand is-sidien.", "Nemmen li fadal ħafna xogħol xi jsir fi stadju ta' Kumitat u għaldaqstant naħseb li dan se jkun Kumitat interessanti.", "Nawgura li din il-Kamra timxi b'sens ta' ġustizzja u ta' proporzjonalità f'dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet; waħda fejn hemm nies vulnerabbli joqogħdu f'residenza u l-oħra fejn irridu nħarsu l-interessi ta' soċjetajiet kulturali.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, ħassejt li għandi nitkellem f'dan id-dibattitu għax dan l-aħħar ilqtajt ma' numru ta' familji kif ukoll każini tal-banda li jistgħu jispiċċaw barra mill-proprjetà tagħhom.", "Kultant ninsew il-ħidma li dawn ikunu wettqu.", "F'dan il-Parlament jien dejjem inħobb nitkellem dwar l-esperjenzi tan-nies u lbieraħ kelli telefonata mingħand xi ħadd li spiċċa jorqod f'post abbandunat fejn il-White Rocks għax is-sid tefgħu 'l barra għax għalaqlu ċ-ċens.", "Ilbieraħ stess, omm u bintha spiċċaw il-bandli ta' Raħal Ġdid – l-Onor.", "Galdes qed ibaxxi rasu għax naħseb dawn ikunu ċemplulu wkoll – għax is-sid keċċiethom.", "Naf ukoll b'każini tal-baned li qegħdin f'sitwazzjoni simili; wieħed minnhom ħdimt miegħu 25 sena ilu meta kont Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid.", "Qed nirreferi għas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paul Banda Kristu Re.", "Wara dawk is-sagrifiċċji kollha li għamlu, illum dawn ma jafux x'se jkun il-futur tagħhom.", "Ftit tas-snin ilu, fl-istess lokalità ta' Raħal Ġdid kellna l-Banda Kristu Sultan li spiċċat bla każin u ma sabu l-għajnuna ta' ħadd.", "Għaldaqstant b'din il-liġi qegħdin nipprovaw naraw kif noħolqu bilanċ bejn min jikri u l-inkwilin.", "Aħna nifhmu lil min għandu proprjetà li llum tiswa l-miljuni u qiegħda mikrija għand każin tal-banda.", "Ħafna minnhom dawn il-każini ma jiswewx l-eluf imma jiswew il-miljuni, u allura fuq naħa waħda għandna l-kultura ta' dak il-każin, li s-soċjetajiet tiegħu ħadmu, stinkaw, iddedikaw il-ħin u taw kontribut lis-soċjetà Maltija, u fuq in-naħa l-oħra għandna s-sid li għandu każin u kulma qed jikrih għal xi €500 jew €1,000 fis-sena.", "Sur President, ir-realtà llum hija li għandna nies ta' 70 sena u 80 sena li kellhom kirja ta' xi €350 jew €500 fis-sena u s-sid qalilhom li jew jagħtuh €700 fix-xahar jew inkella jispiċċaw barra.", "Dawn in-nies niltaqgħu magħhom ta' kuljum.", "U din mhijiex kwestjoni ta' Gvern u Oppożizzjoni imma hija kwestjoni umana.", "Issa hawnhekk qegħdin ngħidu li rridu nilħqu bilanċ biex min qed jikri, b'din il-liġi ma jitfa' lil ħadd 'il barra.", "Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra tkellmu dwar esperjenzi ta' nies li spiċċaw barra, u dan għaliex fil-qasam soċjali ta' kuljum niltaqgħu ma' dawn il-każijiet.", "Fil-fatt, jien iltqajt ma' nies li qaluli li sentejn jew ħames snin oħra se jispiċċaw barra.", "Ovvjament aħna ħassejna li ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin hekk u allura minflok ma qgħadna b'idejna marbuta nistennew il-bajtra taqa' f'ħalqna, ħadna azzjoni li hija ġusta ma' kulħadd.", "Għaldaqstant f'dan l-Abbozz ta' Liġi qed ngħidu li jekk persuna qed toqgħod f'post u bil-liġi tal-1979 waslet biex titkeċċa 'l barra, minflok ma titkeċċa l-kera tagħha tiżdied sa massimu ta' 2% tal-valur tal-post.", "Qed ngħidu wkoll li fil-każ ta' persuna li ma tkunx intitolata biex tibqa' toqgħod f'dak il-post, jekk din ikollha t-tfal se tingħata ħames snin ċans biex issib post ieħor.", "Jien xorta ngħid li l-kirja hija għolja imma ovvjament irridu nkunu ġusti wkoll mas-sid.", "Dan jgħodd ukoll għall-każini tal-baned.", "Fil-pjazez tagħna għandna każini tal-baned li l-premises tagħhom illum jiswew madwar €5 miljun u f'dan il-każ qed ngħidu li l-kirja għandha tkun 1% tal-valur u mhux jiġri bħalma ġara fil-każ tas-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paul Banda Kristu Re ta' Raħal Ġdid, li se jispiċċaw barra.", "Jien nuri solidarjetà magħhom għaliex għamlu ħafna sagrifiċċji u nuri wkoll solidarjetà ma' dawk li kienu l-Banda Kristu Sultan ġewwa Raħal Ġdid, li ma sabu lil ħadd min jgħinhom.", "Sur President, aħna qegħdin f'dan il-Parlament biex stejjer bħal dawn ma narawhomx jiġru aktar f'pajjiżna.", "Jekk mhux se jkollna din il-liġi li tipproteġi li min għandu bżonn il-protezzjoni, se jkollna n-nies fit-toroq u addio l-progress u l-ġid kollu li qed ikollna.", "Addio l-appartamenti u d-djar li s-Segretrarju Parlamentari Roderick Galdes irid jibni biex insolvu l-problema tal-akkomodazzjoni soċjali f'pajjiżna.", "Barra minn hekk, jekk mhux se jkollna din il-liġi wħud mill-każini tal-baned se jkollhom jagħlqu u l-familji tar-raħal tagħna jispiċċaw barra.", "Sur President, din hija waħda mill-aktar liġijiet soċjali li ressaqna f'dan il-Parlament għaliex l-aktar ħaġa importanti hija li jkollok fejn toqgħod.", "Dan huwa dritt ta' kulħadd, l-istess bħad-dritt li jkollok fejn taqsam l-esperjenzi kulturali tiegħek.", "Dawn, b'din il-liġi aħna se nkunu qegħdin nipproteġuhom.", "Jien se nkun qiegħed nivvota favur din il-liġi u fi stadju ta' Kumitat se nkun qiegħed hemmhekk biex niddefendi dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sur President, minn xi snin ilu 'l hawn f'pajjiżna kellna numru ta' familji li nqabdu f'morsa ta' liġijiet li saru madwar 30 sena ilu, meta l-kondizzjonijiet tal-ħajja kienu totalment differenti u meta kien hemm ħafna aktar protezzjoni min-naħa tal-istat, anke fejn tidħol proprjetà privata.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni li għandna llum hija sitwazzjoni li writna minn gvernijiet preċedenti.", "Nibda billi ngħid li l-Ministru Owen Bonnici għamel biċċa xogħol tajba ħafna f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet widdbet lil diversi pajjiżi, inkluż pajjiżna, li d-drittijiet tas-sidien fuq proprjetà privata jridu jiġu mħarsa f'dak li għandu x'jaqsam ma' kirjiet li huma dovuti.", "Din nifhimha però aħna rridu nħarsu wkoll l-interessi tal-persuni li qegħdin jgħixu f'dawn id-djar, li llum huma pjuttost anzjani u għandhom 'il fuq minn 65 sena.", "Kien hemm min qal li s-soluzzjoni kellha tkun li l-Gvern jibni aktar djar għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Jien ngħid li anke kieku għamilna 25 sena nibnu d-djar tal-Gvern ma kienx ikun biżżejjed biex nindirizzaw din il-problema!", "Sur President, bir-riforma tal-liġi tal-kera li kienet saret fl-2010 fi żmien l-eks Ministru John Dalli, il-Parlament kien diġà ta direzzjoni li bħala stat irridu nagħtu s-serħan il-moħħ lil dawk l-anzjani li għandhom il-kirja protetta.", "Ilkoll nafu li l-età tagħhom ma tippermettilhomx li jissellfu biex jakkwistaw proprjetà oħra u ħafna minnhom, sfortunatament, m'għandhomx l-assi finanzjarji biex jixtru proprjetà mingħar ma jissellfu.", "Għaldaqstant kien ġie introdott il-means test u persuna li tkun qiegħda fi proprjetà b'kirja nominalment baxxa li ma tirriflettix il-valur tal-proprjetà, isirilha dan it-test u jekk jinstab li din għandha l-mezzi finanzjarji biex tixtri proprjetà, is-sid ikollu d-dritt li jieħu l-proprjetà tiegħu lura.", "Tibqa' l-problema fost dawk in-nies li sfortunatament m'għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan.", "Fil-każ ta' dawn, lanqas l-istat ma kien se jkollu biżżejjed postijiet biex jindirizza din il-problema u allura rajna l-konċett wara dak li kien ġie deċiż fi żmien l-eks Ministru John Dalli u applikajnieh għal-liġi tal-lum.", "L-unika differenza hija li s-sid se jieħu valur aħjar għall-proprjetà tiegħu għax il-kirja se tkun sa massimu ta' 2% tal-valur tal-proprjetà fuq is-suq tal-lum.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed ngħidu wkoll li l-istat se jintervjeni fil-każ ta' dawk l-anzjani li se jintlaqtu minn dawn il-miżuri għax se togħlielhom il-kera.", "Kien hawn xi Membri li qalu li l-Gvern imissu jagħmel xi ħaġa dwar dan.", "Il-Gvern qed jagħmel xi ħaġa għax permezz tal-Awtorità tad-Djar, qed jara x'tip ta' għajnuna u sussidju jista' jagħti biex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu mal-kera li se tkun riveduta permezz ta' dawn l-emendi!", "Aktar importanti minn hekk però huwa li n-nies ta' età pjuttost avvanzata u li jaf ikollhom problemi ta' saħħa ma jgħaddux mit-trawma li jispiċċaw barra fit-triq!", "L-istat fid-dover li jgħinhom u aħna hekk se nagħmlu permezz ta' dawn l-emendi!", "Jidher li l-messaġġi li ntbagħtu lbieraħ mill-Oppożizzjoni ma tantx kienu favur din il-protezzjoni lill-inkwilini però qed nifhem ukoll li l-Oppożizzjoni għandha xi proposti.", "Mhuwiex faċli ssib bilanċ f'ċirkostanzi bħal dawn.", "Sur President, wara t-Tieni Gwerra Dinjija kien hawn tifrik kbir f'pajjiżna u konsegwentement, kien hawn nuqqas ta' supply ta' djar.", "Għalhekk, il-Gvern ta' dak iż-żmien, bit-tajjeb u l-ħażin kollu, għamel liġijiet biex jindirizza dawk iċ-ċirkostanzi.", "Dawn il-liġijiet ħafna minnhom illum qed jiġu phased out.", "L-istess qed jiġu phased out in-nies li qegħdin f'din it-tip ta' kirja għaliex bdiet tinbidel il-ġenerazzjoni, jiġifieri qed imutu l-antiki u l-proprjetà mhux se tibqa' tintiret bl-istess kondizzjonijiet ta' qabel.", "Fil-fatt, permezz ta' din il-liġi fi żmien 20 sena jew 30 sena oħra r-residenzi b'dan it-tip ta' kirjiet kollha se jkunu ġew phased out u allura jidħlu fis-suq liberalizzat tal-kirjiet.", "Sur President, nitkellmu ħafna dwar kif se nipproteġu lill-inkwilini f'ċirkostanzi bħal dawn u ġeneralment kulħadd jipproponi li l-piż jitwaddab fuq l-istat.", "Dan meta nafu li ċ-ċirkostanzi li kien hemm 30 sena ilu huma differenti minn tal-lum.", "Jien inħoss li fiċ-ċirkostanzi tal-lum, fejn il-kirjiet qegħdin dejjem jogħlew, u fejn is-sidien dejjem qed iżidu l-pressjoni fuq l-inkwilin li daħal f'din il-proprjetà 40 sena ilu, dawn l-emendi se joħolqu bilanċ ġust, bilanċ li mhux biss se jagħti protezzjoni akbar lill-inkwilin imma se jagħti wkoll is-serħan il-moħħ lill-anzjani vulnerabbli tagħna li, sfortunatament, ma jistax ikollhom alternattiva għall-akkomodazzjoni tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "OWEN BONNICI: Sur President, biex inkun onest, dan id-dibattitu rajtu li kien xi ftit skiżofreniku.", "Qed ngħid hekk għaliex il-Membri tal-Oppożizzjoni li tkellmu lbieraħ, speċjalment il-kelliema ewlenija, kienu negattivi immens dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, imbagħad naħseb li l-lejl ħalla effett fuqhom u l-Membri li tkellmu llum, tkellmu b'ton differenti!", "Apparti l-konċett ta' beauty sleep f'dan il-każ japplika wkoll il-konċett ta' positive thinking u allura qed neħodha li l-lejl ħalla effett sabiħ fuq il-kollegi tan-naħa l-oħra!", "Hemm differenza kbira bejn dak li smajna lbieraħ u dak li smajna llum.", "U l-fatt li l-Oppożizzjoni stess biddlet l-atteġjament u l-mod ta' kif kienet qed titkellem, naħseb li huwa l-akbar risposta għal dak li ntqal ilbieraħ u allura jien se nagħżel li nitkellem fuq il-pożittiv u fuq dak li jġibna flimkien.", "L-ewwel nett irrid nirringrazzja minn qalbi lil dawk il-Membri li ġew hawnhekk u mhux biss qalu li jaqblu mal-prinċipju ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, imma anke ressqu xi proposti.", "Nirringrazzjahom tal-impenn tagħhom.", "Uħud minn dawn il-proposti naqbel magħhom u wħud ma naqbilx magħhom, però dawn kienu kollha proposti sabiex din il-liġi tkun aħjar minn kif inhi bħalissa.", "Fil-fehma tiegħi, huwa dan l-atteġjament li jippretendi mingħandna l-pubbliku.", "Il-pubbliku jistenna li f'dan il-Parlament niddiskutu b'mod oġġettiv u b'mod pożittiv u fejn wieħed jaqbel fil-prinċipju, imbagħad jidħol fid-dettalji.", "Jien ħadt nota ta' ħafna mill-proposti li saru biex inkomplu nirfinaw u ntejbu aktar dan l-Abbozz ta' Liġi u qed nimpenja ruħi li bħalma dejjem ipprovajt nagħmel f'kull liġi li ppilotajt, fl-istadju ta' Kumitat se mmur with an open mind u jekk ikun hemm proposti li jagħmlu sens, żgur li m'iniex se nissuppervja u ngħid li dak it-tibdil m'għandniex nagħtu kasu.", "Qed nieħu gost ukoll li hawn qbil ġenerali fuq żewġ punti.", "L-ewwel nett punt huwa li dan il-Parlament irid jipproteġi lil dawk il-persuni li qed joqogħdu fid-dar tagħhom abbażi ta' liġi li għaddiet madwar 40 sena ilu.", "Fil-fehma tiegħi, dawn il-persuni għandhom dritt iserrħu rashom li għall-kumplament ta' ħajjithom se jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom.", "Dawn in-nies qed joqogħdu fejn qed joqogħdu bis-saħħa ta' liġi li għaddiet 40 sena ilu u l-loġika tgħidlek li hawn qed nitkellmu fuq persuni anzjani.", "Issa ovvjament dawn l-anzjani m'għandhom l-ebda tort u ma ħaqqhomx jgħixu f'din l-inċertezza u f'dan il-baħar ta' inkwiet għax huma kienu qed jobdu l-liġi.", "Il-liġi hija l-problema!", "Għalhekk dan il-Parlament għandu jintervjeni.", "Irridu ndaħħlu ċ-ċertezza fejn bħalissa hemm l-inċertezza.", "Dan però jrid isir b'mod li nilħqu bilanċ mal-interessi tas-sidien u allura kif qalu tajjeb ħafna sħabi, is-sidien se jibbenefikaw minn kirja ogħla sa 2% tal-valur tal-proprjetà.", "B'hekk, qed noħolqu bilanċ bejn ix-xewqa ta' dan il-Parlament li jgħin lill-persuni biex jibqgħu fi djarhom sa tmiem ħajjithom u d-dritt tas-sid li jieħu kumpens li jkun ġust u mhux wieħed irriżorju.", "Se nikkuntentaw lil kulħadd?", "Jien ikun qed noħlom jekk ngħid li kulħadd se jkun kuntent, imma żgur li ma jistax ikun li noqogħdu bilqiegħda u ma nagħmlu xejn.", "It-tieni punt li dan il-Parlament qiegħed jaqbel dwaru għandu x'jaqsam mal-fatt li soċjetà mużikali partikolari tilfet kawża u ġiet ordnata biex tiżgombra l-binja li kienet qiegħda tokkupa.", "Dan il-każ kienu qisu alarm bell għalina li fakkarna fi 19-il soċjetà mużikali oħra li bħal din is-soċjetà, qegħdin fir-riskju li jispiċċaw barra mill-proprjetà tagħhom.", "Fil-fatt, ilkoll kemm aħna qed naqblu li huwa obbligu ta' dan il-Parlament li noħolqu safety net għas-soċjetajiet mużikali ta' pajjiżna li jiġu rinfaċċjati b'theddida reali li jispiċċaw barra mill-proprjetà tagħhom filwaqt li s-sidien ħaqqhom jieħdu kera ogħla milli fil-fatt qed jieħdu bħalissa.", "Mela fuq naħa għandna s-soċjetà mużikali li se tibqa' tokkupa s-sede u fuq in-naħa l-oħra għandna s-sid li se jieħu ħafna aktar kera milli qiegħed jieħu llum.", "Se jkun kuntent is-sid?", "Ma naħsibx għaliex is-sid jixtieq li jieħu l-post lura vojt ħalli jkun jista' jinnegozjah.", "Huwa naturali wkoll li se jkun hemm sidien li jipprovaw jagħmlu kawżi biex jattakkaw din il-liġi però fil-kuxjenza, dan il-Parlament se jkun konvint li għamel dak kollu li jista' biex joħloq bilanċ.", "Infakkar li dan il-Parlament ma jistax jaqbad u jagħmel il-liġijiet mingħajr ma jagħti kas l-obbligi internazzjonali ta' pajjiżna u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Kif għedt fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu, aħna f'dan il-Parlament irridu nobdu prinċipju kardinali, ċjoè li gvern jista' jintervjeni fl-interess pubbliku fejn jidħlu kirjiet basta s-sid jieħu korrispettiv li huwa proporzjonali mal-valur tal-proprjetà.", "Issa dan il-Parlament jidhirlu li dan li ġie propost se jkun qiegħed iwassal biex noħolqu dan il-bilanċ.", "Ovvjament dan nistgħu inkomplu nirfinaw u nibnu fuqu imma l-bottomline huwa li dan il-Parlament, għall-ewwel darba f'ħafna ġenerazzjonijiet, ma beżax jieħu deċiżjoni u jgħin lill-klassijiet ta' pajjiżna li huma f'diffikultà u riskju li jispiċċaw barra.", "Sur President, nawgura li nkomplu għaddejjin bi skemi li jgħinu lil min se jbati minħabba din ir-riforma, speċjalment il-pensjonanti vulnerabbli li, kif għedt, se jiffaċċjaw kirja ogħla.", "Nerġa' ngħid, hawnhekk qed nitkellmu fuq sezzjoni żgħira ħafna tal-popolazzjoni Maltija li joqogħdu f'post bis-saħħa ta' liġi li għaddiet 40 sena ilu.", "Jien nirringrazzja lil dan il-Parlament, nirringrazzja tal-attendenza numeruża għad-diskors tal-għeluq u nawgura li fl-istadju ta' Kumitat, inkomplu mmexxu 'l quddiem dan l-Abbozz ta' Liġi u finalment ngħidu li għamilna biċċa xogħol tajba li se tagħmel differenza fil-ħajja ta' ħafna nies.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158\" ikun moqri t-Tieni darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex navża dwar sostituzzjoni ta' membru f'Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' għada l-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2018, tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, l-Onor.", "Glenn Bedingfield se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Fis-7.00 p.m. il-Kamra għaddiet għall-votazzjonijiet li dehru fuq l-aġenda skont il-ftehim milħuq.", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-AWTORITÀ MALTIJA TAL-IPPJANAR GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni mressqa mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali fis-Seduta Nru 118 tat-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018 dwar l-Estimi tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2018 kienu approvati.", "TAL-AWTORITÀ GĦAS-SAĦĦA U", "S-SIGURTÀ FUQ IL-POST", "TAX-XOGĦOL GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni mressqa mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, fis-seduta Nru 119 tat-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018 dwar l-Estimi tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, niddikjara li se nivvota favur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2018 kienu approvati.", "TAL-AWTORITÀ TAD-DJAR", "GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 134 imressqa mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Michael Falzon, fis-seduta Nru 120 tat-Tlieta, 29 ta' Mejju 2018 dwar l-Estimi tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, niddikjara li se nerġa' nivvota favur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018 kienu approvati.", "TAL-AWTORITÀ MALTIJA", "TAL-ARTIJIET GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 128 imressqa mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, l-Onor.", "Ian Borg, fis-seduta Nru 121 tal-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018 dwar l-Estimi tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2018 kienu approvati.", "EMENDA TAL-GVERN", "GĦALL-MOZZJONI", "TAL-OPPOŻIZZJONI DWAR", "IR-RAPPORT TAL-PARLAMENT EWROPEW DWAR ĦASIL TA' FLUS U EVAŻJONI TAT-TAXXA – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda mressqa mill-Onor.", "Byron Camilleri fis-seduta Nru 122 tal-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018 għall-mozzjoni Nru 110 tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa ppubblikat fil-11 ta' Jannar 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-Emenda għaddiet.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 110 kif emendata.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni, kif emendata, għaddiet.", "TAL-AWTORITÀ DWAR", "IL-PROTEZZJONI TA' EMBRIJUNI GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 129 imressqa mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "Chris Fearne, fis-seduta Nru 123 tat-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018 dwar l-Estimi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2018 kienu approvati.", "TAL-KORPORAZZJONI", "GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA", "GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 130 imressqa mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma, l-Onor.", "Joe Mizzi, fis-seduta Nru 124 tat-Tnejn, 4 ta' Ġunju 2018 dwar l-Estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien se nivvota favur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2018 kienu approvati.", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' PATRIMONJU MALTA U SOVRINTENDENZA", "TAL-PATRIMONJU KULTURALI GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 124 imressqa mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Onor.", "Owen Bonnici, fis-seduta Nru 125 tat-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 dwar l-Estimi ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2018 kienu approvati.", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' JOBSPLUS GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 135 imressqa mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Onor.", "Evarist Bartolo, fis-seduta Nru 126 tat-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 dwar l-Estimi ta' Jobsplus għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien se nivvota favur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2018 kienu approvati.", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-AWTORITÀ GĦALL-AMBJENT U R-RIŻORSI GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 115 imressqa mill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, l-Onor.", "Josè Herrera, fis-seduta Nru 127 tal-Erbgħa, 6 ta' Ġunju 2018 dwar l-Estimi tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018 kienu approvati.", "TAL-AWTORITÀ MALTIJA", "GĦAT-TURIŻMU GĦAS-SENA 2018 – VOTAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni Nru 136 imressqa mill-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor.", "Konrad Mizzi, fis-seduta Nru 128 tat-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018 dwar l-Estimi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2018, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fl-istess seduta.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2018 kienu approvati.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni mressqa mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, fis-seduta Nru 114 tat-Tnejn, 21 ta' Mejju 2018 dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, li dwarha kienet intalbet votazzjoni fis-seduta Nru 129 tal-11 ta' Ġunju 2018.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien se nivvota favur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Aġenzija għal Infrastruttura Malta u biex jirregola dawk l-attivitajiet u jipprovdi għal kwistjonijiet anċillari jew inċidentali jew konnessi magħhom\" ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni ħalli dan l-Abbozz ta' Liġi, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, jiġi ttrattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "IAN BORG: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Aġenzija għal Infrastruttura Malta u biex jirregola dawk l-attivitajiet u jipprovdi għal kwistjonijiet anċillari jew inċidentali jew konnessi magħhom\" jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "ONOR CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. b'din aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (Kont.) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Kumitat Permanenti.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, illum se nitkellem dwar il-biografija tal-footballer Malti André Schembri.", "Minkejja li din ġiet imnedija ftit tal-jiem ilu, irnexxieli naqraha kważi kollha qabel niġi hawnhekk.", "F'din il-biografija hemm numru ta' punti li laqtuni ħafna u naħseb li f'dak li se ngħid, in-naħa l-oħra tal-Kamra se taqbel miegħi kważi f'kollox.", "L-ewwel punt jittratta l-imħabba ta' André għat-tim nazzjonali Malti tal-futbol.", "André jiddeskrivi lilu nnifsu bħala l-akbar supporter ta' dan it-tim u jiddispjaċih li bħala persuna li dejjem kien imur jara l-logħob fil-grawnd Ta' Qali, maż-żmien is-sapport lejn dan it-tim rah dejjem jonqos.", "Dan jista' jkun minħabba d-diżappunti li rreġistrajna f'dan il-qasam mit-tim nazzjonali.", "André jgħid li f'logħba li ntlagħbet fit-8 ta' Settembru tal-2007, li kien jaħbat ukoll l-anniversarju mir-rebħa ta' Malta fuq it-Torok f'dak li huwa magħruf bħala l-Assedju l-Kbir, kien hemm logħba bejn Malta u t-Turkija u dakinhar André rnexxielu jagħmel differenza kbira.", "Jgħid ukoll li dakinhar nibet is-South End Core, li huwa dak il-grupp ta' supporters Maltin li rnexxielu jerġa' jnibbet fil-qalb tal-Maltin is-sapport lejn it-tim nazzjonali.", "Però aktar mill-kontribut kbir li kien ta f'dik il-logħba, André Schembri kien irnexxielu jagħmel doppjetta fil-logħba ta' Malta kontra l-Ungerija u għall-ewwel darba wara 13-il sena wassal biex it-tim nazzjonali Malta jirbaħ.", "Għalhekk, naħseb li dan il-footballer Malti, illum personalità, kien ta' kontribut kbir għat-tim nazzjonali għaliex wara perjodu twil ta' disfatti, minkejja li r-rebħa kienet bi score żgħir, għalina kienet rebħa kbira.", "Minn hawnhekk irrid insellem mhux biss lil André Schembri imma lill-players kollha tat-tim nazzjonali li minkejja d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom, dejjem jipprovaw jagħmlu l-aqwa prestazzjoni tagħhom.", "F'dan il-ktieb laqtitni l-perseveranza assoluta u d-determinazzjoni ta' dan il-bniedem.", "Fil-ktieb huwa jitkellem dwar kemm dam biex issejjaħ biex jilgħab mat-tim nazzjonali u jgħid li wieħed m'għandux jaqta' qalbu, anke jekk forsi jħoss li kellu dritt jiġi msejjaħ qabel.", "Jitkellem ukoll dwar l-għaxar snin li għamel jilgħab ma' klabbs Ewropej, preċiżament f'Ċipru, fil-Portugall u fil-Ġermanja.", "Skont il-biografija tiegħu, minn staġun għall-ieħor kien jitlaq minn ma' tim biex imur ma' ieħor u kull esperjenza kienet differenti però tibqa' f'qalbu l-esperjenza li kellu f'Ċipru għaliex hemmhekk kellu sapport kbir mill-players, sapport li forsi ma kellux f'pajjiżi oħrajn.", "Hawnhekk toħroġ is-solitudni ta' André, li kellu jitlaq lill-familja tiegħu, minkejja li ma kienx għadu miżżewweġ, u jagħmel żmien twil – jekk m'inix sejjer żball madwar seba' snin – jilgħab barra minn Malta.", "Huwa kien jgħix waħdu u minkejja s-solitudni, ma qatax qalbu.", "Il-kobor ta' din il-persuna toħroġ ukoll fil-biografija tal-footballer Taljan Pirlo, li żgur m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni.", "Dan jitkellem fuq André Schembri u fuq meta lagħbu kontra xulxin fil-logħba Malta kontra l-Italja f'Modena.", "F'dik il-logħba André Schembri kellu task wieħed, dak li jimmarka lil Pirlo mill-bidu sal-aħħar u ma jħallihx jagħmel azzjoni u tant irnexxielu jagħmel dan, li Pirlo ffrustra ruħu!", "Fil-fatt, André Schembri jgħid: Jien ilħaqt l-oġġettiv tiegħi għaliex irnexxieli nimblokka dan il-player ta' fama mondjali u ta' potenza kbira milli jkun jista' jikkonkludi l-azzjonijiet fil-futbol.", "Sur President, ħaġa oħra li laqtitni f'din il-biografija hija l-appell lil kull min hu fl-isport dwar is-sens ta' team play, u hawn se nsemmi żewġ episodji.", "Fl-ewwel wieħed André ċeda l-faxxa ta' captain lil player ieħor, Gareth Sciberras, li kien se jilgħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali Malti.", "Avolja André kellu d-dritt jilbisha hu l-faxxa ta' captain, minflok għażel li jgħaddiha lil Gareth Sciberras.", "U avolja s-supporters meta jaraw il-faxxa jgħidu \"Hemm hu l-aqwa raġel tagħna\", huwa kien lest jinża dik il-libsa għal ftit mumenti f'dik il-logħba biex jagħtiha lil xi ħaddieħor li kien se jilgħab l-aħħar logħba tiegħu.", "It-team spirit tiegħu joħroġ ukoll meta jgħid hekk:", "\"Trid iżżomm f'moħħok li l-ewwel interess hu l-iżvilupp tat-tfal u mhux kemm tirbaħ logħbiet.\".", "Hawnhekk se nagħmel kritika lill-ġenituri.", "Forsi f'pajjiżna hawn ossessjoni li rridu naraw it-tfal tagħna jirbħu f'kollox biex nuru kemm huma l-aqwa!", "Fl-opinjoni tiegħi, mhux dak għandu jkun l-ewwel għan tal-isport.", "L-ewwel għan tal-isport għandu jkun li jitgħallmu l-valuri tal-ħajja u l-valur ewlieni huwa li t-tfal tagħna jikbru u jiżviluppaw fl-isport bl-ispirtu ta' team players.", "Għalija persuna li għandha spirtu ta' team player hija akbar minn dik il-persuna li tirbaħ.", "L-istess għal André.", "Għalih, mhux ir-riżultati l-aktar ħaġa importanti fid-dinja sportiva imma kif wieħed iġib ruħu fl-isport.", "Ħafna drabi meta titlef titgħallem aktar minn meta tirbaħ għax meta titlef tibda tewden u tgħid \"imma dik stajt għamiltha aħjar\", jew \"hemmhekk inqast\", jew \"hemmhekk stajt kont aktar perseveranti\" u allura hemm aktar x'titgħallem fit-telf.", "Naturalment mhux qed ngħid li dejjem irridu nitilfu, anzi rrid nara lil pajjiżna jirbaħ aktar ma' pajjiżi akbar minna!", "Fil-biografija tiegħu André Schembri jagħti wkoll il-veduta tiegħu tal-mixja 'l quddiem fil-futbol.", "L-ewwel nett jgħid li jekk nagħmlu akkademja li tilqa' tfal li jkollhom minn 13-il sena 'l fuq, inkunu nistgħu ntejbuh aktar il-futbol Malti.", "Fil-fatt, huwa jgħid li l-uniku dispjaċir li għandu huwa li ma telaqx barra minn Malta ta' età iżgħar għax kieku rnexxielu jitlaq ta' età iżgħar, kapaċi kien jasal f'livelli ogħla minn kemm wasal.", "Hu xtaq jitlaq ta' età iżgħar biex ikun jista' jilħaq aktar kampjonati ta' livell ogħla.", "Jgħid ukoll li huwa importanti li din l-akkademja tkun qisha boarding school biex it-tfal tagħna jidraw jgħixu waħedhom.", "Dan billi fost il-ġimgħa jgħixu hemmhekk u mbagħad fil-weekend imorru għand il-famija.", "Hemm bżonn ukoll li t-tfal tagħna jaraw x'opportunitajiet kbar hemm hemm barra.", "Huwa sabiħ li nibqgħu Malta mal-familja, li hija l-għożża tagħna lkoll, però biex naslu aktar fl-isport Malti hemm bżonn nimirħu 'l barra biex imbagħad niġu lura u nilagħbu mat-tim nazzjonali.", "Jgħid ukoll li huwa importanti li l-players li jilagħbu man-nazzjonal għandhom ikunu full-time.", "Ma jistax ikun li l-players tagħna filgħodu jmorru għax-xogħol, kultant xogħlijiet stressanti, imbagħad filgħaxija jmorru għat-training diġà għajjenin.", "Il-futbol Malti ma jista' qatt jilħaq il-livelli ta' pajjiżi oħrajn jekk il-players se jibqgħu part-time.", "Fil-fatt, André jirrakkomanda li ninvestu fis-salarji tal-players tagħna ħalli dan l-isport ikun l-uniku dħul tagħhom u mhux ikunu jiddependu minn xogħol ieħor.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa li André Schembri jimla lill-qarrej Malti bit-tama!", "Naħseb li din hija l-akbar tagħlima li hawn f'dan il-ktieb.", "Huwa jimla lill-futbol Malti bit-tama u jġib l-eżempju tal-Iżlanda li se tipparteċipa fil-World Cup.", "L-Iżlanda hija pajjiż akbar minna fid-daqs però l-popolazzjoni tagħha hija iżgħar minn tagħna għax hija ta' 300,000.", "L-Iżlanda rnexxielha tikkwalifika għall-ewwel darba għall-World Cup li ġejja, li se ssir fir-Russja u hi l-iżgħar stat bl-iżgħar popolazzjoni li qatt ikkwalifika għal dan il-kampjonat mondjali.", "Jekk wasal pajjiż ieħor b'popolazzjoni iżgħar minn tagħna, għalfejn m'għandux jasal pajjiżna wkoll biex jikkwalifika għal dan il-kampjonat?!", "André Schembri jgħid li s-sigriet huwa wieħed: li l-players Maltin għandhom jitilqu barra minn Malta, jilagħbu ma' klabbs oħrajn Ewropej f'postijiet oħrajn biex imbagħad it-tim nazzjonali jkun aktar b'saħħtu għax ikun jista' jistrieħ fuq players li jkunu qegħdin jilagħbu ma' klabbs ta' fama Ewropea u mondjali.", "Fil-fatt, id-differenza bejn Malta u l-Iżlanda fil-futbol tafu x'inhi?", "Li l-Iżlanda għandha mitt player jilgħab barra.", "Dik tagħmel differenza kbira!", "Jekk il-players tagħna jilagħbu ma' klabbs barranin, żgur li jkunu jistgħu jagħtu kontribut akbar minn kemm jistgħu jagħtu bħalissa.", "Sinjura President, mhuwiex faċli titlaq lil pajjiżek u lill-familja tiegħek.", "Mhuwiex faċli titlob lill-familja tiegħek tagħmel is-sagrifiċċju li tmur tgħix barra kif kellu jitlob André Schembri mill-familja tiegħu, Clarissa u t-tifel Jake.", "Hemm sagrifiċċju f'kollox però kif ngħidu bl-Ingliż: No pain, no gain!", "U André Schembri jgħidilna li bħalma wasal hu jistgħu jaslu players oħrajn.", "Għalija dan huwa l-akbar u l-isbaħ messaġġ li tana fil-biografija tiegħu.", "Kien hemm min qal li huwa diffiċli tirnexxi f'kampjonati barranin b'passaport Malti.", "André Schembri rnexxielu jġib dan il-kliem fix-xejn għaliex għandu passaport Malti u rnexxielu jinfiltra klabbs oħrajn.", "Ix-xewqa tiegħu – u anke tiegħi – hi li t-tim nazzjonali Malti xi darba jasal biex jikkwalifika għal tazza Ewropea jew dinjija.", "Jekk waslet l-Iżlanda li hija pajjiż iżgħar minna, għandna naslu aħna wkoll.", "L-iskuża li aħna żgħar m'għadhiex tgħodd.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, nixtieq nifraħ lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Ryan Callus għal dak id-diskors vera interessanti u nieħu l-okkażjoni biex anke jien nawgura u nsellem kemm lil André Schembri kif ukoll lill-mara tiegħu, Clarissa, li kemm inti, Sinjura President, kif ukoll jien nafuha mill-viċin mhux ħażin.", "Insellmilhom it-tnejn u nirringrazzjahom ta' dak li għamlu għal pajjiżna.", "Sinjura President, jien se naqleb ftit is-suġġett.", "Infakkar li llum hawn preżenti f'pajjiżna l-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-Ġustizzja, Věra Jourová.", "Din qiegħda hawn Malta f'kuntest u mhux b'kumbinazzjoni.", "Fost affarijiet oħra, hija mistennija titkellem fuq is-sitwazzjoni prekarja li għandna f'pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam mar-rule of law.", "F'pajjiżna l-liġi m'għadhiex tgħodd l-istess għal kulħadd u Jourová fuq hekk ġiet titkellem.", "Iż-żjara tagħha qed issir ukoll fil-kuntest li lbieraħ ħareġ rapport ieħor mill-Parlament Ewropew wara li fl-1 ta' dan ix-xahar, tliet Deputati tal-Parlament Ewropew reġgħu ġew Malta biex jerġgħu jagħmlu follow-up ieħor.", "F'sena, tliet darbiet ġew Deputati tal-Parlament Ewropew biex jieħdu feel tas-sitwazzjoni f'pajjiżna fuq ir-rule of law u fuq jekk l-istituzzjonijiet tagħna hux qegħdin jaħdmu u għaliex il-liġi tagħna mhux qed tapplika għal Keith Schembri u għal Konrad Mizzi!", "Dawn għalhekk ġew.", "Dawn għamlu rapport u fil-ftit ħin li għandi nixtieq li nsemmi l-ġist tiegħu.", "Dawn it-tliet Deputati Ewro-Parlamentari, li nsellmilhom minn hawnhekk, ġejjin minn naħat differenti tal-ispettru politiku tal-Parlament Ewropew.", "Hemm Ana Gomes li hija Membru Parlamentari Ewropew Soċjalista, jiġifieri mill-Partit ta' Joseph Muscat, hemm Sven Giegold li ġej mill-partit tal-ħodor u hemm il-kollega u Membru Parlamentari Ewropew David Casa li ovvjament ġej mill-familja politika tal-Partit Nazzjonalista.", "Insellimlu għall-ħidma tiegħu.", "Dawn għamlu rapport li jekk nagħsar il-konklużjonijiet tiegħu, nista' niffoka fuq żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett dawn qalu li telqu lura aktar inkwetati minn meta ġew.", "Issa din hija t-tielet darba li ġew.", "L-aktar ħaġa inkwetanti hi li għadhom ma ttieħdu l-ebda passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "La ttieħdu passi politiċi - għaliex wieħed jistenna li wara dak kollu li ħareġ, l-inqas ħaġa li missu għamel il-Prim Ministru kienet li jgħidilhom jirriżenjaw, għall-inqas sakemm inaddfu isimhom - u lanqas ittieħdet azzjoni legali, la mill-Pulizija, la mill-Avukat Ġenerali u lanqas mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU).", "Infatti issa nafu li l-FIAU qed tiġi investigata mill-Awtorità Bankarja Ewropea.", "Dawn qalu li jinsabu inkwetati ferm li ma ttieħdu l-ebda passi u għamluha ċara li se jibqgħu jaħdmu fuq dan il-każ u li l-Parlament Ewropew se jibqa' jiġi sakemm issir xi ħaġa.", "Jiġifieri l-kwestjoni mhux se tieqaf.", "Dan għaliex huwa ċar, u bħalma huwa ċar għalija, huwa ċar għalik, Sinjura President, u ċar għal ħafna Maltin, li dawn it-tnejn minn nies kienu involuti f'irregolaritajiet – qed inkun ġeneruż fl-użu tal-kliem! – u l-Prim Ministru u l-awtoritajiet ta' pajjiżna m'għamlu xejn.", "Għaldaqstant il-Parlament Ewropew, sakemm jittieħdu passi, se jibqgħu jiġu u se jibqgħu jagħfsu kif qegħdin nagħmlu aħna.", "Fi ftit kliem, pajjiżna jeħtieġ iħares lejn il-każi ta' korruzzjoni u jiffaċċjahom u jagħmel xi ħaġa għaliex il-korruzzjoni ma tgħattihiex billi tagħmel elezzjoni!", "Il-korruzzjoni tindirizzaha billi tieħu passi.", "Niftakar fil-kliem li kien jgħid l-Eks President u Eks Prim Ministru u Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami: \"Min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott\".", "Jgħidu li aħna qegħdin nagħmlu ħsara lil pajjiżna għax nitkellmu hekk.", "Il-ħsara ssir minn min jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni u mhux minn min jiġġeldilha.", "Kull min jaħseb b'moħħu jaf li l-ħsara lil pajjiżna, li hija kbira, mhux qed issir għax jien u ħafna nies oħrajn kontinwament inqumu nitkellmu u niġġieldu kontra l-korruzzjoni, imma qed issir minn min qed jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni, bħall-Prim Ministru u l-Gvern tiegħu.", "Dawn l-Ewro-Parlamentari jagħmluha ċara li mhijiex se tieqaf, anzi se tiżdied sakemm tittieħed azzjoni.", "L-appell tiegħi, l-istess bħal ta' wieħed mill-Ewro-Parlamentari, hua li għandna nieħdu passi biex ir-reputazzjoni ta' pajjiżna terġa' tieħu r-ruħ.", "Pajjiżna ma jiflaħx ikompli jaqla' daqqa wara l-oħra għaliex Joseph Muscat aktar irid jiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi milli lil pajjiżna!", "Qed tagħmel ħsara kbira, Prim Ministru!", "Nappellalek biex tieħu passi u tara li l-istituzzjonijiet jaħdmu u jieħdu l-passi wkoll.", "Dawn l-Ewro-Parlamentari għamlu wkoll punt ieħor u daħlu fih fid-dettall u llum jien xtaqt nispjegah.", "Fir-rapport tagħhom huma esprimew tħassib serju dwar l-investigazzjoni li għadha għaddejja dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Tħassib serju!", "Nafu li din l-investigazzjoni ilha li bdiet minn meta Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata fis-16 ta' Ottubru tas-sena li għaddiet.", "Il-qtil tagħha kien daqqa ta' ħarta kbira għad-demokrazija tagħna.", "Veru li f'Diċembru tressqu tlieta min-nies il-qorti però huwa ċar li ma kinux huma li ordnaw li Daphne Caruana Galizia tinqatel.", "Se mai huwa allegat u huma akkużati – għaliex hija akkuża u għandhom id-dritt jiddefendu ruħhom – li huma wettqu dan ir-reat.", "Żgur li jinteressana min wettaq il-qtil imma aktar minn hekk jinteressana nkunu nafu min qabbadhom!", "U fuq min qabbadhom għadna ma nafu xejn!", "L-Ewro-Parlamentari qegħdin jgħidu li hemm numru ta' punti li qegħdin jinkwetawhom f'din l-investigazzjoni u dawn nixtieq insemmihom ħalli n-nies li qegħdin isegwuna jirriflettu flimkien miegħi u żgur li fuq ċerti punti se jgħidu, \"Veru, ma ħsibtx fuqu dan il-punt!", "Taf li għandhom raġun!\"", "L-ewwel nett dawn qegħdin jgħidu li l-inkjesta maġisterjali fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mhijiex qed tavvanza, u dan għax il-maġistrat inkwerenti se jinħatar imħallef.", "Jien nawguralu, huwa maġistrat bravissimu u jixraqlu jinħatar imħallef, imma issa se jaħtruh imħallef, meta qed jagħmel inkjesta fuq qtil bħal dan?!", "Li l-inkjesta tieqaf u jkollha tmur għand maġistrat ieħor!", "Għamlu mħallef!", "Jagħmlu mħallef, imma wara li jlesti l-inkjesta maġisterjali u mhux issa biex jitfa' l-inkjesta fil-bir tas-skieken.", "Sinjura President, dan nista' narah jien, tista' tarah int, l-Ewro-Parlamentari qegħdin jarawh ukoll u m'għandix dubju li n-nies li qegħdin isegwuna dan kapaċi jarawh ukoll u jgħidu, \"Veru, minn dak iż-żmien kollu biex maġistrat tagħmlu imħallef, issa se tagħmlu imħallef, għax qed jagħmel l-inkjesta ta' Daphne u twaqqafhielu?!", "Dan meta dan il-Gvern tgħidx kemm ftaħar fuq is-CNN u madwar id-dinja kollha li he will leave no stone unturned!", "L-inkjesta issa se tispiċċa jkollha tiċċaqlaq u min jaf x'dewmien se jkun hemm.", "Mhux biżżejjed diġà għaddew kważi disa' xhur, għalfejn se nerġgħu nibdew quddiem maġistrat ieħor?", "L-Ewro-Parlamentari qalu aktar minn hekk.", "Qalu wkoll li l-Pulizija mhumiex qegħdin jinvestigaw it-truf kollha kif imiss.", "Fil-fatt, ġabu l-eżempju li fid-Daphne project ħareġ li żewġ sorsi qalu li raw lill-Onor.", "Chris Cardona jitkellem ma' wieħed mill-akkużati kemm qabel kif ukoll wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia u l-Pulizija m'għamlux investigazzjoni kif imiss fuq dawn iż-żewġ sorsi ta' informazzjoni.", "Jekk ma tridx, dan Ministru tal-Gvern u l-Viċi Kap tal-Partit Laburista!", "Dak li qegħdin jgħidu l-Ewro-Parlamentari u tinkwieta ħafna meta taqra hekk.", "Tkellmu wkoll fuq il-kwestjoni li xi ħadd avża lill-akkużati qabel ġew arrestati.", "L-Ewro-Parlamentari qalu li meta ġew arrestati, dawn la kellhom mobile fuqhom, la kellhom ċwievet fuqhom u Alla jbierek wieħed minnhom kellu n-numru tal-mobile miktub fuq idejh.", "Dan ma jfissirx li kienu qegħdin jistennew lill-Pulizija ġejjin?!", "Dażgur li punt importanti li qegħdin jagħmlu!", "Dażgur li dawn il-punti tajjeb li niddiskutuhom għax huma inkwetanti!", "U għandhom raġun l-Ewro-Parlamentari jinkwetaw.", "Sinjura President, qalu iżjed.", "Dawn qalu wkoll li s-Servizzi tas-Sigurtà ta' Malta – Isma' din! – kienu diġà qegħdin isegwu lil wieħed mill-akkużati fuq reat kriminali ieħor.", "Jiġifieri dawn kienu diġà qed isegwuh qabel ma nqatlet Daphne u ovvjament anke wara, u taf x'jiġifieri ssegwih, Sinjura President?", "Jiġifieri tagħmel tapping tat-telefon u tkun taf x'kien qed jgħid!", "Allura din l-informazzjoni kif għadha ma waslitx għand il-Maġistrat?!", "Id-Deputati Parlamentari Ewropej huma inkwetati li l-informazzjoni għadha m'għaddietx mis-Servizzi tas-Sigurtà għal għand il-maġistrat!", "X'qed jistennew biex jaqsmu l-informazzjoni tagħhom mal-maġistrat li qed jinvestiga?", "Bilfors tinkwieta meta taqra dawn l-affarijiet.", "Qalu wkoll li dawn l-affarijiet iwassluhom biex jikkonkludu li l-affarijiet mhux sejrin sewwa f'din l-investigazzjoni.", "Jien irrid inżid xi ħaġa mal-punti li għamlu huma.", "Ilbieraħ kien hemm sentenza tal-Qorti mogħtija mill-Imħallef Silvio Meli fejn ġie deċiż li l-Assistent Kummissarju tal-Pulzija li huwa responsabbli mill-investigazzjoni għandu jieqaf milli jkompli jinvestiga għar-raġuni li huwa miżżewweġ Ministru tal-Gvern.", "Hija ovvja għalija, ovvja għalik, Sinjura President u ovvja għal kulħadd!", "Għall-Gvern u għall-Assistent Kummissarju Alla jbierek ma kenitx ovvja!", "Din ukoll titfa' dubju fuq din l-investigazzjoni.", "Mela l-ewwel punt jittratta l-kwestjoni ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri li mhijiex se tingħalaq qabel jittieħdu passi u l-ħsara se tibqa' għaddejja sakemm jittieħdu passi.", "Il-korruzzjoni hija korruzzjoni.", "It-tieni punt jittratta l-inkwiet u t-tħassib serju fuq kif inhi għaddejja l-investigazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia.", "Mill-ġdid, l-appell tiegħi huwa biex f'ġieħ is-sewwa, l-awtoritajiet l-affarijiet jagħmluhom bis-serjetà ħalli ma jkomplux jagħmlu ħsara lil pajjiżna.", "Hemm spotlight kbira fuqna, b'mod partikolari fejn tidħol l-investigazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia!", "Mela jekk jogħġobkom, agħmlu l-affarijiet bis-serjetà!", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li l-Parlament Ewropew waqqaf kumitat apposta biex ikompli jsegwi lil Malta u lis-Slovakkja, fejn inqatel ġurnalist investigattiv u s-sieħba tiegħu.", "Dan huwa kumitat apposta tal-Parlament Ewropew!", "Issa b'xorti tajba għalina f'dan il-kumitat hemm il-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Roberta Metsola, li wkoll taħdem ħafna.", "Fil-fatt, insellmilha minn hawnhekk għall-ħidma tagħha.", "M'għandix dubju li hi se tkun hemmhekk biex tara li jsir dak li huwa fl-interess tal-ġustizzja u fl-interess tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Dawn għandhom jibagħtu delegazzjoni oħra f'Malta u dan juri li l-kwestjoni se tibqa' għaddejja sakemm ikun hemm soluzzjoni ta' vera.", "Sinjura President, il-ħsara mhijiex se tieqaf qabel ma l-korruzzjoni tiġi indirizzata u qabel ma l-investigazzjonijiet fuq dan il-qtil faħxi tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia jsiru bis-serjetà.", "Iż-żjara ta' Věra Jourová u ż-żjara tad-Deputati tal-Parlament Ewropew se jibqgħu għaddejjin sakemm din il-kwestjoni ssir u tasal għat-tmiem tagħha.", "Biex ir-reputazzjoni ta' pajjiżna tieħu r-ruħ jeħtieġ li dawn iż-żewġ affarijiet nindirizzawhom u nindirizzawhom bis-serjetà darba għal dejjem.", "Finalment nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokument dwar il-laqgħat u l-konklużjonijiet b'rabta maż-żjara f'Malta fl-1 u 2 ta' Ġunju 2018 tal-Membri Parlamentari Ewropej Ana Gomes, Sven Giegold u David Casa bħala membri fuq l-Ad Hoc Mission on the Rule of Law in Malta.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fit-8.06 p.m. ilKamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-ħofor tat-tidal lane bollards ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata mtlew bil-konkos?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif jaf ben tajjeb, il-proġett tat- tidal lane kien wieħed temporanju sakemm Transport Malta timbarka fuq il-proġett tal-Marsa.", "It-taqsima tat-TMRSD minn qabel ma beda l-proġett għamlet studju dwar kif tista' tagħmel aktar flessibbli l-idea ta' tidal lane anke waqt il-proġett.", "Hekk kif qabel it-tibdil fil-kareġġjati kien limitat għal ħinijiet partikulari, il-flesibbilità li ġiet introdotta reċentement ippermettiet li dan it-tibdil isir aktar ta' spiss u b'ħeffa akbar.", "Transport Malta dejjem tħares li ttejjeb l-istrutturi tagħha skont tibdil li jseħħ mal-ħin.", "Wieħed tajjeb jinnota li l-effett tax-xogħlijiet ta' proġett massiv kif inhu dak tal-Marsa qajla ħalla effett negattiv fuq l-andament tat-traffiku fl-inħawi.", "Dan ukoll grazzi għall-istudji u monitoraġġ kontinwu li jagħmlu l-ħaddiema ta' Transport Malta.", "It-toqob li mtlew bil-konkos hu wkoll xogħol temporanju u kif żgur jifhem l-Onor.", "Interpellant kieku kienu permanenti, kieku kienu jimtlew bit-tarmak.", "TIDAL LANE BOLLARDS – SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet swiet flus is-sistema tat-tidal lane bollards ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta ntrebaħ it-tender tas-sistema, min kienet il-kumpanija li għamlet dan ix-xogħol u meta tqiegħdet tali sistema fit-triq imsemmija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din is-sejħa għall-offerti ġiet mogħtija bħala Quotation leading to a Direct Order wara sejħa pubblika għall-ammont ta' €234,778.86 (VAT eskluża) fit-13 ta' Novembru 2015 lil Q Free Traffiko.", "Is-sistema ġiet ikkumissjonata f'Ġunju tal-2016.", "ENERĠIJA MILL-INTERCONNECTOR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jelenka kemm inxtrat enerġija tramite l-interconnector bejn Malta u Sqallija, xahar b'xahar minn mindu beda, f'volum (Mwh) u prezz?", "Jista' jelenka liema kienu s-sorsi ta' enerġija minn fejn ġiet din l-enerġija għal Malta u ċjoè x'persentaġġi mis-swieq barranin u x'tip ta' enerġija kienet li forniet id-domanda għal Malta?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġentilment għandu jirreferi għad-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti li kien ippubblikat mill-NSO fit-12 ta' Ottubru 2017, fejn hemm elenkata, xahar b'xahar, l-enerġija li nxtrat tramite l-interconnector bejn Malta u Sqallija minn Marzu 2015 sa Diċembru 2016.", "L-istess informazzjoni, inkluż informazzjoni dwar l-enerġija li nxtrat matul is-sena 2017 tiġi ppubblikata mill-NSO matul din is-sena.", "Ta' min wieħed jgħid li l-enerġija mixtrija tramite l-interconnector bejn Malta u Sqallija tinxtara minn fuq is-swieq Taljani, u l-provenjenza ta' din l-enerġija ma tkunx indikata.", "Fir-rigward tal-bqija tal-informazzjoni mitluba, din għandha valur kummerċjali għal Enemalta Plc. u għaldaqstant l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 516.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – SAFAR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il safra uffiċjali saret f'kull dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Tista' tagħti d-destinazzjoni ta' kull safra?", "Għal kull safra li saret tista' tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'titjiriet, akkomodazzjoni, ikel f'lukandi, trasport u allowances?", "Min kienu l-uffiċjali li ħadu sehem f'kull safra, x'inhu l-grad tagħhom u x'kien l-iskop ta' kull safra?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MASTERPLAN TAL-PJAZZA TAX-XAGĦRA – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-Masterplan tal-Pjazza tax-Xagħra?", "Meta hu ppjanat li jkun lest u jibda jiġi attwat?", "Interpellant li x-xogħol fuq il-Masterplan jibda jsir mill-Ministru appena l-Kunsill Lokali jikkoordina l-konsultazzjoni pubblika biex ikollna l-veduti ta' kulħadd", "GĦAWDEX: TRIQ TAĊ-ĊIMITERJU TA' SAN LAWRENZ – STORM WATER CULVERT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jsiru gradi għal storm water culvert li kien sar f'parti tat-triq li tagħti għad-Dwejra f'San Lawrenz, eżattament sa quddiem iċ-Ċimiterju ta' San Lawrenz, fil-parti ta' fuq tat-triq, biex jilqa' l-ilma u jibda jiffunzjona qabel ma jsir il-wiċċ ta' din it-triq fil-ġimgħat li ġejjin?", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.", "ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA – PROĠETT TA' ESTENSJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsjia parlamentari 5860, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid min huma l-kuntratturi li jiffurmaw il-konsorzju li rebaħ it-tender għall-proġett ta' estensjoni (bini ta' aktar oqbra) fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Konsorzju rebbieħ huwa Campo-Santo li huwa kompost minn Polidano Brothers Limited, Camray Company Limited, u Mario Tonna.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min kienu ċ-Chairman u l-membri tal-bord li għażlu l-artisti fil-Gozo Alive li nżamm f'Għawdex f'Mejju 2018?", "Tista' tgħid x'kariga għandhom dawn il-persuni fis-settur pubbliku?", "Tista' tgħid kif intgħażel iċ-Chairman?", "Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 5890.", "Fir-rigward taċ-Chairman, peress li l-attività kienet tal-Ministeru, il-kumitat ġie chaired mid-Direttur.", "LOCAL PLANS TA' MALTA U GĦAWDEX – PROĊESS TA' REVIŻJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-local plans ta' Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid jekk dan il-proċess hux se jkun konkluż u allura l-local plans ikunu riveduti matul is-sena 2018?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-local plans kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta' kwestjonijiet li huma ta' natura aktar strateġika u li jeħtieġu ġbir ta' aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta' options differenti.", "IN-NAXXAR – TRIQ SAN ĠORĠ – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing ta' Triq San Ġorġ fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-FORTIZZA TAL-MOSTA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Fortizza tal-Mosta fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR – TREJQET IL-ĦUĠĠIEĠA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing ta' Trejqet il-Ħuġġieġa fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR – VJAL IL-21 TA' SETTEMBRU – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing fi Vjal il-21 ta' Settembru fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR – TRIQ LELI FALZON – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing ta' Triq Leli Falzon fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR – MISRAĦ IR-REBĦ – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' resurfacing ta' Misraħ ir-Rebħ fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6112.", "**MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI​ – GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA ​", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma ta' għajnuna finanzjarja mogħtija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA ​", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtha minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma ta' għajnuna finanzjarja mogħtija?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA ​", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma ta' għajnuna finanzjarja mogħtija?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MELLIEĦA – TRIQ L-ARMIER U TRIQ IR-RAMLA – XOGĦOL TA' REINSTATEMENT", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol ta' reinstatement li hemm bżonn fi Triq l-Armier u Triq ir-Ramla, limiti tal-Mellieħa, u jekk hu possibbli, dan ix-xogħol isir qabel ma joqrob iżjed l-istaġun tas-sajf?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet ta' reinstatement fi Triq l-Armier diġà bdew u għandhom jitlestew fil-ġranet li ġejjin.", "Fir-rigward ta' Triq ir-Ramla, b'koordinament mal-entitajiet kollha, qed naħdmu biex ix-xogħol jitlesta mill-aktar fis possibbli.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4638, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika rrapportati lill-Aġenzija Appoġġ is-sena l-oħra?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija Appoġġ ħadmet mal-1,140 każ ta' vjolenza domestika matul l-2017.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li dan it-tagħrif jinsab ukoll fir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, f'paġni 11 sa 14, liema rapport kien ġie ppreżentat fil-Kamra nhar it-Tnejn, 21 ta' Mejju 2018.", "SERVIZZI RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ – STANDARDS NAZZJONALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6090, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali ma jżommx statistika dwar spezzjonijiet għall-għarrieda fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali/Hostels?", "Jista' jgħid ukoll in-numru ta' investigazzjonijiet ta' lmenti li rċeviet din il-Kummissjoni matul din il-leġiżlatura?", "CHRIS FEARNE: Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jirċievi medja ta' 12-il talba għall-assistenza/informazzjoni fil-ġimgħa.", "Dawk l-ilmenti li jikkonċernaw materji koperti bil-liġi dwar is-saħħa mentali, jiġu indirizzati u fejn hu possibbli tinstab soluzzjoni.", "DIRETTORAT GĦALL-ISTANDARDS TAL-KURA TAS-SAĦĦA – XOGĦLIJIET IMWETTQA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuwa x-xogħol li jitwettaq mid-Direttorat għall-Istandards tal-Kura tas-Saħħa?", "Kemm ilu mwaqqaf dan id-Direttorat?", "Jista' jgħid ukoll kif wieħed jista' jikkuntattja lid-Direttorat għall-Istandards tal-Kura tas-Saħħa f'każ ta' lmenti minn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed jgħixu f'xi dar residenzjali?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat għall-Istandards tal-Kura tas-Saħħa ġie mwaqqaf fis-sena 2007 u huwa wieħed mill-korpi regolatorji fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika.", "Permezz ta' xogħol li jsir minn dan id-Direttorat tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika u tiġi spirata kura ta' eċċellenza kif ukoll jiġu żgurati servizzi tas-saħħa siguri u ta' kwalità għolja permezz ta' spezzjonar strutturat, monitoraġġ u regolamentazzjoni.", "Id-Direttorat huwa responsabbli għal-liċenzjar ta' sptarijiet privati ​​u pubbliċi, djar tal-anzjani, kliniċi tal-mediċina, dentisti, postijiet tat-tatwaġġ, postijiet fejn isir titqib f'partijiet diversi tal-ġisem, laboratorji kliniċi, faċilitajiet tal-X-rays, acupuncture clinics, chiropody clinics, kliniċi tal-fiżjoterapija, faċilitajiet tas-saħħa mentali, ċentru tal-onkoloġija, faċilitajiet ta' riabilitazzjoni, stabbilimenti fejn jiġi miġbur u proċessat id-demm u stabbilimenti tat-tessuti.", "Fi ħdan il-websajt tal-imsemmi Direttorat wieħed jagħmel kuntatt permezz ta' contact form, email jew billi jċempel fuq in-numri tat-telefon indikati.", "Kull ilment li jasal fid-Direttorat u li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet ta' liċenzjar jiġi investigat immedjatament.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SAFAR – SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont, maqsum safra b'safra, tal-ispejjeż kollha mħallsa minn fondi pubbliċi fuq biljetti tal-ivjaġġar, alloġġar, subsistence allowance, assigurazzjoni u spejjeż oħra marbuta ma' safar tal-mara tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PORT IL-KBIR – DĦUL TA' BASTIMENTI AMERIKANI U RUSSI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5950 waqt is-seduta ta' nhar l-4 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-bastimenti jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella ta' hawn taħt.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-due diligence reports dwar il-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala parti mill-proċess ta' procurement saret evalwazzjoni tal-promoturi tal-proġett u li tali evalwazzjoni hija soġġetta għal obbligi ta' kunfidenzjalità kummerċjali.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA – KONTIJIET BANKARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha kontijiet bankarji l-Aġenzija Identità Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema bank jew banek huma l-imsemmija kontijiet bankarji u x'tip ta' kontijiet bankarji huma (pereżempju: savings account, current account, term deposit account eċċ.)?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-kontijiet bankarji kemm huwa l-ammont li jinsab depożitat fih?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li l-Aġenzija Identity Malta għandha 16-il kont bankarju bil-bilanċ ilaħħaq €32,477,164.82 sal-31 ta' Mejju 2018.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA U BANK ĊENTRALI TA' MALTA – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Bank Ċentrali ta' Malta?", "Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-Bank Ċentrali ta' Malta li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt dawn l-imsemmija laqgħat?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li ma kienx hemm laqgħat formali bejn Identity Malta u l-Bank Ċentrali fiż-żmien indikat mill-Onor.", "Fiż-żmien li kien qed jiġi ppreparat il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment saret laqgħa teknika dwar il-proposta ta' xiri tal-bonds fuq is-suq lokali.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA U L-FIAU – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU)?", "Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-FIAU li kienu preżenti għal kull waħda minn dawn il-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt l-imsemmija laqgħat?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li fil-kors tal-ħidma tagħha Identity Malta tikkomunika regolarment mal-FIAU.", "Dawn il-komunikazzjonijiet huma ta' natura sensittiva.", "L-Onor.", "Interpellant bħala avukat jaf tajjeb li huwa wkoll reat bil-liġi li tingħata informazzjoni dwar ix-xogħol tal-FIAU."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180613_131d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 18 ta' Ġunju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f' Malta jew barra minn Malta?", "F'kull każ x'inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f'liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru telenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha hija responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795, 2788 u 5681 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Tista' tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta' żmien ta' kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta' kull tali kuntratt?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti break down tal-flus minfuqa s'issa fuq id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem?", "Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar?", "Kemm se tkun takkomoda anzjani fiha?", "Tista' tgħid x'diverġenzi saru mill-pjanti oriġinali?", "Tista' tpoġġi kopji tal-pjanti ġodda fuq il-Mejda tal-Kamra u l-emendi li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex?", "Jista' jgħid x'manutenzjoni saret fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5741 kollha u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu dwar każijiet ta' dixxiplina ta' impjegati minn Marzu 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq ix-xogħol li hemm bżonn isir fuq il-Jetty tax-Xlendi?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol hux se jibda matul dawn il-ġranet?", "Jista' jgħid x'prekawzjonijiet se jittieħdu issa li dalwaqt jibda s-sajf biex ma jkunx hemm periklu għal għawwiema u persuni oħra li jiffrekwentaw iż-żona?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Qoton fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq Ġibiltà fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq it-Telgħa tal-Għaqba fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq l-Ingilterra fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq l-Emigranti fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Ġermanja fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex ġew rilokati f'post ieħor ġewwa l-Victoria, u dan minkejja li l-permessi biex jitwaqqa' l-bini eżistenti tal-Awtorità tal-Ippjanar għadu ma ħariġx?", "Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li qed tħallas l-Awtorità għal dawn l-uffiċċji li qed tuża temporanjament u għal kemm-il sena jew xhur inkrew dawn l-uffiċċji?", "Il-kirja saret b'mod dirett jew wara sejħa pubblika?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?", "Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt l-imsemmija laqgħat?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex it-triq magħrufa bħala Taċ-Ċawsli bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun issir mill-ġdid?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tagħha?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq l-għeruq tas-siġar li jinsabu fit-Telgħa ta' Selmun u li jistgħu jkunu ta' periklu?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5107, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema huma dawn iż-żewġ avviżi legali u jekk effettivament daħlux fis-seħħ?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5429, jista' l-Ministru jara li l-qasab fit-triq imsemmija jinqata', peress li dan il-qtugħ għadu ma sarx u l-periklu għadu hemm?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix reġistru ta' djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm tant delays fuq it-tijiriet tal-Air Malta?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex żdiedu r-rotot meta m'hemmx biżżejjed ajruplani?", "Tant hu hekk li sar reklamar fuq wieħed mill-mezzi soċjali?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux possibbli li t-Telgħa t'Alla u Ommu fin-Naxxar tkompli tinbarax (kif diġà hi fil-parti ta' fuq) sa' isfel nett u ċjoè sa fejn ir-round about, dan peress li varji persuni li jużaw din it-triq qed jilmentaw li qed isibuha perikoluża meta jsuqu għax faċilment jiskiddjaw mhux biss meta jkun maltemp iżda wkoll meta t-temp ikun tajjeb anke meta jieħdu l-prekawzjoni li jsuqu bil-mod?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li jiżdied is-servizz fuq ir-rotot 41 u 42, li jitilqu miċ-Ċirkewwa, bħala parti miż-żieda ta' servizz fil-qasam tat-trasport pubbliku?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' kontroll tat-traffiku ħa l-kuntrattur li d-dettalji tiegħu qed jingħataw b'mod separat, meta nhar it-Tlieta 5 ta' Ġunju 2018 kien qiegħed jaħdem fit-triq tal-Armier fejn kien qiegħed jagħti t-tarmak u kien imqabbad mill-Enemalta?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm pulizija jew wardens imexxu t-traffiku, u jekk kien hemm, kemm kien hemm?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li b'mod immedjat jittieħdu l-passi biex drenaġġ li ilu ħiereġ xi ħamest ijiem mill-Berġa taż-Żejtun fi Triq Mater Boni Consigli Żejtun jiġi rranġat anke minħabba l-fatt li din hija l-ġimgħa tal-festa u minn din it-triq prinċipali mhux biss jgħaddu l-marċijiet imma anki l-istatwa tal-purċissjoni ta' Santa Katarina?", "Billi jien infurmat li dan id-drenaġġ mill-berġa ġie rrapurtat jiem ilu mill-Pulizija, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentar 6242 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: peress li anke l-Gvern Malti qiegħed jammetti li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eleġibbli għall-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit, tista' tgħid kif f'dan ix-xenarju se tiġi mwettqa l-wegħda li kienet saret lill-Għawdxin, li skont id-Dikjarazzjoni 36, annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li tgħid hekk:", "Fid-dawl ta' din id-dikjarazzjoni unilaterali, tista' tgħid jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 6159 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u ċjoè: Peress li t-tabelli bis-sinjali tat-traffiku f'Għawdex qegħdin ġeneralment fi stat ħażin għax ħafna minnhom m'għadhomx jintgħarfu u jkun diffiċli għat-turisti u l-barranin biex isibu minn fejn jgħaddu, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li ssir il-manutenzjoni tagħhom jew inkella jinbidlu?", "Jekk iva, meta?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6970 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista eżistenti ta' servizzi kollha offruti mill-Ministeru tiegħu jew minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' jindika min hi l-persuna responsabbli għal kull wieħed minn dawn is-servizzi?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 719, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi indikati fir-risposta u jekk hemmx xi waiting list biex jirċievu dawn is-servizzi?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-taħriġ tal-Sheltered Employment?", "Kemm kien hemm persuni b'diżabilità li qed jirċievu dan it-taħriġ biex itejbu l-ħiliet tagħhom?", "X'għandha tagħmel persuna b'diżabilità biex tkun intitolata għal dan it-taħriġ?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 718, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Job Bridge Training and Development Centre ?", "Kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jibbenefikaw minn dan iċ-Ċentru?", "X'tip ta' taħriġ speċifiku jingħata lil min qed jagħmel użu minn dan iċ-Ċentru?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jindika kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jagħmlu użu mill-iskema Bridging the Gap?", "Jista' applikant jagħmel użu minn din l-iskema biex jaħdem part-time?", "X'għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Telecare hux se tiġi pprivatizzata?", "Dan se jkun ifisser li l-anzjani jkollhom jibdew iħallsu ferm aktar għal dan is-servizz tant importanti għall-anzjani?", "X'inhi l-mira ewlenija tal-gvern li jżomm it-telecare jew jipprivatizzah?", "F'każ li jiġi pprivatizzat, il-Gvern se jżarma l-istruttura li għandu, inkluż l-apparat u l-ħaddiema?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx siġar protetti fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm siġar taċ-ċitru u siġar oħra fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali, Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa u jew persuni reġistrati li għandhom l-għelieqi fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-kuntratt li huwa maħsub li jirregola lill-kuntrattur li se ikun qed jissupplixxi l-ikel fl-isptarijiet, jista' l-Ministru jgħid:", "a. x'inhu l-kriterju li jirregola x-xiri tal-ħaxix u frott skont dan il-kuntratt;", "b. x'kundizzjonijiet hemm fil-kuntratt li jistabbilixxu liema frott u ħaxix għandu jkun ta' produzzjoni lokali jew importat; u", "ċ. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li qed jirregola lill-kuntrattur li qed jissupplixxi l-ikel lill-isptarijiet tal-Gvern?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għall-kuntratt li huwa maħsub li jirregola lill-kuntrattur li se jkun qed jissupplixxi l-ikel fi djar residenzjali tal-anzjani, jista' l-Ministru jgħid:", "a. x'inhu l-kriterju li jirregola x-xiri tal-ħaxix u frott skont dan il-kuntratt;", "b. x'kundizzjonijiet huma fil-kuntratt li jistabbilixxu liema frott u ħaxix għandu jkun ta' produzzjoni lokali jew importat; u", "ċ. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kuntratt li qed jirregola lill-kuntrattur li se jissupplixxi l-ikel fi djar tal-anzjani?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta, fejn qed isir it-tarmak, issir bankina ta' metru fuq kull naħa tat-triq?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent b'riżultat ta' dak kollu li tħabbar fl-aħħar budget:", "a. x'inhi r-rata ta' taxxa fuq il-pensjoni; u", "b. x'inhu l-ammont ta' pensjoni li mhux taxxabbli?", "Jista' jgħid x'kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-aħħar budget?", "Jista' jgħid sal-lum x'inhuma l-kriterji li jistabbilixxu r-rata ta' ħlas ta' taxxa fuq il-pensjoni fil-kategoriji u l-każijiet differenti kollha li jeżistu?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jitlob lil SportsMalta tagħmel il-manutenzjoni neċessarja fl-Open-air Gym ta' Ta' Qali għaliex hemm apparat, bħar-rota statika, li mhumiex jiffunzjonaw?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex jipproteġi d-drittijiet tal-pazjenti morda b'diżordni mentali fl-Isptar ta' Mount Carmel minħabba l-inkonvenjent li qed toħloq id-diskoteka miftuħa fil-limiti ta' Ħaż-Żebbug li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandu permess li jdoqq sal-4.00 am, u li qed jolqot lill-morda ta' ċertu swali bil-ħoss esaġerat tal-mużika tad-diskoteka?", "Kemm ir-rapport sar lill-Pulizija?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbug li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hu ta' disturb lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbug, Rabat, Siġġiewi u Ħ'Attard u b'mod partikolari għall-ispezzjonijiet tal-pulizija, jista' l-Ministru jgħid x'tagħmir għandha l-pulizija biex tkejjel b'decibles il-volum tal-ħoss tal-mużika?", "Jista' l-Ministru jipprovdi tabella ta' dawn l-ispezzjonijiet li jindikaw il-volum tal-ħoss u d-distanza minn fejn ittieħed?", "Jekk il-pulizija ma għandhiex dan l-apparat, fuq minn taqa' bħala entità biex jitkejjel dan?", "Jekk il-pulizija ma għadhiex tuża dan l-apparat, jista' l-Ministru jgħid kif tista' l-Pulizija tressaq din l-entità diskoteka bi provi konkreti l-qorti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hi ta' disturb għar-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Siġġiewi u Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-ħruġ tal-permess?", "X'superviżjoni ssir mill-Ministeru?", "X'inhi l-proċedura ta' tiġdid tal-permess?", "Kemm hu l-ħlas tal-liċenzja ta' stabbilimenti ta' din ix-xorta?", "X'miżuri ġew imposti fuq id-diskoteka biex ikun hemm sound buffers u b'hekk il-ħoss tal-mużika ma jiġiex trasmess b'inkonvenjent?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hi ta' inkonvenjent għar-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Siġġiewi u Ħ'Attard.", "Hu fir-remit tal-ERA li tipproteġi d-drittijiet tar-residenti minn volum eċċessiv ta' storbju.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu f'dan ir-rigward?", "Jista' jgħid kemm-il darba l-Korp tal-Pulizija u/jew il-Ministeru għall-Intern irrikorru għall-għajnuna f'dan ir-rigward?", "X'miżuri ġew imposti fuq id-diskoteka biex ikun hemm sound buffers u b'hekk il-ħoss tal-mużika ma tiġix trasmessa b'inkonvenjent?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hi ta' inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, is-Siġġiewi u Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-ħruġ tal-permess?", "Il-permess joħroġ fuq permess ta' spirti biss?", "X'superviżjoni jsir mill-Ministeru?", "X'inhi l-proċedura ta' tiġdid tal-permess?", "Kemm hu l-ħlas tal-liċenzja ta' stabbilimenti ta' din ix-xorta?", "X'miżuri ġew imposti fuq id-diskoteka biex ikun hemm sound buffers u b'hekk il-ħoss tal-mużika ma tiġix trasmessa b'inkonvenjent?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għat-tiswijiet strutturali li qed isiru f'Binja Buqana fl-Imtarfa mill-Awtorità tad-Djar, wara li dawn id-difetti strutturali li wara 20 sena ġew ikkonfermati li huwa stat ta' fatt u li huma periklu, jista' l-Ministru jgħid x'mistrieħ il-moħħ għandu jkollu r-resident li x-xogħol qed isir skont is-sengħa f'kull post fil-blokka?", "Liema huma l-entitajiet li qegħdin jagħmlu l-ispezzjonijiet u kemm hi l-frekwenza ta' dawn iż-żjarat?", "Min qiegħed iħares id-drittijiet kuntrattwali tar-resident?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn inbidlet it-teknika fuq l-infurzar tal-pilastri?", "Meta l-ex Ministru l-Onor Dr Michael Farrugia kien qal waqt press release li l-pilastri ħa jinbidlu, beda jsir hekk, imma ma tkomplix.", "Hu nnutat li bil metodu l-ġdid ta' kif qegħdin jiġu rranġati l-pilastri ta' bejn il-garaxxijiet, qed jittieħed spazju mill-komun privat u x-xogħol mhux qiegħed jinforza lir-irjus proprja.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Awtorità tad-Djar jekk dan hu minnu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra u/jew ta' kwalunkwe dokument ieħor tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) bi tweġiba għat-talba għal informazzjoni addizzjonali magħmula miċ-Chairman tal-European Banking Authority lill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u liema tweġiba kellha tingħata lill-European Banking Authority sa nhar il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Majjistral ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara kif l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien issottometta applikazzjoni biex jixtri l-flat tal-housing u wara li għamel il-konvenju u saħansitra kellu jagħmel kuntratt f'Diċembru, ċemplulu u qalulu li dan ma jistax isir għax il-post hu tal-Lands?", "(Dan meta ż-żewġ appartamenti ta' fuqu nbiegħu).", "Jista' jgħid x'inhi l-problema?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk, fil-każ tal-veranda stallata minn ħaddiema tal-Gvern fid-dar tiegħu, kienx applika għal permess jew Development Notification Order (DNO) mal-Awtorità tal-Ippjanar u jippreżenta l-evidenza dokumentarja ta' dan?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba uża ħaddiema tal-Gvern għal xogħlijiet fid-dar tiegħu u jagħti d-dati relevanti u x'tip ta' xogħlijiet wettqu?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3681 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-awtoritajiet konċernati tal-proġett li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-bini tal-lukanda li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa bejn Triq il-Kbira u Triq in-Nasses?", "Fl-istess waqt jindika jekk kienx hemm xi forma ta' oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4844 u jinforma lil din il-Kamra l-informazzjoni dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid kemm saru ħatriet fil-gradi minn Manager 'il fuq?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Awtoritajiet sabiex iniedu xi tip ta' skema li permezz tagħha, persuni u entitajiet kummerċjali u anke entitajiet oħrajn li jkunu sidien ta' proprjetajiet li jkunu tajba għall-finijiet t'akkomodazzjoni soċjali u li jkollhom jagħtu lill-Gvern ammonti sinjifikanti ta' flus bħal ħlasijiet b'lura ta' pagamenti tat-taxxa fuq id-dħul (Income tax) u tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kif ukoll pagamenti tas-social security contributions u dawn ma jkollhomx minn fejn iħallsu dawn l-ammonti ta' flus lill-Gvern sabiex permezz ta' din l-iskema jkunu jistgħu jpaċu dawn id-djun billi jgħaddu lill-Gvern dawk il-proprjetajiet li jkunu tajbin għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Hemm xi ħsieb min-naħa tal-Awtorità li jiġi mgħoddi xi att ta' liġi minn din il-Kamra tal-Parlament sabiex jiġi regolarizzat dan il-mod ta' tpaċija sabiex b'hekk il-Gvern ikun jista' jiġbor ammont sostanzjali ta' flus li għandu jiġbor u kollox isir skont il-liġi u skont regoli u 'prassi' stabbiliti mingħajr ħafna qawmien ta' dubji u tfigħ ta' tajn bla bżonn minn min suppost jaf aħjar?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra li jitpoġġew traffic lights fejn Labour Avenue tingħaqad mal-Pjazza tan-Naxxar peress li qiegħed ikun hemm konġestjoni tat-traffiku matul il-ġurnata kollha u dan minħabba li kull min ikun se jaqsam minn fuq iż-zebra crossing li hemm bejn il-każin tal-banda Peace u l-ATM tal-HSBC, jaqsam kif ġie ġie u l-ħin kollu jwaqqaf it-traffiku?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-każ li l-entità sportiva li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha quddiem l-Awtorità tal-Artijiet?", "Peress li dan il-każ ilu għal numru ta' snin quddiem din l-Awtorità, jista' jara li dan il-każ jitmexxa kemm jista' jkun malajr?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara li l-bozza bin-numru 163 li qiegħda fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, u li ilha mitfija għal aktar minn sena, tinxtegħel kemm jista' jkun malajr?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid minn min se jkun qed jitmexxa r-range tal-isparar f'Ta' Kandja wara li jintemm il-World Cup tal-Isparar?", "Jista' jgħid jekk il-Malta Shooting Sport Federation hiex se tingħata r-responsabilità tal-immaniġġar tal-faċilità tal-isparar f'Ta' Kandja wara li tintemm il-World Cup tal-Isparar?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' Facebook Groups, miftuħa jew ristretti, li huwa membru tagħhom?", "Jista' jgħid jekk dan l-aħħar ħariġx minn xi gruppi li jintużaw bħala hate groups u li fihom tiġi ġġenerata u/jew tinxtered mibgħeda dwar in-nies, speċjalment avversarji politiċi tal-istess Prim Ministru?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma nħatarx Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ai termini tal-Att XIII tal-2017 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, aktar minn sena wara li din il-liġi għaddiet mill-Parlament?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6292 u jgħid x'jisimhom il-pilloli li jingħataw għall-kura tal-Hepatitis C u kemm jiswew dawn?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li teħtieġ tidħol f'home minħabba l-kundizzjoni tagħha, u li din tinsab weħidha?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rigward fondi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja u s-sajd u ċjoe:", "a) kemm huwa n-numru ta' applikanti għal kull applikazzjoni ta' fond differenti li hemm, u li fil-preżent qed ikun iġġudikat mill-aġenzija rispettiva li għandha responsabilità li tiġġudika l-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni Ewropea;", "b) id-deskrizzjoni tal-fondi li fil-preżent qed ikunu aġġudikati; u", "c) meta huwa ż-żmien (id-data) li fih il-perjodu tal-aġġudikazzjoni jagħlaq?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kumpaniji li kienu ntitolati li jirreġistraw l-accounts tagħhom mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fl-2016 u fl-2017 rispettivament, imma ma rreġistrawx l-accounts tagħhom f'dawn is-snin?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Peress li l-pożizzjoni u l-mod li ġew installati l-gates li hemm qabel ma' tidħol għall-marshalling area tat-terminal tal-Port tal-Imġarr Għawdex, qed jinħolqu problemi għas-sewwieqa meta jiġu biex jgħaddu minnhom, bil-konsegwenza li ħafna drabi qed jaħbtu magħhom, bir-riżultat li qed ssir ħsara fil-vetturi tagħhom, tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3320 u 3912 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex (separatament) matul is-snin 2016 u 2017 (separatament)?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5431 u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Peress li l-bieraħ, it-13 ta' Ġunju 2018, il-Prim Ministru ddikjara li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed joperaw bastimenti ta' riċerka u salvataġġ fil-Mediterran għandhom jiġu rregolati, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex?", "B'liema mod jista' jiġri dan?", "Jista' jgħid jekk entitajiet non-governattivi għandhomx jidħlu fil-qasam tas-sigurtà ta' pajjiżi bħal tagħna?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-bini ta' pixxina f'Għawdex kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari 1494, fejn fit-tweġiba għaliha ngħad li kien ġie iffirmat Memorandum of Understanding f'Novembru 2016 u li n-negotiating team kien għaddej b'negozjati mal-privat, issa li għaddew tmien xhur minn meta saret din il-mistoqsija tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra bl-aħħar żviluppi fuq dan il-proġett?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx trasferita art industrijali liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jew lil xi kumpanija li fiha huwa għandu interess dirett jew indirett mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija u jekk fl-affermattiv, jista' jagħti tagħrif dwar it-trasferiment in kwistjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relevanti?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 34 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 33 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari (Kont.) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 46 – Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 15 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Dmirijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "15 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010.", "(Kont.)", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018 fis-7:00 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Preżentazzjoni minn Dr Valeska Padovese, Konsulent mal-Genito-Urinary Clinic fl-Isptar Mater Dei.", "Twaqqif ta' sottokumitat dwar id-Dijabete - sottomissjonijiet ta' ismijiet.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018 fit-3.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Marlene Seychell għall-ħatra ta' Non-Executive Chair tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob; u", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Daniel Azzopardi għall-ħatra ta' Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' (in camera) nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġiżlattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; u", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "GRUPP PARLAMENTARI DWAR IL-KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA", "Il-Grupp Parlamentari dwar il-Kapitali Ewropea tal-Kultura se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Laqgħa ma' delegazzjoni ta' Membri tal-Kumitat dwar il-Kultura tal-Parlament tal-Reġjun ta' Berlin fil-Ġermanja dwar il-Proġett: Il-Belt Valletta Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018; u", "Affarijiet oħrajn.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018 fil-5:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Preżentazzjoni mis-Sur Joseph Cuschieri u s-Sa Marianne Scicluna, Chief Executive Officer u Direttur Ġenerali rispettivament fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta; u", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Diskussjoni skont Artikolu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u New Zealand iffirmat fil-5 ta' Ottubru 2016; u", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 37 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (Kont.) – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "15 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180618_132a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 18 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 18 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 18 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 131, li saret fit-13 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "ĦADDIEMA BI KWALIFIKI MINN ISTITUZZJONIJIET EDUKATTIVI TERZJARJI", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent f'kull uffiċċju, dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f'Malta jew barra minn Malta?", "F'kull każ x'inhu l-grad tal-ħaddiem, x'inhi l-kwalifika li għandu u f'liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, kemm ilbieraħ kif ukoll bħall-bieraħ ġimgħa, jiġifieri għal ħmistax in fila, kien hemm aħbar f'The Sunday Times dwar tender li tressaq quddiem l-Evaluation Committee tal-Gozo Channel u li hu €9 miljun orħos mit-tender li ntgħażel, però l-Gozo Channel għażlet li tiskarta l-konklużjonijiet ta' dak il-kumitat u minflok ma għażlet lill-Virtu Ferries, kif ikkonkluda li kellha tagħmel dan il-kumitat, għażlet kumpanija bla ebda esperjenza ta' xejn.", "X'inhi r-raġuni?", "Il-Ministru taf li twaqqaf Evaluation Committee biex imbagħad dak li rrakkmanda ġie skartat u ntgħażlet offerta €9 miljun ogħla?", "Naturalment hawn jien qed nitkellem dejjem skont dak li ġie rrapportat.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministu Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: L-ewwel nett jien informata li l-Gozo Channel ċaħdet kategorikament l-informazzjoni li ngħatat fil-gazzetta li qed jirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant u qalet li dik l-informazzjoni mhijiex veritiera.", "Dwar il-kumplament tal-mistoqsijiet li għamilli, l-Onor.", "Interpellant għandu l-background ta' avukat bħali u allura jaf li meta jkun hemm proċeduri legali għaddejjin, kull kelma żejda tista' tippreġudika l-andament tal-proċeduri.", "Jiena diġà spjegajt b'mod kawt f'din il-Kamra li saru żewġ appelli f'dan ir-rigward, u għalhekk suppost l-Onor.", "Fil-fatt appell minnhom instema' proprju l-ġimgħa li għaddiet filwaqt li l-appell l-ieħor se jinstema' din il-ġimgħa.", "Għalhekk nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jistenna l-eżitu ta' dawn il-proċeduri, kif qed nagħmel jien.", "Bħala Eks Ministru, l-Onor.", "Interpellant għandu jifhem ukoll li hemm distinzjoni bejn ir-rwol ta' ministru u l-affarijiet l-oħra li jkunu għaddejjin fuq dawk il-livelli.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Dan l-aħħar il-Ministeru għal Għawdex ħabbar li se tinbeda t-tieni fażi ta' xogħlijiet fil-learning hub ta' Għajnsielem.", "Tista' l-Ministru tagħti aktar informazzjoni lill-Kamra dwar dan?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministu Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Nirringrazzja ħafna lill-Onor.", "Ma kontx naf li news travels so fast għax din hija xi ħaġa li ħabbarnieha dalgħodu!", "Fil-fatt l-Għajnsielem learning hub huwa wieħed mill-babies tiegħi li twieled fiż-żmien li kont Segretarju Parlamentari.", "Qed nara lill-Onor.", "Cutajar quddiemi, u allura ma nistax ma nsemmix li jien u hu konna żorna l-Għajnsielem learning hub flimkien fejn kellna esperjenza sabiħa ħafna.", "Ta' min jgħid li dan il-proġett, li huwa interessanti ferm, għandu l-iskop li jipprovdi s-servizzi għall-persuni b'diżabilità taħt saqaf wieħed, jiġifieri jkun a one-stop shop għall-persuni b'diżabilità.", "Matul il-leġiżlatura preċedenti saret l-ewwel fażi ta' dan il-proġett u kif għedt diġà, proprju llum jiena u s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis ħabbarna t-tieni fażi, u x-xogħlijiet fuq it-tieni fażi bdew illum stess.", "Ta' min jgħid li fit-tieni fażi ta' dan il-proġett se nkunu qed nilqgħu diversi servizzi ġodda, fosthom dawk ipprovduti mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, mill-iSpecial Olympics kif ukoll mill-Aġenzija Sapport, li se tkompli twessa' l-catchment tas-servizzi tagħha biex tkun tista' taqdi l-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità Għawdxin kif ukoll lill-familji tagħhom.", "Se jkun hemm saħansitra kliniċi tal-occupational therapy u tal-physiotherapy.", "Imbagħad malli titlesta din it-tieni fażi, li jekk kollox imur tajjeb u mingħajr xkiel qed nantiċipaw li se tieħu madwar tmienja jew disa' xhur biex titlesta, is-sena d-dieħla se ngħaddu għall-fażi li jmiss.", "Sinjura President, jien insostni li dan il-proġett huwa monument fil-qasam tad-diżabilità f'Għawdex għax permezz tiegħu fl-aħħar is-servizzi tal-persuni b'diżabilità qasmu l-fliegu u dak li jeżisti f'Malta u li forsi ħafna jeħduh for granted għall-ewwel darba bdew igawdu minnu l-Għawdxin ukoll.", "Għalhekk illum kien ta' sodisfazzjon enormi kemm għalija kif ukoll għas-Segretarju Parlamentari Agius Decelis li nħabbru t-tieni fażi ta' dan il-proġett.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru għal Għawdex.", "Ta' min jgħid li dan il-proġett qed jiġi co-shared bejn il-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva fejn ix-xogħol on the ground se jkun qed isir mill-Ministeru għal Għawdex biex imbagħad is-Segretarjat Parlamentari tramite l-Aġenzija Sapport, ikun jista' jipprovdi s-servizzi.", "Nerġa' ngħid li ħafna mix-xogħol se jsir in-house b'direct labour min-naħa tal-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex.", "Dan ifisser li mhux biss se jkun hemm savings, imma wkoll li l-baġit allokat se jkun jista' jintuża biex jiġi investit anke f'apparat.", "Inżid ngħid li parti mil-learning hub huwa dedikat għall-Jobsplus fejn hemmhekk għaddej anke programm ta' taħriġ għall-persuni b'diżabilità, li bħalissa m'iniex qed niftakar x'jismu eżatt.", "Programm sabiħ ieħor li jinsab għaddej bħalissa huwa dak tal-MCA (Malta Communications Authority) li fih hemm allokati fondi Ewropej biex ikun hemm proġett ta' independent assistive living.", "Fil-fatt dan se jkun showcase ta' apparat assistiv biex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti u komda b'inqas burden fuq il-familjari tagħhom għax kif jaf kulħadd, il-familjari tal-persuni b'diżabilità jkollhom jgħaddu minn ħafna hardships.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Ministru, proprju għax jien inzertajt avukat naf li m'hemm l-ebda liġi li torbot milli tingħata din l-informazzjoni għax is-sub judice ma japplikax f'dan il-każ.", "Għalhekk tista' l-Ministru tikkonferma li kien hemm offerta b'diversi miljuni orħos minn dik li fil-fatt intgħażlet?", "Il-Ministru qalet li dak li ġie rrapportat ma kienx veritier, u hawnhekk nistaqsi: X'ma kienx veritier; li ġiet skartata l-konklużjoni tal-ewwel rapport jew inkella l-ammont ta' miljuni li kienu se jiġu ffrankati li kieku ma ġietx skartata l-konklużjoni tal-Evaluation Committee?", "B'daqshekk m'iniex qed nistaqsi ħafna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Jien li nista' ngħid huwa li lbieraħ il-Gozo Channel ħarġet stqarrija fejn ċaħdet dak li ntqal.", "Issa dwar il-verżjonijiet li qed jidhru fuq il-gazzetti nerġa' ngħid li hemm verżjoni waħda, liema verżjoni qed tiġi esposta waqt il-proċeduri quddiem il-bord tal-appell.", "Jien informata wkoll li fil-bord tal-appell kien hemm ġurnalist, però għal xi raġuni li ddeċieda hu, dan ir-rapportaġġ ma sarx.", "Kieku sar dan ir-rapportaġġ, forsi kien ikollna stampa aktar kompleta u forsi dan id-dubju jew dan l-għanqbut kien imur!", "Madanakollu s'issa hemm dawn il-proċeduri li għadhom għaddejjin.", "Min-naħa tiegħi, jien qed nistenna li nara x'se jkun l-eżitu ta' dawn il-proċeduri biex inkun nista' nesprimi ruħi wkoll, però l-parir li ngħatajt min-naħa tal-Gozo Channel hu biex inkun kawta fid-diskors tiegħi għax peress li hemm proċedura ta' tendering u l-Gozo Channel trid titfa' l-bid tagħha, kull kelma li jien nista' ngħid tista' tippreġudika l-pożizzjoni tal-Gozo Channel.", "Qed inkun kawta u pjuttost skjetta, imma billi l-Gozo Channel taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, l-ewwel dmir u l-ewwel lealtà tiegħi hija dik li nipproteġi l-interessi tal-Gozo Channel, lill-mijiet ta' ħaddiema li jaħdmu mal-Gozo Channel u lill-familjari tagħhom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Tista' l-Ministru tgħidilna x'inhuma l-pjani tagħha għall-gżira Għawdxija f'dak li għandu x'jaqsam ma' infrastruttura?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministu Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Għal dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti ta' toroq jien diġà kelli l-opportunità li nitkellem waqt id-dibattitu dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta fejn hemmhekk spjegajt li sakemm tibda topera din l-Aġenzija se jkun il-Ministeru għal Għawdex li jwettaq dawn ix-xogħlijiet, bħalma dejjem għamel.", "Ta' min jgħid ukoll li anke meta l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta tibda topera, ikun irid jintlaħaq qbil dwar ix-xogħlijiet li jkunu se jsiru mal-Ministeru għal Għawdex skont il-prijoritajiet elenkati, għalkemm to be honest, il-kondizzjoni tat-toroq f'Għawdex tant hija ħażina u tant it-toroq qegħdin kollha fi stat ħażin li ma tantx hemm x'tipprijoritizza!", "Però, pereżempju, bi pjaċir irrid nirrimarka li matul din il-ġimgħa ħriġna tender għal triq fin-Nadur li ilha tistenna s-snin biex issir minkejja li fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti kellna żewġ ministri minn hemmhekk.", "Issa, taħt Gvern Laburista, din it-triq se tkun qed issir għall-ewwel darba.", "Hija triq perikoluża, u għalhekk kellna nimxu bil-proċedura li tippermetti l-liġi biex ikun hemm aktar fast-tracking tagħha.", "Fil-fatt is-sottomissjonijiet għaliha se jagħlqu l-ġimgħa d-dieħla.", "L-istess nistgħu ngħidu għal Triq il-Ħamrija ġewwa x-Xewkija għax din it-triq ukoll kienet ilha biex issir, però issa t-tender għal din it-triq ħareġ u qiegħed jiġi pproċessat.", "Sinjura President, hawnhekk irrid ngħid ukoll li qed nimplimentaw dak il-proġett li ħabbarna f'Diċembru li għadda bi qbil mal-kunsilli lokali.", "Tant hu hekk li kull kunsill lokali diġà identifika l-prijoritajiet tiegħu, u aħna ffirmajna ftehim mal-kunsilli lokali filwaqt li għaddejnielhom il-fondi biex ikunu jistgħu jsiru t-toroq li hemm bżonn.", "Fil-fatt bħalissa qed issir Triq Wied il-Lunzjata, u din il-ġimgħa stess se jinbeda x-xogħol fuq Triq Għajn Ħosna fix-Xagħra li tagħti għar-Ramla.", "Bħalissa qed isiru madwar 22 triq, fosthom Triq is-Sagħtrija fiż-Żebbuġ, Triq iż-Żewwieqa f'Għajnsielem, qed isiru żewġ toroq oħra f'San Lawrenz, Triq il-Madonna tal-Virtu u Triq Franġisk Portelli fl-Għarb.", "Ta' min isemmi wkoll ix-xogħol li qed isir fi Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat, fejn is-servizzi tagħha nbidlu kollha u bħalissa waslet għall-fażi ta' kisi.", "Il-ġimgħa li għaddiet tlestiet fażi minn Triq Sannat filwaqt li l-ġimgħa d-dieħla se ssir ukoll it-triq tad-Dwejra, li suppost kienet tlestiet taħt Gvern Nazzjonalista, imma li sal-lum għadna qed nistennewha li ssir.", "Qed isiru wkoll il-preparazzjonijiet neċessarji biex issir Triq Ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra filwaqt li saru Triq in-Nadur u Triq il-Qortin, li nofsha għamilha l-Kunsill Lokali tal-Qala.", "Għalhekk hemm ħafna toroq li qed isiru.", "Nerġa' ngħid li l-bżonnijiet huma ħafna, u fil-fatt il-ħsieb huwa li s-sena d-dieħla nerġgħu nirrepetu dan l-eżerċizzju.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali, li qal bl-aktar mod skjett li l-investiment li hemm bżonn li jsir fit-toroq t'Għawdex huwa sostanzjali.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk li fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista deher ċar iswed fuq l-abjad li Għawdex irid jieħu s-sehem tiegħu mill-fondi allokati għal Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "Jien ħadt gost meta, pereżempju, waqt id-dibattitu dwar din l-Aġenzija, l-Onor.", "Marthese Portelli qablet miegħi u ninsab sodisfatta ħafna li se tkun qed tappoġġjani fit-talbiet li se nagħmel biex it-toroq f'Għawdex ikunu jistgħu jilħqu l-livelli li verament jixirqilhom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jinkera r-raba' vapur tal-Gozo Channel biex fil-peak hours tiżdied il-frekwenza tal-vapuri?", "Ta' min jgħid li fil-każ ta' Għawdex il-peak hours tat-traġitti huma bejn is-6.00 a.m. u s-7.30 a.m. filwaqt li fil-każ ta' Malta huma bejn l-4.00 p.m. u s-6.00 p.m.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Kif ħabbart proprju l-ġimgħa li għaddiet, nidejna eżerċizzju ta' change management programme fi ħdan il-Gozo Channel fejn ġie maħtur is-Sur David Spiteri Gingell biex imexxi dan il-programm ħalli l-flotta tal-Gozo Channel tintuża bl-aħjar mod filwaqt li jkun hemm aktar effiċjenza biex nindirizzaw l-inkonvenjenzi li qed niffaċċjaw.", "Qed ngħid dan għax l-influss ta' traġitti bejn Malta u Għawdex qed jiżdied.", "Fil-fatt matul il-weekend ta' qabel dan li għadda l-Gozo Channel ġarret 55,000 persuna, żieda ta' 13% fuq l-istess weekend tas-sena ta' qabel.", "Dan huwa fenomenu li qed ngħixu kull weekend, u dan ifisser li kull weekend il-pressjoni fuq il-Gozo Channel qed tiżdied għax aktar nies qed iżuru lil Għawdex.", "Naturalment dan huwa wkoll frott tal-ħidma li qed issir biex nippromwovu turiżmu intern u biex noħolqu lil Għawdex bħala attrazzjoni għall-Maltin, però naturalment dan qed joħloq ukoll aktar pressjoni fuq il-vapuri tagħna, u fil-fatt kien għalhekk li nħatar is-Sur David Spiteri Gingell flimkien ma' persuni oħrajn li qed jassistuh; biex il-Gozo Channel tkun aktar effikaċi u effiċjenti.", "Interpellant jistenna sakemm jiġi ffinalizzat ir-rapport li qed isir għax huwa biss wara li dan isir li jiena nkun nista' nagħti dettalji aktar imlaħħmin.", "Jiena nagħti informazzjoni lil din il-Kamra biss meta jkolli l-istampa kollha ċara quddiemi u nkun ċerta dwar id-dettalji li jkolli quddiemi, u allura m'iniex se niżbilanċja ruħi billi ngħid xi affarijiet sempliċement biex inkun irrispondejt il-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar li se jkun qed isir proġett f'Ulysses Grove, u għalhekk nixtieq li l-Ministru tinformana dwar fiex se jkun qed jikkonsisti dan il-proġett u kif se jkunu qed igawdu minnu l-familji, speċjalment il-Maltin.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Sinjura President, din id-darba nixtieq nuri r-rikonoxximent tiegħi lis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia għax bi żvista meta kont qed insemmi lil xi kollegi tiegħi minn din in-naħa fuq ix-xogħol li għamilna flimkien ma inkludejtux.", "L-ewwel nett ta' min jgħid li dan il-proġett, li għal darb'oħra se jsir minn fondi Ewropej, se jsir f'dik il-biċċa art li hemm faċċata tal-ground tal-football fejn hemm ħafna siġar, li mhijiex art żgħira u li bħalissa tinsab fi stat dilapidat.", "Permezz ta' dan il-proġett, din iż-żona se tiġi riabilitata u fiha se jkun hemm diversi faċilitajiet sportivi, fosthom walking, jogging and cycling track kif ukoll żona ta' rikreazzjoni għall-familja, partikolarment għat-tfal.", "Kif għedt diġà, parti minn dan il-proġett se tiġi ffinanzjata minn fondi Ewropej filwaqt li l-fażijiet l-oħrajn se jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-Ministeru għal Għawdex.", "Apparti minn hekk se jsir ukoll eżerċizzju t'afforestazzjoni, u allura rridu nabbinaw riabilitazzjoni ta' żona ma' proġett t'afforestazzjoni flimkien ma' proġett sportiv abbinat ma' ħajja aktar sana.", "Fil-fatt diġà ħareġ l-ewwel tender u ġie ffirmat l-ewwel kuntratt għal parti mix-xogħlijiet filwaqt li bħalissa qed jiġi finalizzat ukoll it-tieni tender bil-għan li fil-bidu tas-sena d-dieħla dan il-proġett jitlesta u jkun jista' jibda jitgawda mir-residenti.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-proġett jagħmel parti minn proġett li huwa ħafna akbar minnu għar-raġuni li f'dan il-każ se tiġi riabilitata żona li biswitha hemm żona industrijali li fiha matul is-snin saru numru t'attivitajiet kummerċjali u industrijali li b'xi mod jew ieħor mhux biss ikkaġunaw ħsarat fiż-żona nnifisha imma anke fl-ambjent tal-madwar.", "Biżżejjed ngħid li fil-viċinanzi ta' din iż-żona hemm skola kif ukoll housing estate.", "Sfortunatament matul is-snin il-kwalità tal-ħajja ta' dawn ir-residenti tax-Xewkija ddeġenerat, u allura kien importanti li jsir proġett bħal dan.", "Issa apparti milli nagħmlu upgrade lis-servizzi li rridu nagħtu lill-bdiewa, hemmhekk se jkollna lil Ulysses Grove, family park, dog park u se jiġi riabilitat ukoll il-farm esperimentali tax-Xewkija, li jinsab proprju across the road, jiġifieri issa hemmhekk se jkollna diversi spazji miftuħa.", "Ta' min jgħid ukoll li sal-lum f'Għawdex għad m'għandniex park fejn familja tista' tmur hemmhekk bil-pet tagħha.", "Għalhekk aħna ħsibna wkoll biex permezz ta' dan il-proġett ikun hemm żona fejn il-familji jkunu jistgħu jmorru hemmhekk bil-pets tagħhom b'ċerta libertà, għalkemm fl-istess ħin se jkun hemm ċerti safeguards ukoll biex jekk, pereżempju, pet jitlaq jiġri xi mkien, ma jkunx hemm il-periklu li forsi dan jista' joħroġ fit-triq.", "Għalhekk se jsiru semi-secure premises fejn ikunu jistgħu jsiru dawn l-affarijiet.", "Sinjura President, ta' min jgħid li f'dan il-perimetru se jkun hemm ukoll a butterfly enclosure, li hija xi ħaġa innovattiva għal Għawdex għax apparti li din se tkun attrazzjoni fiha nnifisha, biha se nkunu qed ninkoraġġixxu l-indokrar tal-farfett lokali u se jkun hemm anke l-possibilità li jsir breeding tal-friefet biex inżommu l-ispeċi endemiċi ta' Għawdex.", "Kif qed naraw, dan il-proġett li se jsir se jservi għal għanijiet differenti imma finalment se jkollu skop wieħed; ir-riġenerazzjoni ta' żoni abbandunati.", "Sinjura President, inti kont preżenti meta kellna l-Parlament ta' Eko Skola, u żgur li tiftakar lil dawk iż-żewġ studenti Għawdxin li tkellmu u wrew il-frustrazzjoni tagħhom għall-fatt li f'Għawdex għandna diversi żoni mitluqin.", "Naturalment mhuwiex faċli li taqbad iż-żoni kollha u tirriabilitahom f'daqqa, però peress li dawn iż-żoni jinsabu biswit xulxin, aħna ħsibna li jagħmel ħafna sens illi l-proġetti jimxu in parallel.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-Ministru għal Għawdex, lis-Sindku tar-Rabat, Dr Samuel Azzopardi u lill-kunsilli lokali kollha għan-numru t'attivitajiet kulturali li qed isiru fil-gżira Għawdxija.", "Mil-lat kulturali naħseb li sejrin tajjeb ħafna, speċjalment meta wieħed iqis li anke l-attivitajiet kulturali jiġbdu n-negozju u l-kummerċ lejn Għawdex, però mil-lat sportiv, speċjalment mil-lat ta' sport għall-familji u tfal żgħar, għadna lura ferm.", "Biżżejjed ngħid li minkejja li qegħdin fis-sena 2018, sal-lum f'Għawdex għad m'għandniex pixxina pubblika.", "Għalhekk tista' l-Ministru tgħidilna meta se tinfetaħ din il-pixxina, u tista' tgħidilna wkoll jekk hemmx ħsieb li ssir track and field?", "Jien naf li diġà teżisti waħda ħdejn l-iskejjel ta' Victoria, però qed nistaqsi jekk hijiex se ssir waħda akbar għall-adulti.", "Niftakar li kont għamilt ukoll mistoqsija parlamentari biex isir tennis court f'Għawdex, u l-Ministru kienet tatni indikazzjoni li hemm il-ħsieb li dan isir f'Kerċem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministu Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt it-tennis court f'Kerċem huwa lest però għadha ma saritx l-inawgurazzjoni tiegħu, u kif għadni kemm għedt, f'Ulysses Grove se ssir a cycling, walking and jogging track.", "Nixtieq nassigura wkoll lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Gvern se jwettaq il-proġett ta' pixxina pubblika wkoll, u jekk huwa dilettant tal-għawm nistiednu biex meta ssir l-inawgurazzjoni ta' din il-pixxina jiġi jieħu għawma magħna għal skopijiet ta' benefiċjenza.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, naf li riċentement il-Ministru għal Għawdex ħabbret xi skemi li għandhom x'jaqsmu ma' restawr u anke xi skemi relatati mal-isport.", "Tista' l-Ministru tispjega kif se jaħdmu dawn l-iskemi u min se jkun jista' jibbenefika minnhom?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Rigward ir-restawr irrid ngħid li minbarra x-xogħol ta' restawr li jsir mill-unit tal-Ministeru għal Għawdex, għall-ewwel darba ħriġna skema għar-restawr tal-lokalitajiet, anzi to be fair din issellifnieha minn skema li teżisti f'Malta.", "Dan għaliex kif tnediet l-iskema f'Malta, ħafna bdew jistaqsuna għaliex din ma tapplikax għal Għawdex u allura aħna ddeċidejna li nieħdu spunt minn dan u nagħmlu waħda aħna.", "B'hekk għamilna skema taħt il-Ministeru għal Għawdex fejn allokajna baġit u stedinna lill-kunsilli lokali japplikaw.", "Fil-fatt ta' min jgħid li minn din l-iskema bbenefikaw sitt kunsilli lokali, li issa ngħataw il-fondi u bdew il-proġetti ta' restawr.", "Dwar l-isport irrid ngħid li hemm aktar minn skema waħda.", "Skema minnhom hija ġdida u hija miftuħa għall-għaqdiet sportivi, li jekk m'iniex sejra żball dawn diġà ġew shortlisted u evalwati, u r-riżultat għandu jiġi launched minn hawn u ftit ieħor.", "Imbagħad ħriġna skemi ta' għajnuna oħra għal dawk l-isportivi u l-atleti li jattendu għal sessjonijiet ta' taħriġ f'Malta.", "F'Għawdex hemm talent sportiv enormi u għandna atleti li tant huma promettenti li kif għadni kemm għedt, jattendu anke sessjonijiet ta' taħriġ u clubs ġewwa Malta.", "Aħna rrikonoxxejna li dan jikkawża hardship finanzjarju għall-familjari ta' dawn l-atleti, u allura ħassejna l-bżonn li noħorġu skema biex nirrifondu parti mill-ispejjeż tat-traġitt.", "Fil-fatt din l-iskema fetħet ftit ilu u jidher li diġà hemm konkorrenza tajba ħafna għaliha.", "Id-differenza li hemm bejn dawn l-iskemi li jinħarġu f'Malta u dawk li jinħarġu f'Għawdex hija li l-Ministeru għal Għawdex jissussidja l-miżata.", "Fil-fatt Sports on the Move, li jsir fix-xitwa, huwa ssussidjat kompletament mill-Ministeru għal Għawdex.", "Dan għaliex kellna familji b'żewġt itfal jew tlieta u ma felħux iħallsu l-miżata għalihom kollha.", "Kien hemm każijiet li verament iġegħluk tidħol f'qoxortok, u allura aħna ddeċidejna li l-Ministeru għal Għawdex iħallas l-ammont tal-miżata kollha hu.", "L-istess nistgħu ngħidu għal Summer on the Move.", "Bħalissa hemm l-applikazzjonijiet miftuħin, u anke f'dan il-każ il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jissussidja l-miżati hu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Matul dawn l-aħħar jiem tħabbar li sar investiment fl-animal welfare ta' Għawdex.", "Tista' l-Ministru tispjega fiex kien jikkonsisti dan l-investiment?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra ħabbarna investiment ta' madwar €50,000 għall-qasam tal-animal welfare però rrid ngħid li dan huwa investiment inizjali għax l-Animal Welfare Section ta' Għawdex għadha fl-infanzja tagħha.", "Qed nirċievu ħafna calls relatati kemm ma' abbandun ta' annimali kif ukoll ma' moħqrija ta' annimali, u naturalment dan il-fattur ipoġġi piż akbar fuq is-section tagħna li tindirizza dan il-bżonn.", "Għalhekk investejna f'ambulanza ġdida mgħammra bl-ekwipaġġ kollu li hu meħtieġ, investejna fi premises ġodda li huma totally air-conditioned u qed nipprovdu wkoll is-servizzi veterinarji meħtieġa.", "Qegħdin nagħmlu sejħa wkoll għal aktar voluntiera għax inħossu li f'settur sensittiv bħal dan, biex inkunu nistgħu navvanzaw u nagħtu l-għajnuna li hemm bżonn għandu jkun hemm bridging bejn il-gvern u l-NGOs.", "Fuq kollox l-aktar ħaġa importanti hija li nkomplu noħolqu kuxjenza akbar favur id-drittijiet tal-annimali, anke biex kulħadd jifhem li meta wieħed jaħqar annimal jew joħloq lok biex annimal jinħaqar ikun qed iwettaq reat kriminali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 189 tal2018 – L-Istatut biex jemenda l-Istatut għall-Istitut Edward de Bono għat-Tfassil u l-Iżvilupp tal-Ħsieb.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport intitolat \"Medium Term Fiscal Strategy for Malta: Update of Stability Progamme 2018-2021\" maħruġ mill-Ministeru għall-Finanzi f'Ġunju 2018;", "Kopja ta' Exemption Order maħruġa fit-12 ta' Ġunju 2018 lil The Foundation for Educational Services (IR 141/2017), skont l-artikolu 12(2) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123; u", "Tagħrif dwar direct orders li ngħataw mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, matul l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3080.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 190 tal-2018 - Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti biex Jinżamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 187 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċertu dispożizzjonijiet tal-Att tal-2018 li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Att Nru I tal-2018);", "Avviż Legali Nru 188 tal-2018 – Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar id-Diviżjoni f'Sezzjonijiet fil-Qorti tal-Appell; u", "Kopja tal-permess PA/02572/15 maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-15 ta' Jannar 2016, dwar proġett tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6387.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa bejn l-2015 u l-2018 fuq il-bini tad-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6085.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018 tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi, l-Onor.", "David Stellini se jissostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Abbozz Nru 37 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, ninforma lill-Kamra li b'referenza għal dak li ntqal fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u għall-Mozzjoni ta' Proċedura li tirregola x-xogħol tal-Kamra, kif ukoll bi ftehim mal-Oppożizzjoni, kull votazzjoni li tista' tintalab bejn illum u għada se tittieħed fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduta ta' għada, it-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma dan il-ftehim.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI SABIEX JEMENDA L-KOSTITUZZJONI TA' MALTA", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sinjura President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, sabiex l-ambjent jingħata rikonoxximent fil-Kostituzzjoni\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, Kap. 549\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI KRIMINALI U L-ATT DWAR ID-DIPENDENZA FUQ", "ID-DROGA (TRATTAMENT MHUX PRIĠUNERIJA)", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, l-Att dwar Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija), Kap. 537 u biex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra relatati jew anċillari għalihom\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "OWEN BONNICI: Sinjura President, huwa ta' pjaċir għalija li niftaħ id-dibattitu parlamentari dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, liema Abbozz ta' Liġi għandu diversi għanijiet.", "Aħna hawnhekk fil-Parlament tant għandna liġijiet u tant għandna xogħol x'nagħmlu li m'għandniex il-lussu li nressqu l-liġijiet waħda waħda.", "Kieku kellna dan il-lussu faċilment konna nippreżentaw tliet Abbozzi ta' Liġi separati għal dak li se niddiskutu llum però biex niffrankaw il-ħin tal-Parlament minħabba li hemm ħafna liġijiet li rridu ngħaddu - fil-fatt għada stess se nkun qed niftaħ id-dibattitu għal Abbozz ta' Liġi ieħor - qed nippreżentaw tliet Abbozzi ta' Liġi f'wieħed li għandhom xi ħaġa komuni; dik li t-tlieta li huma jirrigwardaw materji penali u kwestjonijiet kriminali.", "Għalhekk din hija issue ta' interess nazzjonali u huwa importanti li mmexxuha 'l quddiem.", "Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa maqsum f'diversi partijiet.", "Matul l-intervent tiegħi l-ewwel nixtieq niffoka fuq l-ewwel parti, li forsi hija l-anqas waħda interessanti, imbagħad se ngħaddi għat-tieni parti, li hija l-aktar parti interessanti, u fl-aħħar nett hemm numru ta' rtokki legali li huwa importanti li jsiru.", "L-ewwel nett ta' min jgħid li dan l-Abbozz ta' Liġi għandu l-għan li jimplimenta d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza fil-Kodiċi Kriminali.", "F'pajjiżna aħna għandna prinċipju kardinali li huwa importanti u għal qalbna ħafna; dak illi persuna ma titqiesx bħala ħatja sakemm ma jkunx hemm sentenza definittiva kontra tagħha.", "Aħna, bħala pajjiż li jemmen fir-rule of law, ilna għal ħafna ġenerazzjonijiet inħaddnu l-prinċipju li biex persuna tiġi meqjusa ħatja, l-ewwel irid ikun hemm sentenza definittiva kontra tagħha minn tribunal indipendenti u imparzjali, u allura l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed ikompli jsaħħaħ din id-duttrina, li hija parti mis-sistema tagħna.", "Dan huwa l-alfabett tas-sistema legali tagħna, u huwa għalhekk li aħna qed nimplimentaw din id-Direttiva.", "Biex nagħti ftit eżempji tal-importanza ta' din id-Direttiva biżżejjed insemmi stqarrijiet min-naħa ta' uffiċjali pubbliċi li jistgħu jimplikaw ħtija min-naħa tal-akkużat.", "Aħna l-persuni pubbliċi rridu noqogħdu attenti ħafna kif nitkellmu biex f'dak kollu li ngħidu ma nitfgħux il-ħtija fuq l-akkużat qabel ma jkun hemm is-sentenza finali min-naħa tal-qorti.", "Issa bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nkomplu nsaħħu l-idea ta' kif akkużat għandu jitressaq quddiem il-qorti.", "Pereżempju, filwaqt li jien minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija għax-xogħol siewi li jagħmlu biex persuna li titressaq quddiem il-qorti, titressaq b'mod xieraq u b'mod li jirrispetta d-dinjità ta' kulħadd, ikolli ngħid li ġieli nara xeni ta' persuni li bil-mod kif jitressqu quddiem il-qorti jattiraw ħafna attenzjoni.", "Naturalment hija xi ħaġa naturali li dawk l-akkużati li jkunu involuti f'każijiet jaħarqu jattiraw ċerta attenzjoni, però anke biex nibqgħu in line mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea, irridu noqogħdu attenti anke b'liema mod jitressaq akkużat fil-qorti biex kemm jista' jkun ma jintbagħatx il-messaġġ li dan diġà nstab ħati qabel m'għadda mill-proċeduri ġudizzjarji.", "Issa jien naf li l-verità hi li aħna ngħixu f'era ta' ġurnaliżmu medjatiku fejn l-aħbar tiġri immedjatament.", "Illum jekk jiġri xi ħaġa f'tarf tal-gżira, huwa biżżejjed li xi ħadd jagħmel tweet jew jikteb kumment fuq Facebook biex issir taf b'dak li ġara Malta kollha.", "Għalhekk f'dan l-ambjent aktar hija sfida biex inti tikkawtela l-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Fil-fatt jien sal-lum għadni nirċievi proposti ta' nies li jgħiduli: Għaliex ma nagħmlux liġi bil-għan li isem dawk il-persuni li jitressqu l-qorti akkużati b'reat kriminali ma jidhirx fuq il-gazzetti?", "Din hija xi ħaġa li ta' spiss jissuġġeruhieli n-nies.", "Ġieli jgħiduli: X'għarukaża; f'Malta l-isem ta' persuna akkużata b'reat kriminali jibqa' jidher u jixxandar fil-ġurnali daqslikieku nstabet ħatja!", "Sintendi din il-ħaġa rridu nibbilanċjawha mal-interess u d-dritt tal-pubbliku li jsir jaf x'ġara u ma ġarax.", "Jien dejjem ngħid li Malta tant hija żgħira li jekk bniedem jitressaq il-qorti akkużat b'reat kriminali huwa diffiċli ħafna biex il-poplu ma jkunx jaf x'ġara, però trid tqis ukoll il-fatt li huwa fl-interess pubbliku li n-nies ikunu jafu b'dak li jkun għaddej.", "Dan huwa dibattitu li ma jispiċċa qatt u żgur li m'aħniex qed insolvuh bl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, anzi dan l-Abbozz ta' Liġi lanqas biss jittratta dan l-aspett imma jittratta biss l-affarijiet l-oħra li għadni kif semmejt u li bihom qegħdin insaħħu l-prużunzjoni tal-innoċenza.", "Aspett importanti ieħor tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa dak li jirrigwarda l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga, li se nitkellem fuqu wkoll, però qabel niġi biex nitkellem dwar it-tieni parti ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nixtieq insemmi xi ħaġa oħra dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Li rrid nenfasizza huwa li mil-lat tekniku huwa ovvju li aħna dejjem abbraċċjajna l-preżunzjoni tal-innoċenza, u fil-fatt fil-fehma tiegħi dak li tistipula d-Direttiva diġà huwa parti integrali ta' kif taħdem is-sistema, però fil-Kodiċi Kriminali se nkunu qegħdin indaħħlu wkoll ċerti aspetti biex inkomplu nimplimentaw aħjar dak li trid id-Direttiva.", "Diġà semmejt li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar kif akkużat għandu jinġieb il-qorti u anke dwar dak li ngħidu aħna l-uffiċjali pubbliċi, però dan l-Abbozz ta' Liġi se jdaħħal ukoll artiklu speċifiku dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza billi jagħmel referenza għal dak li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Fil-fatt rigward dawk il-każijiet li huma aċċettabbli, l-akkużat se jkun obbligat li ġaladarba jkunu stabbiliti ċerti fatti mill-prosekuzzjoni, imbagħad jassumi l-oneru tal-prova li jikkontradixxi jew jispjega dawk il-fatti hu.", "Pereżempju, aħna għandna ċerti proċeduri, bħalma huma dawk tad-Dwana, li jesiġu li jekk l-awtoritajiet isibuk fil-pussess ta' oġġetti li ma jkunx jidher li tħallas dazju fuqhom, allura min ikun instab f'dak il-pussess ikun irid jipprova raġunevolment u abbażi ta' probabbiltà li d-dazju tħallas, u allura hawnhekk aħna qegħdin nieħdu ċerta kawtela biex dawn it-tip ta' proċeduri jkomplu jintużaw kif qed jintużaw illum.", "Xi ħaġa sabiħa li għandha d-Direttiva hi li qed tiddefinixxi x'inhu u x'mhuwiex aċċettabbli li jsir inkwantu għall-istqarrijiet pubbliċi tagħna l-uffiċjali pubbliċi.", "Fil-fatt l-Abbozz ta' Liġi qed jintroduċi Artiklu Ġdid 366C fil-Kodiċi Kriminali, liema artiklu qed jiddefinixxi liema huma dawk id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jsiru minn awtoritajiet pubbliċi u minn awtoritajiet ġudizzjarji waqt li persuna tkun għadha bil-proċess pendenti - u għalhekk preżunta innoċenti - u liema huma dawk id-dikjarazzjonijiet li ma jistgħux isiru.", "Hemm ukoll artiklu ġdid li qed jiddefinixxi aktar id-dritt għas-silenzju u l-inferenzi.", "F'dan l-artiklu qed ngħidu li l-fatt li l-akkużat jibqa' sieket m'għandux jitqies bħala evidenza li wettaq reat kriminali.", "Kif nafu, fis-sistema Maltija anke meta kienet iddaħħlet l-inferenza b'mod pjuttost wiesgħa, ħadd qatt ma nstab ħati abbażi ta' inferenza biss.", "Fil-fatt jien informat li din hi s-sitwazzjoni wkoll f'pajjiżi oħra fejn hemm l-inferenza, bħall-Irlanda.", "Il-prinċipju hu li dejjem irid ikun hemm provi li jikkorroboraw u mhux is-silenzju biss.", "Issa meta fil-liġi Maltija ddaħħal id-dritt tal-avukat waqt l-interrogatorju permezz tal-paragrafu (b) ta' subartiklu (7) tal-artiklu famuż 355AUA tal-Kodiċi Kriminali, insibu li l-inferenza ġiet definita fis-sens li:", "Dan jidher li joqgħod mal-artiklu ġdid li qed jiddaħħal fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum u li jgħid li s-silenzju m'għandux jittieħed bħala prova ta' ħtija, li fil-fatt hija xi ħaġa ħafna aktar estensiva.", "Aspett tal-emendi li ġejjin mid-Direttiva huwa dak dwar il-proċessi in absentia.", "Kif nafu, permezz tal-Att Nru XXIV tal-2014, jiġifieri erba' snin ilu, kienet ġiet introdotta l-possibbiltà li ċerti proċessi jsiru anke jekk l-akkużat qatt ma jidher fil-qorti.", "Issa hemm ħafna persuni li jagħmlu kawża kriminali, bħal pereżempju kwerela, il-Pulizija ssegwi b'kawża kriminali, u l-akkużat, għax ikun hero u għax ikun cowboy, jiddeċiedi li ma jitlax.", "F'każijiet bħal dawn il-Pulizija jkollha diffikultà biex issib lill-persuna u ttellgħu l-qorti biex jgħaddi mill-proċeduri kriminali, u allura aħna hawnhekk qed indaħħlu l-possibbiltà li meta persuna tiġi notifikata, jiġifieri meta jirċievi l-karti, anke jekk din il-persuna ma titlax il-qorti, il-każ jinstema' mingħajrha xorta waħda.", "Ta' min jgħid li għalkemm din aħna daħħalnieha fil-liġi, għadna ma daħħalnihiex fis-seħħ għax billi din hija emenda pjuttost maġġuri, jien stedint lill-Oppożizzjoni biex tgħidilna jekk taqbilx ma' din il-ħaġa jew le.", "Fil-fatt din l-istedina jien għamiltha erba' snin ilu u d-Direttiva fakkritni li sal-lum, jiġifieri wara erba' snin, għadni qed nistenna risposta!", "Issa li hemm tmexxija ġdida u in vista tal-fatt li l-Onor.", "Delia huwa aktar conversant mal-qorti milli kien il-predeċessur tiegħu - minħabba li forsi l-prattika legali tiegħu kienet fuq affarijiet oħrajn u mhux relatata mal-qrati - forsi huwa japprezza aktar il-bżonn li ndaħħlu sistema kemm jista' jkun malajr fejn jekk għandek akkużat li għax huwa cowboy u għax jaħseb li jista' jagħmel li jrid, dan jaqbad u ma jiġix il-qorti, allura dak il-każ ikun jista' jiġi deċiż in absentia, jiġifieri mingħajr ma hu jkun preżenti fl-awla.", "Hawnhekk ta' min jgħid li din id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea ma tobbligax lill-istati membri li jdaħħlu l-proċess in absentia, imma peress li l-proċess in absentia huwa realtà f'ħafna pajjiżi, id-Direttiva tirregolah.", "Biex inkun aktar ċar, din id-Direttiva mhijiex qed tgħidilna biex indaħħlu dan il-proċess bilfors, imma ġaladarba dan il-proċess jinstab kullimkien fl-Ewropa - fil-fatt jien ma naf l-ebda pajjiż li m'għandux dan il-proċess ħlief aħna fil-verità - id-Direttiva tirregolah ukoll.", "Għalhekk li qegħdin nagħmlu permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa li nġibu d-dispożizzjoni li għandna fi klawsola 50 tal-Att Nru XXIV tal-2014 in line mad-Direttiva sabiex indaħħlu l-possibbiltà - u jien m'iniex se nħalli ħafna aktar żmien biex nieħdu deċiżjoni, bl-Oppożizzjoni jew mingħajrha, biex ma nħallux ħafna kawżi pendenti quddiem il-qrati tagħna għalxejn - li jsiru proċessi in absentia.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm żewġ kategoriji ta' persuni.", "Hemm każijiet fejn l-akkużat ma jitlax il-qorti xi tliet darbiet u Alla jbierek il-Pulizija ma ssibux - issa hawn jien m'iniex qed nagħti tort lill-Pulizija għax ikun hemm każijiet fejn verament ikun diffiċli biex l-akkużat jinstab, u huwa għalhekk li jien nissolleċita lill-awtoritajiet biex jgħinuna billi l-mandati eżekuttivi jiġu esegwiti - filwaqt li mbagħad hemm kawżi ta' persuni li minkejja li jkunu għadhom fuq il-kotba tal-qrati jkunu telqu barra mill-pajjiż u rrilokaw x'imkien ieħor, speċjalment meta dawn ikunu barranin, bil-konsegwenza li x-xhieda jkunu ħadu xi nofs ta' nhar leave u jkunu telgħu l-qorti għalxejn.", "Għalhekk jien naħseb li issa wasal iż-żmien u huwa fl-interess ta' kulħadd li l-qorti jkollha l-poter u d-dritt li jekk kemm-il darba l-akkużat ma jittellax il-qorti, tagħti s-sentenza fil-konfront tiegħu xorta waħda filwaqt li min-naħa l-oħra, f'każ li r-raġuni għalfejn l-akkużat ma jkunx tela' l-qorti tkun waħda ġenwina, tagħti salvagwardji xierqa skont standards Ewropej lil dak l-akkużat.", "Pereżempju, jista' jkun li l-akkużat ikun rikoverat l-isptar u l-persuna li kienet id-dar tkun insiet tagħtih il-karta li huwa rċeva taħrika mill-Qorti Kriminali, jiġifieri rridu nipprovdu anke għal dawn l-eċċezzjonijiet ġenwini.", "Imbagħad hemm ukoll emendi oħrajn li jirtokkaw ftit il-poteri tal-Avukat Ġenerali f'każijiet ta' appell minn ġuri.", "Pereżempju, fost l-oħrajn qegħdin niċċaraw darba għal dejjem il-punt dwar jekk Avukat Ġenerali li jirbaħ appell għandux jitlob żieda fil-piena li tkun ingħatat mill-ewwel Qorti għax kien hemm sentenzi li qalu ċar u tond illi s-sitwazzjoni legali li hemm preżentement trid tiġi ċċarata minħabba li forsi kif inhi miktuba l-liġi mhijiex feliċi għall-aħħar, u allura aħna ridna niċċaraw id-dubju dwar x'jiġri meta l-Avukat Ġenerali jappella u jitlob li jkun hemm piena ogħla minn dik li tkun ingħatat mill-ewwel Qorti.", "Dan huwa punt tekniku li aħna xtaqna li jiġi ċċarat.", "Element ieħor ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huwa l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija).", "Irrid nammetti li mil-liġijiet kollha li kelli l-privileġġ li mmexxi 'l quddiem u li għaddejt, naħseb li dan kien l-aktar Abbozz ta' Liġi għal qalbi, anke għax fil-fehma tiegħi għamel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Hawnhekk nixtieq infakkar ukoll li fl-2015 aħna għaddejna liġi bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra - għalkemm fil-bidu kien hemm ċerti dubji - biex nagħtu t-tieni ċans lil min ġenwinament għandu l-vizzju tad-droga.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn għaddew tliet snin, u għalhekk huwa tajjeb li nfakkar x'għamilna - għax ħafna nies jieħdu l-bidliet li għamilna for granted - filwaqt li ngħid ukoll x'irridu nkomplu nagħmlu biex inkomplu nibnu fuq il-ġid u t-tajjeb li għamel l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija).", "Fil-fatt l-ewwel ħaġa li għamel dan l-Att kien li qabad dawk il-każijiet ta' pussess sempliċi ta' droga, jiġifieri dawk il-każijiet fejn bniedem ikun qed jieħu ammont żgħir ta' droga għalih, u qlajniehom 'il barra mill-qorti biex il-kondotta ma tiċċappasx u dak li jkun ikollu l-opportunità li jingħata l-għajnuna li jkollu bżonn.", "Ta' min jgħid li t-tribunal għal dawn il-każijiet jinsab f'Ħal Qormi wkoll għax anke l-fatt li wieħed ma jkunx qiegħed f'qorti jġiegħlu jħossu li hemm ċerta kunfidenzjalità.", "Fil-fatt meta wieħed imur quddiem dan it-tribunal u jinstab ħati li kkonsma sa żewġ grammi droga jeħel multa finanzjarja, il-kondotta tibqa' intatta, tibqa' nadifa, ma tiċċappaslux filwaqt li jiġi offrut l-għajnuna.", "Jekk imbagħad wieħed jinstab ħati t-tieni darba jkun irid jaċċetta li jingħata l-għajnuna bilfors, jiġifieri filwaqt li l-ewwel darba meta wieħed jiġi offrut l-għajnuna jista' jirrifjutaha, jekk imbagħad huwa jerġa' jinstab ħati, irid jaċċetta li jingħata l-għajnuna bilfors u jintbagħat quddiem il-bord, li huwa ppresedut mill-Imħallef Giovanni Bonello.", "Fil-fatt jien naf tajjeb kemm qed isir xogħol biex dawn iż-żgħażagħ jiġu megħjuna joħorġu mill-vizzju tad-droga.", "Mela dik hija l-ewwel ħaġa li għamilna.", "Imbagħad il-liġi tal-2015 li qed insemmi għamlet xi ħaġa oħra; qalet li dawk il-każijiet fejn il-pussess ta' droga ma jkunx sempliċi, jiġifieri ma jkunx ta' żewġ grammi imma jkun aktar … U qabel ma ninsa, irrid ngħid li fejn tidħol il-ħaxixa konna għamilna l-limit xi ftit ogħla - ta' 3.5 grammi - fejn wieħed ikun jista' ma jmurx quddiem il-bord, jiġifieri jekk tinqabad bil-marijuana, inti ma titressaqx quddiem il-bord ta' Giovanni Bonello, lanqas jekk tinqabad darbtejn, ħlief f'ċirkostanzi straordinarji, bħal pereżempju, meta t-tribunal iħoss li jkun aħjar jekk tmur minħabba li probabbilment ikollok ukoll vizzji oħrajn.", "Hawnhekk irrid inżid ngħid li min jippresiedi dan it-tribunal huwa social worker u mhux imħallef, jiġifieri aħna daħħalna din id-dimensjoni ġdida.", "Kif kont qed ngħid, Sinjura President, imbagħad il-liġi tal-2015 għamlet ukoll xi ħaġa oħra għax minbarra każijiet ta' pussess sempliċi, fejn jidħol pussess aggravat aħna ħadna deċiżjoni li dak li mhuwiex pussess sempliċi imma li min-naħa l-oħra, minkejja li huwa pussess aggravat, m'aħniex qed nitkellmu fuq ammonti kbar tant li jwasslu għall-ġuri, f'dak il-każ għandna nagħtu t-tieni ċans.", "Qabel l-2015 il-liġi kienet tgħid li jekk xi ħadd jiġi akkużat b'reat ta' pussess aggravat, f'dak il-każ m'hemmx argumenti u jekk jinstab ħati dak li jkun żgur imur dritt il-ħabs, imma bl-emendi li għaddejna tajna l-opportunità lill-qorti biex jekk hi tħoss li hemm ċans illi l-individwu kkonċernat joħroġ mill-vizzju, hija tibgħat lil dan l-individwu quddiem il-bord li għadni kif semmejt fejn hemmhekk huwa jingħata l-għajnuna u jekk jikkonvinċi lill-qorti li jkun ħareġ mill-vizzju, il-qorti tkun tista' timponi piena li ma tkunx neċessarjament waħda ta' ħabs.", "Fil-fatt diġà kellna każ ta' individwu li ma marx il-ħabs peress li ħareġ mill-vizzju, u dawn huma affarijiet li lilna jagħmluna kburin għax qed itejbu lil dan il-pajjiż.", "Aħna se nkunu qed nemendaw din il-parti tal-liġi, liema liġi diġà ġiet emendata ftit ilu f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni tal-kannabis, jiġifieri mill-2015 sal-lum diġà missejna din il-liġi darb'oħra meta kien emendaha l-kollega tiegħi l-Ministru Chris Fearne fuq kwestjoni li m'għandha x'taqsam xejn ma' kwestjonijiet kriminali.", "Issa aħna qegħdin nirtokkaw din il-liġi għax irridu niftħu aktar il-possibbiltà li xi ħadd jibbenefika miċ-ċans li ma jmurx il-ħabs, u se ngħidu kif.", "L-ewwel nett jien ġibt miegħi ftit statistika biex naraw kemm qed isir użu minn din il-liġi.", "Fil-fatt jien informat li mill-2015 sal-lum kien hemm 48 każ fejn il-qorti ntalbet biex tibgħathom quddiem il-bord tal-Imħallef Giovanni Bonello bil-għan li l-persuni involuti jipprovaw joħorġu mill-vizzju,", "u rrid ngħid li minn dawn it-48 talba, 24 minnhom, jiġifieri nofshom, intlaqgħu.", "Mela għandna 24 ruħ li filwaqt li qabel kienu se jmorru l-ħabs bilfors, issa almenu dawn jafu li jekk jimpenjaw ruħhom, se jiġu ppremjati billi ma jintbagħtux il-ħabs.", "Kemm hija xi ħaġa sabiħa din!", "Diġà kien hemm wieħed li ma marx il-ħabs għar-raġuni li ħareġ mill-vizzju, u jien nixtieq nagħmel dan il-messaġġ ċar għal min qed jismagħna għax forsi bħalissa qed isegwuna qraba ta' persuni li sfortunatament daħlu sew fil-vizzju tad-droga.", "Jekk ikun hemm il-possibbiltà li persuna toħroġ mill-vizzju tad-droga, din mhux bilfors se tmur il-ħabs.", "Kemm hi xi ħaġa sabiħa din!", "Diġà kien hemm każ fejn persuna ħarġet mill-vizzju tad-droga u ma ntbagħtitx il-ħabs.", "Issa jekk Alla jrid se jkun hemm 24 każ ieħor bħal dan, u jalla jkun hemm aktar minnhom għax aktar ma jkun hemm każijiet bħal dawn, jien aktar nieħu pjaċir għax inkunu tajna ċans lil aktar żgħażagħ ma jmorrux il-ħabs minħabba li jkunu ħarġu mill-vizzju.", "Ovvjament, Sinjura President, din kienet riforma radikali għax sa meta daħlet din il-liġi fl-2015, fejn jidħlu liġijiet tad-droga ħlief appelli biex inħarrxu l-pieni kemm nifilħu għal min jinqabad bid-droga jien ma kontx nisma'.", "Kont tisma' biss kliem bħal \"Ħarrax il-pieni!\"", "\"Ipprova żidha!\"", "In-narrattiva politika kienet illi jekk bniedem mess mad-droga, għandek titfgħu l-ħabs u tarmi ċ-ċavetta.", "Għalhekk ir-riforma li saret fl-2015 kienet waħda kbira u riskjuża.", "Li tkun għad ilek fil-gvern sena u nofs u tibda programm li fih tipprova tikkonvinċi lis-soċjetà li min hu vittma tad-droga għandu bżonn l-għajnuna u mhux il-ħabs ma kenitx xi ħaġa faċli.", "Fil-fatt jien għadni niftakar li kont preżenti għall-gradwazzjoni tal-Caritas u kien hemm l-Isqof jikkritika l-liġi!", "Illum dan l-Abbozz ta' Liġi sar liġi, indara u kulħadd sar ifaħħru, imma dak iż-żmien l-Arċisqof kien ikkritikah għax kien qalilna li lanqas nafu x'qegħdin nagħmlu u ma nagħmlux.", "Issa jien m'iniex qed nerġa' nsemmi dan kollu b'nuqqas ta' rispett, anzi allaħares ma jkunx hemm min jitkellem u min jgħid li ma jaqbilx, u qed ngħid dan kollu biex infakkar minn fejn tlaqna.", "Għalhekk dak iż-żmien I erred on the side of caution billi ktibna l-liġi fis-sens li biex wieħed jibbenefika mill-opportunità li jieħu t-tieni ċans u jipprova jikkonvinċi lill-qorti biex tibagħtu quddiem il-bord tal-Imħallef Giovanni Bonello, huwa jrid juri li għandu dipendenza serja, medika u gravi.", "Jekk wieħed jirnexxielu jikkonvinċi lill-qorti biex tibagħtu quddiem il-bord tal-Imħallef Giovanni Bonelli, imbagħad stabbilixxejna perjodu li mhuwiex qasir illi matulu l-qorti tistennieh joħroġ mill-vizzju.", "Wara li ddaħħlet din il-liġi kien hemm nies li bdew jgħiduli: Mela tajjeb; jekk jien għandi dipendenza serja, medika u gravi nista' nitlob lill-qorti tibgħatni quddiem il-bord tal-Imħallef Giovanni Bonello biex noħroġ mill-vizzju mingħajr ma nidħol il-ħabs filwaqt li jekk jien diġà ħriġt mill-vizzju ma nistax nagħmel din it-talba!", "U għandhom raġun għax hawn nies li tressqu l-qorti, in the meantime ħarġu mill-vizzju, imma jekk jagħmlu l-istess talba ta' min għadu fil-vizzju, il-qorti se tgħidilhom: Jekk intom m'għandkomx dipendenza gravi, serja u medika, kif qed titolbuni nibgħatkom quddiem il-bord tal-Imħallef Giovanni Bonello biex jgħinkom toħorġu mill-vizzju?", "Għalhekk dawn in-nies għandhom raġun, u looking back fl-2015, minħabba din il-bidla radikali li għamilna, we erred on the side of caution.", "Madanakollu jien kont għedt li mal-ewwel opportunità rridu nikkoreġu din il-kawtela żejda li forsi kellna dak iż-żmien – u llum, looking back, nirrealizza li hekk hu - u niftħu l-bibien ftit ieħor sabiex mhux biss min qiegħed fil-vizzju tad-droga jkun jista' jmur quddiem il-bord tal-Imħallef Giovanni Bonello biex jgħinu joħroġ mill-vizzju imma anke min diġà ħareġ mill-vizzju.", "F'dan il-każ naturalment il-bord tal-Imħallef Giovanni Bonello jkun irid jivverifika li dak li jkun verament ikun ħareġ mill-vizzju u li verament ikun nadif, imbagħad jekk jirriżulta li dan huwa minnu, il-qorti tkun tista' tgħidlu: Tmurx il-ħabs imma mur u kompli b'ħajtek!", "Mur u kompli ħu ħsieb il-familja!", "Mur u kompli aħdem ħalli toħroġ mill-vizzju!", "Għalhekk jien nemmen li l-pass naturali ta' din il-liġi huwa li mhux biss min qiegħed fil-vizzju imma anke min irnexxielu joħroġ mill-vizzju jkun jista' jibbenefika u jkompli b'ħajtu.", "Hawnhekk irrid infakkar, Sinjura President, li fejn jidħol il-vizzju tad-droga m'hemmx klassi soċjali.", "Jekk hemm vizzju li ma jiddiskriminax skont il-klassijiet soċjali, sfortunatament dan huwa l-vizzju tad-droga.", "Din mhijiex kwestjoni ta' jekk wieħed huwiex sinjur, huwiex fqir, huwiex it-tifel tat-tali individwu jew tat-tali professur.", "L-għaxar snin ta' ħidma li kelli l-qorti - u f'din il-Kamra hawn min ilu jaħdem il-qorti ħafna aktar minni - għallmuni li m'hemmx social differences f'min jista' jisfa vittma tal-vizzju tad-droga.", "Jien rajt vittmi tad-droga li ġejjin minn familji sinjuruni u rajt ukoll persuni li minn familji b'diffikultà, u għalhekk aħna hawnhekk qegħdin nerġgħu nżidu l-għodda lil dawn il-vittmi, li ħafna minnhom huma żgħażagħ, biex joħorġu mill-vizzju tad-droga.", "Mela ħalli nkun ċar biex żgur ninftiehem sew, anke għall-benefiċċju ta' dawk il-ġenituri li għandhom tfal li jistgħu jkunu għaddejjin minn dan il-kalvarju.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed ngħidu li jekk inti tkun fil-vizzju tad-droga se nibagħtuk għall-għajnuna biex inti toħroġ mill-vizzju u ma tmurx il-ħabs.", "Naturalment trid tħallas ta' għemilek u trid tieħu li ħaqqek imma mhux ħabs.", "Jekk inti kont fil-vizzju tad-droga, in the meantime tkun sibt mara jew raġel li għenuk toħroġ minn dan il-vizzju u forsi anke kellek it-tfal, almenu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ma tispiċċax il-ħabs imma jkollok il-possibbiltà li tmur quddiem dan il-bord biex jgħinek tkompli miexi 'l quddiem.", "Din hija t-tip ta' ġustizzja li rridu aħna f'dan il-pajjiż.", "Jien dejjem ngħid li l-poplu Malti jħobb ġudikanti li jagħtu pieni ħorox.", "Jgħidulek: Taf min kien jogħġobni bħala mħallef?", "U jsemmulek wieħed jew tnejn għax dawk kienu jagħtu pieni ħorox, però din il-mentalità malajr tinbidel jekk l-akkużat ikun membru tal-familja tagħhom!", "Jien iltqajt ma' nies li l-ewwel kienu dejjem jgħiduli li l-qrati huma rotob wisq u li ma jagħtux pieni qawwijin u mbagħad wara li t-tfal tagħhom ikkommettew xi reat bdew jgħiduli: X'għarukaża; il-qrati huma ebsin wisq!", "Din il-mentalità hija ingrained fis-sistema tagħna.", "Il-poplu Malti jħobb pieni ħorox, basta mhux fuqu jew fuq membri tal-familja tiegħu!", "Issa aħna f'dan li qed nagħmlu qed nipprovaw noħolqu bilanċ għax meta nkunu ħorox u ebsin kontra vittma ġenwina tad-droga, inkunu krudili u nkunu qegħdin nagħmlu disservizz fuq is-soċjetà.", "Ara jekk lil bniedem tagħtih iċ-ċans li joħroġ mill-vizzju u dan ma joħroġx, imbagħad dak irid jieħu li ħaqqu, jiġifieri jekk jien tajtek iċ-ċans biex toħroġ mill-vizzju, qed nagħtik il-kura u l-pajjiż qed iħallas il-flus biex toħroġ mill-vizzju tad-droga u inti tibqa' ma toħroġx mill-vizzju, imbagħad tiġix tilmenta li mort il-ħabs!", "Jekk min-naħa l-oħra inti toħroġ mill-vizzju jew inkella trid timpenja ruħek biex toħroġ mill-vizzju, se ssib lill-Parlament, lill-pajjiż, lill-qorti u lil kulħadd warajk biex ngħinuk toħroġ mill-vizzju, u għalhekk agħmel pjaċir lilek, lill-familja tiegħek, lill-għeżież tiegħek u lin-nies li jħobbuk biex toħroġ mill-vizzju.", "Il-ħajja sabiħa.", "Illum tista' tgħix 75 sena, 85 sena u anke 90 sena, u għalhekk almenu għixhom ta' nies, ħu pjaċir u gawdi l-ħajja!", "Il-ħajja hija sabiħa u qatt m'għandek tieħu droga.", "Wara kollox għalfejn għandek tieħu d-droga?!", "Gawdi l-ħajja!", "Nixtieq ħafna nwassal dan il-messaġġ.", "Jien u nitkellem qed niftakar fi ħbieb tiegħi li kienu fil-vizzju tad-droga.", "Għalhekk il-messaġġ li nixtieq inwassal huwa dan.", "Aħna nistgħu ngħinuk toħroġ mill-vizzju.", "Gawdi l-ħajja mal-familjari u mal-għeżież tiegħek ħalli tkompli miexi 'l quddiem, u permezz ta' dawn l-emendi aħna se nkunu nistgħu ngħinuk aktar.", "Xi ħaġa oħra li dawn l-emendi qegħdin jagħmlu hija xi ħaġa teknika li forsi l-avukati jieħdu pjaċir biha u li huwa diffiċli biex tfehemha imma kien hemm bżonn nikkoreġuha.", "Meta għamilna l-liġi tal-2015 konna għedna li din il-liġi tapplika mill-15 ta' April 2015 'il quddiem.", "Dan ifisser li dawk il-kawżi li kienu fi stadju ta' appell u li minnhom hemm xi għaxra jew 15 ma kenux igawdu mil-liġi tal-2015.", "Madanakollu wara sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali issa qegħdin ngħidu li dawk se jgawdu minn din il-liġi wkoll.", "Din hija xi ħaġa teknika u żgħira, però tagħmel differenza għal dawk il-15-il ruħ - għax il-massimu li hemm minn dawn il-każijiet huwa ta' 15 - li jinsabu f'din is-sitwazzjoni.", "Essenzjalment huwa dan li rrid ngħid għax ma rridx inkun tekniku żżejjed.", "Jien nawgura li fuq dan l-Abbozz ta' Liġi jkun hemm il-kunsens tal-Kamra kollha filwaqt li nappella biex ningħaqdu ħalli b'hekk inkunu nistgħu nagħtu aktar drittijiet u ċansijiet lill-persuna li qiegħda fil-vizzju tad-droga biex toħroġ minn dan il-vizzju.", "Finalment nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nirringrazzja lin-nies kollha tar-Rehabilitation Board, li jagħmlu xogħol impekkabbli, lit-tobba kollha, lill-Caritas, lill-Aġenzija Sedqa kif ukoll lill-Fondazzjoni OASI għall-ġid kbir li jagħmlu sabiex dawk il-persuni li jkunu fil-vizzju jingħataw l-għajnuna kollha biex joħorġu minn dan il-vizzju.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa importanti ħafna għax huwa parti minn proċess ta' żvilupp mhux tant għal Malta - għax ħafna mill-affarijiet li hawn f'dan l-Abbozz ta' Liġi diġà jifformaw parti mis-sistema ġudizzjarja tagħna - imma għas-sistema Ewropea.", "Illum qed nara b'sodisfazzjon li d-deċiżjoni politika li konna ħadna qabel irnexxielha tasal f'parti importanti.", "Waħda mill-problemi kbar li għandha jew inkella li kellha l-Unjoni Ewropea u li forsi bid-Direttiva li ġiet approvata tista' tiġi solvuta hija dik li ċ-ċittadini Ewropej isibu sistemi ġudizzjarji differenti fl-Ewropa kollha.", "Dan ifisser li ċittadin Malti li huwa mdorri b'sistema legali li fiha għandu d-dritt għas-silenzju u għandu l-preżunzjoni tal-innoċenza, barra minn Malta jista' jsib lilu nnifsu f'sistemi ġudizzjarji fejn dawn id-drittijiet ma jiġux rispettati bħalma jiġu rispettati f'Malta.", "Aħna l-avukati għandna żewġ sistemi; dik akkużatorja u dik inkwiżitorja.", "Is-sistema akkużatorja tgħidlek li l-Istat irid jipprova li inti għandek ħtija f'reat kriminali filwaqt li s-sistema inkwiżitorja tgħidlek li inti trid tipprova li m'għandekx ħtija.", "Fortunatament għal pajjiżna wieħed mill-benefiċċji kbar li ħadna minn dak iż-żmien illi l-Ingliżi kienu hawn Malta kienet illi dawn daħħlu f'pajjiżna s-sistema akkużatorja.", "Il-moħħ tagħna, il-moħħ ta' kif naħsbu aħna u l-kultura Maltija hija differenti minn dik ta' diversi pajjiżi oħrajn, anke minn tal-ġirien tagħna, u dan għar-raġuni li l-Ingliżi daħħlu s-sistema akkużatorja, u allura daħħlu dan il-konċett li huwa l-Istat li jrid jipprova li jien ħati.", "Għalhekk b'din id-Direttiva llum qegħdin nimmarkaw proċess li kien ilu li nbeda mill-2009 u li fih is-sistemi ġudizzjarji madwar l-Ewropa kollha ftit ftit qegħdin jiġu konformi u qed jiġu in line mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta' kull persuna li ssib lilha nnifisha akkużata fl-Ewropa, hi fejn hi.", "Din fiha rilevanza partikolari għaċ-ċittadin Malti li jkun qiegħed f'pajjiż ieħor, jiġi akkużat b'reat u jsib ruħu f'sistema li hija kompletament differenti minn dik ta' pajjiżna.", "Issa għandna sistema li ftit ftit qed tiġi uniformi, u dan huwa pass importanti fl-istorja Ewropea, liema pass qed jiġġustifika għaliex kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha dritt taħdem u żżid il-liġijiet fis-settur tal-ġustizzja u tal-intern.", "Dan huwa punt vitali u huwa aktar vitali għax fl-2009 il-ħsieb tal-Kummissjoni ta' dak iż-żmien kien li tiġi b'pakkett wieħed kbir b'diversi affarijiet, imma l-pożizzjoni ta' pajjiżna kienet - u din hija l-linja politika li jien kont ħadt - li jkun inutli li niġu b'pakkett kbir b'diversi affarijiet u li fl-aħħar tal-ġurnata ma jirnexxielna nwettqu xejn minnhom imma għandna nġibu dawn l-affarijiet fis-seħħ biċċa biċċa u kapitlu kapitlu.", "Dan huwa parti minn dak il-proċess li permezz tiegħu qegħdin nidħlu f'dan il-grid.", "Sinjura President, sabiex in-nies hemm barra ma jeħdux impressjoni differenti, irrid ngħid li l-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt tas-silenzju, id-dritt li wieħed ma jinkriminax lilu nnifsu kif ukoll id-dritt li wieħed jittieħed il-qorti u ma jkollux il-manetti jew ma jkunx liebes l-uniformi ta' persuna li qed tiġi detenuta fil-ħabs ilhom li ġew stabbiliti żmien twil.", "Dan ifisser li hawnhekk qegħdin nirrepetu dak li s-sistema ġudizzjarja tagħna fortunatament kellha, ħaddmet u daħħlet ukoll fil-Kostituzzjoni tagħha sa minn qabel ma Malta kienet parti mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk dak li għandna llum huwa avvanz kbir.", "B'hekk nistgħu ngħidu li f'dan l-Abbozz ta' Liġi għandna affarijiet li diġà jinsabu fis-sistema ġudizzjarja tagħna filwaqt li mbagħad għandna żewġ affarijiet oħrajn; waħda li kienet viċin ħafna s-sistema tagħna imma li issa qiegħda tidħol aktar in line u l-oħra hija konċett kompletament ġdid għas-sistema tagħna.", "L-ewwel ħaġa hi li m'għandux ikun hemm min jitkellem b'mod żbaljat fuq xi ħadd li hu akkużat, speċjalment meta dan ikollu xi tip ta' awtorità, bħalma ngħidu aħna jkun ministru, segretarju parlamentari, kap ta' dipartiment jew permanent representative.", "Ħadd ma jista' jitkellem fuq xi ħadd li ġie akkużat il-qorti daqslikieku huwa ħati ta' reat.", "Aħna diġà mxejna f'dik id-direzzjoni, u fil-fatt f'Malta diġà għandna numru ta' sentenzi senjatament is-sentenza \"ir-Repubblika ta' Malta vs Dr Noel Arrigo u Dr Patrick Vella\", fejn fiha ġew annunzjati ċerti prinċipji.", "Issa qegħdin indaħħlu wkoll il-konċett tal-absentia, u hawnhekk ninnota li l-Ministru qed jerġa' jiġi b'din l-emenda, però din id-darba l-emenda hija aktar irfinata milli kienet l-ewwel waħda.", "Fil-fatt hawn nixtieq nagħmel numru ta' punti li dwarhom wieħed b'xi mod jista' jiċċaqlaq aktar 'il quddiem fihom jew inkella jkun jista' jirfinahom biex kemm jista' jkun ma jkollniex sitwazzjonijiet ta' nies li jinqabdu fuq sieq ħażina jew inkella jinqabdu f'pożizzjoni fejn jinstabu ħatja u ma jkollhomx l-opportunità jiddefendu lilhom infushom.", "Il-kwestjoni tal-preżunzjoni tal-innoċenza hija parti vitali mis-sistema tagħna, bħalma hi l-kwestjoni tas-silenzju u dik li wieħed ma jinkriminax lilu nnifsu.", "Il-problema li għandi jien hija li wisq nibża' li b'dawn l-emendi se nirrestrinġu dak li b'xi mod jew ieħor diġà ġie stabbilit fis-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Il-preżunzjoni tal-innoċenza ilha taħdem fis-sistema tagħna, u ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna naqblu li kemm jista' jkun m'għandniex nagħmlu liġi li tirrestrinġi dak li aħna diġà nħaddmu llum.", "Imbagħad dan l-Abbozz ta' Liġi qed idaħħal ukoll żewġ konċetti oħrajn; wieħed li tkellem fuqu fit-tul il-Ministru u l-ieħor li qiegħed hemm u li jimmerita wkoll ċerta attenzjoni.", "L-ewwel wieħed huwa dak marbut mal-emendi għal persuni li huma dipendenti fuq id-droga, li qegħdin jiffaċċjaw proċeduri kriminali kontra tagħhom u li qegħdin fi stadju ta' appell.", "Hawnhekk il-Ministru qed jagħmel emenda li hija tajba u li permezz tagħha qed jagħti l-possibbiltà lil dawk li qegħdin fl-appell biex huma wkoll ikunu jistgħu jingħataw il-benefiċċju li tagħti l-liġi.", "Imbagħad qed issir ukoll emenda - sinċerament ma nafx jekk il-Ministru tkellimx dwarha, però jien ma smajtux - dwar il-fatt li issa lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed nagħtuh id-dritt li jappella anke minn ċerti sentenzi li qabel ma kellux id-dritt li jappellahom.", "Sinjura President, bħala Abbozz ta' Liġi l-Oppożizzjoni mhijiex kontra tiegħu, anzi hija favur tiegħu, però titlob lill-Ministru li jagħtiha attenzjoni fl-emendi li hi tixtieq tressaq biex dan l-Abbozz ta' Liġi jirfina ruħu ferm aktar.", "Qed ngħid hekk għax meta wieħed jaqbad dan l-Abbozz ta' Liġi, għalkemm fil-prinċipju nistqarr li ma naqbilx li fil-Kodiċi Kriminali nsemmu espressament id-direttivi tal-Unjoni Ewropea minħabba li l-preżunzjoni tal-innoċenza għandha titwieled indipendentement minn xi direttiva … Għax wara kollox aħna m'aħniex qed nagħmlu din il-parti tal-liġi minħabba li hemm din id-Direttiva, bħal f'każijiet tekniċi, fosthom dawk li għandhom x'jaqsmu mad-Dwana.", "Minnha nnifisha din il-liġi hija parti mill-pilastri tas-sistema demokratika u tas-sistema li tiggarantixxi l-libertà u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u allura se mai żgur li din il-liġi qed tissupplimenta dak li aħna għandna diġà.", "Fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qegħdin niddikjaraw il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza billi qed ngħidu li:", "\"Kull persuna suspettata jew akkużata li wettqet reat kriminali, jew reat kriminali allegat, għandha titqies li hija innoċenti sa meta d-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni finali …\"", "- issa jien nimmaġina li hawnhekk qed nirreferu għas-sentenza finali -", "\"… jekk dik il-persuna wettqitx ir-reat kriminali kkonċernat tkun saret definittiva:\",", "u mbagħad qed ngħidu li l-oneru tal-prova qiegħed fuq il-prosekuzzjoni.", "Smajt lill-Ministru jitkellem dwar il-kwestjoni tal-oneru tal-prova f'każijiet eċċezzjonali fejn il-persuna akkużata trid ġġib il-prova hi biex tiddefendi ruħha.", "Madanakollu dawn huma każijiet eċċezzjonali, u l-linja prinċipali għandha tibqa' dejjem li l-persuna suspettata hija dik il-persuna li l-Istat irid iġib prova kontra tagħha.", "Li nkwetajt ruħi jien huwa fuq subartiklu (2) t'artiklu 366B għax hawnhekk qegħdin ngħidu li:", "\"Kwalunkwe dubju dwar il-ħtija għandu jkun għall-benefiċċju tal-persuna suspettata jew akkużata, inkluż fejn il-qorti tivvaluta jekk il-persuna akkużata għandhiex tiġi lliberata.\".", "Rajt ukoll id-Direttiva, u d-Direttiva titkellem dwar dubju, però kif nafu, fis-sistema legali tagħna mhux kull dubju huwa biżżejjed imma d-dubju jrid ikun iddettat ukoll mir-raġuni, jiġifieri l-ġudikant ma jistax joqgħod fuq kwalunkwe forma ta' dubju li jkollu għax id-dubju jrid ikun ibbażat ukoll fuq ir-raġuni, u hawn naħseb li għandna nikkonformaw ruħna mal-liġi fuq kif aħna qegħdin napplikawha u għar-rigward ta' kwalunkwe dubju qegħdin indaħħlu wkoll il-mod ta' kif qegħdin inħaddmuha.", "Imbagħad l-artiklu tal-Kodiċi Kriminali li jmiss, jiġifieri artiklu 366C, li huwa artiklu tajjeb, jitkellem dwar ir-referenzi pubbliċi għall-ħtija u jgħid hekk:", "\"Sakemm ma jkunx ippruvat li persuna suspettata jew akkużata hija ħatja skont il-liġi, id-dikjarazzjonijiet pubbliċi mill-awtoritajiet pubbliċi u d-deċiżjonijiet ġudizzarji, għajr dawk dwar ħtija, m'għandhomx jirreferu għal dik il-persuna bħala ħatja:\".", "Kien hemm bżonn li ssir din id-dikjarazzjoni legali fil-liġi tagħna għax għalkemm il-ġurisprudenza stabbilietha - u kien hemm diversi sentenzi tal-Qorti ta' Malta u tal-Qorti ta' Strasbourg li jitkellmu b'mod ċar dwar dan - però qatt ma kellna dispożizzjoni ċara daqs din.", "Madanakollu l-problema tiegħi mhijiex tant dwar din imma hija dwar il-fatt li fl-opinjoni tiegħi, ir-rimedju li qegħdin noffru għal meta xi ħadd isib lilu nnifsu f'dawn iċ-ċirkostanzi mhuwiex biżżejjed.", "Fil-fatt subartiklu (2) t'artiklu 366C jgħid hekk:", "\"Kwalunkwe persuna li tallega l-ksur tad-drittijiet tagħha taħt dan l-artikolu jew dan is-Sub-titolu, għandu jkollha d-dritt li tagħmel rikors lill-Qorti tal-Maġistrati fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-fatt li allegatament ta lok għall-ksur, sabiex titlob id-determinazzjoni ta' dak il-ksur u rimedju xieraq.\".", "Issa kif żgur jgħallimni l-Ministru, fuq dawn intużaw u għadhom jintużaw il-kawżi kostituzzjonali, u r-rimedji li hemm għall-kawżi kostituzzjoni huma wiesgħa ferm.", "Għalkemm wieħed japprezza li fl-ewwel sentenza tar-Repubblika ta' Malta vs Dr Noel Arrigo u Dr Patrick Vella kien hemm dikjarazzjoni u waqafna hemmhekk, maż-żmien l-affarijiet bdew jiċċaqilqu u issa fi Strasbourg hemm sentenzi li meta jkun hemm dikjarazzjonijiet ta' nies li qegħdin f'awtorità u li jiddikjaraw lil xi ħadd bħala l-persuna ħatja jew inkella - u dan huwa aktar importanti fis-sistema tal-lum - meta xi ħadd jiġi mpinġi li huwa ħati … Għax hawnhekk il-liġi titkellem fuq min jagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi.", "Dikjarazzjoni pubblika żgur li timmerita l-attenzjoni però aħna rridu wkoll nidħlu f'sitwazzjonijiet ta' persuni li fuq il-midja jiġu mpinġija bħala li diġà huma ħatja.", "Aħna lkoll nafu kif taħdem is-sistema llum, u huwa faċli li bir-rapportaġġ tiegħek tpinġi lil xi ħadd bħala li diġà huwa ħati qabel ma jkunu nbdew il-proċeduri kontra tiegħu.", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li jiġi ċċarat li m'għandux ikun hemm dikjarazzjonijiet minn awtoritajiet pubbliċi, wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li minbarra l-awtoritajiet pubbliċi hemm mezzi oħrajn li permezz tagħhom inti tista' toskura lil dak li jkun mill-ewwel.", "Il-verità hija - u din hija r-realtà - li meta jkollok nies li jiġu akkużati u jsibu lilhom infushom f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-ħajja tagħhom u l-karriera tagħhom tieħu timbru li mbagħad ikun diffiċli ħafna li jitneħħa.", "Fil-fatt jien naf diversi nies li sabu lilhom infushom fiċ-ċirkostanza li minħabba f'dawn l-affarijiet għamlu ħajjithom kollha jġorru dell li għamlu xi ħaġa ħażina li fil-fatt m'għamlux.", "Kien hemm ukoll nies li nbdew xi forma ta' proċeduri kontra tagħhom, ġew arrestati, ittieħdu anke filmati li juru lil dawn in-nies jiġu arrestati jew inkella kien hemm diskors mill-midja li l-Pulizija qabdet lit-tali u qed tistaqsih ħafna domandi mentri fil-fatt imbagħad ma ttieħdu l-ebda passi kontra tagħhom.", "Però minħabba dawn is-sitwazzjonijiet, dawn il-persuni jkollhom iġorru magħhom dan is-salib kuljum bil-konsegwenza li jsibu diffikultajiet biex jaħdmu u jsibu diffikultajiet saħansitra l-mara jew ir-raġel tagħhom kif ukoll it-tfal tagħhom.", "Għalhekk aħna għandna nagħmlu minn kollox biex nevitaw milli jinħolqu sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Jien ninsab ċert li l-Ministru jaf li din mhijiex xi kwestjoni li qed niddibattuha llum.", "Pereżempju, kien hemm żmien meta l-Malta Broadcasting Authority ħarġet dokument fejn daħlet f'dan is-suġġett fil-fond.", "Dak iż-żmien kien hemm l-Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino li ħareġ b'dokument li sfortunatament ġie traskurat.", "Niftakar li konna għamilna wkoll suġġeriment biex wieħed ma jikkummenta xejn dwar il-proċeduri kriminali sakemm il-qorti ma ssibx xi ħtija.", "Issa jien naf li l-informazzjoni hija importanti f'soċjetà demokratika imma daqstant ieħor huwa importanti kif tagħtiha u kif ikun il-bilanċ għax is-saħħa tal-midja u tal-informazzjoni hija devastanti.", "Kif jgħid Marshall McLuhan, the medium is the message, u allura li jkun hemm xi ħadd ta' ċerta awtorità li jgħid li t-tali huwa ħati, li t-tali qed jiġi investigat u jagħmel press conference biex jgħid li qbadna l-ġurdien filwaqt li jagħti x'jifhem li huwa responsabbli għal xi ħaġa, dik hija xi ħaġa ta' gravità kbira u ma tistax tiġi rimedjata sempliċement b'dak li qed jiddaħħal f'dan l-artiklu, ċjoè billi wieħed jagħmel rikors quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.", "Il-Qorti tal-Maġistrati x'se tiddeċiedi?", "Il-Qorti tal-Maġistrati se tiddeċiedi billi tgħid illi t-tali persuna qalet dawn l-affarijiet, imma hi mhijiex se tiġi influwenzata minnha.", "Issa ejjew ngħidu li jien ġejt akkużat, tressaqt quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u l-maġistrat jgħid li billi kien hemm xi ħadd li qal xi ħaġa barra fuqi, il-qorti mhijiex se tiġi influwenzata.", "Madanakollu jekk dak il-proċess jispiċċa ġuri u xi ħadd mill-ġurati jkun sema' b'dak li ġara, huwa se jidħol hemm ġew diġà deċiż li jien, li ninsab akkużat hemmhekk, ninsab ħati.", "Bis-sistema proċedurali tal-ġuri, fejn ikollok persuni li huma akkużati, diġà huwa diffiċli biex tikkonvinċi lil dak li jkun li mhumiex ħatja.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar id-Direttiva tgħid li kull Stat għandu d-dritt li jagħżel ir-rimedju li jrid hu, u allura r-rimedju jrid ikun kompletament differenti minn dan.", "Jien ngħid li m'għandhiex tkun il-Qorti tal-Maġistrati li tiddeċiedi.", "Se mai għandha tkun il-Qorti Kriminali li tiddeċiedi, u żgur - mhux forsi - li l-ġudikant m'għandux ikun l-istess wieħed li qed jisma' l-każ.", "Jekk isseħħ xi sitwazzjoni milli qed insemmi, għandna ndaħħlu forma ta' rimedju, fosthom billi wieħed jingħata d-dritt għall-kumpens finanzjarju jew inkella għal sentenza li tgħid illi t-tali persuna ġiet imżebilħa fil-pubbliku meta ma kellhiex tiġi mżebilħa.", "Jista' jinstab ukoll rimedju billi jkun hemm in-nullità tal-proċeduri, u dan huwa li forsi l-qrati għadhom ma waslux għalih, però jien ċert li bil-mod il-mod se naslu għalih minħabba li f'ċerti sitwazzjonijiet ikun hemm pajjiżi li jsibu ruħhom fil-Qorti ta' Strasbourg.", "Naturalment dan huwa rimedju iebes u drastiku, imma huwa importanti li jiddaħħal fil-liġi ladarba issa se nemendawha sabiex ikun ċar għal kulħadd li jekk wieħed jitkellem minn qabel, se jkun hemm ċerti konsegwenzi.", "Aħna, bħala soċjetà, m'għandniex nagħmlu prejudgement, għax inkella x'soċjetà nkunu aħna jekk niddikjaraw li xi ħadd huwa preżunt innoċenti meta fir-realtà jkun taparsi preżunt innoċenti?", "Jekk wieħed ikun taparsi preżunt innoċenti, allura kulħadd jista' jitkellem u jgħid fuq ħaddieħor, imma jekk kemm-il darba wieħed jiġi preżunt innoċenti verament, allura jrid ikun hemm il-konsegwenzi u s-sanzjonijiet.", "Issa l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jagħmel l-avvanz kbir li jdaħħal dan miktub fl-istatutorju, jiġifieri mhuwiex qed jiddependi aktar minn kawża kostituzzjonali, u dan minnu nnifsu fih vantaġġ u fih ukoll żvantaġġ; fih il-vantaġġ li huwa regolat u fih l-iżvantaġġ li ċerti rimedji li għandha l-Qorti Kostituzzjonali jintilfu, u huwa dak li aħna m'għandna bl-ebda mod nippermettu.", "Issa jien ċert li l-Ministru, bħali, iddefenda numru ta' nies.", "Hemm nies li jkunu ħatja, ma jgħidulekx li huma ħatja u jinstabu ħatja, filwaqt li mbagħad hemm nies li jkunu innoċenti imma jagħtuk l-impressjoni li huma ħatja għax ma jkunux jafu jesprimu ruħhom sew, għax ma jkollhom lil ħadd min jaqbeż għalihom jew inkella għax huma nies li ħaddieħor jiddisprezzahom mill-ewwel, u dawn in-nies, li ħafna drabi jsibu ruħhom fl-irkejjen tas-soċjetà, iridu jiddefendu ruħhom.", "Jien naf nies li għax ġew akkużati l-qorti tilfu l-familja tagħhom għar-raġuni li n-nisa tagħhom ħassew li ma jistgħux jibqgħu jgħixu aktar magħhom minħabba fil-ħars ikrah tan-nies u għalhekk kellhom jisseparaw.", "Naf nies li għax ġew akkużati l-qorti, it-tfal tagħhom ħarbu minn Malta minħabba li ma setgħux jibqgħu jgħixu aktar f'din is-soċjetà fid-dell li huma t-tfal ta' dak ir-raġel.", "Naf ukoll nies li għax ġew akkużati l-qorti, tkeċċew minn fuq il-post tax-xogħol u sabu lilhom infushom iridu jgħixu fuq l-għajnuna soċjali għall-bqija ta' ħajjithom.", "Dawn huma r-realtajiet li jkollhom iġarrbu xi wħud, u lil dawn in-nies aħna rridu nipproteġuhom.", "Għalhekk filwaqt li wieħed jgħid prosit għal dak li qed isir f'dan l-Abbozz ta' Liġi b'mertu ta' din id-Direttiva, aħna dan irridu nlaħħmuh b'mod u manjiera li verament nipproteġu lil dawn in-nies u li verament neliminaw it-tentazzjoni li tiġi lil ċerti nies li jkollhom xi awtorità biex jitkellmu dwar xi każ partikolari.", "Illum tgħallimna, u nittama li dak li tgħallimna jirriżulta fl-affarijiet li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Imbagħad, Sinjura President, artiklu 366D jitkellem dwar il-preżentazzjoni ta' persuni suspettati u akkużati u jgħid li dawn m'għandhomx jiġu ppreżentati fil-qorti bħala ħatja.", "Naħseb li lkoll niftakru li darba fis-sistema ġudizzjarja tagħna kien hemm kawża fejn inġab bniedem bil-manetti liebes il-bluża ta' detenut tal-ħabs.", "Dakinhar il-qorti tagħna kienet qabżet għal dan il-bniedem u ddikjarat li persuna fl-ebda mument m'għandha tiddaħħal fl-awla tal-qorti bil-manetti jew tinġieb il-qorti b'mod li jidher li hija diġà ġiet misjuba ħatja.", "Għalkemm din is-sistema ma kenitx miktuba fil-liġi, ilna ħafna nabbraċċjawha u dejjem ħaddimnieha.", "Fil-fatt kull min jiġi l-qorti jinnota li dawk il-persuni li jkunu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li jkun għad m'għandhomx il-benefiċċju tal-libertà proviżorja, qabel ma jidħlu fl-awla l-uffiċjali tad-detenzjoni jieħdu ħsieb li jneħħulhom il-manetti, u dik hija xi ħaġa assolutament tajba.", "Imbagħad artiklu 366E tal-Kodiċi Kriminali jitkellem dwar id-dritt li xi ħadd jibqa' sieket, liema dritt dejjem kien jeżisti f'pajjiżna.", "Fi żmenijiet oħra kien hemm sitwazzjoni fejn l-akkużat ma setax jixhed fil-kawża kriminali tiegħu u kien hemm ukoll żmien meta d-dritt tas-silenzju kien sanċit, jiġifieri l-akkużat ma kellu l-ebda obbligu li jitkellem u ma setax jixhed fil-kawża tiegħu.", "Fortunatament is-sistema legali tagħna irreaġixxiet għal dan billi daħħlet id-dritt li wieħed ikun jista' jiddefendi lilu nnifsu u jixhed.", "Fl-opinjoni tiegħi dan l-artiklu huwa miktub b'mod tajjeb għax qed jirrepeti dak li għandna fis-sistema tagħna billi qed jgħid li:", "\"Persuni suspettati u akkużati għandu jkollhom id-dritt li jibqgħu siekta fir-rigward tar-reat kriminali li huma suspettati jew akkużati li wettqu u għandu jkollhom id-dritt li ma jinkriminawx ruħhom.\".", "II-Ministru semma wkoll il-kwestjoni tas-self-incrimination f'ċerti sitwazzjonijiet partikolari li jien niftakarni nikkumbatti għalihom.", "F'subartiklu (2) t'artiklu 366E hemm miktub li:", "\"L-eżerċizzju tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu m'għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti mill-ġbir ta' evidenza li tista' tinkiseb bl-użu ta' poteri leġittimi ta' kompulsjoni li l-eżistenza tagħhom hija indipendenti mir-rieda tal-persuni suspettatti jew akkużati.\".", "Hawnhekk il-liġi qed titkellem fuq \"kompulsjoni\" però naħseb li hawn żball għax din hija aktar koazzjoni, jiġifieri meta xi ħadd ikun qed jiġi investigat, is-sistema ġudizzarja tagħna tippermetti li jitteħdulu ċerti samples, intimi jew non intimi, li permezz tagħhom il-Korp tal-Pulizija jkun jista' jagħmel l-investigazzjoni tiegħu.", "Jien niftakar li waħda mill-emendi li saret fuq abbozz ta' liġi li konna għamilna aħna kienet li l-pulizija għandhom dritt jieħdu dawn is-samples anke bl-użu leġittimu ta' ċerta forza - li ma jkunx swat - u qed nieħu pjaċir li din daħlet fis-sistema legali tagħna.", "Subartiklu (3) t'artiklu 366E tal-Kodiċi Kriminali jgħid li:", "\"L-eżerċizzju minn persuni suspettati jew akkużati tad-dritt li wieħed jibqa' sieket jew tad-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu m'għandux jintuża kontrihom u m'għandux jitqies bħala evidenza …\".", "Issa biex inkomplu fuq il-linja ta' dak li qed jiġi suġġerit illi jiddaħħal għall-ewwel darba hemm il-parti finali tal-Abbozz ta' Liġi.", "Il-parti finali titkellem dwar meta persuni jitressqu in absentia, jiġifieri meta l-proċeduri tal-qorti jiġu deċiżi kontra xi ħadd fl-assenza tiegħu.", "Ta' min jgħid li dan huwa konċett kompletament ġdid għalina, imma għal pajjiżi oħrajn, fosthom għall-pajjiż ġar tagħna l-Italja, dan il-konċett ilu jiġi wżat.", "Meta l-Ministru kien ġie b'dan l-Abbozz ta' Liġi fl-2014, jien ma kontx qbilt miegħu, u ma kontx qbilt miegħu għal diversi raġunijiet.", "Fortunatament il-Ministru kien qagħad żewġ passi lura fuqha din ukoll, u sewwa għamel għax kif inhi fformulata llum fiha ferm aktar konfort milli kellha qabel.", "Imma l-biża' tiegħi x'inhi, Sinjura President?", "Il-biża' tiegħi hija din.", "Fil-qorti hemm nies li kapaċi jiddefendu ruħhom.", "Pereżempju, tistgħu sserrħu moħħkom li dawk li huma hardened criminals u dawk li jafu s-sistema ġudizzjarja tajjeb se jkollhom lil xi ħadd biex jiddefendihom.", "Ara dawk li qatt ma jkunu marru l-qorti u dawk li jirċievu karta tal-Pulizija u lanqas biss ikunu jafu fiex tikkonsisti sewwasew din il-karta tal-Pulizija, dawk ikunu jridu li xi ħadd verament jassistihom.", "Il-biża' tiegħi kien, u sa ċertu grad għadu, li fis-sistema ġudizzjarja tagħna jitressaq xi ħadd il-qorti, tittieħed deċiżjoni u sentenza kontra tiegħu u dan ma jkunx iddefenda ruħu.", "Issa l-argument li jinġieb kuntrarjament għal dan u li nisimgħu ħafna drabi - fil-fatt smajt anke lill-Ministru jitkellem dwaru - hu: Imma allura x-xhieda għandhom jitilgħu l-qorti għalxejn?", "Le, imma s-sistema ġudizzjarja tagħna nbniet fuq il-konċett li jekk xi ħadd se jiġi akkużat, huwa għandu jkun preżenti u għandu jisma' l-prova li tkun qed tinġieb kontra tiegħu.", "Dan għal diversi raġunijiet.", "F'dan il-pajjiż hawn ħafna nies li huma wlied l-appostlu San Tumas, jiġifieri jiġuhom ħafna suspetti, u sakemm ma jdaħħlux jew ikunu se jdaħħlu subgħajhom ma jemmnux, u allura jekk il-kawża ssir fl-assenza tagħhom, dawn żgur li se joħorġu b'xi teorija.", "Il-Ministru jaf li dan jiġri anke fuq affarijiet sempliċi, bħal meta l-avukat ma jkunx preżenti waqt li tkun qed tingħata s-sentenza.", "Għalhekk aħna konna ressaqna diversi oġġezzjonijiet għal dak li kien hemm fl-Abbozz ta' Liġi li l-Ministru ressaq fl-2014.", "Però l-Abbozz ta' Liġi li qed jitressaq illum qiegħed ivarja l-affarijiet, u qiegħed ivarjahom billi qed jagħti ftit aktar garanziji minn qabel.", "Issa jien ikolli ngħid li xorta waħda għadu ma tantx jogħġobni, imma almenu hawnhekk il-Ministru qed jipprova jsib bilanċ.", "Fil-fatt subartiklu (2) t'artiklu 360B kif propost fi klawsola 11 qed jgħid li:", "\"Meta persuna, wara li tkun ġiet akkużata b'reat imsemmi fis-subartikolu (1) u wara li tkun ġiet ippreżentata b'taħrika, tonqos milli tidher personalment quddiem il-qorti f'iktar minn okkażjoni waħda, …\"", "- hawnhekk aħjar ngħidu \"darbtejn\" -", "\"… jew tonqos milli tattendi personalment quddiem il-qorti u tkun rappreżentata minn avukat maħtur b'mandat, hija għandha titqies illi tkun tat il-kunsens tagħha sabiex titmexxa l-kawża fin-nuqqas tagħha u l-qorti għandha tipproċedi bis-smigħ fin-nuqqas tal-persuna akkużata u għandha minn hemm 'il quddiem tipproċedi biex tagħti s-sentenza:\".", "Bħalissa bis-sistema tagħna avukat jista' jidher quddiem il-qorti u jgħid li l-klijent tiegħu jinsab ma jiflaħx, però dan awtorizzah jisma' x-xhieda biex huma ma jkunux telgħu l-qorti għalxejn, u hemmhekk jidħol verbal li fih l-avukat jagħti l-kunsens tal-qorti lill-qorti għan-nom tal-akkużat biex jisma' l-prova.", "Issa mill-kunsens dirett qed immorru għall-kunsens taċitu, jiġifieri l-fatt li inti ma tidhirx ifisser li qed tagħti l-kunsens taċitu tiegħek.", "Dan se jbiddel l-affarijiet b'mod u manjiera li f'numru ta' każijiet jista' jkollok sitwazzjonijiet fejn xi ħadd isib lilu nnifsu żvantaġġat.", "Pereżempju, ejjew ngħidu li rċeviet it-taħrika t-tifla jew il-mara tal-akkużat u għal xi raġuni partikolari m'għadditilux.", "Jista' jkun li nsiet tgħaddihielu wkoll.", "Xi drabi fil-letter box tiegħi jien insib taħrikiet ta' nies li lanqas biss ikunu hawn Malta, u allura n-nisa tagħhom jitfgħuhomli fil-letter box biex inkun nista' nidher il-qorti dwar dawn il-każijiet.", "Għalhekk hemm ir-realtà li l-pulizija, fl-eżekuzzjoni ta' dmirha, tinnotifika fir-residenza ta' xi ħadd taħrika kriminali, u lil min issib fl-istess residenza li jkollu ċerta età tista' tinnotifikah biha.", "Issa b'din is-sistema l-ġdida l-Ministru rnexxielu jgħolli ftit aktar il-protezzjonijiet.", "Għaliex?", "Għax qed jgħid li jekk inti ġejt notifikat u mbagħad inqast li tidher, però għandek ir-rappreżentant minn avukat maħtur b'mandat, … Issa hawnhekk nixtieq ngħid lill-Ministru li għalkemm il-frażi \"avukat maħtur b'mandat\" hija tajba, wieħed irid jagħmilha ċara wkoll li l-avukat irid ikun l-avukat tal-fiduċja tal-imputat.", "Qed ngħid dan għax kif nafu, il-qorti tista' taħtar avukat tal-għajnuna legali, u allura f'dawk il-każijiet il-kunsens taċitu biex jitmexxew il-proċeduri ma jkunx qed jiġi mill-avukat maħtur u magħżul mill-imputat imma jkun qed jiġi minn avukat li jkun ġie nominat mill-qorti, u dak l-avukat ikun qed jagħti l-kunsens tiegħu biex il-proċeduri jimxu.", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li f'ċerti ċirkostanzi jsiru ċerti proċeduri u li x-xhieda ma jitilgħux aktar minn darba, huwa importanti wkoll li jkun hemm l-avukat ta' fiduċja tal-imputat għax ċerti domandi jsiru mill-avukat ta' fiduċja fuq l-inkarigu li jkun tah l-akkużat, u dak l-inkarigu sharpens the questions li jridu jsiru mill-avukat lix-xhieda li jitilgħu l-qorti biex dawn ma jitilgħux il-qorti aktar minn darba.", "L-emenda żgur li hija aħjar minn dik li kien hemm qabel - hawn ta' min isemmi wkoll li qed jiddaħħal id-dritt li meta tingħata sentenza, is-sentenza trid tiġi notifikata lill-persuna li jkun sab lilu nnifsu f'dawn iċ-ċirkostanzi - però mbagħad hemm ukoll din is-sitwazzjoni.", "Xi ħadd li sab sentenza kontra tiegħu u li skopra s-sentenza li ngħatat aktar tard għandu żewġ rimedji; l-ewwel għandu r-rimedju tal-appell u mbagħad għandu rimedju ta' appell ulterjuri.", "Fil-fatt paragrafu (2) ta' subartiklu (6) t'artiklu 360B kif propost fi klawsola 11 jgħid li:", "\"Meta sentenza tiġi nnotifikata kif provdut taħt is-subartikolu (3) l-akkużat għandu wkoll jiġi informat bid-dritt ulterjuri tiegħu għall-appell skont id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (4).\".", "Jien qed nifhem li b'hekk qed nagħtuh il-possibbiltà li jippreżenta l-appell tiegħu f'terminu aktar tard.", "Issa fl-opinjoni tiegħi huwa tajjeb li jkun hemm id-dritt li xi ħadd jiskopri wara ħafna żmien li hu kellu dik il-ħaġa, però naħseb li minħabba fin-natura straordinarja tas-sistema ġudizzjarja tagħna - għax f'sistemi ġudizzjarji oħrajn l-abstentia daħlet u ndrat - ikun xieraq li meta l-Qorti tal-Appell tisma' każijiet bħal dawn u tara li dawn il-każijiet huma ġustifikati - jiġifieri jien m'iniex qed ngħid dan għal meta xi ħadd ma jattendix jew ma jikkonsultax ma' avukat imma qed ngħid għal meta xi ħadd ikun sab lilu nnifsu f'din is-sitwazzjoni innoċentement - f'dak il-każ m'għandux ikun hemm sempliċi appell imma għandu jkun hemm l-obbligu li l-Qorti tal-Appell tannulla l-atti u terġa' tibgħathom il-Qorti t'Isfel biex jerġgħu jinstemgħu mill-ġdid.", "Għaliex?", "Għax wieħed għandu rimedju li jappella, però dan huwa a lesser remedy għax meta jien niġi akkużat għandi dritt niddefendi ruħi quddiem il-maġistrati fil-Qorti tal-Prim'Istanza u mbagħad jerġa' għandi d-dritt li nappella l-Qorti t'Isfel fuq dak li jkun ġara.", "Issa meta jien inkun qed nappella biss, allura għandi rimedju wieħed biss, u dan huwa importanti ħafna fis-sistema tagħna għax fil-Qorti tal-Appell, speċjalment meta jsiru appelli mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, ħafna nies isibu lilhom infushom f'sitwazzjoni fejn l-affarijiet jistgħu jinbidlu.", "Il-Ministru qiegħed jintroduċi emenda oħra li permezz tagħha l-Avukat Ġenerali jkollu d-dritt li jappella minn sentenzi li jingħataw u li fihom persuni jiġu lliberati.", "L-Avukat Ġenerali jista' jappella lill-Qorti tal-Appell kontra liberazzjoni jew sejħa żbaljata ta' ħtija fuq l-att tal-akkuża jew parti minnu jew inkella kontra sentenza mogħtija sakemm is-sentenza ma tkunx waħda stabbilita.", "Issa aħna diġà daħħalna r-rimedju tal-appell lill-Avukat Ġenerali, u dan ħadem, però issa dan qiegħed jidħol ukoll fil-każijiet fejn inti għandek akkuża ta' ġuri u xi ħadd jiġi liberat fil-jury trial għax hemmhekk inti qed tagħti d-dritt tal-appell lill-Avukat Ġenerali.", "Jien naħseb li din wieħed irid jaraha b'aktar attenzjoni biex jieħu ħsieb li n-nies li jkunu ġew liberati l-Qorti t'Isfel f'daqqa waħda ma jsibux lilhom infushom quddiem il-Qorti tal-Appell u minkejja li jkunu għaddew mill-proċess twil u diffiċli ta' ġuri, jitilfu l-appell, il-Qorti tal-Appell ma taqbilx mad-deċiżjoni li tkun ingħatat mill-ġurati u ssibhom ħatja.", "Fl-opinjoni tiegħi jkun tajjeb li wieħed jikkontempla li jdaħħal artiklu li jgħid li meta jkollok sitwazzjonijiet bħal dawn u l-eżitu jkun favorevoli, allura s-sentenza għandha tkun li l-proċess jiġi annullat u jerġa' jintbagħat il-Qorti t'Isfel.", "Ħafna drabi, anke llum, xi ħadd jiġi liberat il-Qorti t'Isfel, isib appell mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, jitla' quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali u f'daqqa waħda jsib li huwa ħati ta' reat partikolari għar-raġuni li l-Qorti tal-Appell ma tkunx qablet mas-sentenza li tkun ingħatat, kif kellha kull dritt li tagħmel.", "Għalhekk jien naħseb li f'ċerti ċirkostanzi wieħed irid jipprova jipproteġi ftit aktar l-integrità sħiħa tal-ġudizzju tagħna u jgħid li f'dawn iċ-ċirkostanzi apparti li l-Qorti tal-Appell għandha dritt li tbiddel is-sentenza, għandha tannulla s-sentenza u terġa' tibgħatha l-Qorti t'Isfel biex jerġgħu jinbdew il-proċeduri mill-ġdid.", "Rigward l-aħħar parti tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, jiġifieri dik marbuta ma' dawk tad-drug dependence, m'hemmx dubju li huwa tajjeb li dik tal-grave and medically qed titneħħa għax għalkemm din kienet saret b'intenzjoni tajba, kienet qiegħda tkun ta' ostaklu għan-nies li jkunu qegħdin fit-triq tan-nofs, jiġifieri li la jkunu gravi u lanqas ikollhom kondizzjoni medika żgħira, u jkunu jridu jirriformaw ruħhom.", "Dan li qed jiġi introdott għall-Qorti tal-Appell, jiġifieri li tittrasforma ruħha f'qorti tad-droga, huwa wkoll pass 'il quddiem, però naħseb li issa li l-liġi ilha li daħlet mhux ħażin, ta' min jipprova jiġbor lil kull min hu involut fis-sistema u jara kif din is-sistema ħadmet eżatt.", "Meta tħares lejn il-figuri u lejn affarijiet oħra ssib ċerti riżultati però mbagħad meta tara x'inhu jiġri madwar Malta, speċjalment jekk id-dipendenza fuq id-droga żdiditx, jekk l-ammont ta' droga f'Malta żdiedx, jekk illum hawnx aktar persuni li qegħdin jittraffikaw id-droga u jekk illum hawnx inqas raġunijiet li jżommu lil dak li jkun milli jieħu d-droga - bħalma ngħidu aħna hija l-biża' li tinqabad, il-biża' li tista' titressaq il-qorti u l-biża' li għax inti ħadt dik id-droga jista' jiġrilek xi ħaġa - naħseb li wieħed irid jiddiskutihom u jara sewwasew kif il-liġi qiegħda taħdem on the ground.", "Jien kelli l-opportunità li mmur quddiem it-tribunal, li kif għedt aktar kmieni, qiegħed f'Ħal Qormi, u hemmhekk tibda tara ċerti ċirkostanzi, donnhom in-nies li jmorru quddiem dak it-tribunal kollha jiddikjaraw li kienet l-ewwel darba li huma ħadu d-droga, anke jekk dan ma jkunx il-każ jew inkella kollha jiddikjaraw li mhumiex se jerġgħu jagħmlu din il-ħaġa.", "Għalhekk filwaqt li fih innifsu, il-prinċipju ta' dan it-tribunal huwa tajjeb, naħseb li hemmhekk irridu nirfinaw ftit aktar l-affarijiet.", "Għaliex?", "Għax jien għandi l-impressjoni li l-konsum tad-droga f'pajjiżna żdied ħafna u li llum hawn ferm aktar nies li qed jieħdu d-droga, minn affarijiet żgħar bħall-ħaxixa għal affarijiet akbar, bħall-eroina u l-kokaina, u hawnhekk għandna bżonn nitkellmu wkoll mal-forzi tal-ordni biex naraw x'inhu jiġri kif ukoll x'inċentivi jeżistu biex wieħed jinżamm milli jittraffika d-droga.", "Il-fatt li jkun hemm każijiet fejn il-forzi tal-ordni tirreġistra suċċess fil-qbid t'ammonti kbar ta' droga huwa pożittiv però fl-istess ħin juri li f'pajjiżna qed tidħol ċertu ammont ta' droga li forsi aħna m'aħniex attenti għaliha.", "Dan meta, kif nafu, id-droga hija mod ta' kif wieħed jagħmel il-flus, ta' kif wieħed jittanta lin-nies biex jagħmlu l-flus u ta' kif wieħed iġib persuni fis-soċjetà knocked out minħabba fid-dipendenza tagħhom fuq id-droga.", "Għalhekk, filwaqt li nittama li fi stadju ta' Kumitat il-Ministru jagħti xi ftit widen għal dak li qed ngħidu aħna, ninforma lill-Kamra li l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qiegħed iħares lejn diversi aspetti, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tal-Kodiċi Kriminali kif ukoll dwar abbozz ta' liġi li fil-fehma tiegħi, il-Gvern kien wera kuraġġ meta ressqu fl-2015 għax kien proprju dan l-abbozz ta' liġi li beda jirriforma l-mod ta' kif inħarsu lejn l-abbuż tad-droga.", "Biżżejjed ngħid li permezz tiegħu ċċaqlaqna mill-konċett li min imiss mad-droga jrid bilfors jeħel il-ħabs, irridu bilfors nitfgħulu piena fuqu għax naħsbu li dan ikun bniedem perikoluż li ħaqqu jiġi maqful u li saħansitra meta xi ħadd jinqabad bid-droga wieħed għandu jaqflu u jarmi ċ-ċavetta.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, li naturalment imbagħad sar liġi, fl-2015 bdejna nagħmlu differenza bejn dawk iċ-ċirkostanzi fejn hemm bżonn li nkunu iebsin, b'mod partikolari ma' dawk li jkunu qed jittraffikaw id-droga u ma' min jittanta li jwaqqa' lil uliedna fil-vizzju tad-droga u dawk li huma vittmi, u l-vittmi mhux punizzjoni għandhom bżonn imma strutturi koordinati u in place biex ikunu jistgħu jingħataw l-għajnuna kollha li għandhom bżonn, u huwa proprju dwar dan vli jien nixtieq nitkellem.", "Ejjew ma ninsewx li dawn in-nies tant jisfaw vittmi tad-droga li jispiċċaw f'sitwazzjoni li ma jkollhomx kontroll biżżejjed fuq ħajjithom u jesponu lilhom infushom għal realtajiet kriminali oħrajn sakemm jibdew jgħixu litteralment f'subculture.", "Għalhekk fl-opinjoni tiegħi kienet deċiżjoni għaqlija ħafna li dawn m'għandhomx jingħataw aktar sentenza ta' priġunerija imma minflok għandhom jiġu megħjuna, u dan l-Abbozz ta' Liġi huwa riformatorju anke fil-mod kif niddiskutu l-criminal justice f'pajjiżna.", "Sinjura President, kif jgħidu, l-esperjenza tgħallem, u għalhekk hemm bżonn li meta dan il-Parlament jgħaddi liġi wieħed janalizza ftit kif dik il-liġi tkun qed tiġi mħaddma fil-prattika u jekk ikunx hemm bżonn ta' aktar titjib, speċjalment meta liġi tkun tirrigwarda xi qasam sensittiv bħal dan li qed niddiskutu llum.", "Huwa b'hekk biss li nistgħu nkunu nafu kif liġi bħal din tkun qed taffettwa l-proċeduri kriminali u jekk l-għanijiet li liġi tkun saret għalihom ikunux qed jintlaħqu jew le.", "Fil-fatt fil-bidu tad-diskors tiegħi xtaqt nagħmel riferenza għal bidla partikolari li qed issir permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum proprju għax il-bidliet li jsiru mhux dejjem jagħtu riżultat tajjeb mill-ewwel imma ġieli jkollok bżonn ittejjeb fuq it-tajjeb li tkun għamilt.", "Għalhekk issa dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipprovdi soluzzjoni għal dawk in-nies li ma bbenefikawx mill-possibbiltà ta' riforma li approva dan il-Parlament fl-2015 permezz tal-liġi li għadda għax spiċċaw waqgħu bejn liġi u oħra.", "Kif għedt diġà, aħna nkunu qegħdin nonqsu jekk lil min jaqa' fil-vizzju tad-droga nwaħħluh il-ħabs għax b'hekk inkunu qed nitfgħulu piż ieħor fuq il-ħajja tiegħu minflok ma nagħtuh is-sapport neċessarju biex joħroġ minn dik il-problema.", "Kien proprju fuq din il-filosofija u fuq dan il-ħsieb li aħna fassalna l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum.", "Issa hawnhekk, Sinjura President, nixtieq nagħmel ukoll suġġeriment.", "Nixtieq nappella biex ma nħarsux lejn il-qasam tad-droga bħallikieku dan kien jaqa' biss taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jew inkella taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali - peress li għandek ukoll implikazzjonijiet kriminali - imma nibdew inħarsu lejn dan il-qasam bħala wieħed li huwa intimament marbut ukoll mal-politika soċjali u mas-settur tas-saħħa.", "Matul dawn l-aħħar snin rajna diversi bidliet fil-liġi f'dak li għandu x'jaqsam mad-droga u bħala liġijiet li jirregolaw il-qasam tad-droga hemm id-Dangerous Drugs Ordinance, hemm l-Att Nru I tal-2015, hemm il-Medical and Kindred Professions Ordinance, eċċ. Għalhekk jien naħseb li wasal iż-żmien li ssir kodifikazzjoni tal-liġijiet kollha li jeżistu u li qed jirregolaw il-qasam tad-droga, aktar u aktar meta llum għamilna rivoluzzjoni anke fil-mod ta' kif inħarsu lejn il-kannabis.", "Ma jagħmilx sens li dawn il-liġijiet jibqgħu sparpaljati separatament.", "Issa jien nifhem li dan mhuwiex xi proċess faċli, anzi huwa proċess laborjuż li fih hemm bżonn l-input tal-Ministeri li għadni kif semmejt jiġifieri tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, tal-Ministeru għas-Saħħa u tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Fil-fatt ġaladarba qed insemmi lill-Ministeru responsabbli mill-intern, minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija għall-ġlieda tagħhom kontra d-droga filwaqt li nirringrazzjahom għax-xogħol kbir li għamlu riċentement meta għamlu qabdiet ta' droga li kienu sostanzjali.", "Hemm bżonn li nirregolaw ukoll il-mod kif issir ir-riabilitazzjoni, il-faċilitajiet ta' riabilitazzjoni, il-mod kif dawn il-faċilitajiet jiġu amministrati kif ukoll il-mod kif inti tikkonvinċi lil dak li jkun biex jirriabilita ruħu, aktar u aktar meta nafu li llum il-maġġoranza tal-programmi ta' riabilitazzjoni li għandna huma bbażati fuq il-kunsens. tal-vittma.", "Għalhekk filwaqt li wieħed iħares b'mod pożittiv għall-fatt li llum qed inkomplu ntejbu l-bidla radikali li saret fl-2015, nappella biex ma nitilfux aktar żmien biex nagħmlu dawn il-bidliet li qed insemmi.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-iskop tiegħi hu li nifhmu aktar x'inhi r-realtà tal-vizzju tad-droga f'pajjiżna għax inħoss li hemm bżonn inkunu onesti magħna nfusna u nammettu fejn qegħdin nitilfu l-ġlieda kontra d-droga filwaqt li naraw x'qed iwassal biex aktar persuni - qed nuża l-kelma \"persuni\" u mhux \"żgħażagħ\" għax nemmen li llum il-problema tad-droga hija mifruxa ma' persuni ta' etajiet differenti - qed jisfaw vittmi tal-abbuż tad-droga.", "Imbagħad aktar minn hekk hemm bżonn li jkollna mod aktar b'saħħtu u ffokat fuq kif nagħtu l-għajnuna neċessarja lil dawn il-persuni biex joħorġu minn dan il-vizzju tant ikrah, anke billi jkollna l-mezzi u s-saħħa kollha legali.", "Sinjura President, ikolli nistqarr li meta bdejt naqra l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum … Issa hawn ma rridx ninstema' li qed innaqqas il-valur tiegħu għax dan huwa Abbozz ta' Liġi importanti, partikolarment l-ewwel parti tiegħu, imma aħna li studjajna l-liġi u kull min jipprattika fil-kamp penali jinnota li dan l-Abbozz ta' Liġi qed jagħmel dikjarazzjonijiet pjuttost ovvji.", "Pereżempju, klawsola 3, li titkellem dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza, qed issemmi tliet punti li huma kardinali fil-proċess kriminali.", "Jien nifhem li ġaladarba għandna din id-Direttiva, irridu nassiguraw li din tiġi trasposta fil-Kodiċi Kriminali ta' Malta, però l-preżunzjoni tal-innoċenza huwa dritt sanċit mill-Kostituzzjoni tagħna.", "Fil-fatt il-Kostituzzjoni tagħna dejjem assigurat li jkun hemm il-preżunzjoni tal-innoċenza, u din hija xi ħaġa li hija għal qalbna ħafna tant li maż-żminijiet għamilna diversi emendi importanti li komplew isaħħu dan id-dritt.", "Pereżempju, ta' min ifakkar li anke riċentement kellna dibattiti kbar dwar id-dritt tal-preżenza t'avukat u ftit ilu, f'każ relatat ma' proċeduri fil-konfront ta' persuni akkużati bi ksur tar-regoli dwar is-sanità - minkejja li din kienet kważi xi ħaġa amministrattiva għax kienet tikkonċerna awtorità governattiva li marret tagħmel inspection f'ħanut fuq il-prodotti li jbigħ - tqanqlet il-kwestjoni tal-preżenza tal-avukat u fuq li wieħed għandu jikkonsulta mal-avukat.", "Dawn huma realtajiet li jseħħu f'pajjiżna għax il-qrati tagħna, jiddeċiedu kif jiddeċiedu, dejjem iżommu f'moħħhom il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, li aktar ma jgħaddi żmien aktar qiegħed dejjem jiġi msaħħaħ.", "Il-qrati tagħna tant kienu dejjem custodians b'saħħithom ta' dan id-dritt daqstant importanti li l-mod kif jaħdem il-proċess kriminali huwa dejjem ibbażat fuq il-preżunzjoni tal-innoċenza, hekk kif inhu bbażat ukoll fuq l-oneru tal-prova, jiġifieri fuq il-bżonn li min jakkuża jrid iġib il-prova.", "Għalhekk kif għedt diġà, filwaqt li jien nifhem li llum l-Unjoni Ewropea qisha qed tibgħat il-messaġġ li fi kwestjonijiet ta' ġustizzja kriminali, il-liġijiet għandhom ikunu ftit aktar konsonanti ma' xulxin u qed tenfasizza fuq il-ħtieġa li fil-kodiċijiet kollha jkun hemm riferenza għal dawn il-prinċipji, fil-każ tagħna aħna dejjem ħarisna lejn dawn il-prinċipji b'saħħa kbira u b'żelu kbir.", "Tant hu hekk li anke f'sitwazzjonijiet fejn l-akkużat irid iġib xi forma ta' prova, il-grad ta' prova li jġib l-imputat dejjem kien meqjus ferm anqas minn dak li trid iġġib il-prosekuzzjoni, u allura l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed ikompli jsaħħaħ dak li dejjem twettaq.", "Parti minn dan l-Abbozz ta' Liġi li hija interessanti ħafna hija dik fejn għandek ir-riferenzi pubbliċi għall-ħtija.", "Kif semmew anke l-kelliema ta' qabli, matul iż-żminijiet kien hemm sitwazzjonijiet ta' kontroversja, b'mod partikolari dwar safejn għandek tasal meta jkollok xi reati li jkunu seħħew u dwar min ikun responsabbli li jagħmel statements pubbliċi fuq l-arresti li jkunu seħħew.", "Kif intqal, il-pubbliku għandu jkun informat meta jseħħu reati gravi li għalihom ikun hemm interess qawwi min-naħa tan-nies u ġaladarba l-forzi tal-ordni jkunu għamlu xogħolhom wieħed jifhem ukoll li hemm l-obbligu li wieħed jgħarraf li saret investigazzjoni li wasslet għal xi arresti.", "Madanakollu mbagħad inti dejjem għandek dan il-fine line safejn tista' tasal, kif ċerti dikjarazzjonijiet se jkunu qed jaffettwaw lin-nies u kif se tassigura li dawk id-dikjarazzjonijiet bl-ebda mod ma jaffettwaw dak id-dritt li aħna dejjem ħarisna, ċjoè l-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Imbagħad artiklu 366D kif propost fi klawsola 3 jsemmi kwestjonijiet oħra importanti, fosthom kif dawk li jkunu ġew mixlija b'xi reat għandhom jippreżentaw irwieħhom quddiem il-qrati.", "Pereżempju, fost affarijiet oħra dan l-artiklu jsemmi li persuni suspettati u akkużati m'għandhomx jiġu ppreżentati bħala ħatja fil-qorti jew fil-pubbliku permezz tal-użu ta' trażżin fiżiku.", "Issa filwaqt li dan huwa tajjeb, mill-banda l-oħra huwa importanti li dak li jkun qed iressaq lill-persuna suspettata jew akkużata l-qorti jassigura li lil min qed iressaq ma jaħrablux!", "Għalhekk fl-aħħar mill-aħħar x'inhu l-punt tiegħi?", "Il-punt tiegħi hu li trid tara li dejjem iżżomm dak il-bilanċ favur il-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Naturalment l-istess ħaġa tapplika dwar id-dritt tas-silenzju li jorbot ma' diversi drittijiet li għamilt riferenza għalihom aktar kmieni.", "Sinjura President, bidla importanti ħafna hija dik li qed issir fi klawsola 4 fejn qed ngħidu li issa l-Avukat Ġenerali se jkun jista' jappella lill-Qorti tal-Appell kontra liberazzjoni jew sejba żbaljata ta' ħtija fuq l-att ta' akkuża, fuq parti minnha jew kontra s-sentenza mogħtija sakemm is-sentenza ma tkunx waħda stabbilita mil-liġi.", "Issa anke fil-qasam kriminali, jiġifieri fil-grad tal-qrati superjuri, għandek id-dritt tal-appell tal-Avukat Ġenerali, li hija wkoll bidla importanti.", "Maż-żmenijiet kienet tinqala' l-kwestjoni dwar jekk għandux ikun hemm appell mill-ġuri jew le jew inkella jekk ix-xogħol tal-ġurati għandux iwassal biex ikollok appell.", "Però fis-snin l-imgħoddija saru diversi riformi f'dan ir-rigward u llum qiegħda ssir din il-bidla importanti ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mar-rwol tal-Avukat Ġenerali.", "Bidla importanti oħra li qed issir hija dik dwar is-sentenzi in absentia li jingħataw fil-Qorti Kriminali, però hawn huwa tajjeb li wieħed jispjega dak li qed jiġi propost ħalli wieħed ma jaħrabx b'ideat żbaljati.", "Ta' min jgħid li, skont artiklu 370 tal-Kodiċi Kriminali, il-possibbiltà li jkollok proċeduri in absentia tapplika biss għal:", "\"(a) il-kontravvenzjonijiet kollha msemmijin f'dan il-Kodiċi;", "(b) id-delitti msemmijin f'dan il-Kodiċi meta jaqgħu taħt il-pieni tal-kontravvenzjonijiet, jew tal-multa, jew tal-priġunerija għal żmien mhux aktar minn sentejn biż-żieda jew mingħajrha tal-multa jew tal-interdizzjoni;", "(ċ) ir-reati kollha ikkontemplati f'liġijiet oħra meta jaqgħu taħt il-pieni msemmijin fil-paragrafu ta' qabel dan, jekk il-liġi ma tkunx tiddisponi xort'oħra.\".", "Dan ifisser li hawnhekk qed nitkellmu dwar dawk li huma msejħa bħala \"kawżi sommarji\".", "Din hija bidla li tirrappreżenta bidla oħra li qed isseħħ fis-soċjetà.", "Illum meta wieħed iħares lejn ix-xogħol li għandha l-Pulizija f'diversi oqsma, fosthom lejn ix-xogħol li għandha l-Pulizija quddiem il-qrati, jinnota n-numru dejjem jikber ta' nies li jiġu akkużati u li mhumiex Maltin.", "Għalhekk waħda mill-isfidi kbar li qed issib il-Pulizija llum hija l-kwestjoni tan-notifika.", "Pereżempju, ejjew ngħidu li ġie xi ħadd f'pajjiżna mis-Slovenja, kellu inċident minuri u telaq minn Malta meta kien għadu ma ġiex notifikat.", "Issa kif għedt diġà, dan kien inċident minuri, jiġifieri dan l-individwu ma kienx involut f'dak it-tip ta' reat fejn il-Pulizija kienet se tmur tarrestah.", "Allura f'dan il-każ il-Pulizija kif se tinnotifikah?", "Illum għandna wkoll realtajiet ġodda dwar reati li huma relatati mal-qasam tax-xogħol, dwar reati li huma relatati mal-health and safety u ma' kwestjonijiet ta' taxxa għax xi kultant min ikun se jmexxi l-prosekuzzjoni ma jkunx jaf kif se jinnotifika lil dak li jkun.", "Però biex inżomm id-diskors tiegħi marbut mal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, irrid ngħid li l-fatt li issa tista' tinstema' kawża kriminali in absentia jfisser li min qabel kien jipprova jtawwal dawn il-proċeduri billi ma jidhirx quddiem il-qorti, issa għandu avviż importanti li hawnhekk ġejja bidla radikali oħra li se twassal biex min ikun ġie notifikat u ma jidhirx quddiem il-qorti għax ikun ħatar avukat biex jidher għan-nom tiegħu, il-proċeduri jistgħu jimxu mingħajr il-preżenza tiegħu.", "Li naħseb li huwa tajjeb li jsir huwa li jekk se jkun hemm in-notifika tas-sentenza biex l-imputat ikun jista' jappella, forsi għandu jiġi ċċarat x'tip ta' notifika wieħed irid jagħmel jew x'tip ta' proċedura tkun qed tiġi segwita sabiex ma jkunx hemm nuqqas ta' kjarezza dwar din il-proċedura.", "Madanakollu, Sinjura President, fl-aħħar mill-aħħar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum ikompli jikkonferma l-ħtieġa li jkollna aġġornament regolari u kontinwu tal-proċeduri u tax-xogħol li jkun qed isir quddiem il-qrati u li jkun qed jinbidel minn żmien għal żmien għax wara kollox is-soċjetà tagħna wkoll qiegħda tinbidel.", "Għalhekk huwa meħtieġ li l-proċess tal-qrati tagħna jkun dejjem aktar effiċjenti u li n-nies kollha li huma responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja jkollhom l-għodod neċessarji biex l-affarijiet jimxu bl-aktar mod effiċjenti.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sinjura President, nibda billi ngħid li l-Oppożizzjoni taqbel mal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, ċjoè mal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija).", "Dan għaliex aħna l-Membri tal-Oppożizzjoni nemmnu li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nkunu nistgħu ngħinu aktar persuni li huma vittmi tad-droga u ta' sustanzi oħra.", "Fl-aħħar mill-aħħar dan hu l-għan prinċipali tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna; li nnaqqsu l-użu illeċitu ta' diversi drogi.", "Naħseb li nkun qed nagħmel statement ġust jekk ngħid li l-problema tad-droga żdiedet f'pajjiżna, bħalma żdiedet madwar id-dinja kollha.", "Hemm min jabbuża ftit mid-droga, hemm min jabbuża ħafna mid-droga, hemm min jittraffikaha, hemm min jużaha għall-użu personali tiegħu jew tagħha, hemm min jagħmel użu mill-hekk imsejħa \"hard drugs\" u hemm min jagħmel użu mill-hekk imsejħa \"soft drugs\" eċċ. Hi x'inhi s-sitwazzjoni, huwa pass pożittiv li dan il-Parlament ħass li għandu jagħti prijorità lil dan il-qasam għax kif irrimarkaw il-kelliema ta' qabli, id-droga f'pajjiżna qed tħalli kemm impatt soċjali kif ukoll fuq is-saħħa, u għalhekk qed taffettwa lis-soċjetà preżenti u futura tagħna.", "Jien naqbel mal-Ministru meta qal li l-vizzju tad-droga m'għandux fruntieri għax kulħadd jista' jaqa' għal dan il-vizzju; iż-żgħar u l-kbar, ġejjin mil-liema klassi soċjali ġejjin.", "Fil-fatt kien għalhekk li ħassejna li għandna nressqu dawn l-emendi f'dan il-Parlament; biex nindirizzaw din il-problema.", "Ma nistgħux ma nindirizzawx din il-problema, Sinjura President, jekk ma nindirizzawx ir-riabilitazzjoni ta' dawk li għaddejjin minn dan il-vizzju b'mod serju u li jwassal għal riżultati.", "L-ewwel nett huwa importanti li l-vittmi tad-droga jkunu trattati b'mod xieraq u li l-postijiet ta' riabilitazzjoni jkunu nodfa u miżmumin b'tali mod li min imur fihom ikun jista' jiġi kkurat bid-dinjità li tixraqlu.", "Hawnhekk ma nistax ma nirreferix għall-Isptar Monte Carmeli li għandu ward sabiex fiha jiġu ttrattati persuni bil-vizzju tad-droga.", "Irridu nassiguraw li hemmhekk tkun qed tingħata l-aħjar kura li twassal għar-riżultati ħalli kemm jista' jkun huma joħorġu minn hemmhekk clean u mhux joħorġu agħar milli jkunu daħlu.", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li nagħmlu l-emendi u l-liġijiet, jien nibqa' nisħaq li hemm bżonn naraw ukoll ir-riżultati.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-għan tagħna l-Membri Parlamentari għandu jkun dak li permezz tal-liġijiet li nagħmlu, is-soċjetà tagħna ta' għada tkun aħjar minn dik tal-lum.", "Però biex naslu għal dan hemm bżonn li anke f'dan il-qasam inkunu proattivi u nindirizzaw il-problemi b'reqqa u b'ġustizzja.", "Huwa veru li xi kultant il-problemi li jeżistu fil-qasam tad-droga jidhru li huma ta' sfida kbira.", "Xi kultant in-numri li tisma' ta' persuni li jabbużaw mid-droga wkoll jaqtgħulek qalbek, u anke meta tara kemm qed jiżdied in-numru ta' persuni li qed jaqbdu l-vizzju tad-droga bilfors li tinkwieta, imma allura aktar u aktar jikber il-bżonn li naraw kif se naħdmu flimkien biex noħolqu sitwazzjoni li toffri kura, li toffri servizzi, li toffri għajnuna soċjali u li toffri għajnuna anke f'dik li hi saħħa.", "Huwa importanti ħafna li kull min jabbuża mid-droga jsib il-liġi li qed nagħmlu llum ta' għajnuna biex joħroġ minn dan il-vizzju u biex is-soċjetà taċċettah lura fi ħdanha bl ebda marka fil-kondotta tiegħu u bl-ebda sitwazzjoni li tħammarlu wiċċu.", "B'hekk dawn il-vittmi jkunu jistgħu jserrħu moħħhom li mhux se jmorru jfittxu mpjieg biex jintegraw lura fis-soċjetà u jsibu marka li minflok tgħinhom isibu dak li jkunu qed ifittxu, titfagħhom fi żvantaġġ.", "Però jien ninsab ċert li b'dawn l-emendi li qed nagħmlu se nkunu nistgħu nħarsu 'l quddiem u noffru futur aħjar lil dawn il-persuni.", "Issa, Sinjura President, bħala kelliem għas-saħħa nixtieq nitkellem ukoll fuq dawk il-liġijiet li għaddejna minn dan il-Parlament ftit tax-xhur ilu u li kienu jirrigwardaw l-użu tal-kannabis u tal-marijuana bħala mediċina.", "Din il-Kamra qablet b'mod unanimu fuq l-użu mediċinali tal-kannabis fid-diversi forom tagħha għal min għandu verament bżonn.", "Madanakollu anke meta nħarsu lejn l-użu mediċinali tal-kannabis, issa rridu nassiguraw li ma jsirx użu ħażin minn dawn il-mediċini; la min-naħa tal-pazjent li jkun qed ibati minn uġigħ kbir … Għax naturalment meta l-pazjent ma jkunx qed jirnexxilu jistrieħ xi ftit bil-mediċini konvenzjonali li normalment jingħataw, jista' jkun hemm lok li dan, f'mument ta' disprament, jispiċċa jabbuża minn dawn il-mediċini.", "Għalhekk il-liġijiet ta' pajjiżna għandhom iħarsu kontra dawn l-abbużi, fosthom kontra l-abbużi li jsiru minn min jippreskrivi dawn il-mediċini, li ħafna drabi jkunu tobba u speċjalisti.", "Qed ngħid dan għax inħoss li ġaladarba aħna għad m'għandniex l-esperjenza meħtieġa fl-użu ta' dawn il-mediċini, irridu nkunu ċari u serji u nimxu mal-protokolli li jeżistu biex ma jkunx hemm min jabbuża minn dawn il-mediċini, li sa ftit xhur ilu kienu jintużaw biss b'mod illegali.", "Għandna nassiguraw ukoll li jkollna suq regolat li jara li l-prodotti li nimportaw ikunu ta' kwalità tajba ħalli dawn iwasslu għal kura medika tajba, għall-aħjar trattament u għall-aħjar ħarsien tas-saħħa.", "Bħalissa f'pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn dawn il-prodotti jiġu importati permezz tal-internet jew inkella permezz ta' terzi persuni, u meta wieħed jiltaqa' ma' sitwazzjonijiet bħal dawn jinnota li minbarra li dawn il-prodotti jiswew ħafna flus, mhumiex prodotti ta' livell terapewtiku u tal-kwalità li tixraq lill-pazjenta li tkun qed tiġi ttrattata.", "Sitwazzjonijiet bħal dawn ukoll jissejħu abbużi għax xi ħadd ikun qed jidħak b'xi ħadd, u għalhekk huwa importanti li jkun hemm l-assigurazzjoni li dawn il-prodotti huma regolati u huma ta' ċerta kwalità.", "Sinjura President, jien nieħu pjaċir nara li qed inkunu ġusti ma' dawk il-persuni li għandhom il-vizzju tad-droga u li jixtru d-droga għall-użu personali tagħhom u mhux għat-traffikar għax kif intqal diġà matul dan id-dibattitu, dawn il-persuni għajnuna għandhom bżonn.", "Min-naħa l-oħra rridu noqogħdu attenti li dan ma jkunx il-bidu għal triq li twassal biex jitkissru l-familji u biex dawn il-persuni jaraw il-futur tagħhom inċert u bla skop.", "Għalhekk filwaqt li jien m'għandix dubju li dawn il-liġijiet li qed ngħaddu qegħdin iwasslu biex is-soċjetà tagħna tindirizza l-problema tad-droga li għandna f'pajjiżna, għandna nassiguraw ukoll li l-għan prinċipali ta' dawn il-liġijiet iwassal sabiex eventwalment inkunu nistgħu nsaħħu s-sistemi tagħna fil-qasam soċjali, fil-qasam tas-servizzi u fil-qasam tas-saħħa u permezz tar-riżultati li niksbu ngħinu lis-soċjetà tagħna tegħleb dawn il-vizzji u ssir soċjetà aktar b'saħħitha.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nibda biex nirringrazzja lill-kelliema kollha li għamlu l-intervent tagħhom matul dan id-dibattitu, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Ftit tal-minuti ilu l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna donnu is stating the obvious, u fil-fatt huwa proprju minħabba f'hekk li ddeċidejt li nagħmel dan l-intervent qasir; biex nispjega aħjar għalfejn dan l-Abbozz ta' Liġi qed jitressaq.", "Fil-verità aħna qed inressqu dan l-Abbozz ta' Liġi llum minħabba li l-Unjoni Ewropea ħarġet direttiva li għandha diversi għanijiet.", "Madanakollu aħna m'aħniex obbligati li napplikaw il-liġi Ewropea fit-totalità tagħha, jiġifieri l-importanti huwa li pajjiżna jilħaq dawk l-għanijiet, imma biex jilħaq dawk l-għanijiet ma jridx neċessarjament jimxi skont dak li tgħid l-Unjoni Ewropea.", "Wara kollox, bħalma qal tajjeb l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, ħafna minn dawn id-drittijiet proċedurali diġà jeżistu fil-Kodiċi Kriminali ta' Malta.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex avukat; wisq anqas avukat tal-kriminal, però peress li din id-direttiva għaddiet mill-Parlament Ewropew fl-istess żmien li jien kont naħdem hemmhekk, bejn wieħed u ieħor naf x'qed tgħid din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea u allura xtaqt nipparteċipa f'dan id-dibattitu biex nispjega kif l-Unjoni Ewropea tħares lejn dan il-qasam.", "Fl-istess ħin b'hekk inkun qed nirrispondi wkoll għal min jistaqsi għalfejn qed jitressaq l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum u għalfejn l-Unjoni Ewropea qed tobbligana niġu in line ma' din id-direttiva.", "Fil-verità, bħalma kont qed ngħid qabel, ħafna minn dawn id-drittijiet proċedurali diġà jeżistu fil-liġi Maltija, però l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Strasbourg osservat li mhux kull pajjiż mit-48 pajjiż li hemm fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem qed josserva dawn id-drittijiet proċedurali.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea qed tibża' li maż-żmien jista' jkun li jkun hemm xi stat membru tal-Unjoni Ewropea li, pereżempju, ma jirrikonoxxix sentenzi ta' qrati kriminali ta' stat membru ieħor.", "Allura biex tiżdied il-fiduċja bejn is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tal-istati membri, li llum jammontaw għal 28, u jekk jitlaq ir-Renju Unit jiġu jammontaw għal 27, qed tagħmel din id-direttiva.", "Issa meta tiġi direttiva bħal din quddiem avukati miż-żewġ naħat tal-Kamra li għandhom esperjenza twila fil-professjoni tagħhom huwa normali li dawn se jaraw ċerti prinċipji ovvji li Malta ilha ħafna tosservahom tant li, kif qalilna l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, qegħdin saħansitra entrenched fil-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Ta' min jgħid li wieħed mill-għanijiet ta' din id-direttiva huwa li jkun hemm rikonoxximent reċiproku bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fuq deċiżjonijiet ġudizzjarji li jiġu meħuda f'kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Ejjew nieħdu aspett minnhom biex dak li jkun jifhimni aħjar; il-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Minkejja li l-preżunzjoni tal-innoċenza hija garantita mil-liġijiet internazzjonali, mil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minn numru ta' pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea xorta qed tipprova tindirizza d-differenzi li jeżistu bejn il-liġijiet ta' kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea, speċjalment wara li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Strasbourg innotat li bejn l-2007 u l-2012 kien hemm 26 ksur ta' preżunzjoni tal-innoċenza u drittijiet relatati, u allura issa hi qed tipprova ġġiegħel lil kull stat membru tal-Unjoni Ewropea josserva dan il-prinċipju li huwa daqstant bażiku u fundamentali fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Sinjura President, kif kont qed ngħid u kif anke qalu l-kelliema ta' qabli, il-preżunzjoni tal-innoċenza huwa prinċipju legali fundamentali u essenzjali għal proċess ġust fil-qrati kriminali.", "Bħala tali, dan id-dritt huwa stabbilit fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.", "Il-preżunzjoni tal-innoċenza hija wkoll relatata mill-qrib ma' drittijiet proċedurali oħra, bħal pereżempju, mad-dritt tas-silenzju, li tkellem ħafna dwaru l-kollega tiegħi l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, id-dritt li l-akkużat ma jinkriminax lilu nnifsu, id-dritt li l-akkużat ma jikkooperax kif ukoll id-dritt li l-akkużat ikun preżenti waqt il-proċess kollu.", "Fl-Unjoni Ewropea d-drittijiet proċedurali huma meqjusa bħala strumentali biex tiżdied il-fiduċja reċiproka bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk dawn id-drittijiet huma indispensabbli għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda minn kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici qal li fl-2009, fiż-żmien li kien il-Ministru responsabbli mill-ġustizzja u l-intern, huwa kien ta parir illi l-proposti li kienet ħarġet il-Kummissjoni Ewropea - ta' min ifakkar li l-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea ta' dak iż-żmien kien il-Franċiż Jacques Barrot – m'għandhomx joħorġu kollha f'korp għax inkella l-Unjoni Ewropea jkollha tiddeċiedi kollox f'korp.", "Kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici stess, hu u numru ta' stati membri oħrajn taw parir illi din l-issue tiġi indirizzata mod ieħor u fil-fatt minflok ma ħarġu l-proposti kollha f'korp, imxew pass pass u għamlu strateġija gradwali, speċjalment fir-rigward tal-istabbiltà tad-drittijiet ta' suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali.", "Hawnhekk jien qed nitkellem fuq il-pjan direzzjonali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet proċedurali tal-2009.", "Sinjura President, għalkemm fil-liġijiet nazzjonali tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea u anke fil-liġijiet internazzjonali jeżistu diversi salvagwardji biex jipproteġu l-preżunzjoni tal-innoċenza u drittijiet relatati, milli jidher kien hemm ksur numeruż fil-prattika ta' dawn id-drittijiet fil-pajjiżi Ewropej.", "Għal din ir-raġuni, f'Marzu tal-2016 il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill tal-Ministri ħasbu biex joħorġu din il-proposta legali.", "Ta' min jgħid li din il-liġi, li kienet ibbażata fuq subartiklu (2) t'artiklu 82 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, tistabbilixxi l-istandards minimi ta' dawn id-drittijiet proċedurali.", "Meta l-Kummissjoni Ewropea ħarġet din il-proposta fl-2013, hija kienet ipproponietha ma' żewġ proposti oħra; waħda dwar is-salvagwardji proċedurali għal tfal suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali u l-oħra dwar id-dritt għall-għajnuna legali, imma mbagħad laħqu għaddew sentejn u nofs jew tliet snin oħra sakemm il-Kummissjoni Ewropea ħadet deċiżjoni dwar din il-proposta flimkien mal-Kunsill tal-Ministri u mal-Parlament Ewropew.", "F'Marzu tal-2015 il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) tal-Parlament Ewropew kien addotta rapport ċar daqs il-kristall dwar l-oneru tal-prova u qal li l-oneru tal-prova għandu jkun dejjem f'idejn il-prosekuzzjoni u mhux fuq spallejn l-akkużat.", "Dan ir-rapport saħħaħ il-formolazzjoni tad-dritt li l-akkużat ma jinkriminax lilu nnifsu u li għandu dritt ma jikkooperax imma jibqa' sieket filwaqt li ddikjara li kwalunkwe evidenza miksuba bi ksur ta' dawn id-drittijiet għandha tiġi ddikjarata inammissibbli.", "Ir-rapport kien jgħid ukoll li l-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jibqa' sieket jew ma jinkriminax ruħu m'għandux jintuża kontra l-persuna suspettata jew akkużata u fih innifsu m'għandux jitqies bħala evidenza li l-persuna konċernata tkun wettqet ir-reat kriminali konċernat.", "Barra minn hekk, huwa pprojbixxa b'mod espliċitu li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bħalma huma, pereżempju, il-forzi tal-Pulizija, jisforzaw lill-individwu li jkun suspettat jew akkużat biex jagħmel xi dikjarazzjoni jew iwieġeb għal ċerti mistoqsijiet.", "Kif qalu l-kelliema ta' qabli, Sinjura President, l-iżvelar mill-midja ta' informazzjoni dwar il-proċedimenti li jkunu għaddejjin f'dak il-mument jista' jdgħajjef il-preżunzjoni tal-innoċenza, u allura dan għandu jkun ipprojbit.", "Barra minn hekk l-istati membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw preżentazzjoni xierqa tal-persuna sabiex ma tinħoloqx impressjoni ta' ħtija, u għal dan il-għan ġew introdotti restrizzjonijiet addizzjonali għall-provi in absentia u saret riferenza espressa għall-individwi li jkunu suspettati jew akkużati waqt l-interrogazzjoni.", "Id-dritt ta' proċess ġust f'każijiet kriminali huwa wieħed mill-prinċipji bażiċi f'soċjetà demokratika, u d-dritt ta' persuni suspettati jew akkużati li jkunu preżenti waqt il-proċess huwa proprju bbażat fuq dan id-dritt bażiku li għandu jiġi żgurat fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Fil-konklużjoni tal-intervent tiegħi nixtieq nerġa' nagħmilha ċara li llum qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna proprju minħabba li l-Unjoni Ewropea għandha l-għan li ssaħħaħ il-fiduċja bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea fis-sistema ġudizzjarja kriminali ta' xulxin għax b'hekk tkun tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fi kwestjonijiet kriminali.", "Dawn ir-regoli jistabbilixxu bażi minima komuni; dik illi jneħħu ċerti ostakli għall-moviment ħieles taċ-ċittadini fit-territorji kollha tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sinjura President, il-maġġoranza tal-Membri Parlamentari li tkellmu qabli f'dan id-dibattitu tkellmu mill-aspett legali, u allura jien ħsibt li matul l-intervent tiegħi għandi nitkellem minn aspett kompletament differenti, li huwa l-aspett mediku.", "L-ewwel nett irrid ngħid li jien naqbel illi għandna nħarsu lejn dawk li għal xi raġuni jew oħra jirrikorru għall-użu personali tad-droga bħala persuni li qegħdin isofru minn marda li twassal għal addiction.", "Għaldaqstant għandna nħarsu lejhom aktar bħala vittmi ta' traffikanti tad-droga li l-għan tagħhom hu biss li jaqilgħu l-flus mill-aktar membri dgħajfa tas-soċjetà.", "Meta nitkellmu fuq addiction ftit jirrealizzaw li l-aktar żewġ sustanzi użati u komuni li jwasslu għall-addiction huma t-tabakk u l-alkoħol.", "Illum is-soċjetà tagħna aċċettat dawn il-vizzji, u dan minkejja l-ħsara kbira li jagħmlu fuq is-saħħa ta' min jikkonsmahom, biex ma nsemmix ukoll il-piż kbir li t-tabakk u l-alkoħol ipoġġu fuq is-sistemi tal-welfare u tas-saħħa.", "Imbagħad xi ngħidu għall-konsegwenzi li dawn il-vizzji jġorru fuq il-membri l-oħra tal-familja u fuq is-soċjetà inġenerali?", "Għalhekk għandna nħarsu lejn in-nies li għandhom dawn il-vizzji bħala persuni li għandhom bżonn l-għajnuna tas-soċjetà, bħal kull mard ieħor.", "Sa ċertu punt la t-tipjip u lanqas l-abbuż mix-xorb ma jġibu konsegwenzi legali lil min jabbuża minnhom.", "Lanqas ma nistgħu nqabblu l-ħsara li jġib it-tipjip jew l-użu eċċessiv tax-xorb mal-ħsara li l-abbuż mid-droga jġib miegħu.", "Għaldaqstant bħala tabiba nixtieq nagħmel riferenza aktar dettaljata dwar il-ħsara li l-użu tad-droga ġġib fuq min jużaha.", "Prattikament bħalma kull pakkett tas-sigaretti jġorr twissija ċara dwar il-perikli għas-saħħa u jsiru kampanji dwar il-ħsara li ssir lis-saħħa minn xorb alkoħoliku eċċessiv, jiena nemmen li l-istess għandna nagħmlu fir-rigward tad-droga, u kampanji edukattivi bħal dawn għandna nibdew nindirizzawhom anke għal tfal minn età tenera.", "Xtaqt insemmi ftit eżempji dwar l-effetti tal-marijuana għax ħafna għandhom l-impressjoni li l-effetti ta' din id-droga huma minimi.", "Ġeneralment, Sinjura President, kull min jibda jesperimenta bid-droga jibda billi juża l-kannabis jew il-marijuana sakemm bil-mod il-mod jibda jitħajjar imur għal użu ta' droga aktar qawwija u allura aktar perikoluża.", "Madanakollu dan ma jfissirx li l-użu tal-kannabis għal skop rikreattiv huwa mingħajr periklu, u fil-fatt jiena għalhekk ħassejt li fl-intervent tiegħi kelli nitkellem fuq dan l-aspett.", "L-effetti tal-użu tal-kannabis għal skop rikreattiv jikkawża ħsara li nistgħu naqsmuha f'żewġ kategoriji; hemm dawk l-effetti li jippersistu biss għal żmien qasir u li allura aħna nsejħulhom \"effetti tranżitorji\", però mbagħad hemm ukoll effetti oħra aktar serji li jippersistu għal tul ta' żmien tant li saħansitra jistgħu jħallu effetti permanenti fuq min jużahom, fuq il-familja tiegħu u f'ċerti każi jistgħu jiġu trasmessi anke lill-ġenerazzjonijiet ta' warajh.", "Se nsemmi x'inhuma l-effetti li normalment jippersistu għal żmien qasir.", "Nibda bid-diffikultà biex jiftakru u nuqqas ta' memorja li jwassal biex studenti jbatu fl-istudji tagħhom fejn hemm bżonn ta' memorja tajba biex jibqgħu jiftakru dak li jkunu tgħallmu u studjaw.", "Effett ieħor huwa dak ta' ansjetà u paranoia waqt il-fażi tal-adolexxenza, li hu stat kritiku tal-ħajja meta persuna tkun qiegħda tifforma l-personalità kif ukoll il-karattru tagħha u meta tkun qiegħda tibda tibni relazzjonijiet ma' adoloxxenti oħra tamparha.", "L-użu tal-marijuana jista' jwassal ukoll għal bidla fil-karattru tal-persuna, tant li ma jibdewx iġibu ruħhom tajjeb ma' sħabhom u ma' qrabathom.", "Jista' jkun hemm ukoll alluċinazzjonijiet fejn jibdew jimmaġinaw li qed jaraw, jisimgħu jew ixommu rwejjaħ li fil-verità ma jkunux jeżistu tant li ma jkunux kapaċi jiddistingwu bejn ir-realtà u l-immaġinazzjoni.", "Jista' jkun hemm ukoll attakki ta' paniku meta dawn il-persuni ma jibqgħux kapaċi jiddistingwu l-identità tagħhom.", "Jonqsulhom ir-riflessi.", "Ir-ritmu tat-taħbit ta' qalbhom iżid b'tali mod li hemm iżjed ċans li ma jorqdux jew, agħar minn hekk, iwassal għal attakk tal-qalb jew puplesija.", "Hemm ukoll iċ-ċans li jaqgħu f'dipressjoni.", "Barra minn hekk, jista' jkollhom ukoll problemi ta' koordinazzjoni li ma jħalluhomx isuqu l-vetturi bil-galbu jew inkella li jilagħbu ċertu sport.", "Minn studji li saru nstab li numru sinifikanti ta' aċċidenti tat-traffiku fatali twettqu minn persuni li kienu jabbużaw mid-droga, fosthom minn dawk li kienu jieħdu l-kannabis jew il-marijuana regolarment.", "Dan b'riżultat tal-fatt li r-riflessi tagħhom jitmewtu u allura r-reazzjoni f'każ ta' manuvrar tal-vettura f'sitwazzjoni ta' emerġenza ma tkunx fil-ħin bħal dik ta' sewwieqa oħra li qatt ma jkunu missew mad-droga.", "L-irġiel ikollhom problemi ta' erezzjoni waqt l-att sesswali.", "Ġie pprovat ukoll li l-użu tal-marijuana, anki f'ammonti żgħar, jista' jikkawża jew jikkontribwixxi għall-infertilità peress li l-użu fit-tul jagħmel ħsara fuq l-isperma.", "Fin-nisa l-użu tal-kannabis iwassal sew għal bidliet fiżjoloġiċi kif ukoll għal bidliet fil-livelli ormonali.", "Ġie pprovat ukoll li nisa li jużaw il-kannabis regolarment għandhom seba' darbiet aktar probabbiltà min-normal li jieħdu mard sesswali minħabba t-tnaqqis tal-inibizzjoni.", "Il-kannabis hija waħda mill-ftit drogi li tħalli effetti anke waqt id-diviżjoni taċ-ċelloli tal-bniedem u li allura tista' twassal għal anomaliji fiċ-ċelloli l-ġodda.", "Dan iżid il-periklu li n-nisa li jieħdu l-kannabis, sew viċin jew, agħar minn hekk, waqt it-tqala, iżidu r-riskju li jkollhom trabi b'difetti ereditarji u b'mard mentali kif ukoll ikabbar il-probabbiltà li jiżviluppaw mard serju u fatali bħal lewkimja tul ħajjithom, speċjalment waqt l-infanzja.", "Normalment dawn it-trabi jitwieldu qabel iż-żmien u jkollhom piż baxx.", "Dan iwassal biex meta jikbru dawn it-trabi jsibuha aktar diffiċli biex jikkonċentraw u jlaħħqu mal-ħajja meta tqabbilhom ma' tfal oħra mwielda minn ommijiet li qatt ma jkunu abbużaw mid-droga.", "Effetti oħra li jistgħu jesperjenzaw dawk li jkunu ilhom jieħdu l-kannabis fil-tul, speċjalment meta jkunu bdew jużawha fi żmien il-pubertà, huma dawn.", "Ikun hemm tnaqqis tal-IQ b'madwar tmien punti, bir-riżultat li jaqgħu lura fl-iskola.", "Hemm ukoll ċans akbar li dawn ma jispiċċawx l-iskola jew inkella li ma jkompluhiex hekk kif jilħqu l-età obbligatorja.", "Ġie kkonstatat li dawn ma jkunux kapaċi jaħsbu u jsolvu l-problemi li jkollhom jiffaċċjaw, anke meta dawn ma jkunux komplessi.", "Dan iwassal għal nuqqas ta' stima u kunfidenza fihom infushom u jwassal ukoll biex iħossuhom dejjem inferjuri meta mqabbla ma' sħabhom bir-riżultat li qatt ma jkunu kuntenti f'ħajjithom.", "Instab ukoll li 9% tal-adulti li jieħdu l-kannabis u 17% taż-żgħażagħ li jibdew ipejpu l-kannabis qabel ma jilħqu l-età tal-pubertà jsiru dipendenti fuq din id-droga jekk jeħduha għal aktar minn sentejn.", "Dan minbarra li aktar tard tikber il-probabbiltà li jabbużaw u jsiru dipendenti minn drogi iżjed qawwija, bħall-eroina.", "Din l-addiction twassal biex dawn il-persuni jsiru vittmi u jkunu lesti jwettqu atti kriminali, bħal serq jew prostituzzjoni, biex jiffinanzjaw dan il-vizzju.", "Meta jaslu f'dan l-istadju titkisser u tispiċċa kull forma ta' relazzjoni ma' sħabhom u mal-familji tagħhom.", "Dan iwassal ukoll għall-vjolenza domestika.", "It-teħid tal-kannabis u ta' droga oħra jħalli riperkussjonijiet anke fuq il-membri tal-familja.", "L-għan ta' kull min ikun addicted għad-droga jsir wieħed biss; dak li jiffinanzja l-vizzju akkost ta' kollox.", "Għalhekk dawk li jgħixu magħhom ma jħossuhomx aktar siguri ġewwa djarhom tant li jkollhom isakkru l-flus jew jaħbu oġġetti ta' valur f'post sikur għax ikunu jafu li minn ħin għal ieħor jistgħu jiġu misruqa minn qrabathom stess biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw il-vizzju.", "Sfortunatament dawn il-vittmi jkunu lesti jagħmlu minn kollox, imbasta jkollhom biżżejjed flus biex jixtru d-droga.", "Meta ma jsibux il-flus imorru jiddejnu bir-riżultat li jfaqqru lill-ġenituri tagħhom għax dawn, biex jissalvagwardjaw lil uliedhom, jispiċċaw iħallsulhom id-dejn huma stess.", "Dawn l-effetti kollha jwasslu biex il-maġġoranza ta' dawk li jieħdu l-kannabis jew droga oħra jitilfu l-post tax-xogħol li jkollhom, jew agħar minn hekk, ma jsibux xogħol tajjeb bir-riżultat li ħafna minnhom jispiċċaw f'diffikultajiet finanzjarji u problemi aktar serji mal-awtoritajiet.", "Dan kollu jkompli jitfa' piż kbir fuq is-sistema tal-welfare soċjali.", "L-ingredjent attiv tal-kannabis, it-THC, jibqa' fil-ġisem għal ġimgħat u anke xhur.", "Id-duħħan tal-kannabis jew marijuana għandu madwar 50% sa 70% iżjed sustanzi li jikkawżaw il-kanċer minn dak li jinsab fid-duħħan tat-tabakk.", "Hu stmat li min ipejjep joint tal-kannabis ikun qisu qed ipejjep ħames sigaretti wara xulxin mingħajr intervall.", "Din hija wkoll ir-raġuni għaliex min ipejjep il-kannabis jew il-marijuana jbati ta' sikwit minn mard respiratorju.", "Mill-istudji li saru ġie pprovat ukoll li l-użu regolari tal-kannabis jew tal-marijuana jikkawża abnormalitajiet fil-moħħ bħal dawk ikkawżati minn drogi iżjed qawwija, fosthom l-eroina u drogi oħra artifiċjali.", "Jista' jikkawża psikożi u skiżofrenija f'dawk li huma predisposti ġenetikament għal din il-kondizzjoni.", "Sinjura President, jien iddeċidejt li nidħol f'daqstant dettall matul l-intervent tiegħi proprju għax nemmen li edukazzjoni xierqa minn età żgħira twasslek biex tieħu deċiżjonijiet għaqlin.", "Dawk li bdew ipejpu 50 sena ilu qatt ma kienu jiġu informati bil-ħsara li t-tipjip jagħmel fuq is-saħħa tal-bniedem, u għalhekk sa ċertu punt lil dawn il-persuni nistgħu niskużawhom.", "Però llum kulħadd huwa konxju mill-ħsara li t-tipjip iġib miegħu għax illum il-poplu huwa informat tajjeb, u għalhekk dawk il-persuni li qed jibdew ipejpu llum mhumiex skużati.", "L-istess jgħodd għal min jibda bil-vizzju tad-droga llum.", "Madanakollu jien nibqa' ninsisti li dawk li, minkejja kollox, sfortunatament illum qabdu l-vizzju tad-droga, għandhom jitqiesu bħala pazjenti li jinħtieġu kull għajnuna min-naħa tas-soċjetà biex jieqfu mill-vizzju.", "Ħafna minnhom huma vittmi taċ-ċirkostanzi, sew ta' ċirkostanzi personali kif ukoll sa ċertu punt vittmi tas-soċjetà moderna u tal-istil ta' ħajja mgħaġġla li ngħixu llum.", "Żgur li ma għandna qatt inħarsu lejn dawn il-persuni bħala kriminali, u għalhekk l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed iġib ċertu bilanċ bejn dak li sa ftit ilu kien reat kriminali u l-mod kif qed inħarsu lejn din il-materja llum.", "Jien ninsisti li dawn il-persuni għandhom jingħataw kull opportunità u għajnuna biex joħorġu mill-vizzju tad-droga ħalli jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jifformaw parti mis-soċjetà b'mod sħiħ.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Skont ftehim milħuq il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 19 ta' Ġunju, 2018 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.03 p.m. il-Kamra aġġornat skont ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 520.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 522 magħmula mill-istess Interpellant.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru telenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha hija responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nirreferi l-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 523.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 526.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 527.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – CONTRACTS FOR SERVICE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795, 2788 u 5681 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Tista' tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta' żmien ta' kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta' kull tali kuntratt?", "Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5681.", "GĦAJNSIELEM - DAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-flus minfuqa s'issa fuq id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem?", "Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar?", "Kemm se tkun takkomoda anzjani fiha?", "Tista' tgħid x'diverġenzi saru mill-pjanti oriġinali?", "Tista' tpoġġi kopji tal-pjanti ġodda fuq il-Mejda tal-Kamra u l-emendi li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Interpellant li l-pjanti oriġinali tad-Dar tal-Anzjani ġew ippreparati mill-periti tal-Ministeru bejn l-2012 u 2013.", "Il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar inħareġ f'Settembru tal-2014 waqt li x-xogħlijiet inbdew sena wara.", "Fl-istess sena, jiġifieri fl-2015, il-Gvern kien ħabbar Standards Minimi Nazzjonali bil-għan li jiżgura l-aħjar kwalità ta' ħajja għall-anzjani li jgħixu ġewwa dawn id-djar.", "Għaldaqstant, wara eżerċizzju peritali, saret applikazzjoni ġdida lill-Awtorità tal-Ippjanar biex anke Dar San Ġużepp tkun konformi ma' dawn l-istandards nazzjonali.", "Il-permessi ġodda ġew approvati fi Frar ta' din is-sena u jinsabu fid-dominju pubbliku.", "Wieħed kemm jidħol fis-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Dar San Ġużepp se takkomoda 119 anzjan u anzjana u se tkun aċċessibbli għal min juża s-siġġu bir-roti u se jkollha sezzjoni dedikata għal min ibati mid-dementia.", "Rigward progress, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni waslu biex jingħalqu u fil-ġranet li ġejjin se tiġi pubblikata tender għall-finishing, furnishing u l-operat ta' din id-dar.", "Il-proċess tat-tender mhuwiex proċess sempliċi u huwa l-ewwel wieħed tax-xorti tiegħu f'Għawdex li se jservi wkoll ta' mudell għall-proġetti simili li qed jiġu ppjanati.", "Rigward l-informazzjoni mitluba fl-ewwel mistoqsija, din hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "QASAM INDUSTRIJALI TAX-XEWKIJA – ĦADDIEMA – XOGĦOL TA' MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex?", "Jista' jgħid x'manutenzjoni saret fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-lum?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' manutenzjoni li sar fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija minn Ġunju 2017 sal-lum mill-kuntratturi imqabbdin mill-Malta Industrial Parks jinkludi t-tiswija ta' street lighting, landscaping kif ukoll tiswija ta' toroq u bankini.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5741 kollha u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu dwar każijiet ta' dixxiplina ta' impjegati minn Marzu 2013 sal-lum?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta' Ġunju 2018, f'seduta numru 124.", "IX-XLENDI – XOGĦLIJIET FUQ IL-JETTY", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq ix-xogħol li hemm bżonn isir fuq il-jetty tax-Xlendi?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol hux se jibda matul dawn il-ġranet?", "Jista' jgħid xi prekawzjonijiet se jittieħdu issa li dalwaqt jibda s-sajf biex ma jkunx hemm periklu għal għawwiema u persuni oħra li jiffrekwentaw iż-żona?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-jetty tax-Xlendi ġarrab ħsarat estensivi kawża tal-maltemp.", "Tant hu hekk li l-parti ta' barra ta' madwar ħames metri ġġarrfet għalkollox u kienet perikoluża.", "Din is-sezzjoni mġarrfa tneħħiet minn Transport Malta u t-tarf tal-jetty ġie bbarrikat u tpoġġew tabelli ta' twissija għall-fini ta' sigurtà.", "Il-parti tal-jetty li tneħħiet trid terġa' tinbena mill-ġdid u jsir xogħol ieħor ta' tiswija fil-partijiet l-oħra fejn hemm il-ħsarat.", "Dan ix-xogħol għandu jkompli fil-ġranet li ġejjin wara li jiġu konklużi l-eżaminazzjonijiet tekniċi u aġġornament ta' disinnji mil-periti u tim tekniku ta' Transport Malta.", "Transport Malta flimkien mal-Ministeru għal Għawdex se jieħdu l-prekawzjonijiet li hemm bżonn biex jitnaqqas l-inkonvenjent u ma jkunx hemm periklu.", "Dawn jinkludu aċċess temporanju għas-sajjieda, moll alternattiv għall-imbarkazzjoni u diżimbarkazzjoni ta' passiġġieri mid-dgħajjes, kontroll minn enforcement officers ta' Transport Malta fuq il-baħar u fuq l-art matul ix-xogħol, li jsir ċertu xogħol matul il-lejl, u moniteraġġ u kontroll mill-uffiċjal inkarigat għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-QOTON – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Qoton fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali meta din l-entità tiġi mwaqqfa fix-xhur li ġejjin.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati direttament.", "IN-NAXXAR – TRIQ ĠIBILTÀ – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq Ġibiltà fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR – TRIQ IT-TELGĦA TAL-GĦAQBA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq it-Telgħa tal-Għaqba fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR – TRIQ L-INGILTERRA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq l-Ingilterra fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR – TRIQ L-EMIGRANTI – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq l-Emigranti fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-ĠERMANJA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Ġermanja fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Intterpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "AWTORITA TAL-IPPJANAR – UFFIĊĊJI F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex ġew rilokati f'post ieħor ġewwa l-Victoria, u dan minkejja li l-permessi biex jitwaqqa' l-bini eżistenti tal-Awtorità tal-Ippjanar għadu ma ħariġx?", "Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li qed tħallas l-Awtorità għal dawn l-uffiċċji li qed tuża temporanjament u għal kemm-il sena jew xhur inkrew dawn l-uffiċċji?", "Il-kirja saret b'mod dirett jew wara sejħa pubblika?", "IAN BORG: Bi twegiba għal mistoqsija parlamentari 6149, l-Awtorità tal-Ippjanar irrilokat l-impjegati tagħha għall-uffiċini l-ġodda fil-5 ta' Marzu 2018.", "L-applikazzjoni għal permess ta' żvilupp saret fis-17 ta' Novembru 2017 u bħalissa qiegħda tiġi pproċessata.", "L-ammont ta' kera li qed tħallas l-Awtorità huwa ta' €3,000 fix-xahar.", "Dawn l-ufficini inkrew għal perjodu ta' 18-il xahar di fermo, liema perjodu beda fl-1 ta' Marzu 2018.", "Fl-eventwalità li l-Awtorità jkollha bżonn l-uffiċini għal żmien iktar fit-tul, l-istess l-Awtorità għandha d-dritt ittawwal il-perjodu tal-kera sa massimu ta' 12-il xahar, bl-istess rati, termini u kondizzjonijiet.", "L-għażla tal-uffiċini saret wara sejħa pubblika li kienet miftuħa bejn il-25 ta' Awwissu u l-15 ta' Settembru 2017.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA U L-MFSA - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'laqgħat saru bejn l-Aġenzija Identità Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?", "Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat, min talab li jsiru l-laqgħat, min kienu l-uffiċjali tal-Aġenzija Identità Malta u tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat u x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi waqt l-imsemmija laqgħat?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab informat li ma kienx hemm laqgħat formali bejn ldentity Malta u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).", "Fiż-żmien li kien qed jigi ppreparat il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment saret laqgħa teknika dwar il-proposta ta' xiri ta' bonds fuq is-suq lokali.", "TRIQ BEJN ĦAŻ-ŻABBAR U Ż-ŻEJTUN - TRIQ TAĊ-ĊAWSLI - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex it-triq magħrufa bħala Taċ-Ċawsli bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun issir mill-ġdid?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6205 f'seduta 129.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR - PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tagħha?", "HELENA DALLI: Jien informata li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TELGĦA TA' SELMUN – XOGĦOL FUQ GĦERUQ TAS-SIĠAR", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq l-għeruq tas-siġar li jinsabu fit-Telgħa ta' Selmun u li jistgħu jkunu ta' periklu?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika eżatt għal-liema parti qed jirreferi.", "AVVIŻI LEGALI DWAR STIL TA' ĦAJJA SANA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5107, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika liema huma dawn iż-żewġ avviżi legali u jekk effettivament daħlux fis-seħħ?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru għas-Saħħa qegħdin jaħdmu fuq Avviż Legali dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel.", "TRIQ LI MILL-PONT TAL-MISTRA TAGĦTI GĦALL-BAJJA TAL-MISTRA – QTUGĦ TA' QASAB", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5429, jista' l-Ministru jara li l-qasab fit-triq imsemmija jinqata', peress li dan il-qtugħ għadu ma sarx u l-periklu għadu hemm?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għas-segwitu tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5429, saret spezzjoni fuq is-sit fejn ittieħdu d-dettalji relatati mal-estent tal-qasab li jinsab fil-medda tat-triq li minn fuq il-pont tal-Mistra tagħti għal bajja tal-Mistra.", "Sar pjan biex fl-immedjat jitneħħa ammont ta' qasab li jinsab biswit it-triq u mat-tul kollu ta din it-triq.", "Se ssir applikazzjoni biex ikun hemm permessi neċessarji biex kif jitneħħa l-qasab kollu nkunu nistgħu nħawlu siġar u pjanti indiġeni adattati għal dan is-sit.", "Dan il-pjan huwa ntiż li jsir lejn l-aħħar tas-sajf meta jkun iktar opportun li jitħawlu s-siġar u l-arbuxell.", "REĠISTRU TA' DJAR ANTIKI PROTETTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix reġistru ta' djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill- Ministru konċernat.", "TITJIRIET TAL-AIR MALTA - DEWMIEN", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm tant delays fuq it-tijiriet tal-Air Malta?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġà spjegajt fis-seduta parlamentari tal-11 ta' Ġunju, kien hemm dewmien imprevist sabiex l-ajruplan il-ġdid jingħaqad mal-kumplament tal-flotta tal-Air Malta.", "Saru arranġamenti biex it-titjiriet skedati li kellhom isiru b'dan l-ajruplan jiġu operati minn ajruplani oħra fuq bażi ta' wet lease.", "Wieħed minn dawn l-ajruplani kellu jiddaħħal għal manutenzjoni minħabba ħsara teknika.", "Kien hemm ukoll dewmien li l-Air Malta ma kellha l-ebda kontroll fuqu fosthom strikes tal-Air Traffic Control ġewwa diversi pajjiżi, żewġ bird strikes, kondizzjonijiet ta' temp ħażin fl-Ewropa kif ukoll aċċident fejn trakk laqat wieħed mill-ajruplani.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid għaliex żdiedu r-rotot meta m'hemmx biżżejjed ajruplani?", "Tant hu hekk li sar reklamar fuq wieħed mill-mezzi soċjali?", "KONRAD MIZZI: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6321, ninformah li l-Air Malta għamlet arranġament sabiex iżżid il-flotta tagħha b'żewġ ajruplani oħra biex topera l-iskeda kollha tagħha.", "NAXXAR – IT-TELGĦA T'ALLA U OMMU - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li t-Telgħa t'Alla u Ommu fin-Naxxar tkompli tinbarax (kif diġà hi fil-parti ta' fuq) sa isfel nett ċjoè sa fejn ir-roundabout, peress li diversi persuni li jużaw din it-triq qed jilmentaw li qed isibuha perikoluża meta jsuqu għax faċilment jiskiddjaw mhux biss meta jkun il-maltemp iżda wkoll meta t-temp ikun tajjeb u anke meta jieħdu l-prekawzjoni li jsuqu bil-mod?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta għaddejja bit-tħejjijiet sabiex it-triq indikata tiġi mtejba.", "Id-diffikultà msemmija qed jiġu meqjusa sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa", "TRASPORT PUBBLIKU – ŻIEDA FIR-ROTOT 41 U 42", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li jiżdied is-servizz fuq ir-rotot 41 u 42, li jitilqu miċ-Ċirkewwa, bħala parti miż-żieda ta' servizz fil-qasam tat-trasport pubbliku?", "IAN BORG: Ninforma lil Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.", "TRIQ TAL-ARMIER – KONTROLL TAT-TRAFFIKU MINĦABBA XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' kontroll tat-traffiku ħa l-kuntrattur li d-dettalji tiegħu qed jingħataw b'mod separat, meta nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018 kien qiegħed jaħdem fit-triq tal-Armier fejn kien qiegħed jagħti t-tarmak u kien imqabbad mill-Enemalta?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm pulizija jew wardens imexxu t-traffiku, u jekk kien hemm, kemm kien hemm?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li l-kuntratturi mqabbdin mill-Enemalta plc huma obbligati jimxu skont ir-regoli u d-direzzjonijiet tal-Awtorità responsabbli.", "BERĠA TAŻ-ŻEJTUN - DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jara li b'mod immedjat jittieħdu l-passi biex drenaġġ li ilu ħiereġ xi ħamest ijiem mill-Berġa taż-Żejtun, fi Triq Mater Boni Consigli, iż-Żejtun, jiġi rranġat anke minħabba l-fatt li din hija l-ġimgħa tal-festa u minn din it-triq prinċipali mhux biss jgħaddu l-marċijiet imma anki l-istatwa tal-purċissjoni ta' Santa Katarina?", "Billi jien informat li dan id-drenaġġ mill-berġa ġie rrapportat jiem ilu mill-Pulizija, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mmedjati?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li immedjatament kif wasal dan l-ilment (it-Tnejn 11/06/18) saret spezzjoni fil-Berġa taż-Żejtun u ma jirriżultax li kien ħiereġ xi drenaġġ mill-post imsemmi minnu.", "ELEĠIBILITÀ GĦAL FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 6242 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: Peress li anke l-Gvern Malti qiegħed jammetti li mhijiex eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eliġibbli għall-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit, tista' tgħid kif f'dan ix-xenarju se tiġi mwettqa l-wegħda li kienet saret lill-Għawdxin, li skont id-Dikjarazzjoni 36, annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, tgħid hekk:", "Fid-dawl ta' din id-dikjarazzjoni unilaterali, tista' tgħid jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea?", "HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-Politika ta' Koeżjoni li ħarġu fid-29 u t-30 ta' Mejju, 2018.", "Il-Gvern Malti se jiskatta l-mekkaniżmu skont l-imsemmija Dikjarazzjoni sabiex jintalab rapport mill-Kummissjoni Ewropea dwar Għawdex.", "Il-Gvern ikompli jagħmel ħiltu fix-xhur li ġejjin biex fiċ-ċirkostanzi preżenti Malta u Għawdex jibqgħu jibbenefikaw sostanzjalment mill-fondi msemmija.", "GĦAWDEX – TIBDIL TA' TABELLI BIS-SINJALI TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 6159 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u ċjoè: Peress li t-tabelli bis-sinjali tat-traffiku f'Għawdex qegħdin ġeneralment fi stat ħażin għax ħafna minnhom m'għadhomx jintgħarfu u jkun diffiċli għat-turisti u l-barranin biex isibu minn fejn jgħaddu, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li ssir il-manutenzjoni tagħhom jew inkella jinbidlu?", "Jekk iva, meta?", "Interpellant li dawk it-tabelli li għandhom bżonn tibdil se jsiru fi żmien qarib wara li l-ġimgħa li għaddiet ġie ffirmat it-tender document mill-kuntrattur li ħa t-tender.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – SERVIZZI/GĦAJNUNA SOĊJALI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6970 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista eżistenti ta' servizzi kollha offruti mill-Ministeru tiegħu jew minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' jindika min hi l-persuna responsabbli għal kull wieħed minn dawn is-servizzi?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija disponibbli pubblikament fil-portal tal-Ministeru li huwa https://family.gov.mt", "SERVIZZI FIL-KOMUNITÀ BIEX JIĠU MEGĦJUNA PERSUNI B'DIŻABILITÀ U MIN JIEĦU ĦSIEBHOM", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 719, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi indikati fir-risposta u jekk hemmx xi waiting list biex jirċievu dawn is-servizzi?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizzi msemmija, li fil-preżent qed jagħmlu użu minnhom il-klijenti tal-Aġenzija Sapport, huma kif ġej:", "· Direct Payment - fejn jingħataw fondi sabiex familji li għandhom persuni b'diżabilità, jkollhom servizz fid-dar għal ħinijiet qosra sa 12-il siegħa matul il-ġimgħa, minn aġenziji privati li jassistu f'għajnuna ta' kura għal persuna b'diżabilità skont il-bżonn.", "74 persuna qed tutilizza dan is-servizz.", "· Community Services - fejn impjegati tal-Aġenzija Sapport jaħdmu mal-klijenti fil-komunità sabiex jgħinuhom, biex ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Il-lista ta' stennija għas-Servizz ta' Direct Payment u Community Services bejniethom, hija ta' 47 persuna.", "· Independent Community Living (ICL) - fejn jingħataw fondi sabiex familji li għandhom persuni b'diżabilità jkun jista' jkollhom servizz, kemm fid-dar u kemm fil-komunità, għal iktar minn 13-il siegħa, skont il-każ.", "78 persuna qed tutilizza dan is-servizz waqt li hemm erba' persuni fuq il-lista ta' stennija.", "· Personal Assistance Fund (PAF) - sabiex persuni b'diżabilità bi bżonnijiet partikolari, jkun jista' jkollhom persuna li toffrilhom is-servizz bħala live-in carer u saħansitra jkun hemm l-opportunità li jieħdu servizzi minn professjonisti oħra skont it-talba u l-fond mogħti.", "33 persuna qed tutilizza s-servizz waqt li m'hemmx persuni fuq il-lista ta' stennija.", "SHELTERED EMPLOYMENT - TAĦRIĠ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-taħriġ tax-Sheltered Employment?", "Kemm kien hemm persuni b'diżabilità li qed jirċievu dan it-taħriġ biex itejbu l-ħiliet tagħhom?", "X'għandha tagħmel persuna b'diżabilità biex tkun intitolata għal dan it-taħriġ?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-programm Sheltered Employment Training, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b'diżabilità l-aktar severa bil-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol.", "Diversi job coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu l-programm ta' taħrig li jinkludi perjodu f'ambjent reali tax-xogħol.", "In-numru ta' persuni b'diżabilità li rċevew dan it-taħriġ huwa indikat fit-tabella hawn taħt:", "Persuna b'diżabilità interessata li tidħol fid-dinja tax-xogħol għandha tirreġistra ma' Jobsplus biex tiġi rreferuta mill-professjonisti li jaħdmu ma' Jobsplus jew mal-Lino Spiteri Foundation.", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 718, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Job Bridge Training and Development Centre?", "Kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jibbenefikaw minn dan iċ-Ċentru?", "X'tip ta' taħriġ speċifiku jingħata lil min qed jagħmel użu minn dan iċ-Ċentru?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Job Bridge Training and Development Centre huwa fergħa ta' Jobplus ġewwa Pembroke li tipprovdi taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta impjegabilità, komunikazzjoni, ħiliet soċjali kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti.", "Se jibda wkoll dalwaqt taħriġ addattat għall-persuni b'diżabilità u persuni oħra vulnerabbli biex il-parteċipanti jakkwistaw ħiliet bażiċi tal-uffiċċju u IT.", "Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "In-numru ta' persuni b'diżabilità li rċevew dan it-taħriġ huwa indikat fit-tabella hawn taħt:", "BRIDGING THE GAP – PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jindika kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jagħmlu użu mill-iskema Bridging the Gap?", "Jista' applikant jagħmel użu minn din l-iskema biex jaħdem part-time?", "X'għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema Bridging the Gap (BTG) toffri opportunità ta' prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b'diżabilità għal numru ta' ġimgħat (skont il-bżonn).", "Matul il-perjodu miftiehem, Jobsplus tagħti allowance fil-ġimgħa lill-parteċipanti, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali.", "Jekk il-persuna ddum aktar minn 12-il ġimgħa f'din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tagħha.", "Min-naħa l-oħra min iħaddem ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħal sick leave.", "Individwu għandu jirreġistra ma' Jobsplus bħala persuna b'diżabilità kif ukoll għandu jirreġistra għal xogħol full-time jew part-time biex jagħmel użu minn din l-iskema.", "Mill-2016 sal-lum ibbenefikaw minn din l-iskema 134 persuni b'diżabilità.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Telecare hux se tiġi pprivatizzata?", "Dan se jkun ifisser li l-anzjani jkollhom jibdew iħallsu ferm aktar għal dan is-servizz tant importanti għall-anzjani?", "X'inhi l-mira ewlenija tal-Gvern; li jżomm it-Telecare jew jipprivatizzah?", "F'każ li jiġi pprivatizzat, il-Gvern se jżarma l-istruttura li għandu, inkluż l-apparat u l-ħaddiema?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-Telecare huwa servizz li jingħata mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.", "M'hemmx pjanijiet li dan is-servizz jiġi privatizzat.", "Id-Dipartiment bħalissa għaddej b'diskussjonijiet fuq kif dan is-servizz għandu jiżviluppa fl-aħjar interess għall-persuni li jagħmlu użu minnu.", "Ħ'ATTARD – SIĠAR PROTETTI FIŻ-ŻONA TAL-BYPASS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx siġar protetti fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali Ħ'Attard?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "Ħ'ATTARD – SIĠAR TAĊ-ĊITRU U SIĠAR OĦRA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm siġar taċ-ċitru u siġar oħra fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali, Ħ'Attard?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "Ħ'ATTARD – GĦELIEQI TA' BDIEWA FIŻ-ŻONA TAL-BYPASS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa u jew persuni reġistrati li għandhom l-għelieqi fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali, Ħ'Attard?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "SPTARIJIET TAL-GVERN - KUNTRATTUR LI JISSUPPLIXXI L-IKEL", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-kuntratt li huwa maħsub li jirregola lill-kuntrattur li se jkun qed jissupplixxi l-ikel fl-isptarijiet, jista' l-Ministru:", "a. jgħid x'inhu l-kriterju li jirregola x-xiri tal-ħaxix u frott skont dan il-kuntratt;", "b. jgħid x'kondizzjonijiet hemm fil-kuntratt li jistabbilixxu liema frott u ħaxix għandu jkun ta' produzzjoni lokali jew importat; u", "ċ. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li qed jirregola lill-kuntrattur li qed jissuplixxi l-ikel lill-isptarijiet tal-Gvern?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt ikkonċernat, u li għadu fis-seħħ, huwa dak li kien ingħata mill-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista li minnu ma nbidel xejn la mill-Amministrazzjoni tal-2013-2017 u lanqas t'issa.", "Il-kuntratt konċernat kien ġie estiż sas-sena 2022 ftit jiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2013.", "DJAR RESIDENZJALI TAL-ANZJANI - KUNTRATTUR LI JISSUPPLIXXI L-IKEL", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għall-kuntratt li huwa maħsub li jirregola lill-kuntrattur li se jkun qed jissupplixxi l-ikel fi djar residenzjali tal-anzjani, jista' l-Ministru:", "a. x'inhu l-kriterju li jirregola x-xiri tal-ħaxix u frott skont dan il-kuntratt;", "b. jgħid x'kondizzjonijiet hemm fil-kuntratt li jistabbilixxu liema frott u ħaxix għandu jkun ta' produzzjoni lokali jew importat; u", "ċ. jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kuntratt li qed jirregola lill-kuntrattur li se jissupplixxi l-ikel fid-djar tal-anzjani?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità għaddej bil-preparamenti meħtieġa sabiex ikun hemm kuntratt ġdid għal dan is-servizz, skont ir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku.", "Is-suġġerimenti msemmija mill-Onor.", "Interpellant diġà ġew ikkonsidrati.", "Min-naħa l-oħra, il-menu pprovdut fir-Residenza San Vinċenz de Paul huwa regolat minn kuntratt pubbliku li jistabbilixxi menu għal perjodu ta' żmien determinat u li huwa magħmul skont il-bżonn tar-residenti.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-menu huwa staġjonali u jinkludi fih ħaxix u frott skont l-istaġun.", "Kopja tal-kuntratt ma tistax titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li fih informazzjoni ta' natura kummerċjalment sensittiva.", "IL-MOSTA - TRIQ ID-DIFIŻA ĊIVILI - BANKINA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta, fejn qed isir it-tarmak, issir bankina ta' metru fuq kull naħa tat-triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol li għaddej bħalissa fit-triq indikata jinkludi tiswijiet tal-wiċċ tal-karreġġjata eżistenti.", "Transport Malta qed tfassal proposti għal proġett ta' bini mill-ġdid ta' din it-triq, b'disinn aħjar u aktar faċilitajiet bħal bankini u tagħmir ieħor li jtejjeb l-effiċjenza u s-sigurtà ta' din l-infrastruttura għal dawk kollha li jużawha.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent, b'riżultat ta' dak kollu li tħabbar fl-aħħar baġit:", "a. x'inhi r-rata ta' taxxa fuq il-pensjoni; u", "b. x'inhu l-ammont ta' pensjoni li mhuwiex taxxabbli?", "Jista' jgħid x'kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-aħħar baġit?", "Jista' jgħid sal-lum x'inhuma l-kriterji li jistabbilixxu r-rata ta' ħlas ta' taxxa fuq il-pensjoni fil-kategoriji u l-każijiet differenti kollha li jeżistu?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena bażi 2018 'il quddiem, dħul minn pensjoni sa €13,200 ma titħallasx taxxa fuqu.", "Il-mekkaniżmu użat biex jintlaħaq dan il-għan huwa permezz ta' tax rebate.", "Jiġifieri d-dħul tal-individwu jinħadem bir-rati normali tat-taxxa skont jekk hux ir-rati ta' persuna waħedha, miżżewġa jew ġenitur, u mbagħad mit-taxxa li tirriżulta jinaqqas it-tax rebate.", "Ir-riżultat finali jkun li għal kull kategorija (persuna waħedha, miżżewweġ, ġenitur), dħul minn pensjoni sa €13,200 ma jkunx taxxabbli.", "Ma' dan ukoll, fil-każ ta' individwu li huwa ntaxxat bir-rati ta' miżżewweġ, jingħata tax rebate addizzjonali fuq €1,000 minn kull dhul ieħor.", "Rigward il-parti rigward \"x'kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-aħħar baġit\", nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SPORTMALTA – MANUTENZJONI TAL-OPEN-AIR GYM F'TA' QALI", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jitlob lil SportMalta tagħmel il-manutenzjoni neċessarja fl-open-air gym f'Ta' Qali għaliex hemm apparat, bħar-rota statika, li mhumiex jiffunzjonaw?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li SportMalta se tkun qed tikkomunika mas-supplier oriġinali biex jiġu manifatturati żewġ roti statiċi biex jinbidlu dawk li mhumiex jiffunzjonaw.", "DISKOTEKA FIL-MIFTUĦ – INKONVENJENT LILL-PAZJENTI TA' MOUNT CARMEL", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex jipproteġi d-drittijiet tal-pazjenti morda b'diżordni mentali fl-Isptar Mount Carmel minħabba l-inkonvenjent li qed toħloq id-diskoteka miftuħa fil-limiti ta' Ħaż-Żebbug, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha permess li ddoqq sal-4.00 am, u li qed jolqot lill-morda ta' ċerti swali bil-ħoss esaġerat tal-mużika tad-diskoteka?", "Kemm-il rapport sar lill-Pulizija?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li sa meta nġabret l-informazzjoni (il-Ħamis, 14 ta' Ġunju 2018) l-amministrazzjoni tal-Isptar Mount Carmel ma kien waslilha l-ebda lment dwar xi forma ta' inkonvenjent li seta' kien ikkaġunat minn ħsejjes esaġerati ta' mużika mid-diskoteka li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – POST TA' DIVERTIMENT - SKUMDITÀ LIR-RESIDENTI – KEJL TAL-VOLUM TAL-ĦOSS TAL-MUŻIKA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbug, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li hija ta' disturb lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbug, Rabat, Siġġiewi u Ħ'Attard u b'mod partikolari għall-ispezzjonijiet tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid x'tagħmir għandha l-Pulizija biex tkejjel b'decibels il-volum tal-ħoss tal-mużika?", "Jista' l-Ministru jipprovdi tabella ta' dawn l-ispezzjonijiet li jindikaw il-volum tal-ħoss u d-distanza minn fejn ittieħed?", "Jekk il-Pulizija m'għandhiex dan l-apparat, fuq min taqa' bħala entità biex jitkejjel dan?", "Jekk il-Pulizija m'għadhiex tuża dan l-apparat, jista' l-Ministru jgħid kif tista' l-Pulizija tressaq din id-diskoteka bi provi konkreti l-qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat illi l-Pulizija m'għandha l-ebda apparat biex tkejjel b'decibels il-volum tal-ħoss tal-mużika u m' hemm l-ebda liġi li tirregola tali livell ta' dawn il-ħsejjes.", "Għaldaqstant ma teżistix tabella ta' xi spezzjonijiet li saru u li jindikaw il-volum tal-ħoss u d-distanza minn fejn ittieħed.", "Informat li madankollu l-Pulizija dejjem taġixxi meta xi ħadd jirrapporta li sofra inkonvenjent bil-ħsejjes u jinħarġu akkużi kontra min jikkaġuna l-inkonvenjent meta jkun il-każ, skont l-evidenza miġbura u kif tipprovdi l-liġi.", "Bħalissa m'hemmx entità partikolari li tkejjel b'decibels il-volum tal-ħoss tal-mużika.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – POST TA' DIVERTIMENT – ĦRUĠ TAL-PERMESS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hi ta' disturb għar-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Siġġiewi u Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-ħruġ tal-permess?", "X'superviżjoni ssir mill-Ministeru?", "X'inhi l-proċedura ta' tiġdid tal-permess?", "Kemm hu l-ħlas tal-liċenzja ta' stabbilimenti ta' din ix-xorta?", "X'miżuri ġew imposti fuq id-diskoteka biex ikun hemm sound buffers u b'hekk il-ħoss tal-mużika ma jiġix trasmess b'inkonvenjent?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġejt informat li l-MTA ma kenitx l-Awtorità li dak iż-żmien ipproċessat u ħarġet il-liċenzja ta' diskoteka iżda kien il-Kummissarju tal-Pulizija li ħareġ din il-liċenzja.", "Il-parir li l-MTA intalbet tagħti dak iż-żmien kien jekk il-liċenzji ta' dan l-istabbiliment kenux imħallsin jew le.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – POST TA' DIVERTIMENT - SKUMDITÀ LIR-RESIDENTI – VOLUM EĊĊESSIV", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hi ta' inkonvenjent għar-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, Rabat, Siġġiewi u Ħ'Attard irrid ngħid li huwa fir-remit tal-ERA li tipproteġi d-drittijiet tar-residenti minn volum eċċessiv ta' storbju.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu f'dan ir-rigward?", "Jista' jgħid kemm-il darba l-Korp tal-Pulizija u/jew il-Ministeru għall-Intern irrikorrew għall-għajnuna f'dan ir-rigward?", "X'miżuri ġew imposti fuq id-diskoteka biex ikun hemm sound buffers u b'hekk il-ħoss tal-mużika ma tiġix trasmessa b'inkonvenjent?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għal dak li jikkonċerna noise pollution, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima appunta Kummissjoni ad hoc.", "Din il-Kummissjoni ngħatat il-karigu sabiex tipproponi qafas leġiżlattiv sabiex tiġi regolata u ndirizzata din il-problema b'mod ħolistiku.", "Din il-Kummissjoni qed taħdem id f'id mal-ERA u fil-ġimgħat li ġejjin hu mistenni li d-dokument relattiv ikun konkluż u ppreżentat lill-Ministru għall-konsiderazzjoni tiegħu.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – POST TA' DIVERTIMENT – ĦRUĠ TAL-PERMESS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hi ta' inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, is-Siġġiewi u Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-ħruġ tal-permess?", "Il-permess joħroġ fuq permess ta' spirti biss?", "X'superviżjoni ssir mill-Ministeru?", "X'inhi l-proċedura ta' tiġdid tal-permess?", "Kemm hu l-ħlas tal-liċenzja ta' stabbilimenti ta' din ix-xorta?", "X'miżuri ġew imposti fuq id-diskoteka biex ikun hemm sound buffers u b'hekk il-ħoss tal-mużika ma tiġix trasmessa b'inkonvenjent?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – BINJA BUQANA FL-IMTARFA – TISWIJIET STRUTTURALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tiswijiet strutturali li qed isiru f'Binja Buqana fl-Imtarfa mill-Awtorità tad-Djar, wara li dawn id-difetti strutturali, wara 20 sena, ġew ikkonfermati li huma stat ta' fatt u li huma periklu, jista' l-Ministru jgħid x'mistrieħ il-moħħ għandu jkollu r-resident li x-xogħol qed isir skont is-sengħa f'kull post fil-blokka?", "Liema huma l-entitajiet li qegħdin jagħmlu l-ispezzjonijiet u kemm hi l-frekwenza ta' dawn iż-żjarat?", "Min qiegħed iħares id-drittijiet kuntrattwali tar-resident?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn inbidlet it-teknika fuq l-infurzar tal-pilastri?", "Michael Farrugia, kien qal waqt press release li l-pilastri se jinbidlu, beda jsir hekk imma ma tkomplix.", "Huwa nnotat li bil-metodu l-ġdid ta' kif qegħdin jiġu rranġati l-pilastri ta' bejn il-garaxxijiet, qed jittieħed spazju mill-komun privat u x-xogħol mhux qiegħed jinforza l-irjus propja.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Awtorità tad-Djar jekk dan huwa minnu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-analisi tal-ħsarat li kien hemm fil-binja msemmija, kienet saret minn kumpanija internazzjonali, b'reputazzjoni tal-ogħla livell, ARUP u x-xogħlijiet ta' tiswija li qed isiru bħalissa qegħdin jiġu sorveljati minn kumpanija ta' periti lokali, QP Management.", "L-istess kumpanija ta' periti qed tieħu ħsieb is-sorveljanza tal-proġett u qed tagħmel l-ispezzjonijiet kollha neċessarji bejn darba u darbtejn fil-ġimgħa, skont in-natura tax-xogħlijiet li jkunu qed isiru.", "Ir-residenti tal-blokka għandhom Assoċjazzjoni tar-Residenti li tirrappreżentahom.", "Dwar il-metodoloġija tal-infurzar tal-pilastri, wara li saru l-investigazzjonijiet u l-ispezzjonijiet f'kull appartament, irriżulta li kien hemm bżonn illi jinbidlu l-metodi strutturali ta' kif kienu se jiġu rranġati l-pilastri u dan minħabba diversi raġunijiet fosthom li:", "· Tibdil totali tal-pilastri seta' jirriżulta f'riskju strutturali għall-appartamenti waqt ix-xogħlijiet u għalhekk ikunu ta' riskju għas-saħħa u s-sigurtà tar-residenti.", "Għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni sabiex il-pilastri jitħallew u jissaħħu l-pilastri eżistenti;", "· Wara diskussjonijiet u b'approvazzjoni mill-Assoċjazzjoni illi tirrappreżenta r-residenti tal-Binja kif ukoll tal-Awtorita` tad-Djar ġie konkluż illi l-aħjar soluzzjoni kienet illi l-pilastri eżistenti jissaħħu minn barra.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tnaqqis fil-wisa' tal-komun quddiem il-garaxxijiet huwa minimu u konformi mal-linji gwida tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "MFSA - TWEĠIBA GĦAT-TALBA GĦAL INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI MAGĦMULA MIĊ-CHAIRMAN TAL-EUROPEAN BANKING AUTHORITY", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra u/jew ta' kwalunkwe dokument ieħor tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) bi tweġiba għat-talba għal informazzjoni addizzjonali magħmula miċ-Chairman tal-European Banking Authority lill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u liema tweġiba kellha tingħata lill-European Banking Authority sa nhar il-Ħadd 10 ta' Ġunju 2018?", "JOSEPH MUSCAT: L-informazzjoni li għaddiet bejn l-Awtorità Bankarja Ewropea u l-MFSA hija soġġetta għall-kunfidenzjalità kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru. 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea).", "PROGRAMMI TA' ĠRAJJIET KURRENTI, DISKUSSJONIJIET, INKLUŻ PROGRAMMI MTELLA' MILL-KAMRA TAL-AĦBARIJIET TA' TELEVISION MALTA – LISTA' TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtellgħa mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PJAN LOKALI TAL-MAJJISTRAL TA' MALTA - SOTTOMISSJONIJIET LI SARU MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Majjistral ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta' riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġunevoli.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PJAN LOKALI TAN-NOFSINHAR TA' MALTA - SOTTOMISSJONIJIET LI SARU MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta' riżorsi meħtieġa, huwa meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġunevoli.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PJAN LOKALI TAL-PORTIJIET TAT-TRAMUNTANA TA' MALTA - SOTTOMISSJONIJIET LI SARU MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta' riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġunevoli.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara kif l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kien issottometta applikazzjoni biex jixtri l-flat tal-housing u wara li għamel il-konvenju u saħansitra kellu jagħmel kuntratt f'Diċembru, ċemplulu u qalulu li dan ma jistax isir għax il-post huwa tal-Lands?", "(Dan meta ż-żewġ appartamenti ta' fuqu nbiegħu).", "Jista' jgħid x'inhi l-problema?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar informat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "APPLIKAZZJONI/PERMESS GĦAL VERANDA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ tal-veranda stallata minn ħaddiema tal-Gvern fid-dar tiegħu kienx applika għal permess jew Development Notification Order (DNO) mal-Awtorità tal-Ippjanar u jippreżenta l-evidenza dokumentarja ta' dan?", "CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 6253.", "XOGĦLIJIET – ĦADDIEMA TAL-GVERN", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba uża ħaddiema tal-Gvern għal xogħlijiet fid-dar tiegħu u jagħti d-dati relevanti u x'tip ta' xogħlijiet wettqu?", "CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 6253.", "KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA – TRIQ IL-MARFA U TRIQ DUN FRANĠISK SCIBERRAS – PERMESSI APPROVATI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3681 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-awtoritajiet konċernati tal-proġett li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras?", "OWEN BONNICI: Id-dettalji u d-dokumentazzjoni kollha relatata mal-permess kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar - PA 02572/15 kif ipprovduti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "IL-MELLIEĦA – TRIQ IL-KBIRA U TRIQ IN-NASES - PJANTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-bini tal-lukanda, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa bejn Triq il-Kbira u Triq in-Nases?", "Fl-istess waqt jista' jindika jekk kienx hemm xi forma ta' oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "IAN BORG: L-applikazzjoni msemmija hija PA 5909/17 li għadha fl-istadju ta' screening.", "L-Awtorità tal-Ippjanar qed tistenna risposta mingħand l-ERA fir-rigward ta' studji sottomessi mill-perit fit-18 u l-25 ta' Mejju 2018 (Air Quality Study u Noise Impact Study Report).", "L-ERA ġiet ikkonsultata fil-25 ta' Mejju 2018 u ż-żmien ta' konsultazzjoni jagħlaq fil-25 ta'Ġunju 2018.", "Fl-istadju ta' screening ma kien hemm ebda oġġezzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, imma ta' min jinnota li ż-żmien uffiċjali fejn persuna/i jew entitajiet jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom jiskatta wara li l-applikazzjoni tkun inqalbet għal full process.", "FONDAZZJONI GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI – ĦATRIET TA' MANAGERS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4844 u jinforma lil din il-Kamra l-informazzjoni dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid kemm saru ħatriet fil-gradi minn manager 'il fuq?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perjodu msemmi kien hemm 32 persuna, li kienu maħtura fil-gradi, minn manager 'il fuq.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – ĦLASIJIET B'LURA TA' PAGAMENT TA' TAXXI FUQ ID-DĦUL", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-awtoritajiet sabiex iniedu xi tip ta' skema li permezz tagħha, persuni u entitajiet kummerċjali u anke entitajiet oħrajn li jkunu sidien ta' proprjetajiet li jkunu tajba għall-finijiet t'akkomodazzjoni soċjali u li jkollhom jagħtu lill-Gvern ammonti sinifikanti ta' flus bħal ħlasijiet b'lura ta' pagamenti tat-taxxa fuq id-dħul (Income tax) u tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kif ukoll pagamenti tas-social security contributions u dawn ma jkollhomx minn fejn iħallsu dawn l-ammonti ta' flus lill-Gvern, sabiex permezz ta' din l-iskema jkunu jistgħu jpaċu dawn id-djun billi jgħaddu lill-Gvern dawk il-proprjetajiet li jkunu tajbin għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Hemm xi ħsieb min-naħa tal-Awtorità li tiġi mgħoddija xi liġi minn din il-Kamra sabiex jiġi regolarizzat dan il-mod ta' tpaċija u b'hekk il-Gvern ikun jista' jiġbor ammont sostanzjali ta' flus li għandu jiġbor u kollox isir skont il-liġi u skont regoli u prassi stabbiliti mingħajr ħafna qawmien ta' dubji u tfigħ ta' tajn bla bżonn minn min suppost jaf aħjar?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra li jitpoġġew traffic lights fejn Labour Avenue tingħaqad mal-Pjazza tan-Naxxar peress li qiegħed ikun hemm konġestjoni tat-traffiku matul il-ġurnata kollha u dan minħabba li kull min ikun se jaqsam minn fuq iż-zebra crossing li hemm bejn il-każin tal-banda Peace u l-ATM tal-HSBC, jaqsam kif ġie ġie u l-ħin kollu jwaqqaf it-traffiku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejt dan is-suġġeriment lil Transport Malta sabiex tagħmel analisi ta' dan il-bżonn.", "Kif wieħed jista' japprezza, qabel ma jitwaħħlu dawn l-istrutturi jenħtieġ li jsir studju dettaljat sabiex l-impatt li jħalli, kemm dak pożittiv kif ukoll dak negattiv, ikun wieħed magħruf.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – ENTITÀ SPORTIVA - KAŻ", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-każ li l-entità sportiva li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha quddiem l-Awtorità tal-Artijiet?", "Peress li dan il-każ ilu għal numru ta' snin quddiem din l-Awtorità, jista' jara li dan il-każ jitmexxa kemm jista' jkun malajr?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda tipproċessa l-każ sabiex l-imsemmija art tgħaddi lil SportMalta.", "GĦAJNSIELEM – TRIQ L-IMĠARR – BOZZA MHUX MIXGĦULA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li l-bozza bin-numru 163 li qiegħda fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, u li ilha mitfija għal aktar minn sena, tinxtegħel kemm jista' jkun malajr?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid minn min se jkun qed jitmexxa r-range tal-isparar f'Ta' Kandja wara li jintemm il-World Cup tal-Isparar?", "Jista' jgħid jekk il-Malta Shooting Sport Federation hijiex se tingħata r-responsabilità tal-immaniġġar tal-faċilità tal-isparar f'Ta' Kandja wara li tintemm il-World Cup tal-Isparar?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta National Shooting Ranges jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' SportMalta b'mod konġunt mal-Pulizija ta' Malta u l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati.", "Fl-aħħar jiem dan il-kumpless state-of-the-art li investa fih il-Gvern ospita għall-ewwel darba t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar bil-parteċipazzjoni ta' 61 pajjiż u 400 atleta.", "Kulħadd seta' jinnota l-kummenti pożittivi li ngħataw pubblikament u li fissru dawn il-faċilitajiet bħala fost l-aqwa fid-dinja.", "Issa li ntemmet din l-ewwel kompetizzjoni ta' prestiġju internazzjonali, il-Gvern se jibda diskussjonijiet ma' dawk kollha involuti biex isir l-aqwa użu possibbli mix-shooting ranges, billi anke jiġu kkonsidrati mudelli oħra li diġà jeżistu fil-qasam sportiv.", "Il-prijorità tal-Gvern hija li jassigura li dan il-proġett iservi biex jogħla l-livell tal-isport u t-taħriġ f'pajjiżna, b'mod sostenibbli u b'opportunità li jinkisbu riżultati aħjar minn qatt qabel.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' Facebook Groups, miftuħa jew ristretti, li huwa membru tagħhom?", "Jista' jgħid jekk dan l-aħħar ħariġx minn xi gruppi li jintużaw bħala hate groups u li fihom tiġi ġġenerata u/jew tinxtered mibegħda dwar in-nies, speċjalment avversarji politiċi tal-istess Prim Ministru?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-paġna politika attiva tal-Prim Ministru, @josephmuscatdotcom, hija dik uffiċjali u vverifikata minn Facebook stess.", "Din mhi parti jew membru tal-ebda grupp fuq Facebook.", "Min-naħa l-oħra jeżisti wkoll profil fuq Facebook, li huwa distint mill-paġna.", "Ninsab informat li kwalunkwe grupp fuq Facebook jista' jdaħħal profil ta' xi ħadd bħala membru ta' grupp fuq Facebook mingħajr il-bżonn li dak il-profil jaċċetta.", "F'dan il-każ, jekk hemm il-profil f'xi grupp ma sarx b'kunsens jew b'mod konxju.", "KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA – ĦATRA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma nħatarx Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika ai termini tal-Att XIII tal-2017 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, aktar minn sena wara li din il-liġi għaddiet mill-Parlament?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "HEPATITIS C – PERSUNI LI JIEĦDU L-KURA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6292 u jgħid x'jisimhom il-pilloli li jingħataw għall-kura tal-Hepatitis C u kemm jiswew dawn?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jagħti dettalji dwar l-istrateġija li se titħaddem bil-għan li filwaqt li jkunu kkurati dawk milqutin mill-Hepatitis C, din tkun eliminata mill-pajjiż.", "DAR TAL-ANZJANI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li teħtieġ tidħol f'home minħabba l-kondizzjoni tagħha, u li din tinsab waħedha?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u diġà informa lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "FONDI TAL-UNJONI EWROPEA – BIEDJA U SAJD", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rigward fondi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja u s-sajd u ċjoè:", "a) Kemm huwa n-numru ta' applikanti għal kull applikazzjoni ta' fond differenti li hemm, u li fil-preżent qed ikun iġġudikat mill-aġenzija rispettiva li għandha responsabilità li tiġġudika l-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni Ewropea;", "b) id-deskrizzjoni tal-fondi li fil-preżent qed ikunu aġġudikati; u", "c) meta huwa ż-żmien (id-data) li fih il-perjodu tal-aġġudikazzjoni jagħlaq?", "HELENA DALLI: Jien informata li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MFSA – REĠISTRAZZJONI TAL-ACCOUNTS TA' KUMPANIJI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kumpaniji li kienu ntitolati li jirreġistraw l-accounts tagħhom mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fl-2016 u fl-2017 rispettivament imma ma rreġistrawx l-accounts tagħhom f'dawn is-snin?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat mir-Registry of Companies li minħabba accounting year-ends differenti tal-kumpaniji, u anke minħabba li ċertu numru ta' kumpaniji huma de facto inoperattivi, huwa diffiċli biex tasal għal ċifri eżatti dwar l-informazzjoni mitluba.", "Dan anke fid-dawl li kumpaniji ġodda jista' jkollhom l-ewwel perjodu finanzjarju tagħhom twil sa anke 18-il xahar, u terġa' sa ħames xhur wara, sabiex jissottomettu l-accounts lir-reġistru tal-kumpaniji.", "Iżda minn investigazzjoni tar-records elettroniċi, estimu tajjeb huwa li għas-snin imsemmija kien hemm madwar 30% tal-kumpaniji li ma ssottomettewx l-accounts jew li għadhom fil-proċess li jagħmlu dan.", "Naturalment dejjem jibqgħu jsiru sforzi u miżuri skont il-ligi mir-reġistratur sabiex accounts li huma dovuti jiġu sottomessi.", "GĦAWDEX - PORT TAL-IMĠARR – GATES QABEL MA TIDĦOL GĦALL-MARSHALLING AREA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li l-pożizzjoni u l-mod li ġew stallati l-gates li hemm qabel ma tidħol għall-marshalling area tat-terminal tal-Port tal-Imġarr Għawdex, qed jinħolqu problemi għas-sewwieqa meta jiġu biex jgħaddu minnhom, bil-konsegwenza li ħafna drabi qed jaħbtu magħhom, bir-riżultat li qed issir ħsara fil-vetturi tagħhom, tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "Interpellant li dawk il-gates ġew stallati xi tmien snin ilu biex jgħinu fit-traffic management ġewwa l-marshalling area.", "Il-kumpanija qiegħda tistudja kif is-sistema tista' tiġi mtejba mingħajr ma jinħolqu problemi oħra ta' traffic management.", "INVESTIMENT BARRANI F'MALTA U F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3320 u 3912 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex (separatament) matul is-snin 2016 u 2017 (separatament)?", "CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat peress li l-Malta Enterprise iżżomm informazzjoni fuq dawk li applikaw għal assistenza taħt l-iskemi tagħha.", "L-informazzjoni mitluba għandha tinġabar mingħand l-NSO li l-istatistika miġbura minnhom tagħti stampa aktar ċara tal-investiment barrani li qed isir f'Malta u f'Għawdex minn setturi varji li jinkludu, u mhux biss, is-settur finanzjarju u dak tal-igaming.", "ĦLAS GĦAL SIEGĦA XOGĦOL F'MALTA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5431 u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-midja lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta huwa kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "BASTIMENTI TA' RIĊERKA U SALVATAĠĠ FIL-MEDITERRAN", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li lbieraħ, it-13 ta' Ġunju 2018, il-Prim Ministru ddikjara li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed joperaw bastimenti ta' riċerka u salvataġġ fil-Mediterran għandhom jiġu rregolati, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex?", "B'liema mod jista' jiġri dan?", "Jista' jgħid jekk entitajiet non governattivi għandhomx jidħlu fil-qasam tas-sigurtà ta' pajjiżi bħal tagħna?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "GĦAWDEX – BINI TA' PIXXINA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-bini ta' pixxina f'Għawdex kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari 1494, fejn fit-tweġiba għaliha ntqal li kien ġie ffirmat memorandum of understanding f'Novembru 2016 u li n-negotiating team kien għaddej b'negozjati mal-privat, issa li għaddew tmien xhur minn meta saret din il-mistoqsija, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra bl-aħħar żviluppi fuq dan il-proġett?", "Interpellant li għandu jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5491.", "ART INDUSTRIJALI MGĦODDIJA LIL INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx trasferita art industrijali liċ-chief of staff tal-Prim Ministru jew lil xi kumpanija li fiha huwa għandu interess dirett jew indirett mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija u jekk fl-affermattiv, jista' jagħti tagħrif dwar it-trasferiment in kwestjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relevanti?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-atti ta' trasferiment huma min-natura tagħhom pubbliċi u għalhekk huma għad-dispożizzjoni tal-pubbliku."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180618_132d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tlieta, 19 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 132, li saret fit-18 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IS-SIĠĠIEWI: TRIQ SALVU CURSO U TREJQET L-ANĠLI – ĦAJT TA' LQUGĦ", "L-ONOR.", "Ryan Callus) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5902, u peress li t-twessigħ ta' triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, jista' l-Ministru jikkunsidra mill-ġdid it-talba għat-twessigħ tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta' inċidenti li seħħew?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għal sitwazzjoni li, darba jew oħra, kulħadd jgħaddi minnha meta jkun hemm xi sit ta' kostruzzjoni viċin ta' fejn joqgħod jew inkella fit-triq tiegħu.", "Kif nafu, jaf ikollok kuntrattur li jimxi tajjeb, però jkollok drabi wkoll fejn ikollok kuntratturi li ma jimxux skont ir-regolamenti.", "X'qiegħed jagħmel il-Ministeru u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi u l-inkonvenjent li joħolqu dawn is-siti ta' kostruzzjoni, meta jkun hemm min ma jimxix skont ir-regolamenti?", "L-ISPEAKER: Ministru, hija l-għażla tiegħek jekk tweġibx jew le għax il-mistoqsija mhijiex relatata dirett mas-suġġett.", "IAN BORG: Kif nafu, il-progress iġib ukoll numru ta' żviluppi minn sidien privati.", "Dan iwassal għal siti ta' kostruzzjoni li, ħafna drabi, mingħajr ma jkun hemm xi negliġenza jew nuqqas ta' ksur ta' regolamenti, minnhom infushom joħolqu ċertu inkonvenjent.", "Għalhekk hemm numru ta' entitajiet u uffiċċji li jirregolaw lil din l-attività.", "Primarjament, hemm il-Building Regulations Office (BRO) u l-Awtorità tal-Ippjanar li hija responsabbli li ssegwi l-permessi li jkunu maħruġa minnha.", "Fil-fatt, dawn iż-żewġ entitajiet ingħaqdu flimkien sabiex jissaħħu l-ispezzjonijiet relatati mal-infurzar f'dan il-qasam.", "Kien hemm konferenza tal-aħbarijiet li attenda għaliha s-Segretarju Parlamentari Chris Agius u li matulha tħabbru d-dettalji ta' kif dawn iż-żewġ entitajiet se jaħdmu flimkien.", "Din l-inizjattiva bdiet fit-12 ta' Ġunju 2018, fejn uffiċjali minn dawn iż-żewġ entitajiet qed jagħmlu spezzjonijiet fuq is-siti ta' kostruzzjoni ħalli jaraw li qed jiġu osservati l-liġijiet u li s-sigurtà qiegħda tingħata prijorità.", "Dan il-proċess se jkun qiegħed jiżgura wkoll li xogħlijiet storbjużi li joħolqu inkonvenjenti oħrajn, bħal trabijiet, ma jsirux fil-Ħdud u l-festi.", "Se jaraw ukoll li tiġi mħarsa l-projbizzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'postijiet turistiċi.", "Dan l-infurzar huwa parti minn proċess ta' titjib li qiegħed jikkulmina permezz tat-twaqqif ta' entità ġdida.", "Irrid ngħid li jien kelli l-opportunità li kemm-il darba niddiskuti fil-pubbliku mal-istakeholders kollha.", "Fil-fatt, il-BRO, BICC, BRB u l-Bord tal-Bennejja ngħaqdu flimkien għal dan il-għan.", "Dan juri li apparti s-Segretarju Parlamentari, hemm numru ta' nies oħrajn li rreferejt għalihom f'diversi stqarrijiet tal-Gvern, li qed jaħdmu għal dan il-għan.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Ministru, tista' tinforma lil din il-Kamra dwar xi żviluppi jinsabu għaddejjin fir-rigward tal-professjoni tal-periti?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg", "IAN BORG: Bħalma dalgħodu kelli l-okkażjoni li nippreżenta l-warrant lil 49 inġinier, il-professjoni tal-periti taqa' wkoll fil-portafoll tal-Ministeru li jien tiegħu politikament responsabbli.", "Ninsab kuntent li matul din is-sena diġà ppreżentajt numru ta' warrants lil 24 perit u perita.", "Dejjem jeħtieġ ta' aktar professjonisti f'dawn iż-żewġ setturi partikolari tal-inġinerija u l-perizja.", "Fil-fatt, qed isir ħafna xogħol biex jiġu faċilitati l-proċessi li jaħdmu fuqhom dawn il-professjonisti, speċjalment fejn jidħlu entitajiet governattivi.", "L-Awtorità tal-Ippjanar tinsab impenjata favur proċessi diġitali li qed ikomplu jiffaċilitaw il-ħidma tal-entitajiet li jkunu qed jersqu 'l quddiem bħala klijentela, ħafna drabi rrappreżentati mill-periti.", "Fl-istess ħin, qegħdin intejbu l-aċċess diġitali anke fejn jidħlu l-base maps il-qodma.", "Ovvjament, għad fadal ħafna xi jsir.", "Biss, qed naraw li minn żmien għall-ieħor, il-professjoni tal-periti tkun aktar rikonoxxuta.", "Fil-fatt, ħabbarna t-tielet edizzjoni ta' awards li jirrikonoxxu l-ħidma li jagħmlu l-periti f'pajjiżna flimkien mal-entità privata li torganizzahom.", "Sur President, is-sena li għaddiet, is-Sedja kellha l-pjaċir li tospita din il-wirja.", "Għalhekk, qed inħarsu 'l quddiem sabiex naraw xi proġetti se nressqu matul din l-edizzjoni.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, nixtieq nagħmillek mistoqsija supplimentari li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħek.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li kien ġust meta fl-aħħar ġimgħat il-Ministru u xi nies oħrajn għamlu żjara f'Paceville u l-kunsill lokali ta' San Ġiljan sar jaf b'din iż-żjara mill-midja?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan ma jawgurax tajjeb, speċjalmet lejlet it-twaqqif ta' Infrastruttura Malta meta effettivament suppost hemm il-wegħda li se jkun hemm konsultazzjoni mal-kunsill lokali b'rabta mat-toroq li se jkunu qed isiru fil-lokalità?", "Dan huwa biss eżempju wieħed!", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Hija ftit ironika li l-kelliem tal-kunsilli lokali għall-Oppożizzjoni jagħmel din il-mistoqsija fir-rigward tal-lokalità ta' San Ġiljan.", "Jien nista' nwieġeb serje ta' mistoqsijiet fuq il-lokalità ta' Ħal Balzan, fejn is-sindku, il-viċi sindku u l-kunsilliera ma ddejqux jersqu 'l quddiem u juru li jaqblu mal-Gvern fir-rigward ta' Infrastruttura Malta u l-proġetti li rridu nwettqu.", "Naħseb li l-unika mistoqsija tal-kunsilli lokali kkonċernati hija: X'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni?", "Dan għaliex għadna kif assistejna għal numru ta' seduti fi ħdan din il-plenarja li ħallewna f'dilemma jekk l-Oppożizzjoni hijiex favur it-twaqqif ta' Infrastruttura Malta u hijiex favur li ninvestu f'€700 miljun fis-seba' snin li ġejjin fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Nistaqsi: X'kienet il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fil-konfront tas-sindku li ma ddejjaqx jersaq 'il quddiem, ifaħħar l-inizjattiva tal-Gvern u jsejjaħ il-kunsilliera biex flimkien miegħu jiġu għall-konferenza tal-aħbarijiet?", "Dan il-kunsill apprezza l-fatt li dan il-Gvern qed jagħmel dak li Gvern Nazzjonalista qatt m'għamel f'25 sena f'lokalità li tradizzjonalment dejjem issapportjat b'mod kbir ħafna lill-istess Partit Nazzjonalista.", "F'mistoqsija mwieġba fl-2012, l-eks Ministru Austin Gatt li dak iż-żmien kien il-Ministru responsabbli minn Transport Malta kien qal li Triq il-Wied hija fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u Transport Malta mhix se tagħmel xogħlijiet fiha.", "Aħna qed inbiddlu dik it-trend u għalhekk rajna li nilleġiżlaw f'dan ir-rigward.", "Kif rajna, jidher li l-Oppożizzjoni tidher maqsuma anke fuq dan l-Abbozz u fuq din il-wegħda li qiegħda fil-programm tal-Gvern li ngħata mandat mill-poplu tant b'saħħtu fit-3 ta' Ġunju 2017.", "L-Onor.", "Cutajar għoġbu jirreferi għal-lokalità ta' San Ġiljan.", "Kien pjaċir tiegħi li flimkien mal-Ministru Mizzi u r-rappreżentanti tal-komunità tan-negozju ġewwa Paceville stajt ninnota li kważi t-toroq kollha fil-lokalità ta' Paceville ngħataw wiċċ ġdid.", "Kien ta' sodisfazzjon ukoll li nara is-sidien tal-istess stabbilimenti kuntenti bix-xogħlijiet li saru, waqt li esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar xogħljiet oħrajn li hemm bżonn li jsiru f'żoni fejn għadna ma għamilniex.", "Konvint li l-kunsill lokali għandu jkun sodisfatt li l-Gvern se jintervjeni fuq toroq li r-responsabbiltà tagħhom kienet u teknikament għadha fil-poteri tiegħu.", "Ejja niftakru li f'San Ġiljan għandek influss ta' nies li mhumiex residenti, imma jfittxu din il-lokalità sabiex jiddevertu ta' kuljum, kif ukoll mijiet ta' eluf ta' turisti li jżuru San Ġiljan u Paceville.", "Dan il-Gvern qed jagħmel investiment mingħajr preċedent biex nagħtu lura l-ġieħ lill-kunsill lokali ta' San Ġiljan.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Il-Ministru semma l-aġenzija Infrastruttura Malta.", "Kif nafu, l-Abbozz li jwaqqaf din l-aġenzija jinsab fi Stadju ta' Kumitat biex imbagħad inkunu nistgħu nieħdu l-aħħar vot fit-Tielet Qari.", "Parti mir-responsabbiltajiet li se jibdew jaqgħu taħt Infrastruttura Malta kienu jaqgħu taħt Transport Malta.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'se jkun ir-rwol il-ġdid ta' Transport Malta fid-dawl li hemm xi responsabbiltajiet li issa se jgħaddu taħt Infrastruttura Malta?", "IAN BORG: Transport Malta se tkun qiegħda tagħmel dak li dejjem kien intenzjonat li tagħmel, jiġifieri li tkun ir-regolatur.", "Kif nafu, Transport Malta kellha dejjem taqdi ir-rwol ta' regolatur u implimentatur.", "Naħseb li issa wasal iż-żmien li Infrastruttura Malta tkun l-entità li timplimenta x-xogħlijiet u Transport Malta li tirregola.", "Ma jistax ikollok ċirkostanza fejn għandek ir-regolatur li joħroġ il-permessi lilu nnifsu, jimplimenta l-proġetti infrastrutturali u, fl-aħħar mill-aħħar, jerġa' jagħmel awditjar biex jara li l-proġetti jkunu saru skont il-permessi li jkun ħareġ l-istess regolatur.", "Naħseb li dak ir-rwol qiegħed jiġi kkristallizat minħabba li qegħdin ngħaddu l-fażi ta' implimentazzjoni lil Infrastruttura Malta.", "Transport Malta għandha wkoll direttorati importanti oħrajn li huma responsabbli minn oqsma kruċjali għall-ekonomija tagħna.", "Ma ninsewx is-settur marittimu fejn għandna l-ikbar reġistru Ewropew fir-rigward tal-merchant shipping.", "Hemm ukoll il-qasam tal-avjazzjoni.", "Transport Malta hija l-Awtorità tal-Portijiet u hija wkoll l-awtorità li tirregola l-konċessjonijiet bħal dawk fit-trasport pubbliku.", "Bi trasport pubbliku ma nifhmux biss tal-linja, imma għandek numru ta' setturi oħrajn li jagħtu servizz.", "Transport Malta taħdem ukoll mal-eluf ta' klijenti li, ta' kuljum, jiġu bżonn is-servizzi tagħha, b'mod partikolari mid-Dipartiment tal-Liċenzji.", "M'hemmx dubju li llum, Transport Malta qiegħda tistabbilixxi ruħha bħala awtorità li saħħet id-dipartiment tal-infurzar tagħha.", "L-intenzjoni tal-infurzar mhijiex li tagħmel il-flus imma li teduka u tara li r-regolamenti tat-traffiku, kemm tal-art kif ukoll tal-baħar, ikunu qegħdin jiġu osservati.", "Fil-fatt, bħalissa għaddejja kampanja intensiva mill-istess Awtorità kif inkomplu nedukaw u ninformaw dwar ir-regolamenti relatati mal-qasam tat-trasport fuq il-baħar, b'mod partikolari mill-aspett ta' divertiment.", "Kif nafu, illum il-ġurnata, ħafna eluf ta' Maltin għandhom opra tal-baħar, imma filwaqt li dawn jistgħu jkunu ta' żvog, jekk ma jkunux użati tajjeb, jistgħu jipperikolaw il-ħajja tan-nies fl-ibħra tagħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Infakkar lill-Ministru li fl-aħħar amministrazzjoni ta' Gvern Nazzjonalista saru 'l fuq minn 600 triq madwar Malta u Għawdex.", "Filwaqt li l-Ministru ma weġibnix għaliex il-kunsill lokali ta' San Ġiljan ma kienx informat biż-żjara tal-Ministru.", "Forsi l-Ministru jista' jgħid ukoll meta se jkunu magħrufa l-160 triq li l-aġenzija Infrastruttura Malta, li se titwaqqaf fil-jiem li ġejjin, se tkun qed tagħmel.", "Infakkar ukoll li l-160 triq residenzjali li qatt ma saru dejjem kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern ċentrali u mhux tal-kunsill lokali.", "Għall-Oppożizzjoni, l-importanti għan-nies hemm barra huwa li t-toroq isiru, irrispettivament jekk isirux mill-Gvern jew mill-kunsill lokali.", "Il-kritika tagħna hija indirizzata lejn il-Gvern, għaliex fil-fehma tagħna m'għandhom qatt jittieħdu responsabbiltajiet li jkunu jaqgħu taħt il-kunsilli lokali.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Jekk qed nifhem sew, l-Onor.", "Interpellant qed jistaqsi liema huma l-160 triq li se jsiru.", "Ninformah li dawn huma toroq li qatt ma saru!", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant irid l-ismijiet tat-toroq, wieħed ikun irid jikkompila din il-lista.", "Biss, naħseb li ħadd mhu qed jistenna li nagħti lista ta' 160 triq biex inwieġeb mistoqsija supplimentari!", "Dawn huma toroq li jew qatt ma ngħataw wiċċ jew li għadhom qed jiġu fformati, ħafna minnhom kawża ta' żvilupp f'żoni ġodda minħabba r-rationalisation process tal-2006.", "F'dawn it-toroq hemm familji li bħal-lejla, wara ġurnata xemx, imorru d-dar u jridu jidħlu minn ġot-trab u f'Novembru, wara ġurnata xita, iridu jmorru d-dar u jidħlu minn ġot-tajn!", "Aħna se nkunu qegħdin naraw li dawn it-toroq jingħataw prijorità minn Infrastruttura Malta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Innotajt li ftit ilu, il-Ministru għamel referenza għax-xogħlijiet li huma mistennija li jsiru ġewwa Triq il-Wied, Ħal Balzan.", "Milli nista' nifhem, din hija waħda mit-toroq fejn, għall-ewwel darba, il-Gvern ċentrali qiegħed jidħol sabiex jagħmel triq li ma jkunx wasal għaliha l-kunsill lokali għaliex qatt ma kellu biżżejjed baġit sabiex isiru ċerti xogħlijiet infrastrutturali ta' ċerta portata.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex se jkunu qed jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet u jekk kellux xi talba speċifiċa mill-kunsill lokali ta' Ħal Balzan?", "IAN BORG: Bla dubju, għalkemm sal-lum il-kunsilli lokali għadhom responsabbli bil-liġi mix-xogħlijiet fuq kull triq li mhijiex arterjali u distributorja, huma jagħmlu t-talbiet tagħhom anke jekk jafu li huma teknikament responsabbli minn dawk ix-xogħlijiet.", "Però, kif anke spjegajt meta ltqajt mas-sindku, mal-viċi sindku u mat-tliet kunsilliera li jirrappreżentaw il-komunità ta' Ħal Balzan u li kienu preżenti fuq il-post meta ħabbarna dan il-proġett, din it-triq partikolari tista' tiswa faċilment baġit ta' kunsill lokali għal seba' snin.", "L-Onor.", "Interpellant kellu x-xorti jservi bħala sindku fil-lokalità tal-Fgura li hija lokalità ikbar minn Ħal Balzan.", "Jien kont sindku ta' lokalità li hija kważi l-istess daqs ta' Ħal Balzan.", "Mill-esperjenza tiegħi fil-kunsill lokali nista' ngħid li triq li tiswa 'l fuq minn €0.5 miljun faċilment tkun ekwivalenti għal baġit ta' seba' snin ta' kunsill lokali.", "Dan ikun ifisser li l-kunsill lokali jista' jagħlaq il-bibien tiegħu, ma jiġborx aktar skart, ma jorganizzax attivitajiet, ma jħallasx il-pagi tal-ħaddiema, ma jħallasx il-kumplament tal-attività mistennija minnu u minflok ifaddal kemm jista' sabiex xi darba jagħmel Triq il-Wied.", "Din hija t-tieni triq ta' natura daqstant kbira li qed issir mill-Gvern ċentrali.", "Jekk wieħed jikkonsidra l-lokalità ta' San Ġiljan, din hija t-tielet triq li qed issir.", "Hawn qed nirreferi għall-kunsill lokali tas-Swieqi, fejn hemm Triq il-Keffa, il-kunsill lokali ta' San Ġiljan u l-kunsill lokali ta' Ħal Balzan.", "Dawn huma tliet kunsilli lokali b'maġġoranza Nazzjonalista, però irrespettivament mill-partit politiku tagħhom, qed jaħdmu sabiex jiżguraw li l-lokalità tagħhom tkun aħjar minn dik li wirtu meta ġew eletti.", "Aħna m'aħniex inħarsu lejn kuluri jew maġġoranzi u dan qed nuruh sa minn qabel inwaqqfu Infrastruttura Malta.", "Jien ħadt pjaċir nisma' l-aħħar kummenti li għadda l-Onor.", "Cutajar għaliex tibda tifhem dak li qed jgħidulna s-sindki mill-Partit Laburista u s-sindki mill-Partit Nazzjonalista b'mod informali meta qed juru li huma kuntenti li se nwaqqfu Infrastruttura Malta u li se jaqsmu din ir-responsabbiltà tagħhom mal-Gvern ċentrali, għaliex jafu li ma jistgħux jibqgħu jerfgħu dan il-piż waħedhom.", "Huma jafu li dawn it-toroq qatt ma jistgħu jsiru bil-baġits tal-kunsilli lokali.", "Għalhekk, għall-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant, il-kunsilli lokali kien ikkonsultat, għamel it-talba, kien magħna u se jibqa' magħna matul l-implimentazzjoni ta' din it-triq.", "Fl-aħħar mill-aħħar, din it-triq, bħal kull triq oħra f'pajjiżna, ma taffettwawx biss il-lokalità ta' Ħal Balzan.", "Kif nafu, għandna network ta' toroq li huma intrinsikament magħqudin bejn raħal u ieħor u bejn belt u oħra.", "Triq il-Wied f'Ħal Balzan tinsab bejn diversi lokalitajiet, u l-istat diżastruż li tinstab fih ma jagħmilx ġieħ lil pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea fis-sena 2018.", "Għalhekk qed nittamaw li meta l-ġimgħa d-dieħla, fi stadju ta' Kumitat, niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi biex inwaqqfu Infrastruttura Malta, lil hinn minn kif se nimplimentaw l-investiment li dan il-Gvern qiegħed ipoġġi b'risq il-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex, inkunu nistgħu naslu lejn ftehim anke mal-Oppożizzoni.", "B'hekk, nitilqu fuq triq tajba f'kull sens ħalli wara nassistu lit-68 kunsilli lokali kollha, irrispettivament minn liema naħa tal-pajjiż ġejjin u b'liema maġġoranzi politiċi huma komposti.", "Flimkien irridu naħdmu għall-ġid tal-lokalitajiet rispettivi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar xhur, wieħed seta' jinnota li żdied is-servizz ta' taxis - mhux it-taxis il-bojod – li wieħed jista' jibbukkjahom anke permezz ta' kumpaniji ġodda li huma totalment ibbażati fuq l-internet u għalhekk, sabiex tibbukkja dan is-servizz, bilfors irid ikollok mobile.", "Naħseb li dan huwa servizz tajjeb, għax f'dan il-pajjiż qatt ma kellna servizz ta' taxi li kien popolari kemm mal-Maltin kif ukoll ma' dawk li jkunu qegħdin jgħixu fostna.", "Jista' l-Ministru jsemmi x'inċentivi hemm għal kumpaniji ġodda f'dan is-settur?", "Bħalma wieħed jifhem, aktar ma jkollna minn dawn il-kumpaniji u aktar ma jsir użu minn dan is-servizz, se jkollna inqas karozzi fit-toroq u inqas karozzi li jfittxu parkeġġ, għaliex l-istess karozza tkun qed tintuża minn diversi persuni li jridu jmorru minn post għal ieħor.", "IAN BORG: M'għandix dubju li x-sharing economy u l-qsim tar-riżorsi bejn in-nies li jagħmlu użu mill-karozzi huwa l-preżent u anke l-futur.", "F'ċerti pajjiżi, dan l-aspett huwa aktar b'saħħtu minn pajjiżi oħrajn.", "Naħseb li anke f'Malta qiegħda tidħol din il-kultura.", "L-Onor.", "Interpellant qal li għandna numru ta' operaturi li qed joffru servizz ta' chauffeur driven cars lill-poplu u lil dawk li jżuruna.", "Issa jien qed immur aktar minn hekk, meta qed ngħid li wasal iż-żmien li wieħed jara l-introduzzjoni ta' kif dik ir-rikba tinqasam bejn nies li forsi lanqas biss jafu lil xulxin.", "Wieħed jista' jaċċedi għas-servizz bit-teknoloġija biex jippjana l-mobilità tiegħu u biex iħallas għal dak is-servizz.", "Dan is-servizz huwa l-mod li bih kumpaniji privati qegħdin joperaw.", "Se nkun sinċier.", "S'issa rajna numru kbir ta' operaturi jidħlu fis-suq mingħajr ma tajna ebda inċentiv.", "Għalhekk irridu nkunu kawti jekk huwiex lok li l-Gvern jintervjeni mill-aspett finanzjarju, bħal benefiċċji ta' tassazzjoni jew benefiċċji oħrajn, kif forsi qed jiġi ssuġġerit fil-mistoqsija tal-Onor.", "Dan għaliex is-suq diġà qiegħed jaqbad, mingħajr ma l-operaturi għandhom xi inċentiv f'dan is-sens.", "Għalhekk, wieħed irid janalizza s-sitwazzjoni biex ngħinu lis-suq skont iċ-ċirkostanzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin għall-Mistoqsijiet.", "MERĦBA LIL DELEGAZZJONI ĠERMANIŻA", "L-ISPEAKER: Qabel ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti, nixtieq nagħti merħba lill-Membri Parlamentari mill-Parlament Federali ta' Berlin li jinsabu preżenti fostna fl-iStrangers Gallery.", "Nifhem li qegħdin f'pajjiżna biex ikollhom laqgħat fir-rigward tal-proġett Valletta 18.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) għas-sena 2017;", "f'isem il-Ministru għal Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Numru 193 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (Ir-Repubblika tal-Botswana);", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5883 li ngħatat fis-seduta 124 tal-4 ta' Ġunju 2018 dwar kopja tal-att pubbliku datat l-1 ta' Frar 2017 li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija DB San Ġorg Property Limited; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każi ta' ħaddiema fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex li kienu qegħdin jibbenefikaw minn leave speċjali bi ħlas jew bla ħlas, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6162; u", "Tagħrif dwar każi ta' ħaddiema fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex li kellhom qualification allowance, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6163.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-fondi tal-Unjoni Ewropea li Malta tibbenefika minnhom fir-rigward tal-ħidma tagħha fuq l-immigrazzjoni irregolari, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6354;", "Tabella li turi r-reati kriminali rappurtati fil-lokalità ta' Tas-Sliema fis-snin bejn l-2013 u l-2018, maqsuma skont it-tip ta' reat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6418; u", "Tabella li turi l-għadd ta' każi ta' suwiċidju fil-perjodu bejn l-2010 u l-2018, maqsuma skont l-età u s-sess, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6453.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L 56/14/2018 - Bye-Laws tal-2018 dwar Attivitajiet fil-Beraħ (Kunsill Lokali Ta' Sannat);", "Avviż Legali Nru 194 tal-2018 - Ordni tal-2018 dwar Korrezzjoni tal-Liġijiet Att tal-2018 dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika (Att XIII tal-2018); u", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 191 tal-2018 - Regolamenti tal-2018 dwar il-ħatra tal-Awtorità Ċentrali fl-Adozzjoni;", "Avviż Legali Nru 192 tal-2018 - Regolamenti tal-2018 dwar il-ħatra tal-Awtorità Ċentrali fil-Foster Care;", "Avviż Legali Nru 195 tal-2018 - Ordni tal-2018 dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji;", "Tagħrif dwar ħatriet fil-grad ta' Manager u gradi 'l fuq, mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji tagħha, flimkien mar-responsabbiltajiet tagħhom, fil-perjodu bejn April 2013 u Marzu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6390;", "Tagħrif dwar il-pakkett finanzjarju u benefiċċji oħra ta' impjegati fil-grad minn Manager 'il fuq, mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji tagħha, fil-perjodu bejn April 2013 u Marzu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6392; u", "Tagħrif dwar l-għadd u t-tip ta' każi ta' vjolenza domestika rrappurtati fil-perjodu bejn l-2008 u l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6431.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali u Stqarrijiet Finanzjarji tal-Aġenzija Identity Malta għas-sena 2017.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2018 tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi, l-Onor.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROFESSJONI", "TAL-PSIKOTERAPIJA", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' klawsoli 2, 9, 10 u 14 tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Abbozz Nru 16 – skont l-Ordni Permanenti 104.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-klawsoli 2, 9, 10 u 14 tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Abbozz Nru 16 - jiġu kkonsidrati mill-ġdid, skont l-Ordni Permanenti 104.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi li l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' dawn il-klawsoli tiġi ttrattata mill-Kumitat Permanenti għall-konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-konsiderazzjoni mill-ġdid tal-klawsoli msemmija mill-Ministru tiġi ttrattata mill-Kumitat Permanenti għall-konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUNI", "JOE MIZZI: F'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, Kap. 524\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ votazzjoni.", "Skont il-ftehim milħuq, din il-votazzjoni għandha tittieħed fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI KRIMINALI U L-ATT DWAR", "ID-DIPENDENZA FUQ ID-DROGA (TRATTAMENT MHUX PRIĠUNERIJA)", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Ġunju, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa pass tajjeb.", "Permezz ta' dawn l-emendi fil-Kodiċi Kriminali, qed nitkellmu fuq sentenza ta' trattament u mhux priġunerija sabiex pajjiżna jkun konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Qabel nibda dan id-diskors, irrid insmemi t-tliet pilastri fil-qasam tad-droga f'pajjiżna, li huma l-OASI, il-Caritas u s-Sedqa li dejjem huma determinati li jagħtu l-għajnuna lil kull bniedem li jfittixhom.", "Qatt ma jaqtgħu qalbhom u huma dejjem għatxana li jgħinu lil dawk kollha li jitolbuhom l-għajnuna.", "Jien nammira lil dawn l-entitatjiet għall-fatt li jibqgħu dejjem motivati anke jekk l-individwi li jersqu lejhom ikunu f'baħar imqalleb.", "Għalhekk, irrid insellem lill-ħaddiema kollha ta' dawn l-entitajiet li qegħdin iħallu impatt pożittiv f'pajjiżna.", "Dawn il-ħaddiema qegħdin jagħmlu minn kollox biex iwasslu lil dak li jkun fid-direzzjoni t-tajba u biex jintegra lura fis-soċjetà tagħna.", "Min-naħa l-oħra, is-soċjetà tagħna trid taċċettahom u ġġegħelhom iħossuhom parti minna lkoll.", "Aħna dejjem niftaħru li Malta hija ħanina, imma fil-verità, is-soċjetà mhux dejjem tkun ħanina mal-vittmi tad-droga.", "Bħala soċjetà, irridu naraw li mhux biss ngħinuhom jerġgħu lura fis-soċjetà tagħna, imma ngħinuhom ukoll jegħlbu l-isfidi iebsa li jkunu għaddejjin minnhom, kemm huma u, aktar minnhom, dawk li jgħixu magħhom.", "Jien kelli diversi esperjenzi ma' dawn in-nies.", "Ilbieraħ, il-Ministru Owen Bonnici semma tant tajjeb li l-problema tad-droga mhijiex sfida għal ċerti familji biss jew għal xi klassi soċjali partikolari, imma din il-problema tmur lil hinn minn hekk.", "Dawn in-nies ġejjin minn kull strada tas-soċjetà tagħna.", "Għalhekk, kif qal tajjeb il-Ministru Bonnici, mhux dejjem ikun faċli, speċjalment għal tal-familja, li jkampaw ma' dawn id-diffikultajiet.", "Pereżempju, jien niftakar familja li daħlet id-dar u ma ssibx l-linef tad-dar!", "Għalhekk, bħala Gvern, dan l-Abbozz li qed jitressaq huwa tajjeb u naqbel miegħu mija, fil-mija għax qed ikompli jisħaq sabiex inkunu koerenti ma' dak li qed jagħmlu dawn l-entitajiet.", "Huwa importanti wkoll li nkomplu naħdmu fuq il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li nittama li tkun faċilita korrettiva u mhux distruttiva.", "Qed nara l-Ministru Michael Farrugia li ressaq 'il quddiem xi tibdil fil-ħabs, liema tibdil nittamaw li jkun għall-aħjar, biex il-ħabs ikun verament qed jifforma lil dawk li jidħlu fih, b'mod speċjali dawk li jinsabu l-ħabs minħabba l-problema tad-droga.", "Sur President, huwa tajjeb li fir-rigward ta' dan is-suġġett tant sensittiv niġbdu ħabel wieħed.", "Allaħares qatt nużaw dan is-suġġett bħala ballun politiku!", "Kemm hu importanti li jkollna Malta solidali u mhux Malta tal-kastig!", "F'ċerti aspetti, Malta hija ħanina, imma fejn tidħol il-problema tad-droga, mhux dejjem naġixxu b'mod ħanin, speċjlament jekk id-drogat ikun fqir, żgħir jew ġej minn post partikolari.", "Niftakar li jien kont nirrabja ħafna meta fis-sena 2000 persuna kien jinqabad bid-droga u l-midja bilfors kienet tirrapporta li din il-persuna kienet minn Bormla!", "Xi kultant, il-persuna tkun marret toqgħod erbat ijiem f'Bormla, imma l-midja bilfors kienu jsemmu t-tali bl-isem u l-kunjom u li kien minn Bormla!", "Ħafna drabi, dawn il-persunai huma bħan-nomadi, jiġru minn post għall-ieħor, imma t-timbru ta' Bormla kien irid jissemma.", "Illum, għall-grazzja t'Alla, din il-ħaġa naqset ħafna.", "Biss, nerġa ngħid, li ħafna drabi, għaliex inti żgħir jew fqir, nieħdu l-opportunità li nagħmlu xenata b'dawn it-tip ta' nies.", "Ovvjament, kif għedt, illum ir-realtà f'pajjiżna dejjem qiegħda tinbidel.", "Fir-rigward tad-droga, ma nistax inħallat is-sena 2000 mar-realtà tal-lum.", "Minn ftit riċerka li għamilt, għażilt sentejn differenti tul dawn l-aħħar għaxar snin, biex nara kif inbidlet ir-realtà tad-droga f'pajjiżna.", "Pereżempju, fl-2009, jirriżulta li kien hemm 240 qabda ta' droga, filwaqt li fl-2015, kellna l-ogħla qabda tad-droga f'dawn l-aħħar 16-il sena, b'total ta' 502 qabdiet tad-droga, li hu d-doppju tal-2009.", "Però imbagħad, fl-2015 kien hemm żieda kbira fil-multi, li kienet tammonta għal 44% tas-sentenzi kollha.", "Din kienet żieda ta' 291% fuq is-sena preċedenti.", "Min-naħa l-oħra, il-liberazzjonijiet taħt kondizzjonijiet naqsu bi 346% mis-sena 2014, li kienu jammontaw għal 26% tas-sentenzi kollha.", "Dan jista' jkun affettwat minħabba l-fatt li fl-2015 u l-2016 bdiet tissemma l-introduzzjoni ta' dan l-att li qegħdin niddiskutu llejla.", "Huwa tajjeb li l-Gvern qed jirrikonoxxi li nressqu dawn l-emendi minħabba dawn ir-realtajiet ġodda.", "B'hekk ikollna aktar unità nazzjonali, kordinament u ħidma mill-Gvern sabiex tkompli tonqos din il-ġerħa tad-droga f'pajjiżna.", "Huwa importanti li dan is-settur ikun mhux biss regolat imma anke sorveljat b'mod xieraq.", "Huwa importanti li jkollna kordinament bejn il-ħidma tal-Gvern u s-servizzi li qed jingħataw mill-OASI, il-Caritas u s-Sedqa biex nimxu fuq l-istess linja u fl-istess direzzjoni.", "Meta konna żgħar u konna nisimgħu l-kelma droga, awtomatikament kienu jiġu f'moħħna l-kliem piena u kastig.", "Permezz ta' dan id-diskors nixtieq li forsi mmur lil hinn minn dak li qegħdin niddiskutu dwar l-emendi li għandna quddiemna.", "Huwa importanti li nifhmu lill-bniedem, anke f'termini tar-razzjonalità tiegħu, jiġifieri fil-mod ta' kif jirraġuna.", "Il-bniedem huwa kumpless u għalhekk dejjem fadal x'nitgħallmu u nesploraw.", "Dan huwa s-sabiħ tal-ħajja!", "Il-bniedem ġej minn ambjenti differenti.", "Kif nafu, it-trobbija tagħna taffettwana b'mod differenti.", "Għaliex, pereżempju, hawn min ma jgħaddix mingħajr kokaina u hawn min lanqas qatt ma ra b'għajnejh kokaina?", "Ħafna drabi, il-mistoqsija tkun: Kif il-bniedem wasal sa hawn?", "Bħala bnedmin, aħna nesperjenzaw realtajiet li mhux dejjem huma razzjonali.", "Din hija xi ħaġa li ta' min jaħseb fuqha u jagħmel dixxerniment ta' dak li nisimgħu u naqraw.", "Huwa tajjeb ukoll li nirriflettu fuq dak li qegħdin nipproponu permezz ta' dawn l-emendi fil-liġijiet tagħna.", "Il-bniedem mhux magħmul biss minn element razzjonali, imma huwa magħmul ukoll minn qalb u ġisem.", "Il-bniedem huwa kumpless u jaf mhux dejjem ikun razzjonali.", "Bħala bnedmin, xi kultant niġu mmexxija mill-istinti tagħna aktar milli minn dak li jgħidilna moħħna.", "Il-karattru, it-trobbija u l-ambjent tagħna jaf ikollhom influwenza fuq l-imġiba tagħna.", "Però, fuq kollox, il-bniedem għandu wkoll spirtu li jmur lil hinn mill-proċess loġiku tal-moħħ.", "Huwa għalhekk li l-imġiba tagħna l-bnedmin hija ta' kulħadd differenti.", "Hemm bnedmin li daħlu f'din il-problema minn rajhom, hemm oħrajn li daħlu f'din id-diffikultà minħabba l-peer pressure, u hemm min ma kellux għalfejn imiss id-droga imma xorta waħda waqa' f'din il-problema.", "Sfortuntament hemm min kien b'saħħtu, anke b'diversi esperjenzi ta' suċċess fil-ħajja, imma mbagħad m'għarafx jikkontrolla dawn il-forzi negattivi.", "Hemm min spiċċa f'din il-problema biex jaħrab mir-realtà tal-ħajja.", "Sfortuntament, din hija sitwazzjoni drammatika għall-aħħar!", "Meta tkun ġenitur jew viċin il-persuna li li tkun għaddejja mill-problema tad-droga hija tassew għamla drammatika!", "Mhux talli jitkissru l-persuni b'din il-problema, imma jkissru wkoll lil ta' madwarhom.", "Jekk forsi hawn xi ħadd li qiegħed isegwina llejla, ejjew nuru solidarjetà ma' tant familji li għaddejjin minn tbatijiet kbar bejn l-erba' ħitan ta' darhom.", "Naf ġenituri li daħlu fl-eternità minħabba li dawn l-esperjenzi tant kiddewhom, li ma felħux għal aktar inkwiet.", "Hawn tant familji tajbin li għamlu minn kollox biex ipprovaw irabbu lil uliedhom bl-aħjar mod possibbli u mbagħad jispiċċaw jgħaddu minn tant tbatijiet.", "Dan iwassal għal ħafna mistoqsijiet għal dik l-omm u dak il-missier.", "Ħafna jgħidulek li għandhom, pereżempju, tlett itfal, fejn it-tnejn il-kbar irnexxew u ggradwaw mill-Università, però ż-żgħir jew iż-żgħira għandhom storja differenti.", "Għall-familja, din l-istorja hija passjoni u drama.", "Bħala ġenitur, mhux dejjem tkun kapaċi taċċetta din l-isfida, speċjlament meta uliedek jidħlu f'xebgħa inkwiet, anke mal-liġi.", "Mhux dejjem faċli li tkun madwar il-protagonist, taċċetta din is-sitwazzjoni u ma tħalli lil ħadd li jtellfek mill-paċi u l-kwiet.", "Sur President, mhux dejjem faċli tifhem lil dawk ta' madwarek, speċjalment jekk tkun ġenitur li tkun rabbejt lil uliedek b'mod tajjeb.", "Jista' jiġri li bħala ġenitur tibda tiffissa li l-problema hija tiegħek għax lil ibnek tajtu kull ma ried!", "Bl-istat ta' paniku, lanqas biss jiġik f'moħħok kif tista' tħoll dawn l-għoqiedi tal-ħajja!", "Jien semmejt lil-lokalità ta' Bormla, imma hawn diversi bliet u rħula Maltin li huma milquta minn din il-problema tad-droga għax niftakar is-sitwazzjoni kif kienet bejn is-sena 1997 u l-2003.", "Imma s-sitwazzjoni llum tbiddlet.", "Illum insibu li anke Tas-Sliema, Ħal Qormi, il-Mosta u tant lokalitajiet oħrajn huma milquta minn din l-isfida xejn faċli li ġġib id-droga.", "Hemm familji fejn il-ġenituri ġew nieqsa u r-responsabbiltà waqgħet fuq l-aħwa.", "Hawn qed niftakar f'tant familji partikolari li jien viċin tagħhom, li nkun naf l-istorja kollha.", "Hawn familji li jispiċċaw jitkissru mingħajr ma jkunu solvew il-problema.", "Ħafna drabi din is-sitwazzjoni hija bħal bir tas-skieken, fejn tispiċċa li ma tasal imkien!", "Mill-ġdid, se nerġa' nsemmi l-OASI, il-Caritas u s-Sedqa; biex tasal li taħdem man-nies li huma maħkumin mill-problema tad-droga trid vokazzjoni kbira.", "Min jaf kemm-il darba joħroġ minn ħalqna awtomatikament kliem bħal \"taqtax qalbek\", \"qawwi qalbek\", jew \"agħmel kuraġġ\".", "Però trid ħafna aktar minn kliem ta' kuraġġ biex tgħin lil dawn in-nies.", "Ħafna drabi matul dawk il-mumenti iebsa, l-ebda kliem ma jservi ta' sabar.", "Din hija sitwazzjoni pjuttost diffiċli u għadma iebsa.", "Jien nifhem il-ġid li qegħdin jagħmlu diversi entitajiet.", "Adrian Delia, xi ġimgħat ilu kellna l-opportunità li nżuru l-OASI u l-Caritas, fejn tkellimna mar-residenti, fosthom żgħażagħ, li għaddejjin minn din l-isfida.", "Tkellimna wkoll mal-ħaddiema li qed jaħdmu b'tant vokazzjoni f'dan is-settur.", "Is-sejħa għal dan ix-xogħol hija sfida li twieġeb għaliha biss b'qalb ġeneruża.", "Huwa xieraq li l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam jirrikonoxxi dan ix-xogħol moħbi li qiegħed isir.", "Fil-fatt għada fil-Caritas hemm iċ-ċerimonja tal-għoti ta' ċertifikati lil dawk li temmew il-programm ta' riabilitazzjoni b'suċċess.", "Ejja niftakru li dawn l-entitajiet kienu lesti li jwieġbu għal din is-sejħa b'mod totali, anke jekk mhux faċli li taħdem f'dan is-settur.", "Fl-1997 jien kelli l-opportunità li naħdem il-Caritas għal sena, liema esperjenza mhu se ninsa qatt.", "Dak iż-żmien kont għadni żgħir, ħiereġ mis-Seminarju, u kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fil-qasam soċjali.", "Kont naħdem fil-binja tal-Caritas f'Baħar iċ-Ċagħaq, liema binja għadha hemm sal-lum; dak iż-żmien kienet tissejjaħ Sant'Anna.", "Mill-ġdid, f'isem tant ġenituri li spiċċaw lampa stampa u f'isem tant ulied li mexjin 'il quddiem grazzi għal dawn l-entitajiet, irrid li f'isem is-soċjetà kollha nirringrazzja lill-ħaddiema li jaħdmu ma' dawn in-nies.", "Forsi jkun hemm min bħalissa qiegħed jismagħni u jgħidli biex ma nitkellmix f'ismu, għax għandu r-raġunijiet tiegħu.", "Naf li hawn min bata minħabba ċerti ċirkostanzi, anke ta' serq fejn il-persuna tkun għaddiet minn trawma li tibqa' magħha għal dejjem.", "Għalhekk nifhem ukoll lill-vittmi u naf li mhux faċli li taħfer jew li tinsa l-ħsara li tkun saritlek.", "Però jekk nipprovaw nibnu l-prinċipji tagħna fuq is-sens ta' tpattija, dan ikun il-kollass morali tagħna.", "L-istint naturali tagħna, speċjalment meta ninqarsu, mhux dejjem iwassalna għall-ideal u l-prinċipji li nemmnu fihom.", "Għalhekk, irridu nissiġillaw il-prinċipji tagħna għax il-prinċipji tagħna ma jiġux irkantati!", "Fl-Unjoni Ewropea għandna madwar 89 miljun persuna milquta mid-droga.", "Jidher ukoll li l-użu tad-droga min-nies qed jinbidel.", "Għalhekk, dawn l-emendi li qed nitkellmu dwarhom se jkomplu jtejbu t-tibdiliet li jaqdu lil dawk kollha li jinsabu f'dan il-kwadru.", "Ejja nagħrfu nittrattaw dan is-suġġett b'mod delikat kif qed tagħmel din il-Kamra.", "Ejja nkunu aħna li nintegraw lura lil min xellef difru mal-liġi xi darba jew oħra.", "Ejja ngħaqqdu l-istampa kollha ta' dan il-kwadru biex noffru ħajja aħjar lil min miss il-qiegħ.", "Ejja niftakru b'mod speċjali fil-familjari ta' dawn il-persuni li għaddejjin minn mumenti xejn faċli.", "Kull telefonata li jirċievu jimmaġinaw li mhux qed iċemplilhom ħuhom jew oħthom, imma qed iċemplilhom il-pulizija minħabba binhom jew binthom.", "Ejja nżommu f'moħħna li aħna l-politiċi rridu nagħtu kont ta' din ir-realtà.", "Aħna l-politiċi ninsabu fid-dmir li nindirizzaw din ir-realtà għall-benefiċċju ta' min kellu jgħaddi minn din il-ħajja terribbli.", "Jidher li f'Malta, l-ammont ta' nies li jitolbu għall-għajnuna dejjem qed jiżdied meta mqabbel mas-snin ta' qabel.", "L-istampa li qed toħroġ hija li dawn ħutna Maltin qed jitolbu għajnuna fuq problemi relatati ma' kokaina, kannabis u anke eroina.", "Il-bżonnijiet ta' dawn in-nies qegħdin dejjem jinbidlu u għalhekk il-Gvern għandu jagħmel ħiltu kollha biex jgħin kemm jista' lill-Caritas, lill-OASI u lis-Sedqa biex ikomplu jipprovdu servizzi u programmi effettivi li jindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Ilbieraħ ħadt gost nisma' bir-reqqa d-diskors tal-Ministru Owen Bonnici fejn ħarġet l-umanità tiegħu.", "Dan huwa dak li għandna bżonn fil-Parlament, speċjalment fejn jidħlu suġġetti bħal dawn.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se jsaħħaħ ċerti drittijiet li jagħtu dinjità lil kull bniedem, fosthom id-dritt li wieħed jiġi meqjus innoċenti sakemm il-Qorti tkun sabitu ħati.", "Dan huwa prinċipju importanti!", "Huwa l-obbligu tal-Istat, permezz tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, li jiġbru u jippreżentaw il-provi kollha, kemm dawk favur kif ukoll dawk kontra, fir-rigward tal-akkużat.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jgħid li l-awtoritajiet pubbliċi u l-Qrati m'għandhomx jirreferu għall-akkużat bħala ħati qabel ma tkun ingħatat is-sentenza ta' ħtija kontrih.", "L-Abbozz ta' Liġi jipprovdi wkoll li meta l-Pulizija tressaq lil xi ħadd quddiem il-Qorti, ma tistax trażżnu b'mod fiżiku, b'tali mod li jidher diġà ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.", "Kif nafu, ħafna drabi fl-aħbarijiet naraw lill-persuna immanettjata dieħla l-Qorti.", "Jekk l-akkużat ikun ġej minn xi raħal żgħir, ir-raħal kollu jqum jitkellem fuqu!", "Għalhekk dawn l-emendi se jkomplu jagħtu dinjità lil dawn il-persuni li, sforutnatament, ikunu daħlu fix-xena forsi mingħajr ma jkun it-tort tagħhom.", "Kulħadd jista' jidħol f'din ix-xena, jien inkluż!", "Fir-rigward ta' persuni li jkunu nstabu ħatja ta' reati marbuta mad-droga, il-liġi qed tinbidel permezz ta' dawn l-emendi biex ikun possibbli li l-Qorti tordna trattament minflok priġunerija.", "Ilbieraħ, il-Ministru Bonnici semma persuni li fil-passat kellhom il-problema tad-droga, attendew il-programmi tal-OASI, il-Caritas, jew is-Sedqa, imma llum qegħdin jistennew sentenza u jistgħu jerġgħu jidħlu fil-ħabs.", "Dan l-aħħar smajna anke b'każ simili fuq il-mezzi tax-xandir.", "Sfortunatament, minkejja li dawn il-persuni pprovaw jaħdmu fuqhom infushom, jerġgħu jispiċċaw il-ħabs.", "Hemm ħafna każijiet ta' persuni li jkunu abbużaw mid-droga imma li jekk jidħlu l-ħabs se jispiċċaw joħorġu minn hemm bħala kriminali.", "Għalhekk l-enfasi tagħna għandha tkun fuq l-għajnuna minflok il-kastig.", "Sinjura President, nittama li dan id-diskors li għamilt iservi biex is-soċjetà tagħna tagħmel dixxerniment ta' kemm huwa importanti li ma niġġudikawx lil dawn il-persuni li jkunu għaddejjin minn diversi sitwazzjonijiet.", "Bejn il-bibien magħluqa ta' djarhom, il-bambin biss jaf minn xiex tkun għaddejja l-persuna.", "Kif nafu, ħafna drabi, wara tant żmien, jibdew joħorġu ħafna stejjer.", "Bħala Partit Nazzjonalista ħdimna fuq dekasteru fejn tidħol is-solitudni u nittama li l-Gvern jara kif se niżviluppaw aktar fuq din l-idea.", "Ejja naħdmu aktar ilkoll flimkien!", "Fl-Ingilterra l-Prim Ministru Theresa May għamlet Ministeru sħiħ li jiffoka fuq is-solitudni.", "Din hija xi ħaġa tajba u importanti biex persuni li jkunu għaddejjin mis-solitudni jkollhom fejn jirreferu.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, nieħu pjaċir ninnota li d-drittijiet ta' min hu allegatament inkriminat qed jiġu mħarsa biex b'hekk, b'ġustizzja, inkunu qegħdin inħarsu d-dinjità tal-bniedem, b'mod partikolari sakemm ikun hemm provi li jixhdu li hu ħati, dak li hu magħruf bħala l-oneru tal-prova.", "Persuna inkriminata għandha d-dritt li titħares bħala innoċenti u għandha wkoll id-dritt li mingħajr il-preżenza tagħha fil-Qorti jew għall-inqas tal-avukat tagħha, ma tinqatax is-sentenza.", "Il-persuna għandha d-dritt ukoll li fuq għażla tagħha tibqa' siekta waqt ix-xhieda.", "Dawn id-drittijiet joħorġu minn traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea tal-2016 li kellha tiddaħħal u tiġi implimentata sal-1 ta' April 2018.", "Ninnota wkoll b'mod pożittiv li l-emendi għall-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga se jidħlu fis-seħħ.", "Dan huwa pass 'il quddiem għal dawk il-persuni li huma pazjenti u li jien, bħala tabib u persuna pubblika, niltaqa' ta' spiss magħhom.", "Jien kelli x-xorti li nara mill-qrib l-ammont ta' xogħol volontarju u siewi li jsir mill-Caritas u l-OASI.", "Dan huwa ġest fenominali li jagħmel ġieħ lil kull min jaħdem f'dan is-settur u, aktar minn hekk, lil dawk il-persuni li jerġgħu jingħataw ħajja mill-ġdid.", "Hawn ma nixtieqx inħalli barra d-Drug Dependency Unit fl-Isptar Monte Carmeli u l-Unit li jeżisti f'St. Luke's fejn hemm tobba u infermiera li litteralment ikunu qegħdin iħarsu s-saħħa u l-well-being ta' dawn il-pazjenti u indirettament anke tal-qraba tagħhom, biex bi programmi effettivi jiġu mnaddfa minn din id-dipendenza.", "Għalhekk, meta wieħed iħares lejn din il-liġi jara b'mod pożittiv l-aspett sabiħ tagħha, biex inħarsu d-drittijiet u d-dinjità ta' persuni li huma vulnerabbli.", "Inkun qed nonqos jekk ma nsemmix is-sitwazzjoni reali ta' kif topera din il-liġi fil-Qrati tagħna.", "Il-ħatra tal-ġudikatura hija kkontrollata mill-Eżekuttiv, jiġifieri mill-Gvern, u minkejja li fil-leġiżlatura preċedenti twaqqaf il-Kumitat li jinnomina avukati li huma eliġibbli għall-pożizzjoni u jagħmel l-assessjar tagħhom, l-aħħar kelma dejjem kienet u għadha tal-Prim Ministru.", "Barra minn hekk, kif inhi l-prassi f'Malta, l-Avukat Ġenerali hu l-prosekutur u jifforma wkoll parti minn dan il-Judicial Committee.", "Għalija dan għandu konflitt ta' interess.", "Dan għaliex, ejja ngħiduha kif inhi, l-Avukat Ġenerali huwa l-avukat tal-Gvern u huwa wkoll prosekutur fl-istess ħin.", "Hemm ħtieġa li darba għal dejjem jitwaqqfu żewġ uffiċini li huma separati minn xulxin.", "Ilna żmien ngħidu f'din il-Kamra li barra l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jagħti parir lill-Eżekuttiv, għandu jkun hemm uffiċċju ieħor tal-prosekutur.", "Biex nagħmlu l-ħaġa aktar kompluta, jien tal-fehma li wasal iż-żmien li l-maġistrati jkollhom ukoll il-poter ta' prosekutur għax b'hekk verament inkunu qed inħarsu l-bilanċ ta' diversi setturi bejn il-poteri f'demokrazija.", "Qed insemmi dan it-tiġdid biex f'Malta jkollna saltna tad-dritt idonea li niftaħru ferm aktar biha, bħal membri stati oħrajn Ewropej.", "Qed insemmi dawn l-uffiċċji għax f'din il-liġi jissemma wkoll l-intervent tal-Avukat Ġenerali fl-emendi li qegħdin isiru u hemm ukoll eċċezzjonijiet li ġew inkorporati flimkien ma' traspożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fil-Liġi Maltija lil hinn minn dak li huwa propost.", "Sur President, f'Malta s-saltna tad-dritt hija dgħajfa.", "Qed ngħid dan bħala tabib, aħseb u ara x'jgħidu l-avukati!", "Nażżarda ngħid li s-saltna tad-dritt ġiet mhedda kemm f'din il-leġiżlatura, f'ta' qabilha u anke f'oħrajn.", "Għandna Kostituzzjoni li ma tagħtix garanzija biex is-saltna tad-dritt tiġi mħarsa.", "Fil-Kostituzzjoni għandna ħafna kliem fieragħ bi stqarrijiet ta' kemm aħna bravi bil-ġlekk, u meta niġu għall-fatti dan il-kliem ma jsarraf xejn!", "Kollox jiddependi fuq kif jaħsibha l-Gvern, jiġifieri l-Eżekuttiv, fil-mument u fil-ġurnata.", "Din mhijiex biss ħasra, imma personalment bħala Membru ta' din il-Kamra nħoss li hija insult lejn id-demokrazija f'pajjiż modern li suppost inħaddnu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "OWEN BONNICI: Sur President, nirringrazzja lill-Kamra tad-dibattitu li kellna, li naħseb kien dibattitu pożittiv.", "Għamilt ħilti biex nisma' l-maġġoranza tad-diskorsi u fejn ma segwjtx, niskuża ruħi li ma kontx hawnhekk, imma kont impenjat ma' delegazzjoni mill-Parlament ta' Berlin li xtaqu laqgħa magħna.", "Fejn ma segwejtx se nkun qiegħed naqra t-transcript tal-interventi li saru.", "Naħseb li wieħed tajjeb li jirreġistra li kien hawn qbil dwar dan l-Abbozz, għax din hija xi ħaġa pożittiva.", "Irnexxielna nilħqu kunsens biex nirriaffermaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza li huwa essenzjalment ingredjent importanti ħafna fis-sistema tagħna.", "Dan ifisser li meta xi ħadd jitressaq il-Qorti akkużat b'reat kriminali għandu d-dritt li jiġi preżunt innoċenti sakemm ikollu sentenza definittiva kontra tiegħu.", "Sintendi, jista' ma jkollux sentenza kontra tiegħu u jkun liberat, imma sakemm jiġi liberat jew jinstab ħati, hija xi ħaġa pożittiva li nirriaffermaw dan id-dritt dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza li joħroġ minn din id-Direttiva li hija parti mill-programm ta' Stokkolma.", "Permezz ta' dan l-Abbozz, qegħdin nerġgħu nirriaffermaw dawn il-prinċipji ġenerali.", "Huwa tajjeb li jkollna dan it-tip ta' dibattiti.", "Jien ħadt gost nisma' l-interventi li saru għaliex meta nitkellmu dwar il-prinċipji, dan il-Parlament jaf jilħaq qbil.", "Pereżempju, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "David Stellini jitkellem dwar il-bżonn ta' rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Fl-Unjoni Ewropea, wara dawn is-snin kollha, għandna r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi.", "Dan ifisser li jekk għandek sentenza fl-Italja, din trid tiġi infurzata f'Malta għax, fl-aħħar mill-aħħar, aħna familja waħda Ewropea.", "Imbagħad meta jqumu l-kontroversji, xi kultant dawn il-prinċipji jiġu mormija barra mit-tieqa u nibdew ngħidu l-ereżijiet bħal, pereżempju, l-idea li stat membru jista' jaqbad sentenza ta' libell li ġejja minn stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u jarmiha barra mit-tieqa!", "Dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens u dan id-dibattitu reġa' qed ifakkar dak li ilna ngħidu fl-aħħar ġimgħat.", "Dan għaliex meta l-Oppożizzjoni titkellem fuq il-prinċipji b'mod oġġettiv u serju, naraw is-sens u r-raġun li jieħu s-sopravvent.", "Hawn irrid nuri l-apprezzament għall-interventi li saru, li kienu studjati u serji.", "Meta mbagħad xi kultant napplikaw dan id-dritt għal ċerti kontroversji li jkun hawn, sfortunatament l-Oppożizzjoni ġieli taqa' fir-riskju li tarmi barra dawn il-prinċipji.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa żball, għaliex il-kredibilità hija marbuta anke ma' kemm inti kostanti fl-ideat tiegħek.", "Ma tistax tarmi 'l barra dak li kont qed taqbel dwaru lbieraħ!", "Ma tistax, meta hemm kontroversja, iddawwar il-prinċipji rashom 'l isfel!", "Pereżempju, illum f'dan id-dibattitu tkellimna wkoll dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Huwa l-obbligu ta' kulħadd li noqogħdu attenti x'ngħidu biex ma nigirfux id-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza u biex min jiġi akkużat b'xi ħaġa serjissima ma jispiċċax jiġi żvantaġġjat minn xi affarijiet li jingħadu fil-konfront tiegħu.", "Nappella biex meta nagħmlu dawn l-istqarrijiet napplikawhom meta jkun hemm kwestjonijiet delikati u jaħarqu, bħal ċerti proċeduri kriminali importanti li jkunu għaddejjin fil-pajjiż minn żmien għal żmien.", "Dan għaliex ma tistax tgħid li għandna l-obbligu li noqogħdu attenti x'ngħidu, imbagħad ikollok Membru tal-Oppożizzjoni li jiġi fil-Parlament u jibda jallega affarijiet bl-addoċċ dwar proċeduri pendenti kriminali jaħarqu li jkunu għaddejjin!", "Nappella biex dak li ntqal illum jiġi applikat fir-realtà.", "Ħadt gost nisma' lill-kelliema li pparteċipaw f'dan id-dibattitu, inkluż min-naħa tal-Oppożizzjoni, fejn kellna membri li tkellmu b'mod studjat u riċerkat.", "Fost l-oħrajn, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Qed ngħid dan bl-ikbar ġenwinità u sinċerità.", "Però nżid ngħid li meta niġu biex napplikaw dawn il-prinċipji fir-realtà, ejja nibqgħu norbtu magħhom u ma nħallux it-tentazzjoni li nidhru fuq il-quċċata tal-aħbarijiet tieħu s-sopravvent!", "Meta aħna, bħala uffiċjali pubbliċi, inħallu t-tentazzjoni tegħlibna, inkunu qegħdin niżgarraw.", "Ma nistgħux filli ngħidu kemm hu importanti li nirrispettaw il-preżunzjoni tal-innoċenza, għax hekk jaqbel għas-sistema ġudizzjarja fl-interess ta' kulħadd, kemm tal-akkużat kif ukoll tal-prosekuzzjoni, imbagħad meta jkollna każijiet singoli narmu dawn il-prinċipji barra mit-tieqa, sempliċement biex niskurjaw punti politiċi u nirbħu l-ewwel paġni tal-ġurnali!", "Qed nagħmel dan l-appell ġenwinament, għax xħin bdejt nisma' d-diskorsi li saru bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk dawn humiex l-istess nies li ftit ilu bdew jirraġunaw bil-maqlub fuq każijiet individwali ta' ċerta kontroversja!", "Jew temmen fil-prinċipju jew ma temminx!", "Jekk hemm xi ħaġa li aħna, bħala Gvern, noqogħdu b'seba' għajnejn fuqha, hi li nkunu konsistenti.", "Tista' tistaqsi lil sħabi kollha kif fil-Kabinett, xi kultant, indumu niddiskutu punt wieħed sigħat sħaħ, għax irridu li jekk ngħidu xi ħaġa llum u tqum xi ħaġa simili l-għada, nibqgħu konsistenti.", "Il-konsistenza hija kruċjali!", "Jien inħobb insejħilha l-granpun.", "Fil-politika trid tqabbad lilek innifsek u l-ideat tiegħek ma' granpun u fil-mument li tagħmel dan, trid tibqa' mqabbad mal-granpun fuq l-istess punt, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi.", "Jien ġieli ħadt deċiżjonijiet li bihom iffavorejt lill-Oppożizzjoni fuq il-Gvern.", "Imma jrid ikollok il-konsistenza u mhux tbiddel il-granpun skont ir-riħ għax imbagħad titlef il-kredibilità!", "Għalhekk nappella lill-membri tal-Oppożizzjoni biex meta niġu għall-prattika, ma noqogħdux ngħidu biss kemm hi sabiħa l-Unjoni Ewropea u nitkellmu dwar il-prinċipji fl-arja, imma niftakru x'għedna llum f'dan id-dibattitu.", "Jien se nżomm dawn id-diskorsi li saru biex meta jkun hemm bżonn nerġa' nfakkarhom!", "Illum smajna min jgħidilna kemm hu sabiħ li s-sentenzi tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu esegwiti awtomatikament, biex iċ-ċittadin ma jkollux għalfejn joqgħod jagħmel kawża oħra.", "Tkellimna wkoll fuq il-preżunzjoni tal-innoċenza u kemm irridu noqogħdu attenti f'kull ħaġa li ngħidu biex ma nagħmlux ħsara lill-proċessi ġudizzjarji.", "Il-membri tal-Oppożizzjoni għandhom raġun jitkellmu b'dan il-mod, imma issa jridu jattwaw dan il-kliem fil-prattika.", "Sur President, irrid nappella wkoll biex noqogħdu attenti dwar kif nitkellmu fuq il-ġudikatura.", "Dan għaliex skont il-Justice Scoreboard, għall-grazzja t'Alla, imxejna 'l quddiem fl-effiċjenza, fl-ammont ta' nisa fil-ġudikatura u fl-użu tal-IT, fost l-oħrajn.", "Fir-rigward tal-ammont ta' kawżi li jinqatgħu komparati ma' kemm jidħlu, ġejna l-ewwel fl-Ewropa.", "Għad fadal ħafna xi jsir, imma mexjin 'il quddiem!", "Morna lura fuq il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura.", "Meta staqsew in-nies: Intom temmnu li l-ġudikatura hija indipendenti?", "Morna madwar 5% lura fil-perċezzjoni!", "Jumejn ilu, kellna fostna l-Kummissarju tal-Ġustizzja Vera Jouròva li ltaqgħet mal-istakeholders kollha, inkluż mal-Kamra tal-Avukati, mal-Imħallfin, mal-Prim Imħallef u mal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Meta staqsewha dwar x'jidhrilha mill-indipendenza tal-ġudikatura, qalet li hi ltaqgħet ma' kull min riedet u rriżultalha li minn dak li qalulha, ma kien hemm assolutament xejn li b'xi mod seta' jġegħelha temmen li l-ġudikatura f'Malta mhijiex indipendenti.", "Dan huwa l-kliem tal-Kummissarju tal-Ġustizzja u mhux tiegħi, li forsi jkun hawn min jgħid li qed nitkellem b'dan il-mod biex niddefendi xogħli.", "Il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-Ewropa kkonkludiet li f'Malta l-ġudikatura hija indipendenti u awtonoma.", "Hekk hu fil-fatt!", "Mela hawn xi ħadd li jista' b'xi mod jidħollu f'moħħu li l-ġudikatura f'Malta mhijiex indipendenti!", "Infakkar li fl-aħħar leġiżlatura, bħala Gvern tlifna kawża li biha l-Oppożizzjoni ħadet żewġ siġġijiet żejda!", "Qed insemmi dan biex nuri li l-ġudikatura tant hi indipendenti li f'pajjiżna, għax hawn is-saltna tad-dritt, il-Qorti tiddeċiedi u l-Gvern jaċċetta s-sentenzi tal-Qorti, anke jekk ma jaqbilx magħhom.", "Bħala avukat, f'dak il-każ partikolari jien ma qbiltx mar-raġunament tal-Qorti, però nbaxxi rasi għad-deċiżjoni tal-Qorti.", "Il-Gvern baxxa rasu u l-Oppożizzjoni ħadet żewġ siġġijiet, għax f'Malta l-ġudikatura hija indipendenti.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif nhar il-Ħadd li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni, meta kien qed jitkellem fuq ir-radju, qal li l-ġudikatura f'Malta hija maħtufa mill-Partit Laburista fil-gvern u li l-interess primarju tal-Gvern huwa li jkompli jaħtaf il-ġudikatura.", "Għaliex ngħidu dan id-diskors meta aħna, bħala Gvern, iddeċidejna li nagħmlu biċċa xogħol li ebda Gvern qabilna m'għamel!", "Qed nirreferi għall-fatt li ddeċidejna li nerħu minn idejna d-dritt assolut li naħtru lil min irridu fil-pożizzjoni ta' maġistrat u mħallef.", "Kif nafu, illum hemm kumitat indipendenti magħmul min-nies indipendenti, li mhumiex politiċi.", "Dan il-kumitat hu magħmlu mill-Awditur Ġenerali, il-President tal-Kamra tal-Avukati, l-Ombudsman, l-Avukat Ġenerali u l-Prim Imħallef li huma kollha indipendenti.", "Jekk ikun hemm kandidat, anke jekk ikun il-favorit ta' kulħadd, u l-kumitat ikun kontra l-ħatra tiegħu, aħna dejjem irrispettajna d-deċiżjoni tal-kumitat.", "Ara qattx kien hemm xi ħadd li l-kumitat ma qabilx dwaru u aħna ħtarnieh xorta!", "Kien hemm kandidati – mhux wieħed u tnejn - li ma sabux il-kunsens tal-kumitat u bħala Gvern dejjem irrispettajna dik id-deċiżjoni.", "Din hija xi ħaġa li qatt ma kienet issir fil-passat.", "Allura kif tista' tiġi tgħidli li l-Gvern irid jaħtaf il-ġudikatura f'idejh?", "Kieku ridna naħtfu l-ġudikatura, ma konna qatt ngħaddu dawn il-liġijiet u konna nibqgħu naħtru lil min irridu, kif kien isir fil-passat.", "Hawn, irrid ngħid li fil-mument li xi ħadd isir ġudikant, l-istorja dejjem uriet li dawn neżgħu l-passat u l-alleanzi politiċi tagħhom u qdew dmirhom bl-aktar mod eżemplari.", "Fl-istorja ta' pajjiżna kellna anke Prim Ministru li ħatar lilu nnifsu mħallef.", "Qed nirreferi għal Sir Francesco Buhagiar, li qam filgħodu u għamel lilu nnifsu mħallef.", "Biss, l-istorja wriet li dejjem kien indipendenti u imparzjali f'xogħlu.", "Bl-istess mod, anke l-aktar ġudikanti li kien hemm kontroversja dwarhom, kemm fil-passat u anke fil-preżent, meta nħatru fil-kariga, kollha wrew li huma indipendenti u imparzjali għall-massimu.", "Ma nħobbx insemmi ismijiet individwali, imma ppermettili nsemmi forsi l-aktar wieħed li ġejt ikkritikat dwaru, meta ħadna deċiżjoni li nagħmlu din il-ħatra.", "Dak iż-żmien, il-kumitat ma kienx għadu fis-seħħ.", "Meta ħadna d-deċiżjoni li naħtru lil Dr. Lawrence Mintoff bħala mħallef, ma nafx x'ma kenux qalu!", "Kelli kritika minn kullimkien!", "Illum, m'hawnx avukat wieħed li hu wieħed, anke dawk li jimmilitaw fil-Partit Nazzjonalista, li ma jgħidulix kemm l-imħallef Mintoff hu imparzjali, serju u indipendenti f'xogħlu.", "Forsi qed nagħmel żball insemmi wieħed partikolari, imma qed insemmih biex in-nies jifhmu x'irrid ngħid, li fil-mument li ġudikant jilħaq fil-kariga tiegħu, jinqata' mill-irbit kollu tiegħu.", "Tant hu hekk li biex imħallef jiġi mneħħi, hemm proċedura sħiħa.", "Kontu tafu, pereżempju, li l-paga ta' mħallef u maġistrat hija permanentement approprjata mill-Fond Konsolidat?", "Mela jien, bħala deputat ta' din il-Kamra, nitħallas mill-Parlament u jekk il-Parlament jgħidli le, jien ma nitħallasx, imma fir-rigward tal-paga ta' mħallef, anke jekk il-Parlament kollu jaqbel li m'għandux jeħodha, il-paga jibqa' jeħodha xorta waħda.", "Aħseb u ara s-security of tenure qawwija li għandu ġudikant, l-indipendenza li jgawdi, u kif qed jgħid l-Onor.", "Emanuel Mallia, l-awtonomija kbira li għandu.", "Għalhekk kif nistgħu niġu ngħidu li l-ġudikatura hija maħtufa mill-Partit Laburista?", "Imbagħad nistagħġbu li qed tonqos il-perċezzjoni tal-indipendenza fil-ġudikatura!", "Kif nafu, l-ewwel kellna lill-Onor.", "Simon Busittil u issa, bħal donnu tħajjar, l-Onor.", "Adrain Delia, li bħala Kap ta' partit, kuljum itambru l-istess diska.", "Mhux bilfors li element tal-poplu tagħna se jemmnu?", "F'Malta għandek sezzjoni kbira li hija Laburista, sezzjoni kbira li hija Nazzjonalista u sezzjoni kbira oħra li tirraġuna b'moħħha.", "Jekk ikollok Kap ta' partit li jgħid li l-ġudikatura qiegħda fil-but tal-Partit Laburista, mhux ovvja li hawn min se jemmnu!", "Jien qed nipprova nikkonvinċi lin-nies li dan mhux veru.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni, meta jitkellem b'dan il-mod, jaf li qed jgħid xi ħaġa li mhijiex minnha.", "Dan għaliex l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura tinħass sew min-nies.", "In-nies jafu li fil-mument li ġudikant jinħatar fil-kariga, isir awtonomu kompletament mill-Gvern tal-ġurnata.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Kompli Ministru.", "OWEN BONNICI: Hawn membru tal-Oppożizzjoni li qed jgħidli li dawwart dan f'ballun politiku.", "Le, għax jien irrid li meta joħorġu dawn it-tip ta' studji, bħala pajjiż, noħorġu b'wiċċna minn quddiem.", "Mela hawn xi ħadd jaħseb li jien se nieħu pjaċir nara li l-perċezzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura marret lura!", "Jien nibda nistaqsi għaliex marret lura.", "Nerġa' ngħid, il-Kummissarju tal-Ġustizzja Ewropea qalet li tkellmet ma' kulħadd u kkonkludiet li l-ġudikatura hija indipendenti.", "Għalhekk jiena nitfa' sebgħi fuq il-ħafna kritika mhux xierqa li ssir mill-Partit Nazzjonalista dwar din il-fissazzjoni li daħħlu f'rashom li qisu l-Gvern għandu xi interess jindaħal lill-Qorti fid-deċiżjonijiet tagħha.", "Kif jistgħu jaħsbu dan meta hemm sentenzi, waħda wara l-oħra, fejn il-Gvern tilef?", "Il-Gvern ġieli rebaħ kawżi kostituzzjonali u ġieli tilef!", "L-istess jiġri fil-libelli, ġieli nirbħu u ġieli nitilfu.", "Kieku dejjem nirbħu, forsi nasal ngħid li wieħed jidħollu d-dubju, imma dan mhux il-każ.", "Għalhekk nixtieq nappella lill-Oppożizzjoni biex tieqaf tagħmel din il-kritika inġusta.", "Jistgħu jikkritikaw lili kemm iridu, imma l-ġudikatura ħalluha tagħmel xogħolha, mingħajr pressjonijiet żejda, riżultat ta' ħafna diskors li mhux xieraq.", "Wara kollox, fil-fond ta' qalbkom tafu li meta qed tgħidu li l-ġudikatura mhijiex indipendenti, din mhijiex ir-realtà.", "Nerġa' ngħid li l-ġudikanti kollha taw il-massimu tagħhom, ġew minn fejn ġew, kien x'kien il-background tagħhom u kienet x'kienet l-alleanza politika tagħhom.", "Fil-mument li wieħed jilħaq ġudikant, jinqata' u jinfatam mill-passat politiku tiegħu.", "L-aħħar punt li rrid inqajjem hu dwar kemm ħadt pjaċir nisma' bil-qbil unanimu f'din il-Kamra dwar ir-riformi li saru fl-aħħar leġiżlatura biex min huwa vittma reali tad-droga ma nibqgħux inħarsu lejh bħala kriminal, imma narawh bħala xi ħadd li jeħtieġ l-għajnuna.", "Ninsab konvint li bis-saħħa ta' dawn l-emendi se nagħtu aktar ċans lil xi ħadd li jinsab jew li kien fil-vizzju tad-droga biex jibda ħajja ġdida.", "Niddejjaq ħafna meta nara każijiet ta' żgħażagħ li għaliex waqgħu fil-vizzju tad-droga spiċċaw jittraffikaw huma wkoll, b'riżultat li jispiċċaw il-ħabs mingħajr ma jingħataw iċ-ċans li joħorġu mill-vizzju.", "Meta kont avukat, din kienet xi ħaġa li kienet iddejjaqni ħafna.", "Issa hemm mekkaniżmu li ħadem u se nkomplu nwessgħuh biex ngħinu lil aktar nies.", "Konvint li għad inħarsu lura u ngħidu li fl-2015 u fl-2018, dan il-Parlament ħa deċiżjoni tajba li jiftaħ il-bibien beraħ għal min hu vittma tad-droga biex jgħinu joħroġ minn dan il-vizzju.", "Qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar ir-rwoli tal-Avukat Ġenerali.", "Kif diġà għedt, fil-mument li nieqfu nbiddlu, ikun wasal il-mument li ninbidlu aħna.", "Jien nemmen li fil-mument li ngħid li s-sistema tagħna hija kollha perfetta u m'hemm xejn xi tbiddel, ikun is-sinjal, li jien l-ewwel wieħed, wasalli ż-żmien li nwarrab u jilħaq xi ħaddieħor floki.", "Jekk hemm bżonn li nagħmlu delineazzjoni bejn ir-rwol kriminali u ir-rwol ċivili li għandu l-Avukat Ġenerali, għall-ġid ta' pajjiżna, jien l-ewwel wieħed li nabbraċċja dan it-tibdil.", "Però, ejja ma nitilqux b'din l-idea li dak li kien tajjeb ilbieraħ, illum, f'daqqa waħda, sar ħażin!", "(Interruzzjonijiet) Le, naf li m'għedtx hekk!", "Biss, irrid infakkar li biex Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea sar skrutinju minn rasna sa saqajna u qatt ma kien hemm xi kwestjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li l-Avukat Ġenerali għandu funzjoni ċivili u ċerti funzjonijiet penali.", "Din il-problema bħal donnha nqalgħet issa!", "Jien qed ngħid li jekk hemm bżonn li l-Avukat Ġenerali jiddelinea aktar biex dawn iż-żewġ funzjonijiet ikunu aktar speċjalizzati, allura jien favur din il-bdila.", "Però, nagħmlu din il-bidla mhux għax jiġi xi ħadd bħal David Casa li jgħid li għandu jsir hekk!", "Bir-rispett kollu, David Casa lili ma jimpressjonani xejn!", "Nagħmlu din il-bidla jekk hemm bżonn li ssir għall-ġid tal-pajjiż.", "Infakkar li fl-aħħar Country Report tal-Unjoni Ewropea ntqal li Malta għandha wisq entitajiet fil-ġlieda kontra l-kriminalità.", "Issa, l-Oppożizzjoni qed tgħid li għandna naqsmu entità fi tnejn, bir-riżultat li jkun hawn aktar entitajiet.", "Jekk irridu nikkonsolidaw u ntejbu l-affarijiet, hemm ċerti argumenti li rridu nagħmlu.", "L-għan dejjem għandu jkun li nbiddlu l-affarijiet biex ġenwinament imorru għall-aħjar.", "Jien dejjem nappella biex nieħdu ħsieb l-istituzzjonijiet, għaliex meta nattakkawhom, inkunu qegħdin indgħajfuhom.", "Jien irrid li l-istituzzjonijiet f'pajjiżna jkomplu jissaħħu u jimxu 'l quddiem ħalli jkomplu jagħmlu ġid lill-pajjiż.", "Issa li għadda l-perjodu elettorali, huwa tajjeb li l-Oppożizzjoni tikkritikana fejn hemm bżonn, imma ejja nibżgħu għall-istituzzjonijiet, għaliex meta toqgħod tikkritika l-istituzzjonijiet, mhux se joħroġ ġid.", "Hawn irrid nagħmel referenza għall-aħħar rapport tal-GRECO li hija l-kummissjoni ta' kontra l-korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-GRECO qalet li Malta addottat ir-rakkmandazzjonijiet kollha li sarulha biex jissaħħu l-prosekuzzjoni u l-ġudikatura.", "Il-GRECO ħarġu b'chart fejn pajjiż li addotta r-rakkmandazzjonijiet immarkawh bl-isfar, u pajjiż li m'għamel xejn ġie immarkat bl-aħmar.", "Fir-rigward tal-prosekuzzjoni u l-ġudikatura, Malta ġiet immarkata dejjem bl-isfar.", "Il-GRECO jgħid ukoll li l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jattira fiduċja kbira.", "Dan mhux qed ngħidu jien jew l-Onor.", "Byron Camilleri bħala membri tal-Gvern, imma qed tgħidu l-GRECO.", "Għalhekk, ejja nibnu fuq it-tajjeb li hemm u fejn hemm bżonn li nirriformaw għall-aħjar, aħna dejjem miftuħin għal aktar titjib.", "Biss, ejja nifirdu d-diskors li ma jkunx ta' ġid mid-diskors kostruttiv illi akkademiċi u esperti jagħmlu minn żmien għal żmien, biex dan il-pajjiż ikompli jimxi 'l quddiem.", "Sur President, nirringrazzja ġenwinament lill-Parlament talli se jivvota b'mod unanimu favur dan l-Abbozz ta' Liġi u nħares 'il quddiem biex fi stadju ta' Kumitat inkunu nistgħu nkomplu nirfinaw u ntejbu, ħalli nagħmlu dan l-Abbozz ta' Liġi ħafna aħjar minn kif qed ġie ippreżentat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta, l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija), Kap. 537 u biex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra relatati jew anċillari għalihom\", ikun moqri t-Tieni darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jmur quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Owen Bonnici.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U ARKIVJI NUTARILI", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "OWEN BONNICI: Sur President, niskuża ruħi li qed nerġa' nintervjeni jien, imma l-Whip ġentilment akkordali li jkun hawn żewġ Abbozzi ta' Liġi li jiġu diskussi wieħed wara l-ieħor, għaliex hemm ċerta importanza li dawn il-liġijiet jgħaddu.", "Ġieli nipprova ngħaqqad tliet abbozzi f'wieħed biex nekonomizza fuq il-ħin ta' dan il-Parlament għax naf kemm huwa prezzjuż u kemm sħabi għandhom abbozzi xi jressqu, però dan l-Abbozz ta' Liġi kien jimmerita li jkun għalih.", "Għalkemm it-tentazzjoni kienet li dan l-Abbozz ikun parti mill-Abbozz li għadna kemm iddiskutejna, deherli li dan l-Abbozz ta' Liġi għandu jkun awtonomu u distakkat mill-oħrajn, peress li l-professjoni notarili hija separata minn kwalunkwe ħaġa li tkellimna s'issa fuqha.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi se nitkellmu dwar in-nutara.", "Jekk hawn professjoni li forsi tiġi t-tieni wara l-professjoni tat-tobba għax tolqot lin-nies fil-laħam il-ħaj, naħseb li hija dik notarili.", "Il-professjoni ta' avukat, perit, dentist u oħrajn jolqtu lin-nies għax huma bbażati fuq il-fiduċja tan-nies, imma nemmen li x-xogħol notarili għandu importanza straordinarja fil-ħajja ta' persuna għaliex qed jittratta essenzjalment il-patrimonju tal-persuna.", "Hawn ħafna nies li jaħdmu ħajjithom kollha biex jixtru dar u jħallsu d-dejn fuqha u mbagħad imorru għand in-nutar biex jgħidulu x'jixtiequ jagħmlu b'dik id-dar li jkunu taw 30 sena jew aktar tal-ħajja lavorattiva tagħhom għaliha.", "Hawn qegħdin immissu kwestjonijiet relatati mal-familja.", "Pereżempju, anzjana li tmur għand in-nutar biex tgħidlu li tixtieq tħalli it-tali ħaġa lil dak it-tifel jew l-ieħor li forsi ħa ħsiebha aktar minn oħrajn.", "Forsi fid-dinja tal-Facebook u tat-Twitter qed nieħdu dawn l-affarijiet b'mod leġġer, imma min bħali, trabba f'raħal, jaf kemm huma importanti dawn it-taħditiet li jkun hemm fl-irħula.", "Ġieli ngħaddi bil-karozza minn quddiem uffiċċju ta' xi nutar imqabbad u ngħid bejni u bejn ruħi: Min jaf bħalissa n-nutar kemm qed jisma' qrar u jiggwida lin-nies fuq kif l-aħjar jiddisponu mill-proprjetà tagħhom wara mewthom!", "Min jaf kemm qed jiggwida nies dwar bejgħ u xiri ta' proprjetà!", "Naħseb li l-professjoni notarili hija professjoni intimament marbuta mal-fiduċja tan-nies.", "Forsi wieħed jgħidli: Mela l-professjoni ta' avukat mhijiex ibbażata fuq il-fiduċja wkoll?", "Dan huwa minnu, imma jien dejjem ngħid li n-nutar huwa aktar ibbażat fuq il-fiduċja minn professjonijiet oħrajn.", "Fil-fehma tiegħi, jiġi t-tieni wara l-professjoni tat-tobba li nafdawlhom ħajjitna f'idejhom.", "In-nutar jiltaqa' ma' żewġ partijiet fejn, pereżmpju, wieħed se jixtri u l-ieħor ibigħ u għalhekk irid jirbaħ il-fiduċja tat-tnejn li huma.", "Avukat jista' faċilment ikun favur naħa u, frankament, in-naħa l-oħra tkun problema ta' ħaddieħor, imma fejn jidħol xogħol notarili, in-nutar irid jirbaħ il-fiduċja ta' kulħadd.", "Xi kultant in-nies hemm barra jistaqsu: X'għandu daqshekk speċjali n-nutar?", "In-nutar għandu dak li fil-kors tal-liġi jissejjaħ il-munus pubblicum.", "Sur President, naħseb bħali tiftakar lin-Nutar Felice tal-Imdina jgħallimna dwar il-munus pubblicum.", "Il-munus pubblicum huwa poter li għandu kważi l-uffiċċju tan-nutar biss.", "Hemm uffiċjali li għandhom ċerti poteri, imma n-nutar għandu poter kbir ħafna, tant li jekk taqbad biċċa karta u jiffirmaha nutar, f'daqqa waħda ma tibqax biċċa karta, imma issir xi ħaġa li l-Istat jemmen li hija vera.", "Biex inġib eżempju, jekk jien naqbad karta u nikteb li qed nagħti dar lill-Onor.", "Chris Said u niffirmaha, din ma tiswa xejn għax hemm biss il-firma tiegħi.", "Biss, jekk l-istess karta jiffirmaha nutar li jrid isegwi l-proċedura li titlob il-liġi, fosthom li jirreġistraha, f'daqqa waħda, dik il-biċċa karta saret xi ħaġa li l-Istat jemmen li hija vera u li għandha effett mal-pajjiż kollu.", "Mela għax dik il-karta ffirmaha nutar u ppubblikaha, dik il-biċċa karta saret karta li torbot lil Malta kollha.", "Jekk imbagħad ikun hemm xi ħadd li jrid jara Owen Bonnici lil min ta jew biegħ dik id-dar, jista' faċilment jagħmel dan fir-Reġistru Pubbliku.", "Jekk ikun hemm persuna li trid tixtri dik id-dar, trid tkellem lil dak ix-xi ħadd ieħor u mhux lili.", "Din hija t-tifsira tal-munus pubblicum, li sempliċi firma ta' nutar tagħti tant saħħa lil biċċa karta.", "Għalhekk wieħed jifhem għalfejn in-nutar, forsi aktar minn professjonijiet oħrajn, irid jibża' għal din il-fiduċja b'mod assolut!", "Allaħares nutar jgħaddilu mill-antiporta ta' moħħu li jgħid xi ħaġa li mhix minnha bħal, pereżempju, jgħid li deher quddiemu Tizju meta dan ma jkunx veru!", "Jekk jiġri dan, tikkrolla s-sistema kollha!", "Għalhekk, hemm element kbir u importanti ħafna ta' fiduċja.", "Ovvjament, in-nutar għandu aktar piżijiet xi jġorr u jrid jobdi regoli stretti li jgħinuh jaqdi d-doveri tiegħu.", "Issa, bħal kull professjoni oħra, ikollok it-tuffieħ it-tajjeb u t-tuffieħ il-ħażin.", "Sfortunatament, kellna każijiet ta' nutara li ma rrispettawx il-fiduċja pubblika u għamlu affarijiet skorretti li għadhom qed iħallsu l-konsegwenzi legali għalihom sal-lum.", "Jien niltaqa' ma' nies li jgħiduli, pereżempju, li xtraw post, ħallsu t-taxxa kollha billi taw ċekk lin-nutar, u wara tmien snin, saru jafu li n-nutar ma insinwalhomx il-kuntratt.", "Ħafna drabi l-parir li jingħataw mill-avukat ikun li se jkollhom jerġgħu jagħmlu l-kuntratt mill-ġdid u jħallsu t-taxxa mill-ġdid.", "Naħseb li ħafna minn dawk li għaddew minn din is-sitwazzjoni ġew ikellmuni fir-rwol tiegħi bħala l-Ministru tal-Ġustizzja.", "Ovvjament dawn in-nies jiġu bir-ragħwa f'ħalqhom, u għandhom raġun li jkunu rrabjati għax in-nutar li tawh il-fiduċja tagħhom ittradixxa dik il-fiduċja.", "Issa, fil-verità, kemm hawn minn dawn in-nutara li ttradew il-fiduċja tan-nies?", "Ngħidlek li lanqas hawn 1% tan-nutara kollha, tant li tista' tgħoddhom fuq id waħda.", "Però l-ħażin li jagħmel nutar wieħed jitfa' dell ikrah fuq il-bqija tal-professjoni.", "Għalhekk nappella lin-nutara kollha li, kemm jista' jkun, jaraw li fil-komportament tagħhom ikunu etiċi u korretti.", "Meta jien nagħti l-warrants lin-nutara l-ġodda dejjem ngħidilhom dan l-aneddotu li nixtieq naqsam anke mal-Kamra.", "Ċerti affarijiet ma tistax tilleġiżla dwarhom.", "Il-liġi tagħtik il-minimu, imbagħad sta għalik li ma tikkuntentax billi tkun korrett sa ċertu punt, imma tkun trid tkun korrett dejjem aktar.", "Jien dejjem nirrakkonta din l-esperjenza ta' meta kont tifel li tant impressjonatni u baqgħet f'moħħi.", "Darba kont m'ommi sejrin naraw lin-nanna tiegħi – Alla jaħfrilha – li kienet toqgħod fi Triq l-Ispirtu s-Santu, li tiġi n-naħa l-oħra taż-Żejtun minn fejn konna noqogħdu aħna.", "Jien u miexi m'ommi rajt qassis ipejjep.", "Ovvjament ma kien qed jagħmel xejn ħażin, imma, ta' tifel li kont, il-veduta tiegħi li nara qassis ipejjep dak il-ħin kienet ta' xokk u skandlu li baqgħet f'moħħi, tant li llum qed nirrakkontaha.", "Forsi wieħed jgħidli: Għamel xi ħaġa ħażina dan il-qassis?", "Assolutament ma għamel xejn ħażin, imma hemm element ta' fiduċja vestita fil-fatt li huwa qassis, li wieħed jistenna ċertu komportament minnu.", "Fil-fehma tiegħi, in-nutar huwa bħall-qassis li jien rajt meta kont tifel.", "Il-fiduċja li tippresta l-professjoni notarili fuq in-nutar hija waħda kbira ħafna.", "Dan għaliex allaħares f'testment in-nutar jikteb li kien hemm Ġanni Borg quddiemu u Ġanni Borg mhux veru jkun quddiemu, jew jgħid li biex inserrħu rasna li Ġanni Borg qiegħed hemm, kien hemm żewġ xhieda, imbagħad jirriżulta li dawk ix-xhieda ma kenux hemm!", "Dawn huma affarijiet li żgur mhumiex tajbin.", "Probabbilment min qed jismgħani ġieli sema' xi storja minn dawn.", "Għalhekk nerġa' nappella lin-nutara biex isaħħu l-komportament tagħhom bl-aħjar mod ħalli jkomplu jkabbru l-fiduċja fil-professjoni tagħhom.", "Din il-liġi li qed nipproponu hija frott diskussjoni li kelli mal-Kunsill Notarili, li huwa mmexxi minn kumitat żagħżugħ ħafna, kollha iżgħar minni jew daqsi u għandhom enerġija kbira.", "Minn hawn, nixtieq insellem lil Daniel Bugeja, li huwa l-President tal-Kunsill Notarili u huwa bniedem taz-zokkor, kif ukoll lill-membri kollha tal-Kunsill.", "Dawn iddeċidew li jridu isaħħu l-professjoni notarili u tawni kodiċi ta' etika ġdid għan-nutara.", "Meta ppreżentawhuli għidt li kellu bżonn kulħadd ikun bħalhom!", "Jienj qrajtu, studjajtu u ħadt parir dwaru u daħħalnieh fis-seħħ mill-ewwel madwar xahar u nofs ilu.", "Fil-fatt dan huwa l-ewwel kodiċi ta' etika għan-nutara fl-istorja ta' pajjiżna.", "Din hija indubjament xi ħaġa tajba.", "It-tieni ħaġa li n-Nutar Bugeja tani kienet dan l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum.", "Ovvjament, aħna studjajnieh u rfinajnieh, imma essenzjalment bqajna leali lejn dak li ried il-Kunsill Notarili, jiġifieri li jkabbar is-serjetà tal-professjoni notarili.", "Miegħi għandi elenku tar-riformi li se ndaħħlu bis-saħħa ta' din il-liġi.", "Dawn mhumiex xi riformi li se jbiddlu l-professjoni notarili rasha 'l isfel, però se jkomplu jsaħħu s-serjetà tal-professjoni.", "Qabel ngħaddi għal dawn il-bidliet, in-Nutar Bugeja talabni nfakkar lil din il-Kamra li l-professjoni notarili hija antika ħafna f'pajjiżna.", "Jidher li din il-professjoni kienet introdotta fis-seklu 11 min-Normanni.", "L-ewwel nutara f'pajjiżna ġew introdotti f'Malta min-Normanni fis-seklu 11!", "Imbagħad, fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann, b'mod speċjali fi żmien il-Gran Mastru de Rohan, kellna avvanz.", "Għalina l-avukati, de Rohan huwa forsi l-aktar Gran Mastru importanti, forsi aktar minn de Valette, għax ħalla l-Kodiċi de Rohan li huwa l-ewwel kodiċi ċivili li qatt kellna f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li aħna ġieli kkonsultajna dan il-Kodiċi de Rohan.", "Pereżempju, ġieli jkolli bżonn parir ieħor f'ċerti aspetti fil-Kodiċi Ċivili u meta nkellem xi avukat mill-anzjani, bħall-Professur Refalo, jgħidli li dak l-artiklu partikolari ġej mill-Kodiċi de Rohan.", "Hemm partijiet mil-liġijiet tagħna li għadhom ta' żmien il-Kavallieri.", "Kif nafu, de Rohan kien f'Malta fis-seklu tmintax, u allura qed ngħidu li l-professjoni notarili nibtet f'pajjiżna madwar 300 sena ilu.", "Dan ifisser li din il-professjoni għandha esperjenza ta' 300 sena u għalhekk hija professjoni b'saħħitha ħafna.", "Kif diġà semmejt, il-Kunsill Notarili ġustament iddeċieda li jipprova jżid is-serjetà fil-professjoni notarili u bħala Gvern daħħalna l-kodiċi ta' etika.", "Daħħalna wkoll regolament li jirregola b'mod aħjar l-eżami tat-titolu.", "Meta jien kont għadni student tal-liġi, jekk xi ħadd kien imur għand nutar biex jixtri jew ibigħ proprjetà, dak iż-żmien in-nutar kien jgħidlek li jekk trid serħan il-moħħ dwar it-titolu, toqgħodx fuqu imma tmur għand avukat.", "Eventwalment, kien hemm riforma fejn żdiedet il-miżata li nutar jitħallas, liema miżura naħseb li kienet tajba, però n-nutar beda jagħtik iċ-ċertifikat tat-titolu.", "Dan ifisser li nutar qed jagħtik serħan il-moħħ, permezz ta' parir bil-miktub, li huwa analizza t-titolu u kollox huwa sewwa.", "Għalhekk, waqt li qabel wieħed kien imur għand avukat, issa dan it-titolu qed jagħtih in-nutar.", "Forsi ħafna nies ma kenux jafu b'din il-prattika, għax kien mingħalihom li meta jmorru għand nutar, in-nutar jiggarantilhom it-titolu, li ra r-riċerki u l-fatt li l-kuntratt ġie ppubblikat, ifisser li kollox huwa sew.", "Però, sa dak iż-żmien, in-nutar ma kellux fuqu r-responsabbità li jserraħ ras il-klijent dwar it-titolu.", "Illum in-nutara qed jitħallsu aktar, imma qed jagħtu dan iċ-ċertifikat ta' titolu.", "Aħna għamilna regolament fejn għalaqna ċerti loopholes u rajna li jkun hemm aktar regolamentazzjoni fir-rigward tal-eżami tat-titolu, ir-riċerki, it-tfittxijiet u formalitajiet oħrajn.", "Irrid ngħid li f'din il-Kamra hawn min jifhem aktar minni fir-rigward tat-titoli.", "Pereżempju, hawn il-Ministru Falzon li min jaf kemm għaddew minn taħt idejh titoli u kuntratti.", "Fil-fatt, meta kont neħel fejn jidħlu titoli, kont nistaqsi lilu!", "Illum, għandna regolamenti aħjar dwar it-titolu.", "Se niġi issa għall-emendi proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ewwel emenda proposta hija li l-Kunsill Notarili jsir enti legali distinta.", "Għal xi raġuni li għadni ma nistax nifhimha, il-Kunsill Notarili għad m'għandux personalità legali distinta.", "Dan ifisser li l-Kunsill Notarili ma jistax jagħmel kawża u ma tistax tagħmillu kawża.", "Biss imbagħad, għalkemm il-Kunsill Notarili m'għandux personalità legali distinta, għandu titolu fuq proprjetà fil-Belt!", "Forsi jkun hawn Membri tal-Oppożizzjoni li jistgħu jilluminawna dwar il-prattika li kienet tintuża meta huma kienu fil-gvern.", "Bħala stat ta' fatt nistgħu ngħidu li l-Kunsill Notarili m'għandux personalità legali ġuridika distinta u jien nixtieq li biex l-affarijiet isiru aħjar, dawn ikollhom awtonomija sħiħa.", "Dan huwa pass ieħor biex il-Kunsill Notarili jkun awtonomu mill-Gvern tal-ġurnata u ma jkollux għalfejn li għal kull ħaġa ta' xejn joqgħod imur għand il-Gvern, imma jkollu aktar libertà li jaġixxi f'soċjetà demokratika mingħajr xi tip ta' biża' li minħabba li m'għandux personalità legali distinta, se jbati minn xi preġudizzju.", "Permezz ta' dawn l-emendi, il-Kunsill Notarili jista' jkollu partimonju ta' assi li jkun distint mill-membri u kwalunkwe persuna oħra u se jkun jista' jidħol f'kuntratti f'ismu fejn jidħlu proprjetajiet.", "Qed jiġi propost ukoll li nutara prospettivi li jkunu qed jistudjaw u jibdew jaħsbu biex jagħmlu prattika ma' nutar iridu jikkomunikaw il-bidu tal-prattika tagħhom mal-Kunsill Notarili u jgħidu ma' min se jagħmlu din il-prattika.", "Fiż-żmien meta jien kont student tal-liġi kellna l-prassi informali li student seta' jibda jagħmel prattika ma' avukat, imbagħad ġimgħa wara jerġa' jibdielu u jmur għand avukat ieħor.", "Permezz ta' dawn l-emendi, aħna qed nipproponu aktar serjetà.", "Se nagħtu wkoll poter lill-Kunsill Notarili li jekk il-Kunsill ikollu dubju dwar in-nutar, lill-istudent jgħidlu biex ma jagħmilx prattika għand dak in-nutar.", "Ma rridux li jekk ikun hemm tuffieħa ħażina jkun hemm aktar tuffieħ ħażin, imma rridu li l-affarijiet jinbidlu.", "Emenda oħra se tittratta l-fatt li bħalissa nutar huwa obbligat jagħti s-servizzi tiegħu dejjem.", "Permezz ta' dawn l-emendi se niċċaraw ftit aktar din il-klawsola u se ngħidu li n-nutar jista' jgħid le, ħlief fil-każ ta' testmenti u protest marittimu.", "Sal-lum, il-liġi tobbliga lin-nutar li ma jistax jgħid le.", "Jekk bejjiegħ u xerrej iridu jqabbdu lilu, nutar bilfors irid jaħdem u ma jistax jgħidilhom le, hu x'inhu l-każ.", "Fil-verità, fil-prattika, nutar jgħidlek biex tqabbad nutar ieħor.", "Għalhekk qed niċċaraw aktar din il-klawsola.", "Se nirrevedu wkoll l-artiklu 15 tal-Att dwar il-Professjoni Notarili li jittratta dwar meta nutar jispiċċa mill-professjoni.", "Bil-liġi l-ġdida se ndaħħlu l-konċett li nutar, temporanjament, jista' jieqaf milli jeżerċita l-professjoni, u se ndaħħlu l-possibbiltà li nutar jieqaf għalkollox milli jaħdem bħala nutar u allura jitlef il-warrant.", "Fil-fatt, qed jiġi propost li nutar ikollu jieqaf temporanjament milli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu jekk jaċċetta impjieg mal-Gvern u jekk jimpjega ruħu ma' bank kummerċjali.", "Qed jiġi ssuġġerit ukoll li jekk nutar jilħaq ministru jew sergretarju parlamentari jitlef temporanjament il-warrant.", "Ovvjament meta jispiċċa minn dik il-kariga, jerġa' jassumi l-warrant.", "L-istess isir jekk nutar jispiċċa minn xogħol mal-Gvern u ma' bank kummerċjali.", "L-Abbozz jistabbilixxi wkoll li nutar jista' jitlef il-warrant għal dejjem f'dawn iċ-ċirkostanzi: jekk ikun ilu nieqes minn Malta għal perjodu ta' seba' snin, jekk f'seba' snin ma jippubblikax att wieħed, jekk jiġi interdett, jekk jiġi mneħħi mill-professjoni, jekk jiġi inabilitat u jekk jirriżenja minn jeddu mill-professjoni.", "Qed ngħidu wkoll li r-regola ġenerali li ma jistax isir tibdil f'att wara li jkun ippubblikat se tiġi rfinata ftit aktar.", "Meta att ikollu difett ta' formalità, dan jista' jiġi kkoreġut fil-preżenza u awtorizzazzjoni ta' uffiċjal reviżur.", "Sal-lum dan ma jistax isir għax trid terġa' tlaqqa' lill-partijiet kollha biex jerġgħu jiffirmaw.", "Issa qed ngħidu li l-affarijiet jistgħu jiġu riżolti sommarjament taħt il-gwida tal-uffiċjal reviżur.", "B'hekk se niffrankaw skoss flus u ħafna skariġġ għan-nies.", "Sintendi, l-intenzjonijiet tal-partijiet ma jistgħu qatt jinbidlu u f'ebda ċirkostanza ma jistgħu jiġu affettwati jew illegati l-intenzjonijiet tal-partijiet.", "B'hekk qed insaħħu ċ-ċertezza u l-korrettezza.", "Kif nafu, kulħadd huwa soġġett għal żball għax ħadd mhu perfett u għalhekk, aktar ma nagħmlu soluzzjonijiet li jgħinu biex il-problemi jissolvew, aktar ikun jaqbel għal kulħadd!", "Sur President, fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-atti, testmenti u r-reviżjoni tagħhom, qabel l-emendi tal-2011 kellna sitwazzjoni fejn ir-reviżjoni kienet suppost issir b'mod regolari mill-Qorti tar-Reviżjoni ta' Atti Notarili sabiex jiġi aċċertat li l-affarijiet ikunu saru kif suppost.", "Biss, dan l-aħħar kien qed ikollna sitwazzjonijiet fejn mhux kull att kien qed jiġi ppreżentat il-Qorti.", "Għalhekk inħasset il-ħtieġa ta' aktar infurzar.", "Permezz ta' emendi li għaddew seba' snin ilu, ir-responsabbiltà tal-ġbir tal-atti għaddiet f'idejn il-Kunsill Notarili.", "Biss, sfortunatament, kont issib nutara li ma jippreżentawx l-atti għar-reviżjoni.", "Dan meta, suppost, kull att jiġi ppreżentat għal reviżjoni.", "Gvern preċedenti kien ħa deċiżjoni tajba li jagħti dak il-poter lill-Kunsill Notarili, fejn ġie speċifikat li kull nutar irid jippreżenta l-atti tas-sena partikolari li tkun għaddiet lill-Kunsill Notarili.", "Dan, min-naħa tiegħu, iqabbad nies li jkunu aċċettati mill-Qorti sabiex, kull sena, jaċċettaw il-preżentazzjoni ta' atti notarili li jkunu ġew ippubblikati s-sena ta' qabel u jieħdu ħsieb ir-reviżjoni tagħhom.", "B'hekk, dawn l-emendi naqqsu x-xogħol u responsabbiltà minn fuq il-Qorti.", "Minkejja dan, dawk l-emendi kienu jitkellmu biss rigward atti li jkunu ġew konklużi kull sena mill-2012 'l quddiem.", "L-emendi ma kenux ħadu ħsieb għall-gap li nħoloq fir-rigward ta' atti u testmenti ppubblikati qabel l-2012.", "Għalhekk, aħna qed naraw li nsolvu din id-diffkultà billi qed nipproponu li nżidu artiklu partikolari, li jindika time limits li fihom iridu jiġu ippreżentati atti notarili u testmenti ppubblikati min-nutara f'Malta u Għawdex qabel l-2012.", "B'hekk qed nassiguraw li l-atti u testmenti kollha jkunu ġew verifikati.", "Aħna rridu li kull att jiġi verifikat skont il-liġi.", "Dan se jwassal għal ġbir ta' ammont sostanzjali ta' volumi ta' atti oriġinali li sal-lum għadhom fil-pussess tan-nutara.", "Eventwalment dawn jiġu depożitati fl-arkivji notarili.", "In-nies jafu li hemm sitwazzjoni ta' nutara li sal-2012 kienu jirrifjutaw li jippreżentaw l-atti notarili tagħhom, bir-riżultat li biex tieħu kopja ta' kuntratt ta' xiri trid tmur fil-binja fi Triq Mikiel Anton Vassallo, issib il-messaġġier u, ħafna drabi, jgħidlek biex tieħu paċenzja u tmur għand in-nutar, għax dan ma ppreżentax l-atti tiegħu.", "Bħala avukati konna tgħallimna bl-amment in-nutara li ma jippreżentawx l-atti notarili!", "Aħna qed nipproponu li nsolvu dan in-nuqqas b'dan il-mod.", "Ovvjament, din mhijiex xi ħaġa sewwa.", "Insa lil min huwa avukat, li jibgħat ittra u jasal, imma għalfejn ċittadin privat għandu jkollu jmur il-Belt biex jiġbed kopja tal-kuntratt u jerġa' jintbagħat għand in-nutar!", "Ġieli jkollok każijiet fejn in-nutar ikun waqaf jaħdem u n-nies jitolbuk iġġibilhom kopja tal-kuntratt, għax in-nutar ma ppubblikax il-kuntratt!", "Dawn jidhru affarijiet żgħar, imma nassigura li l-pressjoni għolja li jinduċu f'ħafna nies hija kbira!", "Permezz ta' dan l-Abbozz, se nsolvu din il-problema wkoll.", "Sur President, l-Abbozz ta' Liġi għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ id-dixxiplina fuq in-nutara li ma jobdux ir-regola li fi żmien ħmistax-il ġurnata jridu jagħtu nota lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku b'kull kuntratt li jkun sar.", "Kif nafu, meta nutar jippubblika kuntratt li jkun iffirmat mill-partijiet, jagħmel ukoll sommarju ta' madwar erba' linji bis-sustanza tal-att.", "Ħafna nies lanqas jafu b'din il-proċedura, għax ma jarawhiex issir, però fil-fatt, issir.", "Hawn nutara li għandhom magħhom skrivana apposta li tagħmel dawn in-noti.", "Maż-żmien, dawn l-iskrivani tant ikunu tgħallmu li, xi kultant, jispiċċaw jagħtu pariri lill-avukati li għadhom jibdew!", "Dan is-sommarju jrid jiġi inswinat fi żmien 15-il jum.", "Biss, sfortunatament, hawn nutara li għalihom dawn il-15-il jum huma dettall.", "Xi wħud jirraġunaw li meta jkollhom għaxra f'daqqa, jitilgħu l-Belt darba u jinsinwaw dawn in-noti bl-aktar mod galleġġanti possibbli.", "Għalija u għall-Kunsill Notarili, din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli!", "Għalhekk qed ngħidu li jekk inti ma tinsinwax in-nota fi żmien ħmistax, inti tista' teħel multa ta' valur li jkun jiddependi skont kemm inti domt ma wettaqt l-obbligu tiegħek.", "Forsi wieħed jgħidli: Għaliex dan l-għaġeb kollu biex nota tiġi insinwata fil-ħin?", "Dan għaliex jekk il-liġi tgħidlek li nutar irid jinsinwa n-nota fi żmien ħmistax, teknikament, jekk in-nota ma tiġix insinwata, l-istess proprjetà tista' tkun fir-riskju li tinbiegħ it-tieni darba fis-16–il ġurnata!", "Tajjeb li nifhmu eżattament x'qegħdin ngħidu!", "Jekk jien begħt proprjetà u n-nutar, fi żmien ħmistax, ma insinwax in-nota, u jien irrid nagħmel il-ħażin, nista' nsib lil xi ħadd ieħor li nbigħlu l-istess proprjetà u b'hekk nitħallas darbtejn!", "Dan għaliex meta jsiru r-riċerki ma jsibux li essenzjalment ikun sar l-ewwel bejgħ peress li n-nota ma tkunx daħlet fil-ħin.", "Forsi wieħed jgħidli li qed naħseb wisq fil-ħażin.", "Biss, il-Malti jgħid: Aħseb fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx!", "Għalhekk, tajjeb li jkun hemm dawn ir-regoli biex nassiguraw aktar serjetà.", "Fl-aħħar nett, irrid insemmi wkoll li qed nagħmlu sensiela ta' emendi fil-Liġi biex niffaċilitaw il-ħajja tas-Segretarju Parlamentari Chris Agius, li qed jagħmel xogħol kbir fejn tidħol l-Awtorità tal-Artijiet.", "Qed ngħid dan għax twieldet anomalija żgħira, fejn hemm min qed jgħid li n-nutara ma jistgħux jippubblikaw ċerti atti, għaliex il-Liġi ma tipprovdix għall-Awtorità tal-Artijiet, imma għadha ssejjaħ lit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern.", "Jien spjegajt kemm-il darba li jekk inti għandek awtorità li ssuċċediet entità oħra, huwa ovvju li l-wtorità l-ġdida tissuċiedi l-awtorità l-antika f'kollox!", "Però ssib min jibqa' jgħid u jmeri dwar dan il-punt, u għalhekk l-aħjar ħaġa hija li ssolvi l-kontroversja billi temenda l-Liġi u tgħid li t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern issir referenza għaliha bħala Awtorità tal-Artijiet.", "B'hekk, kulħadd ikun kuntent bi tbissima fuq fommu!", "Sur President, nixtieq nirringrazzja mill-ġdid lill-Kunsill Notarili għall-ħidma sfiqa tagħhom u lin-nutara kollha li huma diliġenti u għaqlin f'xogħolhom.", "Insellmilhom u nroddilhom ħajr, għax huma ta' dehen għall-professjoni nutarili!", "Nieħu l-okkażjoni biex nenfasizza l-impenn tal-Gvern li naraw kif dejjem nistgħu ntejbu u nsaħħu din il-professjoni nobbli u sinjura li sa minn żminijiet ilu kienet punt ta' riferiment ewlieni għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin!", "Dan il-Gvern huwa kommess li jibqa' miftuħ għal aktar ideat kif din il-professjoni tista' dejjem tiġġedded u tittejjeb.", "Bħala Gvern, kommessi li naġixxu u nieħdu d-deċiżjonijiet, anke jekk ikunu deċiżjonijiet li mhumiex popolari, sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikun iċ-ċittadin li jgawdi minn servizz ta' kwalità aħjar.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sinjura President, l-ewwel nett niddikjara li l-Oppożizzjoni hija favur dawn l-emendi għal-Liġi dwar il-Professjoni Notarili, Kap 55 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Se nibda dan id-diskors billi nieħu spunt minn dak li semma l-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, meta qal li dawn l-emendi qed jitressqu 'l quddiem mill-Gvern wara xogħol u proposti li saru mill-Kunsill Notarili.", "Mill-esperjenza personali tiegħi nixtieq infaħħar ix-xogħol li għamel u qed jagħmel il-Kunsill Notarili matul dawn l-aħħar snin, b'mod partikolari x-xogħol li sar u qed isir mill-President attwali, in-Nutar Daniel Bugeja u l-presidenti preċedenti, bħan-Nutar Clinton Bellizzi u n-Nutar Joseph Abela, li naf kemm jaħdmu biex isaħħu l-fiduċja f'din il-professjoni!", "Jekk kien hemm punt importanti li għamel il-Ministru fl-introduzzjoni tiegħu kien proprju dwar kemm huwa importanti li n-nies ikollhom il-fiduċja f'din il-professjoni!", "L-element ta' fiduċja huwa kruċjali f'kull tip ta' professjoni, però forsi f'ċerti professjonijiet, din it-tip ta' fiduċja rikjesta tkun fi grad ogħla minn professjonijiet oħrajn.", "Għalhekk, nerġa' nfaħħar u nirrikonoxxi l-ħidma sfiqa li qed issir kontinwament mill-Kunsill Notarili biex jassigura li din il-fiduċja tkompli tissaħħaħ.", "Ħassejt li kelli nibda billi nirringrazzja lil dawk li qed imexxu u mexxew lill-Kunsill Notarili.", "Nirringrazzja wkoll lill-maġġoranza kbira ta' nutara pubbliċi f'Malta u Għawdex li jagħmlu x-xogħol tagħhom b'reqqa u b'etika kbira.", "Il-Ministru semma li sfortunatament - u naqbel miegħu wkoll – ikun hemm sitwazzjonijiet ta' nutara li tgħoddhom fuq is-swaba' ta' id waħda, li ma josservawx l-obbligi imposti fuqhom mil-Liġi.", "Dawn il-ftit nutara jkunu qed itellfu l-fiduċja tal-pubbliku u jitfgħu dell ikrah fuq il-professjoni kollha!", "Huwa faċli li tintilef il-fiduċja meta jkollok sitwazzjoni fejn għamilt kuntratt, ħallast it-taxxa u l-miżati kollha dovuti u wara ammont ta' snin tiġi biex tagħmel riċerki jew biex tbigħ dik il-proprjetà u tinduna li dik il-proprjetà qatt ma ġiet reġistrata fuq ismek u t-taxxi qatt ma jkunu tħallsu minħabba nuqqas ta' xi ħadd li kellu obbligu fil-Liġi li jagħmel dan!", "Għalhekk huwa importanti ħafna li jiġi assigurat li dan it-tip ta' sitwazzjonijiet jiġu eliminati.", "F'dan ir-rigward kienu importanti wkoll l-emendi li daħlu fl-2011, liema emendi kienu ġew imbuttati 'l quddiem mill-Onor.", "Jason Azzopardi biex assiguraw li l-kuntratti jiġu riveduti u jkun hemm ir-reviżjoni tal-kuntratti.", "Kif spjega l-Ministru, mill-2012 'il quddiem din il-prattika qed issir b'mod regolari.", "Biss, huwa tajjeb li dan l-Abbozz qed jinkludi emenda biex jiġi assigurat li mmorru għal qabel l-2012.", "Fil-fatt, issa se jkun hemm dan il-mekkaniżmu li jassigura li dawk il-kuntratti li saru qabel l-2012 jidħlu fir-Reġistru Pubbliku.", "Sinjura President, il-professjoni tan-nutara hija professjoni li tolqot lin-nies fil-ħajja ta' kuljum.", "Xi darba jew oħra, kważi kulħadd jiġi bżonn ix-xogħol ta' nutar bħal, pereżempju, fil-każ ta' testment.", "F'Malta għandna persentaġġ kbir tal-poplu tagħna li jirrikorri għand in-nutar biex jagħmel testment jew biex ibigħ jew jakkwista proprjetà.", "F'pajjiżna nistgħu niftaħru bil-persentaġġ għoli ta' nies li huma sidien ta' djarhom.", "Fil-fatt, waħda mill-ewwel affarijiet li jaħsbu fuqha ħafna nies hija kif se jkollhom ir-residenza tagħhom.", "Ovvjament, dawn jinvestu dak li jaqilgħu bl-għaraq ta' ġbinhom biex ikunu sidien tal-proprjetà tagħhom.", "Għalhekk huwa ferm importanti li n-nies ikollhom il-fiduċja f'din il-professjoni, għaliex fl-aħħar mill-aħħar huwa permezz ta' din il-professjoni li se jkunu qed jagħmlu dan il-kuntratt pubbliku biex jakkwistaw il-proprjetà.", "Huwa nuqqas kbir meta jkun hemm min itellef din il-fiduċja!", "Kif għedt, huwa biss numru żgħir ħafna ta' nutara li ttradew din il-fiduċja, imma hemm bżonn li nkunu l-ħin kollu attenti biex sitwazzjonijiet li jagħmlu ħsara enormi lill-professjoni jiġu eliminati.", "Sinjura President, il-Ministru għamel referenza għall-kodiċi tal-etika ġdid għan-nutara.", "Spjega kif dan il-kodiċi daħal fis-seħħ ftit tal-ġimgħat ilu għall-ewwel darba f'pajjiżna, biex issa n-nutara għandhom kodiċi ta' etika.", "Tieħu pjaċir tinnota li dan il-kodiċi ta' etika ma ġiex impost minn fuq għal isfel, imma ġie min-nutara nfushom!", "Kif qal il-Ministru, kien il-Kunsill tal-istess professjoni li ħareġ bil-proposta ta' kodiċi ta' etika, ippreżentah kważi lest lill-Ministru, u llum dan ġie addottat.", "B'hekk qed naraw kif il-Kunsill Notarili qed jaħdem bis-sħiħ biex isaħħaħ kemm jista' l-fiduċja f'din il-professjoni.", "Il-Ministru semma wkoll il-ħidma li saret biex jissaħħaħ l-eżami tat-titolu.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna, għaliex jekk inti tmur biex tixtri proprjetà, waħda mill-aktar affarijiet li trid hija proprju s-serħan tal-moħħ li ma jkollokx problemi fuq dak li se tixtri!", "Dan jgħodd fi kwalunkwe każ, anke jekk tmur tixtri sempliċi oġġett li jiswa ftit ewro minn ħanut, aħseb u ara jekk inti se tmur tixtri proprjetà fejn, ħafna drabi, tkun issellift il-flus!", "Għalhekk ir-regolament li qed jiddaħħal biex in-nutara jkollhom iżjed poter u responsabbiltà fuq l-eżami tat-titolu huwa importanti ħafna!", "Li jinkwetani huwa li fil-professjoni tiegħi bħala avukat – ironikament, aħna żewġ avukati li qed niddiskutu l-emendi għall-professjoni fl-atti notarili u m'hemmx nutara li qed jikkontribwixxu f'din id-diskussjoni – qed niltaqa' ma' ħafna aktar każijiet, fejn il-partijiet fil-kuntratt qed jeżentaw lin-nutar milli jagħmel l-eżami tat-titolu!", "Jista' jkun li dan qed isir għax forsi din hija responsabbiltà oneruża fuq in-nutar.", "Jista' jkun li forsi għax hemm spiża żejda għall-partijiet għax, kif spjega l-Ministru, in-nutar, ġustament, qed jitħallas ta' dan l-eżami tat-titolu.", "Naħseb li wieħed irid jidħol f'din il-kwestjoni u jara għalfejn f'kuntratti daqshekk importanti, fejn persuna tkun qed tinvesti dak kollu li tkun ġemmgħet jew saħansitra tkun qed tieħu self, għal ftit flus żejda, tiddeċiedi li teżenta lin-nutar milli jsir l-eżami tat-titolu!", "Kif għedt, jista' jkun ukoll li biex isir dak l-eżami tat-titolu, huwa oneruż fuq in-nutar biex jagħmel ir-riċerki f'ċerti dipartimenti.", "Għalhekk, f'dan l-Abbozz qed nipproponi li n-nutara għandhom jingħataw għodda aħjar biex jagħmlu l-eżami tat-titolu, biex kemm jista' jkun jitnaqqas ix-xogħol li jrid isir manwalment, fejn ir-riċerka trid issir każ każ, u tintuża aktar it-teknoloġija tal-informatika.", "B'hekk jitnaqqas ix-xogħol, jitnaqqas il-ħin, jitnaqqsu l-ispejjeż u tiddaħħal aktar ċertezza.", "Sur President, waħda mill-emendi prinċipali li qed issir fl-Att dwar il-Professjoni Notarili hija proprju biex il-Kunsill Notarili jingħata personalità legali distinta, jiġifieri li jkun jista' iħarrek u jitħarrek u jkun jista' jakkwista proprjetà.", "Hawn ningħaqad mal-Ministru u ngħid li anke jien ninsab sorpriż kif sal-lum il-Kunsill Notarili m'għandux personalità legali distinta.", "Il-Ministru għamel referenza wkoll kif il-Kunsill għandu proprjetà tiegħu, però hemm diversi NGOs li m'għandhomx personalità legali distinta li wkoll għandhom proprjetà tagħhom jew li ġiet devoluta lilhom.", "F'dan ir-rigward, huwa pass importanti li l-Kunsill Notarili li tant qed jaħdem biex isaħħaħ din il-professjoni jingħata din il-personalità legali distinta biex ikun jista' jaħdem aħjar u jimxi 'l quddiem.", "Dan għaliex, kif inhi s-sitwazzjoni llum, jekk il-Kunsill jieħu deċiżjoni u xi ħadd irid ifittex lill-Kunsill fuq dik id-deċiżjoni, irid ifittex personalment lill-uffiċjali ta' dak il-Kunsill.", "Fil-fehma tiegħi, ma naħsibx li dawn l-uffiċjali għandhom ikunu responsabbli personalment meta dawn qegħdin jagħmlu xogħol volontarju biex jassiguraw li jsaħħu din il-professjoni.", "Emenda oħra importanti li torbot ukoll mal-Kunsill Notarili hija dwar il-prattika ta' dawk l-istudenti li jkunu mexjin biex jieħdu l-warrant bħala nutara.", "Din hija emenda importanti li naqblu magħha.", "Hawn qed ngħidu li qabel ma l-istudent imur jagħmel il-prattika ma' nutar partikolari, irid jinforma lill-Kunsill Notarili li min-naħa tiegħu, kif spjega l-Ministru, jista' jagħti indikazzjoni biex il-prattika ma ssirx ma' dak in-nutar partikolari, imma ssir ma' nutar li se jgħallem b'mod tajjeb u etiku.", "Saret ukoll referenza għal emenda li tirrigwarda l-obbligu tan-nutar li jagħti s-servizz tiegħu dejjem.", "Sal-lum il-liġi tistipula li n-nutar, legalment, ma jistax jirrifjuta li jagħti s-servizzi tiegħu.", "Naħseb li wasal iż-żmien li din l-emenda tinbidel u jkun hemm eċċezzjonijiet biss fejn nutar ma jistax jirrifjuta li jagħti s-servizzi tiegħu, bħal fil-każ ta' testment u affarijiet marittimi, kif tispjega l-emenda.", "Waħda mill-emendi importanti tirrigwarda meta nutar għandu jispiċċa mill-professjoni jew jitlef il-warrant.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jelenka diversi sitwazzjonijiet fejn nutar jitlef il-warrant, bħal meta jdum nieqes minn Malta għal perjodu ta' seba' snin, jekk jonqos li jippubblika att għall-perjodu ta' seba' snin, jekk jiġi interdett, jekk jiġi mneħħi mill-professjoni, jekk jiġi inabilitat u jekk jirriżenja mill-professjoni tiegħu, sakemm ma jindikax li qed jirriżenja b'mod temporanju.", "Hawnhekk jidhirli li wieħed irid jaħseb f'dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikollok nutar pubbliku li jieqaf mill-professjoni tiegħu minħabba impjieg li ma jħallihx jipprattika bħala nutar.", "Ċerti nutara kellmuni dwar din l-emenda, fejn qed jgħidu li jaqblu magħha, però jista' jkun li hemm bżonn li jsiru aktar kjarifiki fil-klawsola biex jiġi assigurat li nutar li ma jkunx qed jippubblika kuntratti għal perjodu ta' seba' snin minħabba li f'dawk is-seba' snin ikun qed jagħmel xogħol li ma jippermettilux li jippubblika kuntratti, ma jitlifx il-warrant.", "Forsi jista' jkun hemm eċċezzjonijiet għal dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Pereżempju, jekk nutar ikun impjegat ma' bank, mill-impjieg innifsu n-nutar ma jistax jippubblika kuntratti u għalhekk, jekk jagħmel aktar minn seba' snin impjegat ma' bank, ma naħsibx li f'dik is-sitwazzjoni għandu jitlef il-warrant tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, in-nutar qed jagħmel xogħol ta' nutar mal-bank.", "Li mhux qed jagħmel biss hu li mhux qed jippubblika kuntratti għax huwa prekluż milli jagħmel dan.", "Il-Ministru spjega li l-emendi tal-2011 għall-Att dwar il-Professjoni Notarili kellhom l-għan li jiġi assigurat li l-kuntratti jiġu ppreżentati u li jkun hemm il-volumi kollha fir-Reġistru Pubbliku, fl-arkivji nazzjonali.", "Dawk l-emendi kienu ħasbu għall-kuntratti li saru mill-2012 'il quddiem, u m'hemmx dubju li problema kbira li kien hemm qabel l-2011 ġiet solvuta.", "Illum is-sitwazzjoni li għamel referenza għaliha l-Ministru, fejn kważi tkun taf min huma dawk in-nutara li ma kenux jippreżentaw kopja tal-kuntratti tagħhom, ġiet eliminata permezz ta' dawn l-emendi li ġew introdotti fl-2011 u li ħadmu tajjeb.", "Għalhekk, issa huwa pass importanti ħafna li dan l-Abbozz qed jistipula li dawn l-istess regolamenti jiġu applikati għall-kuntratti li saru qabel il-bidu tas-sena 2012.", "B'hekk se jiġi assigurat li l-kuntratti kollha jkunu ġew ippreżentati, li kopja tal-kuntratti kollha tkun fl-arkivji u li ma jkunx hemm sitwazzjonijiet fejn persuna tmur fir-Reġistru Pubbliku biex tiġbor kopja ta' kuntratt u dik il-kopja ma tkunx tista' tinġabar, sempliċement għaliex in-nutar ma jkunx qeda d-dmir tiegħu li jirreġistra dawk il-kuntratti.", "Is-sistema li qed titħaddem mill-Kunsill Notarili fejn jagħżel numru ta' persuni li jiġu approvati, liema persuni jiġu ppreżentati bil-kuntratti u jagħmlu r-reviżjoni tagħhom, li mbagħad tgħaddi għand il-Qorti tar-Reviżur, hija sistema li ħadmet tajjeb mill-2012 sal-lum u naħseb li għandha taħdem tajjeb ukoll għall-emendi li qegħdin jiġu proposti għall-kuntratti ta' qabel l-2012.", "Il-liġi diġà tistipula li l-kuntratti jiġu rreġistrati fi żmien 15-il ġurnata.", "L-emenda proposta f'dan l-Abbozz qed iddaħħal penali fi flus fuq in-nutara li jaqbżu dawk il-15-il ġurnata.", "Naħseb li din l-emenda hija importanti biex niżguraw li l-kuntratti pubbliċi jkunu rreġistrati fiż-żmien stipulat bil-liġi għax jekk ma jkunx hemm sanzjoni, il-liġi tkun qiegħda hemmhekk għalxejn.", "Biss hawnhekk nixtieq nipproponi li jinstab metodu kif ir-reġistrazzjoni tkun tista' ssir online.", "Il-Ministru semma l-iskariġġ li wieħed irid jidħol il-Belt biex jirreġistra l-kuntratti fi żmien 15-il ġurnata.", "Jekk nutar ikun qed jaħdem waħdu jew ikollu uffiċċju żgħir, huwa ta' skariġġ li kull tant ġranet irid bilfors imur jirreġistra l-kuntratti biex ma jaqbżux il-15-il ġurnata biex idaħħal in-nota ta' reġistrazzjoni minn meta jkun ippubblika dak il-kuntratt, għax inkella tibda tapplika l-penali.", "Din is-sitwazzjoni tista' tiġi solvuta billi mill-ewwel tkun tista' ssir reġistrazzjoni online u mbagħad, kull tant żmien, tidħol il-hard copy ta' dik in-nota fir-Reġistru Pubbliku.", "B'hekk minn naħa jkun qed jiżdied l-oneru fuq in-nutara biex ikun hemm iżjed ċertezza, u min-naħa l-oħra jista' jitħaffef ix-xogħol tan-nutara.", "Bis-sistemi li għandna llum dan jista' jsir faċilment u b'hekk ir-reġistrazzjoni tista' ssir prattikament fl-istess ġurnata li jkun sar il-kuntratt.", "Jekk tidħol din is-sistema, anke l-perjodu ta' 15-il ġurnata jista' jitqassar, għaliex wieħed jista' jkun jaf li sar il-kuntratt hekk kif jirriżulta mir-riċerki ferm qabel il-15-il ġurnata.", "L-emendi l-oħrajn li jirrigwardaw it-Taqsima dwar il-Proprjetà tal-Gvern fejn issa qed issir referenza għall-Awtorità tal-Artijiet huma emendi kosmetiċi u sussegwenti għat-twaqqif tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Sur President, nixtieq issa nagħmel ftit aktar suġġerimenti.", "Kif diġà ntqal, il-qasam tal-professjoni notarili jolqot direttament lin-nies, għaliex in-nies qegħdin jinvestu flushom.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-iscanning tal-kuntratti jkun available online, ħlief f'każijiet ta' eċċezzjoni.", "Sal-lum, dawn il-kuntratti jridu jinġabru manwalment, jiġifieri tinġabar il-hard copy tagħhom.", "Fir-rigward tar-riċerki, kif nafu, dawn huma biċċa wġigħ ta' ras, però huma importanti u allaħares ma jsirux.", "M'hemmx dubju li llum hemm sistema effiċjenti ta' kif isiru r-riċerki, però l-istess, meta inti tordna riċerki, dawn iridu jinġabru manwalment.", "Fil-fehma tiegħi naħseb li wasal iż-żmien li r-riċerki jibdew jintbagħtu wkoll online biex jiġi evitat ħafna skariġġ.", "Fl-opinjoni tiegħi, jekk tidħol din l-għodda għan-nutara jkun qed jinstab bilanċ fir-responsabbiltajiet ġodda li qegħdin jitpoġġew fuq in-nutara.", "Jien bdejt nipprattika ta' avukat ftit iżjed minn 20 sena ilu u llum, meta mmur nassisti klijent fuq kuntratt, ninduna kemm matul is-snin żdiedu r-responsabbiltajiet tan-nutara, fosthom kemm iridu jimlew karti u formoli ma' kull kuntratt li jsir.", "Ovvjament, il-mili ta' dawn il-formoli huwa importanti biex tiġi assigurata ċ-ċertezza u jkun hemm is-serħan tal-moħħ għall-partijiet involuti.", "Però huwa importanti li jinstab bilanċ permezz ta' ċerti miżuri li għadni kemm semmejt, fosthom in-nota ta' reġistrazzjoni online, l-iscanning tal-kuntratti li jkunu available online u r-riċerki li jintbagħtu online.", "Din it-tip ta' għodda tkun qed tgħin biex jinstab bilanċ aħjar biex min-naħa jiżdiedu r-responsabbiltajiet, però min-naħa l-oħra jitnaqqas ix-xogħol, l-oneru, il-ħin u l-ispejjeż minn fuq in-nutara.", "Naħseb li dawn il-proposti ta' min jikkonsidrahom, għaliex il-mistoqsija prinċipali li qed issir bħalissa min-nutara fir-rigward ta' dawn l-emendi hija jekk illum in-nutara għandhomx biex jaħdmu.", "Sal-lum għandna sitwazzjoni fejn ħafna mix-xogħol tan-nutar irid isir manwalment.", "Pereżempju, hemm ħafna formoli li jimtlew b'mod manwali.", "Naħseb li wasal iż-żmien li dawn it-tip ta' formoli jkunu jistgħu jsiru online biex jitħaffef ix-xogħol tan-nutar, l-oneru li għandu u l-ħin li jrid biex ikun jista' jippubblika kuntratt.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa li billi l-proprjetà trid tiġi verifikata fil-Reġistru tal-Artijiet, naħseb li wasal iż-żmien li din tkun aċċessibbli għan-nutar.", "Jista' jsir ħafna xogħol f'dan il-qasam, però naħseb li qabel ma nkomplu nagħfsu fuq aktar responsabbiltajiet għan-nutara, għandna nassiguraw li jkollna għodda ġdida li tgħinhom jaħdmu.", "Kif spjegajt, jekk inħarsu lejn l-aħħar snin, naraw differenza kbira fix-xogħol biex wieħed jippubblika kuntratt, fejn ix-xogħol mhux trippla, imma żdied ħafna aktar.", "Sur President, nikkonkludi billi nerġa' nirriafferma l-importanza ta' dawn l-emendi għall-Att dwar il-Professjoni Notarili, li ġejjin mill-Kunsill Notarili stess biex tissaħħaħ il-professjoni.", "In-nutara huma konxji li fl-aħħar snin kien hemm sitwazzjonijiet fejn, sfortunatament, naqset dik il-fiduċja fil-professjoni minħabba nuqqasijiet ta' numru żgħir ta' nutara.", "Konxji minn dan, kienu n-nutara stess li resqu 'l quddiem b'diversi proposti bħall-Kodiċi ta' Etika li llum diġà qed jitħaddem.", "Nerġa' nirriafferma li bħala Oppożizzjoni se nkunu qegħdin nivvotaw favur dawn l-emendi, biex imbagħad fi stadju ta' Kumitat inkomplu nagħtu l-input tagħna anke b'aktar proposti għall-emendi li qegħdin jiġu proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, meta qrajt dan l-Abbozz ta' Liġi, għalkemm la jien avukat u lanqas nutar, indunajt li dan l-Abbozz huwa wieħed studjat sew u juri li saret ċerta konsultazzjoni siewja, anke mar-rappreżentanza tan-nutara li huwa l-Kunsill Notarili.", "Hawnhekk, qegħdin nirrikonoxxu l-obbligi u r-responsabbiltà li kull professjoni għandha ġġorr.", "Din hija xi ħaġa tajba li issa qed tiġi attwata wkoll għall-professjoni notarili.", "Il-professjoni tan-nutar iġġorr magħha l-aspett etiku, għax ir-relazzjoni bejn il-klijent u l-professjonist hija importanti ħafna.", "Kif semma l-Ministru, fil-fehma tiegħi, mill-aspett legali l-professjoni ta' nutar hija vokazzjonali u għaldaqstant tista' toqrob xi ftit lejn il-professjoni tas-saħħa, għax taffettwa l-well-being tal-persuna, din id-darba mhux mill-aspett ta' saħħa, iżda mill-aspett materjali u mill-aspett tad-dominju personali.", "Għaldaqstant, il-kuntatt li jkun hemm man-nutar huwa wieħed li jsaħħaħ anke l-kwalità tal-ħajja.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala tabib naf b'eżempji, li huma waħdiet, ta' abbuż minn ċerti nutara li jċajpru din il-professjoni.", "Meta fil-pubbliku jew fl-istampa jqum diskors dwar nuqqasijiet minn xi nutara dwar kuntratti li ma jiġux insinwati, diffikultajiet li jistgħu jqumu minħabba titlu, riċerki ma jkunux saru jew, agħar minn hekk, ħlas ta' taxxi dovuti fuq bejgħ ta' proprjetà li ma jkunux tħallsu min-nutar innifsu, jinxteħet dell ikrah fuq din il-professjoni.", "Nifhem li dawn l-emendi se jkunu qed jipproteġu l-interess pubbliku u għaldaqstant se joħolqu aktar serħan il-moħħ meta l-klijent jirrikorri għall-uffiċċju tan-nutara.", "Nifhem ukoll li dan l-Abbozz qed jgħolli l-istatus ta' din il-professjoni, għax il-mod kif inhuma miktuba l-emendi se jiggarantixxi aktar fiduċja.", "Bħala tabib, l-aktar kuntatt dirett li jkolli man-nutara hu meta jkollok xi pazjenti jew xi xwejjaħ li jitolbu ċertifikat mediku.", "Dan il-kuntatt għeni biex nifhem aktar lil din il-professjoni li jien qed insejħilha vokazzjoni.", "Naħseb li kull ċittadin Malti u Għawdxi, b'xi mod jew ieħor, xi darba jmiss ma' din il-professjoni, forsi minħabba xiri ta' xi dar, jew xi kirja kummerċjali jew ta' xort'oħra.", "Dawn kollha jinvolvu dan it-tip ta' kuntatt man-nutara.", "Ninnota b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tal-Kodiċi ta' Etika u s-sehem dirett tal-Kunsill Notarili.", "Ninnota wkoll li dan l-Abbozz se jimbotta 'l quddiem din il-professjoni.", "Nifhem li l-professjoni tan-nutara ma taħdimx bl-istess proċessi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, f'ċerti pajjiżi l-kuntratti jsiru b'ċerta ħeffa, anke billi jutilizzaw il-mezzi tal-e-government b'mod li jkunu lesti f'inqas minn ġimgħa.", "Nemmen li din il-liġi se tkun il-bidu biex jiġi ssimplifikat il-proċess u tiġi assigurata aktar ċertezza, biex aktar 'il quddiem, meta wieħed juża s-servizz notarili u n-nutar jiġi biex juża s-servizz offrut mill-entitajiet tal-Gvern, ikun hemm aktar għodod li jistgħu jintużaw għar-riċerka u b'hekk ikollna proċess aktar effiċjenti u customer friendly.", "Jien iinħares lejn dan l-Abbozz bħala t-triq 'il quddiem biex bis-saħħa tal-miżuri li qegħdin jiġu addottati noħolqu servizz aktar etiku, assigurat u customer friendly.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nifehm li hawn qbil li d-diskussjoni għal-lejla tieqaf hawn?", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fid-dawl tal-fatt li l-Oppożizzjoni informatna li min-naħa tagħhom jonqoshom Membru ieħor li jrid jitkellem dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, nipproponi li llum id-diskussjoni tieqaf hawn.", "B'hekk inkunu nistgħu ngħaddu għall-votazzjoni fuq it-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni li ntalbet aktar kmieni fis-seduta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, naqbel li nimxu hekk.", "Fit-8.55 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija - Abbozz Nru 15 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra issa tgħaddi għall-votazzjoni fuq it-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni li ntalbet aktar kmieni fis-seduta.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI", "TAL-EMBRIJUNI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, Kap. 524\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed fid-9.00 p.m. skont il-ftehim milħuq.", "Fi-8.56 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fid-9.00 p.m.", "L-ISPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, Kap. 524\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn ftehim li din il-votazzjoni tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, iva, il-vot jista' jittieħed immedjatament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma.", "L-ISPEAKER: Hawn xi ftehim dwar il-pairing?", "BYRON CAMILLERI: Kellna talba għall-pairing min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jien nista' nivverbalizza li min-naħa tal-Gvern il-Ministru Carmelo Abela u l-Ministru Helena Dalli jinsabu msefrin fuq xogħol tal-Gvern u l-Onor.", "Edward Zammit Lewis jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Parlament.", "ROBERT CUTAJAR: Nixtieq niddikjara li min-naħa tal-Oppożizzjoni għandna l-Onor.", "Toni Bezzina li ma jinsabux fil-Kamra minħabba xogħol parlamentari u xogħol tal-Partit.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, irrid niddikjara u nikkonferma li, kif diġà għedt, għall-vot tal-lejla, se nkun qed nagħti l-free vote.", "Għal darb'oħra, nerġa' nistieden lill-Prim Ministru biex jagħmel l-istess.", "L-ISPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Min-naħa tiegħi, nikkonferma li l-emendi għal-liġi li qegħdin inressqu llum huma skont il-manifest elettorali tal-Partit Laburista li ġie elett fil-gvern, liema manifest ġie vvotat mill-maġġoranza tal-poplu.", "L-ISPEAKER: Il-votazzjoni se tittieħed issa.", "Se jingħataw żewġ minuti għall-votazzjoni.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "L-ISPEAKER: Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2018 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, se nagħmel diskors qasir.", "Il-ħin tal-aġġornament kien tal-Onor.", "Mario Galea, li ġentilment silifni ħames minuti biex inkun nista' nitkellem fuq suġġett ta' importanza kbira.", "F'pajjiżna, il-liġi tistipula li l-interċettazzjonijiet tat-telefon ta' terzi persuni jistgħu jiġu akkwiżiti biss mis-Servizzi tas-Sigurtà f'pajjiżna, u dan wara li jkun ħareġ warrant skont il-liġi.", "Mela qed ngħidu li r-recordings tat-telefon u l-phone intercepts ikunu aċċessibbli biss għas-Servizzi tas-Sigurtà u allura wkoll għall-Ministru tal-Intern u l-Prim Ministru.", "Din hija liġi stretta ħafna li tipprovdi għal salvagwardji bejn id-drittijiet taċ-ċittadini u l-obbligu tal-Istat li jiġġieled il-kriminalità.", "Jekk terzi persuni jiġu fil-pussess tagħhom jew ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom phone intercepts jew kwalsija informazzjoni li tkun interċettata b'xi mod mhux skont il-liġi, dak huwa reat gravi ħafna.", "Issa, fit-12 ta' Ġunju 2018, ħareġ rapport pubbliku wara li tliet Membri Parlamentari Ewropej, l-Onor.", "Ana Gomes u l-Onor.", "Sven Giegold żaru Malta.", "Dan ir-rapport iġib it-titlu: \"Visit to Malta of MEPs Ana Gomes, Sven Giegold and David Casa following the assassination of Journalist Daphne Caruana Galizia\", liema rapport ġie ċċirkolat lin-nies kollha li ltaqgħu ma' dawn il-Membri tal-Parlament Ewropew.", "Dan ifisser li altru milli għadda żmien biżżejjed biex kulħadd seta' jifli dan ir-rapport u jekk hemm xi ineżattezzi jew skorrettezzi, dawn jiġu kkoreġuti u indirizzati, imma dan ma seħħx!", "F'dan ir-rapport insiru nafu li Membru tal-Parlament tan-naħa tal-Gvern, l-Onor.", "Robert Abela, kellu aċċess illegali jew ingħata informazzjoni klassifikata b'mod illegali, meta wera li huwa konxju ta' ċerti affarijiet relatati ma' phone intercepts f'investigazzjoni kriminali serja.", "Din huwa aġir ta' gravità bla preċedent!", "Kif għedt, ħallejt biżżejjed żmien jgħaddi, però naħseb li issa wasal il-mument li din is-sentenza f'dan ir-rapport tinġieb għall-attenzjoni ta' kulħadd, u għaldaqstant se naqraha.", "Se nkun ukoll qed inpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.", "F'paġna 12 ta' dan ir-rapport, naqraw hekk u nikkwota:", "Illum, jien tkellimt mal-MEPs konċernati biex nivverifika magħhom jekk dan il-kliem jirriflettix dak li ntqal u qaluli li hekk hu, u li kienu sorpriżi ħafna b'dan il-kliem.", "Dan ifisser waħda minn żewġ affarijiet; jew li l-Membru Parlamentari inkwestjoni kellu aċċess, ġie fil-pussess ta', jew ingħata informazzjoni li hija klassifikata, jiġifieri sigrieta, b'mod illegali, liema informazzjoni lanqas hija aċċessibbli għall-maġistrat inkwerenti, jew inkella t-tieni possibbiltà hi li l-Membru Parlamentari kien qiegħed jibblaffja u allura kien qed jigdeb f'wiċċ il-Membri Parlamentari Ewropej.", "Fi kwalunkwe ipotesi, dan huwa aġir ta' gravità serja u ta' tħassib, li Membru Parlamentari, hu min hu, juri li kellu aċċess għal informazzjoni sigrieta jew li jagħti l-impressjoni li kellu tali aċċess għal tali informazzjoni.", "Fi kwalunkwe każ, is-sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli!", "Il-Prim Ministru bħal donnu ta aċċess illegali lill-MPs tiegħu ta' phone intercepts tal-Malta Security Services fl-investigazzjoni kriminali.", "Jekk iva, għal liema skop għamel dan u kemm-il darba ġrat?", "Jekk le, huwiex aċċettabbli għall-Prim Ministru li membri parlamentari tiegħu, meta jiltaqgħu ma' membri parlamentari Ewropej, they lie through their teeth?", "Hawn qed nieħu t-tieni għażla li ma kienx qiegħed jgħid il-verità sempliċement biex iħossu importanti fi kwestjoni serja.", "Jekk le, huwa aċċettabbli għall-Prim Ministru li membri parlamentari tiegħu jiżgwidaw membri parlamentari Ewropej b'mod intenzjonat?", "Fl-aħħar nett, Prim Ministru, għalik, il-fini jiġġustifika l-mezzi?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, Gvern Nazzjonalista kien ħa l-inizjattiva biex fl-isptar Monte Carmeli ndaħħlu l-geriatric wards biex inżidu l-long-term beds, jiġifieri sodod fit-tul għall-anzjani.", "Aktar minn hekk, ħsibna wkoll li niddiversifikaw dan l-isptar biex ma jibqax sptar ta' kura psikjatrika biss, u għalhekk hemm madwar 120 sodda għall-anzjani.", "L-ewwel sala tal-ġerjatrija, St Jeanne Antide, kienet inbniet mil-eks Segretarju Parlamentari għall-Anzjani Helen Damato, li nsellmilha minn hawn.", "Imbagħad fl-2009, meta jien kont Segretarju Parlamentari għall-Anzjani, bnejna żewġ swali oħrajn fejn kien hemm Ward 10 li kienet tal-biża'!", "Infakkar li din is-sala kienet intużat biex inħadem il-film Midnight Express tant kemm kienet tal-biża'!", "Bħala Gvern Nazzjonalista għamilna bidla kbira f'Mount Carmel.", "Aħna konna waqqajna dik is-sala, Ward 10, u minflok bnejna żewġ swali oħrajn fuq is-sala li kienet bniet l-eks Segretarju Parlamentari Helen Damato, Sala San Bernardetta u Sala San Ġorġ Preca, biex b'kollox, il-kumpless St Jeanne Antide għandu madwar 120 sodda.", "Niftakar li konna ġibna esperti barranin mill-qasam tad-dementia minn Sterling University, li jien kont naħdem ħafna magħhom.", "Fuq il-pariri tagħhom, rajna li jkollna bitħa kbira u ħġieġ double glazed minħabba s-sħana u biex niffrankaw l-enerġija.", "Bħala Gvern, konna ddiversifikajna Mount Carmel għal sptar tal-ġerjatrija wkoll.", "Dan apparti li żidna l-long-term beds għaliex, kif nafu, iżżid kemm iżżid sodod għall-anzjani, qatt m'għandek biżżejjed!", "Fil-bidu ta' dan il-proġett, kien hemm reżistenza għall-fatt li konna se npoġġu 'l-anzjani ġo sptar psikjatriku.", "Biss, imbagħad, l-anzjani bdew iħossuhom komdi, anke għax kellek anzjani min-naħa ta' Ħ'Attard u n-naħa ta' fuq ta' Malta, fejn il-familjari tagħhom bdew isibuha eħfef li jmorru jżuruhom.", "Is-swali huma komdi, bi staff tajjeb li jieħu ħsieb l-anzjani.", "Fil-fatt, hemm anzjani li ilhom disa' jew għaxar snin f'dan l-isptar.", "Issa, f'daqqa waħda, qed iċempluli għadd ta' qraba jgħiduli li, ħabta u sabta, dawn l-anzjani u l-qraba qed jiġu mgħarrfa li l-anzjani dalwaqt se jiċċaqalqu darba għal dejjem u se jittieħdu fil-LiveLife Physical Rehabilitaion Centre f'Tas-Sliema li hija public private partnership.", "Jidher li din hija kwestjoni immedjata.", "Jidher ukoll li dan kollu qed isir bla konsultazzjoni ta' xejn!", "Nagħmilha ċara li jien bdejt u komplejt dan il-konċett ta' public private partnership, tant li minn 35 sodda għall-anzjani konna tellajniehom għal kważi 600 sodda!", "Qed ngħid dan biex nuri li jien m'għandi xejn kontra l-public private partnership, imma kontra l-fatt li ma saritx konsultazzjoni.", "Jidher li l-konsulent inkarigat mill-kura tal-anzjani ma kienx informat jew ikkonsultat dwar l-effett ta' din iċ-ċaqliqa.", "Lanqas ma kienu kkonsultati l-infermiera u l-psikjatri li jaħdmu ma' dawn l-anzjani.", "Id-deċiżjoni ttieħdet mis-CEO ta' Mount Carmel li ma jifhem xejn f'dan il-qasam tal-anzjani.", "Is-CEO kien kandidat tal-Partit Laburista u huwa accountant, jiġifieri żgur li ma jifhimx fil-ġerjatrija!", "Din id-deċiżjoni qed tinkwetani, għax hija deċiżjoni kattiva u ta' detriment fuq is-saħħa ta' dawn l-anzjani.", "Huwa fatt ipprovat xjentifikament li meta ċċaqlaq anzjan minn post għal ieħor, speċjalment meta dan iċ-ċaqliq ikun inforzat, l-anzjan jista' jkollu delirium jew mental confusion.", "Aktar minn hekk, hemm studju li juri li hemm theddida fuq il-well-being tal-anzjani.", "Meta l-anzjani jkollhom loss of environment control, jiġifieri meta l-anzjani jispiċċaw f'dar jew fi sptar tal-anzjani, l-ispazju personali tagħhom isir dik ir-rokna fejn ikollhom s-sodda.", "Niftakar persuna li kienet infermiera u fil-passat, jien kont naħdem miegħu, li kien mir-Rabat imma kien jinsab f'San Vincenz de Paul.", "Meta kont immur narah u kont nistaqsih jekk iridnix nipprova nirranġalu biex jitla' fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa biex ikun eqreb lejn il-familja, kien jgħidli: Ara ma ċċaqlaqnix minn din ir-rokna ta' San Vincenz, għax jekk tneħħini minn hawn, immut!", "Huwa pprovat li dan iċ-ċaqliq iżid ir-rata ta' morbidity, li tfisser mard, u mortality li tfisser mewt.", "Tant dawn l-anzjani jkunu jridu joqogħdu f'dan l-ispazju personali tagħhom li m'ilux iltqajt ma' persuna li qaltli li kull nhar ta' Ħadd kienet tmur għal ommha li tinsab f'Mount Carmel f'Ħ'Attard biex tiekol mal-familja d-dar, u din l-anzjana waslet biex talbet lil bintha biex ma tibqax tistedinha.", "Qaltilha li, jekk iridu, jistgħu jġibulha l-ikel mid-dar u jmorru jieklu ħdejha.", "Din l-anzjana rraġunat li issa dak huwa postha, ma tridx toħroġ minn hemm, għax ma tħosshiex tajba li tmur id-dar tat-tifla tagħha stess!", "Dawn l-anzjani tant ikunu draw l-ambjent, l-infermiera u l-istaff kollu, li dik ir-rokna tiġi l-ispazju personali tagħhom.", "Issa f'dan il-każ dawn l-anzjani la għandhom kontroll fuq dan iċ-ċaqliq, għax dan ġie infurzat fuqhom u l-post fejn sejrin f'Tas-Sliema mhumiex familjari miegħu.", "Nerġa' ngħid li hemm anzjani li ilhom 10 snin f'Mount Carmel.", "Se nikkwota wkoll minn artiklu maħruġ fit-28 ta' Lulju 2003 mir-Royal College of Physicians of Edinburgh li jgħid:", "Daqshekk hi serja meta ċċaqlaq lill-anzjani!", "Għal min irid jaqra dan l-artiklu, li jien nirrakkomandah, dan inkiteb fit-3 ta' Ġunju 2011, volume 40, issue 5.1 fl-1 ta' Settembru 2011, paġni 534 - 536.", "F'Mount Carmel, l-anzjani li ilhom hemm għaxar snin, draw li kellhom infermiera u tobba 24/7, kif ukoll psychiatric consultants li jispeċjalizzaw fl-anzjani li jżuruhom b'mod regolari.", "Meta se jiċċaqilqu għal-LiveLife f'Tas-Sliema, dawn l-anzjani se jibqa' jkollhom dan is-servizz 24/7?", "U jekk iva, dan se jkun bla ħlas jew bi ħlas?", "Naf li meta l-privat jiġi biex jimpjega l-infermiera, il-paga tkun għolja ħafna, nhar ta' Ħadd jitħallsu doppju, fil-festi doppja u nofs, u jieħdu allowance għax qegħdin mal-pazjenti.", "Jien naf x'jiġri f'ħafna djar tal-anzjani privati, fejn meta ssejjaħ għat-tabib trid tħallas inti!", "Mela ejja ninsew l-effett fuq is-saħħa ta' dawn l-anzjani, dawn se ndaħħluhom f'aktar spejjeż?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk sarx il-Barthel score għal dawn il-120 anzjan.", "Dan huwa mekkaniżmu li jintuża mill-geriatrics, jiġifieri mill-ispeċjalisti tal-anzjani u l-infermiera biex naraw kemm anzjani huma indipendenti.", "Biex infiehem aħjar, l-iscore li nużaw huwa minn 0–20, aktar kemm ikun baxx l-iscore, aktar l-anzjan mhux indipendenti, waqt li jekk ikun viċin l-20, ifisser li l-anzjan huwa aktar indipendenti.", "Hawn min juża score minn 0–100, imma f'Karen Grech nużaw score minn 0–20.", "Dan il-mekkaniżmu jara jekk l-anzjan huwiex kontinenti, jekk għandux bżonn għajnuna għall-grooming, jekk jistax imur fil-kamra tal-banju waħdu, jekk hux kapaċi jiekol waħdu, jekk jistax jilbes waħdu, jekk jinħasilx waħdu u jekk jistax imur minn fuq is-sodda għal fuq is-sufan waħdu, fost l-oħrajn.", "Aktar ma l-iscore ikun baxx, aktar ifisser li l-anzjan huwa dipendenti fuq ħaddieħor u allura għandu bżonn tal-infermiera aktar minn carers.", "Hemm differenza enormi bejn carers u infermiera.", "Carers jagħmlu kors ta' erba' xhur u infermiera jagħmlu kors ta' erba' snin fl-Università u ġieli jkomplu jispeċjalizzaw ukoll.", "L-infermiera jridu l-liċenzja mingħand il-President ta' Malta biex jaħdmu bħala infermiera u huwa illegali li xi ħadd jaħdem ta' infermier jekk ma jkollux il-liċenzja tal-President.", "Nerġa' nistaqsi: Dawn l-anzjani se jkollhom żjarat mill-konsulenti tal-ġerjatrija meta jmorru Tas-Sliema?", "Irridu niftakru li Tas-Sliema hija 'l bogħod minn Ħ'Attard!", "Hawn qed nitkellmu fuq riskju reali għall-well-being u s-saħħa ta' dawn l-anzjani li jistgħu jimirdu kawża din ir-rilokazzjoni li se tiġi infurzata fuqhom, mingħajr ma saret konsultazzjoni mal-konsulenti tal-ġerjatrija.", "Kif għedt, dan iċ-ċaqliq jista' jwassal biex uħud minnhom ikollhom mental delirium, mental confusion u anke mewt.", "Dawn il-120 anzjan m'għandhomx vuċi.", "Fil-fatt, jien kellmuni l-qraba tagħhom li jinsabu inkwetati ħafna għal konsegwenzi li jista' jkun hemm.", "Meta anzjan jibda jgħajjat, ħafna drabi l-qraba jgħidulek li d-dar ma kienx jagħmel hekk.", "Dak il-każ ikun mental delirium għax ikun inbidel il-post fejn l-anzjan ikun dara joqgħod.", "Apparti dan, hemm aspetti oħrajn ta' saħħa, bħal aktar infezzjonijiet kif juru l-istudji.", "Hawn nistaqsi: Meta qed tieħu deċiżjoni importanti bħal din, kif tista' ma tinvolvix lill-konsulenti tal-ġerjatrija u lill-infermiera li qed jieħdu ħsieb dawn l-anzjani?", "Sar Barthel score biex naraw jekk dawn l-anzjani humiex kapaċi jmorru fi private public partnership?", "Se jkollhom tobba u infermiera kwalifikati biex jieħdu ħsiebhom?", "Se jkollhom iħallsu minn buthom jekk ikollhom bżonn vista ta' tabib?", "Jekk dawn ikollhom Barthel score baxx, ifisser li dawn l-anzjani kontinwament se jkollhom bżonn tabib biex jibdlilhom il-pilloli jew l-kura.", "Apparti minn hekk, hemm argument ieħor li xi darba nitkellem aktar fid-dettall dwaru.", "Kif tista' taqbad 120 ruħ, qisek għandek 120 mogħża f'razzett, u titfagħhom f'razzett ieħor!", "Lanqas lill-mogħoż ma tagħmlilhom hekk, aħseb u ara n-nies meta tista' tkun qed tipperikolalhom ħajjithom, Sur Gvern!", "Barra minn Malta qed jitnaqqsu l-isptarijiet psikjatriċi u qed tiżdied il-kura fil-komunità.", "Ftit ġranet ilu għamilt mistoqsija lill-Ministru għas-Saħħa fejn staqsejtu kemm tiġi tiswa', bejn wieħed u ieħor, il-kura ta' pazjent kuljum f'Mount Carmel.", "Il-Ministru qalli li din il-kura tiswa minn madwar €100 u tista' titla' sa €500 jew €600.", "Mela allura l-għaqal jgħidlek li għandek tinvesti fil-kura fil-komunità u mhux dan il-Gvern żarma s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità li daħħal Gvern Nazzjonalsita!", "Mela tibqa' tinvesti fl-isptar Mount Carmel u tieħu s-sodod tal-ġerjatrija tal-anzjani biex tibdilhom f'sodod tal-psikjatrija!", "Dan assolutament ma jagħmilx sens!", "Bħala Gvern Nazzjonalista konna nagħtu three bedroom flat biex jmorru jgħixu fih l-anzjani.", "Fil-fatt, hemm min għandu indirizz permanenti fuq Mount Carmel.", "Dan il-Gvern lanqas ta biss appartament wieħed!", "Sur President nagħlaq billi ngħid li din id-deċiżjoni jista' jkollha impatt serju ħafna psikoloġiku u fiżiku fuq dawn l-anzjani.", "Fost l-oħrajn, dan iċ-ċaqliq jista' jnaqqsilhom s-snin tal-ħajja tagħhom.", "Għalhekk, minn din il-Kamra, qed nitlob formalment biex qabel issir din iċ-ċaqliqa imponuta fuq dawn l-120 anzjan u l-qraba tagħhom ikun hemm investigazzjoni mill-Kummissarju għall-Anzjani Dr John Cachia kif ukoll l-Ombudsman tas-Saħħa.", "Dispost niltaqa' magħhom u ngħid x'informazzjoni waslet għandi, liema informazzjoni ma nistax nagħtiha f'din il-Kamra, għax wegħedt lil min għaddihieli li ma nagħmilx dan.", "Ebda Gvern m'għandu dritt jilgħab bil-kwalità tal-ħajja ta' dawn il-120 anzjan!", "Dan iċ-ċaqliq li qed ikun infurzat għall-konvenjenza tas-CEO jew ta' ħaddieħor jista' jkollu impatt serju fuq is-saħħa mentali ta' dawn l-anzjani, fosthom mard u anke mewt.", "Meta dawn l-anzjani se jintbagħtu f'Tas-Sliema, se jsibu ambjent li mhumiex familjari miegħu, inkluż l-istaff li jaħdem magħhom.", "L-ISPEAKER: Onor. Galea, ikkonkludi għax sar il-ħin.", "MARIO GALEA: Sur President, qed nitlob lill-Ombudsman tas-Saħħa sabiex immedjatament ikun il-vuċi ta' dawn l-anzjani u jibda jinvestiga u jintervjeni.", "Tajjeb li naraw x'jgħidu l-istudji u r-riċerka dwar l-impatt fuq saħħet l-anzjani.", "Kif għedt, irċevejt ħafna telefonati mill-qraba ta'dawn l-anzjani li huma inkwetati.", "Għalhekk huwa ferm importanti li l-Ombudsman inkarigat mill-qasam tas-saħħa u l-Kummissarju tal-Anzjani jibdew jinvestigaw biex jagħtu vuċi u jipproteġu lil dawn il-120 anzjan li se jitpoġġew f'riskju kbir.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRANSPORT MALTA: MASTERPLAN – TĦEJJIJA TA' PROĠETTI TA' TOROQ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-Masterplan 2015 ta' Transport Malta dwar it-tħejjija ta' proġetti ta' toroq li kienu mitluba mill-Unjoni Ewropea biex jingħataw fondi, b'mod partikolari għal paġna 225, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li t-triq arterjali ta' Ħ'Attard li kienet fl-aħħar tal-lista issa hi prijorità tal-Ministeru biex issir minnufih?", "Xi studji kienu saru dak iż-żmien meta kienet qed tiġi ppreparata l-lista tat-toroq biex issir il-klassifikazzjoni ta' prijorità li għandhom jingħataw?", "Dan għadu jgħodd?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea 1315/2013 dwar il-linji gwida għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropea, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma mitluba jlestu l-kumplament tal-partijiet tan-network TEN-T fit-territorju tagħhom sas-sena 2030 (TEN-T core network) u sas-sena 2050 (TEN-T comprehensive network).", "F'Malta nsibu 29 proġett fuq in-network TEN-T li jridu jitlestew, skont il-kriterji tal-Unjoni Ewropea.", "It-Transport Masterplan indikat fil-fatt isemmi 29 proġett jew intervent li jeħtieġ isiru (paġni 257-260).", "Saret multi-criteria analysis ta' dawn il-proġetti TEN-T sabiex issir lista ta' prioritajiet b'mod oġġettiv.", "Hekk kif ix-xogħlijiet fuq numru ta' proġetti ta' toroq TEN-T ikklassifikati fuq nett ta' din il-lista saru jew qed jitwettqu, bħall-proġetti tal-Kappara Junction u l-Marsa Junction, il-Gvern issa qed jiffoka fuq l-implimentazzjoni ta' proġetti oħra TEN-T li jingħataw priorità f'din il-lista.", "Dawn il-proġetti jinkludu t-titjib ta' Vjal Santa Luċija, kif ukoll l-inħawi ta' Ħ'Attard, ir-Rabat u l-inħawi, li qed jiġu inklużi fis-Central Link Project.", "Dawn l-interventi huma fil-fatt imniżżla bħala t-12-il prijorità tal-lista ta' proġetti TEN-T.", "Ta' min isemmi li bħalissa u fis-snin li għaddew saru diversi tipi ta' interventi fuq ħafna mill-proġetti li qegħdin f'din il-lista u l-proġett inkwistjoni huwa wieħed minnhom.", "Dawn l-interventi jvarjaw minn studji, disinji ta' toroq u saħansitra kostruzzjoni ta' toroq u junctions ġodda jew bini mill-ġdid tagħhom.", "Minn żmien għal żmien ikun hemm proġetti li jibdew qabel oħrajn, minkejja li fil-Masterplan kienu mniżżlin b'ordni differenti, minħabba li l-ippjanar u d-disinji jkunu iktar avvanzati, jew inkella minħabba kwistjonijiet ta' immaniġġjar tat-traffiku jew id-disponibilità tal-fondi allokati.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 528.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari .", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISRU GĦAS-SAĦĦA - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda entità taħt il-Ministeru tiegħi li tat xi direct order fil-perjodu indikat.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "IAN BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 535 f'seduta 80, kif ukoll għall-korrezzjoni li ġiet mehmuża mal-istess tweġiba.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru telenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha hija responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 537.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-GREĊJA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Greċja fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-LIBJA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Libja fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: XATT IL-PALM – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing tat-triq Xatt il-Palm (Baħar iċ-Ċagħaq) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ IN-NUTAR MANUEL DEBONO – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq in-Nutar Manuel Debono fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ IS-SGĦAJTAR – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq is-Sgħajtar fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR: TRIQ KORFÙ – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq Korfù fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "UFFIĊĊJU TAL-E-RESIDENCE – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL RESIDENCE PERMITS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal residence permits fl-Uffiċċju tal-e-Residence li jaqa' fid-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar u sena b'sena?", "Mil-liema pajjiżi kienu dawn il-persuni li tefgħu l-applikazzjonijiet?", "Kemm minnhom ġew milqugħa?", "Kemm minnhom ġew rifjutati u x'kienet ir-raġuni?", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA B'LEAVE SPEĊJALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li qed jibbenefikaw minn leave speċjali bi ħlas jew leave bla ħlas, f'kull uffiċċju, Dipartiment jew entità li taqa' fid-dekasteru tagħha?", "F'kull każ, x'inhu l-grad tal-ħaddiema, it-tip ta' leave li qed jittieħed u f'liema uffiċċju qed jaħdmu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA B'LEAVE SPEĊJALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li għandhom qualification allowance, f'kull uffiċċju, Dipartiment jew entità li taqa' fid-dekasteru tagħha?", "F'kull każ, x'inhi l-kwalifika li magħha hi marbuta l-allowance u kemm hu l-ħlas għall-allowance fis-sena?", "X'inhu l-grad tal-ħaddiema li qed jieħdu din l-allowance u f'liema uffiċċju qed jaħdmu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' korsijiet saru s'issa lill-ħaddiema tal-Community Works Scheme li qegħdin mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?", "Jista' jgħid x'tip ta' korsijiet oħra hemm ippjanati li jsiru għal dawn il-ħaddiema matul is-sena 2018?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Diviżjoni tal-Istrateġija u Sapport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol flimkien mal-MCAST organizzat korsijiet lill-ħaddiema tal-Community Works Scheme li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fl-iskejjel u faċilitajiet edukattivi oħra.", "Sar tagħlim fuq diversi snajja' bħal xogħol ta' dawl u ilma, tiswija ta' ġebel, tikħil u tibjid u xogħol tal-injam u ħadid.", "Dawn il-ħaddiema ngħataw Ċertifikat MQF level 2.", "Din is-sena qed jiġi organizzat kors lill-ħaddiema tal-Community Works Scheme li jagħmlu xogħol ta' tindif fi ħdan l-istess Ministeru u skejjel tal-Istat.", "Dan il-kors, li huwa maqsum fuq tliet ġimgħat, jinkludi ġimgħa teorija fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ġimgħa teorija tat-tindif u ġimgħa prattika tat-tindif.", "Fi tmiem il-kors, l-impjegati jingħataw Ċertifikat MQF level 2.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX: TRIQ TA' GĦAJN ĦOSNA - ASFALTAR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tax-Xagħra, Għawdex għandux intenzjoni li jkompli jasfalta Triq Ta' Għajn Ħosna kollha, ċjoè t-Triq li mix-Xagħra twassal għal Bajja tar-Ramla, qabel jibda is-sajf 2018 u dan peress li fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5896 intqal li din it-triq hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari 5896.", "RABAT GĦAWDEX: TRIQ VARJINGA - ARKIVJU NAZZJONALI U L-LIBRERIJA – FIRE ALARM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5889 kollha u jgħid hux se tiġi stallata fire alarm system ġewwa l-Arkivju Nazzjonali u l-Librerija fi Triq Vajringa fir-Rabat?", "Peress li fil-binja għal dawn l-aħħar erba' snin ma kienx hemm watchman, jista' jgħid meta hu ppjanat li ssir intruder system ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li tiddaħħal sistema ta' fire alarm fit-taqsimiet tal-Librerija Nazzjonali u l-Arkivji Nazzjonali ġewwa Għawdex.", "Preżentement qed isiru l-konsultazzjonijiet dwar dan.", "Minħabba li l-post jospita fih entitajiet u rwoli differenti jrid jiġi aċċertat li s-sistema tkun f'armonija mal-operat kollu tal-post u għalhekk hemm proċess itwal biex dan isir.", "Fir-rigward tal-intruder alarm jien infurmat li l-proċess ser jingħalaq lejn l-aħħar ta' din is-sena.", "MINISTRU GĦALL-FINANZI: PERSUNI B'DIŻABILITÀ- ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed inġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilita' li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTA' NAZZJONALI: PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqsant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI: PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA: PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – PERSUNI B'DIŻABILITA' - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' politika tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI – FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi li Malta qed tieħu mill-Unjoni Ewropea kull sena għall-ħidma tagħha dwar l-immigrazzjoni rregolari?", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali flimkien mad-dipartimenti, entitajiet, aġenziji u msieħba tiegħu qed jimplimentaw proġetti taħt il-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni u l-Fond Tas-Sigurta' Interna, li jifformaw parti minn Programm ta' Fondi Ewropej għal Malta 2014-2020.", "L-iskop primarju tal-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni hu dak biex jgħin lil pajjiżna jkun iktar attrezzat u effettiv fejn tidħol il-provvista ta' bżonnijiet bażiċi għall-immigranti li jaslu fi xtutna b'mod irregolari.", "L-investimenti kkonċernati jvarjaw minn azzjonijiet biex tiġi pprovduta akkomodazzjoni xierqa u sigura, sa provvista tal-ikel u għajnuniet oħra, speċjalment servizzi mediċi u soċjali.", "Dan minbarra għajnuniet finanzjarji oħra marbuta mar-ripatriazzjoni ta' immigranti fuq bażi volontarja jew sfurzata, kif ukoll għas-sistemazzjoni mill-ġdid u r-rilokazzjoni ta' immigranti li jkunu ġejjin mill-Italja u l-Greċja.", "Fl-istess waqt, parti mill-għan tal-Fond Tas-Sigurtà Interna hija biex tassigura li l-Forzi Armati ta' Malta jkunu mgħammra b'assi u teknoloġiji moderni sabiex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw u jissorveljaw il-fruntieri u l-ibħra territorjali Maltin, bl-aktar mod effiċjenti u effettiv, b'rabta wkoll kemxejn diretta mall-immigrazzjoni irregolari.", "Madankollu, l-investimenti maġġuri jvarjaw minn tagħmir tal-baħar bħal xiri ta' bastiment ġdid, sa tagħmir tal-ajru bħal xiri ta' helicopter u ajruplan għas-sorveljanza marittima.", "Dan minbarra l-bini ta' attrezzaturi ġodda fi ħdan il-kwartieri tal-Forzi Armati ta' Malta, bl-għan li jtejbu bil-bosta l-kontroll u l-effiċjenza tal-operat tagħhom, speċjalment meta jkun meħtieġ li tittieħed xi azzjoni urġenti jew titwettaq xi operazzjoni ta' sorveljanza.", "F'iktar dettall, bħalissa qed jiġu implimentati disa' proġetti taħt il-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni b'investiment ta' mhux inqas minn €22.06 miljuni, b'finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta' €16.87 miljuni.", "Barra n-nefqa attwali, il-kumplament tal-fondi huma proġettati li jintnefqu sas-sena 2022.", "F'parentesi, il-Ministeru kkonċernat qed jimplimenta żewġ proġetti taħt dan il-Fond, b'allokazzjoni finanzjarja ta' €9.19 miljuni, hekk kif qed jimplimenta proġett ieħor flimkien ma' organizzazzjoni internazzjonali, b'valur ta' €1.25 miljuni.", "Hu maħsub li fuq dawn it-tliet proġetti, il-finanzjament mill-Unjoni Ewropea jlaħħaq il-valur ta' €8.15 miljuni.", "Il-Korp tal-Pulizija wkoll għaddej b'ħidma biex jimplimenta proġett ieħor taħt dan il-Fond iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, b'allokazzjoni finanzjarja ta' €1.25 miljuni, fejn €0.94 miljuni huma Fondi Ewropej.", "Bl-istess mod, l-Aġenzija għall-Ħarsien ta' Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil qed timplimenta tliet proġetti taħt dan l-istess Fond, b'allokazzjoni finanzjarja ta' €9.46 miljuni fejn €7.09 miljuni huma Fondi Ewropej, filwaqt li l-Kummissjoni għar-Refuġjati qed timplimenta żewġ proġetti, b'allokazzjoni finanzjarja ta' €0.91 miljuni fejn €0.69 miljuni huma fondi Ewropej.", "Addizzjonalment, il-Forzi Armati ta' Malta qed jimplimentaw ħames (5) proġetti taħt il-Fond Tas-Sigurtà Interna, dawk li b'xi mod għandhom rabta diretta mall-immigrazzjoni irregolari.", "L-investiment totali jlaħħaq il-valur ta' €54.16 miljuni, fejn €40.69 miljuni huma fondi Ewropej.", "Madankollu, barra n-nefqa attwali, il-kumplament tal-fondi huma proġettati li jintnefqu sas-sena 2020.", "Iżjed minn hekk, f'dan l-istess perjodu, il-Forzi Armati ta' Malta temmew b'suċċess proġett ieħor taħt dan l-istess Fond, b'nefqa pubblika ta' €14-il miljun, fejn €12.6 miljuni huma fondi Ewropej.", "Attwalment, l-investiment ilaħħaq it-total ta' €68.16 miljuni, fejn €53.29 miljuni huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Ta' min iżid jgħid, li meta wieħed jikkunsidra dawn id-disa' proġetti taħt il-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni u s-sitt proġetti taħt il-Fond Tas-Sigurtà Interna, isib li l-medja annwali ta' Fondi Ewropej f'dik li hi allokazzjoni finanzjarja matul il-perjodu 2014 – 2022, tvarja minn sena għal oħra, skont il-pjan ta' implimentazzjoni li hemm stipulat taħt kull proġett.", "Iktar dettalji finanzjarji jinsabu fit-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PROĊESS MAL-WASLA TA' IMMIGRANT GĦAL STAT TA' REFUĠJAT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li hu applikat illum mal-wasla ta' immigrant sakemm jingħata stat ta' refuġjat?", "Kif qed titħaddem il-politika ta' integrazzjoni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li immigrant li jasal Malta, legalment jew illegalment, li juri x-xewqa li japplika għal protezzjoni internazzjonali iżda għandu akkomodazzjoni privata, imur l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Rifuġjati fejn jiġi reġistrat bl-għajnuna ta' interpretu.", "Jingħata Asylum Seekers Document u jingħata appuntament biex imur f'Ċentru tas-Saħħa biex ikun medically screened, u biex imur il-Eurodac Office fejn jitteħdulu l-fingerprints.", "Iktar tard l-immigrant jiġi msejjaħ għal intervista li ssir minn case worker tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Rifuġjati, il-każ jiġi studjat u tittieħed deċiżjoni jekk l-immigrant jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali.", "Immigrant li jasal Malta, legalment jew illegalment, li juri x-xewqa li japplika għal protezzjoni internazzjonali iżda m'għandux akkomodazzjoni privata jiġi akkomodat fl-Initial Reception Centre fejn jiġi medically screened u jitteħdulu l-fingerprints.", "Din il-proċedura tieħu madwar ġimgħa, wara li l-immigrant jiġi medically cleared jiġi trasferit f'Ċentru Miftuħ.", "Ir-reġistrazzjoni tal-immigrant għal applikazzjoni tal-protezzjoni internazzjonali mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Rifuġjati tista' sseħħ qabel ma jintbagħat l-Initial Reception Centre, iżda l-intervista għall-protezzjoni internazzjonli ssir wara.", "Il-każ jiġi studjat u tittieħed deċiżjoni jekk l-immigrant jikkwalifikax għal-protezzjoni internazzjonali.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jindirizza t-tieni parti tal-mistoqsija dwar integrazzjoni lill-Ministru kkonċernat.", "TFAL TA' IMMIGRANTI MWIELDA MALTA – GĦOTI TA' ĊITTADINANZA MALTIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mit-tfal ta' immigranti llegali li twieldu Malta, ingħataw ċittadinanza Maltija?", "X'inhi l-policy dwar hekk?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuni li twieldu f'Malta wara l-31 ta' Lulju 1989 jakkwistaw ċittadinanza Maltija taħt il-provvedimenti tal-Att Dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) awtomatikament mat-twelid f'Malta biss jekk wieħed mill-ġenituri ikun ċittadin Malti.", "KURITURI UMANITARJI MILL-EWROPA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Bħal-lum sena fil-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u Malta wiegħdet li għandhom jinħolqu kuruturi umanitarji mill-Ewropa.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk dawn seħħewx?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Il-kurituri umanitarji jistgħu jieħdu diversi forom, fosthom ir-risistemazzjoni.", "F'Settembru 2017, il-Kummissjoni nehdiet programm ġdid għar-risistemazzjoni ta' 50,000 persuna fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari mill-Afrika ta' Fuq u l-Qarn tal-Afrika, (speċifikament il-Libja, l-Eġittu, n-Niġer, iċ-Ċad, u l-Etjopja), kif ukoll mit-Turkija, il-Ġordan u l-Lebanon.", "Dan il-programm qed jappoġġja wkoll il-Mekkaniżmu għall-Evakwazzjoni Urġenti mill-Libja lejn in-Niġer, li huwa implimentat mill-UNHCR, billi jipprovdi għar-risistemazzjoni ta' refuġjati vulnerabbli li jkunu ġew evakwati.", "Fl-istess ħin, qed ikomplu n-negozjati fl-Unjoni Ewropea sabiex jiġi stabbilit qafas Ewropew permanenti għar-risistemazzjoni.", "RABAT – PROTEZZJONI TAL-FOSS IL-QADIM", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6034, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu s-Sovrintendenza biex il-foss il-qadim tar-Rabat li jmur lura għal żmien ir-Rumani u li kien parti mil-limiti tal-Imdina jiġi mħares?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.", "MEMBRI TAL-KORP DIPLOMATIKU LI MA JISTGĦUX IGAWDU MINN WORK-LIFE BALANCE", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6033, barra dak li hu spjegat fir-risposta, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx internal policy li diplomatiċi ma jistgħux jagħmlu teleworking?", "Jista' jgħid li la qed jiġu offruti reduced hours u flexitime, dan ifisser reduced pay?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6033, fl-internal policy fuq family friendly measures fiha indikat it-tip ta' xogħol li jista' jiġi adottat għal telework.", "Infakkar ukoll li sabiex impjegat ikun jista' jaqdi dmirijiet permezz ta' telework b'suċċess, huwa mistenni li l-impjegat ikollu wkoll il-karatteristiċi u l-ħiliet kollha neċessarji.", "Kull talba tiġi evalwata fuq bażi individuali skont il-kriterji adottati.", "Il-Manual on Work-Life Balance Measures jindika li uffiċjali fuq flexitime (sezzjoni 3.3) huma renumerati bis-salarju komplut, kif ukoll il-benefiċcji applikabbli għall-ħaddiema impjegati fuq skeda tax-xogħol normali, filwaqt li uffiċjali fuq reduced hours (sezzjoni 3.1) huma renumerati pro rata skont is-sigħat ta' ħidma magħżula.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: PJAN LOKALI TAĊ-ĊENTRU TA' MALTA - SOTTOMISSJONIJIET LI SARU MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta' riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġonevoli.", "Għaldaqstant, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: PJAN LOKALI TA' GĦAWDEX U KEMMUNA - SOTTOMISSJONIJIET LI SARU MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali ta' Għawdex u Kemmuna?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta' riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġonevoli.", "Għaldaqstant, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: PJAN LOKALI TAL-PORT IL-KBIR - SOTTOMISSJONIJIET LI SARU MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta' riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġonevoli.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.", "TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI – APPELLI PENDENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6183 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6183.", "KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET – KONĊEDIMENT TA' ART TAL-ITS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-att pubbliku bid-data ta' nhar l-1 ta' Frar 2017, flimkien mad-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża mal-istess att u li permezz tiegħu l-Kummissarju tal-Artijiet ikkonċeda b'titolu ta' enfitewsi l-art tal-ITS f'San Ġiljan lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament?", "KONRAD MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.", "FONDAZZJONI GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI – ĦATRIET TA' MANAGERS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4845 u jinforma lil din il-Kamra dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid liema kienu l-ħatriet fil-gradi minn manager 'il fuq, min inħatar fihom, u x'inhuma r-responsabilitajiet marbuta ma' kull ħatra?", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FONDAZZJONI GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI – ĦATRIET TA' MANAGERS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4846 u jinforma lil din il-Kamra dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid kemm mill-ħatriet fil-gradi minn manager 'il fuq saru b'sejħa b'applikazzjoni u kemm saru b'mod dirett?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perjodu msemmi kien hemm 24 ħatra li saru permezz ta' sejħa pubblika skont il-proċeduri stabbiliti, ħatra li saret mill-Bord tad-Diretturi, żewġ ħatriet li kienu deployed minn entità governattiva oħra, ħatra skont il-policy tal-Gvern rigward trejd-unjonisti u erba' ħatriet li kienu ġew appointed.", "FONDAZZJONI GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI – ĦATRIET TA' MANAGERS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4847 u jinforma lil din il-Kamra dwar il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u l-aġenziji kollha u s-servizzi kollha li jaqgħu taħtha, għall-perjodu minn April 2013 sa Marzu 2018 u jgħid x'inhuma l-pakketti finanzjarji u benefiċċji oħra marbuta ma' kull ħatra fil-gradi minn manager 'il fuq?", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – ĦLASIJIET B'LURA TA' PAGAMENT TA' TAXXI FUQ ID-DĦUL", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Awtoritajiet sabiex iniedu xi tip ta' skema li permezz tagħha persuni u entitajiet kummerċjali u anke entitajiet oħrajn li jkunu sidien ta' proprjetajiet li jkunu tajba għall-finijiet t'akkomodazzjoni soċjali u li jkollhom jagħtu lill-Gvern ammonti sinjifikanti ta' flus bħal ħlasijiet b'lura ta' pagamenti tat-taxxa fuq id-dħul (Income tax) u tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kif ukoll pagamenti tas-social security contributions u dawn ma jkollhomx minn fejn iħallsu dawn l-ammonti ta' flus lill-Gvern sabiex permezz ta' din l-iskema jkunu jistgħu jpaċu dawn id-djun billi jgħaddu lill-Gvern dawk il-proprjetajiet li jkunu tajbin għall-akkomodazzjoni soċjali?", "Hemm xi ħsieb min-naħa tal-Awtorità li jiġi mgħoddi xi att ta' liġi minn din il-Kamra tal-Parlament sabiex jiġi regolarizzat dan il-mod ta' tpaċija sabiex b'hekk il-Gvern ikun jista' jiġbor ammont sostanzjali ta' flus li għandu jiġbor u kollox isir skont il-liġi u skont regoli u 'prassi' stabbiliti mingħajr ħafna qawmien ta' dubji u tfigħ ta' tajn bla bżonn minn min suppost jaf aħjar?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern diġà ddiskuta internament din il-policy u l-Ministeru għal Finanzi lest li jikkunsidra proposti f'dan ir-rigward on a case by case basis.", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtoritajiet għandhomx xi pjan sabiex jinstabu l-fondi sabiex jinbeda r-restawr ta' Forti Delimara u ta' Forti San Pawl f'Delimara?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi pjan min-naħa tal-Gvern sabiex jinbdew xi diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea sabiex jinġiebu xi fondi għal dawn iż-żewġ fortizzi daqshekk maestużi u storikament importanti?", "Jista' jikkonsidra wkoll tistax tiġi mnedija xi forma ta' crowd funding li flimkien ma' kampanja qawwija online dwar l-importanza li dawn il-fortizzi jiġu restawrati u salvati, żgur għandha twassal għal riżultat pożittiv ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġbir ta' fondi għar-restawr ta' dawn iż-żewġ fortizzi storiċi?", "OWEN BONNICI: Rigward Forti Delimara, Heritage Malta ma twarrabx il-possibbiltà li tikkonsidra dan is-suġġeriment.", "Rigward Forti San Pawl, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "AWTORITAJIET TAL-KNISJA – KUSTODJI MAL-KNEJJES", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jidħol f'taħditiet mal-Awtoritajiet tal-Knisja lokali sabiex isir xi tip ta' arranġament li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu impjegati numru ta' kustodji sabiex numru ta' knejjes u kappelli antiki u li għandhom ċerta storja li għandna mxerrdin fin-naħa t'isfel ta' Malta jiġu miftuħa matul il-jiem kollha tal-ġimgħa?", "B'hekk, filwaqt li nkomplu nżidu l-prodott turistiku u s-siti storiċi li jistgħu jżuruhom it-turisti, inkomplu nżidu n-numru ta' turisti f'dik il-faxxa ta' turiżmu li ġeneralment jinterassawhom dawn it-tipi ta' siti storiċi u li ġeneralment ikollhom spending power akbar u b'hekk ikompli jitferrex il-ġid maħluq minn dan it-tip ta' turiżmu madwar aktar inħawi ta' Malta u ma jibqax ikkonċentrat biss fil-Belt Valletta u l-Imdina?", "OWEN BONNICI: Heritage Malta ma twarrabx il-possibbiltà li tikkonsidra dan is-suġġeriment.", "AWTORITAJIET TAL-KNISJA – KUSTODJI MAL-KNEJJES MATUL IL-JUM", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jidħol f'taħditiet mal-Awtoritajiet tal-Knisja lokali sabiex isir xi tip ta' arranġament li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu impjegati numru ta' kustodji sabiex numru ta' knejjes u kappelli antiki u li għandhom ċerta storja u li għandna mxerrdin fin-naħa t'isfel ta' Malta jiġu miftuħa matul il-jiem kollha tal-ġimgħa?", "B'hekk filwaqt li nkomplu nżidu l-prodott turistiku u s-siti storiċi li jistgħu jżuruhom it-turisti, inkomplu nżiedu n-numru ta' turisti f'dik il-faxxa ta' turiżmu li ġeneralment jinterassawhom dawn it-tipi ta' siti storiċi u li ġeneralment ikollhom spending power akbar u b'hekk ikompli jitferrex il-ġid maħluq minn dan it-tip ta' turiżmu madwar aktar inħawi ta' Malta u ma jibqax ikkonċentrat biss fil-Belt Valletta u l-Imdina?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan it-tip t'arranġament ma jaqax taħt il-kappa tal-Ministeru għat-Turiżmu.", "DJAR GĦAL KURA TAL-ANZJANI/SPTARIJIET TAL-ANZJANI – AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet għandhomx xi pjanijiet sabiex jaraw kif se jnaqqsu t-tbatija ta' persuni anzjani u persuni b'diżabilità sabiex meta dawn imorru jżuru lil qrabathom li jkunu f'xi istituzzjoni jew f'xi dar għall-kura tal-anzjani jew xi sptar tal-anzjani jew f'xi sptar ieħor fuq bażi permanenti jew long-term u jkollhom jagħmlu dan permezz tat-trasport pubbliku u peress li huwa fatt magħruf li persuni anzjani ta' ċertu età u persuni li jkollhom ċertu bżonnijiet speċjali li jkollhom iżuru lil xi qarib tagħhom f'xi istituzzjoni jew sptar fuq bażi regolari u jkollhom jużaw it-trasport pubbliku sabiex jagħmlu dan, ibatu ħafna minħabba l-iskariġġ li jkollhom jgħaddu minnu sabiex jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku, jistgħu l-awtoritajiet jieħdu inkonsiderazzjoni li tiddaħħal xi forma ta' skema li permezz tagħha dawn il-persuni jiġu megħjuna sabiex ma jibqgħux ikunu sforzati jużaw it-trasport pubbliku sabiex imorru jaraw lil qrabathom fl-isptarijiet jew djar tax-xjuħ u minflok jiġu provduti bi transport alternattiv li jkun aktar komdu għalihom u fih anqas skariġġ?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "DJAR GĦAL KURA TAL-ANZJANI/SPTARIJIET TAL-ANZJANI – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet għandhomx xi pjanijiet sabiex jaraw kif se jnaqqsu t-tbatija ta' persuni anzjani u persuni b'diżabilità sabiex meta dawn imorru jżuru lil qrabathom li jkunu f'xi istituzzjoni jew f'xi dar għall-kura tal-anzjani jew xi sptar tal-anzjani jew f'xi sptar ieħor fuq bażi permanenti jew long-term u jkollhom jagħmlu dan permezz tat-trasport pubbliku u peress li huwa fatt magħruf li persuni anzjani ta' ċertu eta' u persuni li jkollhom ċertu bżonnijiet speċjali li jkollhom iżuru lil xi qarib tagħhom f'xi istituzzjoni jew sptar fuq bażi regolari u jkollhom jużaw it-trasport pubbliku sabiex jagħmlu dan, ibatu ħafna minħabba l-iskariġġ li jkollhom jgħaddu minnu sabiex jitraġittaw bit-trasport pubbliku, jistgħu l-awtoritajiet jieħdu in konsiderazzjoni li tiddaħħal xi forma ta' skema li permezz tagħha dawn il-persuni jiġu megħjuna sabiex ma jibqgħux ikunu sforzati jużaw it-trasport pubbliku sabiex imorru jaraw lil qrabathom fl-isptarijiet jew djar tax-xjuħ u minflok jiġu provduti bi transport alternattiv li jkun aktar komdu għalihom u fih anqas skariġġ?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ngħata bidu għal eżerċizzju biex bl-involviment tal-privat b'kollaborazzjoni sħiħa mal-Gvern se ntejbu b'mod sinifikanti s-servizz tat-trasport għall-anzjani li jkollhom bżonn kura bħala out-patients.", "Dan is-servizz se jkun wieħed aktar individwalizzat għall-anzjan u membru tal-familja tiegħu.", "Is-servizz se jibqa' jingħata b'xejn.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità ta' Tas-Sliema matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-informazzjoni relatata ma' reati kriminali fil-lokalità ta' Tas-Sliema irrapurtati lill-Pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018, kien kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - SERVIZZI GĦALL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali: Jista' l-Ministru jindika x'tip ta' servizzi joffri l-Ministeru tiegħu għall-Anzjani u Persuni b'Diżabilità u kemm għandha każijiet li qed taħdem fuqhom?", "Hemm xi waiting list biex il-klijenti jirċievu dawn is-servizzi?", "It-tabella segwenti tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "ĊENTRI LEAP – XOGĦOL SOĊJALI MA' PERSUNI VULNERABBLI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19089 tal-Leġiżlatura XII, jista' l-Ministru jindika x'tip ta' xogħol soċjali twettaq mal-aktar persuni vulnerabbli f'kull wieħed miċ-Ċentri LEAP?", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3303.", "ĊENTRI LEAP - PROFESSJONISTI ASSENJATI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19089 tal-Leġiżlatura XII, jista' l-Ministru jindika l-professjonisti li ġew assenjati fiċ-Ċentri LEAP u f'liema Ċentru qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4639 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' vjolenza domestika ġiet irrapportata, sena b'sena bejn l-2008 u l-2017?", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI – ĦLAS LIL GPS GĦAS-SERVIZZ LI JAGĦTU LIL PAZJENTI BI PROBLEMA TA' SAĦĦA MENTALI FIL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32420 tal-Leġiżlatura XII, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-istakeholders sabiex tissaħħaħ l-iskema fejn tobba privati jinvistaw pazjenti b'nuqqas ta' saħħa mentali fil-komunità għas-spejjeż tal-Gvern?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa evalwa l-proġett pilota ta' servizz għal persuni bi problemi ta' saħħa mentali mogħti minn tobba tal-familja fil-privat imħallsa mill-Gvern.", "Il-ħsieb tal-Gvern hu li jżomm u fil-fatt li jestendi din l-iskema.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara kif il-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ilhom jgħixu ġo dan il-post ikkundannat, bid-drenaġġ dieħel fil-proprjetà tagħhom u bħala alternattiva l-Gvern tahom post f'Għawdex, meta dawn għandhom 70 sena u mingħajr familjari f'dawk in-naħat?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li saret f'isimha.", "BINJIET TA' KOSTRUZZJONI – GĦELUQ TA' AĊĊESS PEDONALI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'kull lokalità f'Malta u Għawdex kemm-il binja ta' kostruzzjoni teżisti fejn l-iżviluppaturi bnew ħajt tal-bricks bħala boundary wall u għalhekk ingħalaq l-aċċess pedonali tal-bankina?", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant japprezza li fil-preżent hemm madwar 1,750 lant miftuħa u għaldaqstant mhux possibbli li jsiru żjarat lil kull lant biex jinġabar tali tagħrif meta wieħed jikkunsidra li r-riżorsi tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini huma daqstant limitati.", "QABDIET TA' DROGA MILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-qabdiet ta' droga li saru mill-Pulizija fl-2015, fl-2016 u fl-2017?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont f'piż, valur fi flus, u jagħti d-data ta' meta d-droga nqabdet?", "Jista' jgħid ukoll x'kienet il-kwalità tad-droga u d-data ta' meta bdew il-proċeduri kriminali mal-persuni li kienu maqbuda?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li t-tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u sabiex jinġabar it-tagħrif kif mitlub ikun jeħtieġ ammont sostanzjali ta' ħin u riżorsi.", "Għaldaqstant, nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-qabdiet ta' droga li sar mid-Dwana fl-2015, fl-2016 u fl-2017?", "X'kienet il-kwalità tad-droga u l-ammonti tad-droga li nqabdet u meta, bħala data?", "Jista' jgħid x'kien il-valur fi flus tad-droga maqbuda?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirriferi għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 1285.", "GĦAWDEX: IR-RABAT – KAŻ TA' ESPROPRJAZZJONI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għal każ dwar espropriju ta' art fir-Rabat Għawdex, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sidien ta' din l-art, wara li għaddew 30 sena minn meta din l-art ġiet esproprijata, għadhom ma tħallsux?", "IAN BORG: B'referenza għall-mistoqsija tal-Onor.", "Frederick Azzopardi (PQ 6452), il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jinsab infurmat li:", "Il-każ inkwistjoni huwa relatat mal-Foss ta' madwar iċ-Ċittadella ta' Għawdex fejn il-Gvern, skont il-Gazzetta tal-Gvern numru 324 tat-2 ta' Mejju 1997 iddikjara li għandu bżonn art għal skop pubbliku u cjoè sabiex jinħoloq aċċess għall-istess Foss.", "Jidher li fuq l-art inkwistjoni hemm kontestazzjoni minn terzi persuni rigward it-titolu tal-art.", "Għalhekk, sakemm jiġi stabbilit minn huma s-sidien proprji, il-kumpens ma jistax jingħata.", "STATISTIKA TA' SUWIĊIDJI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru ġentilment jagħti statistika ta' suwiċidji mill-2010 sa din is-sena, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel u l-età ta' kull każ ta' suwiċidju?", "Jista' jagħti din l-istatistika separatament bis-sena, sess u l-età ta' kull każ mingħajr ma jsemmi l-ismijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-14 ta' Ġunju 2018, il-Pulizija rreġistrat 223 każ ta' suwiċidju.", "Minn dawn, 194 persuna kienu ta' sess maskili u 29 persuna kienu femminili, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "Vittmi ta' suwiċidju", "Informazzjoni dwar is-sess u l-età ta' kull persuna jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNTRATT TA' XOGĦOL TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6222, jista' l-Ministru jgħid xi ħlas għandu dan l-individwu, inkluż il-perkaċċi?", "Jista' jgħid jekk jaħdimx overtime, u jekk iva kemm qala' overtime?", "Jista' jgħid ukoll jekk għandux it-telephone, il-wifi u l-karozza mħallsa jew jeħux l-allowance tagħhom jew/u għal xi ħaġa oħra?", "Jista' jgħid kemm tħallas sena b'sena kemm ilu jagħmel dan ix-xogħol?", "Billi dan hu impjegat li jitħallas mit-taxxi tal-poplu, jista' jagħti din l-informazzjoni kompluta u kif mitluba?", "OWEN BONNICI: Nerġa' nikkonferma l-informazzjoni mogħtija fir-risposta 6222 li l-persuna li dwarha qed jistaqsi l-Onor.", "Membru hija self-employed u qatt ma ħadmet mal-PBS iżda tipprovdi s-servizz tagħha ta' traduzzjoni.", "Għaldaqstant mhix intitolata għal ħlas ta' sahra jew perkaċċi.", "Il-ħlas tagħha huwa biss rata fissa skont is-sigħat li jintalab is-servizz tagħha.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid meta biħsiebu jibqa' jagħti b'xejn il-continuous blood glucose monitors lill-pazjenti, speċjalment tfal, b'type 1 diabetes, li jkollhom bżonn jittaqqbu diversi drabi kuljum biex jipprovaw l-ammont ta' zokkor fid-demm u meta dawn il-continuous blood glucose monitors huma non-invasive u permezz ta' patch jwaħħlu mal-ġilda, mingħajr il-ħtieġa li jittaqqbu, ikunu jafu mhux biss kemm hu l-livell taz-zokkor fid-demm imma anki f'liema direzzjoni sejjer il-livell taz-zokkor fid-demm, hekk hux nieżel u allura jistgħu jkunu f'riskju ta' hypoglycemia jew tiela' u allura jista' jkun hemm riskju ta' hyperglycemia u allura b'din l-informazzjoni jkunu jistgħu jevitaw dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li jistgħu jkunu perikolużi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Continuous Blood Glucose Monitoring hija wegħda elettorali ta' dan il-Gvern fil-qasam tas-saħħa.", "Id-Dipartiment għas-Saħħa qiegħed jindirizza t-titjib fil-kura tad-dijabete skont pjan nazzjonali tad-dijabete fuq medda ta' ħames snin.", "Fil-fatt, il-punt tat-tluq fil-ġlieda kontra d-dijabete kien it-tnedija tal-Politika Nazzjonali għad-Dijabete li tnediet fl-2016, pjan li wassal għall-introduzzjoni ta' diversi servizzi u trattamenti.", "Fost l-akbar proġetti f'din l-istrateġija hemm l-introduzzjoni ta' sticks u monitors b'xejn biex pazjenti bid-dijabete jiċċekkjaw il-livell taz-zokkor fid-demm.", "Madwar 14,000 pazjent diġà qegħdin jibbenefikaw minn din l-iskema, filwaqt li 8,000 pazjent ieħor bdew jew se jkunu qegħdin jibbenefikaw matul din is-sena.", "Permezz ta' dan is-servizz, il-Ministeru tas-Saħħa se jkun qiegħed iqassam b'xejn madwar 16-il miljun stikka għad-dijabete.", "Barra minn hekk 1,500 pazjent qiegħed jibbenefika mill-introduzzjoni ta' mediċini ġodda fuq il-formularju tal-Gvern.", "Fl-aħħar xhur infetħet ukoll sala fl-Isptar Mater Dei li tispeċjalizza fi problemi fis-saqajn kawża tad-Dijabete.", "Huwa stmat li madwar 1,000 pazjent fis-sena se jkun qed jagħmel użu minn din is-sala.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hemm community mental health clinics fil-komunità?", "Meta nfetħu?", "X'inhi l-catchment area ta' kull clinic?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija dik segwenti:", "Lista ta' Community Mental Health Clinics", "Qormi Mental Health Clinic", "Catchment area ta' kull clinic", "Paola Mental Health Clinic: Paola, Tarxien, Sta.Lucia, Zabbar, Marsaxlokk, Fgura, Xgħajra, Gudja, Ħal Far, Bengħajsa, Kirkop , Għajn Dwieli, Birżebbuġa, Żejtun, Għaxaq, Marsaxlokk, Tal- Barrani, Marsascala.", "Qormi Mental Health Clinic: Qormi, Żebbuġ, Siġġiewi.", "Floriana Mental Health Clinic: Valletta, Floriana, Ħamrun, St Venera, Mrieħel, Marsa, Żurrieq, Safi, Luqa, Qrendi, Kirkop, Mqabba.", "Mtarfa Mental Health Clinic: Rabat, Mdina, Dingli, Attard, Bidnija, Kunċizzjoni, l-Imtarfa, Baħrija, Buskett, Imtaħleb, Binġemma.", "DAY CENTRES GĦALL-PERSUNI BI PROBLEMI TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm hemm day centers għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali?", "Fejn qegħdin?", "Meta nfetħu?", "Kemm jattendu pazjenti f'kull day centre?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija dik segwenti:", "Lista taċ-Ċentri kollha ta' Matul il-Jum tal-Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali", "Numru ta pazjenti li jattendu f'kull day centre", "Zejtun Day Centre: 29 pazjent", "Paola Day Centre: 43 pazjent", "Floriana Day Centre: 49 pazjent", "Qormi Day Centre: 41 pazjent", "AWTORIZZAZZJONI TA' ŻJARAT UFFIĊJALI TA' MINISTRU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk, bħala Prim Ministru, awtorizzax iż-żjarat uffiċjali barra minn Malta li l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar għamel waħdu mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: L-Onor.", "Interpellant qiegħed effettivament jitlob dokumenti tal-Kabinett, u kif jaf l-Onor.", "Interpellant id-dokumenti u r-records tal-Kabinett huma, u dejjem kienu, meqjusa bħala dokumenti u informazzjoni li mill-istess natura tagħhom huma kunfidenzjali u mhux għall-pubblikazzjoni, kif minn dejjem kienu jipprovdu l-ligijiet tal-pajjiż.", "ŻJARAT UFFIĊJALI TA' MINISTRU - KOPJA TAR-RAPPORTI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar ippreżenta lill-Uffiċċju tal-Kabinett wara ż-żjarat uffiċjali li għamel barra minn Malta waħdu mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: L-Onor.", "Interpellant qiegħed effettivament jitlob dokumenti tal-Kabinett, u kif jaf l-Onor.", "Interpellant, id-dokumenti u r-records tal-Kabinett huma, u dejjem kienu, meqjusa bħala dokumenti u informazzjoni li mill-istess natura tagħhom huma kunfidenzjali u mhux għall-pubblikazzjoni, kif minn dejjem kienu jipprovdu l-liġijiet tal-pajjiż."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180619_133d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 20 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 133, li saret fid-19 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex) (f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 538.", "TAS-SLIEMA: AMERY STREET – TIBDIL TAL-ISEM TAT-TRIQ GĦAL ĠURNALISTA MAQTULA", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għamilx jew irċeviex rakkmandazzjoni biex Amery Street f'Tas-Sliema tissemma għal ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament; it-triq li fiha trabbiet u għexet?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, kif ġieli għedna f'dan il-Parlament, matul is-sajf l-attivitajiet kulturali jonqsu xi ftit ġewwa pajjiżna, ħlief għall-festi tal-ibliet u l-irħula tagħna, li l-maġġoranza tagħhom isiru proprju fis-sajf.", "Madanakollu wieħed mill-avvenimenti li jsir f'dawn il-żmenijiet u li hu popolari ħafna huwa l-Għanafest, li jekk m'iniex sejjer żball, din is-sena se jkun ilu 20 sena jsir.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kif se jkun iċċelebrat dan l-avveniment matul din is-sena?", "OWEN BONNICI: Fil-fatt nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija tiegħu għax din tolqot aspett importanti ħafna mill-parti folkloristika tat-tessut kulturali tal-pajjiż.", "Meta nitkellmu dwar il-kultura ħafna drabi din titpoġġa f'żewġ estremi; għandek il-kultura popolari u għandek il-kultura speċjalizzata.", "Issa jien ngħid għalija ma nħobbx nuża dawn it-temi għax għalija hemm kultura waħda, u min iħobb il-kultura verament japprezza l-għana daqskemm japprezza l-aqwa opra ta' Verdi u l-aqwa orkestri tad-dinja.", "Fil-verità l-kultura hija currency waħda li jekk inti tapprezzaha, tkun kapaċi tapprezzaha anke fl-aktar forma differenti tagħha.", "Jien naħseb li aħna għandna obbligu pożittiv biex inkomplu mmexxu l-għana 'l quddiem billi nkomplu nattiraw aktar udjenzi lejn dan l-istil folkloristiku importanti għal pajjiżna.", "Fil-fatt fil-verità ma naf bl-ebda pajjiż ċivilizzat li ma jeħux ħsieb l-espressjoni mużikali indiġena tiegħu.", "Jien inzertajt li l-għana nħobbha u għalhekk nieħu gost nismagħha u nsegwiha kemm jista' jkun f'verżjoni live għax meta tkun irrekordjata ma togħġobnix.", "Meta jkun hemm l-għannejja u l-kitarristi jdoqqu l-prejjem ikunu qed jagħmlu xi ħaġa sabiħa ħafna flimkien għax ikun hemm element qawwi ta' spirtu pront u intelliġenza.", "Għalhekk il-Kunsill Malti għall-Arti ħa ħsieb jara li kemm jista' jkun ma nibqgħux niżolaw lill-għana mill-kumplament tal-art forms.", "Qabel kien hemm l-użanza li nqiegħdu l-għana għaliha billi nitfgħuha ġo xi festival iddedikat għall-għana biss għax kien jinħass li din tattira biss lil dawk li jħobbu l-għana jew li bħali jħobbu xi ħaġa differenti u indiġena.", "Issa aħna matul dawn l-aħħar xhur u snin ipprovajna naqilgħu l-għana mill-attivitajiet purament tal-għana u nitfgħuha fiċ-ċentru tal-irħula, u l-feedback li rċevejna kien pożittiv immens.", "Fil-fatt is-sena l-oħra organizzajna branches mill-Għanafest fiċ-ċentri tal-irħula, u ħadt gost nara lit-tfal jieħdu s-selfies mal-kitarristi, kif ħadt pjaċir nara wkoll lil tfal ta' età ċkejkna jidħku meta jisimgħu xi taqbila jew inkella lil xi żagħżugħ imur ħdejn għannej u dan ikun pront jgħannilu biċċa dwar il-qatgħa xagħar li għandu!", "Dawn l-affarijiet inisslu tbissima u naħseb li dan huwa l-mod ta' kif irridu nimxu 'l quddiem.", "Għalhekk bħala risposta għad-domanda li għamilli l-Onor.", "Interpellant jien ngħid li ma għandniex nibqgħu niżolaw l-għana bħallikieku din kienet xi ħaġa li tinteressa biss lil sezzjoni partikolari tal-poplu, anzi rridu nintegraw l-għana aktar fil-komunitajiet għax fl-aħħar mill-aħħar l-għana minn hemm ġejja.", "Fil-fatt jien naqbel ma' dak l-għannej Żejtuni, Mikiel l-Iżgej, li lil The Times qalilhom illi fl-opinjoni tiegħu, dan huwa l-aħjar żmien li għaddej minnu s-settur tal-għana.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell Griega rrifjutat it-talba ta' Malta sabiex il-whistleblower Maria Efimova tintbagħat hawn Malta sabiex tiffaċċja proċeduri kriminali.", "Kif jaf il-Ministru stess, li jiġi rifjutat a European arrest warrant bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hija xi ħaġa eċċezzjonali ħafna, u għalkemm id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell għadha mhijiex pubblika, ir-raġunijiet jistgħu jkunu biss li dawn beżgħu għall-mod ta' kif taħdem il-ġustizzja hawn Malta jew inkella saħansitra għas-sigurtà tal-whistleblower.", "Allura l-Ministru responsabbli mill-ġustizzja ma jidhirlux li s-sentenza tal-Qorti tal-Appell Griega hija kundanna għall-istat tal-ġustizzja u tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna?", "OWEN BONNICI: Le, jien ma jidhirlix hekk, u dak li għadu kif qal l-Onor.", "Interpellant hija n-narrattiva li qed jipprovaw jagħmlu spin biha f'pajjiżna dwar din il-kwestjoni!", "Jien infakkar li meta l-Qorti Griega kienet ħadet l-ewwel deċiżjoni tagħha fejn qalet li ma kenitx se teżegwixxi l-European arrest warrant fil-konfront ta' pajjiżna, jiġifieri ma kenitx se tilqa' t-talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji lokali biex l-arrest tas-sinjura msemmija jiġi eżegwit f'Malta, fil-ġurnali rajna kummenti tal-Onor.", "David Casa fejn huwa qal li dan sar peress li f'Malta m'hawnx is-saltna tad-dritt.", "Fil-fatt aħna, bħala awtoritajiet ġudizzjarji Maltin, tlabna kopja tas-sentenza tal-ewwel qorti, u meta wara xi ġranet waslet din il-kopja, li ġiet bil-lingwa Griega u mbagħad ġiet tradotta għal-lingwa Ingliża, irriżulta li r-raġunijiet għalfejn l-ewwel qorti kienet ċaħdet it-talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin biex is-sinjura msemmija jkollha l-arrest tagħha eżegwit f'Malta kienu tnejn.", "L-ewwel nett il-Qorti Griega kienet iddeċidiet li l-kwestjoni kienet tittratta ammont żgħir ta' flus.", "Hawn irrid infakkar li l-European arrest warrant sar mill-qrati Maltin b'mod awtonomu għalkollox mill-Gvern, jiġifieri ma kienx il-Gvern li talab li joħroġ il-European arrest warrant imma teżisti proċedura apposta u l-qrati kienu kkonkludew li għandu jkun hemm European arrest warrant dwar allegat frodi ta' kumpanija privata f'ammont li jekk m'iniex sejjer żball, jammonta għal inqas minn €5,000.", "Għalhekk peress li l-ammont in kwestjoni kien żgħir, il-Qorti Griega ma ħassitx li għandu jkun hemm European arrest warrant.", "It-tieni raġuni għaliex l-ewwel qorti ddeċidiet li tiċħad it-talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin - għax jien studjajtha s-sentenza - kienet li skont hi, il-mod kif saret it-talba kellha numru ta' difetti tekniċi, jiġifieri meta saret it-talba, l-informazzjoni li ngħatat ma kenitx waħda kompluta.", "Madanakollu jien imkien ma qrajt jew smajt dak li allega l-Onor.", "David Casa, jiġifieri li Maria Efimova ma ntbagħtitx Malta minħabba li m'hawnx rule of law, minħabba li f'Malta s-saltna tad-dritt ikkollossat jew inkella minħabba li f'Malta għandna stat ta' mafja tant li jekk tiġi persuna f'pajjiżna, din tkun qed tipperikola ħajjitha.", "Dan jien ma qrajtu jew smajtu assolutament imkien imma qal hekk biss min ried ixerred in-narrattiva li f'Malta hawn xi kollass tas-saltna tad-dritt, fosthom l-Onor.", "Imbagħad it-tieni qorti kkonfermat l-ewwel sentenza.", "Jien informat li l-awtoritajiet ġudizzjarji u prosekutorjali Maltin talbu kopja ta' din is-sentenza sabiex wieħed jara fiex tikkonsisti din is-sentenza u sabiex għal darb'oħra l-Istat jieħu konjizzjoni ta' din id-deċiżjoni, però bħala risposta sempliċi u skjetta għal dak li staqsa l-Onor.", "Interpellant, jien inwieġeb li le, dak li qed jgħid hu assolutament mhuwiex minnu, u dak hu proprju dak li jrid jgħid hu.", "Hu jrid li jkompli jinseġ u jnisseġ l-idea li f'Malta hawn xi kollass tas-saltna tad-dritt fejn in-nies hemm barra qed jimxu bil-liġi tal-ġungla u mhux bil-liġijiet tal-pajjiż.", "Dan mhuwiex minnu u naturalment kull min jgħix f'Malta jaf li f'pajjiżna għandna saltna tad-dritt li taħdem u għandna sistema tal-ġustizzja li għalkemm mhijiex perfetta u hemm x'wieħed jista' jkompli jtejjeb fiha, żgur li fejn jidħol ir-rispett lejn id-drittijiet tal-persuni akkużati u anke ta' persuni oħrajn parteċipi fi proċess ġudizzjarju, aħna nobdu dejjem dak li tgħid il-liġi u dak li jgħidu l-qrati.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, bħalma jaf kulħadd, mhux l-ewwel darba li pajjiżna jiġi rikonoxxut b'unuri prestiġġjużi madwar id-dinja fil-qasam tal-wirt kulturali u storiku tagħna.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jagħmel biex jippromwovi l-wirt kulturali u storiku tagħna barra minn xtutna, anke bil-għan li l-artisti Maltin ikunu aktar rikonoxxuti barra l-pajjiż?", "OWEN BONNICI: Sur President, naħseb li waħda mill-affarijiet li pajjiżna jista' jiftaħar li għandu huwa talent artistiku straordinarju.", "Fil-fatt jien niftaħar li f'pajjiżna għandna talent artistiku straordinarju għax ma naf b'ebda pajjiż ieħor fejn f'kull metru kwadru għandna dan it-talent straordinarju kollu!", "Jien nattendi diversi attivitajiet fl-irħula wkoll, bħalma jattendu sħabi l-Membri Parlamentari l-oħra, u anke hemmhekk ninnota ċertu talent li hu straordinarju!", "Ġieli, pereżempju, nibqa' mistagħġeb bil-vuċi li toħroġ minn daqsxejn ta' tifla jew inkella bl-abbiltà ta' żfin li juri raġel.", "Aħna għandna ħiliet u talenti li huma b'saħħithom ħafna, u issa l-isfida tagħna hi biex dak it-talent ma jibqax f'Malta imma jiġi esportat barra minn Malta.", "Għalhekk waħda mid-deċiżjonijiet li ħadna kienet li noħolqu a cultural export fund, li huwa fond finanzjarju li l-artisti jistgħu japplikaw għalih sabiex ikunu jistgħu jesportaw it-talent tagħhom bl-aktar mod wiesa' possibbli.", "Din tista' tkun għajnuna biex issir sempliċi esebizzjoni barra minn pajjiżna sa għajnuna għal min irid isegwi programmi ta' studju jew jagħmel performances barra minn Malta.", "Dik hija waħda mill-affarijiet li jien kuntent ħafna bil-mod kif imxiet, u rrid ngħid li se nkunu qed inħarsu 'l quddiem biex inkomplu nsaħħu dan il-cultural export fund.", "Aħna ngħinu kemm nifilħu anke lil dawk l-artisti li jkunu qed jagħmlu isem għalihom b'mod individwali.", "Naturalment l-aktar li jolqtu l-headlines ikunu dawk l-artisti bħal Emma Muscat, li ftit ilu għamlet suċċess straordinarju fuq il-programm Amici, jew Federica Falzon, li madwar sentejn jew tliet snin ilu kienet għamlet isem għal pajjiżna fuq stazzjon televiżiv Taljan.", "Dawn huma l-aktar artisti li they hit the headlines, però hemm ħafna artisti oħrajn, anke li jipprattikaw ġeneri artistiċi li forsi mhumiex daqshekk mainstreamed.", "Hawnhekk m'iniex qed nirreferi biss għat-tenur Joseph Calleja, li nafu kemm il-pajjiż jappoġġjah u huwa kburi bih.", "Aħna lit-tenur Joseph Calleja nagħtuh l-għajnuna kollha possibbli kull meta jitlobha sabiex ikompli jmexxi t-talent straordinarju tiegħu 'l quddiem, għalkemm issa huwa wasal fi stadju fejn qed jgħin lil ħaddieħor ukoll.", "Fl-aħħar mill-aħħar jien naqbel mal-Onor.", "Interpellant li din hija l-missjoni tagħna, u fil-fatt hemm diversi artisti oħrajn li rridu nappoġġjaw.", "Sur President, ta' min jgħid ukoll li aħna qed nipparteċipaw anke f'attivitajiet importanti barra minn pajjiżna.", "Pereżempju, għall-ewwel darba wara ħafna snin - jidhirli wara xi 20 jew 30 sena - Malta pparteċipat fil-biennale ta' Venezja.", "Dan huwa biennale prestiġjuż ħafna li kif għedt diġà, pajjiżna kienu ilu assenti minnu għal numru ta' snin, però fl-aħħar biennale li sar, Malta reġgħet sabet postha bħala waħda mill-parteċipanti għax wara ħafna snin reġgħu telgħu fuq il-palcoscenico straordinarju ta' dan l-avveniment artisti Maltin.", "Fil-fatt jien m'għandix dubju li jekk inkomplu sejrin kif aħna sejrin, aktar ma jgħaddu snin dan l-investiment kollu aktar se jwassal biex iżjed Maltin jagħmlu isem għalihom barra minn pajjiżna fis-settur kulturali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nixtieq nieħu din l-opportunità biex lill-Ministru nagħmillu mistoqsija sempliċi li fl-istess ħin hija importanti ħafna.", "F'Marzu li għadda kellha toħroġ white paper relatata mar-riforma tal-kunsilli lokali.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, ressaqna 80 proposta lill-Gvern u lis-Segretarju Parlamentari konċernat għal din il-white paper, però minkejja li minn Marzu 'l hawn għaddew tliet xhur u s-sajf jinsab magħna, għadna ma smajna xejn f'dan ir-rigward.", "Wieħed jittama li issa din ma toħroġx fis-sajf meta kulħadd ikun aljenat u Alla biss jaf x'isir minn din il-white paper!", "OWEN BONNICI: Bil-mod kif l-Onor.", "Interpellant tefa' l-mistoqsija, wieħed jibda jaħseb li se nagħmlu xi assassinju bil-moħbi, u dan meta din hija xi ħaġa pożittiva!", "Jien naqbel miegħu li white paper pożittiva għandha toħroġ fi żmien li jattira l-akbar interess nazzjonali possibbli.", "Din hija xi ħaġa li qed jieħu ħsiebha s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis però sa dalgħodu stess konna qed nitkellmu u naħdmu flimkien fuq dan il-kamp u jien informat li x-xogħol f'dan ir-rigward jinsab miexi tajjeb ħafna.", "Onestament ma nistax nagħti lill-Onor.", "Interpellant dati partikolari għax it-timeframes jistabbilixxihom is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis però li hu żgur huwa li sar xogħol eċċezzjonali mit-tim tal-istess Segretarju Parlamentari.", "Biżżejjed ngħid li s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali, beħsiebu jwettaq il-missjoni li jerġa' jagħti lill-kunsilli lokali a lease of life u enerġija ġdida.", "Issa aħna m'aħniex beħsiebna nagħmlu dan biss għall-kunsilli lokali nfushom għax lilna l-aktar li jinteressawna huma r-residenti u n-nies li jkollhom x'jaqsmu mal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt din il-white paper, li rrid ngħid li se tkun white paper interessanti ħafna u li se toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin, aktar milli se tara kif il-kunsilliera u s-segretarji eżekuttivi nfushom jimxu 'l quddiem - li huwa importanti wkoll, biex ħadd ma jifhimni ħażin - aktar se tara kif ir-residenti jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Jien ma rridx li dan ikun sempliċement eżerċizzju biex naraw kif nistgħu ntejbu l-kondizzjonijiet ta' min jopera fil-qasam tal-kunsilli lokali.", "Dak huwa importanti wkoll, però dik hija frazzjoni biss ta' dak li rridu nagħmlu permezz ta' din il-white paper għax fil-fehma tiegħi, l-aktar ħaġa importanti hija li min jiġi bżonn is-servizz ta' kunsill lokali jgawdi minn servizz aħjar u li l-kunsill lokali konċernat ikun aktar rilevanti u aktar serju.", "Nerġa' ngħid li x-xogħol li qed jagħmel is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis huwa tajjeb ħafna.", "Fil-fatt jien rajt dan il-proċess miexi 'l quddiem biċċa biċċa u nassigura lill-Onor.", "Interpellant li din se tkun biċċa xogħol eċċezzjonali li wara li jgħaddi l-proċess ta' konsultazzjoni żgur li se tagħti enerġija ġdida lil dan is-settur.", "Naħseb ukoll li ħafna mir-riformi li se jsiru se jattiraw interess nazzjonali mhux ħażin u se jattiraw ukoll imħuħ ġodda li se jkomplu jikkontribwixxu ma' dawk li diġà taw ħafna lill-kunsilli lokali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, issa li resqin lejn il-jiem sħan tas-sajf, ħafna tfal u żgħażagħ ikunu bil-vaganzi.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi mniedi xi programm kulturali li jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin?", "Interpellant għandha raġun għax huwa importanti ħafna li nużaw il-jiem tas-sajf sabiex inkomplu mmexxu l-attivitajiet kulturali 'l quddiem.", "Kif ħafna jafu, għandna programm kulturali għat-tfal li huwa mmirat proprju biex jagħti aċċess għall-kultura lit-tfal permezz tal-iskejjel.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-Culture Pass, li huwa speċi ta' menu li aħna nagħtu lill-istudenti biex imbagħad huma jagħżlu liema rappreżentazzjonijiet kulturali jridu jattendu bla ħlas.", "Fil-fatt dan il-Culture Pass tant attira interess li anke l-Gvern Franċiż bagħtilna talba biex ikun jaf aktar dwar kif jopera.", "Inizjattiva bħal din tiggarantixxi li t-tfal sa minn età żgħira jkunu jistgħu jattendu r-rappreżentazzjonijiet kulturali li jridu huma għax din mhijiex xi ħaġa ta' bilfors.", "Ikun tajjeb jekk minn hawn nibgħat messaġġ lill-ġenituri - bħalma għamlet tant tajjeb l-Onor.", "Cutajar- biex jużaw is-sajf ukoll għall-arrikkament tal-kultura.", "Aħna min-naħa tagħna ħadna ħsieb inniedu skemi li jagħmluha aktar faċli u interessanti biex it-tfal jattendu postijiet li għandhom wirt storiku.", "B'hekk jekk il-ġenituri, in-nanniet jew iz-zijiet jixtiequ jieħdu lil uliedhom jew lin-neputijiet tagħhom biex iżuru xi post storiku, huma se jgawdu minn prezzijiet imraħħsin ħafna tant li l-ammont ta' flus li jħallsu għat-tfal ikun wieħed minimu.", "Għalhekk inħeġġeġ aktar nies biex iżuru dawn il-postijiet kulturali flimkien mal-għeżież ċkejknin tagħhom.", "Sur President, għalkemm din mhijiex xi ħaġa relatata mal-kultura tat-tfal, nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirriafferma li f'The Malta Arts Festival ta' din is-sena se jkollna waħda mill-aqwa orkestri li jeżistu fid-dinja, li hija r-Royal Concertgebouw.", "Din hija xi ħaġa li konna bdejna naħdmu fuqha sa minn qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, però wara l-elezzjoni ġenerali s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista daħal fiha b'ruħu u b'ġismu u rnexxielu jagħlaq il-pakkett kollu, li kien diffiċli biex tagħlqu għax nerġa' nfakkar li hawn qed nitkellmu fuq l-aktar orkestra importanti fid-dinja.", "Fil-fatt matul dan is-sajf ir-Royal Concertgebouw se jagħmel kunċert fit-Teatru Manoel.", "Din hija xi ħaġa straordinarja; bħallikieku se nġibu lil Messi jilgħab fil-football ground ta' Ta' Qali!", "Irrid ngħid ukoll li f'dan il-pakkett ġie negozjat ukoll ftehim biex ikun hemm elementi mill-Orkestra taż-Żgħażagħ ta' Malta li jdoqqu mar-Royal Concertgebouw, kif isir barra minn Malta.", "Immaġinaw x'unur u xi prestiġju jkollhom dawk iż-żgħażagħ Maltin li jingħataw opportunità li jdoqqu mar-Royal Concertgebouw!", "Naħseb li għal din ir-raġuni biss ukoll huwa vale la pena li jkollna orkestra bħal din!", "Għalhekk jien inħeġġeġ lil kulħadd biex matul dan is-sajf jattendi għal dan l-avveniment li se jsir fit-Teatru Manoel sabiex inkunu nistgħu ngħidu li rajna waħda mill-aqwa orkestri tad-dinja - fil-fatt għalija din hija one of the top four orchestras in the world - iddoqq f'The Malta Arts Festival.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, il-Ministru serrħilna moħħna li minkejja li l-Qorti Griega rrifjutat li tibgħat lill-whistleblower Maria Efimova fuq European arrest warrant lejn Malta, is-saltna tad-dritt u l-ġustizzja hawn Malta jaħdmu perfettament.", "Madanakollu l-ġimgħa li għaddiet ġiet ukoll il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ġustizzja u fost affarijiet oħra wasslet messaġġ serju fuq in-nuqqas ta' inforzar f'Malta tal-liġi dwar il-ħasil tal-flus u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni!", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ġustizzja wasslitx dan il-messaġġ lilu wkoll, u jekk iva, x'kienet it-tweġiba tiegħu?", "OWEN BONNICI: Prattikament il-Kummissarju Ewropew Věra Jourová għamlet laqgħat mal-istakeholders kollha għax iltaqgħet mal-ġudikatura, mal-Prim Imħallef, mal-Kamra tal-Avukati, ma' diversi Ministri, mal-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll mal-Pulizija, u fl-aħħar taż-żjara tagħha għaddiet xi kummenti.", "Fil-fatt xi ħaġa li jien ħsibt li l-Onor.", "Interpellant se jibda biha imma li nesa jgħid hija li meta tkellmet mal-ġudikatura l-Kummissarju Ewropew qalet b'mod ċar - u dan ġie anke recorded on tape - li hi assolutament ma rat ebda indikazzjoni ta' xi pressjoni fuq il-ġudikatura f'pajjiżna.", "Issa meta għandek lill-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ġustizzja, Věra Jourová, li wara li tiltaqa' ma' kulħadd tikkonkludi li hi assolutament ma rat l-ebda forma jew tip ta' pressjoni fuq il-ġudikatura, għalija dan huwa l-akbar ċertifikat li f'Malta għandna saltna tad-dritt li qed taħdem.", "Jien diġà għedt li s-sistema tal-ġustizzja tagħna mhijiex perfetta, u nkun qed nigdeb jekk ngħid li hija perfetta għax għandha l-imperfezzjonijiet tagħha.", "Fil-fatt l-akbar imperfezzjoni hija d-dewmien ta' ċerti proċeduri, però li hu żgur huwa li s-sistema tal-ġustizzja tagħna tiggarantixxi d-drittijiet, mhux biss taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin imma tal-persuni kollha li jgħixu f'pajjiżna.", "Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ġustizzja Věra Jourová tkellmet ukoll dwar l-implimentazzjoni tad-direttivi ġodda Ewropej kontra l-ħasil tal-flus.", "Issa hawn irrid infakkar li dawn huma direttivi li daħlu u qed jidħlu as we speak!", "Dan ifisser li dawn id-direttivi m'ilhomx hemmhekk xi għaxar snin jew 15-il sena imma qegħdin jiġu implimentati jew ġew implimentati proprju matul dawn l-aħħar ftit xhur.", "Huwa ovvju li direttivi b'saħħithom, bħat-tielet u aktar u aktar ir-raba' anti-money laundering directives, li huma żviluppi riċenti … Meta jien kont chairman tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja dawn kienu affarijiet li konna qed niddiskutuhom u li konna qed naraw l-implimentazzjoni tagħhom jiġifieri dawn huma affarijiet riċenti.", "Huwa ovvju li pajjiż bħal Malta jrid jagħmel sforz biex jobdi dak li jgħidu d-direttivi bl-aħjar mod.", "Il-Kummissarju Ewropew dwar il-ġustizzja tkellmet dwar dawk li hi rriferiet għalihom bħala gaps li issa jeżistu mhux fis-sistemi ta' implimentazzjoni imma fis-sistemi ta' inforzar għax hi ma qalitx li aħna qed narmu d-direttivi 'l barra mit-tieqa.", "Għall-kuntrarju, aħna d-direttivi implimentajniehom, u li qalet il-Kummissarju Ewropew dwar il-ġustizzja kien li fir-rigward tat-tħaddim u tal-inforzar tad-direttivi rridu nagħmlu sforz biex nimlew dak li hi sejħitilhom gaps.", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok ikkonkludi għax skada l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "OWEN BONNICI: Nixtieq nagħmel biss l-aħħar punt.", "Aħna spjegajna lill-Kummissarju Ewropew tal-ġustizzja li l-Ministru Scicluna … U rrid ngħid li meta jitkellem il-Ministru Scicluna mhux biss il-komunità lokali tieqaf biex tisma' imma anke l-komunità internazzjonali, u l-esperti li ġabet magħha l-Kummissarju Ewropew tal-ġustizzja għandhom rispett enormi lejn il-Ministru Scicluna.", "Fil-fatt kien il-Ministru Scicluna li spjegalhom, fil-preżenza tiegħi, dak li qed isir biex insaħħu l-istruttura kontra l-ħasil tal-flus.", "Huwa elenka 50 miżura - mhux ħames miżuri tafux, imma 50! - bit-twaqqif ta' task force li tikkoordina l-istituzzjonijiet ewlenin kontra l-ħasil tal-flus aħjar u li hija mmexxija miċ-chairperson Dr Helga Buttigieg Debono, li għadha kemm inħatret ftit tal-jiem ilu.", "Bħalma pajjiżi oħra qed jaħdmu biex dejjem itejbu l-operat tagħhom fid-dawl tat-tielet u r-raba' anti-money laundering directives, permezz ta' din it-task force anke Malta se ttejjeb l-operat tagħha dejjem aktar.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' reati kriminali rapportati fil-lokalità ta' San Ġiljan fis-snin bejn l-2013 u l-2018, maqsuma skont it-tip ta' reat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6419;", "Tabella li turi l-għadd ta' reati kriminali rapportati fil-lokalità tal-Gżira fis-snin bejn l-2013 u l-2018, maqsuma skont it-tip ta' reat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6421; u", "Tabella li turi l-għadd ta' reati kriminali rapportati fil-lokalità ta' Pembroke fis-snin bejn l-2013 u l-2018, maqsuma skont it-tip ta' reat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6422.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders li ngħataw mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6212.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2018 tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt l-Onor.", "Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROFESSJONI", "TAL-PSIKOTERPIJA", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar ir-regolamentazzjoni tal-professjoni tal-psikoterapija, u biex jipprovdi għal ħwejjeġ konnessi magħha jew li huma anċillari għaliha\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U ARKIVJI NUTARILI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Ġunju, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjak tal-opportunità li nipparteċipa f'dan id-dibattitu.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna għandu l-intenzjoni li jissoda aktar lis-settur notarili, u bħala l-ewwel punt wieħed irid jgħid li kien hemm bżonn li dan isir għax matul dan l-aħħar żmien kellna wisq persuni li joperaw fis-settur notarili li ma kenux attenti biżżejjed għad-dmirijiet li l-liġi timponi fuqhom, u sfortunatament meta jagħmlu hekk dawn il-persuni jixħtu dell ikrah fuq persuni oħra li għandhom l-istess professjoni.", "Għaliex?", "Għax imbagħad jibdew iqumu domandi fost il-poplu jekk kemm-il darba t-tali nutar ikunx affidabbli biżżejjed biex imorru għandu u jagħmlu kuntratt ta' xiri ta' dar jew inkella biex jagħmlu testment.", "Irrid ngħid li n-nutar għandu funzjoni speċjali għax għandu l-funzjoni li jirċievi l-intenzjonijiet tan-nies li meta jiktibhom u jfassalhom f'kuntratti pubbliċi jew f'testmenti jieħdu s-saħħa ta' liġi.", "Aħna fil-Parlament nagħmlu l-liġi, però meta bniedem jidħol f'kuntratt ikun qiegħed jistabbilixxi liġijiet oħra għalih innifsu ma' ħaddieħor u jkun qiegħed jorbot id-drittijiet u l-obbligi legali li hu għandu fil-libertà u fir-responsabbiltà tiegħu.", "Fil-każ ta' testment, bniedem ikun qiegħed jistabbilixxi x'se jiġri mill-proprjetà li għandu meta hu jkun imsejjaħ għal ħajja aħjar, u allura hemmhekk huwa qiegħed jistabbilixxi wkoll liġijiet u regoli ta' kif isiru l-affarijiet.", "Kif tgħallimni tajjeb inti, Sur President, id-dmir prinċipali tan-nutar huwa li jirċievi l-intenzjonijiet tan-nies, u huwa uffiċjal tal-Istat.", "Nutar m'għandux il-funzjoni li għandu avukat, imħallef, maġistrat jew prokuratur legali imma għandu l-funzjoni speċjali li jiggwida lill-partijiet fil-kuntratt li jkunu se jagħmlu u mbagħad dak li jridu jagħmlu l-partijiet - sakemm dan ma jkunx illegali, immorali jew kontra l-public policy - in-nutar huwa obbligat li jdaħħlu f'kuntratt.", "Għalhekk l-ewwel ħaġa l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qiegħed jagħmel diversi regoli biex jassigura li n-nutara jkomplu jippriżervaw il-professjoni tagħhom b'mod tajjeb.", "Huwa importanti li wieħed jagħmel l-enfasi fuq il-konċett li kull professjoni tirregola lilha nnifisha u tenfasizza mekkaniżmi interni ta' auto-regulation.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jaġġorna aktar dak li żviluppa matul iż-żminijiet sabiex il-professjoni ta' nutar tibqa' fuq l-ogħla livell u tibqa' twieġeb għall-isfidi li qiegħda titlob id-dinja moderna.", "Hawnhekk irrid infakkar li llum in-nutar daħal ukoll fid-dimensjoni tal-Unjoni Ewropea.", "Ma ninsewx li waħda mid-direttivi importanti ħafna li għamlet l-Unjoni Ewropea taħt is-settur tal-ġustizzja u l-intern - li bħala Ministru, kelli l-opportunità li naħdem u nagħti s-sehem tiegħi fiha - kienet kif inti tista' tagħmel aktar regolamentazzjoni fis-suċċessjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed jagħmel differenza għax qiegħed jissoda s-settur tan-nutar pubbliku, li ilu f'pajjiżna għal żmien twil.", "Issa hawn irrid ngħid ukoll li mertu tal-fatt li n-nutara pubbliċi jirreġistraw l-atti tagħhom, nafu b'aktar nutara pubbliċi li għexu fi żminijiet antiki milli b'avukati jew b'imħallfin.", "Fil-fatt għandna diversi atti, kuntratti u testmenti li ilhom li ġew reġistrati mis-sena 1400 u li sal-lum wieħed għadu jista' jaqrahom u jikkonsultahom.", "Għalhekk aħna bħala pajjiż għandna nieħdu ħsieb li nippriżervaw u nsostnu dan is-settur, li ġie bis-saħħa tad-dritt Ruman u tal-iżvilupp kollu tiegħu.", "Però ta' min isemmi li f'dan is-settur hemm parti partikolari li timmerita ħafna aktar attenzjoni.", "Kienu saru emendi li permezz tagħhom in-nutar ma baqax biss il-persuna li jirċievi l-kuntratt imma tajnieh ukoll il-funzjoni li jidderieġi l-partijiet f'dak li għandu x'jaqsam mar-riċerki.", "Issa r-riċerki għaliex isiru?", "Ir-riċerki jsiru biex wieħed ifittex it-titolu tal-proprjetà li jkollhom in-nies.", "Pereżempju, meta persuna tkun se tbigħ il-proprjetà tagħha lil ħaddieħor, in-nutar għandu jserraħ moħħ il-persuna li tkun se tixtri dik il-proprjetà - u l-liġi tgħidlek li l-persuna li tkun se tixtri hija dik il-persuna li għandha dritt tagħżel lin-nutar li se jagħmel il-kuntratt - li l-proprjetà li tkun se tiġi trasferita għandha hija verament ta' dik il-persuna li qed tippreżenta ruħha bħala s-sid ta' dik il-proprjetà.", "Sfortunatament fil-qorti niltaqgħu ma' sitwazzjonijiet fejn xi ħadd jagħmel kuntratt u jbigħ proprjetà li jkun jaf li mhijiex tiegħu jew inkella jkun qed jaħseb li hi tiegħu u mbagħad aktar 'il quddiem jirriżulta li mhijiex tiegħu.", "Hemm ħafna sentenzi f'dan is-sens, u allura daħlet liġi li permezz tagħha n-nutar ingħata funzjoni speċjali; dik illi huwa jagħti forma ta' ċertifikat anke fuq it-titolu.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, però ħafna drabi, forsi sforz l-influwenza tal-prattika bankarja jew inkella tal-mentalità Anglosassona, ninjoraw il-bżonn li nirreġistraw l-art taħt il-kadast.", "Dan għaliex ġejna f'diffikultà rigward persuni li jkunu ilhom fil-pussess ta' proprjetà għal ħafna żmien.", "Taħt is-sistema Rumana għandek kuntratti li permezz tagħhom wieħed jista' jidentifika b'mod ċar min huwa l-proprjetarju.", "Hemm sentenzi tal-qorti u hemm ukoll proprjetajiet li ilhom f'idejn in-nies, u allura ladarba ilhom fil-pussess tan-nies għal aktar minn 30 sena, 40 sena, 50 sena jew 100 sena, hemmhekk jidħol titolu li aħna nsejħulu \"użukapjun\" fejn xi ħadd ikun qed jingħata titolu mhux abbażi ta' kuntratt miktub imma abbażi tal-fatt li l-proprjetà tkun ilha fil-familja jew tkun ilha tiġi trasmessa minn persuna għal oħra għal ġenerazzjonjiet sħaħ.", "Pereżempju, ejjew ngħidu li l-bużbużnannu kellu biċċa art f'idu, dan għaddieha lit-tifel tiegħu, imbagħad it-tifel tiegħu għaddiha lit-tifel tiegħu u din baqgħet tiġi trasferita minn ġenerazzjoni għal oħra għal 120 sena.", "Meta oriġinarjament kien inbeda l-għoti tal-loans mill-banek, kien hawn bank bl-isem ta' \"Barfincor\" li kien beda jsellef il-loans lil dawk li riedu jixtru xi proprjetà, u dan beda jitlob li biex isiru l-kuntratti, fil-liġi jrid ikun hemm titolu validu li ġej minn kuntratti miktuba.", "Sfortunatament maż-żmien irbattna ruħna wisq ma' din il-prassi bil-konsegwenza li llum għandna diffikultà għax f'Malta u Għawdex għandna kwantità kbira ta' proprjetajiet fejn in-nies li qed joqogħdu fihom bħala sidien m'għandhomx mod tajjeb ta' kif jistgħu jsibu t-titolu oriġinali li fih il-proprjetà kienet ġiet għandhom.", "Ħafna drabi din ma tkunx xi ħaġa faċli biex tiġi solvuta u tirrikjedi biċċa xogħol kbira ta' detective għax minkejja li wieħed ikun qed jaħseb li l-affarijiet ikunu qed isiru b'mod tajjeb, jibqa' ma jirnexxilux isib il-kuntratt oriġinali.", "Sur President, wieħed mill-proġetti li tressaq diversi drabi fuq din il-Mejda tal-Kamra imma baqa' abbozz ta' liġi hu dak marbut mar-regolamentazzjoni tar-Reġistru Ċentrali.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi aħna stajna nġibu sistema aħjar ta' kif l-informazzjoni kollha marbuta mal-proprjetà, mat-testmenti u mal-persuni jkunu f'ċentru wieħed ta' data, u allura din is-sistema kienet tippermetti lin-nies biex jidentifikaw l-affarijiet faċilment.", "Jien, bħala Segretarju Parlamentari, niftakarni naqra volumi fuq volumi ta' xogħol li kien sar minn Dr Godwin Grima, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk.", "Dr Godwin Grima kien Principal Permanent Secretary u kien ħadem ħafna biex isir dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Imbagħad wara li qrajt dawk il-volumi kollha ta' xogħol li sar minn Dr Godwin Grima, bħala avukat kont dħalt f'din il-biċċa xogħol jien ukoll biex nipprovaw nirregolamentaw l-affarijiet, imma sfortunatament il-pjan ma rnexxiex.", "Għaliex?", "Għax hemm bżonn li ndaħħlu ċ-ċertezza tat-titolu fis-sistema tagħna b'tali mod li jekk it-titolu jkun daħal fir-Reġistru Pubbliku bħala li huwa t-titolu validu fil-liġi, allura min ikun irid jixtri jew ibigħ dik il-proprjetà ma jkollux bżonn jerġa' jidħol fir-riċerki u joqgħod ifittex x'kien hemm qabel għax it-titolu jkun diġà ġie identifikat fir-Reġistru Pubbliku bħala titolu ċar u inekwivoku.", "B'hekk tkun qed tnaqqas l-ispejjeż tan-nies li jkunu jridu jagħmlu r-riċerki u fl-istess ħin tkun qed iġġib ċertezza akbar fis-suq.", "Aħna ma ridniex nieqfu hemm.", "Fil-fatt din ma rnexxilniex nagħmluha però naf li hemm xi ħadd min-naħa tal-Gvern jew nittama li hemm xi ħadd min-naħa tal-Gvern, li mhuwiex qiegħed jabbanduna dan il-proġett totalment għax permezz ta' dan il-proġett inkunu qed nistabbilixxu ċertezza wkoll għat-titolu tal-użukapjun, jiġifieri nkunu qed nistabbilixxu ċertezza għal meta xi ħadd ikollu titolu f'idejh għal ħafna żmien.", "B'hekk inkunu qed nippermettu li jkun hemm ir-reġistrazzjoni ta' dik il-proprjetà abbażi ta' pussess paċifiku jew ta' pussess għal żmien twil, li jingħata perjodu ta' żmien li fih wieħed jista' jikkontestah jew inkella li wieħed jista' jagħmel skrutinju tiegħu, però ladarba n-nutar jieħu ċertu dokumentazzjoni u juri li proprjetà ilha f'idejn ċerti nies minn ġenerazzjoni għal oħra, allura ma jkunx hemm kwestjonijiet fuq it-titolu, jiġifieri ma jkunx hemm kwestjonijiet dwar jekk kemm-il darba l-proprjetà inkwistjoni tkun ta' \"X\" jew ta' \"Y\".", "Fil-fatt l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qiegħed jimbotta l-affarijiet biex in-nutar jieħu aktar f'idejh minn dan ix-xogħol.", "Tant hu hekk li fi klawsola 14 qed inżidu l-obbligi tan-nutar u fl-istess ħin qegħdin nipprovaw nagħtu titolu aħjar lin-nies.", "Sur President, punt importanti ħafna li sfortunatament m'aħniex nindokraw biżżejjed huwa t-titolu li joħroġ mis-sentenzi tal-qorti.", "Xi kultant wieħed ikollu l-impressjoni li meta l-qorti tagħti sentenza li fiha tiddikjara lil xi ħadd bħala proprjetarju, dik tiġi kkonsidrata sempliċement bħala sentenza li torbot liż-żewġ partijiet li jkunu involuti fil-kawża u li ma torbotx lil terzi persuni wkoll.", "Madanakollu fl-opinjoni tiegħi, hawnhekk għandu jkollna sistema bħalma għandna fil-mandati ta' inibizzjoni.", "Meta xi ħadd jagħmel mandat ta' inibizzjoni fuq proprjetà, hemmhekk awtomatikament tidħol annotazzjoni fir-Reġistru Pubbliku li hemm mandat ta' inbizzjoni dwar dik il-proprjetà, u allura meta xi ħadd ikun qiegħed jagħmel xi riċerki dwar proprjetà jkun jaf li sar mandat ta' inibizzjoni.", "Madanakollu m'hemm l-ebda mekkaniżmu awtomatiku għal meta xi ħadd jagħmel kawża dwar proprjetà u dik il-kawża tiġi finalment deċiża.", "Qed ngħid dan għax filwaqt li għandek kawżi sempliċi bejn żewġ persuni li qed jitolbu li jiġi ddikjarat ta' min hi proprjetà partikolari, jiġifieri jekk proprjetà hijiex ta' \"A\" jew ta' \"B\", imbagħad għandek sitwazzjonijiet fejn ikollok proprjetajiet kbar li jkunu ġejjin minn wirt u li allura jkunu jridu jinqasmu.", "Fl-aħħar każ li semmejt l-affarijiet ikunu aktar ikkomplikati, u sfortunatament insibu li jew meta l-werrieta ma jkunux jafu bil-wirt jew inkella meta l-werrieta jispiċċaw f'xi kawża l-qorti, proprjetà li tkun tagħhom, li tkun għadha ma ġietx identifikata jew li kienu jafu biha n-nanniet tagħhom, sakemm tasal biex tiġi deċiża l-kawża jkollhom diffikultà biex jaraw jekk din il-proprjetà hijiex reġistrata u protetta għalihom.", "Mhux biss imma anke meta jkun hemm sentenza tal-qorti li fiha jkun hemm involut il-wirt u jkun hemm kwantitajiet kbar ta' proprjetajiet, din ma tiġix reġistrata fir-Reġistru Pubbliku.", "Madanakollu jien naħseb li issa wasal iż-żmien li anke dawn is-sentenzi jiġu reġistrati fir-Reġistru Pubbliku biex jiġi indikat b'mod ċar li t-titolu ta' dik il-persuna mhuwiex imwieled bil-kuntratt imma b'sentenza tal-qorti għax huwa importanti ħafna fejn tagħmel il-linja tal-konfini, kemm meta jkollok kawżi bejn il-ko-proprjetarji, kemm meta jkollok kawżi bejn il-werrieta kif ukoll meta jkollok kawżi bejn ġirien.", "Sur President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa tajjeb u kif għedt diġà, l-Oppożizzjoni hija favur tiegħu għax qed imur fid-direzzjoni t-tajba, però hemm bżonn li jkollna liġi dwar ir-Reġistru Pubbliku li tnaqqas l-abbużi, li ġġib aktar ċertezza u li tagħti titolu lil diversi nies li għandna fis-suq li sal-lum għad m'għandhomx.", "Kif tgħallimna l-ħajja, in-negozju u l-kummerċ f'soċjetà jimxu aktar 'il quddiem iżjed mal-oġġetti jkunu jistgħu jinġiebu fis-suq u jiġu skambjati billi wieħed ibigħhom, jikrihom, jagħtihom użufrutt jew inkella jagħtihom b'ċens, għax b'dak il-mod ikun qed jaċċerta żvilupp aktar sħiħ u sod f'pajjiżna.", "Għalhekk filwaqt li jien qed nieħu pjaċir li qed isir dan l-Abbozz ta' Liġi u li qed isiru l-isforzi biex il-professjoni notarili tkompli tissoda, nawgura li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jiġi segwit bil-liġi dwar ir-Reġistru Pubbliku għax permezz tiegħu wieħed ikun jista' jagħmel l-affarijiet ferm aħjar milli huma llum.", "Nirringrazzjak.", "PERMESS U FTEHIM TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili tiġi sospiża u l-winding up mill-Ministru għal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jsir aktar 'il quddiem fis-seduta biex il-Kamra tgħaddi għat-tielet item fuq l-aġenda.", "Nitlob ukoll li l-Kamra tiġi sospiża għal ftit minuti.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra qed tiġi sospiża għal ftit minuti.", "Fl-4.54 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fil-5.01 p.m.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum l-Erbgħa, 20 ta' Ġunju, 2018 tal-Kumitat Permanenti għall-Ħatriet Pubbliċi l-Onor.", "Robert Cutajar se jissostitwixxi lill-Onor.", "Ngħaddu issa għat-tielet item tal-aġenda, skont il-ftehim milħuq.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IS-SIGRIETI KUMMERĊJALI", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jittrasponi d-Direttiva 2016/943/UE dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "CHRIS CARDONA: Sur President, illum quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li se jittrasponi direttiva tal-Unjoni Ewropea li titkellem dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali kontra l-ksib, kontra l-użu u anke kontra l-iżvelar illegali tagħhom.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa ntiż sabiex joħloq struttura leġiżlattiva konformi ma' dik tal-Unjoni Ewropea fil-kontest tal-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali.", "Ilkoll nafu kemm l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp huma miftuħa fiż-żmenijiet tal-lum, u dan għaliex huma katalisti għall-ideat ġodda li jissodisfaw lill-konsumatur filwaqt li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà.", "Għalhekk naħseb li l-intenzjoni tal-leġiżlatur hija li jkun hemm protezzjoni anke għal min jagħmel dan it-tip ta' xogħol.", "Min-naħa l-oħra hemm ukoll il-bżonn li dawn l-ideat isibu triqithom fis-suq u jkunu kummerċjalizzati.", "Tali innovazzjoni hija leverage importanti ħafna anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħolqien ta' għarfien ġdid, anke minħabba l-fatt li din toħloq stimolu u tagħti spinta lill-iżvilupp ta' mudelli ta' negozji ġodda.", "Nitkellmu ħafna fuq in-negozji tal-familja u nagħmlu tajjeb li nagħmlu dan għax meta wieħed joqgħod jikkonsidra jsib li n-negozju tal-familja huwa l-pedament tat-tkabbir ekonomiku li għandna bħalissa f'pajjiżna, però mbagħad irridu naraw u nassiguraw ukoll li jkun hemm mudelli ġodda ta' negozju.", "In-negozji, irrispettivament minn kemm huwa kbir id-daqs tagħhom, jiġifieri irrispettivament minn jekk humiex SMEs (small and medium enterprises), minn jekk humiex micro jew inkella minn jekk humiex intrapriżi li xi kultant jimpjegaw mijiet, jekk mhux eluf ta' nies, jagħtu valur lis-sigrieti kummerċjali daqs il-privattivi, daqs il-patents u daqs dawk li huma msejħa bħala \"intellectual property rights\".", "Dawn jużaw il-konfidenzjalità tagħhom bħala għodda ta' innovazzjoni u ta' ġestjoni għall-kompetittività tan-negozju u għar-riċerka li tkun qed issir.", "Hawnhekk ikun importanti jekk nagħmlu distinzjoni bejn dik li hija kunfidenzjalità kummerċjali u dak li huwa tagħrif teknoloġiku għal data kummerċjali bħal, pereżempju, informazzjoni fuq konsumaturi, pjani tan-negozju u anke l-istrateġija li jużaw in-negozji fis-suq tagħhom.", "L-SMEs jagħtu aktar valur lis-sigrieti kummerċjali u jiddependu aktar fuqhom ukoll, u dan għaliex is-sigrieti kummerċjali jippermettu lill-fundaturi, lill-kreaturi u anke lill-innovaturi sabiex jiksbu profitt mill-ħolqien jew mill-innovazzjoni tagħhom, u għalhekk huma partikolarment importanti għall-kompetittività tan-negozju kif ukoll għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-prestazzjoni relatata mal-innovazzjoni.", "In-negozji jinvestu fil-ksib, fl-iżvilupp u anke fl-applikazzjoni tal-konoxxenza tal-informazzjoni, u ħafna drabi huma mhux biss jagħmlu dan l-investiment sabiex itejbu l-prodott tagħhom imma wkoll sabiex ikollhom vantaġġ kompetittiv f'dinja fejn illum in-negozju sar id-dominju tad-dinja.", "Illum toħroġ b'idea f'kontinent u jeħodhielek xi ħaddieħor minn kontinent ieħor billi jikkummerċjalizzaha qablek!", "Dan ifisser li għandna ambjent aggressiv u kompetittiv ħafna, u allura l-investiment fil-ġenerazzjoni kif ukoll l-applikazzjoni ta' dan il-kapital intellettwali huma fatturi determinanti fir-rigward tal-kompetittività u tal-prestazzjoni tan-negozju fis-suq.", "B'hekk b'mod konsegwenzjali l-qligħ tagħhom mill-investiment huwa l-motivazzjoni fil-bażi tar-riċerka u fl-iżvilupp tan-negozju.", "Sur President, in-negozji jirrikorru għal mezzi differenti biex jaddattaw ir-riżultati tal-innovazzjoni tagħhom, u wieħed minn dawn il-mezzi huwa l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bħall-patents, il-privattivi, id-drittijiet tad-disinn, il-copyrights jew inkella d-drittijiet tal-awtur.", "Mezz ieħor għall-ksib tar-riżultati tal-innovazzjoni huwa l-protezzjoni tal-aċċess u l-isfruttament tal-għarfien li huma ta' valur għal dik l-entità li jkunu qegħdin joħorġu minn ġo fiha.", "Din il-konoxxenza, flimkien mal-informazzjoni kummerċjali ta' valur li tinżamm mistura, għandhom l-intenzjoni li jibqgħu konfidenzjali, u fil-fatt huwa għalhekk li aħna nsejħulhom \"sigrieti kummerċjali\".", "Ir-riċerka kollaborattiva, inkluż il-kooperazzjoni li ssir bejn pajjiż u ieħor jew inkella bejn reġjun u ieħor - allura hawn aħna dħalna f'dik li hija kooperazzjoni transkonfinali - hija partikolarment importanti biex iżżid il-livell ta' riċerka, biex iżżid l-iżvilupp fin-negozju u biex tara li s-suq intern qiegħed jirreaġixxi għal dan.", "Fl-Unjoni Ewropea aħna nitkellmu ħafna fuq is-single market, u għalhekk huwa importanti li pajjiżi li huma membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea jaddattaw din it-tip ta' leġiżlazzjoni fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom.", "B'hekk tkun qed twassal aktar għarfien, tkun qed tagħti għarfien lil aktar setturi u l-informazzjoni għandha tiġi kkonsidrata li hija essenzjali sabiex jiġu żgurati opportunitajiet ta' żvilupp għal dawk in-negozji li jkunu dinamiċi, pożittivi u ugwali, b'mod partikolari l-SMEs.", "F'suq intern fejn il-barrier tal-kollaborazzjoni huwa wieħed minimu u fejn il-kooperazzjoni ma tiġix distorted, il-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni għandhom iħeġġu investiment fi proċessi, f'servizzi u anke fi prodotti innovattivi.", "Għaliex?", "Għax bażikament inti għandek suq intern li qed jirregola ruħu.", "Jekk m'iniex sejjer żball, matul il-leġiżlatura tal-1998, jiġifieri 20 sena ilu, jien kont wieħed minn dawk li tkellimt dwar il-Competition Act f'dan il-Parlament, u niftakar li mil-lat Ewropew konna diġà qegħdin niddiskutu l-possibbiltà jew inkella l-fatt li jista' jkun hemm distortion f'dik li hija kompetittività jew inkella li jista' jkollok użu li mhuwiex fair u li allura jista' jwassal għal dawk li huma msejħin bħala \"cartels\" jekk kemm-il darba inti tabbuża mid-dominazzjoni tiegħek fis-suq.", "Għalhekk l-ambjent ta' suq intern jista' jwassal għal kreazzjoni intellettwali u għal innovazzjoni, imma għandha tkun imħeġġa l-mobbiltà tal-impjieg.", "Dan huwa importanti wkoll għat-tkabbir fl-impjiegi u għat-titjib fil-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea.", "Sur President, is-sigrieti kummerċjali għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tal-iskambju tal-għarfien bejn in-negozji, b'mod partikolari bejn l-SMEs u bejn l-istituzzjonijiet li jagħmlu r-riċerka, kemm fi ħdan kif ukoll bejn il-fruntieri tas-suq intern tas-single market fil-kontest tal-iżvilupp u l-innovazzjoni.", "Dan għaliex is-sigrieti kummerċjali huma fost l-aktar forma wżata ta' protezzjoni ta' kreazzjoni intellettwali u ta' konoxxenza innovattiva fin-negozji.", "Iżda mbagħad fl-istess ħin huma wkoll l-inqas protetti mill-qafas legali tal-Unjoni Ewropea li għandna bħalissa kontra l-ksib, kontra l-użu u kontra l-iżvelar illegali mill-partijiet oħra.", "Tajjeb li wieħed jitkellem ukoll dwar ċerti sforzi internazzjonali li saru f'dan ir-rigward, u naħseb li dawn l-isforzi saru fil-qafas tal-organizzazzjoni dinjija tal-kummerċ; il-WTO (World Trade Organisation), li llum hija mmexxija mis-Segretarju Ġenerali Roberto Azevêdo, li kellna wkoll l-opportunità li nilqgħuh Malta biex jindirizza l-Kunsill tal-Ministri li sar fil-Presidenza tagħna s-sena li għaddiet.", "Fil-fatt ta' min jgħid li l-WTO waslet għall-konklużjoni tal-ftehim \"TRIPS\" (Trade-Related Aspects of Intellectual Property Rights), li huwa l-ftehim li jikkonċerna aspetti relatati mal-kummerċ tal-proprjetà intellettwali, u fost l-oħrajn il-ftehim \"TRIPS\" jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-ksib, l-użu jew l-iżvelar illegali tagħhom minn partijiet terzi, li llum huma standards internazzjonali komuni.", "L-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Unjoni nnifisha huma marbuta bil-ftehim \"TRIPS\", li kien anke ġie approvat mill-Kunsill, iżda minkejja dan il-ftehim hemm differenzi importanti fil-leġiżlazzjoni tal-istati membri fir-rigward tas-sigrieti kummerċjali kontra l-ksib, kontra l-użu jew inkella kontra l-iżvelar illegali tagħhom minn terzi.", "Pereżempju, mhux l-istati membri kollha addottaw definizzjonijiet nazzjonali tas-sigrieti kummerċjali, tal-ksib tagħhom, tal-użu tagħhom jew inkella tal-iżvelar tagħhom, u għalhekk l-għarfien dwar l-iskop tal-protezzjoni mhuwiex daqshekk faċilment aċċessibbli għax l-iskop għall-istati membri tal-Unjoni Ewropea huwa differenti.", "Barra minn hekk m'hemmx konsistenza fir-rigward tar-rimedji disponibbli mil-liġijiet ċivili u l-ordnijiet ta' waqfien mhux dejjem ikunu disponibbli fl-istati membri kollha kontra partijiet terzi li ma jkunux kompetituri tad-detentur leġittimu tas-sigrieti kummerċjali bil-konsegwenza li jkun hemm l-intenzjoni ta' ksib jew inkella ta' żvelar illegali ta' dawn is-sigrieti.", "Id-diverġenzi bejn l-istati membri jeżistu wkoll fir-rigward tat-trattament ta' parti terza.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar dik il-parti li tkun kisbet is-sigrieti kummerċjali in bona fede iżda li sussegwentement, waqt li tkun qed tagħmel użu minnhom, tiskopri li l-ħsieb kien ġie minn ksib illegali preċedenti ta' xi parti oħra anteċedenti għall-kummerċ.", "Għalhekk, Sur President, kif qed naraw ir-regoli internazzjonali jvarjaw, kif ivarjaw ukoll dwar jekk, pereżempju, id-detenturi leġittimi, jiġifieri dawk il-lawful holders tas-siti kummerċjali, jistgħux ifittxu l-qerda ta' oġġetti li huma prodotti minn partijiet terzi li jużaw is-sigrieti kummerċjali illegalment.", "Barra minn hekk ir-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kalkolu ta' danni li jiġu sanzjonati bihom dawk in-nies li jkunu qegħdin jabbużaw mhux dejjem iqisu n-natura intanġibbli tas-sigrieti kummerċjali għax din mhijiex xi ħaġa li taraha, tmissha jew tħossha b'idejk, u għalhekk huwa diffiċli ħafna biex wieħed juri l-profitti attwali.", "L-istati membri jippermettu l-applikazzjoni ta' regoli li ġew estratti dwar il-kalkoli tad-danni abbażi tal-loyalty jew tal-miżata raġunevoli li setgħet kienet dovuta li kieku kienet teżisti liċenzja għall-użu tas-sigriet kummerċjali.", "Madanakollu diversi regoli nazzjonali ma jipprovdux protezzjoni adegwata tal-konfidenzjalità tas-sigriet kummerċjali, u għalhekk naturalment il-protezzjoni offruta tiddgħajjef.", "Sur President, kif spjegajt matul dawn l-20 minuta li għaddew, id-differenzi fil-protezzjoni legali tas-sigrieti kummerċjali previsti mill-istati membri jimplikaw li s-sigrieti kummerċjali ma jgawdux livell ekwivalenti ta' protezzjoni madwar l-Unjoni b'konsegwenza li dan qed iwassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern f'dan il-qasam, u allura b'mod ġenerali l-effett tar-regoli rilevanti qed jiddgħajjef.", "Is-suq intern huwa affettwat sakemm u safejn dawn id-differenzi jnaqqsu l-inċentivi għan-negozji li jidħlu bħala attività ekonomika li tkun barra mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea fejn allura jkollna kummerċ li huwa transkonfinali, inkluża kooperazzjoni ta' riċerka jew produzzjoni ma' msieħba, esternalizzazzjoni jew inkella investiment fi stat membru ieħor li jiddependi mill-użu ta' informazzjoni protetta bħala sigriet kummerċjali.", "Barra minn hekk, Sur President, jidher li riskju akbar għan-negozji fi stati membri b'livelli ta' protezzjoni aktar baxxi huwa l-fatt li s-sigrieti kummerċjali jistgħu jinsterqu aktar faċilment, u dan jiffavorixxi wkoll attività ta' kompetituri kriminali inġusti, li wara l-ksib illegali tas-sigrieti kummerċjali jistgħu jifirxu l-oġġetti li jirriżultaw minn tali ksib fis-suq intern kollu.", "B'hekk hemmhekk inti kważi kważi għandek problema doppja għax mhux biss għandek l-akkwist illegali imma mbagħad għandek ukoll il-fatt li inti qiegħed tmexxi din l-attività kummerċjali fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "B'mod ġenerali dawn id-differenzi jfixklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u għal din ir-raġuni huwa xieraq li jkun hemm provvedimenti għar-regoli fil-livell tal-Unjoni biex issir approssimazzjoni tal-liġijiet tal-istati membri.", "B'dan il-mod inkunu qed nersqu aktar viċin xulxin sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell suffiċjenti u konsistenti anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' rimedji ċivili fis-suq intern f'każ ta' ksib, ta' użu jew inkella ta' żvelar illegali ta' sigrieti kummerċjali.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nirrimarka wkoll li d-dħul ta' din id-direttiva m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea jew inkella r-regoli nazzjonali tagħna li jirrikjedu l-iżvelar tal-informazzjoni, inkluż l-iżvelar ta' informazzjoni ta' sigrieti kummerċjali lill-pubbliku jew inkella lill-awtoritajiet pubbliċi.", "Din id-direttiva lanqas għandha taffettwa l-applikazzjoni ta' regoli li jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi li jiġbru informazzjoni għall-qadi ta' dmirijiethom jew inkella regoli li jippermettu jew jeħtieġu kwalunkwe żvelar sussegwenti minn dawk l-awtoritajiet pubbliċi ta' informazzjoni rilevanti lill-pubbliku.", "Din id-direttiva m'għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-isħab soċjali li jidħlu fi ftehim kollettiv skont il-liġi tax-xogħol u li huma obbligati ma jiżvelawx sigrieti kummerċjali, u wisq anqas din id-direttiva m'għandha tinftiehem - hawnhekk qed inserrħu ftit moħħ l-istakeholders għax din kellna diversi queries fuqha, u nafu x'inhu l-inkwiet tal-istakeholders fuq din id-direttiva - li qed tirrestrinġi l-libertà tal-istabbiliment, jiġifieri l-moviment liberu tal-ħaddiema jew inkella l-mobbiltà tal-ħaddiema kif previst fil-liġi tal-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk din id-direttiva mhijiex qiegħda tmur kontra l-freedoms, anzi bil-maqlub għax hija direttiva li aktar qiegħda tgħin il-libertà tal-Unjoni Ewropea.", "Din id-direttiva mhijiex maħsuba li taffettwa l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet ta' non kompetizzjoni bejn min jimpjega u l-impjegati, jiġifieri aħna qegħdin konformi mal-liġi.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi ngħid li aħna, bħala Gvern, ninsabu impenjati biex nipproteġu n-negozju tagħna filwaqt li nsaħħu l-kompetittività tan-negozji tagħna, u għaldaqstant din id-direttiva tipprovdi protezzjoni aktar estensiva kontra l-ksib, kontra l-iżvelar illegali u kontra l-abbuż tas-sigrieti kummerċjali dment li s-salvagwardji previsti b'mod espliċitu fid-direttiva jibqgħu jipproteġu l-interessi ta' partijiet oħrajn u jibqgħu jiġu rispettati.", "Jien nemmen li dan l-Abbozz ta' Liġi qed iwassal għal riformi pożittivi li permezz tagħhom aħna qed nindirizzaw ċerti nuqqasijiet li għandna fl-istandards legali ta' pajjiżna b'mod konkret.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, kif spjega tajjeb il-Ministru Chris Cardona, illum qegħdin nitkellmu dwar Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu se jkun hemm traspożizzjoni tad-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali kif ukoll kontra l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom.", "F'Mejju tal-2016 il-Parlament Ewropew ivvota favur leġiżlazzjoni li permezz tagħha żdiedet il-protezzjoni neċessarja lill-kumpaniji kontra l-abbuż jew is-serq ta' sigrieti professjonali.", "Din id-direttiva fuq il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali ġiet ippubblikata f'Lulju tal-2016 fejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta, kellhom transitional period ta' sentejn sabiex jiġu trasposti l-proviżjonijiet legali fil-liġijiet tal-pajjiż rispettiv.", "Għalhekk illum, sentejn wara, aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu dawn it-transpositions hekk mitluba mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, bla ebda dubju l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa pożittiv, u bħalma għamilna fir-rigward ta' bosta EU transpositions oħrajn aħna se nkunu qegħdin nissapportjaw, nappoġġjaw u nivvotaw favur dan l-Abbozz ta' Liġi hekk kif mitlub mill-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid li b'mod ġenerali jien nemmen li din it-transposition hija leali għad-direttiva tal-Unjoni Ewropea, u allura aħna ma nsibux problema li nappoġġjawha anke minħabba dan il-fatt.", "Kif għedt diġà, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa wieħed pożittiv għax permezz tiegħu se nkunu qed nintroduċu regoli ġodda li jipproteġu s-sigriet professjonali u anke informazzjoni kunfidenzjali oħra li jkollhom kumpaniji Ewropej, fosthom ovvjament kumpaniji Maltin.", "Mhux talli hekk talli din id-direttiva qiegħda tintroduċi wkoll penali sa massimu ta' €150,000 u proċeduri legali kontra kull individwu jew entità li tkun għamlet akkwist illegali, użat jew kixfet sigrieti kummerċjali jew inkella informazzjoni kunfidenzjali.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qiegħed jagħti definizzjoni uniformi, aktar wiesgħa u aktar b'saħħitha lit-terminoloġija ta' \"sigriet professjonali\".", "Ta' min jgħid li d-definizzjoni ta' \"sigriet professjonali\" f'din id-direttiva ġiet ispirata minn artiklu 39 tal-agreement \"TRIPS\", però sfortunatament jien jidhirli li xorta waħda għadha mhijiex ċara biżżejjed għax, pereżempju, lanqas biss huwa ċar jekk il-protezzjoni fuq l-informazzjoni hijiex limitata fuq l-informazzjoni dwar il-lista ta' klijenti jew dwar l-operat ta' kumpanija partikolari jew inkella, pereżempju, tinkludix ukoll pricing structures li minkejja li jkollhom valur kummerċjali pjuttost sinifikanti, tali informazzjoni tkun too available għal numru kbir ta' ħaddiema f'tali organizzazzjoni, tkun liema tkun.", "Sur President, is-sigriet kummerċjali jista' jkollu diversi forom.", "Pereżempju, is-sigriet kummerċjali jista' jkun jikkonsisti f'xi riċetta ta' prodott tal-ikel jew ta' xi xarba, jista' jkun metodu sigriet tal-manifattura li permezz tiegħu l-prodott ikun aktar cost-effective u allura jkun ferm aktar kompetittiv u jista' jkun jikkonsisti wkoll f'database vasta ta' klijenti.", "Jista' jkun jikkonsisti fi kwalunkwe informazzjoni però li hu żgur hu li l-common factor denominator għal kull industrija, għal kull kumpanija u għal kull settur hu li s-sigriet kummerċjali għandu valur.", "Issa għal uħud għandu valur sinifikanti ħafna filwaqt li għal oħrajn għandu valur anqas sinifikanti, skont x'ikun il-kobor tal-kumpanija rispettiva.", "Skont studju li sar minn kumpanija Ewropea, fl-2013 waħda minn kull erba' kumpaniji fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 25% tal-kumpaniji Ewropej, kienu vittmi tal-anqas f'każ wieħed ta' serq ta' informazzjoni konfidenzjali.", "Sena qabel, ċjoè fl-2012, iċ-ċifri kienu 18% inqas, jiġifieri skont dan l-istudju fi żmien sena l-information theft żdied b'7%, u allura bla dubju ta' xejn din id-direttiva ntlaqgħet tajjeb ferm fost il-kumpaniji li joperaw fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt anke mill-feedback li ħadt jien mill-industrija lokali nemmen li permezz tal-bidliet elenkati f'dan l-Abbozz ta' Liġi se jitħalla impatt pożittiv fuq l-individwi, fuq kumpaniji żgħar u medji, fuq kumpaniji kbar u fuq korporazzjonijiet multi-nazzjonali li joperaw f'pajjiżna u f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-maġġor parti tal-każijiet il-konfidenzjalità hija leġittima u legali, però jista' jagħti l-każ li għal xi kumpaniji l-informazzjoni konfidenzjali hija rilevanti wkoll għall-interess pubbliku.", "Dan f'każijiet fejn, pereżempju, jinstabu rapporti interni ta' operat li qiegħed jikkawża livelli ferm ogħla ta' tniġġis tal-arja jew inkella ta' pollution hazard ieħor, però din l-informazzjoni ma tkunx għadha ġiet esposta jew inkella l-informazzjoni tkun misleading.", "Eżempju ieħor huwa ta' informazzjoni dwar pjani li kumpanija partikolari tiġi rilokata bil-konsegwenza li jkun hemm tkeċċija sostanzjali ta' numru ta' ħaddiema li jkunu dipendenti finanzjarjament fuq dan l-impjieg.", "Jista' jkun hemm ukoll studju xjentifiku intern fi ħdan kumpanija li juri li l-prodott li jkun qiegħed jiġi manifatturat ikun ta' health hazard però din l-informazzjoni tinżamm mistura mill-kumpanija.", "Jista' jkun hemm rapport li jkun hemm qerq fl-informazzjoni tal-ingredjenti ta' xi detergent, tal-ikel, tal-make-up jew ta' kwalunkwe prodott ieħor.", "Għall-grazzja tal-argument, jista' jkun hemm ukoll informazzjoni li jkun hemm element ta' evażjoni ta' taxxa, u allura huwa importanti ferm li din id-direttiva, minkejja li tipproteġi lill-kumpanija u lin-negozjant, tipproteġi wkoll bl-istess saħħa, bl-istess forza u bl-istess determinazzjoni lil min jikxef tali informazzjoni li tkun baqgħet mistura illegalment.", "Fil-fatt jien naqbel ħafna ma' klawsola 7 tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, li telenka l-eċċezzjonijiet, u hawn se nikkwota:", "\"Rikors għall-miżuri, proċeduri u rimedji previsti f'dan l-Att għandha tiġi miċħuda meta l-allegat ksib, użu jew żvelar tas-sigriet kummerċjali jkun sar f'xi każ minn dawn li ġejjin:", "fl-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għal-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-informazzjoni;\".", "Eċċezzjonijiet oħra huma:", "\"fl-iżvelar ta' kondotta ħażina, għemil ħażin jew attività illegali, sakemm l-intimat ikun aġixxa biex jipproteġi l-interess pubbliku ġenerali;", "l-iżvelar mill-ħaddiema lir-rappreżentanti tagħhom bħala parti mill-eżerċizzju leġittimu minn dawk ir-rappreżentanti tal-funzjonijiet tagħhom f'konformità mal-liġi, sakemm dak l-iżvelar kien meħtieġ għal dak l-eżerċizzju;", "l-iżvelar minn impjegat lill-uffiċjal li jirrapporta dwar żvelar ta' informazzjoni protetta jew lill-unità dwar rapporti ta' żvelar ta' informazzjoni protetta, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni ta' Informatur;", "Sur President, jien nemmen li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nżamm bilanċ tajjeb għax filwaqt li s-sigriet kummerċjali qed jiġi protett, fl-istess ħin dan mhuwiex qed isir a skapitu tal-libertà tal-espressjoni.", "Qed ngħid dan għax permezz ta' din id-direttiva Ewropea fi klawsola 7 qed jiġu implimentati wkoll regoli ġodda li jassiguraw illi anke d-drittijiet tal-ġurnalisti investigattivi huma protetti u li d-dritt tal-espressjoni ħielsa se jinżamm.", "Dan filwaqt li qiegħda tingħata aktar protezzjoni lill-whistleblowers li jikxfu sigrieti kummerċjali bl-għan ewlieni jkun il-ġid jew l-interess pubbliku.", "Irrid ngħid li ċerti aspetti f'dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum diġà qegħdin fis-sistema legali preżenti ta' pajjiżna, bħal pereżempju l-konċett tal-insider dealing - li fil-liġi tagħna diġà hija kklassifikata bħala offiża kriminali - il-konċett ta' fiduciary obligations - li jinsab fil-Kodiċi Ċivili ta' Malta - il-konċett tal-intellectual property li semma l-Ministru Chris Cardona kif ukoll il-konċett tal-protezzjoni tal-assi, mhux biss dik tanġibbli iżda f'dan il-każ anke dik intanġibbli.", "Dawn huma aspetti li diġà huma protetti b'mod b'saħħtu fil-liġijiet ta' Malta u li ġew transposed fis-sistema tagħna bir-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Konċett ieħor li diġà huwa wżat fis-sistema legali tagħna huwa l-konċett ta' konfidenzjalità kummerċjali, li huwa msemmi fil-kuntratti kummerċjali u riferut kif ukoll inforzat fil-qrati tagħna.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li filwaqt li dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed iżomm il-liġijiet preżenti, qiegħed isaħħaħ b'liġijiet u b'regoli ġodda l-għan li kemm jista' jkun fejn jidħlu sigrieti kummerċjali jkun hemm protezzjoni assoluta.", "Sur President, din id-darba m'iniex se nieħu fit-tul għax l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum mhuwiex wieħed kontroversjali imma huwa purament Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu se jiġu inforzati d-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Madanakollu jkolli nammetti li xtaqt li kieku l-Gvern ippubblika xi studju jew inkella qiegħed jagħmel xi impact assessment dwar din id-direttiva u dwar l-obbligazzjonijiet li hemm fil-liġi fuq l-insider dealing.", "Jien nemmen li kien ikun ferm aktar għaqli li", "Punt ieħor li nixtieq li l-Ministru jiċċara huwa dwar il-fatt li artiklu 14 tad-direttiva Ewropea jgħid - u hawn se nikkwota - li:", "Madanakollu jidher li dan il-paragrafu ma ġiex inkluż fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, tħalla barra u minflok hemm subklawsola 14(2) li tagħti protezzjoni massima lin-negozjant.", "Din hija xi ħaġa tajba, u hekk għandu jkun, però jekk qed nifhem sew - għax wara kollox jien m'iniex avukat - tneħħiet l-option li, biex ngħid hekk, membru stat ikun aktar ħanin mal-impjegat li jkun żbalja.", "Sur President, nikkonkludi l-intervent tiegħi billi ntenni li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa Abbozz ta' Liġi pożittiv u importanti ħafna li ġie impost fuqna mill-Unjoni Ewropea sabiex l-emendi li jsiru jġibu l-liġi tagħna aktar in line mal-obbligazzjonijiet Ewropej, joffru protezzjoni lin-negozjant sabiex l-informazzjoni u s-sigrieti kummerċjali ma jiġux żvelati għal dak li hu legali, iżda mbagħad joffru protezzjoni daqstant b'saħħitha lil dik il-persuna, lil dik il-ġurnalista jew lil dik il-whistleblower li tkun skopriet xi irregolarità jew illegalità, li għalkemm tkun marbuta bis-sigriet professjonali tkun tista' tuża d-dritt tal-libertà tal-espressjoni għall-ġid komuni.", "Għaldaqstant, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni se nkunu qegħdin nappoġġjaw din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea sabiex inkomplu nsaħħu n-negozji tagħna, l-SMEs, il-kumpaniji kbar u dawk multi-nazzjonali, li huma l-backbone tal-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, illum hawnhekk fil-verità qed nitkellmu dwar is-suq waħdieni.", "L-Onor.", "Debono qaltilna li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna ġie impost fuqna mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt ħafna mid-direttivi li nanalizzaw f'dan il-Parlament u li ndaħħlu fil-liġijiet Maltin għandhom raison d'être wieħed; dak illi l-kumpaniji Maltin qegħdin joperaw f'suq wieħed, f'suq Ewropew.", "Għalhekk jekk, pereżempju, kumpanija Għawdxija timmanifattura l-ġelat, l-Unjoni Ewropea tkun trid li l-ambjent ta' fejn qed topera jkun simili ħafna għal kumpanija oħra li qed topera fi Sqallija, fl-Italja, fil-Ġermanja, fl-Asja, eċċ. B'hekk ikun hemm a level playing field u fl-Unjoni Ewropea jkollna regoli komuni biex kumpanija Għawdxija li tipproduċi l-ġelat tkun tista' tikkompeti verament b'mod ġust ma' kumpaniji fl-Italja u f'pajjiżi oħrajn tal-Ewropa li qegħdin aktar 'il fuq.", "B'dan il-mod ikollna kompetizzjoni aktar ġusta kullimkien.", "Issa waħda mill-miżuri tal-Unjoni Ewropea biex ikun hawn dan il-level playing field u biex ir-regoli li jkun hemm fl-Unjoni Ewropea bejn wieħed u ieħor ikunu l-istess, iddaħħlet liġi dwar is-sigrieti kummerċjali.", "\"Sigrieti kummerċjali\" x'inhuma, Sur President?", "Kif semmiet l-Onor.", "Debono, sigriet kummerċjali jista' jkun jikkonsisti, pereżempju, f'riċetta ta' ġelat.", "Huwa importanti ħafna li l-kumpanija Għawdxija jew dik Taljana żżomm ir-riċetta ta' ġelat li jkun popolari ħafna sigrieta, u allura l-Unjoni Ewropea tixtieq li dik il-kumpanija Għawdxija jew Taljana żżomm dik ir-riċetta sigrieta bl-istess mod li żżomm dik ir-riċetta sigrieta kumpanija fl-Awstrija, fl-Italja jew fi Sqallija.", "Dan jista' jkun possibbli billi kulħadd jopera fl-istess livell ta' regolamenti, bl-istess liġi u ħadd ma jkun mgħobbi b'liġiiet żejda aktar minn ħaddieħor.", "Jekk, ngħidu aħna, il-liġijiet ta' Malta kienu aktar burdensome għax kienu jgħabbu lill-kumpaniji Maltin aktar milli l-liġi Taljana kienet tgħabbi lill-kumpaniji Taljani, il-kumpaniji Maltin kienu jkunu żvantaġġjati għax kien ikollhom aktar burokrazija.", "F'dan il-każ l-Unjoni Ewropea qed tgħidilna: Ejjew indaħħlu din id-direttiva biex tqarreb il-liġijiet kollha nazzjonali, u dan għaliex jeżistu differenzi kbar fuq dan l-aspett tas-sigriet kummerċjali.", "Għalhekk hawnhekk nistgħu ngħidu li qed nitkellmu proprju dwar suq waħdieni għax il-kumpaniji Maltin u Għawdxin qed joperaw f'suq wieħed Ewropew.", "Issa hawnhekk x'għandna quddiemna, Sur President?", "Quddiemna għandna miżuri korrettivi għal meta, biex inġib eżempju, l-użu ta' sigrieti kummerċjali jsir b'intenzjoni ħażina, bħal f'każ fejn ngħidu aħna, xi ħadd jisraq dik ir-riċetta mill-kumpanija Għawdxija tal-ġelat f'Għawdex u jagħtiha lil kumpanija oħra, li tista' tkun Maltija jew Taljana.", "Naturalment dan mhuwiex sew, u m'għandux ikun hekk, u għalhekk fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jiddefinixxi x'inhu \"sigriet kummerċjali\" u f'liema ċirkostanzi u kondizzjonijiet wieħed jista' jgħid li dak huwa misuse of secret information.", "Fil-fatt hawnhekk qed tingħata definizzjoni ċara ta' x'inhu \"sigriet kummerċjali\" sabiex il-qrati Maltin ikunu jistgħu jagħtu rimedju għall-vittmi ta' dan il-misuse of secret information.", "Sinjura President, aħna bħala Oppożizzjoni naqblu ma' din id-direttiva, u ilna naqblu magħha għax ilna nsegwu l-proċess leġiżlattiv minn meta l-Kummissjoni Ewropea ħarġet b'din il-proposta.", "Kemm aħna, bħala Oppożizzjoni, kif ukoll il-Partit Laburista qgħadna attenti li din it-tip ta' leġiżlazzjoni ma taffettwax lill-kumpaniji żgħar Maltin b'mod sproporzjonat.", "Irridu nżommu quddiemn għajnejna li normalment il-kumpaniji Maltin u Għawdxin ikunu ħafna iżgħar minn dawk Ewropej, u allura rridu noqogħdu dejjem attenti li l-liġijiet Ewropej ma jkunux one-size-fits-all bil-konsegwenza li kumpanija kbira Ewropea tkun aktar ivvantaġġjata minn kumpanija żgħira Maltija.", "Minn meta l-Kummissjoni Ewropea ħarġet b'din il-proposta f'Novembru tal-2013 u ġiet addottata f'April tal-2016 mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ministri, aħna dejjem konna qegħdin insegwuha u naqblu magħha, imma issa wasalna fl-istadju li ndawru din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea f'liġi Maltija.", "Kif kont qed ngħid, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jagħti definizzjoni speċifika għall-frażi \"sigriet kummerċjali\", liema definizzjoni qed tiġi applikata mal-Unjoni Ewropea kollha.", "Biex min qed isegwina jifhem fuqiex qed nitkellmu, nista' ngħid li wieħed mill-aktar eżempji famużi ta' x'inhu \"trade secret\" hija r-riċetta tal-Coca Cola jew inkella dak iċ-ċertu sauce li juża l-KFC (Kentucky Fried Chicken).", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar copyright imma qed nitkellmu dwar trade secret, jiġifieri fuq meta żżomm xi formula li tagħti suċċess lill-prodott tiegħek sigrieta.", "Hawn l-Unjoni Ewropea tatna direttiva biex jekk kemm-il darba dawn is-sigrieti kummerċjali jinkixfu, min hu responsabbli jkun soġġett għal passi raġunevoli.", "Jeħtieġ ukoll li l-istati membri, bħal Malta pereżempju, joffru lid-detenturi tal-protezzjoni tal-liġi ċivili kontra akkwist illegali, użu jew żvelar ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali numru ta' għodda jew miżuri biex tinżamm il-konfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali waqt proċedimenti legali u miżuri korrettivi, inkluż danni, biex jirrimedjaw l-użu ħażin tas-sigrieti kummerċjali.", "Sinjura President, għalkemm il-Parlament Ewropew kien qabel ma' din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, fl-istess ħin huwa kellu riżervi kbar dwarha.", "Jien għadni niftakar li fiż-żmien li kien hemm il-LuxLeaks fil-Lussemburgu kienet ħarġet ħafna informazzjoni ta' natura finanzjarja minn ġurnalista partikolari.", "Il-ġurnalisti kienu jargumentaw li fil-fatt din il-ġurnalista tista' tissejjaħ \"whistleblower\".", "Dak iż-żmien fil-Parlament Ewropew konna qegħdin fl-istadju li naddottaw din il-liġi mingħajr problemi ta' xejn, però f'daqqa waħda kienet qamet kontroversja għax kien hemm min beda jistaqsi jekk bil-liġi l-ġdida fil-futur ikun hemm whistleblower, dan huwiex se jkun jista' joħroġ dik l-informazzjoni sigrieta.", "Għalhekk il-Parlament Ewropew daħħal ċerti safeguards lill-whistleblowers u fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna hemm paragrafi speċifiċi li jitkellmu dwar l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni hekk kif inhi garantita fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ta' Strasbourg.", "Ta' min jgħid li permezz ta' din id-direttiva, il-Parlament Ewropew introduċa paragrafi jew dispożizzjonijiet li jipproteġu lill-ġurnalisti u s-sorsi tagħhom kif ukoll lill-whistleblowers.", "Id-detenturi tas-sigrieti kummerċjali mhux se jkollhom id-dritt għal rimedju jekk is-sigrieti tal-kummerċ tagħhom jiġu akkwistati, użati jew żvelati biex jeżerċitaw id-dritt ta' libertà tal-espressjoni u informazzjoni kif stabbilita fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.", "Naturalment dan japplika biss f'każijiet ta' żvelar ta' mġiba ħażina jew t'attivitajiet illegali oħra sabiex jiġi protett l-interess pubbliku, bħal pereżempju, il-protezzjoni tal-ambjent jew kwalunkwe interess leġittimu ieħor rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni Ewropea jew dik nazzjonali.", "Sinjura President, hemm ukoll paragrafu li jitkellem dwar l-impjegati.", "Pereżempju, ejjew ngħidu li jkun hemm impjegat li jkun ilu numru ta' snin jaħdem ma' mastrudaxxa li jkollu ċerti ħiliet u li matul dawn is-snin huwa jkun tgħallem ħafna mingħandu imma mbagħad l-impjegat ma jibqax jaħdem ma' dan il-mastrudaxxa u jmur jaħdem ma' mastrudaxxa ieħor.", "F'dak il-każ l-impjegat jista' jitlaq minn dak l-impjieg bla ebda problemi għax dak li tgħallem ikun tgħallmu grazzi għall-esperjenza u għall-isforzi tiegħu jiġifieri każ bħal dan li semmejt mhuwiex ikkonsidrat bħala sigriet kummerċjali, u allura din id-direttiva qed tagħmel paragrafi speċifiċi għall-ħaddiema.", "Aħna kollha kemm aħna ħaddiema u kull fejn konna dejjem tgħallimna xi ħaġa, imma dan ma jfissirx li mhuwiex possibbli li nieħdu dak li nkunu tgħallimna fil-passat għand employer ġdid.", "Hawnhekk aħna qed nitkellmu biss dwar sigrieti kummerċjali speċifiċi hekk kif inhuma definiti f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nikkonkludi billi ngħid li kemm id-direttiva kif ukoll l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna dwar is-sigrieti kummerċjali jistabbilixxu standard minimu ta' armonizzazzjoni għall-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali madwar l-Unjoni Ewropea imma min-naħa l-oħra jagħtu protezzjoni lill-whistleblowers fl-Unjoni Ewropea xorta waħda.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, li huwa Abbozz ta' Liġi tekniku, huwa traspożizzjoni ta' direttiva tal-Unjoni Ewropea u qed iserraħ moħħ l-industrijalist li dak li ħadem għalih u l-flus li nefaq biex l-intrapriża tiegħu tkun tista' tkompli topera fis-swieq tagħha ma kenux għalxejn.", "Hawnhekk aħna m'aħniex nitkellmu fuq informazzjoni li suppost għandha tinżamm sigrieta minħabba, pereżempju, fl-interess nazzjonali, għax dik hija eċċezzjoni meta niġu għall-aċċess ta' informazzjoni.", "Nifhem ukoll li fid-dinja moderna tal-lum il-pubbliku għandu dritt ikun informat u huwa importanti li l-pubbliku jkun mgħarraf bl-attivitajiet li jkunu qed isiru, imma sintendi hemm il-limiti li jiddefinixxu safejn wieħed għandu jasal.", "Pereżempju, il-brand Maltija fl-Unjoni Ewropea li Malta ġġieldet biex tinżamm neħduha for granted.", "Ejjew nieħdu l-kunserva.", "Għalkemm hawn ħafna djar li jipprovaw jagħmlu l-kunserva bħalma tagħmilha l-industrija, ir-riċetta tal-kunserva hija trade secret Malti u jekk nikxfu l-mod kif din issir, tista' ssib swieq internazzjonali u b'hekk jintilef il-kummerċ tagħha.", "Hawnhekk se nsemmi wkoll l-unika xarba Maltija li għandna, il-Kinnie, għax m'iniex se noqgħod nirreklama l-birra.", "Ħafna turisti li jżuru pajjiżna jistaqsu għall-Kinnie.", "Min jistaqsi għaliha minħabba li jkollu kurżità fuq it-togħma tagħha u min jistaqsi għaliha għax tinżillu għasel imma jekk jinkixef il-mod kif l-ingredjenti tal-Kinnie jitħalltu flimkien biex finalment tiġi prodotta din ix-xarba, l-industrija Maltija se jkollha diffikultà.", "Jien nifhem li hekk kif ktieb għandu l-awtur li għandu dritt għall-copyright tiegħu, meta ħaddiem li jkun jaħdem f'xi intrapriża minn dawk li semmejt imur jaħdem f'post ieħor, dak ma jistax jikxef xi riċetta li tkun qed tinżamm sigrieta jew partikolaritajiet oħra għax inkella ħaddieħor ikun jista' jikkopja dak il-prodott jew inkella jagħmel xi ħaġa simili.", "Madanakollu l-mod kif din id-direttiva ġiet diskussa fl-Unjoni Ewropea juri li hemm ċerti partikolaritajiet li ma jitqiesux bħala trade secret.", "Hawnhekk, pereżempju, nista' nsemmi azjenda kummerċjali li għandha data ta' fejn jitqassam il-prodott tagħha u għandha data riċerkata dwar fejn il-prodott tagħha l-aktar jimxi mal-konsumatur però dak mhuwiex trade secret imma hija informazzjoni pubblika li wieħed jista' jkollu aċċess għaliha faċilment.", "Xi ħaġa sabiħa li nnotajt f'dan l-Abbozz ta' Liġi hija li għalkemm wieħed qed iserraħ moħħ l-industrijalist li dak li huwa prodott ta' kwalità u li huwa brand se jiġi mħares, imbagħad sta għall-industrijalist li jħares l-interessi tiegħu wkoll meta jiġi biex jara kif se jitqassam il-prodott għax ir-remit ta' din il-liġi se jieqaf hemmhekk.", "Fil-fatt l-Abbozz ta' Liġi stess jgħid li minkejja li hemm il-protezzjoni ta' din id-direttiva, huwa importanti li l-industrijalist jagħmel minn kollox biex jekk għandu riċetta tal-kunserva jew tal-Kinnie, pereżempju, ma jkunx faċli li wieħed jeħodha.", "Għaldaqstant l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jeħodna pass 'il quddiem, u jien qed nieħu pjaċir li qed naddottaw din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea għax din se tkompli tgħin b'mod partikolari lil pajjiżna fir-rigward ta' dawk il-prodotti li jiġu prodotti f'Malta biss biex forsi bis-saħħa tal-mod ewlieni kif inhuma manifatturati dawn il-prodotti, jirnexxilna nsibulhom swieq internazzjonali barra minn xtutna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Issa nitlob lill-Ministru Chris Cardona biex, jekk jogħġbu, jgħaddi għall-winding up.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-kelliema li pparteċipaw f'dan id-dibattitu, jiġifieri lill-Onor.", "David Stellini u lill-Onor.", "Kristy Debono, għax it-tlieta li huma indirizzaw dan id-dibattitu b'mod interessanti.", "Huma tkellmu wkoll minn perspettivi differenti għax kellna lill-Onor.", "Debono li tkellmet iżjed b'mod strutturat fuq l-aspett tekniku tal-liġi, l-Onor.", "Stellini indirizza aktar l-aspett ta' single market u l-impatt li jkollhom direttivi bħal dawn - naħseb li meta l-Onor.", "Stellini kien qed jirriferi għal-LuxLeaks, huwa kien qed jiftakar f'Antoine Deltour, li kien il-persuna li mmotiva l-LuxLeaks - filwaqt li mbagħad l-Onor.", "Godfrey Farrugia tkellem mill-aspett ta' konsumatur.", "Għalhekk nibda biex ngħid li naħseb illi bħala dibattitu lqatna l-cavities kollha ta' din il-leġiżlazzjoni għax din id-direttiva li qed naddottaw mill-Unjoni Ewropea se ssaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur, se ssaħħaħ il-prinċipju tas-single market filwaqt li se tagħti iżjed għodda lill-industirja biex din tkun aktar innovattiva u imprenditorjali.", "Għaliex?", "Għax kif jaf kulħadd, illum l-ekonomiji li huma b'saħħithom fid-dinja jiddependu mir-riċerka u mill-innovazzjoni, irrispettivament minn kemm dawn l-ekonomiji huma żgħar jew kbar, u għalhekk jagħmel ħażin dak il-gvern li ma jinvestix fir-riċerka u fl-innovazzjoni.", "Dan l-aħħar fil-Kunsill tal-Kompetittività tal-Unjoni Ewropea kellna dibattitu fuq settur li ħafna jaħsbu li huwa s-settur tal-futur.", "Hawn qed nirreferi għal dak is-settur li għandu x'jaqsam mal-artificial intelligence; l-AI.", "Id-dibattitu kien interessanti għax tkellimna fuq il-fatt li ħafna mir-riċerka u mill-innovazzjoni ssir fl-Ewropa, imma mbagħad tisparixxi.", "Għaliex?", "Għax mill-Ewropa tmur Silicon Valley fl-Istati Uniti, mill-Ewropa tmur fl-Asja, tmur fl-Emirati Għarab Magħquda, li llum għandhom saħansitra dekasteru fuq l-AI, meta aħna l-Ewropej qegħdin nonfqu budgets enormi għall-edukazzjoni, qed ikollna studenti jibbrillaw f'universitajiet Ewropej li għandhom tradizzjonijiet kbar f'dak li għandu x'jaqsam ma' riċerka, innovazzjoni u żvilupp, imma mbagħad meta niġu għal-laħma, jiġifieri meta niġu biex naħsdu l-benefiċċji ta' dak li nkunu żrajna u meta niġu biex naħsdu l-privileġġi ta' dak li edukajna, imbagħad ir-riċerka u l-innovazzjoni jisparixxu għax l-idea tiġi kummerċjalizzata f'pajjiż ieħor.", "Jien naħseb li dan kollu jallaċċa mad-dibattitu tal-lum, Sinjura President.", "Il-fatt li l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-passi li mxiet bihom il-World Trade Organisation għal dak li għandu x'jaqsam mal-ftehim TRIPS - liema ftehim jirregola l-aspetti relatati mal-kummerċ tal-proprjetà intellettwali min-naħa tas-suq internazzjonali - qiegħda tindirizza dawk it-toqob fix-xibka li llum mhumiex daqshekk armonizzati mhux biss mill-aspett intrakonfinali imma anke mill-aspett extra-konfinali … Għax meta qed toħroġ l-idea mir-reġjun tal-Unjoni Ewropa allura hemmhekk għandek il-possibbiltà li din tkun assaltata minn negozjanti multibiljunarji.", "Illum negozjanti miljunarji ma saru jfissru xejn.", "Illum il-multinationals huma multibillion corporates li biex jakkwistaw sigriet kummerċjali jridu jagħmlu ħafna riċerka u investiment, u allura aħna bilfors irid ikollna leġiżlazzjoni li tilqa' kontra l-abbuż, kontra s-serq u kontra l-possibbiltà li jkollna soċjetà li mhijiex daqshekk serja u li tabbuża mir-riċerka li tkun għamlet kumpanija oħra.", "Kif qal l-Onor.", "Farrugia, din mhijiex biss kwestjoni ta' spjunaġġ industrijali multinazzjonali.", "Aħna narawhom l-ideat li joħorġu mit-TAKEOFF Seed Fund tal-Università ta' Malta u, kif nafu, l-Università ta' Malta ma tikkonsistix f'campus ta' xi 70,000 student.", "L-Università ta' Malta għandha ftit aktar minn 10,000 student u għandha fakultà ta' riċerka li minnha joħroġ ċertu proof of concept li jiġi kkummerċjalizzat.", "Hemmhekk imbagħad anke min-naħa tagħna, bħala Gvern, ngħinuhom ukoll għax jekk ma neħdux xi ftit salvagwardji, l-idea tisparixxi.", "Nerġa' ngħid, Sinjura President, li hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq privattivi, fuq patents, fuq xi ħaġa innovattiva li ħarġet mill-industrija, fuq copyrights, fuq id-drittijiet tal-awtur jew fuq id-drittijiet tal-istampa imma qegħdin nitkellmu fuq sigriet kummerċjali, jiġifieri issa qed immorru f'tier ta' protezzjoni li huwa ogħla minn dak li kellna qabel.", "Għalhekk aħna bħala pajjiż - għax mhux il-Gvern biss qed juri dan l-impenn imma anke l-Oppożizzjoni - b'dan l-Abbozz ta' Liġi ninsabu impenjati li nipproteġu n-negozji tagħna filwaqt li nsaħħu l-kompetittività tagħhom, anke jekk xi kultant insibu ruħna fl-istess sitwazzjoni tal-istorja ta' David u l-ġgant Gulija!", "Dan għaliex intrapriża, żgħira kemm hi żgħira, xorta waħda jista' jkollha possibbiltà għall-innovazzjoni u għar-riċerka tal-ideat.", "Issa din id-direttiva se tipprovdi protezzjoni aktar sensibbli u estensiva kontra l-ksib, kontra l-użu u kontra l-iżvelar illegali ta' sigrieti kummerċjali dment li s-salvagwardji previsti b'mod espliċitu jibqgħu jipproteġu l-interessi ta' partijiet oħra, inkluż tal-konsumatur u ta' dak li għandu jkun fid-dominju pubbliku, għax is-sigriet kummerċjali m'għandux ikun xi tip ta' tarka jew ta' velu.", "Aħna nitkellmu fuq \"unveiling the corporate veil\" jew \"lifting the corporate veil\" għal meta inti jkollok kumpanija li ma tkunx taf kif taħdem minn ġewwa u għal meta ma tkunx taf kif inhu l-labirint ta' shareholding u ta' directorships, għax lill-kumpanija tgħollilha l-velu biex tinvestigaha.", "Madanakollu din id-direttiva m'għandhiex tkun velu biex taħbi xi abbuż jew biex taħbi xi ħaġa li tmur kontra l-interess pubbliku imma għandha tkun protezzjoni favur in-negozju, favur l-intrapriża, favur ir-riċerka u favur l-innovazzjoni.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jittrasponi d-Direttiva 2016/943/UE dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U ARKIVJI NUTARILI", "Skont il-ftehim milħuq, il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li ġiet interrotta aktar kmieni fis-seduta.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Owen Bonnici, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nirringrazzjak talli tajtni l-kelma biex nikkonkludi d-dibattitu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li għal darb'oħra rreġistrajna kunsens dwaru.", "Jien kuntent li għat-tieni ġurnata in fila dan il-Parlament huwa unanimu dwar aspett ieħor tal-qasam ġudizzjarju, li huwa aspett importanti ħafna; dak illi nsaħħu l-professjoni notarili.", "Smajt b'attenzjoni dak kollu li qalu l-kelliema kollha f'dan id-dibattitu, li kien dibattitu san u pożittiv, u allura qed naraw li hawn qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra favur li fil-professjoni notarili jkollna aktar serjetà.", "Jien ningħaqad ma' min qal li jsir ħafna xogħol tajjeb fil-professjoni notarili, però wieħed irid iżid dejjem aktar miżuri sabiex tikber is-serjetà.", "Infakkar biss li l-pedament tal-professjoni notarili huwa l-fiduċja pubblika, u allura f'din il-professjoni allaħares titmermer il-fiduċja pubblika, anzi din għandha tiżdied.", "Xtaqt nuża dan il-ħin sabiex inwieġeb għal xi mistoqsijiet li għamlu wħud mill-Membri ta' din il-Kamra, speċjalment il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Chris Said, li fid-diskors li għamel, li kien diskors tajjeb u bilanċjat ħafna, huwa għamel żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel nett huwa staqsa x'qed isir fil-qasam tal-informatika sabiex is-settur notarili jimxi 'l quddiem u t-tieni mistoqsija li għamel kienet kemm hu għaqli li tiffriża l-warrant ta' nutar temporanjament minħabba li dan in-nutar ikun qed jaħdem ma' bank kummerċjali.", "Nixtieq inwieġeb dawn iż-żewġ mistoqsijiet waħda wara l-oħra, u se nibda billi nwieġeb l-ewwel mistoqsija.", "Dan il-Gvern għamel ħafna biex idaħħal servizzi ġodda tal-informatika ħalli jtejjeb is-servizz għaċ-ċittadini, u hawn se nżid biċċa oħra; li huwa għamel dan minkejja t-tfixkil ta' ċerti kwartieri mill-Oppożizzjoni.", "Pereżempju, aħna għamilna sistema ġdida tal-informatika biex persuna tkun tista' tirrevoka prokura.", "Prokura hija dokument li bih inti tassenja d-dritt lil xi ħaddieħor biex jagħmel l-affarijiet li inti tgħidlu biex jagħmel f'dik il-karta.", "Fil-fatt jeżistu żewġ tipi ta' prokuri; hemm il-prokura ġenerali, li tfisser li qed tagħti carte blanche lil ħaddieħor biex jaġixxi fl-atti kollha li trid tagħmel inti, jiġifieri jidher hu minflokok, u mbagħad hemm il-prokura speċjali li biha inti tgħid lil persuna oħra biex tagħmillek xi ħaġa partikolari biss.", "Pereżempju, ejjew ngħidu li ksirt sieqek, qiegħed fis-sodda u allura ma tistax toħroġ mid-dar.", "F'dak il-każ inti tista' tagħmel prokura speċjali biex imur isarraflek iċ-ċekk ħuk.", "Issa hawn ma rridx nibgħat il-messaġġ li għax għandek prokura ġenerali tista' tagħmel li trid għax xorta trid tieħu struzzjoni kull darba mingħand il-mandant, jiġifieri billi wieħed ikollu l-prokura ġenerali f'idejh ma jfissirx li jista' jaqbad u jbigħ jew jixtri għan-nom tal-mandant bl-amment imma jrid imur għand il-mandant kull darba u jistaqsih jekk iridx li jidher għalih hu.", "Fi ftit kliem, irid ikun il-mandant li jibagħtu.", "Issa qabel biex inti tirrevoka prokura kont ridt tagħmel ittra uffiċjali u tinnotifika lin-nutara kollha ta' Malta li …", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: Waħda mill-problemi li niltaqgħu magħha fil-qasam tal-anzjani hija li jidħol anzjan f'dar residenzjali, waħda mill-qraba tiegħu tagħmel prokura ġenerali u f'daqqa waħda tibda tiddisponi mill-proprjetà u mill-assi kollha tiegħu.", "Dan ġieli jsir waqt li l-anzjan lanqas ikun fi stat mentali tajjeb.", "Ma nafx jekk il-Ministru huwiex konxju ta' din is-sitwazzjoni u huwiex qed jindirizzaha permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, ikompli bid-diskors tiegħu.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nirringrazzja lill-Onor.", "Galea u ngħidlu li verament qed napprezza din il-mistoqsija għax huwa tefa' subgħajh eżattament fuq il-ferita.", "Sfortunatament hija realtà li hawn ċerti qraba li jagħmlu dan f'mument ta' vulnerabbiltà.", "U rrid ngħid li din mhijiex kwestjoni ta' jekk wieħed ikunx bravu jew inkella jkollux skola għax ġieli kien hemm sitwazzjonijiet ta' wlied li kienu jħobbu lill-ġenituri tagħhom u jirrispettawhom għomorhom kollu u mbagħad jagħmlu din l-azzjoni lill-ġenituri tagħhom f'mument ta' vulnerabbiltà, jiġifieri din hija xi ħaġa li tiġri.", "Meta jseħħu dawn il-każijiet, il-persuna li tkun qed tuża l-prokura b'qerq tkun qed tagħmel żewġ affarijiet li huma ħżiena.", "L-ewwel nett hija tkun qed tuża l-prokura mingħajr il-permess jew l-istruzzjoni tal-anzjan, għax kif għedt diġà, mhux biżżejjed li jkollok il-prokura f'idejk imma jrid ikun l-anzjan li jgħidlek x'għandek tagħmel.", "Il-fatt li inti jkollok il-prokura f'idejk ma jfissirx li jkollok il-green light biex tagħmel li trid.", "It-tieni nett jekk persuna ma tkunx f'sensiha u jkollha diffikultà mentali jew psikjatrika f'dak il-mument, dik l-istruzzjoni ma tiswiex, jiġifieri dak kollu li tordna biex jagħmlulha jkun null.", "Issa hawn wieħed jista' jgħidli: Huwa possibbli li timpedixxi lin-nies milli jagħmlu dawn l-affarijiet?", "Il-verità hija li le, għax biex timpedixxi dawn l-affarijiet trid tneħħi l-ħażen mid-dinja, u sfortunatament sakemm fid-dinja hemm il-bniedem, se jibqa' jkun hemm il-ħażen.", "Li għamilna aħna - u naħseb li rnexxiet – huwa li ffaċilitajna l-proċess li bih prokura tista' tiġi rtirata.", "Qabel meta anzjan kien jidħollu suspett li ibnu jkun qed jużalu l-prokura b'mod ħażin kien ikollu joqgħod jibgħat ittra uffiċjali lin-nutara kollha bil-konsegwenza li kienet tiġi tiswih 'il fuq minn €2,000 biex jirtira prokura.", "Għalhekk aħna biddilna s-sistema u għamilnieha li kulma wieħed għandu jagħmel biex jirtira prokura huwa li jħallas €50, imur għand in-nutar tal-gvern u jirreġistra li l-prokura ġiet revokata.", "Imbagħad permezz ta' sistema online, kulma jridu jagħmlu n-nutara meta tiġi prokura quddiemhom huwa li jiċċekkjaw jekk din ġietx revokata għand in-nutar tal-gvern.", "B'hekk filwaqt li ffrankajna eluf ta' ewro lin-nies, daħħalna sistema aħjar biex kif qal l-Onor.", "Galea, nipproteġu lil nies vulnerabbli u lil nies li msieken ma jkunux jafu kif imorru l-affarijiet.", "Fil-fatt din hija waħda mill-affarijiet li għamilna u li jien informat li kienet xi ħaġa tajba li rnexxiet.", "Ħaġa oħra li għamilna kienet li daħħalna sistema fejn wieħed jista' jagħmel riċerka tat-testmenti online.", "X'jiġifieri?", "Ħalli nispjegaha fil-qosor u mill-aħjar li nista'.", "Bniedem jista' jagħmel żewġ tipi ta' testmenti; testment pubbliku u testment sigriet.", "Tgħidli: Mela t-testmenti huma pubbliċi?", "It-testmenti kollha huma sigrieti però x'inhi d-differenza bejn testment pubbliku u testment sigriet?", "Jekk inti tagħmel testment pubbliku, kwalunkwe persuna tista' tordna riċerka u tkun taf li għamilt testment.", "Naturalment xorta waħda ma ssirx taf x'fih it-testment għax wieħed qatt ma jista' jkun jaf x'fih it-testment sakemm il-persuna tkun għadha ħajja.", "Mela jekk jien immur għand in-nutar u ngħidlu li nixtieq nagħmel testment, it-testment ikun pubbliku, dak it-testment jibqa' għand in-nutar u sakemm inkun għadni ħaj ħadd ma jkun jaf x'fih.", "Naturalment dak li jkun dejjem jista' jmur ir-Reġistru Pubbliku, jagħmel riċerka u jara jekk, pereżempju Owen Bonnici qattx għamel testment.", "Meta jagħmel hekk, huwa jsir jaf li jien għamilt testment għand in-nutar so and so, imma xorta waħda jibqa' ma jkunx jaf x'fih dak it-testment.", "S'issa tkellimna fuq testment pubbliku imma mbagħad hemm it-testment sigriet.", "It-testment sigriet huwa testment li ma tagħmlux għand in-nutar bil-forma normali ta' testment pubbliku, u meta tagħmlu ħadd ma jkun jaf li għamilt testment.", "Mela jien nista' nbiddel it-testment mingħajr ma nuri lit-tfal x'għamilt.", "Jekk jien nagħmel testment sigriet, sakemm inkun għadni ħaj ħadd ma jkun jaf li jien għamilt testment ieħor.", "Ta' min jgħid li testmenti sigrieti jsiru ftit ħafna.", "Biżżejjed ngħid li għalkemm jien għamilt għaxar snin naħdem iż-Żejtun bħala avukat u minkejja li ż-Żejtun huwa raħal kbir li fih tara minn kollox, anke każijiet uniċi, f'għaxar snin qatt ma rajt testment sigriet għand in-nies, jiġifieri qatt ma ġie xi ħadd jgħidli li mietet ommu u kellha testment sigriet.", "Li rajt biss kienu kawżi li fihom issir riferenza għal testmenti sigrieti.", "Jiġifieri testmenti sigrieti jsiru u probabbilment avukati li ħadmu fil-qorti aktar minni ġieli assistew għal xi testment sigriet, però dawn huma każijiet rari.", "L-agħar ħaġa li tista' tiġrilek bħala avukat hija li jiġik xi ħadd jgħidlek li għamel riċerka u sar jaf li ommu għamlet testment.", "Dan minħabba l-fatt li qatt m'għandek tassumi li dak huwa l-aħħar wieħed għax jista' jkun li ommu tkun għamlet testment sigriet.", "Għalhekk biex niffaċilitaw l-affarijiet aħna għamilna sistema fejn wieħed jista' jordna riċerka testamentali kemm ta' testment pubbliku kif ukoll ta' testment sigriet online.", "Mela filwaqt li qabel, jekk il-persuna tkun mietet, ridt taqbad il-kopja taċ-ċertifikat tal-mewt, tmur fis-Sekond'Awla tal-qorti, tmur ir-Reġistru Pubbliku, tordna riċerka u tħallas €11.65, issa sirt tista' tħallas kollox online u tirċievi r-riċerka testamentali fil-kumdità ta' darek.", "Ta' min jgħid li din is-sistema nbdiet matul l-aħħar leġiżlatura u naħseb li dawn huma affarijiet li jtejbu s-servizz notarili.", "Ta' min jgħid ukoll li għamilna sistemi oħra ġodda fejn tajna aċċess lil klassi partikolari tas-soċjetà tagħna, li huma l-avukati u n-nutara, għall-atti tal-qorti.", "Mela matul l-aħħar leġiżlatura għamilna biċċa xogħol fejn bdejna nieħdu summary tal-atti kollha li jidħlu l-qorti, fosthom ta' ittri uffiċjali u ta' notifiki, u dik is-summary bdiet tkun aċċessibbli online għall-avukati u għan-nutara kollha.", "Għalhekk jekk nutar jagħmel konvenju u wara li jkun sar il-konvenju xi ħadd jgħidlu biex joqgħod attent għax hemm kwestjoni fuq dak il-konvenju u saret ittra uffiċjali, in-nutar jista' jidħol online u jiċċekkja jekk saritx ittra uffiċjali dak il-ħin.", "Anke l-atti bdew jiġu scanned u mpoġġija online, u allura issa n-nutar jew l-avukat jista' jkun jaf x'qed jiġri fil-kawżi mill-uffiċċju tiegħu stess.", "Pereżempju jekk ikun hemm xi kawża fuq proprjetà li tkun se tinbiegħ, allura xi ħadd jista' jiċċekkja mill-ewwel u jekk ikun hemm konvenju li se jiskadi u allura trid tibgħat ittra uffiċjali, illum tista' tagħmal dan faċilment online.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li gawdew minnhom kemm in-nutara kif ukoll l-avukati, għalkemm l-interess primarju tiegħi la huwa fl-avukati u lanqas fin-nutara.", "L-avukati u n-nutara jinteressawni ħafna wkoll, biex ħadd ma jifhimni ħażin, imma l-interess primarju tiegħi hija s-soċjetà at large li jrid ikollha servizz aħjar fis-sistema legali ta' pajjiżna.", "Sinjura President, jien qed ngħid dawn l-affarijiet kollha biex nibgħat il-messaġġ li sar ħafna xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-IT, u rrid ngħid li sieħbi l-Onor.", "Chris Agius, li hu responsabbli mil-Land Registry, qalli li anke huma qed jagħmlu proġett b'fondi Ewropej sabiex idaħħlu impetu informatiku ġdid fil-mod kif jaħdem il-Land Registry.", "Naturalment jien se nħalli f'idejh biex jagħti aktar dettalji dwar dan fi stadju ulterjuri però din qed ngħidha biex in-nies hemm barra jkunu jafu li anke r-Reġistru tal-Artijiet qed jagħmel investiment importanti fl-informatika.", "It-tieni mistoqsija li saritli u li se nweġibha fil-qosor hija dwar jekk għandniex inżommu l-proposta li hemm fl-Abbozz ta' Liġi li jekk nutar jidħol jaħdem ma' bank kummerċjali, il-warrant jiġi sospiż temporanjament bil-konsegwenza li wara seba' snin ma jaħdimx bħala nutar jitlef il-warrant u allura jkollu jerġa' japplika mill-ġdid.", "Jien nifhem li, kif qal l-Onor.", "Said, kien hemm nies li ma ħadux pjaċir b'din il-proposta u qalu: Allura għax jien naħdem f'bank kummerċjali, m'għandix dritt naħdem bħala nutar part-time?", "Madanakollu l-Kunsill Notarili għandu fehma differenti; iħoss li jekk inti nutar u fl-istess ħin tkun qed taħdem ukoll bħala full-time officer f'bank kummerċjali, temporanjament m'għandekx tibqa' teżerċita dik il-professjoni.", "Issa jien ninsab miftuħ għad-dibattitu u meta naslu fl-istadju ta' Kumitat beħsiebni nistieden lin-Nutar Daniel Bugeja, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk - jien inħobb insejjaħlu \"the gentle giant\" lil dan in-nutar għax fih tifel imma għandu qalbu tad-deheb - ħalli hemmhekk inkunu nistgħu nitkellmu aħjar fuq din il-materja.", "Fl-aħħar nett se nirrepeti xi ħaġa li diġà għedtha fil-bidu.", "Kien hemm id-diffikultà li n-nutara li qabel kienu jaħdmu mat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern bdew jgħidu li fil-mument li din it-Taqsima saret Awtorità tal-Artijiet suppost li saret bidla fil-liġi tan-nutara li kienet tagħmel riferenza għat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern sabiex huma jkunu jistgħu jeżerċitaw il-poteri tagħhom fir-reġim tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Għalhekk aħna se nagħmlu emenda f'dan is-sens bit-tama li x-xogħol fl-Awtorità tal-Artijiet jiġi ffaċilitat għax jien nitkellem ma' ħafna nies u naf kemm dawn ikunu anzjużi biex ikunu jistgħu jifdu ċ-ċnus eċċ. Allura din l-emenda se tgħin biex ikun hemm aktar speditezza f'din il-kwestjoni.", "Sinjura President, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi nirringrazzja lill-Kamra talli kien hawn qbil unanimu għat-tieni darba konsekuttiva dwar il-proposti li għandhom x'jaqsmu ma' riformi fil-qasam tal-ġustizzja filwaqt li nikkommetti l-impenn tiegħi u tal-Gvern kollu għax aħna m'aħniex se nieqfu għal mument wieħed biss milli nkomplu nagħmlu l-bidliet neċessarji bil-għan li l-qasam tal-ġustizzja jkompli miexi 'l quddiem.", "Jien nirringrazzja lil kulħadd filwaqt li nappella biex anke dwar emendi u proposti leġiżlattivi li jitressqu aktar 'il quddiem, f'din il-Kamra jkun hawn l-istess sentiment ottimist sabiex inkomplu nagħmlu riformi li minnhom jibbenefikaw in-nies.", "Wara kollox aħna għalfejn inbiddlu l-liġijiet?", "Aħna la nbiddlu l-liġijiet biex imur 'il quddiem il-Gvern u lanqas biex tmur 'il quddiem l-Oppożizzjoni imma nbiddlu l-affarijiet biex the man in the street li qed jarana minn wara dak l-iscreen ikun jaf li l-affarijiet mexjin 'il quddiem.", "Dawn mhumiex affarijiet li jsiru kif ġab u laħaq, kemm wieħed ifaqqa' subgħajh, imma jirrikjedu ċerta attenzjoni u fraġilità.", "Però nemmen li jekk niġbdu ħabel wieħed, il-ħafna xogħol tajjeb li sar ikun jista' jirdoppja jew jittrippla għax inkunu aktar sereni fid-dibattiti li nagħmlu, u meta jkun hemm analisi li tagħmel sens, jien l-ewwel wieħed inkun dispost li ngħid li tali proposti jagħmlu sens u għandhom jiġu meħuda on board.", "Nirringrazzja lil kulħadd filwaqt li nawgura li fi stadju ta' Kumitat ikollna diskussjoni interessanti biex din il-liġi dwar is-servizzi nutarili tkompli tiġi mtejba u miexja 'l quddiem.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili, Kap. 55\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li ngħaddu immedjatament għall-Aġġornament?", "Fis-6.33 p.m. il-Kamra qablet li dak ikun il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol.", "AĠĠORNAMENT", "L-ISPEAKER: Nitlob lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ġunju, 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, Kap. 565.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Kumitati Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sur President, ftit tal-ġranet ilu attendejt għall-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno u segwejt b'attenzjoni d-diskors li sar mis-Sedja, diskors li kien jippuntwalizza u jenfasizza punt importanti ħafna, dak illi aħna, bħala Membri Parlamentari ta' din il-Kamra, għandna nitkellmu b'mod onest u ma nabbużawx mill-privileġġ parlamentari.", "Mhux biss għandna nitkellmu b'mod onest imma għandna nitkellmu wkoll b'mod li jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż.", "Is-Sedja żiedet tgħid ukoll li ebda Membru Parlamentari m'għandu jabbuża minn dan id-dritt.", "Kien diskors li tabilħaqq ħadt pjaċir nisimgħu u kien messaġġ b'saħħtu li sfortunatament mhux kulħadd ħadu.", "Qed ngħid dan għax sal-bieraħ stess segwejt Aġġornament li jiddispjaċini ngħid illi ma kienx diskors denju li jingħad f'din il-Kamra.", "Issa hawn m'iniex se noqgħod nagħmel riferenza għal Membru Parlamentari wieħed min-naħa tal-Oppożizzjoni għax hija l-Oppożizzjoni sħiħa, jew hija frazzjoni sostanzjali mill-Oppożizzjoni, li qed iġġib ruħha b'dan il-mod.", "Ma nħossx li għandi għalfejn noqgħod nispeċifika wisq għax dan id-diskors ġie rrapportat fuq diversi mezzi tax-xandir imma hawnhekk qed nirreferi għall-Aġġornament li għoġbu jagħmel l-Onor.", "Jason Azzopardi, li għamel akkużi serji li ma għandhom l-ebda bażi.", "L-Onor.", "Azzopardi għamel referenza għal laqgħa li skont hu - għax din mhijiex ir-realtà - kellhom numru ta' Deputati min-naħa tal-Gvern ma' delegazzjoni tal-MEPs (Members of the European Parliament).", "L-ewwel nett irrid ngħid li ma kien hawn l-ebda delegazzjoni ta' MEPs f'Malta, u l-Onor.", "Jason Azzopardi kien qed jirreferi għal-laqgħa li saret ma' tliet Membri Parlamentari Ewropej.", "Ikolli nistqarr li ma tantx kont sorpriż bid-diskors u l-messaġġ li ntbagħat għax jien antiċipajt li kien se jkun hemm xi forma ta' ritaljazzjoni jew tpattija wara dik il-laqgħa li kellna min-naħa tal-Gvern ma' dawn il-Membri Parlamentari Ewropej u fil-fatt ilbieraħ hekk ġara.", "Fil-fatt kont sorpriż li d-diskors tal-Onor.", "Azzopardi wasal sa dak il-livell, u dik kienet xi ħaġa li ma stennejthiex, però li se jkun hemm xi forma ta' ritaljazzjoni stennejtha.", "Għaliex?", "Għax matul dik il-laqgħa jien u sħabi konna b'saħħitna fid-difiża għal pajjiżna u konna kapaċi nwaqqgħu argument wieħed wara l-ieħor ta' Ana Gomes, li sfortunatament qed tixhed kontra pajjiżna b'mod ripetut.", "Aħna konna solidi u b'saħħitna fid-difiża ta' pajjiżna filwaqt li ħriġna l-verità għax kien hemm min kellu interess li l-verità ma tkunx magħrufa, fosthom min għamel l-Aġġornament tal-bieraħ.", "Sur President, sfortunatament lil Ana Gomes, tgħidilha x'tgħidilha u tispjegalha kemm tispjegalha, meta taqra r-rapporti tagħha tirrealizza li din tibqa' ma tridx tifhem.", "Issa lbieraħ l-Onor.", "Azzopardi għoġbu jagħmel riferenza għal dik il-parti tar-rapport tagħha li jien weġibtha dwarhom, fejn hemm diversi argumenti li jien waqqajthomlha.", "Fil-fatt huwa semma punt li joħroġ mir-rapport ta' din il-Membru Parlamentari Ewropew u li hu mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'riferenza għalfejn il-membri Ana Gomes, David Casa u Sven Giegold qed jgħidu li għal dawk li huma interċettazzjonijiet telefoniċi li saru mit-tliet akkużati jew minn uħud minnhom dwar il-każ ta' Daphne Caruana Galizia, jien għedt li jirriżulta li qabel il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma kien hemm l-ebda riferenza għall-pjan biex hi tiġi assassinata.", "B'xi mod li jien sal-lum għadni ma nistax nifhmu l-Onor.", "Azzopardi qabad dak l-istatement li għamilt jien u qal li:", "Dan qed jikkonkludi li allura din il-frażi tfisser li jien bilfors li kelli aċċess għall-interċettazzjonijiet telefoniċi li saru dwar dan il-każ.", "Li kieku dak li qed jgħid huwa minnu, allura din kienet tkun xi ħaġa illegali.", "Madanakollu dan mhux kollox għax l-Onor.", "Jason Azzopardi kompla jgħid ukoll li l-aċċess għal dawn l-interċettazzjonijiet telefoniċi ngħata lili mill-Prim Ministru.", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux, Sur President!", "Imbagħad huwa qal: Mela ejjew ngħidu li mhux dik hija l-verità; ħalli mmorru għat-tieni ipotesi!", "Naturalment huwa qal dan tant kemm mhuwiex ċert minn dak li qed jgħid, tant kemm ma jafx x'qed jgħid u bir-rispett kollu lejh, tant kemm qed jivvinta għax din hija spekulazzjoni ta' affarijiet illi kieku ma tismagħhomx, ma temminx li qed jintqalu minn Deputat Parlamentari ta' din il-Kamra!", "L-Onor.", "Jason Azzopardi qalilna: Ejjew ngħidu li mhijiex dik l-interpretazzjoni jew il-manipulazzjoni ta' din il-frażi, allura bilfors li l-Onor.", "Abela kien qed jibblaffja, kien qed jigdeb u li l-Prim Ministru qed jippermettilu li jibblaffja u jigdeb!", "Huwa qed jagħti tliet ipotesijiet li waħda ma taqbilx mal-oħra u waħda hi kontradittorja għall-oħra, u jien qed jiddispjaċini li f'din il-Kamra hemm min qed jaqa' f'dawn il-livelli!", "Jien m'għandi l-ebda diffikultà li ssir kritika politika, allavolja jiddispjaċini li nkun f'laqgħa mal-MEPs u jkolli niddibatti kontra Membru Parlamentari Ewropew - hawnhekk qed nirreferi għall-Onor.", "David Casa - li l-interess tiegħu huwa kontra l-interess nazzjonali.", "Dik iddejjaqni, però dejjaqni ħafna aktar dak li smajt ilbieraħ għax dik kienet manipulazzjoni ta' fatti.", "Issa hawnhekk jien se nkun kategoriku.", "Mhuwiex minnu u hija gibda li jien qatt kelli xi għarfien, jiġifieri li ngħatajt xi informazzjoni dwar xi interċettazzjonijiet telefoniċi li saru mis-servizz sigriet, jew inkella li l-Prim Ministru tani xi informazzjoni f'dak is-sens.", "Din hija gidba li jien niċħadha bl-aktar mod assolut u kategoriku.", "Bl-istess mod niċħad li f'xi mument kont qed nibblaffja bħalma niċħad ukoll li kont qed nigdeb.", "Għaliex dan?", "B'xorti tajba dak li se ngħid huwa kkonfermat b'dokumentazzjoni għax dak li jien stqarrejt waqt dik il-laqgħa fid-difiża ta' pajjiżi kien dak li qalu l-forzi tal-ordni fi stqarrijiet pubbliċi ġimgħat qabel.", "Li fl-interċettazzjonijiet telefoniċi ma kien hemm assolutament l-ebda riferenza għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia qabel dan seħħ joħroġ minn żewġ stqarrijiet li ġew ippubblikati kważi sitt ġimgħat qabel il-meeting li aħna bħala Deputati kellna mal-Membri Parlamentari Ewropej.", "Stqarrija tas-servizz tas-sigurtà u stqarrija tal-Korp tal-Pulizija jikkonfermaw dawn il-fatti li kienu fid-dominju pubbliku; fatti li kienu magħrufin minn kulħadd.", "L-informazzjoni li kelli jien toħroġ minn dawk l-istqarrijiet pubbliċi, u mbagħad jiġi l-Onor.", "Jason Azzopardi u jgħid li jien kelli aċċess għal dawn il-konverżazzjonijiet!", "Dawn huma affarijiet li ma temminhomx!", "Għax almenu l-lealtà, l-onestà u l-korrettezza jitolbu li wieħed għandu jgħid li kien hemm dawn iż-żewġ stqarrijiet!", "Kif wieħed ma jgħid xejn minn dan kollu, bħallikieku dawn iż-żewġ stqarrijiet ma kenux jeżistu?!", "Għalhekk, Sur President, jien se nagħmel riferenza għal dawn iż-żewġ stqarrijiet u naturalment fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqegħedhom ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Stqarrija datata l-1 ta' Mejju, 2018 maħruġa mill-Community and Media Relations Unit tal-Korp tal-Pulizija tgħid b'mod ċar li:", "Stqarrija oħra tal-Malta Security Service li ġġib l-istess data tgħid:", "Dak hu li għedt jien fil-laqgħa mal-Membri Parlamentari Ewropej, u allura wieħed jibqa' ma jifhimx għalfejn f'din il-Kamra jkollok din il-manipulazzjoni tal-verità u jiġu mgħawġa l-fatti veri b'dan il-mod.", "Però, Sur President, tibqa' mhux imwieġba d-domanda għaliex Membru tal-Oppożizzjoni jikteb stqarrijiet bħal dawn u mbagħad fuq l-istqarrijiet tiegħu jiktbu Membri tal-Oppożizzjoni oħrajn, fosthom l-Onor.", "David Casa, għax meta wieħed janalizza dawn il-kwestjonijiet b'mod oġġettiv isib li dawn ma jagħmlu l-ebda sens.", "Id-domanda tibqa' għaliex dawn il-kwestjonijiet qed jitqajmu b'mod ripetut.", "Huwa minnu li f'Ana Gomes u fi Sven Giegold l-Oppożizzjoni Nazzjonalista sabet żewġ alleati formidabbli għax tgħidilhom x'tgħidilhom, tagħtihom kemm tagħtihom spjegazzjonijiet u tiffaċċjahom kemm tiffaċċjahom b'fatti veri, dawn iż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej jibqgħu tal-istess opinjoni.", "Għalhekk huwa ċar li dawn iż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej għandhom aġenda kontra pajjiżna.", "Jiddispjaċini ngħid li filwaqt li din forsi nistennieha minn min m'għandux l-interessi ta' pajjiżna għal qalbu, ma nistennihiex minn min suppost iħobb lil pajjiżna u minn min hu elett mill-poplu Malti biex jirrappreżenta l-aħjar interessi ta' pajjiżna, irrispettivament mit-twemmin politiku tiegħu.", "Fuq quddiem għandek tqiegħed l-interessi ta' pajjiżek u mhux l-interessi partiġġjani.", "Għalhekk, Sur President, jien m'għandix għal xiex niddejjaq li f'dik il-laqgħa mal-MEPs Gomes, Casa u Giegold iddefendejt l-interess ta' pajjiżna flimkien ma' sħabi, u aħna għamilna dan b'mod dinjituż billi għedna l-verità sħiħa kif inhi magħrufa minn dikjarazzjonijiet u stqarrijiet pubbliċi.", "Forsi hawnhekk se nispekula ftit ukoll għaliex hemm l-interess li jitqajmu dawn il-kwestjonijiet f'din il-Kamra mill-istess Deputat.", "Għaliex hemm dan l-interess li jiġi mħarbat il-każ tal-prosekuzzjoni?", "Għax jekk tanalizza x'qegħdin jipprovaw jagħmlu fl-awla tal-maġistrat li qed jisma' l-każ, huwa evidenti li dik li tissejjaħ il-parte civile, jiġifieri n-naħa li qed tirrappreżenta lill-familjari tal-vittma, minflok qed tiġbed l-istess ħabel tal-prosekuzzjoni tal-Pulizija biex tinstab il-verità u biex jinstab ħati min wettaq ir-reat, qed tiġbed fid-direzzjoni opposta!", "Dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux!", "F'kull stadju ta' dan il-każ minflok qed tgħin lit-teżi u l-każ tal-prosekuzzjoni, qiegħda timmina l-każ tal-prosekuzzjoni bi stqarrijiet fl-awla, bi stqarrijiet barra l-awla kif ukoll b'aġir barra l-awla biex tfixkel u ttellef il-każ tal-prosekuzzjoni!", "Allura wieħed jibda jgħid: Għaliex?", "Dawn huma affarijiet, Sur President, li għal min hu prattikanti bħali fil-Qorti ma temminhomx!", "Li jkollok il-parte civile, jiġifieri lill-familjari tal-vittma jew inkella lill-vittma, li tiġbed ħabel kontra l-prosekuzzjoni hija xi ħaġa li ma titwemminx għax il-loġika u l-bonsens jgħidulek li l-każ tal-prosekuzzjoni u tal-parte civile suppost jimxu f'direzzjoni waħda, id f'id, f'katina.", "Madanakollu mhux hekk qed jiġri f'dan il-każ għax għandek lill-parte civile li qiegħda timmina lill-prosekuzzjoni, u hawn wieħed jibda jistaqsi: Imma għaliex hemm dawn l-interessi konfliġġenti?", "Aktar ma jgħaddi żmien u aktar m'aħna qed nisimgħu dwar dan il-każ, aktar qegħdin joħorġu l-interessi reali fil-beraħ.", "Għandek prosekuzzjoni li qed tagħmel minn kollox u qed taħdem b'serjetà biex tinstab il-verità, biex tressaq il-każ tagħha u biex abbażi tal-provi prodotti tinstab il-ħtija u mbagħad għandek difiża li, tajjeb jew ħażin, qed tagħmel ix-xogħol tagħha, … Għax ix-xogħol tad-difiża hu dak illi tillibera lill-akkużati.", "Dik hija xi ħaġa li taraha d-difiża u li jien m'iniex se nidħol fiha però jolqotni ħafna l-aġir tal-familjari tal-vittma u ta' min qed jiddefendihom.", "Issa qed joħroġ ċar li hemm interess li qed jissupera l-interess tal-familjari tal-vittma kif suppost ikun, ċjoè dak li tinstab ħtija fuq min qatel lill-omm il-familjari tal-vittma.", "Li kieku jien kont f'dik il-pożizzjoni, l-interess primarju tiegħi f'dak il-każ kien ikun li tinstab il-ħtija.", "Għalija din hija xi ħaġa loġika u minn ewl id-dinja, imma f'dan il-każ mhux hekk qed jiġri għax hemm interess ieħor li qed jissupera.", "Dan huwa ċar, u jien ngħidu b'responsabbiltà.", "Jien ma noqgħodx ninħeba wara l-privileġġi parlamentari bħal ħaddieħor.", "Dan huwa t-twemmin tiegħi, u konvint minn dak li qed ngħid.", "Jiddispjaċini ngħid li l-interess primarju tal-familjari li tinstab ħtija fl-akkużati huwa megħlub mir-ripunjanza li huma għandhom lejn pajjiżna.", "Dik hija r-realtà li qed toħroġ ta' kuljum!", "M'iniex se nuża kelma oħra li hija aktar iebsa, Sur President, imma dik hija r-realtà; li mill-istqarrijiet li qed isiru u mill-pożizzjonijiet li qed jittieħdu jidher ċar li r-ripunjanza lejn pajjiżna hija akbar mix-xewqa li tinstab il-ħtija lejn min - u hawnhekk se nuża l-kelma \"allegatament\" - wettaq dan ir-reat.", "L-ironija hi kif l-interessi tal-parte civile, jiġifieri tal-familjari tal-vittma, sabu paċi u rrikonċiljaw mal-interessi tal-avukat l-Onor.", "Jason Azzopardi; interessi li nzertaw jirrikonċiljaw ma' xulxin jew jakkomodaw lil xulxin.", "Dik hija r-realtà; konvenjenza politika għall-Onor.", "Jason Azzopardi u l-familjari tal-vittma jaslu fejn mingħalihom jistgħu jaslu għax jemmnu li l-liberatorja tal-akkużati tagħti daqqa politika akbar lill-Gvern - dan li qed ngħid huwa x'jemmnu - milli tingħata kieku kellha tinstab il-ħtija.", "Huwa evidenti lejn fejn sejjer dan il-każ, u din hija attitudni li lili tbeżżagħni.", "Hawnhekk għandna każ tal-prosekuzzjoni li mhuwiex qed jiġi mminat jew imfixkel mid-difiża.", "Tajjeb jew ħażin id-difiża qed tagħmel xogħolha, imma li jkollok lill-parte civile, jiġifieri lill-familjari tal-vittma, li jkunu jafu ċerta informazzjoni - għax wara kollox huma għandhom dritt għall-informazzjoni mill-prosekuzzjoni - u jieħdu dawn il-pożizzjonijiet anke tramite min suppost jaf aħjar għax huwa uffiċjal tal-qorti, lili tinkwetani u tweġġagħni serjament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Abela qed jagħmel allegazzjonijiet serji ħafna fuq il-familjari tal-vittma Daphne Caruana Galizia.", "Jien naħseb li għandu jirregola ruħu u japprezza li l-familjari tal-vittma m'għandhomx l-istess privileġġ li għandu hu għax m'għandhomx mod kif jirrisponduh.", "Għalhekk naħseb li aktar milli jimplika mottivi ulterjuri, l-Onor.", "Abela għandu juri ftit aktar rispett.", "Imissek tistħi tagħmel dawn l-allegazzjonijiet!", "L-ISPEAKER: Onor. Galea, dan mhuwiex point of order u m'hemmx ksur ta' regolamenti.", "Onor. Abela, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "ROBERT ABELA: Sur President, jien nistqarr li dawn l-attitudnijiet idejquni u jinkwetawni serjament, kif qed iddejjaqni wkoll … U f'dan il-mument se nirriferi għal diċerija, anzi għal diċerija ripetuta.", "Żgur li hija diċerija ripetuta li qed jissemma li l-Onor.", "Jason Azzopardi qiegħed jagħmel kuntatt mal-Maġistrat inkwerenti barra mill-awla.", "Azzopardi jiċċara jekk huwiex qed jagħmel kuntatt mal-Maġistrat Vella barra mill-awla, u qed insemmi isem il-Maġistrat biex inkun ċar ħafna.", "Jekk dan huwa minnu, dan huwa serju u mhux in-nuqqasijiet ta' verità li smajna u l-ispins li ngħataw ilbieraħ.", "Sinċerament ħassejtni diżgustat nisma' dak li ngħad ilbieraħ, Sur President, però li qed nisma' diċeriji ripetuti li qed ikun hemm dan it-tip ta' kuntatt … U nerġa' ngħid li jien nistenna li l-Onor.", "Jason Azzopardi jiċċara jekk huwiex minnu li qed ikun hemm dan il-kuntatt, u jekk dan huwa minnu, għandu jiċċara x'forma ta' kuntatt hu, fejn qed isir u għal liema skop qed isir.", "Hawnhekk nemmen li għandu jkollna risposta, u naturalment ir-risposta trid tkun xprunata mill-verità.", "Jien ma nkunx sorpriż jekk verament hemm dan il-kuntatt għax ftit tal-ġranet ilu kellna preċedent mhux sabiħ fejn b'sorpriża għalija l-istess inkwerenti aċċetta li jiltaqa' mal-Membri Parlamentari Ewropej Gomes u Giegold.", "Fil-fatt jidher li dawn iltaqgħu fil-qorti.", "Skont dak li qed nisma' jidher li saru anke laqgħat minn terzi mhux fil-qorti, u hawnhekk qed nirriferi għall-Onor.", "Nittama li dan mhuwiex minnu, u qed nistenna li jkollna kjarifiki dwar dan għax nemmen li jekk aħna verament nemmnu fir-rule of law … Għax bil-kliem qed ngħidu ħaġa u bil-fatti qed nagħmlu l-oppost, u huwa ċar għal min qed nirreferi hawnhekk.", "Li inti jkollok dawn il-manipulazzjonijiet u dawn il-pressjonijiet fil-proċess … Dan huwa trial li min suppost mhux qed jagħmel ċerti affarijiet qed jagħmilhom b'mod kontinwu!", "Huwa qed jaqla' l-każ minn quddiem il-Maġistrat inkwerenti, qed jaqla' l-każ minn quddiem il-Maġistrat li qed tisma' l-kumpilazzjoni, joħorġu fil-midja lokali, joħorġu saħansitra fil-midja internazzjonali, jiddibattih fil-Parlament, … Sur President, dawn huma affarijiet li fi proċess ġudizzjarju ma jsirux sakemm l-intenzjoni ma tkunx li tinkwina, li tħammeġ u li tkisser dak il-proċess ġudizzjarju biex imbagħad tagħti ċans lil ħaddieħor illi jkollu ċans ma' xiex jaqbad u jallega li kien hemm ċerti irregolaritajiet.", "Kien hemm saħansitra telefonati interċettati mis-servizz sigriet li spiċċaw għand Deputat Parlamentari!", "Hemm iridu jaslu dawn, u qed ngħid dan biex min qiegħed fuq in-naħa tad-difiża jaqbad ma' dawn l-argumenti u żgur li jsib ma' xiex jaqbad!", "Sur President, is-serjetà titlob mod differenti ta' kif isiru l-affarijiet.", "Is-serjetà tagħna bħala Membri Parlamentari u bħala ċittadini li nemmnu fis-saltna tad-dritt titlob li mhux talli m'għandniex naċċettaw u nippermettu li jsiru dawn l-affarijiet imma wisq u wisq anqas li aħna nkunu parteċipi fihom u nagħmluhom.", "Għalhekk lil hinn mill-kwestjoni u mill-passjoni politika, jien nappella għas-serjetà għax dan huwa każ serju, u jien, bħala individwu issa u mhux bħala Membru Parlamentari, għandi interess li nkun naf min wettaq ir-reat.", "Għandi interess inkun naf jekk kinux dawk it-tliet persuni li hemm akkużati li wettqu r-reat, imma biex ikolli risposta għal dik id-domanda - li mhijiex domanda tiegħi biss imma hija domanda tal-poplu kollu hemm barra - irridu nħallu l-proċess jimxi kif suppost.", "Wara kollox is-saltna tad-dritt topera meta inti jkollok organu ġudizzjarju, u f'dan il-każ għandna żewġ organi ġudizzjarji għax għandna lill-qorti li qed tisma' l-kawża u għandna inkjesta li tinsab għaddejja.", "Għalhekk ejjew inħalluhom jagħmlu xogħolhom b'serenità.", "Ejjew inħallu lill-prosekuzzjoni tressaq il-provi tagħha b'serenità.", "Ejjew inħallu wkoll lill-familjari tal-vittma jressqu kull prova li għandhom bħala l-parte civile f'dan il-każ u mhux jaħbu l-provi li għandhom, li huma kardinali, jew inkella minflok ma jixħtu l-provi fejn suppost, jiġifieri jew quddiem il-maġistrat inkwerenti jew inkella quddiem il-qorti, jitfgħuhom quddiem awtoritajiet oħrajn barra l-pajjiż!", "Dawn huma affarijiet bla preċedent, Sur President, u huma affarijiet li ma jiġrux fejn verament tirrenja s-saltna tad-dritt.", "Hija l-ewwel darba li qed nisimgħu li qed isiru dawn l-affarijiet għax dawn mhumiex affarijiet li jsiru, u għalhekk jien nappella biex inħallu l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha.", "Ma għandniex nagħmlu statements bħalma smajna lbieraħ, li fihom nuqqas ta' onestà, nuqqas ta' kordjalità u nuqqas ta' kolleġġjalità.", "Ma stennejtx li se ssir allegazzjoni hekk serja fuqi u fuq il-Prim Ministru; dak illi aħna wettaqna reat!", "Dawn huma affarijiet li ma tistennihomx!", "Huwa veru li aħna m'aħniex qegħdin fuq naħa waħda tal-Kamra u qegħdin fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Ħalli niddibattu, ħalli ma naqblux fuq ħafna affarijiet u ħalli nirribattu lil xulxin, imma mbagħad l-irġulija, il-ġentlomerija u l-kolleġġjalità jitolbu li ma naqbżux ċerti limiti.", "Kif qalet is-Sedja waqt il-kommemorazzjoni tas-Sette Giugno, m'għandniex inkunu diżonesti ma' xulxin biex nagħmlu xi gwadann politiku partiġġjan imma għandna nkunu onesti man-nies hemm barra għax l-ewwel reazzjoni tan-nies hemm barra lbieraħ kienet: Kif kellu din l-informazzjoni f'idejh?", "Mur għidilhom!", "Imbagħad ovvjament ftit wara jibdew jiġu ċċarati l-affarijiet, jiġifieri li hemm żewġ stqarrijiet pubbliċi li dik l-informazzjoni toħroġ minnhom.", "Imma għaliex ikollok Membri Parlamentari li jiżgwidaw u li jimmanipulaw l-affarijiet b'dan il-mod?", "Sur President, jien se nikkonkludi l-intervent tiegħi, intervent li ħassejt li kelli nagħmlu għax żgur li ma nista' naċċetta qatt li jiġu mqanqla jew diretti allegazzjonijiet daqstant serji, daqstant inveritiera, daqstant infondati, daqstant m'għandhomx mis-sewwa u dawn jibqgħu mhux imwieġba.", "Huwa disservizz li nħallu dawn l-affarijiet jiġru, u huwa disservizz mhux lejja personali imma huwa disservizz lejn din il-Kamra b'mod ġenerali.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa dan.", "Ejjew niddibattu, ejjew inkunu voċiferi fl-argumenti tagħna u ejjew niġbdu l-linja li għandna niġbdu.", "Kulħadd għandu l-fehmiet differenti tiegħu u kulħadd jista' jikkritika.", "Hemm affarijiet li tista' taqbel magħhom u hemm affarijiet li tista' ma taqbilx magħhom, però ejjew inkunu korretti u leali lejn xulxin, Sur President.", "L-appell finali tiegħi huwa biex dak li ġara lbieraħ ma jerġax jiġri.", "Ma għandniex naqgħu f'livelli li ma jagħmlu ġieħ lil ħadd; la lil din l-istituzzjoni, la lill-Membri Parlamentari, la lill-partiti politiċi u lanqas jagħmlu ġieħ lir-rispett li suppost nuru lill-poplu li eleġġiena f'din il-Kamra.", "Sur President, fl-aħħar nett nixtieq nitlob il-permess biex inqiegħed id-dokumenti li għamilt riferenza għalihom matul l-intervent tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ROBERT ABELA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa (PR 202/18) maħruġa mill-Pulizija fl-1 ta' Mejju 2018 dwar allegazzjonijiet li l-Onor.", "Jason Azzopardi kien għamel fil-Parlament fir-rigward tal-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia; u", "Kopja tal-istqarrija (PR 180952) maħruġa mis-Servizz tas-Sigurtà permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-1 ta' Mejju 2018 dwar stqarrijiet spekulattivi li saru fir-rigward tal-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Ġunju, 2018 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-6.59 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "GRECO - PERIODICAL EVALUTAION TAL-", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Malta qed tirrifjuta, anke jekk b'mod diplomatiku, li l-periodical evaluation tal-GRECO (li tinkludi review tal-implementazzjoni tad-direttivi tal-UE kontra l-ħasil tal-flus) fuq Malta tinġieb 'il quddiem mill-2019 għall-2018?", "Il-Gvern għandu xi diffikultà biex tali evaluation isseħħ fl-2018 minflok fl-2019?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-GRECO talbet lil Malta sabiex l-evalwazzjoni ssir din is-sena minflok fl-2019, u hemm il-ħsieb li din iż-żjara ssir aktar tard din is-sena.", "GOVERNMENT PROPERTY DEPARTMENT – DIĠITALIZZAZZJONI TA' FAJLS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il file tal-Government Property Department ġew digitalised kompletament fuq sistema elettronika mill-2014 sal-lum?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li riċentement l-Awtorità tal-Artijiet nediet dan il-proġett ġdid fejn qed jiġu analizzati 'l fuq minn 250,000 fajl eżistenti kif ukoll oħrajn ġodda.", "Għal dan il-għan, l-Awtorità daħlet fi ftehim mal-Maltapost biex din tal-aħħar twettaq parti minn dan il-proċess.", "Il-bqija tal-fajls u tad-dokumenti qed jiġu scanned internament mill-impjegati tal-Awtorità.", "Sa minn meta beda l-proċess tal-iscanning u diġitalizzjoni f'Marzu 2018, ġew ipproċessati madwar 3,700 fajl.", "IŻ-ŻONQOR – XOGĦLIJIET FUQ IL-PARK NAZZJONALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka dettaljatament il-passi kollha u x-xogħol kollu li sar s'issa biex isir il-Park Nazzjonali fin-Nofsinhar, fl-akkwati taż-Żonqor?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-konfini tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar (u mhux tan-Nofsinhar) ikopri medda li bħala xtajta tibda minn quddiem il-Bajda u s-Sewda fiż-Żonqor u tibqa' sejra sakemm taqbeż l-impjant Ta' Barkat fix-Xgħajra.", "Dawn il-konfini ġew ippubblikati fl-Avviż Legali 343 t'Ottubru 2016.", "Kien ġie deċiż li mal-konfini tiżdied il-medda tal-Ponta ta' Żonqor, li fl-2006 kienet tħalliet barra mill-konfini ta' park prospettiv skont il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta u lanqas biss kienet ikkonsidrata bħala ODZ.", "Mal-ħatra tal-Bord ta' Governanza f'Novembru 2017 bdew diversi miżuri ta' immaniġġar li jikkonsidraw lill-inħawi tal-park kollha bħala parti integrata waħda u għaldaqstant l-akkwati taż-Żonqor, li huma biss parti mill-imsemmi park, ikunu kkonsidrati bħala tali.", "Minn tmien CCTVs li jgħassu l-konfini tal-PNI, tnejn huma fl-akkwati taż-Żonqor, waħda eżatt kif tmiss mal-art pubblika u t-tieni fl-inħawi t'Għar id-Duħħan.", "Dawn għenu ħafna biex trażżan ir-rimi ta' skart illegali fl-inħawi, peress li l-aċċess minn din in-naħa tal-PNI huwa l-aktar wieħed miftuħ u l-aktar iffrekwentat anki minn vetturi.", "Is-CCTV huma 3G u jaħdmu b'sistema solari.", "Dawn tqiesu bħala ideali biex jiġi evitat l-ittrinkar fl-art u għalhekk l-impatt fuq il-veġetazzjoni u l-fawna tkun mill-inqas.", "Inkisbu l-permessi meħtieġa mill-ERA biex dan sar u l-PA kienet notifikata.", "Fir-rebbiegħa tal-2017 saret komunikazzjoni ma' Transport Malta dwar il-periklu li jċedi s-sies tal-Bajda u s-Sewda għall-baħar, u dan minħabba kawżi naturali.", "Għaldaqstant, saru tabelli fi Triq iż-Żonqor, kif ukoll bagi u ħabel ta' sufri bojod u suwed fil-baħar biex javżaw lill-għawwiema u lill-pubbliku biex ma jidħlux f'dik iż-żona partikolari.", "Il-blat eventwalment ċeda fil-baħar waqt maltempata fix-xitwa li għaddiet.", "Saret talba f' Marzu 2017 mal-Awtorità tal-Artijiet biex il-gunpost tal-Ponta taż-Żonqor, li hija partimonju storiku militari, tgħaddi f'idejn il-PNI peress li hija propjetà pubblika.", "Kif isir hekk, jibda l-proċess biex issir l-evalwazzjoni tal-ħsarat li ġarrbet biex jibda r-restawr fuqha.", "Il-ħsieb hu li tinfetaħ għall-pubbliku bħala post tal-viżitaturi.", "Il-Bord ta' Governanza fil-pjan finanzjarju ta' din is-sena alloka l-fondi neċessarji għal dan.", "Il-proċess biex il-gunpost taż-Żonqor tgħaddi f'idejn il-PNI għadu għaddej.", "F'Ottubru 2017 il-Bord ta' Governanza kiteb lill-ERA dwar il-proġett li jitneħħew l-ispeċi ta' flora aljena li kienet ixxitlet fil-Ponta taż-Żonqor.", "Din kienet qiegħda toħnoq il-flora mhedda indiġena u endemika li tinsab fl-inħawi.", "Xi wħud mix-xtieli, partikolarment is-sukkulenti agave, kienu wkoll ta' periklu minħabba li l-ponot fil-weraq għandhom xewka kbira.", "Wara li fl-20 ta' Frar 2018 uffiċjali mill-ERA għamlu żjara fuq il-post, il-Bord intalab jippreżenta studju xjentifiku tal-flora fl-inħawi u l-method statement ta' kif il-flora aljena se titneħħa.", "Dan għamlu u meta ħareġ il-permess mill-ERA, saret sejħa biex jiġi kkummissjonat il-proġett.", "Dan kważi tlesta kollu u mistenni jiġi konkluż il-ġimgħa d-dieħla.", "Fl-istess żona, ġie identifikat bħala wieħed mill-ħames postijiet prospettivi ta' designated leisure areas.", "Proġett ieħor li għalih diġà għaddejja diskussjoni mal-ERA huwa biex fl-istess sit fiż-Żonqor jitħawlu siġar u pjanti indiġeni fix-xitwa li ġejja, inkluż il-mogħdija li jużaw l-għawwiema u l-bugħaddasa biex mit-triq jinżlu fil-baħar.", "PROĊEDURI DIXXIPLINARI KONTRA SURĠENT TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proċeduri dixxiplinari kontra s-Surġent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli kien kiteb fuq Facebook li l-ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet ħadet li ħaqqha?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6186.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-BRAŻIL – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta' Triq il-Brażil fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "GĦAWDEX – PULIZIJA - SERQ, TRAFFIKAR TA' DROGI U TIPJIP - KAŻIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mill-1 ta' Jannar 2018 sal-lum:", "a. Kemm-il serqa ġiet irrapportata lill-Pulizija f'Għawdex u kemm minnhom ġew solvuti;", "b. Kemm-il persuna nqabdet tittraffika d-droga f'Għawdex u kemm minnhom ġew imressqa l-Qorti;", "c. Kemm-il persuna taħt l-età nqabdet f'diskoteki jew f'postijiet fejn huma pprojbiti; u", "d. Kemm-il persuna nqabdet tpejjep f'postijiet ipprojbiti u kemm minnhom tressqu l-Qorti jew quddiem Tribunal?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju ta' din is-sena kien hemm 70 serqa li ġiet irrapportata lill-Pulizija f'Għawdex.", "Minn dawn erbgħa ġew solvuti.", "Fl-istess perjodu tliet persuni nqabdu jittraffikaw id-droga f'Għawdex u waqt li wieħed diġà tressaq il-Qorti, tnejn għad iridu jiġu mressqa.", "Informat li ma kien hemm ebda persuna taħt l-età li nqabdet f'diskoteki jew f'postijiet fejn huma pprojbiti u li seba' persuni nqabdu jpejpu f'postijiet ipprojbiti.", "Dawn tal-aħħar kollha għad iridu jkunu appuntati għas-seduta mil-LESA.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid:", "a. mil-liema lokalità f'Għawdex kienu dawn is-86 labourer li ġew ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin; u", "b. f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ jew JobsPlus?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab informat li biex Jobsplus tkun tista tagħti l-informazzjoni mitluba teħtieġ ikollha d-dettalji tal-individwi kkonċernati.", "ŻONA INDUSTRIJALI TAX-XEWKIJA – AREA TAL-ĦOFRA – APPLIKAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jispjega fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġewwa l-area tal-Ħofra fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija u jgħid x'inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar xhur u sal-ġurnata tal-lum qed isir xogħol infrastrutturali f'dan is-sit, minkejja li issa saret din l-applikazzjoni u l-permessi għadhom ma ħarġux?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet infrastrutturali li għaddejjin bħalissa fiż-żona industrijali tax-Xewkija magħrufa bħala Il-Ħofra huma kollha koperti bil-permessi kollha neċessarji skont (DN 00509/17) li ġġib id-data tat-22 ta' Ġunju, 2017.", "Peress li dan it-tip ta' permess għandu terminu ta' sena, kien neċessarju li tiġi sottomessa notifika oħra ta' żvilupp (DN 00414/18) sabiex jiġi estiż il-permess oriġinali kif inhu mitlub mir-regolamenti u fl-istess waqt jiġu notifikati emendi żgħar fl-imsemmi permess.", "GĦAWDEX – IX-XAGĦRA – AREA TAL-QORTIN – SOLAR PANELS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-pjan li f'parti l-kbira ta' fejn qabel kien hemm il-miżbla fl-area tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex jiġu stallati solar panels?", "Jekk iva kemm hi l-area li se tintuża għas-solar panels?", "Jekk le, jista' jgħid għaliex inbidel il-pjan?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fix-xhur li ġejjin huwa maħsub li dan is-sit jinfetaħ bħala park għall-godiment tal-Għawdxin.", "Jingħad li baqa' ftit xogħol xi jsir f'dan ir-rigward sabiex dan iseħħ.", "Jingħad ukoll li dan il-park kien ġie rijabilitat mill-WasteServ permezz ta' fondi Ewropej u għalhekk l-użu tal-istess sit huwa limitat fil-binarji imposti tal-Unjoni Ewropea.", "Madanakollu mhuwiex eskluż li proġett ta' solar panelling ikun jista' jiġi integrat f'dan il-proġett, basta dan ma jippreġudikax id-destinazzjoni prestabbilita tas-sit.", "PAZJENTI BL-EPATITE C – MEDIĊINA B'XEJN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3578 u 4075, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta bdiet tingħata l-mediċina b'xejn lill-pazjenti tal-Epatite C?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li fil-jiem li għaddew tnieda l-Pjan Nazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Epatite C mill-Gżejjer Maltin, din il-ġimgħa stess inbeda t-trattament mediku b'xejn tal-pazjenti bl-Epatite C. Fil-fatt s'issa, fl-ewwel ġimgħa, diġà nbeda l-proċess ma' 25 pazjent.", "Il-pjan huwa li l-pazjenti kollha li llum nafu li għandhom l-Epatite C f'Malta u Għawdex jingħataw trattament fi żmien sentejn.", "PAZJENTI BL-EPATITE C – MEDIĊINA B'XEJN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3578 u 4075, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1000 pazjent li għandhom l-Epatite C, kemm hemm pazjenti li ngħataw il-mediċina b'xejn minn Frar 2018 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6210.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5900, tista' l-Ministru tagħti d-dati meta d-direct orders li ngħataw mid-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sal-lum, ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ingħatat fit-tweġibiet tiegħi għad-domanda 5900.", "Id-dati ta' meta din l-informazzjoni ġiet ippubblikata hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – PROPOSTI GĦALL-KIRI TA' PROPRJETÀ FIR-RABAT – EXPRESSION OF INTEREST", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-expression of interest, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li permezz tagħha l-Ministeru għal Għawdex talab proposti għall-kiri ta' proprjetà fir-Rabat, Għawdex, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar kemm-il proposta l-Ministeru rċieva, mingħand min irċevihom u kemm kienu l-ammonti ta' flus mitluba rispettivament?", "Interpellant li ninsab informata li kien hemm ħames proposti dwar l-expression of interest imsemmija.", "L-informazzjoni mitluba diġà tinsab fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6100 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq Francis Attard fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej) (Ara ritratti li qed jintbagħtu separatament).", "IAN BORG: Fl-istadju ta' ppjanar tal-proġetti msemmija Transport Malta tikkollabora mal-awtoritajiet tal-ippjanar u tal-ambjent sabiex l-iżviluppaturi jsegwu kondizzjonijiet u prekawzjonijiet li jnaqqsu l-impatt tal-ivvjaġġar marbut max-xogħol ta' kostruzzjoni.", "Dan jinkludi miżuri bħall-kondizzjoni li l-kuntrattur jagħmel sensiela ta' sinjali tat-traffiku applikabbli skont il-proġett għal waqt ix-xogħlijiet.", "L-Awtorità kontinwament issegwi l-qagħda tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha sabiex fejn ikun meħtieġ isir it-titjib meħtieġ.", "Din il-ħidma se tkun qed tissaħħaħ fiż-żmien li ġej bit-twaqqif ta' Infrastructure Malta, l-aġenzija li se tmexxi u twettaq programm ta' titjib u bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż, b'investiment bla preċedent ta' madwar €700 miljun.", "Infrastructure Malta se tieħu ħsieb il-kwalità tat-toroq arterjali u b'mod gradwali anke dawk residenzjali li bħalissa jieħdu ħsiebhom il-kunsilli lokali.", "L-Occupational Health and Safety Authority (OHSA), min-naħa tagħha tittratta kwestjonijiet ta' trab u saħħa fuq il-post tax-xogħol, u l-Building Regulation Office (BRO) jieħu ħsieb li jiġu indirizzati kwalunkwe ħsarat strutturali li jaffettwaw terzi.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-MARKIŻ ĊENSU DEPIRO - PJANIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6102 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Markiż Ċensu Depiro fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq?", "(Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6245.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6104 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett pilota mħabbar mill-Prim Ministru f'Birkirkara, f'Mejju 2017 li kellu jara li l-cables tal-Enemalta u oħrajn jibdew jinqalgħu mill-faċċati tad-djar u l-arbli fl-irħula tagħna u jitpoġġew taħt l-art qabel jirranka l-proġett ta' €700 miljun f'manutenzjoni estensiva tat-toroq Maltin tul din il-leġiżlatura?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħidma sabiex jitnaqqsu l-linji fuq l-arbli u mal-faċċati tal-bini teħtieġ kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet, fosthom entitajiet pubbliċi u azjendi privati.", "Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jemmen li dan l-impenn għandu jiġi kkordinat ukoll mal-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex itejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex fis-snin li ġejjin.", "Fiż-żmien li ġej, din il-ħidma se tkun qed titmexxa u titwettaq mill-Aġenzija Infrastructure Malta, li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament.", "Nemmen li Infrastructure Malta jeħtieġ tikkollabora mal-entitajiet konċernati, li jifformaw parti minn Ministeri differenti, sabiex flimkien inwettqu l-proġett pilota msemmi.", "Dan il-proġett se jgħin lil pajjiżna jistabbilixxi l-kriterji u r-riżorsi meħtieġa biex fil-futur din il-ħidma tkompli madwar il-pajjiż kollu.", "Qed nesiġi wkoll li fl-investimenti ta' Infrastructure Malta sabiex ittejjeb il-kwalità, s-sigurtà u l-effiċjenza tal-infrastruttura tat-toroq, fejn ikun possibbli, nibdew inħarsu wkoll lejn sistemi li jiffaċilitaw it-tneħħija tal-wires minn mal-faċċati u fuq l-arbli.", "Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jagħti l-appoġġ kollu tiegħu lil kull inizjattiva li tgħin sabiex intejbu l-kwalità tal-ambjent tat-toroq f'pajjiżna.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tagħha?", "Interpellant li l-informazzjoni bi tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJEÀ SOĊJALI – PERSUNI B'DIŻABILITÀ - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "SAN ĠILJAN – RAPPORTI DWAR REATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità ta' San Ġiljan, eskluż Paceville, matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-informazzjoni dwar ir-reati kriminali f'San Ġiljan, irrapportati lill-pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018 kienu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Informat li rigward Paceville ma tinżammx informazzjoni separata peress li din hija area fil-lokalità ta' San Ġiljan u r-reati fis-sistema tal-Pulizija għal din l-area jkunu inklużi ma' rapporti oħra rrapportati f'San Ġiljan.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati f'Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 6419.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità tal-Gżira matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-informazzjoni relatata ma' reati kriminali fil-lokalità tal-Gżira, rapportati lill-Pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018 kienu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati fil-lokalità ta' Pembroke matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-informazzjoni relatata ma' reati kriminali fil-lokalità ta' Pembroke, irrapportati lill-Pulizija mis-sena 2013 sa Mejju 2018, kienu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – RAPPORTI TA' REATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tar-rapporti kollha li saru dwar reati f'Baħar iċ-Ċagħaq li jinsab fil-konfini tal-lokalità tan-Naxxar, matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u reat b'reat?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-informazzjoni dwar ir-reati kriminali f'Baħar iċ-Ċagħaq ma tinżammx taħt forma ta' statistika weħedha fis-sistema tal-Pulizija imma tifforma parti mil-lokalità sħiħa tan-Naxxar.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SAFAR - SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6293 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont, maqsum safra b'safra, tal-ispejjeż kollha mħallsa minn fondi pubbliċi fuq biljetti tal-ivvjaġġar, alloġġjar, subsistence allowance, assigurazzjoni u spejjeż oħra marbuta ma' safar tal-mara tal-istess Prim Ministru minn Marzu 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Għas-safar uffiċjali li l-Prim Ministru u s-sinjura tiegħu għamlu flimkien bejn l-2004 u llum, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 12115, 12281, 23062, 26821, 26832 tal-leġiżlatura li għaddiet u 5667, 6067 u 6156 ta' din il-leġiżlatura.", "Rigward safar bejn l-2004 u llum fejn il-mara tal-Prim Ministru attendiet waħedha għal impenji ta' xogħol barra l-pajjiż, wara stediniet li saru lilha, l-ispiża medja kienet ta' €3,981 kull safra.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦAL PARKEĠĠ RIŻERVAT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna anzjana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward applikazzjoni għal reserved parking għall-vettura tagħha?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-parkeġġ riżervat mingħand il-persuna msemmija.", "Id-Dipartiment għamel kuntatt mas-Sinjura fejn min-naħa tagħha kkonfermat li m'għamlet l-ebda talba għal parkeġġ riżervat ma' Transport Malta."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180620_134d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' Kunsilli Lokali li għadhom qed iħallsu toroq magħmula permezz tal-iskema ta' Public Private Partnership?", "Jista' jgħid kemm hu l-ammont dovut minn kull Kunsill Lokali, jekk applikabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-proċeduri dixxiplinari kontra s-Surġent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli kien kiteb fuq Facebook li l-ġurnalista maqtula kienet ħadet li ħaqqha?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 456, jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ġew blacklisted?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 454 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin eżerċita d-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b'sena u x'tip ta' droga nstabet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk fit-Taqsima tal-Public Cleansing li taqa' taħt il-Ministeru tagħha, instabx li fl-aħħar ġimgħat kien qed jiġi mbagħbas l-użu tal-petrol/diesel?", "Tista' tgħid ukoll jekk sarx rapport lill-Pulizija dwar dan, min għamel dan ir-rapport u meta sar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 kemm saru lmenti lill-Police Board kif ukoll lill-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u kemm ittieħdu passi legali kontra l-uffiċjali msemmija u x'tip ta' proċeduri kienu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda x-xogħol fuq dar ġdida tal-anzjani fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur Għawdex, wara konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret ftit aktar minn sena ilu fejn tħabbar dan il-proġett mill-Ministru stess, iżda sal-lum jidher li ma nbeda l-ebda xogħol fuq din id-dar tal-anzjani u ma saret l-ebda applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda miċ-Chairpersons u l-membri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda miċ-Chairpersons u l-membri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali saru f'Għawdex u x'apparat sportiv inxtara għal Għawdex mill-Aġenzija Sports Malta sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum u x'kienet l-ispiża fuq kull proġett u apparat sportiv?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3242 u tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?", "Tista' tgħid f kull każ kif dawn inħarġu u ċjoè jekk inħarġux l-ewwel bħala sejħa interna jew inkella nħarġux għall-applikazzjonijiet minn barra mill-ewwel?", "Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti u liema le?", "Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex?", "Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s'issa u meta ġew mimlija?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet, fl-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda mic-Chairpersons u l-membri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6105 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq il-Forġa (parti) fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li sikwit jinġema' ħafna traffiku madwar ir-roundabout tal-Ark ta' Fleur-de-Lys, jista' l-Ministru jara li l-bus stop ta' quddiem il-Kappella ta' San Ġużepp (B'Kara/Sta Venera) titressaq ftit 'l isfel, flimkien mat-traffic lights?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li fi Triq l-Mdina, mil-lights ta' quddiem Oxford House fl-Imrieħel sar-roundabout tal-Ark ta' Fleur-de-Lys qed ikun hemm ħafna karozzi jsuqu b'sewqan perikoluż fil-karreġġjata tan-naħa ta' Fleur-de-Lys, u dan wassal biex il-monument tal-Ark diġà sofra xi inċidenti, jista' l-Ministru jara li jsiru traffic calming measures, biex jiġu evitati inċidenti?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fil-Ġnien tal-Istazzjon ġewwa Birkirkara?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li jitneħħew jew jitressqu l-blokki kbar li qed jesporġu fuq Triq Psaila, kantuniera ma' Triq Laurent Ropa u Triq Cuschieri, ġewwa Fleur-de-Lys, Birkirkara, li qed jagħlqu blokka bini, peress li għal żmien twil ilhom ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti u s-sewwieqa kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li terġa' tinżebagħ il-box grid junction marking fl-intersection bejn Triq Fleur-de-Lys u Triq l-Indjana f'Birkirkara?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema bank jinsab kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' kont bankarju (pereżempju: savings account, current account, term deposit account eċċ) hu kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta, x'inhu l-ammont li kien jinsab depożitat fih nhar il-31 ta' Mejju 2018?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3535, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-uffiċċju konġunt hux se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li fetħet din l-iskema, kien fl-2013, taħt Gvern Nazzjonalista?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinfetaħ formalment il-Family Resource Centre f'Wied il-Għajn?", "Kemm hemm familji vulnerabbli identifikati minn social mentors u li sarilhom profiling, li jgħixu f'din il-lokalità?", "X'tipi ta' għajnuna qegħdin jirċievu?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm u meta saru korsijiet ta' taħriġ fuq il-computers fil-Family Resource Centre ta' Marsaskala matul dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia u li joqogħdu Marsaskala?", "Kemm-il kors ta' taħriġ sar (u meta saru dawn il-korsijiet) lill-ġenituri ta' dawn l-istudenti f'dawn l-aħħar ħames snin?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu flus (kapitali u rikorrenti) fuq servizzi fil-komunità u fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali f'dawn l-aħħar ħames snin?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata gallarija li partijiet miċ-ċinta tal-ġebel tagħha waqgħu u tħallew mal-art fuq il-bankina?", "Dan għaliex kemm il-ġebel li hemm fuq il-bankina kif ukoll il-gallarija, huma ta' periklu għal ħafna li jużaw din il-bankina.", "Billi ċ-ċinta ta' din il-bankina fi blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ilha li waqgħet madwar xahar u billi tħalliet hekk u billi din il-blokka hi tas-Social Housing, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata din il-gallarija?", "Billi f'din l-istess blokka joqogħdu nies bi bżonnijiet speċjali, imma li joħorġu jimxu barra ta' spiss, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa qabel iweġġa' xi ħadd anki billi għad hemm il-periklu li jista' jaqa' aktar ġebel?", "Qed nhemeż ritratt li juri l-bankina bil-ġebel li waqa' mill-gallarija xahar ilu u li tħalla hekk sal-lum.", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-pjanti tal-proġett ta' Triq il-Wied f'Ħal Balzan ingħatawx lill-Kunsill Lokali, u jekk le jispjega għalfejn u jekk iva meta ngħataw?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma għalfejn is-siġar li hemm faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħal Balzan ser jinqalgħu minn posthom u mhux ser jiġu integrati fil-proġett?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk tax l-approvazzjoni tiegħu biex is-siġar li hemm faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħal Balzan jinqalgħu minn posthom?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6221 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-mistoqsija parlamentari 5965 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jiċċara jekk persuni li kienu f'Korp tal-Emerġenza jew impjegati mal-kumpaniji parastatali fejn kienu jaħdmu bħala suldati u ħafna minnhom bħala tradesmen u li kienu impjegati bejn is-snin 1972 u l-1997 hux se jieħdu flus dovut lilhom kif qed jieħdu ħaddiema oħrajn?", "Billi dawn wettqu xogħol importanti u taw servizz utli lill-pajjiż, jaħsibx li dawn ukoll għandhom jibbenefikaw minn flus (somma) li l-Gvern qed jagħti l-ħaddiema oħra?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġi jiswa x-xogħol għall-proġett tat-Triq il-Wied f'Ħal Balzan u x'tip ta' xogħlijiet ser isiru?", "Jista' jgħid jekk hux ser jinbidlu s-servizzi tal-ilma, tad-dranaġġ, ta' street lighting u hux ser isiru bankini ġodda?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5123, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sit f'Ta' Masrija fil-Mellieħa (biswit il-bypass tal-Mellieħa) li jitrattaw l-applikazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa, li tinkludi wkoll is-service road li \"ttieħdet\" fl-aħħar xhur mill-bypass tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat (inkluż korrispondenza li għaddiet bejn TM u l-MEPA) mal-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), kif ukoll dokumenti relatati mal-applikazzjoni tal-MEPA li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament (b)?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għas-service road li saret fil-bypass tal-Mellieħa, liema service road \"ittieħdet\" mill-istess bypass, jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun il-veloċità massima permessa tul l-istess bypass kollha u jekk hux ser ikun hemm varjazzjoni fil-veloċità permessa fil-parti ta' fejn sar il-ħajt ta' fejn illum saret is-service road li \"ttieħdet\" mill-bypass tal-Mellieħa?", "U jekk ser ikun hemm varjazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun din il-varjazzjoni?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġejja wiesa' s-service road li saret fiż-żona magħrufa bħala Ta' Masrija fil-Mellieħa li din l-istess service road tmiss mal-bypass tal-Mellieħa kif ukoll jekk hux ser ikun hemm bankina fl-istess service road (liema service road \"ittieħdet\" mill-bypass tal-Mellieħa)?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-parti fejn inbena l-ħajt minn fejn \"ittieħdet\" parti mill-bypass tal-Mellieħa sabiex setgħet isir is-service road, hux ser tiġi interrotta l-bike lane li suppost ser issir tul il-bypass tal-Mellieħa, u jekk l-istess parti tal-bike lane hijiex ser tkun inserita fl-istess service road?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid, jekk is-service road in kwistjoni kenitx oriġinarjament tifforma parti mill-art li l-istess żviluppatur għandu b'ċens temporanju u għaldaqstant taqa' fil-konfini tal-istess art jew jekk l-Awtorità tal-Artijiet tatx lill-istess żviluppatur parti minn art pubblika oltre l-konfini tal-art tiegħu, u dan sabiex jaqdi l-interessi privati tal-proġett?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati mwiet fuq it-toroq Triq l-Imdina, Rabat u Triq l-Imdina, Attard?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati inċidenti tat-traffiku fuq it-toroq Triq l-Imdina, Rabat u Triq l-Imdina, Attard?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li terga' tiġi stallata ż-zebra crossing fi Triq Ħal Qormi f'Ħal Farruġ peress li din tneħħiet meta sar ix-xogħol infrastrutturali fir-roundabout li tgħaqqad din it-triq ma' Triq l-Ingiered u Triq Ħal Farruġ?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'komunikazzjonijiet kellu s'issa l-Gvern Malta mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-każ li jinsab pendenti quddiem il-Qrati Amerikani dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet li jinsabu pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini abbażi ta' dak li tipprovdi l-Floor Area Ratio (FAR) policy?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-applikazzjonijiet f'liema stadju wasal il-proċess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom ċittadinanza oħra apparti dik Maltija?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk ħarġitx direttiva fl-Iskejjel Primarji t'Għawdex biex il-klassijiet fejn hemm aktar minn klassi waħda f'kull grupp ta' kwalunkwe sena partikolari, jingħaqdu?Jekk dan huwa minnu, jista' l-Ministru jgħidilna għalfejn qed isir dan?", "Jista' jikkonferma li ebda għalliem/a li taħdem jew jaħdem Għawdex mhu ser jintalab jibda jaħdem/taħdem fi skola f'Malta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6341 u jgħid kemm hemm bdiewa u jew persuni reġistrati li għandhom l-għelieqi fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6340 u jgħid kemm hemm siġar taċ-ċitru u siġar oħra fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali, Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6412 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-bozza bin-numru 163 li qiegħda fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, u li ilha mitfija għal aktar minn sena, tinxtegħel kemm jista' jkun malajr?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-budget tas-sena 2015, 2016, 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex sidien ta' negozji fil-Valletta Waterfront ġew ordnati mill-Awtorità tal-Ippjanar biex ineħħu siġġijiet u mwejjed minn quddiem il-ħwienet u stabbilimenti tal-ikel fejn dawn l-istess siġġijiet u mwejjed li ġew mitluba jitneħħew ilhom fil-post minn meta infetaħ u beda jopera l-Valletta Waterfront?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi ta' liema raba' mhux qed jaċċetta l-qbiela għaliha għaliex jista' jew ikabbar jew juża l-ispazju ta' dik ir-raba' għall-proġett marbut mal-Pitkalija?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm (u għad hemm) ħwienet tar-retail fil-Belt Valletta, Tas-Sliema, il-Ħamrun, il-Mosta, Birkirkara, ir-Rabat, in-Naxxar, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid, fl-2015, fl-2016, fl-2017 u sa Mejju 2018, għal kull sena?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f'Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f'kull lokalità rispettivament?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f'Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f'kull lokalità rispettivament?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkunsidra li fit-triq tal-Għadira jsir fence tal-ħadid fin-nofs biex ma jħallix persuni jaqsmu minn ġol-ħaxix li preżentament jifred il-karreġġjati fid-direzzjoni opposti?", "Dan sabiex kull min ikun irid jaqsam jagħmel dan minn fuq id-diversi pelican lights li hemm f'din l-istess triq u mhux jaqsam b'mod perikoluż?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jikkunsidra li ssir speed camera fi Triq Lewis Wettinger il-Mellieħa, li hija magħrufa wkoll bħala l-bypass tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6449 u peress li nhar it-13 ta' Ġunju 2018, il-Prim Ministru ddikjara li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed joperaw bastimenti ta' riċerka u salvataġġ fil-Mediterran għandhom jiġu rregolati, jista' l-Ministru jgħid għaliex?", "B'liema mod jista' jiġri dan?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju miftuħ għandna, u liema huma dawn l-ispazji bl-iskop li jitgawdew mill-pubbliku, mill-2013 l'hawn?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6416 u jgħid x'jisimhom il-pilloli li jingħataw għall-kura tal-Hepatitis C u kemm jiswew?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta' djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità tal-Gudja minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità tal-Fgura minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Ħal Tarxien minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Santa Luċija minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Raħal Ġdid minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jsir it-tindif neċessarju ġewwa Wied Blandun?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6355 dwar il-proċess mal-wasla ta' immigrant għal stat ta' refuġjat, jista' l-Ministru jgħid kif qed titħaddem il-politika ta' integrazzjoni?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6177 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, is-speċi tas-siġra u timmarka b'distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le?", "Fil-każ li ma kienx hemm permess, x'passi ttieħdu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5709 jista' l-Ministru jippubblika l-ammont ta' siġar għall kull applikazzjoni msemmija?", "Jista' jinkludi wkoll it-triq u l-lokalità ta' fejn kienu jew għadhom is-siġar f'kull każ?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza dwar dak li ġie rraportat online fuq: , nifhem ir-raġuni li dan mhux it-tort tal-Airmalta, imma l-Airmalta ilha taf li mhux ser tinżamm l-iskeda, allura jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn l-Ministeru jitfa' t-tort dwar hekk, meta seta' rrimedja f'ħin waqtu?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan jista' jkun nuqqas ta' tmexxija serja?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-privatizzazzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-entitajiet li ser jieħdu t-tmexxija f'idejhom?", "Jista' jgħid x'ser jiggwadanja l-poplu Malti minn dan l-arranġament?", "Dan l-arranġament jista' jwassal għall-monopolju?", "L-oqbra ser jibqgħu jinxtraw mingħand il-gvern?", "Jekk le, ġie stabbilit prezz?", "X'inhuma l-arranġamenti biex isir ir-restawr tal-monumenti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Il-qalb ta' kull raħal hu wirt arkitettoniku li jagħti karattru lil Malta, u peress li fil-pjanijiet lokali nsibu spazji li huma definiti b'mod tekniku bħala open space enclaves u li jinkludu wkoll ġonna antiki li mhux bilfors ikunu parti minn djar ta' karattru, u billi dawn l-enclaves huma parti mill-Urban Conservation Areas, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġi lil dawn l-enclaves?", "Jista' jgħid liema hu l-Att Legali li jħares dan u li joħroġ mil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Liema hu l-artiklu li jiddefinixxi dan f'kull pjan lokali?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6452, li kienet dwar esproprju ta' art fir-Rabat Għawdex, li fit-tweġiba għaliha ntqal li fuq l-art in kwistjoni hemm kontestazzjoni minn terzi persuni rigward it-titolu tal-art u li għalhekk, sakemm jiġi stabbilit min huma s-sidien proprji, il-kumpens ma jistax jingħata, jista' l-Ministru jgħid:", "a. Meta ġiet esproprijata l-art in kwistjoni;", "b. Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minn terzi persuni;", "c. Jekk mal-kontestazzjoni ta' dawn it-terzi persuni, ippreżentawx dokumenti bħala prova li għandhom xi titolu fuq din l-art;", "d. Meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u jekk l-uffiċċju legali tal-Awtorità analizzawx ir-riċerki sottomessi;", "e. Jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ippreżentawx dokumentazzjoni bħal testmenti, riċerki u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis;", "f. Jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax ir-riċerki sottomessi miż-żewġ partijiet u;", "g. Jekk fin-negattiv jistax jara li din l-analiżi ssir, kemm jista' jkun malajr?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6415, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għadu ma nħatarx Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ai termini tal-Att XIII tal-2017 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, aktar minn sena wara li din il-liġi għaddiet mill-Parlament?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6414, lil hinn minn jekk daħalx bil-kunsens tiegħu jew le, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-'profil' tiegħu fuq Facebook 'ħariġx' jew għadux membri tal-gruppi sigrieti fuq Facebook li jintużaw bħala hate groups u li fihom tiġi ġġenerata u/jew tinxtered mibgħeda dwar in-nies, speċjalment avversarji politiċi tal-istess Prim Ministru?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6385, peress li fl-istħarriġ intern li sar mill-Ministeru tiegħu dwar l-użu ta' ħaddiema tal-Gvern għal xogħol fir-residenza privata tiegħu ma hemm l-ebda referenza għal permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid jekk, fil-każ tal-veranda stallata minn ħaddiema tal-Gvern fid-dar tiegħu, kienx applika, iva jew le, għal permess jew Development Notification Order (DNO) mal-Awtorità tal-Ippjanar u f'dak il-każ, jippreżenta evidenza dokumentarja ta' dan?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6288, jista' l-Ministru jalloka aktar fondi sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji hekk kif jidher li l-ħsarat jeċċedu l-budget li l-Awtorità tad-Djar allokat għall-imsemmija xogħlijiet fil-lift tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "MOZZJONIJIET", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO, L-ONOR.", "STEPHEN SPITERI U L-ONOR.", "L-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9\".", "IL-MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR Jipproponi", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, Kap. 565.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari (Kont.) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "22 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2018, fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Abbozz Nru 39 - Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili –Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 46 – Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010.", "(Kont.)", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjetà (Università ta' Malta); u", "Riżoluzzjoni dwat Trasferiment ta' Proprjetà (Hotels Consortium Sliema Strand Lido).", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju 2018 fil-5:00 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar talba li saret mill-Onor.", "Jason Azzopardi rigward it-toroq arterjali fl-akkwati tar-Rabat u H'Attard.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Diskussjoni skont Artikolu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u New Zealand iffirmat fil-5 ta' Ottubru 2016; u", "Affarijiet oħra.", "22 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180625_135a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tnejn, 25 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 134, li saret fl-20 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XXII tal-2018 - Att tal-2018 sabiex jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta;", "Att Nru XXIII tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent; u", "Att Nru XXIV tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport maħruġ mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali intitolat \"St.Paul's Bay Local Council: An Investigation into the Findings of the Local Governance Board\" datat Ġunju 2018;", "MESSAĠĠ TAL-PRESIDENT", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President skont Ordni Permanenti 184:", "\"Matul dawn l-aħħar ġimgħat l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun qanqlu dibattitu nazzjonali.", "Napprezza b'qalbi kollha l-kontribut li s-soċjetà ċivili tat f'dawn id-diskussjonijiet u nifhem it-tħassib ta' xi wħud minnhom dwar diversi kwistjonijiet etiċi, morali, soċjali, psikoloġiċi u legali.", "Jien ukoll nifhem bl-aktar mod sħiħ u nempatizza mal-weġgħat ta' tant koppji li ma jistax ikollhom ulied u li jixtiequ jsiru ġenituri bit-teknika ta' prokreazzjoni assistita li toffri l-mediċina tal-lum u nifhem ix-xewqa leġittima tagħhom li jingħataw għajnuna sħiħa u support kontinwu mis-soċjetà kollha.", "Issa li l-emendi proposti għaddew mill-proċess demokratiku u ġew approvati b'vot finali fil-Parlament, il-liġi ntbagħtet quddiemi biex niffirmaha.", "Wara li ħadt diversi pariri etiċi, morali u legali minn persuni kompetenti u wara proċess twil ta' riflessjoni u dixxerniment, jiena wasalt fil-kuxjenza tiegħi għad-deċiżjoni li niffirma dan l-Att.", "Irrid nagħmilha ċara li din id-deċiżjoni mhix kompromess etiku mal-fehmiet sodi tiegħi u mal-valuri personali tiegħi dwar il-ħajja umana, il-familja u l-ġid sħiħ tat-tarbija mnissla.", "Qed niffirma dan l-Att kif ġie ppreżentat lili mill-Gvern u dan qed nagħmlu biss b'rispett sħiħ u b'lealtà lejn il-proċess demokratiku ta' pajjiżna u l-Kostituzzjoni, li ma jagħtinix setgħat leġiżlattivi ħlief li niffirma l-liġijiet wara li jkunu ġew approvati mill-Parlament.", "Aktar minn hekk, jiena marbuta bil-Kostituzzjoni li naġixxi fuq il-parir tal-Gvern tal-ġurnata jew ta' ministru tal-Gvern u fil-każ ta' abbozzi ta' liġijiet approvati mill-Parlament jiena obbligata li niffirmahom mingħajr dewmien.", "Kif intqal f'sezzjoni tal-media, stajt għażilt li ma nkunx fil-pajjiż meta l-Abbozz kien fit-Tielet Qari iżda jien qatt ma kont persuna li naħrab mir-responsabbiltajiet u mid-dmirijiet bħala President ta' Malta u m'iniex se nagħmel hekk issa.", "Jien nibqa' nemmen li d-dinjità umana u l-integrità fiżika ta' kull bniedem għandhom jiġu rispettati u mħarsa mill-mument tal-konċepiment sal-mewt naturali.", "Kull bniedem, anke fi stat embrijoniku, m'għandu qatt jiġi użat bħala oġġett jew li intenzjonalment jitpoġġa f'riskju li ma jkomplix jiżviluppa b'mod normali.", "L-isfida tas-soċjetà tagħna hi li tkompli tipproteġi lil kull min hu dgħajjef, inkluż l-embrijun.", "Il-fibra morali tal-Istat Malti titmermer jekk titlef ir-rispett lejn il-ħajja umana fl-istadji kollha tagħha.", "Din l-istqarrija qed tintbagħat lill-Parlament skont 'Standing Order' 184 li jipprovdi li l-President jikkomunika mal-Kamra tar-Rappreżentanti permezz ta' ministru.\".", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI LI QED IĦALLSU GĦAT-TOROQ MAGĦMULA PERMEZZ TAL-ISKEMA PUBLIC PRIVATE PARTNERSHIP", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-kunsilli lokali li għadhom qed iħallsu toroq magħmula permezz tal-iskema ta' Public Private Partnership?", "Jista' jgħid kemm hu l-ammont dovut minn kull kunsill lokali, jekk applikabbli?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'titjib qed isir fil-qasam tal-ġustizzja, u x'kienu r-rimarki ta' organizzazzjonijiet internazzjonali f'dan ir-rigward?", "OWEN BONNICI: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Cutajar, bħala waħda mill-ftit deputati nisa, u nawgura li jkun hawn iktar fil-leġiżlaturi li ġejjin, tieħu gost taqsam il-ferħ miegħi għall-fatt li llum ktibna l-istorja fil-qasam tal-ġustizzja, għax għall-ewwel darba fl-istorja legali ta' pajjiżna, li tmur oltre mill-Indipendenza ta' pajjiżna, peress li f'pajjiżna ilna bil-qrati ferm qabel minn meta sirna indipendenti, għandna itkar ġudikanti nisa milli għandna rġiel!", "Huwa verament mument storiku, li jkollok wieħed mill-organi ewlenin tal-Istat – kif nafu għandna tliet organi tal-Istat, il-ġudikatura, il-leġiżlattiv u l-eżekuttiv – fejn fl-aħħar għandna maġġoranza ta' nisa kkomparati mal-irġiel.", "Jien naħseb li dan jikkomplementa x-xogħol li sar fl-aħħar leġiżlatura, mhux biss bil-ħatra tal-President ta' Malta li hija mara, imma wkoll bil-ħatra tal-ewwel Imħallef mara li qatt ippresidiet ġuri fl-istorja legali ta' Malta.", "Jien nemmen li b'hekk bgħatna messaġġ importanti.", "L-Onor.", "Interpellant staqsiet dwar kif sejrin ir-riformi fil-qasam tal-ġustizzja.", "Nistieden lil min hu interessat fil-qasam tal-ġustizzja biex jara l-istatisika li ġiet ippubblikata proprju lbieraħ fil-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista.", "Jien nirringrazzjahom talli għamluli dan il-kumpliment fil-faċċata tal-ġurnal, li l-kawżi pendenti naqsu sostanzjalment meta kkomparati ma' ħames snin ilu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nirringrazzjahom mill-ġdid tal-konferma li tawni fl-organu uffiċjali tal-Partit tal-Oppożizzjoni!", "L-istess, jekk tara qorti, qorti, issib li fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, il-qrati Maltin qed jaqtgħu iktar kawżi milli jidħlu, u allura l-ammont ta' kawżi pendenti qed jonqos.", "Din hija statistika uffiċjali.", "Irrid nispjega fatt. Kull min segwa l-qasam tal-ġustizzja jaf li meta bdejna ħames snin ilu s-sitwazzjoni kienet differenti.", "M'iniex se ngħid li kienet sitwazzoni ta' kollox iswed, għax saru affarijiet tajbin, u aħna bnejna fuq it-tajjeb li sibna, però kien hemm ħafna affarijiet li kien jeħtiġilhom l-attenzjoni.", "F'ħafna deċiżjonijiet li ħadna – u nemmen li bil-ħatriet li għadna kemm għamilna llum se naraw titjib sostanzjali f'ċerti setturi – wara x-xogħol li għamilna, ġejna f'sitwazzjoni fejn qed jinqatgħu ferm iktar kawżi milli jidħlu, u pajjiżna jinsab l-ewwel fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan huwa pass 'l quddiem ħafna, imma xorta jkun hemm min jgħidli li l-kawża tiegħu qed iddum biex tinqata', jew ilha s-snin tistenna s-sentenza.", "Għalhekk, quddiem il-Kamra, irrid nispjega x'għamilna u x'deċiżjonijiet ħadna biex nindirizzaw dawn id-diffikultajiet, u se nibda bil-Qorti tal-Familja.", "Jien nemmen li 80% tan-nies li qed ibatu minn dan id-dewmien huma nies li għandhom kawżi ta' separazzjoni, kawżi ta' paternità, u kawżi ta' kura u kustodja ta' minuri.", "Dawn ikunu qegħdin fi gwerra ma' persuni li sa ftit qabel kienu jħobbuhom u qasmu magħhom mumenti sbieħ u importanti, imma bħalissa jkunu fl-iktar mument diffiċli ta' ħajjithom.", "Aħna naqblu li kull sekonda dewmien tfisser aktar uġigħ għal kull min qiegħed fil-Qorti tal-Familja.", "Għalhekk ħadna d-deċiżjoni li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna għandna tliet imħallfin li qegħdin jippresiedu u jagħmlu kawżi fil-Qorti tal-Familja.", "Sa ftit ilu kellna żewġ imħallfin u issa għandna tlieta.", "Hawn min jgħidlek li għandu kawża ċivili li ilha ħafna għas-sentenza.", "Fil-verità, din il-problema nafu fejn qiegħda u se tiġi indirizzata b'waħda mill-ħatriet li għamilna proprju llum, fejn wieħed mill-imħallfin li ġew maħtura se jkun assenjat biex jaqta' dawn il-kawżi li ilhom jistennew għas-sentenza.", "Fejn jidħlu l-appelli inferjuri fis-settur kriminali, aħna nafu li minħabba raġunijiet li mhuma fil-kontroll ta' ħadd, kien hemm numru ta' ġudikanti fil-kriminal li nzertaw tal-istess età u rtiraw wieħed wara l-ieħor.", "Issa bil-ħatra ta' waħda mill-imħallfin, dan il-backlog li ġie kkreat se jiġi indirizzat.", "Kif ngħidu bil-Malti, lil min tafu, tistaqsix għalih u bħalma l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera kienet mill-iktar effiċjenti fil-Qrati tal-Maġistrati, m'għandix dubju li anke fil-Qorti tal-Appell sede Inferjuri, fil-kamp kriminali se tkun effiċjentissima.", "She will live up to expectations u tindirizza din id-diffikultà.", "Le, għadna ma wasalniex, għax għad jonqos diffikultà importanti fil-qasam tal-appelli superjuri.", "Irrid nispjega li qegħdin f'sitwazzjoni fejn tant qed jiltaqgħu kawżi fil-Prim'Awla – nerġa' nirreferi għall-istatistika li ġiet ippubblikata fil-ġurnal Il-Mument tal-bieraħ, fejn jgħidulek kemm naqas b'mod drastiku l-ammont ta' kawżi pendenti fil-Prim'Awla – li ż-żewġ Sede tal-Appell mhumiex ilaħħqu mal-kawżi kollha li jiġu deċiżi.", "Allura għamilna intervent leġiżlattiv u ħloqna t-tielet sezzjoni, li mhijiex ippreseduta mill-Prim Imħallef, biex b'hekk inżidu l-opportunità għal iktar sessjonijiet tal-appell u b'hekk nibdew nattakkaw is-sitwazzjoni tal-ħin ta' stennija, li huwa kbir.", "Dan inħoloq biex, bħalma rajna titjib fil-Prim'Awla, fil-Qorti tal-Maġistrati, fil-Qorti tal-Familja u fis-Small Claims Tribunal fejn jidħlu l-kawżi amministrattivi, naraw titjib fl-appelli superjuri.", "Jien irrid nirringrazzja lill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi li jaqsam miegħi u mal-Gvern l-impenn, l-enerġija u r-rieda li ntejbu l-qasam tal-ġustizzja u nagħmluh dejjem iktar effiċjenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għall-mistoqsija oriġinali li fiha staqsejt liema kunsilli lokali sal-lum għadhom qed iħallsu għat-toroq li kienu saru bil-Public Private Partnership.", "Din hija dik l-iskema li permezz tagħha l-Gvern Nazzjonalista preċedenti kien bagħat lill-kunsilli lokali jiddejnu biex jagħmlu t-toroq u jirriżulta li llum, wara iktar minn ħames snin li saru dawn it-toroq, hemm kunsilli li għadhom qegħdin iħallsu għal dawn it-toroq.", "Ix-Xagħra, in-Nadur – għandu ammont kbir ħafna ta' dejn - San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u diversi lokalitajiet oħra għad għandhom ammonti kbar ta' flus xi jħallsu.", "Illum, f'din il-Kamra, qegħdin niddiskutu liġi li permezz tagħha l-kunsilli lokali mhux se jibqgħu responsabbli għal dawn it-toroq finanzjarjament.", "Il-mistoqsija tiegħi hi jekk il-kunsilli lokali kenux b'saħħithom biżżejjed finanzjarjament biex jagħmlu t-toroq fil-lokalitajiet tagħhom, speċjalment dawk li skont din il-lista għad għandhom jagħtu kważi €400,000 fuq toroq li ilhom li saru kważi għaxar snin.", "Issa x'se jiġri mill-finanzjament li kellhom il-kunsilli lokali biex jagħmlu dawn it-toroq?", "Il-ftit li kellhom ipprovaw jagħmlu l-mirakli bihom!", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: L-Onor.", "Interpellant għandu raġun, għax ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-kunsilli lokali għadhom qegħdin iħallsu d-dejn tal-iskema irresponsabbli li kien għamel il-Gvern Nazzjonalista preċedenti.", "Infakkar li l-Gvern Nazzjonalista kien għamel skema li biha ħajjar lill-kunsilli jagħmlu t-toroq li kienu mkissrin, li hija ħaġa tajba, imma ma tistax tagħmel it-toroq u tkisser il-kunsilli lokali finanzjarjament!", "Issa jien nifhem li min jara sal-ponta ta' mnieħru ma jinteressahx mill-kunsilli lokali, imma li jinteressah hu li ċ-ċittadin ħareġ mid-dar, mar għax-xogħol, u sab it-triq kompluta.", "Imma min jirraġuna hekk ma naħsibx li qed jirraġuna sew.", "Ir-raġunament korrett għandu jkun li jsiru t-toroq, li ċ-ċittadin jippretendi bir-raġun, inkluż jien, li jkunu toroq sbieħ, nodfa u bit-tarmak, b'mod li ma tkissirx il-kunsilli lokali!", "Jien nistieden lin-nies hemm barra jqabblu x'għamel il-Gvern preċedenti ma' dak li qed nagħmlu aħna.", "Gvern preċedenti sab quddiem wiċċu sitwazzjoni ta' ammont kbir ta' toroq imkissrin li mhuwiex tal-livell li wieħed jippretendi, u qabad u tefa' dik il-problema taħt skema fażulla li spiċċat ittrasferiet il-ħofor li kien hemm fit-toroq f'ħofor finanzjarji għall-kunsilli lokali!", "Nitlobkom tqabbluha mal-iskema li qed nagħmlu aħna bħala Gvern u mal-ħidma li qed issir mill-Ministru Ian Borg, li qed jgħid li se nagħmlu t-toroq kollha ta' pajjiżna fuq seba' snin.", "Din hija d-differenza!", "Iż-żewġ naħat, Gvern u Oppożizzjoni, kellna l-istess għan, dak li nirranġaw it-toroq.", "Id-differenza hi li filwaqt li l-Gvern preċedenti kisser lill-kunsilli lokali finanzjarjament, aħna mhux talli mhux se nitfgħulhom piżijiet, talli se nżommulhom l-istess allokazzjoni finanzjarja u t-toroq se nagħmluhom aħna.", "B'hekk qed inżidu l-allokazzjoni finanzjarja lill-kunsilli lokali u qed ngħinuhom b'mod b'saħħtu.", "Irrid nissolleva li llum għad għandna kunsilli lokali, bħal dak ta' Ħaż-Żebbuġ f'Malta, li minħabba din l-iskema irresponsabbli, għad irid iħallas dejn ta' iktar minn €500,000!", "Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex jinsab ipparalizzat b'€250,000 dejn minħabba l-iskema irresponsabbli li kien għamel il-Gvern preċedenti!", "Forsi qed tgħidu kemm jien iebes illum fid-diskors tiegħi, imma rrid infakkar li l-Awditur Ġenerali kien studja u fela din l-iskema u kkonkluda li kienet skema irresponsabbli li kissret u ipparalizzat ħafna mill-kunsilli lokali f'pajjiżna!", "Allura nistieden lill-pubbliku jqabbel min huwa l-iktar għaqli fil-mod kif jimxi 'l quddiem, jekk huwiex iktar għaqli min jaqbad u jagħmel skemi li jfallu lill-kunsilli lokali, jew huwiex iktar għaqli min qed jagħmel bħalma qed nagħmlu aħna.", "Naħseb li dak li jkun il-konklużjoni jasal għaliha faċilment!", "Hawn irrid insemmi lill-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis li qed jaħdmu id f'id fuq din il-biċċa xogħol u lill-kunsilli qed jgħidulhom biex iżommu l-flus li għandhom u jibqgħu jieħdu l-istess allokazzjoni, għax it-toroq se jagħmluhom huma.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jista' l-Ministru jagħtina rendikont tal-allokazzjonijiet li saru fl-ewwel ħames snin ta' dan il-Gvern biex isiru toroq fil-komunitajiet li kellu jagħmel il-Gvern?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Jekk l-Onor.", "Interpellant irid elenku dettaljat tat-toroq li saru, m'għandi l-ebda diffikultà.", "Nitolbu jagħmel mistoqsija separata, u nagħtih rendikont tat-toroq kollha li saru.", "Naħseb li meta l-Onor.", "Vassallo jgħaddi mit-toroq, jara d-differenza li saret f'dan is-settur f'pajjiżna u jara fejn saru toroq fl-aħħar ħames snin.", "Li hu żgur hu, u l-Onor.", "Interpellant se jaqbel miegħi, li dan il-Gvern qatt ma għamel skemi li f'għajnejn in-nies jidhru li se jsolvu problema, imma li fil-verità meta tanalizza ssib li mhux talli ma solvewx il-problema, talli ħolqu tnejn!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nirreferi lill-Ministru għall-qasam tal-kultura li hu responsabbli għalih, fejn waħda mir-responsabbiltajiet li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu hija l-V18.", "Ladarba għaddew numru ta' xhur minn meta f'pajjiżna bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-V18 u kulħadd jista' jgawdi mid-diversi inizjattivi li ħa l-Gvern f'dan ir-rigward, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Ministeru tiegħu, anke permezz tas-Segretarjat Parlamentari, biex jippromwovi l-V18 barra minn xtutna?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Sur President, naħseb li waħda mill-iktar affarijiet sbieħ li ġraw bis-saħħa ta' V18 hija li ħloqna niċċa ekonomika bla preċedent.", "Illum, min jifhem fl-ekonomija, min janalizza n-numri u jara kif qed jinħoloq il-ġid, jgħidlek li s-settur kulturali fih innifsu sar niċċa ekonomika, u fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin nispjegaw ir-riżultati pożittivi immens li nħolqu f'dan is-settur.", "Naħseb li din hija xi ħaġa sabiħa immens li timliena bil-kuraġġ biex inkomplu għaddejjin.", "Irridu nkomplu nwettqu affarijiet biex ninċentivaw iktar nies jidħlu fis-settur kulturali.", "Irrid infakkar li aħna għamilna wegħda elettorali interessanti ħafna, u qegħdin naħdmu flimkien mal-Ministru Scicluna biex inwettquha mingħajr dewmien.", "Qed nirreferi għall-wegħda li meta tkun artist, mużiċist, jew persuna li taħdem fil-creative industries, fejn jidħol l-income li tiddikjara f'dak li għandu x'jaqsam mal-impatt fiskali, ikollok id-dritt li tingħata flessibilità fuq bażi ta' tliet snin.", "Aħna nafu li jkollok mużiċist li għal din is-sena jiddeċiedi li joħroġ CD, però s-sena ta' wara jiddeċiedi li ma joħroġx CD, jew ikollok xi ħadd li f'sena partikolari jiddeċiedi li jagħmel it-tours, u fit-tieni sena ma jagħmilx.", "Dan ifisser li f'sena minnhom se jkollhom iktar income ikkomparat mat-tieni sena.", "Kif inhi s-sitwazzjoni llum, dawn se jeħlu ħafna taxxa fl-ewwel sena u inqas taxxa fit-tieni sena.", "Bis-sistema li qed nipproponu aħna, l-artist ikollu dritt li jqassam l-income li kellu fuq bażi ta' tliet snin, allura minflok ma jingidem ħafna fl-ewwel sena u ftit fit-tieni sena, jkun jista' jwitti l-exposure tat-taxxa fuq bażi ta' tliet snin.", "Naħseb li dan huwa inċentiv ieħor li rridu nwettqu, li jkompli jmexxi is-settur kulturali 'l quddiem.", "Naqbel mal-Onor.", "Interpellant li waħda mill-affarijiet li hija kruċjali hi li t-talent ma jibqax lokalizzat f'pajjiżna!", "Aħna għandna talent kulturali straordinarju.", "Ras għal ras, żgur li għandna talent kbir, għalhekk huwa importanti li dan ma jibqax lokalizzat f'Malta, imma nesportawh barra minn pajjiżna.", "Irrid ngħid li minn żmien għal żmien ikollna stejjer ta' suċċess, bħalma ftit ilu kellna l-kantanta Emma Muscat li għamlet suċċess straordinarju barra minn xtutna.", "Għandna wkoll persuni liriċi li għamlu suċċess fid-dinja klassika, u hawn nista' nsemmi lil Joseph Callejja u nies oħrajn li huma ta' fama internazzjonali.", "Irrid ngħid li l-pass li jmiss għall-impetu kulturali hu li nkomplu nsaħħu l-possibbiltà li t-talent artistiku Malti jmur barra minn xtutna.", "Aħna se nibqgħu ninvestu biex nippareċipaw fil-Biennale ta' Venezija u se naraw li jkollna spazju kontemporanju internazzjonali.", "Għalhekk irridu nitfħu l-bibien beraħ biex ikun hawn iktar taħlit kulturali u artistiku importanti sabiex l-artisti f'pajjiżna jkomplu jimxu 'l quddiem.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Filwaqt li huwa tajjeb li wieħed jirrimarka li l-kunsilli jinteressahom li jkollhom iktar responsabilitajiet u mhux jitnaqqsulhom, u ssir konsultazzjoni magħhom bis-serjetà fuq deċiżjonijiet li jkun qed jieħu l-Gvern mingħajr ma jkunu infurmati, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u jikkwota liema kien ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li skont hu qal li l-iskema tal-public private partnership kissret lill-kunsilli lokali?", "Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema rapport l-Avukat Ġenerali qal hekk u jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "OWEN BONNICI: Jien naħseb l-Onor.", "Cutajar qed jiċċajta!", "Huwa bniedem spirituż, iħobb jiċċajta, allura lanqas biss se nwieġbu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb li m'aħniex qegħdin hawnhekk għaż-żufjett!", "Jekk il-Ministru għandu aptit jiċċajta, hawn it-teatru hawn barra, però ladarba ikkwota minn rapport partikolari, kif jitolbu l-Ordnijiet Permanenti, huwa obbligat li jagħmel referenza għal liema rapport qed jgħid u jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ir-ruling huwa ċar.", "Meta tagħmel referenza għal dokument m'intix obbligat li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, imma jekk taqra jew tikkwota minnu.", "Is-Sedja ma semgħet l-ebda kwotazzjoni.", "OWEN BONNICI: L-ewwel nett, dak kien rapport tal-Awditur Ġenerali.", "ROBERT CUTAJAR: Għidli liema wieħed!", "OWEN BONNICI: L-Awditur Ġenerali mhuwiex l-Avukat Ġenerali.", "L-Avukat Ġenerali għandu funzjoni mod u l-Awditur Ġenerali għandu funzjoni differenti.", "Wieħed mir-rapporti tal-Awditur Ġenerali kien proprju rapport li kont tlabt jien stess li jsir, biex jinvestiga din l-iskema li hemm qbil unanimu fost min jifhem li hija skema li kissret lill-kunsilli lokali.", "Dan huwa rapport li qiegħed fl-isfera pubblika u huwa disponibbli faċilment.", "Jekk l-Onor.", "Cutajar jixtieq kopja, jagħmilli domanda parlamentari u nkun nista' nwieġbu.", "(Interruzzjonijiet) Qed imeri …", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, agħmel il-konklużjoni tiegħek.", "OWEN BONNICI: Nappella lil din il-Kamra biex ma mmerux is-sewwa magħruf.", "Sar żball, saret skema ħażina u l-Oppożizzjoni għandha tammetti, ħalli nimxu 'l quddiem.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nerġa' nirreferi lill-Ministru għall-informazzjoni pprovduta mill-mistoqsija parlamentari, għax naħseb li r-risposta li ngħatat għal din il-mistoqsija hija xhieda biżżejjed ta' kemm kienet skema ħażina, għax il-kunsilli lokali ma ddejnux biss dak iż-żmien, imma għadhom midjunin sal-lum u hemm xi kunsilli lokali li ma jistgħux jagħmlu xogħol ieħor ħlief li jħallsu dan id-dejn li daħħalhom fih il-Partit Nazzjonalista.", "Il-Ministru, li hu responsabbli mill-kunsilli lokali, se jerġa' jibgħat lill-kunsilli lokali jiddejnu sabiex jagħmlu xogħol fil-lokalitajiet tagħhom?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru, fil-qosor.", "OWEN BONNICI: Dan il-Gvern mhux talli ma dejjinx lill-kunsilli lokali, talli għal sena wara l-oħra żidilhom l-allokazzjoni finanzjarja u se nkunu qed ngħinuhom iwettqu proġetti importanti għal pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk matul l-ewwel erba' snin li hu kien Ministru, il-finanzjament tal-kunsilli lokali għat-toroq baqax l-istess bħalma kien taħt il-Gvern preċedenti?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata finanzjament għat-toroq residenzjali li kellu jagħmel il-Gvern u kemm jaħseb li saru minnhom?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Jien nerġa' nikkonferma li taħt il-Gvern preżenti, il-vot finanzjarju għall-kunsilli lokali żdied għal sena wara l-oħra!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' ħwienet tar-retail fil-Belt Valletta, Tas-Sliema, il-Ħamrun, il-Mosta, Birkirkara, ir-Rabat Malta, in-Naxxar, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid fl-2015 u fl-2016, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6512; u", "Tabella li turi n-numru ta' massage parlours fil-Belt Valletta, tas-Sliema, Paceville/San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat Malta, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f'Għawdex fl-2015 u fl-2016, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6514.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ammonti li ngħataw bħala assistenza mill-Aġenzija Sports Malta lill-proġetti infrastrutturali f'Għawdex bejn Novembru 2013 u April 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6217;", "Tabella li turi l-bordijiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, flimkien mar-remunerazzjoni taċ-chairperson u tal-membri, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6219; u", "Lista ta' korsijiet ta' taħriġ għall-ġenituri ta' tfal bid-dyslexia organizzat mill-SpLD bejn Jannar 2013 u Mejju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6471.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L Nru 34/15/2018 - Bye-Laws tal-2018 dwar Tlajjar fil-Marsa (Kunsill Lokali Marsa).", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-2017 tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta;", "Kopja tal-pjanta tal-proġett ta' Triq il-Wied f'Ħal Balzan, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6476;", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet relatati ma' żvilupp li huma pendenti abbażi tal-Floor Area Ratio (FAR) Policy li qegħdin quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6499; u", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-Commercial Sanctions Tribunal għall-perjodu bejn April 2017 u Marzu 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, ilbieraħ il-Ħadd 24 ta' Ġunju, attendejt għal-laqgħa informali msejħa b'urġenza mill-Kummissjoni Ewropea biex tiġi diskussa l-problema li qed tiżviluppa bħalissa ta' immigrazzjoni fil-Mediterran u fl-Ewropa kollha.", "Din kienet laqgħa bla preċedent li attendew għaliha 16-il Stat Membru li huma lesti li jiddiskutu s-soluzzjonijiet għal din il-kwestjoni li qed taffetwana mill-qrib.", "Mhuwiex xi sigriet li hemm diverġenzi kbar fl-Ewropa fuq l-immigrazzjoni.", "Il-messaġġ tiegħi ilbieraħ kien wieħed prammatiku ħafna.", "Tkellimt fis-sens li għandna bżonn soluzzjonijiet u bidliet operazzjonali biex nieħdu ħsieb l-ewwel dak li qed jiġri llum.", "Irridu noħolqu bilanċ bejn il-kriżi umanitarja u kif insolvuha, fejn li nsalvaw il-ħajjiet tibqa' l-ewwel, u l-kwestjoni tas-sigurtà.", "Fost l-oħrajn, għamilt proposta biex l-'Operazzjoni Sophia' tal-Unjoni Ewropea tieħu rwol iktar ċentrali f'dak li qed jiġri u li nagħtu l-possibbiltà lill-awtoritajiet Libjani jagħmlu l-ħidma mistennija minnhom.", "Din il-pożizzjoni kienet riflessa wkoll fost il-maġġoranza tal-mexxejja madwar il-mejda lbieraħ.", "F'din il-vena kien hemm numru ta' proposti għal tisħiħ operazzjonali li issa se jgħaddu għad-diskussjoni fil-Kunsill Ewropew li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa.", "Il-Prim Ministru Taljan ressaq ukoll numru ta' proposti li filwaqt li ħafna minnhom diġà qed jiġu implimentati u huma maqbula, hemm oħrajn li għandhom jiġu kkunsidrati.", "Kien hemm ukoll diskussjoni dwar id-diversi għaqdiet non-governattivi li qed joperaw ftit 'il barra mill-kosta tal-Libja u dwar ir-rwol li qed jieħdu.", "Il-kwistjoni tal-MV Lifeline li ġabret immigranti mill-ibħra Libjani jew fl-ibħra internazzjonali taħt ir-responsabbiltà Libjana, u ma obdietx ordnijiet tal-ewwel ċentru ta' salvataġġ - li kien ta' Ruma - huwa każ minnu nnifsu li qed joħloq sitwazzjoni problematika b'riskju ta' kriżi umanitarja.", "Flimkien ma' mexxejja oħra ta' stati Ewropej qed niddiskutu kif dawn l-NGOs għandhom joperaw.", "Qed naraw ukoll kif qawwiet navali Ewropej jistgħu jippattuljaw żoni barra t-territorji Libjani sabiex is-salvataġġ ikun wieħed sigur anke għal min qed jaqsam.", "Dan qed ngħidu għax qed toħroġ trend, li qed ninvestigaw, fejn biċċiet tal-baħar li qed jgħidu li huma ta' NGOs biex isalvaw in-nies qed ikunu reġistrati bħala pleasure craft boats li allura jistgħu ma jkunux adegwati.", "Min-naħa l-oħra, hemm bżonn li jkomplu jiżdiedu r-riżorsi u t-taħriġ għall-coastguard Libjana biex jintervjenu b'mod aktar effettiv.", "Ilbieraħ il-coastguard Libjana interveniet mill-inqas f'sitt każijiet fejn ġew salvati madwar elf persuna.", "Ġiet diskussa wkoll il-possibbiltà ta' pjattaformi ta' akkoljenza reġjonali fejn dawk li jiġu salvati f'operazzjonijiet ta' salvataġġ jiġu ipproċessati malajr, filwaqt li ssir distinzjoni ta' dawk li jimmigraw għal skopijiet ekonomiċi u dawk li għandhom bżonn protezzjoni internazzjonali.", "Dawn iċ-ċentri jkunu skont liġijiet internazzjonali viġenti u b'koperazzjoni mal-UNHCR u mal-IOM.", "Hemm ideat diverġenti ta' x'forma għandhom jieħdu dawn il-pjattaformi u fejn għandhom ikunu.", "Fid-dawl li hemm pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ma jridux jafu li jikkoperaw f'din id-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni, kien hemm qbil ġenerali li jkun hemm qbil li jekk tibqa' din is-sitwazzjoni, pajjiżi li lesti jaħdmu b'mod konkret favur soluzzjonijiet għandhom jiftiehmu direttament bejniethom mingħajr il-bżonn ta' kunsens bejn it-28 stat membru.", "Din mhijiex is-sitwazzjoni ideali, imma f'dan il-waqt din tkun u hi l-iktar triq realistika.", "Biex inkunu għidna kollox, ta' min jgħid li meta ħadna deċiżjonijiet operazzjonali simili għal dawn, irnexxielna nnaqqsu b'madwar 78% l-ammont ta' dgħajjes li jaqsmu lejn l-Ewropa.", "B'hekk nemmen li d-diskussjoni realistika li kellna lbieraħ tista' twassal għal riżultati konkreti.", "Sur President, niftakru li wara li sar il-ftehim mat-Turkija biex l-influss li kien ġej min-naħa tal-Lvant jiġi kkotrollat, l-influss mexa għall-Mediterran ċentrali.", "Illum il-ġurnata, filwaqt li għandna din is-sitwazzjoni, il-wasliet mill-Mediterran ċentrali naqsu year on year bi 78% – allavolja s-sena l-oħra kienu ta' ammont għoli – u bħalissa qed naraw żieda ta' madwar 40% fil-Mediterran tal-Punent.", "Jiġifieri bħalissa l-ikbar influss qed jinħass lejn in-naħa ta' Spanja fejn, mill-ġdid, wara ħafna snin, qegħdin jerġgħu jaslu persuni fi Spanja direttament mill-Afrika.", "Sur President, huwa tajjeb li nieħu l-okkażjoni biex nirrapporta dwar l-aħħar żviluppi fil-każ tal-MV Lifeline.", "Illum għat-tielet darba erġajna bgħatna iktar provvisti għall-immigranti u l-ekwipaġġ abbord u erġajna offrejna għajnuna medika, jekk ikun hemm bżonn, sakemm tiġi riżolta din il-kwistjoni.", "Fil-jiem li għaddew bgħatna l-Forzi Armati biex jagħmlu evakwazzjoni medika, imma din, wara li ġiet mitluba, ġiet respinta mill-kaptan tal-MV Lifeline.", "Għal darb'oħra ninsabu fit-tajjeb legalment sal-ħin li qegħdin nitkellmu, u qed naraw li nonoraw anke l-obbligi umanitarji fl-istess diskussjonijiet biex tiġi żblukkata din is-sitwazzjoni li nħolqot mill-aġir tal-kaptan ta' dan il-vapur li kiser ir-regolamenti internazzjonali.", "Aħna offrejna li nagħmlu l-parti tagħna u li ħaddieħor jagħmel il-parti tiegħu.", "Min-naħa l-oħra, m'iniex se niddejjaq ngħid li bħala pajjiż se nkunu kontra l-illegalitajiet, anke jekk ikunu ġejjin minn organizzazzjonijiet, u se nieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji, anke jekk ma nkunux popolari lokalment u internazzjonalment, kontra min ma jobdix direzzjonijiet ċari skont liġijiet internazzjonali marittimi.", "Kulħadd, kemm pajjiżi kif ukoll organizzazzjonijiet, irid joqgħod għar-regoli.", "Min-naħa tiegħi nibqa' nsostni li f'mument fejn it-tensjoni tibda tielgħa rridu nappellaw għas-sensibilità.", "M'iniex se nħalli lil ħadd juża din il-kwistjoni biex irewwaħ xi diskors estrem, u fl-istess waqt nitlob biex id-diskors minn kulħadd ikun wieħed meqjus.", "L-għaqda f'din il-Kamra dwar din il-kwistjoni hija kruċjali u f'dan il-mument ninnota l-attitudni matura u pożittiva tal-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar jiem dwar l-immigrazzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Min-naħa tiegħi, inwiegħed li nibqa' naġġorna lil din il-Kamra bl-aħħar żviluppi.", "Inwiegħed li d-deċiżjonijiet tiegħi se nkompli neħodhom fid-dawl tal-ħarsien tal-ħajja u tal-interess nazzjonali.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ADRIAN DELIA (Kap Tal-Oppożizzjoni): Sur President, nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-aġġornament li tana u talli qed iżommni infurmat matul dawn il-ġranet.", "Kif diġà għidt f'dan il-Parlament ftit tal-ġranet ilu, din mhijiex problema jew sitwazzjoni li se tiġi u titlaq.", "Din mhijiex xi ħaġa ta' Gvern u ta' Oppożizzjoni, u nixtieq li nagħmel dan ċar daqs il-kristall mill-bidu ta' dan id-diskors qasir tiegħi.", "Din hija xi ħaġa fejn Malta u l-mod kif taġixxi hu ta' prijorità assoluta.", "M'hemm l-ebda diżgwid bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq dan, u qegħdin nieħdu pożizzjoni solidali bħala pajjiż.", "Il-mod kif naġixxu se jiddefinixxi x'inhi Malta u x'tirrappreżenta.", "Hemm l-interess nazzjonali u hemm il-ħajjiet ta' persuni li mhux biss tinħoloq kriżi dwarhom, imma jistgħu jkunu wżati minn terzi u jinqabdu f'sitwazzjonijiet li huma stess m'għandhom l-ebda kontroll fuqhom.", "Din mhijiex problema ta' Malta u l-Italja biss, imma hija problema tal-Mediterran u tal-Ewropa.", "Ikun għajb jekk ikun hawn min jippermetti u jinstiga li din tiżviluppa fi problema bejn Malta u l-Italja.", "L-Oppożizzjoni se tkun qed tagħmel il-parti tagħha flimkien mal-Gvern biex ir-relazzjonijiet tajbin li dejjem kellna mal-Italja matul l-aħħar snin ma jiġux imkasbra jew b'xi mod imxekklin minħabba azzjonijiet ta' terzi.", "F'kull mument se nibqgħu nħarsu l-interess nazzjonali.", "F'kull mument pajjiżna se jibqa' jħares il-liġijiet internazzjonali u minkejja d-daqs ċkejken u l-limitazzjoni fir-riżorsi, se nagħmlu dak kollu li nistgħu biex insalvaw il-ħajjiet umani.", "Il-bilanċ mhuwiex faċli.", "Is-sitwazzjonijiet huma delikati u fi ftit sigħat jistgħu jinbidlu.", "Qegħdin nitħaddtu dwar kif jaġixxu l-pajjiżi bejniethom, imma l-aġir u l-komportament tagħhom qed jaffettwa l-ħajjiet tan-nies f'kull mument.", "Nafu li fil-passat kien hemm inċidenti serji ħafna fejn il-Mediterran, li hu l-baħar tal-paċi u l-kultura, kien qed jinbidel f'baħar ta' demm u ta' traġedja.", "Għalhekk irridu naħdmu flimkien biex dan qatt ma jseħħ u nevitaw kull sitwazzjoni li tkun tista' sseħħ.", "Allura nilqa' l-istedina tal-Prim Ministru, u l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda mal-Gvern f'dan it-tentattiv tagħna bħala pajjiż biex nuru li meta nitħaddtu fuq affarijiet bħal dawn, Malta tosserva l-liġi, tħares il-ħajja, tħares l-obbligi tagħha u fl-Ewropa nitkellmu b'leħen wieħed.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, nirringrazzja lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni għall-intervent tagħhom.", "Nixtieq nagħmel tliet mistoqsijiet fil-qosor lill-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru qal li jekk jibqa' ma jsir xejn fuq livell Ewropew, hemm il-possibbiltà li grupp iżgħar ta' pajjiżi Membri tal-Unjoni Ewropea jibqgħu mexjin 'il quddiem bejniethom.", "Nifhem li l-Prim Ministru kien qed jirreferi għall-enhanced cooperation.", "Jista' jagħti ftit aktar dettall dwar xi ħsebijiet hemm f'dan is-sens?", "It-tieni mistoqsija tiegħi tittratta r-relazzjoni bejn Malta u l-Italja, li aċċennaw għaliha kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "M'hemmx dubju li l-imġiba tal-Italja taħt il-Gvern preżenti hija ta' dispjaċir u ta' diżappunt għax qed ikollha effett negattiv fuq ir-relazzjoni bejn pajjiżna u l-Italja.", "Dan huwa ta' dispjaċir kbir għalina li aħna ġirien tagħhom u li tradizzjonalment dejjem kellna relazzjoni tajba mal-Italja.", "Minkejja dak li jingħad fil-miftuħ, xi kultant qegħdin nisimgħu dan il-ħafna kliem żejjed minn ċerti Ministri Taljani, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru xi tentattivi biex ir-relazzjoni fil-konkret ma titnawwarx?", "Aħna għandna interess nazzjonali kbir li r-relazzjoni mal-Italja tibqa' b'saħħitha.", "L-aħħar mistoqsija tiegħi hi dwar l-NGOs.", "Il-Prim Ministru qal pubblikament, għal darba, tnejn, li jidhirlu li l-NGOs għandhom jiġu regolati.", "Jista' jgħidilna kif?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, naturalment, minn mument għal ieħor dejjem nistennew li jaslu numru ta' immigranti f'pajjiżna, anke għax Malta tkun the safest port.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid pajjiżna kemm hu ppreparat biex jilqa' influss ta' immigranti, kemm jiflaħ jilqa' immigranti f'daqqa, u jekk jibqgħu ġejjin il-mijiet, kemm jiflaħ għal iktar immigranti b'mod totali?", "L-ISPEAKER: Jekk m'hawnx iktar domandi, insejjaħ lill-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nibda mill-ġdid billi nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni għall-attitudni li ħa.", "Kif qal hu, fl-aħħar jiem konna qegħdin naqsmu l-informazzjoni li għandna, u naħseb li l-koperazzjoni f'dan il-qasam hija waħda tajba ħafna.", "Fil-verità, we are on the same side u nħares 'il quddiem li nkomplu b'din it-tip ta' information sharing, li lanqas hi xi ħaġa ġdida, għax saret fis-snin li għaddew u saret anke miegħi meta kont Kap tal-Oppożizzjoni mill-predeċessur tiegħi bħala Prim Ministru.", "Jiġifieri naħseb li mhijiex biss kwistjoni ta' kortesija, imma hija wkoll mod kif minkejja li n-nies il-ħin kollu jarawna bil-battibekki, meta niġu għas-si u n-no huwa importanti ħafna li nibagħtu s-sinjal li dan il-pajjiż jaf jingħaqad.", "Sur President, napprezza li f'mumenti diffikultużi bħal dawn, tal-inqas joħroġ it-tajjeb.", "Inti ġieli ġbidtilna l-attenzjoni dwar il-lingwaġġ li nużaw għal xulxin u fuq l-attitudni f'din il-Kamra.", "Dan huwa wieħed mill-mumenti li f'din il-Kamra we stand up to be counted b'mod pożittiv.", "Naħseb li din il-ħaġa rridu nirrimarkawha lkoll kemm aħna.", "Niġi għall-mistoqsijiet li għamel l-Onor.", "Rigward l-idea jekk hux permezz tal-enhanced cooperation b'mod formali jew b'mod informali, ilbieraħ kien hemm diskors ta' koperazzjoni b'mod informali mill-ewwel.", "Jekk se niġu għas-si u n-no f'dak li għandu x'jaqsam ma' ripatrijazzjoni ta' immigranti, se jibda jkun hemm koalizzjoni fost numru ta' pajjiżi li se jkunu lesti li jidħlu għal ċerti skemi minn rajhom, mingħajr ma joqogħdu jistennew lil ħadd, mingħajr ma jkun hemm impożizzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, u mingħajr ma noqogħdu nidħlu fi kwestjonijiet oħrajn.", "Rigward jekk wieħed għandux jara s-sanzjonijiet, għandux jidħol fi kwestjoni ta' ffinanzjar f'diskussjonijiet dwar l-MFF u fil-baġit tal-Unjoni Ewropea, ovvjament hemm ideat.", "M'iniex ngħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta f'dan ir-rigward, għax naħseb li rridu nirriservawha, imma hemm ideat li qegħdin jiġu ċċirkolati li jekk inti ma tridx tkun solidali b'mod sħiħ fuq livell Ewropew, jekk se jkun hemm mekkaniżmi ta' finanzjament Ewropew, ma tistax timmaġina li tkun parti minnhom u tibbenefika minnhom.", "Dik waħda mill-ideat li kienet qiegħda tiġi ċċirkolata mhux ilbieraħ waqt il-laqgħa, imma b'mod ġenerali.", "It-tielet punt li ssemma kien dwar ir-regolazzjoni tal-NGOs.", "L-NGOs illum il-ġurnata, ħlief għall-Code of Conduct li hemm fl-Italja, mhumiex regolati.", "Fil-fehma tiegħi, jien se nkun l-ewwel wieħed li niġi attakkat mill-mezzi tax-xandir.", "Din hija issue li dwarha hemm konverġenza sħiħa mill-gvernijiet Ewropej, imma naħseb li kulħadd irid joqgħod għar-regoli.", "Aħna, bħala pajjiż, f'ċerti istanzi ġieli ġejna attakkati li m'aħniex mexjin mar-regoli.", "Jien naqbel li għandna nimxu mar-regoli, u mhux aħna biss għandna nimxu mar-regoli, imma anke l-organizzazzjonijiet.", "Ma jistax ikolli dgħajsa – u issa jidher li hemm iktar minn waħda f'dan ir-rigward – li tidħol biex tagħmel interceptions u xogħol delikat ta' search and rescue, imbagħad tkun reġistrata bħala pleasure boat.", "Fuq l-internet iniżżlu li huma taħt bandiera Olandiża u meta tkellem lill-Gvern Olandiż – dan jista' jikkonfermah il-Ministru tat-Trasport, u jien tkellimt mal-Prim Ministru Olandiż direttament – jgħidlek li dik mhijiex reġistrazzjoni ta' bandiera, imma sempliċement tkun xtrajt dgħajsa u jkollok qisu certificate of ownership.", "Jiġifieri dak il-vapur ikun stateless, li minnha nnifisha hija definizzjoni legali li tiftaħ pogrom sħiħ.", "Allura jista' jkun li filwaqt li kulħadd miexi bil-pinna u l-klamar u b'elf għajn fuqna, ikun hemm organizzazzjonijiet li jimxu b'dan il-mod!", "Hemm organizzazzjonijiet li jimxu b'mod perfett, imma hemm uħud minn dawn l-organizzazzjonijiet li hemm bżonn jiġu rregolati.", "Case in point hu dan tal-Lifeline.", "Din tal-lifeline inqalgħet għax il-persuni li ġew salvati kienu fl-ibħra internazzjonali fl-SRR Libjana, taħt ir-responsabbiltà tal-Libjani.", "Il-Libjani, għall-ewwel darba f'ħafna żmien, they are responding, u mhux kumbinazzjoni, imma għax qegħdin jintefqu ħafna flus mill-Ewropa biex jiġu mħarrġin in-nies, inkluż hawn Malta.", "It-Taljani qegħdin jagħtuhom id-dgħajjes biex jaħdmu, u fl-aħħar qegħdin jirrispondu t-telephone u qegħdin joħorġu għan-nies.", "Ilbieraħ stess kien hemm sitt każijiet li jammontaw għal 1,000 ruħ, jiġifieri something is happening b'mod pożittiv.", "Il-persuni li kienu qegħdin jaqsmu kienu qegħdin fl-ibħra internazzjonali taħt responsabbiltà Libjana u ċemplu ċ-ċentru ta' Ruma, li ħadu azzjoni mill-ewwel, u lil-Libjani qalulhom biex joħorġu jagħmlu r-rescue.", "Il-Libjani qalu li sejrin għalihom.", "Fl-istess ħin, il-komunikazzjoni ġiet interċettata minn dan il-vapur li qalilhom li se jmorru huma minflok.", "Minn Ruma qalulhom li x-xogħol għandu jsir mill-coastguard Libjana u dawn qalulhom li se jmorru għalihom huma, u l-punt kien wieħed filosofiku, għax jekk jiġu salvati mill-coastguard Libjana, skont il-liġi internazzjonali jerġgħu jittieħdu l-Libja, u jekk jiġu salvati minn din ir-rescue mission, jittieħdu lejn l-Ewropa.", "Dawn għamlu hekk u t-Taljani qalulhom li kif jidħlu fil-port tagħhom, se jarrestawhom.", "Wara li għamlu dik id-dikjarazzjoni qalulhom li l-port tagħhom kien magħluq u bagħtuhom Malta.", "Hemmhekk żbaljaw it-Taljani!", "Issa x'qed jiġri?", "Dawn daħlu fis-search and rescue area tagħna u qegħdin jitlajjaw hemmhekk.", "Aħna, għax nosservaw il-liġi internazzjonali, ma nistgħux ngħidulhom biex jiċċaqalqu minn hemm.", "Fl-ibħra internazzjonali m'għandna l-ebda dritt li bniedem ngħidulu biex jiċċaqlaq minn hemm, ħlief il-flag state, jiġifieri l-istat fejn tkun irreġistrat bħala bandiera.", "Meta bdejna nistaqsu, bdew jgħidu li huma Olandiżi u l-Olandiżi bdew jgħidulna li mhux veru rreġistrati magħhom, imma huma stateless għax ħadd m'għandu informazzjoni fuqhom.", "M'iniex se noqgħod nispekula x'jista' jiġri f'dan ir-rigward, għax tista' tiġi kriżi umanitarja u hemm ir-regoli li aħna nosservaw f'dan ir-rigward.", "Għalhekk qegħdin naraw x'għandu jsir u x'ma għandux isir.", "Jien ma nistax inħalli sitwazzjoni bħal din toqgħod tirrepeti ruħha.", "S'issa qatt ma ġrat, imma ġrat mill-ewwel.", "Nafu b'sitwazzjonijiet fejn kulħadd jagħmel li jrid!", "F'ġieħ kemm hemm, għandu jkun hemm rispett lejn il-ħajja umana, rispett lejn min qed joffri r-riżorsi tiegħu, imma mbagħad hemm ukoll regoli li jridu jiġu segwiti, mhux kif nagħmlu xi ħaġa nsibu infringement jew kawża, jew ħaġa jew oħra, waqt li ħaddieħor jagħmel li jrid!", "Nerġa' ngħid li mhux se nkun popolari u min jaf kemm se jinkitbu artikli u faxxikli fuq dak li qed ngħid, imma dwar dan il-punt ma nistax nagħmel mod ieħor, għax mhijiex biss kwestjoni ta' interess nazzjonali.", "Hija kwestjoni li jekk qegħdin nitkellmu fuq is-saltna tad-dritt, din trid tiġi segwita minn kulħadd u mhux skont il-bżonn.", "F'dak li se ngħid se nkun ċar ħafna, għax il-biża' tiegħi hi li meta nitkellmu b'dan il-mod sod u iebes, jista' jkun li l-argument jiġi hijacked b'mod razzist.", "Se nkun qed nitkellem bl-aktar mod ċar.", "Jekk ikun hemm kriżi umanitarja, hemm sett ta' regoli oħrajn totalment differenti li jieħdu over, imbagħad jekk ikun hemm kriżi umanitarja rridu niddeċiedu x'inhuma r-responsabbiltajiet tagħna –bħalissa qegħdin nagħmlu l-analiżi tagħna – u x'inhi wkoll ir-responsabbiltà ta' min skattaha; f'dan il-każ ta' dan il-kaptan li m'obdiex l-ordnijiet u wassal għal sitwazzjoni ta' imblokk Ewropew.", "Bħalissa għaddejjin ukoll b'diskussjonijiet ma' Stati Membri oħrajn biex naraw kif nistgħu nikkordinaw dan kollu.", "M'iniex se ngħid aktar, għax onestament ma rridx li xi kliem li jingħad jantiċipa ċerti affarijiet u jintuża kontra l-interess nazzjonali tagħna.", "Din hija sitwazzjoni li tinbidel skont it-tip ta' regoli li se jkunu qegħdin jiggvernawna.", "Bħalissa qegħdin jiggvernawna r-regoli marittimi internazzjonali.", "Jekk ikun hemm kriżi umanitarja, imbagħad hemm sett ta' regoli oħrajn li rridu nsegwu u naraw kif ma nsegwuhomx waħedna.", "Hemmhekk tidħol il-kwestjoni tad-djalogu li twassalni għas-sitwazzjoni mal-Italja.", "Fis-sitwazzjoni mal-Italja, jien nemmen li l-iktar ħaġa li għandna nuru bħalissa huwa t-trażżin.", "Mhux għax b'xi mod jew ieħor nistgħu nagħmlu xi dannu fiżiku lil xulxin - ma nemminx f'dak il-punt - imma fis-sens li l-analiżi tiegħi personali hi li ħafna mill-kliem li ntqal ma ntqalx mill-Gvern imma minn individwi prominenti ħafna fi ħdan il-Gvern.", "Issa xogħolna mhuwiex li nagħmlu karikatura u ngħidu li dak huwa l-Gvern Taljan jew, agħar minn hekk, il-poplu Taljan, imma li nipprovaw ningħaqdu mal-elementi tal-Gvern Taljan.", "Ilbieraħ kelli diskursata pjuttost fit-tul mal-Prim Ministru Taljan, filwaqt li l-Ministru Evarist Bartolo ftit tal-jiem ilu kellu diskursata pjuttost fit-tul mal-Viċi Prim Ministru Luigi di Maio.", "Din ma saritx b'kumbinazzjoni, imma kienet irranġata permezz ta' kuntatti li kellna ma' terzi.", "Il-Ministru Carmelo Abela kellu laqgħa fit-tul mal-Ministru Moavero, li nafuh minn esperjenza li kellu qabel fi żmien il-Gvern Letta bħala Ministru għall-Affarijiet Ewropej.", "F'kull livell li għandna relazzjoni, dik ir-relazzjoni qegħdin inżommuha, u nixtieq ngħid li ħafna drabi, biex ma ngħidx fit-totalità, il-feedback li jkollna qed tkun fis-sens li japprezzaw li m'aħniex qegħdin neżasperaw it-toni u nittamaw li xi individwi fl-Italja jindunaw li fl-aħħar mill-aħħar l-interessi tagħna, mhux se ngħid li huma identiċi, imma huma qrib ħafna ta' xulxin.", "Dik hija l-pożizzjoni tal-Gvern Malti.", "Jekk imbagħad ikolli min jgħidli li se jeħodli s-search and rescue area tiegħi, ma nistax ma ngħid xejn, imma rrid noħroġ stqarrija li tkun stqarrija iebsa, li b'lingwaġġ diplomatiku imma li jinftiehem tgħid li ħadd mhu se jikkmandana x'nagħmlu u ma nagħmlux, imma mbagħad mhux se noqogħdu ngħidu ħaġa u oħra.", "Dan huwa l-punt dwar ir-relazzjonijiet mal-Italja.", "L-Onor.", "Hermann Schiavone staqsa dwar kemm aħna ppreparati jew le.", "Ninsabu ppreparati biżżejjed u fl-istess ħin qatt ma tkun ippreparat biżżejjed.", "Jiddependi x'jiġri u f'liema kuntest.", "Hemm ħafna affarijiet li jiddependu minn dan kollu.", "Aħna rridu nkomplu nkunu ppreparati kemm jista' jkun.", "Nemmen mill-ġdid li fl-aħħar mill-aħħar ħalli jkollna nuances differenti, imma jekk inkomplu nżommu dan il-front unit, tal-inqas fuq din il-kwestjoni, tagħmlilna ħafna ġid bħala pajjiż biex naffrontaw l-affarijiet meta jiġu tajjeb u meta jiġu inqas tajjeb.", "Nerġa' ngħid li lilna ħadd m'għandu biex iħammrilna wiċċna.", "Bħalissa hemm ħafna kwestjonijiet, u l-kwestjoni kbira li hemm fil-Ġermanja hi dwar l-hekk imsejħa secondary movements.", "Dan hu meta persuna tidħol f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea u tmur tapplika għall-ażil, għall-protezzjoni, jew għal affarijiet oħrajn f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Ġermaniżi qegħdin jgħidu li mhux sew li jidħlu n-nies l-Italja, imbagħad jiġu japplikaw għall-ażil fil-Ġermanja, u l-Franċiżi qed jgħidu l-istess għal Franza.", "Min-naħa l-oħra t-Taljani qegħdin jgħidulhom li jekk mhux se jgħinuhom iżommu l-fruntiera, mhux se jżommuhom kollha hemmhekk.", "Din tas-secondary movements aħna rajnieha.", "Issa mhux se noqgħod nispekula minn fejn ġew, imma rrid nistaqsi għalfejn meta ilna erba' snin ma jkollna żbark wieħed f'Malta, in-numru ta' asylum seekers f'pajjiżna huwa t-tieni l-ogħla fl-Ewropa!", "Minbarra l-kwestjoni tal-Libja, dan jiġri għax jidħlu f'pajjiżi oħrajn - u mhux se nispekula f'liema pajjiż - jaqbdu ajruplan jew catamaran, biex inkun aktar ċar, jiġu hawnhekk, isibu xogħol hawnhekk u japplikaw għall-ażil hawnhekk.", "Dik hija s-sitwazzjoni u r-realtà tagħha.", "Issa jien ngħid li jekk wieħed jimxi mar-regoli, m'għandux għalfejn ikollna problemi b'dawk ir-regoli, imma din hija s-sitwazzjoni li qed tevolvi u jkun sew li ssir diskussjoni f'dan ir-rigward.", "Jekk xejn, fl-Ewropa naħseb li din hi l-aktar darba li rajt verament rieda, minħabba diversi fatturi.", "Li ma kontx naqbel u m'għadnix naqbel hu li noqogħdu ninħlew b'ħafna high level statements.", "Ħafna mill-affarijiet li qal il-Prim Ministru Taljan ilbieraħ – din għedthielu f'wiċċu u għedtha pubblikament, jiġifieri ma jien qed ngħid xejn minn wara dahru – m'hemmx għalfejn taqbel magħhom, għax diġà huma parti mill-Valletta Declaration u mill-istruttura tal-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri li ngħinu lil pajjiżi biex jiżviluppaw l-ekonomija, dik qbilna magħha u għandna t-Trust Fund.", "It-Trust Fund, bejn wieħed u ieħor, hu underfunded b'madwar €1 biljun, allura iktar milli noqogħdu ngħidu x'għandna nagħmlu, għandna naqbdu €1 biljun, inkluż aħna, u nitfgħu l-flus hemmhekk!", "Semma affarijiet oħrajn li huma ġodda, fosthom il-mod ta' kif trid tinbidel is-sitwazzjoni tal-postijiet fejn jiġu milqugħin il-persuni.", "Fil-verità ma naqbilx li nerġgħu nintilfu f'ħafna high level declarations, imma rridu nibdew noperaw.", "Filwaqt li fil-Mediterran ċentrali kien hemm titjib kbir f'din l-aħħar sena, l-unika darba li rajt sitwazzjoni tinbidel mil-lejl għan-nhar kemm ili fil-Kunsill Ewropew kienet mat-Turkija.", "Mat-Turkija kien hemm kreattività leġiżlattiva u rieda politika.", "Naħseb li dan huwa argument li tajjeb nispjegah, u se nagħtikom eżempju.", "Kien hemm rieda politika, għax il-Ġermaniżi u l-pajjiżi l-kbar riedu jagħmlu xi ħaġa, allura they got it done.", "Għaldaqstant kien hemm kreattività leġiżlattiva, għax kien hemm problema, li jien bdejt nistaqsi kif se joħorġu minnha, li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea bħala tali ma tikkonsidrax lit-Turkija bħala safe country.", "Allura ma tistax tirritorna n-nies f'pajjiż li ma tikkonsidrahx bħala safe country, għax tkun qed tikser ir-regoli tiegħek stess!", "Il-mod kreattiv ta' kif ħarġu minnha kien li hemm pajjiż, li b'kumbinazzjoni huwa l-Greċja, li kklassifika lit-Turkija bħala safe country.", "Tradizzjonalment, hekk riedet tagħmilha.", "Allura dak il-biċċa ta' trattat bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija mhuwiex trattat internazzjonali fuq livell Ewropew, imma huwa trattat bilaterali bejn il-Greċja u t-Turkija, u kien hemm soluzzjoni b'dan il-mod.", "Jien naħseb li f'dan il-livell hemm bżonn soluzzjonijiet operazzjonali f'dan ir-rigward, u dak hu li appellajna għalih, u dak hu li se nkomplu nimbuttaw.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Claudio Grech biex, b'mod konġunt f'isem l-Onor.", "Therese Comodini Cachia, jekk jogħġbu jressaq il-mozzjoni Nru 61 kif tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT BIEX JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI, KAP.", "16 U L-KODIĊI KRIMINALI, KAP.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT DWAR IN-NEGOZJI", "TAL-FAMILJA", "CHRIS CARDONA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozju tal-Famija, Kap. 565.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar in-Negozju tal-Familja.", "Kap. 565\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "PERMESS TAL-KAMRA", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, bi qbil mal-Gvern nixtiequ li mmorru għat-tieni item fuq l-aġenda li dwarha għandna żewġ kelliema, imbagħad wara ngħaddu għall-ewwel item.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, wara li kellna talba mill-Oppożizzjoni dwar dan, il-Gvern qiegħed jaqbel li issa nimxu għall-Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva, li diġà kien miftuħ u wara ngħaddu għall-ewwel item fuq l-aġenda.", "Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex isir dan l-arranġament.", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARRANĠAMENTI U SERVIZZI TA' TEKNOLOĠIJA INNOVATTIVA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Ġunju, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, kif qal il-Ministru li ressaq dawn it-tliet liġijiet, qegħdin niddiskutu tliet liġijiet li jittrattaw suġġett wieħed li jinkludi l-blockchain, il-komunikazzjoni fiskali u l-cryptocurrencies.", "Fi kliem ieħor, b'dawn il-liġijiet qegħdin nittrattaw il-qafas regolatorju li bih nistgħu nibdew u nkomplu l-mixja tagħna biex nagħrfu l-importanza ta' din l-industrija innovattiva u l-futur tagħha f'pajjiżna.", "Bħala Oppożizzjoni, se ngħid li bi pjaċir u bi dmir se nivvotaw favur dawn il-leġiżlazzjonijiet, għax nifhmu l-importanza li jista' jkollha din it-tip ta' industrija innovattiva jekk kemm-il darba naqblu flimkien li naqbdu din it-triq – u nisħaq fuq il-kelma \"flimkien\" – għax jekk m'aħniex se nkunu flimkien f'dan il-pajjiż u nagħmlu din l-innovazzjoni tagħna lkoll kemm aħna, mhux bilfors ikollna suċċess bħalma kellna fil-qasam finanzjarju u f'oqsma oħrajn.", "Biex għandna s-suċċess li għandna llum, li qegħdin ingawduh ilkoll kemm aħna bħala pajjiż, ħdimna lkoll flimkien.", "Sinjura President, kif intqal anke mill-kelliema sħabi, se nivvotaw favur għax kieku kellna nkunu aħna fil-gvern bħalissa, konna nagħmlu dawn il-leġiżlazzjonijiet, forsi bi ftit differenza, imma fl-aħħar mill-aħħar konna nkunu qegħdin naqblu mal-Oppożizzjoni li nagħmlu dawn il-liġijiet, għax hu inevitabbli għal pajjiżna li ma jaqbadx din id-direzzjoni għas-self-employed, għas-sidien ta' negozji żgħar, għall-agrikoltura u għas-sajd.", "Lili jimpurtani li nħares 'il quddiem bir-responsabbiltà ta' kelliem għas-setturi li jien responsabbli għalihom, anke fl-oqsma tal-gaming, fil-qasam finanzjarju jew dak teknoloġiku.", "Meta l-Ministru kien qed jitkellem semma r-ripple effect u lili dik il-kelma tinkwetani l-iżjed, però daqstant ieħor irrid inħarisha u niddefendiha, għax bħalma l-oqsma tat-teknoloġija, tal-finanzi u tal-gaming kellhom ripple effect fuq ħafna negozji żgħar li huma affettwati direttament imma jaħdmu f'oqsma totalment differenti mill-qasam finanzjarju, għalkemm huma anċillari għall-qasam finanzjarju, daqshekk ieħor ma rridx intellef l-opportunità li jista' jkollhom ħafna negozji żgħar f'oqsma totalment differenti li jistgħu jgawdu minn dan ir-ripple effect, jiġifieri minn dak li jaqa' minn fuq il-mejda tas-suċċess ta' dawn l-oqsma.", "Sinjura President, irrid nagħmel il-punt li aħna b'unur naqblu li din hija t-triq 'il quddiem li rridu nsegwu, u naqblu li hu inevitabbli li bħala pajjiż, flimkien, għandna nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq dawn is-setturi ta' innovazzjoni.", "Jien kuntent li niġi hawn nitkellem għan-nom ta' partit politiku li meta kien fil-gvern għamel għażliet politiċi importanti għax kellu viżjoni politika importanti, imma l-ewwel ħaġa li kien jagħmel kienet li jipprova jagħti direzzjoni lil pajjiżna, u kulħadd kien ikun jaf fejn hi d-destinazzjoni ta' dik id-direzzjoni.", "Qed ngħid hekk, għax kieku l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma tefax id-direzzjoni tiegħu lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, u ma tefax id-direzzjoni tiegħu biex bħala pajjiż, b'mod ħolistiku jagħti l-importanza lill-qafas finanzjarju u lill-avvanz teknoloġiku u jipprepara lil pajjiżna bin-network teknoloġika u infrastrutturali u mhux biss bi qbil politiku, kieku llum l-Onor.", "Silvio Schembri ma kienx jiġi hawn jippilota dawn it-tliet liġijiet u jgħid li bħala pajjiż se nieħdu dik it-triq.", "Jien irrid nifraħlu talli kompla jsegwi t-triq li konna qbadna aħna, għax qegħdin nilagħbu logħba tajba fejn jekk inqassmu l-ballun lil xulxin, dan il-pajjiż ikun kapaċi jirbaħ.", "Sinjura President, hawn irrid nagħmel punt politiku ħafif fejn infakkar li xi kultant il-kelliema min-naħa tal-Gvern jiġu jitkellmu b'mod arroganti, daqslikieku f'dan il-pajjiż ix-xemx telgħet meta tela' dan il-Gvern!", "Qisu aħna ħlief dejn m'għamilniex u ħlief deċiżjonijiet ħżiena ma ħadniex, u din tħossha!", "Imma mbagħad tibda tgħid li s-Segretarju Parlamentari ma kienx ikun jista' jitkellem daqshekk tajjeb fuq id-direzzjoni kieku pajjiżna ma daħalx fl-Unjoni Erwopea.", "U dan meta huma kienu kontra, imma jiddejqu jekk tfakkarhom.", "Irridu ngħidu minn fejn tlaqna, u qed nagħmel dan il-punt għax huwa importanti.", "Il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu qal li aħna rridu nuru li bħala pajjiż kapaċi ningħaqdu.", "F'dan is-settur ukoll qegħdin ningħaqdu, imma fis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ma konniex magħqudin.", "Irrid nagħmel il-punt li kieku Malta ma daħlitx fl-Unjoni Ewropea, kieku llum ma sarx dan l-avvanz teknoloġiku innovattiv u dawn il-liġijiet ma konniex inkunu nistgħu niddiskutuhom.", "Dan huwa punt li ma rridx innessih lill-poplu Malti, għax illum malajr jiġu jipprovaw jixkupawna, u jien kontra dik it-tip t'arroganza u ma rridx nużaha fil-konfront tal-Gvern.", "Sinura President, aħna partit business friendly, però ma nippretendix li meta tgħid li inti business friendly tfisser li tidħol fil-but ta' min hu fin-negozju.", "Business friendly għalija tfisser li tagħmel minn kollox biex tara li n-negozju jsir fl-ambitu ta' dak li hu sewwa.", "Lill-Prim Ministru smajnieh jitkellem, u jien jogħġobni meta jitkellem fuq is-sewwa.", "Aħna nsegwu l-liġijiet internazzjonali fil-kwestjonijiet tal-immigrazzjoni irregolari.", "Aħna rridu nsegwu s-sewwa, imma jien irrid li l-Prim Ministru jsegwiha dejjem u mhux meta jaqblilna nsegwu s-sewwa u meta jaqblilna ma nsegwuhiex.", "Ara meta nsegwu s-sewwa x'armonija jkun hawn fil-pajjiż.", "Huwa meta kulħadd jipprova jagħmel li jrid jew imeri s-sewwa magħruf li nibdew noħolqu d-diżordni.", "Jien irrid nagħmel dan il-punt meta wasalna biex naġġornaw għall-vaganzi tas-sajf.", "Silvio Schembri, li huwa Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni u qiegħed fil-Ministeru tal-Finanzi, m'iniex ngħidlu biex jaqbel miegħi, imma nitolbu jaħseb biss dwar dak li qed ngħidlu.", "(Interruzzjonijiet) Skużani; jekk qiegħed fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru aħjar, għax qiegħed fl-ogħla Ministeru li jista' jkun fih!", "Mela se ngħidhielu iktar bil-qalb din il-proposta.", "Illum meta n-nies hemm barra jisimgħuh jitkellem, ibda minni, qed jieħdu pjaċir.", "Jien nawguralu s-suċċess kollu li jixtieq, għax għadu żagħżugħ u jfakkarni f'meta kont Segretarju Parlamentari bħalu, però nagħtih il-parir li ma jinqabadx offside.", "Illum qegħdin fi żmien il-futbol.", "Hu tkellem tajjeb, u wera li jaf x'inhu sewwa u jrid jaqbad direzzjoni f'dak li jemmen fih, u nawguralu, imma mbagħad jiddispjaċini ninnota li dak li tant irid jagħmel, fil-kumplament tal-governanza ma jinħassx.", "Nawgura li mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru 'l isfel, dak li qal hu jkun attwat f'kull settur.", "Huwa tajjeb li jgħid li se jdaħħal l-etika, u nawguralu, għax almenu għandna Segretarju Parlamentri li qed jitkellem fuq l-etika, imma hu biss qed titkellem fuq l-etika, speċjalment fil-qasam finanzjarju, imma hemm ċerti ministri li rmewha l-etika.", "Għandna Gvern li rmieha l-etika, mhux qed ngħid għall-morali, imma qed nuża l-kelma li uża hu.", "U jekk hu uża l-kliem, u nikkwotah, li din hija industrija dinamika u mhux se jistenna lill-Gvern idur magħha, u rridu nkunu effiċjenti aktar minn din l-istess industrija, jien ma rridx nitlifha din l-industrija, imma ma rridx li jkunu sħabu li jtellfuhielna.", "Allura jiddispjaċini ngħidlu li hu tkellem tajjeb, imma l-messaġġ tiegħu kien qisu out of context.", "Hu jaf xi jrid, imma t-tajjeb li jrid hu, il-Gvern tiegħu ma jridux fis-setturi l-oħrajn kollha.", "Jien ma rridux jaqbel miegħi, għax ovvjament inweġġgħu meta jismagħni nitkellem hekk.", "Sinjura President, biex ma taħsibx li qed nivvinta, nirreferik għall-ġurnal The Times tas-Sibt, 19 ta' Mejju 2018, fejn hemm il-messaġġ tal-president għal-lukandiera.", "Issa hu jrid iddaħħal industrija dinamika innovattiva, imma rrid nurih ir-relevanza ta' dak li qed ngħid jien ma' dak li qal hu.", "Ma trid xejn biex tagħlaqlek fabbrika, taqbad il-laptop u titlaq 'l hemm, bħalma bżajna li setgħu jitilqu tal-finanzi.", "Dan mhux bħal meta għalqet il-fabbrika tar-Wrangler, li niftakar kemm kien hawn storbju meta ġiet biex tagħlaq il-bibien tagħha.", "Dawn jagħlqu u lanqas tkun taf li għalqu, imma n-nies qegħdin jgħidulna li ma jistax ikollna industrija bħal din f'third world country.", "L-Onor.", "Schembri għamel tajjeb li qed jagħti qafas regolatorju permezz ta' dawn il-liġijiet, imma dawn l-industriji mhux se jiġu hawn għax għandhom qafas regolatorju biss.", "Il-location of business u l-environment jagħmel sens għalihom ukoll.", "Issa se nikkwota rapport ta' lukandier li qalli li diversi turisti f'Buġibba jgħidulhom li once you go out of the hotel, it's like a third world country!", "Mela dawn ġew hawn u krew l-uffiċini tagħhom - issa nafu kif qed togħla l-kirja tal-uffiċini u l-kirja tal-appartamenti bis-sigħat f'Malta - allura trid li meta joħorġu barra jsibu totalment il-kontra ta' dak li jsibu f'pajjiżi oħrajn?", "Hekk qed tinqabad offside, għax qed tagħmel leġiżlazzjoni tajba li naqblu dwarha, imma l-kumplament tal-Ministri qegħdin ipoġġuk out of context.", "Inti trid iġġib il-ħuta l-kbira, imma l-ħuta l-kbira ma tridx li biex tasal mill-Belt sal-uffiċċju tagħha tibqa' tieħu tliet kwarti jew siegħa bil-karozza, għax jibdew jgħidulek: Aħna nieħdu siegħa bl-ajruplan biex naslu hawn minn Pariġi u mhux biex naslu mill-Mellieħa sal-Belt!", "Dawn huma problemi fiżiċi, allura għalxejn ikollna Segretarju Parlamentari tajjeb li jixtieq javvanza għaxar metri, meta bil-ħidma tal-oħrajn qegħdin immorru lura 20 metru!", "Hawn fejn immur lura għal dak li għedt jien.", "Meta aħna konna fil-gvern, l-ewwel ħaġa li konna nagħmlu kienet li lill-pajjiż nagħtuh direzzjoni politika.", "Dak li għadu m'għamilx dan il-Gvern, li tiegħu inti Segreatrju Parlamentari fl-OPM.", "Allura f'ġieħ is-sewwa ipprovaw irsistu biex tagħtuh direzzjoni 'l fejn irid imur dan il-pajjiż, għax l-iktar ħaġa li m'għandux dan il-pajjiż u li tagħmlu stabbli – kelma li qalha l-istess Segretarju Parlamentari – li tagħmlu integru, hija proprju d-direzzjoni 'l fejn sejrin.", "Ftit ilu, fil-ġurnal l-Orizzont, qrajt artiklu ta' accountant u espert fil-qasam finanzjarju li qal li l-pajjiż irid jgħid: Jien, Malta, min jien?", "Intom qegħdin fis-sitt sena ta' dan il-Gvern u għadkom ma rrispondejtux lil dan il-pajjiż dwar x'inhuma t-terms of reference ta' Malta u din Malta fejn sejra.", "Inti tqum u tagħmel tliet liġijiet tajbin u l-ieħor iqum qisna għandna Gvern li jitmexxa bl-udit, skont minn fejn ġejjin il-flus ngħaddu l-leġiżlazzjoni.", "Jekk ġej xi ħadd li jrid jinvesti fl-IVF, nagħmlu l-emendi għal-Liġi tal-IVF, kif ġara.", "Meta ġie xi Sudaniż li ried jinvesti, kellem lill-Prim Ministru u f'ħames minuti rranġaw biex f'Żonqor Point issir università, imma s'issa għadha ma saritx!", "Hekk sejrin aħna!", "Dan mhux il-Gvern li trid inti.", "Dan mhux il-Gvern li titkellem f'ismu inti, għax id-diskors tiegħek kien totalment differenti.", "Nixtieq li nisimgħu d-diskors ta' Gvern sħiħ.", "Dak li qalulna l-lukandiera, se jgħiduhulek ħafna self-employed u negozji oħrajn.", "Il-lukandiera ta' 5 star hotels qalulna li kellhom iktar turisti milli kellhom qabel, imma kellhom inqas qligħ.", "Dan hu l-aqwa żmien?!", "Jekk il-lukandiera tal-5 star hotels kellhom iktar turisti u kellhom inqas net profit, allura tal-grocer x'kellhom?", "Jien qed nitkellem fuq ir-ripple effect, qed nitkellem fuq dak li jolqot lili, għax dawn huma s-setturi tiegħi.", "Qed nikkomunika miegħek, mingħajr ma naqbeż lill-President tal-Kamra, għax irrid il-ġid.", "Qalulna li għandna l-problema tal-overcrowding li jfisser li dan il-pajjiż kważi m'għadux sostenibbli biex tgħix fih.", "Kif tista' tistenna li jiġu l-kumpaniji u xħin jiġu jitla' duħħan ta' reklami sbieħ, imbagħad meta jibdew jgħixu l-ħajja ta' kuljum isibu li qegħdin jgħixu f'pajjiż fejn ir-realtà tal-ħajja hija diffiċli biex tgħix fiha, u biex issuq fit-toroq hu diffiċli?", "Int qiegħed fl-OPM.", "Qed jitkellem tajjeb, imma nitlobkom teħduh bis-serjetà.", "Il-lukandiera qalu li wasal iż-żmien li nibdew niffokaw fuq is-sostenibbiltà.", "Issa dan ma qalux l-Onor.", "Simon Busuttil, m'għidtux jien, jew l-Onor.", "Adrian Delia, jew xi ħadd ieħor mill-Oppożizzjoni, però skont survey li għamlet il-Kummissjoni Ewropea ġie rapportat hekk:", "Ma jistax ikun.", "Dan huwa pajjiż tat-tielet dinja!", "Sinjura President, kif qegħdin naħsbu li nġibu f'Malta l-cryptocurrencies li ma jridux min itellifhom u skont l-istess Segretarju Parlamentari hija industrija dinamika, meta m'għandekx pajjiż li l-infrastruttura tiegħu hija dinamika wkoll?!", "L-iżjed jekk isibu xi JCB li jibqa' sejjer billejl u binhar, jew jiftħu t-tieqa u jsibu daħna, jew jibdew jaraw kullimkien konkos!", "Mela dawn ġejjin hawn biex jaħdmu biss?", "Fil-pajjiż irridu nkunu koperti biex jekk jista' jkun, it-tajjeb li rridu flimkien, naħdmu għalih flimkien.", "Qalu li għandna liġijiet li jżommu lil dan is-settur 'il bogħod mill-ħasil ta' flus.", "Tajjeb, jien hekk nixtieq, imma mbagħad kif ikollna rapporti bħal dan li jgħidu hekk:", "Mela għandna Segretarju Parlamentari li, bir-raġun kollu - u naqlagħlu l-kappell - jitkellem kontra l-ħasil ta' flus u jrid jagħmel liġijiet biex ma jkunx hemm ħasil ta' flus fil-cryptocurrencies u f'din l-industrija dinamika, filwaqt li f'Malta diġà qegħdin negħrqu fil-klassifika minħa ba stejjer u allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet dwar ħasil ta' flus!", "Nitolbu jiskużani, imma għandu jeħodni bis-serjetà.", "Jaħseb li jrid, imma jien ġejt inkellmu b'intenzjonijiet tajba.", "Naqraw ukoll li:", "Jien nixtieq is-suċċess kollu, imma l-ambjent li fih qed jaħdem is-Segretarju Parlamentari hu totalment differenti mid-diskors kollu li qal!", "Il-Maltin ma jirrapportawx il-korruzzjoni, għax min iwettaqha jgħaddiha lixxa!", "Meta kien qed jitkellem fuq liġijiet – se nikkwotah, għax il-homework tiegħi għamiltu tajjeb – qal li rridu nipproteġu l-integrità ta' din l-industrija, nipproteġu l-protezzjoni tal-konsumatur f'dan is-suq u l-istabilità tas-suq.", "Hu tkellem tajjeb, għax semma tliet affarijiet importanti, imma dawn jien irridhom ukoll għan-negozji ż-żgħar u għas-settur finanzjarju Malti kollu!", "Jien ġejt hawn għax jiddispjaċini nisma' lis-Segretarju Parlamentari jitkellem tajjeb f'ħidma ta' Gvern diżorganizzata totalment f'kuntrast ma' dak li qed jgħid hu.", "Allura bit-tajjeb kollu tiegħu waqa' offside u out of context, għax it-tajjeb li jrid ma jinħassx fil-kumplament tal-Gvern!", "Il-ġurnal Malta Today jgħid hekk:", "Din mhux qed ngħidha jien!", "Insibu wkoll survey li jgħid:", "Allura se jkun hemm nies li jixtiequ jiġu Malta, imma meta jaqraw dawn l-aħbarijiet qabel ma jiġu Malta – bħalma semma l-kumpanija tal-Polonja li tixtieq tiġi Malta, u kuntent li smajtu jitkellem hekk – jibdew jgħidu: Aħjar ma mmorrux 'l hemm.", "Aħna għandna bżonnu dak is-suċċess.", "Titlu ieħor, Sinjura President, huwa \"Understanding child neglect\".", "Tgħidli: x'għandha x'taqsam?!", "Intqal li:", "Lis-Segretarju Parlamentari li jaħdem l-OPM nixtiequ jmur hemm u jgħidilhom li qed nitilfu the well-being of our society, is-sens tat-tajjeb tas-soċjetà tagħna!", "Ngħadduhom dawn il-liġijiet, għax dan is-settur finanzjarju dinamiku li hu 'easy come, easy go', daqshekk huwa ħafif biex jitlaq!", "Dawn imorru fejn jaqblilhom.", "Is-Segretarju Parlamentari tkellem tajjeb, għax qal: Immaġina li aħna jkollna min ibiddlilna s-sistema finanzjarja tat-tassazzjoni, aħna rridu noħolqulhom bażi tajba li biha jibqgħu hawn … Jien naqbel miegħu.", "Hekk irrid jien.", "Dawn ma jiġux hawn għax qed jiffrankaw it-taxxa, imma jiġu hawn għax għandhom il-valur miżjud.", "Però f'Malta liema hu l-valur miżjud li għalih tiġi hawn, jekk mhux minħabba l-liġi tat-tassazzjoni, biex tiffranka l-income tax?!", "Dawn jiġu hawn biex finalment iħallsu inqas taxxa milli jħallsu f'postijiet oħrajn.", "Hu semma kumpanija - għax jien qgħadt nisimgħu, u naf sewwa x'qal - li f'ġurnata tagħmel iktar mill-GDP ta' Malta!", "Allura dik trid tħallas inqas income tax.", "Immaġina kieku qiegħda f'pajjiż ieħor fejn tħallas taxxa iktar minn Malta!", "Mela s-Segretarju Parlamentari għandu raġun.", "Ejjew inġibu dawn il-kumpaniji, għax Malta għandha value added.", "U jien b'din il-kuxjenza ġejt nitkellem hawnhekk, mhux biex nagħmilha ta' bravu.", "F'ġieħ il-ħafna Maltin, li nagħmlu dawn il-liġijiet huwa importanti, imma ma nistgħux nibqgħu nitilfu dak li qal il-ġurnal The Times fl-editorjal tiegħu meta qal:", "Imbagħad joħroġ il-Prim Ministru u jgħidilna li dan hu l-aqwa żmien, għax hekk irid iġiegħel lil kulħadd jemmen, mentri r-realtà tal-ħajja mhijiex hekk.", "Jien nagħtih fuq xiex jaħseb.", "Taf għalfejn qed ngħid hekk?", "Għax intqal li:", "Inti temminha din?", "Issa mhux il-bankini biss għandna tat-tielet dinja f'dan il-pajjiż, imma għandna xi ħaġa oħra.", "Negozjanti ma jagħtux il-flus lit-think-tank, li jaħdem daqqa jikkritika lil wieħed u daqqa jikkritika lill-ieħor, minħabba \"fear of Government\".", "Temmen li din taqraha fil-ġurnal The Sunday Times tal-15 ta' April, mhux tal-1917, meta kien hemm ir-rivoluzzjoni Bolxevista, imma ta' jumejn ilu?!", "Jiġifieri n-negozjanti Maltin qegħdin fl-aqwa żmien għax irridu nġibu f'Malta industriji dinamiċi ħalli nkomplu minn fejn ħallejna aħna, - għax din hi kontinwazzjoni tal-iżvilupp fil-qasam finanzjarju li beda l-Partit Nazzjonalista flimkien mal-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni, u issa qegħdin naqilbu r-rwoli - imma f'dan il-qasam ara xi ġralna!", "Allura din hija l-integrità?", "Is-Segretarju Parlamentari tkellem tajjeb dwar l-integrità, imma ara x'integrità għandna f'dan il-pajjiż!", "Sidien ta' negozji jibżgħu mill-Gvern u ma jagħtux il-flus lit-thank-tank, li ma jmurx jikkritika lill-Gvern dan it-think-tank!", "Araw x'biża'!", "Għalxiex qed ngħid hekk?", "Ħalli nagħti tixbiha.", "Mela s-Segretarju Parlamentari jmur jistad biex jaqbad il-ħut u jitfa' l-għalf fil-baħar biex jiġi l-ħut u jkun jista' jaqbdu, filwaqt li l-Ministri l-oħrajn joqogħdu fuq il-moll bil-flippers itellfulu l-ħut.", "Wieħed jara kif jagħlef biex jiġu l-ħut u l-oħrajn bil-flippers jew b'xi speed boat biex itellfulu l-ħut!", "Qed nieħu pjaċir narak titbissem, Sinjura President, sinjal li fhimtni!", "Ma nistax nitkellem iktar ċar minn hekk.", "Jien ma rridx li s-Segretarju Parlamentari, li għandu l-kapaċità li jġib din l-industrija f'Malta u ressaq tliet liġijiet li qed naqblu dwarhom, imbagħad il-kumplament tal-Gvern itellfuh.", "Fil-verità, qed itellfu lil Malta bħala pajjiż, għax aħna rridu nitkellmu bħala pajjiż.", "Hemm barra hemm nies li ma jibdewx il-ġurnata, u qegħdin fin-negozju.", "Is-Sibt 14 ta' April, 2018 toħroġ deċiżjoni ta' qorti barra minn Malta biex il-whistleblower fil-każ ta' Pilatus Bank ma tintbagħatx Malta, għax Malta mhijiex fdata.", "Sinjura President, fil-ftit ħin li baqagħli rrid nikkonkludi.", "Jien naf sew x'qal is-Segretarju Parlamentari, għax ħadt nota, però pprovajt nuri r-relevanza tad-diskors tajjeb li għamel hu u fejn jixtieq jasal biex inġibu dawn l-industriji f'Malta, imma rrid nurih li apparti dak li jixtieq hu, irid jinżel fir-relevanza ta' x'inhi l-attività tal-Gvern.", "Jekk verament irid il-ġid u s-suċċess lil dan il-pajjiż, he has to get his act right.", "Hu tajjeb tkellem, imma waħdu qed jitkellem hekk.", "Il-kumplament tal-Gvern tiegħu lilu stess qed iħarbatlu l-biegħa t-tajba li qed jaħdem għaliha hu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, qegħdin niddiskutu tliet liġijiet dwar settur sabiex inpoġġu l-pedamenti għal industrija ġdida, settur li n-nies hemm barra semgħu referenza għalih, imma forsi ftit li xejn għadhom jifhmu eżattament xi jfisser.", "Probabbilment illum il-kelma \"blockchain\" kulħadd semagħha hemm barra, imma jekk tistaqsi lin-nies jafux xi tfisser, naħseb li ftit li xejn jgħidulek.", "Forsi dik hija parti mit-tajjeb li f'dan il-Parlament qegħdin niddiskutu dawn it-tliet liġijiet.", "Huwa tajjeb għax qegħdin inkunu innovattivi u qegħdin inkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li qed nagħmlu liġijiet biex nirregolaw settur ġdid li għax nagħmlulu l-pedamenti, jista' jattira negozju u investiment minn barra u joħloq ħafna impjiegi.", "Allura jien, bħall-kollegi l-oħrajn, nixtieq nibda billi nsellem u nifraħ lis-Segretarju Parlamentari għall-ħidma kbira li għamel billi ppreżenta dawn il-liġijiet.", "Għalkemm lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ma tantx nafu personalment, smajtu jitkellem kemm f'dan il-Parlament kif ukoll barra minn dan il-Parlament, u ħadt l-impressjoni li hu ppreparat sew fuq dan is-suġġett u ħadem ħafna biex is-settur tal-blockchain u tal-cryptocurrencies jieħdu bis-serjetà u biex dawn il-liġijiet jeħodhom bis-serjetà, u ta' dan nifraħlu.", "Dan huwa settur ġdid, allura qegħdin nippreparaw is-sodda għalih.", "Jien ngħid prosit, anzi huwa about time li l-Gvern Laburista li issa qabeż il-ħames snin, joħroġ b'inizjattivi ħalli noħolqu setturi ġodda.", "Meta jagħmel hekk, aħna mill-Oppożizzjoni nkunu minn tal-ewwel li nagħtuh l-appoġġ tagħna, kif se nagħmlu meta nivvotaw favur dawn il-liġijiet li qed jagħmlu pass 'l quddiem u jiftħu bibien ġodda għall-ekonomija tagħna, li jekk ma nkomplux niddiversifikawha, jiġifieri niftħulha twieqi u bibien ġodda, ma nkomplux nimxu.", "Din bħar-rota.", "Ir-rota trid tibqa' ddur, għax jekk tieqaf taqa'.", "Issa dawn il-liġijiet huma importanti għax qegħdin naqbdu suġġett ġdid, kreattiv, innovattiv u ngħaddu liġijiet dwaru.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni ovvjament ma nistgħux ma naqblux, anke għax fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista tas-sena li għaddiet konna intrabatna billi bħala partit ipproponejna li nirregolaw dan is-settur u nagħtu s-sehem tagħna biex noħolqu din l-industrija.", "L-industrija ta' dak li ġġib magħha din il-famuża teknoloġija tal-blockchain li tippermetti ħafna avvanzi teknoloġiċi li forsi diffiċli tispjega x'inhuma jew tiddeskrivihom, sakemm idduq il-benefiċċji tagħhom.", "Din bħall-internet.", "Għoxrin sena ilu kien diffiċli li tispjega lin-nies x'inhu l-internet, imma llum in-nies lanqas jgħixu mingħajru.", "Issa din il-blockchain hija teknoloġija li jekk tintuża tajjeb, tista' tkun rivoluzzjonarja fil-ħames snin jew l-għaxar snin li ġejjin għall-ekonomija tagħna.", "Jiġifieri din hija għodda li nistgħu u għandna nużawha tajjeb biex igawdi minnha l-poplu Malti.", "Waħda mill-aktar affarijiet li tissemma għalihom il-blockchain, għalkemm hija xi ħaġa separata, hija l-famuża cryptocurrency.", "Dawn huma flus diġitali, bħalma hi l-Bitcoin li hija waħda mill-aktar popolari.", "Iż-żewġ affarijiet huma differenti, imma biex niftiehmu, il-blockchain hija t-teknoloġija li permezz tagħha wieħed jista' jintroduċi flus diġitali, dawk li jgħidulhom cryptocurrencies.", "Dawn huma flus li kuntrarjament għall-flus li aħna mdorrijin bihom, m'għandhomx awtorità regolatorja jew awtorità ċentrali bħalma hu l-Bank Ċentrali u jużaw sistema deċentralizzata kompletament differenti minn dik li konna mdorrijin biha, imma xorta huma flus li qegħdin jimxu u qegħdin jintużaw.", "Għalhekk huwa tajjeb li f'dan il-Parlament qegħdin inkunu fost l-ewwel parlamenti fid-dinja li qegħdin ngħaddu liġijiet fuq settur innovattiv bħal dan.", "Ladarba qegħdin naqblu, huwa tajjeb li s-Segretarju Parlamentari jkompli jaħdem għall-kunsens fuq dan is-suġġett, anzi huwa importanti li l-kunsens inżommuh kompletament u nsaħħuh.", "Il-messaġġ tiegħi, li huwa simili għall-messaġġ tal-Onor.", "Vassallo li tkellem qabli, hu li ladarba se ndaħħlu dawn il-liġijiet, jeħtieġ li ndaħħlu qafas b'saħħtu u serju ta' liġijiet.", "Jeħtieġ li dan is-settur li se niftħulu l-bibien, nirregolawh b'mod serju, għax jekk ma nagħmlux dan, inkunu qegħdin nagħżqu fl-ilma.", "Huwa importanti li dan is-settur jiġi regolat b'mod serju biex inkunu kompetittivi biżżejjed li nattiraw in-negozju, imma fl-istess ħin ma nkunux flessibbli wisq u naċċettaw kollox u mbagħad jiġi n-negozju li ma rridux jew, agħar minn hekk, in-negozju maħmuġ.", "Dak huwa l-bilanċ importanti li rridu nsibu biex inkunu kompetittivi u ngħidu lid-dinja biex jiġu jinvestu hawn għax il-bieb tagħna għan-negozju huwa miftuħ, imma fl-istess ħin ma nkunux daqshekk flessibbli li kull min irid jiġi u min ikollu intenzjonijiet ħżiena jew ikun maħmuġ jiġi Malta.", "Le, dak it-tip ta' negozju ma rriduhx.", "Aħna meta fl-1994, kważi 25 sena ilu, ħloqna s-settur tas-servizzi finanzjarji, qgħadna attenti li nagħmlu liġijiet, regolamenti u standards għoljin u stretti ħafna biex jiġi biss in-negozju t-tajjeb.", "Fil-fatt, għalhekk ħloqna isem tajjeb fis-settur tas-servizzi finanzjarji u beda ġej in-negozju, għalkemm bil-mod fil-bidu.", "Imma meta beda ġej u bdejna nieħdu isem tajjeb f'dan is-settur, tiskanta, bdiet tinxtered il-kelma li Malta hija pajjiż serju għas-servizzi finanzjarji, allavolja hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq id-dinja, għax id-dinja llum saret villaġġ wieħed.", "Għalhekk llum dan huwa settur daqstant importanti għall-ekonomija tagħna, u f'dan is-settur tal-blockchain jeħtieġ li nagħmlu l-istess ħaġa u nibagħtu l-messaġġ li Malta trid tkun serja u trid taċċetta biss lil min hu serju.", "Min mhuwiex serju jista' ma jħarisx 'l hawn.", "Dan irridu nagħmluh bis-serjetà li nuru fil-liġijiet.", "Il-liġijiet li pprepara s-Segretarju Parlamentari żgur li jidhru studjati u li huma bażi tajba, imma apparti l-liġijiet irid ikun hemm l-isem, irid ikun hemm il-fama, irid ikun hemm ir-reputazzjoni ta' pajjiżna li tkun mhux biss nadifa, imma tkun eċċellenti, għax inkella nibdew nibagħtu messaġġ ħażin.", "Kif jaf kulħadd, jekk hawn inkwiet fuq is-settur, jien ngħid mhux tal-blockchain imma tal-cryptocurrencies – dawn il-flus diġitali li jużaw fit-teknoloġija tal-blockchain – huwa t-tħassib dwar il-money laundering.", "Fil-fatt, ħafna pajjiżi Ewropej, ħafna banek Ewropej u anke barra mill-Ewropa, u ħafna istituzzjonijiet Ewropej, għadhom iħarsu bl-ikrah lejn l-idea ta' cryptocurrencies u għadhom jużaw il-kelma \"cryptocurrencies\" fl-istess nifs u fl-istess sentenza mal-kelma money laundering.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti, u hawnhekk huwa importanti li nagħtu direzzjoni tajba u nagħtu messaġġ ċar.", "Kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo fid-diskors li għamel qabli, sfortunatament il-messaġġ tajjeb tas-Segretarju Parlamentari mhuwiex in sync mal-messaġġ u l-imġiba tal-Gvern fit-totalità tiegħu.", "Ilkoll nafu x'kontroversja hawn f'pajjiżna fejn tidħol il-korruzzjoni u fejn jidħol money laundering.", "L-FIAU ħarġet rapport wara l-ieħor li fihom tikkonkludi li fil-każ taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru hemm suspett raġonevoli ta' ħasil ta' flus u li ġab flus illeċiti minn attività kriminali.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, f'ġieħ kemm hemm, u din mhux ċajta, imma minkejja rapport wara l-ieħor tal-FIAU, ma ttieħed l-ebda pass.", "Għaddiet sena u sal-lum għaddew aktar minn sentejn u baqgħu ma tteħdux passi.", "Minħabba li hu ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, u bħalu hemm ukoll il-Ministru Konrad Mizzi, la ttieħdu passi mill-Pulizija, la mill-Avukat Ġenerali u lanqas mill-istess FIAU.", "Infakkar li l-FIAU hija awtorità Maltija li xogħolha hu li tinvestiga każijiet ta' money laundering.", "Mela araw din is-sitwazzjoni.", "Dan hu settur ġdid importanti, u huwa tajjeb li qegħdin nagħmlu liġijiet tajbin fuqu.", "Imma jekk hemm question mark fuq dan is-settur, mhux f'Malta biss imma mad-dinja kollha, hi li l-cryptocurrencies, dawn il-flus diġitali li aħna se ndaħħlu liġijiet li jippermettuhom, jista' jkun hemm ħasil ta' flus minnhom u fl-istess ħin bħala pajjiż qegħdin nibagħtu l-messaġġ li hawnhekk jekk tkun iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u tagħmel il-ħasil ta' flus, ma jagħmlulek xejn!", "Hemmhekk hemm messaġġ għal kollox żbaljat, u wisq nibża' li x-xogħol tajjeb li qed jagħmel l-Onor.", "Silvio Schembri b'dawn il-liġijiet jista' jkun qed jagħżaq fl-ilma meta tqabblu mal-messaġġ li qed jibgħat il-Ministru tiegħu stess, li jiġi l-Prim Ministru għax, kif fakkarna, hu Segretarju Parlamentari fl-OPM.", "Issa s-Segretarju Parlamentari, kif jagħmlu Ministri oħrajn, jista' faċilment iqum u jgħid li din tal-ħasil ta' flus hija ħsara li trid tagħmel l-Oppożizzjoni, però meta s-Segretarju Parlamentari jiltaqa' man-nies, meta jaqra d-dokumenti, u meta jiltaqa' mal-istituzzjonijiet, isir jaf li din mhijiex invenzjoni tal-Oppożizzjoni.", "Jaf li hemm bażi serja u gravi għal dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni u jaf ukoll li ħsara ma ssirx minn min jiġġieled kontra l-korruzzjoni, imma ssir minn min jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni.", "Għaldaqstant, filwaqt li huwa faċli li wieħed iqum jgħid li aħna qegħdin nagħmlu l-ħsara, għal min irid jaħseb għall-quddiem u jippjana għall-futur ekonomiku ta' pajjiżna, jaf li jekk tkisser ir-reputazzjoni jkun hemm l-inkwiet.", "Ir-reputazzjoni f'Malta ma titkissirx għax iqum xi ħadd mill-Oppożizzjoni u jgħid kontra l-Gvern, imma titkisser jekk verament ikun hemm għalfejn titkisser.", "Hawn nixtieq nirreferi għall-ittra li ħarġet l-Awtorità Bankarja Ewropea fis-7 ta' Ġunju, u fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed kopja ta' din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra, għax din l-ittra s'issa la tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra u lanqas ġiet diskussa.", "Jien se nuża din l-ittra biex nagħti eżempju konkret kif it-tħassib li qegħdin nesprimu aħna f'isem l-Oppożizzjoni dwar ħasil ta' flus huwa tħassib reali.", "Sur President, qed ninduna li din l-ittra qiegħda f'idejk u huwa importanti li tinqara.", "Din ġiet mibgħuta mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Membri tal-Parlament Ewropew li kienu parti mid-delegazzjoni li ġiet f'pajjiżna għal darba, tnejn, tlieta, u tittratta dwar l-investigazzjoni li saret mill-FIAU hawn Malta fuq Pilatus Bank.", "Jiġifieri dak li għamlet jew m'għamlitx l-FIAU fuq Pilatus Bank qed jiġi investigat mill-Awtorità Bankarja Ewropea.", "Terġa', l-Awtorità Bankarja Ewropea f'din l-ittra qed tħabbar li qiegħda tinvestiga lill-FIAU, li hi l-aġenzija Maltija responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus, li ma wettqitx dmirijietha u l-funzjonijiet tagħha sew fil-każ ta' Pilatus Bank.", "Tista' tkun iżjed gravi minn hekk?!", "L-Awtorità Bankarja Ewropea fetħet proċeduri ta' investigazzjoni fil-konfront tal-aġenzija Maltija li suppost qed tiġġieled il-ħasil ta' flus!", "Din issa mhijiex kwestjoni ta' Gvern li politikament irid jiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi, imma hija kwestjoni li anke l-FIAU qed tiġi investigata.", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Busuttil, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Xtaqt niċċara daqsxejn xi ħaġa importanti.", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, Onor. Schembri.", "Skont ir-ruling li ngħata, jekk mhux point of order, l-Onor.", "Busuttil irid jagħtik il-permess.", "SILVIO SCHEMBRI: Għax qegħdin jingħadu affarijiet li mhumiex ċari.", "L-ISPEAKER: Inti tista' twieġbu fil-winding up.", "Onor. Busuttil, tagħti permess lill-Onor.", "Silvio Schembri jispjega ruħu?", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, nagħtih permess bil-qalb kollha.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: M'iniex se nieħu ħafna ħin, ħalli nkompli nisma' lill-Onor.", "Busuttil, però rrid nirrimarka li fuq l-istess ittra diġà ngħatat spjegazzjoni mill-istess awtoritajiet.", "L-Awtorità Bankarja Ewropea xogħolha huwa li tinvestiga ċerti allegazzjonijiet li jsirulha, jiġifieri din hija proċedura normali u mhux xi ħaġa straordinarja, kif forsi qed jipprova jallega l-Onor.", "Saru anke mistoqsijiet parlamentari dwar din l-ittra, li ġew risposti.", "Mhux se noqgħod niftaħ dibattitu fuqha, għax ovvjament mhuwiex il-ħin opportun, però naħseb li l-Onor.", "Busuttil jista' jirreferi għar-risposti li taw kemm l-FIAU kif ukoll l-MFSA.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Busuttil, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, din hija ittra tal-Awtorità Bankarja Ewropea li fiha qiegħda tħabbar li fetħet investigazzjoni fuq l-FIAU, li issa saret magħrufa minn kulħadd għar-rapporti li ħarġet, l-iktar fuq iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.", "Huwa veru dak li qed jgħid is-Segretarju Parlamentari li l-FIAU wieġbet, imma t-tweġiba hija fjakka.", "Tweġiba fjakka tal-FIAU li jien bħala Malti stħajt meta rajtha u kif l-Awtorità Bankarja Ewropea jaraw ir-risposta tal-FIAU, min jaf kemm se jaqilbu għajnejhom!", "Jien nittama li r-risposta li ħarġet l-FIAU ħarġitha għal hawn Malta biss, għax għandkom ħabta hawn Malta twieġbu mod u barra twieġbu mod ieħor!", "Nispera, għax it-tweġiba li ħarġet l-FIAU hija medjokri għall-aħħar u ġġegħilni nistħi li jien Malti daqskemm hi medjokri.", "Meta l-Awtorità Bankarja Ewropea qed tgħidlek li se tinvestiga lill-aġenzija Maltija responsabbli mill-ħasil ta' flus u toħroġ it-tweġiba li ħarġet l-FIAU, hija tal-mistħija.", "Allura l-Awtorità Bankarja Ewropea qiegħda tibgħat il-messaġġ li Malta mhijiex tagħmel biżżejjed fuq il-ħasil ta' flus.", "Is-Segretarju Parlamentari – u aħna qegħdin naqblu miegħu – irid idaħħal is-settur tal-blockchain u jirregolah.", "Aħna naqblu miegħu u se nappoġġjawh.", "Li hemm question mark hu fejn jidħol il-ħasil ta' flus.", "Naħseb li l-messaġġ tiegħi huwa ċar, Onor. Schembri.", "Oqgħod attent, għax biex iddaħħal dawn il-liġijiet trid tibni r-reputazzjoni tiegħek, u r-reputazzjoni tiegħek ma tistax tnawwarha inti stess, għax kif jgħid il-Malti, agħtini l-fama u itfagħni l-baħar!", "Oqgħod attent!", "Jekk ir-reputazzjoni tagħna tkun tajba u ma naċċettawx ħmerijiet u attività kriminali, allura kompli mexxi, għax qed tagħmel tajjeb u se nappoġġjawk.", "Però jekk ir-reputazzjoni tagħna hija ħażina, u l-ittra tal-Awtorità Bankarja Ewropea qed iddoqqlok qanpiena kbira, oqgħod attent għax għandek daqsxejn uġigħ ta' ras.", "Dan hu l-messaġġ li l-Onor Edwin Vassallo, li tkellem qabli, bagħatlek fi kliem grafiku tipiku tiegħu, u li jien qed nipprova nibgħatlek b'mod ġenwin.", "Intom tistgħu faċilment tgħidu li aħna qegħdin ngħidu dan għax irridu nagħmlu l-ħsara, però Onor. Schembri, fil-fond ta' qalbek taf li l-FIAU għamlet rapport, tnejn, tlieta u kkonkludiet li hemm suspett raġonevoli ta' ħasil ta' flus miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, u din idduru kemm idduru, ma tistgħux toħorġu minnha.", "Kif tistgħu toħorġu minnha din l-ittra?", "Billi tieħdu passi.", "Ħudu passi fuq Pilatus Bank.", "Ħudu passi fuq Keith Schembri.", "Ħudu passi fuq Konrad Mizzi.", "Jekk tridu tnaddfu r-reputazzjoni ta' pajjiżna, ħudu azzjoni fil-konfront ta' dawn in-nies.", "Ħudu passi fuq sid Pilatus Bank.", "Veru li bħalissa ma jistax joħroġ mill-Amerika, għax qiegħed jiffaċċja akkużi kriminali li jistgħu jitfgħuh il-ħabs għal 125 sena.", "Però oqgħod attent, għax jekk se timbotta din l-industrija - u tagħmel sew li timbottaha, u nispera li l-kritika tiegħi teħodha fl-ispirtu li qiegħed nagħmilha - trid timbottaha b'reputazzjoni tajba u mhux b'reputazzjoni ħażina, għax inkella se tattira lejn pajjiżna n-negozju li ma rridux u li m'għandniex bżonn, għax il-ħmieġ ma rriduhx aħna!", "Aħna negozju serju rridu, u m'għandix dubju li inti negozju serju trid.", "Ara taħseb!", "Naħseb li l-messaġġ tiegħi għamiltu ċar.", "Oqogħdu attenti!", "Din l-ittra, apparti li tħabbar li qiegħda tinvestiga lill-FIAU – u dak li tgħid fuq l-FIAU huwa gravissimu – tħabbar ukoll li qiegħda tinvestiga lill-MFSA, għalkemm iżżid tgħid li fuq l-MFSA għad m'għandha l-ebda konklużjoni, għax il-korrispondenza għadha għaddejja.", "Mela issa mhux l-FIAU biss, imma anke l-MFSA, li hi l-awtorità tagħna għas-servizzi finanzjarji!", "Allaħares immorru hemm!", "Jiena lanqas li l-FIAU tiġi investigata ma nixtieq u ma nieħu gost, aħseb u ara l-MFSA, li hija l-awtorità responsabbli mis-settur tas-servizzi finanzjarji!", "Nappella lill-Gvern u lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex din l-ittra jeħduha bis-serjetà, u l-Gvern jaf xi jrid jagħmel biex jeħodha bis-serjetà.", "Għandu jieħu azzjoni fuq Pilatus Bank, azzjoni fuq sid Pilatus Bank Ali Sadr, azzjoni fuq iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, u azzjoni fuq il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi.", "Dak huwa l-uniku mod kif din il-kwestjoni nistgħu nsolvuha darba għal dejjem u isem pajjiżna jerġa' jieħu n-nifs u jitnaddaf.", "Qabel ma nikkonkludi d-diskors tiegħi, l-appell tiegħi lill-Gvern huwa wieħed u sempliċi.", "Qed tgħaddi tliet liġijiet li bihom se ddaħħal settur ġdid f'pajjiżna, u qiegħed tagħmel sew li se ddaħħal dawn il-liġijiet, u aħna se nappoġġjawk billi nivvotaw favur dawn il-liġijiet.", "Però oqgħod attent, għax dawn il-liġijiet u dan is-settur tal-blockchain, settur ġdid u innovattiv, għandu bżonn ħaġa waħda kruċjali biex il-pedamenti tiegħu jkunu tassew sodi.", "Għandu bżonn reputazzjoni tajba għal pajjiżna u isem tajjeb għal pajjiżna.", "Reputazzjoni tajba għal pajjiżna tista' tasal għaliha bi ġlieda b'saħħitha, effettiva u ta' vera kontra l-ħasil ta' flus.", "Jekk ma tagħmilx hekk se jkollna reputazzjoni ħażina għal pajjiżna, allura dan ikun settur li minflok ma jattira n-negozju li rridu, jattira n-negozju li m'għandniex bżonn.", "Mill-ġdid nawgura lis-Segretarju Parlamentari talli rnexxielu jippilota dawn it-tliet liġijiet importanti għal pajjiżna, u l-messaġġ li qegħdin inwasslu lill-Gvern minn qalbna hu li jieħu ħsieb li dan is-settur jibnih fuq reputazzjoni tajba u jieħdu fl-ispirtu ġenwin u pożittiv li qegħdin inwassluh.", "Sur President, issa nixtieq nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra mibgħuta mill-European Banking Authority fis-7 ta' Ġunju 2018 lill- Membri tal-Parlament Ewropew li ffurmaw parti mid-delegazzjoni ad hoc li żaret Malta b'referenza għal inkjesta preliminari fir-rigward tal-Pilatus Bank f'Malta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mela skont il-ftehim milħuq aktar kmieni matul din is-seduta, id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi se tieqaf hawn u l-Kamra issa tgħaddi għall-ewwel item fuq l-aġenda.", "Fit-8.04 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata, skont il-ftehim milħuq.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji, biex jittrasponi d-Direttiva (EU) 2016/97 (id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni), u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, għandna quddiemna l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji li jemenda żewġ liġijiet, l-Att dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni u l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni.", "L-għan prinċipali ta' dan l-Abbozz huwa li jiġu emendati dawn il-liġijiet biex imbagħad inkunu nistgħu nipproponu emendi konsegwenzjali għall-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni biex isir iktar allinjament kemm mat-terminoloġija proposta, kif ukoll mal-emendi proposti għall-Att dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni.", "Għalhekk, grazzi għal dawn l-emendi se nkunu qegħdin naraw li anke r-regoli ġodda tal-kondotti tal-operat jiġu trasposti b'mod effettiv hawn Malta wkoll.", "Id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni tistabbilixxi l-1 t'Ottubru 2018, bħala d-data li fiha l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni.", "Għalhekk, lil hinn minn ħafna titli, l-iskop eżatt ta' din id-direttiva huwa li jiġi estiż il-kamp tal-applikazzjoni tagħha biex tinkludi impriżi tal-assigurazzjoni li jbigħu l-prodotti tal-assigurazzjoni diretti, kif ukoll l-impriżi tar-riassigurazzjoni.", "B'dan il-mod, id-Direttiva se tkun qiegħda tassigura li l-konsumaturi jibbenefikaw mill-istess livell ta' protezzjoni, minkejja d-differenzi bejn il-mezzi tad-distribuzzjoni u l-konsumatur.", "B'hekk ikun jista' jgawdi minn standards komparabbli, b'mod partikolari fl-iżvelar ta' informazzjoni u bil-kundizzjonijiet ugwali għad-distribuzzjoni tagħhom.", "Għalhekk, din id-Direttiva timmira iktar lejn armonizzazzjoni minima, u għaldaqstant ma tipprekludix milli jiddaħħlu dispożizzjonijiet iktar rigorużi biex nipproteġu lill-konsumatur.", "Hawnhekk qegħdin naraw li l-għan prinċipali huwa dejjem il-protezzjoni tal-konsumatur fejn tidħol l-assigurazzjoni.", "Fil-fatt, it-tifsira \"distribuzzjoni tal-assigurazzjoni\" li tinsab fl-artiklu 2 tad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tispeċifika li l-attivitajiet kollha li huma kkonsidrati bħala attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-assigurazzjoni huma attivitajiet ta' konsulenza, proposti jew twettiq ta' xogħol ieħor preparatorju għall-konklużjoni ta' kuntratti tal-assigurazzjoni, ta' konklużjoni ta' tali kuntratti, jew inkella ta' għajnuna fl-amministrazzjoni u/jew fil-prestazzjoni ta' dawn il-kuntratti.", "B'mod partikolari, hemmhekk qegħdin inħarsu lejn każ ta' prestazzjoni, inkluż għoti ta' informazzjoni li tikkonċerna l-kuntratt tal-assigurazzjoni.", "Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tapplika din it-tifsira għal attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-assigurazzjoni li jitwettqu permezz tal-użu tal-website, bħal meta jkollok websites li jagħmlu paragun bejn assigurazzjoni u oħra, u fejn dan iwassal biex klijent ikun jista' jikkonkludi direttament jew anke indirettament kuntratt mal-assigurazzjoni.", "Din id-Direttiva ma tapplikax għall-persuni li jagħmlu attivitajiet professjonali, bħal kuntistabbli u avukati, jew li jipprovdu konsulenza dwar il-kopertura tal-assigurazzjoni fuq bażi inċidentali matul din l-attività professjonali.", "Għalhekk, din ma tapplikax għas-sempliċi għoti ta' informazzjoni ta' natura ġenerali dwar prodotti ta' assigurazzjoni sakemm l-għan ta' dik l-attività ma jkunx li jgħin lill-konsumatur jikkonkludi jew iwettaq kuntratt ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, kif diġà semmejna.", "Din id-Direttiva ma tapplikax għall-ġestjoni professjonali f'isem intrapriża ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, u lanqas għal aġġustament ta' telf u valutazzjoni esperta tal-pretensjonijiet.", "Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni ma japplikawx għas-sempliċi introduzzjoni ta' attivitajiet li jikkonsistu fil-provvista ta' data ta' informazzjoni dwar id-detenturi u potenzjal ta' poloz lill-intermedjarji jew lill-intrapriżi.", "Debono, imbagħad nagħmel il-konklużjoni wara.", "Qabel nagħlaq inżid ngħid li d-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni tintroduċi kategorija ġdida ta' intermedjarju magħruf bħala intermedjarju anċillari fl-assigurazzjoni.", "Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw mhux biss għall-intermedjarji fl-assigurazzjoni u għall-intrapriżi fl-assigurazzjoni, iżda wkoll għall-persuni li jwettqu d-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni bħala attività anċillari.", "Pereżempju, hawnhekk qed nirreferu għal aġenti tal-ivvjaġġar u kumpaniji li jikru l-vetturi.", "F'dan il-każ, l-intermedjarji anċillari fl-assigurazzjoni huma l-persuni li l-attività prinċipali tagħhom mhijiex li jwettqu l-attività tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni, iżda li jbigħu prodotti li huma komplementari għas-servizz provdut.", "Jiġifieri meta l-prodotti tal-assigurazzjoni jikkonċernaw assigurazzjoni fuq il-ħajja jew riskji ta' responsabbiltà, il-prodotti mibjugħa minn intermedjarju anċillari fl-assigurazzjoni għandhom jikkomplementaw il-prodotti jew is-servizz li l-intermedjarju joffri bħala l-attività professjonali prinċipali tiegħu.", "Din kienet introduzzjoni ta' din id-Direttiva, li hija wkoll traspożizzjoni li għandna ż-żmien stipulat meta rridu nimplimentawha f'Malta.", "Nifhem li min-naħa tal-Oppożizzjoni hemm qbil ukoll fuq din id-Direttiva, għalhekk min-naħa tiegħi f'dan l-istadju m'għandi xejn iktar xi nżid sakemm nisma' lill-kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, se nkompli ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Silvio Schembri u nagħti l-ideat tiegħi dwar dan l-Abbozz li, kif spjega l-Onor.", "Schembri, permezz tiegħu qed jiġi trasposta d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni.", "F'Jannar 2016 il-Parlament Ewropew ivvota favur leġiżlazzjoni li permezz tagħha jsir titjib b'saħħtu fir-regolamentazzjoni tas-settur tal-assigurazzjoni.", "Bħal f'kull dispożizzjoni Ewropea oħra, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom pajjiżna, kellna perjodu tranżitorju ta' sentejn.", "Biex ikunu preċiżi kellna aktar, għax inizjalment kien intenzjonat li jkun sa Frar 2018 u issa ġie estiż għal Ottubru 2018.", "Wara l-perjodu tranżitorju, jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet legali fil-liġijiet tal-pajjiż rispettiv tal-istati membri Ewropej.", "Għalhekk qegħdin teknikament fil-ħin, proprju sentejn wara, biex nagħmlu dawn it-traspożizzjonijiet mitluba mill-Unjoni Ewropea.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex kontroversjali, imma huwa pożittiv u bħalma għamilna f'bosta traspożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mingħajr l-ebda dubju se nkunu qegħdin nappoġġjawh u nivvotaw favur tiegħu.", "Il-ġimgħa li għaddiet, fil-Parlament kont qiegħda nitkellem dwar traspożizzjoni ta' direttiva oħra tal-Unjoni Ewropea f'Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Ministru Chris Cardona dwar is-sigrieti professjonali.", "Kif għidt dwar l-Abbozz li ddiskutejna l-ġimgħa li għaddiet, nista' ngħid ukoll għal dan l-Abbozz; nemmen li l-emendi mressqa biex jiġu transposti fl-Abbozz li għandna quddiemna, b'mod ġenerali huma leali lejn id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Kif għidt, dan l-Abbozz huwa tajjeb u pożittiv, u permezz tiegħu primarjament se jkun qed isir titjib fir-regolamentazzjoni fis-suq tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, dak is-suq li aħna ngħidulu retail insurance.", "Permezz ta' din ir-regolamentazzjoni aktar b'saħħitha u aktar relevanti, se jinħolqu aktar opportunitajiet għal negozju bejn pajjiż u ieħor, dak li fin-negozju ngħidulu cross-border.", "Dan l-Abbozz li permezz tiegħu qegħdin nittrasponu d-direttivi imposti fuqna mill-Unjoni Ewropea, qed jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet neċessarji biex ikun hemm aktar kompetizzjoni ġusta bejn id-distributuri ta' prodotti tal-assigurazzjoni bħal, pereżempju, permezz ta' direttiva estensiva għall-bejgħ dirett tal-prodott tal-assigurazzjoni.", "Punt ieħor importanti ħafna li l-Unjoni Ewropea qed timponi lill-istati membri tagħha biex jinkludu fil-liġijiet rispettivi tal-pajjiż hija proprju li permezz tal-emendi li għandna llum tissaħħaħ il-protezzjoni għall-konsumatur, l-aktar fil-każijiet tad-distribuzzjoni ta' prodotti tal-investiment li huma bbażati fuq policies tal-assigurazzjoni.", "Dawn l-insurance based investment products, li teknikament insejħulhom IBIPs, b'mod partikolari l-life insurance policies, jinxtraw bħala polza tal-assigurazzjoni.", "Għal ħafna, dawn jinxtraw għax huma mandatorji meta tinxtara xi proprjetà, però hemm oħrajn li jixtruhom bħala forma ta' investiment.", "Din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea li qegħdin niddiskutu llum biex indaħħlu emendi li permezz tagħhom il-liġi tagħna tiġi konformi mad-Direttiva Ewropea, jekk tiġi implimentata kif suppost, se ġġib magħha aktar tibdil pożittiv.", "Pereżempju, fejn tidħol ir-reġistrazzjoni, permezz tad-direttiva Ewropea, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jinkludu intermedjarji anċillari, issa se jkunu mistennija jirresġistraw mal-awtorità kompetenti tal-istat membru rispettiv tagħhom biex ir-reġistru elettroniku uniku li se jitwaqqaf mill-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet jikkordina r-reġistri ta' kull stat membru, bħal pajjiżna, u jmantni r-records intermedjarji kollha li jkunu qegħdin iħaddmu attività bejn pajjiż u ieħor.", "Permezz ta' din id-direttiva Ewropea se jiġu introdotti r-rekwiżiti minimi li wieħed għandu jkollu dwar l-għarfien professjonali u l-kompetenza, anke fl-iżvilupp professjonali.", "Fl-opinjoni tiegħi huwa pass importanti ħafna li ġie introdott il-minimum threshold lill-istati membri biex jistabbilixxu mekkaniżmi li jassessjaw il-kompetenza tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u tal-impjegati tagħhom.", "Allura, permezz ta' dawn ir-rekwiżiti minimi – ovvjament, il-pajjiż jista' jagħmel rekwiżiti aktar stretti, però qegħdin ngħidu li hawn se jkunu imposti r-rekwiżiti minimi – dawn se jkunu mistennija li jieħdu taħriġ professjonali għall-inqas għal 15-il siegħa fis-sena.", "Kif nafu, dan huwa settur li jiżviluppa kontinwament u fih wieħed jista' jkun ferm aktar innovattiv, anke f'pajjiżna.", "Fil-fatt nemmen li mill-aspett innovattiv dan is-settur għadu żgur li ma ttappjax il-potenzjal tiegħu, allura permezz ta' din id-direttiva l-intermedjarji huma marbutin għal taħriġ ta' 15-il siegħa fis-sena jew aktar sabiex jibqgħu aġġornati bl-aħħar żviluppi u prattiċi ta' dan is-settur.", "Nemmen li pajjiżna għandu fost l-aqwa talent fis-settur finanzjarju, inkluż f'dan is-settur tal-assigurazzjoni, u żgur li kull investiment fl-uniku riżors li għandu pajjiżna, li huwa r-riżors uman, huwa l-aqwa u l-aħjar investiment għal dan is-settur.", "Emenda oħra li qed tiġi proposta b'din id-direttiva hija dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, li diġà rreferejt għaliha.", "Id-direttiva Ewropea qed tintroduċi prinċipji ġenerali importanti ta' protezzjoni għall-konsumatur biex id-distributuri tal-prodotti tal-assigurazzjoni jaġixxu b'mod onest, b'mod ġust, b'mod professjonali u, fuq kollox, jinkludu prinċipji li jobbligaw lill-intermedjarji biex joperaw fl-aqwa interess tal-konsumatur u tal-klijent.", "Permezz ta' din id-Direttiva mhux se jkun permessibbli li d-distributuri tal-assigurazzjoni jinċentivaw jew ifasslu r-remunerazzjoni, jiġifieri s-salarju jew il-pakkett finanzjarju tal-impjegati tagħhom b'tali mod li jkun konfliġġenti mal-obbligu tagħhom li jaġixxu fl-aqwa interess tal-konsumatur.", "Apparti minn hekk, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni huma obbligati li jiżvelaw in-natura tas-salarju tagħhom, tal-ħlas tagħhom, jew tar-renumerazzjoni tagħhom relatat mal-kuntratt tal-assigurazzjoni rispettiv tal-konsumatur inkwestjoni.", "Dan ifisser li jekk impjegat jipprova jbigħ prodott tal-assigurazzjoni u permezz ta' dan il-bejgħ jaqla' 1% tal-valur tal-polza, dan għandu jiddikjarah mal-konsumatur qabel ma jbigħulu.", "Naħseb li din l-inklużjoni hija tajba ħafna biex tpoġġi l-karti fuq il-mejda qabel ma jsir il-kuntratt u qabel ma l-professjonista jbigħ il-prodott lill-konsumatur.", "Punt ieħor pożittiv huwa li din id-direttiva Ewropea qed tintroduċi r-rekwiżiti tan-negozju imposti dwar il-kondotta u l-informazzjoni.", "Fil-fatt, permezz ta' din id-direttiva, kull tip ta' komunikazzjoni indirizzata lill-konsumatur jeħtieġ li tkun ċara, ġusta u ma tqarraqx, fis-sens li ma tkunx misleading.", "Filwaqt li kull kuntratt tal-assigurazzjoni propost għandu jkun konsistenti mad-domanda u l-ħteġijiet tal-konsumatur, il-mod kif issir il-letteratura ma jistax jiżvija lill-konsumatur.", "Id-direttiva tobbliga wkoll li qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe kuntratt tal-assigurazzjoni, il-konsumatur jeħtieġ li jiġi ppreżentat b'dokument ta' informazzjoni dettaljata dwar il-prodott li jissejjaħ product information document.", "Dan se jkun standard f'kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, u permezz tiegħu se tingħata l-opportunità lill-konsumatur li jieħu deċiżjoni informata bbażata fuq l-informazzjoni elenkata fid-dokument dwar il-prodott tal-assigurazzjoni li jkun ġie propost lilu bħala l-aktar ideali għalih.", "Fuq kollox, meta jiġi pprovdut gwida, għajnuna, jew suġġeriment mingħand intermedjarju tal-assigurazzjoni qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt tal-assigurazzjoni, id-distributur tal-assigurazzjoni permezz ta' din id-direttiva Ewropea hu marbut li jipprovdi lill-konsumatur b'dokument ta' rakkmandazzjoni personalizzata u dettaljata, fejn jispjega għalfejn dak il-prodott partikolari huwa l-aktar wieħed li jħares l-aqwa interess tal-konsumatur rispettiv – biex ngħidu hekk, l-aktar wieħed li jkun close to being tailor-made għall-klijent rispettiv.", "Punt pożittiv ieħor huwa proprju l-fatt li permezz ta' din id-direttiva, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jimmanifatturaw xi prodott tal-assigurazzjoni biex jinbiegħ lill-konsumaturi huma obbligati li jimplimentaw il-proċeduri tal-product oversight, iżda wkoll tal-governanza, qabel ma jiġi distribwit jew promoss bħala prodott tal-assigurazzjoni lill-konsumatur.", "Dan il-proċess ta' approvazzjoni tal-prodott jirrikjedi wkoll li jiġi identifikat is-suq immirat għal kull prodott sabiex jiġi assigurat li jekk hemm xi riskji relevanti għal dak is-suq li ġie mmirat, dawn jiġu identifikati, assessjati u riveduti regolarment.", "Kif qed naraw, din id-direttiva qiegħda tiġi mfassla b'tali mod li tipprova tipproteġi lill-konsumatur bl-aktar mod possibbli, però qed tipproteġi wkoll lill-professjonist f'dan is-settur.", "Fil-fatt, din id-direttiva Ewropea rat li tindirizza l-immaniġġjar tal-kunflitti b'mod kawt billi kull intermedjarju li jbigħ polza tal-assigurazzjoni bbażata fuq investiment – dik li rreferejt għaliha qabel bħala insurance based investment product, bħal-life insurance biex niftiehmu – hu obbligat li jieħu passi raġonevoli biex jidentifika u jipprevedi kunflitti ta' interess li jistgħu jinqalgħu fil-kors tal-attività tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni li jkollha effett negattiv fuq l-interessi tal-konsumatur.", "Id-direttiva tispeċifika li fejn il-passi li jittieħdu mill-assigurazzjoni jew l-intermedjarju tal-assigurazzjoni jiġu meqjusa bħala mhux suffiċjenti biex jassiguraw li r-riskju tal-konsumatur jiġi evitat, huma mistennija jiddikjaraw it-tali kunflitt ta' interess qabel ma l-kuntratt jiġi konkluż.", "Sur President, kif għidt fil-bidu, min-naħa tal-Oppożizzjoni żgur li se nappoġġjaw dawn id-direttivi u naqblu magħhom.", "Jien tkellimt ma' bosta esperti fl-industrija lokali li qegħdin iħarsu lejn id-direttivi imposti mill-Unjoni Ewropea b'mod pożittiv.", "Dan għax l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħarġet diversi dokumenti għall-konsultazzjoni qabel din id-Direttiva bl-għan li tipprovdi gwida għal din it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni.", "Jidher ukoll li l-proposti li ħarġet bihom l-MFSA wara l-feedback li ħadet mingħand l-istakeholders ġew inklużi fl-Abbozz li għandna quddiemna, fosthom li permezz tat-traspożizzjoni imposta mill-Unjoni Ewropea, id-distributuri tal-assigurazzjoni issa kollha huma skont id-Direttiva Ewropea.", "L-Awtorità Maltija pproponiet li t-titlu tal-Att dwar l-Intermedjarji tal-Assigurazzjoni jinbidel f'Att dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni biex ma jibqax jindirizza l-intermedjarji biss, però kull persuna li tagħmel distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u reinsurance distribution, li kif spjegajt qabel tinkludi l-aġenti, il-managers, il-brokers u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, jiġu kollha taħt din il-kappa.", "B'konformità mad-Direttiva Ewropea, il-liġi Maltija timponi li l-persuni li huma involuti f'attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-assigurazzjoni huma mistennija li jkollhom l-għarfien neċessarju u l-abilità biex joffru tali servizz.", "Id-dettalji ta' x'rekwiżiti jeħtieġ li jkollhom għadhom mhux magħrufa peress li ħafna drabi dawn jiġu żviluppati fi stadju ta' regolamentazzjoni, allura nittama li r-riżors uman li hu l-uniku u l-aqwa riżors li għandu pajjiżna, is-servizz tal-practitioners m'għandu qatt ikun anqas minn eċċellenti.", "Sur President, kif għedt fil-bidu, din il-liġi li ġiet imposta fuqna mill-Unjoni Ewropea ssaħħaħ l-operat tas-settur tal-assigurazzjoni, filwaqt li ssaħħaħ ukoll il-protezzjoni tal-konsumatur, allura bħall-bqija tas-settur finanzjarju, hawn il-konsensus politiku miż-żewġ naħat tal-Kamra li niżguraw li dan is-settur tant kruċjali jkompli jissaħħaħ.", "Nemmen li f'dan is-settur hekk sensittiv tal-assigurazzjoni jeħtieġ li jkollna aktar diskussjoni biex l-industrija tiġi kkonsultata qabel ma jiġu mħabbra d-draft regulations, qabel ma jiġu mħabbra r-regoli, qabel ma jiġi mħabbar il-conduct of business rule book, u gwidi addizzjonali li mistennija tħabbarhom l-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan, għax speċjalment fil-każ tal-conduct of business rule book, huwa neċessarju li jitħejja id f'id mal-practioners, li fl-aħħar mill-aħħar huma l-aktar li jħossu l-polz ta' dan is-settur.", "Sfortuntament kien hemm każijiet fejn ġiet implimentata d-Direttiva Ewropea mingħajr il-ħruġ tal-ebda gwida, bħalma ġara fil-każ tal-Fourth Anti-Money Laundering Directive, bir-riżultat li kienet ħalliet fil-għama lil diversi practitioners dwar l-implimentazzjoni ta' tali Direttiva.", "Allura, aktar ma jkun hemm konsultazzjoni u linji gwida, anke fi stadu ta' regolamentazzjoni, bla dubju huwa ferm u ferm aħjar.", "Għalhekk jeħtieġ li kemm jista' jkun ma jiġux ripetuti żbalji li jistgħu jiġu evitati faċilment b'aktar attenzjoni u komunikazzjoni.", "Finalment, kif għedt, nemmen li l-potenzjal ta' dan is-settur għadu ma ntlaħaqx għax għandu potenzjal enormi.", "Fadlilna ħafna x'naħdmu fuq is-settur tal-assigurazzjoni - hawn qed nitkellem b'mod ġenerali - u jeħtieġ li jkun aktar innovattiv ħalli jaħtaf kull opportunità biex jiġi diversifikat, jikber b'mod sostenibbli, u jirkeb fuq il-progress teknoloġiku biex jiġġieled u jkollu aktar cutting edge, u allura jkun aktar kompetittiv.", "Nemmen li dan is-settur jeħtieġ ferm aktar għajnuna u inizjattivi ħalli l-potenzjal tiegħu nibdew insarrfuh verament u jibda jħalli aktar frott.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, is-swieq finanzjarji mhux biss huma kompetittivi, imma qed jiżviluppaw b'rata tant mgħaġġla li jeħtieġ li jiġu assigurati servizzi ta' kwalità, li wara kollox huwa l-qofol.", "Huwa fatt li hemm differenzi kbar f'dak li hu offrut fis-swieq.", "Dan jolqot ukoll lis-settur tal-assigurazzjoni, u din it-traspożizzjoni se ssaħħaħ dak li diġà hu fir-regola fil-liġi Maltija.", "Ninnota li din it-traspożizzjoni kellha tidħol fi Frar u qegħdin nagħmlu tliet traspożizzjonijiet f'daqqa li lkoll għandhom tema waħda.", "Fil-fehma tiegħi, hemm ħtieġa li s-suq Malti joffri tliet punti, fosthom prodott li jkollu livell ta' kwalità bħal ta' membri stati oħra, filwaqt li jkun kompetittiv bejn poloz varji tal-assigurazzjoni.", "Fil-fehma tiegħi, għandu jħares u jipproteġi b'mod effettiv lill-kunsumatur Malti b'tali mod li dak li jseħħ Malta jkun fuq l-istess binarju u l-istess livell bħall-pajjiżi l-oħra Ewropej.", "Għalhekk jien nifhem li l-informazzjoni adegwata fuq il-prodott, fuq il-prezz u fuq il-kondizzjonijiet, kemm jekk il-konsumatur jixtri dirett mill-assigurazzjoni jew mill-intermedjarju, jew minn xi aġent ieħor, għandha tkun kif suppost sabiex toffri servizz ta' kwalità.", "Din id-direttiva qed tgħaqqad swieq varji ta' stati membri Ewropej taħt direzzjoni waħda sabiex tassigura d-drittijiet tal-konsumatur u fl-istess ħin issaħħaħ il-cross-border trade bejn pajjiż u ieħor, filwaqt li jkun hemm equal playing field għal kull assigurazzjoni.", "Sur President, nifhem li din hija liġi teknika f'qasam speċjalizzat ferm li jmur oltre mid-dixxiplina li jien ħdimt fiha bħala tabib, għalkemm tul il-karriera tiegħi ltqajt ma' diversi poloz ta' assigurazzjoni, mhux biss mill-aspett personali, imma anke mill-aspett ta' diversi pazjenti u familji, b'mod partikolari meta jiġu għall-kura tal-mard jew poloz ta' assigurazzjoni fuq ħajjithom.", "Illum se nipprova nagħti daqsxejn kulur lil din il-liġi li hija teknika u nispjega b'eżempju ċar li ma tolqotx lili biss, imma tolqot lil 320,000 Malti u Għawdxi.", "Se nirreferi għall-poloz ta' assigurazzjoni tal-karozzi, li tolqot lilna lkoll, u minn din l-istampa se nifhmu kemm għadna lura meta niġu biex inħarsu u nipproteġu lill-konsumatur u naraw x'baħħ jeżisti meta niġu għar-regolamentazzjoni ta' dan is-settur favur il-bilanċ ġust bejn dak li hu tan-negozju u dak li hu tal-konsumatur.", "Ejja nassumu li jien xtrajt karozza ġdida, inxurjajtha, u hekk għandu jkun, u għax għadha ġdida għamiltha fully comprehensive - kif dejjem għamilt u kif jagħmlu 35 sid ġdid ta' karozzi kuljum, għax daqshekk qegħdin jidħlu f'Malta - imbagħad inqalagħli inċident fit-triq u ħadt it-tort ta' dak l-inċident.", "Il-karozza mmur biha għand it-tellgħar, li ġieli tindikahuli l-assigurazzjoni stess, u la kien it-tort tiegħi l-assigurazzjoni jkollha tħallas id-danni li saru lili u anke lil ħaddieħor.", "Meta tasal il-ġurnata biex inġedded l-assigurazzjoni, allura se jkolli premium ġdid li jekk wieħed jinnota hu madwar 30% aktar minn dak tas-sena ta' qabel.", "Sintendi, jien ikun tlift in-no-claim bonus, imma apparti minn hekk l-assigurazzjoni tiġi aġġustata b'żieda ta' somma fenomenali 'l fuq mill-premium.", "Dan li qed ngħid fir-realtà jfisser li l-assigurazzjoni oriġinali ma tinkludix l-inherent risk, li jiġi piż finanzjarju ieħor 'l fuq minn dak eżistenti.", "Jiġifieri apparti l-premium li għandek, tispiċċa tħallas somma addizzjonali.", "Il-konsumatur ikun jaf fl-aħħar minuta dwar dan u ma jkollux triq oħra kif jista' jirreaġixxi mod ieħor u jirrimedja.", "Il-konsumatur mhuwiex infurmat kif tiġi kkalkolata ż-żieda tal-flus wara l-ħabta biex b'hekk iħallas 'l fuq mill-premium.", "Huwa fatt ukoll li la tkun ħbatt, iż-żieda tonqos mas-snin, sintendi jekk ma jkollokx inċidenti aktar u ma jkollokx claims.", "Dan ifisser li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni f'Malta eleminaw totalment l-inherent risks, ir-riskji interni tar-rwol tal-assigurazzjoni stess, u għalhekk il-konsumatur qed jispiċċa jħallas l-ispiża għal kollox minn butu.", "Din hija d-differenza.", "Dan ifisser li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni m'għandhom riskju ta' xejn, imma qligħ biss, anzi jekk teħodha mill-aspett li tikkonsidra n-numru kbir ta' sidien tal-karozzi li jkunu assigurati ma' dik l-assigurazzjoni, tinduna li l-qligħ mhuwiex biss kbir, imma huwa ħafna ikbar milli suppost, għax la taħbat, dejjem tispiċċa tħallas l-ispejjeż ta' dik il-ħabta minn butek matul is-snin, minkejja li tkun insured fully comprehensive, apparti li titlef in-no-claim bonus.", "Hawnhekk tinduna li hawn żbilanċ, u għalhekk huwa importanti li din id-Direttiva tidħol f'Malta.", "Hawn nisħaq li huwa sabiħ li jkollna liġijiet li jgħaddu minn dan il-Parlament, imma l-importanti hu l-mod kif jiġu implimentati.", "Hemm bżonn li l-implimentazzjoni ta' din il-liġi ssir bir-reqqa.", "Sur President, tajt l-eżempju tal-assigurazzjoni tal-poloz tal-karozzi, għax jaffettwa l-popolazzjoni Maltija u Għawdxija, imma nfakkrek li meta għamilt il-mistoqsija parlamentari 2114 fuq dan is-suġġett nhar il-31 t'Ottubru 2017 - sintendi din id-darba ma tlabtx lis-Segretarjat tal-Onor.", "Silvio Schembri, imma tlabt lis-Segretarjat li taħtu taqa' l-MCCAA li suppost tipproteġi l-konsumatur u ssib il-bilanċ ġust bejn il-konsumatur u l-businessmen, jew f'dan il-każ f'polza ta' assigurazzjoni – u r-risposta li ngħatajt kienet li qatt ma kellhom ilment dwar dan, għaldaqstant mhumiex se jinvestigaw.", "Dik kienet ir-risposta li ngħatajt f'Ottubru.", "Jien nemmen li t-traspożizzjoni ta' dawn il-liġijiet tant sbieħ tkun qed toħloq uniformità madwar 28 stat tal-Unjoni Ewropea u b'hekk jistgħu jsiru t-trans-border trades.", "Mill-aspett lokali nħoss li wasal iż-żmien li bħala konsumaturi jkollna drittijiet at par ma' stati membri oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' poloz tal-assigurazzjoni.", "F'din it-traspożizzjoni hemm ħafna x'tixtarr u hemm ħafna vantaġġi li se jirbaħ il-konsumtur, imma nispera li l-widnejn torox tal-MCCAA jinfetħu, u jekk għandhom l-għasel f'widnejhom nitlobhom jiġu l-klinika tiegħi biex naħsilhomlhom u nnaddafhomlhom!", "Imma hekk jidher li huwa l-każ!", "Jien nemmen li bis-saħħa ta' din it-traspożizzjoni fl-aħħar mill-aħħar se jirbħu t-tnejn li huma, kemm min jassigura u kif ukoll il-konsumatur, imma fil-każ ta' Malta l-iktar li se jirbaħ huwa l-konsumatur.", "Jien tajt dan l-eżempju biex ikollna l-ewwel tarġa fejn hemm bżonn inħarsu lejn il-problema mill-għeruq tagħha meta niġu għall-poloz ta' assigurazzjoni tal-vetturi tagħna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, nitlob lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, biex jagħmel il-winding up.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Godfrey Farrugia għall-intervent tagħhom.", "Se nirrispondi għal xi mistoqsijiet li saru f'dan id-dibattitu, imma qabel xejn nirringrazzja lill-Oppożizzjoni għall-qbil tagħha u talli se jkunu qegħdin jivvotaw favur din it-traspożizzjoni biex din id-direttiva tiġi implimentata f'pajjiżna.", "Nixtieq niċċara xi punti żgħar, fejn intqal li aħna bħala pajjiż m'għandniex qafas regolatorju u li se tkun qiegħda tintroduċih din id-direttiva, jew forsi intqal diskors li jista' jiftiehem hekk.", "Dwar dan il-punt, huwa tajjeb li ngħid li f'dan is-settur aħna bħala pajjiż ilna b'qafas regolatorju mis-sena 1998, li mbagħad ġie aġġornat fl-2006 u issa se jkompli jiġi aġġornat b'din id-direttiva.", "Għalhekk qegħdin inħaffu kemm jista' jkun biex naraw li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, anke għax id-data ta' meta din t-traspożizzjoni trid tiġi trasposta f'pajjiżna hija l-1 t'Ottubru.", "Huwa tajjeb li ngħid ukoll li kien ġie mitlub li jkun hemm estensjoni tad-data tal-implimentazzjoni - aħna konna wieħed minn dawk il-pajjiżi li qablu li jkun hemm din l-estensjoni - u kienet telgħet anke fuq livell Ewropew, imbagħad intlaħaq qbil li jiġi estiż il-perjodu li din id-direttiva tiġi trasposta fl-istati membri.", "Bħala konsultazzjoni kien hemm tal-inqas tliet tipi ta' konsultazzjoni.", "Jien ġejt infurmat li saret konsultazzjoni fuq knowledge and ability, li tinkludi parti minn din it-traspożizzjoni, saret konsultazzjoni oħra fuq l-intermedjarji anċillari u l-conduct of business li ġie ppubblikat min-naħa tal-MFSA.", "Dawn huma tliet livelli ta' konsultazzjoni li f'dan is-sens jirregolaw it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.", "Saret ukoll konsultazzjoni mas-settur, u huwa tajjeb li ngħid li tant kien hemm konsultazzjoni mas-settur li ċertu feedback li ħadna mill-istess settur se jkun qed jiġi rifless fl-istadju ta' kumitat.", "Finalment, kif qed ngħidu, fl-aħħar mill-aħħar din hija traspożizzjoni ta' direttiva li hemm qbil dwarha miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Għaldaqstant min-naħa tiegħi m'għandi xejn iktar xi nżid ħlief li issa naraw li wara l-istadju ta' Kumitat ngħaddu għat-Tielet Qari u b'hekk bħala pajjiż ningħaqdu mal-kumplament tal-pajjiżi l-oħra u d-direttiva tiġi fis-seħħ f'pajjiżna wkoll.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji, biex jittrasponi d-Direttiva (EU) 2016/97 (id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni), u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li ngħaddu immedjatament għall-Aġġornament?", "Fit-8.52 p.m. il-Kamra qablet li dak ikun il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol", "L-ISPEAKER: Nistieden lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għat-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġia Innovattiva - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Kumitati Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, sitt ijiem ilu biss il-Google ħabbar li f'Malta se jkollna wkoll il-Youtube Partnership Programme.", "Dan ifisser li l-artisti Maltin se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn din il-pjattaforma soċjali sabiex jilħqu iktar nies barra minn xtutna u iktar Maltin li jgħixu barra minn xtutna.", "B'hekk inkunu nistgħu ngawdu l-ħidma artistika u kulturali tal-artisti Maltin mhux fit-territorju Malti biss.", "Illum iddeċidejt li nitkellem fuq dan is-suġġett għal diversi raġunijiet.", "Naħseb li l-ewwel raġuni kienet li dak li wegħidt lill-artisti Maltin meta ltqajt magħhom fl-14 ta' Marzu 2017, illum nista' ngħid li seħħ.", "Fil-laqgħa li kienet sejħet il-Performing Rights Society (PRS) ma' artisti, kompożituri, kantanti u ma' rappreżentanti ta' bands Maltin, l-artisti kienu esprimew it-tħassib tagħhom għar-raġuni li ma kellhomx aċċess ħieles u liberu li minnu jista' jkollhom introjtu.", "Fil-pjattaforma tal-Youtube huma jkunu jistgħu jtellgħu l-vidoes tagħhom u ħidmiet oħra, mhux biss biex jaqsmuhom ma' min irid isegwihom barra minn Malta, imma anke biex, kif jagħmlu artisti barranin, ikunu jistgħu jdaħħlu l-introjtu dovut lilhom, li jirrappreżenta l-copyright u d-drittijiet tal-artisti u l-kompożituri fix-xogħol kulturali u artistiku tagħhom, kif isir barra minn Malta.", "F'Marzu 2017, wara dik il-laqgħa kont tkellimt mar-rappreżentanti tal-Google, li kienu aċċettaw mill-ewwel li din hija sitwazzjoni diskriminatorja li m'għandhiex tibqa'.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lil dawk ir-rappreżentanti tal-Google li semgħuni, laqgħu din it-talba u mill-ewwel bdew jaħdmu biex isibu soluzzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li bis-saħħa ta' din il-laqgħa mal-artisti Maltin u l-konnessjonijiet li kelli, irnexxielna naslu għat-tnedija tal-Youtube Partnership Programme f'Malta.", "Dan ma bediex sempliċement minn hemmhekk, imma kien beda fis-sena 2016 meta jien stess kont ilqajt lir-rappreżentanti tal-Google f'Malta, li kienu taw taħriġ lill-SMEs Maltin.", "Ħafna minn dawk li kienu preżenti għal din l-attività kienu ġejjin mis-settur tal-kultura u setgħu jingħataw taħriġ dwar kif jistgħu jkabbru n-negozju tagħhom permezz tal-użu ta' pjattaforma bħalma hu Youtube, u ta' pjattaformi oħra.", "Sur President, inħossni kburija li sa mis-sena 2016, l-artisti Maltin u kull min jaħdem fis-settur kulturali seta' jipparteċipa f'dan il-programm ta' taħriġ offrut minn Google li sas-sena l-oħra kellu jilħaq il-200 persuna mħarrġa.", "Din il-ħidma ma saritx mil-lum għal għada.", "Fil-fatt, it-talba min-naħa tiegħi lil Google saret wara l-14 ta' Marzu, 2017 u dan il-programm ġie mniedi sitt ijiem ilu.", "Apparti l-programm innifsu, naħseb li l-artisti Maltin kienu qed jistennew li meta jtellgħu x-xogħol tagħhom fuq pjattaforma soċjali bħal din, bħalma jagħmlu artisti u kumpaniji barranin, ikunu jistgħu jirċievu parti mill-introjtu jew l-introjtu kollu minn dak li wieħed ikun qed jara fuq Youtube.", "Din hija sistema fejn jekk artist itella' l-video artistiku tiegħu fuq Youtube u s-sistema ta' Google tkun tista' ttella' riklami fil-kolonna viċin dak il-video, l-artist Malti jkun jista' jidħol fi ftehim ma' Youtube biex jirċievi introjtu minn kull min ikun qiegħed jara u jgawdi x-xogħol tiegħu.", "Naħseb li dan hu rikonoxximent żgħir imma importanti lejn l-artisti Maltin li xogħolhom hu ta' valur u ta' livell ferm kbir u għoli li ħaqqu jiġi apprezzat fuq il-pjattaformi soċjali.", "Għalhekk, irrid nirringrazzja mhux biss lil dawk l-artisti li attendew il-laqgħa ta' Marzu 2016 imma wkoll lill-kumpanija Google talli laqgħet it-talba tagħna u saħansitra aċċettat li tindirizza d-diskriminazzjoni li kien hemm fil-konfront tal-artisti Maltin.", "Irrid ngħid ukoll li m'iniex se nagħmel kif għamel is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri li dejqu ferm ismi fuq l-istqarrija għall-istampa uffiċjali tat-tnedija ta' dan il-programm.", "Jien irrid nirringrazzja lilu wkoll, hekk kif irrid nirringrazzja lill-Prim Minstru Joseph Muscat talli f'dawn l-aħħar xhur huma għamlu l-istess talba, u wara s-Sur Fabian Borg nieda l-petizzjoni tiegħu online indirizzata lil Youtube biex jagħmel din it-talba li jien kont diġà qiegħda naħdem fuqha ma' din il-kumpanija.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-Membru Parlamentari Ewropew Francis Zammit Dimech talli kompla b'din il-ħidma u appoġġjaha.", "Jien nemmen li l-artisti Maltin jistgħu jagħmlu użu tajjeb u effettiv minn din il-pjattaforma soċjali u mill-pjattaformi soċjali kollha.", "Ħalli ngħid għalfejn għandna bżonn l-użu ta' din il-pjattaforma soċjali għall-artisti Maltin.", "Wieħed irid jirrealizza li s-suq tagħna huwa żgħir, u allura pjattaforma soċjali bħal din tista' tagħti l-opportunità lill-artisti Maltin biex jimirħu barra minn xtutna, mingħajr ma jkollhom ikomplu jżidu mal-ispejjeż tagħhom.", "Jien, kull darba li lqtajt ma' artisti Maltin, dejjem jgħiduli li l-ispejjeż li jkollhom biex ikunu jistgħu joħolqu xogħol artistiku qed dejjem jikbru, u sfortunatament, ħafna drabi jridu jkunu huma li jiffinanzjaw il-proġett tagħhom, apparti li jdumu biex jaraw xi return, jekk jaraw xi return minn dik il-ħidma.", "Kif nafu, f'pajjiżna għandna ħafna artisti li jkollhom ifittxu xogħol ieħor biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw il-ħidma artistika u kulturali tagħhom.", "Sur President, nispera li ma tkunx biss din il-pjattaforma li tagħtihom din l-opportunità.", "Nittama li l-Gvern ikompli jżid programmi li jgħinuhom joħorġu barra minn xtutna.", "Issa li l-kantanti għall-Eurovision Song Contest se jiġu magħżulin bl-istess mod kif isir f'pajjiżi oħrajn, nispera li lill-kompożituri Maltin noħolqulhom l-istess niċċa li kien jagħtihom il-Eurovision Song Contest, fejn kienu jingħataw l-opportunità li jikkompetu f'pajjiżhom u meta jintgħażel xogħolhom, imorru jikkompetu barra minn Malta.", "Skont kif ġejt informata, illum il-ġurnata dak il-festival ġie mneħħi mill-Gvern, kważi kważi mingħajr l-ebda konsultazzjoni ma' dawn il-kompożituri, u din il-ħaġa dejqithom ħafna.", "Jien nemmen li l-kompożituri huma lesti li jħarsu 'l quddiem, però għandhom mistoqsija ċara.", "Issa li tneħħitilhom din l-opportunità ta' festival li kellu ċertu preġju, il-Gvern x'opportunitajiet oħra lest li joffrilhom?", "Jien ninsab ċerta li għandna kompożituri Maltin bravi immens li mhumiex se joqogħdu jistennew il-bajtra taqa' f'ħalqhom, għax dawn qatt m'għamlu hekk, però l-fatt li neħħejnielhom din l-opportunità, li kienu kuntenti biha, bilfors irridu nsibulhom opportunità oħra biex ikunu jistgħu jipparteċipaw bit-talenti tagħhom.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, bħal-lum sena konna qegħdin f'din l-istess Kamra nieħdu l-ġurament tal-ħatra.", "Naħseb li bħalma jiġrilu kulħadd, malli lbieraħ dħalt fuq Facebook u tela' r-ritratt ta' dik l-okkażjoni, mentalment bilfors kelli immur lura u naħseb f'din is-sena li diġà għaddiet minn din l-opportunità.", "Għalhekk, nixtieq nirringrazzja lis-Sedja u lill-membri kollha ta' din il-Kamra li unanimament ħatruni għal din il-kariga, b'mod partikolari lill-Onor.", "Simon Busuttil li nnominani u lill-Prim Ministru li mexxa n-nomina tiegħi.", "Bħalma taf inti, nitkellmu spiss fuq il-ħidma tiegħi li hija esperjenza ġdida għalija u għadni qiegħda nitgħallem.", "Hawn ma nistax ma nirringrazzjax lill-istaff kollu tal-Parlament, għax naħseb li apparti n-numru żgħir li hawn preżenti hawnhekk, hemm ħafna ħidma għaddejja minn wara l-kwinti li forsi mhux dejjem naprezzawha, sija aħna l-membri parlamentari u anke l-pubbliku inġenerali, li ma jafx bil-ħidma kbira li hawn għaddejja f'dan il-Parlament u ma jafx l-istaff tal-Parlament kemm huwa essenzjali għall-ħidma ta' kuljum li jkun hawn f'din il-binja.", "Sur President, id-diskors tiegħi tal-lum huwa marbut ma' memorji u ħsebijiet miġburin flimkien, għax dan l-aħħar ġraw ħafna affarijiet li rrid insemmihom.", "Nhar l-Erbgħa li għadda kelli okkażjoni mhux tas-soltu, għax l-iskola fejn attendejt għal numru kbir ta' snin, dik ta' St Dorothy's li llum qiegħda Ħaż-Żebbuġ, stednuni bħalma stiednu lil nies oħrajn li darba kienu studenti f'din l-istess skola, biex nattendi għal ċerimonja qasira li organizzaw biex twaħħlet plakka kommemorattiva li tfakkar lill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia li kienet studenta f'din l-iskola.", "Jien ħadt pjaċir nattendi għal din l-okkażjoni, għax naħseb li kienet l-ewwel okkażjoni formali fejn inħolqot tifkira b'mod uffiċjali ta' Daphne Caruana Galizia, proprju fl-iskola fejn kienet tattendi.", "Fuq il-midja soċjali kien hemm kummenti varji fuq dak li ġara fl-iskola.", "Kienet ċerimonja qasira ħafna li fiha saru żewġ diskorsi qosra, u l-ġenituri tagħha kixfu din il-plakka kommemorattiva.", "Jien, minbarra li attendejt, għażilt li nqatta' ftit ħin nieħu daqsxejn kafè ma' wħud mis-sorijiet li ġeddewli memorji sbieħ ħafna taż-żmien li għamilt fl-iskola.", "Tkellimt ukoll mal-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia, ma' tnejn minn ħutha, in-neputijiet, ir-raġel ta' waħda minnhom u xi ftit ħbieb, u qgħadna niddiskutu ħafna affarijiet.", "Qgħadna niftakru ħafna memorji ta' dak li ħriġna magħna minn din l-iskola, u bdejt nifhem daqsxejn aħjar l-edukazzjoni fejn kienet u fejn sejra, jew fejn qiegħda iktar milli fejn sejra.", "Illum qabli tkellmet l-Onor.", "Comodini Cachia, u dan wassalni biex naħseb dwar ir-rwol tagħna n-nisa fil-ħajja politika u fil-ħajja pubblika, imma naħseb li għadna 'l bogħod.", "Dan huwa suġġett li niddistukuh jien u inti, Sur President.", "Bħalma taf is-Sedja, jien dejjem ngħid li qabel ma din il-Kamra jkollha membri parlamentari full-time, m'aħniex se naraw nisa ta' kwalità jersqu lejn din il-Kamra fin-numru li għandna bżonn li jkunu hawnhekk.", "Naħseb li għal ċerti nisa, din tista' tkun għażla ta' karriera, iktar milli passatemp jew part-time job.", "Naħseb li n-nisa validi din jistgħu jersqu lejha.", "Meta kont qiegħda l-iskola niddiskuti mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia minn xiex għaddew u minn xiex għadhom għaddejjin, bdejt nifhem daqsxejn aħjar kemm l-istorja daqshekk xokkanti tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia tista' twasslek biex tibda tara l-ħajja minn aspetti kompletament differenti.", "Fil-fatt, issa ilu iktar minn tmien xhur li ġiet assassinata, u l-ġenituri tagħha għaddew kumment waqt li konna qed nitkellmu li mhux faċli li tgħaddi minn dak li għaddejjin huma.", "Però fl-istess ħin innotajt li hemm mhux biss perseveranza li jkomplu għaddejjin b'dak li qed jagħmlu biex ma jħallux il-memorja tagħha tintilef, imma juru wkoll ċertu aprezzament lejn in-nies li dan l-isforz qed ikomplu għaddejjin bih, bħalma huma n-nisa ta' Occupy Justice, li nsellmilhom minn hawnhekk u nsellem lill-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia, kif ukoll lil ħutha u l-familji tagħhom.", "Fil-ftit ħin li qattajt mas-sorijiet ta' St Dorothy's, fakkruni fil-formazzjoni edukattiva tiegħi.", "Waħda mill-memorji sbieħ li għandi tal-iskola hija l-fatt li waħda mis-sorijiet li kien hemm preżenti f'din l-okkażjoni kienet tatni ktieb fil-Prize Day.", "Jien ma kontx waħda minn dawk li niġi l-ewwel fil-klassi, allura kont daqsxejn sorpriża li kelli premju.", "Niftakarni niftaħ il-ktieb u mmur id-dar inifttex fid-dizzjunarju xi tfisser il-kelma li kien hemm miktuba f'dan il-ktieb, għax kont ingħatajt il-premju 'for initiative', u ma stajtx nifhem xi tfisser l-inizjattiva li għaliha kelli niġi ppremjata.", "Illum mhux biss nifhem it-tifsira ta' dik il-kelma li baqgħet miegħi, u l-ktieb għadu għandi u ngħożżu b'memorja sabiħa ħafna ta' żmien l-iskola, imma sirt nifhem ukoll illi li jkollok inizjattiva hija xi ħaġa importanti ħafna, fis-sens li llum liż-żgħażagħ u lil uliedna, x'qed nagħtuhom biex inrawmu fihom sens ta' inizjattiva u raġuni għalfejn itejbu lilhom infushom?", "Bħalissa jinsabu fl-aħħar ġimgħa tal-eżamijiet u l-iskejjel jibdew jikkonkludu, u meta titkellem mal-għalliema u mal-ġenituri, kulħadd jgħidlek l-istess ħaġa, qishom it-tfal li kien għalihom jagħmlu l-minimu possibbli u mhux il-massimu.", "Naħseb li din il-ħaġa rridu nifhmu minn fejn hi ġejja.", "Illum nafu li jekk biex tidħol f'istituzzjoni edukattiva partikolari għandek bżonn ċertu minimu, iġibu dak l-minimu, kemm jidħlu, mentri aħna konna nimxu b'sistema kompletament differenti u konna nġibu ħafna iktar milli hemm bżonn.", "Ovvjament, aħna għaddejna minn esperjenzi fejn kellna niġġieldu ħafna għad-dritt għall-edukazzjoni, u forsi huwa dak li ġegħilna naħdmu ħafna iktar.", "Huwa faċli li nwaħħlu fis-sistema edukattiva tagħna, imma ma naħsibx li l-problema hija biss is-sistema edukattiva.", "Jien naħseb li huwa l-mod kif qed inrawmu lil uliedna.", "Naħseb li dan huwa messaġġ importanti ħafna u nħoss li din hija sfida kbira fil-ġurnata tal-lum!", "Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm gradwazzjoni importanti ħafna, li attenda għaliha l-Onor.", "Hawn qed nirreferi għall-gradwazzjoni taż-żgħażagħ, u anke persuni mhux daqstant żgħażagħ, mill-Caritas f'San Blas.", "Nixtieq verament insellmilhom minn qalbi u nirringrazzjahom għall-fatt li ma jaqtgħux qalhom minn dawn iż-żgħażagħ, in-nisa u l-irġiel, u minn hawnhekk nixtieq nagħmel kuraġġ lil min iggradwa f'dan il-programm ta' formazzjoni fil-ġlieda kontra d-droga.", "F'dawn l-aħħar ġranet rajna ħafna messaġġi sbieħ fuq Facebook li jawguraw lil ħafna nies li ggradwaw.", "Hawn b'mod partikolari nixtieq insemmi lill-ħabib tiegħi Fabrizio Faniello li la għamilha pubblika, naħseb li huwa importanti li nifraħlu minn hawnhekk.", "L-Onor.", "Comodini Cachia semmiet il-Eurovision, u jien bħal Fabrizio għaddejt minn dik l-esperjenza wkoll, allura nixtieq nawguralu minn qalbi, għax naf kemm hija sitwazzjoni diffiċli.", "Fabrizio għandu l-appoġġ tal-familja kollha u ta' ħafna u ħafna ħbieb.", "Naħseb li issa l-obbligu tas-soċjetà hu li minflok ma niġġudikaw u nikkritikaw lil dawk li għamlu l-kors, naċċertaw li ma jerġgħux jaqgħu lura fil-vizzju.", "Naħseb li dan huwa obbligu li kull wieħed u waħda minna għandu jġorr b'responsabbiltà.", "Ħalli nipprova ngħaqqad dawn it-truf kollha flimkien għaliex illum kelli ħafna ħsibijiet li ġegħluni naħseb fuq x'qegħdin nagħmlu llum fis-soċjetà tagħna, fuq fejn sejjer is-sens ta' valur u s-sens ta' rispett lejn ħaddieħor u fuq li tagħmel l-affarijiet fil-ħin opportun.", "Nammetti li mhux dejjem nagħmilhom, għax kulħadd huwa uman u jien niżbalja wkoll, però naħseb li kull wieħed u waħda minna għandna nagħmlu dak l-isforz.", "Naħseb li llum kienet waħda mill-iktar ġranet li f'dan il-Parlament kien hawn serenità fuq suġġetti jaħarqu, fuq suġġetti kkumplikati u fuq suġġetti tekniċi, imma naħseb li n-nies hemm barra dak hu li jridu minna, mhux li naqblu f'kollox, imma li meta ma naqblux, nagħmlu dan b'dinjità u b'rispett.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Fid-9.15 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROĊEDURI DIXXIPLINARI KONTRA SURĠENT TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-proċeduri dixxiplinari kontra s-Surġent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament talli kien kiteb fuq Facebook li l-ġurnalista maqtula kienet ħadet li ħaqqha?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2575.", "PUBLIC PROCUREMENT – KUMPANIJI LI ĠEW BLACKLISTED FUQ IMPJIEG PREKARJU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 456, jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ġew blacklisted?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – RESIDENTI LI EŻERĊITAW ID-DRITT TAL-VOT FL-ELEZZJONI ĠENERALI 2017", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 454 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin eżerċita d-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'kollox kien hemm 126 priġunier li eżerċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – SEJBA TA' DROGA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b'sena u x'tip ta' droga nstabet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX: TAQSIMA TAL-PUBLIC CLEANSING – TBAGĦBIS FL-UŻU TA PETROL U DIESEL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk fit-Taqsima tal-Public Cleansing li taqa' taħt il-Ministeru tagħha nstabx li fl-aħħar ġimgħat kien qed jiġi mbagħbas l-użu tal-petrol/diesel?", "Tista' tgħid ukoll jekk sarx rapport lill-Pulizija dwar dan, min għamel dan ir-rapport u meta sar?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma jirriżultax li sar xi tbagħbis fl-użu tal-petrol/diesel u għalhekk ma sarux rapporti lill-Pulizija.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 kemm saru lmenti lill-Police Board kif ukoll lill-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u kemm ittieħdu passi legali kontra l-uffiċjali msemmija u x'tip ta' proċeduri kienu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2017 saru seba' mija u tmienja u sittin (768) ilment lill-Internal Affairs Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.", "Infurmat li ttieħdu proċeduri fuq 236 każ kontra l-uffiċjali kkonċernati, u minn dawn il-każi 104 kienu proċeduri kriminali u 132 proċeduri dixxiplinari.", "Fir-rigward tal-Police Board, tajjeb jingħad li l-Bord ġie xolt fit-12 ta' Mejju 2017.", "Dakinhar inħatar bord ġdid bl-isem Independent Police Complaints Board u l-ilmenti li ġew ippreżentati quddiemu sal-31 ta' Diċembru 2017 kienu erbgħa.", "Għaldaqstant, l-ilmenti kif ippreżentati quddiem il-Police Board huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt.", "Wara dawn l-ilmenti ma ttieħdu ebda passi legali.", "NADUR GĦAWDEX: TRIQ IT-TIĠRIJA - DAR TAL-ANZJANI ĠDIDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda x-xogħol fuq dar ġdida tal-anzjani fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur Għawdex, wara konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret ftit aktar minn sena ilu fejn tħabbar dan il-proġett mill-Ministru stess, iżda sal-lum jidher li ma nbeda l-ebda xogħol fuq din id-dar tal-anzjani u ma saret l-ebda applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol?", "Interpellant li d-Dar tal-Anzjani msemmija hija proprjetà tal-Knisja u mhux tal-Gvern.", "Għat-tnedija tal-proġett il-Gvern ġie mistieden mill-entitajiet Ekkleżjastiċi bi prospett li fil-futur jinxtraw diversi sodod f'din id-dar.", "Il-Ministeru għal Għawdex għadu qed jistenna mingħand id-Djoċesi ta' Għawdex biex ikun jista' jissokta l-proġett.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR– CHAIRPERSON U MEMBRI TAL-BORDIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda miċ-Chairpersons u l-membri?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – CHAIRPERSONS U MEMBRI TAL-BORDIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda miċ-Chairpersons u l-membri?", "IAN BORG: Filwaqt li nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija fuq il-Mistoqsija Parlamentari 4755 f'Seduta 104, kien hemm żewgt bidliet fl-entitajiet li jidhru hawn taħt;", "GĦAWDEX: AĠENZIJA SPORTS MALTA – PROĠETTI INFRASTRUTTURALI U APPARAT MIXTRI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali saru f'Għawdex u x'apparat sportiv inxtara għal Għawdex mill-Aġenzija Sports Malta sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum u x'kienet l-ispiża fuq kull proġett u apparat sportiv?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li tabella li turi l-ispiża tal-assistenza mogħtija minn SportMalta f'Għawdex tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: DIPARTIMENTI U ENTITAJIET – SEJĦIET GĦALL-POSTIJIET/POŻIZZJONIJIET VAKANTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3242 u tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?", "Tista' tgħid f kull każ kif dawn inħarġu, u ċjoè jekk inħarġux l-ewwel bħala sejħa interna jew inkella nħarġux għall-applikazzjonijiet minn barra mill-ewwel?", "Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti u liema le?", "Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex?", "Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s'issa u meta ġew mimlija?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – CHAIRPERSON U MEMBRI TAL-BORDIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Chairpersons u membri tal-bordijiet, fl-awtoritajiet, kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "Jista' f'kull każ jgħid x'rimunerazzjoni għandhom kull wieħed u waħda miċ-Chairpersons u l-membri?", "EVARIST BARTOLO: Tabella bl-informazzjoni miġbura b'risposta għall-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ir-rimunerazzjonijiet indikati huma relatati mal-funzjonijiet konnessi max-xogħol tal-bord.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-FORĠA (PARTI) – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6105 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq il-Forġa (parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "FLEUR-DE-LYS – BUS STOP U TRAFFIC LIGHTS QUDDIEM IL-KAPPELLA TA' SAN ĠUŻEPP", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li sikwit jinġema' ħafna traffiku madwar ir-roundabout tal-Ark ta' Fleur-de-Lys, jista' l-Ministru jara li l-bus stop ta' quddiem il-Kappella ta' San Ġużepp (B'Kara/Sta Venera) titressaq ftit 'l isfel, flimkien mat-traffic lights?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se nkunu qed nevalwaw dan is-suġġeriment.", "TRIQ L-IMDINA SAR-ROUNDABOUT TAL-ARK FI FLEUR-DE-LYS – TRAFFIC CALMING MEASURES", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li fi Triq l-Mdina, mil-lights ta' quddiem Oxford House fl-Imrieħel sar-roundabout tal-Ark ta' Fleur-de-Lys qed ikun hemm ħafna karozzi jsuqu b'sewqan perikoluż fil-karreġġjata tan-naħa ta' Fleur-de-Lys, u dan wassal biex il-monument tal-Ark diġà sofra xi inċidenti, jista' l-Ministru jara li jsiru traffic calming measures biex jiġu evitati inċidenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed tieħu nota ta' dan il-każ, ser tagħmel moniteraġġ u tevalwa din ir-rakkmandazzjoni.", "BIRKIRKARA: ĠNIEN TAL-ISTAZZJON – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol fil-Ġnien tal-Istazzjon ġewwa Birkirkara?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex titlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li jitneħħew jew jitressqu l-blokki kbar li qed jesporġu fuq Triq Psaila, kantuniera ma' Triq Laurent Ropa u Triq Cuschieri, ġewwa Fleur-de-Lys, Birkirkara, li qed jagħlqu blokka bini, peress li għal żmien twil ilhom ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti u s-sewwieqa kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-blokki msemmija tneħħew kompletament wara l-intervent tal-Uffiċjali tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini.", "BIRKIRKARA - TRIQ FLEUR-DE-LYS U TRIQ L-INDJANA - BOX GRID JUNCTION MARKING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li terġa' tinżeba' il-box grid junction fl-intersection bejn Triq Fleur-de-Lys u Triq l-Indjana f'Birkirkara?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol imsemmi se jkun qed isir fil-ġranet li ġejjin.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA – KONTIJIET BANKARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema bank jinsab kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6296 u għal informazzjoni addizzjonali nirreferih għar-rapport finanzjarju tal-aġenzija Identity Malta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 19 ta' Ġunju 2018.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA – KONTIJIET BANKARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' kont bankarju (pereżempju: savings account, current account, term deposit account, eċċetra) hu kull wieħed mis-16-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6425.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA – KONTIJIET BANKARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6296 waqt is-seduta ta' nhar it-13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull wieħed mis-sittax-il kont bankarju li għandha l-Aġenzija Identità Malta, x'inhu l-ammont li kien jinsab depożitat fih nhar il-31 ta' Mejju 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6425.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT – SKEMA TA' FIDI TA' ĊENS", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3535, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-uffiċċju konġunt hux se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li fetħet din l-iskema, kien fl-2013, taħt Gvern Nazzjonalista?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-Uffiċċju Konġunt se tiftaħ aktar tard din is-sena.", "WIED IL-GĦAJN - FAMILY RESOURCE CENTRE", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinfetaħ formalment il-Family Resource Centre f'Wied il-Għajn?", "Kemm hemm familji vulnerabbli identifikati minn social mentors u li sarilhom profiling li jgħixu f'din il-lokalità?", "X'tipi ta' għajnuna qegħdin jirċievu?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm ma sarx ftuħ formali taċ-Ċentru LEAP ta' Wied il-Għajn, madankollu l-ħidma mill-istess Ċentru ilha tingħata għal dawn l-aħħar 24 xahar, wara li saru l-preparazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi attrezzat iċ-Ċentru b'dak li hemm bżonn sabiex jopera.", "Hemm 299 individwu li ġejjin minn familji vulnerabbli u li joqogħdu Wied il-Għajn li ġew identifikati minn social mentors li sarilhom il-profiling.", "Ingħatat assistenza lil għoxrin familja minn Wied il-Għajn sabiex jiġi mogħti self mingħajr depożitu minn banek lokali sabiex tinxtara residenza flok kiri, dan bi sħab u f'kollaborazzjoni mal-Awtorità tad-Djar.", "Fl-2017 ġew megħjuna 14-il familja u s'issa f'din is-sena ġew megħjuna sitt familji.", "Kien hemm ukoll 11-il familja minn Wied il-Għajn li bbenefikaw mill-iskema ta' bdil ta' appliances b'kollaborazzjoni mal-Water and Energy Agency, bl-iskop li l-appliances ġodda, mogħtija bla ħlas, jikkunsmaw anqas enerġija.", "L-għajnuna li tingħata lill-familji fil-bżonn minn dan ic-Ċentru LEAP ta' Wied il-Għajn tvarja minn:", "· tfittxija ta' xogħol bi sħab u f'kollaborazzjoni attiva ma' Jobsplus;", "· 513-il familja minn Wied il-Għajn jibbenefikaw minn waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel, 416-il familja jintlaħqu mill-iskema State Funded Food Distribtion (SFFD) u 97 mill-iskema Fund for the European Aid for the Most Deprived (FEAD);", "· tagħrif u taħriġ li jiġi organizzat speċifikament għar-residenti ta' din il-lokalità skont il-ħtieġa u l-għajnuna li jitolbu;", "· ħidma fil-komunità sabiex kull familja li teħtieġ għajnuna issib kenn u servizz minn organizzazzjoni fil-lokalità tagħha, jew tiġi riferuta għal servizz ieħor meħtieġ, sabiex tintegra soċjalment u tingħata l-għajnuna meħtieġa.", "MARSASKALA: FAMILY RESOURCE CENTRE - TAĦRIĠ FUQ IL-COMPUTERS", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm u meta saru korsijiet ta' taħriġ fuq il-computers fil-Family Resource Centre ta' Marsaskala matul dawn l-aħħar tliet snin?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala li matul il-perjodu msemmi saru sitt korsijiet ta' taħriġ kif mistoqsi mill-Onor.", "Fis-sena 2016 saru żewġ korsijiet li kienu'Learn IT' f'Mejju u '4 Kids Course'fis-Sajf.", "Fis-Sajf tal-2017 żewġ korsijiet li kienu 'Robotica' u '4 Kids Course'.", "Dis-sena 2018 sar kors 'Em Citizen 2018' f'Mejju u ser isir kors ieħor 'Robotica nation and coding' matul is-sajf.", "MARSASKALA - STUDENTI LI GĦANDHOM IL-KUNDIZZJONI TAD-DYSLEXIA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia u li joqogħdu Marsaskala?", "Kemm-il kors ta' taħriġ sar (u meta saru dawn il-korsijiet) lill-ġenituri ta' dawn l-istudenti f'dawn l-aħħar ħames snin?", "EVARIST BARTOLO: Lista tal-korsijiet ta' taħriġ għall-ġenituri ta' tfal bid-dyslexia organizzati mill-SpLD f'dawn l-aħħar ħames snin tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Dawn il-korsijiet ikunu miftuħa għall-ġenituri tat-tfal bid-dyslexia tal-iskejjel kollha ta' Malta, inkluża dik ta' Marsaskala.", "Dan ifisser li kull min ikun interessat ikollu l-opportunità li jattendi.", "Infurmat li n-numru ta' studenti mill-iskola primarja ta' Marsaskala li għandhom din il-kundizzjoni huwa ta' 38.", "QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI - NEFQA KAPITALI/RIKORRENTI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu flus (kapitali u rikorrenti) fuq servizzi fil-komunità u fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali f'dawn l-aħħar ħames snin?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tabella t'hawn taħt fejn qed tindika n-nefqa totali għas-servizzi tas-saħħa mentali tas-snin imsemmija.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata gallarija li partijiet miċ-ċinta tal-ġebel tagħha waqgħu u tħallew mal-art fuq il-bankina?", "Dan għaliex kemm il-ġebel li hemm fuq il-bankina kif ukoll il-gallarija, huma ta' periklu għal ħafna li jużaw din il-bankina?", "Billi ċ-ċinta ta' din il-bankina fi blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ilha li waqgħet madwar xahar u billi tħalliet hekk u billi din il-blokka hi tas-Social Housing, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata din il-gallarija?", "Billi f'din l-istess blokka joqogħdu nies bi bżonnijiet speċjali, imma li joħorġu jimxu barra ta' spiss, jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa qabel iweġġa' xi ħadd anki billi għad hemm il-periklu li jista' jaqa' aktar ġebel?", "Qed nehmeż ritratt li juri l-bankina bil-ġebel li waqa' mill-gallarija xahar ilu u li tħalla hekk sal-lum.", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ġiet infurmata li waqgħet parti mit-tlibbisa tal-gallarija msemmija dan ix-xahar stess.", "L-Awtorità tad-Djar diġà qed tieħu l-passi sabiex tingaġġa kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa mill-aktar fis.", "Fil-fatt, diġà sar appuntament mal-inkwilini biex issir spezzjoni mill-perit u l-kuntrattur din il-ġimgħa stess.", "ĦAL BALZAN – PJANTI TAL-PROĠETT TA' TRIQ TA' WIED ĦAL BALZAN", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-pjanti tal-proġett ta' Triq il-Wied f'Ħal Balzan ingħatawx lill-Kunsill Lokali, u jekk le jispjega għalfejn u, jekk iva, meta ngħataw?", "Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjanti ġew diskussi mal-Kunsill ikkonċernat.", "Pjanti li huma pubbliċi tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ĦAL BALZAN – QLUGĦ TA' SIĠAR FAĊĊATA TAĊ-ĊIMITERJU", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-siġar li hemm faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħal Balzan ser jinqalgħu minn posthom u mhux ser jiġu integrati fil-proġett?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini mill-ġdid ta' Triq il-Wied f'Ħal Balzan huwa investiment tant meħtieġ li jinkludi wkoll servizz ġdid ta' distribuzzjoni tal-ilma taħt l-art, sistema ġdida ta' kanali tal-ilma tax-xita, titjib fid-disinn tat-toroq bi spazji tal-parkeġġ miżjuda, il-bini mill-pedamenti, madwar 1.2 kilometru ta' bankini ġodda u wiċċ ġdid għat-triq.", "Kif issemma waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, din it-triq hija waħda li dwarha jiġu riċevuti diversi lmenti minn residenti tal-istess lokalità fuq bażi regolari.", "It-triq se terġa' tinbena bl-użu tal-allinjament kurrenti filwaqt li żżomm l-istess wisa' għall-karreġġjati matul il-medda kollha tat-triq.", "Kif ġie indikat waqt il-konferenza stampa, is-siġar li qed jiġu riferuti qed jikkawżaw ħsara sostanzjali lit-triq innifisha kif ukoll lis-servizzi sottostanti li min-naħa tagħhom joħolqu problemi għar-residenti.", "F'dan ir-rigward, Transport Malta dejjem timmira għall-impatt ambjentali mnaqqas matul ix-xogħlijiet li jimpenja ruħu fuq it-toroq varji f'pajjiżna.", "Waqt id-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali u mar-rappreżentanti tal-ERA, ġie deċiż li s-siġar jistgħu jerġgħu jitħawlu x'imkien ieħor għalhekk fejn hu possibli se jsir sforz biex is-siġar ikunu inkorporati fil-proġett kemm billi jitħallew f'posthom kif ukoll jiġu rilokati.", "ĦAL BALZAN – QLUGĦ TA' SIĠAR FAĊĊATA TAĊ-ĊIMITERJU", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk tax l-approvazzjoni tiegħu biex is-siġar li hemm faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħal Balzan jinqalgħu minn posthom?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont il-liġi LS 549.64 ma hemmx bżonn permess mill-ERA biex jinqalgħu dawn is-siġar.", "Madankollu, l-ERA xorta waslet għal qbil ma' Transport Malta biex jiġu salvati dawn is-siġar u trapjantati f'sit ieħor.", "KORP TAL-EMERĠENZA / KUMPANIJI PARASTATALI - ĦLAS DOVUT LIL SULDATI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6221 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-mistoqsija parlamentari 5965 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jiċċara jekk persuni li kienu f'Korp tal-Emerġenza jew impjegati mal-kumpaniji parastatali fejn kienu jaħdmu bħala suldati u ħafna minnhom bħala tradesmen u li kienu impjegati bejn is-snin 1972 u l-1997 hux se jieħdu flus dovuti lilhom kif qed jieħdu ħaddiema oħrajn?", "Billi dawn wettqu xogħol importanti u taw servizz utli lill-pajjiż, jaħsibx li dawn ukoll għandhom jibbenefikaw minn flus (somma) li l-Gvern qed jagħti lil ħaddiema oħra?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li każijiet bħal dawn qed ikunu kkunsidrati.", "ĦAL BALZAN: TRIQ IL-WIED – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġi jiswa x-xogħol għall-proġett tat-Triq il-Wied f'Ħal Balzan u x'tip ta' xogħlijiet ser isiru?", "Jista' jgħid jekk hux ser jinbidlu s-servizzi tal-ilma, tad-drenaġġ, ta' street lighting u hux ser isiru bankini ġodda?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol huwa stmat li jiswa madwar €500,000 liema ammont jeskludi d-drenaġġ li se jkun qed jiswa madwar €1,000,000 li jifforma parti mill-Master Plan tal-Water Services Corporation.", "Nikkonferma li s servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ kollha ta' taħt l-art u l-bankini kollha se jkunu qed jinbidlu.", "MELLIEĦA: SIT F'TA' MASRIJA - DOKUMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5123, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sit f'Ta' Masrija fil-Mellieħa (biswit il-bypass tal-Mellieħa) li jittrattaw l-applikazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MELLIEĦA: ŻONA TA' MASRIJA - DOKUMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa, li tinkludi wkoll is-service road li \"ttieħdet\" fl-aħħar xhur mill-bypass tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat (inkluż korrispondenza li għaddiet bejn TM u l-MEPA) mal-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), kif ukoll dokumenti relatati mal-applikazzjoni tal-MEPA li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament (b)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BYPASS TAL-MELLIEĦA: SERVICE ROAD – VARJAZZJONI FIL-VELOĊITÀ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għas-service road li saret fil-bypass tal-Mellieħa, liema service road \"ittieħdet\" mill-istess bypass, jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun il-veloċità massima permessa tul l-istess bypass kollha u jekk hux ser ikun hemm varjazzjoni fil-veloċità permessa fil-parti ta' fejn sar il-ħajt ta' fejn illum saret is-service road li \"ttieħdet\" mill-bypass tal-Mellieħa?", "U jekk ser ikun hemm varjazzjoni, jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun din il-varjazzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien ninsab infurmat li l-veloċità massima fil-Bypass tal-Mellieha se tkun ta' 60km fis-siegħa.", "Dan ukoll minħabba l-fatt li mhux rakkomandabbli veloċità massima ta' aktar minn hekk fejn ikun hemm cycle lane.", "Ninfurmah ukoll li fil-parti tranżitorja fejn hemm aċċess għaż-żona residenzjali u fejn hemm cycle lane li tgħaddi minn ġol-inkroċju, il-veloċità massima ġiet imnaqqsa għal 40km fis-siegħa u wkoll li tali parti tranżitorja se tkun mgħammra b'miżuri tas-sigurtà.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġejja wiesgħa s-service road li saret fiż-żona magħrufa bħala Ta' Masrija fil-Mellieħa u li tmiss mal-bypass tal-Mellieħa kif ukoll jekk hux ser ikun hemm bankina fl-istess service road (liema service road \"ittieħdet\" mill-bypass tal-Mellieħa)?", "IAN BORG: L-art imsemmija (li l-Onor.", "Interpellant jirreferi għaliha bħala service road) li kienet u għadha proprjetà pubblika, ġiet mogħtija b'ċens temporanju għal 150 sena fl-1933 u qatt ma ġiet mittiefsa.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se jkun hemm bankina fuq naħa waħda, filwaqt li t-triq, inkluż il-bankina, ser tkun wiesgħa 6.2 metri.", "BYPASS TAL-MELLIEĦA – BIKE LANE", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-parti fejn inbena l-ħajt minn fejn \"ittieħdet\" parti mill-bypass tal-Mellieħa sabiex setgħet isir is-service road hux ser tiġi interrotta l-bike lane li suppost ser issir tul il-bypass tal-Mellieħa, u jekk l-istess parti tal-bike lane hijiex ser tkun inserita fl-istess service road?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bike lane mhux ser tkun qed tiġi interrotta iżda ser tkun qed tgħaddi minn ġol-istess service road.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid jekk is-service road in kwistjoni kenitx oriġinarjament tifforma parti mill-art li l-istess żviluppatur għandu b'ċens temporanju u għaldaqstant taqa' fil-konfini tal-istess art jew jekk l-Awtorità tal-Artijiet tatx lill-istess żviluppatur parti minn art pubblika oltre l-konfini tal-art tiegħu, u dan sabiex jaqdi l-interessi privati tal-proġett?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "RABAT, ATTARD - TRIQ L-IMDINA – IMWIET REĠISTRATI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati mwiet fuq it-toroq Triq l-Imdina, Rabat u Triq l-Imdina, Attard?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li matul il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Mejju 2018 ma ġew reġistrati ebda mwiet fi Triq l-Imdina, Ħ'Attard.", "Infurmat li ma hemm l-ebda triq bl-isem ta' Mdina Road, Rabat u għalhekk mis-sistema tal-Pulizija ma nstabet l-ebda referenza għal xi inċidenti tat-traffiku li seħħew fit-triq imsemmija.", "RABAT, ATTARD - TRIQ L-IMDINA – INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati inċidenti tat-traffiku fuq it-toroq Triq l-Imdina, Rabat u Triq l-Imdina, Attard?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Mejju 2018, il-Pulizija rreġistrat u rrikorriet fuq 93 inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ'Attard.", "Il-figura msemmija ma tinkludix kolliżjonijiet front to rear u inċidenti oħra li kienu referuti lill-gwardjani lokali.", "Infurmat li ma hemm l-ebda triq bl-isem ta' Mdina Road, Rabat u għalhekk mis-sistema tal-Pulizija ma nstabet l-ebda referenza għal xi inċidenti tat-traffiku li seħħew fit-triq imsemmija.", "ĦAL FARRUĠ: TRIQ ĦAL QORMI – STALLAZZJONI TA' ZEBRA CROSSING", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li terga' tiġi stallata ż-zebra crossing fi Triq Ħal Qormi f'Ħal Farruġ peress li din tneħħiet meta sar ix-xogħol infrastrutturali fir-roundabout li tgħaqqad din it-triq ma' Triq l-Ingiered u Triq Ħal Farruġ?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ż-zebra crossing fi Triq Ħal Qormi, Ħal Farruġ għadha ma ġietx installata minħabba li l-asfalt ma sarx ta' kwalità tajba u għaldaqstant se jkollu jerġa' jinqala' mill-kuntrattur bi spejjeż tal-istess kuntrattur.", "KOMUNIKAZZJONIJIET BEJN IL-GVERN U L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA DWAR INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'komunikazzjonijiet kellu s'issa l-Gvern Malta mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-każ li jinsab pendenti quddiem il-Qrati Amerikani dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninsab infurmat li rigward l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni minn/ma' l-Ambaxxata Maltija.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: FLOOR AREA RATIO – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet li jinsabu pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini abbażi ta' dak li tipprovdi l-Floor Area Ratio (FAR) policy?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-applikazzjonijiet f'liema stadju wasal il-proċess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6499, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiemha 14-il applikazzjoni relatati ma' żvilupp li jinvolvi l-floor area ratio.", "Lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ĊITTADINANZA - PERSUNI LI GĦANDHOM ĊITTADINANZA OĦRA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom ċittadinanza oħra apparti dik Maltija?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li t-Taqsima taċ-Ċittadinanza m'għandha l-ebda mezz li tkun taf kemm persuni Maltin għandhom ċittadinanza jew ċittadinanzi ta' pajjiżi oħrajn apparti dik Maltija.", "Dan minħabba l-fatt li mill-10 ta' Frar, 2000 minn meta Malta bdiet taċċetta ċ-ċittadinanza doppja, dawk il-persuni kollha li għażlu li jsiru ċittadini ta' pajjiż jew pajjiżi oħra ma baqgħux obbligati li jinfurmaw li saru ċittadini ta' tali pajjiż jew pajjiżi lill-awtoritajiet Maltin.", "Għaldaqstant, peress li dan l-obbligu fuq dawn il-persuni spiċċa, ma baqax aktar possibbli li jinżammu dawn il-figuri.", "GĦAWDEX - DIRETTIVA BIEX JINGĦAQDU KLASSIJIET FL-ISKEJJEL PRIMARJI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk ħarġitx direttiva fl-Iskejjel Primarji t'Għawdex biex il-klassijiet fejn hemm aktar minn klassi waħda f'kull grupp ta' kwalunkwe sena partikolari, jingħaqdu?", "Jekk dan huwa minnu, jista' l-Ministru jgħidilna għalfejn qed isir dan?", "Jista' jikkonferma li ebda għalliem/a li taħdem jew jaħdem Għawdex mhu ser jintalab jibda jaħdem/taħdem fi skola f'Malta?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li ma ħarġet l-ebda direttiva fl-Iskejjel Primarji t'Għawdex biex il-klassijiet fejn hemm aktar minn klassi waħda f'kull grupp ta' kwalunkwe sena partikolari, jingħaqdu.", "Fil-qagħda preżenti, l-eżerċizzju tad-deployment għadu għaddej.", "Teżisti prassi dwar deployment ta' għalliema f'Għawdex.", "F'ċerti sitwazzjonijiet, eżempju f'sitwazzjoni ta' tqala, għalliema jitilgħu Għawdex temporanjament minħabba t-tqala tagħhom u wara dan il-perjodu jintalbu jerġgħu jieħdu posthom lura Malta.", "Ħ'ATTARD - BDIEWA B'GĦELIEQI FIŻ-ŻONA FEJN SE SSIR IL-BYPASS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6341 u jgħid kemm hemm bdiewa u jew persuni reġistrati li għandhom l-għelieqi fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard, jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali Ħ'Attard?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor Interpellant li fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard hemm total ta' 47 bidwi rreġistrati mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA).", "Ħ'ATTARD – SIĠAR TAĊ-ĊITRU U SIĠAR OĦRA FEJN SE SSIR IL-BYPASS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6340 u jgħid kemm hemm siġar taċ-ċitru u siġar oħra fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard, jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali, Ħ'Attard?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fiż-żona msemmija hemm numru ta' siġar protetti skont ir-Regolament dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar tal-2011.", "L-applikazzjoni tal-proġett għadha qed tiġi diskussa u għaldaqstant l-ammont ta' siġar li ser ikunu impattati għadu mhux magħruf.", "GĦAJNSIELEM: TRIQ L-IMĠARR – BOZZA MA TIXGĦELX", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6412 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-bozza bin-numru 163 li qiegħda fi Triq l-Imġarr Għajnsielem, u li ilha mitfija għal aktar minn sena, tinxtegħel kemm jista' jkun malajr?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru għal Għawdex.", "PENSJONI – ŻIDIET WARA L-BUDGET", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda fil-pensjoni wara l-budget tas-senin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: VALLETTA WATERFRONT – SIĠĠIJIET U MWEJJED", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex sidien ta' negozji fil-Valletta Waterfront ġew ordnati mill-Awtorità tal-Ippjanar biex ineħħu siġġijiet u mwejjed minn quddiem il-ħwienet u stabbilimenti tal-ikel fejn dawn l-istess siġġijiet u mwejjed li ġew mitluba jitneħħew ilhom fil-post minn meta infetaħ u beda jopera l-Valletta Waterfront?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mwejjed, siġġijiet u umbrelel quddiem il-ħwienet imsemmija, fuq in-naħa tal-bini storiku, qatt ma kienu muniti b'xi permess maħrug mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Għalhekk kien inħareġ avviż ta' infurzar u ta' twettiq fl-2012.", "Wara li, f'Mejju 2018, ittieħdet deċiżjoni fuq applikazzjoni li ġiet sottomessa qabel, l-Awtorità infurzat l-avviż tal-2012 biex tiżgura li l-imwejjed u s-siġġijiet fuq il-post ikunu konformi mal-pjanti approvati.", "PITKALIJA: ĦLAS TA' QBIELA GĦAR-RABA' TAL-INĦAWI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi ta' liema raba' mhux qed jaċċetta l-qbiela għaliha għaliex jista' jew ikabbar jew juża l-ispazju ta' dik ir-raba' għall-proġett marbut mal-Pitkalija?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "ĦWIENET TAR-RETAIL", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm (u għad hemm) ħwienet tar-retail fil-Belt Valletta, Tas-Sliema, il-Ħamrun, il-Mosta, Birkirkara, ir-Rabat, in-Naxxar, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid, fl-2015, fl-2016, fl-2017 u sa Mejju 2018, għal kull sena?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f'Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f'kull lokalità rispettivament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mis-sena 2002 il-Pulizija ma baqgħetx responsabbli mill-ħruġ ta' permessi u għaldaqstant il-mistoqsija ma taqax taħt id-dekasateru tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.", "Għalhekk nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f'Għawdex li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f'kull lokalità rispettivament?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "TRIQ TAL-GĦADIRA – FENCE BIEX TAQSAM IL-KARREĠĠJATI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkunsidra li fit-triq tal-Għadira jsir fence tal-ħadid fin-nofs biex ma jħallix persuni jaqsmu minn ġol-ħaxix li preżentament jifred il-karreġġjati fid-direzzjoni opposta?", "Dan sabiex kull min ikun irid jaqsam jagħmel dan minn fuq id-diversi pelican lights li hemm f'din l-istess triq u mhux jaqsam b'mod perikoluż?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta ser tara li tistudja din il-possibbiltà peress li strutturi fit-toroq, minnhom infushom, joħolqu perikli ta' natura differenti jekk ma jkunux magħmulin b'mod u ta' tip li jkunu siguri għas-sewwieqa.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ LEWIS WETTINGER – SPEED CAMERA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkunsidra li ssir speed camera fi Triq Lewis Wettinger il-Mellieħa, li hija magħrufa wkoll bħala l-bypass tal-Mellieħa?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "BASTIMENTI TA' RIĊERKA U SALVATAĠĠ FIL-MEDITERRAN", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6449 u peress li nhar it-13 ta' Ġunju 2018, il-Prim Ministru ddikjara li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed joperaw bastimenti ta' riċerka u salvataġġ fil-Mediterran għandhom jiġu rregolati, jista' l-Ministru jgħid għaliex?", "B'liema mod jista' jiġri dan?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "SPAZJI MIFTUĦIN BIEX JITGAWDEW MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spazju miftuħ għandna, u liema huma dawn l-ispazji bl-iskop li jitgawdew mill-pubbliku, mill-2013 'l hawn?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interprellant li l-Ministeru tiegħi qed jamministra dawn is-siti li huma kkunsidrati bħala spazju miftuħ li jistgħu jitgawdew mill-pubbliku.", "· Park Nazzjonali Ta' Qali (jinkludi l-Petting Farm, BOV Adventure Park, Picnic Area u żewġ Dog Parks)", "· Il-Park Nazzjonali ġewwa s-Salina (tinkludi Kennedy Grove)", "· Il-Park tal-Familja ġewwa Marsaskala", "· Il-Ġonna tal-Buskett limiti tas-Siġġiewi", "· Xrobb l-Għaġin ġewwa Marsaxlokk", "· Park tal-Majjistral ġewwa l-Mellieħa", "· Park tal-Inwadar ġewwa Wied l-Għajn", "· Iż-Żona ta' Cavalleriza ġewwa Marsaxlokk", "Numru ta' parks żgħar oħra", "Preżentament, il-Ministeru għaddej b'xogħol fuq proġett ieħor li ser ikun qed joffri spazju ġdid miftuħ għall-pubbliku ġewwa l-Foss ta' Ħaż-Żabbar.", "Mill-2013 sal-lum il-Ministeru għamel diversi xogħlijiet ta' tisbiħ ġewwa dawn is-siti kif ukoll żied is-sit ġewwa Marsaxlokk (Iż-żona ta' Cavallerizza).", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6416 u jgħid x'jisimhom il-pilloli li jingħataw għall-kura tal-Hepatitis C u kemm jiswew?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-mediċini jisimhom Harvoni®, Ribavirin, u Epclusa®, u dawn huma b'xejn għall-persuni kollha li huma intitolati.", "L-informazzjoni għall-aħħar parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali u allura ma tistax tingħata.", "REĠISTRU TA' DJAR ANTIKI PROTETTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta' djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "TRANSPORT MALTA – XOGĦLIJIET FIL-GUDJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità tal-Gudja minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet li saru fil-lokalità tal-Gudja minn Transport Malta fil-perjodu msemmi f'din il-mistoqsija parlamentari huma kif murija fit-tabella sussegwenti:", "TRANSPORT MALTA – XOGĦLIJIET FIL-FGURA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità tal-Fgura minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'din il-lokalità sar ix-xogħol fi Triq Valperga.", "TRANSPORT MALTA – XOGĦLIJIET F'ĦAL TARXIEN", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Ħal Tarxien minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet li saru f'Ħal Tarxien fil-perjodu msemmi f'din il-mistoqsija parlamentari huma kif indikat fit-tabella sussegwenti:", "TRANSPORT MALTA – XOGĦLIJIET F'SANTA LUĊIJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Santa Luċija minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2015 sar resurfacing work f'parti minn Triq Klematis u fl-2018 sar resurfacing work f'parti minn Triq il-Pepprin.", "TRANSPORT MALTA – XOGĦLIJIET F'RAĦAL ĠDID", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Raħal Ġdid minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista tax-xogħlijiet mitluba hija kif muri fit-tabella sussegwenti:", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jsir it-tindif neċessarju ġewwa Wied Blandun?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari , it-Task Force mwaqqaf minn dan il-Ministeru ser tkun qed tindirizza t-tneħħija ta' skart u ħmieġ li jinsab primarjament man-naħa tat-triq li hemm ħdejn Wied Blandun u xi partijiet li jinsabu quddiem iż-żona residenzjali ta' dan il-wied, b'kordinament dirett mas-Sezzjoni tal-iStorm Water kif ukoll mad-Dipartiment tat-Tindif (Cleansing Department).", "Huwa ppjanat li dan l-intervent isir fil-ġimgħat li ġejjin.", "IMMIGRAZZJONI – POLITIKA TA' INTEGRAZZJONI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6355 dwar il-proċess mal-wasla ta' immigrant għal stat ta' refuġjat, jista' l-Ministru jgħid kif qed titħaddem il-politika ta' integrazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant, sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "SIĠAR MEQRUDA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6177 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, l-ispeċi tas-siġra u timmarka b'distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le?", "Fil-każ li ma kienx hemm permess, x'passi ttieħdu?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "ERA – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL QLUGĦ U ŻBIR TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5709 jista' l-Ministru jippubblika l-ammont ta' siġar għal kull applikazzjoni msemmija?", "Jista' jinkludi wkoll it-triq u l-lokalità ta' fejn kienu jew għadhom is-siġar f'kull każ?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għal dak li ġie rrapportat online fuq: https://www.reuters.com/article/us-airbus-deliveries-idUSKBN1AK252, u filwaqt li nifhem li dan mhux it-tort tal-Air Malta, peress li l-Air Malta ilha taf li mhux ser tinżamm l-iskeda, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministeru jitfa' t-tort dwar hekk, meta seta' rrimedja fil-ħin?", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan jista' jkun nuqqas ta' tmexxija serja?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6321.", "PRIVATIZZAZZJONI TAĊ-ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-privatizzazzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-entitajiet li ser jieħdu t-tmexxija f'idejhom?", "Jista' jgħid x'ser jiggwadanja l-poplu Malti minn dan l-arranġament?", "Dan l-arranġament jista' jwassal għall-monopolju?", "L-oqbra ser jibqgħu jinxtraw mingħand il-gvern?", "Jekk le, ġie stabbilit prezz?", "X'inhuma l-arranġamenti biex isir ir-restawr tal-monumenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-konsorzju li ntgħażel sabiex jagħmel ix-xogħol meħtieġ fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata huwa CampoSanto JV.", "Dan se jwassal sabiex issir estensjoni ta' 2,880 qabar kif ukoll ammont sostanzjali ta' restawr tal-binjiet li hemm fiċ-ċimiterju u li ghandhom ukoll preġju storiku.", "L-immaniġġjar tal-operat taċ-ċimiterju se jgħaddi f'idejn l-istess konzorju.", "Dan se jwassal għal immaniġġjar aħjar tar-riżorsi.", "L-oqbra qegħdin u se jibqgħu jinxtraw mingħand il-Gvern billi ssir applikazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali.", "Il-prezz tal-oqbra ġie stabbilit fl-2016 meta nħareġ l-AL 425/2016.", "Bħala parti mill-proċess sabiex jiġi elenkat dak kollu li se jkun kopert minn dan il-proġett, inkiteb ukoll Restoration Method Statement li serva kemm sabiex joħorgu l-permessi meħtieġa u wkoll sabiex jelenka x-xogħol kollu ta' restawr li se jsir.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Il-qalb ta' kull raħal hu wirt arkitettoniku li jagħti karattru lil Malta, u peress li fil-pjanijiet lokali nsibu spazji li huma definiti b'mod tekniku bħala open space enclaves u li jinkludu wkoll ġonna antiki li mhux bilfors ikunu parti minn djar ta' karattru, u billi dawn l-enclaves huma parti mill-Urban Conservation Areas, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġi lil dawn l-enclaves?", "Jista' jgħid liema hu l-Att Legali li jħares dan u li joħroġ mil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Liema hu l-artiklu li jiddefinixxi dan f'kull pjan lokali?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-parti l-kbira ta' dawn l-enclaves huma proprjetà privata u għalhekk il-Gvern ma tantx għandu opportunità li jintervejeni b'mod dirett.", "Il-ħarsien ta' dawn l-enclaves qed jiġi assigurat mill-Awtorità tal-Ippjanar meta tkun qed tikkonsidra applikazzjonijiet ta' żvilupp ġo fihom billi tapplika l-policies viġenti kemm tal-iSPED u kemm tal-Pjanijiet Lokali.", "L-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp jobbliga lill-Awtorità li meta tkun qed tħejji plan jew policy għandha tqis il-konservazzjoni u preservazzjoni ta' riżorsi naturali, kif ukoll policies ambjentali kurrenti tal-Gvern.", "L-open space enclaves huma definiti fil-pjanijiet lokali u mhux fil-liġi.", "Kull Pjan Lokali għandu policy speċifika, però l-ġist ta' kull policy hu li ma jitħalla li jsir ebda żvilupp ħlief għal meta dan ikun estensjoni ma' bini eżistenti, jew parti minn proġett ta' riabilitazzjoni jew swimming pool u dejjem taħt kundizzjonijiet stretti biex jiġu mħarsa siġar, il-ħamrija u features oħra ta' valur arkitettoniku.", "GĦAWDEX: IR-RABAT – KAŻ TA' ESPROPRJAZZJONI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6452 li kienet dwar esproprju ta' art fir-Rabat Għawdex, li fit-tweġiba għaliha ntqal li fuq l-art inkwistjoni hemm kontestazzjoni minn terzi persuni rigward it-titolu tal-art u li għalhekk, sakemm jiġi stabbilit min huma s-sidien proprji, il-kumpens ma jistax jingħata, jista' l-Ministru jgħid:", "a. Meta ġiet esproprjata l-art inkwistjoni;", "b. Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minn terzi persuni;", "c. Jekk mal-kontestazzjoni ta' dawn it-terzi persuni ppreżentawx dokumenti bħala prova li għandhom xi titolu fuq din l-art;", "d. Meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u jekk l-uffiċċju legali tal-Awtorità analizzax ir-riċerki sottomessi;", "e. Jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ippreżentawx dokumentazzjoni bħal testmenti, riċerki u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis;", "f. Jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax ir-riċerki sottomessi miż-żewġ partijiet u;", "g. Jekk fin-negattiv jistax jara li din l-analiżi ssir kemm jista' jkun malajr?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6452 f'Seduta 133.", "KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA – ĦATRA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6415, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għadu ma nħatarx Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ai termini tal-Att XIII tal-2017 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, aktar minn sena wara li din il-liġi għaddiet mill-Parlament?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejjin konsultazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6414, lil hinn minn jekk daħalx bil-kunsens tiegħu jew le, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-'profil' tiegħu fuq Facebook 'ħariġx' jew għandux membri tal-gruppi sigrieti fuq Facebook li jintużaw bħala hate groups u li fihom tiġi ġġenerata u/jew tinxtered mibegħda dwar in-nies, speċjalment avversarji politiċi tal-istess Prim Ministru?", "Interpellant, il-Facebook huwa platform soċjali pubbliku u l-Prim Ministru ma għandux is-setgħa li jikkontrolla x'jingħad f'fora pubbliċi.", "Ta' min ifakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-Prim Ministru u l-familja tiegħu kienu u għadhom vittmi ta' hate speech f'Facebook Groups ikkontrollati minn persuni qrib l-istess Interpellant.", "Li nista' nagħmel b'mod konsistenti huwa li nikkundanna kwalunkwe hate speech ġej minn fejn ġej.", "Intant, il-profil tneħħa minn gruppi li ddaħħal fih mingħajr kunsens.", "Fost dawn kien hemm gruppi bħal 'No To Embryo Freezing in Malta' li żgur ma kellhomx kunsens biex jinkludu bħala membru tagħhom il-profil tal-Prim Ministru.", "APPLIKAZZJONI/PERMESS GĦAL VERANDA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6385, peress li fl-istħarriġ intern li sar mill-Ministeru tiegħu dwar l-użu ta' ħaddiema tal-Gvern għal xogħol fir-residenza privata tiegħu ma hemm l-ebda referenza għal permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid jekk, fil-każ tal-veranda stallata minn ħaddiema tal-Gvern fid-dar tiegħu, kienx applika, iva jew le, għal permess jew Development Notification Order (DNO) mal-Awtorità tal-Ippjanar u, f'dak il-każ, jippreżenta evidenza dokumentarja ta' dan?", "CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 6253.", "ĦAL QORMI – XOGĦLIJIET NEĊESSARJI FUQ TAL-BLAT", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6288, jista' l-Ministru jalloka aktar fondi sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji hekk kif jidher li l-ħsarat jeċċedu l-budget li l-Awtorità tad-Djar allokat għall-imsemmija xogħlijiet fil-lift tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar irċeviet ir-rapport tal-Inġinier inkarigat, liema rapport jindika li x-xogħol neċessarju ser jiswa aktar milli kien ġie stmat.", "Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġà għamel talba sabiex l-istima tiġi mressqa quddiem il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Eżekuttiv sabiex tkun tista' tinħareġ l-approvazzjoni neċessarja.", "Ritratt marbut mal-mistoqsija parlamentari 6252", "Ritratt marbut ma' mistoqsija parlamentari 6473"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180625_135d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa ta' kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex f'bini ta' toroq mill-ġdid matul is-snin 2016 u 2017, sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex se timpjega lill-individwu (a) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jekk huwiex se jkun impjegat mal-istess Transport Malta fil-kariga li kellu l-individwu (b) li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta' għażla għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f'Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta' għażla jdum mill-inqas disa' xhur?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta' għażla għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f'Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta' għażla jdum mill-inqas disa' xhur?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Inkjesta tal-pulizija dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni dwar bini ta' toroq f'Għawdex ġietx konkluża u x'kienu l-konklużjonijiet u jikkonferma jekk il-persuni li kienu jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex li ġew sospiża f'Lulju 2017 (inkluż id-Direttur, il-Perit u l-PA tad-Direttur) fuq diversi allegazzjonijiet li saru, reġgħux iddaħħlu lura jaħdmu mal-gvern f'dawn l-aħħar ġranet?", "Jista' jgħid min ta l-ordni biex dawn il-persuni jerġgħu jiddaħħlu lura jaħdmu fis-Servizz Pubbliku, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu, ma' liema Ministeru qed jaħdmu kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, taħt liema titlu u f'liema grad iddaħħlu lura għax-xogħol, u minn liema Ministeru qed jitħallsu?​", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi jew każijiet fl-aħħar 20 sena fejn l-Avukat Ġenerali ma qabilx u mar kontra r-rakkomandazzjoni ta' xi Maġistrat Inkwirenti għeluq inkjesta li kien irrakomanda li jittieħdu passi kriminali kontra individwu, skont l-art.", "569(6) tal-Kodiċi Kriminali?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, iltaqgħu ma' rappreżentanti jew uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Mejju 2017?", "Jista' jgħid ukoll meta u ma' min iltaqgħu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mit-8 ta Marzu 2013 sal-lum kemm ħaddiema li kienu jaħdmu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex talbu li ma jibqgħux hemm u minflok imorru jaħdmu x'imkien ieħor?", "Kemm kien ilhom jaħdmu ġewwa l-isptar t'Għawdex u x'kien il-grad ta' dawn il-ħaddiema li talbu li jiġu trasferiti? jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li talbu li jiċċalqu iżda ma ġietx milqugħa t-talba tagħhom?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6106 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Gaetano Vitale (parti) fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6107 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Ġdida fi Triq tan-Najder fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6108 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Birguma (l-aħħar parti) fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6109 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq San Ġwann l-Evanġelista (parti) fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6110 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Triq Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6111 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonnjuż fuq Sqaq fi Triq il-Għargħur fin-Naxxar?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta' residenza f'Malta anke jekk temporanjament?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn il-persuni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija imma li huma reġistrati mal-JobsPlus u li għandhom impjieg f'Malta kemm jekk part-time jew full-time?", "Jista' jgħid kemm minn dawn huma reġistrati bħala li qed jaħdmu part-time u kemm minnhom qed jaħdmu full-time?", "Jista' jgħid mil-liema pajjiżi huma ġejjin dawn il-persuni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 3328 u 5756, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar ilha għal xhur sħaħ tistenna l-informazzjoni u dokumenti li talbet lil Vitals GH u issa lil Steward fl-iscreening letter sabiex tkun tista' tivvalida u tibda tipproċessa din l-applikazzjoni PA 7491/16 u ċjoè l-applikazzjoni għall-Master Plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investiment infrastrutturali sar fil-Barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur u f'postijiet oħra li għandha l-AFM ġewwa Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża sena b'sena u x'proġetti infrastruturali hemm ippjanati minn issa sal-aħħar ta' din is-sena fis-siti tal-Forzi Armati f'Għawdex?", "Jista' jgħid kemm hemm suldati stazzjonati Għawdex u x'inhu l-grad tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel, twaqqa' aktar minn sena ilu biex minfloku tibda tinbena l-Iskola ta' Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6065 u 5933 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f'din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument datat is-sena 1933 u li għamel referenza għalih fl-istess tweġiba?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Karta tal-Identità ġiet ikkanċellata skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il detentur ta' Karta tal-Identità ġie mitlub biex jirritorna lura l-Karta tal-Identità tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet mogħtija lid-detenturi tal-Karti tal-Identità?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Karta tal-Identità ġiet irrapurtata misruqa, distrutta jew sfigurata lill-uffiċjal awtorizzat sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6339 u jgħid jekk hemmx siġar protetti fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali Ħ'Attard?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f'Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f'kull lokalità rispettivament?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'regolamenti ta' saħħa hemm li qed jirregolaw il-massage parlours li għandna miftuħa fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' metri kwadri ta' art/raba' li se tkun qed tittieħed bħala spazju għat-triq li qed tissejjaħ Central Link mill-Gvern?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern awtorizzax it-trasferiment fil-kirja ta' ħanut fil-binja tal-Gvern quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Mosta ħdejn il-Government Housing Estate u fejn hemm il-kumpless tal-ħwienet, fejn minn ħanut retail, illum sar massage parlour?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward ta' massage parlours, x'qed isir mill-Gvern permezz tal-pulizija sabiex ikun regolat dan is-settur fil-każ:", "a. Li permezz ta' dawn il-massage parlours, naraw li pajjiżna mhux qed iservi mezz li jippromwovu t-Traffikar tal-Bniedem;", "b. Sabiex naraw li dawn is-siti kummerċjali ma jispiċċawx bħala burdell;", "c. Sabiex naraw li r-residenti tat-toroq fejn hemm dawn is-siti kummerċjali li joffru servizz ta' massage parlour ma jispiċċawx iffastidjati kemm minn dawk li qed joffru s-servizz kif ukoll minn dawk li jkunu qed ifittxu li jieħdu s-servizz minn dawn is-siti?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6438 tad-19 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-qabdiet ta' droga li saru mill-Pulizija fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fit-2018 sal-aħħar ta' Mejju?", "Kulma qed nistaqsi x'kienu l-qabdiet u kemm kien il-valur ta' flus ta' kull qabda.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika liema se jkunu l-160 triq li Infrastruttura Malta se tkun qed tagħmel fix-xhur li ġejjin?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Fid-dawl li wieħed jista' jantiċipa li jseħħ xi inċident waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jara li jkun hemm pulizija/uffiċjal tal-komunità (warden) biex ikun jista' jinforza regolamenti tat-traffiku fiż-żoni ta' Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira, il-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Fid-dawl li wieħed jista' jantiċipa li jseħħ xi inċident waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jara li jkun hemm pulizija/uffiċjal tal-komunità (warden) biex ikun jista' jinforza regolamenti tat-traffiku fiż-żoni ta' Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira, il-Mellieħa?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6361 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6183 u 6368 u jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità tal-Gudja, qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalita tal-Fgura qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tankijiet privati tal-fuel li huma illegali ta' ħafna garaxxijiet li jordnaw fuelbulk biex ma jmorrux għand tal-pompi tal-petrol, jista' l-Ministru jgħid x'rimedju qed jittieħed dwar hekk?", "Kemm inqabdu jiksru l-proċedura mir-REWS?", "Dawn it-tankijiet, bosta minnhom f'inħawi residenzjali, għandhom l-istandards ta' protezzjoni meħtieġa?", "Min jissuplixxi l-fuel hu mġiegħel jiċċekkja jekk dawn is-sidien għandhomx permess?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ispeċifikazzjonijiet tal-lining tal-membrane tat-tankijiet ta' taħt l-art tal-fuel stations?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li qed jiġi aċċettat lining ta' membrane normali meta l-petrol idewbu u mhux il-lining tal-fuel tanks proprja li hu epdethelene benelyne nomimer membrane or fiber glass enforced plastic?", "Kif qed timmoniterja u tirregolarizza dwar hekk ir-REWS?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6179 u ċjoè: B'referenza għall-ħaddiema tax-xatt, b'mod partikolari l-port workers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm bżonn li għal darb'oħra jerġa' jiddaħħal il-wirt tax-xogħol meta r-regoli tal-EU u l-good sense amministrattiv jistipulaw il-kontra?", "X'inhi r-raġuni għalfejn l-ebda ċittadin Malti u Għawdxi, ma jistax jikseb il-liċenzja bħala port workes sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkun diġà liċenzjat?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "L-akbar għaqda tal-Maltin fir-Renju Unit hi l-Maltese Culture Movement fejn ilha torganizza l-avveniment tal-Malta Day f'Settembru b'suċċess sa mill-2001, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna jagħti l-Ministeru tiegħu biex dan iseħħ?", "X'inhuma l-pjanijiet għal din is-sena u għas-sena 2019?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3610, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-laqgħa kenitx organizzata formalment?", "Jista' jgħid min kienu l-persuni involuti fil-laqgħa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3600 jista' l-Ministru jgħid għal liema użu kienet il-kontribuzzjoni ta' €280,000 lid-Diplo Foundation?", "Jista' jgħid kif intefqu?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jgħid fejn imur id-dħul minn bazaars li jkun hemm fir-Reception Area tal-Isptar Mater Dei, u għalxiex jintuża dan id-dħul?", "Jista' jgħid kemm kien id-dħul globali fl-aħħar sentejn (separatament)?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għaddew mill-aħħar eżami li sar għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post u meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati f'kull post?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4604, li kienet dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Gozo Museum u fejn fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu ġew allokati €5 miljun mill-Fond Ewropew għal dan il-proġett, tista' l-Ministru tgħid għal liema perjodu ġew allokati dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4988, li fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu qed isiru verifiki biex jiġi stabbilit jekk l-art hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, tista' l-Ministru tgħid jekk din l-informazzjoni ngħatatx?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex (separatament) matul is-snin 2016 u 2017 (separatament)?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5431 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5290 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u l-mistoqsija parlamentari 5328 li saret lill-Ministeru għall-Famija, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-media lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta hu kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru ġentilment tieħu l-passi neċessarji sabiex l-informazzjonijiet kollha li l-Ministeru tagħha joħorġu bħal (a) Society's Concern u (b) Who is Who? jiġu tradotti bil-Malti għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin li ma jafux jaqraw bl-Ingliż?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28847 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'servizzi qed toffri l-Aġenzija Appoġġ f'din il-Leġiżlatura u x'inhuma l-waiting list ta' kull servizz?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5933 u 6065 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f'din il-Leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-Aġenzija Sapport għall-klijenti tagħhom matul is-sena l-oħra u din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-każijiet kollha tal-familji li qed jirċievu xi servizz mill-Aġenzija Appoġġ għandhomx programm individwali?", "Jekk iva, meta jiġi rivedut dan il-programm permezz ta' case conference?", "Il-ġenituri jew carers li huma responsabbli tal-familji kkonċernati, qegħdin jingħataw kopja tar-rapporti individwali?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li l-popolazzjoni Qormija qed issir aktar anzjana, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru djar tal-anzjani f'din l-istess lokalità u jekk le, jikkunsidrax il-Ministru li jesplora din il-possibilità?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Tieni Qari (Kont.) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "25 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju 2018, fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Abbozz Nru 46 - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta (Kont.) – Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 30 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 42 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 41 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 35 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili –Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar it-talba li saret mill-Membri tal-Oppożizzjoni għal investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-iingaġġ ta' ħaddiema fil-Wasteserv matul il-perjodu Jannar 2016 u Ġunju 2017, flimkien mat-talba tal-Membri tal-Gvern li l-perjodu taħt investigazzjoni jibda minn Jannar 2010.", "(Kont.)", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju, 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjetà (Università ta' Malta);", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjetà (Hotels Consortium Sliema Strand Lido); u", "Riżoluzzjoni dwar Trasferiment ta' Proprjetà (Marsa Football Club).", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 27 ta' Ġunju 2018 fil-5:00 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar talba li saret mill-Onor.", "Jason Azzopardi rigward it-toroq arterjali fl-akkwati tar-Rabat u H'Attard.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Diskussjoni skont Artikolu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u New Zealand iffirmat fil-5 ta' Ottubru 2016; u", "Affarijiet oħra.", "25 ta' Ġunju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180626_136a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "It-Tlieta, 26 ta' Ġunju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 135, li saret fis-26 ta' Ġunju, 2018 ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XXV tal-2018 - Att tal-2018 dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tas-Sedja fil-Commonwealth Parliaments meeting on the revision of benchmarks for democratic legislatures li nżammet f'Wilton Park, l-Ingilterra bejn it-18 u l-20 ta' Ġunju 2018;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Rosianne Cutajar u l-Onor.", "Therese Comodini Cachia fil-BIMR Commonwealth Women Parliamentarians' Conference – Women in Parliament: Past, Present and Future, li nżammet f'Londra bejn is-26 u t-28 ta' April 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI – NEFQA F'BINI TA' TOROQ MILL-ĠDID", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa ta' kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex f'bini ta' toroq mill-ġdid matul is-snin 2016 u 2017, sena b'sena?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ai termini tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Artiklu 33 (1) (a), il-Kunsill Lokali għandu l-funzjoni:", "\"li jipprovdi biex tinżamm fi stat tajjeb u għall-manutenzjoni ta', jew titjib fi, kull triq jew mogħdija, li ma tkunx proprjetà privata.", "Iżda l-manutenzjoni għar-rigward ta' xi triq jew mogħdija tinkludi l-kisi jew l-asfaltar tagħha, iżda ma tinkludix ir-rikostruzzjoni tagħha.\"", "Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif miġbura mingħand il-kunsilli lokali għas-sena 2016 u 2017 li jiddikjaraw li għamlu x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' toroq.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jien ġenwinament naħseb li hawn xi żball f'din l-informazzjoni għaliex l-ammont ta' toroq li jidher li għamlu l-kunsilli lokali matul l-2016 u l-2017 huwa minimu għall-aħħar, u dan bil-kontra ta' dak li beda jingħad ilbieraħ, speċjalment minn ċerti Membri tal-Oppożizzjoni li qalu li forsi l-kunsilli lokali kellhom jibqgħu jagħmlu dawn it-toroq.", "Jidher li ftit sar investiment fit-toroq.", "Ladarba issa r-responsabbiltà tat-toroq mill-kunsilli lokali - li ma kienu qed jinvestu xejn fuq it-toroq jew kienu qed jinvestu mill-inqas - se tgħaddi għand il-Gvern ċentrali permezz tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, kemm hija għaqlija din id-deċiżjoni, li r-responsabbiltà se tkun waħda differenti?", "OWEN BONNICI: Jien nikkonferma li t-tweġiba hija korretta imma naqbel mal-Onor.", "Byron Camilleri dwar l-osservazzjoni li għamel.", "Fil-fatt hawnhekk għandi l-informazzjoni kif mgħoddija lili mid-Direttur tal-Gvernijiet Lokali, bil-firma tiegħu, li taċċerta l-veraċità ta' din l-informazzjoni.", "Jien naqbel ma' min jgħid - inkluż l-Onor.", "Camilleri - kemm hija għaqlija d-deċiżjoni ta' dan il-Gvern li t-toroq jiġu rikostruwiti mill-Gvern ċentrali, mingħajr ma jneħħi xejn mill-allokazzjoni finanzjarja lill-gvernijiet lokali.", "Din hija d-differenza, għaliex, kif għedt ilbieraħ, Gvern preċedenti għażel li jfarrak il-kunsilli lokali billi jagħti l-impressjoni li qiegħed jgħinhom biex jagħmlu t-toroq u jtejbu t-toroq meta fil-fatt kien qiegħed jimlihom bid-dejn.", "Min-naħa tagħna, aħna qed nimxu b'mod differenti u qed naslu għal riżultat aħjar mingħajr ma nifflaġellaw il-kunsilli lokali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Il-Ministru ma jidhirlux li wara 25 sena ta' kunsilli lokali, li l-iskop ewlieni tagħhom kien li tingħata aktar devoluzzjoni tal-poter biex ma jkunx il-Ministru li jiddeċiedi, illum f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħhom immarkajna ġurnata sewda u prattikament qegħdin infissru li l-istorja qiegħda terġa' tirrepeti ruħha u l-passat huwa l-mera tal-preżent?", "Għal darb'oħra lbieraħ assistejna wkoll ….", "L-ISPEAKER: Onor. Cutajar, il-mistoqsija x'inhi?", "ROBERT CUTAJAR: Ġej għall-mistoqsija.", "Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa pass lura mir-raġuni għalfejn kienu twaqqfu l-kunsilli lokali?", "Aħna naqblu li t-toroq għandhom isiru imma għandhom jingħataw lura r-responsabbiltà tal-kunsilli lokali kif kien isir fil-każ tat-toroq il-ġodda.", "Barra minn hekk, anke r-responsabbiltà tas-sinjali tat-traffiku u tal-istreet furniture għaddiet ukoll f'idejn l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta jiġifieri prattikament kollox se jkun qiegħed jiddeċiedi l-Ministru.", "OWEN BONNICI: Jien onestament nibqa' mmeraviljat b'dak li qiegħed jgħid l-Onor.", "Mela qed infehmuh li t-triq li kien qabad Gvern preċedenti, b'kull rispett, hija triq li ġiet ipprovata li hija ħażina – dan mhux qed ngħidu jien imma wieħed jista' jara r-rapport tal-Awditur Ġenerali għaliex l-istorja wriet illi li tifqa' l-kunsilli lokali bid-dejn hija triq ħażina – u llum għax dan il-Gvern kellu l-kuraġġ li jwettaq il-wegħda li jagħmel it-toroq kollha ta' pajjiżna hu, nisimgħu lill-Oppożizzjoni tgħid li ma taqbilx!", "L-Oppożizzjoni għandha dritt tgħid li ma taqbilx ma' din id-direzzjoni imma jien nassigura lil kulħadd f'din il-Kamra li n-nies hemm barra niżlitilhom tajjeb ħafna l-aħbar li l-Gvern se jkun qiegħed jagħmel it-toroq kollha hu a spejjeż tiegħu, mingħajr ma jneħħi ebda ċenteżmu mill-allokazzjoni lill-kunsilli lokali.", "U mhux il-pubbliku biss imma anke l-kunsilliera u s-sindki miż-żewġ naħat tal-Kamra li kellmuni privatament u qaluli li din hija t-triq 'il quddiem għaliex hija triq tajba u għandna nkomplu għaddejjin b'din il-ħidma tagħna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Dan l-aħħar tħabbret miżura sabiex il-kmamar tan-nar igawdu minn finanzjament favur aktar sigurtà.", "Fost l-oħrajn, ħadu xi fondi sabiex il-kmamar tan-nar tagħhom ikunu siguri.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'fondi huma dawn?", "U x'obbligi għandhom issa dawk il-kmamar tan-nar li kienu ħadu dawn il-fondi?", "Wara li jkunu ngħataw dawn il-fondi lill-kmamar tan-nar, isiru tfittxijiet u jiġu ċċekkjati dawn l-istess kmamar sabiex naraw li dawn il-fondi ntnefqu verament għar-raġuni li ngħatawlhom?", "OWEN BONNICI: Din hija skema ġdida ta' għajnuniet għall-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja li qatt ma kellna qabel.", "Huwa tajjeb li nispjegaw x'għamilna, x'qed nagħmlu u x'se nkomplu nagħmlu.", "Din hija skema ta' għajnuna ta' assistenza finanzjarja lil dawk il-kmamar tan-nar li ma jaħdmux biex jagħmlu l-flus.", "Għandhom dritt jagħmlu l-flus u aħna nbierku lil kull min jgħin fl-attività ekonomika, però aħna mhux fuq dawk il-kmamar qed nitkellmu imma fuq il-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja, normalment biex jgħinu lill-festa tal-lokal.", "Issa sintendi kull raħal għandu l-istorja tiegħu għax hawn kmamar li jaħdmu għal festa waħda tal-lokal, hawn kmamar assoċjati ma' festi differenti, hawn kmamar assoċjati ma' każini tal-baned partikolari, hawn kmamar li mhumiex assoċjati ma' każini ta' baned partikolari u hawn kmamar li jaħdmu n-nar għal festi oħrajn barra r-raħal jiġifieri l-permutations ma jispiċċaw qatt u Malta mod u Għawdex mod ieħor.", "Għalhekk meta rajna dan kollu ħadna l-parir ta' nies li jifhmu.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja pubblikament lil erba' persuni – hemm aktar imma nixtieq nirringrazzja lil erbgħa minnhom – li huma l-Onor.", "Michael Falzon għall-għajnuna tiegħu, lil Josef tal-Imqabba, lil Frank ta' Ħal Għaxaq u lil Daniel taż-Żurrieq, li tawna l-pariri kif nistgħu nagħmlu din l-iskema bl-aħjar mod.", "Fil-fatt l-iskema għamilnieha b'mod li jikkwalifikaw il-kmamar tan-nar kollha li jaħdmu fuq bażi volontarja.", "Mela aħna m'għamilniex skema li biha l-kmamar tan-nar tellaqniehom wieħed mal-ieħor.", "Kulħadd ikkwalifika u kulħadd ħa b'kondizzjoni waħda; li inti trid tkun reġistrat bħala organizzazzjoni volontarja.", "Jien naf li hemm kmamar tan-nar li għal xi raġuni jew oħra qatt ma rreġistraw ruħhom bħala organizzazzjoni volontarja u lil dawn tajniehom il-ħin biex imorru jirreġistraw u jieħdu n-numru bħala organizzazzjoni volontarja.", "It-tieni ħaġa li rbatna ma' din l-iskema hija l-kwestjoni tas-sigurtà.", "Aħna rridu li dan l-investiment, kif qal l-Onor.", "Camilleri, imur għal aktar sigurtà fil-piroteknika Maltija.", "Fil-fatt din mhijiex handout u qed nagħmilha ċara imma kull għotja finanzjarja hija akkumpanjata b'kuntratt li bih il-kamra tan-nar tobbliga ruħha li twettaq miżuri ta' sigurtà.", "Fil-fatt bis-saħħa ta' dawn il-fondi hemm min se jinvesti f'soqfa aktar siguri, hemm min se jinvesti fi struttura aktar sigura, hemm min se jirranġa l-art, hemm min se jagħmel tinda, hemm min se jixtri l-pyrenes u miżuri oħrajn ta' sigurtà.", "Jien jidhirli li din l-iskema kienet ta' suċċess kbir, niżlet tajjeb ħafna u jien impenjat li nkompli ngħin għal aktar sigurtà fis-settur tal-piroteknika Maltija, li huwa qasam sabiħ ħafna li l-Maltin jeċċellaw fih u għandhom ħila straordinarja biex imexxu dan is-settur 'il quddiem.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, jien se mmur lura għall-mistoqsija preċedenti.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħidli f'liema paġna tal-programm elettorali tal-Partit Laburista tal-aħħar elezzjoni kien hemm elenkat li l-Partit Laburista kien se jkompli jieħu responsabbiltajiet lill-kunsilli lokali?", "Jien fittixt ukoll fir-rapporti tal-Awditur Ġenerali u mkien ma sibt li l-Gvern preċedenti kisser u ġab lill-kunsilli lokali fid-dejn.", "Jien skantajt kif il-Ministru qal li kien hemm sindki miż-żewġ naħat li kellmuh għaliex jien ukoll tkellimt ma' numru ta' sindki, inkluż sindki Laburisti, u dawn qaluli li ma jaqblux mal-mod li bih se titwaqqaf l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, l-aktar ħaġa li tagħmlilna unur f'dawn l-aħħar snin hija li minn statistika li għandna l-kunsilli lokali li kellhom id-dejn kienu jammontaw għal 17 u llum dawn niżżilniehom għal sebgħa.", "Naħseb li dak huwa l-akbar ċertifikat ta' kif qed naħdmu biex naqgħtu d-dejn mill-kunsilli lokali.", "Wieħed mill-fatturi li minħabba fih il-kunsilli lokali kienu mtlew bid-dejn kien li biex jagħmlu t-toroq kien ikollhom jiddejnu.", "Dik kienet l-unika għażla li kellhom biex jagħmlu t-toroq, u mhu qed ngħid għal ħadd imma qed ngħid il-verità.", "Aħna fil-programm elettorali wegħedna li f'seba' snin se nkunu qegħdin nagħtu €700 miljun lill-kunsilli lokali.", "Issa bħalma l-Onor.", "Cutajar qed jgħid li hemm kunsilli lokali li mhumiex kuntenti, jien nista' nassigurah li hemm kunsilli lokali min-naħa tal-Partit Laburista li huma kuntenti u hemm kunsilliera u sindki li huma kuntenti li se jkollhom it-toroq irranġati.", "Mid-diskorsi li smajna f'dan il-Parlament jidher li tan-naħa l-oħra ma jaqblux ma' din l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, kif għandhom kull dritt, però aħna għandna mandat ċar biex nagħmlu dan u l-flus li konna qegħdin nagħtu lill-kunsilli lokali għat-toroq m'aħniex se neħduhomlhom imma se jibqgħu hemmhekk.", "Aħna lill-kunsilli lokali saħħaħnielhom il-vot tagħhom.", "Pereżempju biż-żieda li tajna lill-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Baħar f'dawn il-ġranet stajna nibdew proġett flimkien mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni biex innaddfu dik il-lokalità.", "Il-kunsill lokali ħareġ €147,000 u seta' jagħmel dan għaliex kien l-aktar kunsill lokali li żidnih flus.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, f'dan il-Parlament il-Ministru Bonnici ressaq liġi dwar il-finanzjament tal-partiti u rajna partit politiku li pprova jdur ma' din il-liġi billi joħloq xi skema ta' ċedoli u x'naf jien, anke jekk dik il-liġi kienet immirata purament sabiex tipprova taqta' l-abbużi.", "Dik il-liġi daħħlet obbligu li l-partiti politiċi jressqu l-kontijiet tagħhom lill-Kummissjoni Elettorali.", "Illum hemm aħbar fuq il-mezzi tax-xandir li l-uniku partit f'Malta li daħħal il-kontijiet tiegħu fil-ħin huwa l-Partit Laburista.", "Skont il-ġurnal Malta Today, il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku naqsu li jressqu l-kontijiet tagħhom.", "Il-Ministru, li ppilota din il-liġi, beħsiebu jressaq 'il quddiem emendi sabiex naraw li din il-liġi tkun inforzata u anke sabiex naraw li skemi oħrajn, bħal pereżempju taċ-ċedoli, ma nerġgħux naraw bħalhom f'Malta ħalli din il-liġi verament tkun qed taqdi l-ħsieb oriġinali tagħha?", "OWEN BONNICI: L-esperjenza tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti tgħallimna lezzjoni importanti ħafna; li dak li jiswa mhuwiex li tpaċpaċ fuq ir-rule of law imma li meta tiġi għas-si u n-no inti tobdi r-regoli tagħha.", "Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, kif nafu, hija liġi li għall-ewwel darba fl-istorja rregolat, għamlet liġi u ddixxiplinat lill-partiti politiċi.", "Qabel l-2013 f'pajjiżna kellna sitwazzjoni fejn kulħadd kien regolat u kellu l-obbligi x'isegwi, minn ħanut tat-te sal-aktar għaqda non governattiva u volontarja żgħira, ħlief il-partiti politiċi.", "Din il-ħaġa nbidlet bis-saħħa tal-liġi li għamel il-Gvern Laburista fl-aħħar leġiżlatura u permezz tagħha għamilna regolamentazzjoni għall-partiti politiċi li tgħid x'jistgħu jirċievu u x'ma jistgħux jirċievu.", "Filwaqt li ħaddieħor għamel 25 sena jitfa' din il-liġi taħt it-tapit, aħna fl-ewwel 25 xahar, għaddejnieha.", "U waqt li konna qed ngħaddu din il-liġi u nitkellmu mal-Oppożizzjoni biex ngħadduha, l-Oppożizjoni kienet qed tiltaqa' minn taħt mal-esperti tagħha biex tara kif se tevadi l-istess liġi tal-finanzjament tal-partiti!", "U nafu x'ġara.", "Nafu li kien hemm l-iskandlu tad-donazzjonijiet illegali u nafu li kien hemm l-iskandlu taċ-ċedoli sigrieti, li żgur imorru kontra l-ispirtu tal-finanzjament tal-partiti.", "Għalhekk jien ngħid li meta l-pubbliku hemm barra jisma' lill-Oppożizzjoni, jew parti minnha, titkellem dwar is-saltna tad-dritt, huwa kapaċi jiżen u jistaqsi min qed jirrispetta r-regoli dwar is-saltna tad-dritt, jekk hux min qiegħed jaġixxi jew min qed ipaċpaċ fuq is-saltna tad-dritt.", "L-Onor.", "Camilleri staqsieni wkoll dwar il-futur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.", "Din hija mistoqsija pertinenti.", "Irrid infakkar li fl-aħħar leġiżlatura l-Oppożizzjoni għamlet kruċjata u qalet li l-Kummissjoni Elettorali mhijiex idonea, mhijiex tajba, m'għandhiex tkun hi l-awtorità regolatorja - li tkun qisha l-pulizija, biex in-nies hemm barra jifhmuni - li tara li l-liġi tal-finanzjament tal-partiti tiġi osservata.", "Dawn fetħu kawża l-qorti fejn qalu li l-Kummissjoni Elettorali mhijiex tajba biex tagħmel dan ix-xogħol u l-qorti preseduta mill-Imħallef Joseph Zammit McKeon, fl-ewwel grad tagħha, qabdet l-argumenti tal-Oppożizzjoni u ramiethom barra mit-tieqa.", "Kieku kienet logħba futbol l-Oppożizzjoni kienet titlef 6–0!", "Dik hija s-sentenza tal-qorti!", "Issa hemm appell u nistennew l-eżitu ta' dak l-appell.", "Jien nawgura li issa li kien hemm bidla fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista, - għall-inqas fid-deher jew formalment hemm bidla fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista - qegħdin f'pożizzjoni li l-liġi tal-finanzjamenti tal-partiti nħaddmuha fil-prattika u nagħmluha aħjar.", "Hawnhekk irrid nifraħ lill-Partit Laburista għax huwa wieħed mill-partiti li jiġu regolati bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti.", "Bħala l-Ministru responsabbli mil-liġi nieħu pjaċir nara li l-Partit Laburista, li huwa wkoll il-partit fil-gvern, ikun konformi mija fil-mija ma' din il-liġi.", "Jien nawgura li l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista tkompli f'din id-direzzjoni u tkompli tkun ta' mudell għal partiti oħrajn ta' kif jistgħu, fil-prattika, - mhux bit-tpaċpiċ issa, fil-prattika - meta niġu għas-si u n-no, juru kif inhi s-serjetà u kif inhi t-trasparenza fil-kamp politiku.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, waħda mir-responsabbiltajiet tal-Ministru hija l-MCCAA, li fost l-oħrajn taħdem sabiex ikun hemm aktar protezzjoni tal-konsumaturi.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'tip ta' inizjattivi qegħdin jittieħdu sabiex il-konsumatur ikun aktar protett?", "OWEN BONNICI: Naħseb li bħalissa hemm diskussjoni interessanti ħafna għaddejja fuq livell Ewropew dwar dak imsejjaħ new deal.", "Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett leġiżlattiv ġdid li laqqmitu bħala new deal.", "Fil-fatt meta l-Kummissarju għall-Ġustizzja ġiet Malta u ltaqgħet man-nies u maċ-ċittadini li ġew għall-consumer dialogue, kellna diskussjoni interessanti ħafna dwar dan in-new deal u aħna tajna l-appoġġ, il-linja ġenerali, dwar dak li rridu nagħmlu bis-saħħa ta' dan in-new deal.", "Jien għedt li n-new deal fil-verità huwa a big deal għaliex qed naraw li jkun hemm regoli ġodda fuq livell Ewropew u jekk din il-proposta ssir liġi, kif m'għandix dubju li ssir, għalkemm jaf ikun hemm xi tibdil, se tkun qed tagħti għodod ġodda liċ-ċittadini Ewropej, speċjalment lil dawk iċ-ċittadini li jikkonsmaw servizzi jew prodotti tal-era diġitali.", "Meta aħna l-avukati konna nistudjaw il-liġi – l-Onor.", "Camilleri huwa avukat bħalna – konna mdorrijin nużaw l-eżempju ta' xerrej li jmur jixtri xi prodott iżda llum id-dinja nbidlet u qed nitkellmu anke fuq flus li jkunu fuq linja diġitali, aħseb u ara kemm inbidlu l-prodotti!", "Jien informat li skont riċerka li għamlet l-Unjoni Ewropea, persuna normali f'ħajjitha tikkonsma ammont straordinarju ta' flus fi prodotti u servizzi, u allura aħna, fil-verità, qabel aħna ċittadini f'għajnejn il-liġi, aħna konsumaturi.", "Aħna ċittadini f'għajnejn il-liġi imma probabbilment qabel dik, aħna konsumaturi.", "Jekk hemm xi ħaġa li ġġibna flimkien hija li aħna nikkonsmaw il-ħin kollu.", "Naqbel mal-Onor.", "Camilleri li din l-Awtorità għandha obbligu importanti li tintervjeni meta l-liġi tippermettilha li tintervjeni sabiex nassiguraw li l-konsumatur jieħu a fair deal skont il-liġi tas-suq ħieles, imma sintendi, irridu nagħtu wkoll soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi ġodda li hemm fis-settur tal-protezzjoni tal-konsumatur.", "TRANSPORT MALTA – INGAĠĠ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex se timpjega lill-individwu A, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jekk huwiex se jkun impjegat mal-istess Transport Malta fil-kariga li kellu l-individwu B, li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent mhuwiex impjegat tal-Awtorità u m'hemm ebda proċess sabiex jiġi impjegat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, f'din il-Kamra ntqal ħafna diskors dwar il-bypass tal-Mellieħa.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal dan ix-xogħol u jekk dak li beda jingħad huwiex minnu jew le?", "IAN BORG: Sur President, jidher li l-ħin tal-mistoqsijiet dalwaqt jiskadi u allura se nwieġeb fil-qosor.", "Bażikament, nhar is-Sibt, flimkien mal-Ministru Herrera, kelli l-opportunità li nżur dawn ix-xogħlijiet li kienu d-diskussjoni ta' ħafna mistoqsijiet parlamentari fl-aħħar ġimgħat u bi pjaċir mhux biss ikkonfermajna li x-xogħlijiet li issa qorbu fit-tmiem tagħhom jinkludu erba' korsiji, - kif ftehemna u kkommettejna sa mill-bidu ta' dawn ix-xogħlijiet - cycle lane u crash barriers fin-nofs u fil-ġnub biex jilqgħu minn fuq l-irdumijiet imma anke żidna 28 siġra li fil-fatt qatt ma kien hemm sabiex jikkumplimentaw ix-xogħol ħolistiku li sar.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 197 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor in Performing Arts (Honours) – B. Perf.", "Arts (Hons) - taħt il-patroċinju tal-Iskola tal-Arti Performattiva;", "Avviż Legali Nru 198 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2008 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Gradi ta' Bachelor of Science – B.Sc. – u Bachelor of Science (Honours) – B.Sc.", "(Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenza;", "Avviż Legali Nru 199 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Higher Diploma in Gerontology and Geriatrics – H.Dip. taħt il-patroċinju taċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontoloġija;", "Avviż Legali Nru 200 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Laws (Honours) – LL.B. (Hons), għall-Grad ta' Bachelor of Laws – LL.B. – u għad-Diploma of Legal Procurator – Dip.", "L.P. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Tagħrif dwar persuni mhux ta' ċittadinanza Maltija reġistrati mal-Jobsplus u maqsuma f'Tabella A li turi persuni li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Tabella B ċittadini ta' Pajjiżi Terzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6269.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtellgħa mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta bejn Ġunju 2017 u Ġunju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6534.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Att Nutarili intitolat Waste Land No. 316 u datat is-6 ta' Ġunju 1933, dwar art li tinsab fil-\"Contrada tas-Salib\" fil-Limiti tal-Mellieħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6488, u", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 201 tal 2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Inċentivi għas-Sostenn tal-Intrapriża.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Kumitati Permanenti.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont il-paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordni Permanenti tal-Kamra, f'kull laqgħa li tista' tinżamm tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-ġranet bejn it-2 u l-4 ta' Lulju, 2018, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis se jkun qiegħed jissostitwixxi lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne bħala Chairperson ta' dan il-kumitat u l-Onor.", "Aaron Farrugia se jkun qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta - Abbozz Nru 39 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzonijiet.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "SOSTITUZZJONI TEMPORANJA TA' MEMBRI FUQ ID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI", "GĦALL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI", "TAL-ORGANIZZAZZJONI", "GĦAS-SIGURTÀ U KOPERAZZJONI FL-EWROPA", "Illi b'referenza għall-Mozzjoni 30 mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati fil-11 ta' Lulju 2017 u l-Mozzjoni 139 mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati fit-30 ta' April 2018 li jaħtru d-delegazzjoni tal-Parlament Malti għall-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa, il-Kamra tirriżolvi li għas-27 Sessjoni Annwali tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa li se tinżamm ġewwa Berlin, il-Ġermanja, bejn is-7 u l-11 ta' Lulju 2018, l-Onor.", "Rosianne Cutajar bħala Kap tad-Delegazzjoni u l-Onor.", "Silvio Grixti jissostitwixxi lill-Onor.", "Emanuel Mallia, bħala membru tal-istess delegazzjoni.\"", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARRANĠAMENTI U SERVIZZI TA' TEKNOLOĠIJA INNOVATTIVA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' Ġunju, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, quddiemna għandna diskussjoni li fiha - din mhijiex xi ħaġa li ssir b'mod normali - qegħdin nikkonsidraw tliet Abbozzi ta Liġi f'daqqa għax huma konnessi ma' xulxin.", "L-ewwel Abbozz ta' Liġi, Abbozz Nru 34, jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' arranġamenti u għar-regolamentazzjoni ta' servizzi tal-hekk imsejħa teknoloġija innovattiva.", "It-tieni Abbozz ta' Liġi, Abbozz Nru 44, jirregola l-qasam tal-offerti dwar atti finanzjarji u virtwali kif ukoll atti finanzjarji u virtwali u dawn se niġu għalihom aktar tard.", "It-tielet Abbozz ta' Liġi, Abbozz Nru 45, qiegħed iwaqqaf attività ġdida ġewwa pajjiżna li se tkun magħrufa bħala l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, liema awtorità essenzjalment hija intiża sabiex tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-prinċipji gwida li tista' tieħu f'dak l-Att u sabiex tippromwovi prinċipji konsistenti għall-iżvilupp ta' viżjonjiet, ħiliet u kwalitajiet oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-innovazzjoni fit-teknoloġija.", "Huwa veru li dawn l-Abbozzi ta' Liġi għandhom aspetti li sa ċertu punt huma distinti però ovvjament huma interlinked kif se nispjega aktar tard.", "Wieħed jista' jieħu dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi minn tliet dinamiċi.", "Għandna Abbozz ta' Liġi Nru 43 li huwa intiż sabiex jirregola t-teknoloġija innovattiva, bħal dak li hu magħruf illum l-ġurnata bħala d-Distributed Ledger Technology (DLT) jew forsi kif inhu magħruf aktar popolarment, il-Blockchain Technology.", "It-tieni Abbozz ta' Liġi, Abbozz Nru 44 jitkellem dwar atti ta' inizjali virtwali u forsi qed jispeċifika dwar il-mod kif pajjiżna jixtieq jirregola l-hekk imsejħa Cryptocurrency jew flus virtwali.", "Fil-fatt hemm dibattitu dwar jekk dawn l-hekk imsejħa flus virtwali humiex flus jew le u jekk il-cryptocurrency hijiex biss crypto jew hijiex currency wkoll.", "Però mbagħad forsi l-aktar Abbozz ta' Liġi importanti huwa Abbozz Nru 45, li essenzjalment qiegħed jipprovdi għal awtorità ġdida ġewwa pajjiżna.", "Hawnhekk tqum il-mistoqsija jekk għandniex bżonn awtorità jew forsi stajniex nespandu l-poteri tal-awtoritajiet eżistenti.", "Sur President, sabiex ippreparajt għal dan id-dibattitu, bħas-soltu għamilt ftit riċerka u fost dokumenti oħrajn rajt ukoll rapport tal-Bank Dinji li jitkellem dwar il-Fintech, jiġifieri l-financial technology kif ukoll dwar id-distributed ledger technology u l-blockchain.", "U f'dan ir-rapport tal-Bank Dinji hemm studju pjuttost dettaljat dwar l-hekk imsejħa Blockchain Technology, li essenzjalment kienet teknoloġija li inizjalment kienet applikata biex twaqqaf l-hekk imsejħa cryptocurrency magħrufa bħala l-Bitcoin.", "Però nafu wkoll li llum il-ġurnata nagħmlu żball jekk il-blockchain nassoċjawha biss mal-cryptocurrency jew mal-bitcoin għaliex il-veru vantaġġ tal-blockchain technology hija li għandha varji applikazzjonijiet potenzjali li jmorru lil hinn mill-użu limitat ta' flus diġitali.", "Għalhekk irridu naraw kif din it-teknoloġija, li ta' kuljum qiegħda tavvanza ħafna aktar, li għandha applikazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-cryptocurrency u li forsi filwaqt li hemm element ta' xettiċiżmu jew ċiniċiżmu ma' dawk li jissejħu l-flus virtwali, għal dak li għandu x'jaqsam mal-blockchain technology forsi hemm inqas riżervi dwar l-istess teknoloġija, nistgħu nużawha għall-vantaġġ tal-varji applikazzjonijiet tagħha però fl-istess ħin f'qasam regolat.", "Eżempji mogħtija mill-istess rapport tal-Bank Dinji għall-applikazzjoni tal-blockchain u distributed ledger technology huwa fir-rigward tal-cross boarded payments, financial markets infrastructure, securities markets, collateral registers u ferm aktar ta' użi differenti.", "Jien m'iniex bniedem teknoloġiku, altru minn hekk.", "Jien bniedem tal-liġi u żgur li m'iniex se nidħol f'dan il-qasam!", "Ovvjament ħaddieħor jgħallem lilna.", "Però dawk li jiffavorixxu l-blockchain technology jenfasizzaw il-vantaġġi potenzjali li din it-teknoloġija toffri fuq il-ledgers ċentralizzati tradizzjonali jew saħansitra tipi oħrajn ta' shared ledgers.", "Jgħidu li din it-teknoloġija tista' tkun aktar trasparenti, aktar effiċjenti u tista' wkoll tipprovdi għal tnaqqis fl-ispejjeż ta' ċerti transazzjonijiet u applikazzjonijiet li jsiru bis-saħħa tal-istess teknoloġija.", "Hemm min jgħid li din hija t-teknoloġija l-kbira li jmiss wara l-internet.", "Bla dubju ta' xejn, it-teknoloġija qiegħda tevolvi u għad baqa' triq twila qabel il-potenzjal sħiħ ta' din l-istess teknoloġija jkun jista' jiġi verament realizzat.", "Però l-istess rapport jgħid li wieħed jistenna soluzzjonijiet perfetti tad-distributed ledger technology qabel ma wieħed jgħid li din ir-realtà mhijiex soluzzjoni ideali.", "Allura wieħed jista' jgħid: Ladarba din it-teknoloġija għadha fil-bidu tagħha, jagħmel sens li nistennew jew nibdew nirrikonoxxu din ir-realtà u nlestu għaliha, u nirregolawha fejn hemm bżonn?", "Huwa għalhekk li naħseb li l-Oppożizzjoni taqbel mat-triq indikata mill-istess rapport tal-Bank Dinji li għamilt referenza għalih, li jgħid li filwaqt li din it-teknoloġija għadha mhijiex fil-potenzjal sħiħ tagħha, anzi għadha fil-bidu tagħha, jagħmel sens li kull pajjiż jirrikonoxxi din ir-realtà u jlesti għaliha.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni hija favur li pajjiżna jkollu qafas regolatorju fir-rigward ta' din it-teknoloġija avvanzata.", "Fir-realtà, it-teknoloġija dejjem tavvanza u dejjem għandek teknoloġija avvanzata!", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar teknoloġija avvanzata partikolari li hija regolata mill-istess Abbozz ta' Liġi.", "Kellna wkoll l-opportunità li jkollna preżentazzjoni mogħtija lilna mill-Avukat Max Ganado, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk għall-kontribut li ta fl-abbozzar ta' dawn il-liġijiet.", "Permezz ta' din il-preżentazzjoni l-Avukat Ganado spjega x'kien l-inkarigu mogħti lilu mill-Gvern fl-abbozzar ta' dawn il-liġijiet u spjega wkoll x'inhi l-politika tal-Gvern wara dawn il-liġijiet.", "Fl-istess preżentazzjoni li ġiet mgħoddija lilna huwa indirizza u enfasizza l-kwestjonijiet ġenerali segwenti.", "Qabelxejn semma l-iżball popolari li ħafna drabi jsir, li wieħed jidentifika l-blockchain mal-bitcoin jew ma' xi cryptocurrency oħra, kif ukoll l-overlap li jista' jeżisti potenzjalment bejn varji entitajiet regolatorji li jistgħu joħolqu element ta' inċertezza legali.", "Min hi l-entità regolatorja responsabbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' din it-teknoloġija avvanzata, fir-rigward tal-cryptocurrency?", "L-MFSA?", "Il-Bank Ċentrali?", "Xi entità oħra?", "Huma dawn il-kwestjonijiet li ħafna drabi joħolqu inċertezzi legali, anke għall-operaturi li jixtiequ lil Malta bħala bażi tagħhom.", "Allura, ovvjament, meta wieħed jipprova jindirizza investituri potenzjali, l-ewwel element li għandu jkollok f'pajjiżek huwa element ta' ċertezza dwar min huwa responsabbli għar-regolamenti dwar dan il-qafas.", "Fit-tielet punt tiegħu jirrikonoxxi wkoll l-istadju bikri tal-iżvilupp tat-teknoloġija, però forsi dan huwa vantaġġ għax huwa aħjar li tirregola meta t-teknoloġija tkun għadha fi stadju bikri milli fi stadju avvanzat għax f'dan l-istadju inti tkun tista' tifforma lejn liema tip ta' definizzjoni trid tieħu din it-teknoloġija mentri jekk tkun tard tkun qed tirreaġixxi minflok tkun qed tagħti sens ta' direzzjoni.", "Fir-raba' punt tiegħu jgħid li hija realtà li pajjiżi differenti u organizzazzjonijiet reġjonali għandhom reazzjonijiet diverġenti u inkonsistenti għal din it-tip ta' teknoloġija avvanzata u din ir-realtà ta' crypocurrency.", "Iżda din niġi għaliha iktar tard.", "Però forsi jekk hemm problema internazzjonali li teżisti f'dan il-qafas hija li s'issa għad m'hemmx inizjattiva fi stat avvanzat minn bażi ta' organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali.", "S'issa għad hemm relattivament a piecemeal approach minn pajjiżi differenti u separati.", "Dan ifisser li jista' jkollok vantaġġ sa ċertu element għaliex jekk ikollok leġiżlazzjoni attraenti tkun qed tattira ċerti nies, però fl-istess ħin hemm ukoll element ta' fragmentazzjoni bejn il-pajjiżi, li fin-nuqqas tad-direzzjoni regolamentatorja internazzjonali, mill-aspett internazzjonali xorta waħda se jkollok element ta' inċertezza.", "Dak li qed nagħmlu huwa importanti li jkun qed isir mhux biss minn aspett ta' Malta bħala pajjiż sovran u indipendenti.", "Nafu li llum il-ġurnata qegħdin naġixxu f'reġjun, aħna parti mill-Unjoni Ewropea, u huwa importanti li l-Unjoni Ewropea stess toħloq qafas ta' ċertezza ta' fejn hi stess trid tmur f'dan ir-rigward.", "Jidher ukoll li f'dan ir-rigward pajjiżna ddeċieda li jsegwi s-segwenti politika; qabelxejn li jappoġġja u kważi kważi jħaddan it-teknoloġija innovattiva, li hija ħaġa tajba; li jindirizza dan is-settur b'mod ħolistiku u jkopri kull aspett tat-teknoloġija innovattiva, mid-distributed ledger technology għal smart contracts, għal A1s, iO2, u forom oħrajn ta' din it-teknoloġija u li jieħu inizjattivi sabiex jirregola dan is-settur b'qafas ta' liġi minflok ma jħallih jeżisti b'mod mhux regolat.", "L-għażla s-soltu tkun waħda minn tlieta u ċjoè li jew tħalli vakum legali u tħalli s-suq imexxi, li jista' joħloqlok problemi kbar oħrajn, jew tagħmel extreme mode of regulation u ċerti pajjiżi jgħidulek li se jirregolawha billi jipprojbixxuha, li huwa l-estrem l-ieħor, jew inkella timxi fit-triq tan-nofs, fejn tirrikonoxxi eżistenza u tirregolamentaha mingħajr ma tipprojbixxiha, anzi tirregola l-eżistenza tagħha biex tieħu t-tajjeb tagħha!", "Dik hija t-triq tan-nofs li pajjiżna qiegħed jadotta hawnhekk.", "Sur President, qed ngħidu li rridu noħolqu soluzzjoni regolatorja wiesgħa fuq l-applikazzjonijiet differenti tal-blockchain u din it-teknoloġija avvanzata.", "Meta inti għandek teknoloġija li m'għandhiex użu wieħed iżda għandha użu wiesgħa u differenti, inti ma tistax tagħmilha one size fits all. Ir-realtà hija li din it-teknoloġija se tavvanza b'mod aktar veloċi milli aħna kapaċi noħorġu regolamenti.", "Naħseb li din se tkun il-problema f'dan il-każ.", "Hemm aspetti oħrajn, bħal pereżempju, ta' servizzi finanzjarji, fejn ħafna drabi inti jirnexxilek tkun one step ahead tas-suq, anzi bil-liġi tiegħek you are trendsetting u ġġib in-nies miegħek u lejn pajjiżek.", "F'dan il-każ it-teknoloġija tant avvanzat b'mod massiċċ u ta' malajr, mil-lum għal għada, li se jkun diffiċli li r-regolamenti tagħna jkunu jistgħu jirregolaw qabel ma jsir dan l-avvanz.", "Nifhem li b'dawn il-liġijiet, kif dejjem isir, qed jingħataw poteri lill-Ministru li jagħmel regolamenti permezz ta' avviżi legali.", "Però xorta naħseb li se jkun hemm problema realistika minħabba t-teknoloġija kif qed tavvanza llum il-ġurnata.", "Huwa importanti wkoll li f'din il-politika wieħed jirrikonoxxi r-rwol ta' awtoritajiet, fosthom u b'mod partikolari l-MFSA għal dak li jirrigwarda l-flus virtwali, il-cryptocurrency.", "Il-qafas legali propost għall-konsiderazzjonijiet tagħna għandu s-segwenti għanijiet.", "L-ewwel nett, jidher li l-importanti huwa li jinħoloq regolatur speċjalizzat għal dak li jirrigwarda t-teknoloġija innovattiva; it-tieni, li dan ir-regolatur ikollu poteri bħal dawk li għandhom regolaturi oħrajn f'pajjiżna, li jinkludu awtorizzazzjoni, investigazzjoni u inforzar; it-tielet, biex jindirizza distributed ledger technology, b'mod partikolari f'dan l-istadju bikri; ir-raba', sabiex jiġu definiti l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relevanti u jinħoloq qafas ta' kordinazzjoni bejniethom u bejn ir-regolatur il-ġdid u awtoritajiet nazzjonali oħrajn relevanti, bħall-MFSA; u l-ħames, biex jiġi stabbilit il-kumitat nazzjonali ta' etika, korelatat mal-użu tat-teknoloġija innovattiva, u sabiex jiġu indirizzati l-kwestjonijiet legali prinċipali.", "Ma jistax ikollok liġi li ma tipprovax tindirizza l-kwestjonijiet legali prinċipali.", "Sur President, jien se mmur kontra l-ordni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi għax forsi l-ewwel abbozz ta' liġi li għandu jiġi kkonsidrat mhuwiex tant Abbozz ta' Liġi Nru 43 iżda Abbozz ta' Liġi Nru 45, li jagħmel u joħloq l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta.", "Dan għaliex l-Abbozzi ta' Liġi l-oħrajn jagħmlu referenza għal din l-Awtorità u għalhekk naħseb li huwa importanti li wieħed l-ewwel jikkonsidra din l-Awtorità.", "Fil-bidu qajjimt il-punt dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta' awtorità oħra jew kienx hemm possibbiltà li wieħed juża awtorità eżistenti billi jespandi l-poteri regolatorji tagħha.", "Dan huwa periklu ta' kull gvern u kultant naraw reverse politics minn diversi awtoritajiet għax tibda ssir konsolidazzjoni tagħhom.", "Meta wieħed jikkonsidra li dan huwa qafas speċjalizzat ħafna, jagħmel sens li jkollok awtorità li tkun iffokata u speċjalizzata għat-teknoloġija avvanzata.", "Jekk wieħed iħares daqsxejn lejn dan l-Abbozz ta' Liġi jsib li jsegwi l-qafas ta' liġijiet oħrajn li joħolqu awtoritajiet oħrajn, bħall-MFSA, l-MCA, l-MGA, eċċ. Allura ma naħsibx li jkun xieraq li nikkritika din l-Awtorità għall-istruttura tagħha għax issegwi n-norma però jekk hemm kritika prinċipali li nista' nagħmel, mhijiex tant indirizzata lejn din l-Awtorità imma hija indirizzata lejn l-awtoritajiet kollha inġenerali.", "Jekk irridu awtoritajiet indipendenti u awtonomi, huwa importanti li naraw jekk wasalx iż-żmien li bħala pajjiż nikkonsidraw li jkun hemm metodi differenti ta' kif jinħolqu dawn l-awtoritajiet.", "Qed ngħid hekk għax ir-realtà hija li l-awtoritajiet għadhom wisq dipendenti fuq l-Eżekuttiv maħtur ta' dak iż-żmien, ikun min ikun il-gvern.", "Meta jkollok awtorità komposta totalment min-nies appuntati mill-gvern tal-ġurnata, ovvjament dejjem se jkollok il-kritika ta' kemm tkun verament indipendenti u awtonoma.", "Jekk tara l-kompożizzjoni ta' din l-Awtorità li huwa regolat minn klawsola 5 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ssib li huwa l-Ministru li jaħtar kull membru tal-bord ta' din l-Awtorità, miċ-chairperson sa kull membru ieħor tal-bord.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi jekk stajniex inkunu daqsxejn innovattivi fil-kompożizzjoni ta' din l-Awtorità.", "Klawsola 26 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi titkellem dwar il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għat-teknoloġija innovattiva, dettalji ta' awtorizzazzjoni, reġistru stabbilit għal meta wieħed jiġi għall-awtorizzazzjonijiet li jingħataw għar-reġistrazzjonijiet li jsiru, f'liema ċirkostanzi l-Awtorità tista' tagħmel ir-rifjut ta' awtorizzazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali rifjut u l-fatt li awtorizzazzjoni mhijiex trasferibbli kif hija n-norma f'liċenzji f'tali kontest.", "Hemm setgħat regolatorji li huma regolati minn klawsola 34 u għandek proċeduri diversi jekk wieħed jiġi biex ivarja kondizzjonijiet, inforzar u sanzjonijiet regolati minn klawosla 39 et sequitur ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Imbagħad hemm - u dan huwa aspett importanti li laqatni f'dan l-Abbozz ta' Liġi - klawsola 57 li titkellem dwar il-bord konġunt dwar l-effiċjenza regolatorja.", "Ħafna drabi jkun hemm kompetizzjoni bejn diversi awtoritajiet dwar min joħroġ aktar regolamenti.", "Fil-fatt nafu li hemm overlap ta' funzjonijiet diversi awtoritajiet regolatorji u allura din toħloq inċertezza legali u regolatorja.", "Hawnhekk se jkollna bord konġunt dwar l-effiċjenza regolatorja, li hija xi ħaġa pożittiva u naħseb li jekk tiġi implimentata verament kif jixraq jista' jkollha effett pożittiv.", "Sur President, ma nixtieqx nidħol wisq fid-dettall ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, anke minħabba l-ħin limitat li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, però se ngħaddi biex nindirizza t-tieni Abbozz ta' Liġi, u ċjoè, Abbozz ta' Liġi Nru 43, li jitkellem dwar ir-regolamenti ta' arranġamenti ta' teknoloġija innovattiva kif ukoll ta' servizzi ta' teknoloġija innovattiva.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi, li issa mhux qed jitkellem aktar fuq l-Awtorità, imma dwar l-arranġamenti ta' teknoloġija innovattiva, bħad-Distributed Ledger Technology, il-Blockchain, li hija varjazzjoni ta' DLT, kif ukoll dwar service providers fis-servizz ta' teknoloġija innovattiva, li hemm referenza għalihom fl-istess Abbozz ta' Liġi li qegħdin nikkonsidraw.", "Qed ngħid dan għax ma nistax nitkellem dwar Cryptocurrency qabel ma nitkellem dwar l-Awtorità u ma nistax nitkellem dwar l-Awtorità mingħajr ma nitkellem dwar it-teknoloġija avvanzata, u għalhekk qed insegwi din il-proċedura.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jimxi id f'id ma' Abbozz ta' Liġi Nru 45 inkwantu l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali li semmejna qabel li għandha tamministra d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Abbozz ta' Liġi jipprovdi wkoll għal diversi metodi ta' għarfien li l-Awtorità tista' testendi għal tipi varji ta' arranġamenti ta' teknoloġija avvanzata u servizzi ta' teknoloġija innovattiva.", "Abbażi l-istess Abbozz ta' Liġi, kull min jixtieq jikseb għarfien għal xi arranġament ta' teknoloġija innovattiva jew xi servizz ta' teknoloġija innovattiva jista' japplika għand l-Awtorità.", "Minn dan l-Abbozz ta' Liġi jidher ċar li d-direzzjoni magħżula hija ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni volontarja.", "Jekk qed nifhem sew, s'issa m'hemmx l-obbligazzjoni ta' reġistrazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Qed naqblu.", "Allura f'dan l-istadju, għal dawn il-pjattaformi ta' teknoloġija innovattiva u avvanzata hemm l-element ta' ċertifikazzjoni jew reġistrazzjoni volontarja.", "Jien nimmaġina li jista' jkun li jasal il-mument li wieħed jiddeċiedi li din m'għandhiex tibqa' volontarja, iżda tkun waħda obbligatorja u tassattiva, jiġifieri, biex inti tkun pjattaforma għandu jkollok din iċ-ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni, u allura tiġi tassattiva qabel ma tista' taġixxi bħala tali.", "L-Abbozz ta' Liġi jipprovdi wkoll li l-Awtorità għandha tipprovdi reġistru għar-reġistrazzjonijiet li għandha tagħmel, skont il-liġi, u l-importanti huwa li dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.", "L-Abbozz ta' Liġi jippermetti li l-Awtorità tistabilixxi kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, imbagħad jirregola wkoll il-mod ta' kif isiru reġistrazzjonijiet ta' service providers.", "Issa se niġi għat-tielet Abbozz ta' Liġi, li naħseb li huwa l-aktar abbozz ta' liġi li wieħed jista' jgħid li huwa kontroversjali, mhux tant għax il-liġi hija kontroversjali, imma forsi għax is-suġġett huwa kontroversjali.", "Qed nitkellem dwar l-Abbozz ta' Liġi Nru 44 li jitkellem dwar il-virtual financial asset offerings, jew virtual financial assets, li forsi b'mod popolist qed nitkellmu dwar il-virtual currencies u l-cryptocurrencies.", "Hawnhekk ta' min jagħmel referenza għall-preżentazzjoni li kienet għamlet l-MFSA dwar il-virtual currencies.", "F'din il-preżentazzjoni l-politika tal-MFSA f'dan ir-rigward ġiet deskritta b'dan il-mod, u nikkwota:", "Naħseb li jekk wieħed jieħu dan il-kontest, wieħed ma jistax jgħid kontra din il-politika diment li tiġi attwata.", "Fl-istess dokument ir-riskji tal-virtual currencies huma deskritti bħala information asymmetry, high price volatility, technology and operation risks involving fraud and cyber security u l-kwestjoni tal-money laundering, li ovvjament hija l-kwestjoni li għandha l-aktar tinkwetana lkoll.", "Min-naħa l-oħra, fl-istess preżentazzjoni tal-MFSA l-oġġettivi regolatorji huma deskritti bħala tlieta; il-protezzjoni għall-investitur, l-integrità tas-suq u l-financial soundness.", "Riċentement kelli l-opportunità li naqra lecture fuq dan is-suġġett li kien mogħti f'Londra fit-8 ta' Frar ta' din is-sena minn Yves Mersch, li huwa membru tal-bord eżekuttiv tal-European Central Bank.", "It-titlu ta' dan il-lecture kien \"Virtual or Virtueless?", "Hu beda dan il-lecture tiegħu billi spjega kif preżentement għandna aktar minn 1,500 virtual currency.", "Kulħadd jassoċja l-virtual currency mal-Cryptocurrency, il-Bitcoin jew xi tliet currencies oħrajn, mentri fir-realtà hemm aktar minn 1,500 virtual currency b'għexieren ta' skemi ġodda li jiġu mnedija kull xahar.", "F'dan il-lecture Yves Mersch jgħid li l-kelma Cryptocurrency hija misnomer għax, fil-fehma tiegħu, virtual currencies mhumiex flus monetarji u jispjega għaliex.", "Huwa jispjega kif fiż-Żona Ewro hemm 330 miljun retail payment li jsiru ta' kuljum paragunati mal-284,000 transazzjoni mad-dinja kollha li jużaw il-Cryptocurrency.", "Huwa jgħid li transazzjoni bil-Bitcoin iddum is-sigħat sabiex tiġi proċessata, l-ispiża hija għolja ħafna biex kull darba tagħmel transazzjoni bil-Bitcoin u jgħid ukoll li m'hemmx awtorità li tiggarantixxi l-istabbiltà tal-valur tal-Cryptocurrency għall-kuntrarju ta' dak li jeżisti bil-flus tradizzjonali.", "Però jekk wieħed jara l-konklużjoni ta' dan il-lecture isib li jgħid hekk:", "Naf li kien hemm ftehim li tista' tieħu aktar minn nofs siegħa minħabba li qegħdin nitkellmu fuq tliet Abbozzi ta' Liġi f'daqqa, però nixtieq li dan ikun verbalizzat.", "MARIO DE MARCO: Nitlob il-permess sabiex nieħu bejn ħamsa u għaxar minuti aktar.", "Il-permess ingħata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Grazzi.", "Filwaqt li l-istess kelliem qal li l-market share tal-virtual currencies huwa żgħir ħafna, ikompli jgħid:", "Dan huwa bniedem li huwa xettiku dwar il-cryptocurrency imma fl-istess ħin jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni tista' tinbidel.", "Imbagħad jgħid:", "Mela filwaqt li din hija twissija, hija wkoll rikonoxximent ta' realtà li forsi wieħed mhux mill-ewwel jirrealizzaha.", "Forsi wieħed mhux dejjem ikun kuntent b'dak li r-realtà qiegħda toffrilna, però fl-istess ħin ikun għama għal dik ir-realtà jew jipprova jkun realistiku għaliha u jirregolamentaha bl-aħjar mod li jista'.", "X'inhi l-pożizzjoni ta' pajjiżi oħrajn f'dak li jirrigwarda r-regolarizzazzjoni jew ir-regolamentazzjoni tal-cryptocurrency?", "Il-pajjiżi differenti ħadu pożizzjonijiet totalment differenti.", "Pereżempju, jekk nieħdu l-Istati Uniti tal-Amerika, naraw li s'issa għad m'hemmx direzzjoni koerenti fuq ir-regolarizzazzjoni tal-cryptocurrency, ħlief li huma konxji li se jkun hemm ir-regolarizzazzjoni fil-viċin.", "Però kif u come għad m'hemmx direzzjoni ċara.", "Jekk wieħed jara l-pożizzjoni tas-Securities and Exchange Commission isib li din diġà wissiet lill-investituri fuq ir-riskji involuti jekk jinvestu fil-cryptocurency.", "Din waqqfet numru ta' ICOs u tat x'tifhem li hemm bżonn ta' aktar regolarizzazzjoni tal-istess cryptocurrency.", "Is-Segretarju tat-Teżor Amerikan, Steven Mnuchin indika preferenza għall-munita tradizzjonali fuq il-cryptocurrency u wissa kif din tista' tintuża għall-attivitajiet illegali ta' ħasil ta' flus.", "Fil-Kanada l-Kap tal-Bank Ċentrali oġġezzjona għall-użu tal-kelma cryptocurrency għax fil-fehma tiegħu l-kelma crypto teżisti u hija realtà iżda l-cryptocurrency mhijiex munita.", "Imbagħad il-Ġappun, li kien wieħed mill-aktar pajjiżi li fil-bidu kien liberali lejn din l-industrija, ipprova jattira x-xogħol li kien qed jiġi pprojbit miċ-Ċina u mill-Korea t'Isfel.", "Huwa fatt ukoll li f'Jannar ta' din is-sena kien hemm hacking ta' kambju partikolari li wassal għas-serq ta' valur ta' aktar minn €530 miljun f'NEM coins, li wkoll huma forma ta' cryptocurrency.", "Mela filli wieħed jgħid li m'hemmx riskju fuq is-sigurtà u f'daqqa waħda kien hemm hacking li ħoloq dan is-serq.", "Fiċ-Ċina għandek projbizzjoni ta' cryptocurrency, fl-Unjoni Ewropea għadna qed naraw pożizzjonijiet differenti ta' pajjiżi differenti, però jidher li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea hija favur li jkun hemm regolamentazzjoni tal-istess cryptocurrency.", "Il-Ministru għall-Ekonomija Franċiż għadu kemm ħabbar il-ħolqien ta' working group bil-għan li l-cryptocurrency tiġi regolata; riċentement ittieħdet pożizzjoni mill-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May; u fl-Isvizzera, li huwa pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea, il-Ministru għall-Ekonomija qed jgħid li din is-sena l-Isvizzera se ssir the crypto nation.", "Mela għandek estremitajiet differenti.", "Abbozz ta' Liġi Nru 44 jitkellem dwar varji metodi kif din se tiġi regolata u dwar kif ma jistgħux isiru offerings lill-pubbliku Malti jew minn Malta mingħajr il-pubblikazzjoni ta' white paper u l-approvazzjoni tagħha, eċċ; il-bżonn ta' applikazzjonijiet sabiex l-attiv finanzjarju virtwali jidħol fuq bażi ta' VFA; ir-responsabbiltajiet ċivili għal min jagħmel dawn l-offerti u fi klawsola 10 nsibu d-danni li wieħed jista' jħallas għalihom.", "Mill-aspett legali naħseb li klawsola 11 hija waħda mill-aktar klawsoli interessanti għax tirrikonoxxi eżistenza legali internazzjonali reali.", "Din tgħid li l-offerta ta' attiv finanzjarju virtwali jew id-dħul ta' negozju fuq borża ta' DLT f'pajjiż barra minn Malta jkun soġġett għal-liġijiet ta' dak il-pajjiż.", "Issa forsi wieħed jista' jgħid li huwa ovvju li dan se jkun soġġett għal-liġijiet ta' dak il-pajjiż però f'din il-cross border technology se jkun hemm il-liġijiet ta' varji pajjiżi li se japplikaw.", "Din it-teknoloġija u dawn l-offerti mhumiex se jkunu limitati għas-suq ta' pajjiżna u allura pajjiżna jista' jirregola sa ċertu aspett, imma nafu li dawn l-offerti se jmorru lil hinn mill-qafas ta' pajjiżna.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa li rridu mmorru lil hinn mid-diskussjoni f'dan il-Parlament.", "Irridu mmorru għal diskussjoni li tmur barra minn pajjiżna fuq bażi reġjonali internazzjonali, mill-aspett ta' Unjoni Ewropea u anke lil hinn mill-aspett ta' Unjoni Ewropea għaliex nafu li din it-teknoloġija la għandha aspett nazzjonali u lanqas għandha aspett internazzjonali fuq bażi reġjonali imma għandha l-aktar aspett vast tad-dinja.", "Dak li qed ngħidu hawnhekk jista' jkollu element biex nattiraw ċerti operaturi u investituri f'pajjiżna, però l-effett ta' dan kollu mhux se jkun biss għal pajjiżna iżda barra minn pajjiżna.", "Għalhekk huwa kruċjali li jkun hemm qafas regolatorju, mhux biss jew wisq, nazzjonali, iżda internazzjonali.", "Sinjura President, jien m'għandix dubju li dak li qed isir hawnhekk għandu intenzjoni tajba però din hija intenzjoni tajba f'żona li hija deskritta bħala high risk għax hemm ħafna sharks hemm barra fid-dinja tal-cryptocurrency.", "Jista' jkun li din għandha aspetti tajbin, jista' jkun li fil-futur ikollha elementi li forsi għad m'għandhiex, però żgur li wieħed jista' jgħid li there is also a dark side to cryptocurrency u jista' jkun li hemm a good side to cryptocurrency.", "F'dan il-qafas legali fejn aħna qegħdin nipprovaw nattiraw ċerti ICOs li jsiru minn pajjiżna rridu noqogħdu attenti.", "Qed ngħid dan għax dan mhuwiex bħall-aspett ta' servizzi finanzjarji, li wkoll huwa high risk.", "Naħseb li dan huwa a higher risk, għax fih innifsu hemm l-element ta' the unknown.", "Jekk verament irridu nieħdu ħaġa bħal din bis-serjetà rridu noqogħdu attenti għall-konsegwenzi li jista' jkollna fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna jekk ngħaġġlu żżejjed.", "Kultant huwa importanti li tgħaġġel biex tkun qabel ħaddieħor u tieħu investiment qablu, però, nerġa' ngħid, f'din iż-żona l-kawtela hija xi ħaġa prudenti.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li għandna bżonn ikollna awtoritajiet regolatorji li huma beyond reproach and up to scratch.", "Jekk wieħed jisma' dak li qal ġimgħa ilu l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, isib li dan qal li l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tinvestiga biex tara jekk l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta qdietx id-doveri tagħha kif mitlub f'din il-liġi għal dak li jirrigwarda l-Pilatus Bank u ġurnata qabel il-Kummissarju Ewropea għall-Ġustizzja, Konsumatur u Ugwaljanza, Vĕra Jourová, ħabbret l-investigazzjoni li qed tagħmel l-Awtorità Bankarja Ewropea fuq l-FIAU.", "Dan ifisser li, l-ewwel nett, l-MFSA qed tiġi jew għandha tiġi investigata mill-Awtorità Bankarja Ewropea u, it-tieni, għandna l-Awtorità Bankarja Ewropea li qed tinvestiga l-aġenzija investigattiva tagħna fuq il-ħasil ta' flus.", "Dan meta l-FIAU hija l-aġenzija tagħna li suppost qiegħda tinvestiga affarijiet ta' ħasil ta' flus.", "Dan ifisser li jekk irridu nidħlu f'dan il-qasam, għandna bżonn naraw verament li we get our house in order.", "Nixtieq nirreferi wkoll għall-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea, is-Spring Report, li jitkellem dwar in-National Reform Programme ta' pajjiżna, li f'paragrafu 8 jgħid hekk:", "Imbagħad jgħid hekk:", "Imbagħad f'paragrafu 13 jgħid li:", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed tgħidu l-Kummissarju Ewropew Věra Jourová u qalu wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans.", "Jista' jkollok l-aħjar liġijiet imma l-importanti huwa kif se nimplimentaw dawn il-liġijiet jekk verament irridu nagħmlu x-xogħol bis-serjetà.", "Jista' jkollna l-aħjar aġenzija fuq l-avvanz teknoloġiku u l-innovazzjoni diġitali, però jekk din l-awtorità m'aħniex se nippermettulha taħdem verament bħala awtorità indipendenti u awtonoma tal-liġi, dan il-ħin kollu li għamilna nitkellmu hawnhekk inkunu ħlejnieh fix-xejn.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, jekk m'iniex sejjer żball, din hija r-raba' awtorità jew aġenzija li se titwaqqaf din is-sena f'din il-leġiżlatura.", "Qed nirreferi għal wieħed mit-tliet Abbozzi ta' Liġi li qegħdin nitkellmu dwarhom, jiġifieri, dak li jirrigwarda l-innovazzjoni u t-teknoloġija.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn il-liġijiet, b'mod partikolari dik li se twaqqaf awtorità, kollha għandhom l-istess tfassil, minkejja li s-suġġett ikun varju.", "Fil-fatt kellna awtoritajiet li jittrattaw il-welfare state, awtoritajiet tal-infrastruttura u issa qed nitkellmu fuq awtorità tat-teknoloġija.", "Hemm template li huwa uniku u ewlieni.", "Huwa tajjeb li titwaqqaf awtorità għax nemmen li l-implimentazzjoni ta' kull liġi, meta tiġi għall-eżekuzzjoni tagħha, tkun aktar effettiva, u jien, għall-inqas, hekk nistenna.", "Ir-realtà tal-ġurnata hija li għalkemm Malta fil-mument mhijiex fqira - wara kollox qegħdin fl-aqwa żmien! - huwa ċar li għandna faqar ieħor.", "Għandna faqar meta niġu għas-sistema politika għax din ma tiggarantixxix l-interess pubbliku, anke bit-twaqqif ta' xi wħud minn dawn l-awtoritajiet; għandna amministrazzjoni pubblika li hija 'l bogħod minn prattika tajba; u għandna istituzzjonijiet li huma indipendenti, imma mhumiex awtonomi u meta jiġu fl-eżekuzzjonijiet u fir-regolarizzazzjoni tagħhom, it-tmexxija ma tħarisx lejn dik id-direzzjoni li suppost hija sostenibbli għal pajjiżna mill-aspett ekonomiku, ambjentali u tal-iżvilupp, imma tara biss pjanijiet ta' politika u strateġiji mfassla sa bieb l-elezzjoni, jekk ikunu mfassla sa bieb l-elezzjoni!", "Għaldaqstant meta jien nifli dak li hemm miktub b'mod ġenwin - u qed nerġa' nirreferi għal dan l-Abbozz ta' Liġi dwar l-innovazzjoni u t-teknoloġija - inħossni kburi li jien parti minn din il-Kamra u nħossni sodisfatt, kemm bħala leġiżlatur kif ukoll bħala policymaker fi ħdan din il-Kamra.", "Dan huwa l-mod kif il-liġi qed tindirizza legalità teknika dwar dan is-suġġett.", "Dan huwa suġġett li jindirizza oqsma fl-ekonomija u fl-industrija biex, b'mod partikolari, servizzi li joffru soluzzjonijiet ġodda u li jkunu oriġinali, ikollhom dak l-effett li bis-saħħa tal-kreattività tagħhom jikber l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Għalhekk ir-riżultat aħħari tiegħu huwa li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja.", "Iżda meta nħares lejn - u qed niffoka b'mod partikolari fuq dan l-Abbozz ta' Liġi mit-tliet Abbozzi ta' Liġi li għandna, għalkemm se nirreferi b'mod komprensiv fuq it-tnejn l-oħra wkoll fir-rimarki konklużivi tiegħi – Taqsima V li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet mixxellanji, b'mod partikolari subklawsola (2) ta' klawsola 20, m'hemmx mod ieħor kif niddeskrivi dak li nħoss: nitkexkex.", "Dan għaliex dak li hemm miktub b'mod kawt fir-raba' taqsimiet l-oħrajn, mill-ewwel waħda sar-raba', jiġi taħżiż fl-ilma għax jinbidel kollox skont minn liema naħa tas-sodda jqum il-Ministru filgħodu.", "Minkejja li l-Ministru jista' jieħu parir mill-awtorità li hija indipendenti imma mhux awtonoma - mhijiex awtonoma għax, bħalma qal l-Onor.", "Mario de Marco, il-ħames membri tal-bord tal-awtorità huma maħturin totalment mill-Eżekuttiv u mill-Ministru u allura dawn jirrispondu lill-Ministru - il-Ministru għandu ċans li jibdel mill-'a' saż-'ż' tal-kontenut ta' Taqsima I sa Taqsima IV.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi jingħad li dan jista' jagħmlu mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta' dak li ntqal qabel jiġifieri waqt li l-Ministru jista' jaġixxi bil-parir tal-awtorità li jwaqqaf hu stess, jista' jneħħi u jibdel il-membri kif irid hu, jista' jdaħħal jew jemenda xi tifsiriet f'dan l-Abbozz ta' Liġi, jista' jemenda, jissostitwixxi jew jirrevoka kull waħda mill-iskedi - anke l-iskedi jista' jbiddilhom kollha mill-qiegħ! – u jista' joħroġ regoli jew linji gwida fir-rigward ta' reġistru ta' awtorizzazzjoni, eċċ. Dan ifisser li dak li nkiteb b'mod tekniku b'mod ġenwin f'din il-liġi jista' jinbidel kollu.", "Hawnhekk nixtieq ningħaqad mal-Onor.", "Mario de Marco u jien ukoll nerġa' nappella lill-Gvern - naf li din mhijiex prassi ta' dan il-Gvern biss imma kienet prassi wkoll ta' gvern ieħor f'leġiżlaturi oħrajn - li wasal iż-żmien li f'din Malta moderna, meta qegħdin inħarsu lejn din l- istituzzjoni bħala l-ogħla istituzzjoni, meta qegħdin ngħidu li aħna qegħdin f'demokrazija matura - li fl-opinjoni tiegħi, ma nistax ngħidha aktar - hemm bżonn li dawn l-awtoritajiet li qegħdin inwaqqfu jsirulhom checks and balances kif suppost biex inħarsu l-vera governanza tajba.", "Naħseb li lkoll kemm aħna, miż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, jixtieq li pajjiżna jitmexxa b'governanza tajba.", "Aħna tal-Partit Demokratiku tkellimna dwar dan u għedna li l-governanza tajba rridu nagħmluha aħna stess minn din il-Kamra.", "Hemm ir-regoli tal-istituzzjonijiet Ewropej imma fl-aħħar mill-aħħar aħna s-sidien ta' dak li nwettqu u, għaldaqstant, jiġi minna li dan insaħħuh.", "M'ilux, jien u l-Onor.", "Marlene Farrugia bħala co-sponsor, ressaqna mozzjoni privata dwar dan biex inħarsu u nsaħħu b'mod regolarizzat is-sistema finanzjarja tagħna, tal-gaming u anke tal-FIAU li, wara kollox, tidħol anke f'dan l-Abbozz ta' Liġi dwar l-innovazzjoni tat-teknoloġija, fis-servizzi li huma jagħtu għax dawn huma katina ma' dawn iż-żewġ affarijiet.", "Għidli, bir-regolatur kif imwaqqaf b'din il-liġi, x'saħħa ta' sorveljanza u monitoraġġ hemm biex l-affarijiet isiru b'governanza tajba?", "Mhux talli xejn, talli l-Ministru jista' jibdel l-affarijiet kif irid u meta jrid.", "Bħal dawn ikun hemm anke każijiet ta' avviżi legali li joħorġu waqt l-elezzjoni stess, waqt il-kampanja elettorali, meta l-Parlament ma jkunx qed jiltaqa'; jiġifieri hemm dak il-poter.", "Irridu noqogħdu attenti.", "Meta nara minn Taqsima I sa Taqsima IV miktubin b'tant reqqa u b'mod intelliġenti, imbagħad naqra klawsola 20 ta' Taqsima V, li hija kważi template ta' awtoritajiet oħrajn li twaqqfu din is-sena u anke qabel minn dan il-Gvern, nitkexkex u nistaqsi jekk huwiex possibbli li hemm bżonn dan il-poter kollu biex din il-liġi tkun implimentata u segwita!", "Sinjura President, ippermettili naqra ftit ħsebijiet dwar jien x'ninnota u x'nixtieq li din l-ogħla istituzzjoni fil-fatt ikollha.", "Għax mil-liġijiet li qegħdin jitressqu bħalissa, b'mod partikolari dawk tal-finanzi u tal-gaming, s'issa m'hemm xejn ħlief bżar fl-għajnejn.", "Hemm baħar jaqsam bejn dak li nparlaw dwaru u dak li fil-fatt isir meta niġu għall-governanza bi prattika tajba.", "Ninnota li s-setturi tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming huma oqsma ewlenin għall-ekonomija ta' pajjiżna u li s-servizzi u l-opportunitajiet ta' xogħol ipprovduti minnhom huma ta' benefiċċju essenzjali għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Dwar dan naħseb li kulħadd jaqbel fuq din in-naħa tal-Kamra.", "Dawn huma pilastru u grazzi għal kull gvern li bena fuq it-tajjeb tagħhom imma ma nistgħux ngħidu li l-ħażin ġie eliminat.", "Irrid ninnota wkoll li dawn is-setturi f'pajjiżna għandhom quddiemhom opportunitajiet kbar ta' żvilupp u jistgħu jikkontribwixxu biex il-kwalità tal-ħajja f'pajjiżna tkompli togħla u tilħaq l-aqwa livelli.", "Għalkemm aħna żgħar għandna nimmiraw biex inkunu fuq skala globali.", "Dik hija l-isfida u dak huwa s-sabiħ tal-potenzjal ta' Malta tagħna lkoll.", "Iż-żewġ setturi tal-finanzi u tal-gaming, li ż-żewġ Abbozzi ta' Liġi l-oħrajn jolqtuhom b'xi mod jew ieħor, għandhom diversi sfidi kbar u lkoll kemm aħna għandna interess li jiġu megħluba.", "Biex dan iseħħ għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta' viġilanza jaħdmu b'kompetenza u bi professjonalità.", "Imma biex taħdem b'kompetenza u bi professjonalità, minbarra li titwaqqaf u tiġi implimentata l-liġi, irid ikollok ir-riżors uman, ir-riżors ta' proċessi, ir-riżors finanzjarju u r-riżors teknoloġiku, għax il-bqija xejn ma jimxi.", "Irridu naraw li nħarsu l-istandards, il-prattiċi tajba u l-konvenzjonijiet internazzjonali u naraw li dawn joperaw - u hawn il-qofol - mingħajr indħil politiku jew indħil ta' xi xorta oħra jew xkiel ieħor.", "Għandha xkiel din il-liġi?", "Dażgur li għandha xkiel!", "Dan jiddependi mill-personalità tal-Ministru.", "Hawn Ministri li nneħħilhom il-kappell u hawn oħrajn li ma niddejjaqx ngħid li jekk narahom naqsam in-naħa l-oħra.", "Għax mhux kull politiku jimxi bl-istess mod meta jiġi għall-indħil jew xkiel ieħor f'awtoritajiet li suppost huma indipendenti u awtonomi.", "Jien nagħraf li kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni esprimew il-qbil tagħhom, jiġifieri f'dan il-qasam għandu jintlaħaq consensus, u għalfejn le?", "Dan huwa l-appell tiegħi fuq dawn il-materji strateġiċi; li dawn iż-żewġ setturi, li naf li s-Segretarju Parlamentari jmexxihom b'tant passjoni fl-interess nazzjonali - u hekk nippretendi - jiġu mħarsa minn kull possibbiltà ta' theddid kriminali, ta' ħasil ta' flus u nuqqasijiet ta' superviżjoni ta' entitajiet liċenzjati u dawk soġġetti għal-liġijiet ta' ħarsien minn ħasil ta' flus.", "Aħna nemmnu ħafna fl-erba' pilastri li għandna, li jiddefinixxu d-demokrazija rappreżentattiva u d-demokrazija matura, imma hemm bżonn li dawn jissaħħu.", "Il-Kostituzzjoni tagħna kif inhi espressa hija dgħajfa, imma lil hinn mill-Kostituzzjoni hemm għodod oħrajn li nistgħu nużaw.", "Hemm il-Parlament u hemm ir-rwol tagħna lkoll fil-Parlament.", "Jien ipproponejt it-twaqqif ta' kumitat permanenti ġdid ad hoc bil-għan li jiddiskuti policies u jħares lejn l-operat ta' setturi regolati b'liġijiet speċjali bħalma huma l-gaming u s-servizzi finanzjarji, li għandhom importanza strateġika u ta' interess materjali, u timporta fuqhom il-Kamra.", "Għalfejn le?", "Għandna setturi oħrajn li għandhom kumitat permanenti, li jħarsu l-operat tagħhom ta' regolarizzazzjoni u ta' kif isiru l-affarijiet b'mod viġilanti bħall-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.", "Dan huwa settur ieħor li din il-Kamra, bħala istituzzjoni, ma tħarisx.", "Għalhekk wasal iż-żmien li jekk verament għandna rajna f'idejna, lill-istituzzjonijiet Ewropej għandna nagħtuhom tweġiba.", "Din hija soluzzjoni li qed joffri l-Partit Demokratiku biex aħna t-tliet partiti flimkien naslu ħalli verament inħarsu l-interessi ta' Malta.", "Dan il-kumitat li qed nipproponi jikkonsidra rapporti u policies relevanti għal dawn is-setturi; jifli materji u ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mal-awtoritajiet statutorji u organizzazzjonijiet pubbliċi li joperaw fil-qasam tal-gaming u l-finanzi; jifli politika u materji oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' sorveljanza ta' dawn iż-żewġ setturi u ta' professjonijiet u setturi li jipprovdu servizzi anċillari lil dawn iż-żewġ setturi u li għandhom obbligi ta' diliġenza taħt il-liġijiet fis-seħħ li jħarsu l-money laundering u l-iffinanzjar tat-terroriżmu; jiddiskuti u janalizza l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-Gvern u tal-Unjoni Ewropea f'dawn is-setturi; jirċievi u jisma' opinjoni ta' korpi kostitwiti, għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet involuti f'dawn iż-żewġ setturi; jitlob biex persuni jidhru quddiem l-istess kumitat sabiex jagħmlu espożizzjoni jew jagħtu rendikont tal-ħidma u tar-responsabilitajiet tal-oqsma li jaqgħu taħt dan l-istess kumitat u jagħmel ukoll rakkmandazzjonijiet sabiex tittieħed azzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti jew uffiċjali tagħhom ma jkunux aġixxew skont il-liġi jew fejn l-aġir tagħhom ma jkunx aderenti mal-prattiċi internazzjonali u mal-liġijiet fis-seħħ.", "Hawnhekk qegħdin noffru soluzzjoni on a silver plate u nixtieq li niftħu widnejna għal din is-soluzzjoni.", "Ejjew nagħmluha lkoll flimkien, nagħmluha tagħna.", "Naqblu ħafna ma' dan is-suġġett, imma hemm bżonn li ma nibqgħux reqdin dwaru u nagħmlu dak li bħala persuni pubbliċi għandna d-dover u l-obbligu li nagħmlu.", "Bis-saħħa ta' kumitat bħal dan li jkun iħares lejn dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi u oħrajn - anke dak li ġej fuq l-Awtorità tal-Gaming 'il quddiem li naf li qed tinħema min-naħa tas-Segretarjat - ikollna l-istrutturi.", "Min ma jridx it-trasparenza?", "Min ma jridx il-kontabbiltà?", "Min ma jridx li pajjiżna jaħsad il-frott minn dak li huwa tiegħu?", "Min ma jridx li pajjiżna jkollu l-potenzjal li jkun fuq dik il-pjattaforma globali?", "Hemm bżonn inkunu serji meta niġu għall-eżekuzzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ.", "F'soċjetà li qed tevolvi b'rata ferm mgħaġġla, anke bis-saħħa tat-teknoloġija innovattiva, hemm ħafna x'tixtarr u għandna ħafna kompetituri, aktar u aktar meta nafu li s-soċjetà - mhux Malta biss, imma anke pajjiżi oħrajn, imma f'dan il-Parlament nazzjonali jkolli nitkellem fuq dak li qed iseħħ f'Malta u f'Għawdex - qed titlef l-għeruq tal-umanità tagħha.", "Qegħdin nitilfu dak li jagħmilna bnedmin, dak li huwa l-għerq tagħna, il-pern tal-persuna.", "Għalhekk illum, u għada aktar mil-lum, irridu noqogħdu attenti u hemm bżonn aktar minn qatt qabel li nħarsu l-kawżi ġusti tas-soċjetà Maltija u Għawdxija.", "Dan huwa l-appell tiegħi.", "Sur President, jista' jkun li dan huwa Abbozz ta' Liġi li jitkellem fuq affarijiet bħalma huma l-bitcoin, l-innovazzjoni fit-teknoloġija u affarijiet bħal dawn, imma fl-aħħar mill-aħħar għalfejn dan kollu?", "Dan kollu qegħdin nagħmluh biex il-kwalità tal-ħajja tagħna tkun aħjar u nħallu l-prosperità għal uliedna, imma meta qed nagħmlu hekk, hemm bżonn li nħarsu dak li huwa ġust.", "Il-kawża ġusta minn kwalunkwe gvern tal-ġurnata, jgħidu x'jgħidu l-polls, għandha tkun li meta jgħaddu s-snin inħarsu lejn il-mod kif il-gvern tal-ġurnata jkun mexxa l-governanza tiegħu.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid prosit lil min kiteb l-ewwel erba' taqsimiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, imma jiddispjaċini ngħid li l-mod kif inhi miktuba Taqsima V, partikolarment subklawsola (2) ta' klawsola 20, minn paragrafu (a) sa paragrafu (ġ), jagħmel diżunur lill-kredibilità u lill-integrità ta' din il-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis-Segretarju Parlametnari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nixtieq nibda billi nirringrazzja lill-kelliema tal-Oppożizzjoni li pparteċipaw f'dan id-dibattitu; l-Onor.", "Huwa tajjeb li nsemmu li bi ftehim mal-Oppożizzjoni hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq tliet Abbozzi ta' Liġi, li huma l-Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjajru u Virtwali u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta.", "L-Ordnijiet Permanenti ma jippermettux li t-tliet Abbozzi ta' Liġi jiġu approvati f'daqqa, imma peress li qed nitkellmu fuq l-istess suġġett, sar ftehim li d-diskussjoni fuq dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi tiġi eżawrita kollha waqt li qegħdin niddiskutu t-Tieni Qari tal-ewwel Abbozz ta' Liġi jiġifieri kif jingħalaq dan it-Tieni Qari nerġgħu niftħu t-Tieni Qari fuq iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi l-oħrajn u jingħalqu immedjatament għax id-diskussjoni tkun diġà ġiet eżawrita.", "Nixtieq nirrispondi għal ftit rimarki li saru.", "L-ewwel nett, nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-Oppożizzjoni għall-maturità li wriet fuq din id-diskussjoni.", "Kif ġie ppronunzjat mill-istess kelliema, se jkun hawn qbil fuq dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi u naħseb li dan huwa messaġġ ċar u sabiħ li qegħdin nibagħtu hemm barra; li aħna, bħala pajjiż, anke fejn tidħol din l-industrija l-ġdida, se nkunu l-ewwel pajjiż fid-dinja li qegħdin inressqu dan l-Abbozz ta' Liġi, u allura se nkunu qegħdin nindirizzaw din l-ekonomija, din l-industrija l-ġdida, b'mod ħolistiku permezz ta' tliet Abbozzi ta' Liġi ġodda.", "Għalhekk tajna l-messaġġ li bħalma għamilna fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fis-settur tal-gaming, anke fuq din l-industrija hemm qbil u se tiġi approvata b'mod unanimu.", "Huwa tajjeb li ngħidu li bid-diskussjoni matura li għamilna f'dan il-pajjiż influwenzajna pajjiżi oħrajn għax sa sena ilu kienu qegħdin jitkellmu fuq li jipprojbixxu din l-industrija u issa qegħdin jieħdu t-triq tagħna - kif semma ftit ilu l-kollega l-Onor. de Marco – li jmorru għal aktar regolamentazzjoni.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil diversi entitajiet, fosthom lil Ganado Advocates għas-sapport li tawna fl-abbozzar tal-liġijiet kif ukoll l-awtoritajiet li pparteċipaw fid-diskussjonijiet, fosthom l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, il-Malta Gaming Authority, il-MITA, il-Malta Communications Authority, il-Blockchain Task Force, Bitmalta, is-Central Bank, l-FIAU, u l-mijiet ta' kumpaniji privati minn madwar id-dinja kollha li ltqajna magħhom sabiex nieħdu l-aspett prattiku u l-aspett ta' esperjenza li għandhom biex illum stajna nressqu dawn it-tliet Abbozzi ta' Liġi, li huma fost l-aqwa abbozzi ta' liġi li qatt kien hawn f'din l-industrija.", "B'mod partikolari nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema tas-Segretarjat tiegħi, li minkejja li huma ammont żgħir, ħadmu lejl u nhar b'dedikazzjoni sħiħa sabiex fi ftit xhur għamilna dak li pajjiżi oħrajn m'għamlux f'numru ta' snin.", "Naħseb li dan huwa fatt li wieħed għandu jiftaħar bih għax poġġejna lil Malta fuq il-mappa tad-dinja.", "Illum il-ġurnata jekk titkellem fuq Blockchain mill-ewwel kulħadd isemmilek the blockchain island u jkunu qed jirreferu għal Malta.", "Jien kburi li l-aħħar statistika li ħarġet riċentement ikklassifikat lil Malta bħala l-ewwel u l-aqwa pajjiż sabiex kumpaniji tal-Blockchain ikunu jistgħu jistabbilixxu ruħhom fih.", "Fil-fatt diġà ħabbart numru ta' kumpaniji li tkellimna magħhom u li se jkunu qegħdin joperaw minn Malta u nista' ngħid li n-numru ta' kumpaniji se jkompli jiżdied minn ġimgħa għal ġimgħa.", "Ma jfissirx li dawn il-kumpaniji kollha se jkunu approvati għax, ovvjament, wara li tidħol il-liġi fis-seħħ, jibda mill-ewwel il-mekkaniżmu sabiex jibdew jiġu approvati u allura hemmhekk tidħol in-neċessità tal-liċenzja.", "Se nibda billi nirrispondi xi rimarki li għamel l-Onor.", "Godfrey Farrugia u nindirizza punt mill-ewwel għax naħseb li hemm nuqqas ta' ftehim dwaru.", "L-Onor.", "Farrugia staqsa għalfejn se jkun hemm awtorità ġdida u semma l-punt dwar il-poteri li jingħataw lill-Ministru.", "L-ewwel nett, għalfejn se titwaqqaf awtorità ġdida?", "Se titwaqqaf awtorità ġdida għax din hija industrija ġdida li tolqot diversi setturi oħrajn, jiġifieri jista' jkollok prodott li jaħdem fuq il-blockchain, però parti minnu tkun topera mal-industrija tal-gaming u parti oħra minnu tkun topera mal-industrija tas-settur finanzjarju, u allura ma tistax awtorità preżenti tirregola fuq awtoritajiet oħrajn.", "Din hija waħda mir-raġunijiet.", "Fil-fatt se jkun hemm awtorità speċjalizzata, li hija l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, u mbagħad, kif semma l-Onor.", "Mario de Marco, se jkun hemm bord konġunt li jara li jekk ikun hemm kwestjoni bejn awtorità jew oħra, f'termini ta' effiċjenza, dan il-bord ikun jista' jgħid min se jkun qed jirregola.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia għamel il-punt l-ieħor dwar il-poteri li għandu l-Ministru.", "Sfortunatament ikolli ngħid li naħseb li hawnhekk l-Onor.", "Farrugia ħa l-liġi at a tangent, fis-sens li din il-liġi qiegħda hemmhekk biex tara li dawk l-affarijiet li beda jitkellem fuqhom pjuttost ma jsirux.", "Li nissuġġerixxi lill-Onor.", "Farrugia huwa li jerġa' jara l-liġi sew speċjalment fejn jidħlu l-iskedi.", "L-ewwel nett, kieku ministru jkun irid ibiddel xi ħaġa mill-Awtorità jista' faċilment jagħmel dan b'avviż legali; ma kellix għalfejn noqgħod insemmiha fil-liġi per se, imma semmejnieha fil-liġi per se għax aħna rridu liġi li tkun future proof.", "Il-kelliema tal-Oppożizzjoni rrikonoxxew li din hija industrija dinamika ħafna, industrija li tinbidel u għalhekk jinħass il-bżonn ta' awtorità.", "Biex nagħmluha ċara, illum din l-attività mhijiex attività illegali imma hija attività li mhijiex regolata.", "Fin-nuqqas ta' dawn il-liġijiet u fin-nuqqas tal-Awtorità jien m'għandix poteri li nwaqqaf kumpanija milli topera f'dan is-settur f'pajjiżna.", "Jekk hemm kumpanija li qed topera b'mod malizzjuż f'dan il-pajjiż, b'riskju għal industriji oħrajn, illum il-ġurnata m'għandix is-saħħa li nintervjeni.", "B'din il-liġi se jkolli s-saħħa li nintervjeni u nwaqqaf l-operat ta' dik il-kumpanija.", "Kif semmejna, din l-industrija hija innovattiva u tinbidel minn żmien għal żmien u allura aħna rridu nkunu intelliġenti biżżejjed sabiex il-liġi li nagħmlu tkun future proof.", "U aħna daħħalna dik il-klawsola mhux biex inneħħu xi protezzjoni mil-liġi stess.", "Li kieku ridt nagħmel hekk ma kellix għalfejn indaħħal dik il-klawsola għax nista' ngħaddi b'avviż legali u xorta nbiddilha.", "Dik il-klawsola daħħaltha biex l-Awtorità nagħtiha s-saħħa u nżid aktar poteri biex inkun nista' nipproteġi aktar l-industrija.", "Din mhijiex kwestjoni ta' blockchain biss imma hawnhekk qed nitkellmu wkoll fuq operazzjonijiet li huma disruptive, bħad-distributed ledger technology.", "Aħna diġà qed naraw teknoloġiji ġodda bħal, pereżempju, Tangle, li l-liġi preżenti ma ssemmihomx għax dawn it-teknoloġiji għadhom mhumiex operattivi.", "Għalhekk irrid nagħti dik il-window opportunity, li jekk jien nara li hemm attività teknoloġika ġdida li ma tkunx qed tinqabad b'din il-liġi, nista' immedjatament nikkonsulta mal-Awtorità u ndaħħalha f'dak il-parametru tal-liġi u mhux noqgħod nistenna l-proċess parlamentari kollu, bir-riskju li f'dak iż-żmien ikolli kumpaniji li ma jkunux qed joperaw skont il-liġi.", "Ejjew ninnotaw daqsxejn l-affarijiet u mhux sempliċement ngħidu l-affarijiet biex inkunu kkritikajna xi ħaġa.", "Il-kritika politika hija mistennija, però ejjew naraw li l-kritika tkun fattwali.", "Jekk tgħidli li erba' taqsimiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma tajbin imma taqsima minnhom tħassar kollox tkun qed tmur kompletament kontra l-ispirtu ta' dan l-Abbozz ta' Liġi!", "Kieku jien ridt inħalli kollox miftuħ, ma kontx nagħmel l-Abbozz ta' Liġi!", "Illum jistgħu joperaw mingħajr liġi!", "Sur President, ġie mistoqsi wkoll għalfejn hemm bżonn awtorità ġdida.", "Ir-riżorsi huma limitati u allura ma rridux naraw li dawn jiġu mifruxa u mbagħad kull awtorità twaqqaf unit tal-blockchain.", "Se jkollna awtorità waħda li tkun l-awtorità professjonali ta' dan il-pajjiż biex tkun tista' tmexxi u tkun anke punt ta' referenza f'dan is-settur.", "Naqbel mal-Onor.", "Mario de Marco li qal li issa rridu nkomplu nestendu d-diskussjonijiet barra mill-pajjiż anke fuq livell internazzjonali.", "Nista' ngħid li dawn diġà bdew u fil-fatt għandi numru ta' laqgħat ma' istituzzjonijiet oħrajn Ewropej programmati.", "Nista' ngħid ukoll li sa ftit tal-jiem ilu kont Londra u żort diversi pajjiżi oħrajn sabiex isiru dawn id-diskussjonijiet.", "Huwa veru li tieħu l-ħin però mbagħad, eventwalment, parti mill-mandat ta' din l-awtorità se jkun li tkompli tmexxi dawn id-diskussjonijiet u dawn ma nibqax immexxihom jien b'mod prinċipali.", "Ovvjament din l-industrija hija ta' riskju għoli u għalhekk ħassejna l-bżonn li nagħmlu liġi għax inkella l-pajjiż ma jkollux xi ħaġa li tista' tipproteġi u ma nkunux nistgħu nwaqqfu lil dak li jkun imma b'din il-liġi se nkunu nistgħu nagħmlu dan.", "Finalment naħseb li diġà identifikajna ħafna mill-punti li ssemmew u hawnhekk nerġa' nirringrazzja mill-ġdid lill-Oppożizzjoni, b'mod partikolari lill-kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Kristy Debono, għall-koperazzjoni sħiħa li rċevejna f'dawn id-diskussjonijiet u għall-maturità li wrew dwar dan is-settur.", "Kif jgħid l-Abbozz ta' Liġi dwar l-awtorità l-ġdida, il-Gvern se jkun qiegħed jaħtar l-ewwel CEO tiegħu.", "Fil-fatt hawnhekk nista' nħabbar li avviċinajt lil Mr Stephen McCarthy sabiex ikun jista' jokkupa l-ewwel kariga ta' CEO ta' din l-awtorità l-ġdida.", "Huwa aċċetta din is-sejħa u għalhekk, ġaladarba tiġi approvata u mwaqqfa l-awtorità l-ġdida, hu jkun jista' jieħu r-rwol tiegħu bħala l-ewwel CEO ta' din l-awtorità.", "Is-Sur McCarthy huwa awditur, għandu BA (Hons.) fl-Accoutancy, mexxa diversi awtoritajiet f'pajjiżna, u riċentement huwa wkoll is-CEO tal-Awtorità tad-Djar.", "Nixtieq nawguralu għal din l-isfida li se jkun qiegħed jidħol għaliha, nemmen fil-kapaċitajiet tiegħu u persważ li flimkien mat-tim professjonali li se jkun qed jibni, se jkun qed imexxi b'suċċess din ir-responsabbiltà ġdida li aħna, bħala Gvern, se nkunu qed nafdawlu flimkien mal-kumplament tat-tim tal-istess awtorità.", "Sur President, jien ninsab onorat u kburi bil-ħidma li bħala pajjiż wettaqna.", "Jien nemmen li din hija industrija li se tkun qed tbiddel wiċċ dan il-pajjiż, anke b'investiment kbir li diġà bdejna naraw u li se jkompli jiżdied fil-jiem li ġejjin.", "Però ninsab kburi wkoll għaliex qegħdin noffru industrija ġdida u futur ġdid, u għalhekk jien, li qiegħed parteċipi fiha u qed nara l-ġid kbir li se nkunu qed noħolqu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, m'għandi xejn ħlief kliem ta' tifħir lejn l-avvanzi u l-kapaċitajiet tal-Maltin ta' din il-gżira ċkejkna f'nofs il-Mediterran.", "Illum Malta qiegħda tissemma' u f'ċerti affarijiet qed tiġi komparata u saħansitra qed taqbeż pajjiżi oħrajn kbar, bħall-Ġermanja, Franza u anke l-Amerika.", "Jien m'għandi xejn aktar x'inżid, ħlief li mill-ġdid nirringrazzja lil kulħadd għall-parteċipazzjoni tiegħu f'dan id-dibattitu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' arranġamenti ta' teknoloġija innovattiva msemmija li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, kif ukoll ta' servizzi ta' teknoloġija innovattiva li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, sabiex jiġu eżerċitati mill-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta jew f'isimha funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' dawk l-arranġamenti u servizzi\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ATTIV FINANZJARJU VIRTWALI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"sabiex jirregola l-qasam tal-Offerti dwar Attiv Finanzjarju Virtwali Inizjali u Attiv Finanzjarju Virtwali u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew inċidentali jew konnessi ma' dan\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "24 ta' Mejju 2018", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jirregola l-qasam tal-Offerti dwar Attiv Finanzjarju Virtwali Inizjali u Attiv Finanzjarju Virtwali u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew inċidentali jew konnessi ma' dan\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, bi ftehim mal-Oppożizzjoni, id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet koperta waqt id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi Nru 43, li għadu kif għadda mill-Kamra.", "Għaldaqstant mhux se jkun hemm dibattitu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi f'dan l-istadju.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hemmx aktar rimarki, se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, peress li dan l-Abbozz ta' Liġi fih il-Messaġġ tal-President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nipproponi li l-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jsir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITÀ TAL-INNOVAZZJONI DIĠITALI TA' MALTA", "MALTA DIGITAL INNOVATION AUTHORITY BILL", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"sabiex jipprovdi għat-twaqqif ta' Awtorità li tkun magħrufa bħala l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, biex tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-prinċipji gwida deskritti f'dan l-Att u sabiex tippromwovi prinċipji konsistenti għall-iżvilupp ta' viżjonijiet, ħiliet, u kwalitajiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-innovazzjoni fit-teknoloġija, inkluża teknoloġija distribwita u deċentralizzata, u sabiex teżerċita funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' teknoloġija, arranġamenti u servizzi relatati innovattivi u sabiex tipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew konnessi ma' dan\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "24 ta' Mejju 2018", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għat-twaqqif ta' Awtorità li tkun magħrufa bħala l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, biex tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-prinċipji gwida deskritti f'dan l-Att u sabiex tippromwovi prinċipji konsistenti għall-iżvilupp ta' viżjonijiet, ħiliet, u kwalitajiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-innovazzjoni fit-teknoloġija, inkluża teknoloġija distribwita u deċentralizzata, u sabiex teżerċita funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' teknoloġija, arranġamenti u servizzi relatati innovattivi u sabiex tipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew konnessi ma' dan\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ONOR.", "L-ISPEAKER: Rimarki.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, ninforma lill-Kamra li skont il-ftehim milħuq, anke f'dan il-każ id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet koperta waqt id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi Nru 43 li għadu kif għadda mill-Kamra.", "Għaldaqstant mhux se jkun hemm dibattitu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddi għaldaqstant mill-ewwel biex inpoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, peress li dan l-Abbozz ta' Liġi fih il-Messaġġ tal-President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inkun nista' nressaq il-mozzjoni biex l-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jsir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li ngħaddu immedjatament għall-Aġġornament?", "Fit-8.00 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "L-ISPEAKER: Nistieden lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv); u", "Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja).", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Kumitati Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġia Innovattiva – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, illum nixtieq nieħu dan l-Aġġornament biex nitkellem ftit fuq ir-realtajiet li pajjiżna għaddej minnhom, b'mod partikolari l-isfida tat-traffiku, u dak li dan il-Gvern qed jagħmel vis-à-vis dawn l-isfidi li jiffaċċja kull Malti u Maltija li jużaw it-toroq tagħna ta' kuljum.", "Fid-diskors tiegħi nixtieq insemmi każ partikolari li huwa marbut mas-Central Link Project li qed jiġi diskuss bħalissa.", "Dan il-proġett se nitkellem fuqu l-ġimgħa d-dieħla fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li jien nippresiedi.", "Naħseb li huwa fatt magħruf li f'dawn l-aħħar ħames snin is-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiżna ħasdet lill-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Ma nemminx li fl-2012 jew fl-2013 kellna infrastruttura adegwata biex tlaħħaq mar-realtajiet tal-lum.", "Jien nemmen li meta Gvern Laburista fl-2013 ingħata l-ewwel mandat tiegħu sab infrastruttura li kellha n-nuqqasijiet, għax jien ngħid li, possibbilment, ta' qabilna qatt ma ppjanaw li jista' jkollna ekonomija li tikber bir-rata li qed tikber!", "Naħseb li qatt ma ppjanaw li r-realtajiet ekonomiċi u l-figuri li lħaqna llum jistgħu jintlaħqu f'daqshekk żmien qasir.", "Nafu li llum il-midja tagħmel opinion polls biex tipprova tifhem u tikkalkula eżattament kemm jista' jkun x'inhu dak li jinkwieta lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Biss biss jekk wieħed jara x'kienu jgħidu s-surveys tal-midja ħames snin ilu jsib li t-tħassib tan-nies ma kienx it-traffiku imma kien ix-xogħol, l-inflazzjoni li kienet dejjem tielgħa u inkwiet b'mod ġenerali fuq il-futur ta' uliedna.", "Dik kienet ir-realtà ta' Malta ħames snin ilu biss!", "Però jien nemmen li dawn il-kwestjonijiet m'għadhomx fuq nett tal-inkwiet tal-poplu Malti għax dan l-inkwiet indirizzajnieh.", "Illum dak li jkun m'għadux jinkwieta fuq jekk hux se jsib xogħol jew jekk it-tfal tiegħu hux se jsibu xogħol.", "Illum dawn il-problemi m'għadhomx reali.", "Illum it-tħassib huwa aktar ibbażat fuq traffiku b'mod ġenerali u kif bniedem se jasal minn post għal ieħor mingħajr ħafna dewmien ta' żmien.", "Jekk naraw ftit iċ-ċifri nsibu li llum, fl-2018, għandna 25,000 ruħ aktar li ta' kuljum qed iqumu filgħodu u jmorru għax-xogħol u l-maġġoranza tagħhom imorru bil-karozza privata tagħhom.", "F'pajjiżna llum għandna żieda ta' 600,000 turist aktar milli kellna fl-2012.", "Ovvjament dawn it-turisti b'xi mod qegħdin jiċċaqilqu minn post għall-ieħor f'pajjiżna, u allura qed jużaw it-toroq bħalma nużawhom aħna.", "Fil-fatt bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li tajt jien stess, sal-aħħar tal-2017 kellna kważi mitt applikazzjoni biex jinbnew lukandi, guest houses u boutique hotels sabiex nakkomodaw aktar turisti f'pajjiżna.", "Huwa fatt magħruf li f'pajjiżna għandna densità għolja u huwa l-aktar post Ewropew fejn il-popolazzjoni tgħix f'medda ta' art daqstant żgħira.", "Ir-rata ta' nies li jgħixu f'kull kilometru kwadru hija l-ogħla waħda fl-Ewropa u għandna t-tieni l-ogħla rata ta' densità ta' karozzi fl-Ewropa.", "Dawn il-figuri jwassluk għall-konklużjoni loġika li fuq medda ta' 25 sena – għalkemm ma ngħidx li ma sarx xogħol – b'mod ġenerali qajla żdied in-network u l-kilometri ġodda ta' toroq li għandna.", "Taħt Gvernijiet Nazzjonalisti sar resurfacing ta' numru ta' toroq iżda toroq ġodda kompletament qajla saru.", "Dan joħroġ ukoll minn editorjal ta' ġurnal lokali li wkoll ikkonċeda l-fatt li fuq 25 sena qajla żidna l-footprint ta' road network f'pajjiżna.", "Jien m'iniex wieħed minn dawk li b'xi mod inkun assolutist u ma nemminx li fil-verità qatt nistgħu naslu f'sitwazzjoni fejn f'pajjiżna naqtgħu t-traffiku għalkollox!", "Naħseb li nkunu ftit wishful thinkers jekk nemmnu li b'xi mod nistgħu naqtgħu t-traffiku kompletament minn pajjiżna, però, bla dubju, l-elettorat hemm barra, il-poplu Malti b'mod ġenerali, jippretendi minn kull gvern - u minn dan il-Gvern għax aħna għandna l-mandat li nwettqu – u mill-faxxa politika kollha, jiġifieri l-Gvern u l-Oppożizzjoni, li naraw li nindirizzaw ir-realtà tat-traffiku b'mod ħolistiku.", "Huwa tajjeb li nifhmu wkoll li l-impatt tat-traffiku fuq l-ekonomija Maltija mhuwiex xi ħaġa li wieħed jista' jinjora.", "Fil-fatt, mill-ftit kalkoli li saru, it-traffiku f'Malta jiswa l-flus lill-ekonomija!", "Li inti jkollok persuna li tkun sejra għax-xogħol kull filgħodu u tagħmel ammont ta' ħin imwaħħla fit-traffiku, ħin li setgħet tqattgħu b'mod iktar utli, dak sintendi huwa ta' piż fuq l-ekonomija tagħna.", "Nafu wkoll li t-traffiku jnaqqas il-kwalità tal-arja.", "Aktar ma jkollok karozzi mwaħħlin fit-traffiku aktar jiżdied it-tniġġis.", "Nafu wkoll li għandna 80% taċ-ċittadini Maltin li jużaw il-karozza tagħhom biex imorru għax-xogħol.", "Minn riċerka li għamlet il-Eurostat irriżulta li komparat mal-bqija tal-Ewropej, aħna fost l-aktar popli li nużaw il-karozza tagħna biex immorru għax-xogħol.", "Fil-fatt it-trasport pubbliku fil-bqija tal-Ewropa jintuża prattikament minn 50% tal-Ewropej biex imorru għax-xogħol ta' kuljum u f'pajjiżna 10% biss tal-Maltin iqumu filgħodu u jaqbdu t-trasport pubbliku biex imorru għax-xogħol.", "Dan juri li aħna nużaw il-karozzi privati tagħna b'rata li hija ferm ogħla mill-bqija tal-Ewropej u dan iwassalna għar-realtajiet li qed niffaċċjaw illum il-ġurnata.", "Nafu wkoll li kuljum fit-toroq tagħna joħorġu 40 karozza ġdida.", "L-istima li din il-problema tat-traffiku qed tiswa lill-ekonomija tagħna tlaħħaq it-€300 miljun fis-sena!", "Sur President, il-background tiegħi huwa fil-qasam tal-ekonomija.", "Dan iġiegħlek tibda tifhem aktar kif dawn il-figuri jwasslu lill-Gvern - din kienet waħda mill-proposti elettorali prinċipali fil-kampanja elettorali li għaddiet - jiddeċiedi li pajjiżna jrid jinvesti ferm aktar milli konna qed nagħmlu fil-passat sabiex intejbu l-infrastruttura tat-toroq tagħna.", "Irid ikun hemm rikonoxximent u rridu naċċettaw, aħna kollha kemm aħna, li pajjiżna waqa' lura matul is-snin fl-investiment biex inżidu l-footprint tar-road network tagħna, biex aktar milli tantiċipa dak li se jseħħ fil-futur, tilqa' għar-realtajiet tal-lum.", "Illum aktar milli qed ninvestu għall-futur, l-ewwel u qabel kollox qed nilqgħu għar-realtajiet tal-lum.", "Ħafna minn dak li qed nagħmlu llum, essenzjalment, seta' sar ħafna snin ilu u kieku llum m'għandniex il-problemi tat-traffiku li għandna.", "Sur President, nafu li toroq, arterji u junctions partikolari ilhom ippjanati fuq il-karta snin twal.", "Pereżempju l-Coast Road kienet ilha ppjanata li tiġi kif saret illum il-ġurnata, jiġifieri b'żewġ karreġġjati fid-direzzjonijiet opposti, għal ħafna snin!", "Nafu wkoll li l-junction tal-Kappara kienet ilha ppjanata u kienet ilha tissemma' għal ħafna snin, imma Gvern Nazzjonalista, għal raġunijiet li jafhom huwa biss, iddeċieda li m'għandux jagħmel dawn it-toroq ġodda.", "L-istess ngħid dwar is-Central Link Project, u l-junctions li mill-Imrieħel tibqa' tielgħa sar-Rabat, li hija medda ta' art pjuttost twila, li nafu li kienet ilha ppjanata iżda baqgħet ma saritx.", "Minbarra t-traffiku dan iwassal ukoll għal dewmien esaġerat fit-toroq tagħna, ħafna drabi anke minħabba nuqqas ta' parkeġġ.", "Nafu li n-nuqqas ta' parkeġġ ukoll iwassal biex il-karozzi jagħmlu aktar ħin fit-toroq.", "Minn studju li l-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) għamel matul is-sena li għaddiet irriżulta li l-istudenti universitarji tagħna, li ħafna minnhom, bħalma kont nagħmel jien l-ewwel wieħed, imorru l-Università bil-karozza privata tagħhom, iqattgħu medja ta' 20 minuta kuljum jipprovaw isibu parkeġġ.", "Din ukoll hija parti mill-problema li toħloq aktar traffiku.", "Fil-ġimgħat li għaddew tħabbar proġett li ilu fuq il-karta għal ħafna snin u hawn qed nirreferi għas-Central Link Project.", "Elementi fl-Oppożizzjoni ħarġu jikkritikaw dan il-proġett, b'mod partikolari l-Onor.", "David Agius, li huwa wkoll residenti Ħ'Attard.", "Huwa kkritika b'mod qawwi immens dan il-proġett u kważi għamilha ċara li se jagħmilha xi forma ta' kruċjata personali li jiġġieled kontra dan il-proġett akkost ta' kollox!", "L-Onor.", "Agius irid iwaqqaf dan il-proġett b'mod totali!", "Sur President, issa se ngħid x'jinkludi fih dan il-proġett.", "Is-Central Link Project jinkludi t-toroq kollha minn ħdejn l-MFSA sas-Saqqajja, ir-Rabat jiġifieri qed nitkellmu fuq 13-il junction li se jitwessgħu kollha.", "Jekk it-traffiku jkun aktar mexxej tnaqqas l-emissjonijiet għax il-karozzi jaslu fid-destinazzjonijiet tagħhom f'inqas ħin.", "Fil-fatt huwa stmat li dan il-proġett waħdu se jnaqqas l-emissjonijiet mill-vetturi bi 13.5%.", "Se jkun hemm inqas emissjonijiet fl-inħawi tal-Imrieħel, Ħal Balzan u b'mod partikolari fil-qalba ta' Ħ'Attard.", "B'dan il-proġett l-emissjonijet se jonqsu b'madwar tunnellata kull siegħa!", "Il-Ministru informani li dan il-proġett għandu sentejn sakemm jitlesta u meta jitlesta se nkunu qed niffrankaw tunnellata dijossidu tal-karbonju kull siegħa, b'mod partikolari minn ġewwa Ħ'Attard.", "David Agius ġie f'dan il-Parlament u kkritika dan il-proġett bl-aktar mod voċiferu, però jidher li ma kellux l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista, anzi, effettivament kellu ammont ta' kollegi u anke eks kollegi tiegħu li ħarġu jikkritikawh!", "Fosthom kien hemm l-Eks Membru Parlamentari Charlò Bonnici, li wkoll joqgħod Ħ'Attard u allura jaf ukoll ir-realtà tat-traffiku ta' dik il-lokalità, u nsellimlu minn hawnhekk.", "Jien konvint li dan ukoll juża dawn it-toroq fiċ-ċentru ta' pajjiżna u jaf x'inhi r-realtà li hemm illum biex tgħaddi minn ġewwa Ħ'Attard.", "Jekk tgħaddi f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata jkollok bottlenecks li ma jispiċċaw qatt!", "Jien, kif inħoss li huwa wkoll id-dover tiegħi, kemm qabel ma tħabbar dan il-proġett, kif ukoll wara, tkellimt ma' residenti ta' Ħ'Attard.", "Jekk tisma' dak li kellu xi jgħid l-Onor.", "David Agius kważi tieħu l-impressjoni li r-residenti ta' Ħ'Attard huma up in arms kontra dan il-proġett.", "Fil-verità dan mhu xejn għajr l-oppost tal-verità!", "Jien li tkellimt mar-residenti ta' Ħ'Attard meta mort inħabbat il-bibien wara li tħabbar dan il-proġett, ma sibtx resident wieħed li qalli li m'hemmx bżonn soluzzjoni għat-traffiku f'din il-lokalità!", "Illum hemmhekk it-toroq residenzjali qed jintużaw min-nies li ma jgħixux ġewwa Ħ'Attard għax minn hemmhekk qed jgħaddu nies biex sempliċement jevitaw ċerti toroq u junctions arterjali.", "It-traffiku huwa bħall-ilma; jekk se jeħel xi mkien se jgħaddi minn xi mkien ieħor!", "Dak huwa dak li qed jiġri bħalissa fil-qalba ta' Ħ'Attard, li huwa wkoll raħal li qed jikber.", "Ovvjament dan qed iwassal ukoll għal aktar emissjonijiet fil-qalba tar-raħal.", "Għalhekk il-fatt li se jkollok proġett li se jnaqqas it-traffiku anke minn ġewwa l-qalba tar-raħal u mit-toroq residenzjali se jnaqqas il-problema tat-traffiku b'mod drastiku u ma nistax nifhem kif jista' jiġi hawnhekk Deputat li qiegħed jirrappreżenta l-interessi ta' Ħ'Attard u ma jaqbilx ma' ħaġa bħal din!", "Ma ninsewx li bħali l-Onor.", "Agius jiġi elett fuq il-11-il distrett, li fih hemm Ħ'Attard ukoll.", "Agius jiġi hawnhekk jikkritika proġett li finalment l-iktar li se jibbenefikaw minnu huma r-residenti ta' Ħ'Attard, meta suppost huwa elett biex jitkellem fl-interessi ta' dawk in-nies li jeleġġuh, ikun qed jikser il-prinċipju bażiku ta' demokrazija kif għandha taħdem.", "Allura hawnhekk nistaqsi: L-interessi ta' min qiegħed jiddefendi l-Onor.", "Lil min qiegħed jiddefendi?", "Agius ġie hawnhekk u qal li r-residenti ta' Ħ'Attard ma jridux dan il-proġett b'mod assolut meta fil-verità jridu dan il-proġett għax iridu soluzzjoni għat-traffiku minn ġo Ħ'Attard, lil min kien qiegħed jirrappreżenta?", "Dan id-diskors qaluhulu anke sħabu, fosthom l-Eks Membru Parlamentari Charlò Bonnici u anke l-Eks Kunsillier Herbert Messina Ferrante, li għamluha ċara li dan il-proġett hemm bżonn li jsir.", "Anke l-editorjal tal-ġurnal The Malta Independent tal-5 ta' Ġunju kien jgħid ċar u tond li wasal iż-żmien li f'pajjiżna rridu mmexxu b'dawn it-toroq u ma rridux nagħtu kas ċertu garr li jkun qiegħed isir u jerġa' jiġi ripetut kull darba li nisimgħu dwar dawn it-tip ta' proġetti.", "Jiġifieri dan l-editorjal kien pjuttost goff!", "Sur President, l-iskuża li pprovat iġġib parti mill-Oppożizzjoni u parti mill-midja hija li b'xi mod se neqirdu s-siġar kollha li hemm ġewwa Ħ'Attard.", "Jiġifieri, l-argument ġie eżasperat sal-punt li bis-saħħa ta' dan il-proġett mhux se jifdal siġar ġo Ħ'Attard!", "Hekk ingħata wieħed x'jifhem imma mhu veru xejn li se jinqalgħu mijiet ta' siġar.", "U nhar it-Tnejn li ġej f'dan il-Parlament, anke fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, ġej il-Ministru biex jagħti l-ispjegazzjoni tiegħu.", "Anke jekk tara l-artikli taI-ġurnal TheTimes li ġew pubblikati dwar l-ammont ta' siġar li allegatament se jinqalgħu, in-numri tistħajjilhom qisu tiela' l-lottu għax filli jgħidu 200, filli 300, issa llum mid-dehra ħarġu li se jinqalgħu xi 500 siġra!", "Kull darba jiżdied dan l-ammont ta' siġar li qed jgħidu li se jinqalgħu!", "U l-Ministru kull darba jkollu joqgħod jirrepeti f'dan il-Parlament.", "Saħansitra ħareġ jitkellem il-Kap tal-Aġenzija Infrastruttura Malta, l-aġenzija l-ġdida li se titwaqqaf dalwaqt, u għamilha ċara li mhu veru xejn li se jinqalgħu dawn il-mijiet ta' siġar li qed jiġi allegat li se jinqalgħu.", "Se mai, il-pjanijiet fil-passat kienu li din il-famuża bypass ta' Ħ'Attard toħroġ erba' karreġġjati kollha kemm hi f'ODZ, jiġifieri toħroġ fl-għelieqi ta' taħt id-djar li hemm f'Ħ'Attard u mbagħad terġa' tidħol ħdejn Wied Inċita.", "Fil-verità l-kambjament li kien hemm fuq dan il-pjan - il-Ministru din għamilha ċara jew naħseb li se jiċċaraha fil-ġranet li ġejjin - kien li jekk fil-passat kienu ppjanati erba' karreġġjati kollha fl-ODZ, illum dak il-pjan inbidel u fl-ODZ se joħorġu żewġ karreġġjati biss.", "Dan ifisser li dan il-Gvern naqqas il-footprint fl-ODZ.", "Se tkun qed toħroġ fl-ODZ, bejn wieħed u ieħor, quddiem iċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard u terġa' tidħol lura fit-toroq li hemm ftit 'l isfel mill-Isptar Monte Carmeli.", "Il-pjan qabel kien li joħorġu erba' karreġġjati kollha kemm huma fl-ODZ f'dawk l-għelieqi li hemm hemmhekk.", "Dak il-pjan issa nbidel u minflok erba' karreġġjati se noħorġu biss tnejn għax se nużaw it-toroq eżistenti biex jiġu żewġ karreġġjati biex titla' lejn ir-Rabat u żewġ karreġġjati biex tinżel mir-Rabat, direzzjoni Ħ'Attard, Imrieħel u tibqa' sejjer lejn iċ-ċentru ta' Malta.", "Jiġifieri l-kambjamenti li kien hemm f'dan il-proġett saru biex tittieħed inqas art fl-ODZ u mhux bil-kontra!", "Sur President, kull meta tagħmel proġett ta' dan it-tip dejjem se jkollok xi tip ta' kritika, però jien naħseb li trid tisma' dik il-kritika, li jien ngħid li hija kritika ġenwina, però finalment il-Gvern ġie elett biex jimplimenta.", "Iva, irridu nagħtu kas l-ilmenti ġenwini li jistgħu jsiru però l-proġetti jridu jsiru.", "Il-progress ma jista' jwaqqfu ħadd.", "Issa jew se noqogħdu nagħmlu bħal ta' qabilna u niddeċiedu li ma niddeċidux, jew nisimgħu u finalment niddeċiedu.", "U naħseb li dak huwa xogħolna; li nisimgħu l-ilmenti ġenwini, nagħtu kashom, jekk hemm mod kif nistgħu ntejbu l-proġett li nkunu qegħdin infasslu, intejbuh, imma finalment id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu.", "Naħseb li għandna obbligu li dawn il-proġetti mmexxuhom.", "Jien bdejt nipprova nifhem ukoll lil min kien qiegħed jirrappreżenta hawnhekk l-Onor.", "Agius u fl-interessi ta' min kien qiegħed jitkellem.", "Meta kien magħfus biex jagħmel dan, l-aktar li semma kien li se jkun hemm ammont ta' bdiewa li se jitteħdulhom parti mill-għelieqi tagħhom.", "Dan bħalma ġara fi proġetti oħrajn.", "Pereżempju, biex saret il-Coast Road kollha, parti minn ċerta raba', speċjalment fl-akkwati tal-Qawra, ittieħdet lill-bdiewa.", "Jien nifhem li jista' jkollok bdiewa li jintlaqtu u se jiġu affettwati, mela ma nifhimix, imma aħna f'demokrazija se nwaqqfu proġett ta' portata nazzjonali, investiment ta' €55 miljun, biex ammont ta' bdiewa ma titteħdilhomx parti mill-art tagħhom?", "Issa dawk huma d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu.", "Hawnhekk mhux se ninstema' popolari b'dan id-diskors u forsi jkun hemm min jgħidlek li jien qed niġi naqa' u nqum minn dawk il-bdiewa li forsi se titteħdilhom parti mill-għalqa tagħhom.", "Imma hawnhekk il-mistoqsija hija x'inhu fl-interess nazzjonali; jekk hux li nagħmlu dan il-proġett jew li ma nagħmluhx biex ma nurtawx ammont żgħir ta' persuni.", "Sur President, dawk huma d-deċiżjonijiet li jrid jieħu dan il-pajjiż.", "Ta' qabilna ma kenux jeħduhom dawn id-deċiżjoniiet u jekk kien ikollok, bħalma jidher li kellek, pereżempju, fil-każ tal-Kappara, fejn ċerti individwi kienu qed jilmentaw li dik it-triq se taffettwalhom il-valur tal-proprjetà tagħhom, il-proġett waqqfuh u ma sarx.", "Dan huwa gvern li jrid jiddeċiedi u l-proġetti li hemm bżonn li jsiru qed isiru.", "U tajjeb għamel l-editorjal tal-ġurnal The Malta Independent, li kkritika lill-Onor.", "David Agius, li finalment hawn ġew qed jirrappreżenta l-interessi ta' ftit persuni u l-interessi tar-residenti kollha ta' Ħ'Attard u oħrajn li jgħaddu minn hemmhekk fosthom nies mill-Mosta, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, ir-Rabat u l-Imtarfa qed jinsihom!", "Il-politika ma taħdimx hekk!", "Jekk aħna se nibqgħu ma neħdux deċiżjonijiet biex ma nirfsu lil ħadd, dan il-pajjiż qatt ma jista' jimxi 'l quddiem.", "Fl-elezzjoni li għaddiet il-poplu Malti għażel li jsir dan il-proġett ewlieni, li fuq medda ta' seba' snin nagħmlu upgrade totali tat-toroq kollha.", "Qed ngħidu li dan se jsir b'investiment ta' €700 miljun imma jien konvint li l-investiment se jkun ferm ikbar minn hekk eventwalment.", "Sur President, wieħed irid ipoġġi kollox fuq miżien.", "Jien għadni kemm semmejt li biss biss, sal-lum, kull sena t-traffiku qed jiswina madwar €300 miljun.", "Mela huwa aktar għaqli li ninvestu fuq medda ta' seba' snin b'investiment ta' €700 miljun biex dawn niffrankawhom anke mit-telf li qiegħda tagħmel l-ekonomija minn banda oħra.", "Dawk huma d-deċiżjonijiet li ta' qabilna ma kenux kapaċi jieħdu.", "U aħna 'l hemm irridu mmorru.", "F'isem il-kostitwenti kollha tiegħi, b'mod partikolari r-residenti ta' Ħ'Attard, irrid ngħid li jien nemmen li dan il-proġett huwa strumentali u vitali li jsir għaliex se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-akkwata, b'mod partikolari r-residenti ta' Ħ'Attard, għax se jnaqqsilhom it-traffiku minn ġor-raħal tagħhom u se jnaqqas l-emissjonijiet b'mod drastiku.", "Allura jien nistenna li fil-ġranet u fil-ġimgħat li ġejjin, minkejja l-qrid u l-garr ta' ċerti nies, dan ix-xogħol jitkompla u nibqgħu għaddejjin bi proġett li finalment se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' kull min se jużah.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra issa hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 4 ta' Lulju, 2018 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fit-8.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "QORTI EWROPEA TAL-ĠUSTIZZJA – PROĊESS TA' GĦAŻLA GĦALL-KARIGA TA' IMĦALLEF", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta' għażla għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f'Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta' għażla jdum mill-inqas disa' xhur?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess ta' għażla għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea saret ai termini tal-Artikolu 253 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fejn Imħallef jista' jerġa' jinħatar.", "Minħabba l-fatt li l-kandidat Malti għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċjoè l-Imħallef Peter G. Xuereb diġà għadda minn proċedura miftuħa tal-għażla u bħalissa qed iservi bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali, ma kienx meqjus neċessarju li tinħareġ sejħa pubblika oħra sabiex dan tal-aħħar jinħatar bħala Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.", "Meta ġie maħtur bħala Imħallef fil-Qorti Ġenerali, dan tal-aħħar intgħażel fuq bażi ta' mertu, wara intervista minn Kumitat ta' Għażla.", "Fid-19 ta' Marzu 2018, il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ħareġ opinjoni pożittiva dwar l-idonejità tal-kandidat Malti sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.", "Din il-kandidatura ġiet ikkonfermata mill-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fil-marġini tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tat-13 ta' Ġunju tal-2018.", "L-Imħallef magħżul għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa mistenni li jidħol fil-kariga l-ġdida tiegħu fis-6 t'Ottubru 2018.", "QORTI EWROPEA TAL-ĠUSTIZZJA – PROĊESS TA' GĦAŻLA GĦALL-KARIGA TA' IMĦALLEF", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika miftuħa għall-proċess ta' għażla għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja peress li f'Ottubru li ġej jiskadi t-terminu tal-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u stante li tali proċess ta' għażla jdum mill-inqas disa' xhur?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "ALLEGAZZJONIJIET TA' KORRUZZJONI DWAR BINI TA' TOROQ F'GĦAWDEX – INKJESTA MILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-inkjesta tal-pulizija dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni dwar bini ta' toroq f'Għawdex ġietx konkluża u x'kienu l-konklużjonijiet u jikkonferma jekk il-persuni li kienu jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex li ġew sospiżi f'Lulju 2017 (inkluż id-Direttur, il-Perit u l-PA tad-Direttur) fuq diversi allegazzjonijiet li saru, reġgħux iddaħħlu lura jaħdmu mal-gvern f'dawn l-aħħar ġranet?", "Jista' jgħid min ta l-ordni biex dawn il-persuni jerġgħu jiddaħħlu lura jaħdmu fis-Servizz Pubbliku, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu, ma' liema Ministeru qed jaħdmu kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, taħt liema titlu u f'liema grad iddaħħlu lura għax-xogħol u minn liema Ministeru qed jitħallsu?​", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.", "AVUKAT ĠENERALI – ARTIKLU 569 (6) TAL-KODIĊI KRIMINALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm istanzi jew każijiet fl-aħħar 20 sena fejn l-Avukat Ġenerali ma qabilx u mar kontra r-rakkomandazzjoni ta' xi maġistrat inkwerenti għeluq inkjesta li kien irrakkomanda li jittieħdu passi kriminali kontra individwu, skont l-artiklu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali?", "OWEN BONNICI: L-Onor.", "Membru huwa informat li l-poter tal-Avukat Ġenerali li joħrog nolle prosequi jew biex proċeduri kriminali ma jinbdewx jew inkella biex ma jitkomplewx mhuwiex poter li għalih isir rikors ta' spiss.", "Fil-fatt mis-sena 1989 sal-lum inħarġu b'kollox madwar 19-il nolle prosequi li ġeneralment ma kenux tat-tip imsemmi fid-domanda u ċjoè taħt l-artikolu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali iżda nħarġu wara li kienu nbdew proċeduri u nstab li ma kienx hemm biżżejjed provi biex wieħed jipproċedi.", "Ma tinżammx statistika separata dwar it-tip ta' ordni ta' nolle prosequi msemmi fid-domanda iżda nista' ninforma lill-Onor.", "Membru li l-indikazzjonijiet huma li mill-2010 sal-lum kien hemm każ wieħed biss fejn l-Avukat Ġenerali ħareg ordni ta' dan it-tip.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LAQGĦA MA' INDIVIDWI MINN RAPPREŻENTANTI JEW UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, iltaqgħu ma' rappreżentanti jew uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2013 u Mejju 2017?", "Jista' jgħid ukoll meta u ma' min iltaqgħu?", "JOSEPH MUSCAT: Ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinvolvi fost oħrajn laqgħat regolari ma' numru kbir ta' nies minn sferi differenti.", "Mhuwiex possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiltaqa' magħhom u dettalji ta' kull laqgħa.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX – ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mit-8 ta Marzu 2013 sal-lum kemm ħaddiema li kienu jaħdmu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex talbu li ma jibqgħux hemm u minflok imorru jaħdmu xi mkien ieħor?", "Kemm kien ilhom jaħdmu ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'kien il-grad ta' dawn il-ħaddiema li talbu li jiġu trasferiti?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li talbu li jiċċalqu iżda ma ġietx milqugħa t-talba tagħhom?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li n-numru ta' ħaddiema li bejn it-8 ta' Marzu 2013 u t-22 ta' Ġunju 2018 talbu li jiċċaqilqu mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex imorru jaħdmu xi mkien ieħor kien jammonta għal 73, li 65 minnhom kellhom it-talba milqugħa filwaqt li tmienja oħra ma kellhomx it-talba approvata.", "Il-grad tal-ħaddiema li t-talba tagħhom intlaqgħet kien dak segwenti:", "IN-NAXXAR – TRIQ GAETANO VITALE – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6106 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Gaetano Vitale (parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6120 f'seduta 129.", "IN-NAXXAR – TRIQ ĠDIDA FI TRIQ TAN-NAJDER – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6107 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Ġdida fi Triq Tan-Najder fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR – TRIQ BIRGUMA (L-AĦĦAR PARTI) – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6108 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Birguma (l-aħħar parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6120 f'seduta 129.", "IN-NAXXAR – TRIQ SAN ĠWANN L-EVANĠELISTA (PARTI) – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6109 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq San Ġwann l-Evanġelista (parti) fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6120 f'seduta 129.", "IN-NAXXAR – TRIQ BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6110 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq Triq Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "IN-NAXXAR – SQAQ FI TRIQ IL-GĦARGĦUR – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6111 u jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tant bżonjuż fuq sqaq fi Triq il-Għargħur fin-Naxxar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6112.", "PERSUNI TA' ĊITTADINANZA BARRANIJA LI GĦANDHOM PERMESS TA' RESIDENZA F'MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta' residenza f'Malta anke jekk temporanjament?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn il-persuni?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li n-numru ta' persuni ta' ċittadinanza barranija li għandhom il-permess ta' residenza f'Malta huwa ta' 29,246.", "PERSUNI LI MHUMIEX TA' ĊITTADINANZA MALTIJA RrREĠISTRATI MAL-JOBSPLUS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija imma li huma reġistrati mal-Jobsplus u li għandhom impjieg f'Malta kemm jekk part-time jew full-time?", "Jista' jgħid kemm minn dawn huma rreġistrati bħala li qed jaħdmu part-time u kemm minnhom qed jaħdmu full-time?", "Jista' jgħid mil-liema pajjiżi huma ġejjin dawn il-persuni?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli (Tabella A: Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Tabella B: Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi) li juru l-għadd ta' persuni li mhumiex ta' ċittadinanza Maltija imma li huma rreġistrati mal-Jobsplus u li għandhom impjieg f'Malta u/jew f'Għawdex fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta' Diċembru 2017.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX – MASTER PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 3328 u 5756, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Ippjanar ilha għal xhur sħaħ tistenna l-informazzjoni u dokumenti li talbet lil Vitals GH u issa lil Steward fl-iscreening letter sabiex tkun tista' tivvalida u tibda tipproċessa din l-applikazzjoni PA 7491/16 u ċjoè l-applikazzjoni għall-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex għaddiet f'idejn Steward Health Care fi Frar li għadda bħalissa qiegħed isir review dettaljat tal-master plan tal-proġett.", "IN-NADUR GĦAWDEX – BARRACKS TAL-FORZI ARMATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' investiment infrastrutturali sar fil-barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur u f'postijiet oħra li għandha l-AFM ġewwa Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża sena b'sena u xi proġetti infrastruturali hemm ippjanati minn issa sal-aħħar ta' din is-sena fis-siti tal-Forzi Armati f'Għawdex?", "Jista' jgħid kemm hemm suldati stazzjonati Għawdex u x'inhu l-grad tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-FAM nefqet €3,019 fl-2013, €1,311 fl-2014, €106 fl-2015, €2,667 fl-2016, €4,619 fl-2017 u €1,758 fl-2018 f'xogħlijiet ta' manutenzjoni.", "Minbarra xogħlijiet ta' manutenzjoni huwa ppjanat li jitjiebu abluzzjonijiet, il-kwartieri tas-suldati, it-tkabbir tal-helipad u rilokazzjoni tal-irbit tal-bastimenti.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX - CANTEEN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel, twaqqa' aktar minn sena ilu biex minfloku tibda tinbena l-Iskola ta' Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li l-iżvilupp li huwa ppjanat u li qiegħed fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex jinkludi canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti li jkunu rikoverati fl-isptar.", "Sakemm dan jitlesta saru arranġamenti alternattivi ma' kiosk fil-parkeġġ tal-isptar biex dan jissupplixxi dak li jintalab mill-ħaddiema u qraba ta' pazjenti rikoverati fl-isptar.", "Dan filwaqt li diversi ħaddiema tal-isptar huma wkoll intitolati u jistgħu jagħmlu użu mis-servizz ta' catering li jipprovdi l-isptar stess.", "GĦARFIEN DWAR IS-SAĦĦA MENTALI - PROGRAMMI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6065 u 5933 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f'din il-leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali?", "Meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li saru bosta laqgħat ta' informazzjoni u outreach minn staff speċjalizzat mill-Isptar Monte Carmeli dwar is-saħħa mentali.", "Dawn il-laqgħat ikunu miftuħa għall-pubbliku inġenerali.", "Qed nannetti ma' din ir-risposta lista tal-laqgħat li saru matul din il-leġiżlatura s'issa, jiġifieri matul din l-aħħar sena, liema informazzjoni kienet provduta mill-istess sptar.", "IL-MELLIEĦA BYPASS – SERVICE ROAD", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument datat is-sena 1933 u li għamel referenza għalih fl-istess tweġiba?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "KARTI TAL-IDENTITÀ KKANĊELLATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il karta tal-identità ġiet ikkanċellata skont dak li jipprovdi l-artiklu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li t-talbiet kollha li daħlu għand Identity Malta biex l-Aġenzija tikkanċella karti tal-idenità u minflok toħroġ oħrajn b'restrizzjoni tas-safar fuqhom saru kollha fuq ordni tal-Qorti, skont artiklu 8, Kapitlu 258 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Bħala punt ta' kjarifika, ma kien hemm l-ebda talbiet taħt artiklu 8 (d) tal-istess Att imsemmi.", "Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li r-responsabbiltà tal-karti tal-identità waqgħet taħt l-Aġenzija Identity Malta fi Frar 2014 u għaldaqstant it-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' detenituri u karti tal-identità kkanċellati minn din id-data 'l quddiem.", "*Informazzjoni miġbura sal-20 ta' Ġunju 2018.", "KARTI TAL-IDENTITÀ - DETENTURI MITLUBA BIEX JIRRITORNAW LURA L-KARTI TAL-IDENTITÀ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il detentur ta' karta tal-identità ġie mitlub biex jirritorna lura l-karta tal-identità tiegħu skont dak li jipprovdi l-artiklu 8 tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap. 258 tal-Liġijiet ta' Malta) sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet mogħtija lid-detenturi tal-karti tal-identità?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 6501.", "KARTI TAL-IDENTITÀ MISRUQA, DISTRUTTI JEW SFIGURATI - RAPPORTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il karta tal-identità ġiet irrapportata misruqa, distrutta jew sfigurata lill-uffiċjal awtorizzat sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tabella t'hawn taħt, skont l-informazzjoni miġbura.", "Nixtieq ukoll ngħarraf li din l-informazzjoni bdiet tinżamm mill-2016.", "*Informazzjoni miġbura sal-20 ta' Ġunju 2018.", "Ħ'ATTARD – SIĠAR PROTETTI FIŻ-ŻONA TAL-BYPASS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6339 u jgħid jekk hemmx siġar protetti fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ'Attard ħdejn l-MFSA sa ftit 'il fuq mid-daħla ta' Ta' Qali, Ħ'Attard?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6506.", "Inżid ngħid li qed isir kull sforz sabiex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' massage parlours fil-lokalitajiet tal-Belt Valleta, Tas-Sliema, Paceville, San Ġiljan, San Ġwann, Birkirkara, ir-Rabat, il-Mosta, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u f'Għawdex, li kienu qed joperaw fl-2015, 2016, 2017 u sa Mejju 2018, maqsuma għal kull sena, f'kull lokalità rispettivament?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-massage parlours ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'regolamenti ta' saħħa hemm li qed jirregolaw il-massage parlours li għandna miftuħin fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija tal-mistoqsija parlamentari 6515.", "PROĠETT TAS-CENTRAL LINK – ART/RABA' LI SE TITTIEĦED", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' metri kwadri ta' art/raba' li se tkun qed tittieħed bħala spazju għat-triq li qed tissejjaħ Central Link mill-Gvern?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-awtoritajiet konċernati u għaldaqstant il-pjanti għadhom qed jiġu ffinalizzati.", "MOSTA – TRASFERIMENT TA' KIRJA MINN ĦANUT GĦAL MASSAGE PARLOUR", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern awtorizzax it-trasferiment tal-kirja ta' ħanut fil-binja tal-Gvern quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Mosta ħdejn il-Government Housing Estate u fejn hemm il-kumpless tal-ħwienet, biex minn ħanut retail, illum sar massage parlour?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika b'mod aktar preċiż għal liema ħanut qed jirreferi.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fir-rigward ta' massage parlours, x'qed isir mill-Gvern permezz tal-pulizija sabiex ikun regolat dan is-settur fis-sens li:", "a. naraw li pajjiżna mhux qed iservi biex jippromwovi t-traffikar tal-bniedem permezz ta' dawn il-massage parlours;", "b. naraw li dawn is-siti kummerċjali ma jispiċċawx fi briedel;", "c. naraw li r-residenti tat-toroq fejn hemm dawn il-massage parlour ma jispiċċawx iffastidjati kemm minn dawk li qed joffru s-servizz kif ukoll minn dawk li jkunu qed ifittxu li jieħdu s-servizz minn dawn is-siti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-Pulizija ma kellhiex rapporti li jindikaw li dawn is-siti qed jintużaw bħala burdell jew li r-residenti tat-toroq fejn hemm massage parlours ġew iffastidjati kemm minn dawk li qed joffru s-servizz kif ukoll minn dawk li jfittxu li jieħdu s-servizz mingħandhom.", "Però waqt li l-Pulizija qed tagħmel u se tkompli tagħmel ir-rondi fl-inħawi ta' dawn is-siti, nitlob li jekk l-Onor.", "Interpellant għandu xi informazzjoni dwar xi każ speċifiku, jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorment.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6438 tad-19 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-qabdiet ta' droga li saru mill-Pulizija fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fit-2018 sal-aħħar ta' Mejju?", "X'kienu l-qabdiet u kemm kien il-valur ta' flus ta' kull qabda?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 6438.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA - TOROQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika liema se jkunu l-160 triq li l-Aġenzija Infrastruttura Malta se tkun qed tagħmel fix-xhur li ġejjin?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "Ix-xogħol tal-infrastruttura tat-toroq se tiġi ppjanata b'mod gradwali meta din l-entità tiġi mwaqqfa fix-xhur li ġejjin.", "IL-MELLIEĦA – PREŻENZA TAL-PULIZIJA FI TRIQ QASAM BARRANI U TRIQ IL-MITĦNA L-KBIRA FIL-ĦINIJIET TAL-ISKOLA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Fid-dawl li wieħed jista' jantiċipa li jseħħ xi inċident waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jara li jkun hemm pulizija/uffiċjal tal-komunità (warden) biex ikun jista' jinforza regolamenti tat-traffiku fiż-żoni ta' Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira, il-Mellieħa?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal ħdejn l-Iskola Primarja tal-Mellieħa dejjem ikun hemm uffiċjal tal-pulizija dettaljat sabiex jagħmel school shepherding u sabiex jinforza r-regolamenti tat-traffiku fil-lokalità indikata.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li uffiċjali tal-komunità (wardens) ma jaqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.", "IL-MELLIEĦA – PREŻENZA TA' UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ FI TRIQ QASAM BARRANI U TRIQ IL-MITĦNA L-KBIRA FIL-ĦINIJIET TAL-ISKOLA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Fid-dawl li wieħed jista' jantiċipa li jseħħ xi inċident waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jara li jkun hemm pulizija/uffiċjal tal-komunità (warden) biex ikun jista' jinforza regolamenti tat-traffiku fiż-żoni ta' Triq Qasam Barrani u Triq il-Mitħna l-Kbira, il-Mellieħa?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-Aġenzija LESA toffri servizz regolari ta' moniteraġġ mill-Uffiċjali tal-Komunità mal-Iskejjel Primarji f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex u din l-iskola se tingħata l-istess servizz.", "PROGRAMMI TA' ĠRAJJIET KURRENTI, DISKUSSJONIJIET, INKLUŻ PROGRAMMI MTELLGĦA MILL-KAMRA TAL-AĦBARIJIET TA' TELEVISION MALTA – LISTA TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6361 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtellgħin mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perijodu mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?", "OWEN BONNICI: Tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.", "TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI – APPELLI PENDENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6183 u 6368 u jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-appelli pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji u jgħid għal kull wieħed minnhom f'liema stadju wasal is-smigħ tal-appell?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li hemm 27 appell pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji.", "Minnhom ħamsa jinsabu differiti għas-sentenza, 16 jinsabu differiti għall-provi, tlieta sospiżi pendenti appell, tnejn fi stadju ta'eċċezzjonijiet preliminari u wieħed irid jiġi stradat.", "Minbarra l-appelli elenkati hawn fuq, bħalissa quddiem it-Tribunal hemm ukoll pendenti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-Tribunal għal trasferiment ta' kummerċ fit-tul (transfer of long-term business)", "Fuq parir legali u għall-protezzjoni tad-dritt tal-privatezza m'iniex qiegħed nippubblika l-ismijiet tal-każijiet in kwestjoni.", "PUBBLIKAZZJONI TAL-LISTA TA' PERSUNI LI NGĦATAW IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2569.", "GUDJA - TOROQ LI JEĦTIEĠ LI JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità tal-Gudja qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "FGURA - TOROQ LI JEĦTIEĠ LI JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità tal-Fgura qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "RAĦAL ĠDID - TOROQ LI JRIDU JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "ĦAL TARXIEN – TOROQ LI JEĦTIEĠ LI JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "SANTA LUĊIJA – TOROQ LI JEĦTIEĠ LI JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija qatt ma ġew asfaltati u huma ppjanati li jsiru?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta' interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.", "ĦAŻNIET TA' FUEL PRIVATI – REGOLAMENTAZZJONI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għat-tankijiet privati tal-fuel li huma illegali ta' ħafna garaxxijiet li jordnaw fuel bulk biex ma jmorrux għand tal-pompi tal-petrol, jista' l-Ministru jgħid x'rimedju qed jittieħed dwar dan?", "Kemm inqabdu jiksru l-proċedura mir-REWS (Regulator for Energy and Water Services)?", "Dawn it-tankijiet, bosta minnhom fi nħawi residenzjali, għandhom l-istandards ta' protezzjoni meħtieġa?", "Min jissupplixxi l-fuel huwa mġiegħel jiċċekkja jekk dawn is-sidien għandhomx permess?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninsab informat li l-istallazzjonijiet ta' ħażna ta' fuel għandhom bżonn awtorizzazzjoni mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma skont ir-Regolamenti dwar il-Petroleum għas-Suq tal-Karburanti bl-Imnut fuq l-Art.", "Skont dawn l-istess regolamenti hemm żewġ tipi ta' awtorizzazzjonijiet li jistgħu jingħataw fejn hemm ħażniet ta' fuel għall-użu personali u mhux għall-bejgħ:", "· operazzjoni ta' stazzjon kummerċjali minn fejn jimtela l-petroleum, fejn il-kelma \"Kummerċjali\" tfisser post li ma jkunx miftuħ għall-pubbliku iżda minn fejn jitqassam il-karburanti għat-tħaddim tal-vetturi;", "· operazzjoni ta' faċilità sekondarja tal-ħżin tal-petroleum.", "F'każ ta' stallazzjonijiet ġodda r-Regolatur jesiġi li l-istallazzjoni tilħaq l-istess standard mitlub minn stazzjonijiet li jbigħu l-fuel, jiġifieri skont id-Design, Construction, Modification and Maintenance of Petrol Filling Stations Guidelines, ippubblikati mill-Association for Petroleum and Explosives Administration (APEA).", "Barra minn hekk, l-operaturi għandhom isegwu kodiċi ta' prattika attwali.", "Biex tingħata awtorizzazzjoni, l-applikant ukoll jiġi mitlub li jkollu l-permessi kollha meħtieġa, speċjalment il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u dak tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.", "Ir-Regolatur jieħu l-passi ta' infurzar meħtieġa kull darba li jinqabad każ ta' ħażna ta' fuel li ma jkollhiex il-permessi meħtieġa.", "Riċentement, tul dawn l-aħħar tliet snin, kien hemm għaxar investigazzjonijiet li jirrigwardaw stallazzjonijiet illegali ta' ħazna ta' fuel.", "Il-fornituri tal-fuel huma obbligati li jiċċekkjaw li l-istallazzjoni fejn ikunu se jfornu jkollha l-permessi meħtieġa.", "TANKIJIET TA' TAĦT L-ART TAL-FUEL STATIONS – KWALITÀ TAL-LINING", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ispeċifikazzjonijiet tal-lining tal-membrane tat-tankijiet ta' taħt l-art tal-fuel stations?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li qed jiġi aċċettat lining ta' membrane normali meta l-petrol idewbu u mhux il-lining tal-fuel tanks proprja li hu epdethelene benelyne nomimer membrane or fiber glass enforced plastic?", "Kif qed timmoniterja u tirregolarizza dwar hekk ir-REWS?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li waqt refurbishment ta' petroleum filling station u għall-istallazzjonijiet ġodda r-Regolatur jesiġi li l-pit fejn ikunu se jitpoġġew it-tankijiet tal-fuel kif ukoll l-oil/water separator (ta' volum aktar minn 7000 litru) iridu jiġu miksija bi fuel-resistant self-healing geotextile membrane b'permjabilità minima ta' 5x10-9 cm/s. Il-forecourt tal-istazzjon trid tinkesa ukoll b'din it-tip ta' membrane.", "Dan it-tip ta' lining huwa mitlub skont id-Design, Construction, Modification and Maintenance of Petrol Filling Stations Guidelines, ippubblikat mill-Association for Petroleum and Explosives Administration (APEA) – it-tielet edizzjoni, Sezzjoni 8.5.5.3.", "Dawn il-linji gwida huma meqjusa internazzjonalment bħala ta' livell għoli.", "L-operaturi tal-pompa taħt il-gwida ta' inġinier kompetenti jrid jipprovdi ċertifikat li dan it-tip ta' lining ġie stallat skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6179 u ċjoè: B'referenza għall-ħaddiema tax-xatt, b'mod partikolari l-port workers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kien hemm bżonn li għal darb'oħra jerġa' jiddaħħal il-wirt tax-xogħol meta r-regoli tal-Unjoni Ewropea u l-good sense amministrattiv jistipulaw il-kontra?", "X'inhi r-raġuni li l-ebda ċittadin Malti u Għawdxi ma jista' jikseb il-liċenzja ta' port worker sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkun diġà liċenzjat?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhuwiex korrett skont il-liġi li jingħad li ebda ċittadin Malti u Għawdxi ma jista' jikseb il-liċenzja bħala port worker sakemm ma jkollux lil xi ħadd mill-ġenituri (l-omm jew il-missier) li jkun diġà liċenzjat.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna jagħti l-Ministeru tiegħu lill-akbar għaqda tal-Maltin fir-Renju Unit, il-Maltese Culture Movement biex torganizza l-avveniment tal-Malta Day f'Settembru b'suċċess, kif ilha tagħmel sa mill-2001?", "X'inhuma l-pjanijiet għal din is-sena u għas-sena 2019?", "CARMELO ABELA: Ninsab informat li l-għaqda msemmija mhijiex l-unika organizzazzjoni li hija invoulta biex tiġi organizzata l-Malta Day fir-Renju Unit.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – LAQGĦAT FUQ TRAFFIKAR TAŻ-ŻEJT MIL-LIBJA GĦALL-ITALJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3610, jista' l-Ministru jgħid jekk din il-laqgħa kenitx organizzata formalment?", "Jista' jgħid min kienu l-persuni involuti fil-laqgħa?", "CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija 3610, speċjalment għall-ewwel sentenza.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – KONTRIBUZZJONI LID- DIPLO FOUNDATION", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3600 jista' l-Ministru jgħid għal-liema użu kienet il-kontribuzzjoni ta' €280,000 lid-Diplo Foundation?", "Jista' jgħid kif intnefqu?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kontribuzzjonijiet li għamel il-Ministeru lid-Diplo Foundation matul is-snin imsemmija (2014-2017) ntużaw f'numru ta' scholarships, fellowships, żvilupp ta' proġetti u ICT infrastuttura, amministrazzjoni u immaniġġar tal-Fondazzjoni, parteċipazzjoni f'konferenzi, tisħiħ u tiġdid tal-course materials.", "Ta' min jgħid li l-fondi li ntużaw fl-ischolarships u fellowhips kienu (full jew partial) immirati għal parteċipanti minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u wkoll għal pajjiżi stati żgħar.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid fejn imur id-dħul minn bazaars li jkun hemm fir-reception area tal-Isptar Mater Dei, u għalxiex jintuża dan id-dħul?", "Jista' jgħid kemm kien id-dħul globali fl-aħħar sentejn (separatament)?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li minn Ottubru 2016 sal-jum li fih qiegħda titwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħu d-dħul totali ġenerat għall-Isptar Mater Dei minn attivitajiet li jinvolvu bejgħ ta' oġġetti artiġjanali Maltin kien jammonta għal €5,786.", "Dawn il-flus jiġu depożitati fil-kont tal-isptar u jintużaw primarjament biex jiżdiedu attivitajiet ta' taħriġ għal ħaddiema tal-isptar.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMIJIET GĦALL-POST TA' UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI, PRINCIPALS U SENIOR PRINCIPALS", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għaddew mill-aħħar eżami li sar għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post u meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati f'kull post?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "GOZO MUSEUM – FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4604, li kienet dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Gozo Museum u fejn fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu ġew allokati €5 miljun mill-Fond Ewropew għal dan il-proġett, tista' l-Ministru tgħid għal-liema perjodu ġew allokati dawn il-fondi?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Gozo Museum ġew allokati mill-Programm Operattiv I 2014-2020 għall-perjodu mill-ewwel kwart tal-2015 sal-aħħar kwart tal-2020.", "QALA GĦAWDEX – TRIQ L-IMĠARR - XOGĦOL", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4988, li fit-tweġiba għaliha ntqal li kienu qed isiru verifiki biex jiġi stabbilit jekk l-art hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, tista' l-Ministru tgħid jekk din l-informazzjoni ngħatatx?", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "INVESTIMENT BARRANI F'MALTA U GĦAWDEX", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' investiment barrani f'Malta u f'Għawdex (separatament) matul is-snin 2016 u 2017 (separatament)?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-pożizzjoni tal-investiment dirett barrani rigward Malta u Għawdex għall-ewwel sitt xhur tal-2017 kienet ta' €165.5 biljun imqabbla ma' pożizzjoni ta' €156.7 biljun għall-ewwel sitt xhur tal-2016.", "Il-pożizzjoni tal-investiment dirett barrani rigward Malta u Għawdex fl-aħħar tal-2016 kienet ta' €161.4 biljun.", "L-istatistika komparabbli għall-aħħar tal-2017 se tkun ippubblikata fl-aħħar kwart tal-2018.", "Figuri li juru l-investiment dirett barrani għal Malta u Għawdex separatament mhumiex disponibbli.", "ĦLAS GĦAL SIEGĦA XOGĦOL F'MALTA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5431 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5290 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol u l-mistoqsija parlamentari 5328 li saret lill-Ministeru għall-Famija, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: B'referenza għal dak li ġie kkwotat fil-midja lokali fejn intqal li skont il-Eurostat, il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta huwa kważi €14, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema (separatament) li jitħallsu minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, minn €8 sa €10, minn €10 sa €12 u minn €12 sa €14 fis-siegħa?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sors tal-informazzazzjoni dwar il-ħlas medju għal siegħa xogħol f'Malta huwa l-labour cost index.", "Dan l-eżerċizzju jipprovdi rati ta' ħlas fis-siegħa għal setturi sħaħ.", "Għaldaqstant il-Ministeru mhuwiex f'pożizzjoni li jipprovdi n-numru ta' ħaddiema relatat ma' firxa ta' ħlasijiet medji għal kull siegħa xogħol f'Malta, bħal pereżempju minn €4 sa €6, minn €6 sa €8, eċċ., kif mitlub fil-mistoqsija.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – INFORMAZZJONI MAĦRUĠA BIL-MALTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru ġentilment tieħu l-passi neċessarji sabiex l-informazzjonijiet kollha li l-Ministeru tagħha joħorġu bħal Society's Concern u Who is Who? jiġu tradotti bil-Malti għall-benefiċċju taċ-ċittadini Maltin li ma jafux jaqraw bl-Ingliż?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Jien informata li d-dokument Society's Concern qiegħed preżentement fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti filwaqt li d-dokument Who is Who? se jiġi tradott għall-Malti fix-xhur li ġejjin.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – WAITING LIST TAS-SERVIZZI OFFRUTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28847 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'servizzi qed toffri l-Aġenzija Appoġġ f'din il-leġiżlatura u x'inhuma l-waiting lists ta' kull servizz?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "Servizzi offruti mill-Aġenzija Appoġġ - Waiting List sa Marzu 2018:", "KUNSILLI LOKALI - GĦARFIEN DWAR IS-SAĦĦA MENTALI - PROGRAMMI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5933 u 6065 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' l-Ministru jindika dawk il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li kellhom taħditiet regolari f'din il-leġiżlatura dwar suġġetti relatati ma' għarfien/stigma dwar is-saħħa mentali u meta saru dawn it-taħditiet u minn min saru?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 6480.", "AĠENZIJA SAPPORT: ATTIVITAJIET ORGANIZZATI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati mill-Aġenzija Sapport għall-klijenti tagħhom matul is-sena l-oħra u din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "AĠENZIJA APPOĠĠ: PROGRAMMI TA' KAŻIJIET TAL-FAMILJI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-każijiet kollha tal-familji li qed jirċievu xi servizz mill-Aġenzija Appoġġ għandhomx programm individwali?", "Jekk iva, meta jiġi rivedut dan il-programm permezz ta' case conference?", "Il-ġenituri jew carers li huma responsabbli għall-familji konċernati qegħdin jingħataw kopja tar-rapporti individwali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każijiet kollha tal-Aġenzija Appoġġ qegħdin fuq programm u pjan individwali li jiġi deċiż flimkien mal-individwi kkonċernati u mal-professjonisti kollha li jkunu qed jaħdmu fuq il-każ.", "Dan il-programm jiġi rivedut ta' spiss, skont in-natura tal-każ u l-urġenza tas-sitwazzjoni.", "Meta l-każ ikun urġenti u ta' natura delikata, il-każ ikun segwit permezz ta' case conferences jew case reviews f'perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur.", "Meta l-każ ikun aktar stabbli l-professjonisti u l-individwi involuti jistgħu jaqblu li jsegwu l-każ wara sitt xhur.", "Fil-case review jew case conference il-professjonisti jaqblu fuq pjan u jaslu għal rakkomandazzjonijiet flimkien mal-familja, liema pjan u żviluppi jiġu analizzati fil-case review jew il-case conference ta' wara.", "Meta l-ġenituri u l-carers jistaqsu għal rapport li jikkonċerna lilhom, l-Aġenzija Appoġġ tisma' t-talba tal-individwi u timxi skont il-liġi tad-data protection.", "DAR TAL-ANZJANI F'ĦAL QORMI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li l-popolazzjoni Qormija qed issir aktar anzjana, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru djar tal-anzjani f'din l-istess lokalità u jekk le, jikkonsidra l-Ministru li jesplora din il-possibilità?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalissa m'hemm l-ebda pjan li jkun hemm xi dar għall-anzjani fil-lokalità ta' Ħal Qormi."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180626_136d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta' djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, iltaqgħu ma' rappreżentanti jew uffiċjali tal-Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma bejn Marzu 2013 u Mejju 2017?", "Jista' jgħid ukoll meta u ma' min iltaqgħu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 514, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għad-direct order ta' €50,000 lil One TV f'Diċembru 2016?", "Għala ma nħarġitx sejħa pubblika?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 515, jista' l-Ministru jgħid x'ċaqliq ta' personnel kien hemm fil-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) (jiġifieri kull transfer lejn l-FIAU u mill-FIAU, u fi ħdan l-istess FIAU) mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 516 fejn intqal li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet fi ħdanu taw iktar minn €10 miljuni f'direct orders fl-2017, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull każ lil min ingħata kull direct order?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta' kull kumitat ta' evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta' kull kumitat ta' evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha mwaqqfa l-Home Assistance Section ġewwa l-Government Experimental Farm fix-Xewkija?", "Kif intgħażel il-Government Experimental Farm bħala l-post fejn topera din is-sezzjoni?", "Kemm hemm jaħdmu ħaddiema f'din is-sezzjoni?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern?", "Kif intgħażlu dawn il-ħaddiema biex jaħdmu f'din is-sezzjoni?", "X'inhu l-irwol ta' din is-sezzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5913 li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq peress li kif intqal fit-tweġiba parlamentari indikata, ix-xogħol qed isir mill-Water Service Corporation?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkun hemm ħaddiema f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, li se jilħqu l-età tal-irtirar f'kull sena, minn din is-sena sas-sena 2025?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord ta' Riabilitazzjoni tad-Droga fejn ikollu każijiet ta' persuni residenti f'Għawdex ma jżommx is-seduti tiegħu f'Għawdex stess fis-sede tat-Tribunal Lokali tar-Reġjun ta' Għawdex biex ix-xhieda u l-persuni li jkunu se jidhru quddiemu, ma jkollhomx għalfejn jaqsmu kull darba lejn Malta għas-seduti tal-Bord?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u l-assi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema u LSAs li kienu jaħdmu f'Malta u ġew trasferiti fuq bażi temporanja f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum minħabba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra u għalhekk qabżu lil min kien qabilhom biex jiġi jaħdem Għawdex?", "F'kull każ jista' jgħid kemm kien ilhom jaħdmu f'Malta dawn l-għalliema u LSAs u issa li qegħdin Għawdex, kemm hemm minnhom li mhux qed jagħmlu x-xogħol ta' għalliem jew LSA u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6101, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6103, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6118, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6119, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6120, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6121, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija sqaq?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex legali jew le, li jinbena boundary wall fejn ikun hemm sit ta' kostruzzjoni u għalhekk ikun qed isir il-bini, u l-iżviluppatur jibni boundary wall taħt il-bankina, u għalhekk il-bankina ma tibqax aċċessibbli għall-persuni li jkunu jridu jimxu fuq il-bankina?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx entità/jiet li għandha/hom dritt/ijiet esklussiv/i tal-bejgħ taċ-ċittadinanza lejn Malta miċ-Ċina?", "Jista' jgħid kemm jitħallsu ta' kull bejgħ ta' passaport?", "Kemm huma ċ-ċittadini Ċiniżi li issa għandhom passaport Malti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6358 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6034, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu s-Sovratendenza biex il-foss il-qadim tar-Rabat li jmur lura għaż-żmien ir-Rumani u li kien parti mil-limiti tal-Imdina, jiġi mħares?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6359, jista' l-Ministru jgħid jekk id-diplomatiċi jistgħux jagħmlu teleworking?", "Jekk le x'inhi r-raġuni li dan ma jiġix rimedjat?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-istaff konsulari fl-Ambaxxati / Kummissjonijiet Għolja/ Rappreżentanzi Permanenti ser jibdew jintgħażlu mill-Aġenzija Identità Malta u mhux mill-Korp Diplomatiku Malti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern u kemm qed jinvesti flus ma' gruppi u entitajiet biex itejjeb is-sitwazzjoni ta' persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà minħabba solitudni?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm saru receptions min-naħa tas-segretarjat għal Gvern Lokali u komunitajiet matul din il-leġiżlatura u sa meta ġiet magħmula din il-mistoqsija?", "Jekk saru xi tip ta' receptions, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il reception saret, kif ukoll l-ismijiet tal-caterers?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid f'liema ġranet u ħinijiet jista' jsir xogħol ta' kostruzzjoni?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema ġranet u ħinijiet jista' jsir xogħol ta' kostruzzjoni?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid in-numru ta' Youth Cafes, Hubs u Youth Stops li għandna f'pajjiżna u f'liema lokalitajiet qegħdin u meta twaqqfu?", "Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi?", "Hemm il-ħsieb li jinfetħu oħrajn bħalhom speċjalment f'lokalitajiet kbar bħal Wied il-Għajn fejn hemm jgħixu numru kbir ta' żgħażagħ u koppji żgħar?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel tal-Istat fejn isiru talks kif l-istudenti jegħlbu l-istress speċjalment fiż-żmien l-eżamijiet matul dawn l-aħħar ħames snin?", "F'liema skejjel saru dawn it-talks u meta saru?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19044 tat-12-il leġislatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika f'liema lokalitajiet jgħixu t-total ta' 13,000 persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed jirċievu s-servizz ta' Outpatients ġewwa l-Isptar Mater Dei jew fil-komunità?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex ma huwiex provdut trasport għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali meta dan it-trasport huwa provdut lil persuni b'diżabilità intellettwali li jattendu fiċ-Ċentri tagħhom?", "Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib jibda jingħata dan is-servizz tant importanti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-iskeda tal-eżami mediku li jsir fl-iskejjel primarji u sekondarji kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati?", "Ta' liema età u frekwenza jitwettaq?", "X'ħarsien qed jingħata biex id-dahar tal-istudenti jitħares?", "Dan jgħodd l-istess kemm għall-istudenti fl-iskejjel pubbliċi kif ukoll skejjel privati?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għall-basktijiet/bagalji tal-iskola u b'mod partikolari għat-toqol tagħhom minħabba l-kotba tat-time table li l-istudenti jġorru u dan bi skop li nipprevenu kontra d-diformità tad-dahar, jista' l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet jingħataw lill-headteachers ta' skejjel privati u pubbliċi biex isegwu linji gwidi dwar x'inhu l-ammont adegwat ta' kotba li l-istudenti għandhom iġorru?", "Jista' jgħid x'inhuma dawn il-linji gwida?", "Isiru spezzjonijiet dwar dan il-qasam minn spetturi edukattivi fl-iskejjel primarji u skejjel sekondarji kemm pubbliċi kif ukoll privati?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-tiswijiet neċessarji fil-bieb prinċipali fuq wara tal-Iskola San Tumas More f'Santa Luċija u li jagħti għall-Triq Ħal Luqa, sarux?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienet l-ispiża involuta fl-Annual Ambassadors' Meeting li sar bejn il-31 ta' Mejju 2018 u l-1 ta' Ġunju 2018?", "Jista' jagħti informazzjoni wkoll liema kienu l-ambaxxaturi li attendew u dawk li ma attendewx?", "Jista' jippreżenta wkoll id-diskorsi li saru?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-forom ta' żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-artikolu 17 tal-kapitolu 255 tal-Liġijiet ta' Malta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizzjattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada tul dawn l-aħħar tletin xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizzjattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn l-aħħar tletin xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizzjattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fir-Russja tul dawn l-aħħar tletin xahar?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta daħlet it-talba għall-iskedar tal-villa li kienet tal-Perit Dom Mintoff, ġewwa Ħal Tarxien?", "Min għamel it-talba tal-iskedar?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li uffiċjalment huma skedati fid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetà li fid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari qed jistennew li tingħalaq l-evalwazzjoni tagħhom dwar jekk jikkwalifikawx għal skedar?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-PA/03069/18, jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan il-proġett hekk kif intavolat minn SportsMalta li qed jiġi msejjaħ bħala Proposed Regional Park, hemm ukoll propost li jkun hemm track għall-ġiri madwar is-swar?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar għal żvilupp ta' agrituriżmu?", "Jista' jgħid fejn qed jiġu proposti?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li jiġi segwit f'każ li proprjetà tiġi skedata sabiex wieħed jassigura li kwalunkwe strutturi jew affarijiet oħra li huma projbiti li jkunu fi proprjetà skedata, jitneħħew?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6482 u ċjoè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5123, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sit f'Ta' Masrija fil-Mellieħa (biswit il-bypass tal-Mellieħa) li jitrattaw l-applikazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6483 u ċjoè: B'referenza għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa, li tinkludi wkoll is-service road li \"ttieħdet\" fl-aħħar xhur mill-bypass tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat (inkluż korrispondenza li għaddiet bejn TM u l-MEPA) mal-applikazzjoni PC 42/15, kif ukoll dokumenti relatati mal-applikazzjoni tal-MEPA PA 4811/15?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6487 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid, jekk is-service road in kwistjoni kenitx oriġinarjament tifforma parti mill-art li l-istess żviluppatur għandu b'ċens temporanju u għaldaqstant taqa' fil-konfini tal-istess art jew jekk l-Awtorità tal-Artijiet tatx lill-istess żviluppatur parti minn art pubblika oltre l-konfini tal-art tiegħu, u dan sabiex jaqdi l-interessi privati tal-proġett?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6578, li tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6452, (fejn f'din it-tweġiba ma twieġbet l-ebda waħda mill-mistoqsijiet li saru fil-mistoqsija parlamentari 6578) jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6578 u ċjoè jgħid:", "a) Meta ġiet esproprjata l-art in kwistjoni;", "b) Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 6452 minn terzi persuni;", "c) Jekk mal-kontestazzjoni ta' dawn it-terzi persuni, ippreżentawx dokumenti bħala prova li għandhom xi titolu fuq din l-art;", "d) Jekk fl-affermattiv, meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u jekk l-uffiċċju legali tal-Awtorità analizzawx ir-riċerki sottomessi;", "e) Jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ippreżentawx dokument azzjonijiet bħal testmenti, riċerki u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis;", "f) Jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzawx ir-riċerki miż-żewġ partijiet u", "g) Jekk fin-negattiv jistax jara li din l-analiżi ssir, kemm jista' jkun malajr?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jkun qed jieħu l-Gvern biex jara li f'pajjiżna jkun hemm spazju adegwat fejn jintrema l-materjal/skart mill-bini imwaqqa'?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Peress li stazzjonijiet tar-radio qiegħed ikollhom problemi ta' interferenza fuq il-frekwenza FM f'ħafna partijiet minn Għawdex, jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni tistalla repeater f'Għawdex, biex din il-problema tiġi eliminata?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza tal-eżitu tal-inkjesta li saret minħabba nar fi blokka f'Wied il-Għajn fejn persuna tilef ħajtu, jista' l-Ministru jgħid hux legali li fi blokka ta' flats fejn ikunu joqogħdu numru ta' residenti, l-aċċess għall-bejt ikun imblukkat jew agħar, magħluq b'mod permanenti?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv).", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja).", "IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jirriforma l-Liġi dwar l-Edukazzjoni f'Malta\".", "IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-professjonijiet fl-Edukazzjoni\".", "IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-istituzzjonijiet edukattivi u entitajiet edukattivi f'Malta u materji oħrajn anċillari\".", "IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Jobsplus u biex jirregola s-servizzi tal-impjieg u t-taħriġ, u għal materji marbutin ma' dan jew anċillari għalih, u għal Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol\".", "IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji u biex jagħmel emendi konsegwenzjali u oħrajn fil-Kodiċi Ċivili u fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili, l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku, l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, l-Att dwar l-Arbitraġġ, l-Att dwar il-Kumpanniji u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku\".", "IL-MINISTRU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Armi, Kap. 480\".", "IL-MINISTRU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 39 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta – Tielet Qari - Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Tieni Qari – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "3 ta' Lulju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Diskussjoni skont Artikolu 4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u New Zealand iffirmat fil-5 ta' Ottubru 2016; u", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 5 ta' Lulju 2018 fid-9.30 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Joseph Bugeja għall-ħatra ta' Chairperson ta' Transport Malta.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Victor Camilleri għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Paul Mifsud għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Oman u l-Iran.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur John Spiteri għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Kroazja u s-Slovenja.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PETIZZJONIJIET", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 9 ta' Lulju 2018 fis-2.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Kunsiderazzjoni ta' petizzjonijiet; (in camera)", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 41 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att Dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 46 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.", "Abbozz Nru 42 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Abbozz Nru 30 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 35 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 43 - Abbozz ta' Liġi dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 44 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 45 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "3 ta' Lulju 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180704_137a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 4 ta' Lulju 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 136, li saret fis-26 ta' Ġunju 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni t-talba tal-Onor.", "Marlene Farrugia biex tiġi rreġistrata bħala skużata fil-Minuti tas-seduti nri 109, 110, 111, 112, 113 u 114, u nru.", "8, 9, 14, 15 u 16 tat-8 ta' Mejju, 2018.", "Is-Sedja laqgħet din it-talba u ordnat il-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduti msemmija.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-digriet mogħti l-Ħamis 28 ta' Ġunju 2018 mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni Ġenerali) fuq il-każ Roche Sharon Rose vs Direttur Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali Et;", "Ir-rapport maħruġ mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, intitolat \"Governance Action on the NAO's Annual Report 2016 Public Accounts\" datat Ġunju 2018;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja fil-laqgħa 2018 Parliamentary Intelligence Security Forum li nżamm f'Berlin fit-2 ta' Lulju 2018; u", "Rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika intitolat \"Performance Audit: A Strategic Overview of Mount Carmel Hospital datat Lulju 2018.", "MISTOQSIJIET –", "TWEĠIBIET ORALI", "REĠISTRU TA' DJAR ANTIKI PROTETTI", "L-ONOR.", "Ivan Bartolo) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6320 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix reġistru ta' djar antiki li huma protetti u li ma jistgħux jitwaqqgħu?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-registru ta' proprjetà skedata jinżamm mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nixtieq nistaqsi rigward proġett li ilu għaddej żmien mhux ħażin fi Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq.", "Il-Ministru huwa f'pożizzjoni jgħidilna, jekk hemm data fissa, meta dan se jiġi konkluż billi jingħata l-wiċċ tat-tarmac?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Nista' nikkonferma li dawn ix-xogħlijiet ilhom għaddejjin ftit mhux ħażin u kemm-il darba kelli l-okkażjoni f'din il-Kamra nwieġeb dwar l-andament tagħhom.", "Spjegajt kemm-il darba, kif għamel ukoll il-Ministru Owen Bonnici, dwar diffikultajiet minħabba sejba ta' fdalijiet arkeoloġiċi u l-ħidma li saret bejn l-entitajiet konċernati.", "Kont wegħedt li sal-aħħar ta' Marzu se tkun lesta l-parti ta' barra u se naħdmu qatigħ biex il-kumplament tat-triq, dik l-iktar viċin ir-residenzi, titlesta mill-aktar fis possibbli.", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi huwa wieħed minn dawk li jagħmel ħafna mistoqsijiet fuq din it-triq għax ikollu talba għall-informazzjoni mingħand ir-residenti.", "Nista' nikkonferma li fil-ġranet li ġejjin se jinbdew l-aħħar xogħlijiet tal-wiċċ tat-triq biex b'hekk noqorbu lejn il-konklużjoni ta' dan il-proġett li se jkun qed jikkomplementa xogħlijiet oħrajn li ħabbarna bejn ilbieraħ u llum.", "Irrid ngħid li aħna bdejna wkoll Triq Ħal Far.", "Zrinzo Azzopardi jistaqsini dwarha wkoll, fost deputati oħrajn, għax b'mod partikolari għan-nies taż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop u Birżebbuġa din hija triq importanti għax tgħin lill-familji, in-negozji u l-ħaddiema biex jivjaġġaw ta' kuljum f'din iż-żona.", "Triq Ħal Far bdew ix-xogħlijiet, huwa proġett ta' madwar tliet kilometri fejn għandek investiment ta' madwar €1 miljun.", "Se jsir ukoll investiment fuq is-servizzi u t-telekomunikazzjoni, u hija waħda minn 60 triq li qegħdin nagħmlu b'mod immedjat permezz ta' fondi Ewropej.", "Se jagħmel 30 il-gvern ċentrali u 30 triq se jsiru mill-kunsilli lokali.", "Aktar 'il quddiem ikolli l-okkażjoni biex inkompli naġġorna lill-Kamra dwar xogħlijiet simili.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: B'referenza għall-aħbar li sirna nafu biha dalgħodu li ajruplan tas-salvataġġ ġie miżmum milli jtir minn Malta wara sena biex isalva l-ħajjiet tan-nies f'wiċċ il-baħar, jista' l-Ministru jgħid liema entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu kienet involuta u abbażi ta' liema raġuni legali nżamm dan l-ajruplan li bażikament jaf jagħmel id-differenza, kif qrajna, għal ħafna nies biex ma jegħrqux u biex ma jmutux?", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar l-iprem obbligu tal-bniedem, dak li jsalva lil min qiegħed imut!", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Din il-Kamra setgħet tisma' lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellmu dwar is-suġġett fil-ġimgħat u l-ġranet li għaddew.", "B'risposta konċiża għall-mistoqsija tal-Onor.", "Jason Azzopardi, l-awtorità responsabbli mis-Search and Rescue Zone f'pajjiżna ma talbitx surveillance missions minn terzi persuni biex ikunu kondotti fl-SAR u fl-FIR tagħha kif ukoll id-dipartiment fi ħdan Transport Malta mhuwiex lanqas l-awtorità kompetenti biex tawtorizza titjiriet fiż-żoni ta' stati viċini.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Lil hinn mil-legaliżmi, qed nitkellmu fuq il-ħajja tan-nies.", "Jista', jekk jogħġbu, jgħid x'hemm xi jżomm u b'liema dritt stat jindaħal jekk entità tridx issalva persuna li qiegħda fil-periklu tal-mewt?", "Qegħdin nitkellmu dwar trabi u nies li jafu jkunu qegħdin f'xifer il-mewt, qed jegħrqu.", "B'liema dritt stat, il-gvern, hu min hu, jgħid: Le, jien ma rridx nippermetti s-salvataġġ?", "Se nfittxu l-ponta tal-liġi jew il-valur tal-ħajja?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Mill-ġdid ngħid li hawnhekk kellna stqarrija ministerjali li fiha pparteċipaw il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Membri oħrajn ta' din il-Kamra.", "Naħseb li tajt l-ispjega tiegħi anke mill-aspett tekniku dwar il-pożizzjoni ta' pajjiżna f'dan ir-rigward u ma nħossx li għandi nżid xi ħaġa f'dan l-istadju.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Min, bħali, ġej min-naħa t'isfel ta' Malta u jgħaddi kuljum mill-Marsa jista' jara x-xogħol li għaddej hemmhekk biex it-traffiku jkun jista' jonqos u anke jkun hemm l-infrastruttura meħtieġa.", "Dan ix-xogħol qed isir bl-istess mod u bl-istess ħeffa li kien hemm fil-proġett tal-Kappara.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu dawn ix-xogħlijiet u x'xogħlijiet hemm previsti għax-xhur tas-sajf u għax-xhur ta' wara?", "L-ISPEAKER: II-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Il-proġett ambizzjuż fil-Marsa huwa l-kuridur ewlieni ta' dawk li jixtiequ jaqsmu bejn in-naħa t'isfel tal-pajjiż u l-kumplament tiegħu.", "Minn dan il-kuritur jgħaddu madwar 90,000 vettura kuljum.", "Dan hu proġett li nistgħu niddeskrivuh bħala l-ikbar investiment, l-ikbar proġett fuq it-toroq ta' pajjiżna.", "Huwa proġett li nbeda f'Ottubru li għadda.", "Kellna nibdew f'Jannar, ħassejna li konna ppreparati u tellaqnieh.", "Qed naraw li l-inkonvenjent li jinħoloq ikun wieħed mill-inqas possibbli u tajt spjegazzjoni kemm-il darba f'din il-Kamra fuq l-ewwel u t-tieni fażi.", "Kien hemm żvilupp riċenti, anke jekk ma kontx ippreparat dwar dan, u naf li kien hemm anke sentenza mill- (PCRB).", "Il-PCRB bażikament hija l-entità li tikkonsidra t-talbiet ta' appelli fuq tenders pubbliċi, tevalwahom u tagħti s-sentenza tagħha.", "Eventwalment wieħed ikun jista' jappella fil-qrati ta' Malta, però lbieraħ kien hemm is-sentenza dwar it-tielet l-ikbar tender fejn kien hemm konsorzju ta' kumpaniji barranin li rebħu t-tender u mbagħad kien hemm appell u ma ġiex milqugħ, jiġifieri ġiet konfermata l-evalwazzjoni li għamlet l-Awtorità tat-Trasport kif ukoll il-Kumitat tal-Kuntratti.", "Wieħed issa jrid jistenna jekk hux se jkun hemm appell quddiem il-qrati mill-istess konsorzju li ssottometta l-appell tiegħu mal-PCRB.", "Kemm-il darba ma jkunx hemm l-appell fil-qrati, allura jibdew il-preparamenti għat-tielet fażi.", "Bħalissa għaddejja t-tieni fażi, b'mod partikolari t-twessigħ ta' Triq Aldo Moro.", "It-tielet fażi hija dik tal-istrutturi, seba' strutturi, flyovers u strutturi oħrajn li se jkunu qegħdin bla dubju ta' xejn ibiddlu l-mod ta' kif il-Maltin jivjaġġaw f'din il-parti tal-pajjiż.", "Kemm-il darba jkun hemm appell, allura wieħed jistenna biex naraw l-eżitu mill-aspett ġudizzjarju u eventwalment wieħed jimxi skont iċ-ċirkostanzi.", "Ix-xogħlijiet mexjin u jidher li l-inkonvenjent huwa wieħed minimu.", "Irridu nkomplu nissorveljaw ix-xogħlijiet u nħarsu 'l quddiem biex dan l-investiment jirrealizza ruħu matul ix-xhur u s-snin li ġejjin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Peress li għal dak li staqsejt jien il-Ministru għoġbu jsemmi stqarrija ministerjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni li wieġeb il-Prim Ministru li ma kellha x'taqsam xejn għax dakinhar ma kienx issemma s-suġġett tal-ajruplan, jista' l-Ministru jgħid xi pressjoni kien hemm mill-Gvern Taljan fuq il-Gvern Malti biex dan l-ajruplan jinżamm milli jtir u jsalva n-nies mill-baħar?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Xtaqt nirreferi lill-Ministru għal proġett ieħor infrastrutturali kbir li qed jiġi mħejji u li qrajna ħafna dwaru dan l-aħħar fuq il-ġurnali, li huwa s-Central Link Project.", "Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni lil din il-Kamra dwar dan, aktar u aktar wara li kien hemm rapporti żbaljati li mbagħad ġew ikkoreġuti min-naħa tal-Ministeru?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Naħseb dan huwa proġett li għandna nkomplu nikkomunikaw il-benefiċċji tiegħu u nkomplu nikkomunikaw dwar kemm huwa bżonjuż.", "Ma niqafx nirreferi għad-diffikultajiet li jgħaddu minnhom in-nies li jivjaġġaw min-naħa tal-Majjistral tal-pajjiż li jkunu jridu jgħaddu mill-kuritur taċ-ċentru, fosthom Ħal Balzan, Ħ'Attard, l-Iklin, Ħal-Lija u Birkirkara.", "Għall-kuntrarju ta' dak li għamel il-Partit Nazzjonalista għal 25 sena sħaħ, jiġifieri xejn, baħħ, ma riedx isolvi l-problema, aħna qegħdin nagħmlu ħilitna biex nindirizzaw din il-problema bl-aħjar mod possibbli.", "Saru diversi studji, fosthom il-cost benefit analysis, saru anke analiżi tal-alternattivi.", "Qegħdin kemm jista' jkun naraw ukoll l-impatt ambjentali.", "Sa dalgħodu stess kelli laqgħa pożittiva ħafna ma' NGO li resqet 'il quddiem b'mod kostruttiv biex tikkollabora u taħdem id f'id magħna rigward dan il-proġett.", "Kellna anke laqgħa li damet mhux ħażin fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar u jeħtieġ inkomplu ntejbu l-komunikazzjoni, għaliex dan huwa proġett li għandna għaliex niftaħru li se nkunu qegħdin inwettquh.", "Fuq kollox se jkun proġett li jindirizza l-isfida ta' emissjonijiet li hemm f'dawn il-lokalitajiet.", "Se jkollna 13.5% inqas emissjonijiet, se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs għal 30,000 vettura u se jkunu upgraded 13-il junction ewlenin.", "Dan il-proġett se joħloq kilometri ta' korsiji għal dawk li jagħmlu użu mir-roti u se jkollna iktar siġar milli hemm illum.", "Dan kollu għandna nikkomunikawh.", "Għandna nkomplu nwasslu l-messaġġ tagħna, nisimgħu bħalma smajna u fejn hemm bżonn intejbu l-pjanijiet tagħna, nisimgħu lil min hu ġenwinament ikkonċernat filwaqt li ma nħallux lil min irid ifixkel jilħaq l-għanijiet tiegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru żewġ mistoqsijiet, waħda dwar il-bypass tal-Mellieħa.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-proġett tal-bypass tal-Mellieħa jilħaqx l-istandards tat-traffiku, speċjalment tas-sigurtà tat-traffiku?", "It-tieni mistoqsija, li ma nafx taqax taħt il-Ministeru tiegħu, hija dwar it-Triq ta' Sannat li mir-Rabat Għawdex tieħu għas-Sannat.", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn din it-triq saret nofsha madwar sentejn ilu?", "Hemm ħsieb li titkompla?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Qabel xejn nirringrazzja lill-Onor.", "Jidher li l-Oppożizzjoni lanqas fuq affarijiet li suppost jgħaqqdu, li nħarsu 'l quddiem biex intejbu l-infrastruttura ta' pajjiżna, ma tista' tasal fi qbil bejnietha.", "Jiena kont sorpriż meta rajt artiklu fil-ġurnal The Times fejn ikkwotaw lill-Onor.", "Cutajar rigward din il-bypass u l-ispeed limits relatati.", "Fl-istess ħin hawnhekk għandi deputat li qed jistaqsini jekk l-interventi li għamilna jilħqux l-istandards f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà.", "Jiena fhimt li l-Onor.", "Cutajar huwa urtat li naqas l-ispeed limit tal-istess triq.", "Naħseb li l-politiċi għandhom jagħtu direzzjoni politika, però fl-aħħar mill-aħħar hemm nies kompetenti, hemm manuals internazzjonali, hemm l-esperti fl-awtoritajiet li jiddeċiedu dwar dan.", "Li hu żgur hu li l-bypass tal-Mellieħa llum hija ħafna iktar sigura minn kif kienet qabel.", "Pereżempju, illum hemm bypass imdawla fejn qabel kienet litteralment mudlama.", "Hemm central strip u crash barriers fil-ġnub tat-triq li qabel ma kenux jeżistu.", "In-nies kienu jsuqu b'liema veloċità jridu għaliex lanqas kien hemm markings propizji fl-istess bypass maġenb irdum.", "Illum hemm crash barriers on the side u crash barriers li qegħdin jipproteġu korsiji li qegħdin f'direzzjoni kontra l-korsiji tan-naħa l-oħra.", "Jien ovvjament nieħu pjaċir iktar bil-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Stellini għax tagħtini l-opportunità nassigurah li ġejt mgħarraf mill-awdituri tad-disinji u tal-implimentazzjoni tat-toroq li tilħaq dawk il-kriterji.", "Jekk ikun hemm fejn nistgħu nkomplu ntejbu, inkomplu ntejbu wkoll.", "Rigward it-tieni mistoqsija, għandi ftit diffikultà biex nifhem l-approach tal-Oppożizzjoni vis-â-vis it-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Infrastructure Malta se tkun l-entità jew il-veikolu li permezz tiegħu se ninvestu €700 miljun fis-seba' snin li ġejjin fit-toroq ta' Malta u Għawdex.", "Infrastructure Malta se tkun qed taħdem mill-viċin mal-Ministeru għal Għawdex u mal-kunsilli lokali Għawdxin f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq f'Għawdex u mal-kunsilli lokali Maltin f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq f'Malta.", "Is-sentiment tal-Oppożizzjoni dwar dan, bħas-soltu, kien wieħed imħallat u ma tistax taqbad tarf ta' x'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni.", "Jiena nistieden lill-Oppożizzjoni biex illejla tivvota favur investiment ta' €700 miljun fit-toroq u favur it-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "L-Onor.", "Stellini bħala deputat li ġej mill-gżira Għawdxija se jara żieda sostanzjali ta' investiment f'Għawdex b'ħidma mill-qrib mal-Ministeru għal Għawdex, mal-Ministru għal Għawdex u mal-kunsilli lokali Għawdxin ħalli Għawdex ma jibqax jibbenefika biss mill-€1.5 miljun kif dejjem ibbenefika.", "F'baġit wara ieħor Għawdex baqa' jibbenefika minn €1.5 miljun; il-kunsilli lokali Għawdxin kollha jibku lill-ministri Għawdxin biex jagħmlulhom it-toroq għax m'għandhomx ir-riżorsi biex jagħmlulhom.", "Għalkemm min-naħa tiegħi jiena qiegħed hawnhekk biex inwieġeb, jiena nistaqsi: Id-deputati Nazzjonalisti Għawdxin illejla kif se jivvotaw fejn jirrigwarda t-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi?", "Jiena nikkonferma li iva, il-Ministeru għal Għawdex ħa l-inizjattivi fuq toroq bħal dawn.", "Hawn il-Ministru għal Għawdex preżenti u tista' forsi anke telabora hi dwar dan.", "Hemm programm ta' ħidma li diġà imbarka fuqu l-Ministeru għal Għawdex.", "Wara t-twaqqif ta' Infrastructure Malta nkunu nistgħu nintensifikaw id-diskussjonijiet bejn il-Ministeru għal Għawdex u Infrastructure Malta biex naraw il-programmi tas-snin li ġejjin u allura kif dak jista' jikkombaċja mal-ħidma li diġà hemm ippjanata għax-xhur u s-snin li ġejjin mill-Ministeru għal Għawdex.", "L-ISPEAKER: Fuq it-tieni parti tad-domanda tal-Onor.", "Stellini, bil-permess, il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Dwar Triq Sannat, veru li saret parti mit-triq xi xhur ilu, però l-aħħar kisja ma ngħatatx u ngħatat proprju f'dawn il-ġranet.", "Bħalissa qegħdin fl-aħħar stadju ta' preparamenti biex toħroġ it-tender għall-parti l-oħra għaż-żewġ kisjiet, però magħha hemm ukoll mhux biss it-triq imma l-proġett li mit-tarf tat-triq jibqa' tiela' sal-pjazza.", "Bi ftehim mal-kunsill lokali se nagħmlu wkoll ix-xogħlijiet fil-pjazza, jiġifieri mhux sempliċement it-tieni parti tat-triq.", "Dan huwa proġett komprensiv biex nagħmlu upgrade sostanzjali fiż-żona.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Dan l-aħħar, jidhirli nhar is-Sibt li għadda, il-ġurnal The Times tella' artiklu fuq il-web portal tagħhom u fost l-oħrajn ġabu video meħud bid-drone tat-traffiku li kien hemm lejn il-vapur ta' Għawdex.", "Skont l-istess artikolu karozzi li jridu jmorru f'direzzjonijiet differenti, jiġifieri min ried jirkeb il-vapur, min ried imur fil-car park, u min ried imur il-hotel li hemm viċin, kollha kienu qegħdin fl-istess queue, forsi dan anke minħabba li dik it-triq kienet saret b'lane wieħed għaliex ma kienx hemm ħsieb biżżejjed meta saret.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk rax dan l-artiklu u x'deċiżjonijiet u x'azzjonijiet beħsiebu jieħu kemm f'din iż-żona u kemm f'żoni oħrajn li sfortunatament jinsabu f'dan l-istat biex affarijiet bħal dawn ma nerġgħux narawhom?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Dik hija l-kompetenza li ħadem biha Gvern Nazzjonalista, imma bl-ardir kollu jkollok deputati Nazzjonalisti li jiftaħru!", "Din il-ġimgħa fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar kellna lill-Onor.", "David Agius jiftaħar li ħalla l-bottlenecks, jiftaħar li ħalla d-diffikultajiet għar-residenti, għall-familji, għan-negozji ta' distrett li jirrappreżenta fl-istess Kamra.", "Jagħmlu hekk biex jipprovaw jirredikolaw interventi li qegħdin ibiddlu l-ħajja tan-nies meta jiġu biex jivjaġġaw minn post għall-ieħor f'pajjiżna.", "Tan-naħa l-oħra jipprovaw jirredikolaw id-disinji ta' toroq ironikament anke fl-istess lokalità, jekk se nkomplu niddiskutu l-lokalità tal-Mellieħa.", "Imbagħad ikollok video bħalma rajna fuq il-ġurnal Times of Malta li juri kju sħiħ qabel long weekend li jwassal sal-bajja tal-Għadira.", "Nies li m'għandhomx għalfejn jaslu sat-terminal taċ-Ċirkewwa, nies li forsi jridu jmorru f'bajjiet fl-akkwati, nies li jridu jaslu fil-lukanda tagħhom, nies li jridu jaslu biex jagħtu servizz lil min qiegħed f'lukandi f'dik iż-żona, ma jistgħux jiċċaqilqu minħabba l-mod kif ħaddieħor ippjana dawn it-toroq b'finanzjament ta' miljuni ta' ewro.", "Illum qegħdin nipprovaw nagħtu l-impressjoni li b'xi uffiċjal fit-triq tista' ssolvi kollox f'din it-triq li jridu jgħaddu minnha n-nies li jaħdmu l-Marfa, iċ-Ċirkewwa, l-Għawdxin kollha li jridu jivjaġġaw permezz tal-vapur tal-Gozo Channel u dawk kollha li jridu jmorru anke lejn Kemmuna.", "Dik hija ċ-ċirkostanza li stajna naraw bid-drone.", "Nirringrazzja lill-mezzi tax-xandir li ppubblikawha, però l-mezzi tax-xandir ma jistgħux jistennew li b'xi uffiċjal tista' ssolvi t-traffic queue li kien hemm mill-bajja tal-Għadira sat-terminal taċ-Ċirkewwa.", "Dik hija l-kompetenza!", "Imbagħad bl-ardir kollu bilkemm ma jirrakkomandawlekx li għandek tuża xi periti milli kien juża l-Ministru Austin Gatt!", "Jistagħġbu għaliex ministru jew awtorità jużaw is-servizzi ta' periti kompetenti, ta' periti li qegħdin fis-suq bħal ħaddieħor, ta' periti li jagħtu kontribut tajjeb, ta' periti li forsi, kif anke tagħtihom id-dritt il-Kostituzzjoni, ikunu msieħba jew jipparteċipaw f'xi partiti politiċi.", "Dawn huma l-istess nies li jgħajtu fuq is-saltna tad-dritt!", "Sur President, meta jgħajtu fuq is-saltna tad-dritt dawn in-nies ikollhom biss intenzjoni waħda, dik li jkollhom id-dritt tas-saltna f'idejhom u ma jippermettux lil kulħadd jagħti l-kontribut tiegħu fil-komunità, fis-soċjetà, fil-pajjiż skont il-liġijiet tal-istess pajjiż li anke jagħtu lok għal awtorità li tkun trid tieħu s-servizz biex niddisinjaw toroq aħjar.", "Żgur ma nistax inħares lejn l-eżempji tat-triq tal-Għadira u tat-triq taċ-Ċirkewwa Terminal biex nilqgħu għall-isfidi mhux li se jkollna ħamsa jew għaxar snin oħra, imma l-isfidi li qegħdin ngħixu llum, f'dan il-weekend li ġej, il-ġimgħa d-dieħla, ix-xahar id-dieħel u b'mod partikolari l-isfidi tal-Għawdxin kollha li jridu jilħqu l-uniku servizz li jgħaqqad il-gżira tagħhom mal-kumplament tal-pajjiż.", "Għandna l-isfida tan-nies li jagħtu servizz turistiku lill-eluf li jmorru f'xi bajja jew fil-gżira ta' Kemmuna.", "Dawn huma ħaddiema li jridu jaslu fil-ħin għax-xogħol tagħhom jew biex jiġbru jew biex iwasslu turisti li jkunu akkomodati fil-lukandi ċ-Ċirkewwa u l-Marfa.", "Dawn mhumiex l-aħjar eżempji li ħallewlna ta' qabilna.", "Jiena nieħu b'mod kostruttiv l-ideat li jaslu, però jekk wieħed qed jipprova jagħti l-impressjoni li t-triq li nbniet minn amministrazzjoni Nazzjonalista li twassal għat-Terminal taċ-Ċirkewwa hija xi best practice, dan mhuwiex il-każ.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 205 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts (Research on Islands and Small States) – M. A. - taħt il-patroċinju tal-Istitut għall-Gżejjer u Stati Żgħar;", "Avviż Legali Nru 206 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Social Work taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Nru 207 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Diabetes Care – M.Sc. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa u tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;", "Avviż Legali Nru 208 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Earth Systems - M.Sc. – taħt il-patroċinju tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali;", "Tagħrif dwar youth cafes, youth hubs u youth stops f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6605;", "Tagħrif dwar taħdidiet li saru fi skejjel tal-Istat dwar kif l-istudenti jegħlbu l-istress, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6606; u", "Kopja ta' ċirkolari maħruġa fis-27 ta' Settembru 2017 mid-Direttur Ġenerali għas-Servizzi Edukattivi lill-kapijiet tal-iskejjel dwar it-toqol tal-basktijiet tal-iskola, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6617.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 203 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Miżati għal Liċenzi tal-Logħob;", "Avviż Legali Nru 204 tal2018 – Ordni tal-2018 li jemenda l-Att tal-2018 dwar il-Logħob;", "Lista ta' ditti li lilhom ingħataw direct orders mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru matul l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3845; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 210 tal2018 – Basic Safety Standards for Ionising Radiation Regulations.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 202 tal2018 – Regoli tal-2018 li jemendaw ir-regoli dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti;", "Avviż Legali Nru 209 tal2018 – Regoli tal-2018 dwar Kreditu ta' Taxxa (Riċiklaġġ ta' Skart ta' Kostruzzjoni);", "Rapport Finanzjarju għas-sena 2017 maħruġ mit-Teżor skont l-artikolu 68 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika tal-1962;", "Ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għas-sena 2017;", "Ir-Rapport Annwali u Financial Statements għas-sena 2017 tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji;", "Ir-Rapport Annwali tal-Malta Stock Exchange għas-sena 2017;", "Ir-Rapport Annwali u Financial Statements għas-snin 2016 u 2017 tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali;", "Ir-rapport intitolat \"Medium-Term Debt Management Strategy of the Republic of Malta 2018-2021\" maħruġ mill-Ministeru għall-Finanzi f'Ġunju 2018;", "Rapport Annwali talMekkaniżmu ta' Stabbilità Ewropea għas-sena 2017;", "Rapport Annwali għallperjodu li għalaq fil31 ta' Diċembru 2017 magħmul millBord talAwdituri talMekkaniżmu ta' Stabbilità Ewropea għallBord talGvernaturi;", "Kopja talkummenti millmanagement talMekkaniżmu ta' Stabbilità Ewropea dwar irRapport Annwali għallperjodu li għalaq fil31 ta' Diċembru, 2017 magħmul millBord talAwdituri talMekkaniżmu ta' Stabbilità Ewropea għallBord talGvernaturi;", "Lista numru ħamsa u sittin ta' korrezzjonijiet/żidiet/qtugħ magħmula mill-Uffiċċju Konġunt u approvata mill-Kumitat tal-Kontroll matul l-2016 fil-laqgħat tad-19 ta' Jannar, it-23 ta' Frar, it-22 ta' Marzu, is-26 ta' April, l-24 ta' Mejju, l-24 ta' Ġunju, it-22 ta' Awwissu, it-30 ta' Settembru, il-25 ta' Ottubru, it-22 ta' Novembru u l-20 ta' Diċembru; u", "Lista numru sitta u sittin ta' korrezzjonijiet/żidiet/qtugħ magħmula mill-Uffiċċju Konġunt u approvata mill-Kumitat tal-Kontroll matul l-2017 fil-laqgħat tal-10 ta' Jannar, is-6 ta' Marzu, it-3 ta' April, 8 ta' Mejju, it-13 ta' Lulju, l-14 ta' Settembru, id-19 ta' Ottubru, it-23 ta' Novembru u l-5 ta' Diċembru.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "K.L.B.L Nru 15/16/2018 - Bye Laws tal-2018 li jemendaw il-Bye-Laws dwar Żoni Esklużivi għall-Barbecues (Kunsill Lokali Birżebbuġa); u", "Avviż Legali Nru 211 tal2018 – Ordni tal-2018 dwar Korrezzjoni tal-Liġijiet (ATT XXI tal-2018).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "IAN BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' proprjetajiet li kienu skedati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6640;", "Kopja tal-pjanta 1G b'rabta mal-applikazzjoni PA 3069/18 dwar 'Proposed Regional Park as specified in Local Plan', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6642;", "Lista numru ħamsa u sittin ta' korrezzjonijiet/żidiet/qtugħ magħmula mill-Uffiċċju Konġunt u approvata mill-Kumitat tal-Kontroll matul l-2016 fil-laqgħat tad-19 ta' Jannar, it-23 ta' Frar, it-22 ta' Marzu, is-26 ta' April, l-24 ta' Mejju, l-24 ta' Ġunju, it-22 ta' Awwissu, it-30 ta' Settembru, il-25 ta' Ottubru, it-22 ta' Novembru u l-20 ta' Diċembru; u", "Lista numru sitta u sittin ta' korrezzjonijiet/żidiet/qtugħ magħmula mill-Uffiċċju Konġunt u approvata mill-Kumitat tal-Kontroll matul l-2017 fil-laqgħat tal-10 ta' Jannar, is-6 ta' Marzu, it-3 ta' April, 8 ta' Mejju, it-13 ta' Lulju, l-14 ta' Settembru, id-19 ta' Ottubru, it-23 ta' Novembru u l-5 ta' Diċembru.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' ħaddiema fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex li kienu se jilħqu l-età tal-irtirar fil-perjodu bejn l-2018 u l-2025, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6276.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-fondi allokati mill-Gvern fuq għajnuniet b'sostenn għal persuni li jħossuhom iżolati u/jew esklużi mis-soċjetà, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6598.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Xtaqt ġentilment nistaqsi lill-Onor.", "Byron Camilleri jekk il-Gvern hux se jagħmel stqarrija ministerjali dwar is-summit tal-immigrazzjoni li sar il-ġimgħa li għaddiet.", "Illum hija l-aħħar ġurnata qabel ir-recess u allura mhux se jkollna opportunità oħra.", "Jista' l-Onor.", "Camilleri jgħid hux se tingħata, kif jagħmel dejjem il-Prim Ministru, stqarrija lill-Kamra?", "L-ISPEAKER: Jekk irid jgħid xi ħaġa l-Onor.", "Camilleri jista', imma dik hija prerogattiva tal-Gvern.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Kien hawn stqarrija f'dak is-sens ftit tal-jiem ilu, jidhirli l-aħħar ġurnata jew ta' qabel li ltaqa' dan il-Parlament.", "Illum m'hemm l-ebda stqarrija ministerjali.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont il-paragrafu 4 tal-artikolu 120(b) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' għada l-Ħamis 5 ta' Lulju fil-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, l-Onor.", "Silvio Grixti se jkunu qegħdin jissostitwixxu lill-Onor.", "Issa nsejjaħ lill-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Sigrieti Kummerċjali, Abbozz Nru 46, għadda mill-Kumitat mingħajr emendi.", "L-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Abbozz Nru 42, u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga, Trattament mhux Priġunerija, Abbozz Nru 41, it-tnejn għaddew mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "Nixtieq nippreżenta wkoll il-Minuti kkonfermati tal-laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi minn Laqgħa Nru 1 sa Laqgħa Nru 39 li nżammu bejn is-6 ta' Lulju 2017 u t-2 ta' Lulju 2018.", "Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li servew bħala Membri f'kull laqgħa tal-Kumitat li kellna dwar kull liġi għall-koperazzjoni u l-kontribut kollu li taw fid-diskussjonijiet li kellna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili, Abbozz Nru 35, l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji, Abbozz Nru 38, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Arranġamenti u s-Servizzi tat-Teknoloġiji Innovattivi, Abbozz Nru 43, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Attiv Finanzjarju Vitwali, Abbozz Nru 44, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, Abbozz Nru 45 u l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport, Abbozz Nru 30 għaddew mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "Nippreżenta wkoll il-Minuti kkonfermati tal-laqgħat tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt minn Laqgħa Nru 1 sa Laqgħa Nru 7 li saru bejn l-10 ta' April u t-28 ta' Ġunju, 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS Sur President, fil-kwalità tiegħi ta' sostitut President tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika nixtieq nirrapporta li l-istess Kumitat għadda b'mod unanimu riżoluzzjonijiet dwar tliet trasferimenti ta' proprjetà partikolari, Marsa Football Club, l-Università ta' Malta u Malta International Airport.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' abbozz ta' ftehim bejn SportMalta, Marsa Football Club u l-Awtorità tal-Artijiet dwar trasferiment ta' art fil-Marsa, kopja ta' riżoluzzjoni maqbula mill-Kumitat ta' Marsa Football Club immarkata bħala Dok.", "R, datata 20 ta' Diċembru 2017, kopja ta' site plan fejn hemm il-Marsa Football Club, immarkata bħala Dok.", "Kopja ta' abbozz ta' ftehim bejn l-Università ta' Malta u l-Awtorità tal-Artijiet dwar trasferiment ta' art f'Tal-Qroqq u estratt mill-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,887 tad-19 ta' Ottubru 2017, li fih hemm inkluża l-pjanta Nru 2017_0204; u", "Kopja ta' abbozz ta' ftehim dwar trasferiment ta' proprjetà bejn l-Awtorità tal-Artijiet, il-Malta International Airport, u Malta Industrial Parks Limited u kopja tas-site plan PD2018_0235.", "Fuq nota oħra u fil-kwalità tiegħi ta' President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej qed nippreżenta l-Minuti kkonfermati minn Laqgħa Nru 1 sa Laqgħa Nru 5 ta' dan il-Kumitat li saru bejn id-19 ta' Lulju 2017 u l-21 ta' Marzu tas-sena kurrenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (AMMINISTRAZZJONI AĦJAR TAL-ĠUSTIZZJA)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI SABIEX JIRRIFORMA L-LIĠI DWAR L-EDUKAZZJONI F'MALTA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jirriforma l-Liġi dwar l-Edukazzjoni f'Malta\".", "L-ISPEAKER: Min jisskonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jirriforma l-Liġi dwar l-Edukazzjoni f'Malta\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA L-PROFESSJONIJIET FL-EDUKAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-professjonijiet fl-Edukazzjoni\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-professjonijiet fl-Edukazzjoni\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIRREGOLA L-ISTITUZZJONIJIET EDUKATTIVI U ENTITAJIET EDUKATTIVI F'MALTA U MATERJI OĦRAJN ANĊILLARI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-istituzzjonijiet edukattivi u entitajiet edukattivi f'Malta u materji oħrajn anċillari\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jirregola l-istituzzjonijiet edukattivi u entitajiet edukattivi f'Malta u materji oħrajn anċillari\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JIPPROVDI GĦAT-TWAQQIF TA' JOBSPLUS U BIEX JIRREGOLA S-SERVIZZI TAL-IMPJIEG U T-TAĦRIĠ, U GĦAL MATERJI MARBUTIN MA' DAN JEW ANĊILLARI GĦALIH, U GĦAL AWTORITÀ NAZZJONALI TAX-XOGĦOL", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Jobsplus u biex jirregola s-servizzi tal-impjieg u t-taħriġ, u għal materji marbutin ma' dan jew anċillari għalih, u għal Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Jobsplus u biex jirregola s-servizzi tal-impjieg u t-taħriġ, u għal materji marbutin ma' dan jew anċillari għalih, u għal Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI SABIEX JEMENDA L-ATT DWAR ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI U BIEX JAGĦMEL EMENDI KONSEGWENZJALI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji u biex jagħmel emendi konsegwenzjali u oħrajn fil-Kodiċi Ċivili u fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili, l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku, l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, l-Att dwar l-Arbitraġġ, l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji u biex jagħmel emendi konsegwenzjali u oħrajn fil-Kodiċi Ċivili u fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili, l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku, l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, l-Att dwar l-Arbitraġġ, l-Att dwar il-Kumpanniji u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-ARMI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Armi, Kap. 480\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar l-Armi, Kap. 480\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI SABIEX JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI", "CARMELO ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ONOR.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex jitressqu sitt mozzjonijiet mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AWTORITÀ TA' ŻVILUPP REĠJONALI GĦAL GĦAWDEX", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Awtorità ta' Żvilupp Reġjonali għal Għawdex\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Awtorità ta' Żvilupp Reġjonali għal Għawdex\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA (EMENDA NUMRU 2)", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Numru 2)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Numru 2)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IS-SWIEQ FINANZJARJI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "RIŻOLUZZJONI DWAR", "IT-TRASFERIMENT TA' PROPRJETÀ LILL-MARSA FOOTBALL CLUB", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "Billi hija l-politika tal-Gvern li jħeġġeġ l-isport kif ukoll is-sehem fil-qasam soċjali ta' għaqdiet volontarji, il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta beħsiebu jagħti proprjetà lil Marsa Football Club b'titolu ta' enfitewsi temporanju, liema proprjetà hija deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għaż-żmien, għall-iskop, bil-kanoni taċ-ċens, u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (ċ) tal-artikolu 31 tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573), li art li tkun proprjetà tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut illi l-proprjetà fuq imsemmija fil-Marsa, kif deskritta aħjar fl-abbozz tal-ftehim anness immarkat bħala Dok.", "A u li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, tiġi mogħtija b'titolu ta' enfitewsi temporanju lil Marsa Football Club għaż-żmien, għall-iskop u skont il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa mill-Ministru Evarist Bartolo.", "Ir-riżoluzzjoni għaddiet nem. con.", "RIŻOLUZZJONI DWAR", "CARMELO ABELA: Sur President, f'isem Il-Ministru għat-Turiżmu, nipproponi li:", "Billi Malta Industrial Parks Limited (MIP) kellha l-ħsieb li tikri biċċa art f'ĦaI Luqa li tifforma parti mill-ajruport lis-soċjetà SR Technics Malta Limited (SRT) għal skopijiet industrijali;", "Billi parti minn din l-art, magħrufa bħala \"Park 4\", ingħatat lil Malta International Airport p.l.c.", "(MIA), taħt ftehim ta' immaniġġjar bis-saħħa ta' kuntratt fl-atti tan-Nutar Vincent Miceli tas-26 ta' Lulju 2002 wara riżoluzzjoni Parlamentari tad-19 ta' Lulju 2002;", "Billi l-MIA kienet disposta li tikri din l-art lill-MlP biex b'hekk l-istess MIP tkun tista' tikri din l-art flimkien ma' art ikbar lil SRT;", "Billi għalhekk kien jeħtieġ li l-kuntratt tas-26 ta' Lulju 2002 hawn fuq imsemmi jiġi emendat sabiex ikun possibbli li l-art magħrufa bħala \"Park 4\" tingħata b'titolu ta' kera mill-MIA lill-MIP u sussegwentement tiġi sullokata lil SRT;", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta kien dispost li jaċċetta li ssir din il-modifika fl-interess tal-ekonomija tal-pajjiż;", "Billi l-Kamra tad-Deputati approvat abbozz ta' ftehim imressaq quddiem il-Kamra permezz ta' riżoluzzjoni speċjali waqt is-seduta 249 tat-30 ta' Ġunju 2010;", "Billi permezz ta' dak il-ftehim, issa kuntratt fl-atti tan-nutar Diana Charles tal-1 ta' Lulju 2010, il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta obbliga ruħu illi jagħti lill-MIA porzjon ta' art fil-viċinanzi tal-ajruport internazzjonali ta' Malta, taħt ftehim ta' immaniġġjar bħala kumpens għat-telf tal-art magħrufa bħala \"Park 4\";", "Billi l-Gvern tar-Repubblika ta' Malta huwa dispost li jaċċetta li jsir it-trasferiment tal-proprjetà li hija deskritta aħjar fl-abbozz ta' ftehim imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għaż-żmien, għall-iskop, u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozz;", "Billi l-MIA, hija disposta li tieħu din il-proprjetà taħt ftehim ta' immaniġġjar u suġġett għall-obbligi u drittijiet applikabbli kif indikati fl-istess abbozz;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (ċ) tal-artikolu 31 tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573), li art li tkun proprjetà tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skont riżoluzzjoni speċjali tal- Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut illi l-proprjetà fuq imsemmija, kif deskritta aħjar fl-abbozz tat-ftehim anness immarkat bħala Dok.", "A u li jinsab imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, tiġi mogħtija lill-MIA taħt ftehim ta' immaniġġjar, għall-iskop u skont il-pattijiet u kundizzjonijiet imsemmija fl-istess abbozz.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa mill-Ministru Carmelo Abela.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet nem. con.", "RIŻOLUZZJONI DWAR", "IT-TRASFERIMENT TA' PROPRJETÀ LILL-UNIVERSITÀ TA' MALTA", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, nipproponi li:", "Billi hija politika tal-Gvern li lill-Università ta' Malta tingħatalha sostenn minn kwalunkwe lat għall-ġid tal-istudenti kollha li jiffrekwentawha, sew Maltin u sew barranin;", "Billi l-Università ta' Malta hija kommessa li tibni kumpless residenzjali u kommunitarju fuq art li tippartjeni lilha f'Tal-Qroqq, limiti tal-Imsida;", "Billi l-proġett kif imfassal u mistenni li jiġi approvat skont l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, PA 7926/16 u PA 456/17 huwa proġett ta' prestiġju kbir, ta' importanza nazzjonali u ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-pajjiż, ċertament jikkwalifika bħala proġett fl-interess pubbliku;", "Billi l-art li tippartjeni l-Università ta' Malta tikkonsisti f'żewġ porzjonijiet ta' art distinti iżda ssegregati bi sqaq li qabel kien jiżbokka f'art li llum hemm parti mill-Isptar Mater Dei mibni fuqha u ma jinfidx, għaldaqstant oriġinarjament meqjus bħala proprjetà privata u mhux tal-Gvern;", "Billi biex l-Università ta' Malta tikkonsolida l-art li tikkontempla li tibni l-kumpless residenzjali u kommunitarji fuqha kien hemm il-ħtieġa li l-isqaq li hu twil 85m tal-kejl superfiċjali u ta' madwar 227 metru kwadru jiġi esproprjat u akkwistat permezz ta' Dikjarazzjoni numru 1150 datata 19 ta' Ottubru 2017 fl-interess pubbliku, u dan skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573) tal-Liġijiet ta' Malta;", "Illi peress li l-fondi biex tiġi akkwistata din l-art (sqaq) inħarġu totalment mill-fondi u għas-spejjeż tal-Università ta' Malta fl-ammont ta' mija ħamsa u tletin elf ewro (€135,000), b'riżerva għal kull żieda li tista' tingħata mill-Bord tal-Arbitraġġ tal-Artijiet;", "Illi għalkemm ukoll illi l-Università ta' Malta hija kostitwita bħala korp magħqud b'personalità ġuridika u distinta skont l-artikolu 74A tat Taqsima VII tal-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327) tal-Liġijiet ta' Malta, iżda hija wkoll ġeneralment meqjusa awtonoma u indipendenti mill-amministrazzjoni governattiva;", "Għaldaqstant huwa propost li l-art (sqaq) hawn fuq deskritt tiġi trasferita lill-Università ta' Malta u li b'konsegwenza ta' dak spjegat hawn fuq, dan it-trasferiment isir permezz ta' donazzjoni mill-Gvern ta' Malta lill-Università ta' Malta;", "Billi huwa maħsub fl-artikolu 31, sub-artikolu (ċ) ta' Taqsima III tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573), li art li tkun proprjetà tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferita skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment;", "Billi huwa maħsub xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati;", "Għalhekk huwa b'dan riżolut illi l-art ġo Tal-Qroqq limiti tal-Imsida tal-kejl ta' 227 metru kwadru murija bil-bordura ħamra fuq il-pjanta mmarkata PD 2017/0204 tiġi trasferita b'att ta' donazzjoni kif ukoll skont il-pattijiet u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-abbozz tal-kuntratt hawn anness.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "OWEN BONNICI: Sur President, nixtieq ninforma lill-Kamra li hawn ftehim biex il-Kamra tgħaddi mill-ewwel għat-Tielet Qari ta' disa' Abbozzi ta' Liġi li għaddew mill-istadju ta' Kumitat.", "L-ISPEAKER: Hemm ftehim dwar dan?", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI KRIMINALI U L-ATT DWAR ID-DIPENDENZA FUQ", "ID-DROGA (TRATTAMENT MHUX PRIĠUNERIJA)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, l-Att dwar Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija), Kap. 537 u biex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra relatati jew anċillari għalihom\"", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ONOR.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, l-Att dwar Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija), Kap. 537 u biex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra relatati jew anċillari għalihom\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IS-SIGRIETI KUMMERĊJALI", "OWEN BONNICI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jittrasponi Direttiva 2016/943/UE dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l iżvelar illegali tagħhom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ONOR.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jittrasponi Direttiva 2016/943/UE dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l iżvelar illegali tagħhom\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA LI TNEĦĦI", "L-KONTROLL TAD-DJAR", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, Kap. 158\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PREVENZJONI", "TAL-KORRUZZJONI FL-ISPORT", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-isport\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-isport\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PROFESSJONI NUTARILI U ARKIVJI NUTARILI", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili, Kap. 55\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili, Kap. 55\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR IS-SERVIZZI FINANZJARJI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji, biex jittrasponi d-Direttiva (EU) 2016/97 (\"id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni), u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji, biex jittrasponi d-Direttiva (EU) 2016/97 (\"id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni), u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ARRANĠAMENTI U SERVIZZI TA' TEKNOLOĠIJA INNOVATTIVA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' arranġamenti ta' tekonoloġija innovattiva msemmija li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, kif ukoll ta' servizzi ta' teknoloġija innovattiva li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, sabiex jiġu eżerċitati mill-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta jew f'isimha funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' dawk l-arranġamenti u servizzi\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' arranġamenti ta' tekonoloġija innovattiva msemmija li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, kif ukoll ta' servizzi ta' teknoloġija innovattiva li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, sabiex jiġu eżerċitati mill-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta jew f'isimha funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' dawk l-arranġamenti u servizzi\".", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-ATTIV FINANZJARJU VIRTWALI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jirregola l-qasam tal-Offerti dwar Attiv Finanzjarju Virtwali Inizjali u Attiv Finanzjarju Virtwali u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew inċidentali jew konnessi ma' dan\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' arranġamenti ta' tekonoloġija innovattiva msemmija li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, kif ukoll ta' servizzi ta' teknoloġija innovattiva li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, sabiex jiġu eżerċitati mill-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta jew f'isimha funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' dawk l-arranġamenti u servizzi\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITÀ TAL-INNOVAZZJONI DIĠITALI TA' MALTA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għat-twaqqif ta' Awtorità li tkun magħrufa bħala l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta, biex tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-prinċipji gwida deskritti f'dan l-Att u sabiex tippromwovi prinċipji konsistenti għall-iżvilupp ta' viżjonijiet, ħiliet, u kwalitajiet oħra li għandhom x'jaqsmu mal-innovazzjoni fit-teknoloġija, inkluża teknoloġija distribwita u deċentralizzata, u sabiex teżerċita funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' teknoloġija, arranġamenti u servizzi relatati innovattivi u sabiex tipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew konnessi ma' dan\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' arranġamenti ta' tekonoloġija innovattiva msemmija li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, kif ukoll ta' servizzi ta' teknoloġija innovattiva li hemm riferenza għalihom f'dan l-Att, sabiex jiġu eżerċitati mill-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta jew f'isimha funzjonijiet regolatorji fir-rigward ta' dawk l-arranġamenti u servizzi\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Aġenzija għal Infrastruttura Malta u biex jirregola dawk l-attivitajiet u jipprovdi għal kwistjonijiet anċillari jew inċidentali jew konnessi magħhom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Aġenzija għal Infrastruttura Malta u biex jirregola dawk l-attivitajiet u jipprovdi għal kwistjonijiet anċillari jew inċidentali jew konnessi magħhom\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Din id-division se tittieħed fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol skont il-ftehim milħuq.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-KODIĊI ĊIVILI U L-KODIĊI KRIMINALI", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabbilità f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Nirringrazzjak, Sur President.", "Huwa b'sodisfazzjon li llum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Oppożizzjoni bħala Private Member's Bill f'Settembru tal-2017 li jittratta suġġett li jien personalment għandi għal qalbi ħafna u li kont ili nsegwi minn snin ilu meta kont insegwi wkoll il-qasam tas-saħħa.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi li jirrifletti proċess ta' partit fl-Oppożizzjoni li minbarra ir-rwol kostituzzjonali tagħna ta' skrutinju, isegwi wkoll rwol propożittiv.", "Huwa rwol li jġib 'il quddiem proposti li finalment għandhom iġibu lil din il-Kamra flimkien biex tkun tista' tilleġiżla fuq materji li għandhom fiċ-ċentru tagħhom il-ġid komuni.", "Fuq kollox huwa ta' sodisfazzjon li llum qegħdin niddiskutu liġi favur il-ħajja.", "Aħna għandna obbligu li nirriflettu l-valur tal-ħajja fil-leġiżlazzjoni u din hija liġi li tirrifletti kemm il-ħajja hija imprezzabbli.", "Illum qed niddibattu liġi li qed iddaħħal kunċett li internazzjonalment huwa magħruf bħala dak tas-samaritan it-tajjeb.", "Qed inressqu leġiżlazzjoni li fil-qofol tagħha meta tneħħi l-legaliżmi ta' madwarha, hija intiża biex tipproteġi l-ħajja.", "Din hija leġiżlazzjoni ntiża biex issalva l-ħajja, biex ħajja li tkun f'periklu imminenti jew ċar tista' tiġi salvata.", "Fuq skala internazzjonali hemm diversi pajjiżi li għandhom dan il-kunċett rifless fil-qafas leġiżlattiv tagħhom.", "F'diversi pajjiżi hemm żewġ elementi ewlenin li huma riflessi f'din il-liġi.", "L-ewwel element huwa dak li bl-Ingliż jissejjaħ id-duty of care, fejn persuna f'għajnejn il-liġi għandha obbligu li tgħin persuna oħra li tkun f'periklu, imbagħad għandek ukoll l-aspett tal-immunità mill-prosekuzzjoni jew id-danni ċivili fil-każ li bniedem li jittanta jsalva persuna oħra jikkawża xi forma ta' danni lil dik il-persuna fil-proċess ta' dak is-salvataġġ.", "Dawn huma ż-żewġ elementi ewlenin.", "Hemm ukoll diversi varjazzjonijiet f'diversi liġijiet f'diversi pajjiżi, però dawn huma ż-żewġ prinċipji li ssib essenzjalment fil-liġijiet anke f'numru kbir ta' stati fl-Istati Uniti.", "L-għan ewlieni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u tal-Oppożizzjoni hu li nnaqqsu jew saħansitra nneħħu l-eżitazzjoni li persuna jista' jkollha meta tiġi biex tiddeċiedi jekk għandhiex tgħin persuna oħra li tkun qiegħda f'riskju imminenti jew ċar.", "L-Abbozz ta' Liġi li aħna ressaqna mhuwiex qed jipproponi li tiġi imposta d-duty of care.", "Illum, fil-leġiżlazzjoni tagħna, b'mod ġenerali, id-duty of care ma teżistix, għalkemm kien hemm sentenza fil-qorti fejn kienet għamlet referenza għad-duty of care.", "Hawnhekk qed nipproponu li tiddaħħal l-immunità għall-prosekuzzjoni u l-immunità minn danni ċivili għal persuna li tagħti l-għajnuna.", "Inti jkollok rescuer li qed jagħti l-għajnuna lil persuna li qiegħda f'periklu, u jekk jiġu kawżati danni, dak ir-rescuer ma jkunx espost għal danni, kemm-il darba però ma jkunx applika s-salvataġġ b'negliġenza grossolana.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi essenzjalment qed idaħħal klawsola ġdida fil-Kodiċi Kriminali u żewġ klawsoli ġodda fil-Kodiċi Ċivili tal-Liġijiet ta' Malta.", "Aħna nemmnu li dan huwa Abbozz ta' Liġi li finalment se jħalli impatt soċjali pożittiv għall-aħħar.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li ħafna nies, meta jiġu biex jgħinu jew jiġu biex jagħtu l-għajnuna lil terza persuna, dan jagħmluh irrispettivament mill-implikazzjonijiet legali jew kriminali li wieħed jista' jiffaċċja, però hawnhekk aħna rridu li rridu nneħħu x-xkiel li jista' jkollok meta ġejt biex tagħti din l-għajnuna.", "Kulħadd jaf li f'inċidenti serji, b'mod partikolari fejn persuna tkun mitlufa minn sensiha, ġeneralment l-ewwel tliet minuti ta' intervent tal-ewwel għajnuna jistgħu jkunu minuti determinanti.", "L-għan tagħna hawnhekk kien: Ejja ma nħallux xi xkiel legali, xi biża' minn xi azzjoni legali ttellef jew tnaqqas mit-tempestività li persuna tista' taġixxi biha biex tgħin persuna oħra.", "U hawn jiena nixtieq nagħti ftit eżempji komuni biex nuri fuq xiex qed nitkellmu hawnhekk.", "Sur President, għandek diversi xenarji.", "Għandek nies li l-professjoni tagħhom minnha nfisha ġġibhom wiċċ imb wiċċ ma' dawn iċ-ċirkostanzi, kemm f'kuntest li qegħdin waqt ħidmiethom kif ukoll f'kuntest li qegħdin off duty.", "Inti jista' jkollok tabib, infermier, professjonist tas-saħħa li ma jkunx on duty u qed jiffaċċja ċirkostanzi bħal dawn.", "Għandek ukoll nies ċivili li jistgħu jkunu first aiders, allura jkollhom it-taħriġ neċessarju biex jistgħu jagħtu l-għajnuna jew saħansitra jkunu responsabbli min-numru ta' persuni li jkunu taħt il-kura u s-superviżjoni tagħhom.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi kollha wieħed jista' jimmaġina n-numru ta' possibilitajiet ta' inċidenti li wieħed jista' jkun iffaċċjat bihom.", "F'ċirkostanzi bħal dawn, it-tempestività u l-azzjoni f'ħin qasir tista' twassal biex issalva ħajja.", "Inti jista' jkollok ċirkostanza fejn persuna toqgħod taħsibha jekk tagħtix l-għajnuna minħabba li tista' tkun esposta għal danni u allura aħna nemmnu li din il-liġi se tgħin biex lil dik il-persuna tneħħilha dik l-eżitazzjoni u b'hekk inkunu nistgħu nikkontribwixxu biex insalvaw aktar ħajjiet.", "Dan l-Abbozz, flimkien ma' iktar għarfien u iktar edukazzjoni jista' jwassal biex ikollok numru ta' xenarji fejn persuna taġixxi u mhux iddawwar wiċċha n-naħa l-oħra.", "Reċentement smajna bi storja fejn persuna kellha bżonn l-għajnuna, xufiera tat-trasport pubbliku kienet qed tagħti dik l-għajnuna waqt li saħansitra kien hemm min beda jħeġġiġha biex tkompli ssuq u ma tiqafx.", "Ovvjament ix-xufiera għamlet sew li tat l-għajnuna li kellha tagħti!", "Emanuel Mallia qed jirreferi għan-negliġenza grossolana.", "Se nirreferi għaliha wkoll, però essenzjalment irridu niffukaw li persuna li tkun lesta li ssalva u li tgħin taħt ebda ċirkostanza m'għandha ssofri minn implikazzjonijiet legali ħlief f'ċirkostanza ta' negliġenza grossolana.", "Negliġenza grossolana hija jekk inti qed tgħin persuna u tipprova tagħmel proċedura fuq dik il-persuna li inti m'għandekx il-kwalifika li tagħmilha.", "Ilbieraħ konna qed niddiskutu każ waqt il-laqgħat ta' konsultazzjoni li kellna fejn kien hemm numru ta' organizzazzjonijiet, u ssemma l-eżempju li persuna tipprova teżerċita proċess tat-titqib tat-trachea meta ma jkollha l-ebda idea jew expertise biex tagħmel dak il-proċess.", "Li persuna tagħti first aid u jkollha l-idea ta' first aid u tagħti s-CPR, hemmhekk il-persuna se tkun protetta għax mhijiex negliġenza grossolana, però li inti tipprova jew tittanta li tagħmel proċedura kumplessa li se twassal biex toħloq ħafna iktar danni għall-persuna, allura dik dejjem soġġetta għad-deċiżjoni tal-qorti.", "Fil-liġi qed nistabbilixxu l-prinċipji.", "Peress li kull każ ta' salvataġġ huwa sui generis, trid tara wkoll iċ-ċirkostanzi u d-dinamika ta' dak il-każ, imbagħad il-qorti ovvjament fis-sapjenza tagħha se tkun iggwidata mill-prinċipji li qed jiġu stabbiliti fil-liġi.", "Din l-Abbozz ta' Liġi għadda minn proċess estensiv ta' konsultazzjoni.", "Aħna mhux sempliċement tkellimna mal-politiċi, però tkellimna wkoll man-nies u mal-entitajiet li jaħdmu direttament f'dan il-qasam.", "Minbarra l-unions ewlenin, il-GWU u l-UĦM, li minnhom infushom jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' ħaddiema li jiffaċċjaw direttament dawn iċ-ċirkostanzi, kien hemm unions bħall-MUMN u l-MUT li l-ħaddiema tagħhom ukoll għandhom implikazzjonijiet sinifikanti marbutin ma' din il-liġi.", "Barra minn hekk ukoll, aħna kkonsultajna ma' organizzazzjonijiet, li minn hawn insellmilhom tal-kontribut li huma taw fil-proċess tal-abbozzar ta' din il-liġi, li huma l-MRC, is-Saint John's Ambulance u l-Malta Red Cross, li t-tlieta li huma pparteċipaw b'mod attiv fil-proċess ta' konsultazzjoni li wasslitna għal din il-liġi.", "Minn hawn nirringrazzja wkoll lil numru ta' persuni oħrajn li għinuna.", "Finalment ngħid li dan ma jistax ikun pass uniku, ma jistax ikun li nagħmlu dan il-pass f'iżolament mill-qbija tal-isforzi li aħna nistgħu nagħmlu.", "Jien nemmen li nistgħu nagħmlu ħafna iktar għall-finijiet ta' għarfien, nistgħu nagħmlu ħafna iktar għall-finijiet ta' first aid.", "Nistgħu ndaħħlu ħafna iktar obbligi lejn ir-rispett u l-valur tal-ħajja.", "Bl-investimenti kollha li jsiru f'dan pajjiż mil-lat pubbliku u privat nistgħu nibdew nagħtu iktar prijorità biex nagħtu l-għodda ħalli jkollna t-taħriġ u l-awareness ta' kif aħna nistgħu nsalvaw il-ħajjiet.", "Finalment dan l-Abbozz ta' Liġi jista' jwassal biss għall-ġid u jista' jwassal biex insalvaw ħajjiet li nistgħu nitilfu jekk ma jkunx hemm il-liġi in place.", "Nirringrazzjak.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiem din il-Kamra huwa pjuttost qasir.", "Fil-fatt il-klawsoli li hemm tgħoddhom fuq is-swaba' ta' id waħda.", "Huwa qasir u konċiż u huwa intiż biex idaħħal l-hekk imsejjeħ prinċipju tas-samaritan it-tajjeb fil-Liġi Maltija.", "Kif nafu, il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb insibuha fil-Bibbja fejn vjaġġatur mis-Samarija ta l-għajnuna tiegħu lil vjaġġatur ieħor ta' reliġjon u razza differenti li l-briganti kienu tawh xebgħa u serquh.", "Kellu bżonn l-għajnuna u għad li għaddew minn ħdejh diversi nies, dawn baqgħu għaddejjin u ma għinuhx, iżda imbagħad tfaċċat persuna li ma kenitx tal-istess reliġjon u razza, u għenitu.", "Il-liġijiet hekk imsejħa tas-Samaritan it-Tajjeb għandhom l-iskop li jinkoraġġixxu liċ-ċittadini jintervjenu biex jgħinu lil persuni oħra li jkunu jeħtieġu l-għajnuna jew ikunu fil-periklu.", "Fil-prinċipju l-Gvern ma jistax ma jaqbilx ma' prinċipju nobbli b'għan pożittiv u tajjeb li wieħed jinkoraġġixxi liċ-ċittadini biex wieħed jgħin lill-ieħor.", "L-iktar li nsibu dawn il-liġijiet bit-titolu tas-Samaritan it-tajjeb huwa fl-Istati Uniti, fejn numru kbir ta' stati għandhom dawn il-liġijiet, però anke hemmhekk ivarjaw ħafna bejniethom.", "Kif nafu, fl-Ewropa essenzjalment hemm żewġ sistemi legali prinċipali.", "Għandek is-sistema tad-dritt ċivili li tinsab fi Franza, l-Italja u Spanja, imbagħad għandek is-sistema ta' pajjiżi influwenzati mis-sistema Ingliża tal-Common Law.", "Is-sistema Ġermaniża hija wkoll influwenzata mill-Code Napoleon li influwenza d-dritt ċivili, però s-sistema hija f'ħafna aspetti differenti minn ta' Franza.", "Fl-Ewropa nsibu diversi pajjiżi fejn, għall-kuntrarju tal-Ingilterra, iċ-ċittadin għandu obbligu legali li jintervjeni jekk jara lil xi ħadd li jkun fil-periklu.", "Minn analiżi li għamilt sibt li ħafna pajjiżi fl-Ewropa għandhom obbligu jgħinu jekk jaraw lil xi ħadd ikun fil-periklu.", "Aħna l-Maltin magħrufin kemm aħna qalbna tajba u ġenerużi.", "Naħseb li kull persuna f'Malta xi darba intervjeniet biex tgħin lil xi ħadd ieħor li kien f'diffikultà, min billi jgħin lil xi ħadd jaqsam it-triq u l-ieħor mar jiġbor anzjana li kienet waqgħet fit-triq.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess, jiena u ħiereġ mill-quddies, rajt anzjana taqa' u kulħadd telaq jiġri biex jgħinha tqum minn mal-art.", "Il-Maltin għandhom qalbhom tgħin lil min batut u lil min huwa f'diffikultà, però m'hemmx obbligu legali li tagħmel hekk.", "Bħall-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb, inti tista' tagħlaq għajnejk u tibqa' għaddej għall-affari tiegħek u ma tgħinx.", "Fl-Ingilterra bħal Malta, m'hemmx dan l-obbligu, però l-qrati jeżaminaw kull każ bil-fatti partikolari tiegħu, u jiddeċiedu jekk is-sitwazzjoni kenitx tiddetta li persuna tieħu ħsieb lill-oħra.", "Naraw allura li f' ħafna pajjiżi fl-Ewropa hemm obbligu pożittiv li tgħin lil ħaddieħor.", "Fl-Ingilterra, minkejja li m'hemmx dan l-obbligu pożittiv, hemm id-duty of care.", "F'Malta la għandna waħda u lanqas l-oħra.", "Fl-Italja wkoll hemm diversi liġijiet li jobbligaw liċ-ċittadin jintervjeni biex jgħin, iżda ma nsibux il-kunċett tas-Samaritan it-tajjeb fil-liġi.", "Kif għidt, f'Malta ma jeżisti ebda obbligu jew ebda liġi li tobbliga liċ-ċittadin li ma jkunx uffiċjal pubbliku, biex jgħin.", "Pulizija għandu obbligu li jintervjeni u nifhem ukoll li t-tabib għandu obbligu li jgħin, però jekk ma tkunx f'kategoriji partikolari ma teżisti ebda liġi f'pajjiżna fejn persuna jkollha dmir tintervjeni jekk tara lil xi ħadd fil-periklu.", "Sinjura President, ix-xenarju tagħna llum huwa kompletament differenti kemm minn dak Amerikan kif ukoll tal-pajjiżi Ewropej fejn hemm is-sistema tad-dritt ċivili.", "Jien jidhirli li s-sitwazzjoni tagħna f'dan il-qasam pjuttost tixbah lil dik taħt id-dritt Ingliż tal-Common Law, fejn hemm il-prinċipji ġenerali tar-responsabbiltà u l-qorti tapplikahom skont il-fatti tal-każ.", "Dan ma jfissirx però li min jintervjeni biex jgħin lil xi ħadd u jikkawżalu xi dannu bilfors se jinstab responsabbli għal dak id-dannu, jekk dak id-dannu kien neċessarju, però lanqas ma jfisser li qatt ma jista' jinstab responsabbli.", "Fl-Ingilterra rajt sentenzi konsistenti tal-qrati dwar il-lifeboats u s-servizzi tat-tifi tan-nar.", "Dawn isiru responsabbli biss għall-ħsara li jagħmlu jekk tirriżulta sitwazzjoni fejn kieku ma ntervjenewx il-ħsara ma kenitx issir.", "Jista' jkun hemm persuna li tgħid li se tkun s-Samaritan it-tajjeb u tgħin, però flok tgħin tispiċċa tgħarraq is-sitwazzjoni.", "Hawn jidħol in ballo l-kunċett ta' responsabbilità u d-danni li wieħed ikun ikkawża.", "Kien hemm każ fl-Ingilterra fejn is-servizzi tat-tifi tan-nar fejn kienu marru f'post fejn kien in-nar tfew l-isprinklers u rriżulta li kieku ma tfewhomx l-isprinklers ċertu ħsara li saret ma kenitx issir.", "Hawn irridu niftakru li anke min jintervjeni biex jgħin lil ħaddieħor xorta għandu obbligu li jieħu ħsieb u jaġixxi fil-limiti tar-raġonevolezza u tal-proporzjonalità.", "Mhux imbilli inti tkun ġenwin fl-approċċ tiegħek, imma jekk inti ma tkunx kapaċi, kultant iktar toħloq danni milli ġid jekk inti tipprova tgħin.", "Irrid nagħmilha ċara li m'iniex kontra l-prinċipju ta' din il-liġi jew kontra l-idea li jiddaħħal fil-Liġi tagħna l-prinċipju tas-Samaritan it-Tajjeb, però dan il-kunċett żgur li ma nistgħux naqbdu u niftgħuh fil-Liġi hekk, kif ġieb u laħaq, mingħajr attenzjoni.", "Hawn irrid ngħid li l-liġi hija magħmula bl-aqwa intenzjonijiet tad-dinja u m'għandix dubju li l-Onor.", "Grech u n-nies kollha li għinuh f'dan l-Abbozz ta' Liġi għamlu dan l-Abbozz ta' Liġi bl-aħjar intenzjonijiet, però żgur li din il-liġi trid terġa' tinkiteb mill-ġdid.", "Kif inhija, erba' paragrafi, ħames klawsoli, mhijiex sodisfaċenti, u nibża' li jekk, għall-grazzja tal-argument, ikollna nagħlqu għajnejna u ngħadduha kif inhi, flok ma nagħmlu l-ġid inkunu qed nitfgħu kategoriji ġodda ta' nies f'diffikultajiet ċivili.", "Pereżempju, il-liġi tikkomtempla li wieħed jista' jmur jgħin li xi ħadd f'sitwazzjoni ta' periklu, li hija ħaġa tajba, u jispiċċa jrid iħallaslu d-danni jekk xi ħadd, is-salvatur jaqbdu paniku, u jikkaġuna danni u jispiċċa mħarrek, imfittex u responsabbli għad-danni.", "Mela allura jien immur biex ngħin, u għax forsi m'iniex ta' esperjenza, nispiċċa nippanikkja, nikkawża dannu, u nispiċċa bl-ieħor li mort insalva jfittex lili għad-danni.", "Naħseb li ħadd ma jrid li xi ħaġa bħal din ma noqogħdux attenti għaliha, għaliex id-danni jistgħu jkunu kbar ħafna speċjalment f'każ ta' mewt jew korriment.", "Kull min huwa tabib f'din il-Kamra jaf li daqsxejn diżattenzjoni tista' twassal għall-qtil ta' persuna.", "Dawn huma affarijiet li rridu nqisuhom, nomogħduhom sewwa, u rridu nagħmluhom b'attenzjoni.", "Hawnhekk qed inneħħu wkoll ċertu dritt tal-qrati li jivvalutaw kull każ fuq il-meritu tiegħu, billi nistabbilixxu prinċipji minn qabel dwar dawn is-sitwazzjonijiet partikolari u diffiċli.", "Biex ħadd ma jifhimni ħażin, mhux qed ngħid li ma nagħmlu xejn, imma rridu nkunu nafu eżatt għal xiex aħna deħlin meta nieħdu dan id-dritt ta' diskrezzjoni li hemm illum f'idejn il-qrati u nittrasformawh f'erba' jew ħames klawsoli miktubin b'mod mill-iktar sempliċi.", "Rigward il-parti kriminali, qed nara li l-klawsola li teżenta mir-responsabbiltà kriminali tpoġġiet fis-subtitolu dwar l-omiċidju involontarju.", "Dik il-klawsola li teżentak mir-responsabbiltà kriminali tpoġġiet fil-parti tal-liġi li titkellem dwar l-omiċidju involontarju.", "Hawn tibda tirrealizza li min kiteb il-liġi, nerġa' ngħid li bl-aħjar intenzjonijiet, m'għandux l-esperjenza li wieħed jirrikjedi biex jintroduċi prinċipju ġdid tant importanti bħal dan.", "Jekk tidħol din il-klawsola, se mai naħseb li postha huwa fil-bidu tal-Kodiċi mal-artiklu dwar ir-responsabbiltà kriminali.", "Allura jien tal-fehma li l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li ngħaddu l-liġi kif inhi!", "Jiena qed inkun onest ħafna.", "Jekk irridu nagħmlu xi ħaġa tajba, ejja naqblu fuq il-prinċipju u nirrevedu t-test tal-liġi mill-bidu sal-aħħar.", "Ma tistax taqbad il-liġi Amerikana u ddaħħalha in suċċint u b'mod mhux studjat fil-liġijiet tagħna, għax żgur li tibda tikkawża ħafna diffikultajiet.", "Dan l-Abbozz jiena wrejtu lill-avukati li jifhmu iktar minni u qaluli li jekk tgħaddi din il-liġi nkunu qed noħolqu black hole u naqbżu fiha.", "Letteralment, il-parir tiegħi u l-parir tal-Gvern kollu, għax iddiskutejnieha flimkien, hu li waqt li naqblu fil-prinċipju rridu niktbu din il-liġi mill-ġdid.", "Bħala Gvern għandna proposta għall-Oppożizzjoni.", "Jien konvint u nemmen li l-Onor.", "Grech ikkonsulta ma' firxa wiesgħa ta' għaqdiet li kollha nirrispettawhom u kollha naħdmu mill-qrib magħhom, però żgur li hemm bżonn konsultazzjoni usa'.", "Allura f'isem il-Gvern qed nipproponi li l-proċess leġiżlattiv fl-istadju tat-Tieni Qari jitkompla, u bl-ebda mod ma se nwaqqfu d-dibattitu, għax fil-prinċipji naqblu u se nivvotaw favur, imma mbagħad nixtiequ li niftħu proċess ta' konsultazzjoni parlamentari billi din il-materja tmur quddiem il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, isiru laqgħat ma' stakeholders fejn nisimgħu iktar lill-għaqdiet, nisimigħu esperti legali biex jiftħulna għajnejna dwar l-impatt legali fuq responsabbiltajiet kriminali u ċivili li jolqtu diversi professjonijiet u anke lil ċittadini privati, imbagħad wara li nisimgħu lil kulħadd u wara li nifhmu iktar x'inhuma l-esiġenzi, fl-istadju ta' Kumitat inkunu nistgħu letteralment niktbu l-liġi mill-ġdid.", "Bl-esperjenza tiegħi ta' Ministru għall-ġustizzja għal erba' snin u sena oħra bħala segretarju parlamentari ukoll m'iniex kapaċi waħdi li nikteb liġi bħal din.", "Irridu l-expertise għaliex qed indaħħlu prinċipju ġdid fil-liġi tagħna, u l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa li ndaħħlu l-prinċipju tas-samaritan it-tajjeb, mingħalina qed nagħmlu xi ħaġa tajba, imbagħad nispiċċaw li flok ma nkunu għinna lin-nies, inkunu kkawżajna aktar dannu.", "Il-Gvern huwa favur li ndaħħlu fil-liġi tagħna l-prinċipju tas-samaritan it-tajjeb.", "Ma nistgħux naqblu mal-ħames klawsoli li ġew ippreżentati għax iktar se jikkawżaw dannu milli ġid.", "Allura aħna qed ngħidu li se nivvotaw favur fl-istadju tat-Tieni Qari, u wara dak it-Tieni Qari nagħmlu proċess parlamentari, flimkien, iż-żewġ naħat tal-Kamra, u ta' konsultazzjoni mal-istakeholders, mal-għaqdiet, mal-esperti legali u mal-professuri tal-Liġi Ċivili u Kriminali sabiex imbagħad, fi stadju ta' Kumitat, nagħmlu overhaul ta' dawn il-ħames klawsoli li ġew ippreżentati lllum u jkollna verament liġi tas-samaritan it-tajjeb li tkun liġi b'saħħitha, tajba u li tagħmel il-ġid lil dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sinjura President, irrid nibda billi nsellem lill-istakeholders kollha li ltaqgħu magħna, anke mal-Onor.", "Claudio Grech, u li taw l-input tagħhom.", "L-iktar li rrid nirringrazzjahom huwa għal dawk iċ-ċirkostanzi li huma jħabbtu wiċċhom magħhom kważi ta' kuljum, ta' spiss, u li ġabu għall-attenzjoni tagħna.", "Dawn l-istakeholders kollha qalulna li m'hemmx ħin x'jinħela biex dan il-kunċett tas-samaritan it-tajjeb jidħol fil-liġi tagħna, però issa qed nisma' lill-Ministru Owen Bonnici li jixtieq li jibgħatha quddiem il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali sabiex ikun jista' jagħmel il-konsultazzjoni li jidhirlu hu.", "Jiena ma niddejjaq xejn li ssir konsultazzjoni.", "Fil-fatt diġà għamilnieha l-konsultazzjoni tagħna, però nistaqsi: Għalfejn irid jibgħatha quddiem il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali?", "Liġijiet oħra l-Gvern qabad u pproponiehom u ma qagħadx jibgħathom quddiem il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali.", "Jekk il-Ministru Owen Bonnici jixtieq jagħmel konsultazzjoni, huwa żgur li aħna nipparteċipaw, imma naħseb li l-Ministru Owen Bonnici seta' wkoll, minn Settembru, li huwa x-xahar meta aħna ppreżentajna dan l-avviż, jieħu l-parir tal-Avukat Ġenerali dwarha.", "Is-soltu l-Ministru Owen Bonnici jiġi hawnhekk u jgħidilna li hu tah il-parir u hu għamillu l-liġi.", "Sinjura President, din mhijiex liġi li għandna noqogħdu niġġieldu fuq il-blu u fuq l-aħmar, imma hija liġi biex ngħinu lil kull min jinsab f'sitwazzjoni fejn ikun irid iwettaq salvataġġ.", "Hawn qed nitkellmu fuq għalliema li jħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjonijiet fl-iskejjel fejn iweġġgħu t-tfal u jkunu jridu jindirizzaw dik is-sitwazzjoni.", "Qed nitkellmu fuq għalliema li jħabbtu wiċċhom ma' tfal li jkollhom allerġiji u jkollhom reazzjoni fl-iskola u jkollhom bżonn il-protezzjoni biex ikunu jistgħu jsalvaw lil dak it-tifel u lil dik it-tifla.", "Hawn qed nitkellem fuq dawk it-tobba li jaħdmu fi sptar ġenerali, li sakemm qegħdin jaħdmu fl-isptar waqt il-ħin tax-xogħol huma koperti u protetti, imma hekk kif jiltaqgħu ma' xi sitwazzjoni barra l-ħin tax-xogħol, hemmhekk il-Gvern ma jagħtihom l-ebda protezzjoni.", "Għalhekk naħseb li hija ftit dubjuża għalfejn il-Ministru Owen Bonnici jixtieq itawwal fuq din il-liġi, speċjalment meta hawnhekk qed nitkellmu fuq sitwazzjonijiet partikolari ta' salvataġġ ta' persuna li qiegħda f'riskju jew f'periklu reali.", "L-iskop ta' din il-liġi huwa preċiżament biex fis-soċjetà Maltija, flok ma nkomplu nżidu l-indifferenza fil-konfront ta' xulxin, inżidu dik l-attenzjoni li kull wieħed minna għandu jagħti lil xulxin speċjalment f'ċirkostanzi fejn ikun hemm persuna li qiegħda f'periklu, forsi għax taha xi attakk fir-rigward tas-saħħa tagħha, qiegħda f'periklu għaliex forsi weġġgħet f'inċident tat-traffiku jew forsi tkun vittma ta' xi inċident.", "L-għan tal-Oppożizzjoni wara din il-proposta hija li nżidu dik l-attenzjoni li kull wieħed minna, jien ngħid, huwa obbligat joffri lill-ieħor, lil dak li jara li għandu bżonnha.", "Issa ħalliha li hawnhekk qegħdin noqogħdu lura milli nagħmlu dan bħala obbligu.", "Din il-liġi ma hija qed tobbliga lil ħadd biex jgħin.", "Jekk inti ma tħossx li għandek l-inizjattiva jew il-kapaċità li tgħin b'mod dirett f'dik is-sitwazzjoni, din il-liġi ma qed tagħmillek l-ebda obbligu biex tgħin.", "Illum f'Malta għandna ħafna adulti u anke minuri - għaliex dan it-tagħlim isir ukoll fl-iskejjel - li għandhom għarfien tal-ewwel għajnuna, u allura għandhom il-kapaċità li jekk jaraw persuna li qiegħda f'periklu attwali, tal-inqas ikunu jistgħu jagħtu l-ewwel għajnuna.", "Dawn l-istess nies għandhom diffikultà biex jeżerċitaw dik l-inizjattiva li huma għandhom.", "Id-diffikultà hija li jista' jkun li dak li huma se jwettqu jkun qed jesponihom għal responsabbiltà legali.", "Aħna ma rridux li fis-soċjetà tagħna dik ir-responsabbiltà legali ġġibek indifferenti jew twasslek għal sitwazzjoni fejn inti ma tgħinx lil xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna.", "B'din il-proposta legali, l-Oppożizzjoni bl-ebda mod ma qed tippretendi li xi ħadd imur jagħti għajnuna li mhux kapaċi jagħti.", "Inti tagħti għajnuna jekk tħossok kapaċi li tagħtiha, li tħoss li għandek inizjattiva u l-għarfien biex tagħtiha.", "Jekk rajt lil xi ħadd jibla' l-ilma baħar, tista' tiġbru mill-ilma, imma jekk ma tafx tagħmilha, m'iniex nobbligak li tagħmillu s-CPR, però tal-inqas l-ewwel għajnuna tajthielu.", "Hawnhekk huwa fejn jidħol il-kunċett li inti ma tagħmilx dannu intenzjonat.", "Bil-proposta kif ressaqnieha, id-dannu intenzjonat ukoll huwa kopert.", "Aħna m'aħniex ngħidu li inti tuża s-sitwazzjoni ta' persuna li qiegħda f'periklu u tmur bl-intenzjoni li tkompli tagħmlilha d-danni.", "M'aħniex ngħidu hekk!", "Anzi kieku qed ngħidu hekk inkunu qed immorru kontra l-konċett ta' dak li qed nipproponu.", "Il-proposta li qed tressaq l-Oppożizzjoni hija waħda ċara: Ejja nagħtu l-għodda kollha lil dik il-persuna li kapaċi, b'inizjattiva tagħha, toffri għajnuna lil min qiegħed f'periklu, billi nneħħu r-responsabbiltà legali għall-konsegwenzi mhux intenzjonati li dik il-persuna tista' twettaq.", "Ejja ngħinu lill-komunità f'Malta sabiex ninżgħu l-indifferenza fil-konfront ta' xulxin u kull min għandu l-inizjattiva biex ikun jista' jagħti l-ewwel għajnuna jkun jista' jagħti dik l-għajnuna mingħajr ma jbati minn konsegwenzi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, m'hemmx dubju li fis-soċjetà tagħna għandna bżonn tip ta' liġi li tipproteġi lil min jgħin u juri solidarjetà ma' min ikollu bżonn, però rridu nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà.", "Hawn irrid niċċara li nies bħal għalliema waqt li jkunu qed jagħmlu xogħol edukattiv, din il-liġi tas-Samaritan it-Tajjeb m'għandhomx bżonnha għax il-Gvern jidħol responsabbli ta' li jkunu għamlu.", "Dik hija xi ħaġa li aħna ddiskutejnieha anke mal-Malta Union of Teachers (MUT).", "Din il-liġi mhijiex għal dawk is-sitwazzjonijiet, kif mhijiex għas-sitwazzjoni fejn minħabba l-professjoni li teżerċita fir-relazzjoni li għandek ma' nies oħra, għandek id-dmir li tgħin lil ħaddieħor.", "F'ħafna pajjiżi differenti tad-dinja, f'kontinenti differenti, għalkemm il-kunċett u l-prinċipju fil-liġijiet tas-Samaritan it-Tajjeb jidher l-istess, imma kif inhuwa artikolat fil-liġi jvarja ħafna minn pajjiż għall-ieħor.", "Minħabba f'hekk jiena naħseb li tkun idea tajba li nitkellmu ma' dawk l-għaqdiet li diġà jgħinu f'dan il-qasam u anke jħarrġu persuni oħra fil-qasam tal-ewwel għajnuna.", "Hemm ukoll implikazzjonijiet oħra li jidħlu f'ħaġa bħal din, u tajjeb li nisimgħuhom.", "M'hemmx għalfejn li l-perjodu ta' kosultazzjoni jitwal b'mod li ma jagħmilx sens.", "Jistgħu jsiru seduti ffukati ħafna fejn jiġu mistiedna fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali mhux biss l-għaqdiet li diġà ssemmew imma hemm ukoll implikazzjonijiet ta' assigurazzjoni f'ħaġa bħal din.", "Naħseb li hawn irridu nkunu serji u nkunu tassew qed nipproteġu lil min iħaddan il-valur sabiħ tas-solidarjetà u tal-imħabba għall-proxxmu.", "Għalija dik tas-Samaritan it-Tajjeb hija waħda mill-isbaħ parabboli li hemm fil-Vanġelu għaliex tiddefenixxi l-proxxmu mhux bħala l-ħabib tiegħek, mhux bħala dak li jaqbel miegħek, imma dak li huwa differenti minnek, anke dak li huwa għadu tiegħek, li inti tħobbu bħalma tħobb lilek innifsek u tgħinu u mhux tibqa' għaddej.", "Din hija liġi li trid tħares lil dawk li jieqfu biex jgħinu u mhux jibqgħu għaddejjin.", "Kif diġà ġie spjegat, hemm pajjiżi, fosthom dawk li jsegwu l-Kodiċi ta' Napuljun fil-kontinent Ewropew, fejn hemm l-obbligu li tgħin u jekk ma tgħinx jittieħdu passi kontra tiegħek.", "F'dawn il-pajjiżi, jekk inti tara lil xi ħadd fil-periklu u ma tgħinux jittieħdu passi kontra tiegħek.", "Biex tagħmel tajjeb għal dan imbagħad, hemm modi differenti ta' kif inti tipproteġi lil min jgħin, però anke hawnhekk, irridu noqogħdu attenti.", "Il-liġi tas-samaritan it-tajjeb fl-Awstralja tipprovdi għal ċirkostanzi fejn inti meta tmur biex tgħin tkun tinsab taħt l-effett tad-droga jew tal-alkoħol jew meta tkun waqaft biex tgħin lil xi ħadd f'post ta' divertiment jew f'post fejn ikun hemm il-konsum tal-alkoħol, u minflok għent iktar għarraqt lil dak li jkun.", "Il-liġi trid taħseb għal sitwazzjonijiet bħal din.", "Ma nistgħux sempliċement ngħidu: Ejja nagħmlu din il-liġi malajr għax hawn bżonnha.", "Iva, hawn bżonnha din il-liġi, imma ejja nagħmlu liġi li tkun tajba!", "Nafu li l-intenzjonijiet it-tajba fil-liġijiet mhumiex biżżejjed, imma trid tara kif ikunu mfassla.", "Jiena diġà għidt li hemm ħafna mudelli differenti.", "Il-50 stat tal-Istati Uniti lanqas jaqblu bejniethom fuq kif fasslu u kif jesprimu din il-liġi.", "Fl-Ewropa stess, issib li l-liġi li hemm fil-Finlandja, fil-Ġermanja, fil-Belġju, fi Franza u fl-Italja, huma kollha differenti minn xulxin.", "Jiena qed nissuġġerixxi li flok ma din tkun biss emenda għall-Kodiċi Ċivili jew għall-Kodiċi Kriminali, għandu jkollna liġi apposta tas-samaritan it-tajjeb.", "Għandha tkun liġi maħsuba bis-serjetà u tieħu ħsieb l-aspetti kollha u mhux sempliċement inbiddlu xi ħaġa fil-Kodiċi Ċivili u fil-Kodiċi Kriminali biex neżoneraw lil min imur jgħin lil min jinsab f'diffikultà.", "Ċertament li dan huwa valur ta' solidarjetà u ta' mħabba għall-proxxmu li għandna nxerrdu f'pajjiżna u li għandna nsaħħu b'kull mod, u għalhekk żgur li fuq dak il-prinċipju naqblu.", "Però rridu naraw li nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà, kemm bħala qafas legali fl-aspetti differenti, sabiex niċċaraw dak li nkunu se nagħmlu u f'liema sitwazzjonijiet dan li qed ngħidu jgħin, imma mbagħad irridu naraw li dak li qed indaħħlu, qed indaħħluh bis-serjetà biex verament nipproteġu lil min jgħin.", "Hemm ħafna implikazzjonijiet u għalhekk jien naħseb li għandha tkun liġi apposta tas-Samaritan it-tajjeb flok emenda għall-Kodiċi Ċivili u Kriminali, għax fiha jkun hemm ukoll definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi periklu u f'liema sitwazzjonijiet tgħin.", "Nafu li hemm sitwazzjonijiet fejn tmur tgħin lil xi ħadd u minkejja li l-intenzjonijiet tiegħek huma tajbin, għaliex ma tkunx taf tispiċċa li iktar tgħarraq u tweġġa' lil dik il-persuna.", "Nafu li hemm sitwazzjonijiet fejn l-aħjar ħaġa li tagħmel hija li ma ċċaqlaqx lil dik il-persuna, għax inkella tagħmlilha aktar ħsara.", "Bl-intenzjonijiet kollha tajbin tiegħek, biex tgħin tista' tmur u ċċaqlaqha u tispiċċa tagħmlilha iktar ħsara.", "Irridu nxerrdu l-valur tas-solidarjetà u tal-imħabba għall-proxxmu, il-valur li ngħinu lil xulxin, li huwa valur li mingħajru s-soċjetà ssir soċjetà brutali u ta' nies fi gwerra ma' xulxin u mhux li jgħinu lil xulxin u li jqisu lilhom infushom bħala aħwa u bħala bnedmin.", "Però tajjeb li nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà.", "Irridu wkoll inxerrdu kultura iktar b'saħħitha tal-ewwel għajnuna.", "Dan huwa importanti ħafna.", "Qiegħed isir, imma naħseb li jrid isir ħafna iżjed, biex kemm jista' jkun inkunu nafu kif ngħinu lil xi ħadd fil-periklu b'mod korrett.", "Nafu wkoll bl-issues kbar li qed jiżdiedu ta' saħħa mentali.", "Illum anke nitkellmu fuq l-ewwel għajnuna fis-saħħa mentali, li hija importanti ħafna, għax jekk aħna nkunu kapaċi ngħinu lil xi ħadd f'dik is-sitwazzjoni, nistgħu anke, pereżempju, insalvaw lil xi ħadd mill-mewt b'suwiċidju.", "Allura jien naħseb li ċertament għandna nieħdu l-prinċipji ta' din il-liġi bl-ikbar serjetà.", "Kif diġà spjega l-Ministru Bonnici aħna naqblu kompletament ma dan il-prinċipju imma nitolbu li xi ħaġa serja bħal din, fejn qed nitkellmu fuq il-ħajja u l-mewt tan-nies, nagħmluha bl-ikbar serjetà u nidħlu fl-aspetti kollha tagħha.", "Ir-rakkmandazzjoni tiegħi hi li ma nagħmlux sempliċi emendi żgħar għall-Kodiċi li jeżistu diġà, imma li għandu jkollna l-kuraġġ u l-viżjoni li nagħmlu liġi apposta tas-samaritan it-tajjeb, liġi li fis-soċjetà tagħna għandna bżonnha ħafna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, bħala tabib u ċittadin dejjem ħdimt favur il-ħajja kif ukoll biex intejbu l-kwalità tal-ħajja.", "Naħseb li l-qofol kollu ta' din il-liġi tas-samaritan it-tajjeb hu d-dinjità tal-bniedem.", "Il-Malti u Għawdxi minn rajh jgħin lill-proxxmu tiegħu meta jarah fl-għawġ u din il-liġi qed tinkoraġġixxi din il-kultura.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi tal-Onor.", "Claudio Grech qed iħares lejn kull samaritan li joffri l-ewwel għajnuna.", "Din l-ewwel għajnuna tista' tkun lill-midrub, lill-marid, lil xi ħadd fil-periklu minħabba inċident, jew anke lil xi ħadd inkapaċi li jħares l-interessi tiegħu stess.", "Din il-liġi jien qed nara li għandha żewġ għanijiet.", "L-ewwel qed tinkoraġġixxi iktar il-parteċipazzjoni f'għemil korrett favur l-ewwel għajnuna, u t-tieni qed tneħħi kull possibbiltà li min jieħu sehem f'dan l-għemil tal-ewwel għajnuna jiġi mfittex għad-danni minħabba dak l-għemil li jista' jispiċċa jew f'mewt jew inkella l-persuna tispiċċa midruba iktar milli hi.", "Dan sakemm ovvjament ma jkunx hemm intenzjoni premeditata jew inkella negliġenza grassa.", "Jiena nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Claudio Grech talli ressaq din il-mozzjoni privata tiegħu u għaldaqstant dan l-Abbozz ta' Liġi, għax b'hekk se nserrħu ras ħafna nies, inkluż jien.", "F'inċident fejn jien tajt l-ewwel għajnuna, spiċċajt biex tlift il-vista ta' għajnejja.", "Kemm-il darba tajt l-ewwel għajnuna, imma dakinhar kellu jkun hekk.", "Jiena nifhem il-pożizzjoni tal-Gvern li qed jgħid li din il-liġi jixtieq ilaħħamha iktar, imma m'hemm xejn xi jżomm milli dan l-Abbozz ta' Liġi nlaħħmuh fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Ma narax għalfejn għandna mmorru fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Kellna ħafna abbozzi ta' liġi li emendajniehom fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, fosthom l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Psikoterapija li kien hemm ħafna tilwim u ideat tekniċi dwaru.", "Jiġifieri dan ma jkunx l-ewwel abbozz ta' liġi li nemendawh f'dan il-Kumitat.", "Jekk iridu jimxu mal-ħaġra t-tajn u nimxu kif suppost, ma hemm xejn ħażin billi fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi jersqu anke l-istakeholders biex jagħtu l-veduti tagħhom.", "Jiena nifhem li hemm ċirkostanzi u xenarji differenti minn xulxin.", "Nifhem li f'emerġenza persuna li taħdem fil-qasam tas-saħħa m'għandhiex bżonn din il-liġi, imma fil-każ ta' kwalunkwe ċittadin dan mhux hekk.", "L-iktar li tqum id-diffikultà huwa meta jkun meħtieħ il-kunsens min-naħa tal-ġenitur.", "Bħala tabib jiena naf x'inhi s-sitwazzjoni tal-iskejjel u naf sew x'jiġri.", "Kemm-il tifel jew tifla jkollhom bżonn il-punti u joqogħdu jistennew il-kunsens tal-ġenitur sakemm jiġu jdewwuh u jagħtuh l-ewwel għajnuna!", "Din il-liġi, mingħajr ma trid, se tħares lill-għalliema biex jieħdu d-deċiżjonijiet kif suppost anke jekk ma jkollhomx il-kunsens tal-ġenitur.", "Lili jolqtuni wkoll sitwazzjonijiet ta' pre-hospital jew is-servizz tal-emerġenza bl-ambulanzi kif ukoll l-emergency responders.", "Għandna sitwazzjoni fl-isptar li f'każijiet speċjali l-awtoritajiet tas-saħħa ma jkopruhomx b'assigurazzjoni.", "Qed nirreferi għal dawk il-każijiet fejn, pereżempju, ikun hemm vapur tar-refjuġjati, għandek il-midruba ġewwa fih, u jrid jinżel tabib anke jekk fuqu jkun hemm forsi daqsxejn irvell jew inkwiet.", "It-tabib ma jkunx kopert li jinżel hemmhekk!", "Jinżel hemmhekk minn rajh bħala s-Samaritan it-Tajjeb mingħajr ma jkopri lilu u lill-familja tiegħu.", "L-istess jiġri f'każ ta' arjuplan li jiġi hijacked.", "Ninnota wkoll b'mod tajjeb li din il-liġi mhijiex qed tobbliga lis-settur tal-qasam tas-saħħa – u hawn neskludu l-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili – li bilfors iridu jagħtu l-ewwel għajnuna.", "Għalija dan huwa tajjeb, għax mhux kulħadd, minkejja li jkun speċjalizza fil-qasam tiegħu, huwa lest jew kapaċi li jagħti dik l-ewwel għajnuna.", "Jiena naqbel li l-liġi hekk għandha tkun.", "Għandha tkun l-għażla tal-individwu nnifsu.", "Nagħlaq billi ngħid li jiena favur il-prinċipju għax din se tħares iktar is-saħħa pubblika, u m'hemmx dubju li se tnaqqas iktar morbidità u l-mortalità f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, dan huwa Abbozz ta' Liġi li jirrappreżenta prinċipju li ma tistax ma taqbilx miegħu.", "Għalhekk nemmen li l-pożizzjoni li qed tieħu n-naħa tal-Gvern f'dan ir-rigward hija dik korretta, għax filwaqt li qed ngħidu li l-prinċipju naqblu miegħu, żgur li bħala l-mod kif għandu jiġi trasmess permezz tal-liġi, hemm bżonn li jiġi maħsub mill-ġdid u jkun hemm iktar riflessjoni fuq kif dan il-prinċipju interessanti u tajjeb jiġi kodifikat fil-liġi tagħna.", "Waqt li kont qed nagħmel ftit riċerka sibt ukoll xi artikli ta' rivisti legali.", "Huwa interessanti l-mod kif dan il-prinċipju huwa deskritt, fejn jintgħad li:", "Fl-ambitu kif ħarist lejn il-liġi mil-lat ċivili, forsi għaliex bħala avukat dejjem ħassejtni aktar ċivilista milli penalista, però fl-ambitu tad-dritt li għandu x'jaqsam mad-danni, fl-oqsma tal-Law of Negligence u l-Law of Tort, qed inħarsu lejn sitwazzjoni u prinċipju li jagħti ċertu protezzjoni u ċerta immunità milli tinstab responsabbli li tħallas danni għaliex inti tmur tgħin.", "Bħala prinċipju huwa prinċipju tajjeb, għaliex huwa importanti li min iħossu altruist u jmur jagħti daqqa t'id lil xi ħadd li jinsab f'diffikultà ma jispiċċax hu fid-diffikultajiet għax ta daqqa t'id.", "Però bejn li tistqarr dan il-prinċipju, bejn li tħares lejn l-għeruq li jwassalna għal dan is-sens ta' altruiżmu li għandna nipproteġuh, għall-mod kif dan jiġi trasmess permezz ta' liġi hemm proċess li naħseb li hemm bżonn ta' iktar riflessjoni.", "Fl-Istati Uniti hemm diversi liġijiet li jdaħħlu l-kunċett tas-Samaritan it-tajjeb.", "Fi studju li qrajt ħareġ b'mod interessanti l-mod varjat kif min stat għal ieħor inkitbu l-liġijiet relattivi.", "L-ebda stat, kważi kważi, ma ħa l-istess sfumatura fid-drafting ta' din il-liġi.", "Prattikament meta tħares lejn dawn il-liġijiet qisek għandek ħames elementi li wieħed irid iħares lejhom meta jkun qed ifassal liġi bħal din.", "L-ewwel nett trid tevalwa sewwa min huwa intitolat għal din it-tip ta' protezzjoni.", "Għandek stati fl-Amerika li jirristrinġu din il-protezzjoni għal xi kategorija jew klassi ta' professjonisti jew nies f'ċerti oqsma mentri l-proposta li qed titressaq hija xi ftit differenti.", "Għandek żgur l-element li min qed jintervjeni qed jagħmel dan in buona fede.", "Għandek ukoll argument dwar fejn tagħti dik l-għajnuna biex inti tkun eleġibbli għal din il-protezzjoni.", "Għandek ukoll il-kwestjoni ta' grad ta' diliġenza li bih inti tagħti dik l-għajnuna.", "Imbagħad hemm ukoll stati li jdaħħlu l-konċett li l-għajnuna li tkun tajt jew is-servizz ta' għajnuna li tkun tajt trid tkun waħda gratuita u mhux bil-ħsieb li tagħmel xi forma ta' dħul jew qligħ.", "Jekk anke biss tħares lejn dawn il-ħames aspetti fid-diversi liġijiet fl-Istati Uniti, wieħed mill-ewwel jifhem li dan il-prinċipju mill-iktar tajjeb biex inti titrasmettih f'liġi fih ħsieb mhux ħażin.", "Sur President, jiena naħseb li l-mod kif tfassal l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna wkoll iqajjem diversi mistoqsijiet.", "Pereżempju, bil-mod kif qed tiġi proposta klawsola 1033A qed ngħidu li kulħadd tqiegħed fl-istess keffa.", "Jekk, għas-saħħa tal-argument, se jkollok tabib li mar jagħti daqqa t'id, li wara kollox f'dak il-każ qed jeżerċità l-professjoni tiegħu u għandu rabtiet oħra li jagħti daqqa t'id, f'dak il-każ kif se tkun qiegħda taffettwa u tapplika l-liġi kieku kellna mmexxu 'l quddiem din il-klawsola kif miktuba?", "Għandek ukoll il-kwestjoni ta' kif se tiddefenixxi dak li f'dan l-Abbozz ta' Liġi qed jiġi msemmi bħala s-salvataġġ.", "Fil-mod kif inkitbet u qed tiġi proposta qed jingħad li:", "\"…kull persuna li fi twettiq ta' salvataġġ tgħin lil ħaddieħor m'għandha tkun responsabbli għall-ebda dannu kkawżat waqt dak is-salvataġġ…\"", "Interessanti wkoll kif sitwazzjonijiet bħal dawn huma regolati fil-Kodiċi Ċivili Taljan.", "Hemmhekk jiddaħħal prinċipju kemmxejn differenti mill-mod kif qiegħed jiġi ppreżentat f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-Kodiċi Ċivili u Penali Taljan jitkellem dwar lo stato di necessità, li għandek sitwazzjoni li teħtieġ li inti tintervjeni.", "Mhux biex forsi nfettaq, imma hawn nistaqsi: Meta inti qed tgħid fil-kors ta' salvataġġ, inti hemmhekk qed tirrappreżenta lo stato di necessità kif imfisser u mfassal fil-Kodiċi Ċivili Taljan?", "Hawnhekk trid tkun ċar biżżejjed biex tagħraf l-apprezzament tal-fatti speċi ta' kull każ u kif se jkun qed jevalwah ġudikant.", "Jekk ma nkunux ċari biżżejjed fl-applikabilità ta' din il-protezzjoni li dan il-prinċipju jmexxi 'l quddiem nafu noħolqu sitwazzjoni iktar neboluża minn dik li għandna llum u dwar lil min nipproteġu, u jista' jkun li noħolqu protezzjoni xi ftit jew wisq finta.", "Jiena qrajt artiklu interessanti li jismu: Good Samaritan Laws: The Legal Placebo li jagħmel din l-analiżi.", "Fid-dritt Taljan hemm ukoll sitwazzjoni differenti li fil-liġi tagħna m'għandniex, u ċjoè li inti għandek l-obbligu li tagħti l-għajnuna.", "Fil-fatt għandek ir-reat ta' l'omissione di soccorso, jiġifieri meta inti tonqos milli tagħti l-għajnuna f'numru ta' ċirkostanzi.", "Jiena naħseb li tajjeb li wieħed jirrifletti anke dwar dan.", "Fil-qasam penali, dment li ma tagħmilx obbligu li inti tgħin, ma tistax tgħid li se jinħoloq reat jekk ma tgħinx.", "Fil-qasam ċivili se tinħoloq xi forma ta' eżenzjoni biex inti tkun tista' tgħin?", "Jekk inti tkun preżenti f'sitwazzjoni u xi ħadd jgħid: Lit-tali rajtu hemm però ma ndaħalx biex jgħin, hemmhekk se tinħoloq xi responsabilità ċivili ġdida għall-fatt li ma tkunx għent?", "Naħseb li dan il-fatt ukoll wieħed irid jagħmel l-analiżi tiegħu.", "Sur President, jien nara wkoll ftit diffikultà fil-parti tal-Abbozz ta' Liġi fejn jingħad hekk:", "\"Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-artikli 1031, 1032 u 1033, kull persuna li fi twettiq ta' salvataġġ tgħin lil ħaddieħor, m'għandha tkun responsabbli għall-ebda dannu kkawżat waqt dak is-salvataġġ lil persuna fil-bżonn, lil proprjetà tagħha jew lil terzi persuni jew lil proprjetà tagħhom..:\"", "Hawnhekk ukoll, kważi kważi, qed indaħħlu terzi għal dak li għandu bżonn l-għajnuna, u jekk tagħmel din il-ħsara fil-kors, hemmhekk naħseb li dan il-kunċett qed ikun xi ftit jew wisq imwessa', li jista' joħloq diffikultajiet differenti fl-applikazzjoni tiegħu.", "Hawnhekk qed ngħidu li, iktar milli fil-prinċipju per se, id-diffikultà li din in-naħa qed tara hi kif dan il-prinċipju qiegħed jiġi trażmess fil-proposta li qiegħda titressaq.", "Hemm diversi aspetti oħrajn fejn naħseb irid ikun hemm riflessjoni dwarhom.", "Pereżempju fi klawsola 1033B hemm il-lok li jintalbu danni fil-konfront ta' dak il-vittma.", "Ejja ngħidu, pereżempju, xi ħadd ra lil xi ħadd li ħassu ħażin fl-art, ġabru fil-karozza tiegħu, telaq jiġri bih l-isptar u fit-traġitt seħħ inċident fil-vettura.", "Hemmhekk kif se tkun qed taqa' bħala interpretazzjoni ta' sitwazzjoni?", "Hija parti mill-assistenza?", "Jew se nimxu kif kien hemm sentenzi fl-Istati Uniti, fejn minħabba l-fatt li l-assistenza marret lil hinn mill-post fejn kien hemm l-emerġenza, allura l-protezzjoni mhux qed tingħata?", "Filwaqt li dan hu prinċipju tajjeb li naqblu miegħu, però tajjeb li jkollna iktar riflessjoni dwar kif dan il-prinċipju se nintroċuduh fil-liġi tagħna.", "Jiena nemmen bis-sħiħ li hemm bżonn ta' riflessjoni iktar akkurata.", "Jiena wkoll intenni dak li qal il-Ministru Bartolo li wieħed għandu jikkonsidra jekk għandux ikun hemm att separat li jirregola sitwazzjonijiet bħal dawn, però żgur li ma naħsibx li l-Abbozz ta' Liġi li tressaq qiegħed jirrappreżenta l-aħjar soluzzjoni possibbli dwar kif jista' jiġi introdott dan il-prinċipju li, wara kollox, din in-naħa qed taqbel miegħu, iżda mhux mal-mod kif ġie propost f'danl-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Nirringrazzjak, Sur President.", "Nixtieq ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi ma tressaqx ilbieraħ jew jumejn ilu imma issa ilu disa' xhur, u allura m'iniex se naħli l-ftit ħin li għandi nistaqsi għalfejn qed jitressqu ċerti argumenti llum min-naħa tal-Gvern.", "Id-diskussjoni li qed isemmu setgħet saret ħafna qabel!", "Se nneħħi daqsxejn il-kappell tiegħi ta' membru parlamentari u nilbes dak ta' omm li f'disa' snin lit-tifla tiegħi ma stajt qatt nagħtiha dik li tissejjaħ Glucagon biex teħodha magħha l-iskola.", "It-tifla tiegħi għandha d-dijabete, u jekk tinqalgħalha urġenza, tkun trid tingħata injection partikolari.", "Din l-injezzjoni kellha teħodha ħames darbiet, però qatt u qatt ma ttieħdet ġewwa l-iskola.", "Fil-fatt kull skola li qatt kienet fiha, primarja, middle school u sekondarja, l-għalliema u min imexxi l-iskola dejjem qaluli li m'hemmx x'tagħmel u li jiddispjaċihom li jekk tinqalgħalha xi ħaġa huma ma jistgħu jagħmlu xejn.", "Jiena naħseb li l-Ministru Bartolo jrid jispjega lill-għalliema kif f'daqqa waħda llum qalilhom li huma protetti mill-Gvern.", "L-għalliema mhux qed iħossu din il-protezzjoni.", "Issa jiena hawn qed insemmi kundizzjoni waħda, imma hemm min għandu tfal bl-ażma u hemm min għandu tfal b'allerġiji oħrajn differenti.", "Sur President, għalina din il-liġi hija urġenti.", "Ma nistgħux ninħlew b'dawn id-delaying tactics li qed joħorġu bihom min-naħa tal-Gvern, qisu għandna għalxiex nistennew.", "Qed nissugraw il-ħajja tat-tfal tagħna.", "Jien qed nitkellem mill-punto di vista dejjaq ta' li tista' tagħti xi ħaġa li ssalva l-ħajja.", "Ingħataw ħafna eżempji oħrajn u m'iniex se nidħol fihom, però ejja naħsbu ftit!", "Il-popolazzjoni tagħna għandha iktar minn 10% li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete.", "Nafu li din l-imbierka injezzjoni hija xi ħaġa verament sempliċi.", "Jiena ma stajtx inġibha miegħi għaliex tant hija prezzjuża li rridu nżommuha dejjem fil-fridge f'kundizzjoni tajba.", "Jiġifieri ma nistax noqgħod niġri biha, u l-minuta li tiskadi rrid neħodha lura l-isptar u jagħtuni oħra minflokha.", "Kieku ġibtha hawnhekk kont nuri kemm hija xi ħaġa vera sempliċi.", "Prattikament għandek flixkun żgħir, tbattal li għandek fis-siringa, tħalltu, tiġbed u tagħti l-Glucagon, li prattikament huwa ħafna zokkor.", "Suppost, meta t-tfal ikunu iżgħar ma tagħtix id-doża kollha.", "X'jiġri jekk tagħtihielha kollha minħabba li tibża' li mhux se tkun biżżejjed?", "Tirremetti għax tkun tajtha ħafna zokkor!", "Daqshekk!", "Imma salvajtilha ħajjitha!", "Jien nixtieq li xi ħadd hawn ġew ra f'liema stat ikunu dawn it-tfal.", "Dawn ikunu fi stat tal-biża'.", "Hawnhekk qed ngħidu: Ejja nibdlu l-liġi biex tal-inqas inkunu għamilna l-ewwel pass li lill-għalliema ngħidulhom: Jien mhux se neħodha kontrik li inti prrovajt issalva l-ħajja ta' binti!", "Imma l-agħar ħaġa hi li lanqas ir-responsabbiltà li din tinħażen ġewwa fridge ma tintrefa'!", "L-ebda għalliem u ebda kap ta' skola qatt ma aċċetta li dan isir!", "Jien ġieli għidtilhom biex iżommuha l-iskola sabiex jekk jinqala' xi ħaġa ma naħlix il-ħin noqgħod immur id-dar u nġibha, imma le, ma jaċċettawx.", "Il-Ministru jrid jara dan il-punt, imma llum f'din il-Kamra ta l-impressjoni li qisu kollox ward u żahar.", "Jien ngħid li rridu mmorru oltre u dawn jingħataw it-taħriġ biex jgħinu u mhux nitfgħu r-responsabbiltà fuqhom b'dan il-mod.", "Dan huwa li qed tagħmel sabiħ din il-liġi u nifraħ lill-Onor.", "Therese Comodini Cachia għal kif qed imexxu dan il-pass 'il quddiem, għaliex illum, b'dan l-Abbozz ta' Liġi, qed noħolqu kuxjenza ġewwa dan il-pajjiż li m'aħniex ippreparati għall-emerġenzi u l-urġenzi ta' kuljum!", "Dan il-pajjiż mhuwiex preparat!", "Jissemma ħafna l-first aid.", "Jien għamiltu l-kors tal-ewwel għajnuna.", "Forsi bi traskuraġni ma ġeddidtux.", "Fil-laqgħa ta' konsultazzjoni li kellna lbieraħ ġibduli l-attenzjoni li jien suppost kelli nerġa' nagħmel refresher course tiegħu, jiġifieri mhux billi għax tgħallimt xi ħaġa, taħseb li tgħallimtha għal dejjem.", "Però jien f'disa' snin ħadd, ħadd u ħadd ma offra li jagħti l-ewwel għajnuna lit-tifla tiegħi kieku nqalgħalha xi ħaġa fl-iskola.", "Naħseb li bħali hemm ħafna ġenituri oħrajn, u din il-liġi qed tgħid li dan irid jieqaf.", "Ma jistax ikun li aħna, ġewwa dan il-pajjiż, nibqgħu nipproteġu lilna nfusna milli nagħtu għajnuna lil xi ħadd ieħor meta nistgħu nsalvaw il-ħajja.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sur President, irrid nagħmilha ċara li m'iniex kontra dan il-prinċipju, però kunċetti li jeżistu f'ġurisdizzjonijiet lil hinn minn xtutna mhux bilfors tista' taqbad u titfagħhom fil-liġijiet tagħna kif ġieb u laħaq.", "Illum qed insemmu l-urġenza, imma huwa tajjeb li wieħed jgħid li l-Oppożizzjoni kellha seduti u allura kellha ż-żmien li tressaq dan l-Abbozz ta' Liġi, però għażlet li tiddiskuti affarijiet oħra.", "Fil-liġi tagħna llum ma hemm ebda dmir li wieħed jintervjeni, sakemm ma jkunx uffiċjal pubbliku, li min-natura tax-xogħol tiegħu huwa obbligat li jagħmel dan it-tip ta' intervent.", "Hawnhekk irridu niftakru li kull meta jaġixxi, wieħed dejjem irid iħares lejn numru ta' kunċetti.", "Għandek il-kunċett tal-buone fede u wieħed irid iħares ukoll lejn il-fatt li wieħed għandu jkun raġonevoli u anke proporzjonat b'dak li jagħmel.", "Dan ma jfissirx li jekk illum il-ġurnata jkollok lil ħadd li jintervjeni proprju biex jgħin lil dak li jkun bilfors se jkun qed jinstab responsabbli għal xi dannu li jista' jsir.", "Però ma jfissirx ukoll li dan qatt ma jista' jinstab responsabbli.", "Is-sitwazzjoni li għandna f'pajjiżna llum il-ġurnata hija totalment differenti minn dik li għandek fl-istati Amerikani.", "Fl-Istati Uniti għandek numru ta' stati li jħarsu lejn il-konċett tas-samaritan it-tajjeb.", "Minkejja li jħarsu lejn l-istess kunċett, għandhom interpretazzjonijiet li tista' tgħid li mhumiex ugwali u allura wieħed irid ikun kawt ħafna meta jgħid li jrid idaħħal dawn il-kunċetti fil-liġi tagħna.", "Naħseb li hemm bżonn li jkun hemm l-intervent tal-esperti biex niżguraw ruħna li kwalunkwe pass li se nkunu qed nagħmlu bħala għodda leġiżlattiva ta' dan il-pajjiż ikun qed isir b'tali mod li ma jiddispjaċiniex wara.", "X'inhuwa l-konċett tas-samaritan it-tajjeb?", "Kulħadd jaf l-istorja tas-Samaritan it-Tajjeb.", "Hemm element importanti ta' tagħlim fl-istess storja.", "Inħarsu lejn ir-razza differenti, lejn reliġjon differenti, u kif xorta jista' jkollok min jagħti għajnuniet minkejja razez u reliġjonijiet differenti.", "Dawn it-tip ta' liġijiet li huma magħrufa bħala tas-samaritan it-tajjeb huma intiżi proprju sabiex iħeġġu u jinkoraġġixxu liċ-ċittadin jintervjeni u jgħin lil persuni oħra li jkunu jeħtieġu l-għajnuna meta dawn ikunu fil-periklu.", "Hawnhekk wieħed jagħmel tajjeb li jħares lejn numru ta' pajjiżi, anke ġewwa l-Unjoni Ewropea u l-Ewropa, u jara u janalizza kif inhi mibnija s-sistema u l-prinċipji legali tagħhom.", "Pereżempju fl-Ewropa nsibu diversi pajjiżi fejn għall-kuntrarju tal-Ingilterra, iċ-ċittadin għandu l-obbligu legali li jintervjeni jekk jara lil xi ħadd li jkun fil-periklu.", "Min-naħa l-oħra, fl-Ingilterra m'hemmx dan l-obbligu bil-liġi, però xorta waħda l-qrati jeżaminaw il-każ fuq bażi individwali, jaraw il-fatti partikolari tal-istess każ, u hemmhekk jiddeċiedu jekk kienx hemm sitwazzjoni li kienet tiddetta li persuna tieħu ħsieb lill-oħra.", "Hemmhekk ikollok sitwazzjoni fejn il-qrati janalizzaw jekk kienx hemm id-duty of care.", "Jekk wieħed iħares lejn l-Italja, hemmhekk ukoll għandek diversi liġijiet li fattwalment jobbligaw liċ-ċittadin li jintervjeni sabiex ikun jista' jgħin, però fil-liġi Taljana ma nsibux il-konċett tas-samaritan it-tajjeb.", "Sur President, huwa importanti li meta nkunu qed niddiskutu din il-liġi nżommu f'moħħna li hemm ċerti drittijiet li għandha l-qorti.", "Illum il-ġurnata l-qorti għandha d-dritt u d-dmir li tivvaluta kull każ fuq il-mertu tiegħu.", "Hawnhekk, din l-evalwazzjoni ssir proprju billi jiġu stabbiliti prinċipji partikolari u dan ukoll huwa diffiċli.", "Irridu noqogħdu attenti li aħna ma nillimitawx il-qorti meta tiġi biex tivvaluta dan it-tip ta' każijiet.", "Bl-ebda mod m'aħna qed ngħidu li m'għandu jsir xejn u bl-ebda mod m'aħna qed ngħidu li m'għandna nagħmlu xejn.", "Però naħseb li jkun għaqli li nkunu ċari u nkunu nafu eżattament għalxiex deħlin jekk nieħdu dan id-dritt ta' diskrezzjoni tal-qorti.", "Hija l-fehma tiegħi li ma ngħaġġlux għax mhux dak kollu li hemm fl-Istati Uniti jew f'pajjiżi oħra tista' taqbad u tintroduċih ġewwa pajjiżna.", "Bl-istess mod, dak kollu li hemm l-Ingilterra jew l-Italja wkoll ma tistax taqbad iġġibu hawnhekk.", "Irridu niftiehmu li din hija kwestjoni li trid tiġi studjata, u meta tiġi studjata u terġa' tiġi hawnhekk, wara li jkun hemm l-input kollu neċessarju, hemmhekk ikollna rasna mistrieħa li nkunu verament nafu x'qed nagħmlu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Membri min-naħa l-oħra tal-Kamra bir-raġun urew ċerti dubji fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, però rrid nirrimarka li dan l-Abbozz ta' Liġi żgur għandu l-għan prinċipali li naġevolaw l-għoti tal-ewwel għajnuna.", "F'dan il-Parlament inġiebu diversi eżempji ta' x'jiġri f'pajjiżi differenti, u jiena naħseb li għandna nkunu saqajna mal-art u naraw ġewwa pajjiżna x'neħtieġu.", "Ma naħsibx li jkun jagħmel sens li ma ngħaddux liġi ġewwa pajjiżna li taġevola l-ħajja, li għandha l-prinċipju li min jista' jagħti l-ewwel għajnuna jkun protett.", "F'pajjiżna nonfqu ħafna flus biex ikun hemm kura barra minn pajjiżna, imbagħad naraw li min imur b'intenzjoni tajba u jagħti l-ewwel għajnuna jista' jsib ruħu f'sitwazzjoni legali li tista' tmur kontrih.", "Bħala tabib nixtieq nirrimarka li dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qed iħares dawk il-persuni li se jkollhom il-kuraġġ li jmorru jagħtu l-ewwel għajnuna.", "Mhux kulħadd jasal biex ikun kuraġġuż u jmur jagħti l-ewwel għajnuna, u lil dawn il-persuni aħna rridu anke minn dan il-Parlament nuruhom li nirrikonoxxu li qed jagħtu servizz lis-soċjetà tagħna.", "Irridu naraw li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi inħarsu u nipproteġu lil dawn il-persuni.", "Il-liġi preżenti ma tħarisx lil dawk li b'mod ġenwin u meqjus imorru jagħtu l-ewwel għajnuna.", "Min imur jagħti l-ewwel għajnuna ma naħsibx li se jmur mingħajr ma jikkonsidra l-konsegwenzi kemm tiegħu kif ukoll ta' min qed jipprova jsalva.", "Il-prinċipju għandu jkun li dan qed jaġixxi in buona fede, qed jaġixxi skont prinċipju li jixtieq il-ġid, qed jaġixxi f'sitwazzjoni fejn huwa jkun qed jintervjeni għall-aħjar.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed mirqum b'tali mod li se jagħti vantaġġ lil min qiegħed f'periklu u se jkun ukoll qed iħares lil min qed jipprova jsalvah.", "Ma nistax nifhem għalfejn ingħad li dan l-Abbozz ta' Liġi mhux se jkun ta' ġid għas-soċjetà ta' pajjiżna.", "Nifhem li għandu jkun hemm ftit konsiderazzjoni tal-elementi legali, però naħseb li fl-istadju tat-Tieni Qari għandna naqblu mal-prinċipju li qed inressqu, imbagħad jekk hemm bżonn, nadattaw u nieħdu ħsieb it-teknikalitajiet fl-istadju ta' Kumitat.", "Fis-soċjetà tagħna hemm bżonn li dan il-prinċipju jiġi mgħallem anke fl-iskejjel tagħna.", "Għandna ndaħħlu l-prinċipju tas-salvataġġ u l-prinċipju li wieħed jgħin lil ħaddieħor fis-sistema edukattiva tagħna.", "B'hekk inkunu nistgħu nkabbru r-riżors uman li jkun jista' jgħin.", "Jekk minn dan il-Parlament aħna naġevolaw dan il-prinċipju nkunu qed naslu għall-għan prinċipali li wieħed ikun jista' jgħin lill-individwi li qegħdin fil-bżonn mingħajr biża' li jsofri minn konsegwenzi.", "Wara kollox, aħna qegħdin hawn biex nagħmlu l-ġid lis-soċjetà ta' pajjiżna.", "Aħna qegħdin hawn biex ngħaddu liġijiet li jagħmlu l-ħajja aħjar.", "Din il-liġi tirregola l-ewwel għajnuna fl-istat, biex tkun protetta dik il-persuna li tmur biex tagħti l-ewwel għajnuna in buona fede u bl-intenzjoni li tagħmel il-ġid lil ħaddieħor.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sur President, illum se nagħlqu l-ewwel sessjoni ta' ħidma ta' dan il-Parlament u l-ewwel sena ta' ħidma ta' dan il-Parlament.", "Kienet sena fejn saret ħidma serja u b'ċertu sens ta' sodisfazzjon qegħdin għall-ewwel darba niddibattu mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni.", "Veru dan qed isir f'għeluq is-sena, imma aħjar tard milli qatt!", "Apparti hekk, wieħed jista' jgħid li warajha hemm almenu prinċipju li wieħed jista' jiddibatti dwaru, prinċipju li mhuwiex xprunat min-negattività.", "Jiena ngħid li hija l-ewwel darba li min-naħa tal-Oppożizzjoni qegħdin iressqu mozzjoni f'dan is-sens u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Dan huwa l-mod li jien nemmen li għandha taġixxi bih Oppożizzjoni, li tressaq 'il quddiem ideat u mozzjonijiet li tista' ma taqbilx magħhom imma tista' tiddibattihom.", "Sfortunatament f'din l-aħħar sena assistejna għal episodju wieħed wara l-ieħor min-naħa tal-Oppożizzjoni fejn kienet negattiva fil-kritika tagħha, fil-mozzjonijiet li tressqu, mozzjonijiet li ngħid li mhux biss kienu negattivi, imma kienu jmissu mad-distruttiv.", "Dan mhuwiex il-mod li bih għandna nġibu ruħna għaliex jien nemmen li fil-politika m'għandniex nitkellmu li tagħna kollu tajjeb u tagħhom kollu ħażin.", "Aħna, min-naħa tal-Gvern, urejna li lesti niddibattu l-ideat anke fejn ma naqblux magħhom u hawn illum għandna Abbozz li għalkemm fil-prinċipju aħna – u jiena personalment – naqblu miegħu - irridu naraw jekk huwiex suffiċjenti biex ikun jista' jingħata interpretazzjoni mill-qrati.", "Sur President, jiena nemmen ukoll li hemm lok ta' dibattitu fis-sens jekk il-liġi ċivili kif inhi llum tipproteġix lil dak li jkun f'sitwazzjonjiet simili.", "Ejja ngħidu kien hemm inċident tat-traffiku li kellu konsegwenzi serji, il-vittma ta' dan l-inċident għadha ħajja u jien imħarreġ fil-first aid u nagħmel manuvra ta' first aid li għal raġuni jew oħra tmur ħażin.", "Jien għamilt dak kollu li stajt, ma kontx negliġenti f'dak li għamilt, però din l-manuvra flok konsegwenzi tajbin ikollha konsegwenzi ħżiena.", "Hemmhekk il-liġi ċivili lili tippenalizzani?", "Ir-risposta, fil-fehma tiegħi, hija li le.", "Jekk dik il-vittma, jew l-eredi tal-vittma f'każ ta' mewt, ifittxu għad-danni lil min ikun għamel it-tentattiv ta' first aid jew ta' assistenza medika, jiena naraha diffiċli ħafna li qorti ċivili lil dan b'xi mod issibu responsabbli għad-danni.", "Però ejja ngħidu li jaqbel li jkollna definizzjonijiet aktar ċari fil-liġi ċivili u fil-liġi kriminali wkoll.", "Jien ma rridx ninstema' negattiv, għax nerġa' ngħid li l-prinċipju huwa wieħed tajjeb, imma naħseb li ma tridx tkun wisq għaref biex tinduna li dawn l-emendi saru bl-għaġla.", "Hemm ċerti dispożizzjonijiet, partikolarment fejn jitkellmu dwar it-traskuraġni grossolana meta qed tagħmel tentattiv ta' first aid, li setgħu saru ħafna aħjar.", "Però ejja ma noqtlux l-idea, għax naħseb ikun ħażin li wieħed jgħid li għax hija idea li tressqet mill-Oppożizzjoni allura ejja noqtluha fit-twelid tagħha.", "Ma naħsibx li huwa l-mod, u f'din l-aħħar sena jiena kont konsistenti fl-argumenti li kelli.", "Jiena niddejjaq noqtol idea fit-twelid tagħha, għaliex fejn hemm idea ġenwina u motivata minn raġunijiet ġenwini, naħseb li jkun tajjeb li dan f'din il-Kamra nkunu uniti f'diskussjoni li tista' twassal għal emendi aħjar.", "Irridu niddiskutu jekk għandniex nestendu wkoll il-prinċipju għal, pereżempju, min jipparteċipa fil-volontarjat u jekk għandniex nestendu eżenzjoni mid-danni għal min ikun qiegħed jagħmel atti volontarji mingħajr ħlas favur min għaddej mill-mard jew favur min għaddej minn faqar.", "Dawn huma kollha ideat li nemmen li nistgħu ngħaddu 'l quddiem u niddibattuhom.", "Sur President, jien nemmen li l-idea wara dawn it-tip ta' abbozzi għandha tkun li nżidu ċ-ċertezza.", "Fil-każ ta' dan l-Abbozz hemm bżonn li npoġġu bil-qiegħda u nagħmlu emendi li huma sostanzjali, għax jekk ma nagħmlux hekk hemm il-possibbiltà li flok nintroduċu ċ-ċertezza nżidu l-inċertezza.", "Issa jiena konxju li dawn huma sitwazzjonjiet li mhux faċli li wieħed jirreaġixxi għalihom, għaliex huma ċirkostanzi li wieħed isibhom ma' wiċċu mingħajr ma jkun qiegħed jaħseb fihom.", "L-eżempju klassiku li għalih hemm referenza fl-Abbozz ta' Liġi huwa inċident tat-traffiku fejn inti tkun għaddej mit-triq, tara ħabta kerha, u f'sekonda trid tieħu deċiżjoni dwar x'se tagħmel.", "Partikolarment min ikun imħarreġ fl-ewwel għajnuna jew jekk inti persuna kwalifikata bħala tabib jew nurse jew professjonijiet mediċi oħrajn, trid tieħu deċiżjoni fil-mument.", "Iva, jiena nemmen li llum l-ġurnata teżisti dak il-biża' fejn dak li jkun jgħid li se jidħol f'xi basla u li jekk imur jagħmel it-tajjeb jaf jiswieh għall-agħar.", "Hemm dik il-biża' li jekk jiena se mmur nagħti s-sokkors se nissogra li nagħmel numru ta' snin f'xi kawża għad-danni ċivili jekk l-intervent li nagħmel jien imur ħażin.", "Nemmen li dan jgħaddi minn moħħ kull persuna li ssib ruħha rinfaċċjata b'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Dak li jkun jaf jgħid: Aħjar nibqa' għaddej u nippretendi bħalikieku ma rajt xejn.", "Naħseb li għandu jkun hemm leġiżlazzjoni ċara li tilqa' għal din it-tip ta' attitudni.", "Kif inhi l-liġi llum jista' jkun li tilqa' u jista' jkun li tħalli dubju jekk tilqax jew le, u allura iva, id-drive għandha tkun favur li ninduċi lil min jista' jagħti l-ewwel sokkors li jieqfu u jagħtu l-għajnuna speċjalment meta jkollok xi inċident ta' ċertu gravità.", "Hawn wieħed irid joqgħod attent għax ma tistax tagħti blanket exemptions, jiġifieri qisu kważi kważi b'mod awtomatiku teżenta jew teżonera mir-responsabbiltà ċivili jew kriminali lil kull persuna li tieqaf biex tagħti s-sokkors.", "Anke jekk jien għandi kull intenzjoni tajba, xorta waħda meta qed nagħmel il-manuvri ta' sokkors ma nistax naġixxi b'mod traskurat.", "Sur President, wieħed irid joqgħod attent anke għad-definizzjoni u r-referenza għan-negliġenza grossolana, għax f'kull ċirkosanza wieħed irid jaġixxi b'mod diliġenti.", "Issa wieħed jifhem li f'ċirkostanza fejn inti għandek emerġenza, għandek sitwazzjoni ta' vittma korruta gravament fejn għandek dmija ħierġa jew xi ksur ikrah, id-definizzjoni ta' diliġenza hija differenti milli kieku qiegħda f'ċirkostanza ta' diliġenza li tiġi eżerċitata f'kumdità ta' xi uffiċċju jew f'kumdità ta' klinika fejn m'għandek ebda emerġenza.", "Il-Qrati tagħna, anke fil-kontest ta' liġi kif inhi llum, id-definizzjonijiet ta' \"diliġenza\" u ta' \"negliġenza\" jarawhom fil-kontest tas-sitwazzjoni kif tkun.", "Hekk jgħidlek il-bonsens, li l-Qorti tinterpreta d-diliġenza fil-kontest tas-sitwazzjoni li min qiegħed jagħti l-first aid isib ruħu rinfaċċjat biha.", "Dejjem hekk għamlu l-qrati tagħna, u naħseb li maġġorment dan għamluh b'mod responsabbli, u għalhekk ukoll wieħed irid jara kollox f'dan il-kontest.", "Jiena xtaqt li kien hemm drafting aħjar tal-emendi li wieħed qiegħed jipproponi għall-Kodiċi Kriminali Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta u għall-Kodiċi Ċivili Kap. 16.", "Il-konċett jibqa' tajjeb, l-emendi proposti setgħu saru b'mod ħafna aħjar, però l-prinċipju, nerġa' ngħid, huwa wieħed tajjeb.", "Naħseb li xpruna wkoll bidu ta' diskussjoni dwar fejn għandna mmorru għal dawk li huma emendi fid-danni ċivili u jekk hemmx bżonn ta' riforma ħolistika fejn tidħol il-kwestjoni tad-danni ċivili.", "Fuq id-danni ċivili u fuq korrimenti wieħed jista' jibda dibattitu u ma jispiċċahx, għaliex huwa suġġett wiesa', suġġett fejn għandek diversi opinjonijiet.", "Anke l-qrati tagħna kellhom opinjonijiet differenti fuq dan is-suġġett, u għalhekk tajjeb li bdiet din id-diskussjoni li nemmen li se titmexxa u tibqa' għaddejja b'mod matur.", "Forsi d-diskussjoni ma tiqafx hawnhekk lanqas, imma kien bidu ta' aktar diskussjonijiet li għad iridu jinbdew.", "Li hu ċert u żgur huwa li min jagħmel it-tajjeb u min jagħmel il-ġid ma jistax jiġi penalizzat, però hemm konċetti wkoll li wieħed jista' jiddibatti.", "Jien rajt ukoll il-konċett ġdid li qiegħed jiġi introdott jekk, pereżempju, jien qiegħed insuq vettura, kont involut f'inċident stradali u weġġajt u dan l-inċident ġara tort tiegħi.", "Mela jien qiegħed fl-art korrut gravament, xi ħadd rani mitluf minn sensija u waqaf biex jgħinni, u waqt li qiegħed jgħinni b'xi mod jew ieħor isofri d-danni.", "Il-vittma tfiq u dik il-persuna li tkun waqfet biex tgħinha, hemmhekk il-liġi qiegħda tagħtiha d-dritt li tkun tista' tfittex lili bħala vittma oriġinali għad-danni li tkun ġarrbet waqt li tkun qiegħda tagħmel il-first aid tiegħi.", "Naħseb li dan huwa konċett ġdid fil-liġi tagħna, jiġifieri jekk tgħidli l-liġi tad-danni tistax tiġġebbed biex tolqot ċirkostanza simili, wieħed jista' jinterpreta hekk, però hawnhekk qed nintroduċu prinċipju ġdid fejn qiegħed jagħti d-dritt li joħroġ mill-liġi li min qiegħed jagħmel il-first aid jista' jdur kontra l-vittma oriġinali li waqaf biex jagħtih is-sokkors.", "Jiena mhux se ngħid li huwa prinċipju perikoluż, imma żgur li huwa prinċipju ġdid li naħseb jeħtieġ il-ħsieb u jeħtieġ li wieħed jixtarr il-konsegwenzi tiegħu qabel wieħed jivvota favur jew kontra.", "Sur President, nemmen li b'dawn l-emendi qed jinħolqu prinċipji ġodda li tajjeb wieħed jiddiskutihom aktar fil-fond, u aktar u aktar il-konsegwenzi tagħhom, biex ma jinħoloqx xenarju li jkun telaq minn intenzjoni tajba imma li r-riżultat finali tiegħu jkun il-kontra tal-intenzjonijiet li l-emendi jkunu jridu jilħqu.", "Għalhekk hemm bżonn li dan id-dibattitu li nbeda llum ikompli biex naraw jekk għandux jestendi għal ċirkostanzi oħra, jekk l-emendi għandhomx ikunu aktar wiesgħa, jekk dawn l-emendi għandhomx ikunu fil-kontest ta' riforma aktar ħolistika fid-dritt ċivili fejn jikkonċerna d-danni.", "Saru riformi fil-liġi tad-danni, saru riformi fejn jidħol il-konċett ta' danni morali u saru emendi tajbin.", "Hawnhekk insellem il-ħidma tal-Onor.", "Owen Bonnici li jaħdem bla waqfien fir-riforma tal-liġijiet.", "Nista' nikkonferma li għall-Ministru Bonnici m'hemmx Sibtijiet u Ħdud għaliex dejjem lest li jisma', li jaħdem favur riformi ġodda fil-liġi tagħna.", "Il-liġi hi dik li hi, il-liġi hija proċess fluwidu li jrid jimxi mal-bidliet fis-soċjetà tagħna, li jrid ikun reattiv għall-bidliet li jkollna fis-soċjetà, u wieħed ma jridx ikun supperv u jgħid li jien għandi qafas leġiżlattiv li huwa dak li hu u ma rridx nemendah.", "Wieħed irid jisma'.", "Ma tridx tkun supperv, imma trid tkun kurraġġjuż biżżejjed biex tintroduċi l-emendi fejn hemm bżonn anke jekk ikunu ġejjin min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Iva, wieħed jiddiskutihom, jismagħhom, jixtarrhom imbagħad naturalment wieħed irid jiddeċiedi dwarhom.", "Grazzi għal dawn emendi almenu għalaqna din is-sena fuq nota aktar pożittiva għax jiddispjaċini nerġa' ngħid li min-naħa tal-Oppożizzjoni kellna ċerti episodji li kellhom element qawwi ta' negattività.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, fil-qosor dan l-intervent tiegħi naħseb li għandi nibdih billi nrodd ħajr u nsellem l-isforz li għamel l-Onor.", "Claudio Grech u l-istakeholders li huwa kkonsulta sabiex ippreżenta Abbozz ta' Liġi li ġie diskuss fid-dettall fil-grupp Parlamentari u li huwa ispirat minn għan nobbli u mill-valur fundamentali tal-protezzjoni tal-ħajja.", "Naħseb li huwa Abbozz innovattiv, frisk u li donnu miż-żewġ naħat hawn qbil fil-prinċipju dwar l-importanza tiegħu.", "Però ma nistax ma' nsemmix – u dan huwa l-pern tal-intervent tiegħi – il-fatt li waqt li qegħdin niddiskutu dan l-Abbozz u n-naħa l-oħra tgħid kemm hija taqbel mal-prinċipju warajh, dalgħodu mas-sebħ naqraw aħbar ta' xokk, li l-Gvern żamm ajruplan milli jkompli jagħmel titjiriet ta' salvataġġ fuq l-ibħra madwar Malta.", "Dan hu Gvern li bil-fatti qed idawwar wiċċu u jagħlaq għajnejh għall-karba ta' trabi, ta' nies li jkunu bejn sema u ilma fuq bċejjeċ tal-baħar fil-periklu li jmutu.", "Proprju jumejn jew tlett ijem ilu smajna aħbar li ngħalqu l-portijiet ta' Malta għall-vapuri li jsalvaw in-nies u llum anke ajruplan li ilu sena jtir kuljum biex jidentifika persuni li jkunu fl-periku tal-mewt għax ikunu se jegħrqu, inżamm milli jkompli jtir.", "Għandna sitwazzjoni ta' Gvern li jieħu passi kontra min isalva ħajja.", "Għandna sitwazzoni ta' Gvern li le, ma jeħux il-passi kontra min jikser il-liġi tal-ħasil tal-flus, kontra min joħroġ il-provi kontrih li kien qiegħed jippjana biex idaħħal €150,000 fix-xahar f'tixħim, min kien qiegħed jippjana biex idaħħal €2 miljuni fis-sena f'tixħim, kontra min daħħal €166,000 fil-bejgħ ta' tliet passaporti biss.", "Għandna Gvern li ma jeħux passi kontra min, pereżempju, għamel il-kumpaniji sigrieti, fosthom 17 Black.", "Dawk ma teħux passi, dak ma tfittix l-ponta tal-liġi kontrihom!", "Pereżempju, il-campus temporanju tal-ITS f'Ħal Luqa tħalla jopera mingħajr il-permessi ta' żvilupp.", "Hemm ma nfittxux bil-ponta tal-liġi!", "Fuq il-barranin li jixtru l-passaporti u ma josservawx il-perjodu ta' residenza, hemmhekk ma tiġix rispettata l-kelma tal-liġi.", "Kemm imxew differenti ma' min kixef il-korruzzjoni fil-Bank Pilatus, ma' Maria Efimova u ma' Jonathan Ferris!", "Hemmhekk ma applikawhiex il-liġi kif suppost!", "Ma applikawx il-liġi fuq l-ajruplan spija li tliet snin ilu sploda u li sirna nafu li kien qiegħed jopera f'Malta, jew kontra l-ajruplan li ħa ċerti affarijiet mill-Bank Pilatus fis-satra tal-lejl!", "Ma tteħdux passi kontra min fil-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni ġie kundannat u misjub li kien talab tixħim ta' €25,000 u għadu ma tressaqx il-Qorti.", "Kontra dawk ma jitteħdux passi, ma tiġix applikata l-kelma tal-liġi.", "Issa, biex titrewwaħ mewġa ta' popoliżmu kontra min hu dgħajjef, trabi u nies li qegħdin bejn sema u ilma fuq bċejjeċ tal-baħar li jkunu qegħdin jegħrqu, lanqas biss iħallu ajruplan jopera biex isibhom.", "Dan ħalli taparsi nkunu nistgħu ngħidu li ma teżistix il-problema ġaladarba m'hemm ħadd li qiegħed jirrapportaha.", "Dan hu Gvern li suppost qiegħed leading by example, imma qiegħed jibgħat l-agħar messaġġ possibbli minflok juri l-għożża u l-importanza li l-ħajja tkun salvagwardata, u minflok ma jimxi mal-prinċipju assolut li l-ħajja trid tiġi mħarsa akkost ta' kollox.", "Jiddispjaċini ninnota li qegħdin niddiskutu abbozz li filwaqt li fid-dieher jgħidu li jaqblu fil-prinċipju miegħu, bil-fatti r-realtà hija differenti ħafna!", "Nagħlaq bil-kliem tal-Ombudsman fir-Rapport Annwali fejn qal hekk:", "Qal li r-regola saret outright refusal u għandna sitwazzjoni ta' \"extreme reluctance\" li tingħata l-informazzjoni.", "Hemmhekk ma tiġix applikata l-ponta tal-liġi!", "Hemmhekk ikun hemm il-ħabi, imma ma' ħaddieħor li jsalva 234 persuna, hemmhekk tiġi applikata l-kelma, il-ponta, in-nitfa, id-dettall tal-liġi biex verament inkunu qegħdin insawtu lil min għandu għan nobbli li jsalva l-ħajja.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ftit tal-ġranet ilu kont għal preżentazzjoni minn headmaster ta' skola fejn kien qiegħed jagħmel preżentazzjoni dwar l-ethos, it-terms of reference, il-kuxjenza soċjali tal-iskola li jmexxi.", "X'ħin kont qiegħed nisma' lil dan il-headmaster jitkellem bdejt ngħid: Imma kemm nixtieq li bħala poplu għandna pajjiż, għandna soċjetà li għandha l-ethos tagħha, li għandha l-kuxjenza soċjali tagħha hekk.", "Jien nagħmel l-ewwel mistoqsija: Kieku kelli nistaqsi lill-poplu tagħna mistoqsija sempliċi: What do we stand for?", "Fejn jidħlu l-moralità u l-etika tagħna, aħna bħala pajjiż, what do we stand for?", "Qed nagħmel din l-osservazzjoni għaliex din il-liġi li aħna qegħdin nagħrfuha bħala l-liġi tas-samaritan it-tajjeb hija intiża wkoll biex tnaqqas il-kultura tal-indifferenza.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa riżultat ta' viżjoni li huwa maħsub li jkompli jsaħħaħ il-valuri u l-valur tad-dinjità tal-bniedem.", "L-ikbar problema li għandna llum f'din is-soċjetà hi li meta qegħdin nagħtu d-drittijiet ċivili, drittijiet fundamentali, u kulħadd isejħilhom b'nomenklaturi differenti, qegħdin negħrqu fil-legaliżmi.", "Għandna legaliżmi fid-drittijiet tal-konsumatur, fid-drittijiet ta' pazjent u fid-drittijiet ta' kwalunkwe stat tal-ħajja, u dawn il-legaliżmi qegħdin jeħduha kontra, jtappnu u joħonqu l-istess kuxjenza soċjali.", "Tali legaliżmi qegħdin jispiċċaw anke f'dan il-Parlament.", "Għandna l-Gvern jaqbel ma' din il-proposta, imma minħabba l-legaliżmi u l-interess favur il-legaliżmi, qegħdin nispiċċaw ngħidu: Iva naqblu, għax quddiem il-poplu Malti nistħu jekk ngħidu le; irridu li l-logħba ssir, imma l-ballun inżommuh f'idejna biex din il-logħba ssir meta ngħidu aħna u kif irridu aħna!", "Immaġina logħba tat-Tazza tad-Dinja u team minnhom jinżel għal-logħba imma l-ballun iżommu hu!", "Dan li qiegħed jiġri f'dan il-pajjiż!", "Din mhijiex kwestjoni ta' Gvern biss, li minħabba l-legaliżmi qed jispiċċa jitfa' din il-leġiżlazzjoni fit-triq it-twila, imma qegħdin nispiċċaw f'din is-sitwazzjoni anke bħala poplu.", "Fis-26 ta' Ġunju, ċerta Mrs Pace li kienet qed issuq karozza tal-linja spiċċat tgħid lill-passiġġier li jmissu jistħi jilmenta għax waqfet biex tagħti l-għajnuna lil min kellu bżonnha.", "\"Heartless nation\", qaltilna!", "Dan huwa artiklu miktub f'TheTimes fejn bus driver kellha lmenti għax niżlet biex tgħin lil xi ħadd li kien fl-art.", "In-nies għamlu bħalma ġara fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, ma kienx jimpurtahom minn min kien fl-art imma kien jimpurtahom biss li jaslu fil-ħin fejn kellhom jaslu.", "Nimmaġina li kieku aħna kellna legaliżmi stretti, l-istess kumpanija tat-trasport kienet tibgħat għal din il-bus driver u tagħmel att dixxiplinarju magħha, għax hija mħallsa mhux biex tinżel tgħin lil min kien fl-art imma li twassal l-passiġġieri ta' dik il-karozza tal-linja fil-ħin!", "Sur President, din Mrs Pace li kienet qed issuq qalet: Where are our human values?", "Fejn huma l-valuri umani?", "Qegħdin nispiċċaw nagħlqu għajnejna għal kollox!", "Sur President, din il-liġi hija magħmula biex tippermetti lil dik il-bus driver tinżel u tgħin, u jekk dan il-Gvern beħsiebu jkompli jżid il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż billi jdaħħal iktar barranin, iktar nies vulnerabbli, se jkollna bżonn soċjetà aktar ħanina milli diġà għandna.", "Li jkollok il-Prim Ministru li jgħid li aħna soċjetà kożmopolitana u nieqfu hemm, mhuwiex biżżejjed.", "Jekk il-familja tagħna se tikber fi spazju limitat, allura jeħtieġ li nħarsu lejn il-kuxjenza soċjali ta' dan il-pajjiż.", "Sfortunament għandna Gvern li qiegħed jgħid li jaqbel ma' din il-leġiżlazzjoni imma se jwaddabha fit-triq it-twila sakemm narawha tieħu l-ħajja!", "Hija sfortuna li għandna soċjetà ekonomika-politika li tkejjel il-progress ta' dan il-poplu mill-aspett tal-konsum u mhux kemm qegħdin nipproduċu mil-lat tal-konsum.", "Jiddispjaċini li l-Gvern jiftaħar li għandu surplus fiskali imma fl-istess ħin qegħdin naraw li qiegħed jikber ukoll id-defiċit morali.", "Ma jistax ikun li dan l-Istat jibqa' qisu baqra u kulħadd jiġġieled biex jara kif jerda' u jieħu minnu l-iktar li jista' mingħajr ma jagħti xejn lura!", "Ftit tax-xhur ilu nqatlet ġurnalista għax kienet qiegħda tgħid li \"crooks are everywhere\" u bqajna għaddejjin \"business as usual\".", "Jien ġejt hawnhekk u tlaqt minn ħdejn is-sodda fejn ommi qiegħda tiġġieled għall-ħajja għaliex irrid nagħmel statement fuq liġi li nemmen fiha, fuq kultura li rridu nsaħħu.", "Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin li aħna niżvalutaw il-ħajja.", "Irridu nitgħallmu l-one, two, three tal-politika!", "Irridu nitgħallmu how we have to care about people, kif jimpurtana min-nies, u mhux biss li jimpurtana kif nirbħu l-elezzjonijiet imbagħad ma jimpurtaniex mill-veru qalb tas-soċjetà tagħna!", "X'jiswa li nirbħu, Nazzjonalisti jew Laburisti, ir-rebħiet politiċi tagħna imbagħad inkissru moralment lill-poplu tagħna?!", "Jien ħdejn is-sodda tal-mewt ta' ommi għamilt riflessjoni, u r-riflessjoni li għamilt hi li naslu f'mument fejn fil-ħajja trid tiskopri s-sabiħ tagħha, però qed niskopri s-sabiħ tal-fidi f'Alla!", "Jien irrid nagħmel sejħa lil min jemmen f'Alla biex jitlob għat-tisħiħ tal-fidi f'Alla f'dan il-pajjiż għaliex qed ninnota li meta tonqos il-fidi f'Alla jonqos ir-rispett lejn il-bniedem.", "Fejn m'hemmx fidi f'Alla l-bniedem spiċċa mhu qed jiswa xejn!", "F'dan il-pajjiż sar qisu kollox xejn mhu xejn!", "Il-kultura fejn il-bniedem qiegħed jiġi żvalutat naħseb li hija kollu tort tagħna, aħna li qegħdin naħsbu li sirna mhux onorevoli imma omnipotenti, li lill-bniedem qed nagħmluh xejn għax aħna qegħdin naħsbu li sirna kollox!", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nipproponi li nissospendu d-diskussjoni fuq dan l-item għal ftit minuti biex isir xi xogħol ieħor tal-Kamra, imbagħad wara l-Oppożizzjoni tkun tista' tikkonkludi fuq dan l-istess Abbozz ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Fadlilna żewġ kelliema, l-Onor.", "Claudio Grech u nkunu nistgħu mmorru għall-Aġġornament.", "L-ISPEAKER: Hawn qbil li d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tiġi sospiża għal ftit minuti biex isir xogħol ieħor tal-Kamra u tirriżumi wara li tittieħed il-votazzjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija Infrastruttura Malta?", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "PERMESS TAL-KAMRA - KUMITATI PERMANENTI", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta progress fil-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Il-permess ingħata.", "MR SPEAKER: L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fil-kapaċità tiegħi ta' sostitut President tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, nirrapporta li l-Kumitat għadda b'mod unanimu r-riżoluzzjoni tat-trasferiment ta' proprjetà lil Hotels Consortium Sliema Strand Lido.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' abbozz ta' ftehim dwar trasferiment ta' proprjetà f'Tas-Sliema lil Hotel Consortium Sliema Strand Lido bejn l-Awtorità tal-Artijiet, l-Awtorità Maltija tat-Trasport u l-Emfitewta, u kopja tas-Survey Sheet P.D. 2015_1093 immarkata bħala Dok.", "Sur President, fil-kapaċità tiegħi ta' President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej nirrapporta li fil-laqgħa tal-lum tal-istess Kumitat u f'laqgħa datata 20 ta' Ġunju tal-Grupp ta' Ħidma fi ħdan il-Kumitat ġew ikkonsidrati 14-il proposta leġiżlattiva indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll II tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u rriżulta li dawn kienu konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Fin-nota hemm imniżżel r-referenza tal-atti leġiżlattivi inkwestjoni.", "Fir-rigward ta' żewġ proposti Com (2018) 325 u 327, li se naqrahom testwalment, nirrapporta li l-Kumitat ħa l-pożizzjoni kif ġej:", "Filwaqt li jagħraf li l-azzjoni dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea tkun aktar effettiva jekk tittieħed fuq livell Ewropew u allura mhux il-każ li l-Parlament jibgħat reasoned opinion jew opinjoni motivata għax m'hemmx ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, Malta flimkien ma' Stati Membri oħra ilhom jopponu l-Common Consolidated Corporate Tax Base (CCCTB) u l-Common Corporate Tax Base (CCTB), u dan anke billi l-Parlament Malti bagħat diġà opinjonijiet riservati, reasoned opinions, fejn fisser ir-riservi u l-oġġezzjonijiet tiegħu u dwarhom għall-istess raġunijiet l-kumitat għandu riservi qawwija dwar li l-proposti ta' CCCTB u CCTB jiġu nklużi bħala parti mis-sistema tal-own resources riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.", "Filwaqt li nnota li d-diskussjonijiet fuq livell Ewropew dwar dawn iż-żewġ materji għadhom għaddejjin, ippropona li din il-materja tiġi diskussa mal-Ministru għall-Finanzi jew rappreżentant tiegħu anke fl-ambitu tal-Multi-Annual Financial Framework għall-perjodu 2021/27 - 'A modern budget for a Union that protects, empowers and defends' - biex ikun meħtieġ li l-Parlament jidħol f'political dialogue mal-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward.", "Ġie ttrattat ukoll il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istat ta' New Zealand, iffirmat fil-5 t'Ottubru 2016 bis-sehem tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u promozzjoni tal-kummerċ l-Onor.", "Carmelo Abela u rappreżentanti tal-istess Ministeru u nirrapporta li ġie rreġistrat qbil unanimu mar-ratifika mill-Gvern ta' dan il-ftehim li qiegħed inqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u New Zealand iffirmat fil-5 ta' Ottubru 2016.", "Finalment, Sur President, inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra 12-il dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea u minn istituzzjonijiet oħra tal-EU pipeline acquis li tagħhom sar skrutinju u ġew mgħoddija fl-istess.", "Għar-rekord hemm imniżżel ukoll l-atti leġiżlattivi bin-numru ta' referenza partikolari.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti:", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS AGIUS: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETÀ LIL HOTELS CONSORTIUM SLIEMA STRAND LIDO", "CHRIS AGIUS: Sur President, nipproponi illi:", "Billi wara talba magħmula fl-2012 mis-Sur Michael Stivala f'isem il-konsorzju ta' Hotels Consortium Sliema Strand Lido magħmul minn erba' kumpaniji li joperaw lukandi fl-inħawi li huma Stivala Operators Ltd, Marketing and Consulting Ltd, Strand Holding Ltd u The Waterfront Hotel Ltd u li bejniethom qed jiffurmaw kumpanija bl-isem ta' Sliema Creek Lido Ltd li se tkun qed tidher fuq il-kuntratt ta' enfitewsi sabiex tiżviluppa fix-Xatt ta' tas-Sliema tul il-waterfront Sliema/Gżira hekk kif muri fuq il-pjanta PD 2015/193 u dan sabiex isir lido.", "Dan il-konsorzju huwa s-sid ta' erba' lukandi li jinstabu fil-viċin li huma Bayview Hotel and Apartments, 115 The Strand Aparthotel, Kennedy Nova Hotel u l-Waterfront Hotel;", "L-imsemmi żvilupp huwa maħsub sabiex iżid il-faċilitàjiet għal-lukandi u hostels li jinstabu fil-qrib kif ukoll sabiex itejjeb u jsebbaħ il-promenade ta' Tas-Sliema/Gżira; Dan il-proġett huwa ta' benefiċċju għat-turiżmu f'Malta peress li barra li jipprovdi ambjent isbaħ u aħjar kemm għat-turisti kif ukoll għan-nies tal-lokal se jagħti ukoll l-faċilità li jkun jista' jiġi provdut prodott aħjar għat-turiżmu f'Malta;", "Billi l-konsorzju msemmi kiseb permess mill-Awtorità tal-Ippjanar (Outline Development Permission PA 0573/06 u sussegwentement nħareġ Full Development Permit PA 3932/15 fit-30 ta' Ġunju, 2016 u t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern kienet tat il-clearance in principle għall-applikazzjoni relattiva quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar;", "U billi huwa maħsub fil-paragrafu (ċ) tal-artiklu 31 tal-Att dwar l-Artijiet tal-Gvern Kap. 573 li art li tkun proprjetà tal-Gvern jew amministrata minnu tista' tiġi trasferità skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ filwaqt ta' trasferiment;", "U billi dan it-trasferiment ġie approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet fis-seduta ta' nhar il-Ġimgħa 23 ta' Marzu, 2018 wara li sar l-għarbiel meħtieġ u rakkmandat li jinnotifika lill-Ministru sabiex jissokta b'riżoluzzjoni parlamentari u liċ-CEO biex jidher fuq il-kuntratti relatati.", "U billi huwa xieraq li t-trasferiment fuq imsemmi jsir skont r-riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati,", "Għalhekk huwa b'dan riżolt li l-proprjetà kif deskritta aħjar fl-abbozz ta' kuntratt li jinstab mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tiġi mogħtija b'titolu ta' enfitewsi temporanja għal żmien 65 sena, liema enfitewsi tiġi mogħtija bi ħlas ta' ċens ta' €50,000 għal-ewwel tliet snin u €150,000 għad-disa' snin li jmiss.", "Wara 12-il sena ssir reviżjoni taċ-ċens skont kif indikat fl-abbozz hawn mehmuż.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ISPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija fuq it-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta li ntalbet votazzjoni fuqha aktar kmieni fis-seduta tal-lum.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex jipprovdi għat-twaqqif tal-Aġenzija Infrastruttura Malta biex jirregola dawk l-attivitajiet li jipprovdi għall-kwestjonijiet anċillari u inċidentali jew konnessi magħhom ikun moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, niddikjara li jien se nivvota favur.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI ĊIVILI U L-KODIĊI KRIMINALI", "(Ikompli minn aktar kmieni fis-seduta skont il-ftehim milħuq)", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, għandna quddiemna mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni biex nagħmlu emendi fil-Kodiċi Kriminali u fil-Kodiċi Ċivili biex noffru protezzjoni legali lil dawk il-persuni li jipprovdu assistenza lil individwi li jkunu midruba, muġugħa jew f'periklu.", "Dawn l-emendi li aħna qegħdin nipproponu s-soltu jiġu deskritti bħala leġiżlazzjoni tas-Samaritan it-tajjeb, u l-protezzjoni li l-Oppożizzjoni tipproponi f'dawn l-emendi hija intiża li tnaqqas l-eżitazzjoni li membri tal-pubbliku u volontiera jista' xi drabi jkollhom dwar jekk jassistux jew le lil min huwa midrub jew fil-bżonn minħabba biża' li tista' teżisti, reali jew le, li wieħed jista' jispiċċa jiġi mfittex fil-qorti għal dannu f'każ li l-persuna assistita tmut jew tweġġa'.", "Il-liġijiet tas-samaritan it-tajjeb ivarjaw minn pajjiż għal ieħor kif ivarjaw ukoll l-interazzjonijiet tagħhom ma' prinċipji varji oħra legali, bħall-kunsens, drittijiet tal-ġenitur u d-dritt li wieħed jirrifjuta assistenza jew trattament.", "Ħafna minn dawn il-liġijiet ġeneralment ma japplikawx għal tobba jew nies li jaħdmu fis-servizzi ta' emerġenza iżda wħud jestendu wkoll il-protezzjoni tagħhom lir-rescuers professjonali bħal dawk ta' St John's Ambulance u organizzazzjonijiet oħra relatati magħhom meta jaġixxu f'kapaċità professjonali.", "Dawn il-liġijiet tas-samaritan it-tajjeb japplikaw prinċipalment f'pajjiżi li għandhom l-għeruq tagħhom f'sistema legali hekk imsejħa Common Law Ingliża filwaqt li f'pajjiżi bħal tagħna li jużaw is-sistema legali tad-dritt ċivili ġeneralment jippruvaw jilħqu l-istess effett billi jimponu obbligu li tassisti filwaqt li ma' dak l-obbligu jagħtuk immunità legali jekk il-persuna li qiegħed tassisti tbati xi konsegwenza b'riżultat ta' dik l-assistenza.", "Jekk hemmx bżonn jew le ta' dawn l-emendi ovvjament huwa dejjem dibattibbli.", "Huwa dibattibbli jekk hemmx bżonn jew le li toffri immunità lil min jassisti.", "Wieħed ikollu jistqarr li m'hemmx uniformità ta' ħsieb dwar dan, però r-realtà hi li l-biża' tal-volontarjat, tas-samaritan it-tajjeb, hija reali u huwa ta' serħan il-moħħ għalih li inti tagħtih protezzjoni minn theddida ta' kawża għad-danni jew responsabbiltà meta inti tmur tassisti b'rieda tajba u għal xi raġuni jew oħra dak li jkun jispiċċa jmut jew jbati konsegwenzi.", "Ċertament hemm bżonn li ninċentivaw lin-nies biex f'każ ta' bżonn, persuna tagħti assistenza lil persuna oħra fit-triq flok tinjoraha, però ovvjament hemm reazzjonijiet differenti.", "Kont qed naqra rapport Awstraljan li kien intiż fuq il-liġi dwar in-negliġenza u l-konsegwenza tan-negliġenza u azzonijiet għad-danni, u dan ir-rapport, li jmur lura għas-sena 2002 jgħid li:", "Hawnhekk dan ir-rapport Awstraljan qed jgħid li forsi m'hemmx bżonn din il-liġi għaliex l-interpretazzjoni ta' traskuraġni fil-qrati Awstraljani diġà tieħu inkonsiderazzjoni jekk bniedem ikunx qiegħed jagħmel dan minn jeddu jew minn aspett volontarju.", "Aħna konna eżaminajna dawn il-konċetti differenti qabel ma ppreżentajna din il-mozzjoni u dehrilna li fil-każ tagħna, billi l-ġurisprudenza fuq dan il-punt mhijiex ċara, ikun aktar għaqli li nressqu emendi għall-Kodiċi Ċivili u għal dak kriminali biex nagħtu protezzjoni lil min qiegħed joffri din l-assistenza.", "Fil-fatt, dak li qiegħed jiġi propost min-naħa tagħna hija emenda għall-Kodiċi Kriminali li persuna ma tkunx responsabbli kriminalment jekk meta kkonfrontata b'periklu attwali jew imminenti ta' persuna oħra tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tiżgura s-sigurtà ta' tali persuna anke jekk l-azzjoni ma tkunx fil-fatt żgurat is-sigurtà tal-persuna.", "Sur President, dan ifisser li jekk jien immur ngħin lil xi ħadd iżda sfortunatament minkejja l-għajnuna tiegħi dik il-persuna ma taqlibx għall-aħjar, ma nsalvalhiex ħajjitha, jiena ma nkunx responsabbli minn aspett kriminali minħabba dik il-konsegwenza.", "L-istess emenda qed tiġi proposta għall-Kodiċi Ċivili li tgħid li meta persuna tipprova tgħin lil ħaddieħor ma tkunx responsabbli għal kwalunkwe ħsara kaġunata fil-kors tas-salvataġġ sew jekk kaġunata fuq il-persuna li kellha bżonn l-għajnuna, jew fuq il-proprjetà tagħha, kif ukoll jekk ikkaġunata fuq terzi jew proprjetà tagħhom.", "Din il-protezzjoni ma tingħatax f'każ ta' negliġenza grassa jew intenzjoni doluża.", "F'dan il-każ aħna qed nagħtu l-protezzjoni lil min joffri assistenza.", "Ma morniex il-pass li jmiss li nipproponu obbligu li tassisti.", "Hemm pajjiżi oħrajn li apparti l-immunità lil min qed joffri assistenza, jgħidu li jekk inti tara persuna fil-bżonn, inti obbligat li tassisti lil dik il-persuna fil-bżonn.", "Dak aħna m'għamilniehx, però jista' jkun pass li eventwalment naħseb li rridu nikkunsidrawh.", "Nagħlaq dan l-intervent qasir fuq punt daqsxejn ironiku.", "Qed nitkellmu dwar obbligu msejjaħ tas-samaritan it-tajjeb, però naħseb li pajjiżna llum għandna nkunu lkoll samaritani tajbin.", "Ma nistax na nirreferix għal aħbar li ġiet irrappurtata llum fil-gazzetti li pajjiżna waqqaf arjuplan operat minn Sea-Watch 3, li huma piloti umanitarji Svizzeri li jieħdu l-inizjattiva li jagħmlu search flights fil-Baħar Mediterran biex jgħinu nies li jkunu fil-bżonn.", "Jingħad li dan l-ajruplan jismu Moonbird salva iktar minn elf persuna milli jegħrqu.", "Rajna wkoll li l-kaptan tal-bastiment Lifeline, li huwa bastiment tal-karità, tressaq quddiem il-qrati tagħna b'akkużi li baħħar ġewwa l-ibħra Maltin mingħajr liċenzja jew kontra r-regoli.", "Irridu nifhmu li kemm dan il-bastiment kif ukoll l-ajruplan qed jintużaw għal skopijiet umanitarji.", "Għalhekk huwa daqsxejn ironiku li f'pajjiżna, li rriduha ta' Samaritani tajba u qegħdin inressqu proposta hawnhekk biex ngħinu lil min jgħin, però mbagħad din l-inizjattiva meħuda minn NGOs biex ikunu Samaritani tajba għal min huwa fil-bżonn, l-Istat Malti ddeċieda li jwaqqafha bir-riskju li jintilfu u jinqerdu aktar ħajjiet fil-Baħar Mediterran!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Għaldaqstant, nistieden lill-Onor.", "Claudio Grech biex jagħmel il-winding up.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nirringrazzja lil kull min ipparteċipa min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal-Gvern.", "Kif qalet l-Onor.", "Claudette Buttigieg, meta tisma' lil uħud mill-kelliema tal-Gvern taħseb li dan l-Abbozz ta' Liġi ġie intavolat ta' malajr il-ġimgħa li għaddiet, jew saħansitra lbieraħ.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi kellu proċess ta' disa' xhur.", "Kien ilu mgħoddi lill-Iskrivan tal-Kamra minn Settembru tal-2017.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi ppreżentajnieh biex ikun hemm lok għad-diskussjoni u nafu li dan l-Abbozz ta' Liġi tela' għad-diskussjoni wara ħafna kompromessi bejn naħa u oħra.", "Għalhekk, ma nafx minn fejn ġabu dawn l-asserzjonijiet li dan l-Abbozz sar bl-għaġla.", "Xi ħaġa pożittiva li ħarġet illum hi li ż-żewġ naħat tal-Kamra, aħna li pproponejnieha u l-Gvern bir-risposta tiegħu, jaqblu li dan il-prinċipju għandu jidħol fil-leġiżlazzjoni tagħna.", "Dik hija l-iktar ħaġa pożittiva li ħarġet illum, u huwa pożittiv ukoll li l-Gvern se jivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Illum hawn kunsens unanimu f'din il-Kamra li dan il-prinċipju li aħna ressaqna quddiem din il-Kamra, li aħna ilna nisfurzaw disa' xhur flimkien mal-organizzazzjonijiet li jaħdmu f'dan il-qasam biex jidħol fil-leġiżlazzjoni tagħna, għandu jidħol.", "Jien ngħid li hija ftit ta' sfortuna l-lingwaġġ li ntuża.", "Dejjem jgħidulna li fil-Parlament ma jikbrux fjuri, u forsi lanqas għandek tistenna xi forma ta' kummenti pożittivi, għalkemm kien hemm waħdiet li esprimew l-apprezzament tagħhom ukoll li aħna ressaqna dan il-kunċett, però żgur li kummenti bħal meta ntqal li l-affarijiet iridu jsiru bis-serjetà, mhumiex f'posthom.", "Donnhom iridu jgħidu li aħna mill-Oppożizzjoni ħlomna b'dan il-kunċett ilbieraħ, u filgħodu ersaqna biex nagħmlu liġi bla serjetà u bl-addoċċ.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi tressaq wara xhur sħaħ ta' diskussjoni ma' esperti legali f'dan il-qasam.", "Sur President, saret ukoll kritika fuq it-tul tal-liġi.", "Din sabiħa kienet!", "Jiena m'iniex avukat, però li tikkritika s-sustanza ta' liġi abbażi tat-tul tagħha kienet l-ewwel darba li smajtha!", "Naħseb li ma tagħmilx ġustizzja mal-prinċipju u lanqas ma tagħmel ġustizzja mal-mod ta' kif għamilna u kif artikolajna l-liġi.", "M'iniex qed ngħid li l-Abbozz ta' Liġi huwa perfett.", "Jista' jinkiteb kollu kemm hu mill-ġdid, m'għandi ebda problema.", "Jekk flok erba' artikli jkun hemm erba' kapitli, ikun hemm 400 paġna, m'għandna l-ebda problema.", "Jekk hemm bżonn li ssir liġi ġdida, ma ġara xejn, però hemm raġuni għal kull klawsola twila jew qasira li hemm.", "Dawn huma klawsoli li kienu mibnija fuq il-prinċipju li sfortunatament ħafna mill-kelliema tal-Gvern ma rawhx.", "Aħna ridna ndaħħlu l-prinċipju li ma jkunx hemm xkiel, ma jkunx hemm legaliżmi, ma jkunx hemm ostakli meta xi ħadd jipprova jsalva persuna oħra.", "Lil hinn mil-legaliżmi!", "Dak li ridna ndaħħlu aħna!", "Għalhekk hemm is-sempliċità fil-klawsoli, għaliex hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq legaliżmi, imma qed nitkellmu fuq il-ħajja!", "Mur għidilhom lil dawk il-persuni li jkunu tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom minħabba legaliżmi, minħabba d-dewmien li se nkunu qed indumu biex ngħaddu din il-liġi!", "Jien nittama li l-Gvern jappunta persuni li jridu li nwasslu din il-liġi.", "Illum kellna żvolta ġdida fejn il-Gvern ippropona li jitfa' dan l-Abbozz quddiem il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali.", "Mela minn dan l-istadju, fejn liġi s-soltu tmur għall-istadju ta' Kumitat, issa l-Gvern daħħal parti ġdida fil-proċess u ppropona li dan l-Abbozz ta' Liġi, wara li jgħaddi mit-Tieni Qari, imur fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali.", "Jiena m'għandix problema li nilqa' din il-proposta, imma jien xtaqt li l-Gvern laqa' l-appell tagħna li l-liġi tmur quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali meta konna qed niddibattu l-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun.", "Hemmhekk le!", "Aħna m'għandna l-ebda problema; assolutament m'għandna l-ebda problema li l-Abbozz imur quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u hemmhekk ukoll issir diskussjoni mal-istakeholders li tkellimna magħhom.", "Sur President, hawnhekk jiena nerġa' nsellem lill-unions ewlenin, il-General Workers Union, il-UĦM, l-MUMN u l-MUT.", "Il-Ministru Evarist Bartolo ma kienx kompletament korrett meta qal li l-għalliema huma kompletament protetti u koperti.", "Huma koperti dawk li huma first aiders u mhux kwalunkwe għalliem.", "Jekk hemm dik il-protezzjoni għall-għalliema kollha, m'għandix dubju li llum l-MUT tkun union kuntenta, għax ikun hemm asserzjoni fuq xi ħaġa li ilha għaddejja, kif spjegat tajjeb l-Onor.", "Buttigieg li għandha s-sitwazzjoni tat-tifla tagħha.", "Nista' nitkellem ben tajjeb dwar dan jien ukoll minħabba s-sitwazzjoni tal-allerġiji tat-tifla tiegħi.", "Min jgħaddi minn dawn l-affarijiet jaf x'inhuma ċ-ċirkostanzi reali.", "Nerġa' ngħid li mhux l-għalliema kollha huma protetti, imma l-first aiders għandhom kopertura parzjali.", "L-MUT tista' titkellem aħjar minni dwar dan.", "Qalulna wkoll li qisna ma kkonsultajniex.", "Ikkonsultajna mal-ogħla uffiċjali tas-St.", "John's Ambulance, ikkonsultajna mal-Malta Red Cross kif ukoll mal-Malta Resuscitation Council li minn hawnhekk infaħħar ix-xogħol li jagħmlu, li huwa imprezzabbli, kemm fit-taħriġ ta' nies kif ukoll ix-xogħol li jagħmlu fil-komunità.", "M'għandna l-ebda problema li nġibu lil dawn l-istakeholders li kienu magħna f'dan it-traġitt kollu biex wasalna hawnhekk, sabiex niddiskutu u huma wkoll jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-bqija ta' din il-Kamra.", "Jien nispera li jkollna l-opportunità wkoll li dan il-Kumitat, ġaladarba deħlin fix-xhur tas-sajf, inlaqqgħuh u niddiskutu matul ix-xhur tas-sajf.", "Bħala Oppożizzjoni lesti li dan il-proċess nagħmluh bil-kalma kollha, biex imbagħad inkunu nistgħu nipproċedu mingħajr intoppi fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Sur President, irrid ngħid li l-Oppożizzjoni għamlet review tal-qafas leġiżlattiv internazzjonali, pajjiż pajjiż, u l-emendi li aħna ressaqna kienu emendi li jirriflettu ċ-ċirkostanzi legali ta' pajjiżna.", "Jiena lest li naqsam dan ir-review anke mal-kelliema tal-Gvern, u għaldaqstant lesti li niddiskutuh u mmexxuh 'il quddiem.", "Kif tafni inti, Sur President u anke ħafna mill-kollegi tiegħi, jien nipprova nħares dejjem lejn kif jista' joħroġ il-ġid komuni minn din il-Kamra.", "Għalhekk aħna se mmorru 'l quddiem u nilqgħu l-proposta li mmorru quddiem il-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali, stante li din ma tkunx xi ħaġa biex intawlu l-perjodu li fih irridu nwasslu din il-liġi.", "Finalment jien nappella biex ikun hemm apprezzament ta' dak li qed nitkellmu fuqu.", "Hemm barra kuljum ikollok inċidenti!", "Min jaf kemm ikun hemm ċirkostanzi fejn persuni jaħsbuha darbtejn biex jagħtu l-ewwel għajnuna!", "Jekk din il-liġi tasal biex tgħinna nsalvaw ħajja waħda, diġà l-valur li nkunu għamilna flimkien ikun enormi u jkun wassal biex, jekk il-Bambin irid, f'pajjiżna wkoll indaħħlu l-leġiżlazzjoni dwar is-samaritan it-tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabbiltà f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Michael Falzon, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn l-1 ta' Ottubru 2018, b'aġenda li tiġi kkomunikata iktar 'il quddiem.", "Peress li din hija l-aħħar seduta, nixtieq nawgura s-sajf it-tajjeb lill-membri kollha ta' din il-Kamra, lis-Sedja u lill-istaff tal-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad miegħek u mal-kelliema tal-Oppożizzjoni.", "Nirringrazzja lil kulħadd għall-kollaborazzjoni, lill-membri kollha, lill-istaff u anke lill-membri taż-żamma tal-ordni, il-pulizija, il-membri tal-midja u lil kull min jagħti kontribut biex dan il-Parlament ikun dejjem dinjituż għall-poplu Malti.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Nirringrazzjak, Sur President.", "Ningħaqad magħkom u nawgura jien ukoll sajf u vaganzi mill-isbaħ lilkom kollha li tagħtu kontribut mhux biss lill-Parlament imma anke lid-demokrazija f'pajjiżna.", "Għaddiet sena minn meta ġejt elett.", "Ili sena noqgħod Għawdex, minn meta ġejt lura minn Brussels, u xtaqt nagħlaq din is-sena billi nagħmel Aġġornament qasir ħafna proprju dwar art twelidi, il-gżira tat-tliet għoljiet.", "Filgħaxija, xħin inkun qed nirritorna lejn Għawdex, normalment nitla' fuq is-saqaf tal-vapur, għax ix-xena ta' Kemmuna u Għawdex hija xi ħaġa sabiħa immens.", "Speċjalment jien li ġej minn Brussell, kont nieqes ħafna mix-xemx!", "Meta l-vapur ikun dieħel f'Għawdex l-ewwel ħaġa li tara hi l-Kappella ta' Lourdes.", "Hija xena sabiħa ħafna, qisha tal-kartolini.", "Għalija u għalik Sur President, probabbilment hija xena li tagħtina serħan tal-moħħ u tfakkarna li Għawdex hija gżira ta' kwiet u trankwilità.", "Dan mhuwiex il-każ għal ħafna ħaddiema Għawdxin li ta' kuljum mal-5.30 a.m. jinżlu x-Xatt tal-Imġarr biex jaqbdu l-vapur tas-6.00 a.m., għax ħdejn il-Kappella ta' Lourdes għalihom huwa l-post fejn jipparkjaw il-karozza.", "Naħseb li ħaddiem Għawdxi huwa differenti ħafna minn ħaddiem Mellieħi.", "Dan għaliex il-fatt li hemm il-vapur filgħodu, dik minnha nfisha diġà hija tbatija ħafna ikbar, imma hija tbatija ikbar għaliex m'hemmx parkeġġ adegwat għall-ħaddiema Għawdxin li jinżlu filgħodu kmieni u ma jsibux parkeġġ ix-xatt tal-Imġarr, Għawdex, u allura jkollhom jirritornaw sa ħdejn il-Kappella ta' Lourdes biex isibu parkeġġ, jinżlu bil-mixi, u malli jaslu minn Malta wara ġurnata xogħol ikollhom jerġgħu jitilgħu hemm fuq.", "Hija xi ħaġa intollerabbli u inaċċettabbli.", "Naħseb li wasal iż-żmien li naħsbu għal soluzzjoni adegwata, bħal parkeġġ ieħor ġdid għall-Għawdxin.", "Hemm parkeġġ żgħir ħafna fit-terminal tal-Gozo Channel, però normalment ikun mimli karozzi tal-kiri.", "Din x'soluzzjoni hi?", "Naħseb li wasal iż-żmien li mhux biss isir dan il-parkeġġ, imma nkomplu nesploraw l-idea ta' park and ride.", "Il-Ministru Justyne Caruana fil-fatt din il-ġimgħa rrispondiet mistoqsija parlamentari tiegħi stess li qed isir cost benefit analysis għal park and ride.", "Dan ir-rapport kellu joħroġ f'Marzu tal-2018.", "Nitlob lill-Ministru tgħaġġel dan il-proċess għax hija xi ħaġa verament inaċċettabbli.", "Ġeografikament Għawdex għandu żvantaġġi permanenti, żvantaġġi naturali, u naħseb li Għawdex għandu bżonn politika differenti minn dik ta' Malta.", "Peress li huwa ġeografikament maqtugħ minn Malta, inħoss li Għawdex għandu jkollu politika distinta f'ħafna aspetti tiegħu.", "Għawdex għandu opportunitajiet li Malta m'għandhiex, però għandu wkoll sfidi li Malta m'għandhiex.", "Għalhekk naqbel, bħalma qabel il-Partit Nazzjonalista li qabel l-elezzjoni li għaddiet niżżilha fil-manifest elettorali, li Għawdex għandu jkun hemm kumitat reġjonali biex isir iktar awtonomu minn Malta u biex insaħħu l-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Aħna, bħala Partit Nazzjonalista, naqblu li l-poter għandu jinżell isfel kemm jista' jkun u għandu kemm jista' jkun jersaq viċin iċ-ċittadin.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu nikkunsidraw l-idea li kienet teżisti fis-sittinijiet, li jkollna kunsilli ċiviku għal Għawdex.", "Dan kien dam jopera 12-il sena, kellu baġit għalih, u kien jonfoq dak il-baġit fuq proġetti importanti u neċessarji ferm għal Għawdex.", "Naħseb li Għawdex għad fadallu ħafna ħtiġijiet.", "Nemmen li għandna wkoll nikkunsidraw l-idea li Għawdex - tal-inqas għandna niftħu d-diskussjoni - għandu jkollu rata ta' VAT iktar baxxa minn dik ta' Malta.", "Naħseb li importanti li nieħdu din ir-rakkomandazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li tikkwota wkoll direttiva tal-Unjoni Ewropea, fejn tirrakkomanda lill-gvern ċentrali biex gżejjer bħal Għawdex jingħataw rata ta' VAT iktar vantaġġjuża.", "Tajjeb li nibdew dik id-diskussjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball anke l-Gozo Tourism Association kienet ipproponiet dan f'numru ta' budgets fil-passat, però b'mod limitat għas-servizzi turistiċi.", "Jien qed ngħid li għandna nibdew nikkonsidraw jekk għandhiex tingħata anke fuq prodotti u servizzi oħrajn u mhux biss servizzi turistiċi.", "Naħseb li dawn huma miżuri li jixirqu lil Għawdex.", "Jekk Malta ma tikkwalifikax għal fondi Ewropej wara l-2020, naħseb li Għawdex għandu jiġi kkunsidrat b'mod separat biex jieħu hu l-fondi Ewropej, għaliex it-tkabbir ekonomiku f'Għawdex huwa ħafna inqas minn dak ta' Malta u wkoll inqas mill-medja Ewropea.", "Jiena naħseb li Malta għandha tibqa' tikkwalifika għal fondi Ewropej daqs il-biljun ewro li ġab l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, għax anke Malta għandha żvantaġġi naturali pemanenti, però Għawdex għandu iktar żvantaġġi għax huwa gżira wara gżira.", "Allura fil-każ li Malta ma tikkwalifikax, il-Gvern għandu jaħseb biex iġib fondi separati u diretti mill-Unjoni Ewropea għal Għawdex.", "Sur President, nixtieq ukoll li l-fibre optic cable isir malajr kemm jista' jkun.", "Din ukoll hija rakkomandazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li gżejjer bħal Għawdex ikollhom konnettività diġitali tajba.", "Il-fibre optic cable qiegħed fil-proċess li jsir.", "Nixtieq ukoll nesprimi d-diżappunt tiegħi għall-mod kif qed issir il-bypass tal-Mellieħa u l-mod kif qed isir dak il-proġett fejn issa spiċċajna li meta ngħaddu minn dak il-bypass ikollna nnaqqsu l-voloċità għal 40 kilometru fis-siegħa.", "Hija xi ħaġa li ma stajtx nemminha malli qrajtha fil-gazzetta!", "Naħseb li jekk hemm bżonn tinżel il-veloċità, allura hemm bżonn li titlaq is-service road!", "Naħseb li mhuwiex ta' servizz għalina l-Għawdxin li ngħaddu kważi kuljum minn dak il-bypass.", "Finalment qed nerġa' nissuġġerixxi li tibda d-diskussjoni dwar rata ta' VAT inqas f'Għawdex u li jsir kunsill reġjonali u ċiviku għal Għawdex biex ir-residenti ta' Għawdex jieħu f'idejhom id-direzzjoni politika ta' Għawdex.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, dan il-Parlament se jerġa' jiltaqa' fl-1 ta' Ottubru, jiġifieri għandna kważi tliet xhur wieqfa.", "Lilek, Sur President, lid-Deputy Speaker, lill-ħaddiema kollha, lilkom li hawn preżenti u sħabkom, lill-Iskrivan tal-Kamra, lill-Assistent Skrivana tal-Kamra, lis-Sa Eleonor Scerri u lit-tim kollu, nixtiqilkom li tgawdu s-sajf, però żgur li mhux se nħallukom ma tagħmlu xejn!", "Żgur li se nkomplu nagħmlu xi xogħol.", "Sa din il-ġimgħa stess għandna xogħol ieħor x'nagħmlu u se nkomplu nagħmluh mal-pulizija, mal-ġurnalisti, u mal-istaff li forsi ma tantx jidher f'dan il-Parlament.", "Barra aħna li nidhru, inkluż inti, Sur President u d-Deputy Speaker ukoll, naf li hemm dawk li ma jidhrux li lkoll jagħmlu xogħol imprezzabbli f'dan il-Parlament.", "F'dawn it-tliet xhur li mhux se tiltaqa' l-plenarja ma nistgħux inħallu l-vapur miexi waħdu.", "Il-vapur irid jibqa' għaddej f'direzzjoni tajba u aħna bħala Oppożizzjoni se nkomplu nkunu man-nies, minkejja li bħalissa għaddejja t-Tazza tad-Dinja li ttellifna ftit mill-attenzjoni tagħna fuq il-politika, għax forsi iktar inkunu moħħna jekk hux se jgħaddu l-Ingliżi milli jekk hux se ssir bypass 'l hemm jew 'l hawn!", "Issa l-Ingliżi għaddew u qegħdin fil-kwarti tal-finali!", "Il-festi wkoll jeħdulna l-ħin tagħna, imma aħna bħala Oppożizzjoni se nibqgħu nkunu viċin in-nies, se nitkellmu man-nies u hemm ċerti affarijiet li ma nistgħux inħalluhom għaddejjin.", "Matul is-sajf li ġej se nibqgħu nitkellmu dwar il-bypass ta' Ħ'Attard li jrid jagħmel il-Gvern u li se tieħu l-art tant prezzjuża għall-bdiewa tagħna.", "Saret petizzjoni lill-Prim Ministru, imma s'issa infurmat li ma kien ebda reazzjoni dwarha.", "Żgur li se nitkellmu dwar dan is-suġġett u se noffru soluzzjonijiet.", "Hemm numru ta' alternattivi li nistgħu nikkonsidraw u għalhekk aħna se nibqgħu niltaqgħu man-nies, għaliex hija ħaġa importanti li nibqgħu nitkellmu man-nies.", "Nixtiequ nitkellmu wkoll dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għaliex matul is-sajf xorta se nirċievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Aħna qed nistennew lill-Gvern jiċċaqlaq.", "S'issa ma ċċaqlaqx.", "Fis-sajf se nibqgħu nitkellmu wkoll dwar dan is-suġġett għaliex fi ħdan id-dar ċentrali tal-Partit Nazzjonalista ġejjin nies bil-kontijiet, mijiet ta' kontijiet.", "Qed narawhom kont kont, wieħed wieħed, inkellmu lin-nies, inċemplulhom u ngħidulhom kemm qed jiġu misruqa.", "Kważi 80% minnhom qed jiġu misruqa minn €6 'l fuq!", "Dan huwa l-ammont ta' flus li qed jinsterqu n-nies, u s'issa l-Gvern ma għamel xejn!", "Jekk ma jiċċaqlaqx il-Gvern, għax forsi fis-sajf ikun kwiet, aħna mhux se nibqgħu kwieti, għaliex dawn l-affarijiet se neħduhom bis-serjetà.", "Se nieħdu wkoll b'serjetà l-immigrazzjoni.", "Nagħtu l-kelma ta' rġiel li l-Gvern se jkollu l-Oppożizzjoni warajh, basta l-Gvern jimxi mal-Oppożizzjoni b'mod serju u onest.", "Allura hemmhekk iva, isib lill-Oppożizzjoni warajh.", "Sur President, fis-sajf se naraw li tibda taħdem il-liġi kontra l-korruzzjoni fl-isport li fiha se jkun hemm task force kontra l-korruzzjoni fl-isport.", "Se naraw li din tkun hemmhekk u tkun qed taħdem.", "B'hekk, dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jippruvaw ideffsu l-korruzzjoni fl-isport isibu dan il-unit b'saħħtu, tip ta' FIAU imma fil-qasam sportiv, li jaħdem u narawh jgħin biex jitnaddaf fl-isport Malti.", "L-isport huwa l-ħajja tagħna u huwa saħħitna.", "Aħna nixtiequ li lil Malta tagħna timxi 'l quddiem anke mill-aspett sportiv.", "L-isport jagħmlek b'saħħtek.", "L-isport iġiegħlek tiekol tajjeb u b'mod sustanzjuż, u għalhekk irridu nieħu ħsieb l-ambjent tagħna, l-isport tagħna, biex naraw li pajjiżna jibqa' miexi 'l quddiem.", "Sur President, meta titlef is-saħħa mbagħad tkun taf kemm hi importanti s-saħħa.", "Nappellaw lill-Gvern Laburista li jieħu ħsieb lill-pazjenti tagħna, lill-morda tagħna u ma jirrendihomx tallaba.", "Irridu naraw ukoll li dawk in-nies li għandhom bżonn pilloli jew trattament tal-kanċer ma jiġux trattati qishom xi tallaba.", "Irridu naraw li l-Gvern ma jixxaħħaħx magħhom u dak li għandhom bżonn, jagħtihulhom, kemm jekk huma pilloli kif ukoll jekk hija kura.", "Dan il-famuż surplus li għandna f'pajjiżna rridu nonfquh hemm u mhux f'xi triq li twasslek minn Ħ'Attard għal Ħ'Attard!", "Aħna ninkwetaw meta jkollna wkoll nuqqas ta' infermiera.", "Irridu naraw li anke matul dan is-sajf din il-problema wkoll tiġi solvuta.", "L-Oppożizzjoni hija lesta wkoll li tagħti s-sehem tagħha.", "Sur President, fir-rigward ta' fondi Ewropej, matul dan is-sajf irridu naħdmu biex Malta ġġib l-ogħla ammont ta' fondi possibbli.", "Jien infurmat li s'issa m'hemmx l-ammont ta' fondi li ġab l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, imma għandi informazzjoni li pajjiżna se jġib 30% inqas fondi milli ġab il-Prim Ministru Lawrence Gonzi għal pajjiżna.", "Jekk dan huwa minnu, u nispera li le, allura nemmen li dan is-sajf m'għandniex nieqfu naħdmu qabel ma naraw li dan l-ammont ta' flus jikber.", "Pajjiżna għandu bżonn jibqa' miexi 'l quddiem.", "Dawn huma flus bżonjużi għal pajjiżna.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, dejjem lesti li ngħinu kemm-il darba l-Gvern juri rieda tajba.", "Hekk irid isir ix-xogħol għal pajjiżna u għal uliedna biex inħallulhom pajjiż aħjar!", "Dak li huwa tajjeb għandna ngħidu li huwa tajjeb, u ngħinu biex isir aħjar, u dak li huwa ħażin ngħidu li huwa ħażin u nirrinġawh.", "Bl-arroganza u bir-ras iebsa ma tasal imkien, u allura importanti li dan il-pajjiż isib il-metodu, anke matul dan is-sajf, biex il-problemi li għandna f'pajjiżna nsolvuhom, u dak li huwa tajjeb inkomplu nagħmluh aħjar għall-ġid ta' wliedna.", "Fl-aħħar nett nirringrazzja lilek, Sur President, lill-ħaddiema u lil dawk kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan il-Parlament.", "Nawgura lil kulħadd sajf ta' mistrieħ.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak, Onor. David Agius, tal-ħidma tiegħek fil-Parlament, u tax-xogħol li kkontribwejt matul din il-leġiżlatura.", "Nirringrazzjak tal-ħsieb tiegħek li wieħed għandu jistrieħ fis-sajf.", "Ovvjament, filwaqt li aħna nkomplu għaddejjin bil-ħidma mill-aħjar li nistgħu, matul dan iż-żmien inkunu nistgħu ngawdu aktar il-familja tagħna.", "Nirringrazzja lil kulħadd.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 1 ta' Ottubru, 2018 fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "Fit-8.00 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – LAQGĦA MA' INDIVIDWI MINN RAPPREŻENTANTI JEW UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament iltaqgħu ma' rappreżentanti jew uffiċjali tal-Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma bejn Marzu 2013 u Mejju 2017?", "Jista' jgħid ukoll meta u ma' min iltaqgħu?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma twaqqaf f'Ġunju 2017.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – DIRECT ORDER LIL ONE TV", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 514, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għad-direct order ta' €50,000 lil One TV f'Diċembru 2016?", "Għala ma nħarġitx sejħa pubblika?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kienu ntgħażlu l-PBS u l-One TV għax-xandiriet meħtieġa minħabba li skont l-Awtorità tax-Xandir huma l-akbar żewġ stazzjonijiet.", "FINANCIAL INTELLIGENCE ANALYSIS UNIT – ĊAQLIQ TA' PERSONNEL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 515, jista' l-Ministru jgħid x'ċaqliq ta' personnel kien hemm fil-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) (jiġifieri kull transfer lejn l-FIAU u mill-FIAU, u fi ħdan l-istess FIAU) mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda ċaqliq ta' personnel la lejn l-FIAU u lanqas mill-FIAU.", "Fi ħdan l-FIAU seħħ ċaqliq volontarju f'Marzu, 2018 minn persuna waħda.", "Dan seħħ wara li kien hemm sejħa interna u l-persuna applikat għall-pożizzjoni f'sezzjoni oħra fl-FIAU.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 516 fejn intqal li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet fi ħdanu taw iktar minn €10 miljuni f'direct orders fl-2017, jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull każ lil min ingħata kull direct order?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "VGH – MEMBRI TAL-KUMITAT TAL-EVALWAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta' kull kumitat ta' evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Health Care (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġejt mgħarraf li l-Bord ta' Evalwazzjoni kien kompost minn persuni maħtura mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija minn fost persuni b'esperjenza fil-qasam tal-proġetti pubbliċi u tas-saħħa, u li għandhom l-indipendenza tal-ġudizzju meħtieġa biex iwettqu dik il-funzjoni, u dan kif dejjem isir.", "Peress li l-membri tal-Bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali u mhux personali, u peress li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-Gvern li jirrispondi għad-deċiżjonijiet tagħhom, il-Gvern ma jħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.", "VGH – MEMBRI TAL-KUMITAT TAL-EVALWAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kienu, apparti l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-membri ta' kull kumitat ta' evalwazzjoni u aġġudikazzjoni biex il-Vitals Global Health Care (VGH) intgħażlu mill-Gvern Malti?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru konċernat.", "IX-XEWKIJA: GOVERNMENT EXPERIMENTAL FARM – HOME ASSISTANCE SECTION", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ilha mwaqqfa l-Home Assistance Section ġewwa l-Government Experimental Farm fix-Xewkija?", "Kif intgħażel il-Government Experimental Farm bħala l-post fejn topera din is-sezzjoni?", "Kemm hemm jaħdmu ħaddiema f'din is-sezzjoni?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern?", "Kif intgħażlu dawn il-ħaddiema biex jaħdmu f'din is-sezzjoni?", "X'inhu r-rwol ta' din is-sezzjoni?", "JUSTYNE CARUANA: Il-Home Assistance Section huwa servizz ġdid għall-azzjoni għall-anzjani li beda jiġi offrut mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2018.", "Proviżorjament, din is-sezzjoni qed topera mill-Government Experimental Farm.", "F'din is-sezzjoni hemm dawn il-ħaddiema kif ġej:", "Ir-rwol ta' din is-sezzjoni huwa li jipprovdu kuntatt u għajnuna lill-persuni anzjani li jgħixu fid-djar u l-persuni li jaħdmu f'din is-sezzjoni ngħataw taħriġ professjonali.", "GĦARB GĦAWDEX: TRIQ FRANĠISK PORTELLI – TARMAK", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5913 li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u, jekk le, meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq peress li kif intqal fit-tweġiba parlamentari indikata, ix-xogħol qed isir mill-Water Service Corporation?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b'diskussjonijiet rigward ix-xogħol meħtieġ mal-Ministeru għal Għawdex.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm se jkun hemm ħaddiema f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, li se jilħqu l-età tal-irtirar f'kull sena, minn din is-sena sas-sena 2025?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BORD TA' RIJABILITAZZJONI MID-DROGA – KAŻIJIET TA' PERSUNI RESIDENT F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord ta' Riabilitazzjoni mid-Droga fejn ikollu każijiet ta' persuni residenti f'Għawdex ma jżommx is-seduti tiegħu f'Għawdex stess fis-sede tat-Tribunal Lokali tar-Reġjun ta' Għawdex biex ix-xhieda u l-persuni li jkunu se jidhru quddiemu ma jkollhomx għalfejn jaqsmu kull darba lejn Malta għas-seduti tal-Bord?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li minn Għawdex il-Bord ikollu numru żgħir wisq ta' każijiet u ma jkunx prattiku li l-Bord kollu u l-istaff tiegħu jitilgħu Għawdex biex jisimgħu każ wieħed biss.", "Jekk il-każijiet minn Għawdex jiżdiedu, tista' tiġi kkunsidrata possibbilità li jitwaqqaf Bord għal Għawdex.", "Minkejja dan ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kordinatriċi tal-Bord tmur regolament Għawdex biex tiltaqa' mal-klijenti kif ukoll mal-key workers kull meta jkun hemm il-bżonn.", "ISHMA U ASSI MIBJUGĦA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u l-assi?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellent li matul is-snin imsemmija ġie rreġistrat dħul mill-bejgħ tal-Malta Public Transport Service Ltd, li kienet involuta fit-tranżizzjoni bejn l-operatur tas-sevizz pubbliku li kien hemm dak iż-żmien għal dak li hemm illum.", "Għalkemm il-bejgħ sar permezz ta' kuntratt f'Diċembru 2014, l-ammonti dovuti daħlu u ser ikomplu jidħlu fil-Fond Konsolidat tul numru ta' snin, jiġifieri €700,000 fl-2015, u €888,888 kull sena fis-snin 2016, 2017 u 2018.", "GĦALLIEMA U LSAs LI ĠEW TRASFERITI GĦAWDEX TEMPORANJAMENT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema u LSAs li kienu jaħdmu f'Malta u ġew trasferiti fuq bażi temporanja f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum minħabba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra u għalhekk qabżu lil min kien qabilhom biex jiġi jaħdem Għawdex?", "F'kull każ jista' jgħid kemm kien ilhom jaħdmu f'Malta dawn l-għalliema u LSAs, u issa li qegħdin Għawdex, kemm hemm minnhom li mhux qed jagħmlu x-xogħol ta' għalliem jew LSA u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li kien hemm ħames għalliema u żewġ LSEs li ġew trasferiti fuq bażi temporanja f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum minħabba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħra u għalhekk qabżu lil min kien qabilhom biex imur jaħdem Għawdex.", "Dwar kemm kien ilhom jaħdmu f'Malta dawn l-għalliema u LSEs, l-informazzjoni hija kif ġej:", "*Xogħol alternattiv (klerikali)", "Minbarra dawn l-edukaturi, ikun hemm edukaturi oħrajn li waqt it-tqala tagħhom jiġu deployed f'Għawdex hekk kif stipulat fil-PSMC.", "Dawn l-edukaturi jirritornaw fi skola Malta ġaladarba jidħlu lura mill-Maternity jew Parental Leave.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-KONTI MANDUCA - PJANIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6101, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TRIQ L-ABBATE SAVOIA, TRIQ IL-MILIZZJA, TRIQ IN-NAFRA U TRIQ IS-SENESKALK – XOGĦLIJIET TA' PREPARAZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6103, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TREJQET IL-PALMA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6118, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TRIQ WIED FILEP – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6119, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TRIQ IL-WIDNA RADAR – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6120, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: SQAQ IL-QBIELA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6121, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija sqaq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex legali jew le li jinbena boundary wall fejn ikun hemm sit ta' kostruzzjoni u għalhekk ikun qed isir il-bini, u l-iżviluppatur jibni boundary wall taħt il-bankina, u għalhekk il-bankina ma tibqax aċċessibbli għall-persuni li jkunu jridu jimxu fuq il-bankina?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ fejn ikun qed isir skavar u taħmil tal-lant eżatt taħt il-bankina, iva jaf ikun meħtieġ li l-ħajt ta' lqugħ jinbena taħt il-bankina sabiex jevita li n-nies jgħaddu minn fuq l-istess bankina peress li din ikollha l-possibbiltà li tisfronda u l-periklu jkun ħafna akbar.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: TAS-SLIEMA - SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: SAN ĠILJAN - SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: SAN ĠILJAN, PACEVILLE - SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: IL-GŻIRA – SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: PEMBROKE – SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: IS-SWIEQI – SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "BEJGĦ TAĊ-ĊITTADINANZA LEJN MALTA MIĊ-ĊINA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx entità/jiet li għandha/hom dritt/ijiet esklużiv/i tal-bejgħ taċ-ċittadinanza lejn Malta miċ-Ċina?", "Jista' jgħid kemm jitħallsu ta' kull bejgħ ta' passaport?", "Kemm huma ċ-ċittadini Ċiniżi li issa għandhom passaport Malti?", "RABAT – PROTEZZJONI TAL-FOSS IL-QADIM", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6358 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6034, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu s-Sovrintendenza biex il-foss il-qadim tar-Rabat li jmur lura għal żmien ir-Rumani u li kien parti mil-limiti tal-Imdina, jiġi mħares?", "OWEN BONNICI: Il-foss il-qadim tar-Rabat (Malta) hu mħares permezz ta' Skedar skont in-Notifiki tal-Gvern Numru 766/98 u n-Notifiki tal-Gvern Numru 1064/13, kif ukoll jinsab fiż-Żona ta' Konservazzjoni Urbana skont kif ippubblikat fil-Pjan Lokali tal-Majjistral ta' Malta.", "Meta s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tiġi kkonsultata mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar xi żvilupp fil-viċinanza tal-imsemmi sit, normalment:", "a) teżamina l-pjanti, ritratti u dokumenti annessi fl-applikazzjoni;", "b) tispezzjona s-sit minn barra u anke ġewwa;", "c) titlob lill-perit għal aktar informazzjoni jekk hemm bżonn;", "d) tagħmel tiftix għall-iktar informazzjoni fejn meħtieġ;", "f) fejn meħtieġ titlob lill-perit jemenda l-pjanti biex jiġi protett aħjar il-patrimonju;", "ġ) tirrakmanda miżuri u kundizzjonijiet minn għażla li jvarjaw skont il-każ, bħal:", "1. li l-iżvilupp għandu jsegwi r-regolamenti dwar iż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana fil-Pjan Lokali, l-iSPED u d-DC15;", "2. ġieli ma titħalliex issir tneħħija ta' ħamrija (li jista' jkun fiha materjal arkeoloġiku) u lanqas qtugħ ta' blat;", "3. jintalab rapport dwar kif ser issir kwalunkwe tneħħija ta' xi strutturi ta' żmien iktar riċenti;", "4. jintalab rapport dwar kif ser isir ir-restawr; u", "5. kundizzjoni sabiex għas-spejjeż tal-applikant jitqabbad arkeologu kwalifikat mir-Reġistru miżmum mis-Sovrintendenza fejn jiġi segwit ix-xoghol biex jiġi żgurat li ma' ssirx ħsara lill-patrimonji, jew jekk f'każ li jinstabu fdalijiet arkeoloġiċi jiġi mwaqqaf ix-xogħol u msejħa s-Sovrintendenza sabiex teżamina u tidderieġi dwar x'għandu jsir.", "Aktar tgħarif dwar is-sorveljanza jista' jinkiseb fuq is-sit elettroniku tas-Sovrintendenza: https://culture.gov.mt/en/culturalheritage/Pages/CulturalHeritageSurveillance.aspx", "DIPLOMATIĊI - TELEWORKING", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6359, jista' l-Ministru jgħid jekk id-diplomatiċi jistgħux jagħmlu teleworking?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni li dan ma jiġix rimedjat?", "CARMELO ABELA: M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija 6359.", "GĦAŻLA TAL-ISTAFF KONSULARI FL-AMBAXXATI / KUMMISSJONIJIET GĦOLJA / RAPPREŻENTANZI PERMANENTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-istaff konsulari fl-Ambaxxati/Kummissjonijiet Għolja/ Rappreżentanzi Permanenti ser jibdew jintgħażlu mill-Aġenzija Identità Malta u mhux mill-Korp Diplomatiku Malti?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ huwa responsabbli mill-istaff li jiġu magħżula biex iservu barra minn Malta.", "PERSUNI LI JĦOSSUHOM IŻOLATI U ESKLUŻI MIS-SOĊJETÀ – GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern u kemm qed jinvesti flus ma' gruppi u entitajiet biex itejjeb is-sitwazzjoni ta' persuni li jħossuhom iżolati u esklużi mis-soċjetà minħabba solitudni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Madankollu, infakkar lill-Onor.", "Interpellant li minbarra dan l-investiment u s-sħubija ma' għaqdiet non-governattivi u djar jew residenzi tal-Knisja, in-nefqa kollha ta' dan il-Ministeru, hija primarjament immirata lejn gruppi u individwi fis-soċjetà li għandhom bżonn għajnuna fl-immedjat u anke bi pjanijiet fit-tul biex innaqqsu l-problema tal-faqar, solitudni u esklużjoni soċjali.", "Din il-ħidma tvarja minn għajnuna lil familji bi dħul baxx, persuni b'ġenitur wieħed u tfal li qed jgħixu fi djar tat-tfal jew tfal suxxettibbli għal vjolenza domestika, servizzi terapewtiċi u psikoloġiċi lill-familji li għaddejjin minn żmien diffiċli, numru ta' servizzi lill-anzjani li jgħixu fi djarhom, kif ukoll lil dawk residenti ġewwa d-djar tal-anzjani, numru ta' servizzi offruti lill-persuni b'diżabilità, għajnuna ta' housing soċjali, servizzi u għajnuna lill-vittmi tad-droga u persuni li għaddejjin minn problemi relatati mal-vizzju tal-alkoħol, kif ukoll kenn u sostenn lil min m'għandux saqaf fuq rasu.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI: SEGRETARJAT GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET – RIĊEVIMENTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm saru riċevimenti min-naħa tas-segretarjat għall-Gvern Lokali u komunitajiet matul din il-leġiżlatura u sa meta ġiet magħmula din il-mistoqsija?", "Jekk saru xi tip ta' riċevimenti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il riċeviment sar, kif ukoll l-ismijiet tal-caterers?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Segretarjat għal Gvern Lokali u Komunitajiet ma għamel l-ebda riċeviment matul din il-leġiżlatura.", "XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI – ĦINIJIET U ĠRANET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid f'liema ġranet u ħinijiet jista' jsir xogħol ta' kostruzzjoni?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI – ĦINIJIET U ĠRANET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema ġranet u ħinijiet jista' jsir xogħol ta' kostruzzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jistgħu jsiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni bejn it-Tnejn u s-Sibt mis-7 a.m. sat-8 p.m. Bejn is-2 p.m. u l-4 p.m. iżda ma jistax isir xogħol ta' skavar u twaqqigħ.", "Dan jgħodd ukoll għal perjodu bejn il-15 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru fiż-żoni turistiċi f'kull ħin.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid in-numru ta' Youth Cafes, Hubs u Youth Stops li għandna f'pajjiżna u f'liema lokalitajiet qegħdin u meta twaqqfu?", "Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi?", "Hemm il-ħsieb li jinfetħu oħrajn bħalhom speċjalment f'lokalitajiet kbar bħal Wied il-Għajn fejn hemm jgħixu numru kbir ta' żgħażagħ u koppji żgħar?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Aġenzija Żgħażagħ toffri s-servizzi ta':", "- 5 Youth Cafes li qegħdin fil-Qawra, Imsida, Kottonera (twaqqfu f'Lulju 2012), Paola (Marzu 2018) u Qrendi (Ġunju 2018)", "- 5 Youth Hubs li qegħdin fl-MCAST, GCHSS, Santa Venera (twaqqfu f'Ottubru 2014), Gżira (Ottubru 2015) u Għawdex (Ottubru 2016)", "- Youth Stop wieħed li qiegħed fil-Youth Village Santa Venera (Ottubru 2013).", "Dwar is-servizzi offruti minn dawn iċ-Ċentri, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għad-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-Aġenzija Żgħażagħ hija impenjata li tkompli bil-ħidma tagħha biex issaħħaħ dawn is-servizzi skont il-ħtiġijiet u r-rikjesti taż-żgħażagħ.", "SKEJJEL TAL-ISTAT – TAĦDITIET FUQ KIF L-ISTUDENTI JEGĦLBU L-ISTRESS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel tal-Istat fejn saru taħditiet fuq kif l-istudenti jegħlbu l-istress speċjalment fi żmien l-eżamijiet matul dawn l-aħħar ħames snin?", "F'liema skejjel saru dawn it-taħditiet u meta saru?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI – SERVIZZ TA' OUTPATIENTS FL-ISPTAR MATER DEI JEW FIL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19044 tat-12-il leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika f'liema lokalitajiet jgħixu t-total ta' 13,000 persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed jirċievu s-servizz ta' Outpatients ġewwa l-Isptar Mater Dei jew fil-komunità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuni li qed jibbenefikaw mis-servizz ta' Outpatients ġewwa l-Isptar Mater Dei jew fil-komunità jgħixu fil-lokalitajiet segwenti: Ħ'Attard, Baħar iċ-Ċagħaq, il-Baħrija, Ħal Balzan, il-Bidnija, Birkirkara, Birżebbuġia, Żurrieq, Buġibba, Burmarrad, Bormla, Ħad-Dingli, il-Fgura, il-Furjana, l-Għadira, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, Gwardamanġia, il-Gudja, il-Gżira, Ħal Far, il-Ħamrun, Tal-Ibraġġ, l-Iklin, il-Kalkara, il-Kappara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Ħal Luqa, Marsaskala, il-Madliena, il-Magħtab, il-Manikata, il-Marsa, Marsaxlokk, l-Imdina, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imrieħel, l-Imsida, l-Imtarfa, in-Naxxar, Paceville, Raħal Ġdid, Pembroke, il-Pieta', l-Qawra, Ħal Qormi, il-Qrendi, ir-Rabat, Ħal Safi, is-Salina, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, San Pawl tat-Tarġa, L-Isla, is-Siġġiewi, tas-Sliema, St Andrew's, Santa Luċija, Santa Venera, is-Swatar, is-Swieqi, Ta' Ġiorni, Ta' Xbiex, Ħal Tarxien, il-Belt Valletta, il-Birgu, ix-Xemxija, ix-Xgħajra, Ħaż Żabbar, Ħaż Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq u f'Għajnsielem, l-Għarb, Marsalforn, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, s-Sannat, ix-Xagħra, ix-Xewkija, x-Xlendi u r-Rabat Għawdex.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM GĦALL-PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI – TRASPORT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex ma huwiex provdut trasport għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali meta dan it-trasport huwa provdut lil persuni b'diżabilità intellettwali li jattendu fiċ-Ċentri tagħhom?", "Hemm il-ħsieb li fil-futur qarib jibda jingħata dan is-servizz tant importanti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-għan tas-servizzi taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali huwa differenti minn dak provdut lill-persuni b'diżabilità intellettwali.", "L-għan taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għall-persuni b`nuqqas ta' saħħa mentali huwa li jassistu fil-proċess ta' rijabilitazzjoni biex persuna terġa' tikseb il-ħiliet bażiċi meħtieġa sabiex tiffunzjona fil-ħajja ta' kuljum b`mod independenti.", "Għalhekk dawn il-persuni li jattendu huma mħeġġa biex jużaw il-karozza tal-linja biex jattendu ċ-ċentri rispettivi tagħhom kif ukoll għall-qadi personali tagħhom u b'hekk ikunu qed jiffunzjonaw b'mod independenti fil-komunità.", "EŻAMI MEDIKU FL-ISKEJJEL", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-iskeda tal-eżami mediku li jsir fl-iskejjel primarji u sekondarji kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati?", "Ta' liema età u frekwenza jitwettaq?", "X'ħarsien qed jingħata biex id-dahar tal-istudenti jitħares?", "Dan jgħodd l-istess kemm għall-istudenti fl-iskejjel pubbliċi kif ukoll skejjel privati?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-eżamijiet mediċi jsiru matul is-sena skolastika kollha, inkluż ix-xhur tas-sajf kif jidher hawn taħt:", "Ninfurmah ukoll li ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana twaqqfet klinika speċjalizzata għal dawk it-tfal li għandhom skoljożi ħafifa u li mhux il-każ li jiġu segwiti l-isptar.", "Id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fi ħdan il-Kura Primarja jwettaq programm ta' għarfien fuq il-kura tad-dahar lil tfal li jattendu Year 6 fl-iskejjel kollha tal-Istat u tal-Knisja.", "Dawn is-servizzi huma mogħtija mis-Servizz tas-Saħħa fl-Iskejjel (School Health Service) fi ħdan il-Kura Primarja u jingħataw fl-iskejjel kollha tal-Istat u tal-Knisja.", "TOQOL TAL-BASKTIJIET TAL-ISKOLA – LINJI GWIDA LILL-HEADTEACHERS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għall-basktijiet/bagalji tal-iskola u b'mod partikolari għat-toqol tagħhom minħabba l-kotba tat-timetable li l-istudenti jġorru u dan bi skop li nipprevenu kontra d-diformità tad-dahar, jista' l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet jingħataw lill-headteachers ta' skejjel privati u pubbliċi biex isegwu linji gwidi dwar x'inhu l-ammont adegwat ta' kotba li l-istudenti għandhom iġorru?", "Jista' jgħid x'inhuma dawn il-linji gwida?", "Isiru spezzjonijiet dwar dan il-qasam minn spetturi edukattivi fl-iskejjel primarji u skejjel sekondarji kemm pubbliċi kif ukoll privati?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-bidu tas-sena skolastika f'Settembru tal-2017 inħarġet ċirkolari mid-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi lill-kapijiet tal-iskejjel Statali kif ukoll dawk tal-Knisja u dawk Indipendenti dwar l-effett ta' piż tqil tal-basktijiet tat-tfal.", "F'din iċ-ċirkolari ngħataw ukoll rakkmandazzjonijiet ċari dwar it-piż (weight) tal-basktijiet vis-a-vis l-weight tal-istudent.", "Ingħataw ukoll numru ta' soluzzjonijiet dwar x'miżuri jistgħu jittieħdu biex il-piż tal-basktijiet jonqos.", "Kopja ta' din iċ-ċirkolari tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SANTA LUĊIJA: SKOLA SAN TUMAS MORE – TISWIJIET FIL-BIEB PRINĊIPALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-tiswijiet neċessarji fil-bieb prinċipali fuq wara tal-Iskola San Tumas More f'Santa Luċija u li jagħti għal Triq Ħal Luqa, sarux?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li fuq il-bieb tal-entratura li tagħti fuq wara tal-iskola San Tumas More f'Santa Luċija nġabru l-kwotazzjonijiet għall-ispejjeż tal-alterazzjonijiet.", "Din l-imsemmija entratura se tiġi rtirata 'l ġewwa 13-il metru sabiex il-vettura li tkun dieħla (private bus) jkollha fejn toqgħod sakemm tinfetaħ il-grada u ma jinħoloq l-ebda periklu għal ħaddieħor.", "Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jsir wara li tingħalaq l-iskola għall-vaganzi tas-sajf u għalhekk jiġi evitat kull periklu, kemm għall-istudenti kif ukoll għal kull individwu ieħor.", "ANNUAL AMBASSADORS MEETING - SPIŻA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienet l-ispiża involuta fl-Annual Ambassadors Meeting li sar bejn il-31 ta' Mejju 2018 u l-1 ta' Ġunju 2018?", "Jista' jagħti informazzjoni wkoll liema kienu l-ambaxxaturi li attendew u dawk li ma attendewx?", "Jista' jippreżenta wkoll id-diskorsi li saru?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża tal-Annual Ambassadors Meeting kienet ta' €25,779.30.", "L-Ambaxxaturi residenti kollha attendew minbarra r-Rappreżentant Permanenti fi Brussell minħabba xogħol tal-UE u l-ambaxxaturi mhux residenti ma setgħux jattendu tlieta minnhom.", "Dwar iż-żewġ diskorsi li saru minni u mill-Prim Ministru ninforma lill-Onor.", "FOROM TA' ŻWIĠIJIET RELIĠJUŻI RIKONOXXUTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-forom ta' żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-artikolu 17 tal-kapitolu 255 tal-Liġijiet ta' Malta?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "AMBAXXATA MALTIJA GĦALL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA U L-KANADA - ĦIDMA U INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizjattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada tul dawn l-aħħar tletin xahar?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kienu għexieren l-inizjattivi li din l-Ambaxxata ħadet matul dawn ix-xhur.", "Ta' min jgħid ukoll li għal sitt xhur matul il-perjodu indikat, l-Ambaxxata ta' Malta żammet il-Presidenza Ewropea.", "Il-ħidma tal-Ambaxxata ta' Malta għall-Istati Uniti tal-Amerka – li hi wkoll akkreditata għall-Kanada – jinqasmu f'diversi aspetti differenti.", "Dawn huma:", "- Kultura u relazzjonijiet pubbliċi", "- Amministrazzjoni", "Tul dawn l-aħħar tliet snin, ix-xogħol relatat mal-aspett politiku żdied bi kważi t-tripplu.", "L-Ambaxxata Maltija żdiedet il-kuntatti tagħha mhux biss mad-Dipartiment tal-Istat Amerikan, imma wkoll ma' membri tal-Kungress, mal-White House, mad-Department of Treasury Amerikan u ma' dipartimenti oħrajn.", "Inizjattivi politiċi konkreti jinkludu, fost oħrajn:", "Żjarat Uffiċjali:", "- Delegazzjoni Senatorjali lejn Malta mmexxija mis-Senatur Repubblikan Rand Paul", "- Żjara uffiċjali f'Malta minn Justice Ruth Bader Ginsburg, Associate Justice tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti;", "- Delegazzjoni lejn Malta f'livell ta' Deputy Assistant Secretary;", "- Delegazzjoni mill-Homeland Security Amerikana;", "-Diversi delegazzjonijiet Ministerjali minn Malta għal-laqgħa mal-Under Secretary għall-Affarijiet Internazzjonali tat-Treasury Amerikan;", "Diskussjonijiet bilaterali:", "L-Ambaxxata żammet diskussjonijiet regolari mal-iState Department Amerikan fuq temi bilaterali li jinkludu, fost l-oħrajn:", "- Ir-resettlement ta' refuġjati minn Malta għall-Amerka;", "- Kordinazzjoni fuq l-assessment tal-Visa Waiver Programme;", "- Is-sostenn tal-Amerika għall-aċċess ta' Malta fil-Missile Technology Control Regime (MTCR);", "- L-aġevolazzjoni tal-bandiera marittima Maltija fil-portijiet Amerikani.", "Rigward il-Kanada, l-Ambaxxata żammet diskussjonijiet mal-awtoritajiet Kanadiżi, b'mod partikolari mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.", "Temi diskussi jinkludu:", "- Relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Kanada", "- Diskussjonijiet konsultattivi fuq leġiżlazzjoni u regulazzjoni tal-kannabis", "- Politika rigward l-LGBTIQ.", "Minbarra l-kuntatti, saru wkoll żjarat mill-Ambaxxatur Pierre Clive Agius ġewwa l-Kanada, fejn kellu laqgħat mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Chrystia Freeland u mal-Prim Ministru Justin Trudeau.", "F'dan il-perjodu kien hemm żieda sontanzjali ta' talbiet minn Maltin li jgħixu ġewwa l-Amerka għal ċittadinanza u passaporti Maltin.", "Jekk nieħdu, pereżempju, iċ-ċittadinanzi, it-talbiet bejn 2016 u Mejju 2018 żdiedu bi kważi 300%.", "Bejn l-2016 u 2018, l-Ambaxxata żiedet ukoll is-servizzi tal-Consul on the Move.", "Fl-2016, kull ma kien hemm servizz wieħed li seħħ ġewwa San Francisco.", "Din is-sena ser ikun hemm tliet servizzi li ser isiru bejn Ottubru u Diċembru 2018 f'dawn il-postijiet:", "- u għal-ewwel darba, ser issir missjoni ġewwa Phoenix, Arizona.", "Din hija riflessjoni tal-isforzi li qed tagħmel l-Ambaxxata biex tkun iktar qrib tal-komunità Maltija u biex tiffaċilita l-proċess tal-passaporti.", "Minbarra s-servizzi għall-Maltin li jgħixu barra, l-Ambaxxata toffri wkoll servizzi ta' proċessar ta' applikazzjonijiet għal visas.", "Kien hemm żieda fl-ammont ta' applikazzjonijiet għal visas mhux biss minn persuni li ġejjin Malta għal btala, imma wkoll minn studenti li ġejjin jistudjaw Malta u plejers tal-futbol li jkunu ser jinqgħadu ma' timijiet Maltin.", "L-Ambaxxata kienet minn ta' quddiem biex tagħmel abbozz ta' linji gwida għall-clubs tal-futbol Maltin biex ikun hemm għarfien aħjar tal-proċess tal-visa, u dawn ġew mgħoddija lill-Awtorità tal-Futbol Malti (Malta Football Association)", "L-Ambaxxata ta' Malta f'Washington tindokra wkoll ir-relazzjonijet mad-diaspora Maltija, partikolarment fl-Amerka.", "Fil-Kanada, Malta għandha Konsolat Ġenerali.", "L-Ambaxxata Maltija kienet ferm involuta fl-organizzazzjoni taż-żjara mill-ET il-President ta' Malta lill-komunitajiet Maltin ġewwa Detroit u San Francisco.", "Kultura u Relazzjonijiet Pubbliċi", "Waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Ambaxxata hi l-promozzjoni ta' Malta f'diversi setturi, inkluż is-settur kulturali u tal-edukazzjoni.", "L-Ambaxxata ħadet diversi inizjattivi f'dan il-qasam, u f'medja organizzat avveniment fix-xahar.", "Highlights minn dawn l-avvenimenti jinkludu:", "- Kunċert minn artist Malti fil-famuż Kennedy Center;", "- Kunċert minn artist Malti fin-National Gallery ġo Washington DC;", "- Żewġ serati letterarji ta' xogħol ta' kittieba Malta ġo xejn inqas mil-Library of Congress;", "- Parteċipazzjoni regolari fil-European Open House li din is-sena attirat 3,000 viżitatur fl-Ambaxxata;", "- Parteċipazzjoni fl-Embassy Adoption Programme, fejn l-Ambaxxata Maltija \"taddotta\" klassi tal-Primarja u tipprovdi lezzjonijiet interattivi dwar il-kultura Maltija;", "- Promozzjoni tal-films Maltin u x-xogħol li twettaq il-Kummissjoni Maltija għall-Films", "- Esebizzjoni ta' bizzilla Maltija fil-George Washington University Museum and Textile Museum;", "- Esebizzjoni ta' arti u fotografija ta' żewġ artisti Maltin, Anna Galea u Stephanie Galea bit-titlu ta' Women Perspectives: a Mother/Daughter Synergy.", "- Esebizzjoni tax-xogħol tal-Artist Malti Raphael Vella;", "- Parteċipazzjoni ta' Malta fil-Kids Euro Festival Short Film Series;", "- Diskussjoni fuq manuskritti antiki Maltin li saret ukoll ġewwa l-Library of Congress.", "- Sensiela ta' lectures mill-Ambaxxatur għand istituzzjonijiet kbar u reputtabli ferm bħal:", "Bħala kontribut lejn is-soċjetà li tagħha hi ospiti, l-Ambaxxata ta' Malta ġewwa l-Amerka żammet ukoll avvenimenti partikolari, bħal meta l-binja tal-Ambaxxta ġiet:", "- Mixgħula blu nhar l-Autism Awareness Day;", "- Mixgħula roża nhar il-Breast Cancer Awareness Day;", "- Mixgħula bil-kuluri tal-qawsalla biex jiġi ċċelebrat jum l-ugwaljnaza", "Ekonomija, Turiżmu u Edukazzjoni", "L-Ambaxxata ta' Malta tkompli taħdem bis-sħiħ biex tippromovi l-ekonomija Maltija u t-turiżmu ġewwa Malta.", "Inizjattivi konkreti għall-promozzjoni ekonomika Maltija fost oħrajn kienu:", "- Organizzazzjoni ta' stand fil-Winternational Fair ġewwa Washington DC;", "- Organizzazzjoni ta' stand fl-International Education Fair tal-Amerikan Catholic University;", "- Organizzazzjoni ta' stand fil-fiera għall-istudenti organizzata mill-iState Department Amerikan;", "- Laqgħat ma' oqsma interessati fil-blockchain technology, fosthom anke ġurnalisti;", "- Diversi laqgħat ma' atturi ekonomici, bankiera u kmamar tal-kummerċ Amerikani, inklużi:", "- Lagħat mal-bank Amerikan J P Morgan sabiex tinstab soluzzjoni għall-corresponding banks;", "- Libya-US Business Association biex Malta tintuża bħala ċentru loġistiku;", "- Promozzjoni ta' Malta bħala destinazzjoni medika ta' kwalità – attività li tat riżultati sbieħ bir-rikonoxximent ta' Malta bħala s-seba' l-aqwa post fl-Ewropa għat-turiżmu medikali;", "- Kordinazzjoni bejn il-Bank Ċentrali ta' Malta u l-Office of Academic Exchange Programmes tad-Dipartiment tal-Istat Amerikan fuq possibbiltà ta' scholarships għall-studenti Maltin biex jipparteċipaw fil-Fulbright Programme;", "- Laqgħa maċ-Chamber of Commerce of Jacksonville Florida fejn ġew diskussi possibilitajiet ta' kollaborazzjoni;", "- fil-qasam tat-trasbord;", "- kura għall-kanċer;", "- avvjazzjoni; u", "Dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u hemm ipprogrammati laqgħat oħrajn fil-ħarifa.", "Tajjeb li nsemmu wkoll li grazzi għall-isforzi tal-Ambaxxata, reġa' ġie introdott il-Malta Fulbright Programme, li kien ilu nieqes għal dawn l-aħħar għoxrin sena.", "Ħames studenti Amerikani pparteċipaw f'dan il-programm.", "Amministrazzjoni", "F'dawn it-tletin xahar, l-Ambaxxata ta' Malta ġiet ukoll rinovata wara għexieren ta' snin mitluqa, tant li s-sular ta' fuq kien kundannat.", "Ġew mibdula l-kamra tal-banju, is-soqfa tas-sular ta' fuq u t-twieqi tas-sular ta' fuq ukoll.", "Ġie wkoll rinovat kompletament il-Konsolat ta' Malta f'Washington, inkluż l-apparat li jintuża sabiex jinħarġu l-visa u l-passaporti.", "AMBAXXATA MALTIJA GĦAT-TUNEŻIJA - ĦIDMA U INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizjattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn l-aħħar tletin xahar?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qabel ma wieħed janalizza l-ħidma tal-Ambaxxata ta' Malta fit-Tuneżija huwa importanti li wieħed jikkunsidra l-kuntest attwali tal-pajjiż.", "Mill-2011 'l hawn it-Tuneżija għaddiet b'suċċess minn tranżizzjoni demokratika li għal perjodu ħolqu element ta' inċertezza u instabilità.", "Kellha tilqa' wkoll għal sfidi ġodda, fosthom dawk tat-terroriżmu.", "Is-sena 2015 kienet immarkata minn tliet attakki terroristi li ħallew impatt profond fuq is-soċjetà, fuq l-ekonomija u b'konsegwenza fuq il-ħidma diplomatika ta' Malta f'dan il-pajjiż.", "Malta, anke fir-rwol tagħha ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, uriet appoġġ kontinwu għat-Tuneżija u dawn l-aħħar xhur kienu kkaratterizzati minn attività diplomatika intensiva bi skambji u żjarat regolari u ta' livell mill-aktar għoli.", "Inizjattivi Politiċi", "Żjarat Bilaterali", "Matul din iż-żjara, il-President kellha laqgħat mal-ogħla awtoritajiet Tuneżini, fosthom il-President tar-Repubblika Tuneżin.", "26 Mejju 2016 - Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tuneżin mexxa żjara uffiċjali f'Malta u kellu laqgħat mal-ogħla awtoritajiet Maltin.", "25-26 April 2017 - Bħala parti mill-programm tal-Prijoritajiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f'April tal-2017, l-Ambaxxata ta' Malta fit-Tuneżija organizzat laqgħa f'Tuneż tal-Grupp ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea kontra t-Terroriżmu (COTER).", "Din kienet l-ewwel darba li dan il-grupp iltaqa' barra minn Brussell u li r-rappreżentanti tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kellhom l-opportunità li jkollhom esperjenza diretta tal-pajjiż li miegħu l-UE għandha programm intensiv ta' koperazzjoni fil-qasam konċernat.", "Din iż-żjara, li seħħet b'koperazzjoni mal-awtoritajiet Tuneżini, tat l-opportunità biex isir skambju dirett dwar il-ħidma u l-progress li twettaq b'koperazzjoni ma' membri tal-komunità internazzjonali, fosthom l-UE wara l-attakki terroristiċi tal-2015.", "7-8 Novembru 2017 - Bħala parti mill-kommemorazzjoni tal-ħamsin anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatici bejn Malta u t-Tuneżija, il-President ta' Malta, fuq stedina tal-President tar-Repubblika Tuneżin, mexxiet żjara uffiċjali fit-Tuneżija u kellha laqgħat mal-ogħla awtoritajiet Tuneżini u mal-komunità Maltija.", "F'din il-laqgħa l-President kienet akkumpanjata mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Promozzjoni tal-Kummerċ kif ukoll mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.", "Il-President inawgurat Business Forum Malti-Tuneżin (ara d-dettalji aktar 'l isfel).", "Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u tal-Promozzjoni tal-Kummerċ mexxa konsultazzjonijiet politiċi mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tuneżin.", "Fost affarijiet oħra ġie deċiż li s-sessjoni li jmiss tal-Kummissjoni Konġunta (Joint Commission) bejn Malta u t-Tuneżija tinżamm Malta matul l-2018.", "Iż-żewġ Ministri responsabbli għall-Affarijiet Barranin iffirmaw ftehim bilaterali dwar it-turiżmu u ftehim ieħor dwar l-edukazzjoni.", "Bħalissa l-Ambaxxata qiegħda ssegwi l-proċess biex tiltaqa' l-Kummissjoni Konġunta.", "F'Ġunju 2018, l-Ambaxxata għaddiet stedina mill-President ta' Malta lill-President tat-Tuneżija biex imexxi żjara statali f'Malta matul l-2018.", "Matul is-sena 2017 il-Ministru tal-Kultura Tuneżin attenda konferenza f'Malta u kellu laqgħat bilaterali mal-Ministru Malti responsabbli għall-Kultura.", "Matul l-2017 il-Ministri Maltin responsabbli għall-Kultura, għall-Edukazzjoni u għall-Intern, attendaw laqgħat multilaterali li seħħew fit-Tuneżija.", "Kummerċ", "L-Ambaxxata ta' Malta żżomm kuntatt regolari u kontinwu mal-kummerċjanti Maltin preżenti fit-Tuneżija.", "L-Ambaxxata b'mod regolari tagħti appoġġ lil dawn l-intrapriżi u tagħmel rappreżentazzjonijiet mal-awtoritajiet Tuneżini bl-għan li jiġu riżolti intoppi għall-kummerċ.", "L-Ambaxxata regolarment tirċievi talbiet għall-għajnuna ta' natura varja minn kummċerjanti kemm Maltin u kemm Tuneżini li jkunu interessanti f'kummerċ bilaterali.", "L-Ambaxxata ħadet numru ta' inizjattivi biex tibni kuntatti ġodda ma' kummerċjanti u entitajiet kummerċjali Tuneżini li jistgħu jkunu interessati li jesploraw kuntatti bilaterali ġodda.", "Ta' min isemmi li matul l-2017 il-kumpanija tal-ajru Maltija l-Air Malta reġgħet bdiet titjiriet regolari diretti bejn Malta u t-Tuneżija wara waqfa ta' tmien snin.", "L-Ambaxxata għamlet bosta rappreżentazzjonijiet importanti mal-awtoritajiet Tuneżini biex jiġi faċilitat l-operat ta' dawn it-titjiriet.", "Fl-isfond taż-żjara uffiċjali tal-President ta' Malta fit-Tuneżija fis-7 ta' Novembru 2017, l-Ambaxxata b'koperazzjoni mal-kmamar tal-kummerċ ta' Malta u ta' Tuneż organizzat Business Forum Malti-Tuneżin.", "Dan il-forum ġie inawgurat mill-President ta' Malta flimkien mal-Prim Ministru Tuneżin fil-preżenza ta' sitt membri tal-Kabinett Tuneżin.", "Il-ftuħ ġie segwit minn business to business meetings bejn intrapriżi u kummerċjanti Maltin u Tuneżini.", "Il-kmamar tal-kummerċ ta' Malta u ta' Tuneż organizzaw it-tieni edizzjoni tal-Business Forum Malti-Tuneżin f'Malta bejn it-12 u t-13 ta' Marzu 2018.", "L-Ambaxxata tat appoġġ loġistiku, pereżempju, fil-ħruġ ta'visas.", "L-Ambaxxata qiegħda ssegwi l-kuntatti li seħħew matul iż-żewġ edizzjonijiet tal-Business Forum u rċeviet numru ta' talbiet għall-għajnuna mingħand kummerċjanti u intrapriżi Maltin li wħud minnhom għamlu żjarat ta' follow-up f'dawn l-aħħar xhur.", "Bħalissa l-Ambaxxata qiegħda tipprepara għal żjara f'Malta ta' numru ta' kummerċjanti Tuneżini.", "Kultura u Promozzjoni", "L-attakki terroristiċi tal-2015 kellhom impatt sostanzjali fuq il-ħidma tal-Ambaxxata biex tippromovi kuntatti kulturali bejn iż-żewg pajjiżi.", "Madankollu l-Ambaxxata żżomm kuntatt kontinwu ma' entitajiet kulturali Tuneżini.", "Fi Frar tal-2018 l-Ambaxxata tat għajnuna lil stazzjon televiżiv Tuneżin li tella' produzzjoni dwar il-komunità Maltija li kienet tgħix fit-Tuneżija fis-sekli dsatax u għoxrin.", "F'April 2018 l-Ambaxxata tat għajnuna lil entità kulturali Maltija li żaret Tuneż biex tipproduċi film dwar il-preżenza Maltija fit-Tuneżija.", "Huwa maħsub li matul l-2018 mużiċisti Maltin jieħdu sehem f'żewġ attivitajiet kulturali f'Tuneż.", "Qegħdin isiru tħejjijiet biex jixxandar feature fuq Malta f'riviżta Tuneżina ta' kwalità għolja fis-sajf 2018.", "F'Novembru 2017 l-Ambaxxata nediet stand Maltija fil-bażar annwali li jorganizza l-Korp Diplomatiku fit-Tuneżija.", "L-Ambaxxata tipparteċipa wkoll f'bosta attivitajiet biex jinġabru fondi għal entitajiet filantropiċi Tuneżini.", "Servizzi Konsulari", "L-Ambaxxata toħroġ il-visas għal ċittadini Tuneżini u ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti fit-Tuneżija.", "Wara l-awtorizzazzjoni mis-Central Visa Unit, ċittadini Libjani jkunu jistgħu japplikaw għall-visa fl-Ambaxxata ta' Malta f'Tuneż.", "L-Ambaxxata toffri servizzi konsolari (pereżempju tiġdid ta' passaporti u reġistrazzjoni ta' twelid u żwieġ u atti ċivili oħra), lill-komunità Maltija li tgħix fit-Tuneżija u lill-familjari tagħhom.", "Toffri wkoll servizz ta' legalizzazzjoni ta' dokumenti.", "L-Ambaxxata tilqa' numru ta' talbiet ta' informazzjoni u applikazzjonijiet għaċ-ċittandinanza l-aktar minn dixxendenti tal-komunità Maltija li kienet tgħix fit-Tuneżija fis-sekli dsatax u għoxrin.", "Apparti milli toffri servizzi konsulari m'mod regolari, l-Ambaxxata żżomm kuntatt kontinwu mal-komunità Maltija f'Tuneż u ġieli torganizza laqgħat informali mal-membri.", "Matul dawn l-aħħar snin l-Ambaxxata Maltija tat assistenza lil ċittadin Malti li kien qed jiskonta sentenza ta' ħabs f'Tuneż u wara li ġie meħlus ħarġitlu dokument tal-ivvjaġġar u ffaċilitat ir-ritorn tiegħu lejn Malta.", "Amministrazzjoni", "L-Ambaxxata għaddejja minn proċess biex jiġi identifikat bini ġdid għall-Ambaxxata u l-Konsulat li jkun aktar sigur u aktar ta' rappreżentanza xierqa.", "AMBAXXATA MALTIJA GĦAR-RUSSJA - ĦIDMA U INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizjattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fir-Russja tul dawn l-aħħar tletin xahar?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minkejja s-sitwazzjoni predominenti fir-reġjun, l-Ambaxxata ta' Malta f'Moska taħdem bla waqfien sabiex ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja jkomplu jiġu mtejba fuq kull livell u f'diversi oqsma.", "Għaldaqstant, kienu bosta l-inizjattivi li din l-Ambaxxata ħadet f'dawn l-aħħar tletin xahar sabiex tgħolli l-profil ta' Malta fir-Russja f'oqsma differenti:", "- Politiċi;", "- Promozzjoni ta' Malta fil-qasam tal-kummerċ u negozju;", "- Kultura u Edukazzjoni.", "Mill-aspett politku, ir-Russja huwa pajjiż importanti ferm, kemm mil-lat bilaterali u kif ukoll f'ambitu multilaterali.", "B'hekk, tul dawn l-aħħar tliet snin, l-Ambaxxata żiedet il-kuntatti tagħha ma' diversi awtoritiajiet Russi u pparteċipat f'diversi laqgħat u briefings ogranizzati minn awtoritijiet Russi u Ambaxxati ta' pajjiżi oħrajn fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw kemm ir-Russja kif ukoll ir-reġjun.", "Inizjattivi politiċi konkreti f'dan il-perjodu jinkludu, fost oħrajn:", "Żjarat Uffiċjali:", "- Iż-Żjara Uffiċjali f'Moska mill-eks Ministru għall-Enerġija u-Saħħa, l-Onor.", "Konrad Mizzi, fis-16 ta' Settembru 2015;", "- Iż-Żjara Uffiċjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-eks Viċi Prim Ministru l-Onor.", "Louis Grech u l-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "George W. Vella fil-15 ta' Novembru 2016;", "L-Ambaxxata tat ukoll assistenza lil dinjitarji oħra Maltin li żaru r-Russja f'dawn l-aħħar tletin xahar sabiex jipparteċipaw f'diversi avvenimenti, fosthom l-Onor.", "Chris Cardona, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, l-Onor.", "Anton Refalo eks Ministru għal Għawdex, l-Onor.", "Leo Brincat, eks Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima.", "F'dawn l-aħħar tletin xahar, ġew iffirmati diversi ftehimiet bilaterali:", "- Memorandum ta' Ftehim dwar Koperazzjoni fil-Qasam tas-Saħħa;", "- Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki u l-Lawrji Akkademiċi;", "- Memorandum ta' Qbil dwar Koperazzjoni fis-Settur tat-Turiżmu bejn il-Ministeru għat-Turiżmu tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Kultura tal-Federazzjoni Russa;", "- Ftehim bejn il-Fondazzjoni Roscongress (l-organizzaturi tal-Forum Ekonomiku ta' San Petroburgu) u Trade Malta.", "F'dawn l-aħħar sentejn, l-Ambaxxata ta' Malta fir-Russja kienet xhieda ta' żieda sostanzjali fin-numri ta' Maltin li jżuru r-Russja kif ukoll ta' Russi li jżuru Malta.", "In-numru ta' turisti Russi lejn Malta, li kien naqas sostanzjalment wara l-kriżi tar-rublu fl-2015 u l-2016, reġa' qed jiżdied u mill-bidu ta' Jannar sa Ġunju 2018, l-Ambaxxata Maltija fir-Russja ħarġet iktar minn erbat elef visa (skond il-Visa Management System) għal turisti u studenti (tal-Ingliż) Russi minn diversi reġjuni.", "Din iż-żieda mhijiex biss riżultat ta' titjib fis-sitwazzjoni ekonomika fir-Russja, iżda hija wkoll frott tal-isforzi kontinwi tal-Ambaxxata sabiex tistabbilixxi lil Malta bħala destinazzjoni turistika popolari fost il-popolazzjoni Russa.", "Sabiex Malta tkun tista' tikkompeti ma' destinazzjonijiet turistiċi popolari oħrajn bħal, ngħidu aħna, Spanja u l-Greċja, il-Konsolat ta' Malta f'Moska, flimkien mal-aġenti sussidjarji li jiffaċilitaw is-servizzi tal-visas (VFS), ħoloq sistema effettiva li twassal għall-ħruġ tal-visas turistiċi f'madwar tlett ijiem, irrespettivament mil-lokalità tal-applikant.", "In-network tal-uffiċċji tal-VFS fir-Russja, minn Kaliningrad (Punent) sa Vladivostok (Lvant), qed tiġi użata b'mod effettiv mhux biss għall-iffaċilitar tal-ħruġ tal-visas, imma wkoll għall-promozzjoni ta' Malta bħala destinazzjoni turistika (u studju) f'reġjuni li jinsabu 'l bogħod minn Moska.", "Dan l-outreach qed isir ukoll permezz ta' ċirkolazzjoni ta' materjal promozzjonali li huwa magħmul speċifikament għall-udjenza Russa.", "L-istabbiliment ta' Konsli Onorarji fir-reġjuni madwar il-Volga, inkluż fir-Repubblika tat-Tatarstan u dalwaqt anke fis-Siberja (Novosibirsk u Irkutsk) u fl-Urali (Chelyabinsk u Ekaterinburg) qed jgħin sabiex tiżdied il-viżibilità u l-outreach ta' Malta fir-Russja u jiġu sostenuti l-isforzi tal-Ambaxxata sabiex jiżdiedu l-iskambji kummerċjali bejn Malta u r-Russja f'diversi oqsma.", "Għaddejja ħidma sabiex diversi kandidati oħra jiġu proponuti għal Konsli Onorarji f'reġjuni ekonomikament importanti fin-Nofsinhar u l-Punent tar-Russja, fejn hemm l-ikbar konċentrazzjoni ta' industrija u opportunitajiet ta' investiment.", "F'dawn l-aħħar snin (mill-2014), l-interess fir-Russja fost ċittadini Maltin ukoll qed jiżdied u n-numri ta' Maltin li qed jirrikorru għall-assistenza tal-Ambaxxata għall-informazzjoni u tagħrif fuq il-pajjiż, kemm fuq tema turistika u akkademika u kif ukoll kummerċjali, żdied b'mod konsiderevoli.", "Iż-żieda ta' skambji kummerċjali bejn Malta u r-Russja hija wkoll riżultat tal-avvenimenti frekwenti (madwar tlieta fis-sena) li torganizza l-Ambaxxata flimkien mal-Konsli Onorarji u Kmamar tal-Kummerċ f'diversi reġjuni fir-Russja, li qed iżidu l-interess reċiproku fl-opportunitajiet kummerċjali li jeżistu fiż-żewġ pajjiżi.", "L-avvenimenti kummerċjali li jmiss huma ppjanati f'Tula (Tula Oblast - 501,169 abitant) u Chelyabinsk (Chelyabinsk Oblast - 1,130,132 abitant).", "L-Ambaxxata ta' Malta f'Moska qed tagħti attenzjoni speċjali lill-qasam tal-edukazzjoni.", "Fil-fatt, in-numru ta' skambji bejn studenti Maltin u Russi qed jiżdied b'mod konsiderevoli.", "Malta tgawdi fama eċċellenti għat-tagħlim tal-Inġliż u hi l-iktar destinazzjoni popolari (mill-pajjiżi Schengen) mal-istudenti tal-Ingliż, filwaqt li universitajiet Russi qed ikomplu jattiraw studenti Maltin, l-aktar mil-qasam tax-xjenza (mediċina u dentistrija).", "Riżultat ta' dan, l-Ambaxxata hija xhieda wkoll ta' żieda sostanzjali fl-iskambji bejn akkademiċi u riċerkaturi Maltin mill-Università ta' Malta u Russi minn diversi universitajiet stabbiliti.", "Iż-żieda fin-numru taċ-ċittadini Maltin li jgħixu u jaħdmu fir-Russja, f'dawk li jivvjaġġaw lejn ir-Russja u ċittadini Russi li jixtiequ jivvjaġġaw, jgħixu jew jinvestu f'Malta wassal għal żieda fl-assistenza konsolari li toffri l-Ambaxxata.", "F'okkażjonijiet varji, l-Ambaxxata ħadmet flimkien ma' awtoritajiet Russi sabiex issolvi problemi u sitwazzjonijiet varji li ċittadini Maltin jiltaqgħu magħhom ġewwa r-Russja.", "Waqt it-Tazza tad-Dinja 2018, iktar minn 400 ċittadin Malti (skont il-FIFA) huma ppjanati li jżuru r-Russja.", "L-Ambaxxata ta' Malta f'Moska qed taħdem id f'id mal-FIFA, awtoritajiet Russi u anke ma' missjonijiet tal-pajjiżi tal-UE fi bliet Russi sabiex toffri kull għajnuna neċessarja.", "Promozzjoni ta' Malta fil-qasam tal-kummerċ u negozju", "Sabiex issaħħaħ il-viżibilità ta' Malta mat-territorju vast Russu, l-Ambaxxata stabbiliet kuntatt ma' diversi kmamar tal-kummerċ ta' reġjuni differenti u qed taħdem bi sħiħ mal-Kamra Federali tal-Kummerċ u l-Industrija kif ukoll mal-Assoċjazzjoni tal-Intraprendituri ta' Moska bil-għan li tikseb kuntatti fil-qasam kummerċjali u sabiex tkun tista' tagħti pariri infurmati lil intrapriżi Maltin li huma interessati fis-suq Russu.", "L-aktar inizjattivi prominenti għall-promozzjoni ta' kummerċ bejn Malta u r-Russja jinkludu:", "i. Forums ta' Negozju", "Mill-2014 'l hawn, l-Ambaxxata Maltija f'Moska organizzat avvenimenti kummerċjali bħala parti mill-attivitajiet kommemorattivi tal-Jum Nazzjonali ta' Malta fil-21 ta' Settembru.", "- Fl-24 ta' Settembru 2015 ġie organizzat avveniment kummerċjali bil-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Chris Cardona, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u diversi intraprendituri Maltin minn diversi oqsma.", "- Fl-20 ta' Settembru 2016 ġie organizzat avveniment kummerċjali f'Moska, bil-għan li jesponi l-potenzjal ekonomiku tal-gżira Għawdixja.", "L-Onor.", "Anton Refalo, eks Ministru għal Għawdex flimkien mar-Rappreżentanti mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex u l-Assoċjazzjoni għall-Promozzjoni tat-Turiżmu ta' Għawdex ipparteċipaw f'dan l-avveniment.", "- Fl-20 u 21 ta' Settembru 2017, ġie organizzat avveniment kummerċjali fil-Belt ta' Nizhny Novorgod.", "Dan il-Forum serva bħala pjattaforma għal kuntatti bejn negozjanti Maltin u Russi.", "Madwar 300 parteċipant mis-setturi tat-turiżmu, l-edukazzjoni u l-investiment kienu preżenti fil-Forum.", "L-Ambaxxata ipprovidiet assistenza sabiex jiġi organizzat business forum fiċ-Ċentru tal-Kamra Federali tal-Kummerċ u l-Industrija f'Moska bi sħubija ma' Trade Malta u l-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta, fil-marġni taż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru Joseph Muscat f'Moska fil-15 ta' Novembru 2016.", "Matul dawn l-aħħar xhur, l-Ambaxxata pparteċipat f'diversi edizzjonijiet ta' St Petersburg International Economic Forum (SPIEF) u r-Russian Investment Forum fil-Belt ta' Sochi biex tkompli tesplora opportunitajiet ekonomiċi t'interess għal Malta.", "Żjarat fir-Reġjuni", "Bħala parti mill-isforzi ta' outreach u viżibiltà, matul dawn l-aħħar xhur, l-Ambaxxatur żar numru ta' bliet f'reġjuni Russi, fosthom f'San Petroburgu, Sochi, Kazan, Nizhny Novgorod, Vladimir, Yaroslav, Suzdal u oħrajn.", "L-aġenda waqt dawn iż-żjarat, apparti li tinkludi laqgħat ma' rappreżentanti reġjonali, tinkludi wkoll numru ta' laqgħat mal-Kmamar tal-Kummerċ prominenti fir-reġjun, universtajiet, kif ukoll diversi assoċjazzjonijiet mis-settur tat-turiżmu.", "Rappreżentanti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Air Malta u diversi kumpaniji Maltin oħrajn jipparteċipaw f'dawn iż-żjarat b'mod regolari.", "Ħidma oħra", "L-Ambaxxata ta' Malta f'Moska kienet strumentali wkoll fl-organizzazzjoni ta' għadd ta' żjarat ta' delegazzjonijiet kummerċjali minn Malta u mir-Russja bil-għan li jkun hemm żieda fl-iskambji kummerċjali.", "Barra minn hekk, fuq bażi regolari, l-Ambaxxatur jiltaqa' ma' diversi kumpaniji Russi minn setturi differenti li għandhom interess li jinvestu f'Malta.", "L-Ambaxxata tiffaċilita wkoll kuntatti mal-awtoritajiet Maltin u tassigura li dawn il-kumpaniji jingħataw l-għajnuna u l-informazzjoni meħtieġa.", "Kultura u Edukazzjoni", "Il-promozzjoni ta' Malta fis-setturi kulturali u tal-edukazzjoni permezz ta' avvenimenti varji hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Ambaxxata ta' Malta f'Moska.", "Highlights riċenti minn dawn l-avvenimenti jinkludu:", "Kunċert minn mużiċisti Maltin mill-Orkestra Filarmonika li seħħ ġewwa teatru storiku f'Moska;", "Kunċert li jimmarka l-ħamsin sena anniversarju mit-twaqqif ta' relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja mill-vjolinista Malti Carmine Lauri, flimkien ma' mużiċisti Maltin mill-Orkestra Filarmonika u mużiċisti Russi mit-Teatru Marinsky ta' San Petroburgu;", "Matul l-2017 ġew stabbiliti kuntatti ma' diversi universitaijiet, fosthom l-Università tal-Pedagoloġija f'Nizhny Novgorod fejn ġew diskussi possibbiltajiet sabiex titwaqqaf Akkademja tat-Tagħlim tal-Mużika Russo-Maltija ġewwa Malta li jkollha l-potenzjal tattira studenti internazzjonali.", "2018: Parteċipazzjoni regolari fil-laqgħa ta' esperti fil-qasam tal-kultura tal-pajjiżi tal-UE fejn ġie ppreżentat il-programm ta' avvenimenti matul il-V18 li jinkludu koperazzjoni ma' artisti stabbiliti Russi.", "Dawn l-avvenimenti jinkludu: il-Malta International Music Festival u Russian Masters (li saru f'Marzu) u Tchaikovsky's Fifth Symphony (li sar f'Mejju).", "Diskussjonijiet mar-Russja għaddejjin ukoll fil-qasam tal-wirt storiku u restawr tal-arti bejn iċ-Ċentru tal-Konservazzjoni tal-Arti Grabar u Heritage Malta fejn qed tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' skambji bejn esperti Maltin u Russi f'dan il-qasam.", "Fl-avvenimenti kulturali msemmija hawn fuq, l-Ambaxxata ħadmet mhux biss sabiex tesponi t-talent artistiku Malti fir-Russja, imma wkoll sabiex tippromwovi produtturi Maltin tal-ikel u xorb (fosthom inbid u prodotti artiġjanali) li xtaqu li l-prodotti tagħhom ikunu esposti ma' udjenza Russa.", "Minn sena għal sena, in-numru ta' intrapriżi Maltin li huma interessati fis-suq Russu żdied b'mod konsiderevoli u f'kull avveniment, l-Ambaxxata tassigura li toffri prodott ġenwinament Malti.", "F'April 2018, l-Ambaxxata tat assistenza u ffaċilitat kuntatti ma' diversi producers stabbiliti lill-Kummissarju Malti għall-Films waqt iż-żjara tiegħu fir-Russja.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta daħlet it-talba għall-iskedar tal-villa li kienet tal-Perit Dom Mintoff, ġewwa Ħal Tarxien?", "Min għamel it-talba tal-iskedar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba għall-iskedar tal-proprjetà Nru 110, The Olives, kienet saret minn Dr Joan Bland Mintoff permezz ta' ittra datata l-14 ta' Frar 2018.", "LISTA TA' PROPRJETAJIET SKEDATI", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li uffiċjalment huma skedati fid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Lista bid-dettalji mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "LISTA TA' PROPRJETAJIET JISTENNEW EVALWAZZJONI GĦALL-ISKEDAR", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetà li fid-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari qed jistennew li tingħalaq l-evalwazzjoni tagħhom dwar jekk jikkwalifikawx għal skedar?", "Interpellant li l-proċess tal-iskedar isir in camera mill-Kunsill Eżekuttiv.", "Għal raġunijiet ovvji, informazzjoni dwar proprjetajiet li qegħdin jiġu kkunsidrati għall-iskedar ma tistax tingħata minħabba li din tista' timmina serjament il-proċess tal-iskedar u l-integrità tal-proprjetà nnifisha.", "SPORTSMALTA – PERMESS GĦAL PROPOSED REGIONAL PARK", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-PA/03069/18, jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan il-proġett hekk kif intavolat minn SportsMalta, li qed jiġi msejjaħ bħala Proposed Regional Park, hemm ukoll propost li jkun hemm track għall-ġiri madwar is-swar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif muri fil-pjanta 1G li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, fl-applikazzjoni bin-numru PA 3069/18 (Proposed Regional Park as specified in Local Plan), il-proġett jipproponi walking track u jogging track minn naħa għall-oħra tas-sit, jiġifieri minn Triq Għajn Dwieli sa taħt is-Sur ta' San Alwiġi.", "AWTORITÀ GĦALL-IPPJANAR – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP TA' AGRITURIŻMU", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar għal żvilupp ta' agrituriżmu?", "Jista' jgħid fejn qed jiġu proposti?", "IAN BORG: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6643, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema tliet applikazzjonijiet relatati ma' agrituriżmu.", "Waħda San Pawl il-Baħar, waħda l-Imġarr (Malta) u waħda Ta' Kerċem (Għawdex).", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet pendenti li ġew ivvalidati jew ippubblikati, li huma indikati fl-istess sistema bħala li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "· Agrituriżmu", "· Agroturiżmu", "SKEDAR TA' PROPRJETÀ - PROĊESS", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li jiġi segwit f'każ li proprjetà tiġi skedata sabiex wieħed jassigura li kwalunkwe strutturi jew affarijiet oħra li huma projbiti li jkunu fi proprjetà skedata, jitneħħew?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull żvilupp li jaffettwa proprjetà skedata għandu bżonn permess tal-iżvilupp.", "Xi forom ta' żvilupp minuri huwa permessibbli li jsir pemezz ta' Development Notification Order.", "MELLIEĦA: SIT F'TA' MASRIJA – APPLIKAZZJONI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6482 u ċjoè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5123, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sit f'Ta' Masrija fil-Mellieħa (biswit il-bypass tal-Mellieħa) li jittrattaw l-applikazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "IAN BORG: Nemmen li din il-Kamra żgur tapprezza l-fatt li din il-mistoqsija parlamentari titlob ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli li jkun żgurat li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor.", "Cutajar tinġabar kollha.", "Infurmat li f'kull applikazzjoni ta' żvilupp l-ammont ta' korrispondenza li ssir bejn uffiċjali differenti fl-awtoritajiet konċernati dejjem tkun waħda voluminuża biex ikun żgurat li l-policies kollha jkunu qed jiġu osservati.", "L-informazzjoni li waslitli hija li dan il-każ ma kienx b'inqas.", "Nispera biss li bit-talba tiegħu għall- korrispondenza kollha li għaddiet bejn l-uffiċjali fiż-żewg awtoritajiet, l-Onor.", "Cutajar mhux qed jipprova jqajjem dubju fuq il-ħidma siewja li jagħmlu l-mijiet ta' uffiċjali li jaħdmu fiż-żewġ awtoritajiet konċernati.", "Nikkoreġi wkoll lill-Onor.", "Interpellant meta qal li ttieħdet xi art biex issir xi service road u nindirizzah jerġa' jaqra r-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet bin-numri 6016 u 6647.", "MELLIEĦA: ŻONA TA' MASRIJA – APPLIKAZZJONI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6483 u ċjoè: B'referenza għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa, li tinkludi wkoll is-service road li \"ttieħdet\" fl-aħħar xhur mill-bypass tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat (inkluż korrispondenza li għaddiet bejn TM u l-MEPA) mal-applikazzjoni PC 42/15, kif ukoll dokumenti relatati mal-applikazzjoni tal-MEPA PA 4811/15?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6645 tal-istess seduta.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6487 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6016 tat-12 ta' Ġunju, jista' l-Ministru jgħid jekk is-service road inkwistjoni kenitx oriġinarjament tifforma parti mill-art li l-istess żviluppatur għandu b'ċens temporanju u għaldaqstant taqa' fil-konfini tal-istess art jew jekk l-Awtorità tal-Artijiet tatx lill-istess żviluppatur parti minn art pubblika oltre l-konfini tal-art tiegħu, u dan sabiex jaqdi l-interessi privati tal-proġett?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-art li ġiet żviluppata tifforma parti minn dik l-art deskritta fil-kuntratt tal-akkwist tal-utile dominium temporanium datat 29 ta' Diċembru 2014 fl-atti tan-Nutar Sam Abela u li, sussegwentament għal dan, wara sejħa għall-offerti, id-dirett dominum temporanium u s-sussegwenti proprjetà ġew akkwistati permezz ta' kuntratt fl-atti tal-istess Nutar Sam Abela datat 21/10/2016.", "L-art inkwistjoni tifforma parti minn art akbar oriġinarjament mogħtija b'ċens temporanju għal 150 sena, skont il-kuntratt datat 6 ta' Ġunju 1933 tan-Nutar Calcedonio Gatt.", "Kif diġà tennejt f'PQ 6016, din l-art imsemmija (li l-Onor.", "Interpellant jirreferi għaliha bħala service road) li kienet u għadha proprjetà pubblika, filwaqt li għadha suġġett għaċ-ċens temporanju għal 150 sena, qatt ma ġiet mittiefsa.", "GĦAWDEX: IR-RABAT – KAŻ TA' ESPROPRJAZZJONI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6578, li tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6452, (fejn f'din ir-risposta ma twieġbet l-ebda waħda mill-mistoqsijiet li saru fil-mistoqsija parlamentari 6578) jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6578, u ċjoè jgħid:", "a) Meta ġiet esproprjata l-art inkwistjoni;", "b) Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 6452 minn terzi persuni;", "c) Jekk mal-kontestazzjoni ta' dawn it-terzi persuni ppreżentawx dokumenti bħala prova li għandhom xi titolu fuq din l-art;", "d) Jekk fl-affermattiv, meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u jekk l-uffiċċju legali tal-Awtorità analizzax ir-riċerki sottomessi;", "e) Jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ippreżentawx dokumentazzjoni bħal testmenti, riċerki u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis;", "f) Jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax ir-riċerki miż-żewġ partijiet u,", "g) Jekk fin-negattiv, jista' jara li din l-analiżi ssir kemm jista' jkun malajr?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li permezz ta' dikjarazzjoni tal-President maħruġa fl-14 ta' Diċembru 1993 permezz tal-avviż numru 826 fil-Gazzetta tal-Gvern, l-art inkwistjoni kienet meħtieġa għal skop pubbliku, fejn l-akkwist tagħha kellu jkun bl-impożizzjoni tas-servitù li jikkonsisti f'mogħdija tal-kejl ta' 90mk u 139mk rispettivament.", "Fil-31 ta' Jannar 1997, il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzzjoni għamel talba sabiex tiġi esproprjata l-art inkwistjoni sabiex jiġi kkreat aċċess għall-foss taċ-Ċittadella Għawdex.", "Minn dan isegwi li fit-2 ta' Mejju 1997, permezz ta' dikjarazzjoni tal-President bl-avviż numru 324 fil-Gazzetta tal-Gvern, l-art ġiet meħtieġa għal skop pubbliku fejn l-akkwist kellu jsir b'xiri assolut.", "Sussegwentement, l-art inqasmet f'żewġ plots – plot 1 u plot 2, u wara plot 1 reġa' ġie maqsum fi plot 1A u 1B.", "Fit-22 ta' Jannar 1998, l-aħwa Zammit kienu ddikjaraw li plot 1A ma jappartjenix lilhom, filwaqt li rigward plot 1B kien sar il-kuntratt relattiv fis-16 ta' Ġunju 1999, ippubblikat min-Nutar Vincent Miceli, fejn l-aħwa Zammit kienu ngħataw il-kumpens skont is-suq ta' dakinhar kif ukoll l-imgħax bir-rata ta' 5% mid-data tat-teħid, jiġifieri mid-29 ta' April 1989 (u allura qabel ma nħarġet id-dikjarazzjoni ta' servitù), fl-ammont totali ta' Lm16,870 (li minnhom Lm11,195 kien jirrifletti l-prezz tal-proprjetà u r-rimanenti Lm5,675 kien jirrifletti l-imgħax).", "Filwaqt li rigward plot 2, l-ebda persuna għadha ma ġabet provi konkreti sabiex jiġi pprovat titolu.", "Minn analiżi tal-pjanti annessi ma' diviżjoni ppreżentata mill-aħwa Zammit, l-art immarkata '2' mhix inkluża f'tali diviżjoni.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jkun qed jieħu l-Gvern biex jara li f'pajjiżna jkun hemm spazju adegwat fejn jintrema l-materjal/skart mill-bini mwaqqa'?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) qiegħda taħdem fuq strateġija sabiex tindirizza l-iskart tal-iskavar u kostruzzjoni fit-tul.", "Sadanittant l-ERA qiegħda tipproċessa tmien permessi għall-barrieri biex ikunu jistgħu jaċċettaw materjal nadif.", "Bħala soluzzjoni immedjata, barriera ġewwa s-Siġġiewi li tinsab f'żona speċjali ta' konservazzjoni u li qiegħda fi stat ta' abbandun, qed tibda tilqa' materjal nadif li ġej mill-kostruzzjoni.", "GĦAWDEX: INTERFERENZA FUQ IL-FREKWENZA FM TAL-ISTAZZJONIJIET TAR-RADJU", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li stazzjonijiet tar-radju qiegħed ikollhom problemi ta' interferenza fuq il-frekwenza FM f'ħafna partijiet minn Għawdex, jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni tistalla repeater f'Għawdex biex din il-problema tiġi eliminata?", "JOSEPH MUSCAT: It-trażmissjonijiet tar-radju FM huma regolati mill-Awtorità ta' Malta dwar ix-Xandir.", "Għaldaqstant, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "WIED IL-GĦAJN – INKJESTA FI BLOKKA FEJN KIEN HEMM NAR", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-eżitu tal-inkjesta li saret minħabba nar fi blokka f'Wied il-Għajn fejn persuna tilfet ħajjitha, jista' l-Ministru jgħid hux legali li fi blokka ta' flats fejn ikunu joqogħdu numru ta' residenti, l-aċċess għall-bejt ikun imblukkat jew, agħar, magħluq b'mod permanenti?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20180704_137d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 1 ta' Ottubru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika x'xogħlijiet ta' tiswija saru mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann fi Ġnien Karin Grech sa minn Marzu 2013 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jagħti wkoll l-ammonti ta' kemm swew dawn ix-xogħlijiet u jgħid jekk dawn l-ispejjeż tħallsux minn fondi ordinarji tal-Kunsill Lokali jew minn xi sors ieħor?", "Jekk ma sarux xogħlijiet ta' tiswija li kien hemm bżonn, jista' jindika fiex intefqu l-flus li suppost kienu indirizzati sabiex issir din it-tiswija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà fil-Belt, inkluż f'Vincenti Buildings, jikri l-Ministeru tiegħu u kemm hu l-ħlas tal-kera?", "F'kull każ, jistax jindika s-sejħa pubblika li saret u mingħand min hija l-kirja?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ma ħadet ebda passi biex tiżgura li s-sit ta' kostruzzjoni f'Tas-Sliema li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma tiġġenerax sħab ta' trabijiet kif ġara s-Sibt, 3 ta' Frar 2018 filgħodu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni fuq sit ta' kostruzzjoni għamlet l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) kull xahar fl-2017 u fl-2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid minn kemm ħaddiema u impjegati hija magħmula l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat hemm fil-Building Regulations Office (BRO)?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni fuq sit ta' kostruzzjoni għamel xahar b'xahar il-Building Regulations Office (BRO)?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-grad u t-tip ta' xogħol ta' kull student Għawdxi li ggradwa fl-aħħar ta' kull sena akkademika mis-sena 2013 sal-lum u li qed jaħdem Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport kien hemm ta' allegazzjonijiet ta' serq minn Ġunju 2015 sal-lum, xahar b'xahar u sena b'sena, f'kull uffiċċju, dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha?", "F'kull każ x'kien l-allegat serq (oġġetti eċċ) li kien irrapportat u x'passi ttieħdu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6122, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6123, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6124, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6125, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6126, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6127, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ikkanċellat titjiriet l-Air Malta mill-1 ta' Mejju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "F'kull każ kemm kien in-numru ta' passiġġiera milquta, jekk ġewx mogħtija xi kumpens minħabba l-kanċellazzjoni u jekk iva, kemm f'kull każ kien il-kumpens?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi talbiet għal kumpens kontra xi trasportatur tal-arju skont ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 261/2004 fir-rigward ta' titjiriet li tħassru mill-2011 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija u maqsuma xahar b'xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk saru dawn it-talbiet f'kull każ kontra min kienu u għal kemm flus?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk a tenur tal-L.S. 378.14, sena b'sena jekk qatt ġewx imposti xi multi u jekk iva, kontra min u għal kemm flus?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tal-Pietà bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Imsida bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Ta' Xbiex bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġwann bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta' stennija biex jiġu megħjuna regolarment minn xi psikologu fil-Mental Health Community Services?", "Kif wieħed jista' jagħmel użu mis-servizz tagħhom?", "Kemm huwa ż-żmien ta' stennija biex jiġu moqdija dawn il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u min qed jieħu ħsiebhom?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'tipi ta' għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Mejju 2018?", "Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li sar fiċ-Ċentru Tommaso Chetcuti?", "Fejn huwa allokat dan iċ-Ċentru u kemm ilu mwaqqaf?", "X'għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika s-sessjonijiet edukattivi li saru fil-kliniċi tas-Saħħa Mentali f'din il-Leġiżlatura?", "Meta saru dawn is-sessjonijiet lill-pazjenti u l-qraba tagħhom u l-pubbliku inġenerali?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għas-settur tas-servizz tas-Saħħa Primarja u fil-Komunità bħala pilastru fil-ħarsien tas-Saħħa u Prevenzjoni, b'mod partikolari dak offrut mit-tabib privat, li fil-fatt hu settur li b'għażla tal-poplu huwa l-aktar imfittex, fejn għal numru tas-snin id-Dipartiment tas-Saħħa offra servizzi ta' investigazzjoni b'xejn lill-pazjenti li jagħżlu li jinqdew b'tabib li ma jaħdimx fiċ-Ċentri tas-Saħħa Pubblika, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta' investigazzjonijiet li bħalissa hi offruta?", "Hemm ħsieb li din il-lista ser tiżdied?", "Liema huma dawn it-testijiet?", "Dan ifisser li l-pazjent li jkun irid iħares saħħtu billi jmur għall-konsulta privata għand tabib tal-familja, ser ikun jista' jutilizza l-istess lista ta' investigazzjonijiet li tabib tal-gvern taċ-Ċentru tas-Saħħa għandu?", "Jekk mhux il-każ, x'inhi r-raġuni tad-diskrepanza?", "Jista' jgħid kemm-il tabib privat inqabad jabbuża minn dan is-servizz tad-Dipartiment tal-Kura Primarja għax jordna investigazzjonijiet li ma humiex fil-lista?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet tul din il-Leġiżlatura fejn il-Pulizija ħarġu l-aggressuri mid-djar tal-vittmi tal-vjolenza domestika?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri mogħti lill-entitajiet kollha kif ukoll il-ktejjeb ta' informazzjoni dwar is-servizzi li jistgħu jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il servizz ta' taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali ġew organizzati f'din il-Leġiżlatura lil Job coaches kif ukoll lill-għalliema fl-iskejjel ta' pajjiżna?", "Kemm kien hemm parteċipanti f'dawn il-sessjonijiet?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru jindika kemm saru korsijiet għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet varji tat-tfal tagħhom tul din il-Leġiżlatura?", "Fejn u meta saru dawn il-korsijiet?", "Kemm saru korsijiet għall-għalliema biex ikunu aktar imħarrġa dwar id-dyslexia u kif ikunu jistgħu jgħinu l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm-il kontravenzjoni nqabdet minn kull speed camera f'din il-Leġiżlatura fil-lokalità ta' Marsaskala?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2016, 2017 u l-2018 sal-aħħar ta' Mejju?", "Jistgħu dawn jiġu klassifikati u elenkati skont in-natura tagħhom?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika meta l-istatwa tal-Madonna fi Triq Reġjonali se titpoġġa lura f'postha?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tiġi rilokata f'home li fiha jkun hemm sodod attrezzati li jilqgħu l-ħtiġijiet tagħha, peress li għandha l-hipbone miksura?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għal spazji li ġew kreati ġodda u mhux spazji li ilhom hemm is-snin u fuqhom sar tisbiħ?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jiġu ngaġġati aktar social workers mat-tnejn li diġà hemm, fl-Akkomodazzjoni Soċjali?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ġurnata, f'Jannar tas-sena li għaddiet, li fiha sar dak li kien identifikat mill-inkjesta Maġisterjali bħala 'żball uman' u li wassal biex mietu 9 embrijuni fl-Isptar Mater Dei?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'esproprjazzjonijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru sabiex issir Triq il-Wied f' Ħal Balzan?", "Jekk saru, jista' jelenka liema huma u kemm hu l-valur ta' dawn l-esproprjazzjonijiet?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid min hu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie mqabbad bħala espert tal-Qorti?", "Jista' jgħid x'inhi l-expertise li għandu dan in-nominat u liema qorti qabditu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar servizz ta' podoloġista fid-dar?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-ipproċessar u fl-għoti tal-assistenza soċjali, irrispettivament mid-dispożizzjoni tal-liġi f'paragrafu 1 tat-Taqsima VI tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta li tipprovdi li kull proprjetà tittieħed in konsiderazzjoni għall-finijiet ta' kalkolu tal-mezzi, fir-realtà postijiet tal-villeġġjatura ma jittieħdux in konsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-mezzi?", "Jista' jgħid jekk din l-eżenzjoni dwar djar ta' villeġġjatura toħroġx minn xi dispożizzjoni tal-liġi jew hijiex prassi kostanti li biha dejjem hekk mexa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ta' llegalitajiet akkumpanjati b'filmati lill-Għassa tal-istess lokal mill-2017 'l hawn?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ilmenti ta' llegalitajiet imressqa mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ttieħdu effettivament passi dwarhom u jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti wara li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ressaq saħansitra filmati li jagħtu xhieda ta' tali llegalitajiet?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri mil-lokalita ta' Ħal Qormi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri minn Ħal Luqa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri mis-Siġġiewi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4433, li kienet dwar postijiet għall-post ta' Officer in-Charge Minor Staff, fejn fit-tweġiba għaliha ingħad li għal dan il-post għaddew 15-il kandidat u ġew appuntati l-ewwel 11, għaldaqstant jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vakanti f'dan il-grad u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li se jingħataw l-appointments lil dawk il-persuni li għadhom ma ġewx appuntati?", "Jista' jgħid sa meta hu validu r-riżultat tal-aħħar sejħa għal dan il-post?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Peress li stazzjonijiet tar-radio qiegħed ikollhom problemi ta' interferenza fuq il-frekwenza FM f'ħafna partijiet minn Għawdex, jista' l-Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar ix-Xandir tistalla repeater/booster f'Għawdex, biex din il-problema tiġi eliminata?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6648, 6578 u 6452 li kienu dwar każ ta' esproprjazzjoni ta' art fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid:", "a) id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni minn terzi persuni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6452;", "b) jekk ma' din il-kontestazzjoni ġewx ippreżentati dokumenti bħala prova li dawn it-terzi persuni għandhom xi titolu fuq din l-art,", "c) u jekk fl-affermattiv, meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u", "d) jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax dawn id-dokumenti?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6411, dwar każ ta' entità sportiva f'Għawdex, u t-tweġiba għaliha kienet tgħid li l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda tipproċessa l-każ sabiex l-imsemmija art tgħaddi lil Sports Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk l-art imsemmija għaddietx lil Sports Malta?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-Investiment Dirett Barrani f'Għawdex matul is-snin 2016, 2017 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2018?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6586 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għaddew mill-aħħar eżami li sar għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post u meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati f'kull post?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-inkjesta maġisterjali li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-każ tal-Egrant Inc.?", "Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jagħti lista ta' fiex kienu jikkonsistu l-ispejjeż?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Membri Parlamentari li għandhom skorta tal-Pulizija?", "Jista' jgħid kif ingħatat, jiġifieri jekk kenitx inizjattiva tal-Pulizija jew intalbitx mill-Membru Parlamentari nnfisu?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi theddid partikolari fuq xi Membri tal-Parlament?", "Qatt saru rapporti minn Membri tal-Parlament wara li rċevew theddid?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija assenjati bħala skorta mal-ex Kap tal-Oppożizzjoni li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid is-sigurta tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kemm qed tiġi tiswa lill-poplu Malti kull xahar?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-Pulizija bħala bodyguards tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm theddid partikolari li jista' jitfa' l-ħajja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-periklu?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet saru fuq il-kwalità tat-tarmak (core-testing) u fuq it-tqegħid tat-tarmak (longitudinal regularity) li sar fil-bypass tal-Mellieħa?", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jippubblika wkoll ir-riżultati ta' dawn it-testijiet u jispjega jekk il-kwalità tat-tarmak (kemm bħala tarmak innifsu u anke bħala tqegħid) hijiex sodisfaċenti skont dawn it-testijiet?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn f'Triq Għawdex fil-Qawra, li hija triq li ta' kuljum jgħaddu minnha għexieren ta' karozzi tal-linja u mijiet ta' karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal passaport minn persuni li qatt ma kellhom passaport matul is-sena 2017?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal tiġdid ta' passaporti matul is-sena 2017?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tiġdid ta' passaporti li sar minn Ambaxxati Maltin matul is-sena 2017, maqsumin skont l-Ambaxxata?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħruġ ta' passaporti għal minuri wara li kien hemm ordni tal-Qorti sabiex jinħareġ passaport għall-minuri?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew akkużati bi stupru mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ġew illiberati u kemm hemm proċeduri li għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna li kkommettiet omiċidju volontarju ma tressqitx il-Qorti, peress li mill-investigazzjoni kien irriżulta li kienet qed taġixxi in legittima difesa?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-korsijiet Tagħlim Tul il-Ħajja li jwasslu għal ċertifikazzjoni tal-Matsec m'għadhomx jingħataw aktar mill-Kulleġġ ta' San Benedittu f'Ħal-Kirkop?", "Jista' jgħid jekk huwiex minnu li residenti minn Ħal-Kirkop, iż-Żejtun u ż-Żurrieq qed jintalbu jattenda l-Blata l-Bajda?", "X'inhi r-raġuni?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal \"The Malta Independent\" tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jagħti dettalji u pjanti tal-proġett propost?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal \"The Malta Independent\" tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward l-istess proġett?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal \"The Malta Independent\" tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-proġett propost mhux se jkun jinkludi landfill?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal \"The Malta Independent\" tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost hux se jkun amministrat mill-privat jew mill-Gvern?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal \"The Malta Independent\" tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jagħti data approssimattiva meta tali proġett se jkun lest?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal oqbra f'kull ċimiterju madwar Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' serq irrappurtati fil-pajjiż mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm saru rapporti ta' serq lokalità b'lokalità, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika rrappurtati bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika, lokalità b'lokalità, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa l-Qorti mill-pulizija, persuni akkużati bir-reat ta' vjolenza domestika mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-average teaching load tal-għalliema tal-Ingliż u tal-Matematika fl-iskejjel tal-istat?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' supply teachers li ġew ingaġġati din is-sena mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi fl-iskejjel primarji?", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6660 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza tal-eżitu tal-inkjesta li saret minħabba nar fi blokka f'Wied il-Għajn fejn persuna tilef ħajtu, jista' l-Ministru jgħid hux legali li fi blokka ta' flats fejn ikunu joqogħdu numru ta' residenti, l-aċċess għall-bejt ikun imblukkat jew agħar, magħluq b'mod permanenti?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija dwar il-każ tal-allegat qtil ta' ferħ ta' qattusa li ġiet imsawta sal-mewt f'restaurant f'Għajn Tuffieħa?", "Jista' jgħid ukoll meta saru dawn ir-rapporti?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-pulizija ordnatx li ssir awtopsja fil-każ tal-allegat qtil ta' ferħ ta' qattusa li ġiet imsawta sal-mewt f'restaurant f'Għajn Tuffieħa fejn anke r-ritratti tal-qattusa mejta dehru fuq il-media?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'investigazzjoni saret wara l-allegat qtil ta' qattusa f'restaurant f'Għajn Tuffieħa?", "Kemm kellmet/interrogat nies il-pulizija fl-investigazzjoni tagħha?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk fl-investigazzjoni tal-Pulizija dwar l-allegat qtil brutali ta' ferħ ta' qattusa f'Għajn Tuffieħa elevatx filmati ta' CCTV Cameras li seta' kien hemm fir-restaurant fejn allegat inqatlet il-qattusa u minn CCTV cameras oħra li seta' kien hemm fl-inħawi inkluż iżda mhux biss fejn instabet mejta?", "MOZZJONIJIET", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ONOR.", "Illi l-Kamra tad-Deputati tirriżolvi li l-Onor.", "Robert Cutajar jinħatar membru fid-delegazzjoni parlamentari Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran minflok l-Onor.", "David Stellini li kien nominat membru fuq l-istess delegazzjoni parlamentari permezz tal-mozzjoni Nru 32 mgħoddija fis-Seduta Nru 16 tal-11 ta' Lulju 2017.", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ONOR.", "Illi l-Kamra tad-Deputati tirriżolvi li l-Onor.", "Chris Said jinħatar Membru tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi minflok l-Onor.", "Claudio Grech li kien nominat fuq l-istess Kumitat permezz tal-Mozzjoni Nru 43 mgħoddija fis-Seduta Nru 16 tal-11 ta' Lulju 2017.", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ONOR.", "Illi b'referenza għall-Mozzjoni 30 mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati fil-11 ta' Lulju 2017 li taħtar id-delegazzjoni tal-Parlament Malti għall-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa, il-Kamra tirriżolvi li għal-Laqgħa tal-Ħarifa ta' din l-Assemblea li se tinżamm ġewwa Bishkek, Repubblika Kirgiża, bejn it-3 u s-6 ta' Ottubru 2018, l-Onor.", "Clayton Bartolo jissostitwixxi lill-Onor.", "IL-MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar it-Trademarks, Kap. 416\".", "IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 58 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Tieni Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 51 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 53 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-professjonijiet alleati – Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 54 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni – Tieni Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 55 – Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Edukazzjoni – Tieni Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "28 ta' Settembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA", "Il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2018 fil-11.00 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Xogħol tal-Kamra.", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018 fit-3.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Rapport Annwali u Stqarrijiet Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena li tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2017 u Estimi Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2019.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2018 fil-5 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "28 ta' Settembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181001_138a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "L-Erbgħa, 1 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 137, li saret fl-4 ta' Lulju 2018, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens għal:", "Att Nru XXVI tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji;", "Att Nru XXVII tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar;", "Att Nru XXVIII tal-2018 - Att tal-2018 dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta;", "Att Nru XXIX tal-2018 - Att tal-2018 dwar is-Sigrieti Kummerċjali;", "Att Nru XXX tal-2018 - Att tal-2018 dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali;", "Att Nru XXXI tal-2018 - Att tal-2018 dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta;", "Att Nru XXXII tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija);", "Att Nru XXXIII tal-2018 - Att tal-2018 dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva;", "Att Nru XXXIV tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili; u", "Att Nru XXXV tal-2018 - Att tal-2018 dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Interim Financial Report tas-Servizz Parlamentari, datat Ottubru 2018;", "Ir-Rapport Annwali għas-sena 2017 tal-Parlament ta' Malta;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja fit-3rd Summit of Speakers of Central and Eastern European Parliaments u ċ-ċelebrazzjoni tal-550 anniversarju tal-ewwel seduta tal-General Sejm tal-Polonja, li nżammu f'Varsavja, il-Polonja, bejn il-11 u t-13 ta' Lulju 2018;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja fil-Konferenza \"Europe of the Carpathians\" li nżammet fil-qafas tat-28 Forum Ekonomiku li nżamm f'Krynica Zdróf, il-Polonja, bejn l-4 u s-6 ta' Settembru 2018;", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman datata 10 ta' Awwissu 2018 dwar il-każ tas-Sur Edmond Zammit, Senior Pharmacy Technician fid-Dipartiment tas-Saħħa;", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman datata 31 ta' Awwissu 2018 dwar każ ta' ħatra ta' Senior Inspector (Health & Safety) fl-Occupational Health and Safety Unit fil-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura;", "Ittra datata 13 ta' Lulju 2018 li s-Sedja rċeviet mingħand is-Sindku tal-Kunsill Lokali San Lawrenz dwar użu aħjar tad-diversi postijiet vojta li hemm fil-lokalità ta' San Lawrenz, Għawdex;", "Ir-rapport annwali għas-sena 2017 tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali;", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 75/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 77/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 81/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 82/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 85/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 87/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 90/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 91/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 94/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 95/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 98/14 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), Rikors Nru 5/15 JZM datata t-28 ta' Settembru 2017 fl-ismijiet Josephine Azzopardi pro et noe vs. l-Onor.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILL LOKALI TA' SAN ĠWANN – TISWIJIET FI ĠNIEN KARIN GRECH", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika x'xogħlijiet ta' tiswija saru mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann fi Ġnien Karin Grech sa minn Marzu 2013 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jagħti wkoll l-ammonti ta' kemm swew dawn ix-xogħlijiet u jgħid jekk dawn l-ispejjeż tħallsux minn fondi ordinarji tal-Kunsill Lokali jew minn xi sors ieħor?", "Jekk ma sarux xogħlijiet ta' tiswija li kien hemm bżonn, jista' jindika fiex intefqu l-flus li suppost kienu indirizzati sabiex issir din it-tiswija?", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari) (F'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li minkejja li l-Kunsill Lokali ta' San Ġwann, bejn is-sena 2013 u s-sena 2017, kellu allokazzjoni finanzjarja ta' €175,314 għaż-żamma tal-ġonna, playing fields u landscaping, l-istess Kunsill għamel biss ix-xogħlijiet elenkati fit-tabella li qiegħed nannetti ma' din it-tweġiba, li tinkludi wkoll l-ispejjeż rispettivi.", "Xogħlijiet ta' tiswija li saru mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann, permezz ta' fondi tiegħu, fi Ġnien Karin Grech", "(Marzu 2013 sa Mejju 2018)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk il-Ministru Owen Bonnici hux imsiefer jew le?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, bħala Whip tal-Gvern, kull ġimgħa nibgħat lista ta' safar tal-Membri lill-Parlament.", "L-ISPEAKER: Tikkonferma li l-Ministru Bonnici huwa msiefer?", "BYRON CAMILLERI: Il-Ministru Bonnici huwa msiefer u li kieku mhuwiex imsiefer, skont l-Istanding Orders, membru ieħor jista' jwieġeb għan-nom tiegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, dan l-aħħar smajna ħafna b'kampanja ta' tindif li saret fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, liema kampanja kienet ikkordinata mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni li tagħha inti responsabbli.", "Għaldaqstant, nixtieq nistaqsik kif gawda l-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar mill-ftehim li ġie ffirmat bejn id-Diviżjoni u l-istess kunsill lokali?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: F'Ġunju li għadda, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħass il-ħtieġa li jitlob għajnuna lid-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u Tindif.", "Minn hawnhekk, irrid nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzja lil 500 ħaddiem f'din is-sezzjoni li qegħdin jagħmlu xogħol kbir b'ilsienhom barra biex iżommu lil Malta kemm jista' jkun nadifa u miżmuha fi stat tajjeb.", "Irrid ngħid ukoll li bis-saħħa tas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, ilħaqna memorandum of understanding fejn ftehemna li nagħmlu xogħol oltre minn dak li diġà kien qiegħed isir mill-kuntratturi privati.", "Ir-raġuni kienet li għalkemm il-kuntratturi privati kienu qed jagħmlu l-parti tagħhom, kien qed ikun hemm demands ġodda fuq il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, anke minħabba ż-żieda ta' turisti.", "Ejja niftakru li n-numru ta' turisti li żaru lil pajjiżna matul din is-sena qabeż it-2.3 miljuni.", "Barra minn hekk, hemm ukoll aktar residenti li jgħixu f'din iż-żona.", "Peress li l-kuntratti huma xi ftit antiki u mhumiex ilaħħqu mad-domanda li hemm f'din il-lokalità, intalbet l-għajnuna tad-diviżjoni tagħna.", "Aħna dħalna għal dan ix-xogħol u apparti x-xogħol regolari li nagħmlu s-soltu bħal ħasil tal-promenade u tal-pjazza prinċipali u t-tbattil tad-dustbins, għamilna xogħol li jirrikjedi tindif fl-istess żona, bħal ħasil ta' toroq, irranġar ta' ħitan u qtugħ ta' ħaxix, fost l-oħrajn.", "Fil-fatt, estendejna dan ix-xogħol sax-Xemxija u l-Qawra u għall-grazzja t'Alla, jidher li kien hemm effett pożittiv ħafna.", "Il-ftehim oriġinali kien għal erba' ġimgħat, għax ridna nagħmlu blitz biex ngħinu lil-lokalità, iżda mbagħad rajna li xorta kien għad hemm problemi u allura ddeċidejna li nestendu dan ix-xogħol għal seba' ġimgħat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Kap tal-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Dalgħodu l-Ministru Owen Bonnici kien mistoqsi diversi mistoqsijiet ta' relevanza u kien ikkwotat jgħid li kien id-dmir tiegħu li jassisti lill-Prim Ministru fuq materja ta' importanza nazzjonali.", "Jista l-Ministru jgħidilna jekk kienx intalab biex jagħti din l-għajnuna, minn min u lil min involva f'din l-għajnuna fuq din il-materja partikolari?", "L-ISPEAKER: Onor. Segretarju Parlamentari, ara inti jekk tridx twieġeb għax din il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "DEO DEBATTISTA: Fuq din il-materja, nitlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru direttament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Wieħed mid-dekasteri li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista hija l-MCAA.", "Nixtieq li nagħmel referenza għar-rapporti li kien hemm fil-midja ftit tal-ġimgħat ilu fis-sens li kien hemm possibbilment xamma ta' cartel fil-qasam tas-suq tal-ħobż ġewwa pajjiżna.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li bdejna sessjoni ġdida f'dan il-Parlament, imma l-attitudni tal-Oppożizzjoni baqgħet l-istess!", "Kont qed ngħid li r-rapporti fil-midja kienu qed jgħidu li jista' jkun li diversi ħwienet jew negozji li jaħdmu u jbigħu l-ħobż kellhom prezz li kien qiegħed jiġi maqbul bejniethom.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk ġewx investigati dawn ir-rapporti u, jekk iva, xi rriżulta minn din l-investigazzjoni u x'azzjonijiet jista' jkun hemm f'dan ir-rigward?", "Naf li dan il-punt issemma anke mill-Prim Ministru lbieraħ.", "L-ISPEAKER: Nerġa' ngħid li din il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "Segretarju Parlamentari, inħalli f'idejk jekk tridx tirrispondi din il-mistoqsija.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, din l-istorja bdiet meta ħarġet stqarrija fuq it-televiżjoni tgħid li madwar 90 furnar iddeċidew bejniethom li l-prezz tal-ħobża tal-Malti se jogħla.", "Sintendi, skont il-liġi ma jistax ikun hemm ftehim minn taħt.", "Skont il-liġi tal-free market li ilha fis-seħħ mill-2009, dan l-għoli fil-prezz kien ikun kontra l-liġi.", "Min-naħa tagħna, ladarba saret din l-isqtarrija, għamilna l-investigazzjonijiet tagħna.", "Fost ir-raġunijiet għaliex se togħla l-ħobża, sibna l-inflazzjoni, il-fatt li l-ħobża ilha ma togħla għal perjodu ta' żmien u li għola d-dqiq.", "Fil-fatt, huwa minnu li xkora dqiq għoliet b'€2, iżda l-prezz xorta huwa orħos minn kemm kien ħames snin ilu.", "Ħames snin ilu, xkora dqiq kienet tiswa €22 u sa ftit ilu, l-istess xkora kienet tiswa €18 u llum, il-prezz hu ta' €20.", "S'intendi, il-prezz tas-suq ivarja ftit, għax għandek importaturi differenti u dqiq differenti.", "Hemm madwar tliet importaturi u tliet furnara ewlenin tal-ħobż f'Malta li jżommu, bejn wieħed u ieħor, dan l-istess prezz.", "Kif kont qed ngħid, kien hemm bħal qisu ftehim li jogħla l-prezz tal-ħobża.", "Matematikament, il-prezz ma għoliex daqstant, għax għadu prezz pjuttost baxx meta mqabbel ma' ħames snin ilu.", "Wieħed jifhem is-sofferenzi li jgħaddu minnhom il-furnara tas-sengħa li għandna f'Malta, li l-ammont tagħhom dejjem qed jonqos.", "Kif għedt, bħala Gvern, għamilna l-investigazzjonijiet tagħna u sibna li mhux kullimkien, kien għola l-prezz tal-ħobża tal-Malti.", "F'ċerti żoni l-prezz veru għola, jew inbidel il-piż tal-ħobż, jew inkella addirittura naqqsu l-ammont ta' ħobż li inti ssib fil-pakkett.", "Però hemm ċerti żoni oħrajn li żammew l-istess prezz.", "Jekk nieħdu t-tliet furnara ewlenin, dawn, bejn wieħed u ieħor, żammew l-istess prezz.", "Għalhekk, mill-investigazzjoni li saret, ma jidhirx li kien hemm abbuż fis-suq lokali.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ADRIAN DELIA: Ministru, ninsab kuntent li għall-mistoqsija dwar il-prezz tal-ħobż li ma kellha x'taqsam xejn ma' dik oriġinali, kont informat sewwa.", "Tista' forsi tgħidilna jekk materja ta' importanza nazzjonali kenitx diskussa wkoll fil-Kabinett tal-Ministri?", "(Interruzzjonijiet) Qed nagħmel referenza għall-mistoqsija oriġinali li għamilt.", "L-ISPEAKER: Segretarju Parlamentari, l-istess, din il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali u għalhekk inħalli f'idejk jekk tridx tirrispondi.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: L-ewwel nett, infakkar lill-Kap tal-Oppożizzjoni li l-affarijiet li jiġu diskussi fil-Kabinett huma marbutin bis-sigriet professjonali.", "It-tieni nett, nerġa' nistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru meta jkun preżenti fil-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Nixtieq ngħaddi għal mistoqsija relatata direttament mad-dekasteru li għandu l-Onor.", "Segretarju Parlamentari.", "F'dawn l-aħħar xhur, rajna diversi attivitajiet fil-Belt Valletta relatati mal-Valletta 2018.", "Rajna wkoll sforz biex il-Belt Valletta tkun iżjed nadifa.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jinforma lil dan il-Parlament x'miżuri speċifiċi ttieħdu f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: L-istess, din il-mistoqsija m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "Segretarju Parlamentari, hija deċiżjoni tiegħek jekk tweġibx jew le.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Ikun tajjeb li nirrispondi u grazzi talli l-Oppożizzjoni jagħtuni ċans nirrispondi!", "L-ewwel nett, bi preparament għall-Valletta 2018, l-esiġenzi fuq iż-żamma tat-tindif u l-manutenzjoni tal-Belt Valletta kienu se jiżdiedu awtomatikament.", "Biss biss, l-ammont ta' turisti li żaru Malta minħabba l-avveniment ta' Belt Kapitali tal-Kultura 2018, żdied b'10%.", "Għalhekk, ħassejna l-bżonn li minbarra l-manutenzjoni fil-Belt Valletta, immorru pass oltre.", "Wieħed irid jiftakar li llum, fil-Belt Valletta għandna 30 boutique hotel li qabel ma kenux jeżistu.", "Żdiedu wkoll il-catering outlets għal 240, li ovvjament qed jagħmlu domandi akbar fuq il-Belt Valletta.", "F'Ġunju 2017, ftit wara li tlajna fil-gvern, iltqajna mal-istakeholders kollha involuti f'din l-attività, fosthom il-kunsill lokali, ir-residenti, il-GRTU, il-kuntratturi privati u d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Tindif, fejn flimkien ftehemna kif nistgħu nagħmlu qafas legali ħalli t-tindif u l-manutenzjoni tal-Belt jitjiebu.", "Dan għamilnieh billi fassalna liġi li permezz tagħhha bdilna u żidna l-ħinijiet biex ikun hemm aktar ġbir tal-iskart minħabba d-domandi ġodda li hawn fil-Belt Valletta.", "Apparti minn hekk, bdilna ukoll il-qisien tal-vetturi billi ċekkinniehom biex ikunu aktar ideali għad-daqs tat-toroq tal-Belt Valletta u biex ikunu konformi mal-liġijiet Ewropej biex jonqos it-tniġġiż.", "Dan qed iservi wkoll ta' studju pilota biex naraw kif lokalitajiet oħrajn jistgħu jaddottaw sistemi simili.", "Sintendi, din mhix xi ħaġa tailor-made u għalhekk, lokalitajiet oħrajn jaf ikollhom esiġenzi differenti, iżda l-framework jibqa' l-istess.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ADRIAN DELIA: Se nerġa' nagħmel mistoqsija fuq l-istess rapport li huwa ta' importanza nazzjonali.", "Jista' l-Ministru jgħidilna min kienu n-nies li involva biex jassistuh mill-Uffiċċju tiegħu jew uffiċċji oħrajn biex ikun jista' jagħti l-pariri tiegħu f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: L-istess, din hija mistoqsija li m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "Segretarju Parlamentari, inħalli f'idejk jekk tridx twieġeb.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Nirrepeti, għalkemm naħseb li kont ċar biżżejjed, li fiċ-ċirkostanzi, meta l-Ministru jerġa' jkun preżenti f'din il-Kamra, ikun jista' jirrispondi aħjar milli nista' nirrispondi jien, inkella nista' b'xi mod nagħti dettalji li mhumiex preċiżi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Wieħed mid-dekasteri tas-Segretarju Parlamentari huwa t-tindif fil-lokalitajiet tagħna.", "Fl-aħħar jiem, f'pajjiżna kien hawn maltempata qawwija bir-riħ li kissret diversi affarijiet li spiċċaw fit-toroq.", "Rajna ritratti tal-ħsara li saret, fost l-oħrajn, tkissir ta' slielem li jagħtu għall-baħar.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'kien jinvolvi x-xogħol tad-dekasteru li jaqa' fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu, sabiex naraw li f'pajjiżna, nerġgħu lura għan-normal fejn tidħol indafa u faċilitajiet oħrajn li spiċċaw imkissra kawża tal-maltemp?", "DEO DEBATTISTA: F'dawn l-aħħar jiem, kellna grigalata li laqtet l-aktar il-kosta tal-Lvant ta' Malta u kien hemm ħsarat estensivi, speċjalment f'equipment li nsibu max-xtut tagħna.", "F'lokalitajiet bħall-Mellieħa, l-Għadira, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Tas-Sliema, St George's Bay, il-Belt Valletta, Marsaskala u San Tumas saret ħsara kbira u kważi l-equipment kollu, bħal slielem, mats tal-injam, barriers, railings u bins ġew imkissra bil-maltemp.", "Qed nikkalkolaw li din il-ħsara tammonta għal €35,000 f'equipment biss.", "Biex nagħti eżempju żgħir, tkissru madwar 130 sellum!", "Għalhekk, issa li waqqafna l-Maintenance Division, barra li l-ħaddiema qegħdin inaddfu kemm jista' jkun it-tunellaġġ ta' debris u alka li tela' fuq ix-xtajtiet tagħna, għandna l-intenzjoni li n-nies tagħna stess jipprovaw jirkupraw dak li waqa' fil-baħar.", "Forsi wieħed jistaqsi: Dan hu possibbli?", "Nies li huma midħla sew ta' dawn il-bajjiet, qalulna li meta jkun hemm din l-attività klimatika, l-equipment ma jmurx 'il bogħod ħafna mix-xtajta u għalhekk, beħsiebna nirkupraw dak li nistgħu u nipprovaw nirrevovawh.", "Nisperaw li nerġgħu nużaw dan l-equipment, biex b'hekk, nimminimizzaw kemm nistgħu l-ħsara li saret.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Kap tal-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ADRIAN DELIA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk minbarra l-assistenza li ta lill-Prim Ministru, ġiex mitlub jagħti assistenza lil xi persuni oħrajn u jekk iva, lil min?", "Din il-mistoqsija hija dejjem relatata mal-ewwel mistoqsija tiegħi.", "L-ISPEAKER: L-istess, din hija mistoqsija li m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "Segretarju Parlamentari, inħalli f'idejk jekk tridx twieġeb.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Nirrepeti dak li għedt fil-bidu.", "Il-Ministru Owen Bonnici ma jinsabx preżenti fil-Kamra u għalhekk ma jistax iwieġbek.", "Malli l-Ministru jkun fil-Kamra, żgur li jkun jista' jagħtik it-tweġibiet li inti tixtieq, li jkunu ħafna aktar preċiżi minn dak li nista' ngħidlek jien.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Segretarju Parlamentari, matul l-aħħar xhur, rajna li f'diversi lokalitajiet sar tindif estensiv, fosthom ħasil ta' pjazez u ta' toroq.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jinforma lil din il-Kamra liema kienu wħud minn dawn il-lokalitajiet.", "Naf li diffiċli li ssemmihom kollha.", "Però forsi tista' tinformana kif gawdew uħud mil-lokalitajiet minn dan it-tindif?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: B'kollox kellna aktar minn 35 lokalità mferrxin ma' Malta kollha li gawdew minn dawn is-servizzi.", "Insemmi fost l-oħrajn, Tas-Sliema, il-Belt Valletta, il-Ħamrun, Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar, il-Qrendi u ż-Żurrieq.", "Dawn il-lokalitajiet gawdew mis-servizzi tagħna li ħafna drabi ngħataw mingħajr ħlas.", "Matul din is-sena, għal ħasil ta' toroq fil-ħinijiet ta' filgħaxija diġà nfaqna €75,000.", "Li nista' ngħid hu li s-sena l-oħra nfaqna €1.2 miljun f'servizzi li ngħataw mid-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u Tindif u hemm il-probabbiltà li din is-sena l-ammont ikun aktar minn hekk.", "Sintendi, qed nagħmlu dan għax nemmnu li mhux biżżejjed li tagħmel il-proġetti, imma trid tiżgura l-upkeep u l-manutenzjoni tagħhom li huwa importanti ħafna ħalli nibqgħu ngawdu mill-investimenti fi proġetti li jsiru.", "Hawn naraw l-importanza ta' din id-Diviżjoni li qed tagħmel dan ix-xogħol f'diversi lokalitajiet.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni, mistoqsija supplimentari.", "ADRIAN DELIA: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk għamilx xi kawtela rigwardanti l-pubblikazzjoni tal-istess rapport u, jekk iva, meta għamilha, u jekk għaddiex dan ir-rapport lil terzi?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Peress li jidher li din il-ħaġa qed tinkwieta lill-Kap tal-Oppożizzjoni, inħeġġu biex jagħmel il-mistoqsija bil-miktub, ħalli meta jiġi l-Ministru jsibha fuq il-mejda u jkun jista' jwieġbu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Waħda mill-akbar sfidi li għandna f'pajjiżna hija l-infurzar fejn jidħol l-abbuż ta' kif niddisponu mill-iskart.", "Sfortunatament, minkejja li l-kunsilli lokali joffru servizz b'xejn tal-bulky refuse u minkejja li għandna servizz tajjeb fejn jidħol ġbir tal-iskart, xorta jkun hemm min ma jsegwix ir-regoli li jkun għamel il-kunsill lokali fir-rigward tal-ġbir tal-iskart.", "Pereżempju, jekk l-iskart għandu jinħareġ filgħodu, issib min joħorġu filgħaxija.", "Sfortunatament, għadek issib min hu irresponsabbli li jarmi skart f'xi wied jew biċċa art vojta.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'qiegħed isir biex jitnaqqas dan l-abbuż?", "Nifhem li l-infurzar jaqa' taħt l-istess ministeru li għandu taħtu lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk hux qiegħda ssir xi ħidma konġunta bejn dawn iż-żewġ ministeri, ħalli tidħol anke l-LESA u forsi naraw xi multi aktar ebsin bit-tama li dan l-abbuż jispiċċa darba għal dejjem?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: L-infurzar jaqa' taħt il-LESA u s-sezzjoni tal-Pulizija li għandha x'taqsam mal-ambjent.", "Matul dawn l-aħħar xhur żidna l-infurzar, speċjalment f'postijiet li huma aktar suġġetti għall-abbuż.", "L-infurzar isir mil-LESA u mill-Pulizija.", "Bħala Eżekuttiv, ix-xogħol tagħna huwa li nilleġiżlaw.", "Fejn jidħol it-tindif, m'hemmx tant infurzar.", "Dan bħal meta Transport Malta tagħmel double yellow line u min jipparkja fuqu jaqla' ċitazzjoni mill-Pulizija.", "Mill-informazzjoni li għandi, is-sena l-oħra tajna aktar minn 600 ċitazzjoni, u din is-sena, sal-lum, diġà qbiżna s-750 ċitazzjoni.", "Ovvjament, mhux gost tagħna li nagħtu ċ-ċitazzjonijiet.", "Għall-kuntrarju, aħna nixtiequ li n-nies tal-LESA u l-Pulizija ma jsibu lil ħadd li qed jikser il-liġi, iżda dejjem ikollok persentaġġ żgħir ta' nies li minkejja li jkunu jafu li qed jiksru l-liġi, ripetutament jagħmlu l-istess infringement, bir-riżultat li bilfors trid turi snienek, għax inkella ma tkunx ta' deterrent.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "TALBA GĦAL RULING", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nixtieq nitlob ruling taħt l-Ordnijiet Permanenti nru 26 u nru 27.", "Ftit tal-jiem ilu, jien ippreżentajt żewġ mistoqsijiet parlamentari biex jiġu mwieġba mill-Prim Ministru.", "Dawn iż-żewġ mistoqsijiet parlamentari kienu jaqraw hekk:", "\"Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa u mhux iċċensurata tal-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija egrant li tħejja mill-Maġistrat inkwirenti Aaron Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?\".", "It-tieni mistoqsija kienet:", "\"Jista' l-Prim Ministru jgħid l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew il-professjoni tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant li tħejja mill-Maġistrat inkwirenti Aaron Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?\".", "Illum wara n-nofsinhar, ġejt informat mill-Iskrivan tal-Kamra li bħala Speaker, inti tlabtu jinformani li ma tistax taċċetta dawn il-mistoqsijiet għax - u qed nikkwota - :", "Dan anke fid-dawl tar-rulings mogħtija fl-14 ta' Marzu 2018 u fl-1 ta' April 2018 fejn ġie spjegat kif is-Sedja hija kostretta li tinterpreta dak li jgħid l-istess Ordni Permanenti fir-rigward ta' ħwejjeġ pubbliċi li għalihom il-Ministru huwa responsabbli fl-amministrazzjoni tad-dekasteru li jaqa' taħtu.\".", "Sur President, ma jeżisti l-ebda dubju li l-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant taqa' fid-definizzjoni ta' ħwejjeġ pubbliċi.", "Infakkar li din l-inkjesta ġiet mitluba mill-Prim Ministru nnifsu u li kopja tal-proċess verbal sħiħ, jiġifieri tal-inkjesta sħiħa, ingħatat lill-istess Prim Minsitru mill-Avukat Ġenerali minħabba l-pożizzjoni kostituzzjonali tiegħu ta' Prim Minsitru li fi kliem l-Avukat Ġenerali stess hija… (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Aquilina qed jindirizza lili.", "KAROL AQUILINA: L-istess Avukat Ġenerali, ftit tal-jiem wara, ammetta bil-ġurament li hu mhux biss ta kopja sħiħa tal-inkjesta lill-Prim Ministru, iżda saħansitra kien bagħat ukoll kopja tal-inkjesta sħiħa lill-Ministru għall-Ġustizzja.", "L-ISPEAKER: Għidli t-talba tar-ruling.", "KAROL AQUILINA: Sur President, illum f'din l-ewwel opportunità li għandi, nixtieq nitolbok ruling formali biex il-mistoqsijiet parlamentari li għamilt referenza għalihom jitħallew isiru; jekk le, inkun nista' nirregola ruħi.", "L-ISPEAKER: Onor Aquilina, kif taf, fl-email għedtlek biex tagħmel referenza wkoll għaż-żewġ rulings li tajt fil-konfront tal-Onor.", "Simon Busuttil, liema rulings kienu jittrattaw l-interpretazzjoni tal-Ordni Permanenti 26.", "F'dawk ir-rulings kont għedt li membru għandu l-ewwel jiddiskuti privatament mal-Ispeaker dwar il-pożizzjoni li ħa jew jista' jieħu, ħaġa li inti m'għamilthiex.", "Ir-ruling jitkellem ċar dwar il-proċedura li hija stabbilita mill-House of Commons.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, dak li kellek tgħid, għedtu!", "Onor. Aquilina, jien se nagħtik ruling fuq dak li tlabtni.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, mhux se nitkellem fuq il-gidba li gidbu fuqi u fuq marti u li issa hija ppruvata li kienet gidba.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 216 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni ta' Sigurtà tan-Networks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni;", "Avviż Legali Nru 260 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar it-tkomplija tal-kirja (Kriterji ta' Test tal-Mezzi dwar Kirjiet li joriġinaw mill-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar);", "Avviż Legali Nru 262 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji tal-Imħallfin u Maġistrati;", "Avviż Legali Nru 264 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att dwar it-tqassim ta' responsabbiltajiet statutorji ministerjali (Kap. 561)", "Avviż Legali Nru 265 tal-2018 – Ordni tal-2018 li jissostitwixxi l-Iskeda li tinsab mal-Att dwar it-tqassim ta' responsabbiltajiet statutorji Ministerjali;", "Avviż Legali Nru 286 tal-2018 – Ordni tal-2018 li jwaqqaf l-Aġenzija għall-Irkupru tar-Riżorsi u Riċiklaġġ;", "Avviż Legali Nru 305 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi Postali (Ġenerali) (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 308 tal-2018 – Ordni tal-2018 li jistabbilixxi l-Aġenzija Malta International Contemporary Art Space (MICAS); u", "Id-dikjarazzjonijiet tal-assi għas-sena 2017 magħmula skont il-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 229 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini;", "Avviż Legali Nru 230 tal-2018 – Ordni tal-2018 li jemenda l-Ewwel Skeda li tinsab mal-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 231 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab mal-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha;", "Avviż Legali Nru 232 tal-2018 – Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli dwar formuli ta' riċetti għall-mediċinali mingħajr ħlas;", "Avviż Legali Nru 233 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 234 tal-2018 – Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli għall-Kontroll Intern fuq id-Drogi Perikolużi;", "Avviż Legali Nru 266 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Provvista tal-Ikel fl-Iskejjel;", "Avviż Legali Nru 267 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Mediċini (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 268 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab mal-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 302 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Drittijiet li jitħallsu lill-Kunsill tal-Infermieri u Qwiebel;", "Avviż Legali Nru 304 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Networks ta' Referenza Ewropej;", "Avviż Legali Nru 313 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (Att Nru XXIV tal-2018;", "L-Ombudsplan għas-sena 2019 magħmul mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari;", "Ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-sena 2017; u", "Tagħrif dwar sessjonijiet edukattivi li saru fil-kliniċi tas-saħħa mentali bejn April 2017 u Settembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6620.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 213 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ; u", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 215 tal-2018 – Direttiva mill-Ministru għal Finanzi, għall-ħruġ ta' €260,500 Stock tal-Gvern ta' Malta bis-7%, 2028 (III);", "Avviż Legali Nru 223 tal-2018 – Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Akkwist tat-Tieni Proprjetà Immobbli għal Skop ta' Residenza Unika;", "Avviż Legali Nru 224 tal-2018 – Avviż tal-2018 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income (Xogħol Filantropiku);", "Avviż Legali Nru 235 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Att tal-2018 li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Att XXVI tal-2018);", "Avviż Legali Nru 237 tal-2018 – Insurance Distribution (Exemption) Regulations, 2018;", "Avviż Legali Nru 238 tal-2018 – European Passport Rights for Intermediaries Regulations, 2018;", "Avviż Legali Nru 240 tal-2018 – Insurance Intermediaries (Fees) (Amendment) Regulations, 2018;", "Avviż Legali Nru 241 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni (Penalitajiet għal Reati u Infrazzjonijiet);", "Avviż Legali Nru 251 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-regolamenti dwar regoli għall-offerti kompetittivi għal sorsi ta' enerġija li jiġġeddu minn stallazzjonijiet;", "Avviż Legali Nru 263 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 297 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tielet Skeda li tinsab mal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru 298 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tnax-il Skeda li tinsab mal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru 299 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw l-Erbatax-il Skeda li tinsab mal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Tenth Financial Stability Report 2017 maħruġ mill-Bank Ċentrali ta' Malta;", "Kopja ta' żewġ Exemption Orders minn ħlas ta' taxxa (IR 121/10) lil DiploFoundation fuq għotjiet u donazzjonijiet minn sorsi barranin u fuq salarji u pagamenti mogħtija lill-impjegati barranin tal-istess Fondazzjoni skont l-artikolu 12(2) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123), datati 25 ta' Lulju 2018; u", "Ir-Rapport intitolat \"Malta – Half Yearly Report 2018\" maħruġ mill-Ministeru għall-Finanzi f'Lulju 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 217 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) in Social Well-being Studies – B.A. (Hons) SWB - taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Nru 218 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għall-Grad ta' Bachelor of Science in Information Technology (Honours) – B.Sc.", "IT (Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni;", "Avviż Legali Nru 219 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Science (Honours) Health Science – B.Sc.", "(Hons) Health Science – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa;", "Avviż Legali Nru 220 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għad-Diploma in Journalism - Dip.", "Journalism - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien;", "Avviż Legali Nru 225 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Higher Diploma in Marketing and Sales Management – H.Dip. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy;", "Avviż Legali Nru 226 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Higher Diploma in Psychology taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 227 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendew l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Economics – M.Sc. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy;", "Avviż Legali Nru 228 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Postgraduate Certificate in the Teaching of Ethics in Schools – P.G. Cert.", "T.E.S. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 252 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) in Public Sector Accounting – B.A. (Hons) - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy;", "Avviż Legali Nru 253 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għall-Grad ta' Bachelor of Fine Arts (Honours) – BFA (Hons) – in Digital Arts - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien;", "Avviż Legali Nru 254 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Science (Honours) in Pharmaceutical Science – B.Sc.", "Sc. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;", "Avviż Legali Nru 255 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2004 għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad għad-Diploma in the Laws of Procedure - Dip.", "Laws of Proc. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Avviż Legali Nru 256 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2005 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Lace Studies taħt il-patroċinju tal-Istitut għall-Gżejjer u Stati Żgħar;", "Avviż Legali Nru 257 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 għall-Għażla tal-Applikanti għad-Dħul fil-Kors għall-Grad ta' Bachelor of Science (Honours) (Podiatry) taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa;", "Avviż Legali Nru 275 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għas-Certificate in Foundation Studies taħt il-patroċinju tal-Iskola Internazzjonali għall-Foundation Studies;", "Avviż Legali Nru 276 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2012 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien;", "Avviż Legali Nru 277 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-grad ta' Master of Arts in European Politics, Economics and Law – M.A. – taħt il-patroċinju tal-Istitut għall-Istudji Ewropej;", "Avviż Legali Nru 278 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in Integrated Marketing Communication – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien;", "Avviż Legali Nru 279 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2012 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master in Education for Sustainable Development – M. ESD - taħt il-patroċinju taċ-Ċentru għall-Edukazzjoni u Riċerka Ambjentali;", "Avviż Legali Nru 280 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2017 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Psychology fil-Clinical Psychology - M.Psy.", "(Neuro.) - taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Nru 281 tal-2018 - Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science – M.Sc. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni;", "Avviż Legali Nru 300 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki Professjonali; u", "Avviż Legali Nru 310 tal-2018 – Statut għaċ-Ċentru tat-Teknoloġiji għad-Distributed Ledger.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 221 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-artikolu 5 tal-Att tal-2018 li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar (Att Nru XXVII tal-2018);", "Avviż Legali Nru 222 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu Permess mill-Kunsill Lokali;", "Avviż Legali Nru 259 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2018 li jemenda l-Ordinanza li tneħħi l-Kontroll tad-Djar (Att Nru XXVII tal-2018);", "Avviż Legali Nru 269 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Reġistru ta' Sidien Benefiċjarji – Assoċjazzjonijiet);", "Avviż Legali Nru 270 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tieni skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Reġistru ta' Sidien Benefiċjarji – Fondazzjonijiet);", "Avviż Legali Nru 283 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-2015 dwar l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi (A.L. 357 tal-2015)", "Avviż Legali Nru 284 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi;", "Avviż Legali Nru 292 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Metodu ta' Notifika tal-Atti Ġudizzjarji;", "Avviż Legali Nru 295 tal-2018 – Energy Labelling (Implementing Measures) Regulations, 2018;", "Avviż Legali Nru 301 tal-2018 – Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli dwar id-Distribuzzjoni ta' Kawżi fil-Qorti tal-Appell;", "Tagħrif dwar talbiet għal kumpens kontra trasportaturi tal-ajru minħabba titjiriet li tħassru skont ir-Regolament 261/2004 tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu bejn l-2014 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6403;", "Lista ta' rapporti li kienu akkumpanjati minn filmati, li saru mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi lill-Għassa tal-Pulizija tal-istess lokalità, dwar illegalitajiet minn wara l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6675;", "Tabella li turi l-ispiża tal-inkjesta magħmula f'Lulju 2018 mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-każ tal-kumpanija egrant, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6717;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 214 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Trasferiment ta' Proprjetà tal-Gvern Mogħtija għal użu kummerċjali mill-Kerrej lil Membru tal-Familja minħabba Rtirar;", "Avviż Legali Nru 282 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta' Żvilupp Eżistenti;", "Avviż Legali Nru 290 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-2018 dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta (Att Nru XXVIII tal-2018);", "Avviż Legali Nru 291 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Toroq Ġodda u Xogħlijiet f'Toroq;", "Avviż Legali Nru 309 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2018 dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta (Att Nru XXVIII tal-2018);", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6537;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6538;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Paceville bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6539;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6540;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6541;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6542;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Pietà bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6543;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Imsida bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6544;", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġwann bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2013 fuq il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6546; u", "f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 242 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar tifsiriet dwar il-Logħob;", "Avviż Legali Nru 243 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Awtorizzazzjonijiet għal-Logħob;", "Avviż Legali Nru 244 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Konformità u l-Infurzar fil-Logħob;", "Avviż Legali Nru 245 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Fondi għal- Logħob;", "Avviż Legali Nru 246 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Protezzjoni ta' Ġugaturi;", "Avviż Legali Nru 247 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Komunikazzjonijiet Kummerċjali fil-Logħob;", "Avviż Legali Nru 248 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Taxxa fuq il-Logħob;", "Avviż Legali Nru 249 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Fond għal Kawżi Soċjali;", "Avviż Legali Nru 250 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-2018 dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta (Att Nru. XXXI tal-2018);", "Avviż Legali Nru 289 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar Kirjiet li jirrigwardaw l-Uffiċċju tal-Posta;", "Avviż Legali Nru 306 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-2018 dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva (Att Nru XXXIII tal-2018); u", "Avviż Legali Nru 307 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-2018 dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali (Att Nru XXX tal-2018).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 271 tal-2018 – Ordni ta' Standard Nazzjonali tal-2018 dwar il-Leave Annwali;", "Avviż Legali Nru 272 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Ħaddiema Temporanji permezz ta' Aġenzija;", "Avviż Legali Nru 273 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Ħarsien tal-Impiegi fit-Trasferiment ta' Negozju;", "Avviż Legali Nru 274 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Payslip Dettaljata; u", "Tabella li turi l-għadd ta' spezzjonijiet li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għamlet fuq siti ta' kostruzzjoni bejn Jannar 2017 u Awwissu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3876.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 212 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ u servizz volontarju fil-Proġett ta' Mobilità għaż-Żgħażagħ: Proġetti Volontarji;", "Avviż Legali Nru 287 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta;", "Avviż Legali Nru 288 tal-2018 – Regolamenti dwar il-Bord tal-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati u Materji Anċillari, 2018;", "Avviż Legali Nru 294 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Raba' Skeda li tinsab mal-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta;", "Tagħrif dwar ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet tat-traffiku maħruġa mill-Pulizija bejn Jannar 2016 u Mejju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6634;", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet ta' serq irrappurtati bejn Jannar u Awwissu 2018, maqsuma skont minn fejn sar is-serq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6923;", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet ta' serq irrappurtati bejn Jannar u Awwissu 2018 maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru; u", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet ta' vjolenza domestika rrappurtati bejn Jannar u Awwissu 2018 maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6926.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' rapporti ta' allegat każijiet ta' serq li saru mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn wara Ġunju 2015, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6327.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 261 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Tkomplija tal-Kirja (Kriterji ta' Test tal-Mezzi);", "Avviż Legali Nru 285 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-2018 dwar l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (Att Nru XV tal-2018); u", "Avviż Legali Nru 293 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2018 dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija (Att Nru XXV tal-2018).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): F'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 258 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar;", "Avviż Legali Nru 296 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi;", "Avviż Legali Nru 303 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Limitazzjoni fuq l-Emissjonijiet ta' Ċerti Inkwinanti Atmosferiċi;", "PUNT IMQAJJEM MILL-KAP", "TAL-OPPOŻIZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: B'referenza għal dak li qal dalgħodu l-Ministru Bonnici, meta stqarr li kien fil-qadi ta' dmiru li jassisti lill-Prim Ministru fuq issue ta' importanza nazzjonali, nistaqsi jekk hijiex se ssir stqarrija ministerjali wara li issa għaddew ġimgħat minn meta dan id-dokument għadda fil-pussess tal-istess Ministru?", "L-ISPEAKER: Kif taf, hija fid-diskrezzjoni tal-Prim Ministru u l-Ministri jekk jagħmlux Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: In vista li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel kawża l-Qorti f'dan ir-rigward, nistenna bil-ħerqa l-mument li niġi hawnhekk u nitkellem dwar dan fil-Parlament.", "Ninsab ħerqan li nagħmel stqarrija ministerjali fuq il-gidba kbira li gidbu sħab il-Kap tal-Oppożizzjoni fuqi u fuq marti aktar milli fuq affarijiet legali li huma importanti wkoll.", "Biss, illum, jien kont nistenna li min ikkwota din il-gidba li saret u li issa ġiet ipprovata li hija gidba, għal mitt darba, ikollu d-diċenza li jqum f'din il-Kamra u jgħid: Dak li għedt jien, kien żbaljat u falz!", "Dan hu li għandi xi ngħid, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Delia, inti għamilt il-mistoqsija u l-Prim Ministru, fir-risposta tiegħu, ta l-pożizzjoni tiegħu u qal li m'hawnx stqarrija ministerjali.", "Mozzjonijiet. nistieden lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa biex, jekk jogħġbu, iressaq Mozzjoni Nru 161 kif tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "BIDLA FIL-KOMPOŻIZZJONI TAD-DELEGAZZJONI TAL-PARLAMENT MALTI FL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-MEDITERRAN", "Illi l-Kamra tad-Deputati tirriżolvi li l-Onor.", "Robert Cutajar jinħatar membru fid-delegazzjoni parlamentari Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran minflok l-Onor.", "David Stellini li kien nominat membru fuq l-istess delegazzjoni parlamentari permezz tal-mozzjoni Nru 32 mgħoddija fis-Seduta Nru 16 tal-11 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "BIDLA FIL-KOMPOŻIZZJONI TAl-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Illi l-Kamra tad-Deputati tirriżolvi li l-Onor.", "Chris Said jinħatar Membru tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi minflok l-Onor.", "Claudio Grech li kien nominat fuq l-istess Kumitat permezz tal-Mozzjoni Nru 43 mgħoddija fis-Seduta Nru 16 tal-11 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "BIDLA TEMPORANJA FIL-KOMPOŻIZZJONI TAD-DELEGAZZJONI TAL-PARLAMENT MALTI GĦALL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-ORGANIZZAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ U KOOPERAZZJONI FL-EWROPA L-", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Sur President, nitlob il-permess sabiex nirtira l-Mozzjoni Nru 163 li dehret fuq l-aġenda u li ssemmiet ukoll fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI SABIEX IĦASSAR U JISSOSTITWIXXI L-ATT DWAR IT-TRADEMARKS", "CHRIS CARDONA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex iħassar u jissotitwixxi l-Att dwar it-Trademarks, Kap. 416\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar jew jissostitwixxi l-Att dwar it-Trademarks, Kap. 416\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR IS-SERVIZZI FINANZJARJI", "CHRIS FEARNE: Sur President, f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, nitlob il-permess biex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "BIDLIET TEMPORANJI FIL-KOMPOŻIZZJONI TAD-DELEGAZZJONI TAL-PARLAMENT MALTI GĦALL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-ORGANIZZAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ U KOOPERAZZJONI FL-EWROPA", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "Illi b'referenza għall-Mozzjoni 30 mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati fil-11 ta' Lulju 2017 li taħtar id-delegazzjoni tal-Parlament Malti għall-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa, il-Kamra tirriżolvi li għal-Laqgħa tal-Ħarifa ta' din l-Assemblea li se tinżamm ġewwa Bishkek, Repubblika Kirgiża, bejn it-3 u s-6 ta' Ottubru 2018, l-Onor.", "Clayton Bartolo jissostitwixxi lill-Onor.", "Rosianne Cutajar, Kap tad-Delegazzjoni, u l-Onor.", "Alex Muscat jissostitwixxi lill-Onor.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR", "L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, għandi Messaġġ mill-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "Il-President, wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji u biex jagħmel emendi konsegwenzjali u oħrajn fil-Kodiċi Ċivili u fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili, l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku, l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, l-Att dwar l-Arbitraġġ, l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Settembru 2018", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "EVARIST BARTOLO: Sur President, dan huwa Abbozz ta' Liġi importanti ħafna għaliex wara li ilu 11-il sena li daħal fis-seħħ, kien hemm affarijiet li ridna nbiddlu fil-Liġi li tirregola l-Attività tal-Għaqdiet Volontarji.", "Minbarra dan, f'dawn il-11-il sena kien hemm żviluppi importanti ħafna li bilfors ridna ndaħħlu f'dan l-Abbozz ta' Liġi, fosthom affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-prevenzjoni tal-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi għandna wkoll proposti ġodda dwar l-organizzazzjonijiet reliġjużi u politiċi.", "Hemm punt fokali ġdid fuq il-klassifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet u rridu niċċaraw ukoll il-kliem li qed jintuża.", "Imbagħad, fid-dawl ta' sentenzi li ngħataw fil-Qrati, hemm ukoll emendi li rajna li jkun għaqli li ndaħħluhom.", "Min isegwi l-ħajja soċjali kulturali f'pajjiżna jista' jara x'sehem kbir jagħtu l-għaqdiet volontarji fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna.", "Aħna pajjiż ċkejken, imma kien ikun ħafna iżjed ċkejken milli hu li kieku m'għandniex dawn l-għaqdiet volontarji li jagħtu sehem kbir fuq kull livell tal-ħajja tagħna fl-irħula u fl-ibliet tagħna, fost l-oħrajn fl-oqsma soċjali, kulturali u reliġjużi, fejn jgħinu lis-soċjetà tagħna u lin-nies li jgħixu fostna.", "Biżżejjed wieħed jara, pereżempju, ix-xogħol soċjali li jagħmlu l-każini tal-baned li jmur lil hinn mill-festa jew mix-xogħol tal-banda, imma hu xogħol importanti ħafna fil-ħajja kulturali u soċjali ta' pajjiżna.", "Min imexxi b'immaġinazzjoni u b'impenn, qed iwassal biex dawn il-postijiet jattiraw żgħażagħ adolexxenti li jiltaqgħu mal-kultura mużikali u jiġu impenjati fil-ħajja tal-komunità.", "Fil-qasam sportiv, hemm diversi dixxiplini, fosthom il-football, il-basketball, il-waterpolo u t-tennis clubs li huma mmexxija minn għaqdiet volontarji.", "Bħalma jiġri fit-tmexxija tal-każini tal-baned, b'sagrifiċċji personali, wara l-ħin tax-xogħol u fi tmiem il-ġimgħa, dawn l-individwi qed jagħmlu ħafna sagrifiċċji biex imexxu dawn l-għaqdiet.", "Għandna mbagħad għaqdiet li jgħinu fil-qasam soċjali, li jaħdmuma' persuni b'diżabilità u ma' persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna.", "Hemm għaqdiet li huma impenjati f'xogħol filantropiku li juri sens ta' solidarjetà.", "Huwa tajjeb li aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-idea li tgħin lil ħaddieħor qed tinbidel minn att ta' karità għal sens ta' solidarjetà u att ta' ġustizzja.", "Huwa tajjeb li l-għaqdiet volontarji qegħdin jibdlu l-kultura ta' ħsieb tagħhom fix-xogħol li jagħmlu.", "Għandna wkoll għaqdiet bħal tal-iscouts li jgħinu fil-formazzjoni taż-żgħażagħ tagħna.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna, speċjalment f'soċjetà li qed tkompli tinbidel u tinfetaħ.", "Affarijiet li fl-imgħoddi kienu ta' wens spiċċaw u għalhekk hemm rwol importanti ħafna li qed jimtela minn dawn l-għaqdiet volontarji li jiġbru lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna biex jieħdu sehem fix-xogħol li jagħmlu.", "Għandna mbagħad għaqdiet li jaħdmu biex iqajmu għarfien fuq mard differenti, inkluż il-mard tal-kanċer, għarfien fuq l-abbużi tat-tfal, favur id-drittijiet ta' persuni b'orjentament sesswali differenti u fil-qasam reliġjuż fejn iservu biex jifformaw lill-persuni u ż-żgħażagħ tagħna.", "Għandna wkoll ħafna għaqdiet għall-ħarsien tal-annimali u għall-ħarsien ambjentali.", "Ninnotaw li f'kull qasam tal-ħajja, kemm f'dak artistiku kif ukoll dak kulturali, għandna mijiet ta' għaqdiet volontarji li mingħajrhom kien ikollna diffikultà ħafna ikbar f'pajjiżna mal-limitazzjonijiet u l-isfidi ta' pajjiż ċkejken li diġà għandna.", "Wieħed ikun jixtieq ikollu ħafna iżjed riżorsi milli għandu, imma bil-volontarjat, fejn ħafna nies jagħtu mill-ħin, mit-talenti u mill-ħila tagħhom, jitkattar l-ikbar ġid li għandu pajjiżna li hija r-riżors uman.", "Kif qed ngħid, wieħed japrezza x-xogħol kbir li jagħmlu dawn l-għaqdiet volontarji, anke b'ħafna sagrifiċċju personali.", "Nafu wkoll li ħafna drabi, anke jekk dawn l-għaqdiet volontarji jkunu organizzati permezz ta' kumitati, ix-xogħol jaqa' fuq tnejn jew tlieta min-nies.", "Għalhekk, wieħed irid isellem lil dawn in-nies li jaħdmu fil-kwiet fl-irħula u l-ibliet tagħna.", "Meta ġejna biex infasslu dan l-Abbozz ta' Liġi, ridna li kemm jista' jkun ngħinu lil dawn l-għaqdiet u mhux noħolqulhom iżjed xkiel u problemi milli diġà għandhom.", "Aħna rridu li dawn l-organizzazzjonijiet volontarji jingħataw is-saħħa u l-appoġġ meħtieġ.", "Huma jafu li jekk jitmexxew kif suppost, bi prinċipji ta' governanza tajba u bi trasparenza fil-ġbir u fl-użu tal-fondi tagħhom, ikunu jistgħu japplikaw għal aktar fondi biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom.", "Ħafna minn dawn l-għaqdiet jafu li x-xogħol tagħhom issaħħaħ b'dawn il-fondi.", "Kif għedt, l-ewwel qafas legali tal-għaqdiet volontarji daħal fis-seħħ 11-il sena ilu, fl-2007.", "Żgur li fid-dawl tal-esperjenza ta' 11-il sena, kien wasal iż-żmien li wieħed jerġa' jħares lejn il-Liġi li tirregola l-Għaqda tal-Volontarjat u jara kif jista' jsaħħaħha bl-għan li nkomplu ngħinu lil dawn l-għaqdiet.", "Irrid nagħmilha ċara li l-għan tal-Istat hu li jappoġġja lill-għaqdiet volontarji li qed jagħmlu tant ġid fis-soċjetà tagħna.", "Kif għedt, dawn l-għaqdiet diġà għandhom biżżejjed sfidi u piżijiet, u huwa d-dover tagħna li ngħinuhom kemm nifilħu.", "Sfortunatament, nafu li fis-snin li għaddew, kien hemm min abbuża bl-għaqdiet volontarji, anke fuq livell lokali, fejn il-flus miġbura ma ntużawx għall-iskop ġenwin li jkunu nġabru għalih.", "Għalhekk, l-għaqdiet volontarji fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea huma wkoll taħt skrutinju mhux biss lokali, imma Ewropew u globali.", "Dan minħabba l-fatt li f'pajjiżi differenti ġieli kien hemm każi fejn għaqdiet volontarji ntużaw għal skop ta' ħasil tal-flus.", "Min irid jaħbi l-flus li jkun ġab minn attività kriminali u illegali jinqeda bil-paraventu ta' għaqdiet volontarji biex jaħbi dawk il-flus.", "Għalhekk, illum, hemm għassa kbira fuq l-għaqdiet volontarji kollha, inkluż dawk f'pajjiżna, li jridu joqogħdu attenti li jżommu 'l bogħod minn kull attività illegali, bħal finanzjament tat-terroriżmu.", "Nerġa' ngħid, l-ispinta biex tidħol regolamentazzjoni qawwija f'dan il-qasam mhijiex ġejja mill-abbużi jew mill-fallimenti tal-għaqdiet volontarji.", "Ħafna minn dawn ir-regolamenti ġodda li daħlu fuq livell dinji u fuq livell Ewropew kienu b'riżultat ta' abbużi li saru minn istituzzjonijiet finanzjarji u minn banek kbar.", "Dawn l-abbużi wasslu biex ikun hemm aktar regolamenti ibsien fir-rigward ta' ħasil ta' flus u finanzjament tat-terroriżmu.", "Kif smajna dan l-aħħar, banek kbar magħrufin fid-Denimarka u fil-Ġermanja ntużaw għal ħasil ta' flus ta' ammonti fenominali, anke ta' €200 biljun!", "Huma dawn it-tip ta' abbużi li qed iwasslu biex ikun hemm sorvelja fuq l-għaqdiet volontarji.", "Irridu naraw kif ngħinu lill-għaqdiet volontarji biex jitmexxew b'mod tajjeb mingħajr abbużi, imma fl-istess ħin irridu nkunu hemm biex ma nikkomplikawlhomx ħajjithom.", "Kif għedt, dawn l-għaqdiet volontarji għandhom diġà diffikultajiet u sfidi, għalhekk irridu naraw li ma nżidulhomx ma' dan il-piż.", "Wara kollox, anke banek kbar isibuha diffiċli li jkunu konformi ma' dawn ir-regolamenti, aħseb u ara għaqdiet volontarji li diġà qed jagħmlu sagrifiċċji kbar biex imexxu x-xogħol tagħhom.", "Għalhekk, bħala awtoritajiet u strutturi governattivi, għandna d-dmir li nkunu hemm biex ngħinuhom kemm nifilħu.", "L-iskrutinju huwa importanti li jsir u bħala pajjiż għandna obbligu li naraw kif se ngħinu lil dawn l-għaqdiet biex dan l-iskrutinju jsiru bis-serjetà.", "Hawn irrid nirringrazzja lil sħabi fil-Ministeru għall-Finanzi, lill-FIAU, lill-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat u lis-segretarjat li qed jikkordina x-xogħol biex indaħħlu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzja wkoll in-nies fl-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji u lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, li ħadem ħafna mal-kollegi tiegħu biex inkunu nistgħu nressqu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Hemm ħafna ktar xogħol xi jsir.", "Nerġa' ngħid li waqt li min-naħa rridu niżguraw li nħarsu l-obbligi li għandna bħala pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea u b'mod globali, fejn is-sorvelja fuq dawn l-affarijiet kulma tmur qed tiżdied, hemm bżonn li nagħtu s-sostenn tagħna lil dawn l-għaqdiet volontarji.", "Importanti li ngħinu lil dawn l-għaqdiet għax, kif diġà għedt, anke banek kbar isibuha diffiċli biex tassew iħarsu dawn il-liġijiet, aħseb u ara għaqdiet żgħar ta' volontarjat.", "Ngħid ukoll li minkejja li hemm direttiva waħda fl-Unjoni Ewropea ta' 28 pajjiż - jew 27 u nofs - hemm interpretazzjonijiet differenti anke ta' din id-direttiva.", "Biex tagħqad, hemm tliet istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej regolaturi li qed jipprovaw ilaħħqu ma' dan ix-xogħol kollu.", "Fuq livell Ewropew, hemm żewġ uffiċjali biss li jaħdmu full-time fuq il-prevenzjoni tal-ħasil ta' flus.", "Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea tagħraf id-dgħufija biex jiġu inforzati dawn ir-regolamenti fuq livell Ewropew.", "Hawn irrid nirrimarka li kultant pajjiżna jissemma b'mod negattiv.", "Nemmen li rridu nkunu ġelużi għar-reputazzjoni tagħna, imma meta tara pajjiżi ħafna ikbar minna, b'ħafna aktar riżorsi u bi tradizzjoni itwal minn tagħna f'dan il-qasam, imdaħħlin f'dawn l-iskandli, tifhem kemm hemm bżonn ta' aktar regolamentazzjoni.", "Pereżempju, issemmew id-Deutsche Bank u d-Danske Bank fejn hemm l-involviment ta' biljuni kbar ta' ħasil ta' flus.", "Qed ngħid dan mhux biex nikkonslaw, infarfru jew ninħbew taħt l-isfidi li għandna, imma biex nifhmu kemm għad hawn sfidi kbar f'dan il-qasam.", "Biżżejjed ngħidu li r-regolaturi finanzjarji jgħidu li huwa meqjus li biex tkun taf x'qed jiġri fid-dinja kollha, trid issegwi diversi ġurisdizzjonijiet.", "Dan għaliex illum hemm ċaqliq ta' fondi minn pajjiż għal ieħor.", "Pereżempju, fl-Unjoni Ewropea iċ-ċaqliq ta' kapital huwa wieħed mill-kolonni tal-libertà taċ-ċirkolazzjoni.", "Huwa meqjus li fid-dinja hawn 3,000 ġurisdizzjoni li fihom il-flus jiċċaqalqu.", "Dan ġej mill-fatt li għandna 212-il pajjiż differenti.", "Fl-Amerika biss, hemm 52 stat li kollha għandhom il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, mhux biss fuq livell ta' stat, imma anke fuq livell ta' belt.", "Iċ-Ċina topera fil-livell ta' provinċji.", "Dan iwassal biex ikun hemm liġijiet u prattiċi diversi f'pajjiżi, bliet, stati u provinċji differenti.", "Ovvjament, hemm sfidi kbar biex issegwi min huma n-nies u l-organizzazzjonijiet involuti u biex tagħmel is-sorvelja meħtieġa.", "Aħna rridu naraw li din is-sorvelja ssir.", "Fl-istess ħin, l-Abbozz ta' Liġi ma jitkellimx biss fuq l-attenzjoni li trid tingħata biex l-għaqdiet volontarji ma jintużawx għal skopijiet ta' ħasil ta' flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu.", "Hemm aspetti oħrajn tal-liġi li sħabi se jitkellmu dwarhom.", "Imma l-messaġġ ewlieni li rrid inwassal huwa li dan l-Abbozz ta' Liġi qed idaħħal prinċipji ta' governanza tajba fl-interess ta' dawn l-għaqdiet.", "Min-naħa tagħna rridu nimpenjaw irwieħna li ngħinu lill-individwi li jaħdmu f'dawn l-għaqdiet b'tant sagrifiċċji personali u mhux inżidulhom il-problemi.", "Aħna ma nixtiqux li ndaħħlu liġi biex toqtol l-inizjattiva u l-ispirtu tal-volontarjat.", "Aħna rridu naraw kif, filwaqt li minn naħa waħda jkun hemm il-ħarsien tar-regoli biex l-affarijiet isiru kif suppost u l-għaqdiet isiru aktar trasparenti fid-dħul u n-nefqa tagħhom, u min-naħa l-oħra naraw li jkollna strutturi li qed jgħinu lil dawn l-għaqdiet biex ikunu konformi mal-obbligi li joħorġu minn din il-liġi.", "Huwa kruċjali li nkomplu nsaħħu l-ispirtu tal-volontarjat.", "Aktar kemm qed ngħixu f'soċjetà egoista u materjalista fejn jimpurtana minna biss, aktar importanti li minn età żgħira nibdew inrawmu dan l-ispirtu ta' solidarjetà u volontarjat.", "L-isbaħ impenn li nistgħu nagħtu f'ħajjitna huwa meta naħdmu b'mod volontarju u mhux għax obbligati u sforzati.", "Importanti li ngħinu lil persuni oħrajn fis-soċjetà tagħna u nieħdu ħsieb id-dinja li ngħixu fiha.", "Waħda mill-ikbar sfidi li se jkollhom il-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna hija kif se jżommu din il-pjaneta sostenibbli.", "Forsi wieħed jgħid li qed nitkellem b'mod bombastiku meta qed ngħid li rridu nieħdu ħsieb il-pjaneta tagħna.", "Biss, huwa importanti li nieħdu ħsieb xulxin u fejn ngħixu.", "Tajjeb niftakru li dak li nagħmlu fil-ħajja ta' kuljum jaffettwa lill-pajjiż ċkejken tagħna, kif ukoll lill-pjaneta tagħna.", "Għalhekk hu sabiħ li ħafna mill-għaqdiet volontarji, anke jekk ma jiddikjarawx dan fil-miftuħ, jeżistu bl-iskop li nieħdu ħsieb xulxin, ħsieb fejn ngħixu u ħsieb dawk li ġejjin warajna.", "Fil-fehma tiegħi, l-għaqdiet volontarji fl-oqsma differenti, b'xi mod jew ieħor, kollha qed jikkontribwixxu biex jagħmlu s-soċjetà tagħna aħjar milli hi.", "Għalhekk, waqt li nirringrazzjahom ħafna għax-xogħol tagħhom, tajjeb li jkollna liġijiet li jirregolaw l-imġiba tagħhom u l-mod kif jimxu.", "Fl-istess ħin tajjeb li nipprovdulhom il-fondi biex ngħinuhom fix-xogħol tagħhom.", "Ejja niżguraw li ngħinu lill-għaqdiet volontarji biex jagħmlu x-xogħol tagħhom bl-aħjar mod.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, din hija l-ewwel liġi li se ngħaddu wara li l-Parlament qed jiltaqa' wara l-btajjel tas-sajf.", "Qegħdin niddiskutu emendi għal liġi li daħlet 11-il sena ilu.", "Ta' min jgħid li qed nitkellmu fuq 200 paġna ta' emendi u mhux fuq emenda jew tnejn.", "Nixtieq nagħmel ftit rimarki fuq l-emendi nfushom.", "Biss, qabelxejn, irrid ngħid li ma nistax nifhem għalfejn hawn din l-għaġla kollha mill-Gvern biex jitressqu dawn l-emendi.", "Stennejt li l-Ministru se jispjega għalfejn din l-għaġġla, imma fl-ebda ħin ma qal għalfejn din il-liġi qed titressaq fl-ewwel jum tal-ftuħ tal-Parlament.", "Qabel nibda nitkellem fuq l-emendi rrid insellem lil madwar 1,500 għaqda volontarja li jaħdmu f'pajjiżna.", "Dawn huma nies li jaħdmu b'mod volontarju, sal-punt li kultant anke jispiċċaw jittraskuraw xi ftit il-familja.", "Illum qed ngħixu f'dinja fejn il-konsumiżmu żdied u allura żdied ukoll il-bżonn li wieħed jaħdem aktar għall-flus biex ilaħħaq mal-ħteġijiet tiegħu.", "Illum qed ngħixu f'pajjiż fejn l-għafsa fuq il-prezzijiet ta' housing u oġġetti essenzjali oħrajn żdiedet, imma xorta nsibu eluf ta' persuni li jagħtu l-ħin tagħhom f'oqsma varji b'mod volontarju.", "Insibu, fost l-oħrajn, għaqdiet li jaħdmu għall-ħarsien tal-annimali, soċjetajiet mużikali, għaqdiet sportivi, għaqdiet reliġjużi u għaqdiet politiċi.", "Insellmilhom u ngħidilhom grazzi, għax kif qal tajjeb il-Ministru, pajjiżna ma jkunx l-istess li kieku m'hawnx l-għaqdiet volontarji.", "Pereżempju żgur li pajjiżna ma jkunx l-istess kieku m'għandniex lil Puttinu.", "Niftakar il-bidu ta' din l-NGO li llum hija waħda mill-akbar għaqdiet volontarji reġistrati f'pajjiżna.", "Qed ngħid dan għax il-Community Chest Fund mhijiex irreġistrata bħala għaqda volontarja.", "Min jaf kemm hawn għexieren ta' pazjenti, ħutna Maltin, li gawdew minn dak il-ħin volontarju li tant nies jagħtu fl-għaqda ta' Puttinu biex ħajjet il-pazjenti tkun daqsxejn aħjar meta jmorru għall-kura barra minn pajjiżna.", "Sinjura President, jien ġej mill-ħames distrett, fejn il-volontarjat huwa b'saħħtu ħafna.", "Biżżejjed wieħed isemmi l-każini u l-għaqdiet mużikali; fil-ħames distrett, għandna 11 minnhom.", "Dawn huma rħula żgħar ħafna ta' 3,000 jew 4,000 ruħ u għandek żewġ għaqdiet mużikali li qed jagħmlu l-mirakli fil-mod kif jiġbru l-flus u l-attivitajiet li jtellgħu.", "Insemmi, pereżempju, il-Qrendi, l-Imqabba u Ħal Kirkop.", "Għalhekk, jien għandi biss ammirazzjoni għal dawn l-għaqdiet.", "L-istess jista' jingħad għall-għaqdiet tal-futbol u ta' għaqdiet volontarji oħrajn.", "Ma nixtieqx noqgħod nirrepeti t-tifħir tiegħi, però ridt mill-ewwel nirringrazzja lil dawn l-għaqdiet kollha għax-xogħol tagħhom.", "Irrid nirringrazzja wkoll lil dawk li jamministraw l-għaqdiet volontarji fuq livell nazzjonali.", "Kenneth Wain u nawgura lil Dr Abela Medici fil-ħidma ġdida tiegħu.", "Nirringrazzja wkoll liċ-chairperson tal-Kunsill tal-Volontarjat Dr Noel Camilleri u lill-membri kollha tal-Kunsill u nawguralhom fil-ħidma tagħhom.", "Nirringrazzja lil kull min ħadem matul is-snin fuq dawn l-emendi.", "Kien hemm ħafna nies li jidhru u oħrajn li ma jidhrux, fosthom uffiċjali pubbliċi u avukati.", "Kultant, dawn in-nies jaħdmu minn wara l-kwinti, però x-xogħol tagħhom ikun importanti ħafna.", "Nirringrazzja wkoll lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima għall-istedina li għamilli biex ftit tal-ġimgħat ilu tani dawn l-emendi biex inkun nista' nipprepara għad-diskors tiegħi.", "Nirringrazzjah li tani dan id-dokument voluminuż minn qabel biex inkun nista' nistudjah.", "Nixtieq inħares issa lejn kif wasalna sa dawn l-emendi.", "Il-liġi tal-volontarjat kienet pass importanti fil-mixja tas-settur volontarju, li għalkemm ilu jopera għal għexieren ta' snin fl-interess tal-komunità, ma kienx regolat.", "Fil-bidu tas-sena 2000, jiġifieri fi żmien Gvern Nazzjonalista, kien inħass il-bżonn li dan is-settur ikun regolat, hekk kif kien deher ċar li kien qed jikber fl-operat tiegħu.", "Niftakru li fis-snin 2000 kellek numru ta' għaqdiet li bdew ifaqqsu u jikbru u allura kien hemm bżonn li jkunu regolati.", "Kien fatt ukoll li pajjiżna beda jagħmel l-ewwel passi tiegħu biex jidħol fl-Unjoni Ewropea, u allura l-għaqdiet volontarji kellhom iċ-ċans li jibbenefikaw minn fondi Ewropej.", "M'għandix il-figuri, imma żgur li dawn l-għaqdiet ibbenefikaw minn mijiet ta' eluf jekk mhux miljuni ta' ewro minn dawn il-fondi.", "Forsi aktar 'il quddiem is-Segretarju Parlamentari jkun jista' jagħtina xi figuri ta' kemm ibbenefikaw l-għaqdiet volontarji matul is-snin.", "Bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea nħass il-bżonn li l-għaqdiet volontarji jkunu reġistrati sabiex ikunu intitolati li jaċċessaw fondi Ewropej.", "Għal dan il-għan, fl-2004 kien twaqqaf working group taħt l-eks Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Dolores Cristina, li minn hawnhekk insellmilha.", "Għada, is-Sinjura Cristina se tkun qed tagħti s-servizz tagħha lejn il-pajjiż bħala Aġent President.", "Wara proċess twil ta' konsultazzjoni, din il-liġi għaddiet mill-Parlament f'Diċembru 2007.", "Fil-fatt, il-liġi bdiet titħaddem fl-2008, fejn indirizzat il-vojt li kien ilu jinħass.", "Wara bdiet ir-reġistrazzjoni tal-għaqdiet volontarji mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat u kien appuntat l-ewwel kunsill li jirrappreżenta l-għaqdiet volontarji u l-volontiera.", "Wara l-ewwel snin ta' tħaddim ta' din il-liġi nħass il-bżonn li ssir reviżjoni sabiex tkun evalwata l-effettività ta' din il-liġi, kif ukoll biex naraw jekk hemmx anomaliji jew nuqqasijiet fl-istess liġi biex jiġu indirizzati.", "Hija ħaġa li nesperjenzaw ta' kuljum li liġi li tkun kompletament ġdida jkollha bżonn ta' rfinar biex tkun aktar effettiva.", "Però ma nistax ma nenfasizzax kemm kien pass importanti meta daħħalna din il-liġi fl-2007.", "X'viżjoni kellna, meta dakinhar, irregolajna dan is-settur tal-volontarjat permezz tal-liġi eżistenti.", "Mingħajr din il-liġi, l-għaqdiet tagħna ma setgħux jibbenefikaw minn fondi Ewropej.", "Kif għedt, l-għaqdiet tagħna bbenefikaw minn eluf kbar ta' ewro f'fondi.", "Minkejja dan, fl-2011, il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali kien beda diskussjonijiet mal-Kummissarju tal-Volontarjat u l-istakeholders biex jitressqu suġġerimenti li jkunu jistgħu jgħinu l-miljorament tal-istess liġi.", "Dan wara li kien apprezzat li kien hemm xi aspetti li minħabba nuqqas ta' kjarezza, setgħu jagħtu lok għall-abbużi.", "Uħud minn dawn l-anomaliji kienu jirrigwardaw il-ftuħ fid-definizzjonijiet li hemm fil-liġi li jindirizzaw x'tikkostitwixxi għaqda volontarja.", "Id-definizzjonijiet wesgħin dwar x'kellu jkollha organizzazzjoni biex tikkwalifika u tirreġistra bħala għaqda volontarja kienu possibbilment jagħtu lok għal abbuż fejn entitajiet b'interess privat setgħu jirreġistraw.", "Dan il-fatt kien qed joħloq reazzjoni minn dawk l-għaqdiet volontarji li kienu ġenwinament qed joperaw b'mod tajjeb.", "Inħass ukoll il-bżonn li l-liġi oriġinali tkun definita b'mod aktar ċar fir-rigward tar-relazzjoni u s-superviżjoni tal-entitajiet ekklesjastiċi.", "Kien hemm ħsebijiet differenti jekk organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Knisja għandhomx jirreġistraw u jikkonformaw taħt din il-liġi.", "Tul is-snin, kien hemm impenn biex dawn id-diffikultajiet ikunu indirizzati u fil-fatt, saru numru ta' diskussjonijiet mal-Knisja biex tinstab pożizzjoni aċċettabbli għan-naħat kollha.", "Waqt id-diskussjonijiet li saru mal-Kummissarju tal-Volontarjat kien ħareġ ċar li bħala regolatur, il-liġi ma kenitx tagħtih saħħa eżekuttiva biżżejjed biex jinvestiga u jieħu l-passi neċessarji dwar xi għaqda li ma kenitx qed titmexxa b'mod konformi mar-regoli stabbiliti.", "Dan beda jirriżulta f'nuqqas ta' konformità min-naħa ta' wħud mill-għaqdiet fejn kienu jidħlu l-obbligi tagħhom, fosthom pereżempju l-annual returns li huma obbligati li jippreżentaw lill-istess Kummissarju.", "Kien ċar sa mill-ewwel snin tat-tħaddim ta' din il-liġi, li rridu nsaħħu l-Uffiċċju tal-Kummissarju.", "Fil-fatt, sal-aħħar tas-sena 2012, jiġifieri proprju lejn l-aħħar ta' dik il-leġiżlatura, qabel kellna l-bidla fil-Gvern, kien diġà sar ħafna xogħol relatat mal-emendi għal-Liġi tal-Volontarjat.", "Bi pjaċir ninnotaw li x-xogħol siewi li kien sar tkompla mill-Gvern tal-ġurnata biex illum qegħdin niddiskutu dawn l-emendi li huma riżultat ta' snin ta' diskussjoni u konsultazzjoni.", "B'sodisfazzjon ninnotaw ukoll li bosta mill-proposti li kienu maqbula li jiddaħħlu f'dawn l-emendi kienu sostnuti, fosthom il-fatt li r-reġistrazzjoni tal-għaqdiet volontarji mal-Kummissarju għandha tkun mandatorja.", "B'hekk, qed niggarantixxu li l-pubbliku kif ukoll l-istess entitajiet li jissapportjaw lis-settur b'mod finanzjarju, ikollhom aktar trasparenza u kontabilità.", "Aspett ieħor li qegħdin ninnotaw b'sodisfazzjon li qed jiddaħħal fil-liġi huwa l-fatt li l-Kummissarju tal-Volontarjat ingħata l-poteri biex b'mod indipendenti u mingħajr ebda xkiel burokratiku, meta jkollu xi suspett jew rapport dwar irregolaritajiet minn xi għaqda, ikun jista' jinvestiga u jieħu passi fil-konfront tal-għaqda, inkluż li jirtiralha r-reġistrazzjoni.", "Nerġa' niġi issa għall-ewwel punt li għamilt.", "Nistaqsi: Għaliex il-Gvern għamel ħames snin rieqed fuq dawn l-emendi?", "Ħafna minn dawn l-emendi kienu diġà maqbula u l-Gvern, matul il-leġiżlatura preċedenti kollha, m'għamel xejn dwarhom.", "Irrid nagħmel din il-kritika, għaliex il-Gvern dam daqshekk biex iressaq dawn l-emendi fuq dak li kien hemm diġà maqbul.", "Forsi kieku daħħalna dawk l-emendi li kienu maqbula, illum m'għandniex dokument ta' 200 paġna imma għandna dokument ħafna iżgħar.", "Għaliex din il-liġi ma tressqitx qabel?", "Għaliex qegħdin ngħaddu din il-liġi b'din l-għaġla fl-ewwel seduta wara l-vaganzi tas-sajf?", "Jien nieħu gost li qegħdin inressqu din il-liġi fl-ewwel seduta, għax dan huwa settur li jinteressani mill-qrib.", "Jien nieħu gost niltaqa' mal-għaqdiet li qed jagħmlu dan ix-xogħol siewi b'mod volontarju.", "Però x'kien li mbotta lill-Gvern li jressaq din il-liġi bl-għaġla f'daqqa waħda?", "Ħalli ngħidilkom jien għalxiex!", "Għaliex f'Novembru li ġej, ġejja delegazzjoni tal-Moneyval biex tara l-operat tal-Gvern.", "Il-Moneyval hija kumitat ta' esperti tal-Kunsill tal-Ewropa li xogħolhom hu li jaraw li l-pajjiżi jkollhom ir-regoli tagħhom konformi biex jiġi evitat il-ħasil ta' flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.", "Allura nistaqsi: Kellna għalfejn nistennew proprju dan il-mument biex inressqu din il-liġi quddiem dan il-Parlament?", "Naħseb li l-affarijiet setgħu saru aħjar!", "Qed nara lill-Ministru Helena Dalli li jidhirli kienet responsabbli minn dan is-settur fil-leġiżlatura preċedenti, li forsi tista' tiċċaralna aħjar dan il-punt.", "Nifhem li seta' kien hemm raġunijiet għalfejn din il-liġi ma tressqitx qabel u naċċettahom, imma naħseb li l-poplu għandu jkun jaf għaliex il-Gvern dam daqshekk biex iressaq din il-liġi.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetani u li nixtieq li nittrattaw fi stadju ta' Kumitat hija n-numru sostanzjali ta' NGOs li s'issa mhumiex konformi mal-liġi.", "Ninsab nformat li mhux qegħdin nitkellmu dwar waħdiet jew għexieren, imma dwar mijiet ta' NGOs li, għal raġuni jew oħra, mhumiex konformi.", "Konxju li hemm numru ta' trusts u NGOs li kienu jaqgħu taħt din il-liġi li kellhom interess privat u għalhekk din il-liġi tagħmel tajjeb li tirregolahom.", "Biss hawn qed nitkellem dwar NGOs ġenwini li għal raġuni jew oħra, sal-lum, mhumiex konformi u qegħdin jirriskjaw li titteħdilhom ir-reġistrazzjoni, bir-riżultat li jkollhom jerġgħu japplikaw.", "Filwaqt li nifhem u nemmen li kull regolamentazzjoni hija tajba u effettiva, irridu naraw li kulħadd jingħata ċans tajjeb biex ikun konformi meta, eventwalment, tgħaddi din il-liġi.", "Sinjura President, jien niftakar li meta f'din il-Kamra kellna l-kwestjoni tal-każini tal-baned li kien hemm ir-riskju li jitilfu l-premises tagħhom minħabba l-Liġi tal-Kera, kien hawn qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex naraw kif nistgħu nagħmlu emendi ħalli ma nħallu lil ħadd jaqa' mix-xibka.", "Nixtieq li waqt l-istadju ta' Kumitat, nerġgħu npoġġu bilqiegħda biex naraw x'inhuma l-issues tal-NGOs li mhumiex konformi.", "Jista' jkun li jkun hemm raġunijiet serji u allura hemmhekk wieħed jifhem illi għandu jingħata biżżejjed żmien.", "Jista' jkun li hemm għaqda partikolari li m'għandhiex tibqa' reġistrata.", "Biss, jien nemmen li f'ħafna każijiet, ir-raġuni tkun waħda valida u allura għandna npoġġu bilqiegħda biex naraw kif se ngħinu lil dawn l-għaqdiet volontarji.", "Naf li l-Gvern jixtieq ħafna li jgħaddi din il-liġi u hawn irrid ngħid mill-ewwel li l-Gvern se jsib il-koperazzjoni tal-Oppożizzjoni biex fl-interess ta' pajjiżna, anke meta jiġu l-Moneyval, naraw li nkunu konformi.", "Nixtieq li meta niġu fl-istadju ta' Kumitat nieħdu l-ħin tagħna biex niddiskutu dawn l-emendi.", "Kif għedt, għandna 200 paġna b'ħafna klawsoli, u għalhekk ma nixtieqx li ngħadduhom f'sessjonijiet maratoni fi Stadju ta' Kumitat.", "Nixtieq li l-affarijiet isiru bis-serjetà u bil-galbu.", "Ovvjament, fejn m'għandniex neħlu għandna mmexxu, imma fl-istess ħin għandna bżonn inkunu ċari dwar dak li qegħdin nemendaw.", "Din in-naħa tal-Kamra hija favur dawn l-emendi u allura l-Gvern jista' jserraħ rasu li se jsib koperazzjoni sħiħa min-naħa tagħna.", "Kif għedt aktar kmieni, kien hemm tħassib minn għaqdiet volontarji li ċerti entitajiet li kien jidher li kellhom interess privat kienu qegħdin jirreġistraw bħala għaqdiet volontarji.", "Jidher li dawn l-emendi taw kas ta' dak li qal is-settur, għax dan it-tħassib kien indirizzat billi ddaħħlu miżuri speċifiċi f'dawn l-emendi kif ukoll fil-Kodiċi Ċivili biex tkun eliminata l-possibbiltà li entitajiet privati jirreġistraw bħala għaqdiet volontarji.", "Jidher ukoll li dawn l-emendi qegħdin jindirizzaw il-kwestjoni li kien hemm mal-entitajiet ekklesjastiċi fejn, bi qbil mal-Knisja, se jkunu identifikati dawk l-għaqdiet tal-Knisja li se jirreġistraw mal-Kummissarju u jkunu jistgħu jkunu eliġibbli għall-fondi u faċilitajiet indirizzati esklużivament għas-settur tal-volontarjat.", "Dawk li jagħżlu li ma jkunux regolati, xorta għandhom ikunu intitolati għall-għajnuna.", "Importanti li f'dan il-pajjiż, is-setturi tal-volontarjat, inkluż dawk tal-Knisja, jiġu megħjuna.", "Jien ħadt gost nisma' li l-Prim Ministru mar l-Isla u qal li l-Gvern se jħallas l-ispiża għar-restawr tan-niċċa tar-Redentur.", "Naħseb li għandu jkollna sistema fejn minn fond apposta anke min ma jkunx reġistrat ikun jista' jiġi megħjun ukoll.", "Qed ikun innotat ukoll b'sodisfazzjon li l-proposta li kienet maqbula mal-amministrazzjoni preċedenti li jissaħħaħ il-proċess demokratiku fejn jidħol il-mod kif ikun appuntat il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat se tiġi attwata.", "Inizjalment, dan il-kunsill kien magħmul minn għaxar membri fejn filwaqt li kienu nnominati mis-settur tal-volonarjat, kienu appuntati kollha kemm huma mill-Ministru responsabbli mill-istess settur.", "Tul is-snin, dan il-kunsill wera li l-mod kif jopera hu wieħed trasparenti u indipendenti minn kull influwenza u għalhekk hemm qbil li biex din l-indipendenza tissaħħaħ, il-maġġoranza tal-membri fi ħdan l-istess kunsill ikunu eletti direttament mis-settur innifsu.", "Aktar minn hekk, bi pjaċir ninnotaw li permezz ta' dawn l-emendi, l-istess kunsill qed jingħata status legali biex ikun jista' jamministra lilu nnifsu aħjar.", "Mingħajr ma nidħol fid-dettall ta' numru ta' emendi oħrajn, irrid ngħid li nilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li issa li għaddejna l-liġi tal-Vot 16, żgħażagħ ta' 16-il sena jistgħu jirreġistraw għaqda volontarja.", "Irrid nistqarr ukoll li l-kwestjoni tal-cryptocurrency għal ħafna minna f'din il-Kamra hija Ċiniż, għax din hija teknoloġija ġdida.", "Però ngħid ukoll li wara laqgħat li kelli flimkien mal-Onor.", "Kristy Debono, li hija esperta fil-qasam, għandi l-konfort li din l-emenda hija bżonnjuża għaliex fil-futur numru ta' tranżazzjonijiet li se jsiru b'dan il-mod se jkunu aktar trasparenti.", "Ninnotaw b'sodisfazzjon ukoll it-twessigħ tal-faxex għall-fini ta' accountancy.", "Ninnotaw ukoll it-trasparenza li qed toffri l-website tal-Kummissarju.", "L-emendi qegħdin jagħtu poteri enormi, kważi assoluti, lill-Kummissarju.", "Li kieku forsi kienet persuna oħra li qed tokkupa din il-kariga, kont nagħmel ħafna aktar mistoqsijiet għaliex għandna nagħtu dan il-poter lill-Kummissarju, però jien għandi l-konfort li l-persuna li llum tokkupa l-kariga ta' Kummissarju huwa persuna integra, tal-affari tiegħu u li kapaċi jinvestiga.", "Għalhekk, il-Kummissarju preżenti żgur li jagħmel ġieħ li dan is-settur.", "Nittama li anke fil-futur nagħrfu nagħżlu persuni li jkollhom l-istess integrità, biex ħadd ma jkun jista' b'xi mod jiddubita mill-uffiċċju ta' dan il-Kummissarju.", "Bħala Oppożizzjoni, nemmnu li dawn l-emendi fil-liġi għandhom ikunu qegħdin jindirizzaw il-bżonnijiet tas-settur, filwaqt li jiggarantixxu aktar trasparenza u kontabilità u joffru aktar serħan il-moħħ lill-entitajiet pubbliċi li jallokaw fondi pubbliċi u proprjetajiet għall-proġetti tagħhom.", "Nemmnu li dawn l-emendi se joffru serħan il-moħħ lill-pubbliku inġenerali li dejjem sostna lil dan is-settur fl-operat tiegħu fil-komunità.", "Sur President, għal dan il-għan, l-Oppożizzjoni se tkun qed tappoġġja dawn l-emendi, għax nemmnu li bil-ħidma ta' kull min hu involut f'dan is-settur, dawn l-emendi għandhom isaħħu l-operat kemm tal-Kummissarju tal-Volontarjat fil-ħidma tiegħu bħala regolatur, kif ukoll il-ħidma tal-Kunsill Malti għas-settur li tul dawn l-aħħar snin stabbilixxa ruħu fl-interess tas-settur tal-volontarjat.", "Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nemmnu li din il-liġi se tkompli tagħti għodda lis-settur tal-volontarjat biex ikompli jikber fil-ħidma sfiqa tiegħu b'risq is-soċjetà tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamenari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sur President, huwa ta' unur għalija li proprju f'din l-ewwel seduta parlamentari qegħdin niddiskutu liġi daqstant importanti.", "Nilqa' b'sodisfazzjon id-diskors tal-Onor.", "Herman Schiavone li faħħar il-liġi.", "Naħseb li dan jawgura tajjeb biex bħala Parlament naħdmu id f'id biex naraw li dan is-settur tant importanti jingħata l-għodda kollha neċessarja biex ikun jista' jiffunzjona b'mod effikaċi, sigur u trasparenti.", "B'hekk nassiguraw li dan is-settur li jolqot lis-soċjetà Maltija inġenerali, jiġi protett u salvagwardat biex ikun jista' jiffunzjona b'mod effikaċi.", "Għadna ħerġin proprju mill-istaġun tal-festi u naħseb li kulħadd jaqbel miegħi li matul dawn ix-xhur wieħed seta' jara u jmiss b'għajnejh ix-xogħol siewi li jsir f'dan is-settur partikolari minn mijiet u eluf ta' volontiera li jagħtu l-ħin u r-riżorsi tagħhom, anke finanzjarji, b'risq il-volontarjat.", "Is-sabiħ tal-volontarjat hu li wieħed qiegħed jagħmel xi ħaġa għal għan nobbli u għalhekk ikun hemm dak is-sens ta' apprezzament u sodisfazzjon li wieħed qed jagħmel xi ħaġa tajba li minnha se tibbenefika s-soċjetà tagħna.", "Naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li dan is-settur tant importanti huwa kkonsidrat bħala l-vuċi tas-soċjetà.", "Mhux qed ngħid dan biex infaħħar lill-mijiet u eluf ta' volontiera li jaħdmu bla heda f'dan il-qasam, iżda minħabba l-fatt li r-realtà turi li s-settur tal-volontarjat jolqot setturi varji fis-soċjetà tagħna.", "Il-kelliema ta' qabli semmew l-aspetti tal-kultura u tal-attività sportiva fost l-oħrajn.", "Jien għandi x-xorti ngħid li naħdem spalla ma' spalla f'dan is-settur ma' sħabi l-volontiera, għax nista' ngħid li fil-ħajja adulta kollha tiegħi kont involut f'settur jew ieħor tal-volontarjat.", "Nista' nassigura lil kulħadd li din il-ħidma tħalli sodisfazzjon kbir.", "Bażikament ftit hemm kliem biex wieħed jiddiskrevi dak li jħoss meta jara l-għan tiegħu milħuq.", "Ovvjament, l-għan tal-volontarjat jista' jvarja minn settur għall-ieħor, però jibqa' l-fatt li dejjem isir għal għan nobbli.", "Għalhekk irrid nirringrazzja lill-volontiera kollha li jagħtu l-ħin, it-talenti u s-sengħa tagħhom sabiex pajjiżna jkun jista' jkompli jgawdi mill-volontarjat.", "Illum qed niddiskutu bidliet leġiżlattivi għal dan is-settur.", "B'sodisfazzjon ngħid li jidher li se jkun hemm kollaborazzjoni u koperazzjoni anke fi Stadju ta' Kumitat.", "Hermann Schiavone, għaddejna korrispondenza bejnietna dwar dawn l-emendi, li huma pjuttost voluminużi.", "Fil-fatt l-Abbozz fih 'il fuq minn 200 faċċata ta' emendi bl-għan li nassiguraw li dan is-settur jiffunzjona b'mod aktar effikaċi.", "Il-volontarjat jikkultiva soċjetà ta' solidarjetà, fejn wieħed jaħdem sabiex jgħin lil għajru u biex ittaffi l-problemi li settur jew ieħor jiltaqa' miegħu fil-ħajja ta' kuljum.", "Issib min jgħidlek: Inti li qed taħdem fil-volontarjat m'għandekx mod ieħor kif tista' tkun aktar produttiv?", "Irrid ngħid li dan huwa raġunar żbaljat għax is-sens ta' sodisfazzjon li wieħed iħoss ipatti għall-ħin fejn ikun qiegħed iċaħħad lilu nnifsu minn xi delizzju jew inkella l-familja tiegħu.", "Nemmen li l-volontiera jirrappreżentaw l-interessi u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Maltin ġewwa pajjiżna.", "Nistgħu faċilment ngħidu li dan is-settur huwa kolla li żżomm is-setturi varji tas-soċjetà tagħna bħala ħaġa waħda magħquda.", "Nemmen li dawk li jaħdmu fil-volontarjat ikunu qed jiggwadanjaw huma stess min-numru ta' ħiliet li jgħinuhom jiffaċċjaw il-ħajja ta' kuljum, fosthom ħiliet ta' leadership, management u li tkun parti minn organizzazzjoni jew tim magħqud.", "Għalhekk naħseb li s-settur tal-volontarjat huwa n-nursery ta' ħafna nies li huma prodotti ta' dan is-settur partikolari u jibni bażi biex wieħed ikun jista' javvanza sabiex jagħti l-kontribut tiegħu f'setturi oħrajn tas-soċjetà tagħna.", "Ħadt pjaċir li fost l-emendi li ssemmew b'mod speċiku mill-Onor.", "Schiavone kien hemm l-emendi li qed iħarsu lejn ir-realtà li qegħdin ngħixu fiha llum l-ġurnata.", "Jien inħobb nuża l-frażi li llum qed ngħixu ġewwa villaġġ globali.", "Kif nafu, pajjiżna huwa mdawwar bil-baħar u filwaqt li fil-passat dan forsi kien ifisser li konna b'xi mod jew ieħor iżolati minn pajjiżi oħrajn, illum dan m'għadux il-każ, għax permezz tat-teknoloġija sirna magħqudin mal-bqija tad-dinja.", "Meta naraw l-emendi li qegħdin inressqu fir-rigward tal-cryptocurriencies u l-blockchain nifhmu li b'mod reali u tanġibbli qegħdin naraw li nkunu fuq quddiem nett biex inlaħħqu mat-tibdil teknoloġiku li qed isir madwar id-dinja.", "B'hekk se nassiguraw li pajjiżna jibqa' minn ta' quddiem nett proprju anke f'dan is-settur.", "Ladarba semmejna n-numru ta' ħiliet li wieħed jakkwista fis-settur tal-volontarjat, tajjeb ngħidu li llum hemm 1,600 organizzazzjoni volontarja li huma rreġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji, li nsellimlu minn hawnhekk tal-ħidma sfiqa li jagħmel.", "Dan huwa numru kbir meta wieħed jikkonsidra d-daqs ta' pajjiżna.", "Ngħid ukoll li ninsab persważ li meta jidħlu dawn l-emendi, dan in-numru se jkompli jikber.", "Dan għaliex qegħdin indaħħlu aktar regolamentazzjoni li se sservi bħala linja gwida għal dan is-settur.", "L-għan huwa li nipproteġu lil dan is-settur u lill-eluf ta' volontiera li jagħtu kontribut ferm importanti lis-settur ċiviku f'pajjiżna.", "Nemmen li dawn l-emendi se jżidu l-protezzjoni lil dawn l-għaqdiet u se jgħinuhom ukoll biex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Bħala pajjiż, qegħdin naraw li ngħinu lill-għaqdiet volontarji jkunu protetti minn min jopera mingħajr għanijiet nobbli u minn min ikollu intenzjonijiet illegali u ħżiena.", "Ngħid ukoll li filwaqt li bħala Parlament irridu nilleġiżlaw biex ikollna liġijiet li jħarsu b'mod dirett fuq kwestjonijiet ta' money laundering jew terroriżmu, irridu nkunu hemmhekk ukoll sabiex ngħinu lil dawn l-għaqdiet ikomplu jiffunzjonaw.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Dawn ir-regolamenti kif se jaffettwaw lili bħala volontier f'xi għaqda żgħira ġewwa raħal f'pajjiżna?", "Wieħed irid iħares lejn ix-xena internazzjonali fejn għandek numru ta' pajjiżi fl-Ewropa, u anke lil hinn mill-Ewropa, li sfortuntament riċentement kienu fl-aħbarijiet minħabba kwestjonijiet negattivi marbuta proprju ma' użu irregolari ta' għaqdiet volontarji.", "Għalhekk importanti li aħna nibqgħu ngħinu lil dawn l-għaqdiet għax nafu l-ħidma bla heda li qiegħda ssir minn dan is-settur, però fl-istess ħin irridu naraw li pajjiżna ma jkunx iżolat u jkun konformi mal-obbligi internazzjonali.", "Kif qed ngħid, saret referenza għall-għaqdiet volontarji minħabba nuqqasijiet tal-amministratturi preżenti jew passati li forsi llum m'għadhomx magħna.", "Minħabba dawn in-nuqqasijiet, illum irridu nassiguraw li nkunu konformi.", "Però, fl-istess nifs, irrid nassigura lil kulħadd li bħala Gvern xorta se nibqgħu ngħinu lil dawn l-għaqdiet.", "Hemm numru ta' modi kif wieħed jista' jgħin, u jien ninsab ħerqan li nitkellmu dwar din l-għajnuna fi Stadju ta' Kumitat.", "Ma rridx intawwal wisq għax irrid nisma' wkoll lill-kelliema li lesti jagħmlu l-kontribut tagħhom, liema kontribut jien nilqa' b'idejja miftuħa.", "Nemmen li bħala pajjiż, il-fatt li qegħdin indaħħlu dawn il-miżuri juri li aħna pajjiż responsabbli li bil-fatti rridu ngħinu lis-settur tal-volontarjat.", "Sur President, nixtieq issa nħares lejn uħud mill-emendi li għandna quddiemna f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Wieħed mill-poteri tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji se jkun proprju li jkollu l-poter li meta jara li hemm għaqda li mhijiex konformi mar-regolamenti, jaqta' lil din l-għaqda mir-reġistru.", "Forsi wieħed jista' jgħid: Kif qed tagħti dik is-saħħa kollha f'idejn persuna waħda?", "Jien ċert li kulħadd għandu fiduċja fil-Kummissarju, li huwa persuna rispettat ħafna fis-soċjetà tagħna u jaħdem bla heda għall-ġid ta' dan is-settur.", "Il-Kummissarju stess ħadem f'dan is-settur u allura jaf x'jistgħu jkunu l-perikli ta' min juża l-għaqdiet volontarji għal skopijiet li mhumiex leġittimi.", "Ngħid ukoll li permezz ta' dawn l-emendi qegħdin nagħtu setgħat oħra lill-Uffiċċju tal-Kummissarju.", "Fil-fatt għandna numru ta' definizzjonijiet li jagħmluha ċara ħafna x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tal-Kummissarju.", "Fost l-oħrajn, il-Kummissarju se jingħata l-għodda sabiex jassigura li s-settur tal-volontarjat f'pajjiżna jkun protett.", "Wara kollox, l-għan ta' dawn l-emendi mhuwiex li wieħed jissikka lill-għaqdiet, imma li jkunu protetti.", "Aħna se nibqgħu ngħinu lill-għaqdiet tagħna, anke billi nagħtuhom il-pariri kollha neċessarji sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali u sabiex ikomplu jikbru, jespandu u jħajru aktar tfal u żgħażagħ jissieħbu magħhom.", "Għalhekk, sabiex naraw li s-settur ikun protett, tajna s-setgħa lill-Kummissarju sabiex b'mod legali jkun jista' jitlob informazzjoni fuq għaqdiet tal-volontarjat għall-fini ta' trasparenza.", "B'hekk, il-Kummissarju jkollu stampa ċara ta' x'inhu għaddej f'dawn l-għaqdiet fl-ibliet u l-irħula f'pajjiżna.", "Ħadt pjaċir li sar aċċenn għall-fatt li s-settur tal-volontarjat jibbenefika min-numru ta' fondi.", "Il-Kunsill tal-volontarjat jaħdem ħafna b'risq dawn il-fondi permezz ta' numru ta' skemi li joħorġu.", "Fil-fatt wieħed jibqa' sorpriż, b'mod pożittiv, bil-konkorrenza li jkun hemm meta toħroġ xi applikazzjni għal xi fond partikolari.", "Hawn wieħed japprezza s-serjetà ta' kif jaħdmu l-volontieri f'dan is-settur.", "Irrid ngħid li bħalissa qegħdin naraw li jkollna stampa aktar ċara tan-numru ta' għaqdiet tal-volontarjat f'pajjiżna.", "Ftit qabel għedt li ġaladarba jgħaddu dawn l-emendi, se jkollna żieda konsiderevoli fuq l-1,600 għaqda li huma reġistrati llum il-ġurnata.", "Bażikament, kull għaqda li qed topera ġewwa pajjiżna se jkollha b'xi mod jew ieħor tinnotifika lill-Kummissarju.", "Se nkun qiegħed ngħid b'mod ċar kif se jsir dan kollu.", "Dawk l-għaqdiet li għandhom dħul ta' aktar minn €5,000 fis-sena – forsi wieħed jgħidli li €5,000 mhijiex xi somma kbira – huma obbligati li jirreġistraw mal-Uffiċċju tal-Kummissarju responsabbli mill-Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Hawnhekk forsi wieħed jistaqsi: X'se jiġri fir-rigward ta' dawk l-għaqdiet li forsi huma iżgħar jew li m'għandhomx daqshekk attività fis-settur?", "Jista' jkollok sitwazzjoni fejn dawn l-għaqdiet jibqgħu joperaw taħt ir-radar mingħajr ħadd ma jkun jaf x'inhu jiġri u ma jiġrix.", "Għalhekk, għalkemm dawn l-għaqdiet mhumiex obbligati li jirreġistraw mal-Kummissarju, aħna qegħdin naraw li xorta huma obbligati sabiex jinnotifikaw lill-Kummissarju bl-operat tagħhom.", "Dan se jsir sabiex nassiguraw li ma jkunx hemm loopholes li jagħtu lok għal xi individwi b'intenzjonijiet li mhumiex sani u ġenwini li jabbużaw minn din is-sistema.", "Sur President, ħarisna ukoll lejn għaqdiet li jkollhom skop politiku.", "Hawnhekk irrid ngħid li qegħdin nagħmluha ċara li għaqdiet li b'xi mod jew ieħor jieħdu finanzjament mill-partiti politiċi se jiġu regolati fl-aġir tagħhom proprju minn leġiżlazzjoni li tirregola l-istess partiti politiċi.", "Ngħid ukoll li qegħdin inħarsu lejn għaqdiet reliġjużi li se jkunu regolati mil-liġi Kanonika.", "Hawnhekk irrid nerġa' nagħmel referenza għall-importanza ta' emenda li proprju rajna li hija neċessarja fl-aħħar xhur.", "Aktar qabel għedt li din il-liġi llum trid tirrifletti r-realtajiet ta' pajjiżna llum.", "Fost l-oħrajn, għamilt referenza għal setturi bħal cryptocurrencies u l-blockchain.", "Permezz ta' din il-liġi, qegħdin naraw ukoll li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena jkunu jistgħu jwaqqfu għaqdiet tal-volontarjat.", "Wara li bħala pajjiż illeġiżlajna biex iż-żgħażagħ jingħataw id-dritt tal-vot ta' 16-il sena, issa qegħdin naraw li jkunu kapaċi jibdew jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà tagħna anke billi jwaqqfu għaqda fis-settur tal-volontarjat.", "Dan għaliex il-liġi eżistenti ma tagħtix din il-fakultà lil dawn iż-żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Forsi dan huwa nuqqas tagħna l-klassi politika.", "Qed ngħid dan, għax fuq naħa kellek il-politiku li dejjem jgħid kemm huma importanti ż-żgħażagħ u kemm huwa importanti li ż-żgħażagħ jieħdu sehem attiv fis-soċjetà tagħna, u min-naħa l-oħra għandna leġiżlazzjoni li sal-lum ma tagħtix id-dritt lil dawn iż-żgħażagħ sabiex jieħdu sehem b'mod attiv.", "Nista' nassigura lil kulħadd li l-enerġija taż-żgħażagħ hija ferm importanti u utli fis-settur tal-volontarjat, għax jekk ma jkollokx l-enerġija fis-settur tal-volontarjat, dan is-settur ma jiffunzjonax.", "Għalhekk qegħdin naraw li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom din l-opportunità li jkunu jistgħu jattwaw il-bidla li jixtiequ jaraw fis-soċjetà anke permezz tas-sehem tagħhom f'dawn l-għaqdiet volontarji.", "Ngħid ukoll li hemm emendi maħsuba proprju sabiex iħarsu lejn il-kontijiet annwali tas-settur tal-volontarjat.", "Ovvjament se jkollok għaqdiet tal-volontarjat li huma ta' daqs differenti minn xulxin, u għalhekk qegħdin nitkellmu fuq tliet kategoriji ta' għaqdiet abbażi tal-flus li jdaħħlu, li se jkollhom obbligi differenti.", "Importanti li ndaħħlu l-konċett ta' trasparenza, fejn min jagħti flus lill-għaqdiet tal-volontarjat ikollu d-dritt li jkun jaf kif qegħdin jintnefqu dawn il-flus.", "Irridu nevitaw sitwazzjoni fejn ikollok għaqda tal-volontarjat li tassorbi fondi minn benefatturi u dawn il-fondi ma jmorrux għall-għan li jkunu ngħataw għalih.", "Għalina din is-sitwazzjoni mhijiex tollerabbli!", "Għalhekk se naraw li dan is-settur ikun protett minn min irid jagħmel dan it-tip ta' qligħ illeċitu.", "Hemm bżonn li ndaħħlu mentalità u kultura li min hu involut fis-settur tal-volontarjat qiegħed hemm biex jagħti u mhux biex jieħu.", "Fl-istess ħin qegħdin ngħinu lil dan is-settur jikber.", "Fil-fatt diġà għamilna konsultazzjoni pubblika, fejn kien hemm is-sehem dirett tal-istakeholders kollha.", "Fl-istess ħin se naraw li nagħtu aktar libertà lil dan is-settur.", "Jiġifieri, waqt li qegħdin ndaħħlu numru ta' regolamenti, fl-istess nifs, qegħdin ngħidu li se nagħtu aktar libertà.", "Sal-lum il-ġurnata l-politiku jappunta hu l-membri tal-kunsill tal-volontarjat, kif se nkun qiegħed nispjega.", "Is-settur tal-volontarjat jibgħat n-nomini lill-Ministru responsabbli minn dan is-settur u mbagħad jekk ikun hemm aktar min-numru rikjest, ikun il-politiku responsabbli li jiddeċiedi min għandhom ikunu l-membri fil-kunsill responsabbli mill-volontarjat.", "Aħna qegħdin naraw proprju li bl-emendi l-ġodda, is-setgħa u l-poter tal-politiku tonqos.", "Dan se jsir billi l-politiku jappunta ħames membri f'dan is-settur filwaqt li s-sitt membri l-oħra jiġu appuntati b'mod dirett mis-settur tal-volontarjat.", "B'hekk qegħdin nibagħtu messaġġ ċar li aħna nemmnu fid-demokrazija billi qegħdin nagħtu s-saħħa neċessarja lis-settur tal-volontarjat sabiex hu stess, b'mod awtonomu, jeleġġi l-membri li jirrappreżentawh fil-kunsill tagħhom.", "Ovvjament, is-sitt membri jridu jkunu ġejjin minn oqsma varji, fosthom mis-settur soċjali, komunitarju, tas-saħħa, id-diżabilità, l-ambjent, il-ħarsien tal-annimali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-isports, l-arti, il-kultura u anke x-xogħol li jsir fil-gżira Għawdxija.", "Qed naraw ukoll li b'dawn l-emendi nieħdu azzjoni dwar dak li huwa meqjus bħala interess privat.", "Sfortunatament kellna sitwazzjoni fejn persuna li qiegħed jaħdem jew imexxi għaqda volontarja jkollu interess privat, anke jekk forsi ma jkunx qed jagħmel dan b'intenzjoni.", "Għalhekk, qed indaħħlu prinċipji dwar ishma u interessi marbuta f'dan is-settur.", "Għal dan il-għan, qed naraw li jkollna regoli stabbiliti sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm dan it-tip ta' konflitt ta' interess u ma jkunx hemm użu ta' dan is-settur għall-fini ta' evażjoni tat-taxxa, bħal meta, pereżempju, ikollok dħul li huwa taxxabbli u jiġi dikjarat bħala dħul li mhuwiex taxxabbli.", "Aħna qegħdin naraw li jkollna regolamenti ċari li ma jagħtux lok għall-ebda interpretazzjoni.", "Nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu fuq din il-liġi u daħħlu definizzjoni importanti ħafna.", "Sur President, inti persuna legali u allura żgur li tagħraf l-importanza tad-definizzjoni ta' dak li huwa skop leġittimu.", "Qegħdin inħarsu wkoll lejn id-definizzjoni ta' benefiċċju pubbliku.", "Pereżempju: Għalfejn qed topera l-għaqda?", "X'inhu l-benefiċċju li se tieħu s-soċjetà?", "X'inhu l-benefiċċju li se jieħu l-poplu Malti?", "Irridu naraw li dan il-benefiċċju pubbliku jkun konformi mar-regolamenti.", "Hawn, il-Kummissarju se jkollu biċċa xogħol importanti u iebsa, għax se jkollu jieħu deċiżjonijiet li mhux dejjem se jkunu faċli.", "Irrid nerġa' nagħmel referenza għall-poteri li se jkollu l-Kummissarju.", "Fil-fatt, fil-ftit xhur minn meta ġie maħtur il-Kummissarju diġà sab għaqdiet li kienu qed iwasslu 5% biss tal-flus li jkunu qegħdin jiġbru għall-iskop leġittimu.", "Din hija sitwazzjoni tal-mistħija u inaċċettabli!", "Qed ngħid li għaqda volontarja tiġbor flus taħt il-kappa ta' skop nobbli, però mbagħad, fil-verità, jaslu 5% biss tal-flus għand is-sors li kellu jibbenefika minn dawn il-flus.", "Għalhekk, permezz ta' dawn l-emendi, qegħdin indaħħlu l-konċett li wieħed għandu jirreġistra b'mod mandatorju, konċetti li jħarsu lejn ir-regolamenti tal-Moneyval u numru ta' regolamenti li jagħtu struttura aktar serja.", "Nikkonkludi billi ngħid li għall-finijiet ta' trasparenza se nkunu qegħdin indaħħlu definizzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet u livelli tas-suq.", "X'irrid ngħid b'dan?", "Illum il-ġurnata għandek għaqdiet volontarji li jħallsu lil min jagħmlilhom xi xogħol jew ieħor.", "Aħna se nagħtu linji gwida lil dawn l-għaqdiet biex jgħinuhom f'dan ir-rigward.", "Sur President, hemm numru ta' punti oħrajn li ninsab ħerqan li niddiskutuhom fl-Istadju ta' Kumitat.", "Persważ li ż-żewġ naħat tal-Kamra flimkien se nkomplu naħdmu biex insaħħu dan is-settur tal-volontarjat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, ippermettili nawgura lil Dr Abela Medici għall-ħatra tiegħu bħala Kummissarju tal-Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Naħseb li kif kien espert ewlieni fil-qasam tal-forensika, se jkun qed jaqdi dan ir-rwol ġdid tiegħu bl-aħjar mod possibbli.", "Naqbel mija fil-mija ma' dak li għadu kif qal is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, fejn waħda mill-affarijiet li laqtitni hija kemm hu importanti li nwasslu l-messaġġ li l-għaqdiet volontarji qegħdin hemm biex jagħtu u mhux biex jieħdu.", "Naħseb li aktar ma nippromwovu din il-valur, aktar inkunu saqajna mal-art f'dan ir-rigward.", "Nixtieq inwassal messaġġ biex nuri li l-għaqdiet volontarji u l-NGOs għandhom post speċjali fil-ħajja ta' tant nies.", "Kif qal tajjeb is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, ħafna drabi l-volontarjat ikun bħal novizz li jwasslek għal xi ħaġa oħra.", "Fil-fatt, ħafna mexxejja u diretturi, anke f'pajjiżna, bdew il-ħidma tagħhom f'għaqdiet volontarji.", "Din hija xi ħaġa ta' min japprezzaha.", "F'mumenti fejn il-bniedem ikun qed jaħdem fil-volontarjat, il-bniedem jikber u jsir bniedem sħiħ.", "Jien kont involut fil-volontarjat u nista' ngħid li dan kien perjodu sabiħ f'ħajti fejn tgħallimt ħafna.", "Kif qal is-Segretarju Parlamentari, titgħallem ħafna meta tkun għotja għal ħaddieħor permezz tal-volontarjat.", "Jien inħossni kburi li qattajt iż-żgħożija tiegħi fil-volontarjat.", "L-NGOs jafu l-validità tagħhom mhux miċ-ċirkostanzi fiż-żmenijiet imma mir-rwol utli tagħhom fid-diversi aspetti u oqsma tal-ħajja.", "Naf ħafna persuni li fil-ħajja ma kellhom l-ebda skop u sabu ħafna sodisfazzjon fil-ħidma tagħhom f'għaqda volontarja.", "Ħafna drabi, filli jkollok ħajja qisha bir bla qiegħ u filli, permezz ta' NGO, isibu skop fil-ħajja li jwassalhom għall-affarijiet oħrajn.", "Dan huwa l-kobor tal-għaqdiet volontarji, u għalhekk tajjeb li nkomplu nsostnuhom għall-ġid kollu li jsir fis-soċjetà.", "Kull NGO tiġġustifika l-eżistenza tagħha, għax kull NGO hija differenti minn oħra.", "Is-Segretarju Parlamentari semma, fost l-oħrajn, il-każini tal-baned, l-għaqdiet tal-isports u NGOs li jgħinu lin-nies vulnerabbli.", "Kull NGO hija differenti minn oħra u ma nistgħux inħalltu l-NGOs flimkien.", "Dan huwa wieħed mill-punti li nixtieq nagħmel f'dan id-diskors tiegħi.", "Il-messaġġ tiegħi hu kemm huwa importanti li nsostnu l-għaqdiet tal-volontarjat.", "Filwaqt li tajjeb li nitolbu għat-trasparenza totali fil-ħidma tagħhom, irridu nagħmlu distinzjoni ċara bejn NGOs żgħar li ma jdaħħlux ħafna flus u NGOs li jdaħħlu ammonti kbar ta' flus.", "Meta qed ngħid NGO żgħira, jiġuni f'moħħi l-iscouts li meta jagħmlu xi festin, il-ġenituri tat-tfal jagħmlulhom il-panini.", "Għalhekk, għadna ċerti emendi speċifiċi f'din il-liġi, li hija pjuttost twila għax tinkludi madwar 200 emenda, li tajjeb li dawn jiġu diskussi fid-dettall fl-Istadju ta' Kumitat għall-ġid tal-volontarjat u tas-soċjetà.", "Tajjeb insemmu li diversi NGOs jagħmlu xogħol fis-skiet mingħajr ħafna daqq tat-trombi.", "Però, maż-żmien, dak ix-xogħol jibda jidher għax aħna, wara kollox, ngħixu fuq gżira żgħira.", "Min-naħa l-oħra, sfortunatament, hemm NGOs li jabbużaw u jċappsu l-ħidma tal-għaqdiet li jaħdmu għal għan nobbli.", "Ma rridx ninftiehem ħażin, però tajjeb li pajjiżna jkompli jtejjeb fuq it-tajjeb li diġà hemm.", "Kif nafu, ix-xemx ma telgħetx fuq pajjiżna f'sena partikolari!", "Il-liġi tal-għaqdiet volontarji daħlet ħafna snin ilu, jidihirli fl-2007, fejn kien hemm pjan u diskussjoni fit-tul fil-Parlament, kif jistgħu jixhdu ħafna mill-Membri f'din il-Kamra li dakinhar kienu preżenti wkoll.", "Irridu niddistingwu wkoll dak li hu essenzjali minn dak li huwa arbitrarju biex kull NGO tissaffa minn konċetti żbaljati, abbużivi u eżaġerati.", "Ejja ma naqgħux fit-tentazzjoni li ninqdew b'xi NGOs jew nikkundannawhom.", "Qed ngħid dan, għax kien hemm każijiet fejn minħabba diversi biżgħat, ġew meqruda.", "Permezz ta' dawn l-emendi rridu ngħinu lill-għaqdiet tal-volontarjat jagħmlu l-aħjar użu minn dan il-mezz effettiv biex ikollhom riżultati pożittivi.", "Dan l-effett jirrifletti wkoll fis-soċjetà tagħna, għax l-għaqdiet tal-volontajat huma role models, speċjalment fl-irħula żgħar b'popolazzjoni ta' 4,000 ruħ.", "Dawn il-gruppi għandhom saħħa kbira li tħalli influwenza qawwija fil-komunità.", "Għalhekk huwa ferm importanti li nkomplu nsaħħu lil dawn l-NGOs.", "Kif semmejt fil-bidu, diversi persuni sabu l-għeruq tagħhom fl-aspett komunitarju għax forsi kienu nieqsa fil-familja tagħhom.", "Bl-Ingliż ngħidu: everything happens for a reason.", "Għalhekk, permezz ta' dawn l-għaqdiet, filwaqt li wieħed jgħin lil ħaddieħor, ikun qed jirċievi ħafna wkoll.", "Meta aħna nagħmlu xi ġest tajjeb għal ħaddieħor, bħal xi għotja ta' karità, inħossu ferħ inspjegabbli.", "Ma nixtieqx niżvija, imma tajjeb li nsemmi kemm inbnew relazzjonijiet sbieħ ta' ħbieb u anke ta' koppji f'dawn l-NGOs.", "Minn jaf kemm għandna inqas solitudni għax, kif diġà għedt, filli bniedem ma jkollux skop fil-ħajja u filli jkollu skop għax iħoss li huwa parti minn grupp ta' nies li qegħdin jaħdmu għall-istess għan nobbli.", "Kif għedt, hemm persuni li bdew b'ħidma fl-NGOs.", "Wieħed japprezza li hemm differenza kbira minn meta tikber f'livell akkademiku li jgħin biex il-bniedem jissawwar u meta tikber f'livell umanitarju fejn tiġi f'kuntatt dirett mal-bżonnijiet tan-nies.", "Kull grupp, sew sportiv, kulturali, tal-baned jew filantropiku, huwa ċċentrat wara skop.", "Ħafna mill-attività fl-irħula tagħna, kemm fuq livell uman u komunitarju, iddur ma' xogħol volontarju.", "Sur President, inti ġej mill-istess raħal tiegħi, fejn l-ammont ta' volontarjtat huwa inspjegabbli.", "Permezz ta' ħafna xogħol, tibda tara kemm dawn l-għaqdiet volontarji jemmnu mhux biss fihom infushom imma anke fl-għan tal-komunità.", "Wara kollox, il-festi li niċċelebraw fl-ibliet u l-irħula Maltin huwa t-totem tagħna li jgħaqqadna bħala belt jew raħal.", "L-NGOs huma fattur determinanti għal soċjetà aktar sabiħa, ħanina, twajba u solidali għax ikun hemm ċertu sense of belonging.", "Qed nieħu gost li hawn membri tal-uffiċċju tal-volontarjat fostna, inkluż Dr Abela Medici.", "Issemmew ċerti abbużi li tisma' bihom anke jekk titkellem mas-sindku jew mal-membri ta' kunsill.", "Naħseb li aħna kollha għaddejna minn esperjenzi simili.", "Ovvjament, meta jkun hem l-abbużi, l-għaqda stess tibda tiddeterjora.", "Għalhekk, permezz ta' dawn l-emendi rridu nassiguraw li l-ebda għaqda ma tisfuma fix-xejn minħabba tali abbużi li meta nisimgħuhom idarrsuna u jinkwetawna.", "NGOs u għaqdiet b'għan speċifiku tajjeb dejjem ifittxu forma ta' espressjoni.", "Fil-fatt, meta tfittex fuq dawn l-għaqdiet, issib li ħafna drabi jkollhom storja twila ta' suċċess.", "Xi kultant issib ukoll stejjer ta' diversi individwi li ħadmu fis-skiet u l-ħidma tagħhom ħarġet fil-beraħ wara ħafna żmien.", "Dan huwa s-sabiħ tal-NGOs!", "Għalhekk aħna nieħdu gost meta nisimgħu stejjer pożittivi.", "Min-naħa l-oħra tinħasad meta tara għaqda partikolari li filli tkun fil-quċċata u filli tispiċċa fix-xejn minħabba l-abbuż.", "Fuq livell umanitarju, nafu bi gruppi li kienu ta' għajnuna biex persuni jesperjenzaw il-ferħ, itaffu n-niket u tikber it-tama biex jiġu evitati ċerti biżgħat fil-komunitajiet tagħna.", "Bis-saħħa ta' tant għaqdiet volontarji ibbenefikaw tant nies, inqatgħu ħafna xewqat, intlaħqu aspirazzjonijiet, ġew megħjuna nies u ġew evitati diżillużjonijiet tal-ħajja.", "Qed insemmi t-tajjeb ta' dawn l-għaqdiet, għax nemmen li rridu napprezzaw ħafna aktar il-ħidma tagħhom.", "Kif għedt, meta qed tagħti, qed tirċievi ħafna wkoll.", "Il-bniedem, min-natura tiegħu, jieħu gost jirċievi l-grazzi u anke l-prosit, u għaldaqstant ikun tajjeb li napprezzaw il-ħidma li tkun qed issir.", "Tajjeb li nwasslu l-messaġġ li dawn l-emendi mhux qegħdin hemm biex niddubitaw minn dawn l-għaqdiet, imma biex kollox jaqa' f'postu u jimxi bl-aħjar mod.", "Inkunu qegħdin niżbaljaw meta ngħidu li dawn l-emendi qegħdin hemm biex nissikkaw lil dawn l-għaqdiet.", "Dalgħodu stess, avviċinani xi ħadd li qalli: Magħna se jaqbdu?", "Hawn tant korruzzjoni fil-pajjiż, maż-żgħar se jaqbdu?", "Dan mhuwiex il-każ!", "Jien għedtlu li dawn l-għaqdiet għandhom l-apprezzament ta' din il-Kamra u stedintu jsegwi din id-diskussjoni.", "Din il-liġi hija twila, b'200 emenda, li forsi f'xi waqtiet ma tifhimhiex jew tidher ikkomplikata, però tajjeb li wieħed isegwi mill-viċin biex jara dak li se jiġi emendat, speċjalmet jekk int membru f'xi għaqda, bħal president, segretarju, kordinatur jew membru.", "Tajjeb li l-membri jkunu intiżi fit-tibdiliet u tajjeb li jaraw il-valuri intrinsiċi ta' kull grupp differenti.", "Kif semmejt, pereżempju, l-iscouts hija fondazzjoni li għandha surplus u bilanċ ta' €700,000.", "Il-parti l-kbira tal-NGOs jitqiesu bħala mezz vitali għall-formazzjoni sħiħa u awtentika tas-soċjetà ċivili.", "Din hija xi ħaġa ferm importanti, għax biex inkun bniedem ċivilizzat, irrid inkun bniedem bi prinċipji b'saħħithom, bħal li nkun għotja għal ħaddieħor.", "Dan huwa valur li s-soċjetà tagħna qed twasslu permezz tal-Parlament Malti, liema valur tajjeb li nibqgħu nisħqu fuqu.", "Għalhekk naqbel ma' dawn l-emendi fil-liġi.", "Aktar milli nqisu dawn l-emendi abbużivi jew forsi ta' tfixkil, għandna nħarsu lejhom bħala tisħiħ tal-valuri u prinċipji.", "Forsi l-liġi tista' tpinġi lil dawn l-NGOs bħala theddida, li qishom bħal dawk il-ħallelin li daħlu minn tieqa żgħira ta' wara tad-dar biex joħorġu mit-tieqa l-mejda li jieklu fuqha!", "Forsi qed nitkellem b'mod filosofiku, imma nittama li qed ninftiehem fil-messaġġ li rrid inwassal.", "Jien ma naħsibx li dan huwa l-każ.", "Għalhekk, minflok nibżgħu mill-perikli ta' min jista' jabbuża, għandna niffokaw fuq kif nistgħu ngħinu lil dawn l-għaqdiet volontarji.", "Nemmen li dawn l-emendi se jgħinuhom ikattru l-ġid li diġà qed jagħmlu fis-soċjetà tagħna.", "Ejja nibbilanċjaw bis-serjetà l-awtorità ċentralizzata żżejjed!", "Ejja nibbilanċjaw bis-serjetà l-burokrazija, xi kultant eċċessiva, u l-kontroll riġidu, kważi ġerarkiku!", "Naħseb li dawn huma punti li ta' min jiddiskuti aktar fuqhom fi Stadju ta' Kumitat biex ikollna liġi aktar soda u perfetta.", "Meta xi persuni midħla ta' dawn l-NGOs forsi qed jarawna ngħaġġlu biex ngħaddu dawn l-emendi, jista' jkun li jitħassbu.", "Fil-fatt, sa dalgħodu stess, irċevejt telefonata minn għaqda partikolari f'dan ir-rigward.", "Psikoloġikament, aħna nafu li min jaħseb ħażin f'persuna, għax aħna bnedmin, il-persuna tista' titħawwad, titkisser u tgħaddi minn trawma.", "Għalhekk, jekk ma nispjegawx fid-dettal u b'mod ċar x'qed nilleġiżlaw, faċilment ikollna għaqdiet li jitħawdu.", "Din ġrat diġà meta Gvern Nazzjonalista daħħal il-liġi tal-volontarjat fl-2007.", "Dakinhar, kien hemm ħafna għaqdiet li bdew jgħidu li mhux qed jiġu fdati.", "Ovvjament, dan ma kienx il-każ.", "Mhux sew li ndaħħlu l-idea li f'Malta kulħadd hu korrott u ħażin.", "Dan l-aħħar kellna anke l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna li stqarr li meta kien barra minn Malta u ħa taxi fl-Amerika t'Isfel, sab min jistaqsih dwar il-korruzzjoni u s-saltna tad-dritt f'Malta.", "L-appell tiegħi dwar din il-liġi huwa sabiex nadottaw attitudni aktar minn sempliċement tolleranti, imma attitudni ta' inkoraġġiment, appoġġ u inizjattivi bil-għan li dawn l-għaqdiet volontarji jkomplu jikbru u jimirħu fil-ħidma tagħhom.", "Il-membri ta' dawn l-għaqdiet għandhom ikunu intiżi mat-tibdiliet li qed indaħħlu permezz ta' dawn l-emendi ħalli jħossuhom aktar parteċipanti milli spettaturi.", "Il-parteċipanti għandhom ikunu involuti f'dawn l-NGOs u għandhom iħossuhom parti mill-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat Dr Abela Medici.", "Sfortunatament, għandna ħabta li ftit li xejn ikollna komunikazzjoni personali mal-protagonisti.", "Ejja nsibu triqat u mezzi biex inħallu frott li jibqa' u biex l-għan aħħari ta' dawn l-emendi jintlaħaq.", "Naħseb li għandna nagħmlu dan bil-għaqal u għax inħossu l-ħtieġa ta' dawn l-emendi.", "Ejja ma nbiddlux il-liġi sempliċement biex inkunu konformi mar-regoli Ewropej, bħalma ġara fil-liġi tas-saħħa u s-sigurtà li kienet tittratta n-nuclear pollution.", "Għandi nifhem li m'aħniex fuq l-istess livell!", "Nerġa' ngħid ejja nżommu f'moħħna li mill-NGOs ħarġu role models u familji tajbin, b'valuri u prinċipji li kieku ma ngħożżuhomx, kieku Malta hija ġungla!", "Il-fatt li niskopru l-ostakli li jistgħu jfixkluna hija ħaġa tajba.", "Ejja naħdmu fuq dawn l-ostakli bis-serjetà biex l-affarijiet isiru kif suppost.", "Jekk ma nagħmlux hekk, jista' jkollna effett negattiv u drammatiku fil-ħajja ta' ħafna persuni li huma parti minn dawn l-għaqdiet.", "Fl-istess ħin, il-membri intiżi fit-tibdiliet jeħtieġ li jagħmlu evalwazzjoni ta' x'wettqu dawn l-NGOs fil-passat tagħhom.", "Minn din l-evalwazzjoni joħroġ ġudizzju ċar iswed fuq l-abjad tat-tajjeb li sar u anke tal-abbużi.", "Irridu nkunu realistiċi u nammettu b'onestà li mhux sew li naqtgħu sentenza tal-mewt fuq grupp minħabba irresponsabbiltà ta' xi għaqda jew xi individwi.", "Ejja nħarsu lejn l-istorja ta' bosta NGOs bħala opportunità eċċellenti, barka u teżor fis-soċjetà tagħna.", "Ħafna drabi mhux sew li ninqdew biż-żgħir jew b'min qed jipprova jagħmel il-ġid u ma napprezzawx il-valur kbir li ħallew u għadhom qed iħallu dawn l-għaqdiet tul iż-żmien u għaż-żmien li ġej.", "Kull NGO hija realtà dinamika, mhijiex statika u għax hi organika, trid tevolvi maż-żmien.", "Sur President, nagħlaq b'kelma żgħira lil kull min huwa b'xi mod involut f'dawn il-gruppi u għaqdiet filantropiċi.", "Fil-ħajja tagħna ngħaddu minn ħafna mumenti fejn nitwieldu, nikbru, niżviluppaw u nimmaturaw.", "Matul ħajjietna rridu ngħaddu minn taħbit, tensjonijiet u diffikultajiet.", "Nittama li f'dan il-mument, meta diversi għaqdiet qegħdin jitkellmu u jistaqsu ħafna mistoqsijiet dwar dawn l-emendi, ikollna liġi effikaċi li tkompli ttejjeb fuq it-tajjeb li diġà hemm biex dawn l-għaqdiet ikomplu jagħmlu l-ġid u nwasslu s-sewwa magħruf.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI: Sur President, nibda billi nifraħ lill-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji l-ġdid, Dr Abela Medici u nawguralu ħafna xogħol f'dan is-settur tant importanti.", "Jekk dan is-settur ma jkunx b'saħħtu, ħafna mix-xogħol li jsir f'dan il-pajjiż ma jitwettaqx!", "Għalhekk, nemmen li rridu nkomplu nagħtu s-sostenn kollu possibbli lil dan il-qasam.", "Il-liġi li għaddiet fil-Parlament sabiex tirregola l-għaqdiet volontarji daħlet fis-seħħ f'Diċembru tal-2007 u bdiet titħaddem fl-2008.", "Dakinhar il-liġi kienet indirizzat vojt li kien ilu jinħass f'dan il-pajjiż.", "Però, bħal kull liġi, nagħrfu kemm liġi tkun effettiva hekk kif tibda titħaddem.", "Fil-fatt, ftit snin wara li din il-liġi daħlet fis-seħħ, kien beda jidher li kien hemm xi aspetti li setgħu jagħtu lok għal abbuż.", "Dan għaliex kien hemm definizzjonijiet wesgħin ta' x'kellu jkollha organizzazzjoni biex tikkwalifika li tkun reġistrata bħala għaqda volontarja, liema sitwazzjoni setgħet tagħti lok għal abbuż.", "Kien hemm ukoll problema li ħarġet mill-ewwel fil-konfront tal-Knisja li għal ħafna raġunijiet m'aċċettatx li l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħtha jikkonformaw ma' din il-liġi.", "Hawnhekk, irrid nagħmel punt fir-rigward ta' dak li qal l-Onor.", "Hermann Schiavone meta staqsa għalfejn ma daħħalniex dawn l-emendi fil-leġiżlatura preċedenti.", "Meta jien ġejt appuntata Ministru sibt sitwazzjoni fejn il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-2013 kien diġà qabbad lill-avukati Ganado biex jipproponu l-emendi għal din il-liġi li, kif semmejt, bdiet tiġi wżata fl-2008.", "Dan għaliex kienu diġà indunaw li hemm dawn id-deficits f'din il-liġi.", "Dakinhar, l-eks Kummissarju Kenneth Wain flimkien ma' Ganado & Associates kienu qegħdin jaħdmu fuq dawn l-emendi voluminużi.", "Irrid ngħid li kien hemm ħafna xogħol li ried isir bil-mod biex isir kif suppost.", "Issa hawn irrid nirrimarka li filwaqt li l-Onor.", "Hermann Schiavone qalilna li domna biex ressaqna dawn l-emendi, l-Onor.", "Ivan Bartolo qal li qegħdin ngħaġġlu.", "Naħseb li l-Oppożizzjoni trid tiddeċiedi jekk domniex jew jekk hux qegħdin ngħaġġlu!", "Jien ngħid li għamilna l-affarijiet kif suppost!", "Hawnhekk qed nara lis-Sur Pace Parascandolo li rrid nirringrazzjah għax-xogħol kbir li għamel.", "Fost l-oħrajn, ftaħna hubs għall-għaqdiet tal-volontarjat.", "Konna nafu li l-ikbar problema li jkollhom dawn l-għaqdiet huwa post fejn jiltaqgħu.", "Ħafna mill-għaqdiet kienu jiġu għandi u jistaqsuni jekk nistax insibilhom post fejn jiltaqgħu.", "Ovvjament, ma tistax tagħti postijiet lil kulħadd u għalhekk konna ħriġna b'din l-idea tas-Sur Pace Parascandolo li nagħmlu hubs, bl-ewwel wieħed ikun fil-Belt Valletta u mbagħad fir-Rabat, liema proġett għadu għaddej.", "Dan kollu juri li ma qgħadniex ngħidu li l-ewwel ħalli nlestu l-emendi fil-liġi u mbagħad nibdew naħdmu fuq l-affarijiet li għandhom bżonn l-NGOs.", "Rajna li ngħinuhom konkretament bl-għan li nsaħħu dan is-settur.", "Apparti minn hekk, minħabba l-gidba tal-Oppożizzjoni fuq l-Egrant, li issa nistgħu ngħidu bil-fatti li din kienet gidba, morna għall-elezzjoni sena qabel.", "Dan wassal biex dak ix-xogħol li kellna proġettat ma setax jitkompla, għaliex morna għall-elezzjoni sena qabel.", "Ngħid ukoll li xi kultant huwa aktar faċli li tikteb liġi ġdida milli temenda liġi, speċjalment jekk tkun liġi voluminuża bħalma hi din il-liġi tal-volontarjat.", "Kif qed naraw kien hemm ħafna elementi fir-rigward ta' dawn l-emendi.", "Kif semmejt, kellna diversi taħdidiet mal-Knisja biex naslu għal dawn l-emendi li qegħdin nippreżentaw illum.", "Fil-fehma tiegħi, la kaxkarna saqajna u lanqas għaġġilna, avolja ġejna akkużati bit-tnejn mill-Oppożizzjoni.", "Naħseb li bħal ħafna mix-xogħol li nipprovaw nagħmlu, rajna li nagħmluh sew, anke billi nitkellmu ma' kulħadd permezz ta' konsultazzjoni pubblika.", "Fl-amministrazzjoni preċedenti jien kont ukoll il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, u għalija kien importanti ħafna li nisimgħu lil kulħadd.", "Irrid inkompli nsemmi l-bidliet li għamilna f'din il-liġi.", "Il-liġi li daħħlet fl-2007 ma kenitx tippermetti lill-Kummissarju, li huwa r-regolatur ta' dan is-settur, li jkollu s-saħħa eżekutiva sabiex jinvestiga u jieħu l-passi neċessarji dwar xi għaqda li ma kenitx qed titmexxa b'mod konformi mar-regoli stabbiliti.", "Għal dan il-għan, dan il-Gvern mill-ewwel ra li jitkomplew it-taħditiet u ssir konsultazzjoni pubblika ħalli naraw kif nistgħu ntejbu u nagħmlu din il-liġi aktar effettiva.", "Kif għedt, Gvern Nazzjonalista kien induna bid-deficits li kien hemm u kien beda jaħseb għall-emendi.", "Aħna komplejna fuq dak ix-xogħol li kien sar.", "Aspett importanti li kien indirizzat jirrigwarda l-fatt li r-reġistrazzjoni tal-għaqdiet volontarji mal-Kummissarju tkun mandatorja, bl-għan li niggarantixxu aktar trasparenza u kontabilità.", "Il-Kummissarju ngħata poteri sħaħ biex mingħajr ebda xkiel ikun jista' jinvestiga u jieħu passi fil-konfront ta' għaqdiet li jkunu qegħdin joperaw b'mod irregolari.", "Ħafna drabi, dawn l-għaqdiet ikunu jixtiequ jagħmlu x-xogħol u l-ġid, però aħna qegħdin neżiġu li jridu jkunu konformi mar-regolamenti.", "Kien indirizzat ukoll it-tħassib dwar entitajiet li possibbilment kellhom interess privat.", "Ġiet eliminata kompletament il-possibbiltà li entitajiet privati jirreġistraw bħala organizzazzjoni volontarja, u bi qbil mal-Knisja l-għaqdiet tal-Knisja jridu jiddeċiedu jekk jirreġistrawx mal-Kummissarju jew ikunux regolati mil-liġijiet kanoniċi.", "B'hekk se jitwaqqaf il-bżonn tal-applikazzjoni indiskriminata ta' eċċezzjonijiet.", "Ħafna drabi jien kien ikolli niffirma dawn l-eċċezzjonijiet, imma issa dan kollu se jispiċċa.", "Sabiex jissaħħaħ il-proċess demokratiku, il-Kunsill issa se jkun magħmul b'mod differenti.", "Fejn qabel kien hemm 11-il membru li kienu kollha appuntati mill-Ministru responsabbli, issa se jkun hemm ħames membri li huma nominati mill-Ministru u sitt membri eletti direttament mis-settur sabiex jirrappreżentaw aspetti varji tas-settur.", "Se jkun hemm ukoll membru minnhom bħala rappreżentant f'Għawdex.", "Dawn l-emendi fil-liġi għandhom jiggarantixxu aktar trasparenza u kontabilità, kemm fl-użu ta' fondi pubbliċi kif ukoll f'fondi miġbura mill-pubbliku.", "L-emendi għandhom isaħħu wkoll l-operat kemm tal-Kummissarju tal-Volontarjat kif ukoll tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, filwaqt li jsostnu l-istess settur fl-operat tiegħu.", "Sur President, irrid nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk il-ħafna ċittadini Maltin li jagħtu sehemhom fil-qasam tal-volontarjat.", "Nirringrazzja lill-Kummissarju u l-istaff tiegħu u, kif diġà semmejt, nirringrazzja lis-Sur Pace Parascandolo u t-team tiegħu għax-xogħol kbir li jagħmlu f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur Presdient, jien ukoll ningħaqad ma' sħabi biex nifraħ lil Dr Abela Medici għall-ħatra tiegħu bħala Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji.", "Ċertament li kull darba li f'dan il-Parlament nitkellmu dwar is-settur volontarju, ikun mod ta' kif aħna ngħaddu l-apprezzament tagħna għal din il-ħidma li għaddejja madwarna l-ħin kollu.", "Il-ħidma fil-volontarjat hija riżorsa kbira f'pajjiżna, li permezz tagħha qed nilħqu setturi u persuni li ma nilħquhomx b'mezzi oħrajn.", "Din il-ħidma tagħmel ġid lil min jagħmilha daqs kemm tagħmel lill-benefiċjarju.", "Fuq kollox, din hija ħidma imprezzabbli, anke f'termini ekonomiċi, għaliex tkun taf kemm tiswa l-ħidma volontarja meta inti tiġi biex tħallas għaliha.", "Fuq kollox, nemmen li l-volontarjat huwa pilastru sod tal-karattru u l-valuri tagħna.", "Għalhekk, dan is-settur għandu jiġi rikonoxxut, inkoraġġut u sostnut.", "Dan huwa proprju dak li qed nagħmlu bħala Ministeru għal Għawdex, flimkien mal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji, il-Ministru Evarist Bartolo, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima u l-Ministru Helena Dalli, fejn ħdimna sew, speċjalment fis-settur soċjali.", "Sur President, kif mistenni, jien se nitkellem mil-lenti ta' Għawdex.", "Bi pjaċir ngħid u niftaħar li Għawdex huwa mbierek b'ħafna ħidma volontarja.", "Tista' tgħid li fl-oqsma tal-kultura, sports, filantropija, reliġjon, edukazzjoni u tant oħrajn, insibu volontiera ta' kull età, speċjalment żgħażagħ, li kollha huma dedikatissimi biex jagħtu sehemhom u jaraw kif jgħinu b'mod pożittiv, speċjalment anke fl-andament ta' Għawdex.", "Ċertament, hija xi ħaġa pożittiva ħafna li issa qed naraw li fil-Kunsill se jkun hemm membru minn Għawdex.", "Irrid infakkar li waħda mill-ewwel inizjattivi li ħdimt fuqhom meta nħtart Ministru għal Għawdex kienet appuntu l-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji.", "Dan sar wara li l-Kummissarju preċedenti kien ikkritika b'mod aħrax ħafna l-mod ta' kif il-line item fil-baġit tal-Ministeru għal Għawdex kien qed jiġi allokat.", "Kien għalhekk li konna nedejna skema ġdida li kienet trasparenti u ekwa, fejn ikun hemm sejħa għall-NGOs sabiex jissottomettu l-proġetti tagħhom li jkunu studjati u mmirati biex jgħinu xi aspett jew ieħor fil-ħajja tal-komunità Għawdxija.", "L-applikazzjonijiet imbagħad jiġu evalwati flimkien ma' membri maħtura mill-Kunsill Malti għas-settur tal-volontarjat biex nassiguraw li jkun hemm trasparenza sħiħa.", "Irrid ngħid li jsiru wkoll sessjonijiet ta' taħriġ biex l-għaqdiet tagħna jkunu jafu x'għandhom jagħmlu u kif japplikaw.", "Fil-fatt, jekk nagħtu ħarsa lejn l-ewwel żewġ edizzjonijiet tal-NGO Scheme, insibu li għall-ewwel edizzjoni tal-2017 kienu applikaw 38 NGO u kien hemm success rate ta' 42%.", "Għall-iskema tal-NGO tal-2018 applikaw 36 NGO u kien hemm success rate ta' 53%.", "Ovvjament, peress li din l-iskema hija fil-bidu tagħha, kienet ukoll learning curve għalina.", "Fil-fatt għamilna evalwazzjoni tas-success rates anke biex intejbu din ir-rata.", "Fil-fatt, issa se toħroġ skema oħra u se ssir distinzjoni bejn is-setturi varji, fosthom dak soċjali, ambjentali u kulturali.", "Dan ifisser li l-NGOs differenti se jkunu qed jiġu evalwati skont il-kategorija tagħhom.", "Dan se jsir anke minħabba l-fatt u l-argument li kien qed jagħmel il-Ministru Bartolo, li mhux kull għaqda hija bħall-oħra.", "Fl-opinjoni tagħna, dan il-mod se jkun qed jiggarantixxi proċess aktar ġust u miftuħ, u biex nagħtu ċans lil aktar għaqdiet biex intejbu s-success rate.", "Il-fondi huma aċċessibbli u aktar ma jsir ġid minn dawn il-fondi aktar niggwadanjaw bħala soċjetà.", "Din is-sena, għall-ewwel darba, ħriġna skema għall-qasam tal-isports li bbenefikaw minnha tliet għaqdiet sportivi.", "Fil-fatt se nkunu qegħdin naħdmu aktar biex ninkoraġġixxu aktar għaqdiet li jipparteċipaw.", "Irrid ngħid li l-frott ta' din l-iskema jkompli juri kemm kienet skema bżonjuża u ġustifikata, mhux biss għax kien hemm għaqdiet li fehmu kemm huwa aħjar li jirranġaw l-istruttura tagħhom u jkunu reġistrati biex ikunu jistgħu jikwalifikaw għall-iskema, imma wkoll għaliex il-proġetti ta' dawk li kkwalifikaw ġew abbinati ma' inizjattivi ikbar li qed jieħu l-Ministeru f'diversi oqsma, fosthom il-kultura u l-ħarsien ambjentali.", "Dan ifisser li minbarra li għiniehom u qed inkomplu ngħinuhom iressqu u jwettqu l-proġetti tagħhom, qed nagħtu wkoll spazju biex jesponu dak li kapaċi jagħmlu billi nagħtuhom rwol f'festivals tematiċi f'attivitajiet popolari.", "Dan fisser li pprovdejna pjattaforma u vetrina għat-talenti varji.", "L-NGOs tant qed jagħtu kontribut siewi u validu, speċjalment fejn jidħol il-prodott turistiku, li proprju l-ġimgħa li għaddiet, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar it-Turiżmu, l-Assoċjazzjoni Għawdxija dwar it-Turiżmu tellgħet konferenza ta' ġurnata bit-tema: Optimising Synergies within the Tourism and Volunteering Sectors.", "Dan kollu juri kif dawn iż-żewġ setturi jistgħu jikkontribwixxu sostanzjalment b'mod reċiproku, anke fejn jidħol il-prodott turistiku Għawdxi u l-mod ta' kif qed nirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta.", "Fil-fatt, matul dan is-sajf tellajna diversi attivitajiet mal-NGOs li kienu ta' suċċess.", "Proprju mil-lum,1 ta' Ottubru 2018, beda l-opera month, li huwa festival li qed isir għall-ewwel darba, fejn iż-żewġ opri li jittellgħu fuq medda ta' ftit jiem issa kibru u ħarġu mir-Rabat.", "Tajjeb ngħid li involvejna diversi NGOs u għandna xahar sħiħ ta' attivitajiet.", "Bil-permess tal-Kamra, se nkun qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm ambizzjuż li rnexxielna nfasslu flimkien mal-għaqdiet tagħna.", "Dan ix-xogħol huwa tribut lil dawn l-għaqdiet volontarji kollha li ħadmu b'mod impenjattiv.", "L-opera f'Għawdex hija simbolu per eccellenza ta' x'kapaċi nagħmlu bil-volontarjat.", "Meta naraw x'jinvolvu dawn it-tip ta' attivitajiet, nagħrfu li kieku ma jkunx għall-ħidma volontarja, kieku dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Irrid insemmi wkoll ix-xogħol li qed isir ma' Wirt Għawdex fejn jidħol ir-restawr ta' siti storiċi, ma' Wirt Artna u ma' tant għaqdiet oħrajn fejn jidħol il-ħarsien tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent.", "Apparti l-appoġġ finanzjarju lill-għaqdiet individwali, il-Ministeru għal Għawdex jipprovdi faċilitajiet fejn dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu jiltaqgħu u joperaw.", "Fil-fatt għandna ċentri li huma disponibbli għall-għaqdiet kollha, liema ċentri jservu bħala post fejn l-għaqdiet ikunu jistgħu jiddiskutu, jagħmlu laqgħat ma' terzi u anke jibbenefikaw minn assistenza amminstrattiva.", "Qed naħdmu wkoll bis-sħiħ mal-għaqdiet soċjali, fosthom ma' Fondazzjoni Kenn u Tama, ma' Fondazzjoni Arka, mal-Fondazzjoni Oasi, Dar Ġużeppa Debono u l-Gozo Mental Health Association.", "Dan qed isir bil-għan li nkomplu ntejbu t-tessut soċjali u ngħinu lil persuni vulnerabbli.", "F'Għawdex, hemm ħtieġa ta' aktar outreach, għax għandna problemi soċjali mistura li rridu nindirizzaw flimkien mal-NGOs.", "Illum il-ġurnata għandna l-mekkaniżmu tal-PSPs u rrid ngħid li permess ta' dan il-ftehim li l-Gvern qed jiffirma mal-NGOs, dawn għandhom is-serħan tal-moħħ ta' kuntratt fit-tul u allura jistgħu jinvestu aktar fir-riżors uman, anke biex ikollhom servizzi aktar b'saħħithom.", "Għalhekk hija xi ħaġa tajba li l-Kummissarju jkollu l-għodod u r-riżorsi kollha meħtieġa biex naraw lil dan is-settur jikber, speċjalment fejn hemm il-PSPs, fejn hemm dawn il-kuntratti, biex nassiguraw li jkollna servizzi ta' kwalità minn nies professjonali.", "Tajjeb naraw li dak li l-Gvern qed iħallas għalih, verament ikun qed jingħata lil min għandu bżonn.", "Sur President, nagħlaq kif bdejt, billi nirringrazzja lil dawk kollha li taw u qed jagħtu l-kontribut tagħhom fil-qasam tal-volontarjat.", "Jien dejjem kont napprezza bis-sħiħ din il-ħidma u qed napprezzaha aktar illum li qiegħda fil-rwol li għandi, anke jekk kont diġà nagħmel dan meta kont Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani u mill-persuni b'diżabilità, meta kont bdejt ħidma kontinwa mal-NGOs u llum mal-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.", "Bħalma dejjem kont hemm biex nagħti s-sostenn tiegħi ħalli pajjiżna jkompli jibbenefika minn dan il-ġid, se nkompli naħdem b'risq dan is-settur fejn qed jinħoloq ġid min-nies għan-nies!", "Fl-aħħar nett, Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Fuljett li juri l-programm operistiku f'Għawdex għax-xahar ta' Ottubru, 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CLIFTON GRIMA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta 2 ta' Ottubru 2018, fl-4.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-professjonijiet alleati – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Edukazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, illum f'din l-ewwel seduta wara l-waqfien tas-sajf, kont beħsiebni nieħu l-Aġġornament biex nitkellem fuq il-ħidma tal-Gvern b'mod ġenerali, però wara li lbieraħ filgħaxija u dalgħodu rajt ċerti kummenti minn Membri Parlamentari Ewropej barranin fuq pajjiżna, għażilt li nitkellem speċifikament dwar dan.", "Wara li smajt theddid għas-settur finanzjarju u għal bank partikolari, bħala Malti kif ukoll bħala Membru Parlamentari ta' din il-Kamra, ma stajtx ma nitkellimx fuq dak li ntqal.", "Hawn qed nirreferi għall-kumment li għamel l-MEP Sven Giegold, li bażikament qed jgħid li ħa jaqbad jagħmel kampanja kontra l-bank HSBC sabiex ma jibqax jopera ġewwa Malta.", "Dan għaliex, skont hu, hawn problemi kbar ta' ħasil ta' flus.", "Fis-responsabbiltà tiegħi mis-settur finanzjarju f'Malta, nista' nitkellem fuq il-ħidma li għamel is-Segretarjat tiegħi fir-rigward tas-servizzi finanzjarji tul dawn l-aħħar sena u nofs kemm ili responsabbli minn dan il-qasam.", "Wieħed jista' jara wkoll il-mod kif imxejna fuq kwestjonijiet ta' ħasil ta' flus.", "Ejja ma ninsewx li dan l-istess MEP qed jagħmel parti minn missjoni suppost indipendenti tas-saltna tad-dritt, biex jaraw li jipproteġu s-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Rajnieh kemm-il darba jixgħel xemgħat u jitkellem fuq l-importanza tas-saltna tad-dritt!", "Però mbagħad, dan il-ħabib tal-MEP David Casa, li kif jgħid il-Malti jieklu l-kirxa flimkien, għaliex kif jitkellem persuna tara lill-ieħor jappoġġah, jipprova jitfa' lil Malta dejjem f'dell ikrah il-ħin kollu.", "Skont hu, jagħmel dan biex jipproteġi lill-Unjoni Ewropea mill-ħasil ta' flus!", "Ejja ma ninsewx li ftit tal-ġimgħat ilu, l-MEP Malti li jħobb ħafna lil Malta, David Casa, għamel rapport lill-European Banking Authority (EBA) li hija l-Awtorità Ewropea 'l fuq mir-regolaturi finanzjarji Ewropej, jiġifieri fil-każ ta' Malta l-MFSA.", "Dan talab biex l-MFSA tiġi investigata għaliex kisret xi liġi Ewropea fejn jidħol il-każ ta' Pilatus Bank.", "Aħna, bħala Gvern u bħala Awtorità, ilqajna din l-investigazzjoni, ipparteċipajna u pprovdejna l-informazzjoni kollha li kien hemm bżonn.", "Ftit tal-jiem ilu, l-istess EBA ħarġet ir-rapport tagħha, fejn irrimarkat fejn l-MFSA tista' ttejjeb.", "Huwa ovvju li kull awtorità, Gvern, organizzazzjoni jew kumpanija privata qatt mhi perfetta, u allura tieħu pjaċir meta jkollok xi ħadd li jirrimarkalek b'mod kostruttiv fejn tista' ttejjeb.", "Fil-fatt, l-MFSA qalet li se ttejjeb l-operat tagħha, u diġà nbeda l-proċess, kif se nispjega.", "Però r-riżultat tal-investigazzjoni prinċipali kien ċar li l-Awtorità Maltija ma kisret l-ebda liġi Ewropea fejn jidħol il-każ ta' Pilatus Bank!", "Hawn irrid ngħid li meta l-MEP David Casa rrapporta lill-big brother, jiġifieri lill-MFSA, huwa qal li qassam madwar 80 ittra lill-esponenti oħra fil-Kummissjoni, Membri Parlamentari Ewropej, regolaturi u Prim Ministri oħrajn f'diversi pajjiżi, fejn beda jugża lil Malta li l-MFSA ma bdietx timxi kif suppost.", "Issa peress li l-MEP David Casa tant iħobb lil Malta u qed jirrappreżenta lill-Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej, meta ħareġ dan ir-rapport li qal li r-regolatur Malti ma kisirx liġi Ewropea, jien kont nistenna li din id-darba, l-MEP mhux jibgħat 80 ittra imma 160 ittra, biex jiftaħar u jgħid li minkejja li kien hemm dik il-kritika, rajna fejn nistgħu nirranġaw, però ma nkisru l-ebda regoli.", "L-istess MEP Ġermaniż, li jitkellem fuq is-saltna tad-dritt u li suppost qed jiġi jinvestiga s-saltna tad-dritt, m'għoġbitux il-konklużjoni tal-EBA għax ma kenitx kif xtaq hu.", "Għalhekk, biex ikisser lil Malta u jgħin lil David Casa, b'mod viljakk għall-aħħar qed jipprova jagħmel pressjoni fuq il-banek Maltin u s-sistema finanzjarja.", "Qiegħed ukoll idaħħal id-dubju fil-ħaddiema li jaħdmu fl-HSBC, meta qal li se jibda kampanja personali kontra l-istess bank, jekk mhux se jitlaq minn Malta!", "Dwar dawn il-kummenti moqżieża, lil dan l-MEP jien nista' nserraħlu rasu li jista' jiġi Malta kemm irid, jista' jixgħel xemgħat kemm irid, jitkellem kemm irid, però se jgħarralu jekk jaħseb li se jipprova jkisser is-servizzi finanzjarji ġewwa Malta u aħna se nibqgħu kwieti!", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nissalvagwardjaw is-servizzi finanzjarji u l-interessi tal-familji Maltin u Għawdxin li jaħdmu b'mod dirett u indirett f'dan il-qasam.", "L-MEP Sven Giegold jista' jserraħ rasu li quddiem dan it-theddid, mhux talli mhux se niddejqu, imma talli se jsib ħajt quddiemu biex jikkumbatti!", "Irrid ngħid ukoll li dan l-istess persuna ma tkellem xejn u ma mexiex bl-istess mod fuq skandli f'pajjiżi oħrajn, fosthom il-Ġermanja li hu l-istess pajjiż li ġej minnu hu.", "Mhux qed ngħid dan biex inqabbel pajjiż ma' ieħor, imma biex wieħed jifhem il-ġenwinità ta' ċerti kummenti.", "Infakkar li fl-2017, id-Deutsche Bank, li huwa l-ikbar bank Ġermaniż, ġie mwaħħal multa ta' €700 miljun għaliex fl-investigazzjoni li saret instab li kien hemm għaxar biljun dollaru li probabbli kienu ġejjin mill-ħasil ta' flus mir-Russja!", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq Pilatus Bank, li hu farka ta' bank f'Malta u li r-regolatur diġà ħa azzjoni fuqu u tteħditlu l-liċenzja, anke jekk l-EBA ċċertifika li ma kienx hemm ksur tar-regoli Ewropej.", "Ftit tal-jiem ilu, id-Danske Bank, li hu l-ikbar bank fid-Danimarka, spiċċa fi skandlu ta' ħasil ta' flus ta' €200 biljun!", "Din mhijiex allegazzjoni, imma kien hemm investigazzjoni u nstab li kien hemm ħasil ta' flus tramite fergħa oħra fl-Estonja.", "Allura, jekk dawn il-Membri Parlamentari Ewropej qegħdin jitkellmu f'isem iċ-ċittadini Ewropej, għaliex ma jitkellmux bl-istess arja fuq dawn il-pajjiżi?", "Forsi għax mingħalihom li għax Malta hija farka f'nofs il-Mediterran se jagħmlu l-arja magħna?", "Jaħsbu li aħna se niddejqu jew se nibżgħu minn dan il-bullying u theddid?", "Naħseb li l-istorja ta' Malta dejjem uriet li aħna dejjem qomna għall-okkażjoni u qatt ma ddejjaqna jew bżajna minn ħadd meta kien hemm l-interessi tal-Maltin fin-nofs!", "F'dan il-każ se nagħmlu l-istess!", "Jekk hawn xi ħadd li jaħseb li aħna se noqogħdu ċiċċi beqqi u nħallu lil dawn l-esponenti, ġejjin minn fejn ġejjin, jgħidu li jridu fuq pajjiżna, sejjer żball!", "Jumejn ilu, jien personali tlabt laqgħa mal-Kummissarju Věra Jourová, fejn għidtilha li hawn ħafna mistoqsijiet u qed tingħata ħafna informazzjoni żbaljata, anke fuq is-settur ġdid tal-blockchain li qed nibdew f'pajjiżna.", "Dan l-aħħar, pajjiżna hu fuq fomm kulħadd fir-rigward tal-blockchain.", "Forsi għad irridu nispjegaw aktar fid-dettall il-benefiċċji li dan is-settur se jkun qed iġib lejn l-ekonomija Maltija, però nista' nassigura lil kulħadd, li mad-dinja kollha, kull fejn tissemma t-teknoloġija blockchain, tara isem Malta magħha!", "Bħala pajjiż, ninsabu meqjusin fost il-pijunieri f'dan is-settur u għandna biex niftaħru b'dan!", "Fil-fatt, din il-ġimgħa se nkunu qed intellgħu konferenza dwar il-blockchain.", "Hawn nista' niżvela li għadhom kif infurmawni li għal din il-konferenza li se ssir il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej f'Malta diġà rreġistraw 'il fuq minn 3,500 persuna u 'l fuq minn 150 kumpanija, bi 80% minnhom huma barranin, li se jinvestu għall-ewwel darba f'pajjiżna.", "Dan sar f'inqas minn sena!", "Ir-rekord li għamilna f'din l-industrija huwa wieħed ta' min jiftaħar bih!", "Għalhekk jien, b'wiċċi minn quddiem, niftaħar b'dan is-suċċess ta' Malta.", "Dan l-aħħar kelli laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri fejn tkellimna fuq is-suġġett tar-riċerka u jien ħadt l-okkażjoni li niltaqa' ma' wħud mill-ministri.", "Fost l-oħrajn kelli laqgħa fit-tul mad-Deputat Prim Ministru tal-Belġju li nzerta persuna li ġej minn sfond f'dan is-settur u allura interessa ruħu ħafna aktar.", "Spjeganielu minn fejn bdejna, x'għamilna u x'qed nagħmlu.", "L-interess kbir li wera d-Deputat Prim Ministru tal-Belġju wassal biex illum qed nitkellmu dwar kif Malta, li hi l-iżgħar pajjiż fl-Ewropa, qed tkun pijunier biex immexxu 'l quddiem liġijiet ġodda f'dan is-settur li se jkollu impatt u diġà għandu impatt fuq id-dinja kollha.", "Bħala pajjiż qed immexxu dawn il-liġijiet 'il quddiem fl-Ewropa.", "Kelli wkoll laqgħa mad-Direttur Ġenerali Roberto Viola, li jieħu ħsieb is-settur diġitali tal-Ewropa.", "Viola huwa persuna influwenti ħafna u għal min huwa midħla f'dan is-settur, jaf x'qed jgħid.", "Huwa baqa' impressjonat bil-ħidma li qed nagħmlu u qalli biex nibqgħu mmexxu f'din il-linja.", "Qalli wkoll li se jkunu qed jaraw kif jipproponu l-liġi Maltija sabiex l-Ewropa tmexxiha bħala l-liġi Ewropea tagħha!", "Dan hu dak li jissejjaħ blueprint.", "Ovvjament, bħala pajjiż, tieħu pjaċir kif din in-naqra ta' gżira qed tkun daqshekk fiċ-ċentru ta' din l-attività u qed tmexxi 'l quddiem b'saħħa kbira din l-industrija.", "Kellna laqgħa wkoll mad-Deputat Prim Ministru tas-Slovenja.", "L-istess, hawn spjegajnielu x'qed nagħmlu f'dan il-qasam.", "Hawn irrid insemmi wkoll li l-Kummissarju Věra Jourová, li tkellmet ukoll kemm-il darba fuq Malta, kull meta bdiet titkellem fuq il-blockchain u l-cryptocurrency f'Malta, bdiet tagħmel dan b'mod negattiv.", "Bla ma ridt, jien bdejt ngħid li ladarba jien il-persuna li ħdimt, tista' tgħid, il-liġi ta' din l-industrija, u l-Kummissarju Věra Jourová qatt ma staqsietni mistoqsija, kif qed iġġib l-informazzjoni fuq Malta u tgħid x'qed nagħmlu aħna hawnhekk meta qatt ma talbitni l-informazzjoni!", "Għalhekk jien għidt li mhu se nħalli la lil din il-Kummissarju u lanqas lil xi persuna oħra fl-Ewropa u mkien tagħti informazzjoni żbaljata fuq pajjiżi.", "Għalhekk informajt lill-Kummissarju li se nkun Brussells u li nixtieq ikolli l-opportunità li nispjegalha x'qed nagħmlu.", "Min-naħa tagħha, hi laqgħet din l-istedina.", "Jien iltqajt magħha flimkien mat-tim tiegħi u ma' nies oħrajn mill-MFSA u mill-MITA u ppreżentajnielha l-programm kollu ta' x'qed nagħmlu.", "Il-Kummissarju fehmet ix-xogħol tagħna u l-kliem eżatt kien: Din tidher sistema tajba ħafna, prosit u ibqgħu sejrin hekk fiha.", "Issa importanti li naraw kif din l-innovazzjoni se taħdem on the ground u li twettqu dak li qed tgħidu!", "Hemmhekk tinduna li wara dak il-kliem li jkun intqal ikun hemm minn ipprova jagħtiha informazzjoni żbaljata biex ixewwex kontra pajjiżna!", "Bla ma trid tibda tgħid: Imma għalfejn dan kollu?", "Biss, imbagħad tibda tara r-riżultati u tibda titkellem f'ċerti kumitati u malajr tinduna għalfejn.", "Jien niftakar meta l-Prim Ministru kien bagħat għalija u qalli li qed jafdani bir-responsabbiltà tas-servizzi finanzjarji, il-qasam tal-ekonomija diġitali u l-innovazzjoni.", "Kien qalli li qed jorbot dawn is-setturi flimkien, għaliex jixtieq li nixpruna 'l quddiem ideat innovattivi f'dan is-settur sabiex nikkreaw niċeċ ġodda!", "Lill-Prim Ministru kont għidtlu li jien lest li nieħu din ir-responsabbiltà, li nixtieq nara ċerti kambjamenti, li nixtieq nagħmel ċerti riformi u tibdiliet u li se jkolli bżonn l-għajnuna u l-appoġġ tiegħu.", "Il-Prim Ministru kien qalli li għandi l-appoġġ kollu u kien talabni biex inressqu pjan tajjeb.", "Illum, b'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li l-appoġġ tal-Prim Ministru sibtu mill-bidu sal-aħħar, anke meta tlabtu biex nagħmel ċerti riformi li kienu ta' sfida u li pajjiżna kien ilu jistenna.", "Sibt ukoll riżorsi biex wieħed ikun jista' jmexxi 'l quddiem ideat li forsi mhux kull pajjiż ikollu l-kuraġġ li jidħol fihom!", "Jekk naraw is-setturi tal-blockchain u cryptocurrencies, dan huwa settur letteralment ġdid, dak li bl-Ingliż jgħidulu uncharted waters, fejn ovvjament hemm ċertu riskju marbut magħhom.", "Però, aħna nafu x'qed nagħmlu, ir-riskju li qed nieħdu huwa kkalkulat u nafu fejn irridu nwasslu lil dan il-pajjiż f'dan il-qasam.", "Meta rajt kif topera l-MFSA, kien hemm ċerti deċiżjonijiet li ridt noħodhom mill-ewwel.", "Waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħadt kienet li r-rwol taċ-chairperson ma jibqax rwol eżekuttiv iżda jinqasam f'non-executive chairperson u CEO.", "Is-CEO huwa l-eżekuttiv li jmexxi l-MFSA u n-non-executive chairperson imexxi l-bord tal-gvernaturi.", "Is-CEO jrid jirrispondi lill-bord tal-gvernaturi u huwa non-voting member tal-bord tal-gvernaturi.", "Għalhekk, filwaqt li t-tmexxija tkun f'idejn is-CEO, is-CEO jrid jirrispondi u jtella' rapporti f'kull laqgħa li jkollu fil-bord tal-gvernaturi u l-bord tal-gvernaturi japprova dawk ir-rapporti.", "B'hekk, għandek separazzjoni tal-poteri, u għandek iċ-checks and balances fi ħdan l-istess struttura.", "Ir-riżultat hu li mhux kollox jirrispondi lil persuna waħda.", "Rajna li għall-ewwel darba fl-MFSA twaqqaf audit committee.", "Din forsi tista' tinstema' xi ħaġa minuri, però meta jien rajt li m'hemmx audit committee li jiffunzjona, għidt li ma jistax ikun li organizzazzjoni bħall-MFSA, li hija r-regolatur, ma jkolliex internal audit committee.", "Għalhekk twaqqaf audit committee biex ikun jista' jagħmel auditing tal-proċessi kollha, bħal tar-riżorsi umani, finanzjarji jew re-engineering process.", "Rajt ukoll li kellek sitwazzjoni fejn ir-Registry of Companies kien jinżamm fl-MFSA.", "Kulħadd kien taħt l-impressjoni, inkluż jien, li r-Registry of Companies huwa parti mill-MFSA, però l-ebda liġi f'Malta ma kienet tistipula dan.", "Milli qaluli, din kienet xi ħaġa ġejja mill-passat, fejn l-MFSA kellha bżonn il-flus u peress li r-Registry of Companies dejjem jagħmel profitt, tefgħu r-Registry of Companies internament fl-MFSA u l-MFSA bdiet tieħu l-flus tar-Registry of Companies.", "Però, b'liema ftehim kien jiġri dan sinċerament ma nafx, għax ma hemm xejn fil-Liġi dwar dan!", "Fil-Liġi kien hemm ukoll li l-ministru responsabbli mill-MFSA jiddeċiedi hu kemm jagħti flus lir-regolatur biex jopera.", "Dik hija xi ħaġa li, fil-fehma tiegħi, ma tagħmilx sens.", "Kif tista' tgħid li għandek istituzzjoni indipendenti jekk il-Ministru jiddeċiedi kemm se jagħtiha flus biex topera u x'tista' tagħmel jew ma tagħmilx!", "Għalhekk, għall-ewwel darba wkoll, din is-sena emendajna l-liġi tal-MFSA, u fil-ġimgħat li ġejjin, kif qrajna fl-Aġenda, se nkomplu nemendaw, għax hemm tibdil ieħor li rrid inressaq quddiem l-MFSA.", "Din hija t-tieni fażi tat-tibdil fi ħdan l-awtorità regolatorja, bl-għan li tkun aktar effiċjenti fir-riżultati tagħha u forsi b'aktar investiment ukoll.", "Nerġa' ngħid li ma kienx jagħmel sens li r-reġistru tal-kumpaniji ikun fuq l-MFSA meta dan m'għandux x'jaqsam mas-servizzi finanzjarji.", "Kull kumpanija f'Malta, anke jekk hija kumpanija li tagħmel il-ħwejjeġ, riedet tirreġistra bħala kumpanija mal-MFSA.", "Kellna sitwazzjoni li l-kumpaniji kollha f'Malta, pereżempju, kumpanija tal-kostruzzjoni, jiffinanzjaw is-settur finanzjarju!", "Dan ma jagħmilx sens għal diversi raġunijiet.", "Ħafna drabi konna ngħidu li kumpanija hija rreġistrata mal-MFSA, bir-riżultat li jekk kumpanija f'Malta kienet tinqabad f'xi transazzjoni malizzjuża, kienet tidher assoċjata l-MFSA.", "Ovvjament, dan ma kienx jagħmel sens!", "Jekk jien għandi kumpanija fil-kostruzzjoni li għamlet xi ħaġa kontra l-liġi, għalfejn għandhom jidhru s-servizzi finanzjarji?", "Il-mod kif kienet strutturata, dejjem teħel l-MFSA – illiċenzjata kienu jgħidu, mill-MFSA - meta din assolutament m'għandhiex x'taqsam!", "Kumpanija ġieli lanqas biss tkun liċenzjata, aħseb u ara kemm tkun irreġistrata mal-MFSA!", "Apparti minn hekk, kellek sitwazzjoni fejn l-operat tal-MFSA kellu jaħseb ukoll għall-operat tar-Reġistru tal-Kumpaniji, inkluż is-support services, il-kwestjoni tal-bord tal-gvernaturi, u jekk għandek issue tar-Registry of Companies li jitilgħu fil-bord tal-gvernaturi tal-MFSA, u jiddiskutu affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi finanzjarji u affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas-servizzi finanzjarji!", "Dan kien mudell li ma ssibu mkien fl-Ewropa!", "Għalhekk kienet deċiżjoni kuraġġuża li nidħlu għal dan it-tibdil.", "Nerġa' ngħid li kieku ma kellix l-appoġġ tal-Prim Ministru, żgur li ma stajtx immexxi ċerti affarijiet.", "Li tmur fuq l-Awtorità u tgħidilha li se tneħħilha s-sors tal-flus li dejjem kienet iddaħħal, mhijiex deċiżjoni faċli.", "Jien hekk għamilt!", "Però, min-naħa l-oħra, għamilna diversi affarijiet oħrajn wkoll.", "Għidna wkoll li fejn jidħol finanzjament, mhux inħallu lill-MFSA tiddependi mir-Registry of Companies għax m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin.", "Ir-Registry of Companies għandha bżonn l-investiment u attivitajiet ġodda.", "Fil-fatt, qed isir ħafna investiment fir-Registry of Companies għax, biex ngħidu kollox, naħseb li kien ilu ma jsir investiment f'dan il-qasam.", "Waħda mill-ewwel affarijiet li għamilt meta dħalt f'din il-kariga kienet li mort indur l-awtoritajiet.", "Irrid ngħid li kont imbarazzajt ruħi nara f'liema stat jaħdmu n-nies, b'mod partikolari fir-Reġistru tal-Kumpaniji.", "Kellek ħaddiema li letteralment jaħdmu fuq xulxin u f'uffiċini taħt l-art.", "Nista' ngħid li kienet xi ħaġa degradanti!", "Mhuwiex sew li waħda mill-aktar entitajiet importanti fil-pajjiż, li kwalunkwe kumpanija li tiġi f'Malta tirreġistra magħha, tkun qed topera f'dawk il-kondizzjonijiet!", "Għalija, din kienet sitwazzjoni inaċċettabbli!", "Illum, li qegħdin nitfgħu lil pajjiżna fuq livelli għoljin, irridu naraw li ninvestu fl-awtoritajiet tagħna, fir-riżorsi umani, fit-teknoloġija u anke fil-premesis tagħhom, sabiex l-ambjent ikun idoneu għall-ħaddiema tagħna.", "Inkella ma tistax toqgħod tilmenta li qed titlef il-ħaddiema!", "Jekk għandek is-settur privat li qed jinvesti bil-kbir fir-riżorsi tiegħu, l-awtoritajiet iridu jikkompetu miegħu.", "Kif jista' jkollok l-aqwa nies fl-awtoritajiet regolaturi tagħna jekk inti qed tittrattahom tal-inqas grad?", "Għalhekk, hemm bżonn li jsir l-investiment.", "Dik hija deċiżjoni li ħadna bħala Gvern u li se mmexxuha 'l quddiem.", "Kif għedt, bħala Segretarju Parlamentari neħħejt minn idi d-deċiżjoni li niddeċiedi kemm għandha bżonn flus l-MFSA.", "Issa d-deċiżjoni ssir mill-bord tal-gvernaturi indipendenti, u titla' quddiem il-Parlament, fil-kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, magħmul miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-għan mhux li nnaqqsu l-flus, imma sabiex niddiskutu l-baġit u jiġi approvat.", "F'dak is-sens qed naraw mudelli ta' cost recovery, evalwazzjoni u re-engineering process, kif diġà sar fl-MFSA.", "Qed naraw li jekk qed tagħti servizz, huwa ġust li l-industrija tħallas għal dak is-servizz.", "Jien dejjem kont tal-fehma li għandna nagħtu lill-industrija dak li trid, inkluż servizz tajjeb, però mbagħad trid tħallas għal dak is-servizz.", "L-industrija hija lesta li tħallas, għax tagħmel il-profitti, mela importanti li ntejbu l-effiċjenza.", "Jekk intejbu l-effiċjenza, il-profitti jiżdiedu.", "Imbagħad ħalli nitolbu flus għas-servizzi li qed jagħmlu biex inkomplu ninvestu.", "Fil-qasam tar-riżorsi umani fl-MFSA, rajna żieda ta' 150 impjegat.", "Sal-2021, se jkun hemm 150 persuna impjegata ġdida oħra mal-MFSA.", "L-400 impjegat li hemm se jitilgħu għal 550.", "Dan apparti investiment kbir fit-teknoloġija u fil-mod ta' kif isiru l-proċessi.", "Jekk Alla jrid, fil-ġimgħat li ġejjin, fit-tieni parti tar-riforma tal-MFSA, se nkunu qed naraw struttura ġdida, fejn għandek executive committee, biex ikollna l-MFSA li taħdem b'mod aktar dinamiku.", "Se jkun hemm ukoll sezzjoni ġdida li se tkun qed tiffoka fuq fintech, blockchain, regtech u inizjattivi ġodda, li bħala Gvern se nkunu qed nimbuttaw 'il quddiem.", "Sur President, nagħlaq b'dan il-messaġġ.", "Aħna m'aħna se nħallu lil ebda Malti, aħseb u ara barrani, li jiġi jew ma jiġix hawnhekk, u jipprova jhedded l-għajxien tal-familji tagħna!", "Għat-theddida fuq l-għajxien tal-familji tagħna, se jsib Gvern magħqud quddiemu jirribatti għal dan it-theddid!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta 2 ta' Ottubru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: TAS-SLIEMA - SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Tas-Sliema bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: SAN ĠILJAN - SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: PACEVILLE - SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar Paceville li jinsab fil-konfini tal-lokalità ta' San Ġiljan bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: IL-GŻIRA – SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Gżira bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: PEMBROKE – SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Pembroke bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: IS-SWIEQI – SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tas-Swieqi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – KIRI TA' PROPRJETÀ FIL-BELT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà fil-Belt, inkluż f'Vincenti Buildings, jikri l-Ministeru tiegħu u kemm hu l-ħlas tal-kera?", "F'kull każ, jistax jindika s-sejħa pubblika li saret u mingħand min hija l-kirja?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru qed juża ħames proprjetajiet f'Vincenti Buildings, żewġ proprjetajiet fi Strada Żekka u proprjetà waħda fi Triq il-Merkanti u li għalihom qed jitħallas l-ammont ta' €7,631.82 fix-xahar.", "Rigward il-proċess ta' sejħa pubblika, il-Leġiżlazzjoni sussidjarja 174.04 Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku jgħid hekk:", "Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal dawn li ġejjin:", "kuntratti pubbliċi għall-akkwist jew il-kiri, permezz ta' mezzi finanzjarji, ikunu xi jkunu, ta' art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet ikkonċernati fuqhom.", "Fir-rigward tal-Korp tal-Pulizija, l-unika proprjetà li jagħmlu użu minnha fil-Belt Valletta hi dik tal-Għassa li qiegħda Palazzo Verdelin, Triq l-Arċisqof.", "Għal din is-sena l-kirja hija ta' €5,199.71.", "Din bdiet tintuża mill-Pulizija minn Ġunju 2011, wara li kienet għand il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.", "Il-Forzi Armati ta' Malta tikri l-Palace Tower Signal Station li jinsab fil-Palazz Presidenzjali l-Belt Valletta għal €768.69 fis-sena.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ma ħadet ebda passi biex tiżgura li s-sit ta' kostruzzjoni f'Tas-Sliema li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma jiġġenerax sħab ta' trabijiet kif ġara s-Sibt, 3 ta' Frar 2018 filgħodu?", "HELENA DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "SPEZZJONIJIET FUQ SITI TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni fuq sit ta' kostruzzjoni għamlet l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) kull xahar fl-2017 u fl-2018?", "HELENA DALLI: Infurmata li mill-1 ta' Jannar 2017 sal-aħħar ta' Awwissu 2018, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għamlet 4,264-il spezzjoni fuq siti ta' kostruzzjoni.", "L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "OHSA - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid minn kemm ħaddiema u impjegati hija magħmula l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "HELENA DALLI: L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) timpjega 33 ħaddiema li qegħdin fis-sezzjoni eżekuttiva u 2 impjegati fl-uffiċċju taċ-Chairperson.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat hemm fil-Building Regulations Office (BRO)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini fil-preżent hemm 50 impjegat.", "BUILDING REGULATIONS OFFICE – SPEZZJONIJIET FUQ SITI TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni fuq sit ta' kostruzzjoni għamel xahar b'xahar il-Building Regulations Office (BRO)?", "IAN BORG: Ninsab infurmat li n-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini kien kif ġej:", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: SPEJJEŻ MILL-VOT KAPITALI – KOPJA TAR-RETURNS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra permezz tar-Rapport Finanzjarju Annwali.", "XOGĦOL MINN GRADWATI GĦAWDXIN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-grad u t-tip ta' xogħol ta' kull student Għawdxi li ggradwa fl-aħħar ta' kull sena akkademika mis-sena 2013 sal-lum u li qed jaħdem Għawdex?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ma tiġborx informazzjoni ta' dan it-tip.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li biex Jobsplus tkun tista' tagħti l-informazzjoni mitluba tinħtieġ ikollha dettalji tal-persuni konċernati.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – RAPPORTI TA' SERQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport kien hemm ta' allegazzjonijiet ta' serq minn Ġunju 2015 sal-lum, xahar b'xahar u sena b'sena, f'kull uffiċċju, dipartiment u entità li jaqgħu fid-dekasteru tagħha?", "F'kull każ x'kien l-allegat serq (oġġetti eċċ.) li kien irrapportat u x'passi ttieħdu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "IN-NAXXAR: TRIQ TAL-ĦMIERI – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6122, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TREJQA FI TRIQ TAL-IMDAWRA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6123, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TRIQ EDWARD PIROTTA - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6124, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TRIQ L-IFRAN - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6125, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: TRIQ SANTA LUĊIJA - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6126, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "IN-NAXXAR: PJAZZA DARNINO - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6127, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6136.", "AIR MALTA – TITJIRIET KANĊELLATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ikkanċellat titjiriet l-Air Malta mill-1 ta' Mejju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "F'kull każ kemm kien in-numru ta' passiġġiera milquta, jekk ġewx mogħtija xi kumpens minħabba l-kanċellazzjoni u, jekk iva, kemm f'kull każ kien il-kumpens?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6321, ninfurmah li l-kanċellazzjoni riċenti li nqalgħet fl-ajruport ta' Orly f'Pariġi saret wara li l-piloti rrapportaw sick flimkien ma' dawk li kienu standby.", "Il-passiġġieri ġew mogħtija titjiriet oħra u anke ġie mikri ajruplan biex jaħdem minn Pariġi l-għada filgħodu.", "TALBIET GĦAL KUMPENS KONTRA XI TRASPORTATUR TAL-AJRU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi talbiet għal kumpens kontra xi trasportatur tal-ajru skont ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 261/2004 fir-rigward ta' titjiriet li tħassru mill-2011 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija u maqsuma xahar b'xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk saru dawn it-talbiet f'kull każ kontra min kienu u għal kemm flus?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tabella dettaljalta bl-informazzjoni mitluba għas-snin 2016 'l hawn tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Rigward is-sena 2015 infurmat li l-Awtorità għandha biss informazzjoni tas-somma globali ta' €33,398.36 li ngħatat lil 86 konsumatur.", "Infurmat ukoll li għas-snin preċedenti l-Awtorità m'għandhiex rekord.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk a tenur tal-L.S. 378.14, sena b'sena, jekk qatt ġewx imposti xi multi u, jekk iva, kontra min u għal kemm flus?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta r-Regolamenti dwar il-Kumpens u l-Assistenza għall-Passiġġieri tal-Ajru li ma jitħallewx jitilgħu ġew trasferiti lill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fl-2011, qatt ma kien hemm il-ħtieġa li jiġu imposti multi.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: SOTTOMISSJONIJIET DWAR IL-PJAN LOKALI TAL-PORTIJIET TAT-TRAMUNTANA TA' MALTA – TAL-PIETÀ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità Tal-Pietà bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: SOTTOMISSJONIJIET DWAR IL-PJAN LOKALI TAL-PORTIJIET TAT-TRAMUNTANA TA' MALTA – L-IMSIDA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità tal-Imsida bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: SOTTOMISSJONIJIET DWAR IL-PJAN LOKALI TAL-PORTIJIET TAT-TRAMUNTANA TA' MALTA – TA' XBIEX", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' Ta' Xbiex bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx sottomissjonijiet fuq il-lokalità ta' Ta' Xbiex.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: SOTTOMISSJONIJIET DWAR IL-PJAN LOKALI TAL-PORTIJIET TAT-TRAMUNTANA TA' MALTA – SAN ĠWANN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-lokalità ta' San Ġwann bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana ta' Malta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MENTAL HEALTH COMMUNITY SERVICES – LISTA TA' STENNIJA GĦAL GĦAJNUNA MINN PSIKOLOGI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta' stennija biex jiġu megħjuna regolarment minn xi psikologu fil-Mental Health Community Services?", "Kif wieħed jista' jagħmel użu mis-servizz tagħhom?", "Kemm huwa ż-żmien ta' stennija biex jiġu moqdija dawn il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u min qed jieħu ħsiebhom?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm 42 persuna fil-lista ta' stennija biex jiġu megħjuna minn psikologu jew assistent psikologu fil-Mental Health Community Services.", "Normalment wieħed jista' jiġi referut għal għand il-psikologu mill-psikjatra tiegħu.", "Jeżisti wkoll servizz fejn anke jekk wieħed m'għandux bżonn jieħu l-kura mingħand psikjatra jista' jiġi referut għal għand il-psikologu mit-tabib tal-familja jew taċ-ċentru tas-saħħa.", "Dawn il-persuni jdumu jistennew bejn ġimgħa u xahrejn biex jiġu moqdija.", "Jekk il-każ ikun urġenti jinqdew fi żmien ftit jiem.", "Ir-referrals mingħand it-tobba tal-familja u taċ-ċentri tas-Saħħa tieħu ħsiebhom il-Managing Psychologist.", "Referrals mingħand il-Psikjatri jiġu mqassmin bejn iż-żewġ tims ta' psikologi.", "ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI – GĦAJNUNA GĦAL TKABBIR TAL-KAPAĊITAJIET OPERATTIVI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'tipi ta' għajnuna ġiet mogħtija lill-organizzazzjonijiet volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Mejju 2018?", "Liema huma dawk l-organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?", "HELENA DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.", "ĊENTRU TOMMASO CHETCUTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li sar fiċ-Ċentru Tommaso Chetcuti?", "Fejn huwa allokat dan iċ-Ċentru u kemm ilu mwaqqaf?", "X'għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Ċentru Tommaso Chetcuti twaqqaf fis-26 ta' Settembru 2016.", "Dan iċ-Ċentru ġie stabbilit fl-istess binja fejn qabel kien hemm il-Young People's Unit.", "Dan iċ-Ċentru joffri servizz ta' out-patients lil dawk il-pazjenti li jkunu ntbagħtu fuq leave mill-Isptar Monte Carmeli qabel dawn jiġu rilaxxati fil-komunità.", "Dawn il-pazjenti jiġu assessjati mill-konsulent tagħhom flimkien mat-tim multidixxiplinarju.", "Is-servizz qiegħed jingħata mit-Tnejn sas-Sibt.", "Is-servizzi offruti jikludu wkoll kampjuni ta' dmija, l-amministrazzjoni tad-depot injection, screening ta' ECG, jiġu ppreparati l-pilloli fil-pill boxes individwalment għal kull pazjent, kordinazzjoni ta' kura mas-servizzi mogħtija fil-komunità inkluż servizz ta' outreach minn professjonijiet multidixxplinarji, servizz ta' support groups – reaching out li joffru sapport għall-qraba u għal dawk kollha li jieħdu ħsieb pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali, servizz ta' self-support group – hearing voices għal dawk il-pazjenti li jbatu minn xi forma ta' visual/auditory hallucinations u servizz professjonali ta' couple and sex therapy.", "Biex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz jista' jiġi riferut mill-konsulent rispettiv tiegħu wara li l-pazjent ikun intbagħat bil-leave mill-Isptar Monte Carmeli.", "Jekk wieħed irid jibbenefika mis-servizz offrut mis-support groups, jista' jċempel iċ-Ċentru Tommaso Chetcuti fuq in-numru 23304299.", "Qegħdin jiġu mqassma wkoll diversi posters b'informazzjoni dettaljata biex jinħoloq aktar għarfien dwar dan is-servizz.", "Filwaqt li s-servizz ta' couple and sex therapy jista' jingħata wara li l-klijenti jiġu riferuti mit-tabib tagħhom jew minn xi tabib ieħor fiċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta u Għawdex, jista' wkoll jingħata appuntament billi wieħed iċempel direttament iċ-Ċentru Tommaso Chetcuti.", "KLINIĊI TAS-SAĦĦA MENTALI – SESSJONIJIET EDUKATTIVI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5839, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika s-sessjonijiet edukattivi li saru fil-kliniċi tas-saħħa mentali f'din il-Leġiżlatura?", "Meta saru dawn is-sessjonijiet lill-pazjenti u l-qraba tagħhom u l-pubbliku inġenerali?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SERVIZZ TAS-SAĦĦA PRIMARJA U FIL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għas-settur tas-servizz tas-Saħħa Primarja u fil-Komunità bħala pilastru fil-ħarsien tas-Saħħa u Prevenzjoni, b'mod partikolari dak offrut mit-tabib privat, li fil-fatt hu settur li b'għażla tal-poplu huwa l-aktar imfittex, fejn għal numru tas-snin id-Dipartiment tas-Saħħa offra servizzi ta' investigazzjoni b'xejn lill-pazjenti li jagħżlu li jinqdew b'tabib li ma jaħdimx fiċ-Ċentri tas-Saħħa Pubblika, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta' investigazzjonijiet li bħalissa hi offruta?", "Hemm ħsieb li din il-lista ser tiżdied?", "Liema huma dawn it-testijiet?", "Dan ifisser li l-pazjent li jkun irid iħares saħħtu billi jmur għall-konsulta privata għand tabib tal-familja ser ikun jista' jutilizza l-istess lista ta' investigazzjonijiet li tabib tal-gvern taċ-Ċentru tas-Saħħa għandu?", "Jekk mhux il-każ, x'inhi r-raġuni tad-diskrepanza?", "Jista' jgħid kemm-il tabib privat inqabad jabbuża minn dan is-servizz tad-Dipartiment tal-Kura Primarja għax jordna investigazzjonijiet li ma humiex fil-lista?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-testijiet li tabib privat tal-familja jista' jordna għal pazjenti b'xejn huma:", "Minn dan is-sajf id-Dipartiment tas-Saħħa estenda s-servizz tal-myhealth sabiex testijiet ikunu jistgħu jiġu ordnati online mit-tobba tal-familja mill-kliniċi tagħhom.", "VJOLENZA DOMESTIKA - ĦRUĠ TAL- AGGRESSUR MID-DAR TAL-VITTMA - KAŻIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet tul din il-Leġiżlatura fejn il-Pulizija ħarġu l-aggressuri mid-djar tal-vittmi tal-vjolenza domestika?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk waqt li nikkonferma li fejn ikun hemm bżonn il-Pulizija tassisti biex jinħarġu l-aggressuri mid-djar tal-vittmi tal-vjolenza domestika, it-tagħrif ma jistax jinġabar.", "VJOLENZA DOMESTIKA – MANWAL TAL-PROĊEDURI U KTEJJEB TA' INFORMAZZJONI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri mogħti lill-entitajiet kollha kif ukoll il-ktejjeb ta' informazzjoni dwar is-servizzi li jistgħu jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika?", "HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-seduta tal-4 ta' Ġunju 2018 għall-mistoqsija parlamentari 6175.", "SAĦĦA MENTALI - SERVIZZI TA' TAĦRIĠ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il servizz ta' taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali ġew organizzati f'din il-Leġiżlatura lil job coaches kif ukoll lill-għalliema fl-iskejjel ta' pajjiżna?", "Kemm kien hemm parteċipanti f'dawn il-sessjonijiet?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li f'din il-Leġiżlatura Jobsplus offriet servizzi ta' taħriġ fi Frar u Marzu 2018 fuq kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta' saħħa mentali.", "Dan it-taħriġ ingħata lill-11-il job coach tad-diviżjoni responsabbli mill-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità f'Jobsplus.", "Infurmat ukoll li f'din il-Leġiżlatura ġew organizzati disa' sessjonijiet ta' taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti ġewwa l-MCAST.", "In-numru ta' parteċipanti għal kull sessjoni ta' taħriġ kien kif se nsemmi:", "11 ta' Lulju 2017 – 4 persuni", "7 ta' Settembru 2017 – 7 persuni", "12 ta' Settembru 2017- 18-il persuna", "13 ta' Settembru 2017 – 7 persuni", "11 ta' Ottubru 2017 – 7 persuni", "25 ta' Jannar 2018 – 21 persuna", "8 ta' Frar 2018 – 21 persuna", "15 ta' Marzu 2018 – 15-il persuna", "12 ta' April 2018 – 10 persuni", "Rigward taħriġ ieħor f'din il-Leġiżlatura mill-Institute for Education, inkluż in-numru ta' parteċipanti, ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6153.", "DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI - KORSIJIET DWAR ID-DYSLEXIA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il Leġislatura, jista' l-Ministru jindika kemm saru korsijiet għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet varji tat-tfal tagħhom tul din il-Leġiżlatura?", "Fejn u meta saru dawn il-korsijiet?", "Kemm saru korsijiet għall-għalliema biex ikunu aktar imħarrġa dwar id-dyslexia u kif ikunu jistgħu jgħinu l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6174.", "MARSASKALA – KONTRAVENZJONIJIET MAQBUDA MINN SPEED CAMERA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm-il kontravenzjoni nqabdet minn kull speed camera f'din il-Leġiżlatura fil-lokalità ta' Marsaskala?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-lokalità ta' Marsaskala m'hemmx speed camera installata.", "KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU MAĦRUĠA MILL-KORP TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2016, 2017 u l-2018 sal-aħħar ta' Mejju?", "Jistgħu dawn jiġu klassifikati u elenkati skont in-natura tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-ammont ta' traffic offence tickets u ċitazzjonijiet dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu matul is-snin 2016, 2017 u sa Mejju 2018 kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.", "Id-dettalji dwar in-natura tal-kontravenzjonijiet konċernati huma kif jidhru fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "TRIQ REĠJONALI – STATWA TAL-MADONNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika meta l-istatwa tal-Madonna fi Triq Reġjonali se titpoġġa lura f'postha?", "IAN BORG: Il-Kunsill Lokali Gżira u l-kuratur tan-niċċa tal-Madonna msemmija kienu talbu sabiex din l-istruttura ma terġax tinbena fil-post oriġinali iżda f'żona fejn tista' titgawda u tiġi meqjuma aħjar, mingħajr periklu.", "Wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, kien hemm qbil li n-niċċa l-ġdida għal din l-istatwa tinbena fi Triq tas-Sliema, il-Gżira.", "Fil-fatt, il-pedamenti u l-pedestall ta' din l-istruttura diġà nbnew.", "Il-bini tan-niċċa se jsir fiż-żmien li ġej hekk kif jintemm il-proċess ta' akkwist tas-servizzi meħtieġa, sabiex finalment l-istatwa tkun tista' titpoġġa f'dan il-post aktar adattat.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tiġi rilokata f'home li fiha jkun hemm sodod attrezzati li jilqgħu l-ħtiġijiet tagħha, peress li għandha l-hip bone miksura?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u informa lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li saret f'isimha.", "TISBIĦ TA' SPAZJI MIFTUĦA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għal spazji li ġew ikkreati ġodda u mhux spazji li ilhom hemm is-snin u fuqhom sar tisbiħ?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li barra t-tisbiħ ta' spazji diġà stabbiliti, il-Ministeru ħadem fuq tisbiħ ta' spazji ġodda li ġew imnaddfa u sar tħawwil ta' numru konsiderevoli ta' siġar u arbuxxelli ndiġeni Maltin.", "Fost dawn insemmu dawn is-siti:", "· Baħar iċ-Ċagħaq", "Sar tħawwil ukoll f'erba' widien li issa jistgħu jitgawdew mill-pubbliku li huma:-", "· Wied il-Kbir, Wied iċ-Ċawsli, Wied Qirda f'Ħal Qormi u Wied Ħesri fis-Siġġiewi fejn tħawlu madwar 1,300 siġra.", "· Tnaddfet ukoll biċċa art ġewwa Ta' Qali u bdew jitħawlu xi siġar.", "Dan it-tħawwil jitkompla fl-istaġun tal-Ħarifa.", "· Sar intervent fuq 17-il tomna art ġewwa Kemmuna u fihom tħawlu 3,100 siġra.", "Qed isir ukoll xogħol sabiex biċċa art mitluqa fil-Foss ta' Ħaż-Żabbar tiġi msebbħa u tinbidel f'park għall-familja fin-nofsinhar ta' Malta kif ukoll beda xogħol ta' tisbiħ fil-madwar tal-fortizza tal-Madliena u fil-Wied tal-Mistra.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – INGAĠĠ TA' SOCIAL WORKERS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jiġu ngaġġati aktar social workers mat-tnejn li diġà hemm fl-Akkomodazzjoni Soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha pjanijiet sabiex issaħħaħ din is-sezzjoni, kemm bi staff professjonali kif ukoll dak amministrattiv.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ġurnata, f'Jannar tas-sena li għaddiet, li fiha sar dak li kien identifikat mill-inkjesta Maġisterjali bħala 'żball uman' u li wassal biex mietu disa' embrijuni fl-Isptar Mater Dei?", "CHRIS FEARNE: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li fis-seduta Nru 100 tas-16 t'April 2018, jiena għamilt stqarrija dwar l-inkjesta indipendenti li kont ħtart skont kif jagħtini s-setgħa l-artiklu 4 tal-Att Dwar l-Inkjesti (Kap. 273) dwar inċident li seħħ fl-Assisted Reproductive Technology Unit (ART) fl-Isptar Mater Dei, u li ġie rrapportat lili bħala Ministru għas-Saħħa nhar is-27 ta' Jannar 2017.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-inċident kien seħħ ġurnata qabel, jiġifieri fis-26 ta' Jannar 2017.", "Infakkru ukoll li kif irriżulta mill-inkjesta, embrijuni msemmija kienu vijabbli u fuq deċiżjoni klinika ġew trasferiti fil-pazjenti rispettivi.", "ĦAL BALZAN: TRIQ IL-WIED - ESPROPRJAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'esproprjazzjonijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru sabiex issir Triq il-Wied f' Ħal Balzan?", "Jekk saru, jista' jelenka liema huma u kemm hu l-valur ta' dawn l-esproprjazzjonijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kellha ebda talba mingħand ebda entità kompetenti biex tesproprja art sabiex issir Triq il-Wied f'Ħal Balzan.", "QORTI – NOMINA TA' INDIVIDWU BĦALA ESPERT", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie mqabbad bħala espert tal-Qorti?", "Jista' jgħid x'inhi l-expertise li għandu dan in-nominat u liema qorti qabbditu?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward tal-individwu li d-dettalji qed jingħataw dwaru, l-ebda Maġistrat fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma nnomina lill-individwu bħala espert tal-Qorti.", "SERVIZZ TA' PODOLOĠISTA FID-DAR – KAŻ TA' KOPPJA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar servizz ta' podoloġista fid-dar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ ġie segwit.", "ASSISTENZA SOĊJALI", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-ipproċessar u fl-għoti tal-assistenza soċjali, irrispettivament mid-dispożizzjoni tal-liġi f'paragrafu 1 tat-Taqsima VI tat-Tieni Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta li tipprovdi li kull proprjetà tittieħed inkonsiderazzjoni għall-finijiet ta' kalkolu tal-mezzi, fir-realtà postijiet tal-villeġġjatura ma jitteħdux inkonsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-mezzi?", "Jista' jgħid jekk din l-eżenzjoni dwar djar ta' villeġġjatura toħroġx minn xi dispożizzjoni tal-liġi jew hijiex prassi kostanti li biha dejjem hekk mexa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi f'paragrafu 1 tat-Taqsima VI (Għajnuna Soċjali) tat-Tieni skeda tal-Kapitlu 318, tittieħed konsiderazzjoni ta' \"kull proprjetà mqiegħda fi trust (minbarra id-dar tar-residenza)\" għall-fini ta' kalkolu tal-mezzi.", "Fir-rigward tal-eżenzjoni ta' proprjetà bħala villeġġjatura, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din ma toħroġx minn xi dispożizzjoni tal-liġi tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, imma hija riżultat ta' prassi kostanti li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ilu jimxi biha sa minn qabel is-sena 1988.", "KUNSILL LOKALI TA' ĦAL QORMI – RAPPORTI LILL-PULIZIJA TA' ILLEGALITAJIET AKKUMPANJATI B'FILMATI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ta' illegalitajiet akkumpanjati b'filmati lill-Għassa tal-istess lokal mill-2017 'l hawn?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TA' ĦAL QORMI – RAPPORTI LILL-PULIZIJA TA' ILLEGALITAJIET AKKUMPANJATI B'FILMATI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ilmenti ta' illegalitajiet imressqa mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ttieħdu effettivament passi dwarhom u jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti wara li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ressaq saħansitra filmati li jagħtu xhieda ta' tali llegalitajiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kull ilment ta' illegalitajiet imressqa mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi jew individwi oħra jiġu investigati mill-Pulizija tad-Distrett meta dan jaqa' fil-kompetenza tagħhom, u wara li mill-investigazzjonijiet tinġabar evidenza u provi biżżejjed, inkluż l-evidenza permezz ta' filmati kif imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, kull persuna responsabbli titressaq quddiem il-Qorti Ġudizzjarja.", "Il-Kunsill dejjem jiġi infurmat bil-passi li jittieħdu.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - PRIĠUNIERI MINN ĦAL QORMI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri mil-lokalita ta' Ħal Qormi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 21 priġunier mil-lokalità ta' Ħal Qormi li huma kollha tas-sess maskili.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - PRIĠUNIERI MINN ĦAL LUQA", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri minn Ħal Luqa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm seba' priġunieri mil-lokalità ta' Ħal Luqa, sitta huma rġiel u mara waħda.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - PRIĠUNIERI MIS-SIĠĠIEWI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri mis-Siġġiewi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm erba' priġunieri mil-lokalità tas-Siġġiewi, li huma kollha rġiel.", "POST TA' OFFICER-IN-CHARGE MINOR STAFF - INGAĠĠ", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4433, li kienet dwar postijiet għall-post ta' Officer in-Charge Minor Staff, fejn fit-tweġiba tagħha ngħad li għal dan il-post għaddew 15-il kandidat u ġew appuntati l-ewwel 11, għaldaqstant jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vakanti f'dan il-grad u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li se jingħataw l-appointments lil dawk il-persuni li għadhom ma ġewx appuntati?", "Jista' jgħid sa meta hu validu r-riżultat tal-aħħar sejħa għal dan il-post?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li r-riżultat għadu validu u jiskadi f'Novembru li ġej.", "Infakkar ukoll lill-Onor.", "Interpellant li l-vakanzi jimtlew skont l-ordni tal-mertu u l-esigenzi tas-Servizz Pubbliku.", "GĦAWDEX: INTERFERENZA FUQ IL-FREKWENZA FM TAL-ISTAZZJONIJIET TAR-RADJU", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li stazzjonijiet tar-radio qiegħed ikollhom problemi ta' interferenza fuq il-frekwenza FM f'ħafna partijiet minn Għawdex, jista' l-Ministru jara li l-Awtorità ta' Malta dwar ix-Xandir tistalla repeater/booster f'Għawdex biex din il-problema tiġi eliminata?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6659.", "RABAT GĦAWDEX – KAŻ TA' ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6648, 6578 u 6452 li kienu dwar każ ta' esproprjazzjoni ta' art fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid:", "a) id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni minn terzi persuni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6452;", "b) jekk ma' din il-kontestazzjoni ġewx ippreżentati dokumenti bħala prova li dawn it-terzi persuni għandhom xi titolu fuq din l-art;", "c) jekk fl-affermattiv, meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti; u", "d) jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax dawn id-dokumenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-domandi mressqa qed jiġu mwieġba hawn taħt.", "a) Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni minn terzi persuni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6452.", "Il-kontestazzjoni minn terzi persuni ġiet ippreżentata fl-2015.", "b) Iva, ġew ippreżentati dokumenti bħala prova.", "c) Id-dokumenti ġew ippreżentati fl-2015.", "d) L-Uffiċċju Legali tal-Awtorità qiegħed fil-proċess li jeżamina dawn id-dokumenti.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – ART MGĦODDIJA LIL SPORTSMALTA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6411 dwar każ ta' entità sportiva f'Għawdex, u t-tweġiba għaliha kienet tgħid li l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda tipproċessa l-każ sabiex l-imsemmija art tgħaddi lil SportsMalta, jista' l-Ministru jgħid jekk l-art imsemmija għaddietx lil SportsMalta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess biex l-art imsemmija tgħaddi lil SportsMalta għadu għaddej.", "GĦAWDEX - INVESTIMENT DIRETT BARRANI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont tal-investiment dirett barrani f'Għawdex matul is-snin 2016, 2017 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2018?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sfortunatament, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li huwa l-entità responsabbli minn ġbir ta' statistika, ma jiġborx l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "POSTIJIET TA' UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI, PRINCIPALS U SENIOR PRINCIPALS - EŻAMIJIET", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6586 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għaddew mill-aħħar eżami li sar għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post u meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati f'kull post?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara verifika, irriżulta li tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6586 ma tistax tingħata mill-Ministeru tiegħi.", "Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "INKJESTA MAĠISTERJALI - SPIŻA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-inkjesta maġisterjali li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-każ tal-Egrant Inc.?", "Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jagħti lista ta' fiex kienu jikkonsistu l-ispejjeż?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-ispiża fuq kontijiet ippreżentati sal-24 ta' Lulju, tal-inkjesta maġisterjali li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-każ tal-Egrant Inc. hija ta' €1,257,759.46.", "Fir-rigward tal-lista tal-ispejjeż, l-Onor.", "Interpellant huwa mitlub jara t-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MEMBRI PARLAMENTARI – SKORTA TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Membri Parlamentari li għandhom skorta tal-Pulizija?", "Jista' jgħid kif ingħatat, jiġifieri jekk kenitx inizjattiva tal-Pulizija jew intalbitx mill-Membru Parlamentari nnfisu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni jew il-modalitajiet ta' tali protezzjoni.", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi theddid partikolari fuq xi Membri tal-Parlament?", "Qatt saru rapporti minn Membri tal-Parlament wara li rċevew theddid?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.", "Madankollu ma nħossx li tagħrif ta' din in-natura għandu jkun magħmul pubbliku.", "MEMBRU PARLAMENTARI – SKORTA TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija assenjati bħala skorta mal-eks Kap tal-Oppożizzjoni li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li minħabba raġunijiet ta' sigurtà, tagħrif ta' din in-natura m'għandux ikun magħmul pubbliku.", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid is-sigurtà tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kemm qed tiġi tiswa lill-poplu Malti kull xahar?", "MICHAEL FARRUGIA: Ma nħossx li tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant, liema tagħrif jirrigwarda sigurtà personali, għandu jkun ippubblikat.", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-Pulizija bħala bodyguards tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bħalma dejjem isir, l-uffiċjali ta' sigurtà mal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament jiġu magħżula skont l-esiġenzi tal-Korp.", "THEDDID FUQ ĦAJJA TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm theddid partikolari li jista' jitfa' l-ħajja tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fil-periklu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mhux il-prassi li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tingħata għal raġunijet ta' sigurtà pubblika.", "BYPASS TAL-MELLIEĦA – TESTIJIET FUQ IL-KWALITÀ U T-TQEGĦID TAT-TARMAK", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet saru fuq il-kwalità tat-tarmak (core-testing) u fuq it-tqegħid tat-tarmak (longitudinal regularity) li sar fil-bypass tal-Mellieħa?", "Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jippubblika wkoll ir-riżultati ta' dawn it-testijiet u jispjega jekk il-kwalità tat-tarmak (kemm bħala tarmak innifsu u anke bħala tqegħid) hijiex sodisfaċenti skont dawn it-testijiet?", "IAN BORG: It-testijiet imsemmija saru fix-xhur li għaddew u qed jiġu analizzati.", "Testijiet oħra relatati qed isiru f'dawn il-jiem sabiex ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati finali.", "QAWRA: TRIQ GĦAWDEX - TISWIJIET", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq Għawdex fil-Qawra, li hija triq li ta' kuljum jgħaddu minnha għexieren ta' karozzi tal-linja u mijiet ta' karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?", "IAN BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkunsidra l-aħjar metodu ta' kostruzzjoni li jrid isir f'din il-parti tat-triq u tipprepara biex hekk kif jispiċċa l-perjodu ta' \"No excavation or demolition works in tourism areas during the summer period\" regolat mill-Planning Authority u MTA, ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis.", "PASSAPORTI ĠODDA - TALBIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal passaport minn persuni li qatt ma kellhom passaport matul is-sena 2017?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li matul l-2017 kien hemm 15,638 persuna li applikaw għal passaport għall-ewwel darba jew applikaw għal passaport ġdid taħt kunjom ġdid.", "PASSAPORTI – TALBIET GĦAL TIĠDID", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal tiġdid ta' passaporti matul is-sena 2017?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li matul l-2017 kien hemm 39,710 talba għal tiġdid ta' passaporti.", "PASSAPORTI – TIĠDID MINN AMBAXXATI MALTIN", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tiġdid ta' passaporti li sar minn Ambaxxati Maltin matul is-sena 2017, maqsumin skont l-Ambaxxata?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li n-numru ta' passaporti mġedda matul l-2017 minn Ambaxxati Maltin kien ta' 3,271 imqassma skont it-tabella hawn taħt:", "PASSAPORTI GĦAL MINURI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħruġ ta' passaporti għal minuri wara li kien hemm ordni tal-Qorti sabiex jinħareġ passaport għall-minuri?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "QRATI - PERSUNI AKKUŻATI BI STUPRU", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew akkużati bi stupru mis-sena 2010 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ġew illiberati u kemm hemm proċeduri li għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qrati ta' Malta u Għawdex ma tinżammx l-istatistika mitluba.", "OMIĊIDJI VOLONTARJI – PERSUNI LI MA TRESSQUX IL-QORTI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna li kkommettiet omiċidju volontarju ma tressqitx il-Qorti peress li mill-investigazzjoni kien irriżulta li kienet qed taġixxi in legittima difesa?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin, kull persuna li mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li kkommettiet omiċidju volontarju tressqet il-Qorti.", "KULLEĠĠ SAN BENEDITTU – KORSIJIET 'TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA'", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-korsijiet 'Tagħlim Tul il-Ħajja' li jwasslu għal ċertifikazzjoni tal-Matsec m'għadhomx jingħataw aktar mill-Kulleġġ ta' San Benedittu f'Ħal Kirkop?", "Jista' jgħid jekk huwiex minnu li residenti minn Ħal Kirkop, iż-Żejtun u ż-Żurrieq qed jintalbu jattendu l-Blata l-Bajda?", "X'inhi r-raġuni?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li peress li kien osservat li ċ-ċentru għat-tagħlim tal-adulti ta' Ħal Kirkop ma kienx qed jiġbed u jżomm numru sostenibbli ta' studenti adulti matul is-sena, din is-sena ċ-ċentru nżamm miftuħ għal dawk il-korsijiet fejn ir-riżorsi tal-iskola huma essenzjali fl-għoti tal-kors partikolari.", "Korsijiet oħrajn ġew mifruxa fuq 14-il ċentru ieħor li d-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabilità għandu fin-nofsinhar ta' Malta, inkluż fiż-Żurrieq, iż-Żejtun u Ħal Kirkop stess.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li matul ix-xahar ta' Awwissu, id-Direttorat kellu laqgħat mal-Kap tal-Iskola u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop bil-għan li għall-ġejjieni jkunu jistgħu jintlaħqu aktar studenti adulti u jitjieb l-użu tal-faċilitajiet tal-iskola ta' Ħal Kirkop għat-tagħlim tal-adulti.", "WIED FULIJA – PJANTI TAL-PROĠETT PROPOST", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal The Malta Independent tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jagħti dettalji u pjanti tal-proġett propost?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjanti u d-dettalji tal-proġett propost għal Wied Fulija huma dawk kif ippreżentati fl-applikazzjoni PA 10374/17 mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-applikazzjoni u d-dettalji tagħha huma pubbliċi.", "WIED FULIJA – KONSULTAZZJONI MAL-KUNSILL LOKALI TAŻ-ŻURRIEQ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal The Malta Independent tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward l-istess proġett?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Wasteserv Malta Ltd iltaqgħet darbtejn mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fl-uffiċċju tagħhom nhar l-20 ta' Settembru 2017 u t-8 ta' Frar 2018.", "Apparti minn hekk, hemm proċess ta' konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u entitajiet oħra bħala parti mill-applikazzjoni tal-iżvilupp PA 10374/17.", "WIED FULIJA: PROĠETT - LANDFILL", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal \"The Malta Independent\" tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-proġett propost mhux se jkun jinkludi landfill?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett propost huwa rijabilitazzjoni ta' landfill antika li tinsab magħluqa.", "Ix-xogħlijiet jinvolvu fost l-oħrajn re-profiling tal-materjal eżistenti sabiex jitbiegħed mit-tarf tal-irdum u sabiex ikun aktar stabbli, kif ukoll capping b'materjal inert.", "WIED FULIJA: PROĠETT – AMMINISTRAZZJONI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal The Malta Independent tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost hux se jkun amministrat mill-privat jew mill-Gvern?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt li qed jiġi evalwat jinkludi tliet snin żmien ta' manutenzjoni mill-kuntrattur li ser ikun qed jagħmel ix-xogħlijiet.", "WIED FULIJA – DATA APPROSSIMATTIVA TAT-TLESTIJA TAL-PROĠETT", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal The Malta Independent tad-29 ta' Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista' l-Ministru jagħti data approssimattiva meta tali proġett se jkun lest?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett għadu fil-fażi tal-applikazzjoni għall-iżvilupp u sadanittant ħarġet ukoll is-sejħa għall-offerti li bħalissa qed tiġi aġġudikata.", "Ix-xogħlijiet mistennija jieħdu sentejn minn meta jibdew, jiġifieri il-proġett mistenni li jitlesta għall-ewwel nofs tas-sena 2021.", "KUMPANIJA – DIRETTURI, AZZJONISTI U UBOs", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?", "JOSEPH MUSCAT: L-Onor.", "Membru għandu jkun informat li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba mhuwiex fil-poter tal-Eżekuttiv.", "KUMPANIJA – DIRETTURI, AZZJONISTI U UBOs", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li isimha qiegħed jingħata separatament?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 6844.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦAL OQBRA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal oqbra f'kull ċimiterju madwar Malta u Għawdex?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru tal-applikazzjonijiet għall-oqbra fiċ-ċimiterji amministrati mill-Gvern madwar Malta u Għawdex sal-20 ta' Settembru 2018 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:", "KAŻIJIET TA' SERQ", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' serq irrappurtati fil-pajjiż mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KAŻIJIET TA' SERQ - LOKALITAJIET", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm saru rapporti ta' serq, lokalità b'lokalità, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena saru 4,574 rapport ta' serq skont kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ta' min jinnota li din is-sena kien hemm tnaqqis sostanzjali fin-numru ta' rapporti ta' serq għaliex għall-istess perjodu, fis-sena 2016 saru 6,369 rapport, filwaqt li għall-istess perjodu, fis-sena 2017 saru 5,404 rapporti.", "KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika rrappurtati bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6926.", "VJOLENZA DOMESTIKA – KAŻIJIET MAQSUMA SKONT IL-LOKALITAJIET", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika, lokalità b'lokalità, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "VJOLENZA DOMESTIKA - PERSUNI AKKUŻATI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa l-Qorti mill-Pulizija persuni akkużati bir-reat ta' vjolenza domestika mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kif diġà kien spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet f'rapporti ta' reat ta' vjolenza domestika, il-persuni responsabbli dejjem jiġu investigati u jitressqu l-Qorti.", "Peress li ma tinżammx sistema elettronika ta' dawn ir-reati bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li jingħataw figuri eżatti ta' kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.", "KAŻIJIET TA' OMIĊIDJI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "**SKEJJEL TAL-ISTAT – AVERAGE TEACHING LOAD", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-average teaching load tal-għalliema tal-Ingliż u tal-Matematika fl-iskejjel tal-Istat?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-199 għalliema tal-Ingliż fl-iskejjel tal-Istat qed jaqsmu bejniethom load ta' 4,563 lezzjoni.", "Dan jagħti average load ta' 22.93.", "Tajjeb wieħed jinnota li 15.7% tal-load ta' dawn l-għalliema (718-il lezzjoni) hija iddedikata għal servizzi bħal Guidance, Library, Learning Support Zone u Health and Safety.", "Il-183 għalliema tal-Matematika fl-iskejjel tal-Istat qed jaqsmu bejniethom load ta' 4,100 lezzjoni.", "Dan jagħti average load ta' 22.4.", "Tajjeb wieħed jinnota li 14.4% tal-load ta' dawn l-għalliema (590 lezzjoni) hija iddedikata għal servizzi bħal Guidance, Library, Learning Support Zone u Health and Safety.", "DIRETTORAT GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI – SUPPLY TEACHERS", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' supply teachers li ġew ingaġġati din is-sena mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi fl-iskejjel primarji?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li n-numru ta' supply teachers li ġew ingaġġati din is-sena mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi fl-iskejjel primarji huwa ta' 59.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-GĦAJN - INKJESTA FI BLOKKA FEJN KIEN HEMM NAR", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6660 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza tal-eżitu tal-inkjesta li saret minħabba nar fi blokka f'Wied il-Għajn fejn persuna tilef ħajtu, jista' l-Ministru jgħid hux legali li fi blokka ta' flats fejn ikunu joqogħdu numru ta' residenti, l-aċċess għall-bejt ikun imblukkat jew, agħar, magħluq b'mod permanenti?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-inkjesta msemmija ngħalqet fit-22 ta' Ġunju 2018.", "Peress li l-punt legali sollevat mill-Onor.", "Membru jinċidi fuq il-mertu tal-inkjesta ma jkunx prudenti u lanqas ma huwa skont ir-regoli dwar il-mistqosijiet parlamentari li jiġi espress parir legali fuq dan il-punt fil-Kamra.", "GĦAJN TUFFIEĦA: QTIL TA' QATTUSA – RAPPORTI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar il-każ tal-allegat qtil ta' ferħ ta' qattusa li ġiet imsawta sal-mewt f'restaurant f'Għajn Tuffieħa?", "Jista' jgħid ukoll meta saru dawn ir-rapporti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ma saru ebda rapporti lill-Pulizija dwar il-każ tal-allegat qtil ta' ferħ ta' qattusa barra restaurant f'Għajn Tuffieħa.", "GĦAJN TUFFIEĦA: QTIL TA' QATTUSA – AWTOPSJA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk il-Pulizija ordnatx li ssir awtopsja fil-każ tal-allegat qtil ta' ferħ ta' qattusa li ġiet imsawta sal-mewt f'restaurant f'Għajn Tuffieħa fejn anke r-ritratti tal-qattusa mejta dehru fuq il-media?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, il-Pulizija bdiet tinvestiga il-każ ex officio wara li segwiet rapporti li dehru fil-media soċjali u rapporti relatati mal-każ.", "Sfortunatament meta l-Pulizija marru fuq il-post, l-imsemmi qattus kien tneħħa.", "GĦAJN TUFFIEĦA: QTIL TA' QATTUSA - INTERROGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'investigazzjoni saret wara l-allegat qtil ta' qattusa f'restaurant f'Għajn Tuffieħa?", "Kemm kellmet/interrogat nies il-Pulizija fl-investigazzjoni tagħha?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li dwar l-allegat qtil ta' qattusa f'restaurant f'Għajn Tuffieħa, il-Pulizija ħadet passi meta saret taf bil-każ mill-midja soċjali u matul l-investigazzjonijiet tagħha kellmet numru ta' persuni li kien magħruf li kienu fuq il-post meta sar l-allegat inċident fit-12 ta' Awissu 2018, inkluż lil min allegatement seta' wettaq ir-reat.", "GĦAJN TUFFIEĦA: QTIL TA' QATTUSA – FILMATI TA' CCTV CAMERAS", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk fl-investigazzjoni tal-Pulizija dwar l-allegat qtil brutali ta' ferħ ta' qattusa f'Għajn Tuffieħa elevatx filmati ta' CCTV cameras li seta' kien hemm fir-restaurant fejn allegatement inqatlet il-qattusa u minn CCTV cameras oħra li seta' kien hemm fl-inħawi, inkluż iżda mhux biss, fejn instabet mejta?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi dwar l-allegat inċident imsemmi mill-Onor.", "Interpellant fil-mistoqsija tiegħu, il-Pulizija għamlu l-indaġni tagħhom."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181001_138d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 2 ta'Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 138, li saret fl-1 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni l-komunikazzjoni li kellha mal-Onor.", "Karl Gouder, fejn ġiet informata li l-Onor.", "Karl Gouder kien imsiefer fuq xogħol tal-Partit fis-Seduti 97, 98 u 99 tad-9, 10 u 11 ta' April, 2018, is-Sedja laqgħet it-talba u qed tordna l-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduti msemmija.", "L-ISPEAKER: Issa se nagħti dan ir-Ruling:", "Fis-seduta numru 138 tal-bieraħ l-1 ta' Ottubru 2018, immedjatament wara l-ħin tal-mistoqsijiet, l-Onor.", "Karol Aquilina ġibed l-attenzjoni tas-Sedja u għamel referenza għal żewġ domandi parlamentari sottomessi minnu li s-Sedja kienet informatu li ma kenux ammissibbli.", "Huwa qal hekk:", "KAROL AQUILINA: Sur President, nixtieq nitlob ruling taħt l-Ordnijiet Permanenti 26 u 27.", "Ftit tal-jiem ilu jien ippreżentajt żewġ mistoqsijiet parlamentari biex jiġu mwieġba mill-Prim Ministru.", "Dawn iż-żewġ mistoqsijiet parlamentari kienu jaqraw hekk:", "\"Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa u mhux iċċensurata tal-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant li tħejja mill-Maġistrat inkwerenti Aaron Buġeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?\"", "It-tieni mistoqsija:", "\"Jista' l-Prim Ministru jgħid l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew il-professjoni tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant li tħejja mill-Maġistrat inkwerenti Aaron Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?\"", "Illum wara nofsinhar ġejt informat mill-Iskrivan tal-Kamra li bħala Speaker inti tlabtu jinformani li ma tistax taċċetta dawn il-mistoqsijiet għaliex - u qed nikkwota - \"imorru kontra l-Ordni Permanenti 26(1)\".", "Dan anke fid-dawl tar-rulings mogħtija fl-14 ta' Marzu 2018 u fil-11 ta' April 2018 fejn ġie spjegat kif is-Sedja hija kostretta li tinterpreta dak li jgħid l-istess Ordni Permanenti fir-rigward ta' ħwejjeġ pubbliċi li għalihom il-Ministru huwa responsabbli fl-amministrazzjoni tad-dekasteru li jaqa' taħtu.", "Sur President, ma jeżisti l-ebda dubju li l-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant taqa' fid-definizzjoni ta' ħwejjeġ pubbliċi.", "Infakkar li din l-inkjesta ġiet mitluba mill-Prim Ministru nnifsu u li kopja tal-proċess verbal sħiħ, jiġifieri tal-inkjesta sħiħa, ingħatat lill-istess Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali minħabba l-pożizzjoni kostituzzjonali tiegħu ta' Prim Ministru li fi kliem l-Avukat Ġenerali stess hija … (Interruzzjonijiet)\"", "Huwa żied jgħid hekk:", "KAROL AQUILINA: L-istess Avukat Ġenerali, ftit tal-jiem wara, ammetta bil-ġurament li hu mhux biss ta kopja sħiħa tal-inkjesta lill-Prim Ministru iżda saħansitra kien bagħat ukoll kopja tal-inkjesta sħiħa lill-Ministru għall-Ġustizzja.", "Għalhekk, Sur President, illum f'din l-ewwel opportunità li għandi nixtieq nitolbok ruling formali biex il-mistoqsijiet parlamentari li għamilt referenza għalihom jitħallew isiru u, jekk le, inkun nista' nirregola ruħi.\"", "Hawnhekk is-Sedja wieġbet b'dan il-mod:", "\"L-ISPEAKER: Ovvjament irrispondejtek fl-email u għedtlek biex tagħmel referenza wkoll għaż-żewġ rulings li tajt fil-konfront tal-Onor.", "Simon Busuttil li kienu żewġ rulings f'dan ir-rigward dwar l-interpretazzjoni tal-Ordni Permanenti 26.", "Fir-ruling għedt li inti l-ewwel tiddiskuti privatament mal-Ispeaker dwar il-pożizzjoni li ħadt jew li nista' nieħu, li dan m'għamiltux għax ir-ruling huwa ċar.", "Din hija proċedura stabbilita mill-House of Commons.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, dak li kellek tgħid għedtu.", "Però, tinkwieta xejn, issa nagħtik ir-ruling fuq dak li tlabtni.", "Nirringrazzjak.\"", "Peress li din il-materja ġiet imqajma fil-Kamra, is-Sedja issa se taqra l-email li ġiet mibgħuta lill-Onor.", "Aquilina fl-intier tagħha:", "\"Nagħmel referenza għaż-żewġ interpellanzi t'hawn taħt li inti ppreżentajt:", "Mistoqsija lill-Prim Ministru (L-Onor.", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa u mhux ċensurata tal-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant Inc. li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Buġeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?", "Mistoqsija lill-Prim Ministru (L-Onor.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant Inc. li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Prim Ministru mill-Avukat Ġenerali?", "L-Ispeaker talabni ninformak li ma jistax jaċċetta dawn il-mistoqsijiet għaliex imorru kontra l-Ordni Permanenti 26(1) u dan anke fid-dawl tar-rulings mogħtija fl-14 ta' Marzu 2018 u fil-11 ta' April 2018 fejn ġie spjegat kif is-Sedja hija kostretta li tinterpreta dak li jgħid l-istess Ordni Permanenti fir-rigward ta' ħwejjeġ pubbliċi li għalihom il-Ministru huwa responsbbli fl-amministrazzjoni tad-dekasteru li jaqa' taħtu.\"", "Is-Sedja tixtieq tibda billi tagħmel referenza għar-rimarka li għamlet fil-Kamra dwar il-prassi użata fil-House of Commons, jiġifieri dawk il-proċeduri parlamentari li l-Ordnijiet Permanenti jgħidu li l-Ispeaker għandu jirrikorri għalihom, f'każijiet li ma jkunux koperti fl-Ordnijiet Permanenti.", "Hawnhekk is-Sedja rrimarkat li skont din l-istess proċedura li saret referenza għaliha wkoll fir-rulings ċitati, Membru huwa mistenni li jqajjem kwestjonijiet dwar rifjut ta' mistoqsija parlamentari b'mod privat direttament mal-Ispeaker.", "Din hija prassi wżata wkoll fil-Parlament Malti.", "Naħseb għalhekk li jkun tajjeb li allura nerġa' nirreferi għall-paġna 356 tal-Erskine May Parliamentary Practice 24 edizzjoni taħt it-titolu \"Speaker's control of questions\":", "Dan ikompli jgħid:", "Ikompli jgħid li:", "Hija għaldaqstant lampanti r-responsabbiltà tas-Sedja li tara jekk interpellanza hijiex skont l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u jekk għandhiex allura titħalla tifforma parti min-notice paper mal-interpellanzi parlamentari l-oħrajn.\"", "Is-Sedja hija marbuta bl-istess Ordnijiet Permanenti li tara liema huma dawk l-interpellanzi li jistgħu jiġu meqjusa bħala aċċettabbli u għaldaqstant ma tistax tabdika minn dan id-dover.", "Hawnhekk qed issir referenza partikolari għal dak li jgħid l-Ordni Permanenti 26(1) li jaqra hekk:", "\"Jistgħu jsiru interpellanzi fil-bidu tax-xogħol pubbliku lil kull Ministru dwar ħwejjeġ pubbliċi jew lil kull membru ieħor dwar xi xogħol tal-Kamra li għalih dak il-Ministru jew membru jkun responsabbli.\"", "Dan il-provvediment fl-Ordnijiet Permanenti tagħna nsibuh ukoll rifless u msaħħaħ fl-istess prattiċi tal-House of Commons fejn f'paġna 357 tal-24 edizzjoni tal-Erskine May, taħt it-titolu \"Questions to Ministers\" insibu dan li ġej:", "Is-Sedja se terġa' tagħmel referenza wkoll għal dak li qalet fir-ruling tagħha tal-14 ta' Marzu, 2018 u ċjoè għal dak li nsibu f'paġni 360 u 361 tal-istess Erskine May, taħt it-titolu \"Ministerial responsibilty\" fejn jingħad li:", "Dan insibuh ukoll fil-factsheet maħruġa mill-House of Commons Information Office f'Awwissu 2010 li jittratta dak li għandu x'jaqsam ma' \"Content and format of Questions\".", "F'paġna 3 ta' dan id-dokument insibu li:", "Din hija l-pożizzjoni li allura rridu dejjem insegwu.", "Is-Sedja tixtieq tirrileva li din kienet ir-raġuni primarja li għaliha hija ħasset li ż-żewġ mistoqsijiet tal-Onor.", "Aquilina ma setgħux jiġu meqjusa bħala ammissibbli.", "Is-Sedja hija tal-fehma li l-materja li dwarhom kienet tittratta l-mistoqsija ma kenitx tikkwalifika bħala xogħol pubbliku jew xogħol tal-Kamra li l-Prim Ministru kien responsabbli għalih, u dan għaliex is-Sedja ħasset li l-involviment tal-Prim Ministru fil-materja kien wieħed personali u bi dritt bħala ċittadin privat li għandu interess dirett.", "Dan l-argument huwa msaħħaħ mill-fatt li żewġ mistoqsijiet oħra fuq l-istess materja b'mod preċiż tal-inkjesta maġisterjali li l-Onor.", "Aquilina ssottometta kontemporanjament lill-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ġew fil-fatt aċċettati mis-Sedja; xi ħaġa li l-Onorevoli Membru għażel li ma jsemmix meta talab ir-ruling fis-seduta tal-bieraħ.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Toni Bezzina fl-\"Inter-Parliamentary Committee Meeting – EU Investing In its Transport Networks beyond 2020\" li nżammet fil-Parlament Ewropew fi Brussell fl-20 ta' Ġunju 2018; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Parlamentari għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fit-Tielet Sessjoni li nżammet fi Strasburgu bejn il-25 u d-29 ta' Ġunju 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "OHSA – KAŻIJIET – PASSI LEGALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid f'kemm-il każ ħadet passi legali l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar) (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Ninsab informata li mill-1 ta' Jannar, 2014 sal-aħħar ta' Settembru, 2018 l-OHSA ħadet 977 pass legali.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Nirrimarka li l-OHSA tista' tibda proċeduri legali skont in-numru ta' seduti assenjati lilha minn żmien għal żmien mill-istess Qorti.", "Fil-perjodu msemmi, l-OHSA ġiet assenjata seduti skont kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Irrid insemmi wkoll li apparti dawn il-kawżi, l-OHSA kienet involuta f'numru ta' kumpilazzjonijiet li jinvolvu numru ta' seduti għas-smigħ tax-xhieda.", "BELT VALLETTA - STALLS TAL-MONTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid fejn qegħdin l-istalls tal-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt li fl-2016 ir-rebbieħ kien saħansitra ngħata cheque għad-disinn tagħhom? (21.6.2016: http://www.independent.com.mt/articles/2016-06-21/local-news/Monti-saga-Winning-design-thrown-out-government-proposes-container-in-shape-of-Maltese-bus-6736159738 )", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-disinn tal-istalls li qed isir referenza għalih intgħażel minn Design Review Panel li kien ippresedut mill-President tal-Kamra tal-Periti.", "Madanakollu, fil-preżent il-Ministeru qiegħed jiffoka fuq riforma ħolistika ta' dan is-settur, fejn fiż-żmien li ġej se tkun qed tiġi ppubblikata White Paper għall-konsultazzjoni pubblika.", "Jekk kemm-il darba tittieħed deċiżjoni li jkun hemm stalls uniformi fil-Belt Valletta, id-disinn rebbieħ ċertament se jkun qed jittieħed inkonsiderazzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Wieħed mill-proġetti li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru, li milli nista' nifhem mexa 'l quddiem sew, huwa dak ta' Ta' Qali fejn kien hemm diversi ħwienet u manifatturi żgħar tal-artiġjanat Malti.", "Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra fiex jikkonsisti dan il-proġett, fiex wasal u meta mistenni jkun komplut bil-ħsieb li l-operaturi li kien hemm qabel jerġgħu jibdew joperaw f'din iż-żona?", "Qabel kien ikun hemm it-turisti u allura nistenna li kemm it-turisti kif ukoll il-Maltin iżuru aktar din iż-żona ladarba tkun kompluta.", "CHRIS CARDONA: Hekk hu.", "Ir-riġenerazzjoni tal-Crafts Village ta' Ta' Qali huwa proġett li ilu fuq il-karta għal snin twal u kien involut f'diversi diskorsi u preżentazzjonijiet ta' baġits differenti ta' gvernijiet ta' qabilna.", "Naħseb li issa, wara aktar minn 20 sena, dan il-proġett fl-aħħar qiegħed jimmaterjalizza ruħu.", "Fil-fatt min ikollu l-possibbiltà li jgħaddi minn hemm, jista' jinnota li x-xogħlijiet jinsabu fi stat avvanzat.", "Dan il-pjan, li huwa pjan ambizzjuż ħafna, se jagħti nifs ġdid lil Ta' Qali.", "F'din l-Amministrazzjoni kien hemm proċeduri li ħadu fit-tul minħabba li kellna niltaqgħu mal-operaturi u mat-tenants kollha li hemm ġo Ta' Qali biex naraw xi pjanijiet għandhom għan-negozju tagħhom.", "Fil-fatt il-Malta Industrial Parks hija l-entità governattiva responsabbli mix-xogħol infrastrutturali li qed isir f'dan il-villaġġ, li kif qegħdin taraw qed jgħaddi minn riġenerazzjoni totali.", "Qegħdin isiru toroq ġodda, inqalgħu d-dwal kollha, saru parkeġġi ġodda, u fuq kollox se jitkabbru u jkunu landscaped iż-żoni li huma miftuħin għall-pubbliku li se jkun qiegħed iżur Ta' Qali.", "L-għan tagħna hu li noħolqu żona fejn ikunu jistgħu jmorru l-familji bl-ulied u l-persuni li jkunu qegħdin iżuru l-villaġġ, fosthom it-turisti.", "Naħseb li din iż-żona se tkun landmarked fost żoni oħra li jżuru, u kif għedna diversi drabi, l-għan prinċipali tar-riġenerazzjoni ta' dan il-villaġġ mhuwiex biss biex nipprovdu post tax-xogħol għall-operaturi li diġà qegħdin fil-Crafts Village ta' Ta' Qali iżda l-viżjoni tagħna hija li noħolqu spazju pubbliku biex jitgawda mill-familji.", "Il-Malta Industrial Parks, sa mill-bidu ta' dan il-proċess, għarfet l-importanza li jkun hemm iżjed tħawwil ta' siġar f'dan il-villaġġ u għaldaqstant bdiet proċess li permezz tiegħu qegħdin inħawlu aktar minn 1,000 siġra ġdida fil-Crafts Village, għax tassew irridu nkomplu ntejbu l-ambjent ta' madwarna.", "Kuntrarju għal dak li ntqal fuq il-mezzi soċjali u f'rapporti oħra, dan il-proġett fl-ebda ħin mhu se jkun qed isir a skapitu tas-siġar.", "Hija parti neċessarja tal-proġett li jinqalgħu ftit mis-siġar li jinsabu hemmhekk iżda ħadna ħsieb li jerġgħu jitħawlu f'postijiet oħra madwar il-villaġġ filwaqt li nħawlu siġar ġodda.", "Sur President, nixtieq nenfasizza li dan il-proċess sar kollu skont il-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar u bi qbil totali mal-ERA.", "Min-naħa tagħna bħala Ministeru nbassru li dan il-proġett se jitlesta s-sena d-dieħla.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien se nerġa' lura għar-risposta li ta l-Ministru rigward l-istalls tal-Monti tal-Belt Valletta, għax hemm sentenza fejn il-Ministru qal li l-Ministeru qiegħed jiffoka fuq riforma ħolistika ta' dan is-settur.", "Qed nifhem sew li l-Ministru qed jgħid li se jippubblika White Paper dwar ir-riforma tas-swieq kollha li għandna f'Malta u f'Għawdex?", "Jekk inhu hekk, jista' jgħid ma' min qed jikkonsulta u jekk hux qed jaħseb li jipproponi li fl-ibliet u l-irħula tagħna jkun hemm stalls bħal dawk li kellu jkun hemm fil-Belt Valletta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "CHRIS CARDONA: Dak li qal l-Onor.", "Vassallo huwa proprju dak li qed isir bħalissa.", "Il-perjodu li matulu qed tiġi ppreparata l-White Paper jinsab fl-istadju konklużiv tiegħu.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar open markets u allura meta tkun qed tipprepara White Paper ta' dan it-tip ma tistax ma tikkonsultax mal-major stakeholders, li f'dan il-każ huma l-kunsilli lokali li għandhom swieq fil-beraħ fil-lokalità tagħhom, kif ukoll l-operaturi li jkollhom il-liċenzja biex joperaw.", "Ovvjament it-tielet fażi trid tkun il-konsultazzjoni pubblika.", "Qed ngħid hekk għax minbarra l-impatt li għandhom is-swieq fuq il-konsumatur, hemm il-kwestjonijiet ta' x'ħin jarmaw u x'ħin iżarmaw, hemm il-lokazzjoni tas-swieq eżistenti u hemm ukoll il-kwestjoni tar-residenti, għax il-ħajja m'għadhiex kif kienet qabel.", "Illum is-swieq għandhom dimensjoni differenti milli kellhom 40, 50, jew 60 sena ilu u allura jrid jinħoloq bilanċ sostenibbli biex filwaqt li nissalvagwardaw li s-swieq jibqgħu jeżistu ħalli min jopera fis-swieq ma jiġix skapriċċat u jkollu l-għajxien tiegħu assigurat, bħalma għamilna, pereżempju, bis-suq tal-Belt Valletta, fl-istess ħin ikun hemm bilanċ komdu għar-residenti li jgħixu fiż-żoni li fihom ikun hemm is-swieq.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, ilbieraħ ħarġet statistika importanti ferm dwar il-qgħad.", "Jista' l-Ministru jgħid kif jinterpreta din l-istatistika?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "CHRIS CARDONA: Kif qalet l-Onor.", "Cutajar, ilbieraħ il-Eurostat ħarġet iċ-ċifri li jirriflettu dak li ġara fil-kamp tal-qgħad matul ix-xahar t'Awwissu li għadda, u jidher ċar li Malta żammet postha mal-pajjiżi li għandhom l-inqas rata ta' qgħad fl-Unjoni Ewropea.", "Iċ-ċifri juru li matul ix-xahar t'Awwissu, ir-rata ta' qgħad f'pajjiżna kienet ta' 3.8%, ir-Repubblika Ċeka kellha l-inqas rata ta' qgħad, filwaqt li l-Greċja, jekk m'iniex sejjer żball, kellha rreġistrat 19% ta' qgħad, li hija l-iktar pajjiż membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea li qed jirreġistra qgħad bħalissa.", "Warajha hemm Spanja, imbagħad hemm l-Italja bi 3.8%.", "L-istatistika turi wkoll li l-qgħad f'pajjiżna kompla jonqos partikolarment fost iż-żgħażagħ.", "L-istatistika tal-Eurostat turi wkoll – naħseb li din hija l-istorja narrattiva politika l-aktar b'saħħitha – li kellna l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li għandhom inqas minn 25 sena, b'kuntrast ma' dak li kien jiġri qabel is-sena 2013.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li meta tlajna fil-gvern fl-2013 sibna unemployment level ta' aktar minn 6.5%, kważi d-doppju tal-qgħad li hemm illum.", "Hemm ħafna iżjed xi jsir.", "Qabel il-bidla fil-gvern, anke skont il-Eurostat, kien hemm madwar 5,000 iktar persuni jfittxu x-xogħol milli hemm illum u din għandha l-impatt tagħha mill-aspett demografiku, għax bħala popolazzjoni bqajna niżdiedu, u naħseb li fattur ewlieni wara t-tnaqqis fil-qgħad kien is-suċċess u t-tkabbir tal-ekonomija.", "Il-fatt li llum għandna ekonomija diversifikata u sostenibbli li tattira aktar nies għax-xogħol u taġevolahom biex jaħdmu aktar u jaqilgħu aktar, naħseb li fil-verità tirrifletti l-istrateġija ekonomika li adottajna sa mil-leġiżlatura li għaddiet, li ndaħħlu aktar ċertezza, iktar stabilità u nassiguraw li l-operaturi tagħna ma jiffaċċjaw l-ebda xokk fil-ħajja ekonomika tan-negozju tagħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien se nerġa' mmur lura għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija li saret fuq is-swieq.", "Qed nifhem sew li l-Ministru se jkun qiegħed jipproponi tibdil fit-toroq, fil-ħinijiet u fil-lokalitajiet fejn għandna s-swieq miftuħin fil-preżent?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "Vassallo ngħidlu li mhux neċessarjament isir dan u dik hija r-raġuni għalfejn se jkun hemm il-public consultation.", "Il-fatt li jkollok White Paper bl-ideat tal-konsultazzjoni pubblika jfisser li jaf għandek raġun f'dak li qed tasserixxi u jaf m'għandekx raġun.", "Irridu naraw il-proposti li se joħorġu mill-White Paper li s'issa għadna ma rajniehomx imbagħad nikkonsultaw mal-pubbliku u mal-operaturi, ħalli nsibu l-bilanċ li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal deċiżjoni li tkun fl-interess ta' kulħadd.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Chris Cardona.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS CARDONA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali 314 tal-2018 - Regolamenti tat-2018 dwar Assistenza għall-Konsulenza ta' Servizzi ta' Negozju; u", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar bejn Jannar 2014 u Awwissu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3933.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bejn Jannar 2014 u Awwissu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3934; u", "Lista li turi n-nazzjonalità ta' studenti barranin fl-Università ta' Malta għas-sena akkademika 2017/2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6746.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma bejn Jannar 2014 u Awwissu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3935;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mil-LESA bejn Ottubru 2015 u Mejju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6635;", "Kopja ta' Memorandum of Understanding And Judicial Cooperation bejn l-Uffiċċji tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika ta' Malta u dak tal-Palestina li kien iffirmat fid-9 ta' Settembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6846; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' spezzjonijiet li saru mill-Building Regulations Office bejn Settembru 2017 u Awwissu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6871.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar siġar u pjanti li tħawlu fil-lokalitajiet f'Għawdex bejn Marzu 2013 u Settembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6406.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għall-Kumitati Permanenti u nsejjaħ lill-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li l-Kumitat iltaqa' nhar it-Tnejn, 17 ta' Settembru, 2018 u ai termini tad-dispożizzjonijiet tal-artiklu 4 (2) (b) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea, għamel id-diskussjoni dovuta fir-rigward tar-ratifika ta' dawn it-tliet ftehimiet li ġejjin:", "Cooperation Agreement on Partnership and Development bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Afghanistan;", "Comprehensive and Enhanced Partnership Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Armenja;", "Political Dialogue and Cooperation Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u Kuba.", "Il-Kumitat qabel unanimament mar-ratifika tagħhom u nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Cooperation Agreement on Partnership and Development bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Afghanistan;", "Kopja tal-Comprehensive and Enhanced Partnership Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Armenja; u", "Kopja tal-Political Dialogue and Cooperation Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u Kuba.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artiklu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra:", "fil-laqgħa tas-17 ta' Ottubru 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, meta l-kumitat jiddiskuti l-Ombudsplan għas-sena 2019, l-Onor.", "Alex Muscat se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "f'kull laqgħa li tinżamm tal-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp fix-xhur ta' Ottubru u Novembru 2018, l-Onor.", "Godfrey Farrugia se jissostitwixxi lill-Onor.", "Ngħaddu issa għall-Kondoljanzi tas-Sinjura Pawlina Vassallo, omm il-kollega tagħna l-Onor.", "Edwin Vassallo, li ħallietna fit-18 ta' Lulju, 2018.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, f'isem sħabi min-naħa tal-Gvern – għax naf li se jkun hemm ir-replika fl-istess spirtu min-naħa tal-Oppożizzjoni – irrid nestendi l-kondoljanzi lill-ħabib u kollega tiegħi, l-Onor.", "Edwin Vassallo u l-familjari tiegħu għat-telfa t'ommu ftit tal-ġimgħat ilu.", "Qegħdin nagħmlu l-kondoljanzi llum għax il-Parlament kien wieqaf għall-vaganzi tas-sajf.", "Lis-Sinjura Pawlina Vassallo ma kontx nafha però naf li għexet għomor ta' 81 sena, kienet omm ta' tlieta, fosthom l-Onor.", "Vassallo, u nanna ta' aktar.", "Qaluli li kienet devota ħafna ta' Santa Marija, u naħseb li bir-raġun għax kienet Mostija, u allura kienet fil-post it-tajjeb.", "Minn dak li sirt naf kienet mara tal-ġabra ħafna u jidher ċar li l-valuri tagħha għaddiethom lilek, Onor. Vassallo.", "Għalhekk bħala ħabib u kollega, f'isem il-Gvern, nestendilek il-kondoljanzi sinċieri tagħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, nirringrazzja lid-Deputat Prim Ministru.", "F'ismi personali u f'isem il-Membri tal-Oppożizzjoni, ningħaqad man-naħa tal-Gvern biex ngħaddi l-kondoljanzi lill-Onor.", "Edwin Vassallo u l-familjari tiegħu.", "Jien l-istess, lis-Sinjura Pawlina Vassallo ma kontx nafha personalment, però minn dak li smajt dakinhar tal-funeral minn fuq il-pulptu, kellha sentiment ta' familja, sentiment ta' devozzjoni, sentiment ta' għaqda u valuri nsara, u l-Onor.", "Edwin Vassallo huwa xhud ħaj ta' dak kollu li ħalliet warajha.", "Nixtieq ngħid partikolarment li s-sentimenti u n-niket li kien qed iħoss u juri l-Onor.", "Edwin Vassallo kienu tassew xi ħaġa li tidher u tinħass ħafna.", "Għalhekk naħseb li jkun ġust li nirrikonoxxu lil din l-omm li fis-sens sħiħ kif nifhmuh aħna ta' omm, ħalliet warajha xhieda ta' mħabba, ta' valuri u ta' dak kollu li jagħmilna min aħna llum.", "Dan hu l-messaġġ li nixtieq inwassal lill-Onor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nirringrazzja lid-Deputat Prim Ministru għan-naħa tal-Gvern u lill-Kap tal-Oppozizzjoni għan-naħa tal-Oppożizzjoni għas-sentimenti li għadhom kemm qasmu miegħi u mal-familjari tiegħi.", "Jien nieħu pjaċir niġi hawnhekk nitkellem u nilletika però diskors bħal dan qatt ma kont ippreparat għalih.", "Għaldaqstant, filwaqt li nirringrazzja lilkom u lilek, Sur President, għall-preżenza ta' ħafna minnkom waqt il-funeral, nixtieq nirringrazzja lill-infermiera tal-ward WR9 tal-Isptar Karen Grech li għext magħhom għal kważi xahar u nofs meta ommi kienet rikoverata hemmhekk.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nagħmel żewġ ħsibijiet.", "L-ewwel ħaġa, se nixhed għal dak li nemmen fih.", "Nirringrazzja lil Alla talli tani lil ommi, li kienet dik li kienet u li għamlet miegħi dak li għamlet.", "Jien dispjaċir wieħed għandi u dan huwa t-tieni ħsieb tiegħi.", "Mill-Parlament nitlobha maħfra b'mod pubbliku ta' kemm stajt weġġajtha minħabba l-ħajja politika tiegħi, għax fil-politika ħafna drabi ma nweġġgħux aħna biss, imma fit-taqbida tagħna jweġġgħu l-għeżież tagħna li jkunu madwarna.", "Għalhekk nitlobha maħfra pubblikament għax fil-25 sena li ilni fil-politika, mill-ewwel elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u fit-22 sena li ili fil-Parlament, kienet dejjem issostnini imma mhux l-ewwel darba li qasmet miegħi dan il-kliem: \"X'int tagħmel hemm?", "Din mhijiex żejda?\"", "Kien hemm ukoll drabi meta ċanfritni għax skont hi kont qbiżt il-linja.", "Sur President, ma niddejjaqx ngħidlek li ċ-ċanfira tagħha ma kenitx tkun ratba daqs tiegħek, għax għalkemm taħseb li ċ-ċanfira li tieħu minn hawnhekk tkun xi ftit iebsa, żgur li t'ommok tħossha ferm iktar.", "Għal darb' oħra nirringrazzjakom u nirringrazzja lil ommi talli kienet dik li kienet.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jiena Mosti bħalek u nikkonferma dak kollu li qed tgħid.", "Jien lil ommok nafha bħala persuna ta' morali għoljin ħafna li kienet rispettata mill-Mostin kollha.", "Nikkondividi miegħek dak li qed tgħid fuq l-ommijiet għax jien ukoll għandi problema b'ommi, u kif taf int nifhem it-tbatijiet li jgħaddu minnhom l-ommijiet u ċ-ċanfiriet li jagħtuna.", "Inti lil ommi tafha sew u taf li dak li jkollha tgħidlek, tgħidulek.", "Ningħaqad mal-kummenti tad-Deputat Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni u minn qalbi ngħaddilek il-kondoljanzi f'isem kulħadd.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR", "L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-1 ta' Ottubru, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, qegħdin nitkellmu dwar it-tielet settur li ma jinkludix biss il-volontarjat imma jkopri wkoll il-koperattivi, l-assoċjazzjonijiet u l-entitajiet karitattivi li huma l-qofol u s-sinsla tas-soċjetà ċivili.", "Il-gwida tagħhom hija l-benefiċċju tal-interess pubbliku.", "Dan huwa t-tielet settur li t-tmexxija tiegħu u tal-għaqdiet volontarji, kif tgħid l-istess kelma, tmur lil hinn mill-Gvern u mis-settur pubbliku.", "Il-motiv tal-NGOs u l-għaqdiet l-oħra li nsibu fit-tielet settur huwa l-altruwiżmu li jkollhom għax huma value driven biex itejbu l-kwalità tal-ħajja u allura jitkellmu fuq il-prinċipji.", "L-eżempji huma varji, fosthom it-tkabbir tal-public welfare u l-ħarsien tal-ambjent, tal-patrimonju, tal-kultura u tal-identità Maltija.", "Hemm ukoll l-isport, id-drittijiet tal-annimali u d-drittijiet tal-bniedem innifsu.", "Huma x'inhuma, dawn l-entitajiet jagħmlu kollox mingħajr profitt.", "Huma organizzazzjonijiet fejn il-profitt u l-interess personali ma jidħol qatt.", "Dan huwa s-sabiħ ta' din il-parti tas-soċjetà ċivili u f'Malta dan għandna bżonn insaħħuh ferm aktar.", "Sur President, jien wieħed minn dawk li dejjem emmint, ħdimt u għext f'dawn l-għaqdiet, qabel ma dħalt fil-ħajja pubblika rappreżentattiva.", "Mingħajr tlaqliq ngħid li s-sens ċiviku li jrawmu dawn l-organizzazzjonijiet fil-persuna, jgħin fil-formazzjoni tal-persuna u tal-volontarjat, fejn wieħed jagħti mingħajr qatt ma jistenna xejn lura.", "Għalija l-volontarjat u l-NGOs, huma min huma, u semmejt diversi eżempji, huma komunità, huma solidarjetà, huma identità u allura dawn għandhom rwol speċjali fis-soċjetà li qegħdin ngħixu fiha llum tal-aqwa żmien, għax bir-rwol tagħhom huma jimlew il-vojt li s-settur pubbliku ma jistax jilħaq.", "Dan għaliex is-settur pubbliku ma jilħaqx l-għeruq u l-aspirazzjoni tal-komunità nnifisha.", "L-NGOs huma l-ewwel għajnuna meta tiġi għas-settur ċivili u għalhekk huma s-sies tas-soċjetà.", "Mela jekk verament nemmnu fihom, la l-Gvern ċentrali u lanqas il-Gvern lokali m'għandhom jindaħlulhom.", "Dawn għandhom ikollhom ir-rwol utli tagħhom u għalhekk jissejħu t-tielet settur.", "Jiddispjaċini ninnota li ċerti membri – qed nirreferi għall-membri pubbliċi kollha, inkluż il-Membri ta' din il-Kamra – jħarsu lejn il-volontarjat bħala opportunità ta' profitt personali biex itejbu l-image pubbliku tagħhom, bħallikieku li turi wiċċek huwa parti mill-branding tas-CV tiegħek.", "Dan m'għandux ikun għax l-NGOs għandhom rwol importanti.", "Ninnota, u bla ma rrid ngħid, li ċerta pubbliċità żejda li ssir minn Ministri u minn Segretarji Parlamentari meta jagħtu għotjiet ta' fondi, kemm jekk ikunu ġejjin mill-assi tal-poplu jew mill-Unjoni Ewropea, issir daqslikieku qegħdin joħorġuhom minn buthom, b'mod partikolari qabel xi kampanja elettorali.", "Jien naqbel ma' kwalunkwe inċentiv imma l-għemil għandu jkun nobbli.", "La qed insemmi l-għemil nobbli, irrid ngħid li għandna nkunu l-prime movers li nemmnu fil-public social partnership, u dawn għandhom jiżdiedu.", "Dan huwa qafas li jmur lil hinn mill-public private partnership li bis-saħħa tiegħu jiggwadanja ferm aktar il-poplu għax huwa added value u value driven.", "Ninnota li l-Ministru għamel emendi mirquma sew li jirriflettu l-qabża li għandna bżonn f'dan il-qafas legali meta nħarsu lejn il-volontarjat.", "Dan huwa tajjeb u inkoraġġanti, imma ninnota wkoll li hemm passi oħrajn li jħarsu lejn il-volontarjat biex jibnu dawk iċ-checks and balances ta' korrettezza.", "Dan huwa tajjeb imma nixtieq nagħmel suġġeriment.", "Nixtieq inżid emenda oħra ma' dawk il-ħafna emendi tajbin li żdiedu.", "Jien inħoss li din hija miżura importanti fil-ħajja li qegħdin ngħixu bħalissa u se nirreferi l-eżempju ta' din l-emenda biex jifhimni kulħadd, b'mod partikolari l-pubbliku, għal dawk l-NGOs ambjentali, però din ma tgħoddx għalihom biss, imma tgħodd għal oħrajn ukoll.", "Hawn qed nirreferi għall-ENGOs li llum għandhom rwol importanti għax bis-saħħa tagħhom il-wirt naturali u l-ambjent li qegħdin ngħixu fih qed jissaħħaħ.", "Mhijiex battalja faċli meta l-ekonomija titmexxa mill-iżviluppaturi.", "Qegħdin f'punt kruċjali fejn is-sostenibilità ambjentali hija mhedda minħabba ċ-ċokon tan-nazzjon tagħna u l-popolazzjoni li tgħix f'din il-qoxra ta' gżira.", "Għalhekk, kif semmejt qabel, nifhem li dawn l-għaqdiet volontarji mhux governattivi jimlew il-vojt fejn is-settur pubbliku ma jidħolx.", "Għalhekk huma jkunu l-vuċi tal-komunità u l-karba tan-nazzjon fejn ħaddieħor ma jitkellimx, għax iħarsu l-ġid komuni.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-ambjent huwa saħħitna u għaldaqstant dawn ikunu qegħdin iħarsu s-saħħa tagħna lkoll.", "Għalhekk nifhem li għandhom igawdu ċerti privileġġi u l-ikbar nuqqas jeżisti meta dawn l-ENGOs u oħrajn bħalhom ikunu jridu jagħmlu appelli l-qorti jew ma' xi awtorità - fil-każ tal-ENGOs mal-Awtorità tal-Ippjanar – li jiswew eluf ta' ewro.", "Meta s-soċjetà ċivili titkellem permezz ta' dawn l-għaqdiet volontarji favur l-ambjent kontra xi proġett tal-Gvern, jew xi proġett privat, huma żvantaġġati biex jitkellmu f'isem il-poplu.", "Ir-rieda hemm qiegħda, imma m'għandhomx biżżejjed flus biex jagħmlu dak l-appell li joħloq dik is-sistema ta' ġustizzja soċjali li tant nippriedkaw fuqha f'din il-Kamra.", "Għalhekk jien qed nipproponi li l-emendi ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jkunu tali li jingħata privileġġ lil dawn l-għaqdiet volontarji, billi t-tariffi li jitħallsu s-soltu jkunu mraħħsa jew sussidjati mill-Gvern.", "Jekk dan verament isir, ikun rikonoxximent ġej mill-Gvern preżenti li jsaħħaħ ir-rwol proattiv ta' dawn l-ENGOs fi żmien meta f'pajjiżna l-ambjent huwa prijorità.", "Lill-Ministru għall-Ambjent ta' spiss nisimgħuh iħambaq dwar dan.", "Aħna tal-Partit Demokratiku nitkellmu bla kantunieri meta niġu għall-ħarsien l-ambjent għax nafu li l-ambjent huwa saħħitna, huwa saħħet il-poplu Malti, huwa saħħet il-familji Maltin.", "Għalhekk, fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, se nressaq emenda ġdida f'dan ir-rigward u nispera li l-Ministru konċernat isib is-sotenn biex tiġi inkorporata f'dawn l-emendi.", "Fl-aħħar nett, nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-front desk tal-Uffiċċju tal-Kummissarju, għax hemm individwu li liċ-Ċivil jagħmlu kbir.", "Il-mod kif jittratta man-nies fuq it-telephone u l-mod kif jinformak u jkompli jidderiġik biex tissieħeb u jħajrek, anke b'mod tekniku, tibdel statut jew tikkonforma mal-liġi, huwa wieħed eżemplari.", "Nawgura wkoll lill-Kummissarju l-ġdid, Dr Abela Medici, għall-ħatra tiegħu, imma fuq kollox, la f'din il-Kamra lkoll nemmnu tant fil-volontarjat u fis-soċjetà ċivili, inħoss li wasal il-mument li s-soċjetà ċivili nħarsuha mhux bil-kliem imma bl-għemil.", "Is-soċjetà ċivili tinkludi d-diversi oqsma tagħha u għaldaqstant bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni f'isem il-Partit Demokratiku, nixtieq li din il-Kamra tieqaf aktar favur dan it-tielet settur.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi jittratta suġġett li, kif taf inti, huwa għal qalbi ħafna.", "Il-volontarjat huwa għal qalbi għal diversi raġunijiet.", "Meta tinzerta tkun f'leġiżlatura u tkun qiegħed tagħti l-kontribut tiegħek għall-finijiet leġiżlattivi ta' pajjiżna, huwa ta' sodisfazzjon meta jkollok l-opportunità, kif għandi jien illejla, li tipparteċipa f'dibattitu bħal dan fuq liġi li għalkemm wieħed iħares lejha minn ottika teknika, għax hija voluminuża u fiha dettall kbir fil-mod kif ġiet mirquma, tolqot aspetti importanti ħafna f'pajjiżna.", "F'dan il-ħin irrid nolqot żewġ aspetti għax għalija din il-liġi tiġbor żewġ aspetti ewlenin mil-liġi oriġinali, ċjoè l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "L-ewwel aspett huwa dak tal-funzjoni soċjokulturali li għandhom l-għaqdiet volontarji.", "Kif nafu, f'pajjiżna, hawn aktar minn 1,500 għaqda volontarja, li kollha kemm huma, fil-mod kif inhuma komposti, għandhom rwol importanti fil-komunità li jaħdmu fiha.", "Dan huwa rwol li meta tħares lejh b'mod iżolat jidher li qed jiffoka fuq xi ħaġa verament żgħira, però meta tħares lejn l-aggregate effect ta' dak li jagħmlu dawn l-għaqdiet volontarji, tara li l-importanza, is-saħħa u l-valur li jagħtu dawn l-għaqdiet huma b'saħħithom u kbar ħafna, għax jagħtu sens ta' identità lil pajjiżna, sens ta' komunità u sens ta' għożża.", "Fil-komunità stess għandek gruppi ta' nies li jridu jużaw il-ħin tagħhom u l-isforzi volontarji tagħhom biex fid-dinja lokali u kultant anke fuq skala nazzjonali, jagħtu kontribut lejn il-bqija tas-soċjetà ta' pajjiżna.", "Għalhekk lil dawn l-għaqdiet volontarji li jaħdmu f'diversi oqsma, fosthom fl-aspett kulturali, fl-aspett reliġjuż, fl-aspett soċjali u fl-aspett tal-kura, inqishom bħala ċelebrazzjoni ta' dak li verament jagħmilna Maltin.", "Jien nemmen li dan is-sens ċiviku għandna ngħożżuh u nrawmuh fuq livell leġiżlattiv.", "Din il-Kamra għandha turi l-apprezzament tagħha għall-passjoni u l-entużjażmu li juru n-nies f'dawn l-għaqdiet u għall-mod li bl-Ingliż jgħidulu selflessness ta' kif joperaw f'pajjiżna.", "It-tieni aspett huwa dak ta' policy.", "L-għaqdiet volontarji għandhom rwol importanti u fil-parti l-kbira tal-intervent tiegħi tal-lum se nkun qed nitkellem fuq dan ir-rwol mill-ottika ta' tħaddim ta' servizzi pubbliċi, li mingħajr l-ebda eżitazzjoni ngħid li huwa settur kruċjali ħafna għal pajjiżna li s'issa għadna ma tajnihx l-importanza li jixraqlu.", "Dan huwa settur li ma tistax tħares lejh biss mill-ottika tal-ġid li jsir mill-aspett soċjokulturali però trid tara kif dawn l-għaqdiet jistgħu finalment iroddu lura lill-komunità valur miżjud qawwi fis-servizzi li jagħtu fil-komunità.", "Għalhekk huwa importanti li ma nħarsux biss lejn l-aspett tal-ħidma iżolata li jagħmlu dawn l-għaqdiet fil-lokal, għax dik hija kategorija waħda ta' għaqdiet volontarji, però rridu nħarsu lejn dak li qed ngħidu b'mod usa.", "Kif diġà spjega l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni, din hija liġi li aħna naqblu magħha.", "Ovvjament, f'liġi ta' 200 paġna, fl-istadju ta' Kumitat, l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq il-ħsebijiet tagħha però meta tħares lejn il-qafas tal-liġi u l-għanijiet li ftit aktar 'il quddiem se nsemmi xi kummenti dwarhom, m'hemm l-ebda dubju li kulħadd jaqbel mal-prinċipji ta' dak li qiegħed jitressaq fil-qafas tal-liġi.", "Nixtieq nibda billi nħares ftit lejn kif wasalna għal-leġiżlazzjoni marbuta mal-għaqdiet volontarji għax tista' tgħid li dan huwa vjaġġ li beda snin ilu.", "Kif nafu, fl-2007 daħal fis-seħħ l-ewwel Att li stabilixxa l-leġiżlazzjoni dwar l-għaqdiet volontarji, u f'dawn l-aħħar 11-il sena sar ħafna xogħol li permezz tiegħu l-Kummissarju, li bil-liġi għandu r-responsabbiltà li jamministra dan is-settur, ta qafas u struttura u fuq kollox ta rikonoxximent lil dawn l-għaqdiet.", "Filwaqt li forsi preċedentement, qabel ma daħlet il-liġi, dawn l-għaqdiet kienu jfaqqsu u mbagħad jispiċċaw imutu along the way, issa permezz ta' dan il-qafas legali ngħata rikonoxximent u dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ir-relevanza tagħhom.", "Għaldaqstant pass ieħor li kien implimenta Gvern Nazzjonalista hu li wettaq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, li kemm jista' jkun il-poter ma żżommux ċentralizzat imma twasslu viċin l-għeruq tas-soċjetà tiegħek.", "F'din il-liġi kien hemm riflessjoni tas-sussidjarjetà u ta' kif ir-rikonoxximent għax-xogħol volontarju jista' jwassal biex jikkontribwixxi lejn it-tkattir tal-ġid komuni.", "L-ewwel Kummissarju tal-għaqdiet volontarji, il-Professur Kenneth Wain, bejn wieħed u ieħor għamel 11-il sena fil-kariga tiegħu li matulhom beda l-operat tiegħu mix-xejn u ħadem b'nuqqas ta' riżorsi taħt gvern u taħt ieħor.", "Fl-opinjoni tiegħi, f'dawn il-11-il sena mexxa l-ħidma tiegħu b'serjetà, b'passjoni u bl-integrità li kien hemm bżonn biex dan is-settur, minn settur li ma kien regolat xejn, iġibu settur aktar organizzat, strutturat u ħafna aktar regolat.", "Minbarra li tirringrazzja lill-Professur Wain, din il-Kamra għandha tirringrazzja wkoll lil dawk l-individwi li forsi l-operat tagħhom ma jidhrux.", "Hawn qed nirreferi għall-istaff, li kif kien semma l-Professur Wain stess f'diversi interventi li kellu matul is-snin, kien staff żgħir, però fl-opinjoni tiegħi, għalkemm fin-numru kien żgħir, għamel mirakli kbar f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati.", "Biss, biss, meta taħseb li l-istaff limitat li hemm illum jopera madwar 1,500 għaqda volontarja, indubjament tara l-valur u l-output ta' dan l-istaff.", "Irrid nifraħ ukoll lil Dr Abela Medici għall-ħatra tiegħu.", "Dr Abela Medici huwa rinomat fil-qasam tax-xogħol tiegħu, però mhux biss, għax kif jafu ħafna, għandu esperjenza diretta f'dak li għandu x'jaqsam mal-għaqdiet volontarji.", "Huwa serva fuq diversi għaqdiet volontarji u allura għandu first hand experience ta' xi tfisser li tamministra għaqda volontarja bl-isfidi kollha li ġġib magħha.", "Kif semma lbieraħ l-Onor.", "Hermann Schiavone, dawn l-emendi fil-liġi indubjament kienu long time coming, għax suppost kienu ilhom jinħmew.", "Dawn l-emendi kienu waħda mir-raġunijiet, jekk mhux ir-raġuni ewlenija, għalfejn irriżenja l-Kummissarju preċedenti l-Professur Kenneth Wain, li f'istanza minnhom kien saħaq li kien qed isibha diffiċli ħafna biex jikkonvinċi u jipperswadi lill-Gvern bl-urġenza ta' dawn l-emendi li qegħdin jitressqu.", "Meta wieħed iħares lejn l-emendi jara li fil-biċċa l-kbira tagħhom għandhom importanza kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni tal-ħasil ta' flus.", "Indubjament, meta wieħed jara ż-żmien twil li ħadu biex waslu quddiem din il-Kamra u mbagħad tressqu quddiem il-Kamra tista' tgħid ftit tal-ġranet qabel ma f'pajjiżna se jkun hawn is-site visit tal-Moneyval, wieħed jistaqsi għalfejn kellna nkunu xprunati b'dan is-site visit tal-Moneyval biex nagħmlu l-bidliet fil-liġi.", "Għal min qiegħed isegwina, il-Moneyval huwa Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa li ilu mwaqqaf numru ta' snin li Malta hija membru tiegħu.", "Il-Moneyval iżur il-pajjiżi membri tiegħu biex ikun jista' janalizza dak li qed isir vis-à-vis l-prevenzjoni tal-ħasil ta' flus u l-iffinanzjar marbut mal-attivitajiet terroristiċi.", "L-ewwel round tal-Moneyval f'Malta kien sar bejn l-1998 u s-sena 2000 u l-aħħar round li sar, li kien ir-raba' wieħed, sar fl-2012 meta waħda mir-rakkomandazzjonijiet u wieħed mill-punti ta' tħassib li kien ressaq il-Moneyval kien marbut mal-punt tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet volontarji.", "Aħna għandna x'nifhmu li din il-liġi tindirizza dan it-tħassib u għall-inqas is-sodisfazzjon tagħna hu li ġaladarba f'Novembru se jkun hawn id-delegazzjoni tal-Moneyval tagħmel is-site visit tagħha f'pajjiżna, jekk xejn fil-qafas leġiżlattiv se nkunu indirizzajna dawn il-punti.", "Il-punt ewlieni tiegħi xorta jibqa' li m'għandniex nagħmlu bidliet fil-liġi sempliċement għax ikun ġej Kumitat mill-Kunsill tal-Ewropa biex jara xi progress għamilt fuq ir-rakkomandazzjonijiet li tak, mhux sitt ġimgħat ilu jew sitt xhur ilu, iżda li għamillek bil-miktub sitt snin ilu.", "Għalhekk nemmen li meta qegħdin nitkellmu fuq dawn l-aspetti, l-għan tagħna llum – u rrid nuża l-ħin tiegħi mhux biex nitkellem fuq dan l-element però biex nitkellem fuq elementi oħrajn – għandu jkun prinċiparjament l-aspett marbut mal-valur li bħala pajjiż, bħala soċjetà u bħala komunità nistgħu nieħdu mill-organizzazzjonijiet volontarji.", "Ħadt pjaċir ħafna nisma' l-aħħar biċċa tal-intervent tal-Onor.", "Godfrey Farrugia, li naf kemm għandu għal qalbu dan is-settur, li bl-Ingliż jgħidulu the third sector.", "Ħadt pjaċir ukoll nisma' kif kien qiegħed jimbotta l-argument ta' kif it-tielet settur għandu rwol essenzjali, jiena ngħidlu kruċjali, fuq kif jistgħu jevolvu s-servizzi pubbliċi f'pajjiż modern.", "Sur President, fil-ħin li fadalli nixtieq niffoka dwar dan l-element għax meta tħares lejn l-esperjenzi internazzjonali ssib li f'pajjiżi li għaddew minn diversi riformi tas-servizzi pubbliċi u tas-setturi ċivili, l-element ewlieni tista' tgħid fl-aħħar għaxar snin f'dawn il-pajjiżi kien l-iżvilupp tat-tielet settur, dak tal-volontarjat fid-diversi forom tiegħu li jipprovdi xi forma jew oħra ta' servizzi essenzjali li jingħataw fuq skala nazzjonali, fuq skala lokali kif ukoll fuq skala ta' komunità ta' interessi komuni.", "L-għanijiet ta' dawn l-għaqdiet prinċiparjament ikunu intiżi biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Sfortunatament f'pajjiżna għadna lura milli nirrikonoxxu dan il-konċett u tista' tgħid li għadna maqfulin fil-mentalità post-kolonjali li jkollna kollox ċentralizzat f'awtoritajiet tal-Gvern.", "Għadna maqfulin fl-ideat li l-Gvern biss jista' jagħti s-servizzi pubbliċi, u fejn ħriġna mill-Gvern morna biss għas-settur privat u morna fuq l-element tas-settur li qed jipprovdi s-servizz pubbliku għall-finijiet ta' profitt.", "Jien nemmen ħafna fl-element tad-deċentralizzazzjoni tal-operat, li però jkun ibbażat fuq l-attività volontarja li minnha nnifisha tkun qed toħloq settur ekonomiku kompletament ġdid.", "Aħna llum inħarsu lejn l-għaqdiet volontarji bħal donnu n-nies imorru fihom bħala passatemp, biex jagħtu dak il-ftit kontribut fil-komunità, fil-każini tal-baned, fl-attivitajiet soċjali u fl-organizzazzjonijiet filantropiċi però għadna lanqas biss bdejna mmissu r-rwol ewlieni li jista' jkollhom dawn l-għaqdiet fuq skala ta' provvista ta' servizzi pubbliċi.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi rridu naħdmu biex ikun hawn awareness ta' dawn is-servizzi billi nħarsu lejn mudelli f'pajjiżi barranin ta' fejn irnexxew u fejn kien hemm problemi marbutin ma' dan it-tip ta' servizzi.", "Tista' tgħid li huwa fatt konstatat li ħafna pajjiżi moderni li għaddew minn diversi riformi fis-servizzi pubbliċi, illum indubjament qegħdin jirrikonoxxu li t-tielet settur irridu ninvestu l-aktar fih għax huwa settur li mhuwiex iddettat mill-Gvern u allura jkollok ħafna inqas indħil politiku u mhuwiex motivat mill-profitt u allura l-qligħ li jkun qiegħed isir f'dik l-attività jkun qed jerġa' jiġi investit fl-operat innifsu, kif ukoll għax ikun xprunat u motivat mill-valuri li jridu jagħtu dawn l-organizzazzjonijiet.", "Fl-opinjoni tiegħi, pajjiżna qiegħed fil-mument ideali biex jibda jesplora dawn l-attivitajiet.", "L-oqsma ta' prijorità li jiġuni mill-ewwel f'moħħi huma l-oqsma tas-saħħa, l-oqsma soċjali u l-oqsma fejn hemm l-aspetti tal-faqar, tal-inklużjoni soċjali, tal-gruppi vulnerabbli, il-qasam minnu nnifsu tal-edukazzjoni u dak tal-ambjent.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn l-oqsma huma kandidati ewlenin biex inkunu nistgħu ndaħħlu l-qafas tal-għaqdiet volontarji fuq bażi usa'.", "F'dan il-Parlament kellna Abbozz ta' Liġi marbut mal-intrapriżi soċjali li sfortunatament ma kienx għadda fl-aħħar leġiżlatura, u nispera li l-Gvern jerġa' jressqu però nittama li meta jressqu, iressqu b'mod aktar mirqum u dettaljat.", "Nerġa' ngħid li fuq skala internazzjonali hemm stejjer kbar ta' suċċess fuq l-intrapriża soċjali u f'pajjiżna għad għandna komponent nieqes mill-mod kif nistgħu nindirizzaw il-ħidma soċjali tagħna, għax ġaladarba tpoġġi qafas ta' intrapriża soċjali, tkun qed tiftaħ il-bibien biex min għandu ideat u inizjattivi, ikun jista' jersaq quddiem il-Gvern u jipproponilu dawn il-proposti biex ikun jista' jħaddimhom.", "F'public private partnership l-operatur huwa motivat biex jagħmel il-qligħ, kif għamel dan il-Gvern fil-qasam tas-saħħa, fejn sab operatur privat u għaddielu dak l-operat.", "Għalfejn taħseb li għaddihulu?", "Għaddihulu għax l-operatur privat, minnu nnifsu, huwa motivat li jagħmel il-profitt.", "Terġa' u tgħid, jekk tara l-istejjer tal-kumpaniji magħżulin, huma motivati milli jagħmlu l-profitt along the years b'mod aggressiv, b'mod li jkun iffokat sempliċement fuq il-qligħ kapitali.", "Minnha nnifisha l-intrapriża soċjali kif ukoll għax hija dettata mil-liġijiet li jirregolawha, hija organizzazzjoni li l-profitt li tagħmel ma jmurx għand l-azzjonist imma jerġa' jiġi investit fl-operat innifsu.", "Araw ftit x'mudell sabiħ jirrappreżenta verament il-mod kif tevolvi soċjetà moderna biex inti tkun tista' tara li l-profitt fuq attività soċjali marbuta mas-servizzi pubbliku jerġa' jiġi investit fl-attività nnifisha minflok jittieħed bħala profitt.", "Illum meta tara diversi case studies barranin, tara fenomenu ieħor.", "Illum għandek ħafna żgħażagħ li d-dinja kummerċjali, id-dinja tal-profitt, mhijiex qed tiġbidhom għax kibru b'apprezzament ta' valuri differenti u qed jaraw li d-dinja sejra f'direzzjoni kompletament differenti minn dak li essenzjalment jixtiequ jaraw u huma jkollhom l-impenn biex jikkontribwixxu lejn xi ħaġa differenti fis-soċjetà.", "Illum tara organizzazzjonijiet magħmulin minn żgħażagħ u tfal - li jissejħu millennians għax twieldu fl-aħħar snin - f'termini ta' intrapriżi soċjali u joħorġu b'ideat bħall-użu tat-teknoloġija biex tegħleb ċerta esklużjoni soċjali jew l-użu tat-teknoloġija biex twassal ċerti servizzi lil min qiegħed fuq il-periferija tas-soċjetà.", "Jien kelli l-opportunità li nitla' darbtejn l-Italja f'intrapriża soċjali li tipprovdi l-aqwa programm ta' riabilitazzjoni mid-droga fid-dinja.", "Jien mort biex nara kif joperaw u rajt il-mod eċċezzjonali ta' kif organizzazzjoni li jisimha San Patrignano rnexxielha tipprovdi servizz lil aktar minn 1,800 resident at any point in time u 80% tal-ħidma tagħha ssir bl-involviment attiv kontinwu taż-żgħażagħ.", "Għalhekk din tieħu l-passjoni, l-intellett akkademiku u l-enerġija u minflok jidderiġuha lejn il-profitt, jidderiġuha lejn il-qligħ soċjali u r-reinvestment soċjali fejn attività effiċjenti tiġġenera aktar finanzjament biex tagħmel aktar ġid.", "Sur President, huwa f'dan l-isfond li nagħmel l-appell tiegħi biex ladarba qed niddiskutu dawn l-emendi, nieħdu l-opportunità li nġibu għall-finijiet tal-emendi l-proviżjonijiet marbutin mal-intrapriża soċjali.", "Jien nemmen li din mhijiex xi ħaġa impossibbli li ssir.", "Ġaladarba qegħdin f'din il-liġi ta' 200 paġna, jekk inżidulha ftit aktar magħha u jkollna l-abbiltà li ngħidu li f'pajjiżna rnexxielna ndaħħlu l-intrapriża soċjali, nemmen li nkunu għamilna avvanz kbir, għax dak ikun l-ewwel pass.", "Nafu li l-qafas leġiżlattiv innifsu mhux se jagħmel mirakli però ġaladarba jkollna dan il-qafas inkunu nistgħu niffokaw fuq programmi ta' prijorità.", "B'hekk il-pajjiż jibda jiżviluppa u joħloq qafas li permezz tiegħu tkun tista' toħroġ Public Social Partnerships u tkun tista' tara kif il-finanzjament tal-Gvern u s-servizzi li jagħti l-Gvern ikunu jistgħu jibdew jingħataw b'mod aktar effiċjenti u effettiv ħalli terġa' tħaddem u tattwa l-prinċipju tas-sussidjarjetà, ġaladarba jkollok dawn l-intrapriżi jaħdmu fil-grass roots tas-soċjetà.", "Sur President, jien se nikkonkludi l-intervent tiegħi.", "Nittama li dan l-appell tal-Oppożizzjoni jintlaqa' u l-Gvern iħares lejh minn ottika ta' Oppożizzjoni li trid twassal it-twessigħ tal-proviżjonijiet lill-għaqdiet volontarji ħalli din il-leġiżlazzjoni ma tkunx sempliċement intiża biex tindirizza xi forma ta' loopholes li għandna imma nkunu compliant ma' dak kollu li hemm bżonn.", "Din il-liġi rridu nibdew nużawha biex f'pajjiżna nibdew nagħtu servizzi soċjali, servizzi tas-saħħa u servizzi edukattivi aħjar u aktar effettivi ħalli l-flus tax-taxpayers jintużaw b'mod aktar effiċjenti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, naħseb li huwa tajjeb li minn żmien għal żmien, anke f'din il-Kamra, nieqfu ftit u niffokaw fuq l-NGOs.", "Iż-żewġ diskorsi li saru qabli wrew x'naħsbu aħna bħala Oppożizzjoni fuq l-NGOs.", "Jien u ħafna persuni oħrajn minn hawn ġew kellna l-opportunità li naħdmu f'xi organizzazzjoni minnhom u hemm uħud minna li għadna attivi.", "Xtaqt nibda dan id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lil kull min b'xi mod jew ieħor isib il-ħin biex joffri lilu nnifsu għal xi NGO.", "Tkellimna fuq diversi oqsma, fosthom il-kultura, is-saħħa u l-ambjent.", "Hemm NGOs li huma involuti fl-edukazzjoni u oħrajn li huma involuti f'diversi kategoriji, kulħadd isib dik l-NGO li hija l-aktar għal qalbu.", "Meta tkun f'xi waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet tara l-enerġija li jagħtu n-nies li jkunu involuti fiha.", "Hemm ħafna minnhom li jagħtu kważi ħajjithom kollha għax minbarra l-ħin tax-xogħol, il-bqija tal-ħin jagħtuh kollu lil dawn l-organizzazzjonijiet, ħafna drabi mingħajr qligħ.", "Dawn ikunu persuni li jemmnu f'kawża partikolari u jidħlu f'xi organizzazzjoni biex imexxuha.", "Nixtieq nibda billi onestament nirringrazzja lil dawk kollha – l-Onor.", "Claudio Grech semma li hemm madwar 1,500 NGO f'pajjiżna u allura tista' timmaġina l-eluf ta' nies li hemm involuti fihom – li jagħtu l-ħin u l-enerġija tagħhom, għax fl-aħħar mill-aħħar anke mill-ottika politika, kieku dawn l-NGOs ma jezistux f'pajjiżna, il-pajjiż huwa ħafna agħar milli hu.", "Dawn huma nies li qegħdin itejbu lil pajjiżna u qegħdin jimlew dak il-vojt li aħna bħala politiċi, b'mod partikolari l-Gvern, ma nimlewx.", "Dawn qegħdin jagħtu servizzi differenti sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies ta' madwarhom u allura jtejbu l-kwalità ta' pajjiżna.", "Tkellimna fuq il-vjaġġ ta' policy dwar leġiżlazzjoni dwar l-NGOs.", "Kif issemma qabel, niftakru żmien meta NGO kienet tifforma kważi mingħajr identità ta' xejn, fejn grupp ta' nies kienu jinġabru flimkien, jifformaw kumitat u jipprovaw jaħdmu għal xi għan, imbagħad ħafna drabi kien ikollok min ma jibqax daqshekk interessat, akkanit u involut u allura l-NGO ikollha tagħlaq.", "Pajjiżna mar fuq vjaġġ b'diversi għanijiet, fosthom biex jagħti qafas iktar regolattiv lil dawn l-NGOs, ħalli narwhom jissaħħu u jiġu regolati.", "Apparti dak li ssemma, waħda mill-akbar sfidi li għandhom l-NGOs, inkluż aħna li konna involuti fihom, kien u għadu l-finanzjament.", "Ħafna drabi tiġik idea u jkollok għan li tkun trid tilħaq imma d-diffikultà li jsibu dawn l-NGOs hi l-finanzjament biex ikunu jistgħu jagħmlu l-attivitajiet u dak kollu li hemm bżonn sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom.", "Għalhekk jibdew iħabbtu l-bibien tan-nies u jitolbuhom id-donazzjonijiet biex ikunu jistgħu jużawhom għall-għanijiet tagħhom.", "Ovvjament, il-pubbliku inġenerali, speċjalment dawk il-persuni li jemmnu fil-kawża tagħhom u forsi m'għandhomx il-ħin – hemm diversi raġunijiet għalfejn ma jkunux jistgħu jinvolvu ruħhom – jagħtuhom xi flus biex l-NGO tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Nafu kif il-bulk tal-NGOs f'pajjiżna, u anke f'pajjiżi oħrajn, jużaw dawn il-fondi għall-għanijiet li l-persuni jkunu taw id-donazzjonijiet għalihom, imma sfortunatament ġieli kien hemm numru żgħir ta' NGOs, jew ta' nies involuti f'NGOs, li kienu jabbużaw minnhom.", "L-agħar ħaġa li tista' tiġri hi li ntappnu r-reputazzjoni tal-NGOs f'pajjiżna, u sfortuntament jekk waħda minn dawn l-organizzazzjonijiet tinqabad li qed tabbuża mill-fondi, jew li mhux qed tużahom għall-għan li tkun ġabret il-flus għalih, tittappan ir-reputazzjoni tal-organizzazzjonijiet kollha.", "Allura huwa tajjeb li l-qafas regolattiv, matul iż-żmien, ta aktar fiduċja lil min jagħti d-donazzjonijiet billi d-donazzjonijiet bdew jiġu awditjati u allura dak li jkun ikollu moħħu mistrieħ u jagħti aktar donazzjonijiet.", "U hekk baqa' jiġri.", "Sur President, maż-żmien tejjibna l-leġiżlazzjoni f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Grech semma r-rapport tal-Moneyval ta' sitt snin ilu, li wkoll ta numru ta' suġġerimenti ta' x'għandu jsir sabiex insaħħu l-leġiżlazzjoni, u llum – sfortuntament ftit ġimgħat qabel ma naslu għall-kumitat – sitt snin wara li ħareġ dan ir-rapport, qegħdin hawnhekk niddiskutu din il-leġiżlazzjoni.", "Forsi waħda mill-aħjar affarijiet li ġraw bejn ilbieraħ u llum – ilbieraħ kelli l-opportunità li nsegwi ftit mid-diskorsi u llum ftit iktar – hija li fid-dibattitu li qed ikollna llum mhux biss qegħdin inħarsu lejn l-NGOs kif inhuma bħalissa u naraw kif nistgħu nsaħħuhom, imma qed naraw ukoll fejn nistgħu neħduhom fis-snin li ġejjin.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia tkellem b'mod partikolari fuq ir-rwol tal-NGOs f'pajjiżna.", "Minħabba l-iżvilupp li qed isir u l-isfidi kbar li għandna fl-ambjent, għandna organizzazzjonijiet li qegħdin jagħtu l-enerġija kollha tagħhom mhux biss biex isalvaw imma wkoll biex ikattru l-ambjent ta' pajjiżna.", "Lil dawn irridu nagħtuhom is-sostenn kollu, u jien ngħid li fl-aħħar mill-aħħar meta nħarsu lura, jekk nibqgħu sejrin b'din ir-rata ta' żvilupp f'pajjiżna, se jkollna l-problemi.", "Aħna mill-Oppożizzjoni dejjem ngħidu li għalkemm mhuwiex faċli, irridu nsibu bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent.", "Allura li qed jagħmlu dawn l-ENGOs b'mod partikolari hu li qegħdin jiġbdu l-ħabel kruċjali tal-ambjent, li forsi ħafna minna ma niġbduhx, biex jgħinuna nsibu dan il-bilanċ.", "L-Onor.", "Farrugia tkellem fuq l-importanza li nibqgħu nsostnu lil dawn l-organizzazzjonijiet.", "Laqatni b'mod partikolari meta tkellem fuq it-tielet settur u l-viżjoni ta' 'l fejn għandna nieħdu lil pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Sa 30 jew 40 sena ilu, kollox kien jiddependi mill-Gvern u jekk il-Gvern ma jagħtikx it-tali servizz, il-probabbiltà kienet li tibqa' mingħajru, sakemm ma kenitx tidħol il-Knisja jew xi organizzazzjoni żgħira biex tipprova timla dak il-gap, imbagħad bdejna nindunaw li ma jistax ikun li l-pajjiż jibqa' jiddependi mill-Gvern għas-servizzi kollha li hemm bżonn jingħataw.", "Għalhekk bdejna nħarsu lejn il-public private partnerships u bdejna ndaħħlu lill-privat biex ikun jista' jibda jagħti servizzi anke aħjar mill-Gvern.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq mudelli li diġà jeżistu f'pajjiżi oħrajn li jinvolvu l-NGOs.", "Xi kultant meta nitkellmu fuq l-NGOs naħsbu li dawn huma xi grupp volontarju li jagħmlu l-affarijiet biex jaslu għall-għan tagħhom u forsi ma jkunux daqshekk professjonali, mentri dan mhuwiex veru, għax għandna NGOs b'mod partikolari fil-qasam tas-saħħa – ma nafx għalfejn, imma meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet f'moħħi jiġi dejjem dan il-qasam – b'nies professjonalissimi li ninsab konvint li kapaċi jagħtu servizz aħjar mill-Gvern u forsi aħjar mill-privat, imma kif issemma qabel hemm il-fatt li dawn l-organizzazzjonijiet jużaw u jerġgħu jinvestu l-qligħ li jagħmlu biex ikunu jistgħu jtejbu s-servizzi tagħhom.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li hija ta' ġid għall-pajjiż fis-sens li qed tuża organizzazzjonijiet brillanti li kapaċi jagħtu servizz aħjar lil pajjiżna u fl-istess ħin il-pajjiż ikun qiegħed iħallas għal dawn is-servizzi u dik l-istess NGO tkun tista' tissaħħaħ b'dan il-mod.", "Naħseb li huwa tajjeb li meta naslu għall-istadju ta' Kumitat inħarsu ftit lejn din il-ħaġa bis-serjetà, għax tista' tagħti opportunitajiet kbar lil pajjiżna.", "Forsi issa li rridu nagħmlu qabża oħra u nibdew inħarsu lejn mudelli ekonomiċi ġodda, din tista' tkun ta' ġid għal pajjiżna.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq ngħid hi li huwa tajjeb li jkollna r-regoli kollha in place, għax kif għidt qabel, dan jagħti serħan il-moħħ lin-nies li jkunu qegħdin jagħtu donazzjonijiet lit-third parties li jkunu involuti b'mod indirett ma' dawn l-NGOs, imma fl-istess nifs irridu naraw li nagħtu l-libertà kollha lil dawn l-NGOs biex ikunu jistgħu jaħdmu u jkunu jistgħu jaslu għall-għanijiet tagħhom.", "Għalhekk anke aħna rridu nsibu l-bilanċ bejn regoli li jagħtuhom saħħa u serħan il-moħħ imma dawn m'għandhomx ifixkluhom billi jdaħħluhom f'burokraziji żejda.", "Nafu li kif għidna qabel, ħafna minn dawn in-nies imorru jagħmlu x-xogħol fi ħdan l-organizazzjoni tagħhom b'mod volontarju, bil-għan li jaħdmu direttament għal dak li jemmnu fih u allura rridu naraw li kemm jista' jkun ma jkunx hemm tfixkil żejjed, jew iktar xogħol amministrattiv, jew ħaġa jew oħra.", "Qabel ma ntemm id-diskors tiegħi nixtieq insellem lill-Professur Kenneth Wain li fl-2007 kien ġie nkarigat sabiex jibda din l-avventura ġdida meta pajjiżna kien iddeċieda li hemm bżonn li jkollna regolamenti u jitwaqqaf dan il-korp biex jipproteġi lill-NGOs u fl-istess ħin jara li l-affarijiet isiru kif suppost ħalli ħadd ma jiddubitahom.", "Matul il-11-il sena li għamel f'din il-kariga, naħseb li mill-esperjenza tiegħu rnexxielu jibni bażi soda ta' kif is-soċjetà llum il-ġurnata saret tħares lejn dawn l-NGOs.", "Naħseb illi kieku kellek tieħu snapshot ta' kif is-soċjetà kienet tħares lejn l-NGOs fl-2007 u kif tħares lejhom illum il-ġurnata, issib li llum dawn l-organizzazzjonijiet huma rispettati ħafna aktar u naħseb li l-aura li hemm madwarhom hija ħafna aħjar.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil Dr Abela Mediċi li nafu b'mod personali.", "M'għandix dubju li mill-esperjenza li għandu f'diversi NGOs kapaċi jieħu l-bażi soda li sab għal avventuri ġodda sabiex nassiguraw li l-NGOs jibqgħu dejjem jissaħħu.", "Sur President, jien nixtieq nagħlaq fuq il-punt li jeżisti r-riskju li numru żgħir ta' NGOs ikunu nvoluti f'xi ħasil ta' flus.", "Kif għedt fil-bidu, sitt snin ilu l-Moneyval għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha imma rridu naraw li din il-leġiżlazzjoni mhux biss tara li ma jkollniex kwestjonijiet ta' ħasil ta' flus fi ħdan l-NGOs imma rridu nassiguraw li dawn iżommu r-reputazzjoni tagħhom.", "U dan għandna nagħmluh mhux biss għax qaltilna l-Moneyval imma għax verament nemmnu li rridu nsaħħu r-reputazzjoni tal-NGOs f'pajjiżna.", "Jien nixtieq nerġa' nenfasizza l-punt li rridu naraw li l-NGOs ikunu regolarizzati u li s-soċjetà Maltija tkun taf b'dan ħalli dawn ikollhom reputazzjoni tajba u protetta.", "Illum hemm korp li qiegħed iħares lejn l-operat tagħhom u jagħrbel dak li qegħdin jagħmlu biex jekk ikun hemm xi irregolaritajiet f'dawn l-NGOs, ikun jista' jtella' l-bandiera ħamra biex juri li hemm xi ħaġa ħażina.", "Mela bl-istess mod irridu naraw li dawn ikunu jistgħu jaħdmu bil-libertà kollha.", "Dan iwassalna għal emendi fil-liġi biex bħala pajjiż naraw x'jeżisti fix-xena internazzjonali, b'mod partikolari f'pajjiżi Ewropej, għal opportunitajiet ta' finanzjament.", "Nifhem, u hekk għandu jkun, li jekk tapplika għall-finanzjament irid ikollok l-operat tiegħek jaħdem kif suppost u skont ir-regoli.", "Irridu naraw ukoll li bħala pajjiż nagħmlu sforz akbar biex l-NGOs ikunu jistgħu jagħmlu dak li għandhom jagħmlu, anke bil-finanzjament li nagħtuhom.", "Ħafna drabi jkollok nies motivati li jagħtu l-ħin tagħhom u din hija xi ħaġa inkredibbli.", "Fil-fatt naf persuni involuti f'NGOs li kważi jagħtu l-ġurnata kollha, il-ħin kollu għaddejjin, imbagħad isibu li ma jkunux jistgħu jwettqu l-għanijiet kollha li jixtiequ minħabba l-kwestjoni tal-finanzjament.", "Għalhekk filwaqt li se nagħtu l-attenzjoni kollha tagħna biex nassiguraw li l-NGOs ikunu regolati kif suppost, l-istess ammont ta' enerġija li qed inpoġġu biex naraw li dawn ikunu skont il-liġijiet ta' pajjiżna għandna nużawha wkoll biex dawn isibu l-finanzjament neċessarju.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa appell lill-organizzazzjonijiet kummerċjali.", "Il-verità hi li dawn l-NGOs għandhom bżonn l-appoġġ tagħna, l-appoġġ tal-Gvern u tal-Unjoni Ewropea.", "Għalkemm hemm fondi għalihom, qatt mhu biżżejjed u allura rridu nkomplu naħdmu biex ikollna aktar fondi.", "Bla dubju, l-aktar settur li jista' jsostni lil dawn l-organizzazzjonijiet huwa dak kummerċjali.", "Nafu li hemm ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi li jmorru jitolbu lis-settur kummerċjali għall-appoġġ u nifhem li huwa impossibbli li tgħid iva lil kulħadd.", "Naħseb li llum il-ġurnata għandna numru ta' organizzazzjonijiet kummerċjali relattivament kbar li għadhom mhux qed jifhmu l-importanza - fl-aħħar mill-aħħar anke għan-negozju tagħhom - li jagħtu l-appoġġ lil dawn l-organizzazzjonijiet.", "Naħseb li jekk inkunu nistgħu nagħmluha ta' pont bejn l-NGOs u l-organizzazzjonijiet kummerċjali, inkunu għamilna biċċa xogħol tajba.", "Sur President, kif ġie aċċennat qabel, fl-istadju ta' Kumitat, aħna bħala Oppożizzjoni se nressqu l-ideat tagħna u xi emendi biex naraw li din il-liġi mhux biss tkun aħjar imma tkun tista' tħares 'il quddiem, biex forsi kif għamilna fl-2007, nerġgħu nagħmlu qabża fil-mod kif inħarsu lejn l-NGOs.", "Kif qalu l-kelliema ta' qabli, jien ukoll konvint li l-NGOs f'pajjiżna, għalkemm qed jagħtu servizz brillanti lil pajjiżna, jistgħu jagħtu ħafna iktar u għandhom il-potenzjal biex jagħmlu dan, imma biex dan iseħħ irridu nibdew naħsbu b'mod differenti u nħarsu ftit lejn x'tip ta' soċjetà rridu fis-snin li ġejjin.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Clifton Grima u lill-Ministru Evarist Bartolo, talli ressqu quddiem din il-Kamra dan l-Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu se jsiru emendi għall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Din hija liġi importanti għaliex f'pajjiżna nsibu xejn inqas minn 1,500 organizazzjoni li kollha jaħdmu qatigħ flimkien mal-membri rispettivi u l-attivisti tagħhom b'mod volontarju u b'għan nobbli f'aspetti varji li jmissu s-soċjetà tagħna ta' kuljum.", "Minn diversi ħoloq flimkien dawn jinsġu katina li tirrappreżenta dak li hu l-aktar għażiż għalina fis-soċjetà Maltija u Għawdxija.", "Qed nirreferi għall-ħarsien tat-tfal, il-ħarsien tal-ambjent, il-promozzjoni tal-ugwaljanza, il-ħarsien tal-annimali, l-għaqdiet sportivi, l-għaqdiet relatati mal-festi u mal-kultura, l-għaqdiet relatati mas-saħħa, support groups għall-vittmi tad-droga u għall-vizzji, support groups għan-nisa u l-irġiel li huma vittmi u vulnerabbli, support groups għall-familjari li jkunu għaddejjin mit-telfa ta' xi qarib tagħhom u dawk li għaddejjin minn problemi ta' saħħa bħall-kanċer u oħrajn.", "Jien se nitkellem b'mod ġenerali għax żgur li ma nistax insemmi kull organizzazzjoni volontarja li hawn f'pajjiżna u li tant u tant qed tagħmel ġid.", "Żgur li ħadd ma jimmerita li ma jiġix rikonoxxut.", "Sur President, li hu żgur hu li dawn l-għaqdiet, ikun xi jkun ir-rwol tagħhom, jagħmlu ġid indeskrivibbli fis-soċjetà mal-vunerabbli, mal-morda, mal-anzjani, mat-tfal, kif ukoll favur l-ambjent, u grazzi għalihom il-kultura tagħna tibqa' ħajja.", "Jekk nieħu l-eżempju tad-distrett li ġejt eletta minnu biex nirrappreżentah fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, li hu l-istess distrett li jirrappreżentaw l-Onor.", "Karl Gouder li fih jinkorpora San Ġwann, is-Swieqi, l-Għargħur, l-Imsida u Ta' Xbiex, tara kullana sabiħa ta' għaqdiet b'focus differenti, però bl-għan uniku li jsaħħu dak li hu Malti billi jinvestu fit-tfal tagħna, isaħħu d-drittijiet varji li għandhom, isaħħu l-wirt kulturali tagħna u jaraw li jsaħħu l-element tal-volontarjat.", "L-aktar għaqdiet li jien esposta għalihom fid-disa' distrett huma l-għaqdiet sportivi tal-football, rugby, tennis, għaqdiet tal-festa, tal-banda, tal-armar, tan-nar, għaqdiet parrokkjali, għaqdiet ambjentali li tant u tant huma voċiferi biex jassiguraw li s-sostenibilità ambjentali ma tispiċċax ħolma tal-passat, il-Brownies, il-Girl Guides, għaqdiet li jissalvagwardaw il-wirt kulturali, u tant u tant oħrajn.", "Allura, żgur u mhux forsi li kif assigura lbieraħ il-kelliem tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Hermann Schiavone, aħna se nkunu qegħdin nilqgħu dawn l-emendi u nappoġġjawhom.", "Hemm aktar minn 200 paġna ta' emendi li permezz tagħhom l-għaqdiet volontarji se jkunu jistgħu jissaħħu u jtejbu l-operat tagħhom.", "Filwaqt li nifhem li dawn l-għaqdiet huma tant essenzjali għas-soċjetà tagħna u napprezza li l-Gvern għażel li jiftaħ dan l-istaġun ta' ħidma parlamentari b'dawn l-emendi fuq nett tal-aġenda parlamentari, ma nistax ma nistaqsix għalfejn dawn ġew ippreżentati issa, wara li għamlu ħames snin fuq l-ixkaffa.", "Sur President, huwa fatt li kemm-il darba nisimgħu dwar xi għaqdiet volontarji mhux neċessarjament f'pajjiżna, li l-operat tagħhom ma jkunx nadif u xieraq kif ipproġettat.", "L-imġiba tal-ftit mhux biss tħammeġ l-isem tal-għaqda inkwestjoni, però aktar minn hekk tħammeġ l-isem tal-volontarjat inġenerali u nkunu qed nirriskjaw li x-xogħol siewi tal-eluf jitħassar minħabba skandlu wieħed.", "Fi Frar ta' din is-sena spikka l-iskandlu tal-għaqda internazzjonali Oxfam li fiha tiġbor 20 organizzazzjoni volontarja u tiffoka fuq l-eradikazzjoni tal-faqar globali.", "Minkejja x-xogħol imprezzabbli ta' eluf ta' persuni li jagħmlu xogħol volontarju f'din l-organizzazzjoni dinjija, skatta l-iskandlu tal-infiq esaġerat ta' wħud mill-impjegati ta' din l-għaqda, kif ukoll imġiba xejn xierqa ta' wħud mill-attivisti u l-voluntiera fi ħdanha.", "Dan tappan bi kbir ir-reputazzjoni ta' din l-organizzazzjoni u gerrex eluf kbar ta' persuni minn madwar id-dinja milli jkomplu jikkontribwixxu b'mod attiv jew permezz ta' donazzjonijiet lil din l-organizzazzjoni li tiġbor miljuni kbar ta' dollari biex teqred il-faqar fit-tielet dinja.", "Irrid nagħmilha ċara li nemmen li l-parti assoluta tal-organizzazzjonijiet jagħmlu ġid tremend, però kif ngħidu one rotten apple spoils the whole bunch, kemm f'pajjiżna u anke lil hinn minn xtutna.", "Fil-każ ta' pajjiżna nażżarda ngħid li rari tisma' – jekk mhux qatt - b'xi skandlu f'organizzazzjoni volontarja, però xorta huwa tajjeb li għandna quddiemna numru ta' emendi li permezz tagħhom se nsaħħu l-operat ta' dawn l-organizzazzjonijiet u se jsir streamlining aħjar tal-proċeduri finanzjarji.", "Huwa fatt ukoll li kemm-il darba nisimgħu b'għaqdiet volontarji - mhux neċessarjament f'pajjiżna anzi fil-parti l-kbira jkunu barra minn pajjiżna - li jservu ta' paraventu biex permezz tal-għaqda nnifisha jinħaslu l-flus u jiġu leġittimizzati.", "Jien nemmen li tali safeguards li qed jiġu proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi biex jipprevedu milli dan iseħħ, huma pożittivi u neċessarji.", "Irrid ngħid li kien ikun ferm aktar għaqli kieku dawn l-emendi ġew introdotti fil-leġiżlatura li għaddiet, għax mhumiex emendi kontroversjali, milli qed jiġu implimentati issa bil-għaġla, proprju on the eve of the Moneyval assessment, kif qal l-Onor.", "Il-Moneyval, li kemm-il darba semmejtu f'interventi parlamentari u diskussjonijiet oħra, huwa kumitat ta' esperti li jevalwaw il-miżuri tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu tal-Kunsill Ewropew, l-assessment li se jgħaddi minnu pajjiżna fil-ġranet li ġejjin.", "Għalhekk qegħdin fih prattikament.", "Dan huwa test importanti immens u jekk allaħares qatt ma nġibux il-green light mill-Kunsill Ewropew, ikun katastrofiku għar-reputazzjoni ta' pajjiżna u agħar minn hekk għad-day to day operations tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħna.", "Allura aħna żgur li mhux se nkunu qegħdin nostakolaw tali proċeduri, anzi xtaqt li dawn l-emendi saru qabel biex l-għaqdiet volontarji jkollhom ferm aktar żmien biex jaġġustaw ruħhom accordingly.", "Lil hinn minn din il-liġi, isem pajjiżna sar kalamita għall-kritika ħarxa mill-erbat irjieħ tad-dinja għax qiegħed jidher laxk ħafna biex jieħu bis-serjetà l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-proċeduri kontra l-ħasil ta' flus.", "Dan żgur li mhu qed jgħin xejn lir-reputazzjoni tal-pajjiż, is-sostenibilità u l-istabilità tas-settur finanzjarju u l-abbiltà li nibqgħu nattiraw investiment dirett barrani serju lejn pajjizna.", "Ejja ma ngħidux li din il-kritika mhijiex ġustifikata u li hija xi spin tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għax hand on heart kulħadd jaf il-verità u let's call a spade a spade.", "Din il-ġimgħa sar attakk inġust minn MEP Germaniż li witta kampanja b'saħħitha biex il-bank globali HSBC jittermina l-operat minn pajjiżna.", "Jien, bħala l-kelliema għal dan is-settur, kont minn tal-ewwel li kkritikajt dan u bosta minn sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra għamlu l-istess.", "Il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija ta' kundanna però ejja nkunu onesti magħna nfusna u ngħidu li ma kienx ikollna din il-kritika bħala pajjiż kieku l-Awtorità Bankarja Ewropea ma sabitx l-irregolaritajiet fil-każ tal-FIAU u l-MFSA, u kieku l-Gvern bagħat messaġġ ċar dwar il-commitment tiegħu biex verament jiġġieled il-kriżi li għandna dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-ħasil ta' flus, li qegħdin nagħlqu għajnejna għalihom, u l-krizi li għandna fir-reputazzjoni ta' pajjiżna li nemmen li tant kibret li diġà huwa tard wisq.", "Sur President, inħoss li l-emendi għal dan l-Abbozz ta' Liġi huma small fry biex il-Gvern jibgħat messaġġ li verament se jiġġieled il-ħasil ta' flus.", "Ejja ma nħallux is-settur privat iħallas il-prezz tant u tant għoli, flimkien mal-eluf ta' ħaddiema, minħabba l-laxkezza tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-money laundering.", "Sur President, l-aħħar punt tiegħi qabel ma ntemm dan l-intervent huwa propju s-suġġeriment li għaddewli numru ta' persuni li jaħdmu fil-volontarjat.", "Jidher li numru ta' għaqdiet volontarji jagħtu servizzi awżiljari mal-Gvern fis-sezzjoni tan-National Disaster Recovery.", "Qed nirreferi għall-voluntiera tar-Red Cross, tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tas-St John Ambulance.", "Jidher li jekk dawn il-voluntiera f'każ ta' emerġenza jiġu mgħajta biex jirrapportaw b'mod immedjat on site waqt li jkunu għaddejjien bil-ħidma tagħhom fuq il-post tax-xogħol tagħhom, ikun għad-diskrezzjoni tal-employer jekk iħallihomx imorru on site jew le biex jagħmlu x-xogħol volontarju.", "Fil-fatt qed ikun hemm każijiet fejn jekk għall-argument membru tar-Red Cross jiġi msejjaħ waqt il-ħin tax-xogħol biex imur on site għax ikun hemm xi diżastru nazzjonali, l-employer ma jħallihx imur jagħmel dan ix-xogħol volontarju, anke f'każ ta' diżastru nazzjonali.", "Qed ngħid dan għax inġibditli l-attenzjoni dwar dan minn numru ta' persuni meta semgħu li se nkunu qegħdin niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Żgur li l-piż m'għandux jieħdu l-employer ta' xi intrapriża privata però nemmen li l-Gvern għandu jagħti xi inċentiv jew allowance lill-employer biex f'każijiet rari bħal dawn jagħmel tajjeb għal dik il-ġurnata xogħol, jew ftit sigħat xogħol, meta l-voluntier ikollu jitlaq ħesrem għax jiġi msejjaħ min-National Disaster Recovery Unit biex imur jagħmel il-ħidma prezzjuża tiegħu.", "Sur President, jien se ntemm l-intervent tiegħi billi għal darb'oħra ntenni li aħna favur dawn l-emendi pożittivi li jsaħħu l-operat ta' dawn l-għaqdiet imma nħoss li għad fadal ħafna xi jsir.", "Jien nemmen li ħafna mill-organizzazzjonijiet volontarji huma dik il-vuċi indipendenti li verament issemma l-polz tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Hija vuċi mingħajr aġenda, huwa investiment b'mod mill-aktar ġeneruż permezz ta' ħafna għaqdiet li jagħtu ħinijiet twal biex jgħallmu lit-tfal tagħna u biex jilħqu l-għanijiet tagħhom li jgħinu lil min hu vulnerabbli.", "Nemmen li l-Gvern għandu jagħti ferm aktar valur lil dawn l-organizzazzjonijiet volontarji, mhux biss permezz ta' emendi fil-liġi, imma l-ħidma tagħhom għandha tiġi rikonoxxuta b'aktar għajnuna finanzjarja.", "Kif nafu, time is money u allura l-ħin ta' dawn il-voluntiera jiswa ħafna għax minflok ma jagħmlu part-time job jew ikomplu jinvestu fil-karriera tagħhom, iqattgħu sigħat twal fis-soċjetà ta' pajjiżna, irrispettivament minn liema niċċa hi, fosthom it-tfal, il-vulnerabbli, il-vittmi ta' xi vizzju, dawk li qegħdin jiġġieldu għal-libertà tal-espressjoni, dawk li qegħdin jiġġieldu għall-ugwaljanza, dawk li qegħdin jiġġieldu għas-sostenibilità ambjentali u dawk li jridu jissalvagwardaw il-kultura ta' pajjiżna.", "Nafu li dawn ta' kuljum iħabbtu wiċċhom ma' sfidi finanzjarji kbar u allura m'għandix dubju li l-Gvern jista' jagħmel ferm aktar mill-200 paġna emendi li ġew ippreżentati llum.", "L-appell tiegħi hu li issa li qegħdin fuq l-għatba tal-Baġit għas-sena 2019 u għad fadal iċ-ċans li naħsbu b'mod konkret f'dawn l-għaqdiet volontarji, ejja niddedikawlhom ammont sostanzjali minn dan il-Baġit.", "Sur President, jekk noqtlu l-aspett volontarju, mhux biss inkunu qegħdin nitilfu parti integrali mis-soċjetà ta' pajjiżna imma nkunu qegħdin nitilfu investiment fil-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.", "Jien nixtieq verament li dawn l-għaqdiet li tant u tant jagħmlu ġid imprezzabbli, jiġu megħjuna mhux biss permezz ta' emendi fil-liġi, li huma tajbin u li se nappoġġjaw għax qegħdin nirrikonoxxu t-tajjeb tagħhom, però ejja nkunu onesti magħna nfusna u naċċettaw li dawn jixirqilhom ferm u ferm aktar sostenn finanzjarju.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, jien se nieħu ftit minuti biex nitkellem fuq suġġett li bħalma qalu l-kollegi li tkellmu qabli, huwa għal qalb kull min qiegħed fil-politika.", "Meta nħarsu lura lejn tfulitna u lejn żgħożitna nirrealizzaw li lkoll kemm aħna b'xi mod jew ieħor missejna ma' xi NGO li kienet parti mill-formazzjoni tagħna.", "Waqt li kont qed nisma' lill-Onor.", "Karl Gouder u lill-Onor.", "Kristy Debono - issa se nisma' wkoll lill-Onor.", "Robert Cutajar - bdejt niftakar fi tfuliti u mingħajr ma ridt ftakart fis-soċjetà tal-Mużew.", "Naħseb li kull wieħed u waħda minna bdejna dik il-formazzjoni minn età tenera ħafna, imbagħad kulħadd jaqbad triq jew oħra.", "Nixtieq insellem lill-MADC, li hija NGO kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspett kulturali u teatrali ta' pajjiżna, li llum il-ġurnata għadha għaddejja ttella' produzzjonijiet kbar.", "Jien ħadt il-formazzjoni kulturali, teatrali u mużikali tiegħi minn hemmhekk.", "Il-passjoni għal dik il-linja li tant inħobb ħadtha minn hemmhekk, imbagħad komplejt.", "Kont ukoll parti minn assoċċjazzjonijiet oħrajn, fosthom tal-isport, u għalkemm ma pprattikajtx daqshekk fil-tul, kont nilgħab il-volleyball ma' timijiet li ma kenux daqshekk kbar imma kellhom dik il-passjoni li jagħmlu l-affarijiet mill-qalb.", "Darba l-professur universitarju tagħna li għadu mimli bl-għomor, il-Professur Vassallo, kien qalilna li m'għandniex nikkritikaw lil min mhuwiex professjonist biex jagħmel ċerta ħidma.", "Kien qed jirreferi għal dak li ngħidulu amateur as opposed to professional.", "Naħseb li hawnhekk irridu nirrealizzaw li qed nitkellmu fuq maġġoranza assoluta ta' nies li jagħmlu dak li jagħmlu fil-volontarjat għall-imħabba li għandhom lejn is-soċjetà, lejn l-għaqda li jħobbu jew lejn xi qaddisa jew qaddis bħalma huma, pereżempju, id-dilettanti tan-nar, u tara dak is-sens ta' mħabba li jżommhom għaddejjin.", "Illum il-ġurnata għandna fenomenu daqsxejn differenti li ma naħsibx li s'issa l-kelliema ta' qabli rreferew għalih, u nixtieq nagħmel referenza partikolari.", "Illum għandna diversi għaqdiet li qegħdin jgħinu fil-ħidma fi ħdan l-istruttura soċjali tagħna.", "Sur President, jekk tippermettili nixtieq insemmi b'mod partikolari s-servizz li tagħti l-VolServ lill-Gvern fil-qasam tas-saħħa.", "Għal min ma jafx x'jagħmlu dawk li qegħdin fil-VolServ, dawn huma dawk in-nies bl-uniformi oranġjo li meta tidħol fl-Isptar Mater Dei tarahom għaddejjin bit-trollies, però dawn ma jqassmux it-te u l-kafè biss, għax hemm min jaħseb li hekk biss jagħmlu.", "Dawn jagħmlu ħafna aktar xogħol ta' fejda u llum il-ġurnata komplew firxu l-ħidma tagħhom.", "Qed insemmi lilhom b'mod partikolari, għax fiż-żmien li għamilt naħdem fil-Ministeru tas-Saħħa kont involuta fl-ewwel ftehim li l-Gvern kien għamel mal-VolServ.", "Ħaġa li nħoss li għandna nagħmlu aċċenn għaliha f'dak li għandu x'jaqsam mal-volontarjat huwa l-aspett li tgħallimt minnu matul iż-żjara li għamilt ftit tas-snin ilu fl-Istati Uniti.", "Meta xi ħadd fil-politika, bħalma aħna aħna, jiġi avvinċinat minn diversi NGOs li jagħmlu affarijiet simili, tibda tħossok daqsxejn skomdu dwar għalfejn għandek tgħin lil dak u mhux lill-ieħor, jew inkella tibda tinduna li jkollok pattern ta' nies li qed ikollhom jiffaċċjaw l-istess sitwazzjonijiet u problemi.", "Għalhekk illum nixtieq nagħmel appell lill-NGOs inġenerali biex jingħaqdu f'dawk li jissejħu platforms.", "Illum il-ġurnata għandna diversi platforms li jaħdmu tajjeb ħafna.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi l-cancer platform li jaħdem taħt il-kappa tal-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika u naħseb li qed jagħmel ħafna xogħol siewi.", "Jeżisti wkoll platform li mhuwiex daqshekk uffiċjali li għandu x'jaqsam mal-immigrazzjoni.", "Hemm NGOs li jaħdmu mal-immigranti eżatt kif jaslu.", "Hemm min jaħdem fuq l-edukazzjoni tal-immigranti u hemm oħrajn li jaħdmu fuq l-integrazzjoni tagħhom.", "Hemm NGOs ta' Maltin li jgħinu lill-immigranti u hemm NGOs mill-immigranti għall-immigranti.", "Hawn irrid insemmi platform importanti ieħor li ħdimt miegħu ftit tas-snin ilu.", "Bħalma taf inti, Sur President, permezz tal-programm Xarabank konna ngħatajna l-opportunità li nagħtu s-sigħat tagħna lil xi assoċjazzjoni, u peress li dak iż-żmien jien kont il-kelliem ewlieni tas-settur tas-saħħa, kont għażilt li nagħti s-sigħat tiegħi lill-platform tal-Malta Health Network, fejn stajt niltaqa' ma' diversi NGOs li jaħdmu flimkien.", "Fil-fatt permezz tal-Malta Health Network sirt naf NGOs barranin u involvejt ruħi ma' platform Ewropea li għandha x'taqsam mal-uġigħ.", "Qed ngħid għall-NGO li jisimha Social Impact of Pain (SIP) u li tlaqqa' nies b'kondizzjonijiet differenti li minħabba l-kondizzjoni li għandhom ibatu minn uġigħ fit-tul; dawn jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu l-mod kif qed taffettwahom il-kondizzjoni li għandhom.", "Naf li xi wħud minnhom avviċinaw anke lilek, Sur President, speċjalment fejn tidħol il-Fibromyalgia, il-Muscular Dystrophy, persuni bil-kanċer eċċ. Għandna diversi pjattaformi differenti li kull wieħed u waħda minna b'xi mod jew ieħor mess magħhom.", "Sur President, inħoss li kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra għandna obbligu kbir li nagħżlu lil min ngħinu però dan għandna nagħmluh mingħajr ebda daqq ta' trombi.", "Dawn li semmejt ma nħossx li għamilt xi ħaġa partikolari magħhom, u għalhekk semmejthom, imma hemm NGOs oħrajn li ma nħossx li għandi nsemmihom.", "Huma jafu li qed nirreferi għalihom, u qed nagħżel li nagħmel dan għax anke meta naħdem magħhom, waħda mill-kondizzjonijiet li għażilt li nagħmel hi li ma noqgħodx inxandar dak li qed nagħmel.", "Dan qed ngħidu għax filwaqt li għandna individwi li forsi huma parti minn NGOs jew addirittura waqqfu NGOs huma stess, il-fissazzjoni fuq il-glorja ta' kif jidhru individwalment rikbet sew, biex ma ngħidx għattiet il-ħidma ta' dawn l-individwi u nħoss li dan mhuwiex ġust.", "Jien naħseb li ċerti għaqdiet u l-iskopijiet tagħhom m'għandhomx ikunu iżgħar jew fid-dell ta' min qiegħed imexxihom.", "Naħseb li hemm diversi każijiet u m'għandix għalfejn noqgħod insemmi ismijiet ta' individwi, però s-sena li għaddiet kellna l-każ tal-famuż award tal-volontarjat, li jien kont għedt pubblikament li ma ħassejtx li kellha tieħdu l-mara tal-Prim Minsitru, għax bħala persuni pubbliċi huwa obbligu tagħna li ngħinu mingħajr ma noqogħdu ndoqqu t-trombi.", "Issa se niġi għall-aspett prattiku li ssemma mill-Onor.", "Minn hawnhekk nixtieq nerġa' nagħmel l-appell tiegħi lill-Gvern li kont għamilt meta kont kelliem ewlieni għal dan is-settur li kien jifforma parti mid-dekasteru li kont naħdem fih, dak tad-djalogu soċjali, li ħadt gost ħafna naħdem fih għax iltqajt ma' ħafna NGOs u sirt naf ħafna aktar fuq kif jaħdmu.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-fatt li f'din il-Kamra konna għaddejna liġi li tgħid li min ikollu negozju jista' jgħaddi parti mill-qligħ tieħu lill-NGOs, però safejn naf jien – u jikkoreġuni jekk għandi żball – l-unika NGO li tista' tapprofitta minn din il-liġi hija l-Malta Community Chest Fund.", "Ma rridx ngħid li l-Malta Community Chest Fund m'għandhiex bżonn l-għajnuna, far from it, għax nafu li llum il-ġurnata allaħares ma tkunx hi, għax kieku l-Gvern ikollu joħroġ ħafna aktar flus, speċjalment fejn tidħol għajnuna lin-nies li jmorru għall-kura barra minn Malta, però naħseb li hemm NGOs oħrajn li ħaqqhom li jkunu fl-għażla ħielsa tan-nies li għandhom negozju u li jħossu dik li tissejjaħ obbligazzjoni soċjali.", "Meta jkollok negozju kbir – barra minn Malta s-social responsibility hija xi ħaġa li qabdet sew – u inti għax tkun qed tgħix f'soċjetà partikolari tkun qed tgawdi minn ċertu qligħ, ikollok l-obbligu li tagħti xi ħaġa lura.", "Naħseb li dan l-aspett għandna nimbottawh aktar 'il quddiem, speċjalment ladarba għaddejna liġi minn din il-Kamra fejn permezz ta' tax rebates u tax havens inħeġġu lil dawk in-negozji l-kbar li jkunu jistgħu jgħinu lil xi ħadd partikolari, imma ma nistax nifhem għalfejn għadna nillimitaw dik l-għażla għal organizzazzjoni waħda biss.", "Safejn naf jien, il-liġi għadha tgħid - jekk mhijiex hekk niskuża ruħi - li l-unika NGO li tista' tiggwadanja minn dan l-aspett hija l-Malta Community Chest Fund.", "Ma nafx għalfejn għandna nħallu dan l-aspett limitat meta nistgħu nkunu ta' għajnuna għal diversi NGOs!", "Sur President, f'dawn l-aħħar ġranet rajna każijiet ta' vjolenza domestika u minn hawn nixtieq insellem lill-għaqdiet li qegħdin jaħdmu f'dan is-settur.", "Jien iltqajt mill-viċin ma' dawn l-għaqdiet li m'iniex se noqgħod insemmihom imma naħseb li l-kumment li sar fil-pubbliku minn individwu li għax huwa maħtur mill-Gvern forsi ħass ċerta libertà li jgħid min għandu u min m'għandux dritt jipprotesta fil-Belt Valletta kontra l-femiċidju u l-qtil tan-nisa, kien verament barra minn loku.", "Jien, minn hawnhekk, nikkundanna dak il-kliem u nħeġġeġ lill-NGOs li qed jagħmlu din il-ħidma tant fejjieda, li mhux bilfors naqbel magħhom f'kollox.", "Rigward il-punt li pprova jagħmel is-Sur Grixti naħseb li the point was made, imma fil-fehma tiegħi baqa' sejjer oltre minn dak li jmissu qal.", "Il-punt hu li m'hemmx għalfejn naqbel mija fil-mija mal-ħidma kollha li qed jagħmlu ċerti NGOs, però meta jingħaqdu flimkien l-NGOs li qed jagħmlu ħidma tant importanti favur l-ugwaljanza, b'mod partikolari kontra l-vjolenza fuq in-nisa, naħseb li nkunu qegħdin naraw sal-ponta ta' mneħirna jekk niddeċiedu li nattakkawhom fuq prinċipju wieħed meta globalment qed isir tant u tant ġid f'dan l-aspett.", "Sur President, qabel ma nieqaf nerġa' nappella li b'mod partikolari issa li ġej il-Baġit u meta qegħdin ngħixu fl-aqwa żmien, il-Ministru għall-Finanzi jaħseb aktar fl-NGOs li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna, billi jinħolqu skemi fejn min għandu negozju u jkun jixtieq jagħżel NGO tal-għażla tiegħu biex jagħtiha l-għajnuna, dan ikun jista' jibbenefika minn tnaqqis fit-taxxa bħalma jsir f'ħafna pajjiżi oħrajn.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nibda billi nirringrazzja lill-kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra li tkellmu dwar dan is-suġġett li huwa tant għal qalbi.", "Forsi matul l-aħħar snin, ftit kellna l-opportunità li nitkellmu dwar l-NGOs u allura naħseb li huwa tajjeb li lil hinn mil-liġi nieħu ftit mill-ħin li għandi allokat biex nitkellem fuq il-valur tal-volontarjat, imbagħad għandi xi ħsebijiet oħra dwar l-Abbozz ta' Liġi nnifsu.", "Naħseb li ma nkun qed ngħid xejn żbaljat jekk ngħid li s-soċjetà Maltija hija mibnija fuq il-valur tal-volontarjat.", "Nemmen bis-sħiħ u ma nimmaġinax lil dan il-poplu mingħajr il-volontarjat, mhux biss illum, imma anke jekk wieħed iħares lura fis-snin isib li, bla dubju ta' xejn, is-soċjetà tagħna hija mibnija fuq il-valur tal-volontarjat li f'pajjiżna kontribwixxa b'diversi modi fil-komunitajiet u fis-soċjetà tagħna.", "Wieħed ma jistax jimmaġina kif il-festi fl-irħula tagħna jistgħu jiġu organizzati mingħajr il-volontarjat u kif nistgħu naraw l-għaqdiet mużikali, li għall-grazzja t'Alla dejjem jiffjorixxu f'kull belt u raħal, setgħu jikbru jekk mhux bil-volontarjat.", "Kontra kull pajjiż ieħor fid-dinja, nistgħu ngħidu li f'pajjiżna kważi fid-dixxiplini kollha fil-qasam sportiv, kieku ma kienx għall-volontarjat fl-ebda ħin ma stajna naraw lit-tfal tagħna, li huma l-ġenerazzjonijiet futuri, jipprattikaw xi sport partikolari.", "Insibu wkoll għaqdiet bħall-iScouts u l-Girl Guides li ssemmew aktar kmieni.", "Huwa tajjeb li nirrikonoxxu li permezz ta' dawn l-għaqdiet pajjiżna qed jiffranka ammont konsiderevoli ta' flus.", "Dawn qegħdin jifformaw il-karattri tal-irġiel u n-nisa t'għada u allura huwa obbligu tagħna li qegħdin fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż li lil dawk kollha li b'xi mod qegħdin jikkontribwixxu, nirringrazzjawhom u nirrikonoxxu l-ħidma tagħhom, għax pajjiżna jiddependi mill-kontribut bla limitu tagħhom.", "Kif kienet qed tgħid l-Onor.", "Buttigieg, naħseb li lkoll kemm aħna missejna mal-qasam tal-volontarjat f'kull fażi ta' ħajjitna.", "Matul dan ix-xahar t'Ottubru hawn numru ta' għaqdiet f'pajjiżna li jorganizzaw esibizzjonijiet tal-arti u maratoni.", "La qegħdin fix-xahar t'Ottubru huwa tajjeb li nsellmu lil dawk l-għaqdiet li b'xi mod imissu mal-marda tal-kanċer.", "Dan ix-xahar huwa wkoll in-National Breast Cancer Awareness Month u allura huwa tajjeb li nirrikonoxxu lil kull min ħadem jew qed jaħdem fil-qasam tal-volontarjat.", "Naħseb li ma nkun qed nagħmel xejn ħażin jekk nirrikonoxxi dak li dan ix-xahar huwa mfakkar għalih.", "Irridu naraw li din il-liġi toħloq skrutinju aħjar u tara li l-NGOs joperaw bl-aħjar mod possibbli għax jekk ikollok struttura serja tkun qed tinvesti biex tkun tista' timxi aktar 'il quddiem.", "Nittamaw li meta mmorru fl-istadju ta' Kumitat ma nħallux lil din il-liġi tniżżel mannara fuq numru ta' organizzazzjonijiet.", "Nafu li forsi kien hemm nuqqas ta' ħsieb minn uħud minnhom, li għal numru ta' snin naqsu milli jirregolarizzaw ruħhom u jpoġġu l-kotba tagħhom in order, però huwa tajjeb li nagħtu biżżejjed ċans lil min kien xi ftit traskurat matul is-snin, biex jilħaq jirregola ruħu.", "Huwa tajjeb li jittieħdu ċerti miżuri però nħoss li min kien xi ftit laxk fil-mod kif opera matul l-aħħar snin, għandu jingħata dan iċ-ċans.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq amnestija imma fuq li wieħed jingħata ċans jorganizza lilu nnifsu.", "Kif nafu, din il-liġi se tkun qed tagħti aktar poteri lil min ikun fit-tmexxija tal-bord li taħtu jaqgħu dawn l-organizzazzjonijiet u allura rridu naraw li dawk il-poteri jintużaw b'tali mod li nkomplu nsaħħuhom.", "Kif diġà semmew, l-ammont ta' dawn l-għaqdiet iqarreb l-1,400 u bla dubju ta' xejn nafu li mijiet minnhom kienu xi ftit laxki matul l-aħħar snin u huwa tajjeb li nirrikonoxxu dan.", "Sur President, l-appell tiegħi, f'isem l-Oppożizzjoni, hu li kif sar f'numru ta' Abbozzi ta' Liġi oħrajn, meta nkunu fl-istadju ta' Kumitat ningħataw il-possibilità li nistiednu esperti f'dan il-qasam u nagħtuhom l-opportunità li jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ħalli din il-Kamra tkun qed tagħti lil pajjiżna Abbozz ta' Liġi li verament isaħħaħ l-organizzazzjonijiet volontarji.", "Nittama li l-Gvern jikkonsidra dan l-appell bis-serjetà, għax minkejja li minn din in-naħa tal-Kamra qegħdin naqblu ma' dan l-Abbozz ta' Liġi, kif iddikjara kull kelliem, mingħajr ma nkun kritiku rrid ngħid li se nkunu qegħdin inresqu emendi f'isem dawn l-organizzazzjonijiet volontarji biex meta l-liġi tgħaddi mill-istadji kollha u tiġi fis-seħħ, tkun tirifletti l-intenzjonijiet tagħha.", "Nemmen li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandna intenzjonijiet tajba, għax nirrikonoxxu l-ħidmiet li jagħmlu dawn l-għaqdiet illum kif ukoll dak li sar fl-aħħar snin, u allura ejjew naraw li nagħtu spazju għall-emendi li se nkunu qegħdin jitressqu, għax ngħiduha kif inhi, forsi wieħed stenna li seta' kien hemm proċess ta' konsultazzjoni ftit aktar wiesa'.", "Jien nirrikonoxxi wkoll li ftit tal-ġimgħat ilu saret laqgħa fil-bini tal-Università li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Edukazzjoni flimkien ma' għexieren ta' nies, jekk mhux mijiet, li b'xi mod imissu ma' dawn l-organizzazzjonijiet.", "Naħseb li l-għan ewlieni ta' din il-liġi m'għandux ikun ix-xoljiment ta' għaqdiet.", "Ilkoll nifhmu li wieħed għandu jikkonċedi xi affarijiet u huwa importanti li din il-liġi ma toħloqx xi forma ta' diskriminazzjoni.", "Hawnhekk irrid nistaqsi xi ħaġa għax jista' jkun hemm interpretazzjonijiet differenti.", "Kif nafu, ministru, hu min hu, jista' jkun president ta' għaqda anke fil-vesti tiegħu personali, imma jirriżulta li hemm l-interpretazzjoni li reliġjuż ma jistax ikun amministratur f'organizzazzjoni lil hinn mil-linja li hu jopera fil-ħajja tiegħu ta' kuljum.", "Għalhekk minkejja li wieħed jirrikonoxxi li l-parti l-kbira ta' din il-liġi fiha punti pożittivi irridu naraw li din il-liġi ma tkunx qed toħloq xi forma ta' diskriminazzjoni.", "Irrid nirreferi wkoll għall-kompożizzjoni tal-Kunsill għax filwaqt li f'kunsilli jew f'bordijiet li jinħatru f'liġijiet oħrajn dejjem naraw l-involviment dirett tal-Ministru, il-Gvern qed iħalli lil dan il-Kunsill jiġi regolarizzat mill-membri li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Ovvjament din il-liġi tagħti struttura aħjar minħabba l-fatt li hemm klawsola li permezz tagħha qed tingħata żieda fis-ceilings u fil-mod kif jiġu operati l-għaqdiet f'pajjiżna u dan se jgħin biex jitnaqqas ix-xogħol amministrattiv.", "Naħseb li dan huwa punt importanti u nerġa' nappella biex fl-istadju ta' Kumitat, possibbilment, nagħtu spazju ħalli nisimgħu lil dawk in-nies hemm barra li jifformaw l-għaqdiet tagħna, għax iltqajna ma' numru ta' għaqdiet li qalulna x'jaħsbu dwar din il-liġi u dawn iddikjaraw li seta' kien hemm aktar konsultazzjoni mal-Gvern dwar ħsebijiet li s'issa ma jidhrux riflessi f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "It-tajjeb hu li għad hemm iċ-ċans u ninsab konvint li l-Gvern se jkun qed jimxi b'dan il-mod.", "Din in-naħa tal-Kamra trid taħdem id f'id mal-Gvern fuq din il-liġi biex kemm jista' jkun ikollna liġi li permezz tagħha jkollna komunitajiet aktar b'saħħithom.", "Jien ġej minn lokalitajiet fejn, għall-grazzja t'Alla, l-għaqdiet volontarji komplew dejjem jiffjorixxu.", "Irrid ngħid li fil-Mellieħa biss hemm madwar 50 għaqda volontarja li joperaw f'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ.", "Dan jirriżulta wkoll fin-Naxxar, lokalità li jien nirrappreżenta f'din il-Kamra, flimkien ma' San Pawl il-Baħar.", "Jekk wieħed ifittex ċerta statistika partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam soċjali f'pajjiżna bħal pereżempju l-qgħad, il-vjolenza kif ukoll ċerta kriminalità, isib li kull fejn iffjorixxew dawn l-għaqdiet volontarji kien hemm impatt pożittiv f'dawn il-lokalitajiet.", "Għalhekk huwa tajjeb li naraw li nkomplu nsaħħuhom u li l-Gvern jibqa' joħroġ skemi għalihom, però huwa tajjeb ukoll li l-Gvern jibqa' jinċentivahom biex japplikaw għall-fondi Ewropej għax kultant ċerti għaqdiet jaqtgħu qalbhom minnhom.", "Huwa tajjeb li l-funzjoni tal-MEUSAC tkompli tiġi proġettata.", "Jien nirrikonoxxi li l-MEUSAC qed tagħmel biċċa xogħol tajba imma hemm barra għandna għaqdiet li mhumiex informati.", "Għalhekk naħseb li l-Gvern irid ikompli jinvesti fir-riżors uman biex isiru kampanji ta' edukazzjoni u informazzjoni dwar kif wieħed jista' jakkwista dawn il-fondi.", "Nafu li għandna għaqdiet li minbarra li joperaw bil-volontarjat, mil-lat amministrattiv joperaw bi ftit nies u allura huwa tajjeb li fejn jidħol ir-riżors uman, li huwa l-uniku riżors li għandu dan il-pajjiż, naraw li lil hinn mir-regolamenti u mil-lat amministrattiv, ninċentivaw lil dawn l-għaqdiet ikomplu javvanzaw u jiffjorixxu, għax fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat finali hu li pajjiżna jkompli jiggwadanja.", "Jien se nieqaf hawn f'dan l-aħħar intervent min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nittama li meta niġu għall-istadju ta' Kumitat, nagħmlu liġi u nkunu nistgħu ngħidu li fl-2018 għamilna liġi li kompliet fuq dak li bdew missirijietna biex insaħħu l-valur tal-volontarjat.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sinjura President, irrid ngħid li nħossni verament sodisfatt bil-mod matur kif din il-Kamra affrontat it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi tant importanti li jolqot is-settur tal-volontarjat b'mod reali, b'mod tanġibbli u b'mod li jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-kollegi miż-żewġ naħat tal-Kamra jagħmlu referenza għall-fatt li f'mument jew ieħor ta' ħajjithom kienu f'xi għaqda volontarja.", "Naħseb li dan jawgura tajjeb ħafna u jkompli jikkonferma u jsaħħaħ l-argumenti li saru b'referenza għal dan is-settur importanti, li jifforma parti mis-sinsla tas-soċjetà tagħna u jolqot numru ta' setturi oħrajn tas-soċjetà.", "Kif kelli l-okkażjoni li nispjega proprju lbieraħ, wieħed jista' jgħid faċilment li l-volontarjat jaġixxi bħal dik il-kolla li tgħaqqad diversi setturi differenti flimkien.", "Hawnhekk irrid nispjega x'inhu l-ħsieb wara x-xogħol tal-volontarjat.", "Il-volontarjat għandu l-għan li ssir ħidma mingħajr ma wieħed jistenna xejn lura, ħidma li ma tista' tiġi kkompensata b'xejn.", "Normalment, meta wieħed jagħmel biċċa xogħol, jistenna xi forma ta' ħlas għaliha, però s-sabiħ tal-volontarjat huwa proprju li tagħmel xi ħaġa fejn tkun qed tagħti l-ħin tiegħek u taf li l-uniku kumpens li se tingħata lura huwa s-sodisfazzjon li fl-aħħar tal-ġurnata, meta tiġi biex tmur lura lejn darek, tkun għamilt xi ħaġa ġusta li swiet ta' ġid għal nies oħrajn.", "Hawnhekk irrid ningħaqad mal-Membri Parlamentari l-oħrajn u nsellem lill-eluf ta' voluntiera li jagħtu sehemhom f'xi rwol jew ieħor fl-għaqdiet tal-volontarjat.", "Irrid ngħid li l-emendi li għandna għal dan l-Abbozz ta' Liġi huma proprju frott il-kontribuzzjoni li l-istess voluntiera taw waqt konsultazzjoni pubblika.", "Fil-fatt is-sabiħ tad-dibattitu li għamilna fit-Tieni Qari hu s-sehem dirett ta' dawn il-voluntiera waqt li kienet qed issir il-konsultazzjoni pubblika għax dan għen lill-politiku jifhem xi jħoss is-settur tal-volontarjat.", "Irrid ngħid li bħala persuna, sa minn età tenera meta kont daqsxejn ta' żagħżugħ – mhux għax illum m'għadnix inħossni żagħżugħ imma qed ngħid għal meta kont iżgħar fl-età – kont nagħti dak is-sehem ċkejken f'xi għaqda jew oħra.", "Illum nirrealizza kemm aħna xxurtjati li għandna l-possibbiltà li fil-Parlament nilleġiżlaw liġijiet li jgħinu setturi li jkunu għal qalbna, setturi ta' importanza nazzjonali, setturi li jgħinu lil pajjiżna jkompli jameljora.", "Naħseb li dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr il-kollaborazzjoni ta' dawk involuti.", "Sinjura President, ilbieraħ semmejt kemm huwa importanti r-rwol tal-Kummissarju li għandu ħafna responsabbiltajiet, iżda bil-mod kif se tiġi emendata l-liġi, se jkollu responsabbiltajiet ħafna akbar.", "Irrid ngħid kelma ta' inkoraġġiment lill-membri tal-Kunsill ta' dan is-settur, li kif ingħad u kif hemm miktub fl-emendi li ressaqna, illum il-ġurnata hemm proċess regolat li joħroġ mill-istess liġi, fejn is-settur tal-volontarjat jinnomina lil dawk li jkollhom il-possibbiltà li jifformaw parti mill-Kunsill, imbagħad il-politiku jkollu l-aħħar kelma u jiddeċiedi min għandu jifforma dan il-Kunsill.", "Issa, permezz ta' dawn l-emendi fil-liġi, qegħdin nuru bil-fatti kemm verament irridu nisimgħu lill-poplu u kemm irridu nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "Wieħed fehem l-għajta li kien hemm hemm barra u l-politiku responsabbli - f'dan il-każ jien - se jkun qed jitlaq minn idejh ir-responsabbiltà li jaħtar il-Kunsill b'mod sħiħ.", "Jista' jkun li normalment wieħed jgħid li meta l-politiku jabad ma' xi ħaġa ma tantx jitlaqha minn idu.", "F'dan il-każ, naħseb li hija inizjattiva ta' min ifaħħarha li persentaġġ konsiderevoli se jkun elett b'mod demokratiku, mingħajr l-ebda indħil, għax b'hekk il-Kunsill se jkun aktar awtonomu fil-mod kif jopera u fl-istess ħin setturi varji tas-soċjetà tagħna se jkunu rappreżentati.", "Dan isir proprju biex nassiguraw li pajjiżna jkollu rappreżentanza sħiħa f'dan il-Kunsill tant importanti li jaħdem id f'id mas-settur partikolari biex ikun il-vuċi tiegħu, u qed naraw li nkomplu ngħinuh b'dawn il-liġijiet li jservu ta' tarka ħalli nipproteġu lill-voluntiera li jagħtu tant ħin, tant dedikazzjoni u tant imħabba lejn dan il-qasam partikolari.", "Ħadt pjaċir bil-kelliema li għamlu referenza għar-rapport tal-Moneyval.", "Aħna se nkunu minn ta' quddiem nett biex nipproteġu lis-settur tal-volontarjat minn min jidħol f'dan is-settur mhux biex jagħmel xogħol volontarju iżda biex jakkwista jew jagħmel xi affarijiet illegali.", "Wieħed irid jgħid prosit lil dawk kollha involuti fil-proċess li wassalna biex illum il-ġurnata s-settur tal-volontarjat f'pajjiżna se jkun protett mill-ħasil ta' flus u mill-iffinanzjar tat-terroriżmu.", "Forsi min ikun f'għaqda żgħira jistaqsi jekk din il-burokrazija u dawn ir-regolamenti jistgħux ikunu ta' piż fuq il-mod kif jopera dan is-settur.", "Ir-risposta tiegħi hi li dawn ir-regolamenti qegħdin hemmhekk biex jgħinuk u jagħtuk is-serħan il-moħħ li tkun tista' topera f'ambjent b'saħħtu u nadif.", "Ma ninsewx li dawn huma għaqdiet li ħafna drabi jserrħu l-operat tagħhom fuq numru żgħir ta' persuni u allura r-rwol tagħna għandu jkun propju li naraw li dawn in-nies ikunu protetti minn kwalunkwe forma ta' inkwiet biex il-poplu jkun jista' jgawdi frott il-ħidma sfiqa tagħhom.", "Allura naħseb li r-risposta għandha tkun li dawn ir-regolamenti qegħdin hemmhekk propju biex jgħinu lis-settur jopera b'mod aktar trasparenti, fejn il-kontabilità tkun l-ordni tal-ġurnata u mhux l-eċċezzjoni.", "Ma rridux nagħtu l-idea li llum il-ġurnata l-għaqdiet f'dan is-settur imexxu b'mod ta' kafkaf!", "Jien għandi x-xorti li ta' kuljum niltaqa' ma' numru ta' għaqdiet fis-settur tal-volontarjat, li jagħmlu xogħol imprezzabbli u tibqa' sorpriż b'mod pożittiv ħafna mill-organizzazzjoni li għandhom, mill-mod kif iżommu l-kotba tagħhom, mill-mod kif iżommu l-accounts tagħhom, u mis-serjetà f'dik li hija organizzazzjoni u struttura tas-soċjetà tagħhom.", "Għalhekk xogħolna hu li permezz tal-Kunsill u tal-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, nassiguraw li l-messaġġ tagħna jasal hemm barra.", "Ovvjament se jkollok għaqdiet li jgħidulek li għandhom problema biex jimxu paripassu mal-liġijiet, mhux minħabba n-nuqqasijiet tagħhom, iżda ta' dawk li kien hemm qabilhom.", "Ovvjament se jkollna l-possibilità li nidduskutu dan kollu fi stadju ta' Kumitat.", "Filwaqt li l-Kummissarju għall-Għaqdiet tal-Volontarjat għandu obbligi legali ben definiti, li sa ċertu punt jorbtulu jdejh fil-mod kif għandu jopera, fl-istess ħin se naraw li nkunu realistiċi u ngħinu lil dawn il-voluntiera jkomplu bl-operat tagħhom, però hawn irid jintlaħaq bilanċ, fejn fuq naħa tiġi rispettata l-liġi u fuq in-naħa l-oħra naraw li dan ir-rispett lejn il-liġi jgħin lil dan is-settur ikompli jimxi b'mod onest u bl-osservanza tar-regolamenti.", "Fl-aħħar xhur kelli x-xorti naħdem biex naraw li l-emendi li ġew miżjuda fl-aħħar xhur jirriflettu realtajiet li forsi sa ftit tas-snin ilu wieħed ma kienx jobsor li jaffetwaw lil dan is-settur tant importanti għal pajjiżna fosthom iż-żgħażagħ.", "Iż-żgħażagħ huma riżorsa importanti ħafna għal pajjiżna għax huma mimlijin ħeġġa u enerġija, tant li qegħdin ikunu protagonisti fis-soċjetà tagħna.", "Fil-fatt, ftit tax-xhur ilu, f'dan il-Parlament – u hawnhekk nirringrazzja l-ħidma li saret mill-Onor.", "Julia Farrugia Portelli – iż-żgħażagħ ta' 16-il sena ngħataw il-vot.", "Mela hawnhekk qegħdin naraw li b'mod gradwali, f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur taż-żgħażagħ, pajjiżna mill-kliem għadda għall-fatti u ż-żgħażagħ ingħataw il-fakultà li jesprimu ruħhom fi proċess demokratiku b'mod attiv fil-ħajja soċjali u ċivili ta' pajjiżna.", "Aħna rajna li nibqgħu mexjin fuq l-ispinta li ngħata s-settur taż-żgħażagħ u kienet xi ħaġa sabiħa ħafna li matul dawn ix-xhur iltqajna ma' mijiet ta' żgħażagħ li mill-mod kif jagħmlulek ċerti mistoqsijiet u mill-argumentazzjoni li ssir fuq ċerti argumenti u responsabilitajiet, tinduna li kapaċi jirraġunaw u li jifhmu r-responsabbiltajiet tagħhom.", "Aħna rajna li m'hemm xejn isbaħ milli nagħtu s-saħħa lil dawn iż-żgħażagħ biex ta' 16-il sena jkunu jistgħu jibdew dawn l-għaqdiet volontarji.", "B'hekk inkunu qegħdin ngħinu lil dawn iż-żgħażagħ ta' età daqshekk tenera jieħdu sehem attiv fis-soċjetà tagħna u jkunu esposti b'mod dirett għal numru ta' fatturi li jgħinuhom jiżviluppaw f'adulti b'mod komplet, għax meta tkun qed taħdem f'għaqda volontarja, tirċievi numru ta' ħiliet mill-esperjenza diretta tiegħek fl-istess għaqda.", "Jien għamilt enfasi fuq is-sodisfazzjon li wieħed jieħu mis-settur tal-volontarjat però rrid insemmi wkoll in-numru ta' ħiliet li jinkludu numru ta' aspetti differenti li wieħed jakkwista meta jaħdem f'dan is-settur, bħal pereżempju, il-kapaċità li wieħed jaħdem f'ambjent ta' tim, fejn irid jaħdem id f'id ma' nies oħrajn li mhux bilfors jaqblu miegħu fuq kull suġġett, però jaħdmu billi jimxu paripassu sabiex jilħqu għan komuni; il-ħiliet li għandhom x'jaqsmu mal-mod kif wieħed imexxi.", "Jien nista' nassigurakom li meta nkun qiegħed niddiskuti maż-żgħażagħ fuq numru ta' suġġetti partikolari, ikun hemm żgħażagħ li jolqtuni u ngħid li għada pitgħada għad nerġa' niltaqa' magħhom.", "Kultant ikun hemm żgħażagħ li tkun taf li għandhom futur importanti quddiemhom, għax sa minn età tenera juruk li jkunu kapaċi jikkoltivaw ġo fihom ċerti aspetti li huma essenzjali fil-ħajja pubblika.", "Għalhekk irrid insellem lil dawn iż-żgħażagħ u nħeġġiġhom jużaw dawn l-emendi fil-liġi biex jieħdu sehem fiha b'mod dirett.", "Kif diġà semmejt, il-volontarjat huwa importanti sabiex jibni pontijiet bejn is-setturi varji tas-soċjetà tagħna, u hawn irrid insemmi kif dan kollu jsir b'sens ta' altruwiżmu.", "F'dawn l-emendi rajna kif daħħalna numru ta' termini u definizzjonijiet li jħarsu lejn l-operat ta' kuljum.", "Fl-istadju ta' Kumitat se jkolli ċans nelabora aktar fid-dettall dwar l-importanza li rrid nisħaq fuqha ċjoè li tneħħa l-interess privat u kull possibilità ta' konflitt ta' interess f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-volontarjat.", "Ejjew nagħmluha ċara li m'aħniex nippontaw subgħajna lejn il-volontiera f'dan is-settur però ovvjament se ssib min jipprova japprofitta ruħu u allura dawn l-emendi jassiguraw li min ikollu dak il-ħsieb viljakk se jsib regolamenti li jagħtu s-setgħa lill-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji li jieħu l-passi kollha neċessarji biex min ma jimxix mar-regolamenti jkollu jiffaċċja l-konsegwenzi.", "Irrid ngħid ngħid ukoll li daħħalna definizzjoni oħra li nixtieq nagħmel referenza għaliha fil-qosor, imbagħad fi stadju ta' Kumitat inkun nista' nelabora aktar fid-dettall.", "Qed nirreferi għat-tifsira ġdida li daħħalna għal lawful purpose, dak li bil-Malti nsibuh bħala skop leġittimu.", "Meta wieħed jara x'inhu dan l-iskop leġittimu jrid dejjem iħares lejn il-benefiċċju pubbliku.", "Mela hawnhekk iċ-ċirku qiegħed jingħaqad u qegħdin naraw li meta għandek għaqda tal-volontarjat, din irid ikollha skop leġittimu li jħares lejn il-benefiċċju għas-soċjetà Maltija.", "Hemmhekk wieħed iħossu komdu jgħin lil dawn l-għaqdiet li se jkunu reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji u b'responsabbiltà ngħid li dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi pubbliċi - u aħna accountable għall-fondi pubbliċi - għax se nkunu qegħdin nagħtu l-qafas legali biex nassiguraw li dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu joperaw b'tali mod u manjiera li minnhom ikun hemm benefiċċju pubbliku għal kull wieħed u waħda minna.", "Xi ħaġa importanti oħra li xtaqt insemmi hija l-konċett ta' reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji.", "Ħadt pjaċir li f'din il-Kamra donnu hemm qbil, tista' tgħid unanimu, dwar l-importanza ta' dan il-konċett.", "Irrid ngħid li riċentement, flimkien mal-Ministru għall-Ġustizzja, l-Onor.", "Owen Bonnici, permezz ta' avviż legali, neħħejna l-ispejjeż marbuta mar-rikorsi, fejn wieħed jitlob lill-Qorti informazzjoni fuq persuna li tkun qed taħdem f'għaqdiet tal-volontarjat u jkollha kuntatt maż-żgħażagħ tagħna.", "Hawnhekk qegħdin naraw li jkollna l-assigurazzjoni li l-volontiera li jaħdmu f'dawn l-għaqdiet u allura jkunu f'kuntatt ma' nies li jistgħu jkunu vulnerabbli u ma' nies li jistgħu jkunu taħt l-età, ikunu nies ta' ċerta stoffa, affidabbli u li ma jkunux xellfu jdejhom mal-liġi.", "Hawnhekk irridu nassiguraw irwieħna li għal ċerti kategoriji jkollna reġistrazzjoni obbligata.", "Ilbieraħ semmejt il-kategoriji li jaqilgħu aktar minn €5,000 fis-sena u għedt li dawn huma obbligati bil-liġi li jirreġistraw mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, però anke dawk l-għaqdiet li jkollhom turnover ta' inqas minn €5,000, xorta huma legalment obbligati li jinformaw lill-Kummissarju ta' dak is-settur li huma eżistenti u qegħdin joperaw.", "Il-Kummissarju, biex jassigura li dan kollu qiegħed isir, se jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni mingħand l-għaqdiet, jew mingħand l-amministratturi, mhux biex jeżerċita l-poter tiegħu biex jimponi, iżda sabiex jassigura li jkun hemm il-protezzjoni ta' dawk kollha involuti.", "Irrid ngħid ukoll li kellna numru ta' regolamenti oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' ishma u l-mod kif is-settur tal-volontarjat irid jaħdem id f'id ma' numru ta' setturi oħra.", "Ovvjament iż-żmien huwa limitat.", "Kemm fadalli ħin, Sinjura President?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Fadallek ħames minuti.", "CLIFTON GRIMA: Ngħidlek il-verità, kieku tajtni 25 minuta oħra konna nibqgħu għaddejjin għax dan huwa settur importanti ħafna.", "Irrid ngħid x'wassal biex saru dawn l-emendi li forsi jistgħu jidhru bħala piż żejjed.", "Aħna llum il-ġurnata ngħixu ġo villaġġ globali.", "Minkejja li aħna mdawrin bil-baħar u mil-lat ġeografiku wieħed irid jaqbad ċerti mezzi ta' trasport biex joħroġ minn pajjiżna, ir-realtajiet tagħna nbidlu b'mod drastiku bis-saħħa tat-teknoloġija.", "Għalhekk ridna nassiguraw li pajjiżna jkun attrezzat biex dawn l-għaqdiet tal-volontarjat ma jitħallewx lura u rajna li jkun hemm emendi fil-liġi li jħarsu lejn l-importanza tal-cryptocurrencies u tal-blockchain, għax meta nkunu qegħdin nilleġiżlaw f'dan il-Parlament, ma rridux inħarsu biss lejn il-preżent iżda wkoll lejn il-futur.", "Il-futur jidher li se jeħodna f'dik it-triq u allura huwa importanti li narmaw lill-għaqdiet tagħna biex ikunu ppreparati għal dan kollu.", "Jien nemmen li l-leġiżlatur għandu d-dmir li fil-leġiżlazzjoni li jgħaddi minn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, idaħħal miżuri u inċentivi biex jgħin lil dan is-settur li kollha kemm aħna faħħarna u għedna kemm huwa importanti u kemm jagħmel xogħol fis-soċjetà tagħna.", "Sinjura President, huwa maħsub li dawn l-emendi jagħtu aktar stabilità.", "Dawn huma emendi li jagħtu numru ta' definizzjonijiet ġodda u ċari tal-poteri u r-rwoli ta' dawk li huma meqjusa bħala players importanti ħafna f'dan is-settur.", "Aħna nemmnu li flimkien, b'mod magħqud, se nkunu qegħdin nagħtu l-għodda biex dan is-settur ikompli jikber u jopera f'ambjent b'saħħtu, ċar u legali.", "B'dan il-mod dan is-settur ikompli jissaħħaħ.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji u biex jagħmel emendi konsegwenzjali u oħrajn fil-Kodiċi Ċivili u fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili, l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku, l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, l-Att dwar l-Arbitraġġ, l-Att dwar il-Kumpanniji u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "CLIFTON GRIMA: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Clifton Grima biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CLIFTON GRIMA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 3 ta' Ottubru, 2018 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-professjonijiet alleati – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Edukazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, f'dawn il-15-il minuta se nipprova nkun konċiż dwar il-messaġġ li nixtieq inwassal illejla.", "Jien fis-sajf bqajt għaddej niltaqa' ma' diversi nies, anzjani u pensjonanti li fil-mument jinsabu għaddejjin minn faqar ġdid.", "Fil-jiem li għaddew l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħareġ rapport li jikkonferma dak li qed ngħid dwar il-pensjonanti.", "Fil-fatt il-frustrazzjoni tinħass l-iktar għall-fatt li dawn qed jiġu mċaħħda minn xi ħaġa li hija tagħhom.", "Fil-fatt, meta għamilt anke r-riċerka tiegħi, sibt li dawn il-pensjonanti għandhom raġun biex ibigħu, u xtaqt inwassal messaġġ permezz ta' dan l-Aġġornament li eluf ta' pensonanti – issa nagħti l-figura ta' kemm huma dawn il-pensjonanti – ġew imċaħħda mid-dritt tagħhom u qegħdin ibatu l-konsegwenza ta' deċiżjoni li ttieħdet taħt l-Amministrazzjoni tal-Eks Prim Ministru Duminku Mintoff fl-1979.", "Dak iż-żmien kienet saret liġi li ċċaħħad il-pensjoni lil dawk li taw servizz lis-soċjetà Maltija minħabba d-deċiżjoni inġusta li kienet ittieħdet li kienet tgħid li ħadd m'għandu jieħu aktar minn pensjoni waħda, anke jekk bi dritt dawn huma intitolati għall-Pensjoni Kontributorja u għall-Pensjoni tas-Servizz, għax kienu ħallsu għaliha.", "Il-pensjonanti li qed nikellem dwarhom, magħrufa aħjar bħala tas-Servizz, huma dawk li ħallew l-impjieg tagħhom mal-Gvern biex marru jaħdmu ma' kumpanija privata u kienu mħallsin mill-Gvern Ingliż.", "Dawn il-ħaddiema kienu simili għall-ħaddiema taċ-Ċivil, imma kienu mħallsin mill-Gvern Ingliż.", "In-numru ta' dawn l-ħaddiema kien bl-eluf u għalhekk kienet inqalgħet problema kbira meta l-Ingliżi telqu minn Malta.", "Ma' dawn kien hemm tobba u professjonisti li ħallew pajjiżhom wara li kienu ħadmu mal-Gvern Malti.", "Sadanittant l-ebda Gvern ma sab tarf kif isolvi din l-inġustizzja li qed issir mal-pensjonanti permezz ta' din il-liġi xejn popolari.", "Qed ngħid li mhi xejn popolari għax ħolqot diversi inġustizzji.", "Hawn irrid nieħu l-opportunità sabiex insellem lill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Pensjonanti tas-Servizz li ġiet imwaqqfa madwar tmien snin ilu minn grupp ta' pensjonanti li bla dubju ta' xejn huma milquta.", "Ta' min isemmi wkoll il-British Civil Service Association li tħaddan fiha eluf ta' membri.", "Dawn kienu influwenzaw lill-mexxej Laburista ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Alfred Sant, biex isib rimedju.", "Però għalkemm hu kien niżżel din il-wegħda fil-manifest elettorali tal-1996, għax kien fehem din il-preokkupazzjoni, ovvjament ma kellhiex ċans titwettaq għax kif nafu dam fil-gvern 22 xahar biss.", "Allura ejjew nagħtuh il-benefiċċju tad-dubju għall-fatt li ma kien sar xejn.", "L-istorja tkompli li kellu jkun l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li ħa azzjoni favur dawn il-pensjonanti li kienu ilhom jiġu misruqa mill-1979.", "B'hekk, il-pensjonanti ta' din il-kategorija, għall-ewwel darba setgħu jaraw raġġ ta' dawl, għax f'pajjiżna feġġ Prim Ministru li mhux biss irrikonoxxa l-karba ta' dawn il-pensjonanti imma dak iż-żmien tahom aġġustament ta' Lm200.", "Bla dubju, uħud mill-pensjonanti laħqu mietu u baqgħu b'xejn.", "Dawk li bdew jibbenefikaw minn dan l-aġġustament ma setgħu qatt jiġu kkumpensati mill-Gvern b'paragun ma' dak li kien diġà nsterqilhom.", "Ta' min isemmi wkoll li fil-Baġit li tressaq is-sena li għaddet, il-Ministru tal-Finanzi kien għamel aċċenn għal dak li qed ngħid jien.", "Tant hu hekk li f'paġna 18 tad-Diskors tal-Baġit, punt 2.7 jsemmi b'mod espliċitu l-pensjonanti tas-servizz u jgħid li:", "\"Għal sena oħra, se nkunu qegħdin inżidu €200 fl-ammont ta' Pensjoni tas-Servizz li jitnaqqas mill-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali.", "Din il-miżura, li se jgawdu minnha aktar minn 4,500 pensjonant tas-Servizz, se tiswa miljun ewro.\".", "Jien ċempilt lil xi wħud mill-pensjonanti li matul dan is-sajf ħdimt magħhom fuq dan l-aġġustament u qaluli li sal-lum għadhom ma rċevew xejn.", "Dawn ċemplu kemm-il darba lis-servizz tal-gov.mt u għall-ewwel bdew jgħidulhom li dan l-aġġustament se jsir dalwaqt però meta f'dawn l-aħħar ġimgħat għidna lil dawn il-pensjonanti jċemplu biex jaraw eżattament x'risposta se jirċievu, ħallewhom fil-għama.", "Sinjura President, ta' min jgħid ukoll li meta Malta fis-sena 2005 kienet addottat il-munita ewro, il-Lm200 li kien tahom l-Eks Prim Ministru Gonzi niżlu għal €200 minħabba r-riċessjoni li kien hawn mhux biss fil-pajjiż imma anke barra minn xtutna.", "Dan ifisser li dan l-aġġustament naqas bin-nofs u aktar.", "Fil-fatt f'dikjarazzjoni riċenti li għamel il-Ministru Edward Scicluna wara li saritlu pressjoni, qal ċar u tond li jrid madwar €40 miljun biex jindirizza din l-isfida u ssir ġustizzja ma' dawn il-pensjonanti.", "Sinjura President, fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzonalista tal-2013 kien hemm imniżżel li jekk jitla' fil-gvern kien se jaħdem fuqha.", "Tliet snin ilu l-membri fi ħdan l-NASP għamlu pressjoni fil-Parlament Ewropew u ressqu t-talba għall-arretrati u appellaw lill-Avukat Ġenerali u aktar tard lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea li lkoll kemm huma esprimew l-opinjoni tagħhom favur dawn il-pensjonanti, liema opinjoni hija mibnija fuq l-istess linja tal-liġi Ewropea li qiegħed nitkellem dwarha.", "Sal-lum dawn il-pensjonanti għadhom jissieltu għal dak li hu tagħhom bi dritt u b'mod ġust, mhux biss għax-xogħol li kienu wettqu, imma anke għall-flus li kienu ħallsu u allura l-ġustizzja magħhom issir biss jekk jieħdu dak li hu tagħhom bl-arretrati.", "B'dan il-mod il-Gvern ikun qiegħed juri bil-fatti li huwa tassew Gvern li jisma' u li għandu l-pensjonanti għal qalbu, li ħafna minnhom, meta nitkellem magħhom, jgħidulek li bl-istil ta' ħajja li jgħixu, qegħdin jgħixu faqar ġdid li qatt qabel ma kienu ffaċċjawh.", "L-istatistika li ħareġ l-NSO ftit tal-jiem ilu dwar dan il-faqar ġdid fost il-pensjonanti tirrifletti f'uħud minn dawn il-pensjonanti li qed nirreferi għalihom illejla.", "Pereżempju jien tkellimt ma' wieħed minn dawn il-pensjonanti li qalli li meta taħdem is-somma mill-1979 sal-lum issib li ġie misruq madwar €46,000.", "Lill-pensjonanti ħallasniehom b'dawn il-keded u l-inġustizzji, għax meta taf li dik il-ħaġa hija tiegħek u m'intix teħodha, mhux biss tieħu l-kedda imma tibda tgħid: B'hekk tħallast jien għas-servizz li tajt lil pajjiżi?", "Għalhekk bil-ftaħir li nisimgħu kontinwament fuq is-surplus u l-ġid li hawn f'pajjiżna, jekk il-Ministru tal-Finanzi għadu kif qalilna li dawn l-4,500 pensjonant se jibbenefikaw minn din il-pensjoni, m'għandniex nagħtuhom xi ħaġa aktar?", "Sinjura President, ħafna drabi ngħidu li t-torta dejjem qegħdin jieħdu minnha l-istess nies.", "Illum il-ġurnata hawn min qiegħed jitħallas bil-€100 s-siegħa imma sfortunatament il-foqra qed jibqgħu jitħallsu bl-€4 s-siegħa.", "Issa hawnhekk qed nerġgħu mmorru f'livell aktar 'l isfel, fejn qegħdin naraw li dawn l-anzjani li tant taw servizz lil pajjiżna qegħdin jitħallsu b'dawn il-keded u l-inġustizzji minn pajjiżhom stess.", "Din hija l-agħar forma ta' diskriminazzjoni li qed tiġi injorata minn min suppost qiegħed jagħti l-eżempju u minn min suppost huwa role model.", "Lil dawn l-anzjani minflok tellajniehom fuq pedestall għal dak li writna mingħandhom, ħallasniehom b'dawn il-keded.", "Dan minkejja li għandna Gvern li jipproġetta lilu nnifsu bħala l-Gvern taż-żgħir, tal-fqir, tal-batut, tal-imwarrab, tal-emarġinat u ta' min hu divers u differenti, u jagħmilha tal-paladin tal-pensjonanti.", "Qed naraw x'riżultat ħalla fuq dawn l-4,500 pensjonant li huma lkoll ħutna Maltin!", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, kif jaf kulħadd, ftit tal-jiem ilu l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-famuż permess biex id-DB Group jibni torri ta' 38 sular u lukanda ta' 18-il sular fuq art pubblika.", "Kif jaf kulħadd, sa ftit xhur ilu din l-art kienet okkupata mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi.", "Se ngħid bla tlaqliq li din hija deċiżjoni skandaluża li ġabet fix-xejn il-kredibilità tal-Awtorità tal-Ippjanar u sfortuntament, ngħid jien, ikkonfermat li f'pajjiżna llum il-ġurnata hawn grupp żgħir ta' nies li għandhom flus kemm iridu u qegħdin jagħmlu li jridu bil-kompliċità sħiħa tal-Gvern preżenti.", "Sinjura President, irrid infakkar li kien il-Gvern Laburista li ddeċieda li jkaxkar 'il barra l-istudenti mill-ITS f'San Ġiljan u jagħti din l-art għall-prezz redikolu u korrott ta' €15 miljun.", "Il-Gvern għamel minn kollox biex din l-art tispiċċa f'idejn id-DB Group sabiex fuqha jibnu dak li kienu diġà ftiehmu miegħu li se jibnu, jiġifieri dan il-famuż torri ta' 38 sular li tarah minn kullimkien.", "Kien ukoll il-Gvern li bidel il-policies tal-ippjanar u poġġa fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar nies tal-fiduċja partiġġjana tiegħu biex id-DB Group jingħataw il-permess kif iridu huma sal-inqas dettall.", "Fil-fatt l-Awtorità tal-Ippjanar tant riedet li dan il-permess jiġi approvat akkost ta' kollox, għax riedet li taqdi mill-koxxa lil tad-DB Group, li b'mod sfaċċat għażlet li tinjora kompletament lir-residenti ta' Pembroke, tinjora dak kollu li qalu l-Kunsilli Lokali ta' Pembroke, ta' San Ġiljan, tas-Swieqi u ta' Tas-Sliema u tinjora kompletament in-numru kbir ta' NGOs u għaqdiet ambjentali li tkellmu kontra dan il-proġett, fosthom Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, il-Moviment Graffiti u numru kbir ieħor ta' għaqdiet.", "L-Awtorità tal-Ippjanar injorat ukoll lil aktar minn 4,500 persuna minn Malta kollha, li fuq bażi personali – kif għamilt jien – għażlu li jagħmlu oġġezzjoni magħha għal dan il-proġett oxxenn.", "Aktar skandaluż minn hekk huwa li l-case officer responsabbli biex jipprepara r-rapport u jifforma l-opinjoni li abbażi tagħha ttieħdet id-deċiżjoni, minflok ma għamel xogħlu kif suppost u interpreta l-policies b'mod ġust u fl-ispirtu li kienu miktubin, ġebbed dawn il-policies, jien ngħid b'mod abbużiv, biex l-Awtorità żgur ikollha kull skuża u raġuni possibbli biex tagħti l-permess lil tad-DB Group.", "Għalhekk meta ftit tal-jiem ilu kellna s-seduta quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex tittieħed deċiżjoni, il-membri tal-Bord tal-Awtorità li huma 14, minflok ma ddeċidew li jwaqqfu dan l-abbuż, saru kompliċi huma wkoll, għax għaxra minnhom għażlu li jivvotaw favurih kontra kull sens u b'nuqqas kbir ta' rispett lejn kull min oġġezzjona għal dan il-proġett skandaluż.", "Din hija kwestjoni ta' responsabilità politika kif ukoll ta' min qiegħed f'kariga ta' fiduċja, bħalma l-membri tal-Awtorità tal-Ippjanar iridu jġorru r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet li jieħdu.", "Ħafna minnhom huma fdati mill-Gvern biex jiddeċiedu fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi u allura jien ngħid li huwa ġust li ngħidu min huma dawk l-għaxra mill-14 li ddeċidew li jivvotaw favur dan il-proġett oxxen.", "Jien se nsemmihom b'isimhom, għax kif għedt, bħala uffiċjali pubbliċi jridu jġorru r-responsabbiltà għal din id-deċiżjoni skandaluża.", "Dawn kienu l-Perit Elizabeth Ellul, il-Professur Victor Axiaq li huwa ċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ambjent, Jacqueline Gili li krewlha l-private jet biex ġabuha malajr għal-laqgħa tal-Awtorità, Timothy Gambin, Desiree Cassar, Simone Mousù, Joseph Brincat, Ivan Tabone, Matthew Pace li għandu konnessjonijiet kbar mal-Gvern preżenti u l-Onor.", "Irrid nagħmel enfasi partikolari fuq il-Professur Victor Axiaq għax iddiżappuntani ħafna, mhux lili biss imma lil kull min kien preżenti, lill-pubbliku inġenerali u lill-għaqdiet ambjentali.", "Qed ngħid hekk għax il-Professur Victor Axiaq mhuwiex sempliċement membru tal-Awtorità tal-Ippjanar imma qiegħed hemm għax huwa ċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ambjent u aħna konna mwegħdin li meta ssir il-qasma bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ambjent, l-ambjent ma kienx se jitlef il-valur u l-importanza li trid tingħata f'deċiżjonijiet bħal dawn.", "Però għandna Chairman tal-Awtorità tal-Ambjent li vvota favur proġett daqshekk ambjenalment negattiv.", "Li ma ħariġx fil-pubbliku hu - din se ngħidha llum għax ħadd ma semmieha – li waqt il-laqgħa tal-Awtorità, il-Professur Axiaq tkellem dwar il-flora u l-fawna li hemm fis-sit ta' Natura 2000 f'Pembroke, jiġifieri kien qed jitkellem dwar il-gremxul u l-pjanti, u beda jgħid lil kulħadd biex ma joqogħdux jinkwetaw għax iċċekkjaw u sabu li d-dellijiet ta' dan it-torri kbir mhuma se jagħmlu l-ebda ħsara lill-gremxul u lill-flora u l-fawna.", "Però l-Professur Axiaq imqar semma darba jekk iċċekkjax kif se jaffettwa lir-residenti ta' Pembroke.", "Ma marx jistaqsi lill-uffiċjali tal-Awtorità jekk iċċekkjawx dan il-proġett kif se jaffettwa lir-residenti ta' Pembroke?", "Għalhekk kien diżappuntanti ħafna l-Professur Axiaq meta mar hemmhekk jitkellem dwar il-flora u l-fawna u kif se jaffettwahom id-dell.", "Qalilhom biex iserrħu moħħhom li mhu se jiġrilhom xejn imbagħad dwar in-nies ma staqsa xejn u ma interessax ruħu.", "Fl-intervent li għamel il-Professur Axiaq waqt din il-laqgħa kważi ġġustifika l-fatt li ladarba mhux se ssir ħsara lill-flora u l-fawna, jista' jivvota favur.", "Hija tal-mistħija u inaċċettabbli li ċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ambjent li jaf xi jfisser dan il-proġett, ivvota favur tiegħu.", "U għalhekk in-nies huma rrabjati, u bir-raġun.", "Dawn il-membri tal-Awtorità tal-Ippjanar se jibqgħu mniżżlin fl-istorja ta' pajjiżna bħala l-persuni li meta ġew fdati biex jieħdu deċiżjoni, marru kontra l-interessi tan-nies ta' Pembroke u ta' pajjiżna b'mod ġenerali, u ħallew lid-DB Group u lill-Gvern jagħmlu bullying fil-konfront tagħhom u jġegħluhom japprovaw dan il-proġett skandaluż.", "Irrid insemmi wkoll il-kwestjoni tal-art.", "Dawk li jmexxu d-DB Group tant kienu ċerti li dan il-proġett se jkollu l-appoġġ sħiħ tal-Gvern preżenti u li l-Awtorità se tagħtihom il-permess, li llum nista' ngħid liberament li ilhom mill-inqas minn Jannar 2013 - jiġifieri minn qabel l-elezzjoni ta' 2013 - jiftaħru li se jkollhom f'idejhom l-art tal-ITS u li fuqha se jibnu lukanda ta' ħames stilel taħt il-brand internazzjonali Hard Rock.", "Issa jekk huma kapaċi, tad-DB Group jiċħdu dak li qiegħed ngħid jien.", "Jien qed ngħid li mill-inqas f'Jannar 2013 tad-DB Group kienu qed jiftaħru li se jkollhom l-art tal-ITS f'idejhom u li fuq din l-art se jibnu din il-lukanda ta' ħames stilel.", "Mhux hekk biss imma ftaħru wkoll li kellhom kollox lest.", "Jien nista' ngħid li ftit ġimgħat wara l-elezzjoni tal-2013 tad-DB Group marru jiftaħru u wrew il-pjanti mmarkati bil-lukanda mibnija fuq is-sit tal-ITS.", "Issa sa ftit ġimgħat wara l-elezzjoni l-Gvern ma kien semma xejn dwar l-ITS.", "Ħadd ma kien semma xejn.", "Il-Gvern ma kienx qal li kien se jneħħi l-ITS minn hemmhekk u li se joħroġ tender dwar din l-art.", "Dan ġara sentejn wara.", "Allura tad-DB Group kif kienu jafu li l-Gvern se jiddeċiedi li joħroġ din l-art għal sejħa pubblika u ppreparaw il-pjanti qabel ma l-Gvern ħabbar xi ħaġa?", "Mhux ta' b'xejn li meta ħarġet is-sejħa għall-offerti, in-nies fl-industrija li huma kompetituri tad-DB Group bdew jgħidu ma' kulħadd, u għadhom jgħidu sal-lum, li ma kienx vale la pena li tmur titfa' l-offerta għax dik l-art kienet diġà mwiegħda!", "Dwar dan għad irridu naraw ħafna affarijiet għax l-Awditur Ġenerali għandu talba quddiemu biex jagħmel investigazzjoni dwar din l-art, imma sfortuntament din l-investigazzjoni għadha ma bdietx.", "Jien ngħid li mhuwiex sew li għadha ma bdietx u naħseb li huwa xieraq li l-Awditur Ġenerali jagħti prijorità lil din l-investigazzjoni.", "Sinjura President, nixtieq nagħlaq dan l-Aġġornament billi nagħmel appell forma ta' messaġġ ta' kuraġġ lir-residenti ta' Pembroke.", "Din hija burraxka u episodju ikrah ħafna fil-lokalità tagħhom li wieħed irid jara kif se jindirizzah.", "Irrid nagħmel kuraġġ lir-residenti ta' Pembroke, lill-kunsill lokali li mexa tajjeb ħafna f'din il-kwestjoni u lill-kunsilli lokali tal-madwar jiġifieri dak ta' San Ġiljan, ta' Tas-Sliema u tas-Swieqi, li ngħaqdu mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke fil-ġlieda kontra dan il-proġett kif ukoll lill-NGOs u lil kull min oġġezzjona għalih.", "Issa żgur li mhuwiex iż-żmien li wieħed iċedi quddiem dan kollu.", "Lanqas huwa l-każ li wieħed jipprova jaqta' qalbu jew iħalli lil ħaddieħor jaqtagħlu qalbu dwar dan il-proġett, anzi huwa ż-żmien li nżidu l-isforzi tagħna kontra dan il-proġett.", "Fejn hemm bżonn irridu ngħollu leħinna kontra dan il-proġett u nużaw kull mezz li tagħtina l-liġi biex ma nħalluhx isir realtà billi nappellaw - u jien se nkun wieħed minn dawk li nagħmel hekk - minn din id-deċiżjoni ħażina u skandaluża.", "Jekk hemm bżonn, wara li jintilef l-appell quddiem it-tribunal, kif jista' jkun li jiġri, immorru quddiem il-Qorti tal-Appell biex inwaqqfu dan il-proġett.", "L-aħħar rimedju tagħna issa huwa l-Qorti, fejn il-Gvern forsi m'għandux daqshekk influwenza, biex issir ġustizzja mar-residenti ta' Pembroke u mal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 3 ta' Ottubru, 2018 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Il-lejl t-tajjeb.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelenka kemm intnefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ġejt informat li minn Ġunju 2017 'l hawn, meta l-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant għaddew taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien hemm 82 karozza li ġew leased min-naħa tal-istess entitajiet bi spiża totali ta' €217,965.", "Lista tal-kumpaniji li mingħandhom sar il-leasing hija hawn annessa:", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2008 u l-2012, l-ispiża ta' dawn l-istess entitajiet fuq leasing ta' karozzi kienet ta' €679,857.", "L-ammont ta' karozzi leased f'dan il-perodu kien ta' 201.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "IN-NAXXAR - TRIQ SAN ĠWANN - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6128, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jinbdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR - TRIQ SAN PAWL - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6129, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jinbdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5744 u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid f'liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet?", "Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiki mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet?", "Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk m'għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f'liema grad qegħdin illum?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5744.", "GĦAWDEX – LOKALITAJIET – SIĠAR U PJANTI MĦAWLA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm siġar u pjanti tħawlu fil-lokalitajiet f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Fejn tħawlu, kemm tħawlu u x'tip ta' siġar jew pjanti kienu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "IN-NADUR - TRIQ L-IMĠARR - TENDER", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li t-tender għal parti minn Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur ma ġietx ippubblikata fejn jiġu ippubblikati t-tenders kollha tal-Gvern jiġifieri fuq l-etenders.gov.mt?", "Tista' tgħid min hu l-perit inkarigat minn Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur, kemm tħallas s'issa l-perit u kif intgħażel dan il-perit?", "Tista' tgħid kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża fuq il-bini mill-ġdid ta' parti minn din it-triq ċjoè Triq l-Imġarr ġewwa n-Nadur?", "JUSTYNE CARUANA: Il-Ministeru kiseb l-approvazzjoni mid-Direttur tal-Kuntratti biex saret il-proċedura skont klawsola 150 (1) ta' LN352/16.Il-pubblikazzjoni saret kemm fuq il-Gazzetta tal-Gvern u anke fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għal Għawdex.", "Il-perit inkarigat mill-proġett huwa Uffiċjal Pubbliku fi ħdan l-istess Ministeru.", "Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.", "Ix-xogħol f'din it-triq inbeda.", "IL-MELLIEĦA – BYPASS – GĦAŻLA TA' KUNTRATTURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kif ġew magħżula l-kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq il-bypass tal-Mellieħa peress li dan ix-xogħol ingħata permezz ta' direct order?", "Jista' jagħti breakdown tal-ispejjeż kollha relatati max-xogħol li qed issir fuq il-bypass tal-Mellieħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol indikat qed isir minn kuntratturi mqabbda ma' Transport Malta għal ħidmiet simili fit-toroq permezz ta' framework agreement stabbilit wara sejħa għall-offerti.", "Servizzi addizzjonali meħtieġa sabiex jitwaħħlu tabelli ġodda u jsiru l-linji u marki oħra fuq l-asfalt ġdid tat-triq ġew kuntrattati lill-kumpanija li tefgħet l-irħas offerta wara li nkisbu kwotazzjonijiet mingħand il-provdituri ta' dawn it-tip ta' servizzi.", "GĦAWDEX – IR-RABAT – TRIQ GĦAJN QATET - KUNTRATTUR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit tal-Ministeru inkarigat mix-xogħol fuq Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex li bħalissa qed isir ix-xogħol fiha kif ukoll min hu l-kuntrattur li qed jagħmel dan ix-xogħol?", "Interpellant li l-perit inkarigat mix-xogħol fuq Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex hu wiehed mill-periti ta' dan il-Ministeru filwaqt li x-xogħol qed isir minn Gatt Brothers.", "IN-NAXXAR - TRIQ SAN ĠORG - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6130, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-FORTIZZA TAL-MOSTA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6131, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jinbdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – TREJQET IL-ĦUĠĠIEĠA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6132, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jinbdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – VJAL IL-21 TA' SETTEMBRU – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6133, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jinbdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "KUNSILL GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR – ADR ENTITY", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm entitajiet innotifikaw u talbu lill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur biex jaġixxu bħala ADR entity skont il-S.L.378.18, sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija?", "Jekk hemm xi entitajiet li qed jaġixxu bħala ADR entity, liema huma u fil-konfront ta' liema servizzi u/jew prodotti joffru s-servizz tagħhom bħala ADR?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'kollox hemm tliet entitajiet li ġew notifikati mal-Kunsill sabiex jaġixxu ta' ADR entities.", "Dawn huma:", "- ADR Malta, l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-servizzi finanzjarji u d-Direttorat għall-ilmenti u medjazzjoni.", "- L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-servizzi finanzjarji joffri servizz ta' ADR f'oqsma finanzjarji;", "- ADR Malta toffri servizzi ta' medjazzjoni għall-konsumatur inġenerali; u", "- Id-Direttorat għall-ilmenti u medjazzjoni jieħu ħsieb tilwim li l-konsumaturi jista' jkollhom ma' negozjanti, għal-liema tilwim ma teżisti ebda entità tal-ADR kompetenti mwaqqfa sabiex tieħu ħsieb tilwim bħal dak.", "LESA – KONTRAVENZJONIJIET MAĦRUĠA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mil-LESA minn meta twaqqfet sena b'sena sal-aħħar ta' Mejju 2018?", "Jistgħu dawn jiġu kklassifikati u elenkati skont in-natura tagħhom?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "AMBAXXATA MALTIJA GĦAĊ-ĊINA - ĦIDMA U INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għaċ-Ċina tul dawn l-aħħar 30 xahar?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing taħdem bla waqfien sabiex ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u ċ-Ċina jitjiebu fuq kull livell u f'oqsma vari.", "Il-volum, intensità, u kwalità ta' attività mill-Ambaxxata ta' Malta fiċ-Ċina tul dawn l-aħħar 30 xahar qabżet kull rekord.", "Sar ħafna xogħol fir-relazzjonijiet bilaterali, kummerċjali kif ukoll konsulari.", "Kien hemm ukoll attività netta fil-qasam tal-kultura u l-edukazzjoni.", "Relazzjonijiet bilaterali u kummerċjali", "Mill-aspett politiku, iċ-Ċina tibqa' prijorità għal pajjiżna u l-Ambaxxata firxet iktar il-kuntatti tagħha mal-awtoritajiet Ċiniżi.", "B'mod partikolari, fl-2017, il-profil ta' Malta ġie elevat permezz tal-organizzazzjoni ta' diversi attivitajiet taħt il-kappa tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "F'dawn l-aħħar snin kien hemm numru ta' żjarat uffiċjali, fosthom iż-żjara tal-Prim Ministru f'Beijing u Guiyuang f'Lulju 2014, iż-żjara tal-Prim Ministru f'Hong Kong f'Mejju 2015, iż-żjara uffiċjali tal-Eks Ministru tal-Affarijiet Barranin f'Lulju 2015, żjara tal-Ministru tal-Finanzi f'Jannar 2016 u tal-Ministru tal-Ġustizzja f'Marzu 2016.", "Bejn il-11 u l-15 ta' Settembru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela żar iċ-Ċina flimkien ma' delegazzjoni ta' għaxar esperti Maltin minn bosta ministeri u entitajiet speċjalizzati sabiex ħadu sehem fl-ewwel laqgħa tal-Medium Term Cooperation Plan 2014-2019.", "Qabel il-laqgħa, id-delegazzjoni Maltija kellha laqgħa għolja mal-Kunsillier tal-Istat u Ministru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, l-E.T. Wang Yi, fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fuq kull qasam; politiku, kummerċjali, kulturali u kuntatti bejn il-popli kif ukoll it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Il-Ministru Wang Yi esprima wkoll ix-xewqa li jżur Malta fil-futur qarib u l-Ministru Abela laqa' pożittivament.", "Dan jawgura tajjeb għar-relazzjonijiet futuri bejn Malta u ċ-Ċina.", "Id-diskussjonijiet matul din il-laqgħa seħħew fl-isfond tal-inizjattivi taċ-Ċina hekk imsejjħa \"One Belt, One Road\" li fuqha qed jiġu msejsa l-politika internazzjonali taċ-Ċina kif ukoll ir-relazzjonijiet bilaterali taċ-Ċina ma' diversi pajjiżi.", "Apparti n-numru kbir ta' delegazzjonijiet ministerjali, żaru ċ-Ċina wkoll il-Malta-China Friendship Association, il-Malta Stock Exchange, il-Malta Council of Science and Technology, il-Malta Film Commission eċċ. Kien hemm ukoll diversi aġenziji tat-turiżmu li attendew bosta fieri u promozzjoni kif ukoll promozzjonijiet minn skejjel tal-lingwa Ingliża u anke akkademiċi li marru biex jagħtu lectures f'diversi universitajiet madwar ċ-Ċina.", "Ta' min ifakkar il-45 Anniversarju mit-Twaqqif ta' Relazzjonijiet Diplomatiċi bejn Malta u ċ-Ċina fl-31 ta' Jannar 2017, fejn kien hemm skambju ta' ittri bejn il-Kapijiet ta' Stat u Gvern u l-Ministri tal-Affarjiet Barranin taż-żewġ pajjiżi jifirħu lil xulxin u lill-popli taż-żewġ pajjiżi f'din l-okkażjoni.", "L-Ambaxxata ħadmet ukoll sabiex jinżammu kuntatti tal-livelli għolja bejn Malta u ċ-Ċina, fosthom laqgħa li kelli mal-Ministru tal-Affarjiet Barranin, Wang Yi, fl-20 ta' Novembru 2017 fil-marġini tal-ASEM Foreign Minister' Meeting fil-Myanmar.", "F'dawn l-aħħar 30 xahar ġew iffirmati numru ta' ftehim bilaterali:", "- Memorandum ta' Ftehim dwar Kooperazjoni fl-Isport (19 ta' Marzu 2015)", "- Ftehim ta' Film Co-Production (27 ta' Lulju 2015)", "- Memorandum ta' Ftehim dwar Joint Research Centre (26 ta' Awwissu 2015)", "- Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn Malta u l-Hong Kong (5 ta' Ottubru 2016)", "- Protokoll ta' Kooperazzjoni fil-qasam ta' Mediċina Tradizzjonali Ċiniża (20 ta' Jannar 2017)", "Nixtieq insemmi wkoll li f'diversi okkażjonijiet l-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing irrappreżentat lil Malta f'diversi konferenzi li saru fiċ-Ċina kif wkoll madwar l-Asja.", "Tul dawn l-aħħar 30 xahar, l-Ambaxxata rrappreżentat lil Malta tliet darbiet fil-Korea t'Isfel, tliet darbiet fil-Mongolia, darbtejn f'Myanmar u darba fit-Tajlandja, il-Filippini u Hong Kong.", "F'Beijing l-Ambaxxatur irrappreżenta lil Malta fiċ-China-EU Education Ministers' Conference, fl-Interpol Annual General Meeting (AGM), u l-Qingdao ASEM Connectivity Forum u l-BOAO Forum li sar fil-Provinċja ta' Hainan.", "L-Ambaxxata rrappreżentat ukoll lil Malta fil-Quarterly Meetings of the Asia Infrastructure Investment Bank (AIIB), peress li Malta tifforma parti minn din l-għaqda.", "L-Ambaxxata tieħu sehem attiv ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' promozzjoni tal- kummerċ.", "Ħafna delegazzjonijiet magħmula minn investituri potenzjali qegħdin jiġu lejn Malta biex iżuru organizzazzjonijiet bħal Malta Enterprise, li issa għandha uffiċjal permanenti jaħdem fil-Konsulat-Ġenerali f'Shanghai.", "Kull ġimgħa, il-kumpanija Shanghai Electric qed tibgħat gruppi ta' persuni li jikkonsistu f'inġiniera u amministraturi lejn Malta.", "F'Beijing u Shanghai kien hemm assistenza u organizzazzjoni estensiva għal numru kbir ta' delegazzjonijiet kemm minn Malta għaċ-Ċina kif ukoll miċ-Ċina għal Malta.", "In-numri bla preċedent f'applikazzjonijiet għal VISA pproċessati mill-Ambaxxata f'Beijing ingħataw spinta mill-ipproċessar t'applikazzjonijiet għal VISA mill-Konsulat Ġenerali f'Shanghai.", "Kuntratt ġdid ġie nnegozjat mal-VISA Facilitation Services (VFS) fejn maż-żewġ VISA Application Centres (VAC) li hemm f'Beijing u Shanghai, ġew miżjuda 13-il ċentru (VAC) imqassmin madwar iċ-Ċina u dawn jinkludu: Xian, Wuhan, Shenyang, Jinan, Hangzhou, Nanjing, Guangzhou, Shenzhen, Changsha, Fuzhou, Chongqing, Chengdu u Kunming.", "Ix-xogħol li sar ħalla l-frott mixtieq għaliex issa dawn iċ-ċentri ġodda jipprovdu aċċess aktar wiesa' lil ċittadini Ċiniżi biex jissottomettu applikazzjonijiet għal VISA madwar iċ-Ċina mingħajr il-bżonn ta' ivvjaġġar lejn Beijing jew Shangai.", "Dawn l-inizjattivi raw in-numru ta' applikazzjonijiet għal VISA minn ċittadini Ċiniżi jirdoppja bejn l-2015 (4,435 applikazzjoni) u l-2017 (9,019 applikazzjoni).", "Ta' min isemmi wkoll li t-twaqqif tal-Uffiċċju fiċ-Ċina mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-ħatra ta' manager full-time taw spinta 'l quddiem fil-qasam tal-promozzjoni ta' Malta bħala destinazzjoni turistika.", "Fl-2016 ġie komplut ukoll il-kuntratt ma' VISA Facilitation Services għal applikazzjonjiet għal VISA f'Manila minn ċittadini Filippini, u konsegwentement saret emenda fil-kuntratt biex jinfetaħ Malta VISA Application Centre f'Cebu.", "Bħalissa dan il-kuntratt qiegħed fil-proċess li jiġi mġedded.", "Applikazzjonijiet għal VISA mill-Filippini qegħdin jiġu pproċessati mill-Ambaxxata f'Beijing kuljum.", "Simili għan-numri ta' applikazzjonijiet minn ċittadini Ċiniżi, in-numru ta' applikazzjonijiet minn ċittadini Filippini ukoll irdoppja bejn l-2015 u l-2017 (1,350 għal 2,770).", "Aktar minn 80% tal-applikazzjonijiet minn ċittadini Filippini huma għal Long Stay, akkumpanjati minn Permessi għax-Xogħol.", "Dawn jirrikjedu ħafna xogħol biex il-permessi għax-xogħol jiġu ċċekkjati flimkien ma' dokumentazzjoni oħra.", "Għaddejjin ukoll negozjati ta' kuntratt simili ma' VISA Facilitation Services rigward ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal VISA minn ċittadini Vjetnamiżi billi jiġu mwaqqfa VISA Application Centres f'Hanoi u f'Ho Chi Minh City, simili għall-kuntratt innegozjat fil-Filippini.", "L-Ambaxxata f'Beijing rat ukoll żieda ta' applikazzjonijiet għal VISA minn ċittadini ta' pajjiżi oħra mill-Asja, speċjalment mit-Tajlandja u l-Mongolja.", "L-aktar żvilupp sinifikanti f'dawn l-aħħar 30 xahar huwa x-xogħol involut fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-Malta Individual Investor Programme (MIIP) u l-Malta Residence and VISA Programme (MRVP).", "Dawn l-applikazzjonijiet kollha jridu jgħaddu mill-proċess ta' awtentikazzjoni tal-firem.", "Barra minn hekk, kull applikazzjoni tiġi akkumpanjata minn dokumentazzjoni estensiva li jkollha bżonn awtentikazzjoni ta' kopji veri ta' oriġinali kif ukoll legalizzazzjoni ta' dokumenti.", "L-Ambaxxata stmat li aktar minn 800 applikazzjonji għal MRVP għaddew mill-Ambaxxata f'Beijing u l-Konsulat-Ġenerali f'Shanghai, fejn hemm xogħol relatat ma' awtentikazzjoni and legalizzazzjoni ta' eluf ta' dokumenti.", "Jumejn fil-gimgħa huma ddedikati għall-applikazzjonijiet, appuntamenti u intervisti ma' applikanti u familjari tagħhom kif ukoll l-ipproċessar ta' dokumenti.", "Kull applikant huwa obbligat li jippreżenta ruħu in persona fl-Ambaxxata jew fil-Konsulat Ġenerali bid-dokumenti tiegħu.", "Tul dawn l-aħħar 30 xahar, l-Ambaxxatur indirizza 35 MRVP Promotion Forums.", "Għal kull avveniment kien hemm udjenzi ta' bejn 300 u 1,000 persuna.", "Fora oħrajn ġew indirizzati mid-Deputat Ambaxxatur, is-Segretarju Ewlieni u l-Konslu Ġenerali f'Shanghai.", "Dawn il-fora ttellgħu ukoll f'ċentri reġjonali barra minn Beijing u Shanghai, bħal Zhengzhou, Dalian, Shenyang, Hohhot, Qingdao u Jinan.", "Dawn iż-żewġ programmi wasslu għal żieda sinifikanti ta' investiment f'Malta partikolarment bl-investiment ta' kapital fis-suq tal-proprjetà u tal-bini.", "Kultura u Edukazzjoni", "F'Jannar tal-2016, l-Ambaxxata assistiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni, lir-Rettur tal-Università ta' Malta u diversi akkademiċi Maltin matul iż-żjara tagħhom fl-Università ta' Xiamen sabiex iġeddu l-Memorandum ta' Ftehim għall-kontinwazzjoni tal-Istitut ta' Konfuċju fl-Università ta' Malta.", "Ir-relazzjoni bejn l-Università ta' Shanghai tal-Mediċina Tradizzjonali u l-Università ta' Malta ġiet imsaħħa permezz ta' skambju ta' akkademiċi filwaqt li l-Protokolli għall-prattika ta' Mediċina Tradizzjonali Ċiniża f'Malta ġew imtejba u mġedda.", "Minbarra l-fieri għat-turiżmu u l-edukazzjoni ttellgħu diversi avvenimenti varji fosthom dawk li jfakkru Jum l-Indipendenza ta' Malta li attendew għalihom bosta uffiċjali għolja tal-Ministeru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin kif ukoll negozjanti Ċiniżi, promoturi tat-turiżmu, ambaxxaturi u kollegi diplomatiċi oħra.", "Waqt il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġie organizzat avveniment biex issir spjega tal-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija għal Ambaxxati tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea bbażati f'Beijing.", "Mal-għeluq tal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, sar avveniment li attendew għalih madwar 420 persuna, inkluż il-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċina.", "Il-preżenza ta' uffiċjali tant għolja fi ħdan l-istruttura tal-Gvern tixhed l-istima li Malta tgawdi mal-Gvern taċ-Ċina.", "Saru wkoll diversi wirjiet, fosthom wirja fotografika li fiha xeni ta' anzjani mill-Birgu li kienet miftuħa uffiċjalment f'Mejju minn fotografu famuż Malti, is-Sur Joseph P. Smith.", "Dan sar fil-foyer ta' waħda mil-libreriji l-aktar prominenti ta' Beijing, Xicheng Library No. 1.", "Il-wirja żaruha minn aktar minn 5,000 persuna.", "L-Assoċjazzjoni tal-Poplu Ċiniż għall-Ħbiberija ma' Pajjiżi Barranin ġentilment organizzat ikla li għaliha attendew aktar minn 200 mistiedna uffiċjalment.", "Barra minn hekk, mill-2016, Malta bdiet tieħu sehem fiċ-Ċelebrazzjonijiet ta' Jum l-Ewropa li ssir kull sena f'Beijing fid-9 ta'Mejju fejn tiġi armata kabina b'ikel tipiku Malti kif ukoll diversi fuljetti ipprovduti mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta.", "Mejda Maltija ġiet organizzata wkoll għall-Europe Street Day, avveniment li sar fit-23 ta' Settembru 2017 f'wieħed miċ-ċentri kummerċjali l-aktar prominenti f'Beijing.", "AMBAXXATA MALTIJA GĦALL-GREĊJA - ĦIDMA U INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma u x'inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Greċja tul dawn l-aħħar 30 xahar?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Greċja huma ferm pożittivi u qegħdin ikomplu jissaħħu.", "Għaldaqstant, f'dawn l-aħħar 30 xahar, l-Ambaxxata Maltija fil-Greċja ħadmet bla waqfien sabiex dawn ir-relazzjonijiet ikomplu jiġu approfondati permezz ta' inizjattivi u ħidma li saħħew il-kooperazzjoni politika, bilaterali, kummerċjali u kulturali bejn iż-żewg pajjiżi.", "Ħidma Konsulari", "L-Ambaxxata dejjem kienet għad-disposizzjoni taċ-ċittadini Maltin li jgħixu fil-Greċja u dawk li jivvjaġġaw lejn dan il-pajjiż, u ċittadini Griegi li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Malta li jeħtieġu xi għajnuna, kemm fuq temi konsulari kif ukoll fuq temi turistiċi u kummerċjali.", "Fost l-oħrajn l-Ambaxxata assistiet f'informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Maltija, tiġdid ta' passaporti, informazzjoni dwar żjarat f'Malta għal skopijiet kummerċjali u anke edukattivi u ħruġ ta' dokumenti urġenti tas-safar għal Maltin li tilfu jew ġew misruqa d-dokumenti tagħhom waqt li kienu fil-Greċja.", "Promozzjoni ta' Malta", "Wieħed mis-setturi li l-Ambaxxata tagħtih importanza speċjali huwa s-settur tal-promozzjoni ta' Malta.", "Għalhekk l-Ambaxxatur attenda diversi avvenimenti u għamel diskors sabiex jippromwovi lil pajjiżna, fosthom u b'mod partikolari fis-settur marittimu u oqsma kummerċjali oħra li kulma jmur qegħdin jissaħħu bejn iż-żewġ il-pajjiżi.", "Matul is-snin l-Ambaxxatur kellu bosta intervisti ma' ġurnalisti b'konnessjoni mar-relazzjonjiet ta' Malta mal-Greċja.", "Dan sar b'mod partikolari waqt il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u matul din is-sena tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "Turiżmu", "Is-settur tat-turiżmu ħa spinta 'l quddiem f'dawn l-aħħar snin hekk kif żdiedu t-titjiriet diretti bejn iż-żewġ pajjiżi minn tnejn fil-ġimgħa għal ħamsa.", "F'perjodi partikolari dawn it-titjiriet kienu ta' sitta u anke sebgħa fil-ġimgħa.", "Hemm ħafna aktar xi jsir fejn tidħol konnettività bejn iż-żewġ pajjiżi speċjalment fejn tidħol il-konnettività marittima.", "Mal-industrija diġà eżistenti tal-cruiseliners hemm konsiderazzjoni għall-konnettività diretta bejn iż-żewġ pajjiżi u dan biex jiġi ffaċilitat aktar il-kummerċ u t-turiżmu bejniethom.", "L-Ambaxxata ħadet diversi inizjattivi sabiex il-konnettività bejn iż-żewġ pajjiżi tissaħħaħ kif ukoll sabiex Malta tkun ta' attrazzjoni turistika għall-poplu Grieg.", "Dan sar f'ħidma għal żieda ta' titjiriet bejn iż-żewg pajjiżi.", "Relazzjonijiet Kummerċjali", "Fir-rigward ta' relazzjonijiet kummerċjali, l-Ambaxxata Maltija fil-Greċja tieħu inizjattivi biex tippromwovi kif ukoll tirċievi diversi proposti ta' interess kummerċjali bejn iż-żewg pajjiżi.", "Il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi f'dawn l-aħħar snin ħa spinta 'l quddiem u fis-snin li ġejjin mistenni jkompli jikber.", "Attivitajiet imtella' mill-Ambaxxata", "L-Ambaxxata Maltija fil-Greċja organizzat diversi attivitajiet b'konnessjoni mal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill Ewropew tal-Unjoni Ewropea kif ukoll b'konessjoni mal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "L-attivitajiet, il-ħidma u l-inizjattivi matul il-Presidenza tal-UE kienu vasti u kien hemm apprezzament ġenerali mill-missjonjiet l-oħra tal-pajjiżi tal-UE f'Ateni u Nikosija għall-programm intensiv li organizzat l-Ambaxxata tagħna.", "L-istess jista' jingħad għall-attività u l-promozzjoni tal-Belt Valletta bħala Belt Ewropea tal-Kultura matul din is-sena.", "Għal din l-okkażjoni ġiet mistiedna s-Socjetà Mużikali tal-Karmnu, Balluta, li flimkien mal-Banda tal-Municipalità ta' Ateni, pparteċipat fi sfilata fiċ-Ċentru ta' Ateni u madwar l-Akropolis kif ukoll tellgħet kunċert ta' mużika Maltija u Griega quddiem il-bini tal-Municipalità ta' Ateni.", "L-Ambaxxata torganizza wkoll il-Malta Day kull sena u torganizza attivitajiet oħra flimkien mar-Reġistru Marittimu ta' Malta biex tkompli tippromwovi u ssaħħaħ ir-rabtiet kummerċjali f'dan is-settur tant importanti u vitali għal Malta.", "Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "F'dawn l-aħħar 30 xahar l-Ambaxxata fil-Greċja, bħal bosta Ambaxxati, Ministeri u entitajiet oħra tal-Gvern, kienet iffokata fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Apparti x-xogħol relatat mal-presidenza tal-laqgħat informattivi li jsiru kull xahar bil-kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Affarrijiet Barranin tal-Greċja u diversi Ministeri oħra (bħal pereżempju, ECOFIN, FAC, GAC, AGRIFISH u EPSCO), l-Ambaxxata assistiet lill-Prim Ministru waqt iż-żjarat tiegħu bħala parti mit-Tour des Capitales, lill-Ministru tat-Trasport u Infrastruttura, lill-Ministru tal-Affarijiet Ewropej u lill-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali waqt żjarat uffiċjali li dawn għamlu f'Ateni.", "Matul il-Presidenza ġew organizzati konferenza tal-aħbarijiet tal-ftuħ tal-Presidenza, attività li mmarkat il-ftuħ, ħames ikliet ta' nofsinhar ta' uffiċjali għolja, attività kulturali, tour tal-Ambaxxaturi tal-UE, ġimgħa attivitajiet dwar l-immigrazzjoni, ipparteċipajna fil-kunċert ta' Jum l-Ewropa f'Ateni, diversi laqgħat tat-Trio u attività tal-għeluq.", "Minbarra dawn l-attivitajiet l-Ambaxxatur ħa sehem f'diversi konferenzi u attivitajiet oħraa.", "Bi preparazzjoni għall-Presidenza, il-bini tal-ambaxxata ġie rinovat u dan bi spiża tassew minima.", "Illum nistgħu ngħidu li għandna bini ta' ambaxxata preżentabbli li jista' jilqa' fih lid-dinjatarji u nies oħrajn.", "Żjarat Uffiċjali", "Tajjeb ukoll li wieħed isemmi l-assistenza li l-ambaxxata pprovdiet lil diversi dinjitarji Maltin li żaru l-Greċja f'dawn l-aħħar 30 xahar, fosthom darbtejn il-Prim Ministru waqt il-parteċipazzjoni ta' Malta fis-Summit tal-Pajjizi tal-Unjoni Ewropea tal-Mediterran u waqt il-parteċipazzjoni ta' Malta fis-Summit bejn l-UE u l-Pajjiżi Għarab.", "Żjarat oħra uffiċjali saru darbtejn mill-Ministru responsabbli mis-Settur Marittimu għall-Fiera Posedonia li ssir kull sentejn, mill-Ministru tas-Saħħa u mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-V18 u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.", "AMBAXXATA MALTIJA F'ĠINEVRA – SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi spejjeż saru tul is-sena fl-Ambaxxata tagħna f'Ġinevra senjatament dawk indikati bħala refurbishment?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-aħħar ta' Ġunju 2018 intnefqu €66,769.01 fuq xogħol ta' refurbishment fl-Ambaxxata ta' Malta f'Ġinevra.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li l-air conditioner f'Żejtun Home jaħdem?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-chillers tad-dar tal-anzjani taż-Żejtun se jiġu mibdula.", "Il-proċess tax-xiri huwa finalizzat, l-apparat huwa ordnat u fil-fatt id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed jistenna li dan jasal f'Malta dalwaqt sabiex jiġi stallat ġewwa d-dar tal-anzjani taż-Żejtun.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew fil-waiting list għal swali tad-dimenzja?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-total ta' applikanti li għandhom bżonn kura speċjalizzata għad-dimenzja huwa ta' 104.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jiċċekkja water culvert li tinsab quddiem ir-residenza li d-dettalji tagħha jinsabu separatament, peress li ilha ħafna biex tiġi mnaddfa u fin-nuqqas ta' dan din il-culvert qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dik li kienet Deputy CEO fl-Awtorità tad-Djar, u li wara l-elezzjoni ta' Ġunju 2017 kienet telqet minn dan id-Dipartiment, ġietx lura?", "Jekk iva f'liema grad qiegħda, x'inhu l-pakkett finanzjarju u x'tip ta' xogħol qiegħda tagħmel?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li qed issir referenza għaliha rritornat lura l-Awtorità tad-Djar u qed tokkupa l-kariga ta' Executive Head.", "Hija qed taqdi r-responsabbilitajiet marbutin ma' din il-kariga u qed tirċievi pakkett finanzjarju relatat ma' din il-pożizzjoni.", "APPUNTAMENT GĦAT-TERAPIJA – KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara x'sar mill-appuntament tat-terapija tal-anzjan li d-dettalji dwar qed jingħataw separatament, fejn l-aħħar li ltaqa' mal-konsulent tiegħu kien nhar il-25 ta' Mejju 2018, u għalhekk issa għadda aktar minn xahar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ ġie segwit.", "BLOKKA TAL-HOUSING – KATUSA TAL-BEJT MIŻDUDA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa fuq il-blokka tal-housing, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fejn ir-residenti ilhom xhur jirrapportaw li katusa tal-bejt hija miżduda u anke kien mar perit xi xahar ilu imma baqgħu ma semgħu xejn u għadu ma sar xejn, b'detriment għar-residenti u bil-konsegwenza li l-ilma qed iċarċar ma' kullimkien?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar informat lill-persuna konċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija parlamentari li saret f'isimha.", "GĦAWDEX – BINI TA' PIXXINA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6450, li kienet dwar bini ta' pixxina f'Għawdex, li fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5491 liema tweġiba (5491) kienet tgħid li l-proċess dwar il-proġett tal-pixxina f'Għawdex kien għadu għaddej u li dan il-proġett kien ilu mwiegħed minn amministrazzjonijiet ta' qabel l-2013 u baqa' qatt ma sar xejn u peress li sa sitt snin ilu (sena 2012), minn amministrazzjoni preċedenti:", "a) kienet saret applikazzjoni dwar dan il-proġett u ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar;", "b) kien ġie ppubblikat u ngħata tender for electrical and mechanical consultancy services;", "c) kien ġie ppubblikat it-tender for the construction and earth works at the Gozo Natatorium u dan it-tender kien qiegħed fil-fażi ta' aġġudikazzjoni;", "e) dan il-progett, li kien stmat li kien se jiswa €6.2 miljun kien ipproġettat li jitlesta fis-sena 2014, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-proġett kif kien oriġinarjament ippjanat?", "Jekk fl-affermattiv, x'kienu r-raġunijiet li sar dan it-tibdil?", "Issa li għaddew 19-il xahar minn meta l-Memorandum of Understanding kien ġie ffirmat u wara n-negotiating team kien għaddej f'negozjati mal-privat, tista' tinforma lill-Kamra bl-aħħar żvilupp fuq dan il-proġett?", "Interpellant li l-proġett se jsir mill-Gvern u ħareġ l-ewwel tender għall-iskavar li bħalissa għaddej minn proċess ta' evalwazzjoni.", "Il-proġett reġa' ġie ddisinjat u dan flimkien mal-Malta Aquatic Sports Assoication, Gozo Sports Board, Special Olympics Gozo, Otters, Tri-Gozo kif ukoll ma' għaqdiet u persuni oħra involuti attivament fis-settur.", "QALA GĦAWDEX – TRIQ L-IMĠARR - XOGĦOL", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6588, li fit-tweġiba għaliha ġejt mitlub nirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija 4988, li kienet dwar l-istess suġġett, l-istess Ministru wieġbet din il-mistoqsija u qalet li kienu qed isiru l-verifiki biex jiġi stabbilit jekk l-art hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, tista' l-Ministru tgħid ma' liema dipartiment jew entità tal-Gvern kienu qed isiru dawn il-verifiki?", "Interpellant jesebixxi pjanta sabiex jgħid għal-liema triq qed jirreferi.", "DMIRIJIET TA' SKORTA", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-dmirijiet tal-iskorta tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "Jista' jindika jekk humiex obbligati li jagħmluha ta' xufiera jew jekk humiex obbligati li jwaqqfu ġurnalisti li jipprovaw jagħmlulu l-mistoqsijiet?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab informat li mhijiex il-prassi li tingħata informazzjoni dwar il-miżuri jew proċeduri ta' sigurtà li jittieħdu minn uffiċjali li xogħolhom huwa kemm mal-persuna li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u/jew persuni oħra li jkunu jagħmlu tali doveri.", "PROGRAMM ERASMUS – STUDENTI LI GĦAŻLU LI JATTENDU UNIVERSITÀ BARRANIJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-Università ta' Malta li għażlu li jattendu università barranija permezz tal-Programm Erasmus matul is-sena universitarja 2017/2018?", "Jista' jgħid liema pajjiżi ġew magħżula minn dawn l-istudenti?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti li bbenefikaw s'issa mill-programm tal-Erasmus+ matul is-sena akkademika 2017-18, kien ta' 332.", "Il-pajjiżi li l-istudenti tal-Università ta' Malta marru fihom huma r-Renju Unit, l-Olanda, l-Irlanda, Franza, il-Polonja, l-Italja, Spanja, ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju, il-Finlandja, il-Litwanja, l-Awstrija, il-Portugall, l-Isvezja, il-Ġermanja, l-Ungerija, id-Danimarka, il-Greċja u l-Iżlanda.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li mhumiex ta' nazzjonalità Maltija li segwew kors ġewwa l-Università ta' Malta matul is-sena universitarja li bdiet fis-sena 2017 u ntemmet fl-2018?", "Jista' jagħti lista skont in-nazzjonalità?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista bin-numri ta' studenti, skont in-nazzjonalità tagħhom, li mhumiex ta' nazzjonalità Maltija u li segwew kors ġewwa l-Università ta' Malta matul is-sena akkademika 2017/18 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "BAJJIET DOG FRIENDLY", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid liema bajjiet huma dog friendly beaches u ċjoè huma permessibbli li jgħumu l-klieb fihom?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hawn għaxar bajjiet.", "Dawn huma Żonqor Point, il-Bajja ta' Wied il-Għajn, wara Splash & Fun f'Baħar iċ-Ċagħaq, il-Fortina f'Tas-Sliema, il-Bajja tar-Rinella l-Kalkara, il-Bajja ta' Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk, Daħlet ix-Xmajjar Mellieħa, il-Bajja tat-Torri l-Abjad Mellieħa, il-Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, il-Bajja ta' Trejqiet Imġarr ix-Xini Għawdex u Xwejni Bay, Marsalforn f'Għawdex.", "WIED BLANDUN – TINDIF U RIABILITAZZJONI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fl-aħħar xhur sabiex jiġi mnaddaf u riabilitat Wied Blandun?", "Hemm xi pjanijiet għal dan il-wied?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Lulju ta' din is-sena sar intervent ta' tindif fil-parti ta' fuq ta' Wied Blandun, min-naħa ta' Triq Wied Blandun u Triq il-Kampanella.", "Dan ix-xogħol sar bħala parti mit-Task Force imwaqqfa mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima sabiex jibda jitneħħa l-iskart mill-widien.", "Fl-2017 il-Valley Management ikkonkludiet studji preliminari sabiex jinstabu s-sorsi u ż-żoni ta' tniġġiż ta' dan il-wied.", "L-istudju ta wkoll direzzjoni fuq il-kampjuni li għandhom jittieħdu mill-wied u x'analisi għandha titwettaq sabiex tkun magħrufa sew il-kondizzjoni ambjentali attwali tal-wied.", "Il-fondi tal-ewwel studji kienu mħallsa mill-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta' Malta (KKNM).", "Bħalissa l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qed jagħmel eżerċizzju sabiex jinstabu opportunijiet ta' fondi Ewropej sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni għall-fondi għat-tieni fażi tal-istudji u sabiex jitwettqu x-xogħlijiet ta' restawr ta' Wied Blandun.", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Peress li l-Pink Tax hija fiha nnifisha diskriminatorja mas-sess femminili u peress li f'bosta pajjiżi qed tqajjem diskussjoni, inkluż f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u diġà tneħħiet f'bosta pajjiżi u stati Amerikani, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta, bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea, tistax tneħħi din it-taxxa minn fuq prodotti li huma bżonn naturali u ta' kuljum għan-nisa u li skont ma turi r-riċerka (li qed tingħata separatament), jinbiegħu għal prezz li xi drabi jlaħħaq 35% aktar?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru mhuwiex qed jikkonsidra din il-proposta.", "ĦAL LUQA – TRIQ IL-BELT VALLETTA – XOGĦOL TA' ASFALTAR", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol ta' asfaltar tant bżonjuż fi Triq il-Belt Valletta f'Ħal Luqa?", "IAN BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellantli l-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jinbdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ix-Shockwave Therapy Machine għadhiex disponibbli għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar San Luqa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Shockwave Therapy Machine fl-Isptar Mater Dei ilha mill-2016 disponibbli għall-pazjenti tagħna.", "MALTA/PALESTINA - MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN L-AVUKATI ĠENERALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mill-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech u mill-Avukat Ġenerali tal-Palestina Dr Ahmad Barak kif intqal fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta' Malta nhar il-Ħadd 9 ta' Settembru 2018?", "OWEN BONNICI: Kopja tad-dokument kif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - ESTENSJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni u/jew ippjanat li tkun lesta l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu, 2018?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – SID TAL-ESTENSJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min se jkun is-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet li se jkun fiha l-istess estensjoni li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd, 5 ta' Awwissu, 2018?", "Jista' jgħid jekk hux se jkun il-Gvern jew kumpanija privata li se jipprovdu s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?", "Jista' jagħti l-isem tal-kumpanija privata f'każ li din se tipprovdi s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – ĦLASIJIET GĦALL-ESTENSJONI U FAĊILITAJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul il-perjodu sakemm l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd, 5 ta' Awwiss,u 2018 issir proprjetà tal-Gvern skont il-kuntratt CT 2009/2015 (Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility), xi ħlasijiet se jsiru mill-Gvern u/jew minn xi entità oħra governattiva lill-consortium għall-estensjoni u għall-faċilitajiet?", "Jista' l-Ministru jgħid meta huma dovuti dawn il-ħlasijiet u kif għandhom isiru?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – CATERING GĦALL-ESTENSJONIJIET TAS-SODOD", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min se jipprovdi servizz ta' catering għall- 500 sodda addizzjonali li se jkun hemm fl-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd, 5 ta' Awwissu, 2018?", "Jista' jgħid x'se jkun il-ħlas għal dan is-servizz ta' catering?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – KOPJA TAL-KUNTRATT GĦAL SERVIZZI PPROVDUTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bin-numru ta' referenza CT 2009/2015 u bid-deskrizzjoni \"Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility\" liema kuntratt ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru, 2017?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "ŻWIĠIJIET BEJN PERSUNI TA' NAZZJONALITÀ MALTIJA U BARRANIN FL-2017", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2017 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le?", "Jista' jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li fis-sena 2017 kien hemm 340 żwieg ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta' nazzjonalità barranija.", "ŻWIĠIJIET BEJN PERSUNI TA' NAZZJONALITÀ MALTIJA U BARRANIN FL-2016", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2016 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le?", "Jista' jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li fis-sena 2016 kien hemm 349 żwieġ ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta' nazzjonalità barranija.", "SANTA LUĊIJA - SKOLA SAN TUMAS MORE – TISWIJIET FIL-BIEB PRINĊIPALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6623 dwar il-bieb ta' fuq wara tal-Iskola San Tumas More, Santa Luċija, li jagħti għal Triq Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol huwiex finalizzat u jekk iva, kemm ġie jiswa?", "Jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa ġewwa l-iskola senjatament fl-ispazju estern tagħha għax tinsab mimlija b'ħaxix ħażin jew niexef?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istima totali fuq dan il-bieb, inkluż ix-xogħol anċillari, hija ta' €6,263.50.", "Ninsab informat li x-xogħlijiet ġew finalizzati.", "Informat ukoll li sar il-qtugħ tal-ħaxix fl-ispazju indikat.", "IL-FGURA – TRIQ IL-KARMNU – LANDSCAPING TAR-ROUNDABOUT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5334, jista' l-Ministru jgħid huwiex se jsir il-landscaping tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura peress li ilha biex issir mill-inqas mit-23 ta' April, 2018?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.", "BUILDING REGULATION OFFICE - SPEZZJONIJIET", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Building Regulations Office f'dawn l-aħħar 12-il xahar?", "Jista' jsemmi l-lokalitajiet fejn saru dawn l-ispezzjonijiet u jekk dawn sarux minħabba xi lmenti li rċieva dan l-uffiċċju jew jekk inkella kenux spezzjonijiet li saru għal għarrieda fuq inizjattiva tal-istess uffiċċju?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti, skont kif provduta mill-Uffiċċju għar-Regolamentazzjoni tal-Bini.", "Tajjeb jingħad li jkun hemm spezzjonijiet kemm minħabba lmenti li jkunu saru kif ukoll għall-għarrieda fuq inizjattiva tal-istess uffiċċju.", "PORT ĦIELES – SEJBIET TA' DROGA BEJN L-2008 U L-2012", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm qabdiet ta' droga (kull tip) fil-Port Ħieles bejn l-2008 u l-2012?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu msemmi fil-Port Ħieles inqabdu 140 kilo kokaina.", "PORT ĦIELES – SEJBIET TA' DROGA BEJN L-2013 U L-2017", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm qabdiet ta' droga (kull tip) fil-Port Ħieles bejn l-2013 u l-2017?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu msemmi fil-Port Ħieles inqabdu 300 kilo kokaina.", "PORT ĦIELES - SEJBIET TA' SIGARETTI KUNTRABANDATI BEJN L-2008 U L-2012", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu sigaretti mill-Port Ħieles li kienu se jkunu kuntrabandati bejn l-2008 u l-2012?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2008 u l-2012, inqabdu 187,772,354 sigarett li kienu se jkunu kuntrabandati.", "PORT ĦIELES – SEJBIET TA' SIGARETTI KUNTRABANDATI BEJN L-2013 U L-2018", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu sigaretti mill-Port Ħieles li kienu se jkunu kuntrabandati bejn l-2013 u l-2018 (s'issa)?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2013 u l-2018 (s'issa), inqabdu 174,451,020 sigarett li kienu se jkunu kuntrabandati.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm applikanti li s'issa ġew mitluba jħallsu depożitu għal qabar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa hemm 1,338 applikant li ħallsu depożitu għal xiri ta' qabar fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jingħataw qabar dawk li ħallsu d-depożitu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li waqt li l-konvenju ffirmat minn dawk li kienu interessati li jixtru qabar huwa validu sat-30 ta' Novembru tal-2020, il-kuntratt sabiex jibda x-xogħol tal-estensjoni tal-Addolorata huwa mistenni li jiġi ffirmat fil-ġranet li ġejjin.", "ĊIMITERJI – BINI TA' OQBRA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jinbnew oqbra bħalissa f'kull ċimiterju?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se jkunu qed jinbnew 2,880 qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata kif ukoll 76 qabar fiċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena tal-Mellieħa.", "PROBLEMA TA' OBEŻITÀ FIT-TFAL", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Fid-dawl tal-problema ta' obeżità fost it-tfal tagħna, issa li t-tfal irritornaw lejn l-iskejjel, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ġietx ikkontemplata xi ħaġa f'sens preventiv bil-għan li din il-problema tkun ikkumbattuta minn ġol-iskejjel infushom?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-isforzi għall-prevenzjoni ta' riskji dwar is-saħħa, inkluż il-problema tal-piż żejjed fost it-tfal Maltin, ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar snin.", "Madanakollu f'dawn l-aħħar snin tajna spinta lill-inizjattivi fl-iskejjel biex titjieb il-kwalità tas-saħħa tat-tfal inkluż it-tnaqqis tal-problema tal-piż żejjed fost it-tfal u l-familji Maltin.", "Dan isir f'kollaborazzjoni ma' Ministeri oħrajn speċjalment il-Ministeru responsabbli mill-edukazzjoni.", "Fost l-inizjattivi hemm:", "· Avviż Legali Nru 266 tal-2018 fejn l-ikel u x-xorb tajjeb għas-saħħa biss se jkun permess fl-iskejjel.", "Għal dan il-għan diġà saret laqgħa informattiva mas-sidien tat-tuckshops li jissupplixxu l-ikel u x-xorb waqt il-ħin tal-iskola.", "F'din il-laqgħa ġew spjegati kemm dak li jingħad f'dan l-avviż legali kif ukoll ġie spjegat it-tip ta' ikel u xorb permessibbli u dawk li mhux permessibbli fl-iskejjel.", "Din l-informazzjoni tingħata wkoll lill-kapijiet tal-iskejjel kollha kemm tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti.", "Dan l-Avviż Legali jesiġi li l-uniku ikel li jista' jinxtara fl-iskejjel u jiġi offrut fl-iskejjel huwa ikel u l-ilma li huwa tajjeb għas-saħħa u li jevita ammonti żejda ta' zokkor, xaħam u melħ.", "· F'Mejju ta' din is-sena ġew imnedija l-Linji Gwida ġodda dwar id-Dieta għat-Tfal Maltin ta' bejn it-tliet snin u t-12-il sena – il-Mod Mediterranju.", "Il-promozzjoni ta' dawn il-Linji Gwida saret ukoll permezz tal-mezzi tax-xandir lokali u użu tal-mezzi ta' siti soċjali.", "Saru diversi preżentazzjonijiet lill-ġenituri kif ukoll lill-għalliema tal-Home Economics bħala parti mit-taħriġ tagħhom sabiex b'hekk dawn il-Linji Gwida se jservu bħala l-qafas tal-Kurrikulu Edukattiv dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.", "Dawn il-Linji Gwida għandhom l-għan li t-tfal jieklu dieta bilanċjata u li l-ġenituri jevitaw li t-tfal jieklu porzjonijiet kbar iżżejjed.", "· Ta' kull sena fl-iskejjel primarji ssir il-kampanja tal-Lunch Box f'diversi skejjel permezz tad-drama (ta' madwar 20 minuta).", "F'din id-drama, permezz ta' tliet karattri bil-kostumi, jintużaw biex jispjegaw l-importanza ta' dieta tajba u attività fiżika u t-tfal ta' bejn il-ħames snin u l-għaxar snin ikollhom l-opportunità li jiddjalogaw mal-karattru Karmenu (li fil-verità hu Nutrizzjonista) biex jiġu ndirizzati tajjeb il-mistoqsijiet tat-tfal kif ukoll tal-ġenituri meta jkunu preżenti.", "Wara din id-drama ġew mqassma kotba tar-riċetti għall-ġenituri b'ideat dwar kif jippreparaw ikel nutrittiv għal waqt il-ħin tal-iskola kif ukoll kotba tat-tpinġija dwar il-frott u l-ħxejjex għat-tfal ta' din l-età.", "· Proġett ieħor li twettaq matul is-snin li għaddew kien dak tal-OPEN li huwa ko-iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li kellu l-għan li jippromwovi l-attività fiżika fost l-adolexxenti fl-iskejjel kif ukoll fil-komunità permezz tal-kollaborazzjoni ta' diversi kunsilli lokali.", "Dan il-proġett qiegħed jitkompla fl-iskejjel interessati.", "· Proġett li beda fis-sena skolastika 2015-2016 li qed jitwettaq fl-iskejjel tal-Istat huwa dak tal-Health Factor.", "Dan il-proġett għandu l-għan li jindirizza b'mod preventiv il-problema tal-piż żejjed fit-tfal f'età bikrija tal-kindergarden.", "· Ġiet imnedija l-Iskema l-ġdida tal-frott u ħaxix fl-Iskejjel, inawgurata f'Mejju 2018 li għadda mill-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura bi sħubija mal-Ministeri responsabbli għall-edukazzjoni u għas-saħħa.", "Permezz ta' din l-iskema l-ġdida ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea t-tfal kollha fl-iskejjel primarji f'din is-sena skolastika l-ġdida se jingħataw porzjon ta' 80g frott u/jew ħxejjex u porzjon ta' 250ml ħalib frisk (2.5% xaħam) fil-ġimgħa.", "L-għan huwa li nżidu l-ammont ta' ħaxix u frott li jieklu t-tfal kif ukoll li jiġu esposti għall-frott u ħxejjex ġodda.", "Din kompliet tibni fuq l-iskema li kien hemm qabel tal-frott u ħaxix.", "· Proġett u studju ġdid li se jiġi mplimentat fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huwa dak tal-Azzjoni Konġunta CHRODIS-PLUS, li huwa proġett tal-Unjoni Ewropea.", "Malta se tipparteċipa permezz tal-proġett TOYBOX li jindirizza l-klassijiet tal-Kindergarten 1 kollha, jiġifieri lit-tfal żgħar ta' bejn it-tliet snin u l-erba' snin kif ukoll lill-familji tagħhom.", "Dan il-proġett jiffoka fuq erba' mġibiet li nstabu li huma marbuta mal-bilanċ tal-enerġija u għalhekk se jindirizzaw b'mod preventiv l-obeżità fit-tfal f'età bikrija.", "· Premju ta' Bandiera għal-Iskola Attiva. lL-iskejjel li jilħqu kriterji stabbiliti minn qabel jingħataw rikonoxximent għall-isforzi u l-kisbiet tagħhom u fil-fatt jingħataw bandiera li l-iskola se żżomm għal sena.", "Kien hemm 20 skola (Stat, Knisja u Indipendenti) li ngħataw din il-bandiera matul din is-sena.", "· L-iskejjel ġew imħeġġa biex isibu slot ta' 15-il minuta kuljum biex jiżguraw li l-istudenti jingħataw l-opportunità li jimxu jew jiġġoggjaw mil sabiex jitrawwem fihom messaġġ ċar dwar il-benefiċċji li jiġu ​​minn eżerċizzju regolari.", "Madwar 35 skejjel huma attwalment irreġistrati.", "· Programm ta' Żvilupp fil-Karriera tal-Isport - programm ġdid fjamant li se jara li 200 student tas-seba' sena jkollhom erba' lezzjonijiet addizzjonali ta' sport fil-ġimgħa minbarra t-tliet lezzjonijiet tal-PE ta' kull ġimgħa.", "L-istudenti se jiffokaw fuq l-isport preferut tagħhom (futbol, ​​basketball, atletika, żfin jew baseball / softball) minbarra li jingħataw sfond tajjeb fuq aspetti oħra ta' karriera sportiva bħal nutrizzjoni, l-ewwel għajnuna, anti-doping,sports media u fotografija sportiva fost oħrajn.", "Is-suġġett se jiġi mgħallem b'mod applikat.", "· Sorveljanza tal-piż tat-tfal permezz ta' studju mat-tfal kollha fejn ħarġet l-informazzjoni dwar il-piż tat-tfal ta' kull età.", "Sorveljanza dettaljata dwar piż, ikel u l-ambjent tal-iskola permezz tal-istudju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa COSI (Childhood Obesity Surveillance Initiative)", "· It-tagħlim tal-Home Economics li sar mandatorju fl-iskejjel medji statali huwa immirat li jolqot bl-iżjed mod dirett u effettiv il-ħarsien u ż-żamma tas-saħħa tal-individwu.", "Dan is-suġġett jipprovdi firxa ta' esperjenzi ta' tagħlim, inkluż dawk prattiċi, fuq it-tema ta' saħħa, ikel u nutriment marbut mal-polza nazzjonali – A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity.", "· Il-Home Economics Seminar Centre (HESC) għandu wkoll rwol importanti fil-prevenzjoni tal-obeżità fit-tfal.", "Dan iċ-ċentru joffri programmi informattivi u interattivi ta' tagħlim prattiku dwar is-saħħa, l-ikel u n-nutriment lit-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti.", "Jiġu mistiedna wkoll il-ġenituri/kustodji għax huma wkoll għandhom rwol kruċjali fil-prevenzjoni tal-obeżità.", "Apparti dan, l-għalliema tal-HESC jagħtu wkoll sapport u taħriġ lill-għalliema u lill-amministrazzjoni tal-iskola fl-iskejjel biex jintlaħqu l-miri tal-pjanijiet ta' azzjoni li jindirizzaw l-obeżità.", "· Fl-iskejjel isiru wkoll intervenzjonijiet mill-istess għalliema tal-HESC li huma mmirati għalli-studenti mill-kindergarten sas-sekondarja.", "Jiġu maħluqa wkoll intervenzjonijiet tailor-made skont il-bżonnijiet tal-iskejjel.", "Fost is-suġġetti li jiffokaw fuq il-prevenzjoni tal-obeżità nsibu l-linji gwida u l-platt bnin, l-importanza tal-ħaxix u l-frott, il-benefiċċji li jinxtorob l-ilma u l-ħalib u l-għażla ta' kolazzjon u lunches bnini.", "· HESC jissapportja l-iskejjel sabiex jaddottaw il-polza nazzjonali - A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity permezz ta' għajnuna u sapport fit-tfassil u l-implementazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni relatati ma' din il-polza li jkunu bbażati fuq il-bżonnijiet tal-iskejjel individwali.", "· Qed jiġi offrut sapport u assistenza lill-operaturi tat-tuck shops u distributuri tal-ikel sabiex l-ikel li jinbiegħ fl-iskejjel ikun wieħed san u konformi mal-Avviż Legali Nru 266 tal-2018.", "· HESC jassisti fl-għażla ta' ikel provdut waqt attivitajiet fl-iskejjel, meta mitlub, sabiex ikunu konformi mal-Avviż Legali Nru 266 tal-2018.", "· Ġie mwaqqaf working group kompost minn KGEs u rappreżentanti mill-kamp tal-Early Years, Home Economics u Physical Education bil-għan li jitħejja programm multi-dixxiplinarju għas-snin bikrin.", "Dan il-proġett huwa ta' gwida għall-għalliema sabiex jinkoraġġixxu lill-istudenti tagħhom jagħmlu għażliet informati għal stil ta' ħajja aħjar.", "· HESC għandu websajt www.hesc.org.mt li fiha l-pubbliku jista' jaċċessa dokumenti relatati mas-saħħa.", "Hemm ukoll riċetti bnini li fosthom jinkludu ideat għal-lunchboxes.", "Il-linji gwida tal-ikel u x-xorb jassistu lill-istudenti u l-ġenituri jagħmlu għażliet informati relatati max-xorb u l-ikel li jġibu l-iskola.", "OMIĊIDJI LI GĦADHOM MA SSOLVEWX", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018 u li għadhom ma ssolvewx u li dwarhom għadu ma tressaq ħadd il-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li mill-każijiet ta' omiċidji li seħħew fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu, 2018 kien hemm 17-il każ li għadhom ma ssolvewx u għadu ma tressaq ħadd il-Qorti filwaqt li kien hemm 17-il każ li kienu solvuti.", "KORP TAL-PULIZIJA – KAŻIJIET TA' VJOLENZA FUQ MEMBRI TAL-KORP", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija rrapportati fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu, 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KORP TAL-PULIZIJA – PERSUNI LI TRESSQU L-QORTI AKKUŻATI BI VJOLENZA FUQ MEMBRI TAL-KORP", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkuzati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu, 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat illi fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu, 2018, in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "KORP TAL-PULIZIJA - SEZZJONIJIET TA' TAĦRIĠ FL-UŻU TA' ARMI MINN MEMBRI FIL-KORP", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sezzjonijiet ta' taħriġ f'użu ta' armi u sparar minn membri tal-Korp tal-Pulizija fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Awwissu, 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li nżammu 827 sezzjoni ta' taħriġ fi sparar lill-membri tal-Korp tal-Pulizja mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Awwissu, 2018, kemm bħala refresher training kif ukoll għar-rekluti fl-Akkademja għal Forzi Dixxiplinati.", "Dan minbarra t-taħriġ lill-membri tal-RIU (Rapid Intervention Unit) li fil-perjodu indikat, kull membru ngħata taħriġ darba kull xahar.", "Membri tal-SIU (Special Intervention Unit) jitħarrġu kuljum ħlief f'okkażjonijiet fejn iċ-ċirkostanzi ta' xogħol ma jkunux jippermettu.", "KORP TAL-PULIZIJA – TAĦRIĠ FL-UŻU TAL-ARMI MINN MEMBRI FIL-KORP", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Awwissu, 2018 kellhom taħriġ fl-użu ta' armi?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant 37 membru tal-Korp attenda taħriġ fl-użu ta' armi.", "Barra minn dan 79 rekluta li bħalissa qed jagħmlu l-kors tar-reklutaġġ attendew taħriġ fl-użu ta' armi.", "Kif diġà ġie rilevat fit-tweġiba għal mistoqsija oħra mill-Onor.", "Interpellant, il-membri attivi kollha tar-RIU tal-SIU jirċievu taħriġ kontinwu dwar l-użu ta' armi tan-nar.", "KORP TAL-PULIZIJA - MEMBRI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Jannar, 2018 u kemm kien hemm membri fil-31 ta' Awwissu, 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li n-numru ta' membri fil-Korp tal-Pulizija fl-1 ta' Jannar, 2018 u dawk fil-31 ta' Awwissu 2018, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "ĊENTRI TAL-MARSA U TA' ĦAL FAR – IMMIGRANTI RESIDENTI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji, xahar b'xahar, minn Jannar 2017 sal-lum, tan-numru ta' immigranti residenti f'kull ċentru tal-Marsa u ta' Ħal Far rispettivament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "VELENU GĦALL-ĠRIEDEN – BAĠIT ALLOKAT", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-baġit tal-velenu għall-ġrieden sena b'sena mill-2013 sal-2018?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-baġit allokat għall-pest control mis-sena 2013 sal-2018 u n-nefqa kull sena għall-velenu tal-ġrieden huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "Din is-sena hemm ukoll konsenja oħra ta' velenu li għad trid tasal u li n-nefqa tagħha hija ta' €5,640, liema total għad mhuwiex miżjud mat-total tan-nefqa ta' velenu għas-sena 2018 kif jidher fit-tabella.", "ĦAL KIRKOP –– MAGNA TAL-X-RAY FIL-KLINIKA L-ĠDIDA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-klinika l-ġdida ta' Ħal Kirkop hemmx magna tal-X-ray?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Kirkop m'għandux il-faċilità ta' X-ray fuq is-sit minħabba li ma kienx ikun ekonomikament vijabbli meta wieħed jikkonsidra d-domanda limitata.", "Madanakollu dan is-servizz dejjem ikun jista' jingħata minn ċentri tas-saħħa oħrajn.", "MIŻURI TAL-BAĠIT", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-miżuri tal-baġit li tħabbru fil-Baġit tas-sena l-oħra (jiġifieri dak imħabbar f'Ottubru 2017) u jgħid liema miżuri twettqu u jispjega kif twettqu fid-dettall?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif jiġri kull sena se jingħata rendikont dwar it-twettiq tal-miżuri tal-Baġit fil-jiem li ġejjien.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ikunu ilhom li applikaw l-applikanti (jiġifieri inqas minn sena, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tliet snin u aktar minn tliet snin)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 3,291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u 549 talba biex isir tpartit ta' proprjetà, kif ġej", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont ma' liema dipartiment/entità qed jagħmlu xogħolhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mis-sena 2010 'l hawn sena b'sena (sal-aħħar ta' Settembru 2018)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "UNITS ĠODDA TA' AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tlestew units ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2016, 2017 u fl-2018 s'issa?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-snin indikati sar ħafna xogħol fuq id-disinn, permessi, stimi u ħruġ ta' tenders sabiex ingħata bidu għall-iżvilupp ta' diversi siti fi proġetti maħsuba biex jitqassmu bħala akkomodazzjoni soċjali.", "SERVIZZI U BENEFIĊĊJI SOĊJALI - LISTA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kull servizz/benefiċċju soċjali li jingħata mid-dipartimenti/entitajiet tiegħu u għal kull wieħed jgħid kemm kien hemm benefiċjarji f'Settembru ta' din is-sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181002_139d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 3 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 139, li saret fit-2 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Ċivili, Prim'Awla (Sede Kostituzzjonali), Rikors Kostituzzjonali Nru 52/2016/LSO, fl-ismijiet Marie Therese Cuschieri vs l-Avukat Ġenerali deċiża fit-28 ta' Marzu 2017 u dik sussegwenti tal-Appell Kostituzzjonali 52/16/1, deċiża fis-26 ta' Jannar 2018; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni parlamentari magħmula mill-Onor.", "Godfrey Farrugia fis-27 Sessjoni Annwali tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) li nżammet f'Berlin, il-Ġermanja, bejn is-7 u l-11 ta' Lulju 2018.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA - CAR LEASING", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru telenka kemm intnefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtha, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar, 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ tista' tgħid liema kienu b'direct order?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, matul dawn l-aħħar ġimgħat smajna ħafna fuq il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex il-ħin ikun l-istess tul is-sena kollha u mhux noqogħdu nibdlu għall-ħin tas-sajf jew għall-ħin tax-xitwa.", "Jidher li dwar dan kien hawn interess partikolari anke fil-gżejjer Maltin għax saru ħafna kummenti dwar dan u kulħadd ta l-opinjoni tiegħu, kemm fuq il-midja soċjali kif ukoll fuq l-aħbarijiet.", "Il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza għamel saħansitra konsultazzjoni pubblika fuq il-website tiegħu, u fil-fatt anke jien dħalt biex nivvota f'dik il-konsultazzjoni pubblika għax għandi opinjoni pjuttost b'saħħitha dwarha.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk issa din il-konsultazzjoni għalqitx?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tinforma lill-Kamra x'kienet l-opinjoni tal-Maltin u x'miżuri oħra ttieħdu biex ikun magħruf kif il-Maltin jaħsbuha dwar dan ħalli meta nagħmlu l-pożizzjoni tagħna, kemm jista' jkun din tkun ibbażata fuq l-opinjoni tal-maġġoranza tal-Maltin?", "Milli nista' nifhem, il-maġġoranza se tkun qed tiddeċiedi anke għall-minoranza fl-eventwalità li aħna ma nkunux qed naqblu mal-maġġoranza tal-membri li se jivvotaw fuq din il-kwestjoni.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Kif qed jgħid il-kollega tiegħi, din kienet issue li qajmet ħafna interess, mhux biss fost il-poplu Malti imma anke fost il-Membri Stati l-oħra tal-Unjoni Ewropea.", "Dan rajnieh ukoll mill-online consultation li għamilna għax minn kemm ilna nagħmlu online consultations, din kienet l-aktar kwestjoni fejn in-nies taw l-input tagħhom.", "Madankollu meta inti tkun qed tagħmel an online survey ma tkunx qed tagħmel xi survey xjentifiku għax dan bħal meta tikteb kumment online wara li tkun qrajt xi artiklu fuq gazzetta online.", "In-nies li se jivvotaw huma biss dawk li għandhom aċċess għall-computer jew dawk li jafu x'iridu jagħmlu biex jivvotaw, jiġifieri meta jsir survey online ikunu qed jiġu esklużi ħafna nies.", "Għalhekk aħna ħassejna l-bżonn li nagħmlu survey xjentifiku, liema survey sar b'kampjun min-nies inġenerali, b'kampjun minn nies li jħaddmu, jiġifieri min-negozjanti, u b'kampjun ieħor min-naħa tal-bdiewa minħabba li dan is-settur żgur li se jintlaqat ħafna mid-deċiżjoni li tittieħed.", "Ilbieraħ ħareġ ukoll is-survey taċ-Chamber of Commerce fejn ir-riżultat tiegħu jaqbel mas-survey li għamilna aħna, jiġifieri li l-maġġoranza tan-nies jippreferu l-ħin tas-sajf.", "Edward Zammit Lewis biex iressaq dak li sibna aħna u dak li jrid isir fil-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ħalli f'din id-deċiżjoni jkun hemm ukoll l-involviment tal-Parlament.", "S'issa qed jidher li se jkunu qegħdin jimxu fuq dak li tgħid il-maġġoranza.", "Ta' min jgħid li fil-każ ta' Malta, kemm mis-survey taċ-Chamber of Commerce, kemm min-naħa tan-nies inġenerali, kemm min-naħa tan-nies li jħaddmu kif ukoll min-naħa tal-bdiewa jirriżulta li l-maġġoranza hija favur il-ħin tas-sajf.", "Onor. Camilleri, jien ma nafx kif ivvotajt inti, imma nispera li r-riżultat qed jogħġbok!", "Issa għad iridu jinġabru l-pożizzjonijiet ta' kull Stat Membru biex imbagħad il-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tiddeċiedi jekk il-ħin huwiex se jibqa' kif inhu, jekk aħniex se nibqgħu dejjem bil-ħin tas-sajf jew inkella aħniex se nibqgħu dejjem bil-ħin tax-xitwa.", "Qed tissemma anke l-possibbiltà li kull pajjiż jagħżel il-ħin tiegħu, għalkemm jien ma narax kif din tista' sseħħ għax ma tridx tkun intelliġenti ħafna biex tirrealizza li din se toħloq straġi, kemm f'dawk li huma airlines, kemm fil-qasam marittimu, eċċetra.", "Lanqas il-fatt li għandna currency waħda u mbagħad il-ħin ikun differenti ma jagħmel sens!", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbok ikkonkludi.", "HELENA DALLI: Issa l-pass li jmiss huwa li jiġi diskuss dak kollu li ħareġ s'issa minn dawn is-surveys fil-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Irrid ngħid ukoll li nhar it-Tnejn li għadda għamilna konsultazzjoni pubblika fejn attendew in-nies u s-social partners.", "Hemmhekk kulħadd qal tiegħu, u naħseb li l-proċess kien tajjeb biżżejjed tant li stajna naraw x'jippreferi l-poplu Malti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: L-ewwel nett, Sur President, nixtieq nirringrazzja lill-Ministru għall-konsultazzjoni li qed twettaq fuq din it-tema tal-proposta li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħinijiet.", "Issa l-punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda Brexit.", "Mingħajr ma nallarma lil ħadd irrid ngħid li hemm il-possibbiltà li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr qbil, dak li bl-Ingliż jissejjaħ \"no deal scenario\".", "F'Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida li fihom tat informazzjoni prattika lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea kollha dwar kif għandhom jimmaniġġjaw din is-sitwazzjoni.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru biex tgħidilna jekk il-Gvern Malti huwiex jimxi ma' dawn il-linji gwida filwaqt li tagħti rendikont dwar il-miżuri li qed jieħu l-Gvern f'din l-eventwalità.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Fil-fatt xi ħmistax ilu ressaqt memo quddiem il-Kabinett fejn iddiskutejna din is-sitwazzjoni ta' \"no deal\" u kif aħna ppreparati għal din l-eventwalità, jiġifieri x-xogħol li qed isir huwa ongoing.", "Eventwalment irridu naraw ukoll li anke dan ix-xogħol jiġi diskuss fil-Kumitat parlamentari.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, matul dawn l-aħħar jiem smajna ħafna, anke min-naħa tal-President Macron, dwar il-fatt li xi kultant il-ħidma tal-Unjoni Ewropea tkun ikkritikata anke mil-lat li mhijiex qrib iċ-ċittadin biżżejjed, u fil-fatt anke f'Malta ssib ċittadini li jagħmlu l-istess tip ta' kritika.", "Għalhekk tista' l-Ministru tgħid x'qed tagħmel biex aktar ċittadini Maltin iħossu li qed jiġu informati b'din il-ħidma?", "Il-ħidma tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwestjoni tal-ħin kienet eċċezzjoni għax peress li saret konsultazzjoni pubblika f'dan ir-rigward, kien hemm ħafna nies li pparteċipaw, però kif qalet il-Ministru stess, fuq issues oħrajn ma jkunx hemm l-istess interess bħalma ġie muri f'dan il-każ partikolari.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Hekk hu!", "Rigward il-kwestjoni tal-ħin kien hemm aktar nies li wrew interess, però rrid ngħid li aħna qegħdin nagħmlu diversi konsultazzjonijiet man-nies ukoll, kif qegħdin jagħmlu l-pajjiżi k ollha Ewropej.", "Meta l-President Macron ħareġ b'din l-idea tal-ħin, il-Prim Ministru tagħna appellalna biex nipprovaw nagħmlu mezz illi mhux noqogħdu nistennew lin-nies jiġu għandna jew norganizzaw laqgħat ta' djalogu u jiġu dejjem l-istess nies, imma għandna mmorru aħna għand in-nies, u aħna hekk qegħdin nagħmlu.", "Fil-fatt diġà għamilna serje ta' konsultazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Pereżempju, fost l-oħrajn morna għand il-bdiewa, morna għand l-industrija, morna Għawdex u jekk kollox jibqa' sejjer kif ippjanat, possibbilment se tiġi Malta l-Ministru għall-affarijiet Ewropej Franċiża wkoll biex tattendi għal-laqgħa li se jkollna fuq il-migrazzjoni.", "B'kollox għad baqa' xi żewġ jew tliet sessjonijiet oħrajn ta' dan it-tip ta' djalogu qabel ma nagħlqu dan il-kapitlu u jsir rapport.", "Ta' min jgħid ukoll li dak kollu li qed jingħad f'dawn il-laqgħat ta' konsultazzjoni qed jitniżżel, u l-Malta-European Union Steering and Action Committee (MEUSAC), li qiegħed jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat, qiegħed iħejji rapport li qed jagħmel kull pajjiż biex imbagħad ir-rapporti tal-pajjiżi kollha jiġu diskussi fil-Kunsill tal-Ewropa sakemm finalment jgħaddu kollox lill-Kummissjoni Ewropea.", "Huwa interessanti ħafna kif illum qed nindirizzaw din id-disconnection li teżisti bejn in-nies u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Dan qegħdin nagħmluh billi qed immorru aħna għand in-nies biex naraw x'qed idejjaqhom u x'jaħsbu li jista' jsir aħjar.", "Min-naħa tagħna, aħna se nservu bħala messaġġiera billi se nieħdu dak li qegħdin jgħidu n-nies minn oqsma partikolari, speċjalment pereżempju, kif semmejt diġà, mill-qasam tal-biedja.", "Normalment il-bdiewa ma tantx jattendu meta jsir xi seminar jew konferenza dwar l-Unjoni Ewropea, u għalhekk qed immorru għandhom aħna.", "Fil-fatt, fejn hu possibbli, dan qed isir f'kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea, u fl-opinjoni tiegħi dan huwa eżerċizzju tajjeb u importanti, speċjalment meta qegħdin naraw dan in-nuqqas ta' fiduċja fl-Unjoni Ewropea.", "Pereżempju, ftit ilu għadha kif issemmiet Brexit, u infatti kien proprju minħabba din id-disconnection tan-nies minn mal-Unjoni Ewropea li l-poplu tar-Renju Unit ivvota biex pajjiżu joħroġ minn din l-Unjoni.", "Għalhekk mhuwiex biżżejjed li jsiru d-diskorsi u jinkitbu d-dokumenti imma jridu jittieħdu azzjonijiet konkreti biex nirranġaw din is-sitwazzjoni, fosthom billi inti tmur tisma' lin-nies b'widnejk u tmisshom b'idejk ħalli tkun taf x'qed iħossu dawn in-nies bħala ċittadini ta' pajjiżi li huma membri fl-Unjoni Ewropea.", "Issa meta finalment ikollna l-kummenti ta' nies li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u li normalment ma jikkummentawx u li din id-darba kkummentaw għax morna għandhom, ikollna studju tajjeb biex inkunu nafu x'inhuma dawk l-affarijiet li qed idejqu lin-nies u kif nistgħu nirranġawhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, għalkemm dan il-Parlament ħarrax il-pieni kontra kull min iwettaq xi forma ta' vjolenza domestika, jidher ċar li nħarrxu kemm inħarrxu l-liġijiet, il-vjolenza domestika tibqa' realtà.", "Infatti dan l-aħħar fuq il-midja ġie rrapportat każ ieħor ta' vjolenza domestika u rajna numru ta' persuni li għamlu marċ fil-Belt Valletta biex iwasslu l-messaġġ - liema messaġġ kien b'saħħtu ħafna - li dawn l-affarijiet mhumiex aċċettabbli u jeħtieġ li jieqfu.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru tinformana x'qed jagħmel il-Ministeru tagħha kif ukoll il-Gvern sabiex kemm jista' jkun inkomplu nħarrxu din il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Fil-fatt ta' min jgħid li l-liġi l-ġdida rdoppjat il-pieni fil-każ ta' stupru u tat il-poter lill-Pulizija biex jiżgrumbraw lil min ikun qed iwettaq il-vjolenza.", "Dan għaliex sfortunatament il-vittma ta' vjolenza domestika, li normalment tkun mara, kienet tispiċċa vittma għal żewġ raġunijiet, għax minbarra li kienet tkun vittma ta' swat, kienet tisfa vittma wkoll għax ikollha toħroġ minn darha biex tmur f'shelter.", "Għalhekk, fost affarijiet oħra, il-liġi l-ġdida tgħid li f'każ ta' vjolenza, il-Pulizija għandha l-poter li tiżgombra lil min ikun qed iwettaq il-vjolenza u mhux ħafna drabi tispiċċa toħroġ il-mara, xi kultant bi tfal żgħar magħha!", "Pajjiżna kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li rratifika l-Konvenzjoni ta' Istanbul u din is-sena ġibna l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika konformi ma' din il-Konvenzjoni wkoll.", "Però ovvjament dan mhuwiex biżżejjed.", "L-Onor.", "Camilleri għadu kif irrifera għall-allegat każ li seħħ dan l-aħħar fejn vittma ta' vjolenza domestika spiċċat ġiet maqtula, u proprju dawn it-traġedji juruna li lanqas jekk tħarrax il-pieni u tagħmel il-liġijiet kollha tad-dinja mhu biżżejjed.", "Għalhekk issa għandna strateġija dwar kif se titħaddem din il-liġi, liema strateġija jridu jimxu magħha l-istakeholders kollha, jiġifieri kemm il-Pulizija, kemm dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, kemm dawk li jaħdmu fil-qasam soċjali, kif ukoll dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma involuti ma' dan il-qasam.", "Din l-istrateġija trid tiġi mainstreamed fl-entitajiet kollha biex kif ikun hemm xi każ bħal dan li semmejt, mill-ewwel jiskatta l-proċess li tagħti l-liġi.", "Dan apparti l-affarijiet li nistgħu nagħmlu fuq il-prevenzjoni, għax ovvjament il-prevenzjoni hi l-aħjar ħaġa.", "Fil-fatt aħna naħdmu wkoll mill-viċin ħafna mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fejn ngħallmu lit-tfal li l-vjolenza qatt mhi soluzzjoni.", "Tista' targumenta, tista' titkellem, tista' tiddjaloga, però li tuża l-vjolenza biex tipprova tirbaħ xi argumenti li jista' jkollok mhijiex soluzzjoni.", "Jiġifieri l-qasam tal-edukazzjoni huwa parti minn din l-istrateġija wkoll, però fl-istess ħin irridu nassiguraw li l-forzi kollha ta' dan il-pajjiż ikunu qed jaħdmu biex l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika, li huwa wieħed mill-aħjar atti minħabba li huwa in line eżattament mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa u mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, ikun jista' jitħaddem.", "Il-liġi mhijiex qiegħda hemmhekk biex nagħmluha ġo frame u noqogħdu nifirħu li għandna l-aqwa liġi li jista' jkollna jekk imbagħad jibqa' jkollna dawn il-każijiet.", "Anzi dan ikun ifisser li rridu naħdmu iżjed biex kull stakeholder u kull min għandu sehem fir-rimedju ta' din il-problema jrid jagħti sehmu jew sehemha.", "Naturalment huwa importanti li naħdmu wkoll fuq il-kultura, fuq l-attitudnijiet u fuq kif nittrattaw persuna li tmur l-Għassa tirrapporta li qalgħet xebgħa.", "Issa li għandna l-liġi hemm bżonn li nużawha ħalli meta din il-mara terġa' tmur lura d-dar wara li tkun sabet il-kuraġġ li tmur tirrapporta ma terġax tissawwat minħabba li naturalment min ikun qed iwettaq il-vjolenza jinduna li marret tirrapportah.", "Dawn huma affarijiet li rridu nbiddluhom jekk irridu nimxu mal-liġi u mal-Konvenzjoni.", "Xi ħaġa oħra li rrid insemmi hija li dalwaqt se jkun hawn Malta t-tim tal-Council of Europe's Group of Experts on Action against Violence against Women and Domestic Violence (GREVIO), li jmur f'dawk il-pajjiżi li jkunu rratifikaw il-Konvenzjoni proprjament biex jassiguraw li l-istituzzjonijiet ta' dak il-pajjiż ikunu qed jimxu ma' dik il-Konvenzjoni li tkun ġiet ratifikata u li jkunu qed iħaddmu l-għodda li tagħtihom tali konvenzjoni.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija xi ħaġa pożittiva għax illum konvenzjonijiet u liġijiet hawn kemm trid.", "Imma dawn kemm qegħdin inħaddmuhom verament fl-interess taċ-ċittadini tagħna biex ma jkollniex aktar vittmi, f'dan il-każ vittmi ta' vjolenza abbażi ta' ġeneru?!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Ħalli nieħu spunt minn dak li għadha kif qalet il-Ministru.", "Konvenzjonijiet u liġijiet hawn kemm trid, imma issa l-punt hu kemm se nħaddmuhom, kif qalet tajjeb ħafna l-Ministru.", "Biex norbot ukoll mal-argument li kienet qed tagħmel dwar l-edukazzjoni, il-kultura u l-attitudnijiet, il-mistoqsija tiegħi hija: X'qed jagħmel il-Ministeru tagħha fil-midja tradizzjonali u fil-midja soċjali biex dak li qed tgħidilna llum fil-fatt jasal?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax ma nħossx li bħalissa hemm xi messaġġ daqshekk b'saħħtu f'dan is-sens, ħlief forsi minn xi individwi jew minn xi NGOs sporadiċi, biex ngħid hekk.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Bla dubju ta' xejn daqqa negattiva li ħa pajjiżna f'dan il-qasam kienet meta l-Partit Nazzjonalista vvota kontra li tiddaħħal din il-Konvenzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak kien ta' swied il-qalb għalija għax jiena xtaqt li naqblu fuq issue bħal din u li konna se noħorġu hemm barra b'saħħitna ngħidu li pajjiżna rratifika din il-Konvenzjoni unanimament, jiġifieri jkolli ngħid li hemmhekk intfajna ftit lura milli nagħtu dak il-messaġġ b'saħħtu li suppost tajna.", "Ix-xogħol li qed tagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Buttigieg isir mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, mal-Ministeru għas-Saħħa u mal-Pulizija.", "Buttigieg, is-sena l-oħra l-Kummissjoni żdidilha wkoll il-baġit.", "Dalwaqt se jkun hawn ukoll is-16 Days of Activism Against Gender-Based Violence, li huwa mod kif permezz ta' numru t'attivitajiet nuru b'liema mod għandha tintuża l-midja soċjali.", "Aħna tant inqisu dak li għandu jsir f'dan il-qasam importanti li għamilnieha bħala prijorità fuq l-aġenda tagħna li nirratifikaw, li nagħmlu l-liġi tagħna in line ma' dik ir-ratifikazzjoni, li noħorġu bl-istrateġija li għamilna u li naraw li kull min hu involut f'din l-istrateġija jagħmel ix-xogħol li għandu bżonn jagħmel.", "Din hija xi ħaġa li diġà għamilnieha s-sena l-oħra u li se nibdew nagħmluha kull sena.", "Il-Kummissjoni għandha ppjanati wkoll kampanji oħrajn biex il-poplu jkompli jiġi edukat f'dan is-sens matul is-sena kollha u mhux biss matul is-16 Days of Activism Against Gender-Based Violence, li jwasslu għall-Jum Internazzjonali kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa f'Novembru li ġej.", "B'hekk il-kampanja ta' edukazzjoni permezz tal-midja tradizzjonali u l-midja soċjali tibqa' ongoing.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Minn xi ħaġa negattiva se ngħaddi għal xi ħaġa pożittiva.", "Fejn tidħol il-klassifika dinjija tad-drittijiet ta' persuni lesbian, gay, bisexual, transgender, intersex, and questioning (LGBTIQ), jekk m'iniex sejjer żball Malta ilha fil-quċċata għal madwar dawn l-aħħar erba' snin.", "Mill-2013 'l hawn ma waqafniex nieħdu miżuri u ngħaddu liġijiet li jagħtu aktar drittijiet lil persuni LGBTIQ.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru tgħidilna x'inhu issa l-pass li jmiss - għax meta tkun l-ewwel, trid taħdem biex tibqa' l-ewwel! - biex pajjiżna jkompli juri li verament jilqa' fi ħdanu lil kulħadd.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Fil-fatt l-ewwel darba li ġejna l-ewwel fil-klassifika dinjija tad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ, il-Prim Ministru qalli li issa rrid nara kif se nibqa' hemmhekk għax filwaqt li biex titla' fl-ewwel post huwa diffiċli, biex tibqa' hemmhekk hija iebsa wkoll.", "Irrid ngħid li apparti l-liġijiet li għamilna, liema liġijiet qed jintużaw anke minn pajjiżi oħrajn bħala mudell għal pajjiżhom, imxejna bl-istess mod kif imxejna fil-qasam tal-vjolenza abbażi ta' ġeneru, u ċjoè ħriġna bi strateġija, liema strateġija qiegħda titħaddem mis-soċjetà ċivili, mill-NGOs u mill-istakeholders kollha.", "Dan għamilnieh sabiex nassiguraw li l-ugwaljanza li daħħalna fis-soċjetà tagħna tkun qiegħda tiġi implimentata.", "Pereżempju, irridu nassiguraw li Identity Malta qiegħda tbiddel id-dokumenti pubbliċi ta' persuni trans u li l-burokrazija fiċ-Ċivil ma tkunx qiegħda tfixkel dan il-proċess għax ikun inutli li jkollok il-liġi qiegħda hemm jekk is-sistema ma tkunx qed taħdem, bil-konsegwenza li dak li jkun jibqa' jsib diffikultajiet biex jibdel id-dokumenti pubbliċi tiegħu jew tagħha.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-liġijiet isiru bil-għan li titjieb il-ħajja tan-nies, imma jekk bil-liġijiet li jsiru n-nies xorta jibqgħu ma jsibux is-soluzzjonijiet, nistgħu ngħidu li dawn ikunu saru għalxejn.", "Huwa għalhekk li l-istrateġija hija importanti, biex jiġi assigurat li l-istakeholders kollha qegħdin jaħdmu fil-konfini tal-liġi u li l-liġi qed tiġi mħaddma għal kulħadd ħalli b'hekk ma jibqax ikollna first-class citizens u second-class citizens.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi bejn l-2014 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3937.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali bejn l-2014 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3940.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima bejn l-2014 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3941.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali maqsuma skont il-lokalità tal-applikanti, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6700;", "u f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar transport allowance lil uffiċjali għolja fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6456; u", "Tabella li turi l-għadd ta' pakketti ta' velenu tal-ġrieden li tqassmu lill-pubbliku minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6601.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-ARMI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Armi, Kap. 480\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, se nagħmel l-intervent tiegħi billi l-ewwel nagħmel xi kummenti ġenerali dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u mbagħad insemmi xi punti ewlenin.", "Tajjeb nibda billi ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed iġibna konformi mad-Direttiva 2017/853 tal-Unjoni Ewropea u qiegħed jipproponi wkoll numru ta' proposti li tressqu wara li saret konsultazzjoni pubblika mal-persuni li huma interessati f'dan is-settur, bħal dawk li jħarsu lejn dan is-settur bħala sors għall-isports jew għall-kollezzjonijiet.", "Smajna saħansitra x'kellhom xi jgħidu l-Pulizija fuq uħud minn dawn il-proposti kif ukoll fuq ċerti drawwiet li kienu meħudin bħala xi ħaġa normali.", "Ovvjament qabel ma ġie drafted dan l-Abbozz ta' Liġi ttieħdu deċiżjonijiet li jmorru lil hinn minn dak li tgħid id-Direttiva, u dan sar wara li poġġejna bilqiegħda u għamilna evalwazzjoni ta' dak li kien qed jiġi propost.", "Pereżempju, kien hemm proposta li l-black powder jiġi limitat b'tant ammont, imma mbagħad sibna li kieku kellna nillimitawh daqskemm kien qed jiġi propost kienu se jinħolqu xi problemi lill-persuni li jmorru jipprattikaw ċertu sparar.", "Xi ħaġa oħra li rrid insemmi hija li sal-lum jistgħu jinxtraw dawk l-automatic machine guns li kienu jeżistu sal-1946, jiġifieri eżattament dawk li ntużaw matul l-aħħar Gwerra Dinjija, imma kellna proposta biex jibdew jinxtraw anke automatic machine guns moderni mill-kollezzjonisti.", "Proposta oħra li saret kienet biex wieħed ikun jista' jagħmel speċi ta' silencers fuq ir-rifles u fuq ir-revolvers, imma ġie deċiż li għalissa m'għandux ikun hemm din il-possibbiltà, aktar u aktar fil-każ ta' rifles li jintużaw għal-long range, u dan għar-raġuni li b'dan il-mod id-direzzjoni tal-bullet li tkun qiegħda tintuża tista' tvarja xi ftit.", "Semmejt dawn il-punti kollha biex wieħed jifhem li kien hemm diversi rakkmandazzjonijiet.", "Uħud minn dawn ir-rakkmandazzjonijiet ma setgħux jintlaqgħu għax imorru kontra d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea li semmejt, però minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ipparteċipaw f'din il-konsultazzjoni pubblika.", "Nemmen li waqt li se nkunu qed niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi, se nkunu nistgħu nħarsu lejn numru ta' emendi li jista' jkun hemm bżonn isiru, imbasta dan l-Abbozz ta' Liġi jibqa' jirrispekkja d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea u li għal kull bidla li ssir qabelxejn tittieħed inkonsiderazzjoni s-sigurtà ta' pajjiżna.", "Fil-fatt kemm l-emendi li għandna għal dan l-Att kif ukoll l-emendi li għandna għall-iskedi ta' dan l-Att u għal-leġiżlazzjoni sussidjarja li għad trid tiġi ippubblikata huma intiżi primarjament sabiex jittrasponu fil-liġi Maltija l-provvedimenti tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Issa ħalli ngħaddi biex nagħmel xi punti ewlenin, Sur President.", "L-Abbozz ta' Liġi jemenda numru ta' definizzjonijiet li hemm fil-liġi filwaqt li jintroduċi wkoll xi wħud li huma ġodda.", "Primarjament dawn l-emendi qed jirriproduċu t-test tad-Direttiva li semmejt, u b'mod ġenerali fihom infushom mhumiex qed iħallu impatt fuq is-settur lokali.", "Fejn kien ikkonsidrat li huwa possibbli li jiġu addottati proposti minn stakeholders fis-settur, dawn ġew inkorporati.", "Eżempju ta' dan hija l-kjarifika li saret għad-definizzjoni ta' \"arma tan-nar\" u d-definizzjoni ġdida għall-kelma \"mużew\".", "L-emendi li qed isiru għal artiklu 23 tal-liġi jirregolaw l-importazzjoni f'Malta ta' armi akkwistati legalment fi stat membru ieħor minn persuna residenti f'Malta.", "Dawn l-armi jistgħu jinġiebu f'Malta biss sakemm huma permessi f'Malta u jinżammu taħt il-liċenzja ta' kollettur B sakemm id-detentur tagħhom ma jikkwalifikax għal liċenzja oħra taħt din l-istess liġi.", "Imbagħad l-emendi li hawn għal artiklu 24 tal-liġi jistipulaw li persuna li tkun ikkundannata għal mill-anqas tliet snin priġunerija effettiva sa ħames snin qabel ma tkun applikat għal-liċenzja ma tkunx intitolata għal-liċenzja.", "Dan il-provvediment, flimkien ma' provvedimenti l-oħra taħt artiklu 24, jgħoddu wkoll għal-liċenzji tal-kaċċa.", "Artiklu 31A ġdid jirrikjedi li l-Kummissarju jkollu fis-seħħ sistema ta' moniteraġġ ta' liċenzji.", "Dan ifisser li l-liċenzji kollha jkunu riveduti darba kull ħames snin billi jintalab ċertifikat mediku ġdid kif ukoll billi ssir evalwazzjoni dwar il-parteċipazzjoni mid-detentur tal-liċenzja fi klabb hekk kif rikjest mil-liġi.", "Min-naħa l-oħra, artiklu 32 kif emendat jirrikjedi li liċenzja tkun revokata jew sospiża f'każ li d-detentur ikun wettaq xi reat milli jissemma f'artiklu 24 bħal, pereżempju, reat li jinvolvi vjolenza, offiża kontra l-Att dwar l-Armi, serq, traffikar ta' droga u traffikar ta' persuni.", "Ta' min jgħid li l-liċenzja tad-detentur tista' tkun revokata jew sospiża wkoll jekk id-detentur tal-liċenzja ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-liġi jew inkella l-għoti tal-liċenzji.", "Dawn il-provvedimenti huma simili għal dawk li hemm fis-seħħ bħalissa, però ġew emendati biex jirriflettu d-Direttiva l-ġdida.", "Pereżempju, anke llum il-ġurnata l-Kummissarju għandu l-fakultà li jirrevoka liċenzja f'każ ta' reat.", "Artiklu 32A ġdid jipprovdi li jista' jkun hemm ukoll revoka jew sospensjoni ta' liċenzja għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew individwali li għandhom ikunu reġistrati u rrapportati lill-ministru responsabbli.", "Artiklu 35 hekk kif emendat jistabbilixxi li jekk jitwaqqfu mużewijiet ġodda li jesebixxu armi tan-nar hekk kif imsemmija fi Skeda I, dawn għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' liċenzja speċjali ta' kollettur A kif ukoll kondizzjonijiet oħra imposti mill-Kummissarju, inkluż sistemi ta' allarm.", "Bħala nota naħseb ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li l-kondizzjonijiet ta' liċenzja speċjali ta' kollettur A se jkunu stabbiliti b'avviż legali li għad irid jiġi ppubblikat.", "Ta' min jgħid li din il-liċenzja se tippermetti lill-kolletturi li jżommu ċerta kategorija ta' armi li huma pprojbiti skont ir-regoli tad-direttivi l-ġodda.", "Fil-prattika dan ifisser li l-kolletturi se jkunu jistgħu jibqgħu jikkollezzjonaw l-istess armi li jikkollezzjonaw illum.", "L-emenda għall-artiklu 36 tistabbilixxi li mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-provvedimenti ta' l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi, armi jkunu reġistrati bħala diżattivati biss jekk ikunu konformi mal-istandards Ewropej hekk kif inhuma msemmija fl-istess artiklu.", "Min-naħa l-oħra, l-emenda għal artiklu 39 tikkjarifika li l-Armata, il-Pulizija u s-Servizzi tal-Ħabs jistgħu jakkwistaw kwalunkwe arma tan-nar għall-użu tas-servizzi rispettivi.", "Hawnhekk naħseb li jkun tajjeb ukoll jekk wieħed isemmi l-avviżi legali li għad iridu jiġu ppubblikati, li fost l-oħrajn jistabbilixxu li jitwaqqfu liċenzji ġodda hekk kif se ngħid; liċenzja speċjali għal kolletturi A u liċenzja speċjali ta' sparatur fuq targets A.", "Dawn il-liċenzji se jippermettu lill-kolletturi u lit-target shooters li jżommu u/jew jużaw l-istess armi li jużaw illum skont ir-regoli imposti mid-Direttiva l-ġdida.", "Dawn l-armi huma kklassifikati taħt l-ewwel kategorija, jiġifieri huma pprojbiti, iżda skont l-istess Direttiva jistgħu jinżammu minn tiraturi jew kolletturi liċenzjati jekk l-istat membru jistabbilixxi sistema sabiex dawn l-armi jkunu jistgħu jinżammu.", "Ta' min jgħid ukoll li f'Malta l-armi awtomatiċi se jibqgħu permessi biss jekk ġew immanifatturati qabel l-1946.", "Il-provvedimenti relatati mal-fire alarms pass, li jittrattaw armi li jistgħu jinġarru fi stati membri oħra, se jinbidlu skont id-Direttiva l-ġdida hekk kif stabbilit mill-istess Direttiva.", "Minkejja l-emendi li se jsiru, ta' min wieħed jgħid li la l-kolletturi u lanqas it-tiraturi mhuma se jitnaqqsulhom it-tip ta' armi li jistgħu jżommu, anke jekk il-kondizzjonijiet biex iżommu ċertu armi, jiġifieri dawk awtomatiċi u semi-awtomatiċi, u magazines ta' ċertu daqs, se jkunu aktar strinġenti.", "Dan japplika speċjalment għall-applikanti ġodda li ma jkunux jistgħu japplikaw għal-liċenzja speċjali mal-ewwel iżda jkunu jistgħu japplikaw biss għal waħda ordinarja segwita minn waħda speċjali wara sentejn fil-każ ta' kolletturi, u wara sena fil-każ ta' sparaturi.", "Il-perjodu ta' sena fil-każ ta' sparaturi joħroġ direttament mid-Direttiva filwaqt li l-perjodu ta' sentejn qed jiġi stabbilit lokalment minħabba li d-Direttiva tgħid li l-kolletturi għandhom ikollhom aċċess għal armi awtomatiċi biss f'każijiet ġustifikabbli u eċċezzjonali.", "Sur President, il-Ministeru se jkompli jippromwovi l-isport tal-isparar kif ukoll il-kollezzjoni tal-armi sakemm dawn ikunu konformi mal-liġi, liema liġi se tkompli żżomm kontroll permezz ta' liċenzjar u reġistrazzjoni.", "Dan huwa fost affarijiet oħra konsegwenti għall-inizjattivi tal-Gvern f'dan is-settur, inkluż b'mod partikolari l-bini tax-shooting range il-ġdida.", "Ġaladarba qed insemmi x-shooting range il-ġdida rrid ngħid li saret l-ewwel fażi tagħha filwaqt li mbagħad aħna se nkunu qed nieħdu inkonsiderazzjoni fażijiet oħrajn.", "Eventwalment din ix-shooting range se tagħti wkoll l-opportunità lill-korpi dixxiplinati li jkollhom dritt illi jużaw il-faċilitajiet kollha biex jagħmlu ċertu taħriġ, inkluż taħriġ fuq distanzi twal.", "Fl-aħħar nett nixtieq nerġa' nenfasizza li dawn l-emendi qed isiru wara perjodu ta' konsultazzjoni mal-istakeholders konċernati li taw il-feedback tagħhom.", "Naħseb li jkun tajjeb jekk ngħid ukoll li aħna nsegwu x'ikun qed jiġri anke barra minn pajjiżna, inkluż inċidenti li jistgħu jinqalgħu jew atti kriminali li jkunu saru barra mill-pajjiż, naraw x'kienu ċ-ċirkostanzi, u mhux l-ewwel darba li ħadna azzjoni rimedjali fejn konna anke mfaħħrin barra minn pajjiżna tal-inizjattiva li ħadna mill-ewwel.", "Dan għamilnieh, pereżempju, wara l-inċident ta' sparatura ġewwa l-Amerka f'arena ta' divertiment, li wasslet biex inqatlu għexieren ta' persuni.", "Fil-fatt f'dan l-inċident kienet intużat is-sistema ta' bump stock fejn arma li kienet semi-awtomatika setgħet tintuża bħala waħda awtomatika.", "Ta' min jgħid li l-bump stock ma jistax jinxtara minn pajjiżna imma jista' jiġi importat, u għalhekk aħna konna ħriġna avviż legali mill-ewwel biex ikun ipprojbit li l-bump stock jintuża fuq armi semi-awtomatiċi, u dan għar-raġuni li kif għadni kemm spjegajt, b'din is-sistema arma semi-awtomatika tista' tintuża bħala arma awtomatika.", "Issa nixtieq nikkummenta ftit fuq it-toys.", "Jeżistu forom differenti ta' armi tal-logħob li jintużaw mit-tfal, u naħseb ikun tajjeb jekk naraw ukoll x'logħob jeżisti relatat mal-armi fuq l-internet, fuq il-mobile phones u fuq tant u tant gadgets elettroniċi li jeżistu.", "Dan għaliex filwaqt li forsi hija xi ħaġa aċċettabbli li meta wieħed ikollu ċerta età jilgħab ċertu logħob, ikun messaġġ għaqli li nappella lill-ġenituri biex joqogħdu attenti x'tip ta' logħob jixtru lit-tfal tagħhom.", "Ta' min isemmi li llum bdew jidħlu fis-swieq armi li huwa diffiċli li jiġu spotted bis-sistemi ta' prekawzjoni preżenti li wieħed isib fl-ajruporti u f'postijiet oħrajn.", "Dawn huma affarijiet li għandna niħduhom bis-serjetà, u għalhekk huwa tajjeb li wieħed jevalwa ftit il-plastik li qed jintuża biex jiġu manifatturati dawn l-armi.", "Anzi, aktar u aktar minn hekk, naraw kif qed tiżviluppa t-teknoloġija barra minn Malta biex tilqa' kontra l-pussess ta' dawn l-armi f'postijiet fejn huwa pprojbit li wieħed iġorrhom.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, illum il-Parlament għandu quddiemu Abbozz ta' Liġi li bażikament huwa traspożizzjoni tar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Armi fil-liġi tagħna.", "Din ir-reviżjoni nbdiet għall-ħabta tal-2015 u l-2016 meta l-Unjoni Ewropea kienet għaddejja minn mumenti ta' tensjoni kbira, imnissla primarjament mit-theddida tat-terroriżmu internazzjonali, minn attakki terroristiċi u mill-kriminalità organizzata.", "Għalhekk ħafna drabi d-diskussjoni kienet ikkaratterizzata minn tensjoni b'bejn li wieħed jissalvagwadja d-dritt tad-dilettanti li jkollhom arma tan-nar, jiġifieri li nies onesti jkollhom dritt li jagħmlu użu minn armi tan-nar, u min-naħa l-oħra mill-bżonn urġenti li jiħraxu l-liġijiet sabiex jiġi assigurat bl-aħjar mod illi l-armi tan-nar ma jispiċċawx f'idejn kriminali u terroristi.", "Matul id-diskussjoni li saret dak iż-żmien kulħadd qabel li kien hemm bżonn ta' reviżjoni, però li kien u li għadu ħażin huwa li fid-diskussjoni dwar din id-Direttiva ħafna drabi saret konnessjoni kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-Kunsill tal-Ministri bejn l-atti terroristiċi li seħħew fl-Ewropa u l-bżonn li t-terroriżmu u t-traffikar tal-armi illegali jiġi miġġieled u min-naħa l-oħra l-bżonn li l-użu ta' armi legali jiġi regolat strettament sabiex jiġu ċċarati d-drittijiet u, fuq kollox, ir-responsabbiltajiet ta' min jippossjedi arma b'liċenzja.", "Jekk wieħed jara kif żvolġiet id-diskussjoni fuq din il-materja fil-Parlament Ewropew jinnota li l-enfasi li saret kienet li għandu jibqa' jkun hemm distinzjoni ċara bejn dawk li għandhom l-armi b'mod legali u b'liċenzja u bejn dawk li għandhom armi li ħafna drabi jkunu akkwistawhom b'mod illegali u li jagħmlu użu minn dawn l-armi sabiex iwettqu reati, krimini u saħansitra attentati terroristiċi.", "Din id-diskussjoni kienet saret f'kontest.", "Irrid infakkar li s-snin 2015, 2016 u 2017 kienu kkaratterizzati minn attakki terroristiċi.", "Infakkar, pereżempju, fl-attakki terroristiċi li saru fi Franza fuq il-magażin Charlie Hebdo u l-ġurnalisti li kienu nqatlu mit-terroristi f'dawk l-attakki.", "Kien sar attentat fuq it-Teatru Bataclan fejn dakinhar kienu nqatlu n-nies.", "Infakkar li saru wkoll attentati terroristiċi fi Brussell għal darba darbtejn.", "Kulħadd jiftakar dik il-karozza li bdiet tinstaq f'Nizza minn terrorist u li hi u miexja bdiet litteralment toqtol lin-nies, bħalma naħseb li kulħadd għadu jiftakar ukoll l-attentat terroristiku li sar f'Manchester fejn persuni armati b'armi tan-nar daħlu waqt kunċert u qatlu 22 ruħ.", "Ma' dawn wieħed ma jistax ma jfakkarx anke l-attentati terroristiċi li saru f'Londra u f'Barċellona.", "Għalhekk fl-Ewropa tfaċċaw lobbies kbar għal aktar kontroll fuq ix-xiri u l-liċenzji tal-armi.", "Ta' min jgħid li hekk kif fl-Ewropa kien hemm din id-diskussjoni matul dawn l-aħħar tliet snin, hekk ukoll saret diskussjoni taħraq fl-Amerka f'dan ir-rigward.", "Kif nafu, l-Amerka jiftaħru li għandhom il-famuż \"Second Amendment\", li huwa d-dritt \"to keep and bear arms\", jiġifieri li jkollok id-dritt li żżomm u ġġorr arma tan-nar, però nafu wkoll li llum uħud mill-akbar traġedji fl-Amerka huma l-massakri ripetuti li sfortunatament jiġru minn żmien għal żmien.", "Biżżejjed insemmi l-isparaturi li saru fuq il-Virginia Polytechnic Institute and State University fejn inqatlu 33 ruħ, f'Sandy Hook Elementary School fejn inqatlu 28 ruħ, fil-Columbine High School fejn inqatlu 15-il ruħ, f'Santa Fe High School fejn inqatlu għaxar persuni u f'Red Lake Nation College fejn inqatlu għaxra min-nies.", "Kif semma tajjeb il-Ministru, l-inċident li proprju seħħ bħall-bieraħ jew ilbiraħtlula sena ilu f'Las Vegas fejn persuna kriet kamra jew tnejn fi prime hotel f'Las Vegas, u b'kumdità liema bħalha kellha l-faċilità li ddaħħal arsenal sħiħ ta' armi fuq numru ta' ġranet mingħajr ħadd qatt ma waqqafha, ma staqsa jew ma ġieh suspett li din il-persuna kienet qed taħżen tant armi f'din il-kamra, bil-konsegwenza li lbiraħtlula kien l-ewwel anniversarju minn dan l-inċident fejn fih inqatlu 58 persuna, korrew 851 persuna u ġew sparati 1,100 tir.", "Id-differenza bejn l-Amerka u pajjiżna hi li filwaqt li lbiraħtlula fl-Amerka l-President Trump kien qed jiġi kkritikat li sa sena wara dak l-inċident kienet għadha ma saret l-ebda riforma fil-liġi bħala reazzjoni għal dak l-inċident, kif qal tant tajjeb il-Ministru qabli, f'pajjiżna aħna rreaġixxejna mal-ewwel biex nassiguraw li inċidenti bħal dawn f'pajjiżna ma jseħħux.", "Kif kont qed ngħid, l-Amerka huwa pajjiż fejn id-dibattitu dwar id-dritt li ġġorr l-armi huwa kbir u huwa argument diviżiv ħafna, tant li saħansitra jgħidu li skont il-pożizzjoni li tieħu tista' tirbaħ jew titlef mhux elezzjoni ġenerali imma l-Presidenza.", "Però hemmhekk id-dibattitu huwa kbir minħabba li sfortunatament f'dan il-qasam għad hemm laxkezza kbira.", "IIlum f'pajjiż kbir bħal dak hemm żewġ fronti, li kważi kważi tista' tiddiskrivihom bħala estremi, li mhumiex kapaċi jsibu t-triq tan-nofs - u aktar 'il quddiem se nispjega t-triq li sibna aħna bħala pajjiż - biex jinstab kompromess bil-għan li traġedji bħal dawk li għadni kif semmejt ma jibqgħux iseħħu.", "Sfortunatament sal-lum għad hawn numru ta' pajjiżi fejn bilkemm isir background checking, anzi tista' tgħid li ma jsir checking ta' xejn, tant li prattikament persuna tista' tidħol f'ħanut u tixtri arma tan-nar bla ebda diffikultà jew kważi bla diffikultajiet ta' xejn.", "Ara aħna ma nistgħux ngħidu l-istess għax aħna bħala pajjiż għamilna l-affarijiet mod differenti.", "F'pajjiżna hawn numru kbir ħafna ta' nies li huma dilettanti tal-armi tant li għalija din kienet xi ħaġa sorprendenti.", "Biżżejjed ngħid li skont statistika pubblika li rajt, f'Malta hawn aktar minn 100,000 arma liċenzjata, jiġifieri jekk illum pajjiżna riesaq lejn popolazzjoni ta' 450,000, nistgħu ngħidu li kważi għandna arma tan-nar għal kull persuna.", "Il-figuri li joħorġu minn din l-istatistika huma interessanti wkoll.", "Pereżempju, minn din l-istatistika joħroġ li f'pajjiżna hawn liċenzjati aktar minn 56,000 senter tal-kaċċa, aktar minn 7,800 rifle, aktar minn 10,500 pistola, aktar minn 5,300 revolver, 500 machine gun, 477 submachine guns u 633 combat shotguns.", "Però, minkejja dan l-ammont kbir ta' armi li għandna f'pajjiżna, aħna għamilna l-affarijiet b'mod differenti.", "B'differenza minn pajjiżi oħra, aħna għamilna liġi tajba li fil-fehma tiegħi tagħmlilna unur.", "Sur President, qed ngħid li għandna liġi tajba għax hija liġi li toħloq bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet u bejn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet.", "Din hija liġi li filwaqt li sserraħ moħħ lil dawk li josservaw il-liġi u li sserraħ moħħ in-nies fuq is-sigurtà, min-naħa l-oħra kemm jista' jkun ma xxekkilx lil dawk li huma dilettanti u li bl-ebda mod mhuma kriminali.", "Għalhekk, filwaqt li huwa minnu li għad hemm lok għal titjib, il-liġi tagħna verament hija \"the most sensible arms law in Europe\", kif ġiet deskritta mill-Association of Maltese Arms Collectors and Shooters (AMACS).", "Aħna niftaħru li l-liġi tal-armi li qegħdin nemendaw illum hija l-aktar liġi raġunata u li hija magħmula bis-sens mill-Ewropa kollha.", "Ġaladarba semmejt l-AMACS, Sur President, ta' min jgħid li din hija assoċjazzjoni li għandha affiljati magħha diversi klabbs li b'xi mod jew ieħor jagħmlu użu mill-armi, fosthom il-Historical Arms and Military Society, il-Malta Muzzleloaders Shooting Club, il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club, il-Malta Rifle & Pistol Shooting Club, il-Malta Crossbow Club u l-Malta Tactical Airsoft Club.", "L-AMACS ilha mwaqqfa mill-1985, u fil-fehma tiegħi u ta' ħafna, din biddlet il-mod ta' kif il-poplu jħares lejn il-pussess tal-armi, jiġifieri minn xi ħaġa li hija taboo fejn qabel, jekk ikollok arma, kont titqies bħala kriminal, għall-kultura ta' aċċettazzjoni li wieħed ikollu arma bħala delizzju għall-finijiet ta' kollezzjoni jew inkella għall-finijiet ta' sports, passatemp, re-enactments, u oħrajn.", "Fil-fatt, kemm l-Att dwar l-Armi kif ukoll l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum u li qed jemenda dak l-Att qed jirrikonoxxu dan kollu.", "L-Att dwar l-Armi li qed nemendaw illum inizjalment ġie approvat minn dan il-Parlament fl-2005, jiġifieri 13-il sena ilu, u dan l-Att kien issostitwixxa l-Ordinanza tal-1931.", "Dan ifisser li prattikament sal-2005 l-armi kif ukoll il-ġarr, l-użu u l-liċenzjar tal-armi kien regolat b'Ordinanza tal-1931.", "Għalhekk dan il-Parlament, 74 sena wara, b'għaqal u b'approvazzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra, kien għadda l-liġi li qegħdin nemendaw illum.", "Sussegwentement din il-liġi kienet segwita minn diversi regolamenti, partikolarment minn dawk li saru fl-2006.", "Kif qal il-Ministru, din il-liġi hija mfassla u hija konformi mal-Firearms Directive oriġinali, liema Direttiva ġiet emendata b'emendi li xi wħud minnhom se ndaħħluhom fil-liġi tagħna llum.", "Din hija liġi li tagħti lid-dilettanti tal-isparar u lill-kollezzjonisti tal-armi ħafna opportunitajiet u drittijiet, però dan dejjem qed isir f'xenarju ta' kontroll sensibbli.", "Hija liġi li tiddefinixxi d-diversi kategoriji ta' armi, l-attivitajiet li fihom jistgħu jintużaw u kif għandhom jiġu miżmuma.", "F'din il-liġi l-enfasi ssir fuq min hi l-persuna li applikat u li trid arma, u mhux fuq x'inhi t-tip ta' arma li applikat għaliha.", "Qed jitħaddem dan il-prinċipju għax fil-verità l-armi huma ta' periklu biss jekk kemm-il darba jispiċċaw f'idejn ħżiena.", "Jekk l-armi jintużaw minn persuni idonei li għaddew minn skrutinju rigoruż, allura l-periklu huwa minimu ħafna.", "Ta' min jgħid li din il-liġi timponi obbligazzjonijiet kbar, fosthom it-twaqqif tal-Weapons Board, li fuqu hemm rappreżentanti tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) u li jagħtu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom lill-Kummissarju tal-Pulizija fuq ħruġ ta' permessi.", "Din il-liġi tiddefinixxi x'inhi \"arma\", u bl-Abbozz ta' Liġi li qed nipproponu llum qegħdin nagħtu diversi definizzjonijiet oħra ta' x'jikkostitiwixxi \"arma\" jew le.", "Din il-liġi tistabbilixxi l-proċess ta' skrutinju rigoruż ta' applikant meta dan japplika għal-liċenzja.", "Hija liġi li tirrikonoxxi l-konċett ta' kollettur ta' armi, u fuq kollox hija liġi li tirregola l-għoti, il-validità u r-revoka tal-liċenzji.", "Għalhekk, din il-liġi tipprojbixxi li, pereżempju, persuna jkollha arma meta din tkun instabet ħatja ta' reat ta' vjolenza, serq, prostituzzjoni jew traffikar ta' droga.", "Ta' min jgħid ukoll li din il-liġi tipprojbixxi l-ħruġ ta' liċenzja lil min hu dipendenti fuq mediċinali jew inkella lil min jinsab għaddej minn xi mard jew problemi mentali li jistgħu jwasslu għall-użu ħażin tal-armi.", "Din il-liġi tipprovdi anke għar-reġistrazzjoni tal-armi u għal-liċenzjar tagħhom.", "Wieħed irid ifakkar, Sur President, li din il-liġi hija frott ta' djalogu sinċier bejn il-Gvern Nazzjonalista - dak iż-żmien kien responsabbli minn dan is-settur l-eks Ministru Tonio Borg - u l-istakeholders kollha.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' avviż legali fl-2013, fiż-żmien li kien responsabbli l-eks Ministru Chris Said, kienu ġew emendati l-Licensing Regulations.", "L-emendi li qed nagħmlu llum se jkomplu jtejbu din il-liġi għax permezz tagħhom qed jiddaħħlu l-partijiet mandatorji tad-Direttiva Ewropea hekk kif emendata biex b'hekk ikollna liġi li tassigura bl-aktar mod rigoruż li filwaqt li d-delizzju u l-isport tal-armi jkompli jitgawda, ikompli jingħalaq iċ-ċirku u l-possibbiltà ta' abbuż.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni hija favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din il-liġi tagħmel riferenza għar-realtà tal-problema tat-traffikar tal-armi.", "It-traffikar tal-armi huwa realtà u huwa problema fid-dinja tal-lum, b'mod partikolari fil-Mediterran.", "It-traffikar tad-droga, it-traffikar tan-nies, it-traffikar taż-żejt u t-traffikar tal-armi jimxu id f'id anzi nażżarda ngħid li jimxu labranzetta.", "Kulħadd jaf li anke llum, Malta hija maqbuda f'ċentru kbir ta' traffikar ta' immigranti fejn ċrieki ta' kriminali bla skrupli jittraffikaw persuni innoċenti li ħafna drabi jispiċċaw mgħarrqa fil-baħar Mediterran, baħar li sfortunatament, anke sal-lum, għadu l-akbar ċimiterju ta' nies innoċenti.", "Madankollu gvernijiet differenti, wieħed wara l-ieħor, dawru wiċċu 'l hemm biex ma jarawx din il-problema.", "Sinjura President, huwa ċar li llum Malta saret ċentru ta' traffikar ta' droga.", "Donnha Malta saret maħżen fejn tinħażen id-droga.", "Mijiet ta' kilogrammi ta' droga jinqabdu kull ftit jiem, u għal dan f'isem l-Oppożizzjoni rrid nifraħ lill-Korp tal-Pulizija, lid-Dipartiment tad-Dwana u lil tant u tant nies oħra għall-mod kif sal-biraħtlula stess inqabdu mijiet ta' kilogrammi ta' droga.", "Madankollu jkolli ngħid li dawn il-qabdiet jikxfu realtà oħra li donnha ma rridux nitkellmu fuqha, dik li llum Malta hija parti importanti għall-kriminali fit-traffikar tad-droga.", "Din hi r-realtà.", "Aktar ma tinqabad droga, aktar joħroġ biċ-ċar kif artna hija mifqugħa bid-droga, liema droga qed tispiċċa toqtol lil uliedna.", "Huwa fatt ukoll li Malta hija ċentru tat-traffikar taż-żejt.", "Sena ilu f'dan il-pajjiż inqatlet ġurnalista, Daphne Caruana Galizia, li ma beżgħetx titkellem - jien ngħid li kienet qed titkellem waħedha - fuq it-traffikar u l-kuntrabandu taż-żejt fl-ibħra Maltin.", "Ilbieraħ, Sinjura President, smajna kif tkisser ċirku ta' traffikar u kuntrabandu taż-żejt fl-ibħra Maltin, ċirku ta' kriminali li jinnegozja fil-miljuni.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum jitkellem fuq traffikar ieħor u jagħti d-definizzjoni ta' \"traffikar illegali\".", "Huwa fatt li llum wieħed mill-akbar negozji huwa proprju dak tat-traffikar tal-armi.", "Malta qiegħda f'salib it-toroq tal-Mediterran, u għalhekk bħala pajjiż irridu nkunu viġilanti.", "Hekk kif bħala pajjiż aħna viġilanti fuq setturi oħra, hekk ukoll irridu nkunu attenti, attrezzati u mħarrġa biex nittraċċjaw u naqbdu lil min potenzjalment qed juża lil Malta fit-trasport u fit-traffikar tal-armi.", "L-esperjenza ta' dawn l-aħħar snin hi xhieda ta' kemm it-traffikar tal-armi huwa kbir.", "Pereżempju, matul is-snin li għaddew rajna kif l-ISIS kibret f'armata mgħammra b'armi u munizzjon tali li werwru lid-dinja u li kkapparaw partijiet sħaħ minn pajjiżi bħas-Sirja, l-Iraq u l-Libja.", "Għalhekk huwa ferm importanti li nkunu viġilanti anke f'dak li għandu x'jaqsam mat-traffikar tal-armi.", "Fil-ħin li fadalli għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem ukoll fuq l-użu tal-armi bħala sport.", "Kemm huwa tajjeb li l-gvern jgħin lill-isport!", "U kemm huwa tajjeb illi l-gvern jinvesti fl-isport!", "Hawn ta' min ifakkar li l-Partit Nazzjonalista huwa sinonimu mal-isport għax meta kien fil-gvern investa l-miljuni f'dan il-qasam.", "Biżżejjed wieħed isemmi n-numru ta' proġetti li saru taħt gvernijiet Nazzjonalisti - li jien insejħilhom \"monumenti\" - fosthom il-kumpless tal-pixxina nazzjonali, il-kumplessi sportivi li saru f'Bormla, f'Għawdex u f'Ħal Kirkop kif ukoll is-60 proġett sportiv li kienu saru fi żmien 60 xahar.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-grawnds tal-futbol li saru minn gvern Nazzjonalista b'kollaborazzjoni mal-Malta Football Association (MFA) tul l-aħħar Leġiżlatura.", "U xi ngħidu għall-iskejjel state of the art li bena l-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar ħames snin u nqabbluhom max-\"xejn\" li bena l-Gvern Laburista fil-ħames snin li ilu fil-gvern?!", "Konna aħna wkoll li waqqafna SkolaSport, li organizzajna is-Small Nations Games għal darba darbtejn, li daħħalna l-PE bħala suġġett tal-MATSEC, li tajna għajnuniet lill-atleti, li fdajna artijiet lil għaqdiet sportivi u li tajna inċentivi lill-kumpaniji privati biex jappoġġjaw lill-għaqdiet sportivi.", "Però anke fl-isport, Sinjura President, it-tberbiq ta' flus il-poplu mhuwiex ġustifikat.", "Karatteristika ta' dan il-\"Gvern tas-surplus\" hija li la hemm il-flus, mela onfoq bl-addoċċ!", "Sfortunatament hekk ġara ftit tal-ġimgħat ilu fil-bajja ta' San Ġiljan.", "Kellna lill-Ministru Konrad Mizzi jiftaħar li għamlilna bajja sabiħa u ġdida bir-ramel biex imbagħad, wara biss ftit ġimgħat, din il-bajja sparixxiet, kif magħha sparixxew ukoll il-mijiet ta' eluf ta' ewro li ntnefqu fuq din il-bajja!", "Hekk ġara ftit tal-ġranet ilu bil-kiri oxxen ta' ajruplan privat biex b'ordni minn fuq jinġieb xi ħadd minn vaganza ħalli jkun jista' jmur jivvota l-Awtorità tal-Ippjanar!", "Hekk ġara wkoll fil-bini tal-kumpless tal-isparar f'Ta' Kandja li semma l-Ministru fid-diskors tiegħu.", "F'dan il-proġett il-Gvern għamel orġja ta' direct orders!", "Biżżejjed ngħid li f'dan il-proġett il-Gvern ta 25 direct order bl-iskuża li x-xogħlijiet kienu mgħaġġla!", "Madankollu din mhi skuża xejn għax il-Gvern kien ilu mis-sena 2015 jaf li l-World Cup tal-isparar kienet se tiġi organizzata f'Malta, imma kaxkar saqajh intenzjonalment biex imbagħad fl-aħħar ftit xhur ta 25 direct order!", "Jien ngħid li tħalla kollox għall-aħħar by design, biex imbagħad ikollhom l-iskuża li jagħtu numru ta' direct orders u biex proġett ta' €7 miljuni jiġi jiswa €14-il miljun, jiġifieri biex għal kull lira li kellha tintnefaq jintnefqu tnejn!", "Imma, għal dan kollu, Alla jbierek, f'dan il-pajjiż jibqa' ma jwieġeb ħadd!", "Sirna għandna Gvern li donnu għandu l-immunità mill-kontabbiltà.", "Sirna għandna Gvern li ma jweġibx għat-tberbiq tal-flus.", "Intnefqu €7 miljuni żejda fuq kumpless li kellu jqum €7 miljuni, u qisu ma ġara xejn!", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel riflessjoni żgħira.", "B'dawk is-€7 miljuni żejda li ntnefqu fejn ma kellhomx jintnefqu stajna nibnu skola ġdida, probabbilment saħansitra b'kumpless sportiv magħha.", "B'dawk is-€7 miljuni konna nistgħu nibnu djar għall-housing.", "Dawk is-€7 miljuni stajna qassamniehom lill-anzjani tagħna li mhumiex qed ilaħħqu mal-ħajja.", "Dawk is-€7 miljuni stajna tajniehom lil min huwa marid bil-kanċer jew b'mard ieħor u li ma jistax ilaħħaq mal-ispejjeż li għandu.", "Dawk is-€7 miljuni stajna nfaqniehom biex ikollna ambjent aħjar.", "B'dawk is-€7 miljun stajna għamilna kumpless sportiv ieħor!", "Però, Sinjura President, għal dan il-Gvern tal-ftit, għal dan il-Gvern tas-sinjuri u għal dan il-Gvern li rema r-ruħ soċjali tiegħu, dan mhuwiex importanti, u minħabba l-ineffiċjenza tal-Gvern u t-tnikkir by design, sfortunatament ikollu jħallas il-poplu.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-kollega tiegħi l-Onor.", "L-Onor.", "Fenech Adami daħal mhux ħażin fil-kontest Ewropew.", "Jien, min-naħa tiegħi, ma xtaqtx nidħol biss fuq l-għanijiet tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna imma xtaqt nidħol fil-kuntest legali tas-sigurtà fil-livell tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-kuntest tal-livell tal-poplu Ewropew.", "Pereżempju, l-Att dwar l-Armi għalfejn qed jiġi emendat?", "U għalfejn minn mindu l-Kummissjoni Ewropea ta' Juncker bdiet xogħolha, ħarġet b'27 miżura ta' sigurtà għall-Unjoni Ewropea, li minnhom s'issa għadhom daħlu fis-seħħ sitta biss?", "Għalfejn dan kollu?", "F'Marzu tal-2016 Malta qamet xi ftit jew wisq imnikkta għax kellna żewġ ċittadini Maltin li sfaw vittmi ta' attakki terroristiċi fi Brussell.", "Qed nirriferi għall-ħabib tiegħi Lorenzo Vella, li kien jaħdem fl-Ambaxxata ta' Malta fl-Unjoni Ewropea - fil-fatt ma nafx jekk illum għadux jaħdem hemmhekk - u li waqt l-attakk li sar fl-ajruport ta' Zaventem fi Brussels safa vittma meta ntlaqat minn biċċa ħadida fix-xewka ta' dahru.", "Dak il-ħin hu u l-mara tiegħu, li kienet tqila, kellhom jaħarbu u minn hemm ovvjament spiċċaw l-isptar.", "Dak iż-żmien jien kont ngħix Brussell, u l-komunità Maltija ta' Brussell kienet ixxokkjata u mnikkta ħafna b'dak li ġara.", "Niftakar li meta smajt l-aħbar minn fuq il-BBC li saru xi attakki terroristiċi fi Brussell kont dieħel għax-xogħol fil-parking tal-Parlament Ewropew f'xi s-7.30 a.m., u dak il-ħin bgħatt messaġġ lill-kollegi tiegħi, inkluż lil-Ewro-Deputati tagħna, biex nistaqsihom fejn qegħdin, jekk humiex tajbin u jekk humiex qegħdin l-airport.", "Dak kien xokk kbir għalina li konna noqogħdu fi Brussell, anke minħabba li mbagħad kellna nagħmlu ġurnata sħiħa ma nistgħux noħorġu mill-bini tal-Parlament Ewropew.", "Li ma toħroġx mill-bini tal-Parlament Ewropew ma fiha xejn, imma li inti tkun taf li t-tfal tiegħek qegħdin l-iskola jew fin-nursery tal-bini tal-Parlament Ewropew u li n-nursery tal-bini tal-Parlament Ewropew mhijiex protetta, jiġifieri li t-terroristi jistgħu jmorru jattakkaw din in-nursery meta jridu għax ma kien hemm protezzjoni ta' xejn, mhijiex ċajta.", "Fil-fatt niftakar li ftit tal-minuti wara li seħħ dak l-attakk fi Brussell, it-terroristi - issa ma nafx jekk dawn kenux l-istess terroristi - għamlu wkoll attakk fil-metro, fl-istazzjon Maelbeek, li huwa sitwat viċin l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Qed insemmi dan kollu biex nifhmu għalfejn l-Unjoni Ewropea qed tagħti ħafna importanza lis-sigurtà.", "Jien naf li f'pajjiżna jkun hemm drabi fejn in-nies jiddiskutu l-immigrazzjoni fuq il-mejda tal-ikel, imma fi Brussell, fid-Danimarka, fi Franza u fi Spanja, fejn ġraw dawn l-attakki, in-nies jiddiskutu t-terroriżmu fuq il-mejda tal-ikel!", "Għaliex?", "Għax it-terroristi jattakkaw dawk li jissejħu soft targets.", "Id-definizzjoni tal-kelma \"terroriżmu\" fiha nnifisha tfisser li wieħed jattakka b'mod vjolenti jew jintimida lin-nies ċivili u mhux lill-militar għal raġunijiet politiċi.", "Fil-fatt it-terroristi għamlu attakk saħansitra f'shopping arcade fejn bdew jisparaw b'semi-automatic guns fuq in-nies.", "Għalhekk, minn Novembru tal-2015 sa mill-anqas sentejn wara, aħna, li konna ngħixu Brussels, konna dejjem nibżgħu li minn ħin għall-ieħor it-terroristi kienu se jagħmlu xi attakk ieħor.", "Tant hu hekk li kull darba li jien u l-mara konna mmorru f'shopping arcade kont ngħidilha biex jekk jiġri xi ħaġa jien naqbad lit-tifel, li kellu erba' snin, hi taqbad lit-tifla, li kellha sentejn u naħarbu niġru bihom.", "Peress li t-tifla kienet għadha fil-pushchair niftakar li kont ngħidilha wkoll biex ma torbothiex ħalli jekk jiġri xi ħaġa tkun tista' taqbadha minn ġol-pushchair mal-ewwel.", "In-nies fi Brussell f'dik it-tip ta' tensjoni kienu qed jgħixu, u hemmhekk biex toħroġ tirrilassa xi ftit bilfors f'shopping arcade trid tmur għax ix-xemx ma toħroġ qatt u dejjem bix-xita, imma fl-istess ħin moħħok il-ħin kollu jberren li inti taf tkun is-soft target tat-terroristi.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea, li kienet konxja ta' din il-preokkupazzjoni kbira tan-nies, ħasbet biex toħroġ numru ta' miżuri, fosthom din id-Direttiva li tirristrenġi l-aċċess għall-armi tan-nar, liema Direttiva ħarġet xi tlett ijiem biss wara l-attakki li kienu seħħew fit-teatru Bataclan ġewwa Pariġi fejn kienu nqatlu 31 persuna u ndarbu madwar 413.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li f'dawn l-attakki rajna numru ta' affarijiet li kienu xxokkjaw lill-Ewropa.", "Pereżempju, uħud minn dawn it-terroristi, li kienu fuq ir-radar tas-servizzi tal-intelliġenza Franċiża, kienu ċittadini ta' Franza u l-Belġju u dawn diġà kienu siefru qabel f'pajjiżi bħas-Saudi Arabja biex jitħarrġu bħala terroristi.", "Fil-fatt dawn kienu saħansitra ivvjaġġaw mit-Turkija għas-Sirja biex jiġġieldu mal-Istat Islamiku.", "Meta wieħed jisma' dan kollu jirrealizza kemm kienet dgħajfa ż-żona Schengen - u fl-opinjoni tiegħi għadha dgħajfa - fejn nies jidħlu u joħorġu minn pajjiż għall-ieħor b'mod liberu għall-aħħar.", "Issa, jekk Alla jrid, il-miżuri li ħarġet l-Unjoni Ewropea għandhom mhux biss isaħħu ż-żona Schengen imma anke jtejbu s-sigurtà fl-Unjoni Ewropea.", "Sinjura President, aħna fl-Ewropa nitkellmu ħafna dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, però tajjeb ngħidu li anke li tgħix f'pajjiż fejn tħossok sigur, dak ukoll huwa dritt fundamentali.", "Fil-fatt, artiklu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jgħid ċar u tond li l-libertà u s-sigurtà huma dritt fundamentali tal-bniedem, u għalhekk huwa dmir tagħna bħala politiċi, bħala awtoritajiet u bħala gvernijiet li niżguraw kemm il-libertà kif ukoll is-sigurtà.", "Jien naħseb li fi Brussell dejjem hemm dak il-bilanċ li jrid jintlaħaq bejn id-dritt tal-privatezza tad-data u d-dritt tas-sigurtà, però jien nemmen li qatt ma jista' jkollna libertà f'ħajjitna jekk kemm-il darba ma jkollniex sigurtà, jiġifieri biex niksbu l-libertà f'ħajjitna u f'ħajjet it-tfal tagħna, huwa vitali li s-sigurtà tkun b'saħħitha.", "Kif għedt diġà, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet b'25 miżura fuq livell Ewropew li s'issa ġew addottati sitta biss minnhom.", "Jien nikklassifika dawn il-miżuri f'xi ħames kategoriji, għax hemm il-miżura li tgħaqqad is-sistemi tal-informatika li jeżistu fuq livell tal-Unjoni Ewropea, hemm il-miżura li tikkonċerna x-Schengen Information System, hemm miżura oħra dwar il-Visa System, hemm il-miżura dwar il-European Criminal Information System u issa għadha kemm daħlet fis-seħħ l-Entry and Exit System, il-EURODAC, fejn jittieħdu l-fingerprints tal-immigranti.", "Biex tissaħħaħ is-sigurtà fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tixtieq u qed tagħmel l-almu tagħha ħalli dawk kollha li b'xi mod huma involuti fit-tħaddim ta' dawn is-sistemi differenti jikkomunikaw bejniethom.", "Jiġifieri jekk jien pulizija jew inkella uffiċjal tal-intelligence unit għandu jkolli aċċess għal search engine unika li tkun tiġbor fiha dawn is-sistemi kollha.", "B'hekk, pereżempju, il-pulizija jkun jista' jkollu aċċess, jew almenu jibda jkun aktar faċli għalih li jaċċessa l-EURODAC, li normalment tintuża għall-immigranti, u allura jkun jaf jekk daħlux terroristi ma' xi mewġa enormi ta' immigranti bħalma kellna fl-2015.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li xi tliet snin ilu kienu jidħlu xi 5,000 ruħ mit-Turkija għall-Greċja, u dan juri li l-external border tal-Unjoni Ewropea bejn il-Greċja u t-Turkija ma baqgħetx teżisti imma tkissret bil-konsegwenza li hemmhekk kien hemm ir-riskju li jidħlu wkoll numru ta' terroristi.", "Għalhekk issa permezz ta' dawn il-miżuri, fosthom permezz tal-miżura tal-EURODAC, fejn l-immigranti qed jiġu reġistrati biex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tidentifikahom, qed insaħħu l-fruntiera esterna tal-Unjoni Ewropea.", "Apparti minn hekk, issa bdiet diskussjoni qawwija dwar il-baġit għall-ħames snin ta' wara l-2020 fejn il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi żieda qawwija ħafna fi flus li jmorru għal dik li qabel kienet tissejjaħ Frontex u li llum qed tissejjaħ bħala European Border Coast Guard Agency bil-għan li jkollhom aktar riżorsi biex jikkontrollaw l-influss ta' nies li jidħlu fl-Unjoni Ewropea.", "Jekk m'iniex sejjer żball, anqas minn ġimgħa ilu, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi proposta li tissejjaħ il-\"one hour rule\" fejn platforms soċjali bħal, pereżempju, Facebook u Twitter, fi żmien siegħa jridu bilfors, b'mod legali u b'mod obbligatorju, ineħħu dawk il-Facebook posts li jkunu propoganda għal gruppi terroristiċi bħal Daesh, pereżempju, li normalment ikunu tip ta' posts li jħajru lil nies mill-Ewropa jew mid-dinja kollha biex jingħaqdu f'din il-ġlieda tagħhom, li huma jsejħulha bħala \"qaddisa\".", "Sa ftit tax-xhur ilu dawn is-social media kienu ffirmaw code of ethics jew code of conduct biex ineħħu dawn il-Facebook posts b'mod volontarju, imma issa l-Kummissjoni Ewropea qed tinduna li din is-sistema ma ħadmitx u allura se tipprova tagħmilha b'mod obbligatorju.", "Dawn il-posts ikunu jridu jitneħħew wara siegħa biss għar-raġuni li meta dawn joħorġu Facebook post, dak il-Facebook post jiġi mxerred fi żmien qasir ħafna mar-recipients tagħhom, jiġifieri ma' dawk in-nies li normalment isegwuhom.", "Sinjura President, liġi oħra li tagħmel ħafna sens u li ħarġet biha l-Unjoni Ewropea hija dik li tikkriminalizza … Għax il-mistoqsija li kienet tqum spiss kienet din: Lil dawk il-Franċiżi jew il-Belġjani li jmorru s-Sirja biex jiġġieldu mad-Daesh u jerġgħu jmorru lura fi Brussell - għax ħafna minnhom huma minn Brussell - għandna nqisuhom bħala terroristi, jiġifieri għandna nibagħtuhom mal-ewwel il-ħabs bil-konsegwenza li jiġu radikalizzati aktar milli kienu qabel, jew inkella nħalluhom jgħixu magħna u nipprovaw nintegrawhom fis-soċjetà tagħna bla ebda problemi ta' xejn?", "Wara li sar dibattitu fuq livell tal-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li min imur jiġġieled fi gwerra f'isem organizzazzjoni terroristika bħalma hi, pereżempju, id-Daesh, dak minnu nnifsu huwa meqjus bħala att kriminali u allura jekk dan jerġa' jiġi lura Brussels għandu jiġi arrestat u mitfugħ il-ħabs.", "Fil-fatt il-liġi tgħid - issa hawn tajjeb nirrimarka li din il-liġi li qed nirriferi għaliha mhijiex l-istess waħda li qed niddiskutu llum - li huwa att kriminali wkoll li inti ssiefer f'pajjiż, ikun fejn ikun fid-dinja, bl-intenzjoni li tittrejnja biex issir terrorist.", "Nistgħu ngħidu wkoll li din il-liġi qed tipprova telimina jew tnaqqas il-metodi ta' kif dawn il-gruppi terroristiċi jiġu ffinanzjati.", "L-Unjoni Ewropea qed taġixxi b'mod serju ħafna anke biex lit-terroristi taqtgħalhom il-finanzjamenti kif ukoll l-aċċess għal armi llegali, dak li aħna qed nitkellmu dwaru proprju llum fil-Parlament Malti fejn qed nipproponu liġi li tillimita jew tnaqqas ħafna l-aċċess għall-armi tan-nar, speċjalment dawk illegali, u tagħmilha ħafna aktar diffiċli biex dak li jkun jixtri materjal perikoluż.", "Illum il-ġurnata anke jekk tmur fi kwalunkwe supermarket fl-Ewropa ssib tixtri materjal perikoluż flimkien ma' informazzjoni dwar kif tista' tagħmel bomba b'materjal perikoluż.", "Jekk trid anke fuq Youtube issibhom dawn, biex ngħidha kif inhi!", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea qed taħdem fuq diversi proposti biex tagħmilha aktar diffiċli li dak li jkun isib jixtri dan il-materjal perikoluż saħansitra minn supermarket li bih ikun jista' jagħmel bomba.", "Dawn huma l-miżuri prinċipali li qed tieħu l-Unjoni Ewropea, però issa se niġi lura għall-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum u se nelenka l-għanijiet tiegħu.", "Fil-fatt l-għanijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma li jiddaħħlu regoli stretti li jipprojbixxu ċerti armi tan-nar semi-awtomatiċi, li jiddaħħlu regoli aktar stretti dwar l-akkwist online ta' dawn l-armi tan-nar, li jiddaħħlu regoli komuni għal dawk tal-Unjoni Ewropea dwar l-immarkar ta' armi tan-nar biex titjieb it-traċċabbiltà tal-armi minħabba li ovvjament b'hekk, il-Pulizija ta' Malta tkun tista' tikkordina u tikkomunika aħjar mal-pulizija ta' pajjiżi oħra li huma membri tal-Unjoni Ewropea, li jiddaħħlu kondizzjonijiet aktar stretti għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi tan-nar diżattivati u li jiddaħħlu kondizzjonijiet aktar stretti għall-kollezzjonisti - din hija xi ħaġa li aċċenna għaliha wkoll il-kollega tiegħi l-Onor.", "Beppe Fenech Adami - biex b'hekk jiġi limitat ir-riskju li armi tan-nar jiġu mibjugħa lill-kriminali.", "Qabel ma nikkonkludi, Sinjura President, nixtieq ngħid ukoll li wara l-attakki li saru fi New York nhar il-11 ta' Settembru 2001, l-aktar ħaġa evidenti kienet li s-Central Intelligence Agency (CIA) tal-Amerka ma kenitx qed tikkomunika mal-Federal Bureau of Investigation (FBI), u wara l-attakki li saru f'Pariġi u fi Brussell ġiet innotata l-istess ħaġa.", "B'hekk fl-Ewropa mhux biss kellna problema - u qed ngħid \"kellna\" għax issa s-sitwazzjoni tjiebet - minħabba li ma kienx hemm komunikazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet tal-Pulizija Franċiża ma' dawk tal-Intelligence Unit Franċiż, imma talli lanqas ma kien hemm komunikazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet tal-Pulizija ta' Franza u l-awtoritajiet tal-Pulizija fil-Belġju.", "Pereżempju, ta' min jgħid li l-Belġju bħala pajjiż huwa maqsum fi tliet komunitajiet, il-komunità Ġermaniża, il-komunità Fjamminga u l-komunità Franċiża, u l-awtoritajiet ta' dawn il-komunitajiet differenti lanqas biss kienu jikkomunikaw bejniethom.", "Hemm problema serja ħafna ta' komunikazzjoni wkoll kemm bejn l-awtoritajiet tal-Pulizija ta' pajjiż ma' ieħor kif ukoll bejn il-Pulizija u l-intelligence units ta' pajjiż ma' ieħor.", "Allura x'għamlet l-Unjoni Ewropea?", "Għal din ir-raġuni niftakar li fil-bidu tad-dibattitu l-Unjoni Ewropea kienet qalet fil-Parlament Ewropew - jiġifieri din ma kinitx xi proposta tal-Kummissjoni Ewropea - li għandu jkun hemm skambju awtomatiku ta' intelligence and information bejn l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Ewropa kollha.", "Issa s-Servizzi Sigrieti ma ħadux pjaċir biha din il-proposta għax qalu li b'dan l-iskambju awtomatiku, ħajjithom tkun qed tiġi pperikolata.", "Però l-Unjoni Ewropea xorta waħda ħolqot tip ta' working group fuq livelli ta' spettur, ta' ministri, ta' nies li jmexxu s-Servizzi Sigrieti, ta' nies li jmexxu l-Pulizija u oħrajn, biex dawn jiltaqgħu fi Brussels regolarment bil-għan li jkun hemm kordinazzjoni bejniethom.", "Fil-fatt jien informat b'mod informali li l-Korp tal-Pulizija u anke s-Servizzi Sigrieti ta' Malta, li nixtieq insellmilhom minn hawnhekk, jikkoperaw ħafna mal-Unjoni Ewropea.", "L-impressjoni tiegħi hi li f'Malta m'għandniex theddida serja ta' terroriżmu, imma xorta waħda nistgħu nagħtu kontribut lil dan il-proġett Ewropew, u dak huwa s-sabiħ tal-Unjoni Ewropea.", "Illum il-ġurnata fl-Unjoni Ewropea mhux biss għandek lill-Pulizija kollha Ewropej jikkoperaw aktar ma' xulxin imma anke s-Servizzi Sigrieti Ewropej illum il-ġurnata kollha qed jitkellmu b'mod aktar effettiv mal-awtoritajiet tal-Pulizija.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, illum qed ngħixu f'dinja globalizzata fejn il-ħażen żdied, fejn il-kriminalità organizzata transnazzjonali hija waħda li tinħass, fejn magħha kiber ħafna t-terroriżmu u fejn it-traffikar żdied, u ma żdiedx biss it-traffikar uman jew inkella t-traffikar tad-droga imma anke t-traffikar tal-armi.", "Dak li ġara fis-snin l-imgħoddija laqat lill-Ewropa wkoll, u t-theddida xorta baqgħet hemm, aktar u aktar illum meta fl-Ewropa għandna suq wieħed u, barra minn hekk, għandna l-operat tax-Schengen, jiġifieri Ewropa bla fruntieri.", "M'għandniex xi ngħidu li dawn il-konċetti huma tajbin, imma huwa fatt ukoll li bihom huwa faċli li xi ħadd isib id-duda dwar kif jista' jittraffika anke l-armi.", "Sinjura President, illum qegħdin nitkellmu dwar Direttiva li għandha sserraħ aktar il-moħħ għar-raġuni li din tassigura aktar sigurtà, u dan mhux biss f'dawk il-pajjiżi li se jdaħħlu din id-Direttiva imma fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għax din id-Direttiva qed toħloq standards minimi li għandhom jiġu addottati mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea biex ix-xiri, l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar ikun konformi mad-Direttiva fil-pajjiżi membri kollha, imma aktar minn hekk biex ikun anke skont il-protokolli li kienet iddettat il-Ġnus Magħquda.", "Ta' min jgħid li din id-Direttiva, li ddaħħlet f'Mejju tal-2017, qed temenda direttiva oħra li saret fl-2015, u dan sabiex tassigura aktar li fil-kontinent Ewropew isaltan is-sliem.", "Malta diġà għandha liġi li hija mirquma b'mod tajjeb f'dan ir-rigward, u hawn qed nirriferi għall-Arms Act.", "Fil-fatt anke meta tiġi mqabbla ma' liġijiet oħra li għandhom il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, wieħed isib li tagħna hija aħjar minn tagħhom.", "Imbagħad ovvjament hemm liġijiet bħal dik tar-Renju Unit, li hija ferm aħjar minn tagħna u li tiżboq l-istandards minimi tal-Unjoni Ewropea, imma żgur li nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem illi l-mod ta' kif issir ir-reġistrazzjoni u s-sorveljanza tal-armi tan-nar f'pajjiżna hija xi ħaġa li għandha tagħmilna kburin.", "Nafu wkoll li f'pajjiżna għandna numru kbir ta' armi tan-nar.", "Biżżejjed ngħid li minn kull erba' persuni li jgħixu f'pajjiżna, waħda minnhom tippossjedi arma tan-nar, imma nafu wkoll li m'għandniex regoli laxki li jippermettu l-illegalità jew il-manifattura illegali ta' dawn l-istess armi.", "Madankollu, il-qofol tal-liġi mhijiex l-arma tan-nar imma hija l-persuna, ċjoè l-obbligi u d-drittijiet li jrid ikollha persuna biex tuża dik l-arma tan-nar għar-raġunijiet li għalihom tkun ġabet il-liċenzja bl-akbar responsabbiltà.", "Aħna nafu li jeżistu erba' kategoriji ta' modi kif l-armi tan-nar għandhom jiġu segwiti.", "Pereżempju, hemm dawk li huma projbiti, hemm dawk li għandhom bżonn awtorizzazzjoni, hemm dawk li għandhom bżonn dikjarazzjoni u hemm ukoll oħrajn - u għaldaqstant dak li qed jagħmel l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna - li bl-introduzzjoni ta' ħafna definizzjonijiet ġodda li huma aktar ċari u speċifiċi, qed iqiegħed l-armi tan-nar f'waħda minn dawn l-erba' kategoriji, li huma parti mill-istandards minimi tal-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid ukoll li d-definizzjonijiet ta' \"kollettur\", ta' \"mużew\" u ta' \"negozjant\" ġew aġġornati għall-prattika u għar-realtà tal-lum.", "Apparti li l-armi tan-nar jintużaw għall-finijiet ta' kollezzjoni, l-armi tan-nar partikolarment f'Malta jintużaw ukoll għall-kaċċa u għat-target shooting, u bis-saħħa ta' dak li hemm miktub f'din id-Direttiva dawn qed jiġu definiti aħjar f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sinjura President, jiena dejjem ngħid li f'Malta m'aħniex neqsin mil-liġijiet, imma mbagħad hemm bżonn ikun hemm aktar skrutinju u inforzar, u fil-fatt mhux l-ewwel darba li smajna, anke fl-aħbarijiet lokali, li l-inforzar huwa laxk.", "Għall-grazzja t'Alla m'għandniex l-istess traġedji ta' pajjiżi oħrajn Ewropej jew inkella ta' pajjiżi li jinsabu fil-kontinent Amerikan fejn l-użu ta' arma tan-nar jintuża b'mod laxk fuq il-bniedem, imma jkolli ngħid li ġieli jintuża b'mod laxk mill-aspett sportiv.", "Hawnhekk ta' min jgħid li min ikun qed juża arma tan-nar f'ħin li ma jkunx f'waqtu jkun qed joħloq disprezz lil sieħbu li juża l-arma tan-nar b'mod adegwat, u hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għall-kaċċa.", "Ħafna huma dawk il-kaċċaturi li qegħdin imorru barra minn Malta biex igawdu l-isport tagħhom għax Malta hi dik li hi.", "Qed ngħid li Malta hi dik li hi mhux biss minħabba ċ-ċokon tagħha imma wkoll minħabba li peress li kulma jmur l-ambjent naturali qiegħed dejjem jonqos, allura anke l-kaċċa qed tonqos, u dan qegħdin narawh aktar meta jsir żvilupp bla ippjanar.", "Għal din ir-raġuni llum qed jintuża l-European Firearms Pass (EFP), u din hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil-fatt jien nieħu pjaċir meta jiġi xi pazjent il-clinic tiegħi u jgħidli li mar fit-tali pajjiż u ħa pjaċir jipprattika l-kaċċa skont ir-regoli ta' dak il-pajjiż.", "Ħaġa bħal din, minbarra li turi ċerta responsabbiltà, turi wkoll il-mod kif id-dixxiplina tal-kaċċa qed tevolvi f'Malta u lil hinn minn pajjiżna.", "Sintendi, meta nitkellmu fuq l-armi aħna dejjem nassumu li l-affarijiet kollha qegħdin isiru b'mod legali, imma hemm ukoll l-illegalità tagħhom, u fl-illegalità tagħhom dejjem jidħol l-aspett tal-att kriminali.", "Għalhekk l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed jipprojbixxi l-ħruġ ta' ċerti liċenzji fil-każ ta' pazjenti li, pereżempju, ibatu minn diżordni mentali jew fil-każ ta' persuni li jkunu wettqu xi reat kriminali, u hekk għandu jkun.", "Sinjura President, waħda mill-affarijiet li jien segwejt qabel is-sajf, u li segwejtha b'dieqa kbira, kienet il-ġirja li saret biex jinfetaħ il-kumpless tal-isparar f'Ta' Kandja, liema kumpless sar b'direct orders.", "Għalkemm konna nafu għal numru ta' snin li kien se jkollna l-kampjonat mondjali tat-target shooting, il-proġett kien qisu tħalla fuq l-ixkaffa.", "Għall-ewwel kien hemm diżgwid dwar fejn għandu jsir dan il-kumpless, imbagħad qisu ntesa u f'daqqa waħda kellna nagħmlu dan il-proġett fi ftit xhur.", "Il-kumpless fih innifsu huwa ta' livell għoli, imma meta ġie għad-direct orders il-Gvern żgur li ma wettaqx dak li jiftaħar bih għax żgur li hemmhekk ma mexiex b'għaqal u bi bżulija.", "Tant hu hekk li filwaqt li kien maħsub illi l-figura li se tintnefaq għal dan il-proġett kienet ta' €7 miljuni, din il-figura rdoppjat.", "Għaldaqstant, minkejja li llum għandna dan il-kumpless u ħadt pjaċir li dan se jintuża wkoll sabiex is-servizzi tas-sigurtà f'Malta jieħdu t-taħriġ tagħhom, ma nistax ma niddeplorax dan il-fatt għax wara kollox hawn qed nitkellmu fuq l-assi tal-poplu, u l-kontabbiltà u t-trasparenza jitolbu li anke fi proġett bħal dan, l-affarijiet għandhom isiru kif suppost.", "L-aħħar punt tiegħi se jerġa' jkun jirrigwarda t-traffikar tal-armi.", "Huwa faċli li t-traffikar tal-armi jkun parti mix-xenarju tal-istampa u tax-xandir tagħna, però huwa importanti li nkunu aktar kawti f'dan ir-rigward.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-oqsma kollha tas-sigurtà għall-mod kif jaħdmu biex jassiguraw li t-traffikar tal-armi ma jidħolx f'pajjiżna, però rridu noqogħdu ferm attenti biex naraw li dan ma jseħħx, b'mod partikolari fis-soċjetà tagħna, li hija waħda multikulturali.", "Nixtieq nikkonkludi billi ngħid li l-Abbozz ta' Liġi li qed jitressaq quddiemna llum se jkompli jsaħħaħ l-Att dwar l-Armi li, kif għedt diġà, huwa Att idoneu, u għaldaqstant dan l-Abbozz ta' Liġi qed ikabbar l-oġġettiv ta' din il-liġi billi qed jiddefinixxi b'mod aktar ċar u speċifiku kemm u kif għandhom isiru l-affarijiet kif ukoll ir-responsabbiltà u l-obbligi li joħorġu mil-liġi ta' persuna li jkollha fil-pussess tagħha arma tan-nar.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, l-ewwel rimarka li nixtieq nagħmel hija kemm hi ħaġa sabiħa u pożittiva li aħna nagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea għax illum permezz tagħha qed ngħollu l-livell tas-sigurtà fil-pajjiż għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin, li fl-aħħar mill-aħħar huma wkoll ċittadini Ewropej.", "Il-kwestjoni tal-armi tan-nar kemm-il darba ġiet dibattuta u se tibqa' tiġi dibattuta.", "Fortunatament aħna fl-Unjoni Ewropea nagħmlu parti minn sistema legali li fiha l-istati membri kollha huma magħqudin flimkien biex b'hekk ikollhom regolamentazzjoni soda u b'saħħitha li tippermetti l-użu intelliġenti tal-armi fil-konfront ta' dawk id-diversi nies li huma kollezzjonisti tal-armi tan-nar, kemm f'pajjiżna, kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja.", "Hekk kif issemmi l-armi tan-nar, l-ewwel ma jiġuhom f'moħħhom in-nies hemm barra huma l-kaċċaturi, però r-realtà hi li l-maġġoranza kbira tal-armi tan-nar jinsabu f'idejn il-kollezzjonisti.", "Illum il-kollezzjonisti għandhom serħan il-moħħ li qegħdin jaħdmu f'sistema legali demokratika li tagħtihom konfort f'dak li huma jixtiequ jħaddnu.", "Qed ngħid dan għaliex fi żminijiet oħra dawk li kellhom din in-namra li jġemmgħu l-armi tan-nar u kienu fil-pussess ta' ċerti armi tan-nar kienu jkunu l-ħin kollu beżgħana li l-fatt li kienu jixtru armi antiki kien se jġibhom f'pożizzjoni li mhumiex jimxu skont il-liġi.", "Għalhekk, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, kemm hija xi ħaġa tajba li aħna nifformaw parti mill-Unjoni Ewropea.", "Wieħed irid japprezza wkoll kemm hija dinamika l-Unjoni Ewropea, għax għalkemm żgur li wieħed ma jistax jgħid li l-liġi li għandna preżentement mhijiex adegwata jew inkella li ma tħarisx lejn dak li hemm bżonn fis-soċjetà, min-naħa l-oħra mbagħad wieħed jammira l-istituzzjonijiet Ewropej għall-fatt - u jien inħossni fid-dmir li nfaħħarhom fuq dan il-punt - li ħassew li għandhom ikomplu jtejbu s-sistema legali li għandna.", "Kif nafu, l-esperjenza tgħallem u jkun żball jekk abbażi ta' dik l-esperjenza wieħed ma jaġixxix biex jagħmel liġijiet ġodda.", "Ta' min jgħid li dak li qed indaħħlu fis-seħħ fil-liġi tagħna llum huwa parti minn proċess li fih id-diversi membri stati bagħtu lin-nies u lill-avukati tagħhom li jifhmu fis-suġġett, għamlu l-konsultazzjonijiet nazzjonali rispettivi fuq is-suġġett, għamlu wkoll konsultazzjonijiet ma' diversi organizzazzjonijiet Ewropej - inkluż ma' dawk Maltin - u dawn kollha taw il-parti tagħhom biex jassiguraw li ssir liġi aħjar minn dik li għandna llum.", "Dan kien importanti li jsir għax is-sigurtà tal-pajjiż hija importanti ħafna, u daqstant huwa importanti li jkun hemm is-serħan tal-moħħ, kemm min-naħa ta' dak iċ-ċittadin li m'għandux imħabba għall-armi tan-nar jew li għalkemm iħobb l-armi tan-nar, kemm jista' jkun ma jixtiqhomx f'daru, kif ukoll min-naħa ta' dak iċ-ċittadin li tant għandu mħabba kbira għall-armi tan-nar li jkun irid iġemmagħhom.", "Meta titkellem ma' dawn tal-aħħar tirrealizza li dawn tant ikunu jħobbu l-armi tan-nar u jaqraw informazzjoni fuq dan is-suġġett li hekk kif issemmilhom arma jgħidulek eżatt meta din l-arma tkun ġiet prodotta, fejn tkun ġiet prodotta, kif ukoll is-saħħa tagħha.", "Jien ikolli nammetti li m'għandix xi mħabba partikolari lejn l-armi, imma meta kont tifel kont qrajt diversi trattati tal-gwerra, inkluż fuq l-armamenti Amerikani, Ingliżi, Ġermaniżi, Ġappuniżi u oħrajn, u hemmhekk stajt napprezza l-intelliġenza tal-bniedem, allavolja dak iż-żmien l-intelliġenza tal-bniedem kienet iffokata fuq kif arma tan-nar tista' tkun dejjem aktar qawwija jew devastanti tant li tasal biex toqtol bniedem.", "Illum għandek kwantità kbira ta' nies li qed jieħdu ħsieb jippriżervaw dawn l-armi fiż-żmien.", "Fortunatament illum in-nies għadhom jistgħu jaraw arma li tissemma fir-rakkonti tal-gwerra, liema rakkonti jsemmu bil-preċiż, pereżempju, x'tip ta' arma ġiet użata għat-tali tip ta' azzjoni militari.", "Għalhekk l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed jgħolli 'l fuq il-livell ta' sigurtà li għandna f'pajjiżna f'dan ir-rigward u jżidu mal-pass importanti li kien ħa l-eks Ministru Tonio Borg, għax fil-fatt l-Att dwar l-Armi kien kollu xogħol l-eks Ministru Tonio Borg.", "Għadni niftakar li meta sirt Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern fl-2003, waħda mill-ewwel affarijiet li ddiskutejt jew inkella li smajt diskussjonijiet dwarha kienet proprju l-liġi dwar l-armi.", "Dak iż-żmien kienet saret qabża kbira f'dan il-qasam u għalhekk kien hemm ċertu xettiċiżmu u ċerti diffikultajiet fuq kif wieħed għandu jipproċedi sabiex minn sistema antika u arkajka ndaħħlu sistema aktar moderna permezz tal-Att dwar l-Armi.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami, li tkellem aktar kmieni matul din is-seduta, ġustament faħħar dan l-Att għax huwa Att li jħares 'il quddiem, jiġifieri għalkemm il-Gvern jikkritikana diversi drabi li f'25 sena m'għamilna xejn, almenu għandna l-konfort li l-liġi dwar l-armi għamilnieha tajba għax hija liġi avvanzata, u almenu s'issa għadni ma smajtx lill-Ministru jikkritikaha!", "Madankollu hija ħaġa tajba li wieħed jimxi aktar 'il quddiem.", "Infatti wieħed mill-punti fundamentali li niftakarni niddiskuti mal-eks Ministru Louis Deguara kien proprju dak illi l-arma li tiġi reġistrata tkun tassigura aktar li din mhijiex se tiġi wżata għal xi delitt, u l-argument tiegħu, li llum nabbraċċjah totalment, huwa li hu importanti ħafna li l-armamenti jiġu reġistrati.", "Issa jien nifhem li teżisti diffikultà fuq l-illegalità tal-provenjenza tal-arma, liema diffikultà mhux faċli li wieħed jaffrontaha, però xorta nibqa' nemmen li l-ideal ta' stat dejjem għandu jkun li ġaladarba tinstab arma, din għandha tiġi reġistrata ħalli b'hekk almenu nkunu nafu li teżisti din l-arma.", "Anzi ċerti drabi l-Istat għandu jagħmel random checks li fihom jitlob lis-sid ta' dik l-arma biex jispara biha ħalli jkollu wkoll profiling tat-tanbur tal-isparatura, tal-groove tagħha, eċċetra, għax kif nafu aħna bħala avukati, fil-każ li ssir xi investigazzjoni, dan jgħin ħafna biex jiġi stabbilit jekk intużatx dik l-arma verament.", "Naturalment din mhijiex xi ħaġa faċli li ssir, però l-għan prinċipali tagħna għandu jkun dak li nassiguraw li jiġu reġistrati aktar armi ħalli b'hekk niskoraġġixxu dejjem aktar l-użu tal-armi fid-delitti.", "Aħna nafu li sfortunatament meta fil-pajjiż iseħħ delitt li fih tiġi wżata arma, it triggers delitti oħrajn li fihom jiġu wżati l-armi.", "Għaldaqstant jien inħoss li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna għandu jassigura li dan isir.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari meta niġu għall-wirt.", "Fil-fatt jien iltqajt ma' diversi sitwazzjonijiet fejn wara li jiġi nieqes xi ħadd, ta' madwaru jsibu lilhom infushom f'żewġ ċirkostanzi differenti.", "Pereżempju, imut iz-ziju, in-nannu jew il-bużnannu, u waqt li l-familjari tiegħu jkunu qed ikaxkru kollox 'il barra mid-dar, kif saret l-abitudni tal-lum, tinstab arma li kienet moħbija f'xi kexxun jew f'xi kaxxa, u f'daqqa waħda tinbet id-dilemma dwar minn fejn ġiet din l-arma, hijiex reġistrata, x'inhi l-provenjenza tagħha u l-komplikazzjonijiet kollha li wieħed jista' jimmaġina f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Wieħed għandu jqis dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, speċjalment meta tinstab arma f'dar abbandunata jew f'dar li fiha kien jgħix xi ħadd għal ħafna żmien, u allura jkun impossibbli li wieħed jagħmel retracing tagħha.", "It-tieni sitwazzjoni, li hija aktar interessanti, hi ta' meta jmut xi ħadd li jkollu arma reġistrata fuqu u l-werrieta ma jkunux jistgħu jsibu fejn hi din l-arma.", "Din hija sitwazzjoni komplikata oħra li ħafna drabi tiġi solvuta billi xi ħadd jieħu dikjarazzjoni ta' affidavit fejn jgħid li dik l-arma ma sabhiex, però wieħed għandu jaħseb ftit aktar fuq kif l-Istat jista' jsolvi dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet partikolari li qed insemmi.", "Kif inhu magħruf, ġieli jkollok każijiet fejn, pereżempju, raġel ikollu arma u l-mara taqbadha u tixħethielu ġol-bir bil-konsegwenza li din l-arma ma tkunx tista' tinstab!", "Iċ-ċittadin jiltaqa' ma' dawn is-sitwazzjonijiet fil-ħajja ta' kuljum, speċjalment meta jkollu x'jaqsam ma' wirt.", "Ara fil-każ tal-kolletturi, li jkunu nies speċjalizzati, ma tiltaqax ma' dawn is-sitwazzjonijiet għax dawn ikunu diġà ħasbu għalihom.", "Fil-fatt, Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi jibda billi jirriferi għall-kollezzjonisti professjonali u qed jitlaq mill-premessa li dak li qed isir, qed isir preċiżament biex jiġi regolat aħjar is-suq jew il-mod ta' kif isiru l-affarijiet.", "Żgur u mhux forsi li l-fatt illi issa wieħed jista' jesponi l-armi li għandu fil-kollezzjoni bħala mużew huwa pass 'il quddiem, u dan għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hi li l-maġġoranza tal-kollezzjonisti jħobbu juru l-armi li jkollhom, kemm lil xulxin kif ukoll meta, pereżempju, jistiednu lil xi ħbieb id-dar, għax jew qabel l-ikel jew inkella wara l-ikel dawn żgur se jieħdu l-okkażjoni li juruhom il-kollezzjoni li għandhom!", "Dan għaliex naturalment dik tkun waħda mill-aktar affarijiet li jkollhom għal qalbhom.", "Fil-fatt jien naf diversi nies li jordnaw għamara apposta biex iqiegħdu l-armi fiha.", "Żgur mhux forsi wkoll - u qed nara lil ċerti Ministri hawnhekk illi qegħdin jaqblu miegħi - li waqt li l-Membri ta' din il-Kamra jkunu għaddejjin bil-house visits, mhux l-ewwel darba li l-kostitwenti tagħhom urewhom l-armi li għandhom u spiċċaw jingħataw spjegazzjoni sħiħa dwarhom!", "Il-fatt li issa wieħed jista' jesponi l-armi li għandu fil-kollezzjoni bħala mużew hija tajba wkoll għax din tista' tħajjar lil Heritage Malta tagħmel użu minn ċerti kollezzjonijiet ta' armi li jkollhom in-nies.", "Meta wieħed jara x'armi jkunu nxtraw mill-kollezzjonisti jġib għajnejh wara widnejh u ġieli ċerti armi mhux biss ikunu speċjali għal pajjiżna imma saħansitra għad-dinja.", "Fil-fatt il-kollezzjonisti stess jgħidulek li, pereżempju, bħat-tali arma saru ħamsa fid-dinja, li waħda minnhom tkun qiegħda Malta u jgħidulek ukoll fejn qegħdin l-erbgħa l-oħra.", "Għalhekk ikun pass kbir 'il quddiem jekk wieħed jagħti lill-kollezzjonisti din il-possibbiltà.", "Diġà nafu li hawn min għandu pitturi li ftit nies jafu bihom għax is-sidien tagħhom jibżgħu juruhom, u allura tkun ħaġa tajba jekk dawk l-opri li għandhom ċertu valur storiku u xjentifiku jkunu għad-dispożizzjoni tal-poplu Malti wkoll.", "Rajt ukoll li issa daħħalna l-kwestjoni tal-moniteraġġ, li hija kwestjoni interessanti ħafna.", "Ovvjament wieħed ma jistax jippretendi li l-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel il-moniteraġġ hu, u allura hemmhekk il-ministru għandu jkollu l-enabling powers biex possibbilment iwaqqaf kumitat li jkun jista' jagħmel dan il-moniteraġġ li jrid isir bl-assistenza tad-diversi organizzazzjonijiet li għandna f'pajjiżna.", "Sa fejn naf jew sa fejn niftakar jien, ħafna minn dawn l-organizzazzjonijiet joħorġu ċertifikati lill-membri tagħhom li jippermettulhom jixtru armi speċjalizzati, jiġifieri dawn l-organizzazzjonijiet mhux biss jieħdu r-responsabbiltà li jdaħħlu lill-kollezzjonisti bħala membri, li min-naħa tagħhom ikunu qed iħallsu l-menswalità, imma jiċċertifikawhom bħala persuni li għandhom il-kwalitajiet kollha neċessarji biex ikunu kollezzjonisti tal-armamenti, u dak huwa importanti ħafna.", "Għal dak li huwa moniteraġġ, għalkemm żgur li dan sar b'intenzjoni tajba, bil-kwantitajiet kbar ta' nies li għandna ma naħsibx li neċessarjament nistgħu ngħidu li għandu jsirilhom xi forma ta' skrutinju darba kull ħames snin, imma minflok wieħed għandu jibni mekkaniżmi interni, speċjalment fl-organizzazzjonijiet, biex isir magħruf jekk wieħed ikunx baqa' fl-istess sitwazzjoni li kien qabel.", "Pereżempju, illum il-Membri tal-Kamra żgur jgħallmuni li waħda mill-preokkupazzjonijiet kbar tas-soċjetà hija d-dimenzja fejn il-fakultajiet mentali ta' persuna, jew minħabba l-età tagħha jew anke minħabba ċirkostanzi oħra, ma jibqgħux jiffunzjonaw bħalma kienu qabel.", "F'dak il-każ wieħed ikun irid jagħmel evalwazzjoni intelliġenti ta' kif jagħmel il-moniteraġġ.", "Ħafna minnu dan oriġina mill-inċident ikrah li kien hemm fin-Norveġja fejn ġuvnott qatel numru kbir ta' nies b'armamenti kbar.", "F'waħda mid-dispożizzjonijiet tal-liġi li kont għamilt jien rigward aġir anti-demokratiku, liema dispożizzjoni fortunatament ġiet fis-seħħ, jien m'għedtx li hemm bżonn li jkun hemm organizzazzjoni partikolari għax persuna waħda hija biżżejjed.", "Issa ħafna drabi d-detection ta' dawn in-nies ma ssirx minn xi organizzazzjoni li tkun maqtugħa imma minn min ikun qiegħed fuq ġewwa.", "Din hija xi ħaġa delikata għax f'dan il-każ wieħed irid jara kif se jaħdem, speċjalment meta diversi organizzazzjonijiet ikunu qegħdin jidentifikaw persuni li huma membri tagħhom u li għandhom id-diffikultajiet partikolari tagħhom.", "Huwa diffiċli ħafna li tkun tista' taqbad din il-kwantità kbira ta' nies u tgħidilhom biex iġibulek ċertifikat mediku.", "Għax dawn x'ċertifikat mediku se jġibulek?", "Li għajnejhom għadhom tajbin u li allura huma kapaċi jisparaw!", "Inkella hawn se noħolqu kju kbir ta' nies li jiġu kostretti jmorru għand il-psikjatri jew għand il-psikologi biex iġibu ċertifikat mingħandhom.", "Ċertament dan mhuwiex il-ħsieb tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, u jekk isir hekk inkunu kontroproduttivi għal dak li jrid jagħmel dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Minn hawn jien se nimxi pass ieħor, forsi nħajjar lill-Ministru fuq linja anċillari li però tista' tkun determinanti.", "Kif jaf il-Ministru, f'pajjiżna għandna reġistru għall-protezzjoni tal-minuri, liema reġistru huwa differenti minn dak ta' pajjiżi oħrajn għax mhuwiex limitat għad-delitti li jsiru u li jkunu relatati ma' każijiet ta' natura sesswali imma jmur lil hinn aktar minn hekk.", "Pereżempju, jekk xi ħadd inqabad jittraffika d-droga ħdejn skola, ħdejn id-duttrina jew inkella ħdejn xi post ieħor li jiġi ffrenkwentat mit-tfal, il-liġi tagħna tgħid li dik il-persuna għandha titniżżel fir-reġistru biex ma tkunx tista' tkun involuta mat-tfal.", "Għalhekk hawn xtaqt inħajjar lill-Ministru biex jikkonsidra jekk min jagħmel użu mill-armi b'mod u manjiera li jesponi lit-tfal għall-armamenti billi jispara quddiemhom jew iġib ruħu b'mod żbaljat għandux jidħol fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri hu wkoll.", "Nixtieq infakkar li meta ġejna biex nilleġiżlaw fuq kwestjonijiet familjari fejn konna introduċejna wkoll il-medjazzjoni, konna daħħalna avviż legali li jgħid illi meta jkun hemm ċerti kwestjonijiet familjari, kemm ta' vjolenza kif ukoll meta l-Pulizija tħoss li l-aġir tal-persuni fid-dar ikun tali li jimmerita li dik l-arma tkun tista' tiġi wżata f'mument ħażin ta' passjoni, hija tkun tista' tiġbor dik l-arma.", "Sur President, m'hemmx dubju li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi pajjiżna qed jimxi pass ieħor 'il quddiem fil-qasam tas-sigurtà, u dan il-Ministru jafu, għax jekk hawn Ministeru li jaħdem ħafna għas-soċjetà Maltija, dan huwa l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Filwaqt li sħab il-Ministru jkunu jistgħu jistrieħu matul is-sajf, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jkun qiegħed jinkwieta fuq xi ħaġa jew oħra!", "Ħafna drabi huwa l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali li jsib lilu nnifsu fil-gazzetti matul Awwissu u Settembru waqt li sħabu ma jkunux qegħdin hemm għax il-qasam tas-sigurtà huwa importanti ħafna.", "Għalhekk hemm bżonn li mhux biss l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jiġi fis-seħħ imma wkoll li d-dispożizzjonijiet li hemm fl-Att oriġinali, senjatament fejn hemm kwestjonijiet ta' avviżi legali li jistgħu jiġu fis-seħħ, fil-fatt joħorġu biex fil-pajjiż tkompli tiżdied is-sigurtà.", "Fl-aħħar nett nixtieq ngħid illi m'hemmx dubju li dan huwa Abbozz ta' Liġi li jimmerita li wieħed jivvota favur tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: Le) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ewwel nett, Sur President, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Naħseb li d-dibattitu mar oltre mil-liġi li tirrigwarda l-armi, u għalhekk jien se nkun qed nitkellem ukoll mil-lat wiesa', fl-ispirtu li tkellmu diversi kelliema.", "Naħseb li l-Onor.", "Mifsud Bonnici wera l-esperjenza li ħa meta kien responsabbli mill-intern, u forsi bil-libertà kollha nista' ngħid li l-esperjenza għenitu biex jitkellem b'mod pożittiv.", "Huwa wera wkoll li jifhem il-problemi li jeżistu fis-settur tas-sigurtà f'pajjiżna u li jifhem ħafna aktar minn persuni oħrajn li jitkellmu fuq il-kriminalità min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Waqt l-intervent tiegħu l-Onor.", "Mifsud Bonnici għamel diversi proposti pożittivi li internament, bħala Ministeru, diġà bdejna diskussjonijiet dwarhom, u għalhekk nista' ngħid li nistgħu nħarsu 'l quddiem b'mod pożittiv jekk l-Oppożizzjoni taqbel mal-proposti li għamel l-Onor.", "Pereżempju, proposta minnhom hija dik tal-profiling tal-armi li għandna f'pajjiżna.", "Huwa veru li persuna xorta waħda tista' tilgħab mal-grif li jkun hemm fuq il-bullet meta toħroġ, imma tipprova tilgħab kemm tipprova tilgħab man-nozzle tal-arma li tintuża, ċerti marki li jkun hemm fuq il-bullet xorta waħda jibqgħu jippersistu, u għalhekk nittama li jekk tittieħed deċiżjoni li għandu jsir profiling tal-armi kollha li jeżistu f'pajjiżna, l-Oppożizzjoni taqbel mal-Onor.", "Kif semmejt diġà meta kont qed nintroduċi dan l-Abbozz ta' Liġi, il-fatt li llum insibu tfal jilagħbu logħob diġitali bl-armi tan-nar u bl-isparar lili jinkwetani.", "Ma niddejjaqx li jilagħbu dan il-logħob il-kbar, imma niddejjaq ħafna meta nara li dan il-logħob qed jintlagħab ukoll mit-tfal, aktar u aktar fiż-żmien li qed ngħixu llum meta f'diversi pajjiżi qed ikun hemm aktar fundamentaliżmu u l-lemin estrem qed jerfa' aktar rasu.", "Biżżejjed insemmu l-atti terroristiċi li twettqu min-naħa tal-lemin estrem fuq persuni li ma jaqblux mal-opinjoni tagħhom u l-fundamentaliżmu esaġerat ta' organizzazzjonijiet bħall-ISIS u l-Al-Qaeda li għandhom ċertu twemmin partikolari u jridu jimponu dak it-twemmin bl-użu tal-armi u tat-terroriżmu.", "Naħseb hawnhekk ikun tajjeb jekk wieħed jgħid ukoll li għalkemm nisimgħu ħafna bil-kelma \"terroriżmu\", sfortunatament ma tantx insemmu x'inhu jsir f'pajjiżna jew fl-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Qed ngħid dan għax matul dawn l-aħħar sentejn jew tlieta, kemm ili responsabbli minn dan il-Ministeru, u anke wara ċerti żjarat li għamilt barra minn pajjiżna, stajt nifhem aħjar x'inhi tagħmel l-Unjoni Ewropea kif ukoll x'inhu jagħmel pajjiżna biex iżomm taħt osservazzjoni persuni, individwi jew gruppi li jistgħu jkunu viċin, assoċjati jew inkella jagħtu s-sapport tagħhom lis-settur tat-terroriżmu.", "Tajjeb wieħed isemmi wkoll it-taħriġ li sar lill-korpi dixxiplinati li qed jagħmlu xogħol ma' area vasta ta' impjegati fis-settur pubbliku u anke barra mis-settur pubbliku biex wieħed ikun jista' jagħraf persuna li tkun qed tiġi radikalizzata jew inkella persuna li tkun qed turi tendenzi ta' radikaliżmu, li eventwalment jistgħu jwasslu biex dik il-persuna tassoċja ruħha mas-settur terroristiku.", "Ma nistgħux nagħmlu dibattitu bħal dan u ma nsemmux anke l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu għax wieħed irid jifhem eżattament x'inhu jiġri fil-Mediterran.", "Kien hemm min semma dan il-punt, imma forsi ma daħalx biżżejjed fuq it-traffikar tal-persuni, anzi l-kelma eżatta hija bl-Ingliż għax aktar milli għal trafficking hawnhekk qed nirriferi għall-ismuggling ta' persuni, li talli jqabbdu lil xi ħadd iwassalhom minn pajjiż għall-ieħor biex jipprovaw isibu ħajja aħjar, jisolħulhom ġidhom kollu.", "Fil-fatt nista' ngħid li pajjiżna qed jaħdem ħafna u huwa parteċipi ma' entitajiet internazzjonali fil-ġlieda kontra kull tip ta' traffikar li għaddej fil-Mediterran, fosthom kontra t-traffikar tal-armi, tad-droga u tal-fuel b'mod illegali.", "Imbagħad min-naħa tagħna, aħna rridu nagħmlu minn kollox biex nittekiljaw is-sors.", "M'iniex qed ngħid li għandna niffaċilitaw is-sors għax jekk niffaċilitaw is-sors, anke jekk dan inkunu qed nagħmluh indirettament, kulma nkunu qegħdin nagħmlu huwa li nipprovdu funds biex dawn ikunu jistgħu jixtru l-armi ħalli jiġġieldu bejniethom u niffaċilitaw it-terroriżmu li qed isir f'ċerti pajjiżi bħal, pereżempju, il-pajjiż ġar tagħna, il-Libja, fejn hemmhekk it-terroriżmu qed jiġi ffinanzjat b'riżultat tat-traffikar li jkun għaddej 'il barra mil-Libja u lejn il-Libja.", "Għalhekk naħseb li hemmhekk irridu niġġieldu l-ġlieda li hemm bżonn, kif għandna nagħmlu wkoll fir-rigward tat-traffikar tal-persuni.", "Huwa faċli li jkun hemm min jersaq lejn il-Libja u hu stess ikun is-sors li jiffaċilita t-traffikar tal-persuni, aktar u aktar jekk dan jersaq lejn dawn il-postijiet meta lanqas biss ikun liċenzjat biex jagħmel xogħol ta' search and rescue.", "Ikun aħjar jekk minflok ma noqogħdu nitfgħu t-tajn lejn xulxin, naċċertaw ruħna li l-NGOs lokali ma jkunux qed jiffaċilitaw it-traffikar tal-persuni u li n-nazzjonijiet kollha flimkien, speċjalment il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, joħolqu channels legali biex persuni jkunu jistgħu jivvjaġġaw minn post għall-ieħor filwaqt li nagħtu s-sapport tagħna lil dawk il-persuni li qed jaħarbu minn areas ta' konflitt u ta' gwerer biex jipproteġu lilhom infushom u lill-familjari tagħhom.", "Sadanittant hemm bżonn li jsiru l-bidliet neċessarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea wkoll għax sfortunatament hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi u bejn il-ministeri li huma responsabbli mill-home affairs, u jekk m'aħniex se naslu għal xi forma ta' soluzzjoni, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-Dublin Regulation u mar-rilokazzjoni ta' persuni li jsibu ruħhom fl-Ewropa minħabba li jkunu qegħdin jaħarbu minn żoni ta' konflitt u allura jkollhom id-dritt li jingħataw protezzjoni, din is-sitwazzjoni ma tiġi solvuta qatt bil-konsegwenza li jibqa' jkollna aktar imwiet fil-Mediterran.", "Ġaladarba qed insemmi l-imwiet fil-Mediterran hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi billi ngħid li kellna l-imwiet fil-Mediterran kemm meta kien hemm ċerti vapuri kif ukoll meta ma kienx hemm.", "Sur President, xi ħaġa li weġġgħetni matul dan id-dibattitu kienet li matul l-intervent li għamel, l-Onor.", "Beppe Fench Adami tkellem b'mod li ta l-impressjoni li Malta saret ċentru tal-kriminalità tal-Mediterran.", "Din hija xi ħaġa li hi sempliċement tajba biex tgħidha għall-gallarija, imma ejjew naraw x'inhi l-verità għax fir-realtà din hija ħrafa jew fissazzjoni.", "Huwa veru li kien hemm transhipment ta' droga mis-Sirja għal-Libja - u hawnhekk nixtieq insellem filwaqt li nirringrazzja lis-settur tad-Dwana li ħadem fuq dan il-każ - però li nista' ngħid hu li jekk ġejja lejn pajjiżna xi forma ta' traffikar tad-droga, bażikament din ġejja minn Sqallija biex tinbiegħ f'pajjiżna.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem ukoll lill-Korp tal-Pulizija u lill-AFM, li mhux l-ewwel darba li ħadmu mas-Servizzi tas-Sigurtà ta' pajjiżna.", "Biżżejjed ngħid li ġieli l-informazzjoni li jirnexxilha tiġbor il-Pulizija tkun tiswa mitqlu deheb għax twassal biex jiġi identifikat x'ikun qed jiġri f'pajjiżna, u allura nkunu nistgħu naġixxu.", "Minn hawn nixtieq nerġa' nirringrazzja lil dawn is-setturi kollha għall-koperazzjoni tagħhom biex irnexxielna nibnu fiduċja f'xulxin.", "Ittieħdu diversi inizjattivi u twettqu diversi operazzjonijiet biex mhux il-Pulizija timxi għaliha, is-Servizzi tas-Sigurtà jimxu għalihom u l-AFM jimxu għalihom, imma dawn it-tliet entitajiet flimkien jibdew jaħdmu bħala tim, kif fil-fatt irnexxielhom jagħmlu.", "Nixtieq insellem ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà ta' Malta u lill-Kmandant tal-Forzi Armati għas-servizz kbir li qed jagħtu lill-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll lil pajjiżna fil-ġlieda tagħna kontra l-kriminalità minkejja li kemm-il darba jkun hemm min jipprova jitfa' ħmieġ lejhom.", "Niġi issa biex nitkellem fuq il-qasam sportiv f'pajjiżna.", "Nibda biex ngħid li aktar milli nattakkaw lil xulxin fuq dan il-qasam, ikun aħjar jekk ngħidu kemm il-qasam sportiv ta' pajjiżna ġie mfaħħar minn entitajiet internazzjonali.", "Pereżempju, jien nistaqsi: Pajjiżi oħrajn kif qed iħarsu lejn ix-shooting range il-ġdida?", "Hawnhekk irrid infaħħar u nirringrazzja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat li rnexxielhom jibnu shooting range ta' livell internazzjonali li jħabbatha ma' fost l-aħjar shooting ranges fid-dinja.", "Kif wieħed jista' jobsor, saru ħafna kummenti pożittivi fuq din ix-shooting range mill-barranin.", "Sur President, nixtieq nirringrazzja wkoll lil wieħed mill-Membri tal-Oppożizzjoni li rrikonoxxa li aħna \"l-Gvern tas-surplus\"!", "Iva, aħna \"l-Gvern tas-surplus\", u jekk kien hawn min ftaħar li b'€7 miljuni bena l-iskejjel, allura dan il-Gvern x'imissu jagħmel?!", "Għax dan il-Gvern diġà vvota u għandu baġit ta' €108 miljun biex jibni aktar minn 1,000 appartament ġewwa pajjiżna.", "Mhux €7 miljuni l-Gvern għandu għall-housing soċjali imma €108 miljun!", "Dan il-Gvern ivvota wkoll €700 miljun biex jirrinova l-infrastruttura kollha ta' pajjiżna f'seba' snin.", "Infaqna wkoll miljuni ta' ewro, f'baġit wara ieħor, biex naqqasna l-faqar ġewwa pajjiżna.", "Tfajna wkoll €80 miljun kull sena fil-bwiet tal-poplu Malti u Għawdxi għax aħna lill-poplu Malti u Għawdxi ma għidnilux biex jidra jħallas kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin imma raħħasnihomlu, u dan billi l-Gvern joħroġ €80 miljun kull sena.", "Għamilna wkoll riforma fil-pensjonijiet, għax aħna ma ridniex li nkunu fil-gvern għal xi 25 sena sħaħ mingħajr ma nagħmlu l-ebda żieda fil-pensjonijiet.", "Dan kien ukoll l-ewwel Gvern li ra kif għamel biex jibda jżid il-paga minima, u biex jagħmel dan altru milli jrid jonfoq €7 miljuni!", "Dan il-Gvern ta wkoll diversi inċentivi lin-nies biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u biex jiġu mpjegati persuni b'diżabbiltà.", "Dan il-Gvern ta anke inwork benefit għal kull tifel u tifla ta' koppja li jkunu jaħdmu u jaqilgħu paga relattivament baxxa sabiex minbarra li b'hekk ikollhom aktar flus għalihom u għal uliedhom, ikomplu jiġu megħjuna biex joħorġu mir-riskju tal-faqar.", "Ta' min ifakkar ukoll, Sur President, li filwaqt li ħaddieħor beda jgħid li aħna se nneħħu l-istipendji, għall-kuntrarju aħna żidniehom, u din hija xi ħaġa li qatt ma ġrat għax l-istipendji qatt ma kienu żdiedu.", "Għamilna skejjel ġodda, immodernizzajna oħrajn, u daħħalna t-tablets għal uħud mill-istudenti, li aktar 'il quddiem se jkomplu jiġu estiżi għal numru ta' studenti oħrajn.", "Ftaħna wkoll diversi faċilitajiet sportivi.", "Issemmiet il-Planning Authority (PA).", "Il-PA toħroġ miljuni ta' ewro kull sena sabiex jiġu rinnovati postijiet antiki bil-għan li dawn jew jerġgħu jidħlu fis-suq jew inkella biex b'hekk inħajru aktar persuni jinvestu fi djarhom u allura nkunu qed noħolqu aktar impjiegi.", "Il-PA raħħset ukoll it-tariffa ta' meta wieħed jissottometti applikazzjoni, jiġifieri għamilnieha aktar faċli kemm għall-familji biex japplikaw għal permess kif ukoll għas-settur industrijali u dak tan-negozjanti biex jagħmlu l-investimenti kollha ta' proġetti li kienu maqfulin fil-kexxun tagħhom u li baqgħu ma twettqux.", "Altru mis-€7 miljuni li wieħed ried juża biex jibni xi skola jew inkella biex jagħmel xi ftit appartamenti!", "Dawn il-ftit affarijiet li semmejt juru l-qabża kbira li teżisti bejn gvern u ieħor!", "Sur President, skużani li kelli noħroġ mis-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi li kellna quddiemna llum, imma ma stajtx ma nirrispondix għal kummenti li jiftgħu dell ikrah fuq pajjiżna.", "Dan għaliex l-ewwel nett jien lil pajjiżi niddefendih irrid u mhux inħammġu u t-tieni nett għax lanqas irrid li jkun hawn min ixejjen l-investiment li qed jagħmel dan il-Gvern f'pajjiżna, li qed jibdel lil pajjiżna mil-lejl għan-nhar għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll għal dawk kollha li jiġu Malta biex igawdu lil dan il-pajjiż sabiħ li aħna tant niftaħru bih.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Armi, Kap. 480\".", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IS-SERVIZZI TA' IMPJIEG U TAĦRIĠ", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "Il-President, wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Jobsplus u biex jirregola s-servizzi tal-impjieg u t-taħriġ, u għal materji marbutin ma' dan jew anċillari għalih, u għal Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Settembru 2018", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Jobsplus u biex jirregola s-servizzi tal-impjieg u t-taħriġ, u għal materji marbutin ma' dan jew anċillari għalih, u għal Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "EVARIST BARTOLO: Sur President, huwa ta' pjaċir kbir għalija li nressaq dan l-Abbozz ta' Liġi li jipprovdi għat-twaqqif ta' Jobsplus, li jirregola s-servizzi tal-impjieg u t-taħriġ, u jagħmel anke affarijiet oħra li huma relatati kemm ma' Jobsplus kif ukoll mal-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol.", "Nibda biex infakkar li l-liġi li tirrigwarda l-Employment and Training Corporation (ETC) kienet daħlet fis-seħħ fl-1990, jiġifieri 28 sena ilu.", "Għalkemm matul dawn it-28 sena sar xi tibdil żgħir fil-liġi, ħafna mill-partijiet ewlenin tagħha baqgħu ma nbidlux minn mindu ġiet ippubblikata.", "Issa bil-viżjoni l-ġdida ta' Jobsplus u bil-missjoni li għandha aħna ħsibna li jkun għaqli li nfasslu abbozz ta' liġi ġdid li jirrifletti l-isfidi, ix-xogħol il-ġdid ta' Jobsplus u anke r-realtà l-ġdida tas-suq tax-xogħol li għandna llum f'pajjiżna.", "Kemm matul il-Leġiżlatura li għaddiet kif ukoll matul din il-Leġiżlatura l-Gvern qiegħed jenfasizza ħafna l-impenn tagħna li nsaħħu s-suq tax-xogħol billi naraw xi sfidi għandna.", "Fl-fatt l-akbar sfidi tal-lum huma l-iskarsezza tal-ħaddiema f'diversi oqsma kif ukoll biex inkomplu niksbu opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Dan ifisser li fost il-bidliet li ridna nagħmlu, ridna nbiddlu l-mod kif topera Jobsplus u ridna wkoll infasslu strateġija għall-iżviluppi tagħha biex inkomplu nindirizzaw il-bżonnijiet li se jkollna fil-futur.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jekk se nitkellmu fuq is-suq tax-xogħol … Ngħid il-verità l-kelma \"suq\" jien ma tantx inħobb nużaha għax is-suq qisu huwa xi ħaġa ta' bejgħ u xiri, mentri fil-verità x-xogħol huwa ħafna iżjed minn realtà ekonomika.", "Dan għaliex meta tmur ix-xogħol, inti mhux biss titħallas għalih imma x-xogħol, bil-kondizzjonijiet tajba ta' xogħol li jista' jkollok, jagħtik dinjità bħala persuna.", "Ma ninsewx li x-xogħol huwa l-aqwa miżura ta' ġustizzja soċjali kemm biex intejbu l-kwalità tal-ħajja f'pajjiżna kif ukoll biex niġġieldu l-faqar.", "Jekk wieħed iħares lejn sitwazzjonijiet ta' faqar, ħafna drabi jsib nuqqas ta' xogħol, u n-nuqqas ta' xogħol mhux biss inaqqas id-dinjità tal-persuna imma jħalli effett kbir anke fuq it-tfal ta' dawk li jkunu bla xogħol għax inaqqsilhom l-ambizzjoni u l-aspettativa fil-ħajja, jiddemoralizzahom minn kmieni u ħafna drabi mbagħad it-tfal ma jagħrfux il-fatt li biex inti taqta' l-frott l-ewwel trid tagħmel l-isforz tiegħek billi tħawwel is-siġar u tieħu ħsiebhom.", "Għalhekk nerġa' ngħid li x-xogħol mhux biss huwa realtà ekonomika imma huwa wkoll realtà personali u soċjali.", "Issa, Sur President, se nispjega ftit x'inhuma l-bidliet li aħna qed nipproponu permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum.", "L-ewwel nett l-isem tal-liġi se jinbidel u minn \"Employment and Training Services Act\" se jiġi jisimha \"Jobsplus Act\" għax l-Employment and Training Corporation (ETC) issa qed tissejjaħ Jobsplus.", "Madankollu hawn aħna m'aħniex qegħdin sempliċement inbiddlu isem għax minbarra x-xogħol importanti ħafna tal-Jobsplus li tgħin individwi jfittxu u jsibu mpjieg, issa l-Jobsplus qed tagħmel anke xogħol biex tiffaċilita l-mod kif in-nies isibu dak l-impjieg li jkunu qed ifittxu wara li ovvjament juru x'inhuma l-ħiliet tagħhom kif ukoll li huma kapaċi jagħmlu x-xogħol li qed japplikaw għalih.", "Barra minn hekk, sabiex inħeġġu dejjem aktar lil dawk in-nies li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, il-Jobsplus għandha skema li permezz tagħha dawk li jgħixu minn fuq il-benefiċċji soċjali jsibu mpjieg mingħajr ma jitilfu d-dritt tagħhom għal dawn il-benefiċċji sakemm wara numru ta' snin ikunu kapaċi jinqalgħu minn fuq il-benefiċċji soċjali għal kollox.", "Miżura bħal din mhux biss tagħtihom dinjità ġdida imma ttejbilhom ukoll ħajjithom.", "Il-Jobsplus tgħin ukoll lill-istudenti u liż-żgħażagħ biex qabel ma jibdew jaħdmu jsiru jafu d-dinja tax-xogħol.", "Bis-saħħa t'hekk jiksbu ħiliet li jistgħu jiksbuhom biss minn fuq il-post tax-xogħol, meta jitħalltu ma' nies oħra fuq il-post tax-xogħol u jiltaqgħu mal-isfidi reali li kull post tax-xogħol iġib miegħu.", "Jobsplus għamlet ukoll ħafna xogħol biex tara kif tista' ddaħħal fid-dinja tax-xogħol nies li qabel kienu maqtugħin mix-xogħol, bħal persuni b'diżabilità, nisa ta' ċerta età u u nies oħra ta' etajiet differenti li ma kienx jirnexxilhom isibu mpjieg.", "Peress li saħħaħna u kabbarna l-ekonomija tagħna bir-riżultat li llum m'hemmx biżżejjed nies għall-impjiegi kollha li qed jinħolqu, illum qed jieħdu diversi mpjiegi wkoll il-barranin li jiġu fostna kemm mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-pajjiżi tal-bqija tad-dinja.", "Ta' min jgħid li Jobsplus qed tieħu saħansitra l-inizjattiva li tifhem ix-xejriet tas-suq tax-xogħol, jiġifieri din mhux biss qed tara x'għandna nagħmlu issa imma wkoll x'inhuma l-isfidi l- li se jġibu magħhom realtajiet ġodda, mhux biss f'pajjiżna, fil-Mediterran jew fl-Ewropa, imma fid-dinja kollha.", "Qabel ir-responsabbiltà tal-istudju dwar kif sejjer is-suq tax-xogħol f'pajjiżna kienet tal-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, imma issa din ir-responsabbiltà għaddiet għand Jobsplus.", "Sur President, bidla oħra li qed nipproponu tirrigwarda r-reġistru tax-xogħol.", "Sal-lum dawk il-persuni li m'għandhomx impjieg u qed ifittxu mpjieg jistgħu jirreġistraw taħt tliet partijiet differenti tar-reġistru, imma issa se naqsmu dan ir-reġistru f'żewġ partijiet billi dawk li qed ifittxu mpjieg isimhom jibqgħu fl-istess reġistru filwaqt li dawk li għandhom impjieg imma jixtiequ jbiddlu l-impjieg tagħhom isimhom jitpoġġew wkoll fuq il-web portal tal-Jobsplus li ġie mniedi fl-2017.", "B'hekk dawn l-individwi jkunu jistgħu juru x'inhu l-profil tagħhom, x'inhuma l-ħiliet tagħhom, x'inhuma l-kompetenzi tagħhom, x'inhuma l-kwalifiki tagħhom kif ukoll x'inhu x-xogħol li qed ifittxu, u Jobsplus, permezz ta' dan il-web portal, tkun tista' tgħinhom ifittxu l-impjieg addattat għalihom.", "Funzjoni importanti oħra li se jkollha Jobsplus se tkun dik li tassigura li n-nies qed jaħdmu skont il-liġi.", "Fil-fatt, biex innaqqsu x-xogħol illegali f'pajjiżna, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nsaħħu l-multi eżistenti għal dawk li jħaddmu u jiksru l-liġijiet tax-xogħol.", "Fi ftit kliem, fil-qafas legali l-ġdid se ndaħħlu multi ogħla għall-illegalitajiet fil-qasam tax-xogħol.", "Se nkomplu niżguraw li dawk li jħaddmu jħarsu l-obbligi legali tagħhom, u se nkunu qed nieħdu passi kontra kull min jikser il-liġi.", "Hawnhekk qed nirriferi, fost l-oħrajn, għal dawk li jħaddmu lin-nies mingħajr ktieb tax-xogħol u għal dawk li jħaddmu adoloxxenti taħt l-età.", "Sadanittant Jobsplus se żżomm id-dmir tagħha li torganizza korsijiet ta' taħriġ, li torganizza traineeships u li toħroġ skemi li permezz tagħhom tħajjar liż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol anke waqt li dawn ikunu għadhom qed jistudjaw.", "Bidla oħra li se nagħmlu tirrigwarda l-iskema tal-apprendistat għax din mhijiex se tibqa' aktar responsabbiltà ta' Jobsplus.", "Issa se nagħti ħarsa lejn ix-xogħol li għamilna matul il-ħames snin li għaddew.", "Pereżempju, aħna rnexxielna nniżżlu r-rata tal-qgħad minn 6.8% fis-sena 2013 għal 3.8%.", "Fil-fatt, filwaqt li sa Marzu, 2013 kellna 7,500 persuna jirreġistraw, issa dawn niżlu għal 1,800.", "Naqqasna anke l-abbuż tant illi filwaqt li fis-sena 2013 kien hemm 6,119-il persuna jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad fit-tul, issa minn dawn hemm biss 1,210.", "Daħħalna lil ħafna persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol, u din hija waħda mill-isbaħ affarijiet li tista' tagħmel, li ma tħallix persuna midfuna ġewwa darha imma tagħtiha d-dinjità li toħroġ u tmur għax-xogħol.", "Fil-fatt l-isbaħ akkwist kien li daħlu fid-dinja tax-xogħol żgħażagħ b'diżabbiltà li tant kienu qatgħu qalbhom li xi darba jirnexxilhom isibu mpjieg li lanqas biss kienu jirreġistraw!", "Imbagħad, fost dawk li kienu qed jirreġistraw kellna 533 persuna b'diżabbiltà, u issa niżżilna din il-figura għal 244.", "Madankollu aħna m'aħniex se nieqfu hawn imma se nkomplu nagħmlu l-isforzi tagħna biex indaħħlu aktar u aktar nies b'diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol.", "Fattur interessanti ieħor hu kif dawk li għandhom bejn l-20 u l-64 sena u li għandhom impjieg - din hija kategorija ta' nies li huma attivi u li allura jagħtu kontribut kbir fl-ekonomija permezz tax-xogħol - telgħu minn 64% għal 71%.", "Żdied ukoll l-ammont ta' nisa fid-dinja tax-xogħol, li minn 49% telgħu għal 58%, però rridu nkomplu naħdmu biex dan il-persentaġġ ikompli jiżdied.", "Bi pjaċir kbir ngħid li bħalissa Malta għandha nofs ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li kellha ħames snin ilu.", "Fil-fatt illum dan il-persentaġġ jammonta għal 6.3%.", "Ta' min jgħid ukoll li Malta hija t-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea bl-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ.", "Il-Ġermanja għandha ftit inqas minna għax ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ hija ta' 6.1%.", "Nieħu gost ngħid ukoll li matul dawn il-ħames snin in-numru ta' nies b'full-time job żdied b'44,000, u minħabba li ma stajniex inlaħħqu mal-ammont ta' mpjiegi li ħloqna bin-nies tagħna biss, kellna bilfors inġibu nies minn barra.", "Wara kollox din wieħed jista' jifhimha għax ir-rata ta' twelid f'pajjiżna qed turi li fid-dinja tax-xogħol jistgħu jidħlu biss sa 4,000 Malti u Għawdxi fis-sena u aħna ħloqna 11,000 impjieg, jiġifieri s-7,000 l-oħra jridu jiġu minn pajjiżi oħrajn.", "Għal din ir-raġuni, matul dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta' ħaddiema barranin f'pajjiżna żdied minn 17,800 għal 45,000, jiġifieri kien hemm żieda ta' madwar 27,000 ħaddiem barrani.", "Kif għedt qabel, Sur President, aħna żidna wkoll il-multi biex il-liġi tkun inforzata aktar.", "Pereżempju, jekk qabel multa kienet tammonta għal €116, din issa se titla' għal €500, u jekk qabel wieħed kien jista' jeħel multa sa massimu ta' €1,164, din issa se titla' għal €2,500.", "Dan għamilnieh biex niġġieldu l-abbuż ta' min iħaddem mingħajr ktieb tax-xogħol għax f'dan il-każ min qed jabbuża jkun qed iwettaq abbuż doppju, l-ewwel nett għax ikun qed jaħbi lill-gvern li qed iħaddem lil dawn in-nies u t-tieni nett għax lil dawn in-nies ikun qed iħaddimhom mingħajr ma jagħtihom l-ebda drittijiet jew ħarsien.", "Fil-ftit ħin li baqagħli nixtieq nagħti ħarsa fuq x'se jiġri minn issa 'l quddiem.", "L-ewwel nett aħna qed noqogħdu attenti biex il-qgħad jibqa' fil-livell baxx li hu bħalissa għax minkejja l-problemi kollha li jkollu jiffaċċja pajjiżna minħabba li hu pajjiż ċkejken u minkejja l-pressjoni kbira li għandna fuq pajjiżna, speċjalment fuq l-ambjent, is-saħħa ekonomika u t-tkabbir ekonomiku jridu jibqgħu hemm għax inkella ma jkollniex biżżejjed ġid xi nqassmu u ma nkunux nistgħu nwettqu ġustizzja soċjali f'oqsma differenti, fosthom fil-bini, fis-servizzi soċjali, fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fil-bini tad-djar u fil-bini tal-infrastruttura.", "Bilfors irid ikollok saħħa ekonomika kif ukoll tkabbir ekonomiku qawwi biex pajjiż ikun jiflaħ jipprovdi dawn is-servizzi kollha.", "Ta' min jgħid ukoll li lanqas ma jista' jkollok ġustizzja soċjali jekk ma jkollokx tkabbir ekonomiku, jiġifieri dawn iridu jmorru flimkien, u aħna rridu nkomplu nkabbru l-ekonomija b'mod li mbagħad il-ġid li jinħoloq jitqassam b'ġustizzja.", "Aħna qed nippjanaw li matul il-ħames snin li ġejjin inżidu 44,000 impjieg.", "Se naraw ukoll li dan it-tkabbir ikun mifrux f'setturi differenti għax l-għaqal hekk jitlob u mhux f'xi settur wieħed partikolari, għax inkella jkollna żbilanċ fl-ekonomija.", "Dan ifisser li se jkollna bżonn aktar ħaddiema barranin biex inkomplu nsostnu r-ritmu ekonomiku tagħna.", "Fl-istess ħin - u dan il-punt huwa importanti - irridu naraw li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikunu mħarrġa biżżejjed biex ikunu f'pożizzjoni li jieħdu l-aħjar opportunitajiet fis-suq tax-xogħol.", "Ċertament illi l-fatt li qed jiġu jaħdmu fostna barranin minn pajjiżi differenti qed ipoġġi sfida kbira quddiemna, u aħna qed nagħmluha ċara li rridu nsibu modi kif ngħixu flimkien.", "Qed nagħmluha ċara wkoll li kull min jiġi fostna huwa marbut bil-Kostituzzjoni tagħna u jrid iħares il-liġijiet tagħna.", "Aħna ma naċċettawx u m'aħniex se naċċettaw li xi ħadd, għal xi raġuni kulturali jew reliġjuża, jgħidilna li huwa ma jħarisx xi waħda mil-liġijiet li għandna f'pajjiżna.", "Il-partiti politiċi ta' pajjiżna għamlu sforzi kbar biex ibiddlu lil dan il-pajjiż, biex idaħħlu aktar drittijiet u biex idaħħlu aktar liġijiet, u allura kull min jiġi Malta jrid iħares dawn il-liġijiet bla ebda eċċezzjoni.", "Hawn irrid insemmi wkoll ix-xogħol kbir li rridu nagħmlu fil-qasam edukattiv bil-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet biex inġibu lill-Jobsplus, lill-Università ta' Malta, lill-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) u lill-Malta Enterprise flimkien ħalli jkollna strateġija edukattiva u żvilupp fil-ħiliet li bihom pajjiżna jkun jista' jibqa' miexi 'l quddiem.", "Ġaladarba qed insemmi l-qasam tal-edukazzjoni, nixtieq nirriferi għal dak li qed jingħad bħalissa, jiġifieri li aħna għandna xi pjan li nneħħu l-warrants tal-għalliema.", "Għall-kuntrarju, fil-liġi li qegħdin nipproponu u li se niddiskutu hawnhekk aħna qed insaħħu l-professjoni tal-għalliema.", "Jien kburi ngħid li matul dawn l-aħħar 40 sena għamilt li stajt u ħdimt kemm flaħt favur l-edukazzjoni u favur l-għalliema għax nemmen li jekk irridu li jkollna edukazzjoni ta' livell tajjeb, l-ewwel irridu nirrispettaw lill-għalliema u nagħmlu minn kollox biex nieħdu ħsieb lill-għalliema.", "Jekk ma niħdux ħsieb lill-għalliema ma nistgħux insaħħu l-edukazzjoni.", "Fil-fatt, fil-liġi li qed nipproponu qed inħarrxu l-pieni għal min jagħmel vjolenza jew theddid fuq l-edukaturi għax aħna nirrispettaw lill-għalliema, u proprju għax aħna nirrispettaw il-professjoni tal-għalliema, fil-liġi li qed nipproponu qed inneħħu l-poter tal-ministru li jkun hu li jagħti l-warrants lill-għalliema.", "Bil-liġi kif inhi llum jien nista' naqbad u nagħti l-warrants lill-għalliema.", "Anke jekk persuna ma jkollhiex l-istess kwalifiki bħal persuna kwalifikata, il-liġi tal-lum tagħtini l-poter li nagħmel dan.", "Madankollu jien qatt ma wżajt dak il-poter, u biex żgur dan il-poter ma jintużax qed inneħħih mil-liġi li qegħdin nipproponu biex il-warrants tal-għalliema jibdew jinħarġu biss mill-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema.", "Nixtieq inserraħ ukoll ras kulħadd li aħna mhux inneħħu l-għalliema għandna bżonn imma nżidu l-għalliema.", "Għandna bżonn inħeġġu aktar żgħażagħ jidħlu fil-professjoni tal-għalliema filwaqt li nħeġġu anke nies bi professjonijiet oħra biex jiġu jgħallmu, u allura żgur li aħna m'għandna assolutament l-ebda ħsieb illi nneħħu l-warrants.", "Meta titqabbad ħuġġieġa bħal din fuq l-għalliema għandek għażla; jew li tkebbes il-ħatab jew inkella li titfa' l-ilma, u jien żgur li rrid nitfa' l-ilma għax hekk kif tejjibna l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema u tal-edukaturi kollha, issa aħna rridu nkomplu nsaħħu din il-professjoni.", "Sur President, l-appell tiegħi huwa li llum il-ħajja tal-edukaturi fil-klassi hija diffiċli biżżejjed, u allura ejjew ma nagħmluhielhomx iżjed diffiċli billi ngħidulhom li hawn xi ħadd li għandu ħsieb li jneħħilhom il-warrant bil-konswegwenza li nġennuhom.", "Dan għaliex meta inti tgħid lil xi ħadd li se tneħħilu l-warrant tkun qed tbeżżgħu li se toqtlu bil-ġuħ!", "Aħna nsaħħuh irridu l-warrant tal-għalliema, u dan nistgħu nagħmluh bl-iżvilupp professjonali kontinwu li ffirmajna flimkien fl-aħħar ftehim settorjali li lħaqna mal-għalliema.", "Issa jien m'iniex qed ngħid dan kollu minħabba li llum jaħbat Jum l-Għalliema għax għalija Jum l-Għalliema huwa kuljum!", "Għalhekk l-impenn tiegħi se jkun li bil-liġi l-ġdida nkomplu nsaħħu l-edukazzjoni però, kif għedt diġà, biex issaħħaħ l-edukazzjoni trid tieħu ħsieb lill-edukaturi, fosthom billi tassigura li l-edukaturi jkollhom id-drittijiet u l-appoġġ neċessarju biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol tagħhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar l-aqwa edukazzjoni hi li lkoll kemm aħna naħdmu biex nagħtu appoġġ lill-għalliema fl-isfidi kbar u fix-xogħol diffiċli li huma għandhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell ċar kemm jista' jkun biex jekk hemm xi ħaġa fil-liġi li għandna bżonn nispjegawha u niċċarawha, allura din għandna nispjegawha u niċċarawha.", "Pereżempju, jekk hemm xi ħaġa li tista' tinkiteb b'mod aħjar … Jien difetti għandi, però naħseb li la jien bniedem supperv u lanqas għandi rasi iebsa, jiġifieri jekk hemm affarijiet li hemm bżonn niċċarawhom u ntejbuhom aħna m'għandna l-ebda problema biex nagħmlu hekk, għax ix-xewqa tagħna hi li nsaħħu l-edukazzjoni, però biex insaħħuha rridu nieħdu ħsieb lill-edukaturi tagħna għax il-futur ta' pajjiżna u l-ħolqien tal-ġid u tax-xogħol f'pajjiżna jiddependu mill-edukazzjoni.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Evarist Bartolo biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru, 2018 fis-6.00 pm b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'Mezzi Elettroniċi).", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-Professjonijiet Alleati – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Edukazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari;", "jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, illum li għandi l-opportunità li nitkellem f'dan l-Aġġornament proprju fl-ewwel ġimgħa li l-Parlament beda jiltaqa' wara l-btajjel tas-sajf, waqt l-intervent tiegħi nixtieq nitkellem dwar l-importanza tax-xogħol li jkun qed isir fil-lokalitajiet u l-ħsieb li għandu jiġu mnebbaħ meta jiġu mfassla l-proġetti f'pajjiżna.", "Jien nemmen li meta jkun hemm il-ħsieb li jsiru xi proġetti, ix-xogħlijiet għandhom jiġu msejsa fuq erba' għanijiet; li b'dawn il-proġetti se jittejjeb l-ambjent fejn ngħixu, li se togħla l-kwalità tal-ħajja tan-nies, li b'dawn il-proġetti se jkun hemm aktar aċċessibbiltà u li, fuq kollox, bis-saħħa ta' dawn il-proġetti, li jistgħu jkunu kemm proġetti ta' tisbiħ, kemm proġetti ta' manutenzjoni kif ukoll proġetti ta' restawr, l-ambjent se jisbieħ.", "Huwa importanti ħafna wkoll li dawn il-proġetti jkunu maħsuba minn qabel u jsiru bi pjan.", "Illum li l-Gvern qed jiddedika aktar flus fi proġetti kapitali għandna nassiguraw li l-proġetti li jsiru, isiru skont il-prijorità li jkun hemm, u qed ngħid dan għax hemm diversi ħtiġijiet li ilhom is-snin biex jiġu mwettqa.", "Huwa veru li f'pajjiżna għandna l-kunsilli lokali, imma ħafna mid-diffikultajiet li jeżistu, partikolarment dawk infrastrutturali, imorru lil hinn mill-ħiliet, mill-kompetenzi, mill-ġurisdizzjoni u mill-possibbiltà ta' finanzjament min-naħa tal-kunsilli lokali.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-proġetti li jkunu se jsiru mill-gvern ċentrali jsiru b'mod ippjanat u b'mod maħsub bil-għan li jintlaħqu l-erba' għanijiet ewlenin li għadni kif semmejt.", "Matul is-sena u ftit aktar li ilni nirrappreżenta lill-ħames distrett f'dan il-Parlament kien hemm diversi kwestjonijiet li kelli l-opportunità nissollevahom jew f'xi aġġornament, bħalma qed nagħmel illum, jew anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari, u fil-fatt naħseb li meta nħares lura u nara d-diversi proġetti li saru matul din is-sena jew proġetti oħra li nbdew qabel din is-sena u tlestew proprju f'dawn l-aħħar żminijiet, nikkonkludi li żgur li kien hemm pjan biex twettqu dawn l-affarijiet kollha.", "Żgur li wieħed mill-aktar proġetti li ssemma u li tlesta matul dawn l-aħħar żminijiet, anke f'din il-Leġiżlatura, kien dak li jekk m'iniex sejjer żball kien tħabbar fil-Baġit tal-2016.", "Qed nirriferi għall-proġett ta' Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq.", "Meta nhar is-Sibt żort dan il-post flimkien mal-Ministru Borg, ir-residenti kollha ta' din it-triq kollha laqgħuna bil-kliem: Għall-erwieħ, fl-aħħar tlesta dan il-proġett!", "Dan għaliex dan il-proġett kien ilu maħsub madwar 40 sena!", "Ta' min isemmi li dan il-proġett se jkun sewa madwar €1.8 miljun, jiġifieri ma kienx xi proġett żgħir.", "Huwa veru li dan il-proġett dam biex jitlesta aktar milli kien maħsub minħabba li kellna niffaċċjaw diversi sfidi u diffikultajiet, fosthom minħabba s-sejbien ta' siti storiċi moħbija taħt l-art, li xi ftit jew wisq komplew jaffettwaw l-andament ta' dan il-proġett, u dan huwa fatt li wieħed ma jistax jiċħdu, imma meta wieħed iħares lejn ir-riżultat aħħari ma jħoss xejn għajr sodisfazzjon għax illum kulħadd qed jgħid li fl-aħħar għandna triq sabiħa li qed iżżid il-konnettività bejn iż-Żurrieq u Ħal Safi.", "Eventwalment issa jmiss li jinbeda l-proġett ta' Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi, liema proġett ukoll ilu ppjanat diversi snin, imma naħseb li issa li għandna lil Infrastructure Malta, aġenzija ġdida responsabbli mit-toroq, din għandha tħares lejn il-proġett ta' Vjal ix-Xarolla u tifhem x'kienu dawk l-isfidi u d-diffikultajiet li żammew lil dan il-proġett lura mir-rata ta' progress mixtieqa biex titgħallem minnu għaż-żmien li ġej, għax dan il-Gvern mhux qed jgħid li se jagħmel xi triq jew tnejn fiż-żmien li ġej imma għamel wegħda solenni li f'seba' snin irid jagħmel it-toroq kollha!", "Fil-fatt illum stess tħabbret lista twila ta' toroq residenzjali li se jkunu qegħdin isiru, għax din mhijiex xi wegħda li ntesiet imma, għall-kuntrarju, hija wegħda oħra li bdiet titwettaq.", "Għalhekk nixtieq nappella għal darb'oħra lil Infrastructure Malta biex meta proġett għal xi triq ma jmurx kif ippjanat wieħed mhux biss jieħu pjaċir li fl-aħħar dak il-proġett twettaq u li għadda kollox, imma jkun tajjeb jekk nieħdu l-opportunità li nitgħallmu minn dawn l-affarijiet.", "Forsi biex dak il-proġett jitwettaq fiż-żmien ippjanat kien hemm bżonn li jsir ippjanar aħjar, li jiddaħħlu metodoloġiji ġodda jew li tissaħħaħ il-kordinazzjoni ħalli l-affarijiet dejjem jimxu 'l quddiem għall-ġid ta' kulħadd.", "Triq oħra li ż-Żrieraq ilhom jixtiequ li ssir u li fil-fatt bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuqha hija dik magħrufa bħala t-Triq ta' Ħal Far, li minn Bubaqra twasslek għal Ħal Far u eventwalment għal Birżebbuġa.", "Għalkemm nistgħu ngħidu li din it-triq, li qed issir permezz ta' fondi tal-Unjoni Ewropea, hija triq rurali għax hija wżata ħafna minn dawk li għandhom xi raba' jew proprjetà f'dawk l-inħawi, din it-triq hija importanti ħafna wkoll għax iżżid il-konnettività bejn lokal u ieħor.", "Permezz ta' din it-triq, il-pressjoni tat-traffiku min-naħa li tagħti lejn il-mini jonqos, u għalhekk naħseb illi kien għaqli ħafna li t-talba li kienet ilha s-snin issir miż-Żrieraq biex issir din it-triq fl-aħħar intlaqgħet u qed ikun hemm input importanti ħafna biex permezz ta' din it-triq inkomplu nsaħħu l-infrastruttura u l-konnettività.", "Sur President, jekk hemm suġġett li jien tkellimt dwaru diversi drabi, għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari dwaru u li se nibqa' nitkellem dwaru sakemm nara li jsir dak kollu li hu meħtieġ, dan huwa dak ta' Wied Fulija, għax sfortunatament fl-aħħar tas-snin sebgħin fuq dan il-wied saret ġerħa ambjentali li baqgħet tikber sa kważi l-bidu tas-snin 2000.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament fl-aħħar tas-snin sebgħin, meta f'pajjiżna kien għad hawn nuqqas ta' sensittività ambjentali, ittieħdet id-deċiżjoni - u fl-opinjoni tiegħi din kienet deċiżjoni żbaljata għal kollox - li dan il-wied, li għal min jiftakru kien wieħed pittoresk, jiġi konvertit f'miżbla.", "Bi pjaċir ngħid li llum, f'risposta parlamentari li ta, il-Ministru Herrera qal li matul din is-sena se jinbeda proġett ta' rijabilitazzjoni fuq Wied Fulija.", "Ninsab informat ukoll li l-proċessi ta' procurement li huma meħtieġa li jsiru biex jibda dan il-proġett huma mexjin fid-direzzjoni tajba, u għalhekk issa huwa importanti ħafna li dan il-proġett jitwettaq, għax għalkemm ma nistgħux inreġġgħu l-arloġġ lura, almenu l-ħsara kbira li saret lil dan il-wied matul is-snin tissewwa bl-aħjar mod possibbli.", "Lokal żgħir li mil-lum 'il quddiem se jkollu importanza akbar f'din iż-żona huwa dak ta' Ħal Kirkop.", "F'Ħal Kirkop matul dawn l-aħħar ġimgħat ġiet inawgurata poliklinika li se tkun qed tagħti servizz lil madwar 28,000 resident.", "Il-ħtieġa ta' poliklinika f'din iż-żona ilha tinħass għal ħafna snin, u għalhekk issa din il-poliklinika se tkun qed ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies għax se tqarreb is-servizzi tas-saħħa lejn dawn l-inħawi.", "Fil-fatt biex in-nies ta' din iż-żona kienu jinqdew minn poliklinika tal-gvern kien ikollhom imorru l-poliklinika tal-Floriana, imma permezz ta' dan il-proġett li issa sar realtà għax diġà beda jservi u jagħti servizz lin-nies, b'mod partikolari lill-anzjani, in-nies ta' dawn l-inħawi m'għandhomx għalfejn imorru aktar il-Floriana biex jinqdew għax issa nfetħet poliklinika qrib id-dar tagħhom.", "Sur President, dan il-proġett mhux biss għandu jitqies bħala benefiċċju għar-residenti tal-Ħames Distrett iżda huwa wkoll konferma ta' kemm dan il-Gvern għandu mpenn b'saħħtu favur il-qasam tas-saħħa, u dan mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura fl-isptar jew mal-impenn li sar fil-qasam tal-mediċini fejn illum il-frażi \"out of stock\" qisha saret xi ħaġa tal-passat, iżda wkoll fit-tisħiħ tas-saħħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura primarja, settur li għalkemm għandu l-importanza tiegħu, l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ħallietu jaqa' lura, kuntrarjament għall-Gvern preżenti li se jkompli jagħmel investiment qawwi fih.", "Ta' min isemmi wkoll li bħala parti mill-programm ta' fondi tal-Unjoni Ewropea għal toroq rurali se jkun qed isir Sqaq ir-Ramlija, sqaq li jwassal għall-għelieqi imma li għandu ċerta importanza, b'mod partikolari għaż-żewġ soċjetajiet tal-banda ta' Ħal Kirkop.", "Apparti minn hekk, fil-lista li ħarġet Infrastructure Malta tat-toroq li se jkunu qed isiru bħala parti minn proġett ieħor importanti li se jkun qed jibdel wiċċ Malta hemm imniżżla Triq il-Kbira u parti minn Triq San Benedittu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell mill-ġdid lill-Ministru Mizzi dwar problema rikorrenti li hemm fi Triq Valletta f'Ħal Kirkop, li diġà ġbidtlu l-attenzjoni dwarha, kemm permezz ta' mistoqsijiet parlamentari kif ukoll permezz ta' komunikazzjoni li kelli miegħu.", "Fil-fatt, hemmhekk qed jiġri li kull darba li tagħmel ix-xita jkun hemm overflow ta' drenaġġ u għalhekk jidher li hemm bżonn ta' intervent serju biex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata.", "Ninsab konvint li hekk kif qed tittieħed azzjoni f'diversi oqsma oħrajn, dan il-Gvern jaġixxi kull fejn ikun hemm bżonn u jwettaq is-soluzzjonijiet meħtieġa.", "Sur President, lokal li żgur tista' tiddeskrivih bħala lokal pittoresk u li għandu storja kbira x'jirrakkonta huwa l-lokal tal-Qrendi, u dan żgur li saru fih interventi importanti matul is-snin.", "Fil-fatt wieħed mill-interventi li kien sar matul l-Amministrazzjoni preċedenti - għax dak li hu tajjeb wieħed għandu jgħid li hu tajjeb - kien proprju dak li sar fin-naħa tal-Kappella ta' San Mattew fejn hemmhekk sar it-tisbiħ ta' pjazza.", "Dan tant kien konċett pożittiv li jien nemmen li dan il-mudell għandu jissokta u jkun hemm aktar interventi simili.", "Ta' min jgħid li permezz tal-programm ta' proġetti li kien hemm għal toroq rurali minn fondi Ewropej saru wkoll Triq San Niklaw u Triq l-Għarix, li jinsabu fil-Qrendi stess.", "Dan huwa mezz ta' kif tkompli tiżdied il-konnettività u jintużaw toroq differenti biex jiġu evitati l-problemi tat-traffiku.", "Infrastructure Malta ħabbret ukoll li Sqaq tal-Lhudija u Triq it-Tempesta, jiġifieri l-bypass, se jkunu fost dawk it-toroq li se jsiru fl-ewwel parti ta' dan il-programm kbir ta' toroq.", "Żona importanti ħafna għax hija attrazzjoni turistika li tiġbed ħafna nies ta' kuljum u li tagħmel parti mil-lokalità tal-Qrendi hija dik ta' Wied iż-Żurrieq.", "Matul dawn l-aħħar snin rajna li f'din iż-żona qed isir investiment qawwi bid-diversi ristoranti, bl-embellishment ta' ristoranti u bl-attività kontinwa li qed ikun hemm, li qed tkun ferm akbar milli kien ikun hemm qabel.", "Madankollu, il-fatt li qed tiżdied l-attività f'żona bħal din ifisser li hemm bżonn ta' investiment fl-infrastruttura ta' dan il-post, u żgur li l-prijorità ewlenija n-naħa ta' Wied iż-Żurrieq hija l-ħtieġa li jkun hemm struttura ġdida biex tindirizza r-realtà tal-parkeġġ.", "Ilu jissemma ħafna li qed jitfasslu pjanti għal car park f'din iż-żona, u jien naħseb li wasal iż-żmien li dan il-proġett jitwettaq.", "Wieħed jifhem li hemm sensittivitajiet ambjentali li jridu jiġu rispettati fi kwalunkwe proġett li jkun qed isir, però fl-opinjoni tiegħi l-ħtieġa ta' immaniġġjar ta' parking għaż-żona ta' Wied iż-Żurrieq ma tistax tistenna aktar.", "Il-post hu dak li hu, però llum il-volum ta' nies li qed ikun hemm hemmhekk huwa ferm akbar minn qabel, u dan biex ma nsemmix il-coaches li jinżlu l-ħin kollu minn hemmhekk.", "Ċertament is-sitwazzjoni ma tistax titħalla kif inhi, u għalhekk jien nixtieq nagħmel appell b'mod partikolari lill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi, li naf li hija nkarigata mit-tfassil ta' dawn il-pjanti, biex wara li jsiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, jittieħdu d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn.", "Fl-aħħar mill-aħħar, bħalma qed tittieħed azzjoni f'żoni oħrajn, f'din iż-żona wkoll għandha tinstab l-aħjar soluzzjoni, kemm għal min jiffrekwenta din l-area, kemm għall-operaturi tad-dgħajjes, kemm għar-ristoranti kif ukoll għal dawk kollha li għandhom interess f'din iż-żona, għax din hija attrazzjoni ewlenija mhux biss għal din iż-żona ta' pajjiżna imma għal pajjiżna kollu fuq livell inġenerali.", "Realtà oħra li hemm f'din iż-żona hija li għalkemm hemmhekk hemm bini li ilu li ġie mibni ħafna snin, qatt ma ddaħħlet sistema ta' drenaġġ, u jien naħseb li l-fatt li llum hemm daqstant attività f'din iż-żona għandu jiġi kkonsidrat bis-serjetà li din ir-realtà tiġi indirizzata.", "Issa se ngħaddi għal nota pożittiva għax nixtieq nifraħ lill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi u lil entitajiet oħra tal-gvern għall-interventi ta' manutenzjoni u ta' tindif li saru matul dawn l-aħħar xhur.", "Dan ix-xogħol huwa importanti ħafna li jsir għax il-bżonn li żoni bħal dawn jinżammu kif suppost huwa parti mit-titjib li qed isir fil-pakkett turistiku.", "Sur President, żona oħra li nixtieq nagħmel riferenza għaliha hija l-parti ta' Ħal Farruġ.", "Ħal Farruġ huwa raħal żgħir li jifforma parti minn Ħal Luqa u li jifforma parti mill-Ħames Distrett.", "Illum nixtieq inġib għall-attenzjoni ċerti realtajiet li r-residenti ta' Ħal Farruġ qed jiġbduli l-attenzjoni għalihom.", "Nibda biex ngħid li għalkemm Ħal Farruġ hija żona residenzjali, għandha wkoll żoni industrijali, u għahekk naħseb li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jinħass il-bżonn ta' aktar sensittività f'dan ir-rigward.", "L-ewwel nett irridu naraw jekk il-pressjoni li ġġib magħha l-attività industrijali jew semi-industrijali hijiex qed tħalli effett negattiv fuq ir-residenti, għax aħna rridu li r-residenti ma jiġux affettwati minn dan kollu jew inkella li almenu l-effett ikun wieħed minimu, u jekk jittieħdu aktar deċiżjonijiet f'dan ir-rigward fil-futur, dan il-prinċipju għandu jibqa' jiġi rispettat.", "Irrid ngħid ukoll li meta kont qed naqra l-ismijiet tat-toroq li se jsiru minn Infrastructure Malta fl-ewwel parti ta' dan il-proġett, ħadt pjaċir ħafna li Triq in-Noqor se ssir ukoll għax il-ħtieġa li din it-triq issir ilu jinħass.", "Sur President, lokalità li żgur li bbenefikat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għal toroq rurali hija dik ta' Ħal Safi għax f'din il-lokalità saru diversi toroq li komplew itejbu l-konnettività kif ukoll l-aċċessibbiltà ta' dawk l-inħawi.", "Ħal Safi għandu ħafna x'joffri anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' wirt storiku, u allura nixtieq li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta taħdem u titkellem dwar viżjoni għal din iż-żona ta' pajjiżna matul iż-żmien li ġej.", "Fil-lista ta' toroq li se jsiru u li nħarġet minn Infrastructure Malta jissemma wkoll li Triq l-Iskola se tkun qiegħda ssir fl-ewwel parti tal-proġett li għadu kif tħabbar.", "Lokal ieħor li jien nemmen li hemm bżonn li jibda jara r-riżultati ta' proġett li għadu kif tħabbar ftit taż-żmien ilu huwa dak tal-Imqabba għax f'dan ir-raħal, partikolarment in-naħa tal-ġibjun, hemm diversi problemi relatati mal-għargħar.", "Ftit taż-żmien ilu l-Ministru Ian Borg kien ħabbar proġett li jrid isir biex din ir-realtà tiġi indirizzata.", "Jien ngħid li dawn il-problemi għandhom jiġi indirizzati mill-aktar fis possibbli għax il-problemi tal-għargħar li jeżistu f'dawn l-inħawi qed iħallu impatt negattiv fuq ir-residenti tal-madwar, u minħabba l-ħsarat li qed jiġu kkaġunati bil-konsegwenza ta' dan l-għargħar, din iż-żona qed taqa' lura.", "Imma apparti dan kollu, żgur li r-residenti tal-Imqabba se jieħdu gost jaraw li permezz tal-programm ta' toroq ġodda li se tkun qed tagħmel Infrastructure Malta, Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, jiġifieri l-bypass, se tkun qed tingħata wiċċ ġdid.", "Xi ħaġa oħra pożittiva li minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwarha għall-impenn li sar anke wara mistoqsijiet parlamentari li ressaqt hija li fl-Imqabba beda jaħdem il-Klabb 3-16.", "Sur President, naħseb li waħda mil-lokalitajiet fil-Ħames Distrett li matul is-snin kellha tħallas prezz għoli hija l-lokalità ta' Birżebbuġa.", "Għal ħafna snin ittieħdu deċiżjonijiet li Birżebbuġa kellha tħallas prezz għalihom, u hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għat-tkabbir tal-Freeport u għall-fatt li kull attività industrijali li jkun hemm bżonn f'pajjiżna ssir f'Birżebbuġa mingħajr ma l-komunità ta' din il-lokalità tieħu xejn lura.", "Għalkemm illum għad hemm diversi sfidi x'wieħed jiffaċċja f'Birżebbuġa, żgur li s-sitwazzjoni bdiet tinbidel.", "Forsi r-residenti jemmnu li għad fadal ħafna x'isir, u jien naqbel magħhom, però l-fatt li ttieħdu deċiżjonijiet importanti, bħal dik li d-daqs tal-Freeport ma jistax jikber aktar u li numru ta' sitwazzjonijiet industrijali li ntalbu ma jsirux, diġà huwa pass importanti.", "Flimkien ma' dawn, wieħed irid isemmi wkoll id-diversi interventi li qegħdin isiru u li saru, bħalma huma t-tlestija tal-football ground u tal-waterpolo pitch.", "Issa rajna wkoll li l-ewwel parti ta' Triq Tal-Ġebel ingħatat il-wiċċ u t-tlestija tal-proġett tal-Qajjenza, għalkemm naf li dwar dan saru xi osservazzjonijiet u anke xi kritika min-naħa tar-residenti minħabba xi nuqqasijiet li jien nappella lill-Ministeru kkonċernat biex jindirizzahom.", "Nemmen li għad fadal ħafna aktar xogħol importanti xi jsir bħal, pereżempju, il-ħtieġa li jkun hemm pjan ċar dwar kif se tintuża l-art fejn illum għad hemm it-tankijiet tal-fuel Kumpless 31 ta' Marzu, aktar u aktar issa wara li ġie mħabbar fil-Parlament mill-Ministru Joe Mizzi li sal-aħħar tas-sena d-dieħla, jiġifieri sal-aħħar tal-2019, dawn it-tankijiet mhumiex se jibqgħu jiffunzjonaw aktar u b'hekk m'aħniex se nibqgħu aktar bil-fuel f'nofs ir-residenzi ta' Birżebbuġa.", "Jien ngħid li l-pass li jmiss hu li l-poplu ta' Birżebbuġa jingħata serħan tal-moħħ dwar kif se tkun qiegħda tintuża dik l-art biex ikollna ippjanar aħjar li dejjem iħares l-interessi tar-residenzi tal-madwar.", "Hemm diversi mistoqsijiet li s'issa għadhom ma ġewx imwieġba - għalkemm hemm bżonn ta' dikjarazzjonijiet ċari dwarhom - fuq l-area ta' fejn kien hemm l-impjant tal-gass in-naħa tal-Qajjenza, għax sal-lum dik l-area mhijiex qed tintuża imma għadha magħluqa, u għalhekk ħafna qed jistaqsu x'se jkun qed isir hemmhekk.", "Nemmen li l-komunità ta' Birżebbuġa għandha tkun parteċipi fi kwalunkwe tfassil ta' żvilupp li jsir f'dawn in-naħat biex żgur ikun hemm żvilupp sostenibbli u, fuq kollox, ikun x'ikun l-iżvilupp li jsir, għandna nassiguraw li ndaħħlu servizzi pubbliċi li jsaħħu l-komunità ta' Birżebbuġa kif ukoll il-komunità tal-madwar.", "Pereżempju, waħda mit-talbiet min-nies ta' Birżebbuġa hija li peress li f'din il-lokalità jgħixu diversi anzjani, fost l-iżvilupp li jsir hemmhekk għandu jiġi kkonsidrat li tinbena dar tal-anzjani.", "Minn dak li tħabbar illum jidher ukoll li triq importanti bħal Triq Żaren Dalli fl-aħħar se tkun qiegħda tingħata wiċċ mill-ġdid, se titkompla Triq Tal-Ġebel, li kif għedt aktar kmieni, diġà saret l-ewwel parti tagħha, se ssir Triq tal-Papa kif ukoll Triq il-Brolli, li dawk li ilhom ħafna jgħixu f'Birżebbuġa jafu li din qatt ma ngħatat wiċċ.", "Dan huwa frott tax-xogħol kontinwu li qiegħed isir.", "Issa naturalment ir-residenti ma jixtiqux li jsiru toroq biss għal-lokal tagħhom, imma l-fatt li llum għandek gvern ċentrali li qed jaħdem bis-sħiħ biex din l-infrastruttura tinbidel, juri li llum qed isir aktar investiment biex il-lokalitajiet tagħna jsiru aħjar.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel matul dan l-Aġġornament huwa li nissuġġerixxi lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex din iż-żona kollha li tkellimt fuqha llum tiġi promossa aktar fil-pakkett turistiku.", "Din iż-żona hija rikka ħafna fl-istorja għax hemmhekk wieħed isib diversi binjiet bi storja, storja li tibda mill-bini tat-tempji neolitiċi u tispiċċa f'kappelli barokki, f'binjiet ta' żmien il-Medju Evu kif ukoll f'binjiet aktar riċenti.", "Wieħed irid ifakkar ukoll fil-preżenza tal-militar matul is-snin, iżda nemmen li filwaqt li għandna ħafna opportunitajiet fil-mod kif nippromwovu l-pakkett turistiku tagħna għal dawn iż-żoni, sfortunatament dan s'issa għadna m'aħniex nagħmluh.", "Għalhekk jekk issir diskussjoni flimkien mal-kunsilli lokali, flimkien ma' nies li għandhom interess f'dan ir-rigward kif ukoll mal-għaqdiet ta' dawn il-lokalitajiet, inkluż mal-każini tal-baned, dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fir-rakkont tal-istorja ta' din iż-żona ta' pajjiżna u b'hekk fl-aħħar ikun jista' jsir pjan flimkien mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex insaħħu l-pakkett turistiku tagħna f'dawn l-inħawi.", "Jekk nagħrfu ntejbu l-pakkett turistiku għal dawn l-inħawi filwaqt li jkompli jsir l-investiment li qed isir hemmhekk, żgur li dawn il-lokalitajiet li semmejt ikunu jistgħu jkomplu jimxu 'l quddiem fl-aħjar interess tar-residenti li jien għandi l-unur li nirrappreżenta f'dan il-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 8 ta' Ottubru, 2018 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2014 'l hawn intefqu medja ta' €6,787 fix-xahar f'kiri ta' vetturi minn tmien entitajiet fi ħdan il-Ministeru.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ntefqux flus f'car leasing mill-1 ta' Jannar 2014 sal-lum minn kull entità li taqa' taħt dan il-Ministeru.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "IN-NAXXAR – TRIQ LELI FALZON – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6134, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – MISRAĦ IR-REBĦ – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6135, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati, direttament.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – SENIOR MANAGEMENT – TRANSPORT ALLOWANCE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, qegħdin jirċievu Transport Allowance?", "Tista' tgħid ukoll il-pożizzjoni ta' kull uffiċjal, kif ukoll id-data li beda jirċievi tali allowance?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5967 li fiha saret referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5900, tista' l-Ministru tgħid jekk skont Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, l-awtoritajiet kontraenti huma obbligati li jippubblikaw fil-Gazzetta tal-Gvern il-kuntratti li jkunu ngħataw minnhom b'valur li jeċċedi l-€5,000 biss?", "Għaldaqstant, peress li d-direct orders li jammontaw għal anqas minn €5,000 ma jiġux ippubblikati, tista' tgħid kemm ingħataw tali direct orders bejn Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid ukoll lil min ingħataw u kemm kien l-ammont ta' flus għal kull tali direct order?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?", "Interpllant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadu qed jinġabar.", "Ta' min japprezza l-fatt li informazzjoni ta' dan it-tip tieħu ammont konsiderevoli ta' żmien biex tiġi miġbura.", "PROĊEDURA EWROPEA GĦAL TALBIET ŻGĦAR – KAŻIJIET F'MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru każijiet f'Malta taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar minn mindu beda jiffunzjona sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b'sena, u jista' jgħid ukoll kemm ġew deċiżi sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta ġew ipprezentati 47 każ taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar minn mindu beda jiffunzjona, ċjoè mill-1 ta' Jannar 2009 sat-22 ta' Ġunju 2018 u ġew deċiżi kif qed turi Tabella 1.", "Ninforma wkoll li fil-Qorti ta' Ghawdex ġew ipprezentati tliet każijiet taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar minn mindu beda jiffunzjona kif qed turi Tabella 2.", "TRIBUNAL GĦAL TALBIET TAL-KONSUMATUR – TALBIET U RISPOSTI B'MOD ELETTRONIKU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex tiġi kkunsidrata l-possibilità li talbiet (u r-risposti għalihom) li jsiru quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur isiru b'mod elettroniku?", "Jekk iva meta hu maħsub li jiddaħlu tali miżuri?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed isiru xogħlijiet fuq il-websajt tal-Awtorità sabiex fejn hu possibbli, partijiet mill-proċess tat-Tribunal bħall-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali (Affarjiet tal-Konsumatur) sabiex każ jiġi riferut lit-Tribunal, u l-ħlas ta' spejjeż relatati mal-proċess jkunu jistgħu jiġu affetwati b'mod elettroniku.", "Il-Partijiet se jkunu jistgħu jiċċekkjaw l-istadju tal-każ u jiġu infurmati bis-seduti b'mod elettroniku.", "Madanakollu, ir-rikors u r-risposta se jibqgħu jiġu nnotifikati b'mod manwali.", "Dawn ix-xogħlijiet huma maħsuba li jkunu lesti fix-xhur li ġejjin.", "IN-NAXXAR - TRIQ IL-QOTON - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6136, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR - TRIQ ĠIBILTÀ - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6137, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR - TRIQ IT-TELGĦA TAL-GĦAQBA - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6138, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR - TRIQ L-INGILTERRA - XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6139, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "ITS GĦAWDEX – KORS TAD-DIPLOMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tad-Diploma fl-ITS Għawdex mhux ser isir fis-sena skolastika 2018/2019 u dan minkejja li hemm 9 studenti Għawdxin li applikaw għal dan il-kors li għadhom kemm spiċċaw il-kors tas-Certificate fl-istess ITS f'Għawdex u dan peress li dawn l-istudenti rċevew ittra f'dan is-sens?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jemmen li jkun aktar ta' benefiċċju għall-istudenti Għawdxin jekk jieħdu exposure ta' ambjent ikbar u aktar miftuħ u jingħaqdu mal-istudenti Maltin u barranin għal dan il-kors.", "Din hija sena kruċjali fejn fiha l-istudenti barra li jakkwistaw taħriġ fit-teorija u l-prattika fil-livell 4, jippreparaw ukoll għas-sena obbligatorja ta' internship internazzjonali li tibda f'Ġunju 2019.", "Il-korsijiet fil-Foundation u Certificate in Food Preparation and Service isiru fil-kampus ta' Għawdex.", "GĦAWDEX – TQASSIM TA' PAKKETTI TAL-VELENU TAL-ĠRIEDEN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li biha jitqassmu pakketti tal-velenu tal-firien u tal-ġrieden lill-pubbliku jew f'ħitan f'għelieqi madwar Għawdex?", "Tista' tgħid mis-sena 2013 sal-lum kemm-il pakkett ta' velenu tqassam lill-pubbliku?", "JUSTYNE CARUANA: Il-pubbliku jista' jieħu sa żewġ pakketti velenu tal-ġrieden mingħajr ħlas mill-Uffiċċju Taqsima tal-Kontroll tal-Firien li jinsab fiċ-Ċentru Amministrattiv, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 a.m. sal-10.00 a.m. Ikun mitlub/a li j/tippreżenta l-karta tal-identità.", "Matul is-sena t-Taqsima tal-Kontroll tal-Firien tesegwixxi programm ta' ħidma biex jiġi kkontrollat in-numru ta' ġrieden u firien kif ukoll tattendi għal ilmenti mressqa mill-pubbliku u mill-Kunsilli Lokali dwar infestazzjonijiet ta' ġrieden f'postijiet pubbliċi permezz ta' tqegħid ta' velenu fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku, fi spazji miftuħa u f'siti pubbliċi f'diversi lokalitajiet madwar Għawdex u Kemmuna iżda ma jsirx trattament bi tqegħid ta' velenu f'postijiet/proprjetà privata.", "In-numru ta' pakketti ta' velenu tal-ġrieden li tqassam lill-pubbliku mis-sena 2013 sas-26 ta' Ġunju 2018 hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI FIL-KORP LI GĦANDHOM SENTENZA SOSPIŻA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom sentenza sospiża?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ALLOKAZZJONIJIET TA' POSTIJIET TAL-GVERN - LOKALITAJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern matul din is-sena 2018 u f'liema lokalitajiet?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "VALLETTA 18 – SPIŻA TAL-FTUĦ UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3520 u jgħid kemm swiet l-ispiża tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-ispiża tal-ġimgħa tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18 kienet ta' €1,508,542.4, li hija bejn wieħed u ieħor l-istess nefqa relattiva għaċ-ċelebrazzjonijiet għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea 14-il sena ilu.", "Ma' dan irid jingħad ukoll li hu stmat li l-okkazjoni attirat madwar 13,000 turist lejn pajjiżna, li wkoll hu stmat li se jkunu ħallew madwar €8.6 miljun fl-ekonomija nazzjonali direttament jew indirettament.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – TALBIET PENDENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 566 jgħid sal-lum kemm hemm talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali quddiem l-Awtorità tad-Djar u jagħti l-informazzjoni skont il-lokalità li minnhom ġejjin l-applikanti?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet huma għall-ewwel dar tagħhom u kemm minnhom qed jitolbu li jbiddlu l-post għal post ieħor għal xi raġuni jew oħra?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-lum, l-Awtorità tad-Djar għandha 3,291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Hemm ukoll 549 talba oħra sabiex l-inkwilini jbiddlu l-post tagħhom ma' post ieħor.", "L-informazzjoni kollha mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAD-DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta' Jannar 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017?", "Jista' jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b'xahar fiż-żmien imsemmi?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "BENEFIĊJARJI LI SER JIBBENEFIKAW MIR-ROĦS FIL-ĦLAS TAL-KERA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 568 u jgħid kemm huma l-benefiċjarji li ser jibbenefikaw minn roħs fil-ħlas tal-kera fl-akkomodazzjoni soċjali tagħhom u dan skont kif ġie mħabbar fil-Baġit li għadda?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-benefiċjarji diġà qed igawdu minn dan it-traħħis u kemm minn dawn il-benefiċjarji rċevew diġà l-ħlas żejda li huma ħallsu minn meta l-Gvern iddeċieda li jgħollilhom il-kera?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kienu 1,433 benefiċċjarji li bbenefikaw minn roħs fil-kera kif imħabbar fil-Baġit tal-2017.", "Il-benefiċċjarji kollha diġà rċevew il-ħlas żejjed li ħallsu u gawdew minn dan it-traħħis li sar biex titneħħa ż-żieda.", "Tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li, għall-kontra ta' dak li qed itenni, din iż-żieda kienet iddaħħlet mill-Gvern preċedenti, liema Gvern kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – FLOOR AREA RATIO POLICY", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-applikazzjonijiet sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar taħt il-Floor Area Ratio policy?", "Jista' jindika għal kull waħda mill-applikazzjonijiet jekk hiex pendenti, sospiża jew approvata?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar li jirrelataw ma' żvilupp li jinvolvi l-floor area ratio qegħdin imniżżla fit-tabella sussegwenti:", "*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument", "KUNSILL LOKALI TA' TAS-SLIEMA – TALBA GĦAL SKEMA TAL-IPPARKJAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "IAN BORG: Transport Malta għaddejja bi studju intern sabiex jinħolqu miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta.", "It-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema hi ħolqa minn numru ta' talbiet oħra li mexxew 'il quddiem diversi kunsilli madwar Malta u għaldaqstant ikun xieraq li qabel jingħata permess lil xi kunsill partikolari, jiġu analizzati u kkreati diversi skemi u miżuri li jolqtu bżonnijiet u ħtigijiet ta' kull lokalità f'Malta u dan waqt li ntennu li l-parkeġġ jibqa' mingħajr ħlas.", "KUNSILL LOKALI TA' TAS-SLIEMA - TALBA GĦAL SKEMA TAL-IPPARKJAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KAŻIJIET TA' RAPPORTI TA' PERSUNI REQDIN BARRA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' rapporti ta' persuni reqdin barra, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid għal kull każ f'liema lokalità seħħ, ta' liema sess u nazzjonalità kienet il-persuna involuta u x'passi ttieħdu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kien hemm 25 każ fejn hemm rapporti lill-pulizija, dwar 27 persuna li kienu reqdin barra, mis-sena 2013 sal-aħħar t'Awwisu 2018 kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt.", "Ħames każi kienu jirrigwardaw l-istess persuna li anke tressqet il-qorti.", "Ħlief għal żewġ persuni li kienu nisa, l-oħrajn kienu kollha rġiel.", "Fost 11-il persuna li dwarhom ittieħdu proċeduri l-Qorti, tnejn kellhom il-proċedimenti eżawriti – tnejn ġew illiberati – tnejn oħra ġew illiberati b'kundizzjoni skont il-Kap.", "446 artiklu 22 – persuna waħda ngħatat probation u l-każ ta' erba' persuni għadu sub judice.", "F'erba' każi nstabet akkomodazzjoni, persuna ntbagħtet għall-kura fi sptar u kien hemm 11-il persuna li ma tteħdux passi kontrihom.", "PERSUNI AKKUŻATI FUQ KSUR TA' ARTIKOLU 338(W) TAL-KODIĊI KRIMINALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (w) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li għexet ħajja ta' għażż u ta' vagabundaġġ, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena imposta mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn is-sena 2013 u s-sena 2018 kien hemm 18-il persuna li ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338(w) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li għexet ħajja ta' għażż u ta' vagabundaġġ kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.", "F'erbgħa minn dawn il-każijiet kien hemm l-istess persuna involuta.", "Minn dawn kien hemm tliet każi fejn il-proċedimenti ġew eżawriti – żewġ każi fejn il-persuni ma nstabux ħatja – żewġ każi b'sentenza ta' priġunerija – żewġ każi ta' sentenza sospiżi u multa – każ bi priġunerija u multa – erba' każi sub judice – tliet każi fejn ġew liberati taħt kundizzjoni u każ ta' probation.", "PERSUNI AKKUŻATI FUQ KSUR TA' ARTIKOLU 338(X) TAL-KODIĊI KRIMINALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (x) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li f'xi post pubbliku immolestat in-nies biex titlob il-karità, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena imposta mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn is-sena 2013 u Awwissu 2018 kien hemm14-il persuna li ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338(x) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li f'xi post pubbliku immolestat in-nies biex titlob il-karità, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "Minn dawn kien hemm każ fejn il-persuna ġiet imwissija u mċanfra – seba' każi fejn il-persuni ġew liberati b'kundizzjoni – tliet każi fejn il-proċedimenti ġew eżawriti/preskritti – każ sine die – każ fejn tħallset multa u każ għadu sub-judice.", "ŻWIĠIJIET BEJN PERSUNI TA' NAZZJONALITÀ MALTIJA U BARRANIN FL-2015", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati jew reġistrati żwiġijiet matul is-sena 2015 fejn xi wieħed jew waħda mill-partijiet kienet ta' nazzjonalità Maltija u l-parti l-oħra le?", "Jista' jagħti rendikont skont in-numru ta' persuni u ta' liema nazzjonalità?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab infurmat li fl-2015 kien hemm 324 żwieg ċelebrat bejn persuna ta' nazzjonalità Maltija u persuna ta' nazzjonalità barranija.", "IL-FGURA – TRIQ IL-KARMNU – LANDSCAPING TAR-ROUNDABOUT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5334, jista' l-Ministru jgħid huwiex se jsir il-landscaping tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura peress li ilha biex issir mill-inqas mit-23 ta' April 2018?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-disinni proposti ħadu aktar fit-tul peress li ma setax isir intervent bis-soft landscaping minħabba li ma kienx hemm fond biżejjed għall-ħamrija.", "Id-disinji ġodda ġew approvati u x-xogħol beda u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped vetturi tul is-sena li għaddiet u mill-bidu ta' din is-sena sal-aħħar ta' Settembru 2018?", "Jista' jindika kemm minnhom użaw l-iskema sabiex tinxtara vettura ġdida kif ukoll jindika s-sena tal-manifattura ta' dawn il-vetturi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab hawn taħt u qed tingħata sal-aħħar ta' Awwissu 2018.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid, fir-rigward tal-hekk imsejħa rifużjoni tat-taxxa li saret riċentament, kemm-il ittra ntbagħtet u lil kemm-il persuna?", "Jista' jiġi indikat l-ammont preċiż u komplessiv li ġie mħallas kif ukoll kemm ġew jiswew l-imsemmija ittri għad-dipartiment?", "Jista' jindika ukoll jekk sarx ħlas bi ħlas bankarju dirett u f'liema każ kemm kien l-ammont preċiż hekk trasferit?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rifużjoni tat-taxxa kienet tlaħħaq l-ammont sħiħ ta' €11,403,066 li tqassmet fost kull individwu li jaħdem.", "B'kollox inħarġu total ta' 204,512-il ittra bi spiża ta' inqas minn 50 ċenteżmu l-waħda.", "Ngħarraf lill-Interpellant ukoll li l-ebda pagament ma sar permezz ta' ħlas bankarju dirett.", "FOROM TA' ŻWIĠIJIET RELIĠJUŻI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-forom ta' żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta' Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab nfurmat li l-forom ta' żwiġijiet reliġjużi li huma rikonoxxuti ai termini tal-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ Kap. 255 tal-Liġijiet ta' Malta huma r-reliġjon Presbiterjana, Luterana, Islamika, Bible Baptist Church, Christian Evangelical Church (Assemblies of God) u l-Evangelical Baptist Church.", "Dan filwaqt li artiklu 21 tal-istess Att jirrikonoxxi ż-żwieġ Kattoliku.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa previst li dik li kienet imsejħa smoking shed f'Bighi, tiġi finalment restawrata billi ilha wieqfa numru ta' snin?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li x-xogħol ta' restawr u snajja' oħra fuq Smoking Shed bħalissa wieqaf minħabba prijoritajiet oħra tal-Aġenzijia.", "Għal din ir-raġuni għad m'hemmx data definittiva meta dan ix-xogħol se jitkompla u jitlesta.", "ĦAL TARXIEN – ZUNTIER TAL-KNISJA PARROKKJALI - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-parti tal-lemin taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien tiġi rranġata u jgħid x'passi ttieħdu għal min ikkaġuna tali ħsara?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li ġabar id-dettalji kollha flimkien mar-ritratti u għamel rapport lill-Pulizija.", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li fil-bidu ta' Settembru li għadda tħabbar li tnieda servizz ġdid mis-sistema myHealth, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' tobba fil-komunità li qegħdin jagħmlu użu minn din il-faċilità?", "Kemm huwa n-numru ta' ċittadini li għamlu użu mis-sistema?", "X'servizzi oħrajn huma ppjanati li jiddaħħlu fis-sistema myHealth?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-aħħar ta' Settembru 2018, kien hemm 275 tabib li mhux biss għamlu użu personali mis-servizz tal-myHealth imma wkoll aċċettaw rikjesti minn pazjenti biex jagħtuhom servizz permezz tal-myHealth.", "B'riżultat ta' dan, kien hemm 52,350 pazjent li ħadu servizz permezz tal-myHealth.", "Rigward is-servizz ġdid għal tobba privati biex jordnaw testijiet tal-laboratorju online permezz tal-myHealth, mill-1 sal-24 ta' Settembru dan is-servizz diġà ntuża minn 35 tabib li għamlu 681 ordni online.", "Għadu kif tlesta x-xogħol fuq faċilità fil-myHealth li biha l-pazjenti jkunu jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom online biex sommarju tat-tagħrif mediku tagħhom jiġi trasferit f'pajjiż Ewropew ieħor f'każ ta' emerġenza medika waqt l-ivvjaġġar, għal-lest għal meta dan is-servizz jibda jopera fl-2019.", "Minbarra hekk, fix-xhur li ġejjin fil-myHealth se jiżdied servizz ġdid biex it-tobba privati jkunu jistgħu jordnaw X-rays li jittieħdu fiċ-Ċentri tas-Saħħa.", "Is-sena d-dieħla se tinbena faċilità li tagħti aċċess għall-istampi tal-X-rays (mhux biss ir-rapport), kif ukoll se jinbena komponent importanti ta' personal health records, li permezz tiegħu l-pazjenti nfushom ikunu jistgħu jdaħħlu t-tagħrif mediku tagħhom permezz tal-portal tal-myHealth.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI TELQU MILL-KORP QABEL GĦALQU 25 SENA SERVIZZ", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta' servizz fil-Korp?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2018 u l-31 ta' Awissu 2018 spiċċaw 17-il membru tal-Korp li rriżenjaw u telqu u li ma kinux għadhom għalqu l-25 sena servizz.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI TELQU MILL-KORP WARA LI GĦALQU 25 SENA SERVIZZ", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-istess Korp mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Awwissu 2018 wara li għalqu l-25 sena servizz?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2018 u l-31 t'Awwissu 2018 spiċċaw 39 membru tal-Korp wara li għalqu l-25 sena servizz.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI TELQU MILL-KORP QABEL GĦALQU 25 SENA SERVIZZ FL-2017", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp fl-2017 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta' servizz fil-Korp?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fis-sena 2017 kien hemm 24 membru full-time fil-Korp tal-Pulizija, li rriżenjaw u telqu mill-Korp u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta' servizz.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI TELQU MILL-KORP WARA LI GĦALQU 25 SENA SERVIZZ FL-2017", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-istess Korp fis-sena 2017 wara li għalqu l-25 sena servizz?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li matul is-sena 2017, spiċċaw 74 membri tal-Korp tal-Pulizija, wara li għalqu l-25 sena servizz.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI GĦANDHOM AKTAR MINN 25 SENA SERVIZZ", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija preżentement li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li sat-28 ta' Settembru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 193 membru li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI GĦANDHOM AKTAR MINN 60 SENA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta' iktar minn 60 sena?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-1 ta' Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija hemm 80 membru tal-korp li għandhom iktar minn 60 sena.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-MCCAA fir-rigward tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "Jista' jgħid x'tip ta' ilmenti kienu dawn u jekk instabitx soluzzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' lmenti milqugħa fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA rigward il-kumpanijia in kwistjoni s'issa telgħu għal 64.", "Dawn l-ilmenti jikkonċernaw kuntratti dwar prodotti ta' btala għal perjodu fit-tul.", "Dawn l-ilmenti huma maqsuma fi tliet kategoriji fejn:", "37 ilment huma relatati ma' kuntratti bejn il-kumpanija u l-konsumaturi liema kuntratti issa ma jidhirx li ħa jkunu onorati;", "16-il ilment fejn il-konsumaturi barra li jaqgħu fl-ewwel kategorija kienu wkoll ħallsu għall-akkommodazzjoni skont kif stabbilit fil-kuntratt u meta wasslu fid-destinazzjoni sabu li ma kien sar l-ebda ħlas f'dan ir-rigward, u", "11-il ilment ieħor rigward konsumaturi li jaqgħu fl-ewwel kategorija u fejn ħallsu għall-akkommodazzjoni għal btala li għad iridu jmorru jew kellhom imorru u sabu li ma kien sar l-ebda ħlas għall-akkommodazzjoni mill-kumpanija.", "Mill-ilmenti milqugħa rriżulta li dawn il-kuntratti għandhom klawsola ta' arbitraġġ li tagħti ġurisdizzjoni esklużiva liċ-Ċentru ta' Arbitraġġ ta' Malta u għalhekk il-konsumaturi jridu jitolbu għal rimedju quddiem dan il-forum.", "WIED BLANDUN - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' xogħlijiet li saru f'Wied Blandun fl-aħħar sena?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6748.", "REĠISTRAZZJONI TA' ATTI TA' TWELID", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' twelid bħala foundlings mis-sena 1990 'l hawn, sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li mis-sena 1990 'l hawn ġew reġistrati żewġ atti ta' twelid bħala foundlings, tarbija fl-1998 u oħra fl-2012.", "*Tabella mehmuża ma' mistoqsija parlamentari 6852"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181003_140d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru telenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtha, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ tista' tgħid liema kienu b'direct order?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jelenka kull direct order għal kull xogħol relatat max-shooting range f'Ta' Kandja, lil min ingħatat, id-data ta' meta ngħatat, l-ammonti rispettivi u f'kull każ jgħid jekk hu kienx infurmat jew approvax kull direct order elenkata?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6140, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6141, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6142, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6143, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6144, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6145, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'oġġetti kienu mdaħħla fl-inventarji rispettivi, li hemm f'kull uffiċċju, sezzjoni jew taqsima ta' kull Dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha fl-aħħar ta' April 2018?", "Tista' tagħti l-valuri ta' dawn l-oġġetti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista jgħid x'hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi proġetti/skemi taħt il-Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta' Koeżjoni Ewropea 2014-2020 – Fondi Strutturali u Fond ta' Koeżjoni – li huma proposti u li qed jistennew l-approvazzjoni tal-gvern li minnhom se jibbenefika Għawdex?", "Liema huma dawn il-proġetti/skemi?", "Kemm se jibbenefika f'kull każ?", "Meta mistennija li jiġu approvati?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4779, dwar il-proġett li kien ġie mħabbar minnu u li kellu jqum €30 miljun kif imħabbar mill-Gvern f'Marzu 2017, liema proġett għandu jsir mill-kumpanija tal-avjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozjati ngħalqux u l-kuntratti sarux?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, ta' dan l-iżvilupp?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol infrastrutturali hux ser jibda matul is-sena 2018?", "Jista' jikkonferma jekk dan il-proġett hux ser iseħħ kif imwiegħed iktar minn sena ilu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett taċ-ċentru reġjonali għad-distribuzzjoni f'Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kien tħabbar minnu f'Marzu 2017 u kellu jimpjega 120 ruħ, huwiex ser isir jew le?", "U jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlesta?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5128 li ġiet imwieġba fit-23.4.2018 fejn intqal li x-xogħol fi Triq Ta' Ġorf ix-Xagħra kellu jinbeda fil-ġranet sussegwenti, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li wara tmien ġimgħat, ix-xogħol fuq din it-triq għadu ma bediex?", "X'inhi r-raġuni li għadu ma bedix ix-xogħol?", "Meta ser jinbeda u ser jitlesta x-xogħol fuq din it-triq ġewwa x-Xagħra Għawdex?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1010 u jgħid jekk hux vera li mit-2 ta' Mejju 2017 il-Gvern kien qal li ta l-flus lura tal-kera li għoliet?", "Jista' jgħid jekk hux kulħadd li ser jieħu dawn il-flus lura?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1419 u jgħid kemm hawn pensjonanti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3427 u jgħid kemm hawn single mothers reġistrati?", "Kemm minnhom jaħdmu?", "Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta' income?", "Kif inhi komposta l-familja tagħhom?", "Kemm għandhom tfal?", "Kemm hawn single mothers li huma f'riskju ta' faqar (jew qegħdin fil-faqar)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6430 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19089 tal-Leġiżlatura XII, jista' l-Ministru jindika l-professjonisti li ġew assenjati fiċ-Ċentri LEAP u f'liema Ċentru qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2743 u jgħid għaliex jeżisti l-police record?", "Jista' jgħid għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kumpaniji serji għandhom id-dritt li jsaqsu għall-police record anke dettaljat ta' potenzjal ħaddiem li għadu kemm għamel intervista magħhom, mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija stess?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li l-faċċata tad-dar tagħha għandha l-fili kollha miftuħin u bejtulha green wasps (żnażan) u spiċċat maqfula f'darha minħabba li qed jidħlu fil-fili kollha?", "Jista' jara l-applikazzjoni li ilha pendenti tliet snin biex isiru x-xogħlijiet neċessarji?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (l) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li approfittat ruħha mill-bluha ta' ħaddieħor bi ħsieb ta' qligħ, ġiegħlet min jemmen li hija tista' tindovina jew li tista' tkun taf x'għandu jiġri jew li tista' tfisser il-ħolm, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu fil-konfront tal-uffiċjali u membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), li użaw forza eċċessiva deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala heavy-handed, ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li ta l-ordni biex attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent jitneħħew bl-użu ta' forza eċċessiva minn membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk 'l hekk imsejħa American University of Malta kellhiex il-jedd li twaħħal tabella tagħha mal-parti esterna tal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed f'Bormla?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kont finali tal-ispejjeż inkorsi fil-bini tal-proġett tal-Pjazza de Paule f'Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin f'Ħal Tarxien?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqagħlet mill-Pjazza de Paule f'Raħal Ġdid qabel il-proġett li sar?", "Jista jgħid ukoll jekk is-siġar kollha maqlugħa ġewx imħawla lura mill-ġdid u jekk kollha ħadux?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tal-ħwienet li hemm fi Pjazza de Paule f'Raħal Ġdid humiex se jingħataw kumpens għat-telf tan-negozju kbir li huma sofrew?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-hekk imsejħa American University of Malta kellhiex il-jedd li twaħħal tabella tagħha mal-parti esterna tal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed f'Bormla?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta' inqas minn 40 sena?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta' bejn 40 sena u 60 sena?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma ta' sess femminili?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu childcare centres għal tfal żgħar ta' membri tal-Korp tal-Pulizija?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għases tal-pulizija li fihom sar investiment ta' modernizzar, upgrading u tiġdid fis-sena 2018?", "Jista' jgħid liema kienu dawn l-għases u kemm kienet l-ispiża ta' investiment f'kull waħda minn dawn l-għases, waħda waħda?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li llum għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita biex minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Frangisk Numru 3 għall-wied, qiegħed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita biex minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Frangisk Numru 3 għall-wied, qiegħed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li jiġi stallat culvert ġdid peress li tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita bil-konsegwenza li minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Franġisk Numru 3 għall-wied, qiegħed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jara li jiġi stallat culvert ġdid peress li tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbiddlu l-livelli tal-ilma tax-xita bil-konsegwenza li minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Franġisk Numru 3 għall-wied, qiegħed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spazji ta' parkeġġ fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ispazji għall-parkeġġ huma riżervati għall-impjegati, infermiera, tobba, konsulenti u persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' clamping ta' vetturi fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-Qorti dwar l-istess każijiet?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm anzjani ġew rikoverati f'residenzi tal-istat jew residenzi mmexxija mill-privat sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba, għal kull residenza individwalment u minn liema distretti elettorali ġew rikoverati?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm iżomm spare capacity ġewwa kull residenza għal anzjani jew djar tal-gvern għal każijiet urġenti?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm anzjani fil-waiting list biex jiġu rikoverati f'residenzi tal-istat għal anzjani dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena?", "Jista' ġentilment jipprovdi din l-informazzjoni sena b'sena?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm carers jaħdmu mal-anzjani f'residenzi privati (home care), fir-residenzi tal-istat għal anzjani u f'San Vinċenz de Paul dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li ġiet impoġġija din il-mistoqsija maqsuma residenza residenza?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' carers preżentement impjegati mal-gvern u kemm hemm impjegati li huma impjegati mal-kuntrattur ġewwa kull residenza għal anzjani?", "Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?", "Jista' jinforma lill-Kamra ta' liema nazzjonalità huma dawn il-carers?", "Jista' jelenkahom skont il-post fejn jaħdmu?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jitħallsu paga fis-siegħa l-carers li jaħdmu mal-Gvern u dawk li jaħdmu mal-kuntrattur?", "X'differenza għandhom fil-kundizzjoni tax-xogħol?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Peress li f'Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida li fihom tat informazzjoni prattika fuq kif il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jippreparaw lil pajjiżom f'eventwalità ta' Brexit mingħajr qbil (No Deal Scenario) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fid-29 ta' Marzu 2019, għaldaqstant, tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-miżuri kollha li l-Gvern Malti qed jieħu bħala prekawzjoni f'każ li din l-eventwalità sseħħ?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid, mir-rekords li għandu l-Ministeru kemm kien importat majjal ħaj, mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, maqsuma xahar xahar?", "Jista' jagħti n-numru ta' majjal li nqatel fil-biċċerija ta' pajjiżna minn dawk li ġew importati?", "Jista' jgħid minn fejn (bħala pajjiż) kienu trasportati lejn pajjiżna, il-majjal li ġie mportat ħaj?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' baqar imrobbija għall-ħalib li ġew maqtula, mill-bidu ta' din is-sena 2018 sal-ġurnata tal-lum?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' baqar li ġew maqtula f'Malta u Għawdex u għal liema raġuni dawn il-baqar ġew maqtula?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom Kunsill Skolastiku min-numru totali ta' Skejjel tal-Istat?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi u f'liema skejjel?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri rappreżentati fil-Kunsilli Skolastiċi?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri fil-Kunsilli Skolastiċi li huma ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid ġeneralment x'jiġi diskuss waqt il-laqgħat tal-Kunsilli Skolastiċi?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bi bżonnijiet speċjali (statemented) fi skejjel sekondarji tal-istat?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 6689, li kienet dwar FM Repeater f'Għawdex, liema domanda oriġinarjament kienet irreferuta lill-Prim Ministru permezz ta' mistoqsija parlamentari 6659, u li fit-tweġiba għaliha l-Prim Ministru qal li t-trasmissjonijiet tar-radju FM huma regolati mill-Awtorità ta' Malta dwar ix-Xandir u għaldaqstant talabni nirreferi d-domanda tiegħi lill-Ministru konċernat u peress li:", "a) it-tweġiba għall-mistoqsija 6689 mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kienet \"Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 6659\" u peress li", "b) skont is-sit tal-Gvern gov.mt, ix-Xandir jaqa' taħt il-portafoll tal-Ministru tal-Ġustizzja,", "Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija 6689?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-preżent, l-operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ġewx imwaqqfa u jekk iva, għalfejn?", "Meta se jerġgħu jibdew?", "Kemm se jdumu fuq il-lista ta' stennija dawk il-persuni li għandhom bżonn din l-operazzjoni?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid, fil-preżent, x'ħidma qed issir b'risq ir-riforma tal-pitkalija f'Ta' Qali?", "Ma' min għaddejjin il-konsultazzjonijiet f'dan ir-rigward?", "X'nefqa saret f'dawn l-aħħar sitt snin mill-Ministeru rispettiv b'risq ir-riforma tal-Pitkalija ta' Ta' Qali?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ma ngħatax id-data mis-sors li normalment jissupplixxu tali data u statistika lill-NSO dwar il-Property Volume Index u r-Residential Property Prices Release?", "Peress li l-aħħar release bbażata fuq l-istatistika ta' bejn it-tieni kwart tal-2017 sal-ewwel kwart tal-2018, ġiet ippubblikata f'Lulju 2018, x'inhi r-raġuni għalfejn wara dawn l-aħħar ċifri, id-data aktar riċenti ma ġietx ippubblikati 'due to non availabilility of data of source data'?", "X'inhi r-raġuni għal din l-unavailability?", "MOZZJONIJIET", "IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI TAL-PROĊESSI AMMINISTRATTIVI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' uffiċċji u Notifika b'Mezzi Elettroniċi)\".", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "Wara li l-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ra l-Estimi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2019;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mis-Sur Charles Deguara, l-Awditur Ġenerali u s-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali, personalment fuq il-kummenti kollha li sarulhom fil-laqgħa tal-istess Kumitat li saret fit-2 ta' Ottubru, 2018;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kamra tad-Deputati; u", "Peress li l-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika b'mod unanimu rrikkmanda li l-estimi għandhom jiġi approvati kif imressqa;", "Il-Kamra tad-Deputati għalhekk tapprova dawn l-estimi kif imressqa u kif approvati mill-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 53 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-professjonijiet alleati – Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 54 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni – Tieni Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 55 – Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Edukazzjoni – Tieni Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "5 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PETIZZJONIJIET", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2018 fil-5.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' petizzjonijiet quddiem il-Kumitat (in camera)", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-5.00pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 58 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 51 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "5 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181008_141a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.04 p.m.", "It-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 140, li saret fit-3 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "DEĊIŻJONI TAS-SEDJA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Ottubru 2018, is-Sedja rċeviet notifika permezz ta' ittra bid-data ta' dakinhar mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tramite l-Iskrivan tal-Kamra.", "L-ittra tgħid hekk:", "\"Onor. Dr Anġlu Farrugia,", "President tal-Kamra tad-Deputati,", "5 ta' Ottubru 2018.", "Dwar: Abbozzi ta' Liġi Nru 53, 54 u 55 dwar l-Edukazzjoni.", "Qed niktiblek biex ngħarrfek formalment li l-Gvern qiegħed jirtira l-Abbozzi ta' Liġi fuq imsemmija b'effett immedjat.", "Inselli għalik,", "Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.\"", "Is-Sedja tixtieq minnufih tirrileva li l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra huma siekta fir-rigward ta' rtirar ta' abbozzi ta' liġi.", "Jidher li l-istess Ordnijiet jagħmlu biss referenza għall-irtirar ta' mozzjonijiet jew emendi, u dan kif stipulat fl-Ordnijiet Permanenti 39 u 40:", "Membru li jkun għamel emenda jew mozzjoni jista' jirtirahom bil-permess tal-Kamra li jiġi deċiż mingħajr emenda jew diskussjoni.", "Meta tiġi proposta emenda għal mozzjoni, il-mozzjoni oriġinali ma tistax tiġi rtirata qabel ma tiġi trattata l-emenda; u", "Mozzjoni li tkun ġiet irtirata bil-permess tal-Kamra jew li għandha titqies bħala rtirata skont l-Ordni Permanenti 34 (2) tista' terġa' titressaq matul l-istess sessjoni wara li jingħata avviż.\"", "Is-Sedja hija għalhekk tal-fehma li t-talba inkwistjoni ma tinkwadrax taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Ordnijiet ċitati.", "Dan anke għaliex fil-preżent, għalkemm jidhru fuq l-Aġenda tal-Parlament bħala items 5, 6 u 7, il-mozzjoni biex il-Kamra tgħaddi għad-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari għadha ma tressqitx fir-rigward tal-ebda wieħed mill-Abbozzi ta' Liġi li dwarhom qed issir din it-talba.", "Qed nirreferi għal:", "Abbozz Nru 53 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-professjonijiet alleati;", "Abbozz Nru 54 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni; u", "Abbozz Nru 55 – Abbozz ta' Liġi li jirregola l-Edukazzjoni.", "Fin-nuqqas ta' regolamentazzjoni fir-rigward, is-Sedja qiegħda tirrikorri għall-proċedura applikata fil-Parlament Ingliż u dan skont dak li jgħid l-Ordni Permanenti 197:", "Fil-każijiet kollha li mhumiex regolati b'dawn l-Ordnijiet Permanenti, wieħed għandu jirrikorri għar-regoli, modi, użanzi u drawwiet tal-House of Commons tal-Parlament tar-Renju Unit, li għandhom jiġu segwiti sa fejn jistgħu jiġu applikati għall-proċeduri tal-Kamra b'konsiderazzjoni xierqa għan-natura speċjali tal-Kostituzzjoni.\"", "Is-Sedja għalhekk se tikkwota minn paġni 546 u 547 tal-Erskine May Parliamentary Practice (24 Edizzjoni) fejn taħt it-titolu \"Withdrawal of bills\" insibu x'jiġri f'każ ta' abbozzi ta' liġi li d-diskussjoni dwarhom fi stadju ta' Tieni Qari tkun għadha ma bdietx:", "Fil-fatt is-sistema Ingliża taħseb ukoll għall-proċeduri dwar kif abbozzi ta' liġi jkunu jistgħu jiġu rtirati fi kwalunkwe stadju.", "Għalhekk, is-Sedja se tapplika l-proċedura msemmija hawn fuq billi tieħu nota tan-notifika riċevuta mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jiġu rtirati t-tliet abbozzi ta' liġi inkwistjoni u filwaqt li tordna li dawn ma jibqgħux jidhru fuq l-Ordnijiet tal-Ġurnata titlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex anke fis-Seduta tal-lum meta jaqra dawn l-items, jindika li dawn ġew irtirati.", "Is-Sedja qiegħda għalhekk tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-notifika mibgħuta mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-Abbozzi Nri 53, 54 u 55 ġew irtirati.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Notifika mibgħuta lill-Ispeaker mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jiġu rtirati t-tliet Abbozzi ta' Liġi dwar l-edukazzjoni, Abbozzi Numri 53, 54 u 55, datata 5 ta' Ottubru 2018.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja fit-42 Sessjoni tal-iSteering Committee tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), organizzata mill-Parlament Ewropew u l-Unjoni Interparlamentari, li nżammet f'Ġinevra bejn l-4 u s-6 ta' Ottubru 2018;", "Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 22 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika;", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman datata 4 ta' Ottubru 2018 dwar talba li għamel Dr Patrick Attard għal kumpens mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara wara ħsarat li ġarrab fil-karozza tiegħu minħabba nuqqas ta' manutenzjoni ta' triq fil-lokal;", "Kopja tar-rapport annwali għas-sena 2017 intitolat \"Relations between the European Parliament and National Parliaments\" li s-Sedja rċeviet mingħand il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani fl-4 ta' Ottubru 2018; u", "Pubblikazzjoni li s-Sedja rċeviet mingħand l-Awditur Ġenerali msejħa \"Strateġija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika – Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku: 2019-2023\".", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi mill-Isptar Mater Dei, fl-2014 intefqu €25,836 f'car leasing li minnhom €14,543 kienu f'direct orders.", "Fl-2015 intefqu €103,817.02, fl-2016 €2,499.07 u fl-2017 €6,486.00 li minn dawn ma kien hemm xejn b'direct order.", "Is-servizzi ngħataw minn Vision Car Leasing, Burmarrad Commercials u Meli Car Rentals.", "Dawn kienu kollha b'tenders.", "Matul din is-sena sal-aħħar ta' Awwissu ntefqu €30,004.60.", "Is-servizzi ngħataw minn Meli Car Rentals u Freemond Car Rentals.", "Mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-2014 intefqu €26,165.61, fl-2015 intefqu €15,534.65 filwaqt li fl-2016 intefqu €17,707.49 f'car leasing.", "Is-servizzi ngħataw minn ER Car Hire, Percius Car Hire, FAS Ltd, Burmarrad Commercial, Meli Car Rentals, Raymond Bonnici u Freemod Car Rentals.", "Mill-POYC fl-2014 intefqu €17,901.49 f'car leasing u fl-2017 intefqu €43,914.88 li minnhom €34,124.30 kienu f'direct order.", "Matul din is-sena, sal-aħħar ta' Awwissu, intefqu €83,903.52.", "Fl-2014 u matul din is-sena ma ngħata xejn b'direct order.", "Is-servizzi ngħataw minn Burmarrad Commercials, Davico Services, Meli Car Rental, Godwin Garage u Cherubino.", "Mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fl-2014 intefqu €4,097.31 f'car leasing; fl-2015 intefqu €10,066.70; fl-2016 intefqu €17,190.25; u fl-2017 intefqu €10,066.70.", "Matul din is-sena, sal-aħħar ta' Awwissu, intefqu €6,701.94.", "Is-servizzi ngħataw minn Ventur Motors, Meli Car Rentals u Burmarrad Commercial.", "Is-servizz ingħata minn Meli Car Rental.", "Mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi fl-2014 intefqu €13,815 f'car leasing; fl-2015 intefqu €16,653; fl-2016 intefqu €112,536.04; u fl-2017 intefqu €8,373.10.", "Matul din is-sena, sal-aħħar ta' Awwissu, intefqu €9,760.97.", "Is-servizzi ngħataw minn Vision Car Lease, Merlin, Festa Ltd u Meli Car Rentals.", "Mid-Dipartiment tal-Kura Primarja fl-2014 intefqu €146.54 f'car leasing; fl-2015 intefqu €1,613.36; fl-2016 intefqu €4,845.27; u fl-2017 intefqu €5,516.08.", "Matul din is-sena, sal-aħħar ta' Awwissu, intefqu €10,049.01.", "Is-servizzi ngħataw minn Burmarrad Commercials u Meli Car Rentals.", "Mill-Isptar Boffa u miċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-2014 intefqu €15,943.60 f'car leasing; fl-2015 intefqu €680.99; u fl-2017 intefqu €1,557.60.", "Matul din is-sena, sal-aħħar ta' Awwissu, intefqu €283.20.", "Is-servizzi ngħataw minn Burmarrad Commercials u Meli Car Rentals.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lid-Deputat Prim Ministru għad-Delta Summit li sar f'pajjiżna f'dawn l-aħħar jiem.", "F'dan is-summit huwa tkellem dwar kif il-blockchain tista' tkun għodda pożittiva fil-qasam tas-saħħa.", "Fid-dawl tal-fatt li n-nies hemm barra mhux kollha għadhom fehmu kif taħdem din it-teknoloġija, wisq aktar kif din tista' taħdem fil-qasam daqstant partikolari u importanti tas-saħħa, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti aktar informazzjoni?", "L-ISPEAKER: Din m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali.", "CHRIS FEARNE: Sur President, l-ewwel nett nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri għas-suċċess li kellna bħala pajjiż fid-Delta Summit, li attendew għalih aktar minn 4,000 ruħ, ħafna minnhom minn barra l-pajjiż u nies li huma magħrufa sew fid-dinja tat-teknoloġija.", "Irrid nifraħ ukoll lill-Ministru Chris Cardona, li naħseb li kien minn tal-ewwel li ppromwova l-blockchain ġewwa pajjiżna, kif ukoll lill-Prim Ministru tal-viżjoni kbira li għandu u li għaraf li dan huwa settur li qed jikber u għandu potenzjal li jkompli jikber ħafna u ħafna aktar.", "Dan is-summit huwa biss sintomu ta' dak li huwa għaddej fil-pajjiż.", "Fid-dinja tal-blockchain illum qegħdin fejn konna 25 sena ilu bl-internet.", "Jien niftakar meta l-ewwel li daħal l-internet kont naħdem ġewwa sptar f'Londra u xi ħadd kien ġie jgħidilna: Isma', jekk tqabbad ċertu modem, tista' ssib xi ġurnal jew tnejn jew xi artiklu jew tnejn fuq il-kompjuter tiegħek stess minflok toqgħod tmur il-librerija!", "Dak iż-żmien kienet xi ħaġa kbira li minflok tmur il-librerija tfittex fuq l-internet!", "Dak iż-żmien ukoll konna naħsbu li l-internet kienet se tkun xi ħaġa li jużawha n-nies tekniċi, jew in-nerds, jew dak li kienu ffissati f'xi qasam żgħir.", "Mur għidilna li l-internet kien se jisplodi u jsir xi ħaġa indispensabbli fil-ħajja ta' kulħadd, bil-Facebook, l-emails u b'kollox!", "Illum l-infurmatika saret xi ħaġa li kważi n-nies ma jgħixux mingħajrha.", "Il-blockchain għandu dak il-potenzjal.", "Il-blockchain illum, kif kien l-internet meta kont naħdem Londra u qaluli bih l-ewwel darba, għandu l-potenzjal li erbgħa, ħamsa jew għaxar snin oħra jkun xi ħaġa li d-dinja ma tgħaddix mingħajrha.", "Illum ħafna nies jaħsbu li l-blockchain huwa relat esklussivament mal-cryptocurrencies, ċjoè l-flus virtwali.", "Veru li minn hemm beda, imma diġà qed isir xi ħaġa li qed tinfirex mal-oqsma kollha.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Camilleri, din il-ġimgħa kelli l-okkażjoni li nitkellem fuq kif beda l-blockchain u fuq kif se jkompli jaffettwa bil-kbir il-qasam tas-saħħa.", "Kien diskors tekniku li m'hemmx għalfejn nirrepetih hawnhekk però nixtieq ngħid li sal-lum, minkejja li daħħalna l-Patient Charter, li kien avvanz kbir, ir-riżultati tal-pazjenti jew dak li jiktbu fuqek it-tabib u l-ispeċjalista huwa proprjetà tal-isptar jew tal-klinika fejn ikunu sarulek it-testijiet.", "Tali informazzjoni jista' jaraha t-tabib li jkun qed jieħu ħsiebek, jistgħu jarawha n-nurses u jistgħu jarawha dawk kollha li jaħdmu hemm ħlief int!", "S'issa – u din qed tinbidel bil-patient charter – l-informazzjoni tiegħi bħala pazjent hija aċċessibbli għal kulħadd minbarra għalija.", "Anzi, biex naċċessa dik l-informazzjoni rrid nitlob permess.", "Jiġifieri minflok jitlobni ħaddieħor permess biex jara l-informazzjoni tiegħi, jien irrid nitlob permess lil ħaddieħor biex nara l-informazzjoni tiegħi u x'kitbu fuqi!", "Sur President, għalija, bħala Ministru għas-Saħħa, din is-sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq kura imma fuq id-dritt li l-informazzjoni fuq pazjent tkun tiegħu u jagħti l-permess hu lil min jaraha u mhux jitlob permess biex jaraha hu u ħaddieħor għandu permess qisu carte blanche!", "Il-blockchain din is-sitwazzjoni tibdilha.", "Meta l-informazzjoni tibda tmur fuq il-blockchain, il-fajl tal-pazjent se jkun għand il-pazjent u jkun il-pazjent stess li jagħti l-permess biex jarah ħaddieħor u mhux bil-maqlub.", "Apparti li din id-data tkun tal-pazjent, bil-blockchain din tkun tista' timxi miegħu.", "Illum, jekk insiefer il-Ġappun, pereżempju, u jħossni ħażin, it-tabib ġewwa l-Ġappun ma jistax jara l-fajl tiegħi.", "Biex jarah, irid joqgħod iċempel lil xi professur f'Malta, jagħmel kopja tal-fajl, jibgħathulu, jgħaddu l-ġranet u jien jew nilħaq infiq jew immut!", "Bil-block-chain, dik l-informazzjoni timxi miegħi u jekk jien iħossni ħażin fil-Ġappun, lit-tabib tal-Ġappun nista' nagħtih il-key u jkun jista' jara l-informazzjoni tiegħi.", "Mela bil-blockchain, apparti li se nagħtu d-dritt lill-pazjent li jkollu aċċess hu biss għad-data tiegħu, dik id-data se timxi minn istituzzjoni għal oħra u anke minn pajjiż għal ieħor.", "Din hija importanti għal dik li ngħidulha \"continuity of care\" għax tfisser li l-pazjent se jieħu servizz aħjar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirringrazzja lid-Deputat Prim Ministru għal dik ir-risposta dettaljata.", "Ħafna drabi l-ġenituri jagħtu lil uliedhom ikel tajjeb għal saħħithom imma mbagħad imorru l-iskola u ħafna junk food u ikel simili.", "Matul is-sajf li għadda daħal avviż legali li jirregola dan.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u anke lil dawk li qed jarawna x'qed isir f'dan ir-rigward?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi t-triq 'il quddiem f'dan il-qasam?", "CHRIS FEARNE: Sur President, f'pajjiżna, tista' tgħid bħall-pajjiżi l-oħra kollha tad-dinja, għandna epidemija fil-qasam tas-saħħa pubblika li hija l-obeżità.", "Għandna ħafna tfal, żgħażagħ u adulti li għandhom piż żejjed.", "Kulħadd jiddeċiedi hu x'jagħmel b'ħajtu, però huwa fatt mediku li l-piż żejjed joħloq problemi mediċi, bħal pereżempju problemi ta' zokkor u kanċer.", "Min ikun oveweight għandu riskju akbar ta' kanċer.", "Insemmi wkoll il-problemi ta' artrite, il-problemi tal-għadam, il-problemi tal-qalb u l-problemi taċ-ċirkolazzjoni.", "Fil-fatt, il-mard kollu li jeżisti l-obeżità tagħmlu agħar!", "Allura huwa fl-interess tas-servizz tas-saħħa, fl-interess tas-soċjetà, imma fuq kollox fl-interess taċ-ċittadini tagħna, li nieħdu passi biex kemm jista' jkun niġġieldu din il-problema ta' obeżità.", "Nerġa' ngħid, nifhem li kulħadd jgħix il-ħajja tiegħu u kulħadd jiddeċiedi hu kemm jagħmel eżerċizzju, x'jiekol u kemm jiekol, però tajjeb li jkun hemm gwida.", "Huwa tajjeb ukoll li dawk iċ-ċittadini li huma l-aktar vulnerabbli fejn jidħol reklamar jew fejn jidħol ikel mhux sustanzjuż, nipproteġuhom aktar, partikolarment it-tfal.", "Ilkoll nafu li t-tfal mhux dejjem jieħdu deċiżjonijiet li jkunu fl-aħjar interess tagħhom.", "Il-ġenituri tagħhom iva, imma t-tfal għax, ikunu għadhom żgħar, mhux neċessarjament jieħdu l-aqwa deċiżjonijiet u allura huwa importanti li nipproteġuhom.", "Bi ftehim mal-Oppożizzjoni, xi tliet snin ilu konna għaddejna liġi minn dan il-Parlament biex jinħatar kumitat konsultattiv li jkun inkarigat milli joħloq qafas u jfassal avviżi legali biex niġġieldu l-obeżità.", "Wieħed minn dawn l-avviżi legali poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn li għadda għax dik kienet l-ewwel seduta wara l-vaganzi tas-sajf, però fil-verità dan daħal fis-seħħ fis-sajf biex ikun lest għal meta jibdew l-iskejjel fl-aħħar ta' Settembru.", "Dan l-Avviż Legali, li fassalnieh flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni, jipprovdi lista ta' x'jistgħu u x'ma jistgħux ibigħu t-tuck shops tal-iskejjel statali, privati, indipendenti u tal-Knisja.", "Din il-lista ġiet deċiża minn dan il-kumitat konsultattiv.", "Ovvjament dawn jistgħu jbigħu affarijiet li huma tajbin għas-saħħa tat-tfal u li ma jżidux il-piż u ma jistgħux ibigħu affarijiet li huma ħżiena għas-saħħa, bħal affarijiet li fihom ħafna zokkor, ħelu, soft drinks eċċ. Dan l-avviż legali jobbliga wkoll lill-iskejjel biex jagħmlu promozzjoni favur l-ikel bnin u biex ma jaċċettawx riklamar jew sponsorships ta' ikel jew affarijiet oħra li huma ta' ħsara għas-saħħa tat-tfal tagħna.", "Dan l-avviż legali daħħalnieh fil-qafas tal-liġi li konna ħdimna flimkien mal-Oppożizzjoni u fl-opinjoni tiegħi, għandna nkomplu naħdmu flimkien, speċjalment fejn jidħlu affarijiet ta' saħħa u miżuri biex lit-tfal kemm jista' jkun nipproteġuhom minn ikel li jħaxxen u li jista' jagħmlilhom il-ħsara.", "Nafu bħala fatt xjentifiku li jekk inti tkun overweight meta tkun tifel jew tifla, biex titlef dak il-piż matul ħajtek huwa diffiċli ħafna.", "Din hija miżura ta' saħħa pubblika li nerġa' ngħid, daħħalnieha flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni biex minn din is-sena, fl-iskejjel kollha tagħna ma jkunx permess ikel li jħaxxen imma jkun permess biss ikel li huwa ta' ġid għat-tfal tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 319 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ, fit-30 ta' Ottubru 2018, tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2017 dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Att XIII tal-2017).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' direct orders li ngħataw għal xogħol relatat max-shooting range f'Ta' Kandja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3947; u", "Lista ta' skejjel fejn saru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi f'Jannar 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7080.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-Awtorità tax-Xandir ta' Malta, għas-sena 2017;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ħlasijiet li saru lill-avukati jew lid-ditti legali tagħhom, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, bejn l-2004 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7099; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 316 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Immaniġġar ta' Skart (Vetturi fi Tmiem Żmienhom);", "Avviż Legali Nru 318 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar iż-Żamma tal-Klieb;", "Tabella li turi l-ammont u mil-liema pajjiż ġie importat majjal ħaj bejn Jannar 2018 u Ottubru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7077; u", "Tagħrif dwar in-numru ta' baqar tal-ħalib maqtula f'Malta u f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7078.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 315 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Liċenzjar ta' Impriżi Ferrovjarji; u", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali bejn l-2008 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3944.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex bejn l-2014 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3945; u", "Tagħrif dwar oġġetti li fl-aħħar ta' April 2018 kienu jagħmlu parti mill-inventarju fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6602.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar car leasing fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali bejn Diċembru 2013 u Ottubru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3946; u", "Tagħrif dwar anzjani li qegħdin rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paul u f'residenzi tal-Istat u dawk privati li magħhom il-Gvern għandu public private partnership bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7059.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proġetti Amministrattivi): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' proġetti f'Għawdex iffinanzjati minn Fondi Ewropej għall-perjodu 2014–2020, li huma approvati mill-Gvern, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6611; u", "Tabella li turi l-ħlasijiet li saru lill-avukati jew lid-ditti legali tagħhom, mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza bejn l-2004 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7098.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet tal-lum, it-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2018, l-Onor.", "Ivan Bartolo se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "PUNT IMQAJJEM MILL-ONOR.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nofsiegħa ilu fuq is-sit elettroniku tal-gazzetta La Repubblica ġie allegat li l-Ministru Chris Cardona kien iltaqa' ma' wieħed mill-akkużati fl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia f'bachelor's party f'Ġunju tas-sena li għaddiet.", "Fuq l-istess sit issemmiet ukoll telefonata li kien hemm minn fuel smuggler li eżatt kif qata' minn ma' Daphne Caruana Galizia f'Ottubru 2016, ċempel lill-Ministru Cardona u wara lil Alfred Degiorgio, illum akkużat.", "Il-Gvern se jagħmel stqarrija ministerjali fuq dawn l-affarijiet li huma ta' portata nazzjonali?", "L-ISPEAKER: M'iniex infurmat li se ssir stqarrija ministerjali llum.", "Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inkun qed nesprimi s-sentiment ta' sodisfazzjon tal-pajjiż inġenerali meta ngħid li llum kienet ġurnata normali ta' skola.", "Il-Ħamis filgħaxija, 4 ta' Ottubru 2018, il-Gvern iddeċieda li bħala ġest ta' rieda tajba jirtira t-tliet abbozzi ta' liġi dwar l-edukazzjoni li rriżulta li ma kienx hemm qbil fuq partijiet minnhom.", "Dan kien preċiżament dak li talbet il-Malta Union of Teachers (MUT) meta sejħet strajk fil-qasam edukattiv għal-lum, it-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2018.", "Din id-deċiżjoni ġiet komunikata lill-MUT fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni li saret il-Ġimgħa, 5 ta' Ottubru filgħodu.", "Dakinhar stess waranofsinhar jien ktibt lill-President tal-Kamra tad-Deputati biex ninformah li l-Gvern qed jirtira b'effett immedjat l-abbozzi tal-liġi 53, 54 u 55 tal-2018 dwar l-edukazzjoni.", "Fl-istess waqt ktibt lill-President tal-MUT biex ninformah b'dan il-pass u appellajtlu biex għall-ġid tal-istudenti, l-edukaturi, il-ġenituri u l-pajjiż kollu, jikkunsidra li jirtira l-azzjoni industrijali ta' strajk li kellu jsir illum.", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza lill-President tal-Kamra tad-Deputati u lill-President tal-MUT:", "Kopja tal-korrispondenza li l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bagħat lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u lill-President tal-Malta Union of Teachers fil-5 ta' Ottubru 2018 dwar l-irtirar ta' tliet Abbozzi ta' Liġi dwar l-edukazzjoni, Abbozzi Nri 53, 54 u 55.", "Is-Sibt, 6 ta' Ottubru filgħodu saret laqgħa ta' xogħol bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-MUT li fiha ġew diskussi aspetti ta' dawn il-liġijiet proposti kif ukoll temi oħra importanti fil-qasam edukattiv.", "Iż-żewġ partijiet iddiskutew ukoll kif se naħdmu aħjar fiż-żmien li ġej.", "Abbażi ta' dan l-istrajk li kellu jsir illum u ma sarx, nirringrazzja lill-MUT għal dan il-pass li ħadet għall-ġid komuni.", "Għalhekk, illum, fl-ewwel opportunità li għandi quddiem il-Parlament, qed nirtira formalment it-tliet abbozzi tal-liġi 53, 54 u 55 tal-2018 dwar l-edukazzjoni.", "Nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom b'mod responsabbli biex tefgħu l-ilma minflok il-ħatab fuq in-nar.", "Nerġa' nieħu l-opportunità mhux biss bħala Ministru iżda bħala Gvern biex nirringrazzjaw lill-edukaturi kollha li tant jagħmlu sagrifiċċji għall-ġid tat-tfal tagħna u tas-soċjetà Maltija.", "Nerġa' ngħid li kummenti dispreġġattivi kontra l-edukaturi huma inaċċettabbli.", "Inħarsu 'l quddiem għal paġna ġdida ta' ħidma favur it-tfal, l-edukaturi, il-ġenituri u l-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn mistoqsijiet fuq l-istqarrija li għamel il-Ministru?", "L-Onor.", "Ninformak li għandek tliet minuti.", "CLYDE PULI: Sur President, tapprezza li huwa ħin qasir wisq biex nitkellem fuq saga li ttawlet ftit mhux ħażin.", "Minn hawnhekk insellem lill-għalliema kollha tax-xogħol li jagħmlu.", "Nesprimi wkoll is-sodisfazzjon tiegħi u tal-Oppożizzjoni li ma sarx strajk u llum it-tfal setgħu jmorru l-iskola.", "Ovvjament ninsabu mħassbin ħafna dwar il-mudell tal-edukazzjoni li qed jiġi adottat f'pajjiżna, u dwar iċ-ċentralizzazzjoni li qed iħaddan dan il-Gvern.", "Naħseb li llum qed nagħmlu xi ħaġa bla preċedent f'din il-Kamra; illum qed jiġu rtirati tliet abbozzi ta' liġi.", "Lanqas qatt ma naf li ġew irtirati tliet abbozzi ta' liġi f'salt!", "U dan minkejja li dawn suppost għaddew minn proċess sħiħ ta' studju, proċess sħiħ ta' konsultazzjoni u fl-aħħar suppost tkun saret cabinet memo minn esperti, liema memo l-Ministru jressaqha lill-Kabinett biex imbagħad dan jiddiskutiha, japprovaha u finalment tersaq quddiem il-Parlament.", "Sodisfatti li ma sarx strajk imma fl-istess ħin m'aħniex sodisfatti li qamet kwestjoni li, fl-opinjoni tagħna, kienet inutli.", "Fil-Jum Dinji tal-Għalliema, aħna konna qegħdin niddiskutu l-professjonalità tal-għalliema!", "Ħadd ħlief l-MUT u l-għalliema nfushom ma kienu qed jifhmu u jgħidu li l-professjoni tagħhom hija \"taħt assedju mill-Gvern innifsu\", għax kien il-Gvern li ppreżenta dawn it-tliet abbozzi ta' liġi dwar l-edukazzjoni li qed jirtira llum.", "Dan minflok komplejna nibnu fuq 30 sena ta' liġijiet li kulma jmur komplew isaħħu s-settur edukattiv u l-professjoni tal-għalliema.", "Dawn il-liġijiet ġew irtirati mhux għax għandna Gvern li jisma' imma għax kellna Gvern li webbes rasu, li ma semax u li ried jgħaddi romblu minn fuq l-għalliema li huma l-ħaddiema f'dan is-settur!", "Mhux ta' b'xejn rajna ħafna kummenti li dawn il-liġijiet kienu l-ewwel u qabel kollox devalwazzjoni tal-professjonalità tal-għalliema.", "Mhuwiex biżżejjed li aħna nitkellmu u naspiraw għall-mudell Finlandiż għax kif jaf tajjeb il-Ministru, il-mudell Finlandiż mhux biss jagħti pagi tajbin lill-għalliema, imma jagħti wkoll rispett sħiħ!", "Aħna jiddispjaċina ħafna li din il-ġimgħa l-back to school uriet b'mod ċar il-falliment fil-mudell edukattiv ta' dan il-Gvern u esponiet nuqqas ta' pjan fit-tul.", "Xtaqt li għandi aktar ħin, għax kont nitkellem aktar dwar dan.", "Sur President, il-Gvern ma jista' jwaħħal f'ħadd ħlief fih innifsu!", "Inutli nfallu t-trasport u nwaħħlu fl-operaturi jew fil-ġenituri.", "Inutli li nagħmlu liġi rigressiva fil-professjonalità u nwaħħlu fl-għalliema.", "U inutli li issa f'daqqa waħda ngħidu li dan kollu sar għax kien hemm pika bejn il-unions.", "L-għalliema jixirqilhom rispett u naħseb li din id-darba tawna tagħlima kruċjali: min jipprova jgħaddi romblu minn fuqek għandek tiqaflu!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, qabelxejn nixtieq nifraħ lill-Ministru għall-mod ta' kif ħa ħsieb din is-sitwazzjoni.", "Altru minn romblu, kif qal l-Onor.", "Puli ftit tal-minuti ilu, jien rajt Ministru u anke amministrazzjoni li kienu prudenti, kawti u li ppreferew jibnu pont minflok imorru għall-gwerra!", "Għaldaqstant nixtieq ngħid prosit lill-Ministru u lit-tim tiegħu għall-mod li mxew bih.", "Kien hemm xi wħud li permezz tal-midja tagħhom, xtaqu li tinħoloq gwerra u ħadu wrew li ħadu pjaċir li kien hemm diżgwid bejn l-istat u l-għalliema imma fl-aħħar mill-aħħar din kienet bomba li splodiet f'wiċċhom stess.", "Issa nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar x'inhi t-triq 'il quddiem fir-rigward ta' dawn l-abbozzi ta' liġi.", "Hemm ippjanati laqgħat bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-għalliema sabiex naraw li f'dan is-settur inkomplu mexjin 'il quddiem?", "Jien lill-Ministru nafu bħala bniedem li kemm jista' jkun jipprova jelimina l-istatus quo u għaldaqstant konvint li se jkun qed jaħdem fuq tibdiliet oħra li anke l-għalliema jixtiequ jaraw.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, xtaqt nagħmel mistoqsija fuq kwestjoni li l-kollega tiegħi ma kellux ħin jistaqsi fuqha, ċjoè l-kwestjoni tat-trasport b'xejn.", "Jien infurmat li għad hemm tfal li m'għandhomx trasport b'xejn.", "Jista l-Ministru jgħidilna kemm fadal minn dawn it-tfal u jekk hux se tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr ġaladarba issa bdiet is-sena skolastika?", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Nafu li fl-Università l-kors tal-għalliema issa qiegħed fuq livell ta' Masters filwaqt li nfetħet sistema oħra ta' kif tista ssir għalliem li hija f'livell aktar baxx.", "Ma jaħsibx il-Ministru li jista' jkollok clash bejn iż-żewġ sistemi u li dawn mhux qed jibnu fuq xulxin?", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, xtaqt nistaqsi lill-Ministru dwar l-iskejjel il-ġodda li suppost inbnew f'Malta u Għawdex.", "Pereżempju t-tfal ta' Marsaskala suppost żanznu skola ġdida imma ninsabu infurmati li l-iskola għadha ġebel u saqaf.", "It-tfal ta' San Pawl il-Baħar ukoll suppost żanżnu skola ġdida imma din għadha fuq il-pjanta.", "L-istess it-tfal ta' Ħal Qormi, tas-Siġġiewi u ta' Ħal-Luqa, li suppost żanżnu sports complex imma dan għadu ma sarx.", "Insemmi wkoll l-iskola primarja tar-Rabat, Għawdex.", "Jista' l-Ministru jgħidilna fiex waslet?", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo biex, jekk jogħġbu, iwieġeb il-mistoqsijiet li saru u jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nirringrazzja lill-kollegi għall-kummenti, l-osservazzjonijiet u l-kritika li għamlu.", "Nibda billi ngħid li fil-laqgħa li kellna mal-MUT nhar is-Sibt li għadda, individwajna dawk il-partijiet tal-liġijiet proposti li rriżulta li ma kienx hemm qbil fuqhom.", "Dawn iddiskutejniehom u diġà hemm qbil dwar kif se mmexxu.", "Eventwalment issa fiż-żmien li ġej se nkomplu bid-diskussjonijiet fuq il-partijiet li rridu niċċaraw jew nibdlu.", "Aħna qatt ma kellna l-intenzjoni li ningannaw lil xi ħadd, u tant hu veru li mill-ewwel tlabniehom jgħidulna xi jridu li niċċaraw, jew forsi nispjegaw, jew xi jridu li nibdlu u ntejbu.", "Kien għalhekk li lħaqna ftehim.", "Intqal li permezz ta' dawn il-liġijiet il-Gvern biħsiebu jieħu f'idejh il-poter fis-sistema edukattiva u li biħsiebu jiċċentralizza s-sistema.", "Dan mhuwiex minnu korrett, anzi huwa l-maqlub ta' dak li kien hemm f'dawn il-liġijiet.", "Fil-fatt, waħda mill-proposti kienet, u l-MUT hija favur tagħha, li nbiddlu parti importanti mil-liġi preżenti li tagħti l-poter lill-Ministru li jagħti warrant lil min irid biex isir għalliem, anke jekk ma jkollux kwalifiki.", "Mhux jekk għandux masters jew livell iżjed baxx imma jien illum, bil-liġi preżenti, nista' nagħti warrant lil min irrid biex isir għalliem!", "Dan il-poter ma jeżisti fl-ebda professjoni oħra!", "Issa aħna pproponejna li dan il-poter jitneħħa mingħand il-Ministru u l-warrant jibda joħroġ mill-Kunsill konċernat kif joħroġ tal-professjonijiet l-oħra li jirregolaw lilhom infushom u li jirrispettaw lilhom infushom.", "Apparti minn hekk, fil-liġi hemm propost li jiħraxu l-pieni għal min iwettaq theddid kontra l-edukaturi u għal min juża l-vjolenza fuqhom.", "Din hija xi ħaġa li ridna ndaħħlu.", "Irrid ngħid ukoll li għal snin twal, il-professjoni tal-għalliema tħalliet fil-qiegħ tal-iskali tas-salarji mill-Gvern preċedenti.", "Għall-kuntrarju, dan il-Gvern għamel ftehim settorjali mal-edukaturi li tahom id-dinjità u tahom żieda biex ma jibqgħux fil-qiegħ tal-professjonijiet kif kienet ħalliethom l-amministrazzjoni preċedenti fis-snin li għaddew.", "Din ukoll mhijiex kwestjoni ta' kliem sabiħ imma bil-fatti, tejjibna l-kondizzjonijiet tax-xogħol u rridu nkomplu ntejbuhom u ngħinu lill-għalliema.", "Kuljum, f'kull okkażjoni li jkolli, jien nitkellem fuq l-isfidi u d-diffikultajiet kbar li għandhom l-edukaturi fid-dinja tal-lum.", "L-edukaturi jagħmlu ħafna iżjed xogħol minn dak li jidher.", "Ħafna drabi jagħmlu xogħol li ma jidhirx, kemm fl-iskola kif ukoll wara l-ħin tax-xogħol u matul is-sena kollha.", "U hawn ngħid li mhuwiex aċċettabbli d-diskors li ntqal b'mod dispreġġattiv fuq l-għalliema, li qishom dawn isiru għalliema biex ma jaħdmux, jew biex ikollhom il-vaganzi tas-sajf.", "Min jitkellem hekk ma jafx x'inhu jgħid.", "L-għalliema għandhom bżonn l-appoġġ serju tagħna, għandhom bżonn ir-rispett tagħna u hemm bżonn li naħdmu flimkien għax l-edukaturi waħedhom ma jaslux.", "Is-soċjetà għandha bżonn li naħdmu flimkien f'dan il-qasam għax id-diffikultajiet u l-isfidi li jridu jiffaċċajaw ta' kuljum l-għalliema, bir-realtajiet kumplessi li sar għandna, huma kbar.", "Ħafna drabi l-affarijiet li jisplodu fil-klassi jkunu riżultat tas-sitwazzjonijiet li jkun hemm fil-familji u fis-soċjetà.", "Għalhekk, irridu nkomplu naħdmu biex lill-għalliema nagħtuhom l-appoġġ kollu li għandhom bżonn u kull rispett li jixirqilhom.", "Aħna dejjem hekk għamilna u hekk se nkomplu nagħmlu.", "Naħseb minn din l-esperjenza tgħallimna lkoll kif nikkomunikaw aħjar ma xulxin – u hawn qed nitkellem għalina u għall-MUT – u kif naħdmu aħjar bejnietna.", "Finalment irrid nagħmel ftit rimarki fuq l-affarijiet li ntqalu.", "M'hemm l-ebda pjan jew m'hemm l-ebda miżura biex bniedem ikun jista' jsir għalliem mingħajr il-kwalifika ta' Masters.", "Mhux veru li hemm xi modi differenti ta' kif tista' ssir għalliem.", "Biex issir għalliem b'warrant permanenti trid tgħaddi mill-kors fil-livell ta' Masters.", "M'hemm l-ebda mod ieħor.", "Ejja ma nxerrdux informazzjoni li mhijiex korretta.", "Kultant, fis-saħna tal-mument, ikun hemm min jitkellem u ma jqisx kliemu.", "Dan bħad-diskors li ntqal ilbieraħ li se nġibu xi għalliema mill-pajjiżi Ażjatiċi.", "Apparti mill-overtones razzisti meta tingħad ħaġa bħal din, id-69 pajjiż li minnhom lesti li nġibu l-għalliema huma dawn: Ħ'Attard, il-Baħrija, Birkirkara, Birżebbuġa, Blata l-Bajda, Bormla, Ħad-Dingli, Fgura, il-Floriana, Għajnsielem u nista' nibqa' sejjer!", "L-għalliema minn dawk il-postijiet se nġibuhom.", "Ejja ma noqogħdux nivvintaw kummenti razzisti u kummenti dispreġattivi!", "Hekk jonqos!", "Dawn assolutament mhux aċċettabbli.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq ix-xogħol li jrid ikompli jsir għall-iskejjel.", "Nibda bl-iskola ta' Marsaskala.", "Din se tkun qed tintuża matul din is-sena skolastika u se jkun hemm dħul gradwali tal-kindergarten.", "Waħda mir-raġunijiet għaliex il-proġett wasal fl-stadju li wasal hija li kellna diskussjoni mal-Arċidjoċesi – minn hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Arċisqof ta' Malta Mons. Charles J. Scicluna – fuq biċċa art bejn l-iskola u fejn hemm ippjanat li jsir ċentru parrokkjali sabiex dik l-art, naraw kif nużawha kemm għal skopijiet edukattivi kif ukoll għal skopijiet pastorali.", "Bi pjaċir ngħid li sibna mod kif dan isir.", "Mingħajr din l-art, anke li kieku lestejna l-iskola, din ma kenitx tista' tibda topera għaliex għandha bżonn spazju fejn it-tfal jilagħbu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-istat u l-Knisja jpoġġu bilqiegħda u jaraw kif jista' jsir użu soċjali minn ħafna proprjetà li jew hija vojta jew qed titbattal.", "Ngħidu ħafna diskors fuq il-bżonnijiet soċjali li hawn fis-soċjetà tagħna imma l-kredibbiltà tal-istat, tagħna l-politiċi u tal-Knisja, fil-fehma tiegħi, tiddependi mhux mill-kliem li ngħidu imma mill-fatti li nagħmlu.", "U jkun tajjeb li nerġgħu naraw daqsxejn kif ħafna proprjetà tista' tintuża għal skopijiet soċjali jew għal skopijiet tajbin.", "Nista' ngħid li diġà wasalna f'ċerti inizjattivi, fosthom għall-istudenti Għawdxin li jistudjaw fl-Università ta' Malta.", "Irrid ngħid li kemm fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar kif ukoll fi skejjel oħra, ix-xogħol għaddej.", "Irrid ngħid ukoll li waħda mill-problemi serjissimi li għandna hija dik tal-iskedar.", "L-iskola tal-Imsida kieku bħalissa konna nkunu avvanzati ħafna fiha imma wara li bdejna x-xogħol qalulna biex nieqfu għax se jiskedawha.", "Għalhekk, kellna nwaqqfu x-xogħol u issa għaddejjin negozjati biex naraw kif nistgħu nħollu din il-problema.", "Issemmiet l-iskola ta' Ħal Qormi.", "L-iskola ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi għandha bżonn ħafna xogħol biex issir skola deċenti imma bħall-iskola tal-Imsida, ta' Ħaż-Żabbar, tal-Isla, ta' Bormla, ta' Birkirkara, tal-Mosta u ħafna oħrajn, din hija binja storika u jkun aħjar li wieħed jagħmel mużew fiha milli jagħmel it-tfal.", "Għalhekk għedt li l-problema tal-iskedar hija problema serjissima.", "Ngħidu li rridu nagħmlu edukazzjoni għas-Seklu 21 u qed inpoġġu t-tfal f'bini li hemm minnu għandu seklu!", "L-istess fir-rigward tal-iskola tar-Rabat Għawdex.", "Imbagħad hemm każi fejn nistgħu nibnu skola ġdida.", "Pereżempju fil-każ tar-Rabat Għawdex, minkejja l-problemi kollha li kellna, għal kull post li identifikajna sibna lil min jopponi biex nibnu hemm.", "Issa fl-aħħar identifikajna l-post fejn se ssir kemm l-iskola primarja kif ukoll l-iskola medja tar-Rabat biex ikollna żewġ skejjel tajbin u sbieħ kif jixraq.", "Rigward bini ġdid però wkoll għandna problemi serji.", "Pereżempju jekk il-Mosta ma nistgħux nużaw il-bini li għandna bħalissa u nipprovaw nagħmluh diċenti, fejn se nibnu?", "L-Isla fejn se tibni?", "Fiż-żona ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi fejn se tibni?", "Għandna din il-problema serja li rridu nsolvu, u qed naħdmu fuqha biex dawn l-affarijiet inkunu nistgħu nagħmluhom.", "Sur President, nagħlaq billi nerġa' nirringrazzja lil dawk kollha li għenu f'din is-sitwazzjoni li kellna fil-jiem li għaddew u ċert li mid-diffikultajiet u mill-inkwiet u mill-kunflitt li kellna, se joħroġ il-ġid.", "Il-ġid ma joħroġx b'mod awtomatiku imma rridu nagħmlu kif għamilna f'dawn il-jiem, inpoġġu bilqiegħda flimkien u naħdmu għax jekk bis-serjetà l-intenzjoni tkun li naħdmu għall-ġid tat-tfal u għall-ġid ta' pajjiżna, allura naslu.", "Ma tistax taħdem għall-ġid tat-tfal u ma taħdimx għall-ġid tal-edukaturi.", "Għalhekk, irridu norbtu flimkien tfal, edukaturi, ġenituri u s-soċjetà kollha kemm hi għall-ġid ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (RILOKAZZJONI TA' UFFIĊĊJI U NOTIFIKA B'MEZZI ELETTRONIĊI)", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'Mezzi Elettroniċi)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda:", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'Mezzi Elettroniċi) ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ESTIMI TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "GĦAS-SENA 2019", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "Wara li l-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ra l-Estimi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għas-sena 2019;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mis-Sur Charles Deguara, l-Awditur Ġenerali, u s-Sur Noel Camilleri, Deputat Awditur Ġenerali, personalment fuq il-kummenti kollha li sarulhom fil-laqgħa tal-istess Kumitat li saret fit-2 ta' Ottubru 2018;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kamra tad-Deputati; u", "Peress li l-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika b'mod unanimu rrakkomanda li l-estimi għandhom jiġi approvati kif imressqa;", "Il-Kamra tad-Deputati għalhekk tapprova dawn l-estimi kif imressqa u kif approvati mill-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IS-SERVIZZI TA' IMPJIEGI U TAĦRIĠ", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-3 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, aktar ma jgħaddi żmien, aktar l-affarijiet qegħdin jinbidlu b'mod mgħaġġel, kemm f'pajjiżna kif ukoll fil-bqija tad-dinja.", "Allura naħseb ikun tajjeb li f'dan il-Parlament nieqfu ftit u naħsbu x'tip ta' taħriġ għandu bżonn pajjiżna fl-immedjat imma li jservi wkoll għall-20 sena li ġejjin.", "M'hemmx dubju li huwa diffiċli nipprovaw nimmaġinaw x'dinja se jkollna 20 sena oħra imma nistgħu naraw it-trends li għaddew f'pajjiżna f'dawn l-aħħar għaxar snin, jew 15-il sena, u nipprovaw nifhmu x'tip ta' dinja se nkunu qegħdin ngħixu fiha fis-snin li ġejjin.", "Qed ngħid hekk għaliex meta nitkellmu dwar il-Jobsplus inkunu qegħdin nitkellmu dwar l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, u naħseb li l-aktar punt kruċjali li rridu nitkellmu fuqu ma jittrattax l-impjiegi per se imma jittratta l-mod ta' kif se nħarrġu n-nies tagħna sabiex ikunu jistgħu jtejbu l-ħajja tagħhom.", "Minn naħa rridu nħarsu lejn il-pesuni li qegħdin fid-dinja tax-xogħol u min-naħa l-oħra rridu nħarsu lejn il-persuni li qed ifittxu biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u naraw x'taħriġ, xi kwalifiki u x'sengħa għandhom bżonn sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fid-dinja tax-xogħol tal-lum.", "Madanakollu forsi l-akbar sfida li għandna hija x'tip ta' taħriġ irridu nagħtu liż-żgħażagħ tagħna sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fid-dinja tax-xogħol fis-snin li ġejjin.", "Ma rridux inħarsu lejn it-taħriġ u l-edukazzjoni f'pajjiżna bħala sistema li tipproduċi avukati, mekkaniċi jew inġiniera.", "M'hemmx dubju li fis-snin li ġejjin, se jkollna bżonn dejjem aktar persuni li jkollhom ħafna ħiliet differenti biex ikunu jistgħu jikkompetu f'niċeċ differenti, u allura tajjeb li llum qed niddiskutu dawn it-tibdiliet.", "Huwa tajjeb li naġġornaw il-liġi fejn tidħol l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, jiġifieri l-Jobsplus.", "Irrid niddikjara li l-Oppożizzjoni taqbel ma' dawn it-tibdiliet, imma rridu nużaw il-ħin li għandna, forsi anke meta nidħlu fl-istadju ta' Kumitat, sabiex nippruvaw insibu formuli u soluzzjonijiet.", "Irridu nħarsu lejn dak li qed jiġri f'pajjiżna bħalissa u nippruvaw nimmaġinaw x'tip ta' pajjiż irridu naraw fis-snin li ġejjin.", "Il-verità hi li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ix-xogħol u t-taħriġ qed imorru id f'id.", "Bejn 20 sena u 25 sena ilu kienet kważi normali li persuna toħroġ mill-bank tal-iskola 16-il sena u tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Aktar ma għadda ż-żmien però, iżjed bdejna nindunaw li meta inti tieqaf mill-iskola wara l-Form 5, il-probabbiltà hija li jkollok sena jew sentejn jew tlieta fejn inti tkun kuntent għaliex sħabek ikunu għadhom jistudjaw u inti tkun qed taħdem, taqla' l-flus, u allura tkun kapaċi tgħix ħajja ftit aktar lussuża minn sħabek iżda mbagħad, wara erba' jew ħames snin tibda tinduna li you have missed out għaliex tara lil sħabek jidħlu f'postijiet tax-xogħol fejn probabbilment ikunu mlaħħqa aktar minnek.", "Wara dan imbagħad tibda tinduna li bil-mod il-mod qed tnaqqas il-potenzjal tiegħek komparat magħhom.", "Sur President, forsi l-ewwel messaġġ li rridu nwasslu f'din id-diskussjoni huwa lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin fil-Form 5 u li għal raġunijiet tagħhom, għażlu li jmorru dritt fid-dinja tax-xogħol hekk kif jispiċċaw l-iskola.", "Irridu nwasslulhom messaġġ b'saħħtu – u din hi waħda mill-funzjonijiet tal-Jobsplus – biex nikkonvinċuhom li llum il-ġurnata jekk inti tieqaf fil-Form 5, u nażżarda ngħid anke sas-Sixth Form, il-probabbiltà hija li se jkollok il-problemi fis-snin li ġejjin.", "Il-verità hija li anke jekk tispiċċa f'livell ta' first degree hemm probabbiltà li jkollok problemi fis-snin li ġejjin.", "Għaldaqstant bħala politiċi rridu naraw li l-istituzzjonijiet ta' taħriġ ikunu lesti u jkunu mmirati sabiex iħarsu lejn x'tip ta' futur qed naraw f'pajjiżna fis-snin li ġejjin, u rridu nħarsu lejn il-Jobsplus bħala waħda mill-pilastri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ f'pajjiżna.", "Il-probabbiltà hija li studenti li jridu jkomplu l-karriera tagħhom, iridu jkomplu jistudjaw u wara s-Sixth Form imorru l-ITS, jew l-MCAST, fejn jagħżlu linja li aktar teknika u jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem f'livelli aktar għolja.", "Ovvjament ikollok min jagħżel li jmur l-Università, u wara anke jkompli l-istudju tiegħu barra minn Malta f'livelli aktar għolja.", "Dan jagħmel l-isfida li għandha l-Jobsplus ħafna aktar diffiċli minn sfidi li għandhom istituzzjonijiet l-oħrajn.", "L-istituzzjonijiet l-oħrajn jilqgħu fosthom studenti li jridu jkomplu jtejbu l-pożizzjoni u ħiliet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jikkompetu aħjar fis-snin li ġejjin però, dejjem kellna u dejjem se jkollna niċċa ta' nies mhux żgħira li għal raġunijiet differenti, min għax ma jridx, min forsi għax bata ħafna fl-iskola, u min forsi għax il-background soċjali tiegħu ma jinkoraġġihx, jagħżlu konxjentement sabiex ma jkomplux jistudjaw hekk kif jagħlqu s-16-il sena.", "Allura naħseb li waħda mill-akbar sfidi li għandha l-Jobsplus illum hija biex tidentifika dawn in-nies u tinkoraġġihom b'ċertu qawwa biex ikomplu jistudjaw jew jitħarrġu f'xi forma ta' sengħa jew industrija li għandna f'pajjiżna.", "Irridu naraw li nipprovdu dak kollu neċessarju sabiex dawn ikunu jistgħu jitħarrġu.", "Sur President, biex nagħmlu hekk irridu l-ewwel nett nieħdu stock tas-sitwazzjoni li għandna bħalissa.", "Illum għandna ekonomija li qiegħda tirrendi postijiet tax-xogħol, imma ekonomija fejn għad għandna nies li għal raġunijiet li semmejt, konxjentement jgħidu li għandhom 16-il sena u jridu joħorġu mill-bank tal-iskola biex isibu xogħol u jibdew jaqilgħu l-flus.", "Hemm min jagħmilha għax forsi ma jkollux għażla minħabba t-tbatijiet li tkun għaddejja minnhom il-familja tiegħu, però hemm nies li jagħmluha sempliċement għaliex il-ħajra li jibdew jaqilgħu ftit flus malajr tkun kbira ħafna.", "Aħna għandna l-vantaġġ li aħna pajjiż żgħir u bi ftit sforz forsi nkunu nistgħu nidentifikaw dawn il-persuni min huma, minn fejn huma, x'qed jagħmlu u forsi x'tip ta' ħiliet inkunu nistgħu nħarrġuhom għalihom sabiex huma wkoll ikollhom futur fejn jistgħu jaqilgħu aktar flus u jkunu jistgħu jgħixu ħajja aktar dinjituża.", "Il-Ministru semmieha, u jien insemmiha wkoll li x-xogħol verament jagħtik id-dinjità.", "Fil-fatt, naħseb li problema li jkollhom dawn il-persuni li joħorġu jaħdmu hekk kif joħorġu mill-bank tal-iskola sekondarja hija li ftit snin wara jibdew iħossu n-nuqqas ta' taħriġ, nuqqas ta' dinjità u jibdew iħarsu lejn il-ħajja b'mod differenti u b'lenti aktar negattiva.", "Għalhekk, irridu naraw min huma dawn in-nies u anke naraw fl-iskejjel x'nistgħu nagħmlu biex inkomplu nħeġġu ħafna aktar nies ikomplu jistudjaw.", "Irridu nikkonvinċu lil dawk iż-żgħażagħ li ma jridux ikomplu billi nispjegawlhom id-diffikultajiet li jistgħu jiffaċċjaw fis-snin ta' wara jekk ma jistudjawx.", "Hawn nies imbagħad, u mhux biss żgħażagħ, li għal xi raġuni jew oħra jew mhumiex fid-dinja tax-xogħol, jew inkella mhumiex kuntenti bix-xogħol tagħhom u jħossu li l-iskills li għandhom mhumiex tajbin biżżejjed biex ikunu jistgħu jkomplu jikkompetu fiż-żmien li ġej.", "Hawn jidħol id-dmir tal-Jobsplus li tindirizza dan.", "M'hemmx dubju li d-dinja u pajjiżna qed jinbidlu b'rata mgħaġġla minħabba t-teknoloġija.", "Dak li konna nafu lbieraħ għada ma jibqax jgħodd, u dan iwassal biex ikun hemm numru ta' persuni, forsi persuni li huma akbar fl-età, li għalkemm għandhom xogħol u x-xogħol tagħhom qed jagħmluh tajjeb, deep down jafu li jekk iridu jimxu 'l quddiem u jekk iridu jtejbu l-pożizzjoni tagħhom, iridu jerġgħu jibdew jitħarrġu.", "Għaldaqstant responsabbiltà kbira li għandha l-Jobsplus illum hija li trid tkun hi l-mutur li tara li f'pajjiżna jkollna skemi u eżerċizzji ta' re-skilling.", "Il-verità hi li kif rajna fil-passat u se nibqgħu naraw fil-futur, se jiżdied il-pass li bih persuna trid ittejjeb il-ħiliet tagħha.", "Fis-snin li ġejjin dak il-pass se jsir ħafna aktar mgħaġġel.", "Persuni li daħlu fid-dinja tax-xogħol 20 sena ilu jafu li l-pass dak iż-żmien kien ħafna aktar kajman.", "Probabbilment ħafna mill-ġenituri tagħna daħlu jaħdmu f'post partikolari meta għalqu 16-il sena u ħarġu bil-pensjoni mill-istess post!", "Il-bżonn li wieħed ibiddel il-ħiliet tiegħu kienet xi ħaġa li kważi lanqas kienu jaħsbu fuqha imma llum differenti; illum kull għaxar snin jew 15-il sena tara tibdil fil-post tax-xogħol tiegħek u tinduna li inti trid tibqa' taġġorna ruħek il-ħin kollu jew addirittura tbiddel il-ħiliet tiegħek totalment.", "Sur President, il-probabbiltà hi li fis-snin li ġejjin din se tiġri b'pass ħafna aktar mgħaġġel u allura rridu naraw li f'pajjiżna jkun hemm is-sapport neċessarju u naħseb li Jobsplus hija l-istituzzjoni idonea biex toħroġ u tagħti dan is-sapport lin-nies li jħossu li jixtiequ jtejbu jew ibiddlu l-ħiliet li għandhom.", "Il-Jobsplus trid tgħinhom lil dawk in-nies li kienu mdorrijin f'post tax-xogħol partikolari u f'industrija partikolari u issa qed jaraw li l-industrija li huma ilhom jaħdmu fiha għal snin twal qiegħda tmajna.", "Illum għandna industriji ġodda u fis-snin li ġejjin se jkollna industrji li jerġa' huma totalment differenti minn dawk li aħna mdorrijin bihom illum.", "Dik hija l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Illum għandek industriji li bil-mod il-mod qed jonqsu għax qed isiru obsolete jew inkella għax qed jagħżlu li jitilqu minn pajjiżi li l-labour cost tagħhom huma ogħla komparat ma' pajjiżi oħrajn.", "Irridu nkomplu bis-sistema li dawk l-industriji li bil-mod il-mod qegħdin jispiċċaw jiġu minflokhom industriji ġodda.", "Fl-aħħar 25 sena minn pajjiż li kien ibbażat fuq il-manifattura tat-tessuti sirna pajjiż li jibbaża l-ekonomija fuq is-servizzi.", "Sirna pajjiż li qed jiffoka fuq is-servizzi finanzjarji, fuq il-farmaċewtika u fuq il-manutenzjoni tal-ajruplani u l-manifattura għebet kważi kompletament.", "Imma d-dinja issa reġgħet tbiddlet minn dawk iż-żmenijiet ukoll u llum qed nitkellmu fuq affarijiet li huma aktar high tech.", "Illum qed nitkellmu fuq cryptocurriences u fuq artificial intelligence u aħna stess ma nistgħux nimmaġinaw eżattament x'tip ta' ħiliet se jkollu bżonn ħaddiem biex għaxar snin, 15-il sena jew 20 sena oħra jaħdem fl-artificial intelligence u jaħdem f'affarijiet li għalkemm għadhom fl-infanzja tagħhom, m'hemmx dubju li fis-snin li ġejjin għad ikunu industriji kbar.", "Xi ħaġa oħra li naħseb li hemm bżonn f'pajjiżna hija li nagħmlu xi tip ta' diskussjonijiet bejn l-istituti edukattivi sabiex l-aħjar imħuħ li għandna jkunu jistgħu jiltaqgħu, jimmaġinaw u jieħdu stock ta' fejn hi sejra l-ekonomija tad-dinja, ta' fejn hi sejra l-ekonomija ta' pajjiżna u ta' x'tip ta' ħiliet għandhom bżonn in-nies tagħna sabiex ikunu jistgħu jkomplu jgħixu u jameljoraw ħajjithom.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għall-ITS, l-Università, l-MCAST u l-Jobsplus.", "Wara kollox, skont il-liġi, wieħed mid-dmirijiet li għandha l-Jobsplus huwa li tieħu stock tal-ekonomija ta' pajjiżna u dejjem tħares lejn it-trends ekonomiċi li jkun għaddej minnhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-Jobsplus tista' tkun dik l-istituzzjoni li tagħti informazzjoni lil istituzzjonijiet oħrajn dwar x'inhuma t-trends biex imbagħad dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jibdew iħarsu ftit lejn x'tibdiliet jaħsbu li għandhom jagħmlu għas-snin li ġejjin.", "Naħseb li l-aktar ħaġa kruċjali li se jkollha tagħmel il-Jobsplus fis-snin li ġejjin hija li tanalizza u li tibda tifforma u taħseb dwar trends li se jkollna fis-snin li ġejjin.", "Xi ħaġa oħra pożittiva hija li pajjiżna matul is-snin dejjem ħa ħsieb li ħadd ma jibqa' lura u huwa fatt li kulħadd isib post fid-dinja tax-xogħol ta' pajjiżna.", "Il-Ministru fid-diskors tal-ftuħ semma persuni b'abbiltajiet differenti.", "F'pajjiżna għamilna kambjamenti kbar f'dan il-qasam.", "Snin ilu konna naħbu lil dawn in-nies, imbagħad bil-mod il-mod bdejna napprezzaw aktar il-valur li għandhom u issa l-ammont ta' persuni b'abbiltajiet differenti li qed jaħdmu qiegħed dejjem jiżdied.", "Hekk irridu nkomplu nagħmlu.", "Irridu nieħdu ħsieb mhux biss lill-persuni b'abbiltajiet differenti imma anke lill-persuni li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Irridu wkoll nifhmu x'qed iżomm dawn il-persuni milli jidħlu fid-dinja tax-xogħol u bħala pajjiż irridu naraw x'nistgħu nagħmlu biex kemm jista' jkun kulħadd ikollu l-opportunità li jekk ikun jixtieq, ikun jista' joħroġ jaħdem.", "Sfortunatament, għad fadlilna x'nagħmlu fejn tidħol il-mentalità ta' ċertu nies.", "Għad għandna employers li jħarsu lejn persuni b'abbiltajiet differenti qishom xi persuni inferjuri u allura jippreferu ma jimpjegawhomx.", "Naħseb li għandna nkunu aħna l-politiċi li flimkien mal-istituzzjonijiet edukattivi tagħna, inkluż l-iskejjel, is-sixth forms u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, naħdmu biex darba għal dejjem inbiddlu din il-mentalità.", "Bħala pajjiż bdejna nieħdu miżuri sabiex ninkoraġġixxu lill-employers biex jimpjegaw aktar persuni b'abbiltajiet differenti u hekk irridu nkomplu nagħmlu fis-snin li ġejjin.", "Jobsplus ukoll tista' tifhem aktar x'inhuma l-isfidi u x'qiegħed iżomm kemm lil dawn il-persuni biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol imma aktar minn hekk, x'qiegħed iżomm lil ċerti employers milli jagħżlu persuni bħal dawn sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Naħseb li jekk jirnexxilna nagħmlu hekk, inkunu wasalna fi stat f'pajjiżna fejn kull persuna li tkun tista' verament toħroġ taħdem.", "Dmir ieħor li għandha l-Jobsplus huwa li tara li kulħadd jaħdem skont il-liġi.", "M'hemmx dubju li jrid ikollna istituzzjoni f'pajjiżna li tara li kulħadd jaħdem skont il-liġi, kif jagħmlu l-maġġoranza tan-nies f'pajjiżna, u jekk hemm bżonn anke tagħti multi sabiex jinqata' l-abbuż.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa li wieħed irid ikompli jagħfas fuqha.", "F'pajjiżna, bħal f'kull pajjiż ieħor, għandna nies li jabbużaw u joħorġu jaħdmu bla ma jħallsu taxxi.", "Dan m'għandux isir għaliex f'pajjiż kulħadd huwa l-istess u kulħadd irid jagħti l-kontribut tiegħu biex fl-aħħar mill-aħħar ikun jista' jgħix f'pajjiż aħjar.", "Sur President, ta' min jitkellem ukoll fuq iż-żewġ estremi li għandna f'pajjiżna llum; fuq naħa għandna ekonomija li qed tagħti ċifri tajbin, qed timpjega n-nies u f'ċerti setturi qed ikollna saħansitra nġibu persuni minn barra biex jaħdmu u fuq in-naħa l-oħra għandna parti mill-popolazzjoni li mhumiex ilaħħqu mal-ħajja.", "Għandna sezzjoni li sejra tajjeb ħafna, u jalla jkomplu sejrin tajjeb u tajjeb ħafna, imma għandna wkoll ammont ta' persuni li mhumiex qed ilaħħqu mal-istandards li għandu l-pajjiż u aħna, bħala politiċi, irridu nħarsu lejn in-nies li verament mhumiex qed ilaħħqu mal-ħajja.", "Irridu nħarsu lejn il-familji u nippruvaw nifhmu għaliex għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet.", "F'pajjiżna hemm min għandu impjieg li ma jipprovdilux paga biżżejjed u hemm min ġenwinament jixtieq ibiddel il-post tax-xogħol tiegħu għax iħoss li mhuwiex qiegħed jagħti biżżejjed lill-familja.", "M'hemmx dubju li waħda mir-raġunijiet wara dan hija li dawn il-persuni jħossu li m'għandhomx il-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jirriskjaw u jitilqu mill-post tax-xogħol li għandhom sabiex isibu xogħol aħjar.", "Sfortunatament, ħafna minnhom dawn ma jafux x'toffri l-Jobsplus, ċjoè dik li qabel konna nafuha bħala l-ETC.", "Ma jafux li jeżistu korsijiet, ftit minnhom qosra, ftit minnhom itwal u xi kultant anke wara l-ħin tax-xogħol, li jgħinuhom biex bil-mod il-mod jagħmlu ftit retraining.", "Għalhekk, naħseb li waħda mill-affarijiet li trid tagħmel il-Jobsplus fis-snin li ġejjin hija li żżid il-marketing exercise tagħha b'mod intelliġenti.", "Naħseb li hemm bżonn li naslu għand kulħadd.", "Hemm bżonn li l-popolazzjoni Maltija, speċjalment dawk in-nies li huma l-aktar vulnerabbli, ikunu jafu x'toffri din l-entità.", "Ġeneralment wieħed imur għand il-Jobsplus jew għax ikun tilef il-post tax-xogħol, jew għax ma jkunx jista' jsib post tax-xogħol, jew għaliex ġeninwament jaf li m'għandux il-kapaċità biex ikompli jikkompeti fid-dinja tax-xogħol fiż-żmien li ġej.", "Dawn il-persuni probabbilment ikunu l-inqas li jkunu jafu x'servizz qed toffri organizzazzjoni bħal din u ftit minnhom jiddispraw.", "Allura naħseb li hemm bżonn li l-Jobsplus toħroġ f'kampanja ta' marketing intelliġenti biex tasal għand dawn in-nies u tinfurmahom bl-isfidi li qed jiġru imma tagħtihom ukoll il-kuraġġ u turihom li hemm istituzzjoni li tista' tgħinhom biex jimxu 'l quddiem.", "Sur President, il-Jobsplus ikollha data sensittiva ħafna u llum is-soċjetà saret ħafna aktar aware fuq id-data li tinżamm fuqha minn kwalunkwe istituzzjoni u allura hija responsabbiltà tagħha li tara li d-data li żżomm, tibqa' kunfidenzjali.", "Mhux qed ngħid li mhux qiegħed isir hekk imma ovvjament qegħdin niddiskutu liġi li permezz tagħha qed nagħmlu tibdila formali bejn dik li kienet l-ETC għal dik li issa se tkun il-Jobsplus.", "Istituzzjoni kbira bħal din ikollha ammont kbir ta' data fuq kull min jaħdem f'pajjiżna u anke fuq min jixtieq jaħdem f'pajjiżna u hemm bżonn li din id-data nittrattawha b'kunfidenzjalità assoluta biex ħadd ma jkollu dubju fuq il-mod ta' kif taħdem l-istess Jobsplus.", "Hemm bżonn li nħarsu lejn it-trends u lejn it-tibdiliet li ġejjin f'pajjiżna biex nifhmu x'industriji u x'tip ta' ekonomija se jkollna fis-snin li ġejjin.", "Kif għedt aktar kmieni, aħna l-politiċi rridu noħolqu direzzjoni poltika ta' fejn nixtiequ naraw lill-pajjiż fis-snin li ġejjin imma mbagħad huma l-Università, l-MCAST u l-ITS li jistgħu jagħtuna ħjiel ta' fejn jaħsbu li sejjer pajjiżna.", "Barra minn dawn, hemm ukoll il-Jobsplus li għandha r-responsabbiltà li tifhem u tipprova tara liema se jkun il-grupp ta' nies li se jkunu l-aktar fir-riskju li jbatu minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, jew li se jkunu f'riskju li jaqgħu fil-prekarjat, jew li se jkunu f'riskju ta' faqar.", "Ir-rwol tal-Jobsplus għandu jkun biex jiffoka fuq dan il-grupp ta' nies.", "Jien nemmen li fil-politika għandna nkomplu ntejbu s-servizzi soċjali, għandna naraw li nagħmlu ħafna aktar minn dak li għamilna fil-qasam tal-housing u għandna naraw x'se nagħmlu fil-kirjiet imma m'hemmx dubju li s-soluzzjoni long-term għall-persuna li trid toħroġ mill-faqar u tgħix ħajja deċenti hija li teduka ruħha u titħarreġ ħalli jkollha l-ħiliet neċessarji biex tgħix ħajjitha mingħajr għajnuniet soċjali, mingħajr ma tikri u mingħajr xejn.", "Mhux qed ngħid li kulħadd jista' jagħmel hekk u napprezza d-diffikultajiet li jgħaddi minnhom dak li jkun imma r-rwol tagħna, tramite l-istess Jobsplus, għandu jkun li naraw x'nagħmlu biex inħarrġu lil dawn il-persuni li nistgħu nidentifikaw minn qabel u nagħtuhom il-ħiliet biex ikunu jistgħu jikkompetu fid-dinja tax-xogħol.", "Sur President, m'hemmx dubju li l-Jobsplus hija waħda mill-pilastri ewlenin tat-taħriġ f'pajjiżna.", "Madanakollu l-messaġġ li rrid inwassal illum huwa li l-pajjiż bħala pajjiż u l-istituzzjonijiet bħala istituzzjonijiet għandhom iħarsu 'l quddiem u jimmaġinaw x'ekonomija jridu li jkollna fis-snin li ġejjin.", "Għaldaqstant l-akbar responsabbiltà li għandha l-Jobsplus hija li tara li permezz ta' dawn it-tibdiliet li se nkunu qegħdin nagħmlu, fis-snin li ġejjin ħadd ma jibqa' lura.", "Bħala politiċi rridu nagħtu l-għodod kollha lil din l-istituzzjoni biex tkun tista' terġa' tħarreġ lil dawn il-persuni anke tlieta u erba' darbiet f'ħajjithom u aktar minn hekk, biex tkun hi li tkompli tinkoraġġixxi liż-żgħażagħ tagħna jkomplu jistudjaw.", "Il-ħolma tagħna hi li naslu biex f'pajjiżna l-ebda żagħżugħ ma joħroġ mill-iskola ta' 16-il sena.", "Jekk jista' jkun, kull persuna tkompli tistudja fuq livell post-sekondarju f'istituzzjonijiet differenti.", "Jekk naslu għal dan, inkunu għamilna xi ħaġa kbira ħafna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi qed ikompli jibni fuq is-suċċessi ta' dan il-Gvern fejn jidħol il-qasam tax-xogħol.", "Huwa fatt li statistika wara oħra qed turi li l-qgħad f'pajjiżna qed isir kważi negliġibbli.", "F'dan il-qasam sirna l-aqwa fl-Ewropa, speċjalment fejn jidħlu ż-żgħażagħ.", "Sa ftit tas-snin ilu konna nqisuha bħala l-pjaga ta' pajjiżna kif ukoll l-uġigħ ta' qalb u ras tal-ġenituri, però llum irreġistrajna progress enormi fejn tidħol il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol.", "Wettaqna wkoll rivoluzzjoni sħiħa fejn tidħol il-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol.", "Tant hu hekk li llum pajjiżna sar role model f'dan il-qasam.", "Dan kollu huwa frott tal-miżuri li ħa dan il-Gvern, ewlenin fosthom hemm l-iskema tal-In-work Benefit, iċ-childcare b'xejn, l-inċentivi għal min iħaddem, l-investiment fil-family friendly measures, l-opportunitajiet ta' taħriġ, l-ambjenti ta' xogħol li huma aktar inklussivi, l-inizjattivi b'risq il-persuni b'diżabilità u min jimpjegahom flimkien mar-riformi fil-pensjonijiet, il-Garanzija taż-Żgħażagħ kif ukoll il-ġlieda kontra l-prekarjat.", "Dan il-Gvern qiegħed jinvesti fl-aqwa riżorsa li għandu pajjiżna, jiġifieri l-ħaddiem.", "Hawnhekk imbagħad jidħol ir-rwol kruċjali tal-Jobsplus, li qabel konna nafuha bħala l-ETC, fejn ukoll rajna qabża kbira 'l quddiem għax min irid jaħdem qed isib xogħol.", "Sar ukoll investiment kbir fit-taħriġ.", "Illum il-ħaddiem għandu l-għażla u qed jara li jekk ikun f'post tax-xogħol li ma jindirizzax l-aspettattivi tiegħu, jista' jsib xogħol ieħor u jqabbel skont il-ħiliet u l-kwalifiki li għandu għaliex permezz ta' hekk ikun qed itejjeb ukoll il-qagħda tiegħu u tal-familja tiegħu.", "Sur President, jien f'dibattiti bħal dawn dejjem nieħu l-opportunità biex nitkellem ftit dwar dak li qed iseħħ f'Għawdex.", "F'Għawdex ukoll rajna bidliet kbar f'dan il-qasam.", "Jekk inħarsu ftit lejn l-istatistika nsibu li r-rata tal-qgħad hija waħda negliġibbli għax hija 1%.", "Fil-fatt, sa Frar tal-2018 il-persuni jirreġistraw għax-xogħol kienu biss 186.", "Dan meta fi Frar tal-2013 dan in-numru kien jaqbeż kważi t-800 persuna!", "Jiġifieri ħames snin ilu kien hemm erba' darbiet aktar persuni li qegħdin ifittxu impjieg.", "Dan ifisser li taħt dan il-Gvern il-qgħad f'Għawdex naqas b'542 persuna li huma 542 familja.", "Barra minn hekk, figuri tal-Jobsplus juru li sa Novembru 2017 kien hemm 11,606 persuni f'Għawdex jaħdmu full-time, u dan meta sa ħames snin ilu kien hemm biss 9,000 persuna taħdem full-time.", "Mela f'ħames snin kellna żieda ta' madwar 2,500 impjieg full-time li huma ekwivalenti għal 26% aktar impjiegi.", "Din iż-żieda hija tliet darbiet aktar dik li kien hemm fil-leġiżlatura ta' qabel il-bidla fil-gvern.", "Iż-żieda fl-impjiegi ssarrfet f'ħafna aktar postijiet tax-xogħol f'Għawdex ukoll.", "Fil-fatt, bejn l-2012 u l-2016 kellna żieda ta' 1,481 post tax-xogħol f'Għawdex.", "Biex neħodhom fuq bażi annwali, fl-2016 kellna żieda ta' 469 impjieg f'Għawdex mentri fis-sena 2012 kellna żieda ta' 67 impjieg biss, seba' darbiet inqas.", "Kull ġimgħa kien hemm żieda ta' seba' persuni jaħdmu b'kuntrast mal-leġiżlatura preċedenti, fejn kull ġimgħa kien hemm żieda ta' inqas minn żewġ impjiegi.", "Din hija l-aqwa konferma li l-Gvern qed iwettaq il-wegħda tiegħu li joħloq xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin.", "Naf li ripetutament iqum il-punt li l-qgħad f'Għawdex niżel minħabba ħafna impjiegi li nħolqu mal-Gvern f'daqqa fl-istess perjodu, però tajjeb li wieħed jara sew is-sitwazzjoni għaliex iż-żieda fl-impjiegi għall-Għawdxin kienet riflessa fil-privat ukoll.", "Fil-fatt, fl-2016, minn 14,700 persuna Għawdxija jaħdmu bi qligħ, kemm part-time kif ukoll full-time, 5,400 kienu jaħdmu mas-settur pubbliku, jiġifieri proporzjon ta' 37%.", "Fl-2012 dan il-proporzjon kien ta' 39%.", "Fost l-aktar setturi fejn inħolqu impjiegi ġodda wieħed jinnota l-qasam tal-ħwienet u tal-lukandi b'żieda ta' 330 full-timer jew 11%.", "Il-ħaddiema fis-servizzi professjonali u tekniċi aktar milli rduppjaw, b'żieda ta' 540 impjegat, u ma' dawn hemm żieda ta' 80 fis-settur tal-informazzjoni u komunikazzjoni, qasam li fih f'Għawdex irduppja wkoll fl-erba' snin li għaddew.", "Fil-manifattura wara diversi snin ta' tnaqqis, f'dawn l-aħħar erba' snin kien hemm żieda ta' kważi 90 persuna u l-istess seħħ fil-qasam tas-servizzi ta' rikreazzjoni fejn wara snin ta' tnaqqis, f'dawn l-aħħar erba' snin kien hemm żieda ta' 88 impjieg ġdid.", "Nifhem il-kritika tas-settur privat li l-impjiegi fis-settur pubbliku setgħu nħolqu b'mod aħjar, jiġifieri setgħu nħolqu b'mod gradwali, u nifhem ukoll li l-ingaġġ sar meta s-settur privat kien diġà qed iħoss il-problema ta' nuqqas ta' ħaddiema.", "Huwa proprju għalhekk li llum għandna d-djalogu miftuħ mal-employers u qegħdin nifhmu aktar lil xulxin.", "Fil-fatt, l-ingaġġ qed jiġi koordinat għaliex wara kollox anke l-vojt li hemm fis-settur pubbliku jrid jimtela, imma ovvjament dan irridu nagħmluh bil-għaqal.", "Fil-Ministeru għal Għawdex nifhmu li rridu nsaħħu s-settur privat u nnaqqsu d-dipendenza fuq is-settur pubbliku, u nifhmu wkoll u qegħdin ngħaddu l-messaġġ li dan ma jiġix waħdu.", "Waħda mill-ewwel inizjattivi li ħadt fil-Ministeru kienet li nagħmlu analisi ta' x'għandna f'Għawdex, lil fejn irridu nimxu u x'hemm bżonn isir biex nimxu lejn dik id-direzzjoni.", "Miżura immedjata li ħadna biex infejqu ftit il-ferità kienet li bdejna ngħinu lill-employers fejn jidħlu l-ħaddiema barranin u l-permessi meħtieġa; konna bdejna diskussjonijiet mill-bidu nett mas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli biex f'Għawdex ġibna servizzi ġodda biex niffaċilitaw il-proċeduri u nneħħu l-iskariġġ li dawn ikollhom imorru għand dipartimenti f'Malta fejn jidħlu l-proċeduri u l-ipproċessar tat-third country nationals.", "Issa għaddejjin bi pjanijiet biex insaħħu s-sezzjoni tal-e-Residence billi nżidulha r-riżors uman kif ukoll inbiddlulha l-post fejn qiegħda għaliex ovvjament issa d-domanda splodiet 'il fuq u allura jeħtieġ li jkun hemm upgrade.", "Hemm ukoll il-ħtieġa ta' taħriġ.", "Kellna taħdidiet mal-Gozo Business Chamber (GBC) u qbilna li biex ikollok ingaġġ sostenibbli u li jimxi mal-pass tal-intrapriżi, li kuljum qegħdin jiżviluppaw u jevolvu biex iżommu l-kompetittività, irid ikollok riżors uman imħarreġ.", "Nafu li nies li m'għandhomx kwalifiki jsibuha diffiċli jimxu minn xogħol għall-ieħor jew saħansitra biex javvanzaw fuq l-istess post tax-xogħol tagħhom u dan jista' joħloq frustrazzjoni u jkun kaġun anke ta' demotivazzjoni.", "Għalhekk, it-taħriġ fil-ħiliet li qegħdin jissemmew f'dan l-Abbozz ta' Liġi huwa importanti u huwa importanti wkoll li jiżdiedu f'aktar setturi.", "Irridu li f'Għawdex it-taħriġ isir b'mod aktar regolari għaliex hemm min qed jitlef ħafna opportunitajiet għaliex mhux qed ikollu l-possibbiltà li jġib il-kwalifika fil-ħin.", "Hemm ukoll il-ħtieġa li n-nies jibdew jifhmu l-importanza tal-kwalifika li tagħti l-Jobsplus u x'vantaġġi ġġib magħha.", "Hawn persuni li għandhom xi sengħa, u anke huma kapaċi ħafna fiha, però m'għandhom l-ebda kwalifika jew ċertifikazzjoni li turi dan u sfortunatament, dawn mhux qed jirrealizzaw li llum jistgħu jmorru għand il-Jobsplus, jagħmlu test u jingħataw ċertifikazzjoni li permezz tagħha jkunu jistgħu japplikaw għal impjiegi ġodda u forsi anke għal impjiegi u aħjar.", "Għalhekk, nemmen li l-Jobsplus għandha tagħmel drive qawwija f'Għawdex biex ikun hemm aktar taħriġ u għarfien.", "Jobsplus ottjeniet ħafna fondi Ewropej għat-taħriġ u huwa essenzjali li nassiguraw li Għawdex jieħu s-sehem tiegħu minn dawn il-fondi biex nindirizzaw l-iskill gaps li għandna.", "Ladarba semmejt l-iskills gap irrid ngħid li l-Ministeru qed jagħmel skills gap analysis u l-mira hija li sas-sena 2030 noħolqu 4,000 impjieg.", "Din il-mira hija abbinata mal-istrateġija tal-iżvilupp reġjonali ta' Għawdex u din mhijiex biss viżjoni imma għandna pjan sħiħ u tanġibbli li diġà bdejna nwettquh.", "Tant hu hekk li diġà nafu li b'mod immedjat għandna shortage ta' madwar 500 ħaddiem f'diversi oqsma u b'mod xjentifiku.", "Fil-fatt, kien proprju għalhekk li stajna naslu għall-kwantifikazzjoni tal-4,000 impjieg sas-sena 2030.", "Żgur li b'mod immedjat irridu ntellgħu dan in-numru u allura huma kruċjali r-reskilling u l-upskilling u huwa proprju hawnhekk fejn irridu ngħinu lis-settur privat u fejn irridu naħdmu id f'id mal-Jobsplus.", "Biex nibdew nilħqu dawn l-għanijiet, il-Ministeru għal Għawdex nieda żewġ inizjattivi importanti li huma biss il-bidu.", "Fosthom kellna l-iskema taż-żgħażagħ għax-xhur tas-sajf biex nesponuhom għax-xogħol mal-privat, fejn kellna parteċipazzjoni sabiħa ta' madwar 300 żagħżugħ li lkoll ħadmu fis-settur privat.", "Għal dan il-għan, il-Ministeru investa s-somma inizjali ta' €110,000 u dan l-investiment mhux biss serva biex nagħtu l-possibbiltà liż-żgħażagħ tagħna li għad m'għandhomx esperjenza ta' xogħol biex ikollhom din l-esperjenza u jniżżluha fis-CV, imma serva wkoll bħala esperjenza ta' scouting għal elementi ġodda.", "L-iskema l-oħra u li ħabbarna fil-Baġit hija biex ngħinu lis-settur privat itejjeb il-kondizzjonijiet tal-impjieg, fejn qegħdin nagħtu €6,000 għal kull impjegat ġdid.", "S'issa kellna 11-il kumpanija li applikaw għal din l-iskema.", "Minn diskussjonijiet li qed ikollna mal-investituri barranin jidher li din qegħdin jarawha bħala inċentiv importanti ħafna biex jiġu jinvestu f'Għawdex.", "Fil-fatt, diġà rajna kumpaniji ġodda jiftħu f'Għawdex fis-setturi tal-gaming, tas-servizzi finanzjarji u tal-konsulenza.", "Dan huwa mod ta' kif ngħinu lis-settur privat jinvesti fil-ħaddiem tiegħu u b'hekk ikun jista' jtejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Sur President, l-ilmenti li jkollna dwar is-settur privat ikunu, fost l-oħrajn, minħabba n-nuqqas ta' flessibbiltà u n-nuqqas ta' family friendly measures li jitfgħu piż fuq il-ħaddiem, jimminaw il-produttività tiegħu u allura jġegħluh ifittex impjiegi band'oħra.", "Din l-iskema kienet il-bidu ta' proċess li issa rridu nkomplu naħdmu fuqu biex nilħqu l-miri l-oħrajn li ħarġu mid-diskussjonijiet li saru mal-employers, u għal dan il-għan saru xi proposti għall-baġit li ġej.", "Żgur mhux forsi rridu naraw kif se nerġgħu nattiraw lura l-imħuħ Għawdxin, speċjalment taż-żgħażagħ li telquna minħabba nuqqas ta' opportunitajiet.", "Il-fenomenu tal-brain drain hija realtà li issa ilha magħna għal diversi snin u rridu nammettu li gvern wara ieħor ma rnexxilux jindirizza din il-kwestjoni b'mod ħolistiku u sostanzjali.", "Għalhekk il-ħtieġa ta' pjan fit-tul u strateġija għall-iżvilupp ekonomiku ta' Għawdex li teħodna sas-sena 2030.", "Fil-fatt, bħalissa qed jiġi ddisinjat d-dokument li se jkun disponibbli għall-konsultazzjoni pubblika dalwaqt.", "Flimkien mal-istrateġija għandna wkoll l-iskills gap analysis li semmejt aktar qabel, għaliex ma jagħmilx sens li jkollok pjan u mbagħad ma jkollokx in-nies li jkunu jistgħu jwettqu dan il-pjan, inkella jkollok dokument li jista' jibqa' fuq l-ixkaffa bħal ħafna dokumenti oħrajn li saru minn ta' qabli.", "Sur President, l-istrateġija se tkun qed tiġi implimentata mill-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "Din hija awtorità li se tiġi mwaqqfa permezz ta' Abbozz ta' Liġi li diġà tressaq għall-Ewwel Qari.", "Din l-Awtorità se jkollha l-inkarigu tal-implimentazzjoni tal-istrateġija u se tpoġġina f'pożizzjoni li mill-paroli ngħaddu għall-fatti!", "Tajjeb ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi kienet saret konsultazzjoni pubblika dwaru, fejn smajna lil kulħadd, u bħalissa għaddejjin bid-diskussjonijiet finali biex fi ftit ġranet oħra jkun jista' jiġi ppubblikat.", "Irrid nistqarr li waqt il-proċess ta' konsultazzjoni ħarġet ċara l-aspettattiva marbuta ma' din l-awtorità.", "Iż-żgħażagħ Għawdxin li jaħdmu Malta wrew interess partikolari fiha għaliex fiha qegħdin jaraw nifs ġdid għal Għawdex.", "Permezz tagħha Għawdex se jagħmel qabża 'l quddiem u huwa proprju dan l-għan li rridu nilħqu permezz tat-twaqqif tagħha.", "Nerġa' ngħid li dan huwa proċess importanti ħafna u qed inħares 'il quddiem biex narah jitwettaq, anke flimkien mal-kollegi tal-Oppożizzjoni.", "Bħalissa wkoll għaddejjin b'sensiela ta' taħdidiet ma' diversi entitajiet pubbliċi f'Malta biex jiftħu branki f'Għawdex.", "Diġà rnexxielna ma' tliet entitajiet u din il-ġimgħa se nħabbru proġett ma' entità minnhom.", "Dan ifisser li grupp sabiħ ta' ħaddiema Għawdxin se jkunu jistgħu jiġu jaħdmu f'Għawdex stess.", "Nifhmu li dawk l-Għawdxin li jaħdmu Malta ta' kuljum għandhom sfidi kbar u għalhekk dawn l-inizjattivi li qegħdin nieħdu.", "Bħalissa qegħdin ukoll inlestu l-pjan tal-park & ride u diversi proposti ġodda li possibbilment nibdew naħdmu fuqhom wara l-baġit li ġej.", "Komponenti ewlenin għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp reġjonali ta' Għawdex huma l-ispatial planning u l-aċċessibbiltà.", "Dawn huma pilastri importanti ħafna u li minnhom jiddependi nilħqux il-miri tagħna jew le.", "Il-proġetti tal-ICT Hub kif ukoll tal-SME Park fix-Xewkija qed jingħataw importanza kbira.", "Fil-fatt, rigward dan tal-aħħar erġajna rrevedejna l-pjanti biex daħħalna fih business centre.", "Illum, l-ewwel ħaġa li jistaqsuk l-investituri barranin meta jiġu jaraw jekk joperawx f'Għawdex jew le hija jekk hemmx spazju readily available minn fejn joperaw.", "Huwa fatt li Għawdex qatt ma kien geared għal dawn l-affarijiet u huwa fatt li l-office space f'Għawdex huwa limitat, speċjalment spazju li jilħaq ir-rekwiżiti li qegħdin jitolbu dawn l-azjendi, u allura huwa importanti li ninvestu f'dawn il-faċilitajiet.", "Qed nara lis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia u ta' min isemmi wkoll il-proġett tal-hub li qed isir minn fondi Ewropej fis-sit fejn kien hemm il-Malta Dairy Product (MDP).", "Hemmhekk bdejna nagħmlu faċilitajiet moderni u state of the art u bis-saħħa ta' dawn il-faċilitajiet ġodda qegħdin nattiraw setturi differenti speċjalizzati li jirrikjedu semi-secure facilities.", "Nemmen li dan il-hub u l-SME Park se jkunu game changers importanti fejn tidħol id-diversifikazzjoni u nemmen li se joħolqu opportunitajiet ta' xogħol li se jattiraw ħafna Għawdxin, speċjalment iż-żgħażagħ li jgħixu u jaħdmu f'Malta, għaliex se jkunu qegħdin joħolqu value added jobs u b'hekk, ikunu qegħdin jassiguraw job mobility u career mobility għal dawk li għandhom l-aspettattivi li jaqblu ma' dawn l-affarijiet.", "Dan kollu se jiġi kumplimentat bit-tisħiħ tal-konnettività.", "Qegħdin nirreferi għat-tieni fibre optic cable li ħareġ it-tender għalih però bħalissa qiegħed fi stadju ta' appell.", "Meta jkun dan in place, mhux biss se jagħti aktar saħħa imma se jagħti wkoll aktar serħan tal-moħħ lill-operaturi.", "Hemm ukoll il-proġetti relatat mal-aċċessibbiltà, li hija kruċjali, speċjalment meta wieħed iqis il-fattur tal-insularità doppja.", "Pereżempju għandna l-proġett tal-permanent link u l-proġett tar-riforma fil-Gozo Channel.", "Rigward dan tal-aħħar, fil-ġranet li ġejjin se joħorġu xi tenders biex nibdew nimplimentaw din ir-riforma mmexxija mis-Sur David Spiteri Gingell wara ċ-Change Management Review Board li ħtart jien stess.", "Hemm ukoll il-proġett tal-fast ferry.", "Dan se mmexxu fuqu hekk kif inkunu f'pożizzjoni li nimxu bil-PSO wara li jiġu eżawriti l-proġetti tal-appelli.", "Għandna wkoll il-proġett ambizzjuż tal-estensjoni tal-port tal-Imġarr.", "L-infrastruttura f'Għawdex qegħdin nagħtuha spinta permezz ta' Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalità Tiegħek u fl-ewwel sena diġà saru rekord ta' xogħlijiet fit-toroq f'Għawdex.", "Issa qed jiġi ppreparat it-tieni ċiklu ta' toroq li se jiġi mħabbar dalwaqt.", "Dawn se jkunu qegħdin jagħtu spinta enormi lill-aċċessibbiltà tal-gżira Għawdxija.", "Irridu naraw setturi oħrajn jikbru bħalma huma s-setturi tat-turiżmu, tas-saħħa, tal-kura u tal-agrikoltura.", "Żgur li din is-sena s-settur tat-turiżmu sploda 'l fuq.", "Dan huwa settur li qed jiffaċċja sfidi kbar fejn jidħol ir-riżors uman u hawn tidħol l-importanza tar-reklutaġġ u t-taħriġ.", "Hawnhekk qegħdin naraw ukoll il-ħtieġa ta' investiment biex intejbu s-settur.", "Illum m'għadniex nitkellmu dwar numri jew staġjonalità għaliex in-numri qegħdin jitkellmu waħedhom u s-settur qiegħed jesprimi ruħu b'mod pożittiv f'dan ir-rigward, però issa rridu nimmiraw lejn il-kwalità u biex ikollok il-kwalità, trid tinvesti.", "Ġaladarba qiegħda nitkellem fuq it-turiżmu, irrid ngħid li fil-baġit li għadda ħabbarna skema biex ngħinu lil dan is-settur jaġġorna l-faċilitajiet turistiċi.", "Qed nirreferi għall-iskema Enable Tourism.", "Din hija skema ġdida u ħabbartha waqt is-seminar li għamlet il-Gozo Tourism Association (GTA) fil-Jum Dinji tat-Turiżmu, però għad irridu nsibu l-mument opportun biex nagħmlu t-tnedija uffiċjali tagħha fil-ġranet li ġejjin.", "Sur President, is-setturi tas-saħħa, il-kura u l-isport ukoll huma niċeċ importanti u bil-preżenza ta' Barts University u Steward Health Care qegħdin inpoġġu lil Għawdex fuq il-mappa internazzjonali fis-setturi tas-saħħa u s-servizzi tas-saħħa.", "Anke fejn tidħol il-kura tal-anzjani; illum għandna struttura ta' servizzi li qed tiġġenera ħafna impjiegi u dawn se jkomplu jiżdiedu bil-ftuħ tad-djar tal-anzjani li għandna proġettati.", "Fil-fatt, il-ġimgħa l-oħra ftaħt night shelter fix-Xagħra u aktar tard dan ix-xahar se jibda jingħata servizz f'faċilità ġdida tal-privat.", "Irrid ngħid li dan is-settur fetaħ il-bibien għal ħafna impjiegi, speċjalment fejn jidħlu n-nisa li għalqu l-40 sena.", "Dawn huma nies li ddedikaw ħajjithom iduru bil-membri tal-familja tagħhom u li qatt ma ħadmu u issa qed nagħtuhom opportunità ta' taħriġ billi noffru żewġ korsijiet fis-sena fil-binja tal-Ministeru.", "Permezz ta' dawn il-korsijiet, dawn in-nisa qegħdin jużaw il-ħiliet li akkwistaw fil-kura tal-familjari tagħhom biex jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u n-numri qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Fil-fatt, l-iskemi li kont nidejt fil-leġiżlatura preċedenti tal-Carer at Home u Respite at Home sejrin tajjeb ħafna f'Għawdex u nħolqu ħafna impjiegi għal ħafna nisa li qatt ma kienu ħadmu qabel.", "Fejn jidħlu l-persuni b'diżabilità mbagħad, f'Għawdex għandna proġett sabiħ ħafna ta' document scanning li konna bdejnieh flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo bħala proġett pilota.", "Dan il-proġett tant mexa u tant kiber li llum huwa storja ta' suċċess.", "Dan kien ukoll il-prekursur ta' proġett ieħor li konna bdejna fil-leġiżlatura preċedenti.", "Qed nirreferi għall-proġett The Green Energy Schools (GES) li wkoll qed jagħti opportunità ta' xogħol lil persuni b'diżabilità.", "Dan biex ma nsemmix il-proġett li għamilna u li għadu għaddej ma' Jobsplus għax-Sheltered Employment Training and Learning Hub f'Għajnsielem.", "Sur President, nagħlaq billi qabelxejn nifraħ lill-Ministru Evarist Bartolo u t-tim kollu tiegħu kif ukoll lis-Sur Clyde Caruana u t-tim tiegħu.", "Bil-preżenza tas-Sur Caruana fil-Jobsplus rajna avvanzi kbar.", "Huwa għandu l-enerġija u l-ħeġġa biex jagħmel ir-riformi li huma diffiċli u forsi ma tantx huma popolari, però qegħdin naraw ir-riżultati u qegħdin naraw ukoll li l-istatistika qed tikkumplimenta dan kollu.", "Nawgura aktar ħidma mal-Jobsplus u mal-entitajiet governattivi biex inkomplu niksbu riżultati aħjar f'inqas żmien.", "Il-ħidma kollettiva u din is-sinerġija tikkumplimenta ħafna l-istrateġija reġjonali għall-iżvilupp ta' Għawdex, li hija strateġija ambizzjuża ħafna, strateġija li se tippożizzjona lil Għawdex bħalma qatt ma rajnieh qabel.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, illum qegħdin niddiskutu liġi li se tagħti struttura ġdida lill-Jobsplus.", "Din l-istruttura għandha tgħin biex min iħaddem ikun jista' jsib persuni mill-aktar adattati għax-xogħol filwaqt li min qed ifittex ix-xogħol ikun jista' jsib l-aħjar xogħol għalih.", "Il-ħsieb hu li l-Jobsplus tkun tista' tippjana għall-quddiem u jkollha viżjoni li permezz tagħha tkun tista' tħejji u tipprepara l-Maltin biex ikunu kapaċi jsibu l-aħjar xogħol possibbli fid-dinja tax-xogħol tal-ġejjieni.", "F'din il-liġi m'hemmx kontroversja.", "Din hija liġi li naqblu fuqha ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Il-kontroversja li se nitkellem dwarha tittratta r-realtà tad-dinja tax-xogħol f'pajjiżna.", "L-istatistika turi li n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fil-preżent huwa sodisfaċenti.", "In-numri niftaħru bihom għaliex jitkellmu waħedhom u ġeneralment dawn ikunu l-ewwel ħaġa li naraw però ħafna drabi wara n-numri jkun hemm realtajiet oħrajn.", "Fil-verità l-ekonomija qiegħda tikber f'ħafna pajjiżi.", "Fil-fatt, kif anke ntqal fl-ewwel paġni tad-Diskors tal-Baġit tas-sena li għaddiet, l-ekonomija tad-dinja as a whole qiegħda tikber u f'din ir-realtà, nemmen li għandna sfida akbar minn dawk in-numri li niftaħru bihom.", "L-isfida hija li issa rridu nħarsu lejn il-kwalità tal-ħajja li qed jgħix il-poplu tagħna, speċjalment dawk li huma bil-paga minima.", "Sur President, l-Italja għamlet xhur bla gvern u llum xorta qiegħda tirrapporta żieda fil-ħolqien tax-xogħol għaliex meta fid-dinja jkollok seba' snin ta' ġid ekonomiku, il-ġid jitkattar kullimkien.", "Madanakollu rridu noqogħdu attenti għaliex meta mbagħad tibda tara l-livell tal-għajxien tan-nies, tibda tara realtajiet ġodda.", "Pereżempju x-xogħol li qegħdin noħolqu kemm qed iħallas?", "In-nies li qegħdin niftaħru li qegħdin jaħdmu, b'kemm qegħdin jitħallsu?", "Xi kwalità ta' ħajja qegħdin jgħixu bil-paga li għandhom?", "X'jiswa li l-ekonomija tagħna qiegħda tikber meta qed jikber ukoll in-numru ta' nies li jistgħu jaqgħu fir-riskju ta' faqar, li ma jistgħux jgħixu ħajja komda u li lanqas għandhom in-neċessitajiet l-iżjed bażiċi?", "X'jiswa jekk noħolqu x-xogħol imma l-ġid ma jitqassamx sew?", "Dan qed ngħidu għaliex il-Gvern ta' Joseph Muscat għażel li jibni l-ekonomija tagħna fuq iċ-cheap labour.", "Il-Gvern ta' Joseph Muscat għażel mudell ekonomiku li huwa labour intensive u allura n-numri huma kbar però mhux bilfors li l-paga li jitħallsu l-ħaddiema tagħna hija sabiħa daqskemm huwa sabiħ in-numru ta' nies li qegħdin jaħdmu!", "Dan hu l-istess mudell ekonomiku li għandhom Dubaj, fejn hemm ħafna nies jaħdmu b'paga baxxa u oħrajn sinjuri li jgawdu minn fuq min jitħallas bl-irħis!", "Irridu nibdew nitkellmu dwar din ir-realtà u mhux nibqgħu ninħbew wara slogans u għajtiet bħalma hija l-għajta \"Dan huwa l-aqwa żmien!\" jew l-islogan tas-surplus.", "Li naraw ħafna trakkijiet iduru u ħafna kostruzzjoni għaddejja ma jfissirx li f'dan il-pajjiż bilfors hawn il-ġid.", "Din mhux kwestjoni ta' kemm hawn ġid imma kwestjoni ta' għand min qed imur il-ġid.", "Din hija kwestjoni ta' jekk hux kulħadd qed jibbenefika minn dak il-ġi.", "Din hija kwestjoni ta' min qed jitħallas għal dak il-ġid.", "Għall-Maltin li jgħixu f'din il-gżira dejjem u mhux għal erbat ijiem u jitilqu, dan \"l-aqwa żmien\" fiex qed jikkonsisti bħala esperjenza tal-ħajja?", "Fl-opinjoni tiegħi, aktar ma l-Gvern jagħmel marketing ta' din il-kwalità, aktar qed narah irid jaħbi l-verità u aktar qed narah jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel.", "Ir-realtà hi li l-islogan \"L-Aqwa Żmien\" mhuwiex realtà għal kulħadd.", "Dan huwa l-aqwa żmien għal min għandu paga minima?", "Huwa l-aqwa żmien għal dik is-single mother li kienet tirreġistra u neħħewha minn fuq ir-reġistru tal-impjieg u m'għadhiex tieħu l-benefiċċji soċjali?", "Għal din l-omm, il-Gvern qiegħed jimxi magħha bil-lenti imma mbagħad kellu flus kemm irid biex membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar tinġieb minn Sqallija b'jet privat bi spiża ta' eluf ta' ewro!", "U għal dik l-armla u dak il-pensjonant li l-Gvern qed jixaħħaħ magħhom, dan huwa l-aqwa żmien, jew l-awqa żmien huwa biss għal dak il-Membru min-naħa tal-Gvern li kien ministru u llum qiegħed jitħallas gelgul ta' ewro fis-siegħa permezz ta' kuntratt li kważi ma jispiċċa qatt?!", "Dan hu l-pajjiż li qiegħed fl-aqwa żmien?!", "Għal min iridu donnu m'hawnx problema ta' flus imma mbagħad għall-iżgħar fost l-iżgħar u għall-vulnerabbli għandna Gvern li jimxi bil-punto e virgola.", "Dan mhux Edwin Vassallo qed jgħidu, jew l-Onor.", "Frederick Azzopardi, jew il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Dan qed tgħidu Yana Mintoff.", "Meta hija ġiet mistoqsija jekk f'Malta għandhiex problema ta' faqar, ir-risposta tagħha kienet: \"Malta's economy is built on cheap labour\"!", "Skont l-istess ġurnal, f'din l-intervista hija qalet ukoll hekk:", "Yana Mintoff qed tara klassi soċjali li qed tiġi maqsuma f'żewġ fronti; dawk li kapaċi jgħixu u dawk li mhumiex qegħdin ilaħħqu.", "Fil-fatt, hija qalet ukoll li \"the crux of the problem is having low income work on one side and rising rental, property and food prices on the other\" u għandha raġun għax għandna persuni li mhumiex qegħdin ilaħħqu.", "Niftaħru bis-surplus u b'kemm għandna nies li qegħdin jaħdmu imma l-istorja ma tiqafx hemm.", "Jista' għandna suċċess f'dak ir-rigward, imma rridu nħarsu lejn ir-realtà fid-djar tagħna.", "Wara li kkwotajt x'qalet Yana Mintoff se nħares ukoll lejn x'jgħid ir-rapport li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra msejjaħ \"Il-Progress ta' Malta Rigward l-Għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli\" ta' The People For Change Foundation.", "Dan ir-rapport jitkellem dwar l-istatistika u jgħid hekk:", "\"22.4% tal-popolazzjoni f'Malta qiegħda f'riskju ta' faqar u ta' emarġinazzjoni soċjali.", "Aktar minn 25% tat-tfal huma f'riskju ta' faqar jew ta' emarġinazzjoni soċjali.", "23.7% tal-popolazzjoni ta' 65 sena jew akbar hi f'riskju ta' faqar jew ta' emarġinazzjoni soċjali.", "8.1% tal-popolazzjoni qed tgħix f'nuqqas materjali estrem.\"", "Sur President, ma nistgħux niġu hawnhekk u nifaħru dwar kemm qegħdin noħolqu impjiegi imma fl-istess ħin nipprovaw ngħattu x-xemx bl-għarbiel is-sitwazzjoni ta' dawn l-eluf ta' familji u ta' persuni Maltin.", "Bħala politiċi rridu nagħtu l-attenzjoni tagħna lilhom ukoll.", "Imma ħalli nkompli nħares lejn l-istatistika u din id-darba se nirreferi għal statistika tal-NSO li titkellem dwar kif fl-2016 kien żdied in-numru ta' nies li setgħu jaqaw fir-riskju ta' faqar.", "Dan in-numru llum huwa ta' 72,143 persuna.", "Jiġifieri m'aħniex qed nitkellmu fuq xi għaxar minn nies, jew fuq xi elf ruħ, imma qegħdin nitkellmu fuq 72,143 persuna.", "Dawn huma nies.", "Bħala klassi politika ma nistgħux niġu naqgħu u nqumu minnhom u sempliċement ngħidu li qed jinħoloq il-ġid.", "Dawn it-72,143 persuna għandhom problemi biex ilaħħqu mal-ħajja meta f'din il-Kamra, partikolarment fuq in-naħa tal-Gvern, għandna min qed jitħallas tlieta jew erba' pagi.", "F'din il-Kamra għandna min qed jiekol, jixba, jitfewwaq u jibqagħlu meta hemm barra għandna nies li meta jarawna nitkellmu fuq \"l-aqwa żmien\" jidħku bina jew jibku għalihom infushom.", "Irrid ngħid li fl-ewwel sena numru ta' soċjalisti militanti fil-Partit Laburista kienu kitbu ittra miftuħa lill-Prim Ministru dwar dak li bdew jaraw li se jkun qed jiġri taħt dan il-Gvern.", "Fosthom kien hemm Karmenu Mifsud Bonnici u Patri Mark Montebello u dawn lill-Prim Ministru qalulu li l-Partit Laburista qed jitlaq il-valuri u r-ruħ soċjali tiegħu għax qed jipprova jara kif jissieħeb u jakkomoda lill-kuntratturi, jew lis-sinjuri l-kbar, filwaqt li ż-żgħir qed ikompli jċaħħdu mill-attenzjoni tiegħu.", "L-eluf ta' nies li qegħdin insibulhom ix-xogħol għandna nitkellmu dwarhom, mela le, però tafu fiex niġu l-ewwel bħala pajjiż taħt dan il-Gvern suppost immexxi mill-partit tal-ħaddiema?", "Fin-nuqqas taż-żieda fil-paga minima.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq il-Jobsplus jekk fl-istess ħin ma nitkellmux dwar xi ħlas qed jagħti x-xogħol li qegħdin noħolqu.", "X'kuxjenza jibqagħlna jekk nagħmlu dan?", "Sur President, niftaħru bis-surplus imma għal ħafna familji u għal dawk it-72,143 persuna, is-surplus li jiftaħar bih dan il-Gvern huwa defiċit fil-but tagħhom għax m'għandhomx biex jgħixu ħajja komda bħalma għandna aħna d-Deputati ta' din il-Kamra.", "Hemm eluf ta' nies hemm barra li m'għandhomx biex imantnu lilhom infushom u lil uliedhom.", "Mela meta nitkellmu dwar \"L-Aqwa Żmien\" inkunu qegħdin nitkellmu dwar l-aqwa żmien għal min qed jiekol minn idejn dan il-Gvern.", "Meta nitkellmu dwar kważi full employment qegħdin nitkellmu dwar realtà li kienet tkun teżisti anke li kieku fil-gvern hawn il-partit tas-sofor, li s'issa għadu ma jeżistix!", "Taħt il-partit tas-sofor ukoll f'Malta kien ikun hawn l-employment li hawn bħalissa għax ir-rata tal-impjiegi mhijiex grazzi għall-Gvern imma għax dan il-pajjiż u l-ekonomija tad-dinja għaddejjin minn dawn seba' snin tal-ġid.", "Illum m'għandniex riċessjoni.", "Meta f'dan il-pajjiż kien hawn riċessjoni u kien hawn il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, il-Prim Ministru, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, ma kienx jammetti li fid-dinja kien hawn riċessjoni.", "U dan minkejja li r-riċessjoni ma kenitx f'Malta biss iżda kienet fil-pajjiżi kollha ta' madwar Malta.", "Dak iż-żmien kellna gvern għaqli u allura m'għeriqniex, u llum għandna l-aqwa ġid, illum għandna ekonomija li sejra tajjeb u fl-istess ħin għandna Gvern li kapaċi jgħix ta' sinjur imma għall-ekonomija għażel il-mudell taċ-cheap labour!", "Ħasra li għandna Gvern li mhux qed jippjana kif jisfrutta dan il-ġid ekonomiku dinji biex jara li pajjiżna joħloq aktar ġid, liema ġid għandu jitqassam sewwa.", "Ħasra li m'aħniex nitkellmu dwar value added jobs.", "Veru li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern ir-rata tal-qgħad kienet 4%, però għexna żmien taħt Gvern Nazzjonalista ta' kważi full employment ukoll.", "Għexnieh dak iż-żmien, però dak iż-żmien tafu fuq xiex konna nitkellmu?", "Konna nitkellmu dwar xogħlijiet ta' valur miżjud u dwar il-job mobility, ċjoè l-kapaċità li timxi minn xogħol għal ieħor u titħallas aktar għax dejjem konna naraw kif inġibu industriji ġodda.", "Konna nitkellmu wkoll dwar viżjoni fit-tul.", "Illum jekk xi ħadd jistaqsi lil dan il-Gvern biex jagħtina l-viżjoni tiegħu għall-15-il sena li ġejjin bil-miktub, ma naħsibx li nsibu lil xi ħadd li jqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra!", "Jekk xi ħadd iqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra ngħidlu \"Skużani, ma kontx naf biha!\" u mmur u naqraha u nara jekk hemmx targets li qegħdin nipprovaw nilħqu però donnu l-uniku target li kellu l-Prim Ministru Joseph Muscat kien li jkun l-iżgħar Prim Ministru u li jagħmel għaxar snin!", "U issa qegħdin jagħlqu l-għaxar snin u kulma donnu jimpurtah il-Prim Ministru huwa x'xogħol se jkollu fl-Unjoni Ewropea.", "Dawk huma t-targets li għandu l-Partit Laburista.", "Jekk hawn targets għajr minn dawn, nitlob lil min se jitkellem warajja jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bil-miktub li juri l-kuntrarju.", "Din il-viżjoni jien irrid naraha bil-miktub għax bid-diskors ilna ngħidu affarijiet.", "Pereżempju smajna lill-Prim Ministru jgħid li l-korruzzjoni se jidħlilha bir-ras imma ma daħlilhiex!", "Smajnieh jgħid ukoll li se jieħu ħsieb l-ambjent iżda ma ħax ħsiebu.", "Imbagħad meta kien fl-Oppożizzjoni kemm-il darba smajnieh jgħid li se jżid il-pensjonijiet imma l-inqas li żdiedu taħt dan il-Gvern kienu proprju l-pensjonijiet.", "Meta kien Kap tal-Oppożizzjoni smajnieh ukoll jitkellem fuq il-living wage imma l-living wage baqgħet biss illużjoni.", "L-istess il-push back tal-immigranti irregolari.", "Dejjem tkellem biex jingħoġob.", "Illum id-diska nbidlet għaliex inbidlet ir-responsabbiltà.", "Qabel Muscat kien jitkellem fuq il-living wage imma llum ħadd m'għadu jitkellem fuqha.", "Illum ir-realtà tal-living wage tafu x'inhi?", "Dik hi r-realtà li dan il-Gvern tal-ħaddiema jrid jitkellem dwarha.", "Minflok niġu hawn u nitkellmu fuq is-surplus, ejja niġu hawn u nitkellmu fuq il-verità li kemm ilu Joseph Muscat fil-Gvern, id-dejn tal-pajjiż żdied minn kif ħallieh Gvern Nazzjonalista.", "L-istatistika tal-lum taf x'turina fuq id-dejn nazzjonali?", "Li kien inqas minn tas-sena li għaddiet imma xħin tiġbor id-dejn tal-aħħar sitt snin, l-istorja hija differenti.", "Veru li kien inqas minn tas-sena li għaddiet imma ta' qabel kien ferm akbar u ta' qabel jerġa' kien akbar.", "L-istess ir-realtà tas-surplus.", "Qed nagħtu l-impressjoni li f'dan il-pajjiż għandna surplus biss imma d-defiċit reali huwa x'għandhom flus fil-but in-nies.", "Jien minn dak jimpurtani, dak huwa d-defiċit li jimpurtani minnu.", "Sur President, f'soċjetà li jimpurtaha, bħala politiċi għandu jkun jimpurtana li naraw li kull ħaddiem ikollu xogħol dinjituż.", "Illum fejn hi d-dinjità tal-ħaddiem taħt gvern suppost soċjalista imma li spiċċa mill-aktar kapitalista?", "Kull ħaddiem, hu x'inhu l-kulur tal-ġilda tiegħu, huwa bniedem u ħaqqu jkun trattat ta' bniedem.", "Id-dinjità tiegħu trid tiġi mħarsa u mhux inġibu n-nies minn barra u mbagħad jiġu misplaced, jew ngħidulhom li se jiġu jaħdmu u mbagħad ma jsibux fejn jaħdmu.", "Mhux talli hekk, talli dawn qed jiġu hawn u jikru appartament ma' xi tmien min-nies oħra għax il-paga minima dak li tippermettilhom biex ikunu jistgħu jibagħtu xi ħaġa tal-flus lill-familja barra minn Malta.", "Dik hi d-dinjità?", "Jien lill-barrani rrid nittrattah tajjeb daqskemm nittratta lill-Malti u t-tnejn nagħtihom ċerta sigurtà.", "Meta konna deħlin fl-Unjoni Ewropea l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni u dak iż-żmien kien ibeżża' li se jiġu l-Isqallin jaħdmu f'Malta.", "Illum mhux biss ġew l-Isqallin imma ġew persuni minn kull ġens ieħor, u dawn ġew għax ftaħnielhom u ridniehom jiġu.", "Pereżempju l-kumpanija tat-trasport pubbliku marret il-Pakistan tagħmel reklam għal 300 xufier mal-flotta tal-karozzi tal-linja f'Malta.", "Dan kien reklam diskriminatorju li ma jistax isir f'pajjiżna.", "Hawnhekk għalija l-Partit Laburista daħak bix-xufiera Maltin u Għawdxin għax minflok tahom pagi suret in-nies, ġab 300 xufier mill-Pakistan biex jitħallsu bl-irħis bil-konsegwenza li l-Malti spiċċa jikkompeti ma' min qiegħed jiġi minn barra minn Malta u jitħallas b'inqas.", "Huwa dan il-mudell ekonomiku li rridu?", "B'dan il-mod il-Maltin ma tistax tiżdidilhom il-paga għaliex jgħidulhom li jekk ma' jridux jaħdmu b'dik il-paga, ix-xogħol jeħodulhom ħaddieħor.", "L-Onor.", "Karl Gouder bir-raġun kollu qal li l-Jobsplus trid taħseb fuq it-taħriġ.", "Illum, bis-supply tax-xogħol li hawn, kważi eliminajna l-metodoloġija tat-taħriġ.", "Imma ħalli ngħid f'liema ċirku vizzjuż waqa' dan il-Gvern!", "It-tkabbir ekonomiku li għandna llum, fil-maġġor parti tiegħu huwa grazzi għad-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, dan il-Gvern sab €1 biljun fil-but grazzi għall-istess Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern li ma riedx jidħol fl-Unjoni Ewropea llum qiegħed jimmaniġġja l-flus tagħha!", "U kull sold li jonfoq fi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea ġabulu l-Partit Nazzjonalista għax hu ma kienx riedu.", "Kull pajjiż li daħal fl-Unjoni Ewropea esperjenza tkabbir ekonomiku wara l-ewwel ftit snin però f'pajjiżna s-sinjali ta' tkabbir ekonomiku li għandna fl-opinjoni tiegħi huma superfiċjali.", "Pereżempju l-bejgħ tal-passaporti mhijiex industrija.", "L-istess mhix industrija ż-żieda fil-popolazzjoni.", "Imbagħad xi ngħidu għall-industrija tal-kostruzzjoni, fejn il-Gvern spiċċa kommess bil-ħruġ tal-permessi?!", "It-tkabbir ekonomiku li għandna mhuwiex grazzi għaż-żieda fil-produzzjoni imma għax għandna żieda fil-popolazzjoni!", "Fil-fatt, il-Financial Stability Report tal-2017, magħmul mill-Bank Ċentrali ta' Malta, f'paġna 13 jgħid hekk:", "Dan il-Gvern illum kważi ġie obbligat idaħħal 70,000 barrani f'Malta sabiex ikun jista' jkompli jsostni l-industrija tal-kostruzzjoni; minn naħa aħna nibnu, min-naħa l-oħra l-barranin ikollna fejn inpoġġuhom u b'hekk insostnu wkoll l-industrija tal-krijiet.", "Bla ma jrid illum il-Gvern ma jistax ma jibqax joħroġ il-permessi tal-bini.", "L-istess ma jistax ma jibqax iġib il-barranin għaliex dak hu l-mudell ekonomiku li għandu.", "Dan meta suppost hawn Malta qegħdin noħolqu impjiegi ta' valur miżjud u b'pagi aħjar.", "Sur President, iċ-cheap labour li tkellmet fuqu Yana Mintoff u li titkellem fuqu l-istatistika huwa magħna u se jibqa' magħna.", "Il-bini bl-addoċċ li tiela' huwa magħna u se jibqa' magħna wkoll għax dawn it-tnejn isostnu lil xulxin.", "Dan mhuwiex l-aqwa żmien.", "Malta jixirqilha aħjar.", "Malta jixirqilha Gvern li jkollu viżjoni dwar kif joħloq impjiegi li jkunu kapaċi joħolqu l-ġid u joffru pagi aħjar.", "Malta jixirqilha Gvern li jkollu viżjoni biex il-ħaddiema ma jibqgħux fil-periklu u dawk li qegħdin fil-faxxa ta' isfel ma jibqgħux fir-riskju tal-faqar.", "Hija tal-misħtija għal dan il-Gvern li fl-2018 għadna nitkellmu fuq eluf ta' familji li qed jaqgħu fir-riskju tal-faqar meta suppost f'pajjiżna qegħdin tassew noħolqu l-ġid.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sur President, x'diskors pessimista u mimli negattiviżmu għadna kif assistejna għalih!", "Meta se jitgħallmu?", "Meta se jitgħallmu li l-poplu tagħna ma jridx jisma' negattiviżmu imma jrid jisma' dwar il-ħolm tiegħu u dwar kif se nagħmlu l-ħajja tiegħu aħjar?!", "Jason Azzopardi tkellem dwar dak li ġie rapportat f'La Repubblica u jkolli nifraħlu tat-talent straordinarju li għandu biex dak kollu li jiġi pubblikat f'La Repubblica jkun jaf dwaru ftit sekondi wara!", "Nifraħ ukoll lil Manuel Delia li Alla jbierek irnexxielu jikteb blog twil ftit tal-ħin wara li tela' r-rapportaġġ f'La Repubblica.", "Naħseb li għal min irid jifhem, l-affarijiet huma ċari ħafna dwar min qiegħed jiftiehem ma' min, u min qiegħed jgħaddi l-informazzjoni lil min.", "Din hija strateġija tal-mistħija.", "Kulħadd jagħraf dak li huwa veru u dak li huwa falz u intuli li l-Onor.", "Hermann Schiavone jtella' kumment fil-konfront tal-MEP Sven Giegold meta dan ikkummenta li l-HSBC għandu jitlaq minn Malta u mbagħad naraw dawn it-tattiċi min-naħa ta' esponenti oħrajn tal-Oppożizzjoni.", "Ir-realtà hi li hemm diversi membri min-naħa tal-Oppożizzjoni li l-intenzjoni tagħhom hija unikament li jkomplu jagħmlu ħsara lil pajjiżna barra minn xtutna.", "U naħseb li fil-bidu ta' din is-seduta wrew biċ-ċar li din hija d-direzzjoni tagħhom.", "Jien sal-lum il-ġurnata għadni ma nistax nifhem x'qed jippruvaw jilħqu b'din l-istrateġija.", "X'mingħalihom li se jiggwadanjaw billi jippruvaw iħammġu isem pajjiżna u billi jagħmlu ħsara lis-settur tas-servizzi finanzjarji, li tant huwa importanti għal pajjiżna għax minnu jgħixu ħafna u ħafna nies?", "Il-ġimgħa li għaddiet ħadt gost li attendejt għad-Delta Summit.", "Dan kien seminar li tant jagħmlek kburi li int Malti.", "Mela għandna Oppożizzjoni li qed tgħid li aħna pajjiż fejn tiġi l-Mafja Taljana biex tnaddaf flusha u mbagħad fid-Delta Summit tisma' 3,800 investitur, jew persuni li huma mdaħħlin fil-qasam tal-blockchain, li ħlief ifaħħru isem pajjiżna m'għamlux!", "F'dak is-summit kien hemm ħafna tifħir favur pajjiżna u kien hemm ħafna investituri li qalu li qed jitilqu minn pajjiżhom biex jiġu Malta.", "Fil-fatt, jien kelli l-okkażjoni nitkellem ma' investitur partikolari mill-Polonja u dan qalli li huma rrilokaw u qegħdin fi Strada Stretta l-Belt.", "L-investituri għandhom fiduċja f'pajjiżna għaliex qed inkunu fuq quddiem nett fl-avvanzi teknoloġiċi.", "L-istess konna fuq quddiem nett meta lleġiżlajna dwar dawn l-oqsma ġodda.", "Għaldaqstant jiddispjaċini li hawn Maltin, li suppost jafu ħafna aħjar għaliex huma membri ta' din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u jaraw kif se jħammġu isem pajjiżna, kif reġgħu ppruvaw jagħmlu llum.", "Mela l-barrani jiftaħar b'Malta u l-Maltin ikasbruha!", "Din hija sitwazzjoni bla sens li qegħdin joħolqu wħud mill-membri tal-Oppożizzjoni, u forsi meta ngħid \"uħud\" qed inkun ġeneruż ħafna.", "Nerġa' mmur lura għal dak li qal il-Membru Parlamentari Ewropew Sven Giegold li skont hu, l-HSBC għandhom jikkonsidraw li jitilqu minn pajjiżna.", "Sven Giegold nafuh dejjem id f'id ma' Ana Gomes fil-kritika u fl-attakki tiegħu kontra Malta u għalkemm uħud mill-membri tal-Oppożizzjoni \"taparsi\" ċċensurawh, il-verità hi li Roberta Metsola tagħtih ħafna munizzjoni kontra Malta u David Casa ħlief jagħtih l-informazzjoni u jakkumpanjah f'delegazzjonijiet kontra pajjiżna m'għamilx.", "Għalhekk qed ngħid \"taparsi\" ċċensurawh.", "Dik hija s-sitwazzjoni u inutli mbagħad tipprova tagħmel strateġiji paraventu biex taparsi qed tiddefendi isem pajjiżna.", "Il-verità kulħadd jaf x'inhi.", "Qed nerġa' nara s-sinjali ta' strateġija li se tinbeda biex nippruvaw nagħmlu minn kollox biex inkissru isem pajjiżna.", "Għaldaqstant nappella biex fl-interess tal-ġid komuni, inżommu f'moħħna li din mhijiex kwestjoni ta' politika partiġjana imma kwestjoni ta' min jixtieq il-ġid lil pajjiżna.", "Naħseb li jekk ma naqblu f'xejn għandna naqblu li hawnhekk qed nitkellmu dwar l-interess nazzjonali.", "Ejjew niġbdu l-istess ħabel għaliex bil-ħsara, ħsara tiġri.", "Id-deni jġib id-deni u l-ġid iġib il-ġid.", "Jekk ikollna l-ġid se jibbenefika kulħadd.", "Din mhijiex kwestjoni ta' politika jew kwestjoni jekk intix blu jew aħmar imma kwestjoni li mill-ġid joħroġ il-ġid.", "Hemm diversi membri mill-Oppożizzjoni li donnhom din ma jridux jifhmuha.", "Veru ma nistax nifhem fejn iridu jaslu.", "Jien illum kont qiegħed hawnhekk mill-bidu tas-seduta u smajt dak li qal l-Onor.", "Fejn irridu naslu meta f'din l-istituzzjoni nużaw strateġija biex noskuraw lil pajjiżna?", "Jien nemmen li kull min qiegħed isegwina u l-maġġoranza assoluta tal-poplu tagħna huma mweġġa' b'din l-attitudni.", "Il-poplu jweġġa' meta jara lil min jipprova jagħmel ħsara lill-investiment, lill-familji u lill-impiegi tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-settur tas-servizzi finanzjarji jiddependi ħafna fuq l-istabbiltà u fuq ir-reputazzjoni tajba ta' pajjiżna u għandna ħafna Maltin li jaħdmu f'dan is-settur li dawn it-tip ta' strateġiji jinkwetawhom bil-kbir.", "Għaldaqstant nappella għall-prudenza u għar-responsabbiltà.", "Isem pajjiżna ejja nibżgħu għalih.", "Jista' jkun li ma naqblux bejnietna fuq livell nazzjonali u jekk hemm xi issues li jikkonċernaw lil pajjiżna ejja niddibattuhom imma ejja ma nagħmlux ħsara fuq barra.", "Ejja ma nalleawx ruħna ma' min ma jixtieqx ġid lil pajjiżna.", "Hawn xi ħadd li jemmen li Sven Giegold jew Ana Gomes jew xi ħaddieħor jixtiequ l-ġid lil pajjiżna?", "Aħna nixtiequ l-ġid lil pajjiżna u aħna kburin b'pajjiżna!", "Ma nistax nifhem kif wieħed jista' jmur ma' min qiegħed juri li għandu kruċjata kontra pajjiżna.", "Jien kont f'delegazzjoni ma' Ana Gomes u ma' Sven Giegold meta ġew Malta u tgħidilhom x'tgħidilhom, tispjegalhom x'tispjegalhom dak il-ħin jgħidulek li għandek raġun imma mbagħad joħorġu barra u jagħmlu konferenza stampa li tkun l-oppost ta' dak li tkun spjegajtilhom.", "Għaliex?", "Għax għandhom aġenda kontra pajjiżna u l-aġenda hija li jagħmlu l-ħsara.", "Naħseb din hija ċara u jiddispjaċini li ħafna mill-informazzjoni li qed jingħataw ġejja min-naħa l-oħra ta' din il-Kamra.", "Għadna kif bdejna x-xahar ta' Ottubru u hawn nagħmel appell lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jindirizza lil dawk il-Membri tiegħu li qegħdin jagħmlu l-ħsara lil pajjiżna.", "Jekk se jibqa' ma jagħmel xejn jew jgħid li ma jaqbilx imma ma jeħux il-passi li għandu jieħu, allura hu kompliċi daqs dawk il-Membri tiegħu li jibqa' jħallihom għaddejjin b'din l-istrateġija ta' ħsara għal pajjiżna.", "Sur President, illum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi dwar ix-xogħol.", "Ix-xogħol u l-ħolqien tax-xogħol huwa dak li kkaratterizza lil pajjiżna tul dawn l-aħħar ftit snin.", "Il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità bidel il-wiċċ ta' pajjiżna u permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin noħolqu qasam leġiżlattiv li jirregola l-impjegi, it-taħriġ u l-aspetti amministrattivi.", "Tiskanta kemm jgħin li jkollok qafas leġiżlattiv solidu u b'saħħtu biex jinċetiva l-ħolqien ta' impjiegi ġodda.", "Dik hija r-realtà fis-settur tal-blockchain.", "Jekk għandna vantaġġ li kulħadd jitkellem dwaru huwa li pajjiżna kien minn ta' l-ewwel li lleġiżla dwar dan is-settur.", "Ħloqna tliet liġijiet u f'Ġunju li għadda ddiskutejniuehom u approvajniehom bħala Parlament.", "Hemmhekk inħoloq qafas regolatorju li ġibed lill-investituri, tant li llum għandna investituri ġejjin minn kullimkien, anke mill-Amerika.", "Meta tistqasihom kif għażlu lil Malta minn tant pajjiżi fejn setgħu jimirħu dawn ma jsemmulekx ir-rati ta' taxxa jew ħaġa jew oħra imma kollha jsemmulek il-qafas regolatorju u l-fiduċja li għandhom f'pajjiżna.", "Dawn jemmnu f'pajjiżna u jiddispjaċini ngħid li għandhom fiduċja f'pajjiżna aktar milli għandhom uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Tkellimt dwar il-blockchain u s-summit li għadu kif kellna imma issa rridu nħarsu b'ambizzjoni għas-summit li se jkollna f'Lulju ta-sena d-dieħla dwar l-artificial intelligence.", "Nemmen li għal darb'oħra se nkunu innovattivi u fuq quddiem f'dan il-qasam li wkoll huwa importanti għal pajjiżna.", "Ix-xogħol ma jiġix waħdu, ix-xogħol jiġi jekk taħdem u tirsisti biex iġġibu u billi l-ħin kollu tkun qiegħed moħħok hemm, billi tara xi jkun qiegħed jiġri madwarek fid-dinja kollha u billi tkun minn ta' quddiem biex tiġbed niċeċ ġodda ta' xogħol.", "Għalhekk, nappella biex ir-reputazzjoni ta' pajjiżna nibżgħu għaliha għax ir-reputazzjoni tal-pajjiż hija kollox.", "Għandna nibżgħu għar-reputazzjoni ta' pajjiżna u ma nkunux aħna li nagħtu l-bullets lil min irid jisparalna.", "Ejja ma nagħmlux affarijiet li ma jagħmlux sens.", "Sur President, nagħlaq billi nerġa' nappella għall-prudenza, nappella għar-responsabbiltà u nappella biex inħarsu l-interess nazzjonali.", "Jekk verament ikollna għal qalbna l-interess nazzjonali nemmen li nkunu attenti u ċerti affarijiet ma nagħmluhomx.", "Dan l-appell qed nagħmlu minn qalbi għax verament inweġġa' meta nara li l-Oppożizzjoni qed terġa' tuża l-istess strateġija li użat tul is-sena li għaddiet.", "Jien inweġġa' meta nara isem pajjiżi jiġi mħammeġ barra minn xtutna għaliex jien kburi li jien Malti, kburi b'pajjiżna u kburi aktar minn kull barrani ieħor b'pajjiżu!", "Għalhekk, ejja niddibattitu, ejja nkunu kritiċi fil-konfront tal-ħidma tal-Gvern però ejja nkunu kritiċi b'mod kostruttiv biex il-prodott finali jkun wieħed aħjar u jkun wieħed li jgawdu minnu ċ-ċittadini kollha għaliex fl-aħħar mill-aħħar hekk jixirqilhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, ningħaqad mal-kollega l-Onor.", "Robert Abela u ngħid li filwaqt li għandna nindirizzaw l-isfidi li għandu pajjiżna llum, f'din il-Kamra jeħtieġ li nġibu l-pajjiż l-ewwel.", "Dan ngħidu għax huwa ċar li hawn min qiegħed jirkeb fuq ċerti diċeriji biex jattakka lil pajjiżna u s-settur tas-servizzi finanzjarji tagħna.", "Fil-fatt, illum tkellimt ma' żewġ persuni li ma jappoġġjawx il-Moviment Laburista u li ilhom fix-xena tas-servizzi finanzjarji għal dawn l-aħħar 20 sena u dawn qaluli li bħalissa qegħdin jaraw attakk koordinat fuq dan is-settur minn Maltin stess.", "Dawn huwa attakk orkestrat minn persuni li jixtiequ li jimminaw is-settur tas-servizzi finanzjarji fil-pajjiż għax qed jarawna li qed nimirħu f'servizzi oħra wkoll.", "Il-kollega semma d-Delta Summit u hawnhekk infaħħar lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri tax-xogħol li għamel flimkien mat-tim tiegħu.", "Ovvjament blokka tibni fuq blokka oħra u l-oqsma tal-blockchain u tal-cryptocurrency huma kollha mibnijin fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji li għandna u huwa proprju għalhekk li qed isiru dawn l-attakki minn min jixtieq li dawn is-servizzi jimxu minn Malta għal pajjiż ieħor.", "Jien se nitkellem fuq is-suġġett li għandna quddiemna però xtaqt li nsemmi dawn l-attakki orkestrati għax din mhijiex kwestjoni ta' aħmar jew blu imma hija kwestjoni ta' għajxien ta' eluf ta' familji.", "Din hija kwestjoni ta' pajjiż li ilu għal ħafna snin joffri servizz li dejjem kellu l-appoġġ taż-żewġ naħat.", "Niġi issa għall-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Nibda billi nsemmi l-fatt li l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Onor.", "Evarist Bartolo, ħadem qatigħ biex fl-aħħar sigħat ġie evitat strajk fl-iskejjel tagħna.", "Il-mara tiegħi hija għalliema u allura ta' spiss nitkellmu dwar l-isfidi li għandhom l-għalliema u x-xogħol li jagħmlu u t-taħriġ li jieħdu b'mod kontinwu biex jibqgħu aġġornati f'dan is-settur.", "Għalhekk, nista' ngħid li huwa tajjeb u pożittiv li ż-żewġ naħat imxew bil-bonsens u ddeċidew li jmmorru lura għad-drawing board, fejn wieħed jerġa' jiddiskuti u jara liema għandha tkun it-triq 'il quddiem.", "Dan huwa l-moviment tad-djalogu soċjali.", "Dan huwa l-moviment tax-xogħol.", "Dan huwa l-moviment tal-edukazzjoni.", "Dan huwa l-moviment tal-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Vassallo qal li aħna Gvern li qed immexxi l-fondi Ewropej.", "Jien komdu ħafna mmexxi l-fondi Ewropej!", "Komdu ħafna li għandna fondi Ewropej li ġibna għall-pajjiż imma komdu aktar li dawk il-fondi Ewropej qegħdin jintefqu.", "Ħaddieħor ħalla warajh falliment totali fil-fondi Ewropej.", "Fil-fatt, meta l-Ministru Ian Borg kien daħal fl-uffiċċju tiegħu fl-2013 kien sab miljuni ta' fondi Ewropej li kienu se jintilfu għaliex id-disbursement targets kienu 'l bogħod ħafna.", "Allura nħossni komdu ngħid li dan huwa moviment tax-xogħol, moviment tal-edukazzjoni u moviment tal-Unjoni Ewropea.", "Il-kollegi tiegħi mill-Oppożizzjoni llum jinsabu fis-sitwazzjoni li qegħdin għaliex sfortunatament huma Oppożizzjoni bla identità.", "Fil-fatt, hemm Membri Parlamentari tal-istess Oppożizzjoni li ma jħossuhomx komdi f'dak il-partit.", "Hemm ukoll ħafna li mxew mill-Parti Nazzjonalista għall-Moviment Laburista, li jkopri wkoll dak li jaspiraw li jkunu u dak li jaspiraw li jkollhom il-familji tagħhom", "Sur President, illum qed niddiskutu l-bidliet li qiegħed jipproponi l-Ministru Bartolo biex nirregolaw il-Jobsplus.", "Dawn huma bidliet li għandhom ikomplu jsaħħu din l-aġenzija, aġenzija li fl-aħħar snin għamlet ħafna xogħol.", "Jien komdu ħafna ngħid li din l-aġenzija, bix-xogħol li għamlet, tirrispekkja l-valuri u l-prinċipji ta' dan il-moviment.", "Biżżejjed insemmi l-mod ta' kif is-settur tal-edukazzjoni qiegħed jissaħħaħ.", "U hawnhekk tajjeb nirrispondi għall-kritika li għamel l-Onor.", "Vassallo fejn qal li llum għandna pajjiż taċ-cheap labour.", "Jiddispjaċini ngħid imma naħseb l-Onor.", "Vassallo qiegħed jgħix f'dinja oħra għaliex mil-lat ekonomiku, illum għandna purchasing power b'saħħtu li pajjiżna qatt ma kellu qabel.", "Illum mhux talli kważi kulħadd għandu impjieg talli grazzi għall-għaqal tal-Gvern u għall-bżulija tal-poplu Malti u Għawdxi għandna surplus.", "Dan ifisser li l-pajjiż qiegħed idaħħal aktar flus milli joħroġ u allura bdejna nindirizzaw id-dejn li l-Onor.", "Vassallo u l-kollegi tiegħu ħallew lill-pajjiż.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern dak li kien se jħallilhom lit-tfal tagħna u t-tfal ta' dawk li bħalissa qed jisimgħuna; kien se jħallilhom id-dejn għaliex kien jirreġistra defiċit sena wara l-oħra.", "Għall-kuntrarju, illum il-familji Maltin u Għawdxin huma komdi b'dan il-Moviment għaliex jafu li dan il-Gvern mhux biss jibbilanċja l-kontijiet u jħalli s-surplus imma qiegħed ukoll jindirizza d-dejn biex il-flus li l-pajjiż idaħħal sena wara l-oħra jmorru fl-edukazzjoni, fix-xogħol, fl-ambjent u fis-saħħa u mhux f'imgħaxijiet lil banek internazzjonali.", "Dik hija d-differenza bejn partit u moviment!", "L-Onor.", "Il-Jobsplus ħalliet impatt li jolqot lil kull Malti u Għawdxi bil-ħidma tagħha.", "Insemmi, pereżempju, li r-rata tal-qgħad f'pajjiżna niżlet minn 6.8% fl-2013 għal 3.8% illum.", "In-numru ta' nies jirreġistraw naqas minn 7,500 fl-2013 għal 1,800 illum.", "Naqqasna wkoll l-abbuż għaliex dan huwa Moviment li ma jiddejjaqx jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien iħalli n-nies id-dar bla dinjità u jibagħtilhom iċ-ċekkijiet.", "Dan il-Moviment ħa deċiżjonijiet ebsin u ddeċida li jaqta' l-abbuż.", "Min kapaċi jaħdem għandu jmur jaħdem, jieħu l-paga u jieħu d-dinjità.", "L-abbuż naqas hekk kif fl-2013 kien hemm madwar 6,100 persuna jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad fit-tul.", "Illum dan niżel għal 1,200.", "Fil-fatt, min għadu qiegħed jieħu l-benefiċċji soċjali huwa proprju għax ma jistax jaħdem.", "Apparti milli qtajna l-abbuż, qed noffru xogħol lil kulħadd.", "L–employment rate ta' pajjiżna għal dawk fl-età bejn 20 sena u 60 sena żdiedet minn 64% għal 71% fl-2017.", "In-nies li llum għandhom xogħol full-time żdiedu minn 44,000 għal 200,000 u n-numru ta' ħaddiema barranin żdied minn kważi 18,000 għal 45,000.", "Dan għaliex il-ġid li ħloqna fil-pajjiż mhux biss qiegħed imur għand il-Maltin u l-Għawdxin imma qiegħed jattira wkoll lill-barranin.", "L-Onor.", "Jiddispjaċini ngħid li jew ma nafux x'aħna ngħidu jew inkella ma nafux li llum qegħdin fl-Unjoni Ewropea u allura għandna l-free movement of persons, goods, services and capital li jfisser li Sqalli, bħal kull Svediż, Ġermaniż u Taljan, jista' jiġi jgħix u jaħdem f'pajjiżna.", "U l-Isqalli mhux qed imur il-Polonja, jew il-Greċja, pereżempju, imma qed jiġi f'pajjiżna għax isib ix-xogħol.", "Ix-xogħol qiegħed hawnhekk mhux biss għall-barrani imma wkoll għall-Maltin u l-Għawdxin.", "L-investiment li qed nagħmlu fil-pajjiż illum qiegħed iħalli l-frott għaliex qed ninvestu f'karrieri, fejn persuna tista' tħares fil-bogħod u twettaq l-aspirazzjonijiet tagħha u timxi 'l quddiem, hi u l-familja tagħha.", "Sur President, jien nemmen li l-Jobsplus qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna.", "Ilkoll nafu li din l-aġenzija llum għandha sfidi ċari, speċjalment issa li ninsabu viċin għall-full employment u rridu mmexxu lill-ħaddiema minn industrija għall-oħra.", "Fl-istess ħin irridu nħarrġuhom għall-industriji ta' għada.", "Hawnhekk bi pjaċir ngħid li l-ġimgħa l-oħra ħabbart li €11 miljun f'fondi Ewropej marru għal taħriġ vokazzjonali.", "Dan ifisser li dawn il-fondi marru għand l-MCAST u għand aġenziji oħra li jħarrġu lill-persuni fi snajja' differenti.", "Apparti l-fondi Ewropej qed nagħtu wkoll fondi lokali lill-Università ta' Malta li toffri taħriġ akkademiku u fl-istess ħin qed noffru taħriġ vokazzjonali biex l-industrija ssib il-ħaddiema li għandha bżonn.", "Dan huwa l-matching li qegħdin nagħmlu bejn l-industrija u l-entrapreneurs, li flimkien qed jagħtu suċċess lil dan il-pajjiż.", "Il-ħidma tal-Jobsplus bejn il-ħames snin u l-għaxar snin li ġejjin hija li tmexxi lill-workforce minn industrija għal oħra.", "Hemm industriji oħra li qed jistennewna.", "Ftit tal-ħin ilu jien semmejt l-blockchain u l-cryptocurrency immma hemm ħafna aktar industriji li dan il-Gvern qiegħed joħloq jum wara jum.", "Il-Gvern qiegħed isaħħaħ ukoll industriji li ħadem fuqhom Gvern Nazzjonalista, fosthom l-industrija tal-farmaċewtika, is-settur tas-servizzi finanzjarji u l-industrija tal-gaming.", "U għaliex le!", "Ejjew inkunu pożittivi! ejjew naħdmu flimkien!", "Jien ma niddejjaq xejn infaħħar is-suċċessi li kiseb Gvern Nazzjonalista imma bl-istess mod imbagħad nistenna li naħdmu flimkien u ma nħallu lil ħadd jagħmel ħsara lill-industrija tas-servizzi finanzjarji tal-pajjiż għax hemm 14,000 ruħ jaħdmu fiha.", "Finalment nixtieq insemmi ftit il-ħidma li qiegħed nagħmel jien u t-tim tiegħi fejn tidħol il-Jobsplus.", "Il-Jobsplus qed tibbenefika minn xejn inqas minn €47 miljun ta' fondi Ewropej taħt il-programmi soċjali Ewropej 2014-2020.", "Apparti l-€11 miljun li għedt li marru għand l-MCAST u aġenziji oħra fejn jidħol it-taħriġ vokazzjonali, hemm numru ta' proġetti oħra li nħoss li huwa propizju li l-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf bihom fejn tidħol il-Jobsplus.", "Pereżempju hemm l-Access to Employment Scheme.", "Għal din l-iskema ddedikajna €12 miljun biex intrapriżi f'Malta u Għawdex jipprovdu opportunitajiet ta' xogħol lil persuni vulnerabbli.", "Din hija skema qed jibbenefikaw minnha madwar 2,000 ruħ.", "Għandna wkoll programm ta' €11 miljun sabiex persuni bi bżonnijiet speċjali differenti u individwali jitħarrġu għal żvilupp fil-potenzjal tagħhom.", "Għandna mbagħad il-proġett Training for Employment.", "Għal dan il-proġett iddedikajjna €10 miljun mill-fondi Ewropej biex tiġi offruta assistenza ta' taħriġ lil dawk li qed ifittxu xogħol u għandhom bżonn itejbu l-ħiliet tagħhom.", "Għandna wkoll il-Garanzija għaż-Żgħażagħ.", "Kien dan il-Gvern minn fost 28 stat membru tal-Unjoni Ewropea li daħħalha b'mod formali fil-pajjiż.", "Hawnhekk iddedikajna €5 miljun biex iż-żgħażagħ li jinsabu f'riskju ta' esklużjoni soċjali jingħataw it-taħriġ meħtieġ.", "Insemmi wkoll l-iskema Investing in Skills, fejn iddedikajna €8 miljun sabiex jingħata taħriġ lil persuni li diġà qegħdin fid-dinja tax-xogħol imma għandhom bżonn itejbu l-ħiliet tagħhom.", "Hemm imbagħad il-Work Programme Initiative.", "Hawnhekk qed niddedikaw kważi €1 miljun sabiex ngħinu lil dawk li huma meqjusa bħala long-term unemployed sabiex joħorġu jaħdmu u jkollhom id-dinjità li wieħed jistenna mill-impjieg tiegħu.", "Sur President, nikkonkludi billi nfaħħar il-ħidma li qiegħed jagħmel il-Ministru Bartolo u nħares 'il quddiem biex inkompli nassisti kif nista' lill-Jobsplus fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "AARON FARRUGIA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 9 ta' Ottubru 2018, fl-4.00 pm. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sur President, kull meta ttieħdu xi miżuri jew ġew introdotti liġijiet ġodda li kienu se jwasslu f'bidla għall-ġid, jien dejjem għedt \"prosit\" fl-interventi tiegħi f'din il-Kamra.", "Dejjem ipprovajt inkun ibbilanċjata fil-kritika tiegħi u naħseb li taqblu li qatt ma nipprova ndaħħal il-partiġjaniżmu fl-argumenti li nqajjem.", "Dan għax nemmen li kull Membru ġenwinament jixtieq itejjeb il-ħajja ta' dawk li tawna l-fiduċja tagħhom biex nirrappreżentawhom u għax konvinta li dan huwa l-post fejn niddiskutu mingħajr ma nimponu l-fehma tagħna fuq l-oħrajn.", "Xi żmien ilu ġejna infurmati li s-sessjoni tal-Parlament ta' nhar ta' Erbgħa se tkun qed tibda fl-4.00 p.m. Ir-raġuni kienet biex il-Parlament Malti jkun aktar family friendly.", "L-ewwel reazzjoni ta' ħafna mill-Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra kienet wadħa bierda għax kulħadd ried jara kif se tiżvolġi.", "L-aktar li oġġezzjonajna fis-skiet konna aħna l-professjonisti, kemm irġiel kif ukoll nisa, li niftħu l-uffiċini tagħna bejn l-4.00 p.m. u s-7.00 p.m. Irridu niftakru li l-maġġoranza tal-Membri ta' din il-Kamra huma part-timers u allura għall-ħobża ta' kuljum jiddependu fuq il-professjoni li jipprattikaw aktar milli fuq l-onorarja.", "Hemm imbagħad membri oħra li għalkemm mhumiex professjonisti u jaħdmu sigħat normali matul il-ġurnata, żgur li ma jiqfux jaħdmu wara l-4.00 p.m., anzi ħafna minnhom jagħmlu xogħol part-time sa tard filgħaxija.", "Issa ftit ġimgħat qabel ma reġa' fetaħ il-Parlament smajna, aktar milli ġejna infurmati, li mill-1 ta' Ottubru ta' din is-sena anke s-sessjoni tat-Tlieta se tkun qed tibda fl-4.00 p.m. u tispiċċa fis-7.00 p.m. biex suppost il-Parlament ikun aktar family friendly.", "Għajdut infurmati sew isostnu li mill-bidu tas-sena d-dieħla l-Parlament se jibda jiltaqa' fl-4.00 p.m. anke t-Tnejn biex inkunu family friendly.", "Napprezza kieku xi ħadd jispjega aktar fid-dettall kif u x'wassal għal din id-deċiżjoni u fuq liema argument!", "M'għandi l-ebda dubju li l-maġġoranza ta' dawk li pproponew din il-bidla huma primarjament irġiel li xogħolhom u r-responsabbiltà lejn il-familja hija esklussivament dik li jaħdmu u jaqilgħu l-paga.", "Sur President, minkejja li fit-teorija x-xogħol tad-dar idealment jinqasam b'mod ugwali bejn ir-raġel u l-mara, il-parti l-kbira tar-responsabilità għat-trobbija tat-tfal taqa' esklussivament fuq il-mara.", "Għandi dubji serji kemm il-Membri rġiel ta' din il-Kamra jqumu filgħodu jippreparaw lil uliedhom għall-iskola, jew jippreparawlhom il-kolazzjon u ikel ieħor għal waqt il-break, jew iwasslu u jiġbru lil uliedhom mill-iskola meta dawn jispiċċaw waranofsinhar, jew jippreparaw l-ikel għalihom qabel ma jaslu lura d-dar, jew kemm minnhom joqogħdu ma' uliedhom waqt li jagħmlu l-homework, jew iwasslu lil uliedhom għall-privat jew għad-duttrina, jew inkella jeħduhom għal xi birthday party li jkollhom sħabhom, u għandi dubju kemm minhom jaħslu lil uliedhom u jippreparawhom qabel ma jorqdu.", "Nissuspetta li ftit li xejn dawk li pproponew dawn l-hekk imsejħa \"family friendly measures\" jirrealizzaw li dawn l-affarijiet kollha mara jew omm tagħmilhom bejn 12.00 p.m. u t-8.00 p.m. kuljum u tul il-ġimgħa sħiħa.", "Jekk is-seduti kollha se jibdew isiru kmieni, dan se jservi ta' diżinċentiv biex aktar nisa jitħajru jagħtu sehemhom lejn il-ġid komuni tas-soċjetà tagħna.", "Fil-parti l-kbira tal-familji Maltin hija l-omm li tieħu l-uliedha għal dawn l-attivitajiet kollha li semmejt għax ġeneralment ir-raġel ikun għadu xogħol.", "U jekk is-seduti se jkunu qed jibdew fl-4.00 p.m. u jispiċċaw fis-7.00 p.m. il-Membri rġiel xorta se jirritornaw lejn darhom wara s-7.00 p.m. u allura xorta se jsibu lil uliedhom ċkejknin reqdin.", "Għalhekk, żgur li dan il-pass mhuwiex se jkattar il-konċett ta' prime quality time mal-familja.", "Kulħadd konxju li l-karriera politika hi ferm aktar diffiċli u inqas attraenti għan-nisa, speċjalment dawk li għadhom qed irabbu t-tfal żgħar.", "Dan japplika kemm għal dawk li huma nisa tad-dar kif ukoll għal dawk li wara sagrifiċċji kbar, irnexxielhom jaqbdu professjoni u qed jipprovaw jew diġà stabbilixxew ruħhom fis-soċjetà.", "Fil-Manifest Elettorali tiegħu l-Partit Laburista qed jgħid li se jipproponi miżuri biex iħajjar aktar nisa jagħtu sehemhom fil-politika ta' pajjiżna.", "Naħseb li taqblu li l-proposta biex is-seduti tal-Parlament jibdew kmieni waranofsinhar sas-7.00 p.m. mhijiex waħda minnhom.", "Lanqas li tipprovdi servizz ta' childcare waqt li tkun għaddejja s-seduta parlamentari mhija soluzzjoni aħħarija.", "Qed ngħid hekk għax issemma li se jkun hemm servizz ta' childcare għat-tfal tal-Membri waqt dawn il-ħinijiet però la għadna nafu fejn u lanqas minn liema etajiet se jkopri.", "Dan is-servizz, meta jibda, ma naħsibx li se jkun indirizzat għat-tfal kollha imma probabbilment se jkun għal dawk li huma ċkejknin fl-età.", "Jekk mhux il-każ, allura wieħed irid jaħseb biex ikun hawn għalliema f'suġġetti differenti skont l-etajiet differenti tat-tfal, inkella se nispiċċaw inpoġġu aktar responsabbiltà fuq in-nanniet jew fil-każ ta' dawk li m'għandhomx familjari lesti li jerfgħu din ir-responsabbiltà, dawn se jkollhom iħallsu għal min jeħdilhom ħsieb uliedhom waqt li dawn ikunu għadhom xogħol.", "Membru parlamentari mara li tattendi s-seduti mill-4.00 p.m. ikollha titlaq mid-dar madwar siegħa qabel biex tkun ċerta li tasal fil-ħin.", "Jekk tibqa' għas-seduta sħiħa jfisser li tirritorna lejn il-familja għall-ħabta tat-8.00 p.m. u probabbilment issib lil uliedha diġà reqdin.", "Forsi jkun hemm min jgħid b'ċertu sarkażmu: Imma mhux huma daħlu għall-politika!", "Jekk se nirraġunaw b'dan il-mod, allura ma noqogħdux ngħidu li rridu nħajru aktar nisa għall-politika.", "L-istess ma jagħmilx sens inparlaw jew noħolmu li hemm bżonn aktar nisa fil-Parlament waqt li nagħmluhielhom aktar diffiċli.", "Xtaqt infakkar ukoll li rridu nżommu quddiem għajnejna li l-parti l-kbira tal-Membri ta' din il-Kamra huma part-timers u bħala rappreżentanti tal-poplu jeħtieġ li jkollhom ħin biżżejjed biex jaqdu dmirhom lejn il-kostitwenti tagħhom minbarra li jridu jsibu ħin jagħmlu riċerka biex jippreparaw l-interventi b'mod professjonali.", "Meta l-Parlament kien jibda fis-6.00 p.m. dan setgħu jagħmluh qabel ma jattendu għas-seduta tal-Parlament.", "Dawk il-Membri li għandhom impjieg ma' ażjendi parastatali jew dawk li minbarra l-onorarja jirċievu ħlas għal responsabbiltajiet oħra, bħal pereżempju chairpersons ta' entitajiet u membri ta' bordijiet, għandhom possibbiltà akbar li jħallsu lil terzi biex jeħdulhom ħsieb uliedhom waqt li huma jkunu għadhom ix-xogħol.", "Barra minn hekk, ħafna mill-Membri nisa huma professjonisti u anke jekk m'għandhomx tfal x'jieħdu ħsieb għax ikunu kibru, dawn se jsibu diffikultajiet kbar jadattaw għall-ħinijiet il-ġodda.", "Infakkar ukoll li kull Membru Parlamentari m'għandux postu garantit fil-Kamra b'mod permanenti u allura billi x-xogħol tal-Parlament huwa part-time, kull Membru, kemm nisa kif ukoll irġiel, irid ikompli jieħu ħsieb il-professjoni privata tiegħu għax illum jinsab fil-Parlament u għada jaf ma jkunx.", "Il-parti l-kbira tal-uffiċini privati tal-professjonisti membri ta' din il-Kamra, fosthom tal-avukati, tan-nutara, tal-periti, tat-tobba u ta' dawk fis-servizzi finanzjarji jiftħu bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Għalhekk, bil-ħinijiet il-ġodda tal-Parlament se nkomplu niskoraġġixxu professjonisti u nies validi oħra li jagħtu sehemhom fil-Parlament.", "Forsi jkun hemm min jgħid li qed nitkellem u nqajjem dawn l-argumenti għalija stess u għax jaqbel lili.", "Nista' nikkonferma li jien m'għadnix inrabbi la tfal żgħar u lanqas kbar għax it-tfal tiegħi llum jgħixu indipendenti minni.", "Lanqas m'għadni nipprova nistabilixxi ruħi fil-professjoni tiegħi wara li ilni nipprattika 40 sena.", "Ħassejt li għandi nagħmel dan l-intervent f'isem dawk in-nisa kollegi preżenti u nisa oħra li huma mħajrin jibdew il-karriera fil-politika.", "Sur President, naqbel li għandna nintroduċu miżuri favur il-familja u nsibu ħinijiet aħjar għal kulħadd meta jiltaqa' l-Parlament, però nappella biex qabel ma nagħmlu dan, nagħmlu konsultazzjoni wiesgħa ma' għaqdiet tan-nisa u forsi anke nistaqsu lill-Membri nisa f'din il-Kamra.", "Mill-ftit opportunitajiet li kelli biex niddiskuti ma' xi Membri Parlamentari oħra, nisa u rġiel, wasalna għall-konklużjoni li dawn l-hemm imsejħa \"family friendly measures\" huma kollox ħlief family friendly!", "Sistema bħal dik li qed tiġi proposta tagħmel sens kieku għandna parlament fejn il-membri parlamentari kollha huma kollha full-timers, għalkemm anke din toħloq ċerti sfidi.", "Nittama li qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet isiru diskussjonijiet bejn dawk kollha involuti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, ġejt bil-ħsieb li f'dawn il-15-il minuta li ġejjin nagħmel kelmtejn dwar sentenza landmark li ngħatat dalgħodu mill-ogħla qorti ta' pajjiżna, jiġifieri l-Qorti Kostituzzjonali.", "Il-Partit Nazzjonalista ilu mill-aħħar leġiżlatura jtenni li l-Att dwar il-Finanzjament ta' Partiti Politiċi qed jikser id-drittijiet fundamentali tal-Partit Nazzjonalista u l-Qorti dalgħodu tatna raġun.", "Il-Partit Nazzjonalista kien dejjem jgħid li huwa favur l-ispirtu u l-iskrutinju ta' din il-liġi però mhux kif kienet proposta li titħaddem, u ċjoè li tkun il-Kummissjoni Elettorali li tagħmel l-iskrutinju ġaladarba l-Kummissjoni Elettorali hija preseduta minn persuna nominata mill-Prim Ministru.", "Fil-fatt, hemmhekk jittieħdu deċiżjonijiet politiċi u l-votazzjoni tiġi ħamsa favur u erbgħa kontra.", "Dalgħodu l-Qorti Kostituzzjonali ħadet deċiżjoni storika fejn tatna raġun u bagħtet din is-sentenza lilek, Sur President, biex dan il-Parlament, minkejja t-tbissim kollu sarkastiku u vojt tal-Ministru għall-Ġustizzja, jerġa' jagħmel emendi biex il-Partit Nazzjonalista jkun tassew ġie vindikat.", "Mela kif għedt, il-ħsieb tiegħi kien li nitkellem dwar din is-sentenza imma peress li tliet sigħat u kwarta ilu l-ġurnal Taljan La Repubblica, li hu parti mid-Daphne Project, ħareġ aħbarijiet li huma ta' inkwiet, ta' gravità u ta' serjetà kbira dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li proprju l-ġimgħa d-dieħla jiġi kommemorat l-ewwel anniversarju minn l-assassinju barbaru, premeditat u terroristiku tagħha, ma nistax ma nagħmilx ċerti ħsibijiet.", "Dan il-ġurnal ħareġ bi tliet akkużi u rivelazzjonijiet ewlenin.", "L-ewwel nett dan il-ġurnal tkellem kontra dak li kien qal il-Ministru Cardona f'April ta' din is-sena, jiġifieri li l-persuna li hemm fil-qorti akkużata bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia huwa ma jafhiex.", "Hekk kien qal f'April li għadda meta d-Daphne Project Consortium, magħmul minn għexieren ta' ġurnalisti u ġurnali Ewropej, żvelaw li hemm xhieda li rawh f'bar fis-Siġġiewi jitkellem mal-istess akkużat.", "Fil-fatt, kien ħareġ stqarrija u l-kliem testwali tiegħu kien li huwa qatt ma kien iltaqa' ma' dak l-akkużat partikolari.", "Illum ġie żvelat li fid-29 ta' Ġunju tas-sena li għaddiet, u allura fl-Imnarja, f'razzett fil-Fawwara f'bachelor's party li attendew għalih 40 persuna biss kien hemm preżenti l-Ministru Chris Cardona u wieħed mit-tliet akkużati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fiha nnifisha din hija ċirkostanza newtrali imma hawn tqum il-mistoqsija: Għalfejn il-Ministru gideb?", "Għalfejn il-Ministru ma qalx il-verità f'April li għadda meta qal li hu qatt ma kien iltaqa' mal-akkużat?", "Għaliex ma jgħidx x'inhi verament l-entità tar-rapport strutturat – hekk jgħid il-ġurnal – li għandu ma' persuni fl-underworld kriminali ta' pajjiżna?", "Għaliex lid-Daphne Project, meta kkuntattjawh biex jagħti l-verżjoni tiegħu dwar din l-aħbar serja ħafna – u hawn qed nitkellmu ftit xhur qabel l-omiċidju għaliex qed nitkellmu fuq id-29 ta' Ġunju tas-sena li għaddiet – lill-ġurnalisti tal-ġurnal La Repubblica qalilhom hekk:", "Qalilhom li ma kellux għalfejn jagħti sodisfazzjon!", "Bħal dak li qallu huwa normali li jkollok Ministru tal-Gvern ħobża u sikkina ma' persuna mill-underworld kriminali li proprju ħames xhur wara ġiet akkużata bl-omiċidju b'karozza bomba ta' ġurnalista Maltija!", "It-tieni fatt li ġie żvelat huwa li f'Ottubru tal-2016, eżattament sena qabel l-omiċidju, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet storja fuq traffikar u kuntrabandu ta' fuel mil-Libja ftit wara li kien hemm karozza bomba li kienet tinvolvi persuna allegatament involuta f'dak iċ-ċirku.", "Aktar minn hekk, il-ġurnal La Repubblica qal li meta dan il-fuel smuggler ċempel lil Daphne Caruana Galizia biex jagħtiha l-verżjoni tiegħu ta' dak li rrapportat u tellgħet fuq il-blog tagħha, appena qata' minn magħha ċempel lill-Ministru Chris Cardona u eżattament warajh ċempel lil wieħed mit-tliet persuni li eventwalment ġew akkużati bl-omiċidju tal-istess Daphne Caruana Galizia!", "Dan il-ġurnal saħansitra jsemmi ismu.", "Imbagħad inqum fis-6.30 p.m. u nitlob lill-Gvern jagħmel stqarrija ministerjali u l-Gvern jibqagħlek frisk bħal ħassa u ma jgħid xejn!", "Mhux ta' b'xejn il-ġurnal La Repubblica qal hekk:", "Prim Ministru, int għandek Ministru li għandu relazzjoni strutturata mal-underworld kriminali u int kompliċi għax ma tagħmel xejn!", "Sakemm hu ma jafx xi ħaġa fuqek u allura inti ma tistax tieħu passi fuqu għax int kompromess.", "Kif għedt, f'Ottubru tal-2016 Daphne Caruana Galizia kienet kitbet storja fuq traffikar u kuntrabandu ta' fuel mil-Libja.", "Din id-data hija importanti għaliex xahar wara, u allura f'Novembru 2016, kienu ġew attivati ż-żewġ SIM cards li ntużaw fil-karozza bomba.", "Din hija xhieda li ħarġet fil-kompilazzjoni tal-Qorti matul dawn l-aħħar xhur.", "Mela f'Novembru tal-2016 dawn iż-żewġ SIM cards ġew attivati – dawn għandhom isem partikolari iżda mhux importanti li noqgħod nagħti l-isem hawnhekk għal raġunijiet tekniċi – u mbagħad intużaw għall-ewwel darba f'Jannar tal-2017 biex jibagħtu messaġġi lil xulxin.", "It-tieni darba li ntużaw kien f'Awwissu tal-2017 biex għal darb'oħra jibagħtu messaġġ lil xulxin u t-tielet darba ntużaw fil-2.58 p.m. tas-16 ta' Ottubru 2017 biex ġiet sploduta l-bomba fil-karozza li fiha kien hemm il-ġurnalista Daphne Caruana Galiza.", "Ejjew nifhmu ftit; f'Ottubru ssir it-telefonata, appena jaqta' minn mal-ġurnalista dan il-fuel smuggler iċempel 'il-anġlu kustodju, lill-Ministru għall-Ekonomija, u eżatt kif jaqta' lil min iċempel?", "Lid-direttur spiritwali tiegħu?", "Jew lill-avukat tiegħu?", "Iċempel lil raġel li sena u xahrejn wara ġie akkużat il-Qorti li kien l-eżekutur fost tlieta ta' omiċidju permezz ta' karozza bomba!", "Sur President, Jannar jew Frar 2017, bejn wieħed u ieħor, huwa l-perjodu – dan mhux qed ngħidu jien imma kienet żvelatu Daphne Caruana Galizia – meta l-Onor.", "Joseph Muscat iddeċieda li jsejjaħ elezzjoni sena qabel żmienha.", "Għax l-elezzjoni mhux veru ssejħet minħabba l-kwestjoni ta' Egrant, il-gidba li l-Partit Laburista spinja.", "L-aħbar tal-Egrant ħarġet fl-20 ta' April u d-deċiżjoni li tissejjaħ elezzjoni bikrija, meta l-ekonomija kienet sejra tajjeb, meta ma kienx hawn kriżi ekonomika, meta t-trust ratings tal-Prim Ministru kienu għoljin, meta ma kien hemm ebda theddida u ebda periklu, ittieħdet fi Frar.", "Fi Frar tal-2017 il-Prim Ministru ddeċieda li f'Ġunju għandna mmorru nivvotaw u hawnhekk nistaqsi: X'kien ġej daqshekk importanti biex riedu jneħħu l-elezzjoni min-nofs saħansitra waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea?", "Għall-ewwel darba għandna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u out of the blue tissejjaħ elezzjoni bikrija!", "Kronoloġija interessanti!", "It-tielet rivelazzjoni tal-ġurnal La Repubblica tad-Daphne Project saret proprju fis-6.05 p.m. tal-lejla.", "Skont dan il-ġurnal, il-maġistrat li kien qed imexxi l-inkjesta u li mbagħad inħatar imħallef kien għamel talba lis-Servizz Sigriet Malti biex jingħata ċerta informazzjoni li għandhom fil-pussess tagħhom rigward il-persuni involuti kemm fl-eżekuzzjoni kif ukoll tal-madwar imma din it-talba ġiet rifjutata.", "Dan x'ħareġ fis-6.05 p.m. tal-lejla għax imbagħad hemm il-fatt li ftit tal-ġranet ilu l-Ministru Cardona u sieħbu waqqgħu l-libelli kontra Daphne Caruana Galizia.", "Mela l-ewwel ħadu ġurament u għamlu ma nafx kemm-il mandat ta' sekwestru biex lil Daphne Caruana Galizia joqtluha finanzjarjament u issa ddeċidew li jwaqqgħu l-kawża kontra Mario Frendo, ġurnalist tal-Media.Link dak iż-żmien, u kontra Daphne Caruana Galizia biex il-provi ta' triangulation ma joħorġux.", "U dan meta qalu li ma kellhomx diffikultà biex dawn joħorġu ħalli jiġi provat li qed jgħidu l-verità.", "Ma' dan irridu nżidu s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tal-ġimgħa li għaddiet li tagħti raġun lill-familja Caruana Galizia li d-dritt kostituzzjonali tagħha taħt l-artiklu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea, u ċjoè d-dritt tal-ħajja, ġie miksur bl-involviment ta' uffiċjal għoli tal-Korp tal-Pulizija li huwa miżżewweġ Ministru u membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU.", "Il-Qorti qalet: Mhux ovvja li dan inissel dubju fuq kemm hemm investigazzjoni mhux oġġettiva?", "Żid ma' dan il-hearing li kien hemm illum waranofsinhar fil-Kunsill tal-Ewropa, fejn rappreżentant tal-Gvern tefa' t-tajn u għamel ostruzzjoniżmu biex il-Kunsill ma jaħtarx rapporteur bl-iskop li jinvestiga dwar jekk l-istat kienx kompliċi fl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia u jekk dak l-omoċidju setax ikun prevedut u evitat.", "Sur President, ma' dan kollu nżid it-talba li għamel David Casa ftit tal-ħin ilu lill-Kummissjoni Ewropea biex din tinsisti mal-Gvern Malti għal inkjesta tassew pubblika għax il-maġistrat inkwerenti jrid jinqeda bil-Pulizija peress li m'għandux l-istaff indipendenti tiegħu, apparti li din hija inkjesta sigrieta.", "Ejjew nagħmlu \"public inquiry\".", "Inżid ukoll aħbar li nsejna.", "Sitt xhur ilu l-ġurnal The Shift ħareġ l-aħbar li fl-14 ta' Ottubru 2017 – 48 siegħa qabel l-omiċidju – il-Ministru għall-Ekonomija u l-Prim Ministru kienu preżenti għal attività fil-lukanda Le Méridien u hemmhekk il-Prim Ministru tah ħass ħażin u \"he looked white as a sheet\".", "Interessanti li l-Partit Laburista u l-Gvern żammew dan il-fatt mistur kuntrarju għal meta l-Prim Ministru kellu problema f'għajnejh f'attività li kellu l-istess Partit Laburista fiż-Żurrieq f'April tal-2014.", "Dakinhar kienu xandruh mal-erbat irjieħ u ma nafx kemm-il intervista kien hemm!", "L-istess meta Dr George Vella kien Ministru għall-Affarijiet Barranin u għamel l-operazzjoni tal-kataretti fl-2016.", "Din xandruha u hekk għandu jkun għax is-saħħa ta' ministru u ta' prim ministru hija kwestjoni ta' importanza pubblika, però f'dan il-każ, 48 siegħa qabel ma nqatlet Daphne Caruana Galizia u 24 siegħa qabel ma tqiegħdet il-bomba fil-karozza ta' Daphne Caruana Galizia seħħ dan l-inċident u għal xi raġuni l-Gvern żammu mistur.", "X'inhi r-raġuni?", "Sur President, altru li għandna raġun ninsistu għal inkjesta tassew pubblika, inkjesta li tassew tasal għall-verità mhux biss dwar min esegwixxa l-omiċidju imma dwar min kienu l-mandanti wara l-eżekuturi materjali tal-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 9 ta' Ottubru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "IAN BORG: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 3944, iż-żewġ tabelli bid-dettalji mitluba li jirreferu għal żewġ perjodi definiti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti:", "L-ewwel – Jannar 2008 sa Diċembru 2013", "It-tieni – Jannar 2014 sa Awwissu 2018", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru telenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtha, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ tista' tgħid liema kienu b'direct order?", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – CAR LEASING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa' taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?", "F'kull każ jista' jgħid liema kienu b'direct order?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "TA' KANDJA SHOOTING RANGE – DIRECT ORDER GĦAL XOGĦLIJIET-", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka kull direct order għal kull xogħol relatat max-shooting range f'Ta' Kandja, lil min ingħatat, id-data ta' meta ngħatat, l-ammonti rispettivi u f'kull każ jgħid jekk hu kienx infurmat jew approvax kull direct order elenkata?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-lista ta' direct orders għal kull xogħol relatat max-shooting range f'Ta' Kandja hija dik li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Dawn intalbu minn SportMalta u ngħataw l-approvazzjoni mill-Ministeru għall-Finanzi skont il-proċeduri finanzjarji stabbiliti.", "IN-NAXXAR – TRIQ L-EMIGRANTI – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6140, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-ĠERMANJA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6141, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-GREĊJA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6142, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – TRIQ IL-LIBJA – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6143, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – XATT IL-PALM – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6144, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – TRIQ IN-NUTAR MANUEL DEBONO – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6145, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – OĠĠETTI FL-INVENTARJI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'oġġetti kienu mdaħħla fl-inventarji rispettivi, li hemm f'kull uffiċċju, sezzjoni jew taqsima ta' kull Dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha fl-aħħar ta' April 2018?", "Tista' tagħti l-valuri ta' dawn l-oġġetti?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – STANDARD ITEM OF EXPENDITURE – NEFQA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista jgħid x'hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item?", "EDWARD SCICLUNA (Ministeru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "PROGRAMMI OPERATTIVI I U II TAL-POLITIKA TA' KOEŻJONI EWROPEA 2014-2020 – FONDI STRUTTURALI U FOND TA' KOEŻJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi proġetti/skemi taħt il-Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta' Koeżjoni Ewropea 2014-2020 – Fondi Strutturali u Fond ta' Koeżjoni – li huma proposti u li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Gvern li minnhom se jibbenefika Għawdex?", "Liema huma dawn il-proġetti/skemi?", "Kemm se jibbenefika f'kull każ?", "Meta mistennija li jiġu approvati?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Il-lista ta' proġetti approvati s'issa li minnhom se jibbenifika Għawdex minn diversi Fondi Ewropej (2014/2020) tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUMPANIJA TAL-AVJAZZJONI – PROĠETT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4779, dwar il-proġett li kien ġie mħabbar minnu u li kellu jqum €30 miljun kif imħabbar mill-Gvern f'Marzu 2017, liema proġett għandu jsir mill-kumpanija tal-avjazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozjati ngħalqux u l-kuntratti sarux?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar ta' dan l-iżvilupp?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol infrastrutturali hux se jibda matul is-sena 2018?", "Jista' jikkonferma jekk dan il-proġett hux se jseħħ kif imwiegħed aktar minn sena ilu?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett għadu għaddej kif pjanat.", "Ix-xogħlijiet mistennija jibdew kif joħorgu l-permessi meħtieġa mid-Dipartimenti tal-Gvern inkluż dawk tal-avjazzjoni.", "Il-parametri tal-proġett kif tħabbru ma nbidlu xejn.", "Ix-xogħlijiet se jibdew mill-aktar fis possibbli.", "PROĠETT TAĊ-ĊENTRU REĠJONALI GĦAD-DISTRIBUZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett taċ-ċentru reġjonali għad-distribuzzjoni f'Malta mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kien tħabbar minnu f'Marzu 2017 u kellu jimpjega 120 ruħ huwiex se jsir jew le?", "U jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlesta?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġà weġibna f'mistoqsijiet parlamentari preċedenti, il-proġett tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jirrikjedi ammont ta' art sostanzjali biex ikun vijabbli.", "Għaldaqstant iż-żewġ partijiet qed jiddiskutu biex jaslu għal ftehim vijabbli għaż-żewġ partijiet.", "XAGĦRA GĦAWDEX – TRIQ TA' ĠORF – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5128 li ġiet imwieġba fit-23 ta' April 2018, fejn intqal li x-xogħol fi Triq Ta' Ġorf ix-Xagħra kellu jinbeda fil-ġranet sussegwenti, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li wara tmien ġimgħat ix-xogħol fuq din it-triq għadu ma bediex?", "X'inhi r-raġuni li għadu ma bediex ix-xogħol?", "Meta se jinbeda u se jitlesta x-xogħol fuq din it-triq ġewwa x-Xagħra Għawdex?", "Interpellant li wara li ġie awarded it-tender, saru diskussjonijiet mal-Water Services Corporation dwar servizzi meħtieġa iżda l-Ministeru ġie mwaqqaf permezz ta' mandat ta' inibizzjoni hekk kif kienu se jibdew ix-xogħlijiet", "RIFUŻJONI GĦAL ŻIEDA FIL-KERA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1010 u jgħid jekk hux vera li mit-2 ta' Mejju 2017 il-Gvern kien qal li ta l-flus lura tal-kera li għoliet?", "Jista' jgħid jekk hux kulħadd se jieħu dawn il-flus lura?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6702.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1419 u jgħid kemm hawn pensjonanti?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' pensjonanti huwa 91,475.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3427 u jgħid kemm hawn single mothers reġistrati?", "Kemm minnhom jaħdmu?", "Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta' income?", "Kif inhi komposta l-familja tagħhom?", "Kemm għandhom tfal?", "Kemm hawn single mothers li huma f'riskju ta' faqar (jew qegħdin fil-faqar)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "ĊENTRI LEAP – PROFESSJONISTI ASSENJATI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6430 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19089 tal-Leġiżlatura XII, jista' l-Ministru jindika l-professjonisti li ġew assenjati fiċ-Ċentri LEAP u f'liema Ċentru qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-total ta' professjonisti fiċ-Ċentri LEAP jammonta għal 84.", "Dawn qed jagħtu s-servizz tagħhom f'dawn iċ-Ċentri kif ġej:", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2743 u jgħid għaliex jeżisti l-police record?", "Jista' jgħid għaliex il-bank, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u kumpaniji serji għandhom id-dritt li jsaqsu għall-police record, anke dettaljat, ta' potenzjal ħaddiem li għadu kemm għamel intervista magħhom, mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija stess?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-police criminal records, dan huwa r-reġistru tal-kundanni kriminali ta' persuni li jkunu nstabu ħatja mill-Qrati u miżmum skont il-provedimenti tal-artikli tal-Kap.", "77 (Ordinanza Dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta) tal-liġijiet ta' Malta.", "Dwar l-entità li d-dettalji ngħataw separatament u d-dritt li jsaqsu għall-police record (Police criminal record), ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fuq dan is-suġġett il-Pulizija hija gwidata bil-provediment tal-istess liġi, u speċifikament ir-Raba' Skeda, fejn hemm elenkat lista tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom id-dritt li jitolbu reġistru sħiħ tal-kundanni kriminali mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija.", "L-entità li tagħha ngħataw id-dettalji mhix waħda minn dawn l-awtoritajiet.", "Madankollu persuna għandha dritt titlob reġistru sħiħ tal-kundanni kriminali tagħha skont il-provedimenti tal-artiklu 21 tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Subject Access Request), Kap. 440.", "APPLIKAZZJONI GĦAL IRRANĠAR TA' FAĊĊATA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li l-faċċata tad-dar tagħha għandha l-fili kollha miftuħin u bejtulha green wasps (żnażan), tant li spiċċat maqfula f'darha minħabba li qed jidħlu fil-fili kollha?", "Jista' jara l-applikazzjoni li ilha pendenti tliet snin biex isiru x-xogħlijiet neċessarji?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar infurmat lill-persuna konċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "PERSUNI AKKUŻATI FUQ KSUR TA' ARTIKOLU 338(L) TAL-KODIĊI KRIMINALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-qorti bi ksur tal-artikolu 338 (l) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li approfittat ruħha mill-bluha ta' ħaddieħor bi ħsieb ta' qligħ, ġiegħlet min jemmen li hija tista' tindovina jew li tista' tkun taf x'għandu jiġri jew li tista' tfisser il-ħolm, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena imposta mill-qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda li fil-perjodu ta' bejn is-sena 2013 u l-aħħar ta' Awwissu 2018 ġiet akkużata fil-qorti bi ksur tal-artikolu 338 (l) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li approfittat ruħha mill-bluha ta' ħaddieħor bi ħsieb ta' qligħ, ġiegħlet min jemmen li hija tista' tindovina jew li tista' tkun taf x'għandu jiġri jew li tista' tfisser il-ħolm.", "Dan kien fis-sena 2016.", "MOVIMENT GRAFFITTI – PASSI KONTRA UFFIĊJALI U MEMBRI TAL-KORP TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu fil-konfront tal-uffiċjali u membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), li użaw forza eċċessiva deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala heavy-handed, ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ġie riferut lill-Independent Police Complaints Board imwaqqaf bis-saħħa tal-Att dwar il-Pulizija, Kap. 164.", "Dan huwa Bord indipendenti u wieħed irid jistenna l-eżitu ta' din l-investigazzjoni.", "MOVIMENT GRAFFITTI – ORDNI BIEX ATTIVISTI JITNEĦĦEW B'UŻU TA' FORZA EĊĊESSIVA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li ta l-ordni biex attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent jitneħħew bl-użu ta' forza eċċessiva minn membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kif diġà semmejt fi tweġiba għal mistoqsija oħra, il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant ġie riferut lill-Independent Police Complaints Board imwaqqaf bis-saħħa tal-Att dwar il-Pulizija, Kap. 164.", "Fost oħrajn il-Bord irid jevalwa jekk intużatx forza eċċessiva u jekk fl-affermattiv, min wettaqha.", "AMERICAN UNIVERSITY OF MALTA – TABELLA MAL-ĦAJT TA' BAĊIR NUMRU WIEĦED", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l'hekk imsejħa American University of Malta kellhiex il-jedd li twaħħal tabella tagħha mal-parti esterna tal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed f'Bormla?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Bormla li t-tabella li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant twaħħlet wara li nkisbu l-permessi meħtieġa.", "Infurmat mill-istess Kunsill Lokali li ma sab l-ebda oġġezzjoni meta ntalab il-kunsens tiegħu.", "RAĦAL ĠDID – BINI TAL-PROĠETT TAL-PJAZZA DE PAUL – SPEJJEŻ TAL-KONT FINALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kont finali tal-ispejjeż inkorsi fil-bini tal-proġett tal-Pjazza de Paul f'Raħal Ġdid?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-proġett tal-pjazza de Paule f'Raħal Ġdid s'issa sewa €2,251,745.47.", "Din is-somma għadha mhux finali peress li għad iridu jitħallsu xi pagamenti.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin f'Ħal Tarxien?", "ONOR: JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b'mod partikolari ta' Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).", "Dan qed jiġi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta' siġar u arbuxelli fil-lokalitajiet kollha ta' Malta.", "Eżempju ta' dan huwa li kull kunsill lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma' soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu.", "Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governativi fejn jitħawlu numru ta' speċi f'diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.", "Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta' Ħal Tarxien f'dawn l-aħħar erba' snin ġew maqlugħa 21 Nerium Oleander u ġew imħawla 80 Nerium Oleander.", "RAĦAL ĠDID – PJAZZA DE PAULE – SIĠAR", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqagħlet mill-Pjazza de Paule f'Raħal Ġdid qabel il-proġett li sar?", "Jista jgħid ukoll jekk is-siġar kollha maqlugħa ġewx imħawla lura mill-ġdid u jekk kollha ħadux?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-pjazza kien hemm 40 siġra ħafna minnhom tħawlu fi ġnien il-Mediterran u l-oħrajn fejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "RAĦAL ĠDID – PJAZZA DE PAUL – KUMPENS LIS-SIDIEN", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tal-ħwienet li hemm fi Pjazza de Paule f'Raħal Ġdid humiex se jingħataw kumpens għat-telf tan-negozju kbir li huma sofrew?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-kuntratt tal-pjazza oriġinalment kellu t-terminu tiegħu sa nofs Ottubru.", "Għaldaqstant ix-xogħlijiet tlestew qabel u għalhekk ma kien hemm l-ebda lok għaliex kellu jingħata kumpens.", "AMERICAN UNIVERSITY OF MALTA – TABELLA MAL-ĦAJT TAL-BAĊIR NUMRU WIEĦED", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk l'hekk imsejħa American University of Malta kellhiex il-jedd li twaħħal tabella tagħha mal-parti esterna tal-ħajt tal-Baċir Numru Wieħed f'Bormla?", "EVARIST BARTOLO: B'referenza għal din il-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, jirregola biss il-lat edukattiv.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI LI GĦANDHOM INQAS MINN 40 SENA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta' inqas minn 40 sena?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-1 ta' Ottubru 2018 fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 1,379 membru li għandhom età ta' inqas minn 40 sena.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI TA' ETÀ BEJN 40 U 60 SENA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta' bejn 40 sena u 60 sena?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li sal-1 ta' Ottubru 2018 fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 762 membru li għandhom età ta' bejn 40 sena u 60 sena.", "KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI TAS- SESS FEMMINILI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li huma ta' sess femminili?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li sas-26 ta' Settembru 2018 fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 453 membru li huma ta' sess femminili.", "KORP TAL-PULIZIJA – TWAQQIF TA' CHILDCARE CENTRES", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu childcare centres għal tfal żgħar ta' membri tal-Korp tal-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-preżent m'hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu childcare centres għal tfal żgħar ta' membri tal-Korp tal-Pulizija.", "GĦASES TAL-PULIZIJA – INVESTIMENT F'MODERNIZZAR", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għases tal-pulizija li fihom sar investiment ta' modernizzar, upgrading u tiġdid fis-sena 2018?", "Jista' jgħid liema kienu dawn l-għases u kemm kienet l-ispiża ta' investiment f'kull waħda minn dawn l-għases, waħda waħda?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm 25 għassa tal-pulizija li fihom sar investiment ta' modernizzar, upgrading u tiġdid, liema xogħol jibqa' għaddej.", "L-għases huma dawk elenkati fit-tabella ta' hawn taħt li ħdejhom hemm stima ta' kemm kienet l-ispiża ta' investiment f'kull waħda.", "Sar ħafna xogħol mit-Taqsima tas-Snajja' fi ħdan il-Korp barra minn xogħol ieħor li sar mill-kuntratturi.", "Dawn l-ispejjeż u x-xogħol ma jinkludix dak li sar f'sezzjonijiet oħra tal-Korp.", "Reġjun A", "Reġjun B:", "Għawdex", "KORP TAL-PULIZIJA – UŻU TA' BODY CAMERAS", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li llum għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li hemm 23 membru fil-Korp tal-Pulizija li għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom.", "Dan hu proġett pilota qabel ma ħafna aktar membri tal-Korp jingħataw din il-faċilità fix-xhur li ġejjin.", "ĦAL QORMI – TRIQ SAN PIETRU, TRIQ SAN PAWL U TRIQ IL-ĦABBIEŻ – TARMAK", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbidlulhom il-livelli tal-ilma tax-xita biex minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Frangisk Numru 3 għall-wied qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "IAN BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet f'din it-triq saru mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi u għalhekk hu jinsab aktar f'pożizzjoni li jwieġeb għal din il-mistoqsija.", "ĦAL QORMI – TRIQ SAN PIETRU, TRIQ SAN PAWL U TRIQ IL-ĦABBIEŻ – TARMAK", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinvestiga għalfejn tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbidlulhom l-livelli tal-ilma tax-xita biex minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Frangisk Numru 3 għall-wied qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li qed jistenna rapport mingħand il-perit tal-Kunsill sabiex issir verifika tal-problema.", "ĦAL QORMI – TRIQ SAN PIETRU, TRIQ SAN PAWL U TRIQ IL-ĦABBIEŻ – CULVERTS", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li jiġi istallat culvert ġdid peress li tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbidlulhom il-livelli tal-ilma tax-xita bil-konsegwenza li minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Franġisk Numru 3 għall-wied qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7022 tal-istess seduta.", "ĦAL QORMI – TRIQ SAN PIETRU, TRIQ SAN PAWL U TRIQ IL-ĦABBIEŻ – CULVERTS", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li jiġi istallat culvert ġdid peress li tliet toroq li ngħataw it-tarmak dan l-aħħar, u ċjoè Triq San Pietru, Triq San Pawl u Triq il-Ħabbież f'Ħal Qormi, inbidlulhom il-livelli tal-ilma tax-xita bil-konsegwenza li minflok jibqa' sejjer fi Sqaq San Franġisk Numru 3 għall-wied qed jibda jmur fi Triq San Franġisk?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 7023.", "SPTAR MATER DEI – SPAZJI TA' PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spazji ta' parkeġġ fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ispazji għall-parkeġġ huma riżervati għall-impjegati, infermiera, tobba, konsulenti u persuni b'diżabilità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' spazji ta' parkeġġ fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei huwa ta' 1,418 maqsum f'958 spazji fil-livelli -1 u -2 għall-ħaddiema kollha tal-isptar, u f'460 spazji fil-livelli -3 u -4 għall-viżitaturi.", "Il-konsulenti tal-isptar għandhom parkeġġ riservat għalihom f'naħa oħra tal-isptar.", "Minn numru hawn fuq imsemmi hemm numru ta' spazji riservati għall-persuni b'diżabilità li jammontaw għall-32 u huma mifruxin fuq l-erba' livelli tal-parkeġġ.", "SPTAR MATER DEI – KAŻIJIET TA' CLAMPING TA' VETTURI FIL-PARKEĠĠ TA' TAĦT L-ART", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' clamping ta' vetturi fil-parkeġġ ta' taħt l-art tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fl-2017 kien hemm 567 każijiet ta' clamping filwaqt li matul din is-sena sat-2 ta' Ottubru kien hemm 147.", "SPTAR MATER DEI – SERQ MILL-PARKEĠĠ TA' TAĦT L-ART", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-Qorti dwar l-istess każijiet?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ANZJANI RIKOVERATI F'RESIDENZI TAL-ISTAT JEW PRIVATI", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm anzjani ġew rikoverati f'residenzi tal-istat jew residenzi mmexxija mill-privat sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?", "Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull residenza individwalment u minn liema distretti elettorali ġew rikoverati?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li l-lista tar-Residenza San Vinċenz de Paul qiegħda mqassma skont il-lokalità li minnha ġew rikoverati, id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma jżommx lista bil-lokalità iżda jżomm it-total ta' anzjani rikoverati f'kull dar tal-anzjani, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll dawk privati u li magħhom għandna public private partnership.", "Il-prijorità tad-Dipartiment huma l-bżonnijiet u l-kura li jkollu l-individwu.", "RESIDENZI GĦALL-ANZJANI – SPARE CAPACITY", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm iżomm spare capacity ġewwa kull residenza għal anzjani jew djar tal-gvern għal każijiet urġenti?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità ma jżommx sodod bħala spare capacity, dan minħabba li l-każijiet urġenti jiġu trattati każ b'każ u t-tim ta' professjonisti jara li jqabbel il-bżonn tal-klijent ma' sodda li tkun vakanti.", "Fir-residenza ta' San Vinċenz hemm żewġ sodod bħala spare capacity.", "RESIDENZI GĦALL-ANZJANI TAL-ISTAT – WAITING LIST", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm anzjani fil-waiting list biex jiġu rikoverati f'residenzi tal-istat għal anzjani dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena?", "Jista' ġentilment jipprovdi din l-informazzjoni sena b'sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "CARERS JAĦDMU MAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm carers jaħdmu mal-anzjani f'residenzi privati (home care), fir-residenzi tal-istat għal anzjani u f'San Vinċenz de Paul dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li ġiet impoġġija din il-mistoqsija, maqsuma residenza residenza?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "CARERS IMPJEGATI MAL-GVERN U L-PRIVAT", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' carers preżentement impjegati mal-gvern u kemm hemm persuni impjegati mal-kuntrattur ġewwa kull residenza għal anzjani?", "Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?", "Jista' jinforma lill-Kamra ta' liema nazzjonalità huma dawn il-carers?", "Jista' jelenkahom skont il-post fejn jaħdmu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li carers jaħdmu fi Djar tal-Anzjani tal-gvern hemm 335.", "Minn dawn hemm 63 impjegat tal-gvern u 272 impjegat tal-kuntrattur.", "It-335 carer huma mqassma kif ġej: 216 li huma Maltin u 119 li huma barranin.", "Il-carers barranin ġejjin minn dawn il-pajjiżi: l-Ingilterra; il-Kroazja; is-Serbja; il-Bulgarija; il-Bożnija; l-Ungerija; l-Ukrajna; ir-Rumanija; l-Indja; il-Pakistan; il-Filippini; it-Tajlandja; it-Tuneżija; in-Niġerja; iż-Żimbabwe; is-Sudan u l-Ghana.", "Din it-tabella tindika l-informazzjoni ta' kull dar tal-anzjani tal-gvern kif mitlub:", "Fir-rigward tar-Residenza San Vinċenz de Paul, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' carers Maltin impjegati ġewwa r-Residenza jammonta għal 327 carer, filwaqt li hemm 231 carer barrani u li huma impjegati mal-kuntrattur.", "Mit-327 carer Malti ġewwa r-Residenza, 257 Healthcare Workers huma impjegati tal-Gvern.", "Il-carers barranin ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule ġejjin mill-Albanija, il-Bulgarija, l-Eritrea, l-Indja, l-Italja, il-Libja, in-Niġerja, il-Pakistan, ir-Rumanija, is-Serbja u t-Tuneżija.", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jitħallsu paga fis-siegħa l-carers li jaħdmu mal-Gvern u dawk li jaħdmu mal-kuntrattur?", "X'differenza għandhom fil-kundizzjoni tax-xogħol?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-carers li jaħdmu mal-Gvern jitħallsu bir-rati hekk kif stipulat fil-ftehim kollettiv.", "Il-carers tal-kuntrattur li jaħdmu f'kuntratti tal-gvern, jitħallsu skont iċ-ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti, 20/2017.", "Rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol, m'hemm l-ebda differenza bejn il-kundizzjonijiet tal-carers tal-Gvern u dawk tal-kuntrattur.", "BREXIT – LINJI GWIDA F'KAŻ TA' NO DEAL", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Peress li f'Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida li fihom tat informazzjoni prattika fuq kif il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jippreparaw lil pajjiżhom f'eventwalità ta' Brexit mingħajr qbil (No Deal Scenario) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fid-29 ta' Marzu 2019, tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-miżuri kollha li l-Gvern Malti qed jieħu bħala prekawzjoni f'każ li din l-eventwalità sseħħ?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-fini ta' korrettezza, il-linji gwida dwar in-negozjati jiġu adottati mill-Prim Ministri u l-Kapijiet ta' Stat fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u mhumiex maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea.", "Apparti minn hekk, fil-linji gwida li ġew adottati f'Ġunju, il-Kunsill Ewropew reġa' tenna l-importanza li l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha jkunu preparati għal kull eventwalità, inkluż għal no deal.", "F'Lulju u mhux f'Ġunju li għadda, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni li fiha spjegat li għalkemm in-negozjati għal tluq ordnat kienu għadhom għaddejjin, kienet qiegħda ssir ħidma fuq miżuri ta' preparazzjoni li kienu qed jittieħdu biex l-Unjoni tkun preparata għal tluq mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Din il-komunikazzjoni spjegat fost l-oħrajn id-differenza bejn il-miżuri ta' preparazzjoni u l-pjanijiet ta' kontinġenza; li apparti fuq livell ta' Unjoni, jeħtieġ li ssir ħidma wkoll mill-Gvernijiet u minn entitajiet privati; u x'kienet qiegħda tagħmel il-Kummissjoni biex tipprepara għat-tluq tar-Renju Unit.", "Rigward il-miżuri li ġew meħuda mill-Kummissjoni, il-komunikazzjoni spjegat li:", "a. kien għaddej xogħol biex jiġi identifikat acquis tal-Unjoni li kien meħtieġ jiġi emendat minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni.", "Dan il-proċess inbeda u x-xogħol leġiżlattiv bejn l-istituzzjonijiet għadu għaddej;", "b. kienu ppubblikati numru ta' ċirkulari li jispjegaw l-impatt ta' tluq mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni f'diversi setturi;", "c. kien għaddej proċess biex jiġu rilokati żewġ aġenziji tal-Unjoni mir-Renju Unit lejn stati membri;", "d. kienet għaddejja ħidma biex l-Unjoni tkun preparata biex tinnotifika lill-isħab tagħha li r-Renju Unit m'għadux jifforma parti mill-Unjoni u biex isiru xi adattamenti għal databases tal-Unjoni.", "Il-Gvern kontinwament qiegħed isegwi l-ħidma tal-Kummissjoni fuq dan il-binarju u kien parteċipi wkoll fil-laqgħat li saru mas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, li qiegħed imexxi l-ħidma fuq dawn il-preparamenti, fil-konfigurazzjoni ta' artiklu 50.", "Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza kien kontinwament f'konsultazzjoni mal-Ministeri l-oħra biex ikunu wkoll koordinati pjanijiet simili fuq livell nazzjonali.", "Dwar dan kien hemm ukoll diskussjoni fil-livell ta' Kabinett.", "F'dan ir-rigward, tajjeb li wieħed jinnota li għalkemm il-Gvern jippreferi wkoll li jiġu konklużi b'suċċess in-negozjati dwar l-Arranġament tat-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni u li dan jidħol fis-seħħ, qed isiru wkoll preparamenti oħra.", "Il-ħidma hawn inkludiet:", "a. iċ-ċirkolazzjoni taċ-ċirkolari maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea lill-isħab soċjali u l-partijiet konċernati;", "b. studju flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dwar jekk hemmx bżonn ta' reviżjonijiet għal xi liġijiet fuq livell nazzjonali;", "c. ħidma biex jiġu implimentati l-provedimenti fl-Arranġament tat-Tluq speċjalment dawk relatati ma' proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini, inkluż pjanijiet għal no deal.", "Hawn, flimkien mal-aġenzija Identity Malta qiegħda ssir ħidma kontinwa biex jiġu preparati l-proċessi amministrattivi għall-eventwalitajiet kollha;", "d. ħidma dwar komunikat ma' ċittadini Maltin fir-Renju Unit biex ikun spjegat kif dawn se jintlaqtu;", "e. preparamenti f'oqsma sensittivi bħal prodotti mediċinali, id-dwana u t-trasport (speċjalment fl-avjazzjoni) biex kemm jista' jkun bħala Gvern ikun lest anke għal no deal.", "Hawn qed jiġu ingaġġati aktar riżorsi umani biex inkampaw ma' influssi u ħidma proċedurali oħra li tista' tiġi kkawżata minn no deal.", "Fl-aħħar nett tajjeb wieħed jinnota wkoll li f'setturi meqjusa aktar importanti, il-Kummissjoni – wara li ġiet ukoll imħeġġa mill-Istati Membri – qiegħda tħejji pjanijiet ta' kontinġenza.", "Għal raġunijiet tattiċi (partikolarment biex ma tagħtix l-impressjoni li tilfet il-fidi li n-negozjati se jkunu konkluzi b'suċċess), il-Kummissjoni ma tantx żvelat dettalji dwar dawn.", "Però l-Gvern jinnota u hu infurmat li setturi kruċjali għal Malta huma inklużi f'dawn il-pjanijiet.", "Dawn jinkludu:", "a. iċ-ċittadini u d-drittjiet tagħhom;", "b. is-servizzi finanzjarji;", "c. il-farmaċewtika u prodotti mediċinali;", "d. it-trasport (b'enfasi fuq l-avjazzjoni).", "Aktar dettalji dwar dawn mistennija aktar 'il quddiem u f'każ li l-Kummissjoni tkun tista' tikkonferma b'ċertezza li n-negozjati għal tluq ordnat fallew.", "IMPORTAZZJONI TA' MAJJAL ĦAJ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid, mir-rekords li għandu l-Ministeru, kemm kien importat majjal ħaj mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar?", "Jista' jagħti n-numru ta' majjal li nqatel fil-biċċerija ta' pajjiżna minn dawk li ġew importati?", "Jista' jgħid minn fejn (bħala pajjiż) kien trasportat lejn pajjiżna l-majjal li ġie importat ħaj?", "ONOR: JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BAQAR IMROBBIJA GĦALL-ĦALIB", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' baqar imrobbija għall-ħalib li ġew maqtula mill-bidu ta' din is-sena 2018 sal-ġurnata tal-lum?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' baqar li ġew maqtula f'Malta u Għawdex u għal liema raġuni dawn il-baqar ġew maqtula?", "ONOR: JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILLI SKOLASTIĊI - SKEJJEL TAL-ISTAT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom kunsill skolastiku min-numru totali ta' skejjel tal-Istat?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-iskejjel statali primarji u sekondarji u dawk post-sekondarji kollha għandhom kunsill skolastiku.", "Hemm żewġ skejjel li m'għandomx.", "Dawn huma l-iskola Malta Visual and Performing Arts, il-Ħamrun, u Ġuże Ellul Mercer 16+, il-Gżira.", "Dawn se jkollhom l-elezzjonijiet f'Jannar 2019.", "KUNSILLI SKOLASTIĊI - ELEZZJONIJIET", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi u f'liema skejjel?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli skolastiċi saru f'Jannar tal-2017.", "Il-lista ta' skejjel fejn saru l-elezzjonijiet jew tal-ġenituri jew tal-għalliema tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Fl-iskejjel l-oħra ma kienx hemm bżonn issir elezzjoni peress li kien hemm in-numru eżatt ta' kandidati.", "KUNSILLI SKOLASTIĊI - ĠENITURI RAPPREŻENTANTI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri rappreżentati fil-Kunsilli Skolastiċi?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kull skola statali fejn hemm kunsill skolastiku hemm tliet ġenituri u tliet edukaturi.", "KUNSILLI SKOLASTIĊI – ĠENITURI TA' TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri fil-kunsilli skolastiċi li huma ġenituri ta' tfal bi bżonnijiet speċjali?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Ċentri tar-Riżorsi kollha, jiġifieri:", "Kulleġġ ta' Għawdex, Sannat Special Unit, Sannat Għawdex", "Kulleġġ San Benedittu Helen Keller Resource, Qrendi", "Kulleġġ San Ġorġ Preca, Guardian Angel Resource Centre, Ħamrun", "Kulleġġ Santa Klara San Miguel Primary Education Resource Centre, Pembroke u", "Kulleġġ Marija Reġina, Wardija Resource Centre", "għandhom kunsill skolastiku.", "F'dawn il-kunsilli hemm ġenituri li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali.", "Fl-iskejjel statali l-oħra, din l-informazzjoni ma tinġabarx minħabba l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.", "KUNSILLI SKOLASTIĊI – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid ġeneralment x'jiġi diskuss waqt il-laqgħat tal-Kunsilli Skolastiċi?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li waqt il-laqgħat tal-Kunsilli Skolastiċi kull kunsill jiddiskuti affarijiet pertinenti għall-iskola partikolari.", "Xi suġġetti komuni li jiġu diskussi, fost ħafna suġġetti oħra, huma dawn li ġejjin:", "Proġetti tal-Erasmus", "SKEJJEL SEKONDARJI TAL-ISTAT – STUDENTI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bi bżonnijiet speċjali (statemented) fi skejjel sekondarji tal-istat?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti bi bżonnijiet speċjali (statemented) fi skejjel sekondarji tal-istat huwa ta' 1,148.", "AWTORITÀ TAX-XANDIR – STAZZJONIJIET TAR-RADIO – ISTALLAZZJONI TA' REPEATER/BOOSTER F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 6689, li kienet dwar FM Repeater f'Għawdex, liema mistoqsija originarjament kienet irreferuta lill-Prim Ministru permezz ta' mistoqsija parlamentari 6659, u li fit-tweġiba għaliha l-Prim Ministru qal li t-trasmissjonijiet tar-radju FM huma regolati mill-Awtorità ta' Malta dwar ix-Xandir u għaldaqstant talabni nirreferi l-mistoqsija tiegħi lill-Ministru konċernat u peress li:", "a) it-tweġiba għall-mistoqsija 6689 mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kienet \"Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 6659\" u peress li", "b) skont is-sit tal-Gvern gov.mt, ix-Xandir jaqa' taħt il-portafoll tal-Ministru tal-Ġustizzja,", "jista' issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6689?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Awtorità tax-Xandir ma rċeviet l-ebda lment ta' dan it-tip.", "Sadanittant ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istazzjonijiet li qed jirreġistraw problemi ta' interferenza għandhom jinfurmaw direttament lill-Awtorità tax-Xandir bid-dettalji kollha biex din tkun tista' tipproċedi skont il-prassi u titlob l-assistenza teknika tal-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "HELENA DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-mistoqsija parlamentari.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "EDWARD SCICLUNA: L-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-mistoqsija parlamentari.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX – OPERAZZJONIJIET TAL-KATARRETTI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fil-preżent l-operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġewx imwaqqfa u jekk iva, għalfejn?", "Meta se jerġgħu jibdew?", "Kemm se jdumu fuq il-lista ta' stennija dawk il-persuni li għandhom bżonn din l-operazzjoni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-operazzjonijiet tal-kataretti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ma twaqqfux.", "Bħalissa l-oftalmologu li jagħmel dawn l-operazzjonijiet qiegħed vacation leave ta' ġimgħa u jien infurmat mid-diriġenti tal-isptar li l-ġimgħa d-dieħla hemm pjanat li jsiru minn dawn l-operazzjonijiet.", "Il-lista ta' stennija għal kataretti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hija ta' madwar xahrejn.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed issir fil-preżent b'risq ir-riforma tal-pitkalija f'Ta' Qali?", "Ma' min għaddejjin il-konsultazzjonijiet f'dan ir-rigward?", "X'nefqa saret f'dawn l-aħħar sitt snin mill-Ministeru rispettiv b'risq ir-riforma tal-Pitkalija ta' Ta' Qali?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru huwa kommess li jimplimenta riforma ġewwa l-Pitkalija.", "Ir-riforma trid tkun ta' ġid għall-istakeholders kollha tal-Pitkalija u għalhekk qed isiru diskussjonijiet interni, kif ukoll tnedija ta' pjanijiet ta' kif għandha tiġi implimentata din ir-riforma.", "Għalissa l-konsultazzjonijiet qed isiru fuq livell intern iżda fil-mument opportun issir l-konsultazzjoni meħtieġa mal-istakeholders.", "In-nefqa tul dawn l-aħħar sitt snin hija kif elenkata hawn taħt:", "· Mill-2012 sal-lum intefqu €1,396,347.00 għax-xiri ta' 251,320 kaxxa.", "· Fl-2014 beda x-xogħol sabiex tinbidel is-sistema tal-ħlas tal-Pitkalija flimkien ma' titjib fis-sistema tad-data entry.", "Sal-lum intefqu €65,814.00; din is-somma tinkludi upgrades u maintenance regolari tas-sistema.", "· Fl-2014 beda jsir xogħol ta' titjib fil-faċilità tal-ħasil tal-kaxxi li hemm fil-Pitkalija; dan jinkludi maintenance u certification tal-magni tal-ħasil tal-kaxxi, istallazzjoni tal-lift, xiri ta' palletizers u upgrades fil-binja fosthom water proofing.", "Din l-ispiża s'issa laħqet €46,617.00.", "· Fl-2017 sar ir-resurfacing tat-toroq ġewwa l-Pitkalija b'total ta' €489,252.00.", "· Fl-2017 inbidlet is-sistema tas-CCTV cameras tal-Pitkalija b'nefqa ta' €9,493.00.", "Apparti dawn il-flus hemm ukoll il-flus li jintefqu għall-maintenance tal-Pitkalija li hija ongoing.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ma ngħatax id-data mis-sors li normalment jissupplixxi tali data u statistika lill-NSO dwar il-Property Volume Index u r-Residential Property Prices Release?", "Peress li l-aħħar release bbażata fuq l-istatistika ta' bejn it-tieni kwart tal-2017 sal-ewwel kwart tal-2018, ġiet ippubblikata f'Lulju 2018, x'inhi r-raġuni li wara dawn l-aħħar ċifri, id-data aktar riċenti ma ġietx ippubblikata \"due to non availabilility of data of source data\"?", "X'inhi r-raġuni għal din l-unavailability?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181008_141d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 9 ta' Ottubru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid liema huwa s-sit identifikat u d-daqs, għall-fabbrika li l-Malta Industrial Parks (MIP) tinsab fil-proċess li talloka lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Field Officer u l-Project Manager tax-Shooting Range f'Ta' Kandja?", "Kif intgħażlu?", "X'inhu s-salarju u l-perkaċċi tagħhom?", "X'kundizzjonijiet ta' xogħol u doveri għandhom dettaljatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu sad-data li din l-interpellanza tkun imwieġba li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern b'mod konkret biex jintlaħqu t-targets tad-Direttivi Ewropej dwar packaging waste f'Malta, kif ukoll dwar id-deadlines marbutin mal-Landfill Directive?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern biex jiġu intensifikati l-isforzi nazzjonali għal media education aktar effettiva dwar waste separation, użu ta' bring-in sites u door collection?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jikkonferma kemm mill-collected waste qed jintuża għal reuse projects?", "X'qed jiġri minn dan il-waste u kemm hemm minn dan il-waste li qed jiġi esportat?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6146, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6147, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta ser jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Għawdex, li qegħdin fil-pjani ta' Transport Malta jew tal-Aġenzija li qed tiġi mwaqqfa għat-toroq, biex jingħataw wiċċ ġdid minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema u x'nazzjonalità huma li qed jaħdmu fuq is-sit ta' kostruzzjoni fejn hu maħsub li jinbena l-campus ta' Barts ġewwa Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll jekk it-timeframes prefissi għal meta għandha tinfetaħ l-iskola ta' Barts humiex on target u meta hu mistenni li l-binja l-ġdida ta' din l-iskola tilqa' fiha l-ewwel studenti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2017?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6256 u 6106 peress li għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6257 u 6107, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6258 u 6108, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6259 u 6109 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk għas-Sajf 2018 hemmx l-intenzjoni li l-Ministeru jgħin finanzjarjament lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ sabiex matul ix-xhur sajfin jagħmel it-tieni ġabra tal-iskart mil-lokalità ta' Marsalforn fejn f'dawn ix-xhur il-popolazzjoni tiżdied sew?", "Jekk iva, kemm se tkun l-għajnuna li se tingħata u jekk le, għaliex mhux ser tingħata għajnuna?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri hawn fis-seħħ biex jiġi kkontrollat l-użu tad-drones?", "Jaħseb li hawn miżuri biżżejjed?", "Jekk le għandu l-ħsieb li jkun hemm regolamenti dwar l-użu ta' drones li dejjem qed jiżdied?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn l-artikolu 48B tal-Kap.", "497, l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, fir-rigward tal-awtoritajiet u entitajiet oħra pubbliċi elenkati fil-Ħames Skeda tal-istess Kapitlu, jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tal-istess artikolu fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma japplikaw kemm għaċ-chairman u membri tal-Bord tal-istess regolatur filwaqt li fil-każ ta' awtoritajiet oħra pubbliċi msemmija fl-istess lista hemm biss imsemmija ċ-chairman jew il-persuna li għandha l-headship tal-awtorità jew entità konċernata?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ l-iskema ta' regolarizzar fil-bini tad-djar, liema bini u rranġar fid-dar bla permess fil-hamlets?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward irranġar tal-komun?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn ilu żmien twil bi problema fl-ilma li qed jiġih kannella u wara diversi tentattivi mal-Water Services Corporation kif ukoll mal-kunsill, xorta baqa' bla risposta?", "L-individwu jrid jara wkoll jekk hux se jibdlulu l-main tal-Gvern jew le?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jara u jikkonferma jekk fil-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux qed isir bejgħ ta' ilma fejn dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?", "Jista' jara jekk hemmx permess biex isir dan?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni ta' Akkomodazzjoni Soċjali għal Ministeru tiegħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tal-Gvern fil-Qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Taljana fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin fil-Fgura?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Franċiża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi, x'diskussjonijiet u x'analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin fil-Gudja?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Ġermaniża fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati għal użu tal-għases tal-pulizija, distrett b'distrett?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma assenjati lil diversi fergħat fil-Korp tal-Pulizija, fergħa b'fergħa?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders kollha li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet rrappurtati ta' hate crime mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkuzati b'hate crimes mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' traffikar ta' drogi li nqabdu mill-Pulizija mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-konċessjoni ġdida dwar il-parkeġġ pubbliku tal-Isptar Mater Dei?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm tressqu persuni l-Qorti dwar reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità twettaq ir-reat u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' wieħed u għoxrin sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet persuna kontra r-rieda tagħha f'burdell jew f'lokal ieħor użat bi drawwa għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 5 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità kien jinsab il-burdell jew il-lokal ieħor u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ġie mogħti mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-uffiċjal tal-Pulizija li permezz tiegħu awtorizzah ifittex il-persuna li kontra r-rieda tagħha ġiet miżmuma minn persuna oħra għal skopijiet immorali u dan skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jindika s-sess u l-età tal-persuna li għaliha ġiet ordnata t-tfittxija?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jelenka r-rekwiżiti jew kwalifiċi mitluba u li jinħtieġ ikollhom il-carers ingaġġati mal-privat biex ikunu jistgħu jaħdmu ġewwa residenzi tal-gvern?", "Min hu responsabbli li jiżgura u jivverifika li dawn ir-rekwiżiti huma veri qabel t-tender jingħata lill-kuntrattur jew almenu qabel ma' jaċċetta li carer tibda taħdem fi sptar jew residenza tal-Anzjani?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-carers barranin li jaħdmu mal-anzjani kapaċi jitkellmu, jifhmu u jkomplu konversazzjoni bil-Malti?Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull residenza tal-Gvern?", "Jingħataw taħriġ bażiku fil-lingwa Maltija qabel ma jibdew jaħdmu?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tat-Telecare?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u x'inhu t-tul ta' stennija qabel ma jingħata s-servizz?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li jingħatalhom is-servizz tal-Meals on Wheels?", "Mil-liema naħat ta' Malta ġejjin?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-preżent hemm persuni li għandhom il-home help?", "Jista' jinforma lill-Kamra f'liema distretti elettorali jinsabu?", "Kemm hemm talbiet pendenti għal dan is-servizz u minn liema distretti ġejjin?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn tista' tiġi rikoverata persuna taħt is-sittin sena li tkun tgħix waħedha, issofri minn mard kroniku u li ma jippermettilhiex tibqa' tgħix b'mod indipendenti ġewwa darha?", "Kemm hi l-medja ta' stennija biex każi bħal dawn jiġu indirizzati b'mod urġenti meta l-qraba għal raġuni ġenwina ma jkunux aktar f'pożizzjoni li jduru bihom?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li dwarha hemm rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni?", "Jista' jgħid jekk hemmx deċiżjoni definittiva dwar jekk il-persuna msemmija hux se titressaq il-Qorti jew le fuq akkużi ta' korruzzjoni?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar kienx fil-limitu tal-poteri tiegħu biex jordna li membru tal-Bord tal-Awtorità tinġieb Malta għall-vot dwar l-applikazzjoni PA/03807/17 magħruf bħala 'City Centre'?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-limitu finanzjarju li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità jista' jonfoq bla ħtieġa ta' awtorizzazzjoni?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min ħatar lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-kariga tiegħu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ttieħdet deċiżjoni biex membru tal-Awtorità tal-Ippjanar jinġieb minn barra għall-vot permezz ta' ajruplan privat bħalma ttieħdet fil-każ tal-applikazzjoni numru PA/03807/17?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti tal-kont imħallas sabiex membru tal-Awtorità tal-Ippjanar tinġieb minn barra għall-vot dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala 'City Centre'?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ordni għal titjira permezz ta' ajruplan privat sabiex tinġieb minn barra membru tal-Awtorità għall-vot dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala 'City Centre', saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew permezz ta' direct order?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li f'ċerti żoni f'Malta, b'mod partikolari fis-Swieqi, is-servizz tal-Home Help lill-anzjani jinsab wieqaf filwaqt li l-anzjani qed ikunu infurmati wkoll li f'dik iż-żona l-kuntrattur jew waqaf, jew inbidel jew jinsab understaffed?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid:", "a. kemm hemm anzjani li applikaw għal Home Help u għadhom fil-waiting list u jgħid minn liema lokalità ġejjin; u", "b. kemm hemm anzjani li kien jingħatalhom is-servizz tal-Home Help u twaqqfilhom is-servizz u jgħid minn liema lokalità ġejjin?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li f'ċerti żoni f'Malta b'mod partikolari fis-Swieqi, is-servizz tal-carer lill-anzjani jinsab wieqaf, filwaqt li l-anzjani qed ikunu infurmati wkoll li f'dik iż-żona l-kuntrattur jew waqaf, jew inbidel jew jinsab understaffed?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid:", "a. kemm hemm anzjani li applikaw għal carer u għadhom fil-waiting list u jgħid minn liema lokalità ġejjin; u", "b. kemm hemm anzjani li kien jingħatalhom is-servizz ta' carer u twaqqfilhom is-servizz u jgħid minn liema lokalità ġejjin?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31244 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz ta' psikjatra fl-emerġenza 24 siegħa kuljum jingħatax mill-Isptar Mater Dei jew le?", "Kemm hemm professjonisti oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Adoloscents Day Programme u kemm huwa twil dan il-programm?", "X'għandu wieħed jagħmel sabiex jattendi dan il-programm?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fid-dettall fiex jikkonsisti l-Proġett INK u meta twaqqaf?", "Kemm-il sessjoni fih dan il-programm ta' taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b'diżabilità?", "Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti li għandhom diżabilità u qed jattendu dan il-kors ta' taħriġ?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett fis-sajf dwar l-assenteiżmu?", "Kemm kien hemm studenti li bbenefikaw minn dan il-proġett mogħti minn social workers f'dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid fid-dettall fiex jikkonsisti s-servizz ta' speċjalisti għat-tfal b'diffikultà fl-imġiba?", "Kemm-il sessjoni jkollu kull student mal-professjonisti?", "Kemm kien hemm studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz matul il-ħames snin li għaddew?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kawżi li nfetħu l-Qorti kontra l-Gvern jew awtoritajiet tiegħu li jirrigwardaw litigazzjoni dwar procurement ta' offerti għal kull sena 2014, 2015, 2016 u 2017?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kawżi kollha msemmija?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu permessibbli ta' direct order miċ-ċivil, minn awtoritajiet u minn Projects Malta?", "X'sistemi ta' proċedura dwar skrutinju u infurzar jeżistu fil-Ministeru għall-Finanzi biex il-limitu ma jinqabiżx?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-eżitu u l-konklużjoni tal-investigazzjoni interna li saret mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta' swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għall-Class Allowance li l-Gvern ta bħala rikonoxximent lill-għalliema li ilhom 20 sena jgħallmu, filwaqt li din hi miżura ta' min ifaħħarha, il-ftehim ħalla barra lill-għalliema li għamlu snin jgħallmu bħala supply jew graduate supply, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jirrikonoxxi s-snin ta' tagħlim li għamlu l-għalliema li kienu supply/supply graduate?", "Jekk iva, f'liema stadju wasal il-proċess u meta se jiġi rikonoxxut is-snin ta' servizz ta' dawn l-għalliema?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ftehim milħuq mill-Awtorità tal-Artijiet dwar ksur fil-kundizzjonijiet ta' art tal-poplu mogħtija lil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal skopijiet turistiċi iżda li se tintuża bħala uffiċċini?", "Jista' jgħid x'inhi ċ-ċifra li kienet tħallset biex jinfeda ċ-ċens?", "Jista' jgħid x'inhi ċ-ċifra addizzjonali li se titħallas mil-lukanda biex tagħmel tajjeb għal ksur tal-kuntratt?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li l-Prim Ministru ħabbar cut off date li mid-data tagħha, il-karrozzi impurtati jridu jkunu jaħdmu bl-elettriku bi skop li jonqos it-tniġġiż tal-arja, jista' l-Ministru jgħid liema hi dik is-sena?", "MOZZJONIJIET", "IL-PRIM MINISTRU L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, biex jafferma l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika bħala strument għall-ġid komuni, biex jipprovdi għall-applikazzjoni ta' dawk il-valuri fis-settur pubbliku kollu, biex jipprovdi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tiegħu, u biex jaħseb għal materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn jew li huma anċillari għalihom\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "8 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Preżentazzjoni mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar ir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2016.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-5.00pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 58 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 51 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "8 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181009_142a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 9 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 9 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 9 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 141, li saret fit-8 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, Rikors numru 25/17 JZM, bl-ismijiet ta' uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista v. Kummissjoni Elettorali u l-Avukat Ġenerali, tas-seduta tat-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2018, li s-Sedja rċeviet dakinhar stess, id-9 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "SIT IDENTIFIKAT GĦAL FABBRIKA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid liema huwa s-sit identifikat u d-daqs, għall-fabbrika li l-Malta Industrial Parks (MIP) tinsab fil-proċess li talloka lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju l-informazzjoni ma tistax tingħata għax hija ta' sensittività kummerċjali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, fil-kurituri tal-Commonwealth qed tissemma inizjattiva dwar l-ismall states trade finance facility u ninsab informat li kien hemm laqgħa bejn il-Ministru Chris Cardona u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth f'dan ir-rigward.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra xi ntqal f'din il-laqgħa u x'se jkun ifisser jekk Malta tissieħeb f'din il-faċilità, speċjalment għal dawk in-negozji żgħar u oħrajn?", "Dawn in-negozji se jkunu qed igawdu minn din il-faċilità finanzjarja?", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nibda billi nagħti ftit informazzjoni fuq l-istati membri li jikkwalifikaw għal din it-tip ta' faċilità.", "Primarjament huwa ta' interess kbir għalina bħala pajjiż li mid-39 pajjiż fid-dinja li għandhom popolazzjoni ta' inqas minn miljun u nofs ruħ, 31 pajjiż huma fil-Commonwealth.", "Dan ifisser li l-Commonwealth għandhom raġuni valida għalfejn jaraw li dawn il-pajjiżi, li forsi għandhom inqas riżorsi umani u inqas possibilitajiet li jikbru minħabba li ma jilħqux dik il-massa kritika li hemm bżonn, ikollhom aktar metodi biex jiffaċilitaw in-negozju, l-industriji inġenerali, l-ekonomija tal-pajjiż u aktar aċċess għall-finanzi.", "L-aċċess għall-finanzi hija tema li niddiskutu mhux biss fil-pajjiżi Ewropej imma tweġġa' ħafna negozji minħabba li l-banek għandhom ċerti regoli u policy li ma jgħinux għall-aċċess tal-finanzi, anzi bil-maqlub, huma pjuttost reżiljenti biex jagħtu sogru u allura huma aktar risk averse.", "Naħseb li din l-opportunità li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, li Malta tkun promotur ta' din l-inizjattiva fil-Commonwealth, hija waħda li tagħmel ħafna sens.", "Fil-fatt ilbieraħ kelli opportunità li nindirizza l-ewwel laqgħa ta' bord ta' sorveljanza li se jagħti l-possibilità għal din l-inizjattiva.", "Dan il-bord huwa magħmul minn rappreżentanti ta' diversi pajjiżi membri fil-Commonwealth.", "Din is-sorveljanza tal-faċilità finanzjarja li se tagħti l-opportunità għal kummerċ akbar lill-istati żgħar tal-Commonwealth hija msejħa Small State Trade Finance Facility u hija preseduta proprju mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, is-Sra.", "Din il-faċilità kienet imħabbra formalment f'Novembru tal-2017 mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth ta' dak iż-żmien.", "Din l-idea ġiet żviluppata matul is-snin permezz ta' working group li jinkludi fih il-Gvern Malti, il-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Segretarjat tal-Commonwealth, l-International Finance Corporation u l-Export/Import Bank tal-Indja.", "Dan il-working group qed jiżviluppa mekkaniżmu ta' kif nagħtu forma ta' garanzija li tħeġġeġ lill-banek internazzjonali biex joffru xi tip ta' finanzjament lil stati żgħar billi jnaqqsu l-kreditu tagħhom.", "Din hija faċilità li llum hija ospitata u amministrata minn Malta.", "Matul il-laqgħa tal-bieraħ, il-bord ta' sorveljanza ddiskuta l-pjan ta' azzjoni, skont kif ġie konkluż il-ftehim.", "Huwa żgur li din il-faċilità se jkollha rwol importanti ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' tisħiħ tal-kummerċ u l-finanzjament tal-investiment għal dawk l-iżgħar pajjiżi fil-Commonwealth.", "Irrid nagħlaq billi ngħid li din il-faċilità għandha potenzjal li jkollha impatt ferm pożittiv fuq il-ħajja u l-għajxien tan-nies f'dawn l-istati.", "Naħseb li aktar minn qabel, illum, qed nuru l-abilità, il-potenzjal u l-kapaċità li għandha l-Commonwealth, li tmexxi anke sfidi ekonomiċi.", "Din mhijiex organizzazzjoni li qiegħda hemmhekk biss għall-isem, imma kif urejna u pproponejna aħna bħala Gvern fi żmien li ppresedejna l-Commonwealth, din hija wkoll organizzazzjoni li twassal biex issaħħaħ il-kummerċ internazzjonali, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-multilateraliżmu, u wkoll biex tagħti l-possibilità lil dawn il-31 pajjiż żgħir li hemm fil-Commonwealth, biex ikollhom iżjed internationalisation tax-xogħol u l-kapaċitajiet tagħhom u biex ikollhom trade balance li jkompli jiżdied u jissaħħaħ.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja ħafna lill-Ministru għal din l-istqarrija ministerjali dwar il-Commonwealth.", "M'għandix dubju li l-Commonwealth huwa suġġett li qiegħed fuq fomm kulħadd bħalissa!", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk fl-aħħar 24 siegħa marx għand il-Pulizija jew il-Pulizija bagħtitx għalih biex jagħti l-verżjoni tiegħu dwar il-preżenza tiegħu, fid-29 ta' Ġunju tas-sena li għaddiet, f'bachelor's party li fih kien preżenti wieħed mit-tliet akkużati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Irrid nistaqsih ukoll: Għalfejn lill-ġurnalisti li kkuntattjawh ma qalilhomx il-verżjoni tiegħu?", "Għaliex ma riedx jagħtihom spjegazzjoni għalfejn il-verżjoni tiegħu tal-20 ta' April 2018 ma kenitx il-verità?", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, jien nistieden lill-Onor.", "Azzopardi jgħid il-kliem li qed jgħid barra minn din il-Kamra, għaliex kif nafu, f'din il-Kamra għandu l-immunità parlamentari u jista' jgħid li jrid!", "Hija ħasra li għad għandna membri parlamentari … (Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, se nagħmilha aktar faċli għall-Ministru.", "Qed niżvesti ruħi mill-immunità parlamentari!", "Wieġeb issa!", "CHRIS CARDONA: Huwa sabiħ il-kliem tal-avukati!", "Però hawnhekk jien qiegħed nerfa' r-responsabbiltajiet kostituzzjonali tiegħi b'responsabilità u b'maturità kbira.", "Hija ħasra li l-Membri tal-Oppożizzjoni - mhux il-Membri tal-Oppożizzjoni kollha imma wħud mill-Membri li ftit minnhom qegħdin hawnhekk u oħrajn f'postijiet oħra - jixtiequ li b'xi mod jew ieħor jagħmlu konnessjoni jew link dirett biex lili jpoġġuni f'konnessjoni jew addirittura ħati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia!", "Jiddispjaċini għaliex il-mistoqsija qed issir mill-Onor.", "Interpellant li għandu l-professjoni ta' avukat kif kelli jien għal snin twal.", "Bħala avukati ħdimna l-Qorti t-tnejn li aħna u kulħadd jaf li meta inti tkun avukat u politiku, speċjalment avukat f'setturi li ħdimna fihom kemm l-Onor.", "Azzopardi kif ukoll jien, tkun espost u jkollok ċerti kuntatti, laqgħat u stediniet f'postijiet fejn ikun hemm kulħadd!", "L-Onor.", "Therese Comodini Cachia qiegħda tidħak!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Kompli bir-risposta tiegħek, Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom.", "CHRIS CARDONA: Allaħares kont!", "Nawguralek li ma tkunx u m'għandix dubju li mhux se tkun!", "Però ħalli nkompli bil-linja ta' ħsieb.", "Qegħdin naraw Oppożizzjoni li, kif rajna fil-każ tal-Egrant, lesta tirkeb kull karru, anke dak ta' qtil makabru, għal raġunijiet partiġġjani!", "B'umiltà kbira ngħid li l-interess tal-Oppożizzjoni mhuwiex il-ġustizzja u s-sewwa.", "Dan deher ċar daqs il-kristall fl-inkjesta Egrant għaliex għalkemm jipprietkaw u jsostnu li huma jemmnu fil-ġustizzja, s'issa, ħadd minnhom għadu ma refa' r-responsabilità tal-gideb li għamlu fil-konfront tal-Prim Ministru u tal-familja tiegħu!", "Ħadd minnhom għadu ma refa' r-responsabilità tal-kalunja li għamlu fil-konfront tal-Prim Ministru!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Busuttil, malli jisma' l-kelma Egrant, jitkellem jew inkella jipprova jtellef!", "Nixtieq li l-Onor.", "Busuttil ikollu l-possibilità li jara r-rapport kollu tal-inkjesta għaliex m'għandix dubju li meta jarah se jkollu problema kbira.", "(Interruzzjonijiet) Jien nafda lill-Prim Ministru tiegħi!", "M'għandix dubju minn kliemu!", "Nerġa' ngħid, jien nafda lill-mexxej tiegħi, kuntrarjament għal dak li tagħmel inti fil-konfront tal-Kap tiegħek, l-Onor.", "Sinjura President, huwa ċar daqs il-kristall li l-Membri tal-Oppożizzjoni lesti li jibqgħu jimminaw!", "Lesti li jibqgħu jħammġu isimna, isem il-familji tagħna u jwaqqgħu l-personalità tagħna fl-aktar livell baxx li qatt sar fl-istorja politika ta' pajjiżna!", "Din hija xi ħaġa li aħna l-politiċi li ilna f'din il-Kamra għal snin twal, jiddispjaċina dwarha, għaliex ilħaqna livell li huwa bla preċedent!", "Li inti tipprova timplika avukat jew politiku li għandu esperjenza bħala avukat, fi qtil, minħabba li jista' jkun li xi darba, kien f'xi tieġ jew f'xi bachelor's party, li nerġa' nawgura lill-Onor.", "Comodini Cachia li ma tkunx mistiedna għalih, għal diversi raġunijiet, ma jagħmilx sens!", "Li timplika lil bniedem għax ikun fil-preżenza ta' 500 ruħ jew 600 ruħ, ta' 50 ruħ jew 100 ruħ, f'omiċidju volontarju għaliex sempliċement inzerta jista' jkun li kien hemm xi ħadd f'dik l-attività, hija redikola!", "Sinjura President, jien nixtieq infakkar – ma xtaqtx ngħidha din imma se ngħidha - li r-responsabilità politika lilna tgħabbina b'ħafna piżijiet.", "Jien ma nistax nifhem għaliex l-Onor.", "Jason Azzopardi li kien membru parlamentari u l-Onor.", "Simon Busuttil li m'għandix dubju kien parti mill-Partit Nazzjonalista, mhux qed jitkellmu dwar dak li ġara ftit tas-snin ilu, meta kellek Prim Ministru li mhux attenda ċerimonja, tieġ jew party, imma ltaqa' ma' kriminal taħt pont fis-satra tal-lejl!", "Simon Busuttil u lill-Onor.", "Azzopardi: Kif tħarsu lejn id-differenza fl-attitudni politika li kellkom intom u li għandna aħna?", "Sinjura President, nixtieq nistaqsi: Hawn xi ħadd f'din il-Kamra li jista' jeskludi – mhux se nistaqsi lis-Sedja, għax għandi rispett lejn is-Sedja, però qed nistaqsi lill-Membri ta' din il-Kamra – li xi darba kien f'riċeviment li fih kien hemm xi persuna ta' kondotta ħażina?", "Hawn xi ħadd minna lkoll, partikolarment dawk li huma avukati, li jista' jeskludi li xi darba rċeva xi telefonata minn xi persuna li m'għandhiex kondotta tajba?", "(Interruzzjonijiet) Inwieġeb?", "Mela jien qed inwieġeb lilek?", "Jien qed inwieġeb lill-kollega tiegħek li għamel il-mistoqsija!", "Onor. Karol Aquilina, jekk inti għandek il-fakultà omnixjenti li tiddeċiedi li tgħid li teskludi dan kollu, jien nixtieq nibda nfakkar lilek personalment, li inti, ġol-post li issa ….", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru, nitolbok tindirizza lis-Sedja.", "CHRIS CARDONA: Niskuża ruħi, Sinjura President.", "Onor. Aquilina, inti kont fil-post li qed jissemma fejn suppost kien hemm dawn l-inkontri!", "KAROL AQUILINA: Għandek żball!", "(Interruzzjonijiet) Mela le, bil-qalb kollha!", "Teskludi li kont hemm?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Karol Aquilina bil-permess tal-Kamra,.", "KAROL AQUILINA: Jien nista' ngħid li kemm ilu miftuħ dan il-post, jien dħalt fih darbtejn biss.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli!", "(Interruzzjonijiet) Ma jridx jisma' r-risposta tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "KAROL AQUILINA: Però naf fiċ-ċert li inti, Ministru, tkun regolari f'dan il-post, inkluż fil-preżenza ta' nies b'karattru dubjuż ħafna.", "Naf fiċ-ċert għax jien għandi l-uffiċċju viċin u narak hemmhekk!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ministru Cardona, nitolbok tikkonkludi.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, din hija smear campaign!", "Dan huwa l-aktar livell baxx li jista' jaqa' fih politiku f'pajjiż fejn għandna l-limitazzjonijiet tagħna.", "Aħna pajjiż żgħir u se niltaqgħu ma' xulxin il-ħin kollu!", "Jien ma nafx kemm iltqajt ma' kollegi f'dawn l-aħħar ġimagħtejn jew tlieta, f'tiġijiet, griżmi u preċetti, fost attivitajiet oħrajn.", "Dan ifisser li niltaqgħu hemmhekk b'xi arranġament minn qabel biex nitkellmu fuq xi ħaġa partikolari?", "Jien nappella lill-Membri ta' din il-Kamra u l-aktar lill-ġurnalisti, biex ma jibqgħux jimxu fuq din it-tip ta' arroganza mentali.", "Qed ngħid dan għaliex huwa tajjeb li xi kultant wieħed jieħu naqra vantaġġ politiku kif iħobbu jagħmlu tan-naħa l-oħra, però fl-aħħar mill-aħħar, il-pubbliku tagħna huwa matur, responsabbli u se jagħmel analisi serja ta' dak li qed tgħid naħa u dak li qed tgħid naħa oħra.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Kien hawn jien qabel!", "(Interruzzjonijiet) Għollejt idi qabel!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, Onor. Cutajar, indirizzani b'edukazzjoni!", "M'għandekx għalfejn tgħajjat għax m'iniex truxa.", "Ismek qiegħed imniżżel.", "Ħu paċenzja.", "(Interruzzjonijiet) Fil-ħin li sejjaħt isem l-Onor.", "Edwin Vassallo kont għadek m'għollejtx idejk.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, f'din il-Kamra, bħala proċedura, aħna nalternaw fil-mistoqsijiet supplimentari.", "L-ewwel mistoqsija supplimentari kienet min-naħa tal-Gvern, li saret min-naħa tiegħi, u t-tieni mistoqsija supplimentari kienet min-naħa tal-Oppożizzjoni li saret mill-Onor.", "Għaldaqstant, anke jekk kien hemm xi żvista, fid-dawl li qed tinġibed l-attenzjoni tas-Sedja, is-Sedja għandha tieħu konjizzjoni ta' dan u għandha tħares lejn in-naħa tal-Gvern biex tara jekk hemmx min se jagħmel mistoqsijiet supplimentari minn din in-naħa.", "Qed nuru l-interess tagħna li nagħmlu mistoqsijiet supplimentari għax nieħdu ħafna interess fil-mistoqsijiet supplimentari u għaldaqstant nitlob lis-Sedja sabiex tħares lejn in-naħa tal-Gvern.", "Għandha tkun l-Onor.", "Cutajar li tagħmel il-mistoqsija supplimentari li jmiss inkella tkun seħħet inġustizzja f'dan l-istadju tal-mistoqsijiet supplimentari.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Filwaqt li nipprovaw inżommu l-alternanza, biex inkunu verament korretti, irrid ngħid li l-Onor.", "Edwin Vassallo għolla jdejh qabel l-Onor.", "Cutajar, għax jien inniżżel l-ismijiet.", "(Interruzzjonijiet) Biex inkun onesta miegħek, Onor. Cutajar, kont se nagħtik id-dritta, imma l-attitudni tiegħek lejja m'għoġbitnix.", "(Interruzzjonijiet) Ma kienx hemm għalfejn tgħajjat!", "Naħseb li din il-Kamra jistħoqqilha aktar rispett.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, jien nirrispetta kwalunkwe deċiżjoni tas-Sedja, iżda ninformak li anke jien nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari.", "Fid-dawl tal-fatt li, kif għedt tajjeb inti, imiss lin-naħa tal-Gvern li tagħmel il-mistoqsijiet supplimentari, nitolbok li l-mistoqsija supplimentari nagħmilha jien għan-naħa tal-Gvern.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija li jmiss tagħmilha l-Onor.", "Rosianne Cutajar għax hi għolliet idejha.", "Però napprezza ħafna jekk ma jkunx hemm din l-attitudni lejn is-Sedja.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, grazzi ħafna li qed tagħtini l-opportunità li nistaqsi bħall-kumplament tal-kollegi tiegħi.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jispjegalna aktar fid-dettall dwar il-ħidma tiegħu fil-qasam tal-avjazzjoni, li hija industrija b'saħħitha ħafna, li hija importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna u li tħaddem mijiet ta' Maltin u Għawdxin.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "CHRIS CARDONA: Dan huwa t-tip ta' mistoqsijiet li għandhom jiġu mistoqsija f'din il-Kamra!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Busuttil, allaħares nitkellmu fuq il-kuntatti tiegħek għax ikollok titlaq 'il bogħod ħafna mill-ġurisdizzjoni tagħna!", "Mhux mill-Ewropa!", "Tinħebiex!", "(Interruzzjonijiet) Tkellmux hekk lill-Prim Ministru!", "(Għajjat)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru, indirizza lis-Sedja.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonjiet, għax se jkolli nissospendi l-Kamra.", "CHRIS CARDONA: Imissek tistħi!", "Sinjura President, waqqaf lill-Onor.", "(Għajjat)", "JOSEPH MUSCAT: Frodist, dak li int!", "(Għajjat)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se nissospendi l-Kamra.", "Fl-4.27 p.m. il-Kamra ġiet sospiża minħabba diżordi u rriżumiet fl-4.33 p.m.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ħlasijiet li saru lill-avukati jew lid-ditti legali tagħhom, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għas-Saħħa, bejn l-2004 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7104.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kundizzjonijiet tax-xogħol u d-doveri ta' Site Manager/Project Manager tax-shooting range f'Ta' Kandja, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3978.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 323 tal-2018 - Nuclear Safety Regulations, 2018.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ħlasijiet li saru lill-avukati jew lid-ditti legali tagħhom, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, bejn l-2004 u l-2012, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7101.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ħlasijiet li saru lill-avukati jew lid-ditti legali tagħhom, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, bejn l-2008 u l-2015, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7102.", "F'isem il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor.", "Konrad Mizzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ħlasijiet li saru lill-avukati jew lid-ditti legali tagħhom, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għat-Turiżmu bejn l-2004 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7100; u", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, l-Onor.", "Edward Scicluna, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 320 tal-2018 - Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Donazzjonijiet ta' Valuri Negozjabbli u Proprjetà Immobbli li Tintuża għan-Negozju (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 321 tal-2018 - Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli dwar Donazzjonijiet (Community Chest Fund); u", "Avviż Legali Nru 322 tal-2018 - Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli dwar it-Tnaqqis meta l-Impjant u l-Makkinarju jitkabbar bl-Użu Ordinarju.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi n-numru ta' residenzi li għandhom is-servizz ta' Home Help u lista li turi n-numru ta' talbiet għal tali servizz, li huma approvati imma għadhom pendenti, maqsuma skont id-Distretti Elettorali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7069.", "F'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, l-Onor.", "Ian Borg, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Self Declaration for the Safe Operation of Drones maħruġa mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili, Transport Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6666; u", "Kopja ta' Invoice No. 13307 datata 19 ta' Settembru 2018 maħruġa minn LunaJets, fl-Iżvizzera, indirizzata lis-Sur Johann Buttigieg, Awtorità tal-Ippjanar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7090.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "TALBA GĦAL RULING", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, ftit tal-ħin ilu, fil-battibekk li nqala' qabel ma s-Sedja ssospendiet il-Kamra, il-Prim Ministru nstema' jgħid ċertu kliem fil-konfront tiegħi, fosthom li jien frodist, fejn ovvjament kien qed jagħmel referenza għall-inkjesta Egrant.", "Kemm qabel u anke wara li inti ssospendejt il-Kamra, il-Prim Ministru qal ukoll li jien iffalsifikajt il-firem u qal ukoll: Jien se nitfagħha fuqek din u lanqas lejn Malta ma tkun tista' tersaq.", "Dan fil-konfront tiegħi.", "Apparti l-fatt li jien niċħad … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ħudu paċenzja.", "(Interruzzjonijiet) Fil-ħin tal-Mozzjonijiet, jista' jitlob li jitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Iva, min-naħa tal-Oppożizzjoni fil-ħin tal-Mozzjonijiet … (Interruzzjonijiet)", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, ippermettili nispiċċa.", "Jekk f'dan il-Parlament lanqas nitkellmu ma nistgħu … (Interruzzjonijiet)", "(Interruzzjonijiet)", "Nitlobkom tikkalmaw ftit għaliex ma jistax ikun li nimxu b'dan il-mod.", "CHRIS FEARNE: Sinjura President, irrid nikkoreġik għax għadek kemm għidt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jista' jitkellem waqt il-ħin tal-Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Busuttil mhuwiex il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Le, jien għidt \"l-Oppożizzjoni\".", "Forsi fhimtni Kap tal-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Jien għedt li l-Oppożizzjoni, fil-ħin tal-Mozzjonijiet, tista' tagħmel diskors.", "CHRIS FEARNE: L-Onor.", "Busuttil la huwa Kap tal-Oppożizzjoni u lanqas shadow minister għax neħħejtuh intom stess!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jien għedt \"l-Oppożizzjoni\".", "(Interruzzjonijiet) Iġġegħlunix nerġa' nissospendi l-Kamra.", "CHRIS FEARNE: Ħu paċenzja.", "Se nagħmel il-point of order.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Iġġegħlunix nerġa' nissospendi l-Kamra.", "CHRIS FEARNE: L-Onor.", "Busuttil mhuwiex shadow minister u allura m'għandux dritt li jagħmel intervent.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ħudu paċenzja.", "Mal-ewwel opportunità, kull Membru ta' din il-Kamra għandu dritt iressaq każ ta' Ksur ta' Privileġġ jew jitlob ruling.", "Jien qed nistenna ħalli nara x'se jitlob l-Onor.", "Onor. Busuttil, nitolbok tiċċara eżattament x'qed titlob.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, apparti li niċħad kategorikament dawn l-akkużi, jien kburi b'dak li għamilt.", "(Interruzzjonijiet)", "Jien ma kontx naf x'se jagħmel l-Onor.", "Busuttil għax lanqas biss kont f'din il-Kamra.", "Ħudu paċenzja.", "(Interruzzjonijiet) L-istaff qed jindikawli x'jista' jagħmel u jien irrepetejt eżattament dak li qaluli.", "(Interruzzjonijiet) Jien tlabt parir lill-istaff li indikawli li f'dan il-ħin, kull Membru jista' jressaq każ ta' Ksur ta' Privileġġ jew jitlob ruling u jien irrepetejt.", "Issa jien qed nistaqsi lill-Onor.", "Busuttil jekk hux qed jitlob ruling jew iressaq każ ta' Ksur ta' Privileġġ, biex ikun ċar.", "Onor. Busuttil, aħjar tgħidilna eżattament x'qed titlob.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, kif qed tindika s-Sedja, meta Membru jressaq każ ta' Ksur ta' Privileġġ, irid jgħid mill-ewwel li se jressaq Ksur ta' Privielġġ.", "L-Onor.", "Busuttil kien ilu żewġ minuti jitkellem u kulma qal kienet storja!", "Min-naħa tal-Gvern, jeħtieġ inkunu nafu x'talba qed jagħmel l-Onor.", "Busuttil, kif naħseb li trid taf ukoll is-Sedja.", "Jien m'għandi l-ebda problema b'dan imma jrid ikun ċar x'inhi t-talba tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Agħtuni ċans nitkellem!", "Qed nitkellem bl-akbar edukazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Busuttil, tista' tkun ċar u tgħid x'qiegħed titlob, jekk jogħġbok?", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, minbarra li jien niċħad kategorikament dawn l-akkużi, jien qed nitlob ruling mingħand is-Sedja li permezz tiegħu titlob li l-Prim Ministru, illum stess, minnufih, jissostanzja l-akkużi li għamel fil-konfront tiegħi jew inkella, fin-nuqqas t'hekk, jirtirahom.", "Dan huwa r-ruling li jien qed nitlob!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, it-talba tal-Onor.", "Busuttil hija mill-aktar kiefra u inġusta għax qed ipoġġi pressjoni żejda fuq is-Sedja.", "Jeħtieġ li bħala Membri ta' din il-Kamra ma npoġġu l-ebda pressjoni fuqek jew fuq kwalunkwe persuna oħra li tkun qed tippresiedi.", "Ir-ruling jingħata skont id-deċiżjoni tas-Sedja u mhux meta jitlob l-Onor.", "Għaldaqstant nitolbu jirtira l-kliem li qal għax m'għandha titpoġġa l-ebda pressjoni żejda fuq is-Sedja.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Busuttil, tista' tikkonkludi x'kont qed tgħid?", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, biex inkunu ċari, jien qed nitlob ruling mingħand is-Sedja sabiex titlob lill-Prim Ministru jiġi lura fil-Kamra ħalli jissostanzja l-kliem li qal fil-konfront tiegħi, li jien niċħad kategorikament, jew inkella jirtirah minnufih.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, jien nixtieq li dak li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil ikollu l-istess valur għal dak li jgħid hu fuq din in-naħa tal-Kamra, imma sfortunatament, hu jgħid ħafna affarijiet li mhumiex sostanzjati!", "Pereżempju jien nixtiequ jissostanzja l-affarijiet li ilu jgħid għal din l-aħħar nofs siegħa u li qal matul is-snin bħala Kap tal-Oppożizzjoni u Membru Parlamentari!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-Ordnijiet Permanenti huma ċari!", "Kif qal id-Deputat Prim Ministru, dan huwa mument li jista' jitressaq Ksur ta' Privileġġ.", "Busuttil għadu ma qalx li qed iqajjem Ksur ta' Privileġġ.", "Qed tqajjem Ksur ta' Privileġġ?", "(Interruzzjonijiet) Jien ma nismax?", "Qajjimt Ksur ta' Privileġġ?", "(Interruzzjonijiet) Mela jqum u jgħid li qed iressaq Ksur ta' Privileġġ!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettuli, jien qed jiggwidawni nies li għandhom aktar esperjenza f'din il-Kamra.", "F'dan il-ħin jista' jitressaq Ksur ta' Privileġġ jew talba għal ruling.", "L-Onor.", "Busuttil talab ruling u għalhekk is-Sedja qed tieħu nota ta' din it-talba u se tagħti ruling fi stadju ulterjuri.", "Issa ngħaddu għall-Mozzjonijiet u nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "CHRIS FEARNE: Sinjura President, f'isem il-Prim Ministru, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, biex jafferma l-valuri tal-Amministrazzjoni Pubblika bħala strument għall-ġid komuni, biex jipprovdi għall-applikazzjoni ta' dawk il-valuri fis-settur pubbliku kollu, biex jipprovdi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tiegħu, u biex jaħseb għal materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn jew li huma anċillari għalihom\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "PERMESS TAL-KAMRA", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, nitlob il-permess tiegħek u tal-Kamra biex inkun nista' nirreferi għal dak li ġara fil-Kamra ftit ilu.", "Il-permess ingħata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, jien ma smajtx lill-Onor.", "Busuttil jitkellem, għax kont f'laqgħa fl-uffiċċju tiegħi.", "Qed nifhem li l-Onor.", "Busuttil oġġezzjona għall-fatt li waqt il-ħin tas-sospensjoni tal-Kamra, jien tlabtu jiskuża ruħu, jekk mhux miegħi, ma' wliedi għall-gidba li kien parteċipi fiha.", "Jien għedtlu li ladarba hu ħa sehem f'dik il-gidba, huwa giddieb u frodist, għax kemm-il darba inti tikkummerċja f'materjal li huwa falz, tkun frodist u forgerer.", "Barra minn hekk kien hemm xi ħadd li ffalsifika l-firma ta' marti.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed jgħidu r-rapport ta' inkjesta indipendenti.", "Jekk l-Onor.", "Busuttil għandu problema b'dan kollu, jien nirtira dan il-kliem minn din il-Kamra u ngħidu barra.", "M'għandix problema li nagħmel dan.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn l-Onor.", "Busuttil għandu jerfa' r-responsabilitajiet tiegħu.", "(Interruzzjonijiet) Jien nixtieq li nippubblika r-rapport issa u mhux minuta oħra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Biss qed insegwi l-pariri li qed ningħata u hemm anke kawża l-Qorti li issa se nkun qed nixhed fiha.", "Li hu żgur huwa li l-Onor.", "Busuttil m'għandux jipprova jitfa' dell fuqi u fuq il-familja tiegħi, li konna vittmi ta' din il-conspiracy moqżieża.", "Minn fuq m'għandux jipprova jieħu raġun fuq dan kollu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, nixtieq nitlob il-permess tiegħek u tan-naħa l-oħra, kif aħna kkonċedejna l-permess biex jitkellem il-Prim Ministru.", "(Onor. Membri: Iva) Il-Kap tal-Oppożizjzoni, bil-permess tal-Kamra.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, jidher li l-Prim Ministru qed jagħmel referenza għal informazzjoni li mhijiex pubblika u li hu biss – kemm-il darba dan huwa veru - għandu aċċess għaliha.", "Il-Prim Ministru qiegħed, b'mod l-aktar ċar, jattribwixxi allegazzjonijiet serjissimi fil-konfront ta' Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni.", "Għalhekk naħseb li qabel ma din id-diskussjoni tkompli, irridu nistabbilixxu li jew hemm każ ċar ta' Ksur ta' Privileġġ, għax qed isiru akkużi bla bażi, jew inkella hemm informazzjoni li għandu l-Prim Ministru u qabel ma jippreżenta dik l-informazzjoni fuq il-Mejda ta' din il-Kamra, ma nistgħux inkomplu niddiskutu.", "Din hija sitwazzjoni ċara u lampanti!", "Il-kawża li qed jagħmel referenza għaliha l-Prim Ministru hija proprju bbażata fuq l-iżbilanċ ta' poter li jeżisti f'din il-Kamra, fejn il-Prim Ministru u l-Gvern għandhom aċċess għal informazzjoni u l-Oppożizzjoni m'għandhiex.", "Illum stess il-Prim Ministru qed jgħid li dejjem kien lest u dispost li jippubblika r-rapport imma sal-lum għadu m'għamilx dan!", "Jidher li anke llum stess il-Prim Ministru qed jagħmel referenza mhux għall-konklużjonijiet li huma pubbliċi imma għal informazzjoni li għandu hu, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-avukati tiegħu u l-istaff tagħhom.", "M'hemm xejn illum, la mill-Qorti u lanqas minn xi mkien ieħor, li jimpedixxi lill-Prim Ministru milli jagħmel dak li ilu jgħid li se jagħmel u li sal-lum għadu m'għamilx!", "Ma nistgħux niġu f'din il-Kamra u jkun hawn żbilanċ anke fil-Parlament għax il-Gvern ikollu informazzjoni u l-Oppożizzjoni ma jkollhiex.", "Ma nistgħux niġu f'din il-Kamra u l-Gvern jixli Membri tal-Oppożizzjoni b'affarijiet li aħna ma nistgħux nitkellmu dwarhom.", "Ma jistax ikollna żbilanċ fil-Kamra mhux ta' dik li hija rappreżentanza tal-votanti, għax aħna nirrispettaw il-mandat tal-elettorat u d-demokrazija, imma żbilanċ għax il-Gvern qed juża informazzjoni li għandu u l-Oppożizzjoni m'għandhiex.", "Ma nistgħux indaħħlu s-suspetti u nagħmlu l-allegazzjonijiet.", "Dawn għandhom jiġu sostanzjati jew irtirati!", "Illum għandna Prim Ministru ta' pajjiż li qed jixli Membru tal-Oppożizzjoni b'affarijiet serjissimi.", "Naħseb li huwa ċar daqs il-kristall li n-nies hemm barra għandhom id-dritt għall-verità.", "Il-Prim Ministru jrid jew jissostanzja jew jirtira dak li qed jgħid.", "In-nies iridu jkunu jafu mhux biss ta' min mhijiex l-Egrant imma jridu jkunu jafu ta' min hi l-Egrant.", "In-nies iridu jkunu jafu jekk fl-1,400 faċċata tal-inkjesta hemmx xi ħaġa li mhijiex kontenuta fil-konklużjonijiet.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk il-Gvern jaħseb li din hija materja tad-daħk u tat-tbissim, il-poplu jaħseb mod ieħor!", "Bħala Oppożizzjoni għandna d-dritt għall-verità.", "Għalkemm f'din il-Kamra aħna inqas fir-rappreżentanza, irridu nkunu fl-istess livell f'dawk li huma l-għodod li l-liġi u l-Kostituzzjoni jagħtuna biex nagħmlu xogħolna bi dmir lejn pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, m'iniex se nirrepeti dak li qal tajjeb il-Kap tal-Oppożizzjoni għax naqbel miegħu perfettament!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, dak li qal il-Prim Ministru issa huwa differenti minn dak li kkwotajt jien.", "Għalhekk nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li meta l-Prim Ministru reġa' daħal fil-Kamra, biddel il-verżjoni ta' dak li qal fil-preżenza tagħna lkoll fil-bidu u li fuqu jien tlabt ruling mis-Sedja.", "L-ewwel qal li jien frodist, li niċħad kategorikament!", "It-tieni, li jien iffalsifikajt il-firem, li niċħad kategorikament!", "It-tielet, meta qal il-kliem \"fuqek se nitfagħha, lanqas tersaq lejn Malta ma tkun tista'\".", "Din hija theddida kbira li ntqalet fil-pubbliku.", "Jien tlabt ruling fuq dan u mhux fuq il-ħmerijiet li ġie jgħid issa l-Prim Ministru fejn f'ħames minuti, biddel il-verżjoni ta' dak li qal hu stess!", "Sinjura President, niskuża ruħi li jien emozzjonat imma ma jistax ikun li nħalli kalunja bħal din għaddejja b'dan il-mod.", "Jien nerfa', kif dejjem erfajt, ir-responsabilità politika kollha.", "Jekk hawn xi ħadd li f'din il-Kamra jaf jerfa' r-responsabilità politika - għax ħadd minnkom ma jaf jerfagħha - huwa jien!", "(Interruzzjonijiet) Mhux se jgħallimni l-Prim Ministru dwar responsabilità politika!", "Fuq hekk tlabtek ruling, Sinjura President.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, li nista' nikkonferma huwa dan.", "Jien għedt lill-Onor.", "Busuttil li kieku jkollna sitwazzjoni fejn joħorġu l-affarijiet kollha, jien ċert li … Hawn nikkoreġi lill-Kap tal-Oppożizzjoni billi ngħid li jien tkellimt u bbażajt ruħi fuq dak li huwa magħruf.", "Sadanittant, dak li huwa magħruf wassal lilu biex ikeċċi lill-Onor.", "Busuttil minn kelliem dwar il-governanza tajba!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Apparti minn hekk, il-mod … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni on a point of order.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, il-Prim Ministru huwa żbaljat meta jgħid li jien keċċejt lill-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, għalkemm ma konniex in session, għax inti kont ħriġt … (Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Busuttil skuża ruħu għax emozzjonat, aħseb u ara jien li għal xhur sħaħ ried jibgħat lili u lil marti l-ħabs fuq allegazzjonijiet, anzi falzità, ibbażata fuq dokumenti foloz li tant għamilhom tiegħu, li ħareġ lin-nies fit-toroq!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U iva, nikkonferma li għedtlu \"nitfagħha fuqek\" … (Interruzzjonijiet)", "JOSEPH MUSCAT: Ippermettili, Sinjura President, ħalli nikkonkludi.", "Għedtlu \"nitfagħha fuqek\" għax għalija huwa politikament responsabbli minn din il-gidba kbira!", "Iva, għedtlu li lanqas jersaq lejn Malta b'mod metaforiku, bil-mistħija!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kieku kont fis-sitwazzjoni tiegħu ilni li tlaqt mill-Parlament wara li jkun ipprovat li bbażajt il-karriera politika tiegħi fuq dokument falz u gidba!", "F'ġieħ kemm hemm, Sinjura President!", "Allaħares nagħmel dawn il-kummiedji kull darba li jgħidli korrott u ma nafx xiex aktar!", "Sinjura President, ippermettili ngħid, li lili, lil marti u lill-familja tiegħi ġabuna f'sitwazzjoni li kellna nistennew xhur sħaħ għall-ġustizzja!", "Issa minn fuq, meta huwa pprovat li kien hemm min iffalsifika l-firem - u jekk għamilhom tiegħu dawk il-karti allura għandu r-responsabilità politika li ma jfarfarha qatt – naħseb li għandi kull fakultà li f'dan il-mument ngħidlu biex jerfa' r-responsabilità politika.", "Sinjura President, issa se nagħmel punt ieħor għax hekk jitlob id-dmir tiegħi bħala Prim Ministru.", "Naħseb li tensions flared up u d-diskors tiegħi seta' kien emozzjonat iżżejjed.", "Għalhekk niskuża ruħi li nkun emozzjonat fuq dan is-suġġett.", "Jekk offendejtu b'xi mod, lil hinn mir-retorika politika, jiddispjaċini, imma politikament, hu jibqa' responsabbli għal dawn l-affarijiet!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Se nieħu l-aħħar rimarka u nieqfu.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, nixtieq nintervjeni, għax dak li ntqal huwa serju wisq u jixraqlu li, għall-inqas, ikollu tweġiba fi-qosor.", "Iva, jien emmint dak kollu li għamilt u erfajt ir-responsabilità tiegħu.", "Dan għaliex kumpaniji fil-Panama nfetħu tlieta; waħda taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u ħallieh hemm, waħda tal-Ministru Konrad Mizzi u ħallieh hemm, u t-tielet waħda, għal sena sħiħa, mhux Simon Busuttil imma kulħadd, kien jissuspetta li hija tiegħu!", "Kulħadd!", "(Interruzzjonijiet) Agħtuni ċans inwieġeb!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Busuttil jieħu paċenzja u ma jitfax il-falzità tiegħu fuqna!", "Jekk hu kien falz ma jipprovax jgħid li kulħadd kien falz bħalu!", "Għalhekk ir-responsabilità hija tiegħu biss!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se nagħlqu biex ngħaddu għax-xogħol tal-Kamra.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, sakemm il-Prim Ministru jżomm miegħu liċ-Chief of Staff u lill-Ministru Konrad Mizzi li nqabdu li se jdaħħlu USD150,000 fix-xahar, jien u eluf kbar ta' nies hemm barra, konna, għadna u nibqgħu nemmnu li l-kumpanija Egrant hija tiegħu!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa se nkomplu bl-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, il-Prim Ministru wieġeb imma ma weġibx l-interpellanza tiegħi.", "Nerġa' nistaqsi jekk wara dan li ntqal illejla huwiex beħsiebu jippubblika r-rapport li in his fairness, mill-ewwel ġurnata, qal – mhux biss bil-kliem imma anke bil-miktub - li ried li jiġi ppubblikat.", "Illum fil-Parlament inħoloq żbilanċ minħabba li din l-inkjesta għadha mhijiex ippubblikata.", "Għalhekk il-mistoqsija tiegħi hija ċara daqs il-kristall: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jippubblika din l-inkjesta, anke biex iġib il-bilanċ wara l-iżbilanċ li ħoloq l-Avukat Ġenerali f'pajjiżna?", "Qed ngħid dan lil hinn mix-xhieda għax fil-Qorti huwa ċar li m'hemm xejn li jimpedih milli jagħmel hekk.", "L-Avukat Ġenerali xehed li m'hemm xejn li qal lill-Prim Ministru jew lill-Ministru għall-Ġustizzja milli jirritjenu għalihom din l-informazzjoni.", "It-tieni nett: In vista li l-Prim Ministru ġentilment skuża ruħu għat-ton, jista' jgħid jekk hux qed jirtira l-akkużi li għamel fil-konfront ta' Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, naħseb li l-affarijiet li għedt iġġustifikajthom b'mod ta' retorika u ta' argumentazzjoni politika.", "Skużajt ruħi jekk stajt għedt xi ħaġa li weġġajtu, biss ir-responsabiltià politika tibqa' tiegħu.", "L-argumentazzjoni tiegħi, li mhux se nerġa' nirrepetiha, tibqa' valida.", "Jekk tieħu sehem f'gidba tkun giddieb, jekk tipprova tagħmel frodi … (Interruzzjonijiet) Sinjura President, ħalli ngħidlek x'għadu kif qal l-Onor.", "Membru ħalli tiġi reġistrata.", "Għadu kif qal li jekk tagħlaq għajnejk għall-korruzzjoni tkun korrott.", "Jien nista' nitolbok ruling u nibqgħu sejrin hekk sa għada.", "Dik hija parti min-narrativa politika.", "Nista' noqgħod ngħidlu li huwa falliment, li huwa tellief u dawn l-affarijiet kollha!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Prim Ministru, indirizza lis-Sedja.", "JOSEPH MUSCAT: Jien nirrifjuta dak li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil għax mhuwiex minnu li jien nagħlaq għajnejja għall-korruzzjoni u li jien korrott!", "Għandi kull simpatija għall-fatt li jista' jesprimi ruħu b'dak il-mod.", "Lil hinn minn hekk, rigward dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, nerġa' ngħid li d-diskors tiegħi llum huwa bbażat fuq fatti pubbliċi.", "Nikkonfermalu li għadu fil-ħsieb tiegħi li nippubblika r-rapport kemm jista' jkun malajr u qed inħares 'il quddiem biex inkun nista' nixhed fil-Qorti f'dan ir-rigward.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa nkomplu bl-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "L-Onor.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nixtieq ninforma lill-Kamra li, wara li kien hemm talba min-naħa tal-Oppożizzjoni, hemm ftehim li minflok ma nibdew bl-ewwel item fuq l-aġenda, se nibdew bit-tieni item li hu t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja.", "Wara l-introduzzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi mill-Ministru Chris Cardona, se jitkellem l-Onor.", "Edwin Vassallo min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Imbagħad, fuq talba mill-Oppożizzjoni, għax hemm membru li se jkollu jsiefer fuq xogħol parlamentari, id-diskussjoni fuq dak l-Abbozz ta' Liġi tiġi sospiża u mmorru għall-ewwel item fuq l-aġenda, li hu l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ.", "Jekk illum stess nagħlqu d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, allura mbagħad inkomplu bid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja li se nkunu bdejna u l-kumplament tal-aġenda kif tidher fl-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Ladarba hawn qbil nistgħu nipproċedu b'dak il-mod.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IN-NEGOZJI", "TAL-FAMILJA", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, għandi messaġġ mingħand il-President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se naqra dan il-messaġġ:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, Kap. 565\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Settembru 2018", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, illum qegħdin inressqu numru ta' emendi għall-Att dwar in-Negozji tal-Familja.", "Jidher li dawn l-emendi tressqu fi ftit żmien minn meta ġiet promulgata din il-liġi.", "Fil-fatt, sentejn ilu, kont ippreżentajt fil-Parlament l-ewwel Abbozz ta' Liġi li jirregola n-negozji tal-familja f'Malta wara proċess ta' konsultazjzoni, djalogu pubbliku u diskussjoni f'din l-istess Kamra, fejn il-Gvern nieda liġi innovattiva u unika, li m'hemmx bħalha fl-Unjoni Ewropea, biex tassisti negozji tal-familja fil-governanza u fit-trasferiment tagħhom.", "Din il-liġi wasslet sabiex permezz tagħha ftaħna uffiċċju speċjalizzat li jista' jservi ta' one stop shop għan-negozji tal-familja li jkollhom bżonn xi għajnuna.", "Għaldaqstant dan l-Att wassal sabiex, għall-ewwel darba fl-istorja mhux biss politika Maltija imma fl-istorja politika kontemporanja Ewropea, in-negozji tal-familja ġew rikonoxxuti b'mod formali u bdew jingħataw assistenza u skemi attrezzati għall-bżonnijiet tagħhom.", "Sa mill-bidu nett, dan il-Gvern ħass il-ħtieġa li pajjiżna jkollu liġi li tindirizza speċifikament in-negozji tal-familja.", "Huwa fatt magħruf li madwar 80% tan-negozji f'Malta huma tal-familja jew ikkontrollati mill-familji, fejn maġġoranza sostanzjali minnhom jgħaddu għat-tieni ġenerazzjoni.", "Biss, fit-transizzjoni mill-ewwel għat-tieni ġenerazzjoni huma 30% biss li jirnexxu u, min-naħa l-oħra, inqas minn 10% jaslu sat-tielet ġenerazzjoni.", "Għalhekk il-Gvern ried li jkun hemm qafas legali li fuqu l-membri tan-negozji tal-familja jkunu jistgħu jippjanaw, jaffettwaw u jmexxu t-trasferiment tan-negozji tagħhom.", "Bħala Gvern li hu probusiness fhimna immedjatament li n-negozji tal-familja huma kruċjali għall-ekonomija tal-pajjiż u għalhekk iddeċidejna li nagħtu l-appoġġ kollu mistħoqq bl-aħjar mod li nistgħu lil dawn in-negozji tal-familja.", "Għal dan il-għan rajna li niżviluppaw liġi li hija effettiva.", "Is-suċċessjoni, jiġifieri t-trasferiment tan-negozju tal-familja, hija l-akbar sfida li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħha n-negozji tal-familja.", "Dan għaliex jekk is-suċċessjoni ma ssirx kif suppost, faċilment jirriżulta li jikkollassa kollox u dak li jkunu bnew il-ġenituri b'tant sagrifiċċju, itir kollu mar-riħ f'sekonda.", "Jekk ma jkunx hemm pjan u strateġija, min hu kompetittur se jkollu vantaġġ.", "Min beda n-negozju 50 sena ilu u għandu l-isem, il-goodwill u l-impjegati imma mhuwiex strutturat tajjeb biżżejjed biex dak in-negozju jibqa' ħaj u jgħaddi għall-werrieta tiegħu, se jkollu kompetituri li għadhom żgħażagħ, dinamiċi u aggressivi li kapaċi jeħdulu x-xogħol.", "Aħna mhux qegħdin nitkellmu kontra l-kompetizzjoni, anzi bil-maqlub, aħna rridu li kulħadd ikun kompetittiv, għax illum int u għada ħaddieħor!", "Mhuwiex is-suċċess imma s-suċċessjoni l-akbar ostaklu għan-negozju tal-familja.", "Wieħed isemmi wkoll in-nuqqas ta' dixxiplina u n-nuqqas ta' regolamentazzjoni li ta' spiss naraw f'dawn it-tip ta' negozji, li tispiċċa tfarrak il-governanza u t-tessut tagħhom.", "Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni Ewropea ilha tesiġi li l-istati membri tagħha jindirizzaw dan il-vojt leġiżlattiv.", "Nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Kummissjoni Ewropea li meta morna għandhom bil-liġi mhux talli qalulna biex immexxuha kemm nifilħu 'l quddiem imma qalulna biex ngħaddulhom il-mudell tagħna, għax huwa mudell ta' best practice, mibni fuq esperjenza b'saħħitha ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' tfassil ta' liġi.", "Għalhekk jien kburi ngħid li pajjiżna, li huwa l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, kien l-ewwel stat membru li ħoloq qafas leġiżlattiv għan-negozji tal-familja.", "Bħalissa fl-Unjoni Ewropea qegħdin jintilfu madwar 150,000 intrapriża b'total ta' aktar minn nofs miljun impjieg minħabba nuqqas ta' ippjanar, strateġija u suċċess fil-proċess ta' trasferibilità tan-negozju.", "Dan ifisser li, bħalissa, madwar l-Ewropa, qegħdin inwasslu għall-falliment ta' aktar minn 600 kumpanija kuljum minħabba ineffiċjenzi fit-trasferibilità tan-negozju.", "F'pajjiżna, bħala l-iżgħar membru fl-Unjoni Ewropea, qegħdin nagħmlu l-almu tagħna biex dan ma jibqax iseħħ.", "Huwa fl-interess tagħna li l-Unjoni Ewropea jkollha intrapriżi b'saħħithom.", "Dan għaliex ħafna mill-bilanċ fil-kummerċ tagħna jsir ma' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u għalhekk, matul dawn l-aħħar xhur, b'sodisfazzjon ngħid li din il-liġi ġiet milqugħa tajjeb ħafna min-negozji tal-familja.", "Tajjeb ngħid li ma kenux biss dawk in-negozji ż-żgħar li m'għandhomx struttura bażika, formali u minima li laqgħu din il-liġi imma kien hemm anke negozji kbar li avviċinaw lill-Family Business Office li kienu l-konsulenti finanzjarji tagħhom li ssuġġerixxew li jikkuntattjawna biex jagħmlu użu mill-pariri u l-inċentivi fiskali li qegħdin noffru.", "Dawn l-inċentivi fiskali u l-inċentivi ta' governanza li qed jiġu pprovduti prinċipalment mill-Malta Enterprise attiraw ħafna interess tant li matul is-sena ħafna negozji staqsew għall-assistenza fuq il-mod kif jistgħu jsaħħu n-negozju tagħhom.", "Min-naħa tagħna, sabiex isseħħ dan kollu, din is-sena rajna l-implimentazzjoni ta' ħames inċentivi leġiżlattivi li flimkien jipprovdu diversi inċentivi għan-negozji.", "Hawn irrid infakkar ukoll li fil-Baġit tas-sena li għaddiet kont ħabbart kif l-iskema Micro Invest żdiedet għal €70,000 għan-negozji tal-familja.", "B'hekk qegħdin inkomplu bil-ħidma tagħna f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt, mill-istatistika li qed toħroġ, jidher li s-settur tan-negozji qed ikompli jissaħħaħ.", "Tajjeb ngħid li l-Att dwar in-Negozji tal-Familja jinkludi wkoll definizzjoni ċara dwar x'inhu negozju tal-familja ħalli ma jkunx hemm lok għall-abbuż.", "Din kienet l-akbar sfida li kellna meta konna qed infasslu din il-liġi.", "Dan għaliex aħna ma nixtequx li l-pjattaforma ta' inċentivi li qegħdin nagħtu lin-negozji tal-familja tkun miftuħa għal dawk li mhumiex negozji tal-familja għax inkella nkunu qegħdin noħolqu żvantaġġ perikoluż għal min mhuwiex negozju tal-familja li għandu l-istrutturi tiegħu b'mod differenti ta' kif jaħdem u b'metodoloġiji ta' kif jippjana l-istrutturi, it-taxxa u n-negozju tiegħu.", "Għal dawn it-tip ta' negozji hemm inċentivi oħrajn.", "Però l-Att dwar in-Negozji tal-Familja huwa speċiikament għan-negozji tal-familja.", "Dan huwa fatt importanti meta wieħed jikkonsidra li din il-liġi hija maħsuba biex kull negozju tal-familja reġistrat taħt dan l-Att ikun eliġibbli għall-inċentivi li huma maħsuba biex ikunu addattati speċifikament għall-bżonnijiet tan-negozji.", "Din il-liġi se tkun game changer mhux biss għan-negozji lokali imma wkoll għan-negozji ta' familji Ewropej għaliex negozji ta' familji li mhumiex Maltin jistgħu jirreġistraw in-negozju tal-familja tagħhom f'Malta.", "Wara li sentejn ilu ppreżentajna dan l-Abbozz ta' Liġi fil-Parlament, kien imiss li nibdew napplikawh fis-suq, nittestjawh u nagħtuh imbuttatura b'saħħitha.", "Hekk kif imbagħad bdejna niġġeneraw aktar interess fost in-negozji, indunajna li kien hemm il-possibilità li wara li dan l-Abbozz ta' Liġi jkun tried and tested naraw kif se nagħmlu din il-liġi aħjar.", "B'umiltà ngħid li jien kont naħseb li din hija liġi b'saħħitha imma ftit kont naħseb li nistgħu nkomplu nirfinawha b'tali mod u manjiera li niffaċilitaw iżjed l-aċċess li għandhom in-negozji tal-familja għaliha.", "Għalhekk ikun tajjeb li ngħid li dan l-Att jinkludi aktar faċilitajiet għan-negozji tal-familja.", "Wara dawn is-sentejn, bdejna niġġeneraw aktar interess fost in-negozji u b'hekk, illum, irridu li n-negozji tal-familja japplikaw għall-inċentivi b'aktar faċilità u effiċjenza.", "Ix-xewqa tagħna mhijiex li noħolqu xokkijiet jew ostakli imma li kull min hu negozju tal-familja jkollu aċċess ħafna aktar faċli għal dawn l-inċentivi.", "L-għan prinċipali ta' dawn l-emendi huwa sabiex inkomplu nħeġġu lin-negozji tal-familja biex jagħmlu użu mill-inċentivi.", "L-emendi ġodda huma mmirati biex innaqqsu l-burokrazija.", "Għalhekk waħda mill-kelliema f'dan id-dibattitu se tkun il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija, l-Onor.", "Irrid ngħid ukoll li kellna l-possibilità li nħabbtu l-ideat flimkien u naraw il-feedback li jkollha l-Onor.", "Cutajar min-negozji biex nissimplifikaw il-proċess u nagħmluha aktar faċli għan-negozji biex japplikaw għall-inċentivi pprovduti permezz ta' din il-liġi.", "Sinjura President, ftit tal-jiem ilu kelli l-opportunità li nitkellem waqt konferenza li ġiet organizzata mill-Uffiċċju għan-Negozji tal-Familja flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ fejn it-tema prinċipali kienet in-negozji tal-familja.", "Il-fatt li saret din il-konferenza huwa eżempju ċar ta' kemm kien hawn il-ħtieġa li nintroduċu din il-liġi li se tħares l-interess tan-negozji tal-familja.", "Waqt din il-konferenza, bħala sideline, ħabbarna li, għall-ewwel darba, il-bank lokali Bank of Valletta se jkun qed joħloq skema speċjalizzata li tkun indirizzata għan-negozji tal-familja.", "Bl-għajnuna tal-Uffiċċju għan-Negozji tal-Familja u bl-għajnuna tal-Bank of Valletta, dawn in-negozji se jkunu qed jibbenefikaw minn aktar għajnuniet minn din l-iskema speċjalizzata.", "Huwa importanti li ngħid ukoll li sabiex din l-iskema tkun waħda ta' serħan il-moħħ u li verament toffri għajnuna lil dawn it-tip ta' negozji, il-Bank Malti għall-Iżvilupp huwa parti minn dan il-ftehim li ntlaħaq u se jkun qed iservi bħala garanti biex jagħmel tajjeb għal dawn l-għajnuniet.", "Dan ifisser li se jkollok a tripartite contractual relationship fejn għandek il-Bank of Valletta, l-intrapriża u l-garanzija li jagħmel il-Bank Malti għall-Iżvilupp għall-aċċess ta' finanzi li l-intrapriża tieħu mingħand il-Bank of Valletta.", "Barra minn hekk, sforz tal-ħidma konsistenti tal-Family Business Office se jitwaqqaf kumitat għan-negozji tal-familja fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ.", "Dan il-kumitat ħa l-ħajja tiegħu permezz ta' ftehim li ġie ffirmat bejn il-Family Business Office u l-President tal-Kamra tal-Kummerċ u se jkun qed jopera mill-Kamra tal-Kummerċ stess biex jagħti servizzi lin-negozji tal-familja.", "In-negozjanti jistgħu jmorru bil-problemi tagħhom quddiem dan il-Kumitat li min-naħa tiegħu jkun jista' jagħti direzzjoni dwar id-djalogu soċjali li jkun qed isir, inkluż reazzjonijiet u suġġerimenti li jiġu milll-istakeholders, fosthom mill-Kamra tal-Kummerċ, mill-GRTU, mill-Membri tal-Oppożizzjoni li se jkunu qed jindirizzaw din it-tema f'dan id-dibattiu u f'dibattiti politiċi oħrajn u anke mill-pubbliku inġenerali li għandu interess li n-negozji tal-familja jkomplu jissaħħu.", "B'hekk se nibqgħu dejjem viċin in-negozji biex nisimgħu l-vuċijiet, ix-xewqat, il-bżonnijiet u xi kultant, anke d-dwejjaq tagħhom.", "Sinjura President, nagħlaq billi nenfasizza r-rwol ċentrali li għandhom in-negozji tal-familja f'Malta.", "Nassigurahom, kif dejjem jagħmel il-Prim Ministru, li se jkomplu jagħmlu parti mill-viżjoni ta' dan il-Gvern.", "Nisperaw li din l-inizjattiva tħalli l-frott tagħha fil-ġenerazzjoni li jmiss, ta' warajha u jekk hemm bżonn, anke dik ta' warajha.", "B'hekk ma nibqgħux nitkellmu biss fuq il-valley of death, qisu mal-ewwel ġenerazzjoni nibdew neżlin u mat-tielet ġenerazzjoni nieħdu dik id-daqqa mortali.", "Aħna nixtiequ li jkun hemm konsistenza b'saħħitha ħafna biex dawn in-negozji tal-familja jibqgħu għaddejjin.", "Bħala gvern se nibqgħu naħdmu biex inwittu t-triq kemm għall-futur tat-tfal tagħna u tan-negozju, kif ukoll għas-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, nirringrazzja lill-Ministru għal din l-opportunità, li ressaq din il-liġi quddiem dan il-Parlament.", "Se nieħu dan il-ħin biex naqsam xi ideat tiegħi dwar dan is-suġġett fir-rwol tiegħi bħala l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għan-negozji żgħar u koperattivi.", "Fil-Parlament mhuwiex daqshekk spiss li jkollna din l-opportunità li nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Jien naqbel ma' dak li qal il-Ministru li għandu jkollna l-aħjar strutturi possibbli fil-ħidma tal-Gvern sabiex ikollna l-aħjar relazzjoni, komunikazzjoni u għodod possibbli reali - mhux superfiċjali biex sempliċement ngħidu li jeżistu - li permezz tagħhom, inkunu nistgħu nservu lil ħafna negozji, u aktar minn hekk, lil ħafna negozji żgħar.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika tal-NSO, taħt il-Business Demographics 2012-2017, isib li hemm eluf ta' dawk li huma sole ownership jew partnership.", "Ejjew niftakru li hawn qegħdin nitkellmu fuq in-nies u mhux biss fuq in-numri.", "Ilbieraħ tkellimt fuq l-eluf ta' ħaddiema li qegħdin fuq il-lista tal-Jobsplus.", "Semmejt li hemm 72,000 li jistgħu jkunu fir-riskju tal-faqar.", "Ħafna drabi, meta jkun jaqblilna, naqgħu fit-tentazzjoni li nitkellmu fuq persentaġġi biex nidhru sbieħ u nfuħu u ninsew li qed nitkellmu dwar bnedmin, imma din ma tkunx ir-realtà tan-nies.", "Sinjura President, jien naf x'jiġifieri li tkun Ministru responsabbli minn dan il-qasam għax għamilt għaxar snin inservi bħala Segretarju Parlamentari responsabbli min-negozji żgħar.", "Matul dawn is-snin dejjem ipprovajt inkun viċin in-negozji żgħar, anke permezz tal-liġijiet li konna għaddejna u emendajna u r-riformi li konna daħħalna.", "Għalhekk ma jistax jonqos li nitkellem b'sens ta' responsabilità dwar dan is-suġġett.", "Hija r-responsabilità tagħna l-politiċi li naħdmu għan-negozji, għax finalment, huwa l-poplu Malti li jgawdi mis-servizz tagħhom.", "Huwa importanti li meta nħarsu lejn din il-liġi narawha bħala titjib fl-istruttura li biha nistgħu naqdu lil ħafna negozji.", "Meta għaddiet l-ewwel liġi, jien ma kontx fil-Parlament minħabba żball waqt l-għadd tal-voti, imma llum qiegħed hawn, nitkellem favur din il-liġi.", "L-ewwel nett, irrid ngħaddi messaġġ lill-Ministru u lil dawk kollha involuti f'din il-ħidma, inkluż l-Onor.", "Rosianne Cutajar li hija responsabbli mit-tnaqqis tal-burokrazija, biex inkunu verament ta' għajnuna għal dawn in-negozji tal-familja.", "Ejja naraw li d-diskors li nagħmlu jkun jirrifletti r-realtà hemm barra.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li smajt li r-reġistratur tan-negozji tal-familja għandu sa 100 negozju rreġistrat miegħu.", "Hawn mhux se noqgħod ngħid jekk dan huwiex ftit jew ħafna imma rrid nistaqsi jekk is-suċċess ta' dawn l-għodod huwiex qed jiġi mkejjel mit-take-up ta' dawn l-istess għodod.", "Nemmen li f'xi ħin irridu nagħmu l-kalkolu tas-suċċess tal-inċentivi li qed noffru.", "Jien ma rridx nagħmel dan it-tip ta' argument issa għax għadu kmieni wisq u għadna fl-ewwel passi ta' din il-ħidma.", "Biss ħafna drabi, meta tara kemm huwa kbir in-numru ta' nies li huma involuti fin-negozju u tara n-numru tan-nies li jużaw l-għodod u l-istrutturi li bħala Gvernijiet, ħloqna matul iż-żmien, tibda tinduna li m'aħniex nilħqu lil kulħadd.", "Hawn qed nikkritika lili nnifsi għax jien stess kont nara li l-ħidma tagħna, ħafna drabi, ikunu qed igawdu minnha dawk il- ftit nies li għandhom l-istruttura tajba u li permezz tagħha jkunu jistgħu jersqu lejn l-uffiċini tagħna.", "Għal dawk li ma jistgħux jersqu lejn l-uffiċini tagħna din il-ħidma li nitkellmu dwarha hija bħal dak it-teapot li jaqla' xi ħadd bħala rigal tat-tieġ, li jitpoġġa ġo vetrina u ma jintuża qatt!", "Għalhekk nistaqsi: Dawn l-inċentivi huma karrotti li jidhru sbieħ imma l-ebda fenek ma jista' jilħaqhom?", "Jien dan huwa l-inkwiet tiegħi.", "Jien naqbel ma' dak li tkellem dwaru l-Ministru.", "Naqbel meta qal li t-transazzjoni hija waħda mill-akbar problemi tan-negozji tagħna.", "Naf li l-lingwaġġ fl-Unjoni Ewropea, sa minn meta jien kont responsabbli minn dan il-qasam, kien proprju fuq l-aċċess għall-finanzi, it-transazzjoni u l-burokrazija.", "Dawn huma wħud mill-aktar problemi li l-Unjoni Ewropea għadha titkellem dwarhom.", "Sinjura President, huwa importanti li l-inċentivi u l-miżuri fiskali jidħlu fis-seħħ imma rridu nikkwantifikaw għal min qed nagħmluhom.", "Jista' jagħti l-każ li filwaqt li qed ngħidu li ma rridux burokrazija, qegħdin nispiċċaw noħolqu l-burokrazija?", "Jista' jkun li qegħdin ngħidu li għandna l-inċentivi imma dawn l-inċentivi huma biss għal-liability companies?", "Jista' jkun li forsi qegħdin ninsew lis-sole trader li huwa negozju tal-familja?", "Qegħdin niftakru li kull fejn hemm self-employed żgħir, ħafna drabi, ikun hemm il-mara taħdem miegħu?", "Niftakar li meta kont Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam, u l-ekonomija kienet għadha sejra tajjeb, jiġfieri mhux fl-aħħar tal-leġiżlatura meta kellna riċessjoni, konna emendajna l-liġi biex il-mara li taħdem fin-negozju tal-familja tkun tista' tħallas il-bolla.", "Dan għaliex kien hawn żmien meta l-mara li kienet taħdem fin-negozju tal-familja ma kenitx tista' tħallas il-bolla.", "Illum forsi nieħdu ċerti affarijiet for granted.", "Biss, dak iż-żmien, dik kienet riforma importanti ħafna.", "Illum forsi ngħidu li setgħet saret qabel, imma fil-verità, din ma kenitx xi ħaġa daqshekk faċli li ssir.", "Kif għedt, permezz ta' dik ir-riforma, mara li taħdem mar-raġel tagħha, fin-negozju tal-familja, setgħet tħallas il-bolla.", "B'hekk tellajna l-istatus tal-mara li għandha moħħha mistrieħ li jista' jkollha l-pensjoni bħar-raġel tagħha.", "Sinjura President, kemm qed noħolqu miżuri li jkunu verament effettivi?", "Meta wieħed iħares lejn l-istatistika tal-NSO isib li fl-2017 kien hemm 48,000 sole ownership jew partnership.", "Jaħdmu ma' dawn in-negozji hemm numru kbir ta' nisa.", "Għalhekk huwa tajjeb li nitkellmu dwar in-negozju tal-familja.", "Imma jista' jagħti l-każ li qegħdin nitkellmu fuq in-negozju tal-familja tad-ditti l-kbar?", "Jien irrid li din il-liġi tkun game changer imma nemmen li tkun verament suċċess jekk inkunu kapaċi nnaqqsu l-burokrazija għal min jista' japplika għal dawn l-inizjattivi.", "Jien se nkun qed insegwi l-ħidma ta' din il-liġi ħalli nara li dawn l-inċentivi jkun fihom ċertu ħsieb ta' simplifikazzjoni.", "Il-Ministru qal li n-negozji tal-familja għandhom japplikaw għall-inċentivi b'aktar effiċjenza.", "Naqbel ma' dan il-kliem perfettament.", "Fil-fatt irrid nirringrazzja lill-Kamra tal-Kummerċ, lill-GRTU, lill-Employers' Association u lil ħafna għaqdiet oħrajn li b'xi mod ħadmu favur din il-liġi.", "Però hawnhekk irrid inqajjem argument.", "Filwaqt li jimpurtani nara t-titjib ta' struttura li tgħin lin-negozji ż-żgħar jersqu aktar lejn dawn l-inċentivi u l-ħidma tal-Gvern, meta nara r-realtà, naħseb li dan il-Gvern li issa qiegħed fis-sitt sena tiegħu, għadu ma daħalx fil-mentalità li jgħin lin-negozji ż-żgħar.", "Ikolli ngħid li fl-iżvilupp tal-politika favur in-negozji ż-żgħar, dan il-Gvern huwa assenti mill-attenzjoni vera lejn in-negozji ż-żgħar tagħna.", "Issa meta qed ngħid negozji żgħar qed nirreferi għan-negozji tal-familja.", "Ftit ilu smajt lill-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari rigward il-White Paper li ħierġa dwar is-swieq.", "Kull bejjiegħ tal-Monti huwa negozju tal-familja.", "Kull bejjiegħ tal-ħaxix huwa negozju tal-familja.", "Kull ħaddiem li jagħmel xogħol tal-artiġjanat f'Ta' Qali huwa negozju tal-familja.", "Il-ħafna ħwienet żgħar li jeżistu fl-ibliet u l-irħula tagħna huma negozju ta' familja.", "Issa hawn irrid nagħmel parentesi.", "Ma nixtieqx li jqum xi ħadd, kif ġara lbieraħ, u jgħid li jien negattiv!", "Ovvjament kull Membru għandu l-libertà kollha li jagħmel hekk imma meta ngħid il-verità ma nkunx qed inkun negattiv!", "Ilbieraħ l-Onor.", "Abela qal li Edwin Vassallo u l-Oppożizzjoni huma negattivi!", "Dan għaliex jien ikkwotajt lis-Sinjura Yana Mintoff meta qalet li l-Gvern qed jibbaża l-ekonomija tiegħu fuq iċ-cheap labour u l-prekarjat.", "L-istess meta l-Oppożizzjoni titkellem kontra l-korruzzjoni; il-Membri tan-naħa tal-Gvern jgħidu li l-Oppożizzjoni negattiva.", "Sinjura President, min hu negattiv; min imur jitkellem kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea jew min iwettaq il-korruzzjoni?", "Abela li tkellem warajja lbieraħ ngħidlu li dak kollu li qal fil-konfront tiegħi I send it back to sender!", "Dan għaliex dak kollu li qal fil-konfront tal-Oppożizzjoni japplika wkoll għall-Gvern!", "Il-Membri tan-naħa l-oħra m'għandhomx ikunu negattivi bl-atteġġjament tagħhom lejn il-kritika li tagħmel l-Oppożizzjoni!", "Meta tgħid il-verità ma tkunx qed tkun negattiv!", "Pereżempju meta llum qed ngħid li minkejja dawn l-emendi f'dawn il-liġijiet li l-Oppożizzjoni taqbel magħhom, l-iżvilupp tal-politika tal-Gvern b'risq in-negozji ż-żgħar huwa assenti, ara ma jiġix xi ħadd jgħidli li jien negattiv!", "Jien irrid lil min jagħti rendikont tal-ħidma ta' dan il-Gvern b'risq in-negozji ż-żgħar.", "Hemmhekk imbagħad nammetti li forsi kont żbaljat u nitlob skuża.", "Ilbieraħ jien tlabt lill-Gvern biex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-viżjoni tiegħu dwar il-ħolqien tal-impjiegi u l-ekonomija tal-pajjiż għall-15-il sena li ġejjin imma s'issa tkellmu żewġ kelliema tal-Gvern u ħadd ma ġie jgħid li Edwin Vassallo huwa giddieb jew merieni fuq il-kritika tiegħi!", "Sinjura President, huwa tajjeb li jkollna l-emendi però nixtieq nara li dawn l-emendi jservu biex aktar negozji tal-familja jkunu suċċess fil-kompetizzjoni li teżisti.", "Jien dejjem kont lest li nagħti sehmi jekk inkun mitlub nagħmel dan, kif għedt kemm-il darba fl-Aġġornamenti li nagħmel.", "L-għan tiegħi huwa li naraw kif nistgħu ntejbu l-ħidma tal-Gvern b'risq in-negozji ż-żgħar tagħna.", "Qatt ma kont imsejjaħ nagħmel dan, biss, b'daqhekk, ma ġara xejn!", "Nifhem li hemm ħidma tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni għaddejja b'risq dan il-qasam.", "Però jien kontra dan it-total neglect min-naħa tal-Gvern b'risq il-ħafna negozji żgħar li għandna f'pajjiżna.", "Bħala l-kelliem ewlieni għan-negozji żgħar u l-koperattivi għan-naħa tal-Oppożizzjoni, jien nisma' d-diffikultajiet kbar u l-qtigħ il-qalb tal-bdiewa, tar-raħħala, tas-sajjieda u tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, fost l-oħrajn.", "Ħafna jsemmu n-nuqqas ta' komunikazzjoni mal-koperattivi.", "L-istess meta niġu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea; ħafna nies japplikaw u jħallsu l-flus, imbagħad ma jkunx hemm komunikazzjoni u targets.", "Nifhem li dan huwa suġġett ieħor, imma ejja niftakru li dawn huma kollha negozji żgħar, fejn hemm impenn ta' ħafna nies involuti fis-settur tan-negozju.", "Kif għedt ilbieraħ, minkejja l-għajta tal-Gvern li hawn is-surplus u li qegħdin fl-aqwa żmien, qed tikber il-qasma bejn min qiegħed fin-negozju u qed ibati u min qiegħed fin-negozju u qed igawdi!", "Għal xi wħud dan veru huwa l-aqwa żmien!", "Pereżempju, hawn min qed jiekol b'erbat iħluq u għandu erba' salarji!", "Hawn min jingħata direct orders bl-amment u hawn min ma jibdiex!", "L-aqwa żmien mhuwiex għal kulħadd u dan jgħodd kemm għall-qasam tax-xogħol kif ukoll għall-qasam tan-negozju.", "Is-surplus ma japplikax għal kulħadd għax għandna negozji li jdaħħlu jdejhom fil-but u jistaqsu fuq liema surplus qed jitkellem il-Gvern.", "Dan għaliex dawn m'għandhomx sehem minn dan is-surplus!", "Għalhekk f'isem l-Oppożizzjoni, jien nixtieq nagħti sehmi biex dan is-surplus li jiftaħar bih il-Gvern, jinqasam ugwalment u b'ġustizzja.", "Dan huwa żmien ta' inugwaljanza u inekwità!", "Din hija problema reali u mhux kritika negattiva!", "Ma nistgħux niġu hawnhekk nitkellmu dwar l-istatistika f'dak li huma biss numri.", "Aktar 'il quddiem se nkun qed nitkellem dwar statistika li ppubblika l-Bank Ċentrali.", "Wara dawn in-numri, hemm familji fejn kull filgħaxija l-mara tistaqsi lir-raġel tagħha x'qala' min-negozju tagħhom u ħafna drabi, dak li jkun qala' ma jkunx biżżejjed biex jgħajxu lill-familja tagħhom.", "Biss donnu li dan il-Gvern tant huwa ossessjonat bl-aqwa żmien u bis-surplus, li lanqas jemmen li hawn min mhux qiegħed ikampa għalkemm qiegħed fil-qasam tan-negozju.", "Din hija inugwaljanza u inekwità!", "Sinjura President, se nagħti eżempju żgħir u żewġ suġġerimenti dwar kif nistgħu nnaqqsu din l-inugwaljanza u inekwità.", "Kif għedt aktar qabel, kienu biss 100 negozju tal-familja li rreġistraw mar-reġistratur tan-negozji ż-żgħar fil-ħidma tiegħu biex jgħin fit-transizzjoni minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "L-avviż legali seta' għen lil ħafna negozji imma dawn ma rreġistrawx ruħhom.", "Permezz ta' din l-inizjattiva tal-Gvern, kien hemm tnaqqis tar-rata tat-taxxa li titħallas meta jkun hemm suċċessjoni jew trasferiment minn 2% għal 1.5%.", "L-għan tal-Gvern kien li jgħin fit-transizzjoni minn ġenerazzjoni għall-oħra u hawn min qed jistenna li dan l-avviż legali jerġa' jiġi ppubblikat biex jerġa' jkun hemm estensjoni ta' din l-inizjattiva tajba.", "Għalhekk hawnhekk nixtieq nagħmel proposta biex il-Gvern jerġa' jagħmel eżenzjoni; forsi l-Onor.", "Rosianne Cutajar tista' twassal din il-proposta biex ikun hawn aktar tnaqqis tal-burokrazija.", "Jien qed nistieden lill-Gvern biex jerġa' joħroġ l-avviż legali ħalli jerġa' jkun hemm eżenzjoni u minflok ikun hemm ħlas ta' taxxa ta' 2% ikun hemm 1.5%.", "Din l-inizjattiva skadiet u tajjeb li terġa' tidħol fis-seħħ għax kienet inizjattiva tajba li għenet lil ħafna negozji tal-familja.", "Xi kultant indendlu karrotta, din tittiekel u nibqgħu naħsbu li għadha hemmhekk!", "Dik il-karrotta m'għadhiex hemm!", "(Interruzzjonijiet) Kienet inizjattiva tajba!", "Qed ngħid dan b'bona fide għax aħna mhux dejjem nikkritikaw il-ħażin biss.", "Sinjura President, hawnhekk nixtieq nagħmel proposta oħra.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nnaqqsu l-inugwaljanza li teżisti bejn investitur barrani f'Malta u negozjant Malti u se nagħti eżempju.", "Pereżempju, il-LIDL iħallas taxxa ridotta għax huwa investiment barrani u supermarkets Maltin bħall-PAMA u l-GS iħallsu taxxa għolja.", "Ladarba qegħdin fl-aqwa żmien, ejjew naħsbu differenti milli ħsibna s'issa!", "Wasal iż-żmien li nagħmlu ugwaljanza fil-ħlas tat-taxxa?", "Jien hawnhekk mhux qed ngħid li għandna ngħollu t-taxxa tal-LIDL, imma ejja naraw li t-taxxa li qed iħallas is-supermarket Malti ma tibqax għolja fil-kompetizzjoni tiegħu mal-LIDL.", "Sal-lum hemm żewġ rati ta' tassazzjoni.", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Jiġi Sqalli jiftaħ ristorant u għax dan jaqa' taħt l-inċentivi tal-foreign direct investment u japplika għall-għajnuna, ikollu tassazzjoni inqas minn dak li għandu supermarket ħdejh.", "Pereżempju, ristorant ta' lukanda għandu tassazzjoni inqas mir-ristorant ta' ħdejh li ma jagħmilx parti mil-lukanda.", "Hawn Membru tal-Oppożizzjoni li qed jgħidli li dan mhux minnu.", "Iċċekkja, jekk dan hux minnu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Vassallo.", "L-ewwel nett, naħseb li qed tirreferi għal Membru min-naħa tal-Gvern u mhux tal-Oppożizzjoni.", "EDWIN VASSALLO: Skużawni, qed nirreferi għal Membru min-naħa tal-Gvern.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk tixtieq, l-Onor.", "Bartolo jista' jagħmel point of information.", "Bartolo għandu xi ħaġa interessanti x'jgħidilna!", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, irrid nagħmel point of information bil-permess tal-Onor.", "Naħseb li l-mod kif qed jitkellem l-Onor.", "Vassallo huwa wisq simplistiku f'termini ta' taxxa għaliex hemm diversi kondizzjonijiet li wieħed irid jissodisfa biex jieħu r-refund tat-taxxa.", "Tajjeb ngħidu li l-kumpaniji kollha hawn Malta jħallsu l-istess rata ta' taxxa, jiġifieri dik ta 35%, però, kif jaf kulħadd, ikun hemm istanzi fejn ikollok shareholders barranin li jkunu jistgħu japplikaw għar-refund.", "L-Onor.", "Vassallo mhuwiex korrett sa barra għax qed ikun wisq simplistiku.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Qegħdin naqblu!", "Jien mhux qed inkun wisq simplistiku imma qed nitkellem b'mod ġenerali biex ninftiehem min-nies li qed isegwuna.", "L-Onor.", "Cutajar, flimkien mal-Gvern, se jkunu qegħdin jiddiskutu l-miżuri għall-Baġit li jmiss.", "Jekk il-Baġit diġà huwa lest, il-punti li qed nagħmel jistgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-futur.", "Jien qed nifhem l-implikazzjonijiet u naf fuqiex qed nitkellem.", "Meta bdejna ngħaddu dawn il-liġijiet, kollox kien sempliċi.", "Il-liġijiet biex nattiraw foreign direct investment kienu mmirati biex inġibu inizjattivi ta' barranin jaħdmu u jinvestu f'Malta.", "Ħafna drabi, dawn kienu intrapriżi għall-produzzjoni u manifattura li ma kenux qegħdin jikkompetu mal-Maltin.", "Issa jien hawnhekk nixtieq nagħmel rimarka.", "Wasal iż-żmien li nibdew naħsbu b'mod differenti?", "Kieku jien nagħmel parti mill-Gvern, nimbotta 'l quddiem din l-emenda għall-kumplament tal-Kabinett!", "Ejjew inbiddlu dak li sal-bieraħ kien tajjeb biex illum nagħmluh aħjar!", "Ħafna drabi l-kondizzjonijiet tal-foreign direct investment kienu biex inġibu f'Malta intrapriżi ġodda u filwaqt li dawn kienu jgħinuna, aħna konna nagħtuhom lura ħlas tat-taxxa.", "Però dawn l-intrapriżi ma kenux f'kompetizzjoni diretta mal-Maltin.", "Jien nitlob lin-naħa tal-Gvern biex jaraw x'nistgħu nagħmlu aħjar biex ngħinu lil ħafna negozji f'Malta!", "Jekk dan huwa veru \"l-aqwa żmien\", il-Gvern kapaċi jgħaddi bi ftit inqas taxxa li jiġbor minn fuq in-negozji tagħna.", "Huwa importanti li nibdew nagħmlu daqsxejn thinking outside the box u mhux nibqgħu konformi ma' dak li s'issa, dejjem kien tajjeb!", "Qed ngħid dan għaliex il-Gvern, ma' min irid, joħroġ outside the box biex jgħinu u jaġevolah imma mbagħad biex inaqqas l-inugwaljanza u l-inekwità, jibqa' jżomm l-istatus quo.", "Jien qed nistaqsi lill-Gvern jekk wasalx iż-żmien li nibdew naħdmu dwar din ir-regola ta' tassazzjoni biex innaqqsu l-inugwaljanza u l-inekwità li huma realtà li qed jgħixu ħafna negozji.", "Ovvjament in-nies responsabbli mit-taxxa mhux se jieħdu pjaċir jekk l-Onor.", "Rosianne Cutajar tgħidilhom li hemm bżonn nagħmlu din ir-riforma, għax għalihom l-importanti hu li għandhom revenue dieħel.", "Imma aħna rridu nieħdu ħsieb li nnaqqsu l-burokrazija.", "Jien naf x'jiġifieri li tipprova tnaqqas il-burokrazija għax kont wieħed minn tal-bidu li bdejt naħdem f'dan ir-rigward.", "Jien niġi missier l-Onor.", "Cutajar fil-ħidma li qed tagħmel illum, għax bdejtha jien u qed tkompliha hi.", "Din il-ħidma tfisser li trid tisfida s-sistemi eżistenti l-ħin kollu u nifhem li ħafna drabi tkun qisek qed titkellem mal-ħitan, imma trid titkellem ma' dawk il-ħitan sakemm issib konsentura u forsi tgħaddi minn ġo fiha!", "Jekk m'aħniex se nibdew nitkellmu mal-ħitan u nsibu l-konsenturi biex inwaqqgħu l-ħitan, in-negozji ż-żgħar tagħna se jibqgħu mifnija bl-inugwaljanza u bl-inekwità.", "Sinjura President, dawk kienu żewġ proposti li tajt għall-konsiderazzjoni tal-Gvern.", "Irridu nibdew nippjanaw strutturi u għodod ġodda.", "Pereżempju wasal iż-żmien li naħsbu mill-bidu nett jekk il-Malta Enterprise tistax taħdem aħjar?", "Wasal iż-żmien li nħarsu lejn il-Malta Industrial Parks u naraw jekk tistax taħdem aħjar?", "Kull entità li teżisti nistgħu nagħtuha terms of reference ġodda biex tkun tista' taħdem aħjar.", "Aħna xxurtjati li qegħdin fi żmien fejn it-tkabbir ekonomiku madwar id-dinja huwa kważi fenomenu naturali.", "Dan huwa l-aqwa żmien għaliex id-dinja kollha għaddejja minn żmien tajjeb, ovvjament dejjem jekk ma jitħarbatx mill-Amerikani.", "Qed ngħid dan għax illum ħarġet l-aħbar li l-IMF qiegħda tgħid li t-tkabbir ekonomiku dinji jista' jkun ridott, minħabba l-gwerra industrijali li hemm bejn l-Amerka u ċ-Ċina.", "Malta, bħala pajjiż żgħir, jista' jiġi affetwat, anke mill-inqas ċaqliq li jkun hemm madwar id-dinja.", "Għalhekk ma nistgħux nibqgħu magħluqin qisu kulħadd komdu fl-istatus quo li qegħdin ngħixu fih!", "Sinjura President, kieku jien qiegħed fuq in-naħa tal-Gvern ma nħallix ġebla fuq ġebla li ma nqanqalx id-dubji tiegħi dwarha.", "Il-kmandamenti li kiteb Alla jibqgħu dejjem l-istess.", "Mill-bqija, dak li għamel il-bniedem mhuwiex perfett u għal dejjem.", "Għalhekk jien qed ngħid lill-Gvern biex ma jibqax komdu bis-sitwazzjoni imma joħroġ b'innovazzjonijiet b'risq dawn in-negozji.", "Qed ngħid dan għax qegħdin fis-sitt sena ta' dan il-Gvern u għadna ma rajna xejn ġdid!", "Meta rajna liġi ppubblikata fuq ir-riforma tal-koperattivi?", "Meta rajna riforma li għandha x'taqsam mal-biedja rigward il-Pitkalija?", "Huwa minnu li bdejna nwessgħu t-toroq imma għaliex ma bdejniex nagħmlu dan fit-tieni sena ta' dan il-Gvern u mhux qgħadna nistennew sas-sitt sena?", "Il-Gvern ma telax fil-poter illum imma sitt snin ilu.", "Għandna sitwazzjoni fejn Transport Malta qed tgħid li se tnaqqas il-ħin tal-vjaġġi tagħna bit-twessigħ tat-toroq, imma fl-istess ħin, il-Gvern qed jgħid li se jġib 70,000 ħaddiem ieħor barrani biex jaħdmu f'pajjiżna.", "Dan se jfisser żieda ta' karozzi fit-toroq.", "Allura kif jista' jkun tnaqqas il-ħin tal-vjaġġ?", "Huwa tajjeb li twessa' t-toroq imma ma tistax tgħid li se tnaqqas il-ħin meta se ġġib aktar nies li jużaw it-toroq!", "Illum it-trasport sar burokrazija u induced cost fuq in-negozji tagħna.", "Sinjura President, l-ironija hi li meta titkellem dwar xi jweġġa' lin-negozji jkollok lill-Membri tal-Gvern li jgħadduk biż-żmien għaliex tkun qed tgħid il-verità u ma jridux jisimgħu l-verità!", "Meta xi ħadd jidħak f'wiċċ il-verità jkun qisu dak it-tabib qed jidħak f'wiċċ il-marid!", "Issa meta t-tabib jidħak f'wiċċ il-marid jissejjaħ indifferenti imma meta l-politiku jidħak f'wiċċ il-marid ikun arroganti!", "Ejja ma niġux hawnhekk nitkellmu dwar surplus bħallikieku l-istruttura maħluqa mill-Gvern qed twitti l-problemi u kollox sejjer tajjeb!", "Għandna ekonomija li qiegħda tikber imma dan mhuwiex grazzi għall-produzzjoni iżda minħabba t-tkabbir tal-popolazzjoni. lbieraħ ikkwotajt rapport tal-Bank Ċentrali u llum se nerġa' nagħmel referenza għalih f'kontest ieħor.", "Il-Financial Stability Report tal-Bank Ċentrali, f'paġna 13, jispjega r-raġuni għaliex il-Gvern bilfors huwa kommess li jġib 70,000 ruħ jaħdmu f'pajjiżna.", "Dan ir-rapport jikxef il-kontradizzjoni fil-ħsieb tal-Gvern.", "Il-Financial Stability Report tal-Bank Ċentrali jgħid hekk:", "Dan ir-rapport qed jgħid li d-dħul b'saħħtu ta' barranin li jiġu jaħdmu f'Malta, mhux mill-Unjoni Ewropea biss imma minn madwar id-dinja, huwa bżonjuż għall-qasam tal-kirjiet tal-proprjetajiet.", "Huwa importanti li jiġu 70,000 ruħ għaliex wieħed mill-pilastri li fuqhom bena l-mudell ekonomiku dan il-Gvern huwa l-industrija tal-kostruzzjoni, bil-bini tiela' ma' kullimkien.", "Mela biex isaħħaħ l-industrija tal-kirjiet, il-Gvern mhux qed jagħmel dan bil-Maltin, imma bil-barranin għax inkella ma jkunx hawn biżżejjed demand għas-supply li qed tinħoloq.", "Il-Gvern ma jistax jibqa' joħroġ aktar permessi għall-bini jekk ma jkunx hawn take-up tas-supply.", "Huma l-barranin li qed joħolqu domanda għal aktar binjiet.", "Allura l-problema ambjentali ma tistax tiġi solvuta!", "L-ironija hi li l-Bank Ċentrali, fl-Economic Update li għadu kemm ħareġ għall-2018, f'paġna 4, jgħid hekk:", "Dan huwa s-settur tal-kostruzzjoni li l-Gvern jippjana t-tkabbir ekonomiku tiegħu fuqu.", "L-aħħar stħarriġ li sar mill-Bank Ċentrali qed juri li l-kunfidenza u s-sentiment ta' serħan il-moħħ fis-settur tal-kostruzzjoni nieżel 'l isfel.", "Dan huwa s-settur li suppost sejjer mill-aktar tajjeb f'dan il-pajjiż.", "Biss, il-Bank Ċentrali qed jixgħel bozza ħamra lil dan il-Gvern u hawn qed nikkwota l-Bank Ċentrali biex il-Gvern ma jgħidx li dan huwa kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jew l-Onor.", "Il-Bank Ċentrali qed jgħid hekk:", "- għaliex fil-qasam tas-servizzi hemm sentiment tajjeb, kunfidenza u serħan il-moħħ għall-futur –", "- jiġifieri b'inqas serħan il-moħħ -", "Mela l-Gvern qed jipprova jkabbar l-attività ekonomika billi jkabbar il-popolazzjoni imma donnu li t-tkabbir tal-popolazzjoni xorta mhux qed jissodisfa s-settur tal-kostruzzjoni u l-bejgħ mill-ħwienet.", "Nerġa' ngħid li din hija bozza ħamra għall-Gvern.", "F'dan il-pajjiż mhux kollox huwa ward u żahar u mhux kollox sejjer tajjeb!", "Il-Bank Ċentrali qed jgħidilna li l-oqsma tal-industrija, tar-retail u tal-kostruzzjoni m'għandhomx serħan il-moħħ.", "Kif ikkwotajt, il-construction confidence indicator waqa' minn 29 points f'Lulju tal-2018 għal 22 points f'Awwissu 2018.", "L-overall order books nieżel minn 23 points għal 20 points.", "Issa jista' jkun li ħafna minn dawn il-figuri ma jinftehmux minn kulħadd.", "Meta tara dawn il-figuri, ma tistax tkun fil-gvern u ma tagħtix kas jew tagħti kas dak li jogħġbok u ma tagħtix kas dak li jweġġa'.", "Sinjuri Gvern, tibqgħux bil-kantaliena tal-aqwa żmien u tas-surplus, għax xi mkien, għandna deficit.", "Il-karba tiegħi hija: Agħtu kas, ħalli fejn għandna lower confidence, naraw kif se ngħolluh u mhux inħalluh sejjer lura.", "Qed ngħid dan mhux biex nitkaża jew ngħajjar, imma biex jekk hawn xi ħadd li huwa indifferenti lejn ir-realtà, nokroblu biex ma jibqax indifferenti!", "Sinjura President, l-Industrial Confidence Indicator qiegħed jonqos ukoll għax m'hemmx serħan il-moħħ fost in-nies li huma involuti fl-industrija.", "L-istess fir-Retail Trade Confidence Indicator fejn ukoll m'hemmx serħan il-moħħ.", "Issa jista' jkun hemm serħan il-moħħ tliet xhur oħra u jalla jkun hekk!", "Jien m'iniex qed nieħu pjaċir fejn it-temperatura tal-pazjent niżlet.", "Jien qed ngħid li għandna setturi fl-ekonomija tagħna fejn hemm il-bozza l-ħamra qed tixgħel.", "Għalhekk ma nistax niġi f'din il-Kamra, mhux f'isem l-Oppożizzjoni, imma f'isem il-poplu u l-verità, u ma nitkellimx dwar fejn hemm dan l-uġigħ għax inkella nkun kompliċi fl-indifferenza.", "L-istess rapport tal-Bank Ċentrali jgħid:", "Issa din fiha nnifisha hija kontradizzjoni.", "Il-Bank Ċentrali qed jirrapporta li l-kunfidenza u s-serħan il-moħħ tal-konsumatur baqgħu għolja.", "Dan huwa tajjeb!", "Aħna hekk irridu li nkattru l-ġid u mhux li jkun hawn l-għaks.", "Però kif għandek il-kunfidenza tal-konsumatur għolja, imbagħad l-istess konsumatur qed jixtri inqas?", "Dan ifisser li hawnhekk għandna l-problemi!", "Il-konsumatur qed jonfoq inqas għax il-valur li qed jieħu għall-flusu qed jonqos.", "Il-paga mhux qed tlaħħaq mal-ispiża tal-ħajja.", "Il-Bank Ċentrali qed jgħid:", "Mela għandna żieda fl-għoli tal-ħajja, li skont il-Bank Ċentrali ġejja minħabba ż-żieda tal-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel.", "Mela l-konsumatur qiegħed jixtri imma l-valur ta' flus huwa inqas minn dak li kien qed jieħu qabel.", "Sijura President, settur ieħor li ġibt statistika dwaru huwa dak tal-lukandiera.", "Il-lukandiera kienu qalu li:", "Mela fl-aħbarijiet niftaħru dwar in-numru ta' turisti li jżuru Malta bil-cruiseliners imma ħadd mhu qed isemmi li l-profitt tal-lukandiera qed jonqos!", "Hawnhekk tidħol l-issue ta' kemm hawn profitt u mhux biss kemm hawn xogħol.", "Kif għedt ilbieraħ, huwa minnu li hawn ħafna nies jaħdmu imma l-kwestjoni hi jekk il-kwalità tal-ħajja li qegħdin jgħixu fiha ħafna nies hijiex qed titjieb jew tonqos.", "In-nies li qegħdin jaqilgħu l-flus jistgħu jgħidu li fil-but tagħhom għandhom is-surplus?", "Qed nara li daħal fil-Kamra l-Onor.", "Ivan Bartolo li jħobb jitkellem dwar in-nies li qegħdin fir-riskju tal-faqar, għax huwa l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar dan il-qasam.", "Skont l-aħħar statistika jirriżulta li fl-2018 għandna 72,143 ruħ li jinsabu fir-riskju tal-faqar meta pajjiżna għaddej minn tkabbir ekonomiku!", "Din hija xi ħaġa li ma nistax nifhimha!", "Kif jista' jkun li pajjiżna qiegħed fis-seba' snin tal-ġid, f'dinja fejn hawn it-tkabbir ekonomiku, u għandna dawn l-eluf ta' nies li mhux qed jgħixu ħajja diċenti!", "L-istess japplika għan-nies li qegħdin fin-negozju.", "Ejja ma nitkellmux dwar kemm naraw trakkijiet tal-kostruzzjoni għaddejjin u kemm naraw konkos tiela'!", "Illum, kulħadd jista' jara li hawn ix-xogħol, imma l-kwestjoni hija jekk hawnx profitti u jekk in-nies humiex jaqilgħu biżżejjed flus!", "Jien qed nitkellem dwar ir-realtajiet li għaddej minnhom pajjiżna.", "Jien mhux qed ngħid dan id-diskors għax jien negattiv imma għax qed nitkellem bil-provi.", "Bil-provi, il-profitt tal-lukandiera b'ħames stilel naqas b'30.6% fl-2017!", "Sinjura President, se nikkwota wkoll mill-Financial Stability Report tal-Bank Ċentali li jgħid hekk:", "Hawn qed nitkellmu fuq il-banek!", "Issa jekk il-Bank Ċentrali qed jgħid li l-pressjoni fuq il-profittabilità tal-banek hija maħsuba li tibqa' tippersisti, minħabba spejjeż ta' burokrazija fuq il-banek, aħseb u ara fuq il-ħanut tal-merċa jew fuq il-ħanut tal-ħwejjeġ!", "Il-kwestjoni mhijiex kemm tbigħ imma kemm se jibqagħlek flus fil-but meta tagħmel il-kontijiet!", "Il-kwestjoni mhijiex kemm tibni imma x'se jibqagħlu fil-but kuntrattur li jħaddem xi għaxra min-nies meta jaqta' l-ispejjeż!", "Nista' nibqa' nikkwota l-istatistika biex nissostanzja dak li qed ngħid u nagħmel diskors ta' sagħtejn!", "Biss, nerġa' ngħid li jien ma ġejtx hawn b'sentiment ta' qerda jew ta' rabja, imma qed nitkellem f'isem il-verità li hija miktuba iswed fuq l-abjad u mhux fl-immaġinazzjoni ta' xi ħadd!", "Jekk inkomplu nħarsu lejn il-Financial Stability Report tal-Bank Ċentrali għall-2017, f'paġna 22 naqraw hekk:", "Jista' jkun li hawn min jaħseb li qed inħawwad.", "Biss, dan huwa l-Bank Ċentrali li qed jgħid li anke l-banek għandhom diffikultajiet biex jaqilgħu l-flus li qalgħu s-sena ta' qabel!", "Issa jien meta nibda nara li qed jibda jberraq fuq il-banek, bla ma rrid nibda ngħid: Aħseb u ara kemm qed ikampa dak l-iskarpan, il-bejjiegħ tal-Monti, il-bejjiegħ tal-ħaxix, l-electrician, il-plumber, il-panel beater u dak li qed iħallas il-flus ta' kirja dejjem togħla f'xi żona industrijali!", "Hawn xi ħadd li qed jimpurtah minn dawn in-nies?", "Issa se nikkwota mill-ġurnal Malta Today tad-29 ta' April, 2018:", "Dan fis-sena 2018, meta suppost l-ekonomija sejra tajjeb!", "Imbagħad niftaħru li naqqasna l-ispejjeż tal-enerġija!", "The Malta Independent tad-29 ta' April 2018 tgħid li:", "L-istess japplika għas-settur tan-negozju.", "Illum it-traffiku u l-ispejjeż tal-enerġija saru induced costs!", "Il-konklużjoni tiegħi hija waħda: Ejja nipprovaw nagħmlu l-aħjar li nistgħu sabiex dak li nitkellmu dwaru tant tajjeb iż-żewġ naħat f'din il-Kamra, insarrfuh fir-realtà hemm barra!", "Ejja ma nitkellmux għall-gallarija biex taparsi qed nagħmlu xi ħaġa!", "Sinjura President, niskuża ruħi jekk qed inkun goff fid-diskors tiegħi, imma ħafna drabi, aħna l-politiċi nħobbu nitkellmu biex nuru x'aħna nagħmlu, però fir-realtà, in-nies ta' hemm barra jkunu qed jarawna kważi ngħaddu ż-żmien bihom, biex nuża l-kelma Maltija!", "Ħafna drabi ndendlu l-karrotta bħala inċentiv fiskali imma meta n-nies jipprovaw japplikaw għall-inċentiv, iħabbtu wiċċhom ma' 100,000 skuża u jibqgħu ma jibbenefikawx mill-inċentiv!", "Jekk verament ninsabu kommessi lejn in-negozji tal-familja, ejja niftħu beraħ il-bibien tal-Gvern u l-Oppożizzjoni, biex nifhmu verament fejn huma t-tbatijiet ta' dawn in-nies!", "Jekk aħna verament kommessi li nnaqqsu l-burokrazija, ejja nnaqqsuha!", "Jekk aħna verament kommessi li nnaqqsu l-induced costs, ejja nnaqqsuhom!", "Ejja naraw li kliemna jissarraf f'realtà!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq aktar kmieni, se nissospendu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja u ngħaddu għall-ewwel item tal-aġenda, li huwa l-kontinwazzjoni tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi tal-Impjiegi u Taħriġ.", "Fis-6.15 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IS-SERVIZZI TA' IMPJIEG U TAĦRIĠ", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-8 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, il-ħsieb tiegħi li nitkellem fuq dan l-Abbozz ta' Liġi huwa sabiex ngħin lil dawk li forsi aħna l-politiċi, fil-ħidma tagħna ta' kuljum, ma nagħtuhomx biżżejjed attenzjoni.", "Irrid nitkellem f'isem dawk in-nies li llum, minħabba l-mod veloċi ta' kif qed ngħixu u l-mod kif inbidlu l-prijoritajiet fil-ħajja, m'għandhomx l-opportunità li jsemmgħu l-vuċi tagħhom.", "Ħadt pjaċir li ftit jiem ilu l-General Workers' Union (GWU) irrakkomandat li l-ħaddiema kollha f'Malta għandhom jidħlu f'union.", "Din hija proposta pożittiva li wieħed ma jistax jikkritikaha.", "Però nafu li din hija xi ħaġa li ilna ngħidu sa mill-1976, meta daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali.", "Matul dan il-perijodu kollu, irridu naċċettaw li fis-soċjetà Maltija għad għandna pockets kbar ta' ħaddiema li m'għandhomx min jaqbeż għalihom.", "Għad għandna ħaddiema li m'hemm ħadd min jismagħhom jew mhumiex f'pożizzjoni li jsemmgħu l-vuċi tagħhom.", "Għad għandna ħaddiema li l-vuċi tagħhom tinstema' għal ftit mumenti fuq xi programm fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni, jew inkella forsi xi gazzetta ġġib xi biċċa mill-vuċi tagħhom, imma mill-bqija kollox jibqa' midfun!", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi li bażikament qed jipprova jerġa' jirriforma dak li hemm illum taħt l-isem ta' Jobsplus.", "Jien niftakar li fil-leġiżlatura l-oħra konna għamilna dibattitu meta nbidel l-isem ta' din l-entità għal Jobsplus.", "Illum qed issir ir-riforma konsegwenti għat-tibdiliet li saru tul dawn l-aħħar żminijiet.", "Huwa importanti li wieħed jaġġorna l-liġijiet, però aktar importanti huwa li naraw x'inhi l-linja gwida u l-politika nazzjonali għall-qasam tax-xogħol.", "Fil-fehma tiegħi, il-linja nazzjonali trid tkun ibbażata fuq bilanċ, fejn fuq naħa għandek miżuri għal kwalità aħjar tax-xogħol u fuq in-naħa l-oħra jista' jkollok politika tan-numri dwar kemm hemm inqas nies jirreġistraw u kemm hemm aktar nies li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Qed insemmi l-bilanċ għax iż-żewġ naħat jistgħu, f'mument partikolari, ikunu estremi.", "Però, preżentement, fil-fehma tiegħi, il-Gvern qiegħed jimmira wisq fuq il-politika tal-figuri u tal-istatistika.", "Qed ngħid dan mhux fuq bażi ta' retorika imma fuq bażi ta' fatt. Jien smajt lill-Ministru jitkellem u kważi kont se naqa' minn fuq is-siġġu meta qal li daħlu 27,000 persuni minn pajjiżi oħrajn – jien inħobb ngħid li ġew minn popli oħrajn - u għandna bżonn li jidħlu 44,000 oħra.", "Il-Ministru għamel dan l-istatement b'ċerta naturalezza li lili jinkwetani!", "Ninkwieta għax jidher li hija xi ħaġa ingranata f'moħħ il-Gvern li jista' jmexxi l-ekonomija 'l quddiem biss jekk kemm-il darba jkollna aktar persuni li jiġu minn ġurisdizzjonijiet, pajjiżi u dinjiet oħrajn ta' xogħol u jidħlu fid-dinja tax-xogħol ta' pajjiżna.", "Jidher ċar li m'hemmx viżjoni fir-rigward tal-ħaddiem Malti!", "Hawn nistaqsi: Huwa biżżejjed li niftaħru kemm hawn nies li mhumiex qegħdin jirreġistraw?", "Huwa biżżejjed li għandna sistema li jekk inti tirrifjuta x-xogħol jew jekk isibuk li qed taħdem meta inti suppost qed tirreġistra, tinqata' minn fuq ir-reġistrar u mbagħad trid tagħmel l-appell tiegħek mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li jieħu l-ħin tiegħu u kważi tispiċċa taqta' qalbek u tgħid li l-ewwel xogħol li ssib, tidħol għalih?", "Din hija l-linja ta' ħsieb li rridu mmorru għaliha?", "Din il-linja tagħmel parti mill-għajta li l-Gvern preżenti tela' biha fl-2013 fejn kien intqal li l-pagi tal-ħaddiema Maltin kollha se jogħlew bl-istandards ta' pajjiżi Ewropej oħrajn?", "Issa hawn forsi jkun hawn min jgħidli li hemm pajjiżi oħrajn fl-Ewropa li m'għandhomx is-salarji tagħna.", "Però ħafna Maltin taw il-fiduċja lill-Gvern preżenti għaliex fehmu li l-Gvern se jgħollilhom il-paga tagħhom 'il fuq ferm aktar minn dak li qegħdin jaqilgħu bħalissa!", "Ir-realtà llum hi li minħabba l-linja politika li qed jieħu l-Gvern li ma jżidx il-pakkett tas-salarju tal-ħaddiema kollha li hawn fil-pajjiż, għandna sitwazzjoni fejn għandna kwantità kbira ta' ħaddiema li għandhom paga – mhux bilfors paga minima – li ma sservihomx biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Sinjura President, din hija xi ħaġa li lili tinkwetani immens għaliex jien ġej min-naħa t'isfel ta' Malta u minn ċertu mod ta' formazzjoni ta' bniedem li niddefendi lil min qiegħed 'l isfel u għandu bżonn li l-Istat jgħinu biex jitla' 'l fuq!", "Jien nemmen li l-Gvern għandu jkollu politika kostanti ta' ġustizzja soċjali.", "Qed ngħid dan għax hemm ukoll politika oħra tal-kapital u tal-finanzi.", "Huwa faċli ħafna li meta wieħed ikun fil-gvern, ikun irid iċ-ċertifikati minn istituzzjonijiet barranin li jgħidu li Malta tinsab f'A jew A+.", "Ovvjament aħna nieħdu pjaċir nisimgħu dan imma ma nistgħux nibbażaw il-politika tagħna fuq kemm qed jistmawna dawn l-istituzzjonijiet li fl-aġenda politika tagħhom m'għandhomx li jridu jipproteġu lil min hu hemm taħt, li jaqbżu għall-ħaddiem u li jipprovaw jgħinu biex dawk li qegħdin f'sitwazzjoni ta' faqar jitilgħu 'l fuq.", "Dan biex ma ngħidx li ħafna drabi l-politika ta' dawn l-istituzzjonijiet tkun li jekk iddaħħal servizzi u benefiċċji soċjali ġodda, jew jekk iżżid l-in-work benefit jew xi benefiċċju ieħor, tkun qed tmur kontra l-gradi li tieħu bħala pajjiż.", "Riċentement smajt lill-Ministru għall-Finanzi jiftaħar fuq kemm Standards & Poor's faħħret lil Malta.", "Issa meta tara x'qal il-Ministru u x'qalet din l-organizzazzjoni ta' kreditu, mill-aspett finanzajrju, mill-aspett ta' kapital u mill-aspett ta' min għandu l-flus biex jagħmel aktar flus, huwa ovvju li wieħed ma jistax ma jgħidx li aħna għaddejna mill-eżami bl-ogħla gradi!", "Biex ingħatajna dak il-grad tħallas prezz.", "Din l-istess organizzazzjoni ta' kreditu qed tgħid lid-dinja li għalkemm il-Gvern Malti ġab diversi persuni minn ġurisdizzjonijiet oħrajn jaħdmu f'pajjiżu, irnexxielu ma jħallix il-pagi jogħlew.", "Qalu wkoll li minn dak li qegħdin jaraw bħala tbassir jidher li l-pagi mhux se jogħlew.", "Issa huwa ovvju li dan id-diskors mhux se jgħidu l-Ministru għall-Finanzi imma jrid ikun biċċa Carm Mifsud Bonnici min-naħa t'isfel ta' Malta li jitkellem fuqu!", "Din hija xi ħaġa li lili tinkwetani!", "Nittama li għandi żball, imma jidher li l-Ministru għax-Xogħol, li jaf kemm nirrispettah, qiegħed huwa wkoll ixomm din ir-riħa ta' inċens ta' Standard & Poor's, biex nirreferi għad-diskors tiegħu ta' nhar il-Ħadd li għadda.", "Nibża' li anke l-Ministru qiegħed jintilef f'dan it-tip ta' inċens!", "(Interruzzjonijiet) Kif jaf tajjeb il-Ministru, l-allerġija mhux dejjem toħroġ mill-ewwel.", "Hemm allerġiji li joħorġu immedjatament u hemm allerġiji oħrajn li jiżviluppaw ftit ftit.", "Issa hawn, sfortunatament, irridu ngħidu li r-realtà politika hija li l-Gvern mhux qiegħed jagħfas fuq fejn verament hemm il-bżonn, ċjoè li jgħolli s-salarji tan-nies.", "Hawn irrid nagħmel kritika li l-Ministru diġà jaf biha, għax dejjaqtu b'diversi mistoqsijiet li għamiltlu, fuq il-famuża Community Work Scheme li hemm taħt il-GWU li permezz tagħha ħafna ħaddiema għamlu sentejn sħaħ idaħħlu €600 fix-xahar!", "Imbagħad, mertu tal-ħafna interventi li saru mill-Oppożizzjoni, fil-Baġit li għadda, il-Gvern aċċetta li minn €600 jżidhom €200.", "Għalkemm deher li din kienet parti mill-ftaħir tad-Diskors tal-Baġit, fejn wieħed seta' jaħseb li l-Gvern kien se joħroġ dawn il-flus, meta ssikkajt lill-Ministru dwar min se jħallas għal dawn il-€200 irriżulta li dawn il-flus mhux se joħorġu mill-Kaxxa ta' Malta imma se joħorġu minn but il-GWU!", "L-effett ta' dan huwa li l-ħaddiema llum qed idaħħlu €800 fix-xahar però l-aħħar Household Budgetary Survey qed jgħid li kull familja trid mill-inqas €400 fil-ġimgħa biex tkampa!", "Ir-realtà hi li l-Gvern mhu qed jagħmel xejn dwar dawn il-familji li qed jieħdu €800 fix-xahar.", "Jien ktibt lill-Gvern fejn tlabtu jikkonsidra li jintervjeni biex dawn il-povri 300 jew 600 familja li jaqgħu taħt din l-iskema, jieħdu €4,800 f'arretrati għal dak li ma ħadux għal sentejn sħaħ.", "Però l-Gvern ma tax kas din il-proposta, u minflok ħalla lil dawn in-nies fil-klassi tal-prekarjat.", "Minjaf kieku Engels, Trotsky jew Lenin għadhom ħajjin kemm joħorġu fil-pjazez isaħħnu lin-nies kontra l-awtoritajiet preżenti!", "Min-naħa l-oħra, kif nafu, il-Gvern bagħat €11 miljun f'ċekkijiet lin-nies.", "Issa fis-soċjetà diġitali tal-lum, fejn il-maġġoranza – ma ngħidx kulħadd – jużaw l-internet banking, għalfejn il-Gvern għażel li jibgħat dawn iċ-ċekkijiet bil-posta?", "Meta staqsejt lill-Ministru kemm kienet din l-ispiża qalli li kull ittra ġiet tiswa 50c.", "Jekk taċċetta din il-figura ta' 50c – ma nafx jekk din il-figura tinkludix ukoll l-ispiża tal-karti – issib li l-Gvern nefaq madwar €120,000 biex bagħat dawn iċ-ċekkijiet bil-posta.", "Għalhekk huwa ovvju li din kienet forma ta' propaganda għall-Gvern.", "Imbagħad il-Gvern iddeċieda li lil dawn il-povri ħaddiema ma jagħtihomx l-arretrati ta' €4,800.", "Dan juri s-sintomu tal-prijoritajiet żbaljati li preżentement hemm fuq in-naħa tal-Gvern!", "Jien ninkwieta quddiem din is-sitwazzjoni u għalhekk nitlob l-intervent tal-Ministru Evarist Bartolo biex ikun hemm bilanċ fil-politika nazzjonali tal-Gvern favur dawk li qegħdin fil-livell ta' taħt.", "Nifhem li forsi m'hemmx nies li qed ikellmu lill-Membri tal-Gvern biex isibu x-xogħol imma żgur li hemm nies li qed ikellmuhom għax jixtiequ jbiddlu x-xogħol tagħhom għal xogħol aħjar minħabba l-fatt li mhumiex qed idaħħlu biżżejjed flus biex jgħixu.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel punt ieħor.", "Hemm żona li qiegħda tiżviluppa ta' persuni li jiġu minn ġurisdizzjonijiet oħrajn, li mhumiex qegħdin jiġu protetti u qed isibu lilhom infushom żvantaġġjati fid-dinja tax-xogħol għax hemm min mhux qed ikun ġust magħhom u jabbuża minnhom.", "Però, sfortunatament, anke hawn, dan il-Gvern mhu qed jagħmel xejn biex jipproteġihom.", "Għalhekk filwaqt li nirringrazzja lill-Kamra talli tatni l-fakultà li nitkellem, nittama li fil-ftit ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi, forsi missejt xi naqra l-kuxjenza tal-Gvern, biex ma jibqax aktar ferħan se jtir b'kemm qed nirċievu ċertifikati tajbin minn organizzazzjonijiet barranin u jieqaf hemm.", "Ejja naċċettaw il-fatt li l-flus li qegħdin jidħlu mhumiex qegħdin jitqassmu ugwalment.", "Ejja naċċettaw li hemm faxxa ta' nies fil-livell t'isfel li mhux qed jaqilgħu biżżejjed flus biex ilaħħqu mal-ħajja ta' kuljum.", "Ejja naċċettaw li hemm il-kelma \"faqar\" fis-soċjetà, li tiġi wżata u tiġi wkoll abbużata.", "Però, independentement minn dan l-abbużż, ejja naċċettaw li hawn klassi fis-soċjetà li tinsab fil-faxxa t'isfel.", "Ejja naċċettaw li hawn klassi li m'għandha lil ħadd min jaqbeż għaliha u aħna, bħala ż-żewġ partiti l-kbar fil-pajjiż, għandna nqiegħdu lilna nfusna għas-servizz tagħha.", "Ejja naċċettaw il-fatt li aħna l-politiċi għandna d-dmir li nressqu l-aġenda ta' dawn in-nies 'il quddiem ħalli ngħinuhom itejbu s-sitwazzjoni tagħhom.", "Nittama li l-Ministru, fix-xogħol tiegħu ta' Jobsplus, jidentifika l-pockets tan-nies li qegħdin jieħdu inqas flus milli jixirqilhom.", "Nappella lill-Gvern biex jaqbeż għal dawn in-nies!", "Għandna l-istrumenti, l-għodda u l-flus biex nagħmlu dan.", "Jien niftakar leġiżlaturi oħrajn fejn ma kellniex flus u konna nitħabtu u nagħmlu l-affarijiet bix-xejn!", "(Interruzzjonijiet) Intom għandkom aktar milli qatt seta' kien hawn fi kwalunkwe żmien, u allura aqbżu għall-ħaddiem!", "(Interruzzjonijiet) Kien hemm diversi fatturi imma ma nixtieqx niftaħ dak il-kapitlu.", "Però, jekk trid li niftħu, nista' nagħmel dan u nikkumbattih.", "Però, illum, Ministru, għandkom dawn il-flus kollha li kapaċi tużawhom għall-benefiċċju ta' min għandu l-aktar bżonn.", "Aħna konna kapaċi nagħmlu ħafna affarijiet b'wisq inqas flus.", "(Interruzzjonijiet) Intom tafu li ġibna fondi li intom sibtuhom lesti biex tutilizzawhom.", "Issa kulma qiegħed nitlob jien huwa li fix-xogħol tagħkom f'Jobsplus, tidentifikaw aktar is-setturi tan-nies li huma żvantaġġati, b'inqas paga, u tgħinuhom biex b'xi mod jew ieħor jimxu 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Evarist Bartolo, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, l-aħħar darba li ltqajna jien u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici ma kienx fil-Parlament, imma konna qrib il-Parlament, fejn hu qalli li l-parti tan-nofs tas-sett kien l-altar tal-play The Jew of Malta li rajna l-Ħadd li għadda fit-Teatru Manoel.", "F'din il-play kien hemm sfruttament tal-ħaddiema u nies stmati ħażin u Malta kienet diġà ċentru ta' kummerċ fil-Mediterran, kif bqajna għal matul ħafna sekli.", "Naħseb li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jaf li għandi ħafna nuqqasijiet, imma żgur li ħadd ma jista' jgħid li nqabbel l-affarijiet b'mod partiġjan stupidu billi ngħid li l-iżvilupp kollu f'pajjiżna għamlu partit u mhux ieħor.", "Kif għedt drabi oħrajn, jekk wieħed jara l-gżejjer iż-żgħar fil-Mediterran, isib madwar 500 gżira.", "Malta u Ċipru biss huma stati sovrani!", "Bin-nuqqasijiet kollha tagħna u bit-tempra għolja li rajna aktar kmieni fis-seduta tal-lum, b'xi mod jew ieħor, bqajna pajjiż magħqud, anke meta għaddejna minn sitwazzjonijiet fejn seta' kien hawn in-nies iqattgħu f'xulxin.", "Ċipru għadu ma wasalx kompletament għax għadu maqsum f'żewġ Repubbliki.", "Jien nemmen li fejn wasalna llum u fejn irridu mmorru huwa mertu ta' ġenerazzjonijiet, waħda wara l-oħra.", "Hawn qed ninkludi wkoll lill-politiċi, għax xi kultant, fil-mod kif inġibu ruħna, nuru l-agħar aspetti tagħna u mhux l-aħjar.", "Nemmen li ġenerazzjoni wara oħra dejjem uriet imprenditorija politika li wasslitna għal kisbiet kbar.", "Sinjura President, għandna pajjiżi qribna fil-Mediterran li lanqas biss joħolmu li jkollhom il-kwalità ta' ħajja, ir-rata ta' tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol li għandna aħna.", "Dawn il-kisbiet intlaħqu grazzi għall-ġenerazzjoni wara oħra ta' politiċi, kemm mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill-Partit Laburista.", "Nemmen li fl-aħħar mill-aħħar, min jidħol għal dan l-impenn, jagħmel dan biex iservi lil pajjiż bl-aħjar mod li jaf u għax jixtieq iġib il-pajjiż 'il quddiem.", "Għalhekk, minn hawn, irrid insellem lil dawk kollha li ġew qabilna u ħadmu biex żviluppaw lil dawn il-gżejjer, li ma tantx għandhom rikkezzi kif għandhom pajjiżi qrib tagħna.", "Aħna nibqgħu dejjem ngħidu – u din mhijiex sempliċement cliché - li rridu nieħdu ħsieb in-nies tagħna għax in-nies huma l-aqwa riżorsa li għandna.", "L-emendi li qed nagħmlu għal din il-liġi għandhom l-għan li jkun hemm it-tibdil meħtieġ għal Jobsplus li issa ilha mwaqqfa mill-1990, jiġifieri għal dawn l-aħħar 28 sena u li sa ftit ilu konna nirreferu għaliha bħala l-Employment and Training Corporation (ETC).", "Matul dawn is-snin ftit sar tibdil għall-Att dwar is-Servizzi ta' Impiegi u Taħriġ.", "Għalhekk inħass il-bżonn li fir-realtajiet ġodda li qed naħdmu fihom illum u bl-iżvilupp li seħħ fis-suq tax-xogħol u fit-teknoloġija, naraw x'tibdil hemm bżonn f'Jobsplus u fil-liġi li tirregola din l-entità.", "Aħna ninsabu impenjati li nkomplu nsaħħu s-suq tax-xogħol.", "Jien qatt ma tkellimt b'sens trijonfanalistiku jew b'xi mod għedt li għandna niskru fin-numri.", "Anzi, jien wieħed min-nies li dejjem ngħid li nkunu qegħdin naraw sal-ponta ta' mneħirna jekk niskru fin-numri!", "Apparti milli naraw in-numri ta' kemm qed jinħoloq xogħol, irridu nħarsu wkoll lejn in-natura u l-kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Jien nagħmel tiegħi r-rimarka tal-Onor.", "Mifsud Bonnci meta qal li meta nitkellmu fuq is-suq tax-xogħol, irridu nħarsu wkoll lejn id-dħul tal-ħaddiema, inkluż ta' dawk vulnerabbli li jaqgħu lura.", "Fil-fehma tiegħi, din hija analisi li trid issir.", "Lanqas ma naqbel mal-analisi falza tal-medja meta tgħid li l-medja tad-dħul hi ta' €2,000 fix-xahar.", "In-nies ma jimxux bil-medja jew bl-istatistika imma jgħixu bil-paga li jaqilgħu u bil-flus li jkollhom fil-but, biex iħallsu għas-servizzi u jgħixu l-ħajja ta' kuljum.", "Tajjeb li nagħmlu l-analisi bil-għan li ntejbu l-ħajja tan-nies.", "Wara kollox, ix-xogħol huwa importantissimu fil-ħajja tan-nies għax jagħti dinjità u livell ta' għajxien aħjar.", "Ċertament li bħala Gvern se nkomplu nagħtu kas dawn ir-realtajiet.", "Però lanqas ikun ġust jekk naħsbu li mis-sena 2013 sal-lum, ma ngħatatx attenzjoni partikolari lil din il-faxxa ta' ħaddiema kif se jkolli ċ-ċans nispjega aktar tard.", "Meta ddeċidejna li nbiddlu l-isem tal-Korporazzjoni għal Jobsplus ma konniex qed naħsbu biss f'bidliet kosmetiċi, imma f'ħidma biex il-korporazzjoni taħdem aħjar.", "Waħda mis-sitwazzjonijiet li kellna u li ridna nbiddlu kienet li ftit kien hemm servizzi biex jiggwidaw lin-nies fl-għażla tal-karriera tagħhom.", "Din kienet parti mill-katina dgħajfa li ridna nindirizzaw u li rridu nkomplu naħdmu dwarha.", "Naf li n-nies f'Jobsplus u fis-servizz edukattiv qed jaraw kif jistgħu jaħdmu iżjed flimkien fid-dinja tal-edukazzjoni u fid-dinja tax-xogħol biex inkunu nistgħu noffru toroq ġodda liż-żgħażagħ tagħna xħin jiġu biex jagħżlu l-karriera li jridu jaqbdu.", "Dan għaliex, dawk li jaħdmu fil-qasam edukattiv mhux dejjem ikunu jafu x'qed jiġri fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm ħidma konġunta bejn id-dinja tax-xogħol u d-dinja tal-edukazzjoni.", "Illum, kif nafu, ma tistax tħarreġ jew teduka persuna għal xi xogħol wieħed partikolari, għaliex waħda mill-aspetti ġodda tad-dinja tax-xogħol hija l-mobilità minn impjieg għal ieħor.", "Anke jekk wieħed ikompli fl-impjieg tiegħu, dak li mistenni minnu se jkun qiegħed jinbidel minħabba l-bidliet li qed iseħħu fil-qasam teknoloġiku u fid-dinja tax-xogħol.", "F'dan kollu rridu nibqgħu nħarsu d-dinjità u d-drittijiet tal-ħaddiema, b'relazzjoni tajba ma' min ikun qiegħed iħaddimhom.", "Dan l-aħħar kellna diskussjoni mill-GWU fuq l-hekk imsejħa platform workers, fejn bir-realtà diġitali ġdida tax-xogħol, dawn il-ħaddiema m'għandhomx sid jew prinċipal, imma sadanittant qed joffru s-servizzi tagħhom.", "Għalhekk tajjeb li nħarsu anke lil dawn il-forom ġodda u differenti tax-xogħol.", "Sinjura President, Jobsplus irnexxielha ddaħħal sistema elettronika, b'ħidma ma' kollegi Belġjani, biex iġġib flimkien lil dawk li qed ifittxu x-xogħol ma' dawk li qegħdin ifittxu l-ħaddiema.", "Waħda mill-aktar affarijiet importanti li saru kienet li min qed ifittex ix-xogħol issa għandu profil ta' x'inhuma l-ħiliet mitluba u dawk li qed ifittxu l-ħaddiema jafu x'ħiliet għandhom dawk li qed ifittxu x-xogħol.", "B'hekk wieħed għandu aktar ċans li jsib ix-xogħol addattat għalih.", "Nieħu gost ħafna bix-xogħol li sar.", "Fl-istess ħin għandna nagħrfu li fadlilna x'nagħmlu għax żgur li għadna ma wasalniex.", "Fil-verità qatt ma tista' tasal, la fid-dinja tal-edukazzjoni u lanqas fid-dinja tax-xogħol.", "Malli tgħid li inti għamilt biżżejjed, ikun wasal iż-żmien biex twarrab, għaliex din hija dinja li tiġġedded u tinbidel il-ħin kollu u għalhekk qatt m'għandek tkun kuntent b'dak li tkun għamilt.", "Però żgur li għamilna pass 'il quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' aktar persuni b'diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Nafu wkoll li għad baqgħalna żgħażagħ li jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u għadhom ma daħlux.", "Pero, fl-istess ħin, waħda mill-affarijiet sbieħ li ġraw f'dawn l-aħħar erba' snin kienet li żgħażagħ li kienu qatgħu qalbhom kompletament li jidħlu fid-dinja tax-xogħol, tant li lanqas biss kienu jirreġistraw, issa qed jaħdmu.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, imma kif qed ngħid, għad baqgħalna ħafna x'nagħmlu.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq dawk iż-żgħażagħ bil-kondizzjoni tal-awtiżmu.", "S'issa ħafna mill-organizzazzjonijiet ta' ġenituri u ta' familji ta' tfal bil-kondizzjoni tal-awtiżmu jagħmlu attiviżmu, u sewwa jagħmlu, biex isemmgħu leħinhom u jagħmlu pressjoni biex is-sistema edukattiva tagħna tkun aktar sensittiva għall-bżonnijiet tagħhom u biex toffrilhom programmi addattati għalihom.", "Hemmhekk żgur li għadna ma wasalniex u rridu nagħmlu aktar biex ikun hemm programmi addattati għal dawn iż-żgħażagħ.", "Nixtieq li dawn l-għaqdiet ta' ġenituri u għaqdiet non governattivi ta' persuni b'kondizzjonijiet ta' awtiżmu issa jibdew jagħmlu kampanji biex dawn iż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk, bħala pajjiż, għadna lanqas xammejna dan l-avvanz.", "Jien kelli x-xorti nara x'qed isir f'pajjiżi bħall-Awstrija, id-Danimarka u f'ċerti stati fl-Istati Uniti fejn persuni, proprju għax huma awtistiċi u għax għandhom l-Aspergers, kapaċi jagħmlu ċertu xogħol fil-qasam tal-informatika u handbook writing fejn wieħed irid ikollu konċentrament totali u kważi jintefa' fuq ix-xogħol b'mod ossessjonat.", "F'Malta għadna lura milli naraw lil dawn iż-żgħażagħ jiġu impjegati f'dan it-tip ta' xogħol u għalhekk nixtieq li nagħmlu xogħol anke ma' dawk li jħaddmu u jagħmlu l-intervisti.", "Dan għaliex jien naf żgħażagħ awtistiċi li huma kapaċissimi li jagħmlu xogħol, pereżempju tar-robotika, imma naf li meta se jmorru għall-intervista, min ikun qed imexxi l-intervista se jiġi fid-dubju kif jista' jħaddem persuna li lanqas biss tħares lejh.", "Ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ jibqgħu jħarsu lejn il-mejda għax jiddejqu jħarsu f'wiċċ dak li jkun qed ikellimhom.", "Pereżempju jekk min ikun qed jagħmel l-intervista forsi jfettillu jgħolli daqsxejn leħnu jew forsi jkun hemm dawl jew kulur fil-kamra li jdejjaq lil dawn iż-żgħażagħ, dawn se jesperjenzaw ċerta skumdità.", "Dan iwassal biex jitqiesu bħala persuni li forsi huma teknikament tajbin imma mingħajr social skills.", "Nixtieq li aħna nsiru sensittivi ħafna iżjed għal dawn iż-żgħażagħ għaliex jien ngħid li qed inkunu inġusti ma' dawn il-persuni, apparti mill-fatt li qegħdin nitilfu talent.", "Hemm ħafna iżjed xogħol xi jsir biex ikollna dawn il-bidliet fil-mentalità!", "Fl-istess ħin irrid nirrikonoxxi li għall-inqas qed nitbiegħdu mill-idea li ma' dawn il-persuni rridu nuru karità.", "Dan huwa mertu ta' min jaħdem f'dan il-qasam.", "Ma' dawn il-persuni, nemmen ħafna li rridu nħaddmu l-kultura tad-drittijiet.", "Dawn huma persuni bid-dinjità u bid-drittijiet tagħhom.", "Jien nieħu gost li ħafna drabi, illum, dawn iż-żgħażagħ qed jitkellmu għalihom infushom u mhux jitolbu li ssir ħniena magħhom.", "Appell li nagħmel lill-ġenituri - għalkemm naf li huwa diffiċli għax l-ommijiet u l-missirijiet żgur li jagħmlu minn kollox għal dawn it-tfal - huwa li għall-ġid tat-tfal stess m'għandhomx jipproteġuhom iżżejjed!", "Jekk jipproteġuhom iżżejjed ikunu qegħdin jherruhom!", "Dawn iż-żgħażagħ għandhom bżonn ikunu għawwiema fil-maltemp u għalhekk huwa importanti ħafna li ninvestu fl-edukazzjoni tagħhom, biex nippreparawhom għall-ħajja tax-xogħol.", "B'hekk dawn iż-żgħażagħ ikunu kapaċi jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex kemm jista' jkun, jgħixu ħajja indipendenti u b'dinjità u mhux jibqgħu b'kultura ta' dipendenza fuq ħaddieħor.", "L-għan tagħna huwa li nkomplu naħdmu ħafna aktar f'dan il-qasam.", "Sinjura President, avvanz kbir ieħor seħħ meta iżjed nisa daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Ovvjament dan ma ġiex b'kumbinazzjoni!", "Ħdimna u se nkomplu naħdmu f'dan ir-rigward, fost l-oħrajn billi ġibna aktar investiment lejn il-pajjiż, ħloqna aktar xogħol u daħħalna miżuri soċjali biex inħajru lil dawk li qegħdin fuq id-dipendenza soċjali jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Rajna wkoll li noffru ċ-childcare bla ħlas.", "Waqt li f'pajjiżi oħrajn il-ġenituri jitilfu dak li jkunu qalgħu bil-paga fi ħlas għaċ-childcare, Malta hija l-uniku pajjiż fid-dinja fejn qed noffru dan is-servizz b'xejn.", "Issa jien iddejjaqni l-kelma \"b'xejn\" għax dan is-servizz jitħallas bil-fondi li niġbru mit-taxxi taċ-ċittadini jiġifieri minn fondi pubbliċi.", "Huwa tajjeb li nkomplu ninvestu fiċ-ċentri tat-tfal imma ma jistax ikun li ċ-ċentri tat-tfal ikunu post fejn tipparkja lit-tfal.", "Dawk iridu jkunu ċentri edukattivi fejn nistimulaw lit-tfal minn età kmieni, għaliex nafu li l-ewwel 1000 jum mit-tnissel tat-trabi huwa l-aktar perijodu importanti għall-iżvilupp tal-bniedem.", "Hawn nirrikonoxxi l-punti importanti li kien qiegħed jagħmel l-Onor.", "Mifsud Bonnici meta semma l-kondizzjonijiet soċjali li jgħixu fihom ċerti persuni, speċjalment it-tfal.", "Nafu li sal-età ta' tliet snin, dik li tissejjaħ achievement gap, jekk it-tfal ikunu diġà qed jgħixu f'kondizzjonijiet ta' faqar, fejn m'għandhomx il-faċilitajiet li għandhom tfal oħra ta' età daqshekk żgħira, kważi diġà jkunu kkundannati.", "Ħafna drabi ssib li ma jkunux żviluppaw sew il-lingwaġġ tagħhom, il-mod kif jikkalkolaw in-numri, kif jaħsbu, kif jikkomunikaw u kif jgħixu ma' ħaddieħor, fost l-oħrajn.", "Għalhekk ikun diffiċli ħafna biex jirkupraw dak li ma nrexxielhomx ikollhom fl-ewwel tliet snin ta' ħajjithom.", "Huwa għalhekk li rridu nkomplu naħdmu, kif għamilna f'dawn l-aħħar ħames snin, biex inkomplu nnaqqsu l-faqar.", "Jien ma naqbilx ma' dawk li joqogħdu jgħidu li l-edukazzjoni toħorġok mill-faqar.", "L-edukazzjoni tgħinek, imma jekk inti tkun tgħix fil-faqar, lanqas tista' tgawdi mill-edukazzjoni.", "Huwa t-tqassim ġust tal-ġid li jgħinek tkun f'pożizzjoni li tista' tgawdi mill-edukazzjoni u toħroġ mill-faqar.", "Sfortunatament għad baqgħalna tfal li huma ekonomikament imċaħħda u jistgħux jieklu ħut, laħam u ikel bnin daqs tfal oħrajn.", "Issa jekk it-tfal ma jiklux tajjeb biżżejjed u jekk ikunu mċaħħda minn ċerti esperjenzi kulturali f'Malta u anke barra minn pajjiżna, dan kollu se jaffettwa l-iżvilupp tagħhom u se jpoġġihom fi żvantaġġ ħdejn tfal oħrajn.", "Huwa għalhekk li l-policies iridu jkunu bħal katina, waħda tkompli mal-oħra.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar l-importanza tal-isfidi li għandna quddiemna kemm bin-numri kif ukoll bil-kwalità tax-xogħol.", "Quddiemna, bħal f'pajjiżi oħrajn, għandna sfidi kbar fir-rigward tat-tiġdid teknoloġiku li qed iseħħ fid-dinja tax-xogħol bl-automation, bl-artificial intelligence, bir-robotics u bil-blockchain.", "Il-qasam tax-xogħol se jiġi, u diġà qed jiġi, affettwat minn dawn l-avvanzi ġodda.", "Dan ifisser li bħala pajjiż irridu nkunu mħejjija għal dawn il-bidliet.", "Forsi għad hawn il-mentalità li meta nitkellmu fuq l-artificial intelligence, ir-robotics u l-blockchain bħal qisna qed nitkellmu biss fuq il-qasam tal-informatika, il-komunikazzjoni jew tal-IT.", "Biss, dawn il-bidliet li qed iseħħu fl-awtomazzjoni qed jaffettwaw lil kulħadd, mill-mediċina sa kull ħaġa li nistgħu nimmaġinaw.", "Għalhekk irridu naraw jekk dak li qed nagħmlu fl-iskejjel tagħna u fl-iżvilupp professjonali kontinwu - kelma li tant issemmiet fl-aħħar tlett ijiem – huwiex fil-linja ta' dan it-tibdil.", "Ikun tajjeb li wieħed jgħid li bilfors irid ikun hemm żvilupp professjonali kontinwu minħabba l-bidliet li qed isiru madwarna.", "Aktar taħriġ irid jippreparana għal dak li jissejjaħ is-software economy u software society.", "Hawn qed nitkellmu fuq l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-attitudnijiet tagħna.", "Sinjura President, fl-aħħar ħames snin għamilna xogħol biex intejbu l-livell tal-għajxien.", "Huwa fatt li fl-aħħar ħames snin, il-ħaddiema tejbu d-dħul tagħhom mill-inqas b'€2,000 fis-sena.", "Dan ifisser li m'għandniex min hu f'diffikultà?", "Dażgur li le!", "Biss, wieħed jagħraf li l-pagi tjiebu mis-sena 2013 'l hawn u l-piżijiet fuq il-pagi naqsu minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija.", "Ħriġna ħafna nies mill-prekarjat li kienu ttrattati bħala lsiera, bi ħlas ta' 70% tal-paga minima, jiġifieri tejjibna l-kondizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema.", "Għandna nofs il-ħaddiema – din hija l-medja – li jaqilgħu €1,667 fix-xahar.", "Però nerġa' ngħid li hemm min jaqla' nofs dak l-ammont ukoll!", "Imbagħad għandna n-nofs l-ieħor li jaqilgħu aktar minn €1,667.", "F'pajjiżna l-aktar paga baxxa hija qrib it-€800 fix-xahar u l-aktar pagi għoljin huma ta' madwar €8,000 fix-xahar.", "L-aktar parti diffiċli hija li ntejbu l-għajxien ta' 25% tal-ħaddiema tagħna li jaqilgħu inqas minn €1,375 fix-xahar billi nkomplu nsostnuhom għax jista' jkollok ukoll the working poor.", "Sinjura President, nieħu gost ngħid li ħloqna x-xogħol u li rridu nkomplu noħolqu x-xogħol, imma fl-istess ħin, irridu naraw li l-kondizzjonijiet tax-xogħol jippermettu livell ta' għajxien tajjeb.", "Dan huwa l-għan tal-ħolqien tal-ġid.", "Il-ġid ma jsirx għall-istatistika tal-credit agency imma biex igawdu minnu n-nies li jgħixu f'pajjiżna.", "Għalhekk irridu nkomplu norbtu flimkien it-tkabbir tal-ġid u l-ġustizzja soċjali li huma valuri li jispiraw lil dan il-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nissekonda.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Evarist Bartolo, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumtati Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tieni Qari (Kont.); u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, huwa ta' unur għalija li qed nindirizza lil din il-Kamra fuq żviluppi li seħħew dan l-aħħar, in konnessjoni mal-kredenzjali demokratiċi u mal-istituzzjonijiet tagħna.", "Nibda biex ngħid li reputazzjoni ta' pajjiż tiġi mibnija fuq għexieren ta' snin.", "Aktar minn hekk, biex pajjiż żgħir bħal tagħna jikseb aktar kredibilità, irid jagħmel sforz akbar biex il-komunità internazzjonali tieħdu bis-serjetà.", "Nemmen li bis-saħħa tal-Gvernijiet kollha ta' pajjiżna mill-Indipendenza 'l hawn, irnexxielna nibnu pajjiż fuq tliet pilasti importanti.", "L-ewwel, pajjiżna huwa a peacekeeping nation, jiġifieri bħala pajjiż, mhux biss għandna n-newtralità attiva fil-Kostituzzjoni tagħna, però tul iż-żmien, dejjem ikkontribwixxejna mill-aspett uman u ta' demokrazija biex fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja, nippromwovu l-paċi.", "It-tieni punt, bħala pajjiż, għandna valuri sodi demokratiċi.", "Hawn mhux qed nirreferi għal din in-naħa tal-Kamra jew għad-Deputati ta' din il-Kamra, imma qed nirreferi għall-pajjiż b'mod ġenerali.", "In-nies ta' pajjiżna, huma min huma, jemmnu fid-demokrazija u fl-istituzzjonijiet tagħna.", "It-tielet punt, nistgħu niftaħru li pajjiżna jilqa' fih turisti u barranin li jiġu jagħmlu n-negozju f'pajjiżna.", "Dan ma jsirx b'kumbinazzjoni!", "L-investiment f'pajjiżna jiġi meta bħala pajjiż ikollok ċerta kredibilità fl-istituzzjonijiet tiegħek.", "Dan iwassal biex meta investitur jew negozjant barrani jiġi jinvesti f'pajjiżna u jkollu kwestjoni ma' persuna Maltija fuq in-negozju tiegħu, jaf li se jirrikorri fil-Qrati tagħna u hemmhekk se jieħu trattament ġust wara proċess gudizzjarju.", "Qed nibni dan l-argument biex nasal għall-punt li rrid nitkellem dwaru llum jiġifieri dwar dak li qed nassistu għalih f'dawn l-aħħar ġranet.", "Jien mhux se nitkellem dwar dak li se jiddeċiedi xi ħadd jew li se jiddeċiedu l-Qrati però se nitkellem dwar każ partikolari li seħħ f'pajjiżna u li tajjeb jew ħażin, affettwa l-andament politiku demokratiku ta' pajjiżna.", "Hawn qed nirreferi għall-każ Egrant.", "Fil-każ Egrant, kellna 15-il xahar ta' inkjesta, li matulhom inħolqot aspettattiva kbira, intnefqu madwar €1.5 miljun, li kienet spiża rekord għal inkjesta maġisterjali f'pajjiżna u wasalna għal dik li hija l-aktar aċċertament li tista' tagħmel fid-dinja umana.", "Inkjesta maġisterjali tagħtik aċċertament ta' fatti wara ħatra ta' esperti, anke barranin, speċjalizzati fis-settur.", "Forsi wieħed jgħidli li ċ-ċertezza tibqa' dejjem waħda umana.", "Però għalija li ħdimt fil-qasam legali u fil-Qrati tagħna, naf kemm il-maġistrati u l-imħallfin jaħdmu b'mod tajjeb.", "Bir-rispett kollu lejn il-ġurnalisti, jien nagħti ħafna aktar importanza lil inkjesta maġisterjali milli lil rapport jew lil artiklu f'gazzetta.", "Hawn mhux qed innaqqas mill-importanza tax-xogħol ġurnalistiku però għandek sitwazzjoni fejn bl-aktar mod empiriku u xjentifiku, il-maġistrat inkwerenti ġabar il-provi kollha quddiemu u pprova jasal għall-konklużjoni.", "Il-konklużjoni tal-inkjesta tgħid li l-Prim Ministru, is-Sinjura tiegħu u l-familja tiegħu, bl-aktar mod assolut, ħarġu assolti!", "X'nistennew li wieħed jagħmel minn hemmhekk?", "Jien kont nistenna li minn hemmhekk politikament wieħed għandu jimxi 'l quddiem għal politika aktar kostruttiva.", "Kont nistenna li jkollna Oppożizzjoni aktar pro-pożittiva, li tressaq ideat ta' kif nistgħu nagħmlu l-affarijiet aħjar, kif nistgħu ntejbu l-ekonomija, kif nistgħu nibnu relazzjonijiet tajba ma' pajjiżi oħrajn u kif nistgħu nagħmlu aktar investiment.", "Biss, sfortunatament, f'din il-Kamra u hemm barra, mhux qed ikollna dan it-tip ta' battibekk politiku li huwa san għal pajjiżna!", "Jidher li weħilna!", "Sintomatiku kemm weħilna huwa dak li seħħ illum f'din il-Kamra fejn smajna lill-Eks Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li huwa kburi b'dak li għamel u li d-deduzzjoni politika tiegħu u tan-nies hemm barra hija li din l-imbierka kumpanija xorta hija tal-Prim Ministru!", "Dan juri li m'hemmx indiema!", "Dan ir-raġunament huwa sintomatiku ta' kurrent f'moviment politiku - mhux se ngħid l-Oppożizzjoni, għax konvint li hemm ħafna mill-membri fl-Oppożizzjoni li jemmnu li l-Partit irid jimxi 'l quddiem – li jixtieq li jibqa' jafferma din il-gidba politika li saret.", "Ejja niftakru li dak li qed jiġri qed jaffettwa lill-pajjiż u r-reputazzjoni tiegħu barra minn xtutna bħala pajjiż kredibbli f'ambitu ta' membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea.", "Irrid ngħid ukoll li dak li rajna llum huwa aktar inkwetanti mill-aspett politiku.", "Rajna Kap tal-Oppożizzjoni li fit-22 ta' Lulju, 2018, wara li qara l-konklużjoni tal-inkjesta – niddubita jekk qrahiex kollha qabel ma ħa d-deċiżjoni tiegħu – talab lill-Eks Kap tal-Oppożizzjoni biex jirriżenja.", "Biss, illum qalilna li ma talbux biex jirriżenja.", "Lill-Kap tal-Oppożizzjoni ngħidlu li jien ilni fil-politika mhux ħażin u naf xi tfisser meta jkollok Prim Ministru jew Kap tal-Oppożizzjoni li jistiednek tirriżenja jew tissospendi ruħek!", "Però llum għadni sorpriż kif rajna lill-Kap tal-Oppożizzjoni li wara li wegħedna a new way, iddeċieda li jiddefendi lill-Eks Kap tal-Oppożizzjoni.", "Meta l-Kap tal-Oppożizzjoni kien jitkellem dwar mod ġdid kif nagħmlu l-politika, kulħadd kien qed jistenna li l-Oppożizzjoni se tgħin biex il-proċess politiku u demokratiku ta' pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Imma kif qed ngħid, filli l-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li se jinfatam mill-politika tal-passat u filli llum rajnieh jaqbeż għall-Eks Kap tal-Oppożizzjoni!", "Din hija xi ħaġa li lili tinkwetani bħala deputat parlamentari u anke bħala ċittadin li rrid nara Gvern u Oppożizzjoni li jiffunzjonaw f'pajjiż demokratiku.", "Dan l-aħħar tkellimna ħafna fuq is-saltna tad-dritt.", "Issa biex ikollok saltna tad-dritt, irid ikollok Oppożizzjoni kredibbli u li tiffunzjona f'demokrazija.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq is-saltna tad-dritt biss meta naraw maġistrat jew imħallef li xi darba kien affiljat mal-Partit Laburista, imbagħad naraw Oppożizzjoni li mhijiex funzjonabbli, u qisu mhu qed jiġri xejn.", "Jien ngħid li l-Oppożizzjoni hija l-akbar theddida għall-proċess demokratiku li għandna llum f'pajjiżna jekk tibqa' għaddejja b'dan ir-ritmu!", "X'għamel dan il-Gvern fuq is-saltna tad-dritt?", "Fit-30 ta' Ottubru 2018 se jkollna Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika imma ħadd mhu qed isemmi t-twaqqif ta' dan il-Kummissarju!", "Il-liġi li permezz tagħha twaqqaf dan il-Kummissarju għaddiet bl-għajnuna tal-Oppożizzjoni li tat il-kontribut tagħha.", "Huwa importanti li nkun fidil lejn il-fatti billi ngħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħa deċiżjoni tajba meta rrakkommanda lill-Eks Segretarju Parlamentari, Dr George Hyzler, li nsellimlu minn hawnhekk għax-xogħol li għandu quddiemu, għal din il-kariga.", "Dr Hyzler għandu esperjenza politika u legali u l-karigi li kien jokkupa jagħmluh idoneu għal din il-kariga.", "Il-Grupp Parlamentari Laburista laqa' din il-proposta u kif għedt, mill-30 ta' Ottubru 2018, se jkollna Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "Sinjura President, irrid insemmi sentenza li ngħatat ilbieraħ mill-Qorti Kostituzzjonali fuq il-Kummissjoni Elettorali.", "Jien għandi r-riżervi tiegħi fuq is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali minn ottika legali però nirrispetta dik is-sentenza u nemmen li hemm bżonn li 'l quddiem ikun hemm emendi li jirrispekkjaw dak li qed tgħid il-Qorti.", "Din hija ċelebrazzjoni tas-saltna tad-dritt fejn għandek Qorti Kostituzzjonali li tgħid li liġi, f'parti żgħira minnha, mhijiex konformi mal-prinċipji kostituzzjonali u l-Gvern jaġixxi skont is-sentenza li ngħatat.", "Bħala pajjiż nistgħu niftaħru anke ma' pajjiżi barranin li aħna nirispettaw xi tgħid il-Qorti Kostituzzjonali.", "Dan huwa l-wirt tagħna; hekk konna u hekk se nibqgħu nagħmlu bħala Gvern.", "Però, b'ton naqra sarkastiku, irrid ngħid li s-sentenza ngħatat għax Gvern Laburista qabad file li kien imtela' bl-għabra u bil-kamla dwar l-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi – dan għamilna 15-il sena nisimgħu dwaru u qatt ma sar liġi taħt Gvern Nazzjonalista - u għadda l-liġi li huwa Kapitlu 544 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Il-Qorti Kostituzzjonali setgħet issib parti li mhijiex konformi fil-liġi, għax saret liġi!", "Jekk ma tagħmel xejn ma jsir xejn!", "Dan il-Gvern jaġixxi u qed jibni strutturi biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Insemmi wkoll it-tneħħija tal-preskrizzjoni f'każ ta' politiċi li jinqabdu b'każijiet ta' tixħim u daħħalna l-Whistleblower Act.", "Fil-fatt, illum, qed ikollna kawżi fuq il-Whistleblower Act.", "Ara qabel ma kienx ikun hemm kawżi, għax konna nisimgħu Ministru wara l-ieħor li llum iridu jgħallmuna, jitkellmu dwar il-bżonn ta' din il-liġi, imma fi żmienhom, għażlu li ma jdaħħluhiex.", "Insemmi wkoll il-Parliamentary Services Act li ta aktar awtonomija lill-Parlament.", "Illum għandna wkoll Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Oppożizzjoni u lill-Membri sedenti fuq dan il-Kumitat għall-mod kif jagħmlu l-mistoqsijiet b'mod kostruttiv.", "Dan il-Kumitat għandu jintuża bħala vetrina ta' kif għandha taġixxi l-Oppożizzjoni.", "Pereżempju ħafna mill-ħatriet qed isiru b'mod unanimu u dan huwa tajjeb għall-proċess demokratiku.", "Sinjura President, jien ma nlumx lill-Prim Ministru meta jitkellem b'ċertu sentiment fuq xi ħaġa li tirrigwarda l-familja tiegħu, wara proċess kalvarju ta' 15-il xahar!", "Apparti l-lenti politika u legali, mil-lenti umana, għandek persuna li l-mara tiegħu ġiet implikata b'każ ta' korruzzjoni.", "Illum l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Simon Busuttil, qed jgħidilna li hu bbaża ruħu fuq dak li qara minn xi gazzetti jew blog.", "Ejja ma ninsewx li l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni kien bena kampanja sħiħa dwar din il-gidba, tant li kellha ssir elezzjoni qabel iż-żmien bl-inċertezza li kienet inħolqot fil-pajjiż.", "Illum, 15-il xahar wara, nindunaw li minn dak li ntqal m'hemm xejn ħlief il-baħħ!", "Biss, illum jiġi l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni u mingħajr indiema ta' xejn, jibqa' jsostni dak li qal 15-il xahar ilu!", "L-Onor.", "Simon Busuttil jista' jemmen li jrid però l-appell tiegħi hu: Ara ma jwaqqafx lill-pajjiż milli jimxi 'l quddiem!", "Nemmen li hemm nies ġenwini fl-Oppożizzjoni li qed jaqblu li għandna nimxu u nħarsu 'l quddiem.", "Sinjura President, illum, ġejna f'sitwazzjoni surreali fejn għandna nies ġejjin minn barra l-pajjiż, li jiġu fostna jfaħħru lil pajjiżna.", "Pereżempju, dan l-aħħar kellna d-Delta Summit, fejn diversi barranin qalu li pajjiżna huwa avant-garde u qed joħloq frameworks għal setturi innovattivi.", "Imbagħad għandna nies minn pajjiżna li jmorru barra minn Malta jgħidu kontra pajjiżna!", "Din hija sitwazzjoni surreali!", "Pajjiżna mhuwiex perfett imma jgawdi minn demokrazija avvanzata.", "Jekk nibqgħu naħdmu flimkien, kapaċi nkomplu nimxu 'l quddiem.", "Ovvjament, fejn hemm bżonn li ntejbu l-affarijiet, aħna dejjem lesti għal din il-bidla għax nafu li l-istrutturi mhumiex perfetti u jridu jiġu aġġornati.", "Però jkollna nammettu li f'pajjiżna wettaqna din il-ħolma li ngħixu fl-aqwa żmien u li nkunu l-aqwa fl-Ewropa!", "Il-ġid li qed jinħoloq qed igawdi minnu kulħadd u l-appell tiegħi huwa: Ejja ningħaqdu ħalli nkomplu mmexxu lil pajjiżna 'l quddiem flimkien.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Sinjura President, nixtieq nieħu ftit ħin minn dan l-Aġġornament biex inkompli fejn ħalla l-Onor.", "Pajjiżna miexi 'l quddiem u dan joħroġ anke mill-istatistika li tiġi ppubblikata.", "Però jien ma nserraħx rasi biss fuq l-istatistika għax nippreferi li nisma' wkoll dak li qed jgħidu n-nies.", "Jekk inserrħu rasna biss fuq l-istatistika hemm il-periklu li persuni li għandhom bżonn l-attenzjoni tagħna jistgħu jiġu ttraskurati.", "Huwa fatt li pajjiżna miexi 'l quddiem!", "Fil-fatt ħafna barranin jistaqsuna dwar kif Malta qed jirnexxilha tkompli tkabbar l-ekonomija u x-xogħol u tnaqqas ir-rata tal-qgħad, anke fost iż-żgħażagħ, meta f'pajjiżi oħrajn Ewropej hemm rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li tlaħħaq l-20%, it-30% u xi kultant anke aktar.", "Dan huwa riżultat ta' ħidma kollettiva li saret f'dawn l-aħħar ħames snin biex inkattru x-xogħol, inġibu l-investiment lejn pajjiżna u nagħtu isem tajjeb lil Malta.", "In-nies qed iħossu li l-pajjiż sejjer tajjeb u li qed ikun hemm differenza għall-aħjar fil-ħajja tagħhom.", "Fl-istess ħin il-Gvern huwa konxju li jista' jkun hemm min għadu mhux qed jintlaqat mill-ġid li qed jinħoloq.", "Jista' jkun li għad hemm min qed iħoss li l-ġid mhux qed jinqasam b'mod ġust.", "Il-Gvern huwa konxju ta' dan u għalhekk qed jaħdem biex il-ġid fil-pajjiż jintlaħaq minn kulħadd.", "Naħseb li jekk hemm fattur li jagħmel lil dan il-Gvern differenti minn Gvernijiet oħrajn ta' pajjiżna huwa l-umiltà tagħna li nammettu li għad fadal sfidi li jridu jiġu indirizzati.", "Hemm sfidi li qed jitfaċċaw f'pajjiżna frott l-istess suċċess li qed nesperjenzaw bħala pajjiż.", "Pereżempju, biex nagħti eżempju prattiku, waħda mill-akbar sfidi bħalissa tirrigwarda l-qasam tal-kirjiet.", "Qed niltaqgħu ma' persuni li l-kirja tagħhom qed togħlielhom għar-raġuni li s-sid jixtieq li jkollu aktar dħul minħabba d-domanda dejjem tikber għal aktar housing bil-kiri f'pajjiżna.", "Hawn persuni li għad għandhom aspirazzjonijiet li għadhom mhux qed jintlaħqu.", "Għalhekk, bħala Gvern, irridu nkomplu naħdmu biex inkunu konxji ta' dawn l-isfidi li għandna ħalli l-politika tagħna tkun iffokata biex dawn il-persuni jintlaħqu b'mod tajjeb.", "Dan ix-xenarju sabiħ li qed inpinġi ma jfissirx li huwa perfett għal kulħadd.", "Hemm min jagħti ġudizzju differenti fuq oqsma diversi.", "Hemm min l-iżvilupp isejjaħlu problema u hemm min isejjaħlu opportunità.", "Hemm ukoll min jara li l-ambjent mhuwiex fuq quddiem tal-aġenda tal-Gvern, għalkemm dan mhuwiex il-każ.", "Jien dejjem ngħid li f'pajjiżna, l-issue ambjentali dejjem se tibqa' sfida minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Pereżempju waħda mill-akbar deċiżjonijiet ambjentali li ħa dan il-Gvern favur l-ambjent kienet l-għeluq tal-power station tal-Marsa wara ħafna snin li konna ilna nisimgħu Gvernijiet oħrajn jgħidu li se jagħmlu dan il-pass imma qatt m'għamluh.", "Kien hemm ukoll il-qalba mill-heavy fuel oil għall-gass li jniġġes inqas.", "Min forsi ma jemminx dak li qed ngħid, jista' jistaqsi lin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta, fosthom in-nies ta' Marsaxlokk, iż-Żejtun u l-inħawi li jistgħu jixhdu kif l-ambjent qed jitjieb bil-qalba li seħħet fil-power station ta' Delimara.", "Inħoss li bħala Gvern ħadna diversi inizjattivi favur l-ambjent.", "Naturalment l-isfidi ambjentali dejjem se jibqgħu hemmhekk u dan il-Gvern se jkompli jaħdem biex jindirizzahom.", "Huwa importanti li f'din il-Kamra u anke hemm barra, niddibattu kif nistgħu nagħmlu l-affarijiet aħjar.", "Bħala Membru tal-Gvern u tal-Eżekuttiv nieħu pjaċir nara dan ix-xenarju ta' pożittività.", "Suppost ilkoll kemm aħna nifirħu bis-suċċess li qed jikseb pajjiżna.", "Ovvjament huwa importanti li niddibattu fejn ma naqblux għax hekk titlob id-demokrazija.", "Kemm-il darba jkun hemm affarijiet li ma naqblux fuqhom ikun tajjeb li wieħed jagħti l-alternattivi tiegħu.", "Naħseb xi ħaġa li qed nosserva fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni hija li l-kritika qed tkun wisq fjakka fis-sens li mhux qed nisimgħu alternattivi għal dak li qed jagħmel jew jipproponi l-Gvern.", "L-aktar ħaġa li ddejjaqni fl-Oppożizzjoni – mhux qed nirreferi għall-Oppożizzjoni kollha – hija li baqgħet wisq negattiva.", "Issa jien mhux qed ngħid hekk għax din ma taqbilx mal-Gvern imma għax għaliha kollox huwa ħażin, xejn mhu tajjeb u ma toħroġ bl-ebda proposta.", "Uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni mhux talli mhux qed joffru soluzzjonijiet jew alternattivi, imma aktar gravi minn hekk, qed imorru barra minn Malta u jaħdmu kontra pajjiżna!", "Aktar milli bħala Membru tal-Gvern jew bħala persuna attiva fil-Partit Laburista, bħala Malti din hija l-aktar ħaġa li tweġġagħni.", "Dawn huma Maltin, li wħud minnhom isejħu lilhom infushom Nazzjonalisti, jiġifieri dawn suppost għandhom għal qalbhom il-pajjiż, li qed imorru barra minn Malta jagħmlu ħsara lil pajjiżna b'mod dirett jew b'mod indirett billi jinqdew b'midja u b'MEPs ta' pajjiżi oħrajn.", "Nafu eżatt x'ġara matul dawn l-aħħar xhur.", "Issa wieħed jistaqsi: Dan kollu għalfejn?", "Dan kollu ġej mill-fatt li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali għal waħda tnejn u donnu li hemm elementi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li jippriedkaw id-demokrazija lil ħaddieħor, però meta l-poplu jiddeċiedi li m'għandhomx jibqgħu jmexxu lill-pajjiż, jirrikorru għal dawn it-tattiċi.", "Ġaladarba ma ġabuhiex żewġ f'pajjiżna, jipprovaw imorru jagħmlu ħsara u jxewxu f'pajjiżi oħrajn u fil-Parlament Ewropew.", "Naħseb li dawn l-elementi għandhom jiġu nnotati mill-poplu Malti biex meta jkun hemm l-għażliet li rridu nagħmlu, kemm fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kif ukoll fl-elezzjoni ġenerali, il-poplu Malti għandu jara li filwaqt li jagħżel lil min għandu jirrappreżentah u jmexxih bħala partit, għandu jagħżel persuni li, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħhom, jekk hux fil-Gvern jew fl-Oppożizzjoni, dejjem iġibu l-interessi ta' Malta l-ewwel u qabel kollox.", "Sinjura President, jien ilni f'dan il-Parlament mill-1996 u kif jaf kulħadd, għal ħafna minn dawn is-snin, il-partit li nimmilita fih jien kien fl-Oppożizzjoni.", "Ikun tajjeb li ngħid li matul dawn is-snin kollha, ma niftakar qatt, lanqas darba waħda, fejn jien jew sħabi fuq din in-naħa tal-Kamra, konna barra minn Malta biex nagħmlu ħsara lil pajjiżna.", "Naħseb li dik hija xi ħaġa li tiddistingwina minn ċerti elementi fi ħdan l-Oppożizzjoni.", "Dan li qed ngħid eskala aktar meta kellna l-qtil makabru tal-blogger Daphne Caruana Galizia li ġie kkundannat minn kulħadd.", "Fuq quddiem nett kien hemm il-kundanna tal-Gvern, li kif nafu kien għadu kif rebaħ elezzjoni b'maġġoranza aktar b'saħħitha u ngħata mandat biex imexxi għal ħames snin oħra.", "Dan huwa Gvern li ppreżenta Baġit wara l-ieħor bi tnaqqqis ta' taxxi u żieda fil-benefiċċji.", "Dan il-Gvern kien qed jaħdem biex wara kampanja elettorali ħarxa, il-pajjiż jerġa' jissetilja b'mod tajjeb.", "Però mbagħad, f'daqqa waħda, ġiet it-traġedja tal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.", "Ċertament li l-Gvern ma kellu l-ebda interess li tiġri xi ħaġa daqshekk gravi, mhux biss għall-familja imma anke għall-pajjiż, għax finalment, il-pajjiż ħa daqqa kbira.", "Però nixtieq niġbed l-attenzjoni li dan ma kienx l-uniku każ ta' qtil ta' ġurnalista li ovvjament jibqa' kundannabbli għall-aħħar.", "Rajna li kien hemm każijiet oħrajn fosthom fis-Slovakkja u riċentement anke fil-Bulgarija.", "Sfortunatament, madwar id-dinja kollha, mijiet ta' ġurnalisti jinqatlu.", "Però donnu li hemm ċerti persuni fl-Oppożizzjoni, kemm f'Malta kif ukoll barra minn pajjiżna, li ma jistgħux iniżżlu l-fatt li m'għadhomx jew ma jistgħux ikunu fil-gvern, li komplew rewħu biex jagħmlu l-ħsara lil pajjiżna.", "Kieku tgħid il-Gvern jew l-istituzzjonijiet m'għamlu xejn biex jinvestigaw dan il-każ, forsi wieħed jasal jifhem tali aġir, imma l-investigazzjonijiet mexjin u kif nafu, hemm persuni li għaddejjin proċeduri legali kontrihom.", "Hemm ċerti talin li jipprovaw jagħmlu ħsara lil pajjiżna, fosthom ċerti MEPs, li ma jarawx dak li qed jiġri f'pajjiżhom u jiġu hawn jippontifikaw fuq il-ħasil ta' flus u s-saltna tad-dritt.", "Imbagħad joħorġu rapporti fl-Unjoni Ewropea li juru każi ta' ħasil ta' flus fl-istess pajjiżi li jkunu ġejjin minnhom dawn l-MEPs.", "Dawn l-MEPs, li huma sħab ma' ċerti MEPs tal-Partit Nazzjonalista jippontaw subgħajhom fuq is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna, imma fl-stess ħin, jagħżlu li ma jitkellmux fuq dak li qed jiġri f'pajjiżhom.", "Il-konklużjoni tiegħi hija li forsi huwa tajjeb li nieħdu xi tagħlimiet minn ċerti MEPs, imma wieħed irid jinnota wkoll kif dawn l-MEPs jagħlqu ħalqhom fuq dak li qed jiġri f'pajjiżhom, imma lesti jiftħuh biex jattakkaw lil pajjiżna, b'kollaborazzjoni sħiħa ta' ċerti elementi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.", "Minjaf għalfejn isir dan?", "Naħseb li r-raġuni hija l-għira għax din ma teżistix biss bejn il-bnedmin imma teżisti wkoll bejn il-pajjiżi.", "L-għira tidħol ukoll meta pajjiż ikun sejjer tajjeb u l-livell tal-għajxien tan-nies ikun qed jogħla.", "L-għira tidħol ukoll meta investiment minflok imur f'pajjiż ieħor, jiġi f'pajjiżna.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa li bħala Maltin għandna ningħaqdu biex niddefendu lil pajjiżna ħalli niggarantixxu futur aħjar għall-familji u għaċ-ċittadini tagħna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Field Officer u l-Project Manager tax-Shooting Range f'Ta' Kandja?", "Kif intgħażlu?", "X'inhu s-salarju u l-perkaċċi tagħhom?", "X'kondizzjonijiet ta' xogħol u doveri għandhom dettaljatament?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Site Officer tax-Shooting Range f'Ta' Kandja ġie magħżul b'direct order b'salarju ta' €18.00 (mingħajr VAT) għal kull siegħa, sa massimu ta' €33,264.00.", "Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u d-doveri ta' din il-persuna, li isimha qiegħed jingħata separatament lill-Onor.", "Interpellant, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Project Manager tax-Shooting Range f'Ta' Kandja kienu G.C. Consultants Ltd., li kienu ingaġġati għal numru ta' proġetti u li x-shooting range kien wieħed minnhom.", "Din il-kumpanija, li titħallas €5,000.00 (mingħajr VAT) fix-xahar, intgħażlet b'direct order u tipprovdi xogħol ta' konsulenza.", "Ebda wieħed minn dawn t'hawn fuq m'għandu perkaċċi.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – ĦADDIEMA PART-TIME", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu sad-data li din l-interpellanza tkun imwieġba li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self-employed?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ingaġġi part-time huma normalment dawk li jsiru ad hoc fuq bażi \"on trust\".", "Minn dawn, fil-Ministeru tiegħi fil-preżent hemm 26 li minnhom hemm erbgħa li huma ngaġġati part-time.", "Ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-impjegati ma ssirx bħala self-employed iżda bħala impjegati tal-Ministeru fuq kuntratt definit.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern b'mod konkret biex jintlaħqu t-targets tad-Direttivi Ewropej dwar packaging waste f'Malta kif ukoll dwar id-deadlines marbutin mal-Landfill Directive?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward tad-Direttiva tal-Ippakkjar u l-Iskart tal-Ippakkjar u l-miri relatati, Malta ma tinsabx 'il bogħod.", "Il-produtturi u l-importaturi tal-ippakkjar li jinkludi l-materjali plastik, metall, karta u kartun, ħġieġ u injam, huma obbligati b'din l-istess Direttiva biex jiffinanzjaw il-ġbir ta' dawn il-materjali u jilħqu minimu ta' 55% mill-ammont li jpoġġu fuq is-suq.", "Biex ikunu konformi ma' dan l-obbligu l-produtturi u l-importaturi jissieħbu ma' waħda miż-żewġ skemi ta' rkupru li jagħmlu dan f'isimhom.", "Iż-żewġ skemi ta' rkupru privati jiġbru materjal riċiklabbli mill-industrija, mis-settur kummerċjali u mir-residenzi bi ftehim mal-kunsilli lokali.", "Biex inkomplu nsaħħu s-sistemi eżistenti u biex inżidu aktar ir-rata ta' riċiklaġġ, tinħtieġ parteċipazzjoni akbar miċ-ċittadini kollha biex jisseparaw l-iskart f'darhom u fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Għal dan il-għan, tfasslu u qed isir xogħol mill-Ministeru tiegħi fuq diversi miżuri li jixpruna bidla fil-mentalità u l-aġir tal-poplu Malti, dawn jinkludu:", "Reviżjoni fil-liġi li diġà saret biex kull kunsill ikun marbut ma' skema ta' rkupru.", "Dan biex fl-eventwalità li waħda mill-iskemi ma tonorax l-obbligi tagħha, l-Awtorità tar-Riżorsi u l-Ambjent (l-ERA) tkun tista' tintervjeni.", "Tisħiħ fl-Att għall-Protezzjoni tal-Ambjent biex jiddaħħal l-obbligu tas-separazzjoni tal-iskart fir-residenzi u s-settur kummerċjali qed jiġi mfassal taħt il-proviżjonijiet ġodda dwar l-ekonomija ċirkulari, li bħalissa qegħdin jiġu ffinalizzati sabiex jiddaħħlu fil-qafas leġiżlattiv tal-ambjent.", "L-Avviż Legali li għadu kemm ġie ppubblikat dwar ir-rimi abbużiv li jdaħħal fis-seħħ pieni ħorox għal min ma jsegwix mal-iskedi tal-ġbir tal-iskart kif moħruġa mill-kunsilli lokali rispettivi.", "L-iskema dwar ir-rifużjoni tal-flixken tax-xorb li ser tkun implimentata fl-2019.", "Id-Direttiva tal-Landfill, mill-banda l-oħra, tittratta l-iskart muniċipali li qed jiġi ġġenerat mir-residenzi u l-intrapriżi.", "L-ammont ta' skart muniċipali ġġenerat f'Malta huwa wieħed mill-akbar fl-Ewropa.", "Aktar ma tiżdied is-separarazzjoni tal-iskart effettiva, inqas skart jkollu jitpoġġa fil-landfill.", "Dan ilna nsaħħuħ.", "Ħidma biex dan jitnaqqas għaddejja ġmielha fil-kampanja edukattiva, sadanittant irid ikun il-poplu nnifsu li jagħmel għażliet għaqlija biex jiġġenera inqas skart.", "L-infrastruttura eżistenti tittratta l-iskart kollu ġġenerat, però meta jitnaqqas l-iskart riċiklabbli, l-iskart li narmu fil-borża s-sewda jmur fil-miżbla.", "Bl-introduzzjoni tal-ġbir tal-iskart organiku f'Malta u Għawdex kollu, proprju se nnaqqsu l-iskart organiku milli jintrema fil-borża s-sewda għaliex l-iskart organiku li jintrema bil-borża l-bajda jiġi separat u ttrattat f'impjant apposta li jiġġenera enerġija nadifa u kompost, u allura ma jmurx aktar fil-miżbla.", "Biex inkomplu nnaqqsu aktar l-iskart li jmur fil-miżbla, wara li nżidu r-riċiklaġġ u nneħħu l-iskart organiku, il-porzjon li jkun fadal, mis-sena 2023 jibda jiġi trattat fl-impjant tal-Waste to Energy.", "WASTE SEPARATION – EDUKAZZJONI FIL-MIDJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-Gvern biex jiġu intensifikati l-isforzi nazzjonali għal media education aktar effettiva dwar waste separation, użu ta' bring-in sites u door collection?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qed jorganizza kampanja nazzjonali edukattiva biex jiżdied l-għarfien dwar l-immaniġġjar tal-iskart li, fost affarijiet oħra, tinkludi aktar għarfien dwar is-separazzjoni tal-iskart, użu ta' bring-in sites u ġbir ta' skart organiku mid-djar, bl-iskop li dejjem inżidu aktar ir-riċiklaġġ u nnaqqsu l-ammont li jidħol fil-miżbla.", "Din il-kampanja – Don't Waste Waste - bdiet f'April 2016 u hija maħsuba li tintemm fl-ewwel kwart tal-2019.", "Wasteserv Malta qed torganizza wkoll kampanja nazzjonali oħra li tiffoka prinċipalment fuq is-separazzjoni tal-iskart organiku – Sort it Out.", "Din il-kampanja hija ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea u bdiet f'Awwissu tal-2018 u maħsuba li tkompli sal-aħħar kwart tal-2019.", "Iż-żewġ kampanji qed jużaw, fost affarijiet oħra, stazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju u l-midja soċjali bħal Facebook u Instagram, reklamar fuq diversi siti tal-internet kif ukoll billboards u karozzi tal-linja biex iwasslu l-messaġġ tagħhom.", "Qed jiġu organizzati wkoll seminars u workshops ma' setturi differenti tas-soċjetà, bħall-industriji, iż-żgħażagħ, l-anzjani, eċċ, kif ukoll parteċipazzjoni f'attivitajiet organizzati mill-kunsilli lokali biex jintlaħqu l-akbar numru ta' nies possibbli.", "COLLECTED WASTE UŻAT GĦAL REUSE PROJECTS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jikkonferma kemm mill-collected waste qed jintuża għal reuse projects?", "X'qed jiġri minn dan il-waste u kemm hemm minn dan il-waste li qed jiġi esportat?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għaliex qed jirreferi meta jgħid reuse projects.", "Rigward il-waste, il-Wasteserv tittratta skart li tirċievi fil-faċilità tagħha u tesporta dak li jista' jiġi riċiklat.", "IN-NAXXAR – TRIQ IS-SGĦAJTAR – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6146, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati, direttament.", "IN-NAXXAR – TRIQ KORFÙ – XOGĦOL TA' RESURFACING", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6147, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid eżattament meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "GĦAWDEX – TOROQ LI SE JINGĦATAW WIĊĊ ĠDID", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Għawdex, li qegħdin fil-pjani ta' Transport Malta jew tal-Aġenzija li qed tiġi mwaqqfa għat-toroq, biex jingħataw wiċċ ġdid minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 4264 f'Seduta 92 u 5010 f'Seduta 101 rispettivament.", "GĦAWDEX - CAMPUS TA' BARTS – ĦADDIEMA FIS-SIT TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema u x'nazzjonalità huma li qed jaħdmu fuq is-sit ta' kostruzzjoni fejn hu maħsub li jinbena l-campus ta' Barts ġewwa Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll jekk it-timeframes prefissi għal meta għandha tinfetaħ l-iskola ta' Barts humiex on target u meta hu mistenni li l-binja l-ġdida ta' din l-iskola tilqa' fiha l-ewwel studenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm madwar 30 ħaddiem jaħdem fis-siti ta' kostruzzjoni relatati ma' Barts fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Ix-xogħol huwa miexi skont il-pjan u t-timeframes miftiehma.", "L-iskola hija mistennija li tilqa` fiha l-ewwel studenti fl-2019.", "PAGA MEDJA F'MALTA U F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2017?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li tinsab fit-tabella hawn taħt inħadmet mill-Labour Force Survey.", "Salarju medju annwali għall-impjegati skont il-post fejn jaħdmu: 2017", "IN-NAXXAR - TRIQ GAETANO VITALE - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6256 u 6106 peress li għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.", "IN-NAXXAR - TRIQ ĠDIDA FI TRIQ TAN-NAJDER - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6257 u 6107, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR - TRIQ BIRGUMA (L-AĦĦAR PARTI) - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6258 u 6108, peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR - TRIQ SAN ĠWANN L-EVANĠELISTA (PARTI) - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6259 u 6109 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jinbdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "KUNSILL LOKALI TAŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX – GĦAJNUNA GĦAL ĠBIR TAL-ISKART MINN MARSALFORN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk għas-sajf 2018 hemmx l-intenzjoni li l-Ministeru jgħin finanzjarjament lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ sabiex matul ix-xhur sajfin jagħmel it-tieni ġabra tal-iskart mil-lokalità ta' Marsalforn fejn f'dawn ix-xhur il-popolazzjoni tiżdied sew?", "Jekk iva, kemm se tkun l-għajnuna li se tingħata u jekk le, għaliex mhux se tingħata għajnuna?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tieni ġabra tal-iskart mil-lokalità ta' Marsalforn diġà bdiet.", "Din qiegħda ssir b'għajnuna finanzjarja mill-Ministeru u li tammonta bejn it-€13,000 u l-€14,000 VAT inkluż.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri hawn fis-seħħ biex jiġi kkontrollat l-użu tad-drones?", "Jaħseb li hawn miżuri biżżejjed?", "Jekk le għandu l-ħsieb li jkun hemm regolamenti dwar l-użu ta' drones li dejjem qed jiżdied?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispazju tal-ajru ta' Malta u Għawdex huwa klassifikat bħala spazju tal-ajru kkontrollat u għalhekk kull tip ta' aircrafts inklużi drones iridu japplikaw għal permess.", "Is-sit elettroniku ta' Transport Malta toffri informazzjoni dwar il-permessi meħtiega għall-użu ta' drones.", "Fil-fatt il-formola ta' dikjarazzjoni għal użu sikur ta' drones maħruġa minn Transport Malta tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Fiha ssib informazzjoni rigward il-permessi meħtieġa kif ukoll il-parametri ta' żoni restritti.", "Inħarġu diversi permessi għall-operaturi ta' drones wara li ddikjaraw li d-drone se jiġi użat fil-parametri restritti.", "Fix-xhur li ġejjin huwa antiċipat li l-European Aviation Safety Agency – EASA - se tippubblika r-regolamenti tad-drones meħtieġa li jiġu applikabbli għall-Ewropa kollha.", "ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA – DISPOŻIZZJONIJIET FIL-KAŻ TAR-REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA U L-ILMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn l-artiklu 48B ta' Kapitlu 497, l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, fir-rigward tal-awtoritajiet u entitajiet oħra pubbliċi elenkati fil-Ħames Skeda tal-istess Kapitlu, jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tal-istess artiklu fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma japplikaw kemm għaċ-chairman u membri tal-Bord tal-istess regolatur filwaqt li fil-każ ta' awtoritajiet oħra pubbliċi msemmija fl-istess lista hemm biss imsemmija ċ-chairman jew il-persuna li għandha l-headship tal-awtorità jew entità konċernata?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għall-fatt li t-tielet parti tat-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda ta' Kapitlu 497 issemmi biss \"Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma\".", "SKEMA TA' REGOLARIZZAR FIL-BINI TAD-DAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ l-iskema ta' regolarizzar fil-bini tad-djar, liema bini u rranġar fid-dar bla permess fil-hamlets?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema ta' regolarizzar fil-bini tad-djar ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi u għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "IRRANĠAR TAL-KOMUN – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward irranġar tal-komun?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar informat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn ilu żmien twil bi problema fl-ilma li qed jiġih kannella u wara diversi tentattivi mal-Water Services Corporation kif ukoll mal-kunsill, xorta baqa' bla risposta?", "L-individwu jrid jara wkoll jekk hux se jibdlulu l-main tal-Gvern jew le.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji tal-individwu ngħataw lill-WSC biex tistħarreġ dan l-ilment.", "PERMESS GĦALL-BEJGĦ TA' ILMA MINN GARAXX – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara u jikkonferma jekk fil-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux qed isir bejgħ ta' ilma fejn dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar?", "Jista' jara jekk hemmx permess biex isir dan?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li dwar l-allegat bejgħ ta' ilma minn garaxx li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, u li allegatament qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, il-Pulizija għamlet l-indaġini tagħha u rriżulta li kemm is-sors ta' ilma kif ukoll il-vettura użata mis-sid tal-garaxx huma bil-permess.", "Ġie kkonfermat ukoll li hu permessibbli li f'xi okkażjonijiet isir bejgħ ta' ilma sakemm il-vetturi jkunu liċenzjati għall-ġarr tal-ilma wkoll.", "Informat li l-Pulizija ħadet il-passi meħtieġa biex taċċerta li ma jinħoloqx inkonvenjent għar-residenti tal-madwar u qed tagħmel rondi fil-lokalità biex dan ikun aċċertat.", "DEFINIZZJONI TA' AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni ta' \"akkomodazzjoni soċjali\" għall-Ministeru tiegħu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministru jadotta definizzjoni wiesgħa t'akkomodazzjoni soċjali, li għandha tkun parti minn viżjoni ħolistika ta' akkomodazzjoni fuq livell nazzjonali u li tħares kemm lejn l-aspett fiżiku kif ukoll dak soċjali, id-dar u l-familja.", "Peress illi l-Gvern jemmen bis-sħiħ fid-dritt ta' kull persuna li jkollha saqaf fuq rasha, ir-responsabbiltà tiegħu li jipprovdi saqaf diċenti u affordabbli, lil min il-qagħda soċjo-ekonomika tiegħu f'xi perjodu ma tippermettilux li jkollu, hija l-ewwel funzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, flimkien ma' servizzi soċjali oħra, bil-għan li jiġu indirizzati bżonnijiet ġodda li ġejjin minn tibdil fir-ritmi individwali u tal-familja tradizzjonali.", "QASAM TAL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – VIŻJONI TAL-GVERN", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-viżjoni tal-Gvern fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern jemmen fid-dritt għal akkomodazzjoni diċenti għal kulħadd.", "Din il-viżjoni tfittex li toħloq sistema ta' akkomodazzjoni għall-futur tal-pajjiż, fejn tara r-relazzjoni bejn il-familja u d-dar minn lenti ħolistika u kif id-dar u l-familja qed jiġu affetwati mill-ekonomija, l-ambjent u l-aspetti kulturali.", "Din il-viżjoni ħolistika hija bbażata fuq sistema ta' ippjanar li toħloq ambjent soċjali inklużiv u sigur għal kulħadd, billi toffri aċċess tajjeb għal servizzi pubbliċi, faċilitajiet u spazji miftuħin.", "Din is-sistema ħolistika għandha toħloq faxx ta' akkomodazzjoni affordabbli, li jkun imqabbad ma' benefiċċji u programmi speċifiċi, biex jgħinu lill-persuni fil-bżonn li jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-suq tal-proprjetà.", "Il-ħidma tal-Gvern f'dan is-settur hija ffokata li jiżdiedu l-alternattivi affordabbli fis-suq inġenerali.", "B'aktar alternattivi affordabbli biss nistgħu niffaċilitaw mobilità soċjali u nassiguraw li ħadd ma jibqa' lura, kemm żgħażagħ, familji kif ukoll nies anzjani.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA BIL-LINGWA TALJANA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Taljana fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta' Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Taljana fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi.", "Rigward kotba ġodda mixtrija ninsab informat li matul dawn l-aħħar erba' snin inxtraw 157 ktieb bil-lingwa Taljana filwaqt li 15-il ktieb ieħor ġew mogħtija b'donazzjoni.", "IL-FGURA - ARBUXELLI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin fil-Fgura?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b'mod partikolari ta' Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project (MELP) li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).", "Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta' siġar u arbuxell fil-lokalitajiet kollha ta' Malta.", "Eżempju ta' dan huwa li kull kunsill lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma' soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu.", "Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta' speċi f'diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.", "Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Fgura f'dawn l-aħħar erba' snin ma ġewx maqlugħa arbuxelli imma ġew imħawla 150 arbuxell li 135 minnhom kienu virgi u 15 riħan.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA BIL-LINGWA FRANĊIŻA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Franċiża fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li s-sistema preżenti ta' Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Franċiża fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi.", "Rigward kotba ġodda mixtrija ninsab informat li matul dawn l-aħħar erba' snin inxtraw 105 kotba bil-lingwa Franċiża filwaqt li 13-il ktieb ieħor ġew mogħtija b'donazzjoni.", "BREXIT - DISKUSSJONIJIET U ANALISI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'passi, x'diskussjonijiet u x'analisi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-referendum f'Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa' stat membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ nieda inizjattivi sabiex jagħraf x'inhuma l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna.", "Kumitat fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġie stabbilit sabiex iħares aktar mill-qrib lejn l-iżviluppi tal-Brexit.", "Ir-rapport li ħareġ minn dan il-Kumitat kien parti minn eżerċizzju li mexxa l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ma' kull ministeru sabiex jinftiehem iktar l-impatt ħolistiku tal-Brexit.", "Eżerċizzju biex jiġu elenkati l-ftehimiet bilaterali kollha li ġew iffirmati bejn Malta u r-Renju Unit sar fl-2016.", "Dan l-eżerċizzju qed jiġi rivedut bħalissa sabiex eventwalment mal-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ jistħarreġ kif jistgħu jiġu żviluppati iktar 'il quddiem ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.", "F'dan l-isfond aktar kmieni din is-sena, fit-3 ta' Frar 2018 u fl-20 ta' April 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ iltaqa' mal-Ministru għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Lord Callanan, u mal-Ministru tal-Istat tar-Renju Unit għall-Ewropa u l-Amerika Latina, Sir Alan Duncan, rispettivament.", "Magħhom iddiskuta l-impatt mistenni tal-Brexit fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ekonomici, soċjali, kummerċjali u politici bejn Malta u r-Renju Unit kif ukoll l-impatt li dan mistenni jkollu fuq Maltin li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw jew jirċievu kura fl-Ingilterra.", "Fit-8 ta' Ġunju 2018 saret ukoll laqgħa bilaterali bejn id-Direttur Generali għall-Affarijiet Politiċi fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u l-Viċi Kap tad-Direttorat għall-Punent u n-Nofsinhar tal-Ewropa fi ħdan il-Foreign and Commonwealth Office Ingliż.", "It-tnejn iddiskutew mezzi dwar kif ir-relazzjonijiet bilaterali bejn ir-Renju Unit u Malta jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Aktar ricenti, fit-30 ta' Awwissu 2018, il-Ministru Abela kellu laqgħa bilaterali man-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, Michel Barnier, f'Dubrovnik, fejn ġew diskussi l-aħħar żviluppi fit-taħdidiet mar-Renju Unit u l-impatt tal-Brexit fuq ftehim bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit.", "Waħda mill-prioritajiet ewlenin ta' Malta fit-taħdidiet fuq Brexit fuq livell Ewropew kienet li tħares id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li qed jgħxu fir-Renju Unit.", "Hija prijorità tal-Ministeru li jwassal bl-aktar mod wiesa' lill-Maltin fl-Ingilterra, tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom in vista tal-Brexit u kif jistgħu jiksbu s-Settled Status Scheme.", "Dan sabiex ikunu jistgħu jibqgħu residenti fir-Renju Unit wara l-Brexit għal raġunijiet varji.", "F'dan ir-rigward il-Ministeru flimkien mal-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra, f'Ġunju 2018, nieda kampanja ta' informazzjoni li tinkludi dawn li ġejjin:", "· Avviżi u laqgħat sabiex iżżomm id-dijaspora Maltija fir-Renju Unit informata dwar l-iżviluppi relatati ma' Brexit fir-rigward id-drittijiet taċ-ċittadini u l-iskema tas-Settled Status.", "· Il-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra organizzat laqgħa għall-Maltin li jgħixu fl-Ingilterra nhar id-19 ta' Ġunju 2018 u li għaliha attendew ukoll il-Ministru għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Lord Callanan kif ukoll uffiċjali mill-Home Office tar-Renju Unit sabiex jindirizzaw il-mistoqsijiet imressqa mill-Maltin fl-Ingilterra.", "· Nhar il-Ħadd, 15 ta' Settembru 2018, il-Ministeru ppubblika avviżi fil-gazzetti lokali kollha f'Malta sabiex iżomm il-familjari f'Malta aġġornati biex ikunu jistgħu jinformaw lill-qraba tagħhom fl-Ingilterra.", "· Nhar it-Tlieta 18 ta' Settembru u s-Sibt 22 ta' Settembru 2018, il-Ministeru nieda wkoll avvizi simili fuq il-medja televiżiva permezz tax-xandir tal-aħbarijiet.", "· Inizjattivi oħra qegħdin jiġu mfassla għas-sena 2019.", "Il-Maltin fl-Ingilterra se jkollhom ċans sa sentejn wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sabiex jirregolarizzaw irwieħhom permezz tas-Settled Status Scheme.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin fil-Gudja?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b'mod partikolari t'Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project (MELP) li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).", "Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta' siġar u arbuxell fil-lokalitajiet kollha ta' Malta.", "Eżempju ta' dan huwa li kull kunsill lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma' soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu.", "Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta' speċi f'diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.", "Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Gudja f'dawn l-aħħar erba' snin ġew maqlugħa 30 Lantana Montevidensis u ġew imħawla 30 Lantana Montevidensis.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA BIL-LINGWA ĠERMANIŻA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Ġermaniża fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li s-sistema preżenti ta' Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Ġermaniża fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi.", "Rigward kotba ġodda mixtrija ninsab informat li matul dawn l-aħħar erba' snin inxtraw 92 ktieb bil-lingwa Ġermaniża filwaqt li 27 ktieb ieħor ġew mogħtija b'donazzjoni.", "KORP TAL-PULIZIJA – VETTURI GĦALL-UŻU TAL-GĦASES", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati għal użu tal-għases tal-pulizija, distrett b'distrett?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li n-numru ta' vetturi fil-Korp tal-Pulizija li huma assenjati għall-użu tal-għases tal-pulizija, distrett b'distrett, huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "KORP TAL-PULIZIJA – KAROZZI ASSENJATI LIL FERGĦAT FIL-KORP", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi li huma assenjati lil diversi fergħat fil-Korp tal-Pulizija, fergħa b'fergħa?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li hemm 232 vettura u 92 mutur li huma assenjati lil diversi fergħat fil-Korp tal-Pulizija.", "KORP TAL-PULIZIJA - LISTA TA' DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders kollha li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li kien hemm 26 direct order li ngħataw mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018.", "Dawn id-direct orders kienu kollha approvati u flimkien jammontaw għal €868,344.", "Għal raġuni ta' sigurtà mhux possibbli li jingħataw aktar dettalji.", "KAŻIJIET TA' HATE CRIME", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet irrapportati ta' hate crime mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li t-tagħrif ġeneriku hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant sal-lum ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk ma jistax jingħata.", "Sadanittant jien infurmat li qed isir update tas-sistema mill-MITA.", "Barra minn hekk jidher li persuni tressqu taħt akkużi simili jew kumplimentari.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ HATE CRIMES", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti akkuzati b'hate crimes mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6950.", "KAŻIJIET TA' TRAFFIKAR TA' DROGI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' traffikar ta' drogi li nqabdu mill-Pulizija mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li bejn l-1 ta' Jannar 2018 u l-31 ta' Awwissu 2018 kien hemm 88 każ ta' traffikar ta' drogi li nqabdu mill-Pulizija.", "SPTAR MATER DEI – KOPJA TAL-FTEHIM DWAR IL-PARKEĠĠ PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-konċessjoni ġdida dwar il-parkeġġ pubbliku tal-Isptar Mater Dei?", "Interpellant li bħal ħafna kuntratti oħra ta' natura simili, il-kuntratt imsemmi minnu huwa ta' natura kummerċjali.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ TLAJJAR GĦALL-PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti dwar reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità twettaq ir-reat u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant tressqu l-Qorti 248 persuna li bejniethom kienu akkużati 895 darba fuq akkużi ta' tlajjar għall-iskop ta' tlajjar għall-prostituzzjoni.", "Minn dawn ġew imressqa l-Qorti 30 li kienu rġiel filwaqt li 218 li kienu nisa.", "229 minnhom kienu Maltin filwaqt li d-19 l-oħra kienu barranin.", "Waqt li hemm każijiet li għadhom pendenti (sub-judice) fil-każijiet l-oħra, il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, libertà kundizzjonata, multi u ċanfir u twiddib.", "Il-lokalitajiet fejn saru r-reati kienu l-Gżira, il-Marsa, l-Imsida, Raħal Ġdid, Tas-Sliema, Ta' Xbiex u Marsalforn Għawdex.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija miġbura fit-tabella ma' din it-tweġiba.", "*Ara tabella fl-aħħar tad-dokument", "KSUR TAL-ARTIKLU 2 TAL-ORDINANZA DWAR IL-QIRDA TAL-KUMMERĊ FIL-PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artiklu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ fejn persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna li għalqet l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artikolu 2 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).", "KSUR TAL-ARTIKLU 3 TAL-ORDINANZA DWAR IL-QIRDA TAL-KUMMERĊ FIL-PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artiklu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ fejn persuna tressqet il-Qorti akkużata li ġiegħlet persuna taħt l-età ta' 21 sena biex titlaq minn Malta jew biex tiġi Malta għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artiklu 3 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).", "KSUR TAL-ARTIKLU 5 TAL-ORDINANZA DWAR IL-QIRDA TAL-KUMMERĊ FIL-PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet persuna kontra r-rieda tagħha f'burdell jew f'lokal ieħor użat bi drawwa għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artiklu 5 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna, f'liema lokalità kien jinsab il-burdell jew il-lokal ieħor u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda persuna li tressqet il-Qorti akkużata li żammet persuna kontra r-rieda tagħha f'burdell jew f'lokal ieħor użat bi drawwa għal skop ta' prostituzzjoni bi ksur tal-artiklu 5 tal-Kap.", "63 tal-Liġijiet ta' Malta, fil-perjodu indikat.", "MANDATI MILL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA GĦAL TFITTIX FUQ PERSUNI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ġie mogħti mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-uffiċjal tal-Pulizija li permezz tiegħu awtorizzah ifittex il-persuna li kontra r-rieda tagħha ġiet miżmuma minn persuna oħra għal skopijiet immorali u dan skont dak li jipprovdi l-artiklu 6 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jindika s-sess u l-età tal-persuna li għaliha ġiet ordnata t-tfittxija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda mandat mogħti mill-Kummissarju tal-Pulizija lill-uffiċjal tal-Pulizija li permezz tiegħu awtorizzah ifittex il-persuna li kontra r-rieda tagħha ġiet miżmuma minn persuna oħra għal skopijiet immorali u dan skont dak li jipprovdi l-artiklu 6 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).", "CARERS INGAĠĠATI MAL-PRIVAT - KWALIFIKI", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka r-rekwiżiti jew kwalifiki mitluba u li jinħtieġ ikollhom il-carers ingaġġati mal-privat biex ikunu jistgħu jaħdmu ġewwa residenzi tal-gvern?", "Min hu responsabbli li jiżgura u jivverifika li dawn ir-rekwiżiti huma veri qabel it-tender jingħata lill-kuntrattur jew almenu qabel ma jaċċetta li carer tibda taħdem fi sptar jew residenza tal-anzjani?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, ir-rekwiżit tal-carers tal-kuntrattur, impjegati f'kuntratti tal-Gvern, huwa kors fil-caring b'Livell 3, il-minimu ta' kwalifikazzjoni, skont il-Qafas Malti ta' Kwalifikazzjoni.", "Il-verifikazzjoni tal-kwalifiki tal-carers issir mill-Head of Home waqt iż-żjara ta' orjentazzjoni tal-ħaddiem fil-Home rispettiva.", "Fil-każ tal-Faċilità fil-Kura fit-tul ta' San Vinċenz De Paul, jiġu aċċettati carers jekk ikollhom ċertifikat rikonoxxut mill-istituzzjonijiet hekk kif indikat fit-tender tas-servizz tal-carers.", "Qabel jibdew jaqdu dmirhom ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, il-carers jiġu intervistati mic-Chief Nursing Manager ta' SVP u jingħatalhom perjodu ta' orjentazzjoni, qabel ikunu ngaġġati bħala carers.", "CARERS BARRANIN LI JAĦDMU MAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-carers barranin li jaħdmu mal-anzjani kapaċi jitkellmu, jifhmu u jkomplu konverżazzjoni bil-Malti?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull residenza tal-Gvern?", "Dawn jingħataw taħriġ bażiku fil-lingwa Maltija qabel ma jibdew jaħdmu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-carers barranin li jaħdmu mal-anzjani huma mistennija li jkunu jafu jitkellmu tajjeb bil-lingwa Ingliża.", "Ma tinżammx informazzjoni ta' kemm hemm carers barranin jitkellmu, jifhmu u jkomplu konverżazzjoni bil-Malti f'kull residenza tal-Gvern.", "Il-carers barranin li jaħdmu fir-residenzi tal-Gvern huma mitluba li jkunu mħarrġa f'Malti bażiku skont kif mitlub fil-kuntratt.", "PERSUNI LI GĦANDHOM IS-SERVIZZ TAT-TELECARE", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tat-Telecare?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u x'inhu t-tul ta' stennija qabel ma jingħata s-servizz?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Intepellant li hemm 8,070 persuna li għandhom is-servizz tat-Telecare u m'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti.", "It-tul ta' stennija biex jiġi stallat is-servizz tat-Telecare huwa ta' madwar 15-il ġurnata.", "SERVIZZ TAL-MEALS ON WHEELS", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li jingħatalhom is-servizz tal-Meals on Wheels?", "Mil-liema naħat ta' Malta ġejjin?", "Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 1,064 persuna li jingħatalhom is-servizz tal-Meals on Wheels.", "M'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għal dan is-servizz.", "Dawn il-benefiċjarji ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:", "SERVIZZ TAL-HOME HELP", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-preżent hemm persuni li għandhom il-Home Help?", "Jista' jinforma lill-Kamra f'liema distretti elettorali jinsabu?", "Kemm hemm talbiet pendenti għal dan is-servizz u minn liema distretti ġejjin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz f'Għawdex ma jingħatax minn dan il-Ministeru.", "RIKOVERAZZJONI GĦAL PERSUNI TAĦT IS-60 SENA LI JGĦIXU WAĦEDHOM", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn tista' tiġi rikoverata persuna taħt is-60 sena li tkun tgħix waħedha, issofri minn mard kroniku u li ma jippermettilhiex li tibqa' tgħix b'mod indipendenti ġewwa darha?", "Kemm hi l-medja ta' stennija biex każi bħal dawn jiġu indirizzati b'mod urġenti meta l-qraba, għal raġuni ġenwina, ma jkunux aktar f'pożizzjoni li jduru bihom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-Residenza San Vinċenz de Paul bdiet it-tħejjijiet biex tagħmel ward speċjalizzata għal każi simili bħal dawk li qiegħda tirreferi għalihom.", "Fil-preżent persuna hekk, tista' tkun assistita b'servizzi diversi, offruti minn dipartimenti jew entitajiet tal-Ministeru, kemm direttament kif ukoll indirettament, permezz ta' ftehimiet li għandna fosthom ma' għaqdiet non-governattivi.", "Il-medja ta' stennija għas-servizzi offruti tiddependi minn diversi fatturi, fosthom il-livell ta' dipendenza tal-persuna minn fejn tiġi determinata l-urġenza tal-każ.", "INVESTIGAZZJONIJIET TAL-PULIZIJA DWAR PERSUNA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li dwarha hemm rapport tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni?", "Jista' jgħid jekk hemmx deċiżjoni definittiva dwar jekk il-persuna msemmija hux se titressaq il-Qorti jew le fuq akkużi ta' korruzzjoni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor.", "Interpellant qed ikompli jiġi attivament investigat mill-Iskwadra ta' kontra r-Reati Ekonomiċi tal-Pulizija.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU TAL-BORD MIĠJUB MALTA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar kienx fil-limitu tal-poteri tiegħu biex jordna li membru tal-Bord tal-Awtorità tinġieb Malta għall-vot dwar l-applikazzjoni PA/03807/17 magħruf bħala City Centre?", "Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-limitu finanzjarju li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità jista' jonfoq bla ħtieġa ta' awtorizzazzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar kien fil-limiti tal-poteri tiegħu.", "Il-limitu finanzjarju huwa ta' €10,000.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "Jien la kont informat u lanqas kelli sehem f'din id-deċizjoni.", "Kif diġà esprimejt fil-pubbliku, jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min ħatar lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-kariga tiegħu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar ġie maħtur skont il-liġi tal-istess Awtorità.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – DEĊIŻJONI BIEX MEMBRU TAL-ISTESS AWTORITÀ JINĠIEB MALTA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ttieħdet deċiżjoni biex membru tal-Awtorità tal-Ippjanar jinġieb minn barra għall-vot permezz ta' ajruplan privat bħalma ttieħdet fil-każ tal-applikazzjoni numru PA/03807/17?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din id-deċizjoni ttieħdet darba.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "Jien la kont informat u lanqas kelli sehem f'din id-deċizjoni.", "Kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU MIĠJUB MALTA - SPIŻA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti tal-kont imħallas sabiex membru tal-Awtorità tal-Ippjanar tinġieb minn barra għall-vot dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala City Centre?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "Jien la kont informat u lanqas kelli sehem f'din id-deċizjoni.", "Kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU MIĠJUB MALTA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ordni għal titjira permezz ta' ajruplan privat sabiex tinġieb minn barra membru tal-Awtorità għall-vot dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala City Centre, saritx permezz ta' talba għal kwotazzjonijiet jew permezz ta' direct order?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li proċess sar b'talba ta' direct order.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "Jien la kont informat u lanqas kelli sehem f'din id-deċizjoni.", "Kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Karti waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-lista qiegħda f'ordni numerika li tirrifletti l-ordni tal-persuni/kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onor. Interpellant.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-lista qiegħda f'ordni alfabetika li tirrifletti l-ordni tal-persuni/kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onor. Interpellant.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - AVUKATI U DITTI LEGALI – ĦLAS", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba mingħand l-Onor.", "Interpellant dwar is-servizzi mogħtija minn xi avukati u/jew d-ditti legali tagħhom mil-lista mogħtija separament tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-informazzjoni qed tingħata skont l-ordni tal-lista li ġiet provduta.", "Ninsab informat ukoll li minħabba li l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ġie fformat fl-2014 l-informazzjoni tad-dipartimenti li kienu jagħmlu parti minn ministeri oħrajn se tingħata minn dawk il-ministeri stess.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA- ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "CHRIS FEARNE: L-informazzjoni konċernata mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-lista qiegħda f'ordni alfabetika li tirrifletti l-ordni tal-persuni / kumpaniji kif ingħatat mill-istess Onor. Interpellant.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – ĦLAS LIL AVUKATI U DITTI LEGALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi murija fit-tabella hawn taħt.", "Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-mistoqsija parlamentari.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li f'ċerti żoni f'Malta, b'mod partikolari fis-Swieqi, is-servizz tal-Home Help lill-anzjani jinsab wieqaf filwaqt li l-anzjani qed ikunu informati wkoll li f'dik iż-żona l-kuntrattur jew waqaf jew inbidel jew jinsab understaffed?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "ANZJANI LI APPLIKAW GĦAS-SERVIZZ TAL-HOME HELP – WAITING LIST", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:", "a. Kemm hemm anzjani li applikaw għal Home Help u għadhom fil-waiting list u jgħid minn liema lokalità ġejjin; u", "b. kemm hemm anzjani li kien jingħatalhom is-servizz tal-Home Help u twaqqfilhom is-servizz u jgħid minn liema lokalità ġejjin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li f'ċerti żoni f'Malta b'mod partikolari fis-Swieqi, is-servizz tal-carer lill-anzjani jinsab wieqaf, filwaqt li l-anzjani qed ikunu informati wkoll li f'dik iż-żona l-kuntrattur jew waqaf, jew inbidel jew jinsab understaffed?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "ANZJANI LI APPLIKAW GĦAS-SERVIZZ TA' CARER – WAITING LIST", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid:", "a. Kemm hemm anzjani li applikaw għal carer u għadhom fil-waiting list u jgħid minn liema lokalità ġejjin; u", "b. kemm hemm anzjani li kien jingħatalhom is-servizz ta' carer u twaqqfilhom is-servizz u jgħid minn liema lokalità ġejjin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA - PSIKJATRA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31244 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz ta' psikjatra fl-emerġenza 24 siegħa kuljum jingħatax mill-Isptar Mater Dei jew le?", "Kemm hemm professjonisti oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz tal-psikjatrija jingħata mid-Dipartiment tal-Emerġenza 24 siegħa kuljum, kemm fl-emerġenzi tat-tfal kif ukoll tal-kbar.", "Apparti s-servizz ta' psikjatra fl-emerġenza tat-tfal, f'ħinijiet partikolari, ikun hemm ukoll servizz ta' nurse speċjalizzat.", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Adoloscent Day Programme u kemm huwa twil dan il-programm?", "X'għandu wieħed jagħmel sabiex jattendi għal dan il-programm?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Adolescent Day Programme fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, huwa programm immirat għal żgħażagħ ta` bejn il-15-il u t-18-il sena.", "Każijiet ta' żgħażagħ iżgħar fl-età ukoll jiġu kkonsidrati.", "L-għan tal-programm huwa li jilħaq żgħażagħ li minħabba ċirkostanzi diffiċli f`ħajjithom, jispiċċaw vittmi tas-soċjetà u saħansitra mwarrba mill-familjari, minħabba l-imġiba inaċċettabbli tagħhom.", "Dan il-programm huwa mfassal fuq perjodu ta' 16-il ġimgħa, fejn il-grupp ta' żgħażagħ li normalment ikun ta' madwar tmienja, jiltaqgħu erba' darbiet fil-ġimgħa għal madwar erba' sa ħames sigħat.", "Il-programm jikkonsisti f'sessjonijiet varji bħal, kif wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, kif jikkomunika mal-oħrajn, l-effetti u l-konsegwenzi ta' deċizjonijiet li wieħed jieħu kif ukoll informazzjonai dwar il-konsegwenzi li jġibu magħhom sustanzi li wieħed ikun qiegħed jabbuża minnhom.", "Issir ħidma maż-żgħażagħ biex jemmnu aktar fihom nfushom u fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom.", "Lejn l-aħħar tal-programm iż-żgħażagħ ikollhom esperjenza ta' madwar 15-il ġurnata mal-Forzi Armati ta` Malta, li flimkien mal-Aġenzija Appoġġ joffru sessjonijiet ta' taħriġ lil dawn iż-żgħażagħ.", "Kull professjonist, ġenitur jew adult, bil-permess tal-ġenituri, jista' jirreferi żgħażagħ għal dan il-programm, li fi tmiemu, iż-żghażagħ jiġu riferuti għal servizzi oħra, skont il-bżonn, kemm fi ħdan l-Aġenzija kif ukoll għal servizzi oħra offruti minn entitajiet oħra.", "PROĠETT INK", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fid-dettall fiex jikkonsisti l-Proġett INK u meta twaqqaf?", "Kemm-il sessjoni fih dan il-programm ta' taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b'diżabilità?", "Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti li għandhom diżabilità u qed jattendu dan il-kors ta' taħriġ?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-proġett INK (fil-qosor għal Inklużjoni), li tnieda f'Jannar 2018, huwa proġett kofinanzjat mill-UE, bil-għan li nippromwovu l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà u li jħejjijhom sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, permezz ta' taħriġ u esperjenzi pożittivi fuq il-post tax-xogħol.", "Dan il-proġett joffri taħriġ lil persuni b'diżabilità, lill-ġenituri tagħhom, lil min iħaddem u anke lil professjonisti fil-qasam tad-diżabilità.", "B'kollox il-proġett se jkun qiegħed jilħaq 'il fuq minn 1000 persuna: 300 persuna b'diżabilità, 300 employer, 300 ġenitur ta' persuni b'diżabilità u 150 professjonist kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Il-persuni b'diżabilità benefiċjarji ta' dan il-proġett se jkollhom tmien xhur ta' taħriġ, li jinkludi kemm taħriġ formali kif ukoll eperjenza fuq post tax-xogħol (placement).", "Il-proġett INK mhuwiex biss proġett li jimmerita s-sostenn tal-Aġenzija Sapport imma l-Aġenzija qiegħda taħdem b'kollaborazzjoni ma' msieħba oħra; kemm lokali, kif ukoll barranin.", "Dawn huma l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità bħala regolatur u l-organizzazzjoni Irlandiża, KARE.", "Matul it-tliet snin tal-proġett, huwa maħsub li madwar 80 parteċipant imorru l-Irlanda għal study visits fejn se jingħataw l-opportunità li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-imsieħba tal-proġett ġewwa l-Irlanda u b'hekk ninkoraġixxu peer learning.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-parteċipanti tal-proġett (il-persuni b'diżabilità) se jkunu qed jirċievu €86.20 fil-ġimgħa bħala stipendju, ladarba jattendu t-taħriġ li applikaw għalih.", "PROĠETT FIS-SAJF DWAR L-ASSENTEIŻMU", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett fis-sajf dwar l-assenteiżmu?", "Kemm kien hemm studenti li bbenefikaw minn dan il-proġett mogħti minn social workers f'dawn l-aħħar tliet snin?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sajf il-ħaddiema soċjali jippjanaw appuntamenti fl-uffiċċju ma' ġenituri ta' studenti tal-iskejjel primarji li kienu assenti mill-iskola għal aktar minn 20 jum mingħajr awtorizzazzjoni matul is-sena skolastika.", "Il-ġenituri ta' dawk l-istudenti li fallew 30 ġurnata b'kollox, inkluż il-jiem li kienu koperti biċ-ċertifikati mediċi, ġew ikkuntattjati wkoll.", "Prijorità tingħata lil dawk l-istudenti li fallew l-aktar u dawk li ma sarx kuntatt magħhom matul is-sena skolastika.", "Saru wkoll kuntatti ma' bosta studenti sekondarji li fallew aktar minn 25 jum mingħajr awtorizzazzjoni.", "Il-ġenituri/kustodji ta' dawn l-istudenti ġew informati permezz ta' ittra bl-appuntament tal-uffiċċju skedat mal-ħaddiema soċjali fl-iskejjel jew fl-uffiċini rispettivi.", "Meta l-ġenituri ma tfaċċawx u lanqas ma ntlaħqu bit-telefown, saru żjarat fid-djar mingħajr twissija.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jien informat li t-tagħrif mitlub qiegħed jiġi finalizzat min-National School Support Services fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li bħalissa jkun qiegħed jiġbor u jgħaqqad id-data tax-xhur tas-sajf.", "Dan it-tagħrif ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Informazzjoni Addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2296 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 145, l-Erbgħa 17 ta' Ottubru 2018)", "SERVIZZ TA' SPEĊJALISTI GĦAT-TFAL B'DIFFIKULTÀ FL-IMĠIBA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid fid-dettall fiex jikkonsisti s-servizz ta' speċjalisti għat-tfal b'diffikultà fl-imġiba?", "Kemm-il sessjoni jkollu kull student mal-professjonisti?", "Kemm kien hemm studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz matul il-ħames snin li għaddew?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispeċjalista tas-SEBD (Social, Emotional and Behavioural Difficulties) toffri s-sapport tagħha kemm lill-iskejjel primarji kif ukoll lil dawk sekondarji ma' studenti li għandhom diffikultajiet fl-imġiba emozzjonali u soċjali.", "Tagħti wkoll is-sapport lill-edukaturi li jaħdmu mal-istess student.", "L-ispeċjalista taħdem f'kollaborazzjoni ma' professjonisti oħra fi ħdan id-dipartiment, ma' aġenziji esterni oħra, kif ukoll mal-ġenituri/kustodji.", "L-istudent li jiġi riferut għal dan is-servizz ikun osservat mill-istess persuna fil-klassi u tagħti miżuri ta' prattika hands on lill-edukaturi tal-klassi sabiex tnaqqas l-imġiba mhix xierqa li jkun qed joħloq l-istess student.", "Hija tara bl-aħjar mod kif qed jiġi implimentat u b'liema mod qed jiġi effettiv il-programm ta' modifikazzjoni ta' mġiba u tevalwa l-eżitu tal-istess programm.", "In-numru ta' sessjonijiet jiddependi min-natura tal-każ.", "Informat li n-numru ta' studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz mis-sena skolastika 2014 sas-sena skolastika 2017-2018 kien ta' 98 student.", "KAWŻI L-QORTI RIGWARD LITIGAZZJONI TA' PROCUREMENTS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kawżi li nfetħu l-Qorti kontra l-Gvern jew awtoritajiet tiegħu li jirrigwardaw litigazzjoni dwar procurement ta' offerti għal kull sena 2014, 2015, 2016 u 2017?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-kawżi kollha msemmija?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li fil-Qrati ta' Malta u Għawdex ma tinżamm ebda statistika fir-rigward ta' kawżi li nfetħu kontra l-Gvern jew awtoritajiet tiegħu li jirrigwardaw litigazzjoni dwar procurement ta' offerti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu permessibbli ta' direct order miċ-Ċivil, minn awtoritajiet u minn Projects Malta?", "X'sistemi ta' proċedura dwar skrutinju u infurzar jeżistu fil-Ministeru għall-Finanzi biex il-limitu ma jinqabiżx?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-direct orders huma regolati mil-klawsola 103 tal-Public Procurement Regulations, u jiġu approvati mill-uffiċċju tad-direct orders fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – KONKLUŻJONI TA' INVESTIGAZZJONIJIET INTERNI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-eżitu u l-konklużjoni tal-investigazzjoni interna li saret mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta' swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "Jista' jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "GĦALLIEMA – CLASS ALLOWANCES", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għall-class allowance li l-Gvern ta bħala rikonoxximent lill-għalliema li ilhom 20 sena jgħallmu, filwaqt li din hija miżura ta' min ifaħħarha, il-ftehim ħalla barra lill-għalliema li għamlu snin jgħallmu bħala supply jew graduate supply.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex lest li jirrikonoxxi s-snin ta' tagħlim li għamlu l-għalliema li kienu supply jew graduate supply?", "Jekk iva, f'liema stadju wasal il-proċess u meta se jiġi rikonoxxut is-snin ta' servizz ta' dawn l-għalliema?", "EVARIST BARTOLO: Informat li l-class allowance li tirrikonoxxi lill-għalliema li ilhom 20 sena jgħallmu skont il-ftehim settorali hija għall-għalliema li jinsabu fi skala 7.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – FTEHIM FUQ ART TA' LUKANDA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ftehim milħuq mill-Awtorità tal-Artijiet dwar ksur fil-kondizzjonijiet ta' art tal-poplu mogħtija lil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal skopijiet turistiċi iżda li se tintuża bħala uffiċċini?", "Jista' jgħid x'inhi ċ-ċifra li kienet tħallset biex jinfeda ċ-ċens?", "Jista' jgħid x'inhi ċ-ċifra addizzjonali li se titħallas mil-lukanda biex tagħmel tajjeb għall-ksur tal-kuntratt?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jinsab skorrett meta jinsinwa li art tal-poplu ġiet mogħtija lill-propretarji tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatement.", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5289 li diġà saret f'dan ir-rigward, nerġa' ntenni li l-proprjetà ġiet mibjugħa lil terzi permezz ta' tliet atti pubbliċi separati fis-snin 1991, 1996 u 2000 rispettivament, kollha taħt amministrazzjonijiet iggvernati mill-Partit Nazzjonalista.", "Għaldaqsant ma tħallas l-ebda ċens/kera fuq l-art u għalhekk m'hemm l-ebda każ għal reviżjoni.", "Inserraħ moħħ l-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda ksur ta' kuntratti u li d-diskussjonijiet dwar emendi potenzjali tal-kuntratti tal-bejgħ, għadhom għaddejjin.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li l-Prim Ministru ħabbar cut-off date li mid-data tagħha l-karozzi importati jridu jkunu jaħdmu bl-elettriku bi skop li jonqos it-tniġġis tal-arja, jista' l-Ministru jgħid liema hi dik is-sena?", "IAN BORG: Ta' min jirrimarka lill-Onor.", "Interpellant li l-Kumitat inter-ministerjali ġie mwaqqaf mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Ta' min jirrimarka wkoll li l-Kumitat rispettiv ħatar servizzi ta' konsulenza permezz ta' sejħa għall-offerta pubblika biex jassistih.", "Il-kumpanija rispettiva li ġiet identifikata biex tassisti lill-kumitat diġà bdiet ix-xogħol tagħha.", "Il-Kumitat ħass li għandu jirrikorri għal din it-tip ta' konsulenza minħabba l-importanza ta' din id-data u l-impatt li eventwali tali data tista tħalli fuq l-ekonomija tal-pajjiz inkluż;", "i. is-settur rispettiv (importazzjoni u reġistrazzjoni ta' vetturi);", "ii. l-impatt fuq żieda fid-domanda għall-elettriku li tħalli bidla se ġġib magħha;", "iii. l-impatt fuq il-finanzi tal-Gvern;", "iv. l-impatt soċjali, loġistiku u ta' ppjanar;", "v. sfidi dwar infrastruttura rispettiva;", "vi. il-miri Nazzjonali u Ewropej;", "vii. il-miri ambjentali li Malta trid tilħaq kemm preżentement kif ukoll fil-futur qrib; u", "viii. teknoloġija alternattiva apparti vetturi elettrici konvenzjonali.", "*Tabella relatata mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7030"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181009_142d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 10 ta' Ottubru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total tal-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta?", "Kif qed jiġi trasportat bħalissa?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern għandu xi pjanijiet biex in-nature reserves ikollhom rangers b'poteri eżekuttivi kif għandhom diversi pajjiżi barranin qrib tagħna?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' hazardous waste li kellna sena b'sena mis-sena 2004 sal-lum?", "Fejn qed jiġi maħżun?", "Dan qed isir f'xi landfill?", "Għandna hazardous waste landfills kif jitolbu d-direttivi tal-EU?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħawwla siġar mill-Ministeru tiegħu, u jgħid x'persentaġġ minnhom ġew importati minn barra minn Malta u x'persentaġġ tnisslu minn siġar lokali?", "Jista' jgħid ukoll xi spiża saret biex ġew impurtati dawn is-siġar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm database kif suppost u reġistru tas-sorsi ta' hazardous waste kif ukoll dwar x'tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa?", "Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jinżamm il-hazardous waste llum?", "X'persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess azjendi li jipproduċuh?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6260 u 6110 u peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6261 u 6111 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett imħabbar minnha f'Jannar li għadda u li kien ukoll imħabbar fl-aħħar baġit li kellu jiswa madwar €4 miljun ġewwa l-Port tal-Mġarr għas-sajjieda Għawdxin?", "Tista' tgħid jekk it-tenders għal dan il-proġett ħarġux u ġewx awarded?", "Jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux u meta hu ppjanat li joħorġu t-tenders u jibda x-xogħol infrastrutturali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex appelli mid-deċiżjonijiet tad-Direttur għas-Sigurtà Soċjali li jsiru minn persuni residenti f'Għawdex, ma jinstemgħux f'Għawdex?", "Jista' jikkunsidra li dawn l-appelli jibdew jinstemgħu f'Għawdex aktar u aktar meta ħafna minn dawk li jappellaw huma persuni li jkunu qed jiffaċċjaw ċertu problemi u b'hekk jiġi evitat skariġġ u tbatija bla bżonn għal dawn il-persuni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk max-xogħol li qed issir bħalissa fit-tieni parti ta' Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex humiex se jsiru l-affarijiet kollha bl-ammonti kollha mniżżla fil-Bill of Quantities bħal:", "d. bini tal-bankini?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni, u min ħa d-deċiżjoni u assuma r-responsabilità ta' dan kollu biex ma jsirux?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret, ma' min saret u meta saret dwar ir-rilokazzjoni għall-post ieħor tal-poliklinika tar-Rabat, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex issir din ir-rilokazzjoni u jekk iva meta saret u meta ħarġu l-permessi meħtieġa?", "Jista' jagħti n-numru ta' din l-applikazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fejn sar xogħol ta' major patching bil-hot asphalt ġewwa Għawdex mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?", "Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet?", "Tista' tgħid fejn hemm ippjanati li jsiru interventi ta' major patching ġewwa Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin (sal-aħħar tas-sena)?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tiżdied il-frekwenza tal-bus bejn Marsalforn u r-Rabat Għawdex kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf u dan peress li l-popolazzjoni ta' Marsalforn qed kulma jmur tiżdied u ħafna drabi qed tħalli n-nies l-art?", "Jista' jgħid hux possibbli li f'ċertu ħinijiet l-istess bus fuq ir-rotta ta' Marsalforn tibqa' dieħla sax-Xwejni?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti jistennew akkomodazzjoni alternattiva sal-lum?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid mil-liema kategoriji ġejjin l-applikanti li qegħdin quddiem l-Awtorità tad-Djar?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti jistennew post alternattiv mil-lokalitajiet ta' Bormla, l-Isla, Birgu, Kalkara, Xgħajra, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, il-Mosta, Ħ'Attard, Burmarrad u l-Imdina?", "Mil-liema kategorija ġejjin?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Ministeru fejn jidħlu djar battala?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'politika qed juża għal dik il-kategorija ta' familji li jgħixu f'postijiet delipidati (sub standard) biex jieħdu post alternattiv?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie elett dan il-Gvern f'din il-Leġiżlatura, kemm tqassmu postijiet alternattivi?", "Mil-liema kategorija ġew u mil-liema lokalitajiet?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid liema siġar indiġeni u arkeofati qed jiġu protetti mill-Ministeru u l-Awtorità tal-Ambjent u jista' jindika x'passi effettivi ttieħdu għal dan il-għan?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin f'Santa Luċija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin f'Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Spanjola li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba' snin?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bi traffikar ta' droga mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrapportat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrappurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrappurtat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrapurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f'kemm-il każ il-Qrati ta' pajjiżna ordnaw li minuri jiġi kkunsinnat lill-ġenituri jew axxendenti oħra tiegħu jew lit-tutur tiegħu b'ordni biex jieħdu ħsieb l-edukazzjoni tiegħu u joqogħdu attenti għall-kondotta tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (3) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jindika s-sess u l-età tal-minuri li dwaru saret l-ordni mill-Qrati ta' pajjiżna?", "Jista' jgħid f'kemm il-każ ġew imposti l-penali msemmija fl-artikolu 35 (3) tal-Kodiċi Kriminali?", "Jista' jgħid f'kemm-il każ il-Qorti ordnat li l-minuri għandu jiġi miżmum f'istitut ta' edukazzjoni jew post ieħor minħabba li l-istess minuri ma kellux ġenituri, axxendenti jew tutur?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li għexet minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta' persuni oħra bi ksur tal-artikolu 7 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet jew eżerċitat jew kellha sehem ma' oħrajn fl-eżerċizzju ta' burdell jew ta' dar, ħanut jew lok ieħor għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jgħid f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar, ħwienet jew lok ieħor?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu jew ħadet sehem mill-qligħ ta' vettura wżata għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Kamra kemm preżentement hi l-waiting list għal appuntament ġdid għal kull speċjalità fil-Kirurġija u fil-Mediċina?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk kienx kemm pazjenti Maltin u residenti f'Malta, li għażlu minn rajhom li jieħdu kura jew jagħmlu operazzjoni ġewwa pajjiż Ewropew ieħor minħabba li l-waiting lists lokali kienu itwal milli tippermetti l-Unjoni Ewropea?", "Jekk fl-affermattiv, jista jinforma għal liema intervent marru u kemm kienet l-ispiża għall-Gvern?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-Ħadd, 9 ta' Settembru 2018, bejn is-sitta u t-tmienja u nofs ta' filgħaxija, is-sistema tat-telefon fir-Residenza San Vinċenz de Paul kienet totalment mhux qed tiffunzjona, bil-konsegwenza li ma setgħux jidħlu telefonati għand it-telephone operators u dan wassal biex, fost oħrajn, ma kienx possibbli li jissejjaħ it-tabib fil-każi fejn pazjenti kellhom bżonnu u għalhekk lis-staff tas-swali kellhom imorru jfittxu huma lit-tabib?", "Jekk dan huwa l-każ, x'kien li wassal għal dan it-tul kollu ta' ħin mingħajr servizz daqstant essenzjali f'post bħar-Residenza San Vinċenz de Paul li barra li jservi ta' sptar iservi wkoll ta' residenza?", "Kien hemm xi ħadd responsabbli on duty matul dak il-ħin, biex jieħu ħsieb dan l-inċident ta' din ix-xorta ġewwa r-Residenza?", "X'kienet ir-raġuni għal dan in-nuqqas totali ta' ffunzjonar tas-sistema tat-telefon?", "Barra minn hekk, kien tul ta' ħin raġonevoli dak ta' sagħtejn u nofs biex is-sistema terġa' tiġi lura għan-normal?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li minn din is-sena bdew jużaw is-servizz ta' trasport b'xejn għall-iskejjel:", "a. tal-Knisja; u", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża addizzjonali biex ġie provdut is-servizz ta' trasport b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid kemm hemm vannijiet u/jew vetturi addizzjonali li qed jintużaw biex jingħata s-servizz ta' trasport b'xejn lill-istudenti tal-iSkejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux rapporti li tfal li jattendu fl-iSkejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti mhux qed jinqdew mis-sistema l-ġdida ta' trasport b'xejn għall-istudenti, fis-sens li t-trasport qed regolarment jiġborhom tard mid-dar u jwassalhom regolarment tard l-iskola?", "Jista' jgħid x'azzjoni ħa dwar dawn l-ilmenti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid jekk hux qed jiġi provdut servizz ta' superviżjoni fuq is-servizz ta' trasport b'xejn għall-istudenti tal-iSkejjel tal-Knisja u Indipendenti u jekk le, għaliex?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li l-Prim Ministru ħabbar li fi żmien 15-il sena, it-trasport pubbliku madwar Malta u Għawdex se jkun b'xejn, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru biex Trasport Malta waslet għas-sena 2033?", "X'inhuma r-raġunijiet li ntgħażlet din is-sena?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Peress li l-evalwazzjoni tat-tender tal-Paola Health Hub li hu smat li se jiswa €26 miljun twaqqfu minħabba interessi pekunarji minn membri fil-bord tal-evalwazzjoni u għażla tal-offerti u twaqqaf bord ġdid, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-eżitu ta' dan il-bord?", "Min intgħażel?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Peress li l-proġett ta' Paola Health Hub ilu deċiż li jitwettaq minn 2013, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta għandu jitlesta dan il-proġett?", "Jista' jgħid min-nefqa ta' €26miljun, kemm se jinħarġu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-PA/02557/17 fl-Għarb Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet biex din l-art pubblika tingħata lill-kunsill lokali jew xi terzi?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-PA/02557/17 fl-Għarb Għawdex, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-termini tal-PPP li qed jitħejja mill-kunsill ma' terzi, biex dan il-proġett iseħħ?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6618 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'tip ta' għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Mejju 2018?", "Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "9 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' Ottubru, 2018 fl-4:30pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Preżentazzjoni mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar ir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2016.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-4:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni mal-Kummissarju gћall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali dwar ir-Rapport Annwali 2017.", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-5.00pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 58 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 51 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "9 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181010_143a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 142, li saret fid-9 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "DEĊIŻJONI TAS-SEDJA", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Se nagħti ruling.", "Waqt is-Seduta Parlamentari 142 tat-Tlieta, 9 ta' Ottubru 2018, minnufih wara l-ħin tal-mistoqsijiet u fil-ħin tal-mozzjonijiet, l-Onor Simon Busuttil talab lis-Sedja sabiex tagħti ruling.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, biex inkunu ċari, jien qed nitlob ruling mingħandek sabiex titlob lill-Prim Minsitru jiġi lura fil-Kamra ħalli jissostanzja l-kliem li qal fil-konfront tiegħi, li jien niċħad kategorikament.", "Jew jissostanzjah jew jirtirah minnufih.", "Nixtieq nitlob ruling f'dan is-sens mingħandek.\"", "Hawnhekk is-Sedja informat lill-Kamra li:", "\"ID-DEPUTY SPEAKER: Din it-talba s-Sedja qed tieħu nota tagħha u se tagħti r-ruling in due course.\".", "Fil-konsiderazzjoni tagħha s-Sedja għamlet referenza għall-Ordni Permanenti 60 u 61, li jgħidu hekk:", "Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru.", "Kull membru li jkun uża kliem oġġezzjonabbli u li ma jirtirax l-istess, jew ma joffrix apoloġija għall-użu tagħhom, għas-sodisfazzjon tal-Kamra, għandu jiġi ċċensurat jew trattat xort'oħra, kif il-Kamra jidhrilha xieraq, u kull membru msejjaħ għall-ordni għandu joqgħod bilqiegħda kemm-il darba ma jitħalliex jispjega ruħu.", "Is-Sedja tinnota li filwaqt li parti mit-talba tal-Onor Busuttil ġiet eżawrita meta l-Prim Ministru reġa' lura fil-Kamra biex jissostanzja l-argumenti tiegħu, tinnota wkoll li fl-interventi tiegħu il-Prim Ministru rtira kliem li l-Onor.", "Busuttil seta' ħass li huwa offensiv u oġġezzjonabbli fil-konfront tiegħu.", "Fid-dawl ta' dan, is-Sedja qiegħda tikkonsidra li l-każ huwa magħluq u li dan ir-ruling li qiegħda tagħti s-Sedja għandu jkun suffiċjenti bħala rimedju fih innifsu.", "Is-Sedja tinnota wkoll li waqt il-battibekk li kien għaddej ilbieraħ ingħad kliem miż-żewġ naħat tal-Kamra li jista' jitqies li mhux xieraq u li ma jirrispettax id-dinjità ta' membri tal-Kamra.", "Is-Sedja qiegħda għalhekk terġa' tagħmel appell sinċier sabiex il-membri juru rispett lejn xulxin, għaliex, wara kollox, nuqqas ta' rispett lejn membru tal-Kamra jikkwalifika bħala nuqqas ta' rispett lejn l-Istituzzjoni tal-Parlament u wkoll lejn il-pubbliku Malti li llum isegwi bi ħġaru d-dibattiti parlamentari u jara l-mod kif ir-rappreżentanti tiegħu jkunu qed jippreżentaw l-argument tagħhom fil-Kamra.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, bil-permess tal-Kamra nixtieq nagħmel kjarfika.", "Jien innotajt it-traskrizzjonijiet tal-bieraħ u naf li ovvjament ma nistgħux nemendaw it-traskrizzjonijiet għax huma fidili għal dak li jkun intqal.", "Però, għall-korrettezza, anke biex toħroġ mit-traskrizzjonijiet tal-lum u tidher fil-Minuti, irrid ngħid li jien ilbieraħ għedt li xi ħadd iffalsifika l-firma ta' marti.", "Dak il-ħin, li ridt ngħid, u hawnhekk irrid nivverbalizzah, huwa li saret falsifikazzjoni ta' firem fil-konfront tal-każ fejn kienet involuta allegatament marti.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja qed tieħu nota.", "Ngħaddu għall-mistoqsijiet parlamentari.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "TOTAL TA' SKART MIĠBUR MINN GĦAWDEX", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total tal-iskart li jinġabar minn Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat għal Malta?", "Kif qed jiġi trasportat bħalissa?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-total ta' skart li jinġabar f'Tal-Kus Għawdex fis-sena u li jiġi trasportat lejn jew mibjugħ Malta huwa dak ta' madwar 16,000 tunnellata fis-sena, jiġifieri madwar 10% tat-total.", "Fil-preżent l-borża sewda (MSW), l-iskart organiku (borża bajda), u materjal ieħor simili qiegħed jiġi trasportat lejn Malta permezz ta' containers speċjali \"hermetically sealed\", li jkunu siġillati, filwaqt li materjal bħal injam, tyres u oħrajn simili qed jiġu trasportati b'open top containers, jiġfieri containers li jkunu miftuħin min-naħa ta' fuq.", "Il-borża tal-iskart riċiklabbli tiġi proċessata fil-faċilità tal-Kus, fejn jigi separat il-materjal, li jiġi mballat u preparat biex jinbiegħ.", "Il-parti l-kbira ta' dan il-materjal mballat jinġabar dirett mill-facilità f'Tal-Kus u ġieli jkun hemm materjal imballat li jitwassal Malta fil-faċilità tal-Wasteserv minn fejn jiġi miġbur mill-klijent.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, fl-aħħar xhur f'Malta kien għaddej proġett pilota dwar l-iskart organiku, fejn dan l-iskart kien jinġabar minn diversi lokalitajiet biss, filwaqt li f'oħrajn ma kienx qed jinġabar.", "Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ħabbar li mill-31 ta' Ottubru dan il-proġett ma jibqax proġett pilota, imma xi ħaġa li ssir f'kull lokalità f'Malta u Għawdex.", "Tħabbar ukoll li se jitqassmu xi kontenituri għal dan l-iskart organiku.", "Jista' l-Ministru jgħidilna fiex wasal dan il-proġett?", "Fiex se jkun qed jikkonsisti?", "Jista' jispjega x'jista' jintefa' bħala skart organiku biex b'hekk l-iskart ikun separat kif jixraq?", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, nibda billi nispjega u nfakkar li bħalissa l-Ministeru tiegħi qiegħed jittratta bi prijorità assoluta l-kwestjoni lejn il-mixja ta' ekonomija ċirkolari biex inkunu nistgħu nilħqu l-miri imposti fuqna mill-Unjoni Ewropea.", "Naturalment, biex isir dan irridu nitgħallmu iktar nisseparaw l-iskart.", "Jekk ma nisseparawx l-iskart, il-miri li għandna previsti u l-viżjoni tagħna li ndawru pajjiżna bħala pajjiż li jħaddem l-ekonomija ċirkolari ma jkunx jista' jsir realtà.", "L-iktar skart li hemm bżonn li jiġi riċiklat u li jista' faċilment u li fil-passat ma konniex nirriċiklaw kien appuntu l-iskart organiku.", "Kien għalhekk li xi snin ilu bdejna proġett pilota biex nibdew nisseparaw l-iskart organiku.", "Fis-sena ta' wara l-Ministeru ġew ivvotati għalih iktar flus, u allura wessajna l-proġett pilota b'tali mod li llum għandek numru ta' kunsilli lokali li qegħdin fl-iskema li jisseparaw l-iskart ograniku, u għandna Għawdex kollu li jissepara l-iskart organiku.", "Però dan mhuwiex biżżejjed, għax hemm 45 lokalità oħra li mhumiex involuti f'din l-iskema.", "Se ngħid għaliex huwa importanti li wieħed jissepara l-iskart organiku.", "Meta inti tissepara l-iskart organiku, l-ewwel nett minnu stess tista' tipproduċi l-gass li fil-fatt, diġà qed jiġi proċessat.", "Però jekk tħallat l-iskart organiku, inti tista' tipproduċi gass li jibqa' jkun refuse derived fuel (RDF), u allura jew jintefa' fil-miżbla jew inkella meta jkollna inċineratur, jinħaraq f'inċineratur.", "Iżda jekk inti tisseparah u jkun nadif, inti tista' tieħu l-gass minnu, u anke tibdel dan l-iskart organiku f'kompost u tużah biex tagħmel ceiling fuq il-miżbliet, u allura bil-mod il-mod tibda tirriabilita wkoll żoni bħall-Magħtab.", "Dik hija l-viżjoni tagħna.", "Il-preparamenti bdew u għaddejjin b'ritmu mgħaġġel.", "L-idea hija li kull dar ikollha l-mezzi neċessarji sabiex tkun tista' tissepara l-iskart organiku.", "Fil-fatt, id-distributur diġà dar ir-residenti f'iktar minn nofs il-45 lokalità, li mill-31 ta' Ottubru se jkunu msejħa jipparteċipaw fil-ġbir tal-iskart organiku mal-kumplament ta' Malta u Għawdex.", "Id-deadline tagħna huwa t-31 ta' Ottubru, u sa dakinhar jekk ikun hemm bżonn inżidu xi ħaġa fl-iskeda se nżiduha.", "Ma għamilnihiex s'issa għax bħalissa s-sistema għadha ma daħlitx fis-seħħ, però qabel ma tidħol fis-sistema se jkollna dik l-emenda żgħira fl-iskeda.", "Qed induru dar dar, imma min ma jkunx hemm ikun jista' jiritra dan il-kontenitur mill-kunsill lokali u anke mill-Ministeru nnifsu.", "Kull residenza qed tirċievi kontenitur ta' seba' litri li għandu jitpoġġa fuq il-bank tal-kċina flimkien ma' boroż kompostibbli.", "Il-boroż ma jkunux tal-plastik, imma jkunu degredabbli u kompostibbli.", "Imbagħad se jkollhom ukoll fuljett informattiv ta' kif wieħed għandu jissepara l-iskart, bin-numri tat-telefon fejn wieħed jista' jċempel għal iktar informazzjoni jekk ikollu xi diffikultajiet.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, issa għaddew ftit ġimgħat minn mindu sar il-ħruq fil-Magħtab.", "Huwa tajjeb li nitkellmu fuq il-pjanijiet tal-futur tal-iskart, però naħseb li l-poplu jixtieq ikun jaf eżattament x'ġara.", "X'jirriżulta lill-Ministru mill-istudju li sar dwar x'seta' kkawża dan il-ħruq?", "Naħseb li huwa tajjeb li tingħata tweġiba f'dan is-sens għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.", "U x'inhuma l-pjanijiet biex dak li ġara ma jerġax isir, għax din kienet it-tieni darba?", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, peress li huwa fatt magħruf li parti mill-materjal li jinżamm ġewwa dik iż-żona tal-Magħtab huwa inflammable u fin-natura tiegħu jista' jieħu n-nar, id-diriġenti tal-Wasteserv ħadu nota ta' din il-problema u ħadu l-miżuri li kien hemm bżonn isiru.", "Fosthom, tħaffret riserva kbira ta' ilma biex jekk ikun hemm ħruq, ikollok l-ilma.", "Apparti dan, fejn sar il-ħruq hija żona appartata mill-miżbla proprja, għax jekk tagħmilha ħdejn il-miżbla proprja u taqbad, jaqbadlek kull ma hemm.", "Lil hinn mill-makkinarju, li qamilna ħafna flus biex nagħmluh, għandna depot fejn naħżnu ċertu materjal, bħall-RDF, li jkun hemmhekk biex jiġi esportat.", "Bħalissa parti minnu tmur ġol-miżbla u parti minnu tiġi esportata.", "Ftit minn dak esportat jiġi riċiklat, u allura jġib xi flus, u ftit minnu jiġi esportat bħala RDF.", "Fil-futur dan id-depot ta' fejn jinħażen dan il-materjal, li qiegħed hemm biex jiġi esportat, jibda jiġi inċinerat u jipproduċi l-elettriku, però bħalissa qed naħżnuh hemmhekk.", "Fih innifsu dan huwa inflammable, u għaldaqstant mhux qed neskludi li 'l hawn u 'l hemm ma jkollokx xi inċident ieħor, għax qabel ma jkollok metodu kif tiddisponi minn dan il-materjal b'mod spedit, inti dejjem għandek dan l-element ta' riskju.", "Fir-rigward tal-aħħar ħruq, dan ġie kontenut fi ftit sigħat, għaliex hemm in-nies esperti li jaħdmu fl-aspett ta' sigurtà fi ħdan il-Wasteserv.", "Kellna koperazzjoni sħiħa mill-aġenziji governattivi li jieħdu ħsieb it-tifi tan-nar u fi ftit sigħat inrexxielna nikkontjenu dan il-ħruq b'tali mod li ħsara fuq l-apparat tal-Wasteserv ma kellniex.", "Kif ħassejt li għandi nagħmel, jien tlabt li ssir inkjesta bil-maġistrat, però meta l-Maġistrat ħadet konjizzjoni tal-inċident kif inhuwa u tkellmet b'mod prima facie mal-esperti, deherilha li ma kienx hemm negliġenza kolpuża, u lanqas ma kien hemm neġliġenza doluża.", "Allura, la ma kienx hemm la ħaġa u lanqas l-oħra, ħasset li ma kellhiex għalfejn tikkonduċi inkjesta.", "Jien xorta waħda nħoss li kien ikun ideali anke jekk sempliċement isir verbal u jiġi rimarkat u nnotat f'dan il-proċess li rriżulta hekk sal-livell tal-prima facie u adixxejt ukoll l-Avukat Ġenerali, għax jien ma nistax nikkomunika direttament mal-Maġistrat.", "Xorta waħda l-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Marcelline Farugia, deherilha li ma kellhiex għalfejn tikkonduċi inkjesta.", "Jien ma waqaftx hemm u allura iddeċidejt li nikkonduċi inkjesta ministerjali bil-poteri li tagħtini l-liġi.", "Għaldaqstant ħtart inkjesta ministerjali, li bħalissa hija għaddejja, biex żgur inkun naf li ma kien hemm xejn irregolari.", "Meta aħna nimxu 'l quddiem u nirrealizzaw il-viżjoni li għandna, fejn eventwalment ikollna inċineratur, ovvjament dan id-depot u dan il-materjal kollu ma jibqax hekk.", "Il-materjal jiżdied għaliex mhux daqshekk faċli tesporta.", "Fil-passat kien iktar faċli li tesporta, imma llum għandek bżonn il-permessi, mhux biss fuq livell Ewropew, imma anke fuq livell internazzjonali, u allura teħel.", "Qabel kien ikun faċli għalina li nesportaw il-plastik, anke maħmuġ, u konna nesportawh lejn iċ-Ċina, imma llum għandek problemi kbar biex tesporta lejn iċ-Ċina.", "Dan l-aħħar esportajna lejn il-Portugall u minflok ma l-permessi ħarġu fi ftit ġimgħat, domna x-xhur nistennew biex ikollna l-permessi biex nesportaw.", "Ovvjament jekk inti ddum ix-xhur biex tesporta, mhux minħabba traskuraġni imma minħabba l-permessi, il-munzell se jiżdied dejjem iktar, u iktar ma jiżdied iktar se jkollok il-periklu li jkollok ħruq.", "Jekk ikollok inċineratur, dan huwa l-feed għal inċineratur, jiġifieri mhux se jkollok dik il-ħażna, u għalhekk il-periklu li jkollok ħruq dejjem jiġi minimizzat.", "Aħna umani u mgħallmin li dejjem nistgħu nimminimizzaw il-periklu u dejjem insaħħu l-aspett ta' sigurtà, però qatt ma tista' teskludi xi inċident doluż, imma dejjem tista' timminimizza.", "Aħna mexjin lejn dik id-direzzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, iktar tard dan ix-xahar, jekk qed nifhem sew, il-pajjiż kollu se jibda jissepara f'borża ġdida għall-iskart organiku.", "Fil-ħames snin li għamilt fil-Kunsill Lokali tal-Mosta ħafna nies kien ikollhom problema anke biex sempliċement jisseparaw bejn il-borża s-sewda u l-griża, jew għax ma jiftakrux jew għax ma jaddattawx ruħhom.", "Il-Ministru jaħseb li l-poplu huwa preparat biżżejjed biex nibdew din it-tip ta' separazzjoni?", "X'kampanja edukattiva qed tippjanaw biex il-poplu jkun lest għaliha?", "JOSÈ HERRERA: Jekk il-poplu hux mija fil-mija preparat jien nistqarr li mija fil-mija mhux se jkun preparat, u se jkollna wkoll ftit teething trouble fil-bidu.", "Irrid inkun ċar li hija mossa kuraġġuża u awdaċi li qed nagħmlu, però kellha ssir u rrid ngħid ukoll li l-Avviż Legali li ppubblikajna jgħid li s-separazzjoni tal-iskart issa mhux se ssir biss b'mod volontarju jew hija biss xewqa, politika u stqarrija tal-Gvern, imma se tkun tassattiva li dak li jkun jissepara l-iskart.", "Għaldaqstant inti se jkollok il-korrispettiv ta' penali jekk ma taderixxix mal-liġi.", "Aħna m'aħniex qegħdin hemm bil-frosta biex insawtu lin-nies biex jaderixxu mal-liġi.", "Il-pieni huma moderati, ħlief jekk tippersisti u tkun riċediv, u qabel ma wieħed jibda jinforza bil-goff irid jagħti l-ispazju u l-ħin sakemm dak li jkun jitgħallem u jidra s-sistema.", "Paripassu mal-qafas leġiżlattiv li għandna, ovvjament bdejna numru ta' kampanji.", "F'dan ix-xahar ta' Ottubru, pereżempju, għaddejja kampanja intensiva komunikattiva sabiex tinforma lill-pubbliku inġenerali meta se jibda jsir dan il-ġbir ta' skart organiku separat u x'għandu jintrema fil-kontenitur u boroż provduti apposta.", "Ħafna nies mhux għax ma jkunux iridu jobdu l-liġi, imma għax jitfixklu u ma jkunux jafu eżatt x'inhuwa skart organiku u le.", "Allura matul dan ix-xahar għaddejja din il-kampanja komunikattiva.", "Dawn il-messaġġi qed jgħaddu permezz ta' kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali kollha kkonċernati, u hawn irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, il-Ministeru tiegħu u s-sindki b'mod partikolari, li kollha qed juru ċertu entjużjażmu biex jikkoperaw mal-Ministeru tiegħi f'dan ir-rigward.", "Qed isir reklamar fuq in-naħa ta' wara ta' 30 karozza tal-linja fuq rotot f'Malta u qed isir reklamar ukoll fuq billboards, radju, televiżjoni, midja soċjali, ġurnali u rivisti.", "Qed issir ukoll komunikazzjoni tal-iskeda ġdida tal-ġbir lir-residenti f'kull lokalità u qed tingħata informazzjoni edukattiva minn ħaddiema mħarrġa tal-Wasteserv.", "Dawn qed iwasslu l-messaġġ tagħhom fuq ir-radju, fejn qed jiġu mistiedna, jew qed inħallsu għal reklami, u qed jidhru wkoll fuq diversi programmi televiżivi biex jispjegaw.", "Qed jiġu organizzati wkoll diversi avvenimenti f'lokalitajiet biex nipprovaw inwasslu messaġġ, kif ukoll fil-kampanja Don't Waste Waste, li hija kampanja separata u ilha għaddejja s-snin.", "Meta mmorru fl-iskejjel ukoll qed ngħallmu lill-istudenti x'għandu bżonn isir biex aħna jkollna din l-iskema taħdem b'mod effiċjenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Waħda mill-wegħdiet elettorali tal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali kienet li jkun hemm it-tħawwil ta' siġra għal kull wild ġdid.", "Niftakar ukoll li kienet ukoll titħawwel siġra tal-maħbubin meta jkun hawn żwieġ, iżda m'iniex ċert jekk hux koppji barranin biss li jiżżewġu f'Malta, imma kienet issir ġewwa Delimara.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal dan il-proċess?", "X'inhuma l-pjanijiet 'il quddiem?", "JOSÈ HERRERA: Attwalment irriżultali li Maltin twieldu ftit iktar minn 3,500 din is-sena, però hemm ukoll persentaġġ qawwi ieħor, li qed joqrob l-ammont ta' Maltin li qed jitwieldu, li huma barranin.", "Però, anke jekk neħduhom kollha f'daqqa, ħawwilna iktar siġar minn hekk.", "U se ngħid x'għandi f'moħħi li nagħmel iktar 'il quddiem.", "Din is-siġra, minkejja l-kritika li ġiet indirizzata lejja personalment, ġustament, għax jien responsabbli għall-ambjent, u għalhekk inkun minn tal-ewwel fil-mira ta' kritika f'dan is-sens, naturalment wieħed irid jihem li peress li dħalna għal proġetti massiċċi ta' toroq infrastratturali, li kienu assolutament neċessarji għax kien se jkollna bottleneck u t-traffiku f'Malta kien se jieqaf, kellek ftit żoni fejn is-siġar u l-arbuxelli kellhom jitneħħew.", "Ovvjament, meta jitneħħew l-arbuxelli u s-siġar issir kritika, u jien nieħu gost li ssir din il-kritika għax turi li n-nies f'Malta huma emanċipati f'aspetti tal-ambjent u li n-nies f'Malta qed jagħtu prijorità lill-ambjent, kif jagħtu f'pajjiżi oħrajn, u allura din it-tip ta' kritika jien nilqagħha b'mod pożittiv, anke jekk issir fil-konfront tiegħi.", "Però, naturalment, it-toroq kellhom jitwessgħu.", "Ma tistax tilmenta u tgorr li t-traffiku jispiċċa ġġammajt f'bottleneck fejn fi ftit snin oħra ma nkunux nistgħu niċċaqilqu, imbagħad jekk aħna nwessgħu t-toroq issir il-kritika għax twessgħu t-toroq!", "Dik għalija hija kritika kontradittorja!", "Però, jekk inti tara l-ammont ta' siġar li nqalgħu u l-ammont li tħawlu, lanqas hemm paragun.", "Jiġifieri ħawwilna siġar bil-wisq iżjed milli tneħħew u bil-wisq iżjed tħawlu arbuxelli milli tneħħew!", "Fil-fatt, qed nieħu gost bil-mistoqsijiet li qed isiru mill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, fejn qed jistaqsini żona żona, villaġġ villaġġ, belt belt, kemm tneħħew siġar u kemm ġew imħawla, kemm tneħħew arbuxelli u kemm tħawlu arbuxelli.", "Grazzi għal dawn il-mistoqsijiet, li fil-fehma tiegħi hija mistoqsija pertinenti, għax dak huwa parti mir-rwol tal-Oppożizzjoni, li takkwista tagħrif għall-poplu inġenerali, jien qed ikolli l-opportunità li nindika u nispjega fejn qed isir ix-xogħol u f'liema villaġġi.", "Nistieden lill-istampa tara t-tweġibiet li qed nagħti, fejn jirriżulta li attwalment qed inżidu u mhux innaqqsu.", "Sinjura President, twaqqaf kumitat interministerjali żgħir bejn l-ERA, Ambjent Malta u l-Awtorità tal-Ippjanar dwar it-Toroq, li permezz tiegħu issa kull darba li tkun se titwessa' triq u allura jkun hemm xi ċaqliq ta' siġar, aħna qed inkunu informati.", "B'hekk inkunu f'pożizzjoni li naraw iż-żmien meta għandu jsir ix-xogħol tat-tneħħija tas-siġar sabiex inkunu nistgħu nerġgħu nħawlu oħrajn.", "Dan għax jekk is-siġar jitneħħew f'ċertu perjodu tas-sena, inti ma tkunx tista' tħawwel mill-ewwel, u allura n-nies jgħidu li qlajna s-siġar u m'erġajniex ħawwilna.", "Jekk is-siġar jitneħħew fi staġun fejn inti ma tistax tħawwel, ma tistax tħawwel.", "Ma jfissirx li mhux se jiġu mħawla, imma huwa inutli li inti tħawwel siġar jew arbuxelli meta mhux suppost tħawwilhom, għax inkella jinxfulek u jmutulek!", "Apparti li qed inżidu s-siġar fil-parks tagħna, fiż-żoni li huma kapital naturali ta' pajjiżna, fis-siti Natura 2000, fiż-żoni dikjarati bħala nature parks, din is-sena bdejna wkoll fil-widien tagħna.", "Apparti hekk, din is-sena se nagħti prijorità għal dan, u lbieraħ stess laqqajt id-Direttur Ġenerali ta' Ambjent Malta, iċ-Chairman il-ġdid, is-Sur Conrad Borg Manchè, u s-Segretarju Permanenti, u tajt direzzjoni politika, għax naf li hija anke x-xewqa tal-Kabinett u tal-Prim Ministru, li nkunu iktar preżenti fiż-żoni urbani.", "Huwa importanti li nkomplu għaddejjin bir-ritmu li għaddej f'dak li huwa kapital naturali, jiġifieri, li nneħħu l-ispeċi aljeni, nerġgħu nħawlu s-siġar tagħna, nirranġaw il-ħitan tas-sejjieħ – għandna programmi fuqhom – nerġgħu nħaddmu l-waterways li kienu blokkati, u nibqgħu mexjin, però, nifhem li b'mod iktar viżwali l-Ministeru tiegħi għandu jkun iktar preżenti fiż-żoni urbani.", "Rigward is-siġra għal kull wild ġdid irrid ngħid li din ħadmet b'mod indirett.", "Però, nixtieq li fis-sena d-dieħla nagħmilha b'mod iktar kordinat.", "Għandna żoni ġodda fejn se jibda jsir it-tħawwil ta' siġar, u mhux nikkalkolaw biss u ngħidu li twieldu 200 u allura nħawlu 200 siġra, imma b'mod kordinat, u forsi anke jkun hemm xi tip ta' ċerimonja u indikazzjonijiet, li dik tkun żona appożitament li fiha jitħawlu siġar, pereżempju, kull xahar, skont kemm jitwieldu nies.", "B'hekk tkun iktar kordinata u tirrifletti iktar il-wegħda elettorali, u mhux naqbdu nikkalkolaw bejn wieħed u ieħor u ngħidu li, pereżempju, dan ix-xahar twieldu 500, ħalli nħawlu 500, 300 hemm u 200 hemm!", "Le, l-idea tiegħi hija li nagħmluha b'mod iktar kordinat, fejn nibqgħu għaddejjin bil-ħidma ta' afforestazzjoni b'mod ġenerali, però jkollna żoni partikolari li jkunu dedikati għal dan.", "L-idea tiegħi hi – u hekk se jiġri, għax din hija d-direzzjoni li tajt jien – li l-ewwel żona li se nibdew nużaw għal dan se tkun in-naħa ta' Kennedy Grove.", "Hemmhekk għandna biċċa ta' kważi 20 tommna, li kienet degraded, għandna l-applikazzjonijiet pendenti mal-ERA, u fix-xhur li ġejjin dawn l-20 tomna nixtieq li jikkomplementaw il-family park u anke r-Riserva Naturali tas-Salini, u dan billi jsir masġar dedikat għal dik il-wegħda elettorali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet skada.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-ammont, f'tunnellati, ta' skart perikoluż ġenerat bejn l-2004 u l-2016, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4014; u", "Tagħrif dwar siġar indiġeni u arkeofati li huma protetti skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.123 - Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6907; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, l-Onor.", "Michael Falzon, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' talbiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali, maqsuma skont ir-raġuni għal tali talba, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6753;", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet mal-Awtorità tad-Djar għal bdil ta' post ma' post ieħor, maqsuma skont il-lokalità tal-applikant, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6754; u", "Tabella li turi l-għadd ta' applikanti mal-Awtorità tad-Djar għal post alternattiv, maqsuma skont il-lokalità, u tabella li turi r-raġuni wara tali talbiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6757.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IN-NEGOZJI TAL-FAMILJA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-9 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, din hija liġi li qed temenda liġi li ddiskutejna ftit tax-xhur ilu meta kien daħal għall-ewwel darba f'pajjiżna l-Att dwar in-Negozji tal-Familja.", "Meta kien tressaq jien kont il-kelliem ewlieni għall-qasam tal-ekonomija u kien ġej fi sfond ta' fokus prinċipali li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni, meta b'ħidma li konna għamilna mal-istakeholders kollha kien irnexxielna ntellgħu s-sustanza u l-importanza tas-suġġett marbut mal-SMEs, b'mod partikolari fil-qasam tar-retail.", "Konna ħriġna u ppubblikajna l-politika għan-nies tal-ħwienet u kien hemm appoġġ kbir mill-qasam tan-negozji.", "Konna ressaqna inizjattivi u ideat li dehru matul ix-xhur kemm fit-twettiq tal-politika tal-Gvern, u sussegwentement ukoll fil-programmi elettorali kemm tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll tal-partit fil-Gvern, li ressaq l-ideat u bena fuq l-ideat li ressaqna aħna.", "U huwa f'dan l-isfond li aħna, bħala partit li dejjem kien partit li jappoġġja n-nies li jkunu qed jinvestu, in-nies li qed jieħdu r-riskju, in-nies li qed jaħdmu, però qed jaħdmu fil-komunità tagħhom biex ikattru l-ġid mingħajr ma jikkalpestaw il-ġid komuni.", "Aħna wkoll f'dan id-dibattitu qed nipparteċipaw bil-għan li nressqu l-perspettiva tal-Oppożizzjoni fuq suġġett li forsi wieħed jista' jaħseb li m'għandux relevanza daqshekk kbira, forsi suġġett li differentement minn suġġetti oħrajn, ma joħloqx tant kontroversja.", "Però meta wieħed jieqaf, jaħseb u jara x'inhi r-relevanza tiegħu fid-dinja ekonomika tal-lum, imma aktar u aktar fis-soċjetà ta' pajjiżna, jara kemm dan huwa suġġett li huwa relevanti.", "Nittama li jkun hawn dibattitu wiesa' u aktar parteċipattiv fuq dan is-suġġett miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Qed nitkellmu fuq in-negozji tal-familja u fuq il-liġi li qed temenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja wara ftit tax-xhur li din il-liġi daħlet, liġi li l-għan għaliex daħlet ma kien hemm l-ebda dubju li kien wieħed pożittiv.", "Kien għan tajjeb li kellu jdaħħal ċerti fakultajiet, ta' liġi li permezz tagħha negozji li jirreġistraw u jiġu designated bħala negozji tal-familja jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ċerti faċilitajiet, inċentivi u aspetti governattivi li huma intiżi direttament u speċifikament għal din in-natura ta' attività ekonomika.", "Matul dawn l-aħħar xhur kellna wkoll element ieħor li, nerġa' ngħid, kien bena fuq proposta li kien ressaq il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, li kienet proposta marbuta mat-taxxa li titħallas minn ġenerazzjoni għal oħra, meta tgħaddi proprjetà li hija intiża li tintuża fl-operat kummerċjali u jgħaddi wkoll l-equity, ix-shareholding li ġenerazzjoni tgħaddi lil ġenerazzjoni oħra.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, qabel l-aħħar kampanja elettorali konna sħaqna fuq dan il-punt, u se nerġa' nagħmel enfasi fuqu aktar tard, li għandna niffaċilitaw u mhux nintaxxaw is-suċċessjoni ta' negozju minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Nemmen ukoll li dan tant kien ingħata relevanza li s-suċċess li kien hemm fit-tħaddim tal-Avviż Legali, li jekk m'iniex sejjer żball, ġie estiż ilbieraħ ukoll, ġie estiż sal-aħħar tas-sena, marbut mal-konċessjoni ta' persentaġġi inqas fuq id-dazju dovut fuq it-trasferiment ta' proprjetà u ta' ishma f'negozju tal-familja, li wieħed irid jasal biex jirrealizza kemm dawn l-argumenti, għalkemm ikunu qegħdin isiru min-naħa tal-Oppożizjoni, ikunu argumenti li jagħmlu sens.", "L-appell tiegħi huwa li fid-dibattitu tagħna niffokaw aktar fuq dawn l-elementi għax dak li tkun qed tressaq l-Oppożizzjoni jkunu punti li ma nkunux qed naqilgħuhom sempliċement minn żniedna, imma nkunu qed inressquhom għax hemm l-assoċjazzjoni diretta ma' dak li l-komunità kummerċjali tkun qed tħoss u taspira għalih u dak li aħna f'obbligu li nipproponu hawnhekk.", "Sinjura President, kif taf, jien illum il-kelliem ewlieni tal-qasam tal-politika soċjali, suġġett li huwa kompletament differenti mill-aspett direttament kummerċjali u ekonomiku, imma meta wieħed iħares lejn dan is-settur u l-politika soċjali jara li anke fuq livell akkademiku u fuq livell ta' riċerka, hemm assoċjazzjoni intrinsika bejn il-politika dwar in-negozji tal-familja u l-politika tal-familja.", "Mhuwiex xi sigriet li n-negozji tal-familji f'pajjiżna jirrappreżentaw l-aktar firxa wiesgħa ta' negozji fil-pajjiż, imma ħafna drabi jsir l-iżball li wieħed jaħseb li negozju tal-familja huwa bilfors negozju żgħir.", "Id-diskussjoni tagħna llejla mhijiex diskussjoni limitata għall-SMEs jew għall-ħwienet iż-żgħar, imma hija diskussjoni fuq in-negozji tal-familja.", "Kif m'għandix dubju li kull membru ta' din il-Kamra jaf, l-istorja kummerċjali ta' dan il-pajjiż illum hija mibnija, tista' tgħid tistrieħ, fuq il-qafas li bnew in-negozji tal-familja f'pajjiżna.", "Huwa importanti li meta nbiddlu din it-tip ta' liġi rridu nibdew inħarsu wkoll lejn l-element u l-impatt soċjali li għandhom in-negozji tal-familja.", "Għax għandek min jargumenta, anke fuq livell Ewropew - hemm argumentazzjoni sħiħa dwar dan - jekk wieħed għandux jiddiskrimina favur negozju tal-familja sempliċiment għax huwa negozju li twieled u trabba taħt it-tmexxija tal-persuni ġo familja, u negozju ieħor li huwa ta' persuna waħda jew ta' numru ta' persuni li ngħaqdu biex jinvestu flimkien.", "Ħafna drabi l-argument ikun: Għandek tagħmel din it-tip ta' distinzjoni?", "Għandek tiddiskrimina favur negozju tal-familja?", "X'valur aktar jista' jżid negozju tal-familja?", "B'dak il-mod, jekk qed tiddiskrimina favur negozju tal-familja, ifisser li tiddiskrimina kontra negozju bejn tnejn min-nies li mhumiex parti minn familja?", "Hemm ħafna riċerka li tikkonferma, mhux biss fuq livell lokali, imma anke fuq livell internazzjonali, li negozji tal-familja jħallu valur miżjud ħafna akbar, mhux biss fl-ekonomija, imma anke fis-soċjetà.", "Dan għax, l-ewwel nett, ħafna drabi meta negozju tal-familja jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra ma jgħaddix biss il-wirt ekonomiku, imma jgħaddi wkoll il-wirt tal-valuri ta' dik il-familja.", "Mela kellek ġenerazzjoni li ħolqot negozju, ġenerazzjoni li bdiet negozju, dik il-ġenerazzjoni għaddietu lill-ġenerazzjoni ta' warajha, imma mal-assi, mal-kummerċ, mal-attività ekonomika, tkun għaddiet ukoll il-valuri li fuqu nbniet dik l-intrapriża.", "Jiena nemmen ukoll li, aktar minn hekk, negozji tal-familja, b'mod partikolari fil-każ ta' pajjiżna, huma wkoll elementi importanti li jiddefinixxu l-identità kummerċjali ta' pajjiżna, u jekk tħares lejn l-aħħar 50 sena jew 70 sena tara kif dawn in-negozji tal-familja rnexxielhom jevolvu minn idea ta' persuna jew tnejn għall-intrapriżi li llum jimpjegaw mijiet, jekk mhux eluf, ta' persuni.", "Dan biex ma nsemmux is-servizzi li jduru madwar dawn in-negozji.", "Barra minn hekk, ħafna min-negozji tal-familja joperaw f'kuntest ta' komunità u allura tara li jekk, pereżempju, qed jopera f'lokal partikolari, ikollu rabta u sens ta' parteċipazzjoni akbar f'dik il-komunità.", "Anke mill-aspett ta' kontribut lejn is-soċjetà, mill-aspett filantropiku, ma jkunx sempliċement marbut li qed jagħti donazzjoni lil xi entità, però jkun marbut li jkun qed jipparteċipa fil-ħajja tal-komunità fil-lokal jew lokalitajiet li jkunu qed joperaw fihom.", "Għalhekk jiena nemmen li huwa tajjeb li nagħmlu liġi dwar in-negozji tal-familja u, on balance, huwa tajjeb ukoll li nagħtu l-inċentiv, mingħajr ma niddiskriminaw kontra min in-negozju tiegħu mhuwiex negozju tal-familja.", "Imma huwa tajjeb li nirrikonoxxu li hemm il-valur tan-negozju tal-familja u, għaldaqstant, meta qed nagħmlu din it-tip ta' liġi qegħdin direttament nasserixxu li dan il-Parlament, dan il-pajjiż, qed jirrikonoxxi l-importanza u qed jinkoraġġixxi aktar attività f'dak li għandu x'jaqsam man-negozji tal-familja.", "F'dan l-isfond wieħed irid iħares lejn l-isfidi li għandhom negozji tal-familja, għax jekk nieqfu u f'dibatittu bħal dan nitkellmu biss fuq xi inċentiv 'l hemm u 'l hawn li jistgħu jgawdu minnu nkunu qed niżbaljaw, għax illum negozji tal-familja, bħalma kellhom matul iż-żmenijiet kollha, ikollhom ukoll l-isfidi tagħhom li jridu jiffaċċjaw.", "Negozji tal-familja żgħar għandom l-isfidi ta' kull operatur żgħir, li prinċipalment hija l-isfida tal-massa, l-isfida tal-iskala, l-isfida ta' kemm inti tista' tikkompeti fuq ċerti binarji ma' kumpaniji lokali u internazzjonali li jkunu qegħdin joperaw fuq skala akbar, imma mbagħad għandek kwestjonijiet li huma speċifiċi għan-negozji tal-familja.", "Pereżempju, jdħlu l-kwestjonijiet direttament familjari.", "Huwa pprovat minn riċerka, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, li meta tiġi għall-finijiet ta' suċċessjoni, meta ġenerazzjoni tgħaddi n-negozju lill-ġenerazzjoni ta' warajha, hemmhekk il-kwestjonijiet familjari li wieħed jiffaċċja jkunu kwestjonijiet li ħafna drabi jkunu tant kbar li jressqu n-negozju fix-xifer tal-operat tiegħu.", "Ħafna drabi l-konflitti u t-tilwim familjari jkunu qegħdin jostru kompletament is-saħħa kummerċjali li jkollha intrapriża, fejn pika bejn persuna u oħra tal-istess familja ħafna drabi twassal għall-instabbiltà kummerċjali.", "Imbagħad għandek ukoll l-aspett tal-informalità.", "F'kumpanija li tkun strutturata, akbar, magħmula minn persuni li forsi ma jiġux minn xulxin, il-livell u t-tip ta' governanza li jkun hemm f'dak l-operat ġeneralment ikun aktar strutturat.", "Ma jfissirx li jkun aħjar, imma jkun aktar strutturat u aktar dokumentat.", "Fil-kuntest ta' familja jkollok management aktar informali, ikollok aktar operat fejn ikollok ħafna assumed decisions, fejn kulħadd ikun qed japproprja ruħu minn ċerti deċiżjonijiet li mhux neċessarjament ikunu fil-mansjonijiet ta' dak l-individwu, u allura dik l-informalità kultant tibda twassal għal nuqqas ta' kontroll u għal problemi li jqumu bejn il-partijiet rispettivi.", "Sfida oħra hija l-isfida li tkun ġejja mir-razzjonalità ta' kemm in-negozju li tkun qiegħed fih ikun jagħmel sens.", "Waħda mill-aktar deċiżjonijiet ebsin li tagħmel persuna fin-negozju hija d-deċiżjoni li tasal biex tgħid li n-negozju tagħha m'għadux ireġi.", "Tiltaqa' ma' ħafna nies li l-operat finanzjarju tagħhom, anke mil-lat ta' profitti u mil-lat ta' marġini li jkunu qed jagħmlu fin-negozju tagħhom, ikun baxx ħafna, però minħabba li jkunu wirtu n-negozju minn ġenerazzjoni għal oħra huma jħossuha diffiċli immens li jitilqu dik il-linja ta' kummerċ.", "Kultant dan mhux neċessarjament ikun tal-kumpanija kollha jew tal-attività sħiħa, però anke ta' prodott, ta' ditta, ta' parti ekonomika ta' dik il-kumpanija.", "U meta d-deċiżjoni ta' dak li wieħed ikun qed jagħmel issir deċiżjoni li tkun prinċipalment ibbażata fuq l-emozzjoni u mhux fuq dak li huwa razzjonali, ħafna drabi dak iwassal għal sensiela ta' problemi fin-negozji tal-familja, għax dik il-kburija u dak is-sens ta' appartenza man-negozju tal-familja jkun qed jittrasforma ruħu fi problemi ekonomiċi għall-kumpanija.", "Indubjament, l-ikbar sfida li llum għandhom l-intrapriżi ta' dan it-tip, in-negozji tal-familja, tibqa' t-tkabbir, li jrid ikun sostenibbli, li jħalli marġini ta' qligħ raġonevoli u li jwassal biex ekonomikament dik l-intrapriża ma tkunx sempliċement intrapriża li qed tiġġenera l-bejgħ, imma tkun intrapriża li qed tiġġenera l-qligħ u qed tħalli l-valur miżjud.", "Allura f'dan kollu, aħna bħala politiċi, għandna obbligu li meta qed nagħmlu liġi bħal din, minbarra li nħarsu lejn dak in-numru żgħir ta' elementi li qegħdin niddibattu biex jiġu irfinati l-lingwaġġ u d-definizzjonijiet li hemm fl-Att eżistenti llum, irridu nħarsu wkoll lejn kif nistgħu nsaħħuh.", "L-ewwel nett, il-proposta li għamlet l-Oppożizzjoni fl-aħħar elezzjoni ġenerali, li t-trasferiment ta' azzjonijiet f'kumpaniji li jkunu qed jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra, jgħaddu meta jgħaddu, jekk dawn qed jgħaddu biex il-ġenerazzjoni li jmiss tkun se tikkommetti ruħha li tkompli ssostni u tkabbar in-negozju, aħna nibqgħu nemmnu li dawk m'għandhomx jiġu u jeħlu kwalunkwe spiża għall-finijiet ta' dazju.", "Meta għandek negozju li għaddej minn ġenerazzjoni għal oħra diġà għandu sfidi kbar biex jimxi 'l quddiem.", "Illum l-għażliet li għandhom il-ġenerazzjonijiet il-ġodda jmorru 'l barra min-negozju tal-familja.", "Filwaqt li forsi snin ilu kienet naturali li negozju jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, imma llum dik is-suċċessjoni naturali mhi naturali xejn u allura rridu ninċentivaw.", "Jekk hawnhekk qegħdin naqblu, u tant qegħdin naqblu li qegħdin nilleġiżlaw aktar tisħiħ fil-liġi dwar in-negozji tal-familja, irridu li fil-prattika, aktar milli jkollna avviż legali li jiftaħ u jagħlaq u joħloq ġenn sħiħ biex dak li jkun jagħmel id-dokumentazzjoni li għandu jagħmel, tkun xi ħaġa li aħna naqblu li wasal iż-żmien li din tkun xi ħaġa normali u mhux trid toqgħod tistenna avviż legali jgħaddix jew le.", "Din tagħti stabbiltà u tħalli lin-negozji tal-familja joperaw, u meta jaslu għal dik id-deċiżjoni ma jaslux għal dik id-deċiżjoni għax għandhom giljottina ma' għonqhom b'data meta tagħlaq konċessjoni partikolari, però tkun xi ħaġa li hija parti mil-liġi, li hija intiża biex ninċentivaw din it-tip ta' attività.", "It-tieni, nemmen ukoll li rridu naraw, anke bl-istrumenti li għandna f'dan il-Parlament, kif nistgħu nsaħħu l-aċċess għall-finanzjament adegwat għal dawn l-intrapriżi.", "Ilbieraħ, fil-ftuħ ta' din id-diskussjoni smajt lill-Ministru jirreferi għall-Malta Development Bank li niftakar konna ddibattejna dak iż-żmien u li konna ressaqna aħna f'Abbozz ta' Liġi li kien qed jippilota l-eks Membru ta' din il-Kamra, is-Sur Louis Grech, li minn hawn insellimlu.", "Il-Ministru lbieraħ qal li se ssir xi skema, xi forma ta' involviment, li bih il-Malta Development Bank ikollu aktar parteċipazzjoni fil-finanzjament tal-SMEs u tan-negozji tal-familja.", "Aħna nemmnu li din hija xi ħaġa li għandna naħdmu aktar fuqha, però għandna naraw kif, aktar milli jkollna biss caps baxxi ta' dak li nkunu qed ngħinu, jekk ikun hemm proġetti u inizjattivi validi għandna naraw kif istituzzjoni bħall-Malta Development Bank tkun tista' tgħin negozji tal-familja li jridu jkattru n-negozju tagħhom, forsi jkunu anke qed iħarsu lejn linji 'l barra minn xtutna, għax nafu li llum, b'saħħitha kemm hi b'saħħitha l-ekonomija, li kieku ma kienx hemm bank wieħed partikolari f'dan il-pajjiż, kieku l-ekonomija, b'mod partikolari għal dawk l-intrapriżi lokali, se tkun qed issib ħafna bibien magħluqa.", "Din hija realtà li ħafna negozji tal-familja jiffaċċjaw u nħoss li aħna, bħala Parlament, irridu naraw kif nistgħu nużaw l-istrument tal-Malta Development Bank biex insaħħu u nagħtu l-fakultà lil dawn il-proġetti u ideat, li forsi jidhru li ma jkunux proġetti daqshekk sempliċi u neqsin mir-riskju, però jkun hemm iċ-ċertezza li dak il-proġett, jirnexxi jew ma jirnexxix, se jħalli valur ekonomiku.", "Xtaqt nagħmel referenza għal punt ieħor li tkellimt kemm-il darba fuqu, il-punt marbut mat-tassazzjoni.", "Fil-bidu tal-intervent tiegħi għamilt referenza għall-politika għan-nies tal-ħwienet li aħna konna ppilotajna u ppubblikajna, li l-SMEs ikollhom massimu ta' 10% taxxa fuq l-ewwel €50,000 li jkunu qed jaqilgħu.", "Din kienet waħda mill-iktar policies li kellna l-akbar kunsens popolari għaliha.", "Naħseb li wasal iż-żmien f'din il-Kamra li jkollna diskussjoni sensibbli u razzjonali, diskussjoni li tħares lejn 'il fejn sejra l-ekonomija ta' pajjiżna, fuq il-mod ta' kif inħaddmu s-sistema tat-taxxa tagħna.", "Aħna nafu li pajjiżna kien in the spotlight - biex ma ngħidx għadu in the spotlight - għal diversi raġunijiet, u dawk ir-raġunijiet qed iwasslu wkoll għal skrutinju ħafna aktar intensiv fuq is-sistema fiskali ta' pajjiżna.", "Nafu li hemm numru ta' pajjiżi li kostantement jipprovaw jaraw kif aħna naslu biex inbiddlu s-sistema ta' tassazzjoni tagħna.", "Jiena nemmen li m'għandniex niffaċċjaw din is-sitwazzjoni ġaladarba tiġri u, kif nafu li hemm sinjali … Diġà llum, jekk tieħu dak li ġara u l-passi li ħa l-Gvern Svediż, li konna ddiskutejniehom ftit tax-xhur ilu hawnhekk, wieħed malajr jifhem x'inhuma l-konklużjonijiet, imma mhux se nitkellem fuq dak illum, imma wasal iż-żmien li jkollna din id-diskussjoni.", "Fl-isfond tan-negozji ta-familja nemmen li rridu nħarsu lejn kif illum irridu nevolvu s-sistema ta' tassazzjoni tagħna biex ikollok a level playing field bejn operaturi azzjonisti barranin u azzjonisti lokali.", "Dak li daħal fl-1994, fl-1995 u fl-1998 kien essenzjali u kruċjali biex wassalna l-ekonomija fejn wassalnieha llum, però, indubjament, ma tistax tieqaf f'dawk iż-żmenijiet.", "Iż-żmenijiet evolvew, għall-grazzja t'Alla n-negozji Maltin kibru, hawn negozji Maltin li jikkompetu u jħabbtuha mal-aqwa negozji barranin u illum - din mhijiex xi ħaġa ta' gvern jew ieħor - irridu ngħidu li għandek negozji Maltin li qed isofru diskriminazzjoni għax huma negozji ta' suċċess.", "Jekk ikollok negozjant ta' suċċess Malti, f'dan il-pajjiż se jkollok sfida fiskali x'tiffaċċja, għax il-kompetitur tiegħek … Illum mhux qed jikkompetu għas-suq.", "IIlum, ma' kull min titkellem jgħidlek li mhux qed tikkompeti għas-suq, qed tikkompeti għan-nies, qed tikkompeti għat-talent, u biex tikkompeti għat-talent trid tħallas il-pagi, u biex tħallas il-pagi jrid ikollok marġini ta' qligħ aħjar.", "Allura meta wieħed qed jikkompeti għat-talent u l-livell ta' pagi li wieħed jista' jħallas qed jiġi impattat mil-livell fiskali li wieħed ikollu fl-aħħar tas-sena.", "Hemmhekk inħoss li għandna obbligu bħala Parlament li nidħlu f'dan is-suġġett, forsi mingħajr ma nidħlu fid-dettall fil-fora kompletament miftuħin, imma żgur li l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li nitfgħu din il-problema taħt it-tapit.", "Għax inkella lin-negozjant Malti ta' suċċess inkunu qed ngħidulu li dawn f'pajjiżna qed jiġu diskriminati, jew biex ma nużax dik il-kelma ngħid li hemm ħaddieħor li qed jiġi preferut aktar minnhom.", "Żgur li din mhijiex l-intenzjoni ta' dan il-Parlament, żgur li dan mhux il-messaġġ, u anke s-sempliċi fatt li qegħdin nilleġiżlaw biex insaħħu n-negozji tal-familja jixhed kemm dan mhuwiex l-għan li għalih qegħdin nagħmlu din il-liġi.", "Kien għalhekk li meta b'responsabbiltà ressaqna l-proposta tal-10% kien l-ewwel pass, kienet proposta li ħolqot l-ewwel diskussjoni, kienet proposta li kienet kompletament konformi mal-liġi lokali u internazzjonali u kienet l-opportunità li tipprovdi qafas ta' kif nistgħu nibdew inħarsu lejn it-tassazzjoni b'mod aktar ekwu u ġust bejn kulħadd.", "Jiena nemmen u nibqa' nemmen li l-politika ta' tassazzjoni se tkun element importanti kif niġbdu l-foreign direct investment f'dan il-pajjiż.", "M'hemmx dubju dwar dak.", "Però ma nixtieqx nara li aħna naslu f'sitwazzjoni fejn ikollna nbiddlu s-sistema fiskali għax xi ħaddieħor jimponielna li dik is-sistema fiskali, by hook or by crook, ikollna nibdluha.", "Nippreferi li aħna, bħala Parlament, bħala pajjiż sovran, ikollna dik id-diskussjoni, insibu sistema li tkun aċċettabbli u li lesti li nappoġġjaw iż-żewġ naħat tal-Kamra biex immorru 'l quddiem u f'dan il-pajjiż ma nużawx sistema ta' taxxa ta' 20 sena ilu u nipprovaw inġeddu 20 sena oħra, però nerġgħu noħolqu s-sistema ta' tassazzjoni tagħna biex inkunu nistgħu nsaħħu n-negozji Maltin u fl-istess waqt inkunu nistgħu nżommu l-bilanċ man-negozji barranin.", "Sinjura President, se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni hija favur dawn l-emendi, però nixtieq li fl-istadju ta' Kumitat ikollna l-opportunità, forsi anke qabel, li jkun hemm diskussjonijiet dwar xi punti li aħna ressaqna, anke dawk marbutin mal-aspett fiskali, u nkunu nistgħu nibdew nagħmlu l-ewwel passi biex verament, aktar milli jkollna an enabling law li qed tipprovdi sensiela ta' inċentivi relattivament introduttorji, nibdew immorru għall-aspetti aktar materjali li verament jirriflettu l-importanza u l-prijorità li dan il-Parlament irid jagħti lin-negozji tal-familja.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, dan huwa suġġett li huwa għal qalbi għal diversi raġunijiet, imma mhux inqas għall-fatt li jien kbirt f'element ta' negozju tal-familja - kien hemm ċerti ġurnali li għoġobhom iżeffnu fin-nofs lill-membri tal-familja tiegħi, u nixtieq nagħmel parenteżi żgħira dwar din - imma wkoll għall-fatt li x-xogħol professjonali tiegħi ta' accountant ilaqqagħni ta' kuljum ma' persuni li ħafna minnhom tarahom li matul is-snin bdew in-negozju tagħhom, rawh jikber minn xi ħaġa żgħira, kabbruha u llum il-ġurnata waslu f'sitwazzjoni fejn iridu jieħdu deċiżjonijiet fuq x'se jkunu qegħdin jagħmlu għall-futur tagħhom.", "Dan għax qegħdin jikbru fl-età u allura ma jkunux jistgħu jkomplu jmexxu n-negozju tagħhom bl-istess grinta u suċċess li jkunu kisbu maż-żmien.", "Dan ifakkarni f'xi ħaġa li kienet qalet il-persuna li tmexxi Alibaba Group.", "Din il-persuna kienet qalet li jekk għalaqt il-50 sena ħalli lil min imexxi lil min għandu 30 sena jew 40 sena, għax dik il-persuna jkollha l-ideat tal-lum, l-enerġija u tkun avvanzat aktar teknoloġikament għaż-żmenijiet tal-lum.", "Dan idaħħalna għall-konċett tal-Att dwar in-Negozju tal-Familja li, fl-opinjoni tiegħi, kien att tajjeb ħafna li għadda dan il-Gvern u li llum qegħdin naraw kif dan jista' jitjieb.", "Però, qabel ma ngħaddi biex nitkellem ftit fuq is-settur tan-negozji tal-familja xtaqt nagħmel parenteżi żgħira u nindirizza diversi kummenti li ntqalu anke fil-midja matul dawn il-jiem li għaddew vis-à-vis in-negozju tal-familja.", "Jien kburi li ġej minn settur ta' negozju tal-familja, però jien ħadt l-għażla li ma jkolli xejn x'naqsam ma' dan in-negozju tal-familja, għażla li għamiltha b'mod konxjenzjuż, mhux għax nistħi min-negozju tal-familja, imma għax ħassejt li għandi nagħżel professjoni totalment differenti, xi ħaġa li nzerta għamilha wkoll ħija.", "Mhijiex l-intenzjoni tiegħi li noqgħod insemmi l-arblu tar-razza hawnhekk, imma tajjeb li wieħed jispjega li f'Malta għandna diversi negozji tal-familja li t-tfal tagħhom, għal xi raġuni jew oħra, jagħżlu li ma jidħlux f'dak in-negozju, u din kienet waħda mid-diversi affarijiet li ħassejna li għandu jindirizza l-Att dwar in-Negozji tal-Familja.", "Fil-fatt wieħed mill-inċentivi li ddaħħal kien li meta jkollok ġenituri li qegħdin jgħaddu l-ishma tagħhom lit-tfal tagħhom, hemmhekk il-boll jitnaqqas minn 5% għal 1.5%.", "Ilbieraħ xħin kont hawnhekk fil-Parlament smajt lill-Onor.", "Edwin Vassallo jagħmel referenza għall-Avviż Legali li kien jirregola dan is-settur u qal li dan l-Avviż Legali huwa skadut u ħeġġeġ lill-Gvern biex jerġa' jġeddu.", "Fil-fatt, il-Gvern kien diġà ħaseb għal dan għax dalgħodu stess ħareġ avviż legali, li deher fil-Gazzetta tal-Gvern, li permezz tiegħu din l-iskema ġiet estiża sal-aħħar tas-sena.", "Dan ifisser li ġenituri li jridu jgħaddu l-ishma tagħhom fin-negozji lit-tfal tagħhom għandhom sal-aħħar ta' din is-sena ċans biex minflok iħallsu 5% boll, ikunu qegħdin iħallsu 1.5%.", "Xi ħaġa oħra li l-Onor.", "Edwin Vassallo qal ilbieraħ b'tant fervur kienet għaliex dan il-Gvern ħa daqshekk żmien biex jibda jagħmel l-affarijiet, għaliex dan il-Gvern ħa sitt snin biex jibda jwessa' t-toroq, u għaliex dan il-Gvern ħa sitt snin biex joffri trasport b'xejn lil kulħadd.", "Huwa tajjeb li ngħid lill-Onor.", "Vassallo li dan huwa gvern li kellu roadmap, kien jaf x'se jsib fl-2013 meta tela' fil-gvern, ma kienx jaf sa liema punt waslet il-problema li kien hemm.", "Ejjew ma ninsewx li dan huwa gvern li ħa f'idejh ekonomija li kienet qiegħda taħt l-excessive deficit procedure, u allura meta jkollok ekonomija li minħabba fiha l-Unjoni Ewropea litteralment qiegħda għajnejha fuqek biex tara kif inti se tonfoq il-flus, ma tistax tibda troxx mill-ewwel, għax l-ewwel ma trid tagħmel huwa li toħloq il-ġid.", "L-ewwel ma trid tagħmel huwa li tkabbar il-kejk nazzjonali b'rata li jkun jisboq rati tas-snin ta' qabel, iġġib dik ir-rata għolja sostenibbli b'tali mod li l-pajjiż jibda jikseb dik ir-rata għal sena wara l-oħra sabiex b'hekk tpatti għan-nuqqas ta' ġid li jkun inħoloq fis-snin ta' qabel.", "Dan rajnieh għax illum il-ġurnata għandna finanzi verament fis-sod.", "Kemm smajnieh dan is-slogan li kellna finanzi fis-sod!", "Kemm kienu jgħidulna li għandna par idejn sodi fuq it-tmun tal-pajjiż!", "Illum verament għandna l-par idejn sodi fuq it-tmun tal-pajjiż għax għandna gvern li qed jagħmel surplus mingħajr ma jnaqqar mill-benefiċċji li qegħdin jieħdu n-nies l-oħrajn kollha.", "Għandna gvern li qed jaqta' d-dejn tal-pajjiż sabiex b'hekk jiġi konformi mal-persentaġġi li jiġu imposti fuqna mid-diversi trattati tal-Unjoni Ewropea.", "Illum il-pajjiż jinsab f'pożizzjoni li jista' jibda jwettaq dawn il-proġetti kbar, proġetti li tant hemm bżonnhom bħal, pereżempju, twessigħ tat-toroq.", "Aħna qegħdin nagħmlu proġetti li forsi qatt qabel ma kien hawn min ħolom li jistgħu jsiru hawn Malta.", "Pereżempju, għandna l-proġett tal-Marsa, l-ikbar proġett infrastrutturali li se nkunu qegħdin naraw fiż-żmien li ġej u għandna l-wegħda elettorali prinċipali, dik li nonfqu xejn inqas minn €700 miljun fuq is-seba' snin li ġejjin sabiex isiru t-toroq kollha ta' pajjiżna.", "Sinjura President, min-naħa tal-Oppożizzjoni kemm kemm ma ngħidlekx li pprovaw jirredikolawha din il-wegħda, imma llum qegħdin naraw li għandna l-Ministru Ian Borg li qed iwettaq dak li twiegħed fil-manifest elettorali.", "Għalkemm għadna fil-bidu tal-Leġiżlatura, mhux kif ħafna drabi konna mdorrijin li l-Gvern iwettaq ċerti wegħdiet lejn l-aħħar tal-leġiżlatura, issa qegħdin naraw gvern li sa mill-ewwel sena tiegħu telaq jaħdem, qed iwettaq dak li wiegħed.", "L-Onor.", "Claudio Grech għadu kemm għamel aċċenn għat-tnaqqis fit-taxxa, meta qal li l-Partit Nazzjonalista kien qed jipproponi li s-self-employed iż-żgħar iħallsu 10% taxxa fuq l-ewwel €50,000.", "Ġieli kont smajt kif ċerti studji ma kenux ġew ippubblikati biex naraw xi tfisser verament għall-kaxxa ta' Malta, kif se jintlaqat id-dħul tal-Gvern jekk ikollu jiġri hekk.", "Huwa tajjeb li nsemmu li kien proprju dan il-Gvern li żamm il-wegħda tal-Gvern preċedenti Nazzjonalista, li saħansitra raħħas it-taxxa għall-persuni li jaħdmu.", "Huwa tajjeb li ma ninsewx li fl-2013 kien il-Gvern immexxi mill-Onor.", "Joseph Muscat li kien wettaq il-wegħdiet ta' Gvern immexxi minn Dr Lawrence Gonzi qabel l-2013.", "Ta'min ifakkar ukoll li jekk kien hemm gvern li wettaq il-wegħdiet tiegħu u spiċċa jwettaq il-wegħdiet anke ta' ħaddieħor kien proprju il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Sinjura President, miżura oħra li wieħed jista' jgawdi minnha skont l-Att dwar in-Negozju tal-Familja hija proprju dik tal-iskema Micro-Invest, li permezz tagħha persuni self-employed jew inkella partnerships ikunu jistgħu jgawdu minn kreditu ta' taxxa kemm-il darba huma jkunu għamlu ċertu amont ta' investment jew inkella impjegaw persuni oħrajn magħhom matul is-sena ta' qabel.", "Ir-rata normali kulħadd kien jafha bħala dik ta' €30,000 imqassma fuq tliet snin, però fil-Baġit tas-sena li għaddiet din żdiedet proprju għal €50,000 fuq tliet snin.", "Hawnhekk €50,000 ta' taxxa qegħdin ngħidu!", "Jiġifieri, jekk bniedem investa u jieħu kreditu ta' taxxa permezz ta' Micro-Invest sa massimu ta' €50,000 ikun qed jiffranka xejn inqas minn €50,000 f'taxxa fuq dawk it-tliet snin.", "Però mbagħad fejn jidħlu negozji tal-familja, fejn jidħlu negozji li l-maġġoranza tas-sidien tagħhom ikunu nisa, jew inkella fejn jidħlu negozji li huma mwaqqfa f'Għawdex, dan l-ammont jitla' għal €70,000 fuq tliet snin.", "Hawnhekk qegħdin naraw kif dan il-Gvern għal darba oħra qiegħed iħalli iżjed flus fil-but u fl-istess waqt iħeġġeġ lil dawn l-intrapriżi sabiex iżidu fl-investiment tagħhom, investiment li jkollhom bżonn bħal, pereżempju, makkinarju biex wieħed ikun jista' jiftaħ setturi ġodda jew inkella jkun qiegħed jimpjega iktar nies miegħu.", "Illum il-ġurnata nafu li l-ikbar sfida li għandu n-negozjant hija proprju dik li jsib il-ħaddiema, u ta' kuljum tiltaqa' ma' nies li jgħidulek li ma jistgħux isibu biżżejjed ħaddiema, għaliex ix-xogħol huwa kbir, imma l-ħaddiema huma ftit.", "Allura hawnhekk jiġuni f'moħħi anke ċerti dikjarazzjonijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li bihom ħadha qatta bla ħabel kontra ħaddiema barranin.", "Kien hemm żmien meta kienu jgħidu li l-ħaddiem barrani qiegħed jieħu x-xogħol tal-ħaddiem Malti għaliex il-ħaddiem barrani qiegħed, skont it-terminoloġija fit-triq, jaħdem bla ktieb, li jfisser li ma jħallasx la bolla u lanqas taxxa, però llum l-ġurnata nafu li dan mhux il-każ.", "Illum il-ġurnata qiegħda tiżdied ħafna iktar il-prattika li dawn il-ħaddiema jkunu reġistrati ma' Jobsplus, kif inhu suppost, u dawn iħallsu l-bolla u anke t-taxxa hawn Malta.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda tgħin sabiex poġġejna fuq sisien sodi anke l-pensjonijiet tagħna.", "Illum il-pensjonijiet qegħdin fuq sisien sodi u fejn qabel aħna ż-żgħażagħ konna nistaqsu jekk għadx nieħdu pensjoni għada pitgħada, illum il-ġurnata, grazzi għall-politika ta' dan il-Gvern u l-mod kif attira dawn il-ħaddiema barranin li qegħdin iħallsu l-bolla hawn Malta, imma nafu li ħafna minnhom mhumiex ser ikunu qegħdin jieħdu pensjoni hawn Malta, allura dik il-bolla li tħallset qiegħda tgħin biex ikollna l-pensjonijiet fuq sisien sodi.", "Hawnhekk qegħdin naraw kemm hu essenzjali li wieħed ikollu l-ekonomija soda għaliex l-ekonomija hija dik il-pjattaforma li fuqha wieħed ikun jista' jibni l-programm elettorali tiegħu u jkun jista' effettivament iwettqu.", "Però biex niġi lura għan-negozji tal-familja rrid ngħid li, iva, dawn għandhom diversi sfidi li wieħed mhuwiex faċli jegħlibhom, però grazzi għal din il-leġiżlazzjoni wieħed jara li wħud minnhom anke jkunu bdew jingħelbu.", "Pereżempju, jekk nikkwota mill-Family Business Survey \"Bridging the Strategy Gap in Maltese Family Businesses\" li sar minn PricewaterhouseCoopers fl-2016, u bil-permess tal-Kamra inpoġġih anke fuq il-Mejda tal-Kamra, wieħed jara kif ir-rata ta' persuni li jkunu lesti li jkomplu fin-negozju tal-familja f'Malta kien madwar 83%.", "Imbagħad dan is-survey jinqasam f'diversi oqsma oħrajn, bħas-senior executives, junior and middle management, dawk li ma jkunux jaħdmu mal-kumpaniji, imma jkollhom ishma fil-kumpanija u oħrajn li ma jkollhom x'jaqsmu xejn imma jieħdu xi tip ta' kumpens.", "Hawnhekk wieħed jara li madwar 49% tal-persuni li ħadu sehem f'dan is-survey kienu lesti li jgħaddu t-tmexxija tan-negozju tagħhom lill-ġenerazzjoni li jmiss.", "Aħna nafu li l-iktar li twassal huwa sat-tielet ġenerazzjoni, għaliex ħafna drabi jkollok il-missier li beda n-negozju tal-familja, għaddieh lit-tfal u mbagħad it-tfal jerġgħu jgħadduh lit-tfal tat-tfal.", "In-nies jgħidulek li dan jiġri għax imbagħad jibdew deħlin ħafna nies u ħafna jdejn u mbagħad ikun diffiċli biex jitlaħaq ftehim bejn kulħadd.", "Dawn huma affarijiet li huma realtà tal-ħajja, però huwa importanti li wieħed jaħseb għalihom għaliex is-suċċessjoni tan-negozju tiegħek hija relatata direttament mas-suċċess li jkun qiegħed jikseb in-negozju tal-familja.", "Hawnhekk insemmi diversi inċentivi oħrajn li wieħed jista' jieħu kemm-il darba jkun jifforma parti mir-Reġistru għal Negozji tal-Familja.", "Pereżempju, dawn jistgħu jieħdu servizzi konsultattivi għall-valur ta' €2,500 fuq perjodu ta' ħames snin, taħriġ u edukazzjoni, li kollha jgħinu biex in-negozju jkun jista' jimxi dejjem iżjed 'il quddiem.", "Interessanti hija l-iskema Micro Guarantee, li permezz tagħha ssir garanzija ta' madwar €500,000 kull negozju sabiex b'hekk ikun jista' jinxtara n-negozju kollu kemm hu jew inkella parti minnu.", "Din hija leġiżlazzjoni mill-iktar essenzjali biex tgħin lin-negozji tal-familja jkomplu mexjin 'il quddiem u li l-Kummissjoni Ewropea stess qiegħda tħeġġeġ sabiex pajjiżi oħrajn jintroduċu liġi simili.", "Hawnhekk jidher ċar kemm pajjiżna għal darb'oħra kien minn ta' quddiem nett biex idaħħal leġiżlazzjoni tant importanti biex tinħoloq klima ekonomika pożittiva u tajba biex imbagħad ikollok is-settur privat li minnu nnifsu jkun jista' jkompli jaħdem u jisfrutta bl-aħjar mod possibbli dik il-klima ekonomika.", "Sinjura President, jien inħeġġeġ iżjed sidien ta' negozji tal-familja sabiex jinkitbu fir-Reġistru għal Negozji tal-Familja.", "B'dawn l-emendi qegħdin nissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi għall-benefiċċju tan-negozji filwaqt li t-twaqqif tal-one stop shop tar-Reġistru għan-Negozji tal-Familja qiegħed jagħmilha iktar faċli biex in-negozjanti jinqdew f'dak li jkollhom bżonn.", "Hawnhekk irrid nifraħ lil Dr Nadine Lia, li kienet il-persuna li mexxiet din il-leġiżlazzjoni li naf li għandha għal qalbha ħafna dan is-settur.", "Għaldaqstant inħeġġeġ iżjed sidien tan-negozji sabiex jidħlu f'din l-iskema sabiex b'hekk inkomplu nassiguraw li s-sidien tan-negozji li llum il-ġurnata jifformaw il-fibra tal-ekonomija ta' pajjiżna jkunu jistgħu jkomplu jiffjorixxu u jimxu 'l quddiem.", "Fl-aħħar nett nitlob il-permess biex inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pubblikazzjoni maħruġa mill-kumpanija PwC Malta \"Family Business Survey 2016 – Bridging the strategy gap in Maltese Family Businesses\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sinjura President, dan huwa suġġett importanti u għal qalbi ħafna.", "Kif qal l-Onor.", "Bartolo, huwa suġġett li huwa importanti għal pajjiż għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-familji u n-negozji tal-familji huma l-sinsla tal-ekonomija Maltija.", "Nhar it-Tnejn li għadda f'dan il-Parlament għedt li l-Moviment tagħna huwa moviment tal-edukazzjoni, tax-xogħol, kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, u llum nista' ngħid li huwa l-moviment tal-familji fin-negozju u n-negozji żgħar u medji fil-pajjiż.", "Dik li qegħdin nitkellmu dwarha llum hija leġiżlazzjoni li daħlet sentejn ilu u llum, grazzi wkoll għall-kollega tiegħi l-Ministru Chris Cardona, qed inkomplu nsaħħuha u ngħinu lil dawn in-negozji biex nagħmlu l-ħajja tagħhom iktar faċli permezz ta' flessibbiltà u liġijiet iktar effiċjenti.", "Dawn in-negozji mhux biss huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija, imma qed ikomplu jikbru u jiffjorixxu, u fil-ħin li ġej se jkolli ċans ukoll nitkellem dwar kif dan qed jiġri.", "Dħalna wkoll fl-era diġitali u allura dak li kienu jagħmlu qabel, illum qed jagħmluh b'mod differenti.", "Pereżempju, illum il-klijenti tagħhom mhumiex biss il-Maltin u l-Għawdxin, imma l-klijenti tagħhom huma f'numru ikbar għax għandhom il-possibbiltà li jagħmlu negozju u jbigħu fis-suq uniku tas-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea mingħajr ostakoli ta' tariffi.", "Dan huwa pożittiv ħafna għax illum fl-era diġitali t-tranżazzjonijiet jistgħu jsiru online fejn jistgħu jbigħu s-servizzi jew il-prodotti tagħhom fl-erbat irjieħ tad-dinja.", "Dalgħodu stess tkellimt ma' nisa intraprendituri li pparteċipaw fil-proġett Smart Women li sar permezz ta' fondi Ewropej mill-programm Erasmus+.", "Lil dawn l-intraprendituri għeniehom permezz ta' programm ta' taħriġ biex jiksbu l-ħiliet sabiex ikunu jistgħu jbigħu s-servizzi jew il-prodotti tagħhom online ukoll.", "Min huma dawn il-familji li għandhom negozju?", "L-Onor.", "Bartolo qal li ġej minn familja ta' intraprendituri, negozji żgħar u medji, li jimxu minn ġenerazzjoni għall-oħra, u llum qegħdin hawnhekk biex inkomplu niffaċilitaw dan il-proċess.", "Dawn huma familji li jqumu filgħodu u jiddedikaw mhux biss ħinhom imma jissograw ġidhom u flushom kuljum fl-ekonomija, għax dawn mhux bħalna hawn ġew li nqumu filgħodu u ngħidu li l-paga tagħna dieħla.", "Ħafna drabi dawn in-nies ukoll jitfixklu meta xi ħadd minnhom ikun ma jiflaħx għaliex il-ħanut jew in-negozju jagħmel pass jew tnejn lura.", "Ta' dan aħna rridu nirringrazzjawhom u nfaħħru l-bżulija tagħhom.", "U rridu nagħmlu dan billi nkomplu niffaċilitaw il-proċeduri billi ntejbu dan l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, li b'mod tajjeb ħafna dan il-Gvern daħħal xi sentejn ilu.", "Fil-fatt, dan l-Abbozz jipproponi bidliet, simplifikar u kjarifiki ta' proċeduri sabiex in-negozjanti jkunu jistgħu japplikaw għal inċentivi b'mod faċli u effiċjenti.", "Jiena nitkellem ma' intraprendituri li għandhom negozju tal-familja u jgħiduli li għandhom żewġ sfidi prinċipali.", "Forsi l-kollegi tiegħi li għandhom negozju jgħallmuni dwar dan.", "Fosthom ilbieraħ tkellem l-Onor.", "Edwin Vassallo, li wkoll elenka xi sfidi li dawn il-familji jsibu.", "Imma fuq quddiem nett hemm l-aċċess għall-finanzi, imma ukoll il-fatt li r-rata ta' sopravivenza tagħhom hija dik li hi, allura rridu nkomplu ngħinuhom biex jibqgħu s-sinsla tal-ekonomija Maltija.", "Fuq kollox dawn in-negozjanti għandhom ukoll l-isfida ta' kif iżommu l-ħaddiema milli jitilqulhom.", "Bħala negozji tal-familja nafu li ħafna drabi llum timpjega persuna, però biex iżommha miegħek għal diversi xhur, mhux snin, qed tkun problematika.", "Allura hemmhekk ukoll rridu nidħlu, forsi mhux f'fondi ta' infrastruttura, imma soft funds, biex inkomplu nagħtu ċ-ċans li persuna jew negozju jingaġġa l-ħaddiema u mbagħad iżommhom.", "Sinjura President, nixtieq insemmi wkoll il-ħidma li għaddejja mill-Ministeru tal-Onor.", "Chris Cardona, mhux biss fis-simplifikazzjoni ta' proċeduri permezz ta' din il-liġi, imma għaddej ukoll b'xogħol infrastrutturali.", "Pereżempju, insemmi x-xogħol li għaddej fil-Villaġġ tas-Snajja' f'Ta' Qali, li huwa proġett li ilni nisma' dwaru minn mindu kont żagħżugħ.", "Dejjem kont nisma' li dan il-proġett se jitlesta u qatt ma rajnieh!", "Ħafna min-negozji fil-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali huma negozji tal-familja.", "Il-proġett issa miexi ġmielu u jikkomplementa wkoll il-proġett tal-Qasam Industrijali fix-Xewkija Għawdex, fejn għandna madwar 20 tomna ta' art fiż-żona magħrufa bħala tal-Ħofra u tal-Barmil.", "Għal dawk l-Għawdxin li forsi qegħdin isegwuna minn djarhom, irrid ngħid li hemmhekk se jkollna l-ikbar qasam industrijali ġewwa Għawdex biex Għawdex ikun il-mutur ekonomiku li wegħedna żewġ leġiżlasturi ilu.", "Ovvjament, dawn huma fondi Ewropej, u Segretarjat tiegħi qed jassisti lill-Ministru konċernat biex hemmhekk ikollna €17-il miljun ta' fondi Ewropej li qed ninvestuhom kemm fl-infrastruttura ta' Malta u Għawdex, imma wkoll għotjiet diretti li jmorru għall-familji li għandhom negozju tagħhom.", "Sinjura President, issa se ngħid kif qed ngħinu bil-fondi Ewropej.", "Kif diġà spjegajt, għandek fondi li jmorru għall-infrastruttura bħal, pereżempju, il-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Qasam Industrijali tax-Xewkija.", "Semmejt ukoll il-proġett Smart Women li qed nagħmluh b'fondi Ewropej tal-Erasmus +, imma wkoll bil-fondi tal-ESS, li huma soft funds biex inkomplu nħarrġu l-workforce tagħna u biex l-industrija ssib il-workforce li għandha bżonn, mhux għall-industriji tal-lum biss, imma anke ta' għada u pitgħada.", "Din il-ġimgħa tkellimna dwar il-blockchain, il-cryptocurrencies u proġetti fil-loġistika u għaldaqstant irridu nħarrġu anke b'mod vokazzjonali l-ħaddiema ħalli negozji tal-familja jsibu l-ħaddiema li għandhom bżonn.", "Imma mhux biss.", "Illum komdu ngħid u nixtieq infaħħar il-mod ta' kif il-fondi Ewropej qed jgħinu lil dawn in-negozji żgħar u medji u lil dawn l-istart-ups li ġejjin ukoll min-negozji ta' familja.", "Hawnhekk m'aħniex nitkellmu dwar self biss, imma qed nitkellmu dwar grants, mela flus li jmorru direttament fil-but tal-familji li għandhom negozji, ta' SMEs u ta' start-ups.", "Pereżempju, huwa tajjeb li ngħid li mill-2014 s'issa bbenefikaw madwar 150 SMEs.", "M'għandix dubju li ħafna minnhom dawn huma negozji tal-familja.", "U jekk wieħed jistaqsi lil dawn il-150 SME x'fondi ħadu - qed nitkellmu dwar grants issa, mhux dwar self – jgħidulek li ħadu fondi biex jibdew start-up.", "Mela għandek persuna żagħżugħa li għandha kunċett f'moħħha, ħarġet mill-Università, imma minflok marret għall-impjieg, għażlet it-triq id-diffiċli, li tiftaħ negozju, kumpanija għaliha, u allura tajnieha l-fondi.", "Għal dak l-istart-up aħna nagħtu se massimu ta' €300,000.", "We match their money, jiġifieri, jekk il-persuna jirnexxilha ġġib €100,000 jew €200,000 self mill-bank, aħna nagħtuha €200,000 fi grants.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna li tagħti ċ-ċans li l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ tagħna jkomplu jiġu milqugħa.", "Nistgħu ukoll nagħtu fondi lil dawk l-SMEs li llum iħaddmu tlieta jew erba' min-nies, imma jixtiequ jinvestu fl-intrastruttura, fil-makkinarju u forsi għada pitgħada jħaddmu madwar 8 jew 9 persuni.", "Lil dawn qed nagħtuhom sa massimu ta' €500,000 fi grants minn fondi Ewropej li, anke hawn, we match their money.", "Imbagħad għandek id-diversifikazzjoni u l-innovazzjoni tal-SMEs; l-innovazzjoni meta kumpaniji jkunu se jagħmlu xi ħaġa innovattiva iktar milli kien jagħmlu, u diversifikazzjoni meta għandek negozju tal-familja li forsi n-nannu kien jipproduċi xi ħaġa, illum nafu li din ix-xi ħaġa nistgħu nimportawha miċ-Ċina jew minn pajjiżi oħrajn, u allura ma jagħmilx sens li llum timmanifatturaha inti, imma dan jixtieq iżomm in-negozju, u għalhekk qed ngħinuhom biex jiddeversifikaw in-negozju tagħhom permezz ta' massimu ta' grant ta' €200,000.", "Hemm ukoll internationalization grant li jingħata meta jkun hemm negozju tal-familja li sidha jkun jixtieq jibda jesporta l-prodott tiegħu u, pereżempju, ikun hemm fiera importanti fl-Ewropa jew barra mill-Ewropa li jixtieq jattendi għaliex hemmhekk se jiltaqa' ma' intraprendituri oħrajn li jafu jibdew jikkonsidraw li jimportaw il-prodott Malti.", "Lil dawn in-negozji qed nagħtuhom sa massimu ta' €10,000 fi grants ukoll, flus fil-but biex jattendu għal fieri barra minn Malta.", "Fl-aħħar imbagħad qed nagħtu grant ta' €5,000, għall-e-commerce.", "Aħna qed inħeġġu lill-intraprendituri u lin-negozji tal-familja biex jimxu għad-dinja diġitali u qed nagħtuhom il-fondi biex il-prodott jew is-servizz li qed joffru ikunu jistgħu joffruh online.", "Hawnhekk mbagħad jidħlu ħlasijiet bankarji u mezzi oħra, pjattaforma diġitali li qed ninvestu fiha anke permezz ta' fondi Ewropej.", "Biex tagħmel dan kollu, persuna trid tissottometti l-pjan tan-negozju tagħha li jkun b'saħħtu.", "Qed nagħmlu dan billi nagħtu €5,000 minn fondi Ewropej biex persuna tagħmel pjan ta' negozju tajjeb.", "Dawn huma l-fondi Ewropej li qed nagħtu lil mijiet ta' SMEs li bejn l-2014 u llum diġà bbenefikaw minnhom madwar 150 SMEs.", "Din il-ġimgħa f'pajjiżna kellna wkoll diskussjoni dwar x'tip ta' self qed nagħtu lill-SMEs.", "Kif diġà għedt, u kien hawn anke kollegi mill-Oppożizzjoni li rrimarkaw dwar dan, l-ikbar sfida ta' kull negozju hija l-aċċess għall-finanzi.", "Il-fondi Ewropej mhumiex biżżejjed biex persuna timxi 'l quddiem, imma għandha bżonn self mill-bank.", "Għaldaqstant, filwaqt li nfaħħar l-banek lokali, li anke fi żmien ta' diffikultà taw u għenu kemm felħu lil dawn l-SMEs, huwa tajjeb li ngħidu li użajna l-fondi Ewropej.", "Irrid ngħid li kien gvern ieħor li beda b'din il-miżura li ngħinu lil dawn l-SMEs, dawn in-negozji tal-familja, anke biex isir tapping ta' fondi u jieħdu self.", "Meta qed ngħid jieħdu self ifisser li inti tagħti loans, garanziji, li huma vantaġġjużi meta mqabbla ma' banek oħrajn.", "Jiġifieri, huwa pass aħjar mis-self li tieħu mingħand banek kummerċjali lokali.", "Hawnhekk irrid insemmi l-SMEs Intiative Programme li permezz tiegħu qegħdin noffru €28 miljun ta' fondi Ewropej li, when leveraged - għaliex il-European Investment Bank u l-European Investment Fund jagħtu l-fondi tagħhom ukoll hemmhekk ma' tagħna - jitilgħu għal massimu ta' €90 miljun ta' loans li qegħdin nagħtu lill-SMEs Maltin u Għawdxin, dawn in-negozji tal-familja.", "Dan huwa pożittiv ħafna.", "Hawnhekk nixtieq infaħħar liż-żewġ banek li daħlu għal dan l-impenn, jiġifieri l-BOV u l-BNF Bank, li aċċettaw li jmexxu 'l quddiem dan il-programm.", "Nixtieq ngħid ukoll li dalwaqt se jkollna l-Malta Development Bank li se jkun qiegħed jgħin u jagħmel ix-xogħol tiegħu biex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi, mhux biss għal negozji żgħar u medji u start-ups, imma wkoll għal proġetti kbar li għandhom bżonn kapital qawwi ħafna.", "Għalhekk huwa tajjeb li nfaħħar il-ħidmiet li qed isiru, bl-għajnuna wkoll ta' fondi Ewropej, biex inkomplu nappoġġjaw dawn il-familji li jinvestu għax jemmnu f'din l-ekonomija vibranti ta' pajjiżna.", "Sinjura President, nixtieq intenni l-impenn tiegħi u ta' sħabi biex inkomplu nappoġġjaw dawn in-negozji, li mhux biss huma is-sinsla imma huma wkoll il-futur tal-ekonomija Maltija.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, qegħdin nitkellmu fuq is-sinsla tal-ekonomija.", "Qegħdin nitkellmu fuq ħafna nies li jaħdmu f'dan is-settur, ħafna nies li ma jiddependux fuq min jimpjegahom, anzi jużaw l-inizjattiva tagħhom biex jiġġeneraw ix-xogħol, il-kummerċ, u għaldaqstant qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li minn żmien għal żmien dejjem insostnu.", "Hija xi ħaġa sabiħa li nsejħulhom \"negozji tal-familja\" aktar milli \"SME's\", għax dawn huma proprju hekk, negozji fejn ġeneralment issib kemm ir-raġel, kemm il-mara u ġieli anke t-tfal jaħdmu f'dan it-tip ta' negozji.", "Imma jien illum mhux se nitkellem fuq ħwienet u fuq kummerċ, imma se nitkellem fuq settur li f'din il-Kamra ta' spiss ninsew.", "Se nitkellem fuq il-qasam tas-saħħa, se nitkellem fuq settur ta' negozju tal-familja, fejn il-professjonisti huma parti minn a profession that cares, fejn il-professjonisti mhux bilfors huma t-tobba, imma jistgħu jkunu wkoll anke professjonisti oħrajn paramediċi, dawk li nsejħulhom healthcare professionals, fejn is-servizz fil-komunità jew fis-saħħa primarja huwa wieħed li għandna bżonn li jkun ferm iktar robust fis-sitwazzjoni u fix-xenarju li jeżisti f'Malta.", "U għalhekk se ngħid għaliex dawn in-negozji tal-familja għandhom ukoll jiġu mħarsa.", "Nafu li t-tariffa ta' kwalunkwe tabib tal-familja hija waħda raġonevoli, hija waħda li l-poplu Malti u Għawdxi jlaħħaq magħha.", "Nafu wkoll li 90% tal-poplu Malti u Għawdxi kollu juża s-sistema tas-saħħa primarja privata u mhux dik pubblika.", "Nafu li din hija s-sinsla tal-public private health mix mill-aspett komunitarju.", "Għaldaqstant, jien nistaqsi: Tul dawn is-snin kollha x'miżuri ttieħdu biex is-sistema ta' tabib tal-familja fil-privat tissaħħaħ?", "Nafu li l-gvern għandu ħafna x'jiggwadanja minnha, imma x'inhuma l-inċentivi biex it-tobba jingħaqdu flimkien u jitħaddem group practice biex b'hekk is-saħħa tal-pazjent titħares bl-iktar mod adegwat u dan is-servizz ikun iktar aċċessibbli għall-pazjent.", "X'inhuma s-soft loans li jingħataw lil dawn it-tip ta' tobba biex iwaqqfu n-negozju tagħhom?", "Mhux qed nitkellem fuq fondi tal-Unjoni Ewropa, imma qed nitkellem fuq soft loans.", "Jien naf tobba li huma ta' età matura u għadhom għaddejjin iħallsu s-self li jkunu ħadu mill-banek b'mod kompetittiv meta waqqfu negozju li jagħti servizz lill-kura primarja fil-komunità ta' dak ir-raħal jew dak ir-reġjun.", "X'inhuma l-miżuri li qegħdin jingħataw mill-Gvern biex l-group practice tat-tobba privati jidħol fid-dinja tat-teknoloġija?", "Nitkellmu fuq l-innovazzjoni!", "Li jkollna aċċess għall-investigazzjoni jew li nistgħu narawha fuq il-kompjuter?", "Dak biss għandu jkun?!", "Hemm ħafna iktar affarijiet li suppost mexjin b'rata iktar mgħaġġla biex b'hekk is-saħħa tal-kura primarja tissaħħaħ f'Malta.", "U hawnhekk qed nirreferi wkoll, pereżempju, li jkollna l-istejjer tal-pazjenti miġburin kif suppost, xi ħaġa li għadna 'l bogħod minna, imma għandha tasal.", "Allura jien nemmen li din hija liġi tajba, u huwa tajjeb li qegħdin norqmuha mill-ġdid, imma hemm ċerti setturi… U qed nitkellem fuq settur partikolari, għax ġej minnu, għamilt iktar minn 30 sena bħala tabib fi group practice fil-privat bħala self-employed u konna nħaddmu wkoll in-nies magħna, allura naf id-diffikultajiet li tobba bħali jiffaċċjaw.", "U d-diffikultajiet jiffaċċjawhom huma personalment fl-isfond tas-servizz li huma jagħtu lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.", "Għaldaqstant, f'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel appell biex il-profession that cares - u hemm ħafna setturi 'l hemm mit-tobba - tingħata wkoll ċerti inċentivi għax din il-professjoni tmur lil hinn minn sempliċi negozju, għax hija s-sies tal-mod kif inżommu l-familji tagħna b'saħħithom.", "Għaldaqstant, dan huwa l-appell tiegħi, għax id-dispożizzjonijiet proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi jipprekludu lit-tobba tal-familja u l-healthcare professionals milli jieħdu l-benefiċċji kif stipulati f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, illum qegħdin nitkellmu fuq Abbozz ta' Liġi importanti ħafna għaliex proprju jittratta n-negozji tal-familja.", "Jien, għall-kuntrarju tal-Onor.", "Clayton Bartolo, m'iniex ġejja minn familja b'xi tip ta' negozju, imma nagħraf l-importanza li għandhom in-negozji tal-familja.", "Dawn in-negozji jien inħobb niddeskrivihom bħala x-xewka tad-dahar ta' kull ekonomija, b'mod speċjali dik Maltija, li primarjament hija magħmula min-negozji ta' daqs żgħir jew medju u li l-maġġoranza tagħhom, madwar 80%, huma negozji tal-familja, negozji li, biex ngħid hekk, raw il-bidu u anke t-tkomplija tagħhom għaliex kien hemm iben, bint jew ulied li għażlu li jkomplu fuq il-passi ta' ommijiethom u missierijiethom.", "Dan il-punt iwassalni għall-punt tas-suċċessjoni, punt li semma anke l-Ministru Chris Cardona fl-intervent tiegħu tal-bieraħ, fejn qalilna li s-suċċessjoni tan-negozju hija problematika, sa ċertu punt, aktar mis-suċċess innifsu tan-negozju.", "Fil-fatt, hemm statistika li turi li ta' kuljum fl-Unjoni Ewropea jkun hemm madwar 600 negozju ta' familja li jagħlqu minħabba problemi ta' trasferibbiltà ta' negozju.", "Allura dan iġegħelna nifhmu li mhijiex biss problema lokali, ta' pajjiż żgħir bħal Malta, imma hija ukoll problema Ewropea.", "Ladarba qed insemmi l-Unjoni Ewropea rrid ngħid li Malta hija l-ewwel membru stat tal-Unjoni Ewropea li sentejn ilu ħoloq proprju dan il-qafas leġiżlattiv għan-negozji tal-familja.", "Din hija xi ħaġa li lilna tagħmilna kburin mhux biss li konna minn tal-ewwel li għamilna dan il-qasam leġiżlattiv, iżda għaliex huwa ipprovat li f'mumenti ekonomiċi diffiċli, bħar-riċessjoni jew staġnar, huma n-negozji tal-familja l-iktar li jirreżistu għal dawn it-tip ta' sfidi.", "Jiġifieri, waħda mir-raġunijiet ewlenin għal ħajja twila tagħhom hija anke s-sens ta' responsabbiltà personali għall-immaġini tan-negozju.", "Kont qed nieħu pjaċir nisma' lill-kollega l-Onor.", "Aaron Farrugia jitkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea min-naħa tagħha qiegħda taħdem f'dan ir-rigward u tara kif permezz ta' ċerti għotjiet tkun tista' tgħin mhux biss negozji li diġà huma eżistenti, iżda wkoll tagħti grants li jagħtu l-opportunità lill- individwu li jkun irid jibda l-ewwel negozju tiegħu.", "Minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li kont qiegħda nara anke bi preparazzjoni għal dan id-diskors jidher li, sfortunatament, huma biss inqas minn 10% n-negozji familjari li jirnexxilhom jaslu sat-tielet ġenerazzjoni.", "Din hija inkwetanti ferm u hija xi ħaġa li tagħtik dispjaċir mhux biss bħala politiku, imma anke bħala uman, bħala persuna li tiddependi fuq ix-xogħol biex taqla' l-għejxien tagħha.", "U tagħtik dispjaċir għaliex in-negozji tal-familja mhumiex biss sors ta' tkabbir ekonomiku li anke joħolqu x-xogħol, iżda għaliex in-negozji tal-familja huma eżempju ċar ta' tranżazzjoni ta' bżulija, dedikazzjoni u sagrifiċċji, valuri li lkoll huma importanti għas-soċjetà u li huma ferm apprezzati minn diversi pajjiżi Ewropej.", "B'wiċċi minn quddiem jiena ngħid li dan is-sens ta' bżulija lilna l-Maltin dejjem iddistingwiena minn popli oħrajn.", "Ftit tal-ġimgħat ilu kont qed nitkellem ma' persuna li kienet pijuniera fl-introduzzjoni tal-ftuħ tal-fabbrika tal-Playmobil f'pajjiżna.", "Din il-persuna qaltli li dak iż-żmien kienu jħarsu lejn Malta u kienu jaħsbuna qisna għadna qed ngħixu fl-era tal-Flinstones, imbagħad xħin il-Ġermaniżi bdew jaraw li l-Maltin huma bieżla, qegħdin jaħdmu u qegħdin itellgħu produzzjoni liema bħalha, daħal l-element ta' għira u ma kienx faċli anke għal din il-fabbrika tibqa' f'pajjiżna topera u tibqa' tkun suċċess għal daqstant snin.", "Bħala Gvern, matul is-snin għenna b'diversi modi lill-familji li għandhom negozji u llum, minkejja li sentejn ilu prorpju ressaqna dan l-Att, qegħdin hawn nitkellmu fuq emendi ġodda għal dan l-istess Att li mela l-vojt leġiżlattiv li kien hemm.", "Jiena naħseb li din hija liġi tajba li wasslet sabiex anke jinfetaħ dan l-uffiċċju speċjalizzat, li jservi anke ta' one stop shop għall-familji tagħna, punt ta' riferiment għal kull min għandu negozju tal-familja, li jagħtihom l-appoġġ u d-direzzjoni li ħafna drabi jkunu meħtieġa.", "Din hija liġi li għall-ewwel darba rrikonoxxiet anke b'mod formali, biex ngħid hekk, il-preżenza tan-negozji tal-familja.", "Dan huwa Gvern li, jagħmel kemm jagħmel, iħoss il-bżonn li dejjem jagħmel aktar, li jibqa' impenjat li jtejjeb dak li jkun għamel huwa stess, anke fi żmien relattivament riċenti.", "Jien ġejja minn lokalità li nħobb insejħilha 'l-belt tan-negozjanti'; Ħal Qormi hija belt ħajja, vibranti u dinamika, li dejjem kienet mogħnija b'ħafna attività kummerċjali u negozji li huma il-frott ta' sforz kollettiv ta' familja li mxew 'il quddiem u iffaċċjaw l-isfidi tagħhom bl-għaraq ta' ġbinhom.", "U proprju għaliex jien minn Ħal Qormi u ngħix f'din l-lokalità nista' nifhem aħjar il-bżonnijiet u l-preokkupazzjonijiet ta' dawn il-familji bin-negozju, iżda wkoll l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "Dan għax il-ħolma tagħhom mhijiex biss li dan in-negozju jitkompla minn uliedhom, imma li eventwalment jitkompla b'suċċess u jkompli jikber u jiffjorixxi.", "Ħafna negozji familjari rnexxew, kibru u anke espandew l-operat tagħhom matul iż-żmien u dan wassal biex fl-antik kien hemm il-kunċett ta' casa bottega.", "Dawn in-nies joħorġu minn dawn il-garaxxijiet ġewwa żoni residenzjali u jespandu n-negozju tagħhom anke f'zoni industrijali.", "Insemmi, pereżempju, lil Nenu Debono, li mhuwiex biss magħruf mal-Qriema, li huwa l-moħħ wara Maypole, storja ta' suċċess li għandha anke tkun ta' ispirazzjoni għal ħafna familji li għandhom in-negozju tagħhom.", "Dan il-missier beda minn forn żgħir ġewwa Tas-Sliema u rawwem lil uliedu b'ħafna bżulija u, effettivament, anke permezz tar-riskji li huwa stess ħa u bl-għajnuna u l-appoġġ anke tal-gvern, illum għandhom fabbrika industrijali u jħaddmu mhux biss lill-familja tagħhom, imma jħaddmu numru kbir ta' nies, kemm ġewwa l-fabbrika kif ukoll ġewwa l-ħwienet tagħhom.", "Qed tiġini f'moħħi wkoll storja oħra Qormija ta' suċċess.", "Qed nirreferi għall-kumpanija Lamb Brand li niftakarha topera – għall-inqas meta kont sindku - minn madwar 7 garaxxijiet ġewwa Ħal Qormi, ilkoll f'żoni residenzjali.", "Tistgħu timmaġinaw kemm ikun diffiċli li bħala sindku tasal għal xi tip ta' bilanċ meta hemm min qiegħed jaħdem u allura qed jagħti l-opportunità tax-xogħol iżda ovvjament qed joħloq ċertu inkonvenjent għar-residenti.", "Ma kienx ikun faċli għalija bħala sindku li nżomm dak il-bilanċ.", "Iżda hija wkoll storja ta' suċċess għax issa dawn ingħataw art ġewwa ż-żona industrijali tal-Imrieħel u jinsabu kuntenti għax fl-aħħar mill-aħħar mhux se jibqgħu ikunu ta' skumdità għar-residenti tat-toroq li kienu joperaw minnhom u finalment se jkunu jistgħu jkabbru anke l-operat tagħhom, se jkollhom iktar spazju, jistgħu jaħdmu b'iktar kumdità u anke se jżidu n-numru ta' nies li jaħdmu magħhom.", "Dawn huma biss żewġ eżempji, li bħalhom hemm iktar, u aħna, bħala Gvern, kommessi li nibqgħu nagħtuhom l-għodda sabiex ikollna iktar stejjer ta' suċċess bħalhom.", "Sinjura President, l-għanijiet u r-raġunijiet tal-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu llum huma, fost l-oħrajn, li jiġu kjarifikati u simplifikati l-kwestjonijiet u proċessi amministrattivi biex anke jiġi żgurat li l-inċentivi jingħataw lil dawk in-negozji tal-familja li huma reġistrati bħala tali.", "Il-kelma \"simplifikar\" hija forsi iktar faċli mill-kliem \"tnaqqis ta' burokrazija' biex tgħidha, imma hija ferm iktar diffiċli meta tipprova twettaqha.", "Se nuża l-kliem li uża l-Onor.", "Edwin Vassallo lbieraħ: \"Kultant qisek tħossok se tidħol ġo ħajt u tipprova ssib il-fil biex tidħol minn xi mkien\".", "Għaliex mhux faċli meta jkollok ċerti liġijiet li inti tibdilhom biex tkompli tissimplifika.", "U allura wieħed għandu japprezza anke l-isforz li sar f'dan ir-rigward u jien bħala Kummissarju tas-Simplifikazzjoni, kull fejn nista', se nibqa' nara b'liema modi dawn il-proċeduri jistgħu jiġu simplifikati, anke fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Illum qegħdin hawn niddiskutu għaliex irridu nagħmlu liġi aħjar minn dik li għamilna sentejn ilu biex, pereżempju, dawk il-familji li għandhom negozju jkunu jistgħu japplikaw għal dawn l-inċentivi bl-aktar mod faċli u anke effiċjenti.", "Bħalma ngħidu, time is money u allura ma nistgħux nissograw li minħabba dewmien eċċessiv inkunu qegħdin inċaħħdu u nwaqqfu lil xi familja jew oħra milli jkomplu jirnexxu fin-negozju tagħhom.", "Nemmen li meta qegħdin nissimplifikaw il-proċess ta' kif in-negozji għandhom japplikaw għal dawn l-inċentivi nkunu qegħdin inħeġġu anke aktar negozji ta' dan it-tip ħalli jagħmlu użu minn dawn l-inċentivi fiskali.", "Huwa inutli li nagħtu l-inċentivi jekk imbagħad dawn l-istess inċentivi jispiċċaw ma jintużawx għaliex il-proċedura tkun daqstant diffiċli li wieħed jaqta' qalbu.", "Huwa tajjeb li nagħtu ħarsa lejn ix-xogħol li qiegħed isir.", "Pereżempju, matul dawn l-aħħar xhur din il-leġiżlazzjoni ġiet milqugħa tajjeb ħafna, u l-feedback kien wieħed pożittiv immens.", "Kellna aktar minn 250 negozju tal-familja li bbenefikaw minn dawn l-inċentivi fiskali provduti mill-Uffiċċju għan-Negozji tal-Familja.", "Din is-sena wkoll kien hemm l-implimentazzjoni ta' 5 strumenti leġiżlattivi li flimkien jipprovdu dawn l-inċentivi u, barra minn hekk, fil-baġit tas-sena l-oħra, bħalma semma l-Ministru Cardona, kien hemm l-iskema Micro Invest li żdiedet għal €70,000 għan-negozji tal-familja.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq negozji tal-familja ma nistax ma nsemmix anke l-iżviluppi li saru riċentement f'dan ir-rigward.", "Il-Ministru Cardona ħabbar kif għall-ewwel darba se jkollna bank lokali li se jkun qiegħed jagħmel din l-iskema speċjalizzata għan-negozji tal-familji u bl-għajnuna tal-Uffiċċju għan-Negozji tal-Familja u l-BOV dawn in-negozji se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn aktar għajnuniet.", "Din l-iskema se tkun waħda ta' serħan il-moħħ u li verament toffri għajnuna lil dawn it-tip ta' negozji.", "Fil-fatt, il-kollega aċċenna wkoll li l-Bank Malti għall-Iżvilupp huwa wkoll parti minn dan il-ftehim li ntlaħaq u se jkun proprju hu li qiegħed jagħmel tajjeb għal dan.", "Barra minn hekk, ma nistax ma nsemmix l-isforzi u l-ħidma konsistenti tal-Uffiċċju għan-Negozji tal-Familja, u minn hawnhekk insellem lil Dr Nadine Lia għax-xogħol kbir li qed tagħmel, mhux biss għax-xogħol tagħha fir-rwol li ġiet fdata fih, imma wkoll li kienet tant ġentili li spjegatli x-xogħol li sar anke matul dawn l-aħħar sentejn.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-Kumitat se jkun qiegħed jopera mill-Kamra tal-Kummerċ u se jiffunzjona bħala one stop shop għan-negozjanti Maltin, fejn in-negozjanti jistgħu jmorru bil-problemi tagħhom u jingħataw id-direzzjoni li jkunu tant jeħtieġu.", "L-importanti huwa li l-familji li għandhom negozju jħossuna viċin tagħhom fid-diffikultajiet li jkollhom ta' kuljum.", "Sinjura President, dan mhuwiex biss il-gvern tal-familji jew tan-negozji, imma huwa l-gvern tat-tnejn li huma.", "Dan huwa gvern li se jkompli jaħdem biex joħloq ambjent li fih n-negozjanti tagħna jkomplu jimxu 'l quddiem u jespandu l-operat tagħhom u wkoll jiġu premjati għall-ħidma tagħhom.", "Bħalma għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, l-isfidi qegħdin hemmhekk, diġà għamilna ħafna, imma bħal dejjem jonqos iżjed x'isir.", "Wara kollox, is-suċċess ta' dawn il-familji mhuwiex biss is-suċċess tagħna bħala gvern u bħala pajjiż, u allura huwa proprju għalhekk li aħna bħala gvern se nkomplu naħdmu lejn il-kisbiet ta' aktar suċċessi għall-familji u għan-negozji tagħhom li tant jaħdmu għalihom.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Irrid nibda dan id-diskors tiegħi billi nsellem lill-Ministru Chris Cardona tax-xogħol li qiegħed jagħmel fis-settur tal-ekonomija li huwa responsabbli minnu, minkejja l-attakki kollha li għaddejjin fuqu ta' kuljum u li ma jiqfux.", "Jien ma nissorprendix ruħi li n-naħa tal-Oppożizzjoni tipprova tattakka personalment lill-Ministru għall-Ekonomija għaliex l-ekonomija llum qiegħda fl-aqwa żmien tagħha u biex tipprova tweġġa' lil dan il-Gvern trid tipprova tweġġgħu fl-ekonomija, li mhux biss illum hija fost l-aqwa ekonomiji li għandna fl-Ewropa, iżda wkoll bil-fatti hija fost l-aqwa ekonomiji li għandna fid-dinja.", "Is-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna llum huwa bla preċedent, għandna rata ta' tkabbir ekonomiku li qatt ma rajna bħalha.", "Ta' qabilna kienu jkejlu s-suċċess bl-ammont ta' impjiegi, u kampanja elettorali waħda wara l-oħra u diskorsi wieħed wara l-ieħor kienu jħobbu jiftaħru li kien irnexxielhom joħolqu 12,000 impjieg.", "Fl-ewwel ħames ta' dan il-Gvern, taħt l-istrateġija ekonomika mmexxija tajjeb ferm mill-Ministru Chris Cardona, pajjiżna rnexxielu joħloq 47,000 impjieg ġdid, jiġifieri, kważi 50,000 impjieg ġdid fl-ewwel leġiżlatura ta' dan il-Gvern.", "U l-qgħad huwa fl-anqas livell li qatt kien.", "U l-maġġoranza tal-impjiegi jinħolqu mas-settur privat, ħafna minnhom ma' negozji tal-familji, li proprju qegħdin nitkellmu dwarhom illum, u anke ma' kumpaniji żgħar.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jolqot kważi kważi lil kull familja għaliex f'kull familja hemm xi ħadd li għandu negozju, ħafna minnhom negozji żgħar li taħt dan il-Gvern komplew jikbru.", "Titkellem meta titkellem mal-familji involuti fin-negozju jgħidulek li llum hawn ix-xogħol.", "U kif qalu kważi l-kelliema kollha ta' qabli, in-negozjanti huma s-sinsla tal-ekonomija f'Malta.", "Jien ngħid li mhux biss, għax nistgħu ngħidu li jifformaw is-sinsla ta' ħafna mill-ekonomiji madwar id-dinja u qegħdin jikbru anke b'rata impressjonanti.", "In-negozji huma sors ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi u jagħtu attenzjoni konsiderevoli lil diversi fatturi bħal, pereżempju, il-lokal jew ir-reġjun li jkunu qegħdin joperaw fih, u hemm raġunijiet differenti għala t-twaqqif ta' negozju tal-familja jibqa' għaddej.", "Iżda l-iżjed komuni minnhom hija s-sistema ta' valuri li sseħħ b'mod naturali, ir-rieda li tintwera u d-dedikazzjoni, is-sagrifiċċju u s-sens ta' responsabbiltà lejn dawk li jkunu waqqfu n-negozju tal-familja, liema negozju jibqa' jintiret.", "In-negozji tal-familja huma kapaċi jifilħu aħjar perjodi diffiċli ta' riċessjoni u staġnar, u waħda mir-raġunijiet ewlenin għal-lonġevità tagħhom hija s-sens ta' responsabbiltà personali għall-immaġini tan-negozju li jkollhom.", "Dan il-Gvern qed jaħdem biex ikompli joħloq ambjent li fih intraprendituri u negozji tal-familji jistgħu jirnexxu fl-intraprenditorija tagħhom ħalli finalment ikunu ppremjati.", "Bl-introduzzjoni ta' dan l-Att dwar in-Negozji tal-Familja sentejn ilu, il-Gvern beda jirrikonoxxi aktar il-valur uniku tan-negozji tal-familji li għal snin twal kienu mwarrba - ħalli ma nużax il-kelma \"abbandunati\" – għax minkejja li kellhom anke segretarjat parlamentari li kien dedikat u ffokat biss għan-negozji ż-żgħar, ħafna minnhom kienu jħossuhom imwarrba.", "L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma li jiġu kjarifikati u simplifikati kwestjonijiet bħal, pereżempju, proċessi amministrattivi biex ikun żgurat li l-inċentivi jingħataw lil dawk in-negozji tal-familja li huma reġistrati bħala tali.", "Irridu nagħmlu liġi aħjar milli hi, u għalhekk qegħdin nemendawha, biex in-negozji jkunu jistgħu japplikaw għal inċentivi bl-aktar mod faċli u effiċjenti.", "L-emendi li għandna quddiemna huma parti mill-isfida li għandu dan il-Gvern biex inaqqas il-burokrazija ħalli nissimplifikaw il-proċess ta' kif in-negozji għandhom japplikaw għal dawn l-inċentivi.", "B'hekk inkunu qegħdin inħeġġu aktar negozju ta' dan it-tip biex jagħmlu użu minn dawn l-inċentivi fiskali għax aħna rridu ninċentivaw lin-negozji.", "Mill-esperjenza personali li kelli fin-negozju fil-ftit żmien li waqaft mill-politika, nista' ngħid li filwaqt li kienet esperjenza sabiħa, sakemm tibda – jien kont involut fil-qasam tar-ristoranti – kont tgħaddi minn martirju.", "Pereżempju, sa tliet snin wara l-ftuħ tar-ristorant kont għadni bla dawl għaliex biex jingħata d-dawl fejn kelli r-ristorant jiena, taħt Sant'Anġlu, riedet titħaffer trinka, u biex titħaffer din it-trinka l-permess dam tliet snin biex ħareġ.", "Dam għax l-ewwel trid tmur għand l-Awtorità tal-Ippjanar, imbagħad hemm is-Sovrintendenza ta' Heritage Malta, imbagħad hemm l-Enemalta u entitajiet u awtoritajiet oħrajn, fosthom Transport Malta.", "Dawn huma kollha affarijiet tajbin li għandhom isiru, imma min qed jinvesti flusu m'għandux jeħel f'dan iċ-ċirku burokratiku żejjed li kien itellef il-flus lin-nies.", "Biex ma nsemmux li mbagħad ikollok awtorità li tgħidlek mod u awtorità oħra li tgħidlek mod ieħor!", "Allaħares nibda nsemmi u nispjega għaliex kulħadd jispiċċa jidħak.", "Bħal meta, pereżempju, ikollok awtorità li tgħidlek li trid tagħmel lift u trid twaħħlu mal-ħajt, imbagħad tiġi awtorità oħra u tgħidlek li jekk twaħħal il-lift mal-ħajt twaħħlek multa!", "Huma affarijiet ta' barra minn hawn, imma dik kienet l-esperjenza personali tiegħi.", "Din hija l-ewwel darba li qed nindirizza l-Parlament minn mindu nedejna l-istrateġija għall-Cottonera, li permezz tagħha nistgħu ninċentivaw aktar negozji, li ħafna minnhom huma negozji familjari li għandna fil-Cottonera, fosthom numru ta' stabbilimenti fil-qasam tal-catering.", "U hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira biex ngħid li diġà kellna feedback tajjeb ħafna minn diversi bnadi, anke min-nies li joperaw fil-qasam tan-negozju.", "Pereżempju, in-naħa tal-Cottonera hemm familji jew nies oħrajn li xtraw proprjetajiet u llum qegħdin jinvestu biex jagħmlu boutique hotels jew jikru l-appartamenti lit-turisti.", "Hawnhekk irrid ngħid kelma dwar l-Oppożizzjoni, li trid soċjetà li jimpurtaha imma fl-istess ħin ma tagħtix kas in-nies tal-Cottonera għax lanqas biss semmew fuq il-midja li l-Gvern nieda l-istrateġija tal-Cottonera.", "Il-ġurnal The Times of Malta, li l-ħin kollu jibgħat il-mistoqsijiet dwar x'nagħmel jiena - kważi kważi għalihom dawn lanqas għandi dritt naħdem – semmew u rrapportaw li tnediet din l-istrateġija, iżda ma semmewx li kien il-Kumitat ta' Riabilitazzjoni tal-Cottonera li għamel dan ix-xogħol.", "Ma jimpurtax għax aħna mhux qegħdin hawnhekk għall-isem, qegħdin hawnhekk biex naħdmu, imma tal-inqas għarrfuhom lill-qarrejja tagħhom li l-Gvern nieda dan il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija tal-Cottonera.", "In-naħa tal-Oppożizzjoni, li l-midja tagħha bħalissa hija ffokata u ffissata dwar affarijiet oħrajn, minkejja li tgħid li trid soċjetà li jimpurtaha, ġiet taqa' u tqum min-nies tal-Cottonera, u min jara biss il-midja tal-Partit Nazzjonalista llum ma jafx li l-Gvern nieda dan il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.", "Nistieden lir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fil-Cottonera biex jiġu ħalli niddiskutu għax il-Cottonera hija ta' kulħadd, hija tan-Nazzjonalisti daqskemm hija tal-Laburisti.", "Il-Cottonera hija ġawhra li għandna f'pajjiżna u rriduha tkompli tikber u tisbieħ, irridu ambjent aħjar u rridu aktar attività ta' negozju lejn il-Cottonera.", "Għandna siti ewlenin matul il-kosta tal-baħar tal-Cottonera li jistgħu jiġu żviluppati, hemm ħafna min għandu ideat u jiena nixtieq li jersqu ħafna iktar nies 'il quddiem.", "Għamilna sensiela ta' proposti u, fost l-oħrajn, tkellimna wkoll dwar dawn is-siti ewlenin matul il-kosta tal-baħar, kif identifikati fil-Cottonera Waterfront Development Brief, li għadhom mhumiex żviluppati.", "Dawn huma siti kbar f'postijiet ewlenin li f'xi każijiet jinsabu fi stat serju ta' nuqqas ta' manutenzjoni jew abbandun, li ħafna minnhom qegħdin f'idejn il-privat u qed jipprevjenu l-potenzjal sħiħ tal-waterfront minkejja li uħud minnhom għandhom valur storiku.", "Qed ikun propost li l-ostakli għar-riabilitazzjoni tittieħed azzjoni dwarhom mill-aktar fis possibbli biex titkompla l-mewġa ta' riġenerazzjoni taż-żona.", "Meta fix-xhur li għaddew kont qed nitkellem waqt l-estimi ta' Heritage Malta stedint u appellajt lill-Gvern biex jieħu azzjoni ħalli jintervjeni, - u għandu mezz kif jista' jintervjeni, kif kien sar qabel ukoll u dan il-Gvern għamilha fil-każ ta' Sant'Anġlu, pereżempju – sabiex dawk il-postijiet li huma f'idejn il-privat u li għadhom mhumiex żviluppati jirranġahom il-Gvern a spejjeż ta' min għandu l-kirja f'idejh.", "L-opportunitajiet ta' negozju li jirriżultaw mill-assi ta' patrimonju kulturali fiż-żoni ta' konservazzjoni għandhom ikunu identifikati bħala rikonoxximent tal-valur intrinsiku nkorporat fi proprjetajiet bħal dawn.", "F'dan ir-rigward il-prodott turistiku taż-żona jista' jimmira lejn swieq domestiċi u barranin, bħal pereżempju, ħafna stabbilimenti tal-ikel, ta' akkomodazzjoni u attrazzjonijiet turistiċi oħrajn, għax jekk jiġu t-turisti jkollhom bżonn fejn jieklu, eċċ. U allura għandek bżonn ħafna stabbilimenti tal-catering.", "Hemm ħafna familji li diġà ħadu diġà din l-inizjattiva u aħna rridu nagħmluha iktar faċli biex aktar nies jidħlu fl-intraprenditorija, jieħdu l-inizjattiva, jinvestu l-flus ħalli jimirħu u b'hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol.", "Biex nagħmlu hekk, jekk se niffokaw fuq il-Cottonera, li għadha mhijiex meqjusa bħala żona turistika, qegħdin ngħidu li għandu jkun hemm branding li jirreklama lill-Cottonera bħala destinazzjoni b'wirt kulturali mżewwaq bi tradizzjonijiet lokali, festi u avvenimenti oħrajn.", "Fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jkun hemm l-ikbar attività li ssir fil-Cottonera u li ħafna familji jattendu għaliha; qed nirreferi għall-BirguFest.", "Però hemm ħafna familji oħrajn li għandhom in-negozju tal-familja tagħhom li, jew li diġà qiegħed fil-Birgu, jew inkella jmorru hemm biex jipprestaw is-servizz li joffru permezz tan-negozju tagħhom.", "Għalhekk attivitajiet bħal dawn li jsiru f'ħafna bliet aħna ninkoraġġuhom.", "Jiena nitkellem dwar il-qasam li qed jikkonċerna lili bħalissa.", "Dawn huma attivitajiet li jistgħu jżidu l-attività tan-negozju f'ħafna mill-weekends għax hawn min għandu n-negozju li huwa full-time tiegħu, imbagħad hawn min ukoll li, apparti x-xogħol full-time tiegħu, ikollu l-attività tal-familja tiegħu li tkun part-time, u minn dawk ikollna ħafna.", "Dawn l-attivitajiet li jsiru madwar Malta u Għawdex, inkluż il-festi, ifissru aktar dħul għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Fil-preżent jeżistu assi pubbliċi li mhumiex utilizzati bħal, pereżempju, swar fil-Cottonera lines li, fl-opinjoni tiegħi, għandhom jintużaw aħjar.", "Faċilitajiet li għandhom ikunu provduti jista' jsir użu aħjar minnhom, u spazji storiċi restawrati jistgħu jintużaw biex jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi fil-Cottonera, mhux bilfors mal-Gvern, imma anke billi ninċentivaw aktar nies jidħlu biex jinvestu ħalli jkollhom ukoll in-niċċa tagħhom ta' kif jistgħu jtejbu l-livell tal-għejxien tagħhom.", "Pereżempju, jistgħu jkunu attivitajiet kompatibbli li jinkludu snajja' tradizzjonali direttament marbuta mal-qasam marittimu, jew inkella li huma marbutin mal-qasam tal-industrija tal-films.", "Nafu li fil-Cottonera hemm ħafna nies jaħdmu fl-industrija tal-films bħala self-employed u ħafna minnhom ukoll issib li huma kumpaniji żgħar tal-familja li jipprestaw servizzi fix-xogħol tal-ħadid, tal-injam jew fil-bini tas-settijiet, u dawk ukoll huma għalina negozji jew kumpaniji li rridu ngħinu.", "Għaliex meta qegħdin insemmu l-Att dwar in-Negozji tal-Familja mhux qegħdin nirreferu biss għal dak li għandu ħanut, imma qegħdin nirreferu wkoll għal dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom id-dħul tagħhom jiddependi mill-attività kummerċjali li jkollhom, u ħafna minnhom ukoll ikunu qegħdin jintirtu.", "Sinjura President, aħna nixtiequ li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nkomplu nissimplifikaw il-proċeduri ħalli min ikun irid jibda attività ma jgħaddix mill-martirju li ħafna nies kienu jgħaddu minnu.", "Nista' nitkellem mill-esperjenza personali.", "Għandna ħafna servizzi li diġà qed noffru.", "Fil-bidu ta' dan id-diskors jiena semmejt ix-xogħol tajjeb li qiegħed imexxi l-kollega tiegħi l-Ministru Chris Cardona, li bla dubju se jibqa' jkun attakkat għall-mottivi li diġà semmejt.", "Però dan l-Abbozz ta' Liġi m'għandux jiddividi l-opinjonijiet f'din il-Kamra għaliex naħseb – u hekk għandu jkun – li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jaraw li n-negozjanti tagħna jkomplu jimirħu, jiżviluppaw u jinvestu ħalli 'l quddiem ikunu qegħdin f'pożizzjoni aħjar milli qegħdin illum.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Ministru Chris Cardona biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sinjura President, jiena smajt b'attenzjoni lill-kelliema taż-żewġ naħat tal-Kamra u essenzjalment jidher li hemm qbil dwar dawn l-emendi għall-Abbozz ta' Liġi, li jfisser li b'mod kollettiv qegħdin naqblu li dak li sar minn dan il-Gvern għan-negozji tal-familja kien wieħed fid-direzzjoni t-tajba, kien wieħed li jfisser li għandna gvern li jieħu ħsieb in-negozji tal-familja.", "Kif nafu u erġajna smajna, in-negozji tal-familja jifformaw is-sinsla ta' ħafna ekonomiji madwar id-dinja u għandhom element li jiddistingwihom minn negozji oħrajn minħabba l-fatt li jikbru b'rata impressjonanti, rata li forsi intrapriżi oħrajn li ma jkunux tal-familja, forsi għax ma jkunx hemm dak l-element emottiv ukoll u fraternali, jieħdu iżjed żmien biex jilħquha.", "Għaliex hawn qed titkellem dwar in-negozju, qed titkellem dwar fiduċja, dwar investiment li se tagħmel għalik u għall-ġenerazzjonijiet ta' warajk, għal uliedek, li mhux neċessarjament ikunu preżenti f'kumpaniji li mhumiex tradizzjonalment tal-familja.", "Bla dubju ta' xejn – u dwar dan qbilna ż-żewġ naħat tal-Kamra – li dawn in-negozji tal-familja huma sors kbir ta' tkabbir ekonomiku u sors kbir ta' tkabbir ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' impjiegi u li jagħtu wkoll attenzjoni partikolari għall-ħteġijiet li jkollhom fatturi reġjonali u fatturi lokali.", "Hemm raġunijiet differenti għat-twaqqif ta' negozju tal-familja, iżda l-iżjed komuni minnhom hija s-sistema ta' valuri li sseħħ b'mod naturali, għaliex qegħdin nitkellmu dwar relazzjonijiet tad-demm, blood relations, ir-rieda li jintwerew dedikazzjoni u sagrifiċċju, għaliex jekk ikollok negozju tal-familja, meta tmur id-dar trid tagħti rendikont.", "Pereżempju, jekk inti mara fl-intrapriża se titkellem mar-raġel u mat-tfal jew mas-sieħeb tiegħek, jekk inti raġel se tmur id-dar u se ssib il-mara jew is-sieħba u t-tfal.", "Jiġifieri meta tmur lura d-dar, u anke fil-ħin liberu tiegħek, hemm propensità ikbar li se tibqa' titkellem dwar ix-xogħol.", "Dan bħal meta jiltaqgħu kollegi tax-xogħol.", "Aħna hawnhekk m'aħniex biss politiċi, ikollna l-ħajja soċjali tagħna.", "Ġieli meta nkunu msefrin jew inkunu fuq xi xogħol nitkellmu dwar l-attivitajiet politiċi tagħna, u l-istess jagħmlu n-negozji tal-familja, meta jmorru lura d-dar jirrakkontaw minn xiex għaddew u l-isfidi li jkollhom.", "Imbagħad hemm ir-rieda li tintwera b'dedikazzjoni, sagrifiċċju kbir u sens ta' responsabbiltà lejn dawk, jew dak jew dik, li jkunu waqqfu n-negozju u wkoll dawk li jkun għad għandhom il-kontroll tiegħu.", "Niftakar li meta konna l-Università nistudjaw id-dritt Ruman, il-liġi li kważi kważi hija l-pjattaforma tal-liġi ċivili li evolviet matul dawn l-elfejn sena u aktar, il-karattru prinċipali kien il-persuna li kienet imsejħa bonus pater familias, li kienet il-persuna li tiddistingwi ruħha fl-għaqal fit-tmexxija u fid-direzzjoni li tagħti.", "U l-bonus pater familias - li dak iż-żmien, ovvjament, kellu rwol ferm differenti milli għandu llum – iwassal biex jagħti dan is-sens ta' direzzjoni lin-negozji tal-familja, anke f'mumenti ta' kriżi finanzjarja, ta' kriżi ekonomika u ta' kriżi soċjali.", "B'hekk il-familji jkunu kapaċi jifilħu aktar f'perjodi diffiċli, fosthom perjodi ta' riċessjoni, staġnar u metodi ġodda ta' teknoloġija.", "Illum qegħdin naraw, pereżempju, kif l-industrija li qiegħda tinħoloq f'dak li għandu x'jaqsam ma' emerging industries li huma relatati ħafna man-knowledge based industries, jiġifieri mal-għarfien, huma pjuttost disruptive, huma pjuttost industriji li ma jħallux il-ħajja tagħna - mhux il-ħajja ta' kuljum jew il-kwalità tal-ħajja, imma l-ħajja ekonomika tagħna - għaddejja b'mod normali.", "Dan għax huma industriji disruptive li jagħmlu ħafna ġid, però fl-istess ħin ikollhom impatt ukoll fuq dak li huwa msejjaħ bħala indiġenu, bħal industriji indiġeni, eċċetra.", "Dawn l-elementi kollha jinħtieġu leadership, karattru ewlieni, jew tnejn, jew tlieta.", "Dawn narawhom fl-istorja tan-negozju f'Malta; il-familji l-aktar li għamlu suċċess kienu dawk li kellhom sens ta' tmexxija, ta' għaqal u ta' maturità.", "Jekk tibda ssemmi fl-istorja kontemporanja, jiġifieri anke bil-kunjomiet, naslu biex nidentifikaw liema huma dawk il-familji li kellhom din it-tmexxija, dan is-sens ta' għaqal fit-tmexxija.", "Naħseb waħda mir-raġunijiet ewlenin għal-lonġevità, il-fatt li inti ttawwal il-ħajja tan-negozju tal-familja, hija s-sens ta' responsabbiltà personali u l-immaġini li jkollu n-negozju partikolari.", "Sinjura President, wieħed mill-iktar mumenti li nieħu pjaċir fil-kapaċità tiegħi bħala persuna li nieħu ħsieb dan id-dekasteru, li jinvolvi l-ekonomija, kif taf inti, l-investiment minn barra minn Malta u n-negozji, hu meta niltaqa' ma' dawn il-familji li jagħtuk ispirazzjoni.", "Tieħu pjaċir mhux għaliex tkun taf dwar is-suċċess li jkunu għamlu, imma għax ħafna minnhom dan is-suċċess ikunu bnewh huma, ikunu bdew mill-ftit, ikollhom viżjoni, ikollhom strateġija, ikollhom responsabbiltà, ikollhom l-għaqal, mhux biss tal-flus, tal-investiment, imma l-għaqal li jibqgħu jantiċipaw x'hemm bżonn fl-ekonomija tal-pajjiż li jkunu qegħdin jaħdmu fiha.", "Imbagħad għandek in-naħa l-oħra tal-munita, għandek dawk in-nies li jitilqu mix-xejn, li ma jkollhomx background ta' kummerċ jew ta' negozju, però malli titkellem magħhom u jiġuk bl-idea tagħhom, bil-proġett tagħhom, tgħid li dawn se jaslu, dawn se jimxu, dawn se jaħdmu.", "Allura b'dan l-Att dwar in-Negozji tal-Familja li sentejn ilu introduċejna bħala parti mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiżna, ifisser li għandna gvern li qed jaħdem biex ikompli joħloq ambjent, eko-sistema, li fiha l-intraprendituri u n-negozji tal-familji jistgħu jirnexxu u x-xogħol tagħhom jiġi premjat.", "Aħna mhux għajjurin għas-suċċess tagħhom, aħna għajjurin li nagħtuhom aktar biex huma jiksbu aħjar u aktar ukoll.", "Ix-xewqa tagħna bħala gvern hi li nkomplu nintroduċu inċentivi kontinwi, wieħed wara l-ieħor, biex nassiguraw li dak li nkiseb mill-bonus pater familias, jew inkella mill-bonus mater familias illum, u minn dik l-istituzzjoni li aħna nsejħulha negozju tal-familja, ma jintilifx, anzi jitkattar u jitkabbar.", "Bl-introduzzjoni tal-Att dwar in-Negozji tal-Familja sentejn ilu l-Gvern beda wkoll jirrikonoxxi l-valur uniku tan-negozji tal-familja, li għal żmien twil – ħalli ngħidu l-affarijiet kif inhuma – kien abbandunat kompletament minn amministrazzjonijiet preċedenti.", "Jiena smajt lill-Onor.", "Edwin Vassallo u lill-Onor.", "Claudio Grech min-naħa tal-Oppożizzjoni, li rrid ngħid li kellhom diskorsi tajbin u hemm partijiet mid-diskors tagħhom li kienu propożittivi, però dawn żgur ma jistgħux jitkellmu dwar kemm il-Gvern preċedenti ta' qabel l-2013 għen lin-negozji tal-familja.", "U l-ikbar riżultat biex tiċċertifika dak li qed ngħid jien hawn ġew huwa li tistaqsi lin-negozjanti stess individwalment jekk mill-2013 'l hawn sabux għajnuna mill-Gvern?", "Kellhom għajnuna mill-Gvern?", "Semagħhom il-Gvern?", "Iltaqa' maħhom il-Gvern?", "Il-Gvern għenhom biex ikabbru n-negozju tagħhom?", "Il-Gvern ħa ħsieb li jintroduċi miżuri li ssuġġerew huma biex jgħinhom bħala gvern?", "Kellhom reazzjoni min-naħa tal-Gvern forsi għall-ilmenti li kellhom?", "Jien niftakar – u mhijiex storja sabiħa, hija storja inkwetanti ħafna u llum qegħdin niċċelebraw il-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali u jkolli ngħid hija ġurnata serja ħafna f'dan il-kuntest – li kien hemm diversi negozjanti li sfaw vittma anke ta' mard mentali minħabba li kienu jintbagħtu l-ħabs għax ma jħallsux il-VAT.", "Kollha niftakruhom dawn!", "Jien kont neżerċita l-professjoni ta' avukat dak iż-żmien.", "Pereżempju, kien jiġi negozjant, jgħidli li falla, m'għandux flus, biegħ id-dar, telqitu l-mara, it-tfal abbandunawh, u l-Gvern kien se jitfgħu il-ħabs għax ma ħallasx il-VAT.", "Jew inkella jgħidlek li għadda minn mument fejn in-negozju tiegħu falla u flok sab l-għajnuna tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet tal-gvern tawh majnata, u mhux talli ma jistax jirkupra, talli ġie klassifikat bħala fallut, bħala negozjant li falla.", "Dan meta lkoll nafu li fin-negozju jiġu mumenti tajbin u jiġu mumenti ħżiena, ikun hemm il-fluctuations fil-klima ekonomika tal-pajjiż, u anke dik internazzjonali, però żgur li lil min imurlu ħażin proġett ma tistax titfgħu f'bir tas-skieken u tgħidlu li huwa spiċċa!", "Sinjura President, aħna għandna obbligu li nagħtu dinjità lill-anzjani, lit-tfal, liż-żgħażagħ, lill-familji tagħna, imma għandna obbligu wkoll bħala politiċi li nagħtu dinjità anke lin-negozjanti, għaliex huma qegħdin jirriskjaw il-flus u l-ħajja tal-familja tagħhom, huma n-nies li jieħdu r-riskju li jinvestu flushom fi proġett, ikunx tajjeb jew ħażin huwa irrelevanti.", "Fil-ħajja titgħallem, fil-ħajja tgħaddi minn ċerti mumenti li tagħmel l-iżbalji tiegħek, fosthom fil-kalkoli tiegħek, però fl-aħħar mill-aħħar irridu ndaħħlu l-edukazzjoni li fin-negozju mhux suċċess jew falliment biss jeżistu, għax f'negozju hemm ukoll id-dinjità tan-negozjant u tal-familja tiegħu.", "Għalhekk bl-introduzzjoni ta' dan l-Att dwar in-Negozji tal-Familja l-Gvern ta dan il-valur, ippremja dan il-valur uniku lin-negozji tal-familja li għal snin twal kienu abbandunati minn amministrazzjonijiet preċedenti.", "Ma rridx nikkritika dak li qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Edwin Vassallo, però ma naqbilx miegħu, għaliex l-interess tagħna bħala Gvern kien proprju indirizzat għaż-żgħir, għal dak li huwa msejjaħ micro, għal dak li, terġa', huwa iżgħar fuq livell Ewropew minn intrapriżi żgħar u medji, għal dak li jimpjega lilu nnifsu mal-kumpanija, ikollu t-tfal tiegħu, il-mara, forsi jdaħħal impjegati oħrajn u jkollu erba' minn nies jaħdmu miegħu, imbagħad idaħħal żewġ part-timers, imbagħad jibqa' jikber u jiftaħ post ieħor u jkabbar u jespandi u jiddeċiedi li jiddiversifika n-negozju tiegħu u jibda jaħdem biex jimporta ċerti affarijiet li ma kenux fil-linja tan-negozju tiegħu.", "Forsi jkun hemm żmien ukoll li jgħid li tant kiber li issa jixtieq imur ukoll fuq il-pjan internazzjonali u jibda jimmanifattura u jesporta.", "Dan huwa l-preġju tal-value chain tal-industrija u tal-ekonomija.", "Sinjura President, l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma li nkomplu nikkonsolidaw dak li għamilna flimkien bħala deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra, il-Gvern u l-Oppożizzjoni, li nkomplu nsaħħu u ngħaqqdu l-mod ta' kif jaħdem l-Att dwar in-Negozji tal-Familja. llum għandna l-Uffiċċju għan-Negozji tal-Familja, għandna regolatur u dan l-aħħar, permezz ta' Dr Nadine Lia, kellna opportunità niffirmaw memorandum of understanding mal-Kamra tal-Kummerċ biex nassiguraw li jkun hemm ukoll uffiċċju fil-Kamra tal-Kummerċ li jagħti aktar lok għal djalogu u aktar feedback dwar dak li jkun qed jiġri fin-negozji tal-familji.", "Però nħossu wkoll illi l-liġi li konna daħħalna sentejn ilu llum il-ġurnata teħtieġ ċertu raffinar, dak li bl-Ingliż jissejjaħ tweaking.", "Iltqajna ma' sitwazzjonijiet fejn ġew fuqna negozjanti u -intraprendituri li qalulna li huma kuntenti ħafna b'dak li għamilna aħna fil-Liġi dwar in-Negozji tal-Familja, però min-naħa l-oħra jixtiequ jaraw li jkun hemm aktar simplifikazzjoni, kjarifikazzjoni u faċilità għal min ikun se japplika għall-inċentivi li jagħti dan l-Att.", "Irid ikun hemm aktar proċessi amministrattivi faċli sabiex jiġi żgurat ukoll li l-inċentivi li jingħataw lil dawk in-negozji tal-familja li huma rreġistrati bħala tali fil-fatt jingħataw u mhux nittitubaw u noqogħdu nistennew.", "Jekk negozju tal-familja huwa intitolat li jkollu dawn l-inċentivi, għandu jingħata dawn l-inċentivi.", "Irridu nagħmlu liġi aħjar milli hi biex in-negozji jkunu jistgħu japplikaw għall-inċentivi bl-iktar mod faċli u effiċjenti.", "Min-naħa tagħna tkellmu diversi kelliema, fosthom l-Onor.", "Rosianne Cutajar li hija l-persuna li l-Gvern ikkummissjonaha biex tara li nissimplifikaw il-burokrazija biex, kif jgħidu l-Ingliżi, we cut on red tape and we put a red carpet.", "Irridu naraw li dawn id-dispożizzjonijiet, din il-liġi fit-totalità tagħha ma tkunx biss waħda li tapplika għal dak li huwa negozjant Malti, imma jkollha wkoll id-dimensjoni li permezz tagħha jkun hemm attrazzjoni, inċentiv, biex anke n-nies barranin li għandhom in-negozju tagħhom barra minn Malta jkunu interessati jirregolaw ruħhom bl-Att dwar in-Negozju tal-Familja.", "Irridu wkoll inkomplu niġġieldu l-burokrazija.", "Dan il-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' kummerċ u ma' negozju naħseb li qata' ħafna burokrazija.", "Fil-fatt, neħħejna mhux inqas minn 30,000 liċenzja tal-kummerċ.", "Jekk wieħed jara li qabel biex takkwista din il-liċenzja ridt tmur tapplika u tistenna fil-kju, tmur il-bank tħallas u ġġib il-kont; ejjew ngħidu li kull wieħed minn dawn kien jaħli tliet sigħat, allura 30,000 liċenzja jfissru aktar minn 100,000 siegħa ta' produttività.", "Il-fatt li inti qed tneħħi l-burokrazija, li huwa x-xogħol li qed tagħmel l-Onor.", "Cutajar, huwa mertu għall-produttività tal-pajjiż għax in-negozjanti ma jinħlewx fuq il-karti, fuq il-filing, fuq il-problemi li jista' jkollhom ma' xi dipartiment jew xi entità oħra u jkunu ffokati fuq l-istrateġija tagħhom.", "Dan għaliex il-Gvern qed jgħidilhom li jafdahom u jixtieqhom jaħdmu aħjar aktar milli joqogħdu jiffokaw fuq il-burokrazija.", "L-aħħar messaġġ tiegħi huwa li jekk nissimplifikaw il-proċessi se nassiguraw ukoll li n-negozji japplikaw aktar, li jkun hemm iżjed entitlement, iżjed interess, iżjed inċentivi u aktar inizjattivi.", "Allura m'għandix dubju li, kif qalu l-kollegi tiegħi miż-żewġ naħat tal-Kamra, inkunu qegħdin inħeġġu aktar negozji tal-familja biex jassiguraw illi jgħaddu l-wirt kummerċjali tagħhom minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Se nagħlaq id-dikors tiegħi billi nappella biex ma jistennewx il-mewt, ma jibqgħux jistennew sal-aħħar, imma l-mod ta' kif ikun hemm trażmissjoni tan-negozju minn ġenerazzjoni ta' familja għall-oħra għandu jkun trankwill matul il-ħajja ta' kulħadd billi jkun hemm pjanifikazzjoni u ippjanar.", "Illum il-ġurnata jekk ma jkunx hemm dan it-tip ta' ippjanar ma nistgħux inkunu kompetittivi.", "Illum, Sinjura President, daħlu mudelli ġodda ta' negozju fejn qegħdin naraw li negozji li jkunu kibru, li jkunu xorta negozji tal-familja u jżommu l-familja involuta, però mbagħad idaħħlu bord tad-diretturi li jkun indipendenti, ma jkunx parti mill-familja.", "Pereżempju, idaħħlu CEOs, CFOs, CSOs u COOs li jkunu jistgħu jagħtu pariri lil dan in-negozju li jkun irnexxa.", "Dan il-bord ikun indipendenti, estrapolat mill-emozzjonijiet tal-familja.", "Huwa tajjeb li ma jkollokx lil dawn biss fil-building block tal-pjattaforma ta' ekosistema tan-negozju, imma jkollok ukoll is-sistema leġiżlattiva li tgħinek biex tagħmel dan kollu b'faċilità, bi kredibbiltà u bi trasparenza.", "Dawk huma r-raġunijiet ta' dawn l-emendi li qegħdin nippreżentaw għall-Att dwar in-Negozji tal-Familja.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, Kap. 565\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS CARDONA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inkun nista' nressaq il-mozzjoni ħalli dan l-Abbozz jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President.", "Il-permess ingħata.", "CHRIS CARDONA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nixtieq ninformak li hawn qbil li l-Kamra taġġorna f'dan il-ħin.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sinjura President, nikkonferma li hemm qbil dwar dan.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Hawn ftehim biex issir l-interruzzjoni tax-xogħol u jitressaq l-Aġġornament issa?", "Fis-6.43 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Cardona, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn 15 ta' Ottubru, 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, dwar ir-Rapport Egrant jien għedt mill-bidu li se nistenna li jiġi ppubblikat ir-rapport sħiħ u nagħti r-reazzjoni tiegħi hekk kif jiġi ppubblikat sħiħ.", "Però, wara dak li ġara lbieraħ inħoss li ma nistax nistenna sakemm jiġi pubblikat ir-rapport, imma rrid nagħti reazzjoni għaliex dak li ġara lbieraħ kien bla preċedent.", "Jien ili ħames snin - mhux ħafna - f'dan il-Parlament u qatt ma esperjenzajt dak li ġara lbieraħ, fejn ġejt mgħajjar u mhedded direttament mill-Prim Ministru bi kliem goff u aggressiv.", "Inti taf għax rajt ftit minnu, imma wara li ssospendejt il-Kamra m'għandekx idea kemm kompliet dik l-aggressjoni, bil-Prim Ministru jakkuża lili bħala frodist, jakkużani li ffalsifikajt il-firem jien għalih u theddid bħal, pereżempju, \"fuqek se nitfagħha\" jew \"lanqas tersaq lejn Malta ma tkun tista'\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Busuttil.", "L-Onor.", "CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor.", "Busuttil biex ikun korrett f'dak li jgħid dwar dak li ġara lbieraħ.", "Fl-ebda ħin il-Prim Ministru ma qal li kien hu personalment li ffalsifika l-firem.", "Li qal il-Prim Ministru kien li l-gidba, il-kalunja li saret fil-konfront tiegħu l-Onor.", "Busuttil ħadha hu personalment, għamilha tiegħu, u allura, iva, huwa kompliċi fil-falsifikazzjoni.", "Għalhekk dak id-diskors kien indirizzat fil-konfront tal-Onor.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, nispera li l-ħin għal din l-interruzzjoni ma jitteħidx mill-ħin tiegħi.", "Għandu żball il-Ministru.", "Kien bilqiegħda ħdejn il-Prim Ministru u lanqas biss sema' x'qal il-Prim Ministru!", "Il-Prim Ministru qal \"frodist \"għal darba, tnejn, tlieta, erba', ħames darbiet, u hu bilqiegħda ħdejh kien qiegħed.", "Il-Prim Ministru qal ukoll \"iffalsifikajt il-firem int\".", "Imma qal iktar, qal \"fuqek se nitfagħha\" u qal \"lanqas tersaq lejn Malta ma tkun tista'\".", "Serraħ rasek li jien weġibtu lill-Prim Ministru, ma ħallejtux b'xejn, għedtlu f'wiċċu eżattament x'naħseb fuqu u fuq il-korruzzjoni li biha tebba' lilu nnifsu, lil pajjiżna u lill-Gvern tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Busuttil, jekk jogħġbok, nitolbok tkun kawt fi kliemek ukoll ħalli nkomplu għaddejjin b'dan l-Aġġornament.", "Norbot dak li qed ngħid issa mar-ruling li tajt iktar kmieni.", "Naħseb li għandna nkunu iktar prudenti miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, nassigurak li qed nitkellem bl-ikbar serjetà u, qabel tkellimt, qist u qed inqis kull kelma li qed ngħid.", "Ħalli nwieġeb dawn l-akkużi.", "Niċħad kategorikament u lanqas biss nista' nimmaġina li l-Maġistrat Aaron Buġeja seta' kkonkluda li jien għandi niġi investigat jew li jien ħati ta' frodi.", "Lanqas biss nista' nimmaġina.", "Imma nitlobhom joħorġu r-rapport ħalli naraw jekk qalx hekk il-Maġistrat!", "\"Iffalsifikajt il-firem int\", qalli l-Prim Ministru.", "Qal ukoll li anke l-firma tal-mara tiegħu, imma llum qam jirtiraha.", "Mhux hekk!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Busuttil.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, il-Prim Ministru qal li huwa frodist tal-verità.", "Jien kont hawnhekk, smajtu b'widnejja, jekk trid nerġgħu nisimgħu r-recordings.", "Jekk jibża' li nisimgħu r-recordings mhux problema.", "Aquilina ngħidlu li dan huwa point of order, mhux se jgħallem lilna x'inhu point of order!", "Jien għandi dritt nagħmel point of order fuq il-gideb li qed jigdeb l-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru, ħu paċenzja.", "Jekk jogħġobkom, itfu l-mikrofonu tal-Ministru Chris Cardona.", "Se nimxi fuq dak li kien qal l-Ispeaker, li meta jsir point of order tridu tikkwotaw liema … (Interruzzjonijiet)", "Onor. Simon Busuttil, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "SIMON BUSUTTIL: Ir-reazzjoni tagħhom tindika li għandhom xi ħaġa li qiegħda tniggiżhom u jien se nkompli niġġieled għall-verità, anke jekk il-verità tniggiżhom.", "Skont huma, jiena frodist Alla jbierek, mhux Mossack Fonseca!", "Infakkarkom li ċertu wieħed Ramon Fonseca, dak li rreġistralhom il-kumpaniji, spiċċa l-ħabs dwar korruzzjoni u ħasil ta' flus u ħareġ bi pledge għal nofs miljun dollaru Amerikan.", "L-ieħor, Jurgen Mossack ukoll weħel il-ħabs fuq korruzzjoni u ħasil ta' flus.", "U jien frodist!", "Dan ħareġ bi pledge ta' nofs miljun dollaru wkoll.", "U Alla jbierek jiena frodist, mhux dawn frodisti!", "Jacqueline Alexander, il-persuna li ġabruha mit-triq biex jużaw isimha u jħallsuha talli jużaw isimha, għandha madwar 8,000 kumpanija u spiċċat il-ħabs fuq frodi.", "Mela jiġu jgħidu lili frodist!", "Jiġu jgħidu li jiena frodist!", "Dawn huma l-frodisti!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Busuttil.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: L-Onor.", "Busuttil qed jgħid li qed jgħidulu li hu frodist.", "Min qed jgħidlu frodist?", "Aħna li qegħdin quddiemek qegħdin ngħidulu frodist?", "Jgħidilna, għaliex aħna qegħdin hawn quddiemu u kontinwament qed jagħmel referenza għalina.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Camilleri, dak mhuwiex point order.", "Meta tagħmlu point of order tridu tgħidu liema standing order qegħdin tagħmlu referenza għaliha.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, jekk iridu jwieġbu jistgħu jieħdu Aġġornament u jwieġbu, imma ma jeħdux mill-ħin tal-Aġġornament tiegħi.", "Dawn huma dawk li fetħulhom il-kumpaniji, fosthom il-kumpanija ta' Keith Schembri, il-kumpanija ta' Konrad Mizzi u wkoll il-kumpanija Egrant, fuq struzzjonijiet ta' Karl Cini u Brian Tonna ta' Nexia BT, li nkixfu f'Panama Papers bit-taħwid kbir li għamlu biex fetħu dawn il-kumpaniji.", "Inħalli lin-nies jiġġudikaw min jaħsbu li ffalsifika l-firem.", "Imma l-Prim Ministru qal ukoll \"fuqek se nitfagħha\".", "Kixef idu l-Prim Ministru għaliex meta taqbiżlu, kif qabżitlu lbieraħ, għax tilef il-kontroll … Trid tara l-aggressjoni, it-ton u l-wiċċ aħmar tiegħu!", "\"Fuqek se nitfagħha\", jiġifieri qed jgħid ….", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "SIMON BUSUTTIL: Jiġifieri l-Prim Ministru qed jammetti li ġej frame-up!", "\"Fuqek se nitfagħha\" hekk tfisser!", "Xi tridha tfisser?", "\"Fuqek se nitfagħha din\".", "Qal ukoll … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Busuttil.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nagħmel referenza għal artiklu 62 tal-Ordnijiet Permanenti.", "Dak li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil qed jirreferi għal dak li diġà ntqal minnu nnifsu fit-talba għar-ruling.", "Artiklu 62 jgħid ċar u tond li meta jkun hemm ruling m'għandux jiġi mistoqsi, ma tistax tagħmel referenza għalih.", "B'dak li qed jgħid l-Onor.", "Nitolbok tieħu deċiżjoni fuq l-Ordni Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Sakemm mhux qed jiġi kkontestat ir-ruling ma nistax naċċetta dik l-oġġezzjoni.", "Ħa nitolbok għat-tieni darba, Onor. Busuttil, jekk jogħġbok qis aktar kliemek.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, kliemi qed inqisu, anzi qed inwieġeb għall-kliem li qal il-Prim Ministru, inkluż - isma' din – \"lanqas tersaq lejn Malta ma tkun tista'\"!", "Din theddida serja li mhijiex aċċettabbli, ġejja mingħand Prim Ministru pubblikament fil-Parlament, speċjalment f'pajjiż li fih inqatlet ġurnalista sena ilu!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Busuttil.", "L-Onor.", "Busuttil qed jerġa' jagħmel referenza għall-istess kliem li qal fit-talba għar-ruling tiegħu.", "Għaldaqstant, nerġa' nagħmel referenza għal artiklu 62 għaliex, minkejja li ġie mwissi mis-Sedja, qed jibqa' għaddej jagħmel referenza għall-istess affarijiet li fuqhom ingħata ruling f'din is-seduta stess.", "Għal darb'oħra qed juri kemm verament ma jemminx fir-rule of law u ma jemminx la fis-Sedja u lanqas fl-awtoritajiet u fil-qrati tagħna!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ħudu paċenzja, ħalli naqra Ordni Permanenti 62 ħalli kulħadd ikun sema' dak li qed jiġi kkontestat hawnhekk:", "\"Fuq kwestjoni ta' ordni li tiġi mqanqla fil-Kamra, il-membru msejjaħ għall-ordni għandu jerġa' jieħu postu u wara li tingħad il-kwestjoni ta' ordni lill-Ispeaker mill-membru li jqum fuq il-kwestjoni ta' ordni, l-Ispeaker għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu dwarha u dik id-deċiżjoni m'għandhiex tiġi diskussa matul dik is-seduta; iżda kull membru jkun jista' b'mozzjoni magħmula wara avviż u fi żmien jumejn mill-għoti ta' dik id-deċiżjoni jagħmel mozzjoni li dik id-deċiżjoni tal-Ispeaker tiġi riveduta u li jsir rapport fuqha mill-Kamra; dak ir-rapport għandu jitniżżel fil-Minuti tal-proċeduri tal-Kamra.\".", "Għalkemm inħoss li mhux qed jiġi kkontestat ir-ruling tiegħi, xorta se nerġa' niġbed l-attenzjoni biex nimxu b'kawtela.", "Ministru Chris Cardona, napprezza jekk tikkontrolla inti wkoll.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, x'sitwazzjoni surreali ninsabu fiha!", "Min jiġġieled il-korruzzjoni sar l-akkużat, sar il-kriminal, inkissruh, u min għalaq għajnejh għall-korruzzjoni jew kien involut f'korruzzjoni jilgħabha tal-vittma!", "X'sitwazzjoni surreali ninsabu fiha f'pajjiżna!", "Sadanittant, il-Prim Ministru juża r-rapport … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili, Onor. Busuttil.", "Ħa nfakkarkom ukoll f'deċiżjoni tal-Ispeaker, li kien wissa lil din il-Kamra li jekk ikun hemm interruzzjonijiet bla waqfien, jibgħat membri 'l barra minn din il-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Ħudu paċenzja!", "Il-paċenzja tiegħi wkoll qed tiġi …", "GLENN BEDINGFIELD: Qal \"anke min kien involut fil-korruzzjoni\" … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk se jibqgħu għaddejjin il-kummenti bla waqfien, se jkolli nibgħat Membri 'l barra għal ftit minuti.", "Hekk kien iddeċieda l-Ispeaker u se nimxi fuq id-deċiżjoni tiegħu jien ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Jieqfu l-interruzzjonijiet, jekk jogħġobkom.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, il-verità tweġġa', hux?", "Sadanitant, il-Prim Ministru juża rapport li għadu mhuwiex pubbliku, jippubblika biss il-parti li jrid, jimmanipulah, jispinnjah u jagħmel li jrid bih u l-poplu għad m'għandux ir-rapport kollu.", "Ippubblikaw 50 faċċata minn rapport ta' 1,500 paġna, però anke minn dawn il-50 faċċata li ppubblikaw, l-istampa li toħroġ altru li mhijiex l-istampa li ħareġ biha l-Prim Ministru fil-famuż teatrin ta' konferenza stampa li għamel!", "Pereżempju, fil-50 faċċata, fil-konklużjoni, ir-rapport ma jgħidx li Egrant mhijiex tal-Prim Ministru.", "Taf għalfejn?", "(Interruzzjonijiet)", "MICHAEL FARRUGIA: Qed jerġa' jigdeb!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-ewwel kont qed nipprova niġbed l-attenzjoni ta' min hemm fil-gallarija.", "Jekk jogħġobkom, ibqgħu bilqiegħda u ma rridx nara użu ta' mobiles lejn in-naħa t'isfel tal-Kamra.", "Grazzi.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, qed jerġa' jagħmel l-istess żball li għamel qabel.", "Dan ir-raġel ma jitgħallem qatt!", "Is-Sedja avżatu biex ma jagħmilx referenzi għat-talba li għamel fuq ir-ruling tal-bieraħ għax mhux kontestazzjoni, imma dan wara żewġ sekondi jinsa!", "Ħu paċenzja, Onor. Busuttil, ikteb naqra noti fuq l-Ordnijiet Permanenti!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, qed jimpressjonani ħafna l-Ministru Cardona llejla!", "Vera qed jimpressjonani!", "Kont qed ngħid li minn dak li ħareġ mill-50 faċċata, jekk tara l-konklużjoni ma ssibx li l-Egrant mhijiex tal-Prim Ministru, imma ssib li ma nstabx li hija tiegħu.", "Taf x'differenza hemm bejn li jien ngħidlek li Egrant mhijiex tiegħek u li jien ngħidlek li ma nstabx li Egrant hija tiegħek!", "Taf x'differenza hemm!", "Ħalli ngħidlek għaliex il-Maġistrat ma setax jgħid hekk, għaliex il-Maġistrat ma sabx ta' min hi Egrant u allura sal-lum, wara inkjesta li damet aktar minn sena, għadna ma nafux ta' min hi Egrant.", "Kieku nstab … (Interruzzjonijiet) Il-Ministru Farrugia qalli \"jekk mhux tiegħek!\".", "Kieku nstab li hija ta' Simon Busuttil, tiegħi, kieku kienet tkun ovvja li l-konklużjoni tkun li żgur mhijiex tal-Prim Ministru jew martu żgur, imma ma nstabx ta' min hi, ma qalux ta' min hi, qalu biss li ma nstabx li hi tal-Prim Ministru.", "Għalhekk ix-xenati tal-Prim Ministru u d-dmugħ tal-kukkudrilli qatt ma kienu jimpressjonawni, u mhux se jibdew jimpressjonawni llum!", "Ħalli niġi għall-akkużi prinċipali li qed isiru fuqi dwar Egrant, li jien qbiżt fuq gidba, li jien emmint, li rrepetejt gidba, dawk l-akkużi.", "Ħa niġi għalihom.", "Iva, emmint u għadni nemmen li Egrant hija tal-Prim Ministru jew tal-mara tiegħu, kif emmnu u għadhom jemmnu eluf kbar ta' Maltin, u m'għandix għalfejn nagħmel apoloġiji.", "(Interruzzjonijiet) U se ngħid għaliex emmint.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS CARDONA: Skużani.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-15-il minuta li kien hemm allokati għalik, Onor. Busuttil, għaddew.", "Naf li xtaqtu taqsmu l-ħin.", "(Interruzzjonijiet) Meta jkun hemm interruzzjonijiet fl-Aġġornament ma jiżdiedx il-ħin.", "Dejjem hekk nimxu maż-żewġ naħat.", "Nitolbok tikkonkludi.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Jason Azzopardi, qed jinformani li qed jagħtini l-permess inkompli fil-ħin li għandu allokat għalih minħabba l-interruzzjonijiet.", "Nirringrazzja lill-kollega tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ħudu paċenzja, jekk mhux se jieqaf dan l-għajjat … (Interruzzjonijiet) Onorevoli Farrugia, ma nixtieqx nibda minnek għax se jkolli nimxi fuq id-deċiżjoni li kien ħa l-Ispeaker.", "Min ma jistax jikkontrolla lilu nnifsu joħroġ barra u jikkalma hemmhekk!", "Grazzi ħafna.", "Fis-7.13 p.m. trid tieqaf għaliex in-nofs siegħa tkun skadiet.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, huwa messaġġ fih innifsu li lanqas iħalluk titkellem!", "Hija xi ħaġa li tibgħat messaġġ weħidha!", "Ħalli ngħidlek għaliex emmint.", "Emmint għaliex kien hemm rapport kredibbli minn Daphne Caruana Galizia, illum maqtula, dwar iż-żewġ kumpaniji l-oħra.", "Fuq il-kumpanija ta' Keith Schembri kellha raġun Daphne!", "Dwar il-kumpanija ta' Konrad Mizzi kellha raġun Daphne!", "Għalhekk emmint jien!", "Emmint għax il-Prim Ministru mar għand il-Maġistrat biex jiftaħ inkjesta, li talabha hu, wara li serraħ rasu li l-provi sparixxew!", "(Interruzzjonijiet) Telaq l-ajruplan, il-Kummissarju mar għall-fenkata, imbagħad sejjaħ inkjesta!", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS CARDONA: Li qed jgħid l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil huwa allegazzjoni ta' tampering with evidence!", "CHRIS CARDONA: Se tgħallimni int x'inhuwa point of order!", "Int mur oqgħod ixrob il-Ferdinand's!", "Busuttil jgħid dan il-kliem barra u mhux jiżvesti ruħu mill-privileġġ parlamentari, għax dik ma jistax jagħmilha.", "Jirrepeti l-kliem tiegħu barra fil-konfront tal-Prim Ministru.", "Qiegħed jallega li l-Prim Ministru għamel azzjoni kriminali!", "Nistiednu jgħidha barra!", "Nistiednu jgħidha barra!", "U nistiednu jgħid jekk hux se jgħidha barra, u mhux ikompli hawnhekk bil-privileġġ parlamentari.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Infakkar lill-Ministru Cardona li hawnhekk la qegħdin bachelor's party u lanqas burdell!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura għandu jżomm ftit l-imġiba f'livell ta' diċenza!", "Sinjura President, emmint għax minn tliet kumpaniji reġistrati, Alla jbierek … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru, għall-aħħar darba se nwissik!", "Se jkollok toħroġ 'il barra jekk se tibqa' għaddej bl-interruzzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS CARDONA: Lili qed tgħid?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Iva, lilek qed ngħid!", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, anke l-kummenti li qed tgħaddi, għalkemm mhumiex jinstemgħu fuq il-mikrofonu, ma naħsibx li huma dekorużi!", "Sinjura President, emmint għax minn tliet kumpaniji, waħda rriżulta li kienet ta' Konrad Mizzi u l-oħra rriżulta li kienet taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru stess!", "Emmint għax il-Prim Ministru ma ħa l-ebda passi, u sal-lum għadu ma ħa l-ebda passi kontra dawn it-tnejn!", "Dawn saħansitra nqabdu li se jdaħħlu $150,000 fix-xahar f'dawn il-kumpaniji!", "Jekk hija daqshekk ħażina li Egrant tkun tal-Prim Ministru, mhijiex ħażina wkoll li ċ-Chief of Staff tiegħek għandu waħda u l-Ministru Konrad Mizzi għandu waħda wkoll?!", "Dik mhijiex ħażina għall-Prim Ministru?", "Hemmhekk ma bekiex il-Prim Ministru għall-kumpaniji li għandhom huma?", "Le, ħalliehom hemm!", "Għalhekk in-nies jissuspettaw fil-Prim Ministru!", "Emmint għax il-Prim Ministru – din l-ikbar waħda, Sinjura President – jaf ta' min hi l-kumpanija Egrant!", "Għaddiena minn inkjesta, biex l-inkjesta ma qaltilna xejn fuq min hi, imma hu jaf, għax kulma kellu jagħmel kien li jistaqsi lil Brian Tonna u lil Karl Cini, u jgħidilhom: Għiduli issa ta' min hija Egrant.", "Kien imissu qalilna fil-mument meta ħarġet l-istorja ta' Egrant f'April tal-2016!", "Impossibbli li ma jafx!", "Impossibbli li ma jafx il-Prim Ministru!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Busuttil qed jinċita jew qed jipprova jagħti x'jifhem li l-Prim Ministru b'xi mod għamel attività kriminali.", "Din hija serja ħafna, u nikkwotalek Ordni Permanenti 60 li jimpedih milli jgħid dan fuq membru ta' din il-Kamra.", "Nitolbok tieħu azzjoni għaliex b'dak li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil qed jinsinwa li kien hemm xi azzjoni kriminali.", "Għax kieku l-Prim Ministru mar għand il-Maġistrat Bugeja, kien jaf ta' min hija Egrant, kif qed jallega hu, u ma qallux, dik tiġi azzjoni kriminali!", "Għaldaqstant qed nikkwota artiklu 60 … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Qed naċċetta l-point of order għax l-Onor.", "Byron Camilleri kkwota eżattament liema Ordni Permanenti qed jirreferi għaliha.", "BYRON CAMILLERI: Qed nikkwota artiklu 60 u qed inħalli f'idejn is-Sedja sabiex tiddeċiedi.", "Grazzi ħafna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se nitlob lill-Onor.", "Busuttil biex jikkjarifika dak li għadu kif qal.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Mela le, jekk l-Onor.", "Camilleri ma fehemnix, nerġa' nispjegalu.", "Inti temmen li l-Prim Ministru ma jafx ta' min hija Egrant, Sinjura President?", "(Interruzzjonijiet)", "CHRIS CARDONA: Reġa'!", "SIMON BUSUTTIL: Temmen li ma jafx?!", "Il-Prim Ministru taħseb li ma setax jistaqsi lil Karl Cini u l-konsulent tiegħu Brian Tonna ta' min hi Egrant?", "(Interruzzjonijiet) U żgur li …", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nitolbok tieħu azzjoni għax artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti jitkellem ċar.", "Hawnhekk japplika ftit ukoll artiklu 57, però nemmen li aktar japplika artiklu 60 f'dan il-każ.", "Jeħtieġ tieħu azzjoni għax billi tgħidlu biex jiċċara kliemu ma naħsibx li huwa biżżejjed għax jidher biċ-ċar li mhux qed josserva dak li s-Sedja qed tordnalu!", "Għaldaqstant nitlob ruling min-naħa tiegħek sabiex tiddeċiedi dwar il-kliem li għandu jingħad hawn ġewwa, anke fir-rigward ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti jgħid hekk:", "\"Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru.\".", "Jien qed nieħu li dik hija l-intenzjoni.", "Għalhekk, nitolbok li tiċċara l-intenzjoni tiegħek Onor. Busuttil.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, għat-tielet darba se ngħidlek.", "Jien emmint l-allegazzjoni fuq Egrant għax huwa ovvju li l-Prim Ministru jaf ta' min hi Egrant!", "(Interruzzjonijiet) Għax fetaħha Brian Tonna u faċilment seta' jistaqsih!", "Trid tkun stupidu biex ma temminx li l-Prim Ministru jaf!", "Din tiġi waħedha!", "U ilu jaf mill-ewwel!", "(Għajjat)", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "TALBA GĦAL RULING", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, uffiċjalment qed nitlob ruling mis-Sedja dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil, speċjalment, imma mhux biss, vis-à-vis artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti!", "Ħadd ma jista' jgħidilna li l-Onor.", "Busuttil mhux qed jattribwixxi intenzjoni ħażina lill-Prim Ministru!", "Bil-kliem tiegħu qed jattribwixxi intenzjoni ħażina lill-Prim Ministru!", "Anke jekk dan ir-ruling ma jingħatax issa, jien nitlob li inti tieħu deċiżjoni f'din il-Kamra.", "Nitolbok tieħu azzjoni f'dan ir-rigward.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, li qed jattribwixxi l-Onor.", "Busuttil hija xi ħaġa serja ħafna!", "Kien hemm inkjesta maġisterjali, fejn il-Prim Ministru xehed u ta depożizzjoni quddiem Maġistrat inkwerenti.", "L-Onor.", "Busuttil qed jinsinwa li meta l-Prim Ministru mar jixhed, xehed falz!", "Qed jgħid li xehed quddiem il-Maġistrat inkwerenti meta kien jaf ta' min hi!", "Jekk dan li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil mhuwiex intenzjoni ħażina fuq membru ta' din il-Kamra, ma nafx x'jista' jkun!", "Kien hemm inkjesta, xehdu n-nies, sar aċċertament kważi xjentifiku ta' dak li ntqal, u hemm il-konklużjonijiet.", "Jekk ma jirrispettax il-konklużjonijiet, hija biċċa tiegħu!", "Jekk ma jirrispettax ir-ruling tas-Sedja, hemm proċedura ta' kif seta' appella.", "Mhux jiġi hawn – bir-rispett kollu – u biex ma jimbarazzax lis-Sedja hekk kif preseduta, jagħmel appell mod ieħor, travestit.", "Għall-appell hemm proċedura.", "Seta' appella u l-Kamra kienet tiddiskutih!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "Għall-aħħar darba se nagħmillek appell, Onor. Busuttil, biex skont Ordni Permanent 60 inti ma tattribwixxix intenzjoni ħażina lil xi membru ta' din il-Kamra.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, hemm xi ħaġa ikbar mill-Ordnijiet Permanenti, hemm il-libertà tal-espressjoni tiegħi, li jien nitkellem pubblikament, kemm hawn u kemm barra, u nagħmel l-argument li għalija huwa impossibbli … (Għajjat)", "Għandi l-libertà ngħidlek li inti giddieb!", "(Għajjat)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ħu paċenzja, Onor. Bedingfield, iritira mill-Kamra issa!", "(Interruzzjonijiet)", "Glenn Bedingfield irtira mill-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Naħseb li dik tal-aħħar kienet daqsxejn iktar milli żejda!", "Id-dagħa huwa ikrah kullimkien, imma ġewwa din il-Kamra huwa inaċċettabbli!", "Jien smajtu minn hawnhekk!", "Nitolbu jidħol, jiskuża ruħu, u jerġa' jitlaq 'il barra!", "Din hija attitudni inaċċettabbli f'din il-Kamra!", "Jekk m'aħniex se nitgħallmu nġibu ruħna sewwa, qed nagħtu eżempju oxxen lin-nies li qed isegwuna!", "Naf li t-tempra ta' kulħadd hija għolja, però, jekk jogħġobkom …", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield daħal lura fil-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jien smajtek tidgħi, Onor. Bedingfield, u nitolbok tiskuża ruħek!", "GLENN BEDINGFIELD: Jekk għedt xi ħaġa, niskuża ruħi, imma ma nafx, tilifni!", "Tilifni, bħalma tilef … Jitilfek dan!", "Mela dan jista' jibqa' jigdeb?!", "(Għajjat) … Hemm il-libertà tal-espressjoni, imma dan qed jigdeb!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jien tlabtek tiskuża ruħek u mhux tidħol tagħmel diskors!", "Naċċetta l-apoloġija, imma ma tlabtekx tidħol tagħmel diskors!", "Issa nitolbok toħroġ mill-Kamra!", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield reġa' rtira mill-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Busuttil, nitolbok tibda tikkonkludi d-diskors tiegħek għax sar il-ħin.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, huwa impossibbli li wieħed jimmaġina li din il-kumpanija nfetħet mill-konsulent tal-Prim Ministru, Brian Tonna, kif ilkoll nafu li nfetħet - u din hija verità - u l-Prim Ministru ma jistaqsix lil Brian Tonna ta' min hi!", "Jekk iridu jemmnuha, jagħmlu huma!", "Il-Prim Ministru jrid jilgħabha tal-vittma!", "(Interruzzjonijiet)", "Sar il-ħin.", "L-aħħar point of order mill-Onor.", "BYRON CAMILLERI: L-Onor.", "Busuttil qed jippersisti li jikser artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti!", "Hija ċara u tonda!", "Jien nifhem u kważi naqbel miegħek li tlabt lill-Onor.", "Glenn Bedingfield joħroġ mill-Kamra, iżda l-Onor.", "Busuttil, għal darba, darbtejn, tlieta, mhux qed jisma' mis-Sedja u qed ikompli jitkellem daqslikieku xejn, daqslikieku dan ir-raġel, jagħmel x'jagħmel, għalxejn!", "Qed jibqa' jgħid l-istess affarijiet!", "Dan minkejja li inti stess tlabtu li jara li jsegwi artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti.", "Dan mhux aċċettabbli u allura nerġa' ninsisti li jingħata ruling imqar f'seduta oħra.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Naħseb li hemm linja fina bejn dak li huwa political bickering u dak li qed jiġri hawnhekk illum ukoll.", "Nitolbok tikkonkludi, Onor. Busuttil.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, evidentement l-intenzjoni kienet li ma jħallunix nagħmel id-diskors tiegħi.", "Se nikkonkludi.", "Dak li qed jiġri f'pajjiżna mhux biss huwa surreali, imma huwa attakk kbir kontra d-demokrazija tagħna!", "Mhux ta' b'xejn li lili talbuni nirriżenja mill-Parlament!", "Minflok talbu jirriżenja lil min għandu kumpanija fil-Panama!", "(Interruzzjonijiet) Mhux ta' b'xejn li lili jridu jeħilsu minni akkost ta' kollox!", "Imma jien kburi li niġġieled kontra l-korruzzjoni, għax jien naf li qed niġġieled għas-sewwa u għaliex jien nemmen li, iva, sa fl-aħħar iż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma u s-sewwa jirbaħ żgur!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "Il-ħin skada.", "(Interruzzjonijiet)", "SIMON BUSUTTIL: 30 sekonda biex nikkonkludi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ma nistax nagħtik il-kelma.", "Ma jien se nagħti l-kelma lil ħadd.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 15 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.10 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet biex in-nature reserves ikollhom rangers b'poteri eżekuttivi kif għandhom f'diversi pajjiżi barranin qrib tagħna?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux eskluż li l-Ministeru jadotta sistema simili ta' rangers.", "Dan in vista ta' żieda tat-territorju ta' kapital naturali ta' pajjiżna, taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, li qiegħed dejjem jiżdied.", "Bħalissa d-Direttorat tal-Infurzar ġewwa l-ERA flimkien mal-Pulizija u entitajiet oħra diġà jieħdu ħsieb it-tliet riżervi naturali ta' Malta, li huma Filfla, Ħaġret il-Ġeneral u Selmunett.", "Fil-każ ta' siti protetti oħrajn, il-Ministeru, permezz tal-ERA u Ambjent Malta, għandu diversi ftehimiet dwar it-tmexxija ma' entitatijet biex jamministraw dawn is-siti protetti, u jaħdem ma' dawn l-entitajiet biex jimplementa u jinforza l-liġi permezz tad-Direttorat tal-Infurzar fl-ERA, il-Pulizija u entitajiet relevanti oħra.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' hazardous waste li kellna sena b'sena mis-sena 2004 sal-lum?", "Fejn qed jiġi maħżun?", "Dan qed isir f'xi landfill?", "Għandna hazardous waste landfills kif jitolbu d-direttivi tal-EU?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-ammont ta' skart perikoluż bejn l-2004 u l-2016 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-iskart perikoluż huwa maħżun ġewwa faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart awtorizzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi biex jaċċettaw tali skart u mhux ġewwa landfills.", "F'Malta m'għandna l-ebda landfill awtorizzata għal skart perikolu.", "TĦAWWIL TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħawla siġar mill-Ministeru tiegħu, u jgħid x'persentaġġ minnhom ġew importati minn barra minn Malta u x'persentaġġ tnisslu minn siġar lokali?", "Jista' jgħid ukoll xi spiża saret biex ġew impurtati dawn is-siġar?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul din is-sena, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvillup Sostennibili u Tibdil fil-Klima ħawwel 'il fuq minn 7,500 siġra u arbuxell.", "Huwa proġettat li sal-aħħar tas-sena bħala total ikunu tħawlu 'l fuq minn 12,000 siġra u arbuxell.", "60% ta' dawn l-speċi ġew impurtati minn barra, b'40% kienu mkabbra fil-mixtla ġewwa Ta' Qali.", "Huwa stmat li l-spiża sal-aħħar tas-sena se tlaħħaq €35,000.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tinżamm database kif suppost u reġistru tas-sorsi ta' hazardous waste kif ukoll dwar x'tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa?", "Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u, jekk iva, primarjament lejn fejn?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi żżomm database ta' hazardous waste.", "F'din id-database hemm informazzjoni dwar l-ammonti ġenerati, minn fejn u kemm qed joriġina u anke x'qed isir minn dan l-iskart.", "Din tal-aħħar tinkludi informazzjoni dwar min qed jesporta u f'liema entità u pajjiż qed imur primarjament lejn Spanja, l-Italja, Franza u l-Ġermanja.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jinżamm il-hazardous waste llum?", "X'persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess azjendi li jipproduċuh?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskart perikoluż (hazardous waste) jista' jinżamm fil-faċilità fejn jiġi ġġenerat jew f'faċilitajiet awtorizzati mill-ERA sabiex jaċċettaw dan it-tip ta' skart għall-immaniġġjar tiegħu (jiġifieri għar-rimi jew irkupru jew għall-ħażna temporanja sakemm jintbagħat f'siti oħra).", "Il-provvedimenti tal-liġi (SL 549.63) jistipulaw li dan l-iskart jista' jinżamm fis-siti ta' ġenerazzjoni jew immaniġġjar għal 12-il xahar jekk dan ikun destinat għar-rimi; jew għal tliet snin jekk ikun destinat għall-irkupru.", "It-trasferiment ta' skart perikoluż huwa ukoll suġġett għal permess ta' kunsinna (Consignment Notification) li jinkorpora sistema ta' notifikazzjoni għal kull trasferiment minn sit għal ieħor skont Regolament 14 tal-L.S. 549.63.", "Għall-esportazzjoni ta' dan it-tip ta' skart barra minn Malta huwa meħtieġ permess tat-Trans-Frontier Shipment (TFS) mill-ERA skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.", "Fir-rigward tal-perċentwali li minnu huwa maħsub li qed jiġi maħżun fl-istess azjendi li jipproduċuh, l-ERA m'għandiex din l-informazzjoni speċifika, però żżomm informazzjoni rigward:", "• Ammonti ta' skart aċċettati minn faċilitajiet li jipproduċu l-iskart u l-ammonti ta' skart li joħorġu minn faċilitajiet li jimmaniġġjaw l-iskart;", "• Ammonti ta' skart iġġenerat mingħand xi azjendi li huma koperti b'permess ambjentali mill-ERA;", "• Informazzjoni ta' trasferiment ta' skart perikoluż bħala parti mill-permessi ta' kunsinna jew permessi tat-TFS.", "IN-NAXXAR: TRIQ BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6260 u 6110 u peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IN-NAXXAR: TRIQ SAN ĠWANN L-EVANĠELISTA (PARTI) - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6261 u 6111 peress li l-Ministru għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, se jiġu ppjanati b'mod gradwali issa li din l-entità ġiet imwaqqfa.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "PROĠETT TAL-PORT TAL-IMĠARR GĦAS-SAJJIEDA GĦAWDXIN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett imħabbar minnha f'Jannar li għadda u li kien ukoll imħabbar fl-aħħar baġit li kellu jiswa madwar €4 miljuni ġewwa l-Port tal-Mġarr għas-sajjieda Għawdxin?", "Tista' tgħid jekk it-tenders għal dan il-proġett ħarġux u ġewx awarded?", "Jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux u meta hu ppjanat li joħorġu t-tenders u jibda x-xogħol infrastrutturali?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): L-evalwazzjoni tat-tender relatat mal-pontoon qed jiġi konkluż.", "L-ewwel abbozz tat-tender relatat mas-civil works ġie ppreparat u bħalissa qed jiġi evalwat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "DIRETTUR GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI – APPELLI TA' PERSUNI RESIDENTI F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex appelli mid-deċiżjonijiet tad-Direttur għas-Sigurtà Soċjali li jsiru minn persuni residenti f'Għawdex, ma jinstemgħux f'Għawdex?", "Jista' jikkunsidra li dawn l-appelli jibdew jinstemgħu f'Għawdex aktar u aktar meta ħafna minn dawk li jappellaw huma persuni li jkunu qed jiffaċċjaw ċertu problemi u b'hekk jiġi evitat skariġġ u tbatija bla bżonn għal dawn il-persuni?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-talba tiegħu qed tiġi kkunsidrata għalkemm hemm xi diffikultajiet x'jingħelbu biex tkun tista' titwettaq.", "IR-RABAT GĦAWDEX: TRIQ GĦAJN QATET - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk max-xogħol li qed issir bħalissa fit-tieni parti ta' Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex humiex se jsiru l-affarijiet kollha bl-ammonti kollha mniżżla fil-Bill of Quantities bħal:", "d. bini tal-bankini?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni u min ħa d-deċiżjoni u assuma r-responsabbiltà ta' dan kollu biex ma jsirux?", "Interpellant li kull fejn kien meħtieġ, l-items imsemmija, ċjoè mill- \"A\" sa \"D\" ġew attwati, u llum ix-xogħol kollu fuq Triq Għajn Qatet huwa konkluż.", "IR-RABAT GĦAWDEX: POLIKLINIKA – KONSULTAZZJONI GĦAR-RILOKAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret, ma' min saret u meta saret dwar ir-rilokazzjoni għall-post ieħor tal-poliklinika tar-Rabat, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex issir din ir-rilokazzjoni u jekk iva meta saret u meta ħarġu l-permessi meħtieġa?", "Jista' jagħti n-numru ta' din l-applikazzjoni?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li flimkien mal-Ministeru għal Għawdex qed isir xogħol sabiex il-poplu Għawdxi jkollu Ċentru tas-Saħħa ġdid u modern fir-Rabat.", "Dan wara li ċ-ċentru eżistenti sar żgħir wisq għal ħtiġijiet tal-pazjenti Għawdxin.", "Fil-fatt hu ppjanat li jiżdiedu sew is-servizzi li se jingħataw miċ-ċentru l-ġdid.", "GĦAWDEX: HOT ASPHALT - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fejn sar xogħol ta' major patching bil-hot asphalt ġewwa Għawdex mit-3 ta' Ġunju 2017 sal-lum?", "Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet?", "Tista' tgħid fejn hemm ippjanati li jsiru interventi ta' major patching ġewwa Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin (sal-aħħar tas-sena)?", "Interpellant li xogħol bil-hot asphalt isir madwar Għawdex kollu, skont fejn ikun meħtieġ.", "Mill-aħħar tender tal-hot asphalt li ħarġet, sar xogħol maġġuri fi Triq Għajn Ħosna, Xagħra.", "MARSALFORN U R-RABAT GĦAWDEX – FREKWENZA TAL-KAROZZA TAL-LINJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tiżdied il-frekwenza tal-bus bejn Marsalforn u r-Rabat Għawdex kemm fix-xitwa kif ukoll fis-sajf u dan peress li l-popolazzjoni ta' Marsalforn qed kulma jmur tiżdied u ħafna drabi qed tħalli n-nies l-art?", "Jista' jgħid hux possibbli li f'ċerti ħinijiet l-istess bus fuq ir-rotta ta' Marsalforn tibqa' dieħla sax-Xwejni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li rigward iż-żieda fil-frekwenza fuq ir-rotta 310, li sservi bejn ir-Rabat Għawdex u Marsalforn, ittieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.", "Madankollu, ninsab infurmat li mhux possibbli li din ir-rotta tiġi estiża għax-Xwejni minħabba diffikultà ta' manuvrabilità tal-karozzi tal-linja fl-akkwata.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti jistennew akkomodazzjoni alternattiva sal-lum?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 3,291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali.", "L-Awtorità tad-Djar għandha wkoll 549 talba pendenti biex persuni li diġà qed jgħixu f'appartament ta' akkomodazzjoni soċjali jpartu l-post ma' post alternattiv ieħor.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid mil-liema kategoriji ġejjin l-applikanti li qegħdin quddiem l-Awtorità tad-Djar?", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni kollha dwar dawn l-applikanti li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAD-DJAR: POSTIJIET ALTERNATTIVI - APPLIKANTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti jistennew post alternattiv mil-lokalitajiet ta' Bormla, l-Isla, Birgu, Kalkara, Xgħajra, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, il-Mosta, Ħ'Attard, Burmarrad u l-Imdina?", "Mil-liema kategorija ġejjin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpelllant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Ministeru fejn jidħlu djar battala?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "POST ALTERNATTIV GĦALL-PERSUNI LI JGĦIXU F'POSTIJIET SUB- STANDARD", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'politika qed juża għal dik il-kategorija ta' familji li jgħixu f'postijiet delipidati (sub-standard) biex jieħdu post alternattiv?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li applikanti għall-akkomodazzjoni alternattiva u jgħixu fi proprjetà li l-Awtorità tad-Djar tivverifika li hija sub-standard, jiġu meqjusa bħala każijiet ta' prijorità, flimkien ma' każijiet oħra li wara proċess rigoruż jiġu ukoll meqjusa bħala prijorità.", "Wara mbagħad ikun stabbilit x'għajnuna tista' tingħata skont il-mertu ta' kull każ.", "HOUSING SOĊJALI - TQASSIM TA' POSTIJIET ALTERNATTIVI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie elett dan il-Gvern f'din il-Leġiżlatura, kemm tqassmu postijiet alternattivi?", "Mil-liema kategorija ġew u mil-liema lokalitajiet?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-AMBJENT – SIĠAR INDIĠENI U ARKEOFATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid liema siġar indiġeni u arkeofati qed jiġu protetti mill-Ministeru u l-Awtorità tal-Ambjent, u jista' jindika x'passi effettivi ttieħdu għal dan il-għan?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ERA ħarġet regolament ġdid fuq il-protezzjoni tas-siġar u msaġar, SL 549.123, li fih hemm ukoll inkluża lista ta' siġar indiġeni u arkeofiti li huma protetti jew f'kull sit jew inkella f'ċertu siti skond l-ispeċi.", "Wieħed jista' jirreferi għall-lista ta' siġar protetti kif muri fit-Tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Dan il-regolament għandu multi ogħla mir-regolament li kien fis-seħħ qablu bħala miżura biex ikunu protetti dawn is-siġar.", "L-istess regolament jagħti għodda lill-ERA biex tipproteġi ċerti siġar bħala żoni għal ħarsien ta' siġar.", "L-ERA diġà rduppjat iż-żoni ta' ħarsien ta' siġar kemm ilha mwaqqfa minn 30 sit għal 60 sit.", "L-ERA u Ambjent Malta qegħdin ukoll jaħdmu flimkien fuq it-tkattir ta' dawn is-siġar, partikolarment dawk mhedda u rari ħafna, u saħansitra daħħlu lura fis-selvaġġ siġar li kienu nqerdu (bħall-imbrijagla) jew li minnhom kien għad fadal biss ftit fis-selvaġġ (bħall-olivastru u l-ġummar) permezz ta' numru ta' proġetti ta' afforestazzjoni u restawr f'numru ta' nħawi fil-Gżejjer Maltin.", "SANTA LUĊIJA - ARBUXELLI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin f'Santa Luċija?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statistika li għandu dan il-Ministeru, b'mod partikulari ta' Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).", "Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta' siġar u arbuxxelli fil-lokalitajiet kollha ta' Malta.", "Eżempju ta' dan huwa li kull kunsill lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma' soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati min-naħa tiegħu.", "Hemm wkoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta speċi f'diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.", "Mill-Ministeru tiegħi, fil-lokalità ta' Santa Luċija f'dawn l-aħħar erba' snin ġew maqlugħa 20 Lantana Montevidensis u ġew imħawla 20 Lantana Montevidensis.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA BIL-LINGWA SPANJOLA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna?", "Jista' jgħid ukoll kemm kotba ġodda bl-istess lingwa nxtraw tul dawn l-aħħar erba' snin u kemm ġew mogħtija b'donazzjoni?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ta' Malta Libraries bħalissa ma tipprovdix l-informazzjoni li turi kemm hemm kotba bil-lingwa Spanjola fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi.", "Rigward kotba ġodda mixtrija, infurmat li matul dawn l-aħħar erba' snin inxtraw 43 ktieb bil-lingwa Spanjola, filwaqt li ebda ktieb ma ngħata b'donazzjoni.", "RAĦAL ĠDID - ARBUXELLI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin f'Raħal Ġdid?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statistika li għandu dan il-Ministeru, b' mod partikulari ta'Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).", "Dan qed jigi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta' siġar u arbuxxelli fil-lokalitajiet kollha ta' Malta.", "Eżempju ta' dan huwa li kull kunsill lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma' soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati minn naħa tiegħu.", "Hemm wkoll interventi li jsiru min entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta speċi f'diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.", "Mill-Ministeru tiegħi, fil-lokalità ta' Raħal Ġdid f'dawn l-aħħar erba' snin ġew maqlugħa 266 Nerium Oleander u ġew imħawla 334 Nerium Oleander.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba' snin?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statistika li għandu dan il-Ministeru, b'mod partikulari ta'Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).", "Dan qed jiġi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta' siġar u arbuxxelli fil-lokalitajiet kollha ta' Malta.", "Eżempju ta' dan huwa li kull kunsill lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma' soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament minn naħa tiegħu.", "Hemm wkoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta speċi f'diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.", "Mill-Ministeru tiegħi f'dawn l-aħħar erba' snin ġew maqlugħa 3,090 arbuxelli u tħawlu 61,667 arbuxelli.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA BIL-LINGWA SPANJOLA MISLUFA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Spanjola li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba' snin?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta' informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017.", "Infurmat ukoll li n-numru ta' ebooks bil-lingwa Spanjola li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2018 kien ta' erbgħa.", "QORTI - PERSUNI MRESSQA L-QORTI AKKUŻATI BI TRAFFIKAR TA' DROGA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bi traffikar ta' droga mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu 2018 tressqu 87 persuna l-Qorti akkużati bi traffikar ta' droga.", "AVUKAT ĠENERALI – KAŻIJIET TA' PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrapportat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrappurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-aħħar għaxar snin ma kien hemm ebda każ li ġie rrapportat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija dwar inkuraġġiment u għajnuna għall-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).", "AVUKAT ĠENERALI – KAŻIJIET TA' PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ ġie rrappurtat lill-Avukat Ġenerali mill-Kummissarju tal-Pulizija li tkun qed tiġi inkuraġġita u megħjuna l-prostituzzjoni ta' minuri f'burdell jew f'lokal ieħor użat għal skop ta' prostituzzjoni skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid x'azzjoni ħa l-Avukat Ġenerali dwar kull wieħed mill-imsemmija każijiet li ġew irrapurtati lilu mill-Kummissarju tal-Pulizija?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat fid-domanda ma jirriżulta li saret ebda referenza lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fit-termini tal-artikolu 6(2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni.", "ORDINANZA DWAR IL-QIRDA TAL-KUMMERĊ FIL-PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f'kemm-il każ il-Qrati ta' pajjiżna ordnaw li minuri jiġi kkunsinnat lill-ġenituri jew axxendenti oħra tiegħu jew lit-tutur tiegħu b'ordni biex jieħdu ħsieb l-edukazzjoni tiegħu u joqogħdu attenti għall-kondotta tiegħu skont dak li jipprovdi l-artikolu 6 (3) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jindika s-sess u l-età tal-minuri li dwaru saret l-ordni mill-Qrati ta' pajjiżna?", "Jista' jgħid f'kemm il-każ ġew imposti l-penali msemmija fl-artikolu 35 (3) tal-Kodiċi Kriminali?", "Jista' jgħid f'kemm-il każ il-Qorti ordnat li l-minuri għandu jiġi miżmum f'istitut ta' edukazzjoni jew post ieħor minħabba li l-istess minuri ma kellux ġenituri, axxendenti jew tutur?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar reati skont l-Artikolu 6 (3) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta), u lanqas ma tinżamm statistika dwar penali imposti skont l-artikolu 35 (3) tal-Kodiċi Kriminali.", "Lanqas ma tinżamm statistika dwar minuri li jiġi miżmun f'istitut ta' edukazzjoni jew post ieħor minħabba li l-istess minuri ma kellux ġenituri, axxendenti jew tutur.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI AKKUŻATI LI JGĦIXU MINN FUQ IL-QLIGĦ MILL-PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li għexet minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta' persuni oħra bi ksur tal-artikolu 7 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Settembru 2018, kien hemm 37 każ ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati li għexu minn fuq il-qligħ tal-prostituzzjoni ta' persuni oħra, bi ksur tal-artikolu 7 tal-Kap.", "63 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Minn dawn, 10 kienu nisa u 27 kienu rġiel.", "Minn dawn, 22 persuna kienu Maltin u 15 kienu barranin.", "Infurmat li filwaqt li numru minn dawn il-każi għadhom sub judice, każijiet fejn ingħataw sentenzi kienu jinkludu sentenzi ta' priġunerija jew priġunerija u multa – priġunerija sospiża – priġunerija sospiża u tneħħija ta' liċenzja ta' parlours tal-massaġġi - priġunerija sospiża u ordni ta' protezzjoni favur il-vittmi u probation taħt l-artiklu 22.", "F'każ minnhom kien hemm liberazzjoni u ieħor fejn il-proċess ġie eżawrit minħabba mewt tal-imputat.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI AKKUŻATI B'SEHEM FL-EŻERĊIZZJU TA' BRIEDEL, EĊĊ.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li żammet jew eżerċitat jew kellha sehem ma' oħrajn fl-eżerċizzju ta' burdell jew ta' dar, ħanut jew lok ieħor għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienu l-persuni u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jgħid f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar, ħwienet jew lok ieħor?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm tliet okkażjonijiet fejn kull darba persuna tressqet il-Qorti akkużata bi ksur tal-artikolu 8 (1) tal-Kap.", "63 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Dan kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.", "Persuna minn dawn hi l-istess li tressqet ukoll fuq akkuża kif hemm fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet 7041 u 7042 rispettivament:", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI AKKUŻATI BI QLIGĦ MINN VETTURI UŻATI GĦAL SKOP TA' PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu jew ħadet sehem mill-qligħ ta' vettura wżata għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-aħħar 12-il sena jiġifieri mill-2007 sas-sena 2018 ma kien hemm ebda każ fejn xi persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu jew ħadet sehem mill-qligħ ta' vettura użata għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 8 (2) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).", "KIRURĠIJA U MEDIĊINA – WAITING LIST", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Kamra kemm preżentement hi l-waiting list għal appuntament ġdid għal kull speċjalità fil-Kirurġija u fil-Mediċina?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li għandhom appuntamenti ġodda bbukkjati fl-outpatients fid-Dipartimenti tal-Mediċina fl-Isptar Mater Dei sal-aħħar ta' Settembru tal-2018 huwa ta' 10,061 u għal dak tal-Kirurġija huwa ta' 8,773.", "PAZJENTI MALTIN LI GĦAŻLU LI JIEĦDU KURA BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk kienx kemm pazjenti Maltin u residenti f'Malta li għażlu minn rajhom li jieħdu kura jew jagħmlu operazzjoni ġewwa pajjiż Ewropew ieħor minħabba li l-waiting lists lokali kienu itwal milli tippermetti l-Unjoni Ewropea?", "Jekk fl-affermattiv, jista jinforma għal liema intervent marru u kemm kienet l-ispiża għall-Gvern?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Unjoni Ewropea ma tispeċifikax politika retta fuq waiting times.", "Madankollu, iċ-Charter tal-Pazjenti ta' Malta jitlob li jinbeda t-trattament/intervent immexxi minn speċjalista f'perjodu ta' żmien kif stipulat sakemm wieħed ma jagħżilx li jistenna aktar jew jiġi deċiż klinikament li għandu jistenna aktar:", "F'każ urġenti – il-kura/intervent iridu jinbdew f'perjodu massimu ta' 12-il ġimgħa.", "F'każ mhux urġenti – il-kura/intervent iridu jinbdew fi żmien 18-il xahar għal kundizzjoni li x'aktarx ma tiddeterjorax malajr u li m'għandiex il-potenzjal immedjat li ssir emerġenza.", "Fuq dawn il-kriterji kien hemm pazjenta waħda li marret għal kura barra minn Malta minħabba dewmien fil-kura ta' radjuterapija kkaġunat minn rilokazzjoni tad-Dipartiment tal-Onkoloġija għall-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.", "L-ispiża kienet €18,037.82.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI: AVUKATI U DITTI LEGALI – ĦLAS", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditta legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: AVUKATI U DITTI LEGALI – ĦLAS", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditta legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "Interpellant li matul il-perjodu msemmi, il-Ministeru għal Għawdex għamel użu mid-ditta legali mniżżla n-numru 5 fil-lista mogħtija mill-Onor.", "Fl-2010 id-ditta legali inkwestjoni tħallset l-ammont ta' €755.20 għal servizz legali u attendenza inkonnessjoni ma' appell għall-offerta 10/09 Supply, Delivery and Installation of Solar PV Collection System at ITS, Qala, Gozo.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI: AVUKATI U DITTI LEGALI – ĦLAS", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditta legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - TELEPHONES", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-Ħadd, 9 ta' Settembru 2018, bejn is-sitta u t-tmienja u nofs ta' filgħaxija, is-sistema tat-telefon fir-Residenza San Vinċenz de Paul kienet totalment mhux qed tiffunzjona, bil-konsegwenza li ma setgħux jidħlu telefonati għand it-telephone operators u dan wassal biex, fost oħrajn, ma kienx possibbli li jissejjaħ it-tabib fil-każi fejn pazjenti kellhom bżonnu u għalhekk l-istaff tas-swali kellhom imorru jfittxu huma lit-tabib?", "Jekk dan huwa l-każ, x'kien li wassal għal dan it-tul kollu ta' ħin mingħajr servizz daqstant essenzjali f'post bħar-Residenza San Vinċenz de Paul li barra li jservi ta' sptar iservi wkoll ta' residenza?", "Kien hemm xi ħadd responsabbli on duty matul dak il-ħin biex jieħu ħsieb dan l-inċident ta' din ix-xorta ġewwa r-Residenza?", "X'kienet ir-raġuni għal dan in-nuqqas totali ta' ffunzjonar tas-sistema tat-telefon?", "Barra minn hekk, kien tul ta' ħin raġonevoli dak ta' sagħtejn u nofs biex is-sistema terġa' tiġi lura għan-normal?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "SERVIZZ TA' TRASPORT B'XEJN GĦALL-ISKEJJEL - STUDENTI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li minn din is-sena bdew jużaw is-servizz ta' trasport b'xejn għall-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti?", "EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li hemm 11,625 student tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti li bdew jużaw is-servizz ta' trasport b'xejn minn din is-sena.", "SERVIZZ TA' TRASPORT B'XEJN GĦALL-ISKEJJEL – SPEJJEŻ ADDIZZJONALI GĦAS-SERVIZZ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża addizzjonali biex ġie pprovdut is-servizz ta' trasport b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-istima tal-ispiża biex jiġi pprovdut is-servizz ta' trasport b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti hi ta' madwar €8.5 miljun għal sena.", "Interpellant li dan huwa eżerċizzju ongoing li jiddependi minn kemm studenti jagħmlu użu minnu.", "SERVIZZ TA' TRASPORT B'XEJN GĦALL-ISKEJJEL – VETTURI ADDIZZJONALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid kemm hemm vannijiet u/jew vetturi addizzjonali li qed jintużaw biex jingħata s-servizz ta' trasport b'xejn lill-istudenti tal-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li sal-lum vetturi rreġistrati ma' MEDE li qed joffru servizz ta' trasport b'xejn lill-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u/jew Indipendenti hemm 972.", "SERVIZZ TA' TRASPORT B'XEJN GĦALL-ISKEJJEL – ILMENTI DWAR DEWMIEN FIS-SERVIZZ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux rapporti li tfal li jattendu fl-iSkejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti mhux qed jinqdew mis-sistema l-ġdida ta' trasport b'xejn għall-istudenti, fis-sens li t-trasport qed regolarment jiġborhom tard mid-dar u jwassalhom regolarment tard l-iskola?", "Jista' jgħid x'azzjoni ħa dwar dawn l-ilmenti?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li qed jidħlu lmenti mill-ġenituri/legal guardians fuq is-servizz ipprovdut mill-operaturi li qed jipprovdu s-servizz lil studenti li jattendu skejjel tal-Knisja u Indipendenti.", "Għalkemm ir-rwol tal-Gvern mhux li jidħol fl-operat ta' dan is-settur, id-Dipartiment fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qiegħed jindirizza dawn l-ilmenti mal-operaturi konċernati sabiex kemm jista' jkun itejjeb is-servizz provdut.", "SERVIZZ TA' TRASPORT B'XEJN GĦALL-ISKEJJEL – SERVIZZ TA' SUPERVIŻJONI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru tal-Edukazzjoni jgħid jekk hux qed jiġi pprovdut servizz ta' superviżjoni fuq is-servizz ta' trasport b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti u, jekk le, għaliex?", "EVARIST BARTOLO: L-inizjattiva ta' servizz ta' trasport b'xejn lill-istudenti kollha qed tiġi introdotta gradwalment.", "Għal din is-sena skolastika, fuq it-trasport provdut għall-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti, il-Gvern ħalla s-servizz tas-superviżjoni jopera kif kien jopera fis-snin li għaddew.", "Jiġifieri, jekk is-sena l-oħra kien hemm provdut superviżjoni, il-Gvern ħalla f'idejn il-ġenituri/legal guardians jekk jagħżlux li jkollhom dan is-servizz li bħalissa għadu qed jiġi mħallas mill-ġenituri jekk jagħżlu li jeħduh.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li l-Prim Ministru ħabbar li fi żmien 15-il sena, it-trasport pubbliku madwar Malta u Għawdex se jkun b'xejn, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru biex Trasport Malta waslet għas-sena 2033?", "X'inhuma r-raġunijiet li ntgħażlet din is-sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid-diskors li għamel l-Onor.", "Prim Ministru fit-30 ta' Settembru 2018 huwa speċifika li hija l-viżjoni ta' dan il-Gvern li s-servizz tat-trasport pubbliku jingħata b'xejn lil kulħadd fis-snin li ġejjin.", "Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li diġà bdejna inwettqu din il-viżjoni meta s-sena li għaddiet tajna dan is-servizz b'xejn lil kull min għalaq 18-il sena u din is-sena komplejna nespandu din l-iskema għal dawk il-persuni kollha li għandhom bejn is-16 u l-20 sena.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta se tkun qed tkompli taħdem fuq pjan fit-tul sabiex din il-viżjoni tiġi mwettqa.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li l-evalwazzjoni tat-tender tal-Paola Health Hub li hu smat li se jiswa €26 miljun twaqqfu minħabba interessi pekunarji minn membri fil-bord tal-evalwazzjoni u għażla tal-offerti u twaqqaf bord ġdid, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-eżitu ta' dan il-bord?", "Min intgħażel?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-premessa li qed jagħmel fil-mistoqsija tiegħu hija żbaljata.", "PAOLA HEALTH HUB - PROĠETT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li l-proġett ta' Paola Health Hub ilu deċiż li jitwettaq mill-2013, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta għandu jitlesta dan il-proġett?", "Jista' jgħid min-nefqa ta' €26miljun kemm se jinħarġu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett ta` Paola Hub hu maħsub li jitlesta fi żmien tliet snin u nofs minn mindu jibda x-xogħol.", "Il-proġett huwa stmat li jiswa madwar €33miljun (VAT eskluża), li minnhom 80% se jinħarġu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "GĦARB GĦAWDEX – APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETT FUQ ART PUBBLIKA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-PA/02557/17 fl-Għarb Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet biex din l-art pubblika tingħata lill-kunsill lokali jew xi terzi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'referenza għall-PA/02557/17, iva, saret talba mal-Awtorità tal-Artijiet mill-Kunsill Lokali tal-Għarb Għawdex fejn l-applikant ingħata parir li japplika għal clearance in principle għall-iżvilupp propost.", "GĦARB GĦAWDEX – APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-PA/02557/17 fl-Għarb Għawdex, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-termini tal-PPP li qed jitħejja mill-Kunsill ma' terzi biex dan il-proġett iseħħ?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb li għadu fil-proċess ta' applikazzjoni għal dan il-proġett u li għad ma hemm l-ebda arranġamenti għat-termini ta' PPP.", "ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI – GĦAJNUNA GĦAL TKABBIR TAL-KAPAĊITAJIET OPERATTIVI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6618 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'tip ta' għajnuna ġiet mogħtija lill-organizzazzjonijiet volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Mejju 2018?", "Liema huma dawk l-organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181010_143d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 15 ta' Ottubru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi ż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux inkwetat bir-rapport li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li juru li s-sena li għaddiet l-ispiża tal-Gvern fuq l-Ambjent naqset b'€86 miljun, biex ġiet inqas minn dik tal-2012?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li din is-sena jipproponi li tiżdied l-età tal-irtirar tal-Imħallfin?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li jinbeda l-proċess biex iż-żona tat-Tieqa ta' Wied il-Mielaħ f'Għawdex tkun iddikjarata sit ta' Natura 2000?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu reveduti l-pjani lokali mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għall-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern datata 13 ta' Frar 2018 (7/2013/44 Advert 5/2018) għal Environmentally Friendly Cleaning Services fil-Family Park ta' Sant'Antnin, jista' l-Ministru jispjega għala saret din is-sejħa u jindika kemm hu l-budget li l-Ministeru alloka għal dan is-servizz?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-sejħa għall-offerti (tender) biex jitnaddaf parti mill-Wied tax-Xlendi, ġiet ikkanċellata?", "Tista' tgħid min ħa d-deċiżjoni li tiġi kkanċellata?", "Tista' tgħid jekk din it-tender hijiex se terġa' tinħareġ u jekk iva meta hu maħsub li ser isir dan it-tindif fil-Wied tax-Xlendi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn is-servizzi tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) f'Għawdex ma għadhomx jingħataw minn ġewwa l-binja li kienet iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u li kellha tkun iċ-Child Development Centre f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex iżda beda jingħata minn binja li ġiet mikrija fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex?", "Jista' jgħid mingħand min ġiet mikrija din il-binja u kemm qed titħallas kera tagħha fis-sena?", "Kemm kienet l-ispiża biex ġiet irranġata din il-binja biex tintuża għal dan l-iskop?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex f'dawn l-aħħar ġranet ġew ingaġġati security officers ta' kuntrattur privat fil-biċċerija fix-Xewkija, Għawdex meta sa ftit ilu dan ix-xogħol kien isir minn ħaddiema tal-Gvern?", "Tista' tgħid jekk dan is-servizz hux qed jiġi pprovdut mill-kuntrattur 24 siegħa kuljum u jekk le għal kemm-il siegħa kuljum qed jingħata?", "Tista' tgħid jekk saritx sejħa għall-offerti biex ingħata dan ix-xogħol lill-kumpanija privata u jekk iva, meta ħarġet, kemm damet miftuħa u fejn ġiet ippubblikata?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid x'tip ta' xogħol infrastrutturali nbeda f'dawn l-aħħar ġimgħat ġewwa l-binja li kienet iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u li kellha tkun Child Development Centre f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Saru l-applikazzjonijiet meħtieġa mal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Ħarġu l-permessi kollha meħtieġa?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u l-permessi approvati?", "Minn min qed isir ix-xogħol?", "Ħarġet tender għal dan ix-xogħol li qed isir?", "Meta ħarġet it-tender, fejn ħarġet u kemm damet miftuħa?", "Minn min qed ikun iffinanzjat dan ix-xogħol?", "Għal liema raġuni qed isir dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mijiet ta' siġar u arbuxelli li jinsabu mħawla ġewwa l-ex miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex humiex qed jiġu msoqqija b'mod regolari u jekk iva, kemm-il darba fil-ġimgħa qed jissaqqew matul is-sajf 2018?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti d-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta' każijiet ta' overbooking ta' titjiriet bl-ajru u dan billi jelenka l-kumpaniji konċernati u n-numru ta' ilmenti magħmula fir-rigward ta' kull kumpanija tal-ajru mill-bidu tal-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, fil-preżent, liema huma l-proġetti l-ġodda li qegħdin fi stat ta' kostruzzjoni?", "F'liema lokalitajiet jinsabu?", "Għal liema kategorija qed jinbnew u kemm hemm appartamenti f'kull binja?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jkunu lesti u okkupati l-appartamenti l-ġodda?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie elett il-Gvern fl-2017, kemm-il skema ġdida ħarġet l-Awtorità tad-Djar?", "Liema huma?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-Awtorità tad-Djar qed tgħin lil dawk li verament għandhom bżonn?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, min kien involut fil-White Paper dwar il-kera u ma' min kienet il-konsultazzjoni?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħarġu, fejn qed jinċentiva lill-privat biex jgħin fis-sitwazzjoni ta' Akkomodazzjoni Soċjali?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Taljana li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba' snin?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Franċiża li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba' snin?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid preżentement x'xogħol qiegħed isir mill-Ministeru tiegħu f'Ġnien Duminku Mintoff f'Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Ġermaniża li jinsabu fil-katalogu tal-libreriji pubbliċi tagħna tul dawn l-aħħar erba' snin?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid preżentement x'xogħol qiegħed isir mill-Ministeru tiegħu f'Ġnien Duminku Mintoff f'Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-Ministeru tul dawn l-aħħar erba' snin u jista' jindika l-iskala tagħhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ippermettiet ħanut, alloġġ, lukanda jew appartament privat biex jiġi wżat bħala post ta' laqgħa għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 9 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jgħid kemm-il każ kien jirreferi għal ħanut, kemm-il każ kien jirreferi għal alloġġ, kemm-il każ kien jirreferi għal lukanda, kemm-il każ kien jirreferi għal appartament privat u jindika f'liema lokalità kienu jinsabu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu ta' dar jew fond għal skop ta' prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 10 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jindika f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar jew fondi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il avviż bil-miktub ta l-Kummissarju tal-Pulizija biex sid jew persuna li għandha l-amministrazzjoni ta' dar jew lokal ieħor ta' proprjetà u li huma wżati għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali, jieħu l-passi meħtieġa quddiem il-Qorti għall-iżgumbrament tal-persuni li jkunu qegħdin joqogħdu f'dak il-fond skont dak li jipprovdi l-artikolu 12 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata li naqset milli tieħu l-azzjoni mitluba mill-Kummissarju tal-Pulizija, kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jindika f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar jew proprjetà oħra?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ordni ta l-Kummissarju tal-Pulizija biex dar, ħanut, alloġġ, lukanda, appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sa ma l-Qorti tagħti sentenza skont dak li jipprovdi l-artikolu 13 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien jirreferi għal dar, kemm-il każ kien jirreferi għal ħanut, kemm-il każ kien jirreferi għal alloġġ, kemm-il każ kien jirreferi għal lukanda, kemm-il każ kien jirreferi għal appartament, kemm-il każ kien jirreferi għal fond ieħor u jindika f'liema lokalità kienu jinsabu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f'kemm-il każ il-Qorti ħassret liċenza dwar xi lukanda, alloġġ, ħanut jew fond ieħor jew ta' liċenzja tas-sewqan tal-ħati jew liċenzi oħra f'każ ta' kundanna għal reati taħt tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu bastimenti Ċiniżi fil-portijiet Maltin mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jagħti l-isem ta' kull wieħed mill-bastimenti u jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili?", "Jista' jgħid ukoll f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi u kemm dam?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6629, jista' l-Ministru jgħid għaliex tagħrif tant importanti ta' kemm ħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta' vjolenza domestika ma tinżammx mill-Pulizija?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal kif intefqet is-somma ta' €430 miljun li ġew mill-fondi għall-kontribuzzjonijiet tal-IIP?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-kors tal-First Aid isirx obbligatorju fl-iskejjel sekondarji?", "Kemm hemm għalliema u LSEs li għandhom taħriġ fl-Ewwel Għajnuna?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-investigazzjonijiet li saru fis-sena 2017 ta' CT Scan, MRI u PET Scan, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tiġih tiswa lill-Gvern kull CTscan, MRI u PET Scan?", "Jista' jgħid kemm kienu dawk li twettqu l-MDH, GGH u fil-privat bħala PPP?", "Jekk xi wieħed minn dawn l-investigazzjonijiet ingħatat lill-privat, x'kienet ir-raġuni?", "Kemm hu l-prezz imħallas mill-Gvern meta jingħata lill-privat?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Peress li l-età taħt it-18-il sena hi meqjusa bħala minuri iżda dan ma jfissirx li din il-kategorija ma jistgħux jingħataw drittijiet ċivili li jkabbar youth empowerment, minkejja li l-ġenitur jibqa' obbligat iħares l-interessi ta' uliedu, kif ġara fil-każ ta' konsulta medika u fl-età tal-kunsens għas-sess, u peress li meta sar l-abbozz dwar id-donazzjoni tal-organi, ċelloli u tessuti, l-età kienet ġiet stabbilita għal 18-il sena (sperma u ova ġew esklużi), jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk meta niġu għal donatur tal-sperma jew ova hemmx ħsieb li l-wild, għandux ikun jaf li hu ġie ikkonċepit f'dan il-mod qabel l-età ta' 18-il sena?", "Jista' jgħid jekk sarx studju?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbdew proċeduri fil-Ġnus Magħquda biex:", "a. jittieħdu prekawzjonijiet speċjali meta gżejjer stati żgħar jiffaċjaw eskalazzjoni ta' persuni li jfittxu l-ażil;", "b. jiġu limitati t-talbiet ta' min ifittex l-ażil għal wieħed li tkun ibbażata fuq safe UN signatory country u mhux għażla ta' pajjiż?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, deċiża fil-5 ta' Ottubru 2018, jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna li bħala l-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija, jerfa' r-responsabbiltà politika għal dak li ġie deċiż u ċjoè li kien u hemm ksur tal-artikolu 2 u 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem meta l-Assistent Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, ingħata l-inkarigu li jinvestiga l-qtil tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħlas ta' overtime fil-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2017 kollha u kull xahar fis-sena 2018 minn Jannar sa Settembru 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ħlasijiet ta' extra duties lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis sena 2017 xahar b'xahar, u kemm saru ħlasijiet ta' extra duties xahar b'xahar minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement detenuti fil-ħabs li għadhom għaddejjin bi proċeduri l-Qorti u li fil-konfront tagħhom għad ma hemmx sentenza definittiva?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed iservu sentenza ta' ħabs?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin xahar b'xahar minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara li ssir inspection fuq id-dar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-Gvern peress li hija għandha kera tal-privat ta' aktar minn €400 fix-xahar?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti u kemm sewa x-xogħol li sar fl-aħħar xhur fuq il-Pont tal-Mistra u fl-istess waqt ipoġġi r-rapporti tal-perit fejn allura ċċertifika li l-perikli li seta kien hemm, issa ġew issorpassati?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fit-triq li tagħti mix-Xemxija għat-telgħa tal-Mellieħa ngħataw biss partijiet minnha bit-tarmak meta fil-fatt jirriżulta li baqa' żoni fl-istess triq li għadhom qed jikkawżaw periklu għas-sewwieqa u ħsarat għall-vetturi li jgħaddu mill-istess triq minħabba l-ħofor li għadhom hemm?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati ma' PC 42/15 b'rabta maż-żona Ta' Masrija u l-Bypass tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika preżentement lil min tgħajjat il-binja fil-Mellieħa magħrufa bħala \"Ir-Razzett tax -Xjaten\" u jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qattx talab lid-Dipartiment tal-Artijiet biex dan is-sit jiġi devolut lilu?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet/interess minn entitajiet privati jew għaqdiet mhux governattivi lid-Dipartiment tal-Artijiet dwar il-binja magħrufa bħala Forti Campbell li tinsab fil-limiti ta' Selmun?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika f'liema stadju waslet l-applikazzjoni (PA 5909 / 17 ) ta' bini ta' lukanda u appartamenti fil-Mellieħa fiż-żona li tinsab bejn Triq il-Kbira, Triq il-Fortizza u Triq in-Nases?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kien hemm oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni u jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kienx wieħed minn dawk li formalment ressqu oġġezzjoni?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2015 – 2020?", "X'twettaq s'issa minn din il-politika nazzjonali?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta' sigħat xogħol fil-komunità ngħatat mill-ġudikatura f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'tip ta' xogħol twettaq mill-akkużati u f'liema lokalità sar dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jikkwalifikaw għall-għajnuna legali?", "Kemm huwa n-numru ta' avukati allokati biex jgħinu lil dawn il-persuni?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fil-Qorti li ġew preskritti f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Fuqiex kienu jittrattaw dawn il-każijiet?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hija kkalkulata li tiswa sodda għal kull lejl fl-Isptar Mater Dei?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7021 u ċjoè: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kull servizz/benefiċċju soċjali li jingħata mid-dipartimenti/entitajiet tiegħu u għal kull wieħed jgħid kemm kien hemm benefiċjarji f'Settembru ta' din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7018 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont ma' liema dipartiment/entità qed jagħmlu xogħolhom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7019 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mis-sena 2010 'l hawn sena b'sena (sal-aħħar ta' Settembru 2018)?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid meta f'każ ta' emerġenza għaqda ta' żgħażagħ, jew familja, jew kull persuna oħra, jirrapportaw lill-Awtoritajiet bħall-Pulizija jew il-Protezzjoni Ċivili b'rapport li fil-premises daħlu insetti bħal żnażan li joħolqu periklu għal min jiffrekwenta l-premises, min minn dawn l-entitajiet jista' jerfa' r-responsabbiltà biex ikun jista' jneħħi dak il-periklu li jkun rapportat?", "Qed insaqsi din il-mistoqsija peress li l-Mosta Girl Guides għamlu tali rapport u spiċċaw biex s'issa ma nstabet l-ebda entità tal-gvern li terfà din ir-responsabbiltà li tneħħi dawn l-insetti?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta, jgħid jekk Triq Fabrizio Bartolo fil-Mosta, li hija trejqa dejqa li minnha bilkemm tgħaddi vettura, issir \"one way except for un/ loading by residents\" u dan ifisser li din it-trejqa tkun għalhekk aċċessibbli biss għal ftit residenti fl-istess triq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6256 u 6106 peress li għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fil-proġett ta' twessiegħ ta' toroq, kemm-il biċċa raba' ġiet mittiefsa, bħala numru, f'kull triq?", "Jista' jgħid ma' min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba'?", "Jista' jgħid x'kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Peress li r-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta, huwa s-Sur Pieter Omtzigt u se jżur Malta fil-ġimgħa tat-22 ta' Ottubru u peress li l-Kunsill tal-Ewropa jinsab fi Strasburgu u huwa ddedikat fuq id-drittijiet tal-bniedem, demokrazija u stat tad-dritt u huwa d-dar tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u peress li l-Prim Ministru kemm-il darba qal pubblikament li se jikkopera mal-Istituzzjonijiet Ewropej fuq dan il-qtil makabru, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern se jikkopera bis-sħiħ mas-Sur Omtzigt?", "Jista' jikkonferma li hu se jagħmel minn kollox biex jiżgura li r-rapporteur ikun jista' jiltaqa' ma' dawk l-uffiċjali u politiċi kollha li l-kontribut tagħhom huwa meħtieġ biex jitħejja dan ir-rapport?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsistu s-servizzi ta' konsulenza li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jagħti lil Identity Malta u x'xogħol sar minnu mid-data tal-bidu tal-kuntratt sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih Identity Malta ingaġġat is-servizzi ta' konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset minn Identity Malta l-persuna li isimha qed jingħata separatament mid-data meta ġiet ingaġġata sad-data ta' din il-mistoqsija u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices u riċevuti relevanti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7090, jista' l-Ministru jgħid min kien it-tieni passiġġier li twassal minn Sqallija għal Malta dakinhar tal-vot fl-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala 'City Centre' u jista' jgħid ukoll għaliex kien meħtieġ li jinġieb it-tieni passiġġier?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7090, jista' l-Ministru jgħid għaliex u fuq liema bażi ntgħażlet kumpanija Svizzera bbażata f'Ġinevra?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7090, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx VAT fuq din il-fattura?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid ladarba l-Gvern neħħa s-sistema tal-liċenzja tan-negozji, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ispiża tal-uffiċċju li qed imexxi l-liġi ta' negozji tal-familja?", "Jista' jgħid:", "a. kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-uffiċċju;", "b. fejn huwa dan l-uffiċċju;", "c. x'inhu l-ispiża ta' salarji għal kull min jaħdem f'dan l-uffiċċju;", "d. x'inhi l-ispiża tal-kirja ta' dan l-uffiċċju;", "e. kemm hemm negozji tal-familja reġistrati ma' dan l-uffiċċju; u", "f. fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta' dan l-uffiċċju b'risq in-negozji tal-familja?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed isegwu kors l-Università, l-MCAST jew xi entità edukattiva oħra?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-għadd ta' studenti mill-iskejjel tal-Knisja u skejjel Indipendenti li mill-ftuħ tas-sena skolastika bdew jibbenefikaw mill-iskema ta' trasport b'xejn għall-istudenti kollha?", "Jista' jgħid ukoll kemm huwa kkalkulat l-għadd ta' studenti li għalihom għadha ma nstabitx soluzzjoni biex huma wkoll ikollhom trasport b'xejn?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li applikaw jew tefgħu r-riżenja tagħhom fl-ARMS Ltd fl-aħħar sena?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet għal dawn r-riżenji?", "MOZZJONIJIET", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ONOR.", "CHRIS FEARNE, jipproponi:", "Illi fis-Seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 2019 (Ordni Permanenti Nru 71 (3) (a)), din id-Dikjarazzjoni u x-Xogħol li jista' jkun konness magħha jkunu, jekk meħtieġ, eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 9 - Interruzzjoni ta' xogħol; u li d-Dikjarazzjoni tkun ukoll eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 49 - Limiti ta' żmien għad-diskorsi — jew minn xi riżoluzzjonijiet oħra; u", "Illi minkejja kull provvediment ieħor fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra:", "(l) jekk id-Dikjarazzjoni Finanzjarja ssir il-Ħamis, sew filgħodu, kif ukoll filgħaxija, isir biss xogħol tal-Gvern; u", "(2) l-aġġornament ma jitteħidx.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "12 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' Ottubru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Preżentazzjoni mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar ir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2016.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' Ottubru 2018, fl-4.30pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 58: Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 51 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni mal-Kummissarju gћall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali dwar ir-Rapport Annwali 2017.", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Raymond Bondin għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Bulgarija.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Jean Claude Galea Mallia għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta għall-Ghana.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Giovanni Xuereb għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta għal Spanja.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-5.00 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt, b'din l-aġenda:", "It-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Affarijiet oħra.", "12 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181015_144a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 15 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 15 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 15 ta' Ottubru 2018", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni t-talba tal-Onor.", "Marlene Farrugia sabiex tiġi rreġistrata bħala msiefra fuq xogħol tal-Partit fis-seduta 140 tad-9 ta' Ottubru 2018.", "Is-Sedja qed tordna l-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduta msemmija.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 143, li saret fl-10 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja fis-CPA Climate Change Workshop for Small Branches, li kienet ippreseduta mill-istess Sedja, li nżammet fil-Kenja bejn l-10 u t-13 ta' Ottubru 2018.", "Nixtieq ukoll ninforma lill-Membri li proprju fid-daħla tal-Parlament tqiegħdet statwa ta' Kristu Rxoxt li hi opra artistika ta' Angelo Biancini mill-iskola ta' Faenza, li l-Qaddis Papa Pawlu VI, li kif nafu huwa ddikjarat qaddis, kien ta bħala rigal speċjali u uniku lill-Eks Prim Ministru Dom Mintoff f'Ġunju 1977.", "Kif għidt, din l-istatwa qiegħda fid-daħla tal-Parlament.", "DEĊIŻJONI TAS-SEDJA", "L-ISPEAKER: Is-Sedja rat it-traskrizzjoni tas-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ottubru, 2018 li kienet ippreseduta mid-Deputy Speaker, l-Onor.", "Claudette Buttigieg, speċifikament il-ħin tal-Aġġornament, li kien qed jittieħed mill-Onor.", "Simon Busuttil, fejn saret it-talba għal ruling.", "Mill-istess traskrizzjoni jirriżulta illi fuq point of order, il-Whip tal-Gvern l-Onor.", "Byron Camilleri talab lis-Sedja sabiex, anke fi stadju ulterjuri, tagħti ruling ai termini tal-Ordni Permanenti 60 u se nikkwota mid-dibattitu:", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, huwa messaġġ fih innifsu li lanqas iħalluk titkellem!", "Hija xi ħaġa li tibgħat messaġġ waħidha!", "Sinjura President, ħalli ngħidlek għaliex emmint.", "Emmint għaliex kien hemm rapport kredibbli minn Daphne Caruana Galizia, illum maqtula, dwar iż-żewġ kumpaniji l-oħra.", "Fuq il-kumpanija ta' Keith Schembri kellha raġun Daphne!", "Dwar il-kumpanija ta' Konrad Mizzi kellha raġun Daphne!", "Għalhekk emmint jien!", "Emmint għax il-Prim Ministru mar għand il-Maġistrat biex jiftaħ inkjesta, li talabha hu, wara li serraħ rasu li l-provi sparixxew!", "Telaq l-ajruplan, il-Kummissarju mar il-fenkata, imbagħad sejjaħ inkjesta!", "(Interruzzjonijiet)\".", "Hawnhekk il-Ministru Chris Cardona kien pront u qajjem point of order fejn qal hekk:", "CHRIS CARDONA: Li qed jgħid l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil hija allegazzjoni ta' tampering with evidence!\"", "SIMON BUSUTTIL: Emmint għax il-Prim Ministru – din l-ikbar waħda, Sinjura President – jaf ta' min hi l-kumpanija Egrant!", "Għaddiena minn inkjesta biex l-inkjesta ma qaltilna xejn fuq min hi, imma hu jaf, għax kull ma kellu jagħmel kien li jistaqsi lil Brian Tonna u lil Karl Cini, u jgħidilhom: Għiduli issa ta' min hija Egrant.", "Kien imissu qalilna fil-mument meta ħarġet l-Egrant f'April 2016!", "Impossibbli li ma jafx!", "Impossibbli li ma jafx il-Prim Ministru!", "(Interruzzjonijiet)\".", "Għal dan l-aħħar kliem, l-Onor.", "Busuttil qed jinċita jew qed jipprova jagħti x'jifhem li l-Prim Ministru b'xi mod għamel attività kriminali.", "Din hija serja ħafna, u se nikkwotalek Ordni Permanenti 60 li jimpedih milli jgħid dan fuq Membru ta' din il-Kamra.", "Nitolbok tieħu azzjoni, għaliex l-Onor.", "Busuttil qed jgħid li kien hemm xi azzjoni kriminali.", "Għax kieku l-Prim Ministru mar għand il-Maġistrat Bugeja, kien jaf ta' min hija Egrant, kif qed jallega hu, u ma qallux, dik tiġi azzjoni kriminali!", "Għaldaqstant qed nikkwota artiklu 60 … (Interruzzjonijiet)\".", "Hawnhekk id-Deputy Speaker aċċettat li jitressaq point of order li reġa' qajjem il-Whip tal-Gvern meta qalet hekk:", "\"ID-DEPUTY SPEAKER: Qed naċċetta l-point of order għax l-Onor.", "Byron Camilleri kkwota eżattament liema Ordni Permanenti qed jirreferi għaliha.", "BYRON CAMILLERI: Qed nikkwota artiklu 60 u qed inħalli f'idejn is-Sedja sabiex tiddeċiedi.", "Grazzi ħafna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se nitlob lill-Onor.", "Busuttil biex jikkjarifika dak li għadu kif qal.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Mela le, jekk l-Onor.", "Camilleri ma fehemnix, nerġa' nispjegalu.", "Inti temmen li l-Prim Ministru ma jafx ta' min hija Egrant, Sinjura President?", "(Interruzzjonijiet) Temmen li ma jafx!", "Il-Prim Ministru taħseb li ma setax jistaqsi lil Karl Cini u l-konsulent tiegħu Brian Tonna ta' min hi Egrant?", "(Interruzzjonijiet) U żgur li …\"", "Hawnhekk il-Whip tal-Gvern talab lis-Sedja għal ruling:", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nitolbok tieħu azzjoni!", "Artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti jitkellem ċar.", "Hawnhekk japplika ftit ukoll artiklu 57, però nemmen li aktar japplika artiklu 60 f'dan il-każ.", "Jeħtieġ tieħu azzjoni billi tgħidlu \"iċċara kliemek\".", "Ma naħsibx li huwa biżżejjed, għax jidher biċ-ċar li mhux qed josserva dak li s-Sedja qed tordnalu!", "Għaldaqstant nitlob ruling min-naħa tiegħek sabiex tiddeċiedi dwar il-kliem li għandu jingħad hawn ġew, anke fir-rigward ta' dak li qed jgħid l-Onor.", "Hawnhekk is-Sedja għamlet referenza u qrat l-Ordni Permanenti 60 u nikkwota:", "\"ID-DEPUTY SPEAKER: Artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti jgħid hekk:", "\"Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru.\".", "Jien qed nieħu li dik hija l-intenzjoni.", "Għalhekk nitolbok li tiċċara l-intenzjoni tiegħek, Onor. Busuttil.\"", "Hawnhekk, intervjena l-Onor Busuttil billi qal hekk:", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, għat-tielet darba se ngħidlek.", "Jien emmint l-allegazzjoni fuq Egrant għax huwa ovvju li l-Prim Ministru jaf ta' min hi Egrant!", "(Interruzzjonijiet) Fetaħha Brian Tonna u faċilment seta' jistaqsih!", "Trid tkun stupidu biex ma temminx li l-Prim Ministru jaf!", "Din tiġi waħedha!", "Ilu jaf mill-ewwel!", "F'dan il-punt, l-Onor.", "Byron Camilleri reġa' tenna t-talba għar-ruling kif ġej:", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, uffiċjalment qed nitlob ruling mis-Sedja dwar dak li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil, speċjalment imma mhux biss vis-à-vis artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti!", "Ħadd ma jista' jgħidilna li l-Onor.", "Busuttil mhux qed jattribwixxi intenzjoni ħażina lill-Prim Ministru!", "Bil-kliem tiegħu qed jattribwixxi intenzjoni ħażina lill-Prim Ministru!", "Anke jekk dan ir-ruling ma jingħatax issa, jien nitlob li inti tieħu deċiżjoni f'din il-Kamra.", "Nitolbok tieħu azzjoni f'dan ir-rigward.", "Nirringrazzjak.\".", "Edward Zammit Lewis irrefera għall-kliem li kienu qed jiġu meqjusa bħala li huma oġġezzjonabbli:", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: … Li qed jattribwixxi l-Onor.", "Busuttil hija xi ħaġa serja ħafna!", "Kien hemm inkjesta maġisterjali fejn il-Prim Ministru xehed u ta depożizzjoni quddiem Maġistrat inkwerenti.", "Xehed quddiem maġistrat.", "Qed jgħidilna, qed jinsinwa, li meta l-Prim Ministru mar jixhed, xehed falz!", "Qed jgħid li xehed quddiem il-Maġistrat inkwerenti meta kien jaf ta' min hi … Jekk dan li qed jgħid l-Onor.", "Busuttil mhuwiex intenzjoni ħażina fuq membru ta' din il-Kamra, ma nafx x'jista' jkun! …\".", "Byron Camilleri kkonferma t-talba għar-ruling kif ġej:", "BYRON CAMILLERI: L-Onor.", "Busuttil qed jippersisti li jikser artiklu 60!", "Hija ċara u tonda!", "Jien nifhem u kważi naqbel miegħek li tlabt lill-Onor.", "Glenn Bedingfield joħroġ mill-Kamra, iżda l-Onor.", "Busuttil, għal darba, darbtejn, tlieta, mhux qed jisma' mis-Sedja u qed ikompli jitkellem daqslikieku xejn, daqslikieku dan ir-raġel, jagħmel x'jagħmel, għalxejn!", "Qed jibqa' jgħid l-istess affarijiet!", "Dan minkejja li inti stess tlabtu li jara li jsegwi artiklu 60 tal-Ordnijiet Permanenti!", "Għaldaqstant dan mhux aċċettabbli, Sinjura President.", "Mhux aċċettabbli, u nerġa' ninsisti li jingħata ruling imqar f'seduta oħra.", "Nirringrazzjak.\".", "Is-Sedja rat ukoll l-Ordni Permanenti 60 li għamel referenza għalih l-Onor.", "Camilleri fit-talba tiegħu u li nqara mill-istess Sedja fid-dibattitu hawn fuq ċitat, u ser nikkwotah:", "Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru.\".", "Qabel ma ngħaddi għall-konsiderazzjoni ta' din it-talba, nirreferi għall-appell li għamlet id-Deputy Speaker fir-ruling mogħti minnha aktar kmieni fl-istess seduta tal-10 ta' Ottubru 2018, dak sabiex il-Membri juru rispett lejn xulxin għaliex wara kollox, nuqqas ta' rispett lejn Membru tal-Kamra jikkwalifika bħala nuqqas ta' rispett lejn l-istituzzjoni tal-Parlament u wkoll lejn il-pubbliku Malti.", "Dan huwa appell li sar diversi drabi, kemm minni, kif ukoll minn Speakers preċedenti.", "Qiegħed nibda b'dan għaliex inħoss li inċidenti spjaċevoli bħal dawn qed ikunu wisq frekwenti f'din il-Kamra, u qegħdin iwasslu sabiex il-ħin prezzjuż tal-Kamra jinħela fuq battibekki politiċi minflok ma jintuża sabiex itejjeb il-ħajja taċ-ċittadini.", "Is-Sedja tirrimarka illi l-kliem magħżul mill-Onor.", "Membri biex jesprimu l-ħsibijiet tagħhom għandhom ikunu moderati u meqjusa, u ma jirreferux għall-karattru personali ta' xi Membru ieħor.", "Dan insibuh ċar ukoll fl-Erskine May Parliamentary Practice (23rd Ed.), fejn f'paġna 440 jingħad li:", "Is-Sedja tinnota li spiss id-distinzjoni bejn jekk kliem li jkun intqal għandux jitqies bħala attribuzzjoni ta' intenzjoni ħażina jew kumment politiku ma tkunx waħda ċara.", "Dan kien ħareġ ukoll b'mod ċar f'ruling mogħti mill-Ispeaker Myriam Spiteri Debono fis-seduta tal-31 ta' Ottubru 1997, u ser nikkwota:", "\"Is-Sedja tirrikonoxxi li f'ħafna stanzi jeżisti fil irqiq ħafna bejn x'jista' jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ u kliem li jiġi kkwalifikat bħala kumment politiku.", "Sabiex tasal għall-ġudizzju tagħha, is-Sedja trid dejjem iżżomm quddiem għajnejha li l-privileġġi li kull Membru għandu f'din il-Kamra għandhom jitqiesu fl-ambitu tal- privileġġi tal-Kamra kollha.", "Is-suġġett tal-iskambju tal-kliem li nqala' … kien jirriferi għal inċident li seħħ sitt xhur ilu, inċident li tista' tgħid wasal biex jiddominana tul dawn l-aħħar sitt xhur, inċident li kważi sar issue politika fiha nnifisha, li r-reazzjonijiet għalih affettwaw ix-xogħol ta' din il-Kamra u l-interpretazzjoni differenti minn kull naħa tal-Kamra ta' x'ġara kienet il-bażi ta' nuqqas ta' qbil u kummenti kemm-il darba f'din il-Kamra, fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u anke f'fora 'l barra minn din il Kamra.", "Għaldaqstant kieku dak li ġara … kellu jittieħed iżolatament waħdu b'mod skjett, seta' jagħti l-każ li jikkwalifika ta' offiża li setgħet tersaq għal ksur ta' privileġġ, iżda fid-dawl ta' dak kollu li ġara … minn meta nqala' l-inċident sal-lum is-Sedja jidhrilha li dak li okkorra … kien każ ta' political bickering, dak li fil-House of Commons jissejjaħ 'general political abuse,' ping pong politiku.\".", "Filwaqt li s-Sedja tiddikjara li l-argumenti magħmula mill-Onor.", "Simon Busuttil fil-konfront tal-Onor.", "Prim Ministru fil-parti l-kbira tagħhom jesprimu opinjoni tiegħu personali - li xorta tista' tkun meqjusa bħala oġġezzjonabbli - min-naħa l-oħra ma jistax Membru jkollu l-libertà li saħansitra jakkuża b'fatti li ma jirriżultawx, u li jpoġġu lil xi Membru ta' din il-Kamra, f'dan il-każ il-Prim Ministru, f'dawl li saħansitra huwa kkommetta reat.", "Dan qed jingħad b'referenza għal meta l-Onor.", "\"Emmint għax il-Prim Ministru mar għand il-Maġistrat biex jiftaħ inkjesta li talab hu wara li serraħ rasu li l-provi sparixxew.\".", "Hawnhekk jidher ċar li f'din il-parti tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Simon Busuttil qal b'mod kategoriku li l-Prim Ministru kellu b'xi mod parti f'tampering tal-evidenza tal-istess inkjesta meta effettivament dan ma jirriżulta minn imkien.", "Dan is-Sedja qiegħda tgħidu wara li ħadet ukoll inkonsiderazzjoni l-konklużjonijiet prinċipali tal-inkjesta Egrant, li huma ppubblikati għall-konsum ta' kulħadd, inpartikolari paġna 1414, inpartikolari paragrafi 12 u 13, u paġna 1415 fejn il-Maġistrat ikkonkluda hekk:", "\"Minn dan is-CCTV footage jirriżulta li l-allegazzjoni li dakinhar tal-20 ta' April 2017 fil-għaxija Ali Sadr klandestiment ħareġ kwantità kbira ta' dokumenti li kellhom x'jaqsmu mal-allegazzjonijiet li kienet qed tippubblika Daphne Caruana Galizia ma rriżultatx ippruvata.\".", "Is-Sedja rat ukoll paġna 1451 fejn hemm l-għeluq tal-konklużjonijiet b'referenza għar-rapport tal-Kummissarju tal-Pulizija fl-inkjesta msemmija fejn il-Qorti fl-inkjesta li kkonkludiet f'żewġ paragrafi qalet hekk:", "Ma nstabx li l-ishma fil-kumpanija Egrant Inc kienu jappartjenu lil Michelle Muscat jew li kienu rikonduċibbli lilha jew lil żewġha Dr Joseph Muscat, jew lil membri tal-familja tagħom.", "Ma nstabx li Dr Joseph Muscat, Michelle Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi jew John Dalli setgħu kienu involuti f'korruzzjoni u/jew f'ħasil ta' flus u/jew transazzjonijiet finanzjarji suspetti provenjenti minn kontijiet ta' politically exposed persons mill-Ażerbajġan, u dan tramite l-kontijiet fil-Bank Pilatus u dan kemm skont kif allegat minn Daphne Caruana Galizia …\".", "Għalhekk, is-Sedja tħoss li fiċ-ċirkostanzi kollha, anke wara li qrat l-Ordni Permanenti 60 li jgħid:", "Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru\",", "is-Sedja titlob lill-Onor.", "Simon Busuttil biex dik il-parti tad-diskors tiegħu fejn qal:", "\"Emmint għax il-Prim Ministru mar għand il-Maġistrat biex jiftaħ inkjesta li talab hu wara li serraħ rasu li l-provi sparixxew\",", "jirtiraha jew jgħid sentenza oħra li ma tinkludi ebda intenzjoni ħażina li b'xi mod tiġi attribwita lil xi Membru ta' din il-Kamra, f'dan il-każ il-Prim Ministru.", "Fl-aħħar nett is-Sedja tixtieq tirrimarka li meta studjat t-traskrizzjoni tas-seduta ħareġ ukoll illi d-diskors tal-Aġġornament kien interrott diversi drabi minn Membri oħra li kienu preżenti fil-Kamra, inkluż b'talbiet għal mhux inqas minn 13-il point of order.", "Mingħajr ma nidħol fil-mertu jekk dawn kinux jikkwalifikaw bħala points of order jew le, nieħu din l-opportunità biex nirreferi għal ruling li tajt fil-31 ta' Mejju, 2018 dwar x'jikkostitwixxi fil-fatt point of order u għal liema skop din il-proċedura parlamentari għandha tintuża, u nikkwota:", "\"Għaldaqstant bis-saħħa tal-Ordni Permanenti 197 rajt id-definizzjoni ta' dan it-terminu fil-prattiċi parlamentari Ingliżi minn fejn joħroġ li:", "Huwa ċar li:", "\"… point of order ma jistax jintuża – u jien mhux se nippermetti li jintuża – biex Membru jwieġeb Membru ieħor li jkun qed jindirizza lill-Kamra.", "Jiġifieri li tqum biex twieġeb jew biex tispjega xi ħaġa, mhuwiex point of order u ma jistax jintuża biex jerġa' jsir argument ieħor politiku biex jirribatti dak li jkun qed jgħid il-Membru.", "Point of order ma huwiex opportunità li Membru jintervjeni fil-Kamra waqt diskussjoni u ma jistax jintuża minn Membru bħala opportunità biex jerġa' jżid tweġiba oħra għaliex ikun diġà tkellem.", "Jekk Membru jkollu l-opportunità li jitkellem aktar tard, allura mbagħad hemmhekk jista' jagħmel l-argumenti kollha tiegħu.", "Dan qiegħed ngħidu sabiex il-pożizzjoni tkun ċara.\".", "Dan qed jingħad mill-ġdid illum bħala avviż mis-Sedja li kif diġà qalet f'ruling preċedenti, se tkun ferm attenta li ma jsir l-ebda abbuż minn din il-proċedura parlamentari tal-point of order.", "Fid-dawl ta' dan kollu, is-Sedja għal darb'oħra tappella sabiex kull Membru jkun kawt fid-diskors tiegħu billi filwaqt li jwassal il-messaġġ tiegħu b'mod liberu, jagħmel dan b'osservanza sħiħa lejn l-Ordni Permanenti 60, li b'mod espliċitu jgħid li:", "\"Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru.\"", "Ir-Ruling huwa deċiż.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSTTIL: Sur President, peress li tlabtni biex nikkjarifika, tridni nagħmilha issa?", "Qiegħed nifhem sew li mid-diskors li għamilt jien, is-Sedja ma sabitx oġġezzjoni ħlief għal sentenza li fiha għidt li l-Prim Ministru talab inkjesta wara li serraħ rasu li tneħħew il-provi.", "Qiegħed nifhem sew li dik biss hija s-sentenza li tixtieqni nirrevedi?", "L-ISPEAKER: Dik il-parti, jekk jogħġbok, jew irtiraha jew irranġaha.", "Ma tistax tħalliha hekk, għax qed tattribwixxi affarijiet u qed tagħmilhom bħala fatti.", "SIMON BUSUTTIL: Fhimtek, anzi nirringrazzjak talli kkonfermajt id-dritt tiegħi li nitkellem liberament fuq dan is-suġġett f'din il-Kamra.", "Sur President, inbaxxi rasi għad-deċiżjoni tiegħek u fejn għandha x'taqsam is-sentenza li inti sibt oġġezzjonabbli, jien lest li nirrevediha, fis-sens li ngħid li jien deherli li l-imġiba tal-Prim Ministru dakinhar li sejjaħ l-inkjesta, għalija kienet suspettuża għal numru ta' raġunijiet.", "Pereżempju, insemmi li l-inkjesta sejħilha għall-ħatba tas-1.00 a.m. u l-Pulizija ma marrux qabel l-għada filgħodu.", "Dawn huma fatturi li lili wassluni biex nissuspetta l-imġiba tiegħu.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili.", "X'se tagħmel fuqha?", "SIMON BUSUTTIL: Jidhirli li b'hekk qed ngħaddi kumment politiku li huwa differenti mill-istatement li s-Sedja sabet oġġezzjonabbli.", "Sur President, nirringrazzjak talli kkonfermajt id-dritt li membru jkun jista' jesprimi l-pożizzjoni politika tiegħu f'din il-Kamra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Spjegajt ruħek.", "Ngħaddu għall-Mistoqsijiet.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "POLICIES DWAR ŻBIR TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar, kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu, kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u kien hemm min ikkritika u kkummenta fil-midja indipendenti li ħafna drabi ż-żbir isir b'nuqqas ta' għaqal?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi toħroġ permessi għal żbir ta' siġar protetti skont LS 549.123, tirrikjedi li dan iż-żbir isir skont prattiċi tajba, fosthom li jsir fiż-żmien idoneu u bl-inqas impatt fuq is-siġar inkwestjoni.", "Sabiex tkompli ssaħħaħ dawn il-prattiċi, l-Awtorità qiegħda fil-proċess li toħroġ linji gwida ta' kif għandhom isiru l-interventi fuq is-siġar, inkluż iż-żbir.", "Dan l-abbozz tqiegħed għall-konsultazzjoni pubblika li għalqet fis-27 ta' Settembru, 2018 fuqis-sit u l-Awtorià se tippubblika dawn il-linji gwida u ddaħħalhom fis-seħħ f'qasir żmien.", "L-Awtorità organizzat ukoll laqgħat għall-pubbliku f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex biex tispjega aħjar kemm ir-regolamenti l-ġodda kif ukoll il-linji gwida.", "Dawn il-laqgħat se jiġu organizzati wkoll għall-kunsilli kokali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Fir-rigward tal-pjan nazzjonali tal-immaniġġjar b'mod differenti tal-iskart, jista' l-Ministru jagħti ftit informazzjoni lil din il-Kamra dwar kemm qed jiġi kkalkulat li se jkun l-investiment?", "Nassumi li biex nibdlu l-pjan ta' kif namministraw aħjar l-iskart f'pajjiżna, il-Ministeru jrid jagħmel investiment.", "Jista' l-Ministru jitkellem dwar l-investiment li l-Ministeru tiegħu se jkun qed jagħmel f'dan is-sens?", "JOSÈ HERRERA: Se nispjega l-viżjoni tagħna u ngħid x'qed nagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam mad-direzzjoni li rridu nieħdu dwar investiment fuq l-iskart.", "Bla dubju, irridu nirrikonoxxu li l-isfidi huma kbar u rridu nindirizzawhom.", "Fl-immaniġġjar tal-iskart, l-ewwel u qabel kollox qegħdin nagħtu lill-pajjiż viżjoni iktar ħolistika f'dan is-settur.", "Qegħdin nintroduċu sensiela ta' inizjattivi fejn b'mod realistiku nistgħu nindirizzaw l-isfidi marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart.", "S'issa, dan il-Gvern ħa numru ta' deċiżjonijiet importanti f'dan il-qasam.", "Bdejna billi ħadna d-deċiżjoni li nimplimentaw faċilità ta' waste to energy (W2E) biex tittratta sa 40% tal-iskart.", "Qegħdin indaħħlu s-separazzjoni tal-iskart organiku fuq bażi nazzjonali.", "Bdejna l-proċess biex f'pajjiżna nintroduċu skema ta' rifużjoni fuq kontenituri tax-xorb, li fil-ġimgħat li ġejjin se tisimgħu iktar fuqha.", "Ħloqna aġenzija ġdida li se sservi biex tara li f'pajjiżna naddottaw ekonomija iktar ċirkolari.", "Illum għandna aġenzija li se tirregola wastestreams ġodda - pereżempju l-bottle refund scheme se tkun regolata minn din l-aġenzija - però rridu l-għodda biex inkunu nistgħu nippromovu wastestreams differenti biex nindirizzaw 60% tal-iskart u verament nibdew inħaddmu politika ta' ekonomija ċirkolari.", "Fix-xhur li ġejjin se nressaq emenda għall-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp biex il-kunċett ta' ekonomija ċirkolari jiġi stabbilit bil-liġi, għax bħala pajjiż għad m'għandniex circular economy act.", "Kien kważi lest qabel is-sajf, però għamilna iktar konsultazzjoni u iktar fine tuning, u fil-ġimgħat li ġejjin se nkun qiegħed f'pożizzjoni li nressaqha.", "Dan se jkun ifisser obbligi tas-separazzjoni tal-iskart at source, kif inhu intiż biex jindirizza l-kwestjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: B'referenza għas-siti Natura 2000 u Ambjent Malta, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu r-rwol ġeneriku ta' Ambjent Malta, speċjalment b'referenza għal dawn is-siti li għandna minnhom madwar Malta u Għawdex meqjusa bħala Natura 2000?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Ir-rwol ta' Ambjent Malta u r-rwol tal-ERA huma differenti, għalkemm jikkomplementaw lil xulxin.", "Meta ħadt f'idi dan il-Ministeru, kull ma sibt għal dak li hu l-indokrar tal-kapital naturali ta' pajjiżna huwa d-Direttorat tal-Parks, li lanqas biss kien dipartiment.", "Dan id-Direttorat oriġinarjament kien jifforma parti żgħira mill-Awtorità tal-Ippjanar, imbagħad snin ilu ġie estrapolat minnha u ġie kkreat direttorat li oriġinarjament ir-remit tiegħu kien biss li jieħu ħsieb ftit family parks u parks oħra li ġew mgħoddija lilu.", "Illum naturalment il-pożizzjoni hija kompletament differenti.", "Ambjent Malta hija l-viżjoni tiegħi personali u tal-Gvern, fejn għall-ewwel darba l-Ministeru għall-Ambjent għandu entità, għandu organizzazzjoni, għandu dipartiment biex jindokra u jieħu ħsieb il-kapital naturali kollu fil-pajjiż.", "Qabel, il-Ministeru għall-Ambjent kien jiddependi fuq ministeri oħra biex jimplimentaw il-viżjonijiet tiegħu, filwaqt li issa għall-ewwel darba, kif għandu jkun u kif hemm f'pajjiżi oħra, il-Ministeru għandu Ambjent Malta biex jagħmel dan, jiġifieri nieħdu ħsieb in-natural kapitali kollu, bħall-kampajna, is-siti Natura 2000, il-widien, il-MELP u oħrajn.", "Kull ma għandu x'jaqsam mal-ambjent, jaqa' taħt Ambjent Malta.", "L-ERA hija r-regolatur.", "Aħna qed nafdaw lill-Ambjent Malta l-ġestjoni u l-indukrar tas-siti Natura 2000 li minnhom għandna 'l fuq minn 30 u jistgħu jiżdiedu.", "It-territorju tagħhom ukoll jista' jiżdied b'xi mod.", "Hawn qed nitkellmu fuq madwar 12% tat-territorju Malti li x-xogħol fuqhom irid jiġi implimentat skont management plans li jħejju l-ERA.", "Fir-rigward tas-siti Natura 2000 ma nistax nagħmel dak li rrid, għax huma sorveljati mill-Unjoni Ewropea u jrid isirilhom rapportaġġ kontinwu, allura l-ERA hija obbligata bil-liġi li tħejji dawn il-management plans.", "Dawn il-management plans l-ERA ħejjiethom, ġew approvati mill-Kabinett u mill-Gvern, ġew ippreżentati lill-Parlament u llum għad jonqos biss li nimplimentawhom.", "Qabel ma kien hemm Ambjent Malta ma stajtx nimplimentahom, għax ma kellix ir-riżorsi u ma kellix dipartiment.", "L-ERA mhijiex qiegħda hemmhekk biex tħaddem in-nies, tnaddaf l-għelieqi, timpjanta arbuxelli u pjanti Maltin, tneħħi dak li mhuwiex indiġenu, tippromwovi l-fawna Maltija, tagħmel l-aċċessibbiltà iktar għan-nies, imma qiegħda hemmhekk biex tirregola.", "Għaldaqstant l-ERA se tirregola u se ssegwi x-xogħol li għandu jsir, u ovvjament Ambjent Malta timplimenta l-management plans taħt il-gwida tar-regolatur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Peress li l-ġimgħa li għaddiet qrajna li Malta tilfet tmien postijiet fis-sustainable development rankings, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kummenti tiegħu, u x'qed isir biex minflok ninżlu 'l isfel, nitilgħu 'l fuq?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Jien analizzajt ir-rankings sew u meta qrajt id-dokument tlabt rapport dettaljat mingħand id-Direttur għal dak li għandu x'jaqsam mas-sostenibbiltà, għax fi ħdan il-Ministeru għandna Direttur responsabbli mis-sostenibbiltà.", "Tlabt ukoll il-veduti tal-Guardian Committee fuq dan il-konċett, u l-ewwel rapporti preliminari li għandi huma li r-rankings qegħdin hekk għax hemm default fil-mod kif ġew ikkalkulati.", "Pereżempju, fejn jidħlu d-drittijiet ta' nies li huma f'minoranzi, bħal nies gay u oħrajn, ingħatajna zero, għax għal xi raġuni jew oħra ma ħadux ir-rapportaġġ.", "Kieku kellek tieħu dak is-settur biss, mhux talli ma morniex lura fis-sostenibbiltà, talli għal darba wara l-oħra Malta ġiet ivvotata l-ewwel għal dawn l-affarijiet.", "Jekk tara r-rapport li ħareġ, hemmhekk huwa indikat b'sing, jiġifieri m'għandniex informazzjoni.", "Hemm raġunijiet, u jekk issegwi l-gazzetti fil-ġranet li ġejjin se nagħti tweġiba.", "Inti għadek raġun tistaqsiha din il-mistoqsija pertinenti, għax għandek rapport fil-gazzetti u bħala Deputat għandek dritt li tagħmel dan.", "Però nista' ngħidlek li hemm ineżattezzi kbar f'dak ir-rapport minħabba r-raġunijiet li qed ngħid u fil-ġranet li ġejjin se nkun f'pożizzjoni li nagħti rapport dettaljat fuq dak l-istħarriġ li huwa żbaljat.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, għadna kemm approvajna l-Minuti.", "Kien hemm talba għal ruling u fis-7.11 p.m. hawn imniżżel li l-Onor.", "Glenn Bedingfield ġie mitlub jirtira mill-Kamra għal matul il-bqija tas-seduta fuq talba tad-Deputy Speaker, imbagħad huwa skuża ruħu għall-kliem li nstema' jgħid waqt li kien ħiereġ mill-Kamra.", "B'referenza għall-Ordni Permanenti 63, nixtieq nistaqsik jekk hux beħsiebek tagħti r-ruling jew il-pożizzjoni tiegħek illum, inkella f'xi seduta oħra.", "L-ISPEAKER: Qed niġi informat mill-Iskrivan tal-Kamra li d-Deputy Speaker ħadet pożizzjoni dakinhar stess.", "Fil-fatt l-Onor.", "Bedingfield daħal lura u talb apoloġija.", "Naħseb li l-affarijiet qegħdin kif suppost.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sur President, b'referenza għat-talba pubblika li saret fit-12 ta' Ottubru fit-2.50 p.m. mill-Membru tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Jason Azzopardi, fejn issuġġerixxa li s-seduta parlamentari t'għada t-Tlieta tiġi kkanċellata fid-dawl li għada jaħbat l-anniversarju ta' sena mill-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia, nixtieq ninfurmak li l-grupp Parlamentari ta' din in-naħa tal-Kamra naqblu ma' din il-proposta.", "Għaldaqstant fl-Aġġornament tal-lum il-Kamra se tkun qed tiġi aġġornata għal nhar l-Erbgħa u mhux għal għada t-Tlieta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "TALBA GĦALL-PROTEZZJONI", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar): Sur President, b'referenza għar-rulings li tat is-Sedja, kif ukoll għall-artikli 36, 60 u 61 tal-Ordnijiet Permanenti, qed nitlob il-protezzjoni tas-Sedja għal dak li ġie tweeted mill-Onor.", "Jason Azzopardi fl-10 t'Ottubru, 2018 fis-7.35 p.m., fejn tkellem dwar dak li ġara fil-Parlament dakinhar stess u qal hekk:", "\"Illejla stajtu taraw kif iġib ruħu l-korrott u dak li jiekol il-kirxa mal-qattiela: ma jħallix jitkellem lil min jikxef il-gideb u l-ħażen tiegħu.\".", "Jien se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweet li għamel l-Onor.", "Jason Azzopardi u nagħmel referenza għall-artikli 36, 60 u 61 tal-Ordnijiet Permanenti, fejn jingħad li:", "\"Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra …\".", "Jien inħoss - imma nħalli dan f'idejn is-Sedja, u għalhekk qed nitlob il-protezzjoni tagħha – li dan huwa prima facie ksur ċar ta' privileġġ tal-Kamra, ovvjament barra mill-Kamra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, dak li għadu kemm qal il-Ministru jfakkarni f'dak li kienu jgħidu l-Latini, li skuża mhux mitluba turi ħtija, għax jien imkien ma semmejt ismu f'dak it-tweet.", "Allura kif jaf li kont qed nirreferi għalih?!", "L-ISPEAKER: Ministru Chris Cardona u Onor. Jason Azzopardi, ħadt il-kummenti tagħkom, issa s-Sedja tagħti ruling aktar il quddiem.", "Grazzi.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt għal servizzi ta' konsulenza legali fuq ir-riforma ta' Identity Malta datat l-14 ta' Mejju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7218.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur Presdient, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 325 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2010 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Science (Honours) – B.Sc.", "(Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa;", "Avviż Legali Nru 326 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2004 għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad għas-Certificate in Migration, Law and Society taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Avviż Legali Nru 327 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Spatial Planning taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni;", "Avviż Legali Nru 328 tal2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Architecture – M.Arch. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni; u", "Tagħrif dwar il-Politka Nazzjonali għaż-Żgħażagħ għall-perjodu 2015-2020, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7196.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' Ordnijiet ta' Servizz fil-Komunità li ngħataw fis-snin bejn l-2014 u l-2018 flimkien mal-għadd ta'sigħat u t-tip ta' xogħol li sar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7197; u", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' talbiet li saru skont Artikolu 13 ta' Kap. 63 biex dar, ħanut, alloġġ, lukanda, appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sakemm il-Qorti tagħti sentenza fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7044.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont il-paragrafu (4) tal-artiklu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa t'għada t-Tlieta 16 ta' Ottubru, 2018 tal-Kumtiat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Kristy Debono, Membru fil-Kumitat, se tippresiedi l-laqgħa minflok l-Onor.", "David Agius se jkun qed jisostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, kelli komunikazzjoni fil-Kamra mal-Whip tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Robert Cutajar fir-rigward ta' dak li għidt, li s-seduta t'għada li se tkun ikkanċellata, u fuq talba tal-Oppożizzjoni u bi ftehim magħhom, lanqas il-Kumitati mhuma se jiltaqgħu.", "Xogħol parlamentari mhux se jkun hawn, imbagħad inkomplu bil-ħidma parlamentari minn nhar l-Erbgħa.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Onor. Robert Cutajar, tikkonferma li hawn dan il-ftehim?", "ROBERT CUTAJAR: Iva, Sur President, nikkonferma.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nixtieq nirrapporta li fil-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma 1 tat-3 ta' Ottubru, 2018 ġew ikkonsidrati 76 proposta leġiżlattiva indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u rriżulta li kollha kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità.", "Fil-fatt, il-parti l-kbira tagħhom kellhom id-data tiskadi waqt ir-recess tas-sajf u għaldaqstant kellhom jiġu eżaminati waqt ir-recess.", "Ta' dan nirringrazzja lill-membri kollha tal-Working Group u lill-istaff tal-Parlament.", "Sur President, id-dokumenti huma dawn li ġejjin:", "Se nqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra 62 dokument maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea pipeline acquis li sar skrutinju tagħhom u ġew mgħoddija mill-Grupp ta' Ħidma 1 fl-istess laqgħa tat-3 ta' Ottubru, 2018.", "Id-dokumenti mgħoddija fir-rigward tas-sussidjarjetà se jiġu riflessi fil-Minuti ta' din il-Kamra, filwaqt li dawk li sar skrutinju tagħhom se jkunu fil-Minuti u se jitqiegħdu wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġej:", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA LI TIRREGOLA S-SEDUTA LI FIHA SSIR ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA GĦAS-SENA 2019", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nipproponi:", "Illi fis-Seduta li fiha ssir id-Dikjarazzjoni Finanzjarja għas-sena 2019 (Ordni Permanenti Nru 71 (3) (a)), din id-Dikjarazzjoni u x-Xogħol li jista' jkun konness magħha jkunu, jekk meħtieġ, eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 9 - Interruzzjoni ta' xogħol; u li d-Dikjarazzjoni tkun ukoll eżenti mill-Ordni Permanenti Nru 49 - Limiti ta' żmien għad-diskorsi — jew minn xi riżoluzzjonijiet oħra; u", "Illi minkejja kull provvediment ieħor fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra:", "(l) jekk id-Dikjarazzjoni Finanzjarja ssir il-Ħamis, sew filgħodu, kif ukoll filgħaxija, isir biss xogħol tal-Gvern; u", "(2) l-Aġġornament ma jitteħidx.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA (EMENDA NRU 2)", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, Kap. 330\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Settembru, 2018", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, bi qbil mal-Oppożizzjoni se nkunu qegħdin nitkellmu fuq żewġ abbozzi ta' liġi, peress li tista' tgħid li jittrattaw fuq l-istess suġġett, però minħabba r-regoli tal-Kamra se jkunu qed jitressqu b'mod separat.", "Għalhekk wara li jispiċċa t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li se ngħaddu għall-Abbozz ta' Liġi l, però l-argumenti waqt dan it-Tieni Qari se jkunu qed isiru fuq iż-żewġ Abbozzi ta' Liġi.", "Bħalissa qegħdin nitkellmu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), però peress li din il-liġi għandha effetti fuq abbozzi ta' liġi oħra, se nkunu qed nittrattawhom waqt l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji.", "Kif diġà semmejt qabel, l-argumentazzjoni se tkun qed issir kollha issa, imbagħad ngħaddu għat-tieni fażi.", "Sur President, meta ngħatajt ir-responsabbiltà tar-regolamentazzjoni u l-promozzjoni għas-servizzi finanzjarji, mill-ewwel mumenti kelli l-ħsieb biex nibdew il-proċess ħalli naraw kif se nkomplu nsaħħu lil dan is-settur li diġà huwa b'saħħtu f'pajjiżna, għax jimpjega numru konsiderevoli ta' nies u jħalli introjtu b'saħħtu lill-pajjiż, però bħal kull ħaġa oħra, trid dejjem taġġorna maż-żmenijiet.", "F'dan is-settur kellna bżonn naġġornaw ruħna f'dan l-ambitu ta' industrija li kull ma jmur kienet qed tinbidel.", "Aħna ħassejna li dan seta' jsir biss billi nisimgħu lill-industrija u nesploraw segmenti ġodda li għandhom potenzjal kbir fil-pajjiż li fis-snin li ġejjin jistgħu jsiru mutur ekonomiku ġdid f'pajjiżna.", "Is-settur finanzjarju huwa kumpless ħafna u huwa mfassal fuq diversi setturi.", "Kif nistgħu naraw, matul is-snin inħolqu diversi opportunitajiet li offrew eluf ta' impjiegi lill-Maltin, lill-barranin u lid-diversi professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Dan is-settur huwa magħmul minn diversi taqsimiet oħra.", "Pereżempju, nista' nsemmi l-assigurazzjoni, il-fondi, is-settur bankarju u setturi oħrajn, però dan kollu ma seta' qatt isir li kieku Malta ma kellhiex regolatur b'saħħtu u effiċjenti.", "Għalhekk irrid ngħid li l-MFSA kellha parti importanti ħafna f'dan kollu.", "Naħseb li minn mindu twaqqfet fis-snin desgħin, kienet il-fattur ewlieni biex tkun tista' titwaqqaf l-industrija finanzjarja f'pajjiżna u maż-żminijiet tkompli tikber u tevolvi.", "Din offriet superviżjoni b'saħħitha u kienet dejjem aċċessibbli.", "Naħseb li din l-aċċessibilità hija importanti, għax xi ħaġa bħal din f'pajjiż żgħir bħal Malta tkun tista' tpoġġina f'vantaġġ.", "Naħseb li l-fatt li tkun flessibbli u aċċessibbli mhuwiex attribwit f'pajjiżi ħafna ikbar, allura l-iżvantaġġi ta' pajjiż żgħir irridu naraw li npattu għalihom bil-vantaġġi tal-istess ċokon.", "Naħseb li l-fatt li għandna regolatur żgħir meta kkomparat ma' regolaturi ta' pajjiżi oħra fid-dinja jagħmilna iktar attraenti.", "Bħal kull ħaġa oħra, id-dinja esterna tbiddel kemm l-istituzzjonijiet u anke l-awtoritajiet.", "Naħseb li hawnhekk irridu naraw li l-istess istituzzjonijiet u awtoritajiet jirriflettu t-tibdil li jkun għaddej b'mod parallel.", "Matul l-ewwel ftit ġimgħat wara li nħtart Segretarju Parlamentari, konna varajna proċess ta' konsultazzjoni fejn flimkien mal-istakeholders kollha rajna kif nistgħu nsaħħu l-Awtorità u s-servizzi finanzjarji.", "Dik kienet l-ewwel fażi, fejn konna ġejna quddiem il-Kamra u kkonsultajna mal-Oppożizzjoni - li qablet ma' dan - sabiex nibdew il-proċess li naġġornaw u nbiddlu dak li hemm bżonn fi ħdan l-istess regolatur sabiex naraw li jsir iktar effiċjenti.", "Fil-fatt, f'Settembru 2017 konna ħriġna dokument ta' konsultazzjoni dwar it-tisħiħ tal-Awtorità, fejn matul dan il-proċess il-partijiet kollha li jmissu direttament jew indirettament u li kellhom interess, setgħu jressqu l-proposti tagħhom.", "Kulħadd ta l-veduti tiegħu, anke mill-aspett ta' klijenti, u bħala Gvern ħadna nota tal-ideat li ġew espressi minn diversi partijiet, imbagħad rajna kif nimplimentawhom fuq livell ta' struttura tal-istess Awtorità, kemm biex naraw li l-Awtorità tkun iktar effiċjenti u effettiva, kif ukoll biex naraw li l-livell ta' superviżjoni jkun jista' jogħla 'l fuq.", "L-industrija lokali hija waħda mill-istakeholders, għax ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji hi mifruxa mhux biss fuq bażi lokali, iżda wkoll fuq bażi internazzjonali.", "Għalhekk, jogħġobna jew ma jogħġobniex, irridu nisimgħu b'attenzjoni kbira dak li jgħidu l-istituzzjonijiet internazzjonali.", "Il-Gvern ħa nota wkoll tal-veduti espressi mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Superviżorja Ewropea, tar-riżorsi tekniċi u umani tal-MFSA u l-firxa tas-superviżjoni tal-istess Awtorità.", "Hawnhekk huwa tajjeb li nfakkru li l-IMF, fid-dikjarazzjoni konklużiva tal-missjoni tal-artiklu 4 tal-2017, stqarret li d-daqs dejjem jikber u l-kumplessità tas-settur finanzjarju jirrappreżentaw sfidi kbar għas-superviżjoni tal-istess Awtorità.", "Dan is-settur f'Malta kiber ħafna, però l-Awtorità ma kibritx bl-istess rata li kiber is-settur.", "Għalhekk hemm bżonn li jsiru t-tibdil u r-riformi li hemm bżonn fl-istess Awtorità u tingħata riżorsi li hemm bżonn biex naraw kif dan jista' jseħħ.", "L-IMF qal ukoll li n-numru dejjem jikber ta' ditti finanzjarji taħt is-sorveljanza u l-iżvilupp mgħaġġel ta' prodotti ġodda qegħdin jagħmlu l-ambjent regolatorju ħafna iktar diffiċli u kompless.", "Għalhekk irrimarka li l-MFSA għandu jkollha riżorsi adegwati biex tippreserva l-indipendenza operattiva tagħha, ittejjeb il-kapaċitajiet tagħha u żżomm is-superviżjoni effettiva.", "Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea fir-rapport tagħha kienet kitbet fuq l-istess linji, fejn dwar Malta ddikjarat li r-riżorsi tal-MFSA għandhom bżonn jissaħħu biex jiġi assigurat li s-superviżjoni effettiva ta' numru kbir ta' kumpaniji finanzjarji barranin bħall-banek, l-assigurazzjonijiet u intrapriżi oħrajn li kienu qed jiġu regolati mill-istess MFSA ikompli jsir b'mod effiċjenti matul is-snin li ġejjin.", "Wieħed jista' jinnota li diversi rimarki kienu qed jimbuttaw lejn direzzjoni waħda, bażikament lejn ir-ristrutturar tal-MFSA li rajna kif evolviet mis-snin desgħin għall-ġurnata tal-lum, però rajna li l-prodotti li kienu qed jiġu ssorveljati mill-MFSA kienu qegħdin jiżviluppaw b'rata mgħaġġla aktar milli kienet qed tiżviluppa l-istess Awtorità, għalhekk ħadna l-veduti tal-istakeholders u nidejna l-ewwel passi ta' kambjament.", "Fil-fatt, niftakru li ftit tax-xhur ilu għaddejna l-ewwel proċess tal-emendi tal-MFSA, fejn emenda minnhom setgħet tibda l-proċessi l-oħrajn.", "Ir-rwol taċ-Chairman, li dak iż-żmien kien Executive Chairman, qsamnieh fi tnejn, fejn ikollok in-non-executive chair u rwol ta' CEO.", "Is-CEO ħa r-responsabbiltà tat-tmexxija ta' kuljum tal-Awtorità, l-implimentazzjoni tal-istrateġija ġenerali u l-policy kif stabbilit mill-Bord ta' Gvernaturi.", "Allura għandek bord indipendenti, għandek non-executive chairperson li huwa indipendenti wkoll …", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Skużawni, qed qegħdin ittellfu lill-kelliem.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, kont qed għid li għandek bord li huwa indipendenti, għandek non-executive chair li huwa indipendenti wkoll, u huwa tajjeb li ngħidu li kien l-ewwel chairperson li tela' quddiem Kumitat maħtur apposta quddiem din il-Kamra magħmul mill-Gvern u l-Oppożizzjoni, fejn kien hemm qbil – naħseb li din kienet l-ewwel darba li tela' quddiem dan il-Kumitat u kien hemm qbil fuqu – fuq il-pożizzjoni taċ-chairperson tal-istess Awtorità, għax hija Awtorità regolatorja u, kif nafu, skont l-emendi li daħħal dan il-Gvern dan l-aħħar, chairperson ta' awtorità regolatorja jrid jitla' quddiem dan il-Kumitat għall-grilling.", "B'hekk għandna aktar checks and balances fl-Awtorità, fejn naħa minnhom għandek il-bord li huwa indipendenti u n-naħa l-oħra għandek l-eżekuttiv rappreżentat mis-CEO li jieħu ħsieb it-tmexxija ta' kuljum.", "Il-policy tiġi ssettjata min-naħa tal-bord, imbagħad l-implimentazzjoni tagħha tiġi mmexxija mis-CEO u dan wassal biex jibda proċess ta' immodernizzar fi ħdan l-MFSA.", "Naħseb nista' ngħid li minkejja li għaddew biss ftit xhur, diġà bdejna naraw kambjament fi ħdan l-MFSA, b'mod partikolari fl-operat tagħha, speċjalment fejn tidħol komunikazzjoni u l-mod kif taħdem ma' operaturi oħrajn.", "Jien dejjem sħaqt li qabel l-MFSA kienet tagħmel ħafna xogħol, però ma kentix tikkomunika biżżejjed fuqu.", "Naħseb li kultant ċerta kritika kienet issir minħabba nuqqas ta' komunikazzjoni.", "Forsi l-istakeholders ma kenux qed jiġu informati biżżejjed bix-xogħol kbir li kienet qed twettaq l-istess Awtorità, li mhijiex ħaġa sempliċi.", "Tibdil ieħor li sar permezz ta' dan l-Abbozz kien li r-Reġistru tal-Kumpaniji tneħħa minn ħdan l-MFSA, għar-raġuni li l-operat tiegħu m'għandux x'jaqsam mar-regolatur għas-settur finanzjarju, u għalhekk ridna li r-regolatur ikun iffokat biss fuq l-iskop ewlieni tiegħu, dak li jkun regolatur u ma jkollux għalfejn jiddiskuti l-problemi tas-settur tar-Reġistru tal-Kumpaniji.", "Illum ir-rwol tar-Reġistru tal-Kumpaniji kiber, speċjalment ir-rwol ġdid li jrid jara li jieħu ħsieb il-UBOs (Ultimate Beneficial Owners) però l-ispazju fiżiku ma kienx jippermetti li l-MFSA tikber u r-Reġistru tal-Kumpaniji jikber ukoll, tant li kellhom jikru parti separata għal żmien qasir fi ħdan l-MFSA.", "Parti mil-proċess kien li r-Reġistru tal-Kumpaniji jinqala' 'l barra u jsir entità għaliha fejn ikun jista' jkompli jikber bil-proċess tiegħu, fejn jopera b'mod indipendenti mill-MFSA u l-MFSA topera b'mod indipendenti minnu.", "Bħalma nafu, ir-Reġistru tal-Kumpaniji kien iforni parti sostanzjali mill-finanzi għall-operat tal-MFSA.", "Irrid nagħmilha ċara li l-MFSA qatt ma kellha problemi ta' finanzi, u dejjem kienet tgħaddi s-surplus lill-Gvern.", "Jiġifieri meta r-rapporti jgħidu li trid tingħata aktar riżorsi biex taħdem, ma kenitx kwestjoni li l-Gvern ma kienx qed jalloka flus, għax l-MFSA kienet tagħmel surplus u ma kellniex sitwazzjoni fejn kienet titlob il-flus u l-Gvern ma kienx qed jagħtiha, imma kellna s-sitwazzjoni fejn kien hemm bżonn tibdil fl-istruttura fil-mod kif topera u fil-mod kif isiru ċerti affarijiet.", "Konxji tal-fatt li issa d-dħul tal-finanzi ġie iddistakkat mill-MFSA, ridna naraw kif insibu mudell ta' kif jaħdmu regolaturi oħrajn f'pajjiżi Ewropej.", "Huwa tajjeb li ngħidu li l-uniku mudell fl-Ewropa kien ta' Malta, fejn ir-Reġistru tal-Kumpaniji jiffinanzja r-regolatur finanzjajru, allura rajna mudelli oħrajn, dawk li ngħidulhom cost recovery, fejn parti mill-finanzjament tal-MFSA isir kif isir illum, jiġifieri bil-liċenzji u bil-fees li tiġbor.", "Jiġifieri parti minn dak il-finanzjament jibqa' taħt l-MFSA, imbagħad il-Gvern jikkordina l-kumplament.", "Huwa tajjeb li ngħidu li qabel ma biddilna l-liġi din is-sena, il-Ministru responsabbli mis-settur finanzjarju kellu l-aħħar deċiżjoni ta' kemm jalloka fondi mill-MFSA.", "Jien jidhirli li dik mhijiex ġusta għax jekk qegħdin nitkellmu fuq awtorità indipendenti, din ma tistax tkun tiddependi fuq il-ministru jekk jiffirmalhiex il-fondi jew jiddeċidix hu kemm jagħtiha fondi.", "Għalhekk rajt li fl-emendi li għamilna, din biddilnieha, neħħejt is-saħħa minn taħt idi li jien niddeċiedi jekk nallokax fondi jew le lill-MFSA, u għedna li din għandha titla' għal aktar trasparenza u aktar ftuħ quddiem il-Kumitat tal-Kamra, l-istess kif jaħdem in-National Audit Office fejn illum il-ġurnata l-Kumitat għall-Affarijiet Finanzjarji u Ekonomiċi ta' din il-Kamra, magħmul minn Gvern u Oppożizzjoni, jiddeċiedi x'japprova wara li ssir diskussjoni fuq l-istess mudell tan-National Audit Office.", "Fil-verità, dan il-Kumitat mhux se jiddeċiedi jekk għandhiex bżonn tibdil jew le, għax diġà jkunu saru ċ-checks and balances mill-bord u mill-Awtorità u jiġu awditjati, però l-Kumitat ikun jista' jistaqsi ċerti mistoqijiet u jkollu serħan il-moħħ li hemm value for money, allura għandek triple check, għax għandek l-executive arm li qed tagħmel l-awditjar u l-proġett tagħha li jitla' għall-approvazzjoni tal-Board of Governors u wara l-approvazzjoni tiegħu jerġa' jmur quddiem il-Kumitat tal-Kamra.", "Hawnhekk qegħdin naraw li t-trasparenza tkun kemm jista' jkun miftuħa, u dan jagħti serħan il-moħħ li l-flus taċ-ċittadini, li fl-aħħar mill-aħħar huma public money, qed jintefqu b'mod ġust u allura l-poplu qed jieħu value for money.", "Apparti minn hekk, qed naraw kif fl-istess operat qed isiru investimenti fit-teknoloġija u fl-infrastruttura, kemm fi ħdan l-MFSA u kif ukoll fir-Reġistru tal-Kumpaniji.", "Bħalissa għaddej proċess biex ir-Reġistru tal-Kumpaniji jimxi fil-lokazzjoni ġdida tiegħu u qed naraw li ssir konsultazzjoni interna biex ikun hemm investiment f'dak is-sens.", "Dak kien l-ewwel pass biex naraw ir-riżorsi.", "Minkejja li anke r-recruitment process kien indipendenti, jista' jkun li din ma kenitx miktuba daqshekk ċara bħala direzzjoni.", "Fil-fatt, wara diskussjoni kemm mal-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll mal-Awtorità, stajna naraw li kemm l-MFSA u r-Reġistru tal-Kumpaniji huma marbutin ma' xulxin, allura jkun hemm il-kjarezza li fejn jidħol dak il-proċess, din tkun indipendenti awtomatikament.", "Fil-fatt, f'diskussjoni mal-Ministeru għall-Finanzi qegħdin naraw li din tkun b'mod aktar ċar.", "Dan kien biss l-ewwel pass, imma ma ninsewx li fl-aħħar xhur il-Parlament Malti għadda tliet Abbozzi ta' Liġi, dak dwar it-teknoloġija tal-blockchain u dak tal-virtual financial assets li se jiġu mħaddma b'mod dirett mill-MFSA.", "Dan jirrikjedi li jkun hemm strutturi ġodda bex l-MFSA tkun tista' tkun aktar effiċjenti u effikaċi f'dan il-qasam.", "Għal darb'oħra, l-emendi li qed jiġu proposti fl-Abbozz kif ippubblikat kienu suġġetti ta' diversi diskussjonijiet ma' ħafna stakeholders li ġew sottomessi lill-Bank Ċentrali Ewropew, li min-naħa tiegħu ma sab l-ebda oġġezzjoni biex inkunu nistgħu nressqu dawn l-emendi, għax ovvjament wieħed irid jiddiskuti mal-awtoritajiet superviżorji tal-istess Awtorità.", "Kif semmejt qabel, apparti mir-regolatur lokali, l-MFSA hija regolata b'regoli Ewropej, fosthom mill-Bank Ċentrali Ewropew.", "Fl-aħħar xhur kien hawn fostna delegazzjoni mill-IMF li għamlet studju dettaljat ħafna fuq is-settur finanzjarju ta' pajjiżna, dak li ngħidulu l-Financial Sector Assessment Programme (FSAP) fejn jidħlu fid-dettall fl-operat tas-settur kif topera l-MFSA, jitkellmu mal-Bank Ċentrali Ewropew u ma' diversi setturi u stakeholders involuti biex jaraw kemm hu robust is-settur u fejn nistgħu nintervjenu u nirranġaw.", "Aħna poġġejna bilqiegħda magħhom u dorna emenda, emenda, u l-Abbozz ta' Liġi flimkien.", "Jiġifieri dan l-Abbozz ta' Liġi li qegħdin nipproponu llum f'din il-Kamra, minkejja li qiegħed għad-diskussjoni, għedna li kif hawn din id-delegazzjoni daqshekk kbira u għolja mill-IMF, għandna nieħdu l-okkażjoni li niddiskutu magħhom minn issa, qabel ma jiġu implimentati l-affarijiet li qegħdin nipproponu, ħalli ġaladarba nipproponuh - u milli nista' nifhem se jkun hawn qbil fuqu - u mmexxu biex isir liġi naraw li jkollna l-konfort tal-IMF.", "Wara li ddiskutejna fit-tul magħhom dwar l-aħjar mod kif nistgħu nsaħħu din l-istituzzjoni, nista' ngħid li l-FSAP kellhom kliem ta' approvazzjoni għall-emendi proposti, filwaqt li kellhom diversi proposti oħrajn li wħud minnhom diġà semmejthom, però l-emendi l-oħrajn se jkunu qed jitressqu fl-istadju ta' Kumitat.", "Bħalma ġie ppubblikat, dawn kienu l-aħħar jiem li l-FSAP kienu qegħdin hawn u l-Abbozz ta' Liġi kien diġà ġie ippreżentat, allura qegħdin naraw li fl-istadju ta' Kumitat indaħħlu aktar emendi li ġew proposti min-naħa tal-IMF.", "Dawn primarjament jirrigwardaw it-twaqqif ta' Enforcement Decision Committee, fejn se nkunu qegħdin ninvestu aktar biex jitwaqqaf dan il-kumitat.", "Irrid ngħid li dan it-tibdil ulterjuri biex inwaqqfu dan il-kumitat diġà qed jiġi diskuss mal-industrija, primarjament mal-IFSP li ipproponejnielhom il-kambjament li qed naraw li jista' jsir aktar il quddiem.", "Issa se nispjega l-għanijiet prinċipali ta' dan it-tibdil.", "Dawn l-emendi għandhom l-għan li jindirizzaw erba' prinċipji partikolari, jiġifieri li jindirizzaw il-frammentazzjoni superviżorja li teżisti bħalissa.", "Issa din mhijiex kritika għall-MFSA, għax kif semmejt qabel l-MFSA għamlet xogħolha tajjeb ħafna tul is-snin, però bħal kull prodott ieħor, meta jaġġorna ruħu jkun hemm bżonn li l-istruttura taġġorna ruħha miegħu.", "Issa wasal iż-żmien li naġġornaw biex l-MFSA tkun in line mat-tibdil li sar fl-industrija u ċerta frammentazzjoni li kienet issir fis-settur tiġi aktar streamlined.", "It-tieni għan hu li tissimplifika l-istess struttura organizzativa.", "It-tielet għan hu li tiżgura l-effikaċja fil-proċess u t-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li r-raba' hu li jindirizza n-nuqqasijiet superviżorji u jelimina d-duplikazzjonijiet ta' proċessi superviżorji.", "Kellna sitwazzjonijiet fejn prodott jevolvi ruħu, allura jkollok prodott li jkun interlinked mal-ieħor u l-istruttura kif kienet sal-lum setgħet twassal sabiex ċerti deċiżjonijiet ma jitteħdux b'mod spedit, allura rajna kif fl-istruttura li qegħdin nipproponu llum ikun hemm kumitat eżekuttiv, dak li qed ngħidulu Exco, li jissostitwixxi t-tliet korpi eżistenti.", "Għaldaqstant qegħdin naraw li l-istuttura tiġi aktar simplifikata u streamlined.", "Għandek il-Kumitat ta' Kordinazzjoni, il-Kunsill Superviżorju, u l-Management and Resources Board.", "Dan issa se jingħaqad f'kumitat wieħed li qed ngħidulu Exco, fejn id-deċiżjonijiet ikunu aktar streamlined u simiplifikati u l-MFSA tkun tista' tieħu deċiżjonijiet b'mod aktar effikaċi.", "Bħala parti mir-ristrutturar, se jkun qed jissaħħaħ l-Audit Committee li twaqqaf għall-ewwel darba din is-sena.", "Kont sorpriż meta qrajt li l-istess Awtortà lanqas biss kellha Audit Committee dak iż-żmien.", "Kien isir awditjar estern, imma internament ma kellniex Audit Committee u ħtarnieh ftit tax-xhur ilu.", "Apparti minn dan, se jiġu stabbiliti wkoll Risk Committee u AML Committee.", "Dan huwa in line mal-feeling li ħadna mill-IMF, fejn qegħdin naraw li se jkollna żewġ kumitati ġodda, wieħed li jara l-livell ta' riskju tal-istess superviżjoni tal-Awtorità, u kumitat li jittratta biss l-AML issues.", "Dan biex nagħtu sinjal b'saħħtu ta' kemm din se tkun prijorità fi-ħidma tal-MFSA, jiġifieri dawn se jkunu integrali għalina biex l-MFSA titpoġġa f'qagħda b'saħħitha biex niġġieldu t-theddida internazzjonali tal-ħasil ta' flus.", "Il-kwestjoni tal-ħasil tal-flus mhijiex problema nazzjonali, iżda hija problema internazzjonali.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat smajna bi skandli kbar f'pajjiżi bħall-Ġermanja u d-Danimarka li qatt ma kienu assoċjati ma' money laundering, iżda l-ikbar skandli li smajna riċentement seħħew f'banek kbar ġejjin minn dawn il-pajjiżi.", "Dan ikompli juri s-serjetà tal-problema internazzjonali tal-ħasil ta' flus, għalhekk irridu naraw li l-istruttura Maltija - għalina s-settur finanzjarju huwa importanti ħafna - kemm jista' jkun ikollha l-għodda neċessarja biex tkun tista' jiġġieled din it-theddida internazzjonali.", "Hawnhekk l-appell tiegħi hu kemm lin-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll lill-midja.", "Ejja naraw li nħarsu lejn l-istampa l-kbira.", "Huwa aċċettabbli li jkun hemm battibekki politiċi, però ejjew naraw x'qed isir f'pajjiżi oħra.", "Ejja naraw kif jiġu indirizzati meta jkun hemm problemi simili f'pajjiżi oħra.", "Jien ma smajt bl-ebda Membri Parlamentari Ewropej ta' dawn il-pajjiżi li semmejt li jagħmlu rapporti sħaħ kontra r-regolaturi tal-istess pajjiż.", "Ma smajt l-ebda MEPs jew MPs tal-istess pajjiżi jgħajru lil pajjiżhom li huwa Mafja!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq l-għejxien ta' eluf ta' persuni f'dan is-settur.", "Ejja ma nitilfux dak li bnejna ż-żewġ partiti flimkien minħabba kwestjonijiet politiċi.", "Ikun hemm mumenti ta' argumenti politiċi, però l-għejxien tal-familji, speċjalment f'dan is-settur, m'għandu qatt jidħol fl-argumentazzjoni tagħna.", "Il-kumitat eżekuttiv se jkun qed jiġi mwaqqaf permezz tal-emendi li qegħdin niddiskutu llum u se jkun responsabbli għall-approvazzjoni tar-regolament, tal-implimentazzjoni tal-politika u l-awtorizzazzjoni tal-liċenzji.", "L-emendi mressqa se jkunu qegħdin jipproponu numru ta' direttorati, bl-għan li jtejbu l-effiċjenza u li jilħqu l-isfidi għas-snin li ġejjin.", "Id-direttorati proposti huma d-Direttorat għas-Superviżjoni, id-Direttorat għall-Istrateġija, Politika u Innovazjoni, id-Direttorat għall-Infurzar, id-Direttorat għall-Affarijiet Legali u Internazzjonali u d-Direttorat għas-Servizzi Koperattivi.", "Nagħlaq billi ngħid li l-bidliet proposti se jsaħħu l-governanza tal-MFSA billi jipprovdu linji ċari ta' responsabbilità lid-direttorati individwali fl-eżekuttiv tal-mandat tal-Awtorità.", "Għalhekk, ir-ristrutturar se jkun qed itejjeb l-effiċjenza, l-effettività u t-trasparenza permezz ta' tnaqqis sostanzjali tal-burokrazija u frammentazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet.", "Finalment se nkunu f'sitwazzjoni li kull persuna li għandha rwol għoli fl-istess Awtorità se tkun persuna li jkollha s-saħħa li tieħu deċiżjoni, però mbagħad trid iġġorr ir-responsabbilità tad-deċiżjonijiet li se tkun qed tieħu.", "Dan huwa l-mod kif dan il-Gvern jimplimenta bil-fatti dak li jkun qed jitkellem fuqu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri li ressaq quddiem din il-Kamra żewġ abbozzi ta' liġi li permezz tagħhom qed isiru emendi fl-istruttura organizzattiva tal-MFSA.", "Dawn l-emendi, ngħid jien, minkejja li mad-daqqa t'għajn jidhru li huma superfluwi, nemmen li fir-realtà huma pożittivi u neċessarji, għax qed ikomplu jsaħħu l-istruttura organizzattiva li inizjalment approvajna anke bħala Oppożizzjoni fl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta ftit tax-xhur ilu.", "Nemmen li dawn l-emendi se jkomplu jikkomplementaw il-proċess ta' razzjonalizzazzjoni tar-riżorsi umani ta' din l-Awtorità.", "Aħna qegħdin niddiskutu dawn l-emendi lil hinn minn kull kontroversja politika u l-Onor.", "Schembri se jsib l-appoġġ minn din in-naħa tal-Kamra.", "Qed ngħid li dawn l-emendi huma meħtieġa, għax kemm meta tifli l-istruttura organizzattiva preżenti tal-MFSA, kemm meta titkellem mal-ħaddiema tal-MFSA, kif ukoll meta titkellem mal-professjonisti, mal-prattikanti u mal-esperti li ta' kuljum iħabbtu wiċċhom mal-MFSA, tara li hemm overlap sostanzjali tal-kumitati fir-responsabbiltajiet u ir-rwoli tagħhom.", "Fil-proċess ta' konsultazzjoni li sar fil-bidu ta' din il-leġiżlatura kien hemm diversi prattikanti li saħqu dwar l-importanza li jsir ristrutturar aktar relevanti u effiċjenti għall-operat tal-Awtorità tal-lum il-ġurnata, anke minħabba d-dinamika tant mgħaġġla li biha qed timxi d-dinja tas-servizzi finanzjarji.", "Allura jien appellajt diversi drabi, kemm fil-Parlament u lil hinn minnu, biex dan isir u għalhekk qegħdin hawn biex niddiskutu dawn l-emendi li, nerġa' ngħid, huma pożittivi.", "Schembri, permezz tal-ħatra tal-Kumitat Eżekuttiv, il-proċeduri se jsiru ferm aktar ċentralizzati u nemmen li permezz ta' dan il-Kumitat jistgħu jitnaqqsu diversi proċeduri burokratiċi b'mod sostanzjali.", "Dan il-kumitat se jkollu firxa wiesgħa ta' responsabbilitajiet, fosthom li japprova r-regolamentazzjoni, l-implimentazzjoni tal-policies, is-superviżjoni, l-infurzar u l-Listing Authority, għalhekk se jkun qiegħed iħares l-aspetti professjonali u tekniċi kollha.", "Twaqqaf ukoll Audit Committee u se jiġi mwaqqaf Risk Committee u Anti-Money Laundering Committee.", "Nemmen li dawn huma neċessarji għat-tisħiħ ta' din l-Awtorità.", "L-uniku tħassib li għandi huwa proprju li fejn tidħol l-istruttura preżenti tal-MFSA, is-superviżorju jaqa' taħt ir-responsabilità diretta tad-Direttur Ġenerali, filwaqt li r-rwoli l-oħrajn kollha, bħall-approvazzjoni ta' liċenzji, l-implimentazzjoni ta' policies u oħrajn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-CEO.", "Issa permezz ta' dan il-Kumitat Eżekuttiv li jaqa' kollu kemm hu taħt ir-responsabbiltà tal-Kap Eżekuttiv, mill-aspett ta' superviżjoni jista' jagħti l-każ li jkun hemm kunflitt fir-rwoli, għax il-Kap Eżekuttiv għandu l-aħħar kelma, mill-bidu sal-aħħar.", "Dan ifisser li jekk nieħdu eżempju ta' bank, il-proċess tal-approvazzjoni ta' liċenzja, il-proċedura tad-due diligence, l-implimentazzjoni tal-policies u s-superviżjoni, jekk għall-argument jiġi deċiż li titneħħa l-liċenzja ta' dan l-istess bank, dan kollu jista' jsir bid-deċizjoni tal-kumitat li jista' jiġi overruled mill-Kap Eżekuttiv.", "Dan huwa punt ta' tħassib, però nemmen li fl-aħħar mill-aħħar l-istruttura hija tajba u pożittiva, imbagħad jekk hemm lok għal iktar titjib biex forsi jitneħħa dan il-kunflitt tar-rwoli, I'm four-square behind it biex niddiskutu u nikkonsidraw dan il-punt.", "Sfortunatament ma nistgħux ma ngħidux li l-ħidma tajba u importanti tal-MFSA ġiet imtappna f'dawn l-aħħar xhur.", "L-aktar aħbar li nemmen li sfidat ir-reputazzjoni tajba li dejjem kellha din l-Awtorità kienet il-liċenzjar tal-Bank Pilatus u xi banek oħra, bħalma hu Satabank, li kienu u għandhom jissemmew for the wrong reasons.", "Huwa fatt li l-kredibilità tal-MFSA għaddiet minn żmien diffiċli u qiegħda tipperikola l-fiduċja tal-investitur fl-Awtorità.", "Għalhekk huwa neċessarju li l-Awtorità tkompli bil-proċess tar-redimensioning mhux biss fl-istruttura organizzattiva tagħha, imma wkoll sabiex il-pedamenti tagħha jkunu b'saħħithom biżżejjed biex joperaw bl-iktar mod effiċjenti possibbli.", "Ir-redimensioning ta' din l-Awtorità huwa meħtieġ ukoll biex terġa' tissaħħaħ il-kredibilità u r-reputazzjoni tagħha, u tikkonvinċi li għadha serja u awtonoma bħalma kienet.", "Jeħtieġ li nikkonvinċu li l-Awtorità tieħu deċiżjonijiet xprunati mill-ġid tas-settur finanzjarju u ma tittollera l-ebda indħil, b'mod partikolari indħil politiku.", "Bl-ebda mod ma rrid ngħid li l-ħaddiema tal-MFSA mhumiex qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom, anzi rrid nirringrazzja lill-professjonisti u l-istaff kollu tal-MFSA li naf li jaħdmu b'deadlines ebsin, b'workload ta' xogħol li dejjem jiżdied, u b'approċċ professjonali mill-aqwa.", "L-MFSA twaqqfet fl-1994 u rat li b'mod ġenerali żżomm l-istandards għoljin taħt it-tmexxija ta' Prof. Bannister u sinċerament nemmen li s-suċċessur tiegħu s-Sur Joe Cushieri se jkompli jwettaq din il-ħidma bi professjonalità.", "Qed ngħid dan, għax irrid nagħmilha ċara li fejn jeħtieġ xi kritika nagħmilha, però fejn ikolli l-opportunità li ngħaddi kummenti pożittivi, ngħaddihom ukoll, kif dejjem għamilt u kif se nibqa' nagħmel.", "Fir-realtà tal-lum, meta qegħdin fuq l-għatba tal-Moneyval assessment u pajjiżna qiegħed jissemma mal-erbat irjieħ tad-dinja bħala anti-money laundering haven, meta s-settur bankarju f'pajjiżna għaddej minn sfidi ta' kredibilità, meta għandna banek taħt investigazzjoni u allegazzjonijiet ta' bad practices fil-proċeduri tal-ħasil ta' flus u oħrajn, nemmen li l-MFSA għandha l-obbligu li tibgħat messaġġ ferm iktar b'saħħtu li qed tagħti widen bis-serjetà, b'mod konvinċenti u fattwali għar-rakkmandazzjonijiet ta' istituzzjonijiet internazzjonali, kemm tal-Awtorità Bankarja Ewropea, kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea u oħrajn, speċjalment fejn isiru rakkmandazzjonijiet fuq il-proċeduri tad-due diligence u l-anti-money laundering.", "Sfortunatament, l-isem tajjeb li kellhom istituzzjonijiet finanzjarji bħall-MFSA u l-FIAU ftit tas-snin ilu, m'għadx għandna l-privileġġ li ngħidu that we still enjoy it today, u għalhekk irridu nirrikonoxxu l-isfidi tant kbar li dawn għandhom biex jerġgħu jagħtu isem u jinjettaw lura dik il-kredibilità fl-istituzzjonijiet rispettivi.", "Kif għidt, bħalissa ninsabu fuq l-għatba tal-Moneyval assessment, li semmejtu kemm-il darba fl-interventi parlamentari u f'diskussjonijiet oħrajn.", "Dan huwa kumitat ta' esperti tal-Kunsill Ewropew li jevalwaw il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, assessjar li se jgħaddi minnu pajjiżna fil-ġranet li ġejjin.", "Dan huwa eżami kruċjali u importanti immensament, u jekk allaħares qatt ma nġibux il-pass, ikun katastrofiku għar-reputazzjoni ta' pajjiżna, imma, agħar minn hekk, ikun katastrofiku għall-operat ta' kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-settur privat tal-financial practioners.", "Lil hinn minn din il-liġi, nirrikonoxxu li isem pajjiżna sar kalamita għal kritika ħarxa minn madwar id-dinja.", "Bħalissa ħafna qed jaraw pearlism qawwi bejn Malta u money laundering haven.", "Il-perċezzjoni, l-impressjoni, ir-reputazzjoni li għandu pajjiżna llum hi li qed ikun laxk wisq biex jieħu bis-serjetà l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-proċeduri kontra l-ħasil tal-flus.", "Dan żgur li mhux qed jgħin għar-reputazzjoni tal-pajjiż, għas-sostenibbiltà tas-settur finanzjarju u għall-abbiltà li nattiraw lejn pajjiżna investiment dirett barrani serju u li jagħmlilna ġieħ.", "Huwa importanti li kif għamilt kritika tajba u għaddejt kummenti pożittivi, ngħid li meta nitkellmu fuq it-tħassib tagħna li pajjiżna qed ikun laxk wisq fejn tidħol due diligence u fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus bis-serjetà, ma niġux miżinterpretati li qisna qed nagħmlu kritika mhux ġustifikata, jew li qed nagħmlu xi spin min-naħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Ftit tal-jiem ilu pajjiżna kien taħt attakk inġust minn Membru Parlamentari Ewropew Ġermaniż li wissa li se ssir kampanja ħarxa biex il-bank globali HSBC jittermina l-operat minn pajjiżna.", "Jien, bħala kelliema ta' dan is-settur u l-Onor.", "Mario de Marco, konna minn tal-ewwel li kkritikajna dan il-kumment u bħala Partit Nazzjonalista ħriġna stqarrija ta' kundanna mill-ewwel.", "Ejjew inkunu onesti u nammettu li attakk bħal dak ma waqax mill-ajru!", "Tali kritika ma konniex naqilgħuha kieku l-Awtorità Bankarja Ewropea ma sabitx l-irregolaritajiet fl-FIAU u fl-MFSA.", "Kieku l-Gvern verament qiegħed jibgħat messaġġ ċar dwar l-impenn tiegħu biex jiġġieled il-kriżi ta' ħasil tal-flus f'pajjiżna u l-implimentazzjoni ta' proċeduri kontra l-ħasil tal-flus, attakki bħal dawn ma kenux jaqgħu f'ħoġorna!", "Irrid infakkar li pajjiżna kellu l-isfortuna li riċentament kien l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ġie ppreżentat b'opinjoni formali mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħasil tal-flus.", "Dan wara li l-istess MFSA falliet milli tindirizza t-tħassib li qajmet l-Awtorità Bankarja Ewropea f'Lulju 2018.", "Hija ħasra li l-awtoritajiet Maltin, kemm l-MFSA u kif ukoll l-FIAU, kellhom l-opportunità diversi drabi li jibagħtu messaġġ ċar that they mean business u li verament iridu jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġġieldu l-ħasil ta' flus u jibdew proċess ta' tindif tar-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Però l-Kummissjoni Ewropea laħqet ħarġitilna l-karta ħamra!", "Irridu nkunu onesti u nistaqsu x'inhu l-messaġġ li qed nibagħtu hemm barra.", "Jekk wieħed jistaqsi x'qed jagħmel pajjiżna biex jiġġieled il-ħasil tal-flus, sfortunatament il-messaġġ hu li l-awtoritajiet regolatorji fis-settur tas-servizzi finanzjarji tilfu l-indipendenza kompletament, allura żgur li l-emendi għal dan l-Att huma a small fry.", "Jeħtieġ li jkollna regolamenti li verament jindirizzaw dak li hu importanti so we don't keep missing the wood for the trees, tal-inqas issa fil-preparazzjoni tal-Gvern għall-Moneyval assessment.", "Ejjew ma nħallux il-prattikanti tas-settur privat ikunu l-vittmi ta' din il-laxkezza, għax huma se jkunu qed iħallsu prezz tant għoli flimkien ma' eluf ta' ħaddiema oħra għal-laxkezza tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "L-MFSA, proprju din il-ġimgħa ħarġet linji gwida sabiex jissaħħu l-proċeduri kontra l-ħasil ta' flus, inkluż fuqna l-membri parlamentari, nies oħra fil-politika u l-familji tagħna, li huma tajbin, però żgur li mhumiex biżżejjed!", "Il-gwidi huma tajbin u neċessarji, il-liġijiet u r-regolamentazzjoni rispettivi huma importanti, però l-iktar li hu neċessarju huwa proprju kemm tittieħed bis-serjetà l-implimentazzjoni ta' tali linji gwida u proċeduri.", "Jien nieħu sehem f'diversi diskussjonijiet ma' professjonisti fis-servizzi finanzjarji, u dawn jgħidulek li hu tajjeb li l-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu u raw li għandu jkollna l-first-mover advantage fit-teknoloġija tal-blockchain.", "Però jekk l-MFSA falliet fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' kontra l-ħasil tal-flus meta kienet qed taħdem f'settur bankarju bis-sistemi tradizzjonali, kif nistgħu nikkonvinċu ruħna li l-Gvern u l-istituzzjonijiet tagħna huma ppreparati u jiggarantulna li l-implimentazzjoni kontra l-ħasil tal-flus u sistemi li huma ferm iktar challenging u li mhumiex sistemi tradizzjonali, ma jfallux f'sistemi li bħalissa we are still testing the waters, bħall-cryptocurrencies?", "Din il-mistoqsija qed tqajjem ħafna xettiċiżmu fuq is-settur tal-blockchain, li huwa settur li qbilna fuq il-qafas legali tiegħu, ħdimna tajjeb mas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, u qbilna fuq il-kunċett, però ma nlumx lil min qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet, għax bejn il-liġi miktuba u l-implimentazzjoni tagħha hemm baħar jaqsam!", "Fil-fatt, jien kont qajjimt dan it-tħassib, allura żgur li ma nlumx lill-prattikanti li qegħdin jagħmlu dawn il-mistoqsijiet, għax ovvjament mhux qed jikkonvinċu ruħhom bil-kunsens tagħna, kif ukoll bir-rieda u bl-impenn li l-Gvern irid jieħu għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Kemm hu importanti li nsaħħu l-impenn tagħna biex innaddfu isem pajjiżna mit-tebgħa li għandu ta' money laundering tax haven.", "Din l-isfida la tiddependi biss u b'mod dirett mill-MFSA, la mis-CEO jew miċ-Chairperson tal-MFSA, la mill-FIAU u lanqas mill-Onor.", "Jekk verament irridu nkunu onesti, din tiddependi mir-rieda politika u mid-direzzjoni politika li jingħataw minn fuq biex verament niġġieldu l-money laundering u nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu bl-iktar mod awtonomu, kif għandu jkun u kif tippermettilhom il-liġi.", "Jekk dan isir, sinċerament nemmen li jibdew isiru passi ta' ġgant.", "Jien semmejt l-importanza li nagħtu widen lill-istituzzjonijiet barranin meta jagħmlu l-kritika u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet finanzjarji.", "Lill-istituzzjonijiet Ewropej, bħall-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Bankarja Ewropea, ma rridux narawhom bħala għadu meta jikkritikaw il-mod kif qegħdin infallu fil-proċeduri tagħna, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, anzi r-rakkomandazzjonijiet li jagħmlulna għandna nagħtuhom widen, nevalwawhom u nwettquhom.", "Apparti r-rakkmandazzjonijet, li by and large huma fuq il-proċeduri li jittieħdu dwar il-ħasil tal-flus u d-due diligence, l-istituzzjonijiet Ewropej jagħmlu diversi rakkmandazzjonijiet oħra.", "Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet kelli l-privileġġ li nattendi l-Parlament Ewropew biex niddiskutu rapport li ġie mħejji mill-Kummissjoni Ewropea dwar Malta, il-Country Specific Recommendations, imbagħad wara indirizzajt lil dan il-Parlament bir-reazzjonijiet tiegħi dwaru.", "Fost ir-rakkomandazzjonijiet, kien hemm proprju din:", "Jiġifieri hawnhekk il-Kummissjoni qiegħda tgħid li l-Awtorità jeħtiġilha tisħiħ qawwi fir-riżors uman, l-aktar biex timmoniterja u timplimenta superviżjoni adegwata fis-sistema finanzjarja internazzjonali.", "Ir-rakkomandazzjoni tkompli tgħid li:", "Sur President, dan ifisser li minkejja li s-settur tal-gaming iħalli miljuni kbar f'valur addizzjonali għall-pajjiż, jista' joħloq sfidi fl-integrità tas-sistema finanzjarja ta' pajjiżna, allura jeħtieg qafas ferm aktar b'saħħtu ta' anti-money laundering.", "Din mhijiex l-ewwel darba li istituzzjonijiet internazzjonali għamlu osservazzjonijiet u rakkmandazzjonijiet dwar l-MFSA.", "Tista' tgħid fl-aħħar sena, kif qal l-Onor.", "Schembri, kellna rakkmandazzjonijiet simili mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Centrali Ewropew.", "Issa mmur lura għall-emendi li għandna quddiemna llum.", "Jien nemmen li r-ristrutturar organizzattiv fi ħdan l-MFSA biex din l-awtorità ssir aktar effiċjenti u relevanti, għandu jsir illum qabel għada.", "Lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet innotajt li l-MFSA ħarġet numru ta' applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet vakanti, l-aktar għal analisti, f'dipartimenti varji.", "Jien nemmen li dawn huma meħtieġa ħafna.", "Nafu li hemm domanda kbira għal professjonisti f'dan is-settur, allura jekk hemm il-ħtieġa li dawn il-pożizzjonijiet joffru pakkett finanzjarju li jkun kompetittiv mas-settur privat, din għandha tiġi kkonsidrata.", "Matul l-aħħar xhur, l-MFSA esperjenzat numru sostanzjali ta' turnover fl-istaff complement, allura tista' tgħid li xi ftit jew wisq għaddiet minn brain drain għax tilfet a wealth of experience.", "Ovvjament, jeħtieġ li l-Awtorità tkompli tattira l-aħjar imħuħ u l-aqwa esperjenza, għax ma nkunx drammatika jekk ngħid li s-sostenibbilità ta' dan is-settur għandha ċerta dipendenza fuq ix-xogħol, l-effiċjenza u l-kredibilità ta' din l-Awtorità flimkien mal-FIAU u istituzzjonijiet oħrajn.", "Jeħtieġ ukoll li l-Awtorità tinvesti ferm aktar fit-taħriġ tal-istaff tagħha mhux biss biex tpatti għal dak li ntilef bit-turnover, però hekk kif id-dinamika ta' dan is-settur qed tippermetti li l-Awtorità tidħol f'sistemi finanzjarji li mhumiex tradizzjonali, jeħtieġ li jkollha ferm aktar taħriġ, expertise u knowledge, speċjalment fid-due diligence u l-proċeduri kontra l-money laundering.", "Sur President, meta ddiskutejna l-Att prinċipali tal-MFSA kont semmejt il-migration tar-Registry Department u staqsejt x'se jsir mill-impjegati ta' dak id-dipartiment u fejn se jiġu rilokati.", "Illum nafu li r-Registry Department se jkun qiegħed fil-lokalità taż-Żejtun.", "Irrid ngħid li kellmuni numru sostanzjali ta' ħaddiema mill-MFSA li, rightly so, qegħdin jilmentaw li din ir-rilokazzjoni fiż-Żejtun ma tantx tagħmel sens.", "Parti kbira min-negozji, fosthom il-\"big four\" u oħrajn, jinsabu fiċ-ċentru ta' Malta, allura l-ivvjaġġar bejn ir-Registry Department u dawn il-kumpaniji mhuwiex mill-aktar ideali, speċjalment meta nafu li hemm problema massiċċa tat-traffiku f'kull ħin.", "Nemmen ukoll li l-ħaddiema kellhom jiġu kkonsultati, għax din il-bidla għalihom ġrat ħabta u sabta, u l-problema tat-traffiku lil uħud minnhom tista' tħawdilhom ir-rutina tal-ġurnata tagħhom b'mod drastiku.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq niġbed l-attenzjoni għaliha hija proprju s-settur bankarju.", "Qegħdin niffaċċjaw realtà fejn is-servizzi finanzjarji qegħdin jiżdiedu, il-kumpaniji qegħdin jiżdiedu, però s-servizz bankarju qiegħed jonqos.", "Nafu li kemm f'dan is-settur, kif ukoll fis-settur tal-gaming u tista' tgħid f'kull settur ieħor, inkluż tal-kostruzzjoni, tal-hospitality, tal-IT u tant setturi oħrajn, in-numru ta' ħaddiema barranin li qed jiġu f'pajjiżna biex joffru s-servizzi tagħhom qiegħed jiżdied b'rata mgħaġġla ħafna.", "Però, minkejja li d-domanda għax-xogħol qiegħda tiżdied u s-supply in one way or another permezz tal-ħaddiema barranin qiegħed jiġi milħuq, jiġifieri qegħdin nipprovaw inżommu l-bilanċ tad-demand u s-supply, meta dawn il-barranin jgħaddu mill-proċessi kollha ta' recruitment biex jibdew jaħdmu f'pajjiżna u l-employer jgħaddi mill-proċessi kollha biex iħaddimhom, dawn qegħdin isibu stumbling block komuni meta jmorru jipprovaw jiftħu kont bankarju.", "Jien ngħid li sar martirju għal persuna barranija biex tiftaħ kont bankarju!", "Dan ifisser li l-proċess tar-recruitment qed isib ostaklu kbir u minħabba dan qed jispiċċa tellief kemm min iħaddem kif ukoll min jixtieq jagħti s-servizz tiegħu.", "Din il-problema teżisti across the board, kemm fuq individwi kif ukoll fuq kumpaniji kbar barranin li jixtiequ jirrilokaw f'pajjiżna.", "Huwa fatt li l-banek qed ikunu ferm aktar kawti minħabba d-due diligence, li mhuwiex ħażin, però l-fatt li hawn ħafna nuqqas ta' banking services huwa t-tip of the iceberg.", "Jekk mhux se nippreparaw ruħna sew biex is-servizz bankarju jissaħħaħ u jiżdied, f'qasir żmien nistgħu nidħlu fi kriżi.", "Dan flimkien mal-fatt li l-problema tal-correspondent banking qiegħda ssir ferm aktar challenging.", "Għalhekk nisħaq li għandu jkun hemm pjan konkret u effettiv biex dawn l-isfidi jiġu megħluba qabel ma jkun tard wisq.", "Dan li qed ngħid ġie rifless fir-rapport li ppubblikat l-istess MFSA, fejn imbarkat f'eżerċizzju ta' mystery shoppers li permezz tagħhom ġie żvelat li l-maġġoranza tal-banek lokali qegħdin jiksru r-regolamenti Ewropej dwar il-proċeduri li jużaw fil-ftuħ ta' kontijiet bankarji, l-aktar għal bank clients ta' nazzjonalità barranija.", "L-ewwel nett, irrid ngħid prosit lill-MFSA ta' dan ir-rapport, li qiegħed jgħid li kien hemm każijiet ta' banek li ddiskriminaw skont in-nazzjonalità tal-klijenti rispettivi, filwaqt li l-istess klijenti rari jkollhom għarfien suffiċjenti fuq il-prodotti li hemm disponibbli għalihom.", "F'ħafna mill-każijiet, l-istaff ta' dawn il-banek ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni adegwata.", "Hawnhekk, bla dubju ta' xejn, nappella biex l-Awtorità tinvesti bis-sħiħ f'kampanja edukattiva ta' għarfien fuq is-servizzi bankarji li wieħed jeħtieġ li jkollu, u fuq it-tipi varji ta' kontijiet bankarji li wieħed jista' jkun eliġibbli għalihom.", "Għal ħafna dan is-suġġett mhuwiex a walk in the park u allura jeħtieġ li kulħadd ikun jaf x'inhu eliġibbli u x'mhuwiex eliġibbli.", "Jien naħseb li huwa d-dritt ta' kull ċittadin Malti u Għawdxi u tal-barranin li qed jgħixu f'pajjiżna li jkollhom għarfien assolut dwar is-servizzi bankarji, aħseb u ara kemm għandu jkollhom għarfien l-istaff stess, li skont il-mystery shopper report jidher li lanqas huma ma kienu f'pożizzjoni li jgħaddu l-informazzjoni meħtieġa lill-klijenti tagħhom.", "Minn dan ir-rapport joħroġ ukoll li numru kbir ta' banek mhumiex ekonomici biss fl-informazzjoni dwar it-tipi differenti ta' kontijiet bankarji, imma kienu ekonomiċi wkoll fl-informazzjoni fuq il-bank charges, biex ma nsemmix in-nuqqas ta' għarfien dwar il-bank charges inġenerali, bħal kif jogħlew u meta jkun hemm iċ-ċaqliq, fejn ħafna drabi l-klijent, hu min hu, isir jaf b'xi charge wara li jinnotaha fil-bank statement.", "Sur President, qabel ma nikkonkludi d-diskors tiegħi, intenni li aħna naqblu mal-emendi li għandna quddiemna llum, u naqblu mal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta li ddiskutejna ftit tax-xhur ilu, għax nemmen li dawn se jkunu qegħdin isaħħu l-operat tal-MFSA.", "Huwa importanti ferm li din l-Awtorità tingħata l-għodod kollha, kemm mill-aspett ta' riżorsi kif ukoll mill-aspett ta' awtonomija biex verament tkun tista' twettaq il-ħidma tagħha b'mod oġġettiv u effiċjenti li fl-aħħar mill-aħħar isaħħaħ is-settur tas-servizzi finanzjarji u l-kredibilità ta' pajjiżna f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, smajt sew dak li għadha kif qalet l-Onor.", "Kristy Debono u b'onestà ngħid li meta tismagħha titkellem tagħmel ftit kuraġġ.", "Jien illum għamilt ftit kuraġġ, għax jekk tara t-track record ta' kif qed jittrattaw dan is-settur tant importanti għal pajjiżna wħud mill-kollegi tal-Onor.", "Debono, speċjalment dawk fil-Parlament Ewropew, tieħu impressjoni opposta minn kif tkellmet l-Onor.", "Ħalli npoġġi kollox f'perspettiva u nispjega eżattament fuqiex qegħdin nitkellmu llum.", "Illum qegħdin nitkellmu dwar settur importanti ħafna għall-ekonomija Maltija, dak tas-servizzi finanzjarji.", "Illum kważi 11% tal-ekonomija tagħna ġejja proprju minn dan is-settur, jiġifieri bejn wieħed u ieħor qegħdin nitkellmu fuq madwar €1 biljun fis-sena ġġenerati minn dan is-settur.", "B'mod dirett, dan is-settur iħaddem f'pajjiżna mhux inqas minn 10,000 ruħ.", "Dan ifisser li għandna mhux inqas minn 10,000 familja li ta' kuljum l-għajxien tagħhom jiddependi minn dan is-settur tant importanti.", "Huwa tajjeb li nkun ċar, kif inħobb inkun, u ngħid li kienu ż-żewġ partiti li ħadmu biex dan is-settur illum huwa fil-pożizzjoni li jinsab.", "Bla dubju, f'dawn l-aħħar ftit snin rajna kemm dan is-settur kompla jissaħħaħ b'mod iktar progressiv, billi iktar operaturi ġodda bbażaw ruħhom f'pajjiżna u l-operaturi li kienu diġà f'pajjiżna qegħdin ikomplu jinvestu biex ikabbru l-operat tagħhom.", "Dan huwa settur importanti ħafna f'pajjiżna, għax nafu li għandu valur miżjud għoli għal pajjiżna u l-pagi f'dan is-settur huma tajbin.", "Fil-fatt, kull min b'xi mod jaħdem f'dan is-settur b'mod dirett jaqla' flus tajbin, għax huwa settur li f'pajjiżna jrendi sew.", "Is-Segretarju Parlamentari fl-introduzzjoni tiegħu spjega fuq fuq l-istrateġija ta' kif ħdimna biex wasalna biex illum qegħdin nitkellmu dwar liġi oħra marbuta mal-MFSA.", "Kif nafu, iktar kmieni f'din il-Leġiżlatura diġà kellna liġi oħra dwar din l-Awtorità, jiġifieri f'temp ta' ftit xhur f'din il-Leġiżlatura diġà qegħdin nitkellmu dwar it-tieni u t-tielet liġi f'dan is-sens.", "F'Settembru tal-2017 il-Gvern kien nieda proċess ta' konsultazzjoni mal-operaturi kollha.", "Ladarba qegħdin ngħidu li hemm iktar minn 10,000 ruħ jaħdmu f'dan is-settur, nifhmu li hemm stakeholders u hemm interess ġenerali, u tajjeb li meta tiġi biex timmodernizza liġi b'tali mod ħalli finalment tkun qed tirregola dan is-settur, għax hawn qegħdin nitkellmu dwar liġi marbuta mal-MFSA li hija l-awtorità li tirregola dan is-settur, ovvjament l-istakeholders kollha se jkollhom interess.", "Fil-fatt, dak kien il-proċess li ġie addottat.", "F'Settembru tas-sena li għaddiet tnieda proċess ta' konsultazzjoni biex l-operaturi kollha li jaħdmu f'dan is-settur ikollhom iċ-ċans jgħidu x'jixtiequ li jitjieb f'din l-Awtorità li ta' kuljum iħabbtu wiċċhom magħha.", "Huwa tajjeb li ngħidu wkoll x'kien qed jintqal lilna minn awtoritajiet u organizzazzjonijiet importanti barranin li aċċenna għalihom is-Segretarju Parlamentari meta semma x'qalulna l-IMF u l-Kummissjoni Ewropea.", "Jidher li punt importanti li semmew – naħseb li hawnhekk huwa importanti li nifhmu dak li ġie ssuġġerit lilna bħala pajjiż x'għandna nagħmlu – hu li possibbilment dan is-settur tant qed jikber li l-Awtorità mhijiex kbira biżżejjed proporzjonalment biex tlaħħaq miegħu.", "Jekk għandna settur li llum il-ġurnata, kif diġà għedt, qed ilaħħaq madwar 11% tal-ekonomija tagħna, l-Awtorità trid tissaħħaħ u tikber biex tlaħħaq ma' dik ir-realtà.", "Sur President, ma jistax ikollok awtorità li tibqa' ta' ċertu qies jekk is-settur partikolari li qed tirregola hi stess ikun qed jinbidel ta' kuljum.", "Jiġifieri huwa tajjeb li ngħidu li jekk is-settur tas-servizzi finanzjarji qed jinbidel ta' kuljum u qed jiġu żviluppati għodod ġodda kull sena, jew tista' tgħid kull xahar, l-Awtorità trid tibqa' taġġorna ruħha mhux biss fejn jidħol ir-riżors uman, imma anke permezz tal-ħiliet ġodda li jkun hemm bżonn biex tibqa' żżomm ruħha aġġornata mar-realtajiet tas-suq.", "Meta istituzzjonijiet bħall-IMF u l-Kummissjoni Ewropea taw ir-rimarki tagħhom dwar kif tista' tissaħħaħ din l-awtorità, il-Gvern ma ħax attitudni difensiva, ma deffisx rasu fir-ramel u qal li l-affarijiet kif inhuma huma tajbin u se nibqgħu naħdmu hekk, imma f'temp ta' ftit xhur illum għandna quddiemna liġi, u iktar tard se jkollna liġi oħra, li jindirizzaw uħud mir-rakkmandazzjonijiet li sarulna.", "Dan juri li l-Gvern mhuwiex rasu iebsa f'dak li għandu x'jaqsam ma' tibdil.", "Issa hawn qegħdin nitkellmu dwar settur li fix-xhur li għaddew, b'mod partikolari fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, kien fil-mira ta' numru ta' attakki politiċi u attakki ġejjin minn barra.", "Irridu napprezzaw li dan huwa settur ekonomiku importanti, imma huwa settur sensittiv ukoll minħabba li kien hawn nies, sfortunatament anke Membri ta' din il-Kamra, li ddeċidew li jippolitiċizzaw settur li b'mod ġenerali dejjem imxejna bi qbil fuqu.", "Naħseb li storikament, fis-settur tas-servizzi finanzjarji dejjem imxejna bi qbil u meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni kien jikkollabora mal-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ u jikber, ikompli jiġi investiment minn barra, u aktar nies jiġu jaħdmu f'dan is-settur.", "Issa l-affarijiet inbidlu, speċjalment kemm ilu l-Partit Laburista fil-gvern, imma minkejja l-approċċ pożittiv li tkellmet bih l-Onor.", "Debono llum, fejn qalet li l-Oppożizzjoni beħsiebha tivvota favur din il-liġi għax, kif qalet hi stess, dawn huma emendi tajbin biex insaħħu din l-Awtorità, bejn l-attitudni li rajt illum min-naħa tal-Onor.", "Debono u l-attitudni li qed nara fuq livell nazzjonali u fuq livell internazzjonali, hemm baħar jaqsam.", "Jiġifieri minn banda għandek partit li llum qed jiġi f'din il-Kamra u jgħid li beħsiebu jivvota favur dawn l-emendi, u nieħu pjaċir li se jsir hekk, però mill-banda l-oħra għandek Membri Parlamentari Ewropej li jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista li ma jiddejqu xejn jattakkaw lil dan is-settur tant importanti.", "Kien hemm min kien qed jaspira li jkun Prim Ministru, li waqt il-kampanja elettorali li għaddiet, jiġifieri ftit iktar minn sena ilu, ma ddejjaqx iżeffen lil dan is-settur u jilgħab l-imħatri li jekk jerġa' jitla' l-Partit Laburista fil-gvern dan is-settur kien se jaqla' daqqa kbira u numru ta' kumpaniji kienu se jitilqu minn pajjiżna.", "Dik kienet il-kampanja ta' biżgħa u irresponsabbli li l-Partit Nazzjonalista, b'mod partikolari l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, kien qed imexxi fil-konfront ta' dan is-settur tant importanti.", "Illum mhux talli mhux qegħdin nitkellmu dwar kemm ċkien dan is-settur, talli qegħdin ngħidu kemm issaħħaħ f'din l-aħħar sena u kif beħsiebna nemendaw l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, biex din l-Awtorità tibqa' tkun aġġornata għaż-żmenijiet tal-lum u tibqa' tkun il-watchdog li hemm bżonn fuq dan is-settur tant importanti.", "Xi ħaġa li tinkwetani hi meta jkollok min suppost qed jirrappreżenta l-interessi ta' pajjiżna u jgħaddi informazzjoni, jien ngħid mhux veritiera, lill-Membri Parlamentari Ewropej mhux nazzjonali, biex jattakkaw dan is-settur.", "Kif nafu, ftit tal-ġranet ilu l-Membru Parlamentari Ewropew Sven Giegold għamel dikjarazzjoni b'saħħitha ħafna li hu jidhirlu li f'pajjiżna tant hawn abbuż sfrenat f'dan is-settur li se jħeġġeġ lill-HSBC biex jitlaq minn pajjiżna.", "Din il-kampanja kien qed jippilotaha hu b'mod personali, però rrid nistaqsi min kienu dawk l-MEPs li normalment narawhom ma' Sven Giegold li marru jagħtuh informazzjoni u bdew iħeġġuh biex l-HSBC jitlaq minn pajjiżna.", "Min kien qed jieħu pjaċir li pajjiżna kien se jgħaddi minn sitwazzjoni kerha, anke fuq livell internazzjonali, billi jsir attakk sistematiku minn fora Ewropej u internazzjonali biex bank kbir bħalma hu l-HSBC jitlaq minn pajjiżna?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, biex ikun in line mal-Ordnijiet Permanenti, nitlob lill-Onor.", "Muscat jgħid min hu dak li qed jaċċenna għalih between the lines, għax qed jagħmel referenza għall-Oppożizzjoni.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nitlob lill-Onor.", "Muscat ikun ċar fid-diskors tiegħu u jgħid għal min kien qed jirreferi.", "Meta tagħmel point of order trid tgħidli li hemm ksur ta' regolament u tgħidli għalfejn, imma hawn m'hawn l-ebda ksur ta' regolament.", "Onor. Muscat, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "ALEX MUSCAT: Sur President, jekk tara kemm-il darba dan il-Membru Parlamentari Ewropew Sven Giegold ġie f'pajjiżna u ma' min kien ikun, naħseb li tifhem sew min qed jikkordina l-attakk sistematiku li ġej fuq pajjiżna.", "Issa jien qed inkun leali u nemmen li hemm parti mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li mhux qed tieħu pjaċir li qed issir din il-ħsara.", "Milli smajt illum f'dan il-Parlament u minn kif tkellmet l-Onor.", "Kristy Debono, jidher li hi waħda minn dawk li mhux qed jieħdu pjaċir li hemm faction fil-Partit Nazzjonalista li qed tattakka dan is-settur li minnu jiddependu mhux inqas minn 11,000 ruħ.", "Jien naħseb li rridu nilħqu livell ta' maturità politika f'dan il-Parlament u f'dan il-pajjiż biex f'setturi importanti bħal dawn ħalli niġġieldu bejnietna, imma ejja npoġġu l-interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox.", "Jekk verament inħobb lil pajjiżi u jinteressani dan is-settur kruċjali għal pajjiżna, ma mmurx barra minn Malta ngħaddi l-bastun lil Membru Parlamentari Ewropew ieħor biex isawwatni bih!", "Le, din ma nagħmilha qatt!", "Għaldaqstant, nappella lil sħabi min-naħa tal-Oppożizzjoni biex jekk jaraw lil min minn sħabhom qed jaħdem kontra l-interessi ta' pajjiżna f'dan is-settur tant importanti, irażżnuhom.", "Sur President, il-liġi li għandna quddiemna, fost l-oħrajn, qed tara kif ittejjeb l-effiċjenza tal-Awtorità.", "Issa f'setturi fejn għandek eluf kbar ta' kumpaniji li ta' kuljum ikollhom x'jaqsmu mal-MFSA, il-fatt li l-Awtorità qed tara li ttejjeb l-effiċjenza tagħha, huwa messaġġ importanti ħafna.", "Meta ttejjeb l-effiċjenza ta' kif taħdem din l-Awtorità, lil ħafna nies li ta' kuljum jaħdmu mal-MFSA tkun qed tgħidilhom li se tnaqqsilhom ċerta burokrazija u se tagħmlilhom ħajjithom iktar faċli.", "Naraw ukoll li parti minn dan it-tibdil propost fil-liġi huwa indirizzat biex jilqa' ċerti messaġġi li saru fuq pajjiżna, fosthom kif insaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Jiena nieħu pjaċir nara li f'temp ta' ftit ġimgħat, jew ftit xhur, il-Gvern qed jieħu konjizzjoni tal-fatti u qed jipproponi emendi fil-liġi biex insaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Fil-fatt jidher li se jkun hemm unit speċifiku fi ħdan l-MFSA li xogħlu se jkun proprju li jiffoka biex jipprevjeni l-ħasil tal-flus f'pajjiżna u jara li jkun hemm skrutinju iktar rigoruż fuq l-operaturi kollha li jaħdmu f'pajjiżna.", "Naħseb li dak huwa l-messaġġ li rridu nwasslu.", "Veru li dan huwa settur importanti, però naħseb li Malta bħala ġurisdizzjoni f'dan is-settur ma tridx tibgħat messaġġ li li aħna miftuħin għal kulħadd.", "Aħna miftuħin għal kull min hu serju u jrid jaħdem b'mod nadif u jibbaża ruħu f'pajjiżna.", "Min mhuwiex lest li jaħdem mal-liġijiet rigorużi tagħna, postu mhuwiex f'pajjiżna, inkluż dawk l-operaturi li diġà qegħdin hemm.", "Jien ħadt pjaċir nisma' sal-lum stess li ttieħdet azzjoni mill-MFSA, għax tajjeb li turi li għandha s-snien.", "F'dawn il-liġijiet li qegħdin nipproponu qed inkomplu nsaħħu snien l-MFSA biex fejn ikun hemm bżonn tieħu azzjoni biex kull min jopera minn pajjiżna jagħraf jirregola ruħu u jagħraf jimxi mal-ogħla standards possibbli.", "Jekk inżommu l-ogħla standards possibbli, finalment pajjiżna jirnexxilu jattira l-aqwa players.", "Nattiraw l-aqwa operaturi fis-suq mhux billi jkollna liġi flimsy, jew billi jkollna regoli li ma tantx huma ċari, imma billi niġu hawnhekk intejbu l-liġijiet li jkun hemm bżonn biex inkomplu nattiraw l-aqwa operaturi f'dan is-settur.", "Jekk naraw il-fatti u l-figuri li ħarġu riċentement fuq dan is-settur partikolari, insibu li sal-bieraħ stess ġie kkwotat rapport ikkummissjonat minn PriceWaterhouseCoopers, li żgur ħadd ma jista' jgħid li hi xi entità li b'xi mod tiġbed lejn partit jew lejn ieħor.", "Nafu li din hija waħda mill-ikbar kumpaniji tal-awditjar fid-dinja, li għamlet rapport flimkien ma' Finance Malta fost l-operaturi li jaħdmu f'dan is-settur.", "Huwa interessanti ħafna li dak li jirriżulta minn dan l-istħarriġ jidher li matul is-sena 2018 f'pajjiżna żdied l-ottimiżmu vis-a-vis s-sena 2017.", "Fil-fatt, madwar 62% tal-operaturi huma fiduċjużi u ottimisti fuq dan is-settur, għax qegħdin jaraw li dan is-settur se jibqa' jikber u l-operat tagħhom se jibqa' jitjieb, jibqa' stabbli u jibqa' miexi 'l quddiem.", "Ovvjament, dawn huma affarijiet li jagħtuna kuraġġ.", "Kien hemm min beżża' li kieku l-Partit Laburista jerġa' jirbaħ l-elezzjoni, kif effettivament għamel, dawn kienu se jaħarbu minn pajjiżna.", "Ħaddieħor qalilna li jekk jerġa' jkollna Gvern Laburista, dawn l-operaturi kienu se jippakkjaw u jitilqu 'l hemm!", "Issa llum, ftit iktar minn sena wara, qed isir survey ma' dawn l-istess operaturi u qegħdin naraw li mhux talli ma telqux 'l hemm, talli huma ottimisti li dan is-settur sejjer tajjeb.", "Naħseb li fil-verità, l-uniku wieħed li spiċċa daħal ġo ħajt hu min għamel dawn it-tip ta' previżjonijiet qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet!", "Jekk naraw il-figuri ta' kif qed ikompli jikber dan is-settur, jidher li l-MFSA irreġistrat tkabbir sostanzjali fl-operaturi li qegħdin jaħdmu f'dan is-settur.", "Fil-fatt, skont ir-rapport annwali tas-sena 2017, kellna reġistrazzjoni ta' kważi 5,300 kumpanija ġdida f'dan is-settur.", "Kellna wkoll 109 partnerships, kellna numru ta' fondi ta' investimenti ġodda li bbażaw ruħhom f'pajjiżna, kif ukoll mhux inqas minn 106 kumpanija ġdida li ttrasferew l-operat tagħhom f'pajjiżna.", "Dawn huma ċifri li nieħdu pjaċir bihom.", "Jiena nieħu pjaċir niġi hawnhekk illum nitkellem dwar settur importanti għal pajjiżna.", "Mhux hekk biss, imma nappella lil sħabi tal-Oppożizzjoni biex settur daqstant importanti għal pajjiżna ma nġibuhx ballun politiku.", "Ejjew inkunu uniti.", "Jekk ma naqblux dwar xi emendi li se nkunu qegħdin nagħmlu, m'għandniex problema li niddiskutuhom, anke fl-istadju ta' kumitat.", "Anzi, nappella lill-Oppożizzjoni biex tgħin lill-Gvern biex jekk jista' jkun il-liġi tkun iktar ħolistika u iktar tajba, anke permezz tas-sehem tal-Oppożizzjoni.", "Għaliex le?", "Anzi, hekk għandu jkun.", "Nerġa' ngħid li ħadt pjaċir li l-Onor.", "Debono tenniet li l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur din il-liġi u nappella biex mhux biss f'dan il-forum, imma anke fil-fora internazzjonali, dak li qegħdin ngħidu hawnhekk insarrfuh bil-fatti.", "Jien ma neħux pjaċir u ma nippretendi qatt li għandu jkun hemm Membri Parlamentari Ewropej magħżula mill-poplu Malti biex jirrappreżentaw l-interessi ta' pajjiżna li aktar huma medhija biex jipprovaw jimminaw lil dan is-settur milli biex jiġbdu l-investiment lejn pajjiżna.", "Ejja bħala grupp politiku lkoll kemm aħna nelevaw ruħna 'l fuq mill-partiġjaniżmu politiku u ningħaqdu biex tassew naraw li nkomplu nsaħħu lil dan is-settur tant importanti.", "Nawgura lill-MFSA biex fix-xhur u fis-snin li ġejjin tkompli ssaħħaħ l-operat tagħha, tkompli żżid it-trasparenza fil-mod kif taħdem, tkompli żżid l-iskrutinju fuq dan is-settur u tkompli tgħin biex tkompli tkattar dan is-settur.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, nieħu gost nitkellem dwar is-settur tas-servizzi finanzjarji, għax dan huwa settur li kiber u li qed ikabbar l-ekonomija ta' pajjiżna bis-saħħa tal-viżjoni ta' gvernijiet preċedenti u tal-koperazzjoni li eżistiet bejn Gvern u Oppożizzjoni biex iġib consensus f'dak li għandu x'jaqsam mal-qafas leġiżlattiv ta' dan is-settur tant importanti f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Alex Muscat tkellem għan-nom tal-Gvern dwar l-importanza ta' dan is-settur ekonomiku li jikkontribwixxi viċin il-11% tal-Prodott Gross Domestiku ta' pajjiżna, li joħloq impjiegi għal eluf ta' familji u żgħażagħ Maltin u li joffri l-aħjar kondizzjonijiet ta' xogħol għall-familji u żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Dan ifisser li rridu nieħdu ħsiebu.", "M'għandniex ninsew li dan huwa settur li ġie introdott fl-ewwel leġiżlatura Nazzjonalista li kienet ġiet eletta fl-1987.", "Niftakru li dak iż-żmien is-settur kien wieħed bażiku, kien jagħmel distinzjoni bejn trading company u non-trading company, u kien iktar viċin l-offshore centres, però meta l-Amministrazzjoni Nazzjonalista riedet issieħeb lil Malta fl-Unjoni Ewropea kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jekk verament rridu nkunu membri tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli tas-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna għandhom jinbidlu minn sistema offshore għal sistema onshore.", "Fil-fatt, kienet saret bidla radikali fil-liġijiet li jirregolaw dan is-settur bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, allavolja fis-snin 90 Malta ma kenitx għadha saret membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm min kien qal li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, is-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna ma kellux futur, u li jekk nidħlu fl-Unjoni Ewropea, dak is-settur kien se jispiċċa.", "Però rajna kif fir-realtà s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tat iktar kredibilità lil pajjiżna, għax kull min ried jinvesti f'Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur, kien jaf li l-istandards ta' pajjiżna ma kenux biss standards lokali, iżda wkoll Ewropej, li jridu jlaħħqu mal-qafas regolatorju Ewropew mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam mat-tfassil tal-liġijiet tagħna, imma wkoll mal-infurzar tagħhom.", "Il-fatt li wieħed kien jaf li l-qafas regolatorju tagħna kellu jilħaq l-istandards Ewropej kien parti mir-raġuni għalfejn dan is-settur kompla miexi għal iktar tkabbir.", "U dan iġibni għad-diskors tiegħi.", "Sur President, dawn l-emendi għall-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta mhumiex qegħdin isiru in a vacuum u d-diskussjoni li qiegħda ssir ma nistgħux nagħmluha kif donnu jixtieq l-Onor.", "Alex Muscat in a vacuum, jew in isolation kif jgħidu l-Ingliżi.", "L-isfortuna reali hi – hawnhekk nixtieq nagħmilha ċara li l-Oppożizzjoni qatt ma tieħu gost bl-għajb li b'xi mod jew ieħor huwa indirizzat lejn pajjiżna – li rridu nkunu konxji ta' dak li qed jingħad fuq pajjiżna barra minn xtutna, u dan mhux billi niċċensuraw dak li qed jiġri f'pajjiżna jew barra minnu, iżda billi nipprovaw nindirizzaw dak li jkun qed isir ħażin u li qed iwassal għal din il-kritika.", "Allura, jekk wieħed jara l-kuntest ta' dan kollu, naħseb inkunu qegħdin nagħmlu ħażin jekk ninjoraw dak li l-Ingliżi jgħidulu the elephant in the room, li jeżisti iżda donnu l-Onor.", "Muscat jixtieqna ninjorawh.", "Jekk ninjorawh inkunu qegħdin nagħmlu ħażin għal pajjiżna.", "Ħalli nispjega x'inhu dan il-qafas.", "Qabel xejn, nafu li f'Lulju li għadda kienet saret rakkomandazzjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għal dak li għandu x'jaqsam mal-MFSA, anzi fir-realtà iktar għal dak li għandu x'jaqsam mal-FIAU rigwardanti s-superviżjoni dwar il-liċenzjar tal-Pilatus Bank u kemm dan aderixxa mal-kondizzjonijiet tal-liċenzja tiegħu, u l-infurzar tal-kondizzjonijiet tal-istess bank.", "Ir-rapport li ħarġet l-EBA, li hi l-awtorità regolatorja Ewropea li qiegħda hemm biex tgħasses kif kull pajjiż jagħmel superviżjoni tal-banek liċenzjati minnu, f'Lulju li għadda kien kritiku ħafna fir-rigward ta' pajjiżna u tal-awtoritajiet ta' pajjiżna.", "Hemm min jgħid li għax aħna nikkwotaw dan ir-rapport, qisna stimulajnieh aħna u qisna kuntenti bih, imma nassigurakom li aħna qatt m'aħna kuntenti b'rapport li jista' jkollu l-konsegwenzi għal settur li jagħti x-xogħol lill- eluf ta' Maltin u Għawdxin li ma nħarsux lejn il-kulur politiku tagħhom.", "Naħseb li l-Onor.", "Silvio Schembri jixtieq jagħmel point of order.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, bil-permess tal-Onor.", "MARIO DE MARCO: Jekk huwa point of order, lest li nisimgħu, imma jekk hu intervent, nitolbu jagħmlu fl-aħħar.", "L-ISPEAKER: Onor. De Marco, ħu paċenzja.", "Jekk m'intix qed tagħtih il-permess li jispjega …..", "(Interruzzjonijiet) Ħalli nara x'se jgħid.", "Jekk hu point of order, irid jgħidli fejn hu l-point order, il-bqija mhux se jkompli jitkellem.", "(Interruzzjonijiet) Dak se narah jien, toqgħodx tinkwieta.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Għandi point of order fis-sens li l-Onor.", "De Marco kien qed jitkellem dwar l-investigazzjoni tal-EBA, jekk qed nifhem sew, hux hekk?", "SILVIO SCHEMBRI: Le, mhux se nitkellem dwar din.", "Point of order għaliex qal li dak ir-rapport ma ġiex stimulat mill-Oppożizzjoni.", "Jekk trid, imbagħad, x'ħin tagħmel ir-replika tiegħek, tkun tista' twieġbu.", "Onor. De Marco, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "MARIO DE MARCO: Sur President, dak ir-rapport kien sab:", "Sab kwantità ta' nuqqasijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-FIAU.", "Schembri qed jgħidli li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar l-MFSA u mhux fuq l-FIAU.", "Iva naqblu, iżda ejjew napprezzaw li dawn iż-żewġ awtoritajiet huma kruċjali u importanti għal pajjiżna jekk irridu nittieħdu bis-serjetà bħala ċentru tas-servizzi finanzjarji.", "Allura ma naħsibx li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jista' jiġi hawnhekk u jgħid li ma jdejqux dak ir-rapport li jikkundanna l-FIAU, għax hu qiegħed jitkellem dwar l-MFSA!", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, għandi point of order.", "L-ISPEAKER: Onor. Schembri, biex tagħmel point of order irid ikun hemm ksur ta' xi regolament tal-Ordnijiet Permanenti.", "SILVIO SCHEMBRI: Mela nagħmel personal explanation, tajjeb?", "L-ISPEAKER: Le, mhux tajjeb!", "SILVIO SCHEMBRI: Għax qed jgħid xi ħaġa li m'għidthiex jiena.", "L-ISPEAKER: Le, ħu paċenzja.", "Biex tagħmel point of clarification irid jagħtik il-permess l-Onor.", "Naf x'jien ngħid.", "Onor. De Marco, tagħtih permess?", "MARIO DE MARCO: Sur President, jista' jirribatti dak li qed ngħid jien meta nagħlaq id-diskors tiegħi.", "L-ISPEAKER: Mela kompli bid-diskors tiegħek, Onor. De Marco.", "MARIO DE MARCO: Dan ir-rapport kompla jgħid li l-FIAU ma ħaditx il-miżuri neċessarji ta' moniteraġġ.", "Huwa rapport sħiħ ta' kundanna fir-rigward tal-FIAU.", "Wara dak ir-rapport, fil-bidu ta' Ottubru ta' din is-sena ġie rrapportat li l-Kummissjoni Ewropea kienet se toħroġ opinjoni formali fuq l-azzjoni li Malta għandha tieħu sabiex issaħħaħ ir-regoli tagħha għal dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, jiġifieri l-anti-money laundering rules.", "Il-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Kummissarju għall-Ġustizzja Jourovà, qalet li kienet se tittieħed azzjoni formali fil-konfront ta' Malta minħabba n-nuqqasijiet tagħha relatati mar-regolamenti kontra l-ħasil tal-flus, b'mod partikolari tal-FIAU.", "Apparti dan il-formal warning li kien se jinħareġ fil-konfront ta' pajjiżna, kien hemm ukoll ir-rapport tal-EBA rigward l-MFSA.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, essenzjalment ġie rrapportat li qal kemm hu kuntent b'dan ir-rapport, għax skont kif intqal minnu stess, jikkonferma kemm hi robusta din l-Awtorità.", "Jiġifieri skont is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, l-ittra taċ-Chairperson tal-EBA, Andrea Enria, tikkonferma kemm hi b'saħħitha l-Awtorità!", "Jiena ngħid li jalla huwa hekk jew jalla kien hekk, iżda jekk wieħed irid ikun oġġettiv fil-qari ta' din l-ittra, naħseb li rridu nkunu daqsxejn iktar umli dwar in-nuqqasijiet li l-EBA sabet fil-konfront tal-MFSA, għax jekk wieħed jaqra attentament dak li kiteb iċ-Chairperson tal-EBA lill-MEPs, jara li fil-konfront tal-MFSA kien daqsxejn kritiku iktar milli rrealizza s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Huwa qal li:", "Dan ifisser li kellhom tħassib sinifikanti dwar l-awtorizzazzjoni tal-MFSA fir-rigward tal-liċenzja – ma rridux ninsewx li l-liċenzja tal-Pilatus Bank ħarġitha l-MFSA f'temp rekord ta' ftit xhur – kif ukoll għal dak li għandu x'jaqsam mal-prattiċi superviżorji fir-rigward ta' Pilatus Bank.", "Iċ-Chairperson tal-EBA kompla jgħid hekk:", "Qed nikkwota verbalment u testwalment biex inkun fidil lejn dak li qal.", "Hawn m'għandix dubju li qed jirreferi għall-fatt li sussegwentement, wara li ttieħdu proċeduri kriminali fil-konfront ta' Ali Sadr fl-Istati Uniti, l-MFSA għażlet li fl-aħħar – u hawn ma kellhiex triq oħra – l-ewwel tissospendi u mbagħad tneħħi l-liċenzja ta' Pilatus Bank.", "L-EBA għamlet ukoll numru ta' rakkomandazzjonijiet fil-konfront tal-MFSA, u ċ-Chairperson qal ukoll li l-EBA għandha kull intenzjoni li tagħmel moniteraġġ biex tara li r-rakkmandazzjonijiet li hi għamlet fir-rigward tal-MFSA jiġu implimentati verament, u se tkun qiegħda tagħmel ukoll on site visits f'nofs is-sena d-dieħla biex tara li l-MFSA se tkun qiegħda timplimenta dawn ir-rakkmandazzjonijiet.", "L-EBA indikat erba' areas li kienu ta' tħassib għaliha, u dawn kienu r-relazzjoni ta' bejn l-MFSA u l-FIAU waqt il-proċess ta' utilizzazzjoni; kemm kienu b'saħħithom id-due diligence checks li tagħmel l-MFSA – ma ninsewx li meta Pilatus Bank ġie liċenzjat mill-MFSA, Ali Sadr, sid dan il-bank, diġà kien qed jiġi investigat dwar suspett ta' ħasil ta' flus fl-Istati Uniti; \"prudential supervisory response\" tal-MFSA \"to concerns about effectiveness of anti-money laundering and financing of terrorism controls\"; u r-raba' tħassib kien ir-\"risk prioritisation given to private banking business with non-resident clients\".", "Dawn kienu l-erba' areas li l-EBA qalet li kellha tħassib dwarhom fir-rigward tal-MFSA.", "Għalhekk naħseb li meta s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li r-rapport tal-EBA jikkonferma kemm kienet b'saħħitha l-MFSA, forsi kien qed ikun daqsxejn ottimist jew pożittiv iż-żejjed.", "Jien ma rridx inkun negattiv, imma rrid inkun realist, għax jekk ma nkunux realistiċi ma nkunux nistgħu nieħdu l-miżuri li tant huma bżonnjużi biex insaħħu l-MFSA ħalli nipproteġu u nkomplu nkabbru s-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "L-EBA ikkonferma permezz taċ-Chairperson tagħha li l-MFSA se tkun qed taġġornaha kull tliet xhur fuq il-miżuri li se tkun qed tieħu biex issaħħaħ ir-rwol tas-superviżjoni li għandha tagħmel.", "Ir-raba' punt li rridu noqogħdu attenti dwaru huwa r-rapport li ġie ppubblikat mill-Global Financial Centre Index 24 li huwa wieħed mill-ogħla commercial think tank centres ta' Londra, li qed juri li sfortunatament Malta waqgħet 11-il post fil-global ranking taċ-ċentri tas-servizzi finanzjarji globali.", "Dan ifisser li jekk verament għandna għal qalbna dan is-settur u verament irridu nipproteġuh, kif m'għandix dubju li ż-żewġ naħat tal-Kamra jridu jagħmlu, irridu mmorru lil hinn mir-rettorika u mill-kritika li ssir dejjem fil-konfront tal-Oppożizzjoni meta nikkwotaw xi rapport bħal dan, għax jekk m'aħniex se nkunu sensittivi u konxji għar-rapporti ta' dawn l-istituzzjonijiet regolatorji Ewropej fil-konfront tagħna u se noqogħdu ngħidu li dawn qed jgħidu fuqna għax aħna żgħar u għax iridu jieħdu xogħolna, ejjew nikbru, inkunu maturi u ngħidu li jekk isir rapport fil-konfront tagħna għandna nagħrfu n-nuqqasijiet tagħna u nindirizzawhom.", "Jekk verament irridu nkunu l-aħjar fl-Ewropa ma nistgħux naqgħu lura, u jekk hemm xi ħaġa ħażina li qiegħda ssir ejjew nindirizzawha u mhux ninjorawha, kif donnu jrid jagħmel dan il-Gvern.", "Niġi issa għal dan l-Abbozz ta' Liġi li qed ikompli jgħin fir-ristrutturar li qed isir fl-MFSA.", "Ftit tax-xhur ilu konna ġejna hawnhekk u għamilna ristrutturar billi neħħejna l-kunċett tal-Executive Chairperson biex ġie introdott ir-rwol ġdid ta' Chief Executive Officer (CEO).", "Niftakar li dakinhar lill-Onor.", "Silvio Schembri kont għedtlu li nispera li l-għajdut li hawn, li din il-bidla kollha qegħdin jagħmluha biex xi ħadd partikolari jilħaq CEO meta l-liġi għadha lanqas inbidlet, ma jkunx veritier.", "L-Onor.", "Schembri kien qalli li se jkunu trasparenti u se jagħmlu sejħa għall-applikazzjonijiet.", "Ma nafx x'ma qalx, u r-realtà hi li dak l-individwu li fuqu kien hemm l-għajdut xhur qabel ma ġiet proposta din il-liġi fil-fatt laħaq CEO tal-MFSA.", "Issa dan jista' jkun l-aħjar persuna fid-dinja, imma l-punt mhuwiex dak.", "Il-punt hu li jekk verament irridu li jkollna awtoritajiet kredibbli f'pajjiżna u barra minn pajjiżna, l-affarijiet ma jistgħux ikomplu jsiru b'dan il-mod.", "It-tieni punt tiegħi hu li hawnhekk il-bidla priċipali hija li r-rwoli li qabel kienu jeżistu fil-Coordination Committee, fis-Supervisory Council u fil-Board of Governors, issa qed jiġu amalgamati f'super committee li fl-Abbozz ta' Liġi huwa deskritt bħala the Executive Committee u se jkollu rwoli varji amalgamati flimkien.", "Dan il-kumitat se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-politika tal-Awtorità, għall-approvazzjoni tar-regolamenti, għall-approvazzjoni u kwestjonijiet ta' liċenzji u awtorizzazzjonijiet oħrajn, għall-monitoreġġ u s-superviżjoni ta' persuni li jinħarġulhom liċenzji mill-Awtorità fis-settur tas-servizzi finanzjarji, għall-infurzar tal-qafas regolatorju ta' dan is-settur, għat-tmexxija ta' kuljum tal-Awtorità u għall-kordinazzjoni ġenerali tal-affarijiet amministrattivi tal-Awtorità.", "Issa, bl-ikbar rispett lejn il-kollega tiegħi, jien naħseb li rridu noqogħdu attenti, għax meta jkollok kumitat responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji, għall-moniteraġġ ta' dawk il-liċenzji u għall-infurzar tal-qafas regolatorju, nistaqsi: Fejn huma ċ-checks and balances?", "Fejn hu l-famuż four-eyed principle, meta l-istess kumitat huwa l-Issuing Committee, il-Monitoring Committee u l-Enforcement Committee?", "Filwaqt li m'għandix dubju li din l-emenda qiegħda ssir biex itejjeb l-amministrazzjoni tal-Awtorità, meta għandek dawn il-poteri kollha amalgamati fl-istess entità, nerġa' ngħid bl-ikbar rispett li qegħdin noħolqu sitwazzjoni fejn jista' jkun hemm kunflitt, għax kumitat li jkun ħa l-briga li joħroġ liċenzja favur persuna, forsi xi drabi se jħossu skomdu biex jagħmel moniteraġġ tal-istess persuna u jekk jiġi biex jirrevoka dik l-istess liċenzja.", "Għaldaqstant, il-parir jew is-suġġeriment ta' din in-naħa, ngħid għalija, hu li nistgħu nkunu qegħdin naqdu aħjar dawn il-funzjonijiet jekk minflok ma nneħħu l-kumitati kollha u namalgamawhom f'wieħed, insaħħu l-awtonomija ta' dawn il-kumitati diversi.", "Fil-fehma tiegħi, il-moniteraġġ għandu jimxi b'mod indipendenti mill-approvazzjoni tal-liċenzji, u l-infurzar għandu jimxi b'mod indipendenti mill-moniteraġġ u l-approvazzjoni tal-liċenzji.", "Issa jien m'iniex qed ngħid dan b'sens ta' kritika, imma qed ngħidu b'sens ġenwin biex insaħħu l-funzjoni vera tal-Awtorità u fid-dawl tal-kritika li saret fil-konfront ta' pajjiżna u fil-konfront tagħna lkoll, għal dak li għandu x'jaqsam mal-qafas regolatorju tal-awtoritajiet tagħna.", "Sur President, hemm element ieħor li jinkwetani iktar minn dan kollu.", "Jekk wieħed jara l-paragrafu ta' wara, dan jgħidlek li l-Kumitat Eżekuttiv li għandu dawn il-poteri kollha fi ħdanu jista' jiddelega l-poteri kollha tiegħu lill-Kap Eżekuttiv.", "Mela neħħejna l-kumitati u amalgamajna dawn il-funzjonijiet f'kumitat wieħed li suppost huwa responsabbli għal kollox, u dan meta jrid jiddelega kollox, jew uħud mill-affarijiet, lic-CEO.", "Jien naħseb li dan huwa perikoluż, għax qed noħolqu uffiċċju fi ħdan Awtorità li se jkun kważi omnipotenti jekk il-kumitat jagħżel li jagħmel din id-delegazzjoni.", "Nerġa' ngħid li b'risq it-trasparenza, b'risq li jkollna awtorità verament awtonoma u b'risq li jkollna awtorità li fid-dawl tal-kritika kollha li qed issir fil-konfront tagħna rridu nirreaġixxu u nuru li we are above it, irridu nsaħħu l-kunċett ta' checks and balances.", "Nerġa' ngħid li dan qed ngħidu b'sinċerità u mhux biex nagħmel il-ħsara.", "Sur President, jekk verament irridu nkunu konxji u sensittivi għall-bżonnijiet ta' dan is-settur, irridu nkunu nafu li dan is-settur għandu bżonn l-attenzjoni.", "Għandna nagħmlu minn kollox biex nipproteġu r-reputazzjoni ta' dan is-settur u ta' pajjiżna, iżda dan ma rridux nagħmluh billi ninjoraw il-kritika u billi nattakkaw lil min isemmi l-kritika, iżda billi nindirizzaw is-sors tal-kritika.", "Ejja flimkien nindirizzaw in-nuqqasijiet tagħna u tal-Awtorità li qed jagħtu lok għal din il-kritika biex ikollna Awtorità aktar b'saħħitha li fl-aħħar mill-aħħar igawdi minnha dan is-settur li huwa għal qalb iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, illum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li dan il-Gvern qiegħed jgħaddi fost diversi oħrajn li jolqtu s-settur tas-servizzi finanzjarji li huma tant importanti għal pajjiżna.", "Kienu diversi l-kelliema li tkellmu qabli li lkoll kemm huma elenkaw l-importanza li għandu dan is-settur.", "Biex wieħed ikun jista' jidħol fil-qafas ta' dan kollu, huwa tajjeb li naraw kif dan is-settur qiegħed jipprovdi għal madwar 11% tal-GDP, dak li ħafna minna nsejħulu l-kejk nazzjonali, li hu l-ħolqien tal-ġid li dan il-Gvern qiegħed jagħraf joħloq u jqassam b'mod tajjeb ħafna u ekwu bejn kulħadd.", "Huwa tajjeb li ngħidu li dan il-ġid li qiegħed jinħoloq u qiegħed jilħaq ammonti li qatt ma ntlaħqu qabel ġej ukoll minn setturi ġodda li qegħdin jinħolqu.", "Għaldaqstant, wieħed m'għadux jiddependi biss fuq xi settur partikolari, għax dan il-Gvern qiegħed ifittex niċeċ ġodda li nistgħu nimirħu fihom u nikbru bħala pajjiż ilkoll kemm aħna, biex b'hekk inkomplu nimxu 'l quddiem u l-ekonomija tagħna tkompli tiżviluppa u tibqa' żżomm ir-rata ta' tkabbir li qegħdin nidraw u li fis-snin l-imgħoddija forsi ħadd qatt ma ħolom li jistgħu jintlaħqu f'pajjiżna.", "Saħansitra kien hemm pajjiżi li spiċċaw jgħiru għal pajjiżna, imma dan se nżommu għal kumment politiku aktar tard fid-diskors tiegħi.", "Qegħdin niddiskutu emendi għall-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) li bla ebda dubju hija awtorità affidabbli u qiegħda twettaq ħafna xogħol li forsi xi kultant hemm min jieħdu for granted.", "Forsi kultant niffokaw fuq affarijiet kbar li jkunu fl-aħbarijiet, imbagħad nonqsu milli nirringrazzjaw lill-ħaddiema ta' din l-Awtorità u lill-ħaddiema tar-Reġistru tal-Kumpaniji li lkoll kemm huma qegħdin jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Hemm professjonisti, bħali l-ewwel wieħed, li niltaqgħu ma' dawn in-nies ta' kuljum, li nafu li allaħares m'hemmx dawn in-nies dedikati li jgħinuna nilħqu ċerti tragwardi biex inkomplu ngħollu 'l fuq isem pajjiżna.", "Huwa stat ta' fatt li fejn tidħol l-MFSA, ix-xogħol żdied ħafna matul dawn l-aħħar snin, għax din l-Awtorità llum il-ġurnata m'għandhiex x'taqsam biss mal-ftuħ ta' kumpaniji, imma qed ikollha x'taqsam ma' setturi ġodda varji, fosthom l-assigurazzjoni u s-sigurtà.", "Issa li qed jitfaċċaw setturi ġodda bħal blockchain u l-cryptocurrencies, din l-Awtorità ħadet ir-rwol tant importanti sabiex tkun tista' tgħin biex jiżviluppaw dan is-setturi ġodda għal pajjiżna.", "Rajt intervista interessanti ħafna li ġiet ippubblikata, jekk m'iniex sejjer żball ilbieraħ, fuq il-ġurnal Malta Today, li aktar tard nixtieq inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, mas-CEO il-ġdid tal-MFSA intitolata 'Supervising the Supervisors', li tgħinna nħarsu lejn l-MFSA minn lenti differenti.", "Huwa tajjeb li niddiskutu l-liċenzjar u l-proċessi li saru fejn jidħol il-Pilatus Bank, imma llum il-ġurnata nafu li l-mod kif imxiet l-MFSA fuq il-liċenzjar u l-investigazzjonijiet li saru fuq dan il-bank kienu tajbin u skont il-liġi.", "Ħalli nikkwota dak li qal s-CEO f'din l-intervista.", "Dan qal hekk:", "Hawnhekk għandna membri tal-Oppożizzjoni li kieku kien għalihom, qbadna u għalaqna dan il-bank mingħajr ma tajna kas x'jgħidu r-regolamenti u x'jgħidu l-liġijiet u mingħajr ma ttieħdu l-miżuri li kien hemm bżonn.", "Issa qegħdin naraw li l-MFSA imxiet b'mod tajjeb u llum il-ġurnata għandha xejn inqas minn 310 impjegati magħha.", "Allura meta wieħed jara li din l-Awtorità għandha dawn l-ammonti ta' impjegati u hemm il-ħsieb li bit-tfaċċar tal-Fintech u tal-cryptocurrencies jidħlu xejn inqas minn 150 impjegat ieħor f'din l-Awtorità, ikun jista' japprezza iżjed kemm din l-Awtorità hija importanti għal pajjiżna, awtorità li bla ebda dubju, ta' kuljum tiltaqa' ma' mijiet ta' klijenti.", "Meta wieħed f'dan is-settur finanzjarju jiltaqa' ma' klijent minn barra minn pajjiżna – għax illum il-ġurnata nafu kemm żdiedet ix-xewqa ta' barranin li jiġu jiftħu kumpaniji f'pajjiżna – qegħdin nipprovaw nagħtuhom l-aħjar servizz possibbli.", "Ħafna drabi meta klijent ikun irid jiftaħ kumpanija, il-proċess ikun maqsum fuq tlieta.", "Hawn se nitkellem fuq kumpaniji normali u mhux fejn jidħlu blockchain, fintech u cryptos, għax dak il-proċess għadu qed jiġi definit mir-rule book li se jinfetaħ.", "L-ewwel tibda bil-ftuħ tal-kumpanija ġdida mill-MFSA.", "Hawn irrid infaħħar ix-xogħol siewi li jsir fejn fi ftit jiem minn meta ddaħħal id-dokumenti, ikollok il-kumpanija miftuħa u lesta.", "Il-proċess ta' wara jkun dak li ġġib in-numru tal-VAT.", "Għalkemm għal darb'oħra jsir xogħol tajjeb ħafna mid-Dipartiment tal-VAT, nappella lill-Ministru biex iħares sew il-bżonnijiet tal-personnel li hemm fid-diversi dipartimenti tal-VAT biex dejjem nassiguraw li iktar ma jiżviluppa dan is-settur, iktar ma jikber u jimraħ, iktar ma jiżdiedu l-opportunitajiet u iktar ma nattiraw lejn pajjiżna nies b'ideat ġodda, ikollna nies adegwati f'dawn dipartimenti li jkunu kapaċi jinterpretaw tajjeb ir-regolamenti, ikunu jistgħu jiggwidaw lilna l-professjonisti – qed ngħid lilna, għax hawnhekk qiegħed nilbes il-kappell ta' professjonist u ta' membru parlamentari – u fl-istess waqt tkun tista' tingħata gwida lill-klijenti wkoll.", "Is-CEO tal-MFSA rrimarka wkoll li l-privat qiegħed jieħu l-maġġoranza ta' dawn in-nies li ħafna minnhom jingħataw pagi tajbin ħafna, imma sfortuntament meta jkunu jaħdmu mal-Gvern dawn l-istess nies ma jistgħux jieħdu l-istess tip ta' paga li jsibu mal-privat.", "Allura huwa ovvju li dawn in-nies se jmorru jaħdmu mal-privat.", "U x'qiegħed jiġri, Sur President?", "Qed ikollna s-settur privat jiġri 'l quddiem u ħafna drabi d-dipartimenti tal-Gvern ikunu jridu jlaħħqu miegħu, meta fl-opinjoni tiegħi għandu jkun bil-maqlub.", "Għandhom ikunu d-dipartimenti tal-Gvern li jkunu kapaċi jiftħu t-triq 'il quddiem, biex meta jiġu ideat innovattivi minn barra minn pajjiżna jkunu jistgħu jirregolaw dawn is-setturi ġodda.", "Minkejja dan, irrid nirringrazzja lid-diversi ħaddiema f'diversi dipartimenti tat-taxxa u tal-VAT għax-xogħol tajjeb li jagħmlu.", "It-tielet pass biex kumpanija tibda n-negozju tagħha jkun proprju l-ftuħ ta' kont bankarju.", "Hawnhekk jibdew il-problemi, għax nafu kemm il-banek Maltin huma konservattivi, tant li ħafna drabi meta ġġib klijent minn barra biex tiftaħlu kont ikollok iġġib dokumenti fuq dokumenti!", "M'hemm xejn ħażin jekk il-bank jitolbok referenza bankarja, passaport, karta tal-identità, jew CV, għax dawn huma kollha affarijiet tajbin, però ma nħossx li huwa ġust fuq il-klijenti u l-professjonisti li jkunu qegħdin jirrappreżentawhom mal-bank jibqgħu ma jingħatawx risposta għal diversi xhur.", "Jiġifieri meta ddaħħal applikazzjoni biex tiftaħ kont bankarju ta' kumpanija li għandha shareholders barranin tispiċċa tistenna x-xhur biex tingħata risposta, bil-konsegwenza li ċerti nies jispiċċaw jaqtgħu qalbhom biex jiftħu kumpanija u jibdew in-negozju tagħhom hawn Malta.", "Hawn min qed jipprova jagħti l-impressjoni li kont f'bank hawn Malta tiftħu kif ġieb u laħaq, però mhuwiex il-każ.", "Għalhekk nappella lil kull min jiġi hawnhekk jitkellem fuq dan is-settur biex ikun jaf verament x'inhi x-xena hemm barra u jkun jaf sew minn xiex jgħaddu l-barranin li jiġu hawn Malta biex jibdew negozju.", "Allura mbagħad waħedha tiġi l-mistoqsija jekk Malta hijiex tax haven, għax din smajnieha ħafna drabi!", "Dan l-aħħar qisu kulħadd sar jaf xi tfisser tax haven, qisu kulħadd sar professjonist f'dan il-qasam.", "Jien m'għandi l-ebda problema li jkun hemm min jesprimi l-opinjoni tiegħu, imma li jkollok min jesprimi l-opinjoni tiegħu daqslikieku jifhem iktar minn ħaddieħor, ikun tajjeb jekk iħares ftit lejn ċerti affarijiet.", "Pereżempju, is-sistema ta' tassazzjoni tagħna hija konformi mal-OECD u saħansitra kienet approvata mill-Kummissjoni Ewropea.", "Mela qegħdin naraw kif is-sistema tat-taxxa ta' pajjiżna kienet approvata saħansitra qabel ma pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea u llum il-ġurnata għandna nies minn diversi pajjiżi li għax forsi ma jaqbilx għalihom, qegħdin jipprovaw jattakkaw din is-sistema ta' taxxa li qed tattira lejn pajjiżna persuni li kieku ma kenux jitħajru jinvestu f'pajjiżna.", "Kieku forsi mingħajr dak id-dħul tal-Gvern, anke jekk huwa baxx, anke jekk fl-aħħar mill-aħħar jammonta għal 5%, jaf ma kenux ikunu qegħdin hawnhekk.", "Irridu ngħidu wkoll li s-sistema tat-taxxa tagħna kienet deskritta mill-PANA Committee bħala sistema li fiha hemm livell għoli ta' trasparenza li jgħodd għal kulħadd, xi ħaġa li wieħed ma setax jgħidha għal sistemi ta' taxxa ta' pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea.", "Allura hawnhekk inħoss li jkun tajjeb li nispjega kif taħdem din is-sistema tat-taxxa, anke fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet li smajt il-ġimgħa l-oħra f'dan il-Parlament minn diversi membri tal-Oppożizzjoni.", "L-ewwel netthija l-fatt li l-kumpaniji kollha hawn Malta jħallsu t-taxxa bir-rata ta' 35%.", "Jekk imbagħad jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet, ikun hemm tqassim ta' dividendi lejn ix-shareholders u jingħata r-refund li jkun japplika skont il-każ u skont iċ-ċirkostanzi.", "Ovvjament, dan wara li tkun saret applikazzjoni mal-International Taxation Unit, wara li tkun tħallset it-taxxa, u jekk ikun hemm, xi penali jew interessi.", "Irrid niġbed l-attenzjoni li kemm ilu li ħareġ il-Base Erosion and Profit Shifting Action Plan (BEPS), illum il-ġurnata m'għadux daqshekk faċli li wieħed jevadi t-taxxa billi jmur jiftaħ kumpanija xi mkien u jħallas it-taxxa kollha hemmhekk.", "Dan għax skont dan il-pjan jiddependi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, fejn il-kumpanija jkollha s-sustanza, dak li huwa magħruf bħala substance over form, fejn isiru l-board meetings tad-diretturi, u hemm regoli ċari dwar it-transfer pricing.", "Jiġifieri għal darb'oħra qegħdin naraw diversi liġijiet u frameworks li pajjiżna qiegħed jaqbel magħhom.", "Dan iġibni għall-attakk sistematiku li għaddej fuq pajjiżna bħalissa, li la hu għaddej fuq il-Partit Laburista, la hu għaddej fuq il-Gvern jew fuq il-Membri Parlamentari tal-Gvern, imma dan l-attakk għaddej fuq il-familji kollha Maltin u Għawdxin.", "Sur President, illejla smajt lil diversi membri tal-Oppożizzjoni, fosthom l-Onor.", "Kristy Debono li bdiet titkaża b'dak li qal il-Membru Parlamentari Ewropew Sven Giegold, meta qal li se jmexxi kampanja biex l-HSBC jitlaq minn Malta, għax skont hu għandu jitlaq minn Malta.", "Debono nistaqsiha fejn kienet meta kien hemm Membri Parlamentari Ewropej Maltin fuq quddiem biex jattakkaw lil pajjiżna!", "Nistaqsi wkoll lill-Membri tal-Oppożizzjoni x'se jagħmlu fuq il-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti li qegħdin jużaw kull fora possibbli fl-Unjoni Ewropea biex jattakkaw lil pajjiżna.", "Illejla kien hemm min qalilna li ma jeħux gost b'dawn l-attakki.", "Mela jekk ma jeħdux gost b'dawn l-attakki għalfejn qed iħalluhom isiru?", "Għalfejn hawnhekk qed nisimgħu mod, imbagħad imorru fil-Parlament Ewropew u jgħidu mod ieħor?", "Għalfejn hawn Malta qegħdin jiġu mistiedna ġurnalisti minn barra minn pajjiżna biex jattakkaw lil pajjiżna u jxerrdu ċerti xnigħat?", "Ixerrdu x-xnigħat u jekk xniegħa tkun fuq ċertu membru parlamentari jgħidu li hija vera, imbagħad għax ikun hemm xniegħa fuq persuna oħra, jgħidu li mhijiex vera.", "Skont il-kulur politiku!", "Taf x'naf ngħid jien, Sur President, li qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien hawn min qalilna li jekk jerġa' jkun elett Gvern Laburista, dan is-settur ser ikun qiegħed iżarma, imma minflok spiċċa biex żarma hu, għax il-futur politiku tiegħu ibbażah fuq gidba u fuq dokument li fih firem foloz.", "Illum il-ġurnata dan qegħdin narawh b'inkjesta maġisterjali iswed fuq l-abjad, u minn fuq, l-Onor.", "Simon Busuttil, biex ma jkollniex dubju għal min qiegħed nirreferi, ġie f'dan il-Kamra u qalilna li jemmen li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Ministru!", "Fil-verità jista' jemmen li jrid l-Onor.", "Jista' jemmen li filgħaxija tiġi t-tooth fairy u teħodlok is-sinna minn taħt l-imħadda!", "Forsi għadu jemmen fil-Father Christmas ukoll, imma aħna ta' din in-naħa tal-Kamra nagħżlu li nibbażaw kollox fuq il-fatti, u naf li hemm diversi membri min-naħa tal-Oppożizzjoni li qegħdin jagħżlu li jibbażaw il-politika tagħhom fuq il-fatti.", "Aħna nilqgħuh dan il-bdil fl-atteġġjament, għax irridu naraw Parlament magħqud li jaħdem favur pajjiżna.", "Aħna m'aħniex hawnhekk biex infittxu l-kontroversja politika, imma qegħdin hawnhekk biex infittxu l-ġid għal pajjiżna.", "Aħna qegħdin hawnhekk għax nemmnu li dan is-settur finanzjarju, li huwa tant importanti għal pajjiżna, għandna nibżgħu għalih, u bħalma kien hemm qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra sa mill-1995 meta tpoġġa fuq quddiem nett tal-aġenda, ejja nkomplu naqblu lkoll kemm aħna biex naħdmu favur tiegħu, settur li, sfortunatament, żgur u mhux forsi, hawn min irid jagħmlu ballun politiku.", "Hawn min qiegħed juża dawn il-ġranet biex jipproduċi dokumentarju wara l-ieħor u kien hawn min ħa l-opportunità u mar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni barranin biex ixerred dawk li llum il-ġurnata nafu li huma nofs veritajiet.", "Xi kultant tibda tiġi bejn ħaltejn minn fejn ġiet dik l-informazzjoni, għax Alla jbierek tibda tisma' ċerti nies jitkellmu, imbagħad tisma' nies oħra jitkellmu u tarahom jieħdu l-istess linja!", "Allura hawnhekk nistaqsi lill-Membri tal-Oppożizzjoni x'inhi l-linja uffiċjali tal-Oppożizzjoni li għandna llum, jekk hux dik li qed imexxu l-Membri Parlamentari Ewropej barra minn Malta, li qegħdin jużaw kull mezz possibbli biex jattakkaw lil pajjiżna, jew il-linja uffiċjali li smajna hawnhekk illejla li jafu li dan qed jagħmel il-ħsara lil pajjiżna u ma jeħdux gost b'dawn it-tip ta' kummenti.", "Jew l-Oppożizzjoni lanqas hi kapaċi tiddeċiedi fuq din, għax forsi mhijiex kapaċi tiġbed linja dwarha?!", "Allura nħeġġeġ lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex jiddeċiedu fejn qegħdin, għax fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq il-futur ta' persuna jew tnejn, imma qegħdin nitkellmu fuq eluf ta' familji u żgħażagħ.", "Kien sar sforz kbir biex jiżdiedu ż-żgħażagħ fl-Università li jistudjaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u llum dawn iż-żgħażagħ sabu posthom fid-dinja tax-xogħol f'dan il-qasam hekk importanti għal pajjiżna.", "Għalhekk żgur mhux forsi li dan mhuwiex qasam li wieħed għandu jipprova jagħmlu ballun politiku.", "Nagħlaq fuq dan l-appell lill-Kamra kollha.", "Nittama li niġbdu lkoll kemm aħna ħabel wieħed favur dan is-settur hekk importanti għal pajjiżna.", "Sur President, nitlob il-permess sabiex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' intervista mas-Sur Joseph Cuschieri, CEO tal-Malta Financial Services Authority, \"Supervising the supervisors\", li dehret fuq is-sit elettroniku fl-14 ta' Ottubru 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq nivverbalizza ftehim li sar mal-Onor.", "Robert Cutajar li fil-każ ta' dawn l-abbozzi se jsir l-istess kif konna għamilna f'żewġ abbozzi simili tal-istess Segretarju Parlamentari u se jiġu diskussi flimkien.", "Għaldaqstant, hemm qbil li d-diskussjoni li qed issir bħalissa mill-kelliema kollha tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni fuq dan l-Abbozz se tkopri wkoll id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma dan il-qbil.", "Fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa se tibda d-diskussjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni u nkomplu niddiskutu l-Abbozz li qed niddiskutu bħalissa.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 17 ta' Otturbu 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu;", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali; u", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà): Grazzi, Sur President.", "Illum xtaqt nitkellem fuq proġett fejn bħala Gvern ftit tal-ġranet ilu varajna għall-konsultazzjoni l-istrateġija għall-Kottonera u l-Kalkara.", "Bħala persuna li twelidt, trabbejt u għadni ngħix f'dawn in-naħat, meta nara xi ħaġa sseħħ f'dawn in-naħat inkun minn ta' quddiem li nipparteċipa.", "Naħseb li dan huwa proġett interessanti fejn qegħdin nitkellmu fuq reġjun f'Malta li għal ħafna snin tħalla fi stat ta' telqa u n-nies li jgħixu f'dawn in-naħat batew minn stigma, fejn għal ħafna snin kien hawn min forsi bi skop jew għal xi raġuni ħares lejhom minn lenti differenti.", "Jista' jkun li għax in-nies ta' dawn in-naħat dejjem kienu segwaċi tal-Partit Laburista, kien hemm min kellu l-interess li jħallihom lura u jħares lejhom b'mod negattiv, għalhekk għaddew minn ħafna żmenijiet diffiċli.", "Dawn in-naħat kienu magħrufa għan-negozju u għan-nies ta' professjoni, però fl-aħħar gwerra ħafna nies kellhom jitilqu minn hemm minħabba l-attakki feroċi li saru fil-viċinanzi tat-tarzna, u meta raw it-tkissir li kien hemm ma reġgħux ġew lura.", "B'konsegwenza ta' dan, il-proprjetajiet li baqgħu ma ġġarrfux kellhom kirjiet baxxi u ma tantx kienu mfittxija minn min seta' jsib dar f'lokalitajiet oħra.", "Sfortunatament, minn wara l-gwerra 'l hawn dawn in-naħat ġibdu lejhom nies bi dħul baxx li ġabu magħhom diffikultajiet u problemi soċjali.", "Għalhekk, dawn in-naħat kienu qed iħarsu lejhom bħala li ma mxewx maż-żmenijiet kif imxew lokalitajiet oħra.", "Naħseb li xi ħaġa li kienet tiddistingwina hi li minkejja dawn id-diffikultajiet u minkejja li xi kultant ikun hemm xi ftit piki minħabba l-festi, r-regatta u l-futbol, in-nies ta' dawn l-inħawi huma magħqudin u kulħadd jiġi minn xulxin.", "Minkejja li ħafna minn dawn il-familji huma miżżewġin f'xi lokal jew ieħor, huma kburin li ġejjin minn din in-naħa ta' Malta.", "Aħna qatt ma ċħadna jew ħbejna d-diffikultajiet li jeżistu f'dawn in-naħat, fejn għal numru ta' snin kien hemm l-akbar ammont ta' nies ifittxu impjieg u l-livell edukattiv ma tantx stajna niftaħru bih, għax kellna l-inqas ammont ta' studenti li jaslu sal-livell terzjarju u kien hemm konċentrazzjoni ta' problemi soċjali.", "Ma rridx niftiehem li l-problemi soċjali kienu jeżistu f'dawn in-naħat biss, iżda sfortuntament lanqas il-midja m'għamlet ġustizzja ma' dawn in-naħat.", "Matul l-aħħar snin saru ħafna tentattivi biex dawn in-naħat jimxu maż-żmenijiet.", "M'iniex ngħid li għal dawn in-naħat ix-xemx telgħet fl-aħħar ħames snin ta' Gvern Laburista jew se tkompli titla' issa li għandna din l-istrateġija, għax matul is-snin saru numru ta' proġetti u tentattivi biex dawn il-lokalitjiet jimxu 'l quddiem.", "Iżda minkejja dan kollu, jien ngħid li bil-mod kif saru l-proġetti ma kienx hemm ħidma kollettiva biex dan ikun jista' jseħħ.", "Huwa tajjeb li ngħid li fl-aħħar għaxar snin saret il-Marina tal-Kottonera li tat spinta lil dawn in-naħat, sar il-kumpless sportiv li għal ċertu żmien kien l-uniku kumpless sportiv fin-Nofsinhar ta' Malta, inbniet dar tal-anzjani biex taqdi l-bżonnijiet tan-nies ta' dawn in-naħat, nbniet SmartCity li għal numru ta' snin ma tantx kienet popolari u kellu jkun dan il-Gvern biex illum hija dik li hi.", "Komplejna l-proġett tal-Baċir Nru 1 li kien il-ħolma ta' ħafna anzjani, li minkejja li beda jitwettaq taħt Gvern Nazzjonalista, kellu jkun Gvern Laburista li wara ħafna torturi u wara li mietet persuna, lesta dan il-proġett.", "Għamilna wkoll l-Esplora li naħseb li hu wieħed mill-ikbar investimenti li saru fin-Nofsinhar ta' Malta.", "Riċentement il-Forti Sant'Anġlu nfetaħ għall-glorja li kien magħruf għaliha matul is-snin, u issa nfetħet ukoll l-American University of Malta.", "Dawn huma proġetti li minkejja li hemm min għandu l-interess li dawn in-naħat ma jimxux maż-żmenijiet, taw spinta 'l quddiem u llum ħafna qed iħarsu lejn il-Kottonera bħala lokalità li tista' tinvesti fiha u tmur tgħix f'dar li qabel ma kontx toħlom li teżisti f'dawn in-naħat.", "Illum ħafna barranin qed ifittxu dawn in-naħat biex jirtiraw jew biex isibu impjieg u jgħixu hemm ukoll.", "Jien ngħid li dan xorta mhuwiex biżżejjed u għad jonqos ħafna x'isir.", "Għalhekk naħseb li meta tara pajjiż għaddej minn tkabbir ekonomiku daqshekk kbir, li hu l-ikbar tkabbir fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, dan il-Gvern qed ivara strateġija għall-konsultazzjoni dwar dawn in-naħat li fihom storja kbira u li jisħoqqilhom ikomplu jimxu maż-żmenijiet.", "Din l-istrateġija għandha tliet objettivi prinċipali: Li naraw titjib f'dawn in-naħat, li dawn in-naħat jimxu 'l quddiem u li jkun hemm titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Hemm ukoll tliet miri ewlenin.", "L-ewwel mira hi l-kapital soċjali, fejn irridu naraw iktar żgħażagħ ikomplu bl-istudji tagħhom.", "Kif diġà għidt, dawn in-naħat kellhom l-inqas ammont ta' studenti li jattendu l-Università, u sfortunatament illum għad għandna l-istess sitwazzjoni, u għalhekk irridu naraw li l-istudenti li ġejjin minn dawn in-naħat ikomplu jistudjaw għax l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għal futur aħjar.", "Aħna rridu li n-nies ta' dawn in-naħat ikollhom titjib fil-ħajja tagħhom u jkollhom impjieg aħjar li jiġi permezz tal-edukazzjoni.", "Irridu naraw ukoll li inqas nies ikunu jiddependu mis-servizzi soċjali.", "Dan l-aħħar il-Gvern ħareġ numru ta' miżuri, fosthom is-sistema ta' tapering tal-benefiċċji soċjali fl-ewwel tliet snin għal min ikun ilu numru ta' snin jirreġistra għax-xogħol u jsib impjieg, flimkien mal-paga.", "Dan għen biex f'dawn in-naħat rajna tnaqqis ta' nies ifittxu impjieg.", "Tajna wkoll iċ-childcare b'xejn, li permezz tiegħu rajna ammont ta' nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Naħseb li dawn il-miżuri lin-nies ta' dawn in-naħat imbuttawhom biex jimxu 'l quddiem u l-ammont ta' dawk li qegħdin jaħdmu bi qligħ kompla jiżdied.", "Naħseb li dan hu l-mod kif inħajru aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol sabiex itejbulhom l-livell ta' għejxien u l-kwalità ta' ħajjithom.", "Objettiv ieħor huwa l-ambjent urban.", "Naħseb li jekk hemm xi ħaġa li tispikka f'dawn in-naħat – jien ngħidilha an unpolished gem – hija li l-Kottonera tant għandha valur storiku u tant għandha rikkezzi u ġojjelli storiċi li naħseb li b'daqsxejn aktar attenzjoni nistgħu ndawruha f'hub għat-turisti.", "Illum nafu li persentaġġ żgħir ħafna tat-turisti li jżiru Malta jżuru l-Kottonera.", "Ma jagħmlux dan mhux għax m'hemmx x'tara, jew għax m'hemmx siti storiċi, imma għax m'aħniex inbigħu l-prodott tajjeb.", "Naħseb li l-istrateġija trid tara kif tirrestawra l-unpolished gems li hemm fil-Kottonera.", "Fosthom insemmi l-linja tas-swar, il-Cottonera Lines, il-Palazz tal-Verdala li kien użat għall-priġunieri tal-gwerra, il-Margherita Lines, Fort Ricasoli li wara snin ta' abbandun jistħoqqilha attenzjoni mmedjata – huwa tajjeb li ngħid li hemmhekk għandna l-ikbar parade arena li teżisti fil-Mediterran li kienet tintuża mill-Ingliżi – u Forti Sant'Anġlu, li huwa ġojjell li hemm bżonn inpoġġuh fost l-attrazzjonijiet biex aktar turisti jersqu lejh.", "Hawn m'iniex nirreferi biss għat-turisti li ġejjin minn pajjiżi oħra, iżda hemm ħafna Maltin li sfortunatament qatt ma resqu lejn dawn in-naħat.", "Dan jorbot ukoll ma' affarijiet oħra.", "Niftakar li meta nbniet il-Marina tal-Kottonera, kellna l-kumitat konġunt tal-Kottonera u flimkien mal-kunsilli lokali ta' dawk in-naħat konna naraw li l-ambjent, il-livell edukattiv u l-kummerċ f'dawn in-naħat jimxi 'l quddiem.", "Meta tkellimna man-nies li investew f'dawk in-naħat kienu qalulna li l-ikbar problema li kellhom kienet dik tal-parkeġġ.", "Illum din il-problema għadha hemm, għax matul l-aħħar snin kompliet kibret, allura naħseb li għandna nimmiraw biex jinħoloq parkeġġ adegwat għal min jgħix f'dawn in-naħat u għal min jitħajjar iżurna.", "Aħna ngħidu li meta toħloq xi ħaġa biex iġġib il-ġid, tista' toħloqlok id-diffikultajiet ukoll.", "Meta nħolqot il-ferry li minn Bormla tieħdok għall-Belt, li saret popolari ħafna u sservi ta' mezz biex tnaqqas it-traffiku u biex ħafna nies fi ftit minuti minn Bormla jaslu l-Belt, ħolqot diffikultajiet ġodda għan-nies ta' dawn in-naħat.", "Dan għax ħafna min-nies li jagħmlu użu minn din il-ferry, filgħodu jmorru hemm u jipparkjaw – hekk għandu jkun u ejja nkomplu nżidu dan is-servizz – biex imorru l-Belt.", "Sfortunatament, dawn qegħdin jieħdu l-parkeġġ lil min jixtieq iżur dawn in-naħat u lil min jgħix f'dawn in-naħat, għalhekk waħda mill-isfidi li għandna quddiemna hija li noħolqu parkeġġ adegwat għall-Kottonera.", "Irrid ngħid li l-American University of Malta tat spinta ġdida lil dawn in-naħat, kemm fl-investiment fil-proprjetà kif ukoll min-nies li qed jersqu lejn dawn in-naħat biex ikunu parti minn dan il-proġett.", "L-aħħar mira għandha tkun dik ta' attrazzjoni kummerċjali.", "Naħseb il-Kottonera hija waħda mill-ftit lokalitajiet li gawdiet mit-turiżmu.", "Meta naraw l-ammonti kbar ta' turisti li jżuru lil pajjiżna, imma mbagħad is-sehem tal-Kottonera huwa daqshekk żgħir, irridu nagħmlu l-isforz tagħna biex inressqu aktar turisti lejn il-Kottonera li għandha ħafna x'toffri.", "B'riżultat ta' dan ikollna żieda fil-bars, restaurants u boutique hotels li għalkemm qed jiżdiedu, naħseb li hemm potenzjal biex ikollna ħafna aktar, għax dawn mhux biss iressqu lejna aktar nies u turisti, iżda jkunu wkoll mezz ta' ħolqien ta' impjiegi ġodda.", "Sur President, jien nemmen li n-nies ta' dawn in-naħat tant iħobbu dan ir-reġjun li minkejja li fih erba' lokalitajiet, għalina huwa reġjun wieħed u kulħadd iħares l-interessi tal-Kottonera.", "Għalhekk l-appell tiegħi hu li jkollna parteċipazzjoni sħiħa f'din il-konsultazzjoni.", "Aħna rridu li dak li se nkunu qegħdin inressqu 'l quddiem fil-ġimgħat li ġejjin inkunu nistgħu nwettquh flimkien għall-ġid tan-nies li jgħixu f'dawk in-naħat u għall-kumplament ta' Malta.", "Naħseb li l-Kottonera matul iż-żmien tant tat lil dan il-pajjiż li jistħoqqilha aktar attenzjoni biex nimxu maż-żmenijiet u n-nies ta' dawk in-naħat ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sur President, peress li l-ġimgħa d-dieħla l-Gvern se jressaq il-Baġit, kelli l-ħsieb li niġi hawn u nitkellem fuq il-proposti li wettaqt matul is-sena li għaddiet flimkien ma' sħabi bħala team wieħed u nsemmi il-wegħdiet li ġew implimentati, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-anzjanità attiva, kif ukoll mal-persuni b'diżabilità.", "Xtaqt nitkellem ukoll fuq id-diversi miżuri li ħadna li permezz tagħhom aktar nies qegħdin jgħixu aħjar għax tejjibnielhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom, però wara l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar, se jkolli nitkellem fuq il-ġustizzja u l-verità li dan l-aħħar tant smajna fuqhom.", "L-episodji li rajna fl-aħħar jiem ma jistgħux jitħallew għaddejjin mingħajr ma nikkummentaw fuqhom.", "Rajna wisq rabja mingħand nies onesti, nies tal-familja, nies li jbatu biex idawru l-ġurnata ta' kuljum.", "Fl-aħħar jiem iltqajt ma' diversi persuni li xtaquni nwassal il-messaġġ tagħhom f'din l-ogħla istituzzjoni demokratika tal-pajjiż, għalhekk fil-ftit ħin li għandi se nitkellem fuq il-ġustizzja, il-verità u d-diskorsi li smajna fl-aħħar jiem, ħalli nwassal l-espressjonijiet ta' dawk li qiegħed hawn biex nirrappreżenta.", "Dawn huma temi importanti u niżbaljaw jekk inħallu lil xi erba' min-nies li lanqas il-Partit Nazzjonalista m'għadu komdu bihom ipinġu xi stampa li ma teżistix.", "Hawn irrid nistaqsi fuq min saret l-ikbar inġustizzja fl-aħħar xhur u min kien il-vittma tal-ikbar gidba fil-politika Maltija riċenti.", "Ir-risposta hija ċara.", "Il-Prim Ministru, is-Sinjura tiegħu, uliedu, u l-ġenituri tiegħu.", "Kif rajna fl-aħħar jiem, il-gidba tal-Egrant ma kenitx unika, għax donnu hawn grupp żgħir ta' nies li jifformaw parti b'saħħitha mill-Oppożizzjoni li tpoġġi faċċata tagħna li jridu jagħmlu vendikazzjoni mill-poplu Malti u Għawdxi kollu, għar-raġuni li l-istess poplu b'saħħa għal darba, tnejn qalilhom: Ma rridkomx tibqgħu tmexxu lil pajjiżna!", "Qalilhom: Warrbu, għax dan il-pajjiż jixraqlu ħafna aħjar minnkom.", "Intom in-nies li bil-moħbi, minn wara dahar kulħadd, ħadtu f'butkom żieda ta' €500 fil-ġimgħa.", "Intom in-nies li bellajtulna kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin u għidtulna li se nidrawhom.", "Intom in-nies li għamiltu l-iskandlu taż-żejt.", "Intom in-nies li għaffiġtu kemm flaħtu u ma rridukomx aktar fit-tmun ta' pajjiżna, għax Malta hi għażiża wisq għalina biex nafdawha f'idejkom.", "Hekk qallhom il-poplu, u għax qallhom hekk mingħalihom iridu jsawtuh.", "Il-poplu qallhom: Intom in-nies li sraqtu lil pajjiżna u l-arroganza tagħkom ma fihiex limitu.", "Il-poplu tahom messaġġ ċar li ma jridhomx jibqgħu jmexxuh, imma dan il-messaġġ m'aċċettawhx u għalhekk ivvintaw gidba li jridu jibqgħu jippersistu fuqha.", "Sur President, jien ma niġix hawn nitkellem fuq x'naħseb jien, kif għamel reċentement l-ikbar tellief fil-politika Maltija u l-iktar politiku bitter li qatt rat din il-Kamra, imma niġi nitkellem hawn bil-fatti f'idejja.", "Jien qatt m'emmint li l-Egrant hi tal-Prim Ministru.", "Ma kelli bżonn l-ebda inkjesta biex inkun naf li min riedna npoġġuh bħala l-alla tal-ġurnaliżmu kien qed jigdeb!", "Kont naf, għax qabel dakinhar kienu diġà gidbu fuq persuni oħrajn.", "Mhux se nsemmi kemm hemm nies li suppost huma diġà mejtin, għax hekk inkiteb.", "Qabel dakinhar kienu diġà nkitbu stejjer li kont naf fiċ-ċert li ma kenux minnhom.", "Allura, kbira kemm kienet kbira din il-gidba, ma neħodhiex bi kbira li kienet parti minn komplott maħsub u maħdum, però llum qed inħossni kkonfortat li nista' niġi hawn u nitkellem bil-fatti, għax jekk hawn min irid inessi, se ngħidilhom jien x'kien fiha l-konklużjoni tal-inkjesta li kienet ippubblikata b'mod sħiħ fis-sajf li għadda mill-ewwel linja sal-aħħar full stop.", "Dawn huma l-istess konklużjonijiet li l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu, fil-programm Iswed fuq l-Abjad f'Lulju li għadda, qal li m'hemm xejn x'tista' tbiddlilhom, għax fihom kienu involuti esperti ta' fama u saru investigazzjonijiet madwar id-dinja; marru l-Panama, il-Belġju, Dubai, il-Ġermanja u l-Istati Uniti.", "Allura din tgħid ħafna affarijiet.", "Il-maġistrat jgħid li l-inkjesta sabet kontradizzjonijiet kbar bejn ix-xhieda li tat is-Sinj.", "Maria Efimova u s-Sinjura Daphne Caruana Galizia, li spiċċaw igiddbu lil xulxin, iżda aktar minn hekk, spiċċaw ma jaqblux mad-dikjarazzjonijiet tagħhom stess bejn xhieda u oħra quddiem il-Maġistrat.", "Hekk qal il-Maġistrat, imma min jitkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt, ma tantx jinteressah x'qal il-Maġistrat li hu stess iddikjara fiduċja fih.", "Il-konklużjonijiet tal-inkjesta mhux daqshekk biss qalu.", "Dażgur li le!", "Jingħad ukoll li d-dokument magħruf bħala Declaration of Trust li ttieħed għand il-Maġistrat kien analizzat darbtejn minn esperti fir-Renju Unit u nstab li l-firem li kien hemm fuqu kienu foloz.", "L-inkjesta dwar id-Declaration of Trust tgħid li huwa dokument falz magħmul minn xi ħadd li f'dan l-istadju għadu mhux magħruf.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni ġie jgħidilna li jrid il-kumplament tal-inkjesta ppubblikata.", "Aħna wkoll hekk irridu, iżda ladarba ddeċieda li jmur il-qorti s-Sur Kap tal-Oppożizzjoni, ikollu jieħu paċenzja u jistenna l-eżitu ta' dik li hi s-saltna tad-dritt.", "Aktar importanti minn hekk huwa l-fatt li anke student tal-iskola jgħidlek li jekk fil-konklużjoni l-Maġistrat jgħidlek li hemm dokumenti foloz, x'aktarx li fil-kumplament se jgħidlek kif wasal għall-konklużjoni li xi ħadd iffalsifika d-dokument.", "M'għandniex bżonn it-teatrini tal-Oppożizzjoni, għax il-fatti sagri hawn qegħdin.", "Il-kitba hija fuq il-ħajt!", "Il-Maġistrat qal li l-informazzjoni mpoġġija fuq dan id-dokument falz setgħet faċilment tinkiseb minn open source fuq l-internet.", "Sempliċi, issib ftit informazzjoni fuq Google u tibni storja!", "Hekk sar il-komplott tal-Egrant!", "Hekk ġiet imwielda l-ikbar gidba ta' żmienna fil-politika.", "Daqshekk kien bla skruplu min għamlu, però llum spiċċa ż-żmien tal-films, spiċċa ż-żmien li jkun hawn min ipoġġi bilqiegħda u jfassal storja li biha jipprova jweġġa' lin-nies u jżeblaħ lil pajjiżna.", "Naħseb li tiftakruh il-famuż filmat fejn bdew jiġru wara dak is-Sinjur iġorr il-bagalji.", "Il-Maġistrat investiga l-allegazzjoni li kien hemm min ħareġ id-dokumenti fil-bagalji bil-lejl mill-fergħa ta' bank partikolari, dak il-lejl li faqqgħet il-gidba tal-Egrant, u qal ċar u tond li segwa l-filmat tas-CCTV camera li hemm ġewwa l-ħin kollu, u dan ma rriżultalux.", "Qed insemmi din għax fakkritni kif ftit tal-jiem ilu l-Ministru Chris Cardona reġa' spiċċa vittma ta' stejjer mitmugħa minn ċerti Maltin lill-midja barranija.", "Qisu hawn ċerti nies li huma lesti li jagħmlu kollox basta jagħmlu l-ħsara lil pajjiżna, biex imbagħad ilbieraħ, fil-ġurnal The Malta Independent on Sunday ġie rrapportat li l-allegata telefonata minn individwu partikolari lill-Ministru Chris Cardona ma saritx.", "Dan kuntrarju għal dak li kienu allegaw f'gazzetti oħrajn bħal La Repubblica li minn dak li rrapportat jirriżulta li l-Malta Independent ġabet dan it-tagħrif min sorsi qrib l-investigazzjoni, u mhux biss dawk Maltin.", "Aktar tard se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-inkjesta tal-Egrant, kif ukoll il-gazzetta li tirrapporta din il-gidba fuq il-Ministru Cardona, biex jekk ikun hawn xi ħadd li jinteressah jara fiex kapaċi jaslu wħud min-nies li għandna quddiemna f'din il-Kamra, ikun jista' jara għall-affari tiegħu.", "Bħalma missirijietna kibru fl-ikbar gidba ta' żmienhom, meta kienu waħħlu f'Terinu li ħa ġurament falz, uliedna se jkunu qegħdin jikbru fl-istess ambjent fuq il-gidba tal-Egrant, bid-differenza li din kienet aktar sofistikata, aktar bla skruplu, maħsuba mhux biss biex tweġġa' individwu, imma biex tkisser ekonomija ta' pajjiż u biex tkisser pajjiż sħiħ.", "Mhux ta' b'xejn il-Maġistrat li investiga l-Egrant qal:", "\"Hemm verżjonijiet tant kontrastanti, iżda, agħar minn hekk, hemm oħrajn li kienu importanti u kruċjali għal din l-investigazzjoni li rriżultaw jew inkompatibbli ma' xulxin jew kompletament meruti bil-provi miġbura.\".", "Issa lil min għamel dan kollu nista' nsejjaħlu ħafna affarijiet jien u min jaf kemm indumu nargumentaw hawn ġew, għax meta nsejħulhom xi ħaġa, jiġu jgħidulna li kienet ġurnata sewda!", "Allura jien ngħid: Għalfejn se nsejjaħlu jien?", "Jagħtih it-titlu l-poplu.", "U aħna nħallu f'idejn il-poplu biex jiddeċiedi hu!", "Ilbieraħ il-Prim Ministru fil-Qala qal li hawn min għadu jemmen li d-dinja hija ċatta, iżda fil-verità x'issejjaħlu lil min jemmen li d-dinja hija ċatta?", "Aħna nħallu f'idejn il-poplu biex il-poplu jiddeċiedi hu.", "Issa li għandu l-fatti tal-konklużjoni tal-inkjesta, qed jara biċ-ċar li hemm pattern bejn ħaġa u oħra minn dan il-grupp ta' nies li dejjem jirrikorru għall-istess tattika.", "Allura meta jasal iż-żmien, aħna nerġgħu mmorru quddiem il-poplu b'serenità u nħallu lilu jiġġudika fuq dak li nkunu għamilna.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Konklużjonijiet Prinċipali tal-Inkjesta Maġisterjali dwar il-kumpanija Egrant Inc.; u", "Estratt mill-gazzetta The Malta Independent tal-14 ta' Ottubru, 2018 li turi l-artiklu \"No phone call between Pierre Darmanin and Minister Chris Cardona – investigation sources\".", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hi aġġornata għal nhar il-Erbgħa, 17 Ottubru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AMBJENT - TNAQQIS FL-ISPIŻA TAL-GVERN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux inkwetat bir-rapport li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li juru li s-sena li għaddiet l-ispiża tal-Gvern fuq l-Ambjent naqset b'€86 miljun, biex ġiet inqas minn dik tal-2012?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokument li qed jikkwota minnu, jiġifieri l-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) nhar it-30 ta' Jannar 2018, jindika b'mod ċar li meta wieħed jikkumpara n-nefqa ġenerali tal-Gvern fl-2016 ma' dik tal-2015 jirriżulta tnaqqis li kien dovut primarjament għall-fatt li fl-2015 ingħalaq il-Programming Period (2007-2013) tal-Fondi Ewropej.", "Għaldaqstant fl-2015 u fis-snin ta' qabilha kienu qed jingħalqu proġetti maġġuri ta' natura kapitali li riedu jitlestew u jitħallsu sal-2015.", "Minkejja li l-ħidma tal-Gvern baqgħet għaddeja b'ritmu mgħaġġel anke fl-2016, matul din is-sena ma kinitx teżisti r-realtà ta' daqstant proġetti maġġuri li mmaturaw f'daqqa.", "Irrid ngħid li taħt in-nefqa ambjentali kif ikkwotata mill-NSO hemm inklużi proġetti kbar bħall-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar u proġetti oħra bħall-Mechanical and Biological Treatment Plants.", "F'dan il-kuntest wieħed jifhem li, iktar minn tnaqqis fl-2016, matul il-perjodu li jsemmi r-rapport kien hemm spejjeż straordinarji matul is-snin ta' qabel, liema spejjeż ma setgħux jiġu replikati fl-2016.", "IMĦALLFIN – ŻIEDA FL-ETÀ TAL-IRTIRAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li din is-sena jipproponi li tiżdied l-età tal-irtirar tal-imħallfin?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-materja hija għall-kunsiderazzjoni.", "ŻONA TAT-TIEQA TA' WIED IL-MIELAĦ – SIT TA' NATURA 2000", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li jinbeda l-proċess biex iż-żona tat-Tieqa ta' Wied il-Mielaħ f'Għawdex tkun iddikjarata sit ta' Natura 2000?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-proċess fil-fatt diġà nbeda u l-ERA qed tagħmel il-kunsiderazzjonijiet teknici sabiex tkun tista' tinbeda l-konsultazzjoni pubblika meħtiega fil-futur mhux 'il bogħod.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PROĊESS GĦAL REVIŻJONI TAL-PJANI LOKALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu reveduti l-pjani lokali mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta' issues li huma ta' natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta' aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta' options differenti.", "PARK TAL-FAMILJA SANT' ANTNIN – ENVIRONMENT FRIENDLY CLEANING SERVICES", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern datata 13 ta' Frar 2018 (7/2013/44 Advert 5/2018) għal Environmentally Friendly Cleaning Services fil-Family Park ta' Sant'Antnin, jista' l-Ministru jispjega għala saret din is-sejħa u jindika kemm hu l-budget li l-Ministeru alloka għal dan is-servizz?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sejħa ta' Environmentally Friendly Cleaning Services fil-Family Park ta' Sant'Antnin ġewwa Marsakala hija għal 'period contract biex isir it-tindif tal-blokka amministrattiva, il-latrini pubbliċi u l-partijiet esterni ġewwa l-istess Park permezz ta' materjali, fejn applikabbli, li jirrispettaw l-ambjent.", "Il-budget allokat ghal dan is-servizz fuq perjodu ta' 12-il xahar huwa ta' €12,168.", "WIED IX-XLENDI: TINDIF - SEJĦA GĦALL-OFFERTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-sejħa għall-offerti (tender) biex jitnaddaf parti mill-Wied tax-Xlendi ġiet ikkanċellata?", "Tista' tgħid min ħa d-deċiżjoni li tiġi kkanċellata?", "Tista' tgħid jekk din it-tender hijiex se terġa' tinħareġ u, jekk iva, meta hu maħsub li ser isir dan it-tindif fil-Wied tax-Xlendi?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sejħa għall-offerti biex jitnaddaf parti mill-Wied tax-Xlendi ġiet ikkanċellata għax kienet over budget.", "Id-deċiżjoni biex tiġi kkanċellata s-sejħa għall-offerti ġiet meħuda mill-Evaluation Committee u kkonfermata mid-Departmental Contracts Committee.", "Din it-tender reġgħet ħarġet fit-2 t'Awwissu 2018 u għalqet fit-23 t'Awwissu 2018.", "Ix-xogħol mistenni jibda meta tiġi awarded it-tender.", "GĦAWDEX - PHARMACY OF YOUR CHOICE – FOND MINN FEJN JINGĦATA S-SERVIZZ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn is-servizzi tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) f'Għawdex ma għadhomx jingħataw minn ġewwa l-binja li kienet iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u li kellha tkun iċ-Child Development Centre f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex iżda beda jingħata minn binja li ġiet mikrija fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex?", "Jista' jgħid mingħand min ġiet mikrija din il-binja u kemm qed titħallas kera tagħha fis-sena?", "Kemm kienet l-ispiża biex ġiet irranġata din il-binja biex tintuża għal dan l-iskop?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizzi tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) f'Għawdex qed jingħataw minn uffiċċju sabiex il-klijenti tal-POYC ikunu jistgħu jinqdew minn lok aktar aċċessibbli u addattat għall-bżonnijiet tal-klijenti kif ukoll tal-ħaddiema.", "L-ispiża biex tranġat din il-binja sal-aħħar tal-Lulju kienet €33,903,13.", "BIĊĊERIJA TAX-XEWKIJA – SECURITY OFFICERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex f'dawn l-aħħar ġranet ġew ingaġġati security officers ta' kuntrattur privat fil-biċċerija fix-Xewkija, Għawdex meta sa ftit ilu dan ix-xogħol kien isir minn ħaddiema tal-Gvern?", "Tista' tgħid jekk dan is-servizz hux qed jiġi pprovdut mill-kuntrattur 24 siegħa kuljum u, jekk le, għal kemm-il siegħa kuljum qed jingħata?", "Tista' tgħid jekk saritx sejħa għall-offerti biex ingħata dan ix-xogħol lill-kumpanija privata u, jekk iva, meta ħarġet, kemm damet miftuħa u fejn ġiet ippubblikata?", "Interpellant li wara inċidenti li seħħu fil-biċċerija l-impjegati talbu li jkollhom aktar sigurtà.", "It-talba ġiet aċċettata.", "CHILD DEVELOPMENT CENTRE – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid x'tip ta' xogħol infrastrutturali nbeda f'dawn l-aħħar ġimgħat ġewwa l-binja li kienet iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u li kellha tkun Child Development Centre f'Tal-Ibraġġ ħdejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Saru l-applikazzjonijiet meħtieġa mal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Ħarġu l-permessi kollha meħtieġa?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u l-permessi approvati?", "Minn min qed isir ix-xogħol?", "Ħarġet tender għal dan ix-xogħol li qed isir?", "Meta ħarġet it-tender, fejn ħarġet u kemm damet miftuħa?", "Minn min qed ikun iffinanzjat dan ix-xogħol?", "Għal liema raġuni qed isir dan ix-xogħol?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa l-bini msemmi beda xogħol ta' renovar intenzjonat biex jakkomoda klassijiet tal-anotomija għal Barts Medical School.", "L-applikazzjoniet neċessarji għax-xogħol ta' renovar ġew sottomessi lill-awtoritajiet ikkonċernati u x-xogħlijiet li saru s'issa ma jeħtiġilhomx permess mill-Awtorita tal-Ippjanar.", "Ix-xogħlijiet qed jsiru minn kuntrattur li tqabbad minn Steward Malta u qed jiġi iffinanzjat minn l-istess Steward Malta.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX: IL-QORTIN – TĦAWWIL TA' SIĠAR U ARBUXELLI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mijiet ta' siġar u arbuxelli li jinsabu mħawla ġewwa l-ex miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex humiex qed jiġu msoqqija b'mod regolari u, jekk iva, kemm-il darba fil-ġimgħa qed jissaqqew matul is-sajf 2018?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bosta mis-siġar u arbuxelli li jinsabu mħawlin ġewwa l-eks miżbla f'Tal-Qortin, ix-Xagħra, Għawdex ġew imsoqqija mill-kuntrattur li ħawwilhom għall-perjodu ta' tliet snin s'Awwissu 2017, hekk kif kien stabbilit fit-tender, u dan sakemm laħqu l-maturità tagħhom li jkomplu jikbru b'mod naturali.", "MCCAA - KAŻIJIET TA' OVERBOOKING TA' TITJIRIET BL-AJRU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti d-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta' każijiet ta' overbooking ta' titjiriet bl-ajru u dan billi jelenka l-kumpaniji kkonċernati u n-numru ta' lmenti magħmula fir-rigward ta' kull kumpanija tal-ajru mill-bidu tal-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b'xahar?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li kien hemm żewġ ilmenti rreġistrati mal-MCCAA dwar denied boarding (overbooking) bejn Jannar 2018 u 30 ta' Settembru, 2018 skont Regolament APR261/2004.", "PROĠETTI ĠODDA - APPARTAMENTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, fil-preżent, liema huma l-proġetti l-ġodda li qegħdin fi stat ta' kostruzzjoni?", "F'liema lokalitajiet jinsabu?", "Għal liema kategorija qed jinbnew u kemm hemm appartamenti f'kull binja?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent għaddejjin numru ta' proġetti ġodda għall-bini ta' 687 appartament imferrxin ma' 16-il lokalità differenti.", "Il-proġetti li jinsabu fi stat ta' kostruzzjoni huma dawk li jinsabu, Birkirkara u s-Siġġiewi.", "Fil-lokalità ta' Birkirkara, se jinbdew 73 appartment, filwaqt li fil-lokalità tas-Siġġiewi se jinbnew 84 appartament ġdid.", "TLESTIJA TA' APPARTAMENTI ĠODDA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jkunu lesti u okkupati l-appartamenti l-ġodda?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-appartamenti l-ġodda mistennija li jkunu lesti fl-2021.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie elett il-Gvern fl-2017, kemm-il skema ġdida ħarġet l-Awtorità tad-Djar?", "Liema huma?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-2017 'l hawn l-Awtorità tad-Djar ħarġet ħames skemi ġodda.", "Dawn huma:", "· Skema ta' Sussidju tal-Kera mill-Privat;", "· Skema Restawr ta' Postijiet Battala biex jinkrew lill-Awtorità tad-Djar;", "AWTORITÀ TAD-DJAR - GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-Awtorità tad-Djar qed tgħin lil dawk li verament għandhom bżonn?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qiegħda tgħin lil dawk li huma ġenwinament fil-bżonn b'diversi servizzi, inizjattivi u skemi.", "L-iskemi li toffri l-Awtorità tad-Djar huma ;", "· Skema Irranġar u Titjib (ADP)", "· Skema għall-Persuni b'diżabilita` (DIS)", "· Skema Strutturi Perikolużi f'postijiet mikrija qabel Ġunju 1995 (SSP)", "· Skema ta' Sussidju tal-Kera mill-Privat (PRS)", "· Skema ta' Installar ta' Lifts fi Blokkijiet tal-Gvern (LFT)", "· Skema Għotja fuq l-Ewwel Residenza (GFR)", "L-Awtorità tad-Djar talloka wkoll appartamenti ta' akkomodazzjoni soċjali, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat permezz tal-iskema:", "· Skema Restawr ta' Postijiet Battala biex jinkrew lill-Awtorità tad-Djar (RVU)", "Skemi li jissupplixxu proprjetà tal-privat għall-skop ta' housing soċjali.", "L-Awtorità tad-Djar tagħmel ukoll u tiffinanzja x-xogħlijiet neċessarji fil-komun tal-proprjetà tal-Gvern flimkien ma' proġetti ta' manutenzjoni, tisbiħ u tiswija.", "WHITE PAPER DWAR IL-KERA - KONSULTAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min kien involut fil-White Paper dwar il-kera u ma' min kienet il-konsultazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-White Paper dwar il-kera kienet inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali bl-għajnuna tal-policy team fi ħdan l-istess Segretarjat.", "Diversi individwi u entitajiet ġew ikkonsultati fosthom;", " Aġenzija Żgħażagħ", " Alleanza kontra l-Faqar", " Customer Care, Ministeru għall-Familja, Sigurtà Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal", " Dar Papa Franġisku", " Dar Suret il-Bniedem", " Industrija ta' min iħaddem", " Industrija tal-Avjazzjoni", " Kamra tal-Periti", " Mid-Dlam għad-Dawl", " Parroċċi", " Sidien tal-kera", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħarġu biex jinċentiva lill-privat biex jgħin fis-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, permezz ta' żewġ skemi varati fl-2017 u l-2018, qiegħda tħajjar sidien ta' proprjetà battala jikruha għall-perjodu ta' 10 snin.", "Dawn l-iskemi huma:", "· Skema Restawr ta' Postijiet Battala biex jinkrew lill-Awtorità tad-Djar.", "Permezz tal-iskema Skema Restawr ta' Postijiet Battala, l-Awtorità tad-Djar tagħti għotja sa €25,000 għal xogħlijiet ta' restawr sabiex il-proprjetà battala tiġi rranġata u tinkera għal 10 snin bħala housing soċjali.", "Inċentiv ieħor taħt din l-iskema huwa li sidien iħallsu taxxa fuq id-dħul mill-kirja mħallsa lilhom mill-Awtorità tad-Djar bir-rata ta' 5% fis-sena.", "L-iskema 'Nikru Biex Nassistu' qiegħda toffri inċentiv li t-taxxa ta' 5% fuq id-dħul mill-kirja mħallsa lis-sidien mill-Awtortà tad-Djar qiegħda titħallas direttament mill-Awtorità tad-Djar.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA BIL-LINGWA TALJANA MISLUFA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Taljana li jinsabu fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi tagħna tul dawn l-aħħar erba' snin?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta' informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017.", "Infurmat ukoll li n-numru ta' ebooks bil-lingwa Taljana li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2018 kien ta' 29.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA BIL-LINGWA FRANĊIŻA MISLUFA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Franċiża li jinsabu fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi tagħna, tul dawn l-aħħar erba' snin?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta' informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017.", "Infurmat ukoll li n-numru ta' ebooks bil-lingwa Franċiża li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2018 kien ta' 23.", "RAĦAL ĠDID: ĠNIEN DUMINKU MINTOFF - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid preżentement x'xogħol qiegħed isir mill-Ministeru tiegħu fi Ġnien Duminku Mintoff f'Raħal Ġdid?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI - KOTBA BIL-LINGWA ĠERMANIŻA MISLUFA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba bil-lingwa Ġermaniża li jinsabu fil-katalgu tal-libreriji pubbliċi tagħna tul dawn l-aħħar erba' snin?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat minn Malta Libraries li s-sistema preżenti għalissa ma tipprovdix it-tip ta' informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-snin bejn l-2014 u l-2017.", "Infurmat ukoll li n-numru ta' ebooks bil-lingwa Ġermaniża li ġew mislufa minn Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2018 kien ta' 9.", "RAĦAL ĠDID: ĠNIEN DUMINKU MINTOFF - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid preżentement x'xogħol qiegħed isir mill-Ministeru tiegħu f'Ġnien Duminku Mintoff f'Raħal Ġdid?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzoni għadha qed tinġabar.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW MILL-MINISTERU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-Ministeru tul dawn l-aħħar erba' snin u jista' jindika l-iskala tagħhom?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.", "POSTIJIET PRIVATI U ĦWIENET UŻATI GĦAL SKOP TA' PROSTITUZZJONI - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li ippermettiet ħanut, alloġġ, lukanda jew appartament privat biex jiġi wżat bħala post ta' laqgħa għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 9 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jgħid kemm-il każ kien jirreferi għal ħanut, kemm-il każ kien jirreferi għal alloġġ, kemm-il każ kien jirreferi għal lukanda, kemm-il każ kien jirreferi għal appartament privat u jindika f'liema lokalità kienu jinsabu?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab informat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm każ wieħed fejn persuna tressqet il-Qorti fuq ksur tal-artikolu 9 tal-Kap.", "63 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Din hi l-istess persuna li tressqet ukoll fuq akkużi relatati mal-mistoqsijiet 7039 u 7042.", "KIRI/UŻU TA' DAR JEW FOND UŻAT GĦAL SKOP TA' PROSTITUZZJONI - PERSUNI MRESSQA L-QORTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata li tat b'kiri jew ippermettiet l-użu ta' dar jew fond għal skop ta' prostituzzjoni jew għal skopijiet oħra immorali bi ksur tal-artikolu 10 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jindika f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar jew fondi?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm każ wieħed fejn persuna tressqet il-Qorti fuq ksur tal-artikolu 10 tal-Kap.", "63 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Din hi l-istess persuna li tressqet ukoll fuq akkużi relatati mal-mistoqsija 7039 u 7041.", "POSTIJIET PRIVATI U ĦWIENET UŻATI GĦAL SKOP TA' PROSTITUZZJONI AVVIŻ MILL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA DWAR ŻGUMBRAMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il avviż bil-miktub tal-Kummissarju tal-Pulizija biex sid jew persuna li għandha l-amministrazzjoni ta' dar jew lokal ieħor ta' proprjetà u li huma wżati għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali, jieħu l-passi meħtieġa quddiem il-Qorti għall-iżgumbrament tal-persuni li jkunu qegħdin joqogħdu f'dak il-fond skont dak li jipprovdi l-artikolu 12 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata li naqset milli tieħu l-azzjoni mitluba mill-Kummissarju tal-Pulizija, kemm-il persuna nstabet ħatja, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel, ta' liema nazzjonalità kienet il-persuna u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' jindika f'liema lokalità kienu jinsabu d-djar jew proprjetà oħra?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda każ fejn ħareġ avviż bil-miktub tal-Kummissarju tal-Pulizija biex sid jew persuna li għandha l-amministrazzjoni ta' dar jew lokal ieħor ta' proprjetà u li huma wżati għal skop ta' prostituzzjoni jew skopijiet oħra immorali jieħu l-passi meħtieġa quddiem il-Qorti għall-iżgumbrament tal-persuni li jkunu qegħdin joqogħdu f'dak il-fond skont dak li jipprovdi l-artikolu 12 (1) tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta) fil-perjodu indikat minnu.", "POSTIJIET PRIVATI U ĦWIENET UŻATI GĦAL SKOP TA' PROSTITUZZJONI AVVIŻ MILL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA DWAR GĦELUQ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ordni ta l-Kummissarju tal-Pulizija biex dar, ħanut, alloġġ, lukanda, appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sa ma l-Qorti tagħti sentenza skont dak li jipprovdi l-artikolu 13 tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien jirreferi għal dar, kemm-il każ kien jirreferi għal ħanut, kemm-il każ kien jirreferi għal alloġġ, kemm-il każ kien jirreferi għal lukanda, kemm-il każ kien jirreferi għal appartament, kemm-il każ kien jirreferi għal fond ieħor u jindika f'liema lokalità kienu jinsabu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm 19-il okkażjoni fejn intalbet ordni tal-Kummissarju tal-Pulizija permezz tal-Prosekutur biex dar, ħanut, alloġġ, lukanda, appartament jew fond ieħor jinżammu magħluqa sa mal-Qorti tagħti sentenza skont dak li jipprovdi l-artikolu 13 tal-Kap.", "63 tal-Liġijiet ta' Malta li ġew milqugħa.", "Dawn kienu kollha ħwienet u fil-lokalitajiet indikati fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ORDINANZA DWAR IL-QIRDA TAL-KUMMERĊ FIL-PROSTITUZZJONI – TĦASSIR TA' LIĊENZJI MILL-QORTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f'kemm-il każ il-Qorti ħassret liċenza dwar xi lukanda, alloġġ, ħanut jew fond ieħor jew ta' liċenzja tas-sewqan tal-ħati jew liċenzi oħra f'każ ta' kundanna għal reati taħt tal-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar każijiet fejn il-Qorti ħassret liċenzja dwar lukanda, alloġġ, ħanut jew fond ieħor jew ta' liċenzja tas-sewqan tal-ħati jew liċenzji oħra f'każ ta' kundanna għal reati taħt l-Ordinanza dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Prostituzzjoni (Kap. 63 tal-Liġijiet ta' Malta).", "PORTIJIET MALTIN - DĦUL TA' BASTIMENTI ĊINIŻI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu bastimenti Ċiniżi fil-portijiet Maltin mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jagħti l-isem ta' kull wieħed mill-bastimenti u jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili?", "Jista' jgħid ukoll f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi u kemm dam?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn 2013 u t-2 ta' Ottobru 2018 f'Malta daħlu bastimenti navali Cinżi kif indikat f din it tabella hawn taħt:", "L-informazzjoni dwar f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi mhix fil-kompetenza ta' dan il-Ministeru.", "KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA - ĦRUĠ TA' AGGRESSURI MINN DJAR TAL-VITTMI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6629, jista' l-Ministru jgħid għaliex tagħrif tant importanti ta' kemm ħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta' vjolenza domestika ma tinżammx mill-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li għalkemm tagħrif ta' kemm ħarġu aggressuri mid-djar tal-vittmi ta' vjolenza domestika huwa importanti, bħalma hu importanti tagħrif fuq diversi materji oħra li jintalbu permezz ta' interpellanzi, dan it-tagħrif qatt ma kien jinżamm taħt forma kompjuterizzata fis-sistema nazzjonali tal-Pulizija.", "Għalkemm din tiġi upgraded regolarment, mhux possibbli li tkopri kull informazzjoni li tiġi mitluba.", "Infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni jrid isir eżami manwali li jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi, u peress li ma teżistix din il-kategorija fis-sistema, il-figuri jista' ma jkunux veritieri.", "Madankollu infurmat li qed isiru arrangamenti biex jekk ikun possibbli fil-futur tidħol kategorija ta' din ix-xorta fis-sistema nazzjonali tal-Pulizija.", "IIP - KONTRIBUZZJONIJIET", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal kif intefqet is-somma ta' €430 miljun li ġew mill-fondi għall-kontribuzzjonijiet tal-IIP?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KORSIJIET TAL-FIRST AID", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-kors tal-First Aid isir obbligatorju fl-iskejjel sekondarji?", "Kemm hemm għalliema u LSEs li għandhom taħriġ fl-Ewwel Għajnuna?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-istudenti tas-suġġett VET Health and Social Care jingħataw il-kors tal-First Aid.", "S'issa l-istudenti l-oħra ma jingħatawx dan il-kors.", "Il-maġġoranza tal-iskejjel sekondarji jistiednu lill-għalliema tal-Health & Safety sabiex jagħtu dan it-taħriġ fuq erbat ijiem.", "Ta' min jgħid li dawn l-għalliema tal-Health & Safety huma akkreditati li jistgħu jagħtu dan it-taħriġ mill-Malta Red Cross.", "Fl-iskejjel tal-Istat għandna 165 edukatur kwalifikati bħala First Aiders.", "Infurmat iżda, li hemm aktar edukaturi li huma kwalifikati bħala First Aiders minħabba li jkunu għamlu l-kors fil-ħin personali tagħhom.", "Dawn l-edukaturi ma jkunux infurmaw lid-Dipartiment li jkollhom tali kwalifika minħabba li mhumiex obbligati jagħmlu dan.", "CT SCAN, MRI U PET SCAN - SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-investigazzjonijiet li saru fis-sena 2017 ta' CT Scan, MRI u PET Scan, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tiġih tiswa lill-Gvern kull CT scan, MRI u PET scan?", "Jista' jgħid kemm kienu dawk li twettqu l-MDH, GGH u fil-privat bħala PPP?", "Jekk xi wieħed minn dawn l-investigazzjonijiet ingħatat lill-privat, x'kienet ir-raġuni?", "Kemm hu l-prezz imħallas mill-Gvern meta jingħata lill-privat?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalma jaf tajjeb hu, l-ispejjeż mitluba minnu huma ta' natura kummerċjali.", "Matul l-2017 fis-servizz tal-Gvern saru 23,307 MRI's li minnhom 64 saru fil-privat, CT Scans saru 37,837 u ma kien hemm l-ebda CT Scan li sar fil-privat, filwaqt li PET Scans saru 1,731 li minnhom 47 saru fil-privat.", "Ninfurmah ukoll li fl-2012 fl-aħħar sena ta' amministrazjoni Nazzjonalista, f'sena sħiħa kienu saru biss 8,580 MRI's,CT Scans 21,882 u PET Scan 1.", "ŻGĦAŻAGĦ TA' TAĦT IT-18-IL SENA - KONĊEPIMENT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li l-età taħt it-18-il sena hi meqjusa bħala minuri iżda dan ma jfissirx li din il-kategorija ma jistgħux jingħataw drittijiet ċivili li jkabbar youth empowerment, minkejja li l-ġenitur jibqa' obbligat iħares l-interessi ta' uliedu, kif ġara fil-każ ta' konsulta medika u fl-età tal-kunsens għas-sess, u peress li meta sar l-Abbozz dwar id-donazzjoni tal-organi, ċelloli u tessuti, l-età kienet ġiet stabbilita għal 18-il sena (sperma u ova ġew esklużi), jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk meta niġu għal donatur ta' sperma jew ova hemmx ħsieb li l-wild għandux ikun jaf li hu ġie ikkonċepit f'dan il-mod qabel l-età ta' 18-il sena?", "Jista' jgħid jekk sarx studju?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Artiklu 7 tal- Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, Kap. 524 jispeċifika li \"d-dokumenti mediċi li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-wild u l-identità tad-donatur jew tal-persuni li minnhom ikun oriġina embrijun adottat għandhom ikunu aċċessibbli għall-wild konċepit miċ-ċelloli germ line tal-imsemmi donatur jew meta l-wild jagħlaq it-18-il sena jew, bil-kunsens tal-Awtorità, f'xi stadju qabel f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-ħajja jew is-saħħa tal-wild li twieled minn dawk iċ-ċelloli germ line qiegħda fil-periklu.\".", "L-età ta' 18-il sena hija mfassla fuq l-età ta' addozzjoni.", "Ninfurmah ukoll li l-ġenituri prospettivi huma liberi li jinfurmaw lill-wild li twieled minn proċeduri medikament assistiti bl-użu ta' donatur.", "Hija l-identità tad-donatur li tingħata lill-wild ta' 18 il-sena jekk hu jfittex li jsir jafha mingħand l-Awtorità.", "NAZZJONIJIET MAGĦQUDA – PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbdew proċeduri fin-Nazzjonijiet Magħquda biex:", "a. jittieħdu prekawzjonijiet speċjali meta gżejjer stati żgħar jiffaċjaw eskalazzjoni ta' persuni li jfittxu l-ażil;", "b. jiġu limitati t-talbiet ta' min ifittex l-ażil għal wieħed li jkun ibbażatat fuq safe UN signatory country u mhux għażla ta' pajjiż?", "CARMELO ABELA: Fl-istituzzjonijiet internazzjonali Malta dejjem taħdem favur soluzzjoni globali għal sfidi globali.", "Fil-fatt, kif elenka l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu lin-Nazzjonijiet Magħquda, hi meħtieġa l-għaqda, il-komunikazzjoni fostna u l-ftehim biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum il-ġurnata.", "B'hekk biss, permess ta' front magħqud, ikollna ċans ikbar li nħollu l-kobob li jeżistu.", "Malta temmen li dawk li qed jagħlqu l-bibien għad-diskussjoni qegħdin biss jistħajlu li xi kwistjonijiet jistgħu jaħarbu minnhom, u pajjiżna żgur mhux wieħed minnhom.", "Minbarra hekk, iżda, il-Ministeru tiegħi mhux informat bl-ebda proċeduri fin-Nazzjonijiet Magħquda kif indikat mill-Onor.", "SENTENZA TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI RIGWARD KAŻ", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, deċiża fil-5 ta' Ottubru 2018, jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna li bħala l-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija jerfa' r-responsabbiltà politika għal dak li ġie deċiż u ċjoè li kien u hemm ksur tal-artikolu 2 u 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem meta l-Assistent Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll ingħata l-inkarigu li jinvestiga l-qtil tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kuntrarju għal dak allegat minnu, il-Qorti Kostituzzjonali ma sabitx ksur tal-Artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Sadanittant nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija li ħareġ il-Gvern ftit minuti wara din is-sentenza.", "KORP TAL-PULIZIJA – ĦLAS TA' OVERTIME", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħlas ta' overtime fil-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2017 kollha u kull xahar fis-sena 2018 minn Jannar sa Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-ħlas ta' overtime fil-Korp tal-Pulizija għas-snin 2017 u sa Settembru 2018, maqsum xahar b'xahar kien kif jidher hawn taħt:", "KORP TAL-PULIZIJA – ĦLASIJIET TA' EXTRA DUTIES", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ħlasijiet ta' extra duties lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis sena 2017 xahar b'xahar, u kemm saru ħlasijiet ta' extra duties xahar b'xahar minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-ħlasijiet ta' extra duties li saru lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis-snin 2017 u 2018 sa Settembru, xahar b'xahar għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - PERSUNI DETENUTI LI GĦADDEJJIN BI PROĊEDURI FIL-QORTI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement detenuti fil-ħabs li għadhom għaddejjin bi proċeduri l-Qorti u li fil-konfront tagħhom għad ma hemmx sentenza definittiva?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament hemm 179 persuna detenuti fil-ħabs li għadhom għaddejjin bi proċeduri bil-Qorti u li fil-konfront tagħhom għad m'hemmx sentenza definittiva.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PERSUNI LI QED ISERVU SENTENZA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed iservu sentenza ta' ħabs?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, hemm 403 persuni li qed iservu sentenza ta' ħabs.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - NISA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin xahar b'xahar minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' priġunieri nisa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin minn Jannar 2018 sa Settembru 2018 huwa kif indikat:", "APPLIKAZZJONI GĦALL-POST TAL-GVERN – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li ssir inspection fuq id-dar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-Gvern peress li hija għandha kera tal-privat ta' aktar minn €400 fix-xahar?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-ġranet li għaddew sar kuntatt mal-applikanta.", "PONT TAL-MISTRA – XOGĦOL", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti u kemm sewa x-xogħol li sar fl-aħħar xhur fuq il-Pont tal-Mistra u fl-istess waqt ipoġġi r-rapporti tal-perit fejn allura ċċertifika li l-perikli li seta kien hemm, issa ġew issorpassati?", "IAN BORG: It-tiswijiet u r-restawr tal-pont tal-Mistra, li minn fuqu tgħaddi t-triq ewlenija li twassal għall-Mellieħa u għall-port tat-trasport lejn Għawdex, inbena fl-1884, tkabbar darbtejn fis-snin għoxrin u fis-snin ħamsin, iżda tħalla mingħajr manutenzjoni meħtieġa għal għexieren ta' snin.", "Wara li bdew studji dwar ix-xogħol meħtieġ biex dan il-pont jiġi rrestawrat, f'April li għadda l-esperti internazzjonali imqabbda biex jgħinu lill-periti ta' Infrastructure Malta talbu biex parti mit-triq ta' fuq il-pont tingħalaq mill-ewwel, minħabba l-periklu li ċċedi.", "Ix-xogħol meħtieġ beda mill-ewwel, f'April stess.", "F'din il-ħidma, il-ħitan tal-ġenb tal-parti l-aktar antika tal-pont, li fuqha hemm il-korsija mix-Xemxija għall-Mellieħa, inħattu u nbnew mill-ġdid fuq pedamenti aktar adegwati.", "Dawn ix-xogħlijiet neħħew il-periklu li din il-parti tal-pont tikkrolla, u għalhekk it-triq setgħet tinfetaħ mill-ġdid.", "Fl-istess waqt, il-wiċċ tat-triq tranġa b'asfalt ġdid u ġiet installata sistema ġdida ta' crash barriers għal aktar sigurtà għal dawk li jivvjaġġaw f'din ir-rotta.", "Dan ix-xogħol inizjali sabiex il-pont tal-Mistra jitranġa u jissaħħaħ tlestew fi ftit ġimgħat, qabel beda s-sajf, meta din it-triq tibda tintuża ferm aktar minn żminijiet oħra tas-sena.", "Fl-istess waqt, l-istudji tekniċi dwar ir-restawr tal-kumplament tal-istruttura għadhom għaddejjin bl-għajnuna tal-esperti tekniċi internazzjonali, sabiex ix-xogħol ikun jista' jkompli għaddej.", "S'issa investejna aktar minn €180,000 fit-tiswijiet u restawr ta' dan il-pont.", "Ir-rapporti tekniċi tax-xogħlijiet li saru u tal-programm ta' restawr u manutenzjoni kontinwa li dan il-pont jeħtieġ biex nibqgħu nużawh fis-snin li ġejjin jiġi ffinalizzat meta jintemmu l-istudji kollha.", "TRIQ LI TAGĦTI MIX-XEMXIJA GĦAT-TELGĦA TAL-MELLIEĦA - TARMAK", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raguni li fit-triq li tagħti mix-Xemxija għat-telgħa tal-Mellieħa ngħataw biss partijiet minnha bit-tarmak meta fil-fatt jirriżulta li baqa' żoni fl-istess triq li għadhom qed jikkawżaw periklu għas-sewwieqa u ħsarat għall-vetturi li jgħaddu mill-istess triq minħabba l-ħofor li għadhom hemm?", "IAN BORG: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7180, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-passat, it-triq indikata qatt ma nbniet b'pedamenti adatattati u b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għad-domanda tal-istess triq.", "Fl-istess waqt, hemm diversi servizzi taħt il-livell tat-triq li jeħtieġ jinbidlu qabel ma' tkun tista' tinbena mill-ġdid bl-istess mod li qed naraw f'toroq arterjali oħra li fihom qed issir qabża 'l fuq fil-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà.", "Filwaqt li dan ix-xogħol jinsab fil-pjanijiet futuri ta' Infrastructure Malta, qabel is-sajf li għadda nħass il-bżonn li partijiet mit-triq jiġu rranġati b'mod temporanju waqt ħidma ta' titjib tar-rotot li jwasslu għal postijiet popolari tas-sajf.", "Dan ix-xogħol sar biss f'dawk il-partijiet tar-rotta bejn il-bajja tax-Xemxija u l-Mellieħa li l-aktar li kellhom ħsarat.", "Infrastructure Malta qed tkompli taħdem sabiex fiż-żmien li ġej isir aktar investiment infrastrutturali f'din it-triq u sabiex eventwalment jissolvew id-diffikultajiet ikkawżati mit-telqa u nuqqasijiet oħra tal-passat.", "TA' MASRIJA U L-BYPASS TAL-MELLIEĦA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati ma' PC 42/15 b'rabta maż-żona Ta' Masrija u l-Bypass tal-Mellieħa?", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari 6645 tas-Seduta 137.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika preżentement lil min tgħajjat il-binja fil-Mellieħa magħrufa bħala \"Ir-Razzett tax -Xjaten\" u jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qattx talab lid-Dipartiment tal-Artijiet biex dan is-sit jiġi devolut lilu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proprjetà magħrufa bħala \"Ir-Razzett tax-Xjaten\" hija mikrija għand terzi.", "L-Awtorità tal-Artijiet ma kellha ebda talba mingħand ebda entità għal devoluzzjoni.", "FORTI CAMPBELL FIL-LIMITI TA' SELMUN – TALBIET/INTERESS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet/interess minn entitajiet privati jew għaqdiet mhux governattivi lid-Dipartiment tal-Artijiet dwar il-binja magħrufa bħala Forti Campbell li tinsab fil-limiti ta' Selmun?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2010 saret talba minn għaqda non-governattiva permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport sabiex l-inħawi ta' Fort Campbell jintużaw bħala Airsoft Range.", "Fl-2014, id-Dipartiment tal-Artijiet irċieva rikjesta minn entità privata għal dettalji dwar tas-sit u dwar il-possibbiltà li Forti Campbell tiġi devoluta lilhom.", "IL-MELLIEĦA – APPLIKAZZJONI GĦALL-BINI TA' LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika f'liema stadju waslet l-applikazzjoni (PA 5909 / 17) ta' bini ta' lukanda u appartamenti fil-Mellieħa fiż-żona li tinsab bejn Triq il-Kbira, Triq il-Fortizza u Triq in-Nases?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kien hemm oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni u jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kienx wieħed minn dawk li formalment ressqu oġġezzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni (PA5909/17) ġiet validata fit-13 ta' Lulju, 2018 u għaddiet mill-ewwel fażi ta' konsultazzjoni fejn irriżulta li jeħtieġ aktar informazzjoni kif ukoll emendi tal-pjanti.", "Għaldaqstant, l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tistenna s-sottomissjonijiet rikjesti biex b'hekk tkun tista' tgħaddi għat-tieni fażi ta' konsultazzjoni.", "Matul il-konsultazzjoni pubblika l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet erba' rappreżentazzjonijiet li tinkludi waħda f'isem il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.", "POLITIKA NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2015 – 2020?", "Xi twettaq s'issa minn din il-politika nazzjonali?", "EVARIST BARTOLO: B'referenza għal din il-mistoqsija dwar xi twettaq s'issa mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2015 - 2020, l-informazzjoni dettaljata dwar dawn imsemmija hawn taħt tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti:", "Pjan ta' Azzjoni 1 - Spazji ġodda fil-komunità lokali għaż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.", "Pjan ta' Azzjoni 2 - Sensibilizzazzjoni, nisimgħu u nappoġġjaw il-vuċijiet taż-żgħażagħ.", "Pjan ta' Azzjoni 3 - Inizjattivi għall-impenn attiv, l-empowerment u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.", "SENTENZI TA' SIGĦAT XOGĦOL FIL-KOMUNITÀ MOGĦTIJA MILL-ĠUDIKATURA", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta' sigħat xogħol fil-komunità ngħatat mill-ġudikatura f'dawn l-aħħar ħames snin?", "X'tip ta' xogħol twettaq mill-akkużati u f'liema lokalità sar dan ix-xogħol?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PERSUNI LI JIKKWALIFIKAW GĦALL-GĦAJNUNA LEGALI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jikkwalifikaw għall-għajnuna legali?", "Kemm huwa n-numru ta' avukati allokati biex jgħinu lil dawn il-persuni?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li hemm 22 avukat tal-għajnuna legali f'Malta u 5 avukati tal-għajnuna legali f'Għawdex.", "Jassistu lill-avukati f'Malta hemm 23 prokuratur legali.", "Intant infurmat ukoll li persuna tikkwalifika għall-għajnuna legali skont din il-proċedura li ġejja:", "Persuna li tikkwalifika mingħajr it-test tal-mezzi (means test):", "Fil-kamp kriminali hija (kif stipulat fil-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta' Malta):", "i. Persuna akkużata waqt l-interrogazzjoni mill-Pulizija;", "Persuna akkużata li tinġieb quddiem il-Qorti f'kawżi kriminali u ġurijiet;", "Bħala vittma tal-kriminalità hija:", "i. Kull persuna li hija vittma tal-kriminalità kif stipulat fil-kapitolu 539;", "Persuna li tikkwalifika wara li jsir it-test tal-mezzi:", "Fil-kawżi ċivili (kif stipulat fil-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta) persuna eleġibbli trid tipprova li (u wara li jaħilfu l-applikazzjoni):", "i. Minbarra l-oġġett fil-kawża, hi ma għandha ebda xorta ta' proprjetà li l-valur nett tagħhom jammonta għal, jew ikun aktar minn, €6988.12;", "Li l-qligħ tagħha fis-sena huwa inqas mill-paga minima nazzjonali stabbilità għal persuni li jkunu għalqu 18-il sena", "Fil-kawżi ċivili dwar l-Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar kif stipulat fil-Kapitolu 158 persuni eleġibbli jridu jippruvaw illi (u wara li jaħilfu l-applikazzjoni):", "i. Ma jkunux impjegati full-time bi qligħ.", "KAŻIJIET FIL-QORTI LI ĠEW PRESKRITTI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fil-Qorti li ġew preskritti f'dawn l-aħħar ħames snin?", "Fuqiex kienu jittrattaw dawn il-każijiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qrati ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika fir-rigward ta' każijiet li jiġu preskritti.", "SPTAR MATER DEI - SPIŻA TAS-SODOD", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hija kkalkulata li tiswa sodda għal kull lejl fl-Isptar Mater Dei?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa ta' kull sodda għal kull lejl fl-Isptar Mater Dei, dik li hija low dependency tvarja bejn €163 u €347 u għal high dependency tvarja bejn €283 u €1,291.", "SERVIZZI U BENEFIĊĊJI SOĊJALI - LISTA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7021 u ċjoè: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kull servizz/benefiċċju soċjali li jingħata mid-dipartimenti/entitajiet tiegħu u għal kull wieħed jgħid kemm kien hemm benefiċjarji f'Settembru ta' din is-sena?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7018 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont ma' liema dipartiment/entità qed jagħmlu xogħolhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 278 Social Worker li huma mqassmin kif ġej:", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7019 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mis-sena 2010 'l hawn sena b'sena (sal-aħħar ta' Settembru 2018)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2010 u Settembru 2018, in-numru ta' Ordnijiet għal Ħarsien (Care Orders) huwa kif ġej:", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta f'każ ta' emerġenza għaqda ta' żgħażagħ, jew familja, jew kull persuna oħra, jirrapportaw lill-Awtoritajiet bħall-Pulizija jew id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b'rapport li fil-premises daħlu insetti bħal żnażan li joħolqu periklu għal min jiffrekwenta l-premises, min minn dawn l-entitajiet jista' jerfa' r-responsabbiltà biex ikun jista' jneħħi dak il-periklu li jkun rapportat?", "Qed insaqsi din il-mistoqsija peress li l-Mosta Girl Guides għamlu tali rapport u spiċċaw biex s'issa ma nstabet l-ebda entità tal-gvern li terfà din ir-responsabbiltà li tneħħi dawn l-insetti?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MOSTA: TRIQ FABRIZIO BARTOLO - AĊĊESSIBILITÀ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jgħid jekk Triq Fabrizio Bartolo, il-Mosta, li hija trejqa dejqa li minnha bilkemm tgħaddi vettura, issir \"one way except for un/ loading by residents\" u dan ifisser li din it-trejqa tkun għalhekk aċċessibbli biss għal ftit residenti fl-istess triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta kienet f'komunikazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mosta fir-rigward ta' din it-triq fejn kienu ġew ssuġġeriti miżuri ta' traffic calming/management.", "Fil-każ li hemm min jixtieq li din it-triq ikollha aċċess limitat, għandha ssir applikazzjoni mill-kunsill lokali minħabba li din it-triq hija responsabiltà tal-kunsill, u Transport Malta tkun tista' tevalwa l-applikazzjoni.", "IN-NAXXAR: TRIQ GAETANO VITALE - XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6256 u 6106 peress li għadu ma qalx meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija triq fl-ebda risposta, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jibda x-xogħol?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt, fil-jiem li għaddew din l-aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġà ħabbret l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla.", "Ix-xogħol meħtieġ għall-bini mill-ġdid ta' aktar toroq qed jiġi ppjanat bħalissa u ser jitħabbar fiż-żmien li ġej.", "L-Aġenzija ser tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa tgħarraf id-dati ta' meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati direttament.", "PROĠETT TA' TWESSIGĦ TA' TOROQ – RABA'", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq, kemm-il biċċa raba' ġiet mittiefsa, bħala numru, f'kull triq?", "Jista' jgħid ma' min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba'?", "Jista' jgħid x'kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Vassallo biex ġentilment jispeċifika eżattament għal liema toroq qed jirreferi, u f'liema żmien saru x-xogħlijiet indikati sabiex ikun jista' jinġabar it-tagħrif mitlub.", "LAQGĦAT F'MALTA MA' RAPPORTEUR TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li r-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta huwa s-Sur Pieter Omtzigt u se jżur Malta fil-ġimgħa tat-22 ta' Ottubru u peress li l-Kunsill tal-Ewropa jinsab fi Strasburgu u huwa ddedikat fuq id-drittijiet tal-bniedem, demokrazija u stat tad-dritt u huwa d-dar tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u peress li l-Prim Ministru kemm-il darba qal pubblikament li se jikkopera mal-istituzzjonijiet Ewropej fuq dan il-qtil makabru, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern se jikkopera bis-sħiħ mas-Sur Omtzigt?", "Jista' jikkonferma li hu se jagħmel minn kollox biex jiżgura li r-rapporteur ikun jista' jiltaqa' ma' dawk l-uffiċjali u politiċi kollha li l-kontribut tagħhom huwa meħtieġ biex jitħejja dan ir-rapport?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se jsiru laqgħat mas-Sur Omtzigt kif kien mitlub minnu, inkluż miegħi u Ministri oħra tal-Gvern.", "Irrid ngħid li se jsiru dawn il-laqgħat minkejja r-riżervi serji li għandu l-Gvern dwar l-integrità tas-Sur Omtzigt biex jespedixxi l-inkarigu tiegħu tenut kont tal-agir ċensurabbli tiegħu fir-rigward ta' tixrid ta' fake news relattiv għall-kraxx tal-Malaysia Airlines Flight 17.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsistu s-servizzi ta' konsulenza li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jagħti lil Identity Malta u x'xogħol sar minnu mid-data tal-bidu tal-kuntratt sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol tal-persuna kkonċernata jikkonsisti f'konsulenza legali marbuta mal-Aġenzija Identity Malta.", "Flimkien ma' uffiċjali oħra tal-Aġenzija, il-persuna kkonċernata kienet u għadha involuta, fost affarijiet oħra, f'diskussjonijiet u tħejjijiet ta' numru ta' riformi li għamlet u li ser twettaq din l-Aġenzija, kif ukoll emendi għall-abbozzi ta' liġi (inkluż Leġiżlazzjoni Sussidjarja) li tressqu jew li se jitressqu quddiem din il-Kamra.", "Dan sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet u policies li jirregolaw is-servizzi relatati mal-istess Aġenzija, inkluz entitajiet u materji li tagħhom hi responsabbli l-Aġenzija Identity Malta.", "Dan apparti xogħol relatat mat-twaqqif ta' żewg Aġenziji ġodda, tfassil ta' memos minn żmien għal żmien u pariri anċillari li jkunu meħtieġa.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih Identity Malta ingaġġat is-servizzi ta' konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kopja tal-kuntratt preżenti tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset minn Identity Malta l-persuna li isimha qed jingħata separatament mid-data meta ġiet ingaġġata sad-data ta' din il-mistoqsija u jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices u riċevuti relevanti?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Awwissu 2017 sal-lum, il-persuna kkonċernata tħallset €29,200 (eskluża VAT) għax-xogħol li għamlet.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU MIĠJUB MALTA - IT-TIENI PASSIĠĠIER", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: In vista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7090, jista' l-Ministru jgħid min kien it-tieni passiġġier li twassal minn Sqallija għal Malta dakinhar tal-vot fl-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala 'City Centre' u jista' jgħid ukoll għaliex kien meħtieġ li jinġieb it-tieni passiġġier?", "IAN BORG: Infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li t-tieni passiġġier kien il-minuri li kien qiegħed fuq il-btala mal-persuna kkonċernata.", "L-Awtorità infurmatni li s-servizz jkopri t-titjira magħmula u mhux kemm-il passiġġier ivvjaġġa.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: MEMBRU MIĠJUB MALTA – GĦAŻLA TAL-KUMPANIJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Invista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7090, jista' l-Ministru jgħid għaliex u fuq liema bażi ntgħażlet kumpanija Svizzera bbażata f'Ġinevra?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li l-Awtorità ġabet żewġ kwotazzjonijiet, il-kumpanija ntgħażlet peress li kienet l-irħas offerta.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: MEMBRU MIĠJUB MALTA – ĦLAS TA' VAT FUQ INVOICE", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Invista tal-fattura (invoice) ppreżentata mill-Ministru għat-Trasport għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7090, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx VAT fuq din il-fattura?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-VAT dovuta se titħallas f'Malta fid-denunzja tal-VAT tal-Awtorità għall-perjodu relattiv.", "Dan minħabba l-fatt li l-kirja ta' ajruplan hija meqjusa bħala servizz ta' trasport.", "Il-post tal-provvista ta' servizz huwa rregolat mir-regoli tal-post ta' tgawdija.", "Dawn ir-regoli jistabbilixxu li servizz jiġi ntaxxat fil-post fejn is-servizz huwa meqjus li jseħħ.", "Ir-regola ġenerali hija li l-post tal-provvista ta' servizz lil persuna taxxabbli (provvista B2B) huwa l-post fejn il-klijent huwa stabbilit.", "SISTEMA TA' LIĊENZJI TA' NEGOZJI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid ladarba l-Gvern neħħa s-sistema tal-liċenzja tan-negozji, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru huwa konoxxenti ta' din l-isfida, tant li anke kienet fuq l-aġenda ta' waħda mil-laqgħat tal-kunsill konsultattiv għall-Intrapriża.", "Insegwitu tal-feedback miġbur mill-istakeholders preżenti ttieħdet azzjoni u nista' nikkonferma li sar progress notevoli f'dan ir-rigward.", "LIĠI TAN-NEGOZJI TAL-FAMILJA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ispiża tal-Uffiċċju li qed imexxi l-Liġi ta' Negozji tal-Familja?", "Jista' jgħid:", "a. kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Uffiċċju;", "b. fejn huwa dan l-Uffiċċju;", "c. x'inhi l-ispiża ta' salarji għal kull min jaħdem f'dan l-Uffiċċju;", "d. x'inhi l-ispiża tal-kirja ta' dan l-Uffiċċju;", "e. kemm hemm negozji tal-familja reġistrati ma' dan l-Uffiċċju; u", "f. fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta' dan l-Uffiċċju b'risq in-negozji tal-familja?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li hemm tlieta min-nies jaħdmu ġewwa l-Family Business Office, li jinsab Mimcol Clock Tower, Level 1, Tigne Point, Sliema.", "L-ispiża ta' salarji għal kull min jaħdem f'dan l-uffiċċju huma ta' Regolatur – Scale 3, Is-salarji taż-żewġ uffiċjali l-oħra jifformaw parti minn ftehim komprensiv mal-Mimcol.", "Rigward l-ispiża tal-kirja ta' dan l-uffiċċju hemm ftehim komprensiv tas-somma ta' €42,000 per annum li jinkludi l-kirja ta' dan l-uffiċju, inkluż kontijiet tad-dawl u ilma, partijiet komuni bħal boardrooms, kċina eċċetra, is-salarji ta' żewġ uffiċjali, servizzi anċillari bħal servizzi tar-reception u dawk amministrattivi, tindif, manteniment, użu tas-servizzi ta' informatika u kwalunkwe użu ta' riżorsi umani oħra.", "Hemm 84 negozji tal-familja reġistrati ma' dan l-Uffiċċju u l-ħidma hija dik skont l-artiklu 20 tal-Att Dwar in-Negozji tal-Familja.", "PERSUNI LI QED JISKONTAW SENTENZA TA' ĦABS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 403 persuni li qed iservu sentenza ta' ħabs.", "PERSUNI TA' ANQAS MINN 35 SENA LI QED JISKONTAW SENTENZA TA' ĦABS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi preżentament fil-ħabs hemm 141 persuna taħt il-35 sena li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs.", "UNIVERSITÀ, MCAST U ENTITAJIET EDUKATTIVI: PRIĠUNIERI - KORSIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed isegwu kors l-Università, l-MCAST jew xi entità edukattiva oħra?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil-preżent hemm erba' priġunieri li qed isewgu studji.", "SKEJJEL TAL-KNISJA U SKEJJEL INDIPENDENTI – SKEMA TA' TRASPORT B'XEJN GĦALL-ISTUDENTI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-għadd ta' studenti mill-iskejjel tal-Knisja u skejjel Indipendenti li mill-ftuħ tas-sena skolastika bdew jibbenefikaw mill-iskema ta' trasport b'xejn għall-istudenti kollha?", "Jista' jgħid ukoll kemm huwa kkalkulat l-għadd ta' studenti li għalihom għadha ma nstabitx soluzzjoni biex huma wkoll ikollhom trasport b'xejn?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed jitħejja sommarju tal-inizjattiva ta' servizz ta' trasport b'xejn lill-istudenti kollha, inkluż l-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.", "Dan se jkun maħruġ pubblikament din il-ġimgħa.", "ARMS LTD - ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li applikaw jew tefgħu r-riżenja tagħhom fl-ARMS Ltd fl-aħħar sena?", "Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet għal dawn r-riżenji?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 28 ħaddiem li rriżenjaw minn Novembru 2017 sat-12 t'Ottubru, 2018.", "Ir-raġuni tar-riżenji huma dawn:", "9 : Fil-perjodu tal-probation tagħhom;", "18: Sabu xogħol alternattiv;", "1 : Skandenza tal-kuntratt."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181015_144d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru telenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hi responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti d-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta' każijiet ta' kanċellament ta' titjiriet bl-ajru u dan billi jelenka l-kumpaniji konċernati u n-numru ta' ilmenti magħmula fir-rigward ta' kull kumpanija tal-ajru mill-bidu tal-2018 sa kemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kors li huwa rikjest biex wieħed ikun eleġibbli għall-post ta' Principal fiċ-Ċivil bit-titlu \"What is Expected of a Principal\" offrut mill-Institute for the Public Services u ppjanat li jsir f'Ottubru li ġej u mhux se jsir ukoll f'Għawdex għall-parteċipanti Għawdxin u dan biex jiġi evitat skariġġ u inkonvenjent bla bżonn għall-ħaddiema taċ-Ċivil li ser japplikaw?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx maħtura l-Periti sabiex jaħdmu fuq il-proġett ta' tisbiħ estensiv fl-Iskola Primarja tan-Nadur mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kif kien qal li ser isir fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5836?", "Jekk le, jista' jgħid għaliex għadhom ma nħatrux meta din l-iskola tinsab fi stat ħażin u hemm bżonn ta' maintenance urġenti fejn dan il-maintenance suppost beda tliet snin ilu imma sal-lum għadu ma bediex?", "Jista' jgħid jekk irċeviex petizzjoni mill-ġenituri tat-tfal li jattendu din l-iskola u jekk iva jista' jpoġġi kopja tal-istess petizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri għamel ġodda, biex jagħti sostenn lil min jikri u jixtieq isir sid ta' daru?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħa mill-elezzjoni 'l hawn biex ikabbar il-ħidma tiegħu fil-Qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet ġodda mis-sena 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu eviction ordersminn meta ġie elett f'din il-Leġiżlatura?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod, l-Awtorità tad-Djar wessgħat it-threshold sabiex aktar persuni jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod, l-anzjani li għandhom 65 sena u aktar se jingħataw threshold speċjali sabiex jibbenefikaw aktar għal sussidju tal-kera?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid f'liema xahar ta' din is-sena huwa ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq il-Gozo Museum ġewwa r-Rabat Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati fuq persuni residenti f'Għawdex?", "Kemm minn dawn il-vetturi huma kummerċjali?", "Jista' jgħid kemm tħallsu f'liċenzji lill-Awtorità dwar it-Trasport fis-sena 2017 fuq dawn il-vetturi reġistrati fuq persuni residenti f'Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li ġiet introdotta t-tourist eco-tax fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni turistika oħra kemm inġabret minn din it-taxxa minn hotels u stabbilimenti f'Għawdex sena b'sena sal-lum?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-Ministeru tul dawn l-aħħar erba' snin u tista' tindika l-iskala tagħhom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'passi, x'diskussjonijiet u x'analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni teżisti jew qed tiġi diskussa bejn in-Navy Ċiniża u Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni teżisti jew qed tiġi diskussa bejn in-Navy Ċiniża u l-Forzi Armati ta' Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-belt tal-Imdina?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom?", "Jista' jgħid minn liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu?", "Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin xahar b'xahar minn Jannar 2018 sa Ottubru 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni ta' nazzjonalità barranija (mhux Maltija) fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'overtime l-uffiċjali ta' detenzjoni xahar b'xahar matul is-sena 2017 kollha u minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'investiment kapitali sar ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fis-sena 2018?", "Jista' l-Ministru jelenka l-investiment li sar wieħed b'wieħed, u kemm sewa fi ħlas?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders mill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-sena 2018 sa issa, lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm swew?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm missjonijiet ta' salvataġġ ta' immigranti fuq il-baħar mill-Forzi Armati ta' Malta tul is-sena 2017 xahar b'xahar u fl-2018 xahar b'xahar sa Settembru 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità għax-xogħlijiet li saru reċentement minn Transport Malta fuq il-bankina li tinsab fuq iż-żewġ naħat tat-triq ta' fuq il-Pont tal-Mistra?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jindika jekk fuq is-sit fin-Naxxar fejn bħalissa għaddejjin xogħlijiet mal-proġett \"Reach \" ( PA 04152/16) kienx hemm xi problemi relatati mal-qerda ta' speċi ta' pjanti protetti jew inkella kumplikazzjonijiet oħra li setgħu nqalgħu waqt li kien qiegħed isir tħaffir/skavar?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-permessi approvati u l-istudji kollha relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jindika liema żona jew żoni fl-akkwati tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa li kienu identifikati bħala siti li fuqhom ser isir ix-xogħol sabiex ikunu allokati għal spazju ta' parkeġġ fl-istess żona?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess għall-bejgħ ta' dik li qabel kienet lukanda fiż-żona ta' Selmun?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "In vista tat-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 7087, 7089, 7090 u 7091 fejn ripetutament qal li ma jaqbilx mad-deċiżjoni li ħa l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jinġieb membru tal-Awtorità minn barra permezz ta' ajruplan privat imħallas mill-istess Awtorità sabiex tkun tista' tivvota dakinhar tal-vot fl-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala 'City Centre', jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu fil-konfront tal-istess Kap Eżekuttiv tal-Awtorità u jekk le, min se jerfa r-responsabilità għal din id-deċiżjoni manifestament ħażina?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdied in-numru ta' edukaturi, inklużi għalliema, kindergarten assistants u LSEs fis-settur tal-edukazzjoni pubblika mill-2013 'il hawn?", "Kemm huwa kkalkulat li kien hemm nuqqas ta' għalliema fil-ftuħ tas-sena skolastika ta' din is-sena?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa kkalkulat li bbenefikaw żgħażagħ mit­trasport pubbliku b'xejn minn meta bdiet tiġi introdotta din il-miżura ftit tas-snin ilu?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'arranġamenti ġodda tat-traffiku huwa ppjanat li jsir meta fix-xhur li ġejjin huwa mistenni li jibda x-xogħol fuq il-bini tal-mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija, minħabba li din it-triq hija arterja prinċipali għan-nies li jgħixu fin-naħa t'isfel ta' Malta?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar meta huwa kkalkulat li jitlesta x-xogħol kbir li qed isir biex tinbena mill-ġdid it-triq li miż-Żejtun tagħti għal Ħaż-Żabbar, magħrufa aħjar minn ħafna bħala t-Triq taċ-Ċawsli?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Minħabba li minn kemm ilu li ngħatat it-tarmak Triq Ħal Tarxien (li miż-Żejtun tagħti għal Bulebel), żdied ħafna t-traffiku f'din it-triq, partikolarment fil-ħinijiet ta' filgħodu, jista' l-Ministru jikkunsidra li fil-partijiet l-aktar dojoq tat-triq fejn ma jgħaddux żewġ karozzi, titwessa' bi ftit metri b'mod li tittieħed mill-inqas art possibbli biex b'hekk ikun qed jiġi evitat periklu u tonqos il-konġestjoni f'din it-triq f'ħinijiet partikolari tal-ġurnata?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont lil din il-Kamra ta' f'liema stat jinsabu l-listi ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarretti, ortopedija, u għal servizzi konnessi ma' radjoloġija u kardjoloġija u kif dawn il-listi jikkomparaw ma' dawk li kien hemm fl-2013?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu?", "Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jindika dawk il-lokalitajiet li minnhom kien ippjanat li tgħaddi s-sistema ta' new water u fil-fatt din ma għaddietx?", "Jista' jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb, li l-lokalitajiet li kienu ppjanati li jkunu fornuti bin-new water u għadhom mhux moqdija, jingħataw dan is-servizz fil-futur?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk it-titjiriet għal Lourdes użati l-iżjed mill-Maltin, żdiedux, naqsux jew baqgħux l-istess?", "Jekk żdiedu, meta u kif?", "Jekk naqsu, x'kienet ir-raġuni?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi –", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 biex jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu\".", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi –", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445\".", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi –", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363, biex jipprovdi sabiex persuni li għalqu sittax-il sena jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni ta' Assistent Kummissarju Elettorali waqt l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "15 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni mal-Kummissarju gћall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali dwar ir-Rapport Annwali 2017.", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Raymond Bondin għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Bulgarija.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Jean Claude Galea Mallia għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta għall-Ghana.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Giovanni Xuereb għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta għal Spanja.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018 fil-5.00 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt, b'din l-aġenda:", "It-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 58: Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 51 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "15 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181017_145a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 17 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 144, li saret fil-15 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "DEĊIŻJONI TAS-SEDJA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Fisseduta parlamentari tatTnejn, 15 ta' Ottubru 2018, filħin talMozzjonijiet, ilMinistru għallEkonomija, lInvestiment u nNegozji Żgħar, lOnor.", "Chris Cardona, qajjem dan ilksur ta' privileġġ, u nikkwota:", "CHRIS CARDONA: Sur President, nagħmel riferenza għal rulings li tat din isSedja kif ukoll għallartikli 36, 60 u 61 taliStanding Orders.", "Jien qed nitlob ilprotezzjoni tasSedja għal dak li ġie rrapportat fi tweet talOnor.", "Jason Azzopardi fl10 ta' Ottubru, 2018 fis7.35 p.m. fejn dan tkellem dwar dak li ġara filParlament dakinhar stess u qal:", "\"Ilejla stajtu taraw kif iġib ruħu lkorrott u dak li jiekol ilkirxa malqattiela: ma jħallix jitkellem lil min jikxef ilgideb u lħażen tiegħu.\"", "IlMinistru Cardona qiegħed fuq ilMejda talKamra ttweet li għamel lOnor.", "Jason Azzopardi u, filwaqt li rrifera għallOrdnijiet Permanenti 36, 60 u 61 u kkwota lOrdni 60, għalaq lintervent tiegħu billi qal:", "CHRIS CARDONA: Inħoss ukoll, imma nħalli f'idejn isSedja u għalhekk qed nitlob ilprotezzjoni tagħha, li huwa prima facie ksur ċar ta' privileġġ talKamra li ġara barra millKamra.\"", "Immedjatament wara lOnor.", "Jason Azzopardi talab ilkelma u qal hekk:", "JASON AZZOPARDI: Sur President, dak li għadu kemm qal ilMinistru jfakkarni f'dak li kienu jgħidu lLatini qabel, li skuża mhux mitluba turi ħtija.", "Għaliex jien imkien ma semmejt ismu f'dak ittweet.", "Kif jaf li qed nirriferi għalih?!\"", "Filkonsiderazzjoni tagħha sSedja lewwel irriferiet għal dak li jgħid lOrdni Permanenti 36 u ċjoè:", "Mozzjoni dwar kwistjoni ta' privileġġ li tinqala' waqt isseduti talKamra għandha dritt għallpreċedenza fuq kull xogħol ieħor.", "Mozzjoni dwar kwistjoni ta' privileġġ li ma tkunx inqalgħet waqt isseduta talKamra għandha ssir malewwel opportunità u tista' ssir qabel ilbidu ta' xogħol pubbliku.\"", "IsSedja tinnota millewwel li ttalba għallksur ta' privileġġ tressqet f'waqtha għaliex isseduta tatTnejn, 15 ta' Ottubru 2018 kienet lewwel opportunità li fiha setgħet titressaq din ittalba wara lpubblikazzjoni tattweet li qed issir riferenza għaliha.", "IsSedja rat ukoll lOrdnijiet Permanenti 60 u 61 u tikkwota:", "Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra lkarattru jew ilproċeduri talKamra jew b'riferenza għal xi membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru.", "Kull membru li jkun uża kliem oġġezzjonabbli u li ma jirtirax listess, jew ma joffrix apoloġija għallużu tagħhom, għassodisfazzjon talKamra, għandu jiġi ċensurat jew trattat xort'oħra kif ilKamra jidhrilha xieraq, u kull membru msejjaħ għallordni għandu joqgħod bilqiegħda kemmil darba ma jitħalliex jispjega ruħu.\"", "IsSedja rriferiet ukoll għallOrdinanza dwar ilPrivileġġi u sSetgħat talKamra tadDeputati, Kap. 113, senjatament lartikolu 11 subinċiż (4) paragrafi (d) u (j) li jgħidu li jkun reat kontra dan lAtt:", "\"(d) kull min jaħbat għal Membru, ifixklu jew jinsultah filwaqt li jkun sejjer jew ġej lura millKamra jew minħabba ddmirijiet tiegħu filKamra, jew kull min, b'forza, b'insult jew b'theddid, ifittex li jġiegħel Membru illi jiddikjara ruħu favur jew kontra proposta jew xi ħaġa li tkun għadha miexja jew li tkun sejra tinġieb quddiem ilKamra;", "(j) ilpubblikazzjoni ta' kull libell li jagħti malafama lilliSpeaker jew lil xi membru li tolqot xi ħaġa magħmula minnu jew li ntqalet minnu bħala Speaker jew bħala Membru filKamra jew f'kumitat tagħha;\"", "Dan talaħħar insibuh ukoll flErskine May Parliamentary Practice (24 edizzjoni) f'paġna 263, u nikkwota:", "IsSedja hawnhekk tixtieq tirrileva li millqari ta' dawn iddispożizzjonijiet, ittweet inkwistjoni jista' jitqies bħala li huwa derogatorju u malafamanti filkonfront talpersuna li għalkemm mhux imsemmija b'isimha dwarha kien qed isir ilkumment.", "IsSedja ħadet nota wkoll tattalba għal stqarrija ministerjali li lOnor.", "Jason Azzopardi kien għamel fisSeduta 141 tat8 ta' Ottubru 2018 meta qal hekk:", "JASON AZZOPARDI: Mr Speaker, nixtieq nistaqsi lillGvern: In vista talaħbarijiet li ħarġu nofs siegħa ilu, fuq issit talgazzetta La Repubblica, li lMinistru Chris Cardona qed jiġi kkwotat li filfatt kien iltaqa' ma' wieħed millakkużati flomiċidiju ta' Daphne Caruana Galizia f'bachelor's party f'Ġunju tassena li għaddiet, kif ukoll telefonata li kien hemm minn fuel smuggler eżatt kif qata' minn ma' Daphne Caruana Galizia f'Ottubru 2016, wara ċempel lillMinistru Cardona, u wara lil Alfred Degiorgio illum akkużat, jekk ilGvern huwiex se jagħmel stqarrija ministerjali fuq dawn laffarijiet li huma ta' portata nazzjonali.\"", "Kif esprimiet diversi drabi f'rulings preċedenti filkonfront ta' Membri tażżewġ naħat talKamra, isSedja qiegħda terġa' tenfasizza li hija marbuta blistess Ordnijiet Permanenti u lOrdinanza dwar ilPrivileġġi u sSetgħat talKamra meta tiġi kemm biex tippresiedi filKamra, kif ukoll biex tiddeċiedi dwar punti li jitqajmu millOnorevoli Membri minn żmien għal żmien.", "Dan, isSedja qed tgħidu peress li skont listess Ordnijiet Permanenti u lKap.", "113, ilkummenti li dwarhom tkun qed issir oġġezzjoni jridu jkunu indirizzati lejn persuna identifikabbli minn fost ilMembri talKamra.", "F'dan irrigward se tagħmel referenza għal ruling li kien ingħata għal talba li kienet saret millOnor.", "\"Sabiex isSedja tasal għal dak li ntalab millOnor.", "Mario de Marco, jiġifieri biex tara jekk hemmx ilħtieġa li lMinistru Refalo jissostanzja dak li qal, isSedja tagħmel riferenza prinċipalment għal dak li hemm f'artiklu 11, subinċiż (4), paragrafu (b) talOrdinanza dwar ilPrivileġġi u sSetgħat talKamra tadDeputati, Kap. 113, u nikkwota:", "\"kull insult jew nuqqas ta' qima lillpersuna li tkun tippresiedi laqgħa talKamra jew ta' xi Kumitat tagħha u kull insult jew nuqqas ta' qima lil wieħed millMembri talKamra, ukoll jekk dak ilMembru ma jkunx preżenti filwaqt talinsult jew tannuqqas ta' qima, meta filkaż ilwieħed jew lieħor linsult jew innuqqas ta' qima jsiru quddiem ilKamra jew ta' xi Kumitat tagħha waqt xi laqgħa tagħhom\".", "Illiġi hawnhekk tagħmilha ċara li biex dak li jkun qal Membru, f'dan ilkaż allura dak li qal lOnor.", "Anton Refalo, jitqies bħala insult, irid ikun insult li jkun indirizzat lejn persuna identifikabbli bħala Membru ta' din ilKamra.", "Filfatt illiġi tgħid \"lil wieħed millMembri talKamra\", jiġifieri lpersuna trid tiġi identifikata.", "Dan joħroġ ukoll ċar minn artiklu 252(1) talKodiċi Kriminali fejn jingħad li linġurja trid tkun indirizzata lejn persuna identifikabbli, u nikkwota:", "\"Kull min, bilħsieb li jtellef jew inaqqas ilġieħ ta' xi ħadd, iweġġgħu bi kliem, b'ġesti, b'kitba, b'disinji jew b'xi mod ieħor, jeħel, meta jinsab ħati, ilpiena ta' priġunerija għal żmien mhux aktar minn tliet xhur jew ilmulta.\".", "Filkaż li għandna quddiemna, lOnor.", "Chris Said qal li huwa sema' lillOnor.", "Anton Refalo jgħid iddiskors \"ġuramenti foloz\" off mike, filwaqt li jindirizza linnaħa talKamra fejn hemm lOppożizzjoni u fejn kien hemm numru sostanzjali ta' Membri preżenti.", "Chris Said, għamel lOnor.", "Anton Refalo, as such ut sic ma jikkwalifikax bħala insult lil xi persuna partikolari identifikabbli minn dawk preżenti.\"", "Għaldaqstant, f'dan irrigward u f'dan il-każ isSedja se tara jekk dak li kiteb lOnor.", "Azzopardi fittweet jistax jinftiehem b'mod li kien qed jagħmel riferenza għal Membru Parlamentari partikolari.", "IsSedja tinnota li għalkemm ma kienx qed jgħid b'mod dirett x'kien ġara filKamra, effettivament b'dak li kiteb lOnor.", "Azzopardi fittweet ftit minuti wara - preċiżament fis7.35 p.m., wara li ntemm ilħin talAġġornament tasSeduta tal10 ta' Ottubru 2018 - u ċjoè:", "\"Ilejla stajtu taraw kif iġib ruħu lkorrott u dak li jiekol ilkirxa malqattiela: ma jħallix jitkellem lil min jikxef ilgideb u lħażen tiegħu.\",", "kien qed jagħmel riferenza b'mod indirett għal dak li seħħ filħin ta' dan listess Aġġornament.", "Bla dubju, għal kull min kien preżenti għasSeduta tal10 ta' Ottubru 2018 jew kien qed isegwi listazzjon talParlament, b'dan ittweet fehem li lOnor.", "Azzopardi kien qiegħed jirriferi għal Membru partikolari li kien qed iqajjem numru ta' points of order waqt iddiskors talOnor.", "Simon Busuttil filħin talAġġornament; listess Membru li lOnor.", "Azzopardi kien irrifera għalih fisSeduta 141 tat8 ta' Ottubru 2018 fuq ċitata filkontest talinvestigazzjonijiet li għaddejjin dwar ilqtil tasSinjura Daphne Caruana Galizia.", "Biex tasal għal deċiżjoni dwar jekk ittweet talOnor.", "Azzopardi jistax jinftiehem li qed jirriferi għal xi Membru talKamra, isSedja rriferiet ukoll għal dak kollu li ġara flAġġornament tasSeduta tal10 ta' Ottubru 2018.", "F'dan leżerċizzju sSedja ħadet nota taddiversi Membri Parlamentari li qajmu points of order waqt li lOnor.", "Simon Busuttil kien qed jindirizza lKamra, b'mod manifest ilMinistru Chris Cardona, lOnor.", "Edward Zammit Lewis - f'okkażjoni waħda - u jinstema' wkoll lOnor.", "Off mic jinstemgħu wkoll lOnor.", "Rosianne Cutajar u lOnor.", "IsSedja nnotat li preżenti waqt ilħin kollu ta' dan lAġġornament kien hemm ukoll lOnor.", "Jason Azzopardi u lOnor.", "IsSedja nnotat ukoll li lOnor.", "Chris Cardona kien fost liktar Membri li beda jqajjem points of order u jinterrompi, tant li f'mument minnhom idDeputy Speaker talbet sabiex jintefa lmicrophone talOnor.", "Cardona, u f'mument ieħor qaltlu sabiex jikkontrolla ruħu għaliex kien se jkollha titolbu jirtira millKamra.", "IsSedja semgħet ukoll lillOnor.", "Simon Busuttil jagħmel riferenza għallMinistru Cardona meta lisSedja qalilha dan li ġej:", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, qed jimpressjonani ħafna lMinistru Cardona llejla!", "Vera qed jimpressjonani!\"", "u aktar tard jgħid ukoll:", "SIMON BUSUTTIL: Infakkar lillMinistru Cardona li hawnhekk la qegħdin bachelor's party u lanqas burdell!\".", "IsSedja qieset dak li ntqal flAġġornament hawn fuq ċitat ukoll fiddawl tattalba għallistqarrija ministerjali li saret millOnor.", "Jason Azzopardi jumejn qabel filParlament.", "Abbażi ta' dan, isSedja qed tasal għallkonklużjoni li allura ttweet talistess Onor. Azzopardi ma kienx wieħed ġeneriku - kif kien ilkaż firruling imsemmi aktar 'il fuq - iżda kien qed jirriferi għal Membru Parlamentari identifikabbli, ilMinistru Chris Cardona.", "Għaldaqstant, fiddawl talOrdnijiet u dispożizzjonijiet hawn fuq ċitati, kif ukoll fiddawl ta' kif kienet obbligata tiddeċiedi sSedja firruling imsemmi, din isSedja qiegħda tiddeċiedi li lkliem kontenut fittweet imur kontra lOrdni Permanenti numru 60 u li lkaż imqajjem jammonta għal prima facie ksur ta' privileġġ taħt lartikolu 11 talOrdinanza dwar ilPrivileġġi u sSetgħat talKamra, Kap 113.", "Minkejja dan, abbażi ta' dak li jgħid lOrdni Permanenti 61, isSedja hija lesta li tirrevedi ddeċiżjoni tagħha kemmil darba lOnor.", "Azzopardi - li preżentement mhux qiegħed hawnhekk - joffri apoloġija għallużu talkliem użat fittweet inkwistjoni, għassodisfazzjon talKamra.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman datata 16 ta' Ottubru 2018 dwar il-każ tas-Sinjura Maryanne Spiteri b'riferenza għar-riżultat tal-interviews għall-kariga ta' Principal fis-Servizz Pubbliku.", "TWEĠIBIET ORALI", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – INGAĠĠ TA' KONSULENTI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proġetti Amministrattivi) (f'isem il-Prim Ministru): Qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq nirreferi lis-Segretarju Parlamentari għal stqarrija li ħarġet dan l-aħħar, liema stqarrija tirrigwarda suġġett kontroversjali li aħna hawn ġew forsi jista' jkollna opinjonijiet differenti dwaru, però jien se nirriferi għal dik il-parti tal-istqarrija li naħseb li jaqbel magħha kulħadd, ċjoè dik il-parti li titkellem dwar il-programm Exit.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tagħti aktar informazzjoni lil din il-Kamra dwar dan il-programm?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, dak li ħabbarna nhar is-Sibt li għadda huwa parti minn proċess li ma bediex issa.", "Fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, wara l-wegħda elettorali li kien għamel, il-Gvern ingħata mandat li mhux biss jiddiskuti s-suġġett tal-prostituzzjoni iżda wkoll imur lil hinn minn hekk.", "Fil-fatt l-aħħar manifest elettorali tal-Partit Laburista jgħid b'mod ċar li għandna nsibu mekkaniżmi biex bihom ngħinu lill-vittmi, kemm fil-każ ta' prostituzzjoni kif ukoll fil-każ ta' traffikar uman.", "Matul din l-aħħar sena u nofs aħna tkellimna ma' diversi stakeholders u anke ma' nies li qegħdin fiċ-ċirku tal-prostituzzjoni, u l-aktar ħaġa li jgħidulek in-nies li messew mal-prostituzzjoni hija kemm hu diffiċli li jieqfu minn dak li qegħdin jagħmlu.", "Dan għal raġunijiet differenti.", "Pereżempju, fost il-biżgħat li jsemmulek, dawn jgħidulek li jekk jieqfu minn dan ix-xogħol, ma jafux x'tip ta' xogħol ieħor jistgħu jagħmlu għax huma trabbew f'dik il-ħajja, jiġifieri jkunu raw lil ommhom u nannithom jagħmlu dak ix-xogħol.", "Kif għedt diġà, aħna tkellimna wkoll ma' stakeholders li jaħdmu direttament mal-prostituti, fosthom ma' dawk in-nies li qed jagħtu ħajjithom biex jgħinu lil min hu mdaħħal fil-prostituzzjoni.", "Qed nirreferi għan-nies li jmexxu Dar Hosea, li nixtieq insellmilhom minn hawnhekk.", "Bħala Gvern aħna nħossu li wasal iż-żmien li ninvestu fl-ewwel parti tal-programm Exit, u għalhekk qed nagħtu l-kelma tagħna li għall-ewwel darba matul ix-xhur li ġejjin aħna, bħala Gvern, flimkien ma' Dar Hosea, se naraw li jinbeda dan il-programm, li ta' min jgħid li se jkun iffinanzjat kompletament mill-Istat.", "Il-ħsieb tagħna hu li l-programm Exit jinbeda fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, u dan billi dawk li qegħdin jiskontaw sentenza b'rabta mal-prostituzzjoni jew inkella dawk il-priġunieri li xi darba jew oħra missew mal-prostituzzjoni - jiġifieri mhux neċessarjament qegħdin il-ħabs fuq hekk - jingħataw l-iskills neċessarji permezz ta' modules li jkunu qed jitmexxew mill-esperti ta' Dar Hosea.", "Aħna ddeċidejna li l-programm Exit jitmexxa proprju min-nies ta' Dar Hosea għax nemmnu li huma għandhom the right knowledge and the right expertise.", "B'hekk lil dawn in-nies se nkunu qed nagħtuhom ftit mill-ħafna għodda li għandhom bżonn biex iqumu fuq saqajhom ġaladarba huma joħorġu mill-ħabs.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, bħalissa fi Brussell għaddej summit li fih qed jiġi diskuss Brexit, u donnu li l-probabbiltajiet li jkun hemm deal dejjem qed jonqsu.", "Bħalissa l-gvernijiet Ewropej qegħdin jippreparaw il-pożizzjonijiet tal-pajjiżi rispettivi u jinformaw lill-poplu dwar l-eventwalità li ma jkunx hemm qbil.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tgħid jekk il-Gvern Malti huwiex qed jagħmel dawn il-preparamenti u jekk huwiex beħsiebu jinforma lill-poplu dwar l-arranġamenti li qed isiru?", "Fil-fatt proprju ftit tal-minuti ilu għadha kif ħarġet l-aħbar li Franza tellgħet fuq il-website numru ta' direttivi lill-poplu biex fl-eventwalità li ma jkunx hemm qbil ikun jista' jimxi magħhom.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "Schiavone, dan il-qasam ma jaqax direttament taħt il-portafoll tiegħi, però hawn kollegi preżenti li jistgħu jidħlu fid-dettall ta' dan is-suġġett b'mod tekniku.", "Li nista' ngħid jien hu li l-Gvern qed isegwi mill-qrib il-ħidma li qed issir f'dan il-qasam, anke permezz ta' kumitat tekniku li hu ffokat dwar dan is-suġġett.", "Kienu komunikati wkoll mekkaniżmi differenti ta' kif dawk il-Maltin li jaħdmu u jgħixu l-Ingilterra għandhom jaġġustaw irwieħhom għal tali bidla.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, jista' jkun li ċrieki ta' prostituzzjoni jew ta' human trafficking ikunu għaddejjin minn pajjiżna kif ukoll minn pajjiżi oħra Ewropej, u parti mir-responsabbiltà ta' Identity Malta hi li jekk ikun hemm xi abbuż, mhux biss dwar human trafficking imma dwar kwalunkwe abbuż ieħor, din ikollha persuni mħarrġin biex tara li kemm jista' jkun min ikun qed iwettaq dawk l-abbużi jiġi rrapportat lill-Pulizija u lill-awtoritajiet kompetenti.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tinforma lill-Kamra dwar ix-xogħol li jsir f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Fil-fatt din il-mistoqsija tikkonċerna wegħda elettorali oħra tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Kif għedt meta kont qed nirrispondi l-mistoqsija preċedenti tal-Onor.", "Byron Camilleri, il-Gvern huwa mpenjat biex l-ewwel u qabel kollox jaħdem fuq mekkaniżmi li jgħinu lil min jisfa vittma ta' traffikar uman, u hawnhekk nixtieq nagħti overview qasira ħafna dwar dak li sar s'issa.", "Mill-applikazzjonijiet ta' xogħol li saru minn ħaddiema Maltin u barranin bdejna naraw li l-maġġoranza ta' dawn l-applikazzjonijiet kienu ta' ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi barranin u allura ħassejna l-ħtieġa li lill-ħaddiema ta' Identity Malta, li huma hands-on u li jkunu huma li jagħmlu l-ewwel kuntatt ma' dawn il-persuni, nagħtuhom taħriġ li jkun speċjalizzat.", "Ġibna esperti li wħud minnhom kienu anke involuti f'ħidma investigattiva barra minn Malta, fosthom minn Scotland Yard, u dawn spjegaw pass pass lill-ħaddiema tagħna x'inhuma l-ewwel sinjali li wieħed jista' jara f'persuna li tkun vittma.", "Għal dan it-taħriġ aħna nżilna mal-ħaddiema għax ridna nibagħtu messaġġ ċar li għalkemm din hija waħda mill-aktar sitwazzjonijiet li wieħed jibża' minnha minħabba li, kif nafu, dawn huma ċrieki li fl-aħħar mill-aħħar qegħdin jagħmlu miljuni ta' ewro, aħna qegħdin hemm spalla ma' spalla mal-ħaddiema tagħna.", "Fil-fatt nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja minn hawnhekk lill-ħaddiema ta' Identity Malta għax fl-ewwel ftit xhur wara dan it-taħriġ intensiv li ħadu kienu identifikati l-ewwel 14-il persuna li potenzjalment kienu f'ċirku ta' traffikar u li bħalissa għaddejjin proċeduri fil-qorti b'rabta ma' dan il-każ.", "Sur President, jien tkellimt ukoll mal-Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra f'dan ir-rigward, fosthom mal-Onor.", "Claudette Buttigieg li tinsab preżenti hawnhekk.", "Fil-fatt sal-ġimgħa l-oħra stess konna qegħdin nitkellmu fuq hekk, u jiena wegħidt l-impenn tiegħi min-naħa tal-Gvern biex meta fil-ġimgħat li ġejjin ikollna l-ewwel draft dwar fejn sejrin bħala pajjiż f'din ir-riforma, inkunu spalla ma' spalla mal-Oppożizzjoni għax aħna l-Membri ta' din il-Kamra jrid ikollna front wieħed komuni.", "Illum, għall-ewwel darba f'pajjiżna, għandna sitwazzjoni fejn l-entitajiet kollha tal-Gvern huma miġbura madwar mejda biex ifasslu flimkien l-ewwel pjan nazzjonali kontra t-traffikar uman.", "Kif semmejna f'diversi ċirkostanzi oħra, jien nixtieq nara mekkaniżmu li bih il-poplu Malti u Għawdxi għall-ewwel darba jkollu l-opportunità li jara x'inhuma s-sinjali tat-traffikar uman billi nagħmlu kampanja li tkun iffokata proprju fuq hekk b'mekkaniżmu u b'helplines, eċċ. ta' fejn wieħed jista' jirrapporta.", "Sfortunatament uħud mil-liġijiet ta' pajjiżna mhumiex aġġornati u allura aħna rridu nipprovdu mekkaniżmu biex jekk hemm vittma li għandha bżonn tingħata identità ġdida minħabba li tkun kixfet ċrieki ta' traffikar uman, wara li nagħtuha isem ġdid u nagħmlulha passaport ġdid jew karta tal-identità ġdida, imbagħad irridu naraw li ma nitfgħuhiex fil-villaġġ ta' maġenbna għax inkella llum jew għada din tista' tiltaqa' mal-aggressur jew ma' min ikun ittraffikaha.", "Għalhekk aħna rridu mekkaniżmu fejn ikollna witness' protection programme b'saħħtu fil-veru sens tal-kelma.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: L-ewwel nett, Sur President, nixtieq nikkonferma li jien u s-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli diġà tkellimna ftit bejnietna, u dik kienet xi ħaġa pożittiva, għalkemm ovvjament għad fadlilna ħafna x'niddiskutu.", "Però ġaladarba saret mistoqsija dwar it-traffikar tal-persuni, nixtieq ngħaddi rimarka żgħira.", "Peress li r-rapport li kien ħareġ mill-United States Department of State (U.S. Department of State) kien qal li Malta għad jonqosha ħafna x'tagħmel f'dan ir-rigward, tista' s-Segretarju Parlamentari tgħidilna x'qed isir min-naħa tal-Gvern dwar dak li għandu x'jaqsam ma' traffikar tal-persuni?", "U wara dak li ħareġ ukoll minn konferenza li saret riċentement fl-Università u li għaliha konna preżenti t-tnejn li aħna, x'qed isir fuq it-traffikar intern tal-persuni?", "Hawnhekk ta' min jgħid li waqt din il-konferenza ħareġ b'mod ċar li f'pajjiżna qed isir traffikar ta' persuni, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' pimps, li prattikament qed ipartu u jinnegozjaw persuni li huma mdaħħla fil-prostituzzjoni.", "Issemmew ukoll il-gentlemen's clubs - li ma tantx huma gentlemanly at all - u allura m'hemmx dubju li wieħed irid jara ftit x'qed jiġri f'pajjiżna minn dawn il-lati.", "Jekk jogħġobha, tista' s-Segretarju Parlamentari twieġeb dwar dan?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Dawn huma mistoqsijiet tajbin ħafna li m'għandniex niddiskutuhom f'din il-Kamra biss imma għandna nwessgħu d-diskussjoni dwarhom mal-pubbliku inġenerali.", "X'messaġġ irridu nagħtu bħala pajjiż u bħala soċjetà b'saħħitha li tgħid \"le\" għal valuri mkissrin u mnawrin?", "Ħalli nibda billi nwieġeb mistoqsija mistoqsija.", "Ġustament l-Onor.", "Buttigieg għamlet referenza għall-fatt li kull sena l-Istat Amerikan joħroġ ir-rapport li rreferiet għalih.", "F'dak ir-rapport hemm affarijiet illi jekk inti Maltija u għandek għal qalbek il-valuri li aħna tant nemmnu fihom, dawn l-affarijiet se jdarrsuk.", "Għalhekk l-ewwel ħaġa li għamilt is-sena li għaddiet kienet li tkellimt man-nies li jiktbu dan ir-rapport, li kienu qegħdin f'laqgħa magħna fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u għamilt mistoqsijiet li, fl-opinjoni tiegħi, huma serji anke abbażi ta' dak li kien iddikjarat.", "Pereżempju fost affarijiet oħra kien iddikjarat li jiġu traffikati tfal minn Malta.", "Dakinhar jien kont ċara u għedtilhom li jekk jafu b'xi każijiet fejn Malta qed tintuża għal dan il-għan, huma fl-obbligu li jagħmlu rapporti lill-Pulizija.", "Fil-fatt jekk inħarsu lejn ir-rapporti ta' qabel dawk, li ħarġu proprju ftit tax-xhur ilu, ninnotaw li kien hemm korrezzjoni jew emenda f'dak is-sens jiġifieri li l-lingwaġġ u n-narrattiva li kienet tintuża qabel ġiet ikkoreġuta.", "Anke l-kliem li qed jintuża għad-definizzjoni ta' \"traffikar\" mhuwiex dak it-traffikar li nafu aħna fil-forma klassika tiegħu, imma jista' jagħti l-każ li l-kelma \"traffikar\" qed tiġi interpretata wkoll bħala traffikar minn kamra għal oħra jew minn hawnhekk għal faċċata għax dak ukoll huwa kklassifikat bħala traffikar.", "Tajjeb li nenfasizza - u nkun ċara - li m'iniex qed ngħid li dan huwa tajjeb.", "Jien nemmen li dawn it-tip ta' taħditiet u l-impenn li qegħdin nuru aħna bħala Gvern, li nagħtuhom overview dwar il-ħsibijiet tagħna, dwar fejn irridu mmorru aħna bħala pajjiż u dwar kif il-maġġoranza assoluta tal-istakeholders li ltqajna magħhom ..", "Għax ikun tajjeb li ngħid, Sur President, li jien kelli għażla quddiemi.", "Kieku ridt stajt nagħmel laqgħa waħda, inlaqqa' 500 ruħ, - wieħed għal kull entità - nagħmlu laqgħa ta' siegħa, sagħtejn, tlieta u kulħadd hotchpotch jargumenta ma' xulxin.", "Madanakollu t-triq li għażilna kienet li ninvestu f'one-on-one meetings.", "Kif jaf kulħadd, dan jieħu aktar ħin u enerġija, imma b'hekk kull stakeholder kellu ċ-ċans li jagħmel diskussjoni b'saħħitha verament.", "Ta' min jgħid li aħna għamilna għexieren minn dawn il-meetings tant li bqajna għaddejjin anke matul is-sajf.", "Kif spjegajt lil din il-Kamra, jien irrid mekkaniżmi anke fuq il-gentlemen's clubs, biex ma naħrabx mill-mistoqsija.", "Jien m'iniex qiegħda hawn biex nipponta subgħajja lejn xi ħadd imma hemm bżonn li dak li sar fl-imgħoddi taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista meta fetħu l-ewwel gentlemen's clubs, li nfetħu taħt il-qasam tal-catering, jiġi rrranġat.", "Jien nistaqsi: Se nibqgħu ngħidu li dawn jaqgħu taħt il-qasam tal-catering?", "X'qegħdin ibigħu, il-muffins jew id-doughnuts?", "M'hemmx dubju li għandna bżonn nirriformaw u naġġustaw anke dak kollu li jirrigwarda l-gentlemen's clubs.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Chris Cardona.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti ingaġġati ma' entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4302.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari numru 7133 li turi l-għadd ta' studenti fi skejjel primarji u sekondarji, li bbenefikaw mill-inizjattiva tas-sajf relatata mal-assenteiżmu, fis-snin bejn l-2016 u l-2018; u", "Tagħrif dwar konsulenti ingaġġati ma' entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4303.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-proġetti ta' natura kapitali li saru fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7163.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 330 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jirrevokaw ir-Regolamenti dwar prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti; u", "Avviż Legali Nru 331 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA LIĠIJIET KRIMINALI DWAR", "IT-TERRORIŻMU", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 biex jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363, biex jipprovdi sabiex persuni li għalqu sittax-il sena jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni ta' Assistent Kummissarju Elettorali waqt l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "MOZZJONI TA' PROĊEDURA LI TIRREGOLA S-SEDUTI KONNESSI MAL-ESTIMI ĠENERALI 2019 U", "L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 2018", "Illi minkejja kull provvediment ieħor fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u riżoluzzjonijiet oħra approvati mill-Kamra, dan li ġej għandu jirregola l-proċedura dwar l-Estimi Ġenerali tal-Ispiża għas-sena 2019 u dwar l-Estimi Supplimentari tal-Ispiża għas-sena 2018.", "A. Provvedimenti Ġenerali", "Illi jkunu jistgħu jittieħdu aktar minn seba' seduti għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali fil-Kumitat ta' Provvista (Ordni Permanenti Nru 71 (3) (ċ)).", "Illi l-Kamra tista' tiltaqa' filgħodu, wara nofsinhar u filgħaxija fl-istess jum.", "Illi matul il-jiem tad-dibattiti dwar l-Estimi Ġenerali 2019, kif ukoll fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista għall-Estimi Ġenerali 2019, u l-Estimi Supplimentari għas-sena 2018, il-ħin li fih għandha tiltaqa' l-Kamra hu kif ġej:", "(i) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fid-9.00 am u jispiċċa f'nofsinhar.", "Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(ii) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Finanzi, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fis-2.00 pm u jispiċċa fil-5.00 pm. Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(iii) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fis-6.30 pm u jispiċċa fid-9.30 pm. Il-Kamra tiltaqa' fis-6.00 pm, il-mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 pm u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(iv) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn ħames sigħat bid-dibattitu jibda fid-9.00 am u jispiċċa fis-2.00 pm. Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(v) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għat-Turiżmu, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fis-6.30 pm u jispiċċa fid-9.30 pm. Il-Kamra tiltaqa' fis-6.00 pm, il-mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 pm u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(vi) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fid-9.00 am u jispiċċa f'nofsinhar.", "Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(vii) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fl-4.30 pm u jispiċċa fis-7.30 pm. Il-Kamra tiltaqa' fl-4.00 pm, il-mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mill-4.30 pm u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(viii) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fid-9.00 am u jispiċċa f'nofsinhar.", "Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(ix) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fis-2.00 pm u jispiċċa fil-5.00 pm. Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(x) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fis-6.30 pm u jispiċċa fid-9.30 pm. Il-Kamra tiltaqa' fis-6.00 pm, il-mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 pm u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(xi) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għas-Saħħa, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fid-9.00 am u jispiċċa f'nofsinhar.", "Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(xii) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fis-2.00 pm u jispiċċa fil-5.00 pm. Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(xiii) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fis-6.30 pm u jispiċċa fid-9.30 pm. Il-Kamra tiltaqa' fis-6.00 pm, il-mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mis-6.30 pm u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(xiv) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fid-9.00 am u jispiċċa f'nofsinhar.", "Is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "(xv) fil-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, ix-xogħol finanzjarju ma għandux jieħu aktar minn tliet sigħat bid-dibattitu jibda fl-4.30 pm u jispiċċa fis-7.30 pm. Il-Kamra tiltaqa' fl-4.00 pm, il-mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula lill-Ministri sa mhux aktar tard mill-4.30 pm u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx;", "Illi l-ħin li jittieħed għal xi sospensjoni waqt id-diskussjonijiet kollha fuq l-Estimi Ġenerali 2019, Kumitat ta' Provvista, Estimi Supplimentari 2018, kif ukoll waqt iż-żewġ approprjazzjonijiet, għandu jiżdied mal-ħin stabbilit għall-interruzzjoni tax-xogħol.", "Illi minbarra t-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa, il-Kamra tista' tiltaqa' wkoll il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt, kemm filgħodu, wara nofsinhar u filgħaxija fl-istess jum.", "Illi meta l-Kamra tiltaqa' nhar ta' Ħamis, kemm filgħodu, kemm wara nofsinhar u kemm filgħaxija, isir biss xogħol tal-Gvern.", "Illi fis-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-Estimi Ġenerali 2019 jew l-Estimi Supplimentari 2018, jista' jsir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kif ikun jidher fuq l-Aġenda, wara li jispiċċa x-xogħol finanzjarju fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol u wara li jgħaddi x-xogħol kollu li jkun jidher fuq l-Aġenda, jitressaq l-Aġġornament u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "Il-ħinijiet u d-dati tad-dibattiti kif spjegati fl-iskeda murija aktar 'l isfel jistgħu jinbidlu bi ftehim milħuq fil-Kamra.", "Estimi Ġenerali 2019", "Illi jkun hemm żewġ seduti fuq il-mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għas-sena 2019; u l-ewwel seduta minn dawn tkun għall-Oppożizzjoni, waqt li t-tieni waħda tkun għall-Gvern; u ż-żewġ seduti jkunu eżenti mil-limiti ta' ħin għad-diskorsi skont l-Ordni Permanenti Nru 49 jew xi riżoluzzjoni oħra.", "Il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ta' dawn iż-żewġ seduti jkun fit-8.30 pm u l-ewwel votazzjoni tittieħed ħames minuti wara li tintalab, waqt li l-votazzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu jintalbu, jittieħdu immedjatament wara.", "Il-ħin tal-Aġġornament ta' dawn is-Seduti ma jitteħidx.", "Illi fil-jiem tal-Kumitat ta' Provvista:", "(i) Kull Ministru jressaq ir-Riżoluzzjonijiet tiegħu fil-Kumitat fil-bidu tad-diskussjoni dwarhom; u mbagħad il-ħin disponibbli għad-diskussjoni jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern;", "(ii) Fil-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol finanzjarju, id-diskussjoni tiġi meqjusa bħala konkluża salv għal xi rikonsiderazzjoni li jista' jipproponi l-Gvern dakinhar jew f'data ulterjuri sabiex jitressqu emendi għal xi vot jew voti partikolari; u t-tqegħid tal-mistoqsija fuq il-voti tal-estimi kif jidhru fuq l-Aġenda, u fuq l-emendi li jista' jkun hemm għalihom jiġu posposti għal seduta/i li d-dati tagħhom jiġu deċiżi mill-Gvern, f'liema seduta/i Ministru jista' wkoll iressaq emendi li jitqiegħdu għall-vot mingħajr diskussjoni.", "(iii) Fis-seduta/i allokati għar-rikonsiderazzjoni ta' xi vot/i jew/u għat-teħid tal-votazzjonijiet u l-emendi li jista' jkun hemm, skont il-paragrafu preċedenti, l-ewwel votazzjoni għandha tittieħed ħames minuti wara li tintalab waqt li l-votazzjonijiet l-oħra, jekk ikun hemm, jittieħdu immedjatament warajha, sakemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor.", "Illi l-voti tal-Ministeru fil-Kumitat ta' Provvista jistgħu jittieħdu għad-diskussjoni mhux fl-ordni u fid-dati kif jidhru hawn taħt u iktar minn voti ta' Ministeru wieħed jistgħu jiġu diskussi f'seduta waħda.", "Illi matul il-perjodu li fih ikunu qed isiru s-seduti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-Estimi Ġenerali 2019, l-Estimi Supplimentari 2018 kif ukoll waqt iż-żewġ approprjazzjonijiet, il-Kamra tista' tiltaqa' wkoll biex isir xogħol ieħor tal-Gvern, inklużi mozzjonijiet u riżoluzzjonijiet, kemm filgħodu, wara nofsinhar u anke filgħaxija, kif ikun jidher fuq l-Aġenda.", "DISKORS TAL-BUDGET", "It-Tnejn, 22 ta' Ottubru 2018 fis-6.30 pm", "RISPOSTA MILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2018 mis-6.30 pm sat-8.30 pm", "RISPOSTA MILL-PRIM MINISTRU", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2018 mis-6.30 pm sat-8.30 pm", "L-EWWEL JUM", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018 mid-9.00 am sa nofsinhar", "MINISTERU GĦALL-FINANZI", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018 mis-2.00 pm sal-5.00 pm", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI ŻGĦAR", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018 mis-6.30 pm sad-9.30 pm", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018 mid-9.00 am sas-2.00 pm", "IL-ĦAMES JUM", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018 mis-6.30 pm sad-9.30 pm", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018 mid-9.00 am sa nofsinhar", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018 mill-4.30 pm sas-7.30 pm", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018 mid-9.00 am sa nofsinhar", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018 mis-2.00 pm sal-5.00 pm", "L-GĦAXAR JUM", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018 mis-6.30 pm sad-9.30 pm", "IL-ĦDAX-IL JUM", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 mid-9.00 am sa nofsinhar", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠAR TAL-ILMA", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 mis-2.00 pm sal-5.00 pm", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 mis-6.30 pm sad-9.30 pm", "L-ERBATAX-IL JUM", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 mid-9.00 am sa nofsinhar", "IL-ĦMISTAX-IL JUM", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 mill-4.30 pm sas-7.30 pm", "Voti u Emendi għal Voti relatati mal-Kumitat ta' Provvista", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 – L-istadji kollha", "Estimi Supplimentari 2018 – L-istadji kollha", "Data li tiġi deċiża mill-Gvern skont il-paragrafu B.(2)(ii).", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nifhem li hemm xi dati li jistgħu jinbidlu bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Fil-fatt din qiegħda mniżżla fil-Mozzjoni stess.", "L-Oppożizzjoni għamlet talba biex tinbidel xi data minnhom imma għadni qed nistenna risposta dwarha.", "Ftit minuti ilu tkellimt ftit mal-Whip tal-Oppożizzjoni dwar dan ukoll.", "L-ISPEAKER: Il-Mozzjoni tipprovdi wkoll għal tibdil.", "Issa se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA (EMENDA NRU 2)", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Ottubru, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq settur li huwa mutur ewlieni fl-ekonomija Maltija, u għaldaqstant għandna responsabbiltà politika li nipproteġu lil dan is-settur.", "Qegħdin niddiskutu żewġ Abbozzi ta' Liġi li jipprovdu struttura, responsabbiltajiet u deċiżjonijiet li jekk jiġu implimentati kollha kif suppost, jiġifieri b'korrettezza, għandhom jgħinu lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta tkabbar ġieħha.", "Sur President, fil-klinika tiegħi jien ta' kuljum nitkellem kontra r-riskji li jkun qed jieħu min ipejjep, u issa ilni nagħmel hekk għal aktar minn 35 sena għax inħoss li dak huwa wieħed mill-obbligi tiegħi bħala tabib.", "Għalhekk wieħed għandu jifhem li meta aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni, kemm min-naħa tal-Partit Demokratiku kif ukoll min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, nitkellmu fuq l-iskrutinju tas-settur finanzjarju tagħna huwa obbligu tagħna li nagħmlu hekk, u b'daqshekk ma nkunux qegħdin nitkellmu kontra Malta.", "Issa ejjew ngħiduha kif inhi; illum qed ngħixu f'dinja globalizzata u Malta hija membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa suq kompetittiv immens, u wħud mill-pajjiżi kbar jgħiru għall-mod kif aħna rnexxielna navvanzaw fih, jiġifieri mingħajr ma trid se jkun hemm kemm skrutinju internazzjonali kif ukoll skrutinju lokali.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem għalfejn il-Membri min-naħa tal-Gvern jikkritikawna partikolarment meta nqiegħdu lil dan is-settur fl-għajn pubblika ta' din il-Kamra.", "Issa hawnhekk irridu noqogħdu attenti wkoll li meta nikkritikaw lil dan is-settur barra minn xtutna ma mmorrux overboard, u din hija xi ħaġa li aħna, min-naħa tal-Partit Demokratiku fl-Oppożizzjoni, qgħadna ferm attenti għaliha.", "Hemm linja; irridu nħarsu l-interess ta' Malta imma fejn hemm bżonn nikkritikaw l-aġir u l-għemil tal-Gvern iva, hemmhekk nidħlu romblu.", "Jien jiddispjaċini ninnota żewġ affarijiet; il-mod kif il-Gvern irrisponda nonchalantly lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-Unjoni Ewropea dwar is-settur finanzjarju tagħna meta kien fil-limelight tagħhom u l-mod kif il-Gvern ipponta subgħajh lejn din in-naħa tal-Kamra, qisna aħna qegħdin nagħmlu xi disprezz lil dan is-settur.", "Din is-sena diġà kellna l-opportunità li nagħmlu emenda f'din il-liġi, u nfakkar lil din il-Kamra li fl-aħħar ta' seduta li saret fix-xitwa li għaddiet, f'40 minuta aħna, bħala Gvern u Oppożizzjoni, għamilna bidla f'dan l-istess Abbozz ta' Liġi li kienet tirrikjedi dibattitu aktar b'saħħtu hawnhekk.", "Biżżejjed ngħid li b'dik il-bidla ċ-chief executive officer (CEO) tal-MFSA beda jinħatar direttament mingħajr sejħa mill-Prim Ministru.", "Dan ma jfissirx li jien m'għandix fiduċja fil-Prim Ministru imma rridu niftakru li anke l-board of governance ta' din l-Awtorità jinħatar mill-Prim Ministru, u allura li jkollok CEO li jinħatar direttament mill-Prim Ministru mingħajr l-ebda sejħa hija xi ħaġa li fid-demokrazija tal-lum ma tgħoddx.", "Għall-inqas għandu jkollna d-diċenza li nagħmlu sejħa!", "Imma sfortunatament dik hi s-sitwazzjoni tal-lum.", "Sur President, din is-sena dħalna fil-Fourth Money Laundering Directive.", "Huwa fatt li s-settur tas-servizzi finanzjarji hawn Malta joffri servizzi u opportunitajiet ta' xogħol lil ħafna Maltin u Għawdxin, u għalhekk aħna għandna responsabbiltà politika li nipproteġuh, imma huwa wkoll fatt li pajjiżna għandu quddiemu opportunitajiet kbar ta' żvilupp li tlifniehom.", "Permezz ta' Brexit, aħna suppost ġbidna lill-banek 'l hawnhekk, però sfortunatament tlifna opportunitajiet kbar ta' żvilupp.", "Aħna nistgħu nikkontribwixxu wkoll biex il-kwalità tal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna f'pajjiżna tkompli togħla u tilħaq l-ogħla livell.", "Jien ninnota, Sinjura President, li quddiem dawn l-isfidi aħna, b'mod partikolari aħna li għandna responsabbiltà politika, għandna interess komuni li nagħmlu minn kollox biex negħlbuhom, imma biex dan iseħħ għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta' viġilanza jkunu qed jaħdmu b'kompetenza u bi professjonalità, li nkunu qed inħarsu l-istandards, li nkunu qed inħarsu l-good practices, li nkunu qed naraw x'jgħidu l-konvenzjonijiet internazzjonali imma fuq kollox li nkunu qed noperaw mingħajr indħil politiku u mingħajr kull xorta ta' ndħil jew xkiel ieħor.", "Meta se nitgħallmu?!", "Hemm bżonn li dan l-indħil ma jibqax iseħħ!", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq Awtorità li hija awtonoma u indipendenti, u għaldaqstant jekk timxi għal riħha kapaċi toħroġna anke minn din is-sitwazzjoni li għandna bħalissa fejn is-settur finanzjarju huwa mħares b'mod imċajpar minn swieq internazzjonali oħrajn jew membri sħab tal-Unjoni Ewropea.", "Xħin ħarist lejn din il-liġi u kkonsultajt – għax filwaqt li fuq it-tabakk u fuq is-sigaretti jien nifhem sew u m'għandix għalfejn nikkonsulta, ma nistax ngħid l-istess ħaġa fuq is-settur finanzjarju – sibt li l-istruttura li biha qed isiru l-emendi qed tfakkarni f'dak li kien hemm fil-liġi li kellna fl-1994.", "Jiġifieri qed ninnota li għal dik li hija struttura qegħdin noqorbu sew għall-good practices li kellna meta kien twaqqaf il-Malta Financial Services Centre (MFSC).", "Imma apparti minn hekk m'hemmx dubju li, kif għedt diġà, awtorità indipendenti u awtonoma trid tkun imsaħħa b'kontabbiltà trasparenti filwaqt li r-responsabbiltajiet tagħha għandhom jiġu mħaddma f'waqthom u b'mod effettiv.", "Jien ma nixtieqx nerġa' nħares lura u nixtieq li fid-dibattitu ta' din il-liġi nħarsu 'l quddiem ilkoll flimkien, imma ta' min isemmi żewġ okkażjonijiet minħabba l-mod kif jidher li sar indħil u l-affarijiet ma sarux f'waqthom u b'mod effettiv apposta.", "Qed nirriferi għall-Pilatus Bank - ikollok issemmih mingħajr ma trid! - kif ukoll għall-mod kif bank ieħor ewlieni – m'iniex se nsemmi ismu biex inkun korrett f'għemili - li kont għamilt mistoqsijiet parlamentari dwaru minħabba li kien magħruf għall-iskorrettezza tiegħu f'pajjiż ieħor li huwa barra l-Unjoni Ewropea imma li qiegħed fl-Ewropa, ġie aċċettat f'pajjiżna minkejja li kellu problemi ta' ħasil ta' flus anke fis-South America.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra jafu għal liema bank qed nirreferi, Sinjura President!", "Kif semmejt diġà, ħaġa oħra li tinkwetani hija s-sitwazzjoni li fiha jinsab is-settur finanzjarju ta' pajjiżna.", "Ngħid għalija jien inħoss li bl-indħil politiku li kien hemm fih, bħalissa dan is-settur ħa majnata u tilef xi ftit mir-reputazzjoni tiegħu.", "Huwa proprju għalhekk li fil-bidu tad-diskors tiegħi jien għedt li aħna qegħdin nitilfu l-opportunitajiet għal meta l-Ingilterra toħroġ bħala Stat Membru mill-Unjoni Ewropea; għax jien kont nistenna li għall-inqas mill-Brexit konna se nattiraw xi bank jew tnejn kbar biex jiġu lejn Malta.", "Għalhekk jien nemmen li iva, hemm bżonn nitfgħu s-salvauomo, u fil-fatt is-salvauomo se nitfgħuh, kemm permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum kif ukoll permezz ta' xi ħaġa oħra li se nipproponi jien.", "Xi ħaġa li nnotajt li hemm fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u li jien xħin rajtha ddarrast hija li l-kumitat eżekuttiv, li jixbah ħafna lil dak tal-gaming, se jkollu l-poteri li joħroġ il-liċenzja, li jagħmel monitoring u li jagħmel l-enforcement, jiġifieri dan il-kumitat se jkun qed jagħmel tliet affarijiet f'daqqa.", "Issa din għandha kemm il-lat pożittiv tagħha kif ukoll il-lat negattiv tagħha.", "Kollox sew, fil-gaming irnexxa kumitat eżekuttiv simili, u allura jalla dan jirnexxi wkoll.", "Imma ngħid jien, hemm bżonn li f'dan l-artiklu nżidu klawsola u ngħidu li jekk dan il-kumitat jiġi xolt, il-poteri tal-kumitat għandu jeħodhom il-Kap Eżekuttiv, li huwa s-CEO?!", "U ejja!", "Ejjew ma ninsewx li l-Kap Eżekuttiv huwa mqabbad mill-Prim Ministru, u allura f'dan il-każ jerġa' jiġi kollox f'idejn persuna waħda!", "Jekk aħna verament nibżgħu għas-settur finanzjarju kif suppost u jekk verament nemmnu f'teamwork professjonali, dan qatt m'għandu jkun, u allura għalija din il-klawsola żgħira hija bħalma hi r-riċetta fil-mediċina; jiġifieri hija importanti daqs il-ħsieb tajjeb u ġenwin tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Sinjura President, nixtieq nagħmilha ċara li min-naħa tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni, inkluż aħna bħala Partit Demokratiku, esprimejna qbil dwar materji strateġiċi, jiġifieri f'dan il-qasam għandna kunsens dwar materji strateġiċi għax dan huwa fl-interess nazzjonali.", "Għalhekk għandna nħarsu lejh b'mod li nbegħduh mill-kriminalità kif ukoll mill-ħasil tal-flus.", "Hemm bżonn ukoll li s-superviżjoni u l-inforzar min-naħa ta' din l-entità jsir b'mod professjonali, b'good practices u kif suppost.", "L-ewwel semmejt is-salvauomo u għedt ukoll b'wiċċi minn quddiem li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa tajjeb, imma l-Partit Demokratiku ppropona xi ħaġa li hija wkoll salvauomo f'dan is-settur, u ż-żewġ naħat tal-Kamra, kemm in-naħa tal-Gvern kif ukoll in-naħa tal-Oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista, donnhom ma tantx taw kas dak li pproponejna aħna.", "Qed nirriferi għall-mozzjoni privata ppreżentata minni u mill-Onor.", "Marlene Farrugia, liema mozzjoni tirrigwarda t-twaqqif ta' kumitat permanenti għas-sorveljanza tal-entitajiet regolatorji fis-settur finanzjarju u fis-settur tal-gaming.", "Għaliex?", "Għax minbarra l-liġi, minbarra s-saff ta' liċenzjar u minbarra s-saff ta' moniteraġġ u inforzar hemm bżonn li jsir skrutinju wkoll minn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Hawnhekk nixtieq nappella b'ħeġġa kemm lill-Partit Nazzjonalista kif ukoll lill-Partit Laburista biex jitwaqqaf dan il-kumitat permanenti ad hoc ġdid, li m'iniex se noqgħod naqra d-dettalji tiegħu, għax fost l-oħrajn dan se jiddiskuti l-policies, se jiddiskuti l-operat tas-settur, se jiddiskuti u janalizza l-impatt u d-deċiżjonijiet tal-Gvern anke rigward dak li jkun qiegħed jiġri fl-Unjoni Ewropea kif ukoll se jirċievi u jisma' opinjonijiet anke minn korpi kostitwiti.", "Għalhekk dan huwa kumitat li bis-saħħa tiegħu u tal-għodod parlamentari li jeżistu se jkun hemm konsultazzjoni u sorveljanza aktar wiesgħa.", "L-Oppożizzjoni se tagħti sehemha flimkien mal-Gvern ukoll f'kumitat bħal dan biex dan is-settur ikun jista' jissaħħaħ.", "Għalhekk fuq din in-nota tal-mod kif wieħed għandu jħares lejn il-qasam finanzjarju, jien nixtieq nappella lis-Segretarju Parlamentari biex jekk għadu ma rax din il-Mozzjoni li qed nirreferi għaliha jifliha.", "Sintendi nixtieq nappella wkoll lill-Whip tal-Oppożizzjoni biex meta niġu għall-House Business Committee u jkollna ċ-ċans li nressqu din il-Mozzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni għax ikun wasal iż-żmien tagħna, jikkonsidra li għall-inqas mit-tliet mozzjonijiet li għandna pendenti - ta' min jgħid illi t-tlieta huma mirquma sew; pereżempju, waħda minnhom hija fuq in-national masterplan li pajjiżna qiegħed jistenna li jkollu bil-ħerqa; xi ħaġa li qatt ma saret s'issa - titressaq din il-mozzjoni li tirrigwarda s-settur finanzjarju.", "Wara kollox jekk aħna verament nemmnu li rridu ndaħħlu l-integrità u nagħmlu dak li jistħoqqilha Malta għażiża tagħna, dan huwa saff ieħor ġdid li la jiddupplika x-xogħol tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u lanqas ix-xogħol tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi għax dan huwa kumitat li jagħti struttura u saħħa ta' sorveljanza lil dan is-settur finanzjarju, li huwa s-sies tal-ekonomija Maltija.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum jittratta l-istrutturi t'awtorità ewlenija f'pajjiżna, awtorità li għandha funzjoni importanti ħafna fl-isfond ekonomiku li pajjiżna żviluppa fih mis-snin disgħin 'il hawn.", "L-ekonomija Maltija evolviet f'waħda mibnija fuq is-servizzi ta' valur miżjud.", "Wieħed jista' jgħid li dan huwa l-pern tal-qafas ekonomiku ta' pajjiżna.", "Imbagħad sussegwentement wieħed jista' jgħid li s-setturi l-oħra bnew fuq il-blueprint li kien hemm fil-qasam tas-servizzi finanzjarji biex minn pajjiż li kien relattivament ġdid fix-xena tas-settur finanzjarju, illum bla ebda dubju pajjiżna huwa wieħed mill-aktar pajjiżi ta' suċċess.", "Dan is-suċċess ma ġiex b'kumbinazzjoni imma lkoll kemm aħna ħdimna għalih.", "Illum jien nixtieq nitkellem fuq aspett partikolari li dan l-Abbozz ta' Liġi, anke bl-istrutturi li qed joħloq, qed jirrikonoxxi l-importanza tiegħu, filwaqt li nixtieq nieħu ottika differenti minn dik li ġeneralment nieħdu kemm f'din il-Kamra kif ukoll barra minnha dwar dan is-suġġett.", "Fil-fatt jien se niffoka fuq is-suġġett tal-ħasil tal-flus, però se nieħu perspettivi xi ftit differenti minn dak li ġeneralment inkunu qegħdin niddiskutu s-soltu.", "Qabelxejn huwa importanti li wieħed jifhem għaliex istituzzjoni bħall-MFSA hija importanti għal pajjiżna.", "Dan għaliex, Sinjura President, fuq dan is-settur għandek l-ekonomija ta' pajjiżna li qed tkompli tevolvi u tinbena.", "Dan huwa settur li minnu ma jgħixux biss dawk li jaħdmu fih direttament imma għandek eluf ta' familji oħrajn li jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn xogħol li huwa relatat mas-servizzi ta' din l-industrija.", "Dan il-qasam huwa importanti wkoll għaliex jien nemmen li l-ġenerazzjonijiet futuri ta' pajjiżna jridu jaħdmu fih u jridu jaraw li l-identità ekonomika u globali ta' pajjiżna tkun mibnija fuq dan is-settur kif ukoll fuq l-areas marbutin miegħu.", "Jien nieħu pjaċir li l-Gvern jidher li huwa kommess f'dawk l-oqsma li jikkonverġu t-teknoloġija mas-servizzi finanzjarji u f'oqsma oħra li huma relatati.", "Kif taf inti, Sinjura President, u kif jafu anke Membri min-naħa l-oħra, jien nemmen li meta tkun qed issir xi ħaġa tajba nagħmlu żball kbir jekk nipprovaw ngħidu li hija ħażina, u m'hemmx dubju li l-mod kif pajjiżna qed jiġi proġettat internazzjonalment f'dan il-qasam huwa pożittiv.", "Din it-tip ta' politika qed tkompli tibni fuq il-viżjoni li kellhom Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Pereżempju, jien niftakar li fil-bidu tas-snin 2000 Dr Eddie Fenech Adami kellu l-viżjoni li jagħmel minn pajjiżna ċentru bbażat fuq it-teknoloġija, anke jekk dak iż-żmien l-internet kien għadu fil-bidu tiegħu nett.", "Għalhekk huwa tajjeb li issa qed inkomplu nibnu bit-teknoloġiji u bl-evoluzzjonijiet il-ġodda fuq dan is-settur, u jien m'għandix dubju li pajjiżna se jkompli jagħmel suċċess kbir f'dan il-qasam minkejja l-isfidi u l-kompetizzjoni kollha li qed tiffaċċja d-dinja f'dan il-qasam.", "Madanakollu l-isforz li aħna għandna nagħmlu fuq l-aspett tal-ħasil tal-flus huwa importanti għax irridu naraw li t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna ma jiġix a skapitu tal-ġid komuni imma jkun tkabbir sostenibbli bla ma jkollu ebda tnawwir taħtu għax dak jista' jwassal għal problemi kbar f'pajjiżna.", "Jien nemmen li l-ekonomija tagħna m'għandha qatt, lanqas remotament, tiġi dipendenti fuq l-outcome ta' ekonomija li warajha jista' jkollha xi forma ta' ħasil ta' flus għaddej.", "Sinjura President, dan is-suġġett huwa rilevanti wkoll fil-kontest ta' dak li fakkarna lbieraħ.", "Ilbieraħ ħafna nies fakkru - u m'għandix dubju li lbieraħ kull Malti u Maltija ftakru - għeluq is-sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, li lil hinn minn jekk taqbilx magħha jew le, żgur li kienet ġurnalista ewlenija li kellha the eye for detail dwar dawk l-aspetti li huma marbutin mal-ħasil tal-flus.", "Jekk kien hawn ġurnalista li kienet kapaċi tinterpreta dawk is-sinjali, ċertament li din kienet Daphne Caruana Galizia.", "Jien minn hawnhekk nixtieq insellem il-memorja tagħha filwaqt li nagħti l-kondoljanzi lill-familja tagħha għax bla dubju ġurnata bħal dik tal-bieraħ hija ġurnata iebsa għal din il-familja, bħalma wara kollox hija iebsa kull ġurnata oħra li tgħaddi.", "Ikun hawn min jgħidlek: X'inhu l-big deal dwar il-ħasil tal-flus?", "X'differenza tagħmillek lilek, jew x'differenza tagħmel lill-individwu, lill-ħaddiem, lill-imprenditur u lil sid ta' ħanut jekk ikun hawn il-flus maħmuġin fl-ekonomija?", "U hawn min jgħidlek ukoll: Aktar ma jkun hawn flus fl-ekonomija, aktar aħjar!", "Hawn diversi argumenti u dibattiti f'dan ir-rigward.", "Fortunatament dawn it-tip t'argumenti ma jsirux f'din il-Kamra għax naħseb li f'din il-Kamra hawn kunsens unanimu li rridu nagħmlu l-almu kollu tagħna kontra l-ħasil tal-flus.", "Min jargumenta b'dak il-mod ikun qed jargumenta b'mod żbaljat, u jien nemmen li aħna għandna wkoll l-obbligu li nispjegaw u nfiehmu lin-nies għaliex dak huwa argument żbaljat.", "Aħna nitkellmu hawnhekk, nitkellmu barra minn hawnhekk, nitkellmu fuq ħasil tal-flus u nitkellmu fuq ħafna affarijiet, però forsi ftit li xejn nirrealizzaw li mhux neċessarjament kulħadd ikun qed jifhem x'inhu l-impatt ta' argumenti bħal dawn, u jien fuq din il-perspettiva nixtieq nitkellem.", "Għaliex il-ħasil tal-flus huwa ħażin għas-soċjetà, Sinjura President?", "Għax prinċipalment is-suċċess tal-ħasil ta' flus ifisser il-ħolqien ta' motivazzjoni għal kriminalità organizzata.", "U dan xi jfisser?", "Dan ifisser li, kif jgħidu bl-Ingliż, crime starts paying!", "Mela dan iwassal għal aktar reati kriminali serji, għal aktar frodi, għal aktar serq, għal aktar traffikar ta' persuni, għal aktar traffikar ta' armi u għal aktar traffikar tad-droga għax minnu nnifsu s-suċċess tal-ħasil tal-flus joħloq is-supply fis-suq għall-kriminalità.", "Dak hu li joħloq is-suċċess tal-ħasil tal-flus!", "Terġa' mbagħad dak is-supply fil-qasam tal-kriminalità joħloq bżonn akbar ta' inforzar tal-liġijiet, u naturalment xi ħadd irid iħallas għal dan l-inforzar tal-liġijiet għax aktar ma jkun hemm bżonn ta' inforzar, aktar se jkollok taxpayers leġittimi li jkollhom iħallsu għal dik iż-żieda fl-inforzar.", "Aktar ma jkun hemm nies joperaw fi kriminalità organizzata u jgawdu l-qligħ tagħha, aktar it-taxpayers se jispiċċaw ikollhom iħallsu għal dik il-kriminalità.", "Huwa għalhekk li l-ħasil tal-flus huwa ħażin u li bħalissa l-mexxejja tad-dinja kollha, irrispettivament mil-liema kamp politiku ġejjin minnu, qed jagħmlu ħafna sforzi.", "Fil-fatt, Sinjura President, jekk hemm settur li jaqblu fuqu l-partiti tal-lemin, tax-xellug kif ukoll il-partiti liberali, dan huwa s-settur tal-ħasil tal-flus.", "Kull politiku li jrid imexxi lin-nies tiegħu jirrealizza li huwa għandu obbligu li ma jħallix dan iċ-ċiklu li jwassal biex min qiegħed jagħmel flusu mill-miżerja ta' ħaddieħor ikun qiegħed igawdi l-frott ta' dak li qed jagħmel.", "Dan li qed ngħid ma japplikax biss għall-qasam soċjali li jirrigwarda lit-taxpayer għax anke, pereżempju, meta wieħed jiġi għall-qasam tal-businesses, jekk wieħed jargumenta li l-fatt li jkun hemm il-ħasil tal-flus, dan ifisser li hawn aktar flus fl-idejn fl-ekonomija, ngħidlu li dan mhux neċessarjament ifisser hekk għax jista' jkollok businesses żgħar li jispiċċaw ifallu minħabba kompetizzjoni inġusta.", "Għaliex?", "Għax jekk inti għandek a front economic activity li tista' tissussidja l-operat tagħha mhux għax hija kompetittiva fis-suq imma għaliex qiegħda front f'affarijiet oħrajn, billi din għandha sussidju li ġej minn attivitajiet oħra li huma illeċiti, peress li ovvjament affarijiet illeċiti ma jkunux qed jiġu intaxxati, dak il-business ikun qed jiġi driven 'il barra mis-suq tiegħu.", "Mela allura f'dan il-każ inti għandek sitwazzjoni fejn businessman leġittimu, li aħna minn din il-Kamra nagħmlu minn kollox biex ninċentivawh, tista' tgħid li jiġi eliminat mis-suq għar-raġuni li finalment min ikun qiegħed jikkompeti miegħu jkun qed jirnexxielu jagħmel dan minħabba li jkun jista' jissussidja l-operat tiegħu bil-ħasil tal-flus.", "Fil-fatt huwa għalhekk li aktar milli intervent tekniku llum, jien nixtieq nagħmel intervent fuq is-sustanza għax nemmen li għandna bżonn nieħdu approach ġdid fuq dan is-settur billi filwaqt li nirrealizzaw dak li għaddejjin minnu, ma nistgħux sempliċement ninjoraw is-sinjali kollha li hawn madwarna.", "Dan għaliex meta wieħed joqgħod jara dak kollu li ġara; is-sinjali kollha li kellna u d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu matul dawn l-aħħar xhur, wieħed jirrealizza li hemm sinjali inkwetanti għal dan is-settur f'pajjiżna.", "Jien, kemm bħala Deputat ta' din il-Kamra imma anke bħala Malti u bħala missier ta' tfal Maltin, nixtieq nara li aħna lkoll hawnhekk - u mhux il-Gvern biss - nieħdu l-azzjonijiet li għandna bżonn nieħdu biex insaħħu u nnaddfu dan il-qasam.", "Sinjura President, jien nemmen li aħna għandna obbligu kbir li nfittxu għan komuni fuq dan is-settur.", "Aħna għandna obbligu li nassiguraw li l-qligħ li jiġi ġġenerat mill-miżerja tan-nies ma jitgawdiex, kemm jekk dik il-miżerja tan-nies ġejja minn pajjiżna kif ukoll jekk dik il-miżerja tan-nies ġejja minn x'imkien ieħor fid-dinja.", "Aħna m'għandniex inkunu jew ma nistgħux inkunu strument għal min igawdi dak il-qligħ.", "Min-naħa tiegħi, I'm all for li l-businesses ikomplu jikbru, ikomplu jinvestu u jkomplu jissaħħu.", "Jien nieħu pjaċir ukoll li s-settur kummerċjali jkompli jespandi u li nġibu aktar investiment kif ukoll investiment innovattiv, però jien għandi naborixxi enormement lil min jagħmel il-qligħ tiegħu mill-miżerja ta' ħaddieħor u mbagħad jipprova juża istituzzjonijiet, fosthom l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, biex ikun jista' jgawdi dawk il-flus.", "Sur President, jien nemmen li dan l-għan komuni jinsab fuq kull naħa politika ta' pajjiżna.", "Naħseb li aħna għandna x-xorti li minkejja perspettivi differenti, dan l-għan komuni jeżisti.", "Jien ma naqbilx ma' min jipprova jagħti stampa li l-ħasil tal-flus jitfaċċa taħt xi gvern jew taħt xi gvern ieħor għax fil-verità l-ħasil tal-flus m'għandu l-ebda kulur politiku.", "Il-ħasil tal-flus jiġi biss mill-qligħ u l-qligħ m'għandux kulur politiku.", "Jien nemmen li dan aħna rridu nirrikonoxxuh u nirrealizzawh hawnhekk u l-għan komuni tagħna għandu jkun li nagħmlu sforzi leġiżlattivi - għax aħna dik il-funzjoni li għandna hawnhekk filwaqt li l-Gvern għandu wkoll l-Eżekuttiv - biex il-parti tagħna nkunu qed nagħmluha wkoll.", "Jien nemmen li lil hinn mill-argumentazzjoni politika, li naħseb għamilnieha kemm-il darba hawnhekk, kull wieħed u waħda minna jrid ikun mexxej billi jidentifika x'inhuma dawk l-elementi li aħna f'dan il-pajjiż nistgħu nindirizzaw ekonomikament u l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li nsaħħu aktar strutturi.", "Pereżempju, pajjiżna għad m'għandux struttura bħall-Guardia di Finanza li għandhom l-Italja.", "Niftakar li darba l-Ministru Josè Herrera kien irrefera għal dan l-element ukoll.", "Il-pulizija ta' Malta huma mgħobbijin b'reati li huma relattivament żgħar u reati li huma komplikati enormement, u allura mbagħad f'dawn il-każi x'jiġri?", "Imbagħad il-kritika tibda taqa' fuq il-persuni li jaħdmu f'dawn is-setturi, fosthom fuq dawk li jaħdmu fil-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), li jkollhom jiffaċċjaw kritika kostanti, anke jekk huma jkunu qed jagħmlu l-parti tagħhom.", "Għalhekk jien nemmen li rridu nilleġiżlaw f'dan is-sens.", "M'għandniex aktar x'naħsbu!", "Dawn il-korpi jeżistu fid-dinja kollha, u aħna f'pajjiżna rridu korpi li għandhom il-fakultà li jinvestigaw u jagħmlu l-prosekuzzjoni tagħhom jekk verament irridu nsaħħu s-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Irridu nagħtu għodod leġiżlattivi aktar b'saħħithom u aktar qawwija biex min jagħmel il-qligħ tiegħu mill-kriminalità ma jkunx jista' jgawdi dak il-qligħ, u b'hekk inti ma tkunx qed tiffrustra lil min qiegħed jinforzah.", "Dawk l-affarijiet irridu nagħmlu aħna hawnhekk, u dak hu li rridu naraw li nwasslu.", "Dak huwa r-rwol tagħna.", "Illum pajjiżna għandu bżonn dawn l-istrutturi.", "L-istrutturi li qed ngħaddu llum huma tajbin u għandhom ikunu ta' għajnuna, però huma weħidhom mhumiex se jindirizzaw il-problemi ewlenin.", "Nerġa' ngħid li se jservu ta' għajnuna, u bl-ebda mod m'aħna qed ngħidu li aħna kontrihom, anzi kif qalu l-kelliema ewlenin, aħna favurihom, però hemm bżonn li din il-problema nindirizzawha verament.", "Fil-fatt jien għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi bdejt insemmi r-raġunijiet għalfejn il-ħasil tal-flus huwa ħażin għas-soċjetà; għaliex dan joħloq il-miżerja tant li wieħed jista' jorbot il-punt tal-ħasil tal-flus mal-miżerja tan-nies li m'għandhomx fejn joqogħdu, li qed jitilfu xogħolhom u li qed jabbużaw aktar mid-droga.", "Għalhekk jien nemmen li aħna f'dan il-Parlament għandna obbligu li aktar milli nitkellmu u sempliċement nagħmlu d-diskorsi, indaħħlu istituzzjonijiet li jistgħu jinforzaw filwaqt li lil dawk in-nies li jpoġġu ħajjithom f'riskju biex jagħmlu dak ix-xogħol ma nagħtuhomx il-paroli u t-tgħajjir imma minflok nagħtuhom l-għodod biex għall-inqas bihom ikunu jistgħu jmorru lura fi djarhom u jaraw li dak li qed jagħmlu qed jagħmluh għall-ġid komuni.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, nixtieq nibda dan l-intervent billi f'isem l-Oppożizzjoni nuri s-solidarjetà tiegħi mal-familjari tal-vittmi tal-Krimea fejn kif nafu, hemmhekk sar attakk terroristiku li fih mietu xi 17 jew 18-il student.", "Dan l-attakk fakkarni f'esperjenza personali li għaddejt minnha jien meta saru l-attakki fi Brussell, esperjenza li tkellimt dwarha fil-Parlament proprju l-ġimgħa l-oħra.", "Jien, il-familja tiegħi u sħabi kellna ngħixu sentejn minn ħajjitna taħt it-theddida tat-terroriżmu, u kif għedt il-ġimgħa l-oħra, biex sempliċement immorru nixtru minn shopping arcade kien ikollna s-suldati jduru madwarna bir-rifles.", "Din hija sitwazzjoni li jiddiskutuha l-Belġjani u jien nemmen li jiddiskutuha wkoll il-Franċiżi u d-Daniżi għax dawn l-attakki saru wkoll fi Franza u fid-Danimarka.", "Hekk kif aħna meta nkunu madwar il-mejda tal-ikel niddiskutu l-politika u l-immigrazzjoni, dak iż-żmien il-Belġjani, il-Franċiżi u d-Daniżi meta jpoġġu madwar il-mejda tal-ikel kienu jiddiskutu t-theddida tat-terroriżmu.", "Hija xi ħaġa verament kerha li tgħaddi sentejn dejjem tistenna li xi darba se tidħol ġo metro jew tirkeb xi ferrovija u jsir xi attakk ieħor.", "Sinjura President, qed inġib dan l-eżempju għax kien proprju minħabba t-tip ta' terroriżmu li kien hemm fi Brussell u f'Pariġi li l-Unjoni Ewropea, flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, bħal pereżempju l-OECD (Organisation for Economic Cooperation and Development) – li se nerġa' nsemmiha aktar 'il quddiem - l-FATF (Financial Action Task Force) u l-Moneyval, li qisha hija l-FIAU fuq livell Ewropew, matul dawn l-aħħar snin bdew jagħfsu ħafna fuq il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u fuq il-finanzjament ta' kontra t-terroriżmu.", "Bħalma qalilna l-kollega tiegħi li tkellem qabli l-Onor.", "Claudio Grech, aħna hawn Malta nagħtu ħafna importanza lill-ħasil tal-flus proprju minħabba li dan iġib miegħu miżerja, fosthom minħabba li ħafna nies jisfaw vittmi u jmutu proprju b'konsegwenza tat-terroriżmu.", "Jekk lit-terroristi tneħħilhom is-sors ta' finanzjament tagħhom tkun qed toqtolhom.", "Għalkemm aħna sirna nafu li dawk it-terroristi li għamlu l-attakki fi Brussell u f'Pariġi kellhom identità u ċittadinanza Belġjana u Franċiża, dawn kienu tħarrġu fis-Sirja u f'ċerti każi anke fis-Saudi Arabia.", "Dan ifisser li qabel ma dawn it-terroristi għamlu l-attakki fl-Ewropa, huma marru jitħarrġu fis-Sirja billi marru jiġġieldu mal-moviment tal-Istat Islamiku \"Daesh\", li aħna lkoll nafu l-miżerja li joħloq u li qabel kien joħloq aktar mil-lum.", "Għalhekk l-Unjoni Ewropea flimkien mal-G7 (Group of Seven) u ma' organizzazzjonijiet oħra, bħall-FATF (Financial Action Task Force) għamlu minn kollox biex l-organizzazzjonijiet terroristiċi jiqfilhom kull tip ta' finanzjament.", "F'Malta għandna sitwazzjoni partikolari, Sinjura President.", "F'Malta minn dejjem konna pajjiż avvanzat ħafna fis-servizzi finanzjarji però l-aktar ħaġa li konna magħrufin għaliha kienet li kellna r-reputazzjoni tagħna intatta.", "Fil-fatt ħafna nies, fosthom Franċiżi, Taljani u Ġermaniżi, speċjalment dawk li huma ġejjin mix-xaqliba tad-dinja politika tax-xellug, kienu jqisu lil Malta bħala ġenna fiskali għar-raġuni li aħna għandna sistema li tattira lill-kumpaniji barranin biex jiġu f'pajjiżna minħabba li dawn iħallsu inqas taxxa minn pajjiżi oħra li jinsabu fil-kontinent Ewropew.", "Għalhekk aħna konna meqjusin - u sa ċertu punt għadna meqjusin b'dan il-mod - bħala ġenna fiskali minn din is-sezzjoni tas-soċjetà, u r-reputazzjoni ta' Malta kienet b'saħħitha.", "Madanakollu fis-sena 2018 rajna r-reputazzjoni ta' Malta tieħu daqqa 'l isfel, u għalhekk f'dan l-intervent nixtieq nagħmel appell wieħed biss; appell lill-Gvern biex issa, li ġejjin uffiċjali mill-Moneyval mill-5 sa 7 ta' Novembru, il-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjali Maltin biex jikkooperaw kemm jistgħu mal-uffiċjali tal-Moneyval.", "Huwa importanti li Malta tikkoopera mal-Moneyval għax b'hekk biss nistgħu ntejbu r-reputazzjoni ta' Malta.", "Issa ejjew ngħiduha kif inhi; Malta għandha Prim Ministru li meta faqqa' l-iskandlu tal-Panama Papers u ta' Mossack Fonseca, huwa ddeċieda li lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff Keith Schembri, li kienu parti minn dan l-iskandlu, iżommhom miegħu xorta waħda, kif baqa' jagħmel sal-lum, u din hija xi ħaġa li tat lir-reputazzjoni ta' Malta daqqa ta' ponn.", "Però minkejja kollu, naħseb li llum Malta xorta waħda tista' tagħmel ħafna għax il-Gvern qiegħed iżid kemm riżorsi umani kif ukoll teknoloġiċi.", "Nerġa' nappella li issa huwa importanti li nsegwu r-rakkmandazzjonijiet tal-Moneyval filwaqt li nkunu miftuħin u nikkooperaw magħhom.", "L-attitudni tal-Gvern Malti għandha tkun tajba.", "Wara kollox, Sinjura President, jien naħseb li l-attitudni hija kollox fil-ħajja.", "Li turi li inti tinsab miftuħ għas-suġġerimenti u li trid taħdem fuqhom hija xi ħaġa li ttejbilna r-reputazzjoni tagħna, u hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar affarijiet frivoli.", "Ma nixtieqx nidħol f'battibekk politiku proprju fuq is-settur finanzjarju meta naf li hawnhekk qed nitkellmu fuq l-għajxien ta' eluf kbar ta' nies li jaħdmu f'dan is-settur f'pajjiżna.", "Nies oħra bħali, li għandna konsulenza u li aħna marbutin ma' dan is-settur indirettament ukoll inħossuha d-daqqa jekk kemm-il darba jkun hemm rakkmandazzjoni negattiva min-naħa tal-Moneyval.", "Issa nixtieq immur ftit lura għal kif bdejna bħala pajjiż f'dan is-settur.", "Kif kont qed ngħid qabel, aħna bdejna billi daħħalna ħafna tipi ta' servizzi finanzjarji.", "Pereżempju, illum il-ġurnata aħna qegħdin nitkellmu dwar il-blockchain u dwar il-cryptocurrencies, u aħna min-naħa tagħna appoġġjajna din il-liġi u se nkomplu nappoġġjawha.", "Il-blockchain, il-gaming u s-servizzi finanzjarji l-oħra kollha huma tajbin, u jien narahom bħala low risk, imma jekk min-naħa l-oħra nitkellmu fuq il-cryptocurrencies, hemmhekk qed tattira aktar high-risk investors.", "Hawn ta' min isemmi wkoll ir-rakkmandazzjoni li qed tagħmlilna l-OECD llum fejn qed tgħidilna li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti tista' tkun tieqa għall-ħasil tal-flus.", "Issa meta jkollok dawn it-tip ta' kummenti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom Bloomberg li titkellem fuq ir-riskji li għandhom il-cryptocurrencies … Irrid nerġa' nagħmilha ċara li hawnhekk qed nitkellem fuq il-cryptocurrencies u mhux fuq il-blockchain għax dik hija xi ħaġa oħra.", "Li qed ngħid jien huwa li jekk f'Malta addottajna dawn l-affarijiet - u aħna mill-Oppożizzjoni aċċettajniehom u vvotajna favurihom - allura aktar u aktar huwa importanti li jissaħħu l-istituzzjonijiet u li r-regolaturi, li f'dan il-każ huma l-MFSA u l-FIAU, ikollhom biex jaħdmu, ikunu b'saħħithom u jkunu awtonomi.", "Aktar ma naraw is-settur tas-servizzi finanzjarji jikber, anke b'elementi li huma high-risk, aktar u aktar irridu nżidu s-saħħa tar-regolatur u noqogħdu attenti kif nitkellmu anke fuq livell internazzjonali.", "Sinjura President, il-fatt li l-European Banking Authority (EBA) qaltilna li l-FIAU, l-aġenzija ta' kontra l-ħasil tal-flus f'Malta, kisret direttiva tal-Unjoni Ewropea jew inkella li l-MFSA m'għamlitx xogħolha tajjeb u setgħet għamlitu aħjar, ifisser li għandna nieqfu nirriflettu biex naraw kif se nżidu u nsaħħu dawn l-istituzzjonijiet.", "Li tagħmel żball darba ma jimpurtax.", "L-importanti huwa li ma tkomplix tagħmel l-istess żball sena wara l-oħra.", "Għalhekk kif għedt diġà, l-attitudni tagħna hija importanti, hekk kif inhu importanti wkoll li jkollna r-rieda li nsaħħu dawn l-istituzzjonijiet.", "Issa meta qed ngħid li rridu nsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna rrid infisser li rridu nassiguraw li, pereżempju l-MFSA tkun kapaċi tifli tajjeb u bir-reqqa lil min tagħti liċenzja ta' bank jew liċenzja lil operaturi oħrajn, u wara li tagħti dik il-liċenzja u tirrifletti u tifli tajjeb, għandha żżomm sorveljanza b'saħħitha fuq dak il-bank jew fuq dawk l-operaturi partikolari.", "Barra minn hekk imbagħad il-liġijiet u r-regolamenti tagħna għandhom jagħtu spazju għal xi ħaġa li għalina hija importanti ħafna, bħalma hi, pereżempju, l-innovazzjoni fit-teknoloġija tas-settur finanzjarju Fintech.", "Huwa importanti li aħna, bħala leġiżlaturi, noqogħdu attenti li nżommu spazju għall-kreattività u għall-innovazzjoni.", "Fi ftit kliem, għalkemm irridu noqogħdu attenti ħafna li s-sorveljanza u l-iskrutinju jkunu b'saħħithom, aħna xorta waħda rridu nibqgħu nkunu innovattivi, u jien naqbel mal-Prim Ministru meta jesprimi x-xewqa tiegħu li nidħlu fl-AI (artificial intelligence).", "Fil-fatt niftakar li madwar sena u nofs ilu l-Parlament Ewropew għadda wkoll xi riżoluzzjoni dwar kif l-AI u r-robots għandhom jiġu regolati anke fuq livell morali.", "Il-Parlament Ewropew kien l-ewwel parlament fid-dinja kollha li daħal f'dan is-settur u nixtieq li l-Parlament Malti jkun it-tieni Parlament li jagħmel dan.", "Huwa importanti li ma ninsewx ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni għax dak huwa settur li huwa tajjeb li nkomplu nagħfsu ħafna aktar fuqu.", "Jidher li d-direzzjoni hi li l-fondi Ewropej li jiġu vvotati għal research and development fil-multiannual financial framework tas-seba' snin ta' wara l-2020 għandhom jikbru qatigħ għax s'issa l-ammont ta' fondi Ewropej li kienu ddedikati għal dan il-għan ma tantx kienu kbar, u allura mbagħad Malta se tkun tista' tgawdi minn dawn il-fondi biex tkompli tiżviluppa dan is-settur anke f'Malta.", "Jekk kemm-il darba jirnexxilna nagħmlu dan, ix-xjenzati, l-inġiniera u l-lecturers tal-Università Maltin ikollhom aktar fondi sabiex jaħdmu u joħorġu b'soluzzjonijiet għall-problemi tal-lum.", "Sinjura President, l-ewwel semmejt li s-sena 2018 kienet waħda diffiċli għas-servizzi finanzjarji f'Malta, u jien niddeskriviha bħala sena ta' tħassib għax Standard & Poor's - li l-Membri tan-naħa l-oħra jsemmuha ħafna minħabba li tat anke riżultati pożittivi mil-lat ekonomiku - qalet li l-global ratings banking industry risk score, li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kien ta' erbgħa minn għaxra, fl-2018 sar ta' sitta minn għaxra, jiġifieri r-riskji kibru, u dan ifisser li r-reputazzjoni ta' Malta marret lura, anzi xxellfet.", "Għalhekk huwa importanti li noqogħdu attenti ħafna kif nindirizzaw din is-sitwazzjoni għax hawn ħafna nies jaħdmu f'dan is-settur; qegħdin nitkellmu dwar l-għajxien ta' eluf ta' familji f'Malta.", "Sinjura President, jien nixtieq li nikkonkludi dan l-intervent b'appell u anke b'mistoqsija biex imbagħad inkomplu napprofondixxu aktar fuqha.", "Kif għedt kemm-il darba, huwa importanti li jkollna attitudni tajba meta naħdmu f'dan is-settur għax hawn qed nitkellmu dwar l-għajxien tan-nies.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna rieda b'saħħitha li nipproteġu isem pajjiżna u li jkollna r-rieda li ebda telefonata minn xi ministru jew minn xi segretarju parlamentari ma ġġegħelna nħaffu l-proċess ta' xi applikazzjoni ta' regolatur jew inkella li nagħlqu għajnejna għal xi forma ta' applikazzjoni li forsi tkun għadha b'xi question mark fuqha.", "Huwa importanti li nkunu viġilanti ħafna u li f'dawn l-affarijiet ma tidħolx il-politika.", "Huwa importanti wkoll li nkunu nafu ngħidu \"le\" lill-kumpaniji, lill-banek jew lil operaturi oħra – jistgħu jkunu insurance companies jew trust funds - jekk kemm-il darba naħsbu li dawn ma jkunux jikkonformaw mar-regolamenti ta' pajjiżna.", "Nerġa' nirrepeti li l-attitudni u r-rieda tajba huma importanti ħafna.", "Pereżempju, bħalissa qed niftakar f'każ partikolari li ma ġarax issa fi żmien il-Gvern tal-ġurnata imma ilu li ġara, jiġifieri hawnhekk ma qed nagħmel l-ebda akkuża.", "F'dan il-każ kellek kumpanija li r-regolatur mar jinvestigaha, waqqafha mill-operat … Għax f'dawn il-każijiet hekk jiġri.", "L-MFSA għandha l-poter li twaqqaf kumpanija mill-operat tagħha jew inkella ġġegħelha tieqaf minn xogħolha sakemm tiċċekkjalha l-computers, eċċ. Jekk ma twaqqafx lill-kumpanija kompletament, l-MFSA tista' wkoll tillimitalha l-operat tagħha minħabba l-proċessi legali u ġuridiċi li jkunu għaddejjin.", "Għalhekk jien nistaqsi: Tgħid wasal iż-żmien li d-diretturi, iċ-chairman u s-CEOs tal-MFSA, jiġifieri dawk li għandhom kariga ta' tmexxija, jagħtu rendikont lill-Parlament dwar l-interessi finanzjarji tagħhom?", "Ejjew ngħidu li l-MFSA jidhrilha li xi kumpanija partikolari mhijiex qed topera tajjeb, qed topera b'mod illegali, u allura tmur twaqqafha.", "L-operatur ta' dik il-kumpanija jista' jgħid li hu jidhirlu li qed jagħmel kollox tajjeb u li ġara kien minħabba li hemm direttur partikolari li għandu interessi finanzjarji fil-kompetitur tiegħu.", "Allura jibqa' jkun hemm dak id-dubju.", "Issa jista' jkun li dan ma jkunx veru, imma jien naħseb li jkun jagħmel sens li niddiskutu u nirriflettu dwar jekk it-tmexxija tal-MFSA għandhiex tagħti rendikont tal-interessi finanzjarji tagħha lill-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, jien m'iniex se nitkellem b'mod tekniku fuq l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, l-ewwel nett għax din mhijiex il-linja tiegħi u t-tieni nett għax x'jiswa li nitkellmu fuq il-financial services meta l-image ta' pajjiżna hija totalment differenti?", "Effettivament jien nixtieq nagħmel mistoqsija waħda fuq dan is-suġġett: X'qed tieħu mill-financial services l-aktar klassi vulnerabbli tas-soċjetà tagħna?", "Din il-mistoqsija twassalni għal mistoqsija oħra: Il-flus li qed irendi dan is-settur għal pajjiżna fejn qed imorru eżattament?", "Kif nisimgħu ta' spiss, l-ekonomija ta' pajjiżna sejra tajjeb tant li qed tiġġenera aktar minn €1 biljun, jiġifieri dan huwa settur li qiegħed jikber ħafna.", "Però l-aktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà tagħna, dawk li aħna nsejħulhom \"foqra\", x'qed jieħdu minn dan kollu?", "Aħna nieħdu gost nisimgħu ta' kuljum li dan huwa l-aqwa żmien għall-ekonomija u għas-servizzi finanzjarji, għalkemm hawn nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Għax filwaqt li llum il-Gvern spiss jiftaħar b'dawn is-servizzi, irridu nirrikonoxxu li dan is-settur kellu l-bidu tiegħu fiż-żmien meta kien hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista.", "Illum, li jaħbat il-Jum Internazzjonali għall-Qerda tal-Faqar, irridu nfakkru wkoll li aħna konna ġejna mwiegħda li l-faqar kien se jiġi eradikat għalkollox, madanakollu sal-lum f'pajjiżna għad għandna 72,000 persuna li qed jgħixu f'faqar relattiv.", "Ħalli nsemmi xi eżempji.", "Pereżempju, illum waqt li kont miexi fit-triq xi ħadd tani rċevuta ta' persuna biex jurini li biex jgħix qed ikollha tixtri ikel li mhuwiex daqstant nutrittiv.", "Fil-fatt l-irċevuta turi li din il-persuna xtrat soft drink, li jiswa €1.50, u tliet pastizzi tal-piżelli għal 75ċ-il wieħed, u meta tara li għal soft drink u tliet pastizzi din il-persuna kellha tħallas total ta' €3.75 tibda tirrealizza li llum anke dak l-ikel li sa ftit żmien ilu kien meqjus bħala rħis, il-prezz tiegħu għola u m'għadux dak li kien.", "Forsi għalina €3.75 ma jfissru xejn, imma għal dawk il-persuni li d-dħul finanzjarju tagħhom huwa limitat, li jħallsu €3.75 biex forsi jitrejqu jħossuha ħafna.", "Sinjura President, ilbieraħ għadha kif ġiet ippreżentata White Paper dwar il-kera li saret anke konferenza stampa dwarha, imma jien nistaqsi: Ġaladarba qed ngħidu li hawn dan il-ġid kollu f'pajjiżna, għalfejn hemm barra għandna nies li qed imissu l-qiegħ u li mhuma qed igawdu xejn minn dan kollu?", "Jien nieħu gost meta nisma' li pajjiżna miexi 'l quddiem f'diversi setturi.", "Fil-fatt dan l-aħħar meta kont fuq programm mal-Onor.", "Silvio Schembri, fraħtlu għax-xogħol u s-suċċessi li qed iġibu lejn pajjiżna, kif għandu jkun.", "Madanakollu mbagħad jiddispjaċini nisma' stejjer ta' familji fejn il-koppja tinfired u filwaqt li l-omm u t-tfal tagħhom imorru ġo shelter home li fiha jaċċettaw nisa u tfal, il-missier ikollu jorqod fuq wieħed mill-bankijiet li għandna fil-ġonna tagħna!", "U din l-istorja mhijiex unika għax hawn diversi koppji li qed ikollhom jgħaddu mill-istess sitwazzjoni minkejja s-surplus u l-ġid li kontinwament nisimgħu dwaru u niftaħru bih.", "Sinjura President, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, kien ilu jwissi lill-Gvern li qiegħed ikabbar l-ekonomija tal-pajjiż bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni, u fil-ħin li għad fadalli għad-dispożizzjoni tiegħi jien se nispjega x'ried jgħid l-Onor.", "Tajjeb ngħidu wkoll li minkejja li l-Gvern m'għandux pjan fit-tul għas-settur tas-servizzi finanzjarji, huwa qiegħed iġib 15,000 barrani fis-sena biex jaħdem f'dan is-settur bil-konsegwenza li dan qed iħalli impatt negattiv fuq ċerti oqsma, fosthom il-kirjiet.", "Kulħadd jaf kemm għolew il-kirjiet matul dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt il-Gvern qiegħed jiddiskuti mat-52 NGO li taw is-sehem tagħhom biex setgħet issir il-White Paper dwar il-kera – u jagħmel sew! - u li lkoll jinsabu inkwetati bis-sitwazzjoni tal-kera f'pajjiżna, kif wara kollox huma nkwetati l-Membri kollha ta' din il-Kamra, kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal-Gvern, għax mhux l-ewwel darba li tkellimna bejnietna dwar din l-issue.", "Bla ebda dubju dawn il-15,000 barrani li qed jiġu kull sena, fejn allura qed jiġu medja ta' madwar 42 u 50 persuna kuljum, qed iħallu impatt negattiv fuq il-kirjiet.", "Ilkoll nafu kemm il-faqar qed jiżdied anke minħabba din iż-żieda fil-kera.", "Issa jien inħoss li ma nkun qed ngħid l-ebda sigriet li ħafna drabi dawn il-barranin jiġu jaqilgħu lira f'pajjiżna u mbagħad jibagħtu l-flus li jaqilgħu lill-familjari tagħhom barra minn xtutna, partikolarment jekk il-familjari tagħhom ikunu jgħixu f'xi pajjiż tat-tielet dinja, jiġifieri wara li jibagħtu ammont sostanzjali mill-flus li jaqilgħu lill-familjari tagħhom, prattikament dawn il-barranin ikunu qed jgħixu f'pajjiżna fl-għaks u fil-faqar.", "Ikun tajjeb li ngħidu wkoll li minkejja s-slogan tal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet \"L-Aqwa Żmien\", li llum sar popolari ħafna, fl-2018 għadna qed immissu b'idejna t-tbatijiet, il-feriti u l-ġerħiet ta' diversi Maltin u Għawdxin.", "Hawnhekk qed nirreferi partikolarment għal dawk li qed ifittxu proprjetà biex jikruha għax kif nafu, illum il-kera saret waħda mill-aktar oqsma kruċjali, b'mod speċjali fejn jidħol il-faqar.", "Sfortunatament illum għandna ħafna persuni li qed ikollhom jibqgħu jgħixu fi proprjetajiet li jinsabu f'kondizzjonijiet li mhumiex xierqa, u kif nafu meta persuna tkun qed tgħix fi proprjetà li mhijiex kuntenta biha, din tħossha dipressa u maż-żmien tmur għall-agħar.", "Minħabba s-sitwazzjoni tal-kera f'pajjiżna, ħafna huma dawk li qed ikollhom jitbiegħdu mill-ambjent li huma mdorrijin fih ukoll għax billi l-kera f'ċerti lokalitajiet hija ogħla minn oħrajn, dak li jkun qed ikollu jiċċaħħad mil-lokal li għex dejjem fih, jiġifieri qed ikollu jinqata' mill-għeruq li jkun trabba fihom.", "Ta' min jgħid li anke din hija forma ta' faqar għax persuna ma tkunx qed tħossha kuntenta, u allura żgur li dan ma jkunx \"L-Aqwa Żmien\" għaliha!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel referenza wkoll għal dawk il-familji li għandhom xi wild li għandu xi diżabilità jew kondizzjoni u li allura ma jkunux jistgħu joħorġu jaħdmu ż-żewġ ġenituri biex ġenitur minnhom jibqa' d-dar jieħu ħsieb lil dak il-wild li jkun jeħtieġ ċerta attenzjoni.", "Issa huwa veru li hawnhekk qed nitkellem fuq sezzjoni żgħira tal-poplu imma din ir-realtà wkoll tkompli ġġib aktar faqar.", "Ġieli jkun hemm każijiet fejn familja tant ma tkunx tista' tkampa bil-benefiċċji soċjali biss li għalkemm ikollha wild b'diżabilità jew b'xi kondizzjoni, ikollhom joħorġu jaħdmu ż-żewġ ġenituri u jagħtu lil dan il-wild lill-qraba tagħhom biex jieħdu ħsiebu huma sakemm ikunu x-xogħol.", "Għalhekk jien ma nixbax nisħaq kemm huwa importanti li ma nkomplux inpoġġu pressjoni fuq dawn il-familji li ħajjithom diġà hija diffiċli biżżejjed u li diġà jinsabu għaddejjin minn diversi tbatijiet.", "Kulma jkun jonqoshom dawn il-familji huwa li nkomplu nkabbru l-uġigħ tagħhom billi nkomplu nżidulhom aktar pressjoni!", "Ma naħsibx li din hija Malta li l-Membri tal-Gvern, li l-Membri tal-Oppożizzjoni u li l-awtoritajiet Maltin iridu jaraw u żgur li l-ebda Malti li jħossu kburi b'Malta tagħna ma jrid jaraha f'din is-sitwazzjoni.", "Sinjura President, il-lista ta' Maltin u Għawdxin li qed jgħixu fit-tbatija llum qiegħda dejjem titwal, fosthom dawk l-anzjani li qed ikollhom irabbu t-tfal ta' wliedhom huma minħabba li wliedhom qed ikollhom joħorġu jaħdmu biex jipprovaw ilaħħqu mal-ħajja.", "Ta' min jagħmel referenza wkoll għal dawk l-anzjani li għandhom diffikultà ta' mobbiltà u li minħabba li d-dar tagħhom hija bit-taraġ qed jispiċċaw maqfula fi djarhom.", "Ma ninsewx li dawk li marru jgħixu fil-housing estates tal-gvern matul is-snin sebgħin, illum għandhom 'il fuq minn 70 sena, u ħafna minn dawn il-housing estates illum għadhom bla lift.", "Għalhekk ngħid jien, ġaladarba għandna dan il-ġid kollu li qed ngħidu li għandna f'pajjiżna u ġaladarba l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, li jirrigwarda s-servizzi finanzjarji, qed jagħti lil wieħed x'jifhem li dawn is-servizzi qed irendu ħafna flus lil pajjiżna, għaliex m'għandniex insibu l-flus neċessarji biex il-units li għandna f'dawn il-housing estates f'Malta u Għawdex ikollhom lift?", "Forsi issa l-Membri tal-Gvern se jweġbuni billi jgħiduli li l-Gvern diġà qed jistalla l-lifts fil-housing estates, u jekk inhu hekk dan huwa tajjeb, però xorta ma naħsibx li huwa biżżejjed għax aħna qed nisimgħu lmenti kontinwament f'dan ir-rigward.", "Hawn ta' min isemmi wkoll lil dawk l-anzjani li jgħixu waħedhom u li jkollhom joħorġu minn djarhom ta' kuljum sabiex jagħmlu x-xirja minħabba li m'għandhomx min jagħmilhielhom, għalkemm jien naf li bħalissa s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk, beda proġett pilota fil-Mosta, fiż-Żurrieq u fil-Gżira billi introduċa s-servizz tat-tuk tuk għal dawk l-anzjani li jkollhom bżonn jagħmlu xi qadja fil-lokal tagħhom stess.", "Jien nawgura li dan il-proġett jirnexxi ħalli jibdew igawdu minn dan is-servizzi anke anzjani tagħna li jgħixu f'lokalitajiet oħra.", "Fil-fatt il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ilu diversi snin li introduċa dan is-servizz.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll id-diversi tbatijiet li għaddejjin minnhom iż-żgħażagħ, li xi drabi qed jaqtgħu qalbhom anke miż-żwieġ minħabba li ma jistgħux ilaħħqu mal-pressjoni tal-ħajja.", "Jien naf li hemm diversi skemi indirizzati għaż-żgħażagħ min-naħa tal-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali, però ħafna żgħażagħ qed isibu li meta jiġu għall-fatti, jiġifieri meta l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS), l-Awtorità tad-Djar u l-bank qed jaraw x'loan jifilħu, dawn qed jispiċċaw isellfuhom somma ta' xi €86,000.", "Issa għidli inti b'€86,000 x'jista' jagħmel bniedem fqir!", "Hawn qed nirreferi għal \"bniedem fqir\" għax biex wieħed jirrikorri għal din l-iskema, sinjal li ma jkunx jaffordja li jixtri proprjetà ta' ċertu ammont ta' flus.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li dan huwa forma ta' faqar ieħor.", "Tbatija oħra qed ikollhom jgħaddu minnha dawk il-persuni li kienu l-ħabs u li issa skontaw is-sentenza tagħhom.", "Donnu li għax żbaljaw fil-passat, ħadd mhu qed iqis id-diffikultajiet u l-isfidi li qed ikollhom jgħaddu minnhom dawn il-persuni, bħallikieku issa ħajjithom għandha tieqaf.", "Għalhekk jien nistaqsi: Għaliex m'għandniex inwittu t-triq lil dawn il-persuni wkoll ħalli jsibu kuraġġ ikomplu mexjin b'ħajjithom?!", "Meta naraw li dawn il-persuni qed jerġgħu jipprovaw jibnu ħajjithom u forsi jixtiequ jibdew jaħdmu għal rashom ukoll minħabba li qed isibuha diffiċli biex xi ħadd iħaddimhom miegħu, għaliex m'għandniex ngħinuhom?", "Dawn huma każijiet li aħna niltaqgħu magħhom kontinwament.", "Jekk dawn il-persuni li jkunu għadhom kif ħarġu mill-ħabs lanqas biss ikunu jistgħu jiftħu kont tal-bank, aħseb u ara kemm jistgħu jixtru post, dawn kif jistgħu f'daqqa waħda jsiru indipendenti u jibqgħu għaddejjin b'ħajjithom?!", "Sinjura President, m'hemmx dubju li fis-soċjetà ta' klijenteliżmu li qed ngħixu fiha, irridu nindirizzaw l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom dawk li m'għandhomx skola biżżejjed li qed jispiċċaw jiġu ingannati, jew inkella dawk li m'għandhom l-ebda titolu f'isimhom, li qed jispiċċaw fit-triq b'ta' fuqhom senduqhom!", "Irridu nidħlu fiż-żarbun ta' dawn in-nies vulnerabbli li m'għandhomx mezzi finanzjarji, li m'għandhomx fejn jikru, li m'għandhomx fejn joqogħdu u li qed jipprovaw ilaħħqu mas-settur privat.", "M'hemmx dubju li dawn jeħtieġu li l-Istat jagħtihom imbottatura 'l quddiem.", "Kif għedt fil-bidu, matul dan l-intervent jien ftit li xejn qed nagħmel referenza għall-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum għax minflok qed nagħmel riflessjoni fuq it-tbatijiet ta' dawn in-nies foqra biex huma jkunu jistgħu jgawdu mill-ġid li qed niftaħru li qed igawdi minnu pajjiżna.", "Nerġa' nappella biex l-Istat Malti jagħtihom imbottatura.", "Hawnhekk ta' min jiftakar ukoll f'dawk il-persuni li huma morda, f'dawk il-persuni li huma waħedhom, f'dawk il-persuni li ġew operati u f'dawk in-nies li għandhom xi kondizzjoni, bħall-ażżma, u li minħabba li ma jaffordjawx jixtru jew jikru proprjetà oħra qed ikollhom jgħixu f'postijiet li mhumiex addattati għalihom minħabba li għandhom it-taraġ jew l-umdità.", "Huwa tajjeb li naħsbu f'dawn in-nies ukoll ġaladarba l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jitkellem fuq dan il-ġid, liema ġid nerġa' ngħid li kien inbeda fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u li mbagħad il-Gvern preżenti kompla jibni fuq it-tajjeb li diġà sab.", "Huwa tajjeb li naraw ftit x'qed jieħdu l-foqra minn dan il-ġid kollu.", "Il-Gvern għandu jkun ikona tar-ruħ soċjali.", "Aħna dejjem kellna f'moħħna l-perċezzjoni li l-Gvern Laburista huwa l-Gvern taż-żgħir, il-Gvern tal-batut u l-Gvern tal-fqir, però kif qalet ilbieraħ l-MEP Soċjalista Ana Maria Gomes waqt konferenza li saret f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), m'hemm xejn li huwa Soċjalista f'dak li qed jiġri f'Malta.", "Dan huwa ċ-ċertifikat li ħadna lbieraħ!", "Ikun tajjeb li ngħidu wkoll li wħud minn ħutna Maltin mhumiex sidien ta' darhom.", "Fil-fatt minkejja li xi wħud minnhom ilhom aktar minn 30 sena jgħixu f'darhom, huma għadhom bla titolu.", "Dan biex ma nsemmux ukoll it-tbatija kbira li qed tinħoloq meta dawn imutu u l-familjari tagħhom ikunu jridu jaqsmu l-proprjetà.", "Jekk f'pajjiżna hawn dan il-ġid kollu li qed insemmu, il-Gvern għandu jalloka miljuni ta' ewro fis-sena lill-Awtorità tad-Djar biex din tkun tista' tgħin lil dawk il-persuni li qed ifittxu akkomodazzjoni soċjali permezz ta' skemi ġodda u innovattivi, aktar u aktar meta nafu li llum għandna madwar 3,500 applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali.", "Ejjew ma ninsewx li kull applikazzjoni għandha l-istorja tagħha, u tant hemm stejjer diżappuntanti li ħafna drabi tkun tixtieq tqabbeż il-kju lil diversi nies.", "Issa hawn irrid inkun ċar u ngħid li hemm applikazzjonijiet li ilhom quddiem l-Awtorità tad-Djar aktar minn 15-il sena, jiġifieri minn qabel ma tela' fil-gvern il-Partit Laburista, imma llum dan il-qasam jinsab f'sitwazzjoni allarmanti.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari biex inkun naf meta se jkunu lesti l-1,000 unit li l-Gvern se jipprovdi f'akkomodazzjoni soċjali, u t-tweġiba li ngħatajt kienet li dawn se jkunu lesti fl-2021.", "Imma dawn in-nies x'se jagħmlu sal-2021?", "Pereżempju, x'se tagħmel dik l-anzjana li ċemplitli lbieraħ u qaltli li l-kera ta' fejn toqgħod għollewhielha minn €300 għal €600 meta hi għandha pensjoni ta' ftit aktar minn €500?!", "Għiduli ftit x'tista' tagħmel din l-anzjana fl-immedjat!", "Jien nittama li bil-ġid li qed ngħidu li qed iħallu dawn is-servizzi finanzjarji, naħsbu f'dawn in-nies il-foqra u ngħinuhom.", "Suppost il-Gvern huwa paladin tas-Soċjaliżmu, għalkemm kif għedt diġà, ilbieraħ Ana Maria Gomes tathom ċertifikat lill-Membri tan-naħa l-oħra għax qaltilhom: Intom kollox minbarra Soċjalisti!", "Sinjura President, hemm barra hemm stejjer ta' familji foqra li jregħxuk.", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li lil dawn il-persuni ma nagħtuhomx il-ħuta imma nagħtuhom il-qasba biex ngħallmuhom jistadu huma, hemm bżonn li dawn in-nies jiġu megħjuna mill-Istat Malti wkoll.", "Billi l-Gvern għandu maġġoranza kbira ta' voti, dan ma jistax jibqa' bl-idea li allura hu qiegħed hemm fuq u aħna qegħdin hawn taħt!", "Ninsab ċert li hemm Membri min-naħa tal-Gvern li qed jifhmu dak li ngħid għax hemm Membri Parlamentari fil-Gvern li għandhom qalb soċjali wkoll, jiġifieri ma nistgħux inpoġġu lil kulħadd fl-istess keffa.", "Wara kollox il-gvern huwa jien u int, il-gvern huwa l-komunità, u finalment kull ewro li tinħareġ mill-but tal-gvern tkun qed tinħareġ mill-but tagħna wkoll.", "Għalhekk irridu nibnu dik li naħsbu li hi l-aħjar politika biex din tgħin lil dawk li verament għandhom bżonn.", "Irridu naħsbu wkoll f'dawk l-anzjani pensjonanti li qed iżommu magħhom lil binthom b'tarbija.", "Fl-aħħar mill-aħħar jekk koppja anzjana tkun qiegħda żżomm lit-tarbija hi, awtomatikament din tkun qed tgħin lill-Gvern għax tkun solvietlu każ partikolari.", "Allura ma nistgħux nagħtu xi forma ta' għajnuna anke lil dawk l-anzjani li qed iżommu lit-tfal tat-tfal tagħhom li huma trabi?", "Ma nistgħux insibu xi forma ta' għajnuna biex din il-koppja ttaffi l-piżijiet li żdidulha?", "Tgħiduli: Imma bintha ma taħdimx?", "Jekk bintha taħdem u l-Gvern qed iwasslilha messaġġ li trid tagħmel minn kollox biex tibni l-futur tagħha, din kif se ġġemma'?", "U kif se tibni futur għaliha u għal bintha mingħajr l-għajnuna ta' missier it-tarbija?", "Illum jekk ma jkollokx ammont sostanzjali mġemma', ma tistax tieħu loan mill-bank.", "Sinjura President, illum ma tkellimtx fuq it-78% tal-Maltin li għall-grazzja t'Alla huma sidien ta' darhom imma għażilt li nitkellem fuq dak l-ammont żgħir ta' Maltin, madwar 20%, li jiddispjaċini ngħid li ħafna drabi qisna nsejniehom.", "Il-verità hi li qatt ma nħasset il-ħtieġa li jinfetħu food banks daqs illum.", "Qatt daqs illum ma nħasset il-ħtieġa li darba fix-xahar l-NGOs iqassmu l-hampers.", "Morru l-Community Chest Fund jew staqsu lill-President ta' Malta u dawn jgħidulkom bl-ammont kbir ta' familji li jmorru anke għall-vouchers.", "Qatt daqs illum ma nħasset il-ħtieġa li l-Knisja, permezz tal-Franġiskani tal-Belt Valletta, torganizza s-soup kitchen u qatt daqs illum ma nħasset il-ħtieġa li jiġu organizzati tant u tant attivitajiet oħra min-naħa ta' Dar Papa Franġisku u tal-Caritas.", "Kien għad fadalli nsemmi diversi punti oħra imma l-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi skadieli u għalhekk se nieqaf hawnhekk, però qabel ma nikkonkludi nixtieq inwassal dan l-appell.", "Jekk għandna l-ġid, ejjew nuruh fil-prattika u nsarrfu l-flus li ġejjin mill-financial services fil-but ta' kulħadd.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Se ninterrompi momentarjament id-diskussjoni biex nirreferi għar-ruling li tajt aktar kmieni fis-seduta.", "Fis-6.13 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "L-ISPEAKER: Peress li issa qed nara lill-Onor.", "Jason Azzopardi fil-Kamra nixtieq nirriferih għar-ruling mogħti mis-Sedja fil-bidu tas-seduta fejn ġie ddikjarat li s-Sedja kienet lesta tirrivedi ddeċiżjoni tagħha jekk kemmil darba lOnor.", "Azzopardi joffri apoloġija għallużu talkliem użat fittweet inkwistjoni għassodisfazzjon talKamra.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, qabelxejn nixieq ninformak li jien ma kontx preżenti fil-Kamra minħabba li kont preżenti għal kawża fil-Qorti Kostituzzjonali sal-4.35 p.m. jiġifieri dik kienet ir-raġuni li jien ma kontx fil-Kamra mill-bidu tas-seduta.", "L-ISPEAKER: M'għandix dubju.", "Jien sempliċement qed ninformak bir-ruling li tajt aktar kmieni per cortesia, peress li ma kontx hawn u qed narak issa.", "JASON AZZOPARDI: It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa li jien mhux biss ninsab sorpriż iżda ninsab ukoll ixxokkjat bl-implikazzjoni ta' dan ir-ruling, u allura se nkun qiegħed nappella minn dan ir-ruling sija f'din il-Kamra kif ukoll fil-Qrati Ċivili.", "Nirringrazzjak.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR AWTORITÀ GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA (EMENDA NRU 2)", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli minn aktar kmieni fis-seduta.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, mhux soltu li nqum nitkellem dwar suġġett li għandu x'jaqsam mal-finanzi, però bħalma anke wieħed seta' jara aktar kmieni matul din is-seduta, hemm suġġett li lili qed jinteressani ħafna, li hu t-traffikar tal-persuni u l-prostituzzjoni, u naħseb li dan is-suġġett għandu rabta importanti ħafna ma' min qiegħed imexxi l-istituzzjonijiet finanzjarji f'pajjiżna.", "Għalhekk illum nixtieq li jiena wkoll nagħti kontribut f'dan id-dibattitu, anke jekk għal ftit minuti biss.", "Sur President, aktar kmieni l-Onor.", "Godfrey Farrugia għamel punt li laqatni meta qal li aħna, bħala Oppożizzjoni, għandna l-obbligu tal-iskrutinju.", "Fil-fatt jien naħseb li dan huwa punt importanti ħafna għax l-aktar ħaġa faċli mhijiex dik li tqum u tikkritika imma hija dik li tqum u tfaħħar għax b'hekk tibqa' dejjem tfuħ, ma tinten ma' ħadd u jekk ikollok bżonn xi pjaċir tmur titolbu b'wiċċek minn quddiem mentri meta tagħmel kritika ma tantx issib quddiemek sitwazzjoni pjaċevoli.", "Għal din ir-raġuni aħna, partikolarment il-Membri ta' din in-naħa tal-Kamra, spiss nisimgħu lil ta' madwarna javżawna biex noqogħdu attenti x'ngħidu, kif nitkellmu, eċċ. Jien lill-kollegi tal-faċċata ma se nonqoshom mill-ebda rispett u se norbot id-diskors tiegħi anke ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Claudio Grech aktar kmieni matul din is-seduta.", "Għalfejn huma importanti abbozzi ta' liġi bħal dan li għandna quddiemna llum?", "Għax l-obbligu tagħna huwa l-iskrutinju, imma l-obbligu tal-istituzzjoni finanzjarja huwa li tassigura bl-akbar ċertezza possibbli li aħna bħala pajjiż - għaliex aħna jinteressana minn pajjiżna, u għalhekk m'iniex se noqgħod nagħmel argumenti fuq pajjiżi oħrajn - nagħlqu l-possibbiltajiet kollha dwar dak li, fost affarijiet oħrajn, għandu x'jaqsam ma' ħasil ta' flus.", "Jien se norbot il-ħasil tal-flus mad-diversi attivitajiet li jistgħu jaqgħu taħt il-kappa hekk imsejħa \"kummerċjali\" - għax bejniethom hemm rabta ċara - li minnhom jgħaddu l-flus, imma f'dan il-każ dawn huma flus daqsxejn differenti għax huma flus maħmuġin li jridu jitnaddfu.", "Xi kultant jien naħseb li n-nies ma tantx jifhmuha din l-istorja tal-ħasil tal-flus.", "Huwa konċett li diffiċli tispjegah b'mod sempliċi imma jien se nipprova nagħmel dan xorta waħda.", "Fil-każ ta' traffikar ta' persuni, fil-każ ta' prostituzzjoni u fil-każ ta' traffikar ta' droga qed nitkellmu dwar flus normali li jgħaddu minn id għall-oħra b'mod li huwa illegali għal kollox.", "Meta dawn il-flus jidħlu fil-bwiet tal-individwi li jkunu qegħdin imexxuhom, dawn ikunu jridu jaraw kif b'xi mod jew ieħor se jeħilsu minnhom, imma ovvjament huma mhumiex se jaqbdu u jagħtuhom lil ħaddieħor kif ġie ġie, għalkemm smajna b'nies - pereżempju l-Mafja kienet magħrufa ħafna għaliha din fi Sqallija - ta' portata kbira li jkunu ġenerużi ħafna mal-foqra u ma' organizzazzjonijiet tal-Knisja; għax biex inti tidher li ma qed tagħmel xejn ħażin, il-ġenerożità tiegħek issir waħda mill-aktar għodda importanti.", "B'dan il-mod filwaqt li inti tkun qed taqla' l-flus b'mod illeċitu, fl-istess ħin tkun trid tipprova li b'xi mod jew ieħor taħsel dawn il-flus biex imbagħad tkun tista' tużahom għal dak li għandek bżonn inti jew għal dak li għandek bżonn biex tmexxi n-negozji tiegħek, eċċ. Hawnhekk se nirreferi għal dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Claudio Grech aktar kmieni matul din is-seduta fejn qal li l-ħasil tal-flus huwa tkabbir ekonomiku a skapitu tal-ġid komuni, u naħseb li dan huwa verament il-messaġġ b'saħħtu li għandna ngħaddu llum.", "Għalfejn aħna, bħala Oppożizzjoni, qegħdin nimpenjaw ruħna li nqumu nitkellmu dwar dan is-suġġett?", "Għax, Sur President, hawnhekk m'aħniex nitkellmu dwar affarijiet frivoli, u filwaqt li fil-prinċipju nistgħu naqblu mal-abbozzi ta' liġi li jgħaddu minn din il-Kamra, għandna l-obbligu li nfakkru lin-nies li jaħdmu f'dan is-settur u li llum uħud minnhom huma preżenti f'dan il-Parlament illi huma għandhom obbligu lejn is-soċjetà tagħna.", "Fil-fatt minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni li nsellem u nirringrazzja lil dawn il-persuni għax naf li qegħdin isegwu kull kelma li qed ngħidu imma ma nistax ma nfakkarhomx ukoll f'dan l-obbligu.", "Għamilt riċerka verament żgħira dwar ir-rabta bejn it-traffikar tal-persuni u l-ħasil tal-flus u sibt dokument interessanti ħafna, li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra bil-permess tal-Kamra.", "Fil-fatt dan id-dokument huwa maħruġ mill-United States Department of State's Office to Monitor and Combat Trafficking in Persons, jiġifieri proprju minn dak l-uffiċċju li rreferejt għalih aktar kmieni meta jiena u l-Onor.", "Julia Farrugia Portelli konna qegħdin niddibattu dwar it-traffikar tal-persuni.", "Ta' min jgħid ukoll li dan id-dokument, li jġib l-isem Tracking Suspicious Financial Activity to Address Human Trafficking jgħid li hemm sinjali - li dan ir-rapport isejħilhom bħala \"red flags\" - li huma importanti ħafna għax jistgħu jidentifikaw li jkun għaddej it-traffikar ta' persuni.", "Issa jien qabel ma niġi kkritikata li forsi ma nafx x'inhi d-differenza bejn l-MFSA (Malta Financial Services Authority) u l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) irrid ngħid mill-ewwel li din id-differenza jien nafha perfettament però qed insemmi dawn l-affarijiet għax fost il-lista li jagħti dan id-dokument wieħed isib li hemm modi ta' kif inti tista' taħrab u tgħaddi minn taħt ix-xibka tal-iskrutinju proprju billi tagħmel affarijiet li jistgħu u li suppost għandhom jiġu identifikati strettament mill-FIAU.", "Dan id-dokument jirreferi b'mod partikolari għall-financial intelligence analysis units ta' pajjiżi differenti, però anke l-MFSA għandha rwol ta' skrutinju, u allura l-mistoqsijiet li saru mill-kollegi tiegħi aktar kmieni matul din is-seduta huma rilevanti ħafna.", "Jien se nikkwota silta minn dan id-dokument li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "- dan diġà huwa statement kbir -", "Dan id-dokument qed jgħid li jista' jkun hemm skemi ta' traffikar ta' persuni li mod ta' kif tikxifhom huwa billi tuża għodda li hu qed isejħilhom bħala \"forensic accounting strategies\".", "Fil-fatt huma l-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom l-akbar aċċess għal din l-għodda għax ovvjament dawn l-istituzzjonijiet għandhom l-obbligu li jixtarru lil kull individwu u lil kull kumpanija li tgħaddi minn taħt idejhom biex jaraw jekk din hijiex leċita verament jew jekk hijiex involuta f'xi tip ta' ħasil ta' flus jew le.", "Għalhekk jien ngħid: Kemm kellhom raġun il-kollegi tiegħi, bħall-Onor.", "Kristy Debono u bħall-Onor.", "Mario de Marco, li għamlu l-mistoqsijiet tekniċi li fil-fatt għamlu!", "Għax issa qed ngħidu li l-MFSA, bħall-FIAU, tista' ssib li ġewwa pajjiżna qed isir it-traffikar tal-persuni, u filwaqt li forsi nista' niddibatti mal-Onor.", "Julia Farrugia Portelli fuq l-issue tad-definizzjoni ta' \"traffikar\", li ċertament tista' tkun varjata, meta rapport bħal dan qed jgħidilna li dan it-traffikar qed isir anke f'pajjiżna … L-ewwel jien aċċennajt ukoll għall-konferenza li saret fl-Università ta' Malta, fejn b'mod partikolari ssemma l-fatt li ġewwa pajjiżna għaddej traffikar intern.", "Jien m'iniex xi esperta f'dan il-qasam, imma kont preżenti nisma', u nista' ngħid li parti mill-informazzjoni li ngħatat f'dik il-konferenza kienet li ġo pajjiżna qegħdin jidħlu persuni li mhux dejjem ikunu jafu li qed jidħlu biex jagħmlu ċertu tip ta' xogħol, imbagħad dawn jgħaddu minn id għall-oħra u jinbiegħu lil xulxin minħabba li s-sidien, speċjalment is-sidien ta' postijiet bħalma huma l-gentlemen's clubs, ma jkunux jixtiequ li dawn in-nisa jibqgħu fl-istess post għal tul ta' żmien biex ma jorbtux lilhom infushom mal-klijenti, u allura wieħed ibiddel ħalli jkollu l-varjetà!", "Jien se norbot dan ukoll mal-konferenza li saret ilbieraħ filgħodu u li għamel referenza għaliha l-Onor.", "Ivan Bartolo aktar kmieni għax nixtieq nikkwota xi ħaġa li qal l-Eks Prim Ministru ta' Malta Dr Lawrence Gonzi u li lili impressjonatni ħafna.", "Fil-fatt huwa qal li issa, li għaddiet sena mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, wasal iż-żmien li nħarsu sew lejn is-soċjetà tagħna u ngħidu: Illum aħna fejn aħna?", "Fejn qegħdin?", "U fejn irridu mmorru?", "Dan għandna nagħmluh mhux biss mil-lat finanzjarju, Sur President, bħalma qed nagħmlu llum, imma għandna nagħmluh ukoll mil-lat morali, u meta ngħid \"morali\" m'iniex qed nirriferi għas-sens magħluq u strett tal-kelma.", "Dan bħal meta wieħed jiġi biex jiddeċiedi dwar il-futur ta' wliedu u dwar il-wirt li jixtieq iħalli lil uliedu.", "Aħna bħala Membri ta' din il-Kamra x'wirt se nħallu lil uliedna?", "Nixtieq li nirrispondu din il-mistoqsija bl-aktar mod sinċier.", "L-aktar ħaġa faċli għalina kienet li niġu hawn u ngħaddu l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum f'radda ta' salib għaliex wara kollox aħna naqblu mal-prinċipju tiegħu, però mbagħad inħallu kollox għaddej daqslikieku ma ġara xejn.", "Madanakollu llum jien ħassejt obbligu morali li nqum u ngħid dak li qed ngħid illum għax ma jistax ikun li sena wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia naħsbu li nistgħu ngħaddu issues bħal dawn malajr kemm jista' jkun f'pajjiżna; ejja ħa mmorru għax issa ġejjin tal-Moneyval u għax issa rridu ngħaġġlu eċċ.!", "Ma jistax ikun!", "Jekk f'din il-Kamra m'aħniex inħossu li almenu rridu nibdew nieqfu ftit u naħsbu fuq id-deċiżjonijiet li aħna nieħdu f'din il-Kamra, mela allura aħna m'aħniex naħsbu sew dwar il-valur tagħna nfusna f'din il-Kamra.", "Ħalli nkompli nikkwota minn dan id-dokument li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Għalhekk jien ma ngħirx għas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli, li daħlet għal dan l-impenn importanti.", "Jien, min-naħa tiegħi, diġà offrejtilha l-għajnuna tiegħi wkoll u lesta li niddiskuti dan is-suġġett magħha però, Sur President, kemm hija ħafna aktar serja l-problema li qed nitkellmu fuqha?!", "Kieku jien ġejt hawn u għedt li l-pimps li jħaddmu lin-nisa f'pajjiżna, kemm jekk dawn huma Maltin, kemm jekk huma barranin, kemm jekk huma eterosesswali kif ukoll jekk huma omosesswali, jaqilgħu l-flus b'mod illegali u mbagħad jaraw x'se jagħmlu bihom, forsi kien ikun hemm min jibda jgħid: Issa din se tagħmel …?!", "Il-fatt li minflok semmejt it-traffikar tal-persuni tagħmel differenza kbira, però hemm rabta bejn dawn iż-żewġ affarijiet, u r-rabta hija qawwija ħafna.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi jien se nqiegħed dokument żgħir ħafna fuq il-Mejda tal-Kamra proprju għax inħoss li għandna nkomplu nħarsu lejn dan is-suġġett fil-fond.", "Issa jien nispera u nawgura li l-MFSA, bit-tibdil li qed isirilha, tkun verament kapaċi tixtarr kull azzjoni li tgħaddi minn taħt idejha.", "Jien naf li r-responsabbiltà ta' dawk is-sinjuri li llum qegħdin isegwuna mill-iStrangers' Gallery hija kbira, imma rrid nerġa' infakkarhom minn hawnhekk li aħna, bħala Membri ta' din il-Kamra, nistennew standards għoljin ħafna mingħandhom.", "Jien se norbot l-issue tal-istandards mal-mewt ta' Daphne Caruana Galizia għax Daphne Caruana Galizia kienet tesiġi li pajjiżna jimxi b'ċerti standards.", "Naħseb li lbieraħ fil-konklużjoni tal-attivitajiet, rappreżentanta tal-grupp ta' nisa Occupy Justice, li naħseb tawna lezzjoni ta' x'jiġifieri tkun perseveranti ġewwa dan il-pajjiż, qalet frażi importanti ħafna: We deserve better and we expect better!", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li l-Gvern qed iressaq Abbozz ta' Liġi bħal dan li għandna quddiemna llum li, kif qalu Membri oħra tal-Oppożizzjoni, għandu l-appoġġ tagħna, huwa importanti ħafna li nfakkru għalfejn aħna min-naħa tagħna qed nappoġġjaw dan l-Abbozz ta' Liġi: because we deserve better and we expect better!", "Sur President, nixtieq nitlob il-permess biex inqiegħed dokument li għamilt referenza għalih matul l-intervent tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nixtieq nagħlaq l-interventi fuq l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna min-naħa tal-Oppożizzjoni billi nfakkar li kif jgħid il-Malti, mhux kulma jleqq huwa deheb.", "Jien naf li kif ngħaddu l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum se nkunu qed ngħaddu abbozz ta' liġi ieħor dwar dan il-qasam.", "Aħna rridu nikkooperaw mal-Gvern fuq dan is-settur li welled Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt konna aħna, bħala Gvern Nazzjonalista, li wellidna s-settur tas-servizzi finanzjarji, li kabbarnieh u li komplejna nsaħħuh, u llum minkejja li qegħdin fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni aħna rridu nagħtu l-kontribut tagħna biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ u biex inkomplu niggarantixxu lill-10,000 ruħ li għandna jaħdmu f'dan il-qasam li l-ħobża ta' kuljum se tibqa' taslilhom, grazzi għall-impenn u għall-amor proprju li juru fix-xogħol tagħhom.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi jien għedt li mhux kulma jleqq huwa deheb proprju għax nistgħu niġu f'din il-Kamra, ngħaddu liġi wara l-oħra u forsi jkun hawn min jgħidlek li dan is-settur qed ikompli jiffjorixxi f'pajjiżna mingħajr l-ebda problemi jew li kollox hu ward u żahar f'dan is-settur għax din hi l-impressjoni li qed jagħti l-Gvern, anke fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Ċertament mhuwiex korrett li wħud mill-ftit kelliema li tkellmu fuq dan is-settur min-naħa tal-Gvern ippontaw subgħajhom lejn din in-naħa tal-Kamra u lejn il-kollegi tagħna l-Membri Parlamentari Ewropej - nerġa' ngħid li jien m'iniex qed ngħid li l-Membri kollha li tkellmu min-naħa tal-Gvern għamlu hekk - u qalu li aħna qed nagħmlu ħsara lil pajjiżna jew li aħna qed naraw kif nagħmlu biex nimminaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Jien naħseb li nkunu diżonesti jekk niġu nippontaw subgħajna lejn min verament għandu għal qalbu l-interess ta' pajjiżna.", "Sur President, quddiemi għandi numru ta' cuttings tal-gazzetti biex matul dan l-intervent inkun nista' nikkwota x'qalu nies influwenti barranin fuq pajjiżna.", "U tajjeb jekk ngħid mill-ewwel li dawn in-nies influwenti mhumiex ġejjin min-naħa tal-Partit Nazzjonalista jew membri tal-Partit Popolari Ewropew (PPE).", "L-ebda kelliem min-naħa tal-Gvern li tkellem fuq xi abbozz ta' liġi li aħna għaddejna fuq dan is-settur matul dawn l-aħħar sentejn jew tlieta ma kellu l-kuraġġ jgħid li kien hemm Membri Parlamentari Ewropej li ġejjin mill-kamp tas-Soċjalisti Ewropej u li tkellmu fuq it-theddida li għandu pajjiżna.", "Meta r-reputazzjoni ta' pajjiżna tittappan - u aħna nafu li l-qasam tas-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna tant hu fraġli li jista' jieħu daqqa li taffettwa xejn inqas minn 11,000 familja f'Malta u Għawdex - allura bilfors li ninkwetaw!", "Sur President, nerġa' nenfasizza li mhux biss aħna minn din in-naħa tal-Kamra jew il-kollegi tagħna l-Membri Parlamentari Ewropej min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, imma anke Soċjalisti ferventi qalu li le, f'pajjiżna mhux kollox huwa ward u żahar.", "Se nibda billi ngħid x'qal il-Ministru għall-Finanzi fl-4 t'April, irrapportat mill-ġurnal The Times of Malta.", "Huwa kien qal li", "Government pledges to fight financial crime u li Malta has an important statement to make, li huwa li hija kommessa li tikkumbatti l-ħasil ta' flus.", "Issa x'ġara f'dan is-settur minn April tal-2018 sal-lum?", "Fit-12 ta' Lulju 2018 il-ġurnal The Times of Malta qalilna:", "Għal darb'oħra nxtegħlet bozza ħamra fuq pajjiżna meta ħadd mill-Membri tan-naħa l-oħra ma pprova jindenja ruħu jserraħ moħħ dawk il-11,000 familja.", "Issa kif għedt diġà, huwa kollu ta' xejn li l-Oppożizzjoni qed tgħin lill-Gvern f'dan is-settur jekk imbagħad niġu hawn u ngħaddu l-liġijiet ejja ħa mmorru!", "Illum sas-7.00 p.m. se nkunu qed nagħlqu żewġ liġijiet oħra li huma marbutin mas-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna però ma jiswa xejn li ngħaddu l-liġijiet minn dan il-Parlament jekk kemm-il darba r-reputazzjoni ta' Malta hemm barra qiegħda tiġi mtappna b'mod regolari.", "Imbagħad fl-20 ta' Lulju nsibu rapport intitolat:", "Illum għaddew ukoll ix-xahrejn ultimatum li pajjiżna kellu mdendel fuq rasu u din hija sfortuna għax dan l-ultimatum ma ngħatax minn xi Deputat jew minn xi Membru Parlamentari Ewropew li ġej minn din in-naħa.", "Għalhekk jien nappella biex naqtgħuha din li għax aħna nkunu qed nitkellmu fl-interess ta' pajjiżna jkun hawn min, għax ikollu interess li jgħatti x-xemx bl-għarbiel, jipprova jmeri l-fatti magħrufa.", "Sfortunatament bl-istatements u bir-rapporti li qed jissemmew b'mod regolari fuq il-midja internazzjonali, pajjiżna qed jissemma fuq in-naħa l-kerha u ħażina tal-istorja.", "Fl-4 t'Ottubru li għadda Denise Grech, ġurnalista ta' The Times of Malta, irrapportat ukoll li l-Kummissjoni Ewropea qalet illi \"the FIAU had sistematic weaknesses\".", "Allura għax m'aħniex nirrikonoxxu dawn il-problemi?", "Dawn huma problemi serji u għalhekk ma nistgħux niġu hawnhekk niġru kemm nifilħu biex ngħaddu l-liġijiet għax b'hekk inkunu qed ningannaw lill-poplu Malti.", "Suppost li dan il-Parlament, minn fejn ngħaddu l-liġijiet, huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, u għalhekk għandna nkunu onesti magħna nfusna u mal-poplu Malti billi ngħidulu li dan huwa settur li welldu Gvern Nazzjonalista, li ħdimna biex kabbarnieh, però llum wieħed ma jistax jgħid li qed jgħaddi liġijiet biex ikompli jkabbar lil dan is-settur jekk kemm-il darba mbagħad ir-reputazzjoni ta' pajjiżna qed tkompli tiġi mtappna.", "Dan il-Gvern naqas milli jagħmel dak li kien mistenni minnu.", "Dan il-Gvern naqas milli jserraħ moħħ il-poplu bis-serjetà li l-għajxien ta' 'l fuq minn 10,000 ruħ li għandna jaħdmu f'dan is-settur f'pajjiżna mhuwiex qed jiġi pperikolat.", "Dan huwa ċ-ċertifikat sfortunat li qed jieħu pajjiżna; ċertifikat li l-Gvern jipprova jgħatti u jipprova ma jagħmilx riferenza għalih, però r-raġuni m'għandhiex forza.", "Forsi l-Gvern jista' jaħrab dak li hemm miktub iswed fuq l-abjad, imma nafu li fil-ġimgħat li ġejjin, meta f'dan il-Parlament se nkunu qed niddiskutu l-Baġit għas-sena d-dieħla, pajjiżna se jkun qed jiġi mżeblaħ proprju minħabba li dan il-Gvern naqas milli jieħu l-passi li kien obbligat li jieħu minkejja li l-Oppożizzjoni kienet qaltlu diversi drabi x'kellu jagħmel.", "Sur President, aħna dejjem niġu kkwotati li aħna negattivi u li m'għandniex l-interess li niddefendu lil pajjiżna.", "Altru li aħna dejjem iddefendejna l-interessi ta' pajjiżna!", "Kif għedt diġà, aħna se nkunu qed nivvotaw favur l-Abbozzi ta' Liġi li għandna quddiemna llum u li jirrigwardaw is-servizzi finanzjarji wkoll, però mhuwiex biżżejjed li niddiskutu u ngħaddu l-liġijiet meta r-reputazzjoni ta' pajjiżna hija ħażina anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħasil ta' flus.", "Jien ma rridx intawwal ħafna, anke għaliex tajna l-kelma lill-Gvern li se nkunu qed ngħaddu ż-żewġ Abbozzi ta' Liġi li tressqu f'dan il-Parlament u li jirrigwardaw is-servizzi finanzjarji llejla però rrid ngħid li minn studju li sar mill-Unjoni Ewropea irriżulta li Malta's financial institutions are reporting less than other EU member states.", "Dan huwa studju li ġie rrapportat fuq argumenti u statistika fattwali.", "Ir-realtà hi li llum pajjiżna huwa l-aktar pajjiż mill-Unjoni Ewropea li qed jissemma dwar problemi ta' ħasil ta' flus u korruzzjoni.", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg diġà għamlet referenza għal dak li ntqal ilbieraħ minn ġurnalisti mid-dinja kollha li kienu f'pajjiżna, u sfortunatament kull wieħed u waħda minnhom taw ċertifikat negattiv lil pajjiżna.", "Għalhekk altru milli mhux kulma jleqq huwa deheb u altru li f'pajjiżna mhux kollox hu ward u żahar!", "Dan il-Gvern qed jirnexxilu jikkonvinċi lin-nies hemm barra li xejn mhu xejn u li jgħaddi kollox, jiġifieri li kollox huwa business as usual, u inti bilfors tinkwieta meta tara li ħadd min-naħa tal-Gvern mhu qed jirrikonoxxi dawn il-problemi minkejja li dawn huma każijiet urġenti u sitwazzjonijiet prekarji.", "Sur President, irridu nieħdu d-deċiżjonijiet bis-serjetà minflok ma niġu hawnhekk u noqogħdu niftaħru kemm aħna bravi minħabba li l-Parlament Malti huwa l-aktar parlament li qed jgħaddi liġijiet.", "Nerġa' ngħid li r-reputazzjoni ta' pajjiżna hemm barra hija mtappna u dawk li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għandhom għalfejn jinkwetaw, aktar u aktar meta naraw li sa ftit tal-ħin ilu waqt il-House Business Committee l-Gvern ma ħassx il-bżonn li nibdew niddiskutu mozzjoni li l-Oppożizzjoni ressqet b'urġenza biex nibdew intejbu l-image ta' pajjiżna.", "Ta' min jgħid li f'din il-mozzjoni aħna qed nitolbu wkoll lill-Prim Ministru biex jaħtar bord ta' inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia imma għal dan il-Gvern din mhijiex xi ħaġa urġenti għax minflok huwa pprova jilgħab mal-proċedura parlamentari u qal li l-Oppożizzjoni għandha l-ġurnata tagħha meta tista' titkellem u meta tista' tressaq private member's bill jew motion.", "Madanakollu jekk il-Gvern għandu verament għal qalbu l-interess ta' pajjiżna huwa jaf ukoll li għandu l-opportunità li jiddiskuti din il-mozzjoni li ressaqna aħna minn din in-naħa tal-Kamra, li wara kollox hija mmirata biex nibdew nibnu r-reputazzjoni ħażina li sar għandu pajjiżna barra minn xtutna.", "Kien sewwa u xieraq li lbieraħ il-Gvern ħass li dan il-Parlament m'għandux jiltaqa' b'rispett lejn il-memorja ta' Daphne Caruana Galizia f'għeluq is-sena mill-assassinju tagħha, però mbagħad huwa ma ħassx ukoll il-bżonn li l-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni titressaq f'dan il-Parlament b'urġenza, lil hinn mill-proċeduri, meta bi ftehim nistgħu mmorru għall-items li rridu ġaladarba jintlaħaq qbil dwar dan.", "Sfortunatament għal darb'oħra lbieraħ il-Gvern kien diżappuntanti għax naqas milli jagħmel dak li kien mistenni minnu.", "Sur President, jien se nikkonkludi l-intervent tiegħi billi nerġa' nappella li aktar milli noqogħdu nieħdu gost ngħaddu l-liġijiet li jirrigwardaw is-servizzi finanzjarji b'mod mgħaġġel f'dan il-Parlament, għandna naraw li nħarsu isem pajjiżna dejjem, f'kull ħin u f'kull mument - jekk jagħmel dan il-Gvern se jsib l-appoġġ tal-Oppożizzjni - u li fl-ebda ħin ma nipprovaw nagħtu stampa differenti minn dik li sfortunatament pajjiżna kellu jgħix matul dawn l-aħħar sigħat, ġimgħat u snin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hemmx aktar rimarki, nistieden lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex jagħmel il-winding up.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, qabelxejn nixtieq nirringrazzja lill-kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu, jiġifieri lill-Onor.", "Alex Muscat, lill-Onor.", "Claudette Buttigieg u lill-Onor.", "Kif stajna naraw, kien hemm lista twila ta' kelliema li kkontribwixxew f'dan id-dibattitu u dan juri kemm kien hemm interess.", "Naħseb li f'dan id-dibattitu smajna fuq kollox.", "Smajna fuq il-ħasil ta' flus, fuq il-kirjiet, fuq il-faqar, fuq is-soft drinks, fuq il-Knisja, fuq is-saħħa, fuq it-traffikar tal-persuni, fuq il-gentlemen's clubs, fuq il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u fuq ħafna affarijiet oħrajn.", "Ovvjament bħalma nafu hawnhekk qed niddiskutu Abbozz ta' Liġi li qed jemenda l-istruttura tal-MFSA.", "Id-diskussjoni kienet waħda wiesgħa għax kienet tittratta ħafna suġġetti li kollha kien jistħoqqilhom id-diskussjoni tagħhom però kien ikun aktar idoneu li wħud minnhom jiġu diskussi f'aġġornament aktar milli f'diskussjoni li tirrigwarda l-istruttura tal-MFSA.", "Fil-fatt xi drabi l-immaġinazzjoni ta' xi wħud mill-Onor.", "Membri li tkellmu kienet xi ftit twila żżejjed, u allura jien ma nħossnix fid-dmir li nirrispondi fuq ċerti argumenti li saru u li jmorru lil hinn mill-iskop ta' dan is-suġġett.", "Min-naħa l-oħra saru ċerti argumenti li jistħoqqilhom tweġiba, u għalhekk nixtieq nirrispondihom.", "Pereżempju, l-Onor.", "Godfrey Farrugia qalilna li tlifna l-opportunità li niġbdu l-banek lejn Malta issa li hemm il-Brexit.", "Qabelxejn tajjeb ngħidu li s-settur finanzjarju ma jikkonsistix biss mill-banek.", "Fil-fatt is-settur tal-banek huwa element importanti mis-settur finanzjarju, imma huwa element żgħir għax is-settur finanzjarju huwa ferm akbar minn hekk.", "Tajjeb infakkru wkoll li Brexit għadha lanqas biss seħħet, jiġifieri jien ma nistax nifhem x'opportunità tlifna mill-Brexit meta din hija xi ħaġa li lanqas għadha biss seħħet!", "Naħseb li lanqas l-Ingilterra stess għadha ma taf eżattament x'se jsir bil-Brexit, aħseb u ara aħna, għalkemm jien aktar inħares lejn il-Brexit bħala sitwazzjoni iżjed milli bħala opportunità.", "Wara kollox aħna bħala pajjiż m'aħniex mejtin bil-ġuħ biex jiġri xi ħaġa u aħna nieħdu l-opportunità minnha!", "Għall-grazzja t'Alla l-ekonomija tagħna sejra tajjeb, grazzi għad-deċiżjonijiet li ħa dan il-Gvern u grazzi wkoll għall-poplu bieżel li għandna f'dan il-pajjiż, li jaħdem u jagħti r-riżultati.", "Aħna nafu fejn irridu nwasslu l-politika tagħna u fejn ikun hemm bżonn li nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Sar ukoll kumment inġenerali fuq il-fatt li l-ExCo Committee se jkun judge and jury, u aħna ħadna dik il-kritika.", "Fil-fatt kif diġà semmejt fl-introduzzjoni li għamilt għall-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, fi stadju ta' Kumitat aħna se nkunu qed nissuġġerixxu li tiddaħħal emenda fil-liġi li tippermetti li jitwaqqaf kumitat ieħor.", "Dan huwa suġġett li tkellimna fuqu anke mad-delegazzjoni tal-IMF (International Monetary Fund), li kienet ġewwa pajjiżna fuq il-missjoni tal-EFSAP (Enterprise and Financial Sector Assistance Project), u min-naħa tagħna aħna għednielha li se jitwaqqaf kumitat apposta li se jkun qed jagħmel distinzjoni bejn the supervisory role u the investigative role, jiġifieri fi kliem ieħor se nkunu qed inwaqqfu an enforcement directorate fejn iċ-checks and balances ikunu aktar ċari.", "Din il-kritika, li kienet waħda kostruttiva, ġiet min-naħa tal-Oppożizzjoni, għalkemm kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, din hija xi ħaġa li diġà qed narawha fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Ta' min jgħid li dan l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum tressaq qabel il-vaganzi tas-sajf u d-diskussjonijiet fuqu baqgħu għaddejjin.", "Nerġa' ngħid li aħna nieħdu pjaċir b'din il-kritika kostruttiva li ġiet min-naħa tal-Oppożizzjoni u se neħduha on board tant li se tiġi riflessa f'livell ta' kumitat.", "Kif għedt diġà, Sur President, imbagħad saru ħafna argumenti li ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u li allura jien m'iniex se nidħol fihom.", "Iddispjaċieni ħafna b'uħud mill-argumenti li għamel l-Onor.", "Robert Cutajar, b'mod partikolari meta kien qed jitkellem fuq il-ħasil tal-flus.", "Xi kultant jien niskanta b'ċerti argumenti li joħorġu bihom il-Membri tal-Oppożizzjoni; qisha l-Oppożizzjoni twieldet ilbieraħ u li kien biss dan l-aħħar li tgħallimna xi tfisser \"ħasil ta' flus\"!", "Ngħiduha kif inhi, smajna b'ħafna każijiet ta' ħasil ta' flus u jekk l-Onor.", "Cutajar kien qed jirreferi għall-każijiet li smajna, dawn il-kumpaniji li nqabdu jagħmlu ċerta azzjoni nqabdu proprju għaliex l-istituzzjonijiet li għandna f'dan il-pajjiż qegħdin jaħdmu.", "Imbagħad bir-rispett kollu, irrid ngħid ukoll li l-avukati li jiddefendu lil dawn il-kumpaniji huma l-istess avukati li jpoġġu fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni, u hemmhekk naraw l-ipokresija tal-Oppożizzjoni.", "Mela l-ewwel nitkellmu fuq il-ħasil tal-flus u mbagħad nisimgħu b'kumpaniji bħal dik ta' Capital One!", "Fuq dawn il-kumpaniji rridu nitkellmu?!", "Għalina nistgħu nitkellmu fuq il-ħasil tal-flus, mela le, imma mbagħad irridu nistiednu lill-Onor.", "Aħna m'aħniex se niddejqu nsemmuhom!", "Ejjew nitkellmu fuq il-ħasil tal-flus, mela le!", "Bir-rispett kollu, imma wara kollox dan il-pajjiż qed inaddaf ħafna affarijiet fuq azzjonijiet li kienu għaddejjin!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ejjew nitkellmu fuq dawk il-kumpaniji tal-gaming li nqabdu u naraw min kien qed jirrappreżentahom lil dawn il-kumpaniji!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi nirringrazzja lill-Awtorità talli ħadet azzjoni biex twaqqaf il-liċenzja ta' dawn il-kumpaniji li kienu qed iħammġu isem pajjiżna.", "Ejjew naraw x'azzjoni ħadna fl-industrija tal-gaming ukoll biex nagħtu lill-Awtorità aktar saħħa ħalli din tkun tista' tieħu l-azzjoni li għandha tieħu!", "Mela mbagħad niġu hawnhekk nippriedkaw daqslikieku nistgħu nxejru xi bandiera bajda u nagħtu l-impressjoni li l-ħasil tal-flus twieled issa?!", "Ħafna mill-każijiet ta' kumpaniji li qed ifeġġu ma bdewx joperaw issa tafux!", "Attività ta' ħasil ta' flus tinqabad wara numru ta' żmien, wara li wieħed ikun segwa ċerta attività, u llum hekk qed jiġri, jiġifieri ħafna mill-ħmieġ li qed jissemma llum imur lura ħafna żmien.", "Fuqiex irridu nitkellmu dwar il-ħasil tal-flus, Sur President?", "Fuq l-iskema taċ-ċedoli magħmula mill-Partit Nazzjonalista?!", "Għal dik qed nirreferu meta nitkellmu dwar ħasil ta' flus?", "Jekk din il-kritika ġejja min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, żgur li aħna ma nistgħux nieħdu tagħlimiet mingħand il-Partit Nazzjonalista għax allaħares kellna nitkellmu kif għandna nitkellmu fuq il-ħneżnirijiet u fuq l-kummiedji li sibna f'din l-industrija!", "Madanakollu l-Gvern jagħżel li ma jitkellimx, u dan jagħmlu b'responsabbiltà biex jipproteġi lill-istess industrija.", "Anke meta kien hemm kumpaniji rappreżentati minn familjari ta' eks prim ministri jew minn eks ministri Nazzjonalisti, dan il-Gvern qabeż għalihom ukoll għax għal dan il-Gvern, l-interess tas-settur finanzjarju ta' pajjiżna verament jiġi l-ewwel!", "Kieku għall-Partit Nazzjonalista s-settur finanzjarju kien jiġi l-ewwel ukoll … Smajniehom jitkellmu fuq l-interess ta' pajjiżna u jsemmu lil xi Membri Parlamentari Ewropej Soċjalisti.", "Allura dawn kif qed jitkellmu fl-interess ta' pajjiżna?", "Għalina m'hemmx Soċjalisti u mhux Soċjalisti imma hemm biss Malta, u aħna l-interess ta' Malta biss irridu naraw!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jekk hemm xi Membri Parlamentari Ewropej li huma involuti f'xi każijiet ta' ħasil ta' flus, ikun hemm min ikun hemm aħna m'aħniex se niddejqu minnhom għax l-ewwel interess tagħna hija Malta!", "Fuq kollox il-Membri Parlamentari Ewropej li qed jissemmew huma l-istess Membri Parlamentari Ewropej li meta tara lilhom tara lill-Onor.", "Roberta Metsola u lill-Membri Parlamentari Ewropej l-oħra tal-Partit Nazzjonalista.", "Jien ma niddejjaqx insemmihom lil dawn in-nies għax dawn huma t-tradituri ta' dan il-pajjiż.", "Li kieku verament dawn għandhom l-interess ta' pajjiżna l-ewwel u qabel kollox, meta jitolbu investigazzjoni … Għax ejjew ngħiduha kif inhi; aħna ma narawx lill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jitolbu investigazzjoni … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nixtieq nistaqsi lis-Sedja jekk il-kelma \"tradituri\" hijiex aċċettabbli f'dan il-Parlament.", "L-ISPEAKER: Onor. Silvio Schembri, jekk jogħġbok, agħżel kelma oħra.", "SILVIO SCHEMBRI: Jittradixxu l-interess tal-pajjiż mela!", "(Interruzzjonijiet) Tajjeb, mela qed jittradixxu l-interess tal-pajjiż!", "(Interruzzjonijiet) M'hemmx kelma oħra għax dik hi!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Schembri għandu jirtira l-kelma \"tradituri\" u juża l-kelma li għoġbu jgħid li se jgħid minflokha.", "SILVIO SCHEMBRI: Ġiet irtirata!", "L-ISPEAKER: Onor. Silvio Schembri, ħu paċenzja u tmexxix il-Kamra inti!", "L-Onor.", "Schembri diġà rtira l-kelma \"traditur\" u minflok qed juża l-frażi \"dawk li jittradixxu lill-pajjiż\".", "Tista' tkompli bid-diskors tiegħek, Onor. Silvio Schembri.", "(Interruzzjonijiet) Qalha u jien smajtu.", "Qalha waqt li inti kont qiegħed bil-mikrofonu mixgħul!", "SILVIO SCHEMBRI: Xi kultant inkunu sensittivi ħafna, Sur President!", "Jiddispjaċini, però meta l-familjari tal-ħaddiema tal-HSBC jaraw lil min qed iġġib l-Oppożizzjoni hawn Malta biex tikkritika, naħseb li jaqblu li jixraq li ngħidu li dawn qed jittradixxu isem pajjiżna.", "Anzi rrid nerġa' ngħidha: Iva, dawn qed jittradixxu l-isem u l-interess ta' pajjiżna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma kenux il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista li rrapportaw kontra Malta!", "Jekk hemm bżonn tinġibed l-attenzjoni, din għandha tinġibed, però meta mbagħad ikun hemm risposta fuq l-attenzjoni li tinġibed bħalma ġara fir-rigward tal-Membru Parlamentari David Casa - għax jien ma nħobbx ngħidlu \"Onorevoli\"! - li għamel rapport kontra Malta, kontra l-istituzzjonijiet finanzjarji u kontra r-regolatur biex l-EBA tinvestiga lil Malta, u l-istess regolatur tgħid li Malta mxiet skont ir-regoli Ewropej kif suppost, li kieku l-Membru Parlamentari Ewropew David Casa kellu l-interess ta' pajjiżna għal qalbu verament, kieku bħalma kiteb kontra Malta - u ma jkunx hemm okkażjoni li ma jiktibx kontra Malta u ma jipprovax jieħu spunt politiku għal dak li jkun qiegħed jiġri! - kien jikteb ukoll bil-maqlub!", "Issa ejjew ngħiduha kif inhi, meta jkun hemm xi rapport favur is-servizzi finanzjarji ta' Malta ma tantx tisma' kelliema tal-Partit Nazzjonalista jitkellmu favurih!", "Ara meta mbagħad ikun hemm xi rapport ta' paragrafu kontra s-servizzi finanzjarji ta' Malta f'xi ġurnal partikolari, dak mill-ewwel tarah fil-headlines tan-NET, daqslikieku nieħdu pjaċir li xi ħadd ikun tkellem kontra pajjiżna!", "Bir-rispett kollu, Sur President, jien ma nistax nifhimha din l-ipokresija u għalhekk inħalli lill-poplu jiġġudika hu.", "Kif għedt diġà, Sur President, jien ma tantx għandi x'nirrispondi aktar għax ħafna mill-interventi li saru matul dan id-dibattitu saru fuq kollox minbarra fuq l-istruttura tal-MFSA, u għalhekk se nikkonkludi hawnhekk.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, Kap. 330\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq il-mozzjoni ħalli dan l-Abbozz ta' Liġi, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, jiġi ttrattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IS-SWIEQ FINANZJARJI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, Kap. 345\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Settembru 2018", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, Kap. 345\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, ninforma lill-Kamra li skont ftehim milħuq fis-seduta Nru 144 tal-15 ta' Ottubru 2018 u kif diġà ġie indikat fid-diskussjoni dwar it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, Kap. 330 - Abbozz Nru 49 - il-konsiderazzjoni fi stadju tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji - Abbozz Nru 50 - ġiet eżawrita waqt id-diskussjoni fi stadju ta' Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi Nru 49, li għadu kif għadda mill-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hemmx rimarki, se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq il-mozzjoni ħalli dan l-Abbozz ta' Liġi, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, jiġi ttrattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Onor.", "Julia Farrugia Portelli biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 22 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Dikjarazzjoni finanzjarja – Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 2019 – Diskors tal-Baġit.", "Ninforma lill-Kamra li skont ftehim milħuq, is-seduta ta' dakinhar se tkun imxandra b'mod dirett ukoll mill-Public Broadcasting Services, b'kull stazzjon tat-televiżjoni, jew internet service provider, jingħata clean feed mill-PBS.", "Id-diskors ta' din is-seduta se tiġi mxandra wkoll bil-lingwa tas-sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li fil-bidu ta' din is-seduta, fotografi u cameramen se jitħallew jieħdu ritratti/filmati għal ftit minuti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, ilbieraħ il-Parlament, bis-silenzju tiegħu, fakkar il-mewt ta' ġurnalista, ta' mara u ta' omm; ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fil-fehma tiegħi din il-mewta kienet kaġun ta' qtil politiku.", "M'hemmx dubju li din il-mewta ħasdet nazzjon sħiħ però firdet poplu għax kulħadd iħoss sentiment differenti għalih, liema sentiment xi kultant huwa raġunat u xi kultant huwa diffiċli biex tifhmu.", "Ngħid għalija personalment, jien għadni ma nistax nifhem kif f'dan il-pajjiż ikun hemm min iħoss li għandu s-setgħa u l-poter li joqtol persuna - aktar u aktar jekk din il-persuna tkun ġurnalista - biex isikket leħen li kien qed idejqu għax forsi kien qed iċanfru jew jikxef il-verità.", "Forsi xi kultant nifhimha li din tiġri f'pajjiżi oħra, imma ma nistax nifhem kif f'pajjiżna jkun hawn min jiddeċiedi min għandu jgħix u min għandu jiġi msikket, min għandu jitħalla jgħix u min għandu jiġi maqtul.", "Milli jidher f'dan il-pajjiż għandna lil min sar Alla u jiddeċiedi hu min għandu jitħalla jgħix u min għandu jiġi maqtul.", "Sur President, ma nistax nifhem ukoll kif fost il-poplu tagħna hawn min kważi feraħ bil-qtil ta' din il-persuna.", "Jien nifhem lil dawk il-persuni li qaluli li bil-kitbiet tagħha firdet lill-poplu jew inkella li l-pinna tagħha kienet mimlija mibegħda, però hawn nixtieq nagħmel riflessjoni billi nistaqsi: Hawn xi opinjoni li magħha jaqbel kulħadd?", "Il-kelma tiegħi jaqbel magħha kulħadd?!", "Naħseb li le, u allaħares li iva!", "Jista' jaqbel miegħu kulħadd xi ruling minn tiegħek, Sur President?!", "Jew forsi jista' jaqbel miegħu kulħadd xi editorjal jew inkella xi kumment politiku?", "Meta nitkellem jien, jista' jkun hawn min id-diskors tiegħi jogħġbu u jista' jkun hawn min id-diskors tiegħi jdejqu u bih inqanqal firda mingħajr ma jkolli l-intenzjoni li nagħmel hekk, u din hija xi ħaġa li jien nifhimha għax hija xi ħaġa naturali.", "Minkejja dan kollu, Sur President, xorta waħda nemmen li ħadd m'għandu dritt li jiddeċiedi li joqtol lil ħadd, u bil-mewt ta' Daphne Caruana Galizia hekk ġara; xi ħadd iddeċieda li jsikket u li joqtol leħen.", "Għalhekk f'dan l-Aġġornament inħoss li għandi l-opportunità li nagħmel ftit suġġerimenti lill-Gvern għax għadni nemmen li f'dan il-pajjiż id-demokrazija hija ħajja, li verament hawn ġustizzja, li l-ġurnalisti għandhom valur u li huma għandhom dritt jesprimu l-opinjoni tagħhom bl-aktar mod ħieles bħal kull ċittadin ieħor.", "Madanakollu fl-istess ħin jibdew jiġuni d-dubji tiegħi dwar jekk id-demokrazija, il-ġustizzja jew il-valuri li konna nħaddnu bħala pajjiż u li konna nemmnu fihom illum sarux foloz.", "Fil-fatt din hija l-isfida li għandu l-poplu tagħna hemm barra; jekk jemminx li llum il-klassi politika, il-ġustizzja, id-demokrazija u l-valuri għadhomx ta' veru jew sarux foloz, u quddiem din l-isfida jien lill-Gvern nixtieq nagħmillu l-ewwel proposta billi ngħidlu: Sur Gvern, tipprovax tibqa' tagħmel ħiltek kollha biex toqtol il-memorja tal-qtil ta' din il-ġurnalista għax fil-fehma tiegħi li tipprova toqtol il-memorja ta' dan il-qtil politiku bħala gvern fih innifsu huwa agħar mill-qtil fiżiku tal-persuna nnifisha!", "Dan għaliex il-fatt li tkun qed tipprova toqtol il-memorja ta' dan l-att kriminali jfisser li inti tkun qiegħed kważi xxejjen u tipprova tnessi l-memorja ta' dan il-qtil biex fl-imħuħ tan-nies tagħna hemm barra, dak li sar sena ilu jispiċċa qisu mhu xejn!", "Ġieli t-tifel iż-żgħir tiegħi jgħidli biex nagħmel \"delete\", u inti hekk qed tipprova tagħmel, Sur Gvern, fuq dak li ġara sena ilu; delete!", "Kif għedt diġà, Sur President, ilbieraħ ittieħdet deċiżjoni f'waqtha li permezz tas-silenzju tiegħu, dan il-Parlament ifakkar x'ġara sena ilu, imma issa ma nistgħux nibqgħu nfakkru x'ġara sena ilu bis-silenzju u jeħtieġ li tittieħed azzjoni konkreta biex dak li ġara sena ilu nibdluh b'mod pożittiv.", "It-tieni proposta li għandi għall-Gvern hija biex jieqaf jilgħab il-logħba li biha qed jipprova jsib kull raġuni valida biex itellef lil dawk li jridu jfakkru t-telfa, il-mewt, il-kuraġġ u l-qlubija ta' Daphne Caruana Galizia milli jirnexxielhom jagħmlu dan.", "Kulma qed jagħmlu dawn il-persuni huwa li qed imorru jpoġġu l-fjuri u x-xemgħat b'mod spontanju quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir.", "Wara kollox dan huwa l-aktar monument addattat biex jikkommemora qtil politiku għax ifakkar perjodu fl-istorja ta' pajjiżna li fiha tilfu ħajjithom ħafna Maltin minħabba l-kuraġġ li kellhom li jiddefendu dak li jemmnu fih bi qlubija kbira.", "Issa naturalment wieħed jista' ma jaqbilx ma' dawn il-persuni, u dan hu s-sabiħ tat-tolleranza.", "Jekk verament irridu li f'pajjiżna jkun hawn it-tolleranza, allura din irridu ngħixuha billi nirrispettaw l-opinjonijiet ta' min ma jaqbilx magħna u mhux billi nagħmlu minn kollox biex inġibu lil kulħadd jaħsibha eżatt kif naħsbuha aħna.", "Għalhekk anke jekk il-Gvern ma jaqbilx ma' dak li kienet tgħid il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia … Xi kultant anke jien ma kontx naqbel ma' dak li kienet tgħid Daphne Caruana Galizia, u kien hemm drabi fejn lili kkritikatni u setgħet weġġgħetni wkoll, però dan ma jfissirx li għandha tiġi maqtula.", "Jekk weġġgħetni stajt nirribatti għal dak li kienet qed tgħid fuqi, stajt ngħid \"ajma\" u niskuża ruħi jew inkella nitlob lilha tiskuża ruħha, imma żgur li biex issikket persuna m'għandekx toqtolha!", "Għalhekk, Sur Gvern, anke jekk ma kontx taqbel ma' din il-persuna u kellek ir-riżervi dwar dak li kienet tgħid fuqek, ma tistax tipprova twaqqaf lil min qed jipprova jfakkar min kienet din il-persuna u għal xiex mietet!", "Illum il-Monument tal-Assedju l-Kbir jinsab kważi mgħotti għal kollox biex min qed jipprova jfakkar lil din il-persuna quddiem il-monument li jikkommemora lil dawk kollha li wrew qlubija ma jitħalliex jagħmel dan.", "Bir-rispett kollu, Sur Gvern, minkejja li inti tgħid li temmen fid-demokrazija, xi kultant qed tidher li qed tindaħal fil-mod kif il-poplu Malti jagħżel li jesprimi lilu nnifsu.", "Għalhekk oqgħod attent, Sur Gvern, għax jekk inhu hekk, dan jista' jfisser li għandek il-faħam miblul u li għandek interess partikolari biex dan ma tħallihx isir.", "Issa huwa inti, Sur Gvern, li trid teżamina l-kuxjenza tiegħek!", "Se ngħaddi issa għat-tielet proposta li nixtieq nagħmel lill-Gvern imma qabel nixtieq nagħmel mistoqsija: Jekk pajjiżna huwa verament pajjiż demokratiku, jekk iċ-ċittadini li jgħixu fih tassew għandhom dritt jesprimu ruħhom bl-aktar mod ħieles fuqiex iridu huma u jekk aħna minn dan il-Parlament għaddejna liġi fejn kważi kważi tista' toffendi lil Alla għax b'mod legali ħadd ma jgħidlek xejn jekk tagħmel dan, allura kif imbagħad waqt li suppost qed ngħixu fl-istess demokrazija għandna Gvern li kważi jieħu għalih anke jekk biss issemmih?!", "Sur Gvern, inti għandek l-obbligu u d-dmir li tassigura li l-ġustizzja ssir u li din tkun tidher li qiegħda ssir.", "Fil-fatt din is-sentenza li għadni kemm għedt għallmuhieli l-abbli kollegi tiegħi stess li huma avukati: Il-ġustizzja trid issir u trid tidher li qed issir!", "Sur President, jekk il-Gvern qed jiftaħar li f'dan il-pajjiż hemm xi surplus, żgur li hemm deficit kbir li qed jitrawwem, u dan id-deficit jikkonsisti fil-fatt li ħafna miċ-ċittadini tagħna mhumiex qegħdin jaraw il-ġustizzja ssir u għandhom dubji kemm il-ġustizzja qiegħda ssir.", "Il-folla li nġabret ilbieraħ kellha raġun tlissen il-kliem \"we accept better and we deserve better\".", "Issa din jien m'iniex qed ngħidha lilek biss, Sur Gvern, imma qed ngħidha lill-klassi politika kollha; inkluż lili nnifsi, inkluż lin-nies fil-partit tiegħi u allura inkluż lilek ukoll, għax hawnhekk aħna lkoll responsabbli li naraw li l-ġustizzja ssir u tkun tidher li qed issir.", "Taf x'inhu l-għajdut li hemm hemm barra, Sur President?", "Li minkejja l-kawża li hemm għaddejja l-qorti, min qatel lil Daphne Caruana Galizia mhuwiex se jinqabad.", "Minkejja li hemm numru ta' nies akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, nofs il-poplu tagħna hemm barra tafu x'qed jaħseb?", "Li min verament ħallas għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia mhuwiex se jinqabad!", "L-irċevuta qatt m'aħna se narawha u l-pagament qatt m'aħna se nkunu nafu min ħallsu.", "Fil-fatt inżid ngħid li hemm barra hemm min kważi qed jilgħab il-flus li t-tliet persuni li llum huma akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia se joħorġu ħielsa wkoll fuq dubji u nuqqas ta' provi!", "Allura quddiem dan kollu fejn se jispiċċa l-poplu Malti u Għawdxi, Sur President?", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-poplu tagħna aktar qed jispiċċa kkonfondut, u biex wieħed jifhem x'qed ngħid huwa biżżejjed li wieħed jiftakar fil-każ tal-Egrant, fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, fil-korruzzjoni li teżisti f'pajjiżna u fil-fatt li filwaqt li nagħmlu ħafna storbju fuq petty issues, qed inħallu lill-ħuta l-kbira tibqa' għaddejja u qed inħallu l-laissez-faire li hawn fil-pajjiż ikompli jikber.", "Hekk kif meta kont għadni żagħżugħ kien hawn il-frażi popolari \"Ħalli lill-Gvern rieqed; ara ma tqajmux!\", illum hawn frażi popolari oħra li hija \"Agħlaq ħalqek u kompli għaddej!\", u dan żgur li mhuwiex sewwa.", "Sur President, illum l-akbar traġedja tal-poplu Malti u Għawdxi hi li ma jafx fejn se jispiċċa pajjiżu għada għax il-bozza l-ħamra qiegħda tixgħel kemm mil-lat ekonomiku u finanzjarju kif ukoll mil-lat morali ta' dan il-pajjiż, biex ma noqogħdux nilludu ruħna li kollox sejjer tajjeb.", "Kif qalet aktar kmieni waqt din is-seduta l-Onor.", "Claudette Buttigieg, li għamlet diskors tajjeb ħafna f'dan ir-rigward, il-bozza l-ħamra qed tixgħel anke mil-lat ta' demokrazija għax illum l-istituzzjonijiet Maltin aktar milli qegħdin hemm biex josservaw il-liġijet li jgħaddu minn dan il-Parlament kważi kważi aktar qegħdin hemm biex josservaw x'jgħidilhom il-kmand tagħhom, ċjoè l-omnipotenti Sur Gvern!", "Fil-fatt din hija r-raġuni għaliex qegħdin naraw l-istituzzjonijiet jikkrollaw quddiem għajnejna; għax dawn iżjed għandhom dover lejn il-Gvern milli lejn iċ-ċittadin, u aktar qegħdin hemm biex jogħġbu lis-Sur Gvern ħalli dan ikun jista' jgħatti xturu milli qegħdin hemm biex jaraw xi tgħid il-liġi u jaraw x'suppost qegħdin jagħmlu huma!", "Imma għax ngħidu hekk, imbagħad jiġu l-Membri tal-Gvern hawnhekk u jgħajruna \"tradituri\", bħalma ġara llum!", "Tradituri għax aħna jew il-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti jmorru jitkellmu biex isalvaw wiċċ Malta meta aħna nafu li għandna nies min-naħa tal-Gvern li bid-deċiżjonijiet li qed jieħdu, qed iħammġu lil Malta?!", "Proprjament min hu t-traditur; min qed iħammeġ jew min qed jipprova jnaddaf il-ħmieġ?!", "Din hija r-responsabbiltà li għandna aħna f'dan il-Parlament; li naraw li dan il-pajjiż jibqa' nadif!", "Għalhekk jien m'iniex traditur għax qed niġi hawn u ngħid li jeħtieġ li nnaddfu l-ħmieġ li hemm hemm barra.", "Traditur huwa min qed iħammeġ lil pajjiżi, u jekk hemm traditur li qed iħammeġ lil pajjiżi jien għandi d-dmir li niġi hawn u nitlob, f'Malta stess jew anke barra minn Malta, li nnaddfu dak il-ħmieġ!", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, illum jaħbat lejlet l-anniversarju tal-aktar mewta politika li niftakru li saret b'mod oxxen, imma minkejja dan kollu l-Gvern qed jipprova jagħmel delete fuq din it-traġedja biex iħassarha minn fuq moħħ kulħadd.", "Għalhekk jalla jkollna Oppożizzjoni u jkollna poplu li ma jagħlaqx ħalqu quddiem dan kollu.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 22 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.23 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella u ż-żewġ annessi 'A' u 'B' li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ismijiet qed jingħataw lill-Onor.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ma jingaġġaw ebda konsulenti.", "Irid jingħad però li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tuża s-servizzi ta' 21 persuna b'konnessjoni mal-Assigurazzjoni ta' Kwalità.", "Is-servizz li jagħtu dawn l-individwi huwa ta' natura short term marbut ma' dmirijiet ta' Quality Assurance u National Occupational Standards b'medja ta' total massimu ta' bejn tlieta u ħamest ijiem konsulenza.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 1079 u 1118.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru telenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hi responsabbli?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Informata li ma ġew ingaġġati l-ebda konsulenti fl-entità li taqa' taħt dan il-Ministeru.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – KONSULENTI NGAĠĠATI – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jiċċara għal-liema perjodu qiegħed jirreferi.", "MCCAA – ILMENTI DWAR KAŻIJIET TA' KANĊELLAMENT TA' TITJIRIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeva ilmenti d-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta' każijiet ta' kanċellament ta' titjiriet u dan billi jelenka l-kumpaniji kkonċernati u n-numru ta' ilmenti magħmula fir-rigward ta' kull kumpanija tal-ajru mill-bidu tal-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b'xahar?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li kien hemm 22 ilment irreġistrati dwar kanċellament ta' titjiriet bejn Jannar 2018 u t-30 ta' Settembru, 2018 skont Regolament APR 261/2004.", "Tabella aktar dettaljata bl-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:", "INSTITUTE FOR THE PUBLIC SERVICE – KORS GĦAL PRINCIPAL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kors li huwa rikjest biex wieħed ikun eleġibbli għall-post ta' Principal fiċ-Ċivil bit-titlu \"What is Expected of a Principal\" offrut mill-Institute for the Public Service u ppjanat li jsir f'Ottubru li ġej mhux se jsir ukoll f'Għawdex għall-parteċipanti Għawdxin biex jiġi evitat skariġġ u inkonvenjent bla bżonn għall-ħaddiema taċ-Ċivil li se japplikaw?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab informat li l-kors imsemmi mhux talli mhux se jsir f'Għawdex talli l-applikanti Għawdxin ingħataw l-għażla fejn jixtiequ jagħmlu l-kors permezz ta' email datata l-1 ta' Awwissu 2018.", "SKOLA PRIMARJA NADUR – PROĠETT TA' TISBIĦ - PERITI MAĦTURA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx maħtura l-periti sabiex jaħdmu fuq il-proġett ta' tisbiħ estensiv fl-Iskola Primarja tan-Nadur mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kif kien qal li se jsir fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5836?", "Jekk le, jista' jgħid għaliex għadhom ma nħatrux meta din l-iskola tinsab fi stat ħażin u hemm bżonn ta' maintenance urġenti?", "Dan il-maintenance suppost beda tliet snin ilu imma sal-lum għadu ma bediex.", "Jista' jgħid jekk irċeviex petizzjoni mill-ġenituri tat-tfal li jattendu din l-iskola u jekk iva jista' jpoġġi kopja tal-istess petizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ippubblikat dik li tissejjaħ Dynamic Purchasing System permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, li hija sejħa pubblika għall-periti li huma interessati li jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Fondazzjoni.", "Wara li nħarġet sejħa għall-ewwel grupp ta' periti li huma interessati jagħtu dan is-servizz, il-Fondazzjoni se tkun qiegħda tqassam xogħlijiet differenti lill-periti li se jintgħażlu.", "Fost dawn ix-xogħlijiet hemm il-proġett ta' tisbiħ tal-Iskola Primarja fin-Nadur, Għawdex.", "Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nikkonferma li rċevejt kopja ta' petizzjoni li ntbagħtet lill-Prinċipal.", "Din il-petizzjoni kellha 130 firma annessi iżda minħabba protezzjoni tad-data m'iniex f'pożizzjoni li nqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MIŻURI GĦAL PERSUNI LI JIXTIEQU JSIRU SIDIEN TA' DARHOM", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ġodda ħa biex jagħti sostenn lil min jikri u jixtieq isir sid ta' daru?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fi Frar 2014 ġiet imħabbra skema bl-isem ta' Sir Sid Darek, li permezz tagħha inkwilin ġewwa proprjetà tal-Awtorità tad-Djar jew tal-Gvern jista' japplika sabiex jixtri l-fond u b'hekk isir sid ta' daru.", "Taħt din l-iskema jingħata sussidju ta' 50% fuq il-prezz f'każ li persuna ma jkollhiex assi aktar minn €150,000.", "L-Awtorità tad-Djar, b'kollaborazzjoni mal-APS Bank u l-Foundation for Social Welfare Services, ipparteċipat fi skema mħabbra fl-2017, fejn persuni setgħu jixtru proprjetà residenzjali għall-użu personali tagħhom u b'hekk isiru sidien ta' darhom.", "Permezz ta' din l-iskema, l-applikanti setgħu jieħdu self mill-APS sa massimu ta' €100,000.", "Fi Frar 2018 l-Awtorità, din id-darba b'kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta u l-Foundation for Social Welfare Services, varat skema fejn il-Bank jagħti self sa massimu ta' €120,000 sabiex tinxtara proprjetà fi stat finished, on plan u fi stat shell, lill-applikanti li jixtiequ jsiru sidien ta' darhom.", "Taħt iż-żewġ skemi jingħata sussidju sa massimu ta' €2,000 fis-sena fejn dan jiġi depożitat fis-self mogħti lill-applikanti.", "Permezz tal-iskema mħabbra f'Jannar tas-sena 2017, l-Awtorità tad-Djar qiegħda tagħti sussidju sa massimu ta' €2,000 fis-sena lill-inkwilini li qegħdin jikru proprjetà mill-privat.", "Is-sussidju jingħata skont il-kobor tal-familja kif ukoll id-dħul tal-applikanti.", "QASAM TAL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - ĦIDMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ħa mill-elezzjoni 'l hawn biex ikabbar il-ħidma tiegħu fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern jemmen fid-dritt għal akkomodazzjoni diċenti għal kulħadd.", "Din il-viżjoni qed tħares li toħloq sistema ta' akkomodazzjoni għall-futur tal-pajjiż, fejn tara r-relazzjoni bejn il-familja u d-dar minn lenti ħolistika u kif id-dar u l-familja qed jiġu affettwati mill-ekonomija, ambjent u aspetti kulturali.", "Din il-viżjoni ħolistika hija bbażata fuq sistema ta' ppjanar li toħloq ambjent soċjali, inklużiv u sigur għal kulħadd, billi toffri aċċess tajjeb għal servizzi pubbliċi, faċilitajiet u spazji miftuħin.", "Din is-sistema ħolistika se toħloq faxx ta' akkomodazzjoni affordabbli li jkun imqabbad ma' benefiċċji u programmi speċifiċi biex jgħinu lil persuni fil-bżonn isiru sidien ta' darhom.", "L-għan huwa li tinħoloq sistema, fejn il-persuni jkunu jistgħu jimxu minn akkomodazzjoni soċjali għal dik affordabbli.", "Għalhekk il-ħidma tal-Gvern f'dan is-settur hija ffokata biex jiżdiedu l-alternattivi affordabbli fis-suq inġenerali.", "B'aktar alternattivi affordabbli biss nistgħu niffaċilitaw mobilità soċjali li ma tħalli lil ħadd warajha, kemm żgħażagħ, kemm familji, kif ukoll nies anzjani.", "POSTIJIET IMQASSMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet ġodda mis-sena 2013 sal-lum?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perijodu msemmi, mill-10 ta' Marzu 2013 sal-4 ta' Ottubru 2018, saru b'kollox 620 allokazzjoni ta' postijiet mill-Awtortà tad-Djar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu eviction orders minn meta ġie elett f'din il-leġiżlatura?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'din l-leġiżlatura, mill-4 ta' Ġunju 2017 sal-10 ta' Ottubru 2018, l-Awtorità tad-Djar ħarġet seba' eviction orders.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – SUSSIDJU TAL-KERA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-Awtorità tad-Djar wessgħet it-threshold sabiex aktar persuni jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li f'Jannar 2018, l-Awtorità tad-Djar ħabbret li t-threshold tad-dħul tal-applikanti taħt l-iskema tas-sussidju tal-kera jiġi mwessa', sabiex nilħqu aktar familji, skont id-dħul annwali tagħhom, kif qed ikun elenkat fit-tabella t'hawn taħt, wara li ġiet imħabbra din l-miżura.", "AWTORITÀ TAD-DJAR - SUSSIDJU TAL-KERA - ANZJANI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-anzjani li għandhom 65 sena u aktar se jingħataw threshold speċjali sabiex jibbenefikaw aktar għal sussidju tal-kera?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li f'Jannar 2018, l-Awtorità tad-Djar ħabbret li t-threshold tad-dħul tal-applikanti li għandhom 'il fuq minn 65 sena, taħt l-iskema tas-sussidju tal-kera, jiġi mwessa', kif qed ikun elenkat fit-tabella t'hawn taħt, wara li ġiet imħabbra din l-miżura.", "IR-RABAT GĦAWDEX - GOZO MUSEUM - XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid f'liema xahar ta' din is-sena huwa ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq il-Gozo Museum ġewwa r-Rabat, Għawdex?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq il-Mużew t'Għawdex beda.", "VETTURI LIĊENZJATI FUQ PERSUNI RESIDENTI GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati fuq persuni residenti f'Għawdex?", "Kemm minn dawn il-vetturi huma kummerċjali?", "Jista' jgħid kemm tħallsu f'liċenzji lill-Awtorità dwar it-Trasport fis-sena 2017 fuq dawn il-vetturi reġistrati fuq persuni residenti f'Għawdex?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:", "LUKANDI U AKKOMODAZZJONIJIET TURISTIĊI - ECO TAX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li ġiet introdotta t-tourist eco-tax fuq kull lejl fil-lukandi u akkomodazzjoni turistika oħra kemm inġabret minn din it-taxxa minn lukandi u stabbilimenti f'Għawdex sena b'sena sal-lum?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW MILL-MINISTERU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-Ministeru tul dawn l-aħħar erba' snin u tista' tindika l-iskala tagħhom?", "HELENA DALLI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA – DISKUSSJONIJIET U ANALIŻI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'passi, x'diskussjonijiet u x'analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?", "HELENA DALLI: Wara li twaqqaf unit dedikat biex isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell Ewropew marbuta ma' Brexit, bdiet ħidma iffokata biex ikun hemm koordinament fil-Gvern dwar Brexit.", "F'dan ir-rigward il-Ministeru:", "- Segwa d-diskussjonijiet kollha relatati ma' Brexit li saru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-livelli kollha tal-konfigurazzjoni ta' Artiklu 50;", "- Żamm kuntatt kontinwu mat-Task Force immexxija minn Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni, Michel Barnier, biex jiddiskuti oqsma speċifiċi li jista' jkollhom impatt fuq Malta;", "- Żamm kuntatt kontinwu mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f'Malta biex ikun jista' jifhem aħjar il-pożizzjoni tar-Renju Unit f'dawn in-negozjati;", "- Ikkonsulta mal-Ministeri kollha l-oħra biex jistudja x'jista' jkun l-impatt fuq Malta fid-dekasteri differenti;", "- Ikkonsulta ma' Ministeri differenti biex fassal il-pożizzjonijiet tal-Gvern għal-laqgħat dwar in-negozjati li saru dwar temi differenti fil-konfigurazzjoni ta' Artiklu 50;", "- Kien parteċipi, flimkien ma' esperti minn Ministeri differenti, f'laqgħat organizzati mill-Kummissjoni dwar l-impatt li Brexit jista' jkollu f'setturi differenti;", "- Kien parteċipi f'laqgħat mal-imsieħba soċjali biex jispjega x'kien għaddej fil-laqgħat li qed isiru fi Brussell b'rabta ma' dawn in-negozjati u kif jistgħu jintlaqtu n-negozji u ċ-ċittadini Maltin;", "- Kien parteċipi f'laqgħat tat-Task Force tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imwaqqfa biex tattira l-investiment mir-Renju Unit biex jispjega l-mod kif qiegħda tiġi mfassla r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u biex jagħti rendikont ta' fejn waslu n-negozjati;", "- Iċċirkola materjal informattiv imħejji mill-Kummissjoni Ewropea lill-Ministeri differenti tal-Gvern u l-entitajiet tagħhom b'rabta mal-impatt li diversi xenarji marbuta ma' Brexit jista' jkollhom;", "- Beda proċess ta' koordinazzjoni interna fil-Gvern biex jibdew il-preparamenti fil-każ li ma jkunx hemm qbil fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea;", "- Ħadem mill-qrib mal-Aġenzija Identity Malta biex ikunu mħejjija l-proċeduri interni tal-Gvern biex ikun implimentat l-arranġament tat-tluq; u", "- Beda ħidma flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jidentifika liġijiet nazzjonali li jista' jkun jeħtieġ li jiġu riveduti minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "F'din il-ħidma l-uffiċjali fil-Ministeru ħadmu u ħejjew diversi analiżi – skont il-ħtieġa tan-negozjati f'dak iż-żmien u l-proposti mressqa (kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mit-tim tan-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni) f'perjodi differenti.", "Uħud minn dawn l-analiżi kienu settorali u saru f'konsultazzjoni ma' esperti f'oqsma differenti bi tħejjija għal-laqgħat li kienu qed isiru fi Brussell, filwaqt li oħrajn kienu aktar orizzontali.", "Dan ix-xogħol huwa kontinwu u se jibqa' għaddej sakemm ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.", "NAVY ĊINIŻA U MALTA – KOPERAZZJONI U DISKUSSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni teżisti jew qed tiġi diskussa bejn in-Navy Ċiniża u Malta?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nistieden lill-Onor.", "Interpellent jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat minħabba li din il-mistoqsija ma taqax taħt il-kompetenza tal-Ministeru tiegħi.", "NAVY ĊINIŻA U FORZI ARMATI TA' MALTA - KOPERAZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni teżisti jew qed tiġi diskussa bejn in-Navy Ċiniża u l-Forzi Armati ta' Malta?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa m'hemm xejn għaddej bejn il-Forzi Armati ta' Malta u n-Navy Ċiniża.", "L-IMDINA – PROPRJETAJIET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-Gvern fil-belt tal-Imdina?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif jaf tajjeb hu ir-Regolament Ewropew dwar il-Protezzjoni tad-Dejta bdiet tapplika mill-25 ta' Mejju, 2018 fl-Istati Membri kollha sabiex nipproteġu l-privatezza tad-dejta.", "Żgur japprezza li dawn it-tip ta' domandi mressqa jitlobu dejta personali li teħtieg prudenza fit-tweġibiet minħabba dejta protetta mil-liġi Ewropea (Regulation 2016/679/EU) u li hija mniżżla f'Kapitlu 586 tal-Liġijiet ta' Malta.", "SKEJJEL - TRASPORT B'XEJN – STUDENTI LI GĦADHOM MINGĦAJR IS-SERVIZZ TA' TRASPORT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom?", "Jista' jgħid minn liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu?", "Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija maħruġa llum ċjoè PR 182235.", "JOBSPLUS – ĦADDIEMA RREĠISTRATI MA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor.", "Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor.", "Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.", "JOBSPLUS – ĦADDIEMA RREĠISTRATI MA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO: Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor.", "Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor.", "Interpellant separatament u b'mod konfidenzjali.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - IRĠIEL", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin xahar b'xahar minn Jannar 2018 sa Ottubru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' priġunieri rġiel fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin minn Jannar 2018 sa Ottubru 2018 huwa kif indikat:", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PERSUNI TA' NAZZJONALITÀ BARRANIJA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni ta' nazzjonalità barranija (mhux Maltija) fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentement hemm 238 persuna ta' nazzjonalità barranija ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "UFFIĊJALI TA' DETENZJONI – ĦLAS TA' OVERTIME", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'overtime l-uffiċjali ta' detenzjoni xahar b'xahar matul is-sena 2017 kollha u minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat illi l-uffiċjali ta' detenzjoni tħallsu f'overtime xahar b'xahar matul is-sena 2017 kollha u minn Jannar 2018 sa Settembru 2018 kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – INVESTIMENT KAPITALI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'investiment kapitali sar ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fis-sena 2018?", "Jista' l-Ministru jelenka l-investiment li sar wieħed wieħed u kemm sewa fi ħlas?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-investiment kapitali ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għas-sena 2018 jammonta għal total globali ta' €148,948.07.", "Id-dettalji tal-proġetti qegħdin fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Fil-preżent qed isir prison brief u eventwalment għandu jsir design brief ħalli l-awtoritajiet jiddeċiedu l-bidliet infrastrutturali kollha neċessarji fil-faċilità.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders mill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-sena 2018 sa issa, lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm swew?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li direct orders li ħarġu mill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-sena 2018 s'issa huma dawn imsemmija:", "FORZI ARMATI TA' MALTA – MISSJONIJIET TA' SALVATAĠĠ TA' IMMIGRANTI FUQ IL-BAĦAR", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm missjonijiet ta' salvataġġ ta' immigranti fuq il-baħar mill-Forzi Armati ta' Malta tul is-sena 2017 xahar b'xahar u fl-2018 xahar b'xahar sa Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-missjonijiet ta' salvataġġ ta' immigranti fuq il-baħar imwettqa mill-Forzi Armati ta' Malta matul l-2017 u sa Settembru 2018, huwa kif ġej:", "KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ – APPROVAZZJONI GĦAX-XOGĦOL FUQ BANKINA FUQ IL-PONT TAL-MISTRA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità għax-xogħlijiet li saru reċentement minn Transport Malta fuq il-bankina li tinsab fuq iż-żewġ naħat tat-triq ta' fuq il-Pont tal-Mistra?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ma tapprovax proġetti jew pjanti iżda sservi bħala waħda mill-entitajiet li l-Awtorità tal-Ippjanar tikkonsulta magħha.", "Għal dan il-għan, meta mitluba, hija tindika jekk għandhiex oġġezzjoni jew le għall-pjanti li jiġu sottomessi lilha.", "NAXXAR – PROĠETT REACH – PJANTI PROTETTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika jekk fuq is-sit fin-Naxxar fejn bħalissa għaddejjin xogħlijiet mal-Proġett Reach (PA 04152/16) kienx hemm xi problemi relatati mal-qerda ta' speċi ta' pjanti protetti jew inkella kumplikazzjonijiet oħra li setgħu nqalgħu waqt li kien qiegħed isir tħaffir/skavar?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li waqt ix-xogħlijiet fuq is-sit tal-Proġett Reach fin-Naxxar ma kienx hemm qerda ta' speċi protetti u lanqas kumpikazzjonijiet oħra matul il-proċess ta' skavar.", "MELLIEĦA - ESTENSJONI TAL-BAJJA TAL-GĦADIRA - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejjin l-istudji kollha meħtieġa fosthom:", "· Studji relatati biex jiġġeneraw EIA u studji oħrajn", "· Statistical studies – kemm nies/karozzi jżuru s-sit", "MELLIEĦA - ESTENSJONI TAL-BAJJA TAL-GĦADIRA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi approvati u l-istudji kollha relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7187.", "MELLIEĦA – BAJJA TAL-GĦADIRA - PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika liema żona jew żoni fl-akkwati tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa li kienu identifikati bħala siti li fuqhom se jsir ix-xogħol sabiex ikunu allokati għal spazju ta' parkeġġ fl-istess żona?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7187.", "SELMUN – PROĊESS GĦALL-BEJGĦ TA' LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess għall-bejgħ ta' dik li qabel kienet lukanda fiż-żona ta' Selmun?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern għadu qed jevalwa l-aħjar użu possibbli għal dan is-sit.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU MIĠJUB MALTA – PASSI KONTRA L-KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: In vista tat-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 7087, 7089, 7090 u 7091 fejn ripetutament qal li ma jaqbilx mad-deċiżjoni li ħa l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jinġieb membru tal-Awtorità minn barra permezz ta' ajruplan privat imħallas mill-istess Awtorità sabiex tkun tista' tivvota dakinhar tal-vot fl-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni numru PA/03807/17 magħruf bħala City Centre, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu fil-konfront tal-istess Kap Eżekuttiv tal-Awtorità u jekk le, min se jerfa' r-responsabilità għal din id-deċiżjoni manifestament ħażina?", "IAN BORG: Kif diġà informajt lill-Onor.", "Interpellant fir-risposta tiegħi għal mistoqsija parlamentari bin-numru 7087, ic-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar kien fil-limiti tal-poteri finanzjarji tiegħu (€10,000) meta awtorizza s-servizz ta' ajruplan privat.", "Kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien la kont informat u wisq anqas kelli sehem f'din id-deċizjoni.", "B'mod kategoriku urejt ukoll li ma qbiltx mad-deċiżjoni li l-ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar li kif jaf l-Onor.", "SETTUR TAL-EDUKAZZJONI – GĦALLIEMA, KINDERGARTEN ASSISTANTS U LSES", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdied in-numru ta' edukaturi, inklużi għalliema, kindergarten assistants u LSEs fis-settur tal-edukazzjoni pubblika mill-2013 'il hawn?", "Kemm huwa kkalkolat li kien hemm nuqqas ta' għalliema fil-ftuħ tas-sena skolastika ta' din is-sena?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li n-numru ta' għalliema, KGEs u LSEs mill-2013 'il hawn żdied kif se nsemmi:", "Għalliema - 148", "L-għalliema jinkludu dawk regolari, instructors u supply teachers.", "Jinkludi wkoll għalliema f'dawn il-gradi li qegħdin jagħmlu xogħol ta' sapport u fis-servizzi.", "Kif kien tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-25 ta' Settembru 2018 (PR182042), kien hemm tliet vakanzi ta' għalliema fil-bidu tas-sena skolastika, li tnejn minnhom kienu minħabba riżenji li ġew sottomessi fil-ġranet ta' qabel.", "TRASPORT PUBBLIKU B'XEJN LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa kkalkolat li bbenefikaw żgħażagħ mit­trasport pubbliku b'xejn minn meta bdiet tiġi introdotta din il-miżura ftit tas-snin ilu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Baġit tas-sena 2016 kien tħabbar li dawk il-persuni li kellhom jew inkella kienu sejrin jagħlqu 18-il sena fl-2017 kienu se jibbenefikaw minn sena trasport b'xejn meta jużaw it-trasport pubbliku bi skeda.", "Matul dik is-sena, jiġifieri 2017, kien hemm 'il fuq minn 4,200 żagħżugħ u żagħżugħa li bbenefikaw minn din l-iskema.", "Fil-Baġit tas-sena 2017 kien tħabbar li għas-sena 2018 din l-iskema kienet se tiġi mwessgħa sabiex tinkludi dawk iż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-20 sena.", "Informat ukoll li sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena kien hemm 'il fuq minn 21,800 persuna li bbenefikat minn din l-iskema.", "SANTA LUĊIJA – ROUNDABOUT – ARRANĠAMENT ĠODDA", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'arranġamenti ġodda tat-traffiku huwa ppjanat li jsir meta fix-xhur li ġejjin huwa mistenni li jibda x-xogħol fuq il-bini tal-mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija, minħabba li din it-triq hija arterja prinċipali għan-nies li jgħixu fin-naħa t'isfel ta' Malta?", "IAN BORG: Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, permezz ta' Infrastructure Malta, għaddej bl-aħħar tħejjijiet sabiex jibda x-xogħol tal-proġett ta' żewġ mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija.", "Dan il-proġett se jfisser madwar 30% inqas ħin fl-ivvjaġġar, inqas riskji ta' aċċidenti għal eluf ta' persuni li ta' kuljum jivvjaġġaw minn u lejn in-nofsinhar tal-pajjiż, kif ukoll aċċess aħjar għar-residenti ta' Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid.", "It-tnaqqis drastiku fil-konġestjoni tat-traffiku f'din ir-roundabout ifisser ukoll kwalità ta' arja aħjar għall-lokalitajiet tal-inħawi.", "Wara l-approvazzjoni tal-permessi tal-iżvilupp meħtieġa għal dan il-proġett ix-xahar li għadda, Infrastructure Malta mistennija tibda l-ħidma meħtieġa fit-Triq tal-Barrani u fi Vjal Santa Luċija, it-toroq li se jingħaqdu flimkien bil-mini ġodda, qabel l-aħħar ta' din is-sena.", "Is-sejħa għall-offerti għall-kuntratturi meħtieġa għal dan il-proġett ħarġet aktar kmieni din is-sena.", "Il-proġett beda jitfassal fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet, fuq talba tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, sabiex ikomplu jittaffew id-diffikultajiet fl-ivvjaġġar għar-residenti u ħaddiema f'ħafna lokalitajiet fin-nofsinhar ta' Malta.", "L-investiment f'din il-ħolqa ewlenija tas-sistema tat-toroq Maltin jinkludi disinn ġdid għar-roundabout sabiex issir aktar sikura, u l-bini ta' żewġ mini ta' madwar 100 metru 'l waħda, biex jgħaqqdu direttament Vjal Santa Luċija mat-triq Tal-Barrani.", "B'hekk, meta tkun għaddej minn Vjal Santa Luċija lejn it-triq Tal-Barrani, jew bil-kontra, ma jkunx hemm għalfejn iddur mar-roundabout iżda tkun tista' tibqa' għaddej mill-mini, mingħajr waqfien.", "Din ir-roundabout hija wkoll wieħed mill-aċċessi ewlenin għal Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid.", "Meta jitlestew il-mini l-ġodda se jonqsu wkoll id-diffikultajiet tar-residenti biex jidħlu jew joħorġu mid-djar tagħhom f'dawn il-lokalitajiet hekk kif ir-roundabout se tkun iddisinjata b'mod li jonqsu r-riskji ta' aċċidenti, waqt li tkun qed tintuża ferm inqas.", "Il-proġett jinkludi wkoll it-tibdil u t-tisħiħ ta' diversi servizzi tad-distribuzzjoni tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni li hemm bħalissa taħt l-art f'dawn it-toroq.", "L-ewwel ħidmiet ta' dan il-proġett se jsiru mal-ġnub tat-triq eżistenti, sabiex isir it-twessigħ tat-toroq meħtieġa.", "Taħt dawn il-korsiji ġodda se jitpoġġew ukoll is-servizzi ġodda minflok dawk li hemm taħt il-karreġġjata eżistenti ta' Vjal Santa Luċija u t-triq Tal-Barrani.", "Meta dawn il-korsiji ġodda jkunu lesti, jieħdu post dawk eżistenti sabiex meta tivvjaġġa minn dawn l-inħawi tibqa' tuża l-istess rotot mingħajr xkiel.", "Waqt it-twettiq ta' dan il-proġett, fosthom anke t-tħaffir u l-bini tal-mini, Infrastructure Malta se tadotta l-istess prinċipju li qed tuża fil-Marsa Junction Project fi Triq Aldo Moro u l-inħawi, fejn dejjem toffri korsiji u rotot alternattivi meta t-toroq eżistenti jkunu milquta mix-xogħlijiet.", "Il-proġett ta' Santa Luċija qed jiġi kkordinat ukoll ma' proġetti oħrajn fl-inħawi sabiex jiġi żgurat li dejjem ikun hemm rotot alternattivi adegwati li kapaċi jlaħħqu mad-domanda tal-ivvjaġġar.", "Fost oħrajn, Infrastructure Malta se tkun qed tlesti t-tieni fażi tal-Marsa Junction Project fil-ġimgħat li ġejjin biex Triq Aldo Moro jkollha għaxar korsiji u dalwaqt se tibda t-twessigħ ta' Triq Ħal Luqa, bejn ir-roundabout ta' Santa Luċja u l-Gudja kif ukoll it-twessigħ ta' Triq Ħal Qormi, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi.", "Kull tibdil li jsir fir-rotot f'dawn l-inħawi, minħabba x-xogħol li jkun għaddej, jiġi diskuss minn qabel mal-entitajiet u l-komunitajiet kollha konċernati sabiex jiġi żgurat li l-proġett jitwettaq bl-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti u għal dawk li jgħaddu minn dawn it-toroq.", "ROUNDABOUT LI MIŻ-ŻEJTUN TAGĦTI GĦAL ĦAŻ-ŻABBAR - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar meta huwa kkalkolat li jitlesta x-xogħol kbir li qed isir biex tinbena mill-ġdid it-triq li miż-Żejtun tagħti għal Ħaż-Żabbar, magħrufa aħjar minn ħafna bħala t-Triq taċ-Ċawsli?", "IAN BORG: Aktar kmieni din is-sena Infrastructure Malta bdiet ix-xogħol biex tinbena mill-ġdid Triq Bormla, magħrufa bħala \"Taċ-Ċawsli\", bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.", "Din it-triq ewlenija tintuża minn ħafna persuni li jgħixu jew jaħdmu fil-lokalitajiet tal-inħawi, fosthom Ħal Tarxien, il-Fgura, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.", "Għal snin twal, din it-triq b'tul ta' madwar kilometru, kienet fi stat ħażin ħafna, bi ħsarat li saħansitra jwasslu għal aċċidenti b'konsegwenzi għal dawk li jivvjaġġaw minnha.", "Permezz ta' dan il-proġett, b'investiment ta' madwar €4 miljun, it-triq kollha qed tinbena mill-ġdid fuq pedamenti ġodda, u b'diversi faċilitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi.", "Fost oħrajn, it-triq se jkollha korsija maqtugħa għaliha mit-triq biex minnha jkunu jistgħu jgħaddu dawk li jivvjaġġaw bir-roti jew bil-mixi (segregated shared use track).", "Dan ifisser li l-korsija għar-roti, f'żewġ direzzjonijiet, u l-passaġġ għall-mixi se jkunu separati mit-triq innifisha permezz ta' faxxa ta' art bil-pjanti jew bis-siġar.", "B'hekk l-ivvjaġġar bir-roti jew bil-mixi jkun ferm aktar sikur.", "Mal-ġnub tat-triq se jinbnew ukoll għadd ta' bus bays li permezz tagħhom dawk li jużaw it-trasport pubbliku jkunu jistgħu jinżlu jew jitilgħu fuq tal-linja mingħajr periklu.", "Fl-istess waqt, jonqsu d-diffikultajiet ta' dewmien fl-ivvjaġġar peress li meta l-karozza tal-linja tkun qed ittella' jew tniżżel il-passiġġieri ma tkunx qed tagħlaq il-korsija li minnha jgħaddu l-karozzi.", "Se jiġu stallati wkoll diversi sistemi oħra li jħarsu s-saħħa u s-sigurtà ta' dawk li jużaw it-triq bil-karozzi, muturi jew mezzi oħra.", "Qed jittieħdu wkoll diversi miżuri biex is-siġar storiċi taċ-ċawsli li hemm f'din it-triq jiġu salvati u protetti wara li fis-snin li għaddew kienu ntlaqtu mill-marda tas-susa.", "Il-proġett kollu se jitlesta sa qabel is-sajf li ġej, iżda ż-żewġ korsiji ġodda tat-triq, li qed jinbnew bħalissa, mistennija jinfetħu fiż-żewġ direzzjonijiet sal-aħħar ta' din is-sena.", "IŻ-ŻEJTUN – TRIQ ĦAL TARXIEN – TWESSIGĦ TA' TRIQ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Minħabba li minn kemm ilu li ngħatat it-tarmak Triq Ħal Tarxien (li miż-Żejtun tagħti għal Bulebel), żdied ħafna t-traffiku f'din it-triq, partikolarment fil-ħinijiet ta' filgħodu, jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-partijiet l-aktar dojoq tat-triq fejn ma jgħaddux żewġ karozzi, titwessa' bi ftit metri b'mod li tittieħed mill-inqas art possibbli biex b'hekk ikun qed jiġi evitat periklu u tonqos il-konġestjoni f'din it-triq f'ħinijiet partikolari tal-ġurnata?", "IAN BORG: It-triq indikata qed tintuża aktar ta' spiss bħalissa sakemm jitlesta l-proġett tal-bini mill-ġdid ta' Triq Bormla (Taċ-Ċawsli).", "Meta Triq Bormla tinfetaħ mill-ġdid wara li jkun tlesta dan il-proġett ta' €4 miljun, id-domanda għat-triq indikata tonqos.", "Madanakollu xorta waħda qed jiġu kkonsidrati xi miżuri addizzjonali li se jittieħdu għal aktar sigurtà u effiċjenza f'din it-triq.", "L-idjaq partijiet tat-triq indikata għandhom il-bini fuq żewġ naħat u mhuwiex daqstant faċli li jitwessgħu.", "OPERAZZJONI TAL-KATARRETTI, ORTOPEDIJA U RADJOLOĠIJA – LISTA TA' STENNIJA", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont lil din il-Kamra dwar f'liema stat jinsabu l-listi ta' stennija għall-operazzjoni tal-katarretti, ortopedija u għal servizzi konnessi ma' radjoloġija u kardjoloġija u kif dawn il-listi jikkomparaw ma' dawk li kien hemm fl-2013?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' pazjenti li qegħdin jistennew għall-operazzjoni tal-katarretti, interventi prinċipali tal-ortopedija u għal servizzi konnessi ma' radjoloġija u kardjoloġija jinsab fit-tabella hawn taħt ikkomparat mas-sena 2013.", "KIRJIET KUMMERĊJALI PROTETTI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.", "KIRJIET KUMMERĊJALI PROTETTI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "KIRJIET KUMMERĊJALI PROTETTI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.", "KIRJIET KUMMERĊJALI PROTETTI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega kemm hawn kirjiet kummerċjali protetti li se jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili u li l-protezzjoni tagħhom tintemm fis-sena 2028?", "Jista' jqassam dawn bil-lokalità fejn jinsabu?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.", "ECO-TAX TAT-TURIŻMU", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu?", "Jista' jagħti breakdown tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?", "KONRAD MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "LOKALITAJIET – SISTEMA TA' NEW WATER", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jindika dawk il-lokalitajiet li minnhom kien ippjanat li tgħaddi s-sistema ta' new water u fil-fatt din ma għaddietx?", "Jista' jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li l-lokalitajiet li kienu ppjanati li jkunu fornuti bin-new water u għadhom mhux moqdija, jingħataw dan is-servizz fil-futur?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li s-sistema tan-new water se tgħaddi minn dawn il-lokalitajiet kif ippjanat:", "Partijiet mill-Mellieħa u partijiet mill-Imġarr.", "It-tender ġiet aġġudikata u dalwaqt jibdew ix-xogħlijiet.", "Partijiet mix-Xgħajra, minn Wied il-Għajn, miż-Żejtun u minn Marsaxlokk.", "It-tender għadha kif għaddiet għand id-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Għawdex:", "Partijiet minn Għajnsielem, mix-Xagħra, mis-Sannat u minn Kerċem.", "TITJIRIET GĦAL LOURDES", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-titjiriet għal Lourdes użati l-iżjed mill-Maltin, żdidux, naqsux jew baqgħux l-istess?", "Jekk żdiedu, meta u kif?", "Jekk naqsu, x'kienet ir-raġuni?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-titjiriet għal Lourdes żdiedu b'mod konsiderevoli.", "Dan is-sajf l-operat tat-titjiriet għal din id-destinazzjoni kien bi skeda, għal kuntrarju tas-snin ta' qabel fejn kien jitħaddem b'charter.", "Ġew operati 21 titjira bejn Malta u Lourdes jiġifieri tnejn fil-ġimgħa.", "Dan ifisser sitt titjiriet aktar mill-istess perjodu s-sena l-oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181017_145d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 22 ta' Ottubru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid minn meta twaqqfet l-iskema 'Nikru biex Nassistu', kemm-il applikazzjoni daħlet fl-Awtorità tad-Djar?", "F'liema lokalitajiet jinsabu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema miżuri tat-trasparenza qed tinħadem l-iskema 'Nikru biex Nassistu'?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li saru s'issa fl-iskema 'Nikru biex Nassistu'?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid dawk l-inkwilini li jgħixu f'postijiet mikrija mis-settur privat imma amministrati mill-Awtorità tad-Djar, x'se jiġri minnhom meta l-kuntratti tal-għaxar snin jiskadu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw quddiem l-Awtorità tad-Djar għall-iskema li toffri assistenza finanzjarja għar-residenzi mhux użati?", "Kemm huwa l-budget għal din l-iskema?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt sar għall-iskema fejn jiġu rranġati residenzi privati u offruti għall-iskop ta' housing soċjali?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kull kuntratt?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direttivi sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija a tenur tal-Kap.", "545 mill-Att dwar ir-Regolator għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u jekk inħarġu jista' jagħti lista b'mod kronoloġiku u jispjega dwar xiex kienet titratta kull direttiva minnhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi regolamenti taħt il-Kap.", "545 liema regolamenti jippreskrivu l-proċeduri li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma jrid isegwi meta joħrog direttiva?", "Jekk iva jista' jgħid liema huma dawn ir-regolamenti li saru għal dan il-għan?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direttivi a tenur tal-Kap.", "423 mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) mill-2001 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u jekk inħarġu jista' jagħti lista b'mod kronoloġiku u jispjega dwar xiex kienet titratta kull waħda minn dawn id-direttivi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati biċċiera ġodda fil-Biċċerija ta' Għawdex, sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet għal grad ta' Biċċier ġewwa l-Biċċerija ta' Għawdex fl-istess perjodu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid f'kull uffiċċju u dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha kemm hemm oġġetti fl-inventarji rispettivi li huma meqjusa bħala heritage items minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "X'inhu l-valur mogħti għal kull wieħed minn dawn il-heritage items?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6053, jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk il-kunsill għamilx proċess ta' konsultazzjoni pubblika u jekk iva x'kien l-eżitu ta' din il-konsultazzjoni?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus sena b'sena, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi u attivitajiet beħsiebu jieħu u jorganizza l-Gvern sabiex ifakkar l-ewwel sena mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa u mhux ċensurata tal-proċess verbali tal-inkjesta dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tiegħu ntbagħtet lill-Ministru mill-Avukat Ġenerali kif l-istess Avukat Ġenerali kkonferma bil-ġurament nhar il-25 ta' Settembru 2018 quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Robert G. Mangion fil-kawża fl-ismijiet l-Onor.", "Dottor Adrian Delia vs L-Avukat Ġenerali (Rikors Nru 81/2018)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-proċess verbali tal-inkjesta dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Ministru mill-Avukat Ġenerali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Balluta?", "Jista' jagħti rendikont dettaljat tal-ispiża u jgħid ukoll min kienu l-kumpaniji privati u l-entitajiet u d-Dipartiment tal-Gvern li wettqu x-xogħlijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji xjentifiċi b'rabta mal-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Balluta?", "Jista' jpoġġi kopja ta' dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra, jgħid minn min saru dawn l-istudji u jgħid ukoll x'kienet in-nefqa għalihom?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew salvati mill-Baħar tal-Mediterran fis-sena 2018 mill-iSkwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti rregolari li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom fis-sena 2016, fl-2017 u fl-2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-possibbilità li persuni immigranti li jgawdu xi forma ta' protezzjoni, jiġu rilokati fl-iStati Uniti kif kien isir fi żmien Gvern Nazzjonalista?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilo ta' droga nqabdet fil-pajjiż fis-sena 2014, fl-2015, fl-2016 fl-2017 u fl-2018 (sa' issa)?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx diskussjoni interna fil-Korp tal-Pulizija sabiex jiġi determinat jekk għall-finijiet ta' bon ordni u tnaqqis ta' kriminalità fil-pajjiż, huwiex għaqli jew le li jiġu legalizzati ċertu drogi għal skopijiet ta' divertiment?", "Jekk fl-affermattiv x'kienu l-konklużjonijiet?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' sejbien ta' droga jew ta' mediċinali pprojbiti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-sena kollha 2017 u mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Settembru 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid hux ser jikkunsidra li l-Palazz ta' Selmun ikun mogħti lura lill-poplu Malti anke possibbilment b'devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jindika jekk fl-aħħar sentejn sarux rapporti minn persuni tekniċi, bħal periti dwar l-istat li jinsab fih il-Palazz ta' Selmun u jekk iva jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istess rapporti?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara li l-ammont ta' bozoz maqtugħin/mitfija li hemm fil-bypass tal-Mellieħa minn ħdejn il-Pompa tal-Petrol li tinsab fi Triq Qasam Barrani sat-tarf tal-bypass, direzzjoni lejn l-Għadira, jerġgħu jinxtegħlu?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li s-siġar u l-għeruq tagħhom li hemm fit-Telgħa ta' Selmun direzzjoni lejn il-Mellieħa, issirilhom iż-żabra jew interventi oħra li għandhom bżonn peress li preżentement jistgħu jkunu ta' riskju għas-sewwieqa li jkunu qed jagħmlu użu mill-istess triq?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni ta' bini ta' appartamenti u aktar (PA 2284/16) fiż-żona ta' fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar l-IVF u jekk bdewx isiru proċeduri fl-Isptar Mater Dei skont il-provvedimenti l-ġodda tal-liġi?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Wara kważi xahar mill-ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kien l-effett tal-ftuħ ta' dan iċ-ċentru fuq is-servizzi offruti liċ-ċittadini tal-inħawi u anke fuq ċentri tas-saħħa oħra fejn kienu jinqdew qabel dawn in-nies?", "X'inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru għall-kura fil-komunità għas-snin li ġejjin?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jfisser x'arranġament qed jagħmel il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex jiġi żgurat li jsir il-manteniment kontinwu tal-pjazza l-ġdida ta' Raħal Ġdid ħalli din tinżamm fl-aqwa stat li tista' tinżamm fih?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti break down, sena b'sena, ta' kif żdied l-għadd ta' ħaddiema (part-time u full-time) f'Malta u Għawdex mill-2013 'il hawn?", "Jista' jgħid kif kien l-għadd ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol sena b'sena u kemm, fis-snin imsemmija, ġew impjegati nies bi bżonnijiet speċjali?", "Kemm kien hemm f'din il-kategorija li kienu jirreġistraw għax-xogħol?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plans tal-Kalkara li juru kjarament it-toroq preżenti u dawk proposti?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min ser jerfa' r-responsabilità għan-nuqqasijiet li saru fil-bypass tal-Mellieħa, liema nuqqasijiet ħarġu issa aktar fil-beraħ bl-ewwel xita li għamlet fejn filwaqt li kien diġà jeżisti periklu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għaċ-ċiklisti għall-mod ta' kif saru l-affarijiet, issa l-istess periklu huwa ferm akbar b'riskju kbir li jseħħu inċidenti minn ħin għall-ieħor?", "(Nuqqasijiet oħra mhux biss mil-lat ta' xogħol iżda wkoll għall-mod ta' kif inbidlet il-policy fiż-żona, liema policy hija wkoll il-kaġun għal dan in-nuqqas li qed jiġi esperjenzat ta' kuljum fiż-żona indikata minn dawk kollha li jagħmlu użu minn din it-triq)", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32312 tat-Tnax-il Leġislatura bid-data tat-23 ta' Marzu, 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru jinforma lill-Kamra fejn wasal il-proċess sabiex jinħolqu standards għad-Djar Residenzjali u Hostels u meta dawn l-istandards sejrin jiġu implimentati?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1970 bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinfurmana x'konklużjonijiet ħarġu mid-diskussjonijiet li kienu għaddejjin biex jiżdiedu l-kura u s-servizzi lill-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-komunità?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6607, jista' d-Deputat Prim Ministru jindika kemm huwa n-numru ta' klijenti li huma out-patients fl-Isptar Mater Dei f'kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija fir-risposta?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet, hawn taħt imsemmija, u li qed jgħixu fil-komunità:", "· Ansjetà", "· Skiżofrenja", "· Dipressjoni", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2819 bid-data tas-6 ta' Diċembru, 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid illum kemm mit-13,558 persuna li huma out-patients u li qed jgħixu fil-komunità, qed jirċievu s-servizz tal-Programm ta' Ħbiberija?", "X'għandha tagħmel persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali sabiex tibda tirċievi dan is-servizz?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kif id-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jgħin lil persuni b'diżabilità meta jkunu ddiskriminati fuq il-post tax-xogħol?", "Tista' tgħid kemm-il talba għal għajnuna ta' din it-tip kellu matul dawn l-aħħar tliet snin, u x'kien l-eżitu tal-proċess ta' għajnuna li wettaq id-Dipartiment?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi li taħthom jiġu megħjuna persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħlijiet fir-residenza tagħhom?", "Jista' jindika wkoll liema huma l-iskemi li jagħtu għajnuna finanzjarja u anke liema skemi li jagħtu għajnuna teknika, u jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tad-Djar matul dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnhom ġew milqugħa u kemm kien it-total tal-għotjiet finanzjarji f'dawn is-snin?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni b'diżabilità jingħatawx għajnuna sabiex ikunu jistgħu jaċċedu għall-akkomodazzjoni soċjali, u jindika liema huma l-kriterji li tali persuni jridu jissodisfaw sabiex l-applikazzjoni tagħhom tkun valida, u jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali hemm pendenti quddiem l-Awtorità minn persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex akkomodazzjonijiet soċjali li huma aċċessibbli u mgħammra għal persuni b'diżabilitajiet fiżiċi?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kif l-MCAST tagħti appoġġ lil studenti b'diżabilità ta' kull tip, liema huma s-servizzi, u l-għajnuniet li l-MCAST toffri lil dawn l-istudenti?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MCAST għandhiex programm ta' studju speċifiku offrut lil persuni studenti b'diżabilità intellettwali jew b'learning disability, u/jew jekk dawn l-istudenti jingħatawx l-opportunità li jsegwu korsijiet mainstreamed, u jindika kemm-il persuna b'diżabilità hija reġistrata għal programm ta' taħriġ u għal liema programm?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jistax jikkonferma li l-istudenti li ggradwaw fil-B.Sc.", "Biology u li ngħataw l-istipendju matul il-kors tagħhom, u issa li se jsegwu kors fid-Dottorat fil-Mediċina M.D. (tobba) mhumiex se jkunu ntitolati għall-istipendju?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jindika r-raġunijiet?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġja tnax-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżisteni ta' Pick up u Drop off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol ta' restawr li sar fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)?", "Jista' jgħid ukoll:", "a. kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post;", "b. meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati; u", "c. il-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien akkumpanjat meta attenda għall-aħħar Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda?", "Jista' jinforma x'laqgħat kellu?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskorsi li saru minnu?", "Jista' jindika kemm kienet l-ispiża finanzjarja involuta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5396, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-bidu ta' Triq Santa Marija ma' Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien, ġiex ippjanat li jsir tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti u r-riċerka li saret mill-Ministeru dwar l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jisselfu kotba mil-Librerija Pubblika ta' Ħal Tarxien u jekk le jistgħux jittieħdu?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema bil-warrant jaħdmu fi skejjel f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' jagħti rendikont ta' dawn l-għalliema skont is-suġġett li jgħallmu kif ukoll ta' dawk li qed jaħdmu fis-sistema edukattiva iżda barra mill-klassi?", "Kemm minn dawn l-għalliema jgħallmu fi skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li t-tfal kollha jkollhom superviżjoni waqt it-trasport lejn l-iskola tagħhom kif kien imwiegħed fil-baġit li għadda?", "Kemm-il vann u coach hawn iwasslu lit-tfal u kemm minnhom m'għandhomx superviżjoni?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn edukaturi mingħajr warrant li qed jiġu mħallsa mill-gvern?", "X'suġġetti u fejn qed jgħallmu dawn l-edukaturi?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa' studenti li għad m'għandhomx trasport b'xejn?", "Jista' jgħid sa meta se jkollhom trasport dawn l-istudenti?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop tat-twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni mwaqqaf mill-Gvern u x'tibdiliet saru mill-għan oriġinali?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li wara li l-Gvern ta l-appoġġ lill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta biex il-kors tal-għalliema jitla' minn Baċellerat għal grad ta' Masters b'120 ECTS issa qed jawtorizza kors tal-għalliema ieħor minn istitut governattiv li jerġa' jniżżel il-livell għal 90 ECTS?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan se joħloq anomaliji b'livelli differenti ta' taħriġ għall-istess xogħol professjonali?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7224, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-feedback miġbur mill-istakeholders waqt il-laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża, x'azzjoni ttieħdet u x'progress sar f'dan ir-rigward li tkellem dwaru l-istess Ministru skont ir-risposta li ta fil-mistoqsija parlamentari rispettiva?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu?", "Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid meta l-impjant tal-Enemed f'Birżebbuġa magħruf bħala 31 ta' Marzu, se jiżżarma kompletament?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet marbuta maż-żarmar tal-impjant tal-Enemed 31 ta' Marzu f'Birżebbuġa saru minn mindu l-Gvern ħabbar li se jiġi żarmat?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-FINANZI Jipproponi -", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' spiża għas-sena 2019.", "19 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "Skont ftehim milħuq din is-seduta se tixxandar b'mod dirett fuq it-televiżjoni mill-PBS u se tixandar ukoll bil-lingwa tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ.", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018, fis-2.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 51 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018, fit-3.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 58 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 fl-4:30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Preżentazzjoni mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar ir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2016.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt, b'din l-aġenda:", "It-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Diskussjoni skont Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Ġappun.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PETIIZJONIJIET", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' linji gwida dwar kif għandhom jiġu ttrattati petizzjonijiet quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet.", "Konsiderazzjoni ta' petizzjonijiet quddiem il-Kumitat (in camera)", "Affarijiet Oħra.", "19 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181022_146a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 22 t'Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 22 t'Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tnejn, 22 t'Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 145, li saret fis-17 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-persuni huma preżentement ingaġġati mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi:", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar smajna ħafna dwar l-istrateġija li dan il-Gvern għandu sabiex titkabbar l-Air Malta fejn fost oħrajn ikun hemm aktar rotot.", "Jista' l-Ministru jikkwantifika dan it-tkabbir?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sur President, ikun tajjeb li ngħid li l-istrateġija tal-Prim Ministru u ta' dan il-Gvern għall-Air Malta hija li l-Air Malta ssir l-airline tal-Mediterran.", "Dan ifisser li filwaqt li aħna nibqgħu nservu lill-pajjiż tagħna billi nsaħħu r-rotot lejn l-Ewropa, lejn l-Afrika ta' Fuq eċċ., nibdew noffru wkoll is-servizzi tagħna lil gżejjer oħrajn tal-Mediterran.", "B'hekk ikollna biżżejjed economies of scale biex insostnu l-linja tal-ajru tagħna li tibqa toffri s-servizz lejn Malta.", "Ikun tajjeb li ngħid li żidna numru ta' rotot fosthom St Petersburg, Casablanca, Lisbona, Venezja, Kiev, Lourdes, Malaga, Cagliari, Comiso, Manchester u Frankfurt fost oħrajn.", "Żidna wkoll titjiriet lejn ajruporti ġodda bħal London Southend, Cagliari u Catania.", "It-tkabbir li kellna minn Jannar sa Awwissu 2018 fil-passiġġieri kien ta' 35%, jiġifieri kien double digit growth, u kien unprecedented!", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-Air Malta wkoll offriet numru ta' charter operations lejn Bratislava, Corfu, Dubrovnik, Ljubljana, Ateni u Varsavja.", "Il-codeshare agreement tal-Air Malta qed jiżdied ukoll.", "Issa qed naħdmu mal-Air Baltic, mal-Air France, mal-Alitalia, mal-Aeroflot, mal-Austrian Airways, mal-Emirates b'mod riċenti, mal-Etihad, mal-KLM, mal-Lufthansa, ma' Brussels Airlines, ma' Czech Airlines, mal-Meridiana, mas-Swiss International Airlines u mat-Turkish Airlines.", "Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed nibdew rotot ġodda lejn Leipzig, Hamburg u Berlin bħala parti mit-tkabbir tagħna lejn il-Ġermanja.", "Tajjeb li ngħid ukoll li żidna żewġ ajruplani u wieħed minnhom huwa ġdid, tat-tip A320Neo.", "Fl-ewwel kwart tal-2019 se jaslu wkoll żewġ ajruplani oħrajn tat-tip A320Neo.", "Bħalissa għaddejjin bil-pass li jmiss ta' trasformazzjoni li huwa l-operational transformation.", "Tajjeb li ngħid li kabbarna b'35% imma issa huwa importanti li l-operat jikber ukoll.", "Fil-fatt qed nimplimentaw it-tibdiliet fil-ftehimiet kollettivi li ġew iffirmati f'Jannar 2018.", "Il-bidla mhijiex faċli.", "Il-bidla hija diffiċli għal kulħadd imma minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil-leadership u lill-ħaddiema tal-Air Malta għall-isforz kbir li qed jagħmlu fil-proċess ta' bidla li għaddej.", "Kif għedt, il-bidliet mhumiex se jkunu faċli għaliex jinvolvu wkoll tibdil fl-istil tal-ħajja tal-ħaddiema però dawn huma bidliet importanti għal-linja tal-ajru.", "Min-naħa tal-operational transformation daħħalna wkoll unit apposta li se jiffoka fuq on-time performance, fejn irridu ntejbu l-prestazzjoni tagħna.", "Biddilna u introduċejna a new onboard sale tal-catering service li sejjer tajjeb.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inbiddlu l-club class service u l-business class service b'catering differenti ħafna.", "Għandna l-ħsieb li fix-xhur li ġejjin nibqgħu għaddejjin bil-policy tagħna tal-operational transformation.", "Qed inħarsu wkoll lejn numru ta' rotot ġodda, kemm lejn l-Iskandinavja kif ukoll lejn l-Afrika ta' Fuq.", "Qed nistudjaw ukoll il-Kajr kif ukoll postijiet bħal Bejrut.", "Nixtiequ nesploraw ukoll possibilità li jkollna a Sub-Saharan route, għall-ewwel darba, biex b'hekk naqduha bħala connecting flight lejn u minn Malta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, peress li s-Sur Paul Bugeja kien spiċċa jew bagħtuh, jista' l-Ministru jgħid min huwa s-CEO tal-MTA?", "Qed nistaqsi dan għax kien indikat li s-Sur Mario J. Attard kien magħżul għal dak il-post?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sur President, minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Sur Paul Bugeja li għamel xogħol tajjeb ħafna ġewwa l-MTA.", "Issa dan ġie appuntat bħala Executive Chairman tal-Malta Medair u qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna għax qed jiżviluppa l-operat ta' din il-kumpanija.", "Nista' ngħid li qed nesplora wkoll il-possibilità li niffrankaw flus fuq kiri tal-arjuplani permezz ta' xiri ta' arjuplani b'mod dirett, li għada pitgħada jinkrew lil Air Malta.", "Ikun tajjeb li ngħid li s-Sur Mario Attard ħa r-rwol ta' policy consultant u se jgħinna nittrasformaw l-MTA u jiffoka aktar fuq standards u standards improvement.", "Bħalissa l-MTA hija mmexxija miċ-Chairperson Gavin Gulia u hemm żewġ deputati CEOs li huma s-Sur Leslie Attard, li huwa d-Deputy CEO responsabbli mir-route development u product development, kif ukoll mil-licensing and enforcement, u għandna wkoll lid-Deputy CEO is-Sur Carlo Micallef li jieħu ħsieb il-marketing and development u l-events.", "Ir-responsabilitajiet qegħdin maqsumin b'dak il-mod.", "Bħalissa qegħdin ukoll f'diskussjonijiet mal-Malta Hotel and Restaurants Association (MHRA), li ssuġġerixxew li jkun hemm segregation bejn il-policy functions tal-MTA u l-marketing funtions mill-funzjonijiet regolatorji.", "Aħna ma neskludux li nimplimentaw din il-proposta mhux permezz ta' hard structure imma permezz ta' realignment tal-funzjonijiet li hemm ġewwa l-MTA.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, minn Ġunju 'l hawn kienu bosta n-numru ta' rotot ġodda li nfetħu.", "Jista' l-Ministru jgħid liema kienu?", "L-Air Malta xi pjani għandha dwar rotot ġodda?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Ikun tajjeb li ngħid li r-route development hija xi ħaġa importanti ħafna mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-Air Malta imma wkoll għal-linji tal-arju kollha.", "Aħna qed naħdmu biex nassiguraw li f'kull rotta importanti jkun hemm aktar minn linja tal-arju waħda li topera biex b'hekk il-konsumatur ikollu l-għażla.", "Hemm żoni fejn l-Air Malta qed topera flimkien ma' linji tal-arju oħrajn, fosthom fi Brussels, fejn il-linja tal-ajru Ryanair topera mill-ajruport ta' Charleroi u l-Air Malta topera mill-arjuport prinċipali.", "Nista' ngħid li ħdimna ħafna biex insaħħu r-rotot.", "Fil-fatt l-Air Malta żiedet madwar 22 rotta fosthom St Petersburg u Casablanca, li sejrin tajjeb ħafna.", "Huwa interessanti li Casablanca qed tattira numru ta' nies li jiġu Malta biex jibqgħu sejrin lejn Tel Aviv.", "Fil-fatt hemm traffiku regolari u kull ġimgħa ħafna nies jiġu Malta minn Casablanca biex jaqbdu titjira oħra għal Tel Aviv.", "Dan huwa t-tip ta' traffiku li nixtiequ nħajru għaliex ir-rotot ikunu sostenibbli.", "Ir-rotta lejn Tel Aviv sejra tajjeb ħafna u n-numru ta' turisti minn Iżrael qed jiżdied ukoll.", "Sur President, Lisbona sejra tajjeb ukoll.", "Filwaqt li l-Air Malta fetħet rotta għal Lisbona, ir-Ryanair topera lejn Porto.", "Kiev huwa suq ġdid.", "Bħalissa qed naħdmu ma' linji tal-arju oħrajn biex jiġi esplorat il-potenzjal li jiftħu rotot lejn Odessa, li hija belt oħra fl-Ukrajna.", "Spanja qed jissaħħaħ ukoll.", "Hemm ukoll kumpaniji bħal Vueling u Ryanair.", "L-Air Malta qed topera wkoll lejn Malaga u qed isaħħu dawn il-konnessjonijiet kollha li huma importanti.", "Għalhekk naħseb li għandna taħlita tajba.", "Għandna l-legacy carriers bħal Swiss International Airlines, British Airways, Air Malta, Emirates u issa se jkollna wkoll il-Qatar Airways, li minn hawn u ftit ġimgħat oħra, kif jiftaħ l-istaġun tas-sajf, jibdew joperaw kuljum jew kważi kuljum lejn Doha fil-Qatar li se jkun ukoll punt ta' konnessjoni interessanti u importanti ħafna.", "Aħna, bħala Air Malta, nixtiequ wkoll nesploraw lejn in-nofsinhar tagħna.", "Fil-fatt, bħalissa, flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, qed nistudjaw biex nibdew it-titjiriet lejn il-Kajr u Bejrut, fejn jidher li hemm suq interessanti u qed nesploraw potenzjalment l-ewwel rotta lejn is-Sub-Saharan Africa.", "Għadna ma kkonkludejniex l-istudju però qed nistudjaw il-possibilità li noperaw lejn Accra ġewwa l-Ghana.", "Din hija destinazzjoni fejn issa se jkollna ambaxxata ġdida min-naħa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Naturalment mhux neċessarjament ikunu passiġġieri li jiġu lejn Malta, imma probabbilment jiġu Malta permezz ta' din il-connecting flight bil-lejl biex ikunu jistgħu jibqgħu sejrin postijiet differenti bħal Heathrow, Brussels, Frankfurt, Pariġi u Amsterdam.", "Jekk jirnexxilna nikkreaw biżżejjed traffic, l-Air Malta tkun tista' tħares lejn arjuplani ikbar għall-Ewropa u forsi arjuplani iżgħar lejn l-Afrika ta' Fuq.", "Din l-istrateġija qed tevolvi bil-mod il-mod.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, ftit tax-xhur ilu l-Ministru fetaħ il-car park ġewwa Marsaxlokk.", "Jista' l-Ministru jgħid meta se titkompla t-tieni fażi tal-proġett ta' tisbiħ ta' Marsaxlokk?", "Meta huwa maħsub li jitlesta u fiex jikkonsisti?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sur President, tajjeb li nitkellmu ftit dwar Marsaxlokk.", "Il-car park ta' Marsaxlokk tlesta u qed jitgawda mill-pubbliku.", "Dan huwa car park li qiegħed viċin il-klabb tal-futball ta' Marsaxlokk jiġifieri biex ngħid hekk qiegħed fit-tarf tal-villaġġ.", "Dan kien importanti għal numru ta' raġunijiet.", "Il-car park huwa parti mill-ewwel fażi li fiha introduċejna żewġ toroq ġodda u nisperaw li fil-ġimgħat li ġejjin jinfetħu żewġ toroq oħra f'din il-lokalità biex isaħħu t-traffic flow.", "Nhar ta' Ħadd, fejn bħalissa qed jarma l-Monti ta' Marsaxlokk, il-hawkers qed iħallu t-trakkijiet tagħhom f'nofs ta' triq minħabba li m'għandhomx parkeġġ.", "Ladarba dawn it-toroq jitlestew, il-ħsieb tagħna huwa li filwaqt li l-hawkers jibqgħu fuq ix-xatt, il-ftehim il-ġdid li għandna huwa li t-trakkijiet jibdew jipparkjawhom fil-car park.", "B'hekk it-triq tkun dejjem miftuħa.", "Sur President, bħalissa qed jiffinalizzaw id-disinji u l-bills of quantity għax-xogħol li jrid irid isir fin-naħa Tal-Magħluq ġewwa Marsaxlokk u din hija parti mill-fażi li jmiss.", "Il-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk u l-istakeholders xtaqu li dan nagħmluh in a phased manner, biċċa, biċċa, biex ma ntellfuhomx min-negozju.", "Għalhekk il-fażi li jmiss se tkun dik Tal-Magħluq, fejn se ssir riorganizzazzjoni tal-parkeġġ u se jsiru open spaces sbieħ bil-lawn u bil-bankijiet.", "Dan huwa proġett sabiħ ħafna u jikkumplimenta l-investiment li qed isir min-naħa tal-privat.", "Imbagħad ladarba titlesta l-parti Tal-Magħluq ikun imiss il-fażi ta' Xatt is-Sajjieda.", "Xatt is-Sajjieda kien sar ftit tas-snin ilu però hemm il-ħtieġa li jitjieb.", "Bħalissa qed naraw numru ta' options għal Xatt is-Sajjieda biex nassiguraw li s-sajjieda jkollhom il-hard standing meħtieġ u biex ikun hemm biżżejjed passaġġ għall-pubbliku ħalli jkun jista' jippassiġġa minn Xatt is-Sajjieda għall-Magħluq u viċiversa.", "B'hekk il-hawkers u n-negozjanti t'hemmhekk, inkluż ir-ristoranti, jkun jista' jkollhom is-siġġijiet b'mod organizzat fi spazju miftuħ.", "Se nibqgħu nikkonsultaw mal-Oppożizzjoni, mal-Onor.", "Schiavone u mad-Deputati tagħna fid-distrett biex nassiguraw li Marsaxlokk, għada pitgħada, ikun destinazzjoni ewlenija tat-turiżmu fin-nofsinhar ta' Malta flimkien ma' Wied iż-Żurrieq.", "It-turisti qed ifittxu aktar postijiet fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Fil-fatt ġewwa Marsaxlokk qed jiftħu numru ta' guesthouses u stabbilimenti u qed naraw li hemm interess qawwi f'din il-lokalità.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, riċentement f'Malta nħadem film ta' Bollywood.", "Filwaqt li smajna kemm-il darba li kien hawn films ta' Hollywood, jidher li Bollywood huwa suq interessanti ħafna għall-films ġewwa pajjiżna.", "Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dan il-film?", "X'kien l-investiment li ħalla dan il-film ġewwa pajjiżna?", "Hemm xi interess minn Bollywood kif ukoll minn films oħra kbar minn Hollywood li jiffilmjaw f'pajjiżna?", "Nafu li forsi dan huwa suq ftit staġjonali imma l-ammont ta' investiment u l-ammont ta' flus li jħallu dawn il-films ġewwa pajjiżna huwa sostanzjali.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sur President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lit-tmexxija tal-Malta Film Commission (MFC) għax-xogħol tajjeb li tagħmel.", "Filwaqt li aħna tradizzjonalment imdorrijin ikollna produzzjonijiet minn Hollywood fl-Amerika u mill-Ewropa, is-suq ta' Bollywood huwa interessanti ħafna.", "Il-film Bharat huwa film Indjan ta' Bollywood li għandu atturi maġġuri u huwa bbażat fuq storja Maltija.", "Din hija storja ta' persuna Maltija li tkun miżżewġa ma' persuna Indjana.", "Hija storja ħelwa u se jkun hemm musical song li se tkun abbinata ma' dan il-film.", "Ġewwa l-Indja l-aktar mużika popolari hija dik li toħroġ minn Bollywood u issa se jkollna diska li hija abbinata ma' Malta.", "Aħna kunfidenti li meta joħroġ dan il-film fl-2019 se jagħmel suċċess ġewwa l-Indja, mhux biss għax għandu diska sabiħa, mhux biss għax għandu l-isfond tal-backdrop ta' Malta imma għaliex għandu atturi maġġuri li se jippromwovu lil Malta.", "Huwa stmat li din il-produzzjoni waħedha kkontribwixxiet għal xi €5 miljun lill-ekonomija Maltija.", "Is-sena l-oħra sar film ieħor Indjan li jismu Thugs of Hindostan li ħalla madwar €9 miljun fl-ekonomija Maltija.", "Dan huwa film li se jiġi rilaxxat dalwaqt.", "Kuntenti wkoll li f'Diċembru 2018, għall-ewwel darba ġewwa Malta, se jkollna l-Malta India Film Festival, li se jsir darba fl-Indja u darba f'Malta.", "Fil-fatt se jalterna bejn Mumbai u Malta.", "Dan se jservi biex nattiraw aktar turisti Indjani lejn pajjiżna.", "Bħalissa ftit li xejn jiġu turisti Indjani lejn pajjiżna però aħna nemmnu li dan jista' jkun suq ġdid li jinfetaħ fis-snin li ġejjin.", "Bħalissa l-MFC qed taħdem fuq reviżjoni ta' inċentivi li hemm għall-industrija tal-films.", "Kunfidenti wkoll li dan jista' jagħti impetu ġdid għas-sena 2019.", "Fil-fatt il-pipeline tal-2019 huwa tajjeb ħafna.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju tal-Films għax-xogħol li qed jagħmel f'dan ir-rigward.", "Jidher li minn Jannar sa Settembru l-film studios se jkunu utilizzati kollha bi produzzjonijiet ta' dan\t it-tip.", "Bħalissa għaddej xogħol infrastrutturali flimkien mal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fil-film studios, li hija xi ħaġa pożittiva, biex nassiguraw li jibqgħu jiġu movies lejn pajjiżna li joħolqu a healthy ripple effect.", "Barra minn hekk, il-film mhux biss joħloq impetu imma qed joħloq għarfien dwar pajjiżna barra minn Malta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, din is-sena hemm problema ta' gwidi speċjalment f'ċerti lingwi.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-MTA, mill-ITS jew minn xi entità oħra biex jieħdu ħsieb dan in-nuqqas?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sur President, kemm in-nuqqas ta' gwidi kif ukoll in-nuqqas ta' disponibilità ta' coaches għat-turisti huma sfida u problema reali.", "Għalhekk ikun tajjeb li ngħid li l-ITS nediet numru ta' korsijiet ġodda.", "Fil-fatt irdoppjat in-numru ta' korsijiet li hemm għall-gwidi.", "Ovvjament jgħaddi ftit żmien sakemm l-istudenti jgħaddu mill-proċess u jiġu mħarrġa u liċenzjati imma naħseb li fi żmien 24 xahar ieħor se jkollna titjib f'dan is-sens.", "Għandna wkoll il-problema tan-nuqqas ta' coaches b'mod partikolari fil-ġranet meta jkollna l-cruiseliners li jiġu f'pajjiżna - dawk li huma fly cruises - b'mod partikolari nhar ta' Ħamis.", "Għalhekk is-sena d-dieħla dawn se jiżdiedu biex meta l-passiġġieri jinżlu minn fuq l-ajruplani jiġu trasferiti għall-cruise terminal.", "Qed ikollna sfidi kbar bil-coaches b'mod partikolari bin-nuqqas ta' xufiera.", "Fil-fatt qed nipprovaw naħdmu ma' dawk involuti f'din l-industrija biex insibu soluzzjonijiet għal dan.", "Naħseb li rridu nikkonsidraw ukoll inċentivi biex isir iktar investiment f'coaches moderni u nodfa f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi matul is-sena li għaddiet b'mod partikolari qabel is-sajf li għadda?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sur President, il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi hija fondazzjoni li bdiet tieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' żoni turistiċi.", "Poġġejna bilqiegħda flimkien ma' numru ta' ministeri biex kemm jista' jkun niddefinixxu r-responsabilitajiet.", "Matul l-2018 din il-fondazzjoni ħadmet fuq numru ta' proġetti ta' tindif, xogħlijiet u inizjattivi ta' manutenzjoni u aċċessibilità f'Malta u Għawdex.", "Sur President, flimkien mal-MTA stallajna numru ta' showers ġewwa Fond Għadir f'Tas-Sliema, Golden Bay, il-bajja tal-Għadira, il-bajja ta' San Ġorġ, Pretty Bay ġewwa Birżebbuġa, il-bajja tal-Balluta, Tas-Sliema u l-bajja tar-Rinella.", "Għall-ewwel darba introduċejna wkoll il-konċett taċ-changing rooms f'numru ta' bajjiet u dawn qed jintlaqgħu tajjeb mill-Maltin u mit-turisti.", "Għas-sajf li ġej se nkunu qed inżidu dawn il-faċilitajiet.", "Tul is-sajf ħdimna sabiex jiżdied il-livell ta' sigurtà f'diversi żoni turistiċi.", "Fil-fatt stallajna pjattaforma ġewwa St Peter's Pool sabiex jitjieb l-aċċess għal din iż-żona.", "Saru wkoll xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' tisbiħ f'Birżebbuġa, Buġibba, San Ġiljan, Mellieħa, Tas-Sliema, il-Kalkara, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, Marsaxlokk, Marsaskala, Wied iż-Żurrieq u l-Qawra fost oħrajn.", "Ix-xogħlijiet varjaw minn manutenzjoni ta' poġġamani tul il-kosta għal tisbiħ u restawr ta' bankini u strutturi tal-injam f'żoni turistiċi, b'mod partikolari fejn kellna ċertu vandaliżmu.", "Flimkien mal-Cleansing Departiment sar ukoll xogħol ta' tindif fil-bajjiet u lokalitajiet ta' madwar Malta, f'San Ġiljan u f'żoni oħra.", "Il-Fondazzjoni tat ukoll il-kontribut tagħha f'inċentivi biex titjieb ukoll ċerta infrastruttura ġewwa Marsaxlokk.", "Ikun tajjeb li ngħid li l-infrastruttura taż-żoni turistiċi għadu punt dgħajjef għalina u din hija problema li rridu nindirizzaw.", "Filwaqt li t-turisti li jiġu Malta jieħdu pjaċir bl-events li qed norganizzaw, bir-rotot li għandna u bl-attrazzjonijiet li għandna, huwa importanti li ninvestu f'din il-qasam.", "L-istat ta' telqa li teżisti f'żoni turistiċi issa qed nindirizzawha flimkien mal-Ministeru responsabbli għall-infrastruttura.", "Naħseb li dan huwa element importanti li vera hemm bżonnu biex il-pajjiż jitla' t-tarġa li jmiss u nattiraw iktar turisti ta' kwalità lejn pajjiżna.", "Din is-sena n-numru ta' turisti se jilħaq madwar 2.7 miljun.", "In-numri huma tajbin għaliex qed nipprovaw nifirxu t-turisti matul is-sena kollha.", "Fil-fatt Malta saret l-inqas destinazzjoni staġjonali ġewwa l-Mediterran.", "Issa huwa importanti li we step up u nattiraw aktar turisti li jonfqu aktar flus.", "L-ammont ta' flus minfuqa mit-turisti lejn pajjiżna dejjem qed jiżdied.", "Fil-fatt fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena żdied b'madwar €150 miljun.", "Għalkemm għandna setturi oħrajn importanti, dan huwa settur fejn kull impetu li nagħmlu mill-ewwel imur fil-bwiet tal-Maltin u Għawdxin għaliex huwa settur wiesa' li jimpjega ħafna nies.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, f'Marzu li ġej jista' jkun li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ebda forma ta' qbil.", "Jien ma nixtieq nallarma lil ħadd però din hija possibilità.", "Tant hu hekk li l-Kummissjoni Ewropea, f'Ġunju u Lulju li għadda, talbet lill-gvernijiet tal-istati membri biex jippreparaw ruħhom għal dan ix-xenarju.", "Jista' jkun li jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ebda ftehim, kumpaniji tal-arju tar-Renju Unit ma jkunux jistgħu joperaw fl-Unjoni Ewropea u ma jkunux jistgħu jinżlu f'Malta u f'pajjiżi oħra.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi tip ta' pjan ta' kontinġenza f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sur President, l-avjazzjoni huwa settur importanti għaliex il-konnettività li għandna bejn Malta u l-Ingilterra hija b'saħħitha.", "Fil-fatt ikollna madwar 800,000 persuna Ingliża li tiġi lejn pajjiżna kull sena u dan huwa ammont qawwi ħafna.", "Il-linji tal-ajru li joperaw m'għadhomx biss l-Air Malta u l-British Airways, u allura it's easy to cover through an air service agreement, imma llum għandna l-Jet2, l-Easyjet, ir-Ryanair, it-Tui, it-Thomson u oħrajn.", "Intiru lejn kważi kull ajruport fl-Ingilterra, minn Aberdeen sa Exeter fin-nofsinhar tal-Ingilterra.", "Dan huwa punt importanti ħafna.", "Min-naħa tagħna, flimkien mal-Ministeru responsabbli mill-Affarijiet Ewropej, il-Ministru Helena Dalli, għaddejjin bid-diskussjonijiet u dejjem nagħmlu l-pożizzjoni ta' Malta ċara ġewwa Brussels.", "Fil-fatt issottomettejna numru ta' proposti.", "Għandna wkoll numru ta' pjanijiet għal ċirkostanzi differenti.", "Ovvjament aħna xorta nixtiequ li jkun hemm ftehim dwar l-avjazzjoni, li huwa settur daqstant importanti.", "Fil-fatt jien informat ukoll li għada l-Ministru Dalli se tkun qed tagħti preżentazzjoni f'kumitat tal-Kamra ġewwa l-Parlament dwar din il-materja.", "Din hija materja importanti u delikata ħafna partikolarment għal Malta.", "Sur President, filwaqt li ħafna nies qalulna li n-numri mill-Ingilterra se jonqsu minħabba t-tħabbir tal-Brexit, tul dawn l-aħħar sentejn in-numri baqgħu jiżdiedu minn u lejn l-Ingilterra.", "Dan għaliex ir-rotot żdiedu u nbidlet id-demografija.", "Filwaqt li fil-passat kien ikollna nies relattivament anzjani jew nies li jkunu irtirati li jiġu lejn pajjiżna, issa qed ikollna firxa sabiħa wkoll.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li dan il-ftehim iseħħ għaliex dan jaffettwa lil madwar 800,000 passiġġier.", "Barra minn hekk għandna wkoll it-trailers tal-merkanzija li jivvjaġġaw permezz tat-Tirrenia u Grandi Navi Veloci, li mhumiex arjuporti imma huma setturi marittimi.", "Għandna ħafna retailers f'Malta li jġibu l-istock tagħhom mill-Ingilterra ta' kull ġimgħa u allura huwa importanti ħafna li dan il-proċess ikun f'postu.", "Qed nitkellmu wkoll mad-Dipartiment tad-Dwana u mad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni biex, jiġri x'jiġri, inkunu ppreparati għal din l-eventwalità.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm l-inawgurazzjoni tal-campus il-ġdid tal-ITS ġewwa Ħal sLuqa.", "X'vantaġġi fih dan il-campus aktar minn dak ta' qablu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: L-ITS hija istituzzjoni importanti ħafna għal pajjiżna.", "Illum il-ġurnata l-ITS għandu 1,000 student jiġifieri huwa campus kbir.", "In-numru ta' studenti Maltin u barranin li qed imorru l-ITS qed jiżdied.", "Illum il-korsijiet huma miftuħin ħafna u jvarjaw minn foundation course għal kitchen support, chefs imma wkoll għal hotel management u jibqa' għaddej sa Bachelor's degree u għada pitgħada anke sal-Masters degree.", "Illum il-ġurnata l-ITS għandha ftehim ma' erba' universitajiet barra minn Malta biex nagħtu joint degrees ukoll.", "Sa ftit tax-xhur ilu l-ITS kien mifrux fuq żewġ campuses; wieħed fil-bajja ta' San Ġiljan u l-ieħor f'Martin Luther King Building ġewwa Pembroke.", "L-iżvantaġġ kien li peress li kien hemm żewġ campuses, il-lecturers u l-istudenti riedu jiċċaqilqu minn post għal ieħor u ma kienx hemm post fejn tista' tkabbar.", "Il-campus il-ġdid ta' Ħal Luqa, f'dawk li kienu l-uffiċini tal-Air Malta, se jippermetti lill-ITS tikber b'70% f'dak li hu numru ta' studenti.", "Barra minn hekk hemmhekk għandhom ferm aktar kċejjen u laboratorji.", "Fil-fatt hemm disa' kċejjen attrezzati apposta ġewwa l-ITS.", "Hemm ukoll faċilitajiet u spazji miftuħa li qabel ma kenux jeżistu, kif ukoll faċilitajiet sportivi.", "Dan il-campus se jippermetti wkoll kollaborazzjoni ma' istituti differenti.", "Ġimagħtejn ilu, għall-ftuħ tal-campus f'Ħal Luqa kien hawn il-World Tourism Organisation Secretary General.", "Irrid ngħid li se nkunu qed naħdmu flimkien mal-UNWTO biex dan ikun tassew istitut speċjalizzat.", "Dan huwa punt importanti biex fit-tliet snin jew erba' snin li ġejjin inkabbru l-ITS u nagħmlu iktar partnerships.", "Sadanittant għaddejjin bil-proċess ukoll biex għada pitgħada niċċaqilqu għal SmartCity.", "L-ewwel pass biex dan iseħħ huwa li l-Gvern jieħu l-art lura mingħand SmartCity permezz ta' ftehim li qed nagħmlu bħalissa.", "Fil-fatt qed niffinalizzaw it-tenders u d-disinji biex nibnu l-iskola kif ukoll il-lukanda li se sservi bħala a teaching hotel.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna li se sservi biex tattira lejn pajjiżna numru ta' studenti li jħallsu l-miżati biex b'hekk inżommu l-ITS attrezzata b'faċilitajiet ta' livell dinji u l-Maltin ikunu jistgħu jgawdu minnha wkoll.", "Jien kunfidenti li nirnexxu.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja liċ-Chairperson u lis-CEO tal-ITS għax-xogħol li qed jagħmlu, lil-lecturers kollha, kif ukoll lill-unions, l-MUT u l-GWU, li flimkien magħhom iffirmajna l-ftehimiet kollettivi li joffru bażi biex l-ITS tkompli tikber bl-aktar mod flessibbli.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 335 tal2018 – Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni ta' Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' pazjenti li jattendu l-Psychiatric Out Patients (POP) fl-Isptar Mater Dei, maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7255.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali għas-sena 2017 ta' Malta Enterprise.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Numru 336 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master in Traditional Chinese Medicine and Culture – M. TCM taħt il-patroċinju taċ-Ċentru tal-Mediċina Ċiniża Tradizzjonali;", "Avviż Legali Numru 337 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2017 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master in Youth and Community Studies – M.YCS - taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Numru 338 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008, għall-Postgraduate Certificate in Educational Mentoring - P.G.Cert. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Numru 339 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti tal-2008 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. – għall-Grad ta' Doctor of Philosophy taħt il-patroċinju taċ-Ċentru għall-Istudji u l-Prattika għar-Riżoluzzjoni ta' Konflitti;", "Avviż Legali Numru 340 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2009 skont ir-Regolamenti tal-2008 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. – għall-Grad ta' Doctor of Philosophy taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Tagħrif dwar ħaddiema u persuni b'diżabilità li kellhom xogħol full-time jew part-time bejn Diċembru 2013 u April 2018, u ħaddiema u persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, bejn Diċembru 2013 u Awwissu 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7239; u", "Kopja ta' Avviż Legali Nru 243 tal-2017 - Institute for Education Agency (Establishment) Order, 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7344.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 332 tal-2018 – Indiċi tal-Prezzijiet dwar Proprjetà Immobbli.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenti ingaġġati ma' entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4308; u", "Tagħrif dwar droga li nqabdet bejn l-2014 u Ottubru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7169.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 333 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Qafas biex tiġi permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun fil-Ħarifa għall-Insib tal-Malvizz u l-Pluviera); u", "Avviż Legali Nru 334 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa tal-2018 għall-Malvizz u l-Pluviera).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-local plans tal-Kalkara, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7251.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi oġġetti li huma meqjusa bħala heritage items fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bejn Marzu 2013 u Ottubru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6882.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TAL-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2019", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services jidħlu fil-Kamra sabiex jittrażmettu dirett fuq it-televiżjoni d-Diskors tal-Baġit.", "Nistieden ukoll lill-fotografi u lill-cameramen li jirrappreżentaw lill-istampa sabiex jidħlu fil-Kamra u jiġbdu ritratti u filmati għal ftit minuti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "L-ISPEAKER: Ninforma wkoll lill-Kamra li d-Diskors tal-Baġit se jixxandar ukoll bil-lingwa tas-sinjali għal dawk il-persuni li huma neqsin mis-smigħ.", "Skont il-Mozzjoni 174 tad-9 ta' Ottubru 2018 id-diskors kollu tal-Baġit huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi (O.P. 49) u mill-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol (O.P.9).", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President ta' Malta:", "Il-President tirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux aktar minn tliet biljuni, sitt mija u tletin miljun, sitt mija disgħa u sebgħin elf u disa' mija u erbgħa u ħamsin euro (€3,630,679,954) kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali għas-sena 2019.", "Il-President tirrakkomanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "22 ta' Ottubru 2018", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Qabel nistieden lill-Ministru Edward Scicluna ninnota bi pjaċir li għandna numru mdaqqas ta' nies isegwu s-seduta fl-iStrangers' Gallery imma min-naħa l-oħra rrid ngħid li skont l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra ħadd ma jista' juri approvazzjoni jew diżapprovazzjoni.", "Kulħadd għandu joqgħod sieket u ħadd ma jista' juża xi apparat jew jieħu ritratt bil-mobile għax ikolli ngħidilkom biex toħorġu 'l barra u ma nixtieqx nagħmel dan.", "Dawn huma r-regolamenti tal-Kamra u rridu nimxu magħhom.", "Issa nistieden lill-Ministru Edward Scicluna sabiex jippreżenta d-Diskors tal-Baġit.", "EDWARD SCICLUNA: Grazzi, Sur President.", "Dan huwa t-tieni Baġit tal-leġiżlatura l-ġdida li rat il-bidu tagħha f'Ġunju tas-sena l-oħra, meta l-poplu Malti u Għawdxi reġa' ta l-fiduċja tiegħu lil dan il-Gvern permezz ta' rebħa storika oħra għal Gvern Laburista, u s-seba' Baġit mill-2013 li qed nippreżenta.", "Sa mill-bidu nett dan il-Gvern żamm sod il-viżjoni tiegħu li jara lil pajjiżna klassifikat fost l-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, sew ekonomikament u sew bħala soċjetà mill-aktar ġusta u ħanina.", "Ħloqna strateġija, fassalna pjan u ħdimna bla waqfien sabiex dan jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli.", "B'unur u pjaċir ngħid li din il-viżjoni mhux biss saret realtà, iżda qed tiġi aċċettata tant li qed tittieħed for granted.", "Sena wara sena, xahar wara l-ieħor qed inkomplu niksbu aktar riżultati pożittivi.", "Dan sew f'dak li hu tkabbir ekonomiku, żieda fl-impjiegi, tnaqqis fil-qgħad, inkluż dak taż-żgħażagħ, surplus fil-kont pubbliku u ieħor fil-kont estern tal-pajjiż, żieda fl-investiment mill-Maltin u l-barranin, aktar innovazzjoni, żieda fil-konsum privat, żieda fl-esportazzjoni u fis-settur turistiku, inkluż żieda fir-rotot tal-ajruplani lejn pajjiżna, tnaqqis fid-dejn nazzjonali, u l-bidu ta' Fond imdaqqas bi skop ta' investiment soċjali għal uliedna.", "Dan jikkuntrasta bil-kbir sew ma' pajjiżi oħra Ewropej fejn Malta spiss tirbaħ l-ewwel postijiet fil-klassifika kif ukoll mas-sitwazzjoni xejn stabbli ta' qabel l-2013 fejn Malta kienet taħt proċedura tal-Unjoni Ewropea ta' defiċit eċċessiv u proċedura oħra ta' instabilità makroekonomika.", "Sur President, kull baġit ta' dan il-Gvern, dan inkluż, hu ħolqa f'katina ta' progress.", "Iżda minnu nnifsu hu bidu ta' fażi ġdida.", "Tajjeb għalhekk li qabel ma wieħed ikompli miexi, jieqaf u jara fejn jinsab illum pajjiżna, fejn tinstab illum il-familja Maltija.", "Iċ-ċans hu li f'ħafna familji llum insibu membri li sa ftit ilu ma kenux jaħdmu għal xi raġuni jew oħra.", "Illum dan qed jagħmluh bi qligħ.", "Il-biċċa l-kbira dawn huma nisa jew żgħażagħ li gawdew minn miżuri baġitarji bħal Child Care b'xejn, il-Breakfast Club, Afternoon School Services, il-Fond tal-Leave tal-Maternità u l-inċentivi fiskali fil-każ tan-nisa kif ukoll taħriġ speċjalizzat u skemi ta' apprendistat għaż-żgħażagħ biex f'kull ħin ikunu jew f'istituzzjoni edukattiva, taħriġ fuq ix-xogħol jew jaħdmu.", "Għal dawk il-familji bi dħul baxx mix-xogħol, illum għandhom l-opportunità li jidħlu sew fit-Tapering Programme, sew jibbenefikaw mill-In-work Benefit, u fejn hu l-każ minn benefiċċji soċjali bħal sussidju fuq il-kera.", "Dawn il-miżuri wasslu biex ksibna l-ogħla rata storika ta' pajjiżna ta' 71% f'dik li hi parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol li qatt ġiet reġistrata.", "Hu għalhekk ukoll li wasalna fl-istess waqt għal tnaqqis bla preċedent fl-għadd ta' nies li jfittxu x-xogħol u f'dawk fuq l-għajnuna soċjali.", "Fl-istess waqt konna aktar ta' sostenn u ta' wens ma' dawk li minħabba mard jew diżabilità ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol, ma' familji bi dħul baxx, mal-anzjani u l-pensjonanti.", "Dan wassal għal tnaqqis sostanzjali fil-faqar, bil-persentaġġ ta' familji li jsofru minn material deprivation jaqa' minn 20% fl-2012 għal 8% fl-2017.", "Dan kollu ma seħħx b'kumbinazzjoni.", "Huwa sew u normali li meta familja tilħaq standards ogħla ta' għajxien tibda tgħolli l-aspettattivi tagħha, tibda tgħożż iktar minn qabel is-saħħa, l-investiment fl-edukazzjoni ta' uliedha, fl-indafa ta' madwarha u fuq kollox kwalità ta' għajxien aħjar.", "Għalhekk, Sur President, b'ekonomija b'saħħitha li qed trendi aktar flus fil-but tan-nies u b'sostenibbiltà fil-finanzi pubbliċi, se nkunu qed indaħħlu miżuri li jkunu mmirati li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna.", "Fl-isfond ta' dan kollu, il-Gvern se jiżgura li l-finanzi pubbliċi jibqgħu sostenibbli billi jkompli jirreġistra għat-tielet sena surplus fil-fondi pubbliċi.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fl-istess waqt il-wegħda tiegħu li jnaqqas il-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin se jżommha tant li għal dan il-Baġit, għat-tieni sena konsekuttiva, mhu se jintroduċi l-ebda taxxa ġdida, diretta jew indiretta.", "1.1 Il-qagħda ekonomika u finanzjarja", "Sur President, tul is-sena 2017, l-ekonomija Maltija kibret f'termini reali b'6.7% filwaqt li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kibret b'5.4%.", "Dan jikkompara ferm tajjeb mar-rata ta' tkabbir ta' 2.2% reġistrat fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-ewwel nofs ta' din is-sena, kemm il-konsum u anke l-investiment kienu l-muturi ewlenin wara t-tkabbir.", "Il-konsum privat kiber b'6%.", "F'terminu ta' sena, dan irrifletta żidiet sostanzjali ta' €700 miljun, nofshom f'pagi u salarji u nofshom fi profitti tal-kumpaniji.", "It-tkabbir ekonomiku kompla jkun diversifikat matul l-ewwel nofs ta' din is-sena, hekk kif is-setturi kollha, inkluż il-manifattura u s-settur tal-bejgħ, irreġistraw żidiet fil-Valur Miżjud Gross.", "Is-suq tax-xogħol f'pajjiżna tul is-sena li għaddiet baqa' wieħed dinamiku bit-tkabbir rekord fl-impjiegi.", "Infatti, in-numru ta' nies impjegati qabeż il-200,000 filwaqt li rreġistrajna rata rekord baxxa ta' 3.8% f'Awwissu ta' din is-sena fejn jirrigwarda l-qgħad filwaqt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ niżel għal 8.8% fl-istess perjodu.", "Is-settur privat kompla jkun il-mutur ewlieni b'żieda ta' 90% tal-impjiegi ġodda.", "Komplejna niksbu s-suċċessi anke fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali, fejn il-kont estern tal-pajjiż irreġistra surplus ta' 12.8% tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) fit-tieni kwart ta' din is-sena.", "Sur President, issa nixtieq nagħti ħarsa lejn il-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna.", "(Ara tabelli 1.1, 1.2 u 1.3)", "Irrid nikkonferma li skont l-aħħar statistika, din is-sena se tkun it-tielet sena konsekuttiva li se tispiċċa b'surpus fil-bilanċ fiskali.", "L-istess f'dak li jirrigwarda d-dejn pubbliku.", "Il-mira li ninżlu għal taħt is-60% mhux talli lħaqnieha iżda qbiżnieha tant li d-dejn issa qed iqarreb lejn il-47% tal-Prodott Domestiku Gross.", "B'hekk qed inkomplu nassiguraw is-sostenibilità tal-finanzi tal-pajjiż.", "1.2 Tbassir tal-andament tal-ekonomija u l-finanzi pubbliċi", "Il-Fond Monetarju Internazzjonali irreveda 'l isfel it-tkabbir globali għal 3.7 %.", "Dan jirrifletti r-riskji negattivi u l-inċertezzi fuq il-kummerċ internazzjonali minħabba l-introduzzjoni tat-tariffi u l-Brexit.", "L-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ewro mistennija jikbru bi 2% Dan minħabba l-istess inċertezzi u r-riskji li għadna kemm semmejna.", "Għal pajjiżna nipprevedu li t-tkabbir ekonomiku jibqa' qawwi b'rata ta' tkabbir ta' 5.3% f'termini reali u 7.7% f'termini nominali.", "It-tkabbir mistenni jkompli jkun iġġenerat minn tkabbir fl-investiment ta' 8.4% u tkabbir fil-konsum privat ta' 4.1%.", "Dan jirriżulta f'żieda ta' 3.7% fl-impjiegi u livell baxx ta' qgħad li mbassar ikun ta' 4.3%.", "L-inflazzjoni mistennija li tkun ta' 1.9%.", "Fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali, qegħdin nipprevedu tkabbir fl- esportazzjoni ta' 2.2% għas-sena d-dieħla.", "Dan it-tkabbir jirrifletti ż-żidiet fl-esportazzjoni mistennija minn diversi setturi li jinkludu fost oħrajn is-settur finanzjarju u dak tal-gaming kif ukoll it-turiżmu.", "Għall-2019, qed inbassru surplus ieħor ta' 1.3% filwaqt li l-piż tad-dejn mistenni jkompli jinżel għal 43.8% tal-Prodott Domestiku Gross.", "2.TQASSIM TAL-ĠID", "Sur President, dan huwa Gvern li dak li jwiegħed, iwettqu.", "Dan jgħodd għat-tqassim tal-ġid li huwa frott ta' tkabbir ekonomiku.", "Dan il-Baġit se jkompli juri kif il-ġid se jilħaq lil kulħadd.", "2.1 Kumpens għall-għoli tal-ħajja", "Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja, liema żieda hija maħduma skont formula maqbula bejn l-imsieħba soċjali kollha fi ħdan l-MCESD, tirrifletti inflazzjoni ta' 1.08% għall-perjodu stabbilit.", "Għas-sena d-dieħla ż-żieda se tkun ta' €2.33 fil-ġimgħa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din iż-żieda se tingħata lill-impjegati kollha kif ukoll lill-pensjonanti u lil dawk fuq il-benefiċċji soċjali.", "Lill-istudenti se jkun qed jingħatalhom il-kumpens pro-rata, biex b'hekk jerġgħu jogħlew l-istipendji.", "2.2 Żieda ta' ġurnata oħra ta' leave", "Matul din is-sena, bdejna nimplimentaw il-wegħda elettorali li nagħtu lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa u li ħadilhom ħaddieħor bla ma kkonsulta.", "Matul is-sena d-dieħla għalhekk sejrin inżidu ġurnata oħra mal-leave tal-ħaddiema.", "2.3 Aġġustament għall-impjegati li jitħallsu l-Paga Minima", "Matul is-sena li għaddiet, kien sar ftehim storiku bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali, il-unions kif ukoll min iħaddem, fuq kif għandha tiġi supplimentata l-Paga Minima Nazzjonali.", "Dak il-ftehim kien jistipula li impjegati fuq il-paga minima jittellgħu minnha wara li jkunu ilhom sena fl-impjieg ma' min iħaddimhom.", "Il-ħaddiem ikun intitolat għal żidiet ta' €3 fil-ġimgħa tul it-tieni sena fl-impjieg u fit-tielet sena għal żieda ta' €3 addizzjonali fil-ġimgħa.", "Ħaddiema li jkunu qegħdin jaqilgħu aktar mill-paga minima bażika jkunu intitolati għal parti miż-żidiet fit-tieni u t-tielet sena tal-impjieg.", "Dan ifisser li l-ħaddiema kollha li kienu fuq il-minimum wage fl-2017, din is-sena ngħatatilhom żieda ta' €3 fil-ġimgħa u s-sena d-dieħla tingħatalhom €3 oħra fil-ġimgħa.", "2.4 Żieda fiċ-Children's Allowance għall-familji bid-dħul taħt l-€20,000", "Sur President, għall-ewwel darba fi 11-il sena (u f'ċerti każijiet għal 23 sena), sejrin inżidu ċ-Children's Allowances lill-familji bi dħul gross inqas minn €20,000 fis-sena.", "L-ogħla rata ta' Children's Allowance se tkun qed tiżdied sa massimu ta' €96 fis-sena għal kull wild.", "B'kollox hu stmat li 24,600 tifel u tifla minn 16,500 familja, se jgawdu minn din iż-żieda.", "Din il-miżura se tiswa €2 miljun fis-sena.", "Aktar tagħrif qed jingħata f'Tabella 2.1 (Onor. Membri: Hear, hear)", "2.5 Aktar tnaqqis ta' taxxi għal kull min jaħdem", "Ix-xahar li għadda bdejna nwettqu l-wegħda li nkomplu nnaqqsu t-taxxi fuq ix-xogħol.", "Għandi pjaċir inħabbar li t-tax refund li ngħatat din is-sena, sejra terġa' tingħata matul is-sena d-dieħla.", "Din il-miżura, li se tiswa lill-Gvern €11.5 miljun u se jibbenefikaw 'il fuq minn 200,000 persuna li qegħdin fis-suq tax-xogħol. (ara tabella 2.2).", "2.6 Aġġustament għal ħelsien mit-taxxa għal persuni singoli", "Dawk il-ħaddiema li huma reġistrati bħala \"singoli\" għal fini ta' taxxa u li d-dħul tagħhom huwa minn xogħlijiet part-time li jaqbżu s-ceiling ta' €9,100 iżda ma jeċċedux il-minimum wage mhux se jiġu aktar intaxxati.", "Din hija miżura li qed tindirizza anomalija.", "2.7 Self-employed bi dritt ġdid għal kumpens ta' diżimpjieg", "Sejrin nemendaw il-liġi tas-Sigurtà Soċjali sabiex għall-ewwel darba f'pajjiżna persuni self-employed, li għal xi raġuni jkollhom jieqfu mill-attività tagħhom u jibdew jirreġistraw għax-xogħol, se jibdew ikollhom dritt li jirċievu l-benefiċċju għall-qgħad skont il-kontribuzzjonijiet li jkunu ħallsu.", "B'hekk qegħdin inneħħu d-diskriminazzjoni li teżisti llum bejn persuni impjegati u persuni self-employed.", "2.8 Benefiċċji għal membri tal-forzi tas-sigurtà kollha f'każ ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol", "Tul din l-aħħar sena, sar xogħol fuq qafas regolatorju biex jiddaħħlu numru ta' benefiċċji li għandhom jingħataw lil kull membru tal-forzi tas-sigurtà li jaħdmu mal-Gvern.", "Dawn il-benefiċċji jingħataw f'każ ta' inċident fatali jew diżabilità permanenti u li jwassal għal individwu li ma jkunx jista' jaħdem iżjed.", "Bi pjaċir inħabbar li fi żmien qasir, se jkunu qed jingħataw aktar dettalji ta' dawn il-benefiċċji u kif se jkun qed jiġi introdott dan il-benefiċċju lill-impjegati kkonċernati wara li jsiru l-aħħar konsultazzjonijiet.", "2.9 Żieda fil-ħlas tal-Għajnuna Medika", "Mis-sena d-dieħla se nżidu l-ħlas tal-Għajnuna Medika mhux kontributorja b'€5.14 fil-ġimgħa lil dawk il-persuni miżżewġa fejn hemm żewġ adulti li jbatu minn mard kroniku u li qed jirċievu din l-Għajnuna.", "Din iż-żieda tirriżulta mid-differenza li hemm sal-lum bejn ir-rata mħallsa lill-ewwel adult u r-rata mħallsa lit-tieni adult.", "B'dan il-mod issa kull adult fil-familja jitħallas indaqs.", "L-aktar li se jibbenefikaw minn din il-miżura huma koppji anzjani li t-tnejn għandhom mard kroniku u huma eliġibbli.", "2.10 Żieda fil-pensjonijiet", "Sur President, niġi issa għall-pensjonijiet.", "Filwaqt li għal 25 sena sħaħ kienu minsija, fl-aħħar tliet snin, daħħalna diversi miżuri għal firxa wiesgħa ta' pensjonanti li wasslu biex il-pensjonijiet jerġgħu jibdew jiżdiedu.", "Sur President, is-sena d-dieħla wkoll, għar-raba' sena wara l-oħra, se nerġgħu ngħollu l-pensjonijiet.", "Fl-2019 se nagħtu żieda ta' €2.17 fil-ġimgħa lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, ċjoè pensjonanti tal-Irtirar, Romol, tal-Invalidità u dawk li jirċievu l-Pensjoni tal-Età.", "Din iż-żieda se tkun barra dik maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja.", "B'hekk kull pensjonant se jieħu żieda ta' €4.50 fil-ġimgħa.", "Minn din il-miżura, se jkunu qegħdin jibbenefikaw 'il fuq minn 92,000 pensjonant.", "Din il-miżura se tiswa €10 miljun.", "2.11 Aġġustament għal ħelsien mit-taxxa fuq pensjonijiet", "Biex iż-żieda li qed tingħata fil-pensjonijiet inkluż iż-żieda tal-COLA ma tkunx intaxxata għas-sena d-dieħla, se nerġgħu ngħollu l-massimu ta' dħul minn pensjonijiet, li mhux se jkun intaxxat, għal €13,434.", "2.12 Pensjonanti tas-Servizz", "Kif sar fi snin mgħoddija, madwar 4,500 pensjonant tas-servizz, se jerġa' jkollhom żieda oħra ta' €200 fl-ammont ta' pensjoni tas-servizz li tiġi injorata fl-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, biex b'hekk is-somma eżentata issa se titla' għal €2,466.", "Imma, Sur President, din id-darba mhux se nieqfu s'hawn.", "Wegħda elettorali li għamilna kienet dik li nkomplu ntejbu l-pensjonijiet tas-servizz billi l-parti li jkunu kkomutaw biex jieħdu s-somma, tibda tkun injorata kollha għall-fini ta' pensjoni tas-sigurtà soċjali.", "Bħala l-ewwel pass fit-twettiq ta' din il-wegħda elettorali, mis-sena d-dieħla l-pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz u li għandhom 72 sena jew aktar jew li mis-sena d-dieħla 'l quddiem jilħqu din l-età.", "Se ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali.", "Hekk minflok kif dejjem sar s'issa li jiġi injorat nofs l-ammont ta' pensjoni tas-servizz li jkun ġie kkommutat, mis-sena d-dieħla se jibdew jiġu injorati 75% tal-ammont ikkommutat.", "Fl-ewwel sena tat-twettiq ta' din il-miżura huwa stmat li madwar 2,200 pensjonant se jibbenefikaw minn żieda medja ta' madwar €11 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali.", "Maż-żmien aktar pensjonanti tas-servizz se jkunu qed jibbenefikaw minn din il-miżura, speċjalment dawk li l-pensjoni tas-servizz tagħhom hija aktar baxxa minn ta' oħrajn.", "2.13 Għotja ta' €300 fis-sena", "L-għotja ta' €300 fis-sena lil dawk li għalqu l-75 sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom se tkompli tingħata tul is-sena d-dieħla.", "Din l-għotja li fis-sena tiswa €9 miljun, jibbenefikaw minnha 'l fuq minn 29,000 anzjan u anzjana.", "2.14 Bonus għal min ħallas il-kontribuzzjonijiet imma m'għandux pensjoni", "Fil-Baġit għall-2014, konna daħħalna għall-ewwel darba bonus li beda jitħallas kull sena lil numru ta' persuni, l-aktar nisa li ma ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għal pensjoni minima.", "Mill-1 ta' Jannar li ġej, se nkunu qed inżidu dan il-bonus b'€50.", "B'hekk dawk li kienu ħallsu aktar minn sena kontribuzzjoni iżda inqas minn ħames snin, il-bonus se jiżdied se tiżdied għall-€200, filwaqt li l-bonus ta' dawk li ħallsu aktar minn ħames snin kontribuzzjonijiet se jiżdied għal €300 fis-sena.", "B'din il-miżura se jibbenefikaw madwar 12,500 persuna.", "2.15 Inkomplu nħeġġu aktar persuni jibqgħu fis-suq tax-xogħol", "Tliet snin ilu konna daħħalna inċentiv sabiex persuni li jibqgħu jaħdmu minflok jirtiraw bil-pensjoni u b'hekk tiżdidilhom il-pensjoni tagħhom meta jagħlqu l-età ta' 65 sena.", "Din kienet miftuħa għas-settur privat.", "Mis-sena d-dieħla, din l-inċentiva se tiġi estiża għal persuni li jibqgħu jaħdmu mas-settur pubbliku b'mod gradwali, dejjem jekk ikun hemm talba mill-impjegat u l-kunsens ta' min iħaddem.", "2.16 Inkomplu nindirizzaw l-inġustizzji tal-imgħoddi", "Sur President, għal dawn l-aħħar sentejn, waqqaft fond li minnu bdew jingħataw ħlasijiet għal anomaliji li setgħu nħolqu tul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet jew għal raġunijiet oħra.", "Għat-tielet sena konsekuttiva se nallokaw €11 miljun f'fondi biex jiġu indirizzati dawn l-inġustizzji tal-imgħoddi li jolqtu aktar minn 6,000 benefiċċjarju jew l-eredi tagħhom.", "Tul is-sena d-dieħla wkoll se jiġi fi tmiemu l-proċess biex jitħallsu l-arretrati tal-pensjonijiet lill-eks ħaddiema tal-Malta Electricity Board jew l-eredi tagħhom.", "2.17 Government Savings Bonds għall-pensjonanti", "Wara s-suċċess ta' dawn l-aħħar sentejn għal ħruġ ta' Savings Bonds 62+ indirizzati għal dawk li għalqu t-62 sena, fejn 'il fuq minn 14,000 pensjonant ipparteċipaw fil-ħruġ ta' dawn il-Bonds, se nkunu qegħdin nerġgħu noħorġu Bond simili matul is-sena d-dieħla; dan fl-isfond li r-rati ta' imgħax fuq kontijiet bankarji fissi baqgħu baxxi.", "Huwa mistenni li 'l fuq minn 6,300 pensjonant ġdid se jkunu eliġibbli għal dan il-ħruġ.", "2.18 Aktar għajnuna lil persuni b'diżabilità", "Sur President, il-persuni b'diżabilità dejjem kienu prijorità għal dan il-Gvern.", "Tul l-aħħar leġiżlatura u din preżenti, daħħalna numru kbir ta' miżuri, fosthom li nsibu xogħol bi dritt għal dawn il-persuni; titjib sostanzjali fil-pensjoni ta' diżabilità; il-bini ta' djar għal independent living; it-twaqqif ta' Disability Trust Fund u oħrajn.", "Matul l-2019 se nkomplu ndaħħlu miżuri oħra biex inkomplu nintegraw fis-soċjetà lil dawn il-persuni.", "Sejrin inwettqu fażi oħra tar-riforma fl-Assistenza għal Diżabilità, mibdija s-sena l-oħra u li kienet tinkludi l-introduzzjoni tal-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa għall-persuni li assolutament ma jistgħux jaħdmu u li dawn eventwalment jieħdu l-ekwivalenti tal-paga minima.", "Għaldaqstant, minn Jannar li ġej, il-pagament fil-ġimgħa ta' din l-għajnuna se jiżdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa.", "Minbarra hekk l-iskema se tiġi estiża għal 600 persuna oħra li se jkunu qed jingħataw id-dinjità li veru jixirqilhom.", "Dan billi barra l-indiċi ta' Barthel li japplika għal persuni bi problemi ta' mobilità, se tintuża wkoll dik li hi magħrufa bħala Tabelli għal Valutazzjoni ta' Indeboliment.", "Aktar dettalji jingħataw fil-ġimgħat li ġejjin.", "2.19 Żieda fl-allowance għat-tfal b'diżabilità", "Għal dawk il-ġenituri ta' tfal li jsofru minn xi forma ta' diżabilità fiżika jew mentali se ngħollu mill-ġdid l-allowance li jitħallsu fil-ġimgħa.", "Fl-2014, din l-allowance konna diġà żidnieha minn €16.31 għal €20 fil-ġimgħa.", "Mis-sena d-dieħla r-rata ta' din l-allowance se terġa' tiżdied b'€5 oħra għal €25 fil-ġimgħa.", "Madwar 1,400 tifel u tifla b'diżabilità u l-familji tagħhom se jibbenefikaw minn din iż-żieda.", "2.20 Estensjoni fl-allowance miżjud għall-carers", "Fl-aħħar żewġ Baġits tejjibna l-ħlasijiet lil dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani fid-djar tagħhom.", "Dan sar permezz tar-riforma fl-Allowance Miżjuda għal Carers li telgħet għal €140 u kif ukoll l-Allowance għal Carers li telgħet għal €90.", "Minn Jannar li ġej din l-eżenzjoni mit-test tal-mezzi se tibda tgħodd għaż-żewġ allowances.", "B'hekk aktar anzjani se tingħatalhom il-possibilità li jibqgħu jgħixu f'darhom u fil-komunità għax il-qraba li jieħdu ħsiebhom se jibdew jibbenefikaw huma wkoll.", "B'din il-miżura, anke persuni miżżewġa sal-età pensjonabbli li jkunu jgħixu taħt l-istess saqaf mal-anzjan jew anzjana, se jibdew ikunu eliġibbli għall-Allowance għall-Carers.", "Barra minn hekk, mis-sena d-dieħla meta persuna tapplika sabiex tieħu ħsieb anzjan jew anzjana li jkunu laħqu l-età ta' 85 sena, mhux se tibqa' ssir evalwazzjoni medika mill-bord multidixxiplinarju u l-allowance titħallas awtomatikament jekk il-carer u l-anzjan jew anzjana jkunu jgħixu fl-istess dar.", "2.21 Titjib fl-inċentivi fiskali għall-pensjonijiet privati", "Tul dawn l-aħħar erba' snin, tajna inċentivi kemm lil individwi li jinvestu f'pensjoni privata magħrufa bħala Third Pillar Pension Scheme kif ukoll lil min iħaddem li jiddeċiedi li joffri skema volontarja u mhux kontributorja min-naħa tal-impjegat – qed nirreferi għall-iskema Voluntary Occupational Pension Scheme.", "Għas-sena d-dieħla se jkun hemm titjib f'dawn iż-żewġ skemi fejn sejrin inżidu l-ammont ta' investiment finanzjarju annwali li fuqu hemm eżenzjoni ta' taxxa sa massimu ta' €2,000 kull sena.", "Barra minn hekk, it-tnaqqis ta' taxxa se jkun qed jiżdied minn 15% għal 25%.", "Kemm l-impjegat kif ukoll min iħaddem sejrin jibbenefikaw minn dan it-titjib fl-inċentivi fiskali.", "2.22 Rifużjoni ta' taxxa għal min jibgħat it-tfal fi skejjel indipendenti", "Lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel indipendenti kif ukoll dawk li jattendu skejjel tal-Knisja bdejna nipprovdulhom trasport b'xejn għal uliedhom.", "Nafu iżda li l-iskejjel indipendenti żiedu wkoll il-fees u t-tariffi tagħhom, fost l-oħrajn minħabba żieda fl-ispejjeż anki minħabba li dan il-Gvern tejjeb il-kondizzjonijiet tal-għalliema.", "Dawk il-ġenituri li jibagħtu t-tfal tagħhom fi skejjel indipendenti llum qed igawdu minn tnaqqis fit-taxxa fuq miżati mħallsa.", "Mis-sena d-dieħla l-Gvern se jżid dan it-tnaqqis għal €1,600 fis-sena għal kull wild li jattendi ċentru ta' kindergarten; €1,900 fis-sena fil-każ ta' skola f'livell primarju, u €2,600 għal wild li jattendi skola f'livell sekondarju, żieda ta' €300 għal kull wild.", "2.23 Għotja fuq xiri u installazzjoni ta' impjanti ta' reverse osmosis fid-djar", "Sur President, sejrin nagħtu għotja ekwivalenti għar-rifużjoni ta' VAT fuq xiri u installazzjoni ta' apparat li jippurifika l-ilma fid-dar permezz ta' reverse osmosis jew proċessi oħra sabiex inkomplu ninċentivaw li jitnaqqas l-użu ta' kontenituri tal-plastik għall-ilma bbottiljat.", "Se jkun hemm capping ta' €70 fuq din l-għotja.", "2.24 Għotja fuq spejjeż tat-tieġ", "Sur President wasal iż-żmien li naġġustaw il-massimu ta' rifużjoni li koppja tingħata fuq spejjeż ta' tieġ.", "L-aħħar darba li ġiet aġġustata din ir-rifużjoni tmur lura għas-sena 2014.", "Mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla, din l-għotja se titla' sa massimu ta' €2,000; żieda ta' €250.", "2.25 Rata inqas ta' VAT fuq kotba elettroniċi u għotja fuq xiri ta' strumenti mużikali", "Ir-rata ta' VAT li titħallas fuq kotba u oġġetti stampati simili kif ukoll dawk provduti fuq CD, DVD, SD card jew USB hija ta' 5%.", "Din ir-rata mnaqqsa ta' VAT issa se tiġi estiża ukoll għal dawk il-kotba, gazzetti u pubblikazzjonijiet li jiġu provduti elettronikament.", "Din il-miżura ma tinkludix pubblikazzjonijiet li fil-maġġoranza tagħhom jikkonsistu f'riklami, mużika awdibbli jew videos.", "Barra minn hekk, se nestendu l-għotja li llum qed tingħata lil dawk li jixtru strument mużikali minn Malta għal meta dawn jixtruh minn barra.", "2.26 Konċessjoni għat-trasferiment ta' negozju", "Fis-sena 2017 daħħalna l-konċessjoni għat-trasferiment ta' negozju li tnaqqas ir-rata tal-boll minn 5% għal 1.5% meta ġenitur jittrasferixxi n-negozju lit-tfal tiegħu u li kellha tagħlaq sal-aħħar ta' Diċembru ta' din is- sena, se terġa' tiġi estiża għal sena oħra.", "B'hekk tiżdied il-possibilità li n-negozju tal-familja jibqa' miexi 'l quddiem.", "Bi pjaċir inħabbar li tul is-sena d-dieħla se jkun qed jingħata l-aħħar pagament ex-gratia għal min kien irreġistra l-vettura ġdida tiegħu fl-2008, liema miżura tiswa €4.9 miljun.", "Dan ifisser li l-wegħda li konna għamilna ħames snin ilu issa twettqet kollha.", "Tul dawn il-ħames snin raddejna lura fi ħlas ta' VAT fuq ir-reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda, liema VAT ma kienx dovut lill-Gvern.", "L-ammont ta' flus li ħallasna lura jlaħħaq il-€25 miljun.", "IL-HOUSING U S-SUQ TAL-PROPRJETÀ", "Matul din l-aħħar sena, saru bosta diskorsi u kitbiet dwar ir-rati tal-kera u l-prezzijiet tal-proprjetà u ngħataw bosta suġġerimenti ta' kif wieħed għandu jindirizza dan is-settur.", "Huwa żgur li s-suċċess ekonomiku li pajjiżna qed igawdi minnu ġab miegħu dawn l-isfidi ġodda li jirriżultaw mid-domanda għall-housing soċjali u għal housing affordabbli.", "Dan il-Gvern huwa impenjat li jindirizza din il-problema u mhux jaħrabha.", "F'dan il-Baġit sejrin nibdew indaħħlu numru ta' miżuri li filwaqt li ma noħonqux lis-suq, ninċentivaw kemm lis-sid kif ukoll lill-inkwilin biex il-prezz tal-kirjiet ikun aktar affordabbli.", "Sur President, irrid insemmi li Malta hija wieħed minn dawk il-ftit pajjiżi fejn il-familji huma fil-maġġoranza tagħhom sidien ta' djarhom.", "Għalhekk huwa kkalkolat li madwar 78% tal-familji Maltin qed jaraw żieda fl-assi tal-familja tagħhom permezz tal-apprezzament tal-propjetà.", "Min-naħa l-oħra, l-Gvern se jkompli jipproteġi l-interess ta' nies li qed jikru jew li jeħtieġu akkomodazzjoni soċjali.", "Il-ġimgħa li għaddiet għadna kif nedejna White Paper, Renting as a Housing Alternative, għall-konsultazzjoni.", "Il-White Paper tipproponi kuntratti fuq perjodu stabbilit, reġistrazzjoni obbligatorja tal-kuntratti tal-kera, tistabbilixxi perjodu minimu ta' avviż kemm għas-sidien u kemm għall-inkwilin, infurzar kontra l-irregolaritajiet u l-abbużi flimkien ma' aktar effiċjenza fis-soluzzjoni tat-tilwim.", "Dak li qed tipproponi l-White Paper tal-kera jirrifletti l-fatt li s-settur tal-kera privat inbidel minn kif kien fil-passat.", "Ir-riforma li qed tiġi proposta fil-White Paper hija ntiża biex tiżdied l-istabilità fis-suq biex familji fil-kera jgħixu mingħajr inċertezza, tiżdied it-trasparenza u tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-kerrej u s-sid u biex min investa fil-proprjetà jibqa' jagħmel qligħ denju u ġust.", "3.1 Benefiċċju tal-kera – djar soċjali u djar affordabbli", "Mis-sena d-dieħla se jkun hemm bidla radikali ta' kif l-għajnuna tingħata biex il-kera ssir aktar affordabbli.", "Dan se jsir billi l-ewwel nett jitneħħa l-means test fuq kemm l-applikant ikollu assi.", "Minflok se jkun hemm żewġ kriterji għall-eliġibilità.", "L-ewwel wieħed huwa d-dħul gross tal-familja li jinkludi l-pagi u l-imgħaxijiet u li ma jaqbżux il-benchmark stabbilit.", "It-tieni kriterju hu li l-kirja eżistenti teċċedi l-benchmark għal dik il-familja.", "L-applikant ikun eliġibbli jekk jikkwalifika miż-żewġ kriterji.", "L-għajnuna tvarja minn massimu ta' €3,000 għal €5,000 fis-sena skont iċ-ċirkostanzi tal-familja.", "Aktar dettalji jingħataw meta tiġi introdotta l-iskema.", "Qed nistmaw li għas-sena d-dieħla l-għajnuna mitluba tlaħħaq il-€5 miljun.", "3.2 Skema inċentivi sidien għal min jikri proprjetà bi prezz moderat u perjodu fit-tul", "Konxji tar-rwol importanti li s-sidien għandhom fil-qasam tas-suq tal-kera fejn jidħlu djar affordabbli, il-Gvern qiegħed f'diskussjonijiet biex iniedi skema li se tkun qed tagħti inċentiv fiskali lis-sid permezz ta' tnaqqis ta' taxxa fuq il-bejgħ tagħha f'każ ta' kirja affordabbli għal perjodu ta' seba' snin.", "3.3 Skema ta' equity sharing", "Persuni li jkunu għalqu l-40 sena qed isibuha ferm diffiċli li jixtru dar minħabba diffikultà li jieħdu self mill-banek.", "Matul din is-sena nbdew taħditiet mal-banek biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema.", "Għalhekk għas-sena d-dieħla sejrin inniedu skema fejn persuni li jkunu għalqu l-40 sena u jitħajru jixtru dar, filwaqt li l-persuna tkun tista' tħallas mhux inqas minn nofs il-prezz tal-proprjetà, se jkun possibbli li l-bank isellef il-kumplament tan-nefqa u l-persuna tħallas is-self fuq numru ta' snin.", "Però l-Gvern sejjer ikun qed iħallas l-imgħax għal tul is-snin li l-persuna tkun intrabtet li tħallas is-self.", "3.4 Housing soċjali", "Dan il-Gvern jemmen li r-responsabilità tal-funzjoni ta' housing soċjali hija tal-Istat.", "F'dan ir-rigward, filwaqt li għaddej ix-xogħol fuq proġett ta' 500 appartament bl-għajnuna tal-Bank tal-Investiment Ewropew u l-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill Ewropew, se jsir xogħol fuq bini ta' kważi 700 unit għal housing soċjali ieħor, b'investiment ta' €50 miljun fejn parti mill-investiment ġej mill-Fond Soċjali u ta' Żvilupp Nazzjonali (NSDF).", "Barra minn hekk il-Gvern sejjer ikompli joħloq inizjattivi biex ikompli jiżdied l-istokk ta' djar tal-Gvern.", "3.5 Riġenerazzjoni ta' proprjetà dilapidata", "Ġew identifikati numru ta' proprjetajiet tal-Gvern li huma fi stat dilapidat, liema proprjetajiet jistgħu jiġu rranġati biex jintużaw bħala djar soċjali.", "3.6 Proġetti speċjali", "Għas-sena d-dieħla, l-Awtorità tad-Djar se tkun qed tevalwa żewġ proġetti pilota li se tkun qed tagħmel ma' entitajiet mhux governattivi.", "Filwaqt li l-Awtorità tad-Djar se tkun qed toħroġ parti mill-ispiża biex din il-proprjetà tiġi rranġata, se tkun qed tidħol f'arranġament mal-entità mhux governattiva sabiex id-djar jiġu użati għal skop ta' djar soċjali b'rati ta' kirjiet orħos minn dak li qed joffri s-suq.", "3.7 Riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar", "L-Awtorità tad-Djar fix-xhur li ġejjin se tkompli l-ħidma tagħha fuq programm ta' manutenzjoni jew tisbiħ, skont il-bżonnijiet ta' kull blokka partikolari.", "Sejjer ukoll ikompli l-programm ta' tisbiħ fl-oqsma tal-bini tal-Gvern.", "3.8 Riorganizzazzjoni tal-Awtorità tad-Djar", "L-Awtorità tad-Djar sejra tagħmel riorganizzazzjoni interna sabiex tkun qed tkopri l-isfidi kollha lis-settur tad-djar, fejn jidħlu djar soċjali affordabbli.", "Huwa għalhekk li l-Awtorità se twaqqaf fi ħdanha Unit li jkun qed jiffoka fuq reġistrazzjoni ta' proprjetà; protezzjoni tas-sidien u infurzar tar-regolamenti.", "3.9 Estensjoni ta' skemi eżistenti", "Sur President, bi pjaċir inħabbar li l-iskemi eżistenti li daħħalna tul dawn l-aħħar snin se jerġgħu jiġu estiżi għal sena oħra.", "Dawn huma l-iskema fit-tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-first time buyers, second time buyers, proprjetà vakanti fl-Urban Conservation Areas, xiri ta' propjetà f'Għawdex kif ukoll l-iskemi ta' rifużjoni ta' spejjeż fuq xogħol ta' restawr.", "3.10 Faċilitajiet ta' equity release", "Għandi pjaċir inħabbar ukoll li x-xogħol tal-working group li ħadem fuq il-Home Equity Release tlesta.", "Dan se jippermetti biex pensjonanti jtejbu d-dħul annwali finanzjarju tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu jgħollu l-livell ta' għajxien tagħhom.", "Aktar dettalji se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.", "Matul din is-sena l-Gvern kompla juri biċ-ċar li huwa kommess li jwettaq il-pjan ambizzjuż tiegħu sabiex it-toroq isiru sew, isiru b'ħeffa u jibqgħu jinżammu kif jixraq.", "Dan l-investiment fit-toroq huwa wieħed bla preċedent.", "Kull min jagħmel użu mit-toroq tagħna seta' jinnota kif twessgħu bosta junctions bil-għan li t-traffiku jkun jista' jiċċirkola aħjar.", "Lanqas kien laħaq ġie inawgurat il-proġett tal-Kappara li ma nbediex ix-xogħol bi tħejjija għall-proġett tal-Marsa Junction.", "Sur President, fil-Baġit tas-sena l-oħra kont semmejt ukoll li sejrin nibdew nindirizzaw il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku.", "Semmejt li dan huwa argument importanti li jrid jiġi indirizzat fuq medda ta' snin u billi wieħed jintroduċi diversi inċentivi u b'hekk bil-mod il-mod tinbidel id-dipendenza fuq il-karozza privata.", "L-inċentivi li daħħalna li qed jinkoraġġixxu l-użu tar-rota u muturi, u l-użu tat-trasport pubbliku jew kollettiv, filwaqt li niskoraġġixxu l-użu tal-karozza privata, diġà qed juri sinjali li l-istrateġija qed tirnexxi.", "Dan il-Gvern se jkompli jaħdem sabiex dawn l-isfidi relatati mat-traffiku jkomplu jingħelbu u b'hekk jitnaqqas it-tniġġis tal-arja f'pajjiżna u tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja.", "4.1 Tkomplija tal-proġetti ta' toroq", "Il-pjan ta' €700 miljun biex isiru toroq kollha tal-pajjiż, inkluż Għawdex, fuq seba' snin, beda.", "Fis-sena li ġejja, qed nippjanaw li jsir xogħol fuq toroq b'investiment ta' €100 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan juri biċ-ċar l-importanza li lest joffri dan il-Gvern lil dan il-qasam li kien ilu fuq fomm kulħadd għal għexieren ta' snin.", "Dan huwa erba' darbiet aktar milli kien jiġi vvotat qabel.", "Il-proġetti għaddejjin b'ritmu mgħaġġel filwaqt li x-xogħol qed isir bi standards għoljin.", "Għalhekk aħna fiduċjużi li t-toroq li huma maħsuba li jsiru matul is-sena d-dieħla jsiru kollha u fiż-żmien stipulat.", "Il-Gvern jifhem il-kritika li ġieli ssir dwar il-bżonn li l-iżvilupp bżonjuż tat-toroq jiżżewweġ aħjar mal-protezzjoni ta' żoni ħodor u ż-żamma ta' siġar.", "Għal dan il-għan, Infrastruttura Malta se tibda proġett dwar Ġonna Urbani, fejn bi sħubijiet strateġiċi, ikunu jistgħu jiġu maħluqa u jinżammu żoni ħodor, li jsebbħu u jkunu post ta' rikreazzjoni, bħala parti mill-proġetti li jsiru.", "Għal dan il-għan se jiġu allokati €1 miljun għall-ewwel sena.", "Sur President, il-viżjoni tal-Gvern fil-qasam tat-trasport pubbliku hija li jkun hemm aġenzija waħda li tinvestiga aspetti ta' sigurtà fl-oqsma tal-baħar, tal-ajru u tat-toroq f'pajjiżna.", "Dan qiegħed isir billi tinkiseb assistenza teknika minn pajjiżi oħra fl-Ewropa li diġà ħolqu entitajiet simili bil-ħsieb li jittejjeb l-ambjent u jiġu evitati inċidenti fatali.", "Wara d-diversi studji tekniċi li saru dwar it-titjib meħtieġ fit-tliet landing ferry places, is-sena d-dieħla mistenni li jinbeda x-xogħol fuq il-mollijiet ta' Bormla, Marsamxett u x-Xatt ta' Tas-Sliema.", "Eventwalment isiru landing places ġewwa San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u Ta' Xbiex.", "Il-Gvern qed jippjana li jilqa' għall-isfida tal-parkeġġ f'pajjiżna, li maż-żmien qed tkompli tikber.", "Għal dan il-għan il-Gvern qed jaħdem biex jintroduċi skemi ġodda li permezz tagħhom iħajjar żviluppaturi biex joħolqu parkeġġi ġodda, speċjalment f'żoni urbani, fejn tintuża wkoll teknoloġija moderna, bħal mobile apps u tabelli elettroniċi li jindikaw il-parkeġġi li hemm disponibbli.", "Permezz ta' ppjanar meqjus u l-aqwa teknoloġiji, għandu jkollna pjattaforma sħiħa ta' servizzi marbuta mat-trasport biex tkun iffaċilitata l-ħajja tan-nies.", "4.3 Tallinja Card b'xejn", "Sur President, din is-sena estendejna l-għoti ta' Tallinja Card b'xejn għal 21,000 żagħżugħ u żagħżugħa fl-età ta' bejn 16-il sena u 20 sena li bbenefikaw minn din il-miżura u din kienet ta' suċċess enormi.", "Din l-iskema mhux talli se tibqa' fis-seħħ, talli saħansitra għas-sena d-dieħla se nestenduha biex dawk li jkunu għalqu l-20 sena iżda jkunu għadhom studenti full-time, se jibqgħu eliġibbli għat-trasport b'xejn.", "L-istess se jsir għal dawk li għandhom minn 14-il sena 'l fuq.", "Matul din is-sena se jkun hemm diskussjonijiet mas-CRPD u l-Aġenzija Sapport biex naraw ukoll li jiġu inklużi kategoriji ta' persuni b'diżabilità biex tingħatalhom Tallinja Card b'xejn.", "4.4 Trasport kollettiv b'xejn lejn u mill-iskola għall-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex", "Sur President, ftit tal-ġimgħat ilu, għadna kif implimentajna wegħda oħra elettorali, dik li jkun hemm trasport b'xejn għall-istudenti kollha, irrispettivament liema skola jattendu l-istudenti.", "B'din il-miżura, li tiswa €20 miljun, il-ġenituri ta' 26,000 student se jiffrankaw ras għal ras €700 kull sena.", "4.5 Għotja fuq xiri ta' roti, roti tal-elettriku (pedelec bicycles) u muturi", "L-iskema fejn qed tingħata għotja fuq roti u roti elettroniċi li hija ekwivalenti għal refund sħiħ tal-VAT se tiġi estiża għal sena oħra.", "Anke l-iskema introdotta fil-Baġit għal din is-sena, dik li jinċentiva wkoll ix-xiri ta' muturi, scooters u roti assistiti b'mutur tal-elettriku għal massimu ta' €400, se tiġi estiża għas-sena d-dieħla.", "4.6 Investiment f'mezzi ta' trasport alternattiv", "L-iskema li daħħalna tliet snin ilu fejn qed jingħata grant kemm lill-kunsilli lokali kif ukoll lil dawk il-kumpaniji privati li jwaħħlu bicycle racks biex aktar persuni jitħajru jużaw ir-rota, se terġa' tiġi estiża għal sena oħra.", "4.7 Inċentivi għal xiri ta' vetturi aktar idonji għall-ambjent", "Bil-għan li nħeġġu aktar nies jixtru karozzi li ma jħammġux l-arja, l-inċentiv li neżentaw minn kull taxxa ta' reġistrazzjoni lil kull min jixtri karozzi elettriċi jew karozzi elettriċi ibridi (plug-in) tiġi estiża għas-sena d-dieħla.", "4.8 Skemi oħrajn", "Fl-aħħar nett, għal sena oħra, se jiġu estiżi l-iskemi ta' skrappjar ta' vetturi u l-għoti ta' grant għal min jaqleb il-vettura tiegħu biex taħdem bil-gass minflok bil-petrol.", "NINVESTU FL-AMBJENT", "Sur President, dan il-Gvern huwa impenjat li jagħti prijorità lill-ambjent tagħna, il-kapital naturali ta' pajjiżna li rridu mhux biss naraw li nagħtuh protezzjoni iżda rridu nsostnuh bl-aħjar mod possibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Aħna kommessi li nagħmlu dan permezz ta' aktar investiment infrastrutturali, tisħiħ fl-aspett regolatorju kif ukoll implimentazzjoni ta' miżuri u inizjattivi ambjentali li verament jagħtu valur lill-kapital naturali tagħna.", "L-immaniġġjar tal-iskart jibqa' wieħed mill-akbar sfidi li qed jiffaċċja l-pajjiż.", "L-għażla tal-Gvern illum hija waħda ċara; dik li jinvesti f'teknoloġija fejn mill-iskart mhux riċiklabbli tiġi ġġenerata l-enerġija.", "Li nibqgħu nieħdu meded kbar ta' art għal aktar miżbliet li jservuna relattivament ftit żmien, mhuwiex sostennibbli u ma nistgħux nibqgħu niddependu fuqhom.", "L-insularità tagħna tagħmel l-esportazzjoni tal-iskart piż finanzjarju qawwi.", "Dan konna diġà rajnieh meta fassalna l-Pjan għall-Immaniġġjar tal-Iskart 2014-2020.", "Mhux se naqtgħu qalbna, l-isfidi nagħrfuhom u impenjati bis-sħiħ li nindizzawhom.", "Ambjent Malta se tkun l-entità nazzjonali ta' pajjiżna għat-twettiq ta' interventi li jsaħħu l-kapital naturali tagħna.", "5.1 Trattament tal-iskart", "Sur President, matul is-sena li ġejja se nkomplu l-ħidma tagħna fis-settur tal-iskart billi nippreparaw għall-bini ta' Material Recovery Facility ġdida li se tieħu post dik li nħarqet.", "Dan filwaqt li nipprovdu għal infrastruttura temporanja biex nillimitaw l-ammont ta' skart riċiklabbli li jkollna nesportaw.", "Biex tikkumplimenta din il-faċilità se nibdew il-proċess biex ikollna Multi-Material Recovery Facility li se tgħin fir-riċiklaġġ ta' diversi materjali li altrimenti jispiċċaw fil-miżbla.", "Se nkomplu bil-proċess ta' disinn għall-facilità ta' Waste-to-Energy li se tkun ħolqa importanti fil-katina ta' faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart.", "Huwa d-dmir ċiviku, morali u legali tagħna li nisseparaw u nimmaniġġjaw l-iskart li niġġeneraw aħna stess b'mod xieraq.", "Għalhekk se nkunu qegħdin nintensifikaw ħidmietna biex kulħadd jissepara l-iskart tiegħu issa li se jkollna wkoll servizz li jiġbor l-iskart organiku separat.", "Hija din l-ambizzjoni li twassalna biex inkomplu ninvestu bħal qatt qabel f'dan is-settur.", "Matul is-sena d-dieħla se nfasslu proposti biex l-iskart kummerċjali jkun regolat b'mod aktar sostenibbli.", "5.2 Introduzzjoni ta' skema fuq ġbir ta' kontenituri tax-xorb", "Sur President, wara li aktar kmieni din is-sena ppubblikajna dokument ta' konsultazzjoni sabiex is-settur privat jibda jopera skema ta' sistema ta' depożitu fuq kontenituri tax-xorb, kien hemm rispons ferm pożittiv.", "Tul is-sena d-dieħla se jibdew diskussjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim ma' konsortju magħmul mill-operaturi u importaturi biex jiġi maqbul kif sistema bħal din tiġi implimentata.", "5.3 Ambjent li jixraq għaż-żmien tal-lum", "Il-ħidma ta' Ambjent Malta se tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-Management Plans tas-siti Natura 2000, siti li jlaħħqu mal-11% tat-territorju Malti.", "Se nieħdu ħsieb ukoll il-widien tagħna sew għall-bijodiversità li jħaddnu kif ukoll għax iservu ta' passaġġ għall-ilmijiet tax-xita.", "Se nkunu qed nixprunaw dan is-settur permezz ta' aktar żidiet fl-investiment.", "Se nkomplu naħdmu fuq qafas leġiżlattiv li jirregola l-ħsejjes mhux koperti bil-liġi filwaqt li nfasslu sistema ta' infurzar armonizzata mal-awtoritajiet li b'xi mod jirregolaw il-ħoss.", "Se jibda x-xogħol fuq l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent u t-tfassil ta' strateġija għall-immaniġġjar ta' speċi aljeni.", "Se jkun hemm investiment fi stazzjon ġdid għall-monitoraġġ tal-arja.", "Matul is-sena d-dieħla mhux biss se nkomplu bil-miżura li daħħalna din is-sena, fejn qegħdin inħawlu siġra ġdida għal kull tifel u tifla li titwieled, iżda sejrin ukoll nibdew niżirgħu siġra għal kull vettura ġdida li tiġi importata f'dawn il-gżejjer.", "Se jkompli wkoll l-investiment f'Parks Nazzjonali oħra fosthom dawk tal-Majjistral, l-Inwadar kif ukoll se tkompli l-ħidma biex nistabbilixxu l-ewwel Geopark f'pajjiżna.", "Sejrin ukoll nibdew ninvestu fi proġetti ta' tisbiħ ambjentali fl-ibliet u l-irħula u anki fiż-żoni industrijali li hawn fil-pajjiż.", "5.4 Il-qasam agrikolu u tas-sajd", "Wara t-tfassil tal-politika agrikola issa se tibda l-implimentazzjoni ta' numru ta' miżuri.", "Fosthom irridu nkomplu nippromwovu l-prodott Malti bħala wieħed ta' kwalità u ninvestu aktar fiċ-ċentru għar-riċerka dwar il-vitikoltura li għandna fil-Buskett.", "Minkejja li l-biedja ma tikkontribwixxix ħafna għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll għall-impjiegi, irridu nirristrutturaw dan is-settur biex ikun aktar profittabbli u allura jattira bdiewa żgħażagħ li jistgħu jibdew iħarsu lejn konċetti ta' agri-business u mhux biss biedja bil-mod tradizzjonali.", "Fis-settur tas-sajd, filwaqt li nkomplu nnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għas-sajjieda, se ninvestu fit-titjib taċ-Ċentru tal-Akwakultura f'San Luċjan u anke se jiġi żviluppat control hub ġdid fil-Marsa.", "Grazzi għal dan il-control hub is-servizzi offruti lis-sajjieda se jkunu ċentralizzati sewwasew biswit il-Pixkerija.", "Il-Gvern għandu wkoll il-ħsieb li jniedi skema sabiex jiġu rrestawrati dgħajjes tas-sajd tal-injam li għandhom aktar minn 20 sena.", "(Onor. Membri: Hear, hear) B'din l-inizjattiva se nkunu qed ngħinu lis-sajjied filwaqt li nippreservaw dgħajjes tradizzjonali Maltin u s-snajja' marbuta magħhom.", "5.5 Enerġija u ilma", "Sur President, matul din is-sena, kompliet il-ħidma biex tiġi assigurata provvista ta' enerġija b'mod sostennibbli, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku.", "Kif kien imwiegħed, il-power station tal-Marsa ġiet żarmata kollha filwaqt li ġie żarmat ukoll il-heavy fuel oil plant f'Delimara.", "Bħala parti mill-pjan tal-Gvern li juża aktar enerġija nadifa, kompliet il-ħidma fuq il-pipeline tal-gass li se jgħaqqad lil Malta ma' Sqallija u ġie fi tmiemu l-proċess tal-ingaġġ ta' diversi esperti li se jgħinu biex isiru l-istudji neċessarji għall-ħruġ tal-permessi f'Malta kif ukoll fl-Italja.", "Wara l-ftuħ ta' tliet polishing plants ġodda biex jipproduċu ilma ġdid irriċiklat ta' livell terzjarju, tkompliet il-ħidma biex tissalvagwarda l-kwalità ta' dan l-ilma.", "Matul l-2019, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se tkompli taħdem fuq il-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima għall-perjodu 2020-2030 biex jiġu identifikati numru ta' azzjonijiet li se jittieħdu sabiex jintlaħqu l-miri Ewropej.", "Il-Gvern se jibqa' jikkommetti ruħu sabiex jippromwovi l-enerġija rinovabbli u l-użu effiċjenti ta' sorsi ta' enerġija kif ukoll jinkoraġġixxi l-konservazzjoni tal-ilma fis-settur domestiku, permezz ta' diversi skemi.", "5.6 Enerġija", "Sur President, tul is-sena d-dieħla, se nkomplu bil-politika tagħna li jkollna prezzijiet stabbli tal-prezz tad-dawl u l-ilma kif ukoll il-prezz tal-fjuwil għal perjodu twil.", "Sejrin inkompli niffokaw sabiex dan is-settur fundamentali għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż ikompli jissaħħaħ u jilqa' għall-isfidi tal-ġejjieni.", "Dan se jsir b'numru ta' miżuri kemm fil-qasam tal-ġenerazzjoni u distribuzzjoni kif ukoll b'inċentivi indirizzati biex l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti.", "Barra minn hekk, sejrin inkomplu naħdmu ħalli nipprovdu iktar enerġija nadifa billi nippromwovu l-użu tal-enerġija rinovabbli filwaqt li ngħinu lill-familji u l-intrapriżi jagħrfu jnaqqsu l-konsum tagħhom.", "L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se tkompli tagħti energy audits lil dawk il-familji u l-intrapriżi filwaqt li tkompli l-assistenza lil individwi vulnerabbli fit-tnaqqis tal-konsum tagħhom billi jinbidlulhom l-appliances il-qodma tagħhom f'dawk ġodda.", "L-Enemalta se tkompli ssaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku bl-estensjoni u x-xogħol f'diversi ċentri ta' distribuzzjoni fosthom dak f'Paceville, f'Marsaskala u fil-Kappara biex tintlaħaq aħjar id-domanda tal-elettriku f'dawk il-lokalitajiet.", "Se jinbidlu transformers fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni f'Ħal Tarxien.", "Fl-istess ħin se jkompli wkoll ix-xogħol t'automation ta' numru ieħor ta' substations.", "Se tkompli l-ħidma biex jittejjeb il-call centre tal-ARMS, waqt li se jsir upgrade fl-iSmart Utilities Portal u mobile app ġdida fejn il-klijenti kollha tal-ARMS se jkollhom aċċess iktar faċli għall-informazzjoni fuq il-konsum u l-kontijiet tagħhom.", "Sejrin inkomplu naħdmu biex jiġi pprovdut fjuwil ta' kwalità tajba.", "Għal dan il-għan, il-kumpanija Enemed sejra timmodernizza l-impjant ta' ħażna f'Ħas-Saptan u tiżviluppa filling station ġdid u jiġu mmodernizzati l-faċilitajiet ta' ħażna ta' jet fuel li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "5.7 Ilma", "Bħas-snin preċedenti se jkomplu l-investimenti li qed isiru biex jittejjeb ir-Reverse Osmosis f'Malta filwaqt li se jkompli x-xogħol fuq il-bini tar-Reverse Osmosis f'Ħondoq ir-Rummien.", "Sejjer jitkompla x-xogħol għad-distribuzzjoni aħjar tal-ilma kif ukoll titjieb il-kwalità tal-ilma permezz ta' bini ta' mina li qed issir bejn ir-Reverse Osmosis f'Pembroke u l-ġibjuni f'Ta' Qali.", "Il-bdiewa se jkomplu wkoll jiġu assistiti bid-distribuzzjoni ta' ilma ġdid.", "Għaldaqstant se jkompli x-xogħol fuq in-network tan-Nofsinhar ta' Malta u dak f'Għawdex.", "Waqt li se jitkompla l-proċess tal-estrazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, se tiġi introdotta sistema awtomatika u se jiżdiedu l-kontrolli biex din l-estrazzjoni ta' ilma ssir bl-aktar mod sostenibbli.", "Huwa wkoll ippjanat li jkomplu jingħataw inċentivi lil dawk il-familji li jridu jirrestawraw il-bir tad-dar tagħhom.", "Huwa mistenni li jibda xogħol fuq ir-riabilitazzjoni taż-żewġ stazzjonijiet strateġiċi ta' ppumpjar li jinsabu fil-galleriji tal-ilma f'Ta' Kandja u Ta' Bakkja kif ukoll taċ-Chadwick Lakes li jservi wkoll bħala post ta' rikreazzjoni edukattiva għall-familja.", "Il-Gvern huwa wkoll kommess li jkompli jaħdem biex jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar f'pajjiżna.", "Għaldaqstant se jsiru studji dettaljati sabiex jiġu żviluppati aktar miżuri li jistgħu inaqqsu dan ir-riskju filwaqt li jimmassimizzaw l-użu tal-ilma tax-xita.", "INSAĦĦU L-KOMPETITTIVITÀ", "Sur President, it-tkabbir ekonomiku b'saħħtu li qed nesperjenzaw huwa riżultat ta' politika serja u pjan ċar li għandu l-Gvern Malti.", "Għaldaqstant hija l-intenzjoni tal-Gvern li nkomplu ndaħħlu miżuri oħrajn biex inkomplu niġġeneraw ekonomija li toħloq aktar ġid u kwalità ta' ħajja aħjar.", "6.1 Taxxa fuq il-kumpaniji", "Sur President, aħna kontra l-abbuż mis-sistemi tat-taxxa u għaldaqstant se ngħid bla tlaqliq ta' xejn li, kontra dak li ġieli ngħid, aħna la ħloqna u lanqas beħsiebna noħolqu opportunitajiet li jgħinu fl-iskansar tat-taxxa tal-kumpaniji jew ta' individwi barranin li jistgħu jiġu jgħixu Malta taħt skema jew oħra.", "Qed nirreferi għat-tax avoidance tal-kumpaniji.", "Aħna favur l-investiment li jirrendi u l-intrapriża serja u għaldaqstant ma beħsiebna nittolleraw lil ħadd li juża lil pajjiżna jew il-qafas regolatorju tagħna għall-gwadann mhux mistħoqq mill-iskansar tat-taxxa.", "Sur President, il-Gvern Malti qiegħed ikompli bl-impenn u l-ġlieda tiegħu kontra l-iskansar mit-taxxa.", "Dan qiegħed jagħmlu bi strateġija mibnija fuq tliet pilastri ewlenin.", "L-ewwel billi nikkoperaw ma' pajjiżi oħra li bħalna huma kommessi kontra l-abbuż mis-sistemi tat-taxxi.", "It-tieni billi nkomplu nsaħħu l-qafas regolatorju u nissodaw l-amministrazzjoni tat-taxxa tagħna sabiex dak li huwa dovut f'taxxa jinġabar kollu b'mod effiċjenti u fil-ħin.", "It-tielet billi nżidu t-trasparenza fis-sistemi tat-taxxa tagħna u l-kontabilità sabiex innaqqsu l-opportunità li t-taxxa tiġi skansata minn dawk li għandhom id-dover li jħallsuha.", "Għal dan il-għan pajjiżna kien minn tal-ewwel li ssieħeb fil-programm tal-OECD, imsejjaħ BEPS, għal Base Erosion Profit Shifting, li għandu l-għan li jiġġieled b'mod attiv u effettiv kull abbuż mis-sistemi tat-taxxa.", "Barra minn hekk pajjiżna adotta l-ewwel Direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra l-iskansar mit-taxxa (ATAD 1) u kien strumentali sabiex waqt il-Presidenza tiegħu tal-Kunsill Ewropew ġiet innegozjata u maqbula t-tieni direttiva għal dan il-għan (ATAD 2).", "Qbilna ma' u se ndaħħlu d-direttiva dwar l-għoti ta' tagħrif mandatorju (DAC6) filwaqt li għaddejja l-ħidma neċessarja sabiex nimplimentaw l-EU Dispute Resolution Mechanism.", "Dawn il-miżuri, ma' oħrajn li nieħdu b'mod regolari ma' kull baġit, kollha qegħdin jgħinu sabiex inkomplu nsaħħu u ntejbu l-qafas regolatorju tagħna għal-livell ta' dawk misjuba f'pajjiżi avvanzati oħra.", "Aktar tagħrif qed jiġi mogħti f'Tabella 6.1", "6.2 Strateġija kontra l-ħasil ta' flus", "Matul din is-sena ġew iffinalizzati r-riżultati tal-evalwazzjoni magħrufa bħala National Risk Assessment fejn jidħol il-ħasil ta' flus.", "(Interruzzjonijiet) Tlestiet ukoll l-Istrateġija ta' Pjan t'Azzjoni, b'45 azzjoni li se jitwettqu fuq medda ta' tliet snin, li għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ l-istituzzjonijiet regolatorji u ta' superviżjoni ta' Malta sabiex ikunu aktar effikaċi fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil ta' flus.", "L-ewwel azzjoni ta' dan il-Pjan kienet it-twaqqif tal-Kumitat Nazzjonali ta' Koordinament u li issa għandu Segretarjat li x-xogħol tiegħu hu li jagħti s-sapport u l-assistenza teknika sabiex jara li jiġu mwettqa l-azzjonijiet li jkunu maqbula li għandhom isiru.", "Dettalji tal-ħidma li saret minn dan il-Kumitat flimkien mas-Segretarjat tiegħu qed tiġi murija f'Tabella 6.2.", "6.3 Il-Bank Malti ta' Żvilupp", "Matul din is-sena l-Bank għadda minn proċess wiesa' ta' konsultazzjoni mal-imsieħba strateġiċi sabiex jiġu identifikati oqsma fejn il-Bank jista' joffri s-servizzi tiegħu sabiex isaħħaħ l-aċċess għal finanzjament ta' investiment ġdid.", "Fl-1 ta' Ottubru l-Bank ipparteċipa fl-ewwel strument finanzjarju b'kollaborazzjoni ma' bank kummerċjali u mal-Uffiċċju tan-Negozju tal-Familja bil-għan illi jiffaċilita t-trasferiment ta' dan it-tip ta' negozji sabiex jiżgura s-sostennibilità ta' dan is-settur.", "Matul ix-xhur li ġejjin il-Bank għandu pjanijiet li joffri skemi u faċilitajiet ġodda biex jikkontribwixxi għal aktar investiment kemm minn SMEs kif ukoll fi proġetti ta' infrastruttura.", "6.4 Ħidma mill-Borża ta' Malta", "Il-Borża ta' Malta matul is-sena d-dieħla se tkun qiegħda tgħin kumpaniji żgħar lokali li qed jiżviluppaw fis-settur tal-informatika fis-swieq finanzjarji.", "Dan is-settur magħruf bħala Fintech huwa wieħed mill-aktar setturi li għandu potenzjal ta' tkabbir u għalhekk il-Borża ta' Malta nidiet il-programm ta' Fintech Accelerator li l-għan tiegħu hu li jgħin lil dawn il-kumpaniji li għadhom jibdew f'dan is-settur b'mod effettiv u bi spejjeż li jistgħu jlaħħqu magħhom.", "Il-Borża se tkompli taħdem biex twettaq il-viżjoni tagħha li tidħol bi sħab ma' kumpaniji li joperaw fis-settur tal-blockchain u cryptocurrencies.", "Id-diskussjonijiet madwar l-inizjattiva dwar strumenti finanzjarji magħrufin bħala Real Estate Investment Trusts jew REITS, li jipprovdu lill-investituri l-opportunità li jinvestu indirettament fis-suq tal-proprjetà, waslu biex jiġu konklużi u qed jiġi ppjanat li mis-sena d-dieħla jitlestew il-proċessi amministrattivi, fiskali u regolatorji biex REITS jistgħu wkoll jibdew jiġu negozjati fuq is-swieq tal-Borża ta' Malta.", "6.5 Is-settur tas-servizzi finanzjarji", "Fl-aħħar sena l-Gvern ħa diversi miżuri sabiex isaħħaħ is-servizzi finanzjarji tagħna.", "Ġiet emendata l-liġi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji sabiex tinbidel l-istruttura tagħha ħalli b'hekk tirrifletti iktar iż-żmenijiet tal-lum u tkompli tkun strumentali sabiex dan is-settur ikompli jikber u jikkontribwixxi għall-għajxien ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin.", "Sabiex pajjiżna jibqa' kompetittiv, jeħtieġ li mhux biss insegwu mill-qrib dan li qed jiġri fuq livell internazzjonali imma li bħala Gvern ikollna channel miftuħ mal-industrija u mal-practitioners, permezz ta' consultative body.", "6.6 Inkomplu nibnu fuq l-istrateġija għat-teknoloġija tal-blockchain", "Sur President, matul din is-sena għaddew mill-Parlament Malti tliet liġijiet dwar it-teknoloġija tal-blockchain.", "Bihom Malta saret ewwel pajjiż fid-dinja li qed ipoġġi qafas legali sabiex kumpaniji li jaħdmu b'din it-teknologija jibdew joperaw minn Malta.", "Dan mhux biss se jwassal għal iktar ħolqien ta' xogħol u investiment imma se nkunu qed nattiraw ħiliet ġodda lejn pajjiżna bir-riżultat li r-riżors uman ikompli jitjieb.", "Parti importanti oħra ta' dawn il-liġijiet dwar il-blockchain hi li permezz tagħhom Malta se tkun qed tagħti protezzjoni kemm lill-konsumatur kif ukoll lill-investitur.", "Kien għalhekk li twaqqfet awtorità ġdida Malta Digital Innovation Authority li se tkun qed tiċċertifika din it-teknoloġija kif ukoll l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji se jkun qed ikollha unit speċjalizzat għal fintech.", "Se nippreżentaw abbozz ta' liġi li fih se nkunu qed nagħtu personalità legali lil ċerti aspetti tat-teknoloġija blockchain filwaqt li se nkunu qed inniedu wkoll dokument li se jispjega kif qed nesploraw li noħolqu qafas regolatorju għal teknoloġiji meqjusa bħala disruptive bħall-Artificial Intelligence u Internet of Things li jikkumplimentaw il-blockchain.", "Fil-qasam tal-komunikazzjoni, is-sena d-dieħla, l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni qed tniedi feasibility study sabiex jiġu identifikati interess u applikazzjonijiet fit-teknoloġija tal-5G.", "Dawn l-iżviluppi li saru fl-aħħar sena kif ukoll il-miżuri li ħabbart għas-sena li ġejja, jeħtieġu li jkun hemm promozzjoni barra minn Malta.", "Sal-lum il-ġurnata, hawn numru ta' fondazzjonijiet li kull waħda qed tagħmel il-promozzjoni tal-qasam tagħha.", "Sabiex inżidu l-promozzjoni ta' disruptive technologies, se nkunu qed inpoġġu taħt qafas wieħed il-fondazzjoni li jmissu mat-teknoloġija.", "Għalhekk se tkun qed titwaqqaf Tech.mt li se tkun qed taqdi dan ir-rwol.", "6.8 Żviluppi fil-qasam tal-iGaming", "Qasam importanti ħafna huwa dak tal-iGaming.", "Din is-sena għamilna leġiżlazzjoni li ġabret fiha bosta liġijiet tal-logħob.", "Dan se jkompli jgħin sabiex Malta tibqa' ċentru ewlieni f'dan il-qasam.", "Se nkunu wkoll qed naħdmu sabiex nattiraw kumpaniji ta' e-Sports li huwa settur li jipprometti.", "Nemmnu li bl-esperjenza li ksibna matul is-snin fl-iGaming u f'inizjattivi ġodda li ħadna fl-aħħar xhur, Malta tista' tkun ċentru ewlieni f'dan is-settur ukoll.", "6.9 Is-settur tal-manifattura", "Sur President, il-Malta Industrial Parks qed taħdem fuq Public Private Partnership (PPP) f'diversi żoni industrijali madwar Malta, sabiex tkun tista' takkomoda aktar negozji żgħar fi clusters industrijali.", "Fis-settur farmaċewtiku, bħala regolatur, l-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini rnexxielha tbiddel lill-industrija farmaċewtika f'settur innovattiv u ottimizzat li jiffoka fuq il-pazjent.", "Dan il-proċess se jkompli jiġġedded matul is-sena li ġejja permezz ta' inizjattivi mmirati li jestendu l-mandat regolatorju tal-Awtorità għal apparati mediċi bil-għan li nikkonsolidaw il-ħiliet u l-għarfien espert disponibbli fuq livell nazzjonali.", "L-Awtorità se tkompli tiżviluppa wkoll il-qafas regolatorju għall-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali biex tiżgura li Malta jkollha ġurisdizzjoni f'dan il-qasam.", "L-aċċessibilità tal-mediċini se tibqa' prijorità.", "Filwaqt li tul din is-sena kompliet tissokta l-ħidma tal-Malta UK Business Promotion Task Force, matul is-sena d-dieħla l-Malta Enterprise mistennija tniedi skema li toffri għajnuna fuq servizzi ta' business advisory intenzjonat li jgħin SMEs lokali li l-kummerċ tagħhom jiddependi l-aktar mis-suq fir-Renju Unit.", "Qed isiru diversi laqgħat, sabiex jiġi attirat investiment lejn pajjiżna meta jseħħ il-Brexit.", "6.11 Att dwar il-Free Zones", "Matul din is-sena tkompliet ħidma fuq liġi ġdida dwar il-kummerċ ħieles bil-għan li jitwaqqfu żoni ġodda bħal tal-Freeport, skont il-ħtieġa.", "Dan l-Att mistenni jiffaċilita investiment ġdid fis-servizzi tal-loġistika Internazzjonali.", "Dan mhux biss joħloq impjiegi ġodda imma jkun ta' għajnuna għal kumpaniji eżistenti billi jwassal għal żieda u titjib fis-servizzi bl-ajru u bil-baħar.", "6.12 Assistenza għal start-ups", "Sabiex inkomplu nkattru l-intraprenditorjat f'pajjiżna se niffokaw fuq pjan t'azzjoni li jgħin lill-istart-ups jikbru.", "F'dan ir-rigward se tkompli tiġi promoted l-iskema bl-isem ta' Seed Investment Scheme.", "Barra minn hekk, huwa maħsub li noħolqu ekosistema li tgħin lil start-ups jikbru u għalhekk se nkunu qed nintroduċu skema ta' start-up visa bil-ħsieb li niffaċilitaw il-proċess biex aktar start-ups barranin jagħżlu li jistabbilixxu ruħhom hawn Malta.", "Bil-ħolqien ta' co-working space, matul din is-sena, se nniedu accelerator programme bi sħubija ma' entità internazzjonali.", "Il-kumpanija Air Malta kompliet għaddejja b'ritmu mgħaġġel ta' tkabbir fejn qed narawha timraħ f'aktar rotot u opportunitajiet ġodda hekk li naqra naqra mexjin verament lejn il-viżjoni li din il-linja tal-ajru tant vitali għal pajjiżna ssir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.", "Hija kkontribwixxiet bis-sħiħ lejn it-tkabbir li qed nesperjenzaw fit-turiżmu permezz ta' rotot ġodda li introduċiet matul din is-sena.", "Dan hu wkoll riżultat ta' deċiżjonijiet importanti li ttieħdu dwar l-Air Malta fl-aħħar xhur fosthom l-addozzjoni ta' Business Plan ġdid, il-konklużjoni tal-ftehimiet kollettivi tas-sezzjonijiet differenti tal-ħaddiema u l-hiving off tas-servizzi tal-ground handling biex il-kumpanija tkun tista' tiffoka iktar fuq il-core business tagħha.", "Din l-istrateġija wasslet biex setgħu jiġu introdotti prezzijiet iktar kompetittivi permezz ta' mudelli ġodda, aktar rotot ġodda, żieda fil-frekwenza tal-iktar rotot popolari u tkabbir tal-flotta b'ajruplani aktar moderni.", "Fl-aħħar sena, l-Air Malta rat żieda double digit fin-numru ta' passiġġieri xahar għal xahar filwaqt li għall-ewwel darba l-kumpanija għalqet is-sena finanzjarja tagħha mingħajr ebda telf.", "Għaddejjin bi proċess biex nimmodernizzaw il-flotta tal-Air Malta.", "Il-mira tas-sena d-dieħla hi li nikkonsolidaw u nkomplu ntejbu l-operat tagħna.", "Ir-rotot il-ġodda waħedhom mistennija jsarrfu għal xejn inqas minn 250,000 turist addizzjonali lejn pajjiżna.", "6.14 Turiżmu", "Għall-2019, il-prospetti għat-turiżmu jidhru wkoll ferm inkoraġġanti f'termini ta' żidiet, wara li ġew konklużi negozjati ma' diversi kumpaniji tal-ajru barranin u se jkompli l-immodernizzar tal-flotta tal-Air Malta.", "Fost il-prijoritajiet għas-sena d-dieħla se naraw li napprofittaw ruħna b'aktar konnettività bejn Malta u l-Ewropa tal-Lvant billi nsaħħu r-rappreżentanza tagħna u nkomplu nikkonċentraw l-isforzi tagħna fis-swieq aktar 'il bogħod minn xtutna.", "Sabiex nassiguraw ritorn xieraq għall-Gvern mit-turiżmu, liema ritorn jerġa' jiġi ri-investit fit-titjib tal-prodott, se nkunu qed nanalizzaw il-prestazzjoni tal-eko-kontribuzzjoni ta' dawn l-aħħar snin u naraw, flimkien mal-istakeholders, kif nimmassimizzaw il-ġbir ta' din il-kontribuzzjoni.", "Il-programm ta' xogħlijiet u inizjattivi ta' tindif, tisbiħ, manutenzjoni u aċċessibilità f'diversi lokalitajiet u xtajtiet madwar Malta kollha se jitkompla matul is-sena d-dieħla, fosthom il-promenades tal-Imsida u l-Gżira.", "Sabiex jiżdiedu ż-żoni tal-għawm ramlin, se nkunu qegħdin nesploraw il-possibilità li nkomplu noħolqu bajjiet ġodda.", "Qed nistudjaw il-possibilità ta' tkabbir ta' bajjiet fin-Nofsinhar ta' Malta li jinkludu: il-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara, il-Fajtata f'Marsaskala u l-Bajja ta' San Ġorġ, f'Birżebbuġia, fost oħrajn.", "Xogħlijiet oħra li huma ppjanati f'dawn il-bajjiet huma t-tindif regolari tagħhom, żieda fl-aċċessibilità, installazzjoni ta' showers u manutenzjoni ġenerali taż-żoni.", "Huwa ppjanat ukoll li jkompli jiġi estiż il-programm ta' mmaniġġjar ta' numru ta' bajjiet u jingħata impetus ġdid billi jittejbu l-faċilitajiet fuq il-kosta tagħna u billi jitwal iż-żmien li matulu jingħataw is-servizzi li jiġu pprovduti fil-bajjiet tagħna.", "Paceville u l-inħawi tal-madwar jibqgħu pulmun ewlieni għall-industrija Maltija però nafu tajjeb li ż-żona kollha għandha bżonn tiġi indirizzata bis-serjetà u b'mod ħolistiku.", "Fil-fatt, hekk kif tħabbar riċentement, se nniedu programm ambizzjuż ta' tisbiħ ġewwa Paceville.", "F'Marsaxlokk se nkomplu wkoll bil-proġett ta' riġenerazzjoni billi nvaraw ix-xogħlijiet relatati mar-riġenerazzjoni taż-Żona tal-Magħluq u t-tisbiħ ta' Xatt is-Sajjieda.", "B'mod parallel, f'Birżebbuġa se jitlaq il-proċess biex jitwettaq proġett ħolistiku ta' riġenerazzjoni.", "Is-sena d-dieħla se nkunu għaddejjin bi programm estensiv ta' mmodernizzar tal-faċilitajiet tal-istudjos u t-tankijiet fir-Rinella filwaqt li se nkunu qed inżidu l-inċentivi fiskali għal din l-industrija bil-għan li pajjiżna jsir iżjed kompetittiv biex jattira iktar produzzjonijiet internazzjonali.", "6.15 Avjazzjoni", "L-avjazzjoni huwa settur ieħor li qed jikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ġid u l-impjiegi f'Malta.", "Għal dan il-għan, matul is-sena d-dieħla se tkun qed tiġi aġġornata l-politika tal-avjazzjoni.", "Din il-politika se tkun tinkludi wkoll Master Plan għaż-żona tal-ajruport.", "Se jibda x-xogħol fuq il-bini tal-Air Traffic Control Centre, ċentru li mistenni jservi aħjar il-ħteġijiet kollha tas-settur għal mill-inqas ħamsin sena li ġejjin.", "INTERN, ĠUSTIZZJA U GĦAWDEX", "7.1 Kunsilli Lokali", "Sur President, wara li din is-sena nedejna White Paper dwar ir-Riforma fil-Kunsilli Lokali u morna għal konsultazzjoni pubblika, bdejna wkoll nindirizzaw ir-Riforma fil-Kunsilli Lokali bil-għan li nsaħħu l-operat tal-kunsilli lokali, nispeċifikaw l-irwol u r-responsabilitajiet tar-reġjuni, kif ukoll intejbu l-kwalità tas-servizz li jingħata fil-lokalità.", "Din ir-riforma se tkompli wkoll matul l-2019.", "Qed jinħoloq fond għall-kunsilli lokali li bbenefikaw minn proġett infrastrutturali maġġuri fil-lokalità tagħhom, imwettaq mill-Gvern Ċentrali.", "Dan il-fond huwa maħsub biex jassisti lill-kunsill lokali rispettiv biex iwettaq iż-żamma u l-manutenzjoni meħtieġa tal-proġett imsemmi.", "Se nintroduċu skema ġdida ta' fondi li tħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jipproponu inizjattivi li jindirizzaw il-kwestjonijiet tal-benesseri jew stil ta' ħajja sana għaċ-ċittadin.", "Fl-istess ħin se niffinanzjaw lir-reġjuni biex ikollhom rwol aktar attiv.", "L-indafa pubblika hija kruċjali u għalhekk se nkomplu bil-missjoni tagħna biex intejbu aktar il-kordinament tat-tindif u ż-żamma tal-gżejjer Maltin billi nkomplu nnaddfu ż-żoni kollha tal-Gvern ċentrali, iż-żoni turistiċi, il-belt kapitali u oqsma oħra li huma frekwentati mill-pubbliku.", "7.3 Twaqqif ta' Aġenzija tal-Kuntratti", "Il-Gvern huwa konxju li huwa meħtieg li mhux biss jinvolvi lis-settur privat fil-proġetti tiegħu u jidħol f'konċessjonijiet għal proġetti ta' ċertu daqs li jiġġeneraw ix-xogħol u l-ġid imma jara li huwa meħtieġ ukoll li jistruttura aħjar il-mod ta' moniteraġġ ta' kull tip ta' kuntratti jew konċessjonijiet li jagħti l-Gvern.", "Qed nitkellem fuq it-twaqqif ta' aġenzija tal-kuntratti.", "Dan bil-għan li jkun assigurat li dak miftiehem fil-kuntratt jew fit-tenders ikun qed jiġi esegwit.", "Diġà saru tħejjijiet preliminari biex jinstab l-aħjar mod kif dan il-moniteraġġ jista' jsir b'mod effettiv u għalhekk matul is-sena li ġejja se tkun qed titwaqqaf entità li se tkun qed taqdi din il-funzjoni.", "7.4 Aktar investiment fid-Dwana", "Il-Gvern qiegħed iżid l-investiment fid-Dwana biex iżid is-sigurtà tal-pajjiż speċjalment fuq il-fruntiera u b'hekk ikun f'pożizzjoni aħjar ħalli jikkumbatti kull attività illeċta u illegali, jassigura l-kompetizzjoni ġusta u jillimita l-evażjoni ta' taxxi u dazji, fil-kontest tal-ħarsien tas-saltna tad-dritt u tal-ordni fil-pajjiż.", "Għas-sena 2019, il-Gvern se jinvesti f'tunnel x-ray van għall-ajruport u se jingħata bidu għall-ewwel fażi ta' proġett kbir b'investiment totali ta' madwar €5 miljun, li permezz tiegħu, il-konċett ta' scanning li llum jeżisti fil-Port Ħieles – u nista' ngħid b'suċċessi kbar - jiġi replikat fil-Port il-Kbir.", "Se jkompli wkoll jinvesti fit-Taqsima tal-Klieb, kemm għal xiri ta' aktar klieb kif ukoll għall-bini tal-Canine Compound f'Ħal Far.", "7.5 Tisħiħ tas-sigurtà tal-pajjiż", "Is-sena d-dieħla l-Korp tal-Pulizija se jara l-kontinwazzjoni ta' diversi proġetti kapitali li bdew matul din is-sena kif ukoll it-twettiq ta' diversi miżuri biex jissaħħu r-riżorsi umani speċjalment fit-titjib fil-kondizzjoni tax-xogħol tagħhom.", "L-għan aħħari huwa biex iċ-ċittadin jieħu servizz aħjar u jgħix f'soċjetà aktar sigura.", "It-tisħiħ tas-sigurtà huwa prijorità għal dan il-Gvern.", "Għas-sena 2019, permezz ta' bini ta' Command and Control Room ġdida, il-Korp se jkun attrezzat bl-aħħar teknoloġija fl-immaniġġjar tal-operat tiegħu.", "Il-proġett għandu jwassal għal aktar sigurtà fil-pajjiż u rispons aktar immedjat mill-pulizija meta dawn jiġu hekk mitluba.", "Se jitkompla l-proġett mifrux fuq numru ta' snin tal-immodernizzar tal- vetturi tal-Korp kemm għas-sezzjonijiet speċjalizzati kif ukoll għall-uffiċini distrettwali.", "Se jsir investiment sostanzjali sabiex issir qabża fil-kwalità fl-apparat użat mit-taqsimiet tal-RIU u l-SIU.", "Għaddej xogħol estensiv fit-titjib tal-infrastruttura tat-Taqsima tal-Forensika.", "Barra minn hekk, se jkun hemm investiment f'dak li hu apparat aktar modern u titkompla l-mixja lejn l-akkreditazzjoni tal-laboratorju.", "L-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati se tkun qed tippjana biex tkabbar il-campus tagħha billi tkabbar in-numru ta' klassijiet u tibni librerija u kmamar għat-taħriġ tal-kompjuters, fost l-oħrajn.", "Fejn jidħol id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa mistenni li jinbeda eżerċizzju li permezz tiegħu kull stazzjon tat-tifi tan-nar ikun wieħed siżmiku.", "Se jkun qed jitlesta l-pjan ta' strateġija għal din is-sezzjoni għall-għaxar snin li ġejjin.", "Matul is-sena li ġejja se jkompli l-investiment fil-bdil tal-vetturi u jsir investiment fit-taqsima marittima b'xiri ta' dinghies u fire boats.", "Barra minn hekk, għadu kif twaqqaf il-Joint Innovation Centre (JIC) sabiex jiġi żviluppat il-konċett ta' Safe City għall-bżonnijiet ta' Malta.", "B'Safe City nifhmu l-użu ta' teknoloġiji avvanzanti fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, sorveljanza viżiva u l-informatika bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà fejn ikun jinħtieġ.", "Fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma biex ġie installat l-apparat neċessarju f'data centre għal użu fuq bażi sperimentali u fejn l-apparat ta' sorveljanza viżiva qiegħed jintuża biss f'ambjent mhux pubbliku u f'rispett sħiħ tal-liġijiet tal-privacy billi jiġu użati best practices internazzjonali.", "Matul is-sena d-dieħla, wara konsultazzjoni, din it-teknoloġija se tibda tiġi implimentata f'lokalitajiet bħal Paceville, fejn hemm bżonn li tissaħħaħ is-sigurtà u tiġi kkontrollata mġiba anti-soċjali fil-pubbliku, f'qafas legali u fejn jiġu mħarsa d-drittijiet umani.", "Inħawi oħra li qed jiġu kkunsidrati jinkludu l-Marsa.", "7.6 Aktar titjib fil-faċilitajiet korrettivi", "Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għaddejja minn bidla li għandha twassal biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-Faċilità nnifisha, jissaħħu r-riżorsi umani u jitjiebu s-servizzi ta' sigurtà, ta' akkomodazzjoni u l-provvista tal-ikel.", "Ir-residenti tal-Faċilità jibqgħu fiċ-ċentru ta' din ir-riforma kollha sabiex tirrijabilitahom, tippreparahom għall-futur u tassigurahom li ma jerġgħux jispiċċaw riċedivi.", "Se titkompla tissaħħaħ aktar is-sigurtà, b'investiment f'body scanners, fost l-oħrajn, sabiex jitnaqqas id-dħul illegali ta' sustanzi projbiti.", "Ġie kkummissjonat project brief biex jistabbilixxi x'tip ta' binjiet ġodda se jkunu meħtieġa fil-Faċilità sabiex jiżdied l-ispazju, isir tqassim aħjar ta' priġunieri u anke jkun hemm bini aktar modern.", "Hu ppjanat li għas-sena 2019 tinbena binja ġdida fil-Faċilità sabiex ix-xogħol li jsir mir-residenti ma jibqax isir ġewwa ċ-ċelel.", "7.5 L-immigrazzjoni irregolari", "Għas-sena 2019 huwa maħsub li titfassal strateġija ġdida ta' kif għandhom joperaw is-servizzi ta' detenzjoni – qed nirreferi għall-immigrazzjoni irregolari - biex tibqa' relevanti u timxi maż-żmenijiet.", "Il-Forzi Armati ta' Malta se jibqgħu jżommu kollaborazzjoni ma' Aġenziji Ewropej u Forzi militari oħra biex tkompli tissaħħaħ is-sigurtà fil-Mediterran.", "Tkompli wkoll il-ħidma kontinwa f'operazzjonijiet konnessi mal-immigrazzjoni fejn beħsiebha tibqa' ssostni operazzjoniiet tal-FRONTEX.", "7.8 Titkompla r-riforma fil-Qrati", "Ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja tinsab għaddejja ġmielha u bdejna naħsdu l-frott tad-deċiżjonijiet għaqlin li ħadna fl-aħħar snin u li se nkomplu nieħdu.", "Matul is-sena d-dieħla se ndaħħlu fis-seħħ sistema ta' medjazzjoni fil-Bord li jirregola l-kera; se ndaħħlu fis-seħħ liġi li tagħti awtonomija amministrattiva lill-Qrati tagħna, fuq l-istess mudell li l-Parlament ingħata l-awtonomija amministrattiva tiegħu; se nkomplu naħdmu sabiex intejbu l-aċċessibilità għas-servizzi li toffri l-Qorti permezz tal-informatika biex aktar servizzi jkunu offruti online għall-benefiċċju taċ-ċittadin u tal-prattikanti tal-liġi u se nkomplu ninvestu fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali sabiex is-soċjetà Maltija tkun waħda inklużiva anke ma' dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà u l-aċċess għall-ġustizzja tkun żgurata għal kulħadd.", "Fuq kollox il-mira waħdanija hi li jkun hemm iktar titjib fl-effiċjenza fil-Qrati tagħna.", "Jingħad ħafna diskors dwar is-saltna tad-dritt imma ma jingħad kważi xejn fuq l-iktar prinċipju importanti mill-prinċipji kollha - dak li l-ġustizzja trid tiġi servuta fil-ħin u mingħajr dewmien.", "Għalina din hija l-mira numru wieħed.", "Wettaqna ħafna u fadal xi jsir.", "7.9 Ċittadinanza", "Il-programm ta' Ċittadinanza b'Investiment, magħruf bħala IIP, se jkompli jissaħħaħ.", "Studji konsistentement jikkonfermaw li Malta għandha l-aktar proċess ta' due diligence rigoruż fl-industrija, li flimkien mal-kriterji b'saħħithom li għandu l-Programm ta' Investitur Individwali jagħmlu l-aktar wieħed esklużiv fis-suq.", "Aħna kburin b'dan u se nkomplu naħdmu biex nibqgħu fuq quddiem nett f'dan il-qasam tant importanti għalina.", "Il-benefiċċji li qed jiġbed il-programm ta' ċittadinanza lejn pajjiżna jmorru lil hinn minn dawk finanzjarji.", "Malta qed tattira investiment ġdid, talent u riżorsi umani.", "L-applikanti qed ikunu wkoll ta' għajnuna għal ħafna għaqdiet filantropiċi lokali permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti li qed jagħmlu d-differenza fis-soċjetà Maltija.", "Programm ieħor li qed iħalli l-ġid f'pajjiżna huwa dak ta' residenzi u visas magħruf aħjar bħala l-Malta Residency and Visa Programme.", "Dan il-Programm se jkompli jiġġedded u jissaħħaħ sabiex nibqgħu kompetittivi ma' pajjiżi oħrajn li għandhom Programm ta' Residenza b'Investiment bħalu.", "It-tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed jesperjenza pajjiżna poġġa pressjoni akbar fuq is-suq tax-xogħol tant li min iħaddem qed ikollu jirrikorri għall-ingaġġ ta' ħaddiema barranin.", "Filwaqt li ġie ssimplifikat il-proċess li bih jinħareġ il-permess ta' residenza u xogħol, fosthom bl-introduzzjoni tal-permess temporanju tax-xogħol, se jintbagħat sinjal ċar li r-regoli qegħdin hemm biex ikunu osservati minn kulħadd.", "Fid-dawl ta' dan, Identity Malta se twaqqaf unit t'infurzar sabiex tara li r-regoli jkunu mħarsa.", "Identity Malta se tkun qed tintroduċi aktar faċilitajiet online u testendi aktar servizzi f'Għawdex.", "7.10 Ħidma barra minn xtutna", "Matul is-sena d-dieħla, se nkomplu bil-promozzjoni tal-kummerċ bit-tkomplija ta' relazzjonijiet bilaterali u multilaterali li Malta għandha ma' stati oħra.", "Dan se jsir kemm permezz tal-ħidma kontinwa mill-missjonijiet diplomatiċi tagħna mxerrdin madwar id-dinja kif ukoll permezz ta' żjarat ta' livell għoli, kemm tagħna f'pajjiżi oħrajn kif ukoll ta' esponenti ewlenin ta' gvernijiet barranin u organizzazzjonijiet multilaterali f'Malta.", "Barra minn hekk, wara li ħabbarna d-deċiżjoni li niftħu l-ewwel missjoni diplomatika Maltija fil-Ghana, għaddejja l-ħidma biex dan ikun jista' jseħħ fl-iqsar żmien possibbli.", "7.11 Inkomplu ninvestu f'Għawdex", "Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal ta' Għawdex.", "Jemmen li Għawdex għandu jkun imnebbaħ minn strateġija li tħares fit-tul.", "Dan kien l-għan ewlieni wara t-twaqqif tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex, Awtorità li se jkollha r-responsabilità li timplimenta l-istrateġija reġjonali ta' Għawdex.", "Sur President, dan huwa Gvern li jimpurtah u huwa sensittiv għall-bżonnijiet tal-Għawdxin speċjalment fejn jirrigwarda t-traġitt bejn Malta u Għawdex.", "Dan il-Baġit se jkun stqarrija ċara ta' kemm dan il-Gvern ma jaċċettax l-istatus quo imma jrid titjib fil-kwalità tal-ħajja.", "Għalhekk se nħabbar numru ta' miżuri importanti ħafna li se jkomplu jibnu fuq l-inizjattivi li ttieħdu fis-snin li għaddew.", "7.12 Aktar għajnuna finanzjarja għal pazjenti li jridu jivvjaġġaw bejn iż-żewġ Gżejjer", "Filwaqt li dan il-Gvern qed iwettaq qabża fil-kwalità fis-settur tas-saħħa f'Għawdex bil-preżenza ta' Barts u l-bini tal-isptar ġdid, konxji wkoll li hemm numru ta' Għawdxin li għadhom imorru Malta għal trattamenti u interventi speċjalment tal-kanċer.", "Għalhekk, mill-1 ta' Jannar li ġej, l-għajnuna li tingħata taħt l-iskema travel reimbursement for patients undergoing treatment cancer at Mater Dei, se tiġi riveduta billi tingħata wkoll lill-adult li jkun qed jakkumpanja lill-pazjent.", "Din se tingħata wkoll lill-pazjenti Maltin li jmorru għal trattamenti ġewwa Għawdex speċjalment meta jkun hemm l-isptarijiet ġodda.", "Se tingħata wkoll allowance addizzjonali biex ittaffi l-piż tal-akkomodazzjoni f'Malta jew f'Għawdex skont il-każ.", "7.13 Aktar għajnuna finanzjarja għall-impjegati Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern u jridu jivvjaġġaw bejn iż-żewġ Gżejjer", "Sur President, il-Gvern huwa konxju li hemm bosta ħaddiema Għawdxin li ta' kuljum jivvjaġġaw bejn iż-żewġ Gżejjer u dawn ingħaqdu biex jorganizzaw trasport kollettiv miċ-Ċirkewwa għall-post tax-xogħol.", "Mis-sena d-dieħla, biex ikompli jinkoraġġixxi t-trasport kollettiv, barra li se jibqa' jagħti t-tax credit lill-kumpaniji privati biex jorganizzaw trasport kollettiv għall-ħaddiema fis-settur privat, il-Gvern sejjer jagħti kumpens parzjali ta' €1.50 kuljum lill-ħaddiema tal-Gvern Għawdxin li jorganizzaw trasport kollettiv.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Madwar 1,000 ħaddiem mistenni jgawdi minn din il-miżura.", "7.14 Estensjoni tal-Gozitan Works Subsidy", "Mill-1 ta' Jannar 2019 ukoll, il-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta, se jibdew ikunu intitolati għal Gozitan Works Subsidy.", "Dan ifisser li għall-ewwel darba, qed titneħħa d-distinzjoni u anomalija li eżistiet s'issa, li huma biss il-ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern, jingħataw din l-għajnuna li tikkonsisti fir-rifużjoni tal-biljett tal-vapur.", "Madwar 3,000 persuna li jaħdmu mal-privat se jgawdu minn din il-miżura.", "7.15 Aktar għajnuna għall-istudenti Għawdxin li jistudjaw u jgħixu Malta", "Bla dubju ta' xejn, l-istudenti Għawdxin ikollhom jgħixu u jikru post f'Malta biex ikomplu l-istudji tagħhom f'istituzzjonijiet terzjarji.", "Għalhekk se jibqgħu għaddejjin id-diskussjonijiet bejn il-Ministeru t'Għawdex u entitajiet ekkleżjastiċi biex dawn joffru numru ta' postijiet ta' alloġġi għal studenti Għawdxin b'kirjiet raġunevoli.", "Fl-istess waqt il-Gvern, mis-sena d-dieħla sejjer jestendi s-sussidju li jingħata lill-persuna taħt l-iskema ta' akkomodazzjoni mħaddma mill-Awtorità tad-Djar lill-istudenti Għawdxin taħt ċerti kondizzjonijiet.", "Aktar dettalji jingħataw 'il quddiem.", "7.16 Inċentiv għall-ħolqien ta' impjiegi f'Għawdex", "Il-miżura li introduċejna din is-sena, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat f'Għawdex, billi għal kull impjegat li jiġi offrut kuntratt ta' tliet snin jew iżjed tingħatalu rifużjoni ta' 30% tal-paga medja ta' impjegat sa massimu ta' €6,000, se tkun estiża għas-sena d-dieħla wkoll.", "7.17 Investiment f'housing soċjali", "Konxji mir-realtajiet soċjali kif ukoll l-impenn tal-Gvern b'risq l-akkomodazzjoni soċjali, il-ħidma wkoll se testendi għall-gżira Għawdxija permezz ta' blokka ta' appartamenti ġodda u moderni li tissodisfa l-istandards ta' aċċessibilità u bini eco-friendly fil-Housing Estate taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex.", "7.18 Aktar proġetti", "Se jitkomplew il-proġetti kapitali biex jitwettqu proġetti bħall-SME village, id-Dar tal-Anzjani, il-proġett ta' San Frangisk, il-farm sperimentali tax-Xewkija u l-Qorti l-ġdid.", "Però qed isir xogħol biex jinbdew proġetti oħra utli għal Għawdex.", "Ix-xogħol tal-proġett tal-park and ride huwa maħsub mhux biss biex jindirizza l-problema ta' parkeġġ fil-Port tal-Imġarr, iżda wkoll f'kontest usa' ta' proġett u strateġija biex innaqqsu l-emissjonijiet f'Għawdex u għalhekk investiment fil-kwalità tal-arja.", "Matul l-2019 se tingħata spinta lix-xogħol b'mod parallel fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi bl-implimentazzjoni taż-żewġ masterplans rispettivi.", "Komponent importanti fix-xogħol ta' Marsalforn huwa r-riġenerazzjoni tal-Menqa kif ukoll li jiġu ffinalizzati l-pjanijiet finali biex jerġa' jinbena mill-ġdid il-breakwater ta' Marsalforn.", "Se jingħata bidu għall-proġett akwatiku għal Għawdex, dak tal-Gozo Aquatic Centre.", "Dan huwa proġett li se jindirizza l-bżonnijiet tal-komunità sportiva akwatika Għawdxija kif ukoll servizzi terapewtiċi u t-turiżmu sportiv.", "Rigward il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex irrid nirrapporta li dan il-Gvern qiegħed iżomm l-impenn tiegħu sabiex jibni konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex.", "Il-mudell ġeoloġiku ta' taħt qiegħ il-baħar fiż-żona ta' interess tlesta u matul ix-xahar ta' Settembru sar seminar bil-għan li jkunu spjegati s-sejbiet minn dawn l-investigazzjonijiet.", "Dawn l-istudji se jifformaw il-bażi għad-disinn tal- mina.", "7.19 Promozzjoni għal Għawdex", "Wara s-suċċessi tal-festivals tematiċi hekk kif imħabbar fil-Baġit li għadda, issa jmiss illi nkomplu nibnu fuq dan is-suċċess.", "Dawn il-festivals qed iservu bħala attrazzjoni biex Għawdex sar attrazzjoni turistika distinta matul is-sena kollha.", "GĦAL ĦAJJA AĦJAR", "8.1 Insaħħu l-edukazzjoni għal uliedna", "Il-Gvern se jkompli jinvesti fl-edukazzjoni sabiex insaħħu tabilħaqq il-kwalità, l-ekwità u l-inklużjoni sabiex jintlaħqu dejjem aktar tfal.", "Issa sejrin nimxu fuq it-tielet fażi tal-pjan imsejjaħ \"Il-Vjaġġ Tiegħi – Nasal minn Toroq Differenti\", fażi fejn l-istudenti se jkollhom l-opportunità jagħżlu programmi ta' tagħlim aktar rilevanti għalihom u għall-ġejjieni tagħhom u ta' pajjiżna skont l-abbiltajiet tal-istudenti nfushom.", "Din ir-riforma hija msejsa fuq il-valuri tal-inklużjoni, ġustizzja soċjali, ekwità u diversità.", "8.2 Inkomplu ninvestu fl-għalliema", "Wara li din is-sena l-edukaturi kollha bbenefikaw minn pakkett finanzjarju u kondizzjonijiet ta' impjieg aħjar, se nkomplu naħdmu biex l-edukaturi jkunu mħarrġa għar-realtajiet tal-lum kif ukoll sabiex inkomplu ninvestu u nagħtu l-aħjar tagħlim lill-istudenti tagħna.", "Għalhekk se nkunu qed niftħu korsijiet ġodda u nintroduċu metodi ġodda ta' tagħlim.", "B'hekk l-edukaturi, kemm ġodda kif ukoll dawk fis-servizz, jingħataw taħriġ biex isaħħu l-pedagoġija u jkomplu jaġġornaw ruħhom ma' metodi ġodda ta' tagħlim b'mezzi moderni, bħalma huma korsijiet online, biex ikunu jistgħu joffru kwalità ogħla ta' tagħlim.", "L-Istitut għall-Edukazzjoni se jiżviluppa korsijiet biex jagħti l-opportunità lill-għalliema supply f'livelli differenti biex wara li jtemmu l-korsijiet meħtieġa b'suċċess isiru eliġibbli għal pożizzjoni ta' għalliema regolari.", "Se jkun hemm ukoll il-possibilità li professjonisti li jridu jbiddlu l-karriera tagħhom u jsiru għalliema jagħmlu l-kors meħtieġ għal dan il-għan.", "Fejn tidħol infrastruttura, sejrin inkomplu bl-immodernizzar tal-iskejjel tagħna, u s-sena d-dieħla se niffokaw fuq l-iskola li tinsab ġewwa Ħal Qormi.", "8.3 Edukazzjoni inklużiva", "Sur President, flimkien mar-riformi kurrikulari l-oħra li qed jiġu introdotti, se ngħinu sabiex nilħqu dejjem aktar studenti ta' abbiltajiet differenti.", "Għal dan il-għan, se nkomplu nsaħħu t-tagħlim ta' ilsna differenti biex iżjed studenti jiksbu l-ħiliet li jħaddmu tajjeb ilsna differenti barra l-Malti u l-Ingliż.", "Se naħdmu wkoll biex iżjed studenti jagħżlu suġġetti mill-oqsma tax-xjenza, teknoloġija u l-matematika.", "Se nsaħħu r-rabtiet bejn l-edukazzjoni sekondarja u l-qasam post-sekondarju (bħall-MCAST, Junior College, Sixth Forms u ITS) biex iżjed żgħażagħ ikomplu u jtemmu programmi edukattivi rilevanti wara li jagħlqu s-16 -il sena.", "L-istrateġija tal-Gvern hi li nkomplu nneħħu l-istress minn fuq l-istudenti u ninvestu fil-well-being ħolistiku tal-istudent.", "Gradwalment se jkunu qed jiġu mneħħija l-eżamijiet ta' nofs is-sena u minflokhom tiġi introdotta s-sistema ta' assessjar kontinwu.", "Se nniedu wkoll kampanja edukattiva fuq l-importanza ta' dieta bilanċjata u nutrittiva.", "8.4 Eżamijiet bla ħlas", "Sur President, matul is-sena skolastika li għaddiet, dan il-Gvern wettaq waħda mill-miżuri ewlenin ta' din il-leġiżlatura; dik li l-ħlasijiet għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC bdew ikunu ta' inqas piż fuq l-applikanti billi nofs l-ispiża ta' dawn l-eżamijiet bdew jiġu mħallsa mill-Gvern.", "Mis-sena d-dieħla, se jitneħħa kompletament il-ħlas minn fuq l-eżamijiet tal-MATSEC u tas-SEC.", "Għalhekk fi żmien sentejn ta' din il-leġiżlatura, wettaqna din il-wegħda hekk importanti.", "Bħala parti mill-impenn tal-Gvern sabiex nassiguraw li nkomplu ntejbu l-apprendistat u kull xorta ta' esperjenza li studenti jkollhom fuq il-post tax-xogħol, work based learning, se jiġi ddisinjat u implimentat qafas ta' assigurazzjoni tal-kwalità.", "Dan se jkompli jiżgura li kull min jagħmel parti minn programmi ta' taħriġ ikun iktar lest biex jintegra ruħu fid-dinja tax-xogħol.", "Barra minn dan, se ssir reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-korsijiet offruti mill-Università ta' Malta, l-MCAST u Istituti Edukattivi oħra liċenzjati.", "B'din ir-reviżjoni tal-korsijiet, se tinċentiva aktar studenti jagħżlu korsijiet li l-industrija għandha bżonn.", "8.6 Iż-żgħażagħ", "Wara li tajna l-vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena, il-Gvern se jsaħħaħ il-Parlament taż-Żgħażagħ billi se nħeġġu aktar żgħażagħ jipparteċipaw u ngħinu liż-żgħażagħ jiksbu l-ħiliet neċessarji sabiex dawn ikunu kapaċi jieħdu deċiżjonijiet responsabbli filwaqt li jagħrfu l-importanza tas-sehem tagħhom fis-soċjetà.", "Se niżviluppaw servizz ta' youthwork reġjonali billi dan is-servizz jipprovdi proġetti ta' edukazzjoni informali ġewwa l-iskejjel u wara l-ħin tat-tagħlim formali.", "8.7 Servizzi tas-saħħa ġodda", "Sur President, ninsab konvint li l-poplu Malti u Għawdxi apprezza mhux ftit il-passi l-kbar li għamilna fil-qasam tas-saħħa.", "U dan se nkomplu nsaħħuh tul is-sena d-dieħla.", "Matul l-2019, sejrin nistabbilixxu numru ta' servizzi ġodda tas-saħħa.", "Ewlenin fosthom huma numru ta' faċilitajiet li se jkunu qed isaħħu s-settur tas-saħħa mentali.", "Dan is-settur kien minsi għal ħafna snin u għaldaqstant il-Gvern jemmen li wasal iż-żmien li jingħata l-attenzjoni mistħoqqa.", "Il-Gvern se jibda jinvesti fi Klinika tas-Saħħa Mentali fit-Tramuntana ta' Malta, kif ukoll Ċentru ta' Matul il-Jum u hostels li jkunu qed jippermettu li pazjenti bi problemi minuri ta' natura mentali jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità u jibqgħu attivi kemm jistgħu.", "Se nkunu qed inniedu investiment ieħor, b'risq it-tfal b'diffikultajiet li ma jippermettulhomx jipparteċipaw bis-sħiħ fis-sistema edukattiva tagħna, bħal pereżempju tfal affettwati mill-awtiżmu.", "Se tiġi żviluppata klinika speċjalizzata fl-Iskola Primarja tal-Marsa li se tkun qed tipprovdi Sensory Integration Therapy lil dawn it-tfal minn madwar il-ġżejjer Maltin.", "Iċ-Children and Young People Services (CYPS) li bħalissa qed jagħmel parti mill-Isptar San Luqa se jinstablu post alternattiv u aktar addattat.", "Għaddejjin ukoll preparamenti għal sptar ġdid akut fil-viċinanzi ta' Mater Dei u li hemm il-ħsieb li jkun jinkludi Psychiatric Outpatients.", "Sadanittant l-investiment fis-servizzi tal-Isptar Mater Dei se jibqa' jintensifika.", "Se jingħata bidu għal bini ta' blokka ġdida għas-servizz tal-Outpatients fl-Isptar Mater Dei, liema blokka se tkun attrezzata aħjar minn dik eżistenti, u li se tippermettilna nespandu s-servizzi Inpatient fis-sezzjoni li llum tospita l-Outpatients.", "Abbinat ma' dan il-proġett se jibda xogħol fuq car park taħt l-art ta' madwar 500 spazju għall-parkeġġ.", "Investiment f'servizzi oħra ġodda bħal Robotic Surgery, it-tisħiħ ta' servizzi eżistenti bħal dak tal-IVF u tqegħid ta' apparat ġdid inkluż l-MRI f'Mater Dei, qed jiġu elenkati f'Tabella 8.1.", "Madankollu, il-Gvern mhux qed jinsa l-impenn tiegħu lejn il-kura primarja.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, infetaħ Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa Ħal Kirkop.", "Kompla l-proċess taċ-Ċentru Pubbliku tas-Saħħa f'Raħal Ġdid li se jkun qed ikopri primarjament il-bżonnijiet tal-popolazzjoni tan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Qed nippjanaw ukoll li nestendu dan il-mudell lejn in-naħa ta' fuq tal-ġżira.", "Se jkompli x-xogħol fit-tisbiħ u immodernizzar tal-bereġ fl-ibliet u rħula ta' Malta u Għawdex kif ukoll se jkompli l-programm estensiv ta' rinnovar b'installazzjoni ta' apparat modern fiċ-ċentri kollha tas-saħħa f'Malta.", "F'Għawdex se jinfetaħ Ċentru tas-Saħħa ġdid u modern fir-Rabat.", "Il-proġetti li l-Gvern qed iwettaq bi sħab ma' Steward Health Care jkomplu jieħdu l-ħajja.", "Wara li fil-ġranet li ġejjin se jiġi inawgurat l-Anatomy Centre f'Għawdex, is-sena li ġejja titlesta u tibda tintuża l-Medical School il-ġdida ta' Barts f'Għawdex.", "Dan kif dan ix-xahar beda t-tieni intake ta' studenti tal-mediċina ta' Barts.", "Bl-investiment f'infrastruttura ġdida tal-informatika fil-Ministeru għas-Saħħa, se nestendu s-sistemi eżistenti f'setturi ġodda.", "Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsostni s-servizzi ġodda indirizzati lil persuni trans b'tim multidixxiplinarju kif ukoll b'mediċini u proċeduri ġodda.", "B'inizjattiva bejn il-Gvern u l-Hospice Movement u l-Knisja ta' Malta, il-Gvern se jissapportja t-twaqqif ta' Ċentru ġdid San Mikiel li se jkun qed jipprovdi għajnuna paljattiva professjonali lill-pazjenti fl-aktar mumenti kritiċi ta' ħajjithom.", "Dan se jkun ukoll qed jipprovdi respite lill-qraba li wkoll ikunu qed jgħaddu minn dawn il-mumenti diffiċli.", "8.8 Bank Nazzjonali tad-Demm", "Grazzi għal Fondi għal Żvilupp Reġjonali Ewropew, kif ukoll Fondi EEA mogħtija mill-Gvern Norveġiż, se nkunu wkoll qed naġġornaw is-servizzi tal-Bank Nazzjonali tad-Demm permezz ta' xiri ta' makkinarju ġdid.", "Aktar informazzjoni tingħata f'Tabella 8.2.", "8.9 Mediċini ġodda", "Il-Gvern se jkompli jinvesti f'aktar mediċini biex jassigura l-kura ta' aktar pazjenti Maltin u Għawdxin u jkompli jtejjeb l-aċċess għall-aħjar kura li għandhom il-persuni l-aktar vulnerabbli f'pajjiżna.", "Dan se nagħmluh billi nżidu aktar trattamenti innovattivi tal-kanċer.", "Għal dan il-għan ġie mwaqqaf kumitat li se jkun qed jikkonsidra talbiet għal mediċini għal mard jew kumplikazzjonijiet rari, liema trattament ma jkunx diġà fuq il-formolarju tal-Gvern għal dik il-kondizzjoni, u li ħafna drabi jiswa eluf ta' ewro kull pazjent.", "Għaldaqstant il-Gvern se jivvota somma sostanzjali ta' flus biex tibda titwettaq din il-miżura.", "Se nkunu qed ninvestu aktar fil-kura ta' mard infettiv bħall-Epatite Ċ u l-HIV bil-ħsieb li neliminaw din il-marda mill-gżejjer Maltin.", "Matul is-sena d-dieħla wkoll il-mediċini tal-prostata se jiżdiedu fuq il-formolarju tal-Gvern.", "Fir-rigward tad-dijabete, wara illi din is-sena daħħal l-isticks għall-moniteraġġ taz-zokkor mingħajr ħlas għall-pazjenti kollha bid-dijabete, dan il-Gvern se jespandi s-servizzi f'dan is-settur matul l-2019.", "Tajjeb inżidu li se nkunu qed nibdew investiment f'sistema ġdida awtomatika li se tgħin fil-preparazzjoni u l-ippakkjar tal-mediċini li jitqassmu lill-persuni fil-komunità.", "L-għan hu li tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà f'dan il-proċess.", "8.10 Strateġija u riċerka", "Il-Gvern jifhem li f'settur vast bħas-saħħa, hemm bżonn ta' pjan strateġiku fit-tul sabiex nassiguraw li bl-investiment tagħna nolqtu firxa wiesgħa ta' nies u nieħdu ħsieb li ħadd ma jibqa' lura.", "Għal dan il-għan se jitwettaq pjan strateġiku ġdid għas-snin 2020-2030.", "Aktar dettalji jingħataw f'Tabella 8.3.", "Sur President, il-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sabiex l-atleti tagħna jiksbu riżultati tajbin.", "Għalhekk se jissoktaw it-tħejjijiet b'rabta max-xogħol fuq il-pixxina indoor fil-Kumpless tal-Isport tal-Kottonera sabiex l-isport akwatiku jieħu l-ispinta li jeħtieġ sabiex ikompli jżid mas-suċċessi ta' dawn l-aħħar snin.", "Il-Gvern irid li mhux biss iżid l-ispazji miftuħa fejn jirrikkreaw ruħhom il-familji, speċjalment it-tfal, iżda li l-ispazji eżistenti jinżammu tajjeb.", "Fis-snin li għaddew, federazzjonijiet sportivi nazzjonali investew f'postijiet simili u għaddewhom lill-kunsilli lokali.", "Sfortunatament, għal raġunijiet differenti, numru minn dawn l-open spaces u pitches ma ġewx miżmuma tajjeb u llum uħud minnhom ma jistgħux jintużaw bl-aħjar mod jew saħansitra huma postijiet fejn iweġġgħu t-tfal.", "SportMalta identifikat 18-il post simili fi 15-il lokalità madwar Malta u Għawdex.", "Il-Gvern se jimbarka fuq programm ta' sentejn li matulhom dawn l-open spaces u pitches se jsiru mill-ġdid b'investiment ta' €600,000.", "Wara li s-sena li għaddiet rajna l-ewwel applikazzjonijiet ta' għaqdiet sportivi sabiex jikkummerċjalizzaw il-faċilitajiet tagħhom, matul is-sena li ġejja huwa mistenni li nibdew naraw il-frott tal-liġi li konna għaddejna biex għaqdiet sportivi, speċjalment klabbs tal-futbol, ikunu jistgħu jagħmlu l-qabża għall-professjonaliżmu.", "Kif diġà għamel fil-passat, il-Gvern se jkompli jħarrax il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport.", "Wara li daħlet il-liġi kontra l-korruzzjoni fl-isport, issa l-Gvern se jwaqqaf il-Korp għall-Integrità tal-Isport.", "Din għandha taħdem id f'id mal-assoċjazzjonijiet sportivi nazzjonali, mal-Pulizija u mal-Awtorità Maltija għal-Logħob, sabiex ikompli jkollna l-isport Malti nadif mill-qerq kif ukoll jeduka lit-tfal biex jikbru f'ambjent ta' sport nadif u integru.", "Flimkien mal-Maltese Olympic Committee se tkun qed tiġi mfassla strateġija nazzjonali għall-isport għall-għaxar snin li ġejjin.", "Nemmnu bis-sħiħ illi r-riżultati li l-atleti tagħna ġabu f'dawn l-aħħar snin jistgħu u għandhom jitjiebu u għalhekk din l-istrateġija mhux se tkun immirata biss lejn it-tkattir ta' parteċipanti fl-isport iżda l-kisba ta' rebħ u medalji f'kull dixxiplina sportiva possibbli fil-manifestazzjonijiet sportivi internazzjonali l-kbar.", "Il-wirt kulturali li għandu l-poplu Malti mhuwiex żgħir u jinħtieġ kura biex inħarsuh għall-ġejjieni.", "Mis-sena d-dieħla l-istudenti kollha li jattendu skejjel sal-livell sekondarju tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti se jkunu intitolati biex iżuru flimkien ma' żewg adulti magħhom is-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta mingħajr ma jħallsu l-miżata tad-dħul.", "Dan l-aċċess se jkun qed jingħata kuljum is-sena kollha bla limitu.", "8.12 Valletta 2018 – il-legat", "Valletta 2018 kienet esperjenza straordinarja li poġġiet il-kultura f'livelli li ma konniex rajna bħalhom qabel.", "Kif tintemm il-ħidma tal-Fondazzjoni Valletta 18 fi tmiem din is-sena, il-Gvern se jwaqqaf l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta biex isservi bħala punt ta' referenza ewlenija għall-iżvilupp u attivitajiet kulturali fil-Belt Kapitali u sabiex il-legat li ħalliet warajha Valletta 2018 jitkompla.", "L-Aġenzija se tħares ukoll l-impenn biex ir-riġenerazzjoni kulturali tal-Belt tibqa' għaddejja, bil-għan li jissaħħaħ l-impatt fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Belt.", "Dan se jwassal biex jgħolli l-livell tal-infrastruttura u s-servizzi.", "Sur President, irrid insemmi li fi ftit ġimgħat oħra se jiġi inawgurat il-Mużew MUŻA filwaqt li jitkompla x-xogħol fuq iċ-ċentru internazzjonali tal-arti kontemporanja MICAS.", "8.14 Il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika", "Lil hinn mill-kliem fieragħ, bil-fatti saħħaħna l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika permezz ta' strateġija nazzjonali dwar il-vjolenza domestika u dik abbażi tal-ġeneru.", "Din l-istrateġija waslet għat-traspożizzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni t'Istanbul bil-liġi li għaddejna f'April li għadda.", "B'hekk illum għandna pieni ferm aktar ħorox għall-aggressuri u protezzjoni ferm aħjar għall-vittmi ta' din il-pjaga soċjali.", "Dan kollu se nkomplu nikkonsolidawh fis-sena li ġejja b'aktar impenn sabiex inkomplu nnaqqsu din il-pjaga.", "L-għajta li dan il-Gvern jibqa' l-aktar wieħed riformista fl-istorja politika Maltija, għadha tgħodd.", "Kienet sena fejn komplejna naħdmu biex pajjiżna jagħmel qabża liberali oħra 'l quddiem bil-fatti.", "Għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet ta' ftit xhur oħra, kull żagħżugħ u żagħżugħa li għandhom tal-inqas 16-il sena se jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot.", "Malta se tkun it-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tat dan id-dritt liż-żgħażagħ.", "Għal darb'oħra kellu jkun dan il-Gvern li jikteb l-istorja ta' pajjiżna.", "Is-sena li ġejja se tkun sena oħra importanti fejn se nieħdu d-deċiżjonijiet li għal snin twal twarrbu.", "Deċiżjonijiet kuraġġużi li għandhom jiddistingwuna fuq min aħna.", "L-2019 se tkun is-sena kruċjali li fiha, għall-ewwel darba bħala pajjiż, ikollna pjan nazzjonali kontra t-traffikar uman.", "Għall-ewwel darba se jsir l-akbar investiment li qatt sar f'kampanja edukattiva b'saħħitha sabiex nagħtu aktar għarfien lill-pubbliku ta' kif jista' jagħraf każijiet potenzjali ta' traffikar uman.", "Il-parti li jmiss fir-riforma tal-Kannabis hi li niżviluppaw strateġija nazzjonali fuq dan is-suġġett.", "Se noħolqu mudell imsejjes fuq il-prinċipju li uliedna jeċċellaw f'dixxiplini differenti.", "Irriduhom l-aħjar, l-aqwa u 'l bogħod minn kull sustanza.", "Għal dan il-għan se nkunu qed noħolqu numru ta' inċentivi li se jikkumplimentaw il-kampanja edukattiva.", "Il-Gvern wera wkoll bil-fatti li huwa l-aktar wieħed femminista li qatt ra pajjiżna.", "U biex dan inkomplu nsaħħuh, qegħdin naħdmu fuq riforma li hija essenzjali biex dan il-Parlament ikun aktar rappreżentattiv tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Ir-riforma għal Parlament aktar ugwali issa waslet f'fażi oħra.", "Wara li s-sena li għaddiet inħoloq kumitat tekniku li mexxa sensiela ta' laqgħat ma' stakeholders, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jippubblika green paper bħala parti minn proċess ta' konsultazzjoni mal-pubbliku.", "Dan bi tħejjija għal numru ta' emendi legali li se jkunu qed jiġu ppreżentati fil-Parlament sabiex wara jiddaħħlu fil-Kostituzzjoni.", "Kif għandna mandat mill-poplu, se naraw li jkun hemm rappreżentanza aktar bilanċjata fil-Parlament.", "8.16 Il-Qasam tal-Volontarjat", "Se nkunu qegħdin nippubblikaw u nippromovu l-istrateġija nazzjonali għall-qasam tal-volontarjat.", "Mhux biss, iżda l-Gvern se jkompli jgħin u jinkoraġġixxi l-Għaqdiet Volontarji billi se jżid il-kategoriji ta' dawk l-għaqdiet li jgawdu minn eżenzjoni mit-taxxa.", "Għaldaqstant mis-sena d-dieħla, dawk l-għaqdiet volontarji żgħar li l-introjtu tagħhom matul is-sena ma jaqbiżx l-€10,000 se jiġu eżentati milli jħallsu taxxa.", "Dawk l-għaqdiet iridu jkunu reġistrati u konformi mal-Kummissarju dwar l-Għaqdiet Volontarji taħt il-kategoriji rikonoxxuti mill-istess Kummissarju.", "8.17 Fondi Ewropej u d-djalogu soċjali", "Sur President, fl-2019 se nkomplu bin-negozjati biex pajjiżna jaċċerta \"a fair deal\" fejn jidħlu l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni li Malta se tkun qed tirċievi wara l-2020.", "Barra minn hekk, se tkompli ħidma li bdiet diġà biex intejbu l-operat u nġibu iktar riżultati f'dak li huma programmi ta' Fondi Ewropej ċentrali bħalma huma l-Horizon 2020; Life; Creative Europe u oħrajn.", "Huwa ppjanat li fl-2019 tiġi organizzata l-ewwel konferenza f'Malta bl-isem Europa Forum biex niddiskutu r-rwol ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u l-futur tal-proġett Ewropew.", "Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fi djalogu soċjali u għalhekk għal darb'oħra saħħaħ ir-riżorsi tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) waqt li kompla jinvesti fil-MEUSAC.", "B'kontinwazzjoni ma' dak li wettaqna sa issa, matul is-sena li jmiss se jitwaqqaf il-Competitiveness Board fi ħdan l-MCESD, b'allokazzjoni finanzjarja adegwata biex jilħaq l-għanijiet tiegħu waqt li jservi ta' xprun għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "GĦELUQ", "Sur President, il-Baġit bħalma jaf kulħadd huwa miżgħud bin-numru ta' dik il-miżura u tal-oħra.", "Bil-permess tiegħek nixtieq inżid ftit numri oħra.", "Mill-wieħed sas-sebgħa biss, jekk ma jimpurtax.", "Għaliex il-Bagit għas-sena d-dieħla, se jkun l-ewwel baġit għal ħafna miżuri ġodda li huma bla preċedent.", "Huwa wkoll it-tieni baġit bla taxxi.", "Huwa t-tielet baġit b'surplus fil-finanzi pubbliċi.", "Huwa r-raba' baġit b'żieda għall-pensjonanti tagħna.", "Huwa l-ħames baġit li qed joffri l-In-work benefit.", "Huwa s-sitt baġit li se jkompli joffri childcare b'xejn.", "Huwa fl-aħħar nett, is-seba' baġit bi tnaqqis fit-taxxi.", "Hu għalhekk li nistgħu ngħidu li Malta - Ngħixu s-Suċċess.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzja lill-Ministru għall-Finanzi għad-diskors tiegħu.", "Ġentilment nitlob lill-impjegati tat-televiżjoni u mezzi tax-xandir biex jirtiraw mill-Kamra.", "L-impjegati tal-Public Broadcasting Services irtiraw mill-Kamra.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Diskors tal-Baġit 2019;", "Proklama Nru XVIII tal-2018 dwar l-Abbozz ta' Liġi biex jimplimenta diversi miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra, datata 22 ta' Ottubru 2018;", "Draft ta' Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra\"; u", "Stqarrija mill-Prim Ministru u mill-Ministru għall-Finanzi skont l-Att dwar ir-Responsabilità Fiskali, Kap. 534, datata 22 ta' Ottubru 2018.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq l-Ewwel Qari ta' Abbozz ta' Liġi mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Carmelo Abela, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali; u", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumtat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fit-8.45 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 174 tad-9 ta' Ottubru, 2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1088.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – KONSULENTI INGAĠĠATI – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentement hemm 275 konsulenti kliniċi li jagħtu servizzi mediċi fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa u li huma professuri u speċjalisti impjegati mal-Ministeru għas-Saħħa.", "Minn Marzu ta' din is-sena sal-lum, fi ftit xhur, kien hemm żieda ta' 17-il konsulent.", "Tajjeb li nfakkru li fl-2013 kien hemm 207 konsulenti impjegati mad-Dipartiment għas-Saħħa.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-entità li taqa taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m'għandhiex konsulenti ingaġġati magħha.", "SKEMA NIKRU BIEX NASSISTU - APPLIKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta twaqqfet l-Iskema Nikru biex Nassistu, kemm-il applikazzjoni daħlet fl-Awtorità tad-Djar?", "F'liema lokalitajiet jinsabu?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta ġiet introdotta l-Iskema Nikru biex Nassistu, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 227 applikazzjoni.", "Dan filwaqt illi saru wkoll 23 kuntratt.", "L-applikazzjonijiet kienu jinkludu proprjetà minn dawn il-lokalitajiet kif ġej:", "Malta - Birżebbuġa, Blata l-Bajda, Buġibba, Burmarrad, Fgura, Gwardamanġa, Luqa, Marsaxlokk, Mellieħa, Mosta, Msida, Paola, Qawra, San Ġwann Santa Venera, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Xemxija, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.", "Għawdex - Għajnsielem, Għarb, Marsalforn, Munxar, Nadur, Qala, Victoria, Xagħra, Xewkija, Xlendi u Żebbuġ.", "SKEMA NIKRU BIEX NASSISTU – MIŻURI TA' TRASPARENZA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid b'liema miżuri ta' trasparenza qed tinħadem l-Iskema Nikru biex Nassistu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ħatret bord indipendenti sabiex jistħarreġ l-applikazzjonijiet milqugħa.", "Il-każijiet milqugħa, li jirrispettaw il-kriterji stabbiliti fil-Gazzetta tal-Gvern u l-parametri tal-kirja stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar, jiġu riferuti lill-bord kompost minn Chairman, tliet periti, avukat u membru ieħor, flimkien mas-Segretarju tal-Bord.", "L-avukat janalizza l-kuntratti sottomessi mal-applikazzjoni u jagħti l-opinjoni tiegħu rigward it-titlu tal-proprjetà filwaqt li wieħed mill-periti jispezzjona l-proprjetà u jagħti r-rakkmandazzjonijiet tiegħu rigward il-kondizzjoni tal-proprjetà u jagħmel stima tal-kirja xierqa.", "Wara li jsir ir-rapport tal-perit u tal-avukat, il-bord jerġa' jiltaqa' u jagħmel rapport finali bir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "L-Awtorità tad-Djar tkompli bil-proċess tal-għażla skont ir-rakkmandazzjonijiet tal-bord.", "SKEMA NIKRU BIEX NASSISTU – KOPJA TAL-KUNTRATTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li saru s'issa fl-Iskema Nikru biex Nassistu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratti mitluba minnu jinkludu informazzjoni personali dwar l-individwi li applikaw għall-iskema u għalhekk l-Awtorità tad-Djar ma tħossx li għandha tgħaddi din l-informazzjoni sakemm ma jkunx hemm il-kunsens tal-individwi kkonċernati.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – POSTIJIET MIKRIJA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid dawk l-inkwilini li jgħixu f'postijiet mikrija mis-settur privat imma amministrati mill-Awtorità tad-Djar, x'se jiġri minnhom meta l-kuntratti tal-għaxar snin jiskadu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif stabbilit fil-kuntratt ta' din l-iskema, fi tmiem il-kirja, l-Awtorità tad-Djar bi ftehim mas-sidien, ikollha d-dritt tal-ewwel rifjut, wara li jerġgħu jiġu negozjati l-kuntratti.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – SKEMI LI JOFFRU ASSISTENZA FINANZJARJA GĦAR-RESIDENTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw quddiem l-Awtorità tad-Djar għall-iskema li toffri assistenza finanzjarja għar-residenzi mhux użati?", "Kemm huwa l-baġit għal din l-iskema?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn mindu daħlet fis-seħħ l-Iskema Restawr ta' Postijiet Battala, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 26 applikazzjoni.", "Il-baġit għas-sena kurrenti huwa ta' €700,000 fuq xogħlijiet ta' restawr u €70,000 fuq kirjiet relatati ma' dawn id-djar.", "HOUSING SOĊJALI – RESIDENZI PRIVATI - SKEMI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt sar għall-iskema fejn jiġu rranġati residenzi privati u offruti għall-iskop ta' housing soċjali?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta fetħet din l-iskema, sa Settembru 2018, ġew sottomessi 26 applikazzjoni għall-għotja ta' restawr fuq proprjetà residenzjali li tkun vojta u ta' livell mhux aċċettabbli.", "L-iskema hija intiża sabiex tħeġġeg sidien ta' din il-proprjetà jinvestu fir-restawr tagħha, biex din tiġi mikrija lill-Awtorità tad-Djar għal skop ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minħabba li l-kuntratti jinkludu informazzjoni personali dwar l-individwi li applikaw għall-iskema, l-Awtorità tad-Djar ma tħossx li għandha tgħaddi din l-informazzjoni sakemm ma jkunx hemm il-kunsens tal-individwi kkonċernati.", "REWS – DIRETTIVI MAĦRUĠA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direttivi sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija a tenur ta' Kapitlu 545, l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u jekk inħarġu jista' jagħti lista b'mod kronoloġiku u jispjega dwar xiex kienet tittratta kull direttiva?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma nħarġu ebda direttivi a tenur ta' Kapitlu 545, l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS).", "REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-ENERGIJA U L-ILMA – REGOLAMENTI TAL-PROĊEDURI GĦAL ĦRUĠ TA' DIRETTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi regolamenti taħt il-Kapitlu 545 liema regolamenti jippreskrivu l-proċeduri li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma jrid isegwi meta joħrog direttiva?", "Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn ir-regolamenti li saru għal dan il-għan?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma nħarġu ebda regolamenti taħt il-Kapitlu 545, liema regolamenti jippreskrivu l-proċeduri li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Energija u l-Ilma jrid isegwi meta joħrog direttiva.", "AWTORITÀ TA' MALTA DWAR IR-RIŻORSI – ĦRUĠ TA' DIRETTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direttivi a tenur tal-Kapitlu 423 mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) mill-2001 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u jekk inħarġu jista' jagħti lista b'mod kronoloġiku u jispjega dwar xiex kienet tittratta kull waħda minn dawn id-direttivi?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma nħarġu l-ebda direttivi a tenur tal-Kapitlu 423 mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) mill-1 ta' Awwissu 2015.", "Rigward il-perjodu 2001 sal-31 ta' Lulju 2015, l-Onor.", "Interpellant hu mitlub li jitlob l-informazzjoni lill-Ministeru kkonċernat.", "BIĊĊERIJA TA' GĦAWDEX – INGAĠĠ TA' BIĊĊIERA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati biċċiera ġodda fil-Biċċerija ta' Għawdex, sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet għall-grad ta' biċċier ġewwa l-Biċċerija ta' Għawdex fl-istess perjodu?", "Interpellant li f'dan il-perjodu ġew ingaġġati tmien biċċiera fit-8 ta' Jannar, 2015 u persuna oħra ġiet promossa mill-grad ta' bidwi għal dak ta' biċċier fl-24 ta' Jannar, 2017.", "HERITAGE ITEMS FL-UFFIĊĊJI U DIPARTIMENTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid f'kull uffiċċju u dipartiment u entità li jaqa' fid-dekasteru tagħha kemm hemm oġġetti fl-inventarji rispettivi li huma meqjusa bħala heritage items minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "X'inhu l-valur mogħti għal kull wieħed minn dawn il-heritage items?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MASTER PLAN TAL-PJAZZA TAX-XAGĦRA – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6053, jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk il-kunsill għamilx proċess ta' konsultazzjoni pubblika, u jekk iva, x'kien l-eżitu ta' din il-konsultazzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra qiegħed fil-fażi preparatorja biex jagħmel din il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Master Plan tal-pjazza tax-Xagħra, Għawdex.", "JOBSPLUS – ĦADDIEMA REĠISTRATI MA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, mal-Korporazzjoni Jobsplus sena b'sena, mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor.", "Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor.", "Interpellant separatament u b'mod konfidenzjali.", "ANNIVERSARJU TAL-ASSASSINJU TAL-ĠURNALISTA DAPHNE CARUANA GALIZIA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi u attivitajiet beħsiebu jieħu u jorganizza l-Gvern sabiex ifakkar l-ewwel sena mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia?", "JOSEPH MUSCAT: Il-familja Caruana Galizia urew il-fehma tagħhom kemm-il darba li m'għandhomx fiduċja fl-Istat Malti.", "L-Istat għalhekk se jirrispetta din il-pożizzjoni.", "INKJESTA DWAR KUMPANIJA – KOPJA TAL-PROĊESS VERBAL", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa u mhux ċensurata tal-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tiegħu ntbagħtet lill-Ministru mill-Avukat Ġenerali kif l-istess Avukat Ġenerali kkonferma bil-ġurament nhar il-25 ta' Settembru 2018 quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Robert G. Mangion fil-kawża fl-ismijiet l-Onor.", "Dottor Adrian Delia vs L-Avukat Ġenerali (Rikors Nru 81/2018)?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-pubblikazzjoni jew le tad-dokument imsemmi fl-interpellanza llum tifforma l-mertu ta' kawża pendenti quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili (Sede) Kostituzzjonali.", "INKJESTA DWAR KUMPANIJA – DETTALJI TA' PERSUNI LI GĦANDHOM AĊĊESS GĦALL-PROĊESS VERBAL TAL-INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-proċess verbal tal-inkjesta dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tħejja mill-Maġistrat Inkwirenti Aaron M. Bugeja u li kopja tagħha ngħatat lill-Ministru mill-Avukat Ġenerali?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf li l-informazzjoni mitluba fl-interpellanza mhijiex fil-pussess tiegħi.", "BAJJA TAL-BALLUTA – RIĠENERAZZJONI - SPIŻA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Balluta?", "Jista' jagħti rendikont dettaljat tal-ispiża u jgħid ukoll min kienu l-kumpaniji privati u l-entitajiet u d-Dipartiment tal-Gvern li wettqu x-xogħlijiet?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-Bajja tal-Balluta ilu jiġu studjat għal snin sħaħ u kien jinvolvi l-ġbir ta' ramel mill-istess bajja kif ukoll li dan l-istess ramel jitpoġġa fuq ix-xatt ħalli b'hekk tifforma xtajta ramlija.", "Dan il-proġett huwa parti mill-viżjoni tal-Gvern sabiex itejjeb il-prodott turistiku u fl-istess ħin iżid in-numru ta' bajjiet madwar il-pajjiż.", "Il-proġett ġie mwettaq mill-Awtorità tat-Turiżmu u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi u ma qabiżx is-somma ta' €100,000.", "BAJJA TAL-BALLUTA – STUDJI XJENTIFIĊI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji xjentifiċi b'rabta mal-esperiment dwar ir-riġenerazzjoni tal-Bajja tal-Balluta?", "Jista' jpoġġi kopja ta' dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra, jgħid minn min saru dawn l-istudji u jgħid ukoll x'kienet in-nefqa għalihom?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-snin, speċjalment wara l-proġett tal-Bajja ta' San Ġorġ ġewwa San Ġiljan, saru numru ta' studji minn entitajiet differenti rigward diversi bajjiet madwar il-kosta ta' Malta u Għawdex.", "Mill-2003 sal-2018 saru tmien studji relatati mal-Bajja tal-Balluta.", "Tliet rapporti li saru fl-2003, 2005 u 2008 rispettivament mhux magħruf kemm ġew jiswew.", "Il-ħames rapporti l-oħra li saru bejn 2016 u l-2018 ġew jiswew €8,340.", "FORZI ARMATI TA' MALTA - SKWADRA MARITTIMA – PERSUNI SALVATI MILL-BAĦAR", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew salvati mill-Baħar Mediterran fis-sena 2018 mill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta?", "MICHAEL FARRUGIA: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7166, l-Onor.", "Interpellant għandu jkun informat li 605 persuna ġiet salvata mill-Baħar Mediterran matul l-2018 sad-data ta' din ir-risposta.", "IMMIGRANTI IRREGOLARI LI ĠEW RIPATRIJATI LEJN PAJJIŻHOM", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigrantii irregolari li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom fis-sena 2016, fl-2017 u fl-2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fis-snin 2016, 2017 u sa Settembru 2018 l-ammont ta' immigranti irregolari li ġew ripatrijati lejn pajjiżhom kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "IMMIGRANTI LI JGAWDU XI FORMA TA' PROTEZZJONI - RILOKAZZJONI FL-ISTATI UNITI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-possibilità li persuni immigranti li jgawdu xi forma ta' protezzjoni, jiġu rilokati fl-Istati Uniti kif kien isir fi żmien Gvern Nazzjonalista?", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Gvern ġdid Amerikan qiegħed kulma jmur inaqqas ir-rilokazzjoni ta' persuni, permezz tal-programm USRAP, li jgawdu minn xi forma ta' protezzjoni internazzjonali.", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilo ta' droga nqabdet fil-pajjiż fis-sena 2014, fl-2015, fl-2016 fl-2017 u fl-2018 (s'issa)?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-ammont ta' droga li nqabdet fil-pajjiż fis-snin indikati mill-Onor.", "Interpellant u ċjoè fl-2014, fl-2015, fl-2016, fl-2017 u sas-6 ta' Ottubru 2018, kien kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Dan l-ammont jinkludi kemm id-droga maqbuda u reġistrata mit-Taqsima tad-Drogi tal-Pulizija kif ukoll dik maqbuda mid-Dwana.", "LEGALIZZAZZJONI TA' DROGI GĦAL SKOPIJIET TA' DIVERTIMENT – DISKUSSJONI FI ĦDAN IL-KORP TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx diskussjoni interna fil-Korp tal-Pulizija sabiex jiġi determinat jekk għall-finijiet ta' bon ordni u tnaqqis ta' kriminalità fil-pajjiż, huwiex għaqli jew le li jiġu legalizzati ċerti drogi għal skopijiet ta' divertiment?", "Jekk fl-affermattiv x'kienu l-konklużjonijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-diskussjonijiet dwar jekk ċertu drogi jkunux legalizzati, kif sar f'pajjiżi oħra, għadhom għaddejjin.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – SEJBA TA' DROGA / MEDIĊINALI PPROJBITI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' sejbien ta' droga jew ta' mediċinali pprojbiti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-sena kollha 2017 u mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2017 kien hemm 60 każ ta' sejbien ta' droga u/jew mediċinali pprojbiti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin filwaqt li mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2018 kien hemm 70 każ.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jikkonsidra li l-Palazz ta' Selmun ikun mogħti lura lill-poplu Malti anke possibbilment b'devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7190.", "PALAZZ TA' SELMUN – RAPPORTI MINN NIES TEKNIĊI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika jekk fl-aħħar sentejn sarux rapporti minn persuni tekniċi, bħal periti, dwar l-istat li jinsab fih il-Palazz ta' Selmun u jekk iva jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istess rapporti?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5417.", "BYPASS TAL-MELLIEĦA – BOZOZ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li l-ammont ta' bozoz maqtugħin/mitfija li hemm fil-bypass tal-Mellieħa minn ħdejn il-pompa tal-petrol li tinsab fi Triq Qasam Barrani sat-tarf tal-bypass, direzzjoni lejn l-Għadira, jerġgħu jinxtegħlu?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "TELGĦA TA' SELMUN – ŻBIR TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li s-siġar u l-għeruq tagħhom li hemm fit-Telgħa ta' Selmun direzzjoni lejn il-Mellieħa ssirilhom iż-żabra jew interventi oħra li għandhom bżonn peress li preżentement jistgħu jkunu ta' riskju għas-sewwieqa li jkunu qed jagħmlu użu mill-istess triq?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fit-22 t'Awwissu sar intervent ta żbir ġewwa t-Telgħa ta' Selmun fejn inżabru numru ta' siġar.", "Dan il-proċess isir bi programm ta' xogħlijiet li għandu l-ELC għal din iż-żona u taħt d-direzzjoni u superviżjoni tal-MELP (Monitoring Environment Landscape Projects).", "Rigward is-sigurtà fit-toroq, l-Onor.", "Interpellant għandu jirreferi l-mistoqsija lil-Ministeru kkonċernat.", "NAXXAR – APPLIKAZZJONI GĦALL-BINI TA' APPARTAMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni ta' bini ta' appartamenti u aktar (PA 2284/16) fiż-żona fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm oġġezzjonijiet għal din l-applikazzjoni?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ipproċessar tal-applikazzjoni (PA5909/17) preżentement qiegħed sospiż jistenna informazzjoni meħtiega f'dawk li huma emendi ta' pjanti kif ukoll kompilazzjoni ta' studji neċessarji.", "Matul il-konsultazzjoni pubblika l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet 37 rappreżentazzjoni.", "LIĠI TAL-IVF - IMPLIMENTAZZJONI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar l-IVF u jekk bdewx isiru proċeduri fl-Isptar Mater Dei skont il-provvedimenti l-ġodda tal-liġi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li fid-19 ta' Ġunju ġie approvat l-Att li jemenda l-Att għall-Protezzjoni tal-Embrijun, skont artiklu 4 ġie mħejji Protokoll mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għall-Approvazzjoni ta' Fertilizzazzjoni Addizzjonali.", "Dan il-protokoll ġie mressaq għad-diskussjoni quddiem il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa u ġie approvat unanimament fit-13 ta' Settembru 2018.", "Tlestew ukoll il-formoli meħtieġa mill-Awtorità għas-Servizzi ġodda li se jiġu implimentati.", "Fl-Isptar Mater Dei, iċ-ċiklu li jmiss li se jibda fil-25 t'Ottubru u se jkun qed joffri l-IVF's bil-provvedimenti l-ġodda.", "ĦAL KIRKOP – EFFETTI TAL-FTUĦ TA' ĊENTRU TAS-SAĦĦA ĠDID", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Wara kważi xahar mill-ftuħ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kien l-effett tal-ftuħ ta' dan iċ-ċentru fuq is-servizzi offruti liċ-ċittadini tal-inħawi u anke fuq ċentri tas-saħħa oħra fejn kienu jinqdew qabel dawn in-nies?", "X'inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru għall-kura fil-komunità għas-snin li ġejjin?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop infetaħ għall-pubbliku fis-17 ta' Settembru 2018.", "Fl-ewwel tliet ġimgħat attendew total ta' 1,826 pazjent li tnaqqsu mill-lista ta' pazjenti li sa ftit ilu kienu jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.", "Madwar 27,000 resident fl-inħawi ta' Ħal Kirkop, iż-Żurrieq, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi, Ħal Luqa, Ħal Far u Ħal Farruġ issa bdew jinqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Kirkop minflok dak tal-Furjana.", "Għaldaqstant huwa kkalkolat li x-xogħol fiċ-Ċentru tal-Furjana naqas b'madwar 20%.", "Il-pjan hu li nkomplu nsaħħu u nikkonsolidaw l-operat tal-kura primarja, inżidu l-effettività u l-effiċjenza filwaqt li nersqu aktar lejn il-komunità bil-għan li l-primary health care issir l-għażla awtomatika ta' kuntatt għall-klijenti tagħna.", "Għaldaqstant se nissoktaw:", "Bl-introduzzjoni ta' servizzi ġodda sabiex il-pazjenti jiġu ttrattati fil-komunità ta' fejn jgħixu jew jaħdmu, biex ma jkollhomx għalfejn jirrikorru għall-kura sekondarja fl-isptar;", "Bit-tisħiħ tas-servizzi eżistenti biex ikompli jingħata u jitjieb l-aċċess għal-kura tal-għola kwalità ta' possibbli.", "Fix-xhur li ġejjin se jibda x-xogħol ta' mmodernizzar fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira.", "Dan iċ-Ċentru se jiġi trasformat f'Ċentru tal-ogħla livell u, għall-ewwel darba, se jkun aċċessibbli minn kulhadd permezz tal-istallar tal-lift.", "Se jiżdiedu wkoll is-servizzi, bħal dak tal-fiżjoterapija għax bħalissa l-klijenti ta' dan iċ-Ċentru jridu jmorru f'Ċentri oħra biex jinqdew.", "Qegħdin fil-proċess ukoll tal-iżvilupp ta' Ċentru tas-Saħħa ieħor tal-ogħla kwalità li se jkun inawgurat f'Għawdex fl-2019.", "Fix-xhur li ġejjin se jibda wkoll ix-xogħol fuq iċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa f'Raħal Ġdid kif ukoll se tinħareġ sejħa għall-espressjoni sabiex jitnieda Ċentru Reġjonali ieħor fit-Tramuntana ta' Malta.", "Barra minn hekk se nkomplu wkoll bix-xogħol ta' immodernizzar tal-bereġ biex inwessgħulhom l-użu tagħhom fil-komunitajiet għall-benefiċċju tal-klijenti tagħna.", "KUNSILL LOKALI TA' RAĦAL ĠDID – ŻAMMA FI STAT TAJJEB TAL-PJAZZA", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jfisser x'arranġament qed jagħmel il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex jiġi żgurat li ssir il-manutenzjoni kontinwa tal-pjazza l-ġdida ta' Raħal Ġdid ħalli din tinżamm fl-aqwa stat li tista' tinżamm fih?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt sabiex l-informazzjoni tingabar.", "ĦADDIEMA PART-TIME U FULL-TIME", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti breakdown, sena b'sena, ta' kif żdied l-għadd ta' ħaddiema (part-time u full-time) f'Malta u Għawdex mill-2013 'l hawn?", "Jista' jgħid kif kien l-għadd ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol sena b'sena u kemm, fis-snin imsemmija, ġew impjegati nies bi bżonnijiet speċjali?", "Kemm kien hemm f'din il-kategorija li kienu jirreġistraw għax-xogħol?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fl-erba' tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plans tal-Kalkara li juru kjarament it-toroq preżenti u dawk proposti?", "IAN BORG: Il-policy maps tal-Pjan Lokali tal-Kalkara li jindikaw toroq eżistenti/proposti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Dawn il-policy maps ma jurux emendi fil-linji tat-toroq li jkunu ġew proposti minn sidien privati.", "BYPASS TAL-MELLIEĦA - NUQQASIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min se jerfa' r-responsabilità għan-nuqqasijiet li saru fil-bypass tal-Mellieħa, liema nuqqasijiet issa ħarġu aktar fil-beraħ bl-ewwel xita li għamlet fejn filwaqt li kien diġà jeżisti periklu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għaċ-ċiklisti għall-mod kif saru l-affarijiet, issa l-istess periklu huwa ferm akbar b'riskju kbir li jseħħu inċidenti minn ħin għall-ieħor?", "(Nuqqasijiet oħra mhux biss mil-lat ta' xogħol iżda wkoll għall-mod ta' kif inbidlet il-policy fiż-żona, liema policy hija wkoll il-kaġun għal dan in-nuqqas li qed jiġi esperjenzat ta' kuljum fiż-żona indikata minn dawk kollha li jagħmlu użu minn din it-triq)", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jindika eżattament x'inhuma n-nuqqasijiet u perikli li qed jissemmew u fejn jinsabu.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32312 tat-12-il Leġislatura bid-data tat-23 ta' Marzu, 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru jinforma lill-Kamra fejn wasal il-proċess sabiex jinħolqu standards għad-djar residenzjali u hostels u meta dawn l-istandards sejrin jiġu implimentati?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed isir grupp ta' ħidma sabiex jiġu drafted l-istandards għad-djar residenzjali u hostels sabiex ikunu konformi mal-istrateġija l-ġdida dwar is-saħħa mentali.", "PERSUNI BI PROBLEMI TA' SAĦĦA MENTALI FIL-KOMUNITÀ – KURA U SERVIZZI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1970 bid-data tat-23 ta' Ottubru 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinformana x'konklużjonijiet ħarġu mid-diskussjonijiet li kienu għaddejjin biex jiżdiedu l-kura u s-servizzi lill-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-komunità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed isir ix-xogħol sabiex tinħareġ espressjoni ta' interess sabiex tkun tista' tinstab binja alternattiva għall-klinika u Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Furjana li tkun adegwata u aċċessibbli.", "Aktar 'il quddiem se tkun qed tinħareġ sejħa simili għal binja oħra fit-tramuntana ta' Malta biex niżviluppaw servizz ġdid ta' klinika u Ċentru ta' Matul il-Jum.", "Barra minn hekk fix-xhur li ġejjin se tiġi varata policy għall-konsultazzjoni dwar kif NGOs fil-qasam tal-kura fil-komunità jkunu jistgħu jaħdmu f'sinerġija mal-Gvern.", "PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI – SERVIZZ TA' OUTPATIENTS FL-ISPTAR MATER DEI JEW FIL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6607, jista' d-Deputat Prim Ministru jindika kemm huwa n-numru ta' klijenti li huma outpatients fl-Isptar Mater Dei f'kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija fir-risposta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed jistennew post għall-akkomodazzjoni soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid-dawl li l-kriterja tal-eliġibilità ma tagħmilx referenza speċifika għall-persuni li għandhom sfidi u problemi ta' saħħa mentali, l-Awtorità tad-Djar m'għandhiex din l-istatistika.", "KAŻIJIET TA' PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jbatu minn dawn il-kondizzjonijiet, hawn taħt imsemmija, u li qed jgħixu fil-komunità:", "· Ansjetà", "· Skiżofrenja", "· Dipressjoni", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa ċ-Ċentri ta' Matul il-Jum hemm 1,377 persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali li jbatu minn ansjetà, 275 Bipolar Disease, 485 Skiżofrenja, 1,625 b'dipressjoni, 42 eating disorders, 184 OCD, 77 ADD u ADHD u 79 li għandhom addiction.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2819 bid-data tas-6 ta' Diċembru, 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid illum kemm mit-13,558 persuna li huma outpatients u li qed jgħixu fil-komunità, qed jirċievu s-servizz tal-Programm ta' Ħbiberija?", "X'għandha tagħmel persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali sabiex tibda tirċievi dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2018 ġew riferuti 54 persuna.", "Dan huwa programm ta' ħbiberija offrut b'mod volontarju fil-komunità lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali.", "Dan is-servizz jindirizza persuni li għandhom diffikultà biex jissoċjalizzaw jew għandhom nuqqas ta' sapport bħal ħbieb jew familjari fil-post fejn jgħixu.", "Il-voluntiera joffru madwar siegħa jew tnejn fil-ġimgħa fejn jiltaqgħu ma' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u jieħdu sehem f'attivitajiet li jistgħu jkunu ta' interess u ta' bżonn, bħal pereżempju jieħdu kafè, jaqraw xi ktieb, jaraw xi film, jakkumpanjaw lil persuna f'xi post li tkun tixtieq tmur eċċ. Biex persuna li għandha nuqqas ta' saħħa mentali taċċedi għal dan is-servizz trid tiġi riferuta mit-tim psikjatriku li huwa responsabbli għall-kura tiegħu/tagħha.", "Dan jista' jsir kemm mill-isptar kif ukoll mill-komunità.", "DIPARTIMENT GĦALL-IMPJIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI – TALBIET GĦALL-GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kif id-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jgħin lil persuni b'diżabilità meta jkunu ddiskriminati fuq il-post tax-xogħol?", "Tista' tgħid kemm-il talba għal għajnuna ta' din it-tip kellu matul dawn l-aħħar tliet snin u x'kien l-eżitu tal-proċess ta' għajnuna li wettaq id-Dipartiment?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Il-provvedimenti inklużi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar Trattament Ugwali fl-Impjiegi (LS 452.95) jippermettu lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg biex iħares lil persuni b'diżabilità kontra diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità tagħhom fuq il-post tax-xogħol.", "Informata li waqt it-twettiq ta' spezzjonijiet ġenerali f'postijiet tax-xogħol varji, l-Ispetturi tad-Dipartiment jaraw li bħal kull kondizzjoni oħra tax-xogħol stipulata fil-liġi, dawn il-provvedimenti ma jkunux qed jinkisru.", "Minn dawn l-ispezzjonijiet li saru jirriżulta li ma nstabet l-ebda forma ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol ma' persuni b'diżabilità.", "Però d-Dipartiment jista' jirrapporta li matul dawn l-aħħar tliet snin ma rċieva l-ebda rapport speċifiku ta' allegat diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità fuq il-post tax-xogħol.", "Barra minn hekk, fit-Tribunal Industrijali l-ebda każ ma tressaq jew ġie konkluż b'rabta ma' allegazzjoni ta' diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ – SKEMI TA' GĦAJNUNA GĦAL XOGĦLIJIET FIR-RESIDENZA TAGĦHOM", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi li taħthom jiġu megħjuna persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħlijiet fir-residenza tagħhom?", "Jista' jindika wkoll liema huma l-iskemi li jagħtu għajnuna finanzjarja u liema huma l-iskemi li jagħtu għajnuna teknika?", "Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tad-Djar matul dawn l-aħħar tliet snin, kemm minnhom ġew milqugħa u kemm kien it-total tal-għotjiet finanzjarji f'dawn is-snin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha skema speċifikament intiża biex tgħin lill-persuni b'diżabilità jagħmlu t-tibdiliet neċessarji fir-residenza tagħhom skont l-bżonnijiet tal-persuna.", "Persuna b'diżabilità tista' wkoll tibbenefika mill-iskema miftuħa, għall-irranġar u titjib sabiex isiru xogħlijiet diversi.", "It-tabella t'hawn taħt turi l-informazzjoni mitluba fuq l-applikazzjonijiet imsemmija;", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ – GĦAJNUNA GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni b'diżabilità jingħatawx għajnuna sabiex ikunu jistgħu jaċċedu għall-akkomodazzjoni soċjali u jindika liema huma l-kriterji li tali persuni jridu jissodisfaw sabiex l-applikazzjoni tagħhom tkun valida?", "Jista' jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali hemm pendenti quddiem l-Awtorità minn persuni b'diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull individwu li japplika għall-akkomodazzjoni soċjali jeħtieġ li jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar.", "Fil-preżent l-Awtorità tad-Djar għandha 181 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali minn persuni b'diżabilità.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – AKKOMODAZZJONI SOĊJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITAJIET FIŻIĊI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex akkomodazzjonijiet soċjali li huma aċċessibbli u mgħammra għal persuni b'diżabilitajiet fiżiċi?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tara li talloka postijiet skont il-bżonnijiet tal-applikant.", "Madankollu, f'każ li l-proprjetà ma tkunx mgħammra għall-bżonnijiet kollha, u l-inkwilin ikollu bżonn aktar aċċessibilità, l-inkwilin jista' jagħmel talba lill-Awtorità biex isiru x-xogħlijiet neċessarji u adegwati għall-persuni b'diżabilitajiet fiżiċi.", "MCAST – APPOĠĠ LIL STUDENTI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kif l-MCAST tagħti appoġġ lil studenti b'diżabilità ta' kull tip, liema huma s-servizzi u l-għajnuniet li l-MCAST toffri lil dawn l-istudenti?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sapport lil studenti b'diżabilità jew bżonnijiet partikolari huwa provdut primarjament mill-Inclusive Education Unit fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu.", "Din it-taqsima taħdem kontinwament ma' taqsimiet, dipartimenti u istituti oħra sabiex studenti tal-MCAST b'diżabilità jgawdu sapport ħolistiku li jolqot aspetti diversi fl-esperjenza edukattiva tagħhom fil-Kulleġġ.", "Sabiex nassiguraw li permezz tas-sapport tagħna nilħqu l-bżonnijiet tal-istudenti, issir laqgħa ma' kull student qabel l-applikazzjoni.", "Għal dawn il-laqgħat ħafna drabi jkun hemm preżenti wkoll il-ġenituri, l-LSE u professjonisti oħrajn involuti fis-sapport tal-istudent.", "Hawnhekk jiġu diskussi l-bżonnijiet tal-istudent u jiġu deċiżi l-arranġamenti li jkunu se jingħataw waqt l-eżamijiet kif ukoll it-tip ta' sapport li jkun se jingħata matul is-sena.", "Dan kollu jsir fid-dawl tar-rapporti mediċi jew psikoloġiċi li l-istudenti huma mitluba jippreżentaw.", "Fuq il-kunsens tal-istudent, l-eżitu tal-laqgħa jiġi komunikat lid-direttur, lil-letturi u lil staff ieħor involut fis-sapport lil dawn l-istudenti.", "Arranġamenti tipiċi waqt l-eżamijiet jinkludu (imma mhux biss):", "· Proviżjoni ta' qarrej", "· Proviżjoni ta' skriba", "· Proviżjoni ta' ħin addizzjonali (25% / 30% / 50% tal-ħin stipulat)", "· Proviżjoni ta' prompter", "· L-inviġilatur jagħmilha ta' komunikatur billi jispjega ċertu kliem partikolari f'każ ta' persuni neqsin mis-smigħ.", "· Proviżjoni ta' qarrej uman f'każ ta' listening comprehension irrekordjata.", "· Ikun permess ikel, xorb u iċċekkjar tal-livell taz-zokkor fid-demm.", "· Permess li tintuża l-kamra tal-banju ta' spiss.", "· Jekk l-eżaminatur ma jkunx jista' jiddeċifra l-kitba, l-istudenti jkunu mitluba jirrapportaw l-istitut rispettiv sabiex jaqraw il-kitba tagħhom stess.", "· Il-ħin addizzjonali jista' jintuża barra mill-klassi taħt is-superviżjoni tal-inviġilatur sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jerġgħu jiffokaw.", "· Estensjoni tad-deadlines tal-assenji.", "Sapport matul is-sena jinkludi (imma mhux biss):", "· Sessjonijiet ta' sapport minn LSE għal siegħa fil-ġimgħa fil-Malti, Matematika, Ingliż u b'mod inġenerali.", "· Sessjonijiet ta' sapport addizzjonali mil-Learning Support Unit fil-Malti, Matematika, Ingliż, Strateġiji għall-Istudju etc.", "· Proviżjoni ta' LSE għal numru ta' lezzjonijiet fil-ġimgħa f'suġġetti partikolari u ma' klassijiet partikolari fl-ewwel, it-tieni u t-tielet livell.", "· Proviżjoni tat-trasport għal studenti b'diffikultajiet ta' mobbiltà.", "· Proviżjoni ta' Assistent Personali għal studenti b'diffikultajiet ta' mobbiltà.", "· Sessjonijiet ta' preparazzjoni mal-klassi tal-istudenti fejn titqajjem kuxjenza dwar il-bżonnijiet u s-sapport neċessarju.", "· Laqgħat mal-istudenti, diretturi, letturi, ġenituri u professjonisti oħra involuti fejn jiġi mfassal pjan ta' ħidma rigward is-sapport lill-istudenti (MAP sessions).", "· Kollaborazzjoni ma' servizzi oħrajn fil-Kulleġġ li huma miftuħa għall-istudenti kollha (eż.", "· Kollaborazzjoni ma' servizzi esterni għall-Kulleġġ (eż.", "Lino Spiteri Foundation, Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sapport, residenzi eċċ.)", "· Arranġamenti għal aċċessibilità fiżika aħjar.", "· Arranġamenti jew tibdil fi programmi f'każijiet ġenwini u b'potenzjal evidenti.", "MCAST – PROGRAMM GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ INTELLETWALI JEW B'LEARNING DISABILITY", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MCAST għandhiex programm ta' studju speċifiku offrut lil studenti b'diżabilità intellettwali jew b'learning disability, u/jew jekk dawn l-istudenti jingħatawx l-opportunità li jsegwu korsijiet mainstreamed, u jindika kemm-il persuna b'diżabilità hija reġistrata għal programm ta' taħriġ u għal liema programm?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-MCAST joffri korsijiet skont il-Qafas tal-Kwalifiki Ewropej li jibdew mil-livell ta' Intro A u Intro B, segwiti mil-livelli 1 sa 7.", "L-ismijiet tal-korsijiet, il-livell u n-numru ta' studenti b'diżabilità rispettivi jinsabu fit-tabella t'hawn taħt.", "Il-korsijiet fuq il-livelli kollha huma miftuħin għal studenti b'livelli differenti ta' abbiltà intellettwali u l-istudenti huma liberi li japplikaw għall-korsijiet li jixtiequ skont ir-rekwiżiti stipulati.", "Għall-benefiċċju tal-istudenti l-MCAST temmen li huwa fid-dover tagħha li toffri gwida sabiex fil-proċess tal-għażla tal-kors l-istudenti jaslu għal deċiżjoni li verament tirrifletti l-kompetenzi u l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "L-iżvilupp tal-potenzjal tal-istudenti huwa ċentrali f'dan il-proċess.", "Studenti b'diżabilità intellettwali jingħataw attenzjoni partikolari meta jaslu fil-punt fejn iridu jagħżlu kors u anke meta jridu jiddeċiedu bejn progressjoni għal korsijiet oħra fl-MCAST jew għal xogħol.", "Għaldaqstant l-istaff li għandu f'idejh ir-responsabbiltà ta' studenti b'diżabilità intellettwali jsejjaħ laqgħat mal-istudenti u l-ġenituri fejn jiġi diskuss il-pass li jmiss fid-dawl tal-abiltajiet tal-istudenti kif ukoll tar-riżultati ottenuti fl-istituzzjoni edukattiva preċedenti jew fil-kors li l-istudenti jkunu qed isegwu fl-MCAST stess.", "L-interess tal-istudenti huwa l-qofol ta' dawn is-sessjonijiet u għalhekk id-diskussjoni tipikament tittratta diversi dimensjonijiet tal-individwu fosthom dik akkademika, vokazzjonali u personali.", "UNIVERSITÀ – KORS TAD-DOTTORAT FIL-MEDIĊINA WARA KORS TAL-B.SC. BIOLOGY", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jistax jikkonferma li l-istudenti li ggradwaw fil-B.Sc.", "Biology u li ngħataw l-istipendju matul il-kors tagħhom, u issa li se jsegwu kors fid-Dottorat fil-Mediċina M.D. (tobba) mhumiex se jkunu intitolati għall-istipendju?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jindika r-raġunijiet?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li kif stabbilit fl-artiklu 13 tal-Avviż Legali 308 tal-2006 studenti li jkunu qed isegwu t-tieni kors jew kors sussegwenti fuq livell magħruf aktar baxx jew wara li jkunu lestew jew parzjalment segwew kors ieħor ta' studji fuq l-istess livell ma jkunux intitolati li jirċievu l-għotjiet ta' manteniment għall-istudenti għal dak il-perjodu ta' żmien li hu ekwivalenti għall-perjodu li jkunu għamlu fil-kors ta' studju preċedenti, jekk għal dak il-kors ta' studju preċedenti kienu jirċievu l-għotjiet ta' manteniment għall-istudenti.", "Matul it-tieni kors jew dak sussegwenti dawn l-istudenti jkunu intitolati biss għall-għotjiet ta' manteniment għall-istudenti għall-perjodu ta' żmien li jkun għad jonqos wara tmiem il-perjodu tal-kors preċedenti jew għad-differenza fl-ammont tal-għotjiet ta' manteniment għall-istudenti jekk għat-tieni kors jew dak sussegwenti l-ammont ta' għotjiet ta' manteniment għall-istudenti jkunu ogħla.", "Dan jgħodd għal studenti li ggradwaw fil-BSc Biology u li ngħataw għotjiet ta' manteniment lill-istudenti matul l-ewwel kors tagħhom peress dawn jitqiesu fl-ambitu ta' dan ir-regolament.", "FGURA – TRASPORT TAL-ISKEJJEL – PICK UP U DROP-OFF POINT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġġja 12-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżisteni ta' pick up u drop-off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt informazzjoni dwar din il-mistoqsija mid-Dipartiment konċernat.", "Malli tingħatali aktar informazzjoni nkun nista' npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2481 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 165 tal-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018)", "MONUMENT TAL-ASSEDJU L-KBIR - RESTAWR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol ta' restawr li sar fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li x-xogħol li twettaq mid-Direttorat tar-Restawr, b'konsultazzjoni teknika ta' Heritage Malta, kien jiffoka fuq il-bażi tal-monument u kien jinkludi tindif ġenerali, trattament fuq il-biological soiling, tindif minn tbajja' ta' xemgħa u żejt, tikħil ta' fili miftuħin u tiswija ta' żoni deterjorati bil-metodu ta' plastic repair.", "Dan ix-xogħol twettaq fuq perijodu ta' tliet ġimgħat u ġie jiswa €1,600.", "Sar ukoll xogħol ieħor minn Heritage Malta li ttrattat u naddfet l-istatwa tal-bronż.", "Issa tidħol fis-seħħ it-tieni fażi fejn, bl-għajnuna ta' entitajiet oħra, se jkun qed isir ukoll xogħol ta' tisbiħ li jinkludi titjib u tranġar tas-sistema tad-dawl u tal-paviment fil-madwar tal-monument.", "EŻAMIJIET GĦALL-POSTIJIET TA' UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI, PRINCIPALS U SENIOR PRINCIPALS", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals mas-Servizz Pubbliku (separatament)?", "Jista' jgħid ukoll:", "a. kemm hu n-numru ta' dawk li ġew impjegati f'kull post;", "b. meta kienet l-aħħar data li ġew impjegati; u", "c. kemm huma l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?", "JOSEPH MUSCAT: Ġejt informat li mill-aħħar eżamijiet li saru ġew ingaġġati 151 Uffiċjal Eżekuttiv, 179 Prinċipal u 80 Prinċipal Anzjan.", "L-ingaġġ sar skont l-ordni tal-mertu tar-riżultat.", "ASSEMBLEA TAN-NAZZJONIJIET MAGĦQUDA – DELEGAZZJONI UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien akkumpanjat meta attenda għall-aħħar Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda?", "Jista' jinforma x'laqgħat kellu?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskorsi li saru minnu?", "Jista' jindika kemm kienet l-ispiża finanzjarja involuta?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-Ministeru tiegħi jien kont akkumpanjat miċ-Chief of Staff u mis-Segretarju Privat li vvjaġġaw minn Malta filwaqt li f'kull laqgħa li kelli kien hemm preżenti jew l-Ambaxxatur li jinsab fi New York jew xi uffiċjal ieħor mill-istess Rappreżentanza.", "Dawn huma l-laqgħat li kelli:", "2) Attendejt u pparteċipajt f'event organizzat mill-UNICEF u Rappreżentant tas-SG tal-UN għaż-Żgħażagħ bit-tema: Youth 2030", "3) Attendejt u pparteċipajt fl-EU Foreign Ministers Meeting fejn is-sitwazzjoni fil-Libya u fis-Sirja ġew diskussi", "4) Attendejt u pparteċipajt f'event organizzat mill-UNCTAD, Marokk u Rwanda bit-tema: Migration and Structural Transformation in Africa", "5) Attendejt u pparteċipajt f'event organizzat mis-Segretarju Ġenerali tal-UN bit-tema: Action for Peacekeeping", "6) Attendejt u pparteċipajt fit-Transatlantic Dinner organizzat mill-Istati Uniti tal-Amerika", "7) Attendejt u pparteċipajt f'event organizzat mill-Unjoni Ewropea bit-tema: Sirja", "8) Attendejt u pparteċipajt f'event organizzat mill-UNHR, Franza, Ġermanja, Repubblika tal-Korea u Costa Rica bit-tema: Declaration of Human rights - A prevention tool to achieve peace and sustainable development", "9) Attendejt u pparteċipajt f'event organizzat mill-UN Global Compact Office bit-tema: Africa Open for Business", "10) Attendejt u pparteċipajt fil-Commonwealth Foreign Affairs Ministers Meeting (CFAMM) organizzat mill-Commonwelath Secretariat", "12) Attendejt u pparteċipajt f'event organizzat mill-Commonwealth Africa Initiative bit-tema: Africa Forum- Sustaining a peaceful and prosperous Africa", "13) Event organizzat mill-Istati Unit tal-Amerka bit-tema: Global Call to Action on the World Drug Problem fejn Malta ssieħbet ma' bosta pajjiżi oħra fid-Dikjarazzjoni maħruġa għal din l-okkażjoni.", "Għall-ewwel darba waqt id-Dibattitu Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Malta f'kollaborazzjoni mat-Tuneżija, Franza, l-Unjoni Ewropea u l-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) organizzat event bit-tema: Giving voice to evidence - overcoming a distorted narrative on migration towards evidence based migration policy development", "Il-laqgħat bilaterali li kelli huma s-segwenti:", "Kelli laqgħat mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-São Tomé & Príncipe l-E.T. Urbino Jose Goncalves Botelho kif ukoll mas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Mikronesja l-E.T. Lorin S. Robert fejn ġew stabbiliti relazzjonijiet diplomatiċi ma' dawn iż-żewġ pajjiżi.", "Kelli wkoll laqgħat mar-rappreżentant Għoli tas-Segretarju Ġenerali għall-Oċeani l-E.T. Peter Thomson, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, l-E.T. Mohammed Siala, mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Istati tal-Golf Għarbi (GCC) l-E.T. Abdul Latif bin Rashid Al-Zayani, mar-Rappreżentanta Għolja għat-Tfal f'Konflitti Armati l-E.T. Virginia Gamba, mal-President tal-Anna Lindh Foundation, l-E.T. Elisabeth Guigou, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Monako l-E.T. Gilles Tonelli, mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Viet Nam l-E.T. Pham Binh Minh, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ażerbajġan l-E.T. Elmar Mammadyarov, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti David Peyman, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti Robert Strayer u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Esterni tal-India l-E.T. MJ Akbar,", "Barra minn dan, akkumpanjajt lill-Prim Ministru f'dan li ġej:", "(1) Ftuħ uffiċjali tad-Dibattitu Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda", "(2) Id-diskors ta' Malta mogħti mill-Prim Ministru waqt id-Dibattitu Ġenerali", "(3) Event organizzat mill-Assemblea tal-Ġnus Magħquda bit-tema: Nelson Mandela Peace Summit, fejn il-Prim Ministru kellu diskors.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża finanzjarja bejn it-23 u d-29 ta' Settembru kienet tammonta għal €31,720.67", "ĦAL TARXIEN – TRIQ SANTA MARIJA - XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5396, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-bidu ta' Triq Santa Marija ma' Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien, ġiex ippjanat li jsir tul din is-sena?", "OWEN BONNICI: Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta.", "Fil-fatt diġà tħabbru l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.", "Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali se jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.", "BREXIT - RAPPORTI U RIĊERKA DWAR L-EFFETTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti u r-riċerka li saret mill-Ministeru dwar l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?", "CARMELO ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-referendum f'Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa' stat membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (hekk kif kien imsejjaħ dak iż-żmien) nieda inizjattivi sabiex jagħraf x'inhuma l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna partikolarment l-impatt fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta mar-Renju Unit.", "Dan sar sabiex flimkien mal-Ministeri kkonċernati l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistħarreġ jekk hemmx bżonn ta' reviżjoni fid-dawl tal-eventwali konklużjoni u r-riżultat tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE.", "ĦAL TARXIEN – SELF TA' KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA - INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk itteħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jisselfu kotba mil-Librerija Pubblika ta' Ħal Tarxien u jekk le jistgħux jittieħdu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ttieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:", "· Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu sabiex isiru sessjonijiet ta' qari għat-tfal ta' etajiet varji.", "Minn din is-sena wkoll investejna f'kollezzjoni ta' comics u novelli grafiċi kif ukoll kotba dyslexic friendly.", "· Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f'kull librerija permezz ta' skema li ħarġu.", "Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f'kull librerija jkun hemm wifi b'xejn.", "· Żidna l-ammont ta' kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.", "· Ipprovdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.", "Inizjattiva oħra tinkludi l-proġett pilota ta' tmien skejjel fosthom Ħal Tarxien fejn is-sistema tal-librerija tal-iskola se tiġi magħquda ma' Malta Libraries u b'hekk il-komunità kollha se tkun qed tibbenefika minn dawn ir-riżorsi.", "GĦALLIEMA BIL-WARRANT", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema bil-warrant jaħdmu fi skejjel f'Malta u f'Għawdex?", "Jista' jagħti rendikont ta' dawn l-għalliema skont is-suġġett li jgħallmu kif ukoll ta' dawk li qed jaħdmu fis-sistema edukattiva iżda barra mill-klassi?", "Kemm minn dawn l-għalliema jgħallmu fi skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-Att dwar l-Edukazzjoni, il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema għandu reġistru aġġornat ta' kull min għandu warrant permanenti u temporanju.", "Madanakollu l-Kunsill ma jkollux data dwar is-suġġett u l-iskola/settur kif mitlub fil-mistoqsija.", "Min-naħa tad-direttorati, ninsab informat li t-tagħrif mitlub jinħtieġ ħafna xogħol biex jinġabar u ż-żmien għal tweġiba huwa qasir ħafna.", "Għaldaqstant ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.", "Sadanittant jekk l-Onor.", "Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar xi skola jew skejjel partikolari, nitolbu jindika fejn meħtieġ.", "SKEJJEL - SUPERVIŻJONI WAQT IT-TRASPORT", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li t-tfal kollha jkollhom superviżjoni waqt it-trasport lejn l-iskola tagħhom kif kien imwiegħed fil-Baġit li għadda?", "Kemm-il vann u coach hawn iwasslu lit-tfal u kemm minnhom m'għandhomx superviżjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fix-xhur li ġejjin il-Ministeru se jkun qiegħed joffri tip ta' teknoloġija li lill-ġenitur tagħtih l-informazzjoni kollha relatata mat-trasport tat-tfal tagħhom.", "It-tfal kollha tal-Kindergarten li jmorru l-iskejjel tal-Gvern għandhom servizz ta' on-board supervision filwaqt li dawk kollha li kellhom superviżjoni s-sena li għaddiet fi skejjel non-statali, il-Gvern ma talabx li tinbidel.", "Din l-iskema qed tiġi introdotta b'mod gradwali u n-numri ta' tfal u coaches qed jiġi aġġornat kontinwament.", "EDUKATURI MINGĦAJR WARRANT LI JITĦALLSU MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn edukaturi mingħajr warrant li qed jiġu mħallsa mill-Gvern?", "X'suġġetti u fejn qed jgħallmu dawn l-edukaturi?", "EVARIST BARTOLO: Jien informat li l-għalliema kollha għandhom warrant biex jgħallmu; jew permanenti jew temporanju.", "SKEJJEL - STUDENTI LI M'GĦANDHOMX TRASPORT B'XEJN", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa' studenti li għad m'għandhomx trasport b'xejn?", "Jista' jgħid sa meta se jkollhom trasport dawn l-istudenti?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti li jridu trasport ivarja kontinwament.", "Madankollu nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija PR 182235 għal iktar informazzjoni.", "ISTITUT GĦALL-EDUKAZZJONI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop tat-twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni mwaqqaf mill-Gvern u x'tibdiliet saru mill-għan oriġinali?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-avviż legali li jispjega eżatt ir-rwol tal-Istitut għall-Edukazzjoni tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Ma sarux tibdiliet minn dan l-avviż legali 'l quddiem.", "KORS TAL-GĦALLIEMA MINN ISTITUT GOVERNATTIV", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li wara li l-Gvern ta l-appoġġ lill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta biex il-kors tal-għalliema jitla' minn Baċellerat għal grad ta' Masters b'120 ECTS issa qed jawtorizza kors tal-għalliema ieħor minn istitut governattiv li jerġa' jniżżel il-livell għal 90 ECTS?", "Ma jaħsibx il-Ministru li dan se joħloq anomaliji b'livelli differenti ta' taħriġ għall-istess xogħol professjonali?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Master of Education Degree tal-Istitut ġie akkreditat mill-NCFHE wara li kienu peer reviewed minn evaluators magħżula minnhom u ta' reputazzjoni għolja ħafna.", "KUNSILL KONSULTATTIV GĦALL-INTRAPRIŻA – SISTEMA TA' LIĊENZJI TAN-NEGOZJU", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7224, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-feedback miġbur mill-istakeholders waqt il-laqgħa tal-Kunsill Konsultattiv għall-Intrapriża, x'azzjoni ttieħdet u xi progress sar f'dan ir-rigward li tkellem dwaru l-istess Ministru skont ir-risposta li ta fil-mistoqsija parlamentari rispettiva?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "ECO-TAX TAT-TURIŻMU", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu?", "Jista' jagħti breakdown tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "IMPJANT TAL-ENEMED", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid meta l-impjant tal-Enemed f'Birżebbuġa magħruf bħala 31 ta' Marzu, se jiżżarma kompletament?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-impjant tal-Enemed f'Birżebbuġia, magħruf bħala l-31 ta' Marzu, se jieqaf jintuża mill-Enemed f'Diċembru 2019, meta huwa maħsub li l-impjant il-ġdid ta' Ħas-Saptan ikun fully operational.", "Fl-istess żmien l-impjant jingħata lura lis-sidien tiegħu, jiġifieri l-Enemalta, biex tkompli d-decommissioning tiegħu.", "IMPJANT TAL-ENEMED – XOGĦLIJIET GĦAL ŻARMAR", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet marbuta maż-żarmar tal-impjant tal-Enemed 31 ta' Marzu f'Birżebbuġa saru minn mindu l-Gvern ħabbar li se jiġi żarmat?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta l-Gvern ħabbar li se jiġi żarmat l-impjant tal-Enemed f'Birżebbuġa, diġà żżarma wieħed mit-tankijiet u l-Head Office Buildings ġew ukoll ippreparati biex ikunu jistgħu jitwaqqgħu meta jitlaq il-proġett ta' decommissioning.", "IL-QAGĦDA FISKALI 2017 - 2021", "IL-BILANĊ TAD-DEJN TAL-GVERN", "IL-QAGĦDA FISKALI 2017 - 2018", "Kull dħul ikkwotat f'din it-tabella bħala gwida huwa wara t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.", "Tabella 2.2 Aktar tnaqqis ta' taxxi għal kull min jaħdem", "Tabella 2.3 Dħul mill-pensjoni mhux intaxxat", "Tabella 2.4 Rifużjoni ta' taxxa għal min jibgħat it-tfal fi skejjel indipendenti", "Miżuri meħuda f'2018 sabiex insaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu", "Servizzi Ġodda f'Mater Dei", "Bank Nazzjonali tad-Demm", "8.3 Pjan strateġiku ġdid għas-snin 2020-2030"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181022_146d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 23 ta' Ottubru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru telenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hi responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, żar Dubai mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u r-raġuni għal kull żjara?", "Kemm kienet l-ispiża kollha għal kull żjara?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċavetta ġiet ritornata mill-kategorija ta' anzjani li jgħixu f'residenza ta' Djar tal-Anzjani u li kienu inkwilini ta' postijiet tal-Gvern?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'ried ifisser il-Ministru għall-Finanzi fid-Diskors tal-Baġit meta qal li se \"jagħti inċentiv ġeneruż lil dawk li jirritornaw iċ-ċwievet tal-post li jkollhom biex jiġu allokati\" lil dawk fil-kategorija u li qed jistennew post tal-Akkomodazzjoni Soċjali (Ara: Kapitlu 3.6 Postijiet tal-Gvern battala mikrijin għand l-anzjani – paġna 35 tad-diskors tal-Budget 2018)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, minn meta daħlet l-iskema tas-Social Loans kemm ingħataw social loans lill-applikanti?", "Kemm huwa l-budget ta' din l-iskema?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, f'din il-Leġiżlatura, kemm-il lift ġie stallat fil-blokki tal-Gvern jew tal-Awtorità tad-Djar?", "F'liema lokalitajiet kienu stallati dawn il-lifts?", "Kemm ibbenefikaw inkwilini/sidien minn din l-inizjattiva?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha l-kundizzjoni tad-dimenzja, fejn meta toħroġ qed tintilef, jiġbruha n-nies u anke qed tħalli affarijiet perikolużi mixgħulin id-dar?", "Peress li din is-Sinjura applikat biex tidħol f'home għax minħabba l-gravità tagħha jibżgħu li sseħħ xi traġedja, jista' l-Ministru jara li jsir assessment għall-home?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn dan ilu jgħix f'post tal-Gvern mill-2012 imma meta jkun se jħallas il-kera, jgħidulu li ser isir kuntratt ġdid?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm saru wirjiet u attivitajiet fis-sala tal-esebizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' tagħti lista tal-wirjiet u attivitajiet li saru sena b'sena?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid meta nġabu l-aħħar clerks Għawdxin li kienu jaħdmu Malta biex jaħdmu f'Għawdex?", "Kemm kien in-numru ta' clerks li nġabu lejn Għawdex fis-sena 2017 u fis-sena 2018?", "Tista' tgħid meta hu maħsub li jinġabu aktar ħaddiema klerikali minn Malta lejn Għawdex?", "Tista' tgħid kemm-il vacancy ta' ħaddiema klerikali hemm mad-Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Iskola Primarja Ġdida tar-Rabat Għawdex li issa ilha mwiegħda ħames snin tilqa' fiha l-ewwel studenti?", "Jista' jgħid fejn se tinbena din l-iskola?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni bediex u meta se jispiċċa?", "Jista' jgħid kemm se tkun tista' tilqa' studenti din l-iskola?", "Kemm hija mistennija li tkun l-ispiża tagħha?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5788, 1796, 2497 u 4259 u ċjoè, jista' jgħid sal-aħħar ta' Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-settur pubbliku (inklużi intrapriżi pubbliċi)?", "Kemm minn dawn kienu impjegati full-time?", "Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time?", "U kemm minn dawn kienu impjegati b'kuntratt definit?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-University Residence imwiegħda mill-Gvern fil-Baġit għas-sena 2017 se tkun lesta u tilqa' fiha l-ewwel student?", "Jista' jgħid jekk l-istudenti Għawdxin hux se jkunu preferuti biex jingħataw akkomodazzjoni f'din ir-residenza?", "Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-proġett u kemm huwa mistenni li jiswa?", "Kif se jiġi ffinanzjat dan il-proġett?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-community car park tal-Università mwiegħed mill-Gvern fil-Baġit għas-sena 2017 se jkun lest u jilqa' fih l-ewwel karozzi?", "Jista' jgħid kemm se jkun jesa' karozzi dan il-car park?", "Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-proġett u kemm huwa mistenni li jiswa?", "Kif se jiġi ffinanzjat dan il-proġett?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-proposta tal-Gvern sabiex isir upgrading taż-żona tax-Chalet f'Tas-Sliema?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6847 u jgħid meta hu mistenni u/jew ippjanat li tkun lesta l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6848 u jgħid min se jkun is-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet li se jkun fiha l-istess estensjoni li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?", "Jista' jgħid jekk hux se jkun il-Gvern jew kumpanija privata li se jipprovdu s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?", "Jista' jagħti l-isem tal-kumpanija privata f'każ li din ser tipprovdi s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6849 u jgħid jekk matul il-perjodu sakemm l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018 issir proprjetà tal-Gvern skont il-kuntratt CT 2009/2015 (Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility), xi ħlasijiet ser isiru mill-Gvern u/jew minn xi entità oħra governattiva lill-consortium għall-estensjoni u għall-faċilitajiet?", "Jista' l-Ministru jgħid meta huma dovuti dawn il-ħlasijiet u kif għandhom isiru?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6850 u jgħid min se jipprovdi servizz ta' catering għall-ħames mitt (500) sodda addizzjonali li se jkun hemm fl-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?", "Jista' jgħid x'se jkun il-ħlas għal dan is-servizz ta' catering?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6851 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bin-numru ta' referenza CT 2009/2015 u bid-deskrizzjoni \"Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long Term Care Facility\" liema kuntratt ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru 2017?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa fil-Korp tal-Pulizija li jokkupaw ir-rank ta' Maġġur, Spettur, Supretendent u Assistent Kummissarju?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-għajnuna lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Settembru 2018?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li gawdew mis-sistema tal-parole fis-sena 2017 u mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Settembru 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika liema se jkunu l-160 triq li Infrastruttura Malta se tkun qed tagħmel fix-xhur li ġejjin, liema ammont saret referenza għalih minn diversi esponenti tal-Gvern inkluż l-istess Ministru responsabbli?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir Triq l-14 ta' Diċembru 1945 fil-Fgura?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jara li n-nuqqasijiet li hemm bħalissa fit-trasport tat-tfal li jattendu l-iSkola Primarja tal-Mellieħa relatati mad-dewmien biex jitwasslu lura d-dar, jiġu solvuti?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu jew jekk ġewx permessi li jinġabru tips mill-events, u jekk iva, dawn kif ser jiġu jew ġew imqassma?", "Jista' jgħid xi proċedura qiegħda tiġi jew li ġiet addottata bħalissa?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu relatat mal-HMSL isir jew sar b'mod voluntarju u jingħata jew ingħata biss lil min jixtieq jaħdmu?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Union li tirrapreżenta l-ħaddiema ta' Heritage Malta kenitx ikkonsultata fuq din il-kwistjoni?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema interessati humiex se jitħallsu u jekk tħallsux mill-payroll system jew humiex se jiġu mitluba jew ġew mitluba jirreġistraw bħala self-employed u jużaw il-ktieb tal-VAT?", "Jista' jgħid kif se jassigura li ma jinħoloqx xi tip ta' xogħol tal-prekarjat ġdid fi ħdan Heritage Malta?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-'event manager, curator or delegate', ħa jagħżel jew għażel lis-staff complement?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu Malta hux se jkollhom jagħmlu u jekk hux diġà għamlu xogħol f'Għawdex?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid hux se jiġi pprovdut u jekk ġiex provdut trasport u akkomodazzjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5398, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Kbira f'Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika ta' Bormla u jekk le jistgħux jittieħdu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ttieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika tal-belt Senglejana u jekk le jistgħux jittieħdu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6865 dwar landscaping tar-roundabout f'Triq id-Dejma Fgura, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm din ġiet tiswa?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5773, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-trattattivi biex jagħtu bidu għax-xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar Raħal Ġdid ġewx konklużi jew le?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 176 - European Landscape Convention, tiġi fis-seħħ?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-korsijiet kollha li joffri l-Istitut għall-Edukazzjoni huma ddisinjati, żviluppati u mogħtija minn persuni li għandhom tal-anqas il-grad akkademiku li qed jagħlmu fih?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida mħabbra mill-Gvern għall-San Pawl il-Baħar waqgħet lura b'sentejn?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida f'Marsaskala, reġgħet għal darb'oħra waqgħet lura fix-xogħlijiet u ma' kenitx lesta biex tiftaħ kif ippjanat għal din is-sena skolastika?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta' rubber flooring eżistenti?", "Ta' kemm minnhom intlaqgħet it-talba?", "Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħra?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' manutenzjoni u infrastrutturali inkluż xogħol fuq il-faċċata, il-music room, iċ-changing room u l-counselling rooms, li ġie mwiegħed li jsir fil-Malta Visual & Performing Arts School baqa' ma sarx, sal-bidu tas-sena skolastika?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx irreveduti l-pjanti tal-bypass ta' Ħ'Attard (Central Link Project)?", "Jekk ir-risposta hija iva, jista' l-Ministru jgħid jekk it-triq hekk kif proposta hux se tkun street level jew taħt il-livell tat-triq fiż-żoni ta' Triq Oliver Agius, Triq Ferdinand Inglott (li tinkludi wkoll il-parti li tgħaqqad ma' Triq Żebbuġ) kif ukoll Triq Tumas Chetcuti, Ħ'Attard?", "Fil-każ li se tkun taħt il-livell tat-triq, jista' l-Ministru jagħti kemm-il metru se tkun 'l isfel fit-toroq imsemmija hawn fuq u jekk hemmx il-ħsieb sabiex l-istess triq ipproġettata tkun mgħottija sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tar-residenti li joqogħdu fil-viċin u dan hekk kif se jsir fi proġett separat f'Santa Venera fejn se titgħatta parti minn Triq Reġjonali hekk kif imħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea hux se tagħti xi tip ta' fondi biex issir il-bypass ta' Ħ'Attard (Central Link Project)?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' high-voltage cables li nxtraw mill-Enemalta bejn l-1 ta' Jannar 2015 u t-30 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid għal liema prezz inxtraw, u jindika liema nxtraw b'tender, b'quotation jew b'direct order?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid min kienu s-CEOs tal-ARMS Ltd mill-2013 sal-lum?", "Min hu s-CEO illum u sa meta hu l-kuntratt tiegħu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ARMS Ltd hux qed titfa' flus direttament fil-kont tal-klijenti li għandhom il-panelli u jkollom jieħdu l-flus minn ARMS Ltd għax jikkunsmaw anqas milli jipproduċu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-differenza fix-xogħol u fil-paga bejn Meter Reader u Agent Meter Reader mal-ARMS Ltd fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma?", "Kemm hemm u kemm hemm bżonn li jkun hemm għal full complement għal Meter Readers u Agent Meter Readers?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI Jipproponi -", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali\".", "IL-MINISTRU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI Jipproponi -", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Attli jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 62 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "22 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018, fis-2.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 51 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018, fit-3.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 58 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 fl-4:30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Preżentazzjoni mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar ir-Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2016.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt, b'din l-aġenda:", "It-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Diskussjoni skont Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Ġappun.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PETIZZJONIJIET", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' linji gwida dwar kif għandhom jiġu ttrattati petizzjonijiet quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet.", "Konsiderazzjoni ta' petizzjonijiet quddiem il-Kumitat (in camera)", "Affarijiet Oħra.", "22 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181023_147a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 146, li saret fit-22 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni t-talba tal-Onor.", "Edwin Vassallo biex jiġi rreġistrat bħala skużat fil-Minuti tas-Seduta Nru 143 u 144 tal-10 u l-15 ta' Ottubru rispettivament, is-Sedja laqgħet it-talba u ordnat il-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduti msemmija.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pubblikazzjoni li s-Sedja rċeviet mill-President's Foundation for the Well-being of Society, li tiġbor id-diskorsi li saru matul il-konferenza Closing the Gender Pay Gap li nżammet fl-20 ta' April 2018; u", "Rapport tal-parteċipazzjoni ta' delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni lokali ta' ex Membri Parlamentari fil-Kollokju li ddiskuta l-Futur tal-Ewropa u li nżamm fi Strasburgu fit-12 ta' Ottubru 2018, flimkien ma' kopja tad-Dikjarazzjoni The Future of Europe adottata matul l-istess laqgħa.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI: ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI NGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Mhux se nistaqsi dwar is-suġġett tad-domanda lill-Onor.", "Caruana għal raġunijiet ovvji, għax il-mistoqsija hija indirizzata lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, però ġentilment xtaqt nistaqsiha jekk hux possibbli tgħaddi l-messaġġ li din id-domanda jien għamiltha fil-15 ta' Frar.", "Il-Ministru Ian Borg qed jgħidli li għandu bżonn aktar żmien biex it-tagħrif jinġabar.", "Huwa possibbli għall-Ministru li tfakkar lill-Ministru li nkarigaha twieġeb għan-nom tiegħu, li jien għamilt din id-domanda tmien xhur ilu?", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: ISMIJIET U ĦLASIJIET TA' KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru telenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hi responsabbli?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Tista' l-Ministru, fil-kapaċità tagħha ta' Ministru għal Għawdex, tgħidilna x'se jkun ir-rwol tal-Awtorità Reġjonali ta' Għawdex li mistennija tibda tiffunzjona fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Ilbieraħ din l-awtorità ssemmiet fid-diskors tal-Baġit li ppreżenta l-Ministru tal-Finanzi u l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi diġà sar fil-Parlament.", "Eventwalment trid issir id-diskussjoni fi stadju tat-Tieni Qari biex ikollna din l-awtorità.", "Ir-rwol ta' din l-awtorità huwa ovvju.", "Matul is-snin dejjem inħasset il-ħtieġa li f'Għawdex ikun hemm dik l-entità li tmexxi 'l quddiem il-politika reġjonali għal Għawdex u l-istrateġija reġjonali għal Għawdex.", "L-isfortuna hi li tul is-snin dan qatt ma sar.", "Hawn mhux qed nattribwixxi xi intenzjonijiet ħżiena għax kull min kien fir-rwol ta' Ministru għal Għawdex għax kulħadd kellu l-interess ta' Għawdex, però kulħadd kien qed jopera fl-ambitu tal-leġiżlatura partikolari.", "Dejjem inħasset il-ħtieġa li jkun hemm pjan fit-tul u ta' strateġija li tmur long-term, kif għandna fil-manifest elettorali.", "Din ma tistax tiġi implimentata waħedha imma jrid ikollok body regolat u mwaqqaf b'liġi.", "Din hija l-awtorità li se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija u anke r-reviżjoni perjodika ta' din l-istrateġija reġjonali.", "L-iskop tal-awtorità se jkun l-ewwel nett li tirrappreżenta diversi oqsma, se tkun qed tiffaċilita wkoll id-djalogu bejn stakeholders differenti biex ikollna vuċi waħda li tkun qed tmexxi 'l quddiem l-aġenda reġjonali, imma fuq kollox ukoll biex tassigura li anke l-interessi ta' Għawdex ikunu fuq l-aġenda nazzjonali.", "Ħafna drabi, b'kull rispett lejn kull ministeru, ikun hemm policies ta' portata nazzjonali, kif għandu jkun, imma l-interessi ta' Għawdex ma jiġux rappreżentati b'mod kif aħna bħala Għawdxin inkunu nixtiequ.", "Għal dan il-għan se jsir regional impact assessment li se jkun il-funzjoni ta' din l-awtorità biex jassigura li kull policy, kull liġi, kull inizjattiva, hi x'inhi, trid tiġi valutata u naraw ukoll l-impatt tagħha fuq Għawdex u fuq l-Għawdxin.", "Allura din l-awtorità se tkun qiegħda mhux biss tipproteġi, imma wkoll tippromwovi u tassigura li l-interess ta' Għawdex ikun imdaħħal f'kull inizjattiva.", "Kien hemm ukoll konsultazzjoni pubblika dwar din u l-eżerċizzju li għamilna ma kienx li mmorru b'dokument fait accompli, imma mxejna bil-kontra.", "Filwaqt li kellna l-parametri tal-abbozz ta' liġi kif għandu jkun, morna nagħmlu konsultazzjoni pubblika u laħħamna l-abbozz ta' liġi skont il-feedback li ħadna.", "Fil-fatt, matul dawn l-aħħar ġimgħat kellna one-to-one meetings ma' diversi stakeholders oħra biex inkomplu nsaħħu dan l-abbozz ta' liġi li se jkun qed jiġi pPubblikat fil-ġranet li ġejjin u jitla' għat-Tieni Qari fil-Parlament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jinkera jew jinxtara r-raba' vapur tal-Gozo Channel?", "Naf li fil-midja ġie rapportat li mistennija tintemm ir-riforma tal-Gozo Channel.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex xi deadline li tista' tagħtina?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Qed nesprimi sodisfazzjon kbir għax l-ewwel darba li semmejt ir-raba' vapur kont jien, bejn wieħed u ieħor, sena ilu.", "Minn dakinhar 'l hawn qed nieħu gost li hemm ċertu appoġġ għal din l-idea, però mhijiex xi ħaġa li taqbad, tfaqqa' subgħajk u tagħmilha.", "Ovvjament hemm il-kwestjoni tal-PSO viġenti, hemm il-kwestjoni wkoll li l-Gozo Channel hija kumpanija tal-Gvern, però minħabba state aid issues Il-Gvern irid joqgħod ftit lura.", "Huwa fatt ukoll li ġie appuntat Change Management Review Board li għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu.", "Dwar l-affarijiet li qed jistaqsini l-Onor.", "Interpellant, ikun hemm il-mument propizju fejn inkunu qegħdin nagħmlu d-diskussjoni fuq hekk.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jsir anke fuq livell kulturali biex Għawdex ikompli jattira turiżmu lokali kif ukoll turiżmu internazzjonali?", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "(Interruzzjonijiet)", "U tgħidx kemm ġejtu minnkom tarawha u ħadtu pjaċir!", "Bid-differenza li minflok qagħdu jokorbu għall-isponsors, tajniehom il-finanzjament kollu meħtieġ biex mhux opra waħda u tnejn għamilna, imma xahar sħiħ.", "U nispera li dan il-kumment ma sarx b'diżrispett lejn dawk in-nies kollha li b'mod volontarju, b'tant enerġija u b'tant imħabba tant ħadmu biex itellgħu l-opri.", "MEMBRU: Ilha ssir 50 sena.", "JUSTYNE CARUANA: Ilha ssir 50 sena, però din is-sena saret b'mod differenti għaliex investejna fit-talent u fil-potenzjal Għawdxi u llum ir-riżultat jista' jinħass.", "Dwar l-attivitajiet kulturali, huwa mezz ta' kif ninvestu fil-promozzjoni ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta fejn mhux biss qed nimmiraw lejn il-market barrani, imma wkoll it-turiżmu domestiku, it-turiżmu intern.", "Ftit tal-ġranet ilu wkoll ħarġet statistika sabiħa ħafna li minn Jannar sa Settembru, il-Gozo Channel ġarret 4.4 miljun persuna, li naħseb huwa record għal Għawdex ta' kemm nies iżuru Għawdex.", "Dawn in-numri ma jiġux waħedhom.", "In-nies qed jiġu l-ewwel nett għax Għawdex huwa sabiħ u hija responsabbilità tagħna li nżommuh sabiħ, però wkoll għaliex in-nies għandhom għalfejn jiġu.", "Jekk jara l-programm kulturali li għandna anke permezz tal-portal visitgozo.com, wieħed jista' jara li prattikament kull ġimgħa - mhux neċessarjament fi tmiem il-ġimgħa, anke matul il-ġimgħa – ikun hemm ukoll attivitajiet.", "Fil-Baġit li nqara lbieraħ rajna wkoll żieda fil-budget allokat għaliex qegħdin naraw li kull xahar ikun hemm main highlight, ikun hemm attivitajiet differenti li jimmiraw lejn udjenzi differenti.", "Biss biss ngħid li matul dan il-weekend sar l-ewwel International Kite Festival.", "Għall-ewwel meta qaluli x'inhu dan il-festival tbissimt ftit, però meta kont hemm dan il-weekend irrealizzajt kemm kien event suċċess għaliex attira eluf ta' nies.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Għarb, b'mod partikolari lis-Sindku li mexxa 'l quddiem dan il-proġett b'tant enerġija.", "Irrid ngħid grazzi lill-kunsilli lokali kollha għax flimkien magħhom qegħdin nippromwovu dawn l-events li qegħdin ikunu mifruxin fuq medda ta' ġranet.", "Fil-fatt minn hawn u ftit ieħor se jkollna event ieħor mal-Kunsill Lokali ta' Sannat li huwa bbażat ħafna fuq il-mużika u fuq it-tradizzjonijiet kulturali.", "Għandna wkoll attività oħra li ġejja bl-isem 'Lejl Imkebbes' fejn se jkun hemm parteċipazzjoni qawwija tat-talent lokali.", "Ġaladarba semmejna l-opra, irrid ngħid li għall-ewwel darba sar xahar sħiħ ta' attivitajiet relatati mal-opra u l-patrunaġġ din is-sena żdied mhux biss mil-lokali imma anke minn persuni li ġejjin minn diversi pajjiżi barranin imdorrijin iduru dawn l-attivitajiet u kulħadd jgħidlek x'livell tajjeb kien.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Rigward il-business park li qed jinbena, tista' l-Ministru tgħid jekk infetħux l-applikazzjonijiet biex jibda l-proċess ta' allokazzjoni, kif infetħu l-applikazzjonijiet u għal min se jkunu eliġibbli dawn l-applikazzjonijiet?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Attwalment hemm tliet proġetti għaddejjin, żewġ proġetti minnhom, għalkemm hemm kollaborazzjoni sħiħa, però huma tal-Malta Enterprise u tal-MIP, imbagħad hemm l-SME Park li huwa tal-Ministeru għal Għawdex.", "Fil-kuntest tal-ex MDP dan huwa proġett b'fondi Ewropej fejn se jkun hemm proġetti ta' riċerka u innovazzjoni.", "Imbagħad hemm ukoll it-tieni proġett b'fondi Ewropej fiż-żona li hija magħrufa bħala tal-Ħofra.", "Kien hemm sejħiet għaż-żewġ proġetti, u fil-fatt kien hemm l-avviżi, allura dak li jkun seta' jissottometti l-applikazzjoni tiegħu u l-business plan tiegħu, kif normalment isir.", "Dwar it-tielet proġett, li huwa proġett tal-Ministeru għal Għawdex, dan huwa l-SME Park.", "L-idea hi biex nimlew il-gaps li mhux se jiġu indirizzati biż-żewġ proġetti l-oħrajn.", "Hemm il-ħsieb ukoll li filwaqt li nindirizzaw dawk il-gaps eżistenti, ikun hemm ukoll business centre biex inkunu nistgħu nakkomodaw office space requirements li qed ikollna bżonn.", "Fil-fatt qegħdin jiġu ħafna kumpaniji u investituri minn barra fejn qegħdin jistaqsu jekk isibux post minn fejn joperaw jekk jiġu joperaw minn Għawdex.", "Dawn jistaqsu jekk hemmx xi faċilitajiet ready to plug in to start operations.", "Il-fatt hu li f'Għawdex hemm nuqqas ta' dan it-tip ta' spazju.", "Allura parti mill-SME Park se tkun iddedikata appuntu għal dan il-għan, jiġifieri se jkun hemm business centre, administrative building, li se jkun jista' jintuża għal dan il-għan.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar Baġit rigward Għawdex kien hemm miżura li jidhirli lbieraħ ġiet imġedda wkoll, li hija inċentiv fiskali għall-ħaddiema Għawdxin li jiġu ngaġġati f'Għawdex stess.", "Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kif sejra din il-miżura, kemm Għawdxin gawdew minnha, u kemm hemm persuni oħrajn li jistgħu jgawdu jew mistennija jgawdu minn din il-miżura?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-Baġit li għadda nidejna din l-iskema li permezz tagħha qegħdin nagħtu 30% tal-paga medja ekwivalenti jew caps għal €6,000 għal kull impjieg ġdid li jinħoloq f'Għawdex li jkun ta' minimu ta' tliet snin.", "Din għamilnieha l-ewwel nett biex ninċentivaw is-settur privat, però iktar u iktar biex inħajru aktar kumpaniji u entitajiet Maltin jirrilokaw f'Għawdex.", "Din kienet inizjattiva li ntlaqgħet tajjeb ħafna.", "S'issa kellna 24 kumpanija li applikaw biex jirreġistraw għall-impjegati tagħhom biex ikunu jistgħu jieħdu l-benefiċċju taħt din l-iskema, u huwa ta' sodisfazzjon għaliex mhux biss kien hemm kumpaniji Għawdxin li applikaw, imma wkoll kumpaniji Maltin li għall-ewwel darba irrilokaw f'Għawdex.", "Qegħdin naraw ukoll diversifikazzjoni tas-settur, jiġifieri tas-settur tal-gaming, tas-servizzi finanzjarji, tas-servizzi ta' konsulenza u wkoll entitajiet ġodda li qegħdin jibdew joperaw minn Għawdex u qegħdin iġibu wkoll din id-diversifikazzjoni interessanti.", "Huwa ta' sodisfazzjon ukoll għaliex għal din is-sena f'dan il-Baġit reġgħet ġiet imġedda din l-iskema.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS SAID: Nixtieq nagħmel tliet mistoqsijiet supplimentari.", "L-ewwel mistoqsija.", "Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jibda l-fast ferry service li issa ilu jiġi mwiegħed għal sitt budgets konsekuttivi?", "It-tieni mistoqsija.", "Il-Ministru ngħatat kopja tar-rapport li sar dwar il-mewt ta' persuna għaliex ma kienx hemm helicopter?", "Hija sodisfatta bil-konkużjonijiet ta' dak ir-rapport, dejjem jekk ingħatat kopja tiegħu?", "It-tielet mistoqsija hi dwar jekk il-Ministru hijiex inkwetata għall-fatt li minn mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Ministru Edward Scicluna, id-differenza fl-average wage bejn Malta u Għawdex irduppjat fl-aħħar sentejn.", "Id-differenza fl-average wage fl-2012 bejn Malta u Għawdex kienet ta' €400.", "Fl-2016 id-differenza telgħet għal €1,200 u issa l-Ministru Edward Scicluna, f'risposta li ta 15-il ġurnata ilu, ikkonferma li s-sena l-oħra d-differenza fl-average wage bejn Malta u Għawdex telgħet għal €2,300.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hijiex sodisfatta b'dan u x'qed tagħmel biex il-paga tal-Għawdxin tkun komparabbli ma' dik tal-Maltin?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "Interpellant huwa avukat u allura jaf il-proċeduri u jaf ukoll għaliex ġie rapportat fil-midja li hemm proċeduri legali għaddejjin li sakemm jiġu eżawriti ma jistax ikun hemm it-tendering exercise mill-Gozo Channel.", "Allura iktar ma jkun hemm proċeduri u iktar ma jkun hemm dewmien iktar se ndumu mingħajr il-fast ferry.", "Kulħadd jaf li l-proċeduri mhux qegħdin isiru la mill-Gozo Channel, la mill-Gvern, imma qegħdin isiru mill-bidder.", "Irrid ngħid li kull appell li ġie ntavolat intilef, jiġifieri l-Gozo Channel qed tirbaħ kull proċedura li qed ikun hemm, però l-bidder qed ikompli jintavola appelli.", "Hawn m'iniex qed nidħol fi kwestjonijiet ta' jekk għandux raġun jew le.", "Mhuwiex rwol tiegħi, però huwa fatt li sakemm jiġu eżawriti dawn il-proċeduri ma jistax ikollna l-fast ferry u onestament ma naħsibx li huwa ġust li jiġi attribwit xi dewmien daparti tal-Gvern.", "Dwar ir-rapport tal-helicopter, m'għandix kopja tar-rapport u lanqas tlabtu għax dawk huma affarijiet taħt ir-remit tal-Ministru tas-Saħħa.", "Li jien sodisfatta żgur hu li issa se jkollna sptar ġdid, se jkollna l-Barts University u se jkollna ċentru tas-saħħa modern.", "Naħseb l-Onor.", "Interpellant jirrikonoxxi li taħt Gvern Nazzjonalista qatt ma ġew indirizzati l-ħteġijiet tal-bereġ.", "F'dawn l-aħħar xhur ftaħna berġa ġdida fix-Xewkija u issa se jkun hemm ċentru tas-saħħa modern fir-Rabat biex jaqdi l-funzjonijiet, għax s'issa l-poplu Għawdxi qed jinqeda mir-Rabat f'żewġt ikmamar gabubi li żgur mhumiex adattati u idonei għall-bżonnijiet moderni.", "Dwar il-mistoqsija parlamentari li saret lill-Ministru tal-Finanzi, din mhijiex xi ħaġa li huwa fenomenu ta' issa, imma minn dejjem kien hemm dik il-gap, però għad-differenza ta' gvernijiet oħrajn, dan il-Gvern qed jipprova jindirizza din l-anomalija.", "Għalhekk nidejna l-iskema li għadni kemm tkellimt dwarha għaliex permezz tagħha se nkunu qegħdin ninjettaw €6,000 għal kull impjegat ġdid li l-employer ikun jista' jinvesti f'kondizzjonijiet aħjar għall-impjegati tiegħu, li jkun jista' jinvestihom mhux biss f'pagi aħjar u f'pagi ogħla, imma anke f'kundizzjonijiet tax-xogħol li huma iktar family friendly u anke jippermettu l-professional development.", "Dwar inizjattivi oħrajn, dan l-eżerċizzju għamilnieh permezz tal-iskills gap analysis, li huwa analiżi li għamel il-konsulent tal-Ministeru, Gordon Cordina, għamilnieha flimkien mal-Gozo Business Chamber fejn identifikajna mhux biss l-iskills gap, imma anke mezzi oħrajn ta' kif nistgħu nsaħħu l-kondizzjonijiet fis-settur privat.", "Huwa fattur ukoll li hemm id-differenza fil-pagi għar-raġuni li l-production costs f'Għawdex huma orħos, ir-rental costs f'Għawdex huma orħos, u allura dawk jimpattaw ukoll fil-valur tas-servizz u tal-prodott, u sfortunatament jaffettwaw il-pagi wkoll.", "Qed nispjega li qed issir din l-inizjattiva, hemm ukoll din l-analiżi li saret, u din se tkun qed twassal għal pakkett ta' inċentivi fl-istrateġija reġjonali għall-iżvilupp ta' Għawdex li se tkun qed titmexxa mill-awtorità kif spjegajt aktar qabel.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Tista' l-Ministru tgħidilna iktar dwar Casa Amalia li tinsab fir-Rabat, Għawdex u x'tip ta' servizzi toffri għall-anzjani Għawdxin?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk tistaqsini nwieġbek, mhux problema!", "(Interruzzjonijiet) Jiena meta kont fl-Oppożizzjoni ġieli għamilt leġiżlatura nistenna risposta għal mistoqsija parlamentari.", "Aħna hawnhekk inqumu u nwieġbu.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur!", "U baqagħlu biex ikun!", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'din il-leġiżlatura għandna mira ambizzjuża x'nilħqu u rridu nilħqu 500 sodda għall-anzjani.", "Filwaqt li hemm il-proġett tad-Dar ta' San Ġużepp għaddej, li min jaf kemm-il darba mal-Onor.", "Robert Cutajar tkellimna dwarha, però issa wkoll ħierġa l-aħħar tender.", "Biex tintlaħaq il-mira hemm ukoll proġetti oħrajn u Casa Amalia hija waħda minnhom.", "Fil-fatt din hija dar tal-privat, u sodisfatta ħafna li anke f'Għawdex issa dieħel il-privat.", "Hija dar li se tkun speċjalizzata fil-kura tad-dementia.", "Qed nara li hawn ċertu interess f'dan is-settur, però huwa fatt li l-kondizzjoni tad-dementia qed tiżdied, iktar persuni qegħdin jiġu affettwati, u f'Għawdex għandna problema li hija ferm iktar akuta.", "Fil-fatt meta kellna l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea ppreżentajna l-proġett bħala best practice li kien dementia friendly village f'Għawdex, u għażilna lokalità partikolari li hija San Lawrenz, għaliex kellek maġġoranza tal-popolazzjoni li b'xi mod jew ieħor hija afflitta minn din il-kondizzjoni.", "Għawdex hija ageing population per eċċellenza, u għalhekk bilfors trid tinvesti fis-servizzi.", "F'din id-dar se jkollok servizzi għal filgħodu, però wkoll servizzi għal bil-lejl.", "Filgħodu se jkollok servizzi relatati mad-dementia strategy, li hija strateġija fuq medda ta' disa' snin, u issa diġà qegħdin kważi fit-tielet sena tagħha.", "Mela f'din id-dar se jkunu qegħdin jiġu implimentati programmi fl-ambitu ta' din l-istrateġija u anke servizzi għal bil-lejl.", "Kif nafu, il-familji tagħna li għandhom membri tal-familja bil-kondizzjoni tad-dementia jgħaddu minn ħafna tbatijiet għax iridu jagħtu l-kura.", "Dan il-Gvern irrikonoxxa s-sagrifiċċju li jagħmlu dawn il-persuni anke permezz ta' għajnuniet u servizzi differenti, fosthom il-live-in carer kif ukoll il-care assistance li anke f'dan il-Baġit rajnieha tiġi modifikata biex tkun iktar faċli u żidna l-allowance.", "Apparti dawn hemm il-ħtieġa wkoll ta' servizzi fil-komunità.", "Din hija dar fil-qalba tar-Rabat fejn hemm ħafna anzjani u allura se tkun qed toffri dan is-servizz u qed timla' gap f'dik il-lokalità.", "Il-Gvern għamel agreements ma' din id-dar privata fejn se jkun qed jixtri s-servizz biex ikun jista' jingħata bħala parti mill-pakkett ta' servizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Nixtieq nerġa' immur lura għall-informazzjoni li qed tagħti l-Ministru fuq l-SME Park li suppost qed jinbena għall-użu tan-negozji żgħar f'Għawdex.", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hu kbir u kemm se jkun jesa negozji li sal-ġurnata tal-lum għandhom enforcement order u allura dan l-SME Park jista' jkun ir-refuġju fejn huma jistgħu jiġu allokati mill-ġdid?", "Tista' l-Ministru tgħidilna dan l-SME Park kemm se jieħu negozji u jekk hux diġà nfetħu l-applikazzjonijiet biex dawk is-self-employed li għandhom enforcement order imorru f'dan l-SME Park?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Jekk ma jimpurtax, għal liema proġett qed tirreferi, Għax jien semmejt tliet proġetti?", "L-ISPEAKER: Bil-permess tal-Ministru, l-Onor.", "Kemm tagħmel identifikazzjoni tal-post biss.", "EDWIN VASSALLO: Tnejn mhumiex taħt ir-responsabbiltà tagħha għax huma taħt il-Malta Enterprise u jibqa' biss wieħed, li huwa l-SME Park, li huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Bħala unit irrid nivverifika għax ma rridx nagħti informazzjoni skorretta.", "Il-konċett huwa ftit differenti.", "Ħalli nimxu bil-kontra.", "Se naraw iż-żewġ proġetti l-oħra x'se jakkomodaw, imbagħad se nkunu qegħdin naraw il-gaps li jkun jifdal biex inkunu nistgħu naħsbu għalihom, però dwar dak se nkunu qegħdin naħdmu wkoll mal-Malta Industrial Parks għax ovvjament hemm ukoll proċeduri, però għadu prematur wisq.", "Qegħdin fi stadju ta' Awtorità tal-Ippjanar u peress li ż-żewġ proġetti l-oħra diġà ġew varati, se nkunu qegħdin nimxu bil-kontra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jiġifieri dan il-Gvern qiegħed fis-sitt sena tiegħu u m'għandux ħsieb jew viżjoni dwar kif se jaqdi d-domanda ta' ħafna sidien ta' negozji żgħar f'Għawdex li kienu qegħdin jistennew li l-Gvern joffrilhom spazju alternattiv?", "Mastrudaxxa jew ħaddied mhux se jmur taħt ir-responsabbiltà tal-Malta Enterprise għax ma jaqax taħt il-kwalifika ta' xi ħaġa innovattiva, allura ma nistennix li se jmur f'dawk il-parks li huma taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Chris Cardona, imma se jkollu jmur f'dawk li jaqgħu speċifikament taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex.", "Il-Ministru għandha f'moħħha lil min se taqdi u kemm?", "Se taqdi lil għaxra, għoxrin, tletin self-employed?", "Jistgħu jkunu kostitwenti tagħha, ma ġara xejn, imma l-Ministru għandha f'moħħha lil min se taqdi?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Aħna hawnhekk mhux x'se naqdu u lil min naqdu, imma hemm lista twila li ilha takkumula minn żmien gvern li tiegħu inti kont membru u kont anke Segretarju Parlamentari responsabbli ta' dan is-settur.", "Hemm nies ilhom jistennew sa minn qabel kont segretarju parlamentari int. Hemm lista ta' stennija li kemm jista' jkun se tkun qed tiġi indirizzata bil-mod kif semmejt aktar kmieni.", "L-Onor.", "Interpellant naħseb japprezza li hemm proġett li fi żmien amministrazzjoni oħra ma kienx hemm.", "Issa se jkun hemm u qegħdin quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Għawdex fejn jidħol turiżmu kien magħruf għal seasonal tourism fejn ikun hemm ħafna turisti fis-sajf u ftit jew xejn turisti fix-xitwa.", "Tista', jekk jogħġobha, tgħid x'qed isir biex issa anke li s-sajf spiċċa u dieħla x-xitwa jkun hemm aktar turisti li jagħżlu li meta jkunu Malta jżuru Għawdex anke fi żmien li t-turisti f'Malta għandna record wara l-ieħor?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana, fil-qosor jekk jogħġbok għax skada l-ħin.", "JUSTYNE CARUANA: Li ngħidlek biss hu li seasonality m'għadux hemm għaliex mill-istatistika li kkwotajt iktar kmieni kellek 4.4 miljun persuna li qasmu lejn Għawdex u huma biss 1.8 miljun li ġew fix-xhur tas-sajf, jiġifieri l-oħrajn ġew fix-xhur l-oħrajn li normalment huma meqjusin bħala shoulder months.", "Jibqa' il-fatt, però, li meta nitkellem mal-GTA u mal-entitajiet l-oħrajn li jirrappreżentaw is-settur tat-turiżmu jgħidulek li l-isfida llum il-ġurnata mhijiex is-seasonality, imma huma l-bed nights, u hemmhekk qegħdin nippromwovu wkoll kunċett differenti fejn mhux biss ikun tal-weekend, imma jkun anke matul il-ġimgħa.", "Għalhekk bdejna festivals li jkunu qegħdin jitmexxew ukoll fuq diversi ġranet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-infiq fuq riċevimenti mill-entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru fl-2017 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4374; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi t-toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet li se jinbnew mill-ġdid, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7259.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar wirjiet u attivitajiet li nżammu fis-sala tal-esebizzjonijiet ġewwa l-Ministeru għal Għawdex, bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6956.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kumitati Permanenti.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi, Abbozz nru.", "51, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emenda u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozju tal-Familja, Abbozz nru.", "48, għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, nixtieq nirrapporta lil din il-Kamra dwar il-ħidma li saret waqt il-Kunsill Ewropew u l-Laqgħa bejn pajjiżi Ewropej u Asjatiċi li saru fi Brussell bejn nhar l-Erbgħa 17 ta' Ottubru u l-Ġimgħa 19 ta' Ottubru, 2018.", "Il-Kunsill Ewropew kellu fuq l-aġenda tiegħu l-kwistjoni tal-immigrazzjoni, is-sigurtà interna, ir-relazzjonijiet esteri u Brexit.", "Dwar Brexit, li ħadet l-ewwel sessjoni tal-istess Kunsill Ewropew tal-Mexxejja, jidher ċar ħafna li m'hemm l-ebda konklużjonijiet minkejja li ż-żmien meta r-Renju Unit toħroġ uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea jinsab qrib.", "Filwaqt li wieħed għadu jrid jara dwar is-Summit ta' Novembru, jekk dan hux se jsir jew le, dwar dan ma rridx li nispekula, li nista' ngħid huwa dak li jidher b'mod ċar, li għadna ma wasalniex u l-ikbar impediment għall-qbil hija l-aktar il-kwistjoni tal-Irlanda u l-assikurazzjonijiet meħtieġa u marbuta magħha.", "Il-\"Good Friday Agreement\" li sar bejn ir-Renju Unit, li l-Irlanda ta' Fuq tagħmel parti minnu, u r-Repubblika Irlandiża, neħħa l-fruntieri li jeżistu bejn iż-żewġ stati u dan qed iwassal għal ħafna diskussjonijiet dwar x'għandu jsir hekk kif il-kwistjoni, mhux sempliċement waħda ta' fruntiera ta' linja dritta li tista' taqbad u tagħlaq, iżda sitwazzjoni fejn hemm għexirien ta' toroq li prattikament jaqsmu l-fruntiera min-naħa għall-oħra, hekk kif il-ftehim ta din il-faċilità ta' moviment liberu bejn iż-żewġ pajjiżi u anke li magħhom jistgħu jġorru prodotti liberament.", "Ovvjament hemm ukoll il-kwistjoni tas-sigurtà li qed iġġiegħel lin-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea jitlob għal aktar żmien sabiex iż-żewġ partijiet jaslu.", "Dwar l-immigrazzjoni, il-Kunsill Ewropew għamel analiżi tal-konklużjonijiet tal-istess Kunsill f'Ġunju li għadda u filwaqt li nnota li l-livell ta' qsim għall-Ewropa naqas b'95% mill-Mediterran ċentrali minn Ottubru 2015, xorta waħda għad fadal ħafna xogħol xi jsir.", "Ġie deċiż ukoll li titwaqqaf task force bl-appoġġ tal-istess Kunsill u l-Kummissjoni biex flimkien mal-Europol sa Diċembru li ġej ikun ippreżentat sett ta' miżuri msejsa sabiex jindirizzaw il-problema tat-traffikar uman, partikolarment billi jkunu qed janalizzaw mill-qrib il-komunikazzjoni tal-istess gruppi anke online.", "F'dik li hija sigurtà interna, l-Unjoni Ewropea se tkompli taħdem sabiex tissokta l-ġlieda kontra l-perikli, kontra s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej permezz ta' dawk cyber, jiġifieri l-perikli ċibernetiċi, armi kimiċi, bijoloġiċi u saħansitra nukleari.", "L-Unjoni Ewropea se tkun qed taħdem ukoll sabiex tipproteġi l-valuri demokratiċi Ewropej anke b'rabta mal-elezzjonijiet Ewropej billi fost l-oħrajn tiġġieled il-problema tal-miżinformazzjoni.", "Fl-aħħarnett irid insemmi wkoll il-laqgħa bejn il-pajjiżi Ewropej u dawk ġejjin mill-Asja, l-ASEM 12.", "Dan huwa forum interessanti ħafna għalina fejn għandna pajjiżi li magħhom għandna relazzjonijiet profondi ta' kummerċ, pajjiżi bħal Singapore, iċ-Ċina u l-Ġappun.", "Il-punt li għamilna huwa li Malta tista' toffri dik l-opportunità lil dawn il-pajjiżi u bosta pajjiżi oħra, kemm Ewropej kif ukoll Asjatiċi, biex inħarsu lejn il-futur.", "Semmejna, fost l-oħrajn, il-qasam tal-blockchain li pajjiżna qed jirreloga, u f'dan il-qasam qed niġbdu l-attenzjoni.", "Fil-fatt tkellimt dwar kif delegazzjoni mill-Ġappun se tkun Malta fil-jiem li ġejjin biex tara l-progress fil-qasam tal-blockchain u nesploraw possibbiltajiet ta' aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat.", "Dan huwa Forum importanti ħafna għal pajjiżna li jkompli jgħinna nkabbru l-profil tagħna.", "Persważ li minn dawn il-laqgħat inkomplu nibnu fuq bażi soda ħafna li twassal għal aktar opportunitajiet għal pajjiżna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, nirringrazzja lill-Prim Ministru ta' din l-istqarrija fejn informana dwar dak li qed jiġri barra minn pajjiżna, imma li jaffettwana b'mod dirett.", "Bħala Oppożizzjoni naqblu ma' dak li ġie maqbul fi Brussell nhar il-Ħamis li għadda, però jippreokkupana dak li ma ġiex maqbul.", "Il-ftehim hekk imsejjaħ \"b'mod formali\" u l-konklużjoni tas-Summit jagħtu direzzjoni tajba lill-Unjoni Ewropea dwar dak li għandu x'jaqsam mal-immigrazzjoni, anke jekk naħsbu li jista' jsir ħafna iktar għas-sigurtà.", "Però ftit li xejn, kif għadu kif qal il-Prim Ministru, jagħti s-serħan u l-konfort rigward il-kwestjoni ta' Brexit.", "Għal ħafna ġimgħat u xhur kien hemm it-tama kemm f'Londra kif ukoll fi Brussell li f'dan is-Summit li għadu kif għadda jintlaħaq xi forma ta' qbil dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "B'dispjaċir tagħna u ta' ħafna oħrajn dan il-qbil ma ntlaħaqx u n-negozjati għadhom għaddejjin.", "Ma rrid nallarma lil ħadd, però jekk fid-29 ta' Marzu li ġej, id-data stipulata bil-liġi għall-ħruġ tar-Renju Unit, ma jkunx hemm qbil u r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, xorta waħda se jkun hemm konsegwenzi ta' inċertezza kemm fuq ir-Renju Unit kif ukoll fuq il-kontinent tal-Ewropa, Malta inkluża.", "Pereżempju, ikun possibbli jew le li jinżlu l-ajruplani tar-Renju Unit f'Malta?", "Ikun possibbli jew le li l-vapuri tal-merkanzija jidħlu f'portijiet tar-Renju Unit?", "X'jiġri minnhom dawk il-mijiet ta' studenti Maltin li qegħdin jistudjaw fir-Renju Unit?", "X'jiġri minn dawk il-kumpaniji li jimpurtaw il-karozzi mill-Ingilterra?", "Hemm diversi mistoqsijiet oħrajn li naħseb huma ta' interess ġenerali nazzjonali, u kulħadd irid il-konfort taċ-ċertezza dwar dawn it-tweġibiet.", "F'Lulju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet dokument li bih tipprova tgħin lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea biex iħejju ruħhom għall-possibbiltà ta' Brexit mingħajr qbil, liema possibbiltà qiegħda dejjem tikber.", "Sfortunatament, fil-Baġit li smajna lbieraħ kien hemm parti żgħira biss dedikata għall-Brexit u ovvjament dan mhux biżżejjed.", "Madankollu nifhem li anke min-naħa tal-Gvern hemm l-inċertezza dwar l-eżitu ta' din il-kwestjoni, imma l-importanti hu li nkunu nafu li Malta hija ppreparata għaż-żewġ eventwalitajiet u kif.", "Il-Gvern jista' jaqsam magħna informazzjoni dwar preparamenti ħalli l-pubbliku, in-negozji u n-nies ikunu informati?", "F'kull forma ta' Brexit, se jkun hemm bżonn ta' iktar kontroll tad-dwana f'Malta fuq prodotti mir-Renju Unit?", "Il-Gvern Malti x'qed jagħmel biex fl-aħħar ta' Marzu li ġej ma jkollniex dewmien żejjed mid-Dwana meta r-Renju Unit huwa wieħed mill-ikbar trading partners tagħna?", "Jidhrilna li dan is-suġġett jixraqlu iktar attenzjoni minn dan il-Parlament, u għalhekk sena ilu konna tlabna lill-Kumitat tal-Affarijiet Barranin biex jidħol fil-fond fuq dan is-suġġett.", "Għaldaqstant nilqgħu b'sodisfazzjon it-talba tal-Ministru Helena Dalli biex tagħti rendikont fl-istess kumitat illum minn hawn u ftit tal-ħin ieħor.", "Dwar il-konklużjonijiet, jidhrilna li l-Unjoni Ewropea għad fadlilha ħafna x'tagħmel f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali kif ukoll fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-immigranti.", "Din hija materja li anke aħna mill-Oppożizzjoni tkellimna dwarha fil-parti tal-grupp tagħna fuq l-istess suġġett u qegħdin niġbdu l-istess ħabel mal-Gvern biex bħala Malta nkunu qegħdin nieħdu pożizzjoni waħda fl-Unjoni Ewropea u nuru b'vuċi waħda l-preokkupazzjoni tagħna u li nippretendu li jsir iktar.", "Għalkemm Malta hija żgħira, il-fatt li qegħdin fuq in-nofsinhar tal-fruntiera u tal-burdura Ewropea jixirlqilna l-ikbar rispett u l-ikbar għajnuna, u l-preokkuazzjonijiet tagħna jridu jkunu prijorità fuq l-imwejjed tad-diskussjoni tal-Unjoni Ewropea.", "Aħna se nkomplu naħdmu fil-Parlament Ewropew, fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex l-Unjoni Ewropea timxi darba għal dejjem mill-kliem għall-fatti fuq dan is-suġġett.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni u nirringrazzja wkoll lill-Prim Ministru.", "Dalgħodu l-BBC ħareġ statistika ta' survey intern ta' ċentru ta' riċerka biomedikali f'Londra, Francis Crick Institute, li fih għandu ħafna xjenzati u riċerkaturi li 40% minnhom huma xjenzati mill-Unjoni Ewropea.", "Peress li issa r-Renju Unit ħiereġ mill-Unjoni Ewropea, 80% ta' dawk l-40% jgħidu li probabbilment se jitilqu minn Londra.", "Il-mistoqsija tal-Oppożizzjoni hija jekk il-Gvern huwiex qiegħed jippjana biex jattira dawn ix-xjenzati u riċerkaturi f'Malta.", "Nistaqsi jekk hux qiegħed jippjana biex jiġu, pereżempju, kumpaniji li huma bbażati f'Londra u jekk għandux xi tip ta' riżultati.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma li speċjalment jekk ikollna Brexit mingħajr qbil, se jkun hemm problemi biex jinżlu ajruplani ta' kumpaniji tal-ajru Brittaniċi fl-Unjoni Ewropea Jagħmilx sens li nipprovaw nattiraw kumpaniji tal-ajru biex ikunu reġistrati hawn Malta?", "Xtaqna nkunu nafu jekk il-Gvern għamilx rapport fuq l-effetti pożittivi u negattivi li jista' jkollu Brexit fuq Malta.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici kien għamel mistoqsija parlamentari dwar dan, però ma ngħatax risposta sodisfaċenti.", "Jekk iva, jista' jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Bħalissa nafu li hemm inċertezza fil-komunità tan-negozju f'Malta kif ukoll fl-Ewropa u anke fir-Renju Unit, u allura jagħmel sens li l-Gvern jagħmel xi tip ta' sit elettroniku ta' informazzjoni jew jagħmel bħalma għamlu l-Olandiżi, dik li tissejjaħ impact scanner, fejn il-kumpaniji Maltin jimlew il-kwestjonarju u l-website stess tagħtihom indikazzjoni ta' x'inhuma l-effetti anke moħbijin fuqhom imma anke x'opportunitajiet jista' jġib il-Brexit.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk il-Gvern għandux ħsieb li jagħmel ftehim bilaterali fil-każ li ma jkunx hemm ftehim dwar Brexit.", "Din hija importanti ħafna minħabba eluf ta' ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit.", "Jekk ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, x'se jiġri minn dawn iċ-ċittadini Maltin?", "F'dak il-każ il-Gvern għandu ħsieb li jagħmel ftehim bilaterali magħhom?", "L-aħħar mistoqsija hi: Il-Gvern qiegħed jikkonsidra l-impatt fuq it-turiżmu minħabba Brexit kemm jekk ikun bi qbil kif ukoll jekk ikun Brexit mingħajr qbil?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Xtaqt nistaqsi lill-Prim Ministru rigward il-laqgħa tal-pajjiżi Ewropej u dawk Asjatiċi anke fid-dawl tal-laqgħat reċenti li l-Gvern Malti kellu mal-Gvern Ġappuniż rigward relazzjonijiet futuri aħjar ma' dan l-Istat daqstant importanti u ekonomikament b'saħħtu fid-dinja.", "Il-fatt li l-Gvern qed jara dan l-interess mill-Ġappun, x'passi ulterjuri se jkun qed jieħu biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi?", "Qed jiġi attivament ikkonsidrat li pajjiżna jkollu ambaxxata fil-Ġappun?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, fir-rebbiegħa li għaddiet għamilt serje ta' mistoqsijiet lill-ministeri kollha dwar Brexit u ġejt informat li twaqqfet task force biex tistħarreġ dan ix-xenarju.", "Jista' l-Prim Ministru jinformana xi twettaq minn din it-task force?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, xtaqt li l-Prim Ministru jirreferi ftit għad-dikjarazzjoni li ħarġet wara dan is-Summit u hu, li kien qiegħed hemm, jispeċifika aħjar x'qed jifhem il-Kunsill meta jgħid li l-Unjoni Ewropea u l-Afrika għandu jkollhom relazzjonijiet differenti li jmorru fuq livelli ġodda ta' kollaborazzjoni.", "Fl-istess dikjarazzjoni hemm ukoll li fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija, dik id-dikjarazzjoni mhijiex qed tiġi implimentata.", "Jista' jgħidilna x'mhux qed jiġi implimentat?", "Fl-istess dikjarazzjoni sfortunatament insibu wkoll dikjarazzjoni ġenerika dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-EASO u tal-Frontex.", "Jista' l-Prim Ministru jispeċifika ftit aħjar x'ġie diskuss, b'mod partikolari meta qed ngħidu \"biex jiġi faċilitat ir-ritorn effettiv ta' persuni li m'għandhomx l-istatus ta' refuġjati\"?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, jista' l-Prim Ministru jassigura lill-poplu Malti li l-arranġament li bħalissa l-pazjenti Maltin għandhom li jmorru l-Ingilterra ma jkunx affettwat fi kwalunkwe każ, kemm jekk ikun hemm qbil kif ukoll jekk le, dwar il-Brexit?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Membri li ħadu sehem permezz ta' dawn il-mistoqsijiet.", "Nixtieq, bil-permess tal-Kamra, inwieġeb il-mistoqsijiet imma dwar ċerti punti speċifiċi oħra dwar Brexit tissuplimentani l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej.", "Se nibda fuq is-suġġett għaliex ma ntlaħaqx ftehim fil-każ tal-Brexit.", "Fil-fehma tiegħi issa mhux qegħdin nitkellmu fuq affarijiet tekniċi.", "Mhijiex kwestjoni ta' liema direttiva tidħol in place u liema direttiva ma tiġix effettiva.", "Fil-fehma tiegħi għandna kwestjoni politika fundamentali li lanqas hija kwestjoni fejn l-Ewropa ma tridx iċċedi jew ir-Renju Unit ma jridx iċedi għall-pika.", "Hija kwestjoni fundamentali għaż-żewġ naħat fuq issues li nixtieq infiehem.", "Fuq in-naħa Ewropea hemm il-punt fundamentali li l-Unjoni Ewropea u t-trattati tagħha huma mibnijin madwar il-libertà tal-moviment tal-persuni, il-libertà tal-moviment tal-prodotti, il-libertà tal-moviment tal-kapital u l-libertà tal-moviment tas-servizzi.", "Fil-verità, kif tipprova toftom wieħed mill-ieħor, minnu nnifsu bħala argumentazzjoni u bħala s-sinsla ta' dak li hu l-proġett Ewropew, jirrikadi, għax tkun qed tbagħbas mal-aktar punti fundamentali li jiġbru flimkien lil din il-familja sħiħa, u f'dan kollu m'hemmx eċċezzjonijiet, għax huma l-punti fundamentali.", "F'livell ta' primarja lit-tfal tagħna jgħallmuhom il-punti bażiċi dwar l-Unjoni Ewropea, u l-ewwel ħaġa li jgħallmuhom hija l-four freedoms, jiġifieri dik hija xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea mhux b'pika, imma b'realiżmu, ma tistax toftom waħda mill-oħra, ma tistax tagħmel eċċezzjonijiet għalihom.", "Dan mhux b'pika imma b'sens ta' valur fundamentali.", "Min-naħa l-oħra, nifhem ukoll is-sitwazzjoni tar-Renju Unit, u għalhekk naħseb li l-problema li hemm bħalissa hija għax m'hemmx soluzzjoni teknika, imma rridu niġu, jekk ikun hemm, għas-soluzzjoni politika.", "Fil-verità, l-issue kollha mhijiex dwar fruntiera.", "Il-fruntiera hija l-biċċa ta' quddiem li naraw aħna.", "Il-kwestjoni fundamentali għar-Renju Unit hija l-integrità tal-pajjiż.", "Ir-Renju Unit qed jgħid u qed jagħmel il-punt - u naħseb li huwa punt b'saħħtu avolja min-naħa l-oħra l-Unjoni Ewropea għandha punt b'saħħtu daqsu - li jekk nagħmlu fruntiera bejn l-Irlanda ta' Fuq u l-kumplament tal-Irlanda se jinqalgħu problemi kbar, inkluż problemi biex jiċċaqalqu n-nies.", "Irridu niftakru li l-Irlandiżi kollha, kemm ta' fuq kif ukoll t'isfel, bit-trattat magħruf bħala Good Friday Agreement, huma intitolati għaċ-ċittadinanza tar-Repubblika Irlandiża, jiġifieri ċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea.", "Minħabba f'hekk jista' jkollna sitwazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea li qegħdin f'żewġ pajjiżi maqsumin bi fruntiera fejn ikun hemm problema għall-moviment tal-persuni u għall-moviment tal-prodotti.", "Hemm sitwazzjoni fejn dawn il-crossings, kif għedt fl-istqarrija tiegħi - xi ħaġa li ftit minna napprezzaw sakemm jien l-ewwel wieħed ingħatajt preżentazzjoni – mhumiex sempliċi kwestjoni ta' linja li taqsam il-pajjiż min-naħa għal oħra, imma intrikatezza ta' toroq li minħabba raġunijiet storiċi huwa diffiċli ħafna biex tiġi manned.", "L-argument l-ieħor li jagħmlu ż-żewġ naħat, kemm l-Irlandiżi kif ukoll l-Ingliżi, huwa li l-mument li twaqqaf fruntiera solida bejn iż-żewġ naħat hemm il-biża' reali li dawn il-postijiet ikunu mira ta' attakki terroristiċi kif ukoll vjolenza.", "Jekk wieħed isegwi l-midja Irlandiża dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm artikli sħaħ ta' nies imbeżżgħin li dan kollu se jerġa' jixgħel konflitt li kien kważi tneħħa għal kollox mill-Ewropa.", "Hawn min jgħidlek: Għaliex ma nagħlqux għajnejna u din il-fruntiera tibqa' ma tkunx hemmhekk?", "Ir-regoli li se jkollu r-Renju Unit se jkunu differenti, jew ikollhom id-dritt li jkunu differenti, għar-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Pereżempju ħafna drabi tissemma l-kwestjoni tal-chlorinated chicken!", "Din tissemma kważi b'ċajta, imma jekk il-prodotti agrikoli fir-Renju Unit ikunu sottomessi għal standards differenti - mhux qed ngħid aħjar jew agħar, imma differenti - minn dawk tal-kumplament tal-Unjoni Ewropea u ma jkun hemm l-ebda tip ta' kontroll fuq il-fruntiera, din twassal għal sitwazzjoni fejn produtturi Maltin li jimxu mar-regoli tal-Unjoni Ewropea jkunu ffaċċjati minn kompetizzjoni mhux ta' level playing field minħabba prodotti li jidħlu fl-Unjoni Ewropea mir-Renju Unit mingħajr ma jkun hemm checks fil-fruntiera.", "Hemm każijiet ta' frictionless borders li qed jissemmew f'postijiet oħra, imma sal-lum dik is-soluzzjoni għadha ma ġietx ippreżentata u allura s-soluzzjoni, if it has to fly, tista' tkun biss waħda teknika.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni tal-backstop.", "Tfisser li jekk ma taqbel xejn, għandek soluzzjoni jekk ma jkunx hemm qbil.", "Fuq dan il-backstop kien hemm qbil diġà bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea allavolja r-Renju Unit, minħabba konsiderazzjonijiet politiċi ovvji f'Londra, ma tantx huma entużjasti għal dan it-tip ta' ftehim, għax jgħid li l-fruntiera ma tkunx bejn in-naħa ta' fuq tal-Irlanda u r-Repubblika Irlandiża imma l-fruntiera tkun fil-baħar, u jgħid li n-naħa ta' fuq tal-Irlanda tibqa' fis-suq komuni u l-fruntiera tkun fil-baħar.", "Dak huwa l-wording - allavolja hemm nuqqas ta' interpetazzjoni komuni bejn iż-żewġ naħat - li kien hemm qbil dwaru f'Diċembru li għadda u li fuqu n-naħa Ingliża għandha problemi serji għax ifisser li hemmhekk tidħol l-integrità tal-pajjiż.", "Hemmhekk għandek il-Gvern Ingliż li għandu maġġoranza ta' tliet siġġijiet, jekk m'iniex sejjer żball, li jiddependi fuq l-appoġġ tal-Unionists tal-Irlanda ta' Fuq li qed jgħidu li ma jistgħu qatt jaċċettaw sitwazzjoni fejn in-naħa ta' fuq tal-Irlanda li huma jirrappreżentaw tkun maqtugħa mir-Renju Unit u tkun magħquda mal-kumplament tal-Irlanda.", "Imbagħad, f'din is-sitwazzjoni qam ukoll il-Gvern Skoċċiż li qal li jekk kemm-il darba jkun hemm dak il-ftehim mal-Irlanda ta' Fuq huma wkoll iridu jkunu inklużi fis-suq komuni.", "Hemmhekk għandek problema tal-integrità tal-pajjiż għax tara sitwazzjoni fejn il-pajjiż jissogra li jinqasam f'biċċiet meta hija realtà storika komplikata fejn inxtered id-demm u fejn hemm sitwazzjonijiet storiċi twal.", "Jiena m'iniex wieħed minn dawk li noqgħod ngħid li l-Ingliżi għandhom iċedu jew l-Ewropa għandha ċċedi.", "L-Unjoni Ewropea għandha argument politiku sod ħafna li naqbel miegħu, imma nifhem ukoll in-naħa Ingliża.", "Fil-fehma tiegħi l-unika soluzzjoni vijabbli f'dan kollu hi pending is-sitwazzjoni ta' realpolitik, li wieħed - u trid tara kemm tkun sostenibbli min-naħa Ingliża – jgħid li jipposponi, u l-posponiment ikun posponiment temporanju li kważi jsir permanenti, imma hemm kapital politiku kbir li wieħed irid jespandi fuqu f'xi ħaġa bħal din.", "L-unika soluzzjoni trid tkun waħda teknika, li ssib soluzzjoni għal din il-kwestjoni tal-fruntiera b'mod tekniku.", "Sal-lum, dik it-tama miż-żewġ naħat b'mod ġenwin għadha ma rrealizzatx ruħha.", "Xtaqt nagħti dik l-overview biex inkunu nafu fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "Fuq il-punti speċifiċi li ssemmew mill-Onor.", "Membri, m'iniex se neħodhom f'ordni imma bil-mod kif niżżilthom.", "Aħna għandna t-task force dwar Brexit li qiegħda taħdem b'mod partikolari biex naraw l-opportunitajiet li jinġiebu lejn pajjiżna.", "Fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Gvern qabel li jkun hemm persuna min-naħa tal-Oppożizzjoni li tkun innominata fuq dan il-Brexit Committee.", "Informat li l-persuna qiegħda tattendi b'mod regolari għal dawn il-laqgħat u huwa informat dwar l-istrateġija min-naħa tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "Ilbieraħ fil-Baġit, bħala parti mix-xogħol ta' dan il-Brexit Committee, il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li lil dawk il-kumpaniji li s-suq ewlieni tagħhom huwa r-Renju Unit u allura jistgħu jiffaċċjaw ċerti problemi ta' addattazzjoni, aħna se nagħtuhom strument finanzjarju li jgħinhom biex ikunu jistgħu jadattaw.", "Il-Ministru Cardona jista' jikkonfermali li għamilna whittling down ta' dawn il-kumpaniji, nafu min huma u diġà qegħdin f'diskussjonijiet magħhom.", "Naħseb li ma nistgħux inkunu fatalistiċi.", "Filwaqt li rridu nlestu ruħna għall-agħar ipotesi, naħseb fadal iż-żmien li jista' jkun hemm ftehim li jkun sensibbli.", "Jekk ma jkunx hemm ftehim li jkun sensibbli jista' jkun hemm posponiment sakemm jinstab dak il-ftehim li jkun wieħed sensibbli.", "Kien hemm mistoqsija speċifika ħafna dwar id-Dwana.", "Nista' ngħid li d-Dwana hija fost l-aktar dipartimenti mħejjija għall-eventwalità tal-Brexit kemm f'dak li għandu x'jaqsam man-naħa tal-airport kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-merkanzija tal-baħar.", "Ġiet beefed up ħafna t-taqsima f'dan il-qasam, huma preparatissimi anke fis-sitwazzjoni ta' no deal scenario biex mill-għada stess ikunu jafu x'se jkunu qegħdin jagħmlu.", "Sur President, illum il-Ministru Dalli se tagħti preżentazzjoni lill-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej dwar din il-kwestjoni u se tgħaddi għall-mistoqsija tal-Onor.", "Farrugia kif ukoll spjegazzjoni ta' wħud mil-findings ewlenin fir-rigward tal-Brexit u tal-preparazzjonijiet ewlenin li qegħdin isiru min-naħa tal-Gvern Malti.", "Fuq il-kwestjoni tal-istudenti u ċittadini, din hija waħda mill-punti fejn jien l-inqas li jien inkwetat għas-sempliċi raġuni li m'hemm rieda ħażina minn ħadd li b'xi mod jew ieħor, anke fl-agħar ipotesi, li n-nies jitkeċċew mill-pajjiż.", "Nista' ngħid li dan kien punt li qajjimt u li tkellimna dwaru fl-aħħar laqgħa li kelli mal-Prim Ministru Theresa May f'Londra ftit tal-ġimgħat ilu.", "Aħna, barra li aħna membri tal-Unjoni Ewroepa, aħna membri wkoll tal-Commonwealth.", "Ir-relazzjoni tagħna mar-Renju Unit hija waħda speċjali.", "Iċ-ċittadini ta' pajjiżna flimkien ma' dawk ta' Ċipru kienu l-uniċi ċittadini Ewropej li setgħu jivvotaw fir-referendum dwar il-Brexit għax huma ċittadini tal-Commonwealth.", "Forsi din hija xi ħaġa li ftit jafu jew ftit japprezzaw.", "Hemm l-understanding bejn iż-żewġ naħat li fl-ebda ħin u fl-ebda mument iċ-ċittadini tagħna li jgħixu fil-pajjiżi rispettivi ma jkunu qegħdin b'xi mod jgħaddu minn ċirkostanzi li ma jkunux pjaċevoli.", "Tant hu hekk – u l-Ministru tista' tikkonferma – li ftit tal-ġimgħat ilu l-Unjoni Ewropea bħala pajjiż qbilna li kull pajjiż jitħalla fil-libertà li jirreġistra lil ċittadini Ingliżi li jgħixu, f'dan il-każ, f'Malta.", "L-Unjoni Ewropea qaltilna: Dan f'idejkom biex taraw jekk tridux tagħmlulhom ċensiment, tirreġistrawhom jew tħalluhiex miftuħa.", "Fil-verità qabel ħadna d-deċiżjoni tagħna - u konna miftuħin ħafna fuq iż-żewġ naħat - għamilna konsultazzjoni mal-Gvern Ingliż u kien wara l-konsultazzjoni mal-Gvern Ingliż li wasalna għall-konklużjoni biex nagħtu ċertezza legali liċ-ċittadini Ingliżi li jinsabu hawn Malta billi nitolbu li jkun hemm reġistrazzjoni tal-istess ċittadini mhux b'mod antagonista lejn il-Gvern Ingliż, anzi b'kollaborazzjoni u bi qbil, kważi b'imbuttatura mill-Gvern Ingliż biex nagħmlu hekk.", "Dan biex inneħħi din l-imagery li b'xi mod jew ieħor Brexit se toħloq xi sitwazzjoni għan-naħa tal-Gvern Malti u għan-naħa tal-Maltin f'dan ir-rigward.", "Nista' nara li l-attitudni mill-Gvern Ingliż hija conducive ħafna li nibqgħu sejrin b'mod tajjeb.", "Rigward x'jiġri wara, l-ewwel nett jiddependi ferm fuq it-tip ta' ftehim li jkun hemm, jekk ikun hemm ftehim, anke f'dan l-interim period.", "Jekk fl-interim period ir-Renju Unit mhux se jitħalla jagħmel l-ebda ftehim ieħor allura kwalunkwe ftehim li nkunu nistgħu nagħmlu aħna jiġi pospost b'numru ta' snin.", "Dan għaliex ir-Renju Unit ma jkollu l-ebda dritt jidħol fi ftehim internazzjonali sakemm ikun parti minn dan il-proċess interim li jkun hemm qbil dwaru.", "Kemm-il darba dan il-proċess interim jintemm, li nista' ngħid hu li kemm min-naħa Ingliża uffiċjalment kif ukoll min-naħa Maltija wkoll uffiċjalment hemm ir-rieda li mhux biss ikollna l-ftehimiet li kellna qabel u li nerġgħu nirriattivawhom – fuq din tkellimt anke mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin li qegħdin fuq l-istess wavelength – imma li jkollna ftehim iktar komprensiv mar-Renju Unit li jvarja bħala framework agreement fuq diversi oqsma.", "Biss, dan ma bdejniex nitkellmu dwaru sakemm ikun hemm il-ftehim finali jew nuqqas tiegħu dwar Brexit b'mod ta' korrettezza ma' sħabna Ewropej, għax kulħadd qabel li jkun hemm negozjatur wieħed u ma jkunx hemm diskussjonijiet bilaterali sakemm jingħalqu d-diskussjonijiet.", "Fuq it-tielet punt – u dan huwa a default position – il-mistoqsija tal-Onor.", "Schiavone ngħid li saru diskussjonijiet u qajjimtha uffiċjalment mal-Gvern Ingliż u għandi l-assigurazzjonijiet tal-Gvern Ingliż, li even in the worst case scenario default position, il-ftehim li għandna llum il-ġurnata dwar il-qasam tas-saħħa jibqa' jgħodd.", "Dik hija xi ħaġa li nista' nserraħ moħħ kulħadd dwarha.", "Nindirizza issa punti oħra fil-qosor ħafna dwar l-immigrazzjoni.", "Rigward il-punt li semma l-Onor.", "Mifsud Bonnici, il-wording dwar l-Afrika – u dwar dan għandu esperjenza l-Onor.", "Mifsud Bonnici – huwa magħmul b'mod mirqum ħafna, u prosit li mmarkajtu għas-sempliċi raġuni li l-messaġġ li jridu jwasslu hemmhekk il-mexxejja Ewropej hu li jifhmu l-punt min-naħa tal-mexxejja Afrikani li: Isma', taħsbux li lilna tistgħu titkellmu magħna biss dwar l-immigrazzjoni u daqshekk.", "Lilna tridu tinkluduna bħala partners b'mod wiesa'.", "Ma tistgħux tiġu fuqna biex tkellmuna u kull darba li tkellmuna tistaqsuna fejn se nagħmlu ċ-ċentri dwar l-immigrazzjoni.", "Aħna rridu li jkollna a meaningful partnership fuq ħafna affarijiet oħra.", "Fuq ħafna affarijiet oħra nsemmi eżempju tipiku ħafna li forsi ma tantx jaffettwa lil Malta imma jaffettwa ħafna pajjiżi kbar Ewropej u pajjiżi kbar Afrikani, li huwa l-ftehim li għandu x'jaqsam mal-prodotti agrikoli.", "Meta titkellem, fost l-aktar affarijiet kontroversjali li jkunu vvotati f'istituzzjonijiet Ewropej tkun kemm hi l-kwota tat-tali pajjiż biex jimporta żejt taż-żebbuġa jew kemm hi l-kwota tat-tali pajjiż biex jimporta laħam minn dak il-pajjiż li, fl-aħħar mill-aħħar, jgħidulek jekk tridu nitkellmu fuq ħaġa, nitkellmu fuq kollox.", "Naħseb is-sinjal li qed jagħti hemmhekk dak il-wording huwa li l-approach li qed tifhem l-Unjoni Ewropea jrid ikun wieħed ħafna iktar wiesa'.", "Dwar il-punt li semma l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, kien miegħi l-Ġappun u stajna naraw flimkien is-saħħa li hemm ta' relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat u l-possibbiltajiet kbar li hemm.", "Il-Ġappun huwa wieħed mill-pajjiżi fejn qegħdin nikkonsidraw b'serjetà li fiż-żmien li ġej niftħu ambaxxata.", "Naħseb mhu qed niżvela l-ebda sigriet li ngħid li qiegħed fuq ix-shortlist ta' waħda mill-ewwel ambaxxati li issa niftħu wara l-Ghana.", "Hemm pajjiżi oħra li nistgħu nikkonsidraw u qegħdin nikkonsidraw, kemm fl-Asja kif ukoll fl-Amerika Ċentrali, għax aħna l-iktar post fejn m'aħniex irrappreżentati fid-dinja huwa fl-Amerka Ċentrali, għax l-uniku post li għandna f'dak il-kontinent huwa r-rappreżentanzi tagħna fil-Ġnus Magħquda u f'Washington u xejn aktar minn hekk, imma dan huwa post li qiegħed fuq ix-shortlist tagħna.", "Bi żvista qed ninduna li fl-istqarrija tħalla xi ħaġa barra u allura xtaqt nagħmel punt biex ma nkunx qed niżvija l-Kamra.", "Waqt dawn it-tlett ijiem kellna wkoll summit tal-Eurozone.", "Għal dan is-Summit attenda l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi flimkien mal-Kap tal-Eurogroup Mário Centeno li taw overview tas-sitwazzjoni.", "Ma kienx hemm diskussjonijiet li kienu over and above dan kollu, imma kienet iktar dwar punti ta' informazzjoni u li issa se nerġgħu niltaqgħu fix-xhur li ġejjin dwarhom.", "Grazzi.", "Bil-permess tiegħek, nixtieq li tkompli l-Ministru Helena Dalli.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, ovvjament kulħadd jixtieq li jkun hemm it-tluq ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u dan it-tluq ordnat ifisser il-qbil dwar l-arranġament tat-tluq, dak li ngħidulu l-withdrawal agreement, li jkun jinkludi fih ukoll il-perjodu tranżitorju.", "Dan ikun ukoll id-dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "Sar ħafna xogħol u sar ħafna progress f'din id-direzzjoni u hemm qbil fuq tlieta mis-sitt partijiet tal-arranġamenti tat-tluq, jiġifieri l-parti fuq drittijiet taċ-ċittadini li kienet l-ewwel ħaġa li bdejna niddiskutu, il-parti dwar l-arranġamenti tranżitorji u l-parti dwar is-saldu finanzjarju.", "Hemm imbagħad qbil fil-prinċipju fuq it-tliet partijiet l-oħra, il-parti dwar il-proviżjonijiet ġenerali, il-parti dwar il-proviżjonijiet dwar separazzjoni u l-parti dwar l-arranġamenti istituzzjonali.", "Dan ifisser li 95% tal-arranġament tat-tluq huwa maqbul u jifdal issa l-aħħar kwestjoni li trid tiġi riżolta, jiġifieri l-kwestjoni tal-fruntiera tal-Irlanda.", "Irrid insemmi wkoll li f'dawn id-diskussjonijiet dejjem jingħad li nothing is agreed until everything is agreed.", "Jiġifieri kollox irid ikun maqbul.", "Irid ikun hemm mija fil-mija u mhux 90%.", "Il-mistoqsijiet bażikament kienu fuq il-kwestjoni taċ-ċittadini.", "Din il-parti tad-drittijiet taċ-ċittadini, kif għedt, hija l-ewwel parti li bdejna niddiskutu u li fiha d-dettalji dwar il-protezzjoni li se tingħata liċ-ċittadini u li se jkunu eżerċitaw id-drittijiet stabbiliti fit-trattati tal-Unjoni Ewropea u mxew bejn iż-żewġ naħat, jiġiferi ċ-ċittadini tar-Renju Unit li qegħdin fl-Unjoni u viċiversa, kif għadu kif spjega l-Prim Ministru.", "Dan il-qbil jinkludi drittijiet ta' dawn iċ-ċittadini f'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa, sigurtà soċjali u riunifikazzjoni tal-familja, fost l-oħrajn.", "Dwar din il-parti partikolari diġà saru d-diskussjonijiet fuq livell Ewropew dwar l-implimentazzjoni.", "Ovvjament il-Gvern Malti ipparteċipa f'dawn id-diskussjonijiet u aħna preparati biex nimplimentaw il-provvedimenti ta' din il-parti.", "Rigward id-drittijiet taċ-ċittadini, il-Gvern qed jipprepara biex jimplimenta l-provvedimenti tad-draft withdrawl agreement li jinkludi li naraw li l-istrutturi interni kollha fl-Identity Malta huma f'posthom sabiex niffaċilitaw l-aċċess taċ-ċittadini għad-drittijiet relevanti tagħhom.", "Bħala kampanji pubbliċitarji għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li qegħdin Malta, dawn se jkunu varati meta jkun hemm iċ-ċarezza dwar jekk hux se jkun hemm ftehim jew le għax il-messaġġ irid ikun imfassal skont is-sitwazzjoni xi tkun.", "Fir-rigward tal-outreach għaċ-ċittadini Maltin li joqogħdu fir-Renju Unit, il-High Commission tagħna f'Londra qed tagħmel komunikazzjoni mal-missjonijiet l-oħra f'Londra, mad-delegazzjoni f'Londra u mal-Home Office sabiex ikun żviluppat is-settled status registration scheme li ssemmiet diġà.", "Se jkun hemm publicity u media campaign li tibqa' għaddejja biex ninformaw aktar liċ-ċittadini Maltin li joqogħdu r-Renju Unit rigward id-dokumentazzjoni li jkollhom bżonn għas-settled status.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "INFORMAZZJONI LILL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ninforma lill-Kamra li b'referenza għall-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 u l-iskeda għas-seduti tal-Baġit li kien hemm qbil dwarha f'din il-Kamra, liema mozzjoni kienet tipprovdi li jista' jkun hemm xi tibdil bil-qbil tal-Kamra, se jkun hemm it-tibdil segwenti.", "Il-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma se ssir il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018 bejn is-2.00 p.m. u l-5.00 p.m. Għaldaqstant is-seduta li kellha ssir dakinhar filgħaxija, li kienet is-seduta tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ se tkun qed tibda fis-6.00 p.m. minflok fl-4.00 p.m. Fid-dawl ta' dan, peress li t-Tlieta, 6 ta' Novembru, mhux se jkun hemm seduta waranofsinhar, is-seduta mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali għandha tibda fl-4.00 p.m. u tispiċċa fis-7.30 p.m.", "L-ISPEAKER: Hawn qbil dwar dawn l-emendi?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "IL-ĦARSIEN SOĊJALI", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI DWAR IL-LIĠIJIET", "TAL-PULIZIJA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija ill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "JOSÉ HERRERA: Sur President, ir-realtajiet li qegħdin ngħixu fihom illum kemm fuq livell globali kif ukoll fuq dak nazzjonali jġegħluna nirriflettu aktar fuq l-importanza tal-iżvilupp sostenibbli.", "Irridu nitkellmu u naġixxu f'kontest ħolistiku li jinkludi fih l-oqsma wiesgħin, kemm dawk ekonomiċi, soċjali u ambjentali.", "Irridu nirriflettu fuq l-importanza li b'mod aktar kordinat ninvolvu firxa wiesgħa ta' msieħba soċjali f'din id-diskussjoni.", "Mill-aspett globali qegħdin naraw żbilanċ fl-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali bejn kontinent u ieħor, bejn pajjiż u ieħor, u saħansitra bejn bliet fl-istess pajjiż.", "F'dinja li suppost kulma jmur qiegħda ssir aktar globalizzata mingħajr fruntieri minħabba żviluppi teknoloġiċi u dawk marbuta mal-konnettività, qegħdin naraw familji u individwi li jħallu art twelidhom biex b'sagrifiċċji kbar jaspiraw li jsibu ħajja aħjar f'territorji differenti 'l bogħod minn arthom.", "Meta wieħed iħares lejn it-tkabbir ekonomiku ta' ċerti ekonomiji u industriji wieħed jistaqsi kemm dan qed isir b'mod sostenibbli meta fadal miljuni kbar ta' nies ifittxu dak li hu elementari, bħal aċċess għall-ilma u ikel kif ukoll saqaf fuq rashom.", "Huwa b'mod kollettiv u f'kontest globali li din is-sitwazzjoni trid tiġi indirizzata.", "Huwa fatt li pajjiżna għaddej b'rata pożittiva ta' tisħiħ u tkabbir bi spirtu kollu ekonomiku, soċjali u ambjentali bla preċedent.", "Huwa permezz tal-isforz kollettiv u tal-viżjoni politika tal-Gvern u b'fiduċja tal-investituri f'pajjiżna u dedikazzjoni tal-ħaddiema li qegħdin nagħmlu suċċess f'kull aspett f'pajjiżna.", "Il-qagħda ekonomika, soċjali u ambjentali taffettwa b'mod dirett il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Iva, il-Gvern jifhem u jagħraf li dan is-suċċess qed joħloq sfidi li rridu nindirizzawhom, sfidi li rridu nieħdu deċiżjonijiet b'sens u f'qafas sostenibbli.", "Punt importanti li dan il-Gvern qed jagħraf huwa li d-diskussjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli trid issir ma' firxa aktar wiesgħa ta' msieħba soċjali.", "Permezz ta' djalogu miftuħ u mifrux, is-suċċess li qed igawdi minnu llum pajjiżna jista' jibqa' jiġi sostut għas-snin li ġejjin u għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Huwa proprju dak l-għan ewlieni ta' dawn l-emendi li qegħdin nippreżentaw illum.", "L-emendi mressqa għall-konsiderazzjoni ta' din il-Kamra huma intiżi sabiex ikattru aktar il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili kif ukoll tal-partijiet prinċipali fis-setturi kollha.", "Kif stqarrejt, is-suċċess f'dak li huwa żvilupp sostenibbli jiddependi mill-kontribut kollettiv li dawn il-partijiet iridu joffru b'mod kordinat.", "Bħalissa, ix-xogħol tal-Ministeru huwa ffokat fil-viżjoni 2050 għal żvilupp sostenibbli.", "Dan se jkun il-preambolu għat-tfassil tal-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli.", "Din il-viżjoni qed tiġi diskussa mal-imsieħba soċjali u atturi relevanti biex tiġi rfinuta b'tali mod li lkoll kemm aħna naqblu dwar id-direzzjoni li se nimxu biha f'dan il-qasam.", "Qegħdin nitkellmu mal-Ministeri u l-entitajiet tagħhom, mal-imsieħba soċjali kif ukoll mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex nassiguraw viżjoni u strateġija inklużiva.", "L-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2012 jobbliga lill-entitajiet kollha tal-Gvern biex iħaddmu l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli fit-tfassil tal-politika, regolamentazzjoni, jew operat skont x'ikun il-mandat ta' dik l-entità.", "Żvilupp sostenibbli jassigura li l-pass tal-iżvilupp preżenti jinżamm stabbli u jitkattar mingħajr ma joħnoq l-opportunitajiet għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Il-kelma \"żvilupp\" ma tfissirx biss żvilupp fiżiku imma kull forma ta' żvilupp, kemm jekk huwa ta' natura ekonomika, soċjali jew ambjentali.", "L-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli jipprovdi għal numru ta' strutturi immirati biex ikattru s-sostenibbilità f'kontest aktar wiesa' u minn aspett aktar ħolistiku.", "Meta qed nitkelmu fuq żvilupp sostenibbli nkunu qegħdin infissru firxa wiesgħa ta' oqsma.", "Irridu nħarsu lejn din ir-realtà b'mod aktar orizzontali għax nemmnu li rridu l-involviment u l-kontribut ta' diversi msieħba soċjali sabiex jintlaħqu l-miri ewlenin li jinkludu primarjament 17-il mira identifikati min-Nazzjonijiet Magħquda u maqbula f'Settembru tal-2015 bħala parti mill-Aġenda 2030.", "L-Att li għandna quddiemna jistabbilixxi żewġ organi, l-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri u n-network għall-iżvilupp sostenibbli.", "Dawn l-emendi qegħdin jibdlu s-subartiklu (2) tal-artiklu 2 tal-Att prinċipali fejn qed jingħad:", "\"Fil-kontest tas-settur privat u soċjetà ċivili l-għan ta' dan l-Att hu li jqanqal kuxjenza dwar il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u li jżid il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili kif ukoll tal-atturi soċjali fl-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli.\".", "Ir-rwol tal-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri huma wiesa' ħafna imma huwa delineat bi klawsola 8 (3).", "Il-mandat huwa l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fl-operat tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll mas-soċjetà ċivili.", "Wieħed mir-rwoli ewlenin tiegħu huwa li jipprovdi analiżi u rakkmandazzjonijiet indipendenti lill-membri tal-Parlament.", "Barra minn hekk, għandu l-possibbiltà li jippromwovi konċetti ta' żvilupp sostenibbli fis-settur privat billi jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex javvanzaw il-kawża tal-iżvilupp sostenibbli.", "Bis-saħħa ta' dawn l-emendi aħna se nkunu qegħdin insaħħu l-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri fuq żewġ binarji.", "L-ewwel billi se nżidu persuna esperta fil-qasam ambjentali u, it-tieni, se nwessgħu l-provvediment eżistenti li wieħed irid ikollu għarfien tas-settur mhux governattiv fil-qasam ambjentali, biex tinkludi persuna li ħadmet ma' jew li għandha esperjenza tas-settur mhux governattiv.", "Il-liġi qabel kienet tipprovdi li waħda mill-persuni riedet tkun membru ta' għaqda mhux governattiva li tkun ambjentali, jiġifieri ENGO.", "Qed ngħidu li jrid ikollna rappreżentant mill-aspett ambjentali, mill-NGOs ambjentali.", "Jiena diġà spjegajt li żvilupp sostenibbli mhuwiex biss l-ambjent.", "Ħafna nies jaħsbu li meta titkellem fuq żvilupp sostenibbli qed tippernja ruħek biss fuq konċetti ambjentali, imma dan mhuwiex il-każ.", "L-aspett ambjentali huwa forsi l-aktar aspett importanti, u għalhekk hemm l-ENGOs.", "Huwa għalhekk li l-maġġoranza tal-pajjiżi jużaw bħala l-focal point il-ministeru responsabbli mill-ambjent, u għalhekk 17-il mira tan-Nazzjonijiet Magħquda jiġu diskussi fil-Kunsill tal-Ambjent fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Però meta wieħed jaqra s-17-il mira jara li l-miri mhumiex biss ambjentali.", "Meta kkreajna l-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri għedna li wieħed mir-rappreżentanti jrid ikun ta' għaqda ambjentali.", "Dik se nħalluha, jiġifieri se jkollna wieħed jirrappreżenta l-għaqdiet ambjentali, imma dehrilna li għandu jkollna xi ħadd li jirrappreżenta NGOs oħra li mhux neċessarjament huma ambjentali.", "Dan għax kif diġà spjegajt, meta titkellem fuq żvilupp sostenibbli m'intix qed titkellem biss fuq l-ambjent imma għandek aspett ferm aktar wiesa'.", "Mela qegħdin naffermaw il-bżonn li jkun hemm aktar rappreżentanza u aktar djalogu mifrux fost l-imsieħba soċjali kollha.", "F'dan il-kontest qed jiġi emendat ukoll l-artiklu 8 tal-Att prinċipali biex nirriflettu l-ħsieb tal-iżvilupp sostenibbli ekwu bejn it-tliet pilastri ewlenin, li huma l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali filwaqt li nassiguraw il-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali.", "Għal dan il-għan qed isiru żewġ bidliet fejn qegħdin indaħħlu b'mod speċifiku l-bżonn li jkun hemm rappreżentanza kemm mill-aspett soċjali kif ukoll mill-aspett ambjentali.", "B'hekk, il-kumitat maħtur tal-gwardjan tal-ġenerazjzonijiet futuri se jkun kompost minn president, rappreżentant b'għarfien u esperjenza mill-għaqdiet volontarji, rappreżentant mill-aspett ekonomiku, rappreżentant b'għarfien u esperjenza tal-qasam soċjali kif ukoll rappreżentant b'għarfien u esperjenza f'materji ambjentali.", "Wieħed jista' jaħseb li din hi xi emenda kożmetika, però mhijiex.", "Din hija emenda li ġiet irrakkomandata lili mill-gwardjani tal-ġenerazzjonijiet futuri fejn qaluli li qed iħossu ruħhom mhux rappreżentati f'dawn il-pilastri kollha u allura qegħdin inżidu l-kompożizzjoni ta' din l-awtorità.", "Apparti minn hekk, sabiex inkomplu nintroduċu l-involviment ta' aktar imsieħba soċjali u nagħtu lok għal aktar diskussjonijiet iffokati, f'dawn l-emendi qegħdin nagħtu mandat lis-sustainable development network li joħloq sottokumitati bil-għan li jippromwovu aktar id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali.", "Ta' min jgħid – din hija xi ħaġa li ta' min jiftaħar biha - li pajjiżna huwa wieħed mill-ftit pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea - u naħseb konna l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea - li abbozzajna liġi dwar żvilupp sostenibbli.", "Ftit hemm pajjiżi li għandhom liġi simili.", "Infakkar ukoll li kienet f'waħda mil-laqgħat fin-Nazzjonijiet Magħquda li l-eks ministru għall-affarijiet barranin Malti Guido de Marco kien semma li kien wasal iż-żmien u huwa importanti li l-pajjiżi jibdew ikollhom awtorità - hu stess sejħilha guardian - biex nipproteġu d-dinja għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Wara numru ta' snin, il-Parlament Malti kien illeġiżla u kkrea l-gwardjan, u bħal kull ħaġa ġdida jkollok it-teething troubles.", "Aħna umani, nitgħallmu bl-esperjenzi tagħna, il-liġijiet huma ħaġa ħajja, jinbidlu, u tagħmel fine tuning sakemm tasal fejn trid.", "Il-gwardjan tal-lum huwa t-tieni esperiment li qed nagħmlu.", "L-ewwel wieħed, li kien ġie fformat kien xi ħames snin ilu, kien dam ftit xhur.", "He was overwhelmed bl-isfida u rriżenja, però meta ħadt over il-Ministeru għall-Ambjent kont determinat li naħtar l-uffiċċju tal-gwardjan, kien għadu mhux riappuntat, u deherli li kelli nerġa' nirriappunta din l-entità li llum hija mmexxija minn Maurice Mizzi.", "Għażilt lil Maurice Mizzi għax deherli li jrid ikollok lil xi ħadd li jħobb l-ambjent u li għandu green fingers, però ridt ikolli xi ħadd li għandu aspetti u aspirazzjonijiet soċjali u ġej ukoll mill-kamp tal-ekonomija u tal-industrija.", "Fil-fatt, Maurice Mizzi għandu fondazzjoni li qed timmilita kontra l-faqar fin-naħa tas-south, jiġifieri għandu l-aspettattivi u aspirazzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Tant hu hekk li lanqas paga ma jieħu.", "Kien talabni biex ninforma liċ-Ċivil biex il-paga tiegħu minflok ma jeħodha hu, tmur dirett f'din il-fondazzjoni, jiġifieri m'għandux interess finanzjarju.", "Il-membri l-oħra huma l-eks ambaxxatur tar-Renju Unit u għandna nies oħra esperti.", "Sur President, din hija sfida kbira għax meta titkellem fuq żvilupp sostenibbli qed titkellem fuq politika orizzontali.", "Dan mhux bħal meta tkun ministru, għandek id-dipartiment tiegħek u tagħti d-direzzjoni u tmexxi, imma trid bilfors tikkordina fuq ħafna dimensjonijiet.", "L-isfida ta' din l-awtorità hija waħda kbira, però mexjin.", "Jidher li għandhom ċertu entużjażmu u jidher li mexjin 'il quddiem.", "Imbagħad, fl-istess liġi għandek dik li ngħidulha s-sustainable development network.", "Din għad hemm teething troubles fiha.", "Nitkellem ċar u tond, għandek din il-liġi, għandek il-gwardjan, imbagħad wara l-gwardjan għandek din in-network.", "Suppost għandek network u s-Segretarji Permanenti ta' kull dekasteru li jirrappreżentaw id-dekasteri rispettivi tagħhom, jirrapportaw lin-network li hija mmexxija mill-Ministeru tiegħi.", "Hawn dehrilna li kellha bżonn ftit fine tuning.", "Ili ngħid li din in-network nixtieq nistradaha u bil-mod il-mod se jirnexxili nistradaha.", "Din ilha teżisti snin imma bdiet tiffunzjona f'din il-leġiżlatura.", "Bil-mod il-mod, imma bdiet tiffunzjona.", "It-teething trouble li sibt fiha huwa l-kordinament li hemm.", "Pereżempju, trid timmoniterja.", "Jekk noħorġu liġi fuq green procurement, li fil-fatt se nniedi waħda fil-ġimgħat u xhur li ġejjin, ovvjament din in-network trid tidħol fih biex tikkomunika mal-Ministeri l-oħra biex ikun hemm ċertu qbil u ċerta konsultazzjoni biex l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Dawn qaluli li għandhom ħtieġa ta' emenda fis-sens li għandhom bżonn sottokumitati.", "Ma jistax ikun li kull darba jiltaqgħu xi 18 jew 20 ruħ għax ma tasalx.", "Niftakar li kelli l-istess problema meta fid-dekasteru l-ieħor ġejt biex inħejji l-integrated maritime policy u inniedi l-Malta Marittima.", "Meta ħadt over dak id-dekasteru niftakar l-ewwel laqgħa li kelli tal-integrated maritime policy kienet xi laqgħa ma' 28 ruħ.", "Lanqas stajt inlaqqagħhom fil-Ministeru tiegħi għax ma kellix spazju u laqqajthom fi club fil-Belt, sala kbira, però ma stajtx nasal.", "Meta jkollok numru kbir ta' nies u tlaqqa' lil kulħadd, tispiċċa teħel u ma tkunx tista' tasal għal deċiżjoni waħda.", "Kien ipproponieha Dr Joe Borg meta kien Kummissarju responsabbli għall-marittimu u kien qal li kull pajjiż għandu jkollu an integrated maritime policy u l-Unjoni Ewropea għandu jkollha integrated maritime policy.", "Aħna konna bdejna naħdmu fuqha snin ilu u ma stajtniex naslu.", "Għamilt kumitat żgħir, konna tlieta min-nies jew erbgħa, u rnexxielna nagħmlu draft integrated maritime policy.", "Hemm 52 mira, din il-policy ġiet aċċettata mill-Kabinett, saret il-policy ta' dan il-pajjiż, u hija parti mil-legat li jien kburi li ħallejt fil-Ministeru l-ieħor.", "Kienet ħaġa li kont ħadt bis-serjetà ħafna u kuntent ħafna li rnexxieli nħalli dan il-legat li huwa politika marittima integrata għall-pajjiż, u biex ninforzaha u mmexxiha 'l quddiem kont ikkreajt l-Malta Marittima bbażata fuq mudell ġdid, fuq cluster, u biex għamiltu, għamilt sottokumitat.", "L-istess għal dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-suġġett.", "Dan is-suġġett għandu network ma jispiċċa qatt u, ovvjament, ma tistax timxi jekk ma jkollokx gruppi żgħar ta' nies biex huma jagħtu l-ideat tagħhom fuq materja partikolari u jiġuk bir-riżultati.", "Qed ngħid li b'dawn l-emendi se nagħtu mandat lis-sustainable development network li joħloq sottokumitati bil-għan li jippromwovu aktar id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali.", "Permezz ta' dawn is-sottokumitati s-sustainable development network se jkun b'mod dirett qed jinvolvi aktar imsieħba soċjali fost it-tliet pilastri ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli.", "Mill-banda l-oħra, bl-istrategic policy secretariat m'għadux jeżisti, id-deputat chairperson tan-network se jkun jista' jiġi appuntat direttament mill-Ministru għax hemmhekk għandna l-ex officio direttur tal-istrategic policy secretariat li kien ikun il-viċi chairperson ex officio.", "Din neħħejtha mhux għax ridt inżid xi poteri lili nnifsi, xejn affattu, imma la m'għadux jeżisti dan is-segretarjat għax evolva f'xi ħaġa oħra, illum minflok segretarjat għandna dipartiment ta' żvilupp sostenibbli, għax aktar ma jgħaddi żmien dan id-dipartiment aktar qed jingħata importanza u allura ma jagħmilx sens li dik il-kariga tiġi okkupata minn persuna li ma teżistix.", "Din ma naħsibx li hemm problema fuqha.", "Id-diskussjoni fuq dan is-suġġett hija waħda vasta u mifruxa fuq numru ta' setturi.", "Bħala bażi ta' tluq wieħed jista' jħares lejn il-miri ewlenin tal-Aġenda 2030 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li huma intiżi biex ninkludu diversi aspetti li b'mod dirett jolqtu u jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini.", "Tul is-snin wettaqna ħafna.", "Irridu nkomplu nindirizzaw l-isfidi marbuta mas-suċċess u l-iżvilupp li qegħdin naraw f'pajjiżna.", "Ftit tal-ġranet ilu, f'ġurnal lokali, rajna headline li jgħid li Malta niżlet bi tmien postijiet f'dak li huwa ranking rigward l-iżvilupp sostenibbli.", "Ma nafx jekk l-Onor.", "Jason Azzopardi qrax l-artiklu li jiena ktibt biex nirrispondih.", "Dan hu artiklu fil-ġurnal The Times fejn analizzajt dak ir-rapport u tajt il-ġustifikazzjonijiet tiegħi għax dan ma jirriflettix u ma jirrispekkjax dak li huwa minnu in toto.", "Nerġa' ngħid, madankollu, meta wieħed jirrifletti aktar fid-dettall u jagħmel analiżi aktar mistħarrġa jsib li kien hemm tibdil u numru ta' omissjonijiet li influwenzaw dan ir-rapport.", "Mingħajr ma nidħol f'dettall partikolari nsibu, pereżempju, li r-rapport ma kkonsidrax il-ħidma importanti li wettaqna fil-qasam relatat mal-inugwaljanza.", "Nafu kemm dan il-Gvern ħadem u implimenta miżuri f'dan ir-rigward.", "L-unika raġuni għaliex ingħatajna dan l-iscore kienet għax ir-rapporti Ewropej tlestew u ġew ippubblikati ftit tal-ġranet wara li kien konkluż dan ir-rapport.", "Ir-rapport tagħna f'dan ir-rigward ġie konkluż ftit ġranet wara li ġie konkluż ir-rapport tal-Unjoni Ewropea.", "L-iscore kien jitbiddel drastikament u hemm aspetti oħra, u hawn nistieden lil min hu interessat biex jaqra l-artiklu li ktibt f'wieħed mill-ġurnali bl-Ingliż.", "Huwa pożittiv li pajjiżna jinsab f'direzzjoni tajba fuq il-maġġoranza assoluta tal-miri hekk stabbiliti min-Nazzjonijiet Magħquda.", "Fost l-aktar punti pożittivi nsibu l-inizjattivi li pajjiżna qed jieħu biex inaqqas il-faqar u kif pajjiżna qed joħloq xogħol produttiv u tkabbir ekonomiku sostenibbli.", "Fis-settur tal-enerġija għamilna avvanzi kbar fejn f'dawn l-aħħar snin biddilna b'mod radikali l-mod kif jiġi ġenerat l-elettriku f'pajjiżna.", "Infakkar kif din qed taffettwa b'mod dirett lin-nies.", "Apparti li dan wassal għal kontijiet orħos, qegħdin nipproduċu enerġija b'impatt inqas fuq l-ambjent permezz tal-interconnector u l-qalba tal-power station mill-heavy fuel oil għall-gass.", "Dan ir-rapport identifika wkoll passi pożittivi relatati mal-qasam edukattiv u dak soċjali fejn saħansitra l-Gvern nieda white paper dwar riformi tal-kirjiet f'pajjiżna.", "Kif diġà elenkajt hemm numru ta' sfidi li rridu nkomplu nindirizzawhom.", "Hemm bżonn aktar investiment fl-innovazzjoni u r-riċerka filwaqt li nkomplu naħdmu f'dak li għandu x'jaqsam mal-infrastruttura tal-pajjiż, qasam li dan il-Gvern qed jieħu bis-serjetà anke permezz ta' Infrastruttura Malta.", "Bħala Gvern impenjajna ruħna biex inkomplu nsaħħu l-qasam ambjentali b'numru ta' inizjattivi.", "Fl-aspett marittimu rajna kif ftit tax-xhur ilu komplejna nżidu aktar żoni protetti u llum għandna xejn inqas minn 35% taż-żoni marittimi bħala protetti.", "Ovvjament, issa qed isiru l-management plans u l-Gvern jimplimentahom kif bdejna nimplimentaw il-management plans ta' Natura 2000 sites.", "B'viżjoni ħolisitka qegħdin nindirizzaw l-isfida nazzjonali tal-iskart fejn permezz ta' numru ta' inizjattivi rridu li filwaqt li naslu sabiex nilħqu l-mira Ewropea fejn jidħol ir-riċiklaġġ, innaqqsu wkoll ir-rata li biha niddisponu mill-iskart fil-miżbla tagħna.", "Għaldaqstant, il-Gvern għaddej bil-proċess sabiex sal-2023 ikollna impjant ta' waste to energy biex jiġi ttrattat 40% tal-iskart mhux riċiklabbli.", "Għaddejjin b'ħidma dwar l-introduzzjoni ta' skema ta' rifużjoni ta' kontenituri tax-xorb, implimentajna liġijiet u regolamenti ġodda dwar l-abbandun u r-rimi illegali tal-iskart, u ftit ġranet oħra se nintroduċu l-ġbir tal-iskart organiku mill-pajjiż kollu.", "Qegħdin insostnu wkoll l-investiment fil-WasteServ sabiex inkomplu nżidu aktar effiċjenza f'dak li huwa immaniġġjar tal-iskart.", "Bħala Gvern se nibqgħu kommessi li l-aspett tal-iżvilupp sostenibbli jibqa' jingħata l- importanza mistħoqqa fl-operat tal-Gvern u dan irridu naraw li qegħdin nagħmluh fil-firxa wiesa' tal-oqsma ekonomiċi, soċjali u ambjentali, it-tliet pilastri li semmejt.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se jkolli opportunità li nitkellem aktar fid-dettall fuq dan is-suġġett.", "Imma relatat ma' dawn l-emendi li qegħdin inressqu llum ngħid li biex verament ikollna żvilupp sostenibbli f'pajjiżna rridu nkunu aħna li nisimgħu aktar lill-imsieħba soċjali u l-atturi soċjali f'pajjiżna.", "L-għan aħħari ta' dan il-Gvern huwa li nkomplu bil-ħidma tagħna għal Malta b'suċċess sostenibbli.", "Nirringrazzjak.", "Se ninterrompu ftit id-diskussjoni sabiex ninforma lill-Kamra dwar sostituzzjoni f'Kumitat Permanenti.", "Fis-5.40 pm id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artiklu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018, tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi l-Onor.", "Robert Cutajar se jissostitwixxi lill-Onor.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI", "Id-diskussjoni rriżumiet minn ftit mumenti qabel.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, huwa ta' pjaċir għalija għan-nom tal-Oppożizzjoni li nagħmel dawn ir-rimarki bi tweġiba għad-diskors tal-ftuħ li għamel il-Ministru José Herrera dwar dawn l-emendi li, kif qal hu, jidhru żgħar imma fit-tifsira tagħhom mhumiex ta' importanza żgħira.", "Fl-istess waqt se nkun qed nagħmel xi suġġerimenti biex tassew dawn ikunu emendi aħjar milli fil-fatt hija l-intenzjoni warajhom.", "Rigward l-iżvilupp sostenibbli hawnhekk għandna suġġett interessanti u importanti, li kif qal tant tajjeb il-Ministru, ma jfissirx biss ambjent.", "L-ambjent huwa parti essenzjali tal-iżvilupp sostenibbli, però fil-fehma tiegħi – ili ngħid dan il-kliem diversi xhur kemm ili nkopri dan is-suġġett – it's all about the quality of life, mhuwiex biss l-istandard of living.", "Ma rridx u ma għandniex ngħixu kif ħafna drabi qed ngħixu f'soċjetà fejn l-alpha u l-omega, l-bidu u t-tmiem, huwa l-qligħ materjali.", "Il-flus saru r-riga ta' jekk intix tajjeb jew le, ta' jekk intix ta' suċċess jew le.", "Hemm affarijiet li ma jiġux kwantifikati bil-flus u li jmorru lil hinn mill-valur monetarju.", "L-iżvilupp sostenibbli għandu x'jaqsam mal-kwalità tal-ħajja li mhijiex xi ħaġa li għandha prezz monetarju, però għandha valur imprezzabbli.", "Ilbieraħ, fid-diskors tal-Baġit, fil-ftit rimarki li hemm fuq il-qasam tal-ambjent – u safejn naf jien hemm biss tliet paġni – tintuża l-frażi li, ngħid is-sewwa, hija frażi sabiħa, fejn il-Gvern jirreferi għall-ambjent bħala l-kapital naturali.", "Hekk għandu jkun, imma fejn jidħol il-kliem, dan il-Gvern ma tirbaħlux!", "Għall-ispin, għall-vetrina, għar-wrapping paper dan il-Gvern huwa first class, però meta mbagħad tara bejn il-kliem u l-fatti hemmhekk imbagħad ikun hemm differenzi kbar u baħar jikkumbatti!", "Sur President, qatt daqs dawn l-aħħar erba' snin l-ambjent f'pajjiżna ma sofra l-assedju insensat li qed isofri!", "There is a concerted, ruthless, amoral attack ispirat minn regħba bla qies biex l-ambjent, f'kull forma tiegħu, jiġi mgħarraq u mħassar.", "Dan il-moviment favur il-kuxjenza ambjentali naħseb li, ikolli ngħid, rajna l-oriġini tiegħu meta l-Gvern, wara laqgħa ta' ftit minuti bejn il-Prim Ministru u kuntrattur mill-Ġordan, sar il-ftehim dwar l-art ġewwa ż-Żonqor għal dik li suppost hija università Amerikana – li mhijiex – u li għandha studenti kemm timla klassi tal-privat jew probabbilment logħba table tennis!", "Din suppost hija l-università!", "Għaliha, wara ftit minuti, f'laqgħa fis-satra, mingħajr impjegati taċ-ċivil preżenti biex ma jkunx hemm kontabilità, ingħatat medda kbira ta' art lil barranin li qatt ma kellhom x'jaqsmu mal-edukazzjoni!", "Minn hemm bdew l-għeruq ta' dan il-moviment ambjentali mis-soċjetà ċivili, li bil-mod il-mod bdiet tgħolli leħinha.", "F'idejja hawnhekk għandi editorjal tal-Malta Independent ta' Novembru 2016, fejn jingħad hekk:", "Jgħid hekk:", "Hemmhekk bdiet l-għajta għall-ġustizzja ambjentali, environmental justice fil-forom kollha tagħha!", "Minn dakinhar, ripetutament, dik il-vuċi ssaħħet u saret iktar persistenti.", "Rajna din il-ferneżija ta' bini, fejn bil-mod il-mod partijiet tal-pajjiż – u dan huwa kumment li qed nisma' meta ddur in-nies fid-djar jew tkun f'xi kju x'imkien – u pajjiżna qed isir unliveable!", "Tiltaqa' ma' nies li jgħidulek: Kultant żmien jien bilfors irrid nitlaq sabiex nieħu ftit arja tajba!", "Ilbieraħ kont qed nitkellem ma' xi ħadd li qalli: Jiena darbtejn fix-xahar bilfors irrid nitlaq!", "Dan jagħmel hekk għax jiflaħ finanzjarjament.", "Bil-mod il-mod pajjiżna qed isir soffokanti!", "Bil-mod il-mod qed nitilfu ħafna mis-sabiħ tal-kwalità tal-ħajja li kellna f'din il-ġirja frenetika biex ikollna l-ġid materjali qabel kwalunkwe ħaġa oħra!", "Il-ġid materjali huwa importanti.", "Tgħidli: Allura inti qed tgħid li nagħmlu pawża mill-iżvilupp?", "Le, nagħmel pawża mill-kuntratti ta' korruzzjoni li jiffomentaw żvilupp mhux kif suppost!", "Ma jfissirx li għax tiġġieled il-korruzzjoni fl-għoti ta' ċerti artijiet tkun qed titkellem kontra l-iżvilupp!", "Li tagħmel żvilupp sostenibbli jfisser li nagħmlu l-prijoritajiet tagħna ċari.", "L-iżvilupp sostenibbli iva, l-iżvilupp waħdu le.", "L-iżvilupp għandu jkun sostenibbli!", "Dan huwa Gvern li daħħal mentalità ta' hawn u issa, the here and now!", "Min jimportah dwar x'se jiġri warajja, pitgħada?!", "Darba kien hemm re Franċiż li kien qal: Warajja jekk irid jiġi d-dulluvju, niġi naqa' u nqum, \"après moi le déluge\".", "X'jimpurtani x'jiġri warajja!", "L-aqwa li llum jien ir-re!", "Din hi l-mentalità f'pajjiżna llum!", "Parentesi żgħira, biex ma nidħolx f'dan is-suġġett illum.", "Il-Baġit tal-lbieraħ jidher sabiħ imma fil-verità ma jiddedikax kelma waħda biex nindirizzaw bis-serjetà jew aħjar nibdew nindirizzaw bis-serjetà l-ikbar sors ta' tniġġis li għandna fil-pajjiż, it-tniġġis tal-arja.", "Nafu x'inhuwa s-sors ta' dak it-tniġġis, li huma l-mijiet ta' eluf ta' karozzi li għandna.", "Din hija problema li tieħu s-snin biex tindirizzaha u mhux xhur.", "It will take a generation, mela għalhekk tibda titkellem mhux f'termini ta' elezzjoni ta' kull ħames snin, imma ferm iktar 'il bogħod.", "L-istatista huwa dak li jara lil hinn mill-iskandenza elettorali li jmiss!", "M'għandniex nibdew nippjanaw bis-serjetà sabiex ikollna mass transportation system effiċjenti, nadifa, irħisa, affordabbli, li kulħadd ikun jista' jiflaħ għaliha u li allura ma tniġġisx?", "Imma s-soluzzjoni tagħna x'inhi?", "Neqirdu l-ODZ sabiex inwessgħu l-lanes!", "Bir-rata ta' karozzi li qegħdin jiżdiedu kull xahar, bejn tlieta u ħames snin oħra se jerġa' jkollok l-istess problema, u back to square one!", "X'sens jagħmel li traqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar?", "Dak huwa l-iżvilupp sostenibbli?!", "Sinjura President, l-iżvilupp sostenibbli huwa li inti taħseb mhux għal Mejju li ġej, meta hemm l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, mhux għall-elezzjoni ta' madwar tliet snin u nofs oħra, imma għal bejn 15 u 25 sena oħra!", "Dik hija d-differenza!", "Trid taħseb fil-legat li se tħalli warajk, Sur Gvern.", "Huwa ħażin li taħseb li l-importanti huwa the here and now and nothing else matters, kif konna nisimgħu lil xi ħadd ikanta fiż-żgħożija tagħna!", "Din hija l-mentalità tal-Gvern, nothing else matters!", "L-importanti huwa llum.", "L-importanti hija l-istatistika llum, però ma tantx hemm statistika li tista' tifraħ biha, anke jekk nidħlu f'qasam ambjentali.", "Hawnhekk għandi graph tal-mistħija dwar ir-rizultati tagħna fl-ambjent maħruġa mill-Environmental Agency tal-Unjoni Ewropea.", "Mela allura l-mentalità li daħħal dan il-Gvern - u s-sabiħa hi li hi perpetrata mill-istess aġenziji u dipartimenti tal-Gvern - hi: Build now, ask for the permit later!", "Dan hu l-messaġġ li bagħtet Transport Malta meta bdiet ix-xogħol f'Tal-Balal f'San Ġwann, bżonjuż kemm huwa bżonjuż, ta' fejda kemm huwa ta' fejda, ta' utilità kemm huwa ta' utilità, ta' importanza kemm huwa ta' importanza.", "Din bdiet ix-xogħol u several weeks down the line, għax ġurnalist indenja ruħu jistaqsi, idaħħlu applikazzjoni l-Planning Authority!", "X'messaġġ bagħat lil 'Joe Citizen' li qiegħed jismagħna u qed jgħix f'dan il-pajjiż?", "Ħu l-liġi b'idejk!", "Dak huwa l-messaġġ!", "Il-messaġġ huwa: Min hu l-aqwa jħawwel!", "Il-messaġġ huwa: Might is right!", "F'pajjiż fejn il-mentalità tkun might is right, ibati ż-żgħir, ibati dak li m'għandux il-leħen b'saħħtu, ibati dak li ma jistax jartikola l-kliem, m'għandux il-bieb fejn iħabbat, m'għandux il-kuritur li jwassal sabiex imur isib lill-persuna importanti li tista' taqdih u tista' taqbeż għalih!", "Huwa tajjeb allura li qegħdin niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi biex nemendaw il-Liġi tal-iżvilupp sostenibbli.", "Nista' ngħid lill-Ministru li se nivvutaw favuriha, imma mhux mingħajr riżervi.", "Nittamaw li d-diskussjoni tkun tista' tkompli, u fi stadju ta' kumitat in-naħa tal-Gvern jogħġobha tilqa' suġġerimenti umli daparti tagħna biex intejbu din il-liġi.", "Irrid nagħmilha ċara li jien ma niddubitax mill-intenzjonijiet ġenwini u tajbin tal-Ministru Herrera, sabiex ma jkunx hemm malintiżi.", "Il-Ministru Herrera nżertajt ili nafu numru ta' snin il-qorti, u ngħid il-verità nħoss in-nuqqas tiegħu hemmhekk.", "Xi kultant konna nagħmlu xi ċajta bejnietna anke waqt mumenti ta' tensjoni li kien ikollna l-qorti, u allura verament inħossu n-nuqqas tiegħu, però this is not about José Herrera!", "Jien ċert mill-intenzjonijiet ġenwini tiegħu, imma this is not about the Minister Herrera, imma huwa fuq il-forma mentis li għandu l-Gvern kollu kemm hu, across the board.", "Il-permess?!", "U iva, għamel, ħawwel, imbagħad applika għalih!", "Meta Transport Malta, l-Awtorità, il-Gvern, jagħmel dak il-pass, x'messaġġ qed jibgħat?", "Qed jibgħat messaġġ li m'hemmx bżonn li tirrispetta l-liġi!", "Dak huwa ħażin!", "Niġi issa għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nerġa' ngħid li m'għandix dubju mill-intenzjonijiet tajbin tal-Ministru, però wisq nibża' li l-iskop li hu għandu għal dan l-Abbozz ta' Liġi, li ċert li huwa skop pożittiv u tajjeb, mhuwiex se jilħqu!", "Però jista' jilħqu jekk naqblu fuq emenda li se nissuġġerilu f'isem il-grupp parlamentari tagħna.", "Għal min qed isegwina, il-Liġi preżenti saret minn Gvern Nazzjonalista ħafna snin ilu meta kien għadu Ministru responsabbli mill-ambjent il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici, fejn twaqqaf il-kunċett ta' gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Gvern immexxi minn Partit Nazzjonalista jaħseb fil-ġenerazzjoni futuri!", "Gvern immexxi mill-Partit Laburista jaħseb fl-elezzjoni li ġejja ftit tax-xhur oħra, jaħseb fil-here and now.", "Id-differenza hi fil-perspettiva!", "Hawnhekk ningħaqad mal-Ministru Herrera fit-tislima lis-Sur Maurice Mizzi.", "Għamel sew u ngħidlu li għamel għażla tajba meta ħatru.", "Pubblikament insellem lil Maurice Mizzi, li huwa wieħed mill-iktar nies li għandu għal qalbu l-ambjent, imprenditur first class ta' pajjiżna, li jimpjega direttament jew indirettament mijiet ta' ħaddiema.", "Is-Sur Mizzi huwa bniedem rispettat, he is a gentleman, u minkejja l-età tiegħu għad għandu l-entjużjażmu ta' żagħżugħ.", "Allura ningħaqad mal-Ministru u nsellimlu pubblikament għax-xogħol li jagħmel.", "Irrid nirrikonoxxi li anke reċentament is-Sur Mizzi, bħala gwardjan, ħareġ stqarrija pubblika kritika ħafna fuq il-proġett ta' Pembroke, il-proġett tal-massive project tad-DB.", "Għamel stqarrija pubblika u ċara bħala gwardjan, però l-Liġi preżenti tgħid li l-gwardjan \"shall be a Commission composed of the following persons\", u nikkwota:", "Erbgħa, Sinjura President.", "Il-kelma environmental ħallejnieha barra!", "Il-Liġi llum tgħid persuna jrid ikollha esperjenza u għarfien fl-environmental voluntary organisations.", "L-Abbozz ta' Liġi jneħħi l-kelma \"environmental\" u jħalli \"voluntary organisations\".", "Il-messaġġ diġà joħroġ ċar, se jitnaqqas il-focus minn fuq \"environmental voluntary organisations\"!", "It-tieni emenda tgħid li se jkun hemm persuna:", "Il-Ministru ġustament qed jgħid li se jkun hemm membru tal-kummissjoni li huwa persuna b'għarfien, iva, u esperjenza, iva, ta' \"environmental matters, appointed by the minister\".", "Jiena bdejt bl-ewwel premessa li ma niddubitax mill-intenzjoni ġenwina u pożittiva tal-Ministru Herrera, però, ġaladarba l-intenzjoni tal-Gvern hija li jsaħħaħ u mhux idgħajjef – u naqbel ma' dak, nikkonċedihielek - dan il-kunċett ta' guardian of future generations minħabba l-iżvilupp sostenibbli, għaliex m'għandniex naqblu – kulma qed nitkellmu huwa dwar erba' persuni u mhux xi armata, u fuq suġġett importanti ħafna – li, instead of substituting, let us agree to have them added!", "Għaliex?", "Se nkun sinċier, u nesprimi biża'… (Interruzzjonijiet) Il-Ministru ġentilment u lealment qed jgħidli mill-ewwel li jaqbel.", "Nirringrazzjah.", "L-iskop li għalih kont qed ngħid dan huwa għax il-biża' tiegħi u ta' wħud minn sħabi hi li jekk aħna se nneħħu l-kelma \"environmental\" minn \"environmental voluntary organisations\", mingħajr ma rridu se nkun qed nibagħtu messaġġ ta' sfiduċja lill-għaqdiet ambjentali.", "Qed nitkellmu dwar żieda, fejn minn erba' persuni din il-Kummissjoni tiġi b'ħamsa, jiġifieri b'daqshekk mhux se nagħmlu xi toqba fl-erarju pubbliku!", "(Interruzzjonijiet)", "JASON AZZOPARDI: M'għandix diffikultà.", "JOSÉ HERRERA: Naħseb li jista' jkun hemm xi misunderstanding ta' kif qed tiġi interpretata l-emenda.", "L-emenda qiegħda fis-sens li qabel ir-rappreżentant tal-għaqdiet volontarji kellha tkun għaqda volontarja li ġejja mill-ambjent, dik li ngħidulha ENGO.", "Dik issa se tinbidel biex tkun NGO u mhux ENGO, jiġifieri kwalunkwe għaqda volontarja.", "Però, biex ma nkunx neħħejt l-enfasi fuq l-ambjent, jiena żidt il-klawsola li semma fl-aħħar, li l-Ministru jappunta persuna li tkun tifhem fl-ambjent jew tkun ġejja mill-qasam tal-ambjent.", "Għaldaqstant li qed jgħid l-Onor.", "Azzopardi huwa li dik l-emenda fejn nagħżel persuna li tifhem fl-ambjent, naħseb li qed jissuġġerixxi li ngħid li din trid tkun persuna ġejja minn għaqda volontarja ambjentali.", "Naħseb li dak li qed jgħid.", "Wieħed ġustament jista' jikkonsidraha.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi jkompli.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzjak.", "Li ma nixtieqx - u m'għandix dubju li anke hu ma jridx - huwa li l-vuċi bi dritt ta' għaqda volontarja ambjentali tiddgħajjef.", "Allura, anke għax kellmuni wħud f'dak is-settur, nagħmlu sew li naqblu dwar dan u m'għandux ikollna diffikultà.", "Wara kollox din mhijiex kwestjoni ta' nuqqas ta' qbil fil-prinċipju imma dan huwa dettall li naħseb li huwa importanti ħafna li jiġi indirizzat.", "Sinjura President, ġaladarba qegħdin niddiskutu dan is-suġġett, għandna numru ta' twissijiet li jridu jiġu nnotati għax f'dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat bdew jixegħlu bozoz ħomor.", "Inkunu qed ngħixu gidba u nkunu qed nidħku bina nfusna jekk ma nagħtux kashom.", "Ftit ġranet ilu, fil-11 ta' dan ix-xahar qrajna li pajjiżna tilef tmien postijiet fir-ranking globali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda (UN) fis-sustainable development goals; mit-22 post inżilna fit-30 post skont ir-rapport tal-UN.", "Nature Trust tgħid hekk:", "Ir-rapport li deher f'gazzetta lokali bl-Ingliż Newsbook tal-11 ta' Ottubru, ikompli hekk:", "Araw il-kilba għall-flus!", "Hemm aħna:", "Short-sightedness, li ma tarax 'il bogħod!", "Dan huwa li għandna bżonn!", "Għandna dmir morali u mhux politiku.", "Meta taqra editorjal ta' gazzetta bħal The Malta Independent tas-26 ta' Frar 2018, fejn il-president ta' Din l-Art Ħelwa hija kkwotata tgħid li pajjiżna kull sena qed jiflef madwar 100 binja antika, allura t-tessut soċjali ta' ħafna rħula bil-mod il-mod qed jinbidel b'mod irriversibbli.", "Għandna senseless destruction!", "Dan l-editorjal isemmi u jikkwota lil Din l-Art Ħelwa u jkun kritiku għall-fatt li din Din l-Art Ħelwa s-sena li għaddiet għamlet mas-600 oġġezzjoni quddiem il-Planning Authority, \"but only a tiny fraction were upheld\".", "Ara fejn hi l-vuċi tal-għaqda ambjentali!", "F'sena din għamlet 600 oġġezzjoni, però \"only a tiny fraction\" ġew mismugħa.", "Kritika oħra hi għas-Superintendence of Cultural Heritage.", "Dak ukoll huwa parti mill-iżvilupp sostenibbli.", "Sa Marzu tal-2013 dan kien voċiferu ħafna, però ma nafx għaliex – issa jew għax inħanaq jew ma nafx għaliex – wara Marzu 2013 tilef il-vuċi b'saħħitha li kellu sa Marzu tal-2013!", "Ma nafx għaliex!", "Sar qisu plasticine li tagħġnu kif trid.", "Daħal f'qoxortu!", "Sa Marzu tal-2013 kien assertiv ħafna, imma bil-mod il-mod wara Marzu 2013, donnu qabdu dan il-mikrobu li qabad lil numru ta' istituzzjonijiet f'pajjiżna, fejn is-sinsla tad-dahar għotrot, ma baqgħetx dritta u bdiet titgħawweġ!", "Ħafna istituzzjonijiet ġralhom bħalu, inkluż dawk li għandhom pożizzjoni entrenched bil-Kostituzzjoni, u allura qed jiddiżappuntaw ħafna nies bin-nuqqas ta' adempiment tad-dmir tagħhom.", "Editorjal ieħor, datat 9 ta' Ġunju 2018, ta' The Malta Independent jgħid hekk:", "Dak huwa li kont qed ngħid.", "Mhux kollha jagħmlu hekk!", "Il-maġġoranza jimxu kif suppost, jimxu skont ir-regola.", "Allura għaliex toħloq unequal playing field?", "Għaliex l-ieħor għandu xi ħaġa partikolari u speċjali?!", "Għax dak kien midħla ħafna tar-raba' sular u l-ieħor le, u allura dak irid jimxi mal-liġi u japplika qabel u l-ieħor m'hemmx għalfejn japplika minn qabel imma jista' jagħmel affarijiet iktar tard?", "Dak mhux sewwa!", "Din hi l-mentalità ta' min huwa l-aqwa jħawwel!", "Huwa wkoll fatt li għadna mingħajr masterplan għal Paceville.", "Din l-iskiżofrenija fil-ħsieb tagħna li Paceville … Hemmhekk diġà hemm problemi tat-traffiku, però nibqgħu nraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar mingħajr il-masterplan!", "Meta għamlu l-masterplan u nefqu ma nafx kemm il-mitt elf fuqu rrealizzajna, grazzi għall-Oppożizzjoni, li kien hemm kunflitti kbar ta' interess, u għalhekk dak il-masterplan miet mewta naturali.", "F'editorjal ieħor fl-1 ta' Ottubru ġie kkwotat ir-Rettur tal-Università.", "Dan l-editorjal kellu t-titolu:", "Il-Professur Vella fl-ewwel ta' Ottubru, fil-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università għal kważi 5,000 student ġdid, għamel diskors rigward is-sostenibbiltà.", "Id-diskors li għamel, li mbagħad kien suġġett ta' editorjal tal-ġurnal Times of Malta ftit ġranet wara, kien a damning indictment ta' x'qed jiġri f'pajjiżna fil-qasam tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.", "L-editorjal jgħid hekk:", "Kieku qegħdin il-qorti dan jgħidulu att ta' akkuża, li bih persuna tkun akkużata f'ġuri.", "Dan huwa a damning bill of indictment mir-Rettur tal-Università għal dan il-Gvern, għal dan l-unbridled greed which it unleashed ħames snin ilu fejn kollox għandu jkun sagrifikat fuq l-artal tal-materjaliżmu u l-kapitaliżmu sfrenat, bla ruħ u bla limitu ta' xejn.", "Ir-Rettur tal-Università fid-diskors tiegħu appella lill-istudenti biex jagħmlu wkoll is-sostenibbiltà bħala l-ġebla tax-xewka tat-tagħlim tagħhom u semma l-importanza li nżommu l-iskart ġenerat fl-inqas livelli.", "Għada se jkollna okkażjoni niddibattu mozzjoni tal-Oppożizzjoni fuq l-Avviż Legali li mill-ġimgħa d-dieħla se jġib il-babilonja tas-separazzjoni tal-iskart.", "Ir-Rettur tal-Università appella għall-impenn kważi reliġjuż għal dawn il-5Rs: reduce, reuse, recycle, recover, residual management.", "Għaliex?", "Għaliex l-istatistika turi li Malta hija bottom of the league, isfel nett, mhux mal-aqwa, mhux mal-agħar, imma l-agħar, fl-aħħar post mill-Unjoni Ewropea kollha.", "Dan mhux biss fl-Unjoni Ewropea!", "Hawnhekk għandi statistika tal-Eurostat, li allura tinkludi pajjiżi bħan-Norveġja u Liechtenstein, li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Iżlanda u l-kumplament tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Fi ftit kliem, 'not recovered' ifisser li jispiċċa fil-landfill.", "Malta hija fl-agħar post!", "Mhux fost l-agħar, imma fl-aħħar post!", "Kemm kien jgħid fl-ewwel snin tal-2013, fl-ewwel snin tal-amminstrazzjoni Laburista l-eks Ministru Leo Brincat!", "Ilbieraħ rajna l-U-turn ta' dak kollu li kien jgħid u jitkellem dwaru l-eks Ministru Brincat fl-2013, l-2014 u l-2015.", "Malta fl-agħar post, fl-aħħar post!", "Malta tinsab fl-aħħar post għall-ammont ta' materjal li huwa riċiklat.", "Share of plastic packaging waste, f'dak li huwa riċiklat, reused materials, Malta tinsab fl-aħħar post!", "Aħna qegħdin wara l-Greċja!", "Immaġinaw ftit, l-agħar u fl-aħħar post!", "Dan joħroġ minn statistika tal-Eurostat, l-aħħar statistika tal-2016!", "Dik hija s-sitwazzjoni li qegħdin fiha!", "Mhux ta' b'xejn ir-Rettur tal-Università enfasizza dawn il-prinċipji fl-1 ta' Ottubru fid-diskors tal-ftuħ tas-sena akkademika.", "Aħna għandna dan il-primat grazzi għall-inkompetenza u għat-tgerfix li fih qiegħed jogħdos fih il-Gvern fil-qasam ta' żvilupp sostenibbli.", "Aħna qegħdin l-ewwel għall-agħar raġunijiet!", "Rigward l-iskart, il-Professur Vella, ir-Rettur tal-Università, qal:", "Dwar l-ilma esprima nkwiet kbir!", "Forsi aħna naħsbu li għada ma jasalx!", "Aħna forsi ma nkunux hawn, imma xi ħadd se jkun hawn minflokna għada pitgħada!", "U fuq l-ilma r-Rettur jgħid hekk:", "Aħna għandna disponibbli għall-extraction and use:", "Affarijiet tal-ġenn!", "Għandna disponibbli 23 miljun metru kubu, però nikkonsmaw 65 miljun metru kubu!", "Għax għada ma jasalx, għax għada mhux se nkun hawn, allura jaraw ta' warajja l-problema, u llum m'hemmx ħsieb fit-tul.", "Ir-Rettur tal-Università jgħid:", "Ir-Rettur qed jirrikonoxxi dak li aħna nisimgħu fid-djar meta nħabbtu l-bibien, meta mmorru nixtru fil-ħwienet u jkellmuna n-nies, jew iwaqqfuna n-nies, li tant naqset il-kwalità tal-ħajja - mhux l-istandard of living, imma the quality of life, dak li ma tkejjilx f'termini ta' flus, f'termini monetarji - li:", "Mela, meta nkunu qegħdin niddiskutu dan is-suġġett, l-appell tagħna huwa: Ejja naħsbu fit-tul, għaliex mhux sewwa li mhux se nħallu pajjiż aħjar milli għandu jkun għal ta' warajna.", "Fil-11 ta' Ottubru, l-editorjal tal-ġurnal Times of Malta qal hekk:", "Kieku hawn eżami, ma tgħaddix minnu!", "Dan l-editorjal jagħmel lista ta' affarijiet li semma l-Professur Vella, ir-Rettur tal-Università.", "Mhux se nerġa' nirrepetihom, għaliex l-ewwel parti tal-editorjal jitkellem dwar dak li qal ir-Rettur tal-Università, u nikkwota:", "Imbagħad jitkellmu dwar id-diskors li għamel il-Professur Ray Mangion, tal-Fakultà tal-Liġi f'Jum il-Vitorja, 8 ta' Settembru.", "Dan tkellem dwar l-ispekulazzjoni li ċerti siti ta' bini huma prestiġjużi iktar mis-siti arkeoloġiċi tagħna.", "Jitkellem dwar kif postijiet u villaġġi qegħdin \"risking disappearance\".", "Allura għandna sitwazzjoni \"damning\", tħares minn fejn tħares, u hekk se tibqa' dment li mhux se tinbidel ir-rieda.", "U r-rieda trid tiġi mill-Gvern!", "Il-Gvern għandu r-riedni tas-setgħa f'idejh, ġie fdat bihom, imma jaħdem biss biex jimmira għall-elezzjoni ta' tlieta jew erba' snin oħra.", "Allura long-term ma taħsibx?", "Ma taħsibx li għandek obbligu morali li taħseb għal dawk li ġejjin wara li inti ma tkunx għadek fis-setgħa?", "Huma min huma!", "Smajna, pereżempju, ħaġa żgħira biex tara kemm ir-regħba hija bla limitu, il-każ tal-eks Tigullio ġewwa San Ġiljan.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, fil-bidu ta' Ottubru - u tajjeb li l-Lands jgħidu safejn huwa veru dan jew le - iċ-ċens tiegħu ġie trasferit għal €11.5 miljuni.", "Naf min hija r-real estate agency li kienet involuta wkoll.", "Ċens tal-Gvern biex hemmhekk jinbena blokk ta' appartamenti li se jiġi ogħla mill-pont u ogħla mill-knisja ta' San Ġiljan!", "Blokka għolja mal-11-il sular!", "Dawn huma affarijiet li, apparti dak li tisma' li min qed jidher u min deher f'dak il-kuntratt qiegħed jidher bħala 'presta nome' għal xi ħadd partikolari fil-kurituri tal-poter, ma jagħmlux sens ambjentalment għall-iżvilupp sostenibbli li suppost qegħdin naħdmu għalih!", "Ġaladarba qegħdin niddiskutu l-iżvilupp sostenibbli - u qed nara hawnhekk preżenti lill-Onor.", "Godfrey Farrugia - ma nistax ma nitkellimx dwar xi ħaġa li sa ftit tal-ġimgħat u xhur ilu kienet irrapportata b'dettall fil-gazzetti lokali.", "Qed nirreferi għat-taparsi reviżjoni tal-policy tal-pompi tal-petrol.", "Semmejt lill-Onor.", "Godfrey Farrugia għax huwa kien preżenti miegħi fil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent ippresedut mill-Onor.", "Alex Muscat, fejn diversi xhur ilu, fil-bidu ta' din is-sena, kellna preżentazzjoni mill-ERA li ċ-Chairperson tagħha ma ra xejn ħażin fil-proġett ta' Pembroke, ma ra xejn ħażin li n-nies ta' Pembroke se jindifnu għal għomorhom u mhux se jkunu qed jaraw raġġ ta' xemx matul is-sena.", "Fil-bidu tas-sena, bejn Jannar u Frar, tħabbret fuel stations policy u kellna diskussjoni fil-Kumitat għal darba, darbtejn, jekk mhux tlieta.", "Fl-14 ta' Mejju jien, f'isem l-Oppożizzjoni, qajjimt dak is-suġġett fil-Kumitat, u staqsejna fejn waslet din ir-reviżjoni li bi skuża tagħha meded kbar ta' art ODZ – u hawn qed nitkellmu 50 darba d-daqs tal-Fosos – jiġu meħuda għal pompi tal-petrol.", "Din hi l-iskiżofrenija istituzzjonalizzata ta' dan il-pajjiż!", "Dan huwa każ ta' ġenn awtentiku!", "Mela suppost għandna cut-off date sa meta l-karozzi mhux se jibqgħu jaħdmu bil-petrol jew diesel, però fl-istess waqt dan il-pajjiż, peress li aħna d-daqs ta' Texas, qed ninċentivaw li pompa tal-petrol ta' daqs, pereżempju, 100 metru kwadru, tiġi rilokata u ssir ta' 10,000 metru kwadru!", "Ovvjament, aħna għandna art bla qies!", "Sallum, jekk il-Bambin irid, se nibdew Novembru, u ma nafux fejn waslet din ir-reviżjoni!", "M'għandniex dritt li nkunu nafu?!", "Mhux bħala deputati, imma bħala Maltin, biex ma jkomplux mingħalihom jgħadduna biż-żmien u jgħattu x-xemx bl-għarbiel bil-famuża skuża ta' għaliex tinbidel u ma tinbidilx il-policy, u allura l-legitimate expectations, ħafna ħmerijiet li hemm ruxxmata sentenzi tal-qorti dwarhom, ikkwotajthom f'aġġornament hawnhekk, fejn jgħidu li tapplika l-liġi ta' meta fil-fatt tkun qed tiġi diskussa u mhux meta tkun sottomessa l-applikazzjoni.", "Jinġiebu dawn il-ħafna skużi biex jitgħawġu l-affarijiet!", "Tant kemm tgħawġu lura bl-iskużi li ġabu, li naħseb kellhom bżonn jagħmlu t-terapija fis-sinsla tad-dahar!", "Dan kollu biex jiġġustifikaw l-ispekulazzjoni ta' art bid-daqs ta' 50 darba l-Fosos!", "Ovvjament il-wegħdi jridu jissarfu.", "Ibatu l-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Hemm huwa l-iżvilupp sostenibbli!", "Hemm hija l-ottika!", "Hemm hija l-perspettiva sa meta inti qed tħares!", "Jien se naqra hawnhekk email tal-14 ta' Settembru 2018, fejn jien u l-Onor.", "Marthese Portelli, l-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-ippjanar, ktibna liċ-Chairperson tal-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u għidna hekk:", "\"Sur President, issa li għaddew iktar minn disa' xhur minn meta l-awtoritajiet ħabbru reviżjoni fil-fuel stations policy, u iktar minn tliet xhur minn meta l-Onor.", "Azzopardi qajjem dan is-suġġett fil-Kumitat presedut minnek fl-14 ta' Mejju, qed nitolbuk formalment tqiegħed dan l-item fuq l-aġenda tal-ewwel laqgħa li jmiss.\"", "Din l-email tkompli hekk:", "\"Aħna lesti għal laqgħa qabel il-ftuħ tal-Parlament, dment li kulħadd ikun jista' jattendi.", "Nistennew mingħandek.", "Jason Azzopardi u Marthese Portelli.\".", "Dakinhar stess il-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Muscat weġibna u qalilna hekk:", "\"Għażiż kollega, nittama li tinsab tajjeb, qabel xejn.", "Rigward il-materja li ktibtli fuqha, tajjeb niġbidlek l-attenzjoni li l-Kumitat diġà ddiskuta dan is-suġġett fi tliet laqgħat fuq talba tal-Onor.", "Godfrey Farugia, kif ukoll fuq talba oħra tal-Ministru Herrera.", "Qed nibagħtlek il-Minuti ta' dawn l-istess laqgħat.", "Kif tista' tara mill-Minuti, il-Kumitat kien għadda rakkmandazzonijiet li saru mill-ERA sabiex dawn jiġu kunsidrati.", "Jien u l-Onor.", "Marthese Portelli, dakinhar stess, weġibna b'dan il-mod:", "\"Sur President, grazzi tal-email li fiha int essenzjalment qed tirrifjuta t-talba tal-Oppożizzjoni.", "Intennu u ninsistu fuq it-talba tagħna.", "Il-punt kollu tat-talba tal-Oppożizzjoni huwa biex inkunu infurmati, u magħna l-pubbliku, dwar fejn waslet din is-suppost implimentazzjoni tas-suppost reviżjoni tal-fuel stations policy, li issa ilha pendenti minn April li għadda wara li tħabbret f'Jannar, jiġifieri disa' xhur ilu.", "Ridna wkoll li l-Ministru konċernat ikollu l-opportunità jispjega, kif inhuwa dmiru, dwar ir-raġuni tad-dewmien li qed iġib fix-xejn l-iskop li jkun hemm reviżjoni.\".", "Sur President, dan huwa l-ġist ta' kollox!", "Noqogħdu nilagħbu tal-ors, nitolbu taparsi reviżjoni, ir-reviżjoni ma titħabbarx u fil-frattemp ikunu approvati bħall-pastizzi l-permessi ta' rilokazzjoni tal-pompi tal-petrol biex ikun hemm iktar spekulazzjoni tal-art.", "Meta mbagħad il-kju jkun eżawrit u ma jkunx hemm iktar applikazzjonijiet, imbagħad inħabbruha!", "Xi skop ikun hemm imbagħad?", "Però nkunu għaddejna biż-żmien - mingħalihom – lid-deputati tal-Parlament, lin-nies, lill-ġurnalisti, lis-soċjetà ċivili, u lill-għaqdiet ambjentali, li isma', aħna ħabbarnieha r-reviżjoni, studjajnieha, domna għax kienet ikkumplikata, kien hemm ħafna punti legali, kien hemm ħafna punti ta' ippjanar involuti, u kellna ndumu ħafna.", "Fil-frattemp, l-applikazzjonijiet qed ikunu proċessati.", "Dan hu żball ħażin u inaċċettabbli.", "Sallum l-Oppożizzjoni għadha tinsisti bi dritt, u mhux bi pjaċir jew b'kortesija, li nkunu nafu, u n-nies hemm barra jkunu jafu.", "Issa ta' min jgħid li din il-policy saret minn dan il-Gvern tliet snin ilu, jiġifieri kienet xi ħaġa self-inflicted.", "Din il-kriżi, biex ngħid hekk, ġabha b'idejh u ovvjament bi skop għax inkella ma taqdix lil dawk li inti wegħedthom il-permess!", "Aħna m'aħniex ta' wara l-muntanji.", "Issa allura għandna kriżi of their own making, u l-problema mhux qed ibatuha huma imma l-pajjiż għax aħna lkoll u ta' warajna qegħdin nitilfu l-art ODZ.", "L-iżvilupp irid isir, dak li huwa essenzjali għandu jsir u ma tistax iżżommu, imma li inti tivvinta, twelled ġenn ta' idea, skuża sempliċi u pura biex tiġġustifika spekulazzjoni bla sens ta' art agrikola, dak huwa ħażin.", "L-iżvilupp tbierku u tinkoraġġih basta jkun essenzjali u ġenwin, imma l-iżvilupp biex ikunu akkomodati għexieren ta' fuel stations biex ikunu taparsi rilokati, imma minn ċertu daqs jikbru b'darbtejn, b'erba' darbiet, b'sitt darbiet ħalli mbagħad meta titħabbar id-data meta karozzi bil-fuel u d-diesel ma jibqgħux permessibbli, dawk jiġu konvertiti fi blokk ta' appartamenti.", "Din hi l-ispekulazzjoni li qed issir!", "Għax imbagħad ovvjament x'se tagħmel bi fuel station jekk ma tistax tbigħ il-fuel?", "Sur President, huwa tajjeb u naqblu li għandha tiġi emendata l-Liġi tal-Iżvilupp Sostenibbli.", "Daparti tiegħi u tal-Oppożizzjoni wegħedna lill-Ministru Herrera li aħna disposti nagħmlu dak kollu possibbli fi stadju ta' kumitat biex intejbuha.", "Nerġa' ngħidlu li jiena ma niddubitax mill-intenzjoni tiegħu li din il-liġi trid issaħħaħha u mhux iddgħajjifha.", "Imma ma jistax ikun bil-kliem ngħidu xi ħaġa u mbagħad bil-fatti nagħmlu bil-maqlub.", "Jiena ma rridx inkun kompliċi mal-ħażin.", "Dik le, dik ma nistgħux inkunu kompliċi mal-ħażin.", "Għalhekk bħala Oppożizzjoni nerġgħu ninsistu li l-Gvern għandu u l-Ministru Herrera b'mod partikolari għandu dover jagħti spjega dettaljata u kredibbli, jagħti sodisfazzjon mhux biss lill-Oppożizzjoni imma lill-poplu u lis-soċjetà ċivili dwar fejn waslet din is-suppost reviżjoni ta' policy li ħriġtuha mill-kappell tliet snin ilu sempliċement bħala conduit biex ikun hemm spekulazzjoni bla preċedent ta' art, spekulazzjoni li mhijiex bżonjuża.", "Aħna għandna obbligu li nitolbu din l-ispjega u huwa dmir il-Ministru li jara li din ir-reviżjoni tassew tara d-dawl u mhux inħallu d-dewmien iġib fix-xejn l-iskop kollu li għalih tħabbret ir-reviżjoni.", "Inkella jkun kollu daħk fil-wiċċ!", "Jien nieqaf hawnhekk.", "Kif għedt, l-Oppożizzjoni se tivvota favur sabiex id-diskussjoni tkun tista' tkompli, sabiex ikun hemm diskussjoni anke fi stadju ta' kumitat.", "L-appell tagħna huwa wieħed.", "Jekk il-Gvern jibqa' b'din il-fernezija u b'din il-fissazzjoni ta' here and now u mhux jaħseb b'mod long-term, allura għalxejn niddiskutu żvilupp sostenibbli u abbozzi ta' liġi li jemendaw il-Liġi tal-Iżvilupp Sostenibbli, għax se nkunu qegħdin nidħku bina nfusna.", "Jekk verament irridu nagħmlu a quantum leap ahead fil-ħsieb u fil-politika ambjentali tagħna jeħtieġ niġbdu ħabel wieħed biex ikollna a long-term strategy u mhux a five-year programme.", "Jeħtieġ ikollna a long-term strategy li ma tkunx iddettata minn konsiderazzjonijiet monetarji jew elettorali imma minn frażi waħda biss, \"il-ġid komuni\", frażi li sfortuntament mill-2013 sal-lum sparixxiet mill-vokabolarju politiku.", "Li titkellem favur il-ġid komuni saret kważi xi ħaġa li aborriha dan il-Gvern, għax il-ġid komuni mhuwiex il-here and now, imma huwa għat-tul.", "Min-naħa tagħna, mill-Partit Nazzjonalista, dak hu l-kredu tagħna, li rridu nerġgħu ninsistu li l-ġid komuni jkun fuq quddiem nett fl-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżna.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, jien ġejt intenzjonat biex nagħmel diskors xi ftit differenti u beħsiebni nagħmel dak id-diskors xorta, però qabel dan ma nistax ma nirrispondix dak li qal l-abbli immens kollega tiegħi l-kelliem għall-ambjent tal-Partit Nazzjonalista.", "Possibbilment il-kollega tiegħi l-Onor.", "Azzopardi nesa li kien membru importanti ħafna f'leġiżlaturi passati qabel l-2013!", "Jiena ma xtaqtx niġi hawnhekk u nkun kritiku, però biex nagħmlu ġustizzja ma' kull min qiegħed isegwina jkun tajjeb li nirrispondi mhux biss għal ċerti kummenti politiċi li saru imma anke għall-informazzjoni skoretta li l-Onor.", "Azzopardi ta f'dan il-Parlament.", "Skont il-kollega l-Onor.", "Azzopardi, dan il-Gvern m'għandux viżjoni fit-tul fuq l-ambjent.", "Il-kritika hija li l-ambjent aħna mhux qed nagħtu kasu.", "Tipprova tingħata l-impressjoni li mill-2013 sal-lum f'dawn il-ħames snin l-ambjent spiċċa.", "In-narrativa li qiegħda tipprova tagħti l-Oppożizzjoni hi li dan il-Gvern huwa l-għadu tal-ambjent.", "Skont huma, il-Gvern hu public enemy number one tal-ambjent u aħna kważi tlajna b'xi missjoni biex neqirdu l-ambjent.", "Qisu f'dawn l-aħħar ħames snin l-ambjent spiċċa kollu f'Malta u qabel l-2013, jekk tisma' lill-Onor.", "Azzopardi jitkellem, fl-ambjent kien kollox ward u żahar, imma f'dawn l-aħħar ħames snin spiċċa kollox.", "Dik hija l-impressjoni li qed tipprova tingħata, li aħna tlajna b'xi missjoni, b'xi mandat biex neqirdu l-ambjent ta' pajjiżna.", "Issa hawnhekk kulħadd jista' jiġi jgħid li jrid, però mbagħad finalment il-poplu hemm barra għandu l-intelliġenza tiegħu u jaf jara l-verità x'inhi.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li aħna m'għandniex pjan fit-tul, l-affarijiet nagħmluhom bla pjan, bla viżjoni, fl-ajru u l-affarijiet kważi jsiru waħedhom jew jaqgħu mis-sema.", "Qalu li fuq żvilupp sostenibbli m'għandniex viżjoni jew li l-viżjoni twassal sal-elezzjoni ġenerali li jmiss, u dan meta l-Ministru Herrera stess ħabbar li fuq żvilupp sostenibbli se niftħu konsultazzjoni pubblika li ma twassalx sal-2020/21 meta tasal l-elezzjoni li jmiss imma twassal sal-2050.", "Min qiegħed jikkritika lil dan il-Gvern li m'għandux viżjoni fuq sustainable development goals jien qiegħed ninfurmah dwar dak li ħabbar il-Ministru stess, li l-pjan hu li jkollna strateġija nazzjonali li twassal sal-2050.", "Altru milli m'għandniex viżjoni fit-tul!", "Jien fuq viżjoni ambjentali nistaqsi l-kollegi li kienu jifformaw parti mill-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista dwar fejn kienu fuq il-pjanijiet marbuta mal-waste to energy.", "Vera d-dinja qiegħda tinqaleb rasha 'l isfel, Sur President!", "Mela dak iż-żmien, il-Gvern Nazzjonalista kellu anke rapporti biex immorru għall-waste to energy minħabba raġunijiet ovvji, imma dawn ir-rapporti baqgħu fuq l-ixkaffa.", "Aħna nafu li ċ-ċokon tagħna jillimitana anke fejn niddisponu mill-iskart tagħna.", "Aħna m'għandniex pajjiż bla limitu fejn nistgħu narmu u allura l-Gvern ta' qabilna kien ikkummissjona studji li kienu qed jgħidulu li the way forward hija biex tmur għall-waste to energy.", "Dawn ħallew dawk ir-rapporti, li l-Bambin biss jaf kemm swew flus mit-taxxi tal-poplu, fuq l-ixkaffa jiġbru t-trab u bqajna bla politika dwar kif aħna niġġeneraw l-enerġija mill-iskart tagħna.", "Xejn, Gvern Nazzjonalista ma kellu ebda pjan.", "Illum hemm pjan, illum hemm diskussjoni.", "Taf x'naf ingħid, Sur President, li meta l-Oppożizzjoni ġiet mistiedna biex tipparteċipa f'dak il-forum fuq waste to energy - u hemmhekk anke tara kif il-Gvern wera l-id tal-ħbiberija lill-Oppożizzjoni - l-Oppożizzjoni x'tagħmel?", "Qaltilna: Le, aħna mhux se nipparteċipaw.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu, kif qiegħed jinsinwa l-Onor.", "Azzopardi, fuq xi ħaġa short-term imma fuq xi ħaġa li se taffettwa lilna, lil uliedna u lill-ġenerazzjonijiet kollha li għadhom ġejjin.", "Għidnielhom biex jgħinuna għax din hija xi ħaġa li se taffettwa l-ġenerazzjonijiet kollha li għad iridu jiġu, imma tal-Oppożizzjoni abdikaw minn din ir-responsabbiltà.", "Faċli niġu hawnhekk u nitkellmu, imma mbagħad nerġa' ngħid, jien bniedem niġġudikah mhux fuq li jgħid imma fuq li jagħmel.", "Mela kien hemm opportuntià li l-Oppożizzjoni tipparteċipa fuq il-waste to energy.", "Jien se nitkellem ċar u tond, u mhux se noqgħod insemmi ismijiet, imma bħala Chairperson tal-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar f'dan il-Parlament kelli membri parlamentari mill-Oppożizzjoni li urew biċ-ċar li ma jaqblux ma' dik il-pożizzjoni.", "Urew biċ-ċar li ma jaqblux ma' dik il-pożizzjoni għax fuq politika ta' waste to energy jrid ikun hemm kunsens.", "Għaliex kull ma nagħmlu aħna f'dan l-imbierek pajjiż kollox irridu nippolitiċizzaw?", "Kull ma jagħmel il-Gvern ħażin, kull ma tagħmel l-Oppożizzjoni tajjeb, jew bil-kontra.", "Kellna opportunità tad-deheb biex naslu fuq politika nazzjonali fuq waste to energy flimkien u l-Oppożizzjoni abdikat mir-responsabbiltà tagħha.", "Imbagħad tiġi hawn u tgħid li l-Gvern m'għandux viżjoni u m'għandu pjan!", "M'għandux pjan min lanqas biss irid jipparteċipa fil-pjan!", "L-Onorevoli abbli kollega semma li m'għandniex viżjoni.", "Fejn kien hu meta f'pajjiżna kienu joħorġu permessi għal high risers bla policy u bla pjan?", "Ma kienx hemm pjan għall-high risers.", "Aħna mill-2014 daħħalna policy, mela inti jekk trid tibni high risers, jekk għandi biċċa art Għawdex, illum naf li ma nistax nibni torri f'Għawdex.", "Jien naf li għandi żoni speċifiċi u jekk irrid nibni torri rrid immur hemm bilfors.", "Qabel ma kenitx hekk il-biċċa tax-xogħol.", "Kif kienu joħorġu qabel l-permessi għat-torrijiet?", "Forsi għal min ikun qiegħed japplika?", "Forsi għax kellu xi ħabib xi mkien li kien jaqilgħu?", "Ma kellekx politika nazzjonali dwar high risers.", "Mela fil-passat ma kienx hemm politika nazzjonali fuq fejn nistgħu nibnu ċertu bini għoli u llum, tħobbha jew tobgħodha, hemm policy.", "Dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kellu viżjoni billi ma kienx hemm politika ċara!", "Il-kollega tiegħi semma ħafna l-fuel stations policy.", "L-istess, illum għandna politika ċara.", "Hemm policy li tista' tikkritikaha, anzi kif jaf anke l-kollega l-Onor.", "Farrugia fuq talba li għamel hu stess, jien għedt li niddiskutuha din fil-Kumitat għall-Ambjent u għall-Ippjanar.", "Din iddiskutejnieha mhux darba, imma kellna tliet laqgħat sħaħ u l-kollega tiegħi jaf li l-laqgħat tagħna ma jkunux ta' xi nofs siegħa jew siegħa.", "Aħna ġieli għamilna tliet sigħat u anke erba' sigħat niddiskutu fil-Kumitat.", "Jekk ikun hemm bżonn għaliex le, m'għandix problema.", "Jien adottajt prinċipju, u naħseb li anke ta' qabli kienu jagħmluha, li nistieden l-ENGOs kollha li jixtiequ jiġu u jagħtu l-input tagħhom.", "Jistgħu jikkonfermaw il-kollegi li qabel ma jagħtu l-input kollu tagħhom - u dawn kollha jitkellmu - jien ma nistrieħx, jiġifieri kulħadd jgħid li għandu jgħid.", "Sur President, jien nerġa' nistaqsi: Kif kienu joħorġu l-permessi meta ma kienx hemm politika fuq fuel stations?", "Kif kontu tiddeċiedu li Alex Muscat ħaqqu permess għall-pompa u Jose Herrera ma ħaqqux?", "Kif kienu jkunu bbażati dawn id-deċiżjonijiet?", "Fuq xiex?", "Qabel ma kienx hemm politika miktuba biex takkomoda lil min trid.", "Illum hemm policy, u jew se timxi ma' dik il-policy jew inkella m'intix se ġġib permess biex ikollok fuel station.", "Issa tista' tikkritika għax aħna qed ngħidu 3,000 metru kwadru, u inti tgħid li għandha tkun 2,000 metru kwadru jew iktar jew inqas.", "M'għandix problema, ejja niddiskutuha u hekk għamilna, u ħarġu suġġerimenti validi ħafna.", "Kien il-Ministru Herrera stess li talab lill-ERA biex tagħmel reviżjoni ta' dik il-policy u hekk għamlet l-ERA.", "L-ERA hija l-awtorità f'pajjiżna li xogħolha hu li tipproteġi l-ambjent.", "Azzopardi meta f'pajjiżna ma kellniex awtorità li tipproteġi l-ambjent?", "Ma mmorrux 'il bogħod; ħames snin ilu f'pajjiżna ma kellniex awtorità li tipproteġi l-ambjent, awtorità dedikata lill-ambjent.", "Illum għandna, u għax illum għandna awtorità, il-Ministru taha l-kompitu li tirrevedi dik il-policy.", "Hekk għamlet, irrevediet il-policy u tat il-proposti tagħha.", "F'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, f'dan il-Parlament, l-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu biex nirrispettaw lil min qiegħed isegwina hi li meta nitkellmu niġu hawn infurmati u mhux niġu hawn qisna qed inparlaw ġo xi ħanut!", "Jagħtu l-impressjoni li ħarġu xi għexieren ta' permessi taħt il-fuel station policy, imma fil-verità taf kemm ħarġu permessi għal fuel stations mill-2014 sal-lum?", "Erba' permessi f'erba' snin, prattikament permess kull sena.", "U mela tiġi tingħata l-impressjoni li f'daqqa waħda Malta mtliet fuel stations!", "Jien kważi ħadt l-impressjoni li jekk immur l-Għadira se nsib xi waħda fuq ir-ramel!", "Tingħata l-impressjoni li f'daqqa waħda ksejna kull ma hawn bil-fuel stations meta fil-verità ħarġu biss erba' permessi f'erba' snin u ġew rifjutati ħafna iktar minn kemm applikaw!", "Ejja għall-inqas inkunu ġusti u nirrapportaw l-affarijiet kif inhuma.", "Din l-era tal-fake news donnha affettwat lil kulħadd, donnu kulħadd ġie influwenzat li jaqbad u jgħid u jitfa' allegazzjonijiet mingħajr ma jirriċerka l-fatti.", "Jien naħseb li aħna bħala politiċi għandna obbligu li nitkellmu b'mod infurmat, għandna obbligu li meta niġu fil-plenarja nagħtu l-informazzjoni kif inhi u mhux nipprovaw nitfgħu dik il-biżgħa li f'daqqa waħda tlifna r-riedni.", "Le, m'aħniex perfetti.", "Hawn xi ħadd perfett?", "Jekk hawn xi ħadd perfett jgħidli ħalli neħodlu b'idejh!", "M'hawn ħadd perfett u aħna m'aħniex perfetti, imma fejn llum għandek policy fuq high risers, policy fuq fuel stations u policy fuq waste to energy fejn qabel ma kellekx, u għalhekk mhuwiex sew li tiġi tikkritika lil dan il-Gvern li m'għandux viżjoni.", "Viżjoni hemm, imma inti tgħid li m'hemmx għax ma taqbilx magħha dik il-viżjoni.", "Intqal ukoll li m'għandniex pjan.", "Għandna pjan!", "Ikkritikah dak il-pjan.", "Għidli isma', il-pjan tiegħek jien ma jogħġobnix.", "Tajjeb, ħbieb konna u mija nibqgħu, imma kkritikani b'mod kostruttiv u mhux tiġi tgħidli li m'għandniex pjan jew f'daqqa waħda issa, kemm ilna li tlajna aħna fil-Gvern, l-ambjent bħal donnu spiċċa!", "U qiegħed nitkellem b'din il-passjoni għax onestament nirrabja meta nitkellmu b'dan il-mod!", "Waqt il-proċess tar-rationalisation, kien hemm eżerċizzju li permezz tiegħu fl-2006 daħħalna biċċa art kbira daqs is-Siġġiewi kollha fiż-żona tal-iżvilupp biex tinbena.", "Jien jidhirli li kien parti minn dik id-deċiżjoni u li ddeċieda.", "Kien hemm biċċa art f'Bulebel li fl-2006 il-Gvern ta' dak ż-żmien deherlu li għandu jiżviluppaha b'mod industrijali.", "Kien bis-saħħa tal-kumitat - u l-Onor.", "Farrugia jaf għax kien preżenti - li tellaqna diskussjoni, ġibna lil kulħadd on board, u tkellimna.", "F'din il-kwestjoni involvew ruħhom anke l-Ministru tal-Ambjent l-Onor.", "Herrera u l-Ministru tal-Ekonomija l-Onor.", "Cardona u wasalna għal qbil.", "We made history meta dawwarna l-arloġġ lura iktar minn għaxar snin; biċċa art li kienet daħlet fiż-żona tal-iżvilupp fl-2006 ħadna d-deċiżjoni storika li toħroġ miż-żona tal-iżvilupp.", "Dawn l-artijiet jammontaw għal aktar minn 80 tomna fejn setgħu jinbnew il-fabbriki.", "Għandna bżonn nibnu fabbriki?", "U mela m'għandniex bżonn nibnu fabbriki, imma ddeċidejna li għall-fini ta' dak li hemm, din l-area f'Bulebel timmerita li tiġi protetta u ħadna deċiżjoni li dik l-art toħroġ mill-iskema.", "Fuq l-enerġija wkoll skont l-Oppożizzjoni dan il-Gvern m'għandux pjan.", "Mela min kien jaħdem bil-heavy fuel oil, teknoloġija li kważi kulħadd qiegħed jipprova jaħrab minnha, dak kellu pjan.", "Imbagħad skoprejna għalxiex kien hemm dan l-interess kollu li nibqgħu naħdmu biż-żejt.", "Il-Public Accounts Committee, li jien parti minnu, għamel leġiżlatura sħiħa jitkellem fuq l-iskandlu taż-żejt.", "Illum pajjiżna qiegħed jaħdem bil-gass u l-emissjonijiet fl-ajru niżlu b'mod drastiku f'dak li għandu x'jaqsam ma' ġenerazzjoni ta' elettriku f'pajjiżna.", "Illum qed naħdmu bil-gass, sors ta' enerġija nadifa.", "Ħaddieħor ma riedx, għax ħaddieħor pjan fuq l-enerġija ma kellux u xtaq li nibqgħu naħdmu bl-iktar żejt li jniġġes fid-dinja.", "Aħna kellna politika ċara sa minn qabel l-2013.", "Aħna konna għedna li jekk il-poplu jagħtina l-mandat, aħna se naħdmu bil-gass, sors ta' enerġija nadifa.", "Illum pajjiżna hekk qed jaħdem, b'sors ta' enerġija nadifa.", "Forsi għal Gvern Nazzjonalista, li kien ilu mill-1987 jgħid li se jagħlaq il-power station tal-Marsa, dak kien il-pjan dwar l-enerġija.", "Il-power station tal-Marsa ngħalqet biss ftit taż-żmien ilu, 30 sena wara li suppost kellha tingħalaq.", "Imbagħad jiġi jgħid li dan il-Gvern m'għandux pjan fuq l-ambjent!", "Kellna wkoll il-park tal-Inwadar li l-Ministru ssuġġerixxa li jiġi dikjarat bħala demanju pubbliku.", "Dak kien ippjanat fl-2006.", "Jien nistaqsi lill-kollega tiegħi li dak iż-żmien kien fil-Kabinett: X'għamel dak iż-żmien biex anke jħeġġeġ lill-Ministru tal-Ambjent ta' dak iż-żmien biex proġett ieħor ma jibqax fuq l-ixkaffa?", "Kellhom jgħaddu għaxar snin, kellu jiġi dan l-Gvern biex il-park tal-Inwadar tajnieh spinta.", "Dan fih iktar minn 900 tomna.", "Hija medda art kbira immens li testendi mix-Xgħajra sa Wied il-Għajn, biex illum hija park nazzjonali naturali.", "Illum għandek grupp ta' nies appuntati mill-Ministru li ta' kuljum xogħolhom huwa li jamministraw dan is-sit, u naf li hemm ħafna pjanijiet għal dan is-sit.", "Sur President, illum ġejna biex nitkellmu fuq liġi li ressaq il-Ministru, imma l-Onor.", "Azzopardi ħa l-okkażjoni biex jitkellem fuq xi ħaġa differenti.", "Semmieni ukoll, u hawnhekk ma nistax ma nsemmix ix-xogħol li qed nagħmel jien mal-kollegi tiegħi, li nirringrazzjahom, fil-Kumitat tal-Ambjent u tal-Ippjanar.", "Fuq is-suġġett ta' fuel stations policy … Issa se nagħtih l-benefiċċju tad-dubju għax sa dak iż-żmien l-kollega tiegħi l-Onor.", "Azzopardi kienu għadu ma kienx il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ambjent, però sa dak iż-żmien l-Membru tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Farrugia kien għamilli t-talba biex nitkellmu fuq il-fuel stations policy, u meta kellna ċ-ċans tkellimna fuqha.", "Jien inħoss li jkun diżrispett lejn dan il-Parlament jekk materja li ddiskutejnieha darba, darbtejn, tlieta u iddedikajna ammont ta' ħin, nibqa' nagħtiha aktar importanza a skapitu ta' suġġetti oħrajn.", "Hemm numru ta' suġġetti li rridu niddiskutu f'dan il-Kumitat.", "Iddiskutejna ħafna suġġetti diġà u se niddiskutu ħafna iktar suġġetti, u fil-fatt ġejt mgħarraf anke mill-Ministru li għandu jitpoġġa rapport dalwaqt fuq il-Mejda tal-Kamra li wkoll irridu niddiskutuh.", "Issa l-kollega tiegħi forsi ma kienx kuntent li l-Kumitat iddedika dak il-ħin kollu għal din il-policy, imma llum hemm policy, għamlu l-kummenti tagħkom, u għandek kull dritt li tagħmel il-mistoqsijiet parlamentari kollha li tixtieq biex tkun taf il-proċess fejn wasal, imma mhux tinqdew b'kumitat biex naħlu l-ħin ta' dak il-Kumitat biex nipprovaw nippolitiċizzaw xi ħaġa li m'għandhiex għalfejn tkun politiċizzata.", "Sur President, biex niġi għal-liġi li għandna quddiemna dwar rappreżentanza aktar għolja għall-għaqdiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll ambjentali fid-diskussjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, apparti li nirringrazzja lill-Ministru li ressaq liġi bħal din, jien naħseb li din turi wkoll il-mod kif jaħdem dan il-Gvern.", "Jekk tara kif jittieħdu deċiżjonijiet ambjentali, naħseb tifhem anke l-modus operandi li daħħal dan il-Gvern.", "Aħna fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar niftħu l-bibien tagħna għal kulħadd, jiġifieri kull min iħoss li għandu xi input fuq suġġett partikolari, jista' jiġi u jgħid tiegħu.", "Biss biss, meta tkellimna fuq il-fuel stations policy, jien tlabt lis-segretarja tal-Kumitat biex nagħmlu stedina lil dawk li possibbilment jistgħu jkunu l-operaturi f'dan is-settur.", "Jien għandi interess nisma' l-partijiet kollha.", "Il-messaġġ hu li biex ikollok demokrazija ħajja, biex ikollok ambjent tajjeb, irid ikollok il-parteċipazzjoni ta' kulħadd.", "Il-Ministru permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipproponi li jżid l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-diskussjoni dwar l-ambjent f'pajjiżna.", "Dan qiegħed isir bil-fatti f'kull forum f'dak li għandu x'jaqsma mal-ambjent f'pajjiżna.", "Bħalma qiegħed isir fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar fejn kulħadd qed ikollu l-opportunià li jiġi u jiddiskuti fuq xi materja partikolari, hekk ukoll qed jagħmel il-Ministru f'forum li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp sostenibbli f'pajjiżna.", "Huwa tajjeb li jkollok rappreżentanza iktar wiesgħa mis-soċjetà ċivili li titkellem fuq l-ambjent.", "Hekk għandu jkun, u dan huwa l-mod kif jaħdem dan il-Gvern.", "Aħna biex nagħżlu sit fejn se npoġġu wieħed mill-ikbar investimenti li ġie f'pajjiżna, l-American University of Malta, ukoll għamilna konsultazzjoni pubblika, xi ħaġa li qatt ma saret qabel.", "Ma bżajniex nagħmlu xi ħaġa ġdida!", "Biex għażilna sit fejn inpoġġu l-American University of Malta, għamilna konsultazzjoni pubblika.", "Qatt f'dan il-pajjiż ma saret konsultazzjoni pubblika fejn il-poplu ssuġġerixxa lill-Gvern fejn għandu jsir tali investment.", "Sar ir-rapport, il-pubbliku pparteċipa, għamel is-suġġerimenti tiegħu, u l-Gvern aċċetta dawk il-proposti.", "Qed nuru bil-fatti li f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ambjentali, iktar minn qatt qabel qegħdin indaħħlu l-parteċipazzjoni ġenerali tal-poplu b'mod kollettiv u anke tas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali.", "Nerġa' ngħid li tajjeb li l-Ministru ressaq din it-tip ta' liġi għax finalment biha qed insaħħu d-diskussjoni ambjentali f'pajjiżna.", "L-appell tiegħi lil kulħadd – u dan l-appell għamiltu diversi drabi – speċjalment lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Azzopardi, li fil-fatt huwa parti mill-Kumitat Permanenti għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, hu: Ejja ma nippolitiċizzawx suġġett tant importanti bħalma huwa l-ambjent.", "Ejja ma nagħtux impressjonijiet qarrieqa lin-nies li f'daqqa waħda morna fl-infern f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent u li qabel konna fil-ġenna.", "Ejja nkunu reali, ejja nkunu ġusti mal-intelliġenza ta' kull min qiegħed isegwina.", "Ejja nkunu kapaċi li fuq l-ambjent u fuq dawn it-tip ta' liġijiet naslu bi qbil.", "Jien anzi kważi nappella lill-Oppożizzjoni li fuq liġi bħal din tivvota mal-Gvern, u nemmen li hemm ħafna mill-kollegi tiegħi fl-Oppożizzjoni li jixtiequ jivvotaw favur liġi bħal din.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Herrera biex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "JOSE HERRERA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 24 ta' Ottubru, 2018 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni tal-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Robert Cutajar sabiex l-Avviż Legali Nru 296 tal-2018 dwar ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi\";", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Grazzi, Sur President.", "Illum waqt dan l-Aġġornament ħassejt li għandi nelenka diversi differenzi bejn iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Fil-fehma tiegħi, f'Ottubru, 2018 l-poplu Malti u Għawdxi kien faċli ħafna għalih li jinduna liema hi n-naħa tal-Kamra li verament trid il-ġid lill-poplu u liema hi dik in-naħa tal-Kamra li tant hi ddisprata għall-poter li spiċċat tagħmel il-ħsara u żżeblaħ lil pajjiżna.", "Proprju f'dan ix-xahar ta' Ottubru f'dan il-Parlament issir diskussjoni mill-aktar importanti, dwar il-Baġit.", "Is-slogan tal-Baġit ta' din is-sena kien \"Malta ngħixu s-suċċess\".", "Is-slogan huwa sabiħ u interessanti, però hawn irridu iktar nitkellmu fuq is-sustanza li fih il-Baġit, baġit li ntlaqa' tajjeb ħafna minn diversi social partners.", "Matul dan ix-xogħol f'dan il-Parlament smajna diversi dikjarazzjonijiet minn ċerti membri parlamentari tan-naħa tal-Oppożizzjoni li jġegħluk tgħid: Imma dawn il-membri parlamentari qegħdin jgħixu fl-istess Malta li qegħdin ngħixu fiha aħna u l-kumplament tal-poplu hemm barra, jew inkella hawn min qiegħed jgħix f'univers parallel, fuq xi pjaneta oħra jew inkella f'xi parti oħra ta' Malta li forsi ma nafux biha?!", "Nixtieq nagħmel referenza għal dak li qal l-Onor.", "Simon Busuttil hawnhekk fil-Parlament dwar l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant li tajjeb li ngħidu li swiet 'il fuq minn €1 miljun.", "Għandna l-Prim Ministru li qed jgħid biċ-ċar li jrid jippubblika din l-inkjesta, però mbagħad hemm parir legali u issa għandna anke kawża l-Qorti mill-Kap tal-Oppożizzjoni – li għandu kull dritt li jagħmilha - biex hu jkun jista' jara r-rapport kollu kemm hu.", "Hawnhekk fil-Parlament smajna lill-Onor.", "Simon Busuttil jgħid li jemmen li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Ministru, minkejja li fil-konklużjonijiet hemm miktub ċar u tond li din il-kumpanija żgur li mhijiex tal-Prim Ministru.", "Mill-banda l-oħra mbagħad ilbieraħ kellna l-Ministru tal-Finanzi li lill-poplu Malti u Għawdxi qallu: Jien nemmen fikom.", "Jien nemmen fil-potenzjal li għandu dan il-poplu Malti u Għawdxi, fil-bżulija tagħkom.", "Qalilhom: Jien qiegħed noħloq klima ekonomika pożittiva sabiex intom tmorru hemm barra taħdmu, taqilgħu l-flus u tkomplu tkabbru l-ekonomija.", "Dan iġibni għall-ewwel punt, il-fatt li dan l-pajjiż se jżid id-dħul tiegħu mingħajr ma jkun hemm ebda taxxa żejda matul din is-sena li ġejja.", "Dan huwa t-tieni baġit li fih l-Gvern mhux qiegħed jintroduċi taxxi żejda.", "Sur President, x'qed jgħid il-Gvern lill-poplu?", "Il-Gvern qed jgħidlu: Irridek tgawdi minn dan is-suċċess li qegħdin noħolqu lkoll kemm aħna flimkien.", "Skont il-Baġit pajjiżna se jerġa' jkollu surplus ieħor u baġit fejn nistgħu naraw li l-finanzi ta' pajjiżna huma verament fis-sod.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel parenteżi żgħira biex nispjega ċerti affarijiet lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Il-kredenzjali politiċi tal-Kap tal-Oppożizzjoni għadna ma nafux x'inhuma għax għadu qatt ma ikkontesta elezzonijiet.", "Dan għadna ma nafux x'isarraf meta jiġi on the campaign trail tal-elezzjoni, però minn dak li smajtu jgħid fil-konferenza tal-aħbarijiet ikolli ngħid li l-kredenzjali ekonomiċi tiegħu ma tantx huma tajbin lanqas.", "Ilbieraħ qal li hu inkwetat għaliex fl-erba' snin li għaddew għola s-shampoo!", "Jinkwieta għax għola s-shampoo meta mbagħad rajna Gvern li matul dawn l-aħħar baġits ta żidiet li kien ilhom ġenerazzjoni sħiħa ma jingħataw.", "Kellna żidiet fil-pensjonijiet li ħaddieħor kien insiehom, imbagħad ikollok Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li jinsab inkwetat għax għola s-shampoo fuq erba' snin!", "Aktar minn hekk, jien jiddispjaċini li ma kienx kapaċi lanqas jispjega s-surplus.", "Qiegħed jgħid li dan is-surplus għandna nqassmuh kollu kemm hu.", "Sfortuntament il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jinsa l-iktar ħaġa importanti fejn jidħlu l-finanzi, jiġifieri l-bilanċ li wieħed għandu jsib.", "Is-surplus li jżomm il-Gvern ovvjament mhux iħallih hemm biex joqgħod iħares lejh imma b'dak is-surplus il-Gvern jaqta' d-dejn minn sena għall-oħra.", "Sur President, iktar minn hekk, għal darb'oħra hawnhekk il-Kap tal-Oppożizzjoni reġa' wriena lbieraħ li ma jafx kif titkellem fuq id-dejn għaliex d-dejn qatt ma tieħdu bħala ammont waħdu.", "Id-dejn dejjem tieħdu bħala persentaġġ relatat mal-prodott gross domestiku.", "L-istess is-surplus u d-deficit, dejjem nirreferu għalihom bħala persentaġġ ta' xi ħaġa oħra, għax id-dejn waħdu, minnu nnifsu, ma jagħmilx sens, għax id-dejn sar għal xi ħaġa.", "Aħna għandna rata ta' dejn li dan il-Gvern qiegħed inaqqasha minn sena għall-oħra.", "Dan id-dejn qiegħed jonqos għaliex qed ikun hemm ammont minn dak is-surplus li qed imur biex jitħallas dejn tas-snin ta' qabel.", "Pereżempju, kellna gvernijiet Nazzjonalisti li ġabru madwar €25 miljun f'VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi li ma kienx suppost inġabru.", "Il-poplu Malti u Għawdxi għamel żmien jagħti flus lill-Gvern fil-forma ta' VAT fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi meta mhux suppost!", "Minkejja li nġabru dawn il-flus, il-gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien xorta waħda ma kienx kapaċi jibbilanċja l-kotba.", "Jiġifieri dan ġabar flus li lanqas kienu tiegħu u xorta waħda baqa' minn sena għall-oħra jagħmel defiċit wara l-ieħor.", "Dan imbagħad ifisser li qiegħed jakkumula d-dejn tal-pajjiż.", "Illum, bħala pajjiż qegħdin niksbu dawn ir-riżultati tajbin għax qegħdin nagħmlu surplus li jfisser li fl-aħħar tas-sena l-pajjiż qiegħed idaħħal iktar milli joħroġ.", "Din wieħed jista' jqabbilha ma' kap ta' familja li fl-aħħar tas-sena jagħmel il-kontijiet tiegħu u jgħid jien ħriġt iktar milli daħħalt.", "Kif se jiffinanzjaha dik id-differenza fil-ħruġ kontra d-dħul?", "Jew ma jagħmilx dak li jkun wiegħed jew inkella jmur jiddejjen.", "Ħafna drabi aħna kellna gvernijiet li kienu jżidu t-taxxi imma mbagħad ma jimplimentawx miżuri oħrajn li jkunu ġew imwiegħda fil-baġit.", "Minkejja dan, konna nispiċċaw xorta waħda b'defiċit u konna qegħdin nispiċċaw dejjem niddejnu iktar milli nkunu qegħdin indaħħlu bħala pajjiż.", "Sur President, illum il-ġurnata għandna dik li hija magħrufa bħala fiscal manoeuvrability.", "Forsi min qiegħed jismagħna jgħid li din hija kelma tqila.", "Fil-fatt mhi kelma tqila xejn.", "Din tfisser li l-Gvern għandu iktar fejn jiċċaqlaq biex ikun jista' jibda jqassam iktar minn dan il-ġid li qiegħed jinħoloq.", "Ladarba inti qed tnaqqas id-dejn, is-sena ta' wara awtomatikament naqaslek l-imgħax fuq dak id-dejn.", "Mela inti mar-radd tas-salib qiegħed diġà f'pożizzjoni aħjar milli kont fl-istess żmien is-sena ta' qabel.", "Huwa importanti ħafna li n-nies din jifhmuha, għaliex kultant nisimgħu dwar miljuni u biljuni.", "Forsi ħafna min-nies ma jagħtux kas dawn l-ammonti kbar, imma jifhmu aktar meta tispjega n-nitty gritty ta' dan il-Baġit, meta tispjega kif minn sena għall-oħra dawn huma budgets bi pjan wieħed wara l-ieħor, u lkoll huma ħolqa waħda wara l-oħra f'katina li jiffurmaw ir-roadmap li konna smajna biha anke qabel beda dan il-Gvern.", "Kellna membri tal-Oppożizzjoni li ddieħku b'din ir-roadmap, kellna membri tal-Oppożizzjoni li saħansitra kienu ddieħku bil-garanzija għaż-żgħażagħ u llum qegħdin naraw kemm din il-garanzija hija importanti.", "Kemm qalulna bil-garanzija tal-washing machines!", "Illum il-ġurnata qegħdin naraw li mnalla hemm din il-garanzija li tassigura li ż-żgħażagħ ikunu fix-xogħol, fit-taħriġ jew fl-edukazzjoni biex b'hekk huma jkunu jistgħu jkomplu javvanzaw f'ħajjithom.", "Illum għandna Gvern li għal sena oħra se jkun qed iqassam €11-il miljun oħra biex l-eks ħaddiema tal-korpi, il-ħaddiema tal-Malta Electricity Board u l-ħaddiema tax-xatt jirċievu ċekk ieħor fejn jidħlu l-inġustizzji.", "Rigward children's allowance kellna każijiet fejn dawn iż-żidiet ilhom ma jsiru 11-il sena jew inkella saħansitra 23 sena.", "Għandna persuni żgħażagħ li llum l-ġurnata jivvutaw, li f'ħajjithom qatt ma kellhom żieda fic-children's allowance.", "Kellna gvernijiet wieħed wara l-ieħor li kull sena kienu jwiegħdu li s-sena d-dieħla se nkunu aħjar minn din is-sena u d-defiċit dejjem kien jibda nieżel, imbagħad niġu fis-sena tal-elezzjoni u l-figuri finanzjarji tal-pajjiż kollox imur żmerċ basta nagħmlu minn kollox biex nirbħu l-elezzjoni.", "Dik kienet il-mentalità ta' gvernijiet passati.", "Litteralment kellna gvernijiet tal-elezzjonijiet!", "Iżda llum l-ġurnata x'għandna, Sur President?", "Illum l-ġurnata għandna Gvern li qiegħed iwettaq bidliet li f'ġenerazzjonijiet sħaħ ma sarux.", "Pereżempju qabel, il-pensjonanti kienu jistaqsu: Imma aħna se niżdiedu?", "Illum il-ġurnata l-pensjonanti jgħidulek: Aħna b'kemm se niżdiedu?", "Forsi tisma' min jgħidlek li ż-żieda ta' €4.50 mhijiex biżżejjed għaliex ladarba l-pajjiż jibda jikseb ċertu suċċess, jiżdiedu anke l-aspettattivi tan-nies.", "Sa ċertu punt jien nasal li nifhimhom, però n-nies iridu jifhmu wkoll li d-dinja ma saritx f'daqqa.", "L-aħħar darba kellna lill-Onor.", "Edwin Vassallo hawnhekk li għamel mistoqsija diretta lin-naħa tal-Gvern.", "Qalilna: Kellkom għalfejn iddumu ħames snin biex tibdew twessgħu t-toroq?", "Iva, Onor. Edwin Vassallo, kellna għalfejn l-ewwel nirranġaw il-qafas.", "L-ewwel trid tirranġa l-bażiku, l-ewwel trid tirranġa l-ekonomija, trid issaħħaħ l-ekonomija biex tilħaq rata ta' tkabbir li tkun akbar minn tas-snin ta' qabel.", "Imbagħad, fuq kollox, trid tara li dik ir-rata ta' tkabbir tagħmilha sostenibbli, jiġifieri li minn sena għall-oħra din ir-rata tibda tintlaħaq, tiġi n-norma u ma tkunx l-eċċezzjoni.", "Huwa tajjeb li jkollok sena waħda tkabbir ta' 4%, 5% jew 6%, imma mbagħad li jkollok sentejn, tlieta, allura tibda toħloq xejra li tfisser li saret in-norma u dak it-tkabbir ekonomiku jibda jsir sostenibbli.", "Dan hu li jfisser meta ngħidu li inti tkabbar il-kejk nazzjonali li kulħadd irid parti minnu.", "Il-Ministru qalilna wkoll li se tingħata ġurnata oħra leave lill-ħaddiema.", "Kemm hija sabiħa din li jkollok Gvern li qiegħed jirrikonoxxi l-fatt li l-ekonomija sejra tajjeb u jirrikonoxxi wkoll il-fatt li l-quality time mal-familja huwa xi ħaġa importanti ħafna.", "Ma jistax ikun li aħna nkunu nies li naħdmu biss.", "Ma jistax ikun li nkunu nies li mmorru minn xogħol għal xogħol.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni darba qalilna li biex tieħu pizza jrid ikollok ħames jobs!", "Jien ma naf lil ħadd li għandu ħames jobs.", "Li naf huwa familji li fejn forsi qabel kienu joħorġu darba fix-xahar, illum joħorġulek darbtejn fix-xahar.", "Fejn forsi qabel kellek familji li ma kenux jistgħu jsiefru darba fis-sena, illum għandek familji li għamlu dak il-pass 'il quddiem li qegħdin jieħdu btala flimkien bħala familja darba fis-sena.", "Għandek familji saħansitra żgħażagħ li xogħolhom iħallas tajjeb li ma jiddejqu xejn biex forsi minn appartament żgħir jixtru appartament ftit ikbar jew inkella jixtru dar u jibdew jaħsbu biex ikabbru l-familja tagħhom.", "Dan kollu huwa parti mis-suċċess li aħna bħala Gvern nieħdu gost naraw li n-nies qegħdin jagħmlu.", "La qed insemmi d-djar u l-home ownership ma nistax ma nagħmilx referenza għal miżura interessanti ħafna tal-equity sharing fejn qed naraw li l-Gvern qed jaħseb f'dawk il-persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena u li forsi għal xi raġuni jew oħra, li ħafna drabi ma jkollhomx kontroll fuqha, dawn qed ikollhom ifittxu biex jixtru appartament ieħor fejn ikunu jridu jerġgħu jibdew ħajjithom mill-ġdid.", "Pereżempju jiġuni f'moħħi kopji li jkunu sseparaw.", "Wara li jkunu sseparaw dawn ibigħu d-dar matrimonjali tagħhom, jibqgħalhom ammont tajjeb ta' flus fil-bank imma li ma jkunx biżżejjed biex wieħed jixtri dar oħra.", "Jekk din il-persuna tmur il-bank tispiċċa li l-bank ma jsellifhiex lanqas għax għandha 'l fuq minn 40 sena minħabba li r-repayment period huwa relattivament qasir u wieħed ma jkunx jista' jieħu dik il-loan.", "B'din l-iskema tal-equity sharing li tħabbret fil-Baġit tal-bieraħ, il-Gvern jixtri parti mid-dar miegħek u jħallaslek l-imgħaxijiet għal numru ta' snin biex il-bank ikun jista' jsellfek.", "Effettivament il-bank ikun qiegħed jidħol bħala garanti tiegħek biex jgħinek tqum fuq saqajk u tkun tista' terġa' tibda ħajtek mill-ġdid.", "Kemm hija sabiħa din, Sur President, li għandna Gvern li verament qiegħed jaħseb f'kulħadd, Gvern li verament jgħin lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu jaqsam parti minn dan is-suċċess li qiegħed jinħoloq f'pajjiżna.", "Sfortuntament, matul dan ix-xahar pajjiżna għadda minn attakk kordinat fuq il-mezzi barranin tal-midja u kien hemm anke membri parlamentari minn din il-Kamra li għoġobhom jikkummentaw.", "Dak kulħadd jara hu x'jagħmel.", "Imbagħad kulħadd irid joqgħod għall-ġudizzju tal-poplu, u l-poplu, flimkien mas-social partners, fl-opinjoni tiegħi lbieraħ ta l-ġudizzju tiegħu fuq il-Baġit li ppreżenta dan il-Gvern.", "Għaldaqstant, iva, nafu liema hi dik in-naħa tal-Kamra li trid li Malta tkompli timxi 'l quddiem fis-suċċess.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2018 fil-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru Herrera.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fis-7.21 pm il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – ĦLASIJIET LIL KONSULENTI NGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant, għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 1129.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament żar Dubai mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u r-raġuni għal kull żjara?", "Kemm kienet l-ispiża kollha għal kull żjara?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija separatament minnu, mill-2013 sal-lum attenda konferenza (Arab Health 2018 Exhibition) f'Dubai f'Jannar ta' din is-sena u kien akkumpanjat mic-Chief Biomedical Engineer.", "In-nefqa kienet ta' €2,467.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "RESIDENTI FI DJAR TAL-ANZJANI LI KIENU INKWILINI TA' POSTIJIET TAL-GVERN – ĊWIEVET RITORNATI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċavetta ġiet ritornata mill-kategorija ta' anzjani li jgħixu f'residenza ta' Djar tal-Anzjani u li kienu inkwilini ta' postijiet tal-Gvern?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mid-9 ta' April 2018, meta ġiet imnedija l-iskema, l-Awtorità tad-Djar ġabret 11-il ċavetta, mingħand anzjani li jgħixu f'waħda mid-Djar tal-Anzjani u li kienu inkwilini ta' postijiet tal-Gvern.", "RESIDENTI FI DJAR TAL-ANZJANI LI KIENU INKWILINI TA' POSTIJIET TAL-GVERN – INĊENTIVI GĦAR-RITORN TAĊ-ĊWIEVET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ried ifisser il-Ministru għall-Finanzi fid-Diskors tal-Baġit meta qal li se \"jagħti inċentiv ġeneruż lil dawk li jirritornaw iċ-ċwievet tal-post li jkollhom biex jiġu allokati\" lil dawk fil-kategorija u li qed jistennew post tal-akkomodazzjoni soċjali (Ara: Kapitlu 3.6 Postijiet tal-Gvern battala mikrijin għand l-anzjani – paġna 35 tad-diskors tal-Budget 2018)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif f'April 2018 ġiet imnedija skema li tinċentiva lill-anzjani li għandhom post tal-gvern u jkunu se jidħlu jew ikunu diġà daħlu f'residenza tal-anzjani tal-Gvern, jew f'dar tal-anzjani privata, taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, dan l-inċentiv joffri 20% iktar tal-pensjoni jekk l-anzjan/a jagħti lura ċ-ċwievet tal-post lill-Awtorità tad-Djar.", "Dan l-inċentiv volontarju mhux biss qiegħed irendi f'pensjoni miżjuda lill-anzjan/a, iżda ukoll f'aktar riżorsi li l-Awtorità tista' talloka lil min huwa fil-bżonn, ġaladarba l-anzjan/a m'għadhomx jirrisjedu fil-post li għexu fih.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, minn meta daħlet l-Iskema tas-Social Loan, kemm ingħataw social loans lill-applikanti?", "Kemm huwa l-budget ta' din l-iskema?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, minn meta daħlet fis-seħħ l-iskema tas-Social Loan, ingħataw 16-il loan li fuqhom diġà sar il-kuntratt, waqt li 37 applikazzjoni oħra qegħdin fuq il-konvenju.", "Hemm ukoll 41 applikant ieħor li qegħdin fil-proċess li jiffirmaw il-konvenju fuq il-post identifikat minnhom.", "Il-budget għal din l-iskema għas-sena kurrenti huwa ta' €940,000.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – LIFTIJIET FI BLOKKI TAL-GVERN JEW TAL-AWTORITÀ TAD-DJAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'din il-Leġiżlatura kemm-il lift ġie stallat fil-blokki tal-Gvern jew tal-Awtorità tad-Djar?", "F'liema lokalitajiet kienu stallati dawn il-lifts?", "Kemm ibbenefikaw inkwilini/sidien minn din l-inizjattiva?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'din il-leġiżlatura ġew stallati 10 lifts fil-blokki tal-Gvern jew tal-Awtorità tad-Djar.", "Dawn kienu fil-Birgu, Ħal Kirkop, il-Marsa, il-Mellieħa, l-Imġarr u ż-Żejtun.", "Minn dawn l-istallazzjonijiet ibbenefikaw l-inkwilini li joqogħdu ġo 27 appartament u s-sidien li joqogħdu f'40 appartament.", "APPLIKAZZJONI GĦAD-DĦUL F'RESIDENZA TAL-ANZJANI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha l-kundizzjoni tad-dimenzja, fejn meta toħroġ qed tintilef, jiġbruha n-nies u anke qed tħalli affarijiet perikolużi mixgħulin id-dar?", "Peress li din is-Sinjura applikat biex tidħol f'home għax minħabba l-gravità tagħha jibżgħu li sseħħ xi traġedja, jista' l-Ministru jara li jsir assessment għall-home?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u l-persuna kKonċernata ġiet infurmata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "KERA TA' POST TAL-GVERN – KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn dan ilu jgħix f'post tal-Gvern mill-2012, imma meta jkun se jħallas il-kera jgħidulu li ser isir kuntratt ġdid?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b'mod separat diġà ffirmat Il-kuntratt ta' tiġdid tal-kirja.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – WIRJIET U ATTIVITAJIET FIS-SALA TAL-ESEBIZZJONIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm saru wirjiet u attivitajiet fis-sala tal-esebizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' tagħti lista tal-wirjiet u attivitajiet li saru sena b'sena?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ĦADDIEMA KLERIKALI GĦAWDXIN LI JAĦDMU MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta nġabu l-aħħar clerks Għawdxin li kienu jaħdmu Malta biex jaħdmu f'Għawdex?", "Kemm kien in-numru ta' clerks li nġabu lejn Għawdex fis-sena 2017 u fis-sena 2018?", "Tista' tgħid meta hu maħsub li jinġabu aktar ħaddiema klerikali minn Malta lejn Għawdex?", "Tista' tgħid kemm-il vacancy ta' ħaddiema klerikali hemm mad-Dipartimenti tal-Gvern f'Għawdex?", "Interpellant li fis-sena 2017, kien hemm 12-il skrivan li nġabu jaħdmu Għawdex u din is-sena nġab skrivan wieħed.", "Dan il-Ministeru jagħmel eżerċizzju kontinwu u laqgħat ma' diversi Ministeri u entitajiet biex jinġieb Għawdex kemm xogħol ta' front office kif ukoll ta' back office.", "Diġà kabbart l-uffiċċju f'Għawdex tal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority u bħalissa għaddej proċess biex toħroġ sejħa għall-proprjetajiet ta' żewġ entitajiet oħra.", "RABAT, GĦAWDEX - BINI TA' SKOLA PRIMARJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Iskola Primarja Ġdida tar-Rabat Għawdex, li issa ilha mwiegħda ħames snin, tilqa' fiha l-ewwel studenti?", "Jista' jgħid fejn se tinbena din l-iskola?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni bediex u meta se jispiċċa?", "Jista' jgħid kemm se tkun tista' tilqa' studenti din l-iskola?", "Kemm hija mistennija li tkun l-ispiża tagħha?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq skola primarja ġdida fir-Rabat Għawdex, hu mistenni li jibda kif jingħataw il-permessi mill-Awtorità għall-Ippjanar.", "L-iskola se tiftaħ meta l-proġett ta' kostruzzjoni jitlesta, bid-data finali tkun stabbilita meta l-permessi tal-iżvilupp jinħarġu.", "L-iskola se tinbena biswit il-middle school eżistenti, u s-site map diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentaru 5013.", "L-iskola se takkomoda madwar 400 tifel u tifla.", "L-istima tax-xogħol għad trid tkun ikkalkulata.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5788, 1796, 2497 u 4259 u ċjoè, jista' jgħid sal-aħħar ta' Frar 2013 kemm kien hemm nies impjegati mas-settur pubbliku (inklużi intrapriżi pubbliċi)?", "Kemm minn dawn kienu impjegati full-time?", "Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time?", "U kemm minn dawn kienu impjegati b'kuntratt definit?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "UNIVERSITY RESIDENCE – STUDENTI GĦAWDXIN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-University Residence imwiegħda mill-Gvern fil-Baġit għas-sena 2017 se tkun lesta u tilqa' fiha l-ewwel student?", "Jista' jgħid jekk l-istudenti Għawdxin hux se jkunu ppreferuti biex jingħataw akkomodazzjoni f'din ir-residenza?", "Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-proġett u kemm huwa mistenni li jiswa?", "Kif se jiġi ffinanzjat dan il-proġett?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li f'Ottubru tas-sena 2015 l-Università ta' Malta ħarġet sejħa għal proposti fuq bażi ta' Public Private Partnership għall-bini u l-immaniġġjar ta' University Community Complex, liema proġett jinkludi University Residence.", "Wara evalwazzjoni mill-Kunsill tal-Università, f'Awwissu 2016 kien iffirmat il-ftehim mal-entità privata li se tibni u timmaniġġja dan il-kumpless.", "L-applikazzjoni għall-permess tal-bini tal-University Residence kienet sottomessa f'Ottubru 2016.", "Din l-applikazzjoni għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjannar.", "Huwa previst li r-Residenza tilqa' l-ewwel residenti fi żmien tliet snin minn meta jinħareġ il-permess tal-bini.", "Il-University Residence l-ġdida se tkun qed tipprovdi madwar 800 akkomodazzjoni (ferm aktar minn dak provdut illum mir-residenza f'Ħal Lija).", "Din iż-żieda hija intiża sabiex tilqa' għaż-żieda fin-numru ta' studenti barranin kif ukoll sabiex taqdi l-esiġenzi tal-istudenti Għawdxin.", "L-ispiża kapitali tal-proġett se tkun iffinanzjata mill-privat, waqt li l-Università se tipprovdi l-art.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-community car park tal-Università mwiegħed mill-Gvern fil-Baġit għas-sena 2017 se jkun lest u jilqa' fih l-ewwel karozzi?", "Jista' jgħid kemm se jkun jesa' karozzi dan il-car park?", "Jista' jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-proġett u kemm huwa mistenni li jiswa?", "Kif se jiġi ffinanzjat dan il-proġett?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Għaldaqstant, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 6960.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-proposta tal-Gvern sabiex isir upgrading taż-żona tax-Chalet f'Tas-Sliema?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-proġett qiegħed jiġi studjat.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - ESTENSJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6847 u jgħid meta hu mistenni u/jew ippjanat li tkun lesta l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-estensjoni bl-ewwel 252 sodda tkun lesta fi żmien l-ewwel 18-il xahar mill-ħruġ tal-permess ta' żvilupp, filwaqt li t-tieni parti b'252 sodda tkun lesta fi żmien 18-il xahar mit-tlestija tal-ewwel 252 sodda.", "Dawn is-sodod se jgħinu biex tkun indirizzata l-lista ta' stennija għall-anzjani li għandhom bżonn urġenti jew high-dependency, kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-gvern.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – SID TA' ESTENSJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6848 u jgħid min se jkun is-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet li se jkun fiha l-istess estensjoni li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?", "Jista' jgħid jekk hux se jkun il-Gvern jew kumpanija privata li se jipprovdu s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?", "Jista' jagħti l-isem tal-kumpanija privata f'każ li din ser tipprovdi s-servizzi ta' kura u dawk anċillari għall-perjodu ta' għaxar snin tal-kuntratt?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sid tal-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-faċilitajiet illi se jkun fiha l-istess estensjoni se jkun San Vinċenz de Paul stess.", "San Vincenz de Paul se jkun ukoll responsabbli għas-servizzi mediċi kollha u għat-tmexxija u d-direzzjoni tal-blokok bħala parti integrali mill-kumpless.", "Il-kumpanija privata se tipprovdi riżorsi ta' kura u servizzi anċillari.", "Kif diġà ntqal fuq il-mezzi tax-xandir, l-isem tal-kumpanija privata huwa l-JCL u l-MHC Consortium.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – ESTENSJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6849 u jgħid matul il-perjodu sakemm l-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018 issir proprjetà tal-Gvern skont il-kuntratt CT 2009/2015 (Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long-Term Care Facility), xi ħlasijiet ser isiru mill-Gvern u/jew minn xi entità oħra governattiva lill-Consortium għall-estensjoni u għall-faċilitajiet?", "Jista' l-Ministru jgħid meta huma dovuti dawn il-ħlasijiet u kif għandhom isiru?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Intepellant li t-tender pubbliku CT 2009/2015 kien jipprovdi għall-bini ta' kċina ġdida u servizzi ta' catering għall-parti eżistenti ta' San Vinċenz de Paul.", "Il-ħlasijiet esklużivament għall-ikel bdew wara li ġie ffirmat il-kuntratt.", "L-istess tender pubbliku kien jipprovdi għall investiment addizzjonali, li fil-każ tal-offerta magħżula kien jikkonsisti f'estensjoni tar-Residenza San Vinċenz.", "Il-ħlas ta' din il-parti l-ġdida ser ikun għal kull sodda okkupata, kif ilu jsir għal ħafna snin f'diversi każijiet oħra, u għalhekk il-ħlasijiet relatati mal-estensjoni l-ġdida se jkunu qed jibdew malli jiġu okkupati s-sodod.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – SERVIZZ TA' CATERING GĦAS-SODOD LI SE JKUN HEMM FIL-PARTI ESTIŻA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6850 u jgħid min se jipprovdi servizz ta' catering għall-ħames mitt (500) sodda addizzjonali li se jkun hemm fl-estensjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul li saret referenza għaliha fl-ewwel paġna ta' The Sunday Times of Malta ta' nhar il-Ħadd 5 ta' Awwissu 2018?", "Jista' jgħid x'se jkun il-ħlas għal dan is-servizz ta' catering?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz ta' catering fl-estensjoni l-ġdida huwa parti mill-ispiża għal kull sodda okkupata li se tkun inqas mill-prezz imħallas illum għal kull sodda.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – KOPJA TAL-KUNTRATT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6851 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bin-numru ta' referenza CT 2009/2015 u bid-deskrizzjoni \"Tender for Public Private Partnership for the Provision of Comprehensive Services to St Vincent de Paul Long-Term Care Facility\" liema kuntratt ġie ffirmat nhar l-14 ta' Novembru 2017?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan il-kuntratt il-Gvern se jimxi bl-istess proċedura li jimxi biha f'kuntratti simili mal-privat.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li diġà ġiet aċċettata t-talba li għamel id-Deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia għal skrutinju fuq l-istorja vvintata mit-Times of Malta dwar l-estensjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paul.", "KORP TAL-PULIZIJA: NISA FIR-RANKS TA' MAĠĠUR, SPETTUR, SUPRETENDENT U ASSISTENT KUMMISSARJU", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa fil-Korp tal-Pulizija li jokkupaw ir-rank ta' Maġġur, Spettur, Supretendent u Assistent Kummissarju?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li sat-8 ta' Ottubru 2018 kien hemm 36 mara fil-Korp tal-Pulizija li jokkupaw ir-rank ta' Surġent Maġġur, Spettur, Supretendent u Assistent Kummissarju, kif jidher hawn taħt:", "DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI – SEJĦIET GĦALL-GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-għajnuna lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Settembru 2018, is-sejħiet għall-għajnuna lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, xahar b'xahar, kienu kif jidhru fit-tabella ta' hawn taħt:", "PRIĠUNIERI – SISTEMA TA' PAROLE", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li gawdew mis-sistema tal-parole fis-sena 2017 u mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-sena 2017, 18-il persuna ngħataw il-Liċenzja tal-Parole, filwaqt li mill-1 ta' Jannar, 2018 sat-30 ta' Settembru, 15-il persuna ngħataw il-Liċenzja tal-Parole.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika liema se jkunu l-160 triq li Infrastruttura Malta se tkun qed tagħmel fix-xhur li ġejjin, liema ammont saret referenza għalih minn diversi esponenti tal-Gvern inkluż l-istess Ministru responsabbli?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Jekk l-Onor.", "Cutajar qed jirreferi għall-akbar sejħa għall-offerti għall-bini mill-ġdid ta' toroq li qatt ħarġet f'Malta, u li ħabbarna u tkellimna dwarha fil-ġimgħat li għaddew, it-tagħrif mitlub jinsab fil-mezzi tal-midja u midja soċjali u jista' faċilment jinkiseb mill-artikli ppubblikati.", "L-istess tagħrif jinsab ukoll f'aktar dettall fid-dokument pubbliku tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet meħtieġa biex is-sena d-dieħla jitwettaq dan l-akbar investiment ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt sar f'pajjiżna.", "It-tagħrif mitlub jinsab fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FGURA – TRIQ L-14 TA' DIĊEMBRU 1945", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir Triq l-14 ta' Diċembru 1945 fil-Fgura?", "IAN BORG: Nirreferi għat-tagħrif mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7208.", "SKOLA PRIMARJA MELLIEĦA – DEWMIEN FIT-TRASPORT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jara li n-nuqqasijiet li hemm bħalissa fit-trasport tat-tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa relatati mad-dewmien biex jitwasslu lura d-dar, jiġu solvuti?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru qiegħed f'kuntatt kontinwu mas-service provider biex jara li n-nuqqasijiet li hemm relatati mad-dewmien jiġu indirizzati u eliminati.", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĠBIR TA' TIPS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu jew jekk ġewx permessi li jinġabru tips mill-events u, jekk iva, dawn kif ser jiġu jew ġew imqassma?", "Jista' jgħid xi proċedura qiegħda tiġi jew ġiet addottata bħalissa?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat li tips mhux se jkunu permessi li jinġabru.", "F'każ li jingħataw tips dawn jidħlu bħala donazzjonijiet lill-Mużew jew sit.", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST: TASTE OF HISTORY AND EVENTS – XOGĦOL RELATAT MAL-HMSL", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu relatat mal-HMSL isir jew sar b'mod volontarju u jingħata jew ingħata biss lil min jixtieq jaħdmu?", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST - TASTE OF HISTORY AND EVENTS - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Union li tirrappreżenta lill-ħaddiema ta' Heritage Malta kenitx ikkonsultata fuq din il-kwistjoni?", "OWEN BONNICI: Informat mill-Aġenzija li r-risposta hi fin-negattiv għaliex, wara kollox, il-parteċipazzjoni hija fuq bażi volontarja, anka jekk bi ħlas.", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST - TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĦLASIJIET LILL-IMPJEGATI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema interessati humiex se jitħallsu u jekk tħallsux mill-payroll system jew humiex se jiġu mitluba jew ġew mitluba jirreġistraw bħala self-employed u jużaw il-ktieb tal-VAT?", "Jista' jgħid kif se jassigura li ma jinħoloqx xi tip ta' xogħol tal-prekarjat ġdid fi ħdan Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li dawn il-ħaddiema se jitħallsu b'mod normali mill-payroll.", "L-Aġenzija mhi se toħloq l-ebda tip ta' prekarjat.", "Il-pagi skont l-expression of interest huma fit-tabella ta' hawn taħt.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-'event manager, curator or delegate', ħa jagħżel jew għażel l-istaff complement?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-event manager, curator or delegat se jagħżel l-istaff complement fuq kriterji ta' esperjenza, kwalifiki, sales u customer care skills.", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST - TASTE OF HISTORY AND EVENTS – XOGĦOL F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' Heritage Malta li jaħdmu Malta hux se jkollhom jagħmlu u jekk hux diġà għamlu xogħol f'Għawdex?", "Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid hux se jiġi pprovdut u jekk ġiex ipprovdut trasport u akkomodazzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija żżomm kull dritt li tiddeċiedi jekk ikunx hemm bżonn jitilgħu nies minn Malta għal Għawdex jew viċiversa għal attivitajiet kummerċjali jew attivitajiet oħra, kif dejjem kien il-każ.", "Trasport u akkomodazzjoni tingħata jekk u meta jkun hemm il-bżonn bħal ma sar fil-passat.", "ĦAL TARXIEN: TRIQ IL-KBIRA - XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5398, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Kbira f'Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li Triq il-Kbira ħa ssir sa tmiem din is-sena.", "BORMLA – SELF TA' KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk itteħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika ta' Bormla u jekk le jistgħux jittieħdu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:", "· Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu sabiex isiru sessjonijiet ta' qari għat-tfal ta' etajiet varji.", "Minn din is-sena wkoll investejna f'kollezzjoni ta' comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.", "· Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f'kull librerija permezz ta' skema li ħarġu.", "Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f'kull librerija jkun hemm WIFI b'xejn.", "· Żidna l-ammont ta' kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.", "· Ipprovdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.", "Għat-tieni sena konsekuttiva nġieb sponsor minn banek ewlenin sabiex jinxtraw iktar kotba għall-komunità.", "L-ISLA – SELF TA' KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tteħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika tal-belt Senglejana u, jekk le, jistgħux jittieħdu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:", "· Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta' qari għat-tfal ta' etajiet varji.", "Minn din is-sena wkoll investejna f'kollezzjoni ta' comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.", "· Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f'kull librerija permezz ta' skema li ħarġu.", "Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f'kull librerija jkun hemm WIFI b'xejn.", "· Żidna l-ammont ta' kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.", "· Ipprovdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6865 dwar landscaping tar-roundabout fi Triq id-Dejma, Fgura, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm din ġiet tiswa?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntrattur bagħat il-claim għall-pagament ta' €9,753.60 għax-xogħol ta' landscaping tar-roundabout fi Triq id-Dejma, Tarxien, fit-18 ta' Ottubru 2018.", "Fil-frattemp qed isiru l-verifiki neċessarji mid-Dipartiment sabiex ikun jista' jinħareġ il-kont finali biex ikun jista' jsir il-ħlas neċessarju.", "RAĦAL ĠDID: TRIQ ĦAŻ-ŻABBAR - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5773, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-trattattivi biex jagħtu bidu għax-xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid ġewx konklużi jew le?", "OWEN BONNICI: Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta.", "Fil-fatt, diġà tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.", "Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali se jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.", "KUNSILL TAL-EWRTOPA: EUROPEAN LANDSCAPE CONVENTION - TRATTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 176 - European Landscape Convention, tiġi fis-seħħ?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "ISTITUT GĦALL-EDUKAZZJONI - KORSIJIET", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-korsijiet kollha li joffri l-Istitut għall-Edukazzjoni huma ddisinjati, żviluppati u mogħtija minn persuni li għandhom tal-anqas il-grad akkademiku li qed jgħallmu fih?", "EVARIST BARTOLO: L-Istitut jagħti din l-assigurazzjoni skont l-istandards mitluba mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) li minnhom huma akkreditati l-korsijiet kollha.", "SAN PAWL IL-BAĦAR: SKOLA ĠDIDA - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida mħabbra mill-Gvern għal San Pawl il-Baħar waqgħet lura b'sentejn?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li nħass il-bżonn li jiżdiedu aktar faċilitajiet mal-iskola tal-Gvern għal San Pawl il-Baħar.", "Għaldaqstant kien jinħtieġ li d-disinn tal-iskola jiġi rivedut u dan ukoll biex is-sala tal-iskola tkun aċċessibbli wara l-ħinijiet tal-iskola.", "MARSASKALA: SKOLA ĠDIDA - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida f'Marsaskala reġgħet għal darb'oħra waqgħet lura fix-xogħlijiet u ma' kenitx lesta biex tiftaħ kif ippjanat għal din is-sena skolastika?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li minħabba n-natura tax-xogħol, kien hemm bżonn numru ta' testijiet li ma kinux oriġinarjament ippjanati u għaldaqstant dan sarraf f'dewmien mhux programmat.", "Madankollu, kif ippjanat, din l-iskola sa tinfetaħ fis-sena skolastika 2018-2019.", "RUBBER FLOORING FL-ISKEJJEL", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta' rubber flooring eżistenti?", "Ta' kemm minnhom intlaqgħet it-talba?", "Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħra?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL – XOGĦOL TA' MANUTENZJONI U INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' manutenzjoni u infrastrutturali, inkluż xogħol fuq il-faċċata, il-music room, iċ-changing room u l-counselling rooms, li ġie mwiegħed li jsir fil-Malta Visual and Performing Arts School baqa' ma sarx sal-bidu tas-sena skolastika?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li x-xogħol għadu ma sarx minħabba l-fatt li ħadd ma tefa' offerta għat-tender għal dawn ix-xogħlijiet - liema tender kellha deadline sat-28 ta' Awwissu, 2018.", "L-FTS reġgħet ippubblikat it-tender mill-ġdid.", "Din se tagħlaq fid-19 ta' Novembru 2018.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx irreveduti l-pjanti tal-bypass ta' Ħ'Attard (Central Link Project)?", "Jekk ir-risposta hija iva, jista' l-Ministru jgħid jekk it-triq hekk kif proposta hux se tkun street level jew taħt il-livell tat-triq fiż-żoni ta' Triq Oliver Agius, Triq Ferdinand Inglott (li tinkludi wkoll il-parti li tgħaqqad ma' Triq Żebbuġ) kif ukoll Triq Tumas Chetcuti, Ħ'Attard?", "Fil-każ li se tkun taħt il-livell tat-triq, jista' l-Ministru jagħti kemm-il metru se tkun 'l isfel fit-toroq imsemmija hawn fuq u jekk hemmx il-ħsieb sabiex l-istess triq ipproġettata tkun mgħottija sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tar-residenti li joqogħdu fil-viċin u dan hekk kif se jsir fi proġett separat f'Santa Venera fejn se titgħatta parti minn Triq Reġjonali hekk kif imħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima?", "IAN BORG: Il-pjan ta' Bypass f'Ħ'Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti.", "Dan il-pjan kien jinkludi bypass sħiħa b'erba' jew sitt korsiji.", "Permezz ta' Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok bypass sħiħa ta' erba' jew sitt korsiji ssir biss karreġġjata waħda b'żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida lil hinn minnha, b'diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti.", "Central Link Project jinkludi disinn ġdid tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, ir-Rabat u l-Imġarr.", "Permezz tiegħu se jitneħħew erba' sistemi ta' traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta' Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min-naħa tal-Mosta, Ta' Qali u r-Rabat jkollhom jgħaddu minn lembut ta' korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat.", "Se jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta' Wied Inċita ċċekknu l-kareġġjati billi twessgħu is-central strips.", "Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivjaġġar.Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta' karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b'aktar riskji ta' aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.", "Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta' 10 kilometri ta' bankini u passaġġi għall-mixi, mas-7.6 kilometri ta' korsiji għar-roti u aktar minn 19,000 metru kwadru ta' żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).", "Mill-ewwel riżultati tal-istudji tekniċi li għaddejjin bħalissa nistqarr li l-proġett ser iwassal għal tnaqqis drastiku ta' 50% fil-ħin tal-ivvjaġġar bejn l-Imrieħel u Ta' Qali, li jfisser tnaqqis kbir fid-diffikultajiet tar-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara.", "L-istudji jħarsu wkoll lejn xenarji tal-futur, u jikkonfermaw li jekk l-infrastruttura tal-inħawi tibqa' kif inhi, il-ħin tal-ivvjaġġar f'dawn l-inħawi ser jiżdied b'250%", "Fost it-tagħrif tekniku li qed jinġabar bħala parti mit-tħejjija għal dan l-investiment, sar magħruf li l-proġett ser iwassal għal titjib ta' madwar 13% fil-kwalità tal-arja fl-inħawi ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, bi tnaqqis kbir fl-emissjonijiet tal-vetturi li bħalissa jqattgħu aktar ħin fl-inħawi mwaħħlin fit-traffiku.", "Fost oħrajn, il-proġett ser iwassal għal tnaqqis ta' 13% fl-emissjonijiet tat-trabijiet fini (particulate matter), 16% fl-emissjonijiet tad-diossidju tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u 67% fl-emissjonijiet tal-volatile organic compounds.", "Dawn l-emissjonijiet jikkawżaw diversi diffikultajiet tas-saħħa u oħrajn ambjentali.", "Fl-istess waqt, l-emissjonijiet tad-diossidju tal-karbonju, li jikkawżaw it-tibdil fil-klima, mistennija jonqsu sa tunnellata fis-siegħa.", "L-istudji jikkonfermaw ukoll li permezz ta' Central Link Project, it-tniġġis tal-arja mill-karozzi ser jonqos bi 13%.", "Jekk ma jsir xejn, fi-snin li ġejjin it-tniġġis ser jittripplika, b'żieda ta' 300%.", "Tajjeb jiġi ċċarat li ma kienx hemm għalfejn jiġu riveduti l-pjanti sabiex isir dak li qed jissemma f'din il-mistoqsija.", "Dan hekk kif il-pjanti ta' Central Link Project minn dejjem kienu jinkludu l-kareġġjata ġdida (żewġ korsiji minflok erba' jew sitta kif oriġinarjament propost minn amministrazzjonijiet preċedenti) lilhinn mit-tliet toroq residenzjali indikati diversi metri taħt il-livell tal-istess toroq residenzjali.", "Il-qisien ta' kemm it-triq ġdida ser tkun aktar baxxa mit-toroq residenzjali jvarjaw minn post għal ieħor, skont diversi esiġenzi tekniċi kif ukoll skont il-livelli eżistenti ta' toroq oħra fl-inħawi.", "Fl-istess waqt, fejn huwa possibbli, bejn it-toroq residenzjali u t-triq il-ġdida ser ikun hemm żona ta' siġar u pjanti sabiex tkompli tisseparahom.", "Infrastructure Malta għadha għaddejja bil-konsultazzjonijiet u l-istudji meħtieġa sabiex tkompli ttejjeb il-benefiċċji ta' dan l-investiment li tant ilhom jistennew ir-residenti ta' Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ'Attard, kif ukoll eluf ta' persuni li ta' kuljum jivvjaġġaw f'din ir-rotta.", "L-Aġenzija ser tibqa' tilqa' proposti u suġġerimenti teknikament fattibbli u sostenibbli li jistgħu jsaħħu l-pjanijiet ta' Central Link Project, sakemm jintemm il-proċess tal-applikazzjoni għall-permessi tal-iżvilupp fix-xhur li ġejjin, u jkun jista' jibda x-xogħol biex dan il-proġett jitwettaq.", "Ħ'ATTARD BYPASS: CENTRAL LINK PROJECT – FONDI MILL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea hux se tagħti xi tip ta' fondi biex issir il-bypass ta' Ħ'Attard (Central Link Project)?", "IAN BORG: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7365, nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta ppreżentat applikazzjoni lill-Planning and Priorities Coordination Division biex jiġu parzjalment iffinanzjati numru ta' proġetti, fosthom is-Central Link Project, mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Bħalissa, din l-istess applikazzjoni qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Project Selection Committee for Cohesion Policy 2014-2020.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' high-voltage cables li nxtraw mill-Enemalta bejn l-1 ta' Jannar 2015 u t-30 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid għal liema prezz inxtraw, u jindika liema nxtraw b'tender, bi quotation jew b'direct order?", "JOE MIZZI: L-Informazzjoni mitluba għal perjodu ta' Jannar 2015 sal-lum għandha valur kummerċjali għall-kumpanija Enemalta plc.", "Minħabba f'hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista' jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid min kienu s-CEOs tal-ARMS Ltd mill-2013 sal-lum?", "Min hu s-CEO illum u sa meta hu l-kuntratt tiegħu?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella segwenti.", "ARMS LTD – KONTIJIET TAL-KLIJENTI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ARMS Ltd hux qed titfa' flus direttament fil-kont tal-klijenti li għandhom il-pannelli u jkollhom jieħdu l-flus minn ARMS Ltd għax jikkunsmaw anqas milli jipproduċu?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ARMS Ltd għandha formoli biex kull min ikollu l-pannelli fotovoltajiċi nstallati jinformaha (lil ARMS) bl-IBAN Number ħalli fejn ikun hemm kreditu aktar minn konsum, ARMS Ltd tgħaddi l-flus dirett fil-kont bankarju tal-klijent rispettiv.", "Ta' min jgħid li mhux il-klijenti kollha jagħżlu dan il-metodu ta' rifużjoni.", "Hemm min espressament ma jkunx irid, u għaldaqstant jinħareġ pagament b'cheque meta tintalab rifużjoni.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-differenza fix-xogħol u fil-paga bejn Meter Reader u Agent Meter Reader mal-ARMS Ltd fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma?", "Kemm hemm u kemm hemm bżonn li jkun hemm għal full complement Meter Readers u Agent Meter Readers?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' Meter Reader u Agent Meter Reader huwa l-istess.", "L-istruttura tal-Collective Agreement fiha 7 gradi fejn il-Meter Reader jaqa' fil-grad ta'Agent bħalma huma l-clerks.", "Il-paga bażika fl-2018 hija ta' €13,575 fis-sena.", "Ninsab infurmat li bħalissa ARMS Ltd għandha 15-il Meter Reader li erbgħa minnhom se jirtiraw fl-2019 u 2 oħra huma impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181023_147d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hi responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 li saru s-sena l-oħra mqassma skont il-problema preżentata?", "Kemm hemm linji tat-telefon biex jitmexxa dan is-servizz tant importanti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27114 tat-12-il leġislatura, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew segwiti mill-professjonisti matul l-2017 u f'liema Ċentri kienu dawn il-każijiet?", "X'tip ta' każijiet kellhom dawn it-timijiet multidixxiplinarji?", "X'għandhom jagħmlu l-familji li jixtiequ jagħmlu użu minn dawn il-professjonisti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz ta' Respite u x'joffri dan is-servizz lil min jużah?", "X'għandu wieħed jagħmel biex japplika għal dan is-servizz?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social mentors f'kull FamilyResource Centre?", "X'inhuwa l-irwol tagħhom u jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu impjegati aktar social mentors biex jaħdmu fost il-familji fil-bżonn?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31246 tat-12-il leġislatura u 2567 ta' din il-leġislatura, jista' l-Ministru jagħti tweġiba dwar il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jafu bihom l-impjegati taċ-Ċentri Leap u x'qiegħed isir biex dawn il-persuni jiġu megħjuna?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz Dar Kenn Għal Saħħtek minn mindu twaqqfet?", "Kemm ingħataw fondi mill-Ministeru/Gvern biex dan is-servizz ikun jista' jkompli jiffunzjona?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid mill-1998 sal-lum, maqsmuma sena b'sena, kemm tniżżlu minn Malta lejn Għawdex taqsimiet ta' xogħol ta' back-office u tgħid f'liema sena tniżżlu?", "X'inhu x-xogħol ta' kull taqsima ta' back-office?", "Kemm kien in-numru ta' impjegati f'kull taqsima fl-ewwel ġurnata li bdiet topera f'Għawdex u kemm hu n-numru ta' impjegati f'kull taqsima llum?", "X'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil fin-numru ta' impjegati f'kull każ?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5456, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret kif wkoll min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett, kif intgħażel u kemm tħallas s'issa?", "Tista' tgħid meta hu ppjanat li dan il-Qorti ġdid jibda jiffunzjona?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fit-Taqsima ta' Eko Għawdex kemm hemm ħaddiema u x'inhu l-grad tagħhom?", "Tista' tgħid kemm-il proġett sar mit-taqsima ta' Eko Għawdex matul is-sena 2018 u x'hemm ippjanat sal-aħħar tas-sena?", "Tista', f'kull każ, tgħid kemm intefqu flus fuq kull proġett jew inizjattiva?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'sar minn waħda mill-wegħdiet prinċipali għal Għawdex li saret aktar minn ħames snin ilu u li ssemmiet kważi f'kull baġit li sar mill-Gvern preżenti u ċjoè, dik ta' yacht marina u cruise liner terminal ġodda f'Għawdex?", "Meta huma mistennija li jkunu lesti dawn il-proġetti meħtieġa għal Għawdex?", "X'inhu jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex dawn isiru?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati fl-aħħar ta' kull sena, f'kull taqsima jew uffiċċju ta' kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u n-numru ta' impjegati f'kull grad?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum, kemm ġew ingaġġati periti ġodda mal-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' tgħid fl-istess perjodu kemm minnhom ingħataw promozzjonijiet u kemm hemm ippjanati li jidħlu periti ġodda fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tal-membru tal-Korp tal-Pulizija lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu kaċċaturi l-Qorti matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u tal-kumpanija li lilha ngħatat, matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mit-twaqqif tagħha fis-sena 2018?", "Jista' jagħti l-kariga u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu kull impjegat mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-inizjattiva hix abbinata mal-pożizzjoni ta' Head (Corporate Services & ICT) li Heritage Malta beħsiebha toħroġ fil-futur qarib?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx sejħa għal Head (Corporate Services & ICT) mal-Heritage Malta, u jekk ġietx ingaġġata persuna għal dan il-post, u jekk fil-pożittiv min hija din il-persuna?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu u jekk hux diġà nħarġu direct orders relatati mal-avveniment Taste of History and Events u jikkonferma jekk hux diġà ġie avviċinat xi kuntrattur sabiex jiġu esplorati possibiltajiet li jinħareġ direct order abbinat ma' dawn l-attivitajiet?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm ħsieb li din l-expression of interest tinħareġ ukoll għas-settur pubbliku u jekk hux diġà inħarġet?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-minuti relatati mad-deċiżjoni li tinħareġ din l-espressjoni ta' interess?", "Jista' jgħid min kien involut f'dawn il-laqgħat u deċiżjonijiet?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job descriptions relatati ma' kull job title imniżżel fl-Expression of Interest?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema pożizzjoni wasal il-proġett sabiex l-Auberge d'Italie ġewwa Triq il-Merkanti l-Belt Valletta ssir mużew tal-arti?", "Jista' jinforma lill-Kamra kemm intefqu spejjeż s'issa?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5399, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq iż-Żejtun f'Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 120 - European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches, tiġi fis-seħħ?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema pitturi qed jiġu preżentement restawrati mill-kollezzjoni li għandna?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-pitturi kollha li jinsabu fl-arkivji tagħna, jiġu esebiti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fl-hekk imsejjaħ Tielet Sular ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "MOZZJONIJIET", "L-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Robert Cutajar jipproponu:", "Billi fl-20 ta' Settembru 2018 il-Ministru għall-Ambjent ippubblika l-Avviż Legali 296 tal-2018 imsejjaħ \"Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi\";", "Billi dawn ir-Regolamenti suppost huma intiżi biex jirregolaw ir-rimi u t-tneħħija ta' skart mit-toroq u postijiet pubbliċi u allura suppost kellhom jelenkaw il-kunsilli lokali kollha f'Malta u Għawdex bil-ħinijiet rispettivi ta' ġbir minn kull lokalità;", "Billi l-iskop wara dawn ir-Regolamenti huwa tajjeb u ta' importanza vitali għax huwa l-ġebla tax-xewka għall-istrateġija nazzjonali ta' ġbir u eventwali separazzjoni tal-iskart, tant li l-Ministru għall-Ambjent qed idaħħal multi għoljin ħafna f'dawn ir-Regolamenti, liema impożizzjoni ta' multi għandha tassumi promulgazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti li tkun serja, kompluta u raġonevoli;", "Billi dan l-Avviż Legali, b'turija ta' inkompetenza grassa u traskuraġni kbira da parti tal-Ministru għall-Ambjent, ħalla barra l-ħinijiet tal-ġbir tal-borża l-bajda (skart organiku) tal-maġġoranza tal-kunsilli lokali f'Malta u għalhekk iġib fix-xejn l-iskop wara dawn ir-Regolamenti u ser joħloq problemi kbar għall-ħafna kunsilli lokali f'Malta u Għawdex;", "Billi dan l-Avviż Legali 296 tal-2018 fih diversi nuqqasijiet oħra, fosthom li ma jipprovdix għal sistema ta' ġbir tal-ħġieġ b'mod kollettiv u armonizzat li tinkludi l-kunsilli lokali kollha, iżda tħalli barra numru minnhom, huwa vag dwar liema skart għandu jkun fil-borża s-sewda, ma jipprovdix għal definizzjoni ta' x'inhu \"ħġieġ\", fost oħrajn, nuqqasijiet li ser iġibu kumplikazzjonijiet u inkonvenjenti kbar għar-residenti affettwati;", "Billi l-Ministru għall-Ambjent iddikjara li dawn ir-Regolamenti jridu jibdew ikunu infurzati, u allura jiskattaw il-multi u taxxi elevati li qed jintroduċi, wara li falla fl-edukazzjoni, mill-1 ta' Novembru 2018;", "Billi jekk dan l-Avviż Legali ser jiġi implimentat kif inhu, mifni b'nuqqasijiet frott it-traskuraġni u l-inkompetenza u n-nuqqas ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali da parti tal-Ministru għall-Ambjent, ma jiġix jiswa tebaq fwiedu u ser iġib babilonja u konfużjoni fost diversi kunsilli lokali bi ħsara kbira fuq eluf kbar ta' residenti u allura fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom;", "Għaldaqstant għar-raġunijiet hawn fuq premessi u għal dawk li ser jiġu esposti matul id-dibattitu fil-Kamra, din il-Kamra tirriżolvi li tħassar, tirrevoka u tannulla dan l-Avviż Legali u tordna lill-Ministru għall-Ambjent jimbarka fuq proċess suret in-nies u konkret ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali u entitajiet kollha involuti u fuq kampanja effettiva u serja u professjonali ta' edukazzjoni u informazzjoni qabel ma jerġa' jippubblika mill-ġdid Regolamenti dwar dan is-suġġett.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 62 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 51 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Tielet Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 48 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "23 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018, fit-3.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 58 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-PETIZZJONIJIET", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' linji gwida dwar kif għandhom jiġu ttrattati petizzjonijiet quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet.", "Konsiderazzjoni ta' petizzjonijiet quddiem il-Kumitat (in camera)", "Affarijiet Oħra.", "23 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181024_148a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, f'paġna 3 tal-Minuti, taħt is-sezzjoni \"INFORMAZZJONI LILL-KAMRA\", qed issir referenza għall-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u għall-ġurnata mħollija għad-diskussjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Din ir-referenza hija korretta però mhux qed issir referenza għall-fatt li jien ilbieraħ għedt illi fid-dawl li s-seduta tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma se ssir bejn is-2.00 p.m. u l-5.00 p.m., is-seduta mħollija għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ se ssir bejn is-6.00 p.m. u d-9.30 p.m. Oriġinarjament din kienet se ssir fl-4.00 p.m.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Kollox sew.", "Se nagħmlu l-korrezzjoni meħtieġa.", "Hawn qbil dwar il-Minuti kif emendati verbalment?", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 147, li saret fit-23 ta' Ottubru 2018, kif emendati verbalment, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru 23 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Godfrey Farrugia dwar il-mistoqsijiet parlamentari magħmula lill-Ministri;", "Komunikazzjoni datata 22 ta' Ottubru 2018 li s-Sedja rċeviet mingħand il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, bl-Opinjoni tiegħu dwar The State of the Environment Report 2018, flimkien mal-istess rapport; u", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza) (f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Din il-ġimgħa għamilt mistoqsija lill-Ministru dwar l-impjant tal-Enemed magħruf bħala '31 ta' Marzu' li jinsab f'Birżebbuġa u hu qalli li dan l-impjant se jkun decommissioned fl-aħħar tas-sena 2019.", "Peress li f'Birżebbuġa hemm problema kbira ta' infiltrazzjoni ta' żejt, li m'għandix dubju li l-Ministru jaf dwarha, jista' l-Ministru jgħid meta se jieqaf l-operat innifsu?", "Naturalment mhux se jieqaf illum u ssir id-decommissioning l-għada u allura jekk għandu informazzjoni dwar meta se jieqaf l-operat, forsi jkun jista' jagħtihielna.", "Xtaqat nistaqsi wkoll jekk hux qed isir xi studju dwar minn fejn ħiereġ dan iż-żejt.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, jien irrispondejt mistoqsijiet fejn għedt li fl-2019 se jieqaf l-operat u mbagħad hemm proċess li jrid isir, inkluż studju biex dik iż-żona titnaddaf mit-tniġġis eċċ. Hemm diversi stadji biex il-proċess ikun contamination free.", "Fil-fatt, il-permessi li ħarġu fihom ċerti kondizzjonijiet u jiddettaw kif għandu jsir il-proċess kollu.", "Niggarantilkom li dak li hemm bżonn isir, se jsir bl-akbar responsabbiltà u bir-reqqa.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ftit tax-xhur ilu ssemma l-proġett tan-new water, fejn il-bdiewa setgħu jirċievu ilma tajjeb għat-tisqija u jekk niftakar sew, dan ikun mogħti lilhom bla ħlas.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proġett u kemm jistma li hemm bdiewa u persuni oħra li se jkunu qed igawdu minnu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Bħalissa għandna tliet polishing plants.", "L-ewwel wieħed li ħaddimna kien dak tal-Mellieħa u hemm madwar 200 bidwi li qegħdin jużaw l-ilma prodott minnu.", "Tajjeb ngħid li dawn il-bdiewa raw differenza kbira għaliex il-frott beda jkun aktar abbundanti u ta' kwalità aħjar u fejn qabel ma kinux jiżirgħu ċerti affarijiet, illum qegħdin jiżirgħuhom u qed jikbru f'dan il-perjodu wkoll.", "Meta lestejna l-impjant tal-Mellieħa għamilna l-impjant ta' Għawdex u jekk m'iniex sejjer żball, qed jibbenefika minnu 400 bidwi.", "Dawn ukoll sabu li l-ilma huwa ta' kwalità tajba.", "Tant hu hekk li kellna domanda biex jintlaħqu aktar żoni imma ovvjament dan it-tip ta' ilma jiġi mid-drenaġġ li jkun qed imur fl-impjant u allura jekk id-domanda tkun akbar mill-ammont ta' drenaġġ li jkun qed imur fl-impjant, wieħed ma jistax jilqagħha.", "Għalhekk, wieħed irid jara kif 'il quddiem tkun tista' ssir aktar distribuzzjoni.", "Fil-fatt, id-distribuzzjoni espandiet kemm felħet però jkun inutli li tespandi d-distribuzzjoni f'postijiet fejn m'hemmx biżżejjed ilma għax ma tistax toħroġ aktar ilma milli jidħol.", "Dan l-aħħar imbagħad ftaħna l-impjant f'Ta' Barkat.", "Dan jinsab fin-Nofsinhar ta' Malta u jirċievi madwar 80% tad-drenaġġ li hawn f'Malta u allura l-kwantità ta' ilma li jista' joħroġ minn dan il-polishing plant hija ikbar.", "F'dawk l-inħawi hemm domanda kbira wkoll.", "Għalhekk, qegħdin ninvestu biex inwasslu dan it-tip ta' ilma, anke permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Sadanittant qegħdin nużaw id-ducts li jkun hemm fuq iċ-ċnut.", "Barra minn hekk, tkellimna mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-agrikoltura biex fejn hemm xi ħsarat, fejn hu possibbli nestendu biċċiet minn dawn il-kanali sakemm nagħmlu l-estensjoni u d-distribuzzjoni ta' dan l-ilma kif għandha tkun.", "Din is-sistema se tibda taħdem billi l-bdiewa jkollhom card, imorru fejn hemm l-outlets u jkunu jafu kemm ħadu.", "Dan is-servizz huwa mingħajr ħlas però wieħed jieħu ilma skont kemm għandu għelieqi.", "Fil-fatt, huwa kkalkolat li jekk għandek għaxar għelieqi, pereżempju, tkun intitolat għal għaxar għelieqi b'abbundanza sabiex tkun tista' tiżra u tagħmel dak li jkun hemm bżonn.", "B'hekk, ikun hemm il-kontroll u jiġu evitati l-abbużi.", "Fejn ma jasalx dan l-ilma, wieħed jista' jmur b'bowser, jimlih permezz tal-card u jieħdu f'xi ġiebja.", "Din is-sistema qed taħdem.", "F'ċerti żoni diġà hemm id-distribuzzjoni lesta u fejn għadha mhux lesta, qegħdin nużaw dak li hemm preżenti llum, imma hemm bżonn li ssir xi manutenzjoni.", "Għalhekk, ftehemna mal-Ministru responsabbli mill-agrikoltura biex fejn għandhom xi problemi nduruhom.", "F'ċerti żoni hemm min jabbuża u jkisser, allura l-ilma joħroġ minn naħa u ma jkunx jista' jasal naħa oħra.", "Irridu naraw u nitkellmu mas-Segretarjat Parlamentari biex permezz tan-nies tiegħu jispezzjona dawn l-affarijiet biex ma jkunx hemm dawn l-abbużi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Ma nafx jekk lill-Ministru jaslulux rapporti ta' nħawi f'Malta fejn is-sistema tad-drenaġġ mhijiex tlaħħaq mal-użu li qed ikun hemm.", "Lili kellmuni nies mill-Imsida u minn San Pawl il-Baħar.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju biex jara għalfejn qiegħed jirriżulta dan, u x'rimedji se jittieħdu biex ma jkollniex problema ta' overflow?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Din hija problema reali u kbira ħafna, li ilha teżisti.", "Hemm diversi raġunijiet, fosthom li minkejja li suppost l-ilma tal-bjut ma jitfgħuhx fid-drenaġġ, sfortunatament kollu qed imur fid-drenaġġ, allura meta tagħmel ix-xita s-sistema tad-drenaġġ ma tlaħħaqx u tfur.", "Din hija xi ħaġa li trid tissewwa għax meta tagħmel ix-xita jċemplulek in-nies u jgħidulek biex tirranġaha, imma jekk l-ilma qed jibqa' sejjer kollu fid-drenaġġ, is-sistema se tibqa' ma tlaħħaqx.", "Min-naħa l-oħra nafu li hemm sistemi antiki u difettużi u allura l-fondi tal-Unjoni Ewropea m'aħniex qegħdin ninvestu fl-ilma tax-xorb biss imma qegħdin ninvestu wkoll fejn tidħol is-sistema tad-drenaġġ.", "Fil-fatt, fejn jidħol id-drenaġġ investejna sew u se jsir ħafna xogħol.", "Se nibdew billi nittrattaw l-aktar żona akuta għax irrid ngħid li ċerti żoni għadhom bil-fossa, u f'dawk l-inħawi li mhumiex milħuqa qed naraw x'jista' jsir biex nilħquhom kemm fid-drenaġġ kif ukoll fl-ilma.", "L-investiment li qed isir qed iservi biex insolvu l-problemi, biex nirranġaw is-sistemi u biex intejbu d-distribuzzjoni.", "Jiġifieri l-aspett tad-drenaġġ u l-ilma qegħdin neħduh ħolistikament, anke biex innaqqsu l-problemi li jkun hemm fl-impjanti għax meta jkollok problema fl-impjant, id-drenaġġ imur fil-baħar.", "Jiġifieri ejja ma noqogħdux ninħbew wara subgħajna!", "Jekk l-impjant mhux qed jiffunzjona, m'hemmx x'tagħmel.", "Kultant ikollok tieħu passi drastiċi biex tirranġa ħalli ma toqgħodx traqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar u ssolvi l-problema għal dik il-ġimgħa, imbagħad ġimagħtejn wara jerġa' jiġrilek l-istess.", "Kultant ikollok tagħmel ċertu xogħol biex issolvi l-problema ħalli ma toqgħodx tinqala' kull ġimgħa.", "Issa dan jieħu ż-żmien, għax trid tibdel l-infrastruttura li hemm u ttejjibha, kif fil-fatt qegħdin nagħmlu.", "Mhux qegħdin indoqqu trombi imma naċċertakom li qegħdin naħdmu lejl u nhar u qegħdin nagħmlu ħafna xogħol.", "Fil-fatt, irrid nirringrazzja lill-ħaddiema li qegħdin jagħmlu xogħol impekkabbli.", "Meta jinżlu n-nies hemm isfel biex inaddfu s-sadd li jkun hemm fl-impjant u jnaddfu ż-żennuni mhijiex ċajta, u naf x'jien ngħid għax mort narahom.", "Dan huwa xogħol li jieħu ż-żmien, imma li hemm bżonn isir.", "Waslu ħafna lmenti mix-Xgħajra, ilmenti li ilhom għal ħafna snin u nammetti li d-diffikultajiet għadhom hemm.", "Allura irrid nieħu l-opportunità biex ngħid li qegħdin nittrattaw il-problema bis-serjetà.", "Ngħidilhom biex jieħdu paċenzja għax sa Diċembru li ġej se nkunu diġà għamilna ħafna titjib biex innaqqsu dawn l-inkonvenjenti.", "L-ISPEAKER: Ministru, ippermettili ftit.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Bil-permess tal-Ministru nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika.", "Jien qed nirreferi wkoll għal meta ma tkunx nieżla x-xita.", "Ġieli jkollna żbroff fid-drenaġġ f'żoni fejn għaddej ħafna żvilupp ta' bini għax is-sistema tad-drenaġġ ma tkunx qed tlaħħaq.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jaslulu dawn ir-rapporti u jekk hux se ssir xi ħaġa?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Jaslu ħafna rapporti imma l-maġġoranza tar-rapporti jaslu meta tagħmel ix-xita.", "Fejn ikun sar ċertu bini, is-sistema ma tkunx adegwata u wieħed irid jaħseb għaliha.", "Għalhekk, meta jsir l-ippjanar ta' xi żvilupp qegħdin naraw ukoll x'għandna bżonn.", "Fit-toroq qed isir l-istess.", "Bħalissa meta jsiru t-toroq qegħdin nikkordinaw mal-aġenzija u ngħidu x'hemm bżonn isir, imbagħad l-aġenzija tikkordina x-xogħol hi u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel spezzjonijiet biex tara li x-xogħol qed isir sew u kif għandu jkun.", "L-ispecifications tagħmilhom hi għall-bżonnijiet li jkun hemm hemmhekk u mexjin tajjeb.", "Hemm networks li ilhom aktar minn 70 sena u mingħajr ma nallarma lil ħadd, f'dawn l-aħħar xhur kien hemm ħsara f'main u peress li ma stajniex insibu minn fejn, dorna nofs Malta.", "Ma qgħadniex nimxu biċċa biċċa biex nieħdu ż-żmien, imma daħħalna ħafna nies u wara li rnexxielna nsibu fejn, li ma kienx faċli, bdejna nitilfu kwantitajiet kbar ta' ilma u sibna li l-main il-kbir li jagħmel id-distribuzzjoni ilu hemm mill-inqas 70 sena.", "Ovvjament dan irranġajnieh però siegħa wara kienet marret fergħa oħra mill-istess main u rranġajnieha wkoll.", "Morna hemmhekk bejn erba' u ħames darbiet.", "Qed nagħmlu enfasi, speċjalment mal-Ministru għall-Finanzi, li apparti l-investiment kbir li qegħdin nagħmlu permezz tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, hemm bżonn naraw dan in-network biex naraw kif nistgħu nilqgħu għal din is-sitwazzjoni reali, li ilha hemmhekk – mhu qed inwaħħal f'ħadd – u issa rridu nsolvuha.", "Meta rranġajna l-main li għadni kif irreferejt għalih sibna li meta dan imur main, ma tistax tuża pressa qawwija imma meta bdejna nnaqqsu l-pressa mbagħad skoprejna li f'ċerti postijiet beda jasal l-ilma filwaqt li f'postijiet bħal Marsaskala u l-Kalkara ma bediex jaslilhom ilma.", "Min-naħa l-oħra ma tistax tagħti pressa f'daqqa għax jerġa' jmur il-main u minflok ma tagħmel ġurnata u nofs bi pressa baxxa tispiċċa tagħmel xi ġimgħa bla ilma.", "Allura trid tara dawn l-affarijiet biex, jekk jista' jkun, ikun hemm l-inqas inkonvenjent għall-konsumatur.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra kien tħabbar proġett b'investiment qawwi mill-Enemed fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta b'rabta mal-ħażna tal-fuel.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex wasal dan il-proġett u meta hu mistenni li nibdew naraw ir-riżultati?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Il-proġett biex ikun hemm ħażna tal-aviation fuel miexi.", "F'pajjiżna ma tantx għandna fejn naħżnuh dan u kien importanti ħafna li l-Enemed ikollha l-aviation fuel disponibbli għaliex id-domanda żdiedet ħafna.", "Jidher li hemm min hu interessat li l-Enemed tkun tista' tbegħlu aktar aviation fuel u dan ikun ta' vantaġġ għaliha għax meta tagħti servizz akbar, ikollok aktar introjtu u l-kumpanija tkun tista' tkabbar il-manpower tagħha.", "Id-data eżatt meta se jkun lest dan il-proġett ma nistax ngħidha, biex ma niżbaljax, imma naf li mhijiex 'il bogħod ħafna.", "Minbarra li qegħdin nagħmlu dak l-iżvilupp fejn jidħol l-aviation fuel, kif semma l-Onor.", "Schiavone qegħdin naraw ukoll li jkollna impjant modern, sigur u ambjentalment aħjar fejn jidħol il-fuel.", "Qegħdin naraw li meta nagħmlu d-distribuzzjoni tal-fuel inkunu up to standard u li l-pompi wkoll ikunu ta' standard għoli.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitniżżel id-drenaġġ f'Wied iż-Żurrieq?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOE MIZZI: Ma nafx bl-amment kif inhu mqassam id-drenaġġ u allura mhux se nkun prużuntuż u ngħid jekk hemmx pjanijiet jew le.", "Li naf żgur hu li hemm ċerti prijoritajiet.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hi responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "HELENA DALLI: Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ministru, nhar il-Ħadd li għadda nqala' każ fuq l-istazzjon TVM waqt il-programm X Factor li fil-midja soċjali kien hemm furur kbir dwaru.", "Jien ukoll kelli opinjoni b'saħħitha dwaru u ħadt pjaċir ħafna li l-Ministeru tiegħek ħareġ stqarrija minħabba li kien hemm persuna fuq l-istazzjon nazzjonali li tkellmet b'ċertu mod.", "Jien nifhem li jkun hemm min jgħidlek li ma jaqbilx ma' ċerti drittijiet ċivili, però ma nifhimx kif fuq l-istazzjon nazzjonali tagħna tħallew jidhru argumenti dwar il-konverżjoni ta' persuna minn gay għal mhux gay u affarijiet simili.", "Ħadt pjaċir ħafna li ħriġtu stqarrija, anke għaliex il-Parlament kien għadda liġi f'dan is-sens.", "M'iniex ngħid li dak li kien qed jingħad f'dak il-programm huwa kontra l-liġi, imma naħseb li kien border.", "Tista' allura l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tagħha biex ma jerġgħux iseħħu każijiet bħal dawn f'pajjiżna u biex nedukaw?", "Stqarrija bħal dik lili ma ddejjaqnix, għax min jgħidha jkun jemminha.", "Good luck to him u nirrispetta d-deċiżjoni tiegħu.", "Li jdejjaqni hu li jista' jkollok ġuvintur u tfajliet ta' xi 16-il sena li jkunu għadhom m'għamlux il-coming out tagħhom, jew inkella jkunu se jgħidu għall-ewwel darba lill-ġenituri tagħhom li huma gay u dan il-każ ikollu effett perikoluż fuqhom.", "Tista' allura l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tagħha biex ma nerġgħux naraw każijiet bħal dawn u biex ikun hawn aktar edukazzjoni f'dan is-sens?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Jien u l-Ministru responsabbli mix-xandir, l-Onor.", "Owen Bonnici, ħassejna l-ħtieġa li noħorġu dik l-istqarrija għal ħafna raġunijiet.", "Waħda mir-raġunijiet hi li dawn iż-żgħażagħ la għandhom bżonn maħfra u lanqas għandhom bżonn fejqan imma għandhom bżonn min jifhimhom.", "Min għamel dak id-diskors nhar il-Ħadd tkellem fuq il-libertà tal-espressjoni, imma l-libertà tal-espressjoni ġġib magħha ċerta responsabbiltà.", "Ma jfissirx li għax għandi l-libertà tal-espressjoni nista' ngħid li rrid, speċjalment jekk dak li ngħid ikun se jagħmel dannu għal xi settur vulnerabbli tas-soċjetà tagħna.", "Nerġa' ngħid, dawn iż-żgħażagħ la għandhom bżonn maħfra u lanqas fejqan imma għandhom bżonn l-għajnuna.", "Kien nuqqas ta' etika min-naħa tal-PBS li ħallew li tixxandar dik l-intervista u l-Ministru responsabbli mix-xandir jaqbel li dan ma kellux isir.", "Fil-fatt, il-vidjo li kien hemm fuq Youtube tneħħa.", "Il-punt jibqa' però li dan ma kellux jixxandar in the first place, speċjalment meta nafu li x-xandir pubbliku għandu l-obbligu li jara li dak li jixxandar ma jagħmilx ħsara lil xi sezzjoni mis-soċjetà tagħna.", "Dak li ntqal hemmhekk għamel il-ħsara, għax hemm żgħażagħ vulnerabbli ta' 15-il sena u 16-il sena li huma gay u għadhom ma qalux lill-ġenituri, jew għadhom kemm bdew jgħidulhom u minħabba dak li ntqal jista' jkun li l-ġenituri jgħidulhom \"Qed tara, mela tista' tinbidel.", "Mela mhux veru li jekk tkun gay ma tistax issir straight, għax hekk intqal f'dak id-diskors.\"", "B'dik l-istqarrija dak ix-xogħol kollu li għamilna, mhux biss fejn jidħlu liġijiet imma anke biex inbiddlu l-attitudni u l-kultura ta' kif inħarsu lejn id-diversi minoritajiet fis-soċjetà tagħna, intefa' ħafna lura.", "Inżid ngħid li fuq dak il-panel hemm min jappoġġja l-komunità LGBTIQ imma quddiem din l-intervista baqa' ċass.", "Din il-ħaġa tinkwetani għax mhuwiex biżżejjed li tgħidilhom li tappoġġjahom u li qed taħdem għal din il-kawża jekk imbagħad tiġri xi ħaġa bħal dik u l-programm jibqa' għaddej qisu ma ġara xejn.", "Kif nafu, l-akbar rata ta' suwiċidju nsibuha fost iż-żgħażagħ LGBTIQ li l-familji tagħhom ma jifhmuhomx.", "Allura dak ix-xogħol kollu li qegħdin nagħmlu, intervista bħal dik titfgħu lura.", "Mill-ġdid nerġa' ngħid li dawn iż-żgħażagħ la għandhom bżonn maħfra, kif ġie implikat, u lanqas għandhom bżonn fejqan, imma għandhom bżonn soċjetà li tifhimhom.", "Illum il-liġijiet jipproteġuhom imma l-liġijiet huma pass ċkejken ħafna f'dak li għad irridu nagħmlu bħala soċjetà biex inbiddlu l-attitudni u l-kultura tagħna.", "Għalhekk, ħassejna l-bżonn li flimkien mal-Ministru responsabbli mill-PBS, noħorġu stqarrija biex nuru lis-soċjetà li aħna ma naqblu xejn ma' dak li ntqal.", "Dan mhuwiex każ ta' libertà tal-espressjoni għax mal-libertà tal-espressjoni għandek ir-responsabbiltà ta' dak li qed tgħid u għandek il-ħsara li tista' tagħmel fuq dawk il-persuni vulnerabbli li jkunu għaddejjin minn żmenijiet diffiċli flimkien mal-familji tagħhom biex joħorġu l-personalità u s-sesswalità tagħhom.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Din ma tantx hija kwestjoni politika imma hija kwestjoni ta' linja pjuttost irqiqa li jekk ixxeqleb wisq lejn naħa jew oħra, trid toqgħod attent.", "Jien għandi rispett kbir lejn dak li qalet il-Ministru u nirringrazzjaha għax-xogħol li għamlet fis-settur tad-drittijiet, li m'għandix għalfejn noqgħod nirrepetih, però naħseb li l-miżien bejn dak li jrid jesprimi ruħu mingħajr ċensura u dak li għandu d-drittijiet tiegħu li jridu jkunu salvagwardjati, kif ġustament qalet il-Ministru, mhuwiex kwestjoni ta' qalb jew mard imma huma ideat forsi estremi ta' xulxin.", "Il-mistoqsija tiegħi hija dwar id-dritt li kulħadd jista' jesprimi ruħu.", "Jien naqbel mal-Ministru li dak li ntqal jista' jkollu effett deterjoranti jew li jinfluwenza b'mod negattiv, partikolarment lil min ikun għadu żgħir u għad m'għandux biżżejjed self-confidence biex isib lilu nnifsu.", "Min-naħa l-oħra l-Ministru ma taħsibx li huwa perikoluż li jrid ikun ix-xandir tal-istat li jiċċensura l-kejl soċjali u b'xi mod jimponi hu l-miżien li jikkalibrah?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: F'dan il-każ ix-xandir pubbliku kellu l-obbligu etiku għax dak il-programm kien irrekordjat u kien hemm il-possibbiltà kollha li dik l-intervista titneħħa.", "Ix-xandir tal-istat qiegħed hemmhekk biex jeduka u aħna nafu li l-conversion therapy hija att immorali hawn Malta.", "Meta dak ir-raġel beda jgħid li huwa kkonverta, kien qed jitkellem fuq conversion li hija outlawed fis-soċjetà tagħna.", "Jien kompletament favur il-libertà li nitkellmu u nesprimu ruħna, u allaħares ma kontx, però rridu nesprimu ruħna b'responsabbiltà.", "Kif diġà għedt, l-istudji juruna kemm huma suxxettibbli għas-suwiċidju dawk li ma jsibux spalla min-naħa tal-familja tagħhom meta jsibu ruħhom f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders li ngħataw mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7266.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa fuq riċevimenti mill-entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4381;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-job descriptions kif imniżżla fil-memorandum intern ta' Heritage Malta għall-Expression of Interest għall-attività Taste of History and Events, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7295; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa fuq riċevimenti mill-entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, fl-2017 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4380.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa fuq riċevimenti mill-entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, bejn l-2013 u Settembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4379.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar taqsimiet ta' xogħol ta' back-office li tniżżlu minn Malta lejn Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6962; u", "Tagħrif dwar ħaddiema impjegati ma' Eko Għawdex flimkien mal-lista ta' proġetti li saru u li kienu se jsiru minn Eko Għawdex fl-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6964.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum, 24 ta' Ottubru 2018, tal-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet, l-Onor.", "Ivan Bartolo se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi jressaq Mozzjoni Nru 169.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR L-AVVIŻ LEGALI NRU 296 TAL-2018 DWAR IR-REGOLAMENTI DWAR", "L-ABBANDUN, IR-RIMI U", "FIT-TOROQ U F'POSTIJIET JEW ŻONI PUBBLIĊI", "Robert Cuatjar u f'ismi nipproponi illi:", "Billi fl-20 ta' Settembru 2018 il-Ministru għall-Ambjent ippubblika l-Avviż Legali 296 tal-2018 imsejjaħ \"Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi\";", "Billi dawn ir-Regolamenti suppost huma intiżi biex jirregolaw ir-rimi u t-tneħħija ta' skart mit-toroq u postijiet pubbliċi u allura suppost kellhom jelenkaw il-kunsilli lokali kollha f'Malta u Għawdex bil-ħinijiet rispettivi ta' ġbir minn kull lokalità;", "Billi l-iskop wara dawn ir-Regolamenti huwa tajjeb u ta' importanza vitali għax huwa l-ġebla tax-xewka għall-istrateġija nazzjonali ta' ġbir u eventwali separazzjoni tal-iskart, tant li l-Ministru għall-Ambjent qed idaħħal multi għoljin ħafna f'dawn ir-Regolamenti, liema impożizzjoni ta' multi għandha tassumi promulgazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti li tkun serja, kompluta u raġonevoli;", "Billi dan l-Avviż Legali, b'turija ta' inkompetenza grassa u traskuraġni kbira da parti tal-Ministru għall-Ambjent, ħalla barra l-ħinijiet tal-ġbir tal-borża l-bajda (skart organiku) tal-maġġoranza tal-kunsilli lokali f'Malta u għalhekk iġib fix-xejn l-iskop wara dawn ir-Regolamenti u se joħloq problemi kbar għal ħafna kunsilli lokali f'Malta u Għawdex;", "Billi dan l-Avviż Legali 296 tal-2018 fih diversi nuqqasijiet oħra, fosthom li ma jipprovdix għal sistema ta' ġbir tal-ħġieġ b'mod kollettiv u armonizzat li tinkludi l-kunsilli lokali kollha, iżda tħalli barra numru minnhom, huwa vag dwar liema skart għandu jkun fil-borża s-sewda, ma jipprovdix għal definizzjoni ta' x'inhu \"ħġieġ\", fost oħrajn, nuqqasijiet li ser iġibu kumplikazzjonijiet u inkonvenjenti kbar għar-residenti affettwati;", "Billi l-Ministru għall-Ambjent iddikjara li dawn ir-Regolamenti jridu jibdew ikunu infurzati, u allura jiskattaw il-multi u taxxi elevati li qed jintroduċi, wara li falla fl-edukazzjoni, mill-1 ta' Novembru 2018;", "Billi jekk dan l-Avviż Legali ser jiġi implimentat kif inhu, mifni b'nuqqasijiet frott it-traskuraġni u l-inkompetenza u n-nuqqas ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali da parti tal-Ministru għall-Ambjent, ma jiġix jiswa tebaq fwiedu u ser iġib babilonja u konfużjoni fost diversi kunsilli lokali bi ħsara kbira fuq eluf kbar ta' residenti u allura fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom;", "Għaldaqstant għar-raġunijiet hawn fuq premessi u għal dawk li ser jiġu esposti matul id-dibattitu fil-Kamra, din il-Kamra tirriżolvi li tħassar, tirrevoka u tannulla dan l-Avviż Legali u tordna lill-Ministru għall-Ambjent jimbarka fuq proċess suret in-nies u konkret ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali u entitajiet kollha involuti u fuq kampanja effettiva u serja u professjonali ta' edukazzjoni u informazzjoni qabel ma jerġa' jippubblika mill-ġdid Regolamenti dwar dan is-suġġett.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu sas-7.00 p.m. bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Oppożizzjoni u kelliema tal-Gvern, bil-ftuħ u l-għeluq għall-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Jason Azzopardi u 'l-Onor.", "Robert Cutajar li flimkien mal-Grupp Parlamentari kollu tal-Oppożizzjoni għamlu din il-mozzjoni biex lill-Gvern ngħidulu: Sur Gvern, fejn hu tajjeb aħna ma niddejqux ngħidulek li hu tajjeb imma fejn hu ħażin, irridu ngħidulek li hu ħażin u tirranġah ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun f'sitwazzjoni li anke f'dan is-settur importanti tal-ġbir tal-iskart minn wara d-djar tagħna, ikollu sistema serja.", "Illum qegħdin hawnhekk għaliex fi ftit tal-ġranet oħra suppost li l-iskart se jibda jinġabar skont l-iskeda li hemm ma' dan l-Avviż Legali minkejja li m'hemmx il-ħinijiet ta' meta għandha tinħareġ il-borża s-sewda, il-borża l-griża u l-borża l-bajda.", "Barra minn hekk, kif għedna fil-mozzjoni tagħna, il-kunsilli lokali mhumiex imniżżlin.", "Issa forsi dan kien żball, però l-affarijiet żgur mhumiex qegħdin isiru bi ħsieb u bil-għaqal.", "Apparti minn hekk, hemm numru ta' affarijiet oħra li wara li tkellimna man-nies, ħassejna li l-Gvern mhux qed jagħmilhom sew għal diversi raġunijiet.", "Ħalli nibda bl-ewwel waħda, li hija l-aktar waħda importanti għalija: l-edukazzjoni.", "Nistaqsi lill-Ministru jekk marx fl-iskejjel u fil-postijiet tax-xogħol u jekk nediex xi kampanja biex jeduka lin-nies dwar din is-sistema.", "Kif trid tagħmel sistema b'multi kbar meta lanqas biss tkun edukajt lill-poplu?", "Mela billi nagħmlu r-reklami jfisser li n-nies kollha tgħallmuha s-sistema?!", "Nistaqsih ukoll jekk sal-lum, l-24 ta' Ottubru, wassalx il-kontenituri għand kulħadd biex din is-sistema tkun tista' tiffunzjona.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi jista' jgħidilna x'ġara fil-lokalità ta' Raħal Ġdid, fejn lin-nies bgħatniehom jistennew fil-kju biex jiġbru l-kontenitur!", "L-istess ġara f'Ħal Tarxien.", "Ilbieraħ is-Sindku ta' Ħ'Attard, il-lokalità fejn ngħix jien - u nafha sew - kiteb post fuq Facebook.", "Il-Ministru jista' jaraha issa stess billi jidħol fuq il-Facebook page tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard.", "Is-Sindku ħass il-bżonn li jinforma lin-nies li l-WasteServ kulma għaddietlu lill-Kunsill kienu mitt kontenitur tal-iskart organiku.", "Għall-10,000 ruħ li jgħixu f'Ħ'Attard, il-Gvern għadda mitt kontenitur!", "Fil-fatt, b'ittri kbar is-Sindku kiteb hekk:", "\"IMPORTANTI: DAWN SE JINGĦATAW ON A FIRST COME, FIRST SERVED BASIS\".", "Mela jekk tkun il-101 fil-kju, il-kontenitur tiegħek ma ssibux hemm u trid tara x'se tagħmel!", "Is-Sindku kiteb ukoll il-ħinijiet u qal hekk:", "\"Biex jinġabar il-kontenitur trid tiġi ppreżentata l-Karta tal-Identità kif ukoll il-karta li ħallew ir-rappreżentanti ta' WasteServ meta ma sabukomx id-dar.", "Mhux se tingħataw kontenituri jekk dawn ta' fuq ma jiġux ippreżentati u dan fuq ordni tal-WaSteserv.", "Sadanittant, il-WasteServ suppost qed tkompli bit-tqassim tal-kontenituri.\"", "Sur Ministru, ara l-kummenti u tara kemm hemm nies li ma rċevewx din l-ittra u li ma jafux bis-sistema.", "Dan juri biċ-ċar li s-sistema hija falliment totalment.", "Jekk tmur fl-istess paġna ftit 'il fuq, Mariosa Vella Cardona kitbet hekk:", "Dan f'lokalità waħda, dik ta' Ħ'Attard.", "Issa nispera li l-Onor.", "Muscat, li jikkontestaha wkoll, ma jgħidlix li jien żbaljat f'din ukoll, għax is-soltu dejjem inkun żbaljat fuq dak li jiġri fit-toroq u fil-bypass ta' Ħ'Attard, skont hu!", "Nispera li dawn in-nies mhumiex żbaljati, Sur Ministru u Onor. Muscat.", "Jake Spiteri mbagħad qal hekk:", "Kitbet ukoll Rodianne Borg Salerno u nista' nibqa' sejjer nagħti l-eżempji.", "Dan huwa falliment u lill-Gvern ngħidlu: Tgħaġġilx.", "Ejjew nagħmlu s-sitwazzjoni sew.", "Ejjew nagħmlu l-affarijiet kif għandhom ikunu.", "Ejjew nagħmu kampanja sew ta' edukazzjoni fl-iskejjel u fil-postijiet tax-xogħol.", "Ejjew nirrevedu l-multi.", "Oqgħod attent, Ministru, minn dawk il-multi li għamilt, għax jien nixtieqek tispjegali … (Interruzzjonijiet)", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Mhumiex daqshekk ħorox.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debates.", "Kompli bid-diskors tiegħek Onor. Agius.", "DAVID AGIUS: Lill-Ministru nixtiequ jispjegali fil-każ li jien noħroġ il-borża tiegħi u nqegħeda quddiem id-dar tal-Onor.", "Simon Busuttil, il-multa se jaqlagħha l-Onor.", "Simon Busuttil meta nkun jien li qegħedtha quddiem id-dar tiegħu?", "Kif se tagħmel biex din l-affari ma sseħħx?", "Kif se tagħmel jekk għandek blokk flats u xi ħadd minnhom joħroġ il-borża fil-ħin il-ħażin?", "Kif se tkun taf min kien?", "Jekk ikun hemm xi barranin li joħorġu l-borża, jaqbdu t-taxi u jitilqu lejn l-ajruport, min se jeħel għax dik il-borża nħarġet f'ħin ħażin?", "Dawn huma l-affarijiet li l-poplu Malti qed jitkellem fuqhom għax din is-sistema se tibda fi ftit ġranet oħra.", "Jalla kollox imur tajjeb, anzi jalla kollox ikun perfett, imma naħseb li l-affarijiet mhumiex perfetti u jridu jiġu rranġati.", "Għalhekk hemm bżonn li dan l-Avviż Legali jiġi rranġat b'mod serju.", "Aħna m'għandniex problema li wieħed jara kif jista' jkollna sistema aħjar u li l-kunsilli lokali jingħataw l-għodda biex flimkien mal-Gvern u mal-WasteServ, tibda ssir is-separazzjoni tal-iskart.", "Naqblu, u hekk hemm bżonn isir.", "F'Ħ'Attard u lokalitajiet oħrajn viċin, bħall-Mosta u Ħal Balzan, inħobbu nisseparaw l-iskart u ngħinu.", "Naħseb li aħna fost l-aqwa fil-pajjiż f'dan ir-rigward, però l-Gvern irid jgħinna biex inkunu nistgħu nagħmlu din it-tip ta' operazzjoni għall-ġid tal-lokalità, tal-pajjiż u tagħna stess.", "Mela għalkemm l-iskop ta' dawn ir-regolamenti huwa tajjeb, u jien ma niddejjaqx li dak li huwa tajjeb ngħid li huwa tajjeb, ejja nagħmluhom aħjar.", "Ejjew inpoġġu madwar mejda u naraw fejn nistgħu ntejbuhom.", "Ejjew naraw fejn fir-regolamenti ħallejna l-ħinijiet tal-ġbir barra u min se jibda issa u min se jibda żmien ieħor.", "Għalfejn mhux kulħadd se jibda fl-istess żmien?", "Għalfejn ma twasslux il-kontenituri b'mod sew?", "Għalfejn hemm diffikultajiet f'dawn il-lokalitajiet?", "Għalfejn ma saritx kampanja ta' edukazzjoni fl-iskejjel?", "Kif se jagħmlu l-barranin?", "Nitlob lill-Ministru jsemmili f'liema skola f'Malta u Għawdex sar eżerċizzju wieħed ta' tagħlim fuq din il-ħaġa?", "Jekk il-Ministru jgħidli li f'kollha, ngħidlu li mhux veru għax fl-iskola St Dorothy's ma sarx.", "F'dan il-Parlament bdejna nipprovawha din is-sistema?", "Fid-divesi postijiet tax-xogħol u fl-uffiċini, qed isir eżerċizzju ta' tagħlim?", "Qegħdin immorru nuru kif għandhom isiru l-affarijiet?", "L-Oppożizzjoni għalhekk qiegħda hawnhekk illum, biex nagħmlu l-affarijiet tagħna ċari.", "Hemm bżonn li l-kunsilli lokali jingħataw istruzzjonijiet ċari.", "Hemm bżonn li ma jingħatax mitt kontenitur għal 10,000 ruħ f'Ħ'Attard.", "Hemm nies fil-lokalitajiet li għadhom la rċevew il-karta u lanqas il-kontenitur, u dan sigħat qabel ma tibda din is-sistema.", "Irridu naraw ukoll li l-barranin ikunu jafu b'din is-sistema għax hija sistema li se taffettwa lill-Maltin.", "Irridu naraw jekk il-multi li hemm humiex adegwati għas-sitwazzjoni u jekk il-poplu għandux kif jiddefendi ruħu f'sitwazzjoni ta' abbuż minn xi ħaddieħor.", "Hemm bżonn ukoll li jkollna traċċabilità.", "Din kienet waħda mill-ideat li kellu l-Partit Nazzjonalista f'dan il-qasam; il-boroż tal-iskart, jistgħu jkunu traċċabbli ħalli nkunu nafu dik il-borża mingħand min inxtrat u min qed jużaha?", "Jekk ngħaġġlu u nagħmlu l-affarijiet bl-addoċċ, ma nkunux nistgħu nagħmlu l-affarijiet sew.", "Naħseb li l-fatt li llum qegħdin niddiskutu din il-mozzjoni dwar ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi diġà huwa pass 'il quddiem u nispera li l-Ministru, u warajh il-kelliema tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Jason Azzopardi, ikunu jistgħu jaslu biex ipoġġu madwar mejda u jaraw x'hemm bżonn nirranġaw f'dan l-Avviż Legali ħalli jkun wieħed serju.", "L-Oppożizzjoni trid li jkollna s-separazzjoni tal-iskart.", "L-Oppożizzjoni trid li f'dan il-pajjiż nibqgħu nagħmlu l-affarijiet favur l-ambjent, imma b'mod sew, b'mod organizzat u mingħajr ma jkollna nies li jridu jisseparaw u ma jafux kif għax mhumiex mgħallmin.", "Naħseb li wasal il-mument li l-Ministru, li naf li huwa persuna li tisma' u li bi ftehim miegħu kapaċi naslu għal dak li hu ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi, jara ftit x'hemm bżonn intejbu f'dawn ir-regolamenti biex verament ikollna sistema fejn bħala poplu wieħed inkunu nistgħu nagħmlu l-ġbir tal-iskart b'mod organizzat, b'mod serju u mingħajr konfużjoni.", "Għall-Oppożizzjoni, il-fatt li ħarġu dawn ir-regolamenti u bdew jitwettqu huwa tajjeb.", "Li hu ħażin huwa l-mod kif se jiġu implimentati u x'hemm fihom.", "Mela ejja ntejbu dawn ir-regolamenti ħalli jkunu tajbin u l-poplu Malti jkun jista' jattwahom.", "B'hekk, l-ambjent f'pajjiżna jkun aħjar għax ikollna sistema ta' ġbir ta' skart aħjar.", "Sur President, nagħlaq billi minn hawn insellem lill-ħaddiema kollha tal-WasteServ, il-ħaddiema kollha tal-kunsilli lokali, lis-sindki, lill-viċi sindki u lill-kunsilliera li jaħdmu għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna.", "Bħala Membri Parlamentari u inti, Ministru, bħala rappreżentant tal-Gvern, ejja nagħtuhom l-għodda li verament għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom sew.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, se nipprova nżomm mat-test li ppreparajt però rrid ngħaddi kumment.", "Għalija din hija l-aktar mozzjoni miskina, bla sens u pwerili li qatt iltqajt magħha kemm ilni f'din il-Kamra f'dawn l-aħħar 22 sena.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa nieħu l-parir tal-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni u ma nagħmel xejn għax kulma nagħmel jgħiduli biex ma nagħmlux!", "Jekk nipprova nara kif għandna nindirizzaw l-iskart u l-landfills, jgħiduli biex ma nagħmilx hekk, imma mbagħad ma jgħidulix x'għandi nagħmel!", "L-istess f'dan il-każ.", "Mela l-ewwel jgħiduli li jridu li nisseparaw l-iskart u mbagħad kif nipprova nissepara l-iskart, jgħiduli biex ma nisseparahx!", "Jien ma nafx x'viżjoni għandha l-Oppożizzjoni f'dan is-settur.", "Il-viżjoni tagħhom tant hi miskina u tant hi fqira li hi tal-biża' u kważi tad-daħk fl-istess ħin!", "Naħseb li dan is-settur l-agħar li qegħdin fih il-Membri tal-Oppożizzjoni.", "M'għandhomx idea.", "Lanqas jafu l-ABZ ta' xi tfisser politika fuq dan is-suġġett.", "(Interruzzjonijiet) L-ABC skużawni!", "ABZ għalikom!", "Jekk triduha ħuduha!", "Din għad tibqa', imma welcome jekk tridu tinterpretawha hekk fuq din il-Mozzjoni.", "ABZ għalikom!", "L-ISPEAKER: Ministru, nitolbok tirtiraha dik il-kelma.", "JOSÉ HERRERA: Niskuża ruħi.", "Għedtha in vena ta' ċajta.", "L-ISPEAKER: Kompli bid-diskors.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, għandi point of order.", "JOSÉ HERRERA: Diġà skużajt ruħi, imma jekk iridni niskuża ruħi darb'oħra, nerġa' niskuża ruħi.", "Jien m'iniex arroganti bħalhom.", "L-ISPEAKER: M'għadekx għalfejn.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jista' jispjegahielna naqra għax ma fhimnihiex?", "L-ISPEAKER: M'għandux għalfejn, u jekk joġgħbok taħlix ħin.", "Kompli Ministru.", "JOSE HERRERA: Naħseb li fl-affarijiet tal-iskart u affarijiet oħra l-espert huwa Jason Azzopardi u mhux jien.", "Mhux hekk?", "M'għandniex għalfejn immorru oltre għax min l-aktar li jikkritika u jipprova jagħmilha tal-pur xi kultant ikun l-inqas wieħed pur fost kulħadd.", "L-aktar wieħed li jipprova jkun il-qaddis ikun l-inqas qaddis fostna kollha.", "L-ISPEAKER: Inżommu mas-suġġett.", "JOSÈ HERRERA: L-aktar wieħed li jkun aggressiv xi kultant ikun l-inqas wieħed li għandu jkun aggressiv.", "Dawk huma l-affarijiet.", "Il-ħajja tgħallmek x'għandek tkun.", "Jekk tħoss li biex tagħmel ħoss fil-politika trid tkun aggressiv u tkun personali fil-kritika tiegħek, kemm f'dan il-Parlament, kemm barra mill-Parlament, kemm fil-gazzetti kif ukoll fuq il-midja soċjali, allura imxi b'dik il-politika, però naħseb li l-poplu, għal darba darbtejn, wera x'jaħseb fuq dik it-tip ta' politika għax lill-Oppożizzjoni kaxkarniehom darbtejn u se nkaxkruhom darb'oħra u nibqgħu nkaxkruhom sakemm ma jbiddlux din it-tip ta' tattika politika!", "Dik hi l-ħajja.", "Il-kritika kostruttiva hija tajba, però l-kritika politika u personali qatt mhi tajba.", "Quddiemna għandna mozzjoni bi sfida.", "Il-Gvern qiegħed juri b'mod ċar li l-immaniġġar tal-iskart huwa qasam ta' importanza nazzjonali.", "Jien, bħala politiku responsabbli minn dan id-dekasteru, irrid li l-futur ta' uliedna u tal-ġenerazzonijiet futuri jkun aħjar u aktar nadif.", "Għalhekk, qed nieħdu u se nkomplu nieħdu deċiżjonijiet li permezz tagħhom se nħallu lil uliedna struttura tal-immaniġġar tal-iskart b'aktar sensittività ambjentali u b'viżjoni ħolistika, fejn l-iskart ma jibqax jitqies bħala piż fuq il-finanzi, fuq l-ambjent u fuq saħħitna, imma jsir riżorsa u opportunità.", "Il-viżjoni ħolistika tagħna għall-immaniġġar tal-iskart hija li sas-sena 2023 f'pajjiżna jkollna faċilità ta' waste to energy u li sas-sena d-dieħla jkollna skema ta' rifużjoni għall-ġbir tal-kontenituri tax-xorb u b'mod immejdat qegħdin indaħħlu l-iskema tal-ġbir tal-iskart organiku b'mod nazzjonali.", "Infakkar li diġà għamilna skemi piloti madwar Għawdex kollu u f'parti sostanzjali minn Malta tal-ġbir tal-iskart organiku, li kollha kienu suċċess.", "Għaldaqstant issa se nsaħħu l-investiment fil-WasteServ u se ndaħħlu l-politika tas-single use plastic, fejn għandna r-rapport lest mill-Environment and Resources Authority (ERA) u fix-xhur jew fil-ġimgħat li ġejjin inkun nista' nħabbru.", "Issa se nsemmi xi wħud mill-affarijiet li qed nagħmlu.", "L-ewwel nett qed ninkoraġġixxu t-tindif fl-ibħra tagħna, fejn diġà għandna xi tlieta jew erba' bajjiet bil-White Flag, ċjoè m'hemmx plastik fihom.", "L-idea hi li eventwalment il-pajjiż kollu jkun żona ta' White Flag.", "It-tieni, qed indaħħlu politika aġġornata fejn jidħol il-green public procurement.", "F'dan ir-rigward, għandna dokument li se jiġi ppubblikat fi ftit ġimgħat oħra.", "It-tielet, se nkomplu bil-kampanji edukattivi, fejn waqqafna aġenzija li hija responsabbli sabiex inkattru l-konċetti ta' ekonomija ċirkolari.", "Barra minn hekk, se nkomplu nsaħħu l-ERA u se nkomplu nindirizzaw aktar aspetti differenti f'dan is-settur.", "Il-mozzjoni li għandna quddiemna hija xhieda ta' Oppożizzjoni li f'dan il-qasam daqstant importanti qiegħda hemm biss biex tfixkel.", "Irrid ngħid li mhux is-soltu tiegħi li nikkritika b'mod qawwi imma hawnhekk hekk se jkolli nagħmel.", "Niskuża ruħi imma l-unika kritika li rċevejt f'dawn l-aħħar xhur kienet kritika distruttiva.", "Il-bieb tiegħi huwa miftuħ għall-konsultazzjoni u jien dejjem nieħu l-opinjonijiet ta' nies diversi.", "Stedint lill-Oppożizzjoni biex jipparteċipaw fl-ogħla fora li għandi fi ħdan il-Ministeru tiegħi fuq viżjoni futura ta' kif għandna nindirizzaw l-iskart, però l-Oppożizzjoni ma tridx tipparteċipa għar-raġuni li hi trid tkun f'pożizzjoni li tikkritika.", "L-Oppożizzjoni mhijiex kredibbli għaliex meta bħala Parlament suppost qegħdin ningħaqdu bħala front wieħed ħalli b'mod effettiv nuru lis-soċjetà tagħna l-impatt negattiv tal-abbandun abbużiv tal-iskart, minflok qegħdin niddiskutu mozzjoni insensata u miktuba b'ton ta' disprament.", "Fost il-kliem ikkulurit li kitbu f'din il-mozzjoni l-Onor.", "Azzopardi u l-Onor.", "Cutajar għażlu li jgħajru lili b'mod personali.", "Huwa faċli li żżid l-aġġettivi imma kif spjegajtilhom qabel, billi jgħajru lili u lil sħabi b'mod personali inqas jiskorjaw voti fl-elezzjonijiet!", "Huwa ferm aktar importanti li mmexxu u nieħdu deċiżjonijiet għal aktar suċċess f'pajjiżna.", "Sur President, jien u dan il-Gvern nafu li dak li qegħdin nagħmlu huwa bżonjuż u d-deċiżjonijiet qegħdin neħduhom għax ma nibżgħux mill-isfidi.", "L-iskart u l-immaniġġjar tiegħu huwa sfida li tul iż-żmien tkellimna ħafna dwarha.", "Il-poplu Malti jgerger meta jara ħmieġ u skart mitluq ma' kullimkien, imma dan mhux aħna niġġenerawh?", "Mhux aħna nitilqu l-iskart f'kull kantuniera possibbli jew agħar minn hekk, f'xi wied jew f'xi sit ta' Natura 2000?", "F'pajjiżna l-kuxjenza ambjentali qiegħda tiżdied b'mod pożittiv.", "Għaldaqstant dan huwa ż-żmien opportun li nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn.", "It-tunnellati ta' skart li jinġabru mit-toroq, mill-widien u mill-ambjent naturali tagħna huma xi ħaġa ta' tħassib serju, aktar u aktar meta dan huwa l-istess ambjent li qegħdin ngħixu fih fil-viċin jew saħansitra fil-komunitajiet tagħna stess, ambjent li uliedna jridu jgawduh.", "Meta xi ħadd jarmi flixkun mal-art jista' jkun li ma jagħrafx il-ħsara li jkun qiegħed jagħmel meta l-istess flixkun jinġarr mal-ilmijiet u r-riħ u eventwalment jispiċċa fil-baħar jew f'xi wied, fejn jakkumula u jtellef il-korsija tal-ilma.", "Meta l-ħaddiema ta' Ambjent Malta jkunu qegħdin inaddfu dawn il-widien, l-ammont ta' skart li jsibu huwa sorprendenti.", "Sostnejt diversi drabi li l-isfida tal-iskart f'pajjiżna mhijiex waħda li nistgħu nibqgħu neħduha for granted.", "Il-Gvern huwa kommess li jisma' imma qiegħed u se jkompli jieħu d-deċiżjonijiet li jirriflettu pjan wiesa' li jinkorpora diversi aspetti li kontinwament qegħdin nitkellmu fuqhom.", "Xi kultant nasal biex nemmen li l-Oppożizzjoni jew verament ma tifhimx, jew inħakmet minn paniku għax ma tafx x'se tgħid u l-unika arma li fadlilha biex tagħmel ftit ħoss hija dik li tfixkel u tħawwad l-imħuħ.", "Din hija l-babilonja vera li l-Oppożizzjoni jmissha titkellem dwarha!", "Illum se nibdel din il-mozzjoni nieqsa mis-sustanza f'opportunità biex nispjega għall-benefiċċju tal-pubbliku u tal-Oppożizzjoni x'inhuma l-għanijiet prinċipali ta' dan l-avviż legali.", "Ir-Regolamenti ppubblikati fl-Avviż Legali Nru 296 tal-2018 bit-titlu 'Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi' huma s-segwenti: li ndaħħlu l-mentalità tal-ġbir tal-borża tal-iskart f'ħinu u kif indikat; li nesiġu aktar responsabbiltà fuq il-hawkers u l-bejjiegħa tat-triq; li nsaħħu l-liġi u naġġornaw il-pieni rispettivi, filwaqt li ndaħħlu aktar strutturi ta' infurzar; li ndaħħlu s-sens ta' reat aggravat f'ċerti ċirkostanzi; u li nkattru kultura akbar ta' separazzjoni ta' skart.", "Għaldaqstant f'dawn ir-Regolamenti qegħdin nobbligaw liċ-ċittadini li joħorġu l-boroż fil-ħin indikat u skont il-ġurnata tal-ġbir.", "Jiġifieri jekk fil-lokal tiegħek imiss li tinġabar il-borża l-griża jew il-ħadra, ma tistax toħroġ borża differenti jew kontenituri differenti.", "Irridu aktar serjetà u koperazzjoni.", "Ta' kuljum naraw fl-irħula tagħna boroż u kaxxi mitluqa f'kantunieri bl-addoċċ għax ma jinħarġux fil-ġurnata jew fil-ħin tagħhom, mingħajr rispett lejn il-komunità ta' madwarhom.", "Sur President, hawnhekk irrid nagħmel referenza għall-mod żbaljat, jew saħansitra qarrieqi, li bih l-Oppożizzjoni qed tinterpreta dan l-aspett.", "Għall-ewwel darba qed indaħħlu skeda li fiha hemm x'tip ta' skart għandu jinġabar, f'liema ħin u f'liema lokalitajiet.", "Hawnhekk irrid nafferma l-punt li din l-iskeda kienet u għadha prerogattiva tal-kunsilli lokali.", "Dan mhux għax irridu nabdikaw minn xi responsabbiltà, jew biex inwaħħlu fil-kunsilli lokali kif qalet il-midja tal-Partit Nazzjonalista b'mod qarrieqi, imma għax huma l-kunsilli lokali li jafu eżattament il-bżonnijiet tal-komunitajiet jew ir-raħal tagħhom.", "Nafu bil-problemi li qegħdin jinħolqu f'ħafna rħula fejn l-iskart jinħareġ sigħat twal qabel il-ħin uffiċjali tal-ġbir.", "Dan qiegħed joħloq inkonvenjent kbir fil-komunitajiet u l-irħula tagħna għax fil-ġranet sħan tas-sajf jattira l-insetti u l-ġrieden filwaqt li fix-xitwa jispiċċa jinġarr bir-riħ u bl-ilmijiet.", "Għalhekk daħħalna skema li tgħid li l-boroż tal-iskart iridu jinħarġu sa mhux aktar minn erba' sigħat qabel il-ħin uffiċjali tal-ġbir.", "Onestament ma nafx jekk f'dan l-istadju l-Oppożizzjoni hijiex kuntenta b'dan.", "Is-sitwazzjoni li dan il-Gvern qiegħed jindirizza hija proprju l-konfużjoni u l-babilonja li l-Partit Nazzjonalista jrid li teżisti.", "Apparti dan, permezz tal-introduzzjoni ta' din l-iskeda llum wieħed jista' jinforza numru ta' regolamenti li ddaħħlu b'dawn ir-regolamenti ġodda.", "Qegħdin nintroduċu aktar responsabbiltà fuq il-hawkers u l-bejjiegħa tat-triq.", "L-għan ewlieni huwa li fl-avvenimenti pubbliċi, bħal swieq u festi fl-irħula, dawn il-bejjiegħa jkollhom kontenituri li fihom jiġbru l-iskart b'mod separat.", "Mhuwiex biżżejjed li nżommu nadif imma irridu nagħmlu qabża 'l quddiem biex l-iskart kollu li jiġi ġġenerat, jiġi sseparat u jkun aktar faċli u fattibbli li wieħed jirriċiklah.", "Waqt dawn l-attivitajiet ħafna drabi t-tunnellati ta' skart li jiġu ġġenerati jispiċċaw piż fuq il-kunsilli lokali.", "Irrid niċċara li dan l-obbligu mhux qiegħed biss fuq il-bejjiegħa imma anke fuqna ċ-ċittadini li għandna d-dmir u r-responsabbiltà li eventwalment innaqqsu l-iskart u naraw li l-iskart jiġi riċiklat.", "Sur President, jekk hemm xi ħaġa li żgur għandu jkun hawn qbil fuqha f'din il-Kamra huwa l-fatt li r-rimi tal-iskart b'mod abbużiv f'żoni ambjentali sensittivi bħal siti ta' Natura 2000 u widien, għandu jitqies bħala att deplorevoli.", "Huwa l-għan ta' dan il-Gvern li jkompli jsostni u jipproteġi s-siti ta' Natura 2000.", "Għaldaqstant qegħdin indaħħlu l-konċett li meta wieħed jinqabad jarmi f'siti ta' Natura 2000, dak ir-reat jitqies bħala aggravat u għaldaqstant l-individwu jista' jeħel piena addizzjonali.", "Illum jeżisti s-servizz tal-bulky refuse sabiex skart goff ikun jista' jinġabar minn wara l-bieb.", "Apparti dan, għandna civic amenity sites madwar Malta u Għawdex kollha.", "Għalhekk, huwa abbuż deplorevoli li wieħed jarmi bl-addoċċ f'dawn is-siti.", "L-Oppożizzjoni però jidhru li ma jaqblux ma' dan!", "Ftit tal-ġimgħat ilu, bil-kollaborazzjoni tal-WasteServ u l-ERA, naddafna żona sensittiva fil-Park tal-Majjistral.", "Din hija żona mill-isbaħ u ta' valur ambjentali importanti li tul is-snin tħalliet issir żona ta' rimi ta' skart abbużiv.", "Quddiem dan kollu ma nistgħux nibqgħu passivi, ma nistgħux nibqgħu nitkellmu biss, imma rridu naġixxu u nieħdu azzjoni għaliex il-pieni relatati ma kenux ta' deterrent biżżejjed, allura min lest ikun irresponsabbli għandu jkun lest iħallas il-multi rispettivi.", "Hawnhekk l-Oppożizzjoni qed terġa' tilgħab il-logħba politika partiġjana għaliex il-multa li jeħel min jinqabad jabbuża qed tqisa bħala taxxa.", "Dan għas-sempliċi raġuni li jien użajt il-kelma \"tassattiva\".", "Għal min ma jafx – nemmen li s-shadow minister tiegħi, li hu bniedem legali, jaf xi tfisser – meta tgħid \"tassattiv\" tfisser bilfors u mhux taxxa però għall-illiterrati tal-Oppożizzjoni l-kelma \"tassattiv\" tfisser taxxa!", "Din spjegajtha diversi drabi imma xorta baqgħu jużaw il-kelma \"taxxa\".", "Min ma jafx xi tfisser il-kelma, jgħid li ma fehemx il-kelma, però meta mbagħad tiġi spjegata darba, darbtejn, tlieta, erbgħa, ħames darbiet u tibqa' tgħid l-istess ħaġa, tfisser li trid tgerfex u trid babilonja.", "Dan il-qerq u l-insensittività tal-Oppożizzjoni jistħoqqlu kull kundanna.", "Nitlob lill-membri tal-Oppożizzjoni jispjegawlna kif li jiddaħħlu pieni aktar iebsa għal min jabbuża hija taxxa ġdida.", "Jekk nagħmel piena għal min jarmi ż-żibel fil-widien u f'siti ta' Natura 2000, dik hija taxxa?!", "Għax Alla jbierek l-Oppożizzjoni qed jgħidulha taxxa.", "Diġà kien hemm multi.", "Kulma għamilna huwa li ġibniehom jirrispekkjaw il-gravità u s-serjetà tar-reat.", "Min jitfa' xi materjal ġo wied ma naħsibx li tkunu kuntenti jekk jeħel multa ta' €25 biss imma naħseb taqblu li l-multa għandha tkun aktar.", "Jekk ma taqblux, għidu li ma taqblux.", "L-unika taxxa hija l-prezz li rridu nħallsu jekk nagħmlu bħall-Oppożizzjoni, jiġifieri naqgħu fil-muta u minflok ma nidħlu għal dawn l-isfidi noqogħdu gallarija u nilagħbu l-logħba politika b'argumenti u mozzjonijiet pwerili.", "Jekk ma tafux xi tfisser il-kelma \"pwerili\", din tiġi mil-Latin u tfisser tat-tfal!", "Sur President, l-edukazzjoni kienet u trid tkun iċ-ċavetta biex nilħqu l-għanijiet prinċipali tagħna.", "Dan qiegħed isir b'mod kontinwu b'attivitajiet, riklami, diskussjonijiet, tagħlim fl-iskejjel, bl-użu ta' mezzi soċjali u b'affarijiet oħra.", "Fost in-nies li qegħdin jipparteċipaw f'dawn l-affarijiet, Onor. Jason Azzopardi, hemm il-back bencher ta' warajk li huwa impjegat magħna fil-Ministeru tal-Ambjent u huwa parti mill-programm tagħna ta' edukazzjoni, anke fuq din il-liġi.", "Jiġifieri jekk sar falliment totali fl-edukazzjoni tas-separazzjoni tal-iskart, wieħed milli għandu jeħel huwa l-Onor.", "Robert Cutajar, li huwa involut b'mod dirett u huwa mħallas biex imexxi dan it-tagħlim.", "Issa jekk m'hemmx tagħlim, wieħed min-nies li għandek twaħħal fihom huwa l-kollega ta' warajk għax għalhekk huwa mħallas.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Ippermettili Ministru.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Bil-permess tal-Onor.", "Herrera, nikkonferma li naħdem f'dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu, però ma naħdimx direttament fil-Ministeru tal-Ambjent.", "Jien naħdem fid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali li m'għandu x'jaqsam xejn mal-Ministeru.", "Irrid ngħid lill-Ministru li xogħli f'erba' snin dejjem għamiltu b'rispett lejn min jimpjegani.", "L-ISPEAKER: M'għandix għalfejn naħseb differenti.", "Kompli Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Bir-rispett kollu, m'iniex ngħid li m'għamilx xogħlu imma qed ngħid li fix-xogħol tiegħu huwa wkoll jista' jikkonferma li hemm l-aspett ta' tagħlim.", "Huwa veru jew le?", "Dan is-suġġett qatt ma dħalt fih?", "L-ISPEAKER: Ministru, indirizza lili.", "M'għandekx għalfejn tagħmel mistoqsijiet u cross debates.", "JOSÈ HERRERA: Jien stennejt aħjar mingħandek.", "Bir-rispett kollu, jien għandi rispett lejk, kif għandi rispett lejn il-kollegi tiegħi kollha.", "Għandi rispett lejn kull kritika li ssir, anzi l-kritika jien dejjem naċċettaha, għax huwa importanti li wieħed jikkritika.", "Li jdejjaqni huwa l-atteġġjament tal-Oppożizzjoni, l-aktar mhux fil-konfront tiegħi imma fil-konfront ta' sħabi.", "Iddejjaqni meta wieħed jipprova jżeblah lil dak li jkun.", "Dik mhijiex kritika u għalija mhijiex aċċettabbli.", "Jekk bniedem jaf iżeblaħ, ħaddieħor jaf iżeblah daqsu, Sur President.", "Minbarra l-edukazzjoni hemm bżonn ukoll struttura ta' infurzar.", "Mhuwiex biżżejjed li wieħed jeduka, għax ilna nedukaw is-snin.", "Fil-fatt nistaqsi: l-Oppożizzjoni qiegħda tippretendi li aħna nibqgħu nedukaw ad eternum u ma nagħmlux qafas legali biex ninforzaw il-liġijiet tagħna, jew li ma ninforzawx il-policies tagħna meta għandna d-deadlines għal dak li hu riċiklar li qed joqorbu lejna kull jum li jgħaddi?!", "Dawn jippretendu li nibqgħu nedukaw u ma nagħmlu xejn?!", "Mal-edukazzjoni hemm bżonn li ninforzaw u din nemmen ħafna fiha jien.", "Għandkom dritt tikkritikawni politikament u tgħidu li ma taqblux, mhux se nieħu għalija għax dik hija kritika kostruttiva.", "Jiġifieri mhux se nieħu għalija jekk tgħidu li ma taqblux mal-pożizzjoni li qiegħed nieħu bħala l-Ministru għall-Ambjent, jew mal-pożizzjoni tal-Gvern, li qiegħed joħloq qafas legali biex jipprova jimplimenta l-viżjoni tiegħu.", "Għandkom dritt li temmnu li wieħed għandu jipprova jasal bil-kelma t-tajba, bl-edukazzjoni u bil-promozzjoni biss.", "Jekk intom temmnu hekk, għandkom dritt.", "Dik hija kritika kostruttiva u għandkom dritt tagħmluha.", "Jien naqbel li għandha ssir dik il-proċedura, però jien ngħid li mhijiex suffiċjenti għax ir-riżultati hekk jindikaw.", "Jekk ma taqblux, għandkom dritt tikkritikawni u tgħiduli li qed ngħaġġel wisq.", "Dik hija kritika fair and square, u naċċettaha.", "Issa ż-żmien jagħtina parir.", "Jien qiegħed nipprova nimplimenta biex inlaħħaq mal-miri li għandi.", "Jekk ma taqblux, għidu li ma taqblux, imma għax qed nipprova mmexxi u nimplimenta l-viżjoni tagħna ma jfissirx li qed nagħmel ħażin.", "Għidu li ma taqblux u li intom kontu timxu mod ieħor.", "Għidu li ma kontux tagħmlu dawn il-liġijiet biex tipprovaw tirregolaw id-dumping u tgħallmu n-nies.", "Sewwa tagħmlu li tgħallmu.", "Issa nispjega kif se mmexxi jien imma ibqgħu ċerti li m'iniex se mmexxi bil-frosta, anzi l-oppost, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Biss, mal-edukazzjoni hemm bżonn struttura ta' infurzar.", "Għal dan il-għan, qegħdin insaħħu d-Direttorat fi ħdan l-ERA li huwa ffokat fuq l-infurzar u se nkomplu nsaħħu r-riżorsi biex il-provedimenti ta' dawn ir-regolamenti jibdew jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv.", "Dan apparti l-ħidma li se ssir mill-LESA u mill-Pulizija.", "Sur President, kulħadd jaqbel li f'pajjiżna r-rata ta' riċiklaġġ mhijiex kif mixtieqa.", "Jien stess nikkritika lili nnifsi u l-amministrazzjoni dwar dan, però mhux se naqtgħu qalbna.", "Għandna pjan konkret u viżjoni aktar ħolistika u bħalissa qiegħda ssir ħidma intensiva sabiex inwettqu numru ta' inizjattivi u miżuri li se jwassluna biex intejbu r-rata ta' riċiklar f'pajjiżna.", "Kif ħabbar il-Prim Ministru s-sena l-oħra u kif ġie ddikjarat f'dan il-Baġit, qegħdin naħdmu fuq skema fejn il-kontenituri tax-xorb tal-plastik, tal-landa u tal-ħġieġ jibdew jinġabru at source u għaldaqstant il-kwalità ta' dak il-materjal riċiklabbli jkollha value added għar-riċiklar.", "Qegħdin nieħdu aktar miżuri u inizjattivi biex intejbu r-rata ta' riċiklaġġ, li se jkolli l-opportunità li nitkellem fuqhom fil-ġranet li ġejjin.", "Niġi għall-inizjattiva tal-ġbir ta' skart organiku fuq bażi nazzjonali.", "Għall-benefiċċju ta' kull min qiegħed isegwina, madwar 45% u 50% tal-materjal li jintrema fil-borża s-sewda jkun skart organiku.", "Dan l-iskart ivarja minn ikel, qxur u frott għal ħxejjex u weraq ieħor u għandu l-potenzjal li jiġi trattat.", "Apparti minn hekk, nistgħu nieħdu l-enerġija minnu u nistgħu nbiddluh f'kompost.", "Sal-lum dan huwa diffiċli li jsir għax meta dan l-iskart ikun imħallat mal-kumplament tal-iskart fil-borża s-sewda, jiġi kontaminat u għaldaqstant ma nkunux nistgħu nużawh bħala soil improver.", "L-iskart organiku li jintefa' fil-miżbla nafu li jarmi gassijiet li jimpattaw l-ambjent u l-arja tagħna b'mod negattiv, apparti li jwassal għal tibdil fil-klima.", "Għaldaqstant il-Gvern imbarka fuq proġett sabiex dan l-iskart jibda jinġabar fuq skala nazzjonali tliet darbiet fil-ġimgħa, preċiżament it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.", "Fil-mozzjoni li għandna quddiemna l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li ħallejna barra dawn il-ġranet mill-iskeda li ħarġet f'Settembru.", "L-Oppożizzjoni qaltilna wkoll li ma ddiskutejniex mal-kunsilli lokali u li konna vagi dwar x'tip ta' skart għandu jintefa' fil-borża s-sewda.", "Meta nisma' dan kollu niġi f'dubju jekk il-Membri tal-Oppożizzjoni qrawx l-Avviż Legali kif ippubblikat.", "Veru li jekk persuna tissepara l-iskart organiku u skart riċiklabbli ieħor jifdal biss ftit materjal li għandu jintrema fil-borża s-sewda.", "L-uniku żball ikun li kieku f'dan il-Parlament napprovaw din il-mozzjoni kif ippreżentata u nneħħu dawn ir-regolamenti.", "L-Oppożizzjoni għandha ħsieb wieħed u ċar, dak li żżarma dak li qegħdin nibnu mingħajr ma toħroġ idea waħda konkreta jew tkun parteċipi fid-diskussjonijiet.", "Li nreġġgħu lura l-arloġġ mhijiex il-politika ta' dan il-Gvern.", "Aħna l-għan tagħna huwa li nħarsu 'l quddiem.", "L-iskeda ppubblikata f'Settembru kienet dik attwali f'kull kunsill lokali.", "Biex nispjega, l-iskedi ġew mogħtija lilna mill-kunsilli lokali stess u ovvjament dawk li diġà kellhom l-iskema tal-iskart organiku, għax kienu parti mill-proġett pilota li nbeda minn din l-amministrazzjon fl-2015, kienu diġà inklużi fl-iskeda ppreżentata f'Settembru.", "Illum nista' nħabbar li l-iskedi l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-31 ta' Ottubru, 2018 ġew maqbula mal-kunsilli lokali kollha.", "Mela mhux talli m'għamilniex konsultazzjoni, talli qbilna magħhom kollha u kif ippjanat, l-iskeda se tkun qed tiġi ppubblikata qabel il-31 ta' Ottubru.", "B'hekk, il-proġett tal-ġbir tal-iskart organiku jkun wieħed nazzjonali.", "Fil-mozzjoni saret il-kritika li ma saritx konsultazzjoni mal-kunsilli lokali meta dan huwa fattwalment żbaljat għax fil-verità saru diversi laqgħat u komunikazzjonijiet mal-kunsilli lokali u mal-assoċjazzjoni tal-istess kunsilli lokali biex naraw li l-impatt fuq il-lokalitajiet ikun minimizzat kemm jista' jkun.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja u nuri l-apprezzament tiegħi lill-kunsilli lokali kollha, inkluż is-sindki, kif ukoll lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali mmexxija mis-Sur Mario Fava tal-koperazzjoni li sibna min-naħa tagħhom.", "Aħna għaddejna kampanja intensiva fuq il-mezzi tax-xandir biex nedukaw in-nies fuq xi jridu jitfgħu fil-borża l-bajda u meta se tinġabar.", "Kull household se tirċievi fuljett f'darha bid-dettalji ta' kif issir is-separazzjoni tal-iskart, inkluż tal-borża organika.", "Qegħdin inqassmu bieb bieb kontenituri bil-borża compostable biex nagħmluha aktar faċli li wieħed jissepara l-iskart organiku.", "Barra minn hekk, ħriġna tender għal 170,000 kontenitur imma meta dorna ma sibniex in-nies, allura l-proċess għadu mhuwiex lest.", "Jekk jinqalgħu xi problemi se jkun hemm is-civic amenity sites, fejn dak li jkun jista' jmur jirtira l-basket tiegħu, imma għax m'għandekx il-kontenitur ma jfissirx li ma tistax tissepara l-iskart!", "L-iskart jista' jiġi sseparat fi kwalunkwe borża bajda li jkollok.", "Hawnhekk irrid nirrimarka li l-għan tal-kontenitur li qiegħed jitqassam mhuwiex li jinħareġ barra fit-triq, għax lanqas din ma fehmu tan-naħa l-oħra!", "Il-borża biss trid tinħareġ u jekk xi nies sal-31 ta' Ottubru ma jkunux irċevew jew ġabru l-kontenitur li qegħdin nipprovdu, xorta waħda jkunu jistgħu jirriċiklaw l-iskart organiku billi dak it-tip ta' skart jintefa' ġo borża bajda jew trasparenti.", "Se nkunu qegħdin induru l-lokalitajiet biex fejn naraw li xi nies żbaljaw b'mod ġenwin, ngħaddulhom l-informazzjoni b'mod dirett.", "Fl-eventwalità li ma jkunx jista' jsir kuntatt mal-individwu, se titwaħħal sticker apposta fuq il-borża li tinnotifika li l-borża ma nħarġitx skont dawn ir-regolamenti, jiġifieri jew tkun inħarġet il-borża l-ħażina jew tkun inħarġet fil-ħin ħażin.", "M'aħniex se nwaħħlu multi mill-ewwel imma se nagħmlu proċess ta' edukazzjoni.", "Għandna ħafna nies mill-enforcement unit tal-ERA li se jmorru jgħallmu n-nies u fejn ikun hemm xi żbalji se jwaħħlu l-istickers.", "Hekk se mmexxu.", "Jiġifieri m'aħniex se nwaħħlu n-nies bl-addoċċ.", "Is-sistema se tidħol bil-mod il-mod imma ma tistax taqta' qalbek mill-ewwel għax inkella tispiċċa ma tagħmel xejn.", "Jekk qiegħed fil-gvern, qiegħed hemm biex tesegwixxi politika u mhux titwerwer u ma tagħmel xejn.", "Issa li għandna l-iskedi magħluqin, diversi kunsilli lokali diġà bdew jikkomunikaw mar-residenti l-ġranet u l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart il-ġodda.", "L-għan ewlieni li għalih qegħdin narmonizzaw il-ġranet tal-ġbir tal-iskart organiku huwa proprju biex ikun aktar faċli u ċar ma' kulħadd meta se jinġabar l-iskart organiku.", "Apparti minn dan, il-frekwenza ta' tliet darbiet fil-ġimgħa tagħmilha ferm aktar sempliċi u inqas inkonvenjenti għal kulħadd.", "F'dawn l-aħħar minuti spjegajt b'mod ċar l-għanijiet prinċipali ta' dawn ir-regolamenti.", "Spjegajt ukoll kif bħala Gvern ninsabu impenjati li nindirizzaw din l-isfida.", "Ikolli nerġa' ngħid però li permezz ta' din il-mozzjoni l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda tieħu attitudni pwerili fejn qed turi kemm għandha ideat politiċi fqar u nuqqas ta' politika ċara dwar l-ambjent.", "L-appell aħħari tiegħi huwa lill-poplu Malti; mill-31 ta' Ottubru se jsir sforz nazzjonali u huwa dmir tagħna lkoll li din l-inizjattiva nazzjonali nibdluha f'kollaborazzjoni.", "Sur President, se jkollna teething trouble u se jkollna problemi imma fil-verità l-Onor.", "Jason Azzopardi kien Ministru u wħud mill-membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra kienu fil-gvern u allura jafu li meta tkun fil-gvern ma tistax tikkritika biss, jew titkellem biss, jew toħlom biss, imma trid tipprova twettaq.", "Issa jirnexxilekx jew le l-Bambin biss jaf.", "Għalija l-agħar ħaġa mhijiex li tfalli.", "Għalija l-agħar ħaġa hija li jgħidu li dak kien Ministru u qatt ma pprova jagħmel xejn.", "Jien riskju nieħdu, basta jkun ikkalkolat u ppjanat.", "L-isfidi u l-obbligi tiegħi bħala Ministru għall-Ambjent nafhom u fis-snin li ġejjin, minkejja t-tfixkil kollu li qed insib, inwiegħed li se nibqa' nipprova nimplimenta l-viżjoni tal-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, segwejt b'attenzjoni dak li kien qiegħed jagħmel referenza għalih il-Ministru, allura b'responsabbiltà se nkun qiegħed nwieġeb speċifikament fuq dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali u fuq dak li jmiss man-nies.", "Fl-aħħar mill-aħħar is-suġġett tal-iskart imiss lil kull familja f'kull belt u raħal.", "Nibda billi ngħid li dan l-Avviż Legali huwa konsistenti mal-mod kif dan il-Gvern jittratta lill-kunsilli lokali.", "Pereżempju ftit tal-ġranet ilu l-Gvern ħareġ dik li suppost hija White Paper b'rabta mar-riforma tal-kunsilli lokali u aktar ma tqalleb paġni fiha, aktar tinduna li r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali qegħdin jitnaqqru ġurnata wara l-oħra.", "Fil-fatt, irrid nagħmilha ċara li l-Oppożizzjoni ma taqbilx li l-Gvern qiegħed jieħu r-responsabbiltà tal-ġbir tal-iskart minn idejn il-kunsilli lokali.", "F'25 sena ta' kunsilli lokali, b'mod gradwali l-Gvern Nazzjonalista tahom aktar poteri imma, sfortunatament, meta suppost qegħdin niċċelebraw għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħhom, se nkunu qegħdin nimmarkaw waħda mill-agħar snin fl-istorja tal-kunsilli lokali għax dan il-Gvern qed ikompli jnaqqsilhom ir-responsabbiltajiet ġimgħa wara ġimgħa u xahar wara xahar.", "Inutli li nitkellmu dwar ir-riformi u noqogħdu noħorġu l-White Papers fir-rigward tal-kunsilli lokali jekk il-Gvern Laburista se jkompli jimxi mal-frażi li tintuża fis-settur finanzjarju, ċjoè li l-passat huwa garanzija tal-preżent!", "Meta l-Oppożizzjoni kkritikat dak li hawn f'dan l-Avviż Legali kienet qed tikkritika b'responsabbiltà u wara li tkellimna u għamilna kuntatt ma' kull kunsill, mingħajr l-ebda distinzjoni bejn kunsill immexxi minn Sindku Laburista u kunsill immexxi minn Sindku Nazzjonalista.", "Fil-fatt, se nkun qed insemmi każijiet ta' sindki li jinsabu rrabjati għax fil-verità l-Partit Laburista fil-gvern, il-kelma \"konsultazzjoni\" qiegħed jagħtiha tifsira ġdida.", "Bil-mod kif dan il-Gvern ikkonsulta mal-kunsilli lokali, jew aħjar kif ma kkonsultax, ma niskantawx li llum għandna rebus f'din is-sistema.", "Il-Gvern naqas milli jikkonsulta wkoll mal-istaff tal-kunsilli lokali u mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali.", "Aktar minn hekk għandna kunsilli lokali f'Malta li l-ħin kollu jirċievu telefonati mingħand il-WasteServ.", "Irrid ngħid li f'Ħaż-Żabbar hemm rabja kbira fost ir-residenti għax it-tqassim ta' dawn ir-reċipjenti qed isir fuq iz-zuntier tal-Knisja.", "Ara fiex ġejna!", "F'Ħal Tarxien imbagħad marru fil-pjazza ta' quddiem il-Knisja u kien hemm min ċempilli u qalli: Qisna qegħdin fi żmien il-gwerra għax qed ikollna noqogħdu fil-kju biex niġbru dawn ir-reċipjenti!", "Possibbli qegħdin inġibu lir-residenti tal-lokalitajiet tagħna f'din is-sitwazzjoni fis-sena 2018?", "Qabel ma nkompli d-diskussjoni fuq dan l-Avviż Legali se nirreferi għal email li bagħat is-Sindku tax-Xgħajra b'rabta mal-mozzjoni u se nikkwotaha kelma b'kelma.", "Dan is-Sindku, li ġej mill-Partit Laburista, għandu għal qalbu r-residenti tiegħu u jinsab inkwetat.", "Nistgħu ndumu nitkellmu hawnhekk però din l-email hija prova ta' x'qiegħed jgħid dan is-Sindku Laburista.", "Nitlob lill-Ministru li jismagħni għax se nkun ċar f'dak li se ngħid.", "Is-Sindku, lill-uffiċjal tal-WasteServ, qallu hekk:", "\"Mhux biss għandna konfużjoni fix-Xgħajra rigward dawn il-kaxxi, imma jidher ċar daqs il-kristall li min kien inkarigat jagħmel xogħlu bieb bieb għal tliet darbiet, spiċċa li numru kbir ta' residenti lanqas biss mar għandhom darba.", "Kaos mingħajr kontroll.\"", "Dan mhux qed tgħidu l-Oppożizzjoni imma qed nikkwota kelma b'kelma x'qal is-Sindku tax-Xgħajra.", "Fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra hemm Ministri, Segretarji Parlamentari u backbenchers li tkellimt magħhom u qaluli li l-affarijiet ma sarux kif suppost.", "Ejja nkunu rġiel f'din il-Kamra.", "Ejja nkunu leali lejn dan is-siġġu li nokkupaw.", "Ejja nkunu leali lejn min qiegħed jismagħna u ngħidu li dan l-Avviż Legali sar bl-għaġla u ma sarx kif suppost għax ma saritx konsultazzjoni.", "Għalfejn il-Gvern qiegħed jeħodha kontra din in-naħa għax għamilna xogħolna?", "Altru milli aħna negattivi.", "Għalfejn il-Gvern se jibqa' jsabbat saqajh?", "Nitlob lill-Ministru Herrera sabiex inkunu rġiel magħna nfusna b'rispett lejn in-nies li qegħdin isegwuna u lejn dawk li huma urtati bl-atteġjament tal-WasteServ fil-konfront tagħhom.", "Ejja nipposponu ħalli nilħqu niddiskutu.", "Għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni?", "Mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, naqbel u ma naqbilx, iltqajt tliet darbiet biex niddiskutu r-riforma tal-kunsilli lokali, u se jkolli l-opportunità li nerġa' niltaqa' miegħu għax ma kontx sodisfatt bħala kelliem responsabbli mill-kunsilli lokali b'dak li tana fil-White Paper.", "Hekk għandhom ikunu l-affarijiet u allura għalfejn dwar suġġett daqshekk importanti daħħalna l-politika?", "Għalfejn il-WasteServ ma fetħitx il-bibien?", "Sur President, se nkompli nikkwota mill-korrispondenza tas-Sindku tax-Xgħajra lill-WasteServ:", "\"Hemm numru kbir ta' nies, u jien wieħed minnhom, li ma rċevew xejn.\"", "Mela allura għandna raġun nitkellmu bħala Oppożizzjoni.", "Għandna raġun nipprovaw inwasslu l-karba tan-nies u tal-kunsilli lokali.", "Is-Sindku tax-Xgħajra qalilkom li la rċieva kaxxa u lanqas avviż.", "Naħseb li dan biss huwa ċertifikat li l-Oppożizzjoni qed titlob biex jiġi revokat dan l-Avviż Legali mhux biex timpika, jew biex tgħaddi tagħna, imma biex lin-nies hemm barra nirrispettawhom.", "Għalfejn ma nagħtux kas ta' dak li qed jgħidu n-nies?", "Hemm imbagħad ħafna kunsilli lokali oħra – ħafna minnhom għandhom maġġoranza Laburista – li qabbdu l-iScouts biex iqassmu dawn il-kontenituri, fosthom il-Kunsill Lokali tal-Pietà.", "Din oħra!", "Min m'għandux Scouts fil-lokalità tiegħu ħoll xagħrek u ġib iż-żejt biex iwassal dawn l-imberkin kontenituri!", "Aktar minn hekk, uħud mill-kunsilli fejn hemm eluf ta' residenti kulma rċevew mitt reċipjent.", "Lanqas il-miraklu taż-żewġ ħutiet u l-ħames ħobżiet ma tista' ddaħħal f'din il-kwestjoni!", "Bil-mod kif qed jiġu trattati dawn ir-residenti lanqas b'miraklu ma tista' twassal mitt reċipjent f'kull residenza!", "Irrid ngħid ukoll li fiż-Żurrieq ma sar l-ebda tqassim ta' leaflets imma kien hemm biss messaġġ fuq Facebook.", "Fil-lokalità tiegħi mbagħad, il-Mellieħa, twaħħal poster bil-ġranet ta' meta se jsir il-ġbir imma ħinijiet m'hemmx.", "Din x'organizzazzjoni hi?!", "Hawnhekk irrid insellem lill-membri tal-iScouts tal-Mellieħa għax qed jagħmlu biċċa xogħol u jqassmu fid-djar tan-nies dan l-avviż bil-ġranet mingħajr il-ħinijiet.", "Sur President, din isbaħ; il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kellu joqgħod jidħol fl-ispejjeż biex jagħmel artwork ta' leaflet u jqassamha bieb bieb għas-sempliċi raġuni li l-WasteServ m'għoġobhiex tittrattah bħall-kunsilli lokali l-oħra!", "Irħilha li ma kellux għar-residenzi kollha, però l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi mhux talli jrid jagħti servizz, talli minflok ma qagħad jistenna l-WasteServ biex tagħtih il-leaflets ħalli jitqassmu bieb bieb, qabad u għamilhom u qassamhom hu għax hu kunsill responsabbli.", "Għaldaqstant insellem lis-Sindku u lill-kunsilliera tax-xogħol kollu li għamlu.", "Irrid ngħid li tkellimt ukoll mal-kunsilliera tal-Ħamrun però ħassew li aħjar ma jitkellmux, ma tmurx taqbżilhom xi kelma li mhux suppost.", "Issa dawn il-kunsilliera mhux ġejjin min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Ejja ma noqogħdux nimpikaw u meta noħorġu minn hawn illejla ngħidu li dan l-Avviż Legali ma laħaqx l-aspettattiva.", "Li sar bl-għaġla u mingħajr konsultazzjoni nafuha għax għandna x-xhieda ta' sindki Laburisti li tkellmu pubblikament.", "Prova ta' dan hija dik l-email.", "Sur President, ħalli niġi għall-Avviż Legali per se.", "Fl-ewwel paġna tiegħu jingħad li wieħed għandu joħroġ il-borża sa erba' sigħat qabel il-ħin tal-ġbir.", "Meta rajt l-iskeda li hemm mal-istess Avviż Legali però, biex nara fi xħin hu l-ħin tal-ġbir, kulma kien hemm imniżżlin żewġ lokalitajiet biss.", "Għeżież residenti ta' Ħad-Dingli, il-ġabra tal-borża tagħkom se ssir f'6.00 p.m. u allura jekk hemm minnkom li jispiċċaw xogħol fis-6.00 p.m., tridu titlqu mill-post tax-xogħol minn 2.00 p.m. 'l hemm, toħorġu l-borża u terġgħu tmorru lura għax-xogħol!", "Dan skont x'hawn miktub f'din l-iskeda.", "Il-Ħamrun aqwa!", "Fil-Ħamrun il-ġbir tal-iskart se jsir fil-11.30 a.m.!", "Mela jekk tibda xogħol fis-6.00 a.m. u l-borża tista' toħroġha sa erba' sigħat qabel, għandek problema għax l-aktar kmieni li tista' toħroġha huwa fis-7.30 a.m.!", "Dawn in-nies se jispiċċaw ikollhom joqogħdu jitilqu mix-xogħol biex joħorġu l-borża taż-żibel.", "Dan skont x'hawn miktub fl-Avviż Legali u mhux x'qed tgħid l-Oppożizzjoni.", "Allura għalfejn il-Gvern ħadha daqshekk qatta bla ħabel kontrina?", "Aħna qed nagħmlu xogħolna.", "Aħna qed nagħmlu dak li n-nies jistennew minna.", "Il-Gvern ma kienx responsabbli u ma mexxiex l-affarijiet kif suppost u għax aħna qed nagħmlu xogħolna, qed niġu kritikati!", "Imma ma jimpurtax, żgur li n-nies hemm barra kif ukoll il-parti l-kbira tal-kunsilli lokali jafu li din in-naħa tal-Kamra qed tagħmel dak li qed tagħmel b'responsabbiltà.", "Sur President, hemm punti oħra li rrid nitkellem ftit fuqhom, fosthom klawsola 9 li tgħid li l-Gvern, minn żmien għal żmien, għandu jagħmel konsultazzjoni mar-rappreżentanti tas-settur kummerċjali.", "Għalfejn m'għamilhiex qabel il-konsultazzjoni?!", "U rigward l-interpretazzoni tal-kelma \"tassattiva\", jien m'iniex avukat, allura nħalli l-avukati jitkellmu fuqha, imma fl-aħħar mill-aħħar in-nies se jkunu qed iħossuh l-effett ta' dan l-Avviż Legali.", "Biss biss min għandu gabbana u jarma fil-festi, jew inkella dawk li jarmaw fuq il-monti, jew se jagħmel tajjeb għalihom il-kunsill lokali jew inkella jridu jagħmlu tajjeb għalihom infushom għax f'dan l-Avviż Legali hawn miktub li l-kunsill lokali jrid jidħol fl-ispejjeż hu u jipprovdilhom hu dawn it-tip ta' reċipjenti.", "Mhux talli hekk, talli hawn miktub ukoll li huwa l-Gvern li japprova x'tip ta' reċipjenti jintużaw f'okkażjonijiet bħal dawn!", "Lanqas biss għandhom fiduċja fil-kunsilli lokali biex iħalluhom jiddeċiedu x'tip ta' reċipjenti jużaw fil-festi tal-irħula tagħhom stess!", "Il-Gvern u l-WasteServ iridu jiddeċiedu huma x'tip u x'daqs biex żgur lill-kunsilli nkomplu nnaqqrulhom ir-responsabbiltajiet tagħhom!", "Fl-iskeda li għandna ma' dan l-Avviż Legali hemm informazzjoni dwar xejn inqas minn 21 lokalità però din l-informazzjoni hija skorretta għax il-ġbir tal-iskart mhuwiex qed isir skont din l-istess skeda.", "Allura mhux bilfors li l-kunsill lokali huma rrabjati u r-residenti jinsabu mgerfxin?", "Sempliċi skeda wkoll m'aħniex qegħdin inkunu ċari fuqha!", "Il-Ministru qal li fil-proġett pilota tal-ġbir tal-iskart organiku ħadu sehem għaxar lokalitajiet, u hemmhekk nagħtih biċċa raġun, però dawn mhux kollha mniżżlin fl-iskeda.", "Issa jekk il-Ministru ma daħħalhomx għal xi raġuni partikolari, nitolbu jagħtina spjegazzjoni, però r-realtà hi li għadu għaddej bil-laqgħat u ovvjament issa nqala' paniku għax kulma baqa' ftit ġranet.", "Jien ma nistax nimmaġina x'rebus se jkollna fit-toroq.", "Jalla ma jkollniex, però dak li qal is-Sindku tax-Xgħajra ftit tal-ġranet ilu għandna għalfejn ninkwetaw fuqu.", "Dan kellu l-guts li jikteb dak li kiteb għax għandu responsabbiltà u lealtà lejn ir-residenti.", "Ejja nirrispettawhom lill-kunsilli lokali.", "Ejja nagħtuhom dak li hu tagħhom, anzi ejja nkomplu nżidulhom ir-responsabbiltajiet u mhux nużawhom meta jaqblilna, kif qed jagħmel dan il-Gvern.", "Fejn jaqbillu l-Gvern, u forsi anke biex jgħatti xturu, jitfa' r-responsabbiltà fuq il-kunsilli lokali imma fil-verità qiegħed jimminahom.", "Sur President, ejja nkunu rġiel magħna nfusna u nirrikonoxxu li hemm bżonn id-dixxiplina.", "Il-familji Maltin huma magħrufin għall-indafa mill-għatba 'l ġewwa, però mill-għatba 'l barra għadna lura.", "Għaldaqstant aħna se nkunu all out mal-Gvern biex nedukaw lill-poplu u nagħtuh l-informazzjoni kollha possibbli.", "Il-poplu tagħna għandu ħafna kwalitajiet tajbin, però għad jonqos xi jsir biex inkunu responsabbli u dixxiplinati mill-għatba 'l barra.", "Il-konċett wara dan l-Avviż Legali huwa tajjeb, anke f'din il-Mozzjoni qegħdin ngħidu hekk, però bil-mod kif qed jiġi attwat, minħabba l-fatt li ma saritx konsultazzjoni kif suppost man-nies hemm barra, il-Gvern qiegħed jattakka l-intelliġenza tagħhom.", "Mela ejja nirrevokaw l-aktar punti li hemm taħwid fihom f'dan l-Avviż Legali.", "Mhu se jkun ġara xejn b'daqshekk.", "Kulma nistgħu ngħidu huwa li l-Gvern sema' minn din in-naħa tal-Kamra għax hekk huwa sewwa u xieraq.", "L-Oppożizzjoni qed toffri li npoġġu bilqiegħda u nagħmlu konsultazzjoni.", "Kif hawn is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, li hu responsabbli mill-kunsilli lokali, ngħidlu li l-Oppożizzjoni mhijiex kuntenta bil-White Paper li ppreżenta l-Gvern.", "Għaldaqstant se nkunu qegħdin inressqu 80 proposta.", "Fil-fatt, lis-Segretarju Parlamentari se nitolbu, u naf li se jkun qiegħed jilqa' l-istedina tiegħi, biex nerġgħu npoġġu bilqiegħda u naraw kif nistgħu nersqu viċin ta' dawk il-proposti, li nemmnu li huma fattabbli f'dak li għandu x'jaqsam mar-riforma tal-kunsilli lokali.", "Lis-Segretarju Parlamentari ngħidlu wkoll biex ma jkunx taħt ir-responsabbiltà tiegħu li l-kunsilli lokali jibqgħu jaqilgħu fuq rashom.", "Illum jien u l-Onor.", "Parnis kellna żewġ okkażjonijiet ta' żewġ kunsilli lokali differenti u fiż-żewġ okkażjonijiet kien hemm kummenti pożittivi dwar il-ħidma ta' dawn il-kunsilli.", "Qed nirreferi għall-Kunsill Lokali tan-Naxxar, li llum nieda t-trasport intern u minn hawn insellimlu, u għall-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, li nieda l-Festival taċ-Ċikkulata.", "Dawn huma eżempji ta' żewġ kunsilli li qegħdin jagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Parnis jitkellem magħhom bħalma nitkellem magħhom jien u allura jaf li s-Sindki, inkluż dawk li ġejjin mill-kamp tal-Partit Laburista, mhumiex kuntenti b'din il-White Paper u bl-inkonsistenza tal-Gvern, li qiegħed jgħid li jrid jagħmilhom gvern lokali però lanqas ta' kunsill lokali mhu qiegħed jittrattahom.", "Il-Gvern qed jgħid li jrid isaħħaħhom però meta tara l-White Paper u titkellem mas-Sindki lkoll jgħidulek li se jwaqqagħhom ferm 'l isfel f'dak li kienu qed jistennew minnu.", "Dan is-sindki stess jgħiduh.", "Napprezza jekk l-Onor.", "Parnis iwassal il-karba tas-Sindki sabiex ir-responsabbiltà tal-ġbir tal-iskart, li hija xi ħaġa li tmiss lir-residenti ta' kuljum, tibqa' għand il-kunsilli lokali.", "Huwa tajjeb li jkun hemm koordinament mal-WasteServ, mela le, però jekk lill-kunsilli lokali se neħdulhom ir-responsabbiltajiet tal-ġbir tal-iskart, tat-toroq u tal-istreet furniture, kif nistgħu niġu nitkellmu fuq li s-sindku jkun full-time, jekk anke f'sempliċement skema ta' kif jinġabar l-iskart ma ttrattajnihomx tajjeb lill-kunsilli lokali?", "Kif nistgħu niġu hawn b'White Paper u niddiskutu jekk għandniex nagħmlu l-kunsilliera u s-sindki full-time?", "Ma nistgħux.", "Irridu nuruhom li l-Gvern bis-serjetà jrid jagħtihom aktar poteri.", "X'joqgħod jagħmel sindku full-time jekk qed ineżżgħuh mir-responsabbiltajiet?", "Sur President, fir-rigward ta' dan l-Avviż Legali nittama li fil-ġranet li ġejjin issir stqarrija ministerjali biex il-Gvern jerġa' lura fuq il-mejda tad-diskussjoni u jisma' dak li għandhom xi jgħidulu l-kunsilli lokali.", "Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.", "Bejn erba' ħitan naf li hemm paniku sħiħ għaliex ovvjament l-affarijiet ma sarux kif kellhom isiru, u dan qed jgħiduh is-Sindki, il-kunsilliera u r-residenti li sturdew iċemplu lill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex.", "Nittama allura li lil hinn mill-kliem li seta' ntqal miż-żewġ naħat tal-Kamra, bi rġulija u b'rispett lejn in-nies hemm barra naraw kif nistgħu nirranġaw dan l-Avviż Legali li ma jagħmilx ġieħ lir-residenti ta' dan il-pajjiż minħabba l-mod ta' kif ġejna trattati.", "U hawnhekk mhux bħala Oppożizzjoni qed nitkellem imma bħala ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Inserraħ ras in-naħa tal-Gvern, kif se jkun qed jagħmel ukoll il-kollega tiegħi, li aħna se nkunu qegħdin nappoġġjaw dan l-Avviż Legali meta jiġi modifikat fl-interess tal-ġid komuni.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, fil-ftit minuti li għandi nixtieq niffoka kemm jista' jkun fuq it-trasformazzjoni li għaddej minnha pajjiżna u nispjega lil min qed isegwina mid-dar eżattament fuq xiex qegħdin nitkellmu, għax jista' jkun li fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni hemm min għandu interess li jiżgwida u jħawwad l-imħuħ.", "Dan jagħmluh fuq suġġetti oħrajn u issa qed jagħmluh fuq l-iskart ukoll.", "Fil-Mozzjoni li għandna quddiemna prattikament l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tgħidilna li rridu ndawru l-arloġġ lura f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskart.", "Bħalissa pajjiżna qed jesperjenza progress f'kull settur, inkluż fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart.", "Fil-fatt, għandna diversi Ministeri li qed jikkollaboraw flimkien biex l-iskart f'pajjiżna jibda jiġi mmaniġġjat aħjar u b'mod aktar għaqli.", "Sfortunatament però l-Partit Nazzjonalista, tramite din il-Mozzjoni, qed jagħmilha ċara li ma jaqbilx ma' dan.", "Essenzjalment hekk qiegħed jgħid meta qed jgħidilna biex inwaqqfu dan l-Avviż Legali!", "Għall-Oppożizzjoni li jgħidu huma biss tajjeb.", "Dik hija l-attitudni tagħhom.", "Tant hu hekk li issa qed jgħidulna: Li għamiltu intom ħażin; involvuna għax dak li se ngħidulkom aħna huwa tajjeb!", "Il-verità hi li aħna pprovajna ninvolvuhom u tlabniehom biex jipparteċipaw fuq is-suġġett tal-waste-to-energy, li tant hu importanti għal kull ġenerazzjoni li għad trid tiġi, imma huma rrifjutaw.", "Huwa faċli li jiġu hawn jgħidulna biex ninvolvuhom ħalli l-liġijiet li nagħmlu jkunu aktar tajbin imma bil-fatti qed nagħtuhom l-id tal-ħbiberija u qed nipprovaw ninvolvuhom iżda huma qed jgħidulna: Tinvolvuniex.", "Għaffġu intom, imbagħad naraw.", "Oppożizzjoni tal-gallarija li qed tipprova twaqqaf lil pajjiżna milli jimxi 'l quddiem.", "Kif tafu, qabel ma l-poplu għażilni biex inservih fil-Parlament, għamilt ħames snin inservi lir-residenti tar-raħal tiegħi fil-Kunsill Lokali tal-Mosta u naħseb li jekk hemm kwestjoni nazzjonali li anke fuq livell lokali qed tinkwieta lill-kunsilliera, lis-sindki u liċ-ċittadini, hija proprju l-immaniġġar tal-iskart.", "Nispera li tal-inqas fuq din naqblu.", "Għaldaqstant irridu naraw kif se nżommu lil pajjiżna aktar nadif b'mod ġenerali u kif se nimmaniġġaw l-iskart aħjar biex il-mod ta' kif niddisponu mill-iskart, kemm jista' jkun ma jħallix impatt ħażin fuq pajjiżna, kemm għal-lum kif ukoll għall-ġejjieni.", "Bħala politiċi, dawk huma d-deċiżjonijiet li l-poplu jistenna li nieħdu.", "Sur President, dan il-Gvern, f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskart, ħa dawn id-deċiżjonijiet permezz tal-Ministru għall-Ambjent.", "Fil-passat, il-modus operandi kien li ma tiħux deċiżjonijiet!", "Jien lbieraħ fil-Parlament tkellimt ċar u żvelajt kif fil-passat saru rapporti, inkluż fuq il-waste-to-energy, li baqgħu fuq l-ixkaffa jrabbu l-għabra għax Gvern Nazzjonalista hekk kien jaħdem.", "Issa ż-żmenijiet inbidlu imma jidher li l-kelliema tal-Oppożizzjoni għadhom ma ndunawx li l-poplu mexa 'l quddiem.", "Il-Gvern mexa 'l quddiem mal-poplu imma l-Oppożizzjoni baqgħet imwaħħla u trid li twaqqaf lill-poplu milli jibqa' miexi 'l quddiem.", "L-interpretazzjoni tiegħi tal-Mozzjoni li għandna quddiemna hija li rridu nwaqqfu kollox ħalli l-ewwel naraw eżattament x'qed nagħmlu.", "Sur President, l-affarijiet ma jaħdmux hekk!", "Il-poplu mexa 'l quddiem.", "Jien, li għamilt ħames snin responsabbli mill-iskart f'kunsill lokali, ngħid b'mod ċar li ma nemminx li f'pajjiżna għad hawn min għadu ma jafx li jrid jissepara l-iskart.", "Għalhekk, nisfida lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex isibuli min f'pajjiżna llum għadu ma jafx li trid issir is-separazzjoni tal-iskart meta ninsabu fl-2018 u qegħdin f'pajjiż Ewropew!", "Meta tgħidu li l-poplu tagħna għadu mhuwiex edukat biżżejjed dwar kif jissepara l-iskart, bir-rispett kollu, tkunu qed tinsulentaw l-intelliġenza tiegħu.", "L-argumentazzjoni li smajt mill-kollegi tiegħi, li l-poplu għadu mhux ippreparat, tiddiżrispetta lil min eleġġiena.", "Il-poplu jaf li rridu nirriċiklaw u li rridu nisseparaw l-iskart.", "Ilhom għaddejjin kampanji edukattivi dwar dan kollu mill-2016, u dawn ma bdewx minn dan il-Gvern, għax irrid nkun ġust mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Jien persważ li Gvern Nazzjonalista fil-passat għamel kampanji edukattivi biex nisseparaw l-iskart, però llum wasalna f'punt – se nkun ċar, allavolja nista' ma nkunx popolari meta ngħid dan id-diskors – li f'ċerti affarijiet trid tħarrax il-pieni biex dak li jkun jitgħallem għax jekk il-piena ma tkunx kbira biżżejjed, sfortuntament l-abbuż ma jinqatax.", "Hawn se nuża l-eżempju tas-seatbelts, miżura li kien daħħal il-Gvern Nazzjonalista u li jien kont qbilt magħha.", "Dak iż-żmien kont għadni żgħir imma niftakar meta f'pajjiżna ċ-ċinturin tas-sigurtà fil-karozzi ma kienx obbligatorju, jew kien obbligatorju imma ma kienx infurzat.", "Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kien daħħal sistema ta' multi bl-idea li għall-protezzjoni tiegħek ridt tilbes iċ-ċinturin tas-sigurtà bilfors.", "Tajjeb, hekk għandu jkun, u l-istess l-iskart.", "Mhux tajjeb li tħammeġ barra.", "Mhux tajjeb li tmur b'xi trakk tarmi fil-kampanja.", "Mhux tajjeb li meta taf li l-borża s-sewda trid toħroġha f'ċertu ħin, toħroġha ġurnata jew jumejn qabel.", "Dak hu ħażin u talli tagħmel ħażin u tikser il-liġi hemm bżonn li tiġi kkastigat.", "F'dan il-pajjiż jew se nimxu 'l quddiem jew inkella se nibqgħu ankrati lura.", "Wasal iż-żmien li anke fuq l-iskart nimxu 'l quddiem, u l-poplu miexi 'l quddiem.", "Il-Gvern id-deċiżjonijiet ħadhom, imma l-Oppożizzjoni mhux qed tieħu pjaċir li anke f'dan il-qasam mexjin 'il quddiem.", "Qalulna li ma saritx konsultazzjoni.", "Ma nistax nifhem kif qed jgħidu hekk.", "Possibbli li lanqas ikkomunikaw mal-kunsilli lokali li fihom maġġoranza Nazzjonalista?!", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni jafu li rappreżentanti mill-WasteServ, u jidhirli anke mill-Ministeru, daru kull kunsill lokali biex jispjegawlhom eżattament kif se jsir ir-riċiklaġġ u s-separazzjoni tal-iskart?", "Iva, saret konsultazzjoni u l-kunsilli lokali kienu jafu eżattament x'se jsir.", "Forsi tgħiduli li s-sistema mhux se tkun perfetta mill-ewwel, imma min hu perfett?", "Hawn xi sistema li bdiet taħdem mill-ewwel b'mod perfett?", "Jien nista' nipprevedi li fil-bidu se jkun hemm xi inċertezzi dwar kif trid tissepara l-iskart.", "Mela le, din hija xi ħaġa normali u nistennieha, imma nerġa' ngħid li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu.", "Jekk aħna fuq l-iskart irridu nagħmlu pass 'il quddiem, u jekk aħna lil Malta tagħna rridu narawha aktar nadifa, hemm bżonn li nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Ma nistgħux niġu f'dan il-Parlament nippontifikaw li rridu naraw lil Malta aktar nadifa, imbagħad noqogħdu lura milli nieħdu d-deċiżjonijiet.", "Agħar minn hekk, l-Oppożizzjoni qed tipprova twaqqaf lill-Gvern milli jieħu dawk id-deċiżjonijiet.", "Il-Gvern iddeċieda u ħareġ l-Avviż Legali imma l-Oppożizzjoni llum qed tgħidilna biex indawru l-arloġġ lura u nwaqqfu kollox.", "L-Oppożizzjoni trid tkun ċara fejn hi qiegħda.", "Bir-rispett kollu, minn dak li smajt illum mill-kollegi tiegħi jidher li l-Oppożizzjoni m'għandhiex pożizzjoni ċara fuq kif inhu l-aħjar li jiġi mmaniġġjat l-iskart f'pajjiżna.", "Qalulna li lill-kunsilli ħallejniehom għal riħhom.", "L-Onor.", "Cutajar qalilna wkoll li l-kunsilli b'xi mod qed ngħaddu b'gaffa minn fuqhom.", "Sur President, din il-ġimgħa tħabbar il-Baġit għas-sena 2019 u l-vot tal-kunsilli lokali u tal-kunsilli reġjonali żidnieh bi kważi 18% għaliex żidnieh b'€6.5 miljun u allura ma nistax nifhem kif il-kelliema tal-Oppożizzjoni qed jiġu jgħidulna li m'aħniex ngħinuhom lill-kunsilli lokali!", "M'aħniex ngħinuhom meta f'baġit wieħed qegħdin inżidulhom l-allokazzjoni finanzjarja bi kważi 18% biex, fost affarijiet oħrajn, iżommu r-raħal aktar nadif?!", "Intom tafu x'qed jiġri f'dan il-pajjiż jew ma tafux?!", "Qegħdin issegwu dak li qiegħed isir f'dan il-pajjiż jew għax mhux qed issegwu u m'intomx tirrealizzaw x'qed jiġri, qed tipprovaw titfgħu l-ankri biex twaqqfu lil pajjiżna milli jibqa' jiżviluppa?!", "Imbagħad tiġu hawnhekk tgħidulna biex ma nilagħbux logħob politiku.", "Intom tilagħbux logħob politiku.", "Tipprovawx twaqqfu lil pajjiżna milli jibqa' miexi 'l quddiem, inkluż fuq l-iskart.", "Qalu wkoll li m'għallimniex biżżejjed lin-nies.", "Kampanji edukattivi saru però se nkun ċar, isiru kemm isiru kampanji edukattivi qatt mhu biżżejjed.", "F'dan ir-rigward, huwa tajjeb li tibqa' għaddej.", "Infatti bħalissa għaddejja l-kampanja edukattiva 'Sort it Out', li ilha li nbdiet minn Awwissu.", "Din se tkompli għaddejja biex nibqgħu infiehmu lin-nies u nispjegaw liċ-ċittadini l-importanza li nisseparaw l-iskart u kif għandna nisseparaw l-iskart.", "Jiġifieri se nibqgħu ngħallmu, però wieħed irid jirrikonoxxi li għandna għaddejjin kampanji li jiswew ħafna flus u wħud minnhom ilhom għaddejjin mill-2016.", "Sur President, nagħlaq billi nappella lill-Oppożizzjoni biex ma tipprovax iddaħħal il-politika partiġjana fejn m'għandhiex tkun.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq kif se nimmaniġġjaw l-iskart.", "Id-deċiżjonijiet li qed nieħdu llum f'dan il-Parlament ma jaffettwawx il-ħajja tagħna biss imma jaffettwaw il-ħajja tal-Maltin kollha u ta' kull ġenerazzjoni li għad trid tgħix f'pajjiżna għax il-mod kif timmaniġja l-iskart u l-mod ta' kif tiddisponi minnu, iħalli impatt fuq l-ambjent.", "Pajjiżna f'dan is-settur miexi 'l quddiem bis-saħħa ta' dan il-Gvern.", "Għaldaqstant nappella lill-Oppożizzjoni biex taġġorna ruħha, tagħraf timxi mal-avvanzi li qed jagħmel pajjiżna, tagħraf timxi mal-poplu, u ma tibqax tipprova twaqqaf lil pajjiżna milli jimxi 'l quddiem.", "Nirringazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nibda billi nirringrazzja lill-Ministru Herrera, li naf kemm għandu għal qalbu l-ambjent u kellu jkun hu li, kif ngħidu bil-Malti, jaqbad il-barri minn qrunu.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna għandna sfidi kbar fejn jidħol l-iskart u għandna miri stabbiliti li rridu nilħquhom.", "Milli jidher kulħadd jaf b'dan minbarra l-Oppożizzjoni, u niskanta kif illum ġiet b'Mozzjoni bħal din.", "Bir-rispett kollu, jekk f'pajjiżna għandna kontroversji fuq kollox, żgur li ma kontx nistenna li jkollna diverġenza ta' opinjonijiet fejn tidħol tal-indafa u d-dispożizzjoni tal-iskart.", "Kont nistenna li f'dan il-qasam inkun front wieħed għax l-isfidi tal-lum u tal-bieraħ se ngħadduhom lil ta' warajna, allura fil-fehma tiegħi l-Oppożizzjoni kellha tkun ħafna aktar responsabbli u kawta fil-Mozzjoni tagħha.", "Taħt ir-responsabbiltà tiegħi għandi ż-żamma tal-indafa f'Għawdex u f'Kemmuna, allura naf x'riżorsi hemm bżonn biex isir dan ix-xogħol.", "Kif sar f'diversi interventi, jien ukoll nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema li huma involuti f'dan il-qasam, b'mod partikolari l-ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi.", "Għadna kemm ħriġna minn sajf iebes u nassigurakom li saret ħidma kbira għax ridna nindirizzaw diversi ċirkostanzi li nqalgħu.", "Tagħmel kemm tagħmel qatt mhu biżżejjed.", "Akrar minn hekk, b'dispjaċir ngħid li hawn il-mentalità li nħammeġ kemm irrid għax se jiġi l-Gvern jew il-kunsill lokali u jnaddaf warajja.", "Jien din inqisha bħala injoranza u nuqqas ta' rispett, mhux biss lejn il-pajjiż u lejn ħaddieħor, imma anke lejn il-ħaddiema li huma involuti fis-settur tal-indafa.", "Se naqsam ma' din il-Kamra esperjenza li kelli dan is-sajf.", "Individwu responsabbli minn latrina partikolari f'Għawdex urieni xi ritratti biex inkun naf b'liema mod qed jiġu trattati hu u l-kollegi tiegħu.", "Xħin rajthom stħajt minnu minħabba l-mod ta' kif tħalliet din il-latrina wara li ġiet użata mill-pubbliku.", "Trid tqis li dan kellu jnaddaf warajhom.", "Onestament naħseb li minkejja li investejna ħafna flus f'kampanji ta' edukazzjoni, għad baqa' ħafna injoranza.", "Għalhekk, napprezza ħafna l-ħidma li qed issir fuq livell nazzjonali, fejn qed nitkellmu ħafna fuq l-infurzar għax min ma jridx jitgħallem bl-edukazzjoni, irid jiġi responsabbilizzat permezz tal-infurzar.", "Ħassejt li kelli nagħmel din il-parentesi għax verament inħoss li qed issir ħafna ħidma, imma min hu involut f'dan ix-xogħol mhux qed jiġi muri rispett.", "Irrid ngħid li ż-żamma tal-indafa għall-Ministeru għal Għawdex hija waħda mill-prijoritajiet.", "Fil-fatt, reċentement neħħejna d-Dipartiment tal-Indafa minn taħt id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp u poġġejnieh taħt id-Direttorat Eko-Għawdex.", "Għamilna dan biex iż-żamma tal-indafa nagħtuha dimensjoni ambjentali u nkunu nistgħu niffokaw fuq is-settur b'mod aktar massiċċ.", "Irrid ngħid ukoll li f'Għawdex għandna sfidi partikolari għaliex filwaqt li l-popolazzjoni organika f'ċerti ġranet u xhur tkun ta' madwar 40,000, fi żmenijiet oħra tisplodi f'ħakka t'għajn.", "Pereżempju fil-ġimgħa ta' Santa Marija minn 40,000 ruħ spiċċajna kwart ta' miljun ruħ, u allura wieħed jista' jimmaġina kemm żdiedet il-ġenerazzjoni tal-iskart.", "Qabel ma ġejt hawnhekk staqsejt lill-Intervention Unit, li hija unità ġdida li waqqafna matul din is-sena, kemm kellha rapporti dwar l-indafa u qaluli li kellhom 1,040 rapport, jew minħabba li l-boroż taż-żibel inħarġu fit-toroq u fuq il-bankini mhux fil-ħin tal-ġbir tagħhom, jew inkella minħabba skart ieħor li suppost intefa' f'bins apposta.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq 1,000 rapport f'perjodu relattivament qasir, mhuwiex ammont żgħir.", "Sur President, fl-aħħar xhur investejna f'makkinarju modern, bħal trakkijiet u apparat ieħor, biex inkunu aktar effettivi u effiċjenti fl-interventi.", "Meta tkun għaddejja xi attività normali, jew inkella jkun hemm xi kunċert, jew xi marċ, jew xi attività fit-toroq, il-ħaddiema tagħna jridu jkunu pronti biex jintervjenu għax ħafna drabi l-ħin biex jagħmlu reinstatement tal-post ikun qasir.", "Għalhekk, investejna f'makkinarju biex inkunu nistgħu ngħaġġlu aktar.", "Ovvjament fejn jidħlu distanzi twal ma jagħmilx sens li jkollok persuna li tagħmel dan ix-xogħol manwalment, allura investejna wkoll fi sweepers kbar.", "Biex inkompli mal-interventi li saru mill-Oppożizzjoni dwar il-ħtieġa ta' kampanja edukattiva, fejn intqal li rridu nippromwovu ċerti inċentivi, tajjeb ngħid li bħala Ministeru nidejna inċentiv ġdid biex nindirizzaw il-ġenerazzjoni tal-iskart.", "Qed nirreferi għall-proġett 'Consume-Less', li hu ffinanzjat minn fondi Ewropej.", "Hawnhekk dħalna fi ftehim ma' 50% tar-ristoranti Għawdxin biex flimkien naħdmu ħalli niġġeneraw inqas skart u fl-istess waqt inkunu għaqlin dwar kif għandna niddisponu minnu.", "L-inċentiv huwa proprju li nipprovdu l-faċilitajiet neċessarji u dawn ir-ristoranti nippromwovuhom b'label apposta, mhux biss fuq livell lokali imma anke fuq livell Mediterranju.", "B'hekk, ikun hemm upgrade tas-settur turistiku wkoll.", "Dan huwa proġett pilota, li fih hemm involuti diversi pajjiżi oħrajn.", "Permezz ta' din l-inizjattiva filwaqt li se nkunu qegħdin nindirizzaw il-ġenerazzjoni tal-iskart, se nagħtu inċentiv ukoll.", "Teżisti wkoll il-kwestjoni taż-żoni turistiċi, b'mod partikolari f'Marsalforn u x-Xlendi.", "Nafu li fl-aħħar tas-sajf kien hemm il-kwestjoni tal-bring-in sites minħabba li l-kuntrattur li kien responsabbli waqaf milli jiġbor l-iskart.", "Għalhekk, għamilna intervent mal-Ministru Herrera u mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis sakemm tinstab soluzzjoni, però rrid ngħid li apparti l-ġbir tal-iskart li jsir mill-kunsilli lokali, f'dawn iż-żewġ lokalitajiet introduċejna t-tieni ġabra tal-iskart li qed tiġi ffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex.", "Id-Dipartiment tat-Turiżmu flimkien mad-Direttorat Eko-Għawdex nieda l-kampanja edukattiva 'Bin It'.", "Din hija mmirata aktar lejn l-istabbilimenti turistiċi li huma self-catering biex nassiguraw li dawn it-turisti jkunu jafu bil-ġranet u l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart.", "B'hekk, nevitaw il-problema li ssemmiet fl-intervent ta' membru tal-Oppożizzjoni, li jkollok turisti li ma jkunux jafu b'dan u nispiċċaw bi skart fit-toroq li ma jinħariġx fil-ħin indikat.", "Permezz ta' din l-inizjattiva qegħdin isiru kampanji edukattivi li qed jixxandru fuq il-midja soċjali u fuq il-mezzi tax-xandir.", "Ittieħdet ukoll l-inizjattiva tal-ismart bins li għall-ewwel se jkunu istallati fiż-żoni turistiċi.", "Dawn il-bins għandhom fihom sensors biex meta jilħqu ċerta livell, jintbagħat messaġġ lill-control room li hemm bżonn li jitbattlu.", "Se nkunu qegħdin nassiguraw ukoll li jekk ikun hemm xi tentattiv ta' vandaliżmu jew ta' serq, niġu avżati, għax sfortuntament kellna diversi każijiet fejn waħħalna bins ġodda u kien hemm min b'nuqqas ta' responsabbiltà għamel atti vandali fuqhom.", "L-istess fejn jidħlu l-bajjiet.", "F'Għawdex għandna bajjiet bil-Blue Flag u dan is-sajf ipparteċipajna għall-ewwel darba fil-White Flag.", "Bħala Blue Flag għandna tliet bajjiet, li huma l-bajja tal-Ħondoq, ta' Marsalforn u tar-Ramla.", "Apparti l-kriterji li trid tilħaq fil-livell ta' kwalità ambjentali hemm ukoll il-messaġġi edukattivi.", "Fil-post ikun hemm materjal edukattiv biex dak li jkun ikun jista' jinfurma ruħu u jgħin biex jinżamm il-livell tal-Blue Flag.", "F'Awwissu li għadda sseħibna ma' entità internazzjonali, permezz tal-Ministru Herrera, sabiex isir tindif mill-plastik fi tliet bajjiet importanti, li huma Mġarr ix-Xini, Marsalforn u Daħlet Qorrot.", "F'dan il-clean-up event tal-baħar kienu involuti l-għaddasa u biex inkunu nistgħu nżommu l-livell tal-White Flag, se jkun hemm follow-up.", "Hawn irrid nagħmel referenza partikolari għal l-bajja ta' Daħlet Qorrot, li ftit ġranet wara li sar it-tindif il-bajja reġgħet imtliet bil-plastik.", "Aħna qed ninvestu ħafna flus u enerġija iżda minħabba n-nuqqas ta' responsabbiltà ta' sezzjoni mill-pubbliku, kull intervent li jsir qed ikun inutli u ineffikaċi, għalhekk hemm ħtieġa ta' aktar kampanji edukattivi u infurzar.", "Biex inkompli fuq is-suġġett tal-kampanji edukattivi, tajjeb ngħid li bħala Ministeru għamilna diversi clean-up events u anke involvejna lit-tfal tal-iskola u l-pubbliku inġenerali.", "Pereżempju fl-aħħar xhur għamilna clean-up event fl-okkażjoni tal-Air Day, fejn neħħejna skart goff mill-widien u mill-bajjiet.", "Involvejna wkoll l-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) biex jitnaddfu żoni li hu daqsxejn diffiċli biex tilħaqhom.", "Biżżejjed insemmi l-clean-up campaign li għamilna fid-Dwejra.", "Din għamilnieha flimkien mad-Dwejra Monitoring Committee u man-Nature Trust Malta, u hawnhekk ukoll involvejna t-tfal tal-iskola.", "Fil-fatt, attendew madwar 150 student.", "Apparti minn hekk, għamilna World Clean-up Day f'Marsalforn, fejn involvejna diversi għaqdiet, fosthom ir-Rotary Club, il-Girl Guides, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, u l-ERRC.", "Kien hemm ukoll l-International Youth Day, li saret b'kollaborazzjoni mal-Gozo Youth Council.", "Hemmhekk sar tindif taħt il-baħar.", "Dan flimkien ma' ħidma li se tibda dalwaqt ta' tindif tal-widien.", "Ftit tal-ġranet ilu mbagħad, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia, ħabbarna proġett ġdid li għalih ksibna €8.5 miljun f'fondi Ewropej sabiex jiġu rijabilitati 30 kilometru ta' ħitan tas-sejjieħ u tindif ta' 12-il wied madwar Għawdex kollu.", "Sur President, il-ħidma tal-Gvern għaddejja bla waqfien però pari passu magħha għandha tiġi aċċentwata r-responsabbiltà li għandna lkoll bħala poplu.", "Il-ħidma tal-Gvern qiegħda hemm però l-Gvern waħdu żgur li ma jistax jilħaq dawn il-miri ambizzjużi.", "Irid isir sforz kollettiv biex ilkoll kemm aħna, b'sens ta' kburija u b'rispett lejn pajjiżna, lejn ħaddieħor u lejn il-ġenerazzjonijiet li ġejjin, ngħinu biex jintlaħqu l-miri stabbiliti b'mod effikaċi u bla dewmien.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, kienet tkun l-aktar ħaġa faċli kieku ħallejna kollox kif inhu, però dan il-Gvern ma jiddejjaqx mill-isfidi, anzi l-isfidi jibdilhom f'opportunitajiet.", "Meta kont qiegħed nipprepara dan id-diskors ftakart f'meta pajjiżna qaleb mil-Lira Maltija għall-ewro.", "Ma kenitx ħaġa faċli u kien hemm ħafna nies li ma setgħux jifhmu.", "Forsi dakinhar aħna konna żbaljati u kkritikajna lill-Gvern ta' dak iż-żmien li m'għamilx l-affarijiet kif suppost, però l-istorja dejjem tgħallimna.", "Aħna tgħallimna mill-iżbalji u nemmen li n-nies hemm barra qed japprezzaw dak li qegħdin nagħmlu.", "Is-separazzjoni tal-iskart mhijiex faċli.", "Nerġa' ngħid, kien ikun faċli għalina li nħallu kollox kif inhu.", "Ma kien ikollna l-ebda problema imma għax nemmnu fl-ambjent, qegħdin nagħmlu dan biex inħallu legat lil dawk li se jiġu warajna.", "Is-separazzjoni tal-iskart irridu nagħmluha, mhux billi qed jiġu jgħidu li għamilnieha bl-għaġla.", "U rrid ngħid li ħadd ma semma li numru ta' kunsilli lokali diġà kienu qed jagħmlu s-separazzjoni tal-iskart, fosthom il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop u l-Kunsill Lokali tal-Imġarr.", "Issa dawn meta bdew jagħmlu s-separazzjoni tal-iskart staqsejthom jekk kenitx xi ħaġa faċli jew diffiċli u qaluli li għall-bidu ħadd ma beda jifhem x'kien qed jiġri imma llum in-nies draw u qed jgħodduha bħala xi ħaġa ta' kuljum.", "Għalhekk semmejt l-eżempju tal-ewro.", "Qabel in-nies kienu jitfixklu għax ma kinux imdorrijin bl-ewro imma mbagħad biż-żmien drawha.", "L-istess qed nipprovaw nagħmlu hawn.", "L-Oppożizzjoni għandha kull dritt li tikkritika però bħala Segretarju Parlamentari u bħala Membru Parlamentari, jien inħoss ċerta responsabbiltà u żgur mhux se niġi f'dan il-Parlament u noqgħod insemmi x'qalli t-tali Sindku!", "Dak li jgħiduli jien inqisu bħala proposta u mhux niġi hawnhekk u nesponih mal-pubbliku bħalma għamel il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-kunsilli lokali, meta qal x'qallu s-Sindku Laburista ta' lokalità partikolari.", "Jien jekk jiġi Sindku Nazzjonalista jgħidli fejn jaqbel magħna u ma jaqbilx mal-Oppożizzjoni żgur li mhux se noqgħod niġi nxandru hawnhekk għax aħna qegħdin hawnhekk biex nibdlu lil pajjiżna għall-aħjar.", "Spiċċa dak iż-żmien.", "Ma nafx meta se jitgħallmu dawn in-nies li jridu jkunu parteċipi magħna, għax dawn jekk għamilna l-Università Amerikana kienu kontra tagħha, jekk għamilna ċ-ċittadinanza b'investiment kienu kontra tagħha, jekk għamilna l-baġit kienu kontrih, jekk għamilna White Paper fuq il-housing kienu kontra tagħha u jekk għamilna White Paper fuq il-kunsilli lokali kienu kontra tagħha wkoll!", "Ma nistax nifhem, imma nħoss li din id-direzzjoni hemm bżonn tinbidel.", "Taħsbux li fil-31 ta' Ottubru se nibdew is-separazzjoni tal-iskart u fl-1 ta' Novembru se jimxi kollox sew.", "Mhux hekk l-affarijiet.", "Jien naf x'se jiġri.", "Fil-31 ta' Ottubru se tibda s-separazzjoni tal-iskart u se jkun hawn min jistenbaħ filgħodu u jgħidlek li lanqas kien jaf li kellha ssir!", "Però rridu nkunu pożittivi.", "M'iniex ngħid li mhux se jsiru żbalji imma rrid li meta nċedi s-siġġu ta' dan il-Parlament inkun għamilt xi ħaġa favur l-ambjent.", "Huwa inutli li tiġi hawn tippoppa sidrek u tgħid li inti favur l-ambjent jekk meta qegħdin nagħmlu biċċa xogħol bħal din tiġi u tressaq mozzjoni!", "L-Oppożizzjoni għandhom kull dritt iressqu mozzjoni, u dan id-dritt nagħtuhulhom, imma wieħed irid jifhem x'qed nipprovaw nagħmlu.", "Sur President, huwa tajjeb li ssemmew numru ta' sfidi fis-separazzjoni tal-iskart, fosthom il-flats li jinkrew lill-privat.", "Hemm bżonn li ssir xi ħaġa hemmhekk u qegħdin naħdmu biex issir xi ħaġa, bħalma rridu naħdmu fejn hemm numru ta' ristoranti li suppost iqabbdu kuntrattur privat biex jiġbor l-iskart u minkejja li nħarġilhom il-permess, m'għandhomx kuntrattur u allura l-iskart tagħhom ikollu jiġbru l-kunsill lokali u meta l-WasteServ tara t-toqol tal-iskart li jkun inġabar mill-kunsill lokali, jispiċċa jħallsu hu.", "Dawn huma l-isfidi li qegħdin insibu.", "Qalu li ma saritx konsultazzjoni mal-kunsilli lokali imma ejja nkunu ċari f'dak li ngħidu.", "Illum għandna l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li hija rikonoxxuta mis-sindki u l-kunsilliera kollha li għandna f'pajjiżna, u din kienet rappreżentanta fil-laqgħat li kien ikollna.", "Jien naf il-Ministru Josè Herrera b'liema dedikazzjoni u intenzjoni tajba ppropona li nisseparaw l-iskart, għax konna nitkellmu flimkien.", "Mela ejja ħa nibdew.", "Qed ngħid sew, Onor. Herrera?", "Ma nistgħux inħalluha taħt it-tapit.", "Għal darb'oħra ngħid li kien ikun faċli għalina li ma nagħmlu xejn, imma aħna m'aħniex lesti li ma nagħmlu xejn.", "Aħna rridu nibdlu dan il-pajjiż u nista' ngħidilhom lill-Oppożizzjoni li wara dawn il-bidliet hemm bidliet oħrajn.", "Ngħidilhom ukoll li jekk ma jridux is-separazzjoni tal-iskart, biċċa xogħol tagħhom, imma aħna rridu li f'pajjiżna nibdewha f'ġieħ il-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Ma rridx inkun politiku, għax naħseb li f'dan il-pajjiż xbajna nisimgħu fuq il-politika, imma jien nemmen li n-nies hemm barra jafu li qegħdin nipprovaw nagħmlu xi ħaġa tajba.", "Saret kritika li kien hemm min ma rċeviex il-bin u l-boroż, jew li dawn marru jqassmuhom tal-iscouts, jew inkella li tqassmu fuq iz-zuntier tal-Knisja.", "Kieku setgħu jiġu evitati kien ikun sew, imma l-kwestjoni tas-separazzjoni tal-iskart mhijiex din.", "Mela jien se nissepara l-iskart għax il-WasteServ tatni l-bin tar-riċiklaġġ?!", "Se nagħmel is-separazzjoni tal-iskart għax nemmen li wasal iż-żmien li nagħmlu s-separazzjoni tal-iskart, u għax bħala ċittadin Malti u mhux bħala Membru Parlamentari, ma rridx li wara biebi jkolli miżbla.", "Dan huwa l-konċett li qegħdin nindirizzaw u saru ħafna laqgħat dwaru.", "Tistgħu tistaqsu, għax jien kont inkun hemmhekk personalment u kien ikun hemm il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, id-Diretturi Ġenerali u d-diretturi tal-kunsilli lokali, kif ukoll rappreżentanti min-naħa tal-ERA u tal-WasteServ.", "Konna nitkellmu flimkien u għalkemm kien hemm mumenti fejn ma qbilniex, ilkoll flimkien rajna li issa wasal iż-żmien li nagħmlu s-separazzjoni tal-iskart.", "Sur President, nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-kunsilli lokali kollha, sew dawk li għandhom Sindku Nazzjonalista kif ukoll dawk li għandhom Sindku Laburista.", "Aħna tim wieħed magħqud u qegħdin naħdmu flimkien biex inbiddlu dan il-pajjiż u l-lokalitajiet tagħna.", "M'aħniex qegħdin hawnhekk biex noqogħdu nġelldu u nitfgħu d-dubji.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nibdlu dan il-pajjiż permezz ta' din ir-riforma.", "Ma rridx naħli l-ħin biex noqgħod ngħid li kien hemm il-kritika, għax l-Oppożizzjoni għandha kull dritt tikkritika.", "Jien hekk nieħu pjaċir għax din ir-riforma għadna ma kkonkludejnihiex.", "Aħna għamilna riforma u se jkun hemm sitt ġimgħat biex in-nies hemm barra, inkluż l-Oppożizzjoni u nies min-naħa tagħna, jekk iħossu li għandha tidħol xi proposta, tkun tista' tidħol, imma mhux joqogħdu jgħidu li ma sar xejn u li neħħejna mir-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali!", "Neħħejna r-responsabbiltajiet lill-kunsilli lokali meta f'dan il-Baġit tajna €3.1 miljun lir-reġjuni li lanqas kienu jaħdmu?!", "Kellna reġjuni bla responsabbiltajiet u dawn mhux talli se nagħtuhom ir-responsabbiltajiet talli se nkunu qegħdin nagħtuhom €3.1 miljun!", "Barra minn hekk, żidna €2 miljun lill-kunsilli lokali u żidna €100,000 għall-iskema ta' min hu b'diżabilità u jaħdem f'xi kunsilli lokali.", "Ma nemmnux fis-separazzjoni tal-iskart u qed nagħmlu l-affarijiet bl-għaġla meta f'dan il-Baġit investejna €1 miljun biex nagħtu l-bins lill-kunsilli lokali għas-separazzjoni tal-iskart biex iqassmuhom fil-lokalitjaiet ta' Malta u Għawdex u ma jħallsux għalihom huma?!", "Dawn l-affarijiet ma semmewhomx il-kelliema tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista!", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma semmietx li fit-tlett ijiem li l-WasteServ se tiġbor il-borża s-sewda, se tħallas għalihom hi.", "U l-flus li kienu jużaw il-kunsilli lokali għal dan il-ġbir m'għednilhomx biex jagħtuhom lura lill-WasteServ jew lill-Gvern, imma se nagħtuhomlhom biex ikomplu jirranġaw u jsebbħu l-lokalità tagħhom.", "Sinjura President, kien hawn xi ħadd min-naħa tal-Oppożizzjoni li qal li lanqas hawnhekk ma ssir is-separazzjoni tal-iskart.", "Għalhekk, nissuġġerilek biex nagħmlu tliet bins ħalli nitfgħu l-karti, il-qxur tal-banan u l-basal!", "Din mhijiex l-Oppożizzjoni li nixtieq nara jien.", "M'għamilniex kampanji ta' edukazzjoni u ma tajniex informazzjoni meta l-kunsilli lokali qassmu fuljetti f'kull lokalità?!", "Anzi, ta' dan għandna nirringrazzjawhom u ngħidulhom prosit.", "Apparti minn hekk, tpoġġew billboards u saru reklami fuq il-gazzetti u fuq it-televiżjoni.", "Ma nistax nifhem għalfejn qed issir din il-kritika, però nikkonkludi billi nappella biex inħarsu 'l quddiem għax din hija sfida kbira għal pajjiżna.", "Aħna m'aħniex se nibżgħu minn din l-isfida għax nafu li n-nies hemm barra qegħdin jifhmu x'aħna nagħmlu biex inħallu legat lill-ġenerazzjoni li tiela', li għad iberkuna u jgħidu: Il-mexxejja u l-politiċi ta' qabilna biddlu l-affarijiet u għamlu xi ħaġa għall-aħjar.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, huwa ta' pjaċir għalija li qed nagħlaq dan id-dibattitu għan-nom tal-Oppożizzjoni fuq il-Mozzjoni li pproponejna jien u l-Onor.", "Robert Cutajar wara l-Avviż Legali li ġie ppubblikat f'Settembru mill-Ministru għall-Ambjent.", "Niġi għall-ewwel punt li ridt nagħmel, għax inħobb nisbarazza t-terren fil-bidu ħalli mbagħad inkun nista' nidħol fid-dettall fuq is-suġġett li għandna quddiemna.", "Qabelxejn però rrid nirringrazzja lil kull min ipparteċipa f'dan id-dibattitu għax aktar ma smajt, aktar ikkonfermajt kemm kellna raġun jien u l-Onor.", "Cutajar li nagħmlu din il-Mozzjoni bl-appoġġ unanimu tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kollu kemm hu.", "L-ewwel punt huwa li m'għandu jkun hemm xejn li jiġi mifhum b'xi mod remot bħala kritika fuq livell personali lejn il-Ministru għall-Ambjent.", "Kif għedt ilbieraħ fid-dibattitu u meta saritli intervista ftit tal-ġranet ilu, jien m'għandi xejn lejh personali ħlief rispett.", "Jekk din il-Mozzjoni nftiehmet hekk, ma kellhiex tinftiehem hekk u m'għandix diffikultà li niċċara dan il-punt daqs il-kristall.", "Fil-fatt ilbieraħ iċċajtajt miegħu u għedt …", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili Onor. Azzopardi.", "L-Onor.", "JOSÈ HERRERA: Irrid ngħid li jien ukoll m'għandi xejn ħlief rispett fil-konfront tax-Shadow Minister tiegħi l-Onor.", "Jekk fid-diskors tiegħi ħarbitli xi kelma, dak li għedt, għedtu in vena ta' ċajta.", "JASON AZZOPARDI: Nafu biżżejjed lill-Onor.", "Kienet battuta li ġabitilna tbissima u tieqaf hemm.", "Kif kont qed ngħid, ilbieraħ għaddejt battuta lill-Ministru dwar kemm aħna l-avukati li nkunu l-Qorti nirrimarkaw li nħossu n-nuqqas tal-preżenza tiegħu, u kont qed ngħidhielu għax għandi simpatija lejh.", "Warajh hemm l-Onor.", "Mallia u ngħidlu li lilu wkoll insemmuh, speċjalment meta nkunu fl-awla l-kbira fit-tieni sular.", "Dawk huma mumenti li ngħożż u nirringrazzja lill-Bambin li kelli dawk il-mumenti għax jgħallmuk ukoll.", "Nagħmilha ċara li din il-kritika li qegħdin nagħmlu mhijiex indirizzata lejn il-Ministru Josè Herrera imma lejn il-ħidma tal-Ministeru li kif qed naraw l-affarijiet aħna, partikolarment meta wara li kellmuna xi nies li qegħdin f'inkonvenjent jew qed jaraw li ġej inkonvenjent kbir lejhom u nkunu qegħdin nonqsu jekk ma nwasslux il-kritika tagħhom.", "Iż-żmien għad jagħtina raġun.", "Jalla aħna żbaljati u jalla din is-sistema li se tiġi fis-seħħ fil-31 ta' Ottubru tkun suċċess.", "Punt importanti li rrid nagħmel hu li għandna bżonn sistema effiċjenti u nadifa tas- separazzjoni tal-iskart.", "Fil-fatt, aħna tant ma ridniex naraw kollox ħażin li meta ktibna l-Mozzjoni bl-appoġġ tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista għedna li l-iskop wara dan l-Avviż Legali huwa tajjeb u ta' importanza vitali.", "Huwa l-ġebla tax-xewka għall-istrateġija nazzjonali tal-ġbir u eventwalment tas-separazzjoni tal-iskart.", "Jiġifieri we are not imputing bad faith, anzi fejn inħossu li jkun hemm motivazzjonijiet ta' malafede f'xi ħidma tal-Gvern, in-nies jafu li ngħiduha bla tlaqliq, però f'dan il-każ jien inkun l-ewwel wieħed li nsellem l-iskop wara dan l-Avviż Legali.", "Hawn fejn ma naqbilx mal-mod kif interpreta x'qed ngħidu aħna l-Onor.", "Aħna mhux qegħdin ngħidu li m'għandux ikun hemm separazzjoni tal-iskart.", "Huwa ovvju li għandna bżonnha, għax qegħdin lura bħall-granċ fil-miri u fl-istatistika, imma mhux se noqgħod nidħol fihom hawnhekk.", "Meta tara l-istatistika tal-organic waste, jiġifieri tal-fdalijiet tal-ikel, il-piż tal-borża s-sewda baqa' l-istess.", "Jekk tidħol fil-websajt tal-WasteServ imbagħad, issib li l-istatistika għas-snin 2015, 2016, 2017 u sa Awwissu ta' din is-sena l-fraction baqgħet l-istess.", "Li qed nipprova ngħid huwa li l-konċett tar-reduce mhux qed jaħdem.", "Hemm mod u mod kif wieħed jindirizza s-sitwazzjoni li jkollu quddiemu.", "B'sens ta' rispett lejn in-nies u b'sens ta' lealtà lejja u lejn sħabi ngħid li minkejja li l-iskop huwa tajjeb, ġejja konfużjoni kbira wara l-ġimgħa d-dieħla, imma mhux għax l-iskop huwa ħażin.", "Nittama li fuq dan il-punt kont ċar.", "Dan l-Avviż Legali bilfors se jkollu jiġi emendat.", "Jiġifieri l-Ministru, irid jew ma jridx, fil-ġranet li ġejjin – nimmaġina sa nhar it-Tlieta – se jkollu joħroġ avviż legali ieħor minħabba li hemm ħafna nuqqasijiet f'dan l-Avviż Legali, kif wara kollox qal permezz tal-ispokesperson tal-Ministeru f'intervista li kellu ma' ġurnalist ta' The Times of Malta fit-30 ta' Settembru.", "Hawnhekk qed nagħmel referenza għall-artiklu intitolat 'Ministry makes a mess of legal notice on waste'.", "Issa min qiegħed jismagħni nitolbu jlumni jekk ngħid li tant kemm fih żbalji dan l-Avviż Legali, li bilforsi sar ta' kaf kaf.", "Fil-fatt, se nikkwota minnu ħalli jekk għandi raġun tagħtuni raġun, jekk qed nivvinta tgħiduli li qed nivvinta u jekk qed inqarraq tgħiduli li qed inqarraq.", "L-ewwel nett l-iskop ewlieni ta' dan l-Avviż Legali huwa li jirregola l-ġbir tal-borża l-bajda.", "F'din il-borża se nibdew nitfgħu l-iskart organiku, li eventwalment jidħol fid-digester u jsir compost.", "Allura tagħtuna tort bħala Oppożizzjoni li qed inġibu għall-attenzjoni ta' kulħadd il-fatt li f'dan l-Avviż Legali tal-Gvern, – ħalli ma nkunx personali u ngħid tal-Ministru għall-Ambjent – għal żewġ terzi tal-lokalitajiet imsemmija m'hemmx imniżżel il-ħin tal-ġbir tal-istess borża?!", "L-Oppożizzjoni fil-Mozzjoni qiegħda tgħid li dan l-Avviż Legali għandu jiġi mħassar, però mhux qed tgħid li m'għandux ikun hemm wieħed.", "Aħna nemmnu fis-separazzjoni tal-iskart u allura kulma rridu huwa li jkun hemm Avviż Legali ġdid li jsir wara proċess ta' konsultazzjoni suret in-nies ma' kull min hu involut, inkluż l-istakeholders, il-kunsilli lokali u din in-naħa għax xi ftit jew wisq nistgħu nagħtu kontribut.", "Kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Robert Cutajar, il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel imma ħalli nispjega għalfejn qegħdin ngħidu hekk fuq dan l-Avviż Legali, għax din mhix xi ħaġa li ġiet minn żniedna.", "Dak li qed ngħidu qed ngħiduh għax aħna animati biss mis-sewwa ħalli ntejbu dak li hemm.", "Nerġa' ngħid, jien l-ewwel wieħed nirrikonoxxi li l-iskop tal-Ministru huwa tajjeb.", "X'hemm isbaħ milli l-avversarju politiku tiegħek jgħidlek li l-iskop tiegħek huwa tajjeb?!", "Dan l-Avviż Legali se jsir liġi li mill-1 ta' Novembru trid tibda tobdiha u eventwalment se jibda jkun hemm il-multi jekk ma tobdihiex.", "Issa fil-verżjoni Ingliża tiegħu qed jingħad li fil-każ ta' Ta Xbiex, \"glass is collected\" iżda mhux qed jingħad meta u xħin.", "Fil-każ ta' lokalitajiet oħra jgħidlek li \"glass is collected every first Friday of the month\", jew \"every Friday of the month\", jew \"every alternative Friday\" però fil-każ ta' Tax-Xbiex kulma jgħidlek li \"glass is collected\" u xejn aktar.", "Jekk m'hemmx kjarezza fil-liġi, kif tista' tobbligah joħroġ il-ħġieġ lil dak li jkun jekk ma jafx meta jrid joħorġu?!", "Ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Ħ'Attard, Ħal Balzan, il-Birgu, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, il-Fgura, il-Furjana, Ħal Għargħur, il-Gudja, il-Gżira, il-Ħamrun, l-Iklin, l-Isla, il-Kalkara, Ħal Lija, Ħal Luqa, il-Marsa, Wied il-Għajn, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imsida, l-Imtarfa, in-Naxxar, Raħal Ġdid, tal-Pietà, Ħal Qormi, il-Qrendi, ir-Rabat, Ħal Safi, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Santa Venera, is-Siġġiewi, Tas-Sliema, il-Belt u x-Xgħajra jidhru ġo tabella li fiha hemm f'liema ġurnata tal-ġimgħa tinġabar il-borża s-sewda u f'liema ġurnata tinġabar il-borża l-griża jew il-ħadra, però m'hemmx miktub meta tinġabar il-borża l-bajda.", "Ir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet kollha, qegħdin jeħduha bi kbira li aħna kellna l-ardir li nikkritikaw dan l-Avviż Legali li ħareġ il-Gvern f'Settembru li għadda?!", "Kważi kważi ftit ieħor se jakkużawna bir-reat tal-lèse-majesté, jiġifieri high treason, kif kienu jattakkaw qabel!", "Fil-Medju Evu jekk toqtol ċerva f'park pubbliku fl-Ingilterra kont teħel il-piena tal-mewt għax ikkommettejt high treason.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Bil-permess tal-Onor.", "Azzopardi, għandna point of clarification min-naħa tal-Ministru Herrera.", "JOSÈ HERRERA: Il-kollega tiegħi qed jgħid li fil-każ ta' ċerti kunsilli m'hemmx imniżżel il-ħinijiet ta' meta għandhom joħorġu ċertu materjal.", "Oġġettivament jekk wieħed jaqra l-liġi kif inhi, hekk se jirriżultalu, però kif diġà għedt, l-iskeda se tkun ippubblikata qabel il-31 ta' Ottubru u fiha se jiġu spjegati l-ħinijiet u l-ġranet ta' meta għandu jinġabar l-iskart u x'tip ta' skart għandu jinġabar.", "Dan sar wara qbil mal-kunsilli lokali kollha.", "Domna sal-aħħar għax għandna 69 kunsill lokali u wieħed irid japprezza li mhuwiex faċli li tasal għal ftehim magħhom kollha.", "Nirringrazzja 'l Alla, però wasalna.", "Fil-fatt, nixtieq nirringrazzja lis-sindki, lill-kunsilliera u lis-segretarji tagħhom talli kkoperaw magħna biex finalment wasalna fi ftehim ma' kulħadd.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja lill-Ministru talli qed jikkonferma li dak li għedna għandu mis-sewwa u li l-Avviż Legali twieled monk, ċjoè b'nuqqas, u dan meta jittratta xi ħaġa li hija l-ġebla tax-xewka tal-politika nazzjonali tagħna.", "Nifhmu li dan kien biċċa uġigħ ta' ras, għax din hija sfida nazzjonali u sinċerament nixtiequ nagħmlu l-parti tagħna biex nimxu 'l quddiem f'dan is-settur għax qegħdin fl-aħħar tal-league Ewropew.", "F'dan is-settur qegħdin l-ewwel mill-aħħar u mhux fl-aqwa żmien!", "Jien kont fil-gvern u nista' ngħid li meta gvern jiġi biex jagħmel Avviż Legali, irid jiflih, jixtarru, jgħarblu u jerġa' jgħarblu u qabel ma jmur għall-istampar, the buck stops with the minister għax huwa l-ministru li jiffirma u japprova dak li jintbagħat għall-istampar.", "Li kieku kkonsultana l-Gvern, kieku kien ikollhom raġun jgħidulna: Sinjuri tal-Oppożizzjoni, aħna kkonsultajniekom u ma tkellimtux.", "Issa qegħdin titkellmu, biex tagħmlu kapital politiku?!", "Kieku kellmuna kont ngħidilhom li għandhom raġun, imma aħna ma konniex involuti u allura l-unika okkażjoni li kellna li nitkellmu kienet meta rajna l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, bħalma raha kulħadd.", "Mela kellu raġun Keith Micallef, il-ġurnalist tal-ġurnal Times of Malta, jgħid hekk:", "Dak ukoll ġie kkritikat għall-artiklu korrett li ppubblika, imma jekk xejn serva, għax qegħdin naqblu li se jkollha bżonn tinbidel din il-liġi.", "Meta tagħmel l-affarijiet bil-ħsieb, l-ewwel tagħmel il-karru u mbagħad iż-żiemel.", "Jekk tagħmel bil-maqlub, ma tantx timxi 'l quddiem.", "F'din il-ħaġa l-Oppożizzjoni għandha raġun u naħseb li qegħdin naqblu dwar dan.", "Mela agħtuhulna r-raġun!", "Irrikonoxxu!", "Ikkonċedu!", "Il-Prim Ministru qal li hu Gvern umli, allura għandu jammetti li l-Oppożizzjoni għandha raġun, mhux jiġi jgħid li l-Oppożizzjoni ma tafx x'qed tgħid.", "Ġaladarba l-Ministru se jkun qed jemenda dan l-Avviż Legali li ħareġ ftit tal-ġranet ilu, bħala avukat li sa ftit taż-żmien ilu kien għadu jipprattika, għandu jassorbi mill-ewwel iċ-ċertezza legali f'dan l-Avviż Legali.", "Ħa ngħid għal xiex qed nirreferi.", "Dan l-Avviż Legali fil-verżjoni Maltija jgħid li l-ħġieġ jinġabar kull ġimagħtejn nhar ta' Ħamis.", "Avukat difensur li jkun qed jiddefendi persuna akkużata li kisret wieħed minn dawn ir-reati se jkollu field day għax m'hemmx iċ-ċertezza legali.", "Dan jgħid li kull ġimagħtejn il-Ħamis imma ma jgħidx liema Ħamis.", "M'għandix dubju li l-Ministru qed jifhimni u nittama li din il-ħaġa tkun indirizzata għax inkella se jkollu loophole.", "Qed nagħtih dan il-parir mill-qalb u b'intenzjoni ġenwina għax aħna rridu li dan l-Avviż Legali jkun mirqum u jitjieb, inkella se jkollu problemi, anke meta jiġi għall-infurzar fil-qorti, biex ma ngħidx l-infuzar fit-toroq.", "Niġi għal punt ieħor.", "L-akbar uġigħ ta' ras wara dan l-Avviż Legali se jkun l-infurzar għax m'hemmx barcoding.", "Hawn ħafna blokki ta' appartamenti, partikolarment f'ċerti lokalitajiet.", "Allura min se jinforza?", "Ħaġa oħra hi li biex jiġi infurzat dan l-Avviż Legali, – għax ovvjament aħna qisna Texas, kbar ħafna! – l-infurzar se jkun f'idejn l-ERA, il-LESA u l-Pulizija.", "Ftit ieħor inġibu l-iSWAT!", "Ġaladarba l-infurzar se jkun f'idejn dawn it-tliet entitajiet, b'turija ta' nuqqas ta' fiduċja fir-riżorsi ta' kull waħda minhom, miskin min se jkollu jinforza din il-liġi għax dan kif jista' jkun jaf jekk il-borża nħarġitx ħażin minn Tizju li joqgħod fi Flat 1, jew minn Sempronju li joqgħod fi Flat 7 tal-istess blokk ta' appartamenti?", "Hawn tidħol l-identifikabilità, li jekk mhumiex se jindirizzawha, se tmut mewta prematura.", "Nitlob lill-Ministru jippermettili nagħmel ftit mistoqsijiet li jeħtieġ li jkunu mwieġba.", "Ovvjament issa l-ħin ma jippermettix, però l-Minsitru jrid isib il-ħin, mhux għalija, għax jien m'iniex importanti, imma huwa fl-interess tan-nies li dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba.", "Xtaqt li l-Ministru jispjega fid-dettall, ħaġa li llum m'għamilhiex fid-diskors tiegħu, il-loġistika wara s-sistema tal-ġbir tal-iskart organiku.", "Nitolbu jispjega kif ġew emendati l-kuntratti li l-kunsilli lokali diġà għandhom mal-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart ħalli l-kuntrattur ikollu l-obbligu li l-materjal li se jkun qed jinġabar jitwassal fid-destinazzjoni korretta mingħajr ebda kontaminazzjoni, għax inkella kif għedna fil-Mozzjoni, din il-liġi ma tkun tiswa proprju xejn.", "Jista' l-Ministru jgħid kif ġew emendati dawn il-kuntratti mal-kunsilli lokali?", "X'penalitajiet se japplikaw?", "X'monitoraġġ se jkun hemm biex ma jkunx hemm abbuż mill-kuntrattur, għax hawnhekk hawn lok għall-abbuż?", "Aħna nafu li f'Malta għandna żewġ mechanical biological treatment plants, wieħed Sant' Antnin u l-ieħor il-Magħtab.", "Liema minn dawn se jkun qed jirċievi l-iskart organiku nadif?", "Tinstema' kontradittorja meta tgħid \"skart nadif\", imma hekk qed jirreferu għalihom il-fdalijiet tal-kċejjen il-kbar bħal tal-lukandi, tar-ristoranti u tal-isptarijiet.", "U allura peress li xi skart organiku se jibqa' jiġi mħallat, jista' l-Ministru jgħid fejn se tibda tiġi pproċessata din il-parti tal-iskart organiku mħallta u x'kontrolli se jkun hemm biex waħda ma titħallatx mal-oħra?", "Qed nistaqsi għax inkella jekk Joe citizen se jissepara l-iskart mid-dar u sakemm jasal fl-impjant Malta North fil-Magħtab se jitħallat, se jkun issepara l-iskart għalxejn.", "Dan il-proċess tas-separazzjoni tal-iskart se jwassal għal skart nadif li faċilment jintuża bħala compost.", "X'użu se jsir mill-materjal li jiġi rkuprat?", "Ma jagħmilx sens li dan il-materjal jintefa' fid-digester, meta fid-digester jista' jmur skart orgniku mħallat ukoll.", "Xi pjanijiet hemm għal dan kollu u fejn se jibda jsir dan il-compost?", "Sinjura President, ħafna familji għadhom fil-għama.", "Dalgħodu kellmitni familja minn San Pawl il-Baħar li lanqas fuljett ma ntbagħat fid-dar tagħhom.", "Dan hu difett ieħor wara dan l-Avviż Legali, minkejja li l-iskop huwa tajjeb.", "Ma nafx kemm-il darba rrepetejtha li l-iskop huwa tajjeb, però lil hinn minn riklam imwaħħal ma' karozza tal-linja, il-Gvern kif qed jippretendi li jilħaq il-familji Maltin biex jimxu mar-regoli qabel ma eventwalment jibdew jiġu imposti l-multi?", "Ix-xena li rajt f'Raħal Ġdid is-Sibt li għadda filgħodu ma kenitx sabiħa għal pajjiż Ewropew fl-2018, bi kju ta' nies quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid.", "Kien hemm anzjan li ġie fuqi u qalli: Dott, ħsibthom qed iqassmu l-lampuki!", "Fil-verità dan il-kju nġema' għax kien hemm il-vann tal-WasteServ qed iqassam dawn il-bins.", "Dalgħodu quddiem il-Knisja ta' Ħal Tarxien kien hemm kju ieħor.", "Ċempilli anzjan biex jgħidli, u bħal dawn kien hemm ħafna.", "F'ħafna lokalitajiet imbagħad lanqas fuljett ma qassmu.", "Pereżempju kellmuni diversi nies minn Tas-Sliema biex jgħiduli li ma waslilhomx fuljett.", "Infurmat ukoll li l-Mosta l-Girl Guides qassmu madwar 1,000 mit-8,700 bin li kellhom iqassmu għax sa 1,000 kien il-ftehim.", "Jiġifieri sal-weekend li għadda 87% kienu għadhom ma tqassmux.", "Il-31 ta' Ottubru huwa l-ġimgħa d-dieħla, allura jista' xi ħadd ilumna li qed inġibu dan għall-attenzjoni?", "L-iskop tal-Oppożizzjoni huwa li żżomm ħidmet il-Gvern taħt skrutinju u mhux li tagħmel xi kritika personali.", "Nikkritikaw l-argument u qatt il-persuna.", "Ngħid għal mitt darb'oħra li l-Ministru f'din il-ħaġa għandu skop tajjeb.", "Din hija l-ġebla tax-xewka, però jekk se tfalli din, il-kumplament se jfalli wkoll u l-istrateġija nazzjonali se tmut mewta prematura.", "Ħaġa li aħna ma rridux.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa dwar il-familji barranin li jgħixu f'pajjiżna, għax ma nafux jekk ġewx informati b'dan it-tibdil u jekk hemmx arranġamenti biex jinqabad min ma jridx jissepara u jibda jarmi l-iskart tiegħu quddiem ħaddieħor.", "Mela jiġi jarmi l-iskart tiegħu quddiem il-bieb tiegħek u teħel int!", "Din tiġri partikolarment fejn hemm il-flats.", "F'dak il-każ, iċ-ċans li teħel persuna li m'għandhiex tort mhuwiex żgħir meta eventwalment jiġu imposti l-multi.", "Allura rridu nibdew inħaddmu ftit rasna.", "Hemm il-barcoding, jiġifieri mhux qegħdin nivvintaw ir-rota, għax 'l hemmhekk konna mexjin sal-2012 taħt Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Bil-barcoding tkun identifikat, għalkemm dan se joħloq Babilonja u se jkun hawn uġigħ ta' ras.", "Hawn min l-affarijiet jeħodhom b'mod leġġer u hawn min jekk jirċievi karta biex jitla' l-qorti tkun ġrat xi ħaġa kbira ħafna.", "Il-Ministru, li sa ftit ilu kien jipprattika ta' avukat, u jien li nipprattika l-qorti nafu diversi nies li meta jkollhom kawża żgħira l-qorti jkollhom imsarinhom f'saqajhom, biex ma ngħidlekx li jibdew jagħmlu taħthom minn ġurnata qabel għax l-għada filgħodu jkunu sejrin il-qorti.", "Issa dawn ma jkunux akkużati b'omiċidju jew bi frodi, imma jkunu affarijiet żgħar anke ta' bejn il-ġirien.", "Ħafna avukati jkollhom uġigħ ta' ras fl-uffiċċju u jipprovaw jikkalmaw lil dak li jkun u jgħidulu biex iżomm il-kalma għax mhuwiex akkużat b'xi qtil.", "L-anzjani jagħmluhom bi kbar u hemm min ikollu l-pressjoni għolja.", "Issa għidli din: Ċetta li toqgħod fil-village core miskina tlaqqat ċitazzjoni fejn qatt ma rifset l-għatba tal-qorti!", "Niġi għal Għawdex.", "F'Għawdex m'għandniex waste treatment plant imma għandna waste transfer plant, allura xtaqna nkunu nafu fejn se jmur l-iskart organiku, jekk hux fl-Impjant ta' Sant' Antnin jew fl-Impjant Malta North.", "Qed insemmi dan għax nafu li l-kapaċità tad-digester tal-impjant ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn bejn wieħed u ieħor hija ta' 35,000 tunnellata.", "Allura huwa tajjeb li nkunu nafu jekk jinġabar aktar minn dawk il-35,000 hux se jmur fil-Malta North, għax jekk se jmur fil-Malta North, jeħtieġ li niġu assigurati li dan mhux se jitħallat mal-borża l-griża, inkella niġu ħallata ballata u nerġgħu koppi.", "Jekk jiġri hekk, il-kampanja ta' edukazzjoni, l-impożizzjoni tal-multi u l-infurzar se jiġu jiswew suf.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li din hija opportunità li l-iskart, kif qed jgħid tant tajjeb il-Kap tal-Oppożizzjoni, narawh bħala riżorsa.", "L-iskart għandu valur u nixtiequ ħafna li nibdew narawh bħala valur, però meta l-Gvern jgħaffeġ, jitgħaffġu n-nies.", "Meta l-Gvern iħawwad, jitħawdu n-nies.", "Aħna rridu narawh bħala riżorsa, però ma jistax ikun riżorsa jekk l-affarijiet ma jsirux bil-galbu, b'attenzjoni, b'ċerta reqqa u b'ċerta serjetà.", "Għalhekk għedna li dan l-Avviż Legali kien hotchpotch, għax se tibda sseħħ konfużjoni.", "Diġà rajnieha fl-aħħar ġranet, fejn sa dalgħodu stess rajna dawn il-kjuwijiet f'diversi bliet u rħula.", "Konfużjoni manja.", "Imsieken dawk li se jkollhom jinforzaw dan l-Avviż legali.", "Se nerġa' nsemmi l-ħinijiet.", "Meta jien u l-Onor.", "Robert Cutajar konna qegħdin naraw l-Avviż Legali ma stajniex nifhmu x'sens u x'għaqal hu dan u x'razza ta' raġunar hu li f'ċerti lokalitajiet, peress li ma tistax toħoroġ l-iskart aktar minn erba' sigħat qabel il-ħin allokat, bħal pereżempju l-Ħamrun u Ħad-Dingli, in-nies se jispiċċaw jitilqu mix-xogħol, imorru d-dar, joħorġu l-iskart u jerġgħu jmorru lura għax-xogħol.", "Dan hu ġenn awtentiku.", "Tkun tad-daħk li kieku ma kenitx serja!", "Għal min qed jismagħni rrid ngħid li dawn huma fatti u mhux opinjonijiet, jew teoriji.", "Għalhekk bħala Oppożizzjoni qegħdin inħossu l-obbligu li ngħidu lill-Ministru li l-iskop tiegħu huwa tajjeb, u li naqblu li din hija kwestjoni ta' importanza, però ma rridux niġu fi kliem Milton, li fil-ktieb \"Paradise Lost\" kien qal hekk:", "Ma rridux mal-konfużjoni nżidu l-konfużjoni għax inkella minflok ma nkunu qegħdin nagħmlu l-ħajja tan-nies aktar faċli, inkunu qegħdin noħolqulhom inkonvenjent kbir.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni.", "Skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fil-Laqgħa tal-1 ta' Ottubru 2018, din il-votazzjoni tittieħed fis-seduta tat-30 ta' Ottubru 2018.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru José Herrera biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2019 (L-Ewwel Jum Imħolli kollu għall-Oppożizzjoni).", "Ninforma lill-Kamra li skont ftehim milħuq, id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni se jkun imxandar ukoll b'mod dirett mill-Public Broadcasting Services (PBS), b'kull stazzjon tat-televiżjoni jew internet service provider jingħata clean feed mill-PBS.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni se jiġi mxandar bil-lingwa tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ u li fil-bidu tas-seduta, fotografi u cameramen jitħallew jieħdu ritratti/filmati għal ftit minuti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, bħal-lum xahrejn, proprju fl-24 ta' Awwissu, Għawdxi tilef ħajtu tort ta' Steward Health Care, il-kumpanija li tmexxi l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u jkolli ngħid li kien ukoll tort tal-Gvern għax ipprivatizza l-uniku sptar li għandna f'Għawdex imma mhux biss, għax wara li ġara dan l-inċident, minflok ma ħa l-passi biex jitranġaw l-affarijiet, kien kompliċi f'coverup, kif se nispjega aktar tard.", "F'dan il-każ, l-aktar ħaġa gravi kienet dak li ġara wara l-inċident.", "Il-kumpanija li qiegħda tmexxi l-uniku sptar li għandna f'Għawdex flimkien mal-Gvern, uffiċjali tal-Gvern, u uffiċjali tal-isptar, għamlu minn kollox biex jipprovaw jgħattu dak li ġara bħal-lum xahrejn.", "Sur President, fl-10.00 a.m. nhar l-24 ta' Awwissu ddaħħal fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex raġel Għawdxi b'sintomi ta' attakk tal-qalb.", "Fl-10.30 a.m. it-tobba tal-istess sptar ordnaw li jiġi trasferit immedjatament lejn Malta bil-helicopter.", "Dawn kienu qegħdin jippreparaw lill-pazjent biex jeħduh lejn Malta bil-helicopter, għax hemm ċerti preparamenti li jridu jsiru, meta ftit tal-minuti wara rriżulta li ma kienx hemm helicopter, allura lil dan il-pazjent daħħluh fis-CCU tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Bejn il-11.00 a.m. u l-11.15 a.m. irċevejt telefonata mingħand numru ta' ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u dawn qaluli bil-paniku li kien hemm meta ndunaw li ma kienx hemm helicopter biex jittrasferixxu lil dan il-pazjent lejn Malta kif ordnawlhom it-tobba.", "Ftit tal-ħin wara, għall-ħabta tas-1.00 p.m., tellajt post fuq il-Facebook biex ninforma lin-nies b'din is-sitwazzjoni.", "Sadanittant il-pazjent kien għadu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Ftit tal-minuti wara li tellajt din il-post, il-Communications Officer tal-isptar ipprovat tgiddibni fuq il-midja soċjali, però sadanittant baqgħu jasluli rapporti mill-isptar mingħand Għawdxin li ma setgħux jaċċettawha dik is-sitwazzjoni għax setgħu kienu huma jew seta' kien xi ħadd mill-familja tagħhom minflok dak il-pazjent.", "Ġara li fl-4.30 p.m. kellu sintomi ta' attakk ieħor.", "Dak il-ħin wasal il-helicopter, jiġifieri kważi seba' sigħat wara, u xħin ħaduh fil-heliport ta' Għawdex bdew jitteħdulu r-ritratti qed jitgħabba fil-helicopter.", "Is-CEO tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ippubblika dawk ir-ritratti fil-5.02 p.m. fuq il-Facebook page tiegħu, fejn qal lil min kien qed jallarma: Ara kif il-helicopter qiegħed hawn.", "Il-helicopter kien qiegħed hemm seba' sigħat tard u tort ta' hekk dak il-pazjent tilef ħajtu.", "Mhux hekk biss, ninsab informat li Alla jbierek is-CEO tal-isptar mar il-heliport biex jieħu r-ritratti mhux bl-iskop li jara kif se jsalva l-ħajja tal-pazjent, imma biex jara kif se jgiddeb Membru tal-Oppożizzjoni minn Għawdex li kellu l-ardir li jitkellem fuq nuqqas serju li tort tiegħu tilef ħajtu pazjent Għawdxi.", "Dak kien xogħlu s-CEO, li jmur il-heliport, jieħu r-ritratti u jtellagħhom fuq il-Facebook page tiegħu biex mingħalih igiddeb lili.", "Dak li kont qed nagħmel jien ma kontx qed nagħmlu biex niskorja punti politiċi, kif qal is-CEO, kont qed nagħmlu għax għandi għal qalbi lil Għawdex, lill-Għawdxin, is-saħħa tal-Għawdxin u s-saħħa tal-familja tiegħi għax dan seta' kien membru tal-familja tiegħi, jew stajt kont jien.", "Kif se nispjega 'l quddiem, kien hemm Deputat min-naħa l-oħra ta' din il-Kamra li meta kellu bżonn il-helicopter ukoll ma kienx hemm u seta' tilef ħajtu wkoll.", "Salvawlu ħajtu bi żbrixx u għax kif ngħidu bil-Malti, Alla ħanin!", "Is-CEO għadda l-istess ritratti lill-Ministru għal Għawdex, li wkoll waqgħet fil-lixka u tellgħathom fuq il-Facebook page tagħha biex turi li Għawdex għandna l-helicopter.", "Is-CEO għalaq il-post tiegħu billi qal li bil-poplu ma jidħak ħadd.", "Issa jien lill-istess CEO ngħidlu li bil-poplu ma jqarraq ħadd, allavolja saret cover-up!", "Sfortunatament il-pazjent miet tort ta' dan in-nuqqas.", "Fil-ġranet ta' wara saret pressjoni fil-midja imma Steward Health Care ċaħdu li kien hemm xi nuqqas.", "Il-Ministru Fearne wara ftit jiem iddeċieda li jaħtar inkjesta li ġiet immexxija minn persuna waħda li għażel hu, kif għandu kull dritt, u dan kien il-Prof.", "Jekk m'iniex sejjer żball, ir-rapport tal-inkjesta tlesta fis-17 ta' Settembru, ftit aktar minn xahar ilu, u meta tlesta l-Gvern ħareġ stqarrija qasira qasira, ta' tliet paragrafi kollox, fejn prattikament qal li l-bord indipendenti ma sab l-ebda nuqqas fis-servizz tal-helicopter.", "Għalija, ladarba d-Deputat Prim Ministru ħareġ din l-istqarrija mingħajr ma ppubblika r-rapport, u mingħajr ma ra kif saret din l-inkjesta jew jekk daħlitx fil-fond ta' dak li sar, il-Ministru huwa kompliċi f'dan il-cover-up.", "Meta tlestiet l-inkjesta jien sejjaħtilha farsa però llum ngħidilha fażulla, anzi ngħid li hija inkjesta cover-up li saret mhux biex issib il-verità, jew biex issib in-nuqqasijiet ħalli jitranġaw, imma biex tgħatti l-mewt ta' persuna li seħħet b'nuqqas gravi.", "Dan juri li dawn jiġu jaqgħu u jqumu minn ħajjet in-nies.", "Hawnhekk nistaqsi jekk min mexxa l-inkjesta tkellimx mal-ħaddiema li kienu fl-emerġenza, għax jien għandi informazzjoni li ma tkellem mal-ebda wieħed minnhom.", "U kif ma bagħatx għalija la kont jien li ħriġt l-istorja fuq il-midja soċajli u komplejt nikteb fuqha?", "Probabbli beża' li tant stajt nagħtih informazzjoni li ma kienx se jkollu minn fejn joħroġ u ma jkun jista' jagħmel xejn biex jgħatti dak li ġara!", "Bilfors jidħlulek dawn is-suspetti għax meta ssir inkjesta ta' dan it-tip, l-ewwel persuna li għandek tibgħat għaliha hija dik li tkun ħarġet bl-informazzjoni, li kont jien!", "Jien kont qed nistenna li l-Prof.", "Cacciottolo jibgħat għalija ħalli ngħidlu dak li naf, ngħidlu minn fejn ġibt l-informazzjoni, ngħidlu l-ħinijiet u ngħidlu x'hemm miktub fil-fajl tal-isptar, li forsi ma wrewhulux, allura ma nagħtihx tort, imma jien naf li fil-fajl tal-isptar fl-10.30 a.m. ġiet imniżżla minuta li tgħid \"helicopter not available\".", "Dan wara li ġie ordnat mit-tobba li dan il-pazjent jittieħed immedjatament lejn l-Isptar Mater Dei.", "Meta ħareġ ir-rapport ta' din l-inkjesta fażulla, ta' din l-inkjesta cover-up, aktar nies bdew jiġu 'l quddiem għax kif għedt, fejn tidħol is-saħħa ma tilgħabx u dak li jkun jibda jistaqsi kieku kien xi ħadd mill-familja tiegħu kienx jiġri l-istess.", "Iva, aktar nies avviċinawni u kellmuni.", "Wieħed minnhom saħansitra bagħatli bil-miktub fuq WhatsApp għaliex in-nies jafu li ċerti affarijiet jiġu segwiti.", "Fil-fatt, wara dak li ġara l-amministrazzjoni tal-isptar Alla jbierek aktar kienet interessata biex issib min kien qed jagħtini l-informazzjoni milli biex jirranġaw dak li ġara!", "Saret witch hunt kbira biex jipprovaw jidentifikaw lil min kien qed jgħaddili l-informazzjoni, però minn hawnhekk ngħidilhom li ma kenitx persuna waħda!", "Bagħtuli għexieren ta' persuni li kienu xogħol dakinhar u raw b'għajnejhom u semgħu b'widnejhom u ma ħamlux dak li kien qed jiġri u l-gideb, inkluż persuni li jappoġġjaw lill-partit fil-gvern u li huma midħla tiegħu.", "Ħaddiem li jaħdem fl-Emerġenza qalli li jinsabu f'sitwazzjoni tal-waħx u tat-tkexkix.", "Qalli li meta ġara l-inċident hu kien duty fl-Emerġenza u filgħodu t-tobba ordnaw li l-pazjent jittieħed immedjatament Malta bil-helicopter, imma dan ma kienx disponibbli, jgħidu x'jgħidu u jiktbu x'jiktbu.", "Dan qalli wkoll li kien hemm każijiet oħra ta' persuni li tilfu ħajjithom minħabba negliġenza.", "Qalli li Għawdex qed ibati minħabba l-isptar.", "Dan il-messaġġ kitibhuli ħaddiem u bħalu qaluhuli bil-fomm ħafna ħaddiema u tobba oħra.", "Għaldaqstant irrid nieħu dan l-Aġġornament biex nagħmel tliet sfidi lill-Ministru Chris Fearne, li nispera li jilqagħhom jekk għandu għal qalbu l-qasam tas-saħħa f'Għawdex.", "L-ewwel sfida hija li d-Deputat Prim Ministru jippubblika immedjatament ir-rapport ta' dan il-bord indipendenti għax sal-lum ippubblika biss paragrafu wieħed minnu.", "Jekk m'għandux x'jaħbi u ma jridx ikun kompliċi f'dan il-cover-up, allura għandu jippubblikah biex naraw kemm dan sar bil-għaqal, lil min kellmu u xi rriżulta.", "It-tieni sfida lid-Deputat Prim Ministru hija biex jgħid jekk fil-fajl tal-pazjent hemmx imniżżel darbtejn \"helicopter not available\".", "L-ewwel darba fl-10.30 a.m. u t-tieni darba xħin il-pazjent wasal Malta fil-5.30 p.m. Jekk iva, x'se jagħmel?", "Se joqgħod fuq l-inkjesta?", "Il-Ministru talbu l-fajl biex jarah?", "Il-Ministru jaf jekk ħarġitx ċirkolari xi ġranet qabel ma ġara dan l-inċident, li fiha kien hemm bil-miktub li l-helicopter ma kienx se jkun hemm?", "Il-bord indipendenti kif jista' jgħid li ma sar l-ebda nuqqas fis-servizz tal-helicopter bejn l-isptar ta' Għawdex u l-isptar ta' Malta?", "It-tielet sfida lid-Deputat Prim Ministru hi biex jikkonferma jekk din ġratx l-ewwel darba, għax jien għandi informazzjoni li ġrat drabi oħra.", "Lid-Deputat Prim Ministru nisfidah jgħid jekk din ġratx ma' Membru ta' din il-Kamra min-naħa tiegħu, li kellu bżonn jittieħed b'urġenza lejn l-Isptar Mater Dei u l-helicopter ma kienx hemm.", "Nispera li d-Deputat Prim Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet għax jekk ma jweġibhomx, il-mistoqsijiet f'moħħ il-poplu Għawdxi se jibqgħu hemm u se jiżdiedu.", "Il-Gvern għalaq ħalqu u ma kkummentax imma jekk ħaseb li jekk joqgħod kwiet u ma jirreaġixxix dan il-każ se jmut fuq ommu u jintesa, sejjer żball għax fejn tidħol is-saħħa u fejn tidħol il-ħajja ma jilgħab ħadd.", "Allura nitolbu jilqa' dawn it-tliet sfidi u jgħid eżattament x'se jagħmel.", "Irridu ngħidu li llum Steward Health Care, u qabilhom Vitals Global Healthcare, qed jieħdu €1.2 miljun fis-sena għall-helicopter biss.", "Il-kuntratt tal-Gvern ma' Vitals Global Healthcare u issa ma' Steward Health Care qatt ma ġie ppubblikat, però ġie kkonfermat fil-Parlament li qed jitħallsu €1.2 miljun fis-sena biex ikun hemm helicopter li qabel kien jiġi pprovdut mill-Armata li kellha l-personnel tagħha disponibbli 24 siegħa kuljum.", "Din għandha iżjed minn helicopter wieħed, allura jekk ikollha l-helicopter għas-service ikun hemm helicopter ieħor u jekk ikollha helicopter bil-ħsara jkun hemm helicopter ieħor, imbagħad jekk ma jkunx hemm tagħha, ikun hemm tal-Missjoni Militari Taljana.", "Dak iż-żmien il-Gvern kien iħallas €800 għal kull pazjent li jġorr bejn Malta u Għawdex.", "Ftit tax-xhur ilu għamilt mistoqsija parlamentari u staqsejt fl-aħħar għaxar snin kemm inġarru pazjenti bejn Malta u Għawdex u rriżulta li nġarru medja ta' 35 pazjent fis-sena.", "Taf kemm jiġu bit-€800?", "Ftit iżjed minn €30,000 fis-sena!", "U llum il-Gvern qed iħallas €1.2 lil kumpanija privata għas-servizz zopp li bih qed jitilfu ħajjithom l-Għawdxin u Alla jbierek qisu xejn mhu xejn.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tal-helipads.", "Sa ftit tas-snin ilu kellna helipad fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, helipad fl-Isptar San Luqa, imbagħad wara kien hemm ieħor fl-Isptar Mater Dei.", "Il-helicopter kien jgħabbi pazjent mill-isptar u jwasslu sal-isptar l-ieħor imma llum la hemm helipad fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u lanqas m'hemm helipad fl-Isptar Mater Dei.", "Dan ifisser li biex jiġi trasportat pazjent minn Għawdex għal Malta jrid jieħu mill-inqas siegħa iżjed għax il-pazjent l-ewwel irid jinħareġ u jitgħabba f'ambulanza, l-ambulanza tmur il-heliport ta' Għawdex, jitniżżel mill-ambulanza u jittela' fil-helicopter, il-helicopter ma jmurx l-Isptar Mater Dei imma jmur l-Isptar San Luqa jew Ħal-Luqa, minn hemm jerġa' jitniżżel u jitpoġġa f'ambulanza, l-ambulanza tieħdu l-Isptar Mater Dei, jerġa' jitniżżel mill-ambulanza u finalment jiddaħħal fl-isptar!", "Kważi kważi jaqblilhom iġibuh bil-vapur!", "Jekk verament jinteressana mis-saħħa tal-Għawdxin, l-ewwel u qabel kollox, u llum qabel għada, bi ftit investiment – dan ma rridux xi miljuni kbar – għandna nagħmlu helipad fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kif kien hemm u tneħħa, għax minfloku qed tinbena l-iskola ta' Barts!", "Alla jbierek ma sabux post alternattiv.", "Fir-rigward ta' dak tal-Isptar Mater Dei, dan kien tneħħa meta tlesta l-Isptar tal-Onkoloġija u għalkemm qalu li se jsibu post altenrattiv, baqa' ma nstabx.", "Aktar ma jdumu ma jsibu soluzzjoni, aktar juru li jiġu jaqgħu u jqumu mis-saħħa tal-Għawdxin.", "Dan kollu jorbot mal-iżball kardinali li sar meta ġie privatizzat l-uniku sptar li għandna f'Għawdex.", "Bħala Oppożizzjoni konna, għadna u nibqgħu mhux kontra l-privat fil-qasam tas-saħħa, biex ma ninftihemx ħażin.", "Aħna kontra li jiġi privatizzat l-uniku sptar li kien hemm f'Għawdex.", "Li l-privat jiġi u jiftaħ sptar ieħor f'Għawdex by all means, anzi nagħmlulu l-ilma jiżfen biex isir hekk, imma mhux li ma jibqax sptar pubbliku wieħed f'Għawdex kif ġara.", "Meta ġie ffirmat il-ftehim mal-Vitals Global Healthcare u saret il-privatizzazzjoni tgħidx kemm wegħduna affarijiet sbieħ.", "Fit-18 ta' Marzu tal-2015, tliet snin u nofs ilu, saret konferenza stampa li għaliha attenda nofs il-Kabinett.", "Din saret iż-Żebbuġ Għawdex, fejn kien hemm il-Prim Ministru, il-Ministru Fearne, il-Ministru Konrad Mizzi – dak li pprivatizza l-isptarijiet – il-Ministru Anton Refalo li dak iż-żmien kien Ministru għal Għawdex, il-Ministru Chris Cardona u l-Ministru Evarist Bartolo.", "Morru sibu l-gazzetti ta' dakinhar u taraw ir-ritratt.", "Kien hemm nofs il-Kabinett għal din il-konferenza stampa fejn ħabbrulna li se jipprivatizzaw l-isptar, se tidħol kumpanija privata u fi żmien sentejn se tagħtina sptar ġdid ta' 400 sodda.", "Minn dakinhar għaddew tliet snin u nofs u l-isptar il-ġdid mhux talli għadu ma tlestiex, talli ma tpoġġietx ġebla li hi ġebla.", "Lanqas applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar konkluża m'hemm biex jinbena dan l-isptar.", "Dakinhar, apparti l-ħafna wegħdiet li għamlulna, il-Ministru Fearne, li dakinhar kien Segretarju Parlamentari resposabbli mill-qasam tas-saħħa, qalilna li qed nassistu to the writing of a new page u hekk kien, għax tliet snin u nofs wara l-privatizzazzjoni għandna sptar bla konsulenti f'Għawdex!", "Dik żgur li hija paġna ġdida.", "Għandna nuqqas enormi għax il-konsulenti li hemm fl-isptar qegħdin jitilqu u sptar bla konsulenti xi sptar hu?!", "Min se jiddeċiedi fuq il-pazjenti?", "Min se jgħid lill-pazjent x'għandu jingħatalu?", "Il-mistoqsija l-kbira hija kif il-konsulenti Għawdxin qegħdin jitilqu mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex meta sa ftit tas-snin ilu kienu kważi jiġġieldu biex jaħdmu Għawdex!", "Illum bil-maqlub.", "Illum il-konsulenti Għawdxin wieħed wieħed, inkluż eks Segretarju Parlamentari tal-Partit Laburista, qed jitilqu mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bil-konsegwenza li għandna sptar b'ħafna konsulenti neqsin.", "Paġna ġdida wkoll għax ir-Radiology Department ilu bla radiologist għal xhur sħaħ kull meta dan ikun indispost.", "Kif jista' jkollok sptar fejn ir-Radiology Department, li rrid ngħid li sar b'investiment minn Gvern Nazzjonalista b'fondi tal-Unjoni Ewopea, ikun għal ħafna ħin bla radiologist?!", "Paġna ġdida hija wkoll meta toħroġ tiftaħar li se jinfetaħ anatomy centre għall-istudenti barranin ta' Barts u mbagħad meta tmur fuq il-post tinduna li kulma għamlu huwa li qed jużaw il-binja li nbniet mill-Gvern Nazzjonalista bejn l-2008 u l-2013 biex isservi bħala Child Development Centre li minnu jingħataw is-servizzi tas-saħħa lit-tfal Għawdxin!", "Biex inbniet din il-binja totalment ġdida konna nfaqna €1.2 miljun mill-fondi ta' Eko-Għawdex, imbagħad jiġi dan il-Gvern u minflok mhu qed jużaha bħala Child Development Centre se jagħtiha lil Barts biex jagħmlu anatomy centre meta la hemm pjan u lanqas post biex jinqdew it-tfal Għawdxin.", "Hekk qed jiġu stmati l-Għawdxin fil-qasam tas-saħħa.", "Paġna ġdida wkoll fil-qasam tat-testijiet tad-demm riferuti minn tobba li ma jaħdmux fl-isptar.", "Paġna ġdida wkoll li tiltaqa' ma' tobba u jgħidulek li jekk tħoss xi ħaġa trid taqbad il-karozza u tibqa' sejjer dritt lejn l-Isptar Mater Dei!", "Għiduli intom x'fiduċja jibqagħlek meta tara dan kollu?", "U nista' nkompli nsemmi imma m'għandix il-ħin.", "Nappela lill-Ministru Fearne biex ma jħallix il-qasam tas-saħħa f'Għawdex jiddeterjora.", "Huwa faċli li tagħmel il-wegħdi.", "Ara f'dan il-Baġit ma smajna assolutament xejn fuq il-qasam tas-saħħa f'Għawdex.", "Lanqas il-bini tal-isptar il-ġdid ma reġa' ġie mwiegħed għax issa se nidħlu fil-ħames sena li suppost beda jinbena meta lanqas biss għadha tpoġġiet ġebla li hi ġebla fih!", "Jien nemmen li l-Ministru Fearne hu konvint li sar żball meta l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġie privatizzat u għalkemm dak l-iżball m'għamlux hu imma għamlu l-Ministru ta' qablu, xorta għadu fil-ħin biex jirranġah.", "Jekk mhux se jirranġah, Sur President, is-sitwazzjoni se tkompli sejra għall-agħar.", "Sur President, nappella wkoll lill-Ministru għal Għawdex, lis-Segretarju Parlamentari Camilleri u lill-Eks Ministru Anton Refalo biex ma jkunux parteċipi f'cover-up fejn tidħol is-saħħa tal-Għawdxin.", "Jista' jkun li tkellmu internament fuq is-sitwazzjoni u jista' jkun li tkellmu internament biex ma jiġix privatizzat l-uniku sptar li għandna f'Għawdex u naf li meta jitkellmu one-to-one mal-Għawdxin jgħidu li ma jaqblux ma' dak li ġara fil-qasam tas-saħħa f'Għawdex, imma issa wasal il-mument li biex ma jibqgħux jiġru aktar inċidenti gravi, iridu jitkellmu apertament.", "Bħala Għawdxin, tridu tqumu u tpoġġu s-saħħa tal-Għawdxin, is-saħħa tagħkom, kollegi tan-naħa tal-Gvern, tal-familji tagħkom u tal-ħbieb tagħkom l-ewwel u qabel kollox.", "Nispera li dawn l-appelli ma jaqgħux fuq widnejn torox.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – FESTINI, PARTIES, RIĊEVIMENTI, IKLIET U XIRI TA' ALKOĦOL – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – FESTINI, PARTIES, RIĊEVIMENTI, IKLIET U XIRI TA' ALKOĦOL – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hi responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "HELENA DALLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – FESTINI, PARTIES, RIĊEVIMENTI, IKLIET U XIRI TA' ALKOĦOL – NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif minn meta l-entitajiet inkwistjoni ġew taħt ir-responsabbiltà tiegħi.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 li saru s-sena l-oħra mqassma skont il-problema preżentata?", "Kemm hemm linji tat-telefon biex jitmexxa dan is-servizz tant importanti?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi fil-preżent hemm żewġ linji tat-telefon biex ikun jista' jitmexxa dan is-servizz.", "Is-Supportline 179 kellu 8,899 telefonata ġenwina matul is-sena 2017.", "It-telefonati huma mqassmin hekk kif ġej:", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27114 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew segwiti mill-professjonisti matul l-2017 u f'liema Ċentri kienu dawn il-każijiet?", "X'tip ta' każijiet kellhom dawn it-timijiet multidixxiplinarji?", "X'għandhom jagħmlu l-familji li jixtiequ jagħmlu użu minn dawn il-professjonisti?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellantli illi l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali matul l-2017 impjegat 13-il professjonist sabiex jaħdmu fil-Home Based Therapeutic Services (HBTS).", "Sal-aħħar tas-sena 2017 kien hemm 21 professjonist jaħdmu fis-servizz.", "Dawn il-professjonisti ħadmu minn dawn iċ-Ċentri:", "· Għargħur – Ċentru LEAP", "· Għajnsielem Għawdex – Ċentru tas-servizzi tal-FSWS f'Għawdex", "L-għan ta' dan is-servizz huwa li nipprovdu għajnuna terapewtika lill-familji 'multi-stressed' fil-komunità tagħhom.", "Fl-2017 ġew riferuti 81 każ ġdid għas-servizz tal-HBTS.", "F'din l-istess sena s-servizz ħadem b'kollox ma' 111-il familja, li jikkonsistu minn 321 individwu.", "Dawn il-familji kellhom diversi problemi kumplessi relatati ma' faqar, vizzji ta' droga, xorb eċċessiv, vjolenza fil-familja, problem ta' saħħa mentali u riskju li t-tfal jitneħħew mill-familji naturali tagħhom.", "Il-familji li ħadmu magħhom il-professjonisti tal HBTS ġew riferuti minn diversi servizzi oħra, fosthom:", "Biex wieħed ikun jista' jagħmel użu minn dan is-servizz il-familji jridu jkunu qed jiġu segwiti minn social workers fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta' respite u x'joffri dan is-servizz lil min jużah?", "X'għandu wieħed jagħmel biex japplika għal dan is-servizz?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi s-servizz ta' respite jingħata minn dawn id-Dipartimenti u Entitajiet: id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità; ir-Residenza San Vinċenz de Paule; l-Aġenzija Sapport u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali.", "L-iskop tas-servizz ta' respite jvarja f'dawn l-erba' entitajiet.", "L-għan ta' dan is-servizz fil-qasam tal-anzjani huwa li jipprovdi servizz lill-familji li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom fid-dar, bl-iskop li min jieħu ħsieb l-anzjani b'mod informali jkun jista' jieħu ftit ħin ta' mistrieħ.", "L-informazzjoni dwar is-servizzi ta' respite mgħotija mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tista' tinkiseb mis-sit www.activeageing.gov.mt.", "Filwaqt illi l-applikazzjonijiet ta' respite huma f'idejn id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, il-Faċilita` għall-Kura fit-Tul San Vinċenz De Paule tara li tirriserva żewġ sodod għal respite.", "Is-servizz ta' respite mogħti mill-Aġenzija Sapport iservi sabiex joffri perjodu stipulat u mhux fit-tul ta' mistrieħ lill-persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom.", "Familjari ta' persuni b'diżabilità jagħmlu użu minn dan is-servizz ukoll f'każijiet fejn għal xi perjodu ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb il-membru tal-familja b'diżabilità, bħal fil-każ ta' sptar u safar.", "Familjari ta' persuni b'diżabilità li jkunu qed jirċievu servizzi oħra mill-Aġenzija Sapport jiġu ggwidati sabiex jaċċessaw is-servizz ta' respite provdut minn dawn l-organizzazzjonijiet, skont il-bżonn.", "Is-servizz ta' respite fostering fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ huwa servizz li jingħata lill-ġenituri jew kustodji legali li għal raġunijiet speċifiċi, ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb lil uliedhom jew lill-minuri fil-kustodja tagħhom għal perjodu qasir ta' żmien.", "Ir-raġunijiet jistgħu jkunu diversi, bħal pereżempju l-ġenitur jew kustodju legali jkollu bżonn jiġi rikoverat l-isptar iżda ma jkollux sapport familjari.", "Dan is-servizz jingħata wkoll lill-ġenituri jew kustodji legali li jkollhom bżonn jakkumpanjaw lil xi wild għal trattament mediku barra minn Malta.", "Hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn dan is-servizz jingħata lill-foster carers li minħabba n-natura tal-każ tal-minuri li jkunu qed jieħdu ħsieb, ikun importanti li jingħataw sapport minn familja oħra għal perjodu qasir ta' żmien.", "Għal informazzjoni aktar speċifika dwar is-servizz ta' respite fostering wieħed għandu jagħmel kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ minn fejn ikun jista' jiġi assistit mill-ħaddiema soċjali responsabbli minn dan il-qasam.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social mentors f'kull Family Resource Centre?", "X'inhuwa l-irwol tagħhom u jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu impjegati aktar social mentors biex jaħdmu fost il-familji fil-bżonn?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu dwar is-social mentors diġa kien ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6706, magħmula mill-istess Onor. Interpellant ftit tal-ġranet ilu.", "L-FSWS tingaġġa social mentors b'mod regolari, skont il-volum tax-xogħol illi jkun hemm u flimkien ma' professjonisti oħra b'mod multidixxiplinarju.", "ĊENTRU LEAP – GĦAJNUNA LIL PERSUNI BI PROBLEMI TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31246 tat-12-il leġiżlatura u 2567 ta' din il-leġiżlatura, jista' l-Ministru jagħti tweġiba dwar il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jafu bihom l-impjegati taċ-Ċentri Leap u x'qiegħed isir biex dawn il-persuni jiġu megħjuna?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "DAR KENN GĦAL SAĦĦTEK – PAZJENTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz Dar Kenn Għal Saħħtek minn mindu twaqqfet?", "Kemm ingħataw fondi mill-Ministeru/Gvern biex dan is-servizz ikun jista' jkompli jiffunzjona?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi n-numru ta' visti sa mill-ftuħ ta' Dar Kenn Għal Saħħtek, jiġifieri minn Mejju tal-2014 sa Awwissu tal-2018, kien ta' 10, 715.", "Mill-2014 sal-2018 ingħataw €2,325,459 f'fondi mill-Ministeru sabiex dan is-servizz ikun jista' jkompli jiffunzjona.", "GĦAWDEX – TAQSIMIET F'DIPARTIMENTI TAL-GVERN FEJN IX-XOGĦOL TA' BACK OFFICE ISIR F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid mill-1998 sal-lum, maqsmuma sena b'sena, kemm tniżżlu minn Malta lejn Għawdex taqsimiet ta' xogħol ta' back office u tgħid f'liema sena tniżżlu?", "X'inhu x-xogħol ta' kull taqsima ta' back office?", "Kemm kien in-numru ta' impjegati f'kull taqsima fl-ewwel ġurnata li bdiet topera f'Għawdex u kemm hu n-numru ta' impjegati f'kull taqsima llum?", "X'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil fin-numru ta' impjegati f'kull każ?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX – BINI TA' QORTI ĠDIDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5456, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdida f'Għawdex?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret kif ukoll min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett, kif intgħażel u kemm tħallas s'issa?", "Tista' tgħid meta hu ppjanat li din il-Qorti ġdida tibda tiffunzjona?", "Interpellant li peress li l-perit tal-Ministeru li kien inkarigat mill-proġett ħareġ b'unpaid leave ġie maħtur perit magħżul wara li ħarġet expression of interest.", "Wara li saret il-konsultazzjoni pubblika, ġew riveduti il-pjanti u ġiet sottomessa l-applikazzjoni li għadha fi stadju ta' tracking number.", "GĦAWDEX – ĦADDIEMA FIT-TAQSIMA TA' EKO-GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fit-Taqsima ta' Eko-Għawdex kemm hemm ħaddiema u x'inhu l-grad tagħhom?", "Tista' tgħid kemm-il proġett sar mit-Taqsima ta' Eko-Għawdex matul is-sena 2018 u x'hemm ippjanat sal-aħħar tas-sena?", "Tista', f'kull każ, tgħid kemm intefqu flus fuq kull proġett jew inizjattiva?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "GĦAWDEX – BINI TA' YACHT MARINA U CRUISE LINER TERMINAL ĠODDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'sar minn waħda mill-wegħdiet prinċipali għal Għawdex li saret aktar minn ħames snin ilu u li ssemmiet kważi f'kull baġit li sar mill-Gvern preżenti, ċjoè dik ta' yacht marina u cruise liner terminal ġodda f'Għawdex?", "Meta huma mistennija li jkunu lesti dawn il-proġetti meħtieġa għal Għawdex?", "X'inhu jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex dawn isiru?", "Interpellant li l-Ministeru, tramite l-Privatisation Unit, qed jistenna l-eżitu ta' diskussjonijiet bejn il-proponent u terzi.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – IMPJEGATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati fl-aħħar ta' kull sena, f'kull taqsima jew uffiċċju ta' kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u n-numru ta' impjegati f'kull grad?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – INGAĠĠ TA' PERITI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum, kemm ġew ingaġġati periti ġodda mal-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' tgħid fl-istess perjodu kemm minnhom ingħataw promozzjonijiet u kemm hemm ippjanati li jidħlu periti ġodda fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum ġew ingaġġati tliet periti ġodda.", "Dawn daħlu fis-snin 2013, 2016 u 2017 rispettivament.", "Fl-istess perjodu ma kien hemm ħadd minnhom li ngħata promozzjoni.", "F'Settembru 2018 ħarġet sejħa għal ingaġġ ta' periti ġodda.", "KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA FIL-KONFRONT TA' MEMBRU TAL-KORP TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tal-membru tal-Korp tal-Pulizija lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-każ kontra l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament għadhom pendenti għal raġunijiet mediċi.", "KAĊĊATURI MRESSQA L-QORTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu kaċċaturi l-Qorti matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi n-numru ta' kaċċaturi li tressqu l-Qorti, sena b'sena, mis-sena 2017 sal-aħħar ta' Settembru 2018 kien kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt, u cjoè erbgħin (40) fis-sena 2017 u ħdax (11) fis-sena 2018.", "Ir-reati li tressqu fuqhom dawn il-persuni kienu fuq artikli relatati mal-provedimenti tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 549.42 dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi.", "Fejn il-każ ġie deċiż, il-pieni li ngħataw kienu jikkonsistu f'multi – multi b'sospensjoni tal-liċenzja u kien hemm każi fejn ġew konfiskati l-oġġetti esebiti u xi drabi anke l-armi.", "PERSUNI LI NGĦATAW IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017, u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?", "JOSEPH MUSCAT: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li huwa ​obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena.", "Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA – DIRECT ORDER", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – DIRECT ORDER", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u tal-kumpanija li lilha ngħatat, matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – IMPJEGATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mit-twaqqif tagħha fis-sena 2018?", "Jista' jagħti l-kariga u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu kull impjegat mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab nfurmat li fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza hemm 24 impjegat fil-karigi kif ġej:", "Numru minn dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu fl-MRVA fl-2016 meta bdiet tiffunzjona taħt il-kappa ta' Identity Malta.", "Permezz tal-Avviż Legali 97 tal-2018 dawn l-impjegati ta' Identity Malta ġew kollha fuq il-kotba tal-MRVA.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta – Expression of interest – Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-inizjattiva hix abbinata mal-pożizzjoni ta' Head (Corporate Services & ICT) li Heritage Malta beħsiebha toħroġ fil-futur qarib?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat li dawn l-inizzjattivi u l-pożizzjoni ta' Head ICT & Corporate Services mhumiex relatati.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġitx sejħa għal Head (Corporate Services & ICT) mal-Heritage Malta, u jekk ġietx ingaġġata persuna għal dan il-post, u jekk fil-pożittiv min hija din il-persuna?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li ma ħarġitx sejħa għal din il-pożizzjoni u sa issa l-ebda persuna ma ġiet ingaġġata f'dan il-post.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta – Expression of interest – Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu u jekk hux diġà nħarġu direct orders relatati mal-avveniment Taste of History and Events u jikkonferma jekk hux diġà ġie avviċinat xi kuntrattur sabiex jiġu esplorati possibbiltajiet li jinħareġ direct order abbinat ma' dawn l-attivitajiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li mhux fil-ħsieb li HMSL tagħti direct orders sabiex isiru dawn l-avvenimenti iżda ma neskludix li dan jista' jsir skont l-esiġenza.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum – Expression of interest – Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm ħsieb li din l-expression of interest tinħareġ ukoll għas-settur pubbliku u jekk hux diġà inħarġet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li ma kienx hemm il-ħsieb li din toħrog għas-settur pubbliku, iżda ma neskludix li dan ikun possibbli skont l-esiġenza.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum Expression of interest – Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-minuti relatati mad-deċiżjoni li tinħareġ din l-espressjoni ta' interess?", "Jista' jgħid min kien involut f'dawn il-laqgħat u deċiżjonijiet?", "OWEN BONNICI: Il-parti relatata mal-espressjoni ta' interess tinsab hawn taħt.", "Ninforma wkoll li għal din id-deċiżjoni kienu involuti d-diretturi kollha ta' HMSL.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta – Expression of interest – Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job descriptions relatati ma' kull job title imniżżel fl-Expression of Interest?", "OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' job descriptions relatati ma' kull job title imniżżel fl-Expression of Interest.", "AUBERGE D'ITALIE – MUŻEW TAL-ARTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema pożizzjoni wasal il-proġett sabiex l-Auberge d'Italie ġewwa Triq il-Merkanti l-Belt Valletta ssir mużew tal-arti?", "Jista' jinforma lill-Kamra kemm intefqu spejjeż s'issa?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-proġett wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u li s'issa intefqu aktar min €6 miljun minn fondi Ewropej.", "Kif diġà ntqal, dan il-Mużew se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu fil-ġimgħat li ġejjien.", "ĦAL TARXIEN – TRIQ IŻ-ŻEJTUN – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5399, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq iż-Żejtun f'Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?", "OWEN BONNICI: Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta.", "Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.", "Sadanittant sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali se jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.", "KUNSILL TAL-EWROPA – EUROPEAN CONVENTION ON SPECTATOR VIOLENCE AND MISBEHAVIOUR AT SPORTS EVENTS AND IN PARTICULAR FOOTBALL MATCHES – TRATTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 120 – European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches tiġi fis-seħħ?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess ta' konsultazzjoni dwar jekk Malta għandhiex tirratifika din il-Konvenzjoni għadu għaddej.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema pitturi qed jiġu preżentement restawrati mill-kollezzjoni li għandna?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-laboratorju tar-restawr tal-pitturi ta' Heritage Malta jirrestawra kostantement pitturi mill-mużewijiet kollha amministrati minnha.", "Madankollu l-enfasi tvarja skont il-proġetti ewlenin li jkunu għaddejjin.", "Għaldaqstant f'dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol fuq il-kollezzjoni ta' pitturi li se tkun esibita fil-mużew ġdid il-MUŻA, filwaqt li fis-snin li ġejjin l-enfasi se tkun fuq il-kollezzjoni ta' pitturi tal-Palazz tal-Gran Mastru, fost l-oħrajn.", "ESEBIZZJONI TAL-PITTURI LI JINSABU FL-ARKIVJI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-pitturi kollha li jinsabu fl-arkivji tagħna jiġu esebiti?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-ebda mużew ma jesibixxi l-pitturi kollha fi ħdan il-kollezzjoni tiegħu, għal għadd ta' raġunijiet, li fost l-oħrajn jinkludu spazju, kwalita' ta' studju, konservazzjoni u rotazzjoni ta' opri skont wirjiet temporanji skont il-każ.", "BELT VALLETTA – PALAZZO PARISIO – XOGĦLIJIET FIT-TIELET SULAR", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fl-hekk imsejjaħ Tielet Sular ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex l-uffiċini eżistenti jiġu refurbished."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181024_148d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hi responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux data rigward kemm mill-popolazzjoni Maltija, issofri mill-kundizzjonijiet tal-Anorexia jew Bulimja?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħda tagħmel l-Aġenzija Appoġġ kontra l-ġenitur/i li jħallu t-tfal iż-żgħar tagħhom waħedhom mingħajr superviżjoni waqt li huma jkunu qed jaħdmu?", "Kemm-il każ kien hemm matul dawn il-ħames snin li għaddew?", "Min jista' jieħu ħsieb it-tfal iż-żgħar meta l-ġenituri tagħhom ma jkunux id-dar?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma immigranti u/jew barranin li qed jieħdu kura fl-Isptar Monte Karmeli u jista' jgħid x'kundizzjonijiet qed ibatu minnhom?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali fl-Iskejjel tal-Istat?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi mis-sena 2013 sas-sena 2017?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fis-snin 2015, 2016 u 2017?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-priġunieri reġgħu saru reċidivi sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett biex second class water mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ jitwassal għand il-bdiewa Għawdxin?", "Jista' jgħid bħalissa kemm hemm bdiewa f'Għawdex li qed jibbenefikaw minn dan l-ilma u kemm-il kubu ta' ilma ntuża s'issa mill-bdiewa Għawdxin?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti lista tal-benefiċjarji minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mill-bidu tas-sena 2014 sal-lum?", "Kemm ingħata lil kull benefikant u għal-liema skop?", "Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm uffiċjali f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly?", "X'tip ta' miżuri kienu u f'liema grad huma l-uffiċjali li bbenefikaw minnhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm bħalissa hemm konsulenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jagħti lista ta' dawn il-konsulenti u f'liema qasam qed jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' jgħid minn dawn kemm huma full-time u kemm minnhom huma part-time?", "Jista' jgħid min qed iħallas għal dawn il-konsulenti?", "Jista' jgħid matul dawn l-aħħar tliet snin kemm kien in-numru ta' konsulenti li spiċċaw mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'kienet ir-raġuni f'kull każ għaliex dawn spiċċaw?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta għamlet użu minnhom minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw?", "Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati?", "Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz, ilhom jagħmlu dan?", "Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu?", "Kemm tħallsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati biex jipprovdu dan is-servizz l-ewwel darba?", "Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017?", "Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit?", "Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat?", "Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali?", "In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta bdiet taħdem mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-dati ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi u s-Segretarju tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5921 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu magħżula jew ġew diġà magħżula l-ħaddiema ta' Heritage Malta għal dan il-għan?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5920 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk individwi fi grad maniġerjali (li jinkludu senior executives, managers u principle curators/conservators) fi ħdan Heritage Malta hux se jkunu intitolati għal ħlas addizzjonali abbinat mal-attivitajiet ta' Heritage Malta?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5919 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' Heritage Malta li ma għandhomx aċċess għall-email, ma ġewx mgħarrfa b'din l-inizjattiva?", "Jista' jgħid għaliex din ma ħarġitx bil-lingwa Maltija wkoll?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5918 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-electricians ta' Heritage Malta qed ikunu mistennija li jagħmlu xogħol ta' waiters waqt l-attivitajiet?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5917 u jgħid min mill-ħaddiema ta' Heritage Malta għandu performance bonus relatat mas-suġġett ta' 'Taste of History and Events'?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-pożizzjoni ta' Chairperson u/jew membru tal-Malta International Contemporary Art Space, u jindika l-kundizzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-ħatra tagħha u anke jindika l-esperjenza u l-kwalifiki tagħha li ġew ikkunsidrati għal ħatra tagħha?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jelenka kemm saru pubblikazzjonijiet taħt il-Ministeru tul dawn l-aħħar sentejn u kemm ġew jiswew?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għall-avviż li qiegħed jidher fil-gazzetti bit-titolu \"Avviż importanti għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit\", jista' l-Ministru jindika f'liema gazzetti lokali u barranin qed jidher?", "Kif ukoll jista' jgħid kemm ġie jiswa sa issa u kemm persuni wieġbu għalih?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar l-għotja taċ-ċittadinanza lill-persuni ta' Ċittadinanza Maltija li kienu telqu mill-Eġittu lejn l-Awstralja?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fi Strada Żakkarija l-Belt?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fit-tielet sular f'Allied House l-Belt mill-Ministeru?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College, għas-sena skolastika 2018/2019?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Proġett JESS u meta kien twaqqaf?", "Kemm huwa twil dan il-kors ta' taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b'diżabilità?", "Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti ta' dan il-kors?", "Kemm kien hemm parteċipanti s'issa li nstabilhom impjieg?", "X'kienu l-impjiegi li nstabulhom dawn il-persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6593, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol taċ-Child Protection Investigation u kemm hemm professjonisti jaħdmu f'dan is-servizz?", "Kemm ilhom pendenti l-każijiet li hemm indikat f'din ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6469, jista' l-Ministru jgħid mill-513 familja li joqogħdu Wied il-Għajn, kemm huma anzjani u li qed jibbenefikaw minn xi waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel mill-Gvern?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li huma taħt kura psikjatrika?", "Kemm hemm priġunieri li qegħdin fit-Taqsima Forensika ta' Mount Carmel?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jattendu regolarment f'kull Ċentru ta' Matul il-Jum?", "X'etajiet għandhom u minn liema lokalità ġejjin?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Peress li l-media kemm dik internazzjonali kif ukoll nazzjonali rraportaw li fil-qrati ntqal li persuna appuntata bħala person of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, biegħet medical visas u li l-Ambaxxati ta' Tripoli u tal-Alġerija kienu involuti wkoll, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar dan?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il passaport Malti ntilef fis-sena 2015, 2016 u 2017 għal kull sena?", "Kemm huma dawk il-persuni li tilfu l-passaport darbtejn, tliet darbiet jew aktar drabi minn hekk, mis-sena 2012 sal-2017 (perjodu ta' ħames snin)?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Peress li l-Europol arrestat 79 persuna fi Spanja wara ħidma internazzjonali bejn Franza, l-Italja, Malta, Spanja u l-Portugal dwar allegat involviment ta' traffikar illegali ta' tonn aħmar fl-Ewropa li jkun inqabad f'ibħra Maltin u Taljani, jista' l-Ministru jgħid x'kien eżatt l-involviment tal-Pulizija Maltija?", "X'prekawzjonijiet se jittieħdu mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex dan ma jseħħx aktar?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-complement tal-paramedicals tal-ambulanzi li jaqgħa bħala pre-hospital?", "Kif inhuma maqsuma bħala organizzazzjoni?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, baqar u nagħaġ, jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sussidju li jkollhom fuq id-dawl u l-ilma?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' xarabank li bħalissa qed jintużaw ta' kuljum bħala trasport pubbliku f'Malta?", "Kemm-il xarabank minn din il-flotta nxtrat ġdida fis-sena 2017 u kemm fis-sena 2018 s'issa?", "Kemm-il xarabank minn din il-flotta ġiet skrepjata fis-sena 2017 u fis-sena 2018 s'issa?", "Kemm jaħdmu sewwieqa tax-xarabank mat-trasport pubbliku?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'sistema teżisti fi ħdan ir-responsabilità tal-Ministeru rispettiv, sabiex ikun jista' jagħmel spot checks u spezzjonijiet oħra relatati ma' sorveljanza fuq ix-xiri u trasport ta' prodotti tal-laħam li jaslu f'Malta bil-katamaran jew mezzi ta' trasport ieħor, sabiex ikun garantit li f'pajjiżna ma jidħlux prodotti li ma jkunux ta' standard sodisfaċenti għas-sigurtà u s-saħħa tal-konsumatur?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7206, jekk ikun hemm talba urġenti għal għajnuna lill-pulizija jew entitajiet oħra li għandhom jgħinu f'stat ta' emerġenza, kif ikkordinati mill-proċess ta' għajnuna b'urġenza taħt in-numru 112, f'każ li t-talba ta' emerġenza tkun relatata ma' dħul ta' insetti bħal żnażan li jkunu qed joħolqu periklu għal min ikun jiffrekwenta l-premises jew tista' tkun dar residenzjali, jista' l-Ministru jgħid għaliex din it-talba ma tkunx iżjed koordinata bl-urġenza mill-pulizija? (dan jista' jwassal għal dewmien fl-għoti tal-għajnuna li tkun urġenti)", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ħlas li sar mill-Ministeru rispettiv għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq li għaddej f'pajjiżna fejn dan il-proġett ta' twessigħ ta' toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li qed ikunu parti minn dan il-proġett?", "Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta' triq?", "Jista' jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b'direct order jew kienx magħżul b'tender?", "Jista' jgħid ukoll għal kull parti ta' triq li hija parti minn dan il-proġett ta' twessigħ, għal liema toroq kien hemm permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u għal liema toroq sar ix-xogħol ta' twessigħ bla permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-SME park li jaqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid:", "a. min ħa t-tender jew id-direct order biex jibni l-SME park;", "b. kif se jitħallas min ħa l-inkarigu li jibni dan l-SME park;", "c. jekk kienx proċess ta' tender jew direct order;", "d. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta' SMEs f'dan il-park;", "e. x'kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista' japplika għal post f'dan il-park; u", "f. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f'dan il-park għall-SMEs f'Għawdex?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7224, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7209, jista' l-Ministru jgħid, fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq fejn tali proġetti bdew mill-Ministeru rispettiv (mal-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum);", "a. kemm-il biċċa raba' ġiet mittiefsa bħala numru f'kull triq li qed tiġi mwessgħa minn dan il-Ministeru;", "b. jgħid ma' min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba' li qed tiġi mittiefsa;", "c. jgħid x'kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens għal kull biċċa art li qed tiġi mittiefsa u meħuda bil-proġett ta' twessigħ ta' toroq li qed jagħmel dan il-Ministeru?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-eks ħaddiema tal-Gas Board (li fl-1977 ġiet tagħmel parti mill-Enemalta) jingħataw kumpens finanzjarju?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid għal kemm jammontaw l-eks ħaddiema tal-Gas Board li effetivament jintlaqtu mill-possibilità ta' kumpens?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315, fejn saret talba biex jingħad kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals kif ukoll kemm hu n-numru ta' dawk li ġew ingaġġati, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post, u peress li fit-tweġiba ngħad biss kemm ġew ingaġġati f'kull post, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-informazzjoni l-oħra u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, minn Jannar 2012 sa Settembru 2018?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk reċentement kienx hemm tibdil fir-rotot 81, 84, u 206 tat-Trasport Pubbliku, marbut mal-passaġġ tal-istess rotot mil-lokalità tal-Fgura?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2019 (L-Ewwel Jum Imħolli kollu għall-Oppożizzjoni).", "26 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "Skont ftehim milħuq din is-seduta se tixxandar b'mod dirett fuq it-televiżjoni mill-PBS u se tixxandar ukoll bil-lingwa tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ.", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru, 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPE,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar ir-Rapport Annwali u r-Rapport fuq l-Attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2017, u l-Landscape Review: Putting EU Law into practice.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 58 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "26 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181029_149a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 29 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 148, li saret fl-24 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): L-informazzjoni qed tinġabar.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem, tħabbar il-programm ta' riġenerazzjoni għall-Kottonera.", "Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra dwar fiex se jkun qed jikkonsisti dan il-proġett?", "Wara li tħabbret din l-istrateġija, x'se jkun il-pass li jmiss?", "OWEN BONNICI: Sur President, huwa ta' sodisfazzjon li f'din il-Kamra qed nwieġeb dwar din il-mistoqsija.", "Dan għaliex, fejn tidħol riġenerazzjoni, aħna għandna diġà esperjenza ta' riġenerazzjoni ta' parti mill-pajjiż li hija għall-qalb kulħadd, li hija l-Belt Valletta.", "Nemmen li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li jekk kien hemm żona fil-pajjiż li fl-aħħar snin tiġi riġenerata mill-qiegħ, hija proprju l-Belt Valletta.", "Għalhekk, aħna nistgħu nibnu fuq din l-esperjenza li kellna sabiex nirriġeneraw żona oħra f'dan il-pajjiż, li hija l-Kottonera.", "Jekk hemm żona li tixbah ħafna lill-Belt Valletta hija l-Kottonera, fis-sens li tagħti fuq il-Port bħalma tagħti l-Belt Valletta, għandha dimensjoni storika bħalma għandha l-Belt Valletta u hija intimament konnessa mal-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann bħall-Belt Valletta.", "Hemm ħafna similitudnijiet u tixbihat.", "Naħseb li meta rajna dak li għamilna fil-Belt Valletta, stajna mbagħad nagħmlu l-istess ħaġa fejn tidħol il-Kottonera.", "Għalhekk, ittieħdet id-deċiżjoni li jkun hemm persuna inkarigata minn din ir-riġerazzjoni, li huwa l-Onor.", "Glenn Bedingfield, li nsellimlu minn hawnhekk, li immedjatament daħal f'taħdidiet ma' diversi awtoritajiet.", "Dan il-proġett huwa riżultat ta' ħafna xogħol li sar ma' diversi entitajiet, fosthom mal-Planning Authority (PA), fejn insellem lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius, li hu wkoll mill-Kottonera, li tana kontribut importanti.", "Insellem lill-Ministru Ian Borg u lis-Sur Johann Buttigieg, li huwa ċ-Chairperson tal-PA, li flimkien għamilna biċċa xogħol tajba ħafna.", "Ninsab konvint li aktar ma dan il-pjan jidħol fis-seħħ, aktar ir-residenti tal-Kottonera se jkunu qed jaraw il-ġid li joħroġ minn dan il-pjan.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, matul din is-sena, kien hemm diversi inizjattivi mill-Ministeru li jaqa' fir-responsabbiltà tal-Ministru biex ngħinu lill-għaqdiet kulturali, speċjalment soċjetajiet mużikali, każini tal-baned u għaqdiet pirotekniċi.", "Għas-sena d-dieħla, il-Ministeru qiegħed jaħseb f'xi inizjattivi dwar kif se nkunu qed ngħinu lill-għaqdiet mużikali, speċjalment dawk fin-naħa t'isfel ta' Malta?", "OWEN BONNICI: Sur President, qabel ma nirrispondi għal din il-mistoqsija, nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Hermann Schiavone, għaliex flimkien, jien u hu, ħdimna fuq Liġi li għandha l-għan li tgħin lill-każini tal-baned meta jkunu ffaċċjati b'kawża fil-Qorti fuq żgumbrament.", "L-Onor.", "Interpellant kien ta' għajnuna kbira biex ikollna kunsens f'dan il-Parlament dwar din il-Liġi.", "Fil-fatt, ftit tal-jiem ilu, doqna għall-ewwel darba l-benefiċċju ta' din il-Liġi, meta l-banda Stella Maris ta' Tas-Sliema ġiet litteralment salvata abbażi tal-Liġi l-ġdida li aħna daħħalna fis-seħħ.", "L-ikbar konfort tiegħi huwa li meta għamilna din il-Liġi kien hawn kunsens taż-żewġ naħat.", "Però, ix-xogħol li għamilna biex immexxu 'l quddiem il-każini tal-baned ma kienx biss fir-rigward ta' dik il-Liġi, imma anke bi skemi apposta li ħriġna.", "Mhuwiex biss il-Ministeru tiegħi li joħroġ skemi għall-għajnuniet tas-soċjetajiet mużikali.", "Insemmi, pereżempju, il-Ministru Helena Dalli li tgħin fejn jidħlu l-organizzazzjonijiet volontarji.", "Insemmi lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima li bl-istess mod, jgħin fit-tagħlim tal-mużika kif ukoll lil lis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis, li qed jipprova joħloq il-konċett ta' festi inklużivi.", "Kif tista' tara, il-Gvern kollu jipprova jgħin lis-soċjetajiet mużikali.", "Min-naħa tal-Ministeru tiegħi, aħna ngħinu fuq żewġ livelli; l-ewwel nett, aħna ngħinu fejn jidħol restawr ta' affarijiet patrimonjali.", "Kif nafu, il-każini mimlijin b'affarijiet storiċi, fejn aħna ngħinu billi nagħtu l-għajnuniet biex isir ir-restawr.", "It-tieni nett, ngħinu wkoll fejn jidħlu l-fondi speċjalizzati.", "Pereżempju, jekk inti għandek il-fond biex jgħin lill-artisti jsiefru barra minn Malta, sintendi l-bandisti japplikaw u jieħdu fondi biex isiefru wkoll.", "Jekk għandna skema biex ngħinu lill-artisti tagħna fil-proġetti kbar, bħalma hija l-Arts Fund, jistgħu japplikaw il-baned ukoll biex jieħdu l-għajnuniet minn dan il-fond.", "L-aħħar niċċa ta' għajnuna li nagħtu hija fir-rigward tal-kmamar tan-nar.", "Forsi wieħed jgħidli li l-mistoqsija kienet fuq il-baned u mhux fuq il-kmamar tan-nar.", "Però, nafu li dawn huma intimament konnessi u hawn xi kmamar tan-nar li huma proprjetà tal-każini mużikali.", "L-Onor.", "Interpellant jaf daqsi x'qed ngħid!", "Dawn ukoll ingħataw għajnuniet u jien kuntent ħafna li fil-Baġit li nqara l-ġimgħa l-oħra, hemm line item apposta għall-għajnuniet biex insaħħu s-sigurtà fil-kmamar tan-nar.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se nkomplu għaddejjin bir-ritmu li qbadna s-sena l-oħra biex ngħinu aktar lill-għaqdiet mużikali Maltin sabiex ikomplu jagħmlu l-ġid f'dan il-pajjiż.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Rigward il-Qrati, hemm sfida li ilha għaddejja għexieren ta' snin.", "Meta naslu fl-istadju ta' appell superjuri, li huwa appell bi tliet imħallfin, fejn solitament ikun ippresedut mill-Prim Imħallef u jkun hemm appelli mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ħafna drabi, l-appell idum tliet snin jew aktar biex jiġi appuntat l-appell.", "Dan l-aħħar, l-eks Prim Imħallef tkellem dwar is-saltna tad-dritt, però nesa dan il-punt importanti.", "Persuna li tkun għamlet suċċess u rebħet kawża, trid tagħmel tliet snin jew aktar biex jinqata' appell.", "Din hija xi ħaġa relatata mas-saltna tad-dritt, għax tolqot lin-nies.", "Naf li l-Ministru daħal f'din is-sitwazzjoni u qed jipprova jindirizzaha.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward biex inserrħu ras in-nies li meta tinqata' sentenza, l-appell ċivili ma jdumx tliet snin biex jiġi appuntat?", "OWEN BONNICI: Sur President, se nagħmel żewġ punti.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li l-Onor.", "Interpellant għandu raġun!", "Fil-fehma tiegħi, fis-settur ċivili, irnexxielna ntejbu drastikament l-effiċjenza kullimkien.", "Biss, fejn jidħlu l-appelli superjuri, għad fadal x'nagħmlu.", "It-tieni nett, irrid nikkwalifika ftit dak li qed jgħid l-Onor.", "Mhux kull appell superjuri jdum tliet snin.", "Hemm appelli superjuri li għandhom indoli kostituzzjonali, bħal kawżi tad-drittijiet tal-bniedem, li jgħaġġlu, tant li llum kellna kawża deċiża f'dan ir-rigward.", "Mhux il-ħsieb tiegħi li nidħol fil-meritu tal-każ, għaliex fejn jidħlu sentenzi tal-Qrati, kemm jista' jkun, nipprova ma nikkummentax.", "Ħafna drabi, il-ġurnalisti jistaqsuni dwar sentenzi tal-Qorti u kull darba ngħidilhom li jien irrid noqgħod attent kif nitkellem.", "Però, nista' ngħid li llum, kellna sentenza tal-Qorti Kostituzzjoni bi tliet imħallfin ta' każ li mhux inqata' tliet snin ilu, imma tliet snin ilu, lanqas biss kien beda!", "Hemm ħafna kawżi fejn l-appell ma jdumx tliet snin bħal, pereżempju, ftit ilu, kellna kawża relatata mal-finanzjament tal-partiti.", "Hemm ukoll il-kawżi li ngħidulhom fast track, bħal separazzjonijiet ċivili, kawżi ta' appelli tal-fondi Ewropej u proġetti kapitali, fost l-oħrajn.", "Dawn kollha huma appelli superjuri li jgħaġġlu.", "Hawn nixtieq nirringrazzja lill-imħallfin li jpoġġu fil-Qorti tal-Appell Superjuri, li fejn jidħlu l-kawżi fast track, dawn verament qed jgħaġġlu!", "Kull Ministru, b'xi mod, għadda minn tali esperjenza, f'kawżi ta' tender tal-Unjoni Ewropea jew fondi.", "Kollha jgħidulek li s-sistema qed taħdem u f'erba' xhur ikollhom sentenza.", "Il-problema hija fil-kumplament tal-kawżi.", "Għandna din is-sistema fejn dak li huwa fast track għaddej b'ritmu mgħaġġel, però qed iħallas għalih dak li mhux fast track li qed ikollu jistenna.", "Din hija inġustizzja!", "X'għamilna aħna biex nipprovaw insewwu din l-inġustizzja, Sur President.", "Ħloqna sede oħra tal-Qorti tal-Appell Superjuri.", "Illum, minflok ma hemm żewġt ikmamar tal-Qorti tal-Appell Superjuri, issa għandna tlieta.", "L-innovazzjoni hija li t-tielet sede tal-Qorti tal-Appell Superjuri ma jippresedihiex il-Prim Imħallef.", "Dan għaliex il-Prim Imħallef għandu limitu ta' kemm jista' jisma' seduti.", "Ovvjament, il-Prim Imħallef ma jistax jinqasam fi tnejn.", "F'ħin partikolari tista' tkun biss f'post wieħed.", "Għalhekk ħloqna din l-idea li jkun hemm sede oħra tal-Qorti tal-Appell Superjuri, ippreseduta minn ta' wara l-Prim Imħallef, li huwa l-Imħallef Giannino Caruana Demajo.", "B'hekk, għall-ewwel darba fl-istorja legali ta' pajjiżna, għandna l-Qorti tal-Appell Superjuri f'kamra li mhijiex ippreseduta mill-Prim Imħallef sedenti.", "Il-vantaġġ huwa li hekk il-kawżi se jgħaġġlu aktar, għaliex il-kju se jinqasam mhux fuq żewġ karozzi, imma fuq tlieta!", "L-iżvantaġġ huwa li meta inti ma jkollokx il-Prim Imħallef kullimkien, jista' jkollok ċirkostanza fejn fuq l-istess punt legali, Qorti partikolari taqta' mod u Qorti oħra taqta' mod ieħor.", "Għalhekk, biex insolvu dik il-problema, hemm il-ftehim li l-Prim Imħallef, li nirringrazzjah talli aċċetta dan il-ftehim, jagħżel lil min jassenja x-xogħol u min joqgħod fil-Qorti tal-Appell u mhux jien.", "B'hekk, it-tielet sede tal-Qorti tal-Appell Superjuri taqta' dejjem l-istess kawżi u ma jkunx hemm tħarbit ta' ġurisprudenza.", "Din is-sede ppreseduta mill-Imħallef Caruana Demajo se taqta' kawżi ta' spoll u ta' manutenzjoni, li huma kawżi repetettivi, però huma importanti.", "Jekk jien għandi kawża ta' spoll, ovvjament, għalija hija importanti ħafna.", "Veru li l-ispoll huwa suġġett li konna nitgħallmuh fl-ewwel sena tal-liġi, u jekk jiġi student biex tgħallmu l-prattika, l-ewwel ma tgħallmu huwa l-ispoll.", "Però, dawn il-kawżi pussessorji li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, huma kawżi importanti għan-nies.", "Għalhekk, dawn it-tip ta' kawżi qed jiġu mismgħuha mit-tielet sede.", "Qed insemmi dan l-eżempju biex infiehem li b'dan l-arranġament ipprovajna ntaffu mid-dwejjaq li joħroġ meta jkollok Qorti tal-appell ippreseduta minn persuna differenti.", "Nemmen li dan se jkun ta' għajnuna u ninsab pożittiv li sena oħra, meta nħarsu lura, se naraw li bis-saħħa ta' din it-tielet sede, il-waiting time ikun naqas ħafna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Se mmur lura għall-mistoqsija oriġinali, li kienet dwar nefqa f'festini f'kull entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Owen Bonnici, liema mistoqsija saret tmien xhur ilu.", "X'inhija r-raġuni li wara tmien xhur, ir-risposta hija li l-informazzjoni għadha qed tinġabar?", "Jista' l-Ministru ġentilment jindika perjodu sa meta se tkun miġbura din l-informazzjoni?", "OWEN BONNICI: L-Onor.", "Interpellant, bħali wkoll, kien serva ta' Ministru u allura jaf x'qed ngħid.", "Meta ġietni l-informazzjoni għal din il-mistoqsija, intbaħt li kont ingħatajt informazzjoni fuq uħud mill-entitajiet, imma mhux fuq kollha.", "Minn analiżi li għamilt qabel ma ffirmajt il-mistoqsija parlamentari, rajt li flok ma tawni l-informazzjoni fuq l-entitajiet kollha, tawni informazzjoni fuq uħud minnhom.", "Jien responsabbli ta' aktar minn 20 entità, mill-Qorti sal-Kunsill tal-Arti, il-PBS, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, id-Dipartiment tat-Tindif u l-Kunsilli Lokali, fost l-oħrajn.", "Din hija lista twila ħafna.", "Meta rajt li ma kellix l-informazzjoni kollha, kelli żewġ għażliet, jew li niġi hawn b'nofs informazzjoni, jew li nitlob lin-nies taċ-Ċivil li jieħdu ħsieb li jgħadduli l-informazzjoni kollha.", "Din hija r-raġuni li ma ġejtx hawnhekk bir-risposta.", "Nagħti l-impenn tiegħi li personalment se nara li għalkemm il-lista ta' entitajiet hija twila ħafna u x-xogħol involut huwa enormi, se nara li tinġabar l-informazzjoni kollha.", "Hawn, bl-ebda mod ma qed nikkritika lin-nies taċ-Ċivil.", "Il-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant hija ġustifikata u għandu dritt jitlobha, però hija talba li tiġġenera ħafna xogħol.", "Hawnhekk talabni informazzjoni dwar kull nefqa ta' kull entità u ta' kull dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħi ta' xorb, ikliet u riċevimenti, fost l-oħrajn.", "Dan huwa proċess li jieħu x-xogħol, għax l-Onor.", "Interpellant inkluda wkoll is-sena kurrenti.", "Kieku l-mistoqsija kienet sal-2017, kienet tkun aktar faċli li tinġabar l-informazzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-Onor.", "Interpellant għandu dritt jitlob din l-informazzjoni, u għalhekk se nara li l-informazzjoni tingħata kemm jista' jkun malajr.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fl-ewwel mistoqsija supplimentari staqsejt lill-Ministru dwar l-istrateġija għall-Kottonera.", "Kif nafu, il-Kottonera jeħtiġilha ħafna restawr, speċjalment fis-swar sbieħ li hemm mal-Kottonera, kif ukoll il-parti li tagħti għal fuq Għajn Dwieli u l-Fgura.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jsir restawr, mhux biss tas-swar, iżda anke ta' diversi bini storiku ieħor li hemm fil-Kottonera?", "OWEN BONNICI: Sur President, jekk hemm settur li nieħu gost nara x-xogħol li sar fih huwa propju l-qasam tar-restawr.", "Dan huwa settur li jiġġenera ħafna investiment kapitali, tant li tista' ssejjaħlu investiment miljunarju.", "Żgur li kulħadd f'din il-Kamra mar il-Waterfront.", "Ir-restawr fuq dik in-naqra sur fit-Telgħa tal-Kurċifiss sewa' €1.5 miljun.", "Immaġina xi spiża miljunarja hemm fuq dan ix-xogħol ta' restawr!", "Jien niftaħar ngħid li minkejja li dan huwa settur li jattira tenders waħda wara l-oħra, qatt ma kien hemm dell jew nitfa ta' kontroversja dwaru!", "La kien hemm u lanqas se jkun hemm!", "Id-Direttorat tar-Restawr huwa direttorat serju, li jagħmel ħafna xogħol bl-aħjar mod possibbli.", "Ninsab kuntent ħafna li qed isir dan ix-xogħol li semma l-Onor.", "Interpellant u nista' ngħid li se jsir aktar xogħol.", "Naħseb li l-Kottonera hija waħda mill-aktar ġojjelli sbieħ li għandna f'pajjiżna u għalhekk irridu naraw li nkomplu ninvestu f'aktar tisbiħ.", "Waħda mid-deċiżjonijiet li ħadna wara l-elezzjoni kienet li l-Unit tal-proġetti ta' riġenerazzjoni li kien taħt il-Ministeru tat-Trasport, fejn hemm numru ta' esperti fir-restawr, ingħaqad mad-Direttorat tar-Restawr.", "Qabel dan il-Unit kien mal-Ministeru tat-Trasport u wara l-elezzjoni ġie mad-Direttorat tar-Restawr.", "Dan huwa Unit żgħir immexxi mill-Perit Mireille Fsadni, li hija perit tal-affari tagħha ħafna.", "Jien stajt nilloka dan il-Unit x'imkien ieħor, imma ħadna id-deċiżjoni li jiġi illokat il-Kottonera.", "Jidhirli li l-Kottonera jixirqilha unit ta' esperti biex jaħdmu fuq ir-restawr tal-Kottonera.", "Dan il-Unit, immexxi mill-Perit Mireille Fsadni qed jaħdem id f'id mal-Fondazzjoni għall-Kottonera sabiex isir proċess ta' restawr, li diġà beda, f'diversi partijiet fil-Kottonera.", "Hawn irrid ngħid ukoll li l-aktar sieħeb li għandna relazzjoni tajba miegħu fil-Kottonera huwa l-Kleru.", "Forsi wieħed jgħidli: Il-Kleru kif jidħol fir-restawr fil-Kottonera?", "Tiskanta li l-Kleru fil-Kottonera huwa probbabilment wieħed mill-istakeholders b'saħħithom li jagħmlu ħidma sabiex iressqu ġid lejn il-Kottonera.", "Nixtieq nirringrazzjahom ta' dan, għaliex flimkien magħhom għamilna proġetti, bħal fil-knejjes u anke f'postijiet ta' patrimonju storiku ieħor.", "Naħseb li l-knejjes kollha tal-Kottonera misshom xi tip ta' għajnuna ta' restawr.", "Nagħti l-impenn li bħala Gvern se nkomplu ngħinu biex il-Kottonera tkompli timxi 'l quddiem.", "Bl-istess mod li għamilna restawr enormi f'ħafna postijiet fil-Belt Valletta, irridu naraw li anke l-Kottonera tqum fuq saqajha aktar milli diġà qamet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Ilbieraħ ħarġet aħbar fuq gazzetta lokali li sitt lokalitajiet tnaqqsulhom il-fondi tad-Development Planning Fund li kienu allokati għalihom.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kienx ikkonsultat dwar dan it-tnaqqis?", "Il-kunsilli lokali partikolari kienu ikkonsultati dwar din l-azzjoni?", "OWEN BONNICI: Sur President, irrid ngħid li fejn jidħol ix-xogħol mal-Planning Authority (PA), ir-relazzjoni li hemm bejn il-PA u l-Ministeru hija tajba waħda.", "Mhux dejjem naqblu fuq kollox, speċjalment meta tqis li jien nieħu ħsieb is-settur patrimonjali u s-sovrintendenza tal-partimonju storiku.", "Ġieli naqblu u ġieli le, però għandna linja ta' komunikazzjoni tajba.", "Rigward is-suġġett li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, nitolbu jagħmilli l-mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni kollha li hija disponibbli għalija.", "Nissuġerixxi wkoll li l-mistoqsija ssir lill-Ministeru relattiv, sabiex l-Onor.", "Interpellant ikollu l-aktar informazzjoni possibbli.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar saret l-ewwel installazzjoni minn artist barrani fil-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS).", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'inhuma l-pjanijiet għall-futur?", "X'tip ta' installazzjonijiet isiru f'dan il-post kulturali f'pajjiżna?", "OWEN BONNICI: Sur President, naħseb li jekk hemm proġett li verament huwa sabiħ huwa proprju l-proġett tal-MICAS.", "Nixtieq li l-Onor.", "Membri jkollhom l-opportunità li jittawlu ftit fil-ġnien tal-Milorda, li qiegħed fit-tela' ta' Sa Maison.", "Meta tiġi bil-karozza lejn il-Belt tista' tinnota r-restawr estensiv u impekkabbli li qed isir fuq dawn is-swar.", "F'dak il-ġnien hemm l-ewwel installazzjoni ta' Ugo Rondinone, artist internazzjonali, magħruf mad-dinja kollha.", "L-idea hija li dik iż-żona ta' dak il-bastjun tkun ċentru ta' arti kontemporanja, fejn ikun hemm installazzjonijiet ta' artisti Maltin u barranin.", "Il-medda hija kbira ħafna, għalhekk dan huwa proġett mifrux fuq numru ta' snin.", "Huwa proġett eċċitanti ħafna li m'għandix dubju li se jagħmel differenza għas-settur kulturali.", "Infakkar ukoll li l-prijorità tagħna għal din is-sena hija l-ftuħ tal-Mużew MUŻA, li jekk Alla jrid, se jkun qed jinfetaħ fil-jiem li ġejjin.", "Eżatt kif jiftaħ il-MUŻA, il-focus se tkun fuq il-proġett tal-MICAS.", "Ma ninsewx ukoll li l-Ministeru tiegħi qed jaħdem ukoll fuq żewġ proġetti kulturali maġġuri.", "M'aħniex qed nitkellmu tant dwarhom biex niffokaw fuq il-MUŻA.", "Dawn huma l-villaġġ tal-Karnival, fejn ix-xogħol miexi ġmielu, minkejja li dejjem tiskopri xi ħaġa ġdida.", "Hemm ukoll il-proġett fuq ir-rock hub, li se jkun qed jagħmel ħafna ġid għas-settur kulturali.", "Biex nirrikapitola, l-ewwel prijorità, wara li jiftaħ il-MUŻA fil-jiem li ġejjin se tkun fuq il-MICAS.", "Proġett ieħor li rrid insemmi huwa r-reġenerazzjoni tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta, fejn qabel kien hemm il-Parlament.", "Dan huwa proġett ieħor iffinanzjat b'fondi Ewropej li se jagħmel bidla mill-qiegħ f'dan il-Palazz li tant huwa għal qalbna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Il-Ministru jaf li bħalissa fil-foss taċ-Ċittadella t'Għawdex qed isir xogħol fuq ħajt li huwa proprjetà tal-Gvern minn azjenda kummerċjali b'mod mgħaġġel u b'tali mod u manjiera li fil-foss ta' Għawdex se jittieħdu drittijiet ta' terzi.", "Jidher li l-applikant jista' anke jestendi l-kummerċ tiegħu fil-foss stess.", "Naf li s-Sovrintendenza ma oġġezzjonatx mal-PA, imma għad fadal iċ-ċans li tittieħed azzjoni.", "Jidher li l-applikazzjoni saret b'abbuż jew b'qerq ta' informazzjoni.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza hux se tieħu azzjoni dwar dan?", "OWEN BONNICI: Sur President, jien għandi fiduċja fis-Suprentendent tal-Partimonju Kulturali, li huwa s-Sur Magro Conti, bniedem integru immens.", "Għandi fiduċja fil-ġudizzju tiegħu, kif naħseb li għandu wkoll l-Onor.", "M'għandix dubju li s-Sur Magro Conti jittratta kull każ bl-aħjar mod, inkluż il-każ li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant, sabiex jiġi salvagwardjat il-patrimonju storiku.", "Inċidentalment, illum nidejna esebizzjoni dwar xogħol ta' sejbiet li nstabu waqt żewġ spezzjonijiet tas-Sovrintendenza, waħda fl-Imdina u l-oħra f'Ħal Safi.", "Ħafna drabi, in-nies jaqraw li, pereżempju, ix-xogħol fuq triq waqaf għax hemm tas-Sovrintendenza – in-nies isejħulhom tal-Heritage - li qed jagħmlu l-verifiki tagħhom, però qatt ma jkunu jafu x'sar minn dak li jkun nstab.", "Għalhekk, hemm din l-esebizzjoni fil-Mużew tal-Arkeoloġija fejn qed nuru lin-nies x'sibna f'żewġ interventi li għamilna, f'Ħal Safi u l-Imdina.", "Nieħu l-okkażjoni biex nagħmel riklam biex in-nies imorru ma' uliedhom fil-Mużew tal-Arkeoloġija biex jaraw din il-wirja li hija kompletament b'xejn, dwar is-sejbiet li nstabu bis-saħħa tas-Sovrintendenza.", "Bis-saħħa ta' dawn is-sejbiet, skoprejna parti oħra mill-istorja ta' pajjiżna għall-perijodu tal-Medjuevu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Avviż Legali Nru 97 tal-2018 – Malta Residency Visa Agency (Establishment) Order, 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7270;", "L-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7271; u", "Tagħrif dwar iż-żmien li jkopri l-kuntratt ta' impjieg tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta, flimkien mas-salarju u l-benefiċċji li għandu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7272.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa fuq riċevimenti mill-entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, bejn l-2013 u Ottubru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4384.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 343 tal-2018 – Regoli tal-2018 dwar Tiftix u Oppożizzjoni rigward Trademarks.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 345 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skemi ta' Ipparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali);", "f'isem il-Ministru Evarist Batolo nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar donazzjonijiet u sponsorships mogħtija mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn wara l-2014, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6969;", "f'isem il-Ministru Edward Scicluna nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 341 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Ċentri ta' Childcare (Sostituzzjoni ta' Entitajiet);", "Tabella li turi l-ammont ta' arretrati miġbura mid-Dipartiment tat-Taxxi bejn l-2013 u l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6802; u", "f'isem il-Ministru José Herrera nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 342 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Kontroll tal-iSturnus vulgaris u l-Columba livia); u", "Avviż Legali Nru 346 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi (Emenda Nru 2).", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 344 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa fuq riċevimenti mill-entitajiet fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4387; u", "Tagħrif dwar każi ta' impjegati fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex li bbenefikaw minn miżuri family-friendly minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6970.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont il-paragrafu 4 tal-Artiklu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' nhar l-Erbgħa 31 ta' Ottubru, 2018 tal-Kumitat Permanenti tal-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tkun qed tissotitwixxi lill-Onor.", "Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TAL-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2019 - L-EWWEL JUM IMĦOLLI KOLLU", "GĦALL-OPPOŻIZZJONI", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, nistieden issa lill-impjegati tal-PBS jidħlu fil-Kamra sabiex jittrasmettu dirett fuq it-televiżjoni d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "F'dan l-istadju, nistieden ukoll lill-fotografi u lill-cameramen li jirrapreżentaw lill-istampa sabiex jidħlu fil-Kamra għal ftit minuti ħalli jieħdu ritratti u filmati.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ninforma lill-Kamra li għas-seduta tal-lum, id-diskors tal-Onor.", "Kap tal-Oppożizzjoni se jixxandar ukoll bil-lingwa tas-sinjali għall-persuni neqsin mis-smigħ.", "Il-Kamra rriżumiet mit-22 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Mozzjoni tal-Ministru għall-Finanazi biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali tal-Ispiża għas-sena 2019.", "Skont il-Mozzjoni 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni huwa eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi skont l-Ordni Permanenti Nru 49 u li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun fit-8.30 pm.", "Nistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, f'dan id-diskors se nkun qed nuri kif dan is-seba' baġit ta' Gvern Laburista għandu difett ewlieni: M'għandux viżjoni u huwa nieqes minn pjan fit-tul għal pajjiżna!", "Se nkun qed nuri kif f'dan il-baġit, il-Gvern mhux qed jirnexxilu jsolvi mank il-problemi li qed joħloq huwa stess.", "Dan b'konsegwenza tal-mudell ekonomiku bla pjan li għażel li jadotta, taż-żieda kbira fil-popolazzjoni, problemi ta' prezzijiet għoljin u kirjiet eżaġerati, valuri għoljin għax-xiri ta' proprjetà, problemi ambjentali u ta' arja maħmuġa, traffiku ġġammjat, problemi ta' parkeġġ, infrastruttura li mhux tlaħħaq u problemi ta' reputazzjoni ħażina għal pajjiżna.", "Se nkun qed nuri kif dan il-mudell ekonomiku qed ipoġġi lill-ħaddiema f'morsa li tagħsar bi pressjoni 'l isfel fuq il-pagi u min-naħa l-oħra bi pressjoni 'l fuq fuq il-prezzijiet.", "Dan l-istess mudell ekonomiku qed jagħmilha dejjem aktar diffiċli li l-familji middle class jixtru d-dar tagħhom, ħaġa li kienet aspirazzjoni ewlenija tal-gvernijiet kollha li ġew qabilna!", "Se nkun qed nitkellem fuq il-kuxjenza soċjali li jmissu għandu u wera l-Gvern lejn dawk li huma l-aktar dgħajfin fis-soċjetà tagħna.", "Se nkun qed nuri kif il-Gvern ma jistax jitwemmen aktar, għax kull sena, baġit wara l-ieħor, jirrepeti l-wegħda ta' numru ta' proġetti, imbagħad ma jwettaqhomx!", "Insemmi, pereżempju, skejjel ġodda u d-dar tal-anzjani f'Għawdex, fost bosta proġetti oħrajn.", "Jirriżulta li f'ċerti nefqiet, il-Gvern mar żmerċ bil-kbir mill-baġit li għadda, anke b' €50 miljun!", "Għalhekk, iċ-ċifri li qed jagħti ftit wieħed jista' jafdahom!", "Se nkun qed nuri kif il-Gvern qed jiekol għal-lum, speċjalment b'infiq kbir fi spiża rikorrenti, mingħajr ma jinvesti biżżejjed għal għada, fl-edukazzjoni tal-istudenti u l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna, fl-infrastruttura li għandu u li jkollu bżonn pajjiżna fil-futur u fil-kura tas-saħħa u fil-prevenzjoni.", "Fl-istess ħin, se nkun qed nuri l-viżjoni alternattiva tagħna ta' ekonomija għan-nies.", "Aħna rridu ekonomija ta' kwalità li toħloq impjiegi ta' pagi tajbin għall-ħaddiema Maltin, għax tinvesti għall-futur.", "Aħna irridu politika moderna ta' immigrazzjoni intelliġenti li sseddaq dak li għandna u mhux tbaxxi l-pagi!", "X'qed jgħidu n-nies hemm barra?", "Sur President, f'dan id-diskors nixtieq nirrappreżenta lin-nies li ma jħossux li dak li qed jagħmel il-Gvern huwa biżżejjed għalihom u għall-familji tagħhom.", "Nixtieq nitkellem għal dawk in-nies li ma jħossux li qed jaqsmu fil-ġid li l-Gvern qed jgħid li qed jinħoloq.", "Huwa minnu li hawn min hu sejjer tajjeb u dak nirrikonoxxuh, imma hemm ħafna li jgħidulek li l-Baġit ma affettwahomx b'mod li tassew jagħmlilhom differenza f'ħajjithom.", "Ħafna qed iħossu li l-miżuri tal-Baġit mhumiex biżżejjed biex jgħinuhom ilaħħqu mal-ħajja li qed togħla fl-aktar affarijiet essenzjali ta' kuljum bħal pereżempju, il-ħobż, il-ħalib, il-prodotti iġeniċi, id-diesel, il-petrol u ħafna oħrajn.", "Għalhekk illum irrid inwassal dak li qaluli numru ta' nies dwar dan il-Baġit.", "Missier ta' tlett itfal waqqafni fit-triq nhar il-Ġimgħa biex jgħidli li qatt ma vvota lill-partit tiegħi.", "Għedtlu li ma jimpurtax!", "Dan qed iħoss li l-Gvern lanqas biss jinteressah jekk jeżistix jew le u għalhekk xtaq ikellimni u qalli biex nitkellem għalih ukoll.", "Qalli li fetaħ negozju żgħir għal rasu f'dawn l-aħħar snin u li huwa minnu li hawn ix-xogħol, però, wara biss sentejn, sab ruħu f'sitwazzjoni fejn ma jistax ilaħħaq mal-ispejjeż biex iżomm in-negozju għaddej.", "Għolietlu l-kera, inqabad bi flusu barra u ma setax jiġbor dak li hu tiegħu bi dritt, għax min għandu jagħtih jgħidlu li għandu problemi akbar minn tiegħu.", "Kellu jagħlaq u jfittex impjieg waqt li jipprova jħallas id-djun li kien għamel biex fetaħ għal rasu.", "Kuljum niltaqa' ma persuni oħrajn li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja.", "Dawn huma nies li għandhom dinjità u li xi kultant jistħu juru li qed ibatu, anke jekk m'għandhomx għalfejn.", "Dawn huma nies li jridu jkomplu ma' sħabhom u ma' tal-familja biex juru li qed jgħixu ħajja diċenti, iżda jbatu fis-skiet biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja ta' kuljum.", "Kellmitni single mother li qaltli li l-Gvern jgħidilna biex nagħtu ikel bnin lit-tfal, imma l-prezzijiet tal-ħaxix u l-ħalib huma għoljin!", "Mingħajr ma forsi taf, din il-mara qed tbati mill-istat tal-biedja f'Malta li sejra mill-ħażin għall-agħar.", "F'paġna 32 tal-Baġit, il-Ministru tal-Finanzi jarmi l-biedja għax jgħid li ma tikkontribwix biżżejjed għall-ekonomija tagħna.", "Iltqajt ma' mara li tnejn minn uliedha għandhom problema u wieħed minnhom ilu jistenna LSA żmien.", "Qed tħoss li ħadd ma jrid jismagħha!", "Ċemplet, tkellmet u garret li l-Gvern li jisma' ma jimpurtahx!", "Qabel ġejt hawn, mara oħra bagħtitli messaġġ ma' wieħed mid-Deputati tagħna, fejn qaltli li ilha disa' snin toqgħod fil-post li tikri, fejn bdiet b'kera ta' €350, telgħet għal €600 u issa qed jitolbuha €850 sa Diċembru, għall-Milied!", "Trid titlaq jekk ma ssibx kif tħallas.", "Il-familja ta' din il-mara ma taffordjax din il-kera bir-riżultat li se tispiċċa fit-triq.", "Kellimni għalliem li bintu għandha kondizzjoni medika u qed ikollu jonfoq mijiet ta' ewro biex jittrattaha.", "Qalli li l-paga tiegħu u tal-mara mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu.", "Għall-grazzja ta' Alla, għandna ħafna solidarjetà bejn il-Maltin, isib ukoll għajnuna minn tal-familja, imma l-Gvern jidher li b'solidarjetà jifhem biss għan-nies imlaħħqin fil-Partit Laburista u fil-Gvern!", "L-istejjer ta' dawn il-persuni nisma' bħalhom kuljum u ċert li n-naħa l-oħra tal-Kamra tismagħhom ukoll!", "Wegħedt lil dawn in-nies li nwassal il-fehma, l-uġigħ, il-ħsieb u l-inkwiet tagħhom f'din il-Kamra, fejn suppost huma rappreżentati.", "Sur President, huwa ċar li min kien f'diffikultà qabel dan il-Baġit se jibqa' f'diffikultà.", "Hemm numru ta' miżuri tajbin, imma huma 'l bogħod ħafna minn biżżejjed, għax ma jsolvux il-problemi li qed joħloq il-Gvern stess.", "Wieħed kien jistenna li f'dan il-Baġit il-Gvern jitkellem dwar il-viżjoni għall-pajjiż u fuq pjan fit-tul, ta' fejn se jkun il-pajjiż ħames snin, 10 snin u 20 sena oħra.", "Jekk fid-dinja bħalissa hawn il-bnazzi ekonomiku, dan huwa proprju ż-żmien biex inħarsu 'l bogħod ħalli nilqgħu għal meta jiġi l-maltemp.", "Dak hu li jagħmel min hu bil-għaqal, fejn jippjana u mhux jistrieħ biss fuq dak li jsib.", "Però, din is-sena, il-Gvern għażel li jressaq Baġit li jitkellem biss fuq miżuri fiskali u monetarji.", "Jekk taqra d-diskors li l-Gvern ipprepara għall-Ministru tal-Finanzi ftit li xejn issib dwar il-pjan ta' fejn sejjer pajjiżna, dwar il-viżjoni għall-pajjiż, dwar x'inhi l-politika tal-Gvern u dwar għajnuna vera lil min għandu bżonnha tassew.", "Ma ssib xejn fil-Baġit dwar l-opportunitajiet li l-Gvern suppost qed joħloq.", "Jekk xejn, issib ftaħir b'rix ħaddieħor u b'dak li ppjanaw u ħolqu gvernijiet ta' qablu.", "Ma ssib xejn bħala soluzzjonijiet għall-isfidi soċjali u reali li għandu pajjiżna, u li l-Gvern aktar ħsiebu biex jitfa' taħt it-tapit milli jiffaċċjahom u jsolvihom.", "Ma niskantax b'dan il-fatt, għaliex dan huwa Gvern tal-PR mhux tal-PL!", "Il-Labour tal-ħaddiem u taż-żgħir m'għadhomx jeżistu!", "F'dan il-Baġit trid tifhem mhux dak li qal il-Gvern, imma, aktar importanti, dak li ma qalx.", "Meta taqra dan il-Baġit, importanti li tifhem dak li ma ntqalx!", "F'dan il-Baġit, il-Gvern għażel li jitkellem fuq is-surplus, minflok fuq id-defiċit fi bwiet il-ħaddiema Maltin li qed jaraw il-paga tagħhom tistaġna b'ekonomija mibnija fuq iċ-cheap labour!", "Għażel li jitkellem fuq is-surplus tiegħu, iżda mhux fuq id-defiċit soċjali tal-faqar finanzjarju li dejjem qed jikber.", "Għażel li jitkellem fuq is-surplus tan-numri li ippreżenta hu, imma mhux fuq t-theddida bankarja li għandu pajjiżna minħabba t-telf tar-reputazzjoni ta' Malta.", "Għażel li jitkellem fuq kif se jikbru d-dħul u n-nefqa tal-Gvern, minflok kif se jikbru d-dħul u n-nefqa tan-nies u l-familji.", "Għażel li jitkellem fuq il-loqma li se jagħti lill-anzjani minflok fuq l-għoli tal-ħajja esaġerat li qiegħed jolqot il-bżonnijiet ta' kuljum tal-anzjani, speċjalment fl-ikel u l-mediċini li huma l-aktar affarijiet essenzjali.", "Il-prezzijiet tal-ikel biss għolew b'medja ta' 4% u aktar.", "Il-Gvern għażel li jitkellem fuq kemm ħerġin permessi ta' bini, imma ma tkellimx fuq il-fatt li bħalissa hawn numru dejjem jikber ta' familji bla saqaf fuq rashom, f'pajjiż bla pjan għall-housing soċjali.", "Tkellem fuq iż-żieda qawwija ta' karozzi fit-toroq tagħna, imma fuq l-arja maħmuġa li qed insofru kuljum u l-mard respiratorju ma qalilna xejn!", "Tkellem fuq il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet, imma mhux fuq il-€50 miljun li ħadulna u l-ħofra li ħallewlna!", "Dak li ma jridx jgħid l-Gvern lill-poplu, se ngħiduhulu aħna llejla!", "Pajjiżna għandu bżonn li jitkellem fuq l-isfidi li għandna quddiemna, b'uħud minnhom serji, għax jekk iddaħħal rasek fir-ramel, dawk l-isfidi jegħlbuk flok tegħlibhom int. Dawn l-isfidi mhumiex biss sfidi tal-futur, imma huma sfidi li diġà ngħixuhom illum.", "Għalhekk, bħala Oppożizzjoni se nitkellmu b'vuċi b'saħħitha fuq dak li l-Gvern irid jibqa' sieket dwaru, għax nagħtu kas u jimpurtana.", "Aħna rridu pjan serju għal pajjiżna u għan-nies tagħna.", "Il-Gvern irid jitkellem biss fuq dawk li qed jgħixu fid-dawl u s-sħana tax-xemx ekonomika li, skont hu, telgħet f'pajjiżna sitt snin ilu!", "Ma jitkellimx dwar il-fatt li x-xemx telgħet ħafna qabel b'dak kollu li wiret, inkluż il-fondi Ewropej li ma riedx hu, il-ftuħ ekonomiku li ma riedx hu u l-industriji ewlenin ta' pajjiżna li wħud minnhom, illum, jinsabu mhedda minħabba r-reputazzjoni ħażina li qed jagħti dan il-Gvern lil pajjiżna.", "Dwar dan kollu, il-Gvern ma jrid jgħidilna xejn!", "Għalhekk, ix-xogħol tagħna f'din il-Kamra hu li nfaħħru fejn għandna nfaħħru, iżda li nitkellmu wkoll fuq l-istampa sħiħa dwar il-verità ta' dawk li qegħdin jgħixu mhux fis-sħana tax-xemx, imma fid-dlam tal-faqar li qed jiżdied.", "Xogħolna hu li ngħidu li hawn ukoll min qed jgħix fid-dlam ta' ambjent fgat ta' trabijiet, tniġġis u storbju.", "Xogħolna hu li ngħidu li hawn ukoll min qed jgħix fid-dlam tan-nuqqas ta' edukazzjoni u taħriġ għall-ħiliet li għandna bżonn f'pajjiżna u li għandna nrawmuhom f'niesna bi pjan li jifhem il-bżonnijiet fit-tul.", "Xogħolna hu li ngħidu li hawn min qiegħed jgħix fid-dlam tal-biża' meta ma jħossux safe f'daru, fil-komunità jew lokalità tiegħu.", "Il-Gvern isejjaħ dan il-Baġit: \"Malta ngħixu s-suċċess\".", "Suċċess għal min?", "Għalik il-loqom, għalihom l-eluf u jriduk tirringrazzjahom!", "Il-Gvern tal-PR qed jgħid li dan il-Baġit juri li f'Malta qegħdin ngħixu s-suċċess, imma ma jgħidilniex għal min hu dan is-suċċess!", "Suċċess għal dik il-koppja żagħżugħa li jmorru jfittxu biex jissellfu mingħand il-Bank għal proprjetà żgħira u jintalbu €150,000 jew €200,000?", "Jew għall-konsulenta tal-Gvern li tieħu €160,000 f'sena waħda biss mill-flus tal-poplu?", "Suċċess għal dik l-omm li filgħodu tmur tixtri l-ħobż u l-ħalib għat-tfal u l-Gvern ħadilha t-€2.33ċ qabel tahomlha, jew għad-deputat u avukat tal-Kabinett li l-Gvern tah €0.5 miljun f'konsulenzi minn flus il-poplu?", "Suċċess għall-anzjani li qegħdin jaraw għoli tal-ħajja ta' €4.40ċ fuq kull €100 ikel li jixtru jew għall-Membru Parlamentari Laburista li jitħallas bil-€100 fis-siegħa minn flus il-poplu?", "Suċċess għal dawk il-Maltin u barranin li m'għandhomx akkomodazzjoni diċenti fejn jgħixu jew għall-Ministru li jibni l-villa fl-ODZ?!", "Għal min hu dan is-suċċess?!", "Għall-għalliema tal-Gvern li jrid itajrilhom il-warrant wara ħames snin jistudjaw biex imorru jgħallmu, Sur President?", "Fiex qed naraw dan is-suċċess?", "Żgur mhux fir-rata ta' early school leavers fejn qegħdin l-aħħar jew ta' qabel l-aħħar fl-Ewropa!", "Żgur mhux fil-kwalità tal-arja fejn qegħdin ir-raba' mill-aħħar fl-Ewropa.", "Żgur mhux fl-iskemi ta' riċiklaġġ fejn qegħdin l-aħħar nett fl-Ewropa.", "Dan hu s-suċċess?", "Dan hu l-aqwa żmien?!", "Dan il-kejl qed jinħeba mill-Gvern u ma jridx jgħidilna bih.", "Mhux biżżejjed li tkejjel bil-GDP biss!", "Dan il-Gvern wiret ekonomija b'saħħitha li marret tajjeb mhux biss fil-bnazzi internazzjonali ta' bħalissa, imma anke fil-maltemp internazzjonali ta' għaxar snin ilu u fis-snin ta' wara.", "L-ekonomija tagħna kienet kapaċi tikber meta fid-dinja, ħafna kienu qegħdin jiċkienu.", "Il-banek tagħna kienu qegħdin jissaħħu meta barra kienu qegħdin ifallu.", "Konna qegħdin nagħmlu record wara l-ieħor fit-turiżmu meta fid-dinja t-turiżmu kien qiegħed jonqos.", "Għalhekk irridu nagħtu kredtu lil min ħaqqu, jiġifieri lin-nies li ħolqu dak il-ġid, lill-ħaddiema tagħna, lill-investituri Maltin li wrew fiduċja f'pajjiżna, lill-investituri barranin li attirajna lejn Malta u lill-business ġdid li ħloqna fil-gaming, fl-avjazzjoni, fil-farmaċewtika, fl-insurance u fil-low cost airlines li ħadmu u stinkaw biex baħħarna fil-maltemp u mhux biss fil-bnazzi.", "Il-Gvern illum qed jibbaża dak li jgħid fuq iċ-ċifra tat-tkabbir ekonomiku skont il-kejl tal-GDP, jiġifieri l-Prodott Gross Domestiku, li huwa kejl tajjeb u essenzjali, imma li waħdu mhux kejl tajjeb biżżejjed biex tifhem kif tassew sejrin in-nies.", "Dan ġie spjegat tajjeb ferm minn David Pilling, keynote speaker li kien fostna għall-konferenza internazzjonali organizzata minn Ernst & Young fil-ġranet li għaddew, liema konferenza ġiet indirizzata kemm minni kif ukoll mill-Prim Ministru.", "Waqt din il-konferenza, ir-riżultati wrew bil-provi li Malta, sfortunatament, m'għadhiex attraenti għall-investiment daqskemm kienet fis-snin li għaddew.", "Uriet ukoll in-nuqqasijiet li hemm f'dan il-kejl tal-GDP jekk jittieħed waħdu.", "David Pilling huwa wieħed mill-edituri tal-Financial Times u kittieb rinomat, bil-ktieb tiegħu 'The Growth Delusion'.", "Fil-konferenza u fil-ktieb tiegħu jargumenta li meta tiffoka biss fuq kejl wieħed, tispiċċa taħdem għal dak il-kejl u titlef dak li m'intix qed tkejjel.", "Jargumenta li l-GDP ma jgħidlekx kemm għandek diżugwaljanza, anzi jaf iqarraq bik.", "Pereżempju, f'din il-Kamra jista' jkollna d-dħul tal-membri li meta ngħaqqduh kollu f'daqqa jkun ta' €2 miljuni, li jiġi medja ta' €30,000 fis-sena.", "Imma din il-figura diġà tqarraq bik, għax fuq in-naħa tal-Gvern hemm min jaqla' €60,000 jew €70,000 u fuq din in-naħa hawn min jaqla' €20,000!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għandek ekonomija fejn qed tqarraq bit-total u bil-medja!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, jidher li din m'għoġbithomx, għalhekk qed jinterrompu!", "Forsi jridu jżidu aktar fuq dik in-naħa u jnaqqsu fuq din in-naħa!", "(Onor. Membri: Hear, hear) B'dan il-kejl, qed tqarraq bit-total li qed jagħmik għall-fatt li għandek min għandu d-doppju u t-tripplu u għandek min għandu n-nofs u t-terz!", "David Pilling iġib eżempju ieħor.", "Għidna li f'din il-Kamra għandna ekonomija totali ta' €2 miljuni, b'medja ta' €30,000, imma jekk nistiednu lil Bill Gates, x'ħin jidħol fil-Kamra, f'daqqa waħda t-total ma jibqax €2 miljuni imma jsir diversi biljuni, u allura niċċelebraw, nixorbu u niftħu x-xampanja, għax bl-ekonomija ta' din il-Kamra issa kulħadd qed jaqla' €1 biljun kull ras!", "Hekk tqarraq jew titqarraq meta tieħu dak il-kejl waħdu!", "Għalkemm daħal Bill Gates fil-Kamra u l-ekonomija tat-totali kibret, meta nfittxu fil-but, baqgħalna l-istess ammont eżatt.", "Kull ma nkunu għamilna hu li nkunu żidna l-but ta' Bill Gates, imma fil-but tagħna ma jkun daħal xejn!", "Sur President, mhux billi tkejjel it-total u tgħid kemm kibret l-ekonomija!", "Tajjeb li nkejlu l-GDP, imma tiqafx hemm!", "Jekk trid tara stampa sħiħa, trid tkejjel u tagħti kas x'daħal fil-but tan-nies, fosthom ta' dik l-omm li marret tixtri l-ħobż u l-ħalib dalgħodu, ta' dak li dalgħodu tefa' €20 jew €30 petrol fil-karozza, imbagħad qagħad iġġammjat fit-traffiku u jagħqad biex isib il-parking, ta' dik il-familja li qiegħda bil-kera u li se jkollha tibda tħallas kera ferm ogħla jew ma taffordjax dik il-kera, ta' dak l-imsejken li dal-lejl se jorqod barra jew fil-karozza u ta' dik il-koppja żagħżugħa li qed ifittxu proprjetà bi prezzijiet li ma jxommuhomx.", "Dak li għaddejjin minnu n-nies trid tkejlu wkoll mat-total jekk verament ma tridx tqarraq!", "Sur Prim Ministru, il-Ministru tal-Finanzi tiegħek qed ikejjel l-ekonomija mingħajr ma jagħti kas l-uġigħ tan-nies.", "Issa anke l-esperti internazzjonali ġew jgħidulu dan waqt konferenza f'pajjiżna.", "Ejja ma nħarsux biss lejn l-istatistika!", "Dan huwa l-ikbar difett tal-Baġit.", "Il-Gvern m'għandu l-ebda pjan u lanqas biss irid jitkellem fuq il-mudell ekonomiku tiegħu.", "Għandu mudell, imma jistħi jgħid x'inhu jew ilibbsu bi kliem li ma jifhmu ħadd.", "Il-Prim Ministru qed jgħidilna li dan huwa mudell kosmopolitan!", "Is-seba' Baġit tal-Gvern Laburista u l-mudell ekonomiku ta' dan il-Gvern huwa mibni fuq tkabbir tal-popolazzjoni biex il-Gvern jonfoħ iċ-ċifri ekonomiċi, imma mingħajr pjan, bla ma jqis l-effetti sewwa u li ma jistax jitħaddem fit-tul.", "Dan il-mudell mhux qed jissemma b'ismu mill-Gvern!", "F'Lulju li għadda, il-Gvern ippubblika ċifri biex juri li qed iġib 15,000 barrani fis-sena, li 11,000 minnhom ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea, imma il-Gvern qatt mhu jammetti jew jiffaċċja dawn in-numri.", "Taqbel magħha jew le, din hija policy ewlenija li żżid il-popolazzjoni ta' Malta bi 15,000 ruħ fis-sena, imma l-Gvern ma jiddiskutieha qatt b'isimha!", "Dan hu mudell bla pjan studjat għat-tul.", "Il-Gvern messu ġie fil-Baġit u qalilna kemm se jġib immigranti din is-sena u fis-snin ta' wara.", "Messu ġie jgħidilna xi pjan għandu mifrux fuq leġiżlatura sħiħa biex l-operaturi ekonomiċi tagħna jkunu jistgħu jippjanaw.", "Messu ġie bi studju dettaljat tal-oqsma kollha affettwati minn din iż-żieda fil-popolazzjoni, kemm dawk affettwati tajjeb kif ukoll dawk affettwati ħażin.", "Hawn ta' min jistaqsi: Għaliex il-Gvern għażel din il-politika?", "Għaliex il-Gvern għażel żieda fil-popolazzjoni flok fil-produttività u fil-pagi, kif dejjem kibret l-ekonomija tagħna?", "Fil-passat, kull Gvern kabbar l-ekonomija tal-Maltin fi bwiet il-Maltin, jiġifieri kull Gvern kabbar l-ekonomija b'mod organiku, imma llum għandna Gvern li qed jgħidilna li mhux kapaċi jkabbar l-ekonomija fi bwiet il-Maltin, imma kapaċi biss iżid in-numru tal-bwiet billi jibqa' jġib lill-barranin ġewwa pajjiżna.", "Huwa minnu li t-total tal-ekonomija qed jikber, imma skont il-Gvern stess, fl-2013 f'Malta kellna popolazzjoni ta' 430,000.", "Fl-2017, skont l-aħħar ċifri li ppubblika l-Gvern, dan in-numru tela' għal 476,000, fejn iż-żieda kienet kważi kollha ġejja mill-immigrazzjoni.", "Dan m'iniex qed ngħidu jien, imma nafu miċ-ċifri tal-Gvern stess li ċ-ċifra naturali fil-popolazzjoni, jiġifieri kemm nies jitwieldu u kemm imutu, fl-2017, kienet biss ta' 7%.", "Dawn iċ-ċifri kollha joħorġu minn dak li ppubblika l-Gvern stess din is-sena fil-11 ta' Lulju 2018, il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni!", "Għalhekk, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri li jikkonfermaw dak li għadni kif qed ngħid.", "F'ċifri li ppubblikat l-Unjoni Ewropea permezz tal-Eurostat nhar il-Ħamis li għadda jirriżulta li f'sena waħda, fl-2017, il-Gvern Malti ta 11,000 permess lill-immigranti minn barra l-Unjoni Ewropea.", "L-immigranti li qed iġib il-Gvern fil-biċċa l-kbira tagħhom huma minn barra l-Unjoni Ewropea u mhux mill-Unjoni, fejn għandna l-libertà tal-moviment.", "Qed inpoġġi wkoll dawn iċ-ċifri tal-Eurostat fuq din il-Mejda tal-Kamra.", "Il-Gvern stess qed jgħid li fl-aħħar erba' snin, il-popolazzjoni żdiedet b'47,000.", "Minn din iż-żieda, madwar 3,000 biss kienet żieda naturali.", "Għalhekk, madwar 44,000 kienet b'żieda tal-popolazzjoni minn barra xtutna.", "Dan juri li huwa veru li l-ekonomija kibret, imma għax ġew 47,000 ruħ aktar minn barra l-pajjiż.", "X'kien dieħel fil-but ta' kull wieħed u waħda minna sal-2017 bin-numri, skont dak li qed turi l-ekonomija, kien u baqa' l-istess.", "Din hija matematika sempliċi, għax jekk id-dħul żdied għax żdiedu n-nies, ma jfissirx li żdied għax qed naqilgħu aktar!", "Żieda ta' 47,000 fil-popolazzjoni f'erba' snin biss hi żieda ta' 11%, jiġifieri kull sena, il-Gvern kien qed iżid il-popolazzjoni bi 3%.", "Terġa', l-immigranti li qed iġib il-Gvern mhumiex tfal jew anzjani, jiġifieri jekk tara l-workforce, jiġifieri l-ammont ta' nies li jaħdmu, iż-żieda fil-forza tax-xogħol hi ferm akbar bħala persentaġġ.", "Fl-2017, jiġifieri f'sena waħda biss, l-immigranti li nġiebu Malta mill-Gvern, bħala persentaġġ tal-forza tax-xogħol, kienu ta' 7%!", "Din hija l-istess rata li biha kibret l-ekonomija!", "Dan ifisser li t-tkabbir fl-ekonomija ras għal ras huwa ferm inqas spettakolari mit-total li l-Gvern jixtieq li jonfoħ bin-numru dejjem jikber tan-nies ġewwa pajjiżna!", "Ippemettuli nieħu ftit ħin biex nispjega sew il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar il-ħaddiema barranin.", "Irrid nagħmel dan għaliex aħna favur immigrazzjoni intelliġenti fl-interess tal-ħaddiema tagħna!", "In-naħa tal-Gvern qed jistagħġbu, għax huma ma għarfux kif!", "L-argument tagħna huwa dwar l-ammont u t-tip ta' ħaddiema barranin li qed iġib il-Gvern, fejn kellna madwar 15,000 fis-sena, fejn fil-maġġorparti tagħhom huma ħaddiema b'ħiliet baxxi minn pajjiżi b'pagi baxxi.", "Il-Partit Nazzjonalista kien il-partit li ta politika ta' ftuħ lil dan il-pajjiż.", "Dan ifisser ukoll li mal-libertà tal-kummerċ fl-Ewropa, ħaddiema minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu jaħdmu f'pajjiżna.", "Dak iż-żmien – għax in-naħa tal-Gvern, illum qed jiftaħru – il-Partit Laburista kien ibeżżagħna li se jkollna invażjoni ta' barranin!", "Daqstant il-Partit Laburista ried li Malta tkun kosmopolitana fl-ikbar għażla li kellna nagħmlu bħala nazzjon!", "Dakinhar, meta kellna niddeċiedu nidħlux fl-Unjoni Ewropea jew le, il-Partit Laburista ma kienx jaf xi tfisser li tkun kosmopolitan!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma ridux lill-barrani mill-Ewropa!", "Issa jridu 11,000 fis-sena minn barra l-Unjoni Ewropea!", "Sur President, ejja nitkellmu fuq it-tip ta' immigrazzjoni.", "Hemm żewġ mudelli ta' immigrazzjoni: dik irħisa u dik li magħha iġġib valur miżjud għal pajjiżna.", "Pajjiżna, minn żmien Gvern Nazzjonalista, beda jattira ħaddiema li għandhom ħiliet konsiderevoli u li jaħdmu f'setturi bħall-gaming, is-servizzi finanzjarji, il-farmaċewtika, l-avjazzjoni u l-assigurazzjoni, fost l-oħrajn.", "Dawn il-ħaddiema barranin jaħdmu mal-ħaddiema Maltin fejn jagħmlu dak li jissejjaħ skills transfer, jiġifieri jgħaddu l-ħiliet tagħhom lill-ħaddiema tagħna.", "B'hekk inkabbru industriji ġodda u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin jibdew igawdu minn pagi aħjar!", "Hekk għamilna f'dawn is-setturi, fejn illum għandna żgħażagħ u ħaddiema li jdaħħlu pagi tajbin bis-saħħa tal-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern u bis-saħħa ta' korsijiet li ppreparajnielhom bis-saħħa ta' immigrazzjoni bil-għaqal u mhux bl-addoċċ!", "Dak huwa l-mudell ta' immigrazzjoni intelliġenti fl-interess tal-ħaddiema tagħna lkoll!", "Aħna konna, għadna u nibqgħu favur li jkun hawn spazju għall-ħaddiema barranin f'pajjiżna, iżda dan irid isir bi pjan u b'għarfien sħiħ tal-effetti kollha, f'ammonti li jiflaħ għalihom pajjiż ċkejken bħal tagħna u f'tipi li għandna bżonn f'Malta biex il-ħaddiema barranin itejbu l-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u mhux jagħsruhom!", "Dik hija l-politika tagħna ta' immigrazzjoni intelliġenti fl-interess mhux biss ta' pajjiżna, imma wkoll tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin!", "Sur President, mill-banda l-oħra, il-mudell ekonomiku li addotta l-Gvern fih id-difetti u mhuwiex sostenibbli, għax biex dan il-mudell jibqa jikber, għandek bżonn ta' 15,000 barrani ġdid fis-sena!", "F'leġiżlatura waħda, qed nitkellmu fuq 75,000!", "F'għaxar snin, 150,000 persuna!", "Nafu għal kemm żmien se nibqgħu sejrin hekk?", "Meta se jieqaf dan il-mudell?", "Il-Gvern qed jgħidilna jekk dan il-mudell hux se jibqa' għal dejjem?!", "U jekk iva, kif?", "Il-Gvern qalilna li ma jridx iżomm il-brejkijiet, imma jrid jgħidilna kif se jippjana biex ikollna dan l-influss f'pajjiżna fuq medda daqshekk qasira!", "Aħna għandna pajjiż li diġà għandu l-ogħla densità fl-Ewropa!", "Għal kull kilometru kwadru, f'Malta hawn 1,500 ruħ!", "Mill-Ewropa kollha, aħna l-aktar pajjiż popolat!", "Warajna hemm l-Olanda - mhux bi ftit – b'400 persuna għal kull kilometru kwadru!", "Il-pajjiż bl-inqas nies huwa l-Finlandja, bi 17-il ruħ għal kull kilometru kwadru!", "Issa jekk inti trid iġġib 47,000 immigrant f'erba' snin, is-sens jgħidlek li trid taħseb għall-infrastruttura, aktar u aktar meta għandek pajjiż li diġà huwa ffullat bin-nies, bl-ogħla densità tal-popolazzjoni fl-Ewropa.", "Żieda fil-popolazzjoni tfisser iżjed karozzi fit-toroq, domanda akbar fuq it-trasport pubbliku, domanda akbar fuq il-kura u s-saħħa u kjuwijiet aktar fil-polikliniċi.", "Din iż-żieda fil-popolazzjoni tfisser li se nipproduċu aktar skart u domanda akbar fuq is-servizzi tas-sigurtà, servizzi korrettivi u servizzi komunitarji.", "Il-Gvern ma ddiskutiex mal-pajjiż l-effetti negattivi tal-mudell tiegħu fuq ħafna oqsma, fosthom fuq l-ambjent, fuq l-immigranti nfushom li qed jinżammu anke fl-irziezet, b'uħud minnhom jitħallsu pagi miżeri, fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, fuq il-kirjiet u fuq il-proprjetà.", "Il-Gvern ma ddiskutiex l-effetti fuq tant oqsma li huma affettwati minn żieda fil-popolazzjoni.", "Pereżempju, fir-rigward tal-pagi, nafu li żieda fl-ammont tan-nies li lesti jaħdmu ġġib pressjoni 'l isfel fuq il-pagi.", "Dan għedtu diġà fil-bidu.", "Din il-ġimgħa, fuq stazzjon tat-televiżjoni privat smajt mara ċċempel u tgħid li l-kumpanija fejn taħdem bil-prekarjat qaltilha li jew taċċetta paga baxxa jew inkella minflokha jġibu lil xi ħadd barrani.", "Mela għalkemm m'aħniex kontra li nġibu barranin li jaħdmu f'setturi ta' kwalità u valur miżjud, irridu noqogħdu attenti li l-ħaddiema li nġibu ma jagħmlux pressjoni fuq il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Dan huwa argument anke li jirrigwarda d-dinjità tal-bniedem, għax huwa kontra d-dinjità tal-bniedem li ġġib barrani ħalli tħallsu inqas milli tħallas Malti.", "Insemmi wkoll iż-żieda fil-kera, iż-żieda fil-prezz tal-proprjetà, iż-żieda fil-prezz tal-ħobż u ż-żieda fil-prezz tal-prodotti tal-ħalib, fost l-oħrajn.", "Dawn iż-żidiet huma fil-maġġorparti tagħhom riżultat tal-politika ekonomika tal-Gvern, mibnija fuq żieda fil-popolazzjoni.", "Dan huwa dak li ma qalx il-Gvern fil-Baġit!", "Il-Gvern ma qalx li l-politika ekonomika vera tiegħu hija li jkabbar il-popolazzjoni minflok li jkabbar x'dieħel fil-bwiet tal-ħaddiema b'impjiegi tajbin u bi produttività aħjar.", "Ma qalx li ż-żieda fil-popolazzjoni għandha effetti ċari li missu rahom qabel u li qed jinħassu min-nies, speċjalment fil-pagi, fil-prezzijiet tal-ikel u fil-prezzijiet tal-kirjiet u proprjetà fejn tgħix.", "Sur President, il-ħaddiem ġie ssagrifikat biex l-ekonomija tidher li qed tikber għax tiżdied il-popolazzjoni.", "Minflok ma l-Gvern kabbar l-ekonomija fil-bwiet tal-ħaddiema, żied il-bwiet ħalli n-numri jikbru.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss, imma ġie rrappurtat ilbieraħ fuq The Times online meta kkwotaw minn intervista li saret mal-konsulenta tal-Gvern fuq il-faqar Yana Mintoff Bland li tgħid verbatim u nikkwota:", "Qed inpoġġi dan l-artiklu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Insemmi wkoll x'inhuma l-effetti fuq il-ħaddiema barranin.", "Meta nstabu numru kbir ta' immigranti f'razzett, Reuters qalet hekk dwar l-isfruttament ta' dawn il-ħaddiema:", "Qed inpoġġi dan ir-rapport ta' Reuters fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn huma realtajiet tas-soċjetà Maltija li aħna lkoll parti minnha.", "Nistgħu nagħmlu bħall-Gvern fid-Diskors tal-Baġit u ninjoraw din ir-realtà.", "Nistgħu nitkellmu biss dwar is-suċċess ekonomiku mingħajr ma nammettu li dan huwa bbażat fuq sistema ta' pagi baxxi.", "Nistgħu ninjoraw il-fatt li għandna ħaddiema li qed jorqdu fl-istalel u fl-irziezet, imma r-realtà hi li jekk ħaddiem sieħbek, ġej minn fejn ġej, qed ikun sfruttat, illum jew għada, se tiġi sfruttat inti wkoll.", "Ħafna Maltin u Għawdxin mhumiex lesti jaċċettaw dan.", "Għalhekk, dan il-Parlament jeħtieġ jisma' u jagħti kas din ir-realtà ta' sfruttament, irrispettivament jekk humiex Maltin jew barranin.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq robots, imma fuq nies!", "Jekk persuna qiegħda tikkontribwixxi lejn il-ġid ta' pajjiżna, speċjalment wara li ġabha hawn il-Gvern, irridu nirrispettaw ix-xogħol tagħha u d-drittijiet tagħha.", "Jekk id-drittijiet tagħha jitnaqqru, dak hu bieb li nfetaħ biex imbagħad, jekk mhux għada pitgħada, jitnaqqru d-drittijiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin ukoll!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien nistgħaġeb kif il-Partit Laburista li beżżagħna bil-ħaddiema Ewropej, issa qed jittollera l-isfruttament tal-ħaddiema barranin biex jiftaħar li qed ikabbar l-ekonomija.", "Il-mudell ekonomiku tagħna mhuwiex li żżid it-total billi żżid il-bwiet.", "Il-mudell ekonomiku tagħna hu li żżid it-total billi żżid il-flus fil-bwiet taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema b'ħiliet ġodda għall-industriji ġodda.", "Dan irid isir bi pjan ċar, li hu ovvju li l-Gvern m'għandux.", "Il-mudell ekonomiku tagħna jrid ikun wieħed li jinċentiva l-investiment u jgħin lill-intrapriżi tagħna jinvestu ħalli jsiru aktar effiċjenti u produttivi, għax dik hi l-unika garanzija ta' dħul aħjar għalihom u għall-ħaddiema tagħna.", "Dan hu vantaġġ ta' meta jkollok viżjoni u ta' meta tippjana fit-tul!", "X'għandna bżonn quddiem din ir-realtà tal-immigrazzjoni?", "Għandna bżonn l-għaqal u l-intelliġenza.", "Is-sens jgħidlek li qabel tibda proċess ta' tkabbir fil-popolazzjoni, trid tistudja sew x'se jkunu l-effetti, speċjalment f'pajjiż li diġà huwa ffullat u fgat.", "Trid tippjana wkoll xi programmi ta' integrazzjoni għandek bżonn ħalli dawk in-nies li se ġġib, jifhmuna u nifhmuhom.", "Il-Gvern m'għamilx dan, għax qiegħed jagħmel l-affarijiet haphazardly, fejn shoot first and ask questions later!", "Huwa proprju għalhekk li llum qegħdin naraw partijiet minn qafas ta' dan il-pajjiż li qed iċedu taħt il-piż ta' popolazzjoni akbar.", "Illum qegħdin ngħixu din ir-realtà kull filgħodu meta nmorru għax-xogħol u jkollna noqogħdu fit-traffiku.", "Qegħdin ngħixu din ir-realtà meta ndumu ħin eżaġerat biex nipparkjaw.", "Qegħdin naraw it-trasport pubbliku li mhux effettiv minkejja sussidju dejjem akbar li jingħata mill-Gvern.", "Qegħdin naraw dan meta mmorru nixtru l-affarijiet essenzjali li għandna bżonn ta' kuljum.", "Qegħdin naraw dan meta mmorru nixtru l-proprjetà li kienet l-aspirazzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin kollha li jkunu s-sidien ta' darhom u li jsibu l-prezz tal-proprjetà f'pajjiżna li qed jogħla tant li qed jitbiegħed mill-but tal-familji medji.", "Il-Gvern messu ħaseb u ppjana għal dan kollu qabel telaq għal għonq it-triq biex iżid il-popolazzjoni ħalli taparsi l-ekonomija qed tikber.", "Imma dan il-Gvern ma ħasibx u ma ppjanax!", "Agħar minn hekk, dan il-Gvern għadu mhux qed jaħseb u mhux qed jippjana, anzi qiegħed jippretendi li aħna ndaħħlu rasna fir-ramel kif għamel hu!", "Il-politika taż-żieda fil-popolazzjoni biex ngħidu li l-ekonomija qed tikber hija mimlija effetti li l-Gvern ma qiesx jew ma jridx iqis.", "Nixtieq nitkellmu wkoll fuq il-kwalità tal-ħajja, b'mod partikolari dwar l-ambjent li qiegħed ibati mill-politika tal-Gvern, fosthom biż-żieda tal-popolazzjoni u t-telqa ġenerali li l-Gvern ħalla l-ambjent fiha.", "Hawn xi ħadd f'din il-Kamra li b'idejh fuq qalbu jista' jgħid li l-ambjent f'pajjiżna sejjer 'il quddiem?", "Hawn xi ħadd f'din il-Kamra li b'idejh fuq qalbu jista' jgħid li b'żieda fil-popolazzjoni, l-ambjent se jitjieb?", "Hawn xi ħadd f'din il-Kamra li b'idejh fuq qalbu jista' jgħid li t-tfal tagħna u t-tfal tat-tfal tagħhom se nħallulhom pajjiż isbaħ u aktar nadif?", "Hawn xi ħadd f'din il-Kamra li b'idejn fuq qalbu jista' jgħid li jekk nibqgħu neqirdu l-ambjent, Malta se tibqa' attraenti għal min irid iżurna jew għal irid jinvesti f'pajjiżna?", "L-ambjent huwa marbut ħafna maż-żoni rurali u l-biedja.", "Dan l-aħħar, bdiewa żgħażagħ ta' min jammirahom waqqfu għaqda bl-isem \"Għaqda Bdiewa Attivi\" biex iħarsu l-biedja f'Malta li qiegħda tinqered.", "Dawn il-bdiewa żgħażagħ qed jargumentaw li meta jkun hawn pressjoni għal aktar bini, tittieħed art mill-biedja, nitilfu żoni rurali, nipproduċu inqas ikel u jkollna l-iskarsezzi fl-ikel li jogħla.", "Hawn qed jagħtu eżempju lill-Gvern tal-ħsieb u l-ippjanar li messu għamel qabel imbarka fuq politika maġġuri ta' żieda fil-popolazzjoni.", "Qed jagħtuh eżempju tal-katina ta' effetti li l-Gvern ma qiesx.", "Minn naħa l-oħra, kull ma qal il-Gvern fil-Baġit kien li l-biedja ma tagħtix kontribut għat-tip ta' tkabbir ekonomiku li jixtieq jara hu.", "Se nikkwota mid-diskors tal-Baġit li jgħid hekk:", "\"Minkejja li l-biedja ma tikkontribwixxix ħafna għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll għall-impjiegi, irridu nirristrutturaw dan is-settur biex ikun aktar profittabbli u allura jattira bdiewa żgħażagħ li jistgħu jibdew iħarsu lejn konċett ta' agribusiness u mhux biss bdiewa bil-mod tradizzjonali.\".", "Ma nistagħġibx imbagħad li l-biedja sejra ħażin, anke skont ċifri ta' dan il-Gvern stess.", "L-aħħar economic accounts for agriculture li għandna u li huma tal-2017 juru li d-dħul tal-bdiewa Maltin meħud f'daqqa bejn is-sena 2013 u s-sena 2017, minkejja li għandna żieda fil-popolazzjoni, naqas b'14%.", "Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport ukoll.", "Għall-mistoqsijiet dwar l-ambjent f'pajjiżna, weġibna r-Rettur tal-Università ta' Malta fl-ewwel ta' dan ix-xahar, f'diskors meqjus li għamel lill-4,500 student li bdew sena akkademika ġdida fl-Università.", "Dwar il-qtugħ ta' nifs li jġib il-bini bla rażan, ir-Rettur jgħid hekk:", "Ir-Rettur jitkellem ukoll dwar l-iskart u jgħid hekk:", "Dak li qal ir-Rettur tal-Università huwa ikkonfermat minn rapport tal-Kummissjoni Ewropea.", "Dan juri li qegħdin nirriċiklaw 7% biss, meta sa sentejn oħra l-mira Ewropea għandha tkun ta' 50%.", "Qed nirriċiklaw inqas milli konna nagħmlu fl-2012!", "Mela minflok mexjin imqar pass 'il quddiem, mexjin lura bħall-granċ!", "Se nkun qed inqiegħed dan ir-rapport ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rapport tal-Euronews juri kemm qegħdin tassew l-aqwa fl-Ewropa!", "Ovvjament, meta tara dan, tweġġa'.", "Dan ir-rapport jiddiskrivina bħala \"the dirty man of Europe\"!", "Kif għedt, qed nirriċiklaw 7% biss!", "It-tieni l-agħar, li hija r-Rumanija, tirriċikla d-doppju tagħna, 13%!", "Se nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.", "Ir-Rettur tal-Università jitkellem ukoll dwar l-iskarsezza tal-ilma u jgħid hekk:", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-artiklu li deher fil-ġurnal The Times of Malta fejn ġie ikkwotat ir-Rettur.", "Fir-rigward tal-arja, ma nistgħux naħarbu minnha u ma naħsbux fuqha, għax biex ngħixu bilfors ikollna nieħdu n-nifs.", "Ma nistgħux nieħdu nifs minn ċilindri kif nieħdu l-ilma minn x'imkien ieħor.", "Ma nistgħux ninsew l-iskart tagħna li mbagħad jinħaraq xi mkien u ngħidu li qegħdin naħżnuh, għax l-arja rridu neħduha kuljum aħna u wliedna.", "Ċifri tal-Gvern stess juru li minħabba żieda fil-karozzi, fl-aħħar tliet snin, il-kwalità tal-arja tagħna qed tmur lura u kellha żieda ta' 12% fis-CO2, jiġifieri l-carbon monoxide li joqtol.", "(Interruzzjonijiet)", "Skużawni, Sur President, ridt ngħid carbon dioxide, fejn naqblu li huwa r-raba' l-agħar fl-Ewropa.", "Ħa nippreżenta r-rapport dwar dan ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kemm hu sew kieku ma naqblux fuq l-isem, imma naqblu li ntejbu l-arja tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kieku ma naqblux fuq it-teknika u naqblu li nieħdu nifs ġdid f'pajjiżna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'pajjiżna, fejn diġà għandna problemi ambjentali kbar u fejn sejrin lura flok 'il quddiem, il-Gvern qed jaddotta policy maġġuri dwar il-popolazzjoni u mhux qed iqis l-ambjent, l-iffullar, it-torbien, il-ħsejjes, is-siġar, it-traffiku u l-ipparkjar, fost l-oħrajn.", "Bħala Oppożizzjoni m'aħniex lesti nagħmlu bħall-Gvern u ndaħħlu rasna fir-ramel.", "Lilna mhux se jgħammxilna għajnejna l-kliem bombastiku tal-Prim Ministru fuq xi pajjiż kosmopolitan!", "Intom tridu pajjiż kosmopolitan, jew tridu kwalità ta' ħajja aħjar?", "Tridu pajjiż kosmopolitan, jew tridu 3,200 familja jistennew biex jingħataw post tal-housing?", "(Onor. Membri: Hear, hear) Illum għandna Gvern bla pjan fejn reġa' għandna n-nies bla saqaf fuq rashom, għax dan il-Gvern wara sitt snin għadu lanqas lesta proġett wieħed jew ta unit wieħed għal min m'għandux fejn joqgħod!", "Dik hi r-ruħ soċjali ta' da il-Gvern!", "Dan hu l-Gvern tal-ħaddiem, li għandu ruħu u qalbu mal-batut!", "Kif għidt diġà u nerġa' nsostni llum, quddiem Malta kollha, Gvern Nazzjonalista jagħti garanzija li kull Malti u Għawdxi jkollu saqaf fuq rasu.", "L-effett taż-żieda fil-popolazzjoni fuq il-kirjiet huwa ovvju.", "Waħda mill-għaqdiet tal-estate agents tgħid illum li fis-suq Malti, insa li se ssib kirjiet b'inqas minn €500 fix-xahar, sakemm ma jkunx forsi xi garaxx taħt l-art, u jekk!", "Il-Gvern, wara sitt snin, se jsolvilna l-problemi billi ħarġilna White Paper!", "Vera karta bajda, għax vojta fis-sustanza u ma toffri ebda soluzzjoni effettiva!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Lil dawn it-3,200 familja issa mmorru għandhom bieb, bieb u nuruhom il-White Paper!", "Tinduna kemm hu Gvern bla pjan u bla viżjoni meta ħareġ bi proposta li aħna żgur naqblu magħha.", "Qed nirreferi għall-iskema tal-kiri li kien daħħal Gvern Nazzjonalista u li dan il-Gvern, meta tela' fil-poter neħħieha, biex issa dak li rema qed jużah bħala salvauomo wara sitt snin li fihom kabbar il-problema, għax fil-frattemp m'għamel xejn!", "Dan hu Gvern bla pjan li issa qed jaddotta biċċa minn pjan tal-Gvern ta' qablu għax qiegħed f'paniku.", "Apparti l-kirjiet, hemm imbagħad l-effett fuq is-suq tal-proprjetà.", "Kienet policy tal-gvernijiet kollha li ġew qabilna mill-Indipendenza 'l hawn li l-familji Maltin, kemm jista' jkun, isiru sidien ta' darhom.", "Li tkun sid ta' darek jagħtik sigurtà, u għal ħafna familji dan huwa l-ikbar investiment f'ħajjithom.", "F'Malta kellna waħda mill-aktar rati għoljin ta' home ownership fid-dinja.", "Illum għandna waħda mill-aktar rati għoljin ta' żgħażagħ li lanqas jifilħu jħallsu l-kirjiet li għandna, aħseb u ara li jsiru sidien ta' darhom.", "Illum, min diġà għandu proprjetà u għandu t-tfal qed jiddubita jekk it-tfal tiegħu humiex se jkunu f'pożizzjoni bħalu li xi darba jkollhom il-proprjetà tagħhom.", "Il-Gvern qed jgħabbi liż-żgħażagħ tagħna b'piż dejjem akbar.", "Taf x'qed jissuġġerixxi l-Gvern, Sur President?", "Illi ż-żgħażagħ jistennew sakemm ikollhom 40 sena, biex forsi jidħol magħhom hu wkoll.", "Fir-rigward tal-anzjani tagħna, li m'għandhomx pensjoni biżżejjed, jistgħu jagħmlu tajjeb lill-Gvern b'dik il-proprjetà, ħalli dak li ġemmgħu f'ħajjithom, jittiħdilhom fl-aħħar ta' ħajjithom!", "Dan hu l-Gvern b'ruħ soċjali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Partit Laburista, li tant inqeda bil-middle class qabel l-2013, issa qed jagħmel waħda mill-aspirazzjonijiet ewlenin tal-middle class dejjem aktar diffiċli.", "Il-Gvern qed jipprova jtaffi xi ħaġa mill-problemi li ħoloq huwa stess!", "Biss, dak li qiegħed jipproponi huwa ħafna 'l bogħod minn biżżejjed!", "Il-Gvern semma l-equity sharing scheme, li għalkemm qed jiftaħar biha, mhijiex ċara għax il-Gvern ma kienx kapaċi jagħti mqar dettall wieħed fil-Baġit ta' kif se taħdem din l-iskema.", "Nerġa' ngħid li dan mhux biżżejjed!", "Fid-diskors tal-Baġit, il-Gvern qed jgħid li meta tagħlaq 40 sena, il-Gvern jidħol miegħek fis-sehem, imma mbagħad jitħaddet biss li jrid ikollok nofs il-flus biex tixtri u l-Gvern iħallaslek l-imgħax.", "M'hemmx ċar dak li qed jipproponi l-Gvern u wisq nibża' li hawnhekk, għal darb'oħra, il-Gvern m'għandux pjan fit-tul.", "Fil-paniku tiegħu, il-Gvern tefa' nofs idea li għadu lanqas biss ħaseb sew dwarha!", "Min-naħa l-oħra, il-Gvern għalaq inkiss inkiss skemi li kienu jgħinu lil persuni vulnerabbli, persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani biex jikru jew jirranġaw darhom biex jibqgħu jgħixu fil-komunità.", "Fil-qasam tat-trasport u l-infrastruttura, dan kien għal darb'oħra Baġit riċiklat, nieqes mill-ideat, mill-viżjoni u mill-għarfien tal-effetti qawwijin tal-politika tal-Gvern b'aktar popolazzjoni fuq dan il-qasam.", "Diversi proposti li l-Gvern ressaq fil-Baġit ta' din is-sena għal dan is-settur huma sempliċement ripetuti mis-sena l-oħra!", "Jekk irnexxielu jirriċikla xi ħaġa, dan il-Gvern irriċikla l-ideat tiegħu stess, waħda wara l-oħra, sena wara l-oħra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hemmhekk hu ċ-ċertifikat tar-riċiklaġġ tal-Gvern!", "Pereżempju, is-sena l-oħra l-Gvern kien qalilna li se jagħmel mollijiet f'Bormla, f'Marsamxett u f'Tas-Sliema, u din is-sena qalilna li se jagħmel mollijiet f'Bormla, f'Marsamxett u f'Tas-Sliema!", "Kemm hu bravu!", "Hemm imbagħad wegħdi mis-sena l-oħra li ma sarux u lanqas biss qed jissemmew li se jsiru din is-sena!", "Pereżempju, il-wegħda tal-bus shelters ġodda ma twettqitx, u issa lanqas biss ġiet ripetuta fil-Baġit għas-sena d-dieħla!", "Imbagħad għandek il-kontradizzjonijiet!", "Il-Gvern qed jagħmlilna l-inċentivi għas-sewqan tar-roti, u f'dawn it-toroq li għalihom se jonfoq €100 miljun fis-sena mhux se jagħmel bicycle lanes!", "Titpaxxa biha!", "Lanqas fit-toroq li wessa' m'għamel il-bicycle lanes!", "F'dan il-Baġit m'hemm l-ebda viżjoni dwar is-sostenibbiltà taż-żieda tal-karozzi li hija kkawżata wkoll miż-żieda fil-popolazzjoni.", "Ċifri li ħarġu mill-Gvern stess juru li f'pajjiżna bejn l-2013 u l-2016 żdiedu 45,000 karozza!", "Jekk xejn, dan huwa vot ta' sfiduċja fit-trasport pubbliku.", "Ovvjament, żieda ta' 45,000 karozza fi tliet snin teħtieġ pjan biex tħares l-effetti tagħha.", "Huwa tajjeb li għandna proġetti li saru bħal tal-Kappara, li kien fassal Gvern Nazzjonalista, u issa wkoll il-proġett tal-Marsa.", "Għal dan, ejja ngħidu \"grazzi\" lil min ħadem u stinka biex dħalna fl-Unjoni Ewropea, għax li kieku ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea ma kienx ikollna l-fondi biex nagħmlu dawn il-proġetti!", "Imma issa rridu nkunu aħna l-Maltin li jkollna viżjoni u pjan dwar it-trasport f'pajjiżna.", "B'din ir-rata, kull sitt snin se nżidu 100,000 karozza fit-toroq tagħna!", "F'dan il-Baġit il-Gvern ma qalilna xejn dwar dan!", "Il-Gvern ma jistax jibqa' jsemmi l-€100 miljun fis-sena, għax dawn se jintużaw biex iwessa' t-toroq li għandna u jagħmel ir-resurfacing tat-toroq u mhux biex jagħmel sistema ta' trasport li tindirizza n-numru ta' karozzi ta' għada.", "Il-Gvern qed jidħak bina!", "Sur President, f'pajjiżna joħorġu aktar minn 40 karozza ġdida kuljum.", "Jekk tagħmilhom waħda wara l-oħra, dawn jiġu tul ta' 84 kilometru, tliet darbiet it-tul ta' Malta!", "Dan mhux sostenibbli, imma l-Gvern, fil-Baġit, qed jieħu pjaċir jgħidilna kemm se jdaħħal minn dawn il-karozzi!", "Qal li se jdaħħal €16-il miljun aktar mil-liċenzji tal-karozzi u miljuni aktar f'petrol u diesel li għola l-prezz tagħhom.", "Mela l-Gvern se jibqa' jġib il-karozzi biex nibqgħu nieħdu arja maħmuġa u nibqgħu neħlu fit-traffiku ħalli jibqa' jisraqna fuq il-petrol u d-diesel!", "Dan huwa l-mod kif dan il-Gvern irid jiffinanzja l-Baġit!", "Waħda mis-soluzzjonijiet għandha tkun it-trasport pubbliku, imma hawn għandna fjask!", "Kellna €6 miljuni sussidju li issa tela' għal €30 miljun!", "Biex wieħed jara l-falliment fit-trasport pubbliku, kemm imur fuq il-Facebook tal-kumpanija tat-trasport pubbliku u jaqra l-kummenti ġenwini tan-nies, li jweġbuhom billi jgħidulhom \"Grazzi tal-kumment\"!", "Il-Gvern li jisma', ma qed jagħmel xejn!", "Dik hi s-soluzzjoni li għandna għat-trasport!", "Naf b'każi ta' nies li ma ġietx l-aħħar karozza tal-linja, jiġifieri riedu jaraw kif se jmorru d-dar billejl.", "In-nies jilmentaw permezz ta' numru apposta, jagħtu n-numru tal-mowbajl tagħhom ħalli għall-inqas jieħdu r-risposta dwar x'kienet il-problema, imma ma jagħtihom risposta ħadd!", "Gvern li jisma', imma ma jimpurtahx!", "Hu tajjeb, u aħna naqblu perfettament mal-proposta li jingħataw tal-linja cards b'xejn, pereżempju liż-żgħażagħ, imma l-karozza trid tiġi u twasslek fil-ħin, inkella għalxejn tingħata tal-linja card b'xejn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Gvern qed jonqos bil-kbir fit-trasport pubbliku li żgur jista' jkun waħda mis-soluzzjonijiet għall-iġġammjar li għandna fit-traffiku u n-nuqqas ta' spazju għall-ipparkjar.", "Nippretendu li fi żmien tas-surplus u l-aqwa żmien, il-Gvern jista', jekk irid, jipprovdi trasport pubbliku b'xejn, almenu, għaż-żgħażagħ kollha sakemm jagħlqu l-25 sena.", "B'hekk inkunu nistgħu nnaqqsu l-karozzi fit-toroq.", "Il-piż tal-popolazzjoni li qed tikber jinħass ukoll fuq is-servizz tas-saħħa.", "Nixtieq naqra minn paġna 89, għax fuq is-servizz tas-saħħa, il-Gvern jgħaxxaqna!", "Naħseb li dan hu l-aktar paragrafu onest li qara l-Ministru għall-Finanzi fil-Baġit.", "Se naqrah ħalli żgur inkun qed nikkwotah kelma b'kelma:", "\"8.10 Strateġija u riċerka", "Il-Gvern jifhem li, f'settur vast bħas-saħħa, hemm bżonn ta' pjan strateġiku fit-tul sabiex nassiguraw li bl-investiment tagħna nolqtu firxa wiegħsa ta' nies u nieħdu ħsieb li ħadd ma jibqa' lura.\".", "Wara ħames snin, il-Gvern stenbaħ li fil-qasam tas-saħħa għandna bżonn pjan fit-tul.", "Però s-sena l-oħra l-Awditur Ġenerali ppubblika r-riżultat ta' investigazzjoni li għamel minn jeddu dwar kemm tassew hemm waiting list fis-sistema pubblika tas-saħħa.", "Kien hemm 63,000 persuna bi stennija ta' medja ta' tmien xhur!", "Il-Gvern li wiegħed li se jneħħi l-waiting list irid jagħti spjega ta' dawn in-numri.", "Fi tmien xhur, marda jew kundizzjoni taggrava tista', imma l-Gvern jilgħab biċ-ċifri u jagħmel eżerċizzji tal-propaganda minflok ma jindirizza bis-serjetà r-realtà li sab l-Awditur Ġenerali.", "Nerġa' nfakkar li 63,000 persuna jistennew medja ta' tmien xhur!", "Meta diġà għandna stennija daqstant twila biex wieħed jieħu l-ewwel appuntament fis-sistema pubblika tas-saħħa, aħseb u ara żieda fil-popolazzjoni ta' 15,000 fis-sena x'piż se jkun ifisser fuq is-sistema tagħna!", "Fil-qasam tas-saħħa, Sur President, Gvern bla pjan ta l-isptarijiet tagħna lil kumpanija li lanqas biss kienu jafu min hi!", "Fil-każ tal-Vitals, diġà għidt li dan huwa każ li huwa agħar mill-korruzzjoni, għax sar bil-għan preċiż li jfalli biex in-nies idaħħlu l-miljuni fil-but u mhux biex il-proġett isir!", "Għandna Gvern li jippjana li jfalli fis-settur tas-saħħa biex jagħmlu l-ħafna għall-ftit!", "Jien jimpurtani mil-qasam tas-saħħa u se nargumenta quddiem l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna favur in-nies.", "Għalhekk jien personalment għamilt kawża quddiem il-Qrati biex dan il-kuntratt jiġi kkanċellat u mwaqqaf, ħalli l-Maltin u l-Għawdxin jieħdu lura l-isptarijiet tagħhom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Ministru għas-Saħħa l-ġdid tani raġun u fir-rigward ta' Steward qalli: This is the real thing!", "Fil-qasam importanti tas-saħħa mentali, dan huwa Gvern li parla ħafna, imma f'sitt snin għadu ma għamel xejn!", "Issa, fl-aħħar, jidher li sema' minn dak li ilna ngħidulu aħna u qed jgħid li se jiftaħ klinika tas-saħħa mentali fin-naħa ta' fuq ta' Malta!", "Se nkun pożittiv.", "Dan huwa tajjeb, aħjar sitt snin tard inkella qatt!", "Biex nifhmu x'għamlu gvernijiet differenti f'dan il-qasam, illum hawn ħames kliniċi fi-komunità u ħames day centres, li kollha nfetħu minn gvernijiet Nazzjonalisti!", "Is-sena l-oħra, il-Gvern qalilna l-istess ħaġa li qed jgħid din is-sena.", "Nisperaw li s-sena d-dieħla, nisimgħu lill-Gvern jgħidilna li mqar se jiftaħ klinika waħda!", "L-isptar mentali ġdid ħdejn l-Isptar Mater Dei huwa bżonn u ta' ħtieġa kbira!", "Ilna nisimgħu b'din il-wegħda sitt snin, sena wara l-oħra, f'baġit wara l-ieħor!", "Infakkar li dan il-Gvern żarma l-Mental Health Crisis Intervention Team imwaqqaf minn Gvern Nazzjonalista!", "Illum, min ikollu kriżi ta' saħħa mentali ma jsibx dan is-servizz!", "Il-Gvern qed imur kontra l-pariri tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha li jgħidu li f'dan is-settur, dan is-servizz huwa pedina importanti biex innaqqsu s-suwiċidju!", "Insemmi wkoll il-piż fuq l-edukazzjoni, speċjalmet fuq l-iskejjel.", "Popolazzjoni tikber bla pjan għandha bżonn ta' aktar skejjel u għalliema, imma dan huwa Gvern li ma kienx kapaċi jibni u jlesta skola ġdida kull sena, kif kien jagħmel għal bosta snin Gvern Nazzjonalista.", "Minflok, dan il-Gvern, kull sena, qed jipposponi l-bini ta' skola ġdida!", "Fir-rigward tal-iskejjel li beda jibni, qed jitnikker fuqhom u għadhom nofs leħja!", "Fil-Qawra u Marsaskala, żewġ żoni li għandhom żieda qawwija fil-popolazzjoni, il-Gvern għadu ma lestiex skejjel li suppost ilhom lesti żmien!", "Dan kollu qed iħalli effett fuq l-għalliema, fejn il-Gvern moħħu biex jiġġieled mal-Union tagħhom, qed jieħu miżuri bla ebda konsultazzjoni mal-Union u ma jafdax lill-għalliema mqar jagħmlu photocopy!", "Il-viżjoni tal-Gvern għall-għalliema hija li joħdilhom il-warrant, kif wera fil-liġijiet li ressaq dwar l-edukazzjoni mingħajr ma kkonsulta, fejn imbagħad, għax l-għalliema waqfulu, kellu jirtira tliet liġijiet f'daqqa!", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'Malta għandna t-tieni l-agħar rata fl-Ewropa ta' studenti li jitilqu kmieni mill-iskola.", "Dawn l-istudenti huma kkundannati għal għomorhom b'pagi baxxi, għax mhumiex qed jieħdu edukazzjoni u taħriġ għall-ħiliet li bihom jistgħu jitħallsu aħjar.", "Ovvjament, dan mhux għax l-istudenti hekk iridu, imma għax qed ikunu kostretti li jieħdu din id-deċiżjoni!", "Fis-settur tal-edukazzjoni u taż-żgħażagħ, il-Gvern, f'dan il-Baġit, ma jipprovdi xejn!", "Sur President, qasam li huwa affettwat bil-qawwi b'mod viżibbli ħafna mill-politika tal-Gvern huwa l-qasam tal-intern u s-sigurtà nazzjonali.", "Però, dan il-baġit huwa fqir ħafna għal dan il-qasam.", "Waqt li n-nies qed juru l-inkwiet tagħhom il-ħin kollu fuq is-sigurtà tal-pajjiż, il-Gvern qed jibqa' sieket u ma jagħmel xejn!", "Il-baġit huwa biss eżerċizzju ta' PR, li bil-kemm isemmi dawn il-problemi!", "Il-Partit Nazzjonista huwa l-Partit li tejjeb il-kundizzjonijiet u l-pagi tal-pulizija, daħħal id-dritt ta' pensjoni wara 25 sena, ta żidiet fil-pagi, bena għases ġodda, fetaħ l-Akkademja tal-Pulizija u ħadem għar-rispett lejn il-pulizija.", "Żgur li naqblu li dan it-titjib għandu jkompli għaddej.", "Min-naħa l-oħra, ma nistgħux naqblu mal-policy tal-Gvern li jżomm għases magħluqin, anke f'żoni sensittivi.", "Kull ma ppropona l-Gvern hu li jsiru xi cameras f'Paceville, imma dwar il-Marsa qal li għadu se jaħsibha.", "Dan il-Gvern ma semma xejn dwar il-problemi f'lokalitajiet oħrajn, fosthom il-Qawra, Buġibba, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, il-Furjana, il-Hamrun, is-Swieqi, il-Mosta u Marsalforn.", "Prattikament, ma semma xejn kważi dwar Malta kollha!", "Semma biss li fir-rigward ta' Paceville se jara kif jagħmel biex irażżan il-kriminalità.", "Huwa importanti li l-għases ikunu miftuħin bil-preżenza kontinwa tal-pulizija tagħna li qed jagħmlu aktar milli jifilħu, b'investiment miżeru fil-Korp tal-Pulizija.", "Hawn irrid nirringrazzja lill-pulizija tagħna li qed jaħdmu lil hinn mill-call of duty tagħhom.", "Jien kelli l-esperjenza li mort il-Marsa u sibt l-għassa magħluqa.", "Ilbieraħ il-gazzetta Illum ħabbret ir-riżultat ta' eżerċizzju li għamlet ġewwa Għawdex, fejn il-ġurnalisti tagħha marru Għawdex u minn 16-il għassa f'Għawdex, sabu 12 li kienu magħluqin!", "Dawn huma l-għases ta' Sannat, Għasri, Għarb, San Lawrenz, Marsalforn, Kerċem, Munxar, Żebbuġ, Xagħra, Nadur, Qala u Għajnsielem.", "Dan il-Gvern nesa lil Għawdex!", "Se npoġġi dan l-artiklu fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-Gvern ma jgħidx li dan mhuwiex minnu.", "Il-ħaddiema tagħna qegħdin fil-morsa taċ-cheap labour.", "Din hija problema li qed tikber u qed ikellmuni ħafna ħaddiema dwarha.", "Żgur li dawn il-ħaddiema kellmu wkoll lill-membri kollha ta' din il-Kamra.", "Mill-2013 'l hawn, il-kelma \"prekarjat\" ġiet minsija mill-Gvern, għax sparixxieha mill-vokabolarju tiegħu!", "Għall-Gvern, il-prekarjat m'għadux jeżisti u għalhekk m'għadux jitkellem fuqu.", "Il-prekarjat huwa problema li aggravat biż-żieda tal-popolazzjoni, fejn kondizzjonijiet prekarji qed ikunu trasferiti fuq il-ħaddiema Maltin.", "Dan mhux qed ngħidu jien, imma qaluhulna l-unions li ltqajna magħhom, fejn is-saħħa tan-negozjar tagħhom iddgħajfet minħabba l-prattiċi li hawn fis-suq.", "Dan huwa wieħed mill-effetti tal-prekarjat li qed jagħfas anke fuq il-familji li għandhom dħul tajjeb, imma li m'għandhomx is-serħan tal-moħħ ta' kuntratti definiti.", "Għalkemm il-Gvern għamel ftit dwar dawk li jkollhom aktar minn 40 sena u jkunu jridu jixtru proprjetà, jeħtieġ li l-Gvern jaħseb bis-serjetà f'dawk li ma jistgħu jixtru qatt proprjetà f'ħajjithom.", "Sur President, se nitkellem issa fuq kif dan il-Baġit, suppost se jtaffi l-għoli tal-ħajja.", "L-għoli tal-ħajja hija frażi oħra li ntesiet mill-Gvern mill-2013 'l hawn.", "Fuq naħa waħda, il-ħaddiem qiegħed ibati pressjoni fuq il-paga tiegħu u fuq in-naħa l-oħra qed ibati l-pressjoni tal-għoli tal-ħajja.", "Iċ-ċifri li ħadem fuqhom il-Gvern stess qed jgħidu li ż-żieda tal-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni fuq il-prodotti hija ta' 1.1%.", "Biss, skont l-aħħar ċifri tal-Gvern, l-ikel għola b'4.4%.", "Dan ifisser li familji bi dħul baxx u pensjonanti qed jiffaċċjaw għoli tal-ħajja ferm aktar kattiv, għax il-proporzjon tan-nefqa tagħhom fuq l-ikel hija akbar u għalhekk taffettwahom aktar ħażin.", "Biex nagħti eżempju, jekk inti tonfoq €100 fuq ikel, kien hemm żieda ta' 4%, allura n-nefqa żdiditlek b'€4.", "Dan ifisser li meta l-Gvern tak €2.33, lanqas biss tak biżżejjed biex tlaħħaq mal-għoli tal-ħajja, aħseb u ara kemm nistgħu nsejħulha żieda!", "Irridu nitkellmu bis-serjetà jekk verament jinteressana l-batut.", "It-€2.33 li l-Gvern ta fil-Baġit diġà ħadhom lill-ħafna familji bl-għoli tal-ħobż u l-ħalib li jixtru ta' kull filgħodu.", "Dak li ħabbrilna fil-Baġit filgħaxija, filgħodu, sakemm wasalna għand tal-merċa, kien diġà sparixxa.", "Dan apparti ż-żieda fil-petrol, id-diesel u l-gass, fost ħafna prodotti oħrajn li għolitilhom is-sisa, inkluż ix-shampoo.", "Apparti dawn il-prodotti ta' kuljum, il-kejl tal-għoli tal-ħajja mhux jaqbad iż-żieda esaġerata fil-kirjiet.", "Għal dawk li qed ibatu minn din is-sitwazzjoni, iż-żieda hi ferm aktar minn €2.33 fil-ġimgħa jew l-€10 fix-xahar!", "Jekk il-Gvern irid jinħeba wara l-kejl tiegħu tal-għoli tal-ħajja, qegħdin indaħħlu rasna fir-ramel!", "Dan għaliex il-familji tagħna se jitilfu t-€2.33 sa minn filgħodu, fi xħin imorru jixtru l-ħobż u l-ħalib.", "Dawn il-familji jafu li għalihom dan il-kejl huwa fażull.", "Il-Gvern, li hu suppost tal-ħaddiema, fil-Baġit mhux qed ikun ċar mal-ħaddiema tagħna dwar it-taxxi li qed jimponi fuqhom u fil-mod kif qed togħla l-ħajja.", "Il-Gvern qed iħalli t-taxxi għal matul is-sena, b'tali mod li lanqas biss jidħlu fiż-żieda tal-għoli tal-ħajja li tingħata f'Jannar.", "It-taxxi qed jidħlu matul is-sena u mbagħad fil-Baġit nagħmlu l-propaganda.", "B'hekk irid jidħak bin-nies il-Gvern!", "Mal-ħaddiema, fil-morsa tal-għoli tal-ħajja, hemm ukoll l-anzjani u l-pensjonanti.", "Iċ-ċifri li għadhom kif ħarġu għall-Jum Dinji tal-Ikel fis-16 ta' Ottubru 2018 juru li n-nefqa tal-anzjani fuq l-ikel, proporzjonalment hija akbar minn saffi oħrajn tas-soċjetà, għax fir-rigward tal-anzjani, minħabba t-tip ta' ħajja tagħhom, in-nefqa fuq l-ikel hija akbar.", "Dan ifisser li r-rata tal-għoli tal-ħajja li qed jiffaċċjaw l-anzjani toqrob aktar 'il fuq mill-4.4% li kkalkola l-Gvern stess.", "Dan il-Gvern għen ftit lill-anzjani, li huwa tajjeb u merħba biż-żieda, imma dan mhux biżżejjed.", "Dan il-Gvern bla pjan mhuwiex jippjana għaż-żieda fl-anzjani li jeħtieġu kura aktar qawwija.", "Fl-għaxar snin li ġejjin se jkunu qed joqorbu lejn it-80 sena dawk li twieldu fil-baby boom ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija.", "Dawn huma l-anzjani li bħalissa għandhom madwar 70 sena.", "Għaxar snin ilu, dawn l-anzjani kienu qed jirtiraw u pajjiżna kien qed jagħtihom iż-żieda sħiħa u mhux aktar iż-żewġ terzi, bis-saħħa ta' Gvern Nazzjonalista.", "Dawn huma l-anzjani tagħna li gawdew bis-saħħa tas-servizzi soċjali li introduċa l-Gvern Nazzjonalista, inkluż l-għotja lil dawk l-anzjani li jibqgħu fil-qalba tal-komunitajiet tagħna, kif nixtiequ aħna biex ingawduhom.", "Biss, Gvern bla pjan, mhuwiex jaħseb għal dak li għandna bżonn biex meta dawn l-anzjani joqorbu lejn etajiet akbar ta' 80 sena u 'l fuq ikollna nies imħarrġin sewwa biex jieħdu ħsiebhom.", "Dan il-Baġit ma jsemmi xejn dwar kif jista' jattira aktar żgħażagħ Maltin biex jidħlu fil-professjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kura tal-anzjani.", "L-Oppożizzjoni ilha tgħid li jekk ċerti professjonijiet ma jkunx hawn ħaddiema biżżejjed fihom, m'hemm xejn ħażin li nġibu lill-barranin, imma dan m'għandniex nagħmluh għax ma ħsibniex u ma ppjanajniex, jew għax irridu nħallsu pagi baxxi jew nibnu ekonomija fuq iċ-cheap labour.", "Għandna naraw, pereżempju, li jkollna nies li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħna li jkunu kapaċi jikkomunikaw magħhom b'lingwa li l-anzjani tagħna jifhmuha.", "Dan huwa effett ieħor ta' Gvern bla pjan fejn fir-rigward tal-lingwa tagħna, il-Gvern irid jagħmilha lingwa tas-sekonda klassi f'pajjiżna.", "Ovvjament, jekk jiġri dan, ma jsofrix biss l-ilsien tagħna, imma anke kull min irid jikkomunika bih.", "Is-settur tal-anzjani tagħna huwa l-aktar li bata ż-żieda fil-faqar finanzjarju.", "Miċ-ċifri, il-Gvern ma jistax jaħrab minn din ir-realtà, allavolja bil-propaganda massiċċa tiegħu jipprova b'xi mod jew ieħor jaħbi dan il-fatt.", "Il-faqar finanzjarju jirriżulta meta persuna jew familja jkollhom dħul ta' inqas minn 60% tal-medja.", "Hemm ukoll kejl ieħor separat dwar l-esklużjoni soċjali li huwa bbażat fuq mistoqsijiet dwar jekk persuni jew familji jaffordjawx ċerti nefqiet.", "Il-kejl finanzjarju huwa ċar u dejjem jitkejjel bl-istess riga, jiġifieri jekk individwu jew familja għandhomx dħul ta' inqas minn 60% fil-medja.", "Skont iċ-ċifri tal-Gvern stess, il-faqar finanzjarju żdied b'aktar minn 10,000 f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Ħames snin ilu, kien hawn faqar finanzjarju ta' kważi 62,000 u llum hawn faqar finanzjarju ta' 72,000.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan wara li ħames snin ilu, dan il-Gvern kien qalilna li jrid jeqred u jeradika l-faqar minn pajjiżna!", "Issa l-Gvern induna li falla u qed jgħidilna li l-mira hi li għall-inqas ma jkunx hawn tfal foqra.", "Ħadd m'għandu jkun fqir f'dan il-pajjiż!", "Kulħadd għandu dritt għal saqaf fuq rasu!", "Kulħadd għandu dritt għall-ħajja diċenti!", "Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri li ħarġu fl-aħħar ħames snin kif imqabblin mas-snin ta' qabel.", "Sitt snin ilu l-Partit Laburista wiegħed li jeradika l-faqar.", "Niftakruh jgħid li ried jaqla' l-faqar mill-għeruq, imma llum, qed isaqqih u jarah jikber.", "Dan hija stiwazzjoni li ma tixraqx lil pajjiżna.", "Għalhekk, irridu niġġieldu l-faqar bis-sħiħ.", "Din iż-żieda fil-faqar finanzjarju seħħet ukoll fejn hemm familji bit-tfal u familji magħmulin minn anzjani.", "Fl-aħħar ħames snin, l-anzjani tagħna kienu qegħdin isofru tnaqqis tal-poter tal-akkwist tagħhom, jiġifieri jekk għandek xi ħaġa x'tonfoq, is-saħħa ta' dak li għandek hija anqas.", "Tlaqna minn sitwazzjoni fejn tieħu t-tfal tagħna jaraw lin-nanniet tagħhom u forsi jixtrulhom xi ħaġa u ġejna f'sitwazzjoni li n-nanniet tagħna lanqas għandhom biex jixtru l-mediċina u l-ikel li għandhom bżonn.", "Ħajja sħiħa mogħtija lil pajjiżna u lill-familji tagħna qed tintrema fix-xejn għax il-Gvern hu bla pjan.", "Aħna rridu naraw li nsaħħu d-dħul tal-anzjani tagħna.", "Dan huwa l-argument tal-Oppożizzjoni!", "Dak li jagħmel il-Gvern favur l-anzjani merħba bih, imma żgur li mhuwiex biżżejjed.", "Dan għaliex l-anzjani qegħdin isofru għoli tal-ħajja ferm aktar minn oħrajn, billi l-għoli fl-ikel huwa ferm aktar qawwi mir-rata ġenerali u l-biċċa l-kbira tan-nefqa tagħhom hija fl-ikel.", "L-argument jerġa' jdur mal-kejl tal-għoli tal-ħajja.", "Ejja ma ninħbewx wara subgħajna!", "Dan hu kejl li l-familji u l-anzjani tagħna jafu li huwa ferm 'il bogħod mir-realtà li qegħdin jiffaċċjaw kuljum.", "Jekk il-Gvern irid jaħrab mir-realtà tal-faqar u tal-għoli tal-ħajja li jirriżultaw anke miċ-ċifri tiegħu stess, nistiednu jmur jitkellem ma' min qed iħaddem il-food banks.", "Meta tmur titkellem ma' organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-foqra jgħidulek li f'pajjiżna reġa' dieħel faqar ikrah ta' nies li, kif jgħid il-Malti, m'għandhomx għaxja ta' lejla.", "Dawn huma nies vulnerabbli, Maltin u barranin, li jinsabu bla saqaf u bla ikel.", "Din is-sitwazzjoni turi li rridu nerġgħu nibdew inħossu l-kuxjenza soċjali tniggiżna.", "B'mod ġenerali, dan huwa Baġit xott, b'mod partikolari fil-qasam soċjali.", "Dan huwa Baġit li m'għandu ebda idea ġdida kif gruppi vulnerabbli f'pajjiżna jingħataw id-dinjità.", "Għall-Gvern Laburista l-prijoritajiet m'għadhomx il-missjoni soċjali tiegħu imma saru oħrajn, fosthom l-investiment soċjali li suppost qed jagħmel il-pajjiż.", "Kieku għandna surplus ta' veru, dan ma jsirx!", "Il-Gvern ħalla minn kmieni tittarrax il-kuxjenza soċjali tiegħu, għax in-nies fl-ogħla pożizzjonijiet ta' poter jinteressahom biss mill-flus u mhux mill-missjoni soċjali!", "Sur President, jeħtieġ nibnu soċjetà li jimpurtaha!", "Jeħtieġ li ma nibqgħux biss Gvern tas-surplus, imma nsiru Gvern ta' ruħ soċjali!", "Jeħtieġ nibnu ekonomija li sseddaq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna!", "Jekk in-nies li jmexxu l-pajjiż jinqabdu minn istituzzjonijiet tal-Istat stess qed jiftħu kumpaniji u kontijiet sigrieti, ikunu qegħdin iwaqqgħu r-reputazzjoni ta' pajjiżna b'għemilhom.", "Il-GDP ma jkejjilx u ma jirreġistrax dan id-dħul bħala minus.", "Anzi, jekk fil-pajjiż ikunu deħlin flus minn pajjiżi korrotti, fosthom mill-Ażerbajġan, bilkemm ma jiġux reġistrati bħala plus!", "Sur President, rajt kif tista' tkabbar l-ekonomija u twaqqa' ġieħ Malta billi jkollok banek, inkluż b'sidien li qegħdin jiffaċċjaw 125 sena ħabs fl-Amerika.", "Aħna ftaħna l-bieb beraħ lis-sid ta' Pilatus biex il-ftit jieklu l-ħafna, imma llum se jbati kulħadd.", "Qed ngħid dan b'responsabbiltà.", "Irridu nifhmu l-effetti ta' dan kollu fuq in-nies illum u għada, speċjalment f'setturi importanti bħalma huma l-gaming u l-attivitajiet finanzjarji f'pajjiżna.", "Hemm mod kif l-ekonomija tista' tikber b'mod nadif.", "Hemm mod kif l-ekonomija tikber mingħajr ma tikkalpesta r-reputazzjoni ta' pajjiżna!", "Hemm pajjiżi, anke fl-Ewropa, fejn l-ekonomija kibret anke b'rata ogħla minn tagħna.", "Insemmi, pereżempju, l-Irlanda fejn is-sena l-oħra, l-ekonomija kibret b'aktar minn 7%, imma fl-Irlanda ma kienx hemm l-eqreb nies tal-Prim Ministru bi pjan biex jiftħu kumpaniji sigrieti fil-Panama u f'xi bank fejn kienu deħlin flus maħsula minn attivitajiet kriminali.", "Il-Ministru għall-Finanzi skanta meta ħa taxi barra l-pajjiż, u x-xufier qallu: Korruzzjoni biss għandkom Malta?", "Il-Ministru Edward Scicluna qal li anke f'pajjiż 'il bogħod, l-unika ħaġa li kellmu fuqha x-xufier tat-taxi kienet il-korruzzjoni.", "Jien niskanta kif il-Ministru għall-Finanzi qed jiskanta!", "Niskanta kif il-Ministru għadu ma fehemx il-gravità tas-sitwazzjoni li fiha ġabu lil pajjiżna.", "Niskanta kif il-Ministru skanta meta l-Ewropa ħadet azzjoni kontra pajjiżna!", "Niskanta kif il-Ministru skanta meta l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Ekonomika (OECD), li hija organizzazzjoni mill-aktar rispettata, poġġiet lil pajjiżna fuq il-lista s-sewda.", "Dan ifisser li meta l-investituri barranin iħarsu lejn pajjiż, jaraw li huwa blacklisted u ma jmorrux jinvestu fih.", "B'dan niskanta jien!", "Il-waqgħa kbira fir-reputazzjoni ta' Malta mhijiex tal-iskantament!", "Taf x'inhu tal-iskantament?", "Kif il-Ministru għall-Finanzi baqa' ċċassat u ma jagħmel xejn meta Ministru ieħor sieħbu nqabad bil-kumpaniji sigrieti!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Tal-iskantament hu kif il-Ministru għall-Finanzi ġie vvota favur dan il-Ministru fil-Parlament!", "Tal-iskantament hu kif l-eqreb persuna tal-Prim Ministru nstabet bl-istess tip ta' kumpanija u l-Ministru għall-Finanzi m'għamel xejn dwar dan ukoll.", "Il-Prim Ministru biss kien se jirriżenja kieku nstab li kellu kumpanija hu wkoll!", "Ta' madwaru, la rriżenjaw u lanqas ġegħilhom jirriżenjaw!", "Tal-iskantament hu kif l-istituzzjoni tal-Istat, l-FIAU, tagħmel rapporti dwar dawn it-tnejn min-nies u l-Ministru għall-Finanzi jibqa' jiċċassa.", "Tal-iskantament hu kif l-ogħla nies fil-Gvern, l-uniku pjan li kellhom malli telgħu fil-poter kien biex jiftħu kumpaniji u kontijiet sigrieti għalihom.", "Dak hu l-pjan u r-roadmap li kellhom!", "Dan hu tal-iskantament u mhux li xufier tat-taxi jgħid li f'Malta għandna l-korruzzjoni!", "Il-Ministru għall-Finanzi m'għandux jibqa' skantat meta suppost qed jipproteġi l-wirt kbir li wiret mill-Gvern Nazzjonalista fl-industrija tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming, fost l-oħrajn.", "Tal-iskantament hu min naqas li jħares isem u ġieħ Malta.", "Tal-iskantament hu min poġġa l-interessi personali tiegħu qabel l-interessi ta' pajjiżna.", "Tal-iskantament hu min ġie jaqa' u jqum mill-konsegwenzi ta' għemilu.", "Kull ma jrid jagħmel il-Ministru għall-Finanzi hu li jħares ma' ġenbu ħalli jara għaliex pajjiżna qed jerfa' l-piż li, saħansitra, xufier tat-taxi qed jitkellem dwaru!", "Is-servizzi finanzjarji huma s-settur li bnejna flimkien, Gvern u Oppożizzjoni, fuq medda ta' 30 sena.", "Jekk wieħed imur lura għas-sena 1988, jara kif pajjiżna beda jħejji għall-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni li għamlitna ċentru ta' servizzi finanzjarji fi tliet passi meħudin b'għaqal u bi pjan b'reqqa.", "B'hekk, illum qegħdin naqtgħu l-frott minn din is-siġra li rriduha tkompli tikber.", "Tletin sena ilu kien hemm min ħaseb qabilna u pproteġa l-fama tagħna.", "Dan huwa settur li biddel l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Matul is-snin kbirna, u huwa minnu li kien hemm pajjiżi li ma kenux qed jieħdu gost b'dak li rnexxielna nagħmlu.", "B'għaqal, naqqasna t-taxxi għal kulħadd minn 65% għal 25%.", "Gvern Nazzjonalista naqqas it-taxxa bin-nofs anke għall-intrapriżi, li riedu jiġu minn barra biex jinvestu f'pajjiżna.", "Biss, ħadd ma seta' jipponta subgħajh lejn pajjiżna.", "Ħadd ma seta' jidħak bina.", "Ħadd ma seta' jħammrilna wiċċna sakemm il-Partit Laburista tela' fil-gvern u nqabad bl-ogħla nies fi ħdanu li fetħu kumpaniji sigrieti biex jaħbu dak li kellhom x'jaħbu.", "Irmew ir-reputazzjoni ta' pajjiżna mill-għada li telgħu fil-gvern, għax ħasbu li mhumiex se jinqabdu.", "Kienu jafu li kienu qed jagħmlu l-ħażin, imma l-agħar hu li ma titteħidx azzjoni, għax il-ħażin isir f'kull pajjiż.", "Però f'pajjiżi serji tittieħed azzjoni u meta l-ħażin jinqabad maġenb il-Prim Ministru tittieħed azzjoni aktar drastika.", "Imma f'Malta, għal tliet snin, minn meta tela' l-Partit Laburista fil-gvern sa meta nkixef l-iskandlu tal-Panama, din il-Kamra kienet tisma' l-gideb tal-Gvern Laburista fejn kien jgħidilna kemm hu nadif, trasparenti u kontabbli!", "Ejjew nifhmu dak li qed nitkellmu fuqu.", "Is-settur tal-gaming u s-settur finanzjarju huma l-pedamenti tal-ekonomija tagħna.", "Dak li ġara u li qed jiġri fis-Satabank, fejn investituri Maltin u barranin għandhom flushom kollha maqbudin, huwa twissija ta' x'jiġri meta nkejlu bil-GDP biss u ma nkejlux ukoll ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Dan hu x'jiġri meta niftħu l-bibien għal kulħadd mingħajr ma nagħmlu eżerċizzju serju ta' due diligence.", "Issa qed naraw il-konsegwenzi tal-iċċassar tal-Ministru għall-Finanzi!", "Qed naraw il-konsegwenzi tal-inċest istituzzjonali!", "Nispera li ma tiskantax int ukoll kif skanta l-Ministru għall-Finanzi tiegħek!", "Lgħabtu logħba tal-ażżard, għamiltu Russian roulette bir-reputazzjoni ta' pajjiżna!", "Ftaħtu l-bieb u ħallejtu banek joperaw meta ma kellhomx jitħallew joperaw, bi qrubija suspettuża ma' bniedem li llum qed jiffaċċja 125 sena ħabs!", "L-aqwa li mortu tixorbu x-xampanja miegħu!", "Il-Gvern iħobb jinħeba wara l-indipendenza tal-awtoritajiet, imma l-Gvern jaf li poġġa n-nies tiegħu f'kull awtorità biex jikkontrollaha!", "Intom imlejtu kull awtorità bit-trolls tagħkom u għamiltu dan bi skop, biex kull awtorità tiġbed il-ħabel ta' Kastilja!", "Dawn l-affarijiet bdew sa mill-għada tal-ġurament tal-ħatra!", "L-awtoritajiet mhux talli mhumiex indipendenti, imma talli huma kollha kkontrollati minn Kastilja.", "Dan jidher bil-fatti, għax m'għamlu xejn meta hu ovvju li kellhom jieħdu azzjoni.", "Aktar minn hekk, il-persuni ta' integrità li kien hemm f'dawn l-awtoritajiet kellhom jirriżenjaw jew tneħħew u dawk li baqgħu, jibżgħu jgħollu leħinhom.", "La l-awtoritajiet għamiltuhom każini tagħkom, dak li għamlu, jew aħjar, dak li naqsu li jagħmlu, illum huwa responsabbiltà tagħkom biss!", "Hemm aktar x'wieħed jgħid dwar ir-reputazzjoni ta' pajjiżna u s-sostenibbiltà.", "Hemm mistoqsijiet li jeħtieġu jsiru dwar, pereżempju, il-bejgħ taċ-ċittadinanza tagħna.", "Fid-Diskors tal-Baġit il-Gvern ħass il-bżonn li jserrħilna rasna meta qal li anke mingħajr l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, il-Gvern xorta kien jonfoq anqas milli jdaħħal.", "Però, il-Gvern jeħtieġ jgħidilna jekk meta għamel dawn il-kalkoli, ħax biss inkonsiderazzjoni l-flus diretti li qed idaħħal meta jbigħ il-passaport Ewropew, jiġifieri l-miżata li jħallsu l-applikanti, jew ħax inkonsiderazzjoni wkoll id-dħul li qed jagħmel il-Gvern b'mod indirett minn din l-iskema.", "Jeħtieġ nistaqsu dan, għax jekk għal xi raġuni jew oħra din l-iskema titnaqqas jew titneħħa, il-Gvern ma jitlifx biss il-miżata diretta iżda anke d-dħul indirett.", "Illum, l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija qiegħda taħt skrutinju u qed tkun miflija mill-Unjoni Ewropea.", "Qlajna wkoll ċanfira mill-OECD, għaliex din l-iskema hi miftuħa għall-ħasil ta' flus maħmuġin.", "Nassumi li l-Gvern daħħal din l-assikurazzjoni fid-Diskors tal-Baġit, għaliex anke l-Gvern jinstab imħasseb jekk din l-iskema hijiex sostenibbli, jiġifieri jekk tistax tkompli taħdem għat-tul fil-forma li hi.", "Jekk din l-iskema ma tibqax fil-forma li hi llum, x'aktarx l-impatt ikun akbar fuq il-finanzi tal-Gvern mill-impressjoni li qiegħed jipprova jagħtina l-Ministru għall-Finanzi.", "Niġi issa biex nitkellem fuq Għawdex.", "Fil-Baġit hemm kapitlu bl-isem: \"Intern, Ġustizzja u Għawdex\".", "Bħal donnu l-Gvern nesa lil Għawdex u mbagħad ħaseb fih wara!", "Għal Għawdex, il-Gvern kellu biss an afterthought!", "Ejja nħarsu lejn xi oqsma partikolari f'Għawdex.", "Minkejja l-propaganda tal-Baġit, jidher li fir-rigward ta' Għawdex, il-Gvern iwiegħed l-istess affarijiet f'kull Baġit u ma jwettaqhomx!", "Hemm oqsma oħrajn f'Għawdex fejn il-Gvern m'għamilx dak li messu jagħmel.", "Pereżempju, il-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jibni postijiet ta' akkomodazzjoni għall-istudenti Għawdxin tal-MCAST u tal-Università li jistudjaw f'Malta.", "Il-Gvern semma biss li se jkompli jiddiskuti mal-Knisja fuq din it-tip ta' akkomodazzjoni.", "Il-Knisja qed tħammar wiċċ il-Gvern meta ħadet l-inizjattiva li tagħmel hostels għall-istudenti Għawdxin, waqt li l-Gvern isemmi l-Knisja biex taparsi qed jagħmel xi ħaġa hu.", "X'għamel dan il-Gvern f'Għawdex?", "Biegħ l-Isptar ta' Għawdex u ftiehem mal-kumpanija privata Stewart.", "Fejn qabel pazjent kien jinġieb Malta b'ħelikopter tal-Armata għall-ħlas ta' €800 kull vjaġġ, bi spiża ta' €30,000 fis-sena, liema flus kienu jmorru minn but għal but tal-Gvern stess, issa kumpanija privata qed titħallas 40 darba aktar, għal total ta' €1,200,000 fis-sena.", "Però, meta pazjent kellu bżonn jittieħed l-isptar Malta, il-ħelikopter ma kienx hemm u l-pazjent miet.", "F'Għawdex, il-Gvern issa ħareġ bl-idea ta' Awtorità għal Għawdex, li biha se jimponi l-politika ta' Kastilja fuq Għawdex.", "Dan minflok ħoloq kunsill reġjonali għall-Għawdxin biex ifassal strateġija mill-Għawdxin għall-Għawdxin.", "Kieku kellu jkun għall-Għawdxin, il-prodotti u l-proposti mwiegħda għal Għawdex, għall-inqas kienu jsiru f'tul ta' sitt snin!", "Qasam ieħor li huwa għal qalb il-Gvern huwa l-qasam tal-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali huma pedina importanti fil-kwalità tal-ħajja, għax huma l-eqreb livell fejn jgħixu n-nies.", "Il-Gvern qal li jrid jagħmel riforma fil-kunsilli lokali.", "Bħala Oppożizzjoni, ħriġna bi 80 proposta biex il-kunsilli lokali jkunu eqreb lejn in-nies.", "Il-Gvern, ħafna warajna, ħareġ bil-proposti tiegħu li fosthom inkluda ftit mill-proposti tagħna.", "Però x'irriżulta mill-biċċa l-kbira tal-proposti li l-Gvern għamel għall-kunsilli lokali?", "Il-Gvern irid ineżża lill-kunsilli lokali minn kull awtorità u effettività!", "Il-Gvern irrid li n-nies jiddependu mill-Ministri flok jamministraw il-lokalitajiet permezz tar-rappreżentanti tagħhom.", "Il-Gvern irid li l-kunsilli lokali jiddependu dejjem aktar mill-Gvern u minn deċiżjoni politika biex jieħdu dak li ma jridx jagħti hu.", "Sur President, se nitkellem issa dwar il-viżjoni tagħna għall-ekonomija.", "Din in-naħa tal-Kamra mhijiex qed tillimita ruħha biss li tgħid x'ma qalx il-Baġit u x'inhuma l-isfidi li għandu quddiemu l-pajjiż bil-politika u l-mudell ekonomiku tal-Gvern, imma qegħdin ukoll nagħmlu l-proposti tagħna.", "Kif għamilna fis-snin li għaddew, din is-sena wkoll ħriġna dokument ta' qabel il-Baġit, li għamel analiżi tal-ekonomija tal-pajjiż, tal-finanzi tal-Gvern u ta' setturi importanti.", "Dan id-dokument inkluda 50 proposta għall-Baġit u għall-ekonomija, liema proposti huma bbażati fuq viżjoni ta' ekonomija li sservi lin-nies kollha.", "Fil-fatt id-dokument ta' din is-sena semmejnieh \"Ekonomija min-nies għan-nies\".", "B'dan irridu nfissru żewġ affarijiet; l-ewwel, li l-ekonomija għandha tikber bil-kontribut ta' kulħadd u, it-tieni, li kulħadd jieħu sehem xieraq minn dan it-tkabbir.", "Id-dokument li ħriġna qabel il-Baġit, li qed inqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, jinkludi 50 proposta biex nilħqu dawn l-għanijiet, li se nsemmi xi wħud minnhom.", "Pajjiżna jrid jinvesti aktar fir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Irridu naraw li nkomplu l-programm ta' Gvern Nazzjonalista li naqqas ir-rata ta' taxxa minn 50% għal 25%.", "Meta tonqos ir-rata tat-taxxa, il-Gvern idaħħal aktar, għax tingħata spinta lill-inizjattiva privata.", "Għandna setturi li għadhom qed jiġu ntaxxati bil-35%.", "Irridu naraw iżjed investiment fl-edukazzjoni li jinfirex anke lil hinn mill-Università.", "Qegħdin ninsistu li l-Gvern, b'mod immedjat, jagħti lura lil min insteraq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Hawn qed nitkellmu fuq 80% tal-konsumatur Malti li qed jinsteraq kuljum.", "Qegħdin nitolbu biex il-Gvern iżid is-sigurtà, partikolarment f'żoni fejn hemm numru kbir ta' anzjani u problemi partikolari.", "Irridu wkoll li pajjiżna jieħu bis-serjetà l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, mhux bil-liġi biss, imma billi nkunu attrezzati b'nies imħarrġin u b'għases miftuħin li jilqgħu n-nisa li jmorru b'dawn it-tip ta' problemi.", "Qegħdin insejħu biex ix-xogħlijiet kbar li se jsiru f'żoni turistiċi jsiru bi pjan biex jonqos l-inkonvenjent għat-turisti, partikolarment fl-istaġun tas-sajf.", "Qegħdin nerġgħu nitolbu li jsir carrying capacity exercise biex naraw hemmx bottlenecks fl-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Irridu nkomplu ninvestu fil-prodott turistiku.", "It-turist li qed jiġi llum qiegħed igawdi mill-investiment li sar fil-passat u issa irridu naħsbu għall-investiment li se nagħmlu għall-futur.", "Fir-rigward tal-iżvilupp, irridu rispett assolut lejn il-ftit kampanja li baqgħalna.", "Il-policies ma jistgħux jiġu mġebbda qishom chewing gum, imma rridu naraw li t-tfal tagħna jkunu jistgħu jgawdu l-widien, l-imsaġar, ix-xagħri u l-postijiet ta' ġmiel naturali f'pajjiżna.", "Issuġġerejna wkoll li fil-qasam tal-proprjetà, inkomplu nwettqu l-aspirazzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin li jsiru sidien ta' darhom.", "Għalhekk irridu li l-iskema tal-First Time Buyers mhux biss tiġi estiża, imma li jitneħħew ċerti restrizzjonijiet li hemm, inkluż, pereżempju, li jekk għandek garage ma tkunx tista' tapplika għal din l-iskema.", "Hemm ukoll numru ta' proposti dwar is-settur tan-negozji ż-żgħar li joħorġu mid-dokument li l-Oppożizzjoni kienet ħejjiet fuq dan is-settur.", "Qegħdin inressqu dawn il-proposti anke f'din il-Kamra biex nuru kemm l-Oppożizzjoni mhux qiegħda hawnhekk biss biex tikkritika.", "Li nikkritikaw huwa xogħolna f'demokrazija, li rridu nagħmluh anke jekk il-Gvern jiddejjaq jisma' l-kritika.", "Però aħna mhux qegħdin nieqfu biss fuq il-kritika; qegħdin noħorġu bis-soluzzjonijiet tagħna f'oqsma diversi.", "Sur President, fid-diskors tiegħi llum, urejt kif il-mudell ekonomiku ta' dan il-Gvern huwa nieqes minn viżjoni u pjan.", "Il-politika ekonomika ta' dan il-Gvern, anke jekk qed tidher li twassal għat-tkabbir bil-popolazzjoni, se ġġib u qed iġġib problemi bl-istess żieda qawwija fil-popolazzjoni.", "Jidher li dan il-Gvern qiegħed jinjora dawn il-problemi li messu ppjana bil-għaqal għalihom sa mill-bidu nett.", "Tkellimt fuq il-kontijiet tal-familji tagħna u fuq id-defiċit ta' pagi bi pressjoni 'l isfel u prezzijiet bi pressjoni 'l fuq.", "Spjegajt ukoll li għandna defiċit ambjentali, defiċit soċjali u defiċit fl-infrastruttura tal-pajjiż.", "Tkellimt fuq it-tkattir tal-ġid ekonomiku li mhux qiegħed jitqassam sew.", "Il-faqar mhux biss qiegħed jikber fil-kwantità, imma qegħdin nerġgħu naraw faqar estrem.", "Spjegajt kif il-ħaddiema qegħdin jieħdu inqas mill-ġid li qed joħloq il-pajjiż bix-xogħol tagħhom stess.", "Tkellimt fuq it-tkabbir ekonomiku li qed isir a skapitu tar-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Tajjeb li nibnu istituzzjonijiet, imma ejja nibnu istituzzjonijiet li jfittxu u jressqu lil kull min jagħmel il-ħażin, jagħmlu min jagħmlu, anke jekk ikun fl-ogħla pultruni tal-poter.", "Tkellimt ukoll fuq il-bżonn li pajjiżna jinvesti aktar għall-futur u fil-ħiliet tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Tkellimt dwar il-bżonn li pajjiżna jerġa' jibda jħares lejn il-kapaċitajiet tan-nies tagħna bħala ċ-ċavetta tas-suċċess.", "Tkellimt fuq il-bżonn li pajjiżna jikber b'mod sostenibbli.", "Tkellimt fuq bżonn ta' politika li tħares mhux biss lejn in-numri u t-totali, imma li tpoġġi l-ewwel u qabel kollox lin-nies fiċ-ċentru tagħha.", "Tkellimt dwar politika li tħares lejn l-interessi ta' kull membru tas-soċjetà tagħna llum u li tħares lejn l-interessi tal-ġenerazzjonijiet ta' għada wkoll!", "Sur President, pajjiżna, mill-Indipendenza 'l hawn, mexa 'l quddiem, għaliex Gvern wara l-ieħor fehem li l-Maltin jeħtieġ jagħtu u jieħdu sehem xieraq fis-soċjetà tagħna.", "Dan huwa l-ekwilibriju soċjali li rridu naraw f'pajjiżna.", "F'Malta għamilna suċċess meta fhimna u emminna fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema tagħna.", "F'pajjiżna kbirna meta fhimna li s-sistema ekonomika trid tkun parti minn soċjetà li tħares bl-aktar mod qawwi r-ruħ soċjali tagħha.", "Kellna gvernijiet li ħolqu l-kundizzjonijiet biex il-Maltin ikunu sidien ta' djarhom.", "Kellna gvernijiet li ħadmu biex isaħħu isem pajjiżna.", "Kellna gvernijiet li investew bil-kbir fl-infrastruttura tal-pajjiż, fejn għadna ngawdu sal-lum minn tali proġetti.", "Kellna gvernijiet li ppjanaw l-iżvilupp.", "Kellna gvernijiet li ppjanaw sehem Malta fl-Ewropa u fid-dinja.", "Fl-aħħar ħames snin, rajna mudell ekonomiku li warrab dawn il-prinċipji!", "Illum għandna Gvern bla pjan, tax-short cuts!", "Għandna Gvern li flok jippjana fit-tul, qiegħed iħares biss sal-ponta ta' mnieħru!", "Dan huwa Gvern li qiegħed joħloq problemi li jmissu nduna li kien se joħloqhom u ħaseb għalihom bi pjan!", "Issa s-sistema li bena dan il-Gvern bdiet turi x-xquq.", "Sur President, stennejt li l-Gvern, tal-inqas f'dan il-Baġit, jibda jindirizza bis-serjetà l-problemi li messu ħaseb għalihom ferm ilu!", "Dan il-Gvern jitkellem biss fuq dak li jaqbillu!", "Dan huwa Gvern tal-PR, u l-PR iġiegħlek iddaħħal rasek fir-ramel!", "Ejja ma narawx biss in-numri u ma nindunawx b'dak li hemm rieqed fuq bank bla saqaf fuq rasu!", "Ejja nerġgħu nagħtu lura s-serħan il-moħħ lill-familji Maltin bis-sigurtà tal-komunitajiet kollha fejn jgħixu!", "Ejja nerġgħu nagħtu r-ruħ lill-politika f'Malta!", "Ejja ma nħallux il-kuxjenza soċjali u ambjentali tagħna tittarrax!", "Ejja nerġgħu nagħtu vuċi lil min tilifha!", "Irridu nħarsu 'l quddiem lejn qafas ta' benesseri soċjali ġdid li jwieżen lil min tassew għandu bżonn!", "It-twemmin tagħna fid-dinjità ta' kull persuna rridu nittraduċuh f'għajxien deċenti u kwalità tajba tal-ħajja għal kulħadd f'pajjiżna!", "Ejja nerġgħu nagħtu s-sens ta' kburija lil kull Malti li Malta hija pajjiż nadif f'aktar minn sens wieħed!", "Ejja ngħixu f'pajjiż li jgħożż dak li huwa tajjeb u sabiħ u nħarsu fit-tul bi pjan!", "Dan huwa mudell sostenibbli: pajjiż li ma jibdilx is-sħiħ mar-riħ, pajjiż li jpoġġi l-ewwel u qabel kollox in-nies!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni għad-diskors tiegħu.", "Nistieden lill-ħaddiema tal-PBS sabiex jirtiraw mill-ħidma tagħhom fil-Kamra.", "Il-crew tal-PBS irtira mill-Kamra.", "L-ISPEAKER: Nistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni jpoġġi d-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ONOR ADRIAN DELIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-11 ta' Lulju 2018 intitolata \"World Population Day: 11 July 2018\";", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Eurostat fil-25 ta' Ottubru 2018 intitolata \"Residence permits for non-EU citizens – First residence permits issued in the EU Member States remain above 3 million in 2017\";", "Kopja ta' artiklu ta' Yana Mintoff li deher fuq is-sit elettroniku fil-5 ta' Settembru 2018, intitolat \"Malta's economy is built on cheap labour\";", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku fit-13 ta' Awwissu 2018, intitolat \"Evicted from Maltese cowshed, African migrants left homeless\";", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-11 ta' Settembru 2018 intitolata \"Economic Accounts for Agriculture: 2017\";", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku fis-27 ta' Novembru 2017, intitolat \"Malta has poorest EU recycling rate … and it's getting worse\";", "Estratt mit-Transport Statistics 2017 maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-emissjonijiet fis-snin bejn l-2010 u l-2016;", "Kopja ta' artiklu intitolat 'Kważi Kollha Magħluqin' li deher fil-ħarġa tal-gazzetta illum tat-28 ta' Ottubru 2018 dwar għases tal-Pulizija f'Għawdex;", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fis-6 ta' Novembru 2013 intitolata \"Statistics on Income and Living Conditions 2012: Salient Indicators\"; u", "Fit-8.28 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġijiet): Sur President, ninforma lill-Kamra li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, Abbozz ta' Liġi Nru 85, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-Konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2019 (It-Tieni Jum Imħolli kollu għall-Gvern).", "Ninforma lill-Kamra li skont ftehim milħuq, id-diskors tal-Prim Ministru se jkun imxandar b'mod dirett mill-Public Broadcasting Services, b'kull stazzjon tat-televiżjoni jew internet service provider jingħata clean feed mill-PBS.", "Ninforma wkoll li d-diskors tal-Prim Ministru se jiġi mxandar bil-lingwa tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ u li fil-bidu tas-seduta, fotografi u cameramen jitħallew jieħdu ritratti/filmati għal ftit minuti.", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-Avviż Legali Nru 296 tal-2018 dwar ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi - Votazzjoni;", "Mozzjoni sabiex jinħatar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika; u", "Mozzjoni sabiex jiġi approvat l-Ombudsplan għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura 181, il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m.", "Fit-8.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-entità li taqa taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m'għamlitx nefqiet f'festini, parties, ikliet, ricevimenti u xiri ta' alkoħol mit-twaqqif tagħha s'issa.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti.", "Nixtieq inżid li l-maġġoranza assoluta tan-nefqa kienet relatata mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hi responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PERSUNI LI JSOFRU MILL-ANOREXIA JEW BULIMJA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux data rigward kemm mill-popolazzjoni Maltija ssofri mill-kundizzjonijiet tal-Anorexia jew Bulimja?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda statistika regolari ma tinżamm fuq il-prevalenza ta' kundizzjonijiet relatati mal-ikel, bħall-anoressja, bulimja jew inkella ikel f'daqqa, apparti n-numru ta' klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi ta' Dar Kenn għal Saħħtek.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – KAŻIJIET TA' TFAL LI JITĦALLEW WAĦEDHOM", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħda tagħmel l-Aġenzija Appoġġ kontra l-ġenitur/i li jħallu t-tfal iż-żgħar tagħhom waħedhom mingħajr superviżjoni waqt li huma jkunu qed jaħdmu?", "Kemm-il każ kien hemm matul dawn il-ħames snin li għaddew?", "Min jista' jieħu ħsieb it-tfal iż-żgħar meta l-ġenituri tagħhom ma jkunux id-dar?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li każijiet bħal dawk li qiegħed jirreferi għalihom huma rari ħafna, hekk kif illum il-ġurnata l-Gvern investa f'child care centres bla ħlas, kif ukoll f'ċentri mmexxija mill-FES għal wara l-ħin tal-iskola.", "F'każijiet rari fejn sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu għall-attenzjoni tal-Aġenzija Appoġġ, issir ħidma sabiex nedukaw lill-ġenituri dwar is-servizzi offruti.", "Każijiet ta' individwi li jirriżulta li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet fil-ħajja tagħhom jingħataw l-attenzjoni meħtieġa mill-ħaddiema tas-servizzi fil-komunità, hekk kif il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali taħdem man-nies biex tgħinhom jegħlbu l-isfidi li jkunu għaddejjin minnhom u jirrealizzaw il-potenzjal u l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma immigranti u/jew barranin li qed jieħdu kura fl-Isptar Monte Karmeli u jista' jgħid x'kundizzjonijiet qed ibatu minnhom?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament hemm 49 persuna barranija għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli.", "SKEJJEL TAL-ISTAT – HEALTH PROFESSIONALS SPEĊJALIZZATI FIS-SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali fl-iskejjel tal-Istat?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-professjonisti li huma ingaġġati mas-Servizzi Nazzjonali ta' Sapport għall-Iskejjel li jipprovdu s-sapport u servizz dovut lill-istudenti jaħdmu f'kollaborazzjoni sħiħa ma' professjonisti oħra barra mill-MEDE li jaħdmu fil-kamp tas-saħħa mentali, dejjem skont in-natura tal-każ.", "In-numru ta' professjonisti huwa:", "· Team ta': Managing Psychologist, 10 Psikologi u 15-il Psychology Assistant", "· Team ta': 5 Psikoterapisti (2 jaħdmu bir-reduced hours)", "· Team ta': Education Officer, 15-il Principal Counsellor, 3 Senior Counsellors u 14-il Counselling Trainee.", "DIPARTIMENT TAT-TAXXI – FLUS MIĠBURA MINN ARRETRATI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi mis-sena 2013 sas-sena 2017?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN - PRIĠUNIERI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fis-snin 2015, 2016 u 2017?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-priġunieri reġgħu saru reċidivi sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' priġunieri ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fis-snin 2015, 2016 u 2017 huwa kif indikat:", "Fis-sena 2015 – kien hemm total ta' 527 priġunieri li minnhom 13% (68) kienu reċidivi.", "Fis-sena 2016 – kien hemm total ta' 575 priġunieri li minnhom 12% (69) kienu reċidivi.", "Fis-sena 2017 – kien hemm total ta' 606 priġunieri li minnhom 14% (84) kienu reċidivi", "GĦAWDEX: IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ – SECOND CLASS WATER GĦALL-BDIEWA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett biex second class water mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ jitwassal għand il-bdiewa Għawdxin?", "Jista' jgħid bħalissa kemm hemm bdiewa f'Għawdex li qed jibbenefikaw minn dan l-ilma u kemm-il kubu ta' ilma ntuża s'issa mill-bdiewa Għawdxin?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-impjant ġie inawgurat f'Awwissu ta' din is-sena u beda jitqassam l-ilma minn tliet dispensing points.", "In-numru ta' bdiewa li applikaw għal dan is-servizz huwa ta' 68 li bejniethom ikkunsmaw 7,200m3.", "Bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda fil-proċess li tipprepara t-tender ħalli tkun tista tikber il-firxa tan-network sabiex jinqdew iżjed bdiewa.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – SPONSORSHIPS U DONAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-benefiċjarji minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mill-bidu tas-sena 2014 sal-lum?", "Kemm ingħata lil kull benefikant u għal-liema skop?", "Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?", "EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li dwar Ministeru/Direttorati għad jonqos tinġabar xi informazzjoni mid-Dipartiment Strateġija u Sapport.", "Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tinġabar l-informazzjoni kollha.", "Għotjiet taħt skemi uffiċjali mhumiex inklużi.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2482 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 165 tal-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018)", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – UFFIĊJALI LI QED JIBBENEFIKAW MINN MIŻURI FAMILY FRIENDLY", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm uffiċjali f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly?", "X'tip ta' miżuri kienu u f'liema grad huma l-uffiċjali li bbenefikaw minnhom?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – KONSULENTI FL-ISPTAR ĠENERALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm bħalissa hemm konsulenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jagħti lista ta' dawn il-konsulenti u f'liema qasam qed jagħtu s-servizz tagħhom?", "Jista' jgħid minn dawn kemm huma full-time u kemm minnhom huma part-time?", "Jista' jgħid min qed iħallas għal dawn il-konsulenti?", "Jista' jgħid matul dawn l-aħħar tliet snin kemm kien in-numru ta' konsulenti li spiċċaw mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'kienet ir-raġuni f'kull każ għaliex dawn spiċċaw?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2016 kien hemm 22 konsulent li ta servizz fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex li minnhom wieħed kien part-time.", "Fl-2017 kien hemm 26 konsulent li minnhom wieħed kien part-time, filwaqt li matul din is-sena hemm 28 konsulenti li qed jagħtu s-servizzi tagħhom fl-istess sptar u li minn dawn wieħed huwa part-time.", "Apparti minn hekk, matul din is-sena ukoll kien hemm 32 konsulenti li kienu shared, jiġifieri li kellhom sessions extra fl-isptar Ġenerali t'Għawdex speċifikament għal pazjenti għawdxin.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta għamlet użu minnhom minn Marzu 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order?", "Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw?", "Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati?", "Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan?", "Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu?", "Kemm tħallsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati biex jipprovdu dan is-servizz l-ewwel darba?", "Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017?", "Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit?", "Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat?", "Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali?", "In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istrateġija għal Kemmuna bdiet tiġi attwata bit-twaqqif tal-Kumitat Operattiv ta' Kemmuna.", "Il-Kumitat jiltaqa' fuq bażi regolari u jindirizza affarijiet amministrattivi.", "Għaddej ukoll xogħol regolari minn diversi entitatjiet li jiffurmaw dan il-Kumitat.", "Il-membri ta' dan il-Kumitat huma uffiċjali mill-Ministeru tat-Turiżmu, l-Awtorità tat-Turiżmu, il-Ministeru għal Għawdex, l-ERA, Transport Malta, kif ukoll uffiċjali ta' Ministeri u entitajiet oħra li jiġu mistiedna għal xi laqgħat skont il-bżonn li jkun hemm.", "Matul din l-aħħar sena l-Kumitat iltaqa' madwar 19-il darba b'mod uffiċjali, apparti laqgħat oħra li jsiru u korrispondenza kontinwa bejn il-membri tal-istess grupp.", "In-Natura 2000 Management Plan huwa proċess, u dan beda jiġi mwettaq proprju bit-twaqqif ta' dan il-Kumitat operattiv.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – PERSON OF TRUST", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta bdiet taħdem mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab nfurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta qatt ma kellha jew għandha person of trust.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – POSITION OF TRUST", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-dati ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta qatt ma kellha jew għandha position of trust.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA - FTEHIM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "JOSEPH MUSCAT: Din l-informazzjoni tinsab f'Legal Notice 97 of 2018 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – STRUTTURA ORGANIZZATTIVA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – UFFIĊJAL KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA - BORD TAD-DIRETTURI U S-SEGRETARJU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi u s-Segretarju tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dawn huma d-dettalji mitluba minnu dwar l-Advisory Bord tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta.", "Id-dettalji dwar l-Approvals Board tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta huma kif jidher hawn taħt:", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST - TASTE OF HISTORY AND EVENTS – GĦAŻLA TA' ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5921 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu magħżula jew ġew diġà magħżula l-ħaddiema ta' Heritage Malta għal dan il-għan?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-esperjenza u l-kwalifiki se jkunu l-kriterji ewlenin li fuqhom se jiġu magħżula dawn il-ħaddiema.", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST - TASTE OF HISTORY AND EVENTS – ĦLAS ADDIZZJONALI LILL-ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5920 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk individwi fi grad maniġerjali (li jinkludu senior executives, managers u principal curators/conservators) fi ħdan Heritage Malta hux se jkunu intitolati għal ħlas addizzjonali abbinat mal-attivitajiet ta' Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-attivitajiet ta' Taste of History and Events mhumiex attivitajiet ta' Heritage Malta.", "Għaldaqstant kull min hu interessat li jagħti kontribut għandu dritt għal ħlas.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5919 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' Heritage Malta li ma għandhomx aċċess għall-email ma ġewx mgħarrfa b'din l-inizjattiva?", "Jista' jgħid għaliex din ma ħarġitx bil-lingwa Maltija wkoll?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li kulħadd ġie mgħarraf b'din il-komunikazzjoni permezz ta' komunikazzjoni li twaħħlet fuq in-notice boards.", "Bi żvista tal-entità l-komunikazzjoni ħarġet biss fil-lingwa Ingliża.", "Madankollu, infurmati li kwalunkwe mistoqsija mill-istaff ġiet iċċarata min-naħa tal-management.", "HERITAGE MALTA: EXPRESSION OF INTEREST - TASTE OF HISTORY AND EVENTS – XOGĦOL TA' WAITERS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5918 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta' Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-electricians ta' Heritage Malta qed ikunu mistennija li jagħmlu xogħol ta' waiters waqt l-attivitajiet?", "OWEN BONNICI: M'għandix xi nżid mat-tweġibiet li tajt ripetutament għad-domandi li saru dwar dan is-suġġett.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5917 u jgħid min mill-ħaddiema ta' Heritage Malta għandu performance bonus relatat mas-suġġett ta' 'Taste of History and Events'?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-pożizzjoni ta' Chairperson u/jew membru tal-Malta International Contemporary Art Space, u jindika l-kundizzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-ħatra tagħha u anke jindika l-esperjenza u l-kwalifiki tagħha li ġew ikkunsidrati għal ħatra tagħha?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw seperatament u li ntgħażlet minni biex tokkupa din il-kariga għandha l-kundizzjonijiet finanzjarji kif ġejjin:", "Remunerazzjoni bħala Chairperson tal-Bord ta' €18,000.", "Allowances mogħtija marbuta mal-operat tax-xogħol ta' kuljum tal-MICAS:", "Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lin-nies kollha involuti f'dan il-proġett fantastiku li m'għandix dubju li se jħalli ġid enormi għas-settur kulturali.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - PUBBLIKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jelenka kemm saru pubblikazzjonijiet taħt il-Ministeru tul dawn l-aħħar sentejn u kemm ġew jiswew?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn minn Ġunju 2016 sa Ottubru 2018 taħt il-Ministeru saru sitt pubblikazzjonijiet u n-nefqa kienet ta' €9,916.53.", "AVVIŻ LI JIDHER FUQ GAZZETTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għall-avviż li qiegħed jidher fil-gazzetti bit-titolu \"Avviż importanti għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit\", jista' l-Ministru jindika f'liema gazzetti lokali u barranin qed jidher?", "Kif ukoll jista' jgħid kemm ġie jiswa s'issa u kemm persuni wieġbu għalih?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-avviż deher nhar il-Ħadd, 16 ta' Settembru 2018, f'dawn il-gazzetti lokali: Sunday Times, Malta Today, Illum, Malta Independent, It-Torċa, Il-Mument u Kulħadd.", "L-avviż ma deherx f'gazzetti barranin.", "L-avviż fil-gazzetti lokali ta' Malta ġie jiswa total ta' €2542.73.", "S'issa 74 persuna resqu għand il-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra biex jitolbu iktar tagħrif dwar l-iskema, fil-waqt li 17-il persuna oħra għamlu kuntatt mad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra fil-Ministeru stess biex jitolbu l-istess għajnuna.", "BELT VALLETTA: PALAZZO PARISIO – XOGĦLIJIET FIL-BASEMENT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li tlestew ix-xogħlijiet ta' tindif u skavar fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt, għandi pjaċir ninforma li riċentement ħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Il-Ministeru beda l-preparamenti sabiex tkun tista' tiġi ppubblikata t-tender.", "GĦOTI TA' ĊITTADINANZA MALTIJA LILL-PERSUNI LI JITILQU MILL-EĠITTU LEJN L-AWSTRALJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar l-għotja taċ-ċittadinanza lill-persuni ta' ċittadinanza Maltija li kienu telqu mill-Eġittu lejn l-Awstralja?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fi Strada Żakkarija l-Belt?", "CARMELO ABELA: Qed nifhem li l-Onor.", "Interpellant, meta qed jagħmel referenza għal Strada Zakkarija ġewwa l-Belt, qed jirreferi għall-binja li l-Ministeru issa għandu u mhux għal xi xogħlijiet li jistgħu qed isiru fit-triq.", "Għaldaqstant, ninforma l-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet li qed isiru f'din il-binja jinsabu fi stadju avvanzat.", "BELT VALLETTA: ALLIED HOUSE – XOGĦLIJIET FIT-TIELET SULAR", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fit-tielet sular f'Allied House, il-Belt mill-Ministeru?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq it-tielet sular ta' Allied House inbeda f'Ottubru 2018.", "Dan kien jikkonsisti f'xogħlijiet ta':", "Distribuzzjoni tal-Elettriku u light circuits – li huwa ppjanat li jiġi mqabbad mad-distribution board fi żmien qasir;", "Se jiġi wkoll komplut fi żmien qasir xogħol ta' cabling għat-telefonija u Data.", "Huwa ppjanat li fi żmien qarib jibda x-xogħol ta' fire detection cabling u f'Novembru għandha tiġi installata sistema ta' air conditioning kif ukoll xi xogħol ta' plumbing.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College, għas-sena skolastika 2018/2019?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti tal-ewwel u tat-tieni sena f'G.F. Abela Junior College fis-sena akkademika 2018/2019 huwa kif ġej:", "Studenti tal-ewwel sena - 958.", "Studenti tat-tieni sena - 785.", "PROĠETT JESS", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Proġett JESS u meta kien twaqqaf?", "Kemm huwa twil dan il-kors ta' taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b'diżabilità?", "Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti ta' dan il-kors?", "Kemm kien hemm parteċipanti s'issa li nstabilhom impjieg?", "X'kienu l-impjiegi li nstabulhom dawn il-persuni b'diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6593, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol taċ-Child Protection Investigation u kemm hemm professjonisti jaħdmu f'dan is-servizz?", "Kemm ilhom pendenti l-każijiet li hemm indikat f'din ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-Servizz ta' Child Protection Investigation huwa wieħed mit-taqsimiet speċjalizzati fuq ħarsien tat-tfal.", "L-Investigation fiż-żmien li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari li qed issir referenza għaliha kien is-servizz responsabbli mill-investigazzjonijiet ta' allegat abbuż fuq minuri.", "Dan is-servizz isegwi lill-familji għall-perjodu ta' 30 sa 60 ġurnata sabiex jiddetermina l-ħtieġa ta' intervent għall-protezzjoni tal-minuri inkwistjoni.", "Fil-preżent, it-taqsimiet taċ-Child Protection Investigation u Child Protection Monitoring ġew rijintegrati.", "Din id-deċiżjoni saret sabiex jiġu kkonsolidati r-riżorsi tas-Servizzi sabiex jintlaħaq livell ta' effiċjenza u jingħata servizz ta' kwalità aħjar.", "F'dan l-istadju, is-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Services), għandu r-responsabbiltà li jinvestiga kull allegazzjoni jew rapport ta' abbuż fuq minuri f'Malta jew f'Għawdex.", "Wara l-investigazzjonijiet preliminari, il-ħaddiema soċjali jiddeterminaw il-pjan ta' azzjoni li jista' jiffoka fuq sapport lill-familja jew, f'każijiet estremi, saħansitra jaħdmu sabiex il-minuri jitneħħew mill-familja materna.", "Bħalissa dan is-servizz qiegħed jingħata minn Service Manager, 2 Leaders, 5 Coorindators u 20 social workers.", "WIED IL-GĦAJN – ANZJANI LI QED JIBBENEFIKAW MILL-ISKEMA TAT-TQASSIM TAL-IKEL", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6469, jista' l-Ministru jgħid mill-513 familja li joqogħdu Wied il-Għajn, kemm huma anzjani u li qed jibbenefikaw minn xi waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel mill-Gvern?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, minn 513-il familja minn Wied il-Għajn li jibbenefikaw minn waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel State Funded Food Distribution (SFFD) u mill-iskema Fund for the European Aid for the Most Deprived (FEAD), hemm 97 anzjan li qed jibbenefikaw, imqassma kif ġej:", "Mill-iskema tat-tqassim tal-ikel mill-fond nazzjonali (SFFD) kien hemm total ta' 78, li minnhom 44 anzjan/a jgħixu waħedhom u jirċievu pensjoni tal-età (pensjoni mhux kontributorja), filwaqt li 34 persuna jgħixu waħedhom u jirċievu pensjoni kontributorja u l-benefiċċju tal-enerġija.", "Mill-iskema tat-tqassim tal-ikel kofinanzjant mill-Unjoni Ewropea (FEAD) hemm total ta' 19-il anjzan li huma fuq il-pensjoni tal-età (pensjoni mhux kontributorja).", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PRIĠUNIERI LI HUMA TAĦT KURA PSIKJATRIKA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li huma taħt kura psikjatrika?", "Kemm hemm priġunieri li qegħdin fit-Taqsima Forensika ta' Mount Carmel?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-24 ta' Ottubru 2018, kien hemm 161 priġunier taħt il-kura psikjatrika.", "Minn dawn hemm 28 priġunier li huma fit-Taqsima Forensika ta' Mount Carmel u l-kumplament qed ikunu segwiti minn psikjatra li żżur il-ħabs fuq bażi regolari.", "ĊENTRU TA' MATUL IL-JUM – PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jattendu regolarment f'kull Ċentru ta' Matul il-Jum?", "X'etajiet għandhom u minn liema lokalità ġejjin?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Mosta preżentament jattendu 677 persuna, dak ta' Bormla 327, tal-Furjana 748, tal-Mosta 253, tal-Gżira 125, ta' Ħal Qormi 1,002 u ta' Raħal Ġdid 1,266.", "Dawn il-persuni ġejjin mill-maġġoranza tal-lokalitajiet f'Malta.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: PERSON OF TRUST – BEJGĦ TA' MEDICAL VISAS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-media kemm dik internazzjonali kif ukoll nazzjonali rraportaw li fil-qrati ntqal li persuna appuntata bħala person of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biegħet medical visas u li l-Ambaxxati ta' Tripoli u tal-Alġerija kienu involuti wkoll, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar dan?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-każ li qed isemmi kien investigat fl-aħħar xhur mill-Pulizija Maltija fejn, kif anki sar magħruf pubblikament, instab li ma kien hemm ebda evidenza ta' xi reat kriminali.", "Fl-aħħar ġimgħat ukoll il-Kummissjoni Ewropea fi tweġiba pubblika mogħtija mill-Kummissarju Dimitris Avramopoulos intqal li l-istess Kummissjoni m'għandha ebda informazzjoni li tikkonferma l-istess allegazzjonijiet li qed jerġgħu jkunu ripetuti fil-mistoqsija tal-Onor.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il passaport Malti ntilef fis-sena 2015, 2016 u 2017 għal kull sena?", "Kemm huma dawk il-persuni li tilfu l-passaport darbtejn, tliet darbiet jew aktar drabi minn hekk, mis-sena 2012 sal-2017 (perjodu ta' ħames snin)?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili, in-numru ta' persuni li kellhom il-passaport tagħhom mitluf, misruq jew distrutt għal darba waħda kien jammonta għal 653 fl-2017, 513 fl-2016 u 555 fl-2015.", "Bejn l-2012 u l-2017 kien hemm 26 persuna li kellhom il-passaport tagħhom mitluf, misruq jew distrutt f'aktar minn okkażjoni waħda, kif muri hawn taħt:", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Peress li l-Europol arrestat 79 persuna fi Spanja wara ħidma internazzjonali bejn Franza, l-Italja, Malta, Spanja u l-Portugal dwar allegat involviment ta' traffikar illegali ta' tonn aħmar fl-Ewropa li jkun inqabad f'ibħra Maltin u Taljani, jista' l-Ministru jgħid x'kien eżatt l-involviment tal-Pulizija Maltija?", "Xi prekawzjonijiet se jittieħdu mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex dan ma jseħħx aktar?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li peress li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor.", "Membru tista' tippreġudika l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet, inklużi l-Pulizija, ma jkunx prudenti u ma jinħassx li tagħrif aktar dettaljat dwar l-operat tal-awtoritajiet f'dan il-każ għandu jkun ippubblikat.", "Infurmat iżda li kull assistenza mitluba ngħatat, bħal dejjem, fid-dawl ta' koperazzjoni ma' awtoritajiet barranin.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor.", "Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.", "PARAMEDICALS TAL-AMBULANZI - COMPLEMENT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-complement tal-paramedicals tal-ambulanzi li jaqa' bħala pre-hospital?", "Kif inhuma maqsuma bħala organizzazzjoni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' Emergency Ambulance Responders (EARs) bħalissa huwa ta' 63 u 7 Team Leaders.", "L-EARs jagħmlu parti mill-istruttura tad-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Ninfurmah ukoll illi fid-Dipartiment tal-Kura Primarja hemm 14 infermiera mħarrġa fil-Pre-hospital Care sabiex jassistu l-ambulanzi li jkunu fuq standby maċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u tal-Mosta.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, baqar u nagħaġ, jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sussidju li jkollhom fuq id-dawl u l-ilma?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "XARABANKS LI JINTUŻAW KULJUM", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' xarabanks li bħalissa qed jintużaw ta' kuljum bħala trasport pubbliku f'Malta?", "Kemm-il xarabank minn din il-flotta nxtrat ġdida fis-sena 2017 u kemm fis-sena 2018 s'issa?", "Kemm-il xarabank minn din il-flotta ġiet skreppjata fis-sena 2017 u fis-sena 2018 s'issa?", "Kemm jaħdmu sewwieqa tax-xarabank mat-trasport pubbliku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "• Fil-preżent hemm 407 karozzi tal-linja li qegħdin reġistrati bħala vetturi li qed jagħmlu s-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda;", "• Fl-2017 l-operatur tat-trasport pubbliku żied 28 vettura ġdida mal-flotta tal-vetturi li joperaw fuq is-servizz.", "Fl-istess sena ġew skreppjati total ta' ħames vetturi;", "• Fl- 2018, s'issa, l-operatur tat-trasport pubbliku żied vettura waħda ġdida mal-flotta tal-vetturi li joperaw fuq is-servizz.", "Mill-bidu ta' din is-sena s'issa ma ġiet skreppjata l-ebda xarabank.", "Mill-informazzjoni miġbura mingħand l-operatur tat-trasport pubbliku jirriżulta li hemm total ta' 1,075 sewwieqa tax-xarabank u li minnhom hemm 850 impjegati fuq bażi full-time filwaqt li l-kumplament huma fuq bażi part-time.", "SPOT CHECKS U SPEZZJONIJIET - XIRI U TRASPORT TA' PRODOTTI TA' LAĦAM", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'sistema teżisti taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru rispettiv sabiex ikun jista' jagħmel spot checks u spezzjonijiet oħra relatati ma' sorveljanza fuq ix-xiri u trasport ta' prodotti tal-laħam li jaslu f'Malta bil-katamaran jew mezzi ta' trasport ieħor, sabiex ikun garantit li f'pajjiżna ma jidħlux prodotti li ma jkunux ta' standard sodisfaċenti għas-sigurtà u s-saħħa tal-konsumatur?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward tal-kummerċ intrakomunitarju d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja jwettaq spot checks fuq il-post fil-punt tad-dħul jekk ikun hemm suspett ta' xi attività illegali minn, jew permezz, tat-trasportatur li jasal f'Malta bil-katamaran/bastiment għax ma jistax ixekkel il-kummerċ ħieles.", "Barra minn hekk, flimkien mad-Dipartiment tad-Dwana, jitwettqu spot checks fuq l-affarijiet personali tal-passiġġieri għall-prodotti illegali speċjalment dawk li ġejjin minn pajjiżi fejn hemm imposti restrizzjonijiet sanitarji.", "Madankollu, isiru kontrolli regolari fl-istabbilimenti approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru (inkluż dan id-Direttorat, f'Malta) fuq għalf u ikel li joriġina mill-annimali, u annimali.", "Dawn il-kontrolli f'Malta jsiru wkoll fuq stabbilimenti li rċevew dawn il-prodotti, u għandhom l-għan li jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa kemm għall-bniedem kif ukoll għall-annimali, u huma verifiki li jitwettqu skont l-evalwazzjoni tar-riskju.", "Fir-rigward tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, il-kontrolli jsiru fil-Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera li jinsabu fil-Belt Valletta, Marsaxlokk u l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Dawn il-verifiki jitwettqu f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7206, jekk ikun hemm talba urġenti għal għajnuna lill-Pulizija jew entitajiet oħra li għandhom jgħinu fi stat ta' emerġenza, kif ikkordinati mill-proċess ta' għajnuna b'urġenza taħt in-numru 112, f'każ li t-talba ta' emerġenza tkun relatata ma' dħul ta' insetti bħal żnażan li jkunu qed joħolqu periklu għal min ikun jiffrekwenta l-premises jew tista' tkun dar residenzjali, jista' l-Ministru jgħid għaliex din it-talba ma tkunx iżjed kordinata bl-urġenza mill-Pulizija?", "(Dan jista' jwassal għal dewmien fl-għoti tal-għajnuna li tkun urġenti.)", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-każ inkwistjoni mhux każ li jiġi referut lill-operaturi tan-numru 112 li, kif żgur jaf l-Onor.", "Interpellant, huwa numru li jkopri sitwazzjonijiet ferm iktar gravi mill-każ li qed isemmi, u għalhekk min iċempel fuq każ ta' din in-natura jintalab iċempel dirett lill-Pulizija.", "Hu minnu li barra l-funzjonijiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità, u kif titlob il-liġi, meta tintalab assistenza, membri tal-Korp tal-Pulizija jassistu għal kwalunkwe rikjesta f'limiti raġonevoli, anke jekk ir-responsabbiltà biex tiġi pprovduta għajnuna ma tkunx tappartjeni lilhom.", "F'dan il-każ, anke kieku ġew ikkonsultati l-Pulizija mhux fuq il-112, ma seta' jsir xejn, ħlief li jingħata parir biex tingħalaq il-proprjetà msemmija mis-sidien, ġaladarba l-insetti kienu fuq ġewwa, sakemm dawn jitolbu l-assistenza ta' kumpaniji li jagħtu servizz li jitneħħa dan it-tip ta' insett u/jew insetti oħra.", "TWESSIGĦ TA' TOROQ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ħlas li sar mill-Ministeru rispettiv għal kull xogħol li sar mill-Ministeru fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq li għaddej f'pajjiżna fejn dan il-proġett ta' twessigħ ta' toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li qed ikunu parti minn dan il-proġett?", "Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta' triq?", "Jista' jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b'direct order jew kienx magħżul b'tender?", "Jista' jgħid ukoll għal kull parti ta' triq li hija parti minn dan il-proġett ta' twessigħ, għal liema toroq kien hemm permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u għal liema toroq sar ix-xogħol ta' twessigħ bla permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "GĦAWDEX – SME PARK", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-SME park li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid:", "a. min ħa t-tender jew id-direct order biex jibni l-SME park;", "b. kif se jitħallas min ħa l-inkarigu li jibni dan l-SME park;", "c. jekk kienx proċess ta' tender jew direct order;", "d. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta' SMEs f'dan il-park;", "e. xi kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista' japplika għal post f'dan il-park; u", "f. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f'dan il-park għall-SMEs f'Għawdex?", "Interpellant li l-proġett għadu fi stadju ta' applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u għadha ma ħarġet ebda tender.", "SISTEMA TA' LIĊENZJI TA' NEGOZJI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7224, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?", "CHRIS CARDONA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7224.", "PROĠETT TA' TWESSIGĦ TA' TOROQ – RABA'", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7209, jista' l-Ministru jgħid, fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq fejn tali proġetti bdew mill-Ministeru rispettiv (mal-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum);", "a. kemm-il biċċa raba' ġiet mittiefsa bħala numru f'kull triq li qed tiġi mwessgħa minn dan il-Ministeru;", "b. jgħid ma' min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba' li qed tiġi mittiefsa;", "c. jgħid x'kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens għal kull biċċa art li qed tiġi mittiefsa u meħuda bil-proġett ta' twessigħ ta' toroq li qed jagħmel dan il-Ministeru?", "IAN BORG: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "EKS ĦADDIEMA TAL-GAS BOARD – KUMPENS FINANZJARJU", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-eks ħaddiema tal-Gas Board (li fl-1977 ġiet tagħmel parti mill-Enemalta) jingħataw kumpens finanzjarju?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "EKS ĦADDIEMA TAL-GAS BOARD", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid għal kemm jammontaw l-eks ħaddiema tal-Gas Board li effettivament jintlaqtu mill-possibbiltà ta' kumpens?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "EŻAMIJIET GĦALL-POSTIJIET TA' UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI, PRINCIPALS U SENIOR PRINCIPALS", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315, fejn saret talba biex jingħad kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals kif ukoll kemm hu n-numru ta' dawk li ġew ingaġġati, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post, u peress li fit-tweġiba ngħad biss kemm ġew ingaġġati f'kull post, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-informazzjoni l-oħra, u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, it-tagħrif ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7315.", "Ninsab informat li l-aħħar dati li ġew ingaġġati kienu hekk: Uffiċjal Eżekuttiv - Ġunju 2018, Prinċipal - Novembru 2017 u Prinċipal Anżjan - Marzu 2018.", "Ninsab informat ukoll li l-postijiet vakanti jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz.", "ŻGĦAŻAGĦ JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, minn Jannar 2012 sa Settembru 2018?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni żgħażagħ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru xahar b'xahar minn Jannar 2012 sa Settembru 2018 hu kif muri fit-tabella hawn taħt:", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk reċentement kienx hemm tibdil fir-rotot 81, 84, u 206 tat-Trasport Pubbliku, marbut mal-passaġġ tal-istess rotot mil-lokalità tal-Fgura?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-preżent fi Triq Bormla (Ta' Ċawsli) iż-Żejtun, ir-rotot 81, 84 u 206 fi triqithom mill-Belt Valletta jew l-Isptar Mater Dei qed jaslu sa bus stop li jġib l-isem \"San Xmun\" fi Triq San' Anard, fejn wara jiġu devjati għat-triq tal-Barrani.", "Il-vjaġġi fuq dawn ir-rotot fid-direzzjoni opposta mhumiex qegħdin jiġu affettwati.", "Dawn id-devjazzjonijiet fuq dawn ir-rotot huma temporanji u mistennija li jerġgħu jiġu għan-normal ġaladarba x-xogħlijiet fl-inħawi msemmija jippermettu li l-karozzi tal-linja jkunu jistgħu jgħaddu."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181029_149d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalab jagħmel fl-aħħar leġislatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta' Delimara, hijiex lesta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environment inspector għandu l-Ministeru?", "Xi kwalifiki għandhom?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jispjega kif il-Planning Authority din il-ġimgħa wettqet azzjoni ta' infurzar kontra tliet billboards b'messaġġi ta' Occupy Justice bl-iskuża li kienu llegali meta llum (20 ta' Frar 2018) fit-Times of Malta hemm storja li hawn iktar minn 100 billboard illegali u li ilhom hekk illegali, għal sentejn u iktar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 122 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jikkonferma li sa Settembru 2018, se jinħatru numru kbir ta' Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija?", "Jekk iva, kemm se jinħatru?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid fil-preżentkemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed isegwu xi forma ta' studju akkademiku?", "Jista' jgħid x'suġġetti qegħdin jistudjaw dawn il-priġunieri?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitwaqqfu aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u fejn sejrin jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri u min se jkun responsabbli tat-tmexxija ta' dawn iċ-Ċentri?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu talabx għajnuna finanzjarja Ewropea għas-servizzi indirizzati lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali f'dawn l-aħħar ħames snin bħal ma għamlu l-Aġenzija Sapport tal-Ministeru tal-Familja?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592, tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti Society's Concern u Who is Who?", "Jekk iva, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid għand min mar il-flat battal li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "Jista' jikkonferma, jekk il-flat marx għand membru tal-familja ta' xi ħadd li jgħix fl-istess blokk ta' flats?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinvestiga l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jgħid jekk qattx saret operazzjoni ta' breast removal fl-Isptar Mater Dei?", "Jekk ġieli saret, jista' jgħid kemm-il darba u għaliex it-talba tal-individwu qed tiġi rrifjutata?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holdings Company?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contracts of Service u Letter of Appointment tal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company li hi l-id kummerċjali tal-Università ta' Malta?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw flus tal-Unjoni Ewropea fuq toroq f'Għawdex sal-lum matul is-sena 2018 u jgħid liema toroq saru b'dawn il-fondi Ewropej mill-Ministeru tiegħu jew minn Transport Malta?", "Jista' jgħid kemm-il triq saret f'Għawdex minn Infrastructure Malta matul is-sena 2018 u liema kienu dawn it-toroq?", "Liema toroq f'Għawdex hemm ippjanati li jsiru minn Infrastructure Malta ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif intefqu l-flus f'allowances u overtime fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 fid-direttorati li jaqgħu fid-dekasteru tagħha, liema ammonti minfuqa huma kif jidhru hawn taħt u dan skont kif murija fl-estimi finanzjarji tas-snin imsemmija?", "X'tip ta' allowances kienu, f'liema gradi u f'liema uffiċċji/sezzjonijiet jaħdmu dawk l-uffiċjali li tħallsu dawn l-allowances?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid, skont l-aħħar statistika li għandu, kemm hi l-paga medja f'Malta?", "Jista' jgħid għall-istess perjodu kemm hi l-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex?", "Jekk hemm diskrepanza, jista' jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex din tiġi eleminata flok tiżdied?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-aħħar Baġit li kienet tgħid \"Se nagħtu iktar inċentivi biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat f'Għawdex billi għal kull impjegat li jiġi offrut kuntratt ta' tliet snin jew iżjed, tingħata rifużjoni ta' 30% tal-paga medja ta' impjegat sa massimu ta' €6,000\", ġietx imwettqa?", "Jekk iva, meta daħlet fis-seħħ?", "Kemm ibbenifikaw minn din l-miżura u kemm ħareġ flus sal-lum fuq din il-miżura l-Gvern?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura li tħabbret fil-Baġit għas-sena 2018 u li kienet tgħid \"Se nkunu qegħdin nallokaw fondi biex tinħoloq skema speċifika biex imprendituri Għawdxin li joperaw fis-settur tat-turiżmu, itejbu l-livell tal-istabbilimenti turistiċi\", ġietx imwettqa?", "Jekk iva, meta daħlet fis-seħħ?", "Kemm-il operatur f'Għawdex ibbenfika minn dawn il-fondi?", "Kemm kien l-ammont totali f'għajnuna lill-imprendituri Għawdxin taħt din l-iskema?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord tad-Diretturi li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mill-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta huma nvoluti fit-tmexxija tal-istess Aġenzija?", "Jista' jgħid x'inhu l-involviment tagħhom fit-tmexxija tal-istess Aġenzija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rimunerazzjoni jirċievu l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid min ippropona l-proġett 'Kif Jgħid il-Malti\", jekk kienx hemm sejħa għall-proposti u għall-proġetti b'din it-tema, min ingħata l-inkarigu sabiex iwettaq dan il-proġett, min kienu l-artisti involuti f'dan il-proġett u kemm sewa dan il-proġett?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Filwaqt li l-Ministrugħall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali f'Mistoqsija Parlamentari 1848 kien indika li l-proġett MUZA ta' Heritage Malta kellu jiġi inawgurat f'Marzu 2018, u billi tali proġett għadu ma tlestix, jista' l-Ministru jgħid meta se tkun miftuħa din il-binja?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-MUZA huwiex se jkun lest sabiex jospita l-konferenza annwali tan-Network of European Museum Organisations nhar il-15 ta'Novembru 2018?", "Jista' jgħid jekk u kemm-il esibizzjoni u liema huma dawk l-esibizzjonijiet li bihom se jiftaħ MUZA?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-enerġija elettrika kollha meħtieġa fil-binja tal-MUZA hijiex se tkun greenpowered u jekk dan hux mill-bidu tal-ftuħ tal-MUZA?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il esibizzjoni u liema huma dawk l-esibizzjonijiet li bihom se jiftaħ MUZA?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-persuni li għaddew mill-aħħar eżami għal Second Secretaries, ġewx kollha ingaġġati u jekk le għalfejn?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm sejħa oħra tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw għall-pożizzjoni ta' Post of Senior Manager (People Management) u f'liema stadju tinsab din is-sejħa?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn, għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll mil-liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu?", "Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt tal-Imdina mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetà?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7048, jista' l-Ministru jgħid f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi msemmija fl-istess tweġiba?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex hekk kif tiġi skavata l-ħamrija minn sit mogħti għall-bini, din titħares u tintefa' f'postijiet ta' ħażna jew fuq art qasbija?", "Kemm inqabdu kuntratturi jarmu ħamrija flimkien ma' skart tal-kostruzzjoni fis-sena 2017 u fis-sena 2018 sa Settembru?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid liema hu d-dipartiment li jieħu ħsieb li l-ħamrija li tiġi skavata minħabba bini, tintefa' f'postijiet ta' ħażna?", "Kemm-il tunnellata ħamrija ntefgħet fuq raba' qasbija?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-iskeda ta' kif qed jitqassmu l-magni taz-zokkor lill-persuni li huma dijabetiċi biex huma stess jiċċekkjaw iz-zokkor, lokalità waħda wara l-oħra?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li għal diversi drabi r-rimi ta' skart ta' kostruzzjoni, u possibbilment anke ħamrija, qed kontinwament jintrema+ f'barriera li qiegħda bejn il-Qrendi u l-Imqabba fl-inħawi ta' Misraħ is-Sinjura u tal-Għariex, u peress li l-barriera li r-ritratt tagħha qed jingħata separatament ilha ferm li mtliet u faret tant bit-terrapin li ħasret id-dehra tal-madwar, jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandha l-barriera biex dan isir?", "Jekk ma hemmx permessi, x'enforcements ħarġu mill-Awtorità għall-Ippjanar u meta?", "Kemm hu l-caping tal-multa jekk ħareġ l-enforcement?", "Il-multa tħallset?", "X'se jsir biex is-sit tal-barriera jirritorna għal-livelli aċċettabbli ta' rimi?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li hu nnotat li art pubblika quddiem il-lukanda Riviera fil-Marfa, ġiet meħuda, billi tneħħa t-tarmak tat-triq u tqiegħdet art imħaġra, jista' l-Ministru jgħid x'permess ingħata mill-Awtorità tal-Artijiet biex sar hekk?", "X'kien l-akkwist tal-poplu Malti?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fis-16 t'Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli, jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta' Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fit-28 ta' Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena.", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jara li kuljum jattendi pulizija ħdejn id-daħla tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa fi Triq il-Mitħna l-Ġdida u dan sabiex ikun jista' jikkontrolla t-traffiku u jenforza r-regolamenti tat-traffiku fis-seħħ fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-istess iskola, hekk kif indikat b'diversi tabelli f'din l-istess triq?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt taghħa fis-16 t'Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli, jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta' Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid x'ħinjiet jiftaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop?", "X'ħinijiet ikun hemm tabib?", "X'ħinijiet ikun hemm nurse?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta beda jopera ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop?", "Kemm attendew pazjenti s'issa?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jara għalfejn fl-iskola sekondarja Verdala tal-Kulleġġ Santa Margerita f'Bormla fil-ħin ta' wara l-iskola fl-użu tat-trakka u l-grawd tal-futbol, filwaqt li jeżistu changing rooms, mhemmx aċċessibilità għal toilets?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kopja tagħha ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra u li permezz tagħha ġie ddikjarat li l-proviso tal-artikolu 28(1)(c)(i) tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap. 55 tal-Liġijiet ta' Malta) hi nkonsistenti mad-dritt fundamentali taħt l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Artikoli 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, globalment, kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika meta beda jitħaddem il-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti?", "Kemm-il artist jew professjonist irċieva għotjiet minn dan il-fond għal kull sena li ilu jopera dan il-fond u x'kienu l-proġetti li ġew megħjuna b'dan il-fond?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Mozzjoni biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2019 (It-Tieni Jum Imħolli kollu għall-Gvern).", "(Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018)", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-Avviż Legali Nru 296 tal-2018 dwar ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi - Votazzjoni.", "MOZZJONIJIET", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ONOR.", "CHRIS FEARNE, jipproponi:", "Billi l-Artikolu 4 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570) jipprovdi li għandu jinħatar Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika li jinħatar mill-President ta' Malta li jaġixxi skont riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li tgħaddi bis-saħħa tal-voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri kollha li hemm fil-Kamra;", "Billi Dr George Hyzler għandu 1-kwalifiki biex jinħatar bħala Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika;", "Din il-Kamra tirriżolvi li titlob lill-President ta' Malta biex, skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570), taħtar lill-imsemmi Dr George Hyzler bħala Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ONOR.", "Illi wara li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ra l-Ombudsplan ippreżentat mill-Ombudsman għas-sena 2019 li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 138 tal-1 ta' Ottubru 2018;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħa tal-istess Kumitat li saret fis-17 ta' Ottubru 2018;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kamra tad-Deputati; u", "Wara r-rakkomandazzjoni li saret mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra;", "Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-Ombudsplan kif ippreżentat.", "29 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "Skont ftehim milħuq din is-seduta se tixxandar b'mod dirett fuq it-televiżjoni mill-PBS u se tixxandar ukoll bil-lingwa tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ.", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru, 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPE,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar ir-Rapport Annwali u r-Rapport fuq l-Attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2017, u l-Landscape Review: Putting EU Law into practice.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\"", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 49 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "29 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181030_150a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "It-Tlieta, 30 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 149, li saret fid-29 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ FESTINI, RIĊEVIMENTI, IKLIET, EĊĊ.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha hekk kif mitluba.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar tħabbret l-inizjattiva \"Children's Dreams\" fejn milli stajt nifhem jien wara artiklu li qrajt fuq The Times of Malta hija kampanja li l-għan tagħha hu li persuni jixtru r-rigali tal-Milied lil tfal li jkunu għaddejjin minn xi forma ta' diffikultà.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kif qed taħdem eżattament din l-inizjattiva u kif dawk li qed isegwu jistgħu jgħinu biex dawn it-tfal ikun jista' jkollhom Milied hieni bħal tfal oħra?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel nett ta' min jgħid li l-inizjattiva \"Children's Dreams\" titmexxa mill-Appoġġ.", "Din is-sena se tkun is-sitt darba li qiegħda ssir, u fil-fatt fl-aħħar nixtieq nikkonkludi b'appell lill-Membri ta' din il-Kamra f'dan ir-rigward.", "Permezz ta' \"Children's Dreams\" jinġabru x-xewqat u l-ħolm ta' dawk it-tfal li jkunu missew mal-Appoġġ u li għal xi raġuni jew oħra jkunu xi ftit vulnerabbli.", "Pereżempju, jistgħu jkunu qed jgħixu f'istituzzjoni jew inkella jkunu ġejjin minn familji li l-mezzi tagħhom ma jservux.", "Għalhekk hemm site apposta li fiha wieħed ikun jista' jara x'inhuma x-xewqat ta' dawn it-tfal.", "Għall-bidu li nbdiet din l-inizjattiva kien hemm bejn 150 u 200 xewqa, imma llum din l-inizjattiva tant kibret li qed nitkellmu fuq madwar 1,900 xewqa.", "Kulma wieħed irid jagħmel biex jgħin huwa li jidħol f'din il-website partikolari u jaqta' x-xewqa ta' xi ħadd minn dawn it-tfal.", "Dan huwa ġest verament nobbli.", "Xi kultant uħud minn dawn ix-xewqat ikunu verament żgħar, bħal ngħidu aħna xi voucher mingħand McDonald's, u mbagħad hemm min il-ħolma tiegħu jew tagħha tkun xi ftit akbar ukoll, imma aħna naraw li x-xewqat li jittellgħu fuq il-website ma jkunux għal xi karozza jew għal ħaġa simili li tiswa ħafna flus, imma jkunu aktar raġonevoli!", "Min jidħol f'din il-website u jitħajjar jgħin, jista' jagħżel li jaqta' x-xewqa ta' min irid hu.", "Ta' min jgħid ukoll li tinżamm l-anonimità, jiġifieri jekk għall-grazzja tal-argument jien niddeċiedi li naqta' x-xewqa ta' xi ħadd minn dawn it-tfal, it-tifel jew it-tifla partikolari ma jkunux jafu min qatgħalhom xewqithom.", "Is-sena li għaddiet jien qtajt ix-xewqa ta' xi ħadd li ried vouchers tal-McDonald's, jiġifieri jien naf kemm din hija inizjattiva sabiħa li dak li jkun jagħmilha bil-qalb għax ikun qed jgħin tifel jew tifla li għal xi raġuni jew oħra l-familjari tagħhom ma jkunux jistgħu jaqtgħulhom xewqithom.", "Għaldaqstant nixtieq nappella lill-Membri Parlamentari ta' din il-Kamra biex huma wkoll jaqtgħu xewqa ta' xi ħadd għax għalkemm ma jkunux jafu lil min qed jgħinu realment, hija xi ħaġa verament pożittiva meta tħoss li ferraħt lil xi ħadd.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: L-ewwel nett, Sur President, nixtieq nifraħ lill-Ministru u lil kull min kellu x'jaqsam ma' din l-inizjattiva li għadu kif semma għax dan huwa ġest tassew nobbli, u għalhekk nassigurak li se ningħaqad miegħek fl-appell li qed tagħmel biex aktar nies jipparteċipaw f'din l-inizjattiva.", "Nixtieq ukoll li l-Ministru jagħtina ftit informazzjoni dwar il-units li qed jiġu mibnija bħalissa għall-housing soċjali.", "Jista', pereżempju, jgħidilna kemm bħala persentaġġ se jkun hemm minnhom għall-bejgħ u kemm minnhom se jkunu għall-kiri kif ukoll jagħtina indikazzjoni meta se jitlestew u jiġu mqassma l-ewwel units?", "MICHAEL FALZON: Qed nieħu pjaċir li aħna bħala Membri Parlamentari ngħaqadna kollha fuq din l-inizjattiva li għadna kif konna qed nitkellmu fuqha, u minn hawnhekk nixtieq nagħmel appell għal darb'oħra lil kull min qed isegwina biex jipparteċipa fiha.", "Rigward il-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Interpellant dwar il-housing nixtieq ngħidlu li m'għandix numri eżatti, imma nista' nagħti idea.", "Aħna qed ngħidu li meta sena u nofs jew sentejn oħra jitlesta l-bini, jekk Alla jrid l-Awtorità tad-Djar se jkollha madwar 1,200 unit ieħor, li 680 minnhom huma ffinanzjati mill-EIB (European Investment Bank) u mill-Bank tal-Kunsill tal-Ewropa b'loan ta' bejn is-€56 miljun u t-€58 miljun.", "Fuq uħud minnhom diġà beda x-xogħol.", "Fil-fatt f'ħafna mil-lokalitajiet fejn se jinbnew dawn il-units l-iskavar huwa lest u issa wara li jintrebħu t-tenders tinbeda l-construction.", "Interpellant, issa l-agħar hu jekk jsir xi appell, imbagħad forsi xi kontro-appell, eċċetra!", "Li nista' ngħid fiċ-ċert huwa li diġà beda x-xogħol fuq is-16-il sit li fihom iridu jinbnew is-680 unit li semmejt, u kif għadni kemm għedt, fil-maġġoranza l-kbira ta' dawn is-siti x-xogħol ta' skavar huwa lest.", "Imbagħad, Sur President, aħna qed nipproġettaw li se jkollna madwar 500 unit b'investiment ta' €50 miljun li bħala pajjiż m'aħniex se nieħdu loan mill-EIB jew mill-Bank tal-Kunsill tal-Ewropa għalihom għax dawn se jiġu ffinanzjati lokalment mill-fondi tal-Individual Investor Programme (IIP).", "Għalhekk, biex nikkonkludi, nista' ngħid li l-proċess miexi, u dalwaqt joħorġu t-tenders tal-construction.", "Naturalment jekk ikollna xi appelli ż-żmien se jitwal u għalhekk nisperaw li le ħalli nibdew naraw il-frott ukoll.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fl-aħħar Baġit għas-sena 2018 kienet issemmiet għall-ewwel darba miżura li permezz tagħha dawk il-persuni li jaddottaw minn barra l-pajjiż se jingħataw refund sa massimu ta' €10,000.", "Nifhem li forsi l-Ministru ma ġabx miegħu d-dokumenti li huma relatati ma' din il-miżura, imma jista' jgħidilna kemm kien hemm persuni jew familji li bbenefikaw minn din l-iskema?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: L-issue tal-addozzjonijiet hija waħda li dak li jkun irid joqgħod attent anke fil-mod kif jitkellem dwarha.", "Ta' min jgħid li s-sena li għaddiet kellna 45 każ li ġew konklużi u din is-sena sal-aħħar ta' Lulju ġew konklużi 28 każ.", "Ovvjament biex wieħed iressaq it-talba tiegħu għal dan ir-refund l-ewwel irid jippreżenta l-irċevuti neċessarji, bħal ngħidu aħna rċevuti ta' spejjeż f'ivvjaġġar, f'interpreti u affarijiet oħra.", "Sal-lum diġà rnexxielhom jieħdu dan il-grant 17-il familja addottiva, liema grant imur biex tiġi ssussidjata l-addozzjoni, filwaqt li bħalissa qegħdin nipproċessaw xi 17-il każ ieħor ta' familji li addottaw mill-Indja, mill-Portugall, mis-Slovakkja u din is-sena rnexxielna wkoll niftħu l-possibbiltà li jiġu addottati tfal mill-Bulgarija.", "Ta' min jgħid li l-ispiża li ntnefqet s'issa f'dan ir-rigward hija ta' €340,000.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jien se nerġa' lura għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija supplimentari li għamillu l-kollega l-Onor.", "Hermann Schiavone għax nixtiequ jgħidilna jekk dawn il-units tal-Awtorità tad-Djar humiex se jkunu għall-kiri jew għall-bejgħ.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt l-ewwel insejt nirrispondiha dik il-mistoqsija.", "S'issa l-intenzjoni hi li kemm l-ewwel grupp, jiġifieri dak ta' 680 unit, kif ukoll it-tieni grupp, se joħorġu għall-kiri biex b'hekk din il-proprjetà tibqa' tal-Awtorità tad-Djar, jiġifieri l-ebda unit minnhom mhu se jkun għall-bejgħ.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, fil-Baġit li tħabbar proprju l-ġimgħa li għaddiet smajna li se jingħataw aktar ħlasijiet fejn jidħlu inġustizzji, speċjalment fir-rigward tal-korpi, tal-Malta Electricity Board u oħrajn.", "Għalhekk jista' l-Ministru jinforma lil din l-Kamra lil min se jkunu qed jingħataw dawn il-ħlasijiet matul din is-sena, u jekk għandu informazzjoni, anke matul is-sena li ġejja?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: F'dan il-pajjiż għandna sezzjoni ta' nies li għal xi raġuni jew oħra - u rrid ngħid li ħafna drabi dan ġara unintentionally - inqabdu f'anomaliji jew inġustizzji.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għall-pensjoni ta' dawk il-ħaddiema li konna nsejħulhom \"tal-eks korpi\", li kienu jaħdmu mal-gvern qabel is-16 ta' Jannar 1979, u allura qabel ma daħlet il-pensjoni taż-żewġ terzi, imma peress li l-ittra uffiċjali tagħhom ħarġet wara s-16 ta' Jannar 1979, u wara din id-data din il-pensjoni ma baqgħetx tissejjaħ bħala \"pensjoni tas-servizz\", dawn ma ġewx intitolati għaliha.", "Bażikament bl-iskema li għamilna fil-Baġit qed nolqtu erba' kategoriji ta' ħaddiema.", "Bl-iskema li għamilna fil-Baġit is-sena li għaddiet ivvotajna €11-il miljun, u din is-sena, jekk Alla jrid qabel il-Milied, se jinħareġ it-tieni pagament li għandu jkopri €11-il miljun oħra.", "It-total ta' nies li qed nitkellmu fuqhom hawnhekk jammonta għal madwar 6,000 persuna.", "Bla dubju, fil-maġġoranza tagħhom dawn huma ħaddiema tal-korpi, imma mbagħad għandek ukoll lill-ħaddiema tal-Malta Electricity Board, lill-eks ħaddiema tax-xatt u lill-pulizija, li ma kinux tħallsu tal-overtime li ħadmu mill-1993 meta kien daħal collective agreement li kien jgħid li għandhom jitħallsu tal-overtime jekk jaħdmu aktar minn 46 siegħa, imma li fil-fatt huma baqgħu ma tħallsux għalih.", "Issa l-Gvern f'dan il-Baġit reġa' vvota għat-tielet pagament, li jammonta għal €11-il miljun u li se jitqassam matul is-sena d-dieħla.", "Jiġifieri għal dan il-għan ġew ivvotati €11-il miljun għall-2017, €11-il miljun għall-2018 u €11-il miljun għall-2019.", "Kif għedt diġà, huwa mistenni li dawn il-persuni jingħataw it-tieni pagament tagħhom qabel il-Milied.", "Wieħed irid iżid jgħid ukoll li fil-każ tal-Malta Electricity Board qed nippjanaw li bil-ħlas li nkunu qed nagħtuhom is-sena d-dieħla, dawn se jkunu koperti, u allura nkunu nistgħu ngħidu li l-każ tal-Malta Electricity Board huwa magħluq.", "Il-pagament tal-oħrajn, partikolarment ta' dawk li kellhom pagamenti konsiderevoli, qed jiġu staggered sakemm eventwalment jitħallas dak kollu li huwa dovut lilhom.", "Hawn persuni oħra li forsi jippretendu li jiġu inklużi f'din l-iskema wkoll, imma s'issa aħna qed naħdmu biex jiġu mogħtija dawk li huwa dovut lilhom dawn l-erba' kategoriji ta' ħaddiema.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, fil-passat numru ta' residenzi vojta kienu ġew rekwiżizzjonati.", "Issa aħna nemmnu ħafna fil-prinċipju ta' social justice and fairness, u sintendi dawn id-djar, li llum huma okkupati minn terzi bi żvantaġġ għas-sid, qegħdin iserrħu lill-Gvern anke min-nuqqasijiet li jeżistu fis-social housing.", "Hemm xi ħsieb biex xi darba ssir ġustizzja soċjali ma' dawn is-sidien li kellhom id-djar tagħhom rekwiżizzjonati?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel nett irrid nagħmilha ċara li l-awtoritajiet m'għadhomx jagħmlu requisitions u li mhux is-sidien kollha ngħataw il-proprjetà lura, għax kif qal tajjeb l-Onor.", "Godfrey Farrugia, hemm min għad għandu l-proprjetà tiegħu okkupata min-nies.", "Ta' min jgħid li min ilu ftit mhux ħażin li għolietlu l-kera, din għolietlu għal €185 u mbagħad għal €200.", "Ma naħsibx li l-Gvern jista' jikkwantifika, imma jekk ikun hemm min jagħmel talba f'dan ir-rigward jista' jikkonsidraha.", "Irridu niftakru wkoll li dawk kienu żminijiet xi ftit jew wisq differenti.", "Fil-fatt illum lanqas biss jgħaddilek minn moħħok li tagħmel requisition għax malli tagħmel hekk issib ruħek quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, u hekk għandu jkun!", "Il-problema hi li l-kwestjoni ta' bejn dawn is-sidien u l-inkwilini tista' tgħid li hija regolata kollha qabel il-liġi tal-1995, u allura għalihom jgħoddu l-kondizzjonijiet l-antiki, ħlief għal dak it-tibdil li għadni kemm semmejt fejn il-kera minima, li kienet tammonta għal €185, telgħet għal €205, jiġifieri issa huma qed jibbenefikaw minn dan it-tibdil li sar.", "Issa jekk xi ħadd irid jagħmel claims jara hu, imma l-iskemi li hemm miftuħin bħalissa mhumiex qed jikkumpensaw lil din il-kategorija ta' nies.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fil-Baġit li sar ftit iktar minn ġimgħa ilu tħabbret żieda sostanzjali kemm fil-pensjonijiet tas-servizz, kemm fil-pensjonijiet ta' dawk li kienu jaħdmu mas-servizzi Ingliżi kif ukoll fil-pensjonijiet ta' dawk l-anzjani li għandhom il-mard.", "Jekk m'iniex sejjer żball, b'din iż-żieda tneħħiet ukoll id-diskriminazzjoni li kien hemm qabel bejn żewġ adulti li kienu jirċievu l-benefiċċju tal-mard fl-istess familja.", "Jista' għalhekk il-Ministru jinforma lil din l-Kamra kif dawn il-pensjonanti se jirċievu ż-żidiet li ġew imħabbra, li hija xi ħaġa verament pożittiva, jiġifieri jekk iridux japplikaw għalihom?", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt, Sur President, nieħu pjaċir nirrimarka li dan il-Baġit kien ir-raba' wieħed konsekuttiv fejn il-pensjonanti ngħataw żieda.", "Ta' min ifakkar li qabel dawn l-erba' snin, kien ilu ma jkun hemm żieda fil-pensjoni xi 25 sena u l-pensjonanti kienu jieħdu biss il-cost of living allowance (COLA) li tingħata għall-għoli tal-ħajja.", "Madankollu, fl-aħħar erba' budgets il-Gvern ried jassigura li jgħin lil dik is-sezzjoni ta' persuni f'pajjiżna.", "Il-Baġit għas-sena d-dieħla fih diversi miżuri f'dak li għandu x'jaqsam ma' pensjonijiet.", "L-aktar waħda ovvja hi li kull pensjonant se jiżdied €4.50, li €2.33 minnhom ġejjin mill-COLA u ż-€2.17 l-oħra ngħataw bħala żieda netta.", "Imbagħad hemm madwar 2,200 persuna li jirċievu l-pensjoni tas-servizzi u li dawn se jiżdiedu b'madwar €11 fil-ġimgħa.", "Nixtieq ngħid li ż-żieda qed tingħata lill-pensjonanti kollha, u allura qed nitkellmu fuq kategorija li tkopri 92,000 persuna, jiġifieri aħna m'aħniex qed nagħżlu bejn pensjoni kontributorja u pensjoni non-kontributorja imma qed ngħidu li l-pensjonanti kollha se jingħataw żieda ta' €4.50.", "Barra minn hekk ta' min jgħid li kif semma l-Onor.", "Byron Camilleri fil-mistoqsija tiegħu, sar xi tibdil anke fir-rigward ta' dawk il-koppji li jkunu jikkwalifikaw għall-benefiċċju tal-mard it-tnejn li huma.", "Sal-lum kienet li waħda mill-partijiet ta' dawn il-koppji jieħdu €25 filwaqt li l-parti l-oħra, li forsi tbati bl-istess kondizzjoni u allura hija intitolata għall-istess benefiċċju, kienet tieħu €20, jiġifieri meta f'household kien ikun hemm żewġ persuni adulti li jikkwalifikaw għall-benefiċċju tal-mard, waħda minnhom kienet tieħu €5 anqas mill-oħra, u xi ftit jew wisq din kienet anomalija.", "Madankollu, malli jidħol fis-seħħ il-Baġit is-sena d-dieħla din l-anomalija se tispiċċa għax issa kull min ikun intitolat għall-benefiċċju tal-mard se jieħu dan il-benefiċċju kollu kemm hu, irrispettivament minn jekk hemmx aktar persuni adulti jieħdu l-benefiċċju tal-mard fl-istess household.", "Dan minbarra inizjattivi oħra li tħabbru f'dan il-Baġit.", "Pereżempju, issa jekk anzjan li japplika għas-servizz ta' carer ikollu aktar minn 85 sena, aħna m'aħniex se noqogħdu naraw jekk dan jikkwalifikax jew le imma nagħtuh l-għajnuna mal-ewwel għax kull anzjan u anzjana ta' 85 sena jkollu jew ikollha bżonn l-għajnuna.", "Qed nagħtu wkoll żieda fil-carers' allowance biex inkomplu ninċentivaw lil min joffri dan is-servizz.", "Sur President, il-pensjonanti kienu dejjem identifikati bħala l-aktar sezzjoni tal-poplu li huma vulnerabbli.", "Fil-fatt anke meta tħares lejn l-istatistika ta' persons at risk of poverty jew ta' social exclusion, issib li parti sostanzjali minn dawn il-persuni kienu jkunu pensjonanti.", "Għalhekk illum nieħu pjaċir nirrimarka li għalkemm in-numru ta' pensjonanti li jinsabu f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali ma spiċċax, naqas konsiderevolment, u dan huwa kollu frott tad-diversi miżuri li jittieħdu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Meta se jiġu mogħtija dawn il-units tal-Awtorità tad-Djar li ssemmew aktar kmieni, u dawk il-persuni li llum qegħdin jgħixu ġo shelter homes, fejn fosthom hemm anke familji, se jiġu aġevolati aktar minn nies oħra?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Ovvjament, kull każ huwa individwali.", "Bħala proċedura l-Awtorità tad-Djar tħares lejn diversi fatturi u taqdi l-ewwel lil min hu l-aktar batut, jiġifieri din mhijiex se tkun xi haphazard procedure bħal tas-Siġġiewi.", "Hemm pool ta' nies li jibqgħu fil-bżonn ta' akkomodazzjoni soċjali, u bħala pajjiż irridu nipprovdu għalihom, u huwa kollu inutli li noqogħdu ngħidu affarijiet oħra.", "Ovvjament l-ewwel wieħed se jara min hu l-aktar fil-bżonn ta' akkomodazzjoni soċjali, jiġifieri se nibdew bih u mbagħad nibqgħu sejrin.", "Miżura oħra li ħadna f'dan il-Baġit hija li żidna l-housing benefit b'mod konsiderevoli, jiġifieri s-sussidju se jiżdied skont kemm wieħed għandu income, u dan minbarra miżuri oħrajn li huma marbuta mal-benefiċċji tas-saħħa, ma' ċerti benefiċċji ta' carers u benefiċċji oħra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, matul il-ġranet li għaddew ħarġu aktar statistiċi li kkonfermaw illi kemm il-faqar reali kif ukoll in-numru ta' persuni li qegħdin f'riskju ta' faqar qiegħed jonqos.", "Ma nafx jekk il-Ministru għandux din l-informazzjoni f'idejh, imma jista' jagħti ftit aktar figuri biex juri kemm qed jonqos il-faqar f'pajjiżna, u fuq kollox liema huma l-aktar l-miżuri li finalment qed iwasslu biex il-faqar jonqos b'mod reali f'pajjiżna?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt għandna żewġ mezzi li jintużaw b'mod internazzjonali kif inkejlu l-faqar.", "Għandna dawk at risk of poverty or social exclusion (AROPE), jiġifieri li qegħdin f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, u dawk li qegħdin ibatu minn severe material deprivation, fejn hemm lista ta' disa' affarijiet li jekk ma tissodisfax erbgħa minnhom taqa' fil-kategorija tal-faqar.", "Nieħu pjaċir ninnota li kuntrarjament għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ - u fil-fatt jien skantajt b'dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward! - dak in-numru bħala pajjiż irnexxielna nniżżluh, sew ta' wieħed u sew tal-ieħor.", "Jekk nieħdu l-AROPE, minn madwar 100,000, dan niżżilnieh għal madwar 83,000, jiġifieri mill-2013 sal-2017 il-persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali naqsu bi 17,000.", "Dan ma jfissirx li wasalna, imma naslu wkoll!", "Imbagħad fir-rigward ta' dawk li qegħdin f'severe material deprivation, filwaqt li fl-2013 in-numru kien ta' 39,000, aħna rnexxielna nniżżlu din il-figura, li se ngħidha verament bil-qalb, għal 19,000!", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li din il-figura żdiedet, għax għalkemm m'eradikajniex din il-figura għal kollox, almenu mexjin.", "Fattur inkoraġġanti huwa li l-faxex kollha ta' dawk li qegħdin f'severe material deprivation qegħdin jonqsu, jiġifieri m'aħniex qed narawha tonqos biss f'dik il-faxxa ta' persuni li għandhom bejn it-18-il sena u l-55 sena.", "Fil-fatt, il-faxxa tal-pensjonanti kienet l-aktar waħda li spikkat f'dik li hija vulnerabbiltà, u għalhekk f'erba' budgets dawn ingħataw erba' żidiet.", "Ta' min jgħid ukoll li f'perjodu ta' erba' snin irnexxielna nnaqqsu n-numru ta' minorenni li kienu qed jgħixu fil-faqar minn 4,000 għal 2,000, jiġifieri rnexxielna noħorġu 2,000 tifel u tifla mill-faqar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma l-kriterji li jistabbilixxu kif se jiġu mqassmin il-units li qed tibni l-Awtorità tad-Djar għal akkomodazzjoni soċjali?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Kif diġà għedt f'risposta preċedenti, ovvjament kull każ se jiġi evalwat skont iċ-ċirkostanzi tiegħu, u l-ewwel se jiġu moqdija dawk li huma l-aktar fil-bżonn, jiġifieri din mhijiex se tkun xi ħaġa haphazard.", "POWER STATION TA' DELIMARA – INKJESTA DWAR IL-KWALITÀ TAL-FUEL MIXTRI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef - li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament - intalab jagħmel fl-aħħar leġiżlatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta' Delimara hijiex lesta?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Jien informat li l-inkjesta msemmija minnu għadha pendenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, peress li din l-inkjesta tal-Imħallef Philip Sciberras, li mhijiex xi ħaġa daqstant ikkomplikata, tmur lura għal madwar tliet snin u nofs jew erba' snin, ġentilment nixtieq nistaqsi lill-Ministru jafx għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien jew inkella meta jaħseb li din se se tiġi konkluża.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, meta jien irċevejt il-mistoqsija parlamentari tal-Onor.", "Interpellant għaddejtha lil min hu inkarigat biex iġibli l-informazzjoni hu, u l-informazzjoni hija ċara, li din l-inkjesta għadha pendenti.", "Għalhekk jien m'għandi l-ebda informazzjoni oħra ħlief li din l-inkjesta għadha pendenti.", "Issa jekk l-Onor.", "Interpellant irid aktar informazzjoni minn dik li talab fil-mistoqsija parlamentari li għamel, nistiednu biex jagħmel mistoqsija parlamentari oħra bil-miktub u jiġi mwieġeb.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 352 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Suq tal-Elettriku.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 353 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet li jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern (Emenda Nru 2).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 347 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Biomedical Engineering (Biomechanics) - M.Sc. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Inġinerija u tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;", "Avviż Legali Nru 348 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in European Legal Studies – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Avviż Legali Nru 349 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Laws (Honours) – LL.B. (Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Avviż Legali Nru 350 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Higher Diploma of Legal Procurator – H.Dip.", "L.P. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi; u", "Avviż Legali Nru 351 tal-2018 – Ir-Regolamenti tal-2018 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Valutazzjoni tal-Università.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi ż-żieda u t-tnaqqis ta' taxxa fuq id-dħul u mill-VAT, maqsuma f'body of persons, kumpaniji u individwi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4425.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-istqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-20 ta' Ottubru 2018, intitolata \"Titwettaq miżura oħra tal-Baġit\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6979.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' benefiċċjarji mill-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti, bejn l-2017 u Ottubru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7480.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 354 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti 8, 10, 12 u 13 tal-2018 tal-Credit Institutions and Financial Institutions (Payment Accounts) Regulations, 2016.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Nirrapporta li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018, u ai termini tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(b) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea, għamel id-diskussjoni dovuta fir-rigward tar-ratifika tal-iStrategic Partnership Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ġappun iffirmat f'Tokyo fis-17 ta' Lulju 2018, u kien reġistrat qbil unanimu mar-ratifika tiegħu.", "Għalhekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-iStrategic Partnership Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ġappun iffirmat f'Tokyo fis-17 ta' Lulju 2018.", "Nirrapporta wkoll li fl-istess laqgħa ġew ikkonsidrati ż-żewġ proposti leġiżlattivi indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u rriżulta li kienu konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u proporzjonalità:", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TAL-ESTIMI ĠENERALI TA' SPIŻA GĦAS-SENA 2019 – IT-TIENI JUM IMĦOLLI KOLLU GĦALL-GVERN", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, nistieden lill-impjegati tal-Public Broadcasting Services (PBS) jidħlu fil-Kamra sabiex jittrażmettu s-seduta dirett fuq it-televiżjoni.", "Id-diskors tal-Prim Ministru se jiġi mxandar ukoll bil-lingwa tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ.", "Il-media ngħatat permess sabiex tiġbed ritratti u filmati għal ftit minuti.", "L-impjegati tal-PBS daħlu fil-Kamra u bdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom.", "Il-Kamra rriżumiet mid-29 ta' Ottubru 2018 id-diskussjoni fuq il-Mozzjoni tal-Ministru għall-Finanzi biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2019.", "Skont il-Mozzjoni Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018 id-diskors kien eżenti mil-limitu ta' ħin għad-diskorsi skont l-Ordni Permanenti Nru 49, u l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol kellu jkun fit-8.30 p.m.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, il-Baġit għas-sena 2019 li ppreżenta l-Ministru għall-Finanzi huwa l-akbar pakkett finanzjarju fl-istorja ta' pajjiżna!", "Fil-Baġit għas-sena 2017 konna nidejna miżuri indirizzati lejn il-poplu li kienu ekwivalenti għal 0.6% tal-ekonomija, jiġifieri għal €61 miljun.", "Imbagħad fil-Baġit għas-sena 2018 żidna dawn il-miżuri biex ikunu ekwivalenti għal 0.8% tal-ekonomija, jiġifieri għal €96 miljun.", "Issa għas-sena d-dieħla lill-poplu Malti u Għawdxi qed nagħtuh direttament f'butu l-ekwivalenti għal 1.1% tal-ekonomija, jiġifieri €142 miljun, li dawn kollha se jmorru direttament għand il-poplu Malti u Għawdxi!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mhux talli dan il-Gvern ma ssikkax iċ-ċinturin wara l-elezzjoni ġenerali, imma talli lill-poplu tagħna tajnieh qabel l-elezzjoni ġenerali u tajnieh id-doppju wara l-elezzjoni ġenerali!", "Iva, Sur President, illum qed nagħtu aktar mid-doppju għax abbandunajna ċ-ċiklu elettorali u minflok daħħalna strateġija ekonomika fit-tul li tagħmel sens.", "In-nies qed iħossu dak li qed jagħtihom il-Gvern fi bwiethom, fit-toroq tagħna u fuq il-postijiet tax-xogħol, u meta jinġabru l-familji kull nhar ta' Ħadd madwar l-imwejjed tal-ikel fil-kċejjen tagħhom, huma jkunu jafu li dan il-Gvern qed iwettaq dak li wiegħed u li qed itejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-ekonomija qiegħda tikber, u għalhekk aħna qed nagħtu aktar lill-ekonomija.", "B'hekk taħdem is-sistema!", "B'hekk għandna middle class ġdida.", "B'hekk qegħdin insaħħuha lil din il-middle class il-ġdida u b'hekk qegħdin ngħixu s-suċċess!", "Matul is-sena d-dieħla, permezz tal-miżuri ġodda, se jgawdu aktar nies, anzi se jgawdi kulħadd, u aħna se nagħtu l-aktar lil min jiflaħ l-anqas u lil min l-aktar għandu bżonn.", "(Onor. Membri: Hear, hear) 16,500 familja se jkunu qed jieħdu żieda fiċ-children's allowance sa €96 - jiġifieri ddedikajna €2 miljuni għalihom – u 200,000 ħaddiem full-time u part-time se jieħdu għat-tieni sena refund ieħor li se jkun jammonta għal bejn €40 u €68, jiġifieri aħna ddedikajna €11,500,000 għal dawn il-ħaddiema (Onor. Membri: Hear, hear) Barra minn hekk, 92,000 anzjan u anzjana se jerġgħu jieħdu żieda fil-pensjoni ta' €4.50 fil-ġimgħa, jiġifieri aħna ddedikajna €10 miljuni oħra għall-anzjani tagħna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hemm ukoll 29,000 anzjan u anzjana li se jieħdu għotja ta' €300, li tfisser illi l-Gvern iddedika €9 miljuni oħra għalihom!", "Sur President, 12,000 anzjani nisa li m'għandhomx pensjoni se jiżdidilhom il-bonus, u dan ifisser li ddedikajna €500,000 għalihom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) 6,000 pensjonant u pensjonanta tal-korpi u dawk li sofrew xi inġustizzja se jieħdu ħlas ieħor, €11,500,000 ieħor għalihom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-ġenituri ta' 26,000 tifel u tifla li jmorru fi skejjel indipendenti u tal-Knisja se jiffrankaw €700 kull wieħed mill-ġdid; €20 miljun għalihom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kull min xtara karozza fl-2008 se jingħata l-VAT lura fuq ir-reġistrazzjoni; €4,800,000 għalihom, jiġifieri b'kollox tajna lura €25 miljun lura bħala VAT fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa hawn irrid infakkar li meta wegħedna li se nagħtu dawn il-flus lura, kien hemm min qalilna: Din korruzzjoni għax dawn m'għandhomx dritt għalihom!", "Imma aħna sas-sena d-dieħla se nkunu tajnihomlhom kollha lura!", "Kif qed naraw, Sur President, qtajna nifisna u għadna lanqas biss bdejna ngħidu x'tajna f'dan il-Baġit!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma issa nixtieq niddedika ftit ħin biex ngħid x'qed nieħdu.", "(Pawsa) Ma smajtu xejn għax fil-fatt aħna m'aħna qed nieħdu xejn mingħand ħadd u fl-ebda ħin!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna ma ħadniex lil xi ħadd biex nagħtu lil ħaddieħor, anzi għat-tieni darba fl-istorja ppreżentajna Baġit li ta lil kulħadd u ma tefa' lanqas taxxa waħda ġdida jew imqar żieda f'xi taxxa eżistenti!", "Hemm min jgħid, Sur President, illi li kieku għamilna hekk biss kien ikun diġà biżżejjed, għax l-aktar ħaġa li jrid dan il-poplu huwa gvern li ma jfixklux, u dan il-Gvern mhux talli ma jfixkilx lill-familji u lin-negozji u mhux talli ma jitfgħalhomx piżijiet imma talli jgħin lil min l-aktar għandu bżonn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija xi ħaġa li qatt ma saret fl-istorja ta' pajjiżna, u aħna bħala Gvern, bis-saħħa tal-fiduċja li tana l-poplu, erġajna għamilnieha għal sentejn wara xulxin.", "Tajna lil kulħadd!", "Naqqasna l-income tax għas-seba' darba!", "Tajna lil kulħadd, u l-aktar lil min għandu bżonn, għax din hija politika progressiva li toħloq il-ġid u tqassmu b'mod ġust; soċjaliżmu demokratiku għad-dinja l-ġdida li qed ngħixu fiha!", "La qegħdin fit-tema nista' ngħidilkom li dan huwa a budget with no tricks, just treats għall-poplu tagħna!", "Dan kollu, Sur President, qegħdin nagħmluh b'mod sostenibbli, jiġifieri jekk ta' warajna jkunu bilgħaqal ikunu jistgħu jkomplu jgawdu minnu.", "Il-ġenerazzjoni politika tad-disgħinijiet għamlet ħafna ġid, iżda ftit li xejn ħasbet dwar is-sostenibbiltà ekonomika.", "Għad-dejn li għamlu kienu qalulna \"Ħallsu intom!\", jiġifieri nħallsu aħna, uliedna u wlied uliedna, imma l-legat tagħna huwa l-oppost għax aħna ngħidu lil ta' warajna li rranġajna l-affarijiet u li jekk ikunu bilgħaqal huma, uliedhom u wlied uliedhom ukoll se jkunu jistgħu jgawdu minn dak li qed nagħmlu aħna.", "Dan l-akbar pakkett finanzjarju fl-istorja tal-pajjiż huwa possibbli għax għamilna turnaround fl-ekonomija tagħna, u dan mhux biss f'setturi bħall-enerġija, bħall-Enemalta, bħat-turiżmu, bħall-Air Malta u bħas-saħħa, imma f'kull qasam li tista' timmaġina.", "Però dan kien possibbli biss għax għandna ekonomija li qed tissaħħaħ u li qed toħloq ix-xogħol.", "F'ħames snin biss, Sur President, kabbarna l-ekonomija Maltija bi kważi 60%.", "Immaġinaw dak in-negozju li f'ħames snin biss jikber b'aktar minn 60%!", "Ikun hemm min jgħidlek li anke l-Ewropa kibret, u dan huwa veru għax anke l-Ewropa kibret, imma aħna kbirna tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-isbaħ parti hi li l-privat tant għamel kuraġġ bil-ħeġġa ta' dan il-Gvern li investa aktar milli kibret l-ekonomija!", "Il-ħabib tiegħi l-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li ltaqa' ma' min għalaq kumpanija.", "Huwa veru li hawn min ma jmurx tajjeb fin-negozju u jkollu jagħlaq kumpanija.", "F'sena waħda f'pajjiżna jkun hemm 4,000 negozju li jagħlqu, imma l-Kap tal-Oppożizzjoni aktar għandu ċans jiltaqa' ma' min fetaħ xi negozju għax kien hemm 12,000 illi għamlu dan!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-Leġiżlaturi ta' qabel kienu jiftħu n-nofs ta' dak li jiftħu llum u jagħlqu l-istess ammont.", "Ta' min jgħid ukoll li kważi 80% tal-investituri qegħdin jgħidu li mhux biss qed jaraw lilhom infushom li se jibqgħu f'pajjiżna matul l-għaxar snin li ġejjin imma li se jkomplu jinvestu u jespandu.", "Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li Malta m'għadhiex daqshekk attraenti.", "Forsi Malta ma kenitx daqshekk attraenti qabel, fl-2012, għax dak iż-żmien l-investiment mill-investituri f'pajjiżna kien naqas b'€84 miljun.", "Kuntrarjament għal dan, matul is-sena li għaddiet l-investiment żdied b'€142 miljun.", "Biss biss matul is-sena li għaddiet il-Malta Enterprise approvat 128 proġett kif ukoll €250 miljun f'investiment li għad irid jidħol u li se joħloq aktar minn 2,200 post tax-xogħol ġdid!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Malta mhux talli m'għadhiex attraenti għall-investiment, imma talli saret kalamita għall-investiment internazzjonali, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kibret il-manifattura, kiber it-turiżmu, kibru s-servizzi finanzjarji u kibret it-teknoloġija!", "Fuq kollox, Sur President, l-ekonomija tikber bil-fiduċja, bil-fiduċja li jagħtuna n-nies, u jien kburi li l-poplu tana l-fiduċja għal darbtejn wara xulxin, darba aktar mill-oħra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Madankollu għall-Kap tal-Oppożizzjoni s-sagrifiċċji li jagħmlu l-investituri Maltin u barranin li jiġu fostna, dak li jagħmlu l-ħaddiema, dak li jagħmel min jiftaħ negozju żgħir għal rasu u dawk li jipprovaw jaraw kif jagħmlu biex jiftħu negozju u jimpjegaw xi nies ma jiswa xejn!", "Qalilna li l-ekonomija mhijiex qed tikber minħabba dawn in-nies, imma minħabba li ġejjin il-barranin hawn Malta!", "Qalilna li aktar ma jiġu barranin aktar tikber l-ekonomija, u allura l-Gvern, għax m'għandux idea x'se jagħmel, qed iġib lill-barranin u jkabbar l-ekonomija bil-barranin!", "Ikolli ngħid, bħala konsulent naħseb li żamm lil ta' qablu għax qed joħroġ bl-istess teoriji gwappi!", "Fil-verità hawn il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jirriferi għat-teorija ta' Thomas Malthus, li l-argument tiegħu kien li pajjiż jista' jiġi saħansitra f'sitwazzjoni li ma jkollux biżżejjed ikel biex jitma' lin-nies tiegħu.", "Issa forsi l-ħabib tiegħi l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jara li fl-aħħar sab wieħed jaqbel miegħu, lil Malthus!", "Il-problema hija li dan għex 220 sena ilu meta kien fadal kważi 80 sena biex jiġi vvintat id-dawl elettriku u meta naħseb li f'Malta kien għad hawn il-Franċiżi!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma sadanittant id-dinja mxiet 'il quddiem, u llum din it-teorija fl-ekonomija aktar nużawha biex nitbissmu b'ċerti ħsibijiet biżarri ta' dak iż-żmien.", "Ta' min jgħid li din it-teorija kienu jsejħulha \"the Malthusian catastrophe\", u llum għandna \"the Delia catastrophe\", Sur President!", "Għax oqogħdu aħsbu ftit!", "Li kieku kienet daqshekk sempliċi li tkabbar l-ekonomija, li tkabbar l-ekonomija billi timporta n-nies, kieku kulħadd jagħmilha u kieku l-pajjiżi jibdew jiġbdu lin-nies f'pajjiżhom biex ikabbru l-ekonomija!", "Kieku suppost is-sena li għaddiet l-aktar pajjiż li kiber fid-dinja kien ikun l-aktar pajjiż fejn żdiedu n-nies.", "U taf liema hu dan il-pajjiż, Sur President?", "Jien kelli ċans niċċekkja ftit u sibt li s-sena li għaddiet l-aktar pajjiż fid-dinja li fih żdiedu n-nies kien is-South Sudan.", "Mela suppost li hemm boom fl-ekonomija ta' dan il-pajjiż!", "Imma tafu x'ġara?", "L-ekonomija tagħhom ċkinitilhom b'6%!", "Milli jidher dawn in-nies għadhom ma semgħux bl-Onor.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Forsi jgħidulna: Se tqabbluna mas-South Sudan?!", "Qabbluna mal-Ewropa!", "Tafu liema hu l-aktar pajjiż li fih kibret il-popolazzjoni fl-Ewropa?", "Le, mhijiex Malta imma huwa l-Lussemburgu!", "Fil-fatt bejn l-2013 u l-2017 il-popolazzjoni tal-Lussemburgu żdiedet bi 13% u l-ekonomija tagħhom kibret bi 17%.", "Issa hawnhekk forsi l-Onor.", "Delia jista' jibda jaħseb li għandu raġun għax il-popolazzjoni kibret bi 13% u l-ekonomija kibret bi 17%.", "Bl-istess argument suppost li la l-Lussemburgu kibret bi 13% fil-popolazzjoni u l-ekonomija kibret bi 17%, ġaladarba fil-popolazzjoni aħna kbirna b'10%, allura suppost li l-ekonomija tagħna kibret b'14% jew bi 15%.", "Imma le, Sur President, għax filwaqt li l-popolazzjoni tagħna kibret b'10%, l-ekonomija tagħna f'ħames snin kibret b'40%!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ifisser li ġew f'pajjiżna anqas nies mil-Lussemburgu u kbirna ferm aktar!", "Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni ħa żbalji fattwali kbar.", "Pereżempju, fost affarijiet oħra qalilna li matul is-sena li għaddiet ġew 15,000 barrani aktar jaħdmu f'pajjiżna, li 11,000 minnhom ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Dan mhu veru xejn, u hawnhekk se nkun preċiż.", "Matul is-sena li għaddiet ġew 8,826 barrani u mhux 11,000 - ma naħsibx li n-nies huma karawett, jiġifieri nippretendi li nkunu more or less preċiżi - li minnhom 3,904 kienu minn barra l-Unjoni Ewropea.", "U ma kellix bżonn nagħmel xi riċerka straordinarja biex nasal għal dan in-numru sempliċi!", "Issa żgur li l-Kap tal-Oppożizzjoni se jgħidli: Żgur li mort għand in-National Statistics Office (NSO) u għand l-Identity Malta.", "Le, m'għamiltx hekk, imma sibt ktieb, li nittama li hu jafdah, fejn fih hemm miktuba eżatt dawn il-figuri, jiġifieri l-figuri li għadni kif ikkwotajt ħadthom minn dan il-ktieb.", "Sur President, dan il-ktieb jismu An economy by the People for the People, u ħarġu l-Kap tal-Oppożizzjoni stess qabel il-Baġit!", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'paġni 12 u 13 għandu l-figuri li hu ġab ħżiena u li jien qed nikkwotahom b'mod tajjeb!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk hawnhekk tibda tissuspetta serjament li l-Oppożizzjoni ma qratx id-dokumenti tagħha stess u li forsi aħna l-uniċi nies li naqrawhom!", "Hemm kejl li jieħu inkonsiderazzjoni - u hawnhekk qed nitkellem b'mod serju - parti mill-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Isejħulha \"labour productivity\", fejn il-ġid nazzjonali jiġi mqabbel ma' kemm ikunu qed jaħdmu nies.", "Fl-2012, meta ma kellniex daqshekk Maltin u barranin jaħdmu f'pajjiżna, il-labour productivity tagħna kienet tammonta għal 90% tal-medja Ewropea.", "Issa li kieku l-argument tal-Onor.", "Delia kien veru, ladarba llum għandna aktar nies jaħdmu, inkluż barranin, u ladarba l-ġid ġej mill-fatt li dawn qegħdin jaħdmu, suppost li l-produttività tagħna naqset.", "Din hija matematika sempliċi ħafna u għalhekk dak li qed ngħid suppost li wieħed jista' jifhmu b'mod ċar.", "Imma minflok, il-produttività tagħna żdiedet għal 96% tal-medja Ewropea, Sur President, jiġifieri huwa ċar li l-argument illi l-ġid u t-tkabbir ekonomiku ġej mill-fatt li ġejjin aktar barranin f'pajjiżna huwa ekonomikament żbaljat, u mhux biss huwa bla fundament imma huwa żbaljat mill-bidu sal-aħħar.", "Għalhekk jekk nażżarda nagħti parir lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Dan ikun li jaqbad lil min tah il-parir biex jaqbad din il-linja tal-ekonomija u jurih il-bieb ta' barra, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għax onestament dan huwa argument li ekonomikament lanqas biss jibda!", "Imma, agħar minn hekk … Għax ejjew ngħidu li l-ekonomija mhijiex il-branka tiegħu.", "Madankollu l-politika suppost li hija l-branka tiegħu, u jekk dan huwa argument ekonomikament żbaljat, huwa argument politikament perikoluż illi lbieraħ smajna lingwaġġ li kien qiegħed jagħmel skirting b'mod ċar tant li kien qiegħed kważi jagħmel clickbait għall-argumenti razzisti tal-lemin estrem!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Inti qed tipprova xxewwex lin-nies billi taqbad l-istinti normali u naturali tan-nies …", "Pereżempju, min bħalissa qed idejquh in-nies idoqqu jew jagħmlu xi ħaġa oħra wara biebu fil-11.00 p.m. u dawn jinzertaw li jkunu barranin, mhux bilfors li dawn jeħduha kontra l-barranin?!", "Għalkemm anke hemmhekk, jien ngħid li m'għandekx teħodha kontra l-barranin imma għandek teħodha kontra min jikser il-liġi, u hemmhekk jidħol xogħolna fejn irridu naraw li l-liġi tiġi mħarsa.", "Imma lbieraħ l-argument politiku tal-Oppożizzjoni kien wieħed li jagħmel skirting b'mod mhux daqstant fin lejn argument estremista.", "Mela sewwa, għandna lil Angela Merkel tipprova żżomm lill-partit tagħha milli jiżloq lejn il-lemin estrem, u hawnhekk għandna lill-Onor.", "Adrian Delia jimbottah 'l hemmhekk billi jabbanduna l-bażi demokratika Kristjana u jiżżerżaq lejn il-lemin estrem b'retorika perikoluża li dan il-pajjiż qatt ma sema' minn mexxej ta' partit politiku mainstream!", "Sur President, ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna wkoll li aħna konna nbeżżgħu mill-barranin qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Id-differenza hi li l-partit li jien kburi li mmexxi llum qagħad għar-rieda tal-poplu u aċċettaha, mhux bħal min ilu jitlef elezzjoni ġenerali wara l-oħra u għadu ma jistax jidra li jinsab fl-Oppożizzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Filwaqt li aħna aċċettajna r-rieda tal-poplu u kkonformajna mal-ideali Ewropej, ħaddieħor jidher li bħalissa huwa mlebleb biex jitlaq dawk l-ideali Ewropej għax il-flavour of the day huwa li titkellem b'dan il-mod kontra l-barranin.", "Minbarra li dan il-lingwaġġ li qed juża l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa anti-Ewropew, din hija wkoll retorika anti-business u hija retorika li tittradixxi parti fundamentali oħra li xi darba l-Partit Nazzjonalista, li kien il-partit tan-negozju, used to stand for!", "Imma possibbli li llum ir-rettorika tal-Partit Nazzjonalista hija anti-business?!", "Issa hawn irrid inkun ċar u ngħid li meta tkun anti-business tkun qed tmur kontra l-ħaddiem.", "Għalina m'hemm l-ebda tip ta' differenza bejn li tkun fin-negozju u fil-business u bejn li tkun ħaddiem għax in-negozji joħolqu x-xogħol u l-ħaddiem imur 'il quddiem meta n-negozju jmur 'il quddiem, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Huwa għalhekk li aħna komdi li nkunu partit pro-business u Gvern pro-business; għax inkunu pro l-ħaddiem!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Mela l-fatt li aħna pro-business u li niftħu l-bibien tal-opportunità għan-negozji, b'daqshekk waqafna milli diġà tajna lin-nies jumejn mil-leave li serqilhom ħaddieħor?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Anzi, dan jagħtina aktar saħħa man-negozji għax meta jien immur flimkien ma' sħabi biex ninnegozja magħhom ngħidilhom: Araw kemm sejrin tajjeb, imma issa wasal iż-żmien li dak li ttieħed mill-ħaddiema jibda jingħatalhom lura!", "Imma possibbli li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jiltaqax ma' nies tan-negozju li jgħidulu li ma jistgħux isibu ħaddiema biżżejjed, Sur President?!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħidilna li hemm bżonn li niftħu setturi ġodda u li hemm bżonn inkabbru l-ekonomija, imma mbagħad ma jridx nies u jrid li l-affarijiet jimxu waħedhom!", "Pereżempju, l-Oppożizzjoni tgħidilna - u dan ġustament għax hemm kritika li aħna niffaċċjaw internament f'dan ir-rigward - li fis-sistema tat-trasport b'xejn għat-tfal tal-iskejjel għad fadal madwar 700 tifel u tifla li mhumiex moqdija.", "Meta tiċċekkja għaliex għad hemm dawn il-problemi u tara kif inhuma l-affarijiet issib li hemm żewġ problemi; waħda akbar mill-oħra, għax waħda hija l-ammont ta' vannijiet - u dik tista' tiġi solvuta – filwaqt li t-tieni waħda tafu x'inhi?", "Li m'hemmx biżżejjed xufiera!", "Allura l-Kap tal-Oppożizzjoni minn naħa qed jgħidilna - dan ġustament, u jien naqbel miegħu - li għandna bżonn inwasslu lit-tfal tal-iskejjel b'xejn, imma min-naħa l-oħra qed jgħidilna: Ara ma ġġibulix xi xufier barrani biex iwassal lit-tfal tagħna l-iskola!", "Trid tagħżel, Kap tal-Oppożizzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Trid tagħżel!", "Dan huwa argument sensittiv li rridu niffaċċjawh b'mod sensibbli u mhux billi nbeżżgħu bil-Pakistani!", "Waħda mill-aktar reazzjonijiet li ħadt pjaċir nara kienet ta' persuna li kitbet fuq is-social media fejn qalet li missierha ġie salvat minn tabib li kien ġej mill-kontinent Sud-Asjatiku meta hawn Malta kien hawn tobba minn dak il-kontinent.", "Aħna ma jimpurtaniex jekk tabib għandux it-tali ċittadinanza jew ċittadinanza oħra, għax tabib tajjeb jibqa' tajjeb dejjem u f'kull ħin!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li jrid \"immigrazzjoni intelliġenti\".", "Din xi tfisser?", "Forsi li jrid barranin sinjuri biss?!", "Tajjeb!", "Imma allura għaliex ħriġt kontra l-programm ta' ċittadinanza li daħħalna aħna?!", "Ħeqq, mela ma jafx li diġà għandna skema ta' taxxa biex tattira proprju lil dawn in-nies?!", "Tfisser li jrid professuri biss?", "Ma jafx li għaddejna liġi minn dan il-Parlament biex nattiraw studjużi u professjonisti minn dak il-qasam?!", "Jgħidilna lil min ma jridx!", "Ma jridx jiġu barranin biex jgħinuna fl-isptarijiet tagħna għax, pereżempju, il-Gvern ta' qabel għamel numerus clausus fuq kemm jistgħu jidħlu nurses Maltin għall-kors tal-Università?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma jridx li hawn Malta jkollna lil min jagħmel xogħlijiet li għalkemm huma umli, huma ta' dinjità għax huma bżonjużi?!", "Forsi wliedna ma jaspirawx li jagħmlu dawk ix-xogħlijiet huma għax aħna nimbuttawhom fl-iskola u ngħidulhom li rriduhom jimxu aktar 'il quddiem flok jieqfu mill-iskola biex jagħmlu ċerti xogħlijiet.", "Ma jridx li jiġu barranin jaħdmu hawn Malta biex jiġbru ż-żibel tagħna?!", "Dan huwa xogħol dinjituż, imma ftit Maltin iridu jagħmluh, u l-istess nistgħu ngħidu għat-tindif tat-toroq ta' pajjiżna.", "Ma jridx li jiġu barranin jgħinuna nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna?!", "Ma jridx li jiġu barranin biex jaħdmu fil-qilla tax-xemx tagħna, fit-toroq il-ġodda li qegħdin nagħmlu?!", "Ma jridx li jiġu barranin iservu lill-familji tagħna u lit-turisti f'postijiet ta' divertiment?!", "Imbagħad min se jagħmlu dan ix-xogħol ġaladarba wliedna m'għadhomx jaspiraw li jagħmluh minħabba li jridu xogħol differenti u aħjar?!", "Jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jridx dan kollu, għalija din mhijiex immigrazzjoni intelliġenti imma hija idea stupida ħafna, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għaliex għalija huwa kumpliment kbir li pajjiżna tant qed joħloq ġid li minn pajjiż fejn il-Maltin kienu jaħdmu għall-barranin, illum il-barranin qed jaħdmu għall-Maltin!", "Sa ftit tas-snin ilu aħna konna pajjiż tad-deficits u tad-dejn.", "Fl-2012 kellna defiċit fil-kummerċ barrani tant li konna importajna aktar minn €35 miljun aktar milli esportajna.", "Din is-sena, minkejja li l-konsum żdied u minkejja l-liberalizzazzjoni - li żdiedet b'mod fenomenali - esportajna €385 miljun aktar milli importajna!", "Jiġifieri żdiedu n-nies, żdied il-konsum, illum kuħadd sar jixtri aktar, u pajjiżna xorta biegħ u pproduċa aktar milli kien qed jixtri, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Minn pajjiż b'wieħed mill-akbar deficits kummerċjali fl-Ewropa, pajjiżna sar għandu l-akbar surplus fl-Ewropa!", "Naturalment dan ifisser aktar xogħol u aktar ġid.", "Tant hu hekk li l-Unjoni Ewropea tefgħetna fl-istess keffa tal-Ġermanja u tal-Olanda!", "Għalhekk imbagħad jien ngħid: X'ma jgħirux għalina, Sur President!", "X'ma jgħirux għalina!", "Imbagħad xi ngħidu għall-finanzi pubbliċi?!", "Qabel kien ikollna defiċit wara ieħor, kollha akbar milli kien ikun imbassar, għax l-ewwel kienu jiġu fil-kamra fejn konna niltaqgħu u kienu jgħidulna li d-defiċit se jkun \"tant\" u mbagħad sena wara kienu jiġu u jgħidulna li ħadu żball għax id-defiċit se jkun akbar!", "Jerħu ftit qabel l-elezzjoni ġenerali u mbagħad jerġgħu jissikkaw wara l-elezzjoni ġenerali!", "Fil-fatt, Sur President, fl-2012 ħallewlna rigal ħelu tal-akbar defiċit fl-istorja ta' pajjiżna! €250 miljun defiċit ħallewlna!", "Dan wara li għollew il-kontijiet bil-qalb u wara li - se nsemmiha jien għax forsi l-Kap tal-Oppożizzjoni nesa jsemmieha lbieraħ! - ħadu €500 żieda fil-ġimgħa kull wieħed, Sur President!", "Dak iż-żmien kien żgur każ fejn il-familji kienu jieħdu l-loqom u huma jieħdu l-laħma, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa, wara li naqqasna l-kontijiet, wara li naqqasna t-taxxi, wara li żidna l-pensjonijiet, wara li tajna ċ-childcare b'xejn, wara li tajna t-tablets lit-tfal u wara li tajna elf ħaġa oħra, irreġistrajna surplus ta' €437 miljun!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U dan kollu ġara fis-sena tal-elezzjoni ġenerali, meta s-soltu kien ikun hemm min jonfoq bl-addoċċ biex mingħalih jixtri lin-nies!", "Iżda lill-Maltin ma tixtrihomx, u min jaħseb mod ieħor għandu idea meskina u kolonjali tal-poplu tagħna!", "Sur President, illum għandna l-ogħla surplus fl-istorja tal-pajjiż u l-ogħla surplus fl-Ewropa, riżultat li jiddejjaq minnu biss min ma jħobbx lil pajjiżna.", "Barra minn hekk qegħdin inżommu mat-target informali tagħna li minn dan is-surplus, jekk inneħħu l-flus tal-programm ta' ċittadinanza b'investiment, li nieħdu biss 30% minnhom u s-70% l-oħra qegħdin inġemmgħuhom f'fond nazzjonali tal-iżvilupp, insibu li fis-sentejn jew tliet snin li ilu mwaqqaf dan il-fond diġà sar wieħed mill-akbar 50 fondi ta' investiment sovran fid-dinja, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Anke jekk inneħħu dan kollu, xorta jibqa' surplus!", "Ta' min jgħid li f'dan il-fond diġà ġemmajna €430 miljun, li minnu se jgawdu wliedna, ulied uliedna, ulied ulied uliedna u l-kumplament tal-ġenerazzjonijiet tal-Maltin!", "(Onor. Membri: Hear, hear) X'ma jgħirux għalina, Sur President?!", "X'ma jattakkawlniex il-programm ta' ċittadinanza b'investiment minn ġewwa u minn barra!", "Meta jkun hemm xi nies li jiġu minn pajjiżi partikolari u jibdew ikellmuna fuq il-moralità tal-programm ta' ċittadinanza b'investiment, jien nistaqsihom: Intom kemm tbigħu armamenti lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw?", "(Onor. Membri: Hear, hear) U nkompli ngħidilhom: Għax Malta la qatt biegħet u lanqas qatt se tbigħ imqar armament wieħed!", "Ngħidilhom ukoll li huwa biss meta jneħħu dik l-industrija li jistgħu jagħtuna l-lectures dwar il-moralità!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan kollu, Sur President, qed nagħmluh filwaqt li qegħdin nikbru u qegħdin innaqqsu d-dipendenza fuq l-ispiża pubblika tal-gvern minn 44.6% fl-2012 għal 37.8%.", "Dan ifisser li minkejja li llum qegħdin ninvestu aktar u nonfqu aktar, l-ekonomija tagħna qiegħda tiddependi anqas fuq il-gvern u aktar fuq l-investiment privat.", "Qegħdin inżidu wkoll in-nefqa kapitali tagħna, Sur President.", "Fil-fatt fejn fl-2012 il-gvern kien jonfoq biss €1 minn kull €15 f'investiment kapitali, illum aħna qed nonfqu €1 minn kull €10 f'investiment kapitali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ħaddieħor kien jara l-bailout u l-bozoz ħomor, imma aħna qegħdin naraw is-suċċess li n-nies qegħdin jgħixu ta' kuljum, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Irrid ngħid li writna wkoll affarijiet mill-Gvern ta' qabel, u din qed ngħidha bis-serjetà.", "Hemm setturi li writniehom b'funzjoni tajba, imma writna affarijiet oħrajn ukoll!", "L-ewwel nett, pereżempju, writna balla dejn, anzi rrid ngħid li writna balla ballun dejn!", "Biżżejjed ngħid, Sur President, li fi 15-il sena l-Gvern preċedenti kien żied il-piż tad-dejn minn 51% għal 71% tal-ekonomija.", "Immaġinaw li aktar minn kull €10 li konna nipproduċu bħala pajjiż, kienu jmorru biex jagħmlu tajjeb għad-dejn li kellna.", "Immaġinaw familja li minn kull €100 li ddaħħal, €70 imorru biex jagħmlu tajjeb għad-dejn!", "Imma f'ħames snin biss, mingħajr ma żidna piżijiet u meta naqqasna t-taxxi, jien kburi li niġi hawnhekk u ngħid lill-poplu tagħna li reġġajna lura l-piż kollu tad-dejn tat-tliet gvernijiet ta' qabilna, Sur President!", "Allura kellhom nofs raġun meta kienu jgħidulna li d-dejn se jħallsuh uliedna u wlied uliedna!", "Ara fil-każ tagħna, id-dejn ħallasnieh aħna u ma ħallejniex lil ħaddieħor jiret dak id-dejn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Tant hu hekk li jinsab nieżel, u s-sena d-dieħla d-dejn se jkun qed jinżel għal 43% tal-ekonomija tagħna, ammont sostenibbli għall-aħħar!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa jien naf li se jkun hemm min jgħidilna - għax dan l-argument jinġab sena wara l-oħra - li d-dejn qed jiċkien bħala persentaġġ tal-ekonomija, jiġifieri mhux veru li aħna qegħdin innaqqsu d-dejn, imma l-ekonomija qiegħda tikber u allura d-dejn qiegħed jidher anqas!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel żewġ punti.", "L-ewwel nett bħallikieku d-dejn tikkalkolah b'dan il-mod!", "Dan bħal meta tkun fi klassi u tistaqsi lill-istudenti: Min hu mdejjen l-aktar; min għandu €100 dejn jew min għandu €1,000 dejn?", "Issa x'aktarx li f'dan il-każ iqum xi ħadd jiġri u jgħidlek: Dak li għandu €1,000 dejn huwa mdejjen l-aktar!", "Imma jien persważ - żgur u mhux forsi - li studenta bilgħaqal tgħidlek illi dan jiddependi minn kemm jaqilgħu dawn iż-żewġ individwi għax jekk dak li għandu €100 dejn jaqla' €200, dak huwa midjun bin-nofs, filwaqt li jekk dak li għandu €1,000 dejn jaqla' €10,000, dak huwa midjun biss b'10%, Sur President!", "Madankollu l-Oppożizzjoni għadha ma fehmet assolutament xejn minn dan l-argument ekonomiku bażiku tal-Form 3 u dan minkejja li huma esperti tad-dejn u taċ-ċedoli għax meta tismagħhom, ċedoli telgħin u ċedoli neżlin!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Però issa, Sur President, anke dan l-argument bażwi spiċċa għal kollox għax, grazzi għas-surplus, għall-ewwel darba fl-istorja mhux talli qed innaqqsu l-piż tad-dejn imma talli qegħdin inħallsu d-dejn lura!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-fatt sal-aħħar tas-sena li għaddiet konna ħallasna lura €210 miljuni f'dejn li ħallielna ħaddieħor, u minkejja dan kollu xorta għamilna surplus, xorta ġemmajna l-flus, xorta żidna l-pensjonijiet u xorta tajna l-benefiċċji lill-poplu tagħna!", "Sur President, dan kollu qed iwassal biex illum il-familji u n-negozji qed iħossu d-differenza, u dan mhux qed ngħiduh aħna biss għax anke studji Ewropej qed jindikaw hekk.", "Skont studji Ewropej u skont il-Eurobarometer, fl-2012 il-Maltin u l-Għawdxin kienu qed iħossuhom sejrin għall-agħar, saħansitra agħar minn sħabna l-Ewropej.", "Madankollu llum il-Maltin huma fost l-aktar ottimisti fl-Ewropa u jemmnu li l-pajjiż jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Imbagħad kienu jidħku bina meta ngħidulhom biex nibdlu d-direzzjoni!", "Iżda l-akbar raġuni għall-fiduċja, għat-tkabbir u għall-mod ta' kif ninsabu ottimisti bħala poplu huwa l-ħolqien tax-xogħol, għax dan iġib il-fiduċja.", "Biżżejjed ngħid li f'perjodu ta' ħames snin kellna żieda ta' 46,000 post tax-xogħol ġdid.", "Bdejna b'sitwazzjoni fejn ir-rata ta' nies jaħdmu kienet anqas mill-medja Ewropea.", "Infatti r-rata ta' nies jaħdmu f'pajjiżna fl-2012 kienet ta' 61% filwaqt li r-rata Ewropea kienet ta' 65%.", "Illum, wara kważi sitt snin, 71% tal-Maltin qegħdin jaħdmu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fatt li hu isbaħ minn hekk huwa li qbiżna r-rata Ewropea ta' 69%.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak li ħaddieħor bassar li se jilħaq 20 sena oħra aħna lħaqnieh f'ħames snin!", "Fl-2012 kien hemm biss 45% tan-nisa li kienu jaħdmu.", "Aħna permezz ta' wieħed mill-akbar programmi ta' emanċipazzjoni li jħajru lin-nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol, illum għandna 94,000 mara fis-suq tax-xogħol, jiġifieri 60% tan-nisa tagħna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-punt prinċipali jibqa' li mingħajr indipendenza ekonomika m'għandekx emanċipazzjoni sħiħa, u fost l-oħrajn dan għamilnieh permezz tal-programm taċ-childcare b'xejn, li huwa l-għira tad-dinja, u tal-in-work benefit, li naqqas id-dipendenzi u żied l-inċentivi.", "Sur President, fl-2012 kif konna deħlin fil-Gvern, aħna writna 7,300 persuna qiegħda, iżda llum niżżilna dak l-ammont għal 1,800 persuna (Onor. Membri: Hear, hear) U s-saħħa ta' dak in-numru, li minn 7,300 niżżilnieh għal 1,800, huwa li aħna għamilna dan minkejja li llum qegħdin jaħdmu aktar nisa milli kienu jaħdmu dakinhar, minkejja li llum qegħdin jaħdmu aktar nies milli kienu jaħdmu dakinhar u minkejja li llum qegħdin jaħdmu aktar barranin milli kienu jaħdmu dakinhar!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk dan mhuwiex biss Gvern li jaħdem imma huwa l-Gvern tax-xogħol, id-dar naturali tal-Maltin u tal-Għawdxin kollha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk, kif għedt diġà, issa bdejna nagħtu lill-ħaddiema u ngħinuhom jieħdu lura dak li kien ħadilhom ħaddieħor, u din mhijiex biss kwestjoni ta' flus imma hija wkoll kwestjoni ta' ħin.", "Illum il-ġurnata l-aktar punt kruċjali fil-kwalità tal-ħajja huwa l-ħin, u aħna tajna ġurnata oħra ta' leave lill-ħaddiema, miżura li kien ħadilhom il-Gvern ta' qabel bla konsultazzjoni ta' xejn.", "Imbagħad tibda s-soltu kantaliena; dik li l-qgħad niżel għax il-Gvern daħħal in-nies mal-gvern.", "Għax l-ispiżjar milli jkollu jagħtik, Sur President!", "Il-proporzjon ta' dawk jaħdmu fis-settur pubbliku naqas minn 27% fl-2012 għal 23%, iżda hemm bżonn jiġu mpjegati nies fis-servizz pubbliku għax biex tagħti servizz bilfors li trid timpjega lin-nies!", "Jien nistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jgħidilna ftit liema mill-250 tabib li mpjegajna mill-2017 jarahom żejda.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Liema mill-460 nurse u paramediku li mpjegajna huma żejda?", "Liema mis-600 għalliem u LSA huma żejda u liema mill-275 pulizija huma żejda?", "Nistiednu jgħidilna kemm kieku hu kien ikeċċi tobba, kemm kien ikeċċi għalliema u kemm kien ikeċċi pulizija!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U jekk jgħidilna li kieku hu ma kienx ikeċċi lil dawn il-ħaddiema imma ma kienx jimpjega aktar, allura ngħidlu biex imur ikellem lill-istudenti tal-Università, tal-Junior College, tal-MCAST u tal-Higher Secondary u jgħidilhom: Jien m'iniex se nimpjegakom bħala teachers, bħala tobba u bħala paramediċi!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni kkritikana wkoll għax żidna n-nefqa fuq il-pagi tal-ħaddiema tal-gvern, imma mbagħad fin-nifs ta' wara qalilna li qed nagħmlu cheap labour.", "Iddeċiedi, Sur Kap tal-Oppożizzjoni, jew se tikkritikana biċ-cheap labour jew inkella se tikkritikana li żidna l-pagi għall-ħaddiema tal-gvern!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U għaliex żidna l-pagi?", "Żidna l-pagi lill-pulizija!", "Fil-fatt dan kien l-ewwel ftehim settorjali fl-istorja għall-pulizija, ftehim simili għas-suldati u għas-Civil Protection Department (CPD)!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura li kieku hu x'jagħmel?!", "Jekk xi darba jkun prim ministru hu se jgħidilhom: \"Taħt Joseph Muscat ħadtu biżżejjed; issa m'iniex se nagħtikom aktar\"?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-kritika li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar in-nefqa mhijiex konsistenti għax filli jgħidilna li qegħdin nonfqu żżejjed u filli jgħidilna li m'aħniex qegħdin nonfqu biżżejjed, Sur President!", "Il-punt kardinali hu li aħna nistgħu nonfqu, u dan għaliex għandna ekonomija soda li qed tikber.", "Nonfqu biex inlestu l-infrastruttura għall-futur, biex intejbu s-servizzi, biex inwettqu ġustizzja soċjali u biex is-surplus jasal kemm għand il-familji kif ukoll għand in-negozji.", "Qegħdin nonfqu aktar filwaqt li qegħdin inżidu d-dħul, filwaqt li qed innaqqsu t-taxxi u d-dejn u filwaqt li qed nirreġistraw surplus.", "Fl-2012 bħala pajjiż konna ninvestu €307 miljuni fi proġetti kapitali, u għas-sena d-dieħla qed nirdoppjaw in-nefqa fuq l-investiment għal €673 miljun.", "B'hekk nistgħu nagħmlu t-toroq kollha tal-pajjiż, is-sistemi tal-ilma, l-isptarijiet, l-iskejjel, id-djar tal-anzjani, il-faċilitajiet sportivi, eċċetra, eċċetra!", "In-nefqa rikorrenti fuq is-saħħa u fuq il-kura tal-anzjani, li meta tlajna fil-gvern sibna li kienet tammonta għal €381 miljun, aħna rdoppjajnieha għal €781 miljun, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk, permezz ta' tmexxija tajba, illum m'għadx hemm mediċini out of stock, naqqasna l-waiting list, żidna l-kuri li jingħataw in-nies, xtrajna apparat ġdid u ħloqna aktar servizzi għall-anzjani.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna żidna n-nefqa fl-edukazzjoni minn €362 miljun għal kważi €600 miljun, żieda ta' 60%!", "B'hekk tejjibna l-kondizzjonijiet tal-għalliema, daħħalna teknoloġiji fl-iskejjel, daħħalna servizzi għal dawk il-familji li huma l-aktar fil-bżonn u neħħejna t-tariffi mill-eżamijiet tal-MATSEC.", "U għal min jgħid li ma nbnietx skola kull sena, li rrid infakkar li qabel dawn kienu jinbnew kollha fl-outside development zone (ODZ) nistedinhom biex jgħoddu flimkien l-iskejjel ta' Ħal Kirkop, Skolasport, l-iskola ta' Ħaż-Żebbuġ, l-iskola ta' Ħad-Dingli, l-espansjoni tal-MCAST u, aktar importanti minn hekk, ix-xogħol ta' rranġar fl-iskejjel l-oħrajn kollha li matul iż-żmien kienu tħallew mitluqin!", "Dan minbarra ż-żieda ta' €300 fit-tax rebate ta' dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal fl-iskejjel indipendenti, il-flus li ffrankaw mit-trasport over and above u t-tnaqqis tal-VAT minn fuq l-e-books fl-2012.", "Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li l-allokazzjoni għal Għawdex kienet b'kollox ta' €34 miljun, issa żidna l-allokazzjoni għal Għawdex għal €56 miljun, żieda ta' 65%, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ilbieraħ qalulna li m'aħniex qegħdin nallokaw fondi biżżejjed għall-ambjent, u dan meta huma kienu jallokaw €49 miljun filwaqt li s-sena d-dieħla aħna se nonfqu €100 miljun fuq l-ambjent, Sur President!", "Anke l-ispiża fuq il-benefiċċji soċjali żidnieha minn €783 miljun għal €1 biljun, li jiġu €1,000 miljun, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-Baġit għas-sena d-dieħla aħna żidna l-ispiża fuq il-benefiċċji soċjali bi 32%, u dan filwaqt li n-nies li jiddependu mill-benefiċċji soċjali naqsu bin-nofs.", "Dan xi jfisser, Sur President?", "Li naqqasna n-numru ta' nies li jiddependu mir-relief bin-nofs, u minflok ma nfaqna dawn il-flus f'xi ħaġa oħra, żammejniehom, żidna aktar flus magħhom u llum lil min verament għandu bżonn qegħdin ngħinuh aktar.", "Issa jekk lill-Kap tal-Oppożizzjoni ma jogħġbuhx dawn in-nefqiet - għax qalilna li qegħdin nonfqu ħafna! - allura għandu jgħidilna kemm se jnaqqas min-nefqa fuq l-edukazzjoni, min-nefqa fuq is-saħħa, min-nefqa kapitali, min-nefqa fuq l-ambjent, min-nefqa fuq Għawdex u min-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jgħiduli li huwa tajjeb li żidna n-nefqa, Sur President!", "Kieku kulħadd tajjeb biex jonfoq!", "Imma mbagħad forsi jistaqsuna: X'għamiltu f'dak li hu dħul?", "It-tajba hi li minkejja ż-żieda fl-investimenti, fil-proġetti u fis-servizzi, mhux talli m'għamilniex defiċit u mhux talli ma żidniex id-dejn, imma talli għamilna surplus u naqqasna d-dejn!", "Naturalment aħna stajna nagħmlu dan kollu minħabba li bħala Gvern daħħalna aktar flus, u dan minkejja li naqqasna t-taxxi u kabbarna l-ekonomija.", "Pereżempju, fl-2012 id-dħul mill-income tax kien ta' €866 miljun.", "Dak iż-żmien kienu wiegħdu lin-nies li se jnaqqsu l-income tax - fil-fatt din kienet il-wegħda ewlenija tal-elezzjoni ġenerali tal-2008 - imma mbagħad kienu qalu li ma jifilħux jagħmluha u li għalhekk ma jistgħux jagħmluha.", "Aħna, wara li dħalna fl-uffiċċju fl-2013, naqqasna l-income tax għal seba' darbiet wara xulxin u minflok ma bqajna ndaħħlu €800 miljun mill-income tax, illum qegħdin indaħħlu €1,870 miljun, Sur President!", "F'ħames snin żidna d-dħul b'€1,000 miljun, u dan minkejja li naqqasna t-taxxa.", "Ta' min jgħid ukoll li x-xogħol tant żdied li filwaqt li fl-2012 id-dħul mill-bolla kien ta' €610 miljuni, issa għandna 70% aktar dħul mill-bolla għax dan id-dħul sar jammonta għal aktar minn €1 biljun.", "Fil-każ tagħna dan id-dħul żdied mhux għax żidna l-bolla - għax ħaddieħor biex daħħal aktar flus, kien żied il-bolla eżatt wara l-elezzjoni ġenerali - imma għax żdiedu n-nies jaħdmu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U fost dawk li qegħdin iħallsu l-bolla, hemm dawk il-barranin li mhumiex se jagħmlu ħafna snin hawn Malta, li mhumiex se jkunu qed jibbenefikaw mill-pensjoni u li qegħdin iħallsu l-flus għall-pensjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin xorta waħda, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ta' min jgħid ukoll li filwaqt li dak iż-żmien li tlajna fil-gvern konna ndaħħlu €530 miljun mill-VAT, illum qed indaħħlu kważi €1 biljun ieħor mill-VAT, u dan mhux għaliex żidna l-VAT imma għax żdied ix-xogħol.", "Anke d-dħul mid-Dwana rdoppja minn €150 miljun għal aktar minn €300 miljun, u dan kollu ġara għax żdied ix-xogħol.", "Iżda l-punt mhuwiex biss dwar kemm tonfoq iżda wkoll dwar kemm in-nefqa hi effettiva, u fil-fehma tiegħi eżempju ta' nefqa effettiva hu l-in-work benefit.", "Għal min ma jafx, l-in-work benefit huwa mezz ta' għajnuna għal persuni bi dħul baxx u bil-familja biex inħeġġuhom joħorġu jaħdmu.", "Dan billi ngħidulhom li jekk isibu mpjieg - anke jekk forsi jkun impjieg umli - minflok ma jibqgħu jiddependu fuq is-servizzi soċjali, minbarra l-paga tal-impjieg tagħhom se nagħtuhom speċi ta' bonus over and above b'mod regolari biex dak li jkun jiddeċiedi li jaqbillu joħroġ jaħdem.", "B'hekk nippromwovu l-bżulija u ngħinu lil min verament irid jgħin lilu nnifsu filwaqt li nieħdu ħsieb lil min ma jistax.", "It-taxpayer jaqbillu wkoll għax l-ammont ta' persuni dipendenti fuq l-assistenza soċjali u fuq ir-relief naqas bin-nofs.", "Biżżejjed ngħid li 6,500 persuna li qabel kienu jiddependu fuq it-taxpayers Maltin u Għawdxin qamu fuq saqajhom.", "Dan huwa biss wieħed mill-metodi li bih qegħdin niġġieldu l-faqar.", "Sur President, għodda kbira oħra hija l-edukazzjoni.", "Kuntrarjament għal dak li ntqal, aħna naqqasna l-early school leavers minn kważi 22% fl-2012 għal 17.7% fl-2017.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li l-faqar żdied.", "Issa dan mhux minnu u anke hawn, kull ma kellu jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa li jara d-dokument tiegħu stess.", "Li kieku verament qara An Economy by the People for the People - jew inkella li kieku min kitibhulu qallu x'fih! - kien isib li f'paġna 21 għandu miktub ċar u tond li taħt dan il-Gvern il-faqar naqas, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sal-2013 kien hemm żieda ta' 18,000 persuna f'riskju ta' faqar, l-aktar minħabba l-kontijiet li mbagħad aħna naqqasna b'25%!", "Ta' min jgħid li kieku fil-qasam tal-enerġija m'għamilniex il-qalba għall-gass, bħalissa konna nkunu qegħdin fl-istess sitwazzjoni bħall-kumplament tal-Ewropa, fejn irridu nerġgħu nżidu l-kontijiet kif għolew fl-Ewropa, jiġifieri b'aktar minn 5%, Sur President.", "Minflok, aħna rnexxielna nnaqqsu n-numru ta' persuni li qegħdin f'riskju ta' faqar b'16,000 u issa lħaqna l-anqas rata ta' persuni f'riskju ta' faqar, jiġifieri 19%, minn mindu bdiet tinżamm l-istatistika.", "Madankollu xorta għad fadal xi jsir.", "Jien m'iniex se niġi hawnhekk, quddiem il-poplu, u ngħid li l-faqar huwa perċezzjoni u ma jeżistix.", "F'pajjiżna għandna nies foqra, u l-impenn ta' dan il-Gvern huwa li jibqa' jiġġieled il-faqar sakemm ineħħih mill-pajjiż għal kollox!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak li ħaddieħor ħalla jikber, aħna rridu nneħħuh!", "Imma l-fatti rridu ngħiduhom ukoll.", "Sur President, skont l-istatistika uffiċjali, meta dħalna fil-Gvern, 10% tal-familji kienu mċaħħda, u llum dak l-ammont naqas għal 3%.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li żdied il-faqar fost it-tfal, u dan mhu veru xejn.", "Fil-fatt fl-2017 kellna l-anqas ammont ta' tfal fil-faqar mill-2006 'il quddiem.", "Kull ma jrid jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa li jħares lejn il-fatti.", "Kif iddikjarajna tliet snin ilu, l-għan ewlieni tagħna huwa li l-ebda tifla u tifel li jgħixu f'familja fejn hemm mill-anqas persuna waħda li taħdem ma tkun fil-faqar.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Biex nilħqu dan l-għan, Sur President, se nkunu qegħdin inżidu ċ-children's allowance għal dawk b'paga baxxa ta' anqas minn €20,000 b'massimu ta' €96.", "Madankollu l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħidilna li dan mhuwiex biżżejjed.", "Forsi huwa veru li dan mhuwiex biżżejjed, imma huwa ferm aktar miż-żero żieda li kienu taw huma fl-għaxar snin ta' qabel!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ċertament li ż-żieda fiċ-children's allowance flimkien maż-żieda fl-in-work benefit ta' bejn €50 u €100 għal kull wild lil dawk il-koppji li jaqilgħu anqas minn €24,000 jew għal singoli li jaqilgħu anqas minn €16,500 meta tneħħi l-bolla, se tkun pass deċiżiv kontra l-faqar fost it-tfal.", "L-uniku faqar li ma nistgħu nagħmlu xejn dwaru huwa l-faqar tal-ideat li qed tiġi bihom l-Oppożizzjoni!", "Sur President, tajjeb li nfakkru lin-nies minn fejn bdejna u fejn qegħdin.", "Aħna sibna lill-familji Maltin u Għawdxin jgħixu b'paga medja ta' €16,000.", "F'perjodu ta' ħames snin biss din żdiedet b'20% għal €19,000, żieda medja ta' aktar minn €14 fil-ġimgħa.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħidilna li llum hawn iċ-cheap labour, u jien ngħidlu: Aħseb u ara bi €3,000 inqas, kif kellhom fi żmienkom, kemm kien hawn aktar cheap labour!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imma fuq kollox, mill-2012 sal-lum naqqasna l-income tax f'kull Baġit bir-riżultat li llum ġenitur b'paga medja qed iħallas 10% anqas taxxa milli kien iħallas dakinhar.", "Paga ogħla, taxxa anqas!", "B'hekk, Sur President, qed nibnu l-middle class il-ġdida.", "Qed nagħmlu dan ukoll billi nkunu accountable lejn in-nies, jiġifieri billi lin-nies ngħidulhom x'qegħdin nagħmlu minn baġit għal ieħor, fejn qegħdin inwettqu, fejn waqajna lura u fejn mexjin according to plan.", "Fil-fatt aħna l-ewwel Gvern li ġimgħa qabel il-Baġit qed joħroġ rapport li jispjega fejn tkun waslet l-implimentazzjoni tal-Baġit.", "Pereżempju, din is-sena lħaqna 78% tal-implimentazzjoni tal-Baġit.", "Din hija xi ħaġa li qabel qatt ma kienet issir.", "F'dak ir-rapport wieħed isib liema affarijiet għadhom ma nbdewx, liema affarijiet jinsabu mexjin u liema affarijiet tlestew.", "Fil-fehma tiegħi, dan l-eżerċizzju li qed nagħmlu huwa wieħed mis-sigrieti tas-suċċess ta' dan il-Gvern.", "Issa hawn ta' min jispjega li dan l-eżerċizzju ma jsirx biss darba fis-sena u daqshekk imma huwa eżerċizzju li naħdmuh xahar wara l-ieħor.", "Terġa', aħna ma nagħmlux dan biss għax naħdmu bl-istess mod fl-istrateġija l-kbira tagħna.", "U l-istrateġija l-kbira tagħna x'inhi?", "Il-manifest elettorali tagħna, biex nassiguraw li kull persuna li qiegħda fl-eżekuttiv tkun taf x'inhuma l-key performance indicators (KPIs), it-targets tagħha, kif nimxu ma' dawk it-targets, fejn qegħdin inlaħħqu magħhom, fejn qegħdin neċċeduhom, kif ukoll fejn qegħdin naqgħu lura biex b'hekk kull meta mmorru għand il-poplu, ngħidulu: Inti eleġġejtna fuq manifest elettorali, u aħna dak li wegħedna wettaqnieh!", "Imma, Sur President, se jkolli naqbel ma' xi ħaġa li qal il-ħabib tiegħi l-Kap tal-Oppożizzjoni għax kellu raġun f'waħda minn dak li qal!", "Qalilna li ħafna minn dan il-Baġit kien riċiklat.", "Veru, f'dan il-Baġit irriċiklajna u rrepetejna xi affarijiet.", "Pereżempju, irrepetejna t-tnaqqis fl-income tax.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Irrepetejna ż-żieda fil-minimum wage, irrepetejna ż-żieda fil-pensjonijiet, irrepetejna ż-żieda fil-benefiċċji għad-diżabilità, irrepetejna ż-żieda fl-istipendji, irrepetejna l-għoti tal-stipendju lil min jirrepeti s-sena skolastika li jkun għadu kif temm, irrepetejna r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, irrepetejna s-servizz ta' childcare b'xejn, irrepetejna l-għoti ta' ċekkijiet għall-inġustizzji, irrepetejna s-servizz ta' trasport tal-iskola b'xejn, irrepetejna l-allokazzjoni ta' fondi biex nagħmlu t-toroq, irripetejna l-inċentivi għall-first-time buyers u għas-second-time buyers, irrepetejna t-tnaqqis ta' taxxa fuq il-Masters u fuq il-Ph.D., irrepetejna l-għoti ta' tablets lill-istudenti, irrepetejna ż-żieda fil-leave u, fuq kollox, erġajna rrepetejna Baġit bla taxxi!", "Tafu x'irmejna u ma rriċiklajniex, Sur President?!", "Il-kontijiet għolja, it-taxxi għolja, il-bolla għolja, ir-rata għolja ta' VAT, id-defiċit u d-dejn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Staqsu lill-pensjonanti x'jaħsbu mill-fatt li żidnielhom il-pensjoni għar-raba' sena, din id-darba b'€4.50, bil-COLA inkluża!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Biżżejjed ngħid li lil dawk il-pensjonanti li qegħdin fuq pensjoni minima tajniehom id-doppju taż-żieda għall-għoli tal-ħajja mill-2013 'il quddiem.", "Jgħidulna li dan mhuwiex biżżejjed!", "Huwa veru li qatt mhu biżżejjed, imma almenu dak li tajna aħna huwa ferm aktar miż-żero li kienu taw huma f'25 sena!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sur President, il-verità hi li kemm huma u kemm aħna ngħollu l-pensjonijiet; huma jgħollu l-età tal-pensjoni u aħna ngħollu ċ-ċekkijiet tal-pensjonijiet!", "Ġaladarba qed nitkellmu dwar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja, jiġifieri dwar il-COLA, l-Oppożizzjoni għandha tgħid b'mod ċar - jidhirli li lbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni diġà wieġeb dwar dan, imma nixtiequ jiċċara ftit aktar - jekk taħsibx li l-mekkaniżmu li ġie nnegozjat minn Gvern Nazzjonalista stess u li żamm il-paċi industrijali fil-pajjiż għal kważi tliet diċennji huwa tajjeb jew le.", "Il-pożizzjoni tagħna hija ċara.", "Jekk l-imsieħba soċjali jaqblu li nbiddlu, allura nbiddlu, imma kull darba li tkellimna mal-imsieħba soċjali, dawn jgħidulna li filwaqt li nistgħu nċaqilqu l-pakkett minn kif inhu, il-mekkaniżmu għandu jibqa' kif inhu.", "Imma l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid ifehemna x'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward għax din il-kritika kollha … Biżżejjed ngħid li lbieraħ kważi kwart tad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni kien kritika dwar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Jiġifieri l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jgħidilna li gvern immexxi minnu jinjora dan il-mekkaniżmu ta' djalogu soċjali u jiddeċiedi waħdu dwar iż-żieda?!", "Ikun hemm sistema li ġiet maqbula minn kulħadd u inti tibqa' tinsisti li lilek ma togħġbokx!", "Jien naħseb li anke hawnhekk, hawn problema fundamentali ta' kif wieħed jifhem l-ekonomija u ta' kif wieħed jifhem il-prinċipji bażiċi.", "Jiftaħru li meta kien hemm fil-gvern huma, il-COLA, jiġifieri ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, kienet ogħla, u dan meta ma tantx hemm x'wieħed jiftaħar b'dan!", "Għaliex?", "Għax il-COLA isimha magħha.", "Din tikkalkolalek kemm żdidulek l-ispejjeż u sena wara tipprova tikkumpensak għal dik iż-żieda!", "Għalhekk meta inti tgħid li fi żmienkom il-COLA kienet għolja tkun qed tgħid li fi żmienkom il-ħajja kienet għolja ħafna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U fil-verità l-bedtime reading tiegħi tal-bieraħ, li kien dan id-dokument li ħriġtu, Sur Kap tal-Oppożizzjoni, jikkonfermalek ukoll li fi żmien Gvern Nazzjonalista l-inflazzjoni kienet ogħla milli hija llum!", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'paġna 19 qiegħda din biex niffaċilitalek it-tfittxija tiegħek!", "Fil-fatt, Sur President, illum l-inflazzjoni hija n-nofs ta' dak li kienet taħt il-Gvern ta' qabel.", "Issa jien nifhem li min imur jixtri se jqabbel il-prezzijiet, se jara x'roħos u se jara x'għola, imma hawnhekk aħna qegħdin inqabblu like with like, għax jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni għoġbu jgħid xi ħaġa, jien irrid inweġibha, kif irrid nwieġeb meta jgħid li l-Gvern m'għamel xejn biex irażżan l-għoli tal-ħajja!", "L-ewwel nett, Sur President, nispera li l-Kap tal-Oppożizzjoni mhuwiex qed jissuġġerixxi li nibagħtu lil tal-Kontroll fil-ħwienet għax dik tmur kontra l-fundament tal-market place u tal-liġijiet Ewropej ukoll.", "Aħna li nistgħu nikkontrollaw huma l-affarijiet li għandna kontroll fuqhom.", "Ħalli nagħti ftit eżempji biex nuri x'għamilna u nfakkar ftit f'xi ħaġa li ħaddieħor kien injoraha.", "Aħna nnegozjajna prezz orħos għall-uniformijiet tal-iskejjel.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa għidli ftit, Sur President, x'differenza tagħmel din għal eluf ta' familji li kull Awwissu u kull Settembru jkunu jridu jagħmlu balla kbira ta' spejjeż f'kotba, f'pitazzi u f'basktijiet tal-iskola!", "Għalhekk aħna nnegozjajna u rregolajna dak kollu li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet għoljin tal-uniformijiet.", "Neħħejna wkoll il-ħlasijiet tal-eżamijiet.", "Illum il-ġurnata għandna familji li s-sena d-dieħla, meta t-tfal tagħhom se jmorru biex jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, se jkunu qed jiffrankaw €200 jew aktar!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kien hemm xi ħadd li qalli: Hemmhekk taf x'għamiltu intom?", "Veru li kien hemm skemi biex min ma jiflaħx iħallas ma jħallasx, imma kien hemm ukoll nies li ma jikkwalifikaw għall-ebda tip ta' għajnuna u li jista' jkun li jaraw dawk il-flus żejda bil-konsegwenza li ma joħorġux flus biex it-tfal jagħmlu l-eżamjiet!", "Ara issa m'hemmx skuża biex it-tfal ma jagħmlux l-eżamijiet, Sur President!", "M'iniex se noqgħod nerġa' nfakkar li raħħasna l-kontijiet tad-dawl u raħħasna t-tariffi tal-ippjanar, li kienu wasslu biex ħafna familji jaqtgħu qalbhom li jagħmlu xogħlijiet fid-djar tagħhom.", "Qed nagħtu wkoll it-trasport b'xejn lil ħafna setturi mill-popolazzjoni tagħna.", "Raħħasna l-prezzijiet ta' bosta mediċini; fil-fatt raħħasna 230 tip ta' mediċina b'massimu li jilħaq is-67%!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U hawn ta' min jgħid ukoll li dawn mhumiex xi mediċini li ma jużahom ħadd, tafux!", "Pereżempju, fost il-mediċini li raħħasna hemm id-Diovan, l-Augmentin, in-Nexium, il-Klacid, il-Bepanthen u r-Rhinocort.", "Raħħasna lista enormi ta' mediċini li n-nies jagħmlu użu minnhom!", "Aħna ma bqajniex ċassi, imma ħdimna biex raħħasna dawn il-prezzijiet, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-fatt illum il-prezz ta' 180 mill-230 tip ta' mediċina li raħħasna huma aktar minn 90% orħos mill-prodotti alternattivi.", "Fadal x'nagħmlu?", "Dejjem jifdal aktar x'nagħmlu, Sur President, u qatt ma nistgħu nkunu sodisfatti, iżda issa aħna għamilna xi ħaġa li ħadd ma kien għadu għamel.", "Aħna ftehemna, għax forsi l-Kap tal-Oppożizzjoni ma ndunax biha din meta beda jitkellem dwar il-COLA… Ta' min jgħid li bil-ftehim li għamilna mal-imsieħba soċjali fuq il-minimum wage, kull ħaddiem li hawn Malta li mhuwiex kopert b'collective agreement u li jieħu biss iż-żieda tal-COLA, over and above ż-żieda għall-għoli tal-ħajja dak il-ħaddiem se jerġa' jieħu €1 aktar u jiżdied €3.33, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija xi ħaġa li qabel, f'25 sena sħaħ, qatt ma saret, imma aħna kburin li qegħdin hawnhekk biex nagħmluha!", "U kemm smajna lbieraħ fuq il-prezz tal-ħobż u tal-ħalib, Sur President!", "Insew li kienu huma li lliberalizzaw il-prezz tad-dqiq!", "Issa jien ma nafx x'jagħmel u x'ma jagħmilx il-Kap tal-Oppożizzjoni, imma minn fejn nixtri jien l-iskimmed milk, 81ċ kien u 81ċ baqa', Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) X'se jiġri għada jien ma nafx, imma forsi l-ħalib li jixtri hu huwa ta' xi baqra speċjali mentri l-ħalib li nixtri jien hu minn ta' baqra normali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jew forsi jġibu mingħand xi annimal ieħor!", "M'għandix idea!", "In-nies jistgħu jmorru u jiċċekkjaw jekk il-ħalib għoliex jew le!", "Jien il-prezz tal-iskimmed milk naf.", "Tal-kwalitajiet l-oħra ma nafhomx, imma n-nies jistgħu jiċċekkjaw jekk il-prezz tal-ħalib għoliex jew le.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "David Agius qed jgħidli li għola!", "Mela forsi jien għandi baqra speċjali!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, l-Oppożizzjoni qabdet mad-diska li l-prezz tal-ikel għola b'4%.", "Issa ejjew ninsew l-effett tal-prezzijiet tar-ristoranti u tat-turiżmu, li huwa sinifikanti, u naraw jekk hux veru li l-prezz tal-ikel għola jew le.", "L-ewwel nett wieħed kif irid ikejjel l-għoli tal-ħajja, Sur President?", "Issa jien m'iniex qed nispjega dan biex ngħid xi ħaġa, imma l-fatti bilfors irridu nuruhom.", "Biex tkejjel l-għoli tal-ħajja inti ma tridx tqabbel il-prezz tal-ikel ta' Settembru tat-tali sena ma' dak ta' Settembru tas-sena ta' wara.", "Jekk student juża dan il-metodu biex ikejjel l-għoli tal-ħajja f'eżami tal-\"O\" Level, lanqas biss jieħu marka u jeħel!", "Inti trid taqbad l-indiċi tal-prezzijiet ta' 12-il xahar, tieħu l-medja tagħhom u tqabbilha ma' tat-12-il xahar ta' qabel.", "Din hija s-sistema li jużaw l-imsieħba soċjali, li juża dejjem il-pajjiż u li tuża l-kumplament tad-dinja!", "Issa jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu raġun niskuża ruħi, imma l-kumplament tad-dinja hekk tikkalkola l-għoli tal-ħajja, u jien hekk tgħallimt ukoll meta kont qed nistudja dan il-qasam.", "Għalhekk mhux veru li l-prezz tal-ikel għola b'4%.", "Fil-fatt l-indiċi huwa ta' 2.3%!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien iċċekkjajt ukoll meta l-prezz tal-ikel għola b'4%, u sibt li dan kien taħt Gvern Nazzjonalista!", "Sur President, meta tara l-mod kif il-Membri tan-naħa l-oħra jargumentaw tinduna li hemm mismatch.", "Mela qed jiftaħru li fi żmien il-Gvern ta' qabel iż-żieda tal-Baġit għall-għoli tal-ħajja kienet qed tkun akbar u mbagħad fl-istess ħin qed isostnu li llum il-ħajja għoliet aktar!", "Dan ma jistax ikun għax iż-żewġ affarijiet ma jsegwux, u dawn l-affarijiet mhux aħna qegħdin għassa fuqhom imma kull union u kull employer li hawn fil-pajjiż b'data indipendenti u b'bord indipendenti li fih hemm nies li għandhom il-fiduċja ta' kulħadd!", "Imbagħad jipprovaw jimplikaw li ż-żieda fil-prezz tal-ikel ġejja minħabba l-Gvern!", "Kieku dan huwa veru, il-prezz tal-ikel f'pajjiżna huwa ogħla mil-livell Ewropew għax aħna kważi nimportaw il-prodotti kollha tagħna, imma r-realtà hi li ż-żieda fl-inflazzjoni ta' Malta għal dak li huwa prezz tal-ikel hija ta' 2.3% u ż-żieda Ewropea hija l-istess, jiġifieri ta' 2.3%, Sur President!", "Ġaladarba semmejna l-COLA u l-minimum wage, Sur President, irrid infakkar fil-ftehim storiku li għamilna mal-imsieħba soċjali kollha tagħna biex żidna l-minimum wage għall-ewwel darba f'ġenerazzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-ewwel nett il-Gvern ta sehmu billi żamm il-minimum wage tax-free, xi ħaġa li ma kenitx taħt il-Gvern ta' qabel.", "Bir-regoli ta' taħt il-Gvern ta' qabel min kien bil-minimum wage kien jispiċċa jħallas €115 f'taxxa mentri taħt dan il-Gvern min qiegħed bil-minimum wage qed jirċievi ċekk lura ta' €64 u ma jħallasx ċenteżmu taxxa!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan minbarra l-punt storiku li ġibna ftehim għalih - u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-imsieħba soċjali kollha - li meta persuna tkun impjegata ma' kumpanija, din ma tistax tagħmel aktar minn sena waħda fuq il-minimum wage.", "U issa għandna sitwazzjoni fejn fit-tieni sena din il-persuna tieħu €3 oħra żieda 'l fuq mill-COLA u fit-tielet sena mbagħad terġa' tieħu €3 oħra żieda 'l fuq mill-COLA, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ifisser li xi ħadd li llum qiegħed bil-minimum wage mal-istess employer, sas-sena d-dieħla għandu dritt li ż-żieda tiegħu tkun ta' €12.08 kull ġimgħa, Sur President!", "Issa jien l-ewwel wieħed li nammetti li hemm bżonn ta' aktar informazzjoni għax jien ċert li hemm nies li qegħdin bil-minimum wage u li ma jafux b'dawn id-drittijiet tagħhom minħabba numru żgħir ħafna ta' employers irresponsabbli li ma jonorawx dawn id-drittijiet, u għalhekk jien nappella dwar il-bżonn li f'dan il-pajjiż nibdew diskussjoni serja dwar żewġ punti.", "L-ewwel nett għandna nħarsu lejn il-liġijiet Ewropej, għandna naraw x'isir f'pajjiżi oħra, naraw ukoll il-kwestjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni u nieħdu deċiżjoni dwar jekk wasalx iż-żmien li l-ħaddiema kollha ta' pajjiżna jkunu membri ta' trade union tal-għażla tagħhom.", "Wieħed ikun jista' jissieħeb ma' liema union irid, imma ġaladarba wieħed ikun qed jaħdem x'imkien bil-ktieb tax-xogħol, irid ikun membru ta' trade union.", "Imbagħad jekk wieħed ma jkunx irid jissieħeb fl-ebda trade union, hemm mekkaniżmi li jintużaw f'pajjiżi oħra biex dawn in-nies xorta jikkontribwixxu għall-mod ta' kif titmexxa s-sistema trejdunjonistika.", "Issa se niġi għat-tieni punt li nixtieq li nibdew diskussjoni serja dwaru.", "Kull darba li nitkellem mal-employers u nsemmilhom xi każijiet t'abbuż, jgħiduli: Dawk erba' cowboys!", "Dawk mhumiex membri tagħna!", "Għalhekk hawn jien nistaqsi jekk wasalx ukoll iż-żmien li tinbeda diskussjoni … Din hija t-tielet darba li qed insemmiha, u nittama li nħarrek ftit id-dibattitu dwar dan kollu għax il-Gvern jixtieq li jkun hemm dibattitu dwar din l-issue u mbagħad nieħdu deċiżjoni dwarha flimkien.", "Jien ngħid li għandna naddottaw is-sistema li teżisti f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri li biex inti tiftaħ kumpanija, topera u tagħmel trade fil-pajjiż trid tkun membru taċ-Chamber of Commerce.", "Fil-każ tagħna kumpanija tista' tkun membru tal-Malta Chamber of SMEs, taċ-Chamber of Commerce, tal-Malta Developers Association, tal-Gozo Business Chamber jew ta' min trid, basta jkollok kodiċi li jirregolak.", "Jien naħseb li din hija d-diskussjoni matura li għandna bżonn f'dan il-pajjiż biex id-drittijiet inkunu qegħdin ngħolluhom għal livell ġdid u d-diskussjoni nkunu nistgħu neħduha b'mod li verament tagħmel differenza lin-nies!", "Issa, Sur President, jien nixtieq nagħti xi ftit eżempji konkreti ta' kif dan il-Baġit għamel differenza fil-ħajja tal-familji.", "M'iniex se nitkellem fuq l-affarijiet li kellimni fuqhom dak jew l-ieħor, imma se nitkellem fuq eżempji konkreti.", "Pereżempju, ejjew nieħdu koppja żagħżugħa li t-tnejn li huma jaħdmu bil-minimum wage u li għandhom żewġt itfal; waħda tmur iċ-childcare u l-oħra se tagħmel il-MATSEC.", "Fuq tliet baġits din il-koppja, bejn l-in-work benefit u żidiet oħra, żdiedu €2,700, u dan mingħajr ma jħallsu l-ebda taxxa, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan minbarra li ħadu sussidju akbar fil-kera, li ffrankaw €4,000 fuq iċ-childcare u minbarra li x'aktarx li kieku m'għamilniex iċ-childcare b'xejn, il-mara ma kinitx toħroġ taħdem!", "Jew ejjew nieħu koppja professjonisti fejn ir-raġel huwa accountant u jaqla' €30,000 fis-sena filwaqt li l-mara taqla' €26,000 fis-sena u dawn għadhom kif xtraw post. Illum il-ġurnata, wara t-tliet baġits ta' dan il-Gvern, dawn iħallsu €2,000 anqas f'taxxa, iffrankaw €5,000 oħra f'taxxa tal-boll bħala first-time buyers, u jekk il-mara tieqaf taħdem biex tkompli tispeċjalizza se tiffranka €7,500 f'taxxa meta terġa' tiġi biex tidħol lura fid-dinja tax-xogħol.", "Issa ejjew nieħdu eżempju ta' koppja middle-class li bejniethom jaqilgħu €26,000 u li għandhom żewġt itfal; waħda tmur skola privata, fejn allura issa t-trasport qed jingħatalha b'xejn, filwaqt li l-ieħor beda l-Università.", "Wara t-tliet Baġits ta' dan il-Gvern, din il-familja żdiedet bi kważi €3,000, u dan bla ma ninkludu l-€1,800 oħra li ffrankaw fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq medda ta' tliet snin.", "Jew inkella xi ngħidu, pereżempju, għal dik il-koppja anzjana li għandhom aktar minn 75 sena, qegħdin fuq il-pensjoni minima u jbatu minn mard kroniku?", "Fuq tliet baġits, id-dħul tagħhom żdied b'25%, anzi biex inkun aktar preċiż, b'€1,800!", "Ta' min isemmi wkoll l-eżempju ta' koppja anzjana oħra li għandhom aktar minn 75 sena fejn ir-raġel qiegħed fuq pensjoni massima u jaqla' dħul ieħor li jammonta għal aktar minn €21,000 imma l-mara ma tikkwalifikax għall-pensjoni għax ma ħallsitx bolol biżżejjed.", "Fuq tliet baġits din il-koppja żdiedet bi kważi €1,700 oħra!", "Eżempju ieħor hu dak ta' mara li romlot u li qabel ma miet ir-raġel tagħha kienet tikkwalifika għal pensjoni żgħira.", "Fuq tliet baġits din l-armla żdiedet b'€2,800 oħra!", "Din hija r-ruħ soċjali ta' dan il-Gvern, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-eżempji li semmejt huma ta' nies ta' veru li f'pajjiżna għandna mijiet u eluf minnhom!", "Issa, Sur President, nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nitkellem dwar oqsma differenti fejn verament qed nagħmlu d-differenza.", "Pereżempju, Għawdex qed igawdi mit-tkabbir ekonomiku direttament.", "Illum il-ġurnata hemm 15,700 persuna jaħdmu f'Għawdex, żieda ta' 3,000 aktar milli kien hemm fl-2012, u qabel ma xi ħadd jgħid xi ħaġa, hemm ħafna aktar li jaħdmu mal-privat milli mal-gvern!", "Fil-fatt in-numru ta' Għawdxin jaħdmu mal-privat żdied minn 54% għal 58%!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ħaddieħor ried iħallas lin-nies biex jibgħathom jgħixu Għawdex filwaqt li aħna qed nattiraw lin-nies lejn Għawdex bil-postijiet tax-xogħol!", "Jekk Alla jrid, fi ftit tal-ġimgħat oħra se jkollna kumpanija tat-teknoloġija oħra li se tħabbar investiment ieħor ġewwa Għawdex, u dan minbarra li flimkien mad-Deputat Prim Ministru se nkun qed niftaħ iċ-ċentru tal-anatomija l-ġdid!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imxejna biex f'dan il-Baġit mhux biss żidna l-allowances għall-pazjenti u għall-ħaddiema Għawdxin, imma tajna aktar għajnuna għall-ħaddiema u bqajna nagħtu rifużjoni ta' 30% għal kuntratti ta' xogħol ta' aktar minn tliet snin.", "Sur President, dan huwa essenzjalment Gvern ta' bidla.", "Qed nibdlu lill-pajjiż u qed ngħaġġlu r-rata ta' bidla tas-soċjetà tagħna.", "Dak li qed nagħmlu flimkien hija bidla fi-kultura.", "Jien nirrifjuta l-argument li jġibu xi wħud, li s-soċjetà Maltija ma tridx bidliet.", "Is-soċjetà Maltija dejjem mixtieqa għall-bidla, però dejjem tfittex leadership għall-bidla, bħal fil-qasam tal-housing.", "F'pajjiżna għandna kultura ta' home ownership li aħna rridu nkomplu nsaħħuha.", "Il-ħabib tiegħi l-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li qed jonqsu n-nies li qed jixtru darhom.", "Jien ma nkunx naf jekk dan huwiex veru jew le sempliċement għax ikellimni xi ħadd wara l-bieb, imma rrid immur fuq il-fatti.", "Ir-rata ta' home owners taħt il-Gvern l-ieħor fl-2008 kienet ta' 76% filwaqt li llum il-ġurnata r-rata ta' home owners qed tqarreb it-80%, Sur President!", "Isma' din, Onor. Kap tal-Oppożizzjoni!", "Matul il-ħames snin tal-Gvern ta' qabel, familji bit-tfal li huma sidien ta' darhom kienu naqsu bi 8,000 filwaqt li taħt dan il-Gvern familji li għandhom it-tfal u li issa huma sidien ta' darhom żdiedu bi kważi 11,000!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk aħna nibdew l-argument tagħna dwar il-prezz tal-proprjetà mill-fatt li għandek tmienja minn kull għaxar familji Maltin u Għawdxin li huma sidien ta' darhom.", "Dak għalina huwa punt pożittiv, imma ejjew ma naħsbux li dan il-fatt m'għandux iż-żewġ naħat tal-munita wkoll!", "Dawk in-nies li llum huma sidien ta' darhom iridu li l-prezz tal-proprjetà tagħhom ma jaqax imma jew jinżamm kif inhu jew inkella jogħla.", "Din hija xi ħaġa ovvja, hija xi ħaġa minn ewl id-dinja u hija xi ħaġa naturali.", "Kulħadd jinnegozja biex meta jmur jixtri flat jew maisonette jipprova jixtrih bl-aħjar prezz għalih billi jibda jgħid lill-bejjiegħ li qed jarah għoli, imma jekk imbagħad l-għada li jagħmel il-kuntratt jiġi xi ħadd biex jixtrih, iżommlu aktar!", "Għalhekk biex aħna ngħinu lil dan il-qasam … U aħna ma bdejniex ngħinu lil dan il-qasam illum għax huwa l-flavour of the day, tafux, imma bħala Gvern bdejna ngħinu lil dan il-qasam minn day one!", "Għadni niftakar meta l-MDA kienu qalulna: Għandna s-suq mejjet, in-nies ma jridux jixtru, imma għandna xi ideat.", "Għalhekk aħna għidnielhom biex jiġu għandna bl-ideat, u minn dakinhar sal-lum għandna l-iskema tal-first-time buyers, tas-second-time buyers, tal-urban conservation area, ta' min jixtri proprjetà f'Għawdex, tar-restawr …!", "Anke meta żidna r-rifużjoni tal-VAT fuq it-tiġijiet konna qed ngħinu lil dak is-settur.", "Tgħiduli: Qed ngħinuhom biżżejjed?", "Kien hemm min qal li €5,000 mhumiex biżżejjed.", "Din nikkonsidrawha għal li ġej, ma jimpurtax, imma almenu aħna llum qed nagħtu €5,000 aktar milli kien jagħti l-Gvern ta' qabel!", "Ma rridux ninsewha din!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa aħna mhux għaliex tmienja minn kull għaxra llum huma sidien ta' darhom u huma komdi, ngħidu li ma jimpurtaniex mit-tnejn l-oħra minn kull għaxra, u għal dan il-Gvern din tagħmel differenza.", "Aħna qed ngħidu li hemm minoranza li minħabba ċerti ċirkostanzi ma tistax tixtri proprjetà, u hemm raġunijiet differenti għaliex din il-minoranza ma tistax tixtri proprjetà.", "Pereżempju, hemm min ma jistax jixtri proprjetà minħabba l-prezz tal-proprjetà, imma nkunu riduttivi jekk naħsbu li din hija biss kwestjoni li għandha x'taqsam mal-prezz tal-proprjetà.", "Ħafna ma jistgħux jixtru proprjetà wkoll minħabba li m'għandhomx aktar impjieg fiss.", "Hawn ta' min isemmi anke lil dawk il-persuni li jkunu sseparaw jew ħadu d-divorzju u filwaqt li, pereżempju, ikunu xtraw il-post tagħhom €150,000, illum irnexxielhom ibigħuh €300,000, jiġifieri qalgħu d-doppju.", "Għalhekk wieħed faċilment jista' jargumenta li dawn jinsabu komdi finanzjarjament, imma fil-fatt meta jiġu biex jaqsmu l-flus min-nofs u jipprovaw jixtru post ieħor b'€150,000, isibu li ftit li xejn għandhom għażla.", "Sur President, dawn huma realtajiet li aħna m'aħniex qed nagħlqu għajnejna għalihom u ngħidu li ma jeżistux, imma dawn huma realtajiet li aħna qed naħdmu fuqhom!", "Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni ddieħak bil-White Paper, u jiddispjaċini ngħidlu li kien l-unika persuna f'Malta li ddieħak bil-White Paper!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fil-fatt l-istituzzjonijiet kollha qalu li għandu mnejn li dan huwa l-ewwel attentat serju li sar f'ġenerazzjoni sħiħa biex nindirizzaw kwestjoni tant delikata bħalma hija dik tal-kirjiet.", "Issa nittama li l-Oppożizzjoni mhijiex se toqgħod gallarija f'din il-biċċa xogħol!", "Meta kellna l-kwestjoni tat-tibdil tal-liġi tal-kirjiet fl-2009, aħna għamilna għażla, u din ma kinetx li noqogħdu gallarija, imma poġġejna madwar mejda flimkien mal-Gvern ta' dak iż-żmien u ħriġna b'liġi li għalkemm vera għandha d-difetti tagħha - u mela m'għandhiex! - il-fatt jibqa' li poġġejna bilqiegħda u kkollaborajna mal-Gvern Nazzjonalista biex nagħmlu xi ħaġa!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kellna nagħmlu l-kompromessi, u l-Gvern għamel il-kompromessi!", "(Onor. Membri: Hear, hear) M'għandux ikun hemm kwestjonijiet ta' pride f'dan ir-rigward, u għalhekk jien nistieden lill-Oppożizzjoni biex tagħmel dak li għamilna aħna meta konna fl-Oppożizzjoni, jiġifieri tpoġġi bilqiegħda madwar mejda magħna, tikkontribwixxi għal dak li qed tgħid il-White Paper u tgħidilna x'taħseb hi verament!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għadni niftakar lill-President ta' Malta, li wara li daħlet fl-uffiċċju tagħha għall-ewwel darba bħala ministru għas-sigurtà soċjali, qaltli: Taf kemm għandna flats u postijiet fl-istock li nistgħu nagħmlu xi ħaġa bihom?", "Allura, f'ġieh kemm hemm, imbagħad kif tiġu tikkritikaw lil dan il-Gvern għax se jibni 1,200 post?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għax qegħdin tajjeb!", "L-ewwel dejjem jgħidulna biex ngħaġġlu aktar, u mbagħad kif għaġġilna ftit aktar fuq triq bdew jgħidulna li għadu ma ħariġx il-permess għal dik it-triq!", "Mela aħseb u ara li kieku bnejna dawn il-flats bla permess x'kontu tgħidu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Anzi jien se nagħti raġuni oħra għaliex aħna ħadna ż-żmien tagħna; għax l-ebda sit mis-siti li identifikajna ma jaqa' taħt ODZ!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna rnexxielna nsibu dawn is-siti kollha mingħajr ma se nieħdu mqar ċentimetru wieħed mill-ODZ!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien rajt pjanti ta' estates sħaħ mibnijin fuq art li kienet kollha raba'!", "L-eħfef ħaġa hija li naqbdu u nibnu dawn il-flats f'ODZ, imma minflok il-Gvern preżenti għażel li jagħmel dan l-eżerċizzju biċċa biċċa biex nassiguraw li l-postijiet kollha li se jinbnew illum ikunu ambjentalment sostenibbli, Sur President!", "Aħna dorna l-postijiet kollha eżistenti tal-gvern biex inkunu nistgħu noħorġu numru minn dawn il-postijiet għall-kiri, u hawnhekk irrid nirringrazzja lil dawk l-assoċjazzjonijiet kollha li qed jaħdmu magħna sabiex ikollna mixja 'l quddiem b'ideat importanti li aħna se nikkonsidrawhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Qed ngħidu li jrid ikun stabbilit il-perjodu minimu li fih wieħed jista' jkollu l-kirja, u għall-ewwel darba se nkunu qed nirreġistraw il-kuntratti kollha tal-kirjiet.", "Ta' min jgħid li dalwaqt se toħroġ skema biex jiġu megħjuna dawk il-persuni li għandhom aktar minn 40 sena wkoll.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalli: Il-madoffi, trid tagħlaq 40 sena?!", "Mela l-ewwel huma m'għamlu xejn, anzi għalqu l-Lohombus Bank, u issa għax se ngħinu lil min għandu aktar minn 40 sena l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiskandalizza ruħu!", "Imbagħad il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tana garanzija għax qalilna li huma jiggarantixxu li taħt gvern immexxi mill-Onor.", "Delia kulħadd se jkollu saqaf fuq rasu!", "Tajjeb!", "Imma issa jrid jagħtina d-dettalji dwar kif se jagħmel dan!", "Se jirrekwiżizzjona l-proprjetà?!", "Se jdaħħal it-taxxa fuq il-proprjetà?!", "Se jibni l-appartamenti fuq ODZ?!", "U lil min qiegħed iħallas il-loan tiegħu mal-bank x'se jgħidlu: \"Bad luck to you, imma issa ma jien se nagħtik kumpens ta' xejn\"?!", "U allura min qed jismagħna, se joqgħod jistenna lill-Onor.", "Delia jsir prim ministru biex jagħtih flat b'xejn?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan hu l-mod ta' kif inti tħeġġeġ il-bżulija?!", "Aħna lill-familji mhux assistenzjaliżmu rridu nagħtuhom imma għajnuna biex jimxu 'l quddiem bis-saħħa tagħhom, Sur President, u kburin bil-politika tagħna f'dan ir-rigward għax din hija l-bidla fil-kultura li għandna bżonn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Forsi meta tgħid xi ħaġa bħal din, kif għadu kif għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ, tkun aktar popolari, imma jien qed ngħid li ma jistax ikun.", "Mela tajjeb!", "L-ewwel noqogħdu ngħidu li ma rridux high-risers u li ma rridux aktar bini u mbagħad jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni u jgħidilna li kull min irid dar huma se jagħtuhielu!", "It's mind-boggling onestament, u li kieku hawn dibattitu serju fuq dawn l-affarijiet tinduna li l-Oppożizzjoni mhux biss m'għandhiex pjan, imma jekk għandha xi xebh ta' pjan, dan huwa kontradittorju għall-aħħar!", "Sur President, kemm jien kburi bil-bidla fil-kultura li qed inwettqu fil-qasam tal-persuni b'diżabbiltà!", "Lill-persuni b'diżabbiltà aħna tajniehom id-dritt li minn fuq il-karta joħorġu fid-dinja tax-xogħol bil-fatti!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din tissejjaħ \"dinjità\"!", "Biżżejjed ngħid li llum il-persuni b'diżabbiltà li huma attivi fid-dinja tax-xogħol irdoppjaw.", "Illum għandna 3,400 ġuvni u tfajla b'diżabbiltà li jmorru għax-xogħol ta' kuljum.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Però mbagħad aħna għedna aktar minn hekk.", "Għax lil dawk li verament għandhom xi kondizzjoni fiżika li biha għalkemm jixtiequ joħorġu jaħdmu, ma jistgħux jagħmlu dan, qed nagħtuhom żieda kull sena sakemm ngħollulhom il-benefiċċju tagħhom daqs il-minimum wage, Sur President!", "Kellna wkoll diskussjonijiet ma' ġenituri u qraba li jirrappreżentaw tip ieħor ta' persuni b'diżabbiltà li qalulna \"insejtuna\" jew \"m'intomx qed tkopruna\"!", "Għalhekk lil dawk il-persuni b'diżabbiltà li ma jikkwalifikawx minn dak li jgħidulu Barthel Index għax għalkemm il-mobbiltà ta' ġisimhom hija tajba, għandhom impedimenti oħra, se nbiddlu s-sistema biex ġaladarba verament ma jistgħux jaħdmu, allura ngħollu l-benefiċċji tagħhom ukoll, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan minbarra l-1,400 tifel u tifla b'diżabbiltà li issa se jgawdu minn żieda oħra ta' €5 fil-ġimgħa sa massimu ta' €25 fil-benefiċċju tagħhom.", "Sur President, għamilna bidla wkoll fil-mod ta' kif naraw l-isfida demografika kbira li għandna f'dan il-pajjiż.", "Għall-grazzja t'Alla l-life expectancy f'pajjiżna qed tiżdied, jiġifieri llum aktar nies qed jgħixu iżjed fit-tul, is-saħħa tal-anzjani qed titjieb u għalhekk aħna qed inħajru lill-anzjani tagħna biex jekk iridu … U din hija d-differenza, li filwaqt li ħaddieħor kien jgħolli l-età tal-pensjoni u jgħidilhom li, iridu jew ma jridux, iridu jkomplu jaħdmu, aħna qed ngħidulhom li filwaqt li għandhom id-dritt li jirtiraw u jistrieħu, jekk ma jridux jirtiraw, aħna se ngħinuhom jibqgħu attivi!", "Permezz ta' inċentivi, aħna se ngħinuhom jibdew jippreparaw biex iġemmgħu permezz tat-third pillar pensions, li huma pensjonijiet volontarji.", "L-Oppożizzjoni mhux hekk qed tgħid!", "Aħna qed ngħidu li lil min irid u min jista', aħna nistgħu nagħtuh l-għajnuna biex iġemma' dik ix-xi ħaġa aktar u aħna nagħtu inċentiv ta' taxxa biex dak li jkun jagħmel hekk, mentri l-Oppożizzjoni qed titkellem fuq is-second pillar fejn allura qed tgħidilna li rridu ndaħħlu bolla tal-privat fuq il-bolla tal-gvern li jrid iħallasha kulħadd bilfors.", "Aħna ma naqblux ma' din is-sistema għax biha l-aktar li jaqilgħuha fuq rashom huma dawk il-persuni li suppost għolielhom il-ħalib u m'għolielhomx!", "Ara inti, Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, mhux il-ħalib se tgħollilhom imma l-bolla!", "Aħna se nkunu qed ngħinu wkoll lil dawk il-familji li jżommu lill-anzjani magħhom, jiġifieri minbarra li żidna l-allowance tal-carers qed nagħmlu bidla fundamentali.", "Qed ngħidu li min irid iżomm miegħu lil ommu, lil missieru jew lil xi ħadd li jiġi minnu, aħna se nneħħulhom il-means test minn kif inhu llum.", "Lil dawn in-nies aħna m'aħniex se nħallsuhom biex iżommu lil xi anzjan jew anzjana li hija qariba tagħhom għax dak li jkun ma jidħolx għal xi ħaġa bħal din għall-flus, imma rridu ngħinuhom xorta waħda, u għalhekk qed nirraġunaw li m'għandux x'jaqsam jekk għandekx biżżejjed flus jew le.", "Aħna rridu ninkoraġġixxu lil dik il-persuna li tiddeċiedi li tibqa' tgħix fil-komunità mal-familja tagħha, u għalhekk se nneħħu l-means test sabiex dawn il-ħafna mijiet ta' familji, jekk mhux eluf, ikunu jistgħu jikkwalifikaw, kif qegħdin ngħinu lil ħafna familji oħra billi prattikament inħallsulhom nofs paga ta' persuna li tiġi tgħinhom fid-dar bil-għan li minflok ma anzjan jew anzjana jmorru f'dar tal-anzjani, jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom.", "U xi ngħidu għal-bidla fil-mentalità għal dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tal-infrastruttura, Sur President?!", "Biżżejjed insemmi l-proġett li qed nagħmlu fejn qed niddedikaw €700 miljun għat-toroq kollha tal-pajjiż!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa hawnhekk nixtieq nieħu spunt mill-istatement tal-Kap tal-Oppożizzjoni, li qalilna li mhux f'kull triq li qed issir qed ikun hemm bicycle lane.", "Jien naħseb li dan kien punt validu għax ċertament irridu naraw kif nakkomodaw dejjem aktar bicycle lanes, imma fi żmienkom mhux bicycles lanes biss ma kienx hemm imma lanqas minn fejn tgħaddi karozza, Onor. Kap tal-Oppożizzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet)", "Sur President, ħarsu lejn it-toroq kollha li kienu saru f'ċertu żmien!", "Esperti kienu qalulhom: It-toroq tagħkom huma ta' one lane and a half, u għalhekk hemm bżonn tiddeċiedu x'se tagħmlu, jew tagħmluhom two lanes fuq kull naħa jew inkella tagħmluhom one lane!", "Dak iż-żmien il-Membri tal-Oppożizzjoni kienu argumentaw li l-konkos huwa anqas expensive mit-tarmak, u allura għamlu l-bankini akbar mit-toroq infushom!", "(Onor. Membri: Hear, hear) X'ma jimblokkax it-traffiku, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din is-sena aħna se nkunu qegħdin nagħmlu l-akbar allokazzjoni ta' kull żmien għat-toroq ta' pajjiżna, €100 miljun!", "Imbagħad, Sur President, fil-qasam tat-trasport pubbliku l-għan tagħna huwa li naslu f'sitwazzjoni fejn inkunu nistgħu nipprovdu trasport b'xejn għal kulħadd.", "Dak huwa l-għan tagħna, trasport b'xejn għal kulħadd!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bdejna mis-16 to 20-year olds, illum qed nipprovdu trasport b'xejn lit-tfal tal-iskejjel kollha u mis-sena d-dieħla se nniżżlu l-inċentiv li għamilna għal min juża t-trasport pubbliku għall-14-year olds.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll li anke l-istudenti kollha li għandhom aktar minn 20 sena u l-persuni b'diżabbiltà se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn trasport pubbliku b'xejn.", "Madankollu l-aktar parti fejn tbaqbaq il-Kap tal-Oppożizzjoni kienet meta beda jgħidilna kemm is-sistema tat-trasport pubbliku bħalissa ma marritx 'il quddiem.", "Meta kont qed nisimgħu, jien għedt: Imma dan kemm qed jeħodha bi kbira, di petto?!", "Għax ma tistax tgħid li l-affarijiet huma perfetti, imma l-affarijiet tjiebu sew minn żmien l-Arriva!", "Imbagħad ftakart u għedt: Bilħaqq, dak kien ħa €300,000 f'konsulenza fuq l-Arriva meta kienu konsulenti l-Equitas!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk mela tbaqbaq daqshekk ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni!", "Sur President, diġà bdejna nagħmlu bidla fil-kultura anke fil-qasam tal-ambjent, u jien ħadt pjaċir ilbieraħ meta smajt lill-Kap tal-Oppożizzjoni jsemmi l-emissjonijiet.", "Ħa żball f'dan ir-rigward, imma almenu semma l-emissjonijiet!", "It-tranżizzjoni li għamilna fil-qasam tal-enerġija għall-gass għamlet differenza enormi fil-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li żdiedu l-emissjonijiet fl-arja, meta dan mhu veru xejn.", "Fil-fatt l-aħħar rapport tal-Unjoni Ewropea jindika li l-emissjonijiet f'pajjiżna naqsu minn 115 għal 110 f'kull kilometru.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkaża wkoll li ħerġin 40 karozza kuljum fit-toroq tagħna!", "Imma suppost mhux kulħadd huwa mejjet bil-ġuħ f'dan il-pajjiż?!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamlilna siegħa u nofs jgħidilna li kulħadd huwa mejjet bil-ġuħ u mbagħad fl-aħħar qalilna: Tafu kemm ħerġin karozzi!", "Jien ma nafx, imma onestament naħseb li d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni tal-bieraħ kienet collation ta' jumble u ta' hotchpotch flimkien għax ħaġa ma bdietx issegwi lill-oħra u argument ma bediex isegwi lill-ieħor!", "Li rrid ngħid f'dan ir-rigward, Sur President, huwa li minbarra li jekk Alla jrid is-sena d-dieħla se nħabbru d-data għaċ-changeover f'dak li għandu x'jaqsam ma' karozzi li ma jkunux jaħdmu bil-fuel, mis-sena d-dieħla wkoll se tibda r-rollout għal skema li hija għal qalbna ħafna u li permezz tagħha l-poplu tagħna se jkun jista' jibda jirritorna lura l-fliexken tal-plastik fil-ħwienet u f'postijiet oħra.", "Din is-sistema l-ġdida se tgħin sabiex il-plastic pollution f'pajjiżna titjieb b'mod drastiku għax il-Kap tal-Oppożizzjoni qal sewwa meta rrimarka li aħna qegħdin l-aħħar fil-klassifika Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mar-riċiklaġġ.", "Fil-fatt aħna kull ma nirriċiklaw huwa 7% tal-iskart kollu tagħna u mill-bqija jintefa' kollox fil-miżbla.", "Hemmhekk kellu raġun l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif meta għamilna liġi biex kulħadd jibda jirriċikla bilfors, intom ħriġtu b'mozzjoni biex topponu din il-liġi!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Imma kif għedt diġà, minn għada se tibda bidla kbira kulturali f'dan il-pajjiż, Sur President!", "Issa aħna m'aħniex qed nistennew li kollox se jkun ward u żahar jew li din se tkun xi ħaġa faċli, anzi qed nistenna li fil-bidu se jkun hemm numru ta' problemi.", "Issa fil-ħinijiet li għażlu l-kunsilli lokali, l-iskart organiku, jiġifieri l-iskart tal-ikel, ta' weraq u t'affarijiet oħra, se jibda jitpoġġa f'borża bajda u jibda jinġabar kull nhar ta' Tnejn, kull nhar ta' Erbgħa u kull nhar ta' Ġimgħa f'kull lokalità.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin jitqassmu l-bins.", "Sal-bieraħ il-bin tiegħi kien għadu ma wasalx, imma wasalli dalgħodu!", "(Interruzzjonijiet) Imma wasal ukoll!", "(Interruzzjonijiet) Sur President, din hija bidla kbira li dan il-pajjiż se jkun qiegħed jibbenefika minnha, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern, u din il-ħaġa pwerili li ngergru għax ma waslilniex il-bin … Ma naħsibx li kulħadd se jkun wasallu kollox fil-ħin, u jien se ngħidilkom oħra.", "Li kieku minflok ma għedna li din is-sistema se tinbeda fil-31 t'Ottubru se tinbeda fil-31 ta' Marzu, l-istess problema kienet tinqala'.", "Ninsab pjuttost ċert li kieku kienet tinqala' l-istess problema!", "Imma l-fatt jibqa' li minn għada f'dan il-pajjiż se nibdew bidla kulturali kbira li ħadd ma kellu l-kuraġġ li jagħmilha qabel fejn l-iskart organiku se jkun qed jinġabar kull nhar ta' Tnejn, kull nhar ta' Erbgħa u kull nhar ta' Ġimgħa!", "Minnu nnifsu l-fatt li issa se nibdew nisseparaw l-iskart … U hawnhekk nixtieq nagħmel appell partikolari lit-tfal, li ilhom jiġu mgħallma fuq din l-issue għal snin sħaħ, biex ikunu huma li jiggwidaw lill-ġenituri u lin-nanniet tagħhom dwar dan.", "Jien niftakar lit-tfal tiegħi stess ikellmuni fuq ir-recycling, u kienu jgħiduli: Allura jekk jistgħu jiġu riċiklati dawn l-affarijiet kollha, imbagħad kif kulħadd jitfa' kollox fl-istess trakk taż-żibel?!", "Għaliex jintefa' kollox b'dan il-mod?", "Għalhekk issa għall-ewwel darba dawn it-tfal, li ilhom is-snin jitgħallmu dwar ir-riċiklaġġ, se jkunu jistgħu jiggwidaw lill-familji tagħhom dwar kif għandhom jisseparaw l-iskart, u jekk kull familja tibda tissepara l-iskart, se nkunu qed innaqqsu 45% mill-iskart kollu fil-miżbliet tagħna b'mod immedjat.", "Dan minbarra pass ieħor li qegħdin nagħmlu, li issa se mmorru għall-proċess tal-waste to energy.", "Anke hawn, lill-Oppożizzjoni offrejnielha post fuq kumitat tekniku biex tgħidilna x'taħseb dwar dan il-punt tal-waste to energy!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ma kienx hemm nies politiċi fuq dan il-kumitat, u n-nies tekniċi kollha qablu li this is the way forward.", "Membri tal-NGOs, esperti tekniċi u esperti fil-finanzi lkoll qablu li this is the way forward, jiġifieri l-Oppożizzjoni biss ma riditx tidħol f'din il-biċċa xogħol, imma aħna xorta ninsabu kommessi li nimxu 'l quddiem f'dan kollu.", "Sur President, issa nixtieq nieħu ftit ħin sabiex nitkellem dwar suġġett li s-soltu jiġi totalment injorat f'Baġit, u hawnhekk qed nirriferi għas-suġġett tal-isport.", "Naħseb li l-mod kif ħdimna matul is-snin fil-qasam sportiv kien wieħed letarġiku u li jħares sempliċement lejn issues infrastrutturali bħala an end in itself.", "Nagħmlu ground biex ikollna ground, nagħmlu pitch biex ikollna pitch, nagħmlu xi ħaġa biex ikollna xi ħaġa!", "Imma meta tistaqsi għaliex qed nagħmlu din it-tip ta' infrastruttura u x'tip ta' għajnuna hemm bżonn sabiex il-federazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs tagħna jagħmlu dik il-qabża ta' kwalità fejn mhux biss jippopolarizzaw l-isport … Għax li inti tippopolarizza l-isport biex tiġġieled l-obeżità hija xi ħaġa sabiħa, u għalkemm dan mhux dejjem isir, kulħadd jaqbel dwarha u hija importanti.", "Madanakollu jien nixtieq li jkollna diskussjoni serja fuq l-isport kompetittiv, u nemmen li ż-żewġ naħat qegħdin fuq l-istess linja dwar din il-biċċa xogħol.", "Irid ikollna strateġija suret in-nies biex inġibu riżultati kif qed iġibu pajjiżi li huma tal-istess daqs tagħna.", "Jien ma nħobbx noqgħod inġib dejjem l-eżempju tal-Iżlanda imma għandna nħarsu, pereżempju, lejn Singapore, li ħadu l-ewwel Olympic medal fl-aħħar Olimpjadi, u trid tara l-eżempji u l-best practices ta' madwar id-dinja kollha.", "Dan huwa qasam delikat immens, u l-Gvern ma jistax jidħol fih b'mod goff.", "Kif jafu l-ħbieb tiegħi fil-qasam sportiv - u aħna mgħallmin dwar dan - dan li qed ngħid tant huwa minnu li hemm definizzjoni ċara ħafna, fis-sens li jekk l-assoċjazzjonijiet sportivi internazzjonali jaraw li gvern ikun qiegħed jindaħal fix-xogħol ta' federazzjoni, jaqbdu u jissospenduha.", "Għalhekk aħna rridu ninċentivaw u nimmotivaw federazzjonijiet differenti.", "Aħna m'aħniex se nippontaw subgħajna lejn il-federazzjonijiet u nitfgħu t-tort fuqhom għax it-tort mhu ta' ħadd u fl-istess ħin hu tort ta' kulħadd.", "Imma rridu ninċentivaw lill-federazzjonijiet tagħna to come up with a strategy and a plan għal kull sport.", "Dan mhux bilfors ifisser, pereżempju, li l-Gvern irid jgħin billi jagħmel xi saqaf ħalli ma jqattarx ilma!", "Pereżempju, irridu nagħmlu xi ħaġa biex tinqata' din il-mentalità li kulħadd irid jilgħab is-Sibt u l-Ħadd!", "Is-sitwazzjoni hi li għandna faċilitajiet li ma jintużawx fl-ebda ħin tal-ġimgħa filgħodu u mbagħad huma super highly-utilised matul il-weekends u filgħaxijiet!", "Hemm bżonn li l-assoċjazzjonijiet sportivi jitkellmu bejniethom biex jaraw kif nistgħu nimmassimizzaw l-użu tal-faċilitajiet tagħna.", "Imma rridu nagħmlu xi tip ta' strateġija!", "Pereżempju, jekk se niffinanzja xi ħaġa jew jekk se nagħmlu ċertu finanzjament biex inġibu coaches speċifiċi, x'riżultat se nġibu?", "Din hija t-tip ta' diskussjoni li jien nixtieq li jkollna għax ninsab kommess li naraw it-twelid ta' strateġija nazzjonali dwar l-isport.", "Għalhekk għat-tielet darba jien nistieden lill-Oppożizzjoni - u ninsab konvint li l-Oppożizzjoni se tilqa' l-istedina tagħna - biex inpoġġu madwar mejda ħalli bħala Parlament immexxu 'l quddiem din l-istrateġija nazzjonali għall-isport.", "Sur President, qegħdin naħdmu wkoll għal bidla fil-qasam kulturali.", "Illum qed inħarsu lejn il-kultura billi qed narawha wkoll bħala ekonomija kreattiva.", "Illum qed noħolqu diversi postijiet tax-xogħol f'dan il-qasam u għandna nies li l-għajxien tagħhom ġej mill-kultura.", "Bl-infrastruttura tal-Mużew tal-Arti li se jinfetaħ minn hawn u ftit tal-jiem oħra u bil-Mużew tal-Arti Kontemporanja li se jkollna fis-snin li ġejjin, illum il-ġurnata nistgħu ngħidu li għandna infrastruttura li se tkun ta' livell Ewropew biex ma ngħidx ta' livell dinji.", "Għalhekk ħadt pjaċir ħafna bl-inizjattiva li ħadet Heritage Malta.", "Fil-fatt din hija waħda mill-isbaħ inizjattivi li hemm fil-Baġit fejn qed ngħidu li kull tifel u tifla li waslu sal-livell sekondarju se jkunu jistgħu jżuru mużew jew xi postijiet oħra ta' Heritage Malta b'xejn il-ħin kollu, 365 days a year!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalija din hija xi ħaġa stupenda!", "Imma l-isbaħ ħaġa li hemm f'din l-inizjattiva hija li kull tifel u tifla jistgħu jdaħħlu sa żewġ adulti magħhom b'xejn!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk verament inħeġġeġ lit-tfal - hija t-tieni darba li qed inħeġġeġ lit-tfal f'dan id-diskors! - biex jieħdu lill-ġenituri u lin-nanniet magħhom f'dawn il-postijiet ħalli jkunu jistgħu jgħidulhom x'tgħallmu l-iskola filwaqt li juruhom il-ġawhar sbieħ u enormi li għandna f'pajjiżna!", "Ħbieb tiegħi, fl-aħħar ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem dwar suġġetti oħra partikolari.", "Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni ddieħak minħabba li jien semmejt il-qasam tal-artificial intelligence (AI).", "Madankollu jien nemmen, anzi ninsab konvint, li f'dan il-qasam se nkunu fuq quddiem mid-dinja kollha, Sur President!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Meta għandek lid-dinja kollha tħares lejn diskussjoni dwar il-limitu u r-regolamentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, u mbagħad l-ewwel darba li niġu f'dan il-Parlament u nitkellmu dwar dan il-qasam, il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħidilna: U r-robots … !", "Mela tajjeb, mis-sena d-dieħla l-professuri tal-Isptar Mater Dei se jkollhom robot jgħinhom waqt l-operazzjonijiet li jagħmlu lill-pazjenti Maltin u Għawdxin u mbagħad aħna noqogħdu nidħku bihom u ngħidu: Ara bir-robots qed joperaw!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din mhijiex xi fantaxjenza jew inkella xi ħaġa li se ssir 20 sena oħra, imma qed ngħidu li mis-sena d-dieħla se jkollna dan it-tip ta' makkinarju, jiġifieri l-AI, li jgħinna fl-isptarijiet tagħna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Iva, qegħdin fuq quddiem fl-oqsma ġodda tat-teknoloġija u tal-ekonomija.", "Fil-fatt illum stess Forbes jgħidilna hekk:", "(Onor. Membri: Hear, hear) Araw ftit xi kliem għażlu!", "Ma qalux li l-investituri sejrin Malta imma qalu li l-investituri qed jiffollaw f'Malta bil-gzuz!", "Sur President, aħna se nużaw it-teknoloġija wkoll fil-qasam tas-sigurtà, u hawn ta' min isemmi l-proġett \"Safe City\".", "Fil-fatt se nibdew minn Paceville fejn b'rispett sħiħ lejn il-privatezza, se nkunu qed ngħinu biex innaqqsu l-anti-social behaviour li jista' jkun hemm f'ċerti postijiet, u dak li se nkunu qegħdin nagħmlu f'Paceville se nkunu qed nagħmluh ukoll fil-Marsa u f'postijiet oħra.", "Il-kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni kienet: F'Paceville u fil-Marsa biss se jsiru dawn l-affarijiet?!llura f'postijiet oħra m'aħna se nagħmlu xejn?!", "Qed nifhem li l-Oppożizzjoni qed taqbel ma' dan il-proġett, nilqa' l-fatt li l-kritika hija li m'għamilniex biżżejjed u looking forward li jkollna r-rollout ta' dan il-proġett f'rispett sħiħ tar-regoli Ewropej fiż-żmien li ġej!", "Però ma nistax ma nikkummentax ftit fuq l-aktar biċċa ħelwa li kien hemm fid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Kien hemm biċċa ħelwa wisq ilbieraħ fid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, li naħseb kitibhielu l-predeċessur tiegħu għax ħa pjaċir anke jsabbatlu dak il-ħin minkejja li mill-bqija m'għamillu xejn waqt id-diskors.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma ħafna kumpaniji u semma r-reputazzjoni tal-pajjiż.", "Lill-Kap tal-Oppożizzjoni ngħidlu li jekk irid jipproteġi r-reputazzjoni tal-pajjiż, l-unika ħaġa li jrid jagħmel hija kif għamilt jien.", "Meta kien hemm allegazzjoni kontrija, jien tlabt inkjesta fuqi nnifsi, imma int ma tlabtx inkjesta fuq l-allegazzjoijiet li saru fil-konfront tiegħek!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U mela tiġi ssemmi, bir-rispett kollu, lil min ma jħallasx it-taxxa!", "Jekk inti stess ma kontx qed tħallas it-taxxa ta' din is-sena, xi kredibbiltà jista' jkollok biex tagħmel dak l-argument, f'ġieħ kemm hemm?!", "Sur President, 'il fejn mexjin?", "Mexjin lejn bidliet oħra kbar fil-kultura u fil-mentalità f'pajjiżna.", "Gvern wara ieħor ta possibbiltajiet lis-settur privat sabiex jingħaqad magħhom b'concessions, b'tenders u bi proġetti kbar.", "Darba wara l-oħra l-ebda gvern, lanqas dan il-Gvern - jiġifieri mea culpa - ma ħa passi biex ikun hemm entità li tagħmel monitoring lill-konċessjonijiet li jingħataw, mill-anqas ħaġa, bħad-djar tal-anzjani jew ir-roundabouts, sal-akbar proġetti.", "S'issa ma kien hemm l-ebda gvern li ħa l-pass li jwaqqaf entità biex din tara x'qal li se jagħmel il-privat, tara x'qal li se jagħmel il-gvern u tagħti performance indicators kif ukoll dashboards f'dak ir-rigward.", "Għall-ewwel darba dan huwa l-Gvern li se jżomm lilu nnifsu accountable billi se jara li titwaqqaf entità li tagħmel dan kollu!", "Sur President, se nħarsu 'l quddiem ukoll biex inkomplu bil-bidliet il-kbar li qed nagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet ċivili.", "Wara li tajna drittijiet liż-żgħażagħ u lill-komunità LGBTIQ, issa wasal iż-żmien li nitkellmu dwar il-fatt li f'din il-Kamra m'għandniex rappreżentanza ekwa bejn in-nisa u l-irġiel.", "Dan il-Gvern huwa kburi li għandu mandat elettorali b'saħħtu mingħand il-poplu sabiex indaħħlu mekkaniżmi li permezz tagħhom inġibu l-ugwaljanza wkoll!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa aħna nifhmu li biex indaħħlu dawn il-mekkaniżmi għandna bżonn l-għajnuna tal-Oppożizzjoni għax il-Kostituzzjoni tagħna, rightly so, titlob li ċerti bidliet jistgħu jsiru biss permezz tal-vot ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Għalhekk matul il-ġimgħat li ġejjin se nesprimu l-ħsibijiet tagħna u l-mistoqsijiet tagħna dwar kif jista' jkollna sistema aktar ekwa billi jkun hawn rappreżentanza aktar bilanċjata taż-żewġ sessi ġewwa l-Parlament tagħna, u jien inħares 'il quddiem f'dan il-qasam ukoll.", "Għalhekk nistieden lill-Oppożizzjoni biex inkunu proattivi flimkien u naslu għal ftehim biex nemendaw il-Kostituzzjoni tagħna ħalli nagħtu lin-nisa u lit-tfajliet tagħna aktar saħħa fil-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Fuq kollox, Sur President dan huwa Gvern li qal ċar u tond what we stand for!", "Filwaqt li ħaddieħor qalilna \"New Way\", but maybe he lost his way, illum il-ġurnata għandna Gvern li permezz tiegħu n-nies jafu fejn qegħdin magħna.", "Id-difetti li għandna jafuhom, imma jafu wkoll li l-Gvern irid li l-bżulija tkun imkattra u tibqa' mkattra fis-sezzjonijiet kollha tal-gvern.", "Dan il-Gvern ma jibżax jgħid li jrid pajjiż kosmopolitan!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna ma rridux ħitan, ma rridux li nibqgħu ngħixu f'iżolament, bħallikieku nistgħu ninqatgħu mill-effetti tal-globalizzazzjoni u tad-dinja!", "Aħna ma nistgħux noqogħdu bil-konfort tal-ħitan madwarna għax inkella se jiġrilna bħal dak li beda jaħseb li bil-ħitan se jipproteġi lilu nnifsu u allura dawwar lilu nnifsu b'ħitan kullimkien u mbagħad irrealizza li spiċċa jgħix ġo ħabs!", "Sur President, aħna rridu nkunu parti mid-dinja.", "Aħna rridu nkunu soċjetà fejn il-Maltin u l-Għawdxin jipprosperaw u jimxu 'l quddiem, imma dan jagħmluh bħala parti mid-dinja.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk jien kburi b'dan l-akbar pakkett finanzjarju fl-istorja, kburi li qegħdin noħolqu middle-class ġdida u kburi li minkejja li ħaddieħor qed jipprova jbeżża', aħna għandna arma aħjar mill-biża' għax l-arma tagħna hija t-tama u l-ottimiżmu, żewġ kwalitajiet li jwasslu biex kulħadd jgħix is-suċċess!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nirringrazzjakom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nirringrazzja lill-crew tat-televiżjoni tal-PBS u nitlobhom jirtiraw.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni Nru 180 imressqa mill-Ministru għall-Finanzi fit-22 ta' Ottubru 2018 biex il-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Ġenerali ta' Spiża għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Din id-Division se tittieħed issa stess skont il-ftehim milħuq.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Skont il-mozzjonijiet ta' proċedura 46 u 181 u skont ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-Kamra għaddiet għat-tieni item fuq l-aġenda.", "MOZZJONI DWAR L-AVVIŻ LEGALI NRU 296 TAL-2018 DWAR", "L-ABBANDUN, IR-RIMI U", "T-TNEĦĦIJA TA' SKART FIT-TOROQ U F'POSTIJIET JEW ŻONI PUBBLIĊI", "L-ISPEAKER: It-tieni item fuq l-aġenda hija l-votazzjoni fuq il-Mozzjoni dwar l-Avviż Legali Nru 296 tal-2018 dwar ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, f'isem l-Oppożizzjoni għandna punt ta' proċedura u għandna bżonn ta' gwida min-naħa tas-Sedja fuq dan il-vot.", "Qabel ma nieħdu l-vot fuq din il-Mozzjoni li ppreżentajna dwar Avviż Legali ta' xahar ilu u peress li dalgħodu l-Gvern ippubblika Avviż Legali ġdid li prattikament ibiddel tliet kwarti mill-Avviż Legali li fuqu issa se nivvotaw, għandna bżonn nistaqsu jekk il-Gvern huwiex se jsostni l-\"le\" tiegħu għall-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni.", "Dan għaliex inkella se jispiċċa jivvota kontra l-Avviż Legali li ppubblika dalgħodu huwa stess fuq l-iskart.", "Għalhekk għandna bżonn gwida.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, għandi nifhem li l-Oppożizzjoni trid tirtira l-Mozzjoni?", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ninsab informat li l-Mozzjoni mhijiex se tkun irtirata.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni Nru 169 imressqa mill-Onor.", "Jason Azzopardi fis-seduta Nru 148 tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-Avviż Legali Nru 296 tal-2018 dwar ir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi.", "L-ISPEAKER: Din il-votazzjoni se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "Skont il-Mozzjoni 181 tas-17 ta' Ottubru 2018 u skont ftehim fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, il-Kamra għaddiet għal xogħol ieħor tal-Gvern li jidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONI SABIEX JINĦATAR", "IL-KUMMISSARJU", "GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "L-ISPEAKER: It-tielet item fuq l-aġenda hija l-Mozzjoni sabiex jinħatar il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "CHRIS FEARNE: Nirringrazzjak.", "Billi l-Artikolu 4 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570) jipprovdi li għandu jinħatar Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika li jinħatar mill-President ta' Malta li jaġixxi skont riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li tgħaddi bis-saħħa tal-voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri kollha li hemm fil-Kamra;", "Billi Dr George Hyzler għandu l-kwalifiki biex jinħatar bħala Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika;", "Din il-Kamra tirriżolvi li titlob lill-President ta' Malta biex, skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570), taħtar lill-imsemmi Dr George Hyzler bħala Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni 165 kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Peress li, skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570), din ir-riżoluzzjoni teħtieġ l-approvazzjoni ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Kamra, nitlob lill-Membri jivvotaw permezz tas-sistema elettronika.", "L-Onor.", "L-ISPEAKER: Peress li n-numru ta' Membri favur il-mozzjoni mhuwiex anqas minn żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Kamra, il-mozzjoni hija approvata skont l-artikolu 4 tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "MOZZJONI SABIEX JIĠI APPROVAT L-OMBUDSPLAN GĦAS-SENA 2019", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Illi wara li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra ra l-Ombudsplan ippreżentat mill-Ombudsman għas-sena 2019 li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 138 tal-1 ta' Ottubru 2018;", "Wara li sema' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman personalment fuq il-kummenti kollha li sarulu fil-laqgħa tal-istess Kumitat li saret fis-17 ta' Ottubru 2018;", "Wara li t-traskrizzjoni ta' din il-laqgħa ġiet ċirkolata lill-Membri tal-Kamra tad-Deputati; u", "Wara r-rakkmandazzjoni li saret mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra;", "Il-Kamra tad-Deputati tapprova l-Ombudsplan kif ippreżentat.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "L-Ewwel Jum Stabbilit - Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Vot 32 – Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Vot 33 – Ġudizzjarju", "Vot XII – Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Kapital", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni fuq dan il-Ministeru għandu jieħu mhux aktar minn tliet sigħat bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, Kap. 31, u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, Kap. 101, sabiex tiġi implimentata d-Direttiva 2017/2013 (UE).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Fit-8.43 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – ENVIRONMENT INSPECTOR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il environment inspector għandu l-Ministeru?", "Xi kwalifiki għandhom?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima għandu ħames uffiċjali li jappartjenu għall-Inspectorate Stream tal-Klassi Ambjentali u għaldaqstant il-kwalifiki tagħhom huma dawk li joħorġu minn dan l-istess ftehim.", "Erbgħa minn dawn l-uffiċjali jwettqu dmirijiet relatati mat-tmexxija ta' siti protetti u r-responsabbiltajiet ta' Ambjent Malta b'mod ġenerali, filwaqt li l-ħames uffiċjal huwa rilaxxat mal-għaqda volontarja Nature Trust Malta skont il-provvedimenti tat-Taqsima 4.2 tal-Manual on Special Leaves tas-Servizz Pubbliku.", "Barra minn hekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għandha wkoll Direttorat għall-Konformità u Infurzar li fil-preżent għandu ngaġġati miegħu 27 uffiċjal f'pożizzjonijiet differenti.", "Fil-każ tagħhom il-kwalifiki huma skont il-benchmarks li jappartjenu għall-pożizzjonijiet rispettivi.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jispjega kif il-Planning Authority din il-ġimgħa wettqet azzjoni ta' infurzar kontra tliet billboards b'messaġġi ta' Occupy Justice bl-iskuża li kienu illegali meta llum (20 ta' Frar 2018) fit-Times of Malta hemm storja li hawn iktar minn 100 billboard illegali u li ilhom hekk illegali, għal sentejn u iktar?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet diversi azzjonijiet diretti madwar Malta u Għawdex fl-2016 u 2017 sabiex jitneħħew billboards illegali wara li dawn kienu servuti b'avviżi ta' infurzar, irrispettivament mill-kontenut tar-reklami.", "L-Awtorità kompliet tikkontrolla n-numru ta' billboards illegali fit-toroq.", "L-Avviż Legali li ħareġ fit-2 ta' Frar 2018 għen lill-Awtorità sabiex taġixxi b'mod aktar effettiv.", "Għalhekk setgħu jsiru serje ta' azzjonijiet diretti oħra fl-2018 sabiex jitneħħew il-billboards illegali li kien fadal.", "Fis-16 ta' Frar 2018 inqalgħu sitt billboards li kienu illegali peress li kienu servuti b'avviżi ta' infurzar li nħarġu u ġew aġġornati fix-xhur ta' qabel.", "Mhux minnu li kien hemm 100 billboard illegali fi Frar 2018.", "Tant hu hekk li bl-azzjonijiet diretti li ttieħdu fil-ftit ġimgħat ta' wara ġie żgurat li r-regolamenti rigward billboards u reklamar jiġu segwiti u l-billboards illegali tneħħew kollha.", "KAŻIJIET TA' TAXXA DOVUTA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KORP TAL-PULIZIJA – ĦATRA TA' SUPRETENDENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li sa Settembru 2018 se jinħatru numru kbir ta' Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija?", "Jekk iva, kemm se jinħatru?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-promozzjonijiet ta' Supretendent fil-Korp tal-Pulizija saru fil-25 ta' Lulju 2018.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PRIĠUNIERI LI QED ISEGWU STUDJU AKKADEMIKU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed isegwu xi forma ta' studju akkademiku?", "Jista' jgħid x'suġġetti qegħdin jistudjaw dawn il-priġunieri?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent hemm 40 priġunier li qed isegwu xi forma ta' studju akkademiku f'suġġetti ta' ECDL, Malti, Taljan, Krafts, Mużika u kors ta' Certificate of Professional Competence (CPC).", "Madankollu f'Ottubru se jibdew korsjiet b'kollaborazzjoni mal-Lifelong Learning fejn hemm total ta' 81 applikazzjoni.", "Is-suġġetti li se jkunu offruti, minbarra dawk diġà mogħtija, huma Ingliż, Matematika u Ħjata.", "Hemm ukoll erba' priġunieri li se jibbenifikaw minn prison leave biex matul din is-sena akkademika se jkunu qed isegwu korsijiet f'livell post sekondarju.", "PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI - ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM GĦAL", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitwaqqfu aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u fejn sejrin jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri u min se jkun responsabbli tat-tmexxija ta' dawn iċ-Ċentri?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7254, u nista' nħabbar li fil-5 ta' Diċembru li ġej sejra ssir konferenza nazzjonali bil-parteċipazzjoni tal-istakeholders kollha biex jiġi varat u diskuss d-dokument ta' konsultazzjoni dwar il-Pjan Strateġiku għas-Saħħa Mentali 2020-2030.", "PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI – GĦAJNUNA FINANZJARJA MILL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu talabx għajnuna finanzjarja Ewropea għas-servizzi indirizzati lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali f'dawn l-aħħar ħames snin bħal ma għamlu l-Aġenzija Sapport tal-Ministeru tal-Familja?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li aktar kmieni din is-sena l-Ministeru għas-Saħħa applika b'suċċess għal proġett The Provision of a Sustainable Mental Health Care Service to Asylum Seekers and Refugees in Malta taħt il-fond Ewropew Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) fejn b'total ta' €3 miljun ewro, il-Ministeru għas-Saħħa se jkun jista' jiġbor spejjeż li jkun ħareġ sabiex jingħataw kura dawn il-pazjenti u biex b'hekk permezz ta' dawn il-flus is-servizz tas-saħħa mentali jibqa' wieħed sostenibbli filwaqt li dawn il-flus se jkunu jistgħu jiġu investiti mill-ġdid fil-qasam tas-saħħa mentali sabiex is-servizz u/jew il-faċilitajiet ikunu jistgħu jitjiebu.", "Barra minn hekk, permezz ta' proġett ieħor bl-isem ta' Non-Technical skills Training for Healthcare Personnel taħt il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) li ġie approvat fis-sena 2017 b'total ta' €3.4 miljuni, l-impjegati tal-Gvern fid-Dipartiment tas-Saħħa li jaħdmu dirett mal-pazjenti, inkluż dawk pazjenti li jkollhom bżonn ta' kura mentali, se jingħataw taħriġ f'Non Technical Skills bi skop li ntejbu u noffru dejjem l-aħjar servizz ta' kura u b'sodisfazzjon akbar għall-pazjent.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – INFORMAZZJONI MAĦRUĠA BIL-MALTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592, tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti Society's Concern u Who is Who?", "Jekk iva, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Infurmata li d-dokument Society's Concern ġie tradott għall-Malti u se jkun ippublikat f'din il-lingwa fil-ġimgħat li ġejjin filwaqt li d-dokument Who is Who qiegħed preżentament fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti.", "KAŻ TA' TRASFERIMENT TA' APPARTAMENT BATTAL", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għand min mar il-flat battal li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "Jista' jikkonferma jekk il-flat marx għand membru tal-familja ta' xi ħadd li jgħix fl-istess blokk ta' flats?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tħossx li għandha tgħaddi din l-informazzjoni sakemm ma jkollhiex il-kunsens tal-individwi kkonċernati.", "SPTAR MATER DEI – OPERAZZJONIJIET TA' TNEĦĦIJA TAS-SIDER", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinvestiga l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jgħid jekk qattx saret operazzjoni ta' breast removal fl-Isptar Mater Dei?", "Jekk ġieli saret, jista' jgħid kemm-il darba u għaliex it-talba tal-individwu qed tiġi rrifjutata?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-ġimgħa stess it-Tabib Ewlieni tal-Gvern bagħat ċirkulari lit-tobba kollha ta' Malta u Għawdex biex iħabbar il-ftuħ ta' klinika multidixxiplinarja li issa bdiet tilqa' appuntamenti għal konsultazzjoni dwar servizzi mediċi lill-persuni trans.", "Dan is-servizz jista' jinkludi kirurġija fuq parir tat-tim professjonali.", "MALTA UNIVERSITY HOLDING COMPANY – KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holdings Company?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contract of Service u Letter of Appointment tal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company li hi l-id kummerċjali tal-Università ta' Malta?", "EVARIST BARTOLO: Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta University Holding Company Limited huwa l-persuna li isimha qiegħed jingħata separatament lill-Onor.", "Ix-xogħol tiegħu huwa regolat minn kuntratt ta' xogħol u l-informazzjoni dwar dan il-kuntratt tax-xogħol hija kummerċjalment sensittiva.", "GĦAWDEX – FLUS TAL-UNJONI EWROPEA GĦAT-TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw flus tal-Unjoni Ewropea fuq toroq f'Għawdex sal-lum matul is-sena 2018 u jgħid liema toroq saru b'dawn il-fondi Ewropej mill-Ministeru tiegħu jew minn Transport Malta?", "Jista' jgħid kemm-il triq saret f'Għawdex minn Infrastructure Malta matul is-sena 2018 u liema kienu dawn it-toroq?", "Liema toroq f'Għawdex hemm ippjanati li jsiru minn Infrastructure Malta ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-allokazzjonijiet mill-flus Ewropej normalment isiru fuq toroq li huma parti minn network tat-Ten-T.", "It-toroq f'Għawdex li huma fuq din in-network kienu saru xi snin ilu (2011) u għaldaqstant ma kienx hemm allokazzjonijiet ta' fondi fis-sena 2017.", "Fl-istess ħin huwa ta' sodisfazzjon li fl-aħħar l-Oppożizzjoni tidher qed tibda tappoġġja t-twaqqif ta' Infrastructure Malta, minkejja li f'Lulju li għadda, f'dan l-istess Parlament, ivvutat kontra din l-istess entità u kontra l-investiment bla preċedent li l-Gvern qed jibda jwettaq fit-toroq ta' pajjiżna permezz tagħha.", "Infrastructure Malta bdiet il-ħidma tagħha fis-sajf u mill-ewwel qabdet ritmu ta' xogħol mgħaġġel ħafna, b'għadd ta' proġetti ta' titjib u bini mill-ġdid ta' toroq arterjali, residenzjali u rurali.", "Fl-istess waqt qed tiffinalizza l-pjanijiet tagħha biex fix-xhur li ġejjin u s-sena d-dieħla żżid din il-ħidma b'ferm aktar proġetti ta' titjib ta' toroq arterjali u bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali f'Malta u Għawdex.", "Il-ħidma ta' Infrastructure Malta f'Għawdex qed tiġi ppjanata wkoll b'kollaborazzjoni mal-Ministeru t'Għawdex u l-kunsilli lokali tal-lokalitajiet konċernati.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – BREAKDOWN TA' NFIQ F'ALLOWANCES U OVERTIME", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif intefqu l-flus f'allowances u overtime fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 fid-direttorati li jaqgħu fid-dekasteru tagħha, liema ammonti minfuqa huma kif jidhru hawn taħt u dan skont kif murija fl-estimi finanzjarji tas-snin imsemmija?", "X'tip ta' allowances kienu, f'liema gradi u f'liema uffiċċji/sezzjonijiet jaħdmu dawk l-uffiċjali li tħallsu dawn l-allowances?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid, skont l-aħħar statistika li għandu, kemm hi l-paga medja f'Malta?", "Jista' jgħid għall-istess perjodu kemm hi l-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex?", "Jekk hemm diskrepanza, jista' jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex din tiġi eleminata flok tiżdied?", "EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 6651.", "GĦAWDEX – ŻIEDA FIL-PAGA MEDJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-aħħar Baġit li kienet tgħid \"Se nagħtu iktar inċentivi biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat f'Għawdex billi għal kull impjegat li jiġi offrut kuntratt ta' tliet snin jew iżjed, tingħata rifużjoni ta' 30% tal-paga medja ta' impjegat sa massimu ta' €6,000\", ġietx imwettqa?", "Jekk iva, meta daħlet fis-seħħ?", "Kemm ibbenifikaw minn din l-miżura u kemm ħareġ flus sal-lum fuq din il-miżura l-Gvern?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "FONDI GĦAL IMPRENDITURI GĦAWDXIN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-miżura li tħabbret fil-Baġit għas-sena 2018 u li kienet tgħid \"Se nkunu qegħdin nallokaw fondi biex tinħoloq skema speċifika biex imprendituri Għawdxin li joperaw fis-settur tat-turiżmu, itejbu l-livell tal-istabbilimenti turistiċi\", ġietx imwettqa?", "Jekk iva, meta daħlet fis-seħħ?", "Kemm-il operatur f'Għawdex ibbenfika minn dawn il-fondi?", "Kemm kien l-ammont totali f'għajnuna lill-imprendituri Għawdxin taħt din l-iskema?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għal Għawdex ħabbru l-iskema Enable Tourism li permezz tagħha stabbilimenti turistiċi ġewwa Għawdex jistgħu jagħmlu xogħol relatat mal-aċċessibilità ta' siti turistiċi b'50% tal-ispiża tkun iffinanzjata mill-Gvern taħt din l-iskema.", "L-istqarrija għall-istampa nru 182280 maħruġa mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-Ministeru għal Għawdex tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – LAQGĦAT TAL-BORD TAD-DIRETTURI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord tad-Diretturi li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li l-Advisory Board kellu ħames laqgħat (April, Mejju, Ġunju, Lulju u Settembru 2018).", "Kien hemm assenti is-sinjura Roberta Argento f'laqgħa li saret f'Lulju u Dr. Ian Castaldi Paris u s-sinjura Diane Izzo f'laqgħa li saret f'Settembru.", "Rigward l-Approvals Board saru ħames laqgħat fl-2017 minn Awwissu sa Diċembru u disa' laqgħat fl-2018 (Jannar sa Settembru ).", "Is-Sur Roderick Spiteri kien assenti fil-laqgħat ta' Jannar, Marzu u Ġunju 2018 u s-sinjura Ruth Micallef kienet assenti għal laqgħat ta' Mejju, Awwissu u Settembru 2018.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA –BORD TAD-DIRETTURI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mill-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta huma nvoluti fit-tmexxija tal-istess Aġenzija?", "Jista' jgħid x'inhu l-involviment tagħhom fit-tmexxija tal-istess Aġenzija?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab Infurmat li l-ebda membru miż-żewġ Bords tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta mhuma involuti fit-tmexxija tal-istess Aġenzija.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – BORD TAD-DIRETTURI - RIMUNERAZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rimunerazzjoni jirċievu l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li ċ-chairperson tal-Advisory Board tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta tirċievi rimunerazzjoni ta' €4,000 fis-sena waqt li kull membru jirċievi rimunerazzjoni ta' €2,000 fis-sena.", "PROĠETT \"KIF JGĦID IL-MALTI\"", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min ippropona l-proġett 'Kif Jgħid il-Malti\", jekk kienx hemm sejħa għall-proposti u għall-proġetti b'din it-tema, min ingħata l-inkarigu sabiex iwettaq dan il-proġett, min kienu l-artisti involuti f'dan il-proġett u kemm sewa dan il-proġett?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-proġett 'Hekk Jgħid il-Malti' ġie propost mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bħala inizjattiva favur aktar għarfien tal-lingwa Maltija u l-wirt intanġibbli tal-qwiel.", "Ix-xogħlijiet ġew esegwiti mill-artist Joel Saliba, li ntgħażel fuq bażi ta' mertu artistiku, u minn diversi artiġjani oħra li kkontribwew sabiex issawru l-iskulturi.", "Dan il-proġett ġie jiswa €68,500 + VAT, somma li tinkludi mhux biss l-eżekuzzjoni bl-idejn ta' dawn it-13-il skultura iżda wkoll il-qafas li fihom minn ġewwa, il-bażi tagħhom, l-installazzjoni fis-siti rispettivi u d-deskrizzjoni informattiva li hemm takkumpanjahom.", "Dawn l-istallazzjonijiet intlaqgħu tajjeb ħafna mill-pubbliku inġenerali, speċjalment mit-tfal kif ukoll minn barranin li jżuruna u spiss jintlemħu jieqfu għall-kurżità u jaqraw l-informazzjoni disponibbli.", "PROĠETT MUŻA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Filwaqt li l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali f'mistoqsija parlamentari 1848 kien indika li l-proġett MUŻA ta' Heritage Malta kellu jiġi inawgurat f'Marzu 2018, u billi tali proġett għadu ma tlestiex, jista' l-Ministru jgħid meta se tkun miftuħa din il-binja?", "OWEN BONNICI: Il-MUZA se jiġi inawgurat fi żmien ftit jiem oħra.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-MUŻA huwiex se jkun lest sabiex jospita l-konferenza annwali tan-Network of European Museum Organisations (NEMO) nhar il-15 ta'Novembru 2018?", "Jista' jgħid jekk u kemm-il esibizzjoni u liema huma dawk l-esibizzjonijiet li bihom se jiftaħ MUŻA?", "OWEN BONNICI: Naturalment il-konferenza annwali tan-NEMO se sseħħ fil-MUŻA kif kien ippjanat.", "Din se tkun opportunità sabiħa ferm li se tkompli tkabbar il-profil ta' pajjiżna u se tħalli impatt pozittiv immens fuq is-settur patrimonjali.", "Il-parti tad-domanda dwar esibizzjonijiet għandha difetti sintassiċi kbar u nitlob lill-Onor.", "Interpellant tispeċifika aħjar it-talba tagħha sabiex inkun nista' nifhem aħjar dak li qed tipprova ssaqsi.", "MUŻA – ENERĠIJA ELETTRIKA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-enerġija elettrika kollha meħtieġa fil-binja tal-MUZA hijiex se tkun green powered u jekk dan hux mill-bidu tal-ftuħ tal-MUZA?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-binja tal-MUŻA se tkun green powered mill-ftuħ tal-mużew.", "MUŻA - ESEBIZZJONIJIET", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il esibizzjoni u liema huma dawk l-esibizzjonijiet li bihom se jiftaħ MUŻA?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 7304.", "PERSUNI LI GĦADDEW MILL-EŻAMI TA' SECOND SECRETARIES - INGAĠĠ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-persuni li għaddew mill-aħħar eżami għal Second Secretaries ġewx kollha ingaġġati u jekk le għalfejn?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm sejħa oħra tul din is-sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejjin xi proċeduri min-naħa tal-Public Service Commission.", "Kif dawn jispiċċaw, dawk li għaddew jiġu ingaġġati.", "Il-ħsieb hu li fl-iqsar żmien toħroġ sejħa oħra għal Second Secretaries fil-Korp Diplomatiku.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw għall-pożizzjoni ta' Post of Senior Manager (People Management) u f'liema stadju tinsab din is-sejħa?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-proċess għadu għaddej allura jkun prematur li tingħata din l-informazzjoni qabel ma jagħlaq il-proċess.", "SKEJJEL: TRASPORT B'XEJN GĦALL-ISTUDENTI – NUQQAS TA' SERVIZZ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll mil-liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu?", "Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-inizjattiva tas-servizz ta' trasport b'xejn għall-istudenti kollha, il-ġenituri/legal guardians tal-istudenti applikaw direttament mal-operaturi bħas-snin l-imgħoddija.", "Ġenituri li nformaw lill-Ministeru li sal-lum (30 ta' Ottubru 2018) għad ma nstabilhomx trasport jammonta għal 810 student.", "Dan in-numru jiġi aġġornat kontinwament minħabba r-raġuni spjegata fl-istqarrija maħruġa PR 182235.", "L-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u Indipendenti u li għadhom fuq il-pending list huma minn lokalitajiet varji.", "Il-Ministeru jibqa' impenjat sabiex dawn l-istudenti jsibu trasport.", "L-IMDINA – PROPRJETAJIET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt tal-Imdina mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetà?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tinsab fl-aħħar ta' dan id-dokument.", "PORTIJIET MALTIN - DĦUL TA' BASTIMENTI ĊINIŻI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7048, jista' l-Ministru jgħid f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi msemmija fl-istess tweġiba?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tliet bastimenti msemmija fil-mistoqsija parlamentari 7048 daħlu fil-Port tal-Belt Valletta.", "SITI MOGĦTIJA GĦALL-BINI – SKAVAR TA' ĦAMRIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex hekk kif tiġi skavata l-ħamrija minn sit mogħti għall-bini, din titħares u tintefa' f'postijiet ta' ħażna jew fuq art qasbija?", "Kemm inqabdu kuntratturi jarmu ħamrija flimkien ma' skart tal-kostruzzjoni fis-sena 2017 u fis-sena 2018 sa Settembru?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru responsabbli mill-ambjent.", "ĦAMRIJA SKAVATA MINĦABBA L-BINI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid liema hu d-dipartiment li jieħu ħsieb li l-ħamrija li tiġi skavata minħabba bini tintefa' f'postijiet ta' ħażna?", "Kemm-il tunnellata ħamrija ntefgħet fuq raba' qasbija?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat tal-Agrikoltura huwa responsabbli li jilqa' t-talbiet għall-permessi biex ħamrija tiġi trasferita minn post għall-ieħor.", "Il-permess jinkludi dettalji tal-applikant u tal-kuntrattur, kif ukoll in-numri tar-reġistrazzjoni tat-trakkijiet.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-iskeda ta' kif qed jitqassmu l-magni taz-zokkor lill-persuni li huma dijabetiċi biex huma stess jiċċekkjaw iz-zokkor, lokalità waħda wara l-oħra?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-aħħar ta' din is-sena l-magni taz-zokkor se jitqassmu fil-lokalitajiet ta' Ħ'Attard, Birkirkara, Birżebbuġia, Fleur-de-Lys, l-Iklin, Ħal Luqa, il-Mosta, Paceville, Pembroke, Tas-Sliema u Sant Andrija San Ġiljan.", "B'hekk dawn il-magni jkunu tqassmu fil-lokalitajiet kollha f'Malta u Għawdex sal-aħħar ta' din is-sena, kif kien dejjem ippjanat.", "IL-QRENDI/L-IMQABBA - BARRIERA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li għal diversi drabi r-rimi ta' skart ta' kostruzzjoni, u possibbilment anke ħamrija, qed kontinwament jintrema f'barriera li qiegħda bejn il-Qrendi u l-Imqabba fl-inħawi ta' Misraħ is-Sinjura u tal-Għariex, u peress li l-barriera li r-ritratt tagħha qed jingħata separatament ilha ferm li mtliet u faret tant bit-terrapien li ħassret id-dehra tal-madwar, jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandha l-barriera biex dan isir?", "Jekk ma hemmx permessi, x'enforcements ħarġu mill-Awtorità għall-Ippjanar u meta?", "Kemm hu l-capping tal-multa jekk ħareġ l-enforcement?", "Il-multa tħallset?", "X'se jsir biex is-sit tal-barriera jirritorna għal-livelli aċċettabbli ta' rimi?", "(Ritratt jinsab anness fl-aħħar tad-dokument)", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-barriera inkwistjoni għanda żewġ azzjonijiet ta' infurzar, waħda ħarġet fl-2005 u oħra fl-2016, li kollettivament qed iġorru multa ta' mitt ewro kuljum li jaslu sa massimu ta' mitt elf ewro, u li sal-lum għadha tiddekorri.", "L-Awtorità se tuża l-mezzi disponibbli fil-ligi biex din il-barriera tirritorna għal livelli aċċettabli.", "Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar li saret spezzjoni fuq dan is-sit mill-uffiċjali tal-infurzar kien fit-18 ta' Ottubru 2018 fejn ma ġietx innotata xi attività ta' tfigħ ta' aktar materjal.", "IL-MARFA – ART PUBBLIKA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li hu nnotat li art pubblika quddiem il-lukanda Riviera fil-Marfa ġiet meħuda billi tneħħa t-tarmak tat-triq u tqiegħdet art imħaġġra, jista' l-Ministru jgħid x'permess ingħata mill-Awtorità tal-Artijiet biex sar hekk?", "X'kien l-akkwist tal-poplu Malti?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika b'mod iktar preċiż għal liema biċċa art qed jirreferi.", "SPIŻA TAL-PULIZIJA DWAR INVESTIGAZZJONI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-Pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fis-16 t'Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli, jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.", "SPIŻA TAL-PULIZIJA DWAR INVESTIGAZZJONI FUQ DELITT", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-Pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta' Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.", "SPIŻA TAL-PULIZIJA DWAR INVESTIGAZZJONI FUQ DELITT", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-Pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fit-28 ta' Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.", "SKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEĦA – PULIZIJA ĦDEJN ID-DAĦLA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li kuljum jattendi pulizija ħdejn id-daħla tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa fi Triq il-Mitħna l-Ġdida u dan sabiex ikun jista' jikkontrolla t-traffiku u jinforza r-regolamenti tat-traffiku fis-seħħ fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-istess iskola, hekk kif indikat b'diversi tabelli f'din l-istess triq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li saru l-verifiki ma' uffiċjali responsabbli mid-duties fil-Mellieħa u ġie kkonfermat li fil-ħin ta' dħul u ħruġ mill-Iskola Primarja tal-istess lokalità, il-Pulizija tagħmel minn kollox biex dan id-dover taqdih kuljum, anke jekk legalment dawn id-doveri jaqgħu wkoll taħt ir-responsabbilità ta' entità oħra.", "SPIŻA TAL-PULIZIJA DWAR INVESTIGAZZJONI FUQ DELITT", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-Pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt taghħa fis-16 t'Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli, jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat", "SPIŻA TAL-PULIZIJA DWAR INVESTIGAZZJONI FUQ DELITT", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-Pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta' Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ĦAL KIRKOP: ĊENTRU TAS-SAĦĦA - ĦINIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid x'ħinjiet jiftaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop?", "X'ħinijiet ikun hemm tabib?", "X'ħinijiet ikun hemm nurse?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Kirkop jiftaħ kuljum bejn is-7 ta' filgħodu sat-8 ta' filgħaxija.", "It-Tabib tal-Familja jara l-pazjenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 ta' filgħodu sat-8 ta' filgħaxija u s-Sibtijiet mit-8 ta' filgħodu sas-1 ta' waranofsinhar.", "L-infermiera tkun qed tagħti servizz fiċ-ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop, mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7 ta' filgħodu sat-8 ta' filgħaxija.", "ĦAL KIRKOP: ĊENTRU TAS-SAĦĦA - PAZJENTI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta beda jopera ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop?", "Kemm attendew pazjenti s'issa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta beda jopera ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop, jiġifieri mit-Tnejn 17 ta' Settembru 2018 sad-29 t'Ottubru 2018 attendew 7,050 persuna.", "BORMLA: KULLEĠĠ SANTA MARGERITA, SKOLA SEKONDARJA VERDALA – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL TOILETS", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jara għalfejn fl-iskola sekondarja Verdala tal-Kulleġġ Santa Margerita f'Bormla fil-ħin ta' wara l-iskola fl-użu tat-trakk u l-grawnd tal-futbol, filwaqt li jeżistu changing rooms, m'hemmx aċċessibilità għal toilets?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat minn SportMalta li fl-iskola msemmija mill-Onor.", "Interpellant hemm provduti żewġ mobile toilets għal min juża l-faċilitajiet sportivi wara l-ħin tal-iskola.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali nhar is-26 ta' Jannar, 2018 fil-kawża li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kopja tagħha ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra u li permezz tagħha ġie ddikjarat li l-proviso tal-artikolu 28(1)(c)(i) tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap. 55 tal-Liġijiet ta' Malta) hi inkonsistenti mad-dritt fundamentali taħt l-artikolu 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikoli 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-proviso msemmi fl-interpellanza llum ma għadx hemm skop għalih u dan wisq iżjed wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Il-ħsieb hu li wara li jsiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, speċjalment mal-Kunsill Nutarili, issir l-emenda neċessarja sabiex il-liġi tkun konformi mas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali.", "QORTI TA' MALTA – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN ĦAMES SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "QORTI TA' MALTA – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN GĦAXAR SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "QORTI TA' GĦAWDEX – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN ĦAMES SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "QORTI TA' GĦAWDEX – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN GĦAXAR SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "QRATI TA' MALTA U GĦAWDEX – KAŻIJIET LI ILHOM PENDENTI AKTAR MINN 450 JUM", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, globalment, kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?", "OWEN BONNICI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ARTI - FOND NAZZJONALI GĦALL-EĊĊELLENZA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika meta beda jitħaddem il-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-K", "unsill Malti għall-Arti?", "Kemm-il artist jew professjonist irċieva għotjiet minn dan il-Fond għal kull sena li ilu jopera dan il-Fond u x'kienu l-proġetti li ġew megħjuna b'dan il-Fond?", "OWEN BONNICI: Jiena konsapevoli li dan il-Gvern qed iwettaq ħafna, iżda ma kontx naf li l-Oppożizzjoni mhijiex tlaħħaq mar-ritmu tax-xogħol tal-Gvern.", "Il-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti beda jitħaddem fl-2017.", "Fl-2017, 43 artist irċevew għotjiet minn dan il-Fond filwaqt li fl-2018 sal-aħħar tal-Ottubru 36 artista bbenefikaw minn dan il-Fond.", "Il-lista tal-proġetti li ġew megħjuna b'dan il-fond tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Tabella annessa ma' mistoqsija parlamentari Nru 7358", "Ritratt anness ma' mistoqsija parlamentari Nru 7425"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181030_150d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru, 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.05 a.m.", "L-Erbgha, 31 ta' Ottubru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 150, li saret fit-30 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni parlamentari għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fir-raba' sessjoni li nżammet fi Strasburgu bejn it-8 u t-12 ta' Ottubru 2018.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, din is-seduta hija mingħajr mistoqsijiet.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "L-EWWEL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiddiskuti l-Vot tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sinjura President, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 32 - MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €74,622,323 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 – Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 33 - ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €13,367,312 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 – Ġudizzjarju, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €50,702,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 – Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT XII - MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €23,798,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XII - Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 32 - MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI", "Ħassar iċ-ċifra \"€145,615\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€145,612\".", "Illum se nibdew din il-maratona ta' seduti b'rabta mal-Baġit u mess lili li niftaħ din id-diskussjoni dwar il-qasam li tiegħu jien responsabbli, ċjoè l-qasam tal-kunsilli lokali.", "Ironikament illum taħbat il-ġurnata meta jidħol fis-seħħ avviż legali li ħoloq rebus fil-pajjiż għaliex il-kunsilli lokali kellhom ikunu l-protagonisti u jiġu kkonsultati biex fl-aħħar mill-aħħar ir-resident li qed isegwina, li jgħix f'kull belt u raħal f'Malta u Għawdex, jingħata l-informazzjoni ġusta, id-dettalji u jiġi edukat.", "L-Oppożizzjoni għamlet il-parti tagħha wkoll billi ressqet mozzjoni, li dwarha ħadna vot ilbieraħ stess, biex dan l-avviż legali jiġi revokat.", "Hawn irrid ngħid ukoll li l-istess Gvern ilbieraħ, filwaqt li b'mod ta' suppervja u arroganza liema bħalha, m'ammettiex li dan kien avviż legali li ħoloq taħwid galore f'kull rokna ta' Malta u Għawdex, ta raġun lill-Oppożizzjoni u saħansitra ħareġ avviż legali ieħor u vvota kontra l-mozzjoni.", "Meta lbieraħ il-Gvern ħareġ avviż legali bi skeda aġġornata - li aktar hija mibdula drastikament milli aġġornata - wera li l-Oppożizzjoni altru li ma kenitx negattiva.", "Però jien ngħid li fl-istess skeda għad fadal it-taħwid għaliex, pereżempju, il-borża tal-iskart organiku f'Ħad-Dingli tinġabar fis-6.00 p.m. u l-avviż legali jgħidlek li din trid toħroġha fi żmien erba' sigħat.", "Issa jista' xi ħadd min-naħa tal-Gvern ifehemni kif jekk, pereżempju resident jaħdem sas-7.00 p.m. jista' joħroġ il-borża tal-iskart organiku?", "Dan ikollu jitlaq minn fuq il-post tax-xogħol biex joħroġ il-borża organika biex jirrispetta dak li hemm fl-avviż legali li tgħid li l-borża trid toħroġha sal-4.00 p.m.?!", "Hemm residenti ta' numru ta' lokalitajiet oħrajn, fosthom ir-residenti Ħamruniżi, li għandhom din il-problema.", "Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun huwa mmexxi minn maġġoranza Laburista imma nista' ngħid li jien kelli l-opportunità li niddiskuti l-ħsebijiet tal-Oppożizzjoni ma' numru ta' sindki u dawn kienu kollha tal-istess fehma; li mhumiex ippreparati u li l-Gvern m'għenhomx anzi ħolqilhom problemi bla bżonn.", "Sfortunatament weħlu l-kunsilli lokali.", "L-appell tal-Oppożizzjoni kien ċar però l-Gvern, li suppost jisma', għalaq widnejh u m'għamilx dak li tlabnih.", "Hemm ukoll ħinijiet oħrajn tal-ġbir tal-iskart li mhux se noqgħod insemmihom hawnhekk li l-poplu se jkun qed jesperjenza.", "Sinjura President, il-ġimgħa l-oħra f'din il-Kamra kkwotajt korrispondenza li permezz tagħha s-Sindku tax-Xgħajra, għax għandu għal qalbu l-lokalità, bagħat lill-WasteServ għal darba darbtejn però ma ngħatax widen.", "U kien urtat is-Sindku tax-Xgħajra, però mhux hu biss.", "Hemm żewġ sindki oħrajn li jinsabu urtati u li ġejjin mill-kamp tal-Partit Laburista, li wieħed minnhom huwa s-Sindku tal-Fgura Pierre Dalli.", "Ilbieraħ wara li ħareġ l-avviż legali s-Sindku tal-Fgura kiteb hekk:", "\"Huwa ta' diżappunt il-mod kif ġew stmati wħud mir-residenti tal-Fgura min-naħa tal-WasteServ.\"", "Dan kien fuq Facebook u jista' jarah kulħadd.", "Se nkompli nikkwota dak li qal:", "\"Mela sewwa, l-ewwel għamiltu rebus u issa qegħdin tgħidu lir-residenti biex imorru Wied il-Għajn jew Ta' Qali!\".", "Dan filwaqt li l-Gvern qed jgħidilna li qegħdin ngħixu s-suċċess.", "Hekk qalilhom il-Prim Ministru lir-residenti tal-Fgura; li qegħdin ngħixu s-suċċess!", "Hekk jgħid ukoll id-dokument tal-Baġit.", "Dak suċċess!", "Skont is-sindku lir-residenti tal-Fgura qegħdin nibagħtuhom Wied il-Għajn u Ta' Qali.", "U aħna lis-sindku nemmnu għax din hija xi ħaġa li kitibha pubblikament.", "Imbagħad is-sindku jkompli hekk:", "\"Dan biex jinġabar il-kontenitur.", "U bil-wiċċ tost …\"", "- u għandu raġun –", "\"… min iċempel qed jgħidulhom biex jiġu l-Kunsill, meta kulma ltqajtu magħna kien darba biss.\"", "Isimgħuha ftit din, residenti tal-Fgura!", "Din hija indirizzata lejn il-Gvern:", "\"Il-bqija qisna lanqas qegħdin fuq il-mappa.\"", "Dak huwa \"l-Aqwa Żmien\" għar-residenti tal-Fgura!", "Is-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ, Malta, Sarah Agius Saliba lis-Sindku tal-Fgura weġbitu u qaltlu dan il-kliem:", "\"L-istess Ħaż-Żebbuġ, kulħadd ġej il-Kunsill irrabjat.", "Tibagħtilhom l-emails u lanqas iweġbuk.\".", "Mhux hekk biss qalet is-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Dan qed tgħidu sindku Laburista.", "Jien minn hawnhekk insellmilhom lil dawn is-sindki għax huma sindki denji għal posthom.", "Sur President, nhar is-Sibt mort nindirizza lis-sindki għax bħala kelliem tal-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett din hija l-unika okkażjoni li jkolli biex nindirizzahom però nista' ngħid li pprovaw jiċċensurawni għax wara li spiċċajt id-diskors tiegħi, u kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, qalulna li ma kenux se jiġu tollerati diskorsi politiċi.", "Mela sewwa, jien mort fil-laqgħa tas-sindki - kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali, li nsellimlu minn hawnhekk u nirringrazzjah għax-xogħol tiegħu – nikkwota x'qalu s-sindki tal-Partit Laburista, u jitla' l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jgħidilna li mhux se jittollera diskorsi bħal dawn.", "Jien m'attakkajt u ma insulentajt lil ħadd imma tkellimt dwar il-fatti, dwar is-sitwazzjoni – dan \"l-Aqwa Żmien\" suppost! - li qegħdin jgħixu l-kunsilli lokali f'għeluq il-25 sena.", "Jien nappella li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għandha l-obbligu li tagħmel xogħolha, għandha l-obbligu li ma tkunx paraventu tal-Gvern u għandha l-obbligu li verament tagħti kas dawn il-karbiet tas-sindki.", "Sinjura President, kien hemm aktar nies li kkummentaw.", "Pereżempju, il-Viċi Sindku tal-Floriana qalilna li lir-residenti bagħtuhom il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex jiġbru l-kontenituri.", "U kien hemm ukoll ħafna nies oħrajn li kitbu fuq li kitbu fuq Facebook però dan il-Gvern li jisma' baqa' b'widnejh magħluqin.", "Dwar il-kwestjoni tal-ġbir tal-iskart, li minħabba fiha l-Bambin biss jaf minn xiex se jgħaddu r-residenti ta' dawn il-lokalitajiet, se nieqaf hawnhekk.", "L-isfortuna hija li se jeħlu l-kunsilli lokali meta dawn għamlu l-parti tagħhom.", "Il-Gvern kien irresponsabbli għax l-entità li suppost tmexxi dan il-proġett m'għamlitx dak li kien mistenni minnha.", "Issa se nitkellem dwar l-estimi li hemm ivvotati b'rabta mal-kunsilli lokali.", "Aktar tard nitkellem dwar il-famuża riforma, fejn se nkun qed nispjega wkoll xi tgħid, jew aħjar, x'ma tgħidx din ir-riforma.", "Jekk wieħed jaqra dak li hemm f'paġna 227 tad-dokument tal-estimi, fil-parti t'isfel, isib li se jkun hemm żieda ta' kważi €7 miljun fuq is-sena l-oħra f'dak li huwa baġit għall-kunsilli lokali.", "Però meta taqra item item ta' dan id-dokument \"Malta ngħixu s-suċċess\" … Jien inħalli lir-residenti, lis-sindki u lill-kunsilliera - li nsellmilhom għall-ħidma li jagħmlu b'risq ir-residenti tagħhom - jgħidu jekk verament dan huwiex is-suċċess li qegħdin jgħixu l-kunsilli lokali f'Malta.", "Ilbieraħ il-Prim Ministru f'sagħtejn diskors – minbarra suġġetti oħrajn li ħalliehom barra anke f'dan id-dokument - ma sabx żewġ minuti biex jitkellem dwar il-kunsilli lokali f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħhom.", "Ovvjament il-passat huwa garanzija tal-preżent għall-Partit Laburista li qatt m'emmen fil-kunsilli lokali u m'għandux kredibbiltà meta llum jiġi jitkellem dwarhom.", "Hija ħasra li d-destin ried li pajjiżna jkun immexxi mill-Partit Laburista f'għeluq il-25 sena mit-twelid ta' dan l-esperiment li llum sar esperjenza sabiħa.", "Jien nistaqsi lil kull min qed isegwina kemm fil-verità pajjiżna mexa 'l quddiem u jekk kenitx deċiżjoni tajba dakinhar li Dr Eddie Fenech Adami – li minn hawnhekk insellimlu – ħolom li jwelled il-kunsilli lokali?", "Għaddew 25 sena però huwa tajjeb li nfakkru dawn l-affarijiet.", "Inkunu qed niżbaljaw jekk ma nfakkrux li l-Partit Laburista kien kontra l-kunsilli lokali imma llum tela' fuq il-karru għax hekk jaqbillu.", "Sinjura President, skont l-estimi l-Gvern qed jgħid li fid-direct allocation se jkun qed iżid €2 miljun u dan meta għandna s-surplus u qegħdin fl-\"Aqwa Żmien\"!", "Dan ifisser li kull kunsill lokali se jkun qed jieħu €30,000 żieda fuq is-sena li għaddiet.", "Il-Gvern se jkun qed jagħti wkoll €3.1 miljun lill-kumitati reġjonali.", "Aktar tard se nitkellem ukoll dwar il-kwestjoni tar-reġjuni għax din il-frażi saret tintuża b'mod li qisu x-xemx f'pajjiżna telgħet fl-2013!", "Ħalli nkunu ċari.", "Il-Partit Nazzjonalista jaqbel ma' dan għax welled ukoll il-kumitati reġjonali.", "Huwa tajjeb li wieħed ikompli jżid l-awtonomija però rridu nkunu ċari li jekk se nżidu r-responsabbiltajiet lill-kumitati reġjonali, dawn ma jitnaqqsux mill-kunsilli lokali.", "Pereżempju l-Gvern ħareġ dokument ta' ftit paġni – aktar tard nitkellem dwaru – b'rabta mar-riforma però donnu li hemm ħafna deċiżjonijiet li kienu ttieħdu li sparixxew.", "Eżempju tipiku huwa li twaqqfet entità oħra, Infrastructure Malta, biex inkunu nistgħu naġevolaw lil xi erbgħa minn ta' madwarna ħalli nkunu nistgħu nwettqu aktar mill-wegħdi li għamilna!", "Sinjura President, l-aġenzija Infrastructure Malta qabdet u ħadet ir-responsabbiltajiet tat-toroq ta' pajjiżna.", "Għidli int kif jista' jkun temmen fil-kunsilli lokali u teħdilhom ir-responsabbiltà tat-toroq?!", "L-istess ngħid fuq it-traffiku.", "Fil-parti li tittratta r-riforma tal-kunsilli lokali u r-responsabbiltajiet tagħhom il-Gvern ma semma xejn dwar it-toroq u t-traffiku.", "U filwaqt li l-Gvern qal li se jagħti baġit ta' €3.1 miljun lill-kumitati reġjonali, irrid infakkar li biex kumitat reġjonali, bir-responsabbiltajiet li għandu llum, ikun jista' jopera, irid 'il fuq minn €1 miljun.", "Fil-fatt kellna reġjuni li qabżu l-€1 miljun fl-operat tagħhom.", "Huwa tajjeb li ngħidu wkoll li dawn kienu qegħdin joperaw bi flus li kienu qegħdin jaslu għandhom mingħand il-LESA.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Jekk wieħed jistaqsi lis-sindki – kif għamilt jien fil-proċess ta' konsultazzjoni – dawn kollha jgħidulek li l-Gvern ma jeħux gost li nikkritikaw lil-LESA fejn il-flus ħerġin bil-gelgul!", "Pereżempju issa biddilna l-uniformijiet tal-uffiċjali tal-komunità, għax dawn issa m'għadhomx jissejħu wardens biex nagħtu stampa differenti tal-affarijiet.", "Huwa tajjeb li nbiddlu l-uniformijiet, imma l-ħaddiema jridu jiġu rispettati mhux billi tbiddlilhom l-uniformi imma billi tara li jkollhom kondizzjonijiet tax-xogħol tajbin.", "Gruppi mhux żgħar ta' wardens iċemplulna biex jiltaqgħu magħna u jgħidulna li qegħdin jaħdmu bla motivazzjoni.", "Għalhekk lis-Segretarju Parlamentari ngħidlu li mhux billi tbiddel l-uniformi timmotiva lill-ħaddiema.", "Huwa tajjeb li tbiddel l-uniformi, mela le, però hemm ħafna aktar minn hekk jekk irridu noħorġu l-aħjar mingħand dawn in-nies.", "Sinjura President, jien mhux se noqgħod ngħid kemm switilna l-LESA, imma nistaqsi jekk ir-residenti tagħna, il-komunitajiet tagħna, hux qegħdin ikunu moqdijin aħjar.", "Ovvjament it-tweġiba hija le.", "Dawn jgħidu kemm konna aħjar qabel u hawn min jgħidlek kemm kien aħjar min kien jgħid li kien agħar.", "Kif għedt aktar qabel, il-Gvern qed jivvota €3 miljun jiġifieri kull reġjun mis-sitta li se jkun qed joħloq se jieħu €0.5 miljun.", "Għalhekk jista' l-Onor.", "Parnis jgħidilna - din staqsejthielu nhar is-Sibt fil-laqgħa tas-sindki u nittama li jweġibni – jekk sal-lum kull reġjun, b'inqas responsabbiltajiet, qed jaħdem b'aktar minn €1 miljun, kif jista' jkun li jaħdem b'nofs miljun Ewro?", "(Interruzzjonijiet).", "Jgħid x'jgħid l-Onor.", "Parnis, dak li hawn miktub hawnhekk jgħodd.", "Suppost li l-kmandament ewlieni huwa l-Baġit li l-Ministru għall-Finanzi għamel fuq sagħtejn jaqrah b'ħafna sforz, però ma nbidel xejn għax bqajna f'falliment.", "Jien mhux se nitkellem fuq setturi oħrajn għax se jkunu qed jitkellmu dwarhom il-kollegi tiegħi imma rrid ngħid li Gvern Laburista m'għandux kredibbiltà meta jitkellem dwar il-kunsilli lokali għax qatt m'emmen fihom.", "Jiddispjaċini li l-Onor.", "Parnis ikollu jiddefendi d-deċiżjonijiet li forsi xtaq li kienu differenti però ma sarux kif tlabna anke aħna bħala Oppożizzjoni.", "Aħna nitkellmu dwar il-kunsilli lokali bi dritt u għandna ċerta kredibilità għax konna aħna li wellidniehom il-kunsilli lokali.", "Aħna qatt ma morna nikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali bħala indipendenti imma dejjem morna taħt l-isem tal-Partit Nazzjonalista għax dejjem emminna fid-devoluzzjoni tal-poter, dejjem emminna f'aktar responsabbiltajiet.", "Però dan il-Gvern le; dan il-Gvern moħħu biex jaħtaf ir-responsabbiltajiet biex ikun il-Ministru u l-entitajiet tal-Gvern li jiddeċiedu.", "Ovvjament fl-entitajiet tal-Gvern m'hemmx il-Ministri, però hemm in-nies magħżulin mill-Ministri, ir-red-eyed boys li jmexxu l-awtoritajiet, li jfaqqsu l-awtoritajiet.", "Ma jgħaddix xahar jew xahrejn li ma noħolmux b'xi awtorità biex nakkomodaw aktar nies.", "Kieku r-rendiment ikun pożittiv, kieku fiha u ma fihiex, u Infrastructure Malta hija eżempju ċar.", "Pereżempju Triq il-Kosta kienet proġett ta' Gvern Nazzjonalista li ġab il-fondi Ewropej - u hawnhekk ikun tajjeb li wieħed ifakkar li l-Partit Laburista kien kontra l-Unjoni Ewropea – però min imur hemmhekk illum jara bus stops li għadhom jintużaw min-nies mimlijin ġebel u terrapien għax suppost se jsiru l-bus shelters.", "Din tellajtha fuq Facebook biex kulħadd ikun jista' jara r-ritratti li ħadt jien u mhux li tahomli xi ħadd.", "U hawn nistaqsi: Min hu responsabbli, Transport Malta, Infrastructure Malta jew il-Gvern?", "Kelli għalfejn inċempel lill-Ministru Ian Borg nhar is-Sibt biex jieħu azzjoni?", "U jekk dan ta direzzjoni, sal-lum għadha ma tteħditx deċiżjoni biex b'xi mod jintbagħat xi ħadd u jirranġa l-periklu li hemm hemmhekk.", "Sinjura President, dalgħodu stess qabel ġejt hawnhekk għaddejt minn Triq il-Kosta u nista' ngħid li hemm bus shelters magħluqin bil-ktajjen!", "Mhux in-nies jagħmlu użu minn dawn il-bus shelters?", "Dawn lanqas jistgħu joqogħdu fuq il-bankina fejn hemm il-bus stops għax hemm ħofor daqsiex u jekk jaqa' tifel jew anzjana l-Bambin biss jaf x'jiġri!", "Min se jkun responsabbli?", "Il-Ministru qalli li ta direzzjoni però ma sar xejn.", "Infrastructure Malta u Transport Malta fejn qegħdin?", "Il-flus li qegħdin jitħallsu mill-Kaxxa tal-poplu Malti għaliex mhumiex jintużaw fejn suppost?", "Issa se nitkellem fuq xi ħaġa oħra.", "Ġew ivvotati €1 miljun biex jinbidlu l-bins fl-ibliet u l-irħula tagħna.", "Il-Gvern ivvota €1 miljun għat-toroq arterjali.", "Imma dan huwa obbligat li jagħmilhom.", "Dan bħal meta l-Gvern qal li għamel tindifa f'San Pawl il-Baħar meta ħa madwar €170,000 mill-vot tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-kredtu ħadu kollu l-Gvern.", "Imbagħad noqogħdu nieħdu r-ritratti qisu għamilna pass kbir għax il-Gvern għamel dak li kien obbligat li jagħmel.", "Minflok ma l-Gvern nefaq mill-flus li kellu, ħa €170,000 minn fondi tal-Kunsill Lokali.", "Għalhekk irridu naqtgħuha din li l-kwestjoni hija marbuta mal-Baġit jew li tajna żieda ta' €7 miljun bla preċedent, għax meta wieħed jifli item item li hawn f'dan id-dokument isib il-qerq ta' dan il-Gvern.", "Veru li huwa bla preċedent li f'25 sena ta' kunsilli lokali din hija l-aktar sena li gvern kisser il-kunsilli lokali u li naqqas ir-responsabbiltajiet, meta l-konċett ewlieni tat-twaqqif tal-kunsilli lokali f'Malta kellu jkun li nsaħħu d-devoluzzjoni, li ngħadduha f'idejn ir-resident, f'idejn l-istess kunsilli lokali.", "Sinjura President, issa rrid nitkellem ftit ukoll dwar dak li għandu x'jaqsam mal-kultura u l-ġustizzja.", "Jien għandi White Paper, bil-kulur u sabiħa, però xħin tibda tqalleb il-paġni, mhux se ngħid li ma ssib xejn … Però ta' min jgħid li sitt xhur ilu l-Partit Nazzjonalista, minkejja li qiegħed fl-Oppożizzjoni, ippreżenta dokument li ma kienx fih kulur imma kien fih il-kontenut; kien fih 80 proposta fattibbli.", "Illum, li qegħdin fl-\"Aqwa Żmien\", il-Gvern ma jistax jgħidilna li għandu problema 'l hemm u problema 'l hawn.", "Mal-kunsilli lokali se nixxaħħu?", "Veru li l-Prim Ministru lbieraħ ma semmihomx il-kunsilli lokali fid-diskors tiegħu però fl-\"Aqwa Żmien\" aħna nistennew aħjar!", "Ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni tagħtik 80 proposta u l-Gvern jieħu biss tlieta jew erbgħa u jipprova jordomhom fil-kliem!", "Però rrid ngħid li l-introduzzjoni tal-Ministru f'dan id-dokument hija itwal minn kull kapitlu ieħor li fih dan id-dokument.", "Ilbieraħ il-Prim Ministru stieden lill-Oppożizzjoni biex tagħti l-kontribut tagħha għall-White Paper dwar il-kera.", "Qalilna biex ma ndaħħlux politika.", "Hekk għamilna f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali però l-Gvern ma tantx tana widen għaliex aħna tajnieh 80 proposta imma l-proposti li għamel hu f'dan id-dokument kienu jammontaw għal 40.", "Qed ngħid dan biex wieħed jifhem, anke fuq livell ta' numri, kemm il-Gvern ġie jaqa' u jqum!", "Però jien, flimkien mal-Membri tal-Oppożizzjoni, se nkun qed nerġa' nippreżenta ammont ta' proposti u nittama li l-Gvern ma jerġax jarmihom!", "Aħna wkoll Oppożizzjoni pożittiva u nittamaw li filwaqt li l-Gvern warrab il-proposti li tajnieh, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis jagħti kas dak li qed ngħidu.", "Sinjura President, issa se nitkellem ftit fuq il-qasam soċjali.", "Lill-Gvern tlabnieh biex nagħmlu social impact assessment għal kull lokalità ħalli naraw x'inhuma l-problemi soċjali li għandna għax illum ma nafux kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali u kemm hija kbira l-problema tad-droga f'kull lokalità.", "Fis-sitt ġimgħat li ġejjin din il-proposta se nkunu qed nerġgħu ndaħħluha fid-dokument li se nkunu qed nippreżentaw lill-Onor.", "Parnis fi ftit ġranet oħra biex forsi jagħti kas.", "Għad għandu ċ-ċans li jirranġa din il-vroma li għamlu f'dan id-dokument.", "Il-Ministru Owen Bonnici qal li t-tisħiħ fil-gvern lokali mhux biss ifisser tisħiħ tad-demokrazija imma jfisser ukoll rikonoxximent lejn iċ-ċittadin!", "Mela allura għalfejn qed jieħdu r-reponsabbiltajiet lill-kunsilli lokali ġurnata wara oħra?", "Pereżempju marru jgħidu fuq it-televiżjoni li se jeliminaw il-kumitati amministrattivi.", "Mhux hekk!", "Għax il-problema fejn ma kienx hemm kunsilliera jew kandidati biex jieħdu sehem fl-elezzjoni tal-kumitati amministrattivi kienet tal-Partit Laburista!", "Ma ridux jerġgħu jiffaċċjaw l-istess problema li ma jsibux kandidati!", "Ara l-Kumitat Amministrattiv ta' Burmarrad immexxi minn maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista talab lill-Gvern biex ixoljih.", "Għaliex ma xoljihx?", "Għaliex tfajna lil kulħadd f'keffa waħda?", "Dan juri b'mod ċar li mhux veru li l-Gvern jemmen li għandu jagħti aktar poteri u aktar rispett liċ-ċittadini.", "Il-Gvern irid jagħmel lill-kunsilli lokali estensjoni tal-customer care tiegħu.", "Irid jiġbor informazzjoni, fejn jaqbillu, biex din tgħaddi għand id-dipartiment imbagħad il-Bambin biss jaf x'se jkun qed jagħmel biha.", "Aħna r-ross niekluh minn ħalqna u nifhmu l-intenzjonijiet between the lines tal-Gvern.", "Pereżempju l-konċett ta' one-stop shop, li huwa fattibbli, ma sarx, u mhuwiex propost f'dan id-dokument.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-kariga ta' sindku.", "Filwaqt li l-Ministru fuq it-televiżjoni qal li l-kariga ta' sindku żgur se ssir waħda full-time, f'dan id-dokument għadha mistoqsija.", "Aħna se nkunu qed nieħdu pożizzjoni dwar dan ukoll fil-ġranet li ġejjin imma l-ewwel u qabel kollox aħna jinteressana li s-sindku jingħata d-dinjità li jixraqlu.", "Qabel ma nitkellmu jekk ikunx full-time jew le, jekk jiżdiedx fil-paga jew le, lis-sindku rridu nagħtuh rispett.", "Ma tistax titkellem fuq sindku full-time imbagħad kuljum tnaqqarlu r-reponsabbilitajiet, għax inkella x'se jkun qed jagħmel hemmhekk is-sindku?", "Issemmew ukoll ir-reponsabbiltajiet tal-kunsilliera marbutin mas-sigurtà.", "Pereżempju aħna qed nistaqsu għaliex ma daħħlux il-community policing.", "Irrid ngħid lill-Ministru li n-nies hemm barra mhumiex qed jgħixu f'pajjiż normali!", "In-nies huma inkwetati f'ċerti żoni f'pajjiżna.", "Għaliex ma tawx il-poter lill-kunsilli lokali li jaħdmu spalla mal-pulizija?", "Jien kont nistenna li nesiġu li l-għases ikunu miftuħin, u mhux nagħlqu għajnejna.", "Pereżempju f'Għawdex minn madwar 14-il lokalità, għaxra minnhom kellhom l-għases magħluqin!", "Allura dan huwa nuqqas ukoll!", "Hemm ukoll il-proposta li tgħid li se jkun hemm uffiċjal inkarigat li se jkun qed jgħin lill-kunsilli lokali b'rabta mal-fondi Ewropej.", "Din kienet proposta tagħna u hija ħaġa tajba li l-Gvern laqagħha.", "Proposta oħra tagħna li laqa' l-Gvern hija dik dwar l-obeżità u stili ta' ħajja sana.", "Però l-Gvern erba' proposti biss laqa' mingħandna.", "Proposta oħra li minn hawn jew minn hemm il-Gvern laqagħha hija dik li jingħata taħriġ lill-ħaddiema tal-kunsilli lokali.", "Sinjura President, filwaqt li l-Gvern jitkellem bla preċedent fuq dak li suppost hawn miktub hawnhekk, li nerġa' ngħid li huwa ingann fit-totalità tiegħu, hija ħasra li, pereżempju, il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema rċieva ittra mill-MEPA - probabbilment hemm kunsilli lokali oħrajn ukoll f'din is-sitwazzjoni - li tgħidlu li s-somma li taqbeż il-€5 miljun li faddal għall-iskema li kien għamel, waqgħet għal €3.1 miljun.", "Għalfejn għandhom jiġu trattati hekk il-kunsilli lokali?", "Jien nittama li issa l-Gvern, fl-interventi tiegħu, ma jipprovax jagħti stampa differenti.", "Illum il-lokalitajiet tagħna għaddejjin minn rebus.", "Dwar il-kwestjoni tal-ġbir tal-iskart il-Bambin biss jaf x'hemm hemm barra għax il-Gvern ma semax mill-Oppożizzjoni u tawwalna xahar ieħor.", "Dan qaluhulu s-Sindki ta' Ħaż-Żebbuġ, tal-Fgura u tax-Xgħajra, sindki Laburisti li tkellmu b'responsabbiltà, kif tkellmu sindki Nazzjonalisti wkoll.", "Jien nittama li ma nkomplux niklulhom mir-responsabbiltajiet lill-kunsilli lokali.", "It-toroq u l-ġbir tal-iskart għandhom jibqgħu għand il-kunsilli lokali.", "Għalhekk waqqafna l-kunsilli lokali għax huma s-sindki u l-kunsilliera tagħna li jafu u jifhmu l-problemi tar-residenti tal-komunitajiet tagħna.", "Nittama li ma nibqgħux niftakru l-25 sena mit-twelid tal-kunsilli lokali bħala l-agħar sena fl-istorja tal-kunsilli lokali f'pajjiżna għaliex sfortunatament jidher li l-passat se jerġa' jkun il-garanzija tal-preżent taħt tmexxija Laburista.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sinjura President, imiss lili li fid-diskussjoni u fid-dibattitu dwar dan il-Baġit nindirizza dawk il-proposti, jew in-nuqqas ta' proposti, li dan il-Gvern ippreżenta fil-qasam tal-kultura.", "Għall-mistoqsija jekk iniex iddiżappuntata b'dak li tħabbar f'dan il-Baġit għal dan is-settur, it-tweġiba ċertament li hija iva!", "Tant spiċċat il-viżjoni tal-Gvern fuq il-kultura li fil-fatt kellu biss tliet affarijiet xi jsemmi.", "Il-viżjoni tal-Gvern tant waslet fl-aħħar tagħha li 17-il linja fid-diskors tal-Baġit kienu biżżejjed biex jispjegaw il-pjan tal-Gvern għal dan is-settur.", "Dan huwa Baġit li juri li l-viżjoni tal-Gvern għal dan is-settur qed tintemm.", "Għadha tnemnem biss bil-lixka tal-ftuħ tal-MUŻA, li issa ilna xhur nistennewh biex jiftaħ, u issa wkoll bil-proġett tal-MICAS (Malta International Contemporary Arts Space).", "Kieku almenu dawn kienu tliet proposti ġodda allura kien ikun possibbli li l-artisti u l-professjonisti fil-kultura u l-pubbliku inġenerali forsi kienu jqawwu qalbhom u jgħidu li għandna pjan għall-kultura!", "Dan il-Gvern fadallu biss tliet proposti għas-settur tal-kultura li lanqas huma ġodda iżda ilna ftit nisimgħu bihom.", "Tnejn minn dawn il-proposti huma interessanti ħafna għaliex ikomplu juru li l-Gvern ma jafdax lill-artisti u lill-professjonisti fis-settur tal-kultura u kreattività biex imexxu entitajiet kulturali!", "Le, il-Gvern ma jafdax lil dawk li studjaw, lil dawk li għandhom esperjenza vasta fil-qasam tal-kultura u li jafu kif imexxu u kif jamministraw entitajiet kulturali.", "L-aħħar żewġ proposti li fadallu l-Gvern għal dan is-settur jinkludu jobs for the boys!", "Ma nistax niġi hawn nitkellem fuq il-kultura u nonqos milli nirrappreżenta d-diżappunt ta' artisti u professjonisti Maltin li għarfu li l-Ministru għandu persuni għal qalbu li huwa stess għażel biex jaħtarhom fuq entitajiet fis-settur tal-kultura.", "Dawn l-artisti jgħidulek li l-Ministru għażel li jaħtar persuni, għar-raġunijiet tiegħu biss, li l-artisti stess ma jridux.", "Huwa ċar li artisti u professjonisti oħrajn f'dan is-settur huma mdarrsa u mġarrba.", "Qed nitkellem fuq kif il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali saħansitra jmur l-Olanda mhux biex jiddefendi l-valuri tal-kultura tagħna iżda biex jiddefendi lis-Sur Jason Micallef.", "Il-Ministru Owen Bonnici mar l-Olanda mhux biex jiddefendi dawk il-valuri li l-artisti Maltin u dawk l-istakeholders kollha fis-settur tal-kultura u kreattività jemmnu fihom, iżda biex jagħżel lil dak il-magħżul tiegħu.", "Meta staqsejt lill-Ministru fejn se jmorru dawk li llum qegħdin fil-Fondazzjoni Valletta 2018, irrisponda billi qal li dawn sejrin fl-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.", "F'dik it-tweġiba ma eskluda lil ħadd u għalhekk nistaqsi lill-Ministru jekk għandniex nifhmu li fl-\"Aqwa Żmien\" se jżomm lil Jason Micallef fuq din l-entità wkoll.", "Għandna nifhmu li wara l-firda li ġab fost l-artisti Maltin għad għandu gost bih tant li jagħtih entità oħra?", "Mela minflok nagħrfu nifhmu l-petizzjoni li saret minn numru konsiderevoli ta' artisti Maltin li bi kliem ċar, fi kliemhom, spjegaw kif Jason Micallef iwaqqgħalhom wiċċhom l-art bl-aġir tiegħu u bi kliemu, aġir li ma jirrappreżentax il-valuri kulturali li huma jgħixu, il-Gvern iddeċieda li jidħkilhom u daqshekk.", "Il-Ministru Bonnici għażel lil Jason Micallef fuq kull artist Malti.", "L-istess attitudni teżisti fejn jidħol il-MICAS.", "Huwa tajjeb li jkollna spazju għall-arti kontemporanja għax dan huwa ta' ġid u għandu jwassal għat-tkabbir kulturali f'Malta, iżda minkejja n-numru dejjem jikber ta' artisti u professjonisti fil-qasam tal-kultura u l-kreattività, il-Ministru reġa' għażel hu stess.", "Fil-fatt din id-darba għażel lis-Sa Phyllis Muscat sabiex tkun iċ-chairperson tal-Bord tal-MICAS.", "Hekk kif il-Ministru fl-aħħar iddeċieda li jwieġeb, ikkonferma li s-Sa Phyllis Muscat m'applikatx għal dan il-post.", "Għal din il-post il-Ministru għażel li jagħżel hu u reġa' għażel mhux minn fost il-professjonisti u l-artisti.", "Hawnhekk il-Ministru għall-Kultura għażel li lill-artisti u professjonisti oħrajn, bħall-kuraturi, iwarrabhom.", "Lanqas biss ikkonsidrahom imma pprefera li jagħżel hu persuna li, sal-lum, il-Ministru Bonnici għadu jirrifjuta li jindika l-esperjenza u l-kwalifiki tagħha li huwa kkonsidra għall-ħatra tagħha.", "Jien tlabtu jgħidli x'esperjenza u kwalfiki għandha din il-persuna u li hu kkonsidra qabel ma ħatarha.", "Kelli nagħmel din il-mistoqsija mhux darba iżda darbtejn.", "L-ewwel darba l-Ministru Bonnici, minkejja li diġà kien għamel l-għażla tiegħu, irrisponda billi qal li kien għadu qed jiġbor l-informazzjoni.", "Però ftit jiem ilu meta għamitlu l-mistoqsija għat-tieni darba kkonferma li għażilha hu stess però ma qalilniex liema esperjenza u kwalifiki kkonsidra għall-ħatra tagħha, iżda għażel li jagħtiha remunerazzjoni li b'kollox twassal għal aktar minn €35,000.", "Għax mar-remunerazzjoni ta' €18,000 hemm allowances marbuta mal-operat tax-xogħol ta' kuljum tal-MICAS, li jinkludu €12,000 oħra, mobile phone allowance ta' aktar minn €800 u transport allowance ta' aktar minn €4,000.", "Tafu kemm hawn artisti li kkwalifikaw għal din il-pożizzjoni bl-istudju u bl-esperjenza li għandhom li iżda ġew mormija mill-Ministru għall-Kultura?!", "Sinjura President, kif għedt diġà, il-Ministru l-ewwel għażel lil Jason Micallef u jidher li issa se jerġa' jagħżlu fuq entità oħra però issa għażel ukoll lil din is-sinjura.", "Fejn huma l-artisti?", "Xi jfissru l-artisti għal dan il-Gvern?", "Xi tfisser il-kultura għal dan il-Gvern u x'lest li jagħmel biex jirrikonoxxi l-istakeholders f'dan is-settur?", "Huwa għalhekk li llum irrid nitkellem fuq viżjoni għal dan is-settur.", "Irrid nitkellem fuq legat sostenibbli bil-ħolqien ta' infrastruttura kulturali; kemm kultura tanġibbli kif ukoll dik intanġibbli.", "Din trid tkun infrastruttura li ma tkunx magħluqa fiha nnifisha iżda tkun kapaċi toħroġ il-poter u l-qawwa tal-kultura; viżjoni fejn il-kultura tkun verament politika li tkun riflessa f'kull settur tas-soċjetà.", "Sinjura President, is-settur kulturali u kreattiv f'Malta jikkontribwixxi ħafna għal prodott gross domestiku Malti u, fil-fatt, jimpjega eluf ta' persuni.", "Għandna Maltin li għamlu isem u laħqu fama internazzjonali anke barra minn xtutna, imma anke f'niċeċ f'dan is-settur.", "Pereżempju hawnhekk nixtieq insemmi lil Joseph Calleja u lil Carmine Lauri, li isimhom jintgħaraf minn ħafna anke barra minn xtutna.", "Iżda dan il-Gvern, sal-lum, naqas milli jindirizza wieħed mill-akbar ostakli li għandhom persuni u għaqdiet b'talent f'Malta.", "L-artisti u l-professjonisti Maltin fis-settur tal-kultura u kreattività għandhom ostaklu kbir biex jikkompetu għall-kummissjonijiet u xogħol at par ma' artisti li ġejjin minn pajjiżi akbar li jagħtu appoġġ tremend lill-artisti tagħhom għax huma jifhmu verament kemm huma importanti dawn l-artisti u l-professjonisti u jifhmu li mhumiex biss importanti għax jikkontribwixxu għall-prodott gross domestiku tal-pajjiż, għall-ekonomija tal-pajjiż, iżda huma importanti għax imexxu l-pajjiż u s-soċjetà 'l quddiem, jifhmu l-ħajja tan-nies u joħolqu diskussjoni xierqa sabiex kull soċjetà tkun tista' timxi 'l quddiem, tgħix il-preżent u tfassal il-futur.", "Sinjura President, irrid li Malta jkollha status dinji fis-settur kulturali u kreattiv, però biex ikollna dan l-ewwel irridu nemmnu li dawk li jaħdmu f'dan is-settur huma verament kapaċi, u jien nemmen fil-kapaċità tagħhom.", "Huwa għalhekk li mill-Oppożizzjoni qed nitlob lil dan il-Gvern sabiex jibda jaħdem ħalli jgħolli r-reputazzjoni ta' dan is-settur anke barra minn Malta u sabiex jagħti l-opportunitajiet lill-artisti ħalli jimirħu anke barra minn xtutna u jkunu huma l-ambaxxaturi ta' pajjiżna.", "Jien ċerta li kull artist Malti huwa ferm aktar kapaċi li jagħti reputazzjoni tajba lil pajjiżna milli s'issa kien kapaċi jagħmel dan il-Gvern.", "Għalhekk huwa importanti li nimmotivaw l-iżvilupp professjonali fis-settur kulturali u kreattiv.", "Huwa l-iżvilupp professjonali li jista' jagħmel l-artisti Maltin ambaxxaturi ta' pajjiżna u jwassalhom għal opportunitajiet internazzjonali.", "Sinjura President, biex issostni lill-artisti trid toħloq stabbiltà u kontinwità anke fl-istrutturi kulturali, u dan jista' jseħħ biss jekk ikollna governanza tajba li tiżviluppa strateġiji operattivi ferm aħjar milli għandna.", "Ma nistgħux nibqgħu b'entitajiet super powers f'dan il-qasam.", "Ma nistgħux nibqgħu b'entitajiet mostri ta' burokrazija, fejn isir dak li jgħid dak li jintgħażel mill-Ministru minflok dak li huwa xieraq fis-settur.", "Hemm bżonn li l-Gvern japplika l-arms length principle meta jirrelata ma' entitajiet kulturali.", "L-artisti u l-professjonisti fis-settur kulturali u kreattiv isibu deċiżjonijiet politiċi minn dawn l-entitajiet minflok deċiżjonijiet kulturali.", "Ma nistax nifhem kif għandna stakeholder li jista' verament iferrex l-opportunitajiet għall-artisti Maltin anke fi xtutna, iżda m'aħniex nagħtuh l-appoġġ sħiħ u meħtieġ biex dan iseħħ.", "Għandna l-kunsilli lokali u llum għandna wkoll galleriji u spazji kulturali u kreattivi privati li qegħdin f'pożizzjoni ferm aħjar minn dik tal-entitajiet governattivi u ċentrali sabiex jiggwidaw u jixprunaw proġetti artistiċi, kulturali u kreattivi.", "Però m'iniex qed nippretendi li l-kunsilli lokali jieħdu aktar fuq spallejhom mingħajr ferm aktar riżorsi mingħand il-Gvern.", "Għandu jkun il-Gvern li jħajjar lill-kunsilli lokali sabiex jaħdmu aktar mal-artisti li jirrisjedu fil-belt jew raħal tagħhom.", "Dan sabiex ikomplu joffru aktar għarfien u trawwim kulturali u artistiku fir-raħal tagħhom.", "Hawnhekk ma nistax ma nistaqsix x'se jiġri mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.", "Waqt Valletta 2018 ir-residenti tal-Belt Valletta ġew imwarrba, intefa' piż fuqhom u kellhom ħafna inkonvenjenzi.", "F'dawn l-aħħar snin dan il-Gvern m'għamel xejn biex titwaqqaf il-gentrification tal-Belt Valletta, pjuttost għamel eżattament l-oppost.", "Jien ma rridx li l-ħajja tal-Beltin tispiċċa.", "Jien irrid li jiġu indirizzati d-diffikultajiet soċjali u infrastrutturali li jiffaċċjaw il-Beltin iżda mhux li lill-Beltin inġegħluhom ibiddlu l-karattru u l-kultura tagħhom, jew li naslu f'punt fejn il-komunità Beltija tant tiċkien li bilkemm wieħed ikun jista' jitkellem dwar il-Beltin.", "Huwa tajjeb li nsaħħu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Belt u li ngħollu l-livell tal-infrastruttura u s-servizzi fil-Belt, iżda dan ma nistgħux nagħmluh a skapitu tal-Beltin u tar-residenti Beltin.", "L-iżvilupp ekonomiku fil-Belt Valletta qiegħed jgħin lill-Beltin?", "Qiegħed jgħinhom fil-ħajja ta' kuljum tagħhom?", "Żgur li qiegħed jgħin lill-ekonomija tal-pajjiż, imma lill-Beltin qiegħed iħallilhom xi ħaġa?", "Qiegħed jaħseb fihom?", "Qiegħed iroddilhom lura ambjent san, ambjent mhux storbjuż, spazju fejn huma jistgħu jħallu l-karozza tagħhom, spazji u entitajiet li għandhom bżonn biex bħalna jgħixu l-ħajja tagħhom ta' kuljum?", "Allura nistaqsi lil dan il-Gvern: X'appoġġ qed jagħti lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sabiex dan ikun jista' jagħti lill-Beltin dak li għandhom bżonn?", "Jista' l-Ministru jgħid kif l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta se taħdem mal-kunsill lokali?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax diġà rajna kif il-Fondazzjoni Valletta 2018 naqset milli taħdem mal-istess kunsill lokali matul din is-sena.", "Din se tkun aġenzija li se terġa', jew aħjar, tkompli tinsa lill-Beltin?", "Din se tkun entità li tiftaħar bil-vari u bil-baned tal-Beltin u tużahom biex tagħmel attività iżda ma tagħmel xejn biex tindirizza d-diffikultajiet tal-Beltin?", "Naħseb li dan il-Gvern qiegħed ikun slow wisq, jew dejjaq wisq, fuq kif joħloq il-kultura jew parti mill-kultura u kreattività.", "Dan qed ngħidu għax fil-ħafna entitajiet li waqqaf dan il-Gvern jidher li ftit qed tingħata attenzjoni għar-rwol li l-arkitettura, id-design, id-digital media u l-applied arts għandhom fis-settur kulturali u kreattiv.", "Huwa importanti li l-politika u l-inizjattivi tal-Gvern ma jkunux iffokati biss fuq kultura mainstream jew oqsma kulturali li nafu bihom tradizzjonalment jew li diġà rrikonoxxejniehom.", "Irridu nagħrfu li dak li huwa parti mis-settur kulturali u kreattiv illum u dak li l-artisti qegħdin joħolqu llum qed joħolquh anke għal għada.", "Forsi ma jkunx jidher il-logo tal-Gvern fuq dawn l-inizjattivi jew fuq dawn l-attivitajiet, għax forsi ma jkunux attivitajiet jew avvenimenti li jiġbdu l-massa, iżda ma nistgħux ninsew jew nagħtu bis-sieq lill-oqsma ġodda jew oqsma mhux mainstream fil-kultura u l-kreattività.", "Ma nistax inkompli b'dan id-diskors mingħajr ma nirrikonoxxi l-ħafna inizjattivi li jsiru mill-privat u li jagħtu lill-Maltin u lit-turisti li jżuruna ċ-ċans li jgawdu l-kultura u l-arti Maltija u anke dik barranija f'Malta.", "Irrid nirringrazzja lil dawk l-għaqdiet u kumpaniji privati li dejjem jikkontribwixxu lill-kalendarju kulturali f'Malta.", "Pereżempju hawnhekk irrid insemmi l-wirja The Flesh and the Spirit, esibizzjoni li ġabet f'Malta għall-ewwel darba pitturi ta' Picasso u Miró, grazzi għall-intervent tal-kumpanija privata MAPFRE.", "Nirringrazzja lil dawn il-kumpaniji u entitajiet privati għax filwaqt li jolqtu setturi kulturali u kreattivi Maltin, ikomplu jkattru r-reputazzjoni ta' Malta f'dan is-settur anke mal-barranin li jistgħu jagħżlu li jiġu f'Malta għall-attivitajiet kulturali li jsiru hawnhekk.", "Ma nistgħux ma naħsbux kif intejbu l-kwalità tat-turisti u naħsbu biss fuq kif inżidu n-numru tat-turisti, meta nafu li anke l-hoteliers Maltin illum qegħdin jirrikonoxxu l-importanza tal-kalendarju kulturali Malti u tat-turiżmu kulturali.", "Huwa importanti li nkomplu ngħinu lill-artisti Maltin u lill-professjonisti fis-settur tal-kultura u tal-kreattività.", "Meta tara l-kalendarju kulturali ta' Malta tinduna bil-varjetà ta' attivitajiet li artisti Maltin joffru, attivitajiet li ħafna drabi jittellgħu b'sagrifiċċji kbar mill-artisti stess.", "Huwa preċiżament fuq dan li għandna niffokaw meta nitkellmu fuq dan l-aspett tal-kultura; kif nistgħu ntaffu ftit mill-ostakli li għandhom l-artisti Maltin.", "Huwa ċar li l-kultura popolari ħafna drabi tiġbed ħafna nies u għalhekk l-ostaklu tal-ispejjeż hawnhekk ikun wieħed inqas.", "Iżda ma nistgħux ninsew lil dawk l-artisti li minbarra l-kultura popolari jkunu jridu jtellgħu attivitjaiet li forsi ma jattirawx daqshekk nies.", "Irridu niffokaw ukoll fuq dawn l-artisti li għandhom bżonn l-għajnuna biex ikunu jistgħu jibqgħu jtellgħu prestazzjonijiet, wirjiet u attivitajiet kulturali oħrajn.", "Xi kultant tattendi għal attivitajiet bħal dawn u forsi ma tarax mijiet ta' nies, u jkun hemm drabi fejn anke siġġijiet vojta fit-teatru jkun hemm, imma l-livell tal-attività li tkun imtellgħa jkun wieħed għoli u jkun wieħed li jagħmel unur lis-settur kulturali Malti.", "Għalhekk nixtieq li llum, wara Baġit mingħajr viżjoni, nisħaq fuq il-ħtieġa li nagħtu ferm aktar għajnuna lil dawk li jixprunaw attivitajiet kulturali, anke meta dawn mhumiex tal-massa.", "Iżda biex tixpruna proġetti bħal dawn trid twaqqaf lil dawk li l-Gvern ħatar fuq l-entitajiet tiegħu milli jindaħlu u jiddettaw huma x'inhu ta' preġju u jħallu lill-artisti u lil dawk kollha li għandhom l-esperjenza fil-qasam kulturali u kreattiv jiddeċiedu u jagħżlu huma.", "Biex tixpruna proġetti bħal dawn trid tkun gvern li tagħżel li ma tikkontrollax lill-artisti u l-proġetti tagħhom.", "Trid tkun gvern li tifhem u tabbraċċja d-diversità ta' opinjoni u ma tiddejjaqx minn dawk li jkattru d-djalogu u diskussjoni anke fuq il-ħidma tal-gvern jew fuq dak li jkun qed jiġri fis-soċjetà.", "Irrid nistaqsi lill-Ministru fejn qegħdin il-Librerija Nazzjonali u l-Arkivji Nazzjonali fil-viżjoni ta' dan il-Gvern?", "Kif se jassigura li jkun hemm ambjenti fiżiċi u virtwali sabiex mhux biss nipproteġu r-rikkezzi li għandna fil-Librerija Nazzjonali u fl-Arkivji Nazzjonali imma sabiex ukoll jingħataw dak il-valur li dawn l-istituzzjonijiet verament jixirqilhom?", "Qed nitkellmu fuq żewġ istituzzjonijiet li jżommu fihom il-kontenut, il-qafas, ir-rappreżentanza ta' dak li jagħmilna Maltin tal-lum u li fihom jinżammu dawk ir-records ta' ġrajjiet il-poplu Malti.", "Dan il-Gvern għandu pjanijiet u viżjoni ta' kif u kemm il-Librerija Nazzjonali u l-Arkivji Nazzjonali jistgħu jingħataw ambjent fiżiku u virtwali skont il-ħtieġa tagħhom u kif nistgħu nagħtuhom il-valur u r-rispett li jixirqilhom?", "Sinjura President, qegħdin nitkellmu fuq il-kultura u għalhekk irrid nitkellem fuq element qawwi tal-kultura Maltija ċjoè fuq il-lingwa tagħna.", "Irnexxielna nġibu rikonoxximent xieraq u prestiġjuż tal-lingwa tagħna bħala lingwa rikonoxxuta fl-Unjoni Ewropea iżda dan mhuwiex biżżejjed.", "Bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea l-lingwa Maltija ngħatat boost qawwi 'l quddiem u rajna l-lingwa nazzjonali tissaħħaħ hekk kif saret waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Dan fisser tisħiħ tal-Malti bħala lingwa ħajja u lingwa vibranti.", "Ir-rikonoxximent tal-Malti bħala waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fissret ukoll aktar studju u riċerka professjonali fil-lingwa, kibru l-opportunitajiet għax-xogħol fil-qasam tax-xjenza tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni hekk kif ġiet sostnuta l-qlubija li biha esperti fil-lingwa Maltija jaħdmu biex iżommu l-lingwa tagħna lingwa ħajja.", "Iżda nistaqsi: Dan il-Gvern għandu pjan ta' kif isostni t-traduzzjonijiet ta' xogħlijiet letterarji Maltin u l-promozzjonijiet tagħhom barra minn Malta?", "Kif qed nitkellem fuq il-lingwa Maltija nixtieq nara wkoll aktar apprezzament fis-suq ta' pubblikazzjonijiet Maltin.", "L-awturi Maltin jaħdmu b'dedikazzjoni u passjoni lejn kreattività li tixhed il-kultura Maltija jew li hija msawra fil-kultura Maltija.", "Dawn il-pubblikazzjonijiet ikomplu jsaħħu l-identità kulturali u letterarja ta' Malta u għalhekk għandna ninvestu ferm aktar sabiex inqarrbu l-ktieb Malti dejjem aktar lejn il-qarrejja u ntejbu l-aċċess għall-ktieb Malti.", "Jekk ninvestu fl-awturi u l-pubblikaturi Maltin inkunu qegħdin ninvestu fil-kultura u kreattività Maltija.", "Nixtieq nitkellem dwar stakeholders u kwestjonijiet oħrajn relatati mal-kultura u l-kreattività però nixtieq ukoll inħalli ħin għall-kollegi tiegħi.", "Għalhekk se nikkonkludi dan id-diskors billi ngħid li verament hemm bżonn ta' ekoloġija tal-arti u l-kultura u dawn huma kliem li l-Gvern stess, anzi l-Partit Laburista, uża fil-manifest elettorali tiegħu tal-2013.", "Hemm bżonn ta' ekoloġija tal-arti u l-kultura iżda ekoloġija f'dan is-settur ma timxix jekk il-Gvern jibqa' jikkontrollaha.", "Il-Gvern għandu jċedi u jerħi l-arbitrarjetà tiegħu f'dan is-settur u għandu biss isostni kreattività awtentika u sinċiera, kreattività tat-tip li l-artisti Maltin jafu jagħtu.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, meta fl-2013 dan il-Gvern telaq fuq il-proġett li jibni Malta aħjar, kien hemm viżjoni umana, viżjoni tan-nies.", "Issa għadna kemm segwejna l-preżentazzjoni ta' Baġit ieħor, fejn ħareġ biċ-ċar li dik il-viżjoni ta' nies sfaxxat f'viżjoni ta' numri, viżjoni biss ta' figuri.", "Illum qegħdin niddiskutu tliet suġġetti – jekk tista' ssejħilhom hekk – li huma marbutin flimkien.", "Dawn huma l-kunsilli lokali, il-kultura ta' pajjiżna u l-ġustizzja, u nħoss li fit-tlieta li huma hemm id-direzzjoni li qabad dan il-Gvern li tħalli l-impatt negattiv tagħha.", "Dan fis-sens li, kif ġara fi Gvernijiet Laburisti tal-passat, ħafna drabi bdew tajjeb imma mbagħad sikru fil-poter u bdew jiċċentralizzaw il-poter.", "Dawn jitilgħu bil-għajta li se jagħtu poter lin-nies, li se jipprovaw iqanqlu l-kreattività u l-milja tan-nies, imma xahar wara xahar, sena wara sena, aħna nkunu hemmhekk xhieda naraw il-poter jikkonċentra ruħu fl-erbgħa ta' ġewwa, jew agħar minn hekk illum, fl-erbgħa ta' wara ta' ġewwa.", "Din hija s-sitwazzjoni li qegħdin niffaċċjaw illum fejn tidħol il-ġustizzja.", "Hawnhekk bilfors nieqaf u nżomm in-nifs għaliex qed nirreġistraw falliment totali f'kull qasam, kemm jekk inhu ġustizzja legali, kemm jekk inhu ġustizzja soċjali kif ukoll jekk inhu ġustizzja ambjentali.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix it-traġedja li laqtet lil pajjiżna meta nħolqot il-klima politika biex tippermettiha, u ċjoè, il-qtil ta' ġurnalista ewlenija f'dan il-pajjiż, li sal-lum għadna ma nafux min kien il-mandant ta' dan il-qtil.", "Sfortunatament fl-istess żmien sar qtil ta' ġurnalisti oħrajn, fosthom tas-Slovakk Ján Kuciak.", "Lil dawn qabduhom, qabdu lil min qatel u qabdu lil min qabbadhom iwettqu l-qtil, mentri aħna hawnhekk, mhux biss ma dehritx inklinazzjoni serja u ma tħallietx issir investigazzjoni pubblika kif suppost, imma minkejja li l-poplu, li mill-kultura tiegħu, mill-qalb tiegħu, ried jesprimi l-għadab tiegħu, għadna ma sibniex il-ġustizzja għal din il-ġurnalista.", "Sibna nies imqabbdin - x'aktarx il-Ministru stess - biex ma jħallux lin-nies imorru u jesprimu l-inkwiet u l-uġigħ tagħhom ħdejn mafkar li ħolqu huma stess.", "Hemmhekk qegħdin fil-livell tal-ġustizzja!", "Sinjura President, biex teqred lill-kunsilli lokali kulma trid tagħmel huwa li ma tiffinanzjahomx.", "Filwaqt li f'pajjiżi oħrajn fejn hemm demokraziji attivi l-kunsilli lokali jingħataw iktar saħħa biex ikunu jistgħu jilħqu l-bżonnijiet tal-poplu, f'Malta s-sussidjarjetà u d-devoluzzjoni mhijiex f'moħħ dan il-Gvern.", "Il-Gvern ma jridx li l-kunsilli lokali, li huma l-eqreb għodda demokratika tan-nies, jintużaw biex il-poplu jiġi moqdi kif jixraqlu u kif suppost għax ma jridx jitlaq il-poter minn idejh.", "Il-kultura hija li żżomm l-eżistenza tal-poplu tagħna.", "Fil-kultura - jekk hux ilsien pajjiżna, jekk hux l-arti, jekk hux il-letteratura, jekk hux fejn ngħixu - dan il-Gvern miexi b'attakk sfrenat fuq il-memorja kollettiva ta' pajjiżna billi qed iħalli n-nuqqas ta' ippjanar u d-distruzzjoni ta' strutturi arkitettoniċi li huma l-memorja tagħna.", "Dawn qed jitħallew jitfarrku u jitkissru quddiem għajnejna u dan huwa attakk fuq il-kultura tagħna.", "Il-Gvern qed jaħsdilna għeruqna.", "Qegħdin jagħmluli sinjal li daqshekk hemm ħin disponibbli għalina tal-Partit Demokratiku biex inwasslu l-messaġġ tagħna.", "Però aħna se nkunu qegħdin nipprovaw inwasslu l-messaġġ tagħna fuq il-midja soċjali li hija l-uniku mezz li baqgħalna biex nitkellmu magħkom.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, m'hemmx dubju li l-qasam tal-ġustizzja huwa qasam importanti ħafna fid-demokrazija tagħna, jolqot diversi aspetti u għalkemm huwa distint fl-operat tiegħu minn dak tal-Gvern, il-Gvern għandu wkoll say u għandu impatt fuqu, xi kultant mingħajr ma jrid ukoll.", "Però hemm ħafna affarijiet li l-Gvern għandu impatt fuqhom fil-qasam tal-ġustizzja.", "Kull soċjetà tistenna li l-gvern jagħmel dmiru biex il-qasam tal-ġustizzja jimxi b'mod tajjeb.", "F'dan id-diskors nixtieq insemmi tliet affarijiet b'mod kostruttiv u b'mod pożittiv li jistgħu jitjiebu biex neliminaw ċerti diffikultajiet li għandna, u se nkun qed nitkellem b'mod prattiku ħafna.", "L-ewwel nett, qed nieħu gost li hawn il-Ministru jismagħna u jsegwi dan l-intervent fejn tidħol il-kwestjoni tal-appelli pendenti.", "F'pajjiżna għandna ammont kbir ta' appelli quddiem il-Qorti tal-Appell fis-sede superjuri tagħha li għadhom lanqas biss ġew appuntati.", "Jien naf b'każijiet fejn is-sentenzi ilhom li nqatgħu bejn sentejn u tliet snin u sal-lum għadhom lanqas biss għandhom l-ewwel data meta se jinstema' l-appell tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija sitwazzjoni li mhijiex aktar aċċettabbli għax in-nies bir-raġun jistennew li jkunu jafu meta l-appell tagħhom se jinqata' u jiġi deċiż u jkollhom is-serħan tal-moħħ dwar il-każ pendent tagħhom.", "Ħalli nagħti ftit numri ħalli n-nies ikunu jafu kemm hija gravi s-sitwazzjoni.", "Minn 1,560 appell li kien hemm pendenti sal-aħħar ta' Settembru li għadda, kellna 1,282 appell li lanqas biss għadhom ġew appuntati, jiġifieri qed nitkellmu dwar 85% tal-appelli quddiem il-Qorti tal-Appelli Superjuri.", "Irrid nirrikonoxxi li sar pass tajjeb f'Ġunju li għadda meta twaqqfet it-tielet sezzjoni, u allura t-tielet sett ta' mħallfin ta' tlieta li jiddeċiedu l-appelli superjuri.", "Però jien informat li sal-lum għadhom ma ġewx appuntati l-appelli quddiem din it-tielet sezzjoni.", "Għalhekk għandna sitwazzjoni fejn għandna l-mekkaniżmu biex jinstema' dan l-ammont kbir ta' appelli però amministrattivament jidher li hemm xi problema.", "Forsi l-Ministru jispjega u jieħu azzjoni biex dawn l-appelli jiġu appuntati.", "Ma nistgħux nippretendu - forsi l-Ministru jikkonsidraha wkoll din - li l-imħallfin jisimgħu l-appelli u jagħmlu l-każijiet normali tagħhom bil-backlog li hemm.", "Għaldaqstant naħseb li wasal iż-żmien li wħud mill-imħallfin ikunu assenjati biss li jisimgħu l-appelli u jaqtgħu l-backlog li hemm.", "Din tista' ssir ukoll bħala parti mill-proċess meta mħallef ikun wasal qrib l-età tal-irtirar.", "It-tieni punt li nixtieq insemmi huwa dwar l-inkjesti.", "F'pajjiżna jsiru numru kbir ta' inkjesti.", "Fil-fatt jidhirli li f'sena waħda jinfetħu kważi madwar 1,000 inkjesta.", "Dawn l-inkjesti jkunu dwar suġġetti diversi, li wħud minnhom ikunu każijiet żgħar imma jkun hemm ukoll każijiet li huma ħafna akbar.", "Hawnhekk nixtieq insemmi xi figuri.", "Quddiem il-maġistrati hemm madwar 1,769 inkjesta pendenti u f'Għawdex biss hemm 400 oħra.", "Din hija statistika li ħarġet fi Frar.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nibdew nikkonsidraw li l-maġistrati li jkunu qed jagħmlu l-inkjesti ma jkollhomx xogħol assenjat lilhom ta' rutina, jiġifieri ma jkollhomx xogħol tad-distrett jew xogħol taċ-Ċivil imma jkun hemm pool ta' maġistrati li jkunu dedikati fuq l-inkjesti.", "Hemm inkjesti li jkunu ta' rutina, biex ngħid hekk, li joħolqu ammont kbir ta' xogħol lill-maġistrati u l-pubbliku u l-Istat jistennew li l-maġistrati jagħmlu dawn l-inkjesti fil-ħin li jkunu qed jagħmlu l-każijiet l-oħrajn ta' rutina tagħhom.", "Sinjura President, naħseb li din hija xi ħaġa inġusta fuq il-maġistrati u fuq min ikun qed jistenna l-eżitu ta' inkjesta.", "Pereżempju, għandna każijiet ta' nies li mietu fi djarhom b'kawża naturali imma għax mietu f'ċirkostanzi fejn ħadd ma kien preżenti, issir inkjesta.", "Dawn it-tip ta' inkjesti jdumu bejn sena u sena u nofs biex wieħed ikun jaf l-eżitu tagħhom, bil-konsegwenza li, pereżempju, l-eredi ma jkunux jistgħu jagħlqu dan il-kapitlu ikrah li xi ħadd mill-familjari tagħhom ikun miet f'daru u ma jkunux jistgħu jirregolaw l-eredità u ħafna affarijiet li jkun hemm pendenti dwar il-persuna.", "Għalhekk naħseb li wasal iż-żmien li jkollna inkjesti bil-maġistrati li jkunu dedikati biss għall-inkjesti sabiex inħaffu dan ix-xogħol.", "Irrid ngħid ukoll li naqbel ma' dak li qal l-Imħallef Anthony Vella, li nibdew nikkonsidraw ir-rwol ta' maġistrat bħala karriera fiha nnifisha u mhux aktar bħala stepping stone biex wieħed isir imħallef.", "Naħseb li l-ewwel pass biex dan isir huwa li s-salarju dovut lill-maġistrat ikun eqreb – jien naħseb li għandu jkun l-istess - għal dak ta' imħallef u l-kondizzjonijiet ikunu l-istess.", "B'hekk nattiraw nies li jkunu interessati li jkunu maġistrati għax ikun jogħġobhom ix-xogħol ta' maġistrat imma ma jkollhomx l-ambizzjoni jew ma jħossux li għandhom ikunu imħallfin.", "It-tielet punt li nixtieq insemmi huwa dwar il-kwestjoni tal-liġi dwar l-avukati.", "Il-Kamra tal-Avukati għamlet xogħol kbir dwar din il-liġi li għadha pendenti imma ma jidhirx li hemm xi deċiżjoni min-naħa tal-Gvern jekk hijiex se ssir jew le.", "Hemm dibattitu anke fost l-avukati.", "Fil-fatt kuljum ikun hemm dibattitu għaddej dwar xi punt jew ieħor ta' din il-liġi partikolari u nixtieq li l-Ministru, fid-diskors tal-għeluq tiegħu, jinforma ftit lill-Kamra u lill-pubbliku inġenerali x'se jsir minn din il-liġi u jekk hemmx xi żmien meta din il-liġi se tkun qed tersaq quddiem din il-Kamra biex ikun hemm deċiżjoni dwarha.", "Din hija liġi importanti ħafna li tirregola l-professjoni tal-avukati u anke ddaħħal ċerta serjetà f'ċerti affarijiet b'rispett lejn il-klijenti u lejn il-pubbliku inġenerali b'rabta mal-avukati.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, nirringrazzja lill-kollegi li tkellmu qabli għax daħlu f'ħafna dettall ta' suġġett li huwa kapitlu vast minn dan il-Baġit.", "Jekk hemm kapitlu wieħed li l-Gvern għamel minn kollox biex iħottu huwa proprju l-kapitlu tal-ġustizzja, il-kultura u l-kunsilli lokali.", "Il-Gvern għamel minn kollox biex iħott il-kultura f'pajjiżna, biex iħott is-saħħa u r-rappreżentanza tal-kunsilli lokali u biex iħott il-qafas sħiħ u l-pilastri li jżommu l-ġustizzja f'pajjiżna sħiħa.", "Jien se nitkellem, għal ftit minuti biss, fuq il-kultura u l-kunsilli lokali għax sħabi fuq din in-naħa tal-Kamra naħseb li diġà għamlu biċċa xogħol tajba ħafna meta spjegaw dak kollu li seta' jsir biex ninvestu u nsaħħu dawn l-oqsma.", "Għalhekk din hija parti minn dan il-Baġit li tgħajjat ħafna u ma tgħid xejn.", "Dwar il-kultura se nieħu spunt wieħed minn dak li semmiet il-kollega tiegħi l-Onor.", "Jekk hemm xi ħaġa li tissottolinja dak li jagħmilna Maltin hija l-identità tagħna u allura l-ilsien Malti għandu jkun wieħed mill-pilastri tagħna għax jidentifika min aħna.", "Naħseb li l-ilsien Malti qatt ma kien taħt attakk akbar minn dak li jinsab fih bħalissa.", "M'hemm l-ebda ħsieb, l-ebda linja, l-ebda diskors, l-ebda inċentiv u l-ebda xprun fid-diskors kollu tal-Baġit li jagħtina xi tip ta' nifs u xi tip ta' tama li l-ilsien Malti se nagħmlu minn kollox biex nipproteġuh, insaħħuh, u nħallu din l-għodda, li hija l-ewwel teknoloġija tal-bniedem.", "L-ilsien kien l-ewwel teknoloġija tal-bniedem.", "Nitħaddtu fuq it-teknoloġiji tas-seklu 21 imma l-avvanz tal-bniedem seħħ fl-istorja għax kellu t-teknoloġija tal-komunikazzjoni tal-ilsien.", "L-ilsien Malti rridu nagħmlu minn kollox biex insaħħuh, insebbħuh u naraw li jibqa' jgħaqqadna bħala ġens.", "Issa se nitkellem ftit dwar il-kunsilli lokali.", "Ħamsa u għoxrin sena ilu Gvern Nazzjonalista emmen fin-nies, emmen fid-deċentralizzazzjoni tal-poter, emmen li ma kellux għalfejn iżomm il-poter f'idejh bħala Gvern ċentrali, imma seta' jgħaddih lin-nies, lil-lokalitajiet, lill-irħula, lill-ibliet u lill-hamlets iż-żgħar tagħna.", "Dan għaliex hemm deċiżjonijiet li tant jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum tan-nies li l-Gvern ma jistax ikun jaf biżżejjed daqs dawk li jgħixu man-nies fil-lokalitajiet.", "Però l-Gvern li suppost huwa tal-ħaddiem, il-Gvern li suppost huwa taż-żgħir, il-Gvern li suppost huwa tal-fqir, il-Gvern li suppost huwa tan-nies dan m'emmnux, il-kunsilli lokali ma ridhomx u ma riedx jipparteċipa fihom.", "Fil-fatt dak iż-żmien ma pparteċipax fihom.", "Is-sistema li kien bena, seddaq u investa fiha Gvern Nazzjonalista, illum dan il-Gvern qed iżarmaha mod ieħor, biċċa biċċa, billi lill-kunsilli lokali ħadilhom is-saħħa u l-kontroll.", "Hekk ukoll qed inaqqas id-deċiżjonijiet li jieħdu l-wardens biex issa, sindku wara l-ieħor, inkużi dawk Laburisti, qed jgħidu li qegħdin agħar.", "Issa se nitkellem ftit dwar ir-riċiklaġġ, xi ħaġa li taffettwa l-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Ilbieraħ smajna lill-Prim Ministru qisu jipprova jiddieħak għax aħna qegħdin l-agħar fl-Ewropa b'7%.", "Però għall-inqas ġie hawnhekk u ammetta!", "Qalilna: Ladarba qegħdin l-agħar, kif intom kontra din il-liġi li għaddejna?", "Aħna m'aħniex kontra.", "Aħna rridu li meta jkun hemm xi ħaġa li jkunu qed jamministrawha l-kunsilli lokali għandhom jibqgħu jamministrawha l-kunsilli lokali u meta jkun hemm xi ħaġa li l-istakeholders ikunu jridu jiġu kkonsultati dwarha, għandhom jiġu kkonsultati.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna kontra li l-Gvern jgħaddi avviż legali bl-addoċċ, ngħidulu li huwa ħażin, ibiddel skeda għax madwar 60% tagħha tkun imbażwra, nipprovaw nivvotaw kontra tagħha u jbiddilha dakinhar stess filgħodu ħalli ma jkollux il-kuraġġ li jgħid li għamel l-affarijiet bl-addoċċ!", "Rigward it-toroq irrid ngħid li qabel ma kienu jeżistu l-kunsilli lokali, kienu jkunu n-nies tar-raħal jew tal-belt li jiddeċiedu, bil-fondi li jagħtihom il-Gvern, liema huma l-prijoritajiet tat-toroq fil-lokalità tagħhom imma l-Gvern ma fdahomx għax m'għandux fiduċja li dawn huma kapaċi jmexxu.", "Għalhekk ħadilhom is-saħħa u l-flus biex ikun hu, permezz ta' dik li qed isejjaħ Aġenzija għal Infrastruttura Malta, li mil-lum 'il quddiem jibda jiddeċiedi dwar it-toroq.", "Poter, saħħa u deċiżjoni oħra li l-Gvern ried għalih u ma ħalliex għan-nies tagħna fil-lokalitajiet.", "Issa se nitkellem fuq il-ġustizzja.", "Jekk hawn settur li dan il-Gvern kasbar u kisser huwa proprju dan is-settur għax m'hawn ħadd f'pajjiżna li b'idu fuq qalbu jista' jgħid li għadha ssir ġustizzja f'pajjiżna.", "Nista' nibda nitkellem fuq parti teknika dwar il-ġustizzja għax il-Ministru jagħtina x'nifhmu li qisu fil-ġustizzja saru biżibilju tibdiliet u issa qegħdin fost l-aqwa fl-Ewropa.", "Jien se nitkellem fuq biċċa żgħira biss - hemm diversi oħrajn - ħalli fil-ħin limitat li għandi nipprova nitkellem fuq diversi partijiet tas-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Dan id-dokument jgħid:", "Hekk jgħid dan ir-rapport, però dan il-Gvern ma jimpurtahx għax ilbieraħ kellna l-Prim Ministru jiftaħar li fl-aħħar snin fallew 4,000 negozju żgħir imma huwa kburi għax kien hemm 12,000 kumpanija ġdida!", "Lilna ta' din in-naħa tal-Kamra jinteressana anke jekk ifalli negozju wieħed biss għax wara dak in-negozju, li għall-Gvern huwa numru, għalina hemm persuna, hemm familja, li jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum.", "Il-Gvern jieħu pjaċir jaqra n-numri u l-istatistika mit-2017 EU Justice Scoreboard, u nistgħu nsemmulu ftit.", "Ħalli nibdew bl-aktar waħda ovvja, l-aktar waħda li qed tkidd lil pajjiżna, l-aktar waħda li qed tagħmlilna ħsara reputuzzjonali, u ċjoè, dak kollu li qed jingħad dwar il-ħasil tal-flus.", "F'dan id-dokument hawn diversi kejlijiet, graphs, numri u statistika, u Malta ġieli qiegħda lejn l-aħħar u ġieli qiegħda fin-nofs, però fuq il-ħasil tal-flus għandna l-kumdità li fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, aħna u ftit li tgħoddhom fuq idejk, m'għandna ebda dejta u informazzjoni ħalli lanqas biss nirreġistraw kejl!", "Irrid insemmi wkoll il-legal aid, l-aktar ħaġa li taffettwa lin-nies iż-żgħar, lill-fqar u lil dawk li lanqas għandhom biex iħallsu ħalli tkun tista' ssir ġustizzja magħhom.", "Hemm pajjiżi li investew ħafna, hemm pajjiżi li għandhom legal aid ta' madwar €6,000 mentri Malta tirreġistra bin-negattiv.", "Nafu li hawn diversi nies li anke jekk għandhom raġun, m'għandhomx biex iħallsu u allura ma jistgħux jidħlu fil-qrati biex jitolbu li jsir ħaqq magħhom.", "Allura din hija prijorità u huwa inutli li naraw x'kien hemm qabel u x'sar s'issa.", "Jekk hemm nies li qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom, jekk hemm nies li qed jiġġieldu biex jieħdu l-ġustizzja u dan ma jingħatax l-akbar sostenn mill-Gvern, għal din in-naħa dan huwa totalment inaċċettabbli.", "Issa nixtieq nerġa' mmur lura fuq il-kwestjonijiet ta' dawk li huma metodoloġiji dwar kif jista' jirnexxilek tnaqqas il-piż fuq il-qrati tagħna.", "Hemm dak li jissejjaħ Alternative Dispute Resolution (ADR) jiġifieri minflok tmur mill-ewwel il-qorti, tipprova tagħmel pereżempju medjazzjoni jew arbitraġġ.", "Konna waqqafna Ċentru tal-Arbitraġġ Internazzjonali li kellu għodod, esperti u tekniċi fost l-ewlenin tad-dinja kollha u kienu saru arbitraġġi internazzjonali ta' miljuni f'pajjiżna li stajna nkomplu niżviluppaw.", "Malta qiegħda l-aħħar pajjiż fl-Ewropa - hemm tnejn li ma tawx dejta - f'dik li hija l-promozzjoni u l-inċentivi ta' dawn il-metodi li nistgħu nużaw.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni tal-liġi li tirregola lill-avukati, li diġà semmewha l-kelliema ta' qabli imma hija importantissima.", "Madwar tmien snin ilu konna wasalna lejn l-aħħar biex nagħmlu abbozz ta' liġi dwar dan imma f'dawn l-aħħar ħames snin jidhirli - għall-inqas dak huwa l-ġudizzju tiegħi - li l-Gvern kien qed ikaxkar saqajh.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Karol Aquilina staqsa lill-Ministru Bonnici jekk hemmx xi rethinking, jekk hemmx xi deċiżjoni kontrarja, imma minn dak li jien informat, il-Kamra tal-Avukati trid li ssir din il-liġi.", "Jien ma narax li hemm impedimenti insormontabbli biex issir din il-liġi imma rridu nkunu ċari u rridu naraw li jkun hemm regolamentazzjoni li tagħmel parti minn dak li jrid ikun il-Lawyers Act.", "Sinjura President, hemm lista sħiħa ta' ġudikanti li din is-sena u fis-snin li ġejjin f'din il-leġiżlatura se jkunu qed jirtiraw bl-età.", "Din is-sena se jirtira wieħed f'Novembru, tlieta s-sena li ġejja, tnejn fl-2020, tlieta fl-2021 u tnejn oħra fl-2022.", "B'kollox, fuq medda ta' erba' snin, se jirtiraw 11-il ġudikant u dan meta għandna diġà nuqqas fin-numru ta' membri tal-ġudikatura, kif imkejjel bl-istess scoreboard fuq kull 100,000 abitant.", "M'aħniex qed ngħidu li b'kollox f'Malta hawn inqas milli hemm l-Ingilterra jew il-Ġermanja, għax ovvjament hawn inqas nies hawn Malta, però bħala proporzjon, f'Malta qegħdin ir-raba' mill-aħħar – qisha din tar-raba' mill-aħħar qed togħġbu lill-Gvern! – f'dawk li huma numri ta' ġudikanti.", "Qegħdin ukoll kompletament ineżistenti f'dak li huwa compulsory training għall-ġudikanti.", "Dan ma jeżistix f'pajjiżna imma kważi fil-pajjiżi kollha Ewropej jeżisti.", "Però meta diġà għandna numru ta' ġudikanti neqsin, meta diġà għandna l-problemi li semma l-kollega tiegħi, ċjoè li jkollok ġudikanti li qed jiffokaw fuq inkjesti importantissimi u allura x-xogħol jaqa' lura għal kulħadd, ma smajna xejn u ma rajna xejn dwar x'inhu l-pjan tal-Gvern biex isaħħaħ dan il-qasam tant importanti.", "Issa se nitlaq mill-parti teknika u numerika biex nitkellem dwar dak li jgħidu n-nies.", "Il-ġustizzja mhux biss trid issir imma trid tidher li qed issir.", "Jien se nikkwota l-ewwel minn dak li kien qal fl-aħħar diskors tiegħu l-Eks Prim Imħallef Silvio Camilleri fil-ftuħ tas-sena forensi tal-2017.", "Dan qal hekk:", "U jibqa' sejjer, u sejjer, u sejjer, f'diskors sħiħ li juri b'mod skjett analiżi dettaljata ta' fejn qed nonqsu bħala gvern u bħala pajjiż liċ-ċittadini tagħna għax m'aħniex qed inrendulhom ġustizzja effettiva u tajba.", "Fil-ftuħ tas-sena forensi, jiġifieri, meta jiftaħ l-istaġun tal-qrati, ikun hemm quddiesa fil-Konkatidral ta' San Ġwann, u se nikkwota minn dak li qal l-Arċisqof Scicluna din is-sena.", "Il-Gvern issa qed jagħti widen lill-Knisja għax qed tipprovdilu wkoll l-akkomodazzjoni għall-istudenti u għat-tfal tagħna, li huwa mhux kapaċi jipprovdi!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Huwa qal hekk:Dan", "Dan huwa kien kliem tqil ħafna li jpoġġi piż tremend fuq dan il-Gvern!", "Il-post, l-edifiċju, il-bini fejn int suppost tmur sabiex issib il-ġustizzja qed isir il-post fejn hemm l-oppressjoni!", "Dan huwa kliem li jekk il-Gvern ma jeħdux bl-akbar serjetà jkun qed jonqos lill-Maltin u l-Għawdxin kollha u lill-Istat Malti.", "Il-ġustizzja mhijiex qed issir!", "Il-Gvern qed jikser il-Kostituzzjoni huwa stess!", "Sentenza tal-ogħla qrati tal-pajjiż tgħid li l-liġi li għamel il-Gvern dwar il-finanzjament tal-partiti hija kontra l-Kostituzzjoni għax irid jagħti poteri lill-Kummissjoni Elettorali, li tara hi, tinvestiga hi, ittella' hi u tiġġudika hi stess!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija xi ħaġa li tmur kontra l-prinċipji tal-Kostituzzjoni tagħna u ta' kull prinċipju fil-liġi fil-pajjiżi kollha ħielsa!", "Il-Qorti tagħna bagħtet lura liġi hawnhekk fil-Parlament u qalet lill-Gvern: Din qed tikser il-Kostituzzjoni; biddilha!", "Il-Kostituzzjoni nkisret ukoll meta l-familja Caruana Galizia talbet li fil-każ li għadu kif issemma mill-kollegi tagħna, ta' qtil ta' ġurnalista, deher ċar li l-ġustizzja mhux talli mhux qed issir talli lanqas tidher li qed issir.", "Għandek lid-Deputat Kummissarju tal-Pulizija li kien qed jinvestiga xi ħaġa ta' dik il-portata li qatt ma missu kien qed jinvestigaha!", "U l-qrati tagħna reġgħu tkellmu!", "Il-Qorti tal-Appell Kostituzzjoniali qed tgħid li nkisru u ġew leżi d-drittijiet fundamentali ta' din il-familja u ordnat li minnufih dan jitneħħa mill-każ.", "F'dan il-pajjiż għandna dak li jien sejjaħt inċest istituzzjonali.", "Dan ifisser li għandek poter li suppost huwa ta' xi ħadd – pereżempju tal-Avukat Ġenerali - li żgur li ma jistax jiġi eżerċitat minn xi ħaddieħor, pereżempju mill-Eżekuttiv, mill-Gvern, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew mill-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja.", "Dawn jitilgħu l-Qorti t-tnejn għax jien infittex lill-Avukat Ġenerali biex jagħti lill-Oppożizzjoni r-Rapport Bugeja fuq l-inkjesta Egrant u jieqaf jikkommetti żbilanċ politiku!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Imbagħad l-Avukat Ġenerali fuq il-pedana tax-xhud jgħid bil-ġurament tiegħu li lili ma jagħtinix kopja sabiex ma nitkellimx u lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jagħtih kopja għax huwa l-avukat tal-Prim Ministru!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Però fuq l-istess pedana tax-xhud, bil-ġurament, fil-Qorti l-Ministru Bonnici jgħid xorta oħra u jgħid li talab l-istess rapport lill-Avukat Ġenerali mhux għax kien l-avukat tal-Prim Ministru imma għax diġà kellu r-rapport f'idejh u ried kopja elettronika.", "Sinjura President, f'pajjiżna għandna sistema ta' ġustizzja li anke esponenti ewlenin li jħobbu lil pajjiżna, li tkellmu fil-passat, jaraw kif inhi mibnija.", "Għandna Gvern li qed jaqbad il-pilastri tad-demokrazija, u ċjoè, il-qrati tagħna, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-FIAU u l-Kummissarju tal-Pulizija - li għal wieħed ibiddel tnejn, tlieta, erbgħa, sakemm isib wieħed li joqgħod kif jgħidlu hu - … (Onor. Membri: Hear, hear) Il-ġustizzja hija xi ħaġa li tippernja f'kull qafas li għandna f'pajjiżna u f'kull settur tas-soċjetà u mhijiex biss xi ħaġa tal-kotba imma taffettwa l-ħajja ta' kuljum tan-nies.", "Jekk mhux qed issir ġustizzja fejn jidher quddiemu kulħadd aħseb u ara kemm qed issir ġustizzja maż-żgħir, mal-fqir u mal-batut!", "Dan kollu qed isir a skapitu tar-reputazzjoni ta' pajjiżna, reputazzjoni li ilna nibnu flimkien, gvernijiet passati, Gvernijiet Nazzjonalisti jew Soċjalisti, ma tagħmilx differenza kenux oħrajn, li tul medda ta' snin stinkajna biex għandna dak li għandna llum; sistema demokratika li taħdem, avukat ġenerali li suppost ikun awtonomu u indipendenti, gvern li jaħdem għalih, qrati li jaħdmu għalihom u kummissarju tal-pulizija li jaħdem għalih.", "Inċest istituzzjonali huwa li jkollok il-Gvern, il-Prim Ministru, li jrid li jkollu jdejh fuq kulħadd; fuq il-Qrati, fuq l-Avukat Ġenerali, fuq il-Kummissarju tal-Pulizija u fuq l-FIAU.", "Dan mhuwiex tollerat f'pajjiż normali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk l-Oppożizzjoni se tibqa' tiġġieled ta' kuljum biex taċċerta li għada pitgħada l-pajjiż tirritornah għan-normalità.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, pajjiżna miexi 'l quddiem u dan bis-saħħa ta' viżjoni fit-tul tal-Gvern li qed issarraf fil-ġid!", "Kif qal il-Ministru għall-Finanzi u lbieraħ il-Prim Ministru, meta tkellmu fuq il-Baġit, pajjiżna qiegħed fit-triq tas-suċċess.", "Malta għandha tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed jagħti r-riżultati tant li l-familji Maltin u Għawdxin illum qed iħossuhom jgħixu aħjar milli kienu jgħixu qabel.", "Quddiem din ir-realtà għandek żewġ toroq x'tagħżel.", "Min hu intelliġenti u serju jikkontribwixxi għal aktar tkabbir ekonomiku bl-ideat.", "Wieħed jista' jaqbel u wieħed jista' ma jaqbilx.", "Imbagħad ikun hemm min, bħall-Oppożizzjoni sfortunatament, jara kollox iswed, jikkritika anke fejn m'hemmx affarijiet li għandhom jiġu kkritikati, u fejn hemm affarijiet li jistgħu jameljoraw juża kliem fatalistiku u verament esaġerat.", "Jien naf li llum hija l-ġurnata ta' Halloween, imma ma kontx naf li l-Oppożizzjoni se tispira ruħha daqshekk.", "Dan il-Baġit kompla jibni fuq it-tajjeb li għamilna fl-aħħar baġits li għaddew u jekk tara x-xogħol li għamilna f'dawn is-setturi ssib li kollox jibni katina waħda mal-oħra.", "Ħalli nibdew bis-settur tal-ġustizzja.", "Dan huwa settur importanti ħafna u dekasteru li huwa kruċjali għaliex qed nitkellmu fuq kolonna ewlenija tal-Istat.", "L-Oppożizzjoni għadha kemm qalet li fil-kamp tal-ġustizzja hawn kollass assolut, imbagħad fl-istess nifs semmiet il-kawżi li fihom il-qrati, bl-akbar libertà, bl-akbar awtonomija, bl-akbar mod ħieles, ġieli ppronunzjaw ruħhom kontra l-Gvern u ġieli kontra l-Oppożizzjoni, anke sa ftit tal-jiem ilu.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni trid tiddiċiedi!", "Hawn kriżi, hawn kollass fil-qasam tal-ġustizzja?", "Jew inkella l-qasam tal-ġustizzja huwa awtonomu u b'saħħtu, fejn ir-rule of law taħdem u l-ġudikatura għandha kull libertà li tagħti d-deċiżjonijiet li jidhrilha li għandha tagħti?", "L-importanti mhuwiex li inti tkejjel kemm ingħataw sentenzi mill-ġudikatura imma jekk tirrispettax is-sentenzi li tagħti l-ġudikatura.", "Aħna niftaħru li anke meta ma naqblux mas-sentenzi tal-ġudikatura nbaxxu rasna, nottemporaw ruħna magħhom u nobdu dak li qalet id-deċiżjoni tal-qorti.", "L-Oppożizzjoni ma tagħmilx hekk!", "Ftit tal-jiem ilu kellna Deputat ewlieni tal-Oppożizzjoni, li għal ġieħna kien jokkupa l-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni, li qabad il-konklużjonijiet ta' inkjesta ewlenija, magħmula minn Maġistrat serjissimu li jgawdi l-fiduċja ta' kulħadd, mesaħ saqajh f'dawn il-konklużjonijiet u qal ċar u tond li anke jekk il-konklużjonijiet ta' maġistrat inkwerenti kienu jgħidu ħaġa, il-fehma tiegħu hija proprju l-oppost.", "Allura jien nistaqsi lin-nies li qed jisimgħuna: Min jagħmel ħsara lill-qasam tal-ġustizzja?", "Min jagħmel ħsara lir-rule of law; min jinvesti u jkabbar is-settur tal-ġustizzja jew min ma jirrispettax id-deċiżjonijiet tal-qrati tagħna?", "Tkejjilx gvern mill-ammont ta' sentenzi li jingħataw, imma kejjel gvern u oppożizzjoni - għax aħna hawnhekk it-tnejn qegħdin għall-iskrutinju tal-pubbliku, mhux aħna biss - minn kemm inti tirrispetta d-deċiżjonijiet li joħorġu mill-qrati tagħna.", "U dan is-settur tal-ġustizzja huwa settur li fih sar xogħol importanti ħafna.", "Fl-ewwel leġiżlatura u f'din il-leġiżlatura għamilna programm ambizzjuż ħafna ta' riformi li għandhom l-għan li jsaħħu l-governanza fil-qasam tal-ġustizzja.", "Aħna implimentajna ħafna riformi u se nibqgħu nwettqu aktar riformi.", "Se nelenka dawn ir-riformi li għamilna għax hemm min fl-Oppożizzjoni li għalih donnu li dawn l-affarijiet ma sarux.", "U rrid infakkar fix-xogħol li sar meta neħħejna l-preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni li jsiru minn politiċi, għax aħna nemmnu fis-saltna tad-dritt u li l-liġi qiegħda hemmhekk għal kulħadd.", "Kien dan il-Gvern li ra li s-sistema li biha jinħatru l-ġudikanti tkun iktar trasparenti u offrejna sistema ta' kontabbiltà tal-ġudikatura.", "Allura waqqafna kumitati responsabbli li jevalwaw espressjonijiet ta' interess għall-ħatra ta' imħallef jew maġistrat u waqqafna kumitat magħmul mill-imħallfin stess biex jagħmlu dixxiplina fuq il-ġudikatura meta jkun hemm bżonn.", "Sinjura President, kien dan il-Gvern li daħħal liġi li tagħti protezzjoni lill-whistleblower u b'hekk għamilna lil Malta waħda mill-ftit pajjiżi fid-dinja li toffri protezzjoni ta' dan it-tip.", "Kien dan il-Gvern li daħħal il-liġi ġdida dwar il-midja u l-malafama, li tagħti libertajiet bla preċedent lill-espressjoni ġurnalistika u b'hekk mexxejna 'l quddiem iktar riformi, li fosthom neħħew il-libell kriminali kontra l-ġurnalisti darba għal dejjem.", "Konna aħna wkoll li saħħaħna l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u li ntroduċejna d-dritt tal-avukat waqt l-arrest; konna aħna li daħħalna kumitat ta' skrutinju parlamentari fuq l-aktar ħatriet pubbliċi regolatorji u diplomatiċi importanti f'dan il-pajjiż; konna aħna bħala gvern li daħħalna liġi ġdida sabiex inwaqqfu bureau għall-irkupru tal-assi, l-Asset Recovery Bureau, li għandu l-għan li jiġġieled il-kriminalità organizzata u l-assi li jiġu f'idejhom b'mod illeċitu u li daħħal dispożizzjonijiet fil-liġi biex dan il-bureau jingħata s-snien u l-poteri biex jaqdi funzjonijiet kontra l-kriminalità organizzata.", "Kull waħda minn dawn ir-riformi kienu pass 'il quddiem favur aktar saltna tad-dritt u tisħiħ tad-demokrazija.", "Dawn huma ftit mill-affarijiet li wettaqna f'dan il-kamp importanti f'dan il-pajjiż.", "Jista' jkun li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaqbad dan ix-xogħol u jwaddbu fil-landa taż-żibel.", "Għandu kull dritt li jagħmel hekk imma istituzzjonijiet ewlenin fl-Ewropa qed jagħmlu l-oppost.", "Se nikkwota, pereżempju, x'qalet il-Blueprint for Free Speech, li hija organizzazzjoni ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea, li għamlet analiżi tal-liġijiet dwar il-whistleblower li hemm fl-Ewropa.", "Din l-organizzazzjoni poġġiet lil pajjiżna fuq quddiem nett fejn jidħol l-Att dwar il-Whistleblower.", "Din qalet li l-liġi li għamilna hija waħda mill-iktar robusti li hemm fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u tkompli tgħid li l-leġiżlazzjoni ta' Malta tinkorpora l-parti l-kbira, anzi kważi l-istandards kollha Ewropej u anke dawk internazzjonali.", "Allura din hija konferma tax-xogħol li wettaqna u li se nkomplu nwettqu biex dan is-settur jimxi 'l quddiem.", "Jien nieħu gost b'dawn ir-rapporti għaliex bihom għandna konferma li anke fil-qasam tal-ġustizzja qegħdin nagħtu riżultati tajbin li jitkellmu dwarhom l-organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Aħna rridu nkomplu mexjin 'il quddiem.", "Pereżempju, ftit ilu aħna ngħaqadna mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (EPO), li huwa uffiċċju li għandu l-għan li jħares l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea.", "Dan għadu fil-jiem inizjali tiegħu u aħna kommessi li nikkontribwixxu sabiex dan jimxi 'l quddiem.", "Hawn irrid insemmi u nirreferi għar-referenza li għamilna għall-Kummissjoni ta' Venezja fejn tlabnieha, għaliex aħna rridu nkomplu nagħmlu t-tibdiliet għall-aħjar, biex tagħmlilna reviżjoni tal-liġijiet tagħna.", "Aħna nħarsu 'l quddiem biex inkomplu nimplimentaw ir-riformi f'dan is-settur.", "Għalina din hija opportunità pożittiva biex inkomplu nagħmlu l-bidliet għal aktar saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Fil-fatt, f'laqgħa li kelli mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Gianni Buquicchio, jien għedtlu li aħna qed inħarsu lejn dan ix-xogħol b'mod pożittiv ħafna għax nemmnu li b'dan ix-xogħol se jkollna nimxu 'l quddiem.", "Jien fix-xogħol tiegħi spiss nitla' nirrappreżenta lil pajjiżi barra min Malta f'laqgħat tal-ogħla livell, ma' kull rappreżentant ta' kull pajjiż u ta' kull organizzazzjoni, u f'dawn il-laqgħat jien nagħmel minn kollox biex isem pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem.", "Inħalli għall-ġudizzju ta' min qed isegwina biex jara jekk in-naħa tal-Oppożizzjoni tagħmilx l-istess ħaġa f'laqgħat tal-ogħla livell, ma' kullimkien, ma' kull rappreżentant ta' kull pajjiż u ta' kull organizzazzjoni.", "F'dawn il-laqgħat jien nagħmel minn kollox biex isem pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem.", "Inħalli għall-ġudizzju ta' min qed isegwina biex jara jekk in-naħa tal-Oppożizzjoni tagħmilx l-istess ħaġa.", "Aħna wettaqna ħafna però żgur li m'aħniex se nieqfu hemm.", "Din is-sena daħħalna l-Qorti tal-Kummerċ, żidna sessjoni tal-Qorti tal-Appell u żidna l-ammont ta' ġudikanti biex issa, għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, għandna aktar ġudikanti nisa milli ġudikanti rġiel.", "Saħħaħna wkoll l-indipendenza tal-ġudikatura billi tejjibna l-kondizzjonijiet tagħhom.", "Din nesa jgħidha l-Kap tal-Oppożizzjoni, bħalma nesa wkoll ir-ruxxmata punti pożittivi li joħorġu mill-Justice Scoreboard li kkwota hu stess.", "Però nifhmu li l-qasam tal-ġustizzja jrid ikompli għaddej ix-xogħol fuqu għax mhux se niġi hawn u ngħid li huwa perfett, anzi, huwa qasam li qatt ma tista' tieqaf milli tkompli tmexxih 'il quddiem.", "Sinjura President, il-miri tagħna għas-sena d-dieħla huma, l-ewwel nett, li ndaħħlu sistema ta' medjazzjoni fil-Bord li Jirregola l-Kera fejn jidħlu kirjiet antiki bil-għan li ċ-ċittadini, speċjalment dawk anzjani, ikunu jistgħu jilħqu ftehim barra mill-qorti.", "Se nagħmlu liġi li ddaħħal awtonomija amministrattiva fil-qrati u fil-fatt diġà ppreparajna proposta leġiżlattiva li qed tiġi eżaminata internament.", "Irridu nżidu s-servizzi li jingħataw permezz tal-informatika biex ikunu servizzi aktar effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.", "Se nagħmlu xogħol strutturali biex il-Kamra tal-Avukati tkun aktar aċċessibbli għal kull min jużaha u se nkomplu ninvestu fl-Aġenzija għall-Għajnuna Legali, li hija aġenzija li ġiet imwielda minn din l-Amministrazzjoni li ħloqnieha sabiex is-soċjetà Maltija tkun aktar inklużiva.", "Irridu nkomplu ntejbu s-servizzi għall-klijenti fil-qasam tan-nutara bil-proġett ta' diġitalizzazzjoni fl-Arkivji Notarili, bil-għan li noħolqu sistema online li permezz tagħha l-klijenti jkunu jistgħu jaraw, jistampaw u jordnaw il-kopji ta' kuntratti mill-kumdità ta' darhom imma fuq kollox il-mira waħdanija tagħna hija aktar titjib fl-effiċjenza fil-Qrati, li għalkemm wettaqna ħafna, mhux se nieqfu mument biex inkomplu nsaħħu l-effiċjenza fil-Qrati.", "Ngħaddi issa għall-qasam tal-patrimonju storiku.", "Ix-xogħol tagħna mhuwiex biss il-ġustizzja, ir-riformi u t-titjib li wettaqna imma jinkorpora wkoll settur ieħor importanti, li huwa l-patrimonju storiku.", "Huwa tajjeb li ngħid li bħalissa fil-Parlament beda l-proċess leġiżlattiv għal liġi ġdida dwar il-protezzjoni tal-wirt storiku bis-saħħa ta' pakkett ta' emendi li se jbiddlu radikament il-liġi li għandna llum.", "Kienet il-ħolma tiegħi li qabel nidħlu għall-Valletta 2018, il-belt kapitali tagħna tkun verament denja li tilqa' dan l-avveniment li jkompli jitfa' 'l quddiem isem Malta fl-irkejjen kollha tad-dinja.", "Għalhekk, bis-saħħa ta' diversi entitajiet, inkluż id-Direttorat għar-Restawr, ħdimna fuq proġetti kbar u żgħar, li permezz tagħhom tajna ħajja mill-ġdid lill-Belt Valletta.", "Id-Direttorat għar-Restawr waħdu wettaq xogħol ta' restawr fuq 29 proġett, kif ukoll 35 proġett ieħor li bħalissa għaddej xogħol fuqhom, bħal pereżempju, Palazzo Ferreria, Palazzo Castellania, Palazzo Verdelin, l-uffiċċju l-ġdid tal-Kunsill Lokali tal-Belt, il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Konkatidral ta' San Ġwann u r-restawr fuq il-pitturi li jinsabu fil-Konkatidral.", "Għamilna wkoll ammont kbir ta' xogħol ta' restawr fuq ħafna swar tal-Belt Valletta imma x-xogħol se jibqa' għaddej.", "Fil-fatt bħala mira għandna l-Palazz ta-President, l-uffiċċju l-ġdid għall-Avukat Ġenerali, aktar restawr fil-Berġa ta' Kastilja u aktar xogħol ta' titjib fil-Konkatidral ta' San Ġwann.", "Però r-restawr mhux qed isir fil-Belt biss imma għaddej restawr fuq il-Victoria Lines u tlesta xogħol differenti ta' restawr madwar Malta, minn bini sa niċeċ.", "Sinjura President, hemm lista enormi li ma tispiċċa qatt u ma jagħmilx sens li nsemmiha kollha f'dan il-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Però rrid nirreferi għax-xogħol li sar fit-Tempju ta' Borg in-Nadur f'Birżebbuġa, li llum huwa miftuħ kuljum għall-pubbliku.", "Irrid infaħħar ix-xogħol enormi li sar fit-Teatru Manoel fejn issa għandna sistema ġdida ta' arja kondizzjonata, siġġijiet ġodda u esperjenza aħjar għat-teatru kollu kemm hu.", "Inċidentalment meta appuntajt lill-Kap Eżekuttiv preżenti tat-Teatru Manoel kien hemm baraxx ta' kritika personali lejha imma nemmen li s-Sinj.", "Ebejer qed tagħti tweġiba tajba ħafna għax-xogħol u r-responsabbiltà li aħna fdajnielha.", "Fil-qasam tal-patrimonju storiku l-2019 se tkun sena eċitanti ħafna.", "Fl-Our Ocean Conference aħna mpenjajna ruħna li se nwaqqfu Underwater Cultural Heritage Unit fi ħdan Heritage Malta.", "Fil-fatt ingħatajna baġit ta' €300,000 għall-ewwel darba biex inkunu nistgħu nwaqqfu dan il-unit.", "Inizjattiva oħra hija dik li se ssir flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Is-sena d-dieħla l-istudenti kollha li jattendu skejjel sal-livell sekondarju tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti se jkunu intitolati li jżuru flimkien ma' żewġ adulti s-siti kollha ta' Heritage Malta kuljum bla ħlas.", "Din hija inizjattiva li se tingħata s-sena kollha u bla limitu.", "Se nkomplu niżviluppaw programm ta' aċċess lill-pubbliku għall-mużewijiet bis-saħħa ta' open days li jiġu organizzati kull xahar.", "Se nniedu wkoll il-Valletta World Heritage Unit fi ħdan Heritage Malta bil-għan li l-Belt Valletta, li hija meqjusa bħala wirt kulturali dinji tal-UNESCO, tkompli tingħata d-dinjità.", "Dan biex flimkien ma' aġenziji oħrajn li ħabbarna li se nwaqqfu, il-belt kapitali ta' pajjiżna tassew tingħata l-importanza li jixirqilha.", "Se jitkompla wkoll ix-xogħol fuq l-inventarju nazzjonali tal-patrimonju kulturali intanġibbli biex inkunu nistgħu nersqu għal dik il-ġurnata fejn ikollna aspett tal-kultura tagħna intanġibbli li jiġi rikonoxxut mill-UNESCO.", "Se nwaqqfu kumitat tal-monumenti nazzjonali bil-għan li nipproteġu dawn l-aspetti tant importanti; se ntejbu r-riċerka marbuta mal-arkeoloġija; se nkomplu ninvestu fuq is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, fejn din is-sena daħħalna 13-il gradwat u s-sena d-dieħla se nkomplu nżidu l-ammont ta' persuni li jaħdmu hemmhekk.", "Dwar il-kultura smajt dak li kellha xi tgħid l-Oppożizzjoni u huwa evidenti li baqgħet fil-frame of mind li bih tant fallielhom fl-aħħar elezzjoni, għax minflok titkellem dwar ix-xogħol li sar, qed tattakka l-persuni.", "Inħalli lin-nies li jien fdajt - iva, hija tiegħi r-responsabilità - li jitkellmu bix-xogħol tajjeb ħafna li wettqu.", "Jidhirli li jekk hemm settur li miexi 'l quddiem dan huwa l-qasam tal-kultura, speċjalment bil-ħidma tad-diversi organizzazzjonijiet, inklużi Valletta 2018 u l-Kunsill Malti għall-Arti.", "Fil-fatt, bis-saħħa ta' din il-ħidma, wellidna numru ta' inizjattivi ġodda bħal Żfin Malta, Teatru Malta u Festivals Malta, u issa, jekk Alla jrid, fiż-żmien li ġej se jkollna wkoll Kor Malta, li se jagħmel id-debutt tiegħu f'Diċembru li ġej.", "Dan minbarra li saħħaħna l-organizzazzjonijiet li meta tlajna fil-gvern fl-2013 sibniehom bla enerġija u bla riżorsi.", "Fosthom insemmi l-Fondazzjoni Kreattività li qed jagħmlu xogħol fantastiku, Pjazza Teatru Rjal, l-Orkestra Filarmonika ta' Malta, Teatru Malta u t-Teatru Manoel, li kull darba li tmur hemmhekk bilfors timtela f'sodisfazzjon bix-xogħol li qed jagħmlu.", "Aħna waqqafna wkoll l-ewwel edizzjoni tal-Premju għall-Arti, li għandu l-għan li jagħraf l-eċċelenza fix-xogħol artistiku, Fond għat-Talent Żagħżugħ kif ukoll Fond għall-Każini tal-Baned, li permezz tiegħu, għat-tieni sena konsekuttiva, se nagħtu għajnuna finanzjarja biex isir aktar xogħol ta' restawr fil-każini tal-baned tagħna.", "Għall-ewwel darba fl-istorja tajna għajnuna lill-kmamar tan-nar biex isaħħu s-sigurtà tagħhom u tant mar tajjeb dan il-fond li għall-ewwel darba fl-istorja għandna line item apposta għalih fil-Baġit tagħna.", "B'hekk is-sena d-dieħla se nkomplu nsaħħu s-sigurtà fis-27 kamra tan-nar volontarja li għandna f'pajjiżna.", "Ftit ilu għadna kemm ħabbarna li 250 impjegat pubbliku fis-settur kulturali se jibbenefikaw minn proġett ta' €1 miljun biex ikomplu jitħarrġu.", "Insellem ukoll lill-ħbieb tagħna tal-Belt Valletta u ngħid li issa se jkollna Aġenzija Kultura, li l-Onor.", "Debattista żgur se jitkellem dwarha.", "Fejn jidħol il-ġid komuni ħadd mhu se jaqtgħalna nifisna.", "Hemm ħafna proġetti oħrajn li se nkomplu nwettqu, fosthom li jkollna politika nazzjonali kulturali sal-aħħar tal-2019 u li jkollna aktar infrastruttura kulturali, fosthom il-proġetti tal-Malta Carnival Experience u l-Culture Hub u li nkomplu nżidu l-għajnuniet.", "Dan kollu jista' jsir bis-saħħa ta' investiment li jingħatalna.", "Aħna l-Maltin ngħidu li mingħajr flus la tgħannaq u lanqas tbus, u l-Ministru għall-Finanzi għandu l-amor proprju lejn is-settur kulturali.", "Hawnhekk irrid niftaħar li bis-saħħa tax-xogħol li wettaqna għandna iktar fondi allokati għas-settur tal-kultura f'dan il-Baġit.", "Fil-fatt għandna żieda ta' 61% għall-Festival Malta, għandna żieda wkoll għal kull festival nazzjonali u se nkomplu nkabbru l-avvenimenti li tant niżlu tajjeb mal-pubbliku, fosthom il-Festa l-Kbira u n-Notte Bianca.", "Imma dawn Alla jbierek ma jsemmuhomx il-Membri tal-Oppożizzjoni!", "Għandna żieda ta' 50% għall-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, li għall-ewwel darba fl-istorja issa għandu fond ta' €4.6 miljun għalih; żieda ta' 11% għall-allokazzjoni tal-funding programmes, li issa tammonta għal €2.4 miljun; żieda ta' €17 miljun għall-organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi l-oħrajn li għandna taħt ir-responsabbiltà tagħna; żieda għal Teatru Malta; żieda għal MICAS; u żieda għad-dilettanti tas-setturi tal-kultura komunitarja.", "Meta tara dan kollu tinduna kemm kibret l-allokazzjoni, żdiedet 18% fuq il-Baġit tas-sena l-oħra.", "U mela jiġu jgħidulna li s-settur tal-kultura miexi waħdu jew li nħataf mill-Gvern!", "Il-Gvern qiegħed jinvesti 18% żieda!", "Jekk wieħed jara kull nefqa għall-kultura lill-ministeri kollha, mhux tagħna biss, isib li b'kollox il-Gvern alloka €82.8 miljun għas-settur kulturali li, kif diġà għedt, hija żieda ta' 18% fuq is-sena li għaddiet.", "U meta wieħed jagħmel diviżjoni jsib li għalhekk ras għal ras pajjiżna qiegħed jinvesti €174, li hija żieda stratosferika komparata ma' dak li kien jingħata fl-2012.", "Irrid insellem ukoll lil sħabna tal-Arkivji Nutarili, li bis-saħħa ta' fondi Ewropej qed jagħmlu fondi ta' restawr fil-bini tagħhom sabiex inkunu nistgħu nospitaw l-arkivji nutarili f'post aħjar.", "Irrid nsemmi wkoll ix-xogħol li qed isir fl-Ospizju biex ikollna dan il-proġett tal-MICAS li ssemma kemm-il darba.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja wkoll minn qalbi lill-PBS għax-xogħol li qed jagħmlu sabiex issir id-diġitilizzazzjoni tal-video clips li huma storiċi u li għandhom impatt importanti fuq l-istorja ta' pajjiżna.", "Irrid insemmi wkoll in-naħa t'Isfel ta' Malta u x-xogħol li qiegħed jagħmel sieħbi l-Onor.", "Glenn Bedingfield fejn tidħol il-Kottonera u fejn aħna rridu li jkollna iktar riġenerazzjoni.", "Insellem ukoll lil dawk kollha li jaħdmu fis-settur tal-ġustizzja, kultura, patrimonju storiku u l-oqsma kollha.", "Irrid ngħid illi kieku ma kienx għad-dedikazzjoni tagħhom żgur li ma nagħmlux is-suċċessi li qed nagħmlu.", "Irrid nagħti opportunità lil sħabi biex jitkellmu warajja imma ma nistax ma nsemmix żewġ numri: l-ewwel nett ir-rekord assolut ta' persuni li żaru s-siti ta' Heritage Malta f'sena waħda li jammontaw għal 1.24 miljun persuna, u t-tieni, il-100,000 viżitatur li żaru s-siti ta' Heritage Malta bla ħlas fl-open days.", "Fl-aħħar nett, irrid insellem ukoll lill-ħaddiema li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett MUŻA, li bi pjaċir kbir irrid inħabbar li dan se jiftaħ fl-10 ta' Novembru li ġej.", "Għal darb'oħra se jkollna proġett ieħor li se jiġi varat biex imexxi 'l quddiem is-settur kulturali.", "L-aħħar kelma ta' ringrazzjament minn qalbi tmur lill-ħbieb kbar tiegħi l-Onor.", "Deo Debattista u l-Onor.", "Silvio Parnis, li nħossni xxurtjat li naħdem magħhom.", "Anton Refalo u lill-Onor.", "Glenn Bedingfield li qed nagħmlu xogħol importanti flimkien u nsellem lil dawk li qed jagħtu s-sehem tagħhom sabiex dan is-settur ikompli jiffjorixxi.", "Issa se nħalli f'idejhom biex jitkellmu dwar is-setturi rispettivi.", "Jien ċert li f'dan il-qasam se nkomplu nagħmlu suċċess wara l-ieħor għall-ġid tal-pubbliku, għall-ġid tal-familji Maltin u għall-isem ta' Malta li tant nħobbu.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sinjura President, illum b'wiċċi minn quddiem ngħid li l-Gvern jemmen fil-kunsilli lokali u fil-kunsilli reġjonali.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista jew ma qratx il-Baġit sew jew inkella mhux qed tammetti li dan il-Gvern ta lill-kunsilli lokali l-ammont ta' €7 miljun żieda fuq dak tas-sena l-oħra.", "Minkejja li l-Oppożizzjoni tgħid li aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali, mill-2008, jiġifieri meta kienu fil-gvern huma, sal-lum qatt ma kien hemm din iż-żieda.", "Fil-fatt jekk wieħed jara l-istatistika jsib li qatt ma kien hemm din iż-żieda fl-allokazzjoni għall-kunsilli lokali.", "Jien niskanta kif jiġi l-kelliem ewlieni għall-Oppożizzjoni dwar il-kunsilli lokali u jgħid hawnhekk li aħna qegħdin innaqqsu l-flus lill-kunsilli lokali.", "Ma nafx minn fejn ġabha din imma nixtieq inkun naf!", "Rigward ir-riforma tal-kunsilli lokali wieħed irid isemmi – għax issa qbadna fuq din ir-riforma, fuq il-White Paper, eċċ. bħallikieku … (Interruzzjonijiet) M'intix tifhem x'qegħdin nipprovaw nagħmlu.", "(Interruzzjonijiet) Kellek iċ-ċans tgħid dan qabel, mhux issa.", "Imissek għedtu!", "Huwa tajjeb li ngħid li fil-White Paper li għandna għad-diskussjoni, donnu li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed taħseb li din hija lesta, tressqet hawnhekk u qed niddiskutuha fil-Parlament.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda tgħid li f'din ir-riforma tal-kunsilli lokali hemm 42 proposta imma huwa tajjeb li ngħidu wkoll li saret reviżjoni tal-liġi dwar il-kunsilli lokali u sal-lum hemm madwar 80 proposta oħra.", "Dan il-proċess għadu mhuwiex konkluż għax wieħed irid jistenna sal-għeluq tal-konsultazzjoni, imbagħad aħna se nkunu qegħdin niltaqgħu mal-Oppożizzjoni u ma' numru ta' entitajiet biex flimkien niddiskutu.", "Tan-naħa l-oħra qed ikunu negattivi imma jien nifhimha din tan-negattività għax anke fuq il-Baġit qalu li ma kien fih xejn u li l-poplu mhu se jgawdi xejn!", "Sinjura President, huwa tajjeb li nfakkru li matul is-sena 2018 il-kunsilli lokali li kellhom approvati proġetti tal-Unjoni Ewropea komplew jingħataw fondi mill-Fond tal-Kofinanzjament b'deċiżjoni li ttieħdet u filwaqt li qabel l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea kienet tkun tammonta għal 86% tal-proġett u l-kumplament kienu jridu joħorġuhom il-kunsilli lokali, aħna din is-sena rajna li l-għajnuna tkun ta' 90%.", "(Interruzzjonijiet) Inti qed tgħid li mhux veru!", "Kellek ċans titkellem!", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Parnis, indirizza lis-Sedja.", "SILVIO PARNIS: Dwar il-fondi allokati għall-iskemi ta' min isemmi – dawn iċ-ċifri qed insemmihom apposta għax dawn ma qrawhx il-Baġit - li filwaqt li fis-sena 2012 il-fondi kommessi biex ikunu jistgħu jingħataw lill-kunsilli lokali kienu jammontaw għal €340,000, aħna hawnhekk qed nallokaw €3,525,000.", "U biex il-kelliem tan-naħa l-oħra ma jgħidx li ma rahiex din, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-iskemi li aħna tajna.", "(Interruzzjonijiet) Ibqa' għid li mhux veru, ibqa' idħol ġol-ħajt!", "Iż-żieda fl-allokazzjoni finanzjarja għall-qasam tal-kunsilli lokali għal din is-sena, li hija ta' €6,933,000, kienet l-akbar żieda li qatt ingħataw il-kunsilli lokali.", "Issa jgħidli li mhux veru din, li aħna lill-kunsilli lokali tajniehom €7 miljun!", "(Interruzzjonijiet) Gidba wkoll!", "Jien ngħidlu biex ipoġġi ftit u jaqra l-estimi jew inkella noqogħdu bilqiegħda u noqgħod ngħidlu kif inhuma l-estimi!", "Ta' min isemmi li fl-aħħar riforma tal-gvern lokali li saret fl-2009, iż-żieda mill-2008 għall-2009 kienet ta' €5.6 miljun.", "Nerġa' ngħid, aħna din is-sena tajna żieda ta' kważi €7 miljun fil-qasam tal-gvern lokali u dan juri l-impenn tal-Gvern li jara li l-kunsilli lokali jerġgħu jieħdu r-ruħ u jitpoġġew fuq quddiem tal-aġenda nazzjonali.", "Issa se nitkellem ftit dwar il-fondi globali vvotati għall-qasam tal-gvern lokali.", "Meta wieħed jgħodd il-fondi vvotati għall-programmi u inizjattivi kif ukoll dawk kapitali jsib li dawn jammontaw għal €53 miljun.", "L-ammont mogħti lill-kunsilli lokali bejn is-sena 2008 u l-2012 kien ta' €141 miljun filwaqt li f'dawn il-ħames snin, bejn l-2012 u l-2017, l-ammont globali għall-allokazzjoni lill-kunsilli lokali kien ta' €162 miljun, differenza ta' €21 miljun.", "U dawn qegħdin jgħidu li aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali!", "Dwar il-kumitati reġjonali ta' min isemmi li skont l-Oppożizzjoni dawn kellhom bżonn €1 miljun.", "Issa skont l-audited accounts, li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nkun qed inqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra, dawn kellhom bżonn €2.2 miljun imma aħna tajniehom €3.1 miljun, żieda ta' €1 miljun fuq dak li nefqu s-sena l-oħra.", "Għalhekk f'dan il-Baġit għall-ewwel darba l-kunsilli reġjonali se jkunu qegħdin jingħataw fond li jammonta għal €3.1 miljun.", "Aktar minn hekk, ta' min isemmi wkoll li l-ispejjeż kollha relatati mat-tribunali lokali, li huma parti sostanzjali mill-infiq preżenti tal-kumitati reġjonali, se jkunu qegħdin jiġu ffrankati għax issa dawn se jkunu spejjeż tal-LESA.", "Wieħed irid jifhem x'qegħdin nagħmlu għax inkella bilfors ikollu tħarbit fin-numri u fiċ-ċifri.", "Huwa importanti li wieħed jinnota wkoll li minbarra ż-żieda ta' €2 miljun fl-allokazzjoni diretta lill-kunsilli lokali, dawn se jkunu qed jingħataw ukoll żieda ta' €55,000 għall-pubblikazzjonijiet u informazzjoni, żieda ta' €373,000 sabiex tagħmel tajjeb għad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, żieda ta' €100,000 għall-iskemi, żieda ta' €100,000 għall-iskema tal-impjiegi, inklużi fil-komunità, somma ġdida ta' €200,000 għas-sostenibbiltà ta' proġetti li jagħmel il-Gvern ċentrali u €1 miljun żieda biex ikunu jistgħu jibdlu l-bins tal-lokalitajiet u jagħmlu s-separazzjoni tal-iskart.", "Però dawn ma fehmu xejn li aħna qegħdin nagħmlu s-separazzjoni tal-iskart.", "U ilhom isemmu s-sindku ta' hemm u s-sindku ta' hawn!", "Biex wieħed ma jifhimx din ma nafx kif irid jifhem l-affarijiet l-oħrajn!", "Sinjura President, tajna żieda oħra ta' €200,000 għall-programmi ta' kisi tat-toroq.", "U jekk wieħed iħares lejn in-numru ta' kunsilli bid-defiċit isib li fl-2012 aħna writna 25 kunsill lokali bid-dejn.", "Fis-sena 2017 in-numru ta' kunsilli lokali li kellhom id-dejn niżżilniehom għal għaxra u hawnhekk għandi tabella li turi dan.", "Għaliex dawn li jiftaħru li għandhom għal qalbhom il-kunsilli lokali, minflok tawhom €100,000 għat-toroq kif tajniehom aħna, x'għamlu?", "Għamlu skema li biha mlew lill-kunsilli lokali bid-dejn u għadhom sal-lum iħallsu d-dejn tat-toroq fil-lokalitajiet tagħhom.", "Sinjura President, ikun tajjeb li wieħed isemmi wkoll li l-investiment ta' €100 miljun biex il-Gvern jerġa' jagħmel it-toroq kollha ta' pajjiżna se jħalli wkoll l-istess flus fil-but tal-kunsilli lokali għax aħna ma ħadnielhom xejn.", "Minkejja li aħna se nagħmlu t-toroq kollha, m'għednielhomx li l-flus li konna nagħtuhom għall-manutenzjoni se neħduhomlhom imma ħallejnihomlhom ukoll.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid ukoll li issa l-ġbir tat-tliet boroż il-bojod se jkun qed iħallas għalihom il-WasteServ – ara din ma qaluhiex - jiġifieri m'għednielhomx biex jagħtuna l-ispiża li kienet se tiġihom żejda biex inħallsu lil WasteServ imma ħallejnihielhom ukoll.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li fil-Baġit il-Gvern alloka wkoll is-somma ta' €120,000, li minnhom se jiggwadanjaw kemm il-kunsilli lokali kif ukoll il-lokalitajiet bis-saħħa tal-Local Councils Animal Fund li se nibdew flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent u mal-kunsilli lokali.", "Nixtieq infakkar ukoll li hemm kważi €28 miljun - imma dan ma ssemmiex - fil-Fond tal-Ippjanar li jinsab għad-dispożizzjoni tal-kunsilli lokali tagħna.", "Kif wieħed jista' jara, għall-kuntrarju ta' dak li qed jingħad mill-Oppożizzjoni, dan il-Baġit, flimkien mar-riforma għall-Gvern Lokali, juri kemm verament il-Gvern ċentrali jemmen fil-kunsilli lokali u fil-kunsilli reġjonali.", "Dan kollu juri li mhux veru li aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali kif qegħdin jgħidu l-Membri tal-Oppożizzjoni imma dwar dan jiġġudika l-poplu.", "Huwa tajjeb li ngħid ukoll li l-kunsilli lokali, bis-saħħa tal-ħidma tagħhom, għandhom jimpenjaw ruħhom fil-qasam soċjali.", "Hemm irridu mmorru aħna biex l-ebda persuna ma tiġi mċaħħda mill-opportunitajiet jew mis-servizzi offruti.", "Aħna rridu li jkollna kwalità ta' ħajja tajba, inkluż għall-anzjani u għall-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Irridu li jitjiebu u jiżdiedu l-attivitajiet u l-inizjattivi favur il-kultura, l-isport, l-attività fiżika u l-edukazzjoni.", "Irridu li jkun hemm inizjattiva li ddaħħal sens ta' integrazzjoni bil-għan li l-ebda resident ma jkun eskluż.", "Irridu nkomplu nsaħħu d-Dipartiment tal-Gvern Lokali u fil-fatt issa kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi, jiġifieri, il-kunsilli lokali, il-LESA u l-kunsilli reġjonali, se jkollhom baġit għalihom.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq proġetti ta' riġenerazzjoni fil-lokalitajiet tagħna.", "Pereżempju temmejna l-proġett ta' Pjazza Antoine de Paule li sewa €3 miljun u nista' ngħid li dawn il-flus ingħataw ukoll lil-lokalitajiet tagħna biex inkomplu nsebbħuhom.", "Irrid ngħid ukoll li l-qasam tas-separazzjoni tal-iskart ukoll ried jagħmluh ballun politiku għax meta aħna tlabniehom biex ipoġġu persuna fuq dan il-qasam m'aċċettawx.", "Allura hemm barra n-nies bilfors ma jemmnuhomx li verament qegħdin jitkellmu għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna.", "Ejjew ħalli nitkellmu fuq il-LESA li f'dan il-Parlament intqal li se tfalli.", "Din ma kenitx xi triq faċli u din it-triq imxejnieha waħedna.", "Ara ma taħsbux li sibna l-għajnuna tal-Oppożizzjoni, imma ħadna d-deċiżjonijiet u llum qegħdin naraw bidla fl-uffiċjali tal-komunità.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid ukoll li mhux kif intqal dwar l-uniformijiet, għax wieħed ma jkunx daħal fis-sistema u jaqbad u jfajjar id-diskors bl-addoċċ.", "Fl-1 ta' Mejju tal-2018 l-uffiċjali tal-komunità ġew trasferiti kollha fi closed department mal-aġenzija governativa LESA.", "Din l-aġenzija qed taħdem b'mod sħiħ biex ikun hemm bidla għall-aħjar, kemm fl-aspett edukattiv kif ukoll fl-aspett operattiv innifsu.", "Din kienet wegħda elettorali u wettaqnieha imma aħna ma bdilniex l-isem biss – ta' min jgħid li din hija xi ħaġa li tressqet quddiem il-Parlament u għaddiet - imma ħdimna wkoll biex f'Ottubru bdilna l-uniformi tal-istess uffiċjali, inizjattiva pożittiva li bidlet ukoll il-ħsieb tan-nies fuq l-uffiċjali tal-komunità.", "Barra minn hekk bħalissa ninsabu fi proċess biex ikollna vetturi u muturi ġodda.", "Għaddejjin ukoll arranġamenti għall-kuntratti ta' towing services; se jkun hemm reklutaġġ ġdid fi ħdan il-LESA u se jsir it-taħriġ neċessarju għal dawk ir-rekluti l-ġodda; għaddej proċess ta' ftehim kollettiv bejn il-LESA u l-unions; qed naħdmu għal sit ta' tribunal ġewwa Għawdex; qed naħdmu għal control room ġdida; se jkollna apparat ġdid permezz ta' icon unit għall-uffiċjali tal-komunità u sistema ta' IT aktar avvanzata.", "Fil-bidu tas-sena d-dieħla se niftħu wkoll l-uffiċini l-ġodda għal-LESA.", "Dan kollu qegħdin nagħmluh ilkoll bħala tim wieħed magħqud u jiddispjaċini ħafna li nara l-Oppożizzjoni Nazzjonalista titkellem b'dan il-lingwaġġ, li taqta' qalb in-nies hemm barra u li ħlief negattività ma ssemmix.", "Nhar is-Sibt li għadda l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali lill-Onor.", "Cutajar qallu li ma jippermettix diskors politiku bħal dak!", "Dan mhux biss dejjaq lill-kunsilliera Laburisti imma saħansitra dejjaq lill-istess kunsilliera Nazzjonalisti, li qalu li din mhijiex it-triq li jridu huma.", "Dan irid idaħħal il-politika f'kollox, irid jara kif jaqsam, irid jara kif jifred, meta aħna qegħdin naraw kif se nagħmlu biex nipprovaw naqdu lill-kunsilli lokali.", "Dan dejjaq lil kulħadd, inklużi n-nies hemm barra li semgħuh dalgħodu!", "Din hija l-unika aġenda politika li fadlilha l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Aħna fil-kunsilli lokali ma rridux inħarsu lejn jekk intix Nazzjonalist jew Laburist.", "Iċ-ċittadin hemm barra jieħu gost jara li verament qegħdin naħdmu għall-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Cutajar qal li l-Prim Ministru ma semmiehomx il-kunsilli lokali lbieraħ.", "Il-Prim Ministru fil-Baġit impalalhom €7 miljun aktar lill-kunsilli lokali.", "Mhux li ssemmi huwa l-importanti, imma li fil-baġit tagħhom tagħtihom il-flus biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Din in-negattività ddejjaq mhux biss lill-Gvern Laburista imma anke lill-Oppożizzjoni.", "Sinjura President, jien se nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li jien għandi fiduċja sħiħa f'kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi u hawnhekk nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Ministru Owen Bonnici, li mingħandu nsib is-sapport kollu biex inkun nista' mmexxi dawn ir-riformi.", "Nirringrazzja lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarju Permanenti, lid-Diretturi, lill-ħaddiema minn fuq s'isfel u lis-sindki taż-żewġ naħat għall-ħsebijiet politiċi tagħhom.", "Irrid nerġa' ngħid li aħna ma nħarsux lejn politika, però se nibqgħu naħdmu u m'aħniex se naqtgħu qalbna.", "Aħna se naslu!", "Filwaqt li nirringrazzja lit-tim kollu, inħares 'il quddiem għall-kisbiet li se nagħmlu.", "Jien se nagħlaq billi nfakkar li meta wieħed igerger u jkun negattiv mingħajr ma jsib soluzzjoni jispiċċa biex, jew ma jasal imkien, jew jispiċċa f'pożizzjoni agħar milli jkun qiegħed fiha.", "Sinjura President, qabel nagħlaq se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti li semmejt matul id-diskors tiegħi:", "Tabella li turi l-iskemi u l-ammonti kommessi għal kull skema, maħruġa mill-Gvern ċentrali għall-kunsilli lokali, fis-snin bejn l-2011 u l-2017;", "Tabella li turi l-Consolidated Audited Accounts tal-ħames Reġjuni f'Malta u Għawdex fl-aħħar tal-2017; u", "Tabella li turi l-working capital tal-kunsilli lokali fis-snin bejn l-2008 u l-2017", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018): Sinjura President, kollegi, nirringrazzja lil kull min għamel intervent, anke l-kollegi tal-Oppożizzjoni.", "Huwa verament faċli li tiġi tagħmel diskors wara baġit bħal dak li fih kollox pożittiv, baġit li jagħtik u ma jeħodlok xejn.", "L-Oppożizzjoni tfakkarni f'dik l-istorja ta' dak ir-raġel li kienu qafluh ġo kamra b'għamad m'għajnejh, daħħlulu iljunfant ħdejh u staqsewh x'jaħseb li hu.", "U dan beda jmissu lill-iljunfant u qalilhom li jaħseb li kien ħajt, għax beda jmisslu żaqqu.", "Imbagħad qabadlu saqajh u qalilhom li jaħseb li kienet siġra.", "Imbagħad qabadlu denbu u qalilhom li jaħseb li kien ħabel.", "Imbagħad qabadlu t-tromba u qalilhom li jaħseb li kien xi serp.", "Imbagħad waqagħlu ftit rieq minn ħalqu u qalilhom li jaħseb li kien shampoo.", "Jien naħseb li l-Oppożizzjoni ma tarax l-istampa l-kbira imma dejjem tikkonċentra fuq l-irqaqat.", "Però jien dan napprezzah għax mill-irqaqat li jikkritikawna bihom dejjem nipprova nirranġa, u anke fil-qasam tiegħi, dejjem nara li dawk in-nuqqasijiet li jkollna dejjem nindirizzawhom.", "Dan nagħmluh biex l-istampa l-kbira tibqa' dejjem sabiħa.", "Fost l-oqsma li għandi taħt ir-responsabbiltà tiegħi - jiġifieri jieħdu paċenzja bija u jaħdmu miegħi - għandi l-MCCAA, il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data, il-Fondazzjoni Valletta 2018, id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni u l-Awtorità tal-Mediċini.", "Għall-grazzja t'Alla dawn l-entitajiet kollha huma stejjer ta' suċċess.", "Jien kemm ili li ngħatajt dan il-mandat ninnota li jekk kienu qed jagħmlu suċċess, għall-grazzja t'Alla komplejna nimxu 'l quddiem.", "Għal min forsi ma jafx x'inhi, għax il-kelma hija daqsxejn ikkomplikata, din hija l-aġenzija li tieħu ħsieb id-drittijiet tal-konsumatur, tadotta standards kif ukoll tara li jkun hawn kompetizzjoni ġusta.", "Din l-aġenzija għandha wkoll laboratorji li l-funzjoni tagħhom hija li jiggarantixxu metroloġija, jiġifieri standardization, kif ukoll jaraw li ċerti sezzjonijiet jiffunzjonaw kif suppost.", "Fil-każ tal-qasam tal-infrastruttura għandna laboratorji li jirregolaw il-kwalità tal-konkos.", "Pereżempju, il-konkos tal-Isptar Mater Dei u l-asfaltar ġew assessjati f'dawn il-laboratorji.", "Bi pjaċir ngħid li din is-sena ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid fi ħdan l-MCCAA u r-raġuni għal dan il-ftehim kienet li, l-ewwel nett, il-ħaddiema ninkoraġġuhom ikomplu jagħmlu x-xogħol siewi li qed jagħmlu, u barra minn hekk, irridu nħajru wkoll persuni li ma jaħdmux f'din l-entità biex jiġu jaħdmu magħna.", "Illum tant hawn xogħol u l-kompetizzjoni tant hija kbira li mhuwiex faċli li wieħed isib ċerti speċjalizzazzjonijiet u tħajjar lil dak li jkun jiġi jaħdem miegħek.", "Allura b'dan il-ftehim kollettiv qed nipprovaw noħolqu u naslu għal diversi għanijiet.", "Din is-sena wkoll l-MCCAA temmet b'suċċess programm ta' trasformazzjoni fuq livell korporattiv li introduċa żewġ funzjonijiet ġodda dwar l-affarijiet Ewropej u internazzjonali u dwar l-istrateġija u l-immaniġġar tal-programm tal-Awtorità.", "Sintendi l-iskop huwa dejjem li ntejbu l-policy-making ta' din l-Aworità ħalli nkunu aktar effiċjenti u l-konsumatur jinqeda aħjar.", "L-Awtorità investiet sabiex issaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-Advanced Fellowship Programme.", "L-għan ta' dan il-programm huwa li nies li jaħdmu fi ħdan l-Awtorità jew inkella nies li jixtiequ jibdew jaħdmu mal-Awtorità, noffrulhom din l-iskema li permezz ta' grants jitħallsu kif ukoll ikunu jistgħu jibqgħu jistudjaw.", "B'hekk inkabbru l-istess remit ta' din l-Awtorità u fl-istess ħin inħajru nies li ma jaħdmux mal-Awtorità jidħlu jaħdmu hemm.", "Fil-fatt aħna varajna grant li jvarja bejn €7,400 u €9,400 fis-sena, li jingħata lill-istudenti biex jipparteċipaw f'dan il-fellowhip.", "Dawn jagħmlu 19-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu magħna fuq bażi flessibbli ħalli b'hekk ikomplu l-livell akkademiku.", "L-għan tal-Awtorità huwa li tkompli tibni fuq l-eżerċizzju ta' reviżjoni totali li kienet bdiet fil-bidu tal-2017 sabiex tkabbar ir-riżorsi tagħha u dan billi żżid l-attivitajiet transfunzjonali, tissimplifika l-proċessi u tagħmel użu mit-teknoloġija li kulma tmur dejjem qed tavvanza.", "Investejna wkoll fis-sistema tal-IT, immodernizzajna l-computers, tajna dehra korporattiva ġdida biex nagħmlu aċċess aktar faċli għall-informazzjoni u ottimizzajna s-search engine.", "Fil-fatt ilbieraħ stess ħabbarna li s-sistema ta' kif jintlaqgħu l-ilmenti se tkun kollha kemm hi kompjuterizzata ħalli l-konsumatur ikun sodisfatt aktar, u mhux hekk biss, imma jkollna wkoll riżultat fl-iqsar żmien.", "L-Awtorità għadha wkoll kif iffirmat ftehim mal-Ministru għal Għawdex, li minn hawn nirringrazzjaha, fejn ftaħna fergħa ġewwa x-Xewkija Għawdex, li l-iskop tagħha huwa biex in-nies li jgħixu Għawdex ikunu aktar moqdijin, iżda fl-istess ħin il-ħaddiema Għawdxin ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jiġu Malta u jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom minn Għawdex.", "Għall-2019 tlabna wkoll baġit speċifiku sabiex ikopri l-bżonnijiet operattivi fiż-żewġ laboratorji ewlenin, li diġà rreferejt għalihom, ħalli nkomplu nagħtu servizz aħjar fil-metroloġija kif ukoll fl-infrastruttura.", "L-Awtorità se tfassal pjan nazzonali ġdid għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi, li hija aġenda daqsxejn ikkomplikata u rridu naraw li bl-għajnuna tal-istakeholders kollha naslu biex ikollna l-aħjar riżultati.", "Rigward l-Awtorità tal-Mediċini rrid ngħid li din hija storja oħra ta' suċċess.", "Minn awtorità li fl-Amministrazzoni l-oħra kellha telf ta' €1 miljun, illum għandna awtorità li qed taqla' €1 miljun fis-sena.", "U dan mhux b'kumbinazzjoni, dan sar b'ħafna xogħol, li fl-aħħar mill-aħħar għen biex tejjibna l-aċċessibbiltà u biex ma jkollniex aktar mediċini out of stock.", "Wieħed irid jiftakar li l-iskop tal-Awtorità tal-Mediċini hija li tawtorizza mediċini ġodda fis-suq.", "Fil-fatt s'issa awtorizzajna xi 3,500 prodott u 660 minnhom ġew awtorizzati din is-sena.", "Mill-2014 sal-lum raħħasna 230 mediċina u tpoġġew fis-suq lokali aktar minn 180 prodott ġeneriku.", "Dan ifisser li żidna l-aċċessibilità għall-pazjent għaliex l-għan tagħna mhuwiex biss li nraħħsu iżda li l-pazjent ikollu dawk il-mediċinali li huma siguri.", "Din mhijiex kwestjoni ta' prodott konsumabbli bħal kull ħaġa oħra iżda l-prodotti mediċinali bilfors iridu jkunu garantiti.", "Barra minn hekk, bl-għajnuna tal-Medicines Intelligence and Access Unit irrispondejna wkoll għall-ilmenti li waslulna minn diversi entitajiet, tobba u pazjenti li kellhom diffikultajiet, fosthom meta kien hawn il-kwestjoni tal-Valsartan.", "Hemmhekk indirizzajna l-problema li kienet inqalgħet u b'mod effiċjenti sibna sostitut għal dik il-kura ħalli l-pazjent jibqa' jieħu l-kura neċessarja mingħajr dannu.", "L-Awtorità tal-Mediċini taħdem ukoll id f'id ma' istituzzjonijiet edukattivi biex inkomplu nagħmlu avvanzi fl-oqsma ta' diversi riċerki, fosthom fir-rigward tal-kannabis għall-użu mediku.", "F'dan il-qasam ġdid investejna ħafna - u jekk Alla jrid hemm ħafna partijiet interessati – u se nkunu avant-garde b'mod regolatorju serju biex naraw li dawn it-tip ta' mediċini jaslu għand il-pazjenti tagħna.", "Ix-xahar id-dieħel se jiġi organizzat f'Malta l-Medical Cannabis World Forum, li hija konferenza mondjali ta' valur kbir u li permezz tagħha se nkomplu nimirħu u se tgħinna niftħu r-riċerka f'dan il-qasam.", "L-Awtorità ma tagħmilx hekk biss imma tagħmel ukoll spezzjonar f'diversi pajjiżi, fosthom iċ-Ċina, Dubai u l-Afrika t'Isfel, u minbarra li tagħmel l-ispezzjonar tkompli tħeġġeġ it-tkabbir akkademiku fi ħdan l-istess Awtorità.", "Fil-fatt l-istess ħaddiema tagħha jsegwu fellowship li jkun imħallas mill-Awtorità biex isegwu korsijiet bħal Masters fl-Administration kif ukoll Dottorat fil-Farmaċija.", "Kull sena madwar seba' persuni qed iġibu Dottorat.", "Pereżempju, din is-sena kellna min ġab Dottorat fl-Onkoloġija tat-tfal u fil-Pharmacogenetics.", "Jiġifieri permezz tal-qligħ li qed tagħmel l-Awtorità qed tkompli tinvesti fiha nnifisha u b'garanzija li l-futur tagħha huwa wieħed sabiħ.", "Dan m'iniex qed ngħidu bi bluff iżda m'hemmx dubju li kważi kważi mhux qed insibu biżżejjed ħaddiema, bħal spiżjara, biex naqdu l-bżonnijiet ta' din l-Awtorità.", "Nixtieq insemmi wkoll li, jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla se nkomplu nispeċjalizzaw ukoll f'mezzi mediċi u se nżidu fuq l-aġenda tagħna prodotti veterinarji.", "Minn hawn ukoll nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li tul is-sena li għaddiet għamel biċċa xogħol kbira minħabba l-implimentazzjoni tal-GDPR (General Data Protection Regulation).", "Dan il-proċess ilu għaddej mill-2012 jiġifieri din mhijiex xi ħaġa li bdiet kemm ilni f'din il-kariga.", "Imbagħad fl-2016 bdiet din il-kampanja biex ikun hawn aktar għarfien dwar x'jirrikjedi l-GDPR u bi pjaċir ngħid li din l-Awtorità għamlet xogħol kbir biex wieħed jagħraf x'inhuma l-bżonnijiet ta' din il-liġi u kif wieħed jirregolamenta ruħu ħalli kemm jista' jkun in-nies ikollhom ir-right to be forgotten u fl-istess ħin inkunu qegħdin insegwu dak li diġà huwa stabbilit mill-Unjoni Ewropea.", "Sintendi, barra minn hekk l-Aġenzija għall-Protezzjoni tad-Data tagħmel xogħol ieħor ta' informazzjoni u kull sena tiffaċċja wkoll diversi lmenti iżda b'faċilità u b'effiċjenza kbira kollha jiġu solvuti.", "Sinjura President, bilfors irrid nirreferi wkoll għall-ħaddiema tal-Cleansing and Maintenance Division, li nirringrazzjahom għax-xogħol kbir li qed jagħmlu, ikun xi jkun it-temp.", "Dawn il-ħaddiema qed jilqgħu dawn l-isfidi l-ġodda bit-tkabbir fl-ekonomija, bit-tkabbir fil-popolazzjoni per se kif ukoll bit-turiżmu li huwa ta' piż kbir fuq dan is-settur.", "B'riżultat ta' dan kellna ninvestu aktar biex żidna l-upkeep li għalih m'hemmx limitu.", "Żidna wkoll il-ħidma biex nieħdu ħsieb il-bajjiet tagħna u żidna t-tunnellaġġ ta' kemm jinġabar skart.", "Fil-fatt sa Settembru li għadda diġà konna ġbarna 11,000 tunnellata ta' skart meta s-sena l-oħra tul sena sħiħa ġbarna 16,000 tunnellata.", "Minn April qed intellgħu l-alka miIl-bajjiet tagħna - fil-fatt tellajna madwar 800 tunnellata alka - għax skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea ma jistax jinġabar qabel minħabba l-ekosistema, jiġifieri mhux għax in-nies tagħna jkunu daqsxejn b'lura!", "Is-sena li ġejja se nkomplu ninvestu fil-makkinarju u, fil-fatt, diġà xtrajna b'€400,000 f'makkinarju u għandna makkinarju ġdid ġej.", "Dan huwa konformi mar-rikjesti Ewropej biex ikun aktar effiċjenti kif ukoll jikkawża inqas tniġġis.", "Qed nipprovaw inżidu wkoll ir-riżors uman għax dan ix-xogħol ma jsirx waħdu, sfortunatament, imma bilfors irid ikollok il-mano d'opera.", "Mingħajru dan ix-xogħol ma nkunux nistgħu nkompluh.", "Sinjura President, ma nistax ma nsemmix ukoll il-Valletta 2018.", "Minkejja l-kritika kollha li nirċievu fuq Valletta 2018, din hija storja ta' suċċess.", "Il-figuri qed juru attendenzi bl-eluf għal kull attività li aħna nagħmlu u mhux biss kellna r-rispons tal-pubbliku imma kellna r-rispons ukoll tat-turisti, fejn kellna żieda minħabba Valletta 2018.", "Minkejja l-kritika li ssir dawn l-affarijiet kollha qed jagħtu r-riżultati u se noħolqu legat.", "Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lill-Amministrazzjonijiet ta' qabel li kienu applikaw għal Valletta 2018 u kien sar xi xogħol, iżda x-xogħol li għamlet il-Fondazzjoni 2018 bir-riġenerazzjoni kompleta tal-Belt, bl-attivitajiet kulturali, teatrali, u mużikali li saru ġewwa l-Belt Valletta bilfors se jħalli legat.", "Dan il-legat li se jitħalla b'mod legali, jiġifieri, se nagħmlu struttura biex dak l-għarfien li għandna u dak li bdejna ma jieqafx hemm.", "Imma dan huwa kollu possibbli għax ikkreajna kurżità fil-barranin li jiġu jaraw din il-Belt Valletta u ikkreajna interess fiċ-ċittadini li jieħdu sehem fil-Belt Valletta.", "Għandna wkoll qafas politiku li jsostni dan u anke qafas finanzjarju, kif qal il-Ministru, li se jara li dan ikompli jseħħ.", "Din mhijiex kwestjoni ta' bla flus la tgħannaq u lanqas tbus!", "Aħna ċerti li din mhijiex kwestjoni ta' bews biss, imma hija kwestjoni ta' amor proprju għall-Belt Valletta u ma jistax ikun li din tieqaf hawn.", "Iċ-ċittadini wkoll se jgawdu għax se nkomplu nirriġeneraw il-Belt Valletta kollha kemm hi u se nibdew min-naħa t'isfel.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, nixtieq nieħu din l-opportunità li nintervjeni f'dan id-dibattitu biex nifraħ lill-Kumitat għar-Riġenerazzjoni tal-Kottonera, li jaqa' taħt dan il-Ministeru li huwa mmexxi tajjeb ferm mill-Ministru Owen Bonnici, għax-xogħol li qiegħed jagħmel u nixtieq nifraħ ukoll lil dawk kollha li huma involuti fil-qasam tal-kultura.", "Il-kultura tinkludi wkoll wieħed mis-setturi li jiffittja eżatt f'dak li l-Prim Ministru qal ilbieraħ fuq l-ekonomija kreattiva ċjoè li rridu noħolqu niċeċ ekonomiċi ħalli nkunu nistgħu nkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna.", "Il-Kottonera bla dubju hija – u għandha tkun – post fuq quddiem fejn tista' tinħoloq attività ekonomika kreattiva ġdida.", "Hemmhekk għandna diversi postijiet bħas-swar tal-Kottonera, il-Cottonera Lines, li xi tliet snin oħra nkunu qegħdin infakkru u niċċelebraw it-350 sena mill-bini tagħhom u l-Fortizza ta' Ricasoli, li tista' tkun niċċa kbira għax hija kbira daqs il-Birgu u nafu kemm il-Birgu sar attraenti għat-turisti.", "Nafu li fil-Fortizza ta' Ricasoli qegħdn nagħmlu l-almu kollu tagħna biex ikun hemm xogħol ta' riparazzjoni għax qed taqa' u ma tistax tibqa' fl-istat li hi.", "Naħseb li għandna nħarsu lejn soluzzjonijiet differenti biex il-Fortizza ta' Ricasoli terġa' tieħu l-glorja li ħaqqha.", "Il-Fortizza ta' Ricasoli, flimkien ma' proposti kulturali oħrajn, daħħalnieha wkoll fid-dokument ta' strateġija li ħejjejna u li nixtieq nieħu l-okkażjoni biex fl-aħħar tad-diskors tiegħi, bil-permess tal-Kamra, inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jaraw is-sensiela ta' proposti li jeżistu f'dan id-dokument.", "Bla dubju dan huwa dokument li bħalissa ninsabu fil-fażi ta' konsultazzjoni pubblika dwaru.", "Hawnhekk irrid insemmi l-laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika tajba li kellna nhar il-Ġimgħa li għaddiet fl-iskola primarja tal-Birgu, li għaliha kellna attendenza tajba kif ukoll laqgħa oħra li kelli lbieraħ mat-tfal tal-iskola primarja tal-Isla li fiha t-tfal mil-lokalitajiet ta' Bormla, il-Birgu u anke Ħaż-Żabbar qaluli l-ħsebijiet tagħhom.", "L-ewwel mistoqsija li għamiltilhom kienet jekk humiex kburin bil-Kottonera, u dawn qaluli li huma kburin.", "It-tfal huma l-preżent tal-lum u l-futur ta' għada u dan jimliena bil-kuraġġ.", "Meta titkellem ma' dawn it-tfal u tistaqsihom kieku kellhom jibdlu xi ħaġa fil-Kottonera x'jibdlu, jgħidulek li jridu tisbiħ ambjentali.", "Fil-fatt dawn huma konxji mill-isfidi li għandna fl-ispazju ta' pajjiżna u jixtiequ jaraw aktar postijiet ta' rikreazzjoni u postijiet miftuħa, eċċ., imma huma interessati wkoll fl-istorja tal-Kottonera.", "Jien kont ftit sorpriż bl-affarijiet li qajmu dawn it-tfal.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità wkoll biex ngħid kemm kienet tajba l-inizjattiva li ħa l-Gvern li minn issa t-tfal tal-iskola, flimkien ma' żewġ adulti, jistgħu jidħlu fil-mużewijiet mingħajr ma jħallsu.", "B'dan il-mod nagħmlu l-mużewijiet aktar aċċessibbli u llum in-numru ta' nies li qed iżuru l-mużewijiet qed juruna dan.", "Jien naf li warajja se jitkellem l-Onor.", "Anton Refalo, li se jkompli jespandi fuq ix-xogħol li qed tagħmel Heritage Malta, li rrid nifirħilha minn hawnhekk.", "Jien irrid insemmi żewġ proġetti partikolari li qegħdin isiru fil-Kottonera li huma r-riġenerazzjoni tal-Mużew Marittimu fil-Birgu li għalih hemm ivvotati €3 miljun, li €2 miljun minnhom ġejjin minn Norveġja u €1 miljun ġej minn fond nazzjonali biex dan il-mużew ikompli jissebbaħ u jsir aktar attraenti kif ukoll it-tkomplija tax-xogħol ta' restawr fil-Palazz tal-Inkwizitur fil-Birgu, fejn qed jiżdiedu swali ġodda.", "Dawn huma affarijiet li jkomplu jattiraw turisti lejn il-Kottonera.", "Fil-fatt qed naraw turisti li ġejjin apposta l-Kottonera.", "Però dawn it-turisti mhux qed jiġu l-Kottonera biss biex jaraw x'għandna x'noffru imma qed jagħżlu wkoll l-akkomodazzjoni tagħhom hemmhekk biex iqattgħu l-jiem tagħhom hawn Malta.", "U jien nifraħ meta nisma' b'dawn l-inizjattivi li qed iħallu l-frott fil-prodott kulturali li qed noħolqu.", "Dan in-numru ta' viżitaturi u turisti li jiġu jżuru l-mużewijiet huwa xhieda ta' kemm Heritage Malta qiegħda tkompli fuq dak li ħalla l-Gvern ta' qabel biex itejjeb dak li għandna għal-lum u għall-ġejjieni.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pubblikazzjoni \"Kottonera – Strateġija\" maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, fl-2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTON REFALO: Sinjura President, l-ewwel nett irrid bħala l-aħħar kelliem nibda biex nirringrazzja lill-Oppożizzjoni u lill-Gvern, b'mod speċjali lill-Ministru Owen Bonnici, kif ukoll lill-Bord ta' Heritage Malta - qed nara lis-CEO hawnhekk - u lil dawk kollha li ħadmu fl-interess tal-kultura, kemm fil-gżira Maltija, kif ukoll f'Għawdex.", "Il-kultura huwa suġġett li m'għandu qatt jifridna meta nitkellmu dwaru, imma huwa importanti li jgħaqqadna ma' xulxin.", "Irrid nibda b'punt dwar il-monumenti, li huwa suġġett li jinkwetani ferm.", "Ma rridx nidher li jien politiku għax irrid noqgħod attent kif nitħaddet.", "Hemm bżonn li l-monumenti tagħna, li huma l-identità tagħna bħala nazzjon, inħarsuhom għax huma importanti li nħarsuhom.", "Għandna nagħmlu monumenti fejn hemm bżonn u fejn hu importanti, però huwa importanti ferm li dak li hu tagħna nħarsuh.", "Saru ħafna żbalji fl-imgħoddi, kif kulħadd jaf, u nista' nsemmi żewġ eżempji.", "L-ewwel żball sar meta tneħħa minn fejn kien il-monument tas-Sette Giugno u tal-mikbi Anton Agius, u t-tieni meta kien hemm il-ħsieb ukoll li titneħħa l-funtana tat-Tritoni ta' Ċensu Apap.", "Hemm bżonn li meta niddeċiedu biex isiru l-monumenti jsiru fejn hemm bżonn u jekk huma importanti jsiru.", "Hawnhekk irrid ngħid prosit tassew - għax sinċerament nemmen hekk - lill-Ministru Owen Bonnici għaliex huwa importanti li monumenti bħal dak ta' Antonio Sciortino nħalluhom hemm għall-wirt tagħna u ta' uliedna għax huma dawk li jagħtuna l-identità tagħna.", "Bl-ebda mod ma rrid ninstema' li qiegħed nitħaddet min-naħa tal-politika, qed nitħaddet għax verament inħoss li hemm bżonn li dak li hu tagħna, dak li jagħmilna nazzjon, aħna nħarsuh.", "Kif jaf kulħadd, Heritage Malta għamlet passi kbar 'il quddiem.", "Hija aġenzija li waqqaf il-Gvern Nazzjonalista, li fl-opinjoni tiegħi, kien pass tajjeb u pass importanti 'l quddiem għaliex issaħħaħ il-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Heritage Malta hija l-aġenzija nazzjonali responsabbli mill-amministrazzjoni tal-mużewijiet u siti storiċi afdati lilha u l-kollezzjoni tagħhom f'Malta u f\"Għawdex.", "Irrid ngħid ukoll - mhux biex infaħħru, imma għax veru hekk hu – li kemm ili Chairman ta' Heritage Malta sibt għajnuna kbira mill-Ministru Owen Bonnici, li jaħdem bis-sħiħ fil-qasam tal-kultura fil-gżejjer tagħna.", "Għaldaqstant, irrid nirringrazzjah għan-nom tal-poplu Malti u Għawdxi tas-sapport, impenn u dedikazzjoni li dejjem wera fil-qasam tal-kultura f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li dan huwa suġġett li għandu jgħaqqadna flimkien għax hija l-essenzja tal-ħajja nnifisha.", "Neħħi l-kultura mill-ħajja tal-bniedem u l-bniedem ma jibqax bniedem.", "U min jiġi hawn u jgħid li l-Ministru qiegħed jimxi b'sens ta' politika fil-kultura, naħseb li qiegħed jiżbalja, għaliex bħala Bord ta' Heritage Malta dejjem ħdimna biex naraw kif dan il-wirt kulturali kbir li għandna f'Malta u Għawdex, dak il-wirt kuturali li aħna nsejħulu Malti li, tara x'tara u tmur fejn tmur fid-dinja l-affarijiet Maltin tapprezzahom iktar minn affarijiet li tara barra minn Malta għax dak huwa l-wirt tagħna … Nirringrazzja lill-Ministru, li dejjem ħadem b'għaqal u b'dedikazzjoni, għax mingħajr is-sapport tiegħu żgur li bħala Heritage Malta ma konniex inġibu dawk il-figuri u ma konniex nimxu 'l quddiem.", "Kif jaf kulħadd, Heritage Malta qiegħda taħdem bla heda – u din hija importanti – sabiex tipproteġi, tikkonserva u tieħu ħsieb l-assi kulturali.", "U huwa importanti wkoll li tipprovdi aċċess fiżiku u anke intellettwali.", "Illum nitħaddtu fuq il-wirt intanġibbli tal-ġżejjer tagħna, li ma tarahx.", "Naħseb li huwa importanti wkoll li ntejbu l-esperjenza ta' dawk kollha li jżuru l-mużewijiet u s-siti storiċi.", "Illum it-tendenza qiegħda tinbidel, il-mużewijiet m'għadhomx aktar sempliċement depożitarji tal-arti, fejn inti tmur, tara biċċa arti u tgħid kemm hi sabiħa u titlaq 'il barra.", "Naħseb li dak li ċittadin, sew jekk hu Malti, u sew jekk hu barrani, irid jieħu meta jżur il-mużewijiet u s-siti storiċi, hija esperjenza u avventura, filwaqt li jirrikonoxxi l-kobor ta' din il-gżira żgħira tagħna.", "F'Għawdex aħna għandna l-ikbar tempju antik li hawn fid-dinja, il-Ġgantija.", "Inti meta tkun qiegħed tagħmel din l-esperjenza tkun qiegħed tħoss ġo fik sens ta' sodisfazzjon u trankwillità li tgħid li dak li qiegħed tara, titgħallem fuqu, taf x'inhu u tapprezza li jrid jgħaddi għand uliedna.", "Inizjattiva importanti li ssemmiet fil-Baġit u li dwarha naħseb li naqblu ż-żewġ naħat, hija ta' dak li aħna qegħdin insejħulu l-passaport ta' Heritage Malta, li permezz tiegħu jistgħu jidħlu b'xejn fil-mużewijiet u s-siti storiċi, kemm f'Malta u anke f'Għawdex, it-tfal tagħna flimkien ma' żewġ adulti sabiex igawdu l-wirt li għandna.", "Naħseb li huwa importanti ferm li lit-tfal tagħna ngħallmuhom il-kultura ta' pajjiżna.", "Fi żmieni - illum għandi 62 sena - ħlief titgħallem is-suġġetti biex tgħaddi mill-O levels u l-A levels u tieħu professjoni ma kontx tagħmel.", "Ma kienx hemm kultura li turik dak is-sabiħ tal-ħajja, li ġġiegħelek tapprezza u ġġiblek paċi fik innifsek u rispett għal ħaddieħor.", "Din hija l-kultura, dan huwa t-tagħlim u l-edukazzjoni li Heritage Malta trid tgħaddi lill-poplu Malti u Għawdxi, l-apprezzament tal-ġmiel ta' pajjiżna, tal-kultura sabiħa tal-gżira tagħna u tal-postijiet u s-siti storiċi sbieħ f'Malta u Għawdex.", "Irridu naraw li nedukaw lill-poplu u nedukaw b'kull mezz.", "Irridu nagħmlu l-postijiet storiċi u l-mużewijiet tagħna aċċessibbli għall-poplu kollu Malti u Għawdxi.", "Barra minn hekk, huwa importanti ferm li b'dak li nagħmlu u b'dak li niddeċiedu, inħallu teżor lil ta' warajna.", "Aħna ġejna hawn mhux sempliċement biex ngħixu, inrabbu familja u nitilqu.", "Jien nemmen li kull wieħed u waħda minna għandna l-kapaċità li nbiddlu l-ħajja ta' ħaddieħor.", "U dan huwa l-messaġġ li jien irrid ngħaddi lil din il-Kamra u barra minn din l-Kamra, li hemm bżonn li nifhmu li ….", "U Heritage Malta trid tkun katalista f'dan ir-rigward, trid tkun hi l-pijuniera, trid tkun hi li tixpruna, li tbiddel il-ħajja ta' ħaddieħor għall-aħjar.", "Kemm hu diffiċli li inti tbiddel il-mentalità tal-poplu!", "Kemm hu diffiċli li inti tbiddel l-użanzi ta' qabel!", "Sinjura President, ippermettili nsemmi esperjenza li kelli.", "Fl-1996 meta jien kont Segretarju Parlamentari kont rajt li l-ftit wirt storiku li kellna f'Għawdex kien jinsteraq u qisu ma ġara xejn.", "Niftakar li kont qbadt il-ftit pittura li kien hemm u biex ma tinsteraqx konna bdejna nirrestawrawha u mbagħad dendilnieha fil-Ministeru għal Għawdex, biex almenu tkun qiegħda hemmhekk.", "Illum il-mentalità nbidlet għal kollox.", "Ara kemm inbidlet il-mentalità mill-1996 sal-lum.", "Naħseb li żgur ħadd ma jista' jinnega li Heritage Malta kienet il-katalista, li xprunat il-ħsieb, l-orjentament, il-viżjoni ta' kif aħna għandna nħarsu lejn dan il-wirt tagħna.", "Għalhekk qiegħed ngħid - u nappella minn qalbi - biex il-monumenti tagħna nieħdu ħsiebhom, għax dawk huma tagħna.", "Għamilna żbalji, għamilna monumenti fejn mhux suppost għamilniehom – għall-inqas, jien ma naqbilx magħhom - imma dak li qiegħed hemm u huwa sabiħ inħalluh hemm.", "Ħalli nagħmlu ieħor jekk hemm bżonn, wara diskussjoni, imma mhux dak li hemm u dak li hu sabiħ ….", "(Interruzzjonijiet) Inti qed issemmi l-monument ta' Antonio Sciortino, li kien minn Ħaż-Żebbuġ.", "Tista' tmur oltre?!", "Hemm oħrajn, bħal Anton Agius.", "Din mhix ħaġa ta' politika u qed noqgħod attent kif nitkellem.", "Għalhekk il-Ministru għamel sew, u jien naqbel miegħu, li monumenti bħal dawn, li huma l-kobor tagħna bħala nazzjon, inħalluhom hemm, għax barra li huma l-istorja tagħna, huma l-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, Heritage Malta organizzat ħafna avvenimenti.", "Jien informat li għamilna mhux inqas minn 80 avveniment, bħal wirjiet, heritage trails, open days, lectures u attivitajiet tematiċi.", "Aħna l-ħin kollu għaddejjin b'diskussjonijiet mal-kunsilli lokali, mal-każini tal-banda u NGOs biex naraw kif nistgħu nikkordinaw u ngħinu biex dan il-wirt tagħna nġibuh 'il quddiem.", "Qegħdin fi proċess li nirranġaw ħafna siti storiċi għax huwa importanti li nkomplu nirranġawhom.", "Kif jaf kulħadd, Heritage Malta wettqet proġetti bħal f'Sant'Anġlu, il-Katakombi ta' Bistra, il-Katakombi ta' San Pawl, Sant'Iermu u t-tempji ta' Ħal Tarxien.", "Matul din is-sena komplejna bil-ħidma fuq il-proġett ta' restawr u titjib tal-Palazz tal-Inkwiżitur, il-proġett ta' restawr u titjib tal-Mużew Marittimu, ix-xogħol ta' konservazzjoni li għaddej fil-Palazz ta' Verdala u l-Palazz ta' San Anton; beda xogħol sabiex jitwaqqaf ċentru tal-viżitaturi f'Tas-Silġ; komplejna bit-titjib tal-Forti Sant'Anġlu sabiex naslu sal-punt li hemmhekk tingħata esperjenza unika.", "Għamilna wkoll ir-restawr tal-Gran Salon u beda l-proġett tal-Palazz tal-Belt, proġett li se jiswa madwar €10 miljun u huwa parzjalment finanzjat mill-fondi ERDF.", "Kif qal il-Ministru, inkiser kull rekord rigward viżitaturi li daħlu fil-mużewijiet.", "Skont iċ-ċifri li għandi hawn quddiemi, sal-lum Heritage Malta, għat-tieni sena konsekuttiva, diġà kisret rekord ta' viżitaturi fil-mużewijiet tagħna, b'żieda ta' kważi 35% fuq is-sena 2017.", "Sa Settembru tal-2018 aktar minn 1.2 miljun turist żaru l-mużewijiet tagħna.", "Irrid ngħid li għandna żewġ sfidi importanti.", "L-ewwel waħda hija l-MUŻA, li se tiftaħ f'Novembru u se tkun esperjenza kbira.", "Dik se tkun il-ħolma ta' dan il-pajjiż għaliex huwa proġett kbir li barra li se jagħti viżjoni lil dan l-pajjiż, se jpoġġina bħala showcase għad-dinja.", "Imbagħad hemm ukoll il-Mużew ta' Għawdex.", "Hemmhekk ukoll ix-xogħol miexi sewwa u b'ritmu mgħaġġel u b'sens ta' sodisfazzjon kbir irrid ngħid li għall-ewwel darba Għawdex ser ikollu mużew tiegħu u se ngħid xi ħaġa dwaru.", "Naħseb li taqblu miegħi li l-Mużew ta' Għawdex m'għandux ikun repetizzjoni tal-mużew ta' Malta, imma għandu jkun dak li jagħti l-identità lill-gżira Għawdxija.", "Jiġifieri, fl-opinjoni tiegħi, - hemm min ma jaqbilx miegħi – għandu jkun vjaġġ li jkun esperjenza ta' dak li għadda minnu l-poplu Għawdxi.", "Sinjura President, se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lil kulħadd.", "Ejjew naħdmu flimkien għal dan il-pajjiż, għax dan il-pajjiż huwa żgħir fid-daqs, però huwa kbir fil-kultura u veru għandna biex niftaħru.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-diskussjoni hija konkluża skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018.", "F'12.11 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kienet ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, kienu posposti għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-Kamra issa tgħaddi għal xogħol ieħor li jidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PROFESSJONI MEDIKA U L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA U L-ORDINANZA DWAR MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "OWEN BONNICI: Sinjura President, f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, Kap. 31, u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, Kap. 101, sabiex tiġi implimentata d-Direttiva 2017/2013 (UE)\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, Kap. 31, u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, Kap. 101, sabiex tiġi implimentata d-Direttiva 2017/2013 (UE)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru, 2018 fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "It-Tieni Jum Stabbilit - Ministeru għall-Finanzi", "Vot 18 – Ministeru għall-Finanzi", "Vot 20 – Teżor", "Vot 22 – Kummissarju tat-Taxxi", "Vot 24 – Kuntratti", "Vot IX – Ministeru għall-Finanzi – Kapital.", "Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Votazzjonijiet.", "Irrid infakkar lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Ministeru għall-Finanzi m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat, bid-dibattitu jibda fis-2.00 p.m. u jispiċċa fil-5.00 p.m. u l-ħin għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Din is-seduta tkun mingħajr mistoqsijiet parlamentari u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum wara nofsinhar, il-31 ta' Ottubru 2018, fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fil-12.15 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181031_151d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-2.04 p.m.", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru, 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 151, li saret fil-31 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din is-seduta hija mingħajr mistoqsijiet.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦALL-FINANZI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġi diskuss il-Vot tal-Ministeru għall-Finanzi.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jressaq ir-riżoluzzjonijiet tal-Ministru għall-Finanzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nressaq dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 18 – MINISTERU GĦALL-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €177,093,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 – Ministeru għall-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,719,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 – Politika Ekonomika, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 20 - TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €25,854,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 – Teżor, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €16,199,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 – Kummissarju tat-Taxxi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €12,178,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 – Dwana, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,857,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 – Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT IX – MINISTERU GĦALL-FINANZI – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €43,326,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX – Ministeru għall-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 18 – MINISTERU GĦALL-FINANZI", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Sinjura President, għandna Gvern li jħobb ipinġi lilu nnifsu bħala Gvern li jisma' però donnu jħobb jisma' biss dak li jdoqq għal widnejh.", "Jekk dak li jkun qiegħed jingħad ma jkunx jirrifletti n-narrattiva li jrid iwassal hu, allura l-Gvern mhux biss jagħlaq widnejh imma jipprova jirredikola lil dak li jkun qiegħed iwassal il-messaġġ.", "Ngħid proprju dan għaliex jien nemmen fil-politika tar-rispett u dejjem ipprattikajtha.", "Jien dejjem tgħallimt li l-politika għandha tkun dik tal-persważjoni.", "Bħal ħafna nies oħrajn, jien smajt ir-reazzjoni tal-Gvern għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Smajt x'qal il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru.", "Huwa qal li aħna stupidi.", "Il-Ministru Edward Scicluna, li huwa għajb li mhux qiegħed hawnhekk għad-diskussjoni tal-Ministeru tiegħu, qal li għandna bżonn immorru nagħmlu vista għand il-psikjatra.", "Nhar it-Tnejn imbagħad, wara d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru qal li aħna xenofobiċi.", "L-attakk fuq l-Oppożizzjoni kompla lbieraħ bid-diskors tal-Prim Ministru li fil-biċċa l-kbira tiegħu kien immirat biex iżeblaħ lill-Oppożizzjoni.", "Sur President, din mhijiex koinċidenza.", "Din hija tattika tal-Gvern li tintuża minn politiċi estremi li għamel referenza għalihom il-Prim Ministru stess ilbieraħ.", "Din hija tattika li biex nogħla jien inbaxxi lilek, ngħajrek, nirredikolak u jekk hemm bżonn li ngħawweġ dak li tgħid inti nagħmel hekk biex jien nidher iżjed kredibbli.", "Din it-tattika jseħulha 'ad hominem fallacy', fejn inti mhux tattakka l-argument iżda l-persuna.", "Huwa għajb li wasalna f'dawn il-livelli.", "Sibt kwotazzjoni tajba fuq din it-tattika f'ġurnal bl-isem \"Psychology Today\".", "Dan jgħid hekk:", "Dan ikompli jgħid hekk:", "Dan huwa dak li pprova jagħmel il-Prim Ministru lbieraħ, u biex jasal għall-għan tiegħu anke għawweġ il-fatti.", "Qal li kien hemm diskrepanza bejn dak li kitbet l-Oppożizzjoni fil-pre-budget document u dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu ta' nhar it-Tnejn.", "Il-paġna li wera l-Prim Ministru lbieraħ mill-pre-budget document titkellem dwar work permits.", "Biex nikkwota eżatt, it-tabella jisimha 'Chart 1.7, Top 10 Third Country Nationals Working in Malta 2002-2017'.", "Ir-referenza għall-11,000 third country permits li għamel referenza għalihom il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kenitx għal work permits iżda għal residential permits.", "Nittama li l-Prim Ministru jaf id-differenza bejn work permits u residential permits.", "Din ukoll hija ċifra uffiċjali maħruġa mill-Eurostat, iżda l-Prim Ministru pprova jqabbel xi ħaġa li ma taqbilx, kif jgħidu l-Ingliżi, apples and pears!", "Sinjura President, irrid ngħid li ż-żewġ ċifri huma tajbin u ż-żewġ ċifri huma aggravanti għall-argument li qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni.", "L-argument huwa wieħed sempliċi.", "L-ekonomija tagħna qiegħda tikber, qegħdin jikbru setturi importanti fl-ekonomija tagħna, liema setturi kienu maħluqin minn amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista, iżda parti mit-tkabbir ġej miż-żieda fil-popolazzjoni.", "Din iż-żieda fil-popolazzjoni qed iġġib sfidi għall-poplu Malti għaliex il-Gvern ma kienx ippjana għaliha.", "Din hija realtà li qed inħossuha ħafna meta nixtru proprjetà u naraw li l-prezz sploda 'l fuq.", "Hija realtà li nħossuha meta mmorru nixtru l-ħalib u nsibu xkafef vojta, realtà li nħossuha meta noħorġu fit-toroq u narawhom iġġammjati bil-karozzi.", "Dan mhuwiex argument xenofobiku għaliex mhuwiex argument kontra l-barranin li jiġu f'pajjiżna.", "Huwa argument kontra l-Gvern li ma ħasibx fuq l-effetti tal-politika ekonomika tiegħu.", "Lanqas mhuwa argument razzist.", "Razzist huwa dak li jippermetti lill-ħaddiem jiġi sfruttat u mhux min jitkellem dwar il-problema.", "Bl-argumenti li għamel il-Prim Ministru, allura anke Yana Mintoff u l-aditus foundation huma xenofobiċi u razzisti għaliex tkellmu dwar il-problemi li qegħdin jiffaċċjaw il-barranin f'pajjiżna.", "F'din il-Kamra u barra minn din il-Kamra għandna nitkellmu b'iżjed rispett għax hekk huwa xieraq.", "M'għandniex nattakkaw il-persuna iżda l-argument.", "Jekk il-Gvern ma jaqbilx mal-analisi li qegħdin nagħmlu, għandu jgħid kif u għalfejn ma jaqbilx, imma huwa ħażin u deplorabbli li jkun hemm dan it-tip ta' tgħajjir u żebliħ.", "Hija tattika antidemokratika li lill-avversarju politiku tipprova tirredikolah minflok twieġeb b'mod raġjonevoli għall-argument li jkun qiegħed jagħmel.", "Din it-tattika qegħdin narawha mhux biss minn esponenti ewlenin tal-Gvern, imma anke f'ħafna kummenti fil-common boards.", "Jidher ċar li din hija strateġija premeditata b'messaġġi kordinati li l-għan tagħhom mhuwiex li ssir diskussjoni intelliġenti u bi ħsieb dwar suġġetti importanti, bħalma huwa l-baġit jew l-ekonomija tal-pajjiż, imma li wieħed jirredikola billi jgħajjar.", "Dan huwa ħażin u kundannabbli.", "Din mhijiex il-politika li pajjiżna għandu bżonn.", "L-arma tagħna l-politiċi għandha tkun id-diskussjoni u l-persważjoni, imbagħad il-poplu jisma' u jiddeċiedi min għandu raġun.", "Ejja nkunu aħna li nagħtu din id-direzzjoni lil pajjiżna fi kliemna, b'għemilna u bl-eżempju.", "Ħalli niġi għas-suġġett tal-Baġit: Gvern li huwa bla pjan.", "Din in-naħa tal-Kamra ma ġietx hawnhekk u qalet li l-ekonomija mhux qed tikber, jew li l-ekonomija tikber biss għaliex ġejjin il-barranin.", "Din in-naħa qiegħda tgħid li l-mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku ġej minn politika tal-Gvern li jkabbar ukoll il-popolazzjoni ta' Malta.", "Qegħdin ngħidu li dan it-tkabbir qiegħed isir bla pjan serju.", "Qegħdin ngħidu li dan it-tkabbir qiegħed isir mingħajr ma jsir l-investiment neċessarju fl-infrastruttura tal-pajjiż.", "Bl-Ingliż jgħidu we are growing for growth's sake.", "Din in-naħa tal-Kamra qed tgħid li t-tkabbir ekonomiku, filwaqt li huwa tajjeb, m'għandux ikun il-mira aħħarija tagħna.", "Il-fini ta' kull tkabbir ekonomiku għandu jkun li s-soċjetà kollha timxi 'l quddiem, li ħadd ma jibqa' lura, solidarjetà dejjem u kullimkien.", "Dan qegħdin jgħiduh il-unions, qegħdin jgħiduh l-NGOs u qiegħda tgħidu wkoll Yana Mintoff, il-konsulenta tal-Gvern, u nixtieq nikkwota minn rapport tal-ġurnal The Times of Malta li deher din il-ġimgħa.", "Dan ir-rapport jgħid hekk:", "Il-pagi f'Malta mhumiex qegħdin jirriflettu l-istandards of living f'pajjiżna.", "Dan il-kumment ġej minn dawk li jħaddmu, mill-unions u mill-NGOs.", "L-ekonomija għaddejja b'ritmu mgħaġġel iżda l-pagi mhumiex.", "Il-pagi f'ċerti każi saħansitra qegħdin jistgħaġnaw filwaqt li ċerti prodotti qegħdin jogħlew.", "Huwa proprju għalhekk li l-Kap tal-Oppożizzjoni lbiraħtlula tkellem dwar il-morsa tal-pagi.", "Min għandu raġun?", "L-Oppożizzjoni li qed tgħid li l-popolazzjoni qed tikber b'rata mgħaġġla u forsi esaġerata għal pajjiż taċ-ċokon tagħna, bid-densità tal-popolazzjoni li għandna, jew il-Gvern li donnu jrid jaħbi dawn il-fatti?", "Min għandu raġun?", "L-Oppożizzjoni li qiegħda tgħid li hawn numru dejjem jikber ta' nies li m'għandhomx saqaf fuq rashom jew il-Gvern li f'sitt snin ma beniex appartament wieħed li hu wieħed ta' akkomodazzjoni soċjali?", "Min għandu raġun, l-Oppożizzjoni li qiegħda tgħid li n-numru ta' pensjonanti fil-faqar jew f'riskju ta' faqar qiegħed jikber jew il-Gvern li għal snin sħaħ qal li l-faqar f'pajjiżna nieżel b'rittmu tajjeb?", "Staqsu lill-pensjonanti.", "Il-Gvern iħobb ipinġi stampa li kollox sejjer tajjeb f'pajjiżna għaliex qed jikber il-GDP u għaliex għandna budget surplus.", "Naħseb li l-Kap tal-Oppożizzjoni diġà spjega tajjeb għaliex m'għandniex inħarsu lejn it-tkabbir ekonomiku bħala l-kejl ta' jekk pajjiż hux sejjer tajjeb jew le.", "Rigward l-argument tas-surplus, il-Ministru Edward Scicluna waqt programm li kont miegħu fuqu fuq stazzjon nazzjonali qal li huwa l-Ministru li rnexxielu jagħmel dak li m'għamlux ministri oħrajn, u ċjoè li jonfoq inqas milli qiegħed idaħħal.", "Is-surplus fih innifsu huwa tajjeb, imma anke hawnhekk il-Ministru mhux qed jgħid l-istorja sħiħa.", "Il-Ministru Edward Scicluna forsi qed ikun ekonomiku mal-verità.", "L-ewwel nett pajjiżna kien miexi f'direzzjoni ta' balanced budget qabel l-2013 u li kieku ma kienx għall-fatt li kien hemm il-kriżi ekonomika kbira internazzjonali u l-isplużjoni tal-prezz taż-żejt, kieku pajjiżna kien se jasal għal dan it-tragward.", "Veru Ministru, imma fi żmien l-agħar kriżi finanzjarja Gvern Nazzjonalista kien poġġa l-interess tal-ħaddiem qabel is-surplus għaliex aħna nemmnu li l-persuna hija iżjed importanti min-numri.", "Il-Prim Ministru lbieraħ ftaħar b'ħafna statistika, b'ħafna ċifri u b'ħafna numri, imma lill-individwu nsieh.", "Li kieku l-Gvern dak iż-żmien ta kas is-surplus iżjed milli ta kas in-nies, kieku eluf ta' ħaddiema kienu jitilfu x-xogħol.", "Illum il-Ministru Edward Scicluna għandu l-vantaġġ li kemm ilu Ministru, is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali kienet waħda tajba imma jekk hemm ċertezza, hija li l-ekonomija hija rota.", "Ħafna drabi l-ekonomiji jaħdmu f'ċiklu u l-kapaċità hija li tmexxi mhux meta għandek ir-riħ in poppa iżda meta għandek il-kurrent kontrik.", "Sur President, jalla dan iż-żmien ma jiġix, però rridu nieħdu kont ta' x'qiegħed jiġri madwarna f'din id-dinja.", "Illum reġgħet dieħla l-mentalità tal-protezzjoniżmu.", "Qegħdin jerġgħu jitilgħu ħitan li qegħdin itellfu l-kummerċ dinji.", "Qabel konna mdorrijin li l-ħitan inwaqqgħuhom u mhux nerġgħu nibnuhom.", "Dan jista' jwassal għal ripressjoni fuq l-ekonomija mondjali.", "Hawn nistaqsi: Pajjiżna kemm hu recession proof?", "F'dinja globalizzata, pajjiżna jbati jekk l-ekonomija tad-dinja tieħu daqqa 'l isfel u bil-mod kif mexxa dan il-Gvern, id-daqqa tista' tkun akbar u se nispjega għaliex.", "L-ispiża rikorrenti tal-Gvern fl-aħħar sitt snin splodiet 'il fuq.", "Bejn l-2013 u l-2018 l-ispiża rikorrenti tal-Gvern żdiedet b'aktar minn €1 biljun, jew b'aktar minn 34%, medja annwali ta' kważi 7%.", "Dan joħroġ mit-Tabella Nru 1 li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fis-sena 2013 l-ispiża rikorrenti kienet ta' €2.6 biljun mentri fis-sena 2018 l-ispiża rikorrenti kienet ta' €3.8 biljun, jiġifieri żieda ta' aktar minn €1 biljun.", "Biex wieħed iqabbel, bejn l-2018 u l-2012 l-ispiża rikorrenti telgħet b'20% li tfisser medja annwali ta' 4%.", "Dan il-Gvern qiegħed iżid l-ispiża rikorrenti b'rata li hija kważi d-doppju tal-aħħar Gvern Nazzjonalista.", "Issa ironikament din iż-żieda fl-ispiża rikorrenti qed tgħin ukoll biex jikber il-GDP ta' pajjiżna.", "Allura wieħed bilfors jistaqsi: X'valur ekonomiku għandha din iż-żieda fl-ispiża tal-Gvern?", "Din iż-żieda x'valur miżjud qiegħda tħalli?", "Qed nistaqsi dan għaliex wieħed mill-elementi li qiegħed jikkontribwixxi bis-saħħa għal din iż-żieda fin-nefqa tal-Gvern hija ż-żieda fl-ispiża tal-pagi tal-Gvern.", "Hawn mhux qed nirreferi għall-pagi ta' ħaddiema li hemm bżonnhom iżda għall-pagi għal impjiegi li ħafna minnhom m'hemmx bżonnhom.", "Ħalli nkun ċar, jalla ż-żieda fil-pagi tkun għall-għalliema tagħna, għat-tobba tagħna, għan-nurses tagħna u għall-ħaddiema taċ-Ċivil tagħna.", "Però, kif se nuri, ħafna drabi din iż-żieda fil-pagi saret minħabba l-fatt li l-Gvern għoġbu jdaħħal ħafna nies fis-settur pubbliku f'positions of trust.", "Biex nagħti eżempju, l-ispiża fuq il-pagi fis-sena 2013 kienet ta' €653 miljun u l-ispiża s-sena li għaddiet kienet ta' 'l fuq minn €900 miljun.", "Sinjura President, f'medda ta' ħames snin, in-nefqa fuq il-pagi fis-settur pubbliku żdiedet b'aktar minn €0.25 biljun.", "Se nfisser din sew ħalli jifhimha kulħadd.", "Is-sena l-oħra l-ispiża fuq il-pagi tal-Gvern kienet ta' €0.25 biljun iżjed milli kienet fl-2013.", "Din is-sena dik l-ispiża se terġa' togħla b'aktar minn €110 miljun.", "Issa li kieku din iż-żieda seħħet għaliex qed indaħħlu aktar għalliema jew aktar tobba nkun l-ewwel wieħed li ma ngħid xejn, anzi naqbel ma' dik iż-żieda, iżda dan mhuwiex il-każ.", "Anke jekk titkellem mal-union tat-tobba jew mal-union tal-għalliema jgħidulek li huma l-inqas setturi li fihom qiegħed isir ingaġġ.", "Il-Malta Union of Teachers (MUT) ikkritikat dan il-Baġit għaliex mhux qiegħed jagħmel pjan biex ningaġġaw aktar għalliema fejn għandna bżonn.", "Luwa fatt li f-istess għandna bżonn aktar tobba u aktar nurses fl-isptarijiet tagħna, u l-istess għandna bżonn aktar kuntistabbli u aktar uffiċjali tas-sigurtà fi ħdan il-Korp tal-Pulizija tagħna imma sfortunatament, l-ingaġġ qiegħed isir biex il-Gvern jaqdi lil dak u lill-ieħor.", "Apparti li qegħdin naraw l-awtoritajiet tal-Gvern idaħħlu nies bla rażan.", "Jekk wieħed jara t-Tabella Nru 4 jinduna kemm il-Ministru sejjer żmerċ fil-miri tiegħu stess.", "Din is-sena biss se jkun mar żmerċ b'€50 miljun fuq in-nefqa fuq il-pagi!", "Biex wieħed ikun jista' jagħmel paragun, il-Gvern is-sena d-dieħla se jdaħħal €350 miljun aktar f'taxxi imma ż-żieda fin-nefqa għall-pensjonijiet u s-servizzi soċjali hi ta' €50 miljun biss daqs kemm ħa żball fil-pagi din is-sena l-Ministru Scicluna.", "Rigward dan, jiġifieri n-nefqa soċjali ta' dan il-Baġit, tkellem anke l-Eks Kap tal-Partit Laburista Alfred Sant.", "F'artiklu li deher fil-ġurnal The Malta Independent l-Onor.", "Sant qal hekk:", "Alfred Sant, id-distakk bejn dak li għandu u dak li m'għandux b'dan il-Baġit mhux jonqos qiegħed iżda jiżdied.", "Din hi s-serjetà li jiftaħar biha l-Gvern?", "Nittama li l-Ministru, jekk jogħġbu jonorana bil-preżenza tiegħu, jew il-Prim Ministru, jagħti spjegazzjoni u jgħid għalfejn lejliet l-elezzjoni li għaddiet ħassew il-ħtieġa li jimpjegaw aktar minn 1,500 ħaddiem ieħor mal-Gvern kontra kull prassi u regola.", "Din hi s-serjetà li jiftaħar biha l-Ministru Scicluna?", "Din hi t-tmexxija għaqlija li jsemmi?", "Din hija l-prudenza, li ddaħħal 1,500 persuna mal-Gvern lejliet elezzjoni?!", "F'ħafna każijiet dawn kienu positions of trust li qed jingħataw lin-nies tal-qalba.", "Il-fatt li l-Gvern kabbar id-dħul tiegħu ma jiskużax dan it-tberbiq ta' flus li qed isir mit-taxxi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Jekk għada pitgħada jkun hemm slowdown ekonomiku, jew xi riċessjoni ekonomika u jonqos id-dħul tal-Gvern, minn fejn se nġibu l-flus biex inħallsu dawn il-pagi żejda?", "Nerġa' ngħid, li kieku dawn il-flus marru biex inżidu t-tobba, jew l-għalliema, jew in-nurses jew l-LSAs, kieku din in-naħa tal-Kamra kienet tbierek kull sold iżda nafu li dan mhuwiex il-każ.", "Fis-sena 2012 kellna 40,000 ħaddiem fis-settur pubbliku u sa April tas-sena 2018 dan in-numru diġà tela' għal kważi 47,000.", "Sinjura President, mhuwiex qiegħed isir investiment kapitali biżżejjed.", "Dan ilna ngħiduh u se nkomplu ngħiduh.", "Wieħed tajjeb jara wkoll kif il-Gvern qiegħed ilaħħaq ma' dan is-surplus.", "Diġà aċċenajt aktar qabel għall-fatt li l-Gvern ma investiex fil-pajjiż sabiex dan ikun jiflaħ għall-influss tal-barranin jew forsi aħjar, għaż-żieda fil-popolazzjoni tagħna.", "Sa ftit tas-snin ilu l-popolazzjoni ta' pajjiżna kienet ta' 400,000.", "Illum il-ġurnata din tlaħħaq l-480,000 persuna.", "Konsegwenza ta' din iż-żieda qiegħda tbati l-infrastruttura.", "Issa biex inkun għedt kollox, kien hemm żmien meta Joseph Muscat kien jgħid li għandu pjan.", "Naħseb kulħadd jiftakar il-famuża roadmap.", "Illum wieħed jistaqsi: Fejn hi din ir-roadmap għat-tkabbir fil-popolazzjoni tagħna?", "X'se nagħmlu bl-isptarijiet?", "X'se nagħmlu fl-iskejjel tagħna?", "X'se nagħmlu bl-infrastruttura tagħna?", "X'se nagħmlu bit-toroq biex naħsbu għal din iż-żieda fil-popolazzjoni tagħna?", "Fejn hu l-pjan li kellu jsolvi l-konġestjoni tat-traffiku?", "Il-Gvern qiegħed jonfoq €700 miljun fit-toroq, tajjeb, però għedtha qabel u nerġa' nirrepetiha llum u nibqa' ngħidha li dan ix-xogħol, sfortunatament, ma jidhirx li se jsolvi l-problema tat-traffiku f'Malta għax billi twessa' t-toroq ma jfissirx li solvejt il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku.", "Nista' nieħu Triq il-Kosta, li l-Gvern kien qal li se tkun xempju ta' kif għandhom isiru t-toroq f'Malta.", "Kulħadd jaf li kull meta jkollna l-maltemp, din tegħreq.", "U tegħreq għaliex min ippjanaha ma ħasibx għall-aktar ħaġa bażika, l-ilma tax-xita.", "Dan mhuwiex l-uniku proġett tal-Gvern li ġie ppjanat ħażin.", "Rajna r-reklami min-naħa tal-Ministru Konrad Mizzi dwar il-bajja tar-ramel tal-Balluta.", "Kienet sabiħa meta tqiegħdet imma damet sabiħa biss sakemm kien hemm l-ewwel maltempata u r-ramel spiċċa kollu fil-baħar.", "Jekk wieħed jara kemm hija l-ispiża kapitali meta mqabbla mal-GDP isib li fl-2016 u l-2017, l-aħħar sentejn li għalihom għandna l-istampa kompluta, l-infiq fl-ispiża kapitali meta mqabbel mat-tkabbir ekonomiku kien l-inqas fl-aħħar seba' snin.", "Kienet ukoll l-inqas nefqa kapitali meta mqabbla mal-ispiża totali tal-Gvern.", "Il-Gvern issa qiegħed jimmira li din is-sena li qegħdin fiha u s-sena d-dieħla l-ispiża kapitali tiżdied hekk kif isir ċertu progress fuq il-proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Hemm rabta diretta bejn in-nefqa kapitali u l-użu tal-fondi Ewropej, partikolarment il-fondi reġjonali għall-iżvilupp, però again, il-Gvern għadu ma qal xejn dwar kif se jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' fondi wara s-sena 2020 li qiegħda fuq l-għatba.", "Il-Prim Ministru jrid iserraħ ras il-poplu li bil-politika tiegħu l-futur huwa aktar fis-sod.", "Il-Prim Ministru ma semma xejn dwar x'se jiġri jew ma jiġrix mill-fondi fl-2020.", "Forsi l-Ministru Edward Scicluna, meta jogħġbu jiġi f'din il-Kamra u jagħmel id-diskors tiegħu, jista' jagħmel aċċenn għal dan hekk kif din id-data issa qiegħda toqrob.", "Il-Prim Ministru ma qal xejn lanqas fuq id-dipendenza fuq l-Individual Investor Programme (IIP) jew kif inhu magħruf aħjar, fuq il-programm ta' bejgħ taċ-ċittadinanza, u se nispjega billi npoġġi dan f'kuntest.", "Skont analisi dettaljata u previżjonijiet fuq l-ekonomija Maltija, il-Bank Ċentrali qed ibassar li l-ekonomija sal-aħħar tas-sena 2018 se tkun kibret f'termini reali ta' 5.4%, fejn 4.6% ta' dan it-tkabbir se jkun ġie minn domanda domestika.", "Dan ifisser tkabbir li ġej mill-konsum privat, liema konsum mistenni jikber bi 3.9% fuq is-sena l-oħra.", "Fir-rapport tal-Bank Ċentrali nsibu wkoll li l-ispiża tal-Gvern mistennija tikber bi 17% fuq is-sena l-oħra u li se jkollna tkabbir modest ta' 1% fl-investiment.", "Min-naħa l-oħra, il-bilanċ tal-esportazzjoni netta huwa stmat li se jikkontribwixxi għal 0.8% tat-tkabbir.", "Qed jingħad ukoll li 30% tad-dħul kollu mill-IIP qed imorru fil-Fond Konsolidat biex jiffinanzjaw l-operat tal-Gvern.", "Fl-istess rapport, preċiżament fir-raba' paragrafu ta' paġna 4, il-Bank Ċentrali jiġbed l-attenzjoni li l-ispiża tal-Gvern qed tiddependi fuq l-introjtu mill-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, tant li dan l-introjtu qed jiġi mnaqqas mill-istess spiża tal-Gvern.", "Dan ifisser li l-konsum tal-Gvern huwa ħafna akbar minn dak li uffiċjalment qed jiġi rapportat.", "Jekk il-Gvern irid jilgħabha tal-paladin tal-ekonomija għandu jkun jaf li dan il-fatt qed iħallina vulnerabbli u dipendenti minn din l-iskema u f'każ li l-introjtu jonqos b'mod sostanzjali, dan jesponi lill-Gvern għal struttura ta' nfiq li hija ħafna akbar mid-dħul rikorrenti.", "Sinjura President, nixtieq ngħid kelmtejn ukoll dwar il-ħemel ta' proġetti li ġew imwiegħda minn dan il-Gvern u ma sarux.", "Dan ukoll għandu effett u impatt fuq is-surplus.", "Il-Gvern Laburista sar magħruf għal kemm iwiegħed proġetti fil-baġit u ma jwettaqhomx.", "Pereżempju dan huwa l-ħames Baġit li fih wiegħed dar tal-anzjani f'Għawdex.", "Wegħdiet oħrajn għal Għawdex li ġew ripetuti fil-baġits u baqgħu ma twettqux huma l-SME Village, Pjazza San Franġisk, qorti ġdida, park & ride, tisbiħ ta' Marsalforn, tisbiħ tax-Xlendi, Breakwater f'Marsalforn, pixxina u l-famuża mina jew bridge għal Għawdex.", "Aktar minn hekk, f'dak li qed iwiegħed fit-toroq għal Għawdex hemm dedikat 4% biss meta Għawdex hu terz ta' Malta.", "Fl-ambjent il-Baġit jirrepeti dak li ilu jgħid is-snin imma nafu kemm fl-ambjent ma sar xejn, anzi l-affarijiet marru lura.", "Fejn jidħol l-iskart, dan il-Gvern ammetta li mhux biss m'għamel xejn, talli issa jrid jinvesti biex jagħmel tajjeb għall-ħsara kbira li saret lill-infrastruttura ta' pajjiżna fl-aħħar xhur u snin bil-ħruq tal-impjanti ta' Sant'Antnin u Tal-Magħtab.", "Fil-qasam tan-nisa l-fatti jgiddbu dak li qal il-Ministru għall-Finanzi.", "Il-gender pay gap żdiedet u mhux naqset.", "Dan il-Baġit semma miżura waħda li taffettwa nofs il-popolazzjoni.", "Qed nirreferi għall-Green Paper li għandha toħroġ biex ikun hemm rappreżentanza bilanċjata fil-Parlament.", "Jalla ssir, iżda din mhux se tkun biżżejjed.", "Issoltu fil-Baġit jgħid li se jagħmel skola ġdida, imbagħad matul is-sena jipposponi kollox.", "Issa lanqas biss wiegħed skola ġdida s-sena d-dieħla għax qata' qalbu qabel beda jlesti skola waħda ġdida!", "Fost wegħdi oħra li l-Gvern jixtieq li kulħadd nesiehom insibu l-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali, il-proġetti ta' reklamazzjoni, kontroversjali kemm huma kontroversjali, is-servizz ta' helicopter affordabbli bejn Malta u Għawdex, green airstrip f'Għawdex u garaxxijiet għall-bands.", "Li kieku dawn il-proġetti saru, kieku l-Gvern seta' jgħid li għandu surplus?", "Ma naħsibx.", "Il-Gvern ipprefera jagħmel surplus milli l-Għawdxin ikollhom vapur ġdid.", "Il-Gvern ipprefera li ma tinbeniex skola ġdida fis-sena biex ikollu surplus.", "Il-Gvern ipprefera s-surplus milli jibni t-track għall-karozzi tat-tiġrija.", "Il-Gvern ipprefera li tikber il-problema tal-iskart milli jnaqqas is-surplus.", "Għamel tajjeb il-Gvern?", "Il-ġudizzju jagħtih iż-żmien u jagħtih il-poplu.", "Nixtieq insemmi tema oħra li spiss isemmiha l-Ministru għall-Finanzi meta jkun f'din il-Kamra; id-dejn.", "Il-Gvern, u dan għamlu anke l-Prim Ministru lbieraħ, iħobb jagħti l-impressjoni li d-dejn tal-pajjiż fi żmienu naqas.", "Dan għaliex jikkwota l-persentaġġ tad-dejn ikkomparat mal-GDP tal-pajjiż.", "M'iniex qed ngħid li dan mhuwiex kejl, huwa kejl ukoll, iżda f'termini assoluti d-dejn tal-pajjiż sena wara sena żdied.", "Fl-aħħar tas-sena 2012 id-dejn tal-pajjiż kien taħt il-€5 biljun, biex inkun preċiż kien €4.87 biljun.", "Din is-sena d-dejn se jkun tela' għal €5.6 biljun, jiġifieri żieda ta' kważi €800 miljun.", "Dan ifisser li meta l-Prim Ministru jiġi jgħidilna li qed juża s-surplus biex iħallas għad-dejn li għamilna aħna, aħjar jgħid li qed juża s-surplus biex iħallas id-dejn ta' 'l fuq minn €800 miljun li għamel f'ħames snin.", "Niġi issa għal settur importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna li bdieh Gvern Nazzjonalista.", "Qed nirreferi għas-settur tas-servizzi finanzjarji.", "M'hemmx dubju li s-settur tas-servizzi finanzjarji kompla jikber fl-aħħar snin grazzi fuq kollox għall-qafas leġiżlattiv u regolatorju adattat li sar fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Diversi kumpaniji fetħu jew espandew f'pajjiżna f'oqsma varjati tas-servizzi finanzjarji, fosthom l-assigurazzjoni, is-servizzi ta' investiment, ta' fondi, ta' pensjonijiet u oħrajn.", "Dan kollu huwa pożittiv u ta kontribut importanti għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna, kemm fi żmien Amministrazzjoni Nazzjonalista kif ukoll fi żmien din l-Amministrazzjoni.", "Dan ħoloq ukoll mijiet ta' postijiet tax-xogħol ta' kwalità.", "M'hemmx dubju li jekk nevalwaw is-settur finanzjarju f'termini ta' numri biss, kif jgħidu l-Ingliżi crude numbers, dan is-settur jibqa' kontributur ewlieni importanti fit-tkabbir ekonomiku u anke sors importanti ta' revenue għat-Teżor, kemm mil-liċenzji li tħallsu minn dawn il-kumpaniji u wisq aktar mit-taxxa li jħallsu f'pajjiżna, iżda minkejja dan is-suċċess, mhux kollox huwa tajjeb u l-immaġini mhijiex spotless kif qed igħid dan il-Gvern.", "Ma rridx ngħid li s-sena 2018 kienet sena negattiva, imma ngħid li kienet sena ta' tħassib għas-settur finanzjarju b'numru ta' banek jissemmew għal raġunijiet negattivi, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.", "Il-qofol ta' din l-istampa negattiva kienet id-deċiżjoni tal-credit rating agency Standard & Poor's li n-naħa l-oħra tal-Kamra tħobb tikkwota spiss meta jgħidu xi ħaġa tajba dwar pajjiżna.", "Din l-aġenzija ddikjarat li qed tara żieda fir-riskji ta' reputazzjoni u riskji fl-operat tas-settur bankarju hawn Malta.", "Is-sena li għaddiet din l-aġenzija lis-settur bankarju f'Malta tagħtu rating ta' erba' minn għaxra u issa dan ir-rating tellgħatu għal sitta minn għaxra, jiġifieri r-riskju huwa ferm akbar.", "Dwar dan il-Ministru Edward Scicluna ma jgħidilna xejn, u dan ma kienx kollox, għaliex Standard & Poor's wettqet ukoll downgrade fil-pożizzjoni ta' bank ewlieni ta' pajjiżna, il-BOV.", "Kellna wkoll rapport ċar tal-Awtorità Bankarja Ewropea li kkonkluda li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) kisret id-direttiva dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus.", "L-FIAU qiegħda hemmhekk biex tissalvagwardja u tara li jiġu rispettati l-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus imma minflok kienet hi li kisret id-direttiva kontra l-ħasil tal-flus.", "Fil-każ tal-Malta Financial Services Authority (MFSA), il-European Banking Authority (EBA) ma kkonkludietx li kien hemm ksur tal-liġi Ewropea iżda xorta sabet raġunijiet għal tħassib notevoli dwar il-prattiċi tal-MFSA fil-qadi ta' dmirijietha, jiġifieri ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni min-naħa tagħha.", "Tefgħet dubju wkoll fuq il-mod kif l-MFSA twettaq id-due diligence u s-superviżjoni fil-qasam tal-anti-money laundering.", "Kellna wkoll il-World Competitiveness Report li indika b'mod ċar kemm waqajna lura fis-settur bankarju għax jgħid li waqajna lura b'sitt punti.", "Wieħed mill-fatturi li jitkejjel f'dan l-index huwa l-'Favouritism in decisions of Government officials'.", "Hawnhekk jitkejjel jekk uffiċjali tal-Gvern jippreferux persuna minn oħra, jew jekk uffiċjali tal-awtoritajiet jimxux ma' kulħadd l-istess jew inkella jiddeċidux skont il-wiċċ ta' dak li jkun.", "Sfortunatament, hawnhekk pajjiżna sejjer lura bħall-granċ għaliex fl-2013 konna fis-60 post u din is-sena waqajna għad-89 post.", "Indiċi ieħor huwa l-public trust in politicians, jiġifieri kemm in-nies jafdaw lill-politiċi.", "Fl-2013 konna fl-44 post u issa waqajna għall-74 post. Jekk wieħed jara mbagħad l-indiċi tar-reliability of police isib li fl-istess perjodu nżilna mit-33 post għall-74 post. Dan ir-rapport iħares ukoll lejn l-infrastruttura ta' pajjiżna u hawn f'temp ta' ħames snin inżilna mis-36 post għat-52 post. Dawn huma affarijiet li dan il-Gvern tal-PR ma jħobbx isemmi.", "Aktar kmieni din is-sena ħareġ rapport ieħor li jismu Global Financial Centre Index 24 maħruġ miż-Z/Yen Group.", "Skont dan ir-rapport pajjiżna mar lura 11-il post fil-klassifika ta' ċentri finanzjarji.", "Sinjura President, qed nagħmel dan il-paragun b'dieqa.", "Jien irrid nara lill-pajjiżi jikber, jissaħħaħ u jgawdi dejjem aktar frott mis-siġar li ħawwlu Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Jalla dan il-Gvern ukoll iħawwel siġar ġodda.", "Jien irrid ukoll nara isem pajjiżi assoċjat mas-sewwa, mas-serjetà u mar-rule of law.", "Irrid inkun kburi li jien Malti u nidħol f'taxi barra minn Malta u s-sewwieq ikellimni dwar l-istorja ta' pajjiżi, fuq il-baħar, fuq il-kultura u fuq is-sbuħija ta' pajjiżna u mhux kif ġralu l-Ministru Edward Scicluna, ikellimni fuq il-korruzzjoni.", "Ma nafx il-Ministru kienx sorpriż b'dawn ir-riżultati iżda l-Gvern, għax huwa l-Gvern tal-PR, joqgħod iħares biss lejn il-punti tajbin ta' dawn ir-rapporti u ma jħares xejn lejn il-punti ħżiena.", "Hemm aspetti fejn imxejna 'l quddiem imma jekk irridu tassew nimxu 'l quddiem f'dan il-pajjiż, irridu nindirizzaw l-isfidi kbar li għandna.", "Dan il-Gvern, fil-ġirja biex ikabbar l-ekonomija biegħ isem pajjiżna, biegħ iċ-ċittadinanza u biegħ isem Malta u fil-frattemp qiegħed ikisser ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "M'għandix għalfejn insemmi l-każ tas-Satabank li ġab għarrkobbtejhom familji u negozji li litteralment kellhom jiffriżaw in-negozji tagħhom.", "Dawn l-affarijiet kollha xellfu r-reputazzjoni ta' pajjiżna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Għalhekk, huwa kruċjali li naħdmu biex nissalvagwardjaw din l-industrija.", "L-appell tiegħi huwa favur tisħiħ b'saħħtu tal-mekkaniżmi u r-riżorsi tal-awtoritajiet konċernati, kemm umani kif ukoll teknoloġiċi, biex ikunu jistgħu jevalwaw bis-serjetà u bl-ifjen reqqa dawk li japplikaw għal-liċenzja tas-servizzi finazjarji f'pajjiżna, inkluż il-kumpaniji nfushom kif ukoll in-nies li hemm warajhom.", "Wara li tingħata liċenzja l-affari m'għandhiex tieqaf hemm imma għandha ssir superviżjoni b'saħħitha li tassigura l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumatur.", "Dan filwaqt li bħala pajjiż ma nitilfux dik l-edge innovattiva u kompetittiva li tippermettilna negħlbu l-isfida ta' pajjiżi li huma aktar b'saħħithom u akbar minna.", "Dan li għadni kemm għidt hu aktar importanti hekk kif il-pajjiż qed jilqa' realtajiet ġodda ta' teknoloġiji finanzjarji bħall-fintech.", "Kif tafu, din in-naħa tal-Kamra appoġġjat lill-Gvern fil-liġijiet kollha marbutin mal-iżvilupp tal-qasam tal-blockchain u tal-virtual financial assets.", "It-tisħiħ tar-regolatur huwa kruċjali.", "Dan huwa settur importanti u innovattiv, iżda daqstant ieħor jista' jkun riskjuż.", "Aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li ma nagħmluhx minħabba dan ir-riskju, imma ejjew noqogħdu attenti, ejjew insaħħu r-regolatur tagħna jekk verament irridu nilqgħu għal din l-isfida ġdida quddiemna.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss imma qed jgħiduh ukoll organizzazzjonijiet ta' reputazzjoni internazzjonali bħal Bloomberg li fi studji riċenti staqsew kemm Malta, li falliet milli twettaq due diligence xierqa fuq il-Pilatus Bank, tista' tkun fdata biex tirregola l-cryptocurrencies meta lkoll nafu kemm dan it-tip ta' negozju huwa aktar innovattiv, riskjuż u juża l-aħħar għodod teknoloġiċi.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan l-artikolu tal-Bloomberg.", "Sinjura President, huwa tajjeb li jsiru l-bidliet regolatorji u amministrattivi biex tiżdied l-effiċjenza, titnaqqas il-burokrazija, insiru aktar innovattivi u naġġornaw l-entitajiet tagħna għar-realtajiet tal-lum.", "Aħna mhux se noġġezzjonaw għal dawn il-proposti leġiżlattivi, anzi appoġġjajniehom, iżda fl-aħħar mill-aħħar irid ikun hemm ir-rieda li tassew nipproteġu isem pajjiżna.", "Ebda telefonata minn xi ministru jew minn Kastilja m'għandha ġġegħelna ngħaġġlu applikazzjoni jew nagħlqu għajnejna għal dak u għall-ieħor.", "Għandu jkollna r-rieda li nkunu nafu ngħidu le u nixħtu 'l barra lil dik il-kumpanija, tkunx bank, tkunx aġenzija tal-assigurazzjoni, jew tkunx xi fond jew trust, li tiddeċiedi li ma tikkonformax mar-regolamenti ta' pajjiżna.", "Hekk biss nistgħu nibdew nirranġaw il-ħsara kbira li saret.", "Qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi ngħid li l-ekonomija tagħna qiegħda tikber u jalla tkompli tikber.", "Kontra l-impressjoni li pprova jagħti l-Gvern, l-ekonomija ma bdietx tikber mis-sena 2013.", "It-turiżmu ma bediex jiżdied għaliex Joseph Muscat sar Prim Ministru.", "Is-servizzi finanzjarji ma bdewx ġejjin meta Edward Scicluna sar Ministru għall-Finanzi u s-settur tal-iGaming ma nfetaħx wara Marzu tal-2013.", "Dan il-Gvern wiret ekonomija b'saħħitha.", "Huwa veru wkoll li l-ekonomija kompliet tikber fl-aħħar snin u l-mistoqsijiet tagħna huma proprju dwar il-mod ta' kif qed tikber din l-ekonomija.", "Qegħdin nagħmlu dawn il-mistoqsijiet għaliex irridu nserrħu rasna li t-tkabbir huwa wieħed sostenibbli għal pajjiżna u sostenibbli għall-poplu tagħna.", "Sfortunatament, il-Gvern evita l-mistoqsijiet tagħna billi pprova jirredikola l-argumenti tagħna.", "Minflok weġibna, il-Gvern għajjarna.", "Minflok wera bil-fatti li forsi aħna żbaljati fl-argumenti tagħna, gideb u għawweġ dak li għedna aħna.", "Din mhijiex serjetà.", "Is-serjetà titlob li f'pajjiżna jkun hawn diskussjoni kontinwa u serja fuq l-isfidi u l-opportunitajiet ta' pajjiżna.", "Min-naħa tagħna qegħdin nagħmlu l-almu tagħna, inkluż li kull sena noħorġu l-pre-budget document, dokument li l-Gvern ukoll kien ipprova jirredikola l-ewwel darba li ħriġnieh.", "Issa qiegħed jagħżel li jipprova jinjorah għaliex kif għedt fil-bidu, dan il-Gvern iħobb jisma' biss dak li jdoqq għal widnejh.", "L-ekonomija tagħna qiegħda tikber imma rridu naraw dan it-tkabbir xi prezz qegħdin inħallsu għalih.", "Parti mit-tkabbir ġej miż-żieda fil-popolazzjoni.", "Din l-istrateġija fiha nnifisha mhijiex sostenibbli.", "Dan jien inxebbhu ma' atleta li jieħu l-isteroids biex isaħħaħ il-prestazzjoni tiegħu.", "Fuq short-term ikollu riżultati tajbin ħafna imma l-isteroids, kif jgħidulna l-atleti, għandhom żewġ problemi, l-ewwel nett li kif tieqaf teħodhom il-prestazzjoni tiegħek se tieħu daqqa 'l isfel sew u t-tieni, dawn ikunu ta' ħsara long-term għas-saħħa tiegħek.", "Dan huwa dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni dwar l-ekonomija tagħna llum.", "Mela ejja noqogħdu attenti.", "Ejjew naraw verament x'inhu sostenibbli.", "Ejjew naraw verament x'qed iwassal għat-tkabbir ekonomiku.", "Ejjew naraw li f'din is-soċjetà tagħna ħadd ma jibqa' lura.", "Ma jfissirx li kollox ħażin.", "Ma jfissirx li m'hawnx tkabbir li ġej minn attività sostenibbli, żgur li hawn, imma ma nistgħux ninjoraw ir-realtajiet, kif qiegħed jagħmel il-Gvern.", "Il-prezz li qegħdin iħallsu wħud għal dan it-tkabbir, jekk ninjorawh aħna llum, se jkun ħafna akbar għal dawk li ġejjin warajna għada u pitgħada.", "Sinjura President, finalment nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MARIO DE MARCO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ispiża rikorrenti fis-snin bejn l-2011 u l-2019 skont l-estimi finanzjarji tal-Ministeru tal-Finanzi;", "Tabella li turi n-nefqa fuq il-pagi fis-settur pubbliku fis-snin bejn l-2013 u l-2019;", "Tabella li turi l-average number of public sector employees: 2011-2018 skont il-Gainfully Occupied Population tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika;", "Tabella li turi l-ispiża kapitali tal-Gvern fis-snin bejn l-2011 u l-2019;", "Artiklu ta' Jeremy E. Sherman Ph.D. li deher fuq is-sit elettroniku www.psychologytoday.com fit-8 ta' Ottubru 2018, intitolat \"The Right and Wrong of Ridicule\";", "Artiklu ta' Keith Micallef li deher fuq is-sit elettroniku www.timesofmalta.com fit-30 ta' Ottubru 2018, intitolat \"Rising rent, racist colleagues, low salaries hindering refugee employment\";", "Artiklu ta' Alfred Sant li deher fuq is-sit elettroniku www.independent.com.mt fid-29 ta' Ottubru 2018 intitolat \"The Poor\"; u", "Artiklu ta' Viren Vaghela u Andrea Tan li deher fuq is-sit elettroniku www.bloomberg.com fit-23 ta' April 2018 intitolat \"How Malta became a Hub of Cyrptocurrency World\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, nixtieq nibda dan id-diskors billi ngħid li l-Baġit 2019 huwa opportunità għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista li mhux biss tikkritika fejn meħtieġ lill-Gvern Laburista tal-ġurnata, iżda turi lill-poplu Malti u Għawdxi li hemm triq alternattiva għal dan il-pajjiż u li l-Partit Nazzjonalista jemmen fi strateġija ekonomika differenti għal pajjiżna.", "Il-Partit Nazzjonalista, kif diġà wera sa mill-pre-budget document, se jkun qed jaħdem fuq ekonomija min-nies għan-nies, fejn l-ekonomija tkun għan-nies, fejn il-gwadann finali ekonomiku jgawdu minnu n-nies u l-ekonomija titkejjel bis-suċċess individwali tal-Maltin u l-Għawdxin u mhux billi noqogħdu l-ħin kollu nikkwotaw l-istatistika u ma nikkalkulawx l-għafsa reali fuq il-ħajja tan-nies.", "Irrid ngħid li kien diskors assolutament irresponsabbli d-diskors li għamel il-Prim Ministru lbieraħ fejn qal lill-Kap tal-Oppożizzjoni li mhux billi jiltaqa' man-nies li jgħidulek li għandhom il-problemi; l-istatistika hija l-aktar importanti.", "Veru li għandna ekonomija li skont iċ-ċifri qed tkompli tikber.", "Veru wkoll li t-tbassir għas-sena d-dieħla u ta' wara huwa li se jkollna tkabbir aktar kajman però xorta waħda mistenni li jkollna tkabbir ekonomiku stabbli.", "Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet makroekonomiċi li ma kinux esposti għal shocks negattivi komplew iħallu impatt pożittiv fuq il-finanzi tal-Gvern u meta tgħodd magħhom id-dħul mill-bejgħ tal-passaporti jirriżulta f'surplus fiskali.", "Skont ir-rapport tal-Bank Ċentrali, it-tbassir għas-snin 2018-2020 juri li minkejja li anke s-surplus se jibqa' jiġi reġistrat, minn 3.9% li ġie rreġistrat fl-2017 huwa mbassar li fl-2020 dan ikun ta' 1%, l-aktar minħabba \"an assumed decline in IIP inflow\".", "Jien nemmen li l-Gvern kien imissu uża din l-opportunità tal-baġit biex inaqqas id-dipendenza tiegħu fuq l-IIP, fost l-oħrajn, u jieħu azzjonijiet deċiżivi f'ċerti areas tal-ekonomija li huma prijorità.", "Sfortunatament però, dan il-Baġit falla milli jindirizza jew jagħraf il-prijoritajiet għal pajjiżna.", "Il-miżuri pożittivi huma tajbin, però ma nemminx li hemm xi problem solvers, jew hemm xi game changers li verament jagħmlu dik id-differenza tant meħtieġa fil-ħajja tan-nies.", "Għalhekk, minkejja li bosta miżuri huma tajbin, żgur li mhumiex biżżejjed.", "Ħafna mill-miżuri fil-fatt huma kontinwazzjoni ta' dak li diġà ġie mħabbar f'baġits preċedenti.", "Ma jfissirx li dawn huma miżuri ħżiena, anzi xejn affattu, però mhux se jagħmlu xi differenza konkreta fl-istandard of living tan-nies, l-aktar ta' dawk li verament għandhom dħul baxx, jew ta' dawk li jaħdmu xogħol prekarju, jew inkella tal-pensjonanti.", "Dawn it-tip ta' miżuri huma tokens li kienu konsistenti fil-baġits kollha tal-Gvern Laburista u jinstigaw a begging mentality, fejn il-poplu Malti u Għawdxi jħossu dipendenti fuq il-Gvern u jkun jistenniehom b'ħerqa dawn it-tokens tal-Gvern.", "Ir-realtà hi li bihom dak li jkun ma jkunx qiegħed jagħmel dik il-qabża fil-kwalità tal-ħajja tiegħu u wisq anqas ma jkun qed jagħmel dik il-quantum leap mill-faxxa l-baxxa għal dik medja tas-soċjetà.", "Din hi l-mentalità fejn il-Gvern jagħtik il-ħuta però ma jagħtikx il-qasba.", "Il-Gvern kellu opportunità li jutilizza d-dħul mit-taxxi b'mod aktar effettiv biex verament jagħmel dik id-differenza fil-ħajja ta' kull wieħed u waħda minnha imma dan ma sarx.", "Sinjura President, jien semmejt id-dipendenza tal-finanzi pubbliċi ta' pajjiżna fuq id-dħul mill-IIP però huwa fatt ukoll li anke kif spjega l-Prim Ministru, se nkomplu niddependu fuq l-espansjoni fil-popolazzjoni tagħna, jiġifieri se nibqgħu nkunu driven mill-importazzjoni ta' ħaddiema barranin.", "Żgur li dan il-baġit falla milli jniedi pjan ta' kif se ssir l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji neċessarji biex tkopri u tagħmel tajjeb għat-tkabbir fil-popolazzjoni, u nispjega għalfejn.", "Illum għandna nies li jaħdmu bi dħul ta' €5 jew €6 fis-siegħa f'setturi ta' xogħol manwali, f'setturi ta' tindif, f'setturi tat-turiżmu u f'setturi tal-catering.", "Meta tiltaqa' magħhom dawn jgħidulek li jekk imorru jitolbu żieda għax jemmnu li ħaqqhom u anke għaliex il-kumpanija qed jiżdidilha x-xogħol, min iħaddimhom jgħidilhom: Jew tibqa' kif inti jew inkella nsib lil ħaddieħor.", "Allura mhuwiex biżżejjed li l-Prim Ministru jipprova jserrħilna rasna billi jgħid li jrid jara 'l-impjegati kollha fil-unions tal-għażla tagħhom għaliex jien m'għandix dubju li bħali l-Prim Ministru jiltaqa' man-nies u jgħidulu li meta f'ċerti setturi ssemmi l-unions idabbrulek rasek.", "Dan kollu qed iwassal għal pressjoni fuq settur ta' ħaddiema bi dħul baxx.", "Din mhijiex kwestjoni li l-Maltin ma jridux jaħdmu ċertu tip ta' xogħol, però - u rightly so - il-Maltin ma jridux iċ-cheap labour.", "Il-Maltin ma jridux jaħdmu għal dawk il-pagi redikoli sempliċiment għax jekk m'hemmx int insib lil ħaddieħor.", "Din hi l-mentalità, li għal kull għadma hawn mitt kelb.", "Sinjura President, il-mistoqsija hawn tiġi waħedha.", "Jekk qed ikollna ammonti sostanzjali ta' barranin li jaħdmu fis-setturi tal-kostruzzjoni, tat-turiżmu, tal-indafa u tal-caring, kif indikalna l-Prim Ministru, allura x'pagi qed naraw għal dawn is-setturi?", "Il-Prim Ministru qiegħed jiltaqa' ma' nies li jgħidulu, kif jgħidu lilna, li l-paga fis-settur tagħhom mhijiex tiela' għax meta jitolbu għal żidiet jew ċerti kondizzjonijiet jgħidulhom li għandhom kju ta' nies jistennew biex jieħdu posthom?!", "Minn ċifri li ppubblikat il-Eurostat ħareġ li Malta qed ikollha l-akbar tkabbir ta' popolazzjoni b'ħaddiema barranin minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea b'żieda ta' erba' darbiet aktar mill-medja tal-bqija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "L-effett fuq il-pagi nistgħu narawh anke mill-istatistika li jitkellem fuqha l-istess Gvern, fejn il-valur tal-prodott gross domestiku sa ħames snin ilu kien jinqasam 50% mill-pagi u 50% profitti u llum dan qed jinqasam f'45% mill-pagi u 55% profitti.", "Minflok qrobna aktar lejn il-medja Ewropea, tbegħedna minnha għaliex il-medja Ewropea hija dik ta' 70% mill-pagi u 30% profitti.", "Dan qiegħed iwassal għal pressjoni fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel u tal-prodotti essenzjali f'xirja bażika li kull familja tagħmel.", "Ċertament li ħadd ma jemminna jekk ngħidu li xirja ta' €100 is-sena li għaddiet illum żdiedet biss b'€2.30c!", "Għolew il-prezzijiet tal-aktar affarijiet essenzjali fosthom tal-ħobż u tad-dijsil u l-petrol u allura rridu nammettu li ż-żieda ta' €2.33c fil-ġimgħa m'hijiex realistika u ma tirriflettix il-konsum u x-xejriet tax-xiri tal-Maltin u Għawdxin.", "Jeħtieġ li l-pajjiż li qiegħed jaspira li jkun pajjiż kożmopolitan jaġġusta l-basket tal-konsum għal dak ta' poplu kożmopolitan u mhux iħallih b'basket ta' snin ilu li ma jirriflettix ix-xejriet tan-nefqiet tal-familji llum il-ġurnata.", "Nafu li l-prezzijiet qed ikunu mbuttati 'l fuq minħabba ż-żieda qawwija fid-domanda li ġejja wkoll minn popolazzjoni dejjem tikber u allura dejjem tikkonsma aktar.", "Il-pressjoni 'l fuq fil-prezzijiet qed tinħass b'mod qawwi wkoll fil-prezzijiet tal-kirijiet madwar pajjiżna.", "Appartament li sa ftit ta' snin ilu kien jinkera għal €200 u €300 issa qed jinkera għal €500 u €600 fix-xahar filwaqt li l-kirijiet li kienu fil-livelli tas-€600 u €700 illum qegħdin jilħqu jew jaqbżu l-€1,000 fix-xahar.", "Mhux ta' b'xejn qed ikun hemm pressjoni qawwija fuq dawk li jinsabu fil-kera u mhux ta' b'xejn li l-barranin qegħdin jispiċċaw jaqsmu l-kirja u l-appartament ma' ħaddieħor.", "Fil-fatt, qegħdin nisimgħu b'realtajiet ta' nies li mhux appartament jikru imma kamra f'appartament jew saħansitra sodda f'appartament!", "Issa wasalna wkoll sal-punt li tisma' b'sodod li jinkrew bix-shifts u allura wieħed jistaqsi: Huwa dan il-progress li rridu għall-Maltin u l-barranin li qegħdin jiġu jgħixu f'pajjiżna?", "Hija dik it-tifsira tal-aqwa żmien għal pajjiżna taħt il-Gvern Laburista?", "M'għandniex raġun nistaqsu jekk il-White Paper li ħareġ biha l-Gvern hijiex biżżejjed u jekk hijiex tindirizza din it-tip ta' realtà li hawn min qiegħed jesperjenza f'pajjiżna?", "Huwa ovvju li t-triq li miexi fiha l-Gvern qed twassal għal pressjonijiet mingħajr preċedent fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Qegħin naraw li minkejja d-diversi interventi li qegħdin isiru, il-problema tat-traffiku qed tkompli tippersisti u s-sistemi tat-trasport pubbliku tagħna mhumiex qegħdin joffru servizz adegwat għad-domanda li għandna.", "Irrid inżid li s-sistemi tas-servizzi tagħna, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar mhumiex ilaħħqu mad-domanda li għandna f'pajjiżna.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jidher li qed ikollna fawrien tad-drenaġġ, anke fi ġranet meta ma tkunx għamlet xi xita bi kwantitajiet kbar, kif ukoll f'żoni fejn ikun għadu kif sar intervent pjuttost riċenti, bħal ngħidu aħna t-Telgħa tal-Kappara u t-triq tal-Marsa li minn ħdejn il-korsa tal-golf tieħdok għal Ħal Luqa.", "Neħtieġu pjan dwar sistemi ta' trasport alternattiv u studji biex naraw x'sistemi alternattivi fattibbli jistgħu jkunu ta' sostitut għall-karozzi dejjem jiżdiedu ġewwa pajjiżna.", "Jekk tassew irridu l-bidla fil-kultura li tkellem fuqha l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu, irridu naraw bidla fil-kultura tat-trasport ta' pajjiżna għaliex inkella neħlu fit-traffiku konna u neħlu fit-traffiku nibqgħu.", "Hawnhekk irridu noħolmu ekonomija għal pajjiżna għall-għaxar snin u l-20 sena li ġejjin u flimkien mal-imsieħba soċjali u l-poplu Malti u Għawdxi, infasslu pjan ekonomiku għall-ġejjieni li jkun igawdi l-fiduċja ta' kulħadd u kulħadd jagħmlu tiegħu għax jemmen li jkun jista' jaqsam is-suċċess u l-ġid li jkun qiegħed jitkattar permezz tiegħu.", "Ma jistax ikollna mudell ekonomiku li jinbena mil-lum għal għada għax xi ħadd għandu f'moħħu li fis-snin li ġejjin, il-popolazzjoni ta' pajjiżna tikber minn 420,000 għal 475,000 u issa anke qed nisimgħu li se jkollna popolazzjoni ta' 600,000 u 700,000 ġewwa pajjiżna.", "Dan mhuwiex ippjanar serju fit-tul.", "Kulħadd jeħtieġ li jaqsam u jemmen fil-viżjoni ekonomika ta' pajjiżna biex kulħadd verament jagħmilha tiegħu, jemmen fiha, jaħdem għaliha u jara li tkun suċċess għax ikun konvint li mill-ġid li jitkattar ikun se jgawdi b'mod ġust kulħadd.", "Sinjura President, aħna verament jimpurtana mill-kwalità tal-ħajja ta' kulħadd u rridu naraw lil kulħadd tassew igawdi mill-ġid u l-frott li jkun qiegħed jitkattar.", "Aħna ma nistriħux biss fuq iċ-ċifri u l-istatistika, aħna rridu li l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin titjieb b'mod reali għal kulħadd.", "Din hija d-differenza netta li lilna tiddistingwina minn sħabna tal-Gvern u aħna kburin b'dan għaliex aħna dejjem poġġejna lill-bniedem fiċ-ċentru tal-ħidma politika tagħna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, qegħdin niddiskutu l-baġit tal-Ministeru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Finanzi mhuwiex qiegħed hawnhekk.", "Ma nafx jekk ingħatajniex spjegazzjoni għaliex mhux normali li nkunu qegħdin niddiskutu baġit ta' Ministeru u l-Ministru responsabbli ma jkunx preżenti.", "Għall-inqas fil-ħames snin li ilni f'dan il-Parlament din qatt ma rajtha tiġri.", "Jekk qed niddiskutu baġit ta' Ministeru wieħed jistenna, anke bħala rispett, li l-Ministru responsabbli jkun preżenti.", "Jien diġà staqsejt u ma ngħatajtx spjegazzjoni għaliex m'hawnx il-Ministru, imma ma jimpurtax.", "Fin-nuqqas tiegħu se nibgħatlu l-messaġġ forsi, ma tafx kif, qed isegwi permezz tat-televixin.", "Dan l-aħħar il-Ministru għall-Finanzi, l-Onor.", "Edward Scicluna, qal li skanta kif meta kien qiegħed fuq taxi fl-Amerika ta' Isfel id-driver qallu: \"Minn Malta inti ġej?", "Malta hemm il-korruzzjoni!\" u bejni u bejn ruħi għedt kif qed jiskanta l-Ministru!", "Kellu bżonn jirkeb taxi fl-Amerika ta' Isfel biex ikun jaf li f'pajjiżna hawn il-korruzzjoni?!", "Il-korruzzjoni qiegħda taħt imnieħru u proprju fuq hekk nixtieq nitkellem illum.", "Taħt ir-responsabilità tal-Ministru Edward Scicluna hemm aġenzija li jisimha FIAU.", "Din l-aġenzija Maltija hija responsabbli mill-investigazzjoni dwar il-ħasil tal-flus.", "Din l-aġenzija tagħna li hija responsabbli biex tinvestiga u tieħu passi fuq ħasil ta' flus taħt ir-responsabilità politika tal-Ministeru ta' Edward Scicluna ħarġet numru ta' rapporti li jikkonkludu li hemm suspett raġjonevoli ta' attività ta' ħasil ta' flus minn nies li qegħdin imexxu dan il-pajjiż, fosthom iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi li sa ftit ilu kien qiegħed bilqiegħda hawnhekk fostna imma li naħseb li kif ra lili se nqum nitkellem ħarab 'il barra.", "Sinjura President, il-Ministru Edward Scicluna fuq dawn ir-rapporti li saru mill-FIAU li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu m'għamel assolutament xejn.", "Mhux talli hekk, talli taf x'kienet ir-reazzjoni tiegħu fuq ir-rapporti?", "Tkaża li dawn ir-rapporti ġew leaked!", "Jien ngħid li mnalla ġew leaked għax kieku ma konniex inkunu nafu bil-ħmieġ li sabet l-FIAU fuq Konrad Mizzi u Keith Schembri!", "Imma issa dan il-famuż Gvern champion tal-whistleblowers irid li jittieħdu passi kontra nies bħali u bħal David Casa, li ħarġu rapporti bħal dawn.", "Mela dik kienet l-ewwel reazzjoni tal-Ministru Edward Scicluna.", "Reazzjoni oħra tal-Ministru Edward Scicluna hi li hu ma jindaħalx fl-FIAU għaliex din hija aġenzija awtonoma.", "Jien ngħid li allaħares il-Ministru jindaħal fl-investigazzjonijiet u fil-konklużjonjiet tal-FIAU!", "Ministru għandu jkun responsabbli milli jara li l-aġenzija qed tiffunzjona u mhux tagħmel rapporti, issib li hemm attivitajiet ta' money laundering mill-ogħla uffiċjali ta' pajjiżna u r-rapport jibqa' fuq l-ixkaffa u ma jsir xejn.", "Kif jagħtih id-demm il-Ministru Scicluna li jħalli aġenzija taħtu tagħmel dawn ir-rapporti u ma jsir xejn fuqhom?", "Qal li għaliex ma jindaħalx fl-FIAU!", "Le, m'għandux jindaħal fl-investigazzjoni imma jekk jaf li saret investigazzjoni u ma ttiħdux passi fuqha, għandu l-obbligu jagħmel xi ħaġa għax dan juri li hemm xi ħaġa ħażina fl-FIAU u li mhux qed tiffunzjona.", "Qal ukoll li dawn ir-rapporti nkitbu biex jiġu leaked.", "Rapporti nkitbu biex jiġu leaked!", "Ma naħsibx, Sinjura President, u ngħidlek minn hawn u ftit ieħor xi nkiteb fihom.", "Qal imbagħad li l-Oppożizzjoni qiegħda titkellem hekk għaliex trid tagħmel ħsara lil pajjiżna.", "Dawn huma r-reazzjonijiet tal-Ministru għall-Finanzi li għandu din l-aġenzija taħtu!", "Għamlet rapporti li jkexkxuk u joħroġ b'dawn ir-reazzjonijiet!", "Kont nistenna reazzjonijiet ħafna aktar responsabbli minn xi ħadd bħal Edward Scicluna.", "Imma ħalli nfakkar malajr malajr x'sabu dawn ir-rapporti.", "Dawn ir-rapporti, ħlief għal wieħed, diġà ppreżentajthom fuq il-Mejda tal-Kamra, għal darba, darbtejn u anke tlieta u ma sar xejn.", "Hemm wieħed però li qatt ma ġie ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra u allura se nippreżentah illum għall-ewwel darba, biex forsi jekk il-Ministru Scicluna għadu ma rahx, jaqrah grazzi għall-fatt li jien inkun ippreżentajtu f'din il-Kamra.", "Dan huwa rapport tal-FIAU li ilu li sar mill-inqas sentejn u jikkonkludi li hemm suspett raġjonevoli li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru kien involut f'attività ta' ħasil ta' flus u rċieva żewġ pagamenti ta' €50,000 kull wieħed minn kumpanija offshore fil-British Virgin Islands meta kien diġà Chief of Staff tal-Prim Ministru.", "Jaqbdek il-bard tismagħha!", "Dan mhux Simon Busuttil qed jgħidu.", "Ir-rapport tal-FIAU sab żewġ tranżazzjonijiet bankarji ta' €50,000 kull wieħed minn kumpanija offshore għal għand iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru!", "Fil-fatt, f'dan ir-rapport l-FIAU kkonkludiet hekk:", "Dan fil-konfront ta' ċertu Keith Alan Schembri jew kif nafuh aħjar, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.", "Dan ir-rapport sar minn agenzija li huwa politikament responsabbli minnha l-Ministru Edward Scicluna.", "U x'għamel l-istess Ministru fuqu?", "X'għamel il-Prim Ministru?", "X'għamel il-Kummissarju tal-Pulizija?", "X'għamel l-Avukat Ġenerali?", "Kelli mmur jien quddiem il-maġistrat u ngħidlu: Tistgħu tagħmlu inkjesta fuq din?", "Mhux għandna liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru qed imexxi pajjiż b'dan ir-rapport fuqu!", "L-inkjesta issa ilha sena u nofs għaddejja u ma nafx fiex waslet iżda nfakkar li din jien tlabtha.", "Din mhux bħal tal-Egrant tal-Prim Ministru, talabha l-Prim Ministru kif ried hu.", "Mort għand il-maġistrat u għedtilha: Sib jekk hemmx xi ħaġa.", "Il-Ministru Scicluna m'għamel xejn.", "Taħt il-Ministru Scicluna sar rapport ieħor mill-FIAU li din id-darba sab li Keith Schembri għadda €650,000 lil ex Managing Director tal-ġurnal The Times of Malta.", "Dawn l-FIAU mhux jien!", "Ħadd ma jgħid li aħna qegħdin nivvintawhom dawn l-affarijiet.", "Ħalli nikkwota eżattament x'qalu:", "X'għamel il-Ministru Scicluna?", "X'għamel il-Prim Ministru?", "X'għamel il-Kummissarju tal-Pulizija?", "X'għamel l-Avukat Ġenerali?", "Kelli mmur jien mill-ġdid għand maġistrat u tlabt inkjesta oħra.", "Għaliex hawn Malta hekk isiru l-affarijiet.", "Il-Gvern ma jiħux passi fejn irid hu biex jara kif joħroġ minn ċerti affarijiet.", "Ma jsir xejn mill-Ministru Scicluna wara rapport minn aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu.", "Kieku tiġri taħt ministeru li mmexxi jien, kieku kont ngħidilhom biex jieħdu passi mill-ewwel.", "Għaliex ma sar xejn?", "Dik irid iwieġeb għaliha l-Ministru Scicluna.", "Sar rapport ieħor mill-FIAU, din id-darba fuq il-bank Pilatus.", "Illum nafu li dan il-bank irtirawlu l-liċenzja tiegħu, imma mhux mill-ewwel tafux!", "Ma rtirawhielux meta ħareġ ir-rapport tal-FIAU fuqu!", "Irtirawhielu wara li qalgħulna fwiedna u wara li dan tressaq il-qorti l-Amerika akkużat b'tant reati kriminali li meta tgħoddhom flimkien, jekk jeħel il-ħabs jispiċċa b'sentenza ta' 125 sena ħabs.", "Irrid ikun qattusa b'disa' ħajjiet biex jagħmilhom kollha dawn.", "Fil-każ tal-Pilatus Bank il-Ministru Scicluna wkoll m'għamel xejn.", "Ara minn jagħmilha l-ħsara, Sinjura President.", "Il-Ministru Scicluna ra dan taħt imnieħru, injorah u kellha tintervjeni l-EBA.", "U taf x'qalet l-EBA, Sinjura President?", "Għall-ewwel darba din l-awtorità bankarja Ewropea ħadet deċiżjoni dwar nuqqas ta' serjetà minn aġenzija nazzjonali li suppost taħdem kontra l-ħasil tal-flus u qalet li l-FIAU kisret il-liġi Ewropea.", "Dak li qalet.", "L-FIAU kisret il-liġi Ewropea!", "Dan qalitu l-EBA, il-European Banking Authority!", "Tal-mistħija għall-FIAU.", "Il-kap tagħha kif ra din kien imissu telaq.", "Imma aktar minn hekk, kien imissu telaq il-Ministru responsabbli għaliex jien wara kollox lanqas biss nafu lill-kap tal-FIAU.", "Jien li jinteressani hu l-Ministru li huwa responsabbli politikament.", "Dan ma għamel xejn!", "Kellha tispiċċa tintervjeni l-Unjoni Ewropea permezz tal-EBA u tgħid hekk:", "Qed tavveluna mad-dinja kollha!", "X'ma titlax fit-taxi l-Amerika Latina u jgħidlek li Malta korrotta!", "U dan mhux qed ngħiduh aħna imma l-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Ministru Edward Scicluna jerġa' ma jagħmel xejn.", "Ħalli niġi issa għar-rapport li s'issa għadu qatt ma ġie ppreżentat f'din il-Kamra.", "Dan huwa rapport ieħor tal-FIAU li din id-darba mhuwiex fuq Keith Schembri imma jikkonkludi li fuq il-Ministru Konrad Mizzi hemm suspett raġjonevoli li kien involut f'attivitajiet ta' ħasil ta' flus.", "Fil-fatt, jingħad hekk:", "Dan fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi!", "Jew huwa involut f'ħasil ta' flus jew inkella ġab flus illeċiti, flus maħmuġin, u qed jipprova jaħsilhom.", "Kull wieħed minn dawn ir-rapporti tal-FIAU suppost mar għand il-Pulizija għall-investigazzjoni, imma qatt ma sar xejn.", "Peress li dan ir-rapport fih aktar minn mitt paġna xtaqt nelenka l-aktar 20 fatt xokkanti li joħorġu minn dan ir-rapport għax ovvjament in-nies li qegħdin isegwuna ma nippretendix li jaqraw rapport ta' aktar minn mitt paġna.", "Se nelenka 20 fatt mir-rapport tal-FIAU dwar Konrad Mizzi li anke fatt wieħed minnhom biss kellu jwassal biex jittieħdu azzjonijiet fil-konfront tiegħu, aħseb u ara kollha.", "Ħalli ngħidhomlok wieħed wieħed dawn l-20 fatt minn dan ir-rapport ta' 120 faċċata.", "L-ewwel fatt jikkonkludi li Konrad Mizzi għandu jiġi investigat mill-Pulizija fuq ħasil ta' flus.", "Edward Scicluna ħares in-naħa l-oħra fuqu dan.", "It-tieni fatt huwa li l-kumpanija 17 Black minn Dubaj, li minnha Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu qed jistennew USD150,000 fix-xahar, daħħlet il-flus mill-kumpanija li għandna hawn Malta tat-tanker tal-gass.", "Ma jitwemmnux!", "Dan rapport tal-FIAU!", "It-tielet fatt huwa li din il-kumpanija minn Dubaj daħħlet mill-inqas USD1.5 miljun mill-Ażerbajġan u kulħadd jaf x'inhi l-link mal-Ażerbajġan.", "Ir-raba' fatt huwa li Konrad Mizzi kien is-sid tal-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama bl-isem Hearnville minn mindu fetħet fl-2013 u mhux kif qalilna hu mill-2015.", "Dan qalilna li xtraha meta għamel trust fl-2015.", "Tgħidx kemm iħawwad u jigdeb!", "L-FIAU però qaltlu li mhux veru dak li qal għax din il-kumpanija ilha għandu mill-2013.", "Sinjura President, il-ħames fatt hu li Konrad Mizzi ffirma l-kuntratt tal-LNG f'ismu personalment.", "Normalment uffiċjali tal-Gvern jiffirmaw.", "Rari naraw kuntratti daqshekk tekniċi u dettaljati li jiġu ffirmati minn Ministru direttament.", "Imma le, dan hu ffirmah għax tant ried jara l-kuntratt tal-LNG jiġi ffirmat li ffirmah b'ismu!", "Issa għadu kif daħal il-Ministru Edward Scicluna imma ara ma taħsbux li wieġeb għal xi wieħed minn dawn l-20 fatt li joħorġu mir-rapport tal-FIAU li qiegħed taħt imnieħru.", "Għal sena u nofs sħaħ huwa m'għamel xejn fuqu.", "Qiegħed nagħti lista ta' 20 fatt li joħorġu minnu.", "Is-sitt fatt li joħroġ minn dan ir-rapport hu li l-attentati li saru minn Kornad Mizzi u Keith Schembri biex jiftħu kont bankarju barra minn Malta saru fl-istess żmien li kien hemm id-deals tal-Enemalta.", "Mela kienu qegħdin jinnegozjaw il-power station il-ġdida u biex ibigħu l-Enemalta u u fl-istess ħin jipprovaw jiftħu kont bankarju barra minn Malta!", "Imbagħad għandna s-seba' fatt, li baqgħu jipprovaw jiftħu kont bankarju barra sa ftit jiem biss qabel kixfithom Daphne Caruana Galizia fuq il-kumpanija sigrieta tagħhom fil-Panama fi Frar tal-2016.", "Sa Frar 2016 kienu għadhom qegħdin jipprovaw jiftħu kont bankarju barra minn Malta.", "It-tmien fatt hu li Mizzi u Schembri assolutament ma ridux li l-banek Maltin isiru jafu li jridu jiftħu kont bankarju barra minn Malta.", "Id-disa' fatt hu li Konrad Mizzi mar Dubaj personalment biex jiftaħ kont bankarju hemm.", "Anke jien u naqrahom bdejt ngħid: Imma kif jista' jkun li dawn l-affarijiet huma veri?!", "Dawn qegħdin fir-rapport tal-FIAU; biex ma jiġix issa l-Ministru u jipprova jdur mal-lewża.", "Qegħdin f'rapport ta' aġenzija li taqa' taħtek, Ministru, u int dan ir-rapport ħallejtu fuq l-ixkaffa.", "L-għaxar fatt hu li Konrad Mizzi u Keith Schembri huma sħab fin-negozju.", "Kif jistgħu jkunu sħab fin-negozju, wieħed Ministru u l-ieħor Chief of Staff tal-Prim Ministru?", "Lanqas tistgħu taħdmu, kif intom sħab f'negozju?", "Qegħdin sħab fl-istess negozju!", "Il-11-il fatt hu li Mizzi mar iċ-Ċina fuq xogħol 17-il darba f'inqas minn sentejn.", "It-12 il-fatt hu li Mizzi u Schembri kienu lesti jħallsu kważi USD5,000 f'miżati bankarji sempliċement biex jiftħu kont bankarju barra minn Malta.", "Mela aħna jekk immorru niftħu kont bankarju hawn Malta niftħuh b'xejn, jew forsi l-fees ikunu żgħar, u dawn kienu lesti jħallsu USD4,500 biex jiftħu kont bankarju barra minn Malta!", "Issa kieku fetħu kont bankarju f'Malta kienu jiftħuhulhom b'xejn.", "It-13-il fatt hu li l-ispiża biex iżommu kumpanija fil-Panama ma tista' qatt tiġi ġustifikata b'salarju sempliċi ta' Ministru jew b'salarju ta' Chief of Staff tal-Prim Ministru għax is-salarju huwa limitat wisq biex wieħed jaffordja li jiftaħ kumpanija.", "Mela l-flus qed iġibuhom minn xi mkien ieħor.", "Dawn huma kollha fatti li joħorġu minn rapport tal-FIAU.", "Li kien għall-Ministru Scicluna dan ir-rapport qatt ma ra d-dawl tax-xemx.", "Ried iżommu moħbi, imbasta responsabbli mill-FIAU!", "Imbagħad jiġi jgħid li isem pajjiżna qiegħed jitkisser mhux fl-Amerika Latina biss imma mad-dinja kollha tort tagħna!", "It-tort tiegħek, Ministru, għax int m'għamilt xejn b'rapport bħal dan!", "L-14-il fatt hu li fid-dikjarazzjoni tal-assi fil-Parlament Konrad Mizzi beda jiddikjara aktar dħul milli effettivament kien qiegħed idaħħal biex jibda jħejji għad-dikjarazzjonijiet tal-futur peress li qed jistenna li jibdew deħlin dawk il-flus kull xahar.", "Il-15-il fatt hu li Mizzi gideb repetutament lill-Membri tal-Parlament Ewropew li ġew hawn Malta u ltaqa' magħhom u staqsewh biżibilju mistoqsijiet.", "Dan l-FIAU qed tgħidu.", "Is-16-il fatt hu li Nexia BT ma kellhom l-ebda struzzjonijiet bil-miktub mingħand Keith Schembri u Konrad Mizzi għall-kumpaniji kollha li fetħu imma kollox kien bil-fomm biex ma jħallu l-ebda traċċa.", "Is-17-il fatt hu li ċ-Ċiniż li nnegozja d-deal tal-Enemalta miegħu Brian Tonna wkoll fetaħlu kumpanija u, jekk ma tridx, kien se jirċievi USD1 miljun sal-aħħar tal-2015!", "It-18-il fatt hu li l-FIAU għandha wkoll suspetti kbar dwar id-deal li għamel Konrad Mizzi fil-Montenegro għall-power station bl-enerġija tar-riħ.", "Id-19-il fatt hu li Karl Cini ta' Nexia BT, li fetaħ il-kumpanija għal Konrad Mizzi u Keith Schembri, ħeba mill-FIAU min kienu s-sidien veri tal-kumpaniji ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Fl-aħħar nett u mhux l-anqas, tafu x'sabet l-FIAU?", "L-20 fatt hu li Nexia BT ffalsifikaw saħansitra xi dokumenti.", "Mela lil dawn li jiġu jgħajru lilna bi frodi u falsifikazzjoni, jien nistedinhom jaqraw dan ir-rapport.", "Sinjura President, jien ħdimt mal-Ministru għall-Finanzi fil-Parlament Ewropew għal erba' snin sħaħ u nafu bħala raġel sew u ta' integrità.", "Kieku qatt kelli argument miegħu f'dawk l-erba' snin u dejjem ħdimna tajjeb.", "Allura ma nistax nifhem kif quddiem rapporti li ma jistax jgħid li ma jafx bihom, u li ma jistax jgħid li huma vvintati jew li xi ħadd qed jipprova jigdeb fuqhom, qed iħalli ismu jiċċappas b'dan il-mod u miegħu isem pajjiżna.", "Skont il-Ministru, min bħali qiegħed jiġġieled kontra l-korruzzjoni, qiegħed jagħmel ħsara lill-Malta.", "Allura min jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni x'qed jagħmel?!", "Ministru, qed jagħmel ħsara lil Malta mhux min qed jiġġieled għall-verità u għall-ġustizzja imma min qiegħed jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni, jiknes l-affarijiet taħt it-tapit u ma jħallix li jittieħdu passi!", "Ministru, m'hemmx għalfejn taqbad taxi fl-Amerka ta' Isfel biex tkun taf li f'Malta hawn il-korruzzjoni.", "Din qiegħda taħt imnieħrek u responsabbli għaliha int politikament.", "Kulma trid huwa li jkollok par għajnejn biex tara u kuraġġ biex tagħmel dak li huwa sewwa.", "Nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nappella lill-Ministru biex jagħmel dak li huwa tassew fl-interess ta' pajjiżna għax sakemm ir-rapporti tal-FIAU se jħallihom fil-kexxun, isem pajjiżna se jibqa' jogħdos.", "Isem pajjiżna ma jistax jitnaddaf billi jinkinsu dawn l-affarijiet taħt it-tapit, jew billi nipprovaw innessu lin-nies jew nixtru lin-nies.", "Biex isem pajjiżna jitnaddaf irridu nkunu kapaċi nieħdu passi kontra l-korruzzjoni fl-ogħla livell tal-Gvern f'Kastilja.", "Sur Ministru, jekk trid tassew li isem pajjiżna jitnaddaf, kun int stess li tnaddfu billi tieħu passi.", "Sinjura President, nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' analisi li saret mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) dwar ir-relazzjoni ta' Dr Konrad Mizzi ma' offshore trust u kumpanija waqt li kellu ħatra politika mal-Gvern Malti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Infakkar li fadal ħames minuti għad-dispożizzjoni tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, nipprova nfiehem mill-aħjar li nista' f'dan il-ħin qasir però qabelxejn nixtieq niftħilkom daqsxejn għajnejkom.", "Meta xi ħadd ikun irid jikkonvinċikom biex tixtru xi ħaġa, dan ix-xi ħadd x'jagħmel?", "Jagħmel ħafna reklami u jipprova jikkonvinċikom li dak li qed jgħid hu huwa minnu.", "Jekk taqbdu l-mowbajl u tidħlu fuq l-internet bħalissa jibdew telgħin ħafna reklami, naturalment imħallsin minn fluskom, biex jgħidulkom li intom sejrin tajjeb u li l-Gvern fil-Baġit takom mingħajr ma ħadilkom xejn.", "Dan qalu wkoll il-Prim Ministru.", "Allura tajjeb li nfakkarkom li dan huwa l-istess Prim Ministru li lbieraħ ġie quddiemkom hawnhekk u qalilkom li l-ħajja m'għolietx għax l-iskimmed milk tiegħu m'għoliex.", "Lill-Prim Ministru nfakkruh li l-borma nħobbuha!", "Aħna nħobbu nixtru mhux biss l-iskimmed milk!", "Aħna nsajru ħalli t-tfal tagħna jieklu tajjeb.", "Jiġifieri mhux billi l-Prim Ministru joqgħod jirreklama u jgħidilkom li takom biss, ma ħadilkom xejn u kemm sejrin tajjeb!", "Kieku sejrin daqshekk tajjeb, kieku għalfejn irid joqgħod ifakkarkom il-Prim Ministru?!", "Imma l-Prim Ministru jaf li sejrin tajjeb l-erbgħa tal-qalba għaliex il-familji jitħabtu, jisħqu u jilagħqu biex ilaħħqu mal-ħajja.", "Dik hija l-osservazzjoni tiegħi tal-bidu biex fil-forma mentis tagħkom, intom mill-ewwel tipprovaw tifhmu għaliex dan qed jipprova jikkonvinċikom fuq xi ħaġa li suppost intom qegħdin tgħixuha.", "Ejja mmorru lura għall-2013, meta għamilna dak kollu li stajna biex inpoġġu l-partit ta' Joseph Muscat fil-gvern biex jibda jaħdem.", "Dak iż-żmien konna ħriġna minn żewġ kriżijiet finanzjarji u pajjiżna mhux biss baqa' fil-wiċċ, imma ma kellux għalfejn jagħmel bejgħ enormi tal-assi tiegħu kif għamel dan il-Gvern kif tela'.", "Aktar minn hekk, dak iż-żmien id-dejn nazzjonali kien inqas minn dak li huwa llum.", "Wara ħames snin ta' Joseph Muscat u sħabu mhux biss kibret l-ekonomija, imma l-Gvern ta' Muscat begħilkom saħansitra l-isptarijiet, l-artijiet u l-Enemalta!", "L-Air Malta ma nafux x'sar minnha.", "Biegħ kollox qisu żmien is-sale jew l-irkant tal-ġimgħa.", "Imma minkejja dan, id-dejn nazzjonali, jiġifieri d-dejn fuq kull ras ta' uliedkom, huwa għoli anke jekk il-Gvern qed jgħidilkom li għandna surplus.", "Ħalli nfehemkom fuq fuq.", "Sinjura President, int għandek il-paga, it-tifla kellha bżonn żarbun imma minflok xtrajthulha għedt: Dan ix-xahar lit-tifla jien mhux se nixtrihulha ż-żarbun biex jibqagħli €25 jew €30 fil-but.", "Dak huwa t-tip ta' surplus li qed jiftaħar bih Joseph Muscat!", "Joseph Muscat jista' jiġi hawn u jiftaħar b'surplus meta ma nkunux għadna nistennew għall-operazzjonijiet, jew meta ma nkunux għadna naħdmu bil-prekarjat, jew meta nixtru u s-saħħa tal-paga tagħna tkun twassal.", "Meta l-infrastruttura ta' pajjiżna tkun tali li tagħmlilna ġieħ u tilqa' għall-isfidi, inkluż l-espansjoni fil-popolazzjoni tagħna li pajjiżna riesaq lejha, hemmhekk Joseph Muscat ikun ġustifikat li jiġi hawnhekk jipprova jikkonvinċina li għandu surplus.", "Meta l-ġid tal-pajjiż jilħaq lil kulħadd u ma jkun hawn l-ebda persuna li tista' tiġi mgħajra fqira, jew li tista' tiġi deskritta bħala fqira, hemmhekk Joseph Muscat jista' jgħid li għandu surplus.", "Meta kulħadd ikollu saqaf fuq rasu u l-opportunità li jkollu saqaf fuq rasu, hemmhekk Joseph Muscat jista' jgħid li għandu surplus.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-ħin tal-Oppożizzjoni skada.", "Il-ħin li baqa' issa huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sinjura President, hija fin-natura tal-bniedem li dejjem jipprova jara kif javvanza fil-ħajja tiegħu u dan jagħmlu billi, fost l-oħrajn, jipprova jtejjeb id-dħul tiegħu biex ikun jista' ifaddal iktar u jkun jista' jikkonsma aktar.", "Jista' jagħżel li jagħmel hekk billi jara kif jikkonsma aktar, u aktar ma jikkonsma, aktar ikun qiegħed iħoss li qed jgħix aħjar.", "Meta nsemmu konsum naħseb tajjeb niċċaraw li hawnhekk mhux qegħdin nirreferu għall-konsum tal-ikel biss imma qegħdin nirreferu għal kull tip ta' konsum, kemm jekk hu servizz – ngħidu aħna tmur tagħmel xagħrek - kemm jekk tixtri ħwejjeġ, kemm biex tmur xi vaganza, kemm biex tixtri xi għamara kif ukoll biex tkompli tistudja u ttejjeb il-kapaċitajiet tiegħek.", "Il-konsum huwa kull ħaġa immaġinabbli.", "Kollox jaqa' taħt konsum.", "Aktar ma l-bniedem jiżdiedlu d-dħul tiegħu, aktar tikber l-għażla bejn dak li jikkonsma llum u t-tfaddil biex jikkonsma għada, jew inkella dan jagħmlu hu stess jew iħallih lil uliedu.", "Aktar ma wieħed jaqla' u jikkonsma, aktar tikber l-attività ekonomika tal-pajjiż.", "Matul is-snin ġew maħluqa diversi metodi ta' kif wieħed ikejjel din l-attività ekonomika.", "Wieħed minn dawn il-metodi ta' kejl huwa proprju l-GDP.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu – u llum għamel referenza għall-istess metodu l-Onor.", "Mario De Marco – ta x'jifhem li dan il-kejl il-Gvern jista' jbagħbsu kif irid.", "Ipprova jagħtina x'nifhmu li l-Gvern jista' jilgħab bin-numri u li dan il-kejl ma jirriflettix ir-realtà.", "Għalhekk, xtaqt nieħu din l-opportunità biex ngħid għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Onor. de Marco f'dan l-argument huma fattwalment u politikament skorretti.", "F'wieħed mil-lectures li jien nagħmel lill-istudenti fl-Università nittratta proprju x'inhu GDP u jekk dan huwiex kejl ġust tal-ekonomija u l-prosperità ekonomika.", "Fi kliem sempliċi, il-GDP jitkejjel bi tliet metodi.", "L-ewwel wieħed huwa dak li ngħidulu production method, fejn wieħed jaqbad il-produzzjoni kollha tal-pajjiż, dak li ngħidulu valur miżjud, u jgħodd kollox flimkien.", "Allura kull ħaġa li tiġi prodotta f'dan il-pajjiż tgħoddha flimkien u dik il-figura tammonta għall-GDP.", "Metodu ieħor huwa l-income method.", "B'dan il-metodu aħna naqbdu d-dħul kollu, jiġifieri tal-fabbriki, id-dħul tan-nies, id-dħul tal-kumpaniji, id-dħul tal-Gvern eċċ. u ngħodduh flimkien.", "Dik il-figura wkoll tkun tammonta għall-GDP.", "It-tielet metodu biex tikkalkula l-GDP huwa dak li nsejħulu l-expenditure method, fejn taqbad l-ispiża kollha tal-pajjiż u tgħoddha flimkien.", "Jiġifieri tgħodd il-konsum, tgħodd l-investiment, tgħodd ukoll l-ispiża tal-Gvern f'kull settur kif ukoll in-net exports.", "Il-figura totali mbagħad tkun tammonta għall-GDP tal-pajjiż.", "Mela bażikament wieħed għandu tliet kalkoli x'jagħmel u r-riżultati tagħhom jridu jammontaw għall-istess figura biex toħroġ il-figura tal-GDP.", "Meta kont żgħir jien kont nistaqsi kif nistgħu nkunu nafu l-black economy jekk hijiex reġistrata u huwa proprju minn hemm li toħroġ il-black economy għax meta tqabbel metodu mal-ieħor, ikun hemm differenza fir-riżultat u dik id-differenza tkun il-black economy.", "Fil-fatt, l-aktar metodu li nużaw u li norbtu fuqu huwa l-expenditure method.", "Allura meta l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel l-argument li din il-figura tista' tbagħbasha kif trid, dan huwa argument fażull għall-aħħar għaliex huwa diffiċli ferm, jekk mhux impossibbli, li tbagħbas il-figura tad-dħul, il-figura tal-ħruġ u l-figura tal-produzzjoni fl-istess ħin u bl-istess ammonti.", "Jekk tipprova tbagħbas xi waħda jew oħra, xi mkien se tinqabad żgur.", "Jekk taqbad il-GDP u tiddividih bin-numru ta' nies, tasal għal dak li ngħidulu GDP per capita u allura tkun taf ras għal ras kemm il-pajjiż qed jipproduċi bħala ġid.", "Il-GDP huwa kalkolu tajjeb ħafna ta' kif l-ekonomija tal-pajjiż tkun sejra però mhux kalkolu perfett.", "Fil-fatt hemm diversi affarijiet li l-GDP ma jgħoddhomx, u hawn se nagħti ftit eżempji prattiċi.", "Pereżempju f'pajjiżna bil-liġi suppost naħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa.", "Issa jekk il-Gvern jiddeċiedi li minflok 40 siegħa nibdew naħdmu 80 siegħa, il-GDP se jkun qed jirdoppja għax kulħadd ikun qed jaħdem aktar.", "Madanakollu għax qed jirdoppja l-GDP ma jfissirx li qegħdin ngħixu aħjar.", "Ejja ngħidu li l-pajjiż jiddeċiedi li jibda jixtri t-toxic waste ta' pajjiżi oħrajn u jibda jagħmel dumping tiegħu f'pajjiżna.", "Dak se jżid id-dħul tal-pajjiż u l-GDP se jiżdied.", "Però dan ifisser li qegħdin ngħixu aħjar?", "Dażgur li le!", "Imma ejja ngħiduha kif inhi, meta tieħu inkonsiderazzjoni kollox, s'issa ħadd għadu ma sab metodu aħjar mill-GDP biex tkejjel l-attività ekonomika.", "Għal din ir-raġuni jibqa' l-kejl prinċipali ta' kull ekonomista fid-dinja meta jiġi biex ikejjel l-andament ekonomiku.", "Sinjura President, forsi xi ħadd mill-Oppożizzjoni jista' joffri xi metodu aħjar fil-jiem li ġejjin.", "S'issa diġà tawna metodu ġdid ta' kif tikkalkula kemm ikollok sapport bil-bejgħ tal-burgers fuq il-Fosos u allura forsi joħorġu b'xi teorija simili dwar kif tkejjel l-ekonomija wkoll!", "Jidher li l-Oppożizzjoni għajjiet tara figuri tal-GDP li jkunu d-doppju jew tliet darbiet aktar mill-GDP medju Ewropew.", "Waqt il-kriżi finanzjarja tal-2007 il-GDP ta' Malta kien ferm inqas minn dak ta' pajjiżi oħrajn u dakinhar ħafna esponenti tal-Partit Nazzjonalista kienu jgħidulna li pajjiżna kien sejjer relattivament tajjeb.", "Issa jidher li m'għadux tajjeb l-kejl tal-GDP!", "Il-fatt hu li l-ekonomija ta' pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin kibret b'rati impressjonanti u dan huwa fatt magħruf.", "Dan it-tkabbir ekonomiku joħroġ minn diversi ċifri b'mod konsistenti u b'mod li m'għandu jħalli l-ebda dubju f'moħħ min irid janalizza s-sitwazzjoni soċjoekonomika ta' Malta mill-2013 'l quddiem.", "Dan ma joħroġx biss mill-GDP għax kif diġà semmejt, il-GDP huwa kejl tajjeb ħafna għall-ekonomija però mhuwiex perfett.", "Allura biex tkun korrett ma tridx tħares lejn il-GDP biss iżda trid tħares lejn mudelli oħrajn ukoll u għandna ħafna mudelli lejn xiex inħarsu.", "Għandna, pereżempju, l-istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom l-International Monetary Fund (IMF), il-World Bank u l-Kummissjoni Ewropea li kollha jkollhom ir-ratings tagħhom flimkien ma' aġenziji internazzjonali oħrajn bħalma huma l-credit rating agencies.", "Sena wara l-oħra dawn kollha jagħtu l-veduti tagħhom u s'issa kollha taw veduti pożittivi fejn saħqu li l-ekonomija ta' Malta hija b'saħħitha, marret 'il quddiem f'dawn l-aħħar ħames snin u hekk beħsiebha tagħmel aktar 'il quddiem b'mod stabbli.", "Aktar minn hekk, iċ-ċifri juru li dan it-tkabbir mhux biss ġej minn fatturi temporanji imma huwa wieħed sostenibbli bid-diversi investimenti, bid-diversi setturi u bit-tkabbir fil-kapaċità produttiva tal-pajjiż.", "Rigward dan, ta spjegazzjoni tajba ħafna lbieraħ il-Prim Ministru u mhux se noqgħod nerġa' nirrepeti, għaliex naħseb kien ċar biżżejjed dwar il-kwestjoni tal-produttività meta mqabbla mal-produzzjoni tal-pajjiż.", "Ilbieraħ il-Prim Ministru ġab fix-xejn it-teorija ġdida tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar kif qiegħda tikber l-ekonomija Maltija.", "Biex infakkar, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-ekonomija qed tikber biss għax qed tikber il-popolazzjoni.", "Illum se nagħti raġuni ekonomika oħra għalfejn din it-teorija hija teorija bażwija u ma tagħmilx sens.", "Qed nimmaġina li meta jgħid \"popolazzjoni\" jrid ifisser in-numru ta' nies li jaħdmu bi qligħ u mhux jinkludi dawk li jiġu Malta biex jirtiraw.", "Dan l-argument jaqa' mill-ewwel meta wieħed iqabbel kemm kibret l-ekonomija matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm kibret il-popolazzjoni ta' Malta.", "Fil-fatt, waqt li l-popolazzjoni kibret b'medja ta' 2.2%, ir-rata medja ta' żieda fil-persuni li jaħdmu bi qligħ kienet ta' 4.4%, u allura d-doppju ta' kemm kibret il-popolazzjoni.", "L-ekonomija kibret b'rata reali ta' aktar minn 7%, jiġifieri altru milli kibret bit-tkabbir ta' 2% tal-popolazzjoni!", "Qalilna wkoll li l-ħolqien tal-ġid mhux qiegħed jasal għand iċ-ċittadini komuni u pprova jagħti x'jifhem li l-average li bih qed tikber l-ekonomija għal kull ras huwa indikatur fażull għax il-ftit li qegħdin jaqilgħu ħafna qed ipatti, f'termini ta' statistika, għal min mhu qed jaqbad xejn.", "Fil-fatt, ġab l-eżempju ta' Bill Gates.", "Jekk aħna qegħdin nitkellmu hawnhekk kemm naqilgħu bejnietna u jidħol Bill Gates, il-GDP per capita jisplodi!", "Dik hija l-problema tal-average.", "Ejja ngħidu li għandu raġun dwar il-kwestjoni tal-average però bir-rispett kollu, min qed jagħtih il-pariri ekonomiċi jmissu qallu li teżisti statistika oħra li biha inti telimina din il-problema u jekk forsi ma qallux biha, se nispjegahielu llum.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni nesa jgħid li l-GDP per capita huwa biss wieħed mill-indikaturi li tista' tuża biex ikollok stampa ċara ta' x'qiegħed jiġri on the ground, jiġifieri kemm il-ġid qiegħed jinħass min-nies.", "Wieħed minn dawn l-indikaturi huwa dak li ngħidulu median equivalised income.", "Dan l-indikatur ma jbatix mill-problema tal-average.", "Filwaqt li l-GDP per capita jista' jkollu kwestjoni ta' average, jiġifieri jekk ikollok wieħed jaqla' ħafna jista' jgħolli l-medja, dan il-kejl isolvi dik il-problema għaliex dan huwa indikatur tad-dħul li jaqilgħu n-nies wara li titnaqqas it-taxxa u tnaqqis ieħor, u allura jieħu biss inkonsiderazzjoni dak li ngħidulu disposable income, jiġifieri kemm fadallek flus fil-but biex tkun tista' tonfoq.", "Dan il-kalkolu jieħu inkonsiderazzjoni kemm għandek membri fil-familja li jiddependu minn fuq id-dħul ta' dak li jaqla' d-dħul prinċipali, jiġifieri l-breadwinner.", "Allura jekk għandek persuna li taqla' X amount u għandek tlieta min-nies – hu, il-mara u t-tifel - jiddependu minnha, dan il-kalkolu jieħu inkonsiderazzjoni u jaqsam dak id-dħul fuq dawn in-nies.", "Persuna li tgħix waħedha u taqla' €1,000 u persuna li taqla' €1,000 u għandha tlieta min-nies dipendenti fuqha f'din l-istatisitka ma jidhrux l-istess imma jidhru li dik li għandha familja għandha inqas flus fil-but u allura għandha inqas disposable income biex tkun tista' tonfoq minn persuna li taqla' l-istess ammont imma tgħix waħedha.", "Hemmhekk tieħu stampa aktar ċara ta' kemm il-familji qed jgħixu aħjar.", "Dan huwa l-istess kejl li tuża l-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD).", "L-Oppożizzjoni sikwit tikkwotaha lill-OECD; nispera li issa ma jridux jitfgħu dubju fuqha wkoll.", "Aħna wkoll għandna fiduċja fl-OECD bħalma għandha l-Oppożizzjoni u allura se nikkwota l-istess statistika li tuża l-OECD.", "Aktar minn hekk, dan il-kejl ikejjel id-dħul tal-persuni li jinsabu fin-nofs tad-distribution, jiġifieri mhux l-average imma l-aktar dħul komuni li jaqilgħu n-nies.", "Pereżempju jekk għandek ħamsa minn nies, wieħed jaqla' €10,000, wieħed €11,000, wieħed €12,000, wieħed €13,000 u wieħed €100,000, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li la hemm wieħed ta' €100,000 jekk nieħdu l-average jiġi li kull persuna qed taqla' €29,000 iżda r-realtà hija differenti għax ħafna minnhom qed jaqilgħu madwar €12,000.", "Għalhekk aħna nħarsu lejn il-median.", "F'dan il-każ il-median income ta' dawn il-ħamsa min-nies mhuwiex l-average iżda huwa €12,000 għax huwa l-punt l-aktar komuni u huwa l-punt aktar reali ta' kif inhu mqassam id-dħul.", "Dan il-kejl jagħtik stampa aktar reali ta' kemm it-tkabbir fl-ekonomija qed jasal għand in-nies u ċ-ċifri maħruġa mill-Eurostat – nispera li ma nitfgħux dubju fuq il-Eurostat ukoll – juru li fl-2012, meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern - u meta skont huma kien kollox perfett grazzi għall-Partit Nazzjonalista fil-gvern, partit li jgħid li l-ġid li qed ikollna llum ġie bis-saħħa tagħhom ukoll - il-median equivalised income kien ta' €11,442.", "Illum, meta skont l-istess partit kulħadd huwa mejjet bil-ġuħ, dan il-median equivalised income tela' għal €14,500!", "Mela f'ħames snin kellna żieda ta' iżjed minn €3,000 fis-sena fid-dħul għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Ma niqfux hawn però, għax dan jeskludi d-dħul li ġej mill-benefiċċji soċjali.", "Jiġifieri mhux qegħdin ninkludu affarijiet bħall-In-work Benefit li nagħtu lil dik il-faxxa ta' nies li hija l-aktar batuta.", "Lanqas ma qed ninkludu ċ-childcare centres jew affarijiet oħra li ta dan il-Baġit biex jgħin lil dik il-faxxa l-aktar batuta.", "Fil-fatt, meta l-Eurostat tagħmel eżerċizzju ieħor fejn taqbad il-median equivalised income u tgħodd miegħu l-benefiċċji soċjali li qed jagħti dan il-Gvern, iż-żieda fl-income titla' għal madwar €6,000 oħra fis-sena.", "Daqshekk qed imur is-surplus għand in-nies!", "Dak huwa l-ġid li qed jagħmel dan il-Gvern! €6,000 żieda f'temp ta' ħames snin.", "Altru li l-ġid mhux qed jitqassam!", "Dan il-Gvern għandu ruħ soċjali b'saħħitha ħafna.", "Wieħed jista' jsemmi indikaturi oħra bħal, pereżempju, in-numru ta' persuni li huma severely materially deprived.", "Hemmhekk nieħdu stampa tal-persuni li qegħdin fil-faqar jew forsi qrib il-faqar.", "Issa tajjeb ngħidu li f'Malta dejjem kellna l-inqas rati ta' faqar fl-Unjoni Ewropea.", "Però huwa fatt ukoll li fl-2012, taħt Gvern Nazzjonalista, din ir-rata kienet ta' 9.2%.", "Fl-2017, meta suppost kulħadd mejjet bil-ġuħ, taħt dan il-Gvern li m'għandux ruħ soċjali, in-nies li ma jaffordjawx l-affarijiet bażiċi naqsu minn 9.2% għal 3.3%!", "Dawk huma r-riżultati tas-surplus ta' dan il-Gvern, għeżież ħbieb tal-Oppożizzjoni!", "Qabel l-2013, esponenti tal-Partit Nazzjonalista kienu jgħidu li Labour won't work għax skont huma, il-Partit Laburista m'għandux in-nies kapaċi biex imexxu l-ekonomija u allura meta jitla' l-Partit Laburista fil-gvern, il-kumpaniji kienu se jaħarbu minn Malta.", "Altru milli ġara hekk!", "U għax jafu li ma jistgħux jgħidu aktar affarijiet bħal dawk, ivvintaw it-teorija ekonomika ġdida li l-ekonomija qed tikber għax qed inżidu n-nies!", "Sinjura President, lil hinn mill-indikaturi u ċ-ċifri soċjoekonomiċi, in-nies jafu li dan mhux minnu u li llum il-ġurnata għandhom iżjed qligħ, iżjed flus f'idejhom u iżjed opportunitajiet.", "Il-ġid qed jasal għand kulħadd.", "Dan aħna nistgħu ngħiduh mhux għax noqogħdu fuq iċ-ċifri u fuq l-istatistika imma għax aħna nagħmluha man-nies, għax aħna nħossu l-polz tal-poplu u għax dan il-Gvern huwa gvern li jisma', gvern li joħloq il-ġid biex ikun jista' jqassmu.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, bħalissa qegħdin niddiskutu s-sezzjoni tal-finanzi fejn jidħol il-Baġit, sezzjoni li forsi mhijiex daqshekk attraenti daqs sezzjonijiet oħra però ħaġa tal-iskantament, ikun hemm ħafna nies li jqumu hawnhekk u jitkellmu.", "Hemm min qabel ma jkun jqum jitkellem tkun diġà taf x'se jgħid.", "Pereżempju l-Onor.", "Simon Busuttil, bl-akbar rispett lejh, kif qam biex jitkellem aħna ta' din in-naħa konna diġà nafu x'se jgħid!", "Huwa politiku li jitkellem fuq kwestjoni waħda biss, liema kwestjoni n-nies tawh ċertifikat fuqha fl-elezzjoni li għaddiet għaliex tawh l-akbar ċertifikat fl-istorja politika li qatt setgħu jagħtu.", "B'maġġoranza ta' €40,000 vot in-nies qalulu li jridu li l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kabinett tiegħu imexxu l-pajjiż.", "Jien ngħid li mnalla għamlu din l-għażla n-nies għax kieku llum m'għandniex dan il-Baġit bl-akbar pakkett ekonomiku fl-istorja ta' pajjiżna.", "Ma nafx jekk fhimtx sewwa d-diskors tal-Eks Kap tal-Oppożizzjoni, però se nagħmel ftit mistoqsijiet.", "Jien fhimt sewwa li dan illum hawnhekk fuq il-Mejda tal-Kamra poġġa rapporti li huma leaked mill-FIAU?", "Jaf l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni li rapport li jkun leaked mill-FIAU huwa xi ħaġa kriminali?", "ROSIANNE CUTAJAR: Għandek biex tiftaħar!", "ONOR CLAYTON BARTOLO: Mela jaf li hija xi ħaġa kriminali u xorta poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti li huma leaked b'mod illegali!", "Għalija hija xi ħaġa tal-mistħija li jkollna Membru Parlamentari li jiġi hawnhekk u jiddandan b'xi ħaġa li hija leaked b'mod illegali.", "SIMON BUSUTTIL: Qed taħbuh!", "CLAYTON BARTOLO: Onor. Simon Busuttil, inti kellek iċ-ċans li titkellem.", "Issa, jekk jogħġbok, isma' lili u isma' lil din in-naħa tal-Kamra.", "Se nagħmillek il-mistoqsijiet u mbagħad jekk trid wieġeb f'aġġornament.", "Naf li ġieli ħadt aġġornamenti fuq dan il-punt.", "Illum in-nies qegħdin jaħarbu minn din it-tip ta' politika.", "Aktar minn hekk, in-nies mhumiex se jinsew lill-Onor.", "Simon Busuttil sejjer il-qorti b'dawk il-ħafna kaxxi vojta.", "Kemm morna bil-kaxxi u kemm imxejna hawn barra fi Triq ir-Repubblika!", "Imma issa l-inkjesta tal-Egrant ħarġet u ħarġu l-konklużjonijiet ukoll.", "Issa, anke kif qal il-Prim Ministru, jalla jkun ippubblikat ir-rapport kollu kemm hu sabiex b'hekk toħroġ il-verità kollha.", "Però billi toħroġ il-verità kollha ma jfissirx li se jinbidlu l-konklużjonijiet, jiġifieri minn dawk il-konklużjonijiet li hemm diġà nafu li l-Prim Ministru kellu raġun f'dak li kien qed jgħid.", "Nerġa' ngħid, imnalla n-nies għażlu kif għażlu fit-3 ta' Ġunju tas-sena li għaddiet għax kieku m'għażlux b'dak il-mod, kieku llum jaf qegħdin f'pajjiż li għandu kriżi kostituzzjonali għax kien ikollna prim ministru elett fuq gidba.", "Tal-inqas illum ħaġa waħda aħna ċerti minnha: l-Onor.", "Simon Busuttil qatt mhu se jkun qed jitla' t-taraġ ta' Kastilja bħala Prim Ministru ta' dan il-pajjiż!", "Sinjura President, sa ftit tas-snin ilu konna pajjiż tad-defiċit, konna pajjiż tad-dejn, u n-nies matul is-sena kienu jisimgħu ħafna l-kliem \"defiċit\" u \"dejn\".", "Il-kelma \"surplus\" kienu jisimgħuha forsi fil-ġimgħa tal-Baġit imma mill-ġimgħa ta' wara kien jerġa' jmur kollox għal li kien qabel.", "Qed ngħid hekk għax in-nies dejjem kienu jkunu mwiegħda surplus, dejjem kienu jkunu mwiegħda balanced budget, dejjem kienu jkunu mwiegħda ħafna affarijiet imma malli jgħaddi ftit taż-żmien, minn dak li kienu jkunu mwiegħda ma kien isir xejn.", "Għaldaqstant huwa importanti li r-riżultati li qegħdin niksbu llum bħala pajjiż ma jitteħdux for granted.", "Illum nafu li għandna tim kompetenti ħafna jmexxi l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż u tajjeb ngħid li għalkemm l-ekonomija u l-finanzi forsi jimxu qrib ħafna ta' xulxin, huma totalment differenti minn xulxin.", "L-ekonomija ta' pajjiżna se tkompli tikber b'rati akbar milli kienet qed tikber bihom qabel u ta' min jgħid li r-rati ta' tkabbir, dan il-Gvern irnexxielu jġibhom sostenibbli.", "Fil-fatt meta l-Prim Ministru kien mar Brussell flimkien mal-Ministru għall-Finanzi kienu qalulu li kienu ilhom żmien jisimgħu li l-ekonomija tagħna se tikber b'rati bħal dawn.", "Illum il-ġurnata dawn qegħdin jaraw kif qegħdin nikbru b'rati ħafna akbar minn ta' pajjiżi oħrajn fl-Ewropa.", "Huwa veru li l-ekonomiji ta' pajjiżi oħra fl-Ewropa qegħdin jikbru, imma r-rata ta' tkabbir hija fuq medja ta' 2% li għalihom hija tajba ħafna, mentri f'pajjiżna qegħdin naraw tkabbir ta' 5% u 6%.", "Dan tafu xi jfisser?", "Dan ifisser li filwaqt li pajjiżi oħra jistgħu jagħmlu żewġ passi f'sena, pajjiżna jista' jagħmel ħames jew sitt passi f'dik l-istess sena, u din hi xi ħaġa importanti biex pajjiżna jkun jista' jiżviluppa u biex iġib lura ż-żmien li tilef.", "Il-flus jiġu u jmorru imma ż-żmien li tlifna bħala pajjiż f'diversi affarijiet taħt Gvernijiet Nazzjonalisti ma nistgħux nerġgħu nġibuh lura.", "Għalhekk, għandna bżonn li l-ekonomija tikber b'rata mgħaġġla iżjed minn tas-snin ta' qabel biex inkunu nistgħu nagħmlu affarijiet li missna ilna li għamilniehom.", "Wieħed ma jistax jinsa minn fejn tlaqna fl-2013, meta dan il-Gvern ħa over it-tmexxija tal-pajjiż.", "Dak iż-żmien pajjiżna kien taħt excessive deficit pProcedure, jiġifieri pajjiżna litteralment kien taħt għajnejn l-Unjoni Ewropea biex tara kif se jkun qed jagħmel il-baġit tiegħu.", "F'dawn l-aħħar jiem smajna minn xiex inhi għaddejja l-Italja.", "L-Italja llum hija mmexxija minn nies li huma tal-lemin estrem u li jitkellmu b'toni popolisti, xi ħaġa li sfortunatament rajna lill-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmilha hawnhekk fir-replika tiegħu għall-Baġit.", "Dan il-popoliżmu ma jwassal għal xejn.", "Il-popoliżmu huwa tajjeb għar-retorika imma tagħsar kemm tagħsar, ma jirnexxilekx toħroġ dak is-sugu li wieħed jistenna li għandu jkun hemm fit-tmexxija ta' pajjiż u t-tmexxija ta' ekonomija.", "Illum l-Onor.", "Mario De Marco staqsa kemm qegħdin nippreparaw bħala pajjiż f'każ li tinqala' riċessjoni.", "Dik hija mistoqsija tajba u naqbel li wieħed jistaqsi u jaħseb x'se nagħmlu bħala pajjiż jekk tinqala' riċessjoni.", "Wara kollox l-ekonomija dinjija timxi f'ċikli.", "Madanakollu għandna Gvern li diġà beda jaħseb għal dawn l-affarijiet.", "Dan billi l-ewwel nett qed inaqqas id-dejn, kemm bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku kif ukoll f'termini nominali u reali.", "Ħalli nibda bl-ewwel waħda, ċjoè bħala persentaġġ.", "Bħala persentaġġ ifisser li d-dejn trid dejjem tikkalkolah kontra xi ħaġa akbar.", "Jekk inti tiddejjen biex tgħix mod u jekk tiddejjen biex tagħmel investiment li minnu se taqla' l-flus mod ieħor.", "Hemmhekk joħorġu persentaġġi differenti.", "Ma tistax taqbad u tgħid li pajjiżna għandu X amount ta' dejn; dak id-dejn trid tikkalkolah kontra xi ħaġa.", "Bħala Gvern, qegħdin innaqqsu d-dejn u minn 71% tal-prodott gross domestiku kif kien fl-2012, illum u għas-sena d-dieħla huwa proġettat li jinżel għal 43% tal-prodott gross domestiku.", "Din lill-Gvern tagħtih dik li hija magħrufa bħala fiscal manoeuvrability, jiġifieri l-possibbiltà li l-Gvern ikollu fejn jiċċaqlaq, li ma jkollux idejh marbutin imma jkun aktar komdu fil-mod kif iqassam il-finanzi tiegħu.", "B'hekk jekk tiġi riċessjoni, gvern b'dejn ta' 71% tal-GDP jista' jiċċaqlaq ftit mentri Gvern b'dejn ħafna inqas f'persentaġġ tal-GDP ikun jista' jiċċaqlaq ħafna aktar.", "Dik hija l-ewwel miżura li turi biċ-ċar li l-Gvern qiegħed jaħseb x'jista' jagħmel f'każ li jkollna riċessjoni.", "Aktar minn hekk, għandna l-fondi li qegħdin indaħħlu mill-IIP.", "Dan il-programm xi membri tal-Oppożizzjoni ħarġu qatta bla ħabel kontrih imma mbagħad għandhom ħbieb tagħhom li qegħdin jaqilgħu l-eluf minnu!", "M'hemm assolutament xejn ħażin li dawn in-nies jidħlu f'dan is-settur għax la huma professjonisti u la ħassew il-bżonn li jinvestu biex ikunu jistgħu jsiru service providers f'dan il-qasam, m'hemm xejn ħażin li jipprattikaw fih.", "Ħa nkun ċar; biex service provider jidħol għall-qasam tal-IIP irid jagħmel investiment mhux żgħir.", "Irid jinvesti f'taħriġ u jrid jinvesti f'software li huwa rikonoxxut anke internazzjonalment biex ikun jista' jagħmel ċerti due diligence checks.", "Irid ukoll jinvesti fin-nies tiegħu sabiex ikollu nies tajbin li jkunu jistgħu jmexxu 'l quddiem l-applikazzjonijiet.", "Il-punt li rrid nasal għalih huwa li l-Gvern qiegħed iwarrab 70% tal-fondi li qiegħed idaħħal mill-IIP u dawn qed ipoġġihom f'fond li għandu jintuża biss meta jkun hemm bżonn.", "Sal-lum dan il-fond għadna ma ħarisniex lejh.", "Naħseb li hawnhekk ikun tajjeb jekk l-Oppożizzjoni tagħmel rethinking tal-pożizzjoni tagħha għax b'dawn iż-żewġ miżuri biss il-Gvern diġà qed jaħseb għal meta se jkollna bżonn.", "This is not a question of if, but of when, jiġifieri xi darba jekk ma nkunux bil-għaqal bħala pajjiż xi ħaġa se tolqotna, u huwa importanti li nkunu dejjem bil-għaqal u nibqgħu dejjem naħsbu għall-quddiem.", "Jien għandi fiduċja sħiħa fil-Ministru għall-Finanzi li dan se jagħmlu u mhux biex nagħmillu kumpliment għax qiegħed hawnhekk ħdejna, imma lkoll kemm aħna nafu bl-integrità tiegħu.", "Għaldaqstant ma nista' qatt naċċetta li jintgħadu ċerti aġġettivi fil-konfront tiegħu min-naħa tal-Oppożizzjoni, bħal pereżempju li huwa Ministru ċċassat u ħafna aġġettivi bħal dawn.", "Dawn huma aġġettivi popolisti li żgur u mhux forsi mhumiex se jressqu lin-nies lejn l-Oppożizzjoni, anzi jekk xejn in-nies qegħdin ikomplu jitbiegħdu mill-partit fl-Oppożizzjoni għax jafu li l-Gvern preżenti huwa d-dar naturali tagħhom għax huwa Gvern li verament qiegħed jieħu bis-serjetà l-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż.", "Illum il-finanzi tal-pajjiż verament qegħdin fis-sod u mhux bħalma konna nisimgħu qabel, għax għas-slogans u għall-buzzwords ma tantx tirbħilhom lill-Partit Nazzjonalista!", "Kienu jgħidulna finanzi fis-sod imma mbagħad xħin tfittex tispiċċa ma ssib xejn.", "Illum għandna finanzi fis-sod mingħajr ma żidna t-taxxa, mingħajr ma żidna l-VAT u mingħajr ma żidna l-bolla.", "Minkejja dan kollu, kellna żieda fid-dħul għax għarafna noħolqu ambjent ekonomiku pożittiv fejn lin-nies ngħidulhom: Agħmlu l-aħjar tagħkom biex b'hekk tkunu qed tgħinu lill-pajjiż u l-pajjiż jagħtikom lura l-fiduċja u jħallilkom aktar flus fil-but għax se nnaqqsu t-taxxa.", "Minkejja li naqqasna t-taxxa daħħalna ħafna aktar flus.", "L-istess il-VAT; il-VAT ma żdiditx f'dan l-aħħar żmien però minn dħul ta' madwar €530 miljun fl-2012, illum għandna dħul li jaqbeż il-€1 biljun.", "Il-bolla wkoll ma żdiditx.", "Ħaddieħor kien qiegħed jikkonsidra bis-serjetà li jżied il-bolla iżda dan huwa Gvern li mhux talli ma żiedx il-bolla, talli qiegħed idaħħal 'il fuq minn €1 biljun f'bolla għax hawn iżjed ħaddiema jaħdmu f'Malta għax qed jinħolqu iżjed impjiegi.", "Għandna ħaddiema barranin li qed jiġu hawn Malta u qed iħallsu l-bolla hawn Malta u ħafna minnhom jaf lanqas jieħdu pensjoni f'pajjiżna.", "Imma l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikeċċihom kollha dawn għax qed jgħid li dawn huma żejda!", "Qed jgħid li minħabba fihom għola l-ħalib meta l-ħalib m'għoliex.", "Qed jinkwieta għax ogħla x-shampoo, Alla jbierek, imma n-nies jaraw the bigger picture u jgħidulek li huma xorta aħjar milli kienu sitt snin ilu.", "Ladara semmejt il-VAT u t-taxxa, inħeġġeġ lill-Ministru għall-Finanzi sabiex ikompli jinvesti fihom, u jinvesti fihom mhux biss fis-sens ta' bini imma billi jinvesti fin-nies.", "Jekk hemm bżonn li nimpjegaw iżjed nies, ejja nimpjegaw iżjed nies għax dawn qegħdin jagħtu servizz lis-settur privat u allura għandu jsir investiment fil-pagi.", "Ejja naraw li nattiraw l-aħjar imħuħ lejn dawn id-dipartimenti u f'dan is-settur għax sfortunatament, hemm min jiġi offrut paga aħjar fis-settur privat u ovvjament jagħżel li jmur għal dik il-paga.", "Ma nagħtihx tort għax illum wieħed jista' jagħżel fejn imur jaħdem.", "Wara li bniedem ikun għamel diversi snin jistudja u anke jispeċjalizza ma tagħtihx tort li jipprova jfittex xogħol aħjar.", "Għalhekk naħseb li wieħed għandu jikkonsidra li f'dak li għandu x'jaqsam ma' VAT, Dwana u d-Dipartiment tat-Taxxa naraw kif nagħmlu biex in-nies li hemm intejbulhom il-kondizzjonijiet tagħhom però nagħmlu wkoll mezz biex nattiraw l-aħjar imħuħ lejn dawn id-dipartimenti.", "Sinjura President, ippermettili nagħmel referenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2016 li l-ġimgħa li għaddiet kien ippreżentat quddiem il-Public Accounts Committee (PAC) u allura anke quddiem din il-Kamra.", "Ninnota li hemm diversi miljuni f'arretrati x'jinġabru.", "Ħafna minnhom dawn ma akkumulawx matul din l-aħħar sena jew sentejn imma hemm minnhom li ilhom għexieren ta' snin u qatt ma nġbaru.", "Hemm minnhom li sfortunatament qatt mhuma se jinġabru.", "Allura l-ewwel mistoqsija li wieħed għandu jistaqsi hija għaliex Gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti ħallew dawn l-ammonti jitilgħu daqshekk u qatt ma ttieħdet azzjoni dwarhom?", "It-tieni, inħeġġeġ lill-Gvern sabiex jara liema huma dawk l-ammonti li mhux se jinġabru u jneħħihom minn fuq il-kotba għax inutli nuru stampa li għandna niġbru X amount meta fil-verità l-ammont li se niġbru se jkun ħafna inqas.", "Naf ukoll li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu biex ikun jista' jiġbor dawk l-ammonti li huma determinati bħala li se jinġabru.", "Illum il-ġurnata m'għadniex ngħixu aktar f'pajjiż immexxi minn gvern tal-elezzjonijiet imma ninsabu mmexxijin minn gvern tal-ġenerazzjonijiet.", "Dan huwa Gvern li qed jagħmel affarijiet li f'ġenerazzjonijiet sħaħ dejjem kienu injorati u ħadd qatt ma wasal għalihom.", "Gvernijiet Nazzjonalisti għal ġenerazzjoni sħiħa qatt ma waslu biex jagħmlu surplus u llum il-ġurnata għandna surplus.", "Huwa importanti li nifhmu li surplus ifisser li l-Gvern qed idaħħal aktar milli joħroġ u ladarba qed jibqagħlu aktar flus fil-but jista' jibda jaqta' mid-dejn li għandna, speċjalment ċertu dejn antik li qed iġib rati ta' interessi għoljin.", "Ladarba l-Gvern jibda jaqta' mid-dejn tiegħu, jekk ikollu bżonn imur jiddejjen se jkollu rati ta' imgħax aħjar.", "Illum ħriġna wkoll miċ-ċiklu fejn il-finanzi jitmexxew skont l-elezzjoni.", "Konna drajna li l-finanzi tal-pajjiż jibdew imorru tajjeb u mbagħad kif tasal l-elezzjoni daqshekk, jisfaxxa kollox, basta nagħmlu dak kollu possibbli biex nerġgħu niksbu l-poter.", "Illum qegħdin naraw bis-serjetà kif minkejja li l-2017 kienet is-sena tal-elezzjoni, il-Gvern ma faqax il-kaxxa ta' Malta imma kompla miexi sabiex laħaq it-tragwardi tiegħu.", "Dan huwa Gvern li ma jemminx li d-dejn għandhom iħallsuh uliedna u wlied uliedna imma huwa Gvern li lil uliedna jrid iħallilhom il-ġid biex ilkoll kemm huma jgawdu mis-suċċess.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sinjura President, nibda billi nitlob skuża lil sħabi f'din il-Kamra li ma rnexxilix inkun preżenti mill-bidu ta' din is-seduta.", "Ma stajtx nagħmel mod ieħor però nassigurahom li l-punti saljenti tad-diskors tagħhom kollha smajthom u għandi n-notamenti quddiemi u allura se nkun nista' nindirizzahom.", "Fil-bidu tal-leġiżlatura l-oħra, proprju f'Marzu tal-2013, fil-Kamra kont nara nuqqas ta' fiduċja mill-Oppożizzjoni kull darba li l-Gvern kien jgħid li għandu roadmap.", "Anzi, immur aktar lura u ngħid li anke l-punti fil-programm elettorali tagħna kienu jarawhom bħalma kienu jaraw il-miżuri elettorali tagħhom, ċjoè bħala wegħdiet esaġerati jew wegħdiet fiergħa li l-poplu kien dara jisma'.", "Fil-fatt il-miżuri ta' qabel l-elezzjoni l-poplu kien dara jemmen nofshom għax jaf li mhux se jiġu delivered u li accountability ma kien hemm xejn.", "Dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista kien jgħidlu: Sa hawn stajt nasal!", "L-Oppożizzjoni kienu qed iħarsu lejn il-miżuri ta' dan il-Gvern fil-programm elettorali bħall-wegħdiet li kienu jagħmlu huma qabel l-elezzjoni.", "Mhux ta' b'xejn li kienu għamlu billboards li juru kju twil ma jispiċa qatt li jirrappreżenta l-kju ta' nies bla xogħol li kellu jkun hemm jekk jitla' Gvern Laburista!", "Kienu jgħidu wkoll li dan il-Gvern se jdaħħal lill-poplu fil-ħajt.", "Kellna lill-Onor.", "Busuttil li wasal biex qal li jekk jitla' Gvern Laburista, Malta se jiġrilha bħall-Greċja.", "Ir-risposta issa ħaduha!", "Illum, wara ħames snin u nofs, kellna suċċess wieħed wara l-ieħor f'dak li hu tkabbir ekonomiku.", "Hawnhekk m'għandix għalfejn noqgħod nirrepeti l-figuri għax il-poplu mhux biss jarahom imma jħosshom.", "Illum hawn xogħol għal kulħadd, il-qgħad qiegħed f'rata baxxa rekord u l-finanzi mhux biss huma fis-sod imma sar dak li qatt ma sar f'dawn l-aħħar 35 sena għax id-defiċit tpoġġa fil-ktieb tal-istorja u pajjiżna beda jara Gvern iddixxiplinat li qed ikollu surplus.", "Bħalma naħseb jafu tan-naħa l-oħra, dan is-surplus il-Gvern ilu li ddikjarah mar-rating agencies u ma' kulħadd.", "U rrid ngħid li anke jekk minnu tneħħi d-dħul kollu mill-IIP, xorta jibqa' surplus.", "Li kull darba nagħmlu surplus hija mira li l-Gvern qed iżomm u se jibqa' jżomm u dan qed ngħidu biex inneħħi kull dubju li wieħed jista' jkollu dwar id-dipendenza fuq l-IIP, qisu din xi droga jew sigaretti, jew dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi jekk jispiċċa dan il-programm.", "Dan kollu huwa fittizju għax meta b'mod matematiku tneħħi min-nofs id-dħul kollu minn din l-iskema xorta waħda jibqa' jkun hemm surplus.", "Dan ifisser li l-Gvern, IIP u mhux IIP, se jkompli miexi bil-finanzi sodi.", "Mela għandna Gvern li l-ispiża tiegħu hija dixxiplinata u xorta tipproduċi surplus.", "Fost suċċessi oħra hemm is-suċċess tal-livell ta' għajxien aħjar.", "Bħalma jħobb jgħid il-Prim Ministru, staqsu lill-familji.", "Hemm min joqgħod iħares lejn l-indiċi u lejn ħaġa u lejn oħra.", "Jien ngħid: Tħarsu lejn xejn u staqsu biss jekk hux qed tgħixu aħjar illum minn qabel Marzu tal-2013.", "Mistoqsija sempliċi li ma tridx tkun ta' skola.", "Trid tistaqsi: Il-familja qiegħda aħjar, l-istess, jew agħar?", "Nafu li fil-maġġoranza tiegħu l-poplu kollu jħoss li huwa aħjar u m'hemmx għalfejn we prompt them.", "Jekk imbagħad nistaqsu din l-istess mistoqsija lin-negozjanti, fejn qabel kienu b'idejhom fuq żaqqhom jistennew ix-xogħol, illum jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu mal-ordnijiet!", "Fil-fatt il-problema li qed jiffaċċjaw hija biex isibu l-impjegati għax is-suċċess ma jistgħux ilaħħqu miegħu.", "Sinjura President, meta għandna Gvern li kellu tant suċċessi, kif jistgħu jgħidu li dan hu Gvern li m'għandux viżjoni?", "Possibbli li dan kollu sar b'kumbinazzjoni?", "Possibbli ma jkollokx ftit umiltà u tistaqsi: Eżattament x'għamel il-Gvern biex wasal għal dan it-tkabbir?", "Din kulħadd għandu jistaqsiha, u tistaqsiha anke meta tkun fl-oppożizzjoni.", "U mhux għax nisimgħu lill-Gvern jitkellem fuq ir-roadmap imma għax fissirha r-roadmap; fissirha fl-ewwel programm elettorali u fit-tieni wieħed, stima l-valuri ta' kull wegħda u kull miżura, bassar bejn wieħed u ieħor xi xtaq li jkun it-tkabbir ekonomiku u he delivered.", "Allura possibbli li mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni ma tistaqsix din il-mistoqsija?", "Għadni niftakar lil Dr Alfred Sant jgħidli li l-ewwel ħames snin ta' Fenech Adami kienu ta' suċċess.", "Kulħadd jaf li kienu ta' suċċess.", "Dak iż-żmien konna sirna aktar kompetittivi f'dawk li huma prezzijiet minħabba l-wage freeze u l-price freeze.", "Dawn daħak ħafna bihom il-Partit Nazzjonalista meta kienu fl-Oppożizzjoni, imma għenu.", "Min-naħa l-oħra hemm il-fatt li Gvern ġdid irnexxielu jkun aktar outward looking u dak kellu impatt pożittiv.", "Il-punt tiegħi huwa li wieħed għandu jinnota u jieħu ftit ideat minflok jivvinta t-teoriji ġodda bħal dawk li ħareġ bihom il-Kap tal-Oppożizzjoni u qegħdin jirrepetuhom membri oħra tal-istess Oppożizzjoni.", "Trid tħares u tisma' għax kif jgħid il-Malti, l-akbar trux huwa min ma jridx jisma' u l-akbar għami min ma jridx jara.", "Ma tridux taraw u tibqgħu tmeru!", "Ma jimpurtax li tikkritika, imma ma tħossux li hemm xi fatturi li ġew ippjanati u jagħtuna tagħlim għall-quddiem?", "Għal min irid jisma', jien se nsemmi l-passi li mxejna f'din ir-roadmap b'viżjoni li nkunu l-aħjar fl-Ewropa.", "Sitt snin ilu din kienet on paper u forsi kien hemm min kellu xi dubji imma llum qegħdin nuru bil-fatti li din ir-roadmap qed titwettaq.", "L-ewwel nett din ir-roadmap ipprovat tindirizza d-dgħufija tal-ekonomija Maltija dak iż-żmien.", "Il-Kummissjoni Ewropea kienet ilha tgħid fir-rapporti tagħha dwar Malta x'kienu l-basic weaknesses tal-ekonomija fil-country specific recommendations.", "Aħna dawk għamilniehom tagħna għax emminna li dawn huma minnhom.", "Hemmhekk il-Kummissjoni Ewropea ma kenitx qed tiżbalja u kienet qed turi li fil-verità kellha jdejha fuq il-polz bħalma l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kellha jdejha fuq il-polz tal-Maltin.", "It-tieni, the elephant in the room ovvjament kien il-fatt li Malta kienet tiddependi mija fil-mija fuq iż-żejt għall-enerġija li tuża.", "Mhux hekk biss, kellha parti mill-impjanti qodma li jaħlu ħafna.", "Dan bħal meta wieħed ikollu karozza antika li qed tqattarlu l-fuel u allura jrid dejjem jagħtiha aktar fuel biex tkompli miexja.", "Kien hemm ukoll il-fatt li l-gass riedu jinjorawh.", "Niftakar li fi żmien il-Prof.", "Josef Bonnici l-kumpanija Taljana Enel offritilna li nikkonnettjaw mal-pipeline tal-gass imma l-lobby li kien hemm dak iż-żmien kien jaqbillu li nkomplu niddependu fuq iż-żejt.", "Kien jgħid li dan il-proċess jiġi għoli wisq u allura injorawh.", "L-offerti kienu hemm imma tlifna l-okkażjoni li nikkonnettjaw mal-pipeline.", "Huwa proprju issa li qegħdin fi stadju avvanzat biex nikkonnettjaw ma' Sqallija.", "M'hemmx għalfejn wieħed jgħid li għall-ekonomija, kemm jekk hi esportazzjoni, kemm jekk huwa turiżmu kif ukoll jekk huwa s-settur marittimu, l-enerġija hija bħall-ossiġnu għall-bniedem.", "Meta l-Gvern ma riedx joħroġ minn din id-dipendenza fuq iż-żejt, spiċċa vulnerabbli għall-prezzijiet li kienu telgħin fis-swieq internazzjonali u kien helpless quddiemhom għax il-lobby group li kellu ma ridux li jiċċaqlaq minn dik is-sitwazzjoni.", "Kien injora l-enerġija tal-gass li hija aktar nadifa u bi prezz aktar stabbli.", "Agħar minn hekk, meta dan il-Gvern ippjana l-proġett tal-Electrogas qabel l-elezzjoni, tan-naħa l-oħra tal-Kamra bdew jaraw aħmar!", "Tilfu l-boxxla u bdew jikkritikawh minn kwalunkwe naħa!", "Qalu li dan it-tank tal-gass se jisplodi u huwa akbar mill-koppla tal-knisja tal-Mosta u li kien se jiġi għoli biex tiffinanzjah.", "Kienu kompletament kontra din il-bidla meta fil-fatt din il-bidla hija l-unika raġuni għalfejn it-tariffi niżlu.", "Xi ħaġa oħra li ma setgħux jifhmu kienet minn fejn se nġibu l-flus.", "Illum nistgħu ngħidulhom li mis-savings li se jsiru fuq l-enerġija se jitħallsu bil-quddiem.", "Hemm snin biżżejjed biex il-Gvern irendi dan u jkun jista' jħallashom għax il-familji ma setgħux jistennew iżjed.", "Jien niftakar li meta kont immur indur id-djar f'Diċembru tal-2012 u fil-bidu tal-2013 kont nidħol f'ħafna djar li kienu jkunu fid-dlam u kulma kien ikollhom xi bozza tnemnem għax kienu konxji mill-kontijiet jekk jixegħlu s-switch.", "Il-Gvern preżenti mexa fuq ir-roadmap tiegħu b'ħafna diffikultajiet.", "Forsi kienu miri ambizzjużi imma wasalna u rnexxielna nniżżlu t-tariffi tad-dawl b'25% u rnexxielna wkoll naslu għal arja aktar nadifa.", "Fatturi ieħor importanti kien il-partnership maċ-Ċiniżi.", "Kien hawn min ma riedx li jdejhom imissu mas-switch ta' Malta imma l-verità hi li riżultat ta' din il-partnership spiċċajna b'Enemalta b'saħħitha.", "Fl-ewwel tliet snin tiegħi bħala Ministru għall-Finanzi konna dejjem qalbna ttaqtaq jekk din il-famuża excise fuq il-fuel titħallasx mill-Enemalta, imma mhux talli tħallset, talli issa nsejnieha fil-Ministeru tagħna għax hija ħaġa tal-passat.", "Hija parti mill-istorja tagħna jekk l-Enemalta tgħaddix is-sisa għax din qed tgħaddiha l-Enemed b'mod normali u mingħajr problemi.", "Mhux hekk biss, ir-rating agencies għollew ir-rating tal-Enemalta u allura llum il-Maltin għandhom l-assigurazzjoni li l-affarijiet innormalizzaw ruħhom.", "X'differenza minn Diċembru tal-2012, meta kien ġie xi ħadd bil-mutur billejl biex jagħtini envelopp mingħand l-Eks Ministru Tonio Fenech sabiex jinformani li kellha titwaqqaf il-kumpanija Vault Finance malajr malajr għax l-Enemalta kienet se tfalli!", "Fir-realtà l-Enemalta kienet diġà falluta!", "Li tfalli tfisser li jkollok id-dejn u ma tkunx kapaċi tħallsu iżda l-Enemalta kienet waslet biex tħallas id-dejn fuq il-power station tal-Marsa, issellfet il-bullet loan u ma kenitx kapaċi tħallasha allura kienet falliment.", "Allaħares il-Gvern ta' dak iż-żmien m'għamilx repackaging fl-aħħar minuta bil-koperazzjoni tal-Oppożizzjoni!", "Aħna rajna li dak kien fl-interess ta' pajjiżna u allura stajna ma ngħinuhx?", "Avolja kien fi kriżi l-Gvern, avolja kien ċaqlembuta se jaqa' u mhux se jaqa', ivvotajna favur u tajna l-approvazzjoni tagħna biex l-Enemalta toħroġ mill-kriżi ta' falliment bejn Novembru u Diċembru tal-2012.", "It-tieni weakness tal-ekonomija ta' pajjiżna u li kienet pilastru tar-roadmap ta' dan il-Gvern kienet id-dgħufija u l-ineffiċjenza fir-riżorsi umani tagħna.", "L-ewwel nett kien hemm il-parteċipazzjoni tal-mara li kienet baxxa.", "Din kienet qed tiżdied biss għax il-ġenerazzjonijiet l-antiki kienu qegħdin imutu u l-ġenerazzjonijiet il-ġodda kellhom parteċipazzjoni għolja.", "B'hekk biss kienet qed togħla l-parteċipazzjoni tan-nisa u mhux għax saret xi miżura apposta.", "Mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni aħna konna bdejna ninkoraġġixxu lill-Gvern biex jestendi l-maternity leave b'ġimagħtejn.", "Niftakar li l-Prim Ministru kien qabbadni nagħmel studju fuq dan u permezz tiegħu konna kkonvinċejnieh.", "Dik kienet l-ewwel miżura favur il-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol però rrid ngħid li l-Gvern ta' dak iż-żmien kien wettaqha reluctantly għax fil-Parlament Ewropew kien kontriha.", "Sinjura President, aħna morna oltre bil-miżura taċ-childcare b'xejn.", "Illum ikolli laqgħat ma' ambaxxaturi li jistaqsuni dwar dan l-esperiment li rnexxa.", "Nista' nitkellem anke fuq miżuri bħal dik tal-In-Work Benefit.", "Dawn il-miżuri jistaqsuni ministri oħrajn dwarhom għax il-kelma mxiet li kienu suċċes, u s-suċċess ma kienx b'kumbinazzjoni imma kien minħabba dawn ir-riformi strutturali.", "U fil-verità lanqas konna ngħidulhom riformi strutturali imma konna ngħidulhom sempliċement miżuri ta' sens komun.", "Qabel kellna wkoll eluf ta' żgħażagħ mitlufin id-dar għax la kienu jmorru skola, la kienu f'xi istituzzjoni ta' taħriġ u lanqas ma kienu jaħdmu.", "Dik kienet pjaga oħra fil-pajjiż.", "Minħabba l-ħafna early retirement schemes li kienu jsiru f'ħafna kumpaniji parastatali mbagħad, naqset il-parteċipazzjoni ta' dawk li kellhom 'il fuq minn 55 sena.", "Kellna ħafna nies fuq benefiċċji li potenzjalment setgħu jaħdmu.", "Mhux kull min qiegħed fuq benefiċċju soċjali għandu l-potenzjal li jaħdem, imma kien hemm parti kbira bil-potenzjal li jaħdmu imma ma kellhomx inċentiv għax għalihom work did not pay.", "Breadwinner ta' familja ma jistax imur id-dar u jgħid lill-familja tiegħu: Good news, sibt xogħol, imma għandi aħbar oħra li hija bad news, u din hi li se nġib inqas flus id-dar għax se nitlaq il-benefiċċji kollha biex nieħu din il-paga!", "Naħseb li f'dak il-każ il-familja tiċċassa lejh u tgħid: Dan x'inhu jgħid?", "Mela ġġennen?", "Għalhekk dak li jkun ma kienx qed ifittex ix-xogħol, għax ma kienx jaqbillu.", "Imbagħad kellna piż qawwi fuq il-middle class minħabba l-income tax.", "Il-familji kienu qegħdin jitolbu bil-ħniena lill-Gvern Nazzjonalista biex inaqqas dik it-taxxa għax qed tweġġagħhom.", "Dawn ma kellhomx inċentivi biex jaħdmu jew biex jieħdu l-inizjattiva, speċjalment f'pajjiż fejn għandna taxxa fuq il-kumpaniji li parti mill-income tax hi bil-full imputation system.", "Imbagħad kellna s-settur tal-unemployed li niftakar ċar konna ngħidulhom unemployable.", "Il-Gvern kien qata' qalbu li dawk it-8,000 persuna qiegħda xi darba se jsibu xogħol!", "Fil-fatt, il-kelma mxiet li dawk mhux veru jridu jfittxu xogħol u tgħidx kemm konna nisimgħu stejjer u li dawn kienu jmorru għall-interviews bil-misluta biex jipprovaw iwaqqgħu din is-sitwazzjoni verament ħażina għaċ-ċajt.", "Aħna middejna għonqna għax-xogħol u dan wieħed jista' jarah f'kull miżura li wettaqna sa mill-ewwel baġit.", "Nistidinkom tmorru fuq l-ewwel baġit tagħna u taraw xi nbena ġebla fuq ġebla.", "L-ewwel sar il-pedament ta' din l-ekonomija l-ġdida, imbagħad inbnew il-ħitan, imbagħad is-soqfa u mbagħad bdejna nżidu l-istruttura.", "Nieħu gost nirrepeti li aħna użajna l-baġit bħala strument ekonomiku.", "Kemm konna ngħidu li mhuwiex an accounting exercise u nsemmu biss kemm se jonfoq kull ministeru eċċ. Niftakar li l-istruttura tal-baġit kienet imqassma bill-Ministeri u mhux bl-oġġettivi bħal to make work pay, jew biex tqassam il-ġid, jew biex tinċentiva l-investiment.", "Le, kienu jimxu bil-ministeri.", "Għall-kuntrarju, il-baġit aħna għamilnieh strument ekonomiku.", "Ma niddejqux ngħidu li t-talba biex it-taxxa tonqos minn 35% għal 25% saret lill-Gvern Nazzjonalista.", "Fil-fatt Gvern Nazzjonalista kien wegħedha però ma setax iwettaqha.", "Imbagħad tlajna aħna u l-ewwel ħaġa li għamilna kienet li bdejna nwettquha.", "Din il-miżura għamilnieha fuq medda ta' tliet snin.", "Switilna l-flus imma konna persważi li se tkun l-ewwel ġebla fundamentali biex ninkoraġġixxu l-middle class joħorġu minn qoxorthom.", "Lil dawn aħna għednielhom: Aħna se ngħinukom, nemmnu fil-bżulija tagħkom u se ninkoraġġukom billi naqtgħu t-taxxa minn 35% għal 25% fuq medda ta' tliet snin.", "Wegħda oħra u miżura importanti kienet li wara li nnaqqsu l-income tax, innaqqsu t-taxxa overall tal-pajjiż.", "Dan billi nżommu s-settur pubbliku in check u billi nċekknu t-taxxa b'mod relattiv għaliex ovvjament il-piż huwa relattiv ukoll.", "Inti jekk se twaqqa' l-piż tat-taxxa fil-pajjiż u s-settur pubbliku tħallih jitla' bħala perċentwal, tispiċċa b'defiċit enormi.", "Għaldaqstant ħadna ħsieb li nnaqqsu t-taxxa b'mod relattiv.", "Fil-fatt, id-defiċit mhux talli niżel talli sparixxa u dar għal surplus.", "Imbagħad kellna l-figuri.", "Dawn għandna ngħiduhom għax dawn importanti.", "Tridu tifhmu li kull miżura tal-baġit saret bi ħsieb.", "Dan anke tkellimna fuqu fl-Ewropa u wrejniehom kemm kellu effett.", "Kieku aħna konna tal-lemin, lil dawk li kienu fuq il-benefiċċji konna naqtgħuhomlhom u malajr imorru jaħdmu imma le, għamilna patt magħhom u għednielhom li meta jsibu x-xogħol, iżommu parti mill-benefiċċji billi jżommu 'l fuq minn 60% fl-ewwel sena, 40% fit-tieni sena, 25% fit-tielet sena, imbagħad jaqgħu fuq l-In-Work Benefit.", "Ir-rispons kien li bejn 4,000 u 6,000 ruħ li kienu long-term unemployed jew fuq is-single parent benefits u benefiċċji oħrajn daħlu għal dan it-tapering programme.", "Dan kien importanti taħt il-programm making work pay.", "Ta' min jgħid li l-In-Work Benefit kien innovattiv ukoll.", "Bħalissa fl-Ingilterra hemm kontroversja fuq il-prinċipju wara dan il-benefiċċju, ċjoè fuq il-prinċipju li l-gvern m'għandux jindaħal fis-suq tax-xogħol ħlief fejn ikun hemm kwestjonijiet ta' kondizzjonijiet, bħal pereżempju li l-paga minima titla' kif miftiehma.", "Lil hinn minn dan, il-gvern m'għandux jipprova jiddeffes imma għandu jħalli s-suq jaħdem skont kemm jiflaħ in-negozju.", "Wara kollox hemm il-unions biex jiġġieldu għall-ftehim kollettiv.", "Madanakollu l-gvern imbagħad jista' jpatti bl-In-work benefit.", "Fil-fatt, l-In-Work Benefit primarjament kien 'il fuq miċ-Children's Allowance, fis-sens li filwaqt li ċ-Children's Allowance qiegħda kważi għal kulħadd, l-In-Work Benefit qiegħed biex ninkoraġġixxu t-tieni ġenitur joħroġ jaħdem u allura nwiżnuh billi nagħtuh kumpens ta' €1,200 fis-sena.", "Iċ-childcare b'xejn ukoll jagħmel kuraġġ kbir lill-ġenituri biex joħorġu jaħdmu minħabba l-ispiża kbira li jinvolvi.", "Fil-fatt l-ispiża tammonta għal bejn €3,500 u €6,000 però l-medja f'pajjiżna qiegħda li l-Gvern joħroġ €5,000 għal kull wild taħt it-tliet snin to make work pay.", "Dawn huma l-pedamenti tal-making work pay!", "Wara dan kollu qed inkomplu nibnu t-tieni tappa, fejn il-piż tat-taxxa fuq il-GDP qed jinżel u l-istess fir-rigward tas-settur pubbliku.", "L-istess għamilna fil-qasam taż-żgħażagħ.", "Ma naħsibx li l-fatt li għandna t-tieni l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ wara l-Ġermanja ġie mix-xejn!", "Dan ġie għax nidejna programmi serji ta' taħriġ u li jgħinu lil dak li jkun isib xogħol.", "Nidejna programmi li jgħinu biex iż-żgħażagħ ma jkunux mormija u jispiċċaw id-dar mingħajr ebda ħiliet.", "Nammetti li għad baqa' ħafna xi jsir, speċjalment fuq l-early school leaving, però anke hawn il-figuri qed juru biċ-ċar li hemm titjib.", "Biss biss jekk nieħdu l-illitteriżmu, minn 28% dan niżel għal 13%, jiġifieri hemm progress.", "Issa l-mira Ewropea hija 10% u allura baqa' ħafna x'nagħmlu biex naslu għaliha imma tal-inqas dan il-Gvern għamel progress.", "It-tielet kolonna huma l-finanzi pubbliċi.", "Lit-taxpayer wieħed irid iserraħlu moħħu li flusu qed jintużaw sew.", "Għaldaqstant aħna qed nagħtu rendikont.", "Kien proprju għalhekk li stedinna lill-IMF biex iżuru pajjiżna u jeżaminaw it-trasparenza fiskali.", "Dawn ġabu erba' esperti, wieħed minnhom mill-Ġappun u he was very thorough għax ra l-kotba, ra r-rapporti tal-istituzzjonijiet parastatali u ra wkoll il-consolidation.", "F'dan ir-review morna tajjeb; ġejna eżaminati fuq 35 test u ġibna marka li tikkompara sew ma' tal-Ingilterra, tal-Irlanda u ta' pajjiżi oħra Ewropej.", "Dan huwa dokument pubbliku u jinsab fuq il-websajt tagħna.", "Aħna kburin li għaddejna minn dak ir-review li tlabna aħna stess.", "Dan juri li f'dik li hija trasparenza fiskali u f'dak li huwa rapportaġġ, il-Ministeru għall-Finanzi miexi bl-aħjar standards Ewropej u globali.", "Il-prova tal-finanzi sodi qiegħda fil-fatt li llum qed isir dak li qatt ma sar f'35 sena.", "U xi viżjoni kien hemm!", "Meta tissellef u s-self iżid b'mod assolut u b'mod relattiv id-dejn ma jkunx hemm viżjoni!", "Hemm ukoll il-fatt li d-deficits huma xi ħaġa tal-passat.", "Dawn mhux waqgħu sena u erġajna żlaqna bħalma kien jagħmel il-Gvern ta' qabel li issa qiegħed fl-Oppożizzjoni.", "Il-Prim Ministru qal sew; jekk trid tkun taf meta saret elezzjoni f'Malta għandek tara meta sar defiċit eċċessiv!", "Fil-fatt, meta dħalna fi proċedura ta' defiċit eċċessiv kienet saret elezzjoni qabel.", "Dakinhar ma kienx hemm kontroll, anzi kien hemm paniku sħiħ u r-raġunament tagħhom kien: Onfoq, imbagħad ara wara.", "Meta tidħol fil-proċedura ta' defiċit eċċessiv jiżdiedu t-taxxi u jissikka ċ-ċinturin.", "Mhux ta' b'xejn li l-poplu kien jibża' mill-baġits u kien jgħid: Ġejja tagħna!", "Dan kontra dak li qed isir dan l-aħħar.", "Dawn l-islippages huma sintomi ta' paniku li kien jaqbdu l-Gvern ta' qabel kull darba li jrid jiffaċċja elezzjoni.", "Ir-raba' kolonna fir-roadmap tagħna hija l-istabilità ekonomika.", "Ħafna nies forsi ma tantx jifhmuha.", "Ngħid biss li meta tlajna fil-gvern l-Unjoni Ewropea kellha lil pajjiżna f'żewġ proċeduri ta' penalties, waħda tad-defiċit eċċessiv u l-oħra tal-istabilità makroekonomika jew in-nuqqas tagħha.", "L-Unjoni Ewropea għandha alert mechanism u meta l-bozoz minn ħodor isiru ħomor ikun ifisser li qed jikber id-dejn, mhux biss tal-Gvern imma anke tal-privat, inkluż dejn mal-banek, dejn fuq il-proprjetà eċċ. u qabel ma tlajna fil-gvern tant xegħlu bozoz li daħħluna f'din il-proċedura ta' nuqqas ta' stabilità makroekonomika.", "Illum però din mhux talli ħriġna minnha f'perjodu ta' sena u nofs, talli l-World Economic Forum poġġa lil pajjiżna fl-ewwel post f'dik li hija stabilità makroekonomika!", "Din hija importanti, għax hija waħda minn dawk il-bnadar li tattira l-investiment barrani.", "Għalhekk huwa importanti r-rwol tal-Kummissjoni Ewropea, tal-IMF u tar-rating agencies bħal Standard & Poor's, Fitch Ratings, Moody's u DBRS.", "Issa nispera li l-Oppożizzjoni ħadet it-tagħlima li lil dawn ma tistax tinjorahom meta jiġu f'pajjiżna.", "Anzi, dawn għandek tiltaqa' magħhom anke barra mill-pajjiż u trid tkun trasparenti u turihom x'inhuma n-nuqqasijiet tal-ekonomija Maltija.", "Fi kliem ieħor, trid tkun open magħhom u tammetti x'nuqqasijiet għandek filwaqt li turihom kif se tasal.", "Sitt xhur jew sena wara mbagħad terġa' tmur u turihom fejn irnexxielek u fejn għadek ma wasaltx.", "L-accountability baġitarja hija parti mill-viżjoni ta' dan il-Gvern u huwa importanti ħafna li l-miżuri jkunu enumerati u mhux kollox wishy-washy.", "Morru arawhom il-baġits ta' qabel l-2013 u araw kif m'hemm xejn enumerat.", "Accountability ta' xejn ma kien ikun hemm, mentri aħna qed isir eżerċizzju on its own right mill-Uffiċċju tal-PPS u on a monthly basis qed iżomm kont tad-delivery tal-miżuri baġitarji.", "L-accountability aħna tant neħduha bis-serjetà li kull Ministru u kull Segretarju Parlamentari jrid jagħti rendikont kull xahar ta' fejn waslu l-miżuri li ġew imwiegħda fil-Baġit għal dik is-sena, kemm twettqu, kemm ma twettqux, kemm twettqu b'mod parzjali jew inkella jekk hux qegħdin f'kontinwità għas-sena ta' wara.", "Niġi għall-kwestjoni tal-ġid li skont xi wħud mhux qed jitqassam sew.", "Il-mod kif jitqassam jgħidulna l-poplu però min-naħa tiegħi nista' ngħid li meta naslu biex nagħrblu l-miżuri tat-tqassim tal-ġid, il-prijoritjaiet nagħmluhom skont l-impatt pożittiv fuq iż-żgħir, bħal pereżempju l-pensjonanti.", "Morru aqraw ir-rapport tal-kumitat dwar ir-riforma tal-pensjonijiet.", "Dan jipproponi ħafna miżuri imma aħna ma ridniex li nagħtu lil ċerta kategorija u mbagħad is-sena ta' wara nagħtu li dawk sa 75 sena u s-sena ta' wara nagħtu lil dawk sa 80 sena.", "Aħna għedna li l-ewwel ma jibbeneifka huwa dak li qiegħed l-aktar 'l isfel u għalhekk tellajna l-minimum pension value u rajna li kull min f'pajjiżna kkontribwixxa billi ħallas il-bolla, tal-inqas ikollu moħħu mistrieħ li qed jaqla' l-pensjoni minima.", "Dan il-minimu tellajnieh b'mod sostanzjali u kull sena qegħdin ngħolluh.", "Din id-darba għollejnieh b'€2.70 u mal-COLA niġu li għollejnieh b'€4.50.", "Is-sena l-oħra għollejnieh bl-istess ammont u allura qegħdin inkomplu ntejbu s-sitwazzjoni tal-pensjonant, imma bdejna miż-żgħir u għalhekk ma niskantax li l-istatistika turi li l-faqar f'Malta nieżel.", "Dan nieżel għax il-miżuri huma tuned għal dak il-għan.", "Issa kif jekk tippjana biex tgħin liż-żgħir se tispiċċa tgħin lill-kbir ukoll?", "Jekk taqta' t-taxxa minn fuq tibda tgħin lill-kbir imma lanqas it-tax refund m'għamilna hekk.", "It-tax refund għamilnieha b'mod li ta' fuq jieħu l-inqas jew xejn mentri ta' isfel, inkluż min ma jħallasx it-taxxa, jieħu l-iżjed.", "Dak huwa l-prinċipju tan-negative income tax u hemm artiklu dwar dan fl-aħħar ħarġa tar-rivista The Economist.", "Din hija xi ħaġa li aħna emminna fiha mill-bidu, semmejnieha fil-programm elettorali u issa qegħdin nattwawha.", "L-istess is-sussidju fuq il-kera.", "Dan huwa intiż għaż-żgħir.", "Issa se nitilgħu aktar 'il fuq sabiex anke l-middle income class tibda tgawdi minn dan il-benefiċċju fuq il-kera mingħajr ebda stigma ta' ġuramenti u dikjarazzjonijiet ħlief ta' dak li huwa dħul.", "Lit-tfal ilqatniehom sew bl-In-Work Benefit u din is-sena biċ-Children's Allowance.", "Ħsibna wkoll fil-persuni b'diżabilità li kienu minsijin.", "Mhux se nidħol fil-miżuri kollha imma li rrid ngħid huwa li l-aċċenn kien dejjem fuq in-nies vulnerabbli fis-soċjetà Maltija.", "L-istess rigward l-anzjani fi djarhom.", "Tellajna b'mod sostanzjali l-għajnuna lill-famiji u anke lil nies minn barra l-familja li lesti li jgħinu lill-anzjani.", "Dik kienet miżura importanti u kellha impatt pożittiv.", "Barra li tnaqqas il-pressjoni fuq l-istituzzjonijiet tal-anzjani, din il-miżura tgħin biex l-anzjani jgħixu fid-dar li dejjem għexu fiha u kuntenti li jibqgħu jgħixu fiha sakemm saħħithom tippermettilhom.", "Imbagħad naraw il-prijoritajiet fuq il-familja.", "Naħseb li m'hemmx miżura li bbenefikaw minnha l-familji aktar minn dik tal-ġurnata leave.", "Il-familja, li issa qed tgawdi aktar dħul, tista' tgawdi dak id-dħul billi toħroġ flimkien u ttirrikrea ruħha.", "Din hija t-tieni sena li qegħdin nagħtuha l-ġurnata leave li tant nemmnu fiha.", "Sinjura President, fl-aħħar nett irrid nitkellem fuq l-investiment.", "Il-magna tat-tkabbir huwa l-investiment kapitali, speċjalment dak privat.", "Dan huwa l-investiment dirett u mhux il-popolazzjoni.", "Il-Gvern qabel kien jibbaża biss fuq l-uffiċċji tal-Malta Enterprise.", "Dawn huma tajbin u qegħdin ninvestu fihom, imma ara x'differenza meta jkollok il-finanzi fis-sod, meta jkollok ekonomija progressiva, meta jkollok suċċess li jasal mad-dinja kollha.", "Ir-ratings kulħadd jaqrahom.", "L-upgrades li tingħata Malta kulħadd jinnotahom u dawn iwasslu biex l-investiment jiġri warajna u mhux aħna niġru wara l-investiment.", "L-aħħar ħaġa li forsi ma ssibhiex bħala xi kolonna għaliha imma qiegħda hemm, bħall-arja li nieħdu, hija l-kapaċità tal-Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet.", "Irridu niftakru li l-aħħar Gvern Nazzjonalista ma rnexxiex għax ma setax jieħu deċiżjoni.", "Dan dejjem kien jipposponi.", "Kien jitfa' kollox taħt it-tapit biex la jieħu xi żball u lanqas ma jiġi kkritikat.", "Dan il-Gvern jeħodhom id-deċiżjonijiet u l-isfidi jidħol għalihom.", "Iva jiżbalja, ovvja, min ma jiżbaljax huwa min ma jeiħux id-deċiżjonijiet.", "Pereżempju issa qed niffaċċjw sfidi ġodda, fosthom it-toroq, il-proġetti kbar, il-waste management u l-enerġija rinnovabbli.", "Hija verament ħasra li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jinjora dan kollu.", "Għandu eżempju ta' suċċess quddiemu li l-barranin jixtiequ jkunu jafu iżjed dwaru.", "Dan l-eżempju qiegħed quddiemu u ma jridx jarah, ma jridx jisma' bih.", "Minflok qed jagħżel li jivvinta u jsemmi dak li jara li jimxu bih f'pajjiżi oħra.", "Lanqas ideat kreattivi għat-titolu tal-pre-budget document ma baqgħalna.", "Fl-24 ta' Settembru ħareġ ktieb u fl-10 ta' Ottubru ħareġ il-pre-budget document u t-tnejn jisimhom l-istess: An Economy for the People by the People.", "U kieku ħareġ bih il-Partit Nazzjonalista forsi nifhimha imma jien rajt xi ħaġa simili l-Ingilterra!", "Ħareġ dokument fl-24 ta' Settembru, għoġobhom u qalu: Mela dan ikun it-titlu tad-dokument tagħna, Economy for the People by the People.", "Dan se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Lanqas kreattività għal titolu ma fadlilhom!", "Kellu bżonn li l-ideat ekonomiċi li huma tajbin jiġu kkopjati wkoll, inkluż dawk li rnexxew f'pajjiżna, u mhux nivvintaw fissazzjoni fuq l-immigrazzjoni!", "L-ebda pajjiż ma jista' jibqa' jikber bħalma jikber fil-bidu.", "Lanqas l-Awstralja u l-Kanada ta' wara l-gwerra bl-immigrazzjoni li kellhom.", "Illum se tipparaguna ma' dak iż-żmien?", "Illum huwa l-pajjiż li qed jagħmel id-domanda fuqhom u huma l-employers li qed jitolbuhom.", "Issa jkunux mill-Unjoni Ewropea jew minn barra xorta huma nies.", "Id-differenza hija li dawk li huma mill-Unjoni Ewroepa m'għadniex kontroll fuqhom u ma nistgħux ngħidulhom biex ma jiġux.", "Aħna mmorru fl-Ewropa kemm irridu u meta rridu, u hekk għandu jkun għax din hija l-Unjoni Ewropea.", "Allura x'jiġifieri huma ma jistgħux jiġu hawn?!", "Mela veru kellna kontradizzjoni meta kellna l-kwestjoni tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea!", "Fil-fatt, niftakarni ngħid with tongue in cheek li veru qegħdin tajjeb f'pajjiżna!", "Mela min suppost kellu jara l-ħaddiem, il-benefiċċji soċjali u l-vantaġġ li nkunu fl-Ewropea kien kontra u min kien fin-negozju u jaf li se jkollu jikkompeti ma' barra u ma' min jiġi f'pajjiżna kien favur!", "Il-Partit Laburista rrealizza u aċċetta d-deċiżjoni tal-poplu u qed jieħu l-benefiċċji tagħha.", "Min-naħa l-oħra n-negozju għadu urtat bil-kompetizzjoni li tiġi.", "Huwa veru li mhux qed ikun hemm a level playing field.", "Dik hija xi ħaġa li wieħed irid jaraha, imma ma jistgħux iżommu l-kompetizzjoni li tiġi mill-Ewropa, tiġi kif tiġi.", "Tiġix bil-baħar jew bl-ajruplan jew fuq l-internet, il-kompetittività qiegħda hemm u issa ma tistax toqgħod tgerger.", "Għalxejn noqogħdu ngħidu fuq l-immigrazzjoni.", "Ikkonċentraw fuq l-Ewoprej.", "Pajjiżna għandu bżonn in-nies biex tikber il-mano d'opera u l-employers qed jitolbu li jkollhom aktar ħaddiema u billi pajjiżna huwa parti mill-Unjoni Ewropea, l-Ewropej jiġu għax jaraw li għandhom opportunità.", "Meta ma jibqax ikun hawn opportunità jerġgħu jmorru lura.", "Ħadd ma jrid joqgħod hawn u jkun unemployed.", "Anke l-Maltin, meta l-Kanada kien hemm l-unemployment ftit minhom ġew lura lejn pajjiżna, aħseb u ara fl-Unjoni Ewropea li hi pass 'il bogħod, speċjalment fil-każ tat-Taljani li qed isibu xogħol f'Malta u huma partners magħna.", "Dan is-sensazzjonaliżmu fuq l-immigrazzjoni huwa verament vojt għax inti trid timxi skont kif tkun sejra l-ekonomija.", "Jekk l-ekonomija għandha bżonn li jiġu, dawn jiġu, imma jekk m'għandhiex bżonnhom, ma jiġux jew jerġgħu jmorru lura.", "Huwa inġust u misleading li wieħed jgħid li n-nies mhux qed jibbenefikaw mill-ekonomija.", "Veru li l-barranin ikollhom bżonn l-isptarijiet għax iweġġgħu bħal kulħadd, dawn mhumiex robots, imma fil-maġġoranza tagħhom huma żgħażagħ li m'għandhomx il-problemi tal-anzjani f'pajjiżna.", "Aktar minn hekk, dawn iħallsu l-bolla avolja l-probabbiltà hija li lanqas jistgħu jibbenefikaw minnha, u dan apparti li jħallsu t-taxxi.", "L-aħħar figura kienet ta' madwar €100 miljun.", "Ma nistgħux nimmaġinaw kif jistgħu l-anzjani ma jkollhomx l-għajnuna tal-barranin li huma dedikati u jieħdu ħsiebhom u, sfortunatament, ma jsibux Maltin biex jieħdu posthom.", "Sinjura President, qed taraw quddiemkom pajjiż li rnexxielu jagħmel bidla kbira.", "Dan għamlu bi pjan.", "Hemm fatturi tajbin u hemm oħrajn li nistgħu ngħidu jekk wieħed irid jevitahom, jevitahom imma ma tistax tgħid li dan huwa Gvern li m'għadnux viżjoni, jew li qiegħed fid-dlam, jew bla roadmap u dawn l-affarijiet kollha.", "Fil-bidu fissirna pass pass fejn wasalna u fejn baqgħalna naslu.", "Nafu li baqgħalna fejn naslu.", "Il-Prim Ministru jgħidha bil-miftuħ li hawn kemm hawn suċċess, baqgħalna biex naslu.", "Ġejna l-ewwel fl-Ewropa f'dak li hu tkabbir u f'dak li huwa livell ta' employment growth imma m'aħniex fil-livell ekonomiku tal-Ġermanja.", "Aħna nixtiequ li naslu biex nikkonverġu mal-pajjiżi sinjuri tal-Ewropa.", "Il-kelma teknika hija \"konverġenza\" li tfisser fejn tiltaqa'.", "Issa f'dan il-każ pajjiż qed jikber bil-mod u l-ieħor qed jaċċellera, qishom missier u iben fejn l-iben għalkemm huwa żgħir, qed jaċċellera u fl-aħħar jilħaq it-tul ta' missieru.", "Aħna hekk nixtiequ, li nikkonverġu mal-pajjiżi sinjuri tal-Ewropa.", "Aktar ma r-rata tkun għolja, aktar nikkonverġu malajr, u aktar ma tkun baxxa bħalma kienet bejn l-2000 u l-2012 meta l-medja tagħha kienet baxxa, inqas se nikkonverġu.", "Ejja ma nesaġerawhiex, mhux se noqgħod nidħol fejn waqgħet, imma l-medja tagħha kienet xejn aktar differenti minn dik fl-Unjoni Ewropea u allura ma konna se nikkonverġu qatt għax konna paralleli.", "Il-Ġermanja tikber bi 2% u Malta tikber bi 2% u allura ma konna se naslu qatt, imma meta żżid, għandek iċ-ċans li tasal.", "Sinjura President, għalxejn joqogħdu jgħidu li Malta ggwadanjat għax id-dinja kienet sejra tajjeb.", "Mela mhux kulħadd għajnejh f'wiċċu?", "Għexna l-għaxar snin ta' wara l-kriżi globali finanzjarja tal-2008 u għadna nbatu l-konsegwenzi sal-lum.", "Il-Greċja għadha bil-problemi.", "Rajna wkoll x'ġara fi Spanja u fl-Irlanda.", "Dak kien l-aħjar żmien għall-Ewropa?", "Mela ejja nammettu li dan il-Gvern ġab dan is-suċċess lejn pajjiżna għax għamel l-affarijiet bil-ħsieb u bil-għaqal.", "Finalment inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-faċċata u tal-paġna ta' wara tal-pubblikazzjoni \"An Economy for the People, by the People\" maħruġ minn New Economics Foundation.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Finanzi hija konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li għandha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "Fil-5.06 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapportat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Finanzi kienet ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, kienu posposti għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ il-Ministru Edward Scicluna biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista – Estimi Ġenerali 2019", "It-Tielet Jum Stabbilit - Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar", "Vot 11 – Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar", "Vot 12 – Kummerċ", "Vot V – Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar – Kapital.", "Abbozz Nru 58 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Tielet Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li f'din is-seduta, mistoqsijiet parlamentari jistgħu jsiru bejn is-6.00 p.m. u s-6.30 p.m. u l-ħin tal-aġġornament ma jitteħidx.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fil-5.08 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181031_152d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 739 u jgħid kemm-il impjegat ġdid, full-time jew part-time, ġew impjegati minn kull entità li għaliha huwa responsabbli, bejn l-1 ta' Marzu 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta' konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta' konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali u mill-għaqdiet/assoċjazzjonijiet ta' żviluppaturi?", "X'inhu l-ħlas rispettiv?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta' kull żjara?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk u sa meta ser jippreżenta l-Lawyers' Act li ilu jwiegħed mill-aħħar leġislatura?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-Pjazza ta' Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-Pjazza msemmija?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward intervent fuq spalltu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jiġi rifjutat milli jidħol f'dar tal-gvern meta saħħtu qed tmur lura?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jinvestiga l-każ ta' ħruq fi Triq il-Merħba l-Fgura, liema green area fiha l-ħarrub miżrugħ fiha?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, matul is-sena 2018, liema festivals tematici ġodda saru għall-ewwel darba f'Għawdex?", "F'kull każ, minn min ġie organizzat kull festival tematiku ġdid li sar għall-ewwel darba?", "Kemm kienet l-għajnuna li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex għal kull wieħed minn dawn il-festivals tematici ġodda?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm għaqdiet sportivi f'Għawdex li bbenefikaw minn xi għajnuna finanzjarja?", "F'kull każ, liema kienu dawn l-għaqdiet u x'kien l-ammont finanzjarju li ħadu?", "X'kien l-iskop ta' kull għajnuna li ngħatat?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-taraġ li jwassal għal Pjazza San Franġisk u d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem u dan peress li fil-Baġit li nqara sena ilu kien ntqal \"Proġetti kapitali li kienu nbdew fil-Leġiżlatura li għaddiet, bħat-taraġ ta' San Franġisk u d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, għaddejjin bil-proċess tas-sejħiet tal-offerti, biex dawn il-progetti jiġu finalizzati\"?", "Peress li għaddiet sena minn meta nqara dak il-Baġit, tista' l-Ministru tgħid jekk dawn il-proġetti ġewx finalizzati?", "Jekk le, tista' tgħid x'xogħol sar matul din is-sena fuq dawn il-proġetti?", "Tista' tgħid meta se jibda jintuża t-taraġ ta' Pjazza San Franġisk u meta d-Dar tal-Anzjani se tilqa' l-ewwel anzjani?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk il-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u sajjieda li kellhom isiru fil-farm sperimentali tal-Gvern f'Għawdex matul is-sena 2018, sarux?", "Jekk iva, x'inhuma dawn il-faċilitajiet ġodda u meta bdew jintużaw?", "Kemm kienet l-ispiża fuq dawn il-faċilitajiet ġodda?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr li skont l-aħħar Baġit kellu jsir fuq l-Għar ta' Calypso u fuq l-Akwedott tar-Rabat, Għawdex?", "Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża s'issa fuq dan ir-restawr u meta hu mistenni li jitlesta?", "Meta hu maħsub li l-Għar ta' Calypso jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan fejn hu ppjanat li jsir il-Park and Ride li jkun jagħti għar-Rabat, Għawdex?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dan il-proġett jew kopja tal-applikazzjoni jekk għadha ma ġietx approvata?", "Tista' tgħid min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett u kemm tħallas s'issa u kif intgħażel il-perit għal dan ix-xogħol?", "Kemm hu ppjanat li jesa karozzi dan il-Park and Ride?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm se jdumu out of stock, it-thyroid tablets Carbimazole 5?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-produzzjoni tal-opra 'Aħna Refuġjati' li ttellgħet fuq il-Fosos tal-Furjana fil-31 ta' Awwissu u t-2 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid kemm ingħataw biljetti complimentary, kemm inbiegħu biljetti u kemm kien id-dħul?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha żmien titħabat biex tidħol f'home?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-Qorti dwar l-istess każijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex, kemm-il spazju għal parkeġġ se jintuża għall-proġett \"Car2Go\" u li dwaru l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ffirmat ftehim ma' kumpanija privata f'Ottubru 2017?", "Għal kull lokalità f'Malta u f'Għawdex, jista' jindika l-ismijiet tat-toroq u n-numru ta' parkeġġi li se jintużaw għal dan l-iskop f'kull imsemmija triq?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-proġett \"Car2Go\" u li dwaru l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ffirmat ftehim mal-kumpanija jew kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat saret mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' l-Ministru tagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u tindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inventarju komprensiv ta' għajnuna mill-istat li l-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat huwa obbligat li jistabbilixxi u jaġġorna skont l-artikolu 58 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozju (Kap. 325 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fit-28 ta' Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena.", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jara li ta' kuljum jattendi uffiċjal tal-komunità ħdejn id-daħla tac-Childcare Centre li hemm fi Triq Qasam Barrani l-Mellieħa peress li sa ftit taż-żmien ilu kien ikun hemm uffiċjal jidderieġi t-traffiku mit-07.45am sat-8.15am, u mis-1.45pm sas-2.15pm?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-komunità fuq kontravenzjonijiet relatati mal-ambjent minn Jannar 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet lil xufiera li jkunu qegħdin isuqu bil-mod fuq dik li hija magħrufa bħala l-fast lane fit-toroq Maltin u Għawdxin minn Jannar 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu blue badge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm ittieħdu blue bladge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jagħti anke total ta' blue badge stickers li kienu maħruġa f'Malta u Għawdex mis-sena 2008 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu ta' sigħat li jistgħu jaħdmu l-piloti skont liġijiet internazzjonali?", "Jista' jgħid kemm qegħdin jaħdmu sigħat il-piloti tal-Air Malta?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara u eżempju ta' dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.", "218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta \"€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051\" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, tista' l-Ministru tgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jitnaqqsu l-isterjotipi tal-ġeneru u s-sessiżmu hekk kif identifikat fl-istrategic objective 1 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna nipprevjenu u niġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa u l-Vjolenza Domestika hekk kif identifikat fl-istrategic objective 2 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex in-nisa f'pajjiżna jkollhom aktar aċċess ekwu għall-ġustizzja hekk kif identifikat fl-istrategic objective 3 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jinħoloq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hekk kif identifikat fl-istrategic objective 4 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jiġu protetti d-drittijiet ta' nisa u bniet emigranti hekk kif identifikat fl-istrategic objective 5 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk inħolqitx l-iskema ta' investiment għal teatri lokali, u jekk iva meta nħolqot u jgħid kemm-il entità gawdiet minn din l-iskema u liema huma dawn l-entitajiet li gawdew minn din l-iskema?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħareġ sabiex is-settur privat ikun jista' jressaq proposti għar-riġenerazzjoni tal-Binja Evans u taċ-Ċentru tal-Eżamijiet ħdejn il-Forti Sant'Iermu?", "Jista' jgħid ukoll kemm-il proposta rċieva u liema ntgħażlet?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-programm għal artisti żgħażagħ immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti?", "Kemm-il proġett ġie megħjun b'dan il-programm, u kemm-il artist qiegħed isegwi programm ta' apprentistat u/jew mentoring bl-għajnuna ta' dan il-programm?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema hija dik l-iskema li kellha titnieda sabiex jiġu rranġati l-aperturi u l-gallariji tal-bini li jagħti fuq il-Kavallier ta' San Ġwann u Triq l-Ordinanza?", "Jista' jgħid kemm-il aperturi u gallariji ġew irranġati taħt din l-iskema?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Estimi Ġenerali 2019 – Kumitat ta' Provvista", "It-Tielet Jum Stabbilit - Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar", "Vot 11 - Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar", "Vot 12 - Kummerċ", "Vot V - Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar - Kapital", "Abbozz Nru 58 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji – Tielet Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "(Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018)", "31 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018 fis-2.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPE,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar ir-Rapport Annwali u r-Rapport fuq l-Attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2017, u l-Landscape Review: Putting EU Law into practice.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\"", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "31 ta' Ottubru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181031_153a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "L-Erbgħa, 31 ta' Ottubru, 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 152, li saret fil-31 ta' Ottubru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport magħmul mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika intitolat \"Follow-up Reports by the National Audit Office 2018\", datat Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ENTITAJIET – IMPJEGATI ĠODDA", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 739 u jgħid kemm-il impjegat ġdid, full-time jew part-time, ġew impjegati minn kull entità li għaliha huwa responsabbli, bejn l-1 ta' Marzu 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi bejn l-1 ta' Marzu 2017 u t-3 ta' Ġunju, 2017 ġew impjegati 78 ħaddiem full-time u ħames ħaddiema part-time fid-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa.", "Fl-Isptar Boffa, fl-Entitlement Unit, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fin-National Blood Transfusion Centre, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fis-CPSU u fl-Isptar Karin Grech ġiet impjegata persuna waħda f'kull entità, fl-Isptar Mater Dei 27 persuna, fl-Isptar Monte Carmeli sitt persuni, fl-Information Management Unit u fil-POYC ġew impjegati żewġ persuni f'kull unit, 31 persuna mal-Foundation for Medical Services u fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija u fid-Dipartiment tal-Kura Primarja erba' persuni.", "Dawn l-impjegati jinkludu, fost l-oħrajn, nurses, tobba u dentisti, qwiebel, spiżjara, allied health professionals u speċjalisti fl-IT.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ftit tax-xhur ilu dan il-Parlament approva emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni b'rabta mal-IVF.", "Jista' l-Ministru jgħid meta l-koppji Maltin u Għawdxin jistgħu jibdew igawdu minn dawn l-emendi fil-prattika?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Bħalma jaf kulħadd, wara diskussjoni twila, kemm f'dan il-Parlament kif ukoll barra minn dan il-Parlament, qabel is-sajf approvajna emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni fir-rigward tal-proċess tal-IVF.", "Jien kburi ħafna b'dawn l-emendi u kburi wkoll bis-servizzi li jagħtu l-professjonisti tagħna fl-Isptar Mater Dei.", "Bi pjaċir inħabbar li matul dawn il-ġranet twieldu tmient itrabi oħra bl-IVF.", "Minn mindu bdejna nagħtu s-servizz tal-IVF mingħajr ħlas fl-Isptar Mater Dei b'kollox twieldu 145 tarbija ġdida.", "Irrid ngħid li kellna aktar bniet minn subien.", "Għalkemm f'dan il-Parlament għandna aktar irġiel milli nisa, bl-IVF twieldu 83 tifla u 62 tifel għal total ta' 145!", "Wara li għaddejna dawk l-emendi, matul is-sajf ippreżentajna l-protokolli l-ġodda ta' kif trid titħaddem il-liġi fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, liema emendi ġew approvati b'mod unanimu.", "B'hekk, fl-1 ta' Ottubru 2018 daħlu fis-seħħ l-emendi l-ġodda tal-IVF.", "Nixtieq ngħid li bħalissa għandna 34 koppja li għaddejjin mill-proċess tal-IVF taħt il-liġi l-ġdida.", "Dawn huma kolla ġenituri prospettivi li permezz tal-emendi li għamilna se jkunu qegħdin igawdu minn possibbiltà akbar li jsiru ommijiet u missirijiet u joħolqu familja.", "Il-liġi tgħid li fejn tidħol il-possibbiltà tal-iffriżar tal-embrijuni, il-koppji li jkunu qegħdin jissottomettu lilhom infushom għall-proċess tal-IVF, fil-bidu tat-trattament għandhom jintalbu jagħżlu li jew jekk ikun hemm bżonn jużaw is-servizz tal-embryo freezing, jew li ma jużawhx.", "Minn 34 koppja li bdew it-trattament tal-IVF taħt il-liġi l-ġdida, 27 koppja għażlu li jekk ikun hemm bżonn, jużaw it-trattament tal-embryo freezing.", "Dan juri li din hija liġi li mhux biss ridna aħna bħala Gvern, imma hija liġi li riedu l-maġġoranza assoluta tal-koppji li għaddejjin minn dan il-proċess.", "Nerġa' ngħid li bil-liġi l-ġdida li daħlet fis-seħħ minn dan ix-xahar, diġà għandna 34 koppja li qegħdin jgħaddu minn dan il-proċess, fejn 27 minnhom iddeċidew li jekk ikun hemm bżonn, jaċċessaw is-servizz tal-embryo freezing.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: Dan l-aħħar smajna li kien hawn mussels li kienu infettati bil-cholera li daħlu fis-suq lokali.", "Naf li l-Gvern ħa passi permezz tal-Health Promotion Unit biex dawn jiġu rtirati mis-suq iżda peress li għad hawn ċertu element ta' biża' fost in-nies, jista' l-Ministru jerġa' jserraħ ras in-nies li l-batch ta' mussels li kienu infettati ġew irtirati kollha mis-suq lokali?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Ninsab informat li l-każijiet f'pajjiżna li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant ma kinux ta' cholera imma ta' salmonella.", "Ninsab informat ukoll li l-prodotti ma kinux laħqu ħarġu fis-suq, jiġifieri ma waslux għand il-konsumatur, u għalhekk ma kienx hemm lok li jkun hemm xi forma ta' trażmissjoni ta' dan il-mard infettiv.", "Madanakollu qed issir aktar sorveljanza fuq dawn il-prodotti li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant biex inkunu dejjem informati dwar xi hazards li jista' jkun hawn fil-pajjiż.", "Ħafna drabi, bħala pajjiż, inkunu informati minn ċentru Ewropew.", "Bħall-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea, Malta hija abbinata ma' ċentru Ewropew u jekk insibu xi ħaġa f'Malta nirrapportaw dwarha biex il-pajjiżi fl-Ewropa jkunu jafu biha wkoll.", "Bl-istess mod, jekk tinstab xi ħaġa f'pajjiż ieħor jinformaw lilna dwarha.", "F'dan il-każ hekk ġara u aħna ħadna l-passi mill-ewwel.", "Sa fejn nafu, l-ebda persuna ma ġiet f'kuntatt ma' dawn il-prodotti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Kif nafu, f'dawn l-aħħar xhur qamet aktar kuxjenza dwar il-mard mentali.", "Nafu li anke fil-Baġit tħabbar vot li permezz tiegħu se jkunu qegħdin isiru xogħlijiet infrastrutturali fl-Isptar Monte Carmeli.", "Jista' l-Ministru jgħidilna aktar dwar dawn il-pjanijiet li għandu għal dan l-isptar?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Din hija mistoqsija topika u nifhem għalfejn qed issir mill-Onor.", "L-Isptar Monte Carmeli ilu mibni għal aktar minn 150 sena iżda ftit li xejn sarlu refurbishment.", "Fil-fatt, bħala Ministru kienu rrapportawli li meta tagħmel ħafna xita, bħal-lum, kien ikun hemm xi swali u kuriduri fejn jinżel l-ilma.", "Kienu staqsewni jekk għandhomx jagħmlu kif dejjem sar għal snin twal u jerġgħu jagħtu membrane ieħor fuq li hemm.", "Kienu informawni wkoll li kien hemm kuntrattur li kellu tender miftuħ biex jagħmel il-membrane.", "Niftakar li jien kont għedtilhom li aħjar naraw eżattament x'inhu jiġri u għalfejn dieħel l-ilma.", "Fil-fatt, kienu marru l-inġiniera u l-periti u sabu li kien hemm madwar 20 lega membrane waħda fuq l-oħra!", "Is-soluzzjoni meta jkun hemm l-ilma nieżel kienet tkun li jmorru jagħtu kisja membrane u jisperaw li ma jiġri xejn!", "Għalija dak ma kenitx sitwazzjoni aċċettabbli u għalhekk, matul is-sena li għaddiet, għamilna studju tal-infrastruttura kollha tas-soqfa, tal-pedamenti, tat-travi u tas-sistemi tal-ilma u tad-dawl u fost affarijiet oħra sibna li dawn tal-aħħar għadhom mingħajr earth.", "Dan ifisser li jekk allaħares qatt xi ħadd ifettillu jdaħħal xi ħaġa, dan imut.", "Dan l-isptar għandu bżonn refurbishment qawwi.", "Nifhem li waħda mix-xewqat ta' min jaħdem f'dan l-isptar u tagħna bħala Gvern hi li kemm jista' jkun il-kura tas-saħħa mentali tinħareġ mill-Isptar Monte Carmeli, kif se jkolli ċ-ċans nispjega, però din mhix xi ħaġa faċli għax dan l-isptar fih mijiet ta' persuni u li ħafna minnhom ilhom hemmhekk għal għexieren ta' snin.", "Dawn il-pazjenti tant ilhom hemm li saru dipendenti fuq l-ambjent tal-isptar u allura ma tistax toħroġhom minn hemm.", "Għalhekk, iddeċidejna li nirranġaw dan l-isptar.", "Mhuwiex aċċettabbli li jkollna nies jgħixu fi sptar ta' din il-kondizzjoni.", "Is-sena li għaddiet għamilna ħafna xogħol ta' preparamenti, inkluż studji u pjanti ġodda.", "Il-vot kapitali tal-Isptar Monte Carmeli għas-sena l-oħra kien ta' €300,000.", "Din is-sena tellajnieh għal €6.5 miljun.", "Dan ifisser li żidnieh bi kważi 22 darba u nista' ngħid li din in-nefqa mhux se tkun għal sena waħda biss imma ninsabu impenjati li nonfqu mill-inqas €30 miljun fuq dan l-isptar.", "Biss nafu li dan mhux biżżejjed!", "Dan għaliex aħna nixtiequ li noħorġu n-nies mill-Isptar Monte Carmeli.", "Għalhekk, se nibnu sptar ġdid għall-kura akuta psikjatrika fl-Isptar Mater Dei, fejn diġà akkwistajna l-art u bħalissa qegħdin naħdmu fuq il-medical brief u l-pjanti strutturali biex imbagħad inkunu nistgħu nressquhom quddiem il-Planning Authority biex jibda x-xogħol fuq dan l-isptar.", "Nafu wkoll li rridu naħdmu fil-komunità, kif fil-fatt bdejna nagħmlu.", "B'dispjaċir ngħid hawnhekk li l-Kap tal-Oppożizzjoni, jumejn ilu, waqt id-diskors tiegħu tal-Baġit, kien informat ħażin.", "Konvint li ma riedx iqarraq, imma kien informat ħażin.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li taħt Gvern Laburista ma nfetħux kliniċi fil-komunità għas-saħħa mentali.", "Jien ngħidlu li madwar xahar ilu ftaħna klinika ġidida f'Ħal Kirkop għall-kura tas-saħħa mentali.", "L-istess bħalma għamilna ftit tax-xhur ilu meta ftaħna dik ta' Ħaż-Żebbuġ.", "B'hekk, qegħdin nagħtu aktar servizzi.", "Apparti infrastruttura ġdida bdejna nibagħtu wkoll psikjatri u infermiera speċjalizzati fid-djar tal-pazjenti li jkollhom problema tas-saħħa mentali biex kemm jista' jkun noħorġu l-kura barra mill-isptar tagħna.", "Kulħadd jaqbel li importanti li nkunu fattwali fl-affarijiet li ngħidu.", "Fl-istess waqt qegħdin naħdmu mat-tobba tal-familja biex għal ċerti kondizzjonijiet ikun hemm shared care, fejn mhux bilfors pazjent irid imur dejjem għand psikjatra fl-Outpatients imma bejn vista u oħra fl-Outpatients, jista' jarah it-tabib tal-familja u l-Gvern iħallas għas-servizz.", "Kif għedt ilbieraħ fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, bi paċir ngħid li fil-5 ta' Diċembru 2018 se jkollna konferenza nazzjonali miftuħa għall-istakeholders kollha, inkluż għall-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-saħħa.", "L-iskop tagħha din il-konferenza huwa li niddiskutu l-pjan strateġiku nazzjonali għall-qasam tas-saħħa mentali għall-għaxar snin li ġejjin, ċjoè għal bejn l-2020 u l-2030.", "Qegħdin naħdmu bis-serjetà fil-qasam tal-kura mentali biex nagħtu boost qawwija, mhux biss bil-paroli imma anke bil-fatti.", "Nerġa ngħid li qegħdin nivvotaw €6.5 miljun għall-kura fil-qasam mentali mit-€300,000 li kellna s-sena li għaddiet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: Nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet.", "L-ewwel nett nerġa' nagħmel referenza għall-mussels infettati għax nixtieq li l-Ministru jserraħ ras in-nies.", "Konvint li l-Gvern qed jieħu l-passi meħtieġa.", "Meta l-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) tinformana b'każijiet bħal dawn, bħala pajjiż nieħdu passi mill-ewwel.", "Jien informat li f'pajjiżna daħlu mussels li kienu infettati bil-cholera li l-Gvern ħa passi dwarhom.", "Huwa ovvju li n-nies ikunu inkwetati, għalkemm m'iniex informat li kien hemm xi każ ta' infezzjoni relatat ma' dan il-prodott.", "It-tieni, fir-rigward tas-saħħa mentali b'mod kostruttiv irrid ngħid li tajjeb li nagħmlu distinzjoni importanti ħafna bejn il-polikliniċi u l-kliniċi għas-saħħa mentali.", "Jien għamilt mistoqsija lill-Ministru dwar liema huma l-kliniċi tas-saħħa mentali li nfetħu u l-Ministru semmieli ħames kliniċi tas-saħħa mentali u ħames day centres li kollha nfetħu fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Il-Ministru ma semma l-ebda klinika ġdida li fetħet minn dan il-Gvern.", "Niġbidlu wkoll l-attenzjoni li l-kliniċi tas-saħħa mentali m'għandhomx ikunu fil-polikliniċi imma fil-komunità.", "Anzi, fl-opinjoni tiegħi lanqas biss għandna nsejħulhom kliniċi ta' saħħa mentali imma għandna nagħtuhom isem ieħor, bħal pereżempju 'Flower', biex kemm jista' jkun in-nies ma jkunux jafu li Mario Galea dieħel f'dik il-klinika għax għandu problema ta' saħħa mentali.", "F'dawn il-kliniċi suppost ikun hemm speċifikament psikologi, social workers u psychiatric nurses.", "Sa fejn naf jien, fil-klinika ta' Ħal Kirkop ma hemm l-ebda wieħed minn dawn.", "Allura importanti li nagħrfu li klinika ta' saħħa mentali għandha tkun għaliha u għandu jkun hemm staff li jkun ikkonċentrat biss fuq il-kura ta' saħħa mentali.", "Taħt din l-amministrazzjoni s'issa ma nfetħux kliniċi ġodda ta' saħħa mentali.", "Ma ġara xejn, imma tal-inqas ejja naraw x'inhi l-aħjar triq 'il quddiem.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Ħalli nibda bil-mistoqsija dwar il-mussels.", "Nerġa' ngħid li ninsab informat li ma kien hemm ebda mussels ikkontaminati li waslu għand il-konsumatur u m'hemm ebda parir li ma jittiklux mussels.", "Ovvjament bħall-ikel kollu dan irid ikun ippreparat b'mod iġeniku u skont ir-regoli, imma m'hemmx għalfejn noqogħdu nallarmaw lin-nies li hemm xi problema bil-mussels.", "Nispera li dan il-punt hu ċar għal kulħadd.", "Fir-rigward tal-kura tas-saħħa mentali fil-komunità, nifhem li kien hemm żmien meta l-Onor.", "Interpellant kien jinteressah ħafna dan is-suġġett u għalhekk nifhem li qed ikun kostruttiv fil-kritika tiegħu.", "Madanakollu jien qed ikolli pariri li jmorru kontra dak li qed jgħid.", "Fil-fatt, bl-argument tiegħu l-Onor.", "Interpellant ikkontradixxa lilu nnifsu.", "Qed ngħid dan b'mod ġenwin.", "Il-parir li qed ikolli mingħand l-esperti hu li l-kura tas-saħħa mentali m'għandhiex tkun separata minn kura għal mard ieħor.", "Ovvjament din hija waħda mill-affarijiet li rridu niddiskutu meta jkollna l-konferenza nazzjonali, fejn nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex jattendi u jikkontribwixxi fid-diskussjoni.", "Il-parir li qed ikolli hu li persuna li għandha problema ta' saħħa mentali għandha tingħata servizz fl-istess ambjent fejn persuna tingħata l-kura għal mard tal-qalb, jew tal-pulmun, jew tal-fwied.", "Fil-fatt, il-pjan tagħna huwa li nibnu sptar akut fil-kampus tal-Isptar Mater Dei ħalli pazjent li jidħol mill-bieb ta' barra tal-isptar, jekk għandu problema f'qalbu jmur fis-sala tal-qalb, jekk għandu problema fil-fwied imur fis-sala tal-fwied u jekk għandu problema psikjatrika jmur fil-binja fejn tingħata l-kura psikjatrika.", "B'hekk, ma nkunux qed naqtgħu n-nies għalihom kif kien isir qabel fl-Isptar Monte Carmeli.", "Fir-rigward tal-kura fil-komunità qed ningħata l-istess parir, ċjoè biex ma jkollniex ċentri għall-kura tas-saħħa mentali iżolati – jekk issemmihom \"Flower\" kważi aktar tagħti x'tifhem li hemm xi ħaġa differenti – imma jkunu fl-istess ambjent fejn tingħata l-kura fiżika, jiġifieri fiċ-ċentri tas-saħħa jew fiċ-ċentri l-kbar li se jkollna f'Raħal Ġdid u eventwalment fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Ovvjament jien dejjem se nħalli l-bieb miftuħ għad-diskussjoni, imma l-parir li qed ningħata mill-professjonisti u mill-esperti hu biex ma niftħux ċentri tas-saħħa mentali speċifikament għalihom, imma li jkunu integrati ma' ċentri li joffru servizzi oħrajn.", "B'hekk, il-pazjenti ma jkunux ittimbrati li għandhom xi kondizzjoni differenti mill-mard l-ieħor.", "Dan hu l-animu li qegħdin naħdmu bih.", "Huwa għalhekk li meta ftaħna klinika għas-saħħa mentali, saret f'ċentru tas-saħħa u mhux separata f'bini għaliha.", "Inkella kif irridu naqtgħu t-tabù li għad hawn dwar is-saħħa mentali?", "Il-konċett huwa differenti minn dak li kien jaħdem bih Gvern Nazzjonalista.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant mhux qed jaqbel, ma jimpurtax, imma nistiednu li jattendi għal din il-konferenza nazzjonali li se tkun miftuħa għal kulħadd.", "Stephen Spiteri bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-saħħa, imma se nistieden ukoll lill-Onor.", "Interpellant biex jiġi jiddiskuti mal-esperti u jagħmel il-punti tiegħu biex imbagħad nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Kif nafu, l-obeżità hija sfida fil-pajjiż.", "Segwejt u ħadt pjaċir nara kif fis-sajf ġie varat avviż legali biex jassigura li fl-iskejjel tagħna jkun hemm policy dwar ikel bnin.", "Jista' l-Ministru jgħidilna aktar dwar dan?", "Segwejt ukoll kif fl-Università ta' Malta nfetaħ Health & Wellness Centre.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-inizjattiva interessanti tkun estiża wkoll fi skejjel oħrajn?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Madwar sena u nofs ilu, fuq inizjattiva tal-Oppożizzjoni, għaddejna liġi f'dan il-Parlament biex indaħħlu miżuri favur il-ħajja sana bil-għan li nibdew nindirizzaw il-problema tal-obeżità f'pajjiżna, fost affarijiet oħra.", "Ħadt pjaċir li ħdimna mal-Oppożizzjoni fuq din il-liġi.", "Madanakollu min sema' d-diskors tal-Prim Ministru lbieraħ u tal-Kap tal-Oppożizzjoni lbiraħtlula jaf li hemm differenza kbira bejn il-partiti, jekk qatt kien hemm bżonn ta' konferma!", "Pereżempju jidher ċar li aħna partit li rridu l-eċċellenza f'dan il-pajjiż u rridu nkunu l-aħjar fl-Ewropa u jekk jista' jkun fid-dinja.", "Dan ifisser li mhux biss irridu li l-Maltin ikunu l-aqwa, imma rridu nġibu l-aqwa mħuħ mid-dinja kollha jaħdmu f'pajjiżna sabiex ikollna l-aħjar ideat u inizjattivi.", "Biex nagħmlu hekk, irid ikollna l-aħjar skejjel, l-aħjar infrastruttura, l-aħjar toroq u l-aħjar sptarijiet, fost l-oħrajn.", "Bi pjaċir ngħid li huwa dan li qegħdin nagħmlu!", "Biex tkun l-aħjar, irid ikollok l-aħjar nies.", "Dik hija l-viżjoni tagħna; li nkunu possibbilment l-aħjar pajjiż fid-dinja.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Oppożizzjoni jidhru li huma kuntenti li jkunu average jew kemm jgħaddu u għalhekk, jippreferu li jingħalqu għal xi ideat ġodda.", "Din hija differenza ċara bejn iż-żewġ partiti.", "Minkejja dan, hemm ħafna affarijiet fejn naħdmu flimkien u din il-liġi hija eżempju minnhom.", "Kif għedt, l-Oppożizzjoni kienet ipproponiet li ngħaddu din il-liġi, bħala Gvern rajnieha u biddilnieha wara diskussjoni twila u wiesgħa fil-kumitati u eventwalment imbagħad daħħalnieha fis-seħħ.", "Fost affarijiet oħra din il-liġi twaqqaf kumitat konsultattiv li jista' jagħti pariri lill-Ministru biex jgħaddi avviżi legali.", "Fil-fatt, fis-sajf li għadda għaddejna l-Avviż Legali Nru 266, li mbagħad ippreżentajnieh fil-Parlament fil-bidu ta' dan ix-xahar, liema Avviż Legali jobbliga lill-iskejjel tal-istat, privati kif ukoll tal-Knisja, li fil-premises tagħhom ikollhom biss ikel bnin u nutrittiv, bi ftit melħ u ftit zokkor u mingħajr ħafna xaħmijiet.", "Dan ifisser li ħelu, soft drinks, ċikkulati u pasti mhumiex permessi fl-iskejjel.", "Hemm listi ta' affarijiet li huma permessi u ta' dawk li mhumiex.", "Din hija liġi tajba u li ntlaqgħet tajjeb anke mill-pubbliku.", "Ħafna nies huma konxji li t-tfal għandhom jingħataw ikel u xorb san għal livell ta' saħħa aħjar.", "Issa waħda mill-affarijiet li rridu niddiskutu hija jekk jagħmilx sens li mill-grada tal-iskola 'l ġewwa tħalli biss ikel li huwa tajjeb imma mbagħad fuq il-bankina jew fit-triq ta' quddiem il-grada jkun hemm min qiegħed ibigħ ikel u xorb li jagħmlu ħsara lis-saħħa.", "Din hija xi ħaġa li rridu niddiskutuha flimkien.", "Nemmen li m'għandhiex tkun diskussjoni partiġjana.", "Kif għedt, ħdima flimkien bħala Gvern u Oppożizzjoni fuq din il-liġi u importanti li nkomplu naħdmu flimkien biex inkomplu nħarsu s-saħħa ta' uliedna u nkomplu nindirizzaw din il-problema tal-obeżità li m'għandhiex biss Malta, imma f'Malta hija sfida wkoll.", "Ejja nkomplu naħdmu biex nagħtu ħajja aħjar lit-tfal tagħna.", "Fir-rigward tal-Health & Wellness Centre li ftaħna ftit tax-xhur ilu fl-Università ta' Malta, kif nafu l-adolexxenti tagħna jgħaddu wkoll minn problemi ta' saħħa kif ukoll problemi ta' saħħa mentali.", "Fost l-istudenti, anke dawk li qegħdin jieħdu edukazzjoni post-sekondarja, hemm numru mhux żgħir ta' studenti li jgħaddu minn perjodi, ħafna drabi tranżitorji, ta' stress mentali.", "Nafu wkoll li hemm studenti li jirnexxilhom jegħlbuhom imma hemm oħrajn li jispiċċaw bi problema kronika li tibqa' għaddejja matul ħajjithom kollha.", "Għalhekk, ftit xhur ilu ftaħna ċentru ġdid fl-Università, li qiegħed eżattament kif toħroġ mill-grada tal-Università, u fih qegħdin noffru servizzi ta' psikjatri li jaraw l-istudenti u anke lil-lecturers, għax il-lecturers mhumiex immune għal dawn il-kondizzjonijiet.", "Wieħed jista' jieħu pariri fuq saħħa sesswali, tagħrif dwar ikel tajjeb, tipjip, alkoħol u obeżità, fost l-oħrajn.", "Jidher li dan iċ-ċentru huwa suċċess u ntlaqa' tajjeb, kemm mill-istudenti kif ukoll mil-lecturers, għax qed ikollna konkorrenza għolja u qed iħalli impatt pożittiv.", "Ftit tal-ġimgħat ilu wkoll tkellimt ma' xi diretturi tal-MCAST biex dan il-mudell ta' Health & Wellness Centre li għandna fl-Università nestenduh għall-MCAST.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ONOR MARIO GALEA: Ministru, ma rridx inkun kontroversjali imma filwaqt li naqbel miegħek dwar il-footprint tal-Isptar Mater Dei, bl-umiltà kollha ngħidlek li fejn jidħlu kliniċi ta' saħħa mentali, it is a different kettle of fish.", "Dan għaliex ikollok professjonisti esperti fis-saħħa mentali, bħalma huma il-psychiatric nurses, il-psikologi u l-psikjatri.", "Issa f'pajjiżna m'għandniex il-lussu li npoġġu lil dawn il-professjonisti f'ċentri tas-saħħa.", "Dan il-mudell jintuża barra minn Malta wkoll bħal, pereżempju, fl-Ingilterra u fl-Amerka.", "Qed ngħid dan biex nuri li hemm raġuni għalfejn qed ngħid li ċ-ċentri tas-saħħa mentali għandhom ikunu f'binjiet għalihom.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "Jekk jogħġbok fil-qosor għax sar il-ħin.", "CHRIS FEARNE: Jidher li m'aħniex qegħdin naqblu fuq dan il-punt.", "Hawn mhux qed ngħid x'naħseb politikament imma qed nimxi fuq il-parir li qegħdin jagħtuni l-esperti.", "Però kif għedt, nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex fil-5 ta' Diċembru jiġi għal din il-konferenza, fejn ikun jista' jressaq l-argument tiegħu.", "Bħala Gvern, miftuħin għad-diskussjoni.", "Ovvjament jekk f'ċentru iżolat ikollok il-psychiatric nurses u l-psikologi, dawn jistgħu joffru s-servizzi tagħhom anke minn klinika fejn jingħataw servizzi oħrajn.", "Pereżempju fi klinika tas-saħħa jkollna speċjalisti tal-ortopedija u oftalmologu għall-kura tal-għajnejn, fost speċjalisti oħrajn.", "Allura ma narax għalfejn ma jistax ikollna wkoll speċjalista tal-mard mentali f'ċentru tas-saħħa.", "Ma narax għalfejn għandna nibagħtuh bilfors fi klinika iżolata, qisu l-mard mentali huwa differenti mill-mard l-ieħor kollu.", "Imbagħad noqogħdu niskantaw li hawn it-tabù dwar il-mard mentali!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Helena Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' laqgħat formali tal-Bord ta' Sorveljanza fuq Għajnuna Mogħtija mill-Istat li nżammu minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7374;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd ta' spazji għal parkeġġ b'rabta mal-Proġett Car2Go, maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7362;", "Kopja tal-ftehim iffirmat fit-12 ta' Settembru 2018 bejn Transport Malta, Car2Go Ltd u Car Leasing Services Malta Ltd, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7363; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għajnuna mogħtija għaż-żamma ta' festivals tematiċi li saru l-ewwel darba f'Għawdex matul l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6980; u", "Tagħrif dwar għajnuna finanzjarja mogħtija lill-għaqdiet sportivi f'Għawdex minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6981.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitati, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-Voti tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu l-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sinjura President, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 11 - MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €20,911,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 – Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 12 – KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,796,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 12 – Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT V – MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €36,445,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V – Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 11 – MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Sinjura President, illum qegħdin niddiskutu l-estimi finanzjarji tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, liema Ministeru nemmen li huwa fost l-aktar importanti meta nkunu qegħdin niddiskutu t-tfassil tal-baġit, l-allokazzjoni tal-estimi u fuq kollox fejn se jeħodna l-istess baġit fis-sena sussegwenti u anke in the medium-term u long-term.", "Nibda billi nagħti ħarsa lejn il-qagħda ekonomika ta' pajjiżna, fejn se nkun qiegħda nirreferi għall-aħħar dokument li ppubblika l-Bank Ċentrali ta' Malta intitolat \"Economic Projections 2018 – 2020\".", "Għandna ekonomija li fl-2017 irreġistrat tkabbir ekonomiku impressjonanti ta' 6.4%.", "It-tbassir tal-Bank Ċentrali huwa li fl-2018 ir-rata ta' tkabbir ekonomiku terminali f'termini reali, minkejja li se tkun waħda b'saħħitha, se tmajna għal 5.4% u 5% fl-2019.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn it-tbassir għas-sena 2018, naraw li l-fattur ewlieni li kkontribwixxa l-aktar għal dan it-tkabbir ekonomiku kienet id-domanda domestika li tikkontribwixxi 4.6% minn 5.4% tat-tkabbir ekonomiku li huwa pproġettat għall-2018.", "Il-bqija ta' 0.9% mill-5.4% tat-tkabbir ekonomiku ġejjin min-net export.", "Huwa ċar li l-kontribut enormi tad-domanda domestika fit-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna huwa wieħed sinifikanti.", "Però wieħed jistaqsi: Minn xiex inhi magħmula d-domanda domestika?", "Id-domanda domestika hija komposta mill-konsum privat, mill-konsum tal-Gvern u mill-investiment.", "Għas-sena 2018, l-investiment privat mistenni jikber bi 3.9%, filwaqt li l-konsum tal-Gvern se jiżdied b'rata ferm qawwija ta' 17%.", "Dan ifisser li l-mutur ewlieni għal din is-sena, fis-sena ta' tkabbir ekonomiku, huwa l-konsum tal-Gvern.", "Fil-fatt, f'paġna 4 tad-dokument ippubblikat mill-Bank Ċentrali nsibu hekk:", "F'paġna 2 tal-istess dokument insibu hekk:", "Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, minkejja li huwa mbassar li nibqgħu b'surplus, it-tbassir tal-Bank Ċentrali juri li s-surplus ta' 3.9% fl-2017 se jinżel għal 1% fl-2020 minħabba tnaqqis fil-program tal-IIP.", "Dan juri li t-tkabbir ekonomiku u l-finanzi pubbliċi għandhom element ta' dipendenza fuq il-programm tal-IIP, jiġifieri fuq il-bejgħ tal-passaporti.", "Huwa ċar li t-tkabbir ekonomiku mhuwiex ġej minn xi ideat innovattivi imma ġej mill-bejgħ tal-passaporti.", "Fil-fatt it-tkabbir kajman li huwa mbassar li se jkollna, kemm bħala tkabbir ekonomiku kif ukoll bħala surplus, huwa attribwit l-aktar għall-fatt li huwa mbassar li se jkollna take-up inqas fix-xiri tal-passaporti.", "Fattur ieħor li qed jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u li mhuwiex xprunat minn viżjoni ekonomika innovattiva jew sostenibbli huwa l-fatt li s-setturi ekonomiċi li għandna qegħdin jiffokaw fuq id-domanda domestika b'saħħitha tat-tkabbir fil-popolazzjoni.", "Nemmen li l-viżjoni ekonomika għandha tkun tali li ladarba għandna klima ekonomika pożittiva fiż-Żona Ewro, ikun hemm ferm aktar sforzi u inċentivi mill-Gvern f'dan il-Baġit biex nixprunaw lill-kumpaniji tagħna biex ikunu aktar export driven.", "Sinjura President, jien nippreferi nħares 'il quddiem u ma narax għalfejn għandi noqgħod nirreferi wisq għall-passat.", "Però meta wieħed jirreferi għaċ-ċifri tal-lum imqabblin ma' dawk tal-2012, kif għamel ilbieraħ il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu, issir ferm aktar ġustizzja jekk nirreferu wkoll għaċ-ċifri internazzjonali tal-prezzijiet medja taż-żejt kif stabbiliti mill-OPEC.", "Qabel l-2007, il-medja annwali taż-żejt kienet ta' USD60-il barmil.", "Fl-2008 kelna spike qawwija fejn il-prezz tela' għall-USD94 il-barmil.", "Apparti minn hekk, ilkoll niftakru l-estremità li d-dinja kollha għaddiet minnha fl-agħar kriżi ekonomika internazzjonali li qatt kellna.", "Imma dan ma kienx biżżejjed!", "Fl-2012, is-sena li lbieraħ il-Prim Ministru użaha biex jagħmel il-paraguni, il-prezz medju taż-żejt laħaq l-ogħla livelli fl-istorja ta' USD110 il-barmil.", "Din it-trend ma baqgħetx konsistenti għax fl-2016, meta kellna l-aktar ċifri ekonomiċi pożittivi f'pajjiżna, il-prezz medju taż-żejt waqa' għall-USD40 il-barmil.", "Qed ngħid dan biex jekk dan il-Gvern qed jagħżel li jħares lejn l-ekonomija bin-numri, għall-inqas ejja nagħmlu l-paraguni like with like biex nagħmlu ġustizzja mal-istess statistika.", "Issa huwa ż-żmien li nieħdu li nistgħu minn klima ekonomika favorevoli biex nippreparaw għall-eventwalità li jkollna a rainy day.", "Dan hu dak li wieħed qed jistenna mill-Baġit.", "Neħtieġu viżjoni ċara ta' fejn il-Gvern se jieħu lil dan il-pajjiż, mhux illum jew għada, imma għall-ħames snin u l-għaxar snin li ġejjin.", "Neħtieġu Baġit b'ċifri li jikkonvinċuna li l-ekonomija tagħna mhijiex tiddependi fuq setturi bħall-bejgħ taċ-ċittadinanza biss, għax nafu li dan mhuwiex niċċa ekonomika sostenibbli.", "Fil-fatt, il-Bank Ċentrali qal hekk:", "Kif għedt, is-surplus għas-sena 2020 huwa mbassar li se jinżel għal 1% mit-3.9% li kellna fl-2017.", "Għaldaqstant kont qed nistenna Baġit li jispjega x'inhi l-istrateġija ekonomika tal-Gvern u sa liema punt hija bbażata fuq it-tkabbir fil-popolazzjoni.", "Iż-żieda fil-popolazzjoni ġejja minn żieda fil-barranin li għażlu li jiġu jaħdmu f'pajjiżna, kemm minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minn pajjiżi lil hinn mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, huwa stmat li biex ir-ritmu ekonomiku jibqa' għaddej kif inhu sal-2020, l-ekonomija, f'termini reali, se tikber b'medja ta' 3% sal-2025.", "Dan ikun ifisser li l-popolazzjoni tikber b'120,000 persuna milli kienet fl-2017.", "Sal-2025 imbagħad huwa stmat li l-popolazzjoni se tkun magħmula minn aktar minn 150,000 barrani li jgħixu legalment f'pajjiżna.", "Nafu li skont ċifri uffiċjali, fl-2017 kien hawn aktar minn 54,000 barrani jgħix f'pajjiżna u allura hawn qed ngħidu li l-popolazjoni se tibqa' tikber b'madwar 10,000 u 15,000 persuna fis-sena.", "Nemmen li jekk dan huwa l-pjan strateġiku tal-Gverm, jeħtieġ li jkun ippjanat b'mod tajjeb sabiex isib soċjetà Maltija lesta għal din ir-realtà l-ġdida.", "Pass bħal dan ma jistax jibqa' mistur mis-soċjetà Maltija.", "Dan għaliex realtà bħal din se ġġib diversi sfidi kulturali, infrastrutturali, ambjentali u politiċi, speċjalment jekk ma jkunx hemm pjan għaqli u fit-tul.", "Ma nistgħux nitkellmu fuq ekonomija mibnija fuq iċ-ċifri u l-istatistika u mbagħad il-Gvern iżomm mistur id-direzzjoni li jrid jeħodna fiha.", "Inutli li l-Gvern jipprova jaħrab minn dan is-suġġett jew idawwar din il-kwestjoni b'xi spin fejn jgħid li l-Oppożizzjoni hija negattiva u perikoluża għax iċ-ċifri jitkellmu waħedhom!", "Ċifri uffiċjali minn Jobsplus, li hija aġenzija tal-Gvern, juru li 51% tal-impjiegi ġodda li ġew maħluqa bejn l-2002 u l-2017 marru għand il-barranin.", "Ċifri reċenti juru li sal-2017 kien hawn 42,559 barrani f'pajjiżna.", "Sinjura President, se nżomm lil hinn minn kummenti politiċi u se nillimita ruħi għal li nikkwota biss il-fatti, għax verament nemmen li d-Diskors tal-Baġit għandu jkun bbażat fuq il-fatti u ċ-ċifri u mhux fuq xi spin politika ta' naħa jew oħra.", "Però rrid ngħid li huwa ta' tħassib li dan it-take-up ta' impjiegi ma sarx b'mod konsistenti.", "Skont iċ-ċifri ppubblikati minn Jobsplus, bejn l-2002 u l-2004, jiġifieri taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, il-medja ta' take-up tal-barranin fil-labour force ta' pajjiżna kienet ta' 2.5%.", "Bejn l-2005 u l-2007, il-medja kienet ta' 4.1%.", "Infakkar li dak iż-żmien is-settur tal-gaming kien fl-aqwa tiegħu u li dan is-settur verament kien jiddependi b'mod assolut fuq ħaddiema barranin.", "Bejn l-2008 u l-2012 imbagħad, il-medja telgħet għal 6%, jiġifieri kien hemm żieda konsistenti u stabbli.", "Fl-2017 però ċ-ċifra telgħet f'daqqa għal 18.5%, jiġifieri l-medja ta' take-up tal-barranin fil-labour force ta' pajjiżna sparat għal 18.5%.", "Il-periklu mhuwiex għax żdiedu l-ħaddiema barranin imma għax kellna żieda tal-popolazzjoni f'daqqa u b'rata sinifikanti li qed tesponi lil pajjiżna għal riskji li m'aħniex ippreparati għalihom.", "Hawnhekk qed nirreferi għal riskji infrastrutturali, ta' akkomodazzjoni, riperkussjonijiet fil-prezzijiet tal-proprjetà, riskji ta' kontrolli fis-sigurtà u riperkussjonijiet ambjentali bħal tniġġis, waste management u overdevelopment, fost tant riskji oħrajn.", "Għalhekk, ninsisti li jekk dan huwa verament il-pjan ekonomiku ta' dan il-Gvern, importanti li jitfassal pjan konkret biex lil pajjiżna ma nagħtuhx sudden shocks għalxejn.", "Ejja ma ninsewx li ċ-ċokon ta' pajjiżna jagħmlilna vulnerabbli u qatra żejda taf tgħerreq lill-pajjiż.", "Kif għedt, se nżomm mal-fatti.", "Ilbieraħ, 30 ta' Ottubru 2018, f'artiklu fil-ġurnal The Times of Malta l-ġurnalist Keith Micallef ġustament staqsa jekk sarx xi studju dwar din il-politika tal-Gvern li jinjetta żieda qawwija fil-popolazzjoni f'pajjiżna.", "Dan ir-rapport qed jgħid li filwaqt li l-Gvern qed jiddefendi l-politika kontroversjali li jimporta aktar minn 43,000 barrani mhux mill-Unjoni Ewropea, l-istess Gvern Laburista qed jirrifjuta milli jiddikjara jekk qegħdinx isiru xi tip ta' studji biex jiġi stabbilit il-massimu li l-infrastruttura ta' pajjiżna tiflaħ għalih.", "Dan mhuwiex argument xenofobiku jew razzist imma huwa argument loġiku!", "Jien se nerġa' nagħmel l-istess mistoqsijiet li għamlet The Times of Malta lill-Jobsplus bit-tama li l-Ministru Chris Cardona ġentilment jirrispondi għalihom.", "L-ewwel nett x'inhi ċ-ċifra eżatta ta' ħaddiema barranini f'pajjiżna llum?", "Kemm minn dawn il-ħaddiema mhumiex ġejjin mill-Unjoni Ewropea?", "Kemm-il work permit ġie approvat, xahar b'xahar, fl-2017 u fl-2018?", "Il-Gvern, permezz tal-Jobsplus, għadu bl-opinjoni li pajjiżna jeħtieġ 40,000 ħaddiem barrani ieħor jew fl-opinjoni tiegħu jeħtieġ aktar jew inqas?", "Xi studju qed isir biex jiġi assigurat li ż-żieda fil-popolazzjoni ma tesponix lil pajjiżna għal riskji kbar infrastrutturali, ambjentali, ta' sigurtà, ta' prezz mhux sostenibbli ta' proprjetà u ta' overdevelopment fost l-oħrajn?", "Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-istrateġija tal-Gvern, x'inhu n-numru massimu ta' ħaddiema barranin li pajjiżna jiflaħ jakkomoda minn perspettiva infrastrutturali, ta' overpopulation, ta' akkomodazzjoni u biex l-istandard of living ma jkomplix jitgħarraq?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet fil-kuntest li pajjiżna huwa l-aktar pajjiż densely populated fost il-pajjiżi kolha fl-Unjoni Ewropea u t-tmien l-aktar pajjiż densely populated fid-dinja.", "Nemmen li għandu jkun hawn qbil unanimu dwar studju biex jiġi mfassal pjan konkret dwar strateġija ħolistika li tippreparana għal din id-direzzjoni li l-Gvern jidher li huwa tant impenjat u konvint dwarha.", "U bir-raġun l-Oppożizzjoni qed tistaqsi għal pjan serju, kif qed jistaqsi wkoll il-poplu Malti u Għawdxi.", "Fejn sejjer dan il-pajjiż f'dik li hija żieda ta' ħaddiema barranin f'pajjiżna?", "Kemm se nkomplu nġibu ħaddiema barranin f'pajjiżna kull sena? il-Gvern se jagħmel a carrying capacity study ta' kemm jiflaħ aktar nies dan il-pajjiż?", "X'popolazzjoni jrid il-Gvern għal dan il-pajjiż?", "Qed nistaqsi dan għaliex meta ssemmi l-figura ta' 15,000 ħaddiem fis-sena jkun hemm min jgħidlek li qed tivvinta!", "Dan filwaqt li oħrajn qed jgħidu li l-pjan tal-Gvern huwa li jkollna popolazzjoni ta' 600,000 jew 700,000 ruħ.", "Naħseb li dawn il-ħafna ċifri li kulħadd qed jispara mhu qed jagħmlu l-ebda ġustizzja għal dan is-settur.", "Għalhekk, aktar ma jkollna informazzjoni ċara, aktar ikun aħjar għal kulħadd.", "Żgur li f'dan il-każ l-informazzjoni hija ċavetta importanti.", "Wara kollox nemmen li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jkollu tali informazzjoni.", "Nafu li Malta hija l-aktar pajjiż b'popolazzjoni densa fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, ninsabu l-ewwel fuq il-lista b'1,500 persuna għal kull kilometru kwadru filwaqt li fit-tieni post warajna hemm l-Olanda b'400 pesuna għal kull kilometru kwadru!", "L-inqas pajjiż densely populated huwa l-Finlandja bi 17-il persuna għal kull kilometru kwadru.", "Jekk huwa minnu li l-pjan tal-Gvern huwa li nitilgħu għal popolazzjoni ta' 600,000 jew 700,000 ruħ, allura qegħdin nitkellmu fuq popolazzjoni ta' aktar minn 2,000 persuna għal kull kilometru kwadru.", "Dan juri kemm illum qabel għada jeħtieġ li jkollna pjan strateġiku.", "Nafu li t-tkabbir tal-popolazzjoni Maltija qed ikun ta' ftit mijiet fis-sena.", "Għalhekk, jekk qegħdin nimmiraw għal dawn il-figuri jfisser li qegħdin nimmiraw lejn ħafna aktar immigrazzjoni u ħaddiema barranin.", "Bir-raġun li nistaqsu x'inhu l-pjan tal-Gvern għall-ġejjieni, inkluż għall-infrastruttura, għall-akkomodazzjoni, għall-kera, għall-prezzijiet u għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja, fis-sigurtà, fl-ambjent u fil-pagi tal-ħaddiema Maltin fost l-oħrajn.", "Billi qed nagħmlu dawn il-mistoqsijiet ma jfissirx li bħala Oppożizzjoni aħna kontra l-ħaddiema barranin.", "Però rridu nistaqsu kemm, f'liema setturi u x'livell ta' ħaddiema rridu.", "Jew forsi qegħdin niftħu kollox għal kulħadd?", "Qegħdin naħsbu fir-reputazzjoni tal-pajjiż?", "Qegħdin naraw il-valur miżjud li qed jagħtu dawn il-ħaddiema barranin lil pajjiżna jew qed kollox jgħaddi?", "Bħala membri ta' din il-Kamra għandna d-dmir li nagħmlu dawn il-mistoqsijiet f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Jekk tassew irridu nżidu l-popolazzjoni tagħna għal 600,000 u 700,000 persuna, bla dubju ta' xejn irridu naħsbu għal sistema ta' sigurtà u bon ordni li jagħtu serħan il-moħħ lill-poplu tagħna.", "In-nies iridu jgħixu f'darhom b'moħħhom mistrieħ u ma jibżgħux joħroġ barra miż-żona fejn jgħixu.", "Jekk il-pjan tal-Gvern huwa li nżidu l-popolazzjoni tagħna b'50% oħra ta' persuni minn barra l-pajjiż, irid ikollna pjan ta' integrazzjoni reali u programmi li jħallu l-frott.", "Ma nistgħux inħallu l-affarijiet jiġu haphazardly bir-riżultat li jinħolqu qisu ċerti ghettos f'ċerti żoni ta' Malta bħalma qed naraw fil-Marsa, fil-Ħamrun, fl-Imsida u fil-Gżira fost l-oħrajn, bil-konsegwenza li qed ikollna kunflitti ta' kulturi għax m'għadniex pjan reali.", "Min qed jitkellem dwar pjani reali għal dawn it-tip ta' sfidi mhuwiex qed ibeżża' jew ikun razzist, imma qed ipoġġi jdejh fuq il-polz tal-poplu.", "Ibeżża' min m'għandux pjan għar-realtà li qiegħda sseħħ madwarna.", "Ibeżża' min qed jipprova jdawwar din ir-realtà f'xi forma ta' perċezzjoni li qed jibni ħaddieħor.", "Huwa fatt li dan kollu qed iwassal għal żvilupp li f'diversi każi mhuwiex sostenibbli u ma jirrispettax l-ambjent ta' pajjiżna.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għall-bini u l-iżvilupp tal-kostruzzjoni, li jħalli ċertu impatt fuq iż-żoni tal-madwar, imma anke għall-iskart ġenerali u għall-mod kif pajjiżna qed jiddisponi minnu.", "L-aħħar ċifri tal-Eurostat juru kif pajjiżna waqa' lura f'dak li hu riċiklaġġ u dan anke ġie rikonoxxut mill-Prim Ministru.", "Fil-fatt, il-Euronews, f'servizz li għamel lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, laqqam lil Malta bħala r-raġel maħmuġ tal-Ewropa, \"the dirty man of Europe\".", "Dan għaliex pajjiżna huwa l-inqas pajjiż li jirriċikla l-iskart tiegħu fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk, jekk qegħdin verament inħarsu lejn tkabbir rapidu f'ċerti setturi għal pajjiżna, ejja naraw li jkollna pjan konkret u realistiku biex pajjiżna ma jaqax lura fl-affarijiet l-aktar essenzjali.", "Sinjura President, meta ngħidu li rridu dan il-pajjiż li jkun pajjiż kosmopolitan, irridu naraw eżattament x'qed infissru b'dan.", "Forsi rridu nilħqu dan l-għan akkost ta' kollox, tkun kemm tkun kbira l-ispiża u l-impatt fuq pajjiżna u fuq il-poplu Malti u Għawdxi?", "M'għandix dubju li hemm barra ħadd ma jemmen li Partit Nazzjonalista ma jridx lil dan il-pajjiż javvanza jew li għandu l-intenzjoni li jwerwer lin-nies biex il-pajjiż jaqa' lura.", "Ħadd ma jiddubita mill-fatt li l-Oppożizzjoni hija responsabbli u oġġettiva, imma quddiem dawn l-ostakli għandna l-obbligu li niftħu għajnejn il-Gvern u nwissuh dwar din ir-realtà.", "Quddiem dan kollu, wieħed ma jistax jitlaq jiġri għal għonq it-triq, ma jikkonsultax, ma jirrispondix għall-kritika u jattakka lil min ma jaqbilx miegħu billi jgħidlu li huwa negattiv, pessimist u moħħu biex ibeżża'.", "Fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema f'pajjiżna, kemm jekk Maltin kif ukoll jekk barranin, irridu naraw li dawn qed jaħdmu taħt kondizzjonijiet tajba u għandhom pagi xierqa u ħinijiet dinjitużi.", "Irridu naraw li l-ħaddiema qed igawdu l-protezzjonijiet li huma mħarsa bihom il-ħaddiema f'pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament il-unions għandhom rwol ċentrali fit-tħaris tal-interessi tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom u m'għandhomx iservu ta' paraventu għall-Gvern biex mingħalihom jattakkw lil min jistaqsi dwar il-pjan, jew in-nuqqas ta' pjan, tal-Gvern għall-ġejjieni.", "Sinjura President, huwa għal dan il-għan li bħala Oppożizzjoni qegħdin nitkellmu dwar x'tip ta' kundizzjonijiet qegħdin jaħdmu fihom il-ħaddiema Maltin u barranin u x'tip ta' kuntratti qegħdin jiġu offruti.", "Huwa minnu li l-prekarjat ġie eradikat jew inkella dik kienet biss buzzword oħra li ntesiet u taret mar-riħ?", "Il-pagi u ħlasijiet li qegħdin jingħataw il-ħaddiema huma dinjitużi u jirrifletu t-tip ta' xogħol li jkun qed isir?", "Qegħdin naraw f'liema tip ta' akkomodazzjoni qed jgħixu l-ħaddiema barranin?", "Ilkoll smajna b'ħaddiema li kienu qegħdin jorqdu fi stalel taż-żwiemel u fl-irziezet tal-baqar.", "Dawn huma l-kondizzjonijiet kosmopolitani li qed nitkellmu dwarhom?", "Dan huwa l-mod li rridu niftħu l-pajjiżna għal aktar żvilupp?", "Huwa faċli li nkejlu l-iżvilupp bl-istatistika, iżda rridu naraw eżattament x'qed iħalli warajh dan it-tip ta' żvilupp.", "Jekk verament irridu naraw li pajjiżna jimxi 'l quddiem u jaħtaf l-opportunitajiet tal-ġejjieni sabiex uliedna jgħixu f'pajjiż aħjar milli writna u qegħdin ngħixu u naħdmu fih aħna, jeħtieġ li ninvestu bil-għaqal fl-edukazzjoni.", "Ma jistax ikun li jkollna l-agħar riżultati f'dawk li huma studenti li jaqgħu mis-sistema edukattiva tagħna.", "Ma nistgħux nirreġistraw l-agħar riżultati fost sħabna l-Ewropej f'dawk li huma studenti li jkomplu javvanzaw fil-livell post-sekondarju u terzjarju tal-istudju u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.", "Huwa ovvju li ninkwetaw meta naraw lill-Gvern jidħol f'konfrontazzjoni diretta mal-għalliema fuq il-warrant tagħhom.", "Huwa ovvju wkoll li nistaqsu x'sar minnu l-pjan li kellhom Gvernijiet Nazzjonalisti u li kien imwiegħed li jitkompla minn Gvern Laburista, ċjoè li nibnu skola ġdida kull sena!", "Insemmi, pereżempju, lil San Pawl il-Baħar u l-Marsaskala, fejn tant hemm ħtieġa għal skejjel ġodda.", "Huwa hawnhekk fejn nikkritikaw lill-Gvern dwar in-nuqqas ta' pjan u viżjoni.", "Huwa tajjeb li nitkellmu dwar avvanzi tat-teknoloġija u x-xjenza, bħalma hija l-artificial intelligence, imma ejja naraw li ninvestu bis-serjetà fil-ħiliet tal-Maltin u l-Għawdxin u fil-ġenerazzjonijiet li telgħin ħalli jkunu ppreparati għal kull opportunità ġdida ta' xogħol.", "B'dan il-mod irridu naraw li l-industrija tas-servizzi tikber u tiffjorixxi ħalli naqtgħu l-frott minnha.", "Irridu nkomplu naħdmu kif ħdimna fil-passat biex industriji bħal tas-servizzi finanzjarji u r-remote gaming ikomplu jikbru u jespandu.", "Bħalissa qed inħarsu wkoll lejn it-teknoloġija tal-blockchain u l-cryptocurrencies.", "Sal-lum konna qegħdin niksbu s-suċċessi, mhux biss għax konna minn tal-bidu li investejna f'dawn is-setturi u għax aħna membri tal-Unjoni Ewropea, imma anke għaliex konna ġurisdizzjoni robusta, serja, integra u ta' reputazzjoni.", "Iżda x'inhi s-stiwazzjoni llum?", "Spiċċajna blacklisted mill-OECD minħabba l-programm tal-passaporti.", "Spiċċajna bi professjonisti li jmorru lil hinn minn pajjiżna biex jipprovaw jattiraw aktar investiment dirett barrani lejn Malta u kull fejn ikunu jsibu nies li jistaqsuhom dwar il-korruzzjoni f'pajjiżna.", "Spiċċajna b'restrizzjonijiet bankarji kbar li qegħdin iwasslu biex jagħmluha kważi impossibbli għall-operaturi u kumpaniji barranin biex jiftħu kontijiet bankarji biex joperaw minn Malta.", "Din hija r-realtà ta' pajjiżna llum il-ġurnata.", "Sinjura President, hawn min qiegħed jipprova jwaħħel fina bħala Oppożizzjoni biex mingħalih ibiegħed lin-nies minna.", "Biss jien nistaqsi: Min huwa tassew xenofobiku u razzist, min jistaqsi għall-pjan meta jara l-istatistika u ċ-ċifri, jew min jaħbi l-mudell li qed jimxi fuqu?", "Qegħdin inħarsu lejn il-barranin li qed jorqdu barra, jew dawk li qed ikollhom jgħixu f'appartament xi 15-il persuna jew saħansitra jorqdu fl-irziezet u fl-istalel?", "Min ma jarax li l-ħaddiema barranin li qegħdin jaħdmu Malta jgħixu fid-dinjità li tixirqilhom li jistħoqqlu li jiġi ttimbrat b'dawn it-tip ta' tabelli u mhux min jistaqsi dwar din ir-realtà, meta suppost qegħdin ngħixu fl-aqwa żmien.", "L-ebda kampanja ta' reklamar u PR tal-Gvern mhu se żżommna u twaqqafna milli nirrimarkaw fuq is-sitwazzjoni reali ta' pajjiżna u fuq realtajiet soċjali u ekonomiċi li qed jolqtu lill-familji Maltin u Għawdxin individwalment.", "Sinjura President, se nitkellem issa dwar is-settur tal-intrapriżi ż-żgħar u medji, li huwa l-mutur tat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Ikolli ngħid li kont diżappuntata li fid-Diskors tal-Baġit ma saret l-ebda referenza konkreta għal dan is-settur.", "Lanqas ma tħabbru inizjattivi ġodda u innovattivi biex isaħħu u jixprunaw l-intrapriżi ż-żgħar u medji ta' pajjiżna.", "Fil-fatt, ċifri uffiċjali tal-NSO juru li fl-2015, it-tkabbir globali fl-intrapriżi kien ta' 10.8% u sena wara, fl-2016, dan kien ta' 8.1%.", "Dawn iċ-ċifri gobali pożittivi jirriflettu t-tendenza tal-klima ekonomika, però dan żgur li ma jfissirx li ma kienx hemm casualties.", "Żgur li kien hemm intrapriżi u negozji li nqatgħu ferm lura jew li għalqu l-operat għaliex ma setgħux jibqgħu kompettivi.", "Żgur li kien hemm intrapriżi li ġew milquta b'mod dirett mir-rati għolja ta' inflazzjoni jew sitwazzjonijiet fejn il-kbir bela' liż-żgħir.", "Ma nistgħux ngħidu proset lilna infusna għal dawn iċ-ċifri globali u mbagħad nagħlqu għajnejna u widnejna għall-karba ta' dak in-negozjant li falla, jew li ma setax jibqa' jikkompeti, jew li nqata' lura wisq mill-bqija, jew li ma setax ikampa mad-dinamika dejjem tinbidel tat-teknoloġija.", "Proprju għal dawn in-negozji li dan il-Baġit seta' jkun a game changer u a life saver.", "Għalhekk, wieħed żgur li jibqa' diżappuntat meta jisma' li l-finanzi pubbliċi huma b'saħħithom ħafna iżda għal dak in-negozjant iż-żgħir, li ma setax jikkompeti mal-Gvern bħala employer, dan il-Baġit ma ħasibx!", "Ċifri maħruġa mill-NSO juru wkoll li l-gross value added fl-ekonomija tagħna ġej l-aktar mill-amministrazzjoni pubblika, b'kontribut ta' kważi 22%, segwit mis-settur tal-gaming bi ftit aktar minn 19%, mis-servizzi professjonali bi kważi 17% u mit-turiżmu bi 13.5%.", "Minbarra s-settur pubbliku, l-akbar employer huwa s-settur tal-ħwienet, jiġifieri l-wholesale u r-retail, b'aktar minn 26,000 persuna jaħdmu fih.", "Dan huwa segwit mis-settur tal-manifattura fejn hemm 'il fuq minn 21,000 ħaddiem.", "Hawnhekk irridu naprezzaw kemm dawn is-setturi, li ħafna minnhom huma intrapriżi żgħar u medji, jeħtiġilhom għajnuna u sostenn kontinwu.", "Għalhekk, irrid nikkritika l-fatt li fid-Diskors tal-Baġit ma tħabbru l-ebda miżuri effettivi ġodda li jistgħu jkunu ta' għajnuna għal dawn l-intrapriżi jew biex jinċentivawhom ħalli jinvestu aktar.", "Nemmen li dan il-Baġit falla milli joħloq niċeċ ġodda tan-negozju, ma ta l-ebda konfort biex in-negozji li ma nqabdux miċ-ċifri globali pożittivi jibqgħu sostenibbli u lanqas ma ppropona viżjoni konkreta għall-ostakli u d-diffikultajiet li ċerti negozji jiffaċċjaw ta' kuljum.", "Fir-rigward tas-settur tan-negozji u l-intrapriżi żgħar, li huwa l-aktar rappreżentattiv, ma nistgħux nistrieħu fuq il-kwantità u ċ-ċifri u ma niffokawx fuq il-kwalità, is-sostenibbiltà ta' dawn l-intrapriżi, il-qafas b'saħħtu tagħhom u l-flessibbiltà li jżewġu l-esperjenza tagħhom mat-teknoloġija sabiex ikunu jistgħu jagħmlu qabża fil-kwalità tal-operat tagħhom.", "Biex dan isir, jeħtieġ ferm aktar għajnuna mill-Gvern.", "Għaldaqstant nemmen li dan il-Baġit tilef opportunità li jgħin lil dan is-settur, speċjalment issa li għandna klima ekonomika tant tajba.", "Ma nistgħux nippretendu li s-settur tan-negozju u l-kummerċ jibqa' jopera b'suċċess jekk dan ma jkollux ambjent fertili fejn jimraħ u jikber.", "In-negozji jridu jaħdmu f'ambjent fejn ir-reputazzjoni ta' pajjiżna tkun l-aqwa u l-aħjar, fejn l-istandard of living tagħna ma jitnaqqarx, fejn id-disposable income ta' kull wieħed u waħda minna bħala konsumatur jirrifletti verament it-tkabbir ekonomiku aggregat ta' pajjiżna u fejn ingawdu minn ambjent sigur u jkollna kriminalità li hija kkontrollata.", "Wara kollox l-intrapriżi żgħar u medji ma jifilħux li jkomplu jġorru aktar piż.", "B'riżultat ta' ineffiċjenza u falliment fl-ippjanar infrastrutturali, qed iħallas l-aktar in-negozjant.", "Huwa fatt li l-isfida infrastrutturali mingħajr il-projezzjonijiet għal aktar tkabbir fil-popolazzjoni għas-snin li ġejjin qed taffetwa lil dan is-settur tant importanti għal pajjiżna.", "Pereżempju l-kriżi tat-traffiku hija l-akbar sfida għat-tkabbir ekonomiku bħalissa.", "Il-ħin li qed naħlu għall-ivjaġġar f'kull ħin tal-ġurnata qiegħed ibati għalih l-aktar in-negozjant, l-employer u dawk is-self-employed li x-xogħol tagħhom mhuwiex a nine-to-five job imma min jaħdem fis-sales, fir-real estate, fid-delivery u fil-communications ix-xogħol tiegħu huwa bbażat barra mill-uffiċċju.", "Għal kull vjaġġ li tagħmel għandek tal-inqas nofs siegħa mwaħħal fit-traffiku.", "U din hija stima konservattiva ħafna għaliex fir-realtà xi kultant nagħmlu anke siegħa mwaħħlin fit-traffiku.", "Is-settur tan-negozji u l-intrapriżi żgħar jeħtieġ li jkollna aktar għarfien u statistika dwaru sabiex inkunu nistgħu nifhmuh aħjar u sabiex il-Gvern ikun jista' jirreaġixxi aħjar għall-ħtiġijiet ta' dan is-settur.", "Bit-tneħħija ta' diversi trade licences, li fil-prinċipju nifhem li hija deċiżjoni tajba, tlifna aċċess għal ħafna informazzjoni pertinenti fuq kemm u x'tip ta' negozji qegħdin joperaw f'pajjiżna.", "Dan għaliex f'ċerti kategoriji tan-negozju ma għadx hemm il-ħtieġa li wieħed jirreġistra l-operat kummerċjali tal-intrapriża tiegħu.", "Għalhekk fir-rigward ta' dawn l-intrapriżi se nkunu qed nitilfu informazzjoni u ċifri importanti.", "M'iniex se nidħol fil-mertu ta' din id-deċiżjoni, però qed nirreferi biss għall-bżonn li jkollna aktar statistika u informazzjoni.", "Nixtieq insemmi wkoll it-tibdil fil-proċedura tal-VAT, fejn issa kollox se jibda jsir onlajn b'mod tassattiv.", "Għal darb'oħra filwaqt li nifhem li din il-miżura se twassal għal aktar proċessi streamlined u inqas burokrazija u ħela ta' ħin, approċċ ta' one size fits all mhuwiex l-ideali.", "Sidien ta' negozji li huma avvanzati fl-età u li mhumiex midħla tas-sistemi diġitali se jsibu din is-sistema diffiċli ħafna.", "Għaldaqstant huwa importanti li qabel ma jiddaħħlu ċerti proċeduri, ikun hawn aktar taħriġ effettiv sabiex dawn l-imprendituri jiġu mgħarrfa u mħarrġa b'dan it-tibdil.", "Bl-istess mod nirreferi għal sistemi bħall-e-invoicing, li fil-futur qarib il-Gvern se jkun kommess li jibda jattwa.", "Anke hawn huwa importanti li l-proċeduri jiġu spjegati sewwa lil kulħadd sabiex ħadd ma jiġi żvantaġġat u aktar minn hekk, inkunu qed inħarsu l-interessi ta' kulħadd, speċjalment fejn jidħlu spejjeż żejda.", "Sinjura President, fir-rigward tal-Brexit jeħtieġ jingħata aktar għarfien u l-informazzjoni neċessarja dwar l-impatt fuq is-setturi varji.", "Il-Gvern jeħtieġ li jmur micro-sectorial.", "L-inċertezza mhi tajba għal ħadd!", "Għalxejn ikun hemm stqarrijiet ministerjali u statements jekk ma jsirux korsijiet u laqgħat, anke mal-SMEs, fuq livell micro biex tiġi diskussa l-issue tal-Brexit u kif din se taffettwa, tajjeb jew ħażin, lis-settur tan-negozju f'pajjiżna.", "Fir-rigward tal-inizjattivi mill-Malta Enterprise, li ħafna minnhom isiru b'fondi Ewropej, tiltaqa' ma' ħafna negozji żgħar li m'għandhom assolutament l-ebda għarfien dwar l-eżistenza jew l-applikabbiltà tagħhom.", "Għalhekk, jeħtieġ li jkollna strateġija nazzjonali għal awareness campaigns li verament jilħqu lil kulħadd.", "Huwa importani li ma nitfgħux lil kulħadd f'keffa waħda!", "Hemm intrapriżi żgħar u medji li jħaddmu persuni li xogħolhom ikun speċifikament fuq l-EU funding u grants, però hemm numru kbir ta' negozji li m'għandhomx dawn ir-riżorsi.", "Għalhekk, irridu naraw li dawn ma jinqatgħux lura u ma jitilfux opportunitajiet tajbin biex ikomplu jsaħħu u jkabbru l-operat u n-negozju tagħhom.", "Sinjura President, irrid nerġa' nenfasizza li l-ekonomija f'pajjiżna qed tikber b'rata sostenibbli u għandna finanzi pubbliċi sodi, però għandna dipendenza ċara fuq l-IIP, kif anke ntqal fid-dokument \"Economic Projections 2018 – 2020\" tal-Bank Ċentrali.", "Barra minn hekk, il-kompetittività internazzjonali qed tibqa' dipendenti fuq il-frameowrk fiskali, jiġiferi fuq il-corporate taxation.", "Għalhekk, kull tibdil fuq livell tal-Unjoni Ewropea jista' jipperikola setturi importanti bħas-setturi finazjarji u l-gaming, li għandhom dipendenza diretta anke fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Il-boom fir-real estate mbagħad huwa bbażat fuq it-tkabbir fil-popolazzjoni u l-prezz għoli tal-kirjiet fi proprjetà li rreferejt għaliha aktar kmieni qed ikun ta' ostaklu biex kumpaniji internazzjonali jirrilokaw u jespandu lejn pajjiżna.", "It-titjib fl-infrastruttura mhuwiex qed iżżomm il-pass mat-tkabbir fil-popolazzjoni.", "Għalhekk, hemm bżonn ta' masterplan imminenti fl-infrastruttura.", "Pressjoni fil-pagi, fl-inflazzjoni u fir-rata tat-tkabbir qed tixpruna l-overheating economy, bil-possibbiltà li jkollna l-financial meltdown li qed jissemma fil-midja internazzjonali.", "Dan jista' jkun xprunat minn sfidi ekonomiċi fiċ-Ċina, livelli għolja ta' dejn f'pajjiżi taż-Żona Ewro u n-nuqqas ta' progress irrapportat mill-banek biex jieħdu r-riformi neċessarji.", "Għalhekk, id-dipendenza tal-ekonomija għal pajjiżna m'għandhiex tkun fuq setturi li mhumiex sostenibbli.", "Sinjura President, huwa f'dan is-sens li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed titkellem fuq pjan ekonomiku fit-tul li jagħti lil pajjiżna u lill-poplu Malti ekonomija ta' kwalità li trendi u mhux ekonomija li hija mibnija fuq in-numri u ċ-ċifri biss u li ma tagħtix il-kwalità ta' ħajja li min ikun qed jopera fiha jkun qed jistenna bi dritt.", "Bħala pajjiż irridu ekonomija li tħares 'il quddiem lejn l-għaxar snin u l-20 sena li ġejjin.", "Flimkien mal-imsieħba soċjali u mal-poplu Malti u Għawdxi rridu nfasslu pjan ekonomiku għall-ġejjieni li jkun igawdi l-fiduċja ta' kulħadd u li kulħadd jagħmlu tiegħu għax jemmen li jista' jaqsam fis-suċċess u l-ħolqien tal-ġid li jkun qed jitkattar permezz tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, kieku kelli nitkellem fuq is-self-employed u s-sidien tan-negozji ż-żgħar daqskemm dan il-Baġit ħa spazju biex jitkellem dwarhom, ikolli nieqaf ħesrem għax l-uniċi ftit versi li jirrigwardaw is-self-employed lanqas jaqgħu taħt dan il-Ministeru imma għandhom x'jaqsmu mal-Ministeru responsabbli mill-politika soċjali.", "Hemmhekk il-Gvern qed iwiegħed aġġustament tal-ħelsien mit-taxxa għal dawk li huma self-employed.", "Is-self-employed se jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-benefiċċji soċjali jekk jirtiraw min-negozju tagħhom skont il-bolol li jkunu ħallsu.", "Din hija proposta tajba, li nilqgħuha bi pjaċir.", "Meta pprovajt infittex fuq xiex iżjed nista' nitkellem ma stajt insib xejn f'dan il-Baġit li jsemmi kemm dan il-Gvern se jipprova jgħin lill-intrapriżi u n-negozji żgħar!", "Għaldaqstant ladarba f'dan il-Baġit il-Gvern qed jgħid li jrid inaqqas id-diskriminazzjoni, jien se nkompli nitkellem fuq id-diskriminazzjoni li teżisti llum bejn dak li qed jagħmel il-Gvern u r-realtà li qegħdin jgħixu fiha bosta negozji żgħar, li se nsejħilha \"kompetizzjoni inġusta\".", "Se nitkellem l-ewwel dwar il-ħidma ta' dan il-Ministeru li hu responsabbli min-negozji ż-żgħar u s-self employed.", "Jien nipprova nsegwi l-ħidma ta' dan il-Ministeru u jkolli ngħid li l-kliem \"negozji żgħar\" u \"self-employed\" huma biss nomenklatura.", "Qed ngħid dan għax meta wieħed isegwi l-ħidma ta' dan il-Ministeru, bl-ebda mod ma jidher li dan il-Ministeru qed jerfa' r-responsabbiltà tiegħu sabiex isostni, ikun qrib u janalizza dan is-settur tas-self-employed, li jinkludi s-sidien ta' ħwienet u negozji żgħar, aktar magħrufin bħala \"micro-eterprises\" għax iħaddmu minn wieħed sa disa' persuni.", "Dawn huma negozji differenti mill-SMEs li huma negozji akbar.", "Irrid infakkar li 98% tan-negozji f'Malta, bħal fil-kumplament tad-dinja, huma micro.", "Nerġa' ngħid li dan il-Ministeru ftit qed jaħdem biex ikun fil-qrib ta' dawn in-negozji fost l-iżgħar li għandna f'dan il-pajjiż, speċjalment meta jiffaċċjaw ċerti diffikultajiet u jkollhom bżonn l-għajnuna.", "Għalhekk, ladarba dan il-Ministeru qed jonqos milli jkun fil-qrib ta' min ikollu bżonn l-għajnuna, dan il-Gvern huwa absent!", "Dan il-Gvern mhux qed jagħti l-appoġġ tiegħu biex isegwi, jgħin u jsostni lin-negozji żgħar li jinsabu f'diffikultajiet jew li għandhom bżonn li jirrikorru għand il-Gvern għal xi għajnuna, barra minn dak li huwa customer care.", "Fir-rigward ta' politika favur dan is-settur ftit li xejn qed isir.", "Hawn preżenti d-diriġenti tal-Malta Enterprise però li kieku jkolli nistaqsihom x'inhi tagħmel din l-entità għal dawn in-negozji ż-żgħar, naħseb li ftit li xejn tingħata informazzjoni.", "Dan il-Baġit huwa intitolat \"Malta ngħixu s-suċċess\".", "Jien u l-Oppożizzjoni nixtiequ li ngħixu s-suċċess, però jien irrid nara suċċess ta' veru li jkun mifrux bejn il-ħafna, inkluż il-ħafna negozji żgħar, u mhux bejn il-ftit.", "Jien irrid nara suċċess li jkun jinħass minn ħafna aktar negozji, inkluż minn dawk li forsi mhumiex sejrin tajjeb.", "F'kull diskussjoni li kelli mal-Ministru f'dibattiti rigward liġijiet li tressqu, jien dejjem kont u tkellimt favur min huwa żgħir.", "Però dan il-Gvern donnu jitkellem aktar favur min huwa kbir u min sejjer tajjeb.", "Nispera li f'dan id-dibattitu tal-lum ma neħdux l-attitudni li ħa l-Prim Ministru lbieraħ meta pprova jirredikola lil min ma jaqbilx miegħu.", "Dan huwa Gvern li min ma jaqbilx miegħu jipprova jirredikolah!", "Ilbieraħ il-Prim Ministru ma nafx kemm-il aġġettiv ta lill-Kap tal-Oppożizzjoni, għaliex dan il-Prim Ministru huwa tajjeb biex iċekken u jirredikola lil min ma jaqbilx miegħu.", "Hemmhekk il-Prim Ministru juri s-supremazija tiegħu!", "Però jibblaffja kemm jipprova jibblaffja bil-body language u d-diskors tiegħu biex mingħalih idaħħak lil ta' madwaru, min għandu problemi fil-ħajja bil-problemi baqa'!", "Min jieħu nofs siegħa jew tliet kwarti biex jasal minn post għal ieħor l-istess ħin se jibqa' jieħu, minkejja l-bluff kollu tal-Prim Ministru!", "Minkejja li għandna l-aqwa żmien u minkejja li għandna surplus, lill-Prim Ministru u lill-Ministri tiegħu ngħidilhom li għad għandna numru ta' negozji li mhumiex sejrin tajjeb.", "L-interess tiegħi huwa li nara li min sejjer tajjeb jibqa' sejjer tajjeb imma min mhuwiex sejjer tajjeb, naraw kif nistgħu nwiżnuh.", "Jien jimpurtani minn dawk il-familji li għandhom xi negozju żgħir.", "Meta n-negozju jmur tajjeb, il-familja tifraħ u tgawdi però meta n-negozju ma jibdiex, il-familja tbati!", "Jien ma nitkellimx dwar kif sejjer in-negozju b'mod ġenerali imma meta nkun qed insuq bil-mod, inkun qed inħares lejn il-ħwienet biex nara kemm għandhom nies.", "Dan għaliex jimpurtani mis-sidien tal-ħwienet, minn dawk li jarmaw fuq il-monti u minn dawk li għandhom negozji żgħar fiż-żoni industrijali tagħna.", "Jimpurtani minn dawk in-negozji żgħar li għandhom enforcement order tal-Planning Authority fuq rashom u jinsabu mdendlin fl-arja.", "Jimpurtani mill-bdiewa u r-raħħala.", "Jimpurtani wkoll mill-koperattivi li ma smajna xejn dwarhom f'dan il-Baġit.", "Meta l-Gvern jgħid li għandna surplus u li dan huwa l-aqwa żmien, il-poplu Malti jistaqsi: Lili kif qed jaffettwani dan l-aqwa żmien, bħala missier ta' familja jew bħala sid ta' negozju żgħir?", "Hawn min l-aqwa żmien jikkonsistilu f'kuntratt mal-Gvern ta' €100 fis-siegħa!", "Skont risposta għal mistoqsija parlamentari, hawn min għax għandu l-abbiltà li jikkomunika, qed jaqla' €30,000 fis-sena!", "Dawn huma għotjiet tajbin u għal min qed jirċevihom huwa żgur l-aqwa żmien.", "Però ma nistgħux ngħidu li dan huwa għal kulħadd.", "Hawn min jgħidlek li l-aqwa żmien jikkonsistilu fil-fatt li biex iwassal il-merkanzija u l-prodotti tiegħu lin-nies, qed jaħli ħafna ħin fit-traffiku.", "Raġel ta' familja jgħidlek li biex imur għax-xogħol, mill-Mosta sal-Belt qed idum 40 minuta fit-traffiku, apparti li qed jaħli aktar petrol jew diesel.", "Hawn min jaħdem b'paga minima u għax hawn il-ħaddiema barranin jikkompetu miegħu, li biex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum għall-familja tagħhom kapaċi jaħdmu b'paga inqas, is-sid jgħidlu biex jagħżel: jew jaħdem b'paga baxxa jew inkella jimpjega barranin minfloku.", "Hawn min l-aqwa żmien qed jissarraflu f'żieda fil-prezz tal-kera.", "Hawn min jgħidlek li t-tfal tiegħu huma għarajjes, jixtiequ jixtru dar imma l-prezz tant għola li ma jistgħux jagħmlu dan.", "Hawn min imbagħad qed jgħid li, grazzi għall-aqwa żmien, kellu dar li kienet tiswa €50,000 u llum tiswa €80,000, imma jekk ibigħha mhux kapaċi jixtri proprjetà simili bl-istess flus.", "Hawn min l-aqwa żmien imbagħad qed jissarraflu fi prezzijiet ogħla tal-ikel.", "U s-sid tan-negozju ż-żgħir qed jagħmel l-istess mistoqsija: Lili fiex qed jissarrafli dan l-aqwa żmien?", "Forsi f'aktar barranin li qegħdin jiġu Malta, jidħlu f'pajjiżna, ibigħu dak li għandhom ibigħu u jitilqu, mingħajr ħadd ma jkun jaf aktar dwarhom?", "Sinjura President, illum it-traffiku sar l-aktar spiża li għandu sid ta' negozju żgħir.", "Hawn min irid jiftaħ negozju imma l-prezz ta' proprjetà kummerċjali għola m'għola s-smewwiet.", "Hawn min l-aqwa żmien jissarraflu fiż-żieda tal-prezz tad-dijsil, tal-petrol, tad-dawl u tal-ilma, fost spejjeż oħrajn li meta tkun fin-negozju, jieklu qabel ma tiekol il-familja tiegħek.", "Hawn imbagħad min l-aqwa żmien jissarraflu f'negozju tajjeb għax verament għaddej tajjeb.", "Jien irrid inkun sinċier mar-realtà ta' min sejjer tajjeb, però hawn min għaddej minn żmien diffiċli wkoll.", "L-agħar ħaġa li nara hi li dan il-Gvern mhux jirrikonoxxi li hawn min sejjer ħażin.", "Immaġina tkun tabib u meta jiġi l-marid tidħak f'wiċċu.", "Hekk qed jagħmel dan il-Gvern!", "Lil min hu marid qed jgħidlu: Hawn tant nies b'saħħithom, kif qed tgerger li inti marid?", "Int mhux suppost marid għaliex qed ngħixu fl-aqwa żmien!", "Minn hawn jien se jkolli mmur l-isptar biex nara lil xi ħadd.", "Fil-fatt, nitlob lill-Ministru jiskużani, imma se nkompli nsegwih fuq ir-radju.", "Immaġinaw però jekk meta narah ngħidlu li ladarba qegħdin fl-aqwa żmien, mhux suppost jinsab marid!", "Hekk għamel il-Prim Ministru lbieraħ meta daħak f'wiċċ min huwa marid ekonomikament u finanzjarjament.", "Kien hawn Ministru li qal lil xi ħadd – meta jasal iż-żmien tad-dibattitu tal-ministeru tiegħu, ngħid min hu – li mar ikellmu: Kif qed tgerger, meta hawn tant ġid?", "Din hi l-problema li għandna fil-preżent; dan il-Gvern, bin-nies kollha ta' madwaru, huwa indifferenti għal min għandu diffikultà.", "Fl-economic update tal-2018 il-Bank Ċentrali ta' Malta qed jgħid hekk:", "– hawnhekk qegħdin jirreferu għas-sentiment ta' ċertezza u ta' serħan il-moħħ fin-negozju –", "Dan ifisser li s-serħan tal-moħħ kien inbidel f'inqas kunfidenza fis-setturi tal-kostruzzjoni.", "Ħafna jaħsbu li s-settur tal-kostruzzjoni għaddej tajjeb ħafna imma fil-verità hawn min huwa inqas kunfidenti f'dan is-settur.", "Fil-fatt, skont il-Bank Ċentrali, fejn tidħol l-evolution of your current overall order books, minn Lulju 2018 sa Awwissu 2018 kien hemm tnaqqis.", "Dan ifisser li f'Lulju 2018 wieħed kien iħossu kunfidenti imma f'Awwissu 2018 kien iħossu inqas kunfidenti.", "Dan it-tnaqqis qed narawh fis-settur tal-kostruzzjoni, meta llum kulħadd jaħseb li għandna boom f'din l-industrija.", "Meta niġu għas-settur tar-retail, jiġifieri tal-ħwienet, suppost li dawn qed ibigħu aktar għaliex il-popolazzjoni żdiedet iżda minkejja li suppost qegħdin fl-aqwa żmien u l-popolazzjoni żdiedet, il-Bank Ċentrali qed jgħid li kien hemm tnaqqis anke f'dan is-settur.", "Fit-Tabella Nru 1, li tinsab f'paġna 4, tal-Economic Update tal-2018, il-Bank Ċentrali jagħti rendikont ta' dawn is-setturi u hemmhekk wieħed jara kif meta tħares lejn l-attività tan-negozju bejn l-aħħar tliet xhur u t-tliet xhur li ġejjin, l-entużjażmu, is-serħan tal-moħħ u l-kunfidenza naqsu.", "Issa jalla l-kunfidenza tiżdied fix-xhur li ġejjin, għaliex jien m'iniex qiegħed hawn biex nawgura l-agħar.", "Jien irrid li noħolqu l-aħjar strutturi biex inkunu nistgħu nwieżnu lil min mhuwiex qiegħed tajjeb.", "Ma rridx nara li lit-tajbin nagħmluhom aħjar u lil min mhuwiex qiegħed tajjeb ngħoddsuh aktar 'l isfel.", "Rapport fil-ġurnal The Malta Independent jikkwota x'qalet il-GRTU fil-preżenza tal-Ministru Cardona fl-aħħar stħarriġ li għamlet.", "Il-GRTU qalet ukoll li:", "Mela l-GRTU qed tgħid li nofs dawk li ħadu sehem f'dan l-istħarriġ qalu li sejrin tajjeb u jalla jkun hawn ħafna oħrajn bħalhom, imma n-nofs l-ieħor qalu li sejrin ħażin.", "Jien irrid nitkellem fuq dawk li sejrin ħażin, għaliex inħoss li meta niġi hawn, irrid inkun bħal dak it-tabib li jmur għand il-marid biex jerġa' jagħmlu b'saħħtu.", "Meta kont Segretarju Parlamentari responsabbli għas-self-employed kont inħoss li d-dmir tiegħi ma kienx li nifraħ ma' min kien sejjer tajjeb imma li nwieżen lil min kien sejjer ħażin.", "Dmiri kien li nkun preżenti għal min irid ikellimni għaliex mhux sejjer tajjeb.", "(Interrezzjonijiet)", "Il-Ministru qed jgħid li ma kellix x'nagħmel!", "Kelli ħafna x'nagħmel u qdejt dmiri mill-aħjar li stajt.", "Illum il-mistoqsija tiegħi hi: Ministru, inti qiegħed taqdi dmirek kif kont nagħmel jien?", "Nixtieq li nkun naf aktar dwar dak li qed tagħmel!", "Mill-informazzjoni li għandi, ma jidhirx li qed tagħmel wisq.", "Anzi, bħala Gvern jidher li iżjed moħħkom biex tieħdu ħsieb il-kbir u min diġà sejjer tajjeb milli lil min huwa żgħir u min ma jiflaħx jaqsam it-triq u jiġi jkellimkom.", "Jien kont naqsam it-triq u mmur inkellem in-nies jien personalmet!", "Niftakar li kull nhar ta' Ġimgħa kont immur inżur il-lokalitajiet biex niltaqa' ma' tal-ħwienet.", "Kont immur ukoll fiż-żoni industrijali niltaqa' man-nies.", "Għall-kuntrarju, illum in-nies jgħiduli li ħadd ma jmur jiltaqa' magħhom kif kont nagħmel jien.", "Sinjura President, jekk il-Ministru jrid isegwi lil min għandu negozju fil-lokalitajiet tagħna, illum lanqas jista' jagħmel dan.", "Jekk il-Ministru ma jinqediex bir-rekords ta' xi entità kummerċjali, bħala Ministeru m'għandux lista ta' min huwa fin-negozju.", "Dan għaliex tneħħiet il-liċenzja tan-negozju, li sa ċertu punt kienet miżura tajba għax din kienet spiża għan-negozji, imma fl-istess ħin tneħħiet ukoll l-abbiltà tal-Gvern li jkun jaf min qiegħed fin-negozju, min dieħel fin-negozju u min ħareġ min-negozju.", "Fil-mistoqsija parlamentari 7224 jien staqsejt lill-Ministru hekk:", "\"Ladarba l-Gvern neħħa s-sistema tal-liċenzja tan-negozji, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex tgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?\"", "Jien qatt ma immaġinajt li l-Ministru se jżarma lili nnifsu mill-informazzjoni!", "Meta fl-2013 staqsejtu kemm kien hemm negozji f'Birkirkara, fil-Mosta u fil-Ħamrun, il-Ministru weġibni.", "L-istess għamel meta staqsejtu għall-istess informazzjoni fl-2014 u fl-2015.", "Però meta mbagħad ġejna għall-2017, il-Ministru qalli li ma jistax iwieġeb għaliex ma baqagħlux iżjed informazzjoni.", "Fil-fatt, il-Ministru Chris Cardona kien weġibni hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru huwa a konoxxenza ta' din l-isfida, tant li anke kienet fuq l-aġenda ta' waħda mil-laqgħat tal-kunsill konsultattiv għall-Intrapriża.", "Insegwitu tal-feedback miġbur mill-istakeholders preżenti ttieħdet azzjoni u nista' nikkonferma li sar progress notevoli f'dan ir-rigward.\"", "S'hemmhekk, huwa tajjeb, però mbagħad għamiltlu l-mistoqsija parlamentari 7435, li tgħid hekk:", "\"B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7224, jista' l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?\",", "huwa tani tweġiba xotta u qalli hekk:", "\"Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7224.\"", "Il-Ministru ma kellux aktar informazzjoni xi jżid.", "Mela l-ewwel qal li għamel progress imma mbagħad ma kienx kapaċi jgħidli bil-miktub x'inhu dan il-progress!", "Hawn qed nitkellmu fuq progress mhux rigress u allura ma nistax nifhem għalfejn il-Ministru qed jiddejjaq jitkellem fuq progress!", "Dan huwa l-Ministru li ħa l-parir li jżarma s-sistema meta seta' emendaha.", "U r-riżultat hu li llum il-Ministru ma jafx min qed jiftaħ ħanut jew jagħlaq ħanut, aħseb u ara kif jista' jwieżen lil min mhux sejjer tajjeb.", "Kif jista' l-Ministru jwieżen, jgħin, isostni u jkun qrib ta' min ma jafx li jeżisti!", "Sinjura President, sfida oħra hija fejn jidħlu l-ħaddiema.", "Meta nitkellem mas-sidien tal-ħwienet qed jgħiduli li qed jisirqu l-ħaddiema lil xulxin.", "Dan għaliex il-barranin li qed jiġu Malta biex jaħdmu qegħdin ifittxu li jagħmlu wkoll part-time job.", "Jekk pereżempju jaħdmu bħala carer, fil-ħin liberu tagħhom qed jagħmlu xogħol part-time biex jibagħtu l-flus għand il-familji tagħhom.", "Dan se jwassal biex il-prezz tax-xogħol part-time għada pitgħada jista' jorħos.", "Good luck għall-employers, imma bad luck għall-ħaddiema!", "Din hija r-realtà f'pajjiżna llum!", "Kif għedt, il-Bank Ċentrali qed jgħid li n-nies fil-kostruzzjoni, meta jħarsu lejn it-tliet xhur li ġejjin, m'għandhomx is-serħan tal-moħħ li kellhom fix-xhur li għaddew.", "Fl-istess ħin kien hemm min qalli li llum fil-kostruzzjoni qed jgħollu l-prezzijiet fuq xulxin.", "Mela l-ħajja qed togħla!", "Illum, jekk ma tqabbadx lil xi ħadd jaħdimlek jgħidlek li ma ġara xejn, għax għandu fejn naħdem.", "Ħafna drabi jgħidlek ukoll li jew jaħdimlek bil-prezz li tak jew xejn.", "Mela l-prezzijiet qegħdin jogħlew!", "Dawn huma l-kontradizzjonijiet li qegħdin jitkellmu dwarhom in-nies.", "Hemm min hu tajjeb fuq naħa u min hu ħażin fuq in-naħa l-oħra.", "Biss, kif għedt, ma ġejtx hawn biex ngħid li kollox iswed; irrid ngħid li hemm ħafna griż.", "Kien hemm min qalli biex ma noqgħodx inqajjem dawn il-punti għaliex kollu ta' xejn.", "Dan għaliex illum wasalna fiċ-ċirkostanza li ħadd ma jrid jisma' u ħadd ma jimpurtah mill-verità.", "In-nies hemm barra qatgħu qalbhom li jitkellmu fuq il-verità għaliex jafu li jekk titkellem fuq il-verità, issib min jirredikolak, bħalma għamel ilbieraħ il-Prim Ministru f'wiċċ il-Kap tal-Oppożizzjoni, biex juri kemm hu bravu.", "Biss, il-problemi tan-nies hemm baqgħu.", "Il-viżjoni tal-futur ħadd ma jafha!", "Bħal donnu sirna li ħadd ma jimpurtah minn għada!", "Il-problemi ta' għada narawhom għada!", "Kien hemm min qalli wkoll biex ma noqgħodx nitkellem fuq għada għax għandu jimpurtana biss mil-lum.", "L-istess, dan il-Gvern qed jaħseb biss fil-lum!", "L-isfida tal-ħaddiema però hija reali.", "Hawn min jgħid li s-suq isuq, imma ejja noqogħdu attenti għax jekk inħalluh isuq bħal żiemel sfrattat, jista' jdaħħalna fil-ħajt.", "Jekk jiġri dan, aħna l-politiċi rridu mbagħad naraw kif se nirranġaw l-affarijiet.", "Jekk nidlu fil-ħajt, dawk kollha li llum jieklu minn idejna jitilquna!", "U dawk li llum jitbissmu lill-Ministri jitilquhom ukoll!", "Jekk jiġri dan, il-politiku jkollu jerfa' r-responsabbiltà tiegħu.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li dan il-Baġit qed jgħid li jrid ineħħi d-diskriminazzjoni però jien ngħid li llum qed tinħoloq diskriminazzjoni għal ħafna sidien tan-negozji żgħar mill-Gvern stess permezz ta' kompetizzjoni inġusta.", "Pereżempju bl-iskuża tal-free movements of goods, qegħdin jitħallew jidħlu kull xorta ta' affarijiet bil-catamaran daqslikieku free movement of goods tfisser li inti tista' tħalli kollox għaddej.", "Meta għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Josè Herrera rigward prodotti agrikoli li jidħlu f'pajjiżna qalli li bil-catamaran jew bastiment ieħor wieħed ma jistax ixekkel il-kummerċ ħieles.", "Qalli wkoll li d-Dipartiment tad-Dwana jwettaq spot checks fuq affarijiet personali tal-passiġġieri għal prodotti illegali.", "Mela jekk il-Ministru qed jgħid li d-Dwana tista' twettaq spot checks fuq livell personali għal affarijiet illegali, għaliex ma twettaqx spot checks fuq affarijiet li huma ġejjin għall-kummerċ?", "Illum suppost kull konsenja li tiġi minn barra għandu jkollha invoice, għandu jitħallas il-VAT fuqha u wieħed għandu jiċċekkja li qed tidħol fil-pajjiż skont il-liġijiet ta' pajjiżna.", "Dan anke biex nieħdu ħsieb id-drittijiet tal-konsumaturi tagħna.", "Mela filwaqt li wieħed irid jara li jħares il-freedom of movement at the point of entry, ladarba l-konsenja toħroġ mill-gate, il-pulizija u l-uffiċjali tal-VAT jistgħu jagħmlu spot checks.", "Tista' tagħmel spot checks biex tara, pereżempju, x'tip ta' konkos jew għamara dieħla f'Malta u hijiex qed tasal għand il-konsumatur li qed iħallas għaliha.", "Waħda mill-akbar problemi li qed jiffaċċja s-settur tan-negozji ż-żgħar illum hija l-kompetizzjoni inġusta f'isem il-free movement of goods.", "Suppost li din hija xi ħaġa tajba imma sfortunatament, il-free movement of goods qed jintuża ħażin.", "Insemmi wkoll il-problema tat-traffiku, li hija kompetizzjoni inġusta li qed tiġi ffaċċjata, għax illum it-traffiku sar an induced cost.", "Però dan il-Gvern ma jimpurtah minn xejn ħlief li jkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħu.", "Il-Gven qed jgħid li qed iwessa' t-toroq.", "Imma possibbli ma ndunax li se jdaħħal aktar karozzi fl-istess toroq li se jwessa' u ma jkun qed isolvi xejn!", "Hemm kompetizzjoni inġusta wkoll meta niġu għall-procurement, jiġfieri għas-sistema ta' kif jinħarġu t-tenders.", "Ara hawn għad-differenza tal-free movement of goods il-Gvern ma jaqbillux iħares li l-procurement isir kif suppost.", "L-Unjoni Ewropea tgħidlek li trid tipprova toħroġ sejħa għall-offerti li tiffavorixxi anke lil min huwa żgħir u mhux toħroġ tenders b'mod ġenerali jew agħar minn hekk, tagħti direct order, kif qed jagħmel dan il-Gvern.", "Din hija xi ħaġa li lili ddejjaqni ħafna.", "Din iż-żona industrijali li qed tinbena għan-negozji ż-żgħar f'Għawdex minflok ma qed tinbena u titqassam mill-Gvern, qed isir negozju minn fuq min għandu bżonn ikollu spazju industrijali.", "Fil-ħarġa tal-istess ġurnal tat-28 ta' Jannar 2018, il-kuntrattur Joseph Portelli ġie kkwotat li qal li anke l-Ministru Tonio Fenech kien wera interess għal dan il-proġett.", "Tonio Fenech ċaħad dak li qed jgħid Joseph Portelli.", "Għal dan il-proġett ma nħarġitx tender imma ngħatat direct order.", "Qed ikun hemm kompetizzjoni inġusta wkoll riżultat tal-burokrazija li suppost naqset imma fil-verità żdiedet.", "Biex nagħti eżempju, meta xi ħadd jidħol f'bank, isirulu diversi mistoqsijiet.", "Fil-fatt, din hija waħda mill-akbar problemi li għandhom in-nies u s-sidien tan-negozji.", "Minħabba l-istejjer ta' skandli tal-korruzzjoni f'dan il-pajjiż, il-banek saru jagħmlu ħafna proċessi ta' due diligence.", "Meta tidħol f'bank u toqgħod fil-kju ħafna drabi tisma' lin-nies igergru dwar dawn il-ħafna mistoqsijiet bħal: Minn fejn ġibt dawn il-flus?", "Għalfejn tridhom?", "X'se tagħmel bihom?", "Iċ-ċittadin iż-żgħir huwa meqjus bħala ħalliel!", "Minħabba l-ħasil ta' flus, il-banek illum għandhom ħafna regolamenti.", "Mela ħaddieħor pappa u fetaħ il-kontijiet għall-ħasil tal-flus u ma tteħdux passi dwaru u Ċikku u Peppu, qegħdin fin-negozju jew le, ikollhom jirrispondu għal ħafna mistoqsijiet li l-banek jagħmlulhom.", "Bil-burokrazija li żdiedet fuq il-banek minħabba l-ħasil ta' flus, kulħadd qed jitqies bħala ħalliel!", "Irrid insemmi burokrazija u kompetizzjoni inġusta oħra.", "Din tirrigwarda l-kumpanija Enemed li tifforma parti minn dik li kienet l-Enemalta.", "L-Enemed timporta l-fuel bħall-petrol u d-dijsil.", "Jekk din se tinbiegħ, kif qed jingħad, jista' jkollna s-serħan tal-moħħ rigward x'tip ta' prezzijiet tal-fuel se jkollna?", "Kompetizzjoni oħra inġusta li qiegħed iħabbat wiċċu magħha n-negozjat Malti hija s-sistema ta' tassazzjoni li mhijiex ugwali bejn in-negozji li għandna f'Malta.", "Biex nagħti eżempju ħalli n-nies jifhmuni immedjatament, il-Lidl iħallas inqas taxxa minn kull supermarket ieħor Malti!", "Allura nistaqsi: Wasal iż-żmien li nibdew naħsbu kif se jkollna level playing field fis-sistema ta' tassazzjoni?", "Ikun tajjeb jekk dan il-Gvern jibda jaħseb out of the box biex dawn id-diskrepanzi fit-tassazzjoni jiġu indirizzati.", "Jien mhux qed ngħid li għandna ngħollu l-ftehim tat-taxxa li għandu l-Lidl, imma ejja naraw kif se nnaqqsu t-taxxa li qed iħallas is-supermarket Malti.", "Nistgħu naraw li s-supermarket Malti, li qed iħallas 35% taxxa, jibda' jħallas daqs il-Lidl?", "Hawn irrid ngħid xi ħaġa oħra fuq il-Lidl.", "Jien ngħid: Hands off Lidl!", "Ma jistax ikun li jingħata spazju għal deskrepanza bejn Malti li qiegħed jinvesti f'Malta u l-Lidl li m'għandu l-ebda rappreżentanza ta' dak li huwa Malti fin-negozju tiegħu!", "Sinjura President, m'għandix il-ħin biex nagħti l-istampa kollha ċara però min irid jifhimni, jista' jifhimni.", "Ġejt hawn biex nitkellem fuq problemi li qegħdin jitkellmu fuqhom in-nies hemm barra.", "Jiddispjaċini nara Gvern li huwa indifferenti għal dawn il-problemi tan-nies.", "Bl-iskuża li kollox sejjer tajjeb, għandna Gvern li qed ikun indifferenti għal dak li jista' jagħmel aħjar.", "Għandna Gvern li ma jridx jagħmel l-affarijiet aħjar għax irid jogħġob lil dak li diġà sejjer tajjeb.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Ninformak li għandek erba' minuti.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, f'erba' minuti l-Partit Demokratiku irid jagħmel appell għall-għaqal u r-responsabbiltà.", "Għalina, ekonomija suċċess tfisser ekonomija li tikber, imma magħha tikber ukoll il-kwalità tal-ħajja tal-familji.", "Irridu poplu kburi bir-riżultat tal-ekonomija ta' pajjiżna.", "Biex dan iseħħ, irid ikun hemm ekonomija sostenibbli u b'viżjoni ċara ta' fejn trid tmur.", "Sinjura President, fl-2013 il-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat, mingħand Gvern instabbli, wiret ekonomija stabbli, b'banek b'saħħithom, reputazzjoni impekkabbli u minjiera ta' opportunitajiet.", "Gvern Laburista ħa dik l-opportunità u ppreżenta opportunitajiet lil ħafna investituri biex jaħtfu dik l-opportunità u jiġu jinvestu u joħolqu x-xogħol f'pajjiżna.", "Però meta mbagħad naraw x'ġara mill-2013 'l hawn nibdew nistaqsu: Malta għadha kalamita għall-investiment daqskemm kienet fil-bidu tal-ewwel leġiżlatura tal-Gvern Laburista?", "Ir-risposta mhux se nagħtiha jien imma tawha Ernst & Young din il-ġimgħa stess, meta tkellmu dwar l-attractive index ta' Malta.", "Ernst & Young wissew li minkejja li Malta għadha tiġbed l-investiment, għaliex qed indardru l-għajn li qed nixorbu minnha riżultat tan-nuqqas ta' ppjanar bir-reqqa dwar kif għandha titmexxa l-ekonomija fil-pajjiż, inżilna ħafna f'dak li hu attractiveness index!", "Sinjura President, aħna tal-Partit Demokratiku qegħdin hawn biex nappellaw lill-Gvern biex ma nitilfux dik li kienet, u nispera li għadha, minjiera ta' opportunità u kalamita għall-investiment barrani u lokali.", "Nappellaw lill-Gvern biex juri x'inhi l-viżjoni aħħarija tiegħu għal dan l-pajjiż.", "Aħna ma nibżgħux li jkun hawn ħaddiema barranin f'Malta.", "Aħna nibżgħu meta l-Gvern ma jippreparax ruħu infrastrutturalment u soċjalment għall-preżenza ta' ħafna aktar ħaddiema barranin f'pajjiżna.", "Nibżgħu wkoll meta jkun hawn ħaddiema barranin li jiġu ttrattati b'kundizzjonijiet li ma jixirqux lill-umanità.", "Mill-bqija, il-fatt li pajjiżna jkun kosmopolitan, kif ilu għal sekli sħaħ, ma jbeżżaniex.", "Aħna nistgħu nkunu kosmopolitani, fejn l-identità tagħna tibqa' tagħna u magħrufa, u fejn ikollna ekonomija li sservi lill-poplu u mhux ekonomija li taqdi l-ftit.", "Aħna rridu li jkollna ekonomija ta' suċċess, kif qed tiġi deskritta f'dan iż-żmien.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-ħin tal-Oppożizzjoni skada.", "Il-ħin li baqa' issa huwa għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "Insejjaħ lill-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, smajt b'attenzjoni lill-Membri tal-Oppożizzjoni jgħidu x'jaħsbu fuq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Jista' jagħti l-każ li min qiegħed isegwina hemm barra u jisma' d-diskors li sar min-naħa tal-Oppożizzjoni jaħseb li l-ekonomija tikber waħedha.", "Forsi hawn min jaħseb li jekk ma tagħmel xejn l-affarijiet se jimxu 'l quddiem waħedhom, bħal donnu l-ġid jaqa' mis-sema u mhux għax ikun hemm miżuri speċifiċi li joħolqu l-ġid!", "L-Onor.", "Vassallo qal li lbieraħ il-Prim Ministru rredikola lill-Kap tal-Oppożizzjoni bid-diskors tiegħu, għax tkellem b'mod ċar kif taħdem l-ekonomija.", "L-ekonomija ma taħdimx billi ma tagħmel xejn u tikber!", "L-argument li l-importazzjoni tan-nies biex jaħdmu f'Malta bħal donnu huwa s-suċċess tal-ekonomija ma jagħmilx sens.", "Hija assurda li jkun hawn min jiġi f'din il-Kamra u jagħmel argument bħal dak.", "Bir-rispett kollu lejn kulħadd, dan huwa diskors ta' min ma jifhimx kif taħdem l-ekonomija.", "Jekk hawn min f'din il-Kamra jemmen li l-ekonomija taħdem b'dan il-mod, frankament ma naħsibx li postu huwa f'dan il-Parlament.", "Il-verità hija li pajjiżna qabad it-triq tas-suċċess b'ħafna ħidma min-naħa tal-Gvern.", "Illum qegħdin nanalizzaw l-ekonomija tal-pajjiż u meta naraw kif kienet l-ekonomija Maltija qabel l-2013 għal kif inhi llum, naraw li f'daqqa waħda kien hemm tkabbir li ma kienx tas-soltu.", "Mill-2013 'l quddiem, l-ekonomija ta' pajjiżna kibret, u dan ma ġarax b'kumbinazzjoni imma kibret bix-xogħol li għamel dan il-Gvern.", "L-ewwel u qabel kollox, sa mill-ewwel ġurnata tiegħu dan il-Gvern ħadem biex jirbaħ il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Ngħidu x'ngħidu aħna l-Membri ta' din il-Kamra, il-fiduċja mhijiex xi ħaġa li tista' tixtriha imma hija xi ħaġa li tinkiseb meta l-poplu jserraħ rasu mill-ekonomija tal-pajjiż.", "Illum il-ġurnata l-poplu għandu fiduċja li dan huwa l-aqwa Gvern li hemm biex imexxi 'l quddiem l-ekonomija tal-pajjiż.", "Jekk tistaqsi lill-poplu hemm barra jekk illum iħossux aħjar ekonomikament u finanzjarjament minn kif kien fl-2012, il-maġġoranza se jgħidu li llum jinsabu aħjar.", "Jekk tistaqsi lill-poplu Malti jekk jaħsibx li l-ekonomija ta' pajjiżna hija miexja fid-direzzjoni t-tajba, il-maġġoranza tal-poplu se jgħidlek li iva, pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Issemma wkoll ir-rapport ta' Ernst & Young tal-ġimgħa li għaddiet.", "80% tal-intrapriżi barranin stabbiliti f'Malta, meta mistoqsija minn Ernst & Young dwar l-operat tagħhom f'pajjiżna, għamluha ċara li beħsiebhom jibqgħu f'pajjiżna minn tal-inqas għall-għaxar snin li ġejjin.", "Aktar minn hekk, il-maġġoranza qawwija qalu li għandhom saħansitra pjanijiet biex fis-snin li ġejjin ikomplu jespandu l-operat tagħhom f'pajjiżna.", "Sinjura President, l-ekonomija tikber billi nġibu l-investiment minn barra u mhux billi nġibu n-nies minn barra.", "Qed nara lir-rappreżentanti tal-Malta Enterprise, li nsellmilhom u nirringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu.", "Din l-Awtorità Maltija taħdem ta' kuljum biex iġġib l-investiment barrani lejn pajjiżna.", "B'dispjaċir ngħid li qabel l-2013, il-Malta Enterprise kellha operat li kien pjuttost kajman.", "Għall-kuntrarju, illum kulħadd jista' jara r-riżultati tax-xogħol tagħha.", "L-ammont ta' investiment barrani li qed jiġi f'pajjiżna bħalissa huwa bla preċedent!", "B'dan il-mod tikber l-ekonomija!", "Innotajt li ħadd mill-Oppożizzjoni ma ndenja ruħu jirringrazzja lil dawn il-ħaddiema.", "Minn hawn, jien nerġa' nirringrazzja lill-ħaddiema tal-Malta Ennterprise, lill-ħaddiema tal-Malta Industrial Parks (MIP) u lill-ħaddiema tal-Privatisation Unit għax-xogħol siewi li qed jagħmlu għal pajjiżna.", "L-Onor.", "Vassallo qali li l-Prim Ministru pprova jirredikola lill-Kap tal-Oppożizzjoni però mbagħad kif għedt, l-Oppożizzjoni mank sabet minuta ċans tgħid grazzi lil dawn in-nies li ta' kuljum jaraw li jibqgħu jġibu l-investiment barrani f'Malta.", "Huwa wkoll bis-saħħa ta' dawn il-ħaddiema li pajjiżna miexi 'l quddiem.", "Huwa grazzi għal dawn il-ħaddiema li l-Ministru għall-Finanzi jista' jiġi f'din il-Kamra, bħalma għamel il-ġimgħa li għaddiet, u jħabbar il-Baġit li ħabbar.", "Li kieku m'hawnx dawn l-entitajiet li xogħolhom huwa li jkabbru l-ekonomija, kieku ma tistax tagħmel baġit bla taxxi.", "Kieku l-Ministru għall-Finanzi ma jistax jagħmel diskors ta' baġit ta' tliet sigħat sħaħ jitkellem fuq diversi miżuri u fuq kif se nqassmu l-ġid għand in-nies.", "Fost il-kritika li saret intqal li għalkemm l-ekonomija qed tikber, mhux kulħadd qiegħed igawdi mill-ġid li qiegħed jinħoloq f'pajjiżna.", "Din hija n-narrativa li bħalissa qed jagħmel b'mod partikolari l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Għaldaqstant se nieħu l-ħin li ġej biex niddeskrivi kif l-ekonomija tagħna qiegħda tavvanza u kif il-ġid qed jasal għand in-nies bil-fatti u mhux bil-paroli biss.", "L-aktar ħaġa faċli għalija hija li niġi hawnhekk, ngħid dak li jiġini f'moħħi, mingħajr fatti u xejn, imbagħad inħalli n-nies hemm barra biex jiġġudikaw jekk dak li għedtx hux minnu jew le.", "Biss, jien ġejt hawnhekk bil-figuri u għalhekk, bil-fatti se nuri kif il-ġid li l-ekonomija Maltija qed toħloq qed jasal għand in-nies.", "Din il-ġimgħa fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li f'daqqa waħda pajjiżna m'għadux attraenti għall-investiment u li m'għadhomx jiġu investituri barranin jinvestu f'Malta.", "Il-verità hija li fl-2012 l-investiment barrani kien naqas b'€84 miljun mentri fl-2017 kellna investiment barrani ta' madwar €142 miljun!", "Dan huwa l-mod kif qed tikber l-ekonomija!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li l-għoli tal-ħajja mhuwiex kejl reali ta' kemm qed togħla l-ħajja f'pajjiżna.", "Il-kejl li jintuża msejjaħ COLA huwa l-istess mekkaniżmu li ntuża fil-passat u huwa xi ħaġa li effettivament mhijiex deċiża mill-Gvern.", "Dik hija waħda mill-uniċi miżuri li tingħata lill-Ministru għall-Finanzi u tiġi inkluża fil-baġit biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja fis-sena li nkunu nisabu fiha.", "L-Oppożizzjoni qaltilna li l-faqar żdied.", "Fil-verità, skont l-istatistika tal-Eurostat il-faqar naqas f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Hemmhekk qed imur il-ġid li qed toħloq l-ekonomija tagħna!", "Din il-ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna wkoll li n-nies li huma sidien ta' darhom naqsu.", "Fil-verità fl-2012 kien hawn 77% tan-nies li kienu s-sidien ta' darhom u llum għandna 13,000 familja oħra li għandha d-dar tagħha, bil-figura titla' għal aktar minn 78% tal-poplu Malti li huwa sid ta' daru.", "L-Oppożizzjoni staqsiet imbagħad fejn qed imorru l-flus li qed tiġġenera l-ekonomija.", "Qalulna li waqafna ninvestu fl-edukazzjoni għax m'aħniex qed niġġeneraw biżżejjed flus.", "Qalulna li ma bqajniex nibnu skejjel għat-tfal tagħna.", "Skont huma, fil-passat kien hemm il-prassi li tinbena skola ġdida kull sena u aħna waqqafnieha.", "Il-verità hi li fil-ħames snin li għaddew inbnew diversi skejjel ġodda, foshtom l-iskejjel ta' Ħal Kirkop, Pembroke, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli u l-campus il-ġdid ta' Għawdex.", "Bħalissa qed jinbnew ukoll żewġ skejjel oħra f'Wied il-Għajn u f'San Pawl il-Baħar li għandhom jitlestew sas-sena d-dieħla.", "Dan ifisser li f'temp ta' sitt snin se jkunu nbnew seba' skejjel, u allura se nkunu bnejna aktar minn skola waħda kull sena!", "Tajjeb ngħid ukoll li l-famuża skola ġdida kull sena li kien jibni Gvern Nazzjonalista kienet tinbena bid-dejn, bħalma kien jagħmel f'affarijiet oħrajn.", "Niftakru lill-Ministru tal-Edukazzjoni ta' dak iż-żmien iħabbar li l-iskejjel inbnew permezz ta' self mal-HSBC.", "Fil-verità, dak is-self spiċċa tħallas taħt dan il-Gvern.", "Mela dan il-Gvern bena aktar minn skola ġdida kull sena u l-iskejjel li nbnew fil-passat bid-dejn spiċċa ħallashom hu wkoll!", "Skont il-Kap tal-Oppożizzjoni, it-tfal fil-faqar żdiedu.", "Il-fatt huwa li minn 16,000 tifel u tifla f'faqar monetarju f'pajjiżna llum għandna 14,000.", "Bħala Gvern nirrikonoxxu li għad fadal x'nagħmlu biex neliminaw il-faqar f'pajjiżna.", "Aħna ma nagħmlux bħal ta' qabilna u ngħidu li l-faqar ma jeżistix imma huwa perċezzjoni.", "Bħala Gvern, għandna r-rieda politika li naraw li bil-ġid li l-ekonomija qed toħloq, inkomplu neliminaw il-faqar u nwasslu l-ġid għand min l-aktar li għandu bżonn.", "Fid-diskors li għamel nhar it-Tnejn li għadda l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li żdied l-ammont ta' studenti li qed jieqfu kmieni mill-iskola.", "Hawnhekk ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem mingħajr ma informa ruħu sew.", "Ir-rata ta' żgħażagħ Maltin li jieqfu kmieni mill-iskola fl-2012 kienet ta' aktar minn 21% filwaqt li fl-2017 din kienet 17.7%.", "Dan ifisser li kien hemm tnaqqis ta' 4% mir-rata li kellna fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista.", "Qalulna wkoll li minħabba li qed inġibu ħaddiema barranin hawn Malta l-pagi f'pajjiżna mhux telgħin u li qed nagħfsu fuq iċ-cheap labour.", "Skont l-NSO, il-paga medja mill-2017 sal-2018 żdiedet b'€14.50 fil-ġimgħa.", "Dan ifisser li l-biża' li l-Oppożizzjoni qed tipprova tnissel fost in-nies fir-rigward tal-pagi mhijiex reali.", "Mhux minnu li l-pagi qed jibqgħu ġġamjati, jew li qed jiċkienu, għax il-figuri tal-NSO qed juru mod ieħor.", "Qalulna li bil-miżuri tagħna mhux qed naffettwaw lil min verament għandu bżonn l-għajnuna.", "L-Onor.", "Vassallo semma b'mod partikolari lin-negozji ż-żgħar.", "Hawn se nsemmilu miżura waħda li reġgħet ġiet ikkonfermata fil-Baġit u li possibbilment l-Onor.", "Vassallo stess, li qiegħed fin-negozju, jista' jibbenefika minnha.", "Il-Ministru estenda l-miżura li permezz tagħha, meta jsir trasferiment ta' negozju tal-familja, minflok titħallas bolla b'rata ta' 5% titħallas bolla b'rata ta' 1.5%.", "Din hija d-differenza li qed nagħmlu, anke għal dawk li huma negozji żgħar, fejn is-sena d-dieħla, jistgħu jiffrankaw eluf kbar ta' ewro.", "Il-verita hija li jekk l-Onor.", "Vassallo u oħrajn bħalu li għandhom negozju żgħir jew negozju tal-familja jittrasferixxu n-negozju tagħhom din is-sena u s-sena d-dieħla, se jiffrankaw il-flus permezz ta' din il-miżura li reġgħet ġiet ikkonfermata f'dan il-Baġit.", "Finalment il-flus li n-negozji se jiffrankaw jistgħu jiġu investiti lura fin-negozju tagħhom.", "Sinjura President, l-appell tiegħi lill-Oppożizzjoni huwa biex tieħu l-politika u lil dan il-Parlament b'aktar serjetà.", "Dan għaliex lil min qiegħed isegwina m'għadekx tista' tagħmillu l-bżar f'għajnejh u tidħak bih kif ġib u laħaq.", "Illum il-poplu jħoss li mexjin 'il quddiem u jaf li familtu hija aħjar milli kienet numru ta' snin ilu.", "Dan qed jiġri għax sa mill-ewwel ġurnata tiegħu dan il-Gvern ħadem biex inkabbru l-ekonomija u issa li kabbarna l-ekonomija, qed naraw li l-ġid jitwassal għand kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, illum qed nitkellmu fuq il-Ministeru responsabbli mill-ekonomija.", "Bla dubju li l-perjodu li qegħdin fih huwa l-aqwa wieħed għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dan ma ġarax b'kumbinazzjoni!", "Ma tridx tkun xi professur tal-ekonomija biex tgħid li llum l-ekonomija ta' pajjiżna hija ferm aħjar milli kienet sitt snin ilu!", "Edwin Vassallo biex tgħid li l-ekonomija marret għall-agħar!", "Siltiet mid-diskors li għamel l-Onor.", "Vassallo inkwetani ftit għaliex donnu li l-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista resqin bil-mod il-mod lejn ideal politiku li jmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-moviment liberu tan-nies bejn il-pajjiżi u anke l-moviment ta' prodotti u servizzi.", "Diffiċli temminna din!", "L-Onor.", "Vassallo kkritika l-fatt li qegħdin jiġu prodotti u servizzi minn barra minn Malta lejn pajjiżna.", "Ejjew ma ninsewx li l-Onor.", "Edwin Vassallo kien responsabbli minn dan il-qasam meta kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli min-negozji ż-żgħar.", "Tafu x'inhi d-differenza bejn dan il-Gvern u Gvern Nazzjonalista?", "Gvern Nazzjonalista lil min ma kienx ilaħħaq mal-kontijiet kien jibagħtu l-ħabs mentri dan il-Gvern jagħtih inċentivi biex bħala negozju żgħir ikompli jimraħ.", "Dik hi d-differenza ewlenija bejn il-mod kif taħdem din in-naħa tal-Kamra u l-mod kif kienet taħdem in-naħa l-oħra meta kienet fil-gvern.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Vassallo jgħid li kien iżur lin-negozji ta' kull ġimgħa.", "Tajjeb u sew kien jagħmel, għax hekk għandu jkun politiku tajjeb.", "Biss il-Crafts Village qatt ma mar iżuru għax qatt m'għamlu!", "Bħala Gvern, kemm f'dan il-Baġit kif ukoll fil-baġit preċedenti, qed inwettqu l-wegħdiet li għamilna, għax aħna nżommu kelmitna mal-poplu.", "Qed nagħmlu wkoll dak li wiegħed il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern u ma wettaqx.", "Gvern Nazzjonalista għamel snin twal iwiegħed li se jagħmel il-Crafts Village f'Ta' Qali imma baqa' qatt ma sar.", "Kellu jkun dan il-Gvern li jagħmlu.", "Meta wieħed janalizza dan il-Baġit jara li dan il-Baġit isegwi fuq baġits oħrajn, allavolja l-Oppożizzjoni tgħid li dan huwa Gvern bla pjan.", "Fl-2013 wettaqna dak li wiegħed il-Partit Nazzjonalista u m'għamilx billi bdejna nraħħsu t-taxxi u tfajna ħafna flus fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Naqqasna wkoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fejn tfajna madwar €80 miljun fil-bwiet tan-nies u tan-negozji li tkellem fuqhom l-Onor.", "Sinjura President, smajna wkoll argumenti oħrajn mill-Oppożizzjoni bħal li dan il-Gvern falla milli jgħin lill-familji, lill-ħaddiema u lill-pensjonanti.", "Ħalli nieħdu settur settur u naraw kemm, fejn u min falla fil-miri ekonomiċi tiegħu.", "Ma kien hawn l-ebda gvern ieħor fl-istorja reċenti ta' pajjiżna li ħa miżuri bħalma ħadna aħna f'dawn il-ħames snin biex il-familji u n-negozji jkunu aħjar.", "Kif diġà semmejt, naqqasna t-taxxi, raħħasna l-kontijiet, daħħalna inċentivi ġodda għall-familji, bħall-inċentivi tal-First-time Buyers u tas-Second-time Buyers, tajna ċ-childcare b'xejn, offrejna trasport għaż-żgħażagħ b'xejn u żidna l-pagi fost lista twila ta' miżuri oħrajn.", "Qalu li nsejna lill-pensjonanti.", "Insejniehom meta żidniehom erba' darbiet?!", "Infakkar li ż-żieda fl-aħħar Baġit kienet ir-raba' żieda għall-pensjonanti minn dan il-Gvern.", "Żidna wkoll is-servizzi għall-anzjani u l-benefiċċji għal min għandu bżonn għax nemmnu fil-prinċipju tagħna tas-soċjaliżmu demokratiku u għalhekk, norbtu l-ħolqien tal-ġid mal-ġustizzja soċjali.", "Qalulna li tajna żieda ta' €2.33 biss.", "Fil-verità aħna ħallejna miljuni ta' ewro fil-bwiet tan-nies.", "Mhux veru li l-ħaddiema ħadu €2.33 biss għax jekk tieħu ħaddiem bil-paga minima, apparti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja ħa żidiet oħrajn.", "Fil-fatt, min hu bil-paga minima se jieħu €3 għas-sena d-dieħla u €3 oħra s-sena ta' wara.", "L-Oppożizzjoni pprovat tiżgwida lin-nies bl-argumenti tagħha.", "Ara dan il-Gvern, kif qal il-Prim Ministru, għamel Baġit ta' treats with no tricks!", "L-Onor.", "Adrian Delia pprova jbeżżagħna bil-barranin.", "Se nagħmel elenku sħiħ ta' kif il-Kap tal-Oppożizzjoni pprova jittrikkjana bil-figuri li beda jsemmi, li għandi d-dubji kemm kienu verament żbalji.", "Pereżempju qal li dan il-Gvern ġab 15,000 barrani f'pajjiżna.", "L-ewwel nett mhux il-Gvern iġib lil dawn in-nies imma dawn jiġu għax jafu li hawn bżonn ta' ħaddiema f'ċerti setturi u t-tieni, f'ħames snin żdiedu 8,493 ħaddiem.", "Jiġifieri mhux veru li kien hawn żieda ta' 55,000.", "Dawn huma t-tricks li pprova juża l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jidħak bina.", "L-istess għamel fir-rigward tal-inflazzjoni, fejn qalilna li l-inflazzjoni żdiedet meta fil-verità, taħt l-amministrazzjoni preċedenti bħala medja l-inflazzjoni kienet tlaħħaq it-2.4% fis-sena jew d-doppju ta' dik reġistrata fit-12-il xahar li għaddew.", "Fir-rigward tal-investiment, l-Onor.", "Adrian Delia qal li Malta m'għadhiex attraenti għall-investiment.", "Dan meta fl-2012 kellna tnaqqis ta' €84 miljun fl-investiment dirett barrani u fl-2017 kellna investiment barrani ta' madwar €142 miljun!", "Il-lista ta' kif il-Kap tal-Oppożizzjoni pprova jittrikja lin-nies ma tispiċċa qatt!", "Pereżempju qal ukoll li l-kejl tal-għoli tal-ħajja hu ferm 'il bogħod mir-realtà.", "Infakkar li l-mekkaniżmu tal-COLA hu l-istess mekkaniżmu li ntuża minn gvernijiet preċedenti, liema mekkaniżmu kien maqbul minn Gvern Nazzjonalista mal-imsieħba soċjali.", "Il-verità hija li aktar ma tkun għolja ż-żieda tal-għoli tal-ħajja, aktar kien żieda għolja fil-prezzijiet.", "Qabel kienu jgħidu: Ħa jgħolew il-prezzijiet!", "Proprju għalhekk li kien ikun hawn żidiet għoljin tal-għoli tal-ħajja!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna wkoll li naqsu n-nies li huma sidien ta' darhom.", "Il-verità hi li fl-2017, 78.2% kienu sidien ta' darhom filwaqt li fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista, ċjoè fl-2012, kien hemm 77.5% biss tan-nies li kienu sidien ta' darhom.", "Dan ifisser li llum hawn 13,000 persuna aktar li hija sid ta' darha milli kien hemm fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Dawn huma biss ftit mill-miżuri li qed niftakar u li ħadt nota tagħhom, għax hemm lista twila.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li ma bnejniex skola waħda.", "Fil-verità bnejna middle school f'Ħal Kirkop, l-Iskola Sport f'Pembroke, l-iskola primarja ta' Ħaż-Żebbuġ, is-senior school f'Ħad-Dingli u l-campus il-ġdid tal-MCAST.", "Ma nistax nifhem minn fejn qed iġib dawn il-figuri!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni mbagħad qal li m'għamilna xejn għall-familji.", "Mela x'inhuma dawk it-18,000 koppja li bbenefikaw mill-iskema tal-First-time Buyers?", "Għall-Kap tal-Oppożizzjoni dawn mhumiex familji?", "Jekk mhumiex familji jista' jgħidilna x'inhuma?!", "Naħseb li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma qarax id-dokument li ħarġet l-Oppożizzjoni stess!", "Fil-fatt, ilbieraħ il-Prim Ministru wera kif il-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas biss qara jew ta kas id-dokument li ppreparawlu dwar l-ekonomija bl-isem \"Min-nies għan-nies\".", "Jien ngħid li donnu lanqas il-Baġit ma qara għax biex tgħid li dan huwa Baġit bla viżjoni u bla pjan ma tridx tkun qrajt id-Diskors tal-Baġit!", "Il-viżjoni u l-pjan tal-Gvern huma miktuba iswed fuq l-abjad u huma ċari daqs il-kristall fil-Baġit li ppreżenta l-Ministru għall-Finanzi.", "Jista' jkun ukoll li waqt il-Baġit il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx attent għal dak li kien qed jinqara!", "Qalilna li ċ-ċifri ta' dan il-Baġit mhux ta' min jafdahom.", "Mela lil min tridu tafdaw?", "Minn żmien għal żmien, in-nies ikunu mistoqsija lil min jafdaw l-aktar.", "Hemmhekk tara lil min verament jafdaw in-nies.", "In-nies jafu li ma' din in-naħa tal-Gvern l-elettorat għandu relazzjoni onestà.", "Aħna qatt ma ċħadna li f'Malta hawn il-faqar.", "Biex tindirizza l-problema l-ewwel trid taċċetta li għandek problema!", "Din hija r-relazzjoni onestà li aħna bnejna mal-poplu Malti u Għawdxi.", "Aħna qatt ma għedna li Gvern Nazzjonalista għamel kollox ħażin.", "Dalgħodu stess jien kont qed nitkellem fid-dibattitu dwar il-voti tal-Ministeru responsabbli mill-kultura u semmejt l-affarijiet tajbin li saru minn amministrazzjoni preċedenti u li aħna komplejna ntejbuhom.", "L-istess hemm affarijiet fil-qasam tal-ekonomija u setturi ekonomiċi li saru minn Gvern preċedenti, bi qbil ma' din in-naħa tal-Kamra meta konna fl-Oppożizzjoni.", "Dawn aħna komplejna nkabbruhom.", "Li kieku kont qiegħed nagħti parir lill-Kap tal-Oppożizzjoni, kieku kont ngħidlu biex jgħid x'għamel tajjeb il-Gvern, jirrikonoxxi li llum għandna ħafna familji jgħixu aħjar, jgħid ukoll fejn ma jaqbilx - għax aħna ma nistennewx li l-Oppożizzjoni se taqbel mal-Gvern fuq kollox - però jgħid ukoll x'inhu l-pjan alternattiv tal-Oppożizzjoni.", "Qed ngħid dan għaliex dak li qiegħed jgħidilna li aħna m'għandniex pjan, il-pjan tiegħu ħadd ma jaf x'inhu għax ma qalilniex!", "Għamel biss kantaliena kontra l-barranin li jiġu f'Malta biex isibu x-xogħol, għalkemm issa bħal donnu bdiet kantaliena oħra kontra l-prodotti u s-servizzi li jiġu minn barra!", "Allura nistaqsi: X'se tagħmel l-Oppożizzjoni li qed taspira li tkun gvern alternattiv?", "Ħadd mill-Partit Nazzjonalista ma qalilna, pereżempju, li jaħseb li hawn ħafna barranin u se jkeċċi grupp minnhom.", "Ħadd ma qalilna li ma jriduhomx jiġu hawn.", "Ħadd ma qal li ma jridx li nżidu l-impjiegi mal-Gvern.", "Importanti li l-Oppożizzjoni tgħid x'inhu l-pjan tagħha!", "Sinjura President, huwa għalhekk li l-poplu Malti mhux juri fiduċja fin-naħa tal-Oppożizzjoni, għax l-Oppożizzjoni mhijiex qed tkun onestà miegħu.", "Biex tkun onestà l-ewwel nett trid tibda tgħid il-verità u mhux tfajjar iċ-ċifri kif jidhrilha hi ħalli tilgħab għall-gallarija.", "Il-poplu jaf ma' min jista' jibni u jkollu relazzjoni onestà.", "Il-poplu jaf li dan huwa Gvern li jisma' u li jattwa.", "Il-poplu jaf li dan hu Gvern kredibbli.", "Il-kredibbiltà jagħtiha l-poplu Malti bil-fiduċja li dejjem wera u m'għandix dubju li se jibqa' juri f'dan il-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, meta wieħed jisma' lill-membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni jitkellmu jibda jistaqsi jekk humiex qegħdin jaqraw l-istess Baġit li qara l-Ministru għall-Finanzi.", "Jidher li għalihom kollox huwa ħażin!", "Possibbli kulma jsir minn din in-naħa tal-Kamra huwa kollu ħażin?!", "Possibbli dawn mank miżura waħda ma sabu tajba?!", "F'dan il-Baġit hemm 'il fuq minn 160 miżura li jiffurmaw l-bażi tal-ekonomija tal-pajjiż.", "Quddiemna għandna Baġit li qiegħed jibni fuq il-baġits tas-snin ta' qabel.", "Dan huwa s-sabiħ li jkollok roadmap u pjan.", "S'issa kulma smajna min-naħa l-oħra tal-Kamra kien li l-ekonomija qed tikber, imma r-riċetta hija ħażina.", "Jien fhimthom li dawn qed jgħidulna li l-kejk huwa tajjeb, imma ħasra li ma ħmewhx huma!", "Mhux talli ma ħmewhx, talli lanqas mhuma se jaħmu l-kejk tas-sena li ġejja, ta' wara u ta' wara, u niddubita jekk jaħmux xi kejk wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss għaliex wisq probabbli l-ekonomija se tibqa' titmexxa dejjem minn din in-naħa tal-Kamra!", "Illum nafu min hu dak il-Gvern li għandu l-fiduċja tal-poplu hemm barra biex jamministra l-ekonomija tal-pajjiż.", "Smajna, fost l-oħrajn, lill-Onor.", "Edwin Vassallo jagħmel l-argumenti tiegħu biex jipprova joħloq realtà li ma teżistix, fejn l-eċċezzjoni qed jipprova jagħmilha r-realtà.", "Bir-rispett kollu lejh, jien naħseb li qiegħed jipprova jaqleb kollox rasu 'l isfel, u ħasra li m'għadux hawn biex nirrispondi ftit mill-punti li tkellem fuqhom.", "Pereżempju qal li dan il-Gvern ma semmiex ċerti proġetti fil-Baġit.", "Dażgur, proġetti bħal dak tal-Crafts Village ta' Ta' Qali m'għandux għalfejn isemmih għax qiegħed jitwettaq!", "In-nies kienu ilhom is-snin jiġu mwiegħda minn Gvern Nazzjonalista wara l-ieħor li se jsir il-Crafts Village imma baqa' qatt ma sar xejn.", "Illum għandna Gvern però li qed iwettaq dan il-proġett tal-Crafts Village f'Ta' Qali.", "In-nies qed jaraw ix-xogħol għaddej u l-azjendi jgħidulek li fl-aħħar xi ħadd ta kashom u qed iwettaq il-wegħda li tant ilha li saritilhom!", "L-Onor.", "Vassallo qalilna li ma jsirux spot checks fuq ix-xogħol li jiġi minn barra.", "Għandu żball u ma jafx kif jaħdmu l-affarijiet.", "Dan juri kemm hu maqtugħ mis-settur li qiegħed jirrappreżenta hu stess f'dan il-Parlament.", "Ilum il-ġurnata jsiru spot checks anke minn uffiċjali tal-VAT, li qed imorru pass oltre għax l-informazzjoni miġbura tiġi cross checked ma' dak li jkun ġie ddikjarat fil-VAT returns mill-kumpaniji.", "Qalilna wkoll li t-trade licenses inqatgħu u l-Gvern m'għandux aktar kontroll.", "Dan mhu veru xejn għax kull azjenda f'Malta għandha VAT number uniku għaliha.", "Dan il-Gvern kien kuraġġuż biżżejjed li jagħlaq loophole li nfetħet minn Gvern Nazzjonalista meta daħħal emenda biex dawk l-azjendi li kienu jiddikjaraw inqas minn €7,000 ma jkollhomx bżonn VAT number.", "Illum il-ġurnata kulħadd irid ikollu VAT number u minn dak il-VAT number inti tkun tista' tidentifika lill-persuna, l-azjenda fejn qed taħdem, x'tagħmel u x'tiddikjara, fost affarijiet oħra.", "Huwa għalhekk li ninsabu mexjin 'il quddiem f'dan is-settur.", "L-Onor.", "Vassallo mbagħad semma l-banek fejn qisu ried jgħid li l-HSBC madwar id-dinja kollha biddel is-sistema tad-due diligence tort tal-Prim Ministru Joseph Muscat u tal-Gvern Laburista!", "L-HSBC mad-dinja kollha biddlu l-metodi tagħhom tad-due diligence wara li kienu huma stess li weħlu multi kbar barra minn pajjiżna u ovvjament dak li bdew jimplimentaw barra minn Malta qed jimplimentawh hawn Malta wkoll.", "Qed insemmi l-HSBC biex insemmi bank wieħed għax fir-realtà kull bank irid jimplimenta d-Direttivi li jkunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "U mela jiġi l-Onor.", "Vassallo jipprova jbellagħhielna li kollox qed jinbidel minħabba Gvern Laburista!", "L-Onor.", "Vassallo dejjem jitkellem ukoll fuq ir-rati tat-taxxi li jħallsu n-negozji barranin.", "Diġà kelli l-okkażjoni nispjegalu għal darba, darbtejn li bil-mod simplistiku tiegħu ta' kif qiegħed jiddiskrivi dawn it-taxxi qiegħed jirredikola dan l-inċentiv.", "Fl-opinjoni tiegħi, għandna ningħaqdu lkoll kemm aħna f'din il-Kamra u niddefendu dan l-inċentiv, kemm f'Malta kif ukoll barra minn pajjiżna.", "Sinjura President, jien ma nistax nifhem għaliex il-Membri tal-Oppożizzjoni qed jikkritikaw b'dan il-mod dan l-akbar pakkett finanzjarju ekonomiku li qatt ippreżenta kwalunkwe Gvern.", "Dan il-Baġit seta' jitressaq għaliex għandna ekonomija li qiegħda tikber.", "Bdiet tikber matul is-snin li għaddew u llum qegħdin narawha tikber b'rati akbar minn ta' pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea.", "L-Oppożizzjoni dejjem tgħid li l-ekonomiji tal-Ewropa kollha qegħdin jikbru u mhux ta' Malta biss.", "Dan huwa minnu, imma hemm min qiegħed jikber b'rata ta' 2.5%, u forsi jlaħħaq it-3%, u għalih tkun xi ħaġa kbira imma mbagħad meta jisma' bir-rata ta' tkabbir ta' pajjiżna ta' 5% jew 6% jibqa' mistagħġeb!", "Dan ifisser li jekk pajjiżi oħrajn f'sena qed jagħmlu żewġ passi 'l quddiem, pajjiżna qed jagħmel ħamsa jew sitt passi 'l quddiem.", "Mhux ta' b'xejn meta nkunu barra ħafna jistaqsuna x'qegħdin nagħmlu biex inkabbru l-ekonomija b'din ir-rata!", "B'dan il-mod qegħdin inġibu lura ż-żmien li ntilef minn Gvernijiet Nazzjonalisti, meta ma tawx l-importanza li kien hemm bżonn lill-ekonomija ta' pajjiżna.", "Gvern Nazzjonalista kien jiġi fil-Parlament jippreżenta l-baġit, fejn kien jgħidilna ħafna affarijiet sbieħ, imma konna nispiċċaw li s-sena ta' wara ma nsibu xejn milli kien qal!", "Kellna diversi setturi li fihom sar turnaround kbir, anke billi biddilna l-mod li bihom isiru l-affarijiet.", "Qalulna li qed inbigħu l-assi tal-pajjiż.", "Dan mhux minnu.", "Però rrid insemmi l-Enemalta, li Eks Ministru Nazzjonalista kien qal li tiswa €1.", "Dan il-Gvern daħħal xejn inqas minn €3 miljun mill-Enemalta u llum il-ġurnata din tinsab miexja 'l quddiem.", "Li kieku l-Enemalta falliet kienet tkun mażżra ma' għonq il-banek Maltin, li jfisser li kienet tkun mażżra anke ma' għonq il-familji Maltin u Għawdxin u setgħet tgħarraqna.", "Insemmi wkoll l-Air Malta.", "Ilkoll smajna li din is-sena għalqet mingħajr telf, u lkoll nafu li kellna żidiet fit-turiżmu.", "L-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni wkoll qed ikomplu jimxu 'l quddiem.", "L-istess is-settur finanzjarju, liema settur, skont l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kellu jmur lura bil-Partit Laburista fil-Gvern.", "L-Eks Kap tal-Oppożizzjoni kien jgħidilna li kieku l-Partit Laburista kellu jitla' fil-gvern, il-kumpaniji li joperaw fis-settur finanzjarju kienu se jitilqu kollha minn Malta!", "L-unika wieħed li spiċċa jitlaq kien hu minn Kap tal-Oppożizzjoni u minn Kap tal-Partit Nazzjonalista!", "Illum ħarġet aħbar oħra interessanti fir-rigward tas-settur tal-gaming, li ġiet irraportata mill-ġurnal The times of Malta.", "Mela hawn qegħdin naraw kumpanija oħra internazzjonali li qiegħda tagħżel li tkompli tinvesti f'pajjiżna.", "B'hekk, se jkompli jogħla l-livell tal-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur.", "Għandna wkoll l-SMEs u n-negozji tal-familja li għall-kuntrarju ta' dak li qal l-Onor.", "Vassallo, il-maġġoranza tagħhom sejrin tajjeb.", "Għalhekk, ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Vassallo qed jgħid li dawn mhumiex għaddejjin mill-aqwa żmien.", "Mhux se ngħid li ma' kull min niltaqa' għaddej minn żmien tajjeb, imma nista' ngħid li l-maġġoranza assoluta tan-negozji żgħar u medji jinsabu verament għaddejjin mill-aqwa żmien.", "Dan għaliex filwaqt li qed jiżdidilhom id-dħul, dan il-Gvern ra kif għamel biex inaqqsilhom it-taxxi ħalli jibqgħalhom aktar flus fil-but.", "U ladarba qed jibqgħalhom aktar flus fil-but ifisser li se jinvestu aktar, jew se jimpjegaw iżjed ħaddiema, jew se jkunu jistgħu jagħmlu kapriċċ.", "Pereżempju min qabel kien kapaċi jsiefer darba fis-sena, illum, forsi jista' jsiefer darbtejn fis-sena.", "Jew hemm min qiegħed jaħseb biex jixtri dar oħra biex ikun jista' jtejjeb il-livell tal-għajxien tiegħu.", "Din hija l-middle class li nemmnu fiha aħna.", "Aħna ma nemmnux f'middle class tad-definizzjonijiet imma f'middle class li ngħixu magħha ta' kuljum, għaliex għandna idejna fuq il-polz tal-poplu u b'hekk, nafu xi jrid il-poplu.", "Sinjura President, fuq kollox għandna ekonomija li qiegħda toħloq ix-xogħol.", "Hawn ma nistax ma nagħmilx referenza għall-128 proġett li kienu approvati mill-Malta Enterprise matul l-2017, b'investiment ta' xejn inqas minn €240 miljun, fejn inħolqu 'l fuq minn 2,200 post tax-xogħol.", "Ta' dan, irrid insellem u nirringrazzja lill-ħaddiema tal-Malta Enterprise għax-xogħol kbir li jagħmlu.", "Illum il-ġurnata l-Malta Enterprise saret entità proattiva aktar milli entità reattiva.", "Meta tieħu klijent fl-Uffiċċju tal-Malta Enterprise u tara s-servizz li kapaċi jingħata, mhux talli toħroġ minn din l-entità b'wiċċek minn quddiem, talli l-klijent jgħidlek li kkonvinċejtu biex jiġi jinvesti hawn Malta.", "Għandna Gvern li huwa pro-business però huwa wkoll favur il-ħaddiem.", "Proprju għalhekk li ngħatat iż-żieda ta' ġurnata leave sabiex lil hinn mill-flus, il-ħaddiem ikun jista' jqatta' aktar ħin ta' kwalità mal-familja tiegħu.", "Bniedem bieżel li jagħmillek ġimgħa sħiħa jaħdem ikun qiegħed jistenna dik il-ġurnata biex iqatta' iżjed ħin mal-familja tiegħu.", "L-Onor.", "Bedingfield għamel referenza għaż-żidiet fil-paga minima, li m'għandniex għalfejn noqogħdu niktbuhom fil-baġit.", "Dan għaliex dak li hu maqbul u miftiehem ma jiġix ripetut fil-baġit.", "Dawk iż-żidiet se jibqgħu għaddejjin minn sena għall-oħra.", "L-istess bħall-estensjoni tal-Micro Invest, fejn l-għajnuna żdiedet għal €50,000 u fil-każ ta' negozji tal-familja, negozji li s-sidien tagħhom huma nisa u negozji f'Għawdex l-għajnuna żdiedet għal €70,000 li jistgħu jittieħdu f'tax credits.", "Dan qed isir għaliex il-Gvern jaf li hemm min irid jinvesti u jrid jurihom li bħala Gvern jemmen fihom għax grazzi għall-investiment tagħhom, se nkomplu mmexxu l-ekonomija tal-pajjiż 'il quddiem.", "Mhux minnu li l-ekonomija qed tikber minħabba l-barranin li qed jiġu f'pajjiżna.", "Dak huwa argument falz li, sfortuntament, qabdet miegħu l-Oppożizzjoni.", "Rajna kif il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel dan l-argument u kemm jekk kien żgwidat u kemm jekk forsi ma jifhimx fl-ekonomija, nissuġġerilu li jibda jistudja ftit kif verament taħdem l-ekonomija u xi jwassal għat-tkabbir ekonomiku.", "Fl-aħħar mill-aħħar, hu qiegħed fuq is-siġġu ta' Kap tal-Oppożizzjoni u hu għandu r-responsabbiltà kostituzzjonali li jitkellem b'responsabbiltà.", "Matul dawn l-aħħar ħames snin l-ekonomija ta' pajjiżna kibret b'xejn inqas minn 40% filwaqt li l-popolazzjoni kibret b'10% u dan il-fatt ikompli jġib fix-xejn l-argument katastrofiku tal-Kap tal-Oppożizzjoni!", "Dan biex ma nsemmix l-iżbalji fattwali u fundamentali li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jagħmel.", "Pereżempju qalilna li għola l-ħalib meta fil-verità l-ħalib m'għoliex.", "Għandek in-nies hemm barra li jgħidulek: Possibbli li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx x'inhu għaddej f'pajjiżna?!", "Jekk jieħu żbalji fuq affarijiet daqstant żgħar bħall-prezz tal-ħalib, kif nistgħu nafdawlu l-ekonomija ta' pajjiżna f'idejh?!", "Kif nistgħu nafdawlu l-pensjonijiet ta' pajjiżna f'idejh?", "Kif nistgħu nafdawlu l-edukazzjoni u s-servizzi ta-saħħa f'idejh?", "Dan huwa Kap tal-Opożizzjoni li ma tistax tafdah bit-tmexxija tal-pajjiż!", "Dan għaliex ma jispirax fiduċja, li tant hija importanti għall-ekonomija ta' pajjiż.", "Ħadd ma jiġi jagħtik il-formola biex iżżid il-fiduċja.", "Lanqas mhu se ssib ir-riċetta f'xi ktieb.", "Il-fiduċja trid tispiraha mill-pożizzjoni li tkun qiegħed fiha.", "Bħala Gvern, għandna Prim Ministru li qed imexxi Kabinett li qiegħed jaspira l-fiduċja f'dawk li jridu jinvestu f'pajjiżna u għalhekk, qegħdin naraw ir-riżultati.", "Pereżempju pajjiżna ġie kklassifikat fl-ewwel post fil-World Economic Forum fir-rigward tal-istabbiltà makroekonomika.", "Din hija klassifikazzjoni importanti ħafna għaliex l-investituri barranin iħarsu lejha biex jiddeċiedu jekk jiġux jinvestu f'Malta jew le.", "Sinjura President, il-poplu Malti u Għawdxi huwa wieħed mill-aktar popli ottimisti fl-Ewropa.", "Kif dejjem għedt, l-ekonomija hija l-pjattaforma li fuqha l-Gvern jibni l-programm elettorali tiegħu, inkluż il-programm soċjali.", "Dan huwa Gvern li qiegħed imexxi 'l quddiem l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dan huwa Gvern li huwa l-leader naturali fil-qasam ekonomiku.", "Dan huwa Gvern li qiegħed iqassam is-suċċess bejn il-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Finalment nitlob il-permess tal-Kumitat biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra:", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Ninformak li dan id-dibattitu jagħlaq fid-9.35 p.m.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, il-Baġit 2019 huwa Baġit li kompla jibni fuq dawk ta' qablu.", "L-għan ewlieni tiegħu huwa li s-suċċess li qed tagħmel Malta jkompli jinfirex fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "In-nies fehmu li l-baġits ta' dan il-Gvern jibnu wieħed fuq l-ieħor u għalhekk, biex tapprezzahom aktar, trid tarahom b'mod komprensiv.", "Hemmhekk tara kif b'għaqal, b'maturità ekonomika u b'sens ta' tmexxija, kull baġit jorbot mal-ieħor.", "Dan il-Gvern għandu viżjoni ċara u b'saħħitha għal pajjiżna u biex inwettqu din il-viżjoni, fassalna pjan u użajna l-baġits bħala għodda ta' strateġija ċara u trasparenti, fejn rajna li ninċentivaw ix-xogħol u l-bżulija.", "L-ewwel baġits kienu mmirati biex inkattru l-ekonomija.", "Qabel l-2013, l-ekonomija Maltija kienet qed tikber b'rata relattivament baxxa.", "Għalhekk, bħala prijorità rajna li nżidu l-parteċipazzjoni tan-nies fid-dinja tax-xogħol.", "Biex nilħqu dan l-għan, introduċejna sensiela sħiħa ta' inċentivi bla preċedent mhux biss biex innaqqsu l-qgħad, imma wkoll biex nattiraw għall-ewwel darba ċerti faxex tas-soċjetà fid-dinja tax-xogħol.", "Insemmi, fost l-oħrajn, in-nisa u l-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Insemmi, fost l-oħrajn, in-nisa u l-persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Fassalna u wettaqna l-viżjoni li pajjiżna jsir l-art tal-opportunitajiet, u dan billi bdejn nattiraw l-investiment.", "Saħħaħna setturi ekonomiċi li kellhom tradizzjoni indiġina u b'saħħitha f'pajjiżna imma fl-istess rajna wkoll kif inkomplu niddiversifikaw l-ekonomija tagħna.", "Fil-fatt, illum saret pwerili l-mistoqsija retorika tal-Oppożizzjoni dwar liema setturi ekonomiċi ġodda nħolqu minn dan il-Gvern f'dan il-pajjiż.", "Li kieku kelli nelenka l-ħidma li saret f'dan ir-rigward żgur li ma nispiċċa qatt!", "B'unur ngħid li llum din il-viżjoni mhux biss saret realtà, iżda kważi qiegħda tittieħed saħansitra for granted.", "Illum in-nies jafu li t-tkabbir ekonomiku, l-attività ekonomika u l-investiment huma ċ-ċavetta għall-progress ta' dan il-pajjiż.", "F'ħames snin kabbarna l-ekonomija bi kważi 60%, li jfisser li l-ekonomija tagħna kibret tliet darbiet aktar minn dik tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Is-suċċess iġib is-suċċess.", "Nista' ngħid li s-settur privat kien fiċ-ċentru ta' dan is-suċċess u għalhekk, kompla jinvesti aktar minn qatt qabel.", "Barra minn hekk, 78% tal-investituri qed jaraw kif se jespandu l-operat tagħhom f'Malta fl-għaxar snin li ġejjin.", "Dan is-sentiment ta' ottimiżmu mhuwiex limitat għall-investitur li ġej minn barra biss iżda jinħass ukoll fost l-investituri lokali.", "F'dan id-diskors se nelenka l-ħidma ta' dan il-Ministeru, anke b'referenza għat-track record tal-Malta Enterprise.", "Fiċ-ċirkostanzi wieħed ftit li xejn jista' jifhem il-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni li Malta mhijiex attraenti għall-investiment.", "Il-messaġġ li qiegħed jidwi fost l-investituri huwa dak li Malta hija miftuħa għan-negozju.", "Fl-2017 biss, l-investiment żdied b'aktar minn €142 miljun.", "Biss biss kellna tkabbir fis-settur tat-turiżmu, fis-settur tas-servizzi finanzjarji, fis-settur tat-teknoloġija u anke fis-settur tal-manifattura, liema settur, li kien għal Gvern Nazzjonalista, ilu li spiċċa fix-xejn.", "Jekk wieħed jistaqsini x'inhi l-formula ta' dan is-suċċess ngħidlu li l-formula hija waħda sempliċi ħafna: it-tkabbir ekonomiku jfisser fiduċja!", "Dan il-poplu għandu fiduċja fil-Gvern li jmexxih.", "Fil-fatt, jien nemmen li l-akbar kontribut li tajna bħala Gvern huwa li mill-ewwel jum fil-gvern, għarafna x'inhu r-rwol tagħna.", "U naħseb li f'dawn is-seba' baġits għarafna li l-Malti għandu ħafna aspirazzjonijiet; jien ngħid għandu ferm aktar aspirazzonijiet mill-Gvern li jkun qiegħed imexxih.", "Dan il-baġit qed iwieżen lil min jiflaħ l-inqas.", "Dan il-baġit se jkompli jwettaq il-miżuri li dan il-Gvern wiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi u se jara li x-xogħol jibqa' jitkattar.", "Għalhekk, irrid nieħu din l-opportunità biex naġġorna lill-Kamra bil-ħidma mwettqa s'issa u dik li se nkunu qegħdin inwettqu f'dan il-Ministeru.", "Nibda billi nitkellem dwar il-Malta Enterprise.", "Il-progress li sar fil-Malta Enterprise mhux biss huwa notevoli mill-aspett ta' investiment u mill-aspett ta' għajnuna li din l-entità qed toffri lin-negozji, imma qed naraw serjetà fit-tmexxija ta' din l-entità.", "Ninsabu kommessi li nkomplu nsaħħu l-ħidma tal-Malta Enterprise sabiex inkomplu nilħqu aktar riżultati u nagħmluha aktar faċli lin-negozji li jridu joperaw minn Malta.", "F'dawn l-aħħar snin, b'mod konsistenti, l-ekonomija rreġistrat tkabbir ekonomiku bla preċedent.", "Meta wieħed jikkompara l-perjodu bejn April u Ġunju 2018, jiġifieri t-tieni kwart tal-2018, ma' dak tas-sena preċedenti, isib li l-ekonomija Maltija għal darb'oħra rreġistrat l-ogħla tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Malta kellha rata ta' tkabbir ta' 5.7%, li hija kważi tliet darbiet aktar mir-rata medja ta' tkabbir fl-Unjoni Ewropea.", "Bla dubju, dawn ir-riżultati huma eċċellenti mhux b'kumbinazzjoni imma huma riżultat ta' tmexxija għaqlija ta' dan il-Gvern.", "Biss, l-Oppożizzjoni qed tibqa' tgħidilna li l-ekonomija ta' pajjiżna qed tikber bil-popolazzjoni.", "Sewwa qal il-Prim Ministru nhar it-Tlieta li għadda, li din hija teorija tal-Partit Nazzjonalista biss, jew aħjar, din hija d-Delia catastrophy!", "Bħala Gvern, il-prijorità tagħna hi li nibqgħu ndaħħlu aktar miżuri ħalli nkomplu niġġeneraw ekonomija li toħloq aktar ġid u kwalità ta' ħajja aħjar.", "Is-settur tal-manifattura kien u għadu ta' importanza kbira biex inkomplu nsostnu t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Dan is-settur jikkontribwixxi aktar minn 11% tal-impjiegi full-time f'pajjiżna.", "Matul l-2017, il-gross value added iġġenerat minn dan is-settur biss żdied b'9.4%, liema tkabbir huwa ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Dan it-tkabbir kompla jsostni ruħu anke matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, hekk kif ġie rreġistrat tkabbir ta' 3.1% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta' qabel.", "Matul it-12-il xahar li għaddew ġiet emendata l-iskema tal-Micro Invest, fejn il-valur tal-assistenza għal kull negozju tela' minn €30,000 għal €50,000, filwaqt li għal dawk in-negozji li huma stabbiliti ġewwa Għawdex l-għajnuna żdiedet għal massimu ta' €70,000.", "Fejn qabel din l-iskema kienet tapplika biss għal dawk in-negozji li jimpjegaw 30 ħaddiem full-time, issa nfetħet ukoll għal dawk in-negozji li jimpjegaw mhux aktar minn 50 impjegat full-time.", "Mill-bidu ta' din is-sena sa nofs Settembru, il-Malta Enteprise diġà ħarġet aktar minn €17 miljun fi kreditu ta' taxxa taħt l-iskema Micro Invest.", "Fl-erba' snin li għaddew inħarġu €60 miljun fi kreditu ta' taxxa taħt din l-iskema.", "Grazzi għat-tibdil li sar f'din l-iskema ta' assistenza, kif ukoll fil-faxxa ta' negozji li setgħu jibbenefikaw minn din l-għajnuna, rajna 1,700 negozju li ngħataw din l-assistenza.", "Barra minn hekk, matul il-kumplament tas-sena, jiġifieri fl-aħħar xahrejn tal-2018, il-Malta Enterprise mistennija tipproċessa s-somma ta' €12 miljun oħra.", "Nista' ngħid li hemm aktar minn 700 negozju li applikaw għall-assistenza taħt l-iskema tal-Micro Invest.", "Hawn qed naraw żieda sostanzjali fin-numru ta' applikanti li minn 1,600 fis-sena 2017 tela' għal 2,500 matul is-sena 2018.", "Dawn il-figuri jikkuntrastaw bil-qawwi meta tqabbel l-ammont li ġie approvat taħt l-istess skema fl-aħħar sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, meta l-għajnuna kienet biss ta' €6.5 miljun.", "Din l-istatistika hija minnha nnifisha xhieda tat-tkabbir ekonomiku li rnexxielu joħloq dan il-Gvern.", "In-negozji tagħna ħaqqhom kull sostenn, għaliex kif dejjem ngħid, is-suċċess ekonomiku li qed nesperjenzaw nafuh lilhom ukoll.", "Aktar investiment fl-iskema Micro Invest qed juri kemm dan il-Gvern tassew għandu fiduċja fin-negozju Malti u Għawdxi, kemm dak żgħir kif ukoll dak stabbilit.", "Il-Malta Enterprise kompliet issostni u qed tissokta l-ħidma kontinwa tagħha sabiex tattira investiment ġdid f'setturi partikolari.", "Fis-sena 2017, il-Malta Enterprise approvat 128 proġett b'investiment ta' €250 miljun, li wasslu għal ħolqien ta' aktar minn 2,250 impjieg ġdid.", "Sa Settembru 2018, fir-rigward ta' investiment dirett barrani, il-Malta Enteprise approvat 21 proġett ġdid.", "Ġew approvati wkoll 58 proġett minn imprendituri Maltin.", "Bejniethom, dawn il-proġetti mistennija jsarrfu f'investiment totali ta' €50 miljun u ħolqien ta' mhux anqas minn 500 impjieg ġdid.", "Fl-2018, il-Bord tal-Malta Enterpise approva allokazzjoni ta' aktar minn 120,000 metru kwadru ta' spazju industrijali u €12 miljun f'assistenza f'forma ta' grants.", "Il-Malta Enterprise, b'kollaborazzjoni mal-MIP, kompliet bil-ħidma tagħha sabiex tagħmel l-aħjar użu minn proġetti infrastrutturali ffinanzjati minn fondi Ewropej li twettqu fis-snin preċedenti.", "Insemmi, fost l-oħrajn, is-Safi Aviation Park, id-Digital Hub u l-Life Sciences Park li kollha laqgħu klijenti ġodda ta' ċertu livell, fosthom kumpaniji bħal SR Technics, Gulf Helicopters, Alvogen, AAT Research Ltd. u Baxter Research and Development.", "Barra minn hekk, matul is-sena d-dieħla l-Malta Enterprise se tkun qed tiżviluppa numru ta' skemi eżistenzi sabiex toffri għajnuna aktar kompatibbli mal-bżonnijiet tal-industrija f'pajjiżna.", "Dawn huma inċentivi għan-negozji sabiex innaqqsu l-ispejjeż tal-operat matul il-lejl.", "Wara eżerċizzju ta' konsultazzjoni man-negozji, il-Malta Enterprise se tkun qed tifformula pakkett ta' inċentivi li għandhom jgħinu lin-negozji u lill-industrija jnaqqsu l-ispejjeż fl-operat tagħhom matul il-lejl.", "Dawn l-inċentivi għandhom jgħinu lin-negozji billi jtejbu l-effiċjenza u l-produttività, filwaqt li jnaqqsu l-ispejjeż biex isir dan.", "It-tieni, il-Malta Enterprise se tniedi pakkett ta' miżuri u inċentivi biex kumpaniji jinvestu parti mill-profitti tagħhom fil-kumpanija tagħhom stess.", "Dan jista' jsir billi tingħata għajnuna lil min jgħolli x-share capital ta' 15% fuq il-profitti li fuqhom, oriġinarjament, tkun tħallset taxxa sħiħa.", "Għaldaqstant dawn il-profitti jistgħu jiġu investiti mill-ġdid biex jinxtara makkinarju, apparat, jew 'knowlegde'.", "L-għajnuna pprovduta mill-Malta Enterprise se tkun rifużjoni ta' 17.5% fuq it-taxxa li tkun mħallsa meta tingħata din ir-rifużjoni.", "Barra minn hekk, l-ammont li fuqu tkun tnaqqset it-taxxa jrid jiġi miżjud max-share capital tal-kumpanija sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tingħata r-rifużjoni.", "It-tielet inċentiv jirrigwarda t-teleworking għall-Għawdxin li jaħdmu f'Malta.", "Se ninċentivaw lill-kumpaniji Maltin biex jagħtu opportunità lill-Għawdxin impjegati magħhom li jagħmlu teleworking.", "Il-pakkett ta' inċentivi se jkun jinkludi sa 75% fi kreditu fuq investiment teknoloġiku u kapitali biex jiffaċilita l-istess teleworking.", "Se nagħtu wkoll massimu ta' €10,000 f'rifużjoni fuq salarji għall-impjegati Għawdxin.", "Ir-rifużjoni tingħata fi proporzjon ta' sigħat li l-ħaddiem ikun għamel fit-teleworking.", "Ir-raba' inċentiv jirrigwarda l-kreditu fiskali fuq dħul minn proprjetà intelletwali.", "Fil-fatt, se ninċentivaw investiment fir-riċerka billi nagħtu benefiċċji fiskali marbuta mad-dħul mil-liċenzjar tad-drittijiet fuq proprjetà intellettwali u copyrights.", "Il-ħames inċentiv huwa għajnuna lill-persuni b'diżabilità.", "Se nkunu qegħdin insaħħu aktar l-opportunitajiet għan-nies bi bżonnijiet speċjali fid-dinja tax-xogħol.", "Se tingħata għajnuna finanzjarja għal taħriġ u anke għal ingaġġar ta' persuni b'diżabilità biex b'hekk, inħajru aktar kumpaniji jimpjegaw lil dawn il-persuni.", "Il-ħidma favur l-intrapriża ż-żgħira baqgħet għaddejja.", "Fil-Business First sar progress eċċezzjonali.", "Is-sena li għaddiet sar programm ta' ristrutturar fil-Business First u dan wassal biex l-effiċjenza ta' dan iċ-ċentru titjieb b'mod sinifikanti.", "Fil-fatt, illum dan iċ-ċentru qiegħed joffri servizz aktar komprensiv għal min irid iwaqqaf negozju ġdid u kull għajnuna neċessarja għal negozji eżistenti.", "L-iskop ta' Business First huwa li jservi ta' one stop shop għall-intrapriżi fejn l-intraprenditur jista' jinqeda minn post wieħed.", "Sa dalgħodu stess, fi żjara li għamilt ġewwa l-kumpanija Tek-Moulds Precision Engineering Ltd f'Bulebel, qalulna kif il-Business First baqgħu jagħtuhom assistenza matul l-operat tagħhom tul dawn l-aħħar snin.", "Illum hemm ukoll focal point, fejn persuna tkun qed taqdi hi stess il-bżonnijiet ta' kumpaniji bħal Tek-Moulds Precision Engineering Ltd.", "Fl-ewwel sena tal-operat, il-Business First irċevew mas-16,000 telefonata, madwar 3,500 email u kien hemm aktar minn 10,000 persuna li marret fl-uffiċini u talbet l-għajnuna.", "Il-Business First offriet ukoll taħriġ lil ftit aktar minn 500 imprenditur.", "Dawn il-figuri huma xhieda ċara ta' kemm hawn ħtieġa għal servizzi ta' Business First.", "Se nitkellem issa dwar l-għajnuna għall-istartups.", "Matul din is-sena, il-Malta Enterprise kompliet issaħħaħ il-pakkett ta' għajnuna li toffri lin-negozji startups bi tnedija tal-iskema ġdida msejħa Startup Advance.", "Flimkien mal-iskema Business START, l-iskema Startup Advance qed toffri għajnuna finanzjarja sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż marbutin mat-twettiq ta' proġetti innovattivi.", "Permezz ta' dawn l-iskemi, il-Malta Enterprise rnexxiela tapprova mas-€600,000 f'assistenza għan-negozji startups matul dawn l-aħħar 12-il xahar li għaddew.", "Issemmiet ukoll il-Brexit Task Force, fejn irrid ngħid li l-ħidma f'din it-task force ssoktat.", "Il-Brexit Task Force qiegħda timplimenta pjan ta' azzjoni sabiex sal-aħħar tal-2018 tippromwovi n-negozji, inklużi attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji f'Malta, b'kollaborazzjoni mar-Renju Unit.", "Malta se tpoġġi lilha nnifisha bħala destinazzjoni kummerċjali għall-kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jistabbilixxu bażi fi stat membru tal-Unjoni Ewropea wara li jkun seħħ il-Brexit.", "Għaldaqstant fix-xhur li ġejjin il-Malta Enterprise se tkun qed tintroduċi skema ġdida li permezz tagħha se noffru għajnuna finanzjarja, f'forma ta' business advisory services, sabiex ngħinu lin-negozji lokali li jiddependu mis-suq Brittaniku jwettqu l-pjanijiet assoċjati mal-proċess ta' Brexit.", "Nitkellem issa fuq il-ħidma favur l-intrapriża f'Għawdex.", "Bħala Gvern, permezz tal-Malta Enterprise, nagħtu importanza kbira lil Għawdex u l-intraprenditorija Għawdxija.", "L-istrateġija ta' tkabbir ekonomiku f'Għawdex kompliet titwettaq billi matul ix-xhur li għaddew, ġew evalwati l-offerti li ġew sottomessi għall-proġett tal-backup fibre optic cable bejn iż-żewġ gżejjer u hekk kif jitlesta l-proċess tat-tender, se jibda x-xogħol fuq dan il-proġett.", "Bla dubju, dan huwa proġett li flimkien ma' investiment ieħor ta' żvilupp ta' infrastruttura industrijali ġewwa Għawdex, bħall-proġett tad-digital park, se jpoġġi lil Għawdex fuq quddiem biex jattira investiment ġdid fis-settur diġitali li jiddependi minn servizz effiċjenti u modern tal-internet.", "Għaldaqstant l-MIP tinsab għaddejja bix-xogħol fuq business zone f'Tal-Ħofra u l-eks MDP f'Għawdex.", "Dawn iż-żewġ proġetti se joffru aktar minn 20 tomna ta' art, jiġifieri 20,000 metru kwadru, għal żvilupp industrijali ġewwa Għawdex.", "Matul l-aħħar sena, il-Malta Enterprise ħadmet sabiex żviluppat qafas leġiżlattiv ġdid marbut mal-manifattura tal-kannabis għall-użu mediku.", "Kif nafu, il-liġi daħlet fis-seħħ aktar kmieni din is-sena.", "Dan sabiex titwettaq il-viżjoni tal-Gvern li Malta tkun ċentru ta' eċċellenza fil-qasam tal-kannabis għall-użu mediku.", "Permezz ta' din l-liġi innovattiva, il-Malta Enterprise rnexxielna tattira operaturi internazzjonali li huma meqjusa bħala key players u market leaders f'dan il-qasam.", "S'issa nista' ngħid li approvajna sitt proġetti ta' manifattura, żvilupp u riċerka marbuta ma' dan is-settur.", "Interessanti ħafna se tkun il-liġi dwar il-free zones.", "Matul is-sena li għaddiet, il-Malta Enterprise kompliet taħdem fuq liġi ġdida għal żoni ta' kummerċ ħieles, bħalma diġà teżisti fil-Freeport ta' Malta.", "Din il-liġi mistennija tiffaċilita u tattira investiment ġdid fis-servizz tal-loġistika internazzjonali.", "Ladarba tidħol fis-seħħ, dawk il-kumpaniji li diġà joperaw minn pajjiżna se jibbenefikaw minn titjib fis-servizzi bl-ajru u bil-baħar, għaliex se jiżdied it-traffiku kummerċjali lejn u minn Malta.", "Din il-liġi dwar il-free zones mistennija toħloq numru ta' impjiegi ġodda, filwaqt li ċertament se nkunu qed nattiraw aktar investiment lejn pajjiżna.", "L-MIP għaddejja b'xogħol mingħajr waqfien.", "Nibda billi nsemmi l-proġett f'Ta' Qali.", "Ma tantx inħobb insemmi dak li jkunu qalu l-kelliema tal-Oppożizzjoni, però rrid infakkar li fl-2006, jiġifieri 12-il sena ilu, l-Onor.", "Edwin Vassallo kien ħabbar fil-baġit li se jibda x-xogħol fuq il-proġett tal-villaġġ tal-artiġjanat f'Ta' Qali.", "B'sodisfazzjon ngħid li kuntrarjament għal dak li ma ġarax taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, illum ix-xogħol fil-villaġġ tal-artiġjant f'Ta' Qali miexi sew u sar aktar minn 70% tax-xogħol fl-ewwel fażi ta' dan il-proġett.", "Ngħid ukoll li sar eżerċizzju ta' valur miżjud fuq dan is-sit u żdiedu aktar xogħlijiet mill-MIP.", "Għalhekk, ix-xogħol ta' infrastruttura u bini ta' toroq mistenni jitlesta fl-ewwel tliet xhur tal-2019.", "Il-villaġġ tal-artiġjanat jinsab għaddej minn riġenerazzjoni totali, fejn qed isiru toroq ġodda, dwal ġodda, parkeġġi ġodda, qed jitkabbru l-ispazji pubbliċi, inħolqot żona fejn familji bit-tfal jistgħu jmorru u jqattgħu ftit mill-ħin tagħhom u fl-istess ħin ikunu jistgħu jitgħallmu u jaraw xogħol ta' snajja' u artiġjanat jinħadem.", "Dan il-proġett kien ilu mwiegħed għal snin twal.", "Issa però dan is-sit qiegħed jittrasforma ruħu f'ċentru ta' eċċellenza ta' artiġjanat Malti, li se joffri benefiċċju għall-artiġjana Maltin, għat-turiżmu Malti u anke għall-konsumatur Malti u Għawdxi.", "Miexi sew ukoll ix-xogħol mill-MIP fuq żoni industrijali f'Għawdex.", "Insemmi l-estensjoni tal-qasam industrijali tax-Xewkija, li huwa proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Matul dawn l-aħħar xhur, beda tiela' l-ewwel sular tal-Enterprise Hub li huwa mibni fuq parkeġġ sotterran, filwaqt li qiegħed jiġi restawrat il-bini skedat li jinstab fuq il-post, hekk kif dan se jservi ta' post fejn jintlaqgħu l-viżitaturi kif ukoll ta' ċentru għall-konferenzi.", "Dan l-Enterprise Hub se jipprovdi 3,000 metru kwadru ta' spazju ġdid għall-intrapriżi ingaġġati f'dik li hija magħrufa bħala knowledge economy u se nkunu qegħdin noħolqu wkoll diversi faċilitajiet għall-impjegati.", "Fil-post magħruf bħala l-Ħofra qed jinbena kumpless ta' 15-il workshop industrijali ġdid fuq medda ta' 3,500 metru kwadru.", "Min-naħa tagħha l-MIP se tibni l-infrastruttura kollha neċessarja, inkluż it-toroq ġodda li hemm bżonn.", "Iż-żewġ proġetti mistennija jitlestew matul l-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.", "Se jitkompla x-xogħol ta' rranġar, tindif, istallazzjoni tad-dawl, xogħol fuq it-toroq, servizzi ġodda u anke upgrading tal-buffer zones li jifirdu ż-żoni industrijali minn żoni residenzjali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq iż-żoni industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal Luqa, Marsa u tax-Xewkija f'Għawdex.", "Qed isir ukoll xogħol ta' manutenzjoni fuq sistema ta' fire hindrance ġewwa ż-żoni industrijali ta' Bulebel, Ħal Far u Kordin.", "B'hekk, se nkunu qed inżidu s-sigurtà u s-serħan tal-moħħ għall-ħaddiema.", "Se niftħu wkoll childcare centres fiż-żoni industrijali.", "B'hekk, permezz ta' dawn iċ-ċentri, l-MIP qed tippromwovi aktar il-possibilità ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja għall-impjegati f'dawn ż-żoni industrijali.", "Sinjura President, l-Imrieħel huwa distrett ewlieni għan-negozji stabbiliti.", "Madanakollu sa ftit tax-xhur ilu kien hemm nuqqas ta' viżjoni long-term.", "Nemmen bi sħiħ li l-mudell ta' public private partnership li qed topera bih is-Central Business District Foundation huwa l-aħjar mod biex tiġi fformulata din il-viżjoni u biex imbagħad tiġi wkoll implimentata.", "Bi pjaċir ngħid li s-settur privat irrisponda għal din it-talba tal-Gvern b'mod pożittiv ħafna.", "Fil-fatt din il-Fondazzjoni bdiet minn 18-il membru u issa kibret għal 30 membru.", "Is-Central Business District Foundation issa qiegħda taħdem sabiex tħares il-potenzjal tan-negozju fl-inħawi tal-Imrieħel.", "Din il-ħidma tinkludi l-adozzjoni ta' politika u proċeduri interni għall-governanza mtejba, kif ukoll kampanja ta' tindif li matulha nġabar aktar minn 167 tunnellata ta' skart fi ftit xhur.", "Dan huwa proġett pilota ta' ġbir ta' skart li bħalissa għadu għaddej flimkien ma' xogħol ieħor bħal tiswijiet tad-dawl tat-toroq, manutenzjoni ta' meded ta' toroq fiż-żona, kif ukoll sistema ta' traffic management b'kollaborazzjoni ma' Transport Malta.", "Madanakollu issa rridu nagħmlu l-pass li jmiss u inżidu l-infurzar tar-regoli u ntejbu l-aċċessibbiltà.", "Dan sabiex iż-żona industrijali tal-Imrieħel tassew issir post li jkattar l-intraprenditorjat.", "Niġi issa għaċ-ċentru għall-manifattura tal-ikel fl-Imrieħel.", "Is-sit fejn qed nagħmlu dan il-food hub kien ilu abbandunat għal snin twal imma fl-aħħar ix-xogħlijiet bdew.", "Fil-fatt, jekk tkun għaddej minn ħdejn l-Imrieħel tara dan il-hub tiela' fuq ix-xellug.", "Ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju avvanzat, fejn diġà hemm xi operaturi li bdew joperaw, filwaqt li oħrajn waslu fil-fażi finali tax-xogħlijiet.", "Permezz tal-ħolqien ta' dan il-food hub, kumpaniji Maltin li ilhom stabbiliti, bħall-Busy Bee, il-Consolidated Biscuits, is-Sunshine Snacks u Cini Manufacturing, se jkunu qed jespandu l-operat tagħhom b'suċċess f'faċilità fil-qasam industrijali tal-Imrieħel.", "Infakkar li l-viżjoni tagħna hi li noħolqu hub industrijali li jiġġenera l-investiment.", "Minn sit li kien perikoluż u fi stat ta' abbandun totali, illum qed naraw sit li qed jiġi riġenerat.", "Sinjura President, niġi għas-settur tal-avjazzjoni.", "Matul dawn l-aħħar snin dan is-settur ekonomiku stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-industriji emerġenti tal-ekonomija Maltija.", "Issa l-ħsieb tagħna huwa li nipprovaw noħolqu konċett ta' one stop shop fis-Safi Aviation Park, fejn jekk ajruplan ikollu bżonn manutenzjoni jew xi ħaġa kożmetika, ix-xogħol ikun jista' jsir mill-bidu sal-aħħar.", "Fil-fatt se nniedu strateġija u master plan fil-qasam tat-tkabbir tal-aviation clusters bil-għan li ntejbu l-infrastruttura u anke l-kapaċità tagħna bħala pajjiż li nattiraw aktar investiment.", "Dan it-tkabbir għandu joħloq aktar impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ tagħna.", "Dan il-proċess qed isir b'konsultazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu kif ukoll mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Fid-dawl tal-limitazzjoni u n-nuqqas ta' art industrijali, l-MIP, flimkien mal-Malta Enterprise, imbarkaw fuq studji speċifiċi biex jaraw kif jistgħu jtejbu l-ispazju kif ukoll biex jaraw li jsibu l-aħjar mezz ta' kif jista' jinħoloq aktar spazju industrijali.", "Fil-fatt qegħdin nidentifikaw siti fejn jistgħu jiġu żviluppati gated parks f'forma ta' public private partnership, fost l-oħrajn f'Ħal Far, fil-Mellieħa u f'Għawdex.", "Sinjura President, l-aħħar rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji juri li għal darb'oħra Malta kisbet pożizzjoni pożittiva ħafna fil-klassifikazzjoni għall-kompetittività tagħha.", "Malta llum tikklassifika fis-36 post minn 140 pajjiż f'din il-pubblikazzjoni.", "Dan ifisser li tejjibna l-klassifikazzjoni tagħna b'aktar minn għaxar postijiet fi ftit snin.", "B'dan ir-riżultat, irnexxielna negħlbu numru ta' ekonomiji ewlenin, inkluż dawk tal-Istati Baltiċi, ta' Ċipru u ta' pajjiżi oħrajn li jistgħu jkunu kompetituri tagħna.", "L-akbar aħbar f'dan ir-rapport però hija li Malta kklassifikat fl-ewwel post fir-rigward tal-istabbiltà makroekonomika.", "Dan ifisser li l-andament ekonomiku ta' Malta ilu jitjieb matul dawn l-aħħar ħames snin, hekk kif żidna l-produttività u l-impjiegi.", "Permezz ta' politika serja, qed jirnexxilna nżidu b'mod sinifikanti l-istabbiltà u qed inħeġġu aktar investiment.", "B'hekk, qed intejbu l-prinċipju fundamentali tal-kompetittività.", "Bħala pajjiż, qed nilqgħu b'sodisfazzjon dan ir-riżultat għaliex ir-rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji huwa fost il-pubblikazzjonijiet globali l-aktar importanti u rispettati fil-qasam tan-negozju.", "Sinjura President, matul il-leġiżlatura li għaddiet il-Gvern ressaq rakkomandazzjonijiet għal bidliet leġiżlattivi u amminstrattivi bil-għan li jiġu aġġornati regoli dwar l-insolvenza f'Malta.", "Dan ifisser li se nkunu qed nagħtu t-tieni ċans lil negozji li jaħdmu għal rashom.", "Ifisser ukoll li se titjieb il-klassifikazzjoni ta' pajjiżna f'dawk li huma indiċi internazzjonali fl-effiċjenza tan-negozji u sussegwentement pajjiżna se jsir aktar kompetittiv.", "Fil-fatt, għamilna l-emendi neċessarji fl-Att dwar il-Kumpanniji.", "Sinjura President, fir-rigward tal-istartups se nkomplu naħdmu biex noħolqu eko-sistema li tgħin lill-istartups u fl-istess ħin se nemendaw il-liġi sabiex is-Seed Investment Scheme tiġi estiża.", "Fi ftit żmien, din l-iskema rnexxielha tgħin lil numru ta' startups isibu venture capital, jiġifieri investituri li huma lesti jinvestu fil-proġetti tagħhom.", "Din hija inizjattiva li tħabbret fil-Baġit 2017.", "Diġà sar ħafna ground work f'dan il-kuntest u għalhekk qed nistennew li fiż-żmien li ġej ikollna l-ewwel riżultati.", "Fuq l-istess linja, tajjeb li wieħed jgħid li qegħdin naħdmu fuq skema ta' startup visa bil-ħsieb li niffaċilitaw il-proċess biex aktar startups barranin jagħżlu li jistabbilixxu ruħhom f'pajjiżna.", "Fid-dawl ta' dan kollu, qed jiġi kkoordinat ix-xogħol b'mod komprensiv.", "Fil-fatt, se nkunu qed invaraw fondazzjoni ġdida li se jkun jisimha 'Startup Foundation'.", "Din il-fondazzjoni se tkun qed taħdem fuq kampanja promozzjonali bil-għan li nwasslu l-opportunitajiet li toffri l-ġurisdizzjoni tagħna għal udjenza aktar wiesgħa.", "Sinjura President, fir-rigward tad-Dipartiment tal-Kummerċ, fl-2018 ġie mniedi uffiċjalment iċ-ċertifikat ġdid li jiġi mwaħħal ma' prodotti artiġjanali reġistrati.", "Kull ċertifikat għandu quick response code li huwa speċifikament abbinat mal-artiġjana reġistrati li jagħmlu l-prodott.", "Permezz ta' mobile app, il-konsumatur se jkun jista' jagħmel scan tal-prodott u b'hekk isib l-artiġjani li huma rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjant u jkollu wkoll aktar informazzjoni dwar l-artiġjan.", "Tajjeb wieħed jgħid li dan se jkun qed jikkumplimenta l-portal il-ġdid tal-artiġjanat Malti li se jkun mobile responsive.", "Fir-rigward tad-Dipartiment tal-Kummerċ, irrid insemmi wkoll l-Att dwar it-Trademarks.", "Fl-2019, se jidħol fis-seħħ l-Att dwar it-Trademarks il-ġdid li se jkun qed jittrasponi Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Fost affarijiet oħra, dan l-Att se joħloq il-possibbiltà li jiġu sottomessi applikazzjonijiet għal marki mhux tradizzjonali, bħal pereżempju marki multimedia u awdjoviżivi.", "Barra minn hekk, id-Dipartiment tal-Kummerċ se jkun jista' jirrifjuta applikazzjonijiet għal trademarks fuq bażi ta' protezzjoni ta' indikazzjoni ġeografika.", "Hawnhekk nixtieq nirreferi għall-ħidma b'saħħitha li saret matul din is-sena sabiex tlesta l-proċess tad-diġitazzjoni tad-dokumenti kollha tat-trademarks nazzjonali, li jmorru lura għall-bidu tas-Seklu 20.", "Dan ix-xogħol sar bl-assistenza tal-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali fl-Unjoni Ewropea.", "Sinjura President, il-bejjiegħa fis-swieq fl-irħula tagħna għandhom sehem importanti fil-ħajja Maltija ta' kuljum għaliex apparti li jkabbru l-attività kummerċjali fl-irħula, jbigħu wkoll prodotti importati kif ukoll oġġetti u ikel tipiku Malti.", "Għalhekk, dawn huma parti mill-kultura tagħna.", "Għaldaqstant se nipproponu bidliet fil-mod ta' kif jinħarġu l-liċenzji, fl-allokazzjoni tal-postijiet, se nintroduċu proċess ta' superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-liġi li tirrigwarda s-swieq lokali u se nintroduċu wkoll proċeduri ta' azzjoni biex jiġu riżolti l-ilmenti b'mod effettiv.", "Dan qed isir bil-għan li jintlaħaq bilanċ bejn il-Gvern, l-operaturi, ix-xerrejja u anke r-residenti.", "Sinjura President, din is-sena rajna wkoll żieda fix-xogħol li qed isir mill-uffiċċju tan-negozju tal-familja.", "Fl-aħħar, in-negozji tal-familja ġew rikonoxxuti formalment u qed jingħataw assitanza u skemi attrezzati għall-bżonnijiet partikolari tagħhom!", "Dawn jinkludu inċentivi fiskali kif ukoll inċentivi ta' governanza, liema inċentivi qed jiġu pprovduti mill-Malta Enterprise u qed jattiraw interess qawwi, tant li matul din is-sena ħafna negozji staqsew għal din l-assistenza.", "Barra minn hekk, bħalma tħabbar fil-baġit preċedenti, l-għotja tal-Micro Invest żdiedet għal €70,000 fir-rigward ta' negozji tal-familja.", "B'hekk, qed inkomplu bil-ħidma tagħna b'risq dan is-settur.", "Kif qalu diġà sħabi, għal darb'oħra ħabbarna tnaqqis tat-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5%.", "Matul din is-sena, l-uffiċċju tan-negozju tal-familja ħadem sabiex għall-ewwel darba bank lokali se jkun qed joħloq skema speċjalizzata għan-negozji tal-familja.", "Bl-għajnuna tal-Bank of Valletta, dawn in-negozji se jkomplu jibbenefikaw minn aktar għajnuniet.", "Din l-iskema se tkun waħda ta' serħan tal-moħħ għaliex verament toffri għajnuna lil dawn it-tip ta' negozji.", "Il-Malta Development Bank se jkun parti minn dan il-ftehim li ntlaħaq u dan se jkun qed jagħmel tajjeb b'garanzija għas-self li se jsir minn dan il-bank.", "Barra minn hekk, riċentement ressaqna xi emendi għall-Att dwar in-Negozji tal-Familja sabiex ikollna liġi b'aktar inċentivi li wieħed jista' japplika għalihom b'mod aktar faċli.", "Sinjura President, qed jgħidu li ma għamilna xejn dwar il-koperattivi imma tajjeb ngħid li din is-sena ħdimna biex inġibu l-għaqda fis-settur tal-koperattivi ħalli l-fond ċentrali jkun aktar aċċessibbli.", "Issa l-għan tagħna huwa li nagħtu nifs ġdid lill-koperattivi.", "Għalhekk wara li solvejna dan l-impasse li kien hemm, se nagħmlu reviżjoni komplessiva tal-Att dwar l-Għaqdiet Koperattivi biex inkunu nistgħu nimmodernizzawh għar-realtajiet tal-lum.", "Din hija ħidma li se ssir matul ix-xhur li ġejjin.", "Dan il-Gvern kemm-il darba saħaq fuq il-bżonn li jiġu rikonoxxuti l-intrapriżi soċjali.", "Għaldaqstant ħdimna fuq it-tfassil ta' liġi li tagħti l-faċilità li l-intrapriżi soċjali jiġu rikonoxxuti u jibdew jibbefenikaw minn inċentivi speċjalizzati sabiex ikollhom assistenza biex jiġu stabbiliti.", "Ħdimna mal-Malta Enterprise u mal-Ministru għall-Finanzi u flimkien identifikajna x'għandha tkun l-aħjar assistenza.", "Din is-sena wkoll, il-Malta Government Investments kompliet bil-programm ta' ħidma sabiex issaħħaħ l-investimenti tal-Gvern, primarjament fost dawk il-kumpaniji fejn il-Gvern għandu sehem fl-ishma.", "Għaldaqstant flimkien man-nies tal-Malta Government Investments, qed inlestu rapport fuq l-immodernizzar tal-kumpaniji tal-Gvern.", "Marbut ma' dan ir-rapport hemm memorandum of understanding li ġie iffirmat f'Ġunju tal-2018 bejn il-Malta Government Investments u Caisse Dépôts li huma esperti Franċiżi li se joffru l-għajnuna tagħhom fl-istrutturar tal-Malta Government Investments.", "L-għan huwa li nippreżervaw il-ġid għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Barra dan kollu, waqqafna wkoll il-Commonwealth Trade Finance Facility.", "Aħna konna l-ewwel pajjiż li wrejna interess li nwaqqfu din il-faċilità.", "Aktar kmieni dan ix-xahar saret l-ewwel laqgħa tal-Bord ta' Sorveljanza f'Malta, li kienet ippreseduta mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland.", "Naħseb li din hija faċilità finanzjarja li se jkollha rwol importanti fit-tisħiħ tal-kummerċ u l-finanzjament tal-investiment fl-istati ż-żgħar membri tal-Commonwealth.", "Finalment irrid insemmi l-Privatisation Unit.", "Matul din is-sena din l-Unità ħadmet fuq numru kbir ta' sottomissjonijiet mis-settur privat, wara proċess trasparenti li jkun magħmul by request for proposals biex l-ekonomija tkompli għaddejja 'l quddiem f'diversi oqsma u f'ċerti niċeċ partikolari.", "Pereżempju fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi ffirmat ftehim fuq l-għotja ta' konċessjoni tal-Korsa tal-Marsa.", "Id-dettalji ta' din l-inizjattiva se jingħataw mis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "Mingħajr ma nidħol wisq fid-dettall ngħid li dan il-proġett se jbiddel mill-qiegħ din il-faċilità sportiva biex tkun tista' tidgawda mill-familja kollha.", "Nistgħu ngħidu li din hija wegħda elettorali oħra li se tkun qed tiġi mwettqa.", "Dan apparti inizjattivi oħrajn fil-kamp sportiv, bħar-riġenerazzjoni tal-faċilitajiet sportivi relatati mad-dixxiplini atletiċi varji.", "Il-Privatisation Unit qed tassisti wkoll lill-Malta Amateur Athletic Association biex jinħareġ request for proposals fix-xhur li ġejjin sabiex insaħħu l-ħiliet tal-isportivi Maltin.", "Il-Privatisation Unit qed taħdem ukoll fuq proġetti oħrajn ma' diversi Ministeri u mhux mal-Ministeru għall-Ekonomija biss.", "Dawn il-proġetti għandhom vaur ta' investiment sostanzjali u permezz tagħhom, għandna nkomplu nsaħħu l-ekonomija.", "Altru milli m'għamilna xejn!", "Ħdimna ħafna.", "Jeżisti negozju tajjeb.", "Nemmnu fin-negozju.", "Jiddispjaċini nisma' ċerti konċetti min-naħa l-oħra li jwassluni biex ngħid li għadhom ma fehmu xejn.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo semma li neħħejna l-liċenzji u bħallikieku tlifna l-kont tan-negozji.", "Il-liċenzji li neħħejna kienu jikkonċernaw biss 30% tan-negozji.", "Veru li kellna nieħdu ċerti deċiżjonijiet diffiċli, biss irrid ngħid li l-NSO hija l-entità li għandha l-istatistika uffiċjali tan-negozji li nużaw biex infasslu l-policies.", "L-NSO huma s-sidien uffiċjali ta' din l-istatistika u mhux id-Dipartiment tal-Kummerċ.", "Saru ħafna żbalji oħrajn mill-kelliema tal-Oppożizzjoni però aktar milli nikkoreġi dawn l-iżbalji, jien ridt nuża dan id-diskors biex nitkellem fuq il-ħidma tagħna bħala Gvern b'risq dan is-settur.", "Sinjura President, nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lis-Segretarju Permanenti Nancy Caruana, fi ħdan il-Ministeru tiegħi, tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha.", "Nirringrazzja wkoll l-entitajiet kollha li semmejt matul dan id-diskors.", "F'dawn l-aħħar seba' baġits, wettaqna u ksibna, u llum nistgħu ngħidu li l-poplu mhux biss qed iħoss id-differenza imma qed jgħix id-differenza!", "Dan il-Baġit se jkompli jagħtina l-għodda biex is-suċċess li qed ngħixu llum ikun sostenibbli u permanenti.", "Inħares 'il quddiem b'mod pożittiv biex is-sena d-dieħla nerġa' niġi f'din il-Kamra nitkellem dwar aktar riżultati pożittivi u ta' benefiċċju għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Finalment inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li tagħti informazzjoni relatata mal-assistenza offruta minn Business First lill-intrapriżi bejn Ottubru 2017 u Ottubru 2018.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON (Onor. Glenn Bedingfield): Grazzi.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar hija konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li tkun komunikata aktar 'il quddiem.", "Fid-9.38 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati, l-Onor.", "Glenn Bedingfield, irrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar kienet ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, kienu posposti għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-Kamra għaddiet għal xogħol ieħor tal-Gvern li kien jidher fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA'LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR", "L-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI", "CHRIS CARDONA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji u biex jagħmel emendi konsegwenzjali u oħrajn fil-Kodiċi Ċivili u fit-Tieni Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili, l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku, l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, l-Att dwar l-Arbitraġġ, l-Att dwar il-Kumpaniji u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Chris Cardona biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għall-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "Ir-Raba' Jum Stabbilit - Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Vot 1 – Uffiċċju tal-President", "Vot 5 – Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Vot 6 – Informazzjoni", "Vot 7 – Stamperija tal-Gvern", "Vot 8 – Uffiċċju Elettorali", "Vot 9 – Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku", "Vot I – Uffiċċju tal-President - Kapital", "Vot III – Uffiċċju tal-Prim Ministru – Kapital", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandha tieħu mhux aktar minn ħames sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.40 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – KONSULENTI MINN GĦAQDIET AMBJENTALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta' konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratti/ftehim li l-Ministeru jidħol għalihom ma' għaqdiet ambjentali ma jirrigwardawx konsulenza iżda, b'mod ġenerali, kuntratti/ftehim li jipprovdu għat-tmexxija ta' siti protetti jew għall-iffinanzjar ta' proġetti ambjentali.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KONSULENTI MINN GĦAQDIET AMBJENTALI U GĦAQDIET/ASSOĊJAZZJONIJIET TA' ŻVILUPPATURI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta' konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali u mill-għaqdiet/assoċjazzjonijiet ta' żviluppaturi?", "X'inhu l-ħlas rispettiv?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninsab infurmat li l-uniku konsulent fi ħdan is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-suq tal-proprjetà li għandu kuntratt huwa Sur Sandro Chetcuti mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (u dan minħabba l-fatt li hu magħruf mill-mezzi ta' komunikazzjoni), b'remunerazzjoni kif ġej:", "• Salarju ekwivalenti ta' Skala 3 pro-rata għal 20 siegħa fil-ġimgħa,", "• Expertise Allowance ta' €10,000 fis-sena,", "• Expense Allowance ta' €1,000 fis-sena,", "• Car Allowance ta' €2,320 fis-sena u", "• Mobile u ADSL sa €815 fis-sena.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux rekwiżit li konsulent jagħti informazzjoni f'liema għaqda hu/hi membru.", "DELEGAZZJONI MILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW F'MALTA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta' kull żjara?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk u sa meta se jippreżenta l-Lawyers' Act li ilu jwiegħed mill-aħħar leġiżlatura?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Id-diskussjonijiet mal-Kamra tal-Avukati għadhom għaddejjin.", "PJAZZA TA' RAĦAL IL-ĠDID – STUDJI DWAR IL-KWALITÀ TAL-ARJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-Pjazza ta' Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-pjazza msemmija?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ilha tagħmel monitoraġġ tal-kwalità tal-arja f'diversi lokalitajiet, inkluż il-Pjazza ta' Raħal Ġdid u dan il-monitoraġġ ilu għaddej mill-2014.", "INTERVENT FUQ L-ISPALLA – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward intervent fuq spalltu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qed ikun segwit.", "DĦUL F'DAR TAL-ANZJANI TAL-GVERN – KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jiġi rifjutat milli jidħol f'dar tal-gvern meta saħħtu qed tmur lura?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, qed isegwi mill-qrib dan il-każ u informa lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "IL-FGURA – TRIQ IL-MERĦBA – KAŻ TA' ĦRUQ FI GREEN AREA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jinvestiga l-każ ta' ħruq fi Triq il-Merħba l-Fgura, liema green area fiha l-ħarrub miżrugħ fiha?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ERA ma kinitx infurmata fuq dan il-każ.", "Madanakollu, uffiċjali tal-ERA għamlu spezzjoni fuq il-post indikat fil-mistoqsija parlamentari u ma sabu l-ebda sinjali ta' ħruq.", "L-ispezzjoni saret fl-għelieqi li jmissu ma' Triq il-Merħba minħabba li l-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari hija vaga u ma tindikax post eżatt.", "Huwa ġentilment mitlub li tingħata aktar informazzjoni dettaljata fuq il-każ sabiex l-ERA tkun tista' tindirizza l-każ skont il-parametri tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent.", "F'każi bħal dawn, il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jagħmel kuntatt dirett mal-Awtorità fuq in-numru ta' emerġenza li jinsab fuq is-sit elettroniku tal-ERA 99210404 sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni f'waqtha.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – GĦAJNUNA GĦAŻ-ŻAMMA TA' FESTIVALS TEMATIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, matul is-sena 2018, liema festivals tematici ġodda saru għall-ewwel darba f'Għawdex?", "F'kull każ, minn min ġie organizzat kull festival tematiku ġdid li sar għall-ewwel darba?", "Kemm kienet l-għajnuna li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex għal kull wieħed minn dawn il-festivals tematici ġodda?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – GĦAJNUNA LILL-GĦAQDIET SPORTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm għaqdiet sportivi f'Għawdex li bbenefikaw minn xi għajnuna finanzjarja?", "F'kull każ, liema kienu dawn l-għaqdiet u x'kien l-ammont finanzjarju li ħadu?", "X'kien l-iskop ta' kull għajnuna li ngħatat?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – GĦAJNSIELEM – XOGĦOL FUQ IT-TARAĠ TAL-PJAZZA SAN FRANĠISK U D-DAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-taraġ li jwassal għal Pjazza San Franġisk u d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem u dan peress li fil-Baġit li nqara sena ilu kien intqal \"Proġetti kapitali li kienu nbdew fil-Leġiżlatura li għaddiet, bħat-taraġ ta' San Franġisk u d-Dar tal-Anzjani f'Għajnsielem, għaddejjin bil-proċess tas-sejħiet tal-offerti, biex dawn il-proġetti jiġu finalizzati\"?", "Peress li għaddiet sena minn meta nqara dak il-Baġit, tista' l-Ministru tgħid jekk dawn il-proġetti ġewx finalizzati?", "Jekk le, tista' tgħid x'xogħol sar matul din is-sena fuq dawn il-proġetti?", "Tista' tgħid meta se jibda jintuża t-taraġ ta' Pjazza San Franġisk u meta d-Dar tal-Anzjani se tilqa' l-ewwel anzjani?", "Interpellant li dwar it-taraġ issa se ssir Ċentru tas-Saħħa u ġew ippubblikati t-tenders il-ġodda filwaqt li t-taraġ se jsir bil-możajk li ġie kkummissjonat minn Fr Roberto Gauci.", "Iċ-Ċentru tas-Saħħa mistenni jkun funzjonabbli fl-2019.", "Fil-frattemp ħareġ ukoll it-tender tal-Pjazza ta' San Franġisk fejn ix-xogħlijiet se jiġu kkoordinati flimkien biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli għall-pubbliku.", "Dwar id-Dar tal-Anzjani, wara li ħarġu l-permessi l-ġodda, tlestiet il-wing il-ġdida tad-dimensja u bħalissa għaddej ix-xogħol ta' restawr tal-parti l-antika.", "It-tender għall-finishings, operations and management qed jiġi rivedut mid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jiġi ppubblikat.", "GĦAWDEX – FARMS SPERIMENTALI – FAĊILITAJIET ĠODDA GĦALL-BDIEWA U SAJJIEDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u sajjieda li kellhom isiru fil-farm sperimentali tal-Gvern f'Għawdex matul is-sena 2018 sarux?", "Jekk iva, x'inhuma dawn il-faċilitajiet ġodda u meta bdew jintużaw?", "Kemm kienet l-ispiża fuq dawn il-faċilitajiet ġodda?", "Interpellant li diġà ġie mwaqqaf l-uffiċċju għas-servizz tan-new water.", "Dan filwaqt li tlestiet il-faċilità ta' park għall-animal welfare flimkien ma' kennels ġodda.", "Il-proċess ta' tendering għal fażijiet oħra għadu għaddej.", "GĦAWDEX – XOGĦOL TA' RESTAWR FUQ L-GĦAR TA' CALYPSO U L-AKWEDOTT TAR-RABAT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol ta' restawr li skont l-aħħar Baġit kellu jsir fuq l-Għar ta' Calypso u fuq l-Akwedott tar-Rabat, Għawdex?", "Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża s'issa fuq dan ir-restawr u meta hu mistenni li jitlesta?", "Meta hu maħsub li l-Għar ta' Calypso jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku?", "Interpellant li għadu kif tlesta xogħol ta' 3D scanning fuq l-Għar ta' Calypso minn ġewwa u kif ukoll tal-inħawi viċin tal-għar.", "Dan it-3D scanning sar mill-Università ta' Malta.", "It-tagħmir teknoloġiku li ntuża ma tax riżultati ċari ħafna fejn jirrigwarda l-iscanning tal-għar minn ġewwa.", "Għalhekk issa qegħdin nistennew li l-Università takkwista scanner ieħor li jista' jagħti riżultati aħjar.", "L-ispiża fuq dan il-proġett s'issa tammonta għal €900 (VAT eskluż).", "Dan l-għar se jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku meta jkunu saru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex jiġi kkonsolidat u jiġi ċċertifikat li huwa sigur u li m'hemmx periklu għal min iżuru.", "L-ewwel fażi tar-restawr tal-Akwedott tlestiet fejn ġew irranġati żewġ arkati li kienu fi stat ħażin.", "Qegħdin jitħejjew id-dokumenti neċessarji sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet tal-fażijiet li jmiss.", "L-ispiża totali għal dan il-proġett tammonta għal €1.48 miljun VAT eskluż.", "GĦAWDEX – PARK AND RIDE TAR-RABAT – SITE PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan fejn hu ppjanat li jsir il-Park and Ride li jkun jagħti għar-Rabat, Għawdex?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar għal dan il-proġett jew kopja tal-applikazzjoni jekk għadha ma ġietx approvata?", "Tista' tgħid min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett u kemm tħallas s'issa u kif intgħażel il-perit għal dan ix-xogħol?", "Kemm hu ppjanat li jesa' karozzi dan il-Park and Ride?", "JUSTYNE CARUANA: Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant se jingħataw waqt konferenza stampa li se tkun iddedikata għal dan il-proġett.", "Fil-frattemp diġà ħarġu żewġ tenders u l-perit inkarigat huwa perit tal-Ministeru għal Għawdex stess.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm se jdumu out of stock it-thyroid tablets Carbimazole 5?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu informazzjoni żbaljata għaliex it-thyroid tablets Carbimazole 5 qatt ma kienu out of stock.", "OPRA 'AĦNA REFUĠJATI' – SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-produzzjoni tal-opra 'Aħna Refuġjati' li ttellgħet fuq il-Fosos tal-Furjana fil-31 ta' Awwissu u t-2 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid kemm ingħataw biljetti complementary, kemm inbiegħu biljetti u kemm kien id-dħul?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Valletta 2018 ħallset is-somma ta' €383,542.75 għall-opra 'Aħna Refuġjati'.", "Il-Fondazzjoni qassmet 570 biljett kumplimentari filwaqt li biegħet 889 biljett bi dħul ta' €16,084.57.", "DĦUL F'DAR TAL-ANZJANI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha żmien titħabat biex tidħol f'home?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u informa lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "SPTAR MATER DEI – SERQ MILL-UNDERGROUND PARKING", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta' serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti u kemm tressqu persuni l-Qorti dwar l-istess każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li n-numru ta' każijiet ta' serq mill-underground parking tal-Isptar Mater Dei, kif irreġistrati fis-sistema tal-Pulizija, sena b'sena, mis-sena 2013 sal-21 ta' Ottubru 2018 kien kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt.", "Ma kienx hemm każi li ġew solvuti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – SPIŻA GĦAL SERVIZZ TA' MOBILE PHONE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "PROĠETT CAR2GO – SPAZJU GĦAL PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex, kemm-il spazju għal parkeġġ se jintuża għall-proġett Car2Go u li dwaru l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ffirmat ftehim ma' kumpanija privata f'Ottubru 2017?", "Għal kull lokalità f'Malta u f'Għawdex, jista' jindika l-ismijiet tat-toroq u n-numru ta' parkeġġi li se jintużaw għal dan l-iskop f'kull imsemmija triq?", "IAN BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont il-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-Awtorità għat-Trasport f'Malta u Car2Go f'Ottubru tal-2017 għal servizz ta' car sharing fuq bażi nazzjonali wara sejħa għall-offerti li kienet inħarġet aktar qabel, in-numru ta' parkeġġi li se jintuża għall-proġett skont l-istess kuntratt huwa ta' 450 madwar Malta u Ghawdex kollu.", "Bħalissa l-Awtorità għat-Trasport f'Malta kif ukoll il-Car2Go qegħdin jagħmlu laqgħat individwali mal-kunsilli lokali rispettivi biex jiġu identifikati l-aktar spazji ta' parkeġġ ideali għal dan il-proġett li l-għan tiegħu huwa li jikkontribwixxi għal nuqqas ta' konġestjoni tat-traffiku fiċ-ċentri urbani billi wieħed jagħmel użu minn vettura li tkun shared minflok il-vettura privata rispettiva.", "Il-lista ta' parkeġġi kif ġew approvati s'issa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PROĠETT CAR2GO – FTEHIM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar il-proġett Car2Go u li dwaru l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ffirmat ftehim mal-kumpanija jew kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' Transport Malta tinsab fid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BORD TA' SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA MILL-ISTAT – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat saret mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' l-Ministru tagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u tindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "HELENA DALLI: L-iskeda ta' laqgħat formali tal-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat mill-2013 sal-lum tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Apparti laqgħat formali, il-Bord ikollu numru ta' laqgħat informali u bilaterali fit-twettiq tal-ħidma tiegħu.", "ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA' NEGOZJU - BORD TA' SORVELJANZA FUQ L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA MILL-ISTAT – INVENTARJU KOMPRENSIV", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inventarju komprensiv ta' għajnuna mill-istat li l-Bord ta' Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat huwa obbligat li jistabbilixxi u jaġġorna skont l-artikolu 58 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozju (Kap. 325 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "HELENA DALLI: Infurmata li l-Bord jiġbor inventarju tal-għajnuna mogħtija mill-istat li tingħata f'pajjiżna u din tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni Ewropea.", "Din l-informazzjoni, flimkien ma' dik ta' pajjizi oħra Membri tal-Unjoni Ewropea, tiġi ppubblikata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea.", "SPIŻA TAL-PULIZIJA DWAR INVESTIGAZZJONI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fit-28 ta' Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' jagħti d-dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b'sena.", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "IL-MELLIEĦA – TRIQ QASAM BARRANI – CHILDCARE CENTRE – PREŻENZA TA' UFFIĊJAL TAL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li ta' kuljum jattendi uffiċjal tal-komunità ħdejn id-daħla taċ-childcare centre li hemm fi Triq Qasam Barrani l-Mellieħa peress li sa ftit taż-żmien ilu kien ikun hemm uffiċjal jidderiġi t-traffiku mit-7.45 a.m. sat-8.15 a.m., u mis-1.45 p.m. sas-2.15 p.m.?", "OWEN BONNICI: Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.", "ĊITAZZJONIJIET FUQ KONTRAVVENZJONIJIET RELATATI MAL-AMBJENT", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-komunità fuq kontravvenzjonijiet relatati mal-ambjent minn Jannar 2013 sal-lum?", "OWEN BONNICI: Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.", "ĊITAZZJONIJIET FUQ SEWQAN BIL-MOD FUQ IL-FAST LANE", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet lil xufiera li jkunu qegħdin isuqu bil-mod fuq dik li hija magħrufa bħala l-fast lane fit-toroq Maltin u Għawdxin minn Jannar 2013 sal-lum?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ma nħarġet ebda ċitazzjoni lil xufiera li jkunu qegħdin isuqu bil-mod fuq dik li hija magħrufa bħala l-fast lane fit-toroq Maltin u Għawdxin minn Jannar 2013 sal-lum peress li tali offiża ma teżistix fil-liġijiet ta' Malta.", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu blue badge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm ittieħdu blue bladge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jagħti anke total ta' blue badge stickers li kienu maħruġa f'Malta u Għawdex mis-sena 2008 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "Nota: Tiġdid ta' blue badges mhumiex inklużi fit-tabella.", "AIR MALTA – PILOTI – SIGĦAT TA' XOGĦOL", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu ta' sigħat li jistgħu jaħdmu l-piloti skont liġijiet internazzjonali?", "Jista' jgħid kemm qegħdin jaħdmu sigħat il-piloti tal-Air Malta?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bil-liġijiet tal-EASA (European Aviation Safety Agency) il-piloti jistgħu jtiru kif spjegat hawn taħt:", "· Mhux aktar minn 100 siegħa ta' titjir fi 28 ġurnata konsekuttiva", "· Mhux aktar minn 900 siegħa ta' titjir f'sena kalendarja minn Jannar sa Diċembru", "· Mhux aktar minn 1000 siegħa ta' titjir fi 12-il xahar konsekuttiv.", "Hemm ukoll restrizzjonijiet fuq it-tul tal-perjodu ta' duty, skont kemm ikun hemm titjiriet fl-istess perjodu ta' duty, u kemm-il ġurnata konsekuttiva jistgħu jaħdmu.", "Il-piloti tal-Air Malta qed jaħdmu medja ta' 650 siegħa fis-sena.", "DISKRIMINAZZJONI ABBAŻI TA' SESS FI SKEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara, u eżempju ta' dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.", "218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta' \"€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051\" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġġjaw l-introjtu tagħhom, tista' l-Ministru tgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibbli?", "HELENA DALLI: Il-Ministeru għaddej b'eżerċizzju sabiex kwalunkwe diskrepanza abbażi tal-ġeneru fil-liġi Maltija titneħħa.", "Dan l-eżerċizzju ma sarx biss fir-rigward tal-liġi taż-żwieġ iżda għaddej fir-rigward ta' numru ta' liġijiet oħra li kif elenkat għadhom jiddifferenzjaw jew saħansitra jiddiskriminaw bejn irġiel u nisa mingħajr raġuni valida.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jitnaqqsu l-isterjotipi tal-ġeneru u s-sessiżmu hekk kif identifikat fl-iStrategic Objective 1 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "HELENA DALLI: Twaqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b'mod sistematiku fil-politika tal-Gvern.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna nipprevjenu u niġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa u l-Vjolenza Domestika hekk kif identifikat fl-iStrategic Objective 2 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "HELENA DALLI: Il-Gvern qed jaħdem bla waqfien sabiex il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika jkunu miġġielda bl-aktar mod effettiv possibbli.", "Kien għalhekk li dan il-Gvern:", "- Irratifika l-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa;", "- Ħadem fuq livell Ewropew sabiex l-Unjoni Ewropea tiffirma l-Konvenzjoni ta' Istanbul waqt il-Presidenza Maltija;", "- Addotta strateġija nazzjonali sabiex il-ġlieda kontra l-vjolenza tkun waħda sistematika;", "- Addotta liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika li tilħaq l-ogħla standards internazzjonali;", "- Qed imexxi diversi proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea sabiex jitjiebu s-servizzi li jingħataw lill-pubbliku u jkun hemm koordinazzjoni bejniethom fost l-oħrajn.", "Kampanji ta' għarfien dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru.", "Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni nieda żewg kampanji ta' għarfien dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru matul l-2017 u l-2018 (b'din tal-aħħar għadha għaddejja fil-preżent).", "L-għan ta' dawn il-kampanji kien sabiex titqajjem kuxjenza u għarfien, kemm mal-persuni li għaddejin minn xi forma ta' vjolenza domestika, kif ukoll fost persuni li potenzjalment jistgħu jgħaddu minn każijiet simili.", "Il-kampanji kienu indirizzati wkoll lejn il-pubbliku inġenerali sabiex jiġu mħeġġa jitkellmu dwar il-kwistjoni u jirrappurtaw dan it-tip ta' abbuż.", "Dawn il-kampanji saru permezz ta' video clips fuq il-midja soċjali, gazzetti onlajn, kennijiet tal-karozzi tal-linja, posters f'postijiet ta' divertiment, kif ukoll avviżi fuq ir-radju.", "Dawn il-kampanji huma parti mill-implimentazzjoni tal-proġett 'Full Cooperation: Zero Violence' li huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Proġett ieħor kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea huwa dak bl-isem 'Breaking the cycle of violence' li permezz tiegħu ġew organizzati laqgħat ta' għarfien ma' gruppi vulnerabbli, bħal nisa immigranti, nisa b'diżabilità u persuni mill-komunità LGBTIQ bl-għan li dawn il-gruppi jiġu mħeġġa u jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u x'servizzi jeżistu.", "Dawn saru matul is-sajf tal-2018.", "Dan l-istess proġett fassal video clips, li dehru fuq gazzetti onlajn, flimkien ma' avviżi ta' għarfien fuq il-midja soċjali dwar il-vjolenza domestika bi skop li jitkisser iċ-ċiklu ta' vjolenza.", "Matul l-2017, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika nediet kampanja ta' għarfien ta' 16-il ġurnata sabiex tlaqqa' professjonisti li jaħdmu fil-qasam u b'hekk jitkellmu dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq il-mezzi tax-xandir.", "Il-berġa ta' Kastilja u Porte des Bombes inxtegħlu bil-kulur oranġjo bħala simbolu ta' solidarjetà ma' dawk il-persuni li għaddejjin minn xi tip ta' vjolenza.", "L-istess kampanja ta' 16-il jum se titnieda wkoll din is-sena fit-23 ta' Novembru 2018.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex in-nisa f'pajjiżna jkollhom aktar aċċess ekwu għall-ġustizzja hekk kif identifikat fl-iStrategic Objective 3 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "HELENA DALLI: Il-Ministeru waqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b'mod sistematiku fil-politika tal-Gvern.", "Din l-istrateġija, bħal oħrajn qabilha, se tolqot diversi Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, inkluż il-qasam tal-ġustizzja.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jinħoloq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hekk kif identifikat fl-iStrategic Objective 4 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "HELENA DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jiġu protetti d-drittijiet ta' nisa u bniet emigranti hekk kif identifikat fl-iStrategic Objective 5 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "HELENA DALLI: Id-drittijiet tan-nisa u l-bniet migranti huma indirizzati mill-ħidma tal-Ministeru, kemm permezz ta' ħidma li għandha x'taqsam mal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll permezz tal-politika ta' integrazzjoni tal-migranti.", "Il-Ministeru qed jaħdem ukoll sabiex tissaħħaħ il-liġi tal-ugwaljanza u għall-ewwel darba każijiet ta' diskriminazzjoni multipla jkunu jistgħu jkunu kkunsidrati mill-istituzzjoni li tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżna.", "SKEMA TA' INVESTIMENT GĦAL TEATRI LOKALI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk inħolqitx l-iskema ta' investiment għal teatri lokali u jekk iva, meta nħolqot.", "Jista' jgħid ukoll kemm-il entità gawdiet minn din l-iskema u liema huma dawn l-entitajiet li gawdew minn din l-iskema?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti flimkien ma' Teatru Malta nieda l-iskema għall-ispazji teatrali f'Settembru 2018 u bħalissa miftuħin l-applikazzjonijiet.", "Id-dettalji kollha dwar l-iskema, inkluż il-linji gwida u l-formola ta' applikazzjoni, jinsabu f'din il-ħolqa https://www.artscouncilmalta.org/funds/t", "PROPOSTI GĦAR-RIĠENERAZZJONI TAL-BINJA EVANS U Ċ-ĊENTRU TAL-EŻAMIJIET ĦDEJN FORTI SANT'IERMU", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħareġ sabiex is-settur privat ikun jista' jressaq proposti għar-riġenerazzjoni tal-Binja Evans u taċ-Ċentru tal-Eżamijiet ħdejn il-Forti Sant'Iermu?", "Jista' jgħid ukoll kemm-il proposta rċieva u liema ntgħażlet?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KUNSILL MALTI GĦALL-ARTI – PROGRAMM GĦAL ARTISTI ŻGĦAŻAGĦ", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-programm għal artisti żgħażagħ immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti?", "Kemm-il proġett ġie megħjun b'dan il-programm, u kemm-il artist qiegħed isegwi programm ta' apprendistat u/jew mentoring bl-għajnuna ta' dan il-programm?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-programm għal artisti żgħażagħ immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti twaqqaf fl-2017.", "Bħalissa hemm disa' artisti li qed isegwu l-programm ta' apprendistat u/jew mentoring bl-għajnuna ta' dan il-programm.", "IL-BELT, TRIQ L-ORDINANZA U KAVALLIER TA' SAN ĠWANN – IRRANĠAR TA' APERTURI U GALLARIJI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema hija dik l-iskema li kellha titnieda sabiex jiġu rranġati l-aperturi u l-gallariji tal-bini li jagħti fuq il-Kavallier ta' San Ġwann u Triq l-Ordinanza?", "Jista' jgħid kemm aperturi u gallariji ġew irranġati taħt din l-iskema?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181031_153d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.04 a.m.", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 153 li saret fil-31 ta' Ottubru 2018 ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni parlamentari magħmula mill-Onor.", "Alex Muscat u l-Onor.", "Frederick Azzopardi fis-17-il Laqgħa tal-Ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-OSCE, li nżammet f'Kirgiżistan bejn it-3 u s-6 ta' Ottubru 2018; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni parlamentari magħmula mill-Onor.", "Byron Camilleri u l-Onor.", "David Agius fit-10th Asia-Europe Parliamentary Partnership Meeting (ASEP-10) li nżammet fi Brussell fis-27 u 28 ta' Settembru 2018.", "L-ISPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Claudette Buttigieg): Illum, il-Kumitat għandu quddiemu d-diskussjoni f'Kumitat ta' Provvista biex jiġu diskussi l-Voti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' ħames sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u l-kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi biex, jekk jogħġobha, tressaq ir-riżoluzzjonijiet f'isem il-Prim Ministru.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi): Sinjura President, f'isem il-Prim Ministru, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 1 - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €5,308,182 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €62,497,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,367,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 - Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 7 – STAMPERIJA TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,541,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 – Stamperija tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 8 - UFFIĊĊJU ELETTORALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €7,255,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 – Uffiċċju Elettorali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 9 – KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €611,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 – Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT I - UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €675,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT III - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €45,838,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 5 - UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Ħassar iċ-ċifra \"€152,440\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€152,437\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Baġit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema uffiċċju għandu portafoll varjat.", "Fil-ħin allokat għalija se niddiskuti s-setturi tal-ekonomija diġitali, tal-gaming, tal-informatika, tas-servizzi finanzjarji u tal-innovazzjoni.", "Tajjeb ngħid li għandna opportunità niċċelebraw dawn is-setturi li tista' tgħid kollha twieldu minn gvernijiet Nazzjonalisti u li llum qed jikkontribwixxu għal aktar tkabbir ekonomiku u ħolqien ta' impjiegi tal-ogħla kwalità.", "Dawn is-setturi taw spinta eċċezzjonali lill-għexieren ta' servizzi anċillari li sal-lum għadhom irendu, jikbru u jdawru r-rota ekonomika ta' pajjiżna b'mod b'saħħtu.", "Sinjura President, qed ngħid dan għaliex l-ekonomija diġitali, bħas-settur tal-gaming, l-IT u s-servizzi finanzjarji, jiġiferi dawk li nirreferu għalihom bħala n-new economies, huma setturi li saru monumentali, però jeħtieġ li nkomplu nkattruhom, ninvestu fihom u niddiversifikaw fi ħdan kull qasam ta' dawn is-setturi biex nassiguraw suċċess għal għaxar snin jew 15-il sena li ġejjin.", "Is-settur diġitali u s-settur tas-servizzi finanzjarji huma fost l-aktar setturi dinamiċi fejn kontinwament iseħħu diversi żviluppi.", "Dawn is-setturi ekonomiċi għandhom potenzjal enormi, fejn pajjiżna għandu quddiemu diversi opportunitajiet li jista' jisfrutta u jimmassimizza l-potenzjal tagħhom.", "Meta qed nitkellmu dwar dawn is-setturi ta' min jinnota li dejjem irrenja kunsens politiku.", "Għalhekk nemmem li llum se jkollna diskussjoni fejn se niddibattu u nargumentaw, biex niddiskutu x'qiegħed isir tajjeb, dwar dak li l-Gvern jista' jagħmel aħjar u x'inhi d-direzzjoni u l-viżjoni ta' dan il-Gvern għal dan is-settur.", "Inħoss li huwa ġust li s-suċċess u l-profil tal-ekonomija diġitali u s-servizzi finanzjarji jkunu meqjusa bħala superjuri.", "Bla dubju, dan il-Gvern sab pjattaforma soda fuqhiex ifassal il-viżjoni u l-politika għal dawn is-setturi, b'direzzjoni biex dawn is-setturi jiġu msaħħa.", "Issa jeħtieġ li naraw b'mod konkret x'se tkun id-direzzjoni, minn issa għas-snin li ġejjin, fir-rgiward ta' dawn is-setturi ekonomiċi, kemm f'termini ta' industriji ta' ICT kif ukoll fuq livell ekonomiku aktar wiesa' li jiddependi fuqu l-użu effettiv tal-ICT bħala key enabler għall-kompetittività.", "Irridu nżommu f'moħħna li din l-ekonomija ġdida għandha tkun iffokata fuq in-nies u għandha tkun l-għodda neċessarja li tixpruna liċ-ċittadin ikun aktar connected, informat u empowered.", "Għalhekk, f'dan il-Baġit għall-2019 kont qed nistenna li nisma' b'inizjattivi u proposti li jinforzaw il-parteċipazzjoni diġitali fuq kull spettru tas-soċjetà.", "Bla dubju ta' xejn, it-Tech MT hija inizjattiva tajba, però anke hawnhekk kont qed nistenna li d-dokument tal-Baġit jiddedika ftit aktar minn erba' sentenzi għal dan il-qasam u ma jkunx daqshekk ekonomiku fid-dettalji.", "Wieħed kien qed jistenna ferm aktar dettalji dwar l-operat ta' Tech MT u dwar x'se tinkorpora fiha.", "Inqas dettalji jagħtu aktar lok għal inċertezza.", "Fil-fatt, nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Silvio Schembri jekk huwiex minnu li s-sezzjoni tal-Information Society, li taqa' taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Malta Communications Authority, se tiġi trasferita taħt dipartiment, awtorità jew Tech MT u ma tibqax taħt il-kappa tal-Malta Communications Authority, kemm bħala responsabbiltà kif ukoll bħala mobilità.", "Jekk dan huwa minnu, napprezza li nkunu nafu r-raġuni għal dan iċ-ċaqliq, għax verament m'iniex qiegħda nifhem ir-raġuni wara din id-deċiżjoni, kemm-il darba dan iċ-ċaqliq huwa reali.", "M'għandix dubju li da huwa ta' tħassib kbir għall-ħaddiema fejn il-futur tagħhom fuq il-post tax-xogħol bħalissa huwa inċert.", "Għamilt kemm-il darba mistoqsijiet simili dwar ir-Reġistru tal-MFSA, għax il-ħaddiema għadhom ma jafux eżattament fejn se jmorru, pereżempju jekk hux sejrin iż-Żejtun.", "S'issa, għad m'għandna l-ebda konferma f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-MCA li tul dawn l-aħħar snin dejjem qdew il-ħidma tagħhom bi professjonalità kbira u lil hinn minn kull kontroversja.", "Grazzi wkoll bla dubju lill-ħaddiema tal-MITA, tal-MGA u tal-MFSA għax-xogħol u l-professjonalità li jaħdmu ta' kuljum bihom.", "Grazzi wkoll għall-ħidma siewja tal-professjonisti kollha f'dan il-qasam, kemm dawk tas-settur pubbliku kif ukoll dawk tas-settur privat, li nemmen li huma l-mutur wara dan is-suċċess f'dawn is-setturi rispettivi.", "Se nibda bi kwotazzjoni tal-kittieb Franċiż Victor Hugo li tgħid hekk:", "Illum nixtieq niddedika l-ewwel parti tad-diskors tiegħi dwar konċett li ma tantx nisimgħu dwaru u ma tantx niddedikaw ħin għalih anke f'din il-Kamra.", "Qed nirreferi għal-liġijiet u regolamenti dwar l-innovazzjoni.", "Nemmen li dan huwa settur b'potenzjal enormi li bħalissa għandu jkun iċ-ċavetta għal tkabbir ekonomiku.", "Fir-rigward ta' dan is-settur, fl-indiċi tal-innovazzjoni, pajjiżna żamm postu fis-26 post fost aktar minn 100 pajjiż, però għadna 'l bogħod milli nilħqu l-potenzjal massimu ta' din l-opportunità tal-innovazzjoni.", "Kif diġà għidt f'diskorsi oħra lbieraħ, kemm f'dak tal-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll f'tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, nerġa' intenni li bħalissa għandna tkabbir ekonomiku b'saħħtu aktar mid-doppju, kważi tliet darbiet aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea bi tbassir ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli u finanzi pubbliċi robusti.", "F'dan il-kuntest ta' klima ekonomika hekk pożittiva, il-Gvern kellu jaħtaf l-opportunità biex f'dan il-Baġit jiffoka aktar fuq il-viżjoni u d-direzzjoni fejn se jieħu lil dan il-pajjiż għall-ħames snin, għaxar snin u 15-il sena li ġejjin.", "Il-Gvern messu qed ifassal politika strateġika fuq l-innovazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Prim Ministru.", "B'hekk nerġgħu nissiġillaw lil pajjiżna fil-quċċata mhux biss fl-ekonomija diġitali, fl-ekonomija l-ġdida u fis-servizzi finanzjarji, imma anke fl-abbiltà tagħna li nkomplu naħtfu l-opportunità tal-first mover advantage f'diversi setturi u nħaddnu dik il-politika innovattiva li tant jeħtieġ li nitkellmu dwarha u, aktar minn hekk, inwettquha.", "Id-dinja tal-lum għaddejja minn trasformazzjoni kbira, minn soċjetà tal-informatika għal soċjetà innovattiva.", "Għalhekk, ladarba għandna qagħda ekonomika tant b'saħħitha, il-Gvern li attwalment huwa l-policy maker, għandu jaħtaf l-opportunità li jipprepara lil pajjiżna għal dawn l-isfidi.", "Wieħed mit-tħassib ewlieni huwa l-pass tant mgħaġġel li bih qed issir din il-bidla.", "Għalhekk huwa kruċjali li aħna nkunu pronti biex nirrispondu għal din il-bidla u, fejn hu possibbli, inkunu minn tal-ewwel li nimplimentaw din it-trasformazzjoni.", "Fis-settur tas-servizzi finanzjarji u l-ekonomija diġitali, l-Oppożizzjoni u l-Gvern, kif għidt, dejjem żammew kunsens politiku u dan erġajna rajnieh ftit tax-xhur ilu, meta kellna d-diskussjonijiet parlamentari u anke barra minn din il-Kamra dwar it-teknoloġija tal-virtual financial assets, fosthom il-blockchain technology.", "Waqt li bħala Oppożizzjoni tajna l-appoġġ assolut tagħna, fejn ikkonsultajna dwar din it-teknoloġija u tajna l-proposti tagħna, żgur li ma nistgħux naħsbu li t-teknoloġija tal-blockchain hija l-bidu u t-tmiem tal-input innovattiv għal pajjiżna.", "Għalhekk, jeħtieġ li ma nillimitawx ruħna u nħaddnu politika ta' żvilupp innovattiv fi proċessi xprunati biss mit-teknoloġija.", "Il-politika tal-innovazzjoni jeħtieġ li tittieħed aktar bis-serjetà u l-Gvern jeħtieġ li jirrikonoxxi aktar l-importanza ta' dan is-settur li permezz tiegħu jista' verament jerġa' jagħti dik il-qabża 'l quddiem lill-ekonomija ta' sostenibbiltà ta' pajjiżna.", "Minkejja li qegħdin isiru sforzi ġenwini, l-aktar mis-settur privat, fil-business innovation, għadna ferm 'il bogħod fl-innovazzjoni soċjali.", "Din hija tip ta' innovazzjoni li normalment tiġi mħaddna mis-settur tal-volontarjat li jgħin isaħħaħ il-fibra tal-komunitajiet tagħna.", "Nemmen li jeħtieġ nistabbilixxu din id-dinamika ta' push and pull, jiġifieri dik il-korporattiva mal-komunitajiet tagħna biex verament nesperjenzaw il-firxa tant meħtieġa tal-innovazzjoni fis-setturi varji kollha possibbli.", "Għalhekk huwa importanti li din l-innovazzjoni ma tkunx ristretta biss għas-settur ekonomiku li tant neħtieġu.", "F'dan il-qasam imma irridu naraw ukoll innovazzjoni fil-governanza kemm ċentrali kif ukoll lokali, innovazzjoni fis-social welfare, innovazzjoni fl-edukazzjoni u f'kull settur ieħor possibbli.", "Jekk dan il-Gvern verament jemmen that innovation is key for a country's economic growth u jekk dan il-Gvern verament irid jieħu lil dan il-pajjiż f'livell ogħla, issa ladarba s-sostenibbiltà finanzjarja tippermetti, tajjeb li niffokaw fuq id-direzzjoni futuristika, għaliex il-Gvern u r-riżorsi tiegħu mhumiex sfurzati fuq l-ekonomija ta' making ends meet approach.", "Għalhekk issa huwa ż-żmien li niffokaw fuq din iċ-ċavetta għall-ekonomija tal-lum u tal-ġejjieni.", "Nemmen li l-Gvern għandu jniedi strateġija nazzjonali ta' ekosistema innovattiva, peress li f'dan il-punt għandna diversi setturi fil-qasam privat li qegħdin jixprunaw in-negozju tagħhom mill-innovazzjoni.", "Dan huwa l-waqt li jkun hawn strateġija ħolistika li tgħaqqad id-diversi friegħi biex ikun hemm konnessjoni bejn id-diversi setturi li tiġi trasformata f'sistema ta' istituzzjonijiet u proċessi li jinfurzaw lil xulxin u flimkien jixprunaw politika ta' tkabbir.", "Semmejt l-innovazzjoni fl-edukazzjoni.", "Kif nafu, bħalissa qegħdin niffaċċjaw sfidi formidabbli f'dan is-settur, però n-niċċa l-aktar fertili tirrigwarda l-innovators of tomorrow.", "Nemmen li wasal iż-żmien biex fis-sistema edukattiva tagħna jiġu introdotti skills relevanti li jixprunaw l-element innovattiv.", "Verament nemmen li l-mira innovattiva tagħna għandha tmur lil hinn mill-konfini ta' pajjiż żgħir.", "Biex nilħqu dan il-għan, jeħtieġ ninvestu f'politika effettiva u strateġija futuristika li tagħmel lil pajjiżna pjattaforma innovattiva għal sħabna l-Ewropej u lil hinn minnhom.", "Se nagħti issa ħarsa lejn is-settur tas-servizzi finanzjarji, is-settur tal-gaming, is-settur tal-ICT u s-settur tal-insurance u s-servizzi finanzjarji globali.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn il-kontribut settorjali fil-valur miżjud ta' pajjiżna, naraw li s-settur tal-gaming jikkontribwixxi għal 19.2% fil-value added tal-pajjiż, is-servizzi professjonali jikkontribwixxu għal 16.8%, is-servizzi finanzjarji li jinkorporaw fihom ukoll insurance activities jikkontribwixxu għal kważi 9%, filwaqt li dak tal-ICT jikkontribwixxi għal 4%.", "Dan ifisser li dawn is-setturi kollha f'daqqa, li jinkludu wkoll is-servizzi professjonali li mhux bilfors huma direttament marbuta ma' dawn is-setturi, però hemm persentaġġ kbir minnhom, jikkontribwixxu għal 48.5% tal-gross value added ta' pajjiżna.", "Hawn qed nitkellmu fuq prattikament nofs il-gross value added ta' pajjiżna.", "Jekk wieħed jara s-setturi kollha ekonomiċi li rreġistraw tkabbir annwali fl-2018, fil-quċċata ssib is-settur tal-gaming wara t-tkabbir fis-settur tar-real estate activities.", "Fil-fatt, is-settur tal-gaming irreġistra tkabbir ta' 10.7% segwit mit-tkabbir fil-financial and insurance activities ta' 10.4% u l-ICT bi tkabbir ta' 4.5%.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn dawn is-setturi minn aspett differenti, naraw li s-settur tal-gaming u s-servizzi professjonali rrapportaw l-ikbar żieda relattiva ta' ħaddiema fl-aħħar ħames snin, bejn l-2012 u l-2017.", "Is-settur tal-gaming waħdu jimpjega b'mod dirett aktar minn 9,000 persuna, dak tal-ICT jimpjega aktar minn 7,000 persuna u s-servizzi finanzjarji jimpjegaw aktar minn kważi 10,000 persuna li, flimkien, jammontaw għal kważi 26,000 persuna.", "Hawn m'iniex qed ninkludi s-servizzi professjonali ta' kważi 13,000 persuna oħra, għax kif għadni kif spjegajt, dawn mhumiex neċessarjament marbutin b'mod diretti ma' dawn is-setturi.", "Jekk wieħed jara liema huma l-aktar setturi li rrapportaw żieda fil-pagi, wara l-kostruzzjoni, is-settur li rreġistra l-akbar tkabbir annwali huwa s-settur tas-servizzi finanzjarji li rrapportaw żieda ta' 10.4% u li jinsabu fil-quċċata, fejn bħala paga medja, għandhom €27,000 fis-sena.", "Is-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni rrapporta tnaqqis ta' 5.6%, però għandhom paga medja tajba ta' aktar minn €20,000 fis-sena.", "Jekk wieħed iħares lejn l-investiment dirett barrani, iċ-ċifri uffiċjali juru li kważi 98% tal-investiment dirett barrani kollu li jiġi f'pajjiżna ġej mis-settur tas-servizzi finanzjarji u l-insurance.", "Barra minn hekk, dan il-kontribut f'investiment f'pajjiżna qiegħed jiżdied b'25% meta mqabbel mas-sena ta' qabel.", "Bl-istess mod ukoll, dan is-settur qiegħed iħalli impatt tajjeb fuq id-dħul għall-pajjiż, permezz tat-taxxi li jiġġenera dan is-settur.", "Qed ngħid dan għaliex li kieku kellna nneħħu s-setturi finanzjarji u tal-gaming mill-overall equation tal-kejk ekonomiku tagħna, pajjiżna ma jkunx jista' jsemmi ċ-ċifri ta' tkabbir ekonomiku li qegħdin nisimgħu bihom illum, tħalli barra l-programm tal-Individual Investment Programme (IIP).", "Sinjura President, żgur naqblu li dan is-settur qiegħed jagħti ħafna lil dan il-pajjiż, tant li anke fl-aktar żmenijiet ta' sfida għal pajjiżna, jiġifieri fl-eqqel tal-kriżi finanzjarja, l-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji flimkien ma' reputazzjoni tajba li kellna fil-pajjiż salvawna mill-aspett ekonomiku.", "Għalhekk, meta nifhmu l-kobor ta' dan is-settur, għandna wkoll nifhmu r-responsabbiltà li għandna bħala politiċi u li għandu l-Gvern bħala l-policymaker biex jassigura li dan is-settur ma jsirx casualty no. 1 minħabba r-reputazzjoni tal-pajjiż li qiegħda tiddeterjora b'mod assolut.", "Dan is-settur ma jistax iħallas għall-iżbalji jew in-nuqqas ta' azzjoni ta' dan il-Gvern.", "Dan is-settur jeħtieġ tiġdid kontinwu fil-viżjoni ta' pajjiżna.", "Jeħtieġ li nħarsu lejn opportunitajiet ġodda f'dan is-settur.", "Biex nagħmlu dan, irridu nassiguraw li jkollna l-abbozzi leġiżlattivi u fiskali relevanti, flessibbli, serji, robusti u attraenti.", "Però, fil-qasam tat-teknoloġija finanzjarja jeħtieġ naraw li nipprovdu t-taħriġ lill-ġenerazzjonijiet futuri biex nassiguraw li l-opportunitajiet li jinħolqu jittieħdu mill-ħaddiem tal-futur.", "Mingħajr ma noħolqu skill gap f'dan is-settur li għadu tista' tgħid fl-aktar żmien infantili tiegħu, biex ma ngħidx fl-embryo stage fejn jidħol l-ICT, jeħtieġ li jkollna qafas leġiżlattiv li jimxi id f'id mal-aspett edukattiv.", "Is-suċċess ekonomiku u s-suċċess tas-servizzi finanzjarji huma bħal katina li jiddependu minn diversi ċrieki.", "Huwa inutili li nitkellmu dwar l-opportunitajiet tal-Fintech għal pajjiżna jekk ma nindirizzawx ukoll ir-riskji li pajjiżna qed ikun espost għalihom bla bżonn u li qegħdin inpoġġu lil dan is-settur tant kruċjali f'riskju akbar.", "Nemmen li hemm bżonn li nindirizzaw il-problema li għandna ta' reputazzjoni b'serjetà.", "Hemm bżonn li nibagħtu messaġġ ċar, u biex nagħmlu dan ir-reputazzjoni ta' pajjiżna trid tiġi elevata u rrestawrata mill-aktar fiss possibbli.", "Nenfasizza l-ħtieġa kruċjali li l-FIAU u l-MFSA jerġgħu jkunu relevanti u jerġa' jissaħħaħ il-poter awtonomu tagħhom, billi jingħataw ir-riżorsi meħtieġa biex jagħmlu xogħolhom.", "Aktar minn hekk, dawn l-entitajiet għandhom jitħallew ikunu l-watchdogs tant meħtieġa f'dan is-settur.", "Jeħtieġ li nagħtu aktar widen għar-rakkmandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet internazzjonali bħal dawk tal-European Banking Authority, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-IMF.", "Żgur li m'għandniex għalfejn niġu mogħtija twissijiet b'formal letters mill-Kummissjoni Ewropea, għaliex dan is-settur jixraqlu ħafna aħjar.", "Sinjura President, ejja nkunu realistiċi u nammettu li l-istituzzjonijiet tagħna qegħdin jiddgħajfu, jidhru bla saħħa u jitilfu l-kredibilità u l-awtorità morali.", "Il-poplu qed jitlef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "L-investitur barrani m'għadux iħares lejn pajjiżna kif kien iħares lejna ħames jew sitt snin ilu.", "Għad jiġi żmien fejn il-practitioner waħdu, mingħajr l-ambjent serju u l-isem ta' Malta li jagħmillek ġieħ, se jibda jsibha diffiċli ferm biex jattira n-negozjant serju li jġiblek il-value added.", "Is-setturi tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming isofru l-ikbar casualties meta jkollna kollass fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Għalhekk ejjew naraw li dawn is-setturi ma jiddgħajfux u ma jiġix żmien fejn xi darba ngħidu li kellna setturi li kienu jiffjorixxu.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn is-settur bankarju matul dawn l-aħħar ħames snin naraw li kien hemm in-Nemea Bank, Pilatus Bank, Deutsche Bank u Ferratum Bank li għalqu l-operat tagħhom jew kissru xi tip ta' kuntratt serju.", "Pereżempju, kellna l-każ tas-Satabank li sal-lum ħalla numru kbir ta' klijenti serji fil-limbu.", "Min ma kellux kont bankarju ieħor, kellu jiftaħ kont bankarju fl-iqsar żmien possibbli.", "Ħafna mill-klijenti għadhom ma rnexxilhomx jiftħu l-kont bankarju meħtieġ għalihom.", "Hawnhekk irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li nemmen li l-MFSA kellha tkun ferm aktar effiċjenti fl-approach u fil-komunikattiva tagħha.", "Sal-lum, klijenti ta' Satabank li huma involuti b'mod dirett fis-settur tal-gaming għadhom qed jgħiduli li sar kważi impossibbli biex bank lokali joffri servizzi ta' tranżazzjonijiet lill-kumpaniji tal-gaming li bħalissa għad għandhom kriżi fl-operat tagħhom.", "Qed nisma' wkoll xnieha li bank lokali ieħor jista' jkun qed jiffaċċja problemi simili.", "M'iniex se nsemmi l-isem tal-bank biex ma nallarma lil ħadd.", "Però, nittama li l-awtoritajiet jieħdu azzjoni immedjata, għaliex dewmien bla bżonn biex tittieħed azzjoni jista' jwassal għall-konsegwenzi li jispiċċa jħallas għalihom min ma ħaqqux, għax ikun mexa b'mod leali mal-proċeduri mitluba.", "Kif nafu, ħafna drabi mal-ħażin jeħel it-tajjeb!", "Sinjura President, is-settur bankarju huwa l-aktar settur li bħalissa jinsab milqut mill-kriżi ta' reputazzjoni li qed jiffaċċja l-pajjiż.", "Il-ftuħ ta' kontijiet bankarji sar kważi impossibbli għall-barranin, għal dawk involuti fis-settur tal-gaming u għal kwalunkwe persuna li jixtieq jiftaħ kont bank bankarju għall-employer li jkun għadda minn martirju fil-proċess għall-visa biex jimporta ħaddiema minn barra.", "Dawn l-employers qed isibu diffikultajiet enormi biex jiftħu kont bankarju.", "Il-correspondent banking hija sfida kbira oħra għas-sistema bankarja ta' pajjiżna.", "Bħalissa tlifna d-Deutsche Bank bħala correspondent banking, li kien importanti ħafna għall-bank lokali ewlieni.", "Bħalissa wkoll għaddejjin bis-second u t-third year correspondent banking u jeħtieġ li nsibu soluzzjoni f'dan ir-rigward mill-aktar fis possibbli, għax verament qegħdin nisfidaw is-sostenibbiltà bankarja ta' pajjiżna kuljum.", "Insemmi pereżempju l-HSBC li spiċċa fil-mira ta' attakk, sempliċement għax qed nibagħtu l-messaġġ li we are a money laundering tax haven.", "Jekk nibqgħu ma nagħmlu xejn dwar ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, ma nistgħux nippretendu li ma niġux attakkati.", "Ngħid ukoll li bħala Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni mill-ewwel ikkundannajna tali kummenti fir-rigward tal-HSBC.", "Nemmen li dan is-settur qed isir dipendenti fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Għalhekk jeħtieġ li tiġi ndirizzata l-kwestjoni tar-reputazzjoni ta' pajjiżna b'mod serju jekk verament irridu li dan is-settur jibqa' jiffjorixxi.", "Il-kompetizzjoni internazzjonali tibqa' dipendenti fuq il-legal framework u l-corporate taxations li għandna.", "Għalhekk, kull tibdil fuq livell ta' Unjoni Ewropea jista' jipperikola setturi kruċjali bħas-servizzi finanzjarji u l-gaming.", "Nerġa' ngħid li dawn is-setturi għandhom dipendenza diretta fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.", "Il-possibilità li jkun hemm financial meltdown internazzjonali diġà qiegħda tissemma fil-midja internazzjonali.", "Din hija xprunata l-aktar mill-ekonomija Ċiniża.", "Kieku m'għandniex dawn il-fatturi ta' money laundering, tax haven u reputational risk, dawn is-setturi jistgħu jservu ta' cushion f'każ ta' kriżi.", "Però l-fatt li qegħdin nipperikolaw dawn is-setturi tant importanti għax m'aħniex nieħdu l-azzjonijiet effettivi mill-aktar fis possibbli, qegħdin nitilfu dan il-cushion importanti għas-sostenibbiltà u l-istabbilità ekonomika ta' pajjiżna.", "Sinjura President, nikkonkludi dan id-diskors billi għal darb'oħra nirringrazzja lill-istakeholders kollha f'dawn is-setturi, fosthom is-settur bankarju, is-settur tal-gaming, is-settur tal-ICT u s-settur tal-informatika.", "Nemmen li dawn huma l-mutur ewlieni wara s-suċċess ekonomiku.", "Però, ejja nibagħtu messaġġ ċar fil-ġlieda kontra l-money laundering u li verament irridu nirrestawraw il-kriżi ta' reputazzjoni li pajjiżna għaddej minnha.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sinjura President, fil-ftit minuti li għadni għad-dispożizzjoni tiegħi se nitkellem dwar suġġett li kien assenti għal kollox fid-diskors tal-Baġit u anke fid-diskors ta' sagħtejn li għamel il-Prim Ministru nhar it-Tlieta li għadda.", "Hawn qed nirreferi għar-riforma kostituzzjonali.", "Dan il-Gvern qal kemm-il darba li r-riforma kostituzzjonali se tkun prijorità assoluta ta' dan il-Gvern, tant li se titħalla bħala legat ta' dan il-Gvern.", "Sa minn qabel l-elezzjoni tal-2013, bdejna nisimgħu dwar din ir-riforma kostituzzjonali u għal dawn l-aħħar sitt snin, kultant żmien, terġa' tissemma tali riforma.", "Infakkar li din ir-riforma kostituzzjonali kienet wegħda elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-2013, però matul il-leġiżlatura 2013-2017, ir-riforma kostituzzjonali ntużat biss biex isservi ta' devjazzjoni waqt mumenti antipatiċi li kien qed jiffaċċja l-Gvern.", "Mill-bqija, jekk tmur tfittex x'sar f'dik il-leġiżlatura dwar ir-riforma tal-Kostituzzjoni ssib li ma sar assolutament xejn!", "Waslet l-elezzjoni tal-2017 u minkejja li fl-erba' snin ta' qabel konna smajna ħafna fuq il-konvenzjoni kostituzzjonali li kellha titwaqqaf biex tibda l-proċess ta' konsultazzjoni, lanqas din ma saret!", "Għall-elezzjoni tal-2017, il-Prim Ministru reġa' poġġa r-riforma kostituzzjonali bħala prijorità f'ħafna mid-diskorsi tiegħu u bdejna saħansitra nisimgħu dwar il-konċett tal-famuża t-Tieni Repubblika.", "Issa għaddew sena u nofs mill-elezzjoni u baqa' ma sar xejn!", "Il-Baġit li qegħdin niddiskutu se jwassalna sal-aħħar tas-sena 2019, jiġifieri nkunu qbiżna nofs din il-leġiżlatura, dejjem jekk il-Gvern jagħmel il-ħames snin kollha.", "Il-fatt li din ir-riforma kostituzzjonali la ma ssemmiet fid-diskors tal-Ministru għall-Finanzi u lanqas fid-diskors ta' sagħtejn li għamel il-Prim Ministru nhar it-Tlieta li għadda, joħroġ biċ-ċar li din il-materja ta' importanza kbira mhijiex qed tittieħed bis-serjetà minn dan il-Gvern.", "Nerġa' ngħid li din ir-riforma qed tintuża biss biex tiddevja l-attenzjoni f'ċerti sitwazzjonijiet kritiċi li jkun qed jiffaċċja l-Gvern.", "Barra minn hekk, meta tibda tisma' ċertu diskors u tipprova tgħaqqad kollox flimkien, joħroġ biss taħwid!", "Qed ngħid dan għaliex minn naħa tisma' li l-Uffiċċju tal-President se jkun qiegħed iwaqqaf il-konvenzjoni kostituzzjonali u min-naħa l-oħra tisma' wkoll lill-Gvern jgħid li se jkun hu li se jwaqqaf din il-konvenzjoni kostituzzjonali.", "Għalhekk il-mistoqsija li tqum hi: Min se jieħu l-pass biex finalment tibda l-konsultazzjoni vera li twassalna għal ċertu tibdil fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Tajjeb ngħid li dan m'għandux ikun tibdil kożmetiku biex inkunu nistgħu niftaħru li għamilna tibdil fil-Kostituzzjoni, imma għandu jwassal biex il-Kostituzzjoni tkun qiegħda hemm biex taqdi lill-poplu tagħna u mhux lill-Istat.", "Naħseb li kulħadd jaqbel dwar il-konċett li l-istituzzjonijiet tagħna li huma msemmija fil-Kostituzzjoni għandhom ikunu qegħdin hemm biex iservu lill-poplu u mhux biex jinħatfu mill-Istat biex iservuh għall-għan li jrid u biex jgħattu dak li l-Istat ma jridx juri.", "L-istituzzjonijiet tal-pajjiż għandhom iservu ta' tarka għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Jekk inħarsu lejn l-aħħar 54 sena minn meta daħlet fis-seħħ il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza, naraw li din dejjem qdietna b'mod tajjeb.", "Il-Kostituzzjoni li għandna llum hija prattikament il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza b'ċertu tibdil li sar matul iż-żmien.", "Insemmi, pereżempju, it-tibdil li sar fl-1974 fejn minn sitwazzjoni fejn il-Kap tal-Istat kienet ir-Reġina tar-Renju Unit, Malta saret Repubblika u l-Gvern beda jaħtar il-President bħala l-Kap tal-Istat.", "Il-bażi tal-Kostituzzjoni li nużaw illum hija l-Kostituzzjoni tal-Indipendenza, li servietna tajjeb.", "Meta l-istituzzjonijiet ma nħatfux mill-Istat u tħallew jaħdmu kif suppost skont il-Kostituzzjoni, ġeneralment dejjem qdew il-funzjoni tagħhom b'mod tajjeb biex jipproteġu lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Nerġa' ngħid li meta nipprova nifhem x'inhu jiġri f'dan ir-rigward, xi kultant naqbad nitħawwad, għaliex mhux ċar x'se jsir eżatt.", "Se jkun l-Uffiċċju tal-President li se jieħu l-briga u jibda l-konsultazzjoni dwar il-Kostituzzjoni?", "Ma rridux ninsew li l-President attwali l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, ħames xhur oħra tispiċċa mill-kariga tagħha.", "Qegħdin f'Novembru 2018 u fit-3 jew fl-4 ta' April 2019 irid jinħatar President ġdid.", "Irrid ngħid li l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca mbottat kemm felħet biex isir xi ħaġa dwar ir-riforma kostituzzjonali, imma ż-żmien li fadal huwa ristrett ħafna.", "Żgur li fil-ftit xhur li fadal mhux se ssir konsultazzjoni serja dwar xi ħaġa daqshekk importanti bħar-riforma kostituzzjoni li fil-maġġorparti tagħha għandha bżonn il-kunsens taż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Fl-opinjoni tiegħi tajjeb li jkun hemm ukoll il-kunsens tas-soċjetà ċivili u tal-partiti ż-żgħar fil-pajjiż.", "Jekk l-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta jirnexxilha tibda xi ħaġa fit-terminu qasir li fadal tal-Presidenza tagħha, ikun sinjal tajjeb.", "Però nerġa' ngħid li nħossni nitħawwad meta nibda nipprova nifhem min se jagħmel xiex u min se jibda dan il-famuż proċess ta' konsultazzjoni li ilna niġu mwiegħda sitt snin, imma s'issa għadu ma bediex.", "Kif diġà spjegajt, fil-Baġit ma saret l-ebda referenza la fid-diskors tal-Ministru għall-Finanzi u lanqas fid-diskors tal-Prim Ministru, meta suppost ir-riforma kostituzzjonali kellha tkun prijorità assoluta ta' din il-Leġiżlatura.", "Irrid ngħid ukoll li jekk wieħed jaqra d-diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' din il-Leġiżlatura, isib li r-riforma kostituzzjonali ngħatat importanza massima, però għaddew sena u nofs minn dak id-diskors u baqa' ma sar xejn!", "Meta jispiċċa l-perjodu ta' dan il-Baġit ikunu għaddew sentejn u nofs, jiġifieri nkunu qbiżna nofs il-Leġiżlatura, imma milli jidher se jibqa' ma jsir xejn.", "Biex inkun eżatt, il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu semma ħaġa waħda li għandha bżonn tibdil kostituzzjonali meta għamel referenza għall-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament.", "Tajjeb li nħarsu 'l quddiem biex aktar nisa jkunu rappreżentati f'dan il-Parlament, però l-Prim Ministru nesa r-riforma kostituzzjonali u tkellem biss dwar aspett wieħed.", "Dan meta lkoll niftakru l-Prim Ministru jitkellem tant dwar din ir-riforma kostituzzjonali fis-snin li għaddew, b'mod partikolari qabel l-aħħar elezzjoni.", "Il-Prim Ministru ta x'jifhem li se jmur għal dan it-tibdil biss fejn jidħol in-numru ta' Membri Parlamentari nisa f'dan il-Parlament.", "Issa, mingħajr ma nidħol f'dan is-suġġett li jkollna ċans niddiskutuh aktar 'il quddiem, irrid infakkar lill-Prim Ministru li erba' snin u nofs ilu, meta kellna l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, mingħajr ma kellna kwoti u tibdil fil-Kostituzzjoni, il-poplu Malti u Għawdxi eleġġa erba' nisa minn sitt rappreżentanti fil-Parlament Ewropew.", "Qed ngħid dan biex nuri li l-poplu Malti kapaċi jagħmel ċerti għażliet.", "Ovvjament, tajjeb li naraw x'qed iżomm milli aktar nisa jersqu 'l quddiem biex jikkontestaw l-elezzjonijiet.", "Hawn qed nirreferi għall-partiti kollha fil-pajjiż.", "Il-persentaġġ ta' kandidati nisa li jkunu ppreżentati mill-partiti f'kull elezzjoni li ssir f'dan il-pajjiż għall-kunsilli lokali, għall-Parlament Ewropew u għall-elezzjoni ġenerali, huwa persentaġġ żgħir wisq.", "Għalhekk, il-partiti għandhom jaħdmu aktar biex jimbuttaw 'il quddiem iżjed kandidati nisa għal kull elezzjoni.", "Meta nħarsu lejn dak li ġara erba' snin u nofs ilu, naraw li Malta kienet l-aktar pajjiż li kellu rappreżentanza femminili fil-Parlament Ewropew.", "Illum qed nitkellmu dwar rappreżetanza ta' 50% li huma nisa, bi tlett irġiel u tliet nisa, għaliex l-Onor.", "Therese Comodini Cachia ħadet postha f'dan il-Parlament u minflokha beda jservi l-Onor.", "Tajjeb li neżaminaw x'ġara differenti f'dik l-elezzjoni minn elezzjonijiet oħrajn, biex il-maġġoranza ta' dawk li ġew eletti kienu nisa.", "Tajjeb li nħarsu wkoll lejn ċerti kunsilli lokali f'pajjiżna fejn il-maġġoranza tal-membri huma nisa.", "M'għandniex ħafna kunsilli lokali fejn il-maġġoranza huma nisa, però jeżistu u jaħdmu b'mod tajjeb ħafna.", "Fuq nota personali,12-il sena ilu jien kont sindku f'kunsill lokali fejn minn ħames membri, tlieta kienu nisa.", "Madwar il-mejda għal-laqgħat, bis-segretarju eżekuttiv li kienet mara, konna nkunu erba' nisa u żewġt irġiel.", "Ħdimna tajjeb u hekk għandu jkun!", "Għalhekk tajjeb li nħarsu anke lejn dan il-punt u mhux niddiskutu ċerti aspetti 'l barra minn riforma ħolistika fil-Kostituzzjoni.", "L-Oppożizzjoni hija lesta għad-diskussjoni u ilna nistennew li jibda dan il-proċess ta' konsultazzjoni serja għal sitt snin.", "Irridu nifhmu wkoll li din mhijiex xi ħaġa li tista' ssir mil-lum għal għada.", "Nispera biss li l-Gvern ma jipprovax jiġi b'xi proposti fil-Parlament qabel tkun saret diskussjoni serja mas-soċjetà ċivili u mal-partiti kollha.", "Sinjura President, l-appell tiegħi huwa li dan il-proċess ta' konsultazzjoni jibda u, aktar importanti minn hekk, jeħtieġ li jkollna proċess serju li jinvolvi lil kulħadd.", "L-għan ewlieni għandu jkun li jkollna Kostituzzjoni li sservi lill-poplu Malti u Għawdxi u mhux lill-Istat.", "Jekk nitilqu b'dan l-iskop, l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda hemm biex tagħti s-sehem sħiħ tagħha ħalli verament nagħmlu t-tibdil meħtieġ fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq nitkellem dwar l-operat fis-settur pubbliku, fejn hemm ħafna x'wieħed jikkritika u anke jipproponi.", "Se niffoka fuq l-aktar element importanti li għandna fis-settur pubbliku, li huwa r-riżors uman.", "Però, qabelxejn irrid nibda b'appell rigward il-ħela ta' riżorsi.", "Kif nafu, il-Ministeru għall-Ambjent qed jagħmel kampanji sħaħ biex nirriċiklaw aktar u nnaqqsu l-iskart.", "Però mbagħad nirċievu ħafna korrispondenza, anke f'dan il-Parlament - sa dalgħodu stess irċevejna dokument mill-NAO - li fl-opinjoni tiegħi, tista' faċilment tintbagħat bħala soft copy, minflok ma noqogħdu nippubblikaw dawn id-dokumenti.", "Qed nagħmel dan l-appell, għax nemmen li fiċ-Ċivil jista' jsir sforz akbar biex titnaqqas il-ħela tal-karti u minflok nużaw is-soft copies.", "Sinjura President, l-ewwel nett irrid nirringrazzja lill-membri kollha taċ-Ċivil, mill-ogħla sal-inqas grad għax-xogħol tagħhom.", "Fiċ-Ċivil għandna ħafna nies kapaċi li jagħmlu xogħol tajjeb!", "Għandna wkoll ħafna uffiċjali pubbliċi li jibqgħu jistudjaw.", "Dan huwa fattur pożittitv li ta min inkomplu ninkoraġġuh biex insaħħu r-riżorsa umana.", "Min-naħa l-oħra, irrid insellem ukoll lill-ħaddiema fis-settur pubbliku li jisfaw vittmi ta' trasferimenti vendikattivi.", "B'dispjaċir ngħid li ċerti ħaddiema mhux dejjem ikunu ttrattati bir-rispett li jixirqilhom!", "Nassigura lil dawn il-ħaddiema li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tinsab solidali magħhom!", "Hija ħasra li ċerti nies kapaċi li kienu jokkupaw pożizzjonijiet għolja fis-settur pubbliku tneħħew mill-karigi tagħhom, b'uħud minnhom jingħataw xogħol degradanti.", "Hawn irrid nistaqsi: Għaliex fiċ-Ċivil qed jintilfu tant nies kapaċi?", "Għaliex nies kapaċi qed jingħataw il-ġenb minħabba l-kulur politiku tagħhom?", "Dan huwa Gvern li ma jafdax!", "Dan huwa Gvern li jibża' li uffiċjal pubbliku li ma jaqbilx politikament miegħu sa jagħmel il-bsaten fir-roti!", "Dan huwa raġunar ħażin, għaliex ħafna uffiċjali fis-settur pubbliku jaħdmu b'diliġenza u fl-interess tal-Gvern tal-ġurnata, ikun min ikun il-partit fil-gvern.", "Tal-inqas, din hija l-esperjenza tiegħi, li ħafna uffiċjali pubbliċi huma kburin li jaħdmu mal-gvern u dejjem ħadmu b'mod tajjeb ma' kull gvern.", "Nerġa' ngħid li hija ħasra li kellna nies kapaċi li kellhom ifittxu li jkomplu l-karriera tagħhom barra mis-settur pubbliku għax ma kenux qed jiġu ttrattati tajjeb.", "Nixtieq nistaqsi: Jista' xi ħadd jgħidilna, mill-2013 sal-lum, kemm telqu nies mis-settur pubbliku fl-iskali għolja minn tnejn sa sebgħa?", "Ninnota b'sodifazzjon li dan il-Baġit qiegħed jagħmel referenza li se tibda tingħata estensjoni lil dawk li jkunu jixtiequ jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom fiċ-Ċivil wara l-età tal-irtirar.", "Għalkemm għad m'għandniex id-dettalji, din hija miżura pożittiva, għaliex ħafna nies li waslu biex jirtiraw mis-settur pubbliku huma mimlija b'esperjenza u jistgħu jibqgħu jagħtu ħafna aktar servizz lil pajjiżna.", "Sinjura President, nixtieq nitkellem ukoll fuq il-promozzjonijiet li jingħataw.", "Nieħu gost nara uffiċjali fl-iskali kollha li jingħataw promozzjonijiet.", "Lanqas ma jimporta li wieħed jieħu żewġ jew tliet promozzjonijiet fi żmien qasir!", "Li jiddispjaċini huwa li mhux kulħadd qed jingħata l-istess opportunità.", "Ma jistax ikun li promozzjoni tingħata għax wieħed jhedded li ma jivvotax fl-elezzjoni!", "Mhux sew li xi ħadd jingħata promozzjoni a skapiku ta' ħaddieħor!", "Ejja nagħtu l-promozzjonijiet lil min verament ħaqqu sabiex ma naqtgħux qalb l-uffiċjali pubbliċi!", "Bl-istess mod ngħid li bħala Oppożizzjoni m'aħniex kontra li jiġu ingaġġati ħaddiema ġodda mas-settur pubbliku.", "Nhar it-Tlieta li għadda, il-Prim Ministru bħal donnu ried jagħti x'jifhem li l-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jikkritika r-reklutaġġ ta' infermieri, tobba, pulizija u edukaturi, fost l-oħrajn.", "Aħna mhux biss irridu li jiżdiedu l-opportunitajiet ta' xogħol f'dawn l-oqsma u fi professjonijiet oħrajn, imma Gvern Nazzjonalista jassigura li dawn il-ħaddiema jkunu ttrattati b'rispett u jingħataw l-appoġġ kollu biex isaħħu l-operat tagħhom.", "Bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li r-reklutaġġ mas-settur pubbliku għandu jsir b'mod responsabbli.", "Lanqas m'aħna kontra li jinħatru nies esperti fil-qasam tagħhom biex jagħtu konsulenzi jew imexxu awtoritajiet.", "Mhux minnu li l-Oppożizzjoni ma taqbilx ma' ċerti ħatriet!", "Irrid ngħid li hemm nies kompetenti maħtura mill-Gvern.", "Hawn insemmi fost l-oħrajn, lis-Sur Tony Sultana fil-MITA, Dr Vince Marmara fil-Gaming Authority, Dr Edward Woods fil-Communications Authority u Dr Anthony Abela Medici, li bħala Kummissarju għall-Volontarjat żgur li kulħadd se jaħdem tajjeb miegħu!", "Dawn huma kollha flus minfuqa tajjeb, però hemm ħafna persuni oħrajn li ngħataw position of trust meta ma kienx jixirqilhom!", "Mhux l-istil tiegħi li noqgħod insemmi ismijiet, iżda l-awtoritajiet jafu għal min qed nirreferi!", "Dawn il-persuni qed jisirqu l-karigi mingħand persuni oħrajn li huwa kapaċi, imma għax m'għandhomx qaddis jimbuttahom, mhux qed jingħataw dik il-pożizzjoni.", "Importanti ngħid li hawn mhux qed nirreferi biss għal professjonisti Nazzjonalisti, imma anke għal professjonisti Laburisti li qed jingħataw il-ġenb ukoll!", "B'dan kollu, qed ibati l-pajjiż, għax il-Gvern mhux juża r-riżorsi umani bl-aħjar mod!", "Sinjura President, nixtieq insemmi wkoll il-Kumitat ta' Skrutinju, li jien nifforma parti minnu.", "Għalija din kienet esperjenza mill-isbaħ.", "Infakkar li l-Gvern għamel reżistenza għal dan il-grilling, però ċ-Chairperson u l-membri tan-naħa tal-Gvern żgur li jistgħu jikkonfermaw kemm l-Oppożizzjoni tikkopera mal-Gvern u kemm il-kandidati kapaċi jkollhom grilling tajjeb.", "Fil-fatt, min huwa kapaċi, onest u integru, ma jiddejjaqx jiġi quddiem dan il-grilling, anzi din hija opportunità biex il-persuna turina kemm hija kapaċi!", "Nispera li wara din is-sena, il-Gvern ikollu l-kuraġġ li jiftaħ dan l-iskrutinju anke għal karigi oħrajn.", "Bħala Oppożizzjoni, kemm-il darba għedna kemm huwa importanti li karigi bħall-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali jgħaddu minn skrutinju parlamentari.", "Sinjura President, finalment nixtieq ngħid kelma dwar il-Kummissjoni Elettorali li diġà għamel referenza għaliha l-Onor.", "Chris Said meta rrefera għal dak li qal il-Prim Ministru dwar aktar rapreżentanza femminili fil-politika.", "Fil-fehma tiegħi, biex inżidu r-rapreżentanza tan-nisa f'din il-Kamra rridu nibdlu s-sistema elettorali tagħna.Jeħtieġ li jkollna sistema elettorali li ma tpoġġix lin-nisa fi żvantaġġ.", "Pereżempju, fl-Iskandinavja għandhom sistema elettorali bil-lista tal-partiti, fejn l-ugwaljanza tiġi mill-fatt li fuq il-lista jkollok raġel u mbagħad mara, u tibqa' sejjer hekk.", "Is-sistema tagħna ma tistax tagħmel dan, għaliex aħna nivvotaw għall-persuna u mhux għal-lista ta' partiti.", "Il-Kummissjoni Elettorali mhijiex sempliċement dipartiment tal-Gvern, imma hija l-magna li trid tassigura li d-demokrazija f'pajjiżna taħdem b'mod tajjeb.", "Bħala Oppożizzjoni tkellimna dwar il-bżonn li l-ID cards ikunu amministrati mill-Kummissjoni Elettorali, għax b'hekk nassiguraw li l-proċess elettorali jibqa' wieħed nadif, bil-partiti li jkollhom aċċess għad-data.", "Fl-elezzjoni li se jkollna f'Mejju li ġej se nintroduċu l-e-counting.", "Naf li t-tibdil qed isir bi ftehim bejn il-partiti, però jien xorta nibqa' kritiku, għaliex fil-fehma tiegħi mhux qed nieħdu dak kollu li nistgħu mis-sistema!", "Qisna għandna karozza tal-Formula 1 li biha, minflok ma qed intellqu fit-trakk, qed immorru biss nagħmlu x-xirja.", "Finalment, mill-ġdid nirringrazzja lin-nies kollha li jaħdmu fis-settur pubbliku għax-xogħol tagħhom u nittama li jkomplu jaħdmu fl-interess ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, qabel nibda bl-intervent tiegħi dwar il-qasam tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru nixtieq nagħmel kumment dwar kif qed jiżvolġu d-diskussjonijiet f'dan il-Kumitat ta' Provvista.", "Naf li dejjem kellna din il-proċedura fejn tibda n-naħa tal-Oppożizzjoni, imbagħad in-naħa tal-Gvern iwieġbu.", "Però, naħseb li min qed isegwina jkun jistenna dibattitu li jsir b'mod differenti.", "Naħseb li jkun ħafna aktar utli kieku sessjonijiet bħal dawn jibdew bi preżentazzjoni min-naħa tal-Gvern u mbagħad ikun hemm ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni.", "B'hekk, ikollna spjegazzjoni ta' kif se jintefaq il-baġit, għaliex ħafna drabi fid-diskors tal-baġit ma jkunx hemm dettalji sħaħ ta' kif se jintefaq baġit partikolari ta' ministeru.", "Tajjeb li l-Gvern ikollu l-opportunità li jagħmel preżentazzjoni dwar kif se jintefqu l-flus u dwar x'inizjattivi u xi pjanijiet għandu l-Gvern għas-sena li jmiss f'dak il-qasam partikolari, imbagħad l-Oppożizzjoni tagħti r-reazzjonijiet tagħha.", "Naħseb li b'hekk noħolqu kuntest aħjar għad-diskorsi li nkunu qed nagħmlu, u mhux qisna qed nitkellmu kważi ġo vacuum.", "Hawnhekk qed nappella lill-Onor.", "Membri tal-Gvern biex jaraw jekk nistgħux inbiddlu din il-proċedura fejn jibdew il-kelliema tal-Gvern u mbagħad ikomplu n-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Niġi issa għas-suġġett li għandna quddiemna llum.", "Se nitkellem l-aktar dwar il-qasam taċ-ċittadinanza li, kif nafu, sa qabel l-2013, f'pajjiżna ma kienx hawn kontroversja dwaru.", "Kellna Liġi fis-seħħ b'xi aġġustamenti matul is-snin, fejn wieħed kien jirċievi ċ-ċittadinanza, għax għandu dritt għaliha, minħabba numru ta' ċirkostanzi marbuta mal-familja u mal-esperjenza tal-ħajja tiegħu.", "Aħna għandna ċittadini Maltin li jgħixu l-Awstralja, imma għandhom rabta ma' Malta.", "Għandna wkoll ċittadini Maltin li għamlu snin twal jgħixu hawn Malta u għandna ċittadini oħrajn Maltin li żżewġu Maltin u għamlu snin twal jgħixu hawn Malta u allura għandhom rabta qawwija ma' pajjiżna.", "Però fl-2013 il-Gvern iddeċieda li jibda skema ta' bejgħ ta' ċittadinanza.", "Din kienet l-ewwel darba li Gvern ta' pajjiż indipendenti, membru tal-Unjoni Ewropea, jiddeċiedi li jpoġġi prezz għaċ-ċittadinanza tal-pajjiż.", "L-ewwel nett irrid infakkar li din l-iskema ma kienet issemmiet qatt qabel l-2013, fis-snin li l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni.", "Lanqas ma ssemmiet fil-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni bħala parti mill-programm elettorali għall-2013.", "Għalhekk, meta wara l-elezzjoni tal-2013 il-Gvern ħabbar din l-iskema, l-Oppożizzjoni u anke l-poplu Malti u Għawdxi ġustament kienu daqsxejn sorpiżi dwar din l-iskema.", "Din kienet xi ħaġa li ħadd ma kien qiegħed jistenna, fis-sens li ma kenitx id-direzzjoni li l-Partit Laburista tela' fuqha fl-elezzjoni tal-2013.", "Huwa proprju għalhekk li din l-idea li tinbiegħ iċ-ċittadinanza sabet u għadha ssib reżistenza qawwija mill-Oppożizzjoni.", "Dik kienet waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ħa l-Gvern Laburista kif tela' fil-gvern.", "Irrid infakkar li l-Oppożizzjoni fetħet għajnejn il-Gvern dwar din is-sitwazzjoni u kien hemm anke mument fejn kellna diskussjonijiet bejn Gvern u Oppożizzjoni biex insibu mod kif din l-iskema tkun aċċettabbli u ta' ġid għall-pajjiż.", "Però, din tibqa' kwestjoni ta' prinċipju fejn iqumu ċerti mistoqsijiet.", "Huwa sew li pajjiż ipoġġi prezz fuq iċ-ċittadinanza tiegħu?", "Huwa sew li stat membru tal-Unjoni Ewropea, fejn mhux qed nitkellmu biss dwar is-sovranità tiegħu bħala pajjiż, imma anke dwar is-sovranità u s-sigurtà ta' pajjiżi oħrajn membri fl-Unjoni Ewropea, jagħti ċ-ċittadinanza tiegħu għall-bejgħ, b'riżultat li jiftaħ aċċess għal pajjiżi oħrajn bir-riskji kollha li dan iġib miegħu?", "Il-Partit Nazzjonalista għandu l-pożizzjoni tiegħu ċara.", "Le, mhuwiex sew li ċ-ċittadinanza tkun għall-bejgħ!", "Dan għas-sempliċi raġuni li xi ħadd li għandu l-flus jista' jiġi Malta mingħajr ma jagħmel ebda forma ta' rabta mal-pajjiż, iħallas ammont ta' flus li jitlobu l-Gvern u jagħtih iċ-ċittadinanza Maltija!", "Biex tgħaxxaqha, ma jagħtix iċ-ċittadinanza lilu biss bi prezz imma jagħti lill-familjarji tiegħu ukoll bi prezz imnaqqas bil-kbir.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar ftit nies, imma qed nitkellmu dwar eluf ta' nies li ngħataw iċ-ċittadinanza.", "Fuq punt ta' prinċipju, l-Oppożizzjoni ma tista' taċċetta qatt dan il-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Jeżistu skemi f'pajjiżi oħrajn fejn iċ-ċittadinanza tingħata lil xi ħadd, però huma ftit il-pajjiżi li għandhom an outright sale bħalma għandna aħna.", "Jeżistu pajjiżi fejn, pereżempju, iċ-ċittadinanza tingħata lil min ikun ta kontribut sinifikanti fil-qasam soċjali, ekonomiku, ikun ħoloq xi industriji ġodda u numru ta' impjiegi sostanzjali jew ikun għamel żvilupp importanti fir-riċerka.", "Dawn isiru f'pajjiżi oħrajn, però l-iskema mhijiex ibbażata fuq il-kwestjoni tal-flus, imma fuq kwestjoni ta' mertu jew xi ħaġa li toħloq rabta bejn il-pajjiż u ċ-ċittadin.", "Huwa għalhekk li meta daħlet din l-iskema l-Gvern wera lill-poplu Malti u Għawdxi li l-unika ħaġa li tgħodd għalih huma l-flus, mingħajr ma jinteressah minn fejn ġejjin dawn in-nies jew minn fejn ġabu l-flus biex xtraw iċ-ċittadinanza Maltija.", "Fil-fatt, l-Oppożizzjoni wissiet diversi drabi lill-Gvern li din l-iskema se twassal biex ikollna każijiet fejn persuni li għandhom ċertu ammont ta' ġid u li l-provenjenza ta' dak il-ġid mhijiex ċara imma hija suspettuża, se jispiċċaw ċittadini Maltin, bil-konsegwenza li meta dawn jiġu fl-inkwiet, li f'ċerti każi huwa ovvju, dawn se jispiċċaw ikunu akkużati bħala ċittadini Maltin!", "Pereżempju, ftit tal-ġimgħat ilu kellna lil ċertu Russu Melnikov Pavel Eduardovich li għandu diversi interessi kummerċjali fil-Finlandja, li spiċċa arrestat u investigat għaliex huwa l-kap ta' gang kriminali li jinsabu akkużati b'ħasil ta' flus fl-ammont ta' €10 miljuni, b'rabta ma' bejgħ u xiri ta' proprjetà.", "Dan huwa ċittadin Malti!", "Meta l-awtoritajiet arrestawh, ma qalux li huwa ċittadin Russu, imma qalu li huwa ċittadin Malti!", "Dik hija l-problema b'din l-iskema, fejn fost dawn in-nies hemm ukoll element ta' segretezza kbira.", "Ngħid ukoll li l-Gvern iddefenda ħafna din is-segretezza, anke fil-konfront ta' nies li evidentament, il-ġid li għandhom u l-background tagħhom huma marbuta mal-kriminalità u ma' attivitajiet illeċiti.", "Bilfors li wieħed jinkwieta meta jkun jaf li għandna din l-iskema li qed tpoġġina f'riskju serju.", "Hawn mhux qed nitkellmu aktar dwar x'jista' jkun li jiġri, imma qed nitkellmu dwar każi li qegħdin jiġru.", "Għadni kif tajt eżempju li bħalu hemm każijiet oħrajn ta' nies li huma magħrufa internazzjonalment li l-ġid tagħhom ġej minn attività kriminali.", "Għalhekk l-insistenza tal-Oppożizzjoni li din l-iskema tieqaf hija waħda mill-aktar affarijiet importanti li aħna nisħqu dwarha mal-Gvern.", "Irrid ngħid ukoll li mhux l-Oppożizzjoni biss qiegħda titkellem dwar din l-iskema.", "Qed nitkellem fuq il-Kummissjoni Ewropea, għax fl-aħħar mill-aħħar, Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea u hemm rabta speċjali mal-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward.", "Però, irrid infakkar li f'April li għadda, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans, li mhux xi wieħed li ġej mill-Partit Popolari Ewropew imma huwa Soċjalist, għamilha ċara li hemm problema bl-iskema taċ-ċittadinanza Maltija.", "Hawn importanti ngħid li mhuwiex veru li din l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza hija approvata mill-Kummissjoni Ewropea.", "Din hija gidba li jirrepetu n-naħa tal-Gvern.", "Tant hu hekk, li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tgħid li fir-rigward ta' skemi bħal ta' Malta, jekk ma jkunx hemm rabta ċara bejn il-pajjiż u l-individwu, liema rabta mhijiex biss f'termini ta' flus, hemm diffikultà kbira għall-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans wissa b'mod ċar li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qiegħda tieħu azzjoni kontra min jidħol f'dawn is-sitwazzojnijiet.", "Qal ukoll li jistenna li jara x'rabta hemm bejn min qiegħed jixtri ċ-ċittadinanza u l-pajjiż.", "Din trid tkun rabta li tidher u mhux rabta għax persuna sempliċement tat €1 miljun lill-Gvern Malti!", "F'dak il-każ, m'hemmx rabta!", "Jekk il-persuna qatt ma resqet lejn pajjiżna u m'għamlet xejn b'risq il-pajjiż, x'rabta tista' tgħid li hemm?", "Għalhekk huwa importanti ħafna li jkun hemm rabta bis-serjetà bejn il-persuna u l-pajjiż.", "Dan il-kliem ngħad f'April 2018.", "Issa jien ninsab informat li l-Gvern ipprova jimpressjona lill-Kummissjoni Ewropea billi laqqagħhom ma' numru ta' nies li suppost jagħmlu d-due diligence, imma milli jidher il-Kummissjoni Ewropea ma kienet impressjonata xejn!", "Anzi, ninsab informat ukoll li wara l-laqgħat li suppost saru mal-Gvern biex iserrħu moħħ il-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea hija inkwetata aktar dwar l-iskema Maltija.", "Tant hu hekk li fil-ġimgħat li għaddew il-Kummissarju Ewropew Vera Jourova qalet ċar u tond li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tieħu azzjoni biex tipproteġi lill-Malta u lill-bqija tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea minn persuni li għandhom sors ta' flus li mhumiex legali u li jistgħu jikkontaminaw s-setturi Ewropej.", "Infatti, sal-aħħar ta' din is-sena, il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed toħroġ rapport dwar x'azzjoni għandha tittieħed kontra pajjiżi u skemi li jbigħu ċ-ċittadinanza.", "Irrid nitkellem ukoll dwar l-element ta' segretezza, għax dan huwa fattur importanti ħafna.", "F'Malta kellna sistema fejn isem min jingħata ċ-ċittadinanza jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Kellek diversi każijiet, pereżempju ta' min japplika għax ilu jgħix hawn Malta, min għax iżżewweġ u min għax kien Malti li mar l-Awstralja u għandu t-tfal li huma Maltin u allura jiġu rreġistrati wkoll.", "Kultant żmien, kienet tiġi ppubblikata lista ta' dawn il-persuni b'ċerta ordni skont il-kunjom, x'tip ta' reġistrazzjoni jew naturalizzazzjoni tkun seħħet u kienet tinkludi wkoll id-data ta' meta l-persuna tkun ngħatat iċ-ċittadinanza.", "Meta daħlet fis-seħħ l-iskema taċ-ċittadinanza, il-Gvern Malti ried jaħbi min huma l-persuni li qegħdin jixtru ċ-ċittadinanza, u għalhekk qabad il-Maltin l-oħra li għandhom iċ-ċittadinanza bi dritt u ħawwadhom mal-persuni li xtraw iċ-ċittadinanza fuq din il-lista.", "Dan wassal biex darba fis-sena tiġi ppubblikata lista li tinkludi l-persuni kollha li ngħataw iċ-ċittadinanza, kemm dawk li xtrawha kif ukoll dawk li ħaduha bi dritt.", "Dan wassal biex, sal-lum, il-poplu Malti u Għawdxi ma jafx min huma n-nies li xtraw iċ-ċittadinaza u min huma dawk li ħadu ċ-ċittadinanza bi dritt għax għandhom rabta ma' pajjiżna.", "Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tinsisti li għandu jkun hemm pubblikazzjoni separata ta' din il-lista biex ikunu identifikati l-persuni li qed jieħdu ċ-ċittadinanza.", "Fil-fehma tiegħi, hemm ħafna affarijiet oħrajn li wieħed jista' jagħmel biex jevita din is-sitwazzjoni.", "Apparti li wieħed jista' jwaqqaf din l-iskema, hemm pajjiżi oħrajn fejn meta xi ħadd jiġi biex jingħata ċ-ċittadinanza, ismu ma jiġix ippubblikat wara li jingħata ċ-ċittadinanza, imma qabel.", "Ir-raġuni hija sempliċi, għax apparti l-obbligu ta' kull pajjiż li jagħmel due diligence dwar dik il-persuna, hemm element pubbliku li jista' jiġi mħares biss billi jiġu ppubblikati d-dettalji tal-persuna.", "B'hekk, min għandu xi oġġezzjoni jew informazzjoni li tikkonċerna s-sigurtà tal-Istat, għax il-persuna mhijiex idonea li ssir ċittadin Malti, jien ngħid li għandu l-obbligu li jitkellem biex il-pajjiż ma jagħmilx l-iżball li jdaħħal bħala ċittadin tiegħu lil xi ħadd b'karattru dubjuż jew li għandu flus ġejjin mill-kriminalità.", "Wara kollox din is-sistema diġà teżisti f'affarijiet oħrajn, pereżempju meta koppja tiġi biex tiżżewweġ, isimhom jiġi ppubblikat biex min għandu xi oġġezzjoni jew jaf b'xi impediment, ikun jista' jitkellem.", "Għalhekk ma narax diffikultà li isem il-persuni li qed japplikaw biex isiru ċittadini Maltin jiġi ppubblikat.", "Ma naħsibx li jistħu daqshekk minn pajjiżna, li ma jridux li isimhom jiġi ppubblikat!", "Inżid ngħid li għad jasal iż-żmien li din il-lista tiġi ppubblikata, mhux għax irid il-Gvern, imma għax ikun hemm min jaħdem biex dan isir.", "Minn hawn nappella mill-ġdid lill-Gvern biex jieqaf ibigħ iċ-ċittadinanza Maltija!", "Jekk il-Gvern verament irid li jsalva r-reputazzjoni ta' pajjiżna, li llum hu magħruf bħala l-pajjiż li jbigħ l-identità tiegħu, nistieden lill-Gvern biex nitkellmu Gvern u Oppożizzjoni dwar kif se nwaqqfu l-iskema taċ-ċittadinanza.", "Kif qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, ejja niffokaw l-attenzjoni tagħna fuq skemi oħrajn li kellna fil-passat fejn pajjiżna kien jattira nies li joħolqu rabta ġenwina u mhux rabta fittizja ma' pajjiżna, u jiġu jinvestu hawn Malta.", "Bħala Oppożizzjoni lesti li, jekk hemm bżonn, inpoġġu madwar mejda mal-Gvern mingħajr ebda kondizzjonijiet biex nitkellmu kif nistgħu niżviluppaw dawn l-iskemi.", "It-tieni suġġett li nixtieq nitkellem dwaru hija r-riforma fil-qasam tal-prostituzzjoni.", "Dakinhar li tħabbar il-mekkaniżmu biex persuni li huma fiċ-ċirku tal-prostituzzjoni, li jistgħu qegħdin il-ħabs, ikollhom mod kif joħorġu minn dak iċ-ċirku, l-Onor.", "Buttigieg u jien ħriġna stqarrija fejn esprimejna s-sodisfazzjon tal-Oppożizzjoni għal din l-inizjattiva.", "Nerġa' ntenni s-sodisfazzjon tagħna li l-Gvern ħa dan il-pass.", "Naturalment, xtaqna li forsi qabel sar dan il-pass kien hemm diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat; kienet tkun xi ħaġa pożittiva kieku, għax bħala Oppożizzjoni nixtiequ noffru l-appoġġ tagħna għall-inizjattivi bħal dawn.", "Però nerġa' nifraħ lill-Onor.", "Farrugia Portelli għal din l-inizjattiva.", "Jekk hemm iċ-ċans li jkun hemm diskussjonijiet bejnietna biex din l-inizjattiva tkun saret bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, tkun ħaġa tajba.", "Jien nixtieq nagħmel kumment li għaddieli avukat magħruf li jaħdem fil-qasam kriminali dwar dak li effettivament qed jipproponi l-Gvern.", "Farrugia Portelli, fil-ħin tal-intervent tagħha, ikollha ċ-ċans li tispjega f'aktar dettall din l-inizjattiva, biex tkun ċara għal kulħadd.", "Dan l-avukat ġibidli l-attenzjoni li hemm persuni li qegħdin il-ħabs mhux fuq prostituzzjoni per se, imma fuq affarijiet oħrajn, bħal każijiet ta' droga, serq u reati kriminali li huma involuti fiċ-ċirku tal-prostituzzjoni.", "Aħna nafu li l-prostituzzjoni mhijiex illegali f'Malta, imma hemm affarijiet marbuta mal-prostituzzjoni li huma illegali bħal, pereżempju, tlajjar għall-prostituzzjoni, li ddaħħal lil xi ħadd fiċ-ċirku tal-prostituzzjoni, li tgħix minn fuq il-prostituzzjoni, li tikri post għal skopjiet ta' prostituzzjoni u saħansitra li tikri karozza għal skopijiet ta' prostituzzjoni.", "Dawk huma affarijiet illegali marbutin mal-prostituzzjoni.", "Jien ma naħdimx fil-kamp kriminali, imma min huwa midħla ta' dan il-kamp jgħidlek li l-persuni fiċ-ċirku ta' prostituzzjoni li qegħdin il-ħabs, qegħdin hemm għal reati li normalment jiġu kommessi proprju għax jixtiequ joħorġu mill-prostituzzjoni, imma ċirku ta' nies madwarhom li huma magħrufin fil-kriminalità iġegħluhom jagħmlu ċerti reati.", "Għalhekk, nixtieq nisma' lill-Onor.", "Farrugia Portelli titkellem fuq din ir-realtà u tispjega ftit aktar kif se taħdem din is-sistema biex bħala Oppożizzjoni, jekk ikun hemm qbil, noffru l-appoġġ tagħna għal dan il-mekkaniżmu.", "It-tielet punt li nixtieq insemmi u li nagħlaq bih huwa l-famuż Kumitat tekniku għat-tisħiħ tad-demokrazija rappreżentattiva.", "Dan il-Kumitat tekniku twaqqaf permezz ta' avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Ma kien hemm ebda stqarrija mill-Onor.", "Farruiga Portelli u għalhekk aħna sirna nafu bih, għax kif jagħmlu ħafna Maltin, insegwu l-Gazzetta tal-Gvern.", "Lanqas ma kien hemm dettalji ta' kif se jaħdem dan il-Kumitat, ħlief min huma l-persuni fuq il-Kumitat u li hu mmexxi mill-Professur Carmen Sammut.", "Naturalment, bħala Oppożizzjoni, esprimejna s-sorpriża tagħna li dan il-Kumitat twaqqaf mingħajr ebda forma ta' konsultazzjoni ma' din in-naħa tal-Kamra.", "Qed ngħid hekk mhux għax il-Gvern m'għandux dritt jaħtar kumitati, imma meta nitkellmu dwar id-demokrazija, donnu ntesiet ir-regola osservata imma mhux miktuba f'din il-Kamra u f'postijiet oħrajn li fuq kwestjonijiet ta' demokrazija, li jeħtieġu l-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra, il-partiti kollha għandhom ikunu involuti fid-diskussjonijiet.", "Aħna ma nixtiqux demokrazija li tkun one sided!", "Għalhekk hemm bżonn li l-bidliet li jsiru, ladarba aħna pajjiż demokratiku, ikunu maqbula bejn iż-żewġ naħat.", "Said, ħafna mit-tibdil li jrid isir fil-Kostituzzjoni jeħtieġ iż-żewġ terzi ta' din il-Kamra u mhux tibdil li l-Gvern jista' jimponi.", "Hawn mhux qed nitkellmu sempliċement fuq kwestjoni ta' maġġoranza jew maġġoranza assoluta, imma maġġoranza kwalifikata.", "Fl-opinjoni tiegħi, ma kienx aċċettabbli li l-Gvern iwaqqaf dan il-Kumitat mingħajr ma jiddiskuti mal-Oppożizzjoni.", "Ma nafx eżattament fejn wasal dan il-Kumitat, imma dan l-aħħar smajt li kienu resqin lejn xi forma ta' konklużjoni!", "Biss, nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni ma ġietx mgħarrfa dwar dan il-Kumitat.", "Naturalment, aħna għandna l-ideat tagħna ta' kif tista' titjieb ir-rappreżentanza ta-nisa, anke f'din il-Kamra, li rrid ngħid li hija fqira ħafna.", "Kif qed jirrimarka l-Onor.", "Busuttil, l-Oppożizzjoni għandha aktar nisa min-naħa tal-Gvern, minkejja li fuq in-naħa tal-Gvern hemm aktar deputati.", "Hawn irrid insemmi li meta l-Onor.", "Busuttil kien Kap tal-Partit Nazzjonalista u jien kont President tal-Amministrattiv, kellna diskussjoni twila fil-Partit Nazzjonalista ta' kif se nżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa.", "Fil-fatt, konna bdejna nsibu sistemi fejn, pereżempju, fl-elezzjonijiet li jsiru għall-kunsill ġenerali, biex niżguraw li jkun hemm ammont ta' nisa fl-eżekuttiv tal-Partit, għamilna żewġ listi separati, lista għall-irġiel u lista għan-nisa.", "B'hekk, ma jkollokx nisa li jivvotaw għan-nisa biss, jew l-irġiel li jivvotaw għall-irġiel biss, imma kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jivvotaw kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.", "B'hekk, żgurajna li n-numru ta' dawk li jitilgħu fl-eżekuttiv ikun l-istess.", "Din is-sistema ġiet addottata fl-organi kollha tal-Partit biex niżguraw li fl-ogħla organi tal-partit ikun hemm rappreżentanza tajba ta' nisa.", "Illum jien nieħu gost nara li l-maġġoranza tal-persuni fuq l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalita huma kollha nisa u hemm input tajjeb ħafna mill-aktar nies influwenti fl-Eżekuttiv tal-Partit.", "Din hi xi ħaġa li rridu naraw f'din il-Kamra wkoll.", "Naturalment, irid ikun hemm qbil dwarha, però ż-żewġ naħat jaqblu li għandna jkollna rappreżentanza tajba tan-nisa f'din il-Kamra.", "Nimmaġina li l-istess japplika għall-Partit Demokratiku li għandhom ugwaljanza eċċellenti, nofs bin-nofs!", "Ovvjament, importanti li jkun hawn qbil kif din tista' ssir u mhux ikollna l-Gvern b'attitudni li jaħseb li jista' jagħmel l-affarijiet waħdu, għax dan mhux il-każ.", "Jekk isir hekk, naħseb li jkun żball.", "Ejja ma noħolqux kontroversja fuq xi ħaġa li suppost tgħaqqadna!", "Bħala Oppożizzjoni, ninsabu miftuħin għal kull tip ta' diskussjonijiet, kemm informali u anke formali.", "Bħala Oppożizzjoni, u naħseb l-istess il-poplu Malti, niddejqu ħafna meta niġu ffaċċjati b'xi ħaġa li tkun diġà konkluża.", "L-Onor.", "Portelli qed tistaqsi għalfejn qed ngħid dan.", "Proprju għaliex din hija l-impressjoni li qed jagħti l-Gvern!", "IĊ-CHAIRPERSON: Jekk jogħġobkom, m'hemmx cross debate.", "KAROL AQUILINA: Jekk nibda nsemmi min huma l-membri fuq dan il-Kumitat, il-poplu Malti u Għawdxi malajr jinduna li huma one sided!", "Ma rridx nidħol f'kontroversja, imma qed nagħmel appell ġenwin biex insibu soluzzjoni.", "Jekk il-Gvern jagħtina appuntament illum stess biex niddiskutu, aħna lesti għal din id-diskussjoni.", "(Interruzzjonijiet) Aħna ma rridux li jkollna diskussjonijiet meta d-deċiżjonijiet ikunu diġà ttieħdu.", "Jien qed nifhem li dan mhux il-każ, u għalhekk qed nerġa' nappella biex ikollna diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u anke ma' partiti oħrajn li mhumiex rappreżentati f'din il-Kamra.", "Dan huwa suġġett li jaffettwa lil kulħadd u għalhekk huwa importanti li jkun hemm dan il-ftuħ għad-diskussjonijiet.", "Hemm diversi metodi ta' kif tista' ssir id-diskussjoni.", "L-Onor.", "Said semma l-kwestjoni tar-riforma kostituzzjonali li suppost saret, imma milli jidher din mhijiex possibbli li ssir fix-xhur li ġejjin.", "Naħseb li rridu nibdew naraw ukoll li meta nagħmlu riformi kostituzzjonali ma jkollniex bilfors taqliba sħiħa.", "Hemm aspetti, bħal dan li qed insemmi, fejn nistgħu nindirizzawhom separatament.", "L-Onor.", "Farrugia Portelli qed tindikali li hekk se jsir.", "Fl-opinjoni tiegħi, nistgħu nagħmlu riformi fil-Kostituzzjoni mingħajr ma nagħmlu bidliet radikali.", "Dan jgħin anke lin-nies biex jossorbu u jifhmu xi jkun qed jiġri.", "Għalhekk biex nagħmlu ċerti bidliet, tajjeb li jkollna diskussjonijiet informali, formali, pubbliċi u anke mhux pubbliċi dwar ċerti aspetti li naħseb li huma bżonnjużi.", "Aspett minnhom li ssemma mill-Onor.", "Said u mill-Onor.", "Schiavone jirrigwarda l-mod kif jaħdmu l-elezzjonijiet li jsiru fil-pajjiż.", "Forsi meta saret il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza f'pajjiżna, in-numru ta' sistemi elettorali fil-pajjiżi Ewropej u lil hinn kien wieħed limitat fejn, ħafna drabi, is-sistema lanqas kienet deċiża mill-pajjiż imma kienet imposta minn min kien jirrenja fil-pajjiż.", "Pereżempju, is-sistema elettorali tagħna tawhielna l-Ingliżi biex mingħalihom jaqsmuna, imma aħna biddilnieha b'tali mod li għamilnieha waħda mill-aħjar sistemi elettorali li jeżistu.", "Xorta għandna d-diffikultajiet tagħna, però jekk tara x'jiġri f'pajjiżi oħrajn, għandek nies li jmorru jivvotaw mingħajr ma jafu għal min qegħdin jivvotaw.", "Għandek pajjiżi fejn in-nies jivvotaw għall-partit u ma jafux min huma l-persuni li se jitilgħu minn dak il-partit.", "Jekk tara x'inhu jiġri fl-Italja llum, tant ħawdu fis-sistema elettorali tagħhom, li daħlu f'ċirku vizzjuz fejn il-ħin kollu jbiddlu s-sistema elettorali.", "Kważi ma tiġix elezzjoni waħda li ma jkunux biddlu s-sistema elettorali tagħhom!", "Ovvjament, din is-sitwazzjoni ħolqot problema anke għan-nies li kważi jibżgħu kif għandhom jivvotaw u hemm element anke ta' fatigue minħabba l-bidliet kbar li għamlu fis-sistema elettorali.", "Kull darba li tiġi elezzjoni, kull partit iwiegħed li se jbiddel is-sistema elettorali kif irid hu!", "Tant ħawdu li waħda mis-sistemi elettorali spiċċaw bdew isejħulha porcellum!", "Ovvjament, dan kollu ħoloq anomaliji kbar!", "Hawn nerġa' nappella lill-Gvern li fejn jidħlu kwestjonijiet demokratiċi, kwalunkwe bidla fil-Kostituzzjoni u fis-sistema elettorali tagħna, tkun maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Hekk dejjem kienet ir-regola mhux miktuba imma osservata minn kulħadd mill-1987 'l quddiem.", "Dan ġab ċerti ċertezzi fl-outcome tal-elezzjonijiet tagħna.", "Kif nafu, qatt ma kellna kwestjonijiet kbar dwar min kellu jiġi elett, ħlief fl-2013 u fl-2017.", "Din ma kenitx kwestjoni ta' Gvern u Oppożizzjoni, imma kienet tirrigwarda n-numru ta' siġġijiet u min se jkun qed jirrappreżenta lin-nies f'din il-Kamra.", "Naħseb li nistgħu nagħmlu ċerti bidliet biex nevitaw tali konsegwenzi.", "Din żgur li ma kenitx xi ħaġa intenzjonata, imma hija kwestjoni ta' żbalji.", "Jekk nieħdu partikolarment dak li ġara speċifikament fl-2013, dak kien żball u fil-fehma tiegħi, il-kwestjoni ma kellhiex tispiċċa fl-ogħla Qorti f'pajjiżna biex ikun hemm rimdeju u lanqas ma kellha titwal għal erba' snin biex insolvuha.", "Kulħadd kien qiegħed jirrikonoxxi li kien hemm żball ġenwin fil-mod kif ingħaddu l-voti u kif saret l-assenjazzjoni tas-siġġijiet.", "Għalhekk ma kellniex nistennew lill-ogħla Qorti f'pajjiżna tgħidilna x'inhi l-konsegwenza ta' dak l-iżball għax kien ovvju li l-Partit Nazzjonalista kellu dritt għal żewġ siġġijiet oħra.", "Naħseb li dak li ġara kien inġust ħafna anke mal-Onor.", "Edwin Vassallo li spiċċa mċaħħad mis-siġġu tiegħu għal perjodu daqshekk twil.", "Fil-fehma tiegħi, hija xi ħaġa tal-mistħija li din il-kwestjoni ttawlet daqshekk.", "Jekk wieħed jara s-sentenza li ngħatat, isib li fl-ewwel sentenza, il-Qorti appellat lill-partiti, lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni biex isiru t-tibdiliet meħtieġa fil-liġijiet tagħna u saħansitra ordnat li jsiru regolamenti biex tali sitwazzjoni tiġi evitata.", "Imbagħad il-Qorti Kostituzzjoni biddlet dik il-parti tas-sentenza u qalet li f'dik il-parti l-Qorti marret oltre u ħallietha miftuħa.", "Sal-lum, minkejja li nafu li żbalji bħal dawn jiġru, għadna ma indirizzajniex is-sitwazzjoni.", "Kulħadd, xi darba jew oħra, kien fis-sala tal-għadd tal-voti jew segwa mid-dar l-għadd tal-voti, fejn ikun hemm mumenti ta' tensjoni li jistgħu jwasslu għal ċerti żbalji.", "Illum forsi dan se jonqos bis-sistema elettronika li se nibdew naraw taħdem f'Mejju 2019.", "Naħseb li għandna obbligu li kemm jista' jkun nagħtu ċerti spjegazzjonijiet lill-pubbliku biex inserrħu moħħ in-nies li jsegwu dan il-proċess.", "F'pajjiżna għandna x-xorti li n-nies mhux sempliċement imorru jivvotaw u daqshekk, imma jkomplu jsegwu l-proċess tal-għadd tal-voti, min tela', x'inhuma r-riżultati u jaraw kif ikun issarraf il-vot tagħhom.", "Dan għaliex bis-sistema tagħna ma tivvotax lill-partit u titlaq 'il barra, imma tagħżel lin-nies li trid li jirrappreżentawk f'din il-Kmara.", "Għalhekk jgħodd ħafna lil min tkun tajt l-ewwel u t-tieni preferenza.", "In-nies issegwi wkoll jekk il-vot tagħha għaddiex għand kandidat ieħor u saħansitra, jekk qabiżx minn partit għall-ieħor, jekk ikunu għamlu dik l-għażla.", "Dan juri li f'pajjiżna hemm interess ġenwin min-naħa tan-nies li jsegwu s-sistema elettorali.", "Għalhekk nappella lill-Kummissjoni Elettorali biex qabel l-elezzjonijiet ta' Mejju 2019 tinforma lill-pubbliku kif se jkun qed isir dan l-għadd tal-voti bis-sistema l-ġdida elettronika.", "Dan il-proċess huwa simili għal dak li konna nużaw sal-lum b'mod manwali, imma naturalment se jkun proċess aktar mgħaġġel.", "Prattikament din se tkun kwestjoni ta' għafsa ta' buttuna, malli jiġu scanned il-ballot sheets kollha.", "Huwa importanti li ndaħħlu ċertu serħan il-moħħ għan-nies li l-vot tagħhom ingħadd kif suppost.", "Ejja niftakru li f'Malta għandna waħda mill-ogħla rati ta' nies li joħorġu jivvotaw.", "Fil-fehma tiegħi, din is-sistema l-ġdida se tkun esperjenza tajba u se tneħħi ħafna mit-tensjoni li kien ikun hemm sal-lum fis-sala tal-għadd tal-voti bejn in-nies tal-partiti.", "Jien ngħid li din is-sitema ġdida se ddaħħal anke element ta' ċertezza u se nevitaw sitwazzjonijiet fejn ikollna qisna ma nkunux nafu fejn se mar ir-riżultat.", "Bil-mod kif se tkun qed titħaddem din is-sistema elettronika, mal-ewwel għadd, prattikament nistgħu ngħidu x'se jkun ir-riżultat finali tal-għadd kollu tal-voti.", "Dan se jwassal għal vantaġġi kbar.", "Però, importanti li wieħed jispjega lin-nies kif se jaħdem il-proċess, biex ma tingħatax l-impressjoni li sempliċement infetħu l-kaxxi u għandek ir-riżultat mill-ewwel.", "Sinjura President, nagħlaq billi nerġa' nappella lill-Kummissjoni Elettorali biex tispjega eżattament kif se taħdem din is-sistema eletronika minn issa u mhux waqt il-kampanja elettorali, meta forsi n-nies tkun aljenata b'affarijiet oħrajn.", "Hemm ħafna bidliet oħra li nistgħu nagħmlu biex is-sistema elettorali tagħna tkun waħda li tirrispetta l-vot individwali tan-nies.", "Importanti wkoll li naraw li s-sistema tagħna ma tkunx ta' xkiel għal min ġenwinament irid ikun ta' servizz pubbliku.", "Naħseb li llum, għandna kriżi f'dan il-qasam.", "Qed ngħid dan, għax tisma' professjonisti li huma ġenwinament interessati li jidħlu fil-politika biex ikunu ta' servizz għall-pajjiż, imma minħabba l-atmosfera li żviluppat u l-commitments li hemm fil-qasam politiku, sar hemm numru ta' ostakli biex wieħed jidħol fil-politika.", "Jien nesperjenza dan ta' kuljum fil-Qorti, meta nitkellem ma' ċerti professjonisti.", "Issa jien inzertajt dħalt fil-politika ta' età żgħira u għalhekk, addattajt il-karriera professjonali tiegħi u ħajti għall-ħajja politika.", "Però, xi ħadd li jrid jidħol fil-politika ta' ċerta età, qed isib problema kbira ta' kif jista' jadatta ħajtu għall-politika.", "Naħseb li fir-rigward tar-riforma kostituzzjonali, wieħed irid jara kif is-sistema tagħna tkun waħda li tħeġġeġ in-nies u mhux li xxekkel in-nies milli jidħlu fil-politika.", "Fost l-oħrajn, irridu naraw ukoll dak li ppropona l-Gvern fil-programm elettorali tiegħu, li jkollna MPs full-time.", "Naħseb li l-Gvern irid jibda jiddiskuti u jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu dwar dan, anke ma' din in-naħa tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sinjura President, fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq nitkellem fuq is-settur tat-tiftix taż-żejt, liema settur minn dejjem nissilli ċertu interess.", "Dan għaliex dan is-settur huwa importanti immens u jista' jagħmel differenza kbira għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Irrid infakkar li t-tiftix taż-żejt kien imniżżel fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni li għaddiet f'punt numru 39, fejn kien intqal u nikkwota:", "\"Nagħmlu l-akbar sforz li qatt sar s'issa minn pajjiżna għall-esplorazzjoni taż-żejt.\"", "Biss, fil-Baġit li għadu kemm ġie ppreżentat mill-Ministru għall-Finanzi u anke fil-Baġit ta' qablu, ma ntqal assolutament xejn dwar dan il-qasam u kien assenti għalkollox.", "Peress li l-Prim Ministru ħa dan id-dekasteru taħt r-responsabbiltà tiegħu, nistqarr li kont qed nistenna li din il-wegħda li saret fil-manifest elettorali, titwettaq.", "Però, fir-realtà, ma sar xejn minn dan!", "Konvint li kieku l-Prim Ministru juri l-ħeġġa f'dan il-qasam tat-tfittix taż-żejt daqskemm qed juri ħeġġa fil-bejgħ taċ-ċittadinanza, kieku f'dan is-settur għamilna progressi kbar.", "Nixtieq infakkar li fil-leġiżlatura li għaddiet, il-Ministru ta' dak iż-żmien li kien responsabbli mit-tfittix taż-żejt, l-Onor.", "Joe Mizzi, kien qal li t-tħaffir taż-żejt hu prijorità nazzjonali.", "Mizzi kien shadow minister ta' dan is-suġġett, mill-Oppożizzjoni, f'din il-Kamra kien qal:", "\"Aħna persważi li kif jinbidel il-Gvern - jiġifieri kif jitla' l-Partit Laburista fil-gvern - u nitilgħu aħna, din il-materja prima – iż-żejt – insibuha.", "Persważ minnu dan.", "Tant jien persważ li jekk ma jkunx hekk, nirriżenja u ma jkollix għalfejn nibqa' hawn.\"", "Il-Partit Laburista tela' fil-gvern għal darba darbtejn, ilu sitt snin u nofs imexxi lil dan il-pajjiż u mhux talli ma nstabx żejt, imma lanqas biss qed jipprova juri l-ħeġġa biex din il-materja prima tinstab.", "Sfortuntament, minflok dan il-Gvern qed iżid l-isforzi tiegħu biex pajjiżna jgawdi minn dan ir-riżors naturali, rqadna u dan ovvjament, b'detriment għal pajjiżna.", "Ta' min jgħid li fil-bidu ta' din il-leġiżlatura, eżattament f'Lulju 2017, il-Prim Ministru li taħtu jaqa' dan is-settur tat-tfittix taż-żejt, ħass li għandu jwaqqaf in-National Oil Corporation, bl-iskop li tippromwovi l-investiment f'dan is-settur.", "Dakinhar il-Gvern kien ħareġ stqarrija fejn ħabbar min se jkun iċ-chairperson ta' din il-Korporazzjoni.", "Però issa għaddiet sena u nofs u nixtieq nagħmel numru ta' mistoqsijiet: X'sar minnha din il-Korporazzjoni?", "Minn min hu fformat dan il-bord f'din il-Korporazzjoni?", "Min hu s-CEO ta' din il-Korporazzjoni?", "Min huma l-ħaddiema ta' din il-Korporazzjoni?", "S'issa, sfortuntament, għadna ma smajna xejn aktar dwarha!", "Nixtieq nistaqsi wkoll: X'inhi r-raġuni li fuq il-website tal-OPM ma ssib l-ebda informazzjoni fuq din il-korporazzjoni ġdida?", "Naħseb li huwa fl-interess pubbliku li tingħata tali informazzjoni.", "It-Tramuntana tal-Mediterran saret hub tal-esplorazzjoni taż-żejt.", "Pajjiżi bħal Iżreal, Ċipru, l-Eġittu u l-Greċja għandhom boom ta' kumpaniji li qed japplikaw għal-liċenzji tat-tħaffir taż-żejt.", "Mill-banda l-oħra, il-Gvern Malti spiċċa ma qed jagħmel xejn f'dan ir-rigward, bir-riżultat li Malta mhux qed tattira kumpaniji taż-żejt biex iħaffru fiż-żona Maltija.", "Sfortuntament, pajjiżna mhux qed ikun attraenti għall-kumpaniji li jinvestu f'dan is-settur.", "F'sitt snin ta' Gvern Laburista, l-uniku xogħol li sar fuq tħaffir ta' bir taż-żejt kien fuq il-bir ta' Ħaġar Qim, li sfortunament kien ġie abbandunat fl-2014.", "Minn dakinhar 'l hawn għadu ma sar l-ebda tħaffir ieħor.", "Kien hemm tentattiv ieħor mill-kumpanija Ratio Oil Explorations li kienet uriet interess fit-tħaffir taż-żejt fiż-żmien li kien responsabbli l-Ministru Joe Mizzi, però ninsab informat li din il-kumpanija m'għamlet l-ebda xogħol ta' tħaffir.", "Tant hu hekk, li jekk tidħol fil-website ta' din il-kumpanija, jagħmlu referenza għal diversi pajjiżi fejn għamlu tfittix taż-żejt, imma ma ssib l-ebda referenza għal Malta.", "Minflok ma pajjiżna qed jagħmel ħiltu biex ikun parti minn dan il-hub ta' esplorazzjoni taż-żejt bħalma qed jiġri fil-pajjiżi li għadni kemm semmejt, jidher li l-Gvern raqad fuq dan is-settur tant importanti u li jista' jkollu effetti tajba ħafna fuq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Sinjura President, qabel nagħlaq, nixtieq nagħmel appell sinċier lill-Gvern.", "Ejja nxammru l-kmiem bis-serjetà u nagħmlu sforz biex pajjiżna jinvesti u jieħu azzjoni għat-tiftix ta' din il-materja prima.", "Jekk ma naqbel xejn mal-Ministru Joe Mizzi, naqbel miegħu li t-tħaffir taż-żejt hija prijorità nazzjonali.", "Biex dan il-qasam jingħata prijorità, irridu naħdmu bla heda għal dan l-għan.", "Inutli nagħmlu korporazzjonijiet biex taparsi nkunu qegħdin nagħmlu xi ħaġa, imbagħad inħalluha rieqda bla ma tagħmel xejn.", "Biex ninkoraġġixxu l-investiment f'dan il-qasam irid ikun hemm nies dedikati u li jafu dan il-qasam fuq ponot subgħajhom.", "Nemmen li b'rieda tajba, nistgħu naslu!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, se naqsam ftit ħsibijiet ma' din il-Kamra fl-erba' minuti għad-dispożizzjoni tal-Partit Demokratiku.", "Il-Partit Demokratiku nħoloq biex, fiċ-ċkunija tiegħu, ikun il-forza tar-raġuni f'dan il-pajjiż.", "Għalkemm kien hemm ħafna nies li qaluli biex lill-Prim Ministru naqlagħlu f'dan id-dibattitu dwar l-uffiċċju tiegħu, jien għedtilhom li l-Prim Ministru jaf li nista' nnittfu rixa rixa, imma llum dak mhux l-għan tiegħi.", "Illum nixtieq nappella lill-Prim Ministru u lill-OPM biex jagħtu lil pajjiżna dak li wegħdu fl-2013.", "Meta Manann tal-ħut, iż-Żurrieq, kienet tniżżel il-kavetta biex nagħżlu ħuta, konna ngħidu mhux biss li l-ħuta tinten minn rasha, imma li biex tagħżel ħuta friska, trid tħares lejn rasha.", "Qed napella lill-OPM għax kollox jibda u jintemm minn dan l-uffiċċju.", "Ir-responsabilità ta' dak li qed isir u anke ta' dak li mhux isir hija tiegħek, Prim Ministru!", "Il-poplu reġa' tak il-fiduċja, għalkemm jaf li hemm nuqqasijiet kbar.", "Il-poplu reġa' għażel li jagħtik il-fiduċja għax għadu jittama li fl-aħħar mill-aħħar, inti se tirranġa!", "Prim Ministru, minnek bħala l-mexxej ta' dan il-pajjiż, il-poplu jistenna riformi fejn hemm bżonn u mhux deformazzjoni jew abolizzjoni bħalma ġara f'ċerti istituzzjonijiet.", "Il-poplu jistenna minnek li tnissel, toħloq u tindokra poplu indipendenti fi ħsiebu u f'għemilu.", "Il-poplu jrid li inti tqanqal kreattività, intrapriża u rieda biex noħolqu affarijiet li nkunu kburin bihom.", "S'issa t-tendenza għadha li titnissel mentalità ta' dipendenza fuq il-Ministru.", "S'issa hemm it-tendenza li nagħtik xogħol, anke jekk mhux produttiv u mhux se nagħtik dinjità.", "Dan meta forsi qabel, kont tagħmel xogħol aktar dinjituż.", "Prim Ministru, il-poplu jistenna li inti tagħti l-opportunità billi toħloq level playing field biex hu jkun protagonist kif wegħedtu.", "Għall-poplu, mhux problema li noħolqu pajjiż kosmopolitan.", "Wara kollox, Malta ilha kosmpolitana għal sekli sħaħ.", "Però jekk aħna rridu nkabbru l-popolazzjoni tagħna, anke billi nġibu aktar ħaddiema barranin biex jagħmlu xogħol li forsi l-Maltin ma jridux jagħmlu, irridu nippreparaw bis-serjetà u bi pjan għalihom.", "Prim Ministru, il-poplu jrid li inti ġġib investituri kbar biex jinvestu f'pajjiżna.", "Il-poplu jrid li jinħolqu proġetti kbar u high rises, għax reġa' tak l-appoġġ fl-elezzjoni li għaddiet.", "Però l-poplu qed jgħidlek ukoll biex tippjana u tagħmel pjan nazzjonali ħalli bħala poplu Malti u Għawdxi, tħallilna ħajja diċenti, fejn inkunu nistgħu nikbru u nkabbru lil uliedna, kemm fiżikament u kemm mentalment b'saħħitna.", "Aħna rridu nibqgħu nagħrfu lil pajjiżna u ngħożżu l-identità tagħna.", "Ma jimpurtax li begħt l-isptarijiet tagħna, sakemm qed tagħmel kuntratti li jiffavorixxu lill-poplu, pereżempju jekk qabel wieħed kien jistenna sena għal operazzjoni u llum din issirlu ħmistax wara.", "Però ma ġarax hekk, anzi f'dan il-pajjiż ġraw avvenimenti koroh, anke fil-mod kif saru l-kuntratti.", "Imma, Prim Ministru, għad għandek iż-żmien li tirranġa!", "Forsi hemm avvenimenti li ma tistax tirriversja u hemm affarijiet fejn ma tista' qatt treġġa' lura l-ħsara li saret.", "Però hemm elementi fejn mhux biss tista' twitti l-ħsara li saret, imma tista' saħansitra toħloq il-ġid u l-opportunità fiż-żmien li baqagħlek fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż.", "Billi begħt l-Enemalta u għamilt tajjeb b'garanzija għall-privat biex tinbena power station ġdida, ma waqgħetx id-dinja, imma l-poplu issa qed jgħidlek biex ma tikkuljinahx.", "Il-poplu qed jgħidlek li hu kien lest li jagħtik l-appoġġ tiegħu, imma issa ssallbux għal 18-il sena bi prezzijiet li jistgħu jkunu orħos.", "Dan huwa l-appell li qed jagħmel illum il-Partit Demokratiku lill-Prim Ministru.", "Dan l-appell qed isir f'dan id-dibattitu tal-OPM għax, kif nafu, kollox jiġi deċiż minn dan l-Uffiċċju.", "Din hija sfortuna li nappella lill-Prim Ministru biex jaħdem ħafna aktar fuqha.", "Illum, anke r-rwol tal-Ministri individwali ċċekken.", "Ejja niftakru li hawn qed nitkellmu dwar id-demokrazija f'pajjiżna.", "Erbat ijiem oħra ħadd minna ma jkun għadu hawn, għax inkunu mitna bħal ħaddieħor, imma l-effett ta' dak li nagħmlu jew li ma nagħmlux illum, se jibqa' jinħass minn uliedna u ulied uliedna.", "Aquilina, qegħdin f'punt fejn id-demokrazija tagħna qiegħda mdendla b'xagħra!", "Dan f'liema pajjiż fid-dinja, ħlief forsi f'pajjiżi li taparsi għandhom demokrazija, imma kulħadd jaf li mhux hekk, tmur għal dibattitu fejn jitkellmu ta' naħa waħda, imbagħad x'ħin jasal il-ħin, jitkellmu tan-naħa l-oħra bir-risposta.", "Dibattitu demokratiku u san isir mod ieħor!", "Jekk verament irridu li nindukraw u nsaħħu d-demokrazija tagħna u nqanqlu l-interess tan-nies għal aktar parteċipazzjoni fil-politika, irridu nibdew mit-tip ta' edukazzjoni li qed nagħtu lill-poplu tagħna.", "Jekk irridu li l-poplu jkun ħieles fil-ħsieb tiegħu, irridu nagħtu edukazzjoni biex il-poplu jibda jaħseb b'moħħu.", "Dak hu l-akbar servizz li nistgħu nagħtu lill-poplu tagħna biex nassiguraw li jkollna d-demokrazija f'dan il-pajjiż u anke aktar bilanċ ta' rappreżentazzjoni bejn nisa u rġiel f'din il-Kamra.", "L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta ta' dan kollu.", "Ejja nneħħu din il-mentalità misoġinista li qed tiġi pprattikata saħansitra mill-kamra tat-trolls fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru stess.", "Naraw lill-Gvern jgħid ħaġa u jagħmel oħra!", "Sinjura President, nagħlaq b'dan l-appell.", "Saru ħafna żbalji mal-ġid li sar.", "Għadna fil-waqt li nnaqqsu l-ħsara li jistgħu jkomplu jagħmlu dawn l-iżbalji.", "Ejja nagħmlu dan billi nħarsu 'l quddiem!", "Il-poplu reġa' ta l-fiduċja lil dan il-Gvern, imma l-poplu qed jistenna li l-fiduċja tiegħu tissarraf f'raġuni u, fuq kollox, f'lealtà lejn il-pajjiż.", "L-akbar lealtà lejn pajjiżna tiġi espressa jekk noħolqu futur aħjar għall-poplu tagħna u jekk il-poplu jkun ifformat psikoloġikament u mentalment b'saħħtu biżżejjed biex iħalli pajjiż aħjar milli sabu.", "Għadni nittama u għandi l-fiduċja li nistgħu nħallu pajjiż aħjar milli sibnieh aħna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, f'dan id-diskors tiegħi se niġbor il-ħsibijiet li, bħala Oppożizzjoni, ippreparajna fir-rigward ta' diversi setturi.", "Se nagħmel referenza għad-diskors li l-Prim Ministru għamel jumejn ilu, u se ngħid ukoll x'inhi d-direzzjoni li l-Partit Nazzjonalista, anke mill-Oppożizzjoni, qed jara b'mod ċar għal pajjiżna.", "Ħalli nibda b'dak li qal il-Prim Ministru fil-ftuħ tad-diskors tiegħu meta pprova jagħti rendikont ta' xi jfisser dan il-Baġit għall-poplu tagħna.", "L-ewwel frażi tal-Prim Ministru mill-ewwel uriet kif dan il-Gvern jaħseb dwar il-Baġit.", "Il-Prim Ministru qal li dan huwa l-ikbar pakkett li qatt ingħata fil-Baġit.", "Il-Gvern jaħseb li l-Baġit huwa pakkett.", "Għall-Oppożizzjoni, il-Baġit ifisser ippjanar u kif se tagħmel il-kontijiet tiegħek għal quddiem.", "In-nies mill-ewwel jifhmuni meta ngħid li aħjar nibdew nitkellmu fuq proġett għal pajjiżna milli fuq pakkett li l-Gvern qed isejjaħlu \"no tricks, just treats\".", "It-tieni frażi li uża l-Prim Ministru tindika wkoll il-mod kif dan il-Gvern jaħseb dwar l-ekonomija.", "X'inhuma eżattament treats?", "Dan hu dak li fl-antik konna nsejħulu l-ħelu jew iċ-ċejċa!", "Fil-mentalità tiegħu, il-Gvern qed jara lin-nies bħala numri, u mhux individwi, li jmorru jivvotaw.", "Dan hu l-veru skop tal-Gvern!", "L-għan ta' dan il-Gvern mhux li jmexxi l-pajjiż 'il quddiem u jtejjeb il-ħajja tan-nies, imma li jindirizzahom b'dawn it-treats bħal tfal li jagħtihom il-ħelu ħalli jirbaħ il-vot tagħhom!", "F'battuta qasira li għamilna bħala Oppożizzjoni għedna li dawn huma treats for the boys u tricks for the people!", "Għalkemm il-Prim Ministru qed jgħid li ma kienx hemm tricks, se nispjega kif, effettivament, il-Prim Ministru uża n-numri biex jipprova jiskredita lill-Oppożizzjoni.", "Minflok ma l-Prim Ministru ta d-direzzjoni u l-aspirazzjoni ta' dan il-Gvern li l-poplu jkun qed jistenna, fi kliemu stess qal li dan il-Baġit kien tat-treats biex imbagħad il-Ministru għall-Finanzi qam jispjega għal min huma dawn it-treats.", "Lill-Gvern ngħidulu li n-nies ma javvanzawx fil-ħajja bil-pakketti tal-ħelu, imma b'sostenn, b'dieti tajbin u bi pjan ta' nutrijenti li hemm bżonn ħalli jippjanaw ħajjithom fuq medda ta' snin.", "Biss, kif għedt, dan huwa Gvern tan-numri!", "Min-naħa l-oħra, aħna Oppożizzjoni tan-nies!", "Biex mingħalih jiddieħek bl-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru pprova jiskredita l-eżempji reali li semmejna aħna ta' Maltin u Għawdxin li għaddejjin minn numru ta' diffikultajiet.", "Aħna m'għedniex li m'hemmx min hu sejjer tajjeb jew, saħsansitra, sejjer tajjeb ħafna, però hemm realtà oħra ta' min hu sejjer ħażin.", "Ħadd m'għandu d-dritt li jidħak bin-nies li mhux sejrin tajjeb.", "Issa rrid ngħid ukoll li rridu naraw dawk li sejrin tajjeb ħafna, għalfejn sejrin tajjeb ħafna.", "Irridu naraw jekk humiex sejrin tajjeb bis-saħħa tagħhom jew inkella humiex dawk is-700 magħżula mill-Gvern li ngħataw position of trust li nitkellem dwarhom aktar tard.", "Jista' jkun ukoll li huma investituri Maltin u barranin li jemmnu fil-pajjiż u fil-ħaddiema tagħhom u li qed jinvestu u jirriskjaw biex jirnexxu fin-negozju tagħhom.", "Dawn huma l-ġebla tax-xewka li fuqhom timxi ekonomika moderna.", "Fid-diskors tiegħi, jien tajt eżempji ċari ta' 4,000 negozju li marru ħażin u għalqu.", "Il-Gvern injora dak li għedt u qal li veru fallew 4,000 negozju, imma fetħu 12,000 kumpanija oħra.", "Dan ifisser li 4,000 negozju u n-nies kollha li jaħdmu fihom mhumiex importanti għall-Gvern?", "Dawn huma nies li seta' kellhom problema, żarmaw wara li investew flushom, forsi dak li faddlu jew ħadu self, jew rabtu proprjetà tagħhom bħala ipoteka biex jipprovaw joħolqu l-ġid fil-pajjiż u għall-familji tagħhom.", "Jista' l-Gvern jarmi dawn in-nies?", "Għall-Gvern, dawn huma biss numri?", "Jekk għall-Gvern dan hu l-każ, għall-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista, anke jekk ifalli negozju wieħed biss, dan mhux sewwa, għax wara dak in-negozju hemm persuna, koppja, familja u tfal.", "Hemm min għaraq l-għaraq ta' ġbinu u ħadem kemm felaħ biex ipprova, imma xorta ma rnexxilux.", "Però lin-negozji żgħar tagħna rridu nagħtuhom il-fiduċja u l-konfort li l-Gvern jaħseb għalihom ukoll.", "Għandu jkun hemm mekkaniżmi biex lil min jipprova u ma jirnexxilux, ngħinuh biex jerġa' jiġi fuq saqajh ħalli jerġa' jiprpova u ma jaqtax qalbu.", "Fil-ħajja, tista' taqla' daqqa u terġa' tqum, tista' taqa' darba u tqum darbtejn.", "Fil-ħajja, meta jiġi l-mewġ, trid tiġġilidlu u mhux issir numru, taqa' u titgerbeb u l-Gvern jibqa' għaddej għax fetħu 12,000 kumpanija oħra!", "Il-Gvern ipprova jiddieħak meta għedna li l-popolazzjoni f'pajjiżna qed tiżdied.", "Għamel dan billi qalilna li l-popolazzjoni qed tiżdied fis-South Sudan.", "Mill-pajjiżi kollha tad-dinja, il-Prim Ministru ta' Malta jrid iqabbilna mas-South Sudan, li hu pajjiż bi 13-il miljun ruħ!", "Biss, il-Prim Ministru għandu żball, għax mhux veru li l-popolazzjoni tas-South Sudan qed tikber b'rata ogħla minn ta' Malta.", "Fis-South Sudan qed tikber ir-rata tal-fertilità b'medja ta' 5.5% fis-sena, għax l-average age tagħhom hija ta' 18-il sena.", "Huwa proprju għal din il-figura li kien qed jirreferi l-Prim Ministru!", "Bil-permess, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ippubblikata internazzjonalment li turi li dak li qal il-Prim Ministru mhuwiex minnu.", "Il-Prim Ministru qal ukoll li filgħaxija għamel żewġ minuti jfittex biex ġab din il-figura.", "Jien dalgħodu għamilt 30 sekonda nfittex u sibt li r-rata tat-tkabbir tal-popolazzjoni tas-South Sudan hija 2.73% biss.", "Il-Prim Minsitru ma semmiex li s-South Sudan qiegħed fi gwerra u huwa pajjiż tat-tielet dinja, imma fl-istess ħin qed jippjana t-tkabbir għal pajjiżu għat-30 sena li ġejjin.", "Dan huwa pajjiż żgħir, relattivament ġdid, li qiegħed fi gwerra, imma xorta qed jippjana fit-tul.", "Sinjura President, nixtieq nitkellem ukoll dwar l-immigrazzjoni.", "Jien diġà kelli okkażjoni nsemmi żewġ mudelli ta' immigrazzjoni, dik li qed jadopera l-Gvern li mhijiex maħsuba u ppjanata, imma hija biss reazzjoni ta' paniku għal xi ħadd li ma jippjanax, u l-mudell l-ieħor ta' immigrazzjoni intelliġenti.", "Huwa tajjeb li jkun hemm bżonn ta' aktar nies, ħaddiema u talent fil-pajjiż, però jekk ma tafx kemm għandek bżonn fuq medda ta' snin u jekk ma tippjanax liema tip ta' nies għandek bżonn, ftit jimporta jekk humiex Maltin jew barranin, jibda ġej waħdu dak li inti suppost qed tippjana għalih.", "Il-kritika tal-Oppożizzjoni fuq il-mudell li qed juża l-Gvern hija indirizzata għall-fatt li bħalissa nfetaħ bieb beraħ u qed jiġi min irid!", "Din is-sitwazzjoni qed tikkrea cheap labour fil-pajjiż.", "Issa meta jien tkellimt dwar it-tieni mudell ta' immigrazzjoni intelliġenti, il-Prim Ministru fehem li immigrazzjoni intelliġenti hija ekwavalenti għall-flus.", "Hekk jaħseb dan il-Gvern!", "Fil-fatt il-Gvern qed jistaqsi ladarba aħna favur immigrazzjoni intelliġenti, għalfejn qed nikkritikaw il-mudell tal-IIP?", "L-intelliġenza għal dan il-Gvern tfisser flus!", "Fil-fehma tiegħi, ma naħsibx li hemm insult ikbar minn dan għal kull min qed jipprova jtejjeb l-istat tiegħu u jinvesti fl-edukazzjoni.", "Huwa proprju għalhekk li dan il-Gvern ma jinvestix fl-edukazzjoni!", "Kif tista' tgħid li biex tkun intelliġenti, għandek il-flus, jew li l-intelliġenza tista' tkejjilha bil-flus!", "L-Oppożizzjoni hija lesta għal dibattitu serju u pubbliku dwar l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Aħna dejjem konna konsistenti fil-prinċipju tagħna u dejjem għedna li dan id-dibattitu m'għandu x'jaqsam xejn mal-konċett tal-immigrazzjoni.", "L-argument tal-Oppożizzjoni fuq l-immigrazzjoni huwa totalment differenti minn kif qed jipprova jpinġih il-Prim Ministru.", "Bl-ebda mod l-Oppożizzjoni ma qed tagħmel dan l-argument biex tbeżża' n-nies!", "Il-Prim Ministru bħal donnu qed jagħti l-impressjoni li aħna morna fuq il-far right meta nitkellmu fuq l-immigrazzjoni.", "Dan is-suġġett m'għandux ikun argument emottiv, anzi jien ngħid li nkunu qed nonqsu fil-politika jekk nagħmluh argument emottiv.", "L-argument tagħna huwa wieħed sempliċi ħafna.", "Malta hija l-aktar pajjiż popolat fl-Ewropa, jekk mhux fid-dinja.", "F'Malta, għandna 1,500 persuna għal kull kilometru kwadru.", "It-tieni pajjiż l-aktar popolat warajna fl-Ewropa huwa l-Olanda b'400 persuna għal kull kilometru kwadru u l-inqas hija l-Finlandja bi 17-il persuna għal kull kilometru kwadru.", "Huwa ċar u ovvju li ma tistax tippjana t-tkabbir tal-ekonomija tiegħek fuq żieda qawwija tal-popolazzjoni.", "Min qed jismagħna jaf li Malta hija pajjiż żgħir.", "Kulħadd jaf li f'din in-naqra ta' gżira għandna l-aktar densità ta' nies u bini.", "Huwa ovvju li ma nistgħux inkabbru l-popolazzjoni tagħna b'dan ir-ritmu.", "Possibbli li l-Gvern mhux qed jara din ir-realtà, jew forsi ma jridx jammettiha!", "Lest il-Gvern jgħidilna kemm irid iġib aktar nies f'pajjiżna?", "Ilbiraħtlula, il-Prim Ministru waqt id-diskors tiegħu qalilna li ċ-ċifri li kkwotat l-Oppożizzjoni kienu żbaljati.", "Dan mhuwiex minnu!", "Il-Prim Ministru pprova jikkwota mid-dokumenti li kkwotajna minnhom aħna biex juri li aħna kellna figuri ħżiena.", "Dan għaliex, kif għedt, dan huwa Gvern tan-numri u mhux tal-persuni.", "Dak li l-Prim Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hija ċ-chart 1.7 li tindika t-top ten third country nationals working in Malta.", "Il-Prim Ministru kien qed jirreferi għal work permits, imma aħna kkwotajna l-Eurostat u konna qed nitkellmu fuq residency permits.", "Tajjeb ngħid li l-popolazzjoni ma tikbirx biss b'dawk li jaħdmu, imma anke b'dawk li ma jaħdmux.", "Jekk persuna tiġi taħdem f'pajjiżna u magħha jiġi xi ħadd ieħor, dak huwa bniedem ukoll.", "Dik hija persuna li se tuża l-infrastruttura ta' pajjiżna, tmur fil-polyclinics tagħna, tuża t-toroq tagħna u forsi tattendi fl-iskejjel tagħna wkoll.", "Ejja nkunu serji, onesti u ċari man-nies!", "Ejja ma nipprovawx infixklu n-nies bin-numri!", "Huwa fatt li l-popolazzjoni qed tiżdied bil-bosta u f'qasir żmien.", "Issa rrid ngħid ukoll li waqt li l-Gvern kien qed jgħid li aħna tfixkilna fin-numri, żelqitlu u qal li pajjiżna għadnu bżonn il-ħaddiema barranin biex insolvu l-problema tal-pensjonijiet.", "Skont il-Gvern, nistgħu nsolvu din il-problema billi nġibu ħafna barranin li jaħdmu f'pajjiżna u jħallsu l-bolla, għax imbagħad dawn ma jeħdux il-pensjoni.", "Dan huwa l-mudell ekonomiku li qed jagħżel il-Gvern!", "Din hija l-vera raġuni għalfejn il-Gvern irid iġib aktar barranin f'pajjiżna.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Tajjeb li l-industriji tagħna jsibu biżżejjed ħaddiema li jridu jaħdmu f'pajjiżna però, kollox irid ikun ippjanat.", "Kif diġà għedna, bħala Oppożizzjoni m'aħniex kontra li jiġu barranin f'pajjiżna.", "Biss, aħna favur pjan serju fit-tul.", "Pereżempju, jekk irridu ninvestu fl-edukazzjoni, irridu naraw kemm għandna bżonn għalliema u mhux nipprovaw numiljaw lill-għalliema li għandna billi neħdulhom il-warrants, kif ipprova jagħmel dan il-Gvern.", "Ovvjament l-intenzjoni kienet li mbagħad ikun il-Ministru li jiddeċiedi min jgħallem, fejn jinħareġ xi kors għal dawk li mhumiex imħarrġin u jkunu jistgħu jibdew jgħallmu huma, biex nipprovaw insolvu problema li nkunu kkreajna aħna stess!", "Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru xebbah il-figuri li ppreżentalna ma' dak li ġara fl-2012.", "Il-Prim Ministru pprova jikkwota ekonomisti ta' żewġ sekli ilu, għax il-Gvern għadu qed jaħseb u jgħix fis-snin disgħin jew anke qabel!", "Dan huwa Gvern li qed jgħix fi-passat!", "Aħna Oppożizzjoni u partit li rridu naħsbu għall-futur!", "Bħala Oppożizzjoni, aħna ngħixu fil-preżent, qed nifhmu dak li qed jiġri f'pajjiżna u qed nitħaddtu man-nies biex inħossu l-polz tagħna fuq il-bżonnijiet tan-nies.", "Kif tista' tippjana l-futur ta' pajjiż jekk ma tafx fejn trid tmur?", "Kif tista' tippjana fejn trid tinvesti, kemm bħala Gvern, kif ukoll biex tattira investiment mill-privat, jekk ma tafx fejn trid tmur?", "Il-Prim Ministru pprova jilgħab u jfixkel bin-numri, u sinċerament ma nistax nifhem għalfejn.", "Jekk dan huwa Baġit ta' suċċess u surplus, għalfejn il-Gvern qed jipprova jilgħab bin-numri u jidħak bin-nies?", "Il-Gvern qal li l-Oppożizzjoni qalet li l-impjiegi fis-settur pubbliku żdiedu bil-bosta u semma lista ta' tobba, infermiera, għalliema u pulizija li daħlu jaħdmu mal-Gvern.", "Dak il-ħin stess jien għoddejt l-ammonti li semma, li ammontaw għal 1,540 ħaddiem ġdid fis-settur pubbliku.", "Hawn mhux qed ngħid li għamilt xi studji kbar, qabbadt xi ditti partikolari u ħallasthom xi konsulenzi ta' eluf ta' ewro, imma qbadt karta u lapes u għamilt somma faċli tal-matematika.", "Il-Prim Ministru staqsieni lil min se nkeċċi minn dawn il-ħaddiema.", "Ir-risposta tiegħi hi: Ma se nkeċċu lil ħadd!", "Anzi, se nibqgħu nżidu aktar tobba, infermiera, għalliema u pulizija għax il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu aħjar!", "Aħna mmorru oltre minn hekk, għax lill-ħaddiema naraw li nagħtuhom id-dinjità li tistħoqqilhom billi noffrulhom kondizzjonijiet xierqa u nagħtuhom l-għodod neċessarji biex ikunu jistgħu jaħdmu b'mod tajjeb.", "Pereżempju, il-pulizija għandhom bżonn l-għodda biex jaħdmu u għases miftuħin, mhux f'ċerti lokalitajiet għandna sitwazzjoni tal-mistħija!", "Biss, il-Prim Ministru ma qal xejn dwar dan!", "Insemmi, pereżempju lil Għawdex, li f'dan il-Baġit kien biss an afterthought!", "Iftħu d-Diskors tal-Baġit u ssibu referenza għall-oqsma tal-intern, ġustizzja u mbagħad Għawdex.", "F'Għawdex, minn 16-il għassa, 12 jinsabu magħluqin!", "Għawdex huwa minsi u mormi minn dan il-Gvern!", "Il-Gvern ma jimpurtahx minn Għawdex!", "Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jinteressah minn dawk il-persuni li qed jgħixu f'raħal fejn l-għassa hi magħluqa.", "Jekk ikun hemm inċident, in-nies irid ikollha l-konfort li tista' ċċempel l-għassa li hi miftuħa u hemm il-pulizija.", "Il-Prim Ministru semma t-tobba, l-infermiera, l-għalliema u l-pulizija, imma s-700 l-oħra li ddaħħlu bħala persons of trust, ma semmihomx!", "X'qed jagħmlu dawn il-persuni u kif qed jikkontribwixxu għall-benesseri tal-Maltin u l-Għawdxin?", "Il-Prim Ministru ma qalilniex b'liema mod qed jikkontribwixxu dawn il-prediletti tiegħu.", "Nikkalkolaw li dawn il-persons of trust u konsulenzi qed jiswew lill-pajjiż 'il fuq minn €100 miljun fis-sena minn flus tat-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi f'leġiżlatura waħda biss!", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru u jistaqsi kif Delia se jsolvi l-problema tas-social housing.", "Prim Ministru, jekk għandek €100 miljun biex tagħtihom lil ftit magħżula, għandu jkollok €100 miljun biex tagħtihom lil min verament għandu bżonn!", "Ħadt pjaċir li l-Prim Ministru għamel numru ta' ammissjonijiet preċiżi li wħud minnhom fittixt fuqhom u nixtieq nidħol fihom f'aktar dettall.", "L-ewwel nett, fir-rigward tal-mudell ekonomiku li jien ibbażajt id-diskors tiegħi prinċipalment fuqu, il-Gvern ittanta b'xi mod jgħid li dan il-mudell huwa żbaljat.", "Diġà spjegajt kif il-Gvern ipprova jiġġustifika b'mod fqir, fl-opinjoni tiegħi, il-falliment tiegħu fil-qasam tal-pensjonijiet billi qal li jrid iġib lill-barranin jaħdmu f'Malta biex iħallsu l-bolla u jsolvu l-problema tal-pensjonijiet.", "Għamel dan l-argument mingħajr ma għamel l-ebda relazzjoni bejn qasam u ieħor, imma tkellem f'iżolament.", "Fil-fehma tal-Oppożizzjoni, dan huwa mudell ekonomiku żbaljat!", "Tkellimt ukoll fuq il-metodu ta' kejl ekonomiku addottat mill-Ministru għall-Finanzi fejn qed jieħu l-kejl tal-GDP biss.", "Spjegajt fid-dettall liema huma l-punti li dan il-GDP ma jkejjilx u għalhekk mhuwiex qed jagħti stampa sħiħa ta' dak li qed jiġri fil-pajjiż.", "Ħalli nerġa' nagħti eżempju, forsi l-Gvern ikun jista' jieħu spunt minn dan id-diskors u jfiehem lin-nies kif it-titjib li qed jgħid li hemm se jasal għand kulħadd.", "Skont il-figuri li qed jikkwota l-Gvern, kollox miexi ward u żahar, imma fir-relatà dan il-ġid mhux qed jasal għand kulħadd.", "Il-Gvern qed jadotta sistema li tissejjaħ trickle down economy.", "Dan ifisser li għandek il-ftit li qed jiffangaw minn fuq mejda kbira, hemm dawk li qed jirnexxilhom jieklu minn dak li qed jaqa' minn fuq il-mejda u l-ħafna oħrajn, li qed jieħdu l-frak u l-loqom li jifdal, għax m'għandhomx is-saħħa biex jaħtfu.", "Il-Prim Ministru pprova għal darb'oħra juri li dak li qed ngħidu mhuwiex minnu, u ġab l-eżempju bil-prezz tal-iskimmed milk.", "Nixtieq inkun naf kemm hawn nies li jmantnu lilhom infushom bl-iskimmed milk biss jew kemm hawn min qiegħed fil-kumdità tal-Prim Ministru u m'għolitlux il-ħajja!", "Biss, in-nies u l-familji li jitkellmu magħna qed jgħidu mod ieħor!", "Forsi lill-Gvern, għalkemm jgħid li jisma', mhux qed ikellmuh, għax qatgħu qalbhom minnu!", "Sur Prim Ministru, in-nies ma jixtrux skimmed milk biss, imma jixtru l-prodotti kollha tal-ħalib, jagħtu l-petrol u d-diesel u jixtru l-affarijiet essenzjali kollha li għolew!", "Tajjeb ngħid li l-figuri tal-għoli tal-ħajja, li qegħedna fuq il-Mejda tal-Kamra, qed joħorġu mill-Gvern stess.", "Il-figura ta' 'l fuq min 4% żieda fil-prezz tal-ikel biss ma toħroġx mill-immaġinazzjoni tal-Oppożizzjoni, imma toħroġ mill-pubblikazzjonijiet u l-istatistika li joħroġ il-Gvern stess!", "Sinjura President, importanti nifhmu kif gvern soċjalista u partit tal-ħaddiema, li suppost huwa tal-fqir, tad-dgħajjef u tal-vulnerabbli, f'ħames snin biss irnexxielu jiddistakka ruħu mir-realtà tan-nies.", "Fl-imgħoddi konna ngħidu li gvernijiet Nazzjonalisti kienu ddistakkaw ruħhom mir-realtà tan-nies.", "Jista' jkun li ġara dan, u jekk irridu nkunu onesti, ir-riżultati elettorali wrew dan fl-aħħar ħames snin.", "Biss, jien kelli fiduċja li għall-inqas Gvern tal-partit tal-ħaddiema jmur fid-direzzjoni tan-nies.", "Jekk il-pajjiż ried il-bidla, il-bidla kellha tkun fid-direzzjoni ta' dawk li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna.", "Kif nafu, ir-rota dejjem tinbidel u fid-dinja kollha se jkollok gvernijiet li jtendu lejn ix-xellug, oħrajn lejn il-lemin u oħrajn taċ-ċentru.", "Dejjem se jkollok min jiffavorixxi l-big business u min jiffavorixxi liż-żgħir, lill-fqir, lill-batut u lill-ħaddiem.", "Gvern Soċjalista f'pajjiżna għamel għażla ċara u skjetta li huwa pro-business.", "Pajjiż ma jimxix 'il quddiem mingħajr negozju.", "Issa rridu ngħidu wkoll li jekk hawn xi ħadd f'pajjiżna li għandu record tan-numru ta' negozji żgħar li fetħu, kibru, investew u biddlu wiċċ pajjiżna huwa Gvern Nazzjonalista li f'25 sena fil-gvern kellu record wara l-ieħor.", "Saħansitra, fl-akbar maltemp u kriżi internazzjonali n-negozji tagħna baqgħu jikbru.", "Dan il-Gvern għamel dikjarazzjoni mod ieħor, fejn qal li jinteressah biss mill-kbar u mill-kbar nett, imma maż-żgħar ma jridx jaħdem.", "Min-naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni qed tgħid mod ieħor.", "Aħna jinteressawna n-negozji ż-żgħar, il-familji u ż-żgħażagħ li forsi qed jaħdmu u għandhom salarju, imma jixtiequ jmorru aħjar u jitilgħu tarġa oħra f'ħajjithom.", "Ejja nitkellmu fuq l-inċentivi u l-miżuri fil-Baġit biex inħajru lin-nies jibdew negozju!", "Bħala Oppożizzjoni lesti li nitkellmu mal-Gvern u nagħtu l-proposti tagħna.", "Ejja naraw fejn irridu ninvestu bħala pajjiż, fuq medda ta' 15 u 20 sena.", "Ejja ngħidu x'inhi l-viżjoni tal-Gvern għal Malta tal-2030 u l-2040!", "Meta persuna tmur il-bank biex tieħu self għal negozju, il-bank mhux se jsellifha fuq erba' jew ħames snin, imma se jsellifha fuq medda ta', pereżempju, għaxar snin.", "Ma tridx tara kif sejjer in-negozju llum imma kif se jmur għaxar snin oħra.", "Għaldaqstant il-Gvern huwa obbligat li jgħid f'liema setturi jrid jinvesti.", "Matul is-snin ta' gvernijiet preċedenti, kienu ġew identifikati numru ta' setturi, fosthom is-servizzi finanzjarji, l-igaming, il-farmaċewtika, l-avjazzjoni u l-assigurazzjonijiet li kienu qed isiru aktar komplessi, u għalhekk inħoloq settur ieħor.", "Il-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni qed jgħid li importanti li nagħmlu clusters madwar dawn is-setturi.", "Pereżempju, waħda min-niċeċ li ma ssemmietx minn dan il-Gvern hija l-industrija tal-films li ġiet ikkreata minn Gvern Nazzjonalista.", "Forsi għall-ewwel ikun hemm min jgħid: Mela kulħadd huwa attur ta' Hollywood!", "Meta nħadmu films f'Malta kien hemm postijiet allokati apposta għalihom, bdew jaħdmu l-mastrudaxxi li jibnu s-settijiet, l-electricians u l-plumbers li jagħtu s-servizzi u bdew jaħdmu eluf ta' persuni oħra, inkluż żgħażagħ, bħala extras.", "Kif nafu, din l-industrija tħallas tajjeb.", "Biss, sfortunatament, din l-industrija sparixxiet minn pajjiżna!", "Tal-anqas, ma smajna xejn fuqha!", "Hawn qed nagħti eżempju wieħed biss, għax hemm diversi oħrajn.", "Il-Gvern għandu d-dmir jgħidilna fejn irid jinvesti, ħalli jekk hawn numru ta' żgħażagħ jew investituri, jagħmlu l-kuraġġ bl-inċentivi li joffri l-Gvern.", "Insemmi pereżempju, l-industrija tal-avjazzjoni.", "Tajjeb li naraw kif nistgħu nkabbru din l-industrija.", "Fil-passat kien inħoloq ir-reġistru tal-avjazzoni.", "Kif kellna esperjenza pożittiva bir-reġistru tal-bastimenti li kien fost l-aqwa tlieta fl-Ewropa u l-aqwa ħamsa fid-dinja, Gvern Nazzjonalista kien ra li jagħmel l-istess fl-avjazzjoni.", "Ovvjament tibda bir-reġistrazzjoni fejn jibdew jaħdmu ċertu tip ta' nies, imbagħad tagħmel il-postijiet fejn issir il-manutenzjoni u tibda tattira kumpaniji kbar, kif ġara.", "F'dawn l-aħħar ġranet smajt proposti dwar business aviation.", "Ejja nitkellmu fuq business aviation!", "L-Oppożizzjoni qed tagħti l-proposti tagħha u mhux tikkritika biss.", "Meta qed nitkellmu fuq business aviation, qed ngħidu li jiġu nies bil-jets f'pajjiżna, kif kien isir matul gvernijiet preċedenti.", "Ejja naraw kif nistgħu nkabbru din l-industrija.", "M'hemmx għalfejn nieħdu terren kbir biex nagħmlu post b'faċilitajiet li jkunu fost l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja.", "Qed nagħti ftit eżempji ta' mudell ekonomiku li jista' jaddotta dan il-pajjiż.", "Hemm diversi ideat oħrajn fejn, bħala pajjiż, kapaċi nikkompetu.", "Però l-Gvern ma jrid jisma' xejn dwar dan kollu għax irid jibbaża biss fuq il-mudell ta' tkabbir ekonomiku permezz ta' żieda fil-popolazzjoni.", "It-tieni ammissjoni, pjuttost serja, li għamel il-Gvern hija li l-Gvern ammetta li qata' qalbu mill-problema tal-housing soċjali f'pajjiżna.", "Bħala Oppożizzjoni, ikkritikajna ġustament lill-Gvern li ma beniex imqar proġett wieħed fil-qasam tal-housing soċjali u ma ngħata l-ebda appartament.", "Il-Gvern qed jgħid li ma setax jagħmel dan għax m'għandux permessi u ma jistax jikkommetti illegalità.", "Dan x'raġunament hu?", "Jekk hemm bżonn li l-Gvern japplika għall-permessi, faċilment jista' jagħmel dan, dejjem jekk jippjana fit-tul.", "Jekk għandek nies li m'għandhomx saqaf fuq rashom, trid tipprovdilhom post fejn joqogħdu.", "Il-Prim Ministru qal li jien se nagħti post lil kulħadd.", "Jien m'għedtx hekk, u n-nies jistgħu jerġgħu jisimgħu dak li verament għedt.", "Jien għedt li kull persuna jixirqilha li tgħix f'dinjità u post diċenti fejn tgħix huwa dritt fundamentali tal-ħajja.", "Mhux biżżejjed li persuna titwieled, imma trid tgħix ħajja diċenti.", "Hawn mhux qed ngħidu li persuna għandha bilfors tgħix ħajja ta' sinjur, imma għandu jkollha ħajja diċenti li tixraq id-dinjità tagħha.", "Il-Gvern mhux qed jara din in-neċessità!", "Il-Gvern qed jgħid li llum hemm 3,200 li qed ifittxu post fejn joqogħdu u qabel kien hemm 3,000.", "Gvern Soċjalista qed jara biss numri!", "Qed jgħid ukoll li hemm eluf li qed jaħdmu u allura ma jinteressahx minn dawn it-3,200 persuna!", "Il-Gvern għamel ammissjoni oħra meta qal li Malta hija l-aktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa, fejn nirriċiklaw 7% biss ħdejn il-50% li hija l-mira Ewropea.", "Issa l-Gvern qed jgħid ladarba aħna l-agħar fl-Ewropa, kif il-Partit Nazzjonalista qed jivvota kontra l-avviż legali?", "Qed nivvotaw kontra l-Avviż Legali għax ma sarx b'mod maħsub u ma saret l-ebda diskussjoni.", "Illum għandna l-boroż is-suwed fit-triq u qed inħammġu aktar lil pajjiżna.", "Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' rapporti li dehru llum fil-ġurnali In-Nazzjon u The Times of Malta li juru kif dan il-Gvern mhux ippreparat u nqabad f'paniku.", "Minflok ma qed nirriċiklaw, qed inħammġu t-toroq tagħna aktar minn qatt qabel!", "Ir-raba' ammissjoni, li mhux se nidħol fid-dettall fiha, għax semmejtha aktar qabel, tirrigwarda n-negozji ż-żgħar.", "Qed nerġa' nelenka dan il-qasam għal skop numeriku biss, biex nuri l-falliment tal-Gvern li jirrikonoxxi l-kontribut kbir tan-negozji ż-żgħar.", "Għall-Gvern Soċjalista, li jkollok falliment ta' 4,000 negozju, qisu ma ġara xejn!", "Għall-Oppożizzjoni, kif diġà għedt, anke negozju wieħed huwa importanti!", "Issa meta jkollok il-Gvern li qed jagħmel ammissjoni bħal din, hemm tifsira ħafna akbar.", "Meta Gvern qed jgħid li ma jimpurtahx kemm n-negozji ż-żgħar jikkontribwixxu lejn il-ġid ekonomiku tal-pajjiż, din hija riċetta li tista' twassal għal problemi akbar fil-futur.", "Wara li semmejt dawn l-ammissjonijiet li għamel il-Gvern, irrid nagħmel ħames punti prinċipali fejn il-Gvern lanqas qed jammetti s-sitwazzjoni li qegħdin fiha.", "Il-Gvern ftaħar li fl-ambjent sejrin tajjeb ħafna u qed ninvestu aktar minn qatt qabel.", "Hawn xi persuna waħda f'Malta li taħseb li taħt dan il-Gvern, fl-aħħar ħames snin, l-ambjent mar aħjar?", "Hawn xi persuna waħda f'Malta li taħseb li f'pajjiżna llum għandna aktar ġonna, msaġar u spazji nodfa u miftuħa?", "Kif jista' l-Gvern jgħid li hawn ambjent aħjar!", "Fejn qiegħed dan l-ambjent aħjar?", "Forsi b'xi erba' vilel mibnija fuq art ODZ mill-ftit magħżula li jistgħu jibnu fejn iridu ħalli jgawdu l-ftit widien li baqa'?", "It-tieni ħaġa li l-Gvern ma jridx jammetti hija dwar l-għoli tal-proprjetà u l-kirjiet.", "Il-Gvern qed jgħid li ħareġ white paper u li l-Oppożizzjoni żżeblaħ din il-white paper.", "Aħna qed ngħidu li l-white paper mhijiex biżżejjed u mhux se ssolvi l-problemi li hawn fis-suq tal-kirjiet u l-proprjetà.", "Bħala Oppożizzjoni lesti li niddiskutu u ppreparati li noħorġu bl-ideat.", "Bħala l-ewwel idea, qed ngħidu lill-Gvern biex ibiddel il-mudell ekonomiku tiegħu.", "Il-mudell ekonomiku li addotta l-Gvern huwa ħażin!", "Inutli l-Gvern jipprova jfettaq b'miżuri ad hoc.", "Jekk il-mudell ekonomiku tal-Gvern huwa li l-prezzijiet tal-proprjetà u l-kirjiet se jibqgħu jogħlew, din hija riċetta għal diżastru!", "Jekk ġejjin aktar nies, huwa ovvju li se jkun hawn aktar pressjoni fuq dan is-suq!", "Jekk se tiżdied il-popolazzjoni, huwa ovvju li se jogħlew il-prezzijiet.", "Jien għamilt mistoqsija waħda biss lill-Prim Ministru f'dan ir-rigward u staqsejtu jekk qed jippjana li jġib 10,000, 11,000 jew 15,000, fejn se joqogħdu dawn in-nies?", "Il-Prim Ministru jagħżel hu kemm irid iġib barranin, imma ejja ngħidu li se jġib 11,000 fis-sena, fuq ħames snin, dawn jiġu 66,000.", "F'liema raħal jew belt se joqogħdu dawn in-nies?", "F'liema appartamenti se joqogħdu?", "Liema art ODZ se jibni biex jakkomoda lil dawn il-barranin?", "Mela sewwa, għas-social housing il-Gvern m'għandux appartamenti u dwar dawn is-66,000 iridna nemmnuh li ppjana għalihom!", "It-tielet ħaġa li l-Gvern ma jridx jammetti hija l-għoli tal-ħajja, li diġà għamilt referenza għaliha u għalhekk mhux se nerġa' nirrepeti.", "Il-fatt li qed togħla l-ħajja mhux qed ngħidu jien, imma joħroġ mill-istatistika li jippubblika l-Gvern.", "Joħroġ ukoll mill-uġigħ tan-nies li ma jistgħux jixtru dak li hu essenzjali, bħall-ikel, il-mediċini u dak kollu li għandhom bżonn ta' kuljum.", "Għandna statistika ta' dawk li ma jistgħux jixtru t-tieni par żarbun u l-Gvern reġa' ġie hawn tlett ijiem ilu jmeri dawn il-figuri ta' dawk li jinsabu fil-faqar.", "Il-Gvern qed jagħmel differenza bejn dawk li qegħdin fil-faqar u dawk li qegħdin fil-preċipizju tal-faqar.", "In-numri tagħna huma korretti u se nibqgħu nirrepetuhom, għax dawk li m'għandhomx biex jgħixu, jafu li qed ngħidu l-verità.", "Ir-raba' ħaġa li l-Gvern ma jridx jammetti hija li fl-edukazzjoni għandna issues kbar.", "Il-Gvern qed jipprova jiġġustifika lilu nnifsu billi jgħid li daħal f'ċerti skejjel li ma kenux ta' kwalità tajba u sar il-manteniment fihom.", "Dan huwa tajjeb, però l-fatti jibqgħu dawk li huma!", "Huwa ta' uġigħ li għandna fost l-ikbar numru ta' school leavers ta' 15-il sena.", "Dan ifisser li dawn iż-żgħażagħ se jkunu marbutin għal għomorhom b'xogħol limitat u b'salarji baxxi, fejn ma jkunux jistgħu jtejbu lilhom infushom.", "Il-ħames ħaġa li l-Gvern mhux jammetti tirrigwarda l-kwalità tal-arja.", "Il-Gvern qisu bħal ħa pjaċir li ma nafux id-differenza bejn carbon monoxide u carbon dioxide.", "Li hawn biżibilju familji Maltin li qed jonfqu aktar flus fuq l-inhalers!", "Hawn biżibilju tfal Maltin bi problemi ta' respirazzjoni akuta.", "Hawn tobba li qed jgħidulna li qed jiltaqgħu ma' aktar nies bi problemi relatati mat-tniġġiż tal-arja li qed jiggrava.", "Qabel nagħlaq, irrid insemmi wkoll dak li ma qalx il-Gvern.", "Pereżempju, fir-rigward ta' proġetti kapitali u infrastrutturali, ma nafux x'inhuma dawn il-proġetti u investimenti kapitali li jrid jagħmel il-Gvern.", "Nafu biss li meta tkun f'defiċit, trid tagħmel minn kollox biex tirkupra ħalli tipprova tibbilanċja l-kontijiet.", "Meta inti sejjer tajjeb, trid tara kif tibda tinvesti fil-futur tal-pajjiż.", "Ma smajniex x'inhuma l-proġetti kapitali u infrastrutturali li jrid jagħmel il-Gvern.", "Nafu biss li fuq seba' snin, il-Gvern se jonfoq €700 miljun f'toroq li l-għada li jkunu tlestew, probabbli nirrealizzaw li ma jkunux saru b'mod tajjeb u jkollna nibnuhom mill-ġdid, għax m'hemmx infrastruttura tajba li tissapportjahom.", "Fil-qasam tas-saħħa l-Gvern ma qalilniex x'se jagħmel biex isolvi l-problema ta' 63,000 ruħ li hemm fuq il-waiting list b'medja ta' tmien xhur.", "Fir-rigward tas-settur tas-saħħa, il-Gvern qed jgħidilna biss li se jibda jagħmel pjan strateġiku fit-tul.", "Tajjeb!", "Fl-aħħar, il-Gvern se jibda jagħmel xi ħaġa!", "Però lil dawk li ma jifilħux illum, se ngħidulhom li rridu nfejquhom għada!", "Finalment, il-Gvern ma qalilniex kif se jsewwi l-ħsara li saret lir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Il-Gvern mhux qed jgħid kif se jtejjeb ir-reputazzjoni ta' pajjiżna biex ma nitilfux investimenti importanti li jattira pajjiżna.", "Sinjura President, nagħlaq b'messaġġ pożittiv.", "Il-Prim Ministru għamilli stedina li nibdew nitkellmu fuq in-numru ta' nisa f'dan il-Parlament.", "Jien nilqa' din l-istedina u nżid li tajjeb li nitkellmu fuq in-nisa b'mod ġenerali, għax in-nisa ma ssemmewx imqar darba fil-Baġit kollu.", "Bħala Oppożizzjoni lesti għal dan id-dibattitu għax nemmnu li kull persuna hija ugwali u jistħoqqilha l-fiduċja tagħna.", "L-istess fir-rigward tal-qasam sportiv, fejn ġew ivvotati miżerja ta' €600,000, li jfisser tnaqqis mis-snin ta' qabel.", "Aħna lesti li naħdmu fuq strateġija nazzjonali, għax nemmnu li f'pajjiżna għandu jkollna viżjoni fit-tul li tixraq lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nemmnu li nistgħu nagħmlu lil Malta u Għawdex aħjar!", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni.", "Il-ħin li fadal huwa kollu għan-naħa tal-Gvern.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, nirringrazzja lill-Membri kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni, li minn dak li smajt, jidher li ħa tbaqbiqa sewwa dalgħodu.", "Fil-ħin għad-dispożizzjoni tal-Gvern, flimkien ma' sħabi s-Segretarji Parlamentari u membri oħrajn fi ħdan in-naħa tal-Gvern, se nispjegaw il-ħidma tal-Gvern.", "Fil-fatt, se nħalli f'idejhom biex iwieġbu għal punti speċifiċi.", "Jien nixtieq inwieġeb għall-punti li għandhom x'jaqsmu mal-amministrazzjoni pubblika u dak li għandu x'jaqsam mat-tmexxija tal-Gvern.", "L-ewwel nett, il-Kap tal-Oppożizzjoni semma l-persons of trust.", "Irrid ngħid li l-ammont ta' persons of trust li għandu dan il-Gvern huma l-istess ammont ta' persons of trust li kellu l-Gvern preċedenti fl-2010.", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'kull amministrazzjoni pubblika, ibda mill-Istati Uniti sa kwalunkwe amministrazzjoni pubblika oħra, meta jidħol Gvern ġdid, jinħatru persuni ta' fiduċja tal-Gvern biex il-Gvern jopera l-programm tiegħu.", "Kien hemm saħansitra persons of trust li llum huma Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "M'hemmx dubju li l-amministrazzjoni preċedenti kellha fiduċja f'dawn il-persuni u għalhekk kellhom id-dritt li jimpjegawhom biex jaraw li jmexxu 'l quddiem il-linja tal-Gvern.", "Nerġa' ngħid li fl-Istati Uniti, anke meta jkun hemm ħatra ta' President differenti fl-istess partit, jinbidel l-istaff tal-White House.", "Għalhekk ma nistax nifhem għalfejn l-Oppożizzjoni qed tagħmel din il-kritka.", "Il-fatt li jkollok bidla fl-amministrazzjoni se jġib miegħu bidla fejn jispiċċaw il-persons of trust tal-amministrazzjoni preċedenti u jidħlu persons of trust tal-amministrazzjoni l-ġdida.", "Din il-bidla hija minn ewl id-dinja!", "Nerġa' ngħid li llum hemm l-istess numru ta' persons of trust li kien hemm fl-amministrazzjoni preċedenti.", "F'dan id-diskors, nixtieq niffoka l-aktar dwar dak li għandu x'jaqsam mal-amministrazzjoni pubblika u l-mixja li qegħdin nagħmlu flimkien fir-rigward tas-servizz pubbliku.", "Illum il-ġurnata għandna servizz pubbliku li ġie short-listed u qed jieħu awards internazzjonali għas-servizzi li joffri.", "Is-servizz pubbliku huwa ranked fl-ogħla postijiet tal-Unjoni Ewropea, kemm bħala termini ta' fiduċja tan-nies kif ukoll għall-kwalità tas-servizz li joffri.", "Ovvjament, ma nistgħux nistrieħu fuq dawn ir-riżultati pożittivi u ngħidu li wasalna, imma m'hemmx dubju li, kif se nispjega, saret u qed issir ħidma importanti ħafna ta' riforma fis-servizz pubbliku li qed tasal għand in-nies.", "Biżżejjed wieħed isemmi li permezz ta' servizz.gov li jingħata kemm online kif ukoll fil-komunità, wieħed m'għandux għalfejn joqgħod jidħol il-Belt għal kull servizz li jkollu bżonn.", "Illum qegħdin noffru 800 servizz fil-komunità permezz ta' one stop shops, liema servizzi qegħdin jiżdiedu wkoll.", "Għandna wkoll servizz online permezz ta' servizz.gov fejn noffru aktar minn 1,000 servizz permezz ta' formolarji.", "Għalija, din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Veru li qabel kellna servizzi li kienu jinsabu online, imma ħafna drabi ma kienx is-servizz li kien jingħata online, imma sempliċiment aċċess għall-formola PDF li tipprintjaha, timliha ħafna drabi manwalment u mbagħad teħodha bl-id f'xi dipartiment jew ieħor.", "Huwa minnu li dan kien jiffrankalek milli toqgħod timla l-formolarju fid-dipartiment speċifiku, imma mhuwiex is-servizz online li konna qed naspiraw għalih.", "Illum daħħalna sistema ta' simplifikazzjoni, fejn dawn il-formolarji prattikament kollha ssibhom online, fejn wieħed jista' jimla l-formola u jibgħatha dak il-ħin stess.", "B'dan il-mod qed titnaqqas il-burokrazija.", "Insemmi wkoll il-Business First li huwa servizz li l-Gvern jagħti flimkien mal-GRTU għan-nies fin-negozji ż-żgħar.", "Kellna każijiet fejn, pereżempju, 22 formola differenti ngħaqdu f'formolarju wieħed, biex b'hekk it-timeline biex wieħed jibda negozju f'pajjiżna tnaqqas minn tliet xhur għal tlett ijiem.", "Fil-fehma tiegħi dan huwa punt importanti ħafna li ftit li xejn insemmu.", "Bl-istess mod, irrid insemmi s-servizz tal-Freephone 153 li sa ftit ilu, ftit li xejn kien jiffunzjona u kważi kważi kien sar servizz moribond, għax ma kenux jidħlu telefonati.", "Fil-verità, it-telefonati li kienu jidħlu ma kenux jiġu segwiti bil-mod ta' kif suppost u għalhekk in-nies ma baqgħetx tagħmel użu minnu.", "Illum il-ġurnata dan is-servizz ingħata ħajja ġdida u huwa popolarissimu.", "Skont l-aħħar statistika li waslet għandi jidher li kull xahar ikun hemm medja ta' 40,000 telefonta lill-153.", "Immaġinaw 40,000 persuna li kull xahar, minflok imorru f'xi dipartiment jew ieħor, iċemplu fuq dan in-numru, fejn jingħataw l-informazzjoni li jkollhom bżonn, pereżempju x'għandhom jagħmlu biex japplikaw għal pensjoni partikolari, biex japplikaw għal servizz partikolari jew biex jiftħu negozju, u jkunu ggwidati minn nies professjonali.", "L-idea tagħna issa hija li nkomplu mexjin għal servizz pubbliku li jingħata 24/7 permezz ta' pjattaforma online li tkun anke aċċessibbli mill-mobile phones.", "Permezz ta' apps li għandna, se jkun hemm madwar 70 servizz aċċessibbli għan-nies.", "Meta nitkellmu dwar il-qasam tat-teknoloġija, wieħed jista' jara li din mhijiex xi ħaġa li qegħdin narawha barra mis-servizz pubbliku, imma qed naraw li s-servizz pubbliku qed jabbraċċja din it-teknoloġija.", "Sinjura President, illum nixtieq nagħti ġieħ u nrodd ħajr lin-nies kollha tas-servizz pubbliku, ibda mis-Segretarju Permanenti Prinċipali, is-Segretarji Permanenti kollha, id-diretturi ġenerali u d-diretturi li jagħmlu ħafna xogħol u, ħafna drabi jsibu rkaptu ta' ħafna esiġenzi.", "Jien, l-ewwel wieħed, nitlob rapport wara l-ieħor dwar fejn inkunu wasalna.", "Illum il-ġurnata sodisfatt ngħid li għamilna avvanzi kbar.", "Fejn fil-bidu tal-ewwel leġiżlatura din kienet kważi xi ħaġa li ried jimbotta għaliha l-Prim Ministru, fejn il-Prim Ministru jistaqsi lill-Ministri biex ikollu rapporti fejn wasal servizz jew inizjattiva, illum il-ġurnata għandna l-key performance indicators (KPIs) fejn kull xahar ikun irrappportat lill-Ministru partikolari fiex wasal ix-xogħol fuq ċerta inizjattiva li tkun ittieħdet, b'kull Ministeru jirrapporta lill-Prim Ministru.", "B'hekk qed ikollna dashboard system fejn inkunu nafu fejn ix-xogħol qed jaqa' lura, fejn qiegħed on target u fejn qiegħed avvanzat.", "Permezz ta' dan kollu, kburi ngħid li kull sena l-Gvern qed jippreżenta rapport qabel kull Baġit fejn ngħidu fejn tkun waslet l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Baġit ta' qabel.", "Din is-sena ppreżentajna rapport li juri implimentazzjoni ta' 49% tal-miżuri tal-Baġit ta' qabel.", "B'mod trasparenti, kull persuna fil-pajjiż tista' tidħol online u taċċessa din l-informazzjoni.", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa eżerċizzju qawwi ħafna ta' trasparenza u accountability.", "Bl-istess mod, il-Gvern qed jippubblika r-Rapport Annwali tal-NAO.", "Jekk m'iniex sejjer żball, qegħdin fit-tielet pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali mill-Awditur Ġenerali.", "Qabel, l-Awditur Ġenerali, li huwa uffiċjal tal-Parlament, kien joħroġ ir-rapport tiegħu, issir l-analiżi interna – bl-ebda mod ma qed ngħid li ma kenitx issir analiżi, għax jien rajt li kienu jsiru dan it-tip ta' analiżi – imbagħad kull rapport tal-NAO kien jispiċċa kważi repetizzjoni tar-rapport tas-sena jew sentejn ta' qabel, fejn kien jingħad il-parti tax-xogħol li tkun għadha ma saritx.", "Min-naħa l-oħra, illum, kif joħroġ ir-rapport tal-NAO, jiskatta mekkaniżmu li permezz tiegħu kull dipartiment ikkonċernat jintalab jagħti feedback f'dan ir-rigward.", "Fl-istess ħin, issir ukoll konsultazzjoni mal-NAO fil-proċess kollu fejn il-partijiet li fuqhom l-NAO jkollha raġun, naraw li jsiru l-bidliet meħtieġa u nirrapportaw dwarhom.", "Ikun hemm affarijiet oħrajn fejn l-Awditur Ġenerali u l-Gvern ikollhom punti di vista differenti.", "L-Awditur jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu fuq livell tekniku u l-amministrazzjoni pubblika, mingħajr intervent politiku imma b'mod tekniku, jekk tara li r-rakkmandazzjoni ma tagħmilx sens, tagħti r-raġunijiet tagħha lill-Awditur.", "Naħseb li b'dan il-mod inbena mekkaniżmu ta' checks and balances fejn ir-rakkmandazzjonijiet ma jitpoġġewx sempliċiment fuq l-ixkaffa, imma tittieħed azzjoni fuqhom.", "Bi pjaċir inħabbar li din is-sena se nimplimentaw xi ħaġa ġdida.", "Fi ftit taż-żmien ieħor, għall-ewwel darba, il-Gvern se jibda joħroġ rapport b'reazzjoni għar-rapport annwali tal-Ombudsman.", "Kif għedt, l-Ombudsman huwa uffiċjal tal-Parlament u għandu d-dover li jagħmel rakkmandazzjonijiet fuq ilmenti individwali.", "Jista' wkoll, fuq inizjattiva tiegħu, wara li jkun ħass ċerti affarijiet jew ra ċerti rapporti fil-mezzi tax-xandir, jinvestiga ċerti oqsma.", "Sal-lum, ir-rapport tal-Ombudsman jiġi diskuss fil-Parlament, imma fil-verità ma jkunx hemm reazzjoni uffiċjali mill-Eżekuttiv għal dan ir-rapport.", "Għall-ewwel darba dan il-Gvern iddeċieda li jimxi mod ieħor.", "Issa meta ngħid iddeċidejna, din mhijiex deċiżjoni faċli.", "Kif nafu, l-eħfef ħaġa meta tkun ikkritikat hija li tipprova tnessi r-rapport tal-Ombudsman.", "Taħt kull Gvern, kwalunkwe Ombudsman dejjem ikkritika lill-Gvern tal-ġurnata, fejn isemmi l-grievances li jitressqu quddiemu u jħoss li għandhom jiġu inidrizzati.", "L-eħfef ħaġa hija li tħalli dawn ir-rapporti jiġbru t-trab, biex forsi jintesew u ħadd ma jagħti kashom.", "Dan il-Gvern qed jieħu r-riskju li dan ir-rapport tal-Ombudsman jitressaq fuq quddiem tal-aġenda tiegħu u tingħata risposta għalih.", "Fi ftit tal-ġimgħat oħra se jkollna tweġiba uffiċjali min-naħa tal-Gvern għar-rapport tal-Ombudsman fuq il-punti fejn il-Gvern jemmen li l-Ombudsman ġibed l-attenzjoni b'mod korrett u allura għandha tittieħed azzjoni, kif ukoll fuq il-punti l-oħra mqajma mill-Ombudsman, imma l-Gvern iħoss li hemm diverġenza fuqhom.", "Kif nafu, dan dejjem se jkun hemm punti ta' diverġenza, bejn il-perspettiva li jkollu l-Gvern u dak li jkun qed jgħid l-Ombudsman.", "Naħseb li riforma oħra li tajjeb li ninformaw lill-poplu tagħna li qed titwettaq tirrigwarda l-qasam tal-public procurement, il-mod ta' kif jinħarġu t-tenders, kif isir ix-xiri, kif ukoll kemm idum ma jsir ix-xiri min-naħa tal-Gvern.", "Fil-leġiżlatura li għaddiet, is-sitwazzjoni kienet tali fejn sabiex jiġi pproċessat tender kellhom jgħaddu 275 ġurnata mill-ġurnata li joħroġ it-tender.", "Jekk ma jinqala' xejn u ma jkunx hemm kwestjonijiet maġġuri, kellek prattikament disa' xhur biex it-tender ikun wasal biex jiġi aġġudikat, aħseb u ara biex jiġi implimentat.", "Saru għadd ta' riformi f'dan ir-rigward li ġew innotati saħansitra mill-Unjoni Ewropea bħala best practice f'rapport li ħareġ fit-3 ta' Ottubru, 2017.", "Dawn il-prattiċi ġew mgħoddija lill-istati membri oħrajn, bħala l-mod ta' kif għandu jsir il-proċess ta' public procurement.", "It-tiġdid li qed isir qed iqassar iż-żmien li jiġi aġġudikat tender u qed iwassal ukoll biex in-nefqa tal-Gvern tkun aktar effiċjenti.", "Nemmen li din hija xi ħaġa importanti ħafna!", "Sinjura President, fil-Baġit ħabbarna t-twaqqif ta' struttura, fil-fehma tiegħi kruċjali, għal moniteraġġ tal-konċessjonijiet mill-Gvern.", "Kwalunkwe konċessjoni li tingħata mill-Gvern lil ċerta entità, għal roundabouts, shipbuilding, djar tax-xjuħ u sptarijiet, fost l-oħrajn, tkun tinkludi ħafna kondizzjonijiet li ħafna drabi jispiċċaw jiġu diskussi f'dan il-Parlament jew f'xi Kumitat tal-Parlament.", "Membri Parlamentari miż-żewġ naħat ġustament jitkellmu dwar kondizzjonijiet partikolari li jridu jiġu osservati f'ċerti kuntratti.", "Il-verità hija li dawn il-kondizzjonijiet ikunu qegħdin fil-kuntratt, imma jekk ma jitteħidx interess partikolari mill-amministrazzjoni tal-ġurnata, ftit li xejn jitħarsu.", "M'iniex qed ngħid li qabel hekk kien isir, għax jekk qabel din kienet sistema ħażina, għadha ħażina llum, u jekk kienet tajba, għadha tajba llum ukoll.", "M'hemmx sistema awtomatika biex tkun taf li fir-rigward tal-kuntratti li jkunu għaddew minn skrutinju sħiħ ikunu qed jiġu implimentati u jkunu qed isiru rapporti kontinwi ta' aġġornament.", "Pereżempju, fil-Freeport għandek sitwazzjoni fejn jgħaddulek rapporti ta' inġiniera dwar tipi ta' investimenti li jkunu qed isiru.", "Hemm ċerti affarijiet li jsiru b'mod aktar regolari minn oħrajn, imma m'hemmx entità tal-Gvern li tħares kontinwament x'devjazzjoni tkun qed issir minn dak imwiegħed.", "Pereżempju, ikun hemm min jgħidlek li jekk tagħtih konċessjoni, se jinvesti tant miljuni f'xi ħaġa jew se jimpjega ammont ta' nies, fost l-oħrajn.", "Naħseb li din hija miżura oħra ta' checks and balances li se tgħin ħafna għal aktar trasparenza u accountability min-naħa tal-Gvern.", "Sinjura President, nixtieq nitkellem dwar il-Public Administration Act li se tidħol fis-seħħ flok il-liġi eżistenti, bil-għan li tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni fir-rigward tas-servizz pubbliku.", "Għandi l-pjaċir ngħid li din il-liġi saret mis-Servizz Pubbliku stess, b'konsultazzjoni qawwija ħafna mal-branki u l-oqsma differenti tas-servizz, b'input ta' akkademiċi u professjonisti barra mis-servizz pubbliku u anke bis-sehem ta' studenti universitarji.", "Kien hemm persuni li għamlu teżijiet speċifiċi ħafna f'dan ir-rigward, biex illum dan l-Abbozz ta' Liġi huwa ppubblikat u se jgħin sabiex nimxu ħafna aktar 'il quddiem.", "Issemmiet ukoll l-issue tal-esplorazzjoni taż-żejt.", "Ninsab ottimist li nistgħu nkomplu nagħmlu progress f'dan il-qasam.", "M'iniex persuna li nħobb ngħid affarijiet li b'xi mod jew ieħor jistgħu jiġu miżinterpretati jew li nagħti ċerti aspirazzjonijiet li mhux reali.", "Ir-riżultati jiġu jekk u meta jkun hemm progress.", "Ovvjament, dan huwa proċess fit-tul li ma jistax isir haphazardly.", "Nemmen li kulħadd jaf li hemm tliet żoni li huma liċenzjati biex ifittxu għż-żejt, fejn fi tnejn minnhom qed isir tfittix minn kumpanija waħda li hija l-Heritage Oil fuq production sharing contract u l-kumpanija l-oħra hija Ratio Oil, li għandhom exploration study agreement.", "Nemmen li anke bit-twaqqif tal-National Oil Company (NOC) nistgħu nagħmlu ċertu progress.", "Qed noqogħdu attenti ħafna għall-mod ta' kif inwaqqfu l-NOC, dwar l-assi tal-NOC u l-mod ta' kif tiġi ttrattata permezz tal-liġi.", "Filwaqt li l-intenzjoni tal-Gvern hija ċara u l-istudji juru l-options differenti li għandna, m'aħniex qed ngħaġġlu.", "Din hija kwestjoni ta' ass nazzjonali kbir, li huwa wkoll maqbud f'negozjati internazzjonali.", "Għandek ħafna pajjiżi li jkollhom għajnejhom fuq l-ibħra, fejn kulħadd jgħid li jkunu l-ibħra jew il-continental shelf tiegħu.", "Għalhekk, f'dak kollu li nagħmlu, irridu noqogħdu attenti immens li ma nippreġudikawx lill-pajjiż.", "Biss nemmen li l-ħidma li qed issir hija tajba u għandna fejn inkomplu nżiduha.", "Sinjura President, irridu nersqu lejn is-servizz pubbliku li jkompli jgħin sabiex iwassal is-servizz għand in-nies.", "Bi pjaċir nara li minkejja reżistenza inizjali, is-Servizz Pubbliku qed jilqa' l-iskrutinju tal-mystery shoppers.", "Illum il-ġurnata għandna sistemi outsourced li permess tagħhom nies minn kumpaniji speċifiċi u speċjalizzati jmorru jew iċemplu b'mod regolari f'dipartimenti partikolari, fejn iżommu l-ħin ta' kemm idumu biex jinqdew u jaraw it-tip ta' reception u tweġiba li jingħataw.", "L-għan mhux li ngħaddu xi ġuri lil dak li jkun, imma biex noffru servizz aħjar.", "Huwa ovvju li jekk il-Prim Ministru, Ministru jew membru parlamentari jitlob għal ċertu servizz, se jingħata ċerta attenzjoni.", "Però aħna rridu naraw x'inhi l-esperjenza reali tan-nies f'kull dipartiment.", "Għalhekk qed nagħmlu dan l-eżami permezz tal-mystery shopper, fejn inti ma tafx min għandek quddiemek, qed jistaqsik mistoqsijiet speċifiċi u qed iċempel f'ħin speċifiku.", "B'hekk wieħed jara, pereżempju, kemm idum biex wieħed jirrispondi telefonata u x'servizz qed jingħata.", "B'hekk, meta mmorru biex nitkellmu ma' dak id-dipartiment partikolari, ikollna l-istampa reali.", "Issa, jekk tkun fula f'qargħa mod, imma tkun xi ħaġa li qed tiġri b'mod regolari, ovvjament li wieħed irid jieħu azzjoni dwarha.", "Pereżempju, wieħed jista' jsib li ċertu numru tat-telefon qatt ma jiġi maqbud wara ċertu ħin.", "Hemmhekk ikollok problema li trid tiġi indirizzata.", "Nerġa' ngħid li l-għan mhux li ngħaddu lin-nies ġuri, imma sabiex ikollna sistema aktar effiċjenti.", "Bl-istess mod, irridu nersqu lejn sitwazzjoni fejn biex wieħed jieħu servizz, ikollu bżonn jikteb darba biss.", "Din hija waħda mill-għanijiet u mill-chimeras ta' kwalunkwe servizz pubbliku!", "Fil-fehma tigħi, dan huwa għan li għadna ma lħaqniehx, imma li jista' jintlaħaq.", "Sinjura President, nagħlaq billi mill-ġdid inrodd ħajr lill-ħafna ħaddiema tas-Servizz Pubbliku.", "Ħafna drabi, in-nies fis-Servizz Pubbliku jiġu demonizzati u huma an easy target għal ħafna mill-kritika li ssir.", "Kif ġieli għedt, mill-esperjenza tiegħi, nista' ngħid li fis-Servizz Pubbliku tiltaqa' ma' kollox, l-istess mod kif issib fis-servizz privat.", "Naħseb li għandna oqsma tas-Servizz Pubbliku li għadhom not up to scratch, għax is-servizz li jingħata mhux tajjeb u mhux aċċettabbli.", "Però, għandna oqsma oħrajn tas-Servizz Pubbliku fejn is-servizz li jingħata huwa aħjar mis-settur privat.", "Mhux se nsemmi kumpaniji b'isimhom, imma jiġuni f'moħħi kumpaniji fis-servizz privat fejn qishom qed jagħmlulek pjaċir, fis-sens li jekk iċċemplilhom biex tirrapporta xi ħsara, jgħadduk minn martirju!", "Naħseb li kulħadd jista' jimmaġina għal-liema kumpaniji qed nirreferi.", "Naħseb li l-Gvern huwa ħafna aktar effiċjenti f'ċerti setturi mis-servizz li jingħata mill-privat.", "Bl-istess mod, meta nitkellem mal-mexxejja tas-Servizz Pubbliku, nagħti dan l-eżempju, li jien ġieli bgħatt email lil uffiċjali pubbliċi partikolari l-Ġimgħa fil-4.55 p.m. u nirċievi tweġiba t-Tnejn fid-9.05 p.m. Min-naħa l-oħra, ġieli bgħatt email is-Sibt fin-12.30 a.m. u nsib risposta fl-inbox tiegħi l-Ħadd fil-5.00 a.m. (Onor. Membri: Hear, hear) Is-Servizz Pubbliku huwa magħmul minn persuni differenti, li aħna rridu nimmotivaw, biex iwettqu ħidmithom mill-aħjar li jistgħu.", "Għalhekk jien kburi li tajna collective agreement għal seba' snin bla preċedent, b'żidiet fis-Servizz Pubbliku biex nattiraw u ninċentivaw lill-aqwa nies.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sinjura President, tul din l-aħħar sena, il-Gvern reġa' wera biċ-ċar li żamm kelmtu mal-poplu Malti u Għawdxi, fejn wettaq il-maġġoranza sħiħa tal-wegħdi li saru fil-Baġit tas-sena li għaddiet.", "Fil-fatt, kif semma l-Prim Ministru, dan il-Gvern beda sistema fejn qabel il-Baġit joħroġ rapport dwar dawk il-miżuri li jkunu twettqu.", "Bħala dekasteru li jien responsabbli għalih, taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b'sodisfazzjon ngħid li wettaqna mija fil-mija ta' dak li wegħedna u hekk besħiebni nagħmel flimkien mat-team tiegħi fi ħdan is-Segretarjat u mal-awtoritajiet fis-sena li ġejja.", "Dan id-dekasteru huwa responsabbli mis-servizzi finanzjarji, li huma l-għajxien ewlieni għal bosta familji Maltin u Għawdxin.", "Bħala Gvern ninsabu determinati li nkomplu niddefendu s-servizzi finanzjarji u l-ekonomija diġitali li issa qed taqbad ir-ritmu sew biex tkun kontribut ewlieni għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiż.", "Fuq kollox, qed nixprunaw il-ħsieb kreattiv biex nagħmlu minn Malta magna għall-innovazzjoni ekonomika.", "Fl-isfond tar-rispons li rċevejna fuq dan il-Baġit, nibda billi nsemmi l-użu tat-teknoloġija li se tkun qed tintuża fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-poplu.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-proġett Safe City.", "Permezz ta' dan il-proġett se nkunu qegħdin naraw kif bl-użu tat-teknoloġija u tat-telekomunikazzjoni se nagħtu l-għodda neċessarja lill-korpi tas-sigurtà sabiex jutilizzawha biex tgħinhom f'sorveljanza viżiva kif ukoll f'aktar informazzjoni, bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà fejn meħtieġ.", "Fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma biex jitpoġġa apparat f'ambitu magħluq, jiġfieri f'data centre, għal użu esperimentali sabiex naraw kif dan l-apparat jista' jgħin lill-korpi tas-sigutà f'pajjiżna.", "Ovvjament, dan qed isir b'diskussjonijiet mal-Kummissarju tad-Data u konsultazzjoni pubblika, fejn se naraw li b'rispett sħiħ tal-liġijiet tal-privacy u best practice internazzjonali nkunu nistgħu nagħtu din l-għodda lill-korpi dixxiplinarji f'pajjiżna.", "Matul is-sena d-dieħla, wara konsultazzjoni, se nkunu qegħdin nibdew bil-lokalità ta' Paceville u l-Marsa, bil-ħsieb li mbagħad tkompli d-diskussjoni sabiex naraw kif din it-teknoloġija tista' tkompli tkun mifruxa f'aktar lokalitajiet.", "Kif għedt, din is-sistema se tkun qed topera b'rispett sħiħ lejn il-privatezza u aktar dettalji se jkunu qed jingħataw aktar 'il quddiem.", "Però nixtieq nesprimi s-sodisfazzjon lejn ir-rispons pożittiv għal dan il-proġett.", "Issa se nkun qed nagħti ħarsa lejn ħidma li hemm lesta biex issir mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu fi ħdan is-Segretarjat, kif ukoll ħidma li wettaqna matul din is-sena.", "Se nibda b'suġġett li dan l-aħħar qed jissemma ħafna u li huwa l-mezz ewlieni ta' għajxien għal bosta Maltin u Għawdxin.", "Qed nirreferi għas-servizzi finanzjarji li huwa kontribut ewlieni għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Bħala Gvern ninsabu kommessi li nsaħħu dan il-qasam, li noħolqu iżjed opportunitajiet u li jkollna settur li jantiċipa l-futur, dak li jissejjaħ future-proof, billi nesploraw niċeċ ekonomiċi ġodda.", "Fl-istess ħin se naraw li nindirizzaw l-isfidi li hemm f'dan il-qasam, bħall-kwestjoni tal-ħasil ta' flus, liema sfida mhijiex għal pajjiżna biss, imma għad-dinja kollha.", "Tant hu hekk li, reċentement, fuq il-magazine The Economist, issemmiet saħansitra Londra li hija kkonsidrata ċentru għas-servizzi finanzjarji.", "F'artiklu dettaljat intqal li Londra qed taffaċċja din l-isfida ta' ħasil ta' flus b'mod qawwi.", "Għalhekk, bħala Gvern, ma qgħadniex b'idejna fuq żaqqna, imma qed naraw li nsaħħu b'mod fattwali l-ħidma tar-regolatur bi proċessi ta' ristrutturar u emendi fil-liġijiet.", "Fil-fatt, bħalissa, fi stadju ta' Kumitat, qed niddiskutu t-tieni set ta' liġijiet li se jkunu qegħdin jemendaw l-istruttura tal-MFSA sabiex taħdem b'mod aktar effiċjenti u jkollha aktar saħħa biex taġixxi b'mod aktar spedit fejn ikun hemm bżonn.", "Ix-xogħol tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, li hija awtorità indipendenti, huwa kruċjali.", "Din l-Awtorità sservi ta' regolatur għall-qasam tas-servizzi finanzjarji, liema qasam jixpruna l-ekonomija ta' pajjiżna u jħaddem eluf ta' ħaddiema.", "Din l-Awtorità mhijiex qiegħda hemm biex tkun xi mażżra.", "Din qiegħda hemm biex issaħħaħ il-pożizzjoni ta' pajjiżna bħala ċentru finanzjarju billi timplimenta r-regoli, tinċentiva l-innovazzjoni, issostni t-teknoloġiji ġodda u tgħin sabiex ikunu żviluppati prodotti u servizzi ġodda f'qafas regolatorju b'saħħtu.", "L-għan tagħna huwa li r-regolatur finanzjarju jkun role model għas-settur privat.", "Il-Prim Ministru kien qed jispjega kif l-għan tal-Gvern huwa li s-settur pubbliku ikun ta' eżempju għas-settur privat u mhux bil-kontra.", "Għalhekk aktar 'il quddiem se nkun qed nelenka l-investiment li qed isir sabiex naraw li jkollna aktar effiċjenza u l-mod li bih joperaw l-awtoritajiet fuq livell ġenerali jkun qed jitjieb.", "L-Awtorità taħdem sabiex tara li kumpaniji reġistrati magħha jaderixxu mar-regoli kollha, inkluż dawk internazzjonali, filwaqt li jiġu sottomessi għal sorveljar kontinwu.", "Minkejja dan, ikun hemm ukoll element ta' flessibbiltà sabiex l-Awtorità ma tispiċċax anakronista li ma timxix maż-żmenijiet.", "L-Awtorità ħadet azzjonijiet sabiex tassigura li jkun hemm ħarsien tar-regoli, kif stajna naraw dan l-aħħar, bl-aktar każ reċenti ta' Satabank.", "Hawnhekk, ippermettuli nagħmel żewġ appelli partikolari.", "L-ewwel appell imur lejn l-Oppożizzjoni sabiex ma nagħmlux ballun politiku minn din is-sitwazzjoni.", "It-tieni appell imur lejn il-banek, li għandhom rwol importanti fit-tkabbir tal-ekonomija.", "Il-banek iridu jkunu partners mal-istakeholders kollha sabiex l-ekonomija tkompli tikber.", "Għalhekk, nixtieq nagħmel appell lil dawk il-banek li forsi jagħmluha daqsxejn aktar diffiċli minn kemm suppost biex jiftħu basic accounts lill-klijenti u lin-nies inġenerali.", "Ejja nfakkru li huwa l-obbligu ta' kull bank li jiftaħ basic account lil kwalunkwe persuna li titlob dan is-servizz.", "Dan huwa punt ċar u ma nixtieqx li jkun hemm bżonn li l-Gvern jintervjeni b'mod ieħor.", "Naħseb li l-messaġġ qed jasal sew u għalhekk għandu jittieħed.", "L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji għaddejja minn proċess estensiv biex issaħħaħ l-istrutturi interni tagħha, taddatta għall-bidliet u tidentifika modi sabiex ittejjeb is-servizzi.", "Qed tagħmel dan anke permezz ta' ħruġ ta' linji gwida u reviżjonijiet tar-rule book kif għamilna reċentement għat-trustees u l-fiduċjarji.", "L-Awtorità qed taħdem sabiex issaħħaħ l-istrateġija ta' superviżjoni fil-ġlieda tagħha kontra l-ħasil tal-flus.", "Fil-fatt diġà sar xogħol estensiv f'dan ir-rigward biex tkun imħarsa l-metodoloġija ta' kif isir l-assessjar tar-riskji b'rabta mas-settur bankarju u oqsma ta' servizzi finanzjarji.", "Tajjeb ngħid li kien iffinalizzat ukoll il-proċess ta' proċeduri ta' superviżjoni li jridu jittieħdu u jkunu wżati kemm milll-MFSA kif ukoll mill-FIAU.", "B'hekk, b'kordinazzjoni u kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet indipendenti, jiġifieri l-MFSA u l-FIAU, ikun hemm ħidma aktar effettiva sabiex din il-kwestjoni tkun tista' tiġi indirizzata b'mod aktar dirett.", "Filf-fatt, reċentement, l-MFSA ppubblikat linji gwida oħra għall-politically exposed persons, liema inizjattiva hija pass ieħor fl-isforz tal-Awtorità li tkompli ssaħħaħ is-superviżjoni tagħha kontra l-ħasil tal-flus.", "Fl-istess ħin, l-Awtorità qed tindirizza sfidi internazzjonali bl-aqwa prattiċi internazzjonali u b'impenn ma' msieħba internazzjonali u entitajiet superviżorji.", "Tajjeb ngħidu li l-MFSA tirispondi għall-istruzzjonijiet internazzjonali oħra, li jinħarġu mill-European Banking Authority, l-EIOPA u l-ESMA, li huma kollha istituzzjonijiet internazzjonali li jagħmlu superviżjoni ta' settur partikolari.", "L-MFSA, bħala regolatur, tkun qiegħda tirrispondi għal dawn l-istruzzjonijiet.", "Għas-sena li ġejja, l-Awtorità se tkun qed twettaq taħriġ għall-industrija b'enfasi fuq ir-rekwiżiti tal-MiFID II.", "Permezz ta' seminars u taħriġ, is-settur se jkun qed jingħata għarfien aħjar dwar ir-riskji applikabbli fejn se jkunu identifikati issues partikolari u ċċarat ukoll kif wieħed ikun jista' jindirizza ċerti metodi.", "Dan it-taħriġ se jkun mifrux fuq oqsma varji sabiex l-industrija tkun informata aktar dwar l-obbligi u d-direttivi li jridu jiġu segwiti.", "Qed naraw li b'dan it-taħriġ jintlaħqu wkoll kumpaniji li joffru servizz biex tinħoloq kuxjenza fuq rekwiżiti fl-isfond li dawn għandhom rwol importanti ta' gatekeepers.", "Ħafna drabi, is-service providers ikunu l-gatekeepers tal-kumpaniji li jiġu joperaw f'pajjiżna.", "Importanti li dawn l-istess gatekeepers ikunu jafu bir-responsabbiltà u l-obbligi tad-direttivi u r-regoli eżistenti.", "Bħala Gvern, nafu fejn irridu naslu f'dan il-qasam u ninsabu determinati li nuru li s-saħħa ta' dan is-settur tiġi mill-fatt li kapaċi jaddatta għall-bidliet ta' madwarna.", "Fil-fatt, kif semmejna fil-Baġit, fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru forum tas-servizzi finanzjarji li se jservi bħala l-body uffiċjali ta' komunikazzjoni bejn il-Gvern u l-istakeholders tas-settur finanzjarju.", "Aktar minn hekk, l-ewwel rwol importanti ta' dan il-forum huwa li l-viżjoni tagħna għas-settur finanzjarju tinġabar f'dokument bi strateġija għall-għaxar snin li ġejjin.", "Naħseb li s-settur finanzjarju huwa pedina importanti ħafna għall-pajjiż u għalhekk jistħoqqlu li jkollu strateġija fit-tul impoġġija fuq il-karta, sabiex kulħadd ikun jaf il-miri tal-Gvern għal dan is-settur.", "Din l-industrija saret dipendenti ħafna fuq it-teknoloġija li tagħti saħħa lill-prodotti u s-servizzi offruti.", "Teknoloġiji ġodda bħal, pereżempju, il-blockchain, l-artificial intelligence u l-mod ta' kif qed tevolvi l-industrija tal-FinTech se jkunu fiċ-ċentru tal-industrija, inkluż fir-regolar u s-superviżjoni.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-istaff kollu tal-MFSA, miċ-Chairpeson sal-amministrazzjoni kollha.", "Nirringrazzja wkoll b'mod partikolari il-FinTech team li ħadmu lejl u nhar sabiex jilħqu mal-miri li poġġejna bħala Gvern, sabiex illum f'pajjiżna bdejna bil-liċenzjar u bl-applikazzjonijiet għal dan is-settur.", "B'hekk qed naraw li se nkunu qed nikkreaw industrija ġdida.", "Flimkien mal-Prim Ministru għadna kemm attendejna seminar li qed jittella' bħalissa, u li qed jattendu għalih madwar 8,000 delegat minn barra.", "Madwar xahar ilu kellna konferenza oħra li attendew għaliha madwar 5,000 delegat.", "F'temp ta' xahar, nistgħu naraw l-ammont ta' kumpaniji li qegħdin niġbdu lejn dan il-pajjiż u li qed juru interess kbir f'Malta.", "Dan għaliex dan il-Gvern għandu viżjoni, ma jiddejjaqx jiddeċiedi, u fejn jara l-opportunità mill-ewwel jipprova jaħtafha għall-benefiċċju ta' dan il-pajjiż.", "Għalhekk qed naraw li jkollna strateġija ġdida tal-IT li se tkun ibbażata fuq pjan strateġiku ta' tliet snin, b'investiment sinifikanti biex immorru għad-diġitalizzazzjoni u l-immodernizzar tal-infrastruttura.", "Fl-istess ħin, grazzi għat-teknoloġija, se nkunu qegħdin insaħħu r-reżiljenza tas-sistema biex ikollha attività li tibqa' għaddejja.", "Qed inħarsu lejn teknoloġiji bħal RecTech.", "Grazzi għat-teknoloġija se nkunu nistgħu naraw kif ċertu pproċessar li sal-lum isir b'mod manwali, jieħu aktar fit-tul u huwa aktar soġġett għal human error, jibda jsir b'inqas żbalji u b'aktar effiċjenza tal-istess regolatur.", "Dan kollu se jwassalna għall-viżjoni 2021, fejn l-Awtorità qed taħdem fuq pjan strateġiku li, kif diġà semmejt, ikun jista' jwassalha u jgħolliha fuq il-livell li jmiss.", "L-għan prinċipali tagħna jibqa' li l-Awtorità, bħala r-regolatur, isservi ta' mudell għall-industrija privata.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar Finance Malta li kompliet il-ħidma tagħha biex tippromwovi dak li qed iseħħ f'pajjiżna fuq livell internazzjonali.", "L-avvanzi li għamilna poġġewna fuq quddiem nett f'setturi ġodda.", "Fil-fatt, din is-sena, Finance Malta se tkun ħadet sehem f'60 inizjattiva.", "Il-ħidma ta' Finance Malta tassigura li Malta jkollha leħen barra minn Malta fil-qasam tas-servizzi finanzjarji biex tkun kapaċi tattira investiment f'dan il-qasam, grazzi wkoll għall-kontribut tal-membri tagħha.", "Hawnhekk nirringrazzja lill-membri kollha li jaħdmu fi ħdan Finance Malta.", "F'dan il-qasam, Malta trid tikkompeti ma' swieq li, sal-lum, huma ferm aktar żviluppati u stabbiliti minn pajjiżna.", "Insemmi, pereżempju, pajjiżi bħal-Lussemburgu, l-Irlanda u Londra, fost l-oħrajn.", "Qed insemmihom mhux biex ngħid li se naqtgħu qalbna, imma biex ngħid fejn qed nimmiraw li naslu.", "Grazzi għax-xogħol siewi li qed tagħmel Finance Malta u l-membri tagħha, ir-riżultati huma pożittivi u s-settur qed jirreġistra tkabbir konsistenti, sena wara l-oħra, kif fil-fatt qed juru l-istatistiċi maħruġa mill-istess Awtorità.", "Semmejt il-qasam tal-blockchain, imma tul din l-aħħar sena u nofs hemm realtajiet oħrajn li Finance Malta qed tiffaċċja f'termini ta' żvilupp, anke fil-qasam internazzjonali.", "Dan iġibni għall-punt ta' Brexit.", "Il-pożizzjoni li ħadet Finance Malta u li ħa wkoll il-Gvern hija li f'kull inizjattiva li ħadna sehem fiha, konna ċari li filwaqt li nirrispettaw id-deċiżjoni tal-poplu Ingliż, Malta kellha d-dover li twassal il-messaġġ li toffri vantaġġi sostanzjali għal dawk il-kumpaniji li jixtiequ jżommu l-operat tagħhom fl-Ingilterra, filwaqt li fl-istess ħin iridu jibqgħu jgawdu minn drittijiet u vantaġġi ta' passaporti għall-bqija tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "B'hekk qegħdin naraw kif qed jirnexxilna nżommu r-relazzjoni tajba ħafna li għandna mar-Renju Unit, u fl-istess ħin naraw li ż-żewġ pajjiżi jkunu qegħdin jibbenefikaw fit-triq 'il quddiem.", "Ngħaddi issa biex nagħti ħarsa lejn settur settur, fis-servizzi finanzjarji.", "Is-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji baqa' stabbli meta pparagunat mas-sena li għaddiet, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' istituzzjonijiet li joffru kreditu, kif ukoll f'istituzzjonijiet li huma awtorizzati li joffru pagamenti b'mod elettroniku, jiġifieri ePayment services.", "Dan tal-aħħar huwa settur importanti għax joffri servizzi kruċjali għall-qasam tal-gaming.", "Fil-qasam tal-asset management ħriġna skemi ta' funds, biex illum il-valur tal-assi netti li huma amministrati minn Malta jaqbeż il-valur ta' €12-il biljun.", "Fl-asset management, bħala pajjiż għandna immaniġġjar ta' €12-il biljun f'assi.", "Jekk inħarsu lejn dawn it-tip ta' funds li jissejħu alternative investment funds, nistgħu naraw li kuntrarju għall-impressjoni li xi kultant tipprova tagħti l-Oppożizzjoni, sa Ġunju ta' din is-sena dan is-settur żdied b'rata ta' 19% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.", "Matul din l-aħħar sena, dan is-settur kiber b'rata ta' 19%.", "Ta' min isemmi wkoll li qegħdin nirreġistraw suċċessi oħrajn fuq skema li nediet l-MFSA sentejn ilu, ċjoè dik ta' notified alternative investment funds fejn, sal-lum, dawn il-funds kibru b'rata ta' 55% fuq is-sena li għaddiet.", "Hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq ċifri żgħar.", "Kif għedt, bħala Gvern nafu x'qegħdin ngħidu u nafu fejn irridu naslu.", "Għalhekk, kemm-il darba nappellaw lill-Oppożizzjoni biex ma tagħmilx ballun politiku minn dan is-settur, għax jekk inkomplu naħdmu kif qegħdin nagħmlu, għandna ħafna aktar aħbarijiet sbieħ x'inwasslu lejn dan il-pajjiż.", "Kif diġà għedt, f'żewġ setturi partikolari biss, f'sena kien hemm tkabbir ta'19% u 55%.", "Fir-rigward tas-settur tal-assigurazzjoni naraw li l-ammont ta' operaturi f'dan il-qasam kompla jiżdied.", "Dan huwa settur ieħor fis-servizzi finanzjarji fejn rajna tkabbir.", "Jekk inħarsu lejn is-sena li għaddiet naraw li n-numru ta' liċenzji li ngħataw sa Settembru tal-2018 laħaq is-66, jiġifieri kellna żieda ta' tliet liċenzji ġodda minn Diċembru tas-sena ta' qabel.", "Meta tingħata liċenzja ta' assigurazzjoni, din hija operazzjoni daqsxejn kbira.", "Il-fatt li jkollna dan it-tkabbir f'suq li huwa kompetittiv ħafna huwa sinjal li t-triq li qegħdin naqbdu u l-miżuri u deċiżjonijiet li qegħdin nieħdu huma tajbin.", "F'dak li għandu x'jaqsam mas-securitisation, flimkien ma' operaturi oħrajn f'dan il-qasam, b'riżultat ta' inizjattivi organizzati speċifikament f'dan is-settur, rajna li n-numru ta' securitisation vehicles reġistrati f'Malta żdiedu bi 17% fuq is-sena li għaddiet.", "B'hekk, dawn il-vejikoli issa telgħu għal 47 sa Settembru ta' din is-sena u, jekk Alla jrid, sal-aħħar tas-sena, se nkunu qegħdin naraw aktar żieda f'dan is-settur.", "Sinjura President, fir-rigward tas-settur tal-pensjonijiet, personalment nemmen li sejrin tajjeb.", "Nista' ngħid li l-andament pożittiv qed jinħass anke fil-qasam tal-pensjonijiet.", "Però, minkejja li sa Settembru ta' din is-sena kellna tkabbir għal 55, li jfisser żieda ta' 10% fuq is-sena li għaddiet, nemmen li hemm lok għal aktar tkabbir.", "Għalhekk, flimkien ma' numru ta' stakeholders f'dan is-settur, qed naraw kif se nkunu qed noħorġu b'inizjattivi u kampanja indirizzata sabiex inkomplu nkabbru s-settur tal-pensjonijiet.", "Fis-settur tat-trust kien hemm ukoll andament pożittiv, fejn fl-aħħar tas-sena rajna żieda ta' kważi 2% fir-reġistrazzjonijiet.", "Forsi din hija żieda modesta, però tal-inqas rajna li nżommu l-kompettività tagħna.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-ħidma għas-sena li ġejja.", "Kif stajna naraw, is-sena li għaddiet, minkejja l-kritika kollha li kultant issir, fejn bħal donnu qisna nieħdu gost insawtu lilna nfusna, dan is-settur huwa storja ta' suċċess.", "Dan is-settur kien, għadu u se jibqa' storja ta' suċċess.", "Fl-2019, se nkunu qed naraw li Finance Malta tħejji pjan li bih tkun f'pożizzjoni aħjar sabiex tilħaq l-għan ewlieni li tkompli tkabbar is-suq tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "Nixtieq nenfasizza l-importanza ta' din l-industrija, u għalhekk irridu naraw li din l-industrija tkompli tikber.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-midja.", "Jien nifhem ir-rwol tal-midja li tinforma, però huwa importanti wkoll li meta tinforma, tara li tagħti informazzjoni korretta.", "Sfortunatament, mhux każ ta' darba, fejn l-ewwel tinħareġ l-aħbar biex sempliċement inkunu l-ewwel li ħriġnieha, imbagħad nibagħtu mistoqsijiet ta' kjarifika.", "Ovvjament, jekk tkun aħbar li se tagħmel ħsara, il-ħsara se ssir.", "Għalhekk, jekk ikun hemm id-deċenza li jsiru l-mistoqsijiet u, bħala Gvern, nirrispondu, forsi ċerta ħsara tkun tista' tiġi evitata.", "Għaldaqstant ejja naraw li nkunu sensittivi meta jkun hemm aħbarijiet ta' propaganda, li sfortunatament ħafna drabi jkunu inġusti u ma jkunux jirriflettu x-xogħol tal-Awtorità.", "Ejja ma ninsewx li l-awtoritajiet regolatorji huma indipendenti u għandhom rwol sensittiv ħafna.", "Ħafna drabi, l-awtoritaijiet ma jkunux jistgħu jsemmu ħafna mill-ħidma li qed issir wara l-kwinti.", "Naħseb li l-aktar ħaġa li għandhom bżonn l-awtoritajiet hija li jitħallew jaħdmu fis-serenità sabiex iwettqu r-rwol tagħhom!", "Aħna għandna fiduċja sħiħa fl-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżna u għalhekk se naraw li nkomplu ninvestu biex insaħħuhom.", "Sinjura President, niġi issa biex nitkellem dwar il-MITA.", "Tul l-aħħar sena, il-Gvern żamm kelmtu li jaqdi l-poplu Malti u jilħaq il-miri li għamilna minkejja n-nuqqas ta' riżorsi umani, li hija xi ħaġa li sfortunatament tiffaċċja d-dinja kollha fl-aspett tat-teknoloġija.", "Fil-fatt, wieħed mill-għanijiet tal-Gvern huwa li nattiraw aktar talent, b'ħidma flimkien mas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia, li se titkellem dwar l-ipproċessar tal-visas.", "Din hija t-triq li beħsiebna naqbdu sabiex nattiraw ċertu talent lejn Malta, biex ikollna dik li jgħidulha critical mass, bil-għan li setturi bħall-innovazzjoni jkomplu jikbru.", "Minkejja dan kollu, saret ħidma sfiqa b'passi mgħaġġlin imma strateġiċi fejn ilħaqna ċerti miri bħal, pereżempju, fl-oqsma diġitali.", "Illum qed nużaw mudelli rikonoxxuti, kemm minn gvernijiet Ewropej u anke minn kontinenti oħrajn, li kumpaniji li huma pilastri f'dan il-qasam qed jaraw kif se jissieħbu mal-istess Awtorità sabiex iniedu programmi flimkien.", "Aħna ninsabu impenjati bis- sħiħ biex inżommu mal-pass tat-teknoloġija.", "Mil-lat ta' leġiżlazzjoni, se nkunu qed nimplimentaw l-aqwa prattiċi li jagħmluna kburin.", "Aktar minn hekk, irridu nkunu viżjonarji u ambizzjużi, iżda mhux prużuntużi, u nimplimentaw inizjattivi li jagħtuna vantaġġ fuq ħaddieħor.", "Irrid ngħid li l-Gvern jagħmel ħafna minn dan ix-xogħol permess tal-MITA, li hija l-aġenzija tal-ICT tal-Gvern.", "Il-MITA taħdem qrib mas-settur pubbliku u mal-uffiċini tas-CIOs kollha tal-Gvern sabiex jitwettaq dan il-proġett.", "Forsi l-ħidma tal-MITA ma tantx tissemma, però hija ħidma fundamentali biex il-viżjoni tal-Gvern tkun tista' tiġi implimentata.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lis-Sur Tony Sultana, il-bord u l-ħaddiema kollha tal-MITA għas-servizz eċċellenti li jagħtu, mhux biss lis-settur pubbliku tal-Gvern, iżda f'kull avveniment importanti ieħor li jsir f'pajjiżna.", "Importanti li nsemmi li wara kull avveniment kbir ta' importanza nazzjonali dejjem ikun hemm il-MITA bl-infrastruttura informatika, fejn dejjem ħriġna ta' nies bl-ogħla livell ta' standards.", "Forsi nisimgħu biss bil-MITA jekk xi ħaġa tmur ħażin u hemmhekk tkun taf id-differenza li jagħmel ix-xogħol tal-MITA.", "Meta jkollna konferenzi kbar, b'dinjitarji li jiġu f'pajjiżna, il-MITA tagħmel ħafna xogħol mil-lat ta' cyber security u mil-lat ta' infrastruttura teknoloġika.", "L-investiment li jsir huwa xi ħaġa ta' min wieħed jirringrazzjahom!", "Fil-fatt, din il-ħidma tinvolvi anke lis-settur privat.", "Fl-2018 biss, il-MITA kellha valur ta' kuntratti mas-settur privat li jammonta għal €10.3 miljuni.", "Dan huwa l-għaqal, li filwaqt li inti qed tagħti servizz lis-settur pubbliku, tara kif se jkollok ukoll cost recovery u revenue general stream għall-istess MITA.", "F'dan is-sens, din l-Awtorità hija ta' mudell għas-settur privat.", "Fill-fatt, is-settur privat ikun ħerqan biex jissieħeb ma' din l-Awtorità sabiex toffrilu s-servizz.", "Ftit tal-ġimgħat ilu varajna l-MITA Laboratory għat-teknoloġiji emerġenti, b'investiment ta' €250,000.", "Dan huwa proġett għal qalbi ħafna, fejn fi ftit ġimgħat wara li ddiskutejna l-pjanti u tkellimna kif se nkunu qed naħdmu mal-MITA, dan il-proġett ġie inawgurat ftit tal-ġimgħat ilu.", "B'hekk se naraw li studenti, tech start-ups, kif ukoll ħaddiema taċ-Ċivil se jkollhom l-opportunità li jitgħallmu, b'mentorship li jużaw teknoloġiji ġodda u anke b'opportunità li jwettqu l-proġett tagħhom mingħajr ħlas.", "Se nkunu qed nagħtu l-opportunità lil dawk l-istudenti li joħolmu bi proġett, imma jkollhom bżonn l-użu tat-teknoloġija li tiswa ħafna flus u ma jistgħux jaffordjawha.", "Aħna qed noffrulhom l-emerging technology lab, li huwa mgħammar b'kompjuters b'saħħithom, mining, 3D-printing u realtà virtwali.", "Fil-fatt, din hija xi ħaġa impressjonanti.", "Nappella lil dawk l-istudenti li għandhom ideat f'dan is-settur biex imorru jittawlu lil dan il-lab tal-MITA ħalli jkunu jistgħu jaraw kif jistgħu jesploraw teknoloġiji ġodda, bħall-intelliġenza artifiċjali u augmented reality.", "Illum, fi ftit tal-minuti oħra, se nkunu qed naraw kif bħala Gvern se nkunu qed inniedu l-viżjoni tagħna fejn tidħol l-intelliġenza artifiċjali.", "Illum, fl-istess ġurnata li bdew joperaw il-liġijiet tal-blockchain u tal-distributed ledger technology (DLT), se ngħaddu mill-ewwel għall-pass li jmiss, fejn se nniedu l-istrateġija tagħna f'dak li għandu x'jaqsam ma' intelliġenza artifiċjali u internet of things.", "Din hija wegħda li konna għamilna fil-Baġit u li issa qed inwettquha!", "Il-Gvern kompla wkoll bl-impenn tiegħu li jgħin lil-tech start-ups.", "Matul ix-xhur li ġejjin se nkunu qed ngħinu lill-istart-ups li jaħdmu fit-teknoloġija blockchain, fost l-oħrajn.", "Fil-fatt qed noffru grants fi flus kif ukoll qed nipprovdu faċilitajiet teknoloġiċi u għajnuna biex individwi jifħtu kumpaniji, jippjanaw, jimxu mal-liġijiet u jagħmlu marketing, fost l-oħrajn.", "Matul din is-sena kellna żewġ sejħiet tal-Accelerator Programme tal-MITA u YouStartIT.", "Fl-2018 biss, f'dan il-qasam se nkunu għamilna investiment ta' €200,000.", "B'hekk se nkunu qed inwettqu miżura oħra tal-Baġit, li nwaqqfu l-blockchain hub fil-MITA kif ukoll li ngħinu lill-istart-ups f'dan il-qasam.", "Sintendi, se nkomplu għaddejjin bil-ħidma sabiex fl-2019 inkomplu nkabbru u nagħtu aktar opportunitajiet simili.", "F'Awwissu 2018, il-MITA u l-Università ta' Malta ffirmaw memorandum of understanding, biex nidejna scholarship programme ġdid għal dawk li jridu jkomplu fuq livell ta' Masters u Ph.D biex jispeċjalizzaw fit-teknoġija blockchain DLT, b'investiment ta' €300,000.", "Dan il-programm se jkun ta' tliet snin.", "Permezz ta' dan il-programm rajna li jkun hemm opportunitajiet għal dawk l-istudenti li qegħdin fil-fakultà tal-IT.", "Nemmnu li t-teknoloġija trid tinfirex b'mod ġenerali.", "Rajna wkoll li niftħu din l-opportunità f'fakultajiet oħrajn bħal, pereżempju, tal-liġi, tal-inġinerija u tal-accounting u management.", "Qed naraw li peress li t-teknoloġija qed tieħu rwol ċentrali f'dak kollu li qed nagħmlu, nagħtu l-opportunità u ngħinu lil dawk l-istudenti li jkollhom potenzjal li jkomplu fuq livell ta' Masters u Ph.D, però forsi mil-lat finanzjarju ma jkunux jistgħu jagħmlu dan.", "Saret ukoll ħidma fuq l-eGoverment u fuq is-sigurtà diġitali, magħrufa bħala cyber security.", "Madwar ġimagħtejn ilu, flimkien mal-MITA nidejna kampanja fir-rigward tas-cyber security fejn introduċejna ċerti inizjattivi.", "Għaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-Gvern ta' Singapore wara żjara li għamilt fil-pajjiż, fejn tkellimt mal-kontraparti tiegħi ġewwa Singapore.", "Se nkunu qed naraw kif nistgħu ntejbu l-aqwa prattiċi ntużati fiż-żewġ pajjiżi.", "Minkejja li ninsabu attrezzati biżżejjed fejn jidħol l-aspett ta' sigurtà diġitali, nifhmu wkoll li l-attività ekonomika kbira li qed inġibu permezz tal-industrija tal-ekonomija diġitali teħtieġ li jkun hemm is-salvagwardji u l-għodod kollha neċessarji sabiex nkunu ppreparati għal kwalunkwe eventwalità.", "Sinjura President, il-MITA qed taħdem ukoll fuq proġett kritiku, bl-isem ta' CONvErGE, b'investiment totali li jlaħħaq is-€57 miljun, inkluż €28 miljun li ġejjin mill-European Union Regional Development Fund.", "Hawnhekk, nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, li l-uffiċċju tiegħu qiegħed imexxi dan il-proġett, sabiex naraw li jkun implimentat kif ġie mwiegħed.", "Il-Prim Ministru diġà semma l-ħidma li qed issir fuq il-one government, il-once only data principle u l-e-ID.", "Qed issir pjattaforma ġdida wkoll fuq l-ICT ma' diversi ministeri.", "Mhux se nirrepeti għax diġà saret referenza għal din il-ħidma mill-Prim Ministru.", "Irridu nkomplu naraw li s-servizz pubbliku jsir dejjem aktar effiċjenti, u għalhekk qed inħarsu lejn infrastruttura ġdida għas-sistemi tal-Gvern.", "Fil-fatt, sal-aħħar tal-2018, il-MITA flimkien ma' kuntrattur privat se tkun qed tikkummissjona l-Goverment Hybrid Cloud Enabling Infrastructure li hu proġett ambizzjuż ħafna, però ta' importanza kbira.", "Fil-fatt, dan il-proġett qed isir b'investiment ta' €15-il miljun, li 80% huma ffinanzjati minn fondi Ewropej.", "Permezz ta' dan il-proġett, il-MITA se tkun qed tiżgura soluzzjonijiet f'servizzi tal-ICT biex jibqgħu jingħataw b'mod aktar effettiv u effiċjenti, u fl-istess ħin jilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni.", "Fil-fatt, nistgħu naraw l-immodernizzar ta' sistemi ta' line of business li huma issues ta' kritika qawwija għan-naħa tal-Gvern.", "Bħala parti mill-istrateġija tal-MITA, qed inkunu kurrenti mat-teknoloġiji ġodda.", "Bħalissa għaddej proġett ta' immodernizzar fejn tidħol is-sistema ta' tassazzjoni, il-VAT u s-Sigurtà Soċjali, fejn mil-lat ta' pagamenti, qed naraw li jkun hemm aktar konsolidament f'dawn is-setturi permezz tat-teknoloġija moderna biex naħdmu b'mod aktar effettiv.", "Is-sistemi mibnija fuq it-teknoloġija bħalissa huma pjuttost antiki, u għalhekk iridu jiġu modernizzati.", "L-għan hu li jibda jsir użu mis-sistema ġdida ta' hybrid clouds.", "B'hekk, permezz ta' dan l-immodernizzar, se nkomplu nwettqu l-once only principle, biex inkomplu nnaqqsu l-burokrazija għaċ-ċittadin u n-negozji u nżidu l-effiċjenza.", "Se naraw li ma jkollokx għalfejn terġa' ddaħħal ċerta informazzjoni li tkun diġà daħħalt, u informazzjoni żejda li m'għandekx bżonn issir reviżjoni tagħha biex b'hekk inżidu l-produttività.", "Personalment niddejjaq ħafna meta mmur f'dipartiment, nintalab ċerta informazzjoni personali bħall-isem, kunjom u numru tal-karta tal-identità u mbagħad immur f'dipartiment biswit u jerġgħu jitolbuni l-istess informazzjoni.", "Dawn huma sistemi antiki, li permezz tat-teknoloġija moderna nistgħu nbiddluhom.", "Qed isir xogħol tajjeb f'dan is-settur u looking forward li dan il-konċett jiġi implimentat.", "Dan huwa proġett li anke l-Ewropa qed tagħfas ħafna fuqu, però aħna rridu naraw li nimxu lil hinn minn dak li tirrikkmandalna l-Unjoni Ewropea.", "L-investiment għal din l-inizjattiva huwa ta' €4.2 miljun.", "Dan il-proġett se jkun qed jiffaċilita s-servizzi governattivi, speċjalment fejn jidħol l-obbligu ta' taxxa u sigurtà soċjali.", "Dan il-proġett beda din is-sena u huwa ppjanat li jitkompla sal-2020.", "B'hekk qed nassiguraw li tkun twettqet wegħda ewlenija li għamilna fil-manifest elettorali li nkomplu nissimplfikaw il-proċessi amministrattivi.", "Sinjura President, Il-MITA se tintroduċi inizjattiva oħra biex is-servizz tagħha li jkun ipprovdut lid-dipartimenti u entitajiet ikun self-service.", "Din l-inizjattiva se tkun qed tgħin lill-MITA timplimenta l-istrateġija tagħha dwar bidliet u proċessi ta' għodda diġitali sabiex tkun tista' taqdi aħjar liċ-ċittadin.", "Sal-lum, meta ssir talba għas-servizzi tal-MITA mid-dipartimenti u entitajiet, din tiġi pproċessata b'mod manwali u ovvjament tieħu l-ħin.", "Qed naraw li fl-2019 il-MITA tkun qed tintroduċi prodott biex talba għal servizz issir b'mod awtomatiku u b'aktar effiċjenza.", "Dan il-proġett se jkun qed jġib titjib u effiċjenza fl-operat tal-MITA u qed isir b'investiment ta' madwar €1 miljun, li huwa wkoll ko-finanzjat minn fondi Ewropej.", "Se jsir investiment sabiex naġġornaw is-sistema operattiva tal-Microsoft Windows li tintuża fuq il-kompjuters kollha tal-Gvern.", "Se naraw li bejn l-2019 u l-2021 naqilbu l-kompjuters għall-aktar sistema reċenti, Windows 10.", "Permezz ta' dan il-proġett, li se jiswa €100,000, l-impjegati tal-Gvern u tal-awtoritajiet se jkollhom għodda aktar moderna, effiċjenti u sigura.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA), li hija fondazzjoni għal qalbi li tagħmel xogħol ma' persuni b'diżabilità li ħafna drabi ma ssirx pubbliċità fuqu.", "Din il-Fondazzjoni tara li t-teknoloġija tkun aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u tara wkoll kif it-teknoloġija ġdida tista' tgħin lil dawn il-persuni biex ikunu aktar indipendenti.", "Il-ħidma tal-FITA hija essenzjali biex nindirizzaw il-firda diġitali.", "Tajjeb insemmi li meta nżur dawn il-proġetti li qed tagħmel il-FITA timmeravilja ruħek bil-ħidma tagħhom.", "Għalhekk, minn hawnhekk, irrid nirringrazzja lill-ħaddiema għall-ħidma kbira li ssir mill-qalb minn din il-Fondazzjoni.", "Wieħed jista' jara b'mod fattwali kif persuna b'diżabilità, li forsi tilfet id-dawl t'għajnejha b'inċident, kienet tħobb taqra l-kotba u wara l-inċident ma setgħetx tkompli tagħmel dan, imma mbagħad, bit-teknoloġija, tista' terġa' tibda taqra!", "Hawn wieħed japprezza s-saħħa tat-teknoloġija.", "Qed ninvestu €52,000 fi programm sabiex jgħin lill-persuni b'diżabilità jitgħallmu jużaw it-teknoloġija assistiva.", "Dan il-programm se jsir b'ħidma ma' NGOs oħra.", "Irrid ngħid li l-FITA għandha fost l-aktar teknoloġiji avvanzati li wieħed jista' jsib f'dan is-settur.", "Qed isiru wkoll investimenti oħrajn fil-FITA, fosthom investiment ta' €27,000 fil-FITA ip search, li hija search engine Maltija, li tgħin persuni b'diżabilità biex ifittxu kontenut Malti.", "B'investiment ta' €15,000, il-FITA se tkun għaddejja tagħti għajnuna u pariri lil dawk il-persuni li qed jesperjenzaw xi tip ta' diżabilità li ġiet fuqhom bħal sajjetta fil-bnazzi.", "Jista' jkun li dawn il-persuni jkollhom bżonn ta' aktar għajnuna, anke billi jiltaqgħu ma' persuni oħrajn li għaddew minn esperjenzi simili.", "Grazzi għall-assistenza li tipprovdi t-teknoloġija, dawn il-persuni jistgħu jkomplu jgħixu l-ħajja tagħhom kemm jista' jkun b'mod normali.", "Sar investiment ukoll ta' €9,000 mill-MITA fuq riċerka dwar l-użu tal-aċċessibilità ta' mobiles u tablets.", "Irrid insemmi wkoll l-e-Skills Malta Foundation li tagħmel xogħol tajjeb ħafna, però nistqarr li kellha nuqqas ta' riżorsi.", "Hawnhekk nirringrazzja lis-Sur Carm Cachia u t-team tiegħu għall-ħidma tagħhom.", "Fil-fatt, waħda mill-wegħdiet elettorali kienet li nsaħħu l-e-Skills Malta Foundation sabiex tgħinna nidentifikaw oqsma li għandna bżonn ninvestu aktar fuqhom biex ikollna l-ħiliet neċessarji relatati mat-teknoloġija u l-e-skills b'mod ġenerali.", "Tajjeb li ngħid li wara laqgħat li għamilna mal-fundaturi kollha, dawn qablu li jżidu l-investiment fl-e-Skills Malta Foundation.", "Fil-fatt, fil-jiem li ġejjin, se jkun qed jiġi ffirmat kuntratt ġdid biex din il-Fondazzjoni tingħata aktar għajnuna finanzjarja diretta, inkluż f'livell ta' investiment ta' riżorsi umani u apparat modern sabiex tassisti lill-Gvern, l-awtoritajiet u l-industrija privata u sabiex tidentifika nuqqasijiet li hemm bħalissa biex jiġu indirizzati.", "Se naraw li jinġabar feedback tajjeb mill-partijiet interessati f'dan is-settur sabiex imbagħad naraw kif dawn il-ħiliet jiġu indirizzati.", "Sinjura President, fis-sena 2019, se ssir inizjattiva importanti ħafna bl-għan li jkollna stampa ċara tal-ħiliet u l-kompetenzi eżistenti u r-rekwiżiti li hemm bżonn fl-industrija tal-ICT.", "Fil-fatt se jsir investiment ta' €15,000 mill-FITA sabiex, flimkien ma' kollaborazzjoni mal-FIT fl-Irlanda, naraw li jkun hemm studju f'dan ir-rigward.", "B'hekk, anke mill-aspett edukattiv, naraw li nkunu qed nindirizzaw dawn l-issues partikolari.", "Din is-sena, il-Malta Communications Authority (MCA), li hija r-regolatur ta' kwalunkwe ħaġa li għandha x'taqsam ma' komunikazzjoni, bħal posta, televiżjoni, ċellulari u kwalunkwe komunikazzjoni oħra, qed tiffoka l-ħidma tagħha fuq it-tisħiħ tal-konnettività u l-komunikazzjoni.", "Hawnhekk mill-ġdid irrid nirringrazzja liċ-chairperson, il-bord u l-ħaddiema kollha tal-MCA għall-ħidma tagħhom ta' regolatur matul dawn is-snin.", "Ninsab informat li hemm relazzjoni tajba ħafna u robusta bejn l-operaturi u r-regolatur, fis-sens li fejn hemm bżonn tinġibed l-attenzjoni, dan isir, fejn hemm bżonn tittieħed azzjoni, din tittieħed ukoll, però fl-istess ħin hemm komunikazzjoni ċara bejniethom.", "Matul dawn l-aħħar snin stajna naraw li l-operaturi tal-broadband fiss komplew jinvestu sabiex itejbu l-kwalità u l-veloċità tan-networks eżistenti tal-broadbands.", "Fil-fatt issa se jibdew jipprovdu networks li jilqgħu għall-veloċità ta' Gigabit internet.", "Dan se jkun qed isir fl-2018, bl-assenjar ta' aktar spettru fil-medda ta' 800.6 GHz - fejn anke l-operaturi tal-mobile komplew isaħħu l-kwalità u l-affidibilità tan-networks tagħhom.", "Dawn huma dettalji tekniċi, imma min hu midħla ta' dawn is-setturi, se jieħu gost bihom Fejn qabel ċerti żoni ma kellhomx network b'saħħtu, issa grazzi għal dan l-ispettru li se nkunu qed niftħu, it-teknoloġija se tkun qed tippermetti dan.", "Qed naraw li se jsir investiment kbir u anke studji u proġetti pilota fis-settur tal-4.5G, sabiex imbagħad nippreparaw għat-teknoloġija ġdida ta' 5G.", "Imbagħad, grazzi għan-nuqqas ta' latency, fejn ikollok magna li titkellem ma' magna oħra, se jkollok bżonn ta' komunikazzjoni u infrastruttura b'saħħitha ħafna, dik li ngħidulha internet of things.", "Grazzi għal dan l-investiment, se tkun aktar faċli li nersqu lejn il-mira tagħna għal 5G u internet of things.", "Fl-istess waqt, l-Awtorità se tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha fuq kampanja biex tqarreb in-nies aktar lejn it-teknoloġija.", "Fil-fatt, twaqqaf coding lab b'kollaborazzjoni bejn l-MCA u l-MCAST għal dan il-għan.", "Ta' kull sena, jien nieħu pjaċir immur nara tfal ta' etajiet żgħar, minn sebgħa sa 14-il sena, li joħorġu b'ideat kif isolvu problema.", "Apparti l-użu tat-teknoloġija, inti tagħtihom il-kuraġġ tal-persistenza, li hija l-aktar ħaġa li togħġobni f'dawn is-sessjonijiet li jsiru.", "Pereżempju, ikollok problema u tara kif tibqa' tippersisti sakemm issolvi dik il-problema.", "Jekk ikollok problema kbira, permezz tal-coding, taqsam il-problema f'għaxar problemi iżgħar u tindirizzahom problema problema li jkunu iżgħar.", "Il-coding se jkun qed jgħin awtomatikament sabiex fil-futur ċerti problemi jiġu indirizzati b'dan il-mod.", "Sinjura President, il-Malta Council for Science and Technology (MCST) għandu l-mira prinċipali li 2% tal-prodott gross domestiku jkun fuq ir-riċerka.", "Għadna ma wasalniex s'hemm, imma ninsabu determinati li naslu.", "Hemm allokazzjoni ta' €500,000 permezz tal-programm PRIMA, li permess tiegħu riċerkaturi żgħażagħ se jkollhom l-opportunità li jissieħbu ma' konsorzji internazzjonali biex iwettqu proġetti ta' inizjattivi tagħhom.", "Il-Kunsill se jalloka €300,000 lil numru ta' benefiċjarji Maltin, fejn se jipparteċipaw tnejn mill-proġetti magħżula fil-programm li jara ħidma bejn pajjiżi Ewropej u Afrikani f'dan is-settur.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq il-proġett ambizzjuż li se nkunu qed naraw fl-Esplora.", "Fi ħdan il-Kunsill hemm għaddej proċess strutturali fuq ix-xtajta ta' taħt l-Esplora, liema proġett ilaħħaq il-valur ta' €1.9 miljuni.", "Bħalissa, dan il-proġett jinsab fi stadju ta' tendering.", "Insemmi wkoll proġett kbir u ambizzjuż ieħor tal-Esplora Natura, fejn għas-sena d-dieħla allokajna €1 miljun għal dan il-proġett.", "Irrid insemmi wkoll il-Malta Gaming Aurthority (MGA), GamingMalta u l-Malta Digital Innovation Authority (MDIA).", "L-MDIA hija awtorità ġdida fis-settur tal-innovazzjoni u regolatur ġdid.", "Aktar tard illum se jkolli ċ-ċans li nitkellem fuq din l-awtorità.", "Fl-MGA biddilna mill-ġdid il-Liġi.", "GamingMalta se jkollna remit ġdid is-sena d-dieħla.", "Sinjura President, nagħlaq billi nsemmi l-e-sports, li huwa settur importanti li dan il-Gvern qed jimmira għalih u jinvesti fih.", "Fil-fatt, diġà allokajna s-somma ta' €1.3 miljun għal dan il-għan.", "Jien ngħid li kif nibdew inġibu r-riżultati, din is-somma se tkun qiegħda tikber.", "Apparti s-setturi ġodda, bħall-blockchain, intelliġenza artifiċjali, internet of things, quantum computing u space exploration, se nkunu qed naraw li nindirizzaw dan is-settur ġdid tal-e-sports.", "Dawn huma ftit mis-setturi l-ġodda li ħdimna fuqhom f'sentejn biss.", "F'dan kollu ma nistax nifhem il-kritika tal-Oppożizzjoni meta tgħidilna li dan il-Gvern m'għandux viżjoni, meta qed naraw din il-ħidma kollha!", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se niffoka fuq parti oħra mill-portafoll li jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Is-suċċess ta' nazzjon ma jitkellimx u ma jitkejjilx b'mod esklużiv fuq kemm pajjiż jagħmel flus, ikabbar l-ekonomija u joħloq impjiegi.", "Suċċess ta' nazzjon jitkejjel b'dawn it-tliet elementi, imma mhux waħedhom.", "Dawn l-elementi jridu jkunu minsuġin ma' kemm pajjiż u nazzjon huwa kapaċi li jaġġorna ruħu, jirriforma ruħu, ma jistaġnax u ma jeħilx.", "Meta qed ngħid li nazzjon jiġġedded, dan ma jfissirx li jarmi l-valuri tiegħu jew dak li jsawru bħala poplu, imma li janalizza dawk il-punti li għal għexieren ta' snin tħallew taħt it-tapit.", "Biex niġġeddu ma jfissirx li għandna narmu l-valuri tagħna u li kollox isir qisu xejn mhu xejn!", "Nixtieq li nwarrab għal ftit il-punti li ppreparajt għal dan id-diskors biex naqsam magħkom xi ħsibijiet oħrajn.", "Matul il-lejl li għadda ġenwinament qgħadt naħseb u nirrifletti kif bħala nazzjon irridu nirriformaw il-mod ta' kif inġibu ruħna, inkluż aħna f'din il-Kamra u l-partitarji tagħna.", "Dejjaqni ħafna l-argument li kien intavolat fis-sigħat li għaddew, b'attakk fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn faxxa fil-Partit Nazzjonalista għażlet li kien ta' natura importanti li niffokaw fuq il-ħajja privata tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta qalulna li għaddej minn separazzjoni.", "Dak li taqqalni xħin poġġejt rasi fuq l-imħadda kien l-element ta' ħamest itfal ta' età żgħira ħafna u jekk l-omm u l-missier tagħhom kenux laħqu poġġew bilqiegħda magħhom madwar mejda biex jispjegawlhom dak li kien għaddej.", "Din hija mistoqsija sempliċi li tqanqal aktar ħsieb.", "Naħseb li fl-imġiba tagħna, anke f'din il-Kamra u man-nies li jkunu madwarna, għandna nirriformaw il-mod ta' kif nagħmlu l-politika!", "Jekk verament irridu nittieħdu bis-serjetà u rridu nattiraw aktar nies lejn il-mixja politika, irridu nagħmlu din il-bidla importanti.", "Waħda mir-riformi tagħna hija b'rabta ma' kif se nżidu l-bilanċ f'dan il-Parlament billi jkollna aktar rappreżentanti femminili.", "Però, bir-rispett kollu, dan it-tip ta' aġir ibiegħed mhux biss lin-nisa milli jagħmlu dan il-pass lejn il-politika imma lil kull min ġenwinament, irrispettivament mis-sess tiegħu, għandu kontribut x'jagħti lejn is-soċjetà u jixtieq jidħol fix-xena tal-politika.", "Kif nafu, ta' spiss nargumentaw f'din il-Kamra, inkluż mal-Kap tal-Oppożizzjoni - u se nkun qed nirrispondi għal ħafna mill-affarijiet li qal illum u li mhumiex korretti - però hemm mod u mod kif nikkomunikaw bejnietna biex ngħidu li ma naqblux.", "Pereżempju, il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li dan il-Gvern qed jgħix fil-passat.", "Bħala partit, l-Oppożizzjoni lanqas fil-preżent ma qed tgħix, għaliex kwarta qabel, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Onor.", "Karol Aquilina bdew jitkellmu kompletament bil-maqlub.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li fir-rigward tal-programm tal-IIP, il-Partit Nazzjonalista dejjem kien konsistenti u meta jrid il-Gvern, l-Oppożizzjoni lesta għal dibattitu!", "Però jaf il-Kap tal-Oppożizzjoni li kwarta qabel, l-Onor.", "Karol Aquilina qalilna kompletament bil-maqlub meta qal li għall-Oppożizzjoni l-kwestjoni tal-IIP hija ċara, fis-sens li ċ-ċittadinanza m'għandhiex tkun għall-bejgħ!", "Mela allura l-Oppożizzjoni qed tgħid li twaqqaf dan il-programm tal-IIP!", "Aquilina li fil-kampanja elettorali tal-2017 il-Partit Nazzjonalista, fil-manifest elettorali tiegħu, qal ċar u tond li l-programm tal-IIP se jżommuh?", "Dakinhar il-Partit Nazzjonalista kien qalilna li se jagħmel xi tibdil, imma se jżommuh.", "Miegħi m'għandix portable printer, imma meta smajt ċertu diskors illejla bdejt nistaqsi lili nnifsi jekk hux qed nisma' tajjeb.", "Fil-fatt, fittixt il-manifest elettorali li nixtieq nikkwota parti minnu.", "Sena u nofs ilu biss, il-Partit Nazzjonalista qalilna li:", "Kienu qed jgħidu li se jagħmlu xi emendi.", "Nixtieq inpoġġi dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra biex tal-inqas, on the record, inkunu għidna l-verità darba għal dejjem!", "Fost ħafna affarijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li rridu npoġġu madwar mejda u niddiskutu mal-istakeholders.", "Jaf il-Kap tal-Oppożizzjoni li ftit tax-xhur ilu saret konsultazzjoni ma' madwar 139 stakeholder li taw l-input tagħhom u l-Oppożizzjoni ma qalitx sentenza waħda li hija waħda?", "Mela fil-manifest elettorali tagħhom qalu li jridu jiddiskutu biex jagħmlu l-emendi, u meta ġie l-ħin tad-diskussjoni, sparixxew!", "Dik hija s-sitwazzjoni!", "Nixtieq insemmi wkoll il-ħafna biża' bil-babaw li qed jipprovaw inisslu l-membri tal-Oppożizzjoni.", "Bir-rispett kollu, il-mod ta' kif jitmexxa dan il-programm huwa wieħed serju ħafna.", "Bil-fatti nixtieq nagħti elenku ta' kif isiru l-affarijiet.", "Pereżempju, biex dan il-programm jibqa' għaddej b'mod b'saħħtu, biex jiġu approvati aġenti hemm kriterji ċari u għoljin li jridu jintlaħqu.", "Hemm aġenti ta' kredibilità.", "Insemmi fost l-oħrajn, PwC Malta, Deloitte, KPMG, Frendo, Chetcuti Cauchi u Ganado, fost l-oħrajn.", "Minkejja l-ħafna kritika li ssir, l-affarijiet jimxu b'mod differenti.", "Kif nafu, l-aktar ħaġa faċli hija li naqbdu t-tajn u nwaddbuh għax, kif ngħidu, xi ħaġa se teħel!", "Il-verità hi li għandna Oppożizzjoni li kontinwament tipprova tagħmel ħsara lill-pajjiż bi programm li qed irendi finanzjarjament, imbagħad hemm esponenti tal-Partit Nazzjonalista li huma stess qegħdin iservu ta' aġenti għall-programm tal-IIP!", "Nixtieq insemmi lill-uħud minnhom, għaliex tajjeb li n-nies hemm barra jkunu jafu l-verità.", "Wara kollox, kien il-poplu Malti li tana mandat b'saħħtu biex nerġgħu nġeddu dan il-programm.", "Ejja ma nibżgħux niddiskutu dan is-suġġett f'din il-Kamra u nsemmu nies li mhumiex Laburisti imma huma aġenti tal-IIP.", "Insemmi, fost l-oħrajn, lil George Hyzler, Anne Fenech, Michael Frendo u Philip Manduca, li kien għamel petizzjoni fl-Awstralja kontra l-IIP, liema petizzjoni kienet ippreżentata mill-Onor.", "Tajjeb li ngħidu dan kollu biex inpoġġu kollox f'kontest.", "Insemmi wkoll l-EMD li hemm imdaħħal fiha Richard Cachia Caruana u lil Graham Bencini, li hu opinjonista tal-Partit Nazzjonalista.", "Qed ngħidu li huwa ħażin li dawn il-persuni huma aġenti tal-IIP?", "Però tajjeb li ngħidu wkoll li kuntrarjament, għal dak qed jgħidilna l-Onor.", "Karol Aquilina, dan huwa programm li qed joħloq il-ġid f'dan il-pajjiż u qed jimxi b'mod serju.", "La qed nitkellmu fuq il-programm ta' Malta, nixtieq niġbed l-attenzjoni u nikkumparaw ukoll il-proċess li jsegwu pajjiżi oħrajn għal dan il-programm.", "Pereżempju, f'Ċipru d-due diligence li jsir huwa limitat jew xejn!", "X'tagħmel Malta?", "Malta tagħmel due diligence fuq erba' livelli.", "Ħallli nieħdu eżempju ieħor, tal-Portugall.", "Kif nafu, ta' spiss ikollna esponenti minn dan il-pajjiż li jħobbu jżuru lil Malta!", "M'għandniex problema li jagħmlu dan u aħna lesti li nkomplu nispjegaw kif jaħdem il-programm tagħna.", "Però importanti wkoll li ngħidu xi jsir fil-Portugall.", "Fil-Portugall ma jsirux investigazzjonijiet fuq attivitajiet barra mill-Portugall!", "Din hija xi ħaġa serja!", "F'Ċipru jserrħu esklużivament fuq dak li l-aġent jippreżenta fil-file.", "X'tagħmel Malta?", "Malta taqbad dak li l-aġent jiġi bih fil-file u jiskatta mekkaniżmu ta' due diligence mifrux fuq erba' saffi.", "F'Ċipru ma ssirx verifika fuq is-source of wealth.", "F'Malta, kuntrarjament għal dak li tipprova tpinġi l-Oppożizzjoni, għandna sitwazzjoni fejn għalina ma jgħoddx b'mod uniku l-but tal-individwu.", "Aħna jinteressana minn fejn ġej kull ċenteżmu qabel ma aħna nipproċedu biex inkomplu naċċettaw l-applikazzjoni.", "Malta tagħmel enfasi li nkunu nafu din l-informazzjoni kollha, biex ikollna traceability tal-flus u nevitaw ħasil ta' flus.", "Fil-Portugall lanqas biss jagħmlu verifika tas-source of wealth u source of funds!", "Però mbagħad min jiġi mill-Portugall f'pajjiżna tpinġi lilha nnifisha bħala xi verġni!", "F'Malta għandna regolatur li huwa indipendenti!", "Tajjeb li ngħidu li r-regolatur huwa s-Sur Carmel Degabriele, li nħatar mill-Gvern wara li ddiskutejna mal-Oppożizzjoni.", "Tajjeb li ngħidu l-verità dwar kif wasalna għal dan il-programm.", "Is-Sur Degabriele, li jgawdi rispett miż-żewġ naħat tal-Kamra, huwa bniedem li għandu esperjenza f'diversi saffi u mekkaniżmi taċ-Ċivil.", "Fil-fatt, kien ilu jokkupa rwoli differenti, inkluż fosthom bħala Kap Eżekuttiv tal-Kummissjoni Elettorali bejn l-1989 u l-2005.", "Taf fejn ninkwieta jien?", "Meta jkollna sitwazzjoni fejn minn tal-inqas żewġ applikazzjonijiet li ġew irrifjutati minn Malta ġew aċċettati minn pajjiżi oħrajn!", "Dik hija s-serjetà li nimxu biha bħala pajjiż fir-rigward tal-IIP!", "Għalhekk, bħala Gvern, se nkomplu niddefendu l-isem ta' dan il-programm, għaliex fil-fond ta' qalbhom il-Maltin u l-Għawdxin jafu li l-proċessi għall-IIP huma stretti ħafna.", "Ejja ngħidu l-fatti kif inhuma u ma nitkellmux bl-ispekulazzjonijiet!", "Spekulazzjoni oħra li kellna fis-sigħat ta' filgħodu - biex nibdew il-ġurnata b'mod tajjeb ħafna - ġiet mill-Onor.", "Karol Aquilina li semma l-każ tal-Finlandja.", "Nitlob lill-Onor.", "Aquilina jivverifika l-fatti, għaliex kien kompletament skorrett fil-kummenti tiegħu!", "L-Onor.", "Aquilina qalilna li dan huwa każ ta' persuna li ġiet arrestata.", "Il-verità hi li l-Gvern Malti qed isegwi dan il-każ u jekk jirriżulta li hemm xi nitfa prova b'mod konkret li din il-persuna kienet involuta f'attività illeċita u allura ma kellhiex timxi għall-proċess li kien imiss dakinhar, jien l-ewwel waħda, f'isem il-Gvern, infakkar li l-Gvern ħoloq mekkaniżmu li f'każ straordinarju, jekk ikun hemm ċirkostanza waħda simili, iċ-ċittadinanza tiġi rtirata!", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq numru ta' punti oħrajn li ssemmew illejla.", "Ikollna ċans li nitkellmu fuq il-mod kif joperaw numru ta' aġenziji darb'oħra, imma rrid niċċara ċerti punti.", "L-Onor.", "Aquilina kkritika l-mod ta' kif tingħata ċ-ċittadinanza.", "Bir-rispett kollu, l-argument li pprova jagħmel l-Onor.", "Karol Aquilina huwa perikoluż għall-aħħar.", "L-Onor.", "Aquilina qalilna li qabel ma tingħata ċ-ċittadinanza, irridu noħorġu lista bl-ismijiet, fejn qisek fuq billboard tgħid li Mr X qed japplika għaċ-ċittadinanza.", "L-Onor.", "Aquilina huwa avukat u soppost jaf li ma tistax toħloq sitwazzjoni fejn inti tiddiskrimina bejn modi differenti ta' kif il-pajjiż jagħti ċ-ċittadinanza!", "Pereżempju, kull ġimgħa, persuni mill-Unit taċ-ċittadinanza jiġu fl-uffiċċju tiegħi b'mazz kbir files ta' trabi li twieldu barra miż-żwieġ, fejn il-missier ikun Malti, imma l-omm tkun barranija.", "Il-Partit Nazzjonalista qed jgħidilna li jrid ikun jaf jekk dik it-tarbija ġietx għax irqadt fis-sodda ma' mara li inti miżżewweġ magħha, jew inkella ma' mara li inti għandek relazzjoni stabbli magħha u kellkom tarbija flimkien!", "Żgur li bħala Gvern mhux se nersqu lejn dik is-sitwazzjoni!", "Mela aħna pajjiż tal-big brother!", "Tajjeb li nkunu onesti meta nagħmlu l-argumenti tagħna u għalhekk l-Onor.", "Karol Aquilina, jekk suppost qed jagħmel shadowing ta' dan is-suġġett, kellu jispjega l-istampa kollha.", "Ma jimpurtax li nikkritikaw lil xulxin, imma għall-inqas ejja nirrispettaw il-fatti!", "Malta u l-Awstrija huma l-uniċi żewġ pajjiżi li darba f'sena jippubblikaw l-ismijiet ta' min ikun ingħata ċ-ċittadinanza, irrespettivament jekk ħadthiex bl-IIP, jekk ilekx ħames snin tgħix Malta, jekk intix tifel jew tifla li twelidt minn relazzjoni li ġejja minn barra ż-żwieġ, jew jekk fl-arblu tar-razza tiegħek għandekx lil xi ħadd Malti li jgħix, pereżempju, fl-Awstralja, b'dixxendenza Maltija li tmur lura s-snin.", "Dawn huma r-realtajiet!", "Bħala pajjiż, irridu sitwazzjoni fejn nagħmlu billboards u ngħidu li s-siġra tal-familja tal-tali persuna ġejja minn Timbuktu?", "Dan ma jagħmilx sens!", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar Identity Malta.", "Qabel dħalt f'din il-Kamra jien kont naħdem mal-privat.", "Issa, kull min bħali jkun ġej minn ħafna snin ta' xogħol fil-privat, meta jmiss mal-operat tal-Gvern, ftit li xejn se jifhem kif jaħdem iċ-Ċivil li jagħmel ħafna ġid, imma ċerti dipartimenti u awtoritajiet, wara għexieren ta' snin, ikollhom bżonn ta' ċertu tibdil.", "Pereżempju, għalija s-sitwazzjoni li sibt f'Identity Malta kienet ta' xokk.", "Identity Malta twaqqfet bil-wirt ta' snin sħaħ ta' xogħol li sar qabel, bil-problemi kollha li kien hemm.", "Pereżempju, jien sibt sitwazzjoni ta' files jiġru mal-art li meta kont nistaqsi kemm hemm minn dawn il-files, it-tweġiba kienet tkun li ma jafux.", "Meta konna nagħmlu l-kalkolu kemm se nieħdu żmien biex nibdew ngħoddu l-files, rajna li kienu se jgħaddu numru ta' snin biex l-affarjiet jirregolaw ruħhom.", "Din hija s-sitwazzjoni li sibna, fejn kellna nsibu l-mod ta' kif se nindirizzaw dawn il-problemi.", "L-aħħar sena meta kien hemm Ministru responsabbli miċ-ċittadinanza kien fl-2012 meta dakinhar kien hemm Dr Tonio Borg responsabli minn dan il-ministeru.", "Ftit tax-xhur ilu jien iffirmajt file li jmur lura għal-perjodu meta Dr Tonio Borg kien għadu Ministru.", "Illum, għall-ewwel darba, qegħdin f'sitwazzjoni fejn fil-Unit taċ-ċittadinanza f'Identity Malta qed naqtgħu aktar deċiżjonijiet milli jidħlu applikazzjonijiet.", "Pereżempju, naraw każijiet fejn nistgħu nibqgħu għaddejjin bil-proċedura għax persuna ilha ammont ta' snin tgħix f'Malta jew inkella, persuna ma ħaqqhiex li tingħata ċ-ċittadinanza, għax ilha biss sentejn tgħix Malta.", "Kellna wkoll sitwazzjoni fejn b'riżultat ta' Brexit, numru ta' Ingliżi li ilhom jgħixu Malta talbu li jingħataw iċ-ċittadinanza.", "Ovvjament, wieħed irid janalizza kull każ.", "Files jidħlu dejjem u jridu jiġu ipproċessati.", "Kellna wkoll sitwazzjoni fejn ridna nindirizzaw l-Expatriates Unit f'Identity Malta.", "Irrid niġi wkoll għall-kalkoli u l-figuri li semma l-Kap tal-Oppożizjoni, li jien ma nafux personalment, imma mill-ftit li nisma', ħafna jserrħuli rasi li l-Onor.", "Adrian Delia mhuwiex bniedem razzist.", "Għalhekk, ftit li xejn nista' nifhem l-argumenti li smajna din il-ġimgħa fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel diskors xenofobiku li ma jistax ikun li jkollna dawn il-barranin kollha jaħdmu f'pajjżina.", "Dawn l-argumenti ma jreġux, apparti li l-figuri huma ħżiena.", "Issa dalgħodu pprova jagħmel tentattiv biex jinġabar fuq dak l-argument, imma bir-rispett kollu, ma nġabarx.", "Dalgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni beda jxewwex u jgħid li meta tibda tgħodd, trid tgħodd mhux biss lil kull min ġie jaħdem f'Malta, imma anke jekk il-persuna ġabitx magħha r-raġel, il-mara jew it-tfal.", "Huwa qed jgħid li dawn qed jixħtu piż fuq l-ekonomija ta' pajjiżna u qed jirkbu fuq is-servizzi li jingħataw b'xejn mill-pajjiż.", "Tajjeb li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkun jaf li biex persuna tiġi taħdem hawn Malta u naċċettaw li ġġib magħha lill-mara, lir-raġel jew lil uliedha, hemm kejl li ma ħloqnihx aħna, imma joħroġ mil-liġi.", "Il-liġi tgħid li huwa meħtieġ li l-applikant iħallas ammont ta' taxxa partikolari.", "Preżentament, applikant irid ikun jaqla' mill-inqas €19,000 jew aktar biex iġib miegħu s-sieħeb jew s-sieħba tiegħu u €3,500 għal kull wild li jixtieq iġib miegħu.", "Din hija s-sitwazzjoni reali!", "Tul din l-aħħar sena u nofs għamilna investiment u l-bidliet meħtieġa f'dan id-dipartiment, liema bidliet saru wara li ddiskutejna mal-istakeholders kollha, fosthom ma' min iħaddem, ma' min jixtieq li jinvesti aktar fin-negozju tiegħu u ma' min irid joħloq aktar impjiegi, fost l-oħrajn.", "Għalhekk, ma naċċettax l-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta qed jgħidilna li ġejjin turrun ta' barranin f'pajjiżna biex jipprova jxewwex lill-Maltin li dawn il-barranin qishom qed jeħdulna mix-xogħol tagħna.", "Jaf il-Kap tal-Oppożizzjoni li qabel ma kull persuna tiġi taħdem f'pajjiżna, min iħaddem irid joħroġ avviż għall-impjieg fil-gazzetti u fuq is-social media differenti u wara, jekk ma japplikawx biżżejjed Maltin jew ma japplika ħadd, kif inhi s-sitwazzjoni f'diversi setturi, hemm jiskatta t-tieni mekkaniżmu fejn ħaddiem barrani jkun jista' japplika għal dan ix-xogħol partikolari.", "Dan il-mekkaniżmu ma daħħalnihx b'kapriċċ imma sar biex verament nippreservaw dak li hu tal-Maltin u biex oqsma li l-Maltin iħossu li jixtiequ jibqgħu jagħtu l-kontribut tagħhom fihom, ma jkunux mittiefsa.", "Nixtieq issa nitkellem dwar ir-riformi.", "Il-portafoll tas-Segretarjat tiegħi għandu numru ta' riformi quddiemu.", "Nieħu gost li għandna quddiemna din l-isfida biex dak li għal għexieren ta' snin ma kellniex il-kuraġġ li nindirizzaw, inkunu qed nagħmluh fl-2019.", "Kuntenta wkoll li għandna Baġit li għall-ewwel darba żied is-somma vvotata fuq, pereżempju, it-traffikar uman, il-prostituzzjoni u l-ġlieda edukattiva li għandna bżonn nagħmlu bħala pajjiż fil-qasam tad-droga.", "Jekk tanalizza d-dokumenti kollha li ħarġu fl-aħħar snin għall-baġits, qatt ma kellna sitwazzjoni bħal din is-sena, fejn għandna vot speċifikament għal dawn l-oqsma.", "Ħa nibda nsemmi r-riformi li qed nagħmlu waħda waħda.", "Se nibda minn dak li hu bażiku.", "Ħafna minna f'din il-Kamra – għalkemm f'dan il-ħin ta' filgħodu qegħdin ftit - għandna tfal jew neputijiet li huma d-dawl ta' għajnejna.", "Mar-radd tas-salib filgħodu, taf li uliedek u ulied uliedek huma l-iskop f'ħajtek.", "Però tul is-snin kemm verament edukajna lil uliedna kif iridu jġibu ruħhom f'ċirkostanzi partikolari?", "Jien ixxokkjajt ruħi ftit tal-ġimgħat ilu meta kellna taħditiet ma' NGO partikolari li taħdem fuq it-traffikar uman b'eżerċizzju li għamlu fi skola partikolari.", "Dan il-bniedem li jmexxi din l-NGO daħal fi klassi, fejn staqsa lit-tfal min minnhom jixtieq jiġi miegħu barra mill-klassi ħalli jagħtih scooter.", "Kompla jirrakkonta li klassi sħiħa ħarġet barra mill-klassi.", "Reġa' daħħalhom fil-klassi u qalilhom li nesa jgħidilhom punt wieħed, li biex jagħtihom l-iscooter, ħadd minnhom ma kien se jerġa' jara lill-ġenituri tiegħu, lil ħutu, lin-nanniet u lil sħabhom tal-iskola.", "Spjegalhom li kienu se jinqatgħu mill-kumplament tas-soċjetà.", "Meta reġa' għamlilhom l-istess mistoqsija b'din il-kondizzjoni, l-ebda tifel u tifla ma ħareġ barra mill-klassi.", "Għalhekk nixtieq li parti mill-fondi li hemm allokati fil-Baġit 2019 imorru għal proġett li jeduka lit-tfal tagħna dwar x'inhu traffikar uman.", "Pass pass ma' din il-kampanja edukattiva rrid nara mekkaniżmu fejn għall-ewwel darba bħala nazzjon ikollna strateġija b'saħħitha fuq it-traffikar uman.", "Din l-istrateġija trid tibda bil-bażiku, biex fl-ambjent fejn ngħixu nkunu nistgħu nindunaw meta maġenbna jkun hemm persuna li potenzjalment ġiet ittraffikata.", "X'inhuma s-sinjali li rridu niftħu għajnejna għalihom?", "Aktar minn hekk, x'inhu l-mekkaniżmu li rridu niskattaw biex ngħinu lill-vittma, għaliex aħna soċjetà li jimpurtana.", "Hawn irrid nagħmel referenza għal sena u nofs ta' ħidma fi ħdan dan is-Segretarjat fejn irrid insellem lit-teams kollha rispettivi li qed jaħdmu fuq dawn ir-riformi u li jieħdu dawn is-suġġetti b'serjetà kbira.", "Dawn huma nies li ndejjaqhom anke nhar ta' Sibt u Ħadd f'ħinijiet strambi, meta jiġuni ċerti ideat u nsaqsihom jekk inkunux ħsibna dwarhom.", "Dawn huma nies li għandhom verament għal qalbhom il-kawża soċjali li qegħdin niddiskutu.", "Bħala pajjiż irridu mmorru lejn mekkaniżmi li s'issa għadna ma investejniex fihom.", "Il-manifest elettorali tal-Partit Laburista jgħid b'mod ċar li rridu ngħinu lill-vittmi ta' dawn is-sitwazzjonijiet.", "Il-mistoqsija li tqum hi: Kif se ngħinu lil dawn il-vittmi?", "Jekk persuna f'Malta tikxef ċirku ta' traffikar, titla' tixhed u l-akkużati jitressqu l-Qorti, dik il-persuna se tibqa' safe?", "Jekk inbiddlulha isimha u nagħtuha identità ġdida, huwa biżżejjed?", "Ejja niftakru li l-probabbiltà hi li llum jew għada, il-vittma se tiltaqa' mal-istess aggressur tagħha li żammha maqbuda f'sitwazzjoni inaċċettabbli.", "Għalhekk, bħala pajjiż, irridu nkomplu għaddejjin b'diskussjonijiet ma' diversi pajjiżi differenti biex naraw kif nistgħu noħolqu mekkaniżmu ta' witness protection programmes fejn b'mod awtomatiku, meta jkollna ċerti każijiet sensittivi, jiskatta mekkaniżmu bilaterali bejn pajjiżi differenti u jkun hemm skambju ta' vittmi biex ikunu protetti f'kull sens.", "Niġi issa biex nitkellem fuq il-prostituzzjoni.", "Tajjeb ngħid li mhux kull tip ta' traffikar huwa marbut mal-prostituzzjoni biss, imma hemm elementi oħrajn, fosthom ta' xogħol.", "Hawnhekk insellem lill-ħaddiema ta' Identity Malta li fl-ewwel xhur ta' din il-Leġiżlatura ngħataw taħriġ speċjalizzat, inkluż minn esperti barranin li kienu jaħdmu fi Scotland Yard.", "Dan it-taħriġ wassalna biex matul din is-sena identifikajna aktar persuni li kienu qegħdin fuq il-lista ta' vittmi ta' traffikar uman.", "Però l-prostituzzjoni tmur lil hinn minn hekk.", "Kif semmew il-kelliema tal-Oppożizzjoni, f'pajjiżna l-prostituzzjoni mhijiex illegali.", "Illegali huwa li persuna, raġel, mara, trans jew gay - niddejjaq li meta nitkellmu dwar prostituzzjoni, dejjem insemmu l-mara meta hemm realtajiet oħrajn - jitlajjaw fit-triq jew ikunu parti minn burdell.", "Jagħmel sens bħala soċjetà li nibqgħu nibagħtu persuni l-ħabs għaliex inqabdu jitlajjaw?", "Jagħmel sens li l-fedina penali tal-individwu tkompli tkun maħmuġa proprju minħabba din is-sitwazzjoni?", "Ħadt gost li fil-ġimgħat li għaddew, wara xhur sħaħ ta' diskussjoni mal-istakeholders kollha, għall-ewwel darba bħala pajjiż, investejna f'mekkaniżmu biex jgħin lil dawk li qegħdin il-ħabs b'rabta mal-prostituzzjoni.", "Fil-fatt, il-Kabinett approva din id-deċiżjoni li jkollna dan l-Exit Programme li jiffoka b'mod uniku fuq dawk il-persuni li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, anke jekk uħud minnhom ma ngħatawx sentenza, minħabba l-prostituzzjoni imam, kif semma l-Onor.", "Karol Aquilina, qegħdin il-ħabs b'reati differenti, bħal droga u serq, li b'xi mod jew ieħor, huma marbutin mal-prostituzzjoni.", "Flimkien mal-NGO Dar Hosea, li hija l-unika dar f'Malta li hija mmexxija b'mod indipendenti minn NGO, se nkunu qegħdin ninvestu fondi apposta biex dawk li qegħdin fil-ħabs u għandhom storja b'rabta mal-prostituzzjoni, ikollhom taħriġ li jgħinhom f'ħiliet differenti.", "Jista' jagħti l-każ li dawn il-persuni qatt ma kellhom iċ-ċans li xi ħadd emmen fil-kwalitajiet tagħhom.", "Għalhekk se naraw kif nistgħu nippreprawhom għad-dinja tax-xogħol ġaladarba joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex ma jerġgħux jispiċċaw fit-triq.", "Nieħu gost li fuq din ir-riforma kellna ġimagħtejn fejn kull stakeholder, inkluż il-President ta' Malta, NGOs żgħar u diversi entitajiet oħrajn ħarġu stqarrija fuq dan is-suġġett li għaqqadna bħala pajjiż.", "Ġenwinament nixtieq li nibqa' nara dan l-ispirtu fil-proċessi li għad li huma diffiċli, nemmen li nistgħu naslu għalihom biex nagħmlu d-differenza fil-ħajja ta' dawn in-nies.", "Nixtieq nara l-istess sitwazzjoni f'din il-Kamra fejn it-tliet partiti ninvestu f'diskussjoni matura u li ma tkunx partiġġjana biex noħolqu front wieħed u magħqud quddiem dan is-suġġett.", "Riforma oħra li għandna quddiemna hija dik marbuta mal-kannabis.", "Fix-xhur li għaddew, f'din il-Kamra u anke barra tkellimna dwar dan is-suġġett.", "Pubblikament għedt kemm-il darba li jien dejjem kont, għadni u nibqa' kontra d-droga.", "Meta ngħatajt dan il-portafoll, naħseb li din kienet l-unika responsabilità li ma ħadtx gost biha, għaliex fil-bidu kien xokk li nassorbi r-responsabbiltà li tpoġġiet f'ħoġri, imma llum l-ġurnata kuntenta li qed immexxi din ir-riforma.", "Kull stakeholder li jaħdem f'dan il-qasam b'tant passjoni jaf li għalija, anke bħala ġenitur, din mhijiex sitwazzjoni fejn xejn mhu xejn jew kollox se jgħaddi.", "Matul il-ġimgħat li għaddew komplejna niltaqgħu mal-istakeholders li jafu b'mod apert kif naħsibha fuq dan is-suġġett.", "Jafu li bħala Gvern, qed naħdmu fuq tliet dibattiti differenti b'rabta mal-kannabis.", "Kellna d-dibattitu dwar il-kannabis għal użu mediku, liema liġi għaddiet mill-Parlament.", "Kellna d-dibattitu wkoll dwar il-produzzjoni, fejn għaddejna wkoll il-liġi mill-Parlament.", "Issa wasalna għat-tielet dibattitu dwar l-użu tal-kannabis li mhux marbut mal-aspett mediku imma mal-aspett rikreattiv.", "Nemmen li m'hemm xejn rikreattiv b'rabta mal-użu tad-droga.", "Jekk bħala pajjiż qed immorru lejn sistema fejn nipprovaw npinġu d-droga bħala rikreazzjoni, ċertament li se nkunu nqbadna fuq sieq ħażina.", "Għalhekk, bħala Gvern, ħassejna li għandna nieħdu l-itwal triq għal din id-diskussjoni u mhux inpoġġu sittin NGO madwar l-istess mejda, fejn forsi jmissek minuta jew tnejn biex tagħmel l-argumenti tiegħek.", "Rajna li ninvestu f'biżżejjed ħin ma' kull NGO biex dan is-suġġett ikun ittrattat b'mod serju.", "Tkellimna u qbilna mal-maġġoranza tal-istakeholders li t-triq quddiemna hija ċara: irridu nimxu fuq mudell li jkun imsejjes fuq l-Icelandic model.", "Aħna qed ngħidu li nemmnu li t-tfal tagħna jistgħu jeċċellaw f'diversi oqsma, fosthom fl-isport, l-arti u l-kultura.", "Kellna baġit bla preċedent fejn investejna b'mod tanġibbli f'dawn it-tliet oqsma, li huma s-sisien u l-pedament għar-riforma tal-kannabis.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru numru ta' inizjattivi oħrajn immirati għal tfal li ġejjin minn familji b'ċertu background, fejn forsi l-ġenituri finanzjarjament ma jistgħux jimbottaw lil uliedhom f'oqsma oħra extrakurrikulari.", "Għalhekk irridu mekkaniżmu biex ħadd mit-tfal tagħna ma jaqa' lura.", "Irridu li kull tifel u tifla f'dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "B'kampanja nazzjonali edukattiva li se jkollna fl-2019 se nfiehmu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna bid-diffikultajiet u l-problemi li jġibu magħhom sustanzi illeċiti.", "Dan il-pedament se jkun qed iservina biex kif qalulna riċerkaturi esperti f'dan il-qasam, intawlu kemm nistgħu l-perjodu meta bniedem jibda jesperimenta.", "L-għan hu li naslu sal-punt li bnieden ma jesperimentax.", "Però jekk jirnexxilna ntawlu dak il-perjodu qabel wieħed jibda jesperimenta, ikun ferm aħjar għaż-żgħażagħ tagħna.", "Nafu li qabel l-età ta' 21 sena, il-moħħ ma jkunx għadu żviluppa kompletament.", "Din il-ħidma kollha se sservi bħala pedament li se jwassalna għal fażi oħra fix-xhur ta' wara.", "Bħala soċjetà aħna ma ngħidux li kull min ħa flixkun birra f'każin nhar ta' Ħadd huwa sakranazz!", "Niftakarni nagħmel dan l-argument mas-Sur Charles Miceli, Alla jagħtih il-ġenna, li qatta' ħajtu jaħdem fil-Caritas ma' nies li missew mad-droga.", "F'waħda mill-aħħar konverżazzjonijiet li kelli miegħu, niftakar li kien qalli li ninsabu fit-triq it-tajba fir-rigward tal-mod kif qed naħdmu bħala Gvern f'dan il-qasam.", "Aħna nistgħu nħarsu lejn l-użu tal-kannabis minn a harm reduction approach fejn ngħidu li l-kannabis tagħtik ċerti livelli ta' periklu.", "Però għal min diġà qiegħed jieħu din id-droga, bħala soċjetà għandna d-dover li noffru programmi li jkunu siguri.", "Meta tkellimna ma' min jagħmel użu mid-droga u qiegħed jagħmel programmi ma' għaqdiet differenti f'pajjiżna, qalulna li l-ikbar biża' tagħhom huwa li biex isostnu l-vizzju, jispiċċaw fit-triq mal-akbar traffikanti tad-droga.", "Aħna għad għandna sitwazzjoni fejn min qiegħed jixtri l-kannabis, jixtri kannabis li hija mħallta b'kull tip ta' affarijiet, bħal kimika, spray u ħġieġ imkisser irqiq, biex il-piż ikun itqal u t-traffikant idaħħal aktar flus.", "Għalhekk qed inħarsu lejn a harm reduction approach għal min jixtri d-droga; ikollna mekkaniżmu li permezz tiegħu min ibigħ ikun liċenzjat, b'hekk inkunu nafu t-traceability ta' dik il-kannabis u jkollna kontroll fuq l-ammonti.", "B'dan il-mod ma nħallux sitwazzjoni ta' ġungla kif hemm bħalissa.", "Min sema' dan il-Baġit u ħaseb li se jara mekkaniżmu li jaħdem mod ieħor, mar żmerċ!", "M'aħniex se nattwaw riforma f'dan il-qasam mingħajr ma jkollna pedament sod.", "Bħala pajjiż irid ikollna element ta' valuri.", "Bħala Parlament konvinta li ma rridux nibagħtu messaġġ li f'dan il-pajjiż kollox jista' jgħaddi qisu xejn mhu xejn!", "Għalhekk irridu li jkollna mekkaniżmi fejn, pereżempju, jekk inti ħadt id-drogat ma tkunx tista' ssuq inġenji fit-triq, b'periklu għalik u għal ħaddieħor, u ma tistax tpejjep id-droga fil-preżenza tat-tfal tagħna.", "Ma nistgħux inkunu ħdejn il-baħar u maġenbna jkun hemm min qed ipejjep il-kannabis.", "Għalhekk irridu naslu għal dik il-fażi fejn ikollna a harm reduction programme, imma qabel, flimkien mal-Oppożizzjoni u l-istakeholders kollha li ta' kuljum jaħdmu f'dawn l-oqsma, irridu nfasslu l-liġijiet li se jkunu l-bażi li jwassluna għall-pass li jmiss.", "Nixtieq insemmi wkoll il-Vot 16.", "F'dan il-Baġit 2019 qed naraw fondi li permezz tagħhom se mmorru għall-mixja storika li jmiss: għall-ewwel darba, iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li se jkollhom 16-il sena sa dakinhar tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, se jkunu qed jivvotaw.", "Hawn qed nitkellmu fuq 8,500 żagħżugħ u żagħżugħa li għall-ewwel darba se jkollhom iċ-ċans li jkunu parteċipi f'dawn l-elezzjonijiet.", "Malta hija t-tieni pajjiż fl-Ewropa li qed tagħti dan id-dritt ta' Vot 16.", "Din hija xi ħaġa li għandha tagħmilna kburin għax, kif nafu, din il-liġi għaddiet minn din il-Kamra b'mod unanimu, anke jekk kellna bżonn żewġ terzi biex nemendaw il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Hawn qed nibagħtu messaġġ b'saħħtu liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li aħna nemmnu fihom.", "Issa, fil-perjodu li jmiss, hemm bżonn li nagħmlu dak li qalulna ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li talbu għal kampanja edukattiva ta' x'inhu dan id-dritt.", "Iż-żgħażagħ tagħna qajmu mistoqsijiet bażiċi, bħal kif tivvota.", "Naħseb li kull wieħed u waħda minna, meta vvotajna ta' 18-il sena, kellna l-istess mistoqsijiet.", "Għalhekk hemm bżonn li nindirizzaw dawn il-mistoqsijiet taż-żgħażagħ biex ikunu ppreparati bl-aħjar mod għal dan id-dritt li ngħatalhom.", "Nixtieq nagħlaq fuq is-suġġett ta' Parlament li jkun aktar rappreżentattiv.", "Aktar qabel, smajna membri tal-Oppożizzjoni jitkellmu dwar dan is-suġġett.", "L-Onor.Chris Said qal li għadu ma rċeviex l-invit biex flimkien niddiskutu dan is-suġġett.", "Inserraħ ras l-Onor.", "Said li l-invit se jasallu u, jekk hemm bżonn, nagħtihulu jien personalment.", "Mela aħna nistgħu niddiskutu xi ħaġa importanti bħal din mingħajr ma nikkonsultaw mal-partiti politiċi f'dan il-pajjiż!", "Nafu li din hija riforma li hemm bżonn li ssir.", "Sebgħin sena ilu, il-mara Maltija bdiet timxi l-mixja politika b'modi differenti, meta għall-ewwel darba ngħatalha d-dritt tal-vot.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn f'din il-Kamra għandna rappreżentanza femminili baxxa.", "Jien nieħu gost meta quddiemi jkolli lill-Onor.", "Kirsty Debono, u maġenbi jkun hawn l-Onor.", "Rosianne Cutajar u l-Onor.", "Helena Dalli, fost l-oħrajn, għax anke meta għandek suġġett delikat, l-input ta' mara u ta' raġel huwa dejjem importanti.", "Fit-tliet snin l-imgħoddija, kont niddejjaq meta kont niġi f'sitwazzjoni fejn madwar mejda daqsiex ikollok irġiel biss, ħlief għal mara jew tnejn biex niddiskutu ċerti proġetti tal-Gvern.", "Nemmen li hemm punti li nistgħu nindirizzaw b'mod aħjar.", "Hemm affarijiet li rridu nbiddlu.", "Diġà sar ċertu tibdil, pereżempju fil-ħinijiet meta tiltaqa' l-Kamra.", "Però għandna fejn inkomplu ntejbu.", "Meta bnejna din il-Kamra, ma sibniex post fejn ikollna childcare.", "Nappy changer saret dan is-sajf, għaliex żewġ deputati fuq din in-naħa tal-Kamra kellhom tarbija.", "Jien m'għandix trabi żgħar, imma jekk xi ħadd mill-membri - jiġini f'moħħi l-Ministru Ian Borg – jkollu bżonn iġib it-tarbija miegħu, m'għandniex post fejn inżommu lit-tarbija sakemm il-membru jagħmel diskors!", "Bħala pajjiż għandna sitwazzjoni ta' mistħija, anke għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea nnotat li l-medja ta' nisa fil-Parlament Ewropew telgħet għal 29%, imma f'pajjiżna dan ma kienx il-każ!", "Bħala pajjiż, bqajna neżlin 'l isfel fl-istatistika li żżomm l-Inter-Parliamentary Union u issa ninsabu fil-150 post minn 190 post.", "Sinjura President, nagħlaq b'dan il-kumment, li flimkien irridu niddiskutu kif se nbiddlu dawn il-figuri b'mod tanġibbli.", "Infakkar li Malta tat impenn ċar li sal-2030 nofs il-Parlamentari tagħna jridu jkunu rġiel u n-nofs l-ieħor nisa.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq 100 sena oħra, imma 12-il sena oħra!", "Nixtieq li fil-ġimgħat li ġejjin, kif tkun lesta l-ewwel verżjoni tal-green paper, nikkonsultaw kemm mal-pubbliku kif ukoll mal-partiti politiċi kif se nagħmlu din il-bidla li tant hija meħtieġa.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, illum li qegħdin niddiskutu l-vot tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nixtieq niffoka ftit fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Għadna kif smajna lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jitkellem dwar settur li huwa meqjus bħala wieħed mis-setturi ewlenin ta' pajjiżna li minnu jiddependi l-investiment u li joħloq porzjon sostanzjali ta' attività ekonomika.", "Il-qasam tas-servizzi finanzjarji ilu jinbena għal numru ta' snin konsiderevoli u twieled b'kunsens miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Dan il-qasam huwa meqjus bħala a national asset għaliex huwa akkwist li sar bl-isforz ta' kulħadd.", "Nemmen li għandna nibżgħu għalih bħala akkwist ta' kulħadd billi naħdmu aktar flimkien b'risq dan is-settur.", "Biex inbena dan il-qasam f'pajjiżna, fil-fehma tiegħi, kien hemm tliet fatturi li mexxew 'il quddiem l-avvanz li rajna matul is-snin.", "L-ewwel nett l-innovazzjoni; it-tieni l-ħila ta' dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur, u t-tielet ir-regolamentazzjoni adegwata li tfasslet u ġiet implimentata matul is-snin.Ċertament li l-innovazzjoni hija ferm importanti għaliex dan is-settur mhuwiex statiku, imma għandek evoluzzjoni kontinwa, b'ċirkostanzi u realtajiet li jinbidlu l-ħin kollu.", "Jekk inħarsu lura lejn it-twelid tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna, minn xiex kien jikkonsisti fl-ewwel snin u fejn wasalna u sejrin illum, żgur li naraw bidliet sostanzjali, anke fil-mod ta' kif qegħdin naħdmu.", "Għalhekk, l-innovazzjoni f'dan is-settur hija element essenzjali.", "Wieħed irid kontinwament jaġġorna anke l-qafas legali biex nirrispettaw l-obbligi tal-Unjoni Ewropeja, kif ukoll biex nibqgħu ġurisdizzjoni attraenti għall-ħteġijiet tal-mument u biex nuru li qegħdin nagħrfu dak li hu meħtieġ biex inwieġbu għax-xejriet tal-ġejjieni.", "Il-ħiliet ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur huwa ċertament element mill-aktar importanti.", "Ladarba qed nitkellmu dwar is-servizzi, irid ikollok nies kapaċi u abbli biex jagħtu servizz tajjeb.", "Investiment fil-ħiliet tal-ħaddiema huwa awtomatikament attrazzjoni biex persuna tiġi taħdem fil-ġurisdizzjoni tagħna.", "Għalhekk, apparti li nkunu innovattivi, irridu dejjem inżommu investiment qawwi biex naċċertaw li f'pajjiżna jkollna nies b'ħiliet biżżejjed, mhux biss illum iżda wkoll fil-futur.", "Jekk inħarsu lejn l-aspett regolatorju, fil-fehma tiegħi, dan huwa l-qafas li minnu titwieled il-fiduċja u l-kredibiltà tas-settur finanzjarju.", "Meta għandek regolamentazzoni robusta li tagħti sens ta' ċertezza, se jkollok attrazzjoni għal dawk li jridu jinvestu biex jidħlu f'dan is-settur.", "Fuq kollox, se jkollok is-serħan tal-moħħ li dan il-qafas huwa importanti ħafna għal dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizzi finanzjarji.", "Kemm ilna li bħala pajjiż investejna f'dan is-settur, dejjem ipproponejna liġijiet li servew bħala regolamentazzjoni u fl-istess ħin, b'abbiltà, ħila u riflessjoni sħiħa, wettqu rwol ta' pedament biex ikollok attrazzjoni lejn ġurisdizzjoni li hija relattivament żgħira u żagħżugħa, iżda kull ma jmur qed tiġi dejjem aktar stabbilita.", "Kif jgħidu, jinbidlu ż-żmenijiet u aħna rridu niġġeddu magħhom!", "Ix-xejriet li qed naraw illum qed jindikaw biċ-ċar li l-bidla sostanzjali fil-qasam finanzjarju mhux ġejja biss mill-attività li jkollok f'din id-dinja li dejjem tiċkien b'riżultat tal-globalizzazzjoni, imma ġejja wkoll mid-dinja diġitali li qed iġġib bidliet kbar magħha.", "Qed naraw bidliet mhux biss fil-mod kif ngħixu, naħdmu u nikkomunikaw bejnietna, iżda qed iġġib dinja oħra fil-qasam finanzjarju, tant li llum qegħdin inħarsu lejn settur speċjalizzat kollu mwieled minn din id-dinja diġitali u l-bidliet li ġabet magħha.", "Pajjiżna llum, fuq livell internazzjonali, għandu isem ġdid, dak ta' \"Blockchain Island\".", "Artiklu li deher fis-sit Bitcoin Global News, li bil-permess nixtieq inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, jgħid hekk:", "Pajjiżna wasal biex jitpoġġa f'settur innovattiv fuq livell internazzjonali għaliex għaraf s-sinjali tal-ġejjieni, ħa d-deċiżjoni meħtieġa u qed iħares 'il quddiem.", "Fil-fatt, dan il-Parlament kompla jagħmel il-liġjiet meħtieġa biex inkomplu niġġeddu.", "Apparti l-ismijiet ta' dawk il-kumpaniji li jissemmew f'dak l-artiklu, hemm kumpaniji oħrajn li huma interessati li jinvestu f'pajjiżna.", "Sa din il-ġimgħa stess, il-midja ħabbret li l-Blockchain Island qed tara ffullar ta' investituri li qegħdin jarawna attraenti u innovattivi, għaliex bħala ġurisdizzjoni, pajjiżna qed joffri regolamentazzjoni tajba.", "B'investiment fil-ħiliet ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur, se nkomplu nagħtu aktar fiduċja f'dan is-settur importanti.", "Għaldaqstant, naħseb li s-sena 2018 se tibqa' tissemma bħala s-sena li fiha twelled settur ġdid li jaqa' fil-parametri tas-servizzi finanzjarji, iżda huwa settur innovattiv li se jkompli jsaħħaħ l-ekonomija diġitali li tant irridu nkomplu naħdmu iżjed fuqha.", "Irridu ngħidu li dawn ir-riżultati ma ġewx b'kumbinazzjoni, imma huma riżultat ta' konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa li kienet il-bidu tal-pedament biex pajjiżna jidħol f'dan is-settur.", "Ma rajniex biss konsultazzjoni biex il-Gvern ikollu qafas ta' liġi li tiġi diskussa f'dan il-Parlament, iżda għamilna konsultazzjoni ma' dawk li huma interessati f'dan is-settur, li qed jiġbed l-attenzjoni u l-interess ta' pajjiżi oħrajn.", "Din il-konsultazzjoni mill-ewwel qanqlet aktar interess f'pajjiżna, għax konna minn tal-ewwel li qed noffru s-serħan tal-moħħ bil-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam.", "Irridu ngħidu li huwa importanti li nkomplu nimxu 'l quddiem f'dan is-settur.", "Din it-teknoloġija ġdida qiegħda ġġib rivoluzzjoni fil-mod kif isir ħafna mix-xogħol fil-qasam finanzjarju, filwaqt li qed toffri opportunitajiet u modi ġodda ta' kif isiru t-transazzjonijiet, ta' kif isir in-negozju u ta' kif id-data u l-informazzjoni tiġi arkivjata u immaniġġjata.", "Fil-fatt, diġà hemm numru ta' ġurisdizzjonijiet li qed jaraw kif jinvestu ħalli jidħlu f'dawn it-teknoloġiji.", "Għaldaqstant huwa importanti li pajjiżna jkompli jippreżenta lilu nnifsu bħala dik il-ġurisdizzjoni li toffri dawn is-servizzi bl-aktar mod professjonali.", "Pajjiżna mhux qed jaħdem biss biex joffri s-servizzi, iżda qed jaħdem ukoll biex joffri dan il-qafas legali.", "Il-ħolqien ta' settur ġdid ħoloq interess ġdid f'pajjiżna, tant li diġà qegħdin naraw attività li ġejja kemm minn dawk li qed jersqu lejn pajjiżna biex jinvestu, kif ukoll minn korp ta' nies professjonisti li tul is-snin offrew servizzi fil-qasam finanzjarju.", "Huma ħafna dawk li qed jieħdu din l-opportunità biex jinvestu u jkattru l-ħiliet tagħhom ħalli jaħtfu dawn l-opportunitajiet bl-aħjar mod possibbli.", "Mill-ġdid qed naraw aġġornament fis-settur finanzjarju fl-aktar tifsira wiesgħa tiegħu.", "Pajjiżna fassal liġijiet ħolistiċi li joffru qafas wiesa' għal dan l-iżvilupp teknoloġiku li qed naraw iseħħ b'rata mgħaġġla.", "Għal dan l-iskop, permezz ta' liġi, inħoloq regolatur apposta għal dan il-qasam.", "Kien importanti li bħala pajjiż ikollna regolatur ġdid biex b'mod iffokat u speċjalizzat nindirizzaw dan il-qasam bl-aktar mod professjonali.", "Dan ir-regolatur se jiffoka fuq din ir-realtà ġdida, irrispettivament mill-mod kif din it-teknoloġija tkun qiegħda tintuża.", "Ir-regolatur għandu tliet oġġettivi ewlenin: L-ewwel li jservi bħala ċentru ta' eċċellenza u ta' expertise f'dan il-qasam.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li kontinwament għandna nżommu f'moħħna.", "It-tieni, li jaħdem biex dan is-settur f'pajjiżna jkun future proof.", "Forsi din qed nisimgħuha bħala buzzword, però tajjeb li l-għażliet u l-impenn li nagħmlu jkunu b'saħħithom għal dak li se joffri l-futur f'dan il-qasam.", "It-tielet, ir-regolatur irid jara li joħloq dawk l-istrutturi neċessarji biex pajjiżna jkun jista' jieħu vantaġġ mill-iżviluppi li jkunu għaddejjin f'dan il-qasam.", "Dan l-iżvilupp qed iwassal biex pajjiżna jattira attivitajiet u possibbiltajiet ġodda.", "Għalhekk, din l-Awtorità trid tagħmel l-għażliet b'mod immedjat, fis-sens li tkun attenta għal dak li jkun għaddej biex tieħu d-deċiżjonijiet malajr.", "Ma ninsewx li qed nitkellmu fuq settur li jara bidliet b'mod kontinwu.", "Importanti li jkollna l-effiċjenza biex jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji ħalli pajjiżna jwieġeb mill-ewwel għat-xejriet li jkunu għaddejjin.", "Infakkar fil-liġijiet li ġew approvati matul din is-sena, fejn minn din il-Kamra għaddejna l-Malta Digital Innovation Authority Act li għadni kif tkellimt dwaru, l-Innovative Technologies Arrangements Instructions Act u l-Virtual Financial Assets Act.", "Importanti ħafna li din l-Awtorità ma taħdimx f'iżolament.", "Konvint li hemm dan l-impenn biex naraw sinerġija ma' entitajiet oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bħall-MFSA u l-FIAU, fost l-oħrajn.", "Flimkien dawn l-awtoritajiet iridu jagħmlu x-xogħol meħtieġ ħalli l-qafas regolatorju ikun innovattiv fil-mod kif inħaddmu dan is-settur, kif approva dan il-Parlament u fl-istess ħin iwieġbu b'mod attiv u kontinwu għall-ħidma li tkun trid issir.", "Dan huwa pass importanti sabiex pajjiżna jibqa' jesperjenza u jkattar is-suċċess ekonomiku li qiegħed igawdi illum.", "Pajjiżna llum jista' jitkellem b'mod pożittiv dwar dan is-suċċess li qed jasal għand in-nies.", "Din mhijiex kwestjoni ta' kantaliena ta' figuri, imma qed naraw li dan is-suċċess ekonomiku se jservi bħala l-pedament li għandna bżonn biex nibnu għall-futur.", "Mill-2013 'l hawn ħadna deċiżjonijiet importanti biex inġeddu l-ekonomija ta' pajjiżna li kienet miexja b'mod kajman u llum għandna ekonomija vibranti li miexja 'l quddiem bi tkabbir ekonomiku mingħajr ebda preċedent.", "Kien meħtieġ li nsibu liema huma dawk l-impenji u l-oqsma fejn stajna ninvestu ħalli nkomplu nkattru l-opportunitajiet għal pajjiżna.", "Nemmen li l-għażliet li saru se jissarrfu f'aktar opportunitajiet ta' xogħol u taħriġ.", "Hawnhekk irrid ninsisti fuq aktar edukazzjoni u għarfien indirizzati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna li għadhom fuq il-bank tal-iskola, biex ikunu konxji minn dawn l-opportunitajiet ġodda ħalli jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu f'dawn is-setturi.", "Dawn it-tfal u żgħażagħ tal-lum se jkunu l-irġiel u n-nisa ta' għada li se jkunu mdawrin b'dawn l-opportunitajiet innovattivi.", "Irridu nifhmu li għandna nibqgħu ninvestu fil-ħiliet li huma l-qafas ta' aktar suċċess għal pajjiżna fi żmien li ġej.", "Sinjura President, ix-xogħol li sar matul din is-sena f'dan il-qasam poġġa lil pajjiżna fuq il-mappa tad-dinja.", "Fil-fatt irnexxielna nibdew niksbu suċċess sa mill-bidu li bdejna nitkellmu dwar il-ħtieġa li nidħlu f'dan is-settur.", "Fuq kollox, dan is-settur se jsarraf f'opportunità ġdida biex inkomplu nibnu fuq is-suċċessi li kiseb pajjiżna.", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa settur tal-opportunitajiet li se jattira aktar innovazzjoni u investiment lejn pajjiżna.", "Malta qiegħda tgħix is-suċċess, però dan is-settur se jkun wieħed mill-oqsma li se jagħti garanzija biex inkomplu ngħixu dan is-suċċess.", "Qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inqiegħed id-dokument li rreferejt għalih fid-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Artiklu li deher fuq is-sit elettroniku fit-30 ta' Ottubru 2018 intitolat \"Crypto Investors Flocking to 'Blockchain Island' Malta in Droves.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sinjura President, fl-għeluq ta' dan id-dibattitu li jikkonċerna l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nixtieq li nqajjem punti u niddiskuti issues li tkellmu dwarhom il-membri tal-Oppożizzjoni, kif ukoll nitkellem dwar oqsma importanti f'pajjiżna li jaffettwaw il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Nista' ngħid li sa mill-ewwel sena tiegħi fil-politika u aktar tard meta dħalt f'dan il-Parlament, dejjem qist il-Baġit bħala okkażjoni importanti.", "Il-Baġit huwa kruċjali biex l-Eżekuttiv ikun jista' jopera u fl-istess ħin id-diskussjoni tal-Baġit f'dan il-Parlament tagħti stampa ċara tal-istat tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni.", "Meta bħala Gvern nitkellmu dwar il-ħidma li rridu nwettqu permezz tal-Baġit, hemm bżonn li jkollna Oppożizzjoni li mhux biss iżżommna kontabbli, imma wkoll tipproponi proposti li jistgħu jkunu alternattivi għat-tmexxija tal-pajjiż.", "Il-Baġit huwa ritratt ta' kif il-politika lokali tkun sejra f'dak il-mument, fejn fost l-oħrajn naraw kemm ikun b'saħħtu l-Gvern u kemm tkun effettiva l-Oppożizzjoni.", "Il-Baġit jagħti stampa ċara ta' min mill-Gvern u l-Oppożizzjoni jkun qed jifhem tassew ir-realtajiet tal-familji Maltin u Għawdxin u min għandu l-enerġija biex iġib il-bidla fil-pajjiż biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-familji tagħna.", "Il-Baġit juri x'se jkunu l-prijoritajiet ta' pajjiżna fix-xhur li jkunu ġejjin.", "Irridu ngħidu li fid-diskorsi tal-Baġit dejjem kien hemm diverġenzi politiċi.", "F'demokrazija huwa importanti li jkollok ideat diversi u viżjoni mill-partit li jaspira li jkollu t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh.", "Iżda nistqarr li qatt daqs illum ma niftakar li kien hemm differenza bejn Gvern li ħoloq il-ġid u qed iqassmu u Oppożizzjoni li m'għandhiex l-iċken idea fejn trid tmur jew fejn sejra.", "B'responsabbiltà jkolli nistqarr li qatt daqs illum ma rajt Oppożizzjoni f'diffikultà, mhux ippreparata, maqsuma u mingħajr viżjoni konkreta.", "Sinjura President, għandna Oppożizzjoni li issa spiċċat żelqet anke fil-ħalib!", "Qed ngħid dan għaliex meta jkollok membri f'din il-Kamra li sfortuntament ma jkunux jafu kemm hu l-prezz tal-ħalib, hija xi ħaġa sinifikattiva ta' kemm huma maqtugħin mir-realtà tan-nies.", "Il-ħalib huwa prodott agrikolu u tajjeb ngħidu li l-ħalib Malti huwa l-irħas fl-Ewropa!", "Però nafu wkoll it-tbatija tal-bidwi u n-nies li jaħdmu fil-qasam agrikolu biex iwasslulna dan il-prodott fil-ħwienet tagħna ta' kuljum.", "Meta naraw l-economies of scale, nistgħu nifhmu l-problema li għandhom il-bdiewa biex ilaħħqu mal-kompetizzjoni qawwija fl-Ewropa.", "Jien ngħid li kważi jsir miraklu ekonomiku.", "F'Malta għandna waħda mill-aktar rati ta' produzzjoni għolja tal-ħalib għall-bidwi Malti.", "Hemm proċess u ħidma sħiħa biex il-ħalib jasal fi prodott finalizzat għand tal-ħwienet.", "Mill-economies of scale, dawwarna din l-isfida għal xi ħaġa pożittiva għax, kif għedt, illum il-ħalib Malti huwa l-irħas fl-Ewropa.", "Però li jkollok Oppożizzjoni li ma tafx li l-ħalib m'għoliex hija xi ħaġa li sinċerament ma kontx qed nistenna.", "Il-prezz tal-ħalib f'pajjiżna baqa' l-istess.", "Issa llum qegħdin jipprovaw ibenġluha xi ftit li l-prezz tal-ħalib ma jirrigwardax il-ħalib biss, imma anke l-prodotti relatati miegħu.", "Però l-ħalib per se għadu bl-istess prezz li kien fis-snin li għaddew.", "Naħseb li l-unika darba li l-ħalib għola kien fi żmien Gvern Nazzjonalista u mhux fi żmien Gvern Laburista.", "Għan-nisa u l-irġiel li ta' kuljum jixtru l-ħalib mill-ħwienet huwa importanti li l-politiku jkun jaf eżattament x'qiegħed jiġri f'dak li għandu x'jaqsam mal-għoli tal-ħajja.", "Kif tista' tieħu lill-Oppożizzjoni bis-serjetà meta qed jitħawdu anke fl-istatistika relatata mal-barranin li qed jaħdmu f'pajjiżna?", "Lil min se tieħu bis-serjetà, lill-membru tal-Oppożizzjoni li nhar it-Tnejn li għadda qaltilna li f'Malta ġew 11,000 barrani jew lil dik l-Oppożizzjoni li fil-pre-budget document kitbet li kellna 8,000 barrani?", "Din hija l-istess Oppożizzjoni li għandna quddiemna!", "Lil min se tieħu bis-serjetà, lil dik l-Oppożizzjoni li qaltilna li se tagħti appartament lil kulħadd, jew lil dik l-Oppożizzjoni li llum qaltilna li mhux hekk qalu, imma riedu jgħidu li se jgħinu lil min hu fil-bżonn?", "Din hija l-Oppożizzjoni li għandna quddiemna llum!", "Illum jgħidu mod u għada jgħidu mod ieħor!", "Sinjura President, hawn irrid inżid punt ieħor.", "Għal raġuni li jaf l-Onor.", "Adrian Delia biss, nhar it-Tnejn li għadda ġie hawn u qal, u se nikkwota:", "\"ll-Gvern, inkiss inkiss, waqqaf skemi ta' housing li jgħinu persuni b'diżabilità u l-anzjani biex kemm jista' jkun dawn jibqgħu jgħixu f'darhom b'mod indipendenti fil-komunità.\".", "Possibbli li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx li dawn l-iskemi, li ilhom hemm, għadhom miftuħin u qatt ma tneħħew?", "Sinċerament ma nafx min qiegħed jagħtih il-pariri!", "Għax li tiġi tgħid li lanqas taf li l-iskema tal-persuni b'diżabilità għadha hemm kif dejjem kienet ma jagħmilx sens!", "Issa jew xi ħadd qed jipprova jwassallu affarijiet li mhumiex minnhom jew inkella l-Oppożizzjoni hija maqtugħa kompletament mir-realtà.", "Dawn l-iskemi ta' housing kienu hemm, għadhom hemm u se jibqgħu hemm.", "Aktar minn hekk, qed inkomplu ninvestu biex aktar nies jagħmlu użu minn dawn l-iskemi biex inkomplu ngħinu aktar persuni li huma fil-bżonn.", "Jien ninsab verament iddispjaċut li nara sitwazzjoni fejn l-Oppożizzjoni titkellem fuq nies vulnerabbli mingħajr ma tfittex il-verità u tiċċekkja l-fatti mal-awtoritajiet kompetenti.", "Onor. Delia, nagħtik parir li tbiddel il-konsulent li qallek dawn l-affarijiet u minflok tkellem lil 769 anzjani u persuni b'diżabilità li minn Novembru 2013 sal-lum ibbenefikaw minn skema li għadha għaddejja b'mod ġmielu u li jidher li għalaqtha int biss!", "Fost l-oħrajn, b'dik l-iskema rnexxielna ninstallaw diversi lifts.", "Nagħtik parir li tistaqsi lil dik il-persuna b'diżabilità li biddilnielha l-kamra tal-banju biex tkun aċċessibbli għaliha.", "Dawn huma stejjer ta' suċċess li bilfors niftaħar bihom, għaliex qed ibiddlu l-ħajja tan-nies.", "Bħala Gvern, mhux qed nagħmlu dan b'karità, iżda għax għandna ruħ soċjali.", "Onor. Delia, jekk trid li jkollok soċjetà li jimpurtaha, kif jgħid is-slogan tagħkom, ħu ħsieb li jkollok Oppożizzjoni li tiċċekkja l-fatti qabel titkellem ħalli ma twasslux informazzjoni ħażina!", "Sinjura President, il-baġit dejjem kien strument biex l-Oppożizzjoni żżomm lill-Gvern kontabbli, imma llum, sfortuntament, ikolli ngħid li spiċċajna bil-maqlub.", "Illum, għandna sitwazzjoni fejn il-Gvern jikkoreġi lill-Oppożizzjoni minflok ma l-Oppożizzjoni tikkoreġi lill-Gvern biex iżżommu kontabbli.", "Nixtieq nagħmel enfasi wkoll fuq xi punti li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jikkritika l-akbar studju li qatt sar fil-qasam tal-housing fir-rigward tal-white paper li qiegħda għad-diskussjoni u l-konsultazzjoni pubblika.", "L-Onor.", "Delia qalilna li l-white paper mhijiex biżżejjed u waqaf hemm!", "Jidher li l-kontribut li beħsiebha tagħti l-Oppożizzjoni huwa li tinkoraġixxi lill-Gvern ibiddel il-mudell ekonomiku.", "L-Oppożizzjoni qed jgħidulna li għandna nwaqqfu lill-barranin milli jiġu f'pajjiżna, meta nafu li l-ekonomija għandha bżonn aktar ħaddiema biex tibqa' għaddejja b'ritmu mgħaġġel.", "Però mbagħad l-Oppożizzjoni mhijiex tgħidilna lil-liema barranin iridu li jagħlqulhom il-bibien biex ma jiġux f'pajjiżna.", "Fir-rigward tal-housing, l-Oppożizzjoni ma qed toffri l-ebda proposta, ħlief li jridu jagħtu garanzija lil kulħadd li se jkollu saqaf fuq rasu.", "Hawn nistaqsi: Jekk l-Onor.", "Adrian Delia jkun il-Prim Ministru ta' dan il-pajjiż, se jagħti appartament lil kulħadd?", "Se jagħti appartament anke lill-barranin li mhux suppost qegħdin Malta u li l-Oppożizzjoni għoġobha ġġib ir-ritratti tagħhom reqdin barra?", "Dawn huma immigranti ġejjin mill-Italja li mhux suppost qegħdin hawn u ma jkollhomx il-flus neċessarji, kif għandna f'Dar Papa Franġisku u djar oħrajn.", "Dawn l-immigranti ma jiġux f'pajjiżna għal skop ta' xogħol u għalhekk, uħud minnhom, jispiċċaw fit-triq.", "Inkompli nistaqsi: L-Onor.", "Adrian Delia se jagħti appartament lil min mhux suppost jieħu l-għajnuna soċjali?", "Dawn huma proposti li ma jagħmlux sens!", "Għalhekk, wieħed bilfors jistaqsi: Din hija l-viżjoni u l-proposti tal-Oppożizzjoni għall-qasam tal-housing?", "Kif għedt, illum l-Oppożizzjoni biddlet id-diska u qed tgħidilna li mhux qegħdin jgħidu dan, imma qed jgħidu li lil dawk in-nies li qegħdin fuq il-waiting list u lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna se jagħtuhom garanzija li se jkollhom saqaf fuq rashom.", "Irrid ngħid li l-waiting list tal-Awtorità tad-Djar ilha fl-ammont ta' 3,000 mill-inqas għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Ovjament, din mhijiex xi ħaġa feliċi.", "Niftakar li matul il-leġiżlatura li għaddiet, hekk kif inbidel il-Gvern, kien hemm problema, għax meta fittixna l-ammont ta' appartamenti li kellna bżonn biex ngħinu lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli, sibna li l-Awtorità tad-Djar ma kellhiex appartamenti biżżejjed.", "Sal-lum, għad hemm problema ta' nuqqas ta' stock.", "Irrid ngħid ukoll li hemm skemi miftuħa.", "Kif nafu wkoll, meta għandek suq tal-kera li qiegħed irendi, se jkollok aktar nies li jikru u għalhekk id-domanda għall-housing żdiedet.", "Però huwa inġust li tikkritika lill-Gvern u tgħid li huwa antisoċjali u ma ssemmix l-investiment kbir li qed nagħmlu fil-qasam tal-housing, fosthom id-diversi proġetti li għaddejjin fuq diversi siti madwar Malta u Għawdex.", "Hawn qed nitkellmu fuq investiment fl-assi tal-pajjjiż, bi proġetti li huma essenzjali għax se jtejbu s-sitwazzjoni tal-familji tagħna.", "Qegħdin ninvestu wkoll fuq proġetti li huma bżonjużi għal min hu l-aktar vulnerabbli.", "Dawn il-proġetti se jkunu qegħdin hemm biex jintużaw minn gvernijiet futuri, li jistgħu ikunu gvernijiet Laburisti jew Nazzjonalisti, u se jibqgħu jitgawdew mill-Maltin u l-Għawdxin.", "Jien kont nistenna li l-Oppożizzjoni tieħu pożizzjoni kostruttiva fir-rigward tal-white paper.", "Meta l-Oppożizzjoni qed tgħidilna biex inbiddlu l-mudell ekonomiku jfisser li ma tridx li dan il-pajjiż javvanza u ma tridx li l-ekonomija ta' pajjiżna tkompli tikber.", "Hekk morru għidu lill-Maltin li bħalissa għandhom post li qed jikruh u qed jaqilgħu lira tajba!", "Illum għandna 80% tal-Maltin li huma sidien ta' darhom u oħrajn li investew fis-suq tal-kera.", "Jiġifieri l-Oppożizzjoni qed tissuġġerixxi li lil dawn il-Maltin li investew ngħidulhom li se nkeċċu lill-barranin ħalli ma jikrux aktar jew inkella li se jkollhom ibaxxu l-prezz, għax ma jkunx hawn aktar domanda għall-kera?", "Wieħed irid jifhem ukoll li bħala Gvern irridu li jkollna suq tal-kera b'saħħtu u li jrendi u fl-istess ħin irridu ngħinu lil min mhux qed ilaħħaq mal-kirjiet.", "Fil-fatt, introduċejna miżura innovattiva, fejn mhux se nibqgħu nagħtu sussidju tal-kera li, ħafna drabi, jispiċċa għand is-sid, għaliex rajna li dik l-għajnuna ma kenitx adegwata.", "Illum daħħalna konċett ta' benefiċċju marbut mal-housing li se jikkalkula mhux biss l-income tal-inkwilin abbażi tal-kera li qed iħallas, imma anke l-persentaġġ ta' kemm jiflaħ iħallas skont l-income tiegħu, biex imbagħad jiġi kkalkulat il-benefiċċju li l-Istat jagħti lill-inkwilin li qiegħed jgħix fil-kera.", "Ikolli ngħid li l-Oppożizzjoni tant mhux qed taqbad art mar-realtà tas-suċċess li qed jikseb il-Prim Ministru li qed jipprovaw joħolqu realtà oħra billi jigdbu saħansitra fuq il-prezz tal-ħalib, fuq l-istatitika tal-barranin, fuq skemi li skont huma ġew magħluqa imma għadhom eżistenti, fuq il-ġid li qed joħloq dan il-Gvern, fuq il-mod kif inkiseb it-tkabbir ekonomiku u fuq il-pagi u l-opportuntijiet tax-xogħol, fost l-oħrajn.", "Il-parir tiegħi lill-Oppożizzjoni hu: Biddlu d-direzzjoni, għaliex il-Maltin u l-Għawdxin qed iħossu s-suċċess ta' Malta f'buthom u fil-kwalità tal-ħajja tagħhom!", "Inutli tibqgħu negattivi meta tafu li llum il-ġurnata l-Maltin qed iħossu li sejrin tajjeb ekonomikament u finanzjarjament.", "Fuq kollox, l-akbar kejl tal-ekonomija huwa x-xogħol.", "Fl-istorja politika ta' pajjiżna, qatt ma kellna l-qgħad fil-livell baxx li qiegħed illum.", "Niftakar li l-eks Prim Ministru Dom Mintoff kien isejjaħlu t-temperatura ta' kif tkejjel l-ekonomija tal-pajjiż.", "Fejn qatt konna noħolmu li naraw il-qgħad taħt l-2,000 ruħ!", "Illum ix-xogħol qed jiġri wara l-ħaddiema!", "Jekk nieħdu s-settur tal-bini, bħalissa tant hawn proġetti ta' kostruzzjoni għaddejjin li ma ssibx ħaddiema u kuntratturi biżżejjed biex ilaħħqu max-xogħol li hawn!", "Din hija xi ħaġa pożittiva għal ħafna familji Maltin u Għawdxin li jiddependu fuq il-pagi u fuq l-ammont ta' xogħol li jkollhom.", "Grazzi għas-suċċess li ksibna, kellna Baġit li qed iqassam il-ġid u joħloq aktar opportunitajiet.", "Żidna ċ-children's allowance għal 17-il familja, żidna l-pensjoni għall-anzjani tagħna, tajna trasport b'xejn għall-iskejjel tal-Knisja u tal-privat li fisser li l-ġenituri ffrankaw €700 għal kull wild.", "Komplejna r-reviżjoni tat-taxxa, tajna ġurnata oħra vacation leave, kellna tnaqqis fit-taxxa tal-boll għat-trasferiment tan-negozji, estendejna l-iskemi tal-first-time buyers u anke s-second-time buyers, u tajna trasport pubbliku b'xejn għall-istudenti ta' bejn 16 u 20 sena.", "Ivvotajna €100 miljun għal toroq ġodda, investejna €110 miljun għall-programm tal-housing, permezz tal-Awtorità tad-Djar tajna sussidju tal-kera għall-ewwel darba lill-istudenti Għawdxin fejn qabel ma kenux jingħataw ħlief sussidju marbut mal-Ministeru tagħhom.", "Se ninċentivaw ukoll kirjiet affordabbli fit-tul, qed nagħtu housing benefit lil min mhux qed ilaħħaq mal-kera, fost tant miżuri oħrajn li dan il-Baġit qed iqassam lill-poplu Malti u Għawdxi.", "X'differenza minn dak li kien isir matul leġiżlaturi preċedenti fejn il-Gvern kien jiftaħar li se jivvota bil-qalb għall-għoli tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u lin-nies vulnerabbli li ma setgħux ilaħħqu mal-kontijiet kien jibgħathom jittalbu għall-vouchers fil-kju biex jieħdu xi traħħis mill-kont tagħhom!", "Qabel konna nibżgħu mill-baġit, mentri llum in-nies tistenna l-aħbar it-tajba, għax taf li l-baġit se jkun eżerċizzju ta' ottimiżmu.", "Din hija d-differenza li qed jagħmel dan il-Gvern!", "Il-familji Maltin qed iħossu l-ottimiżmu u l-progress fil-pajjiż.", "Min-naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni tipprova tbeżża' b'lingwaġġ tal-lemin estrem u popolist.", "Il-familji jridu jimxu 'l quddiem irrispettivament minn min hemm fil-gvern, iżda l-Partit Nazzjonalista jrid imexxi akkost ta' kollox u huwa għatxan għall-poter, irrispettivament mill-konsegwenzi.", "Sinjura President, ċert li r-ritratt li qed jieħu dan il-baġit qed juri Gvern magħqud waqt li saħansitra qiegħed jippreżenta riżultati impressjonanti b'aktar ambizzjonijiet.", "Għandna r-rieda u l-enerġija biex kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, ikollu l-opportunità li jgħix is-suċċess ta' Malta fl-aqwa żmien ta' pajjiżna, bl-aqwa baġit ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skont il-Mozzjoni ta' proċedura, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li trid tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "Fis-2.05 p.m. il-Kamra rriżumiet u s-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa kienu posposti għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Roderick Galdes biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "RODERICK GALDES: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "Il-Ħames Jum Stabbilit - Ministeru għat-Turiżmu", "Vot 25 – Ministeru għat-Turiżmu", "Vot X – Ministeru għat-Turiżmu – Kapital.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Tielet Qari", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja – Tielet Qari", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-voti tal-Ministeru għat-Turiżmu għandha tieħu mhux aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li f'din is-seduta, il-mistoqsijiet parlamentari jistgħu jsiru bejn is-6.00 p.m. u s-6.30 p.m. u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla l-Ħamis, 1 ta' Novembru, 2018 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-2.07 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181101_154d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-Pjazza ta' Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-Pjazza msemmija?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qabilx li l-Malta Industrial Parks (MIP) (kif ġie rrapportat fit-Times of Malta tas-Sibt 24 ta' Frar 2018) tagħti direct order lil min ġie skwalifikat mit-tender pubbliku mid-Dipartiment tal-Kuntratti?", "Jaqbilx li b'dawn id-deċiżjonijiet arbitrarji nġieb fix-xejn il-proċess ta' tender pubbliku?", "Jista' jgħid jekk hu kienx infurmat mill-MIP qabel ma' taw dan id-direct order imsemmi fl-artikolu msemmi?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux inkjesti, ta' kwalsiasi xorta, wara nirien li ħakmu lill-Impjant ta' Sant'Antnin f'iktar minn okkażjoni waħda wara l-2013?", "Jekk iva, min għamel tali inkjesta u x'kien ir-riżultat?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati u f'liema grad, ġew impjegati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-1 ta' Diċembru 2017, xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid assumiet il-Wasteserve (anke tramite sub contracting) taħt kwalsiasi titlu, terminu jew grad, full-time u part-time, mill-1 ta' Jannar 2016 sal-1 ta' Jannar 2018, xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ppubblikat State of the Environment Report?", "Meta jmiss joħroġ rapport ieħor?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, kemm kien hemm każini tal-baned f'Għawdex li bbenefikaw minn xi għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Ministeru jew xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ liema kienu dawn il-każini u x'kien l-ammont finanzjarju li ħadu?", "X'kien l-iskop tal-għajnuna li ngħatat?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda jopera l-Isptar il-Ġdid f'Għawdex u dan peress li f'Konferenza Stampa li kienet ġiet irrapurtata fil-mezzi tax-xandir fit-18 ta' Ġunju 2016 kien tenna li dan l-Isptar ġdid kellu jkun fih 450 sodda, 250 acute beds u 200 geriatric beds?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' dan l-Isptar, issa li għaddew aktar minn sentejn, bediex?", "Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u jekk iva x'numru fih dan il-permess?", "Jekk għadhom ma nħarġux il-permessi, jista' jgħid x'inhi r-raġuni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li ser issir it-tiswija li hemm bżonn fid-dwal maħruqin u l-feature tal-ilma li hemm fil-Ġnien tat-Tliet Għoljiet f'Marsalforn, Għawdex?", "Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni lill-apparat tal-logħob li hemm f'dan il-Ġnien u li huwa bis-sadid?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5887, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla u li din ġiet magħluqa u rijabilitata?", "Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar u jekk inħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja?", "Jista' jgħid ukoll jekk dan il-park hux ser ikun aċċessibbli u lest għall-familji Għawdxin matul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5643 u 6009, tista' l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5787 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda, fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex diversi anzjani ilhom ġimgħat sħaħ mingħajr is-servizz ta' Home help?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li d-dettalji tagħha ma nstabux fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tikkonferma li ma kellhiex leakage iżda li kien hemm biss bużżieqa tal-arja u peress li l-kont ġie tliet elef ewro tnaqsulha elf ewro biss?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex social worker iżur din il-familja peress li dan l-anzjan għandu tifla ta' 57 sena b'diżabilità?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru, jgħid fiex waslet l-investigazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar rigward struttura ta' coffee shop maġenb il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar bid-dettalji AC062/18 Re: Naxxar, liema struttura ma tirrispettax il-permess hekk kif ġie approvat?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar saqaf ta' residenza?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll kemm dan l-individwu tħallas għas-servizzi tiegħu, sena b'sena?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, x'impjieg, x'servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' tgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' x'jinkludu l-pakketti tal-piloti tal-Air Malta?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jintlaħaq \"Gender Mainstreaming\" kif identifikat fl-istrategic objective 6 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara jew raġel u eżempju ta' dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta \"€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051\" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara jew raġel u eżempju ta' dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta \"€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051\" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi reġistrati f'Malta kull sena mill-2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped karozzi kull sena, mill-2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji għal kull sena mill-2013 sal-lum, kemm ġew importati karozzi secondhand u minn fejn kienu importati sena sena?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda kull sena, mill-2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "MARLENE FARRUGIA staqsiet lill-", "Issa li Malta sfat waħda mill-pajjiżi fid-dinja fejn il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba t-twettiq ta' xogħolha, u r-ranking ta' Malta fejn jidħol ħelsien tal-istampa niżel 18-il-post, biex issa ninsabu fil-65 post minflok fis-47 post, skont l-indiċi tal-ħelsien tal-istampa tal-RSF, nistaqsi kif beħsiebu l-Gvern jimmarka l-jum tat-2 ta' Novembru, li huwa l-Jum Internazzjonali dedikat biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti?", "Jista' jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex il-ġurnalisti jkunu aktar protetti u biex ma terġax tintilef il-ħajja ta' ġurnalisti li qegħdin f'riskju?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti kkundannax pubblikament il-qtil tal-ġurnalista Jamil Khashoggi fil-Konsulat tal-Arabja Sawdija fit-Turkija?", "Jekk iva, meta?", "Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq dan il-qtil brutali u jekk wassalx il-kundanna tiegħu lill-Arabja Sawdija?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett għall-Hibernians Rugby & Football Club imħabbar minnu qabel l-aħħar elezzjoni, fis-27 ta' Mejju 2017?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-ħsara strutturali li hemm fit-tarf ta' Triq Leli Falzon kantuniera ma' Triq il-Forga, fin-Naxxar tiġi mistħarrġa mill-awtorità kompetenti biex possibbilment l-inkonvenjent kbir li sofrew numru ta' residenti fir-residenzi tagħhom wara x-xita li għamlet fl-aħħar ġimgħat, ma terġax tiġri?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħditx id-deċiżjoni li l-bus stop li hemm fit-tarf ta' Triq Leli Falzon kantuniera ma' Triq il-Forga fin-Naxxar, jiġi rilokat aktar 'l isfel għal Triq il-Kbira biswit l-istess Triq Leli Falzon?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-periklu li tħalla fuq numru ta' bus stops tul Triq il-Kosta fis-Salini jiġi rimedjat b'mod immedjat?", "Dan wara li ammont ta' terrapin, ktajjen, ħofor imħaffra fuq il-bankini u saħansitra inġenji tħallew fuq l-istess bankini għal aktar minn għaxart ijiem b'detriment u b'periklu għal min jagħmel użu minn dawn l-istess bus stops?", "Dan apparti li dan ix-xogħol, ikkummissjonat minn Transport Malta, u li ma kienx imwettaq kif titlob is-sengħa, fisser li għall-pubbliku inġenerali li jagħmel użu minn dawn il-bus stops kien kważi unanimament impossibbli li seta' jagħmel użu minnhom fl-aħħar għaxart ijiem kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul l-2017?", "Jista' jgħid:", "a. liema mit-talbiet li saru fil-fatt ġew approvati;", "b. liema mill-proposti approvati fil-fatt saru; u", "c. liema kienu dawk li ma sarux u r-raġuni għaliex ma sarux?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul din is-sena (2018)?", "Jista' jgħid liema kienu l-proposti u liema ġew approvati?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex?", "Tista' tgħid:", "a. kemm minnhom applikaw għall-miżura li ġiet introdotta fl-2018, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat; u", "b. kemm ġew impjegati ħaddiema taħt din il-miżura?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u għas-sajjieda li ġew imwettqa fuq il-proġett tal-farm sperimentali ta' Għawdex, liema proġett kien tħabbar fil-baġit għas-sena 2018?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista", "Il-Ħames Jum Stabbilit - Ministeru għat-Turiżmu", "Vot 25 - Ministeru għat-Turiżmu", "Vot X - Ministeru għat-Turiżmu - Kapital", "Abbozz Nru 51 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi – Tielet Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 48 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja - Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "(Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018)", "1 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018 fis-2.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPE,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar ir-Rapport Annwali u r-Rapport fuq l-Attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2017, u l-Landscape Review: Putting EU Law into practice.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\"", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "1 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181101_155a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "Il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 154, li saret fl-1 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman datata 1 ta' Novembru 2018 dwar il-każ tas-Sinjura Maria Zammit b'referenza għall-proċess ta' selezzjoni għall-kariga ta' Senior Principal fis-Servizz Pubbliku; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni parlamentari magħmula mill-Onor.", "TWEĠIBIET ORALI", "PJAZZA TA' RAĦAL ĠDID – STUDJI DWAR IL-KWALITÀ TAL-ARJA", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-pjazza ta' Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-pjazza msemmija?", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jistaqsi għall-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "MIP – DIRECT ORDER MOGĦTIJA LIL MIN ĠIE SKWALIFIKAT MIT-TENDER PUBBLIKU MID-DIPARTIMENT TAL-KUNTRATTI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabilx li l-Malta Industrial Parks (MIP) (kif ġie rrapportat fit-Times of Malta tas-Sibt 24 ta' Frar 2018) tagħti direct order lil min ġie skwalifikat mit-tender pubbliku mid-Dipartiment tal-Kuntratti?", "Jaqbel li b'dawn id-deċiżjonijiet arbitrarji nġieb fix-xejn il-proċess ta' tender pubbliku?", "Jista' jgħid jekk hu kienx informat mill-MIP qabel ma taw dan id-direct order imsemmi fl-artikolu msemmi?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Ninforma lill-Onor Interpellant li wara l-konklużjoni tal-evalwazzjoni tal-offerta CT2226/2016, il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti aċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni ta' Malta Industrial Parks Ltd biex jikkanċella l-offerta fuq il-bażi li ma kienx hemm offerti siewja kwalitattivament jew finanzjarjament riċevuti.", "Id-deċiżjoni ġejja mill-fatt li l-Bid Bond sottomess minn Med Design Associates Ltd kien indirizzat lil Malta Industrial Parks Ltd minflok lid-Direttur Ġenerali u b'hekk wettaq l-offerta amministrattivament mhux konformi.", "Fid-dawl tal-iskadenzi stretti ħafna tal-proġett u minħabba li l-offerta ta' Med Design Associates Ltd kienet issodisfat l-aspetti l-oħra kollha tal-ħteġijiet tekniċi tal-offerta msemmija, Malta Industrial Parks Ltd ipproċediet biex titlob approvazzjoni biex tagħti l-offerta lil Med Design Associates Ltd billi taddotta proċedura negozjata skont ir-Regolament 154 (1) (a) ta' LN352/2016 peress li l-ammont involut qabeż il-limitu stabbilit għall-ordnijiet diretti.", "It-talba ġiet approvata mis-Segretarju Permanenti u aktar tard ġiet approvata mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'miżuri qed jittieħdu mill-Gvern biex titnaqqas il-burokrazija fejn jidħlu n-negozji?", "CHRIS CARDONA: L-ewwel irrid ngħid li mill-bidu nett tal-leġiżlatura preċedenti aħna introduċejna lill-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija li kellu l-commitment li jnaqqas il-burokrazija b'25%.", "Apparti minn hekk, waqt li kienet għaddejja din il-ħidma, li qabel kienet qed tiġi chaired mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis u llum qed tiġi chaired mill-Onor.", "Rosianne Cutajar, aħna ħadna diversi miżuri sabiex nassiguraw li s-small and medium-sized enterprises (SMEs) ma jkollhomx il-problemi li kien ikollhom qabel, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompożizzjoni tagħhom waqt l-operat fin-negozju kif ukoll fl-andament tagħhom.", "Fost il-miżuri li ħadna, aħna ħadna miżuri diretti li għandhom x'jaqsmu mal-ħruġ tal-public procurement u mal-bidliet li kien hemm fir-regoli ta' kif jinħarġu t-tenders.", "Pereżempju, biddilna ċerti regoli li kien hemm qabel biex ma jingħatawx tenders li jkunu kbar ħafna u li allura għalihom ma jkunx hemm l-eleġibilità tal-SMEs imma minflok it-tenders jibdew jinqasmu ħalli jkun hemm iżjed opportunità li diversi kumpaniji jikkonkorru għalihom.", "Daħħalna anke regoli sabiex ċerti bid bonds tal-banek ma jibqgħux bżonn għax meta inti jkollok negozju żgħir u tintalab tagħmel garanzija kbira, awtomatikament inti ma tibqax eliġibbli biex tikkonkorri għal dak it-tender.", "Bdejna naraw ukoll li f'ċerti ċirkostanzi ma jagħmilx sens li inti jkollok esperjenza ta' ħames snin fis-settur li tkun qed tagħmel bidding għalih.", "Jekk inti tikkonkorri għal tender li jitlob l-expertise nifhimha li jrid ikollok esperjenza ta' ħames snin, imma pereżempju, biex inti timporta minn barra l-lapsijiet u l-gomom għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, m'hemmx għalfejn ikollok l-istess esperjenza li għandek bżonn biex inti titfa' tender għal xi tip ta' settur li huwa knowledge-based.", "Għalhekk aħna bdejna nneħħu l-esiġenza li jrid ikollok dik l-esperjenza biex b'hekk nagħtu possibilità lil kulħadd.", "Barra minn hekk Business First ġie ristrutturat totalment.", "Fil-fatt ilbieraħ kelli l-possibilità li nippreżenta l-istatistika tal-Business First fejn ġie magħruf li mhux biss kien hemm 10,000 persuna li marru fil-Business First fiżikament imma ntbagħtu eluf ta' emails, saru eluf ta' telefonati u ngħata taħriġ lil diversi intraprendituri għax meta inti għandek negozju jew fabbrika li qed topera u jkollha focal point, hi se tirrikorri għal dak il-focal point għax tkun taf li b'dak il-mod se tinqeda għal dawk is-servizzi governattivi kollha li tkun teħtieġ.", "Madanakollu, Sur President, aħna m'aħniex se nieqfu hawnhekk għax baqgħalna triq twila biex inkomplu nissimplifikaw l-amministrazzjoni f'dan il-pajjiż.", "Huwa fatt li l-burokrazija tmur kontra l-interess tan-negozju u għalhekk aħna bħala Gvern għandna nikkommettu ruħna li nibqgħu naraw li nissimplifikaw l-amministrazzjoni biex b'hekk inkomplu naġevolaw lin-negozju.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, waħda mill-aktar skemi li kienet popolari man-negozjanti matul dawn l-aħħar snin kienet dik tal-Micro Invest, skema li ġiet aġġornata.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħidilna x'tibdil sar f'din l-iskema u x'inhuma l-pjani tal-Gvern għas-sena li ġejja f'dan ir-rigward?", "CHRIS CARDONA: Kif qal tajjeb l-Onor.", "Clayton Bartolo, matul it-12-il xahar li għaddew l-iskema tal-Micro Invest ġiet imsaħħa billi ġiet emendata fis-sens li issa l-valur tal-assistenza massima li qegħdin nagħtu lin-negozju stabbilit f'Malta żdied minn €30,000 għal €50,000.", "Inżid ngħid ukoll li issa permezz tal-istess skema, l-għajnuna massima li jistgħu jingħataw in-negozji f'Għawdex żdiedet għal €70,000 u mhux bħal fil-każ tan-negozji f'Malta, jiġifieri għal €50,000.", "Nixtieq nirrimarka wkoll li filwaqt li qabel din l-iskema kienet tapplika għal dawk in-negozji li jimpjegaw 30 ħaddiem full-time equivalent, illum din l-iskema ġiet estiża wkoll biex għal dawk in-negozji li jkollhom mhux aktar minn 50 ħaddiem full-time equivalent.", "Għaldaqstant mill-bidu tas-sena 2018 sa nofs Settembru rajna li l-Malta Enterprise diġà ħarġet aktar minn €17-il miljun bħala kreditu ta' taxxa taħt l-iskema Micro Invest, li €3 miljun minnhom kienu approvati għal talbiet li jew saru minn Għawdxin jew inkella minn intrapriżi f'Għawdex.", "Grazzi għat-tibdil li sar f'din l-iskema mhux biss żdied l-ammont ta' assistenza li tista' tingħata imma anke l-faxex ta' negozji li huma eliġibbli għal tali skema li llum jammontaw għal madwar 1,700 negozju.", "Sur President, ikun tajjeb li wieħed jgħid ukoll li matul l-aħħar xahrejn tal-2018 qegħdin nipproċessaw through l-Malta Enterprise u bl-għajnuna li qed tagħti l-Business First is-somma ta' €12-il miljun oħra taħt l-iskema Micro Invest u aktar minn 700 negozju qegħdin jistennew li matul ix-xahrejn li ġejjin tiġi approvata l-eleġibiltà tagħhom f'din l-iskema.", "Hawn irrid infakkar li filwaqt li matul is-sena 2017 kien hemm madwar 1,600 applikant għall-iskema Micro Invest, matul l-2018 kien hemm aktar minn 2,500 applikant għall-istess skema, li hija żieda sostanzjali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk il-Gvern għandux f'moħħu xi pjan biex is-sostenibilità tan-negozji fis-settur privat tkompli tiżdied?", "CHRIS CARDONA: Naħseb li s-sostenibilità tan-negozji fis-settur privat hija sfida kbira, u sfida bħal din teħtieġ l-għajnuna ta' kulħadd.", "Kif żgur li tafu, illum il-konċett tas-sostenibilità jmur lil hinn mill-ħarsien tal-ambjent għax jinkorpora wkoll l-aspetti soċjali u ekonomiċi.", "Ħafna drabi dak li jkun ikollu l-perċezzjoni li sabiex aħna nkunu aktar konxji tal-ambjent li ngħixu fih irridu nonfqu ħafna flus iżda dan mhux neċessarjament huwa l-każ.", "Pereżempju, din il-bidla radikali fl-operat tal-intrapriżi kapaċi tiftaħ ukoll opportunitajiet ġodda għal aktar investiment.", "Ta' spiss nitkellmu u niltaqgħu ma' kumpaniji differenti, b'mod partikolari fl-industrija tat-turiżmu - naħseb li llum il-kollega tiegħi l-Ministru Konrad Mizzi se jitkellem dwar dan l-aspett ukoll - u dawn ġieli jgħidulna li permezz tal-investiment li jkunu għamlu f'makkinarju żgħir u effiċjenti jirnexxielhom jiffrankaw persentaġġi għolja ħafna mir-recurrent expenditure tagħhom, liema spejjeż ilaħħqu l-20%, il-25% u t-30%.", "Dan flimkien mal-fatt li llum dawn il-kumpaniji qed jiffrankaw aktar flus fuq l-utilitajiet, jiġifieri fuq il-ħlas tad-dawl u l-ilma, u allura ħafna minnhom qed jerġgħu jinvestu l-flus li jkunu ffrankaw jew fl-espansjoni tal-kumpanija tagħhom jew inkella fi proġetti ġodda ta' riċerka, innovazzjoni u żvilupp.", "Aħna, bħala Gvern, se nkomplu naħdmu biex noħolqu ekosistema li fiha l-intrapriżi jibqgħu jkunu sostenibbli, jibqgħu jikbru u jibqgħu jimirħu.", "Ftit xhur ilu jien u l-Ministru Joe Mizzi, li bħalissa jinsab preżenti hawnhekk, ħabbarna skema li permezz tagħha l-Gvern se jgħin lin-negozji jaddottaw mudelli sostennibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribut soċjali biex b'hekk jinħoloq bilanċ bejn is-sostenibbiltà li taqa' taħt il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u l-kontribut soċjali li dawn in-negozji jistgħu jagħtu.", "Ta' min jgħid ukoll li b'kollaborazzjoni bejn il-Malta Enterprise u l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma se nkunu qegħdin noffru għajnuna finanzjarja permezz ta' tax credits lil dawk in-negozji li jħaddnu l-prinċipji tal-enerġija sostenibbli.", "Din l-iskema hija mmirata b'mod partikolari għal dawk l-industriji li jużaw l-enerġija fuq skala kbira, jiġifieri hawnhekk qed nitkellmu fuq dawk il-kumpaniji li jaħlu ħafna dawl u ilma, li ħafna minnhom ikunu kumpaniji tal-manifattura li jew jagħmlu moulding, jew engineering jew inkella jkollhom xi tip ta' makkinarju li jinvolvi ħafna dawl u ilma.", "B'hekk issa dawn l-industriji, flimkien ma' industriji ġodda bħal dawk li għandhom x'jaqsmu ma' data storage, telekomunikazzjoni jew lukandi, se jkunu f'pożizzjoni li jagħrfu li jkun jaqblilhom jekk jibdlu l-prattiċi tradizzjonali tagħhom.", "Huwa b'hekk li tista' tiżdied is-sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, dan l-aħħar f'rapport li deher fuq ġurnal lokali ntqal li matul l-ewwel nofs ta' din is-sena l-ekonomija kibret tliet darbiet aktar milli milli kibret fl-ewwel nofs tal-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta' Gvern Nazzjonalista preċedenti.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex rifless mill-infiq tal-konsumatur, u jekk iva, jekk din it-trend hijiex se tkompli matul iż-żmien li ġej?", "CHRIS CARDONA: Il-forecast li għandu l-Gvern huwa ċar u huwa sostnut minn rapporti li jinħarġu b'mod regolari mill-aġenziji tal-kreditu internazzjonali, mill-Kummissjoni Ewropea u anke minn istituzzjonijiet internazzjonali bħalma huwa l-IMF (International Monetary Fund).", "Il-forecast huwa wieħed pożittiv għax juri li l-ekonomija se tibqa' tikber b'rata sostenibbli li tagħmel sens għall-investiment li qed isir fil-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam mal-investiment barrani dirett.", "Iż-żewġ atturi prinċipali li qed jikkontribwixxu għal dan it-tkabbir ekonomiku huma l-bilanċ bejn l-investiment li jkun ġej minn barra u l-investiment ġdid li jkunu qed jagħmlu l-intrapriżi lokali biex ikabbru l-operat tagħhom b'investiment ġdid, kif ukoll il-konsum lokali jiġifieri l-konsum domestiku.", "Fil-fatt jien nissorprendi ruħi meta nisma' lill-kelliema tal-Oppożizzjoni jgħidu li l-ekonomija qiegħda tikber għax qiegħda tikber il-popolazzjoni tal-pajjiż.", "Din hija teorija ekonomika fażulla u bla sens tant li jmeruha pajjiżi li għalkemm kibru ħafna f'dik li hija popolazzjoni, ma kibrux f'termini ekonomiċi.", "Sur President, il-labour market ta' pajjiżna huwa wieħed b'saħħtu għax għandna workforce li jitgħallem u jaddatta ruħu filwaqt li għandna negozjanti li jaħdmu u li huma lesti biex jidħlu għar-riskju, però mbagħad min-naħa l-oħra għandna Gvern li jismagħhom, li jara x'inhuma l-ħtiġijiet tan-negozjanti u tal-SMEs, li huwa flessibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-leġiżlazzjoni u li jantiċipa l-kompetizzjoni li tkun ġejja minn barra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-bejjiegħa tal-Monti li kienu jarmaw fil-Pjazza tat-Tokk tar-Rabat, Għawdex, humiex se jingħatalhom kumpens biex jirtiraw il-permess?", "Nafu li fil-passat ingħata kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt.", "Jekk il-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija tiegħi fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll kemm hu dan il-kumpens u meta se jingħata?", "CHRIS CARDONA: Sur President, jien inwieġeb għall-mistoqsija tal-Onor.", "David Stellini billi ngħid li l-Gvern ma jeskludix li jagħti kumpens raġunevoli lill-bejjiegħa tal-Monti li kienu jarmaw fil-Pjazza tat-Tokk tar-Rabat jekk huma jkunu jridu jroddu lura l-liċenzja tagħhom.", "Fil-fatt id-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa mal-Ministru Justyne Caruana jindikaw li hemm diversi possibilitajiet ta' kompromess f'dan is-sens.", "Stellini, il-possibilità li dan il-Monti jiġi rilokat f'post ieħor li ġie identifikat u li skont parir li ngħatajna, huwa post ċentrali daqs dak tal-Pjazza tat-Tokk ma tantx intlaqgħet tajjeb mill-bejjiegħa tal-Monti u jidher li dawn mhumiex kuntenti.", "Hemm ukoll il-possibilità li ninnegozjaw kumpens kif għamilna mal-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt, però dan il-kumpens irid jinħadem fuq ċerti kriterji ġustifikati.", "Fl-aħħar nett teżisti anke l-possibilità li nibqgħu ninnegozjaw biex forsi nċekknu dan il-Monti b'tali mod u manjiera li l-operaturi li jkunu jridu jibqgħu joperaw jikkonsidraw post ieħor.", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux inkjesti ta' qualsiasi xorta wara nirien li ħakmu lill-Impjant ta' Sant'Antnin f'aktar minn okkażjoni waħda wara l-2013?", "Jekk iva, min għamel tali inkjesta u x'kien ir-riżultat?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari numri 988 u 3415.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, wara li lbieraħ inbdiet l-iskema l-ġdida tal-ġbir tal-iskart madwar il-pajjiż kollu, is-CEO tal-Wasteserv ġie kkwotat jgħid li nġabru 'l fuq minn 90 tunnellata ta' skart organiku.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk huwiex kuntent bl-andament ta' din l-iskema fl-ewwel ġurnata tagħha u x'qed jistenna li jsir aktar matul iż-żmien li ġej?", "JOSÈ HERRERA: Fil-fatt iva, ninnota b'sodisfazzjon li matul l-ewwel ġurnata li aħna bdejna nwettqu r-riforma l-ġdida fil-ġbir tal-iskart organiku ġbarna 'l fuq minn 100 tunnellata skart organiku minn Malta u Għawdex kollu.", "Għalija dan kien suċċess għax qabel biż-żewġ proġetti piloti li saru; wieħed għal Għawdex kollu u l-ieħor għal ċerti partijiet minn Malta, l-ammont ta' skart organiku li kien jinġabar kien ta' 22 tunnellata.", "Għalhekk meta nqis li din ir-riforma għadha fil-bidu nett tagħha, jien inħossni kuntent u sodisfatt.", "Jien m'iniex xi bniedem prużuntuż u għedt mill-bidu nett li din ir-riforma se jkollha t-teething trouble tagħha, kif għedt ukoll li b'din ir-riforma trid issir anke bidla fil-mentalità tan-nies, xi ħaġa li ma sseħħx b'mod awtomatiku imma tieħu ż-żmien tagħha.", "Il-Maltin mhumiex robots imma għandhom id-drawwiet u l-konswetudnijiet tagħhom u allura din hija xi ħaġa li trid tindara.", "Jien inkarigajt lill-Wasteserv biex jintbagħtu ħafna impjegati tal-Wasteserv iduru fl-ibliet u l-irħula tagħna biex jagħmlu monitoring ta' dak li qed jiġri.", "Bħalissa li qed jagħmlu dawn l-impjegati huwa li meta jaraw xi borża sewda fil-ġurnata li l-borża s-sewda ma tinġabarx, iwaħħlu sticker biex jiġbdu l-attenzjoni lil min ikun ħareġ il-borża s-sewda li dakinhar il-borża s-sewda ma tinġabarx, jew inkella, jekk jaraw lil xi ħadd joħroġ il-borża s-sewda fil-ġranet li l-borża s-sewda ma tinġabarx jieqfu jispjegawlu f'liema ġranet din għandha tinħareġ.", "Kif ġieli għedt, għalissa m'iniex se ninforza l-liġi, fis-sens li m'iniex se nagħti penalitajiet, għax irrid nagħti żmien biżżejjed sakemm is-sistema tindara, imma naturalment meta din is-sistema tkun ilha li nbdiet diversi ġimgħat u forsi anke xhur, imbagħad jibdew jingħataw il-multi għall-abbużi li jsiru.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Jason Azzopardi u lill-Oppożizzjoni għax bis-saħħa tal-għagħa li għamlu fuq din ir-riforma, aktar nies segwew dan is-suġġett, jiġifieri kull ħaġa fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha!", "Kif qed naraw, anke l-kritika hija tajba għax f'dan il-każ il-kritika tal-Oppożizzjoni serviet ta' ġid għax attirat l-attenzjoni tal-poplu inġenerali li forsi qabel ma kienx jagħti kas kif se jiddisponi l-iskart tiegħu filwaqt li issa qed jagħti kas.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Napprezza ħafna l-aħħar kumment li għamel il-Ministru, u għalhekk aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni kburin li tajna dan il-kontribut u se nkomplu nikkontribwixxu f'dan il-qasam għax l-ambjent huwa verament għal qalbna filwaqt li nisperaw li din l-iskema jkollha s-suċċess li jistħoqqilha.", "Ftit aktar qabel il-Ministru semma li filwaqt li meta kien qed isir il-proġett pilota tal-ġbir tal-iskart organiku nġabru 22 tunnellata, minn meta din ir-riforma ġiet estiża għall-pajjiż kollu nġabru 100 tunnellata ta' skart organiku.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-target li jrid jintlaħaq biex fl-aħħar inkunu nistgħu ngħidu li qed jinġabar kemm suppost skart organiku?", "JOSÈ HERRERA: L-ewwel nett irrid ngħid li din hija mistoqsija pertinenti ħafna, tagħmel sens u hija loġika għax biex inti tgħid li tkun kuntent b'ammont, trid tikkompara dan mal-aspirazzjonijiet tiegħek.", "Kif nafu għad hemm ammont sostanzjali ta' skart li għadu mhuwiex qed jiġi separat u naturalment wieħed jiltaqa' ma' diffikultajiet kbar biex jikkonverti skart li ma jkunx separat f'fertilizzant ħalli jkun jista' jagħmel użu minnu.", "Ma nafx il-persentaġġ u l-ammont eżatt tat-target tagħna x'inhu però żgur li jrid ikun xi 50% jew 60% aktar minn dak li qed niġbru bħalissa.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant tagħmilli din il-mistoqsija bil-miktub, jien ma nsibx diffikultà li nagħti d-dettalji kollha.", "Nixtieq li dan it-target jintlaħaq sa sena, u dan billi kull xahar nirreġistra titjib sakemm inkun nista' mmexxi l-makkinarju kompletament mingħajr ma nżid materjal li jkun imħallat u allura s-sistema tibda taħdem 100%.", "L-idea tagħna hi li at the end of the day il-borża s-sewda ma timteliex għax issa jekk inti se tneħħi minnha l-iskart organiku, il-plastik, il-ħadid u l-ħġieġ, allura l-ammont ta' skart li jispiċċa jintrema fil-borża s-sewda se jiċkien.", "Nittamaw li l-iskart li jintrema fil-borża s-sewda jibqa' jiċkien sakemm jibda jammonta għal 35% biss tal-iskart kollu biex imbagħad meta jkollna l-inċineratur, li jesa biss sa massimu ta' 120,000 tunnellata, jiġifieri sa 35% tal-ammont ta' iskart li jiġġenera pajjiżna, ma jkollniex bżonn aktar landfill space.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, nixtieq nirreferi lill-Ministru għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Nru 3415 fejn huwa qal li l-inċident għadu soġġett għal inkjesta maġisterjali.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li din ir-risposta ngħatat fit-12 ta' Jannar.", "Jiġifieri jekk saret din l-inkjesta, sal-lum għad m'hemm l-ebda riżultati?", "JOSÈ HERRERA: Sfortunatament - u din hija esperjenza qarsa ta' wħud mill-avukati - xi kultant filwaqt li l-inkjesti li jiġu quddiem ċerti ġudikanti jiġu konklużi fi żmien spedit, inkjesti oħra jibqgħu jkarkru għal żmien twil.", "Pereżempju, sfortunatament quddiem maġistrat partikolari - u hawnhekk m'iniex se nsemmi ismijiet għax m'għandix aptit noħloq polemiċi! - hemm inkjesti li ilhom għaddejjin 'il fuq minn 15-il sena.", "Fi ftit kliem, sfortunatament hemm inkjesti li jaqgħu fil-bir tas-skieken, allavolja suppost li meta maġistrat ma jagħlaqx inkjesta fit-terminu stabbilit ikun irid jagħti ġustifikazzjoni għad-dewmien tiegħu lill-Avukat Ġenerali.", "Il-liġi hekk tgħid, però fil-prassi dik il-proċedura ma tiġi aderita qatt.", "Jien ġieli pprovajt nattira l-attenzjoni tal-maġistrat jien stess li jeżisti dak l-artiklu u li allura jista' jkollok ċerti diffikultajiet, bħal meta pereżempju insurance company, ġustament, tgħidlek li qabel ma tħallas trid tara l-konklużjonijiet tal-inkjesta partikolari.", "Klijent li jdum jistenna sena, sentejn jew tliet snin se jiġi għandek irrabbjat.", "Kif għedt diġà, jien ġieli anke għamilt rikors biex nattira l-attenzjoni tal-ġudikant għal dak l-artiklu partikolari, imma sfortunatament il-prassi hi li dak l-artiklu jiġi njorat, u għalhekk ma tkunx idea ħażina jekk kemm-il darba l-kollega tiegħi, il-Ministru Owen Bonnici, jasserixxi dik il-klawsola partikolari.", "Aħna, bħala Ministri, m'għandniex kontroll fuq il-ġudikatura, u allaħares ikollna għax kif tapprezza inti, Sur President, il-ġudikatura hija waħda mit-tliet organi tal-Istat li hija waħda awtonoma filwaqt li l-imħallfin u l-maġistrati mhumiex kapijiet ta' xi dipartiment.", "Sur President, nixtieq nieħu l-okkażjoni li ngħid ukoll li ġaladarba hemm għaddejja inkjesta bil-maġistrat fuq il-każ li semma l-Onor.", "Interpellant, jien deherli li ma kellhiex għalfejn issir inkjesta ministerjali wkoll.", "Ara fil-każ l-ieħor ta' ħruq l-istorja kienet the other way round għax jien xtaqt li ssir inkjesta bil-maġistrat.", "Fil-fatt tlabt lill-Avukat Ġenerali biex jintervjeni ħalli l-maġistrat tagħmel inkjesta.", "Però l-maġistrat min-naħa tagħha ma riditx tagħmel inkjesta u allura f'dan il-każ għamilt inkjesta ministerjali.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Chris Cardona.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS CARDONA: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi r-remunerazzjoni u benefiċċji ta' konsulent mal-Energy and Projects fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7376;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet għal restawr li saru mill-kunsilli lokali matul l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7552; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar baned u każini f'Għawdex li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mogħtija mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6989.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "IL-ĦAMES JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum għandu jkun ta' tliet sigħat li jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għat-Turiżmu jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, nipproponi:", "VOT 25 – MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €110,164,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 – Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT X – MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €28,160,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X – Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, kif inhi l-konswetudni se nipproponi din l-emenda:", "VOT 25 - MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Sinjura President, hawnhekk qed nipproponi li ċ-ċifra tonqos bi €3, li kważi hija ż-żieda li ħadna għall-għoli tal-ħajja, anzi ż-żieda li ħadna għall-għoli tal-ħajja kienet preċiżament ta' €2.33.", "Forsi wasal iż-żmien li din inbiddluha u almenu t-tnaqqis ikun ekwivalenti għal dik ta' xi persons of trust għax iċ-ċifra ta' €2.33 għall-għoli tal-ħajja hija redikola!", "L-ewwel nett nibda biex ngħid li s-settur tat-turiżmu qiegħed jikber, u aħna l-Membri tal-Oppożizzjoni nieħdu gost b'dan.", "Madanakollu hawn nixtieq nagħmel punt tekniku u niġbed l-attenzjoni li mhux kull min jiġi f'pajjiżna jmur f'lukanda tant li r-ratio ta' min joqgħod f'lukanda u ta' min ma joqgħodx f'lukanda waqt li jkun f'pajjiżna fl-2016 kien ta' 70:30, fl-2017 kien ta' 60:40 u din is-sena huwa ta' 50:50.", "Għalhekk huwa tajjeb li nagħmlu din id-distinzjoni meta nkunu qed nitkellmu fuq it-turisti li jiġu f'pajjiżna.", "Hija xi ħaġa sabiħa li 50% ta' dawk li jiġu f'pajjiżna jmorru f'akkomodazzjonijiet li nsibuhom imxerrda ma' pajjiżna kollu għax b'hekk ikun qed isir investiment f'kull lokal, imma sfortunatament dawn l-akkomodazzjonijiet mhumiex graded u ħafna minnhom lanqas biss għandhom liċenzja.", "Issa jien naf li din is-sitwazzjoni ma nsibuhiex biss f'Malta, biex niftehmu, għax dan huwa fenomenu li qed jikber, speċjalment fl-airbnb, imma jien jidhirli li sentejn ilu konna għedna li l-akkomodazzjonijiet li jservu għal dan il-għan f'pajjiżna se jibdew jiġu graded, u għalhekk ikun tajjeb jekk niġu informati jekk sarx xi ħaġa f'dan ir-rigward.", "Żgur li ma nistgħux ngħidu li llum hemm shortage of staff f'xi ministeru, u allura persważ li nistgħu naraw fejn qed imorru l-500,000 arrival li qed jaslu f'pajjiżna, anke għal raġunijiet ta' ppjanar.", "Pereżempju, l-ajruplani għandhom ċerti rotot li qed jiġu sostnuti b'nies li jiġu f'pajjiżna biex jaħdmu f'setturi differenti u hemm flights li qed ikunu kważi kollha mimlijin b'ħaddiema li jaħdmu f'Malta.", "Fil-fatt huwa stmat li nies reġistrati għax-xogħol u oħrajn li mhumiex reġistrati għax-xogħol, bil-familji tagħhom, għandna madwar 40,000.", "Imbagħad in-numru ta' turisti li jmorru fil-lukandi huwa ta' madwar 1.33 miljun.", "Fl-aħħar mill-aħħar kollox jgħodd imma huwa importanti li nimxu ma' kulħadd l-istess għax bħalma l-lukandi u proprjetajiet oħra jeħtieġu li jġibu l-liċenzji, li jkollhom ċerti standards, li jingħataw grading u li jissodisfaw ċerti requirements, l-istess ħaġa għandha ssir għal kull proprjetà li qed topera f'dan is-settur.", "Allaħares isir xi inċident f'xi post li m'għandux liċenzja għax nibdew naqgħu bħal mazz karti, hekk kif ġralna bl-open-top double-decker, li ma smajna xejn iżjed dwaru.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk il-Ministru jispjegalna jekk sarx xi ħaġa f'dan ir-rigward, bħal pereżempju jekk hemmx xi dipartiment tal-gvern li forsi qed jikkontempla li joħroġ xi kumpensi hu.", "Ilbieraħ falliet ukoll kumpanija kbira.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li din ħalliet effett fuq ċerti aġenti u lukandi, u għalhekk nemmen li wasal iż-żmien li nibdew naħsbu fuq protection fund.", "Aħna f'din il-Kamra konna diġà bdejna niddiskutu l-protection fund għall-outgoing, imma iżjed ma dan is-settur ikompli jikber aktar se jkollok nies li japprofittaw ruħhom.", "Aħna dejjem ngħidu li x-xhur t'Ottubru u Novembru huma kritiċi għax dak li jkun irid jaħrab bil-cash register xi mkien, dak hu l-aħjar żmien meta jmur għax b'hekk ma jħallasx il-kontijiet ta' Lulju u t'Awwissu.", "Kien hemm ukoll proposta dwar tourist police.", "Fil-fatt dawn it-tourist police kienu diġà bdew joperaw, imma f'daqqa waħda twaqqfu għax kien hemm xi problemi fil-ħlas tal-overtime.", "Biżżejjed ngħid li damu sitt xhur biex jitħallsu tal-overtime.", "Sfortunatament aħna dejjem nitkellmu fuq il-miżuri li jkunu tħabbru fl-aħħar baġit li jkun sar, imma ma nsemmux il-miżuri li tħabbru f'baġits oħrajn u li ma baqgħux jiġu attwati.", "Nixtieq nagħmel punt ukoll dwar dawk l-għases li għandhom l-aktar pressure, bħal ngħidu aħna l-għassa tal-Pulizija tal-Qawra, fejn għalkemm ikun hemm tliet pulizija ġo għassa, dawn xorta mhumiex biżżejjed meta tikkonsidra l-inċidenti li jseħħu f'dik il-lokalità.", "Barra minn hekk ir-rondi u l-patrols ma jsirux għax il-pulizija li hemm jaħdmu f'dik l-għassa m'għandhomx aktar ħin x'jiddedikaw lin-nies.", "Nittama li l-Ministru juża l-influwenza li għandu biex dawn l-affarijiet jiġu rranġati.", "Sinjura President, kif persważ li smajna lkoll kemm aħna, issa l-ITS se tmur SmartCity.", "Sfortunatament kien hemm nies li avviċinawni u qaluli li f'dan l-istitut la hemm għalliema biżżejjed, la hemm klassijiet biżżejjed u lanqas hemm kċejjen biżżejjed.", "Saħansitra ċerti ommijiet qaluli li meta staqsew lit-tfal tagħhom li jattendu dan l-istitut kif kienet il-ġurnata tagħhom, qalulhom li marru tajjeb għax qagħdu l-ħin kollu l-airport jilagħbu u jieklu sakemm wasal il-ħin li jerġgħu jmorru lura lejn id-dar!", "Ma nafx jekk dan huwiex minnu jew le, imma jekk huwa minnu nixtiequ li l-ITS ikun aktar ippreparat fil-mod kif jilqa' lill-istudenti.", "Jidher ukoll li l-ammont ta' stipendji li kienu jingħataw lill-istudenti tal-ITS naqas, u allura jien nistaqsi jekk naqasx in-numru tal-istudenti li jattendu dan il-kulleġġ jew inkella l-istipendji ta' kull student.", "Jien ngħid li ma jistax ikun li l-istipendji naqsu proprju fl-aqwa żmien!", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel dwar l-ITS huwa li dan il-kulleġġ ma jistax jagħmel korsijiet twal ħafna imma l-korsijiet għandhom ikunu eħfef u jispiċċaw aktar malajr milli qed jispiċċaw illum.", "Illum l-industrija trid persuni Maltin jaħdmu magħha imma sfortunatament il-lukandi u r-ristoranti qed ikollhom jagħmlu x-xogħol tal-ITS għax dawn qed jispiċċaw ikollhom jiddedikaw il-ħin tagħhom biex jagħtu huma t-taħriġ kif ukoll il-first-hand experience lil dawk il-persuni li jixtiequ jaħdmu f'dan is-settur.", "Qabel dawk il-persuni li kellhom an ITS certificate kienu jiġu ppreferuti, imma llum le, u r-raġuni hi d-dewmien.", "Għalhekk nixtieq li l-Ministru jidħol f'din il-ħaġa wkoll biex forsi jirranġa s-sitwazzjoni.", "Sinjura President, dawk il-ħaddiema li qegħdin fit-trade u li jafu jitkellmu b'ċerti lingwi huma importanti because they add value.", "Fl-aħħar mill-aħħar aktar ma nżidu rotot ġodda lejn Malta, il-lingwi aktar isiru importanti.", "Hawnhekk m'iniex qed nirreferi għal dawk il-ħaddiema li ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għax hemmhekk ma nsibux problemi minħabba li dawn m'għandhomx bżonn work permit biex jaħdmu, imma qed insibu problema kbira bid-dewmien biex joħorġu l-permessi għal dawk il-ħaddiema li mhumiex ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, liema ħaddiema huma tant bżonjużi għal raġunijiet ta' lingwa minħabba t-tkabbir li kellna fit-turiżmu minn swieq differenti.", "Għalhekk nirrepeti għal darba, darbtejn, tlieta li aħna qed nirrakkomandaw li dawk il-ħaddiema li ma jkunux ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jingħataw a temporary permit u mbagħad jekk jinstab li dawn ma jkunux in line mar-requirements stabbiliti, jitkeċċew.", "Problema kbira oħra li qed isibu l-barranin li qed jiġu jaħdmu f'pajjiżna hija l-kera għax dawn jekk ma jorqdux erbgħa, sitta jew għaxra ġo appartament wieħed, ma jaffordjawx jikru xi appartament b'xi €800 fix-xahar.", "Jekk għandek inflated rates, dawn qed iħallu konsegwenza fuq il-pagi, li mhux neċessarjament ikunu accounted for, u allura l-prezzijiet bilfors jitilgħu.", "Illum il-prezzijiet f'Malta saru aktar għoljin, u sfortunatament ma tantx żidna l-valur tal-prodott, anzi naħseb li pjuttost naqqasnieh.", "Sinjura President, smajt ħafna Membri Parlamentari min-naħa tal-Gvern jitkellmu dwar l-ambjent, l-indafa, it-traffiku u t-toroq, but we are still labelled as the dirtiest in Europe!", "Naturalment dan mhuwiex xi achievement li aħna nieħdu gost bih, u allura nixtieq li l-Ministru jidħol ftit anke f'din il-kwestjoni.", "Filwaqt li nafu li x-xogħol ta' kostruzzjoni jrid isir, fl-istess ħin huwa fatt li t-trakkijiet, it-trabijiet, l-istorbju u x-xogħlijiet li dan il-qasam jirrikjedi qed jagħmel ħsara lill-industriji tagħna.", "Paġna 59 tal-Baġit tgħid li ntnefqet is-somma ta' €100,000 fuq il-bajja tal-Balluta.", "Aħna naqblu li jsiru bajjiet ġodda u l-għan tagħna huwa li nikbru flimkien, imma naħseb li qabel ma sar dan il-proġett la sar studju fuq il-waterflows u lanqas fuq is-sea waves li jkun hemm f'dik iż-żona.", "Ninsab persważ li l-Ministru jista' jagħmel affarijiet aħjar hemmhekk.", "Ma nistax ma nirrimarkax anke fuq l-istat ħażin li jinsabu fih il-bankini, il-ħofor li hemm fit-toroq u l-ħaxix ħażin li tara meta tkun qed iddur l-areas turistiċi.", "Almenu jekk il-prodott Malti m'għoliex ħlief għal-lukandi, ejjew innaddfu Malta, u anke hawn, żgur li l-Ministru jista' jagħmel aħjar.", "Niġi issa għall-eco tax funding.", "Fil-Baġit ta' xi sentejn jew tliet snin ilu kien ġie proġettat baġit ta' €6 miljun fi dħul mill-eco tax, imma naħseb li fir-realtà l-Gvern lanqas biss ġabar nofs dak li kien ipproġetta għax kulma ġabar kienu €2 miljun jew €2.5 miljun.", "Issa tliet snin ilu ma kellniex in-numru ta' nies li għandna llum, jiġifieri suppost li llum il-Gvern qed jiġbor iżjed minn €6 miljun mill-eco tax.", "Għalhekk jien nistaqsi: Fejn marru dawn il-flus?", "Għax dawn huma flejjes kbar.", "Hemm ħafna leakages?", "U dawk il-flus li nġabru x'sar minnhom?", "Minn fejn inġabru; mil-lukandi biss?", "Inġabru jew ma nġabrux?", "Nafu li kienu l-iskejjel stess li ħallsu għall-host families, u għalhekk suppost li ġbarna iżjed minn €6 miljun, imma fil-fatt ġbarna ħafna anqas.", "Lill-Ministru preċedenti kont ngħidlu affarijiet li ma kienx jieħu gost bihom tant li kien jgħidli li qed ngħid iċ-\"ċuċati\", imma sfortunatament illum huwa stat ta' fatt li dak iż-żmien ma kontx qed ngħid iċ-ċuċati.", "Jekk ma jkollniex prodott tajjeb, pajjiżi bħat-Turkija u l-Afrika ta' Fuq jistgħu jibdew jilħquna u jeħdulna x-xogħol, jiġifieri huwa importanti li l-prodott ikun tajjeb.", "Dawn il-pajjiżi daħlu bi prezzijiet aggressivi ħafna fis-suq, u fil-fatt imn'Alla li l-Gvern żamm il-formula li kien fassal il-Ministru tal-Gvern Nazzjonalista preċedenti, l-Onor.", "Din il-formula kienet damet ftit snin sakemm ġiet perfetta, imma llum ġiet perfetta u għalhekk nixtieq li l-Gvern ma jbiddel xejn minn dak li sar.", "Sinjura President, it-toroq u t-traffiku qed iservu ta' aktar problemi għal dan il-qasam.", "Xi kultant vjaġġ hawn Malta jieħu iżjed ħin minn flight u f'pajjiżna qatt ma kellna din is-sitwazzjoni!", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan iġib ħafna iżjed garr speċjalment meta ġieli jkollok tqajjem lill-klijenti fit-3.00 a.m. biex jilħqu flight li tkun se titlaq fis-7 a.m.!", "Irrid ngħid ukoll li minn mindu t-trasport tal-iskejjel ġie b'xejn għall-iskejjel kollha, ma nafx kemm-il ilment qed ikollna mill-klijenti li jibbukkjaw full day excursions ta' tmien sigħat għax naturalment jekk dawn ikunu ħallsu għall-excursions ma jippretendu xejn inqas!", "Jien ma nafx jekk il-Ministru għat-Turiżmu kienx preżenti għad-diskussjonijiet li saru qabel ma ġiet introdotta l-miżura ta' trasport b'xejn għall-iskejjel kollha.", "Aħna qbilna ma' din il-miżura li ħa l-Gvern rigward it-trasport tal-iskejjel, imma sfortunatament irranġajna qasam u għarraqna ieħor!", "Kif għedt diġà, qed isiru numru kbir ta' ilmenti min-naħa tal-qasam tat-turiżmu għax qegħdin nisirqu lill-klijenti u għalhekk nappella lill-Ministru biex jara kif jista' jirranġa din is-sitwazzjoni.", "Kif jgħidu l-Ingliżi, plan for a rainy day!", "Qed ngħid dan, Sur President, għax filwaqt li aħna lkoll nixtiequ li nibqgħu mexjin 'il quddiem, ma nafx kemm se ndumu sejrin hekk għax xi rainy day se jkun hemm żgur u għalhekk meta tasal din il-ġurnata, se jkollna bżonn l-umbrella biex tipproteġina.", "Allaħares il-lukandi ma jkollhomx x'jinvestu fil-prodott tagħhom għax meta tiġi r-rainy day, dawk li jkunu investew il-flus se jkunu l-protagonisti, imma fil-Baġit m'hemm l-ebda għajnuna min-naħa tal-Gvern għal dan.", "Jien kont nistenna li se tinħareġ xi miżura f'dan is-sens, imqar xi tax credit jew inkella xi miżura favorevoli għal dik li hija VAT meta xi ħadd jinvesti.", "Jidher li dan il-Baġit nesa lill-industrija tat-turiżmu u għalhekk nitlob lill-Ministru biex jara li affarijiet bħal dawn jiġu rranġati.", "Sinjura President, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, filwaqt li l-prodott Malti waqa' lura, il-prodott tal-lukandi, tal-boutique hotels u tal-airbnb huwa eċċellenti, u allura nistgħu nirranġawha din is-sitwazzjoni.", "Li nista' ngħid fuq il-buses huwa li hemm 40 bus illi qegħdin jorqdu ġewwa għax m'hemmx biżżejjed drivers.", "Il-fatt li l-liċenzji jdumu ma jinħarġu, li trid toqgħod tistenna l-ewwel għal tliet xhur u mbagħad għal sitt xhur oħra, li trid toqgħod tistenna li tingħatalek il-liċenzja tal-bus u l-€1000 li trid toħroġ meta tapplika, ma tantx huma kondizzjonijiet attraenti għall-aqwa żmien!", "Għalhekk ejjew nirranġawha din biex inħaffu l-proċedura, Onor. Konrad Mizzi!", "Illum spiċċajna f'sitwazzjoni fejn driver li jkun ma' grupp għal half-day tour jew full-day tour ikollu jitlaq minn fejn ikun biex imur għat-tfal tal-iskola, bir-responsabilità kollha li dan ikollu jekk xi turist iħalli xi ħaġa fil-bus u mbagħad ma jsibhiex.", "M'iniex qed ngħid li t-tfal tal-iskola jagħmlu dan b'malizzja, imma dawn tfal huma u jsiru diversi ilmenti f'dan ir-rigward.", "Biex tkompli tgħaxxaqha, il-postijiet storiċi u l-knejjes jagħlqu kmieni, jiġifieri din is-sitwazzjoni ma tistax tiġi rranġata billi minflok waranofsinhar it-turisti jittieħdu jżuru dawn il-postijiet aktar tard.", "Għalhekk naħseb li llum wasal iż-żmien li s-sigħat li fihom wieħed jista' jżur dawn il-postijiet jiġu estiżi.", "Jien persważ li permezz ta' diskussjonijiet bejn il-Ministru u Transport Malta din is-sitwazzjoni tista' tiġi rranġata.", "Wara kollox wieħed irid jaġġusta l-affarijiet biex ikollna suċċess fil-qasam tat-turiżmu.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar il-gwidi.", "L-ewwel nett m'hemmx dubju li hemm bżonn li l-lista tal-gwidi tkun aġġornata iżjed biex jiġi ċċarat x'jagħmlu eżatt dawn il-gwidi, għax mhux kulħadd jagħmel kwalunkwe tour.", "Dan minbarra l-fatt li hemm pensjonanti li ma jaħdmux u li għad għandhom il-liċenzja.", "Problema oħra hija dik li m'għandniex biżżejjed gwidi tant li llum qegħdin f'sitwazzjoni li n-numru ta' gwidi li qed jirtiraw huwa akbar minn dawk li qed jilħqu.", "Hemm bżonn ukoll li niddedikaw a special designated location diploma għall-gwidi, bħal ngħidu aħna għall-Belt Valletta jew għall-Imdina, li tista' tikkontribwixxi għall-exemption of the higher diploma guide course.", "Din il-proposta tista' tkun plus l-HDGC li wieħed jista' jsegwih online ukoll u anke kandidat prospettiv minn barra jista' jagħmel il-kors.", "Illum kulħadd għandu s-servizz tal-internet, u għalhekk naħseb li dan li qed nissuġġerixxi jien jista' jsir.", "Illum qed ikollna bżonn persuni li jitkellmu iżjed lingwi.", "Pereżempju, illum qed jikber is-suq ta' turisti li ġejjin mill-Varsavja u mill-Polonja fost l-oħrajn.", "Però sfortunatament minkejja li jsiru anke crash courses, ċerti gwidi qed idumu snin biex jingħataw iċ-ċertifikat.", "Sinjura President, kien hemm host families li bagħtuli rendikont tal-income u l-expenditure li għandhom.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien, għaliex huwa l-aqwa żmien, li nkabbru r-residence sharing deduction, li llum hija ta' bejn it-€3,500 u €5,000, għax b'hekk il-Baġit ikun qed jilħaq lil kulħadd, u barra min hekk b'dan il-mod tkun qed tħajjar aktar familji jsiru host families, aktar u aktar meta nafu li llum il-ġurnata għandna sitwazzjoni fejn dawn qed jonqsu.", "Fil-fatt studji ta' Deloitte & Touche u FELTOM, li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra, juru li matul Lulju u Awwissu, jiġifieri fl-eqqel tal-high season, anke n-numru ta' studenti li jiġu Malta biex jistudjaw naqas.", "Jien naħseb li nies bħal anzjani jew inkella koppji li għadhom jiżżewġu jmisshom jitħajru jkunu host families għax b'hekk jiżdidilhom l-income li għandhom, u għalhekk anke hawn, nitlob lill-Ministru biex jirranġa s-sitwazzjoni.", "Ġaladarba bejn Lulju u Awwissu li għadda l-host families naqsu b'10%, dan juri li allura għandna available bed stock that we are not availing ourselves of.", "Illum tista' żżid il-klijenti mingħajr ma żżid is-sodod għax illum is-sodod diġà huma lesti fl-aktar żoni mfittxija.", "Jekk illum hemm nuqqas ta' sodod f'Tas-Sliema u f'San Ġiljan minħabba li l-Plevna Hotel, il-Milano Due Hotel, il-Fortina Hotel, l-Imperial Hotel u oħrajn ħarġu mis-suq, allura hemm l-English language schools li jistgħu jipprovdu dawn is-sodod huma.", "Jekk hemm bżonn, nibdew anke nimlew l-ajruplani iżjed, u dan mingħajr ma nagħmlu aktar żvilupp għax dawn is-sodod diġà jeżistu.", "Ta' min jgħid li aħna l-uniku pajjiż fid-dinja li l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż iħallsu l-eco tax huma, u dan biex ma nsemmix ukoll li aħna qegħdin fi żvantaġġ mal-Ingilterra għax l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż fl-Ingilterra lanqas biss iħallsu VAT għar-raġuni li this is deemed to be part of the education process.", "Għalhekk hawnhekk nitlob lill-Ministru Mizzi, li jitkellem bl-Ingliż ma' tal-familja, biex ġaladarba qegħdin fl-aqwa żmien jirranġa dawn l-affarijiet.", "Aġenti ta' ħaddiema barranin saħansitra jgħidulek li ma tistax iddaħħal iżjed nies għax dawn ikollhom il-kwoti.", "Jien persważ li jekk il-Ministru jimla aktar is-sodod tal-English Language Schools, iżid l-income tax threshold filwaqt li jalloka baġit akbar għall-host families biex jimla dawk is-sodod, il-pensjonanti jmorru aħjar.", "Sinjura President, kuntrarjament għall-perċezzjoni tal-Ministru Scicluna li qed jarawna ftit nies minn barra, sfortunatament illum anke meta tkun f'taxi jkellmuk fuq il-korruzzjoni li hawn Malta.", "Jien għadni ġej minn fiera ġewwa Franza, u dawn jistaqsuk: \"Are your banks safe?", "Jekk nibgħatlek il-flus orrajt?\"", "Il-fatt li niġi mistoqsi dawn l-affarijiet jagħtini fastidju u jien nemmen li għandna naħdmu flimkien biex ma jibqgħux isiru mistoqsijiet bħal dawn.", "Dawn il-mistoqsijiet staqsewhomli x-xahar li għadda, jiġifieri ma qed nivvinta xejn!", "Irrid ngħid ukoll li minkejja li l-Air Malta hija l-linja nazzjonali tagħna, f'paġni 57 u 58 tal-Baġit din ma tantx tissemma.", "Il-viżjoni tal-Ministru preċedenti li kien responsabbli minn dan il-qasam kienet waħda mċajpra, u aħna, bħala Partit Nazzjonalista, ilna xi erba' snin jew ħamsa nħambqu fuq fl-istess ħaġa; biex minflok ma nnaqqsu r-rotot tal-Air Malta, inżiduhom.", "Issa jidher li dwar dan qed naqblu, jiġifieri s'hemmhekk m'għandniex problemi.", "Is-Sur Chetcuti, li huwa s-CEO, għandu esperjenza kbira, anke għax ġej minn kumpanija kbira.", "Jien kelli l-okkażjoni li nitkellem ftit miegħu u jidher li huwa bniedem dedikat fuq xogħlu imma huwa fatt li l-Air Malta għadha kif ħarġet minn bumpy season.", "Naħseb li kellna rekord ta' delayed jew cancelled flights, ta' ħsarat u ta' każijiet fejn l-Air Malta kellha tagħti ċerti kumpensi.", "Fil-fatt nixtieq inkun naf, għall-kurżità, kemm l-Air Malta ħallset flus f'kumpensi lil dawn il-mijiet ta' nies, jekk mhux eluf, li tħarbtulhom il-flights, inkluż il-connection flights.", "Ta' min jinforma lill-Kamra wkoll x'kien il-cost tal-leasing li kellna nagħmlu mil-lum għal għada.", "Naħseb ilkoll niftakru meta konna nfittxu ajruplan fuq is-social media 24 siegħa qabel, u għalhekk ikun tajjeb jekk xi ħadd jgħidilna wkoll x'tip ta' ajruplani sibna.", "Dan biex ma nsemmix ukoll problemi oħra, bħal pereżempju, il-problema ta' komunikazzjoni li kien hemm min-naħa tal-crew ta' dawn l-ajruplani minħabba li dawn ma kenux jafu jikkomunikaw b'lingwi differenti jew il-problema li ħafna drabi dawn l-ajruplani kienu jkunu ftit antiki u allura qajla kienu jgħaddu mit-tests li jsiru f'ajruporti Ewropej, speċjalment minn ajruporti Franċiżi.", "Forsi l-load factors qatt ma kienu xi ħaġa fenomenali hawn Malta, imma nemmen li r-rotot li ġew introdotti ma kenux segwiti bil-marketing kif suppost.", "Kien hemm ukoll problemi mal-ħaddiema u mal-unions tant li dawn kellhom saħansitra jmorru l-qorti.", "Sinjura President, f'paġna 57 tal-Baġit il-Ministru għat-Turiżmu qalilna li se jissetilja l-konklużjonjiet ta' ftehimiet kollettivi, u allura jien inħeġġeġ lill-Ministru biex jagħmel dan mill-aktar fis possibbli.", "Madanakollu f'paġna 67 qed naraw li se jsir \"hiving off\" lis-servizzi tal-ground handling meta nafu lkoll li b'hekk tkun qed titlef il-flus, u għalhekk jien naħseb li hawnhekk hija l-catch.", "L-Air Malta spiċċat titlef il-flus mill-ground handling tant li jien naħseb li tilfet - u jekk għandi żball nitlob lill-Ministru jikkoreġini - bejn €8 u €10 miljun.", "Għalhekk jien nistaqsi: Min qed iħallashom dawn?", "Għax aħna nafu li bħala pagi, l-Air Malta tħallas biss lill-cabin crew.", "Jgħidu li hemm xi kumpanija oħra li tagħmel dan, li jekk m'iniex sejjer żball jisimha \"RSSL\".", "Allura ngħid jien, għaliex l-Air Malta tħallas biss ċerti impjegati filwaqt li impjegati oħra qed jitħallsu minn xi kumpanija barranija oħra?", "Ma nafx jekk dan huwiex tajjeb u jekk il-ħaddiema humiex qed jingħataw equal pay, equal job.", "U nkompli nistaqsi: Min qiegħed jagħtiha l-flus lil din il-kumpanija?", "Jien ma naħsibx li din il-kumpanija għandha xi sponsor jiġifieri naħseb li l-Gvern qed jagħtiha l-flus.", "Jinkwetani l-fatt li l-Ministru qed jgħidilna li l-Air Malta is going to break even għax allura dan ifisser li xi ħaddieħor qed iħallas għat-telf, u jista' jkun li dan ix-\"xi ħaddieħor\" huwa l-Gvern.", "Allura jekk inhu hekk, dan huwa każ moħbi ta' state aid?", "Snin ilu kellna każi fejn l-MTA ħarġet il-flus għall-pagi tal-ħaddiema tal-Air Malta minħabba li l-Air Malta kellha cashflow problem, imma jekk dan huwa l-każ, se nkunu qed nirriskjaw xi ħaġa?", "Dan apparti, Sinjura President, id-diskriminazzjoni kbira li qed issir bejn il-ħaddiema, u hawnhekk m'iniex qed nirriferi għad-diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema Nazzjonalisti u l-ħaddiema Laburisti għax dawk li ġew ikellmuni huma kollha Laburisti, imma wħud jappoġġjaw Ministru u oħrajn jappoġġjaw Ministru ieħor.", "Huwa diġà ħażin li tagħmel diskriminazzjoni bejn ħaddiema Nazzjonalisti u bejn ħaddiema Laburisti, għax biex il-kumpanija tmur tajjeb, inti trid tħaddem l-aħjar ħaddiema, u għalhekk nixtieq li l-Ministru jirranġa din is-sitwazzjoni wkoll.", "Jien informat li xi kultant saru jidħlu nies għal sena mal-Air Malta, imbagħad wara sena jmorru jaħdmu mal-gvern u dawn jirċievu l-paga bl-overtime b'kollox daqslikieku għadhom jaħdmu mal-Air Malta.", "Ma nafx jekk dan huwiex minnu, imma jekk inhu minnu nitlob lill-Ministru biex jidħol anke f'dan il-każ.", "Ejjew ma nkomplux nagħmlu diskriminazzjoni meta niġu biex ningaġġaw ħaddiema ġodda mal-linja nazzjonali tagħna imma ejjew nagħżlu l-aħjar nies.", "Sinjura President, hemm bżonn li nsostnu dejjem aktar rotot ġodda għax hemm ċerti occupancies fil-lukandi li qed jonqsu.", "Huwa veru li qed jonqsu bi ftit, imma l-fatt jibqa' li qed jonqsu.", "F'Malta hemm ħafna sodod li għandhom bżonn dawn ir-rotot partikolari, u allura nħeġġeġ lill-Ministru biex ikompli jipprova jattira aktar rotot ġodda, anke għall-workforce tagħna u għal min qed jinvesti, għax inkella mingħajr rotot ġodda u sostenibbli l-famuża ħolqa li dejjem insemmu ma tkunx sħiħa.", "Wieħed irid isostni lill-ieħor, u għalhekk nitlob lill-Ministru biex ma jwaqqafx din il-katina b'xi idea that Air Malta is going south.", "Is-suq tas-south jagħtina connecting flights u mhux klijenti li joqogħdu hawn Malta, u forsi dan għandu x'jaqsam ukoll mal-agreement li l-Ministru għamel ma' xi kumpanniji barranin li huma low cost.", "Jien nistaqsi lill-Ministru: Għandek il-ħsieb li tbiddel l-ajruplani permezz ta' leasing jew xiri?", "Jekk fl-affermattiv, dawn huma kuntratti li żgur iqumu l-miljuni.", "Għaddejjin taħditiet ma' kumpaniji f'dan ir-rigward?", "Dan li qed ngħid qed ifakkarni fid-Diskors tal-Baġit tal-Prim Ministru meta kkompara lil Malta mas-South Sudan.", "Is-South Sudan huwa l-aktar nazzjon riċenti fid-dinja wara l-qasma tal-pajjiż.", "Nispera li l-ewwel flight lejn is-South Sudan mhijiex se tkun qed issir mill-Air Malta!", "Għax il-ħsieb tal-Air Malta minn dejjem kien li nġibu l-klijenti lejn Malta u li dawn iħallu l-flus hawnhekk.", "Sinjura President, naf li lill-Ministru tajtu ħafna homework x'jagħmel, imma nixtieq li fl-aħħar xi ħadd jismagħni wara ħames snin inħambaq fuq il-bżonnijiet li għandha l-industrija tat-turiżmu, għax jekk se nibqgħu ma nindirizzawx dawn il-bżonnijiet, se nsofru.", "Pereżempju, kif għedt diġà, illum mhumiex qed jilħqu biżżejjed gwidi ġodda.", "Fil-fatt din is-sena jew is-sena li għaddiet kellna żewġ gwidi biss li ggradwaw, u dan meta s-suq żdied.", "Jiġifieri m'aħniex qed nipprovdu biżżejjed għall-growth li qed ikollna u allura m'għandniex sustainability, aħseb u ara jekk se jirtiraw aktar gwidi!", "Ta' min isemmi wkoll li xi tour operators qed isibu problema biex iġibu l-buses u l-gwidi tagħhom minħabba xi restrizzjonijiet li hemm.", "S'Ottubru diġà kellna mijiet ta' ilmenti fuq il-buses, fuq il-ħinijiet u fuq il-gwidi, u allura jien nemmen li rridu naslu fi żmien illi nitkellmu fuq id-dritt tal-operatur li jaħdem bla tfixkil billi jġib il-buses tiegħu u l-gwidi tiegħu, kif jagħmel fl-Ewropa kollha.", "Jekk illum għandna l-free movement, allura għandu jkun hemm il-free movement f'dan il-qasam ukoll.", "Mhux is-soltu li pajjiż idum xi disa' jew għaxar snin on top għax hemm is-cycles, u allura hemm bżonn li naġġornaw irwieħna mal-operaturi, bħalma huma aġġornati l-pajjiżi Ewropej kollha, biex jekk tiġi a downturn cycle almenu nkunu ppreparati.", "Bħalma jaf tajjeb il-Ministru, l-industrija tat-turiżmu tistrieħ ħafna fuq il-viżjoni, fuq l-ippjanar u fuq ix-xogħol tajjeb min-naħa tal-Gvern permezz ta' koordinament mal-Ministri l-oħra.", "Il-Ministru Mizzi huwa a senior minister u allura hemm bżonn li jiddiskuti mal-Ministri dwar kif din l-industrija qed tiġi affettwata bil-miżuri li jkunu qed jittieħdu.", "Fil-Baġit għall-2019 mhux żgur għandna erba' paġni ddedikati għall-industrija tat-turiżmu, u allura let's get things going in order għall-benefiċċju ta' kulħadd, speċjalment għall-benefiċċju ta' min jaħdem u jinvesti f'din l-industrija.", "Fl-aħħar nett, Sinjura President, nixtieq nitlob il-permess tal-Kumitat biex inqiegħed id-dokumenti li għamilt riferenza għalihom matul id-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ROBERT ARRIGO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ dokumenti li juru l-performance tal-industrija tat-tagħlim tal-Ingliż f'Malta f'Lulju u Awwissu 2018, skont FELTOM ELT Barometer.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, il-ħin allokat lili huwa dak ta' erba' minuti, u allura f'dawn l-erba' minuti nixtieq nagħmel appell u punt wieħed lill-Ministru.", "Nieħu pjaċir ninnota li Malta qed tagħmel suċċess fil-qasam tat-turiżmu.", "In-numri huma sbieħ u pożittivi imma għandna nindukraw lil dan is-settur mhux biss għaliex huwa l-mutur ekonomiku ta' pajjiżna imma wkoll għaliex fuqu jiddependu ħafna familji.", "Irridu niftakru li Malta m'għandhiex il-lussu ta' pajjiżi ġirien oħra tagħna li qegħdin fl-istess swieq.", "Filwaqt li pajjiżi oħra għandhom diversi bliet kożmopolitani, Malta hija belt kożmopolitana waħda.", "Ninnota li xi wħud minn dawn l-istess pajjiżi qegħdin jikkontrollaw it-tkabbir turistiku tagħhom u qegħdin jagħlqu l-bieb għal ċertu turiżmu billi ma jirreklamawx iżżejjed.", "Bħal kulħadd f'din il-Kamra, jien insiefer.", "Forsi ma nsifirx minn fuq dahar il-Gvern jew minn fuq dahar il-Parlament, imma ta' spiss nieħu xi btala, u meta nkun hemmhekk niltaqa' ma' bosta barranin.", "Ħafna drabi jien u nitkellem magħhom mingħajr ma rrid insemmi lil Malta, u nsemmi lil Malta b'ċertu orgolju, b'ċertu ftaħir u b'wiċċi minn quddiem.", "S'issa għadni ma ltqajt mal-ebda turist li kellu opinjoni ħażina dwar Malta, u dak għalija huwa riklam tajjeb.", "Ġaladarba qed insemmi r-riklamar, nixtieq naqsam ma' din il-Kamra riklam partikolari fuq Malta li għadni kemm iltqajt miegħu f'lukanda li kont fiha riċentement ġewwa Lisbona.", "M'għandniex xi ngħidu li ħadt pjaċir naqrah u nara l-istampa tar-reklam innifsu, li kienet full page.", "Madanakollu meta rajt dik l-istampa, għalkemm ħassejt dak l-orgolju li jien Malti, staqsejt lili nnifsi: Imma qed inqarrqu b'xi ħadd meta qed nuru dik l-istampa?", "U jekk qegħdin inqarrqu, min se jmur minn taħt?", "It-turist qiegħed isib proprju dak li hemm fir-ritratt?", "Sinjura President, Malta għandha ġrajja għanja, klima moderata, arkitettura rikka, knejjes, palazzi, swar, kultura ħajja, ġens ħabrieki u wirt naturali l-ġmiel tiegħu, bħalma kien qed juri dak ir-ritratt.", "Imma meta jiġi f'pajjiżna t-turist x'qed isib?", "U dan iwassalni għall-appell li nixtieq nagħmel lill-Ministru matul dan l-intervent.", "It-turist qed isib il-ħmieġ, it-traffiku, l-istorbju, is-siti ta' kostruzzjoni, eċċ., u mhuwiex qed isib dak il-wirt naturali li wieħed jistenna.", "Għandna ħafna x'nindokraw, u rridu noqogħdu attenti li ma ndardrux l-għajn li nixorbu minnha għax inkella 'l quddiem ikollna l-problemi.", "Dan huwa l-appell li nixtieq nagħmel lill-Ministru.", "Hemm bżonn ta' strateġija wiesgħa u fit-tul li tħares proprju lejn dan li qed ngħid, u jien nemmen li l-Ministru, li għandu anke ċerta saħħa fl-Eżekuttiv - dan jien nafu għax saħansitra għextu miegħu - jista' jappella lill-Eżekuttiv biex indawru r-rutina li dħalna fiha għax inkella aktar 'il quddiem il-mutur ekonomiku tagħna se jmur minn taħt.", "Ejjew innaqqsu n-numru ta' turisti li jiġu f'pajjiżna u ninsistu fuq il-kwalità għax jiddispjaċini ngħid li issa wasalna f'saturation point.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, Malta hija belt kożmopolitana waħda biss, u allura ejjew noffru prodott turistiku aħjar!", "Kemm niddejjaq meta mmur niekol ġo xi ristorant f'Malta, u minbarra li bħala ikel ma jkunx hemm prodotti Maltin, iservini barrani li lanqas biss ikun jaf xejn fuq Malta!", "L-ITS huwa verament istitut tajjeb imma mbagħad il-gradwati tiegħu ma ssibhom kważi mkien!", "X'qed jiġri?!", "X'inhi l-problema?!", "U fl-aħħar mill-aħħar, Sinjura President, ejjew nieqfu nagħtu art pubblika b'tariffi favorevoli biex jinbnew aktar lukandi.", "Nerġa' ngħid li we have reached a saturation point!", "Aħna nafu x'inhuma l-qisien ta' pajjiżna, kif nafu wkoll il-kapaċitajiet tagħna.", "Għandna x'ngħożżu u x'nindokraw, u għalhekk ejjew inħarsu 'l quddiem.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, is-settur tat-turiżmu huwa pilastru ekonomiku importanti tant li jikkontribwixxi għal aktar minn 18% fil-valur miżjud tal-ekonomija tagħna.", "Huwa settur li sena wara l-oħra jirreġistra tkabbir, u fil-fatt skont l-aħħar ċifri tal-NSO fl-ewwel kwart ta' din is-sena dan is-settur kompla jikber b'rata annwali ta' 6.2%.", "Din is-sena t-turiżmu kien importanti wkoll għax ikkontribwixxa għal 15.4% miż-żieda aggregata ta' 7% fis-salarji ta' pajjiżna.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li dan is-settur huwa importanti ħafna għall-ispillover effect tal-ekonomija tagħna u għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli.", "Madanakollu ċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li ż-żieda globali fin-nefqa tat-turist ġewwa pajjiżna hija xprunata ferm aktar mill-volum milli mill-konsum, jiġifieri hija xprunata ferm aktar miż-żieda fin-numru ta' turisti li jiġu f'pajjiżna milli miż-żieda fin-nefqa tat-turisti per capita per night.", "Fil-fatt iċ-ċifri tal-NSO juru li filwaqt li ż-żieda globali tan-nefqa tat-turisti ġewwa pajjiżna telgħet b'35% meta mqabbla mas-sena ta' qabel, iż-żieda medja fin-nefqa tat-turist per night kienet biss ta' 5.5%.", "Dan ifisser li filwaqt li bejn l-2013 u l-2017 kien hemm żieda konsistenti kull sena fin-nefqa globali tat-turisti kollha li jiġu Malta, in-nefqa tat-turist per night matul l-istess perjodu ma kinitx konsistenti daqs iż-żieda fil-volum.", "Fil-fatt fl-2016 ġie reġistrat saħansitra tnaqqis fin-nefqa medja tat-turist per night.", "Dan juri li fis-settur tat-turiżmu l-bilanċ bejn il-kwantità, jiġifieri kemm jiġu turisti f'pajjiżna, u l-kwalità, li tkun ibbażata fuq l-average spending per night, ixaqleb bl-aktar mod ċar fuq in-naħa tal-kwantità u mhux tal-kwalità.", "It-trend hija ċara; dik li t-tkabbir ekonomiku huwa ferm aktar quantity driven milli quality driven.", "Għalhekk jidher ċar li s-suċċess ta' dan is-settur qiegħed jiddependi ferm aktar uq l-influss ta' turisti li jirnexxielna nġibu f'pajjiżna.", "Madanakollu l-progress iġib ir-rigress, Sinjura President, u qed ngħid dan għaliex is-suċċess li s-settur tat-turiżmu qiegħed jirreġistra fin-numri bir-riżultat li qed igawdi minnhom b'mod dirett qed iħalli miegħu numru ta' spillovers, li huma d-downsides ta' dan is-suċċess.", "Biżżejjed insemmi l-konsegwenzi infrastrutturali, ambjentali, u residenzjali fil-każ ta' żoni turistiċi, kif ukoll konsegwenzi oħra, bħal nuqqas ta' sigurtà, inkonvenjenza ta' ffollar fil-bajjiet pubbliċi u f'postijiet oħra kif ukoll inkonvenjenza għar-residenti li jgħixu f'żoni turistiċi, b'mod partikolari fir-rigward ta' waste management, eċċ.", "Sinjura President, dan iġibni għall-ewwel punt li nixtieq inwassal, ċjoè l-bżonn li nieħdu aktar ħsieb il-bżonnijiet tar-residenti li joqogħdu f'żoni turistiċi.", "Illum qegħdin naraw bliet u reġjuni f'pajjiżi barranin, fosthom fi Spanja u fl-Italja, li filwaqt li qabel kienu magħrufa għal snin sħaħ bħala żoni tat-turiżmu tal-massa, illum qegħdin jirribellaw kontra t-turiżmu.", "Sfortunatament illum f'pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn ir-residenti ta' lokalitajiet bħal San Ġiljan, Paceville, Tas-Sliema, is-Swieqi, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa qed iħossuhom bħala ċittadini tat-tieni klassi minħabba t-turiżmu.", "Minkejja li t-turiżmu għandu introjtu tajjeb għal pajjiżna, għal dawn ir-residenti t-turiżmu jfisser ħmieġ fit-toroq fejn jgħixu, nuqqas ta' sigurtà, iljieli mingħajr mistrieħ minħabba l-istorbju esaġerat li jkun hemm f'ċerti żoni, u vandaliżmu.", "Dawn l-inkonvenjenti qed ikomplu jikbru daqskemm qed jikber it-turiżmu, l-aktar meta llum qed naraw forom ġodda ta' akkomodazzjoni li huma non-collective, bħall-airbnb.", "Ovvjament, Sinjura President, aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li t-turiżmu m'għandux jissaħħaħ, però żgur li għal dan is-settur għandna nfasslu strateġija effettiva li biha l-inkonvenjenzi jiġu minimizzati kemm jista' jkun għax mhuwiex sew li biex dan is-settur ikun suċċess, ikun hemm konsegwenzi diretti fuq ir-residenti.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-bżonn ta' pjan ħolistiku f'żoni turistiċi huwa imperattiv.", "M'hemmx dubju li bħalissa pajjiżna għaddej minn perjodu li fih qed isir ammont kbir ta' kostruzzjoni, u allura hemm bżonn ukoll li jkun hemm iżjed kontroll u ppjanar fuq kif għandu jsir dan ix-xogħol, partikolarment fiż-żoni turistiċi ta' Paceville, ta' Pembroke u ta' San Ġiljan, fejn qegħdin isiru proġetti kbar.", "Pereżempju wara li l-masterplan li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħejjiet għal Paceville ġie mwarrab minħabba li ġie żvelat li fih kien hemm każ ċar ta' konflitt ta' interess, s'issa l-Gvern għadu ma ħariġx masterplan ieħor bil-konsegwenza li x-xogħlijiet qegħdin isiru mingħajr masterplan.", "M'hemmx dubju li quddiem sitwazzjoni bħal din jeħtieġ li jkun hemm aktar ippjanar effettiv u inqas lip service għax meta ma jkunx hemm pjan ħolistiku tinqala' konfużjoni.", "Pereżempju, x'se jiġri - u fil-fatt hekk se jiġri - jekk dan il-proġett partikolari jitlesta qabel proġetti oħrajn?", "Se nibagħtu lit-turisti f'lukanda li qiegħda biswit il-construction sites?!", "B'hekk qed nippretendu li nattiraw lit-turisti ta' kwalità lejn pajjiżna?!", "It-tielet punt tiegħi huwa l-bżonn li jitħares l-ambjent.", "Sfortunatament aktar ma jgħaddi żmien il-karattru ta' villaġġi u ta' bliet tipikament Maltin aktar qiegħed jispiċċa, qisna għaddejjin minn xi proċess ta' phasing out.", "Hekk ukoll qiegħda tispiċċa l-kampanja minħabba żvilupp mhux sostenibbli u l-permessi għal żvilupp li ħerġin galore mingħajr l-ebda konsiderazzjoni lejn il-patrimonju storiku u ambjentali, tant li sussegwentement anke dan qed jintilef.", "Waħda mill-konsegwenzi ta' dan kollu hija li l-attractiveness ta' pajjiżna qiegħda tonqos u li minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna kif ukoll l-iżvilupp rampanti li qed isir fih, qegħdin verament nipperikolaw il-karatteristiċi li jagħmlu lil pajjiżna Malta li konna nafu u li nittama li għadna nafu.", "Li donnu li m'aħniex nifhmu huwa li meta nitilfu s-sbuħija, il-karatteristika, l-eleganza ta' pajjiżna u dak kollu li jagħmilna uniċi bħala Maltin inkunu qegħdin nitilfu wkoll lit-turist ta' kwalità, jiġifieri lil dak it-turist li jagħżel li jiġi Malta għax japprezza l-ġmiel ta' pajjiżna u l-valur storiku u ambjentali tiegħu, liema turist jonfoq u jħalli introjtu ferm akbar minn dak l-hekk imsejjaħ run-of-the-mill tourist, li jidher li llum qegħdin nattiraw ferm aktar minnu.", "Dan iġibni għar-raba' punt, Sinjura President, jiġifieri għall-bżonn ta' aktar investiment fil-kalendarju Malti.", "It-turist ta' kwalità, liema turist fl-aħħar mill-aħħar iħalli aktar introjtu f'pajjiżna, ikun jixtieq li l-btala tiegħu f'pajjiżna tkun mimlija daqs bajda b'attivitajiet kulturali, mużikali, artistiċi u oħrajn.", "Ovvjament aktar ma dan it-tip ta' turist jattendi attivitajiet, postijiet ta' interess u jżur mużewijiet, aktar se jonfoq u jħalli introjtu lejn pajjiżna.", "Apparti minn hekk, dan it-tip ta' turist juri aktar apprezzament lejn il-pajjiż.", "Kien hemm żmien meta rajna l-kalendarju Malti jarrikkixxi ruħu b'attivitajiet annwali.", "Dan il-Gvern kompla jorganizza l-istess attivitajiet li kienu bdew jiġu organizzati fi żmien Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti imma tista' tgħid li ma żiedx attivitajiet oħra.", "Issa kif wieħed jista' jobsor, maż-żmien ċerti attivitajiet jitilfu l-attrazzjoni tagħhom.", "A case in point, pereżempju, huwa l-Isle of MTV fejn din is-sena kien hemm tnaqqis sostanzjali f'dik li hija attendenza.", "Jien m'għandix aċċess għall-istatistika imma jista' jagħti l-każ li aktar ma jgħaddi ż-żmien, anke din l-attività qed titlef l-effett tagħha bħala attrazzjoni turistika għax minħabba li ovvjament illum hemm aktar kompetittività, l-interessi ta' dak li jkun jinbidlu.", "Fil-fatt nixtieq li l-Ministru Konrad Mizzi jinformana kemm kienet l-attendenza tal-Isle of MTV din is-sena u kemm minnhom kienu turisti verament.", "Il-ħames punt li nixtieq nitkellem dwaru jirrigwarda l-bżonn li r-regoli jiġu inforzati aħjar biex jitħarsu l-interessi tal-operaturi, tar-residenti u tat-turisti nfushom.", "Fil-pajjiż dieħla l-mentalità - li fil-verità qed tiġri kullimkien - li kulħadd jista' jieħu l-liġi b'idejh u mbagħad, jekk jinqabad jikser il-liġi, jew jirranġa jew inkella jħallas il-multa.", "Din il-mentalità mhux biss hija ħażina fiha nnifisha minħabba li ovvjament kull ċittadin huwa obbligat jirrispetta l-liġijiet ta' pajjiżu imma hija ħażina wkoll għax qed iġġib konsegwenzi koroh.", "Pereżempju, dan l-aħħar qegħdin naraw l-imwejjed u s-siġġijiet tar-ristoranti jitpoġġew anke f'postijiet perikolużi, u dan jista' jfisser żewġ affarijiet; jew li l-awtoritajiet qegħdin joħorġu l-permessi mingħajr mhuma qed iqisu l-element ta' safety jew inkella jista' jfisser li s-sidien qegħdin jiksru l-liġi mingħajr biża' ta' xejn.", "B'dan il-mod qegħdin nibagħtu l-messaġġ li f'pajjiżna kollox jgħaddi però agħar minn hekk jekk allaħares qatt iseħħ inċident, dan ikun riklam ħażin u perikoluż ħafna għal pajjiżna.", "Is-sitt punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-użu ta' proprjetajiet tal-Knisja għal skopijiet turistiċi.", "Nemmen li wasal iż-żmien illi l-Gvern jikkonsidra li jagħmel skema sabiex jgħin lill-kunventi jittrasformaw ruħhom f'akkomodazzjoni turistika.", "B'dan il-mod nevitaw li l-kunventi jitmermru u jingħataw għall-iżvilupp hekk kif ħafna minnhom qed jispiċċaw vojta.", "Pajjiżi oħrajn, bħal Spanja, l-Italja u Sqallija, qed jirnexxielhom jikkonvertu dawn it-tip ta' proprjetajiet f'akkomodazzjoni ta' klassi li tattira turisti ta' kwalità kif ukoll niċċa ta' turiżmu reliġjuż.", "Finalment, Sinjura President, nixtieq nirrimarka dwar il-ħtieġa li ninvestu aktar fir-riżors uman.", "Jekk verament irridu li t-turist f'pajjiżna jkollu esperjenza pożittiva, allura bħal katina jeħtieġ li kemm jista' jkun nilħqu l-eċċellenza f'kull ċirku li jifforma f'din l-istess katina.", "L-infrastruttura, is-sitwazzjoni tat-toroq u t-traffiku huma kollha fatturi importanti li bħalissa mhumiex qegħdin jawguraw esperjenza pożittiva lit-turist però llum m'iniex se nidħol fid-dettall dwar dan għax konvinta li sħabi se jindirizzaw dawn il-problemi massiċċi tal-infrastruttura.", "Kif għedt diġà, huwa importanti ħafna li ninvestu aktar fir-riżors uman.", "Investiment għaqli fir-riżors uman joffri lit-turist l-aqwa u l-aħjar servizz, imma dan għandu jibda mill-bankijiet tal-iskola.", "Żgur li kull investiment li jsir fl-istudenti tagħna mhuwiex kapriċċ, u allura jien inħoss li għandi nerġa' nirrepeti l-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Arrigo lill-Ministru għax anke jien innotajt li l-allokazzjoni li s-sena d-dieħla se tmur fuq l-istipendji tal-ITS mistennija tinżel bi kważi €200,0000.", "Hawnhekk bilfors li jkolli nistaqsi: Dan ġara għax hemm numru inqas ta' studenti li rreġistraw mal-ITS u allura din iċ-ċifra globali qed tirrifletti dan it-tnaqqis fl-istipendji per capita?", "Jien nemmen li jekk dan huwa l-każ, nimmeritaw spjegazzjoni dwar dan għax jekk it-tnaqqis fin-numru tal-istudenti tal-ITS jirrifletti kważi €200,000 fi stipendji, allura rridu nanalizzaw x'wassal għal dan in-nuqqas ta' interess tal-istudenti tagħna fit-turiżmu.", "Jista' jkun li t-tip ta' xogħol li jirrikjedi settur bħal dan wassal għal dan jew forsi l-lokalità tal-ITS?", "Jekk dan huwa l-każ allura żgur li jeħtieġ li jkun hemm pjan u kampanji edukattivi biex inħeġġu aktar studenti jidħlu fis-settur tat-turiżmu wara li ssir analiżi dettaljata, però jekk mill-banda l-oħra naqsu l-istipendji, allura jeħtieġ li jkollna spjegazzjoni dwar dan.", "M'għandix dubju li l-Ministru Konrad Mizzi se jindirizza din il-mistoqsija pertinenti.", "Sfortunatament il-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi għaddieli, però qabel ma nikkonkludi dan l-intervent nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-MTA kif ukoll lill-istakeholders ta' dan is-settur li huma involuti b'mod dirett u indirett għax jien konvinta li huma l-aktar protagonisti li kienu u għadhom jikkontribwixxu għas-suċċess ta' dan is-settur.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sinjura President, huwa ta' pjaċir partikolari għalija li nagħmel l-intervent tiegħi waqt din is-seduta billi jien kelli l-unur li nservi fid-dekasteru tat-turiżmu għal ħames snin.", "Fil-fatt nixtieq nibda billi nirringrazzja bil-quddiem lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Turiżmu, lill-ħaddiema tal-MTA, lill-ħaddiema tal-ITS kif ukoll lill-ħaddiema tal-Air Malta.", "Dawn il-ħaddiema, flimkien ma' eluf kbar ta' ħaddiema oħra li jaħdmu f'dan is-settur ewlieni għall-ekonomija Maltija, huma ċ-ċavetta tas-suċċess f'dan is-settur.", "Forsi xi kultant aħna l-politiċi nagħmlu l-iżball li nipprovaw nieħdu wisq kredtu jew mertu ta' meta settur imur tajjeb.", "Huwa veru li d-direzzjoni tal-politiku hija importanti, iżda biex verament niksbu suċċess, dan irridu niġġieldu għalih ta' kuljum, u fuq quddiem nett jiġġieldu din il-ġlieda jkun hemm il-ħaddiema li jservu fil-lukandi, il-ħaddiema li jservu fir-ristoranti, il-bejjiegħa fil-ħwienet, ix-xufiera tal-karozzi tal-linja, l-impjegati tal-ajruport, l-impjegati tal-mużewijiet u tant u tant ħaddiema ta' attrazzjonijiet oħrajn.", "Lil dawn in-nies kollha, li nerġa' ngħid huma ċ-ċavetta tas-suċċess fil-qasam turistiku, irrid ngħidilhom \"grazzi\" minn qalbi.", "Qabel ma ngħaddi biex niffoka fuq l-aspett tal-prodott turistiku nixtieq nagħti analiżi daqsxejn żgħira u forsi superfiċjali fuq ir-riżultati turistiċi li għandna quddiemna din is-sena.", "Nibda biex ngħid li r-riżultati ppubblikati mill-NSO għall-perjodu ta' bejn Jannar u Awwissu huma pożittivi għax irnexxielna nġibu 'l fuq minn 1,700,000 turist, li hija żieda fuq ir-riżultati tas-sena preċedenti fejn matul l-istess perjodu konna lħaqna l-miljun u nofs turist.", "Fil-fatt m'għandix dubju li din is-sena se nagħlquha billi neċċedu għal darb'oħra ż-żewġ miljun turist fi xtutna.", "Illum qed naraw ukoll xi trends differenti.", "Pereżempju, qegħdin naraw li l-average length of stay qiegħda dejjem tiqsar.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li matul l-2006 l-average length of stay kienet ta' 7.8 iljieli, fl-2017 din niżlet għal 7.3 iljieli u din is-sena, jiġifieri fl-2018, reġgħet niżlet għal 7.2 iljieli li jfisser illi l-average length of stay qiegħda dejjem tiqsar.", "Jekk wieħed jieħu t-total tal-iljieli li t-turisti qattgħu Malta fil-perjodu ta' bejn Jannar u Awwissu jsib li filwaqt li fl-2017 dawn qattgħu 9.4 miljun lejl, din is-sena dawn qattgħu 10.7 miljun lejl, però mbagħad wieħed jinnota tnaqqis ta' €817 fl-ispiża per capita ta' turisti, liema tnaqqis huwa ta' kważi 5%.", "Issa dan it-tnaqqis jista' jkun dovut għal żewġ raġunijiet.", "Jista' jkun dovut għall-fatt li l-average length of stay naqset u allura ovvjament wieħed jonfoq inqas, però jista' jkun dovut ukoll għall-fatt li t-turist qed jonfoq inqas fi xtutna.", "Jekk imbagħad wieħed jara r-riżultat li kellna fil-qasam tal-cruiseliners, li huwa qasam ieħor relatat mat-turiżmu f'pajjiżna, isib li almenu s'issa, jiġifieri bejn Jannar u Settembru, ir-riżultat ma kienx tajjeb daqs dak tas-sena preċedenti.", "Fil-fatt jekk wieħed jara r-riżultati li ġew imħabbra għal bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena jsib li kellna madwar 441,000 passiġġier li ġew fi xtutna, jiġifieri jekk din iċ-ċifra tiġi mqabbla mal-482,000 passiġġier li ġew is-sena li għaddiet isib li kien hemm tnaqqis ta' 41,000 passiġġier jew ta' 12%.", "Ir-riżultat ta' din is-sena għal dan il-perjodu mhux biss huwa inqas minn dak tas-sena li għaddiet iżda huwa wkoll inqas minn dak tas-sena 2016, fejn matul dak il-perjodu kienu ġew fi xtutna madwar 448,000 passiġġier.", "Jekk imbagħad wieħed iħares lejn il-calls għall-cruiseliners li ġew fi xtutna bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena jsib li kien hemm 215-il call, mentri fl-2017 matul l-istess perjodu kien hemm 248 call filwaqt li fl-2016 kien hemm 231 call.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li din is-sena t-trend hi li hemm inqas passiġġieri u hemm ukoll inqas calls għall-vapuri.", "L-unika area fejn morna tajjeb kien Għawdex għax hemmhekk din is-sena rreġistrajna aktar calls milli rreġistrajna s-sena li għaddiet u fis-sena 2016.", "Madanakollu jekk wieħed jieħu s-settur sħiħ jinnota li rridu noqogħdu attenti għal dan il-qasam tant importanti għal pajjiżna billi niffokaw aktar fuqu ħalli nassiguraw li jkollna tkabbir.", "Matul dan l-intervent nixtieq nagħfas ukoll fuq il-prodott turistiku.", "Kif nafu, tradizzjonalment fis-settur tat-turiżmu dejjem nitkellmu dwar tliet pilastri ewlenin; l-ewwel pilastru huwa l-aċċessibbiltà, it-tieni pilastru huwa l-marketing u t-tielet pilastru huwa l-prodott tagħna.", "Ħalli nibda biex ngħid xi ħaġa dwar l-aċċessibilità.", "Jidher li dan il-Gvern baqa' għaddej bl-istrateġija ta' amministrazzjonijiet passati li nżidu r-rotot biex tikber ix-xibka li tgħaqqad lil pajjiżna ma' ajruporti maġġuri, sekondarji u anke terzjarji madwar l-Ewropa, u din ovvjament hija xi ħaġa pożittiva għax tat il-frott u għadha qed tagħti l-frott.", "Konna bdejna nħarsu wkoll lil hinn mill-Ewropa, partikolarment lejn Iżrael u lejn destinazzjonijiet oħra li jistgħu jagħtuna turiżmu f'dawk ix-xhur li jkunu aktar kalmi u b'hekk innaqqsu l-istaġjonalità.", "Però jien naħseb li wasal ukoll iż-żmien li fl-MTA ikun hemm sezzjoni li tiffoka biss fuq l-aċċessibbiltà, jiġifieri fuq ir-rotot, filwaqt li tiskrutinja anke flimkien ma' rappreżentanti tal-MIA u ma' operaturi oħrajn il-performance u r-riżultati ta' rotot u żviluppi fis-swieq eżistenti u oħrajn emerġenti biex b'hekk tkun tista' tagħmel strateġija medium to long-term dwar l-aċċessibbiltà lejn pajjiżna.", "Qed nerġa' nagħmel dan il-punt mhux biex inkun kritiku għal dak li għaddej bħalissa - u minn hawnhekk nixtieq nerġa' nsellem lill-ħaddiema tal-MTA - iżda għaliex naħseb li wasalna f'punt fejn nistgħu nkunu aktar selettivi dwar ir-rotot li għandna lejn pajjiżna fis-sens li nistgħu niftħu u, jekk hemm bżonn, xi drabi nagħlqu ċerti rotot.", "Rigward il-promozzjoni ma nistax ma nibdiex billi ngħid li din is-sena kellna opportunità unika minħabba dak li għandu x'jaqsam mal-Valletta Capital of Culture 2018 imma sfortunatament naħseb li minflok ma wżajna din l-opportunità biex nuru dak kollu li għandna fil-Belt Valletta, naħseb li ġiet sfruttata wisq b'mod partiġġjan.", "Pajjiżna ilu snin twal iħaddem strateġija ta' diversifikazzjoni biex mhux biss niġbdu turisti minn firxa wiesgħa ta' pajjiżi iżda wkoll biex inħajru lit-turisti jiġu jżuruna għal skopijiet differenti; min għall-konferenzi, min għall-baħar u x-xemx, min għall-kultura, min għad-divertiment, eċċ. Dawn huma kollha niċeċ differenti li pajjiżna, fiċ-ċokon tiegħu, kapaċi joffri.", "Meta bdiet l-industrija tat-turiżmu f'pajjiżna, l-attrazzjoni prinċipali tagħna kienet dik tax-xemx u l-baħar, u minn hawnhekk nixtieq insellem il-memorja tal-Eks Ministru Michael Refalo, li kien minn ta' quddiem biex irrealizza li pajjiżna għandu ħafna aktar x'joffri minn hekk.", "Niġi issa għall-prodott turistiku.", "Jekk irridu nibqgħu rilevanti mhux biss għat-turist tal-lum iżda anke għal dak ta' għada rridu naraw li noffru l-prodott li jistenna t-turist futur.", "Fil-fatt ċerti trends diġà daħlu sew u qegħdin jibdlu lil din l-industrija b'mod drastiku.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li din l-industrija kienet l-ewwel waħda li aċċettat l-online payment bħala metodu ta' kif isir il-ħlas.", "Din l-industrija hija verament innovattiva tant li ħafna tibdiliet teknoloġiċi narawhom iseħħu proprju f'din l-industrija.", "Pereżempju, illum qed nitkellmu dwar il-fenomenu tal-airbnb, liema fenomenu qiegħed jibdel il-mudell tat-turiżmu radikalment.", "Anke jekk wieħed jara r-riżultati ppubblikati mill-NSO għal dak li għandu x'jaqsam mal-akkomodazzjoni magħżula mit-turisti tagħna, isib li filwaqt li għandek it-trend tal-collective accommodation, l-\"other rented accommodation\" u n-\"non-rented accommodation\" dejjem qiegħda tiżdied b'mod drastiku.", "Fil-fatt jekk wieħed jieħu ċ-ċifri ppubblikati mill-NSO għall-perjodu ta' bejn Jannar u Awwissu jsib żieda ta' 26% f'dawk li qagħdu f'rented accommodation però mhux f'collective accommodation u żieda ta' 21% f'dawk li qagħdu f'non-rented accommodation, jiġifieri din hija xejra li rridu nagħrfuha, nanalizzawha u nindirizzawha.", "Filwaqt li dan il-mudell ta' turiżmu joffri ħafna vantaġġi, dan l-iżvilupp iġib miegħu wkoll ċerti sfidi, partikolarment fis-settur tal-akkomodazzjoni kollettiva, jiġifieri fis-settur tal-lukandi tradizzjonali tagħna.", "Il-lukandi li qed jaraw lilhom infushom jikkompetu ma' dan il-mudell ta' turiżmu qed iħarsu lejh bħala mudell ta' turiżmu li mhuwiex regolat u li ċertament m'għandux l-ispejjeż u l-cost base li għandhom huma.", "Jien nittama li l-Gvern qiegħed iħares lejn dawn l-isfidi għax din mhijiex xi sfida li se tolqotna għada tant li l-lukandiera diġà qed iħossuha llum.", "Irridu naċċettaw ir-realtà - u mhux inwarrbuha - li dan il-mudell ta' turiżmu se jikber fil-futur u se joffri wkoll prodott divers għal pajjiżna.", "Jien ngħid li dan il-mudell ġdid ta' turiżmu mhuwiex problema imma huwa sfida u anke opportunità, imbasta l-Gvern u l-operaturi jagħrfu jimxu bil-għaqal.", "Studji li qrajt jgħidu li dan il-fenomenu jista' jaffettwa sal-10% tad-dħul u l-occupancy tal-lukandi, anzi jien ngħid li anke aktar, u għalhekk l-isfida hija x'għandu jsir biex f'pajjiżna l-impatt ma jkunx daqshekk b'saħħtu.", "L-opportunità hija li l-airbnb jiftaħ tip ta' akkomodazzjoni differenti li tappella għal dak it-turist li forsi jkun jixtieq esperjenza aktar personalizzata.", "Nixtieq nisma' kif il-Gvern qiegħed iħares lejn dawn l-iżviluppi.", "Il-vantaġġ tal-airbnb huwa li dan qed joffri u qed jiftaħ it-turiżmu anke fl-irħula u fl-ibliet tagħna.", "Fejn ma naqbilx mal-Onor.", "Farrugia hu li Malta qisha hija belt waħda għax dan mhuwiex il-każ, u fil-fatt wieħed mill-vantaġġi li għandna aħna huwa kif filwaqt li pajjiżna huwa daqstant ċkejken, għandna daqstant diversità.", "Pereżempju, l-Imqabba mhijiex Tas-Sliema u s-Siġġiewi mhuwiex Ħaż-Żebbuġ.", "Kull belt u raħal Malti u Għawdxi għandu x'joffri, u sfortunatament s'issa ma sfruttajniex il-potenzjal li għandha kull belt u kull raħal fil-gżejjer tagħna daqskemm nistgħu nisfruttawh minkejja li dawn għandhom potenzjal uniku biex aħna nkunu nistgħu nkomplu noffru diversifikazzjoni fil-prodott tagħna.", "Issa se ngħaddi għall-konċett tradizzjonali tal-akkomodazzjoni, li huma l-lukandi.", "Nibda biex ninnota b'dispjaċir li l-iżvilupp li qed isir fiż-żona hekk imsejħa \"The Golden Mile Business Centre\" qed isir bla masterplan.", "Jekk aħna verament nagħrfu l-importanza ta' din iż-żona, ilkoll għandna naqblu li huwa kruċjali li l-iżvilupp li qed isir hemmhekk ma jsirx haphazard jew b'mod uniku iżda bi pjan konkret dwar fejn irridu naslu f'din iż-żona, li hija destinazzjoni turistika in its own right.", "Ħalli nkompli nitkellem fuq il-prodott turistiku, Sur President.", "Ilni nistaqsi għal diversi xhur u anke snin dwar il-proġetti li għandha ppjanati l-MTA għat-tisħiħ tal-prodott turistiku.", "Matul is-snin li għaddew l-MTA kienet katalista biex inbidlu ċerti żoni.", "Pereżempju, kienet l-MTA li ħolqot il-bajja ta' San Ġorġ, u hawnhekk bilfors ikolli ngħid b'dispjaċir: X'differenza l-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ mill-proġett tal-bajja tal-Balluta!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel ukoll osservazzjoni.", "L-MTA donnha tat mixed messages fuq dan il-proġett; minn banda kellek lill-Ministru li għamel ħafna reklami fuq Facebook dwar din il-bajja u dwar dak li sar - u rrid ngħid li din bħala idea kienet tajba - u mill-banda l-oħra kellek lill-MTA tgħidilna li dan kien esperiment.", "Fil-fatt anke sempliċi esperiment jurik li jekk ma jsirux l-istudji neċessarji, ħafna drabi dak l-esperiment ifalli, u allura filwaqt li kif għedt diġà, hija idea tajba li nkomplu nżidu l-bajjiet bir-ramel tagħna, irridu nassiguraw li nagħmluhom suret in-nies u mhux wara li nagħmlu bajja bir-ramel, mal-ewwel xita din tisparixxilek!", "Għall-kuntrarju, il-bajja ta' San Ġorġ li konna għamilna aħna diversi snin ilu, sal-lum għadha hemmhekk titgawda min-nies.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi wkoll: X'sar mill-proġetti ta' tisbiħ li kienu jsiru f'żoni bħal Buġibba, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Ħad-Dingli, iż-Żurrieq u żoni oħrajn?", "Nafu li twaqqfet fondazzjoni għal dan il-għan, però issa nixtieq nara l-frott ta' din il-fondazzjoni, bħal ngħidu aħna xi proġetti qed tagħmel u fejn qed isir it-tisbiħ.", "Qed ngħid dan għax fiż-żoni li huma tradizzjonalment meqjusa bħala turistiċi s'issa ħadd mhu qed jara l-frott ta' din il-fondazzjoni.", "Sinjura President, illum wieħed jista' jargumenta li nistgħu nqisu lil pajjiżna kollu bħala żona turistika, però jien inħeġġeġ għal darb'oħra biex nibdew nagħrfu d-distinzjonijiet u l-karatteristiċi differenti ta' kull raħal u belt tagħna, u għalhekk nitlob lill-Ministru wkoll biex jagħtina aġġornament dwar il-proġetti li se jsiru, kemm dawk li se jsiru mill-fondi Ewropej kif ukoll dawk li se jsiru mill-fondi nazzjonali.", "Fil-passat bil-fondi Ewropej irrestawrajna Forti Sant'Anġlu, Forti Sant'Iermu u tant affarijiet oħrajn, fosthom il-Belt Valletta, fejn dak li qed isir hemmhekk qed ikompli jgħaqqad il-proġett ta' Renzo Piano bir-riżultat li aktar ma jgħaddi żmien din il-belt unika qed issir dejjem aktar unika, però issa nixtieq nisma' fejn se mmorru mil-lum 'l quddiem.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-carrying capacity ta' pajjiżna.", "Il-bżonn li pajjiżna jagħmel studju biex jara kemm jiflaħ residenti u turisti kulma jmur qed isir iżjed urġenti, u naħseb li rridu ngħidu x'inhi l-figura li fl-aħħar mill-aħħar irridu nilħqu.", "Niftakar li fi żmien l-Eks Ministru Michael Refalo wieħed kien jitkellem dwar il-figura ta' miljun turist u mbagħad sussegwentement bdejna nitkellmu dwar it-target ta' żewġ miljun turist.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li wieħed jitpaxxa meta jara tant turisti waqt li jkun miexi f'pajjiżna, però rridu nirrealizzaw li pajjiżna, li huwa wieħed mill-iċken pajjiżi fl-Ewropa bl-ogħla densità ta' popolazzjoni, bħal kull ħaġa oħra għandu maximum carrying capacity, u f'ċerti żmenijiet tas-sena naħseb li dak il-maximum carrying capacity ilħaqnieh.", "Madanakollu mhux sta għalija biex ngħid dan, imma nistrieħ fuq l-esperti, li forsi jistgħu jgħidulna iżjed dwar kif inhu l-aħjar mod li bih nistgħu nifirxu n-numri ta' turisti li jiġu f'pajjiżna u x'għandna bżonn nagħmlu biex intejbu l-infrastruttura b'tali mod li tkun tlaħħaq għall-ħteġijiet tat-turisti.", "Ma nixtieqx nara f'pajjiżna l-istess reazzjoni li wieħed isib f'Barċellona jew f'Venezja fejn ir-residenti kważi kważi jħossuhom antagonistiċi għat-turisti.", "Aħna dejjem ilqajna lit-turisti, dejjem konna konxji li dawn jifformaw parti kruċjali mis-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna u nixtieq li r-reazzjoni tagħna rigward it-turiżmu tibqa' tkun dejjem hekk.", "Sinjura President, se jkolli nikkonkludi dan l-intervent b'togħma daqsxejn ħażina.", "Huwa fatt li fil-qasam tat-turiżmu r-reputazzjoni hija ċ-ċavetta ta' kollox, però ma nistax ninjora l-fatt li lbieraħ ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-FIAU li jitkellem dwar il-Ministru għat-Turiżmu attwali.", "Issa hawn ta' min jispjega li dan il-unit tal-Istat huwa responsabbli biex jassigura li ma jsirux reati ta' ħasil ta' flus f'pajjiżna, u fil-konklużjoni tiegħu dan ir-rapport, li huwa ffokat fuq il-Ministru Konrad Mizzi, jgħid hekk:", "jiġifieri dawn waslu għall-konklużjoni li hemm suspett raġunevoli ta' ħasil ta' flus.", "Imbagħad dan ir-rapport ikompli jgħid li:", "Dan ifisser li r-rapport ġie mgħoddi lill-Pulizija għal kull azzjoni li hi jidhrilha li hija opportuna.", "Jien naħseb li din l-industrija tant importanti għal pajjiżna jixirqilha ħafna aħjar minn hekk.", "Din l-industrija tant importanti għal pajjiżna jixirqilha ministru li jkun 'il fuq minn kull suspett u mhux jissemma f'rapport li għandu x'jaqsam mal-ħasil ta' flus u l-istess rapport jikkonkludi li hemm biżżejjed suspetti fil-konfront tiegħu li għandha tittieħed azzjoni kif il-Pulizija jidhrilha li hija opportuna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sinjura President, il-Ministeru għat-Turiżmu, li llum qegħdin niddiskutu l-Estimi tiegħu, huwa Ministeru importanti għax huwa wieħed mill-pilastri prinċipali tal-ekonomija ta' pajjiżna però f'dawn il-kelmtejn li se nagħmel illejla nixtieq nagħmel enfasi li l-qasam tat-turiżmu m'aħniex nisfruttawlu l-forte tiegħu.", "Pereżempju, jien bħall-kollegi Deputati li ġew eletti mill-Ħames Distrett, konxju tal-fatt li f'dawk l-inħawi hemm ċerti postijiet ta' interess kulturali li jifilħu jiġbdu turiżmu ta' ċerta kwalità li fl-opinjoni tiegħi m'aħniex nisfruttawhom, u għalhekk nemmen li hemm bżonn isir investiment aktar b'saħħtu għan-naħa t'isfel ta' Malta.", "Biżżejjed ngħid li sfortunatament uħud minn dawn il-postijiet, fosthom Ħal Millieri, lanqas biss huma daqstant aċċessibbli għat-turisti.", "L-istess nistgħu ngħidu għal Ħal Kirkop, għal Triq l-Imtali fiż-Żurrieq fejn hemm ħajt ta' żmien l-era Għarbija u għad-diversi katakombi li għandna f'dawk l-inħawi.", "Dawn huma kollha postijiet illi li kieku l-Gvern u l-kunsilli lokali rispettivi jaħdmu aktar id f'id f'dan ir-rigward, jirnexxielna nattiraw aktar turisti lejn in-naħa ta' isfel ta' pajjiżna.", "B'hekk filwaqt li nkunu qed noffru esperjenza differenti għat-turisti li jżuru pajjiżna, fl-istess ħin dawn il-lokalitajiet ikunu qegħdin igawdu anke minn investiment turistiku.", "Għalhekk minn hawn nixtieq inħeġġeġ lill-Gvern biex isiru l-investimenti neċessarji ħalli anke dawn in-naħat ta' Malta jkunu jistgħu jisfruttaw dan il-gwadann li jista' jġib it-turiżmu.", "Nemmen ukoll li hemm bżonn li wħud minn dawn il-postijiet jiġu upgraded biex l-attrazzjoni turistika tagħhom tkun ta' kwalità aħjar.", "Pereżempju, sfortunatament sal-lum Wied iż-Żurrieq għadu bla infrastruttura tad-drenaġġ, u jien naħseb li llum li dalwaqt deħlin fis-sena 2020 wasal iż-żmien li jiġi pprovdut dan is-servizz bażiku anke f'Wied iż-Żurrieq.", "Huwa veru li llum diġà jżuru postijiet bħal Wied iż-Żurrieq, Ħaġar Qim u l-Imnajdra ammont sostanzjali ta' turisti, però b'aktar investiment żgur li nkunu nistgħu nżidu l-ammont ta' turisti li jżuru dawn il-lokalitajiet u b'hekk inkunu qegħdin nagħtu imbottatura 'l quddiem anke lil min jaqla' l-ħobża ta' kuljum tiegħu mit-turiżmu ta' dawn l-akwati.", "Sinjura President, f'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nenfasizza wkoll punt ieħor; is-sitwazzjoni tat-traffiku f'pajjiżna.", "Hawnhekk se nerġa' nirreferi għan-naħa t'isfel ta' Malta, kemm għaliex jien ġej minn dik in-naħa kif ukoll għaliex l-ajruport qiegħed dik in-naħa.", "Għalkemm naf li saru xi xogħlijiet fit-triq li mir-roundabout tal-ajruport toħorġok għan-naħa ta' fuq ta' Malta, sfortunatament dan xorta għadu mhuwiex biżżejjed għax filwaqt li jkun hemm ġranet meta turist li jgħaddi minn hemmhekk biex imur l-ajruport - ovvjament it-titjiriet ikunu skedati - jasal f'20 minuta, sfortunatament ikun hemm ġranet oħrajn meta t-traġitt sal-ajruport jaf jeħodlu siegħa, siegħa u kwart u saħansitra siegħa u nofs.", "Dan huwa inkonvenjent li żgur iħalli togħma morra lit-turist li jżur pajjiżna, u għalhekk nemmen li l-Gvern għandu jistudja aktar fil-fond biex jidentifika l-fatturi li qegħdin iwasslu għal tant konġestjonijiet tat-traffiku f'postijiet strateġiċi, b'mod partikolari f'dawk il-postijiet li t-turisti li jżuru pajjiżna jgħaddu minnhom b'mod regolari.", "Servizz ieħor li għalkemm qed jiġi wżat, nemmen li mhuwiex qed ilaħħaq mal-bżonnijiet ta' pajjiżna huwa s-servizz tat-trasport pubbliku, u hawnhekk nixtieq li anke jekk hemm bżonn jintervjeni l-Ministeru għat-Turiżmu.", "Għalkemm ammont kbir ta' turisti jużaw dan is-servizz b'mod regolari, sfortunatament mhumiex jinqdew kif għandhom jinqdew.", "Ma naħsibx li huwa sew li meta t-turisti jipprovaw jivvjaġġaw minn post għall-ieħor permezz tas-servizz tat-trasport pubbliku, ikollhom jesperjenzaw sitwazzjonijiet fejn jew il-karozza tal-linja ma tgħaddix jew inkella tgħaddi xi nofs siegħa jew tliet kwarti tard.", "Ovvjament dan jaffettwa lil kull min iżur pajjiżna b'mod negattiv u għalhekk għandna nassiguraw li t-turisti li jżuru pajjiżna jingħatalhom servizz tal-aqwa kwalità li jilħaq l-aspettattivi tagħhom.", "Sinjura President, nikkonkludi dan l-intervent billi għal darb'oħra nappella lill-Ministru biex jara li jsir investiment f'kull lokalità li għandna f'Malta u Għawdex bil-għan li nisfruttaw l-attrazzjonijiet turistiċi u dawk il-postijiet li għandhom valur arkitettoniku bl-aħjar mod; jekk hemm bżonn jitwaqqaf working group mal-kunsilli lokali għal dan l-iskop.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin insebbħu l-lokalitajiet tagħna u nagħtuhom valur miżjud.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni u l-ħin li baqa' huwa kollu għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, sal-aħħar ta' din is-sena se nkunu ospitajna f'pajjiżna madwar 2,600,000 turist, ċifra inkoraġġanti li turi li s-settur tat-turiżmu, li kien wieħed mill-aktar setturi importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna għal tant u tant snin, qed ikompli jikber sena wara l-oħra.", "Naturalment dan is-suċċess - li jista' jingħaqad ma' suċċessi oħrajn li qed tesperjenza l-ekonomija ta' pajjiżna - ma jiġix b'kumbinazzjoni u ġie frott tal-ħidma ta' dawk kollha li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat u li b'xi mod huma involuti fil-qasam tat-turiżmu.", "Dan huwa frott tal-ħidma li ssir mil-lukandiera, minn dawk li jaħdmu fil-qasam tad-divertiment, minn dawk li jaħdmu biex jippromwovu lil Malta, minn dawk li jaħdmu biex iġibu t-turisti lejn pajjiżna kif ukoll minn dawk kollha li joffru servizzi relatati mat-trasport, mar-ristoranti u mal-bars.", "Ma rridux ninsew ukoll l-importanza tal-linja nazzjonali tagħna; l-Air Malta, kif ukoll linji tal-ajru oħra li jġibu lit-turisti lejn pajjiżna, u flimkien magħhom ta' min isemmi lil dawk kollha li b'xi mod jaħdmu fil-qasam tal-cruiseliners.", "Naf li diġà semmejt lis-settur pubbliku, però hawn nixtieq insemmi b'mod partikolari lill-MTA, li flimkien ma' diversi entitajiet oħrajn qegħdin ikomplu jippromwovu u jmexxu d-destinazzjoni ta' Malta 'l quddiem, liema destinazzjoni, kif għedt diġà, qiegħda tilqa' aktar u aktar turisti sena wara l-oħra.", "Wieħed jista' jgħid li s-settur tat-turiżmu huwa opportunità ta' kollaborazzjoni mill-aqwa bejn is-settur privat u s-settur pubbliku.", "Illum is-settur privat qed isib ambjent ekonomiku li qed iħeġġu biex jinvesti.", "Fil-fatt qegħdin naraw diversi investimenti ġodda minn żmien għal żmien f'dan il-qasam, u min hu involut f'dan il-qasam jew inkella qed jitħajjar jidħol f'dan il-qasam qed jara li dan huwa żmien tajjeb biex wieħed jinvesti fil-qasam tat-turiżmu għax jagħtik a good return u allura huwa investiment għaqli.", "Niftakru li kien hemm żmenijiet meta fix-xitwa l-lukandi kienu jingħalqu.", "Kien hemm żmenijiet meta l-lukandiera kienu jħossu li żmien il-lukandi għadda u allura kienu bdew jagħlquhom biex minflokhom jitilgħu blokki ta' appartamenti.", "Pereżempju, illejla smajna Membri tal-Oppożizzjoni stess jgħidu li l-interess fl-akkomodazzjoni qiegħed jikber u li allura llum m'għadniex inħarsu biss lejn l-akkomodazzjoni bħala qasam li huwa tal-lukandi biss, anzi t-tipi differenti ta' akkomodazzjoni għat-turist qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Dan ifisser li llum is-settur tat-turiżmu qiegħed joffri aħjar u qiegħed joffri aktar.", "Però fil-fehma tiegħi ġaladarba dan is-settur qiegħed joffri suċċess lil min jinvesti fih u allura huwa settur li jagħti a good return, irridu naraw titjib anke fil-kondizzjonijiet tal-ħaddiema.", "Jien nemmen li l-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur għandhom dritt igawdu huma wkoll minn dan is-suċċess li qed jikseb il-qasam turistiku.", "Jekk sa ftit tas-snin ilu l-qasam tat-turiżmu kien qasam staġjonali u allura dak li jkun seta' jġib l-argument li f'ċerti żminijiet tas-sena jkollu jagħlaq in-negozju tiegħu u għalhekk ma jistax joffri dawk il-kondizzjonijiet li joffru industriji oħrajn, illum it-turiżmu kiber, qed jagħti aktar u qed irendi aktar u allura l-ħaddiema wkoll għandhom igawdu minn dan is-suċċess.", "Sinjura President, il-qasam tat-turiżmu minn dejjem kien joffri mpjieg lil ħafna nies, kemm qabel kif ukoll illum, imma llum wieħed qed josserva li hemm ħafna barranin jaħdmu f'dan is-settur.", "Għalhekk jien nistaqsi: X'inhi r-raġuni ta' preżenza tant u tant kbira ta' ħaddiema barranin fil-qasam turistiku?", "Li m'għandniex ħaddiema biżżejjed?", "Li m'għandniex nies biżżejjed biex jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu?", "Jew inkella li m'għandniex il-kondizzjonijiet adegwati biex il-ħaddiema Maltin iħossu li hemm karriera fil-qasam tat-turiżmu?", "Fl-opinjoni tiegħi, filwaqt li huwa tajjeb li nifirħu bis-suċċess li qed jikseb dan is-settur, huwa importanti li nagħmlu dawn id-domandi wkoll għax nemmen li la min qed jinvesti f'dan il-qasam qed jagħmel suċċess, il-ħaddiema involuti wkoll għandhom igawdu u jiksbu l-aħjar kondizzjonijiet f'dan is-suċċess.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-akkomodazzjoni fil-qasam tat-turiżmu.", "Kif intqal diġà matul dan id-dibattitu, sa ftit tas-snin ilu l-akkomodazzjoni għat-turisti kienet tikkonsisti biss f'dawk il-lukandi l-kbar li ħafna minnhom kienu jinbnew f'żoni turistiċi partikolari, l-aktar f'Buġibba, f'Tas-Sliema u f'San Ġiljan.", "Fil-fatt illum għad hemm ħafna lukandi f'dawn il-lokalitajiet.", "Madanakollu llum qed nosservaw li t-tip ta' akkomodazzjoni li qed ifittxu t-turisti qiegħda tinbidel bir-riżultat li llum qed ikollna forom differenti ta' akkomodazzjoni.", "Fil-fatt ħafna huma dawk li mhumiex qed ifittxu akkomodazzjoni kollettiva, bħalma huma l-lukandi, imma qed ifittxu aktar postijiet għall-kiri fejn dak li jkun ikollu post għalih.", "Dan huwa faċli aktar u aktar illum meta wieħed jista' jikri minn fuq l-internet permezz tal-websites differenti li jkun hemm għal min jixtieq iżur Malta jew xi pajjiż ieħor.", "Għalhekk jien naħseb li filwaqt li huwa importanti li l-MTA tkompli ssaħħaħ il-monitoring tagħha għal dik li akkomodazzjoni tradizzjonali jew kollettiva, huwa tajjeb li nistaqsu: Illum bl-akkomodazzjoni diversa li għandna, fosthom bl-airbnb, bid-diversi boutique hotels li għandna - speċjalment fil-Belt Valletta - u b'numru ta' residenzi ċkejknin fl-irħula mxerrda madwar Malta u Għawdex, qed naċċertaw li l-istandards ta' dawn l-akkomodazzjonijiet huma tajbin?", "U qed ikun hemm superviżjoni adegwata biex kull min jiġi jżur pajjiżna jingħata l-aħjar prodott u jkollu l-aħjar esperjenza li jista' jkollu f'pajjiżna, inkluż modi differenti ta' akkomodazzjoni?", "Il-fatt li s-settur privat qed jinvesti f'dawn it-tip ta' akkomodazzjonijiet ifisser li hemm domanda għalihom, u hemm bżonn li jkollna dawn l-akkomodazzjonijiet, anke fid-dawl tan-numru dejjem jikber ta' turisti li qed jiġu f'pajjiżna.", "Sinjura President, kif għadni kemm għedt, is-settur privat qed jinvesti ħafna fil-prodott Malta, imma hawn ma nistgħux ma nsemmux l-investiment dejjem joktor li qed jagħmel ukoll il-Gvern biex itejjeb, isaħħaħ u jsebbaħ l-istess prodott.", "Il-prodott Malta jfisser li kull min jiġi f'pajjiżna jsib pajjiż attraenti, pajjiż li jirrakkonta l-istorja tiegħu, pajjiż li huwa aċċessibbli għal kulħadd u pajjiż li għandu l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex jagħmel l-esperjenza tad-destinazzjoni Malta waħda mill-aqwa.", "Kif jgħidu, l-aqwa reklam li jista' jkollna għal pajjiżna mhuwiex ir-reklamar li tagħmel l-MTA jew kull entità oħra, iżda l-fatt li jkollna reviews tajbin minn dawk li jiġu jżuruna.", "Jien nażżarda ngħid li dak huwa l-aħjar reklam kemm biex nattiraw aktar turisti li jiġu jżuruna għall-ewwel darba kif ukoll biex dawk it-turisti li jkunu diġà ġew iżuruna jerġgħu jiġu jżuruna.", "Sinjura President, matul is-snin il-Gvern wettaq diversi proġetti, imma jien nixtieq nitkellem dwar numru ta' proġetti li tlestew matul din l-aħħar sena kalendarja u li fil-fehma tiegħi kienu importanti ħafna mhux biss biex intejbu l-prodott Malta, imma wkoll biex insebbħu lil pajjiżna għall-poplu tagħna.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix kif inbidlet Pjazza Tritoni, li għal ħafna snin kienet mitluqa u kienet isservi biss bħala venda kbira mimlija bil-karozzi tal-linja.", "Fil-fatt filwaqt li qabel kull min jgħaddi minn din il-pjazza kien iħoss ċerta konfużjoni, illum wara l-proġett li sar għal din il-pjazza, liema proġett nemmen li sar b'suċċess, għandna pjazza miftuħa li qiegħda sservi bħala meeting point importanti għal ħafna nies.", "Biżżejjed insemmi l-Funtana tat-Tritoni li hemm f'din il-pjazza u li ġiet restawrata.", "Illum Pjazza Tritoni saret waħda mill-isbaħ wesgħat ta' pajjiżna u biddlet id-dehra tad-dħul fil-belt kapitali tagħna.", "Xi ħaġa pożittiva hija li prattikament illum biex tidħol fil-Belt Valletta tista' timxi minn ġnien għall-ieħor li kollha kemm huma sarilhom tisbiħ bla preċedent.", "Hawn wieħed ma jistax ma jsemmix, pereżempju, ix-xogħol ta' restawr li sar fil-ġonna tal-Argotti, kif ukoll ix-xogħol li se jkun qed isir matul is-sena d-dieħla fi Ġnien il-Mall, li mhux biss huwa wieħed mill-ġonna sbieħ tal-Furjana iżda huwa wkoll ġnien li jagħti ġieħ u rispett lil numru ta' personaġġi importanti ta' pajjiżna, u għalhekk huwa importanti li Ġnien il-Mall, li jirrakkonta storja tant sabiħa, jiġi restawrat kif jixraqlu.", "Imbagħad bħala parti mill-proġett ta' Pjazza Tritoni hemm ukoll il-Ġnien tal-Biskuttin, li mingħajr ma nidħol f'polemiċi dwar fejn huma l-konfini tal-Floriana u fejn huma l-konfini tal-Belt ngħid li prattikament iż-żona tal-Biskuttin hija dik il-parti li tgħaqqad il-Floriana mal-Belt Valletta.", "Dan huwa tibdil li kien ilu mistenni u kien hemm diversi sfidi biex isir, imma fl-aħħar mill-aħħar rajna li dan it-tisbiħ seħħ ukoll u minn hawn u ftit taż-żmien ieħor se naraw lil din il-parti tkompli tisbieħ bit-tlestija tal-ġonna tal-Foss aħna u deħlin il-Belt Valletta.", "Ma nistax ma nsemmix proġett ieħor li sar ftit taż-żmien ilu u li wkoll hija daħla mill-isbaħ għall-belt kapitali tagħna u hawn qed nirreferi għal Pjazza Kastilja.", "Illum dawk it-turisti li jiġu bil-cruiseliners u li jużaw il-lift - li kien vertical connection importanti ħafna għall-Belt Valletta wkoll - l-ewwel żona tal-Belt Valletta li jsibu ruħhom fiha hija Pjazza Kastilja, li sa ftit tas-snin ilu kienet tikkonsisti biss minn roundabout kbira b'diversi karozzi u parkeġġi mdawrin magħha, jiġifieri fiha ma kienx hemm l-ispazju miftuħ li għandna llum.", "Qiegħed insemmi dawn iż-żewġ proġetti għar-raġuni li dawn biddlu lill-belt kapitali tagħna, il-belt li qegħdin ninvestu tant fiha.", "Fil-fatt illum kważi kważi l-Belt Valletta saret destinazzjoni fiha nnifisha, jiġifieri saret attrazzjoni biex biha nattiraw lit-turisti jagħżlu lil Malta bħala d-destinazzjoni tagħhom.", "Sinjura President, ġaladarba qed nitkellem fuq il-proġetti, ma nistax ma nsemmix numru ta' proġetti li nbdew fl-aħħar ġimgħat u li flimkien se jkunu qegħdin jirriġeneraw lil Marsamxett, liema proġetti huma ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid li l-għan ta' dawn il-proġetti huwa dak li tissebbaħ din il-parti tal-Belt Valletta bħala parti minn kullana ta' diversi proġetti oħra li qed isiru anke minn entitajiet oħra, bħalma hi l-MUŻA (Mużew Nazzjonali tal-Arti), li se tkun qed tiġi inawgurata minn hawn u ftit taż-żmien ieħor mill-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Kritika kbira li kienet issir minn ħafna Beltin kienet li meta jsiru xi proġetti fil-Belt Valletta, dawn dejjem isiru fil-parti ta' fuq tal-Belt.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar snin, apparti l-proġett li jinkorpora wkoll din il-binja li ninsabu fiha, Pjazza Kastilja u proġetti oħrajn li saru n-naħa ta' fuq tal-Belt, qajla saru proġetti fil-partijiet t'isfel tal-Belt Valletta.", "Wieħed mill-proġetti li, fil-fehma tiegħi, kien importanti li jsir kien proprju r-restawr u r-riġenerazzjoni tal-parti ta' fuq ta' Forti Sant'Iermu li llum qiegħed joffri wkoll attrazzjoni turistika għax apparti r-restawr li sar fil-Forti nnifsu, dan qiegħed iservi wkoll bħala mużew tal-istorja militari ta' pajjiżna.", "Kien wasal anke ż-żmien li ssir riġenerazzjoni liż-żona ta' Marsamxett biex b'hekk filwaqt li nsebbħu l-Belt u nirrestawraw il-binjiet storiċi ta' ġo fiha, inkunu qed insebbħu wkoll waħda mill-aktar żoni residenzjali tal-belt kapitali tagħna.", "Għalhekk apparti li dan il-proġett se jkompli jtejjeb il-prodott turistiku ta' pajjiżna, fuq kollox se jkun qiegħed jagħti post isbaħ u aħjar lill-Beltin li jgħixu f'din iż-żona.", "Fil-fatt uħud mix-xogħlijiet li qed isiru fiż-żona ta' Marsamxett huma x-xogħol ta' restawr li qed isir fuq is-swar ta' dik il-parti tal-Belt Valletta, ix-xogħol ta' upgrading li qed isir fuq il-waterfront ta' dik in-naħa, ir-restawr tal-Berġa tal-Baviera, ir-restawr tal-Berġa ta' Aragona li se jkun qed jibda minn hawn u ftit taż-żmien ieħor u diversi inizjattivi oħra biex jissaħħaħ l-iskyline tal-Belt Valletta.", "Bħalissa għaddej saħansitra xi xogħol fuq il-koppla tal-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu u eventwalment se jsir investiment b'fondi tal-Unjoni Ewropea biex jinbdew xogħlijiet fuq il-Katidral tal-Ingliżi, liema xogħlijiet se tieħu ħsiebhom fondazzjoni li se tkun qed titwaqqaf għal dan il-għan.", "Se jsiru wkoll xi xogħlijiet fuq il-Knisja tal-Pilar.", "Imbagħad flimkien ma' dawn il-proġetti se jittieħdu inizjattivi importanti oħra li jtejbu l-aċċessibbiltà biex b'hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies li jgħixu f'dawk l-inħawi.", "Inżid ngħid li se jkun qed isir ukoll investiment importanti li minnu se jibbenefikaw il-binjiet tal-housing li hemm f'dik iż-żona tal-Belt Valletta u se jinbnew anke numru ta' housing units bħala parti minn dan il-proġett ta' riġenerazzjoni.", "Li hemm sabiħ f'dawn l-inizjattivi li qed nieħdu huwa li mhux biss qed naraw li nagħmlu proġett turistiku u l-istorja tieqaf hemm imma qegħdin naraw kif nagħmlu tisbiħ li jgawdih kulħadd; kemm it-turisti, kemm ir-residenti kif ukoll il-bqija taċ-ċittadini Maltin.", "Sinjura President, issa se mmur lil hinn mill-Belt Valletta u se nagħmel referenza għal proġetti oħra li se jkunu qegħdin jiġu mfassla matul is-sena d-dieħla.", "Żgur li hemm bżonn ta' aktar investiment biex inkomplu mal-kullana ta' proġetti li saru fin-naħa tal-Kottonera, u allura s-sena d-dieħla se tibda tiġi attwata inizjattiva li biha se jkun hemm upgrade f'partijiet mill-Kalkara.", "Hemmhekk diġà rajna investiment privat, iżda issa wasal ukoll iż-żmien li jsir investiment min-naħa tal-Gvern ħalli nkomplu nsebbħu din l-area li tifforma parti miż-żona tal-Port il-Kbir.", "Għalkemm diġà bdew jittieħdu xi inizjattivi f'dan ir-rigward, nemmen u hemm bżonn li nagħtu rankatura akbar biex ikun hemm masterplan ħalli naraw kif insalvaw Forti Rikażoli.", "Forti Rikasoli huwa ġojjell arkitettoniku li sfortunatament illum jinsab fi stat ħażin ħafna, u meta ġieli żort dan il-post rajt li huwa evidenti li hemmhekk hemm bżonn isir investiment qawwi u massiċċ biex insalvaw lil dan il-forti.", "Hemm bżonn li jkollna idea ċara u masterplan iffokat biex Forti Rikasoli mhux biss jiġi rrestawrat iżda jingħata ħajja ġdida għax minnu nnifsu dan il-forti jista' joffri attività ġdida lin-naħa tal-Kottonera li tkompli tikkumplimenta l-attività dejjem tiżdied tal-Belt Valletta u tal-madwar.", "Sinjura President, waqt dan l-intervent li qed nagħmel ma nistax ma nsemmix il-ħtiġijiet li hemm f'Wied iż-Żurrieq.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Toni Bezzina u jien, li ġejna eletti mill-istess distrett, nitkellmu f'diversi okkażjonijiet dwar il-ħtiġijiet ta' Wied iż-Żurrieq.", "Wied iż-Żurrieq huwa wieħed mill-attrazzjonijiet li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed jattira nies.", "Numru ta' snin ilu meta kont titkellem mas-sidien tal-ħwienet ta' dawk in-naħat kienu jgħidulek li huma jiftħu ftit matul il-ġurnata għax ma kienx ikun hemm xogħol biżżejjed biex tibqa' għaddej matul il-ġurnata kollha, u kien ikun hemm ukoll ġranet fejn lanqas biss kienu jiftħu tant kemm ma kellhomx xogħol.", "Illum ir-realtà hija waħda differenti għax is-sidien tal-ħwienet ta' dawk l-inħawi qegħdin jiftħu filgħodu u filgħaxija, u dan minkejja li sfortunatament għadu ma sarx l-investiment infrastrutturali meħtieġ biex Wied iż-Żurrieq jiġi upgraded.", "Jien ngħid li l-ewwel investiment li għandu jsir hemmhekk għandu jsir biex il-parking ikun organizzat aħjar.", "Naf li saru numru ta' studji dwar kif dan jista' jsir skont it-topografija tal-post u li hemm sfidi ambjentali li jridu jiġu megħluba però nemmen li ngħataw pariri adegwati dwar kif il-parkeġġ jista' jiżdied u jiġi organizzat aħjar.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet prinċipali li operaturi f'din iż-żona qegħdin jilmentaw dwarha hi n-nuqqas ta' parkeġġ, li mhijiex qed tħalli lil din iż-żona t'attrazzjoni turistika tkompli timxi 'l quddiem kif inhu meħtieġ.", "Jien konvint li kemm permezz ta' ħidma flimkien mal-Ministeru kif ukoll permezz ta' xogħlijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu, din l-isfida tkun tista' tiġi megħluba fiż-żmien li ġej.", "Ġaladarba qed insemmi lil Wied iż-Żurrieq nixtieq insellem minn hawnhekk il-memorja ta' Rokku Bonnici, li sfortunatament safa vittma ta' traġedja li seħħet f'dan il-post fejn għex il-parti kbira ta' ħajtu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien niftakar kemm lilu kif ukoll lill-familjari tiegħu.", "Hija xi ħaġa ironika li Rokku Bonnici miet bl-istess kawża li ħaddieħor kien se jitlef ħajtu biha u li kien dan l-istess Rokku Bonnici li salvah.", "Qasam ieħor li issa ġew ivvotati l-flus għalih u li kien hemm anke impenn fil-Baġit biex nibdewh huwa r-riġenerazzjoni ta' Birżebbuġa.", "Birżebbuġa hija lokalità li għal ħafna snin tgħabbiet bil-piżijiet ta' xogħlijiet industrijali.", "Għal ħafna snin l-investiment f'Birżebbuġa kien ifisser it-tkabbir tal-Freeport u aktar piż u pressjoni fuq il-komunità ta' din il-lokalità.", "Dan il-Gvern irid ibiddel dak il-legat li tħalla mill-Amministrazzjoni preċedenti.", "Fil-fatt diġà saru numru ta' inizjattivi, fosthom il-waterpolo club u l-pitch tal-futbol imma apparti minn hekk għad fadal ħafna aktar x'isir.", "Għalhekk hemm bżonn li l-flus li ġew ivvotati jiġu wżati billi l-pjan ta' riġenerazzjoni għal Birżebbuġa jibda jiġi attwat kemm jista' jkun malajr.", "Waħda mill-affarijiet li hemm bżonnm li tiġi indirizzata f'Birżebbuġa hija r-realtà tal-parking, u għalhekk inħeġġeġ biex jinbeda proġett bil-għan li l-parking f'Birżebbuġa jiżdied mill-aktar fis possibbli.", "Birżebbuġa hija attrazzjoni turistika, u diġà hemm ċerta attività turistika fiha, imma jien persważ li jekk inkomplu nsebbħu lil din il-lokalità, din tibda ssir ferm aktar popolari fuq il-mappa turistika.", "Marbut ma' dan nixtieq nagħmel l-appell tiegħi mill-ġdid li bħalma l-proġett tal-waterpolo club u tal-pitch tal-futbol saru b'fondi tal-Gvern, hekk ukoll għandu jsir fil-każ tal-klabb tar-Regatta, li sal-lum għad għandu post ċkejken.", "Jien nemmen li l-klabb tar-Regatta għandu jkollu l-binja tiegħu biex din l-organizzazzjoni sportiva tkun tista' tingħata spinta 'l quddiem.", "Dan huwa wkoll mod ta' kif nagħmlu riġenerazzjoni favur in-nies.", "Sinjura President, illejla ssemma l-punt li jeħtieġ ninvestu aktar f'heritage trails madwar iż-żoni taż-Żurrieq, Ħal Safi, l-Imqabba, eċċ., għax Wied iż-Żurrieq mhuwiex l-unika attrazzjoni li għandna f'din iż-żona.", "Huwa importanti li kemm fil-każ ta' dawn l-irħula kif ukoll fil-bqija tal-irħula kollha ta' Malta u Għawdex ikun hemm promozzjoni u koordinament aħjar dwar kif nistgħu nimbottaw ċerti attrazzjonijiet 'il quddiem għax wisqt nibża' li filwaqt li f'ċerti żoni bħalma huma l-Belt Valletta, Tas-Sliema u San Ġiljan hemm attività qawwija, imbagħad għandna ħafna wirt nazzjonali u ħafna storja x'nirrakkontaw imma s'issa l-potenzjal tagħhom ħallejnieh moħbi.", "Għalhekk jien naħseb li biex inkomplu nagħtu dik ix-xi ħaġa differenti u aħjar hemm bżonn li nidentifikaw liema huma dawn il-postijiet, ninvestu fihom, nagħmlu t-tisbiħ li hemm bżonn, u jien persważ li hekk kif għamilna proġetti ta' tisbiħ ta' pjazez kbar fil-Belt Valletta u fil-madwar, hekk ukoll nistgħu nintervjenu biex insebbħu l-pjazez ċkejkna li għandna, l-isqaqien tipiċi Maltin u ċerti żoni oħra li jistgħu jirrakkontaw anke l-preżenza ta' personaġġi importanti tal-istorja tagħna.", "Jien nerġa' nħeġġeġ biex nagħmlu dan l-investiment għax b'hekk inkunu nistgħu nkomplu ntejbu l-prodott Malti, nattiraw aktar turisti lejna, inkomplu nsebbħu lil Malta filwaqt li nagħtu rispett sħiħ lill-istorja li jirrakkonta pajjiżna.", "Fl-aħħar nett nixtieq naqsam ftit ħsibijiet.", "Aħna nagħmlu ħafna enfasi dwar il-proġetti kapitali li nagħmlu minn żmien għal żmien biex insebbħu lil pajjiżna u għandna ħafna entitajiet li b'xi mod jew ieħor għandhom xi responsabbiltà dwar dik li hija indafa u manutenzjoni, ċjoè upkeep and maintenance.", "Li kieku kelli nelenka l-entitajiet kollha involuti jkolli naqra lista twila mhux ħażin, u għalhekk se nsemmi wħud biex nagħti idea żgħira dwar fuq xiex qed nitkellmu.", "Pereżempju, fil-qasam tat-turiżmu għandna lill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta' Żoni Turistiċi, għandna lill-MTA, li għandha numru ta' ħaddiema responsabbli mill-manutenzjoni, għandna lid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, għandna lill-kunsilli lokali li għandhom kuntratturi responsabbli mill-upkeep and maintenance u għandna entitajiet oħra bħall-Enemalta, li għandha responsabbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-dwal tat-toroq, li llum uħud minnhom jaqgħu taħt l-Enemalta u oħrajn taħt Transport Malta.", "Jien ngħid li filwaqt li kull entità qed tagħmel ħafna xogħol fuq livell individwali, naħseb li għandna bżonn pjan aktar strateġiku dwar kif dawn l-entitajiet kollha jaħdmu iżjed flimkien.", "Pereżempju, naħseb li għandna bżonn strateġija ġdida dwar kif nagħmlu l-upkeep and maintenance f'pajjiżna.", "Ikolli ngħid li anke llum, li nsegwi numru t'attivitajiet f'dan il-qasam, naħseb li għadna wisq bil-mentalità reattiva li nsewwu xi ħaġa biss wara li xi ħadd ikun irrapporta li tkissret jew inkella li mmorru nnaddfu x'imkien mhux għax għandna strateġija ċara imma għax ikun hemm ilment u nintervjenu.", "M'iniex qed ngħid li m'hemmx strateġiji u li m'hemmx timetables dwar kull meta għandhom jitnaddfu postijiet differenti, però nemmen li għandna bżonn strateġija ferm aktar iffokata u koordinata fuq il-maintenance, il-cleansing u l-upkeep ta' pajjiżna.", "M'hemmx dubju li rridu ndaħħlu aktar il-konċett hekk imsejjaħ \"facilities' management\" għax nemmen li l-prodott \"Malta\" jista' jitjieb mhux biss billi nimplimentaw dawk il-proġetti li għadni kemm semmejt imma wkoll billi jkollna strateġija tajba ta' manutenzjoni u upkeep għax dan huwa mezz ta' kif inkomplu nżommu lil pajjiżna aktar nadif, aktar adegwat, aktar attraenti u isbaħ kemm għal min jiġi jżurna kif ukoll għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Jien qiegħed nagħmel dan l-appell għax nemmen bis-sħiħ li din hija the missing link fix-xogħol il-kbir li qegħdin nagħmlu.", "Sinjura President, pajjiżna qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet it-tajba.", "Pajjiżna wettaq xogħol kbir għax illum għandna riżorsi biex inkunu nistgħu nsaħħu u ninvestu fuq dak li kien isir qabel.", "Pajjiżna miexi 'l quddiem għax qegħdin jittieħdu deċiżjonijiet dwar kif inġeddu u nbiddlu dak li hemm bżonn li jinbidel u jsir aħjar.", "L-għażliet li ħadna matul dawn l-aħħar snin wasslu għas-suċċess u jien ninsab konvint li b'aktar għażliet għaqlin nistgħu nibnu fuq is-suċċessi li diġà ksibna biex pajjiżna jkun verament pajjiż ta' suċċess.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sinjura President, illum qegħdin f'din il-Kamra niċċelebraw ir-riżultati ta' sena oħra ta' ħidma fis-settur tat-turiżmu, u ninsab kuntent ħafna li ż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu dwar is-suċċessi u qegħdin niddiskutu kif nistgħu ntejbu l-prodott \"Malta\".", "Irrid nibda billi ngħid li din is-sena, minn Jannar sa Awwissu, it-turisti żdiedu b'16% filwaqt li huwa mistenni li sa Diċembru ta' din is-sena nilħqu madwar 2.6 miljun turist.", "Minbarra dawn it-turisti, fil-Malta International Airport se jkollna madwar seven million passenger movements li mhux kollha huma turisti.", "Dawn ir-riżultati jirriflettu l-viżjoni li għandna bħala pajjiż li nsiru l-aqwa destinazzjoni turistika fil-Mediterran.", "Din hija viżjoni li aħna naqsmuha mal-ħaddiema kollha tas-settur turistiku, mal-imprendituri u mal-operaturi kollha, mal-MHRA, mal-Mediterranean Toursim Foundation, mal-FELTOM (Malta's Federation of English Language Teaching Organisations) u mal-korpi kostitwiti kollha.", "Il-viżjoni tagħna hija li matul il-ħames u s-seba' snin li ġejjin il-prodott tagħna tant jitjieb li kemm il-livell ta' turisti li jiġu Malta kif ukoll l-infiq ta' flus f'pajjiżna jkunu ta' kwalità aħjar imma biex dan iseħħ hemm bżonn li jkun hemm tranżizzjoni, u din it-tranżizzjoni tfisser li jkollna prodott ta' infrastruttura aħjar, ġonna isbaħ, landscaping u beaches aħjar, events ta' fama mondjali mill-aqwa, - mhux biss events ta' mużika imma wkoll events ta' teatru - events li fihom ikunu involuti t-tfal u events oħrajn li joffru prodott li bih dak li jkun ikun irid jerġa' jiġi lejn pajjiżna għalih.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena, jiġifieri f'ħames xhur biss, f'Malta ġew turisti daqskemm ġew matul is-sena kollha tal-2012, u dan juri t-trasformazzjoni kbira li għaddejja minnha l-ekonomija tagħna.", "Fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena l-bed nights telgħu għal kważi 13-il miljun, u dan meta matul is-sena ta' qabel l-ammont ta' bed nights kien ta' 11-il miljun, filwaqt li l-infiq ta' flus fl-ewwel tmien xhur żdied b'€133 miljun, li huwa ammont qawwi.", "Fil-fatt fl-ewwel tmien xhur it-turiżmu ħalla f'pajjiżna €1.5 biljun u għalhekk tistgħu timmaġinaw kemm is-settur tat-turiżmu huwa importanti, kemm dan is-settur iħalli benefiċċji lill-ekonomija kollha u kemm dawn il-benefiċċji jinfirxu mal-pajjiż kollu.", "Dan huwa riżultat sabiħ ħafna u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-operaturi kollha minn qalbi.", "Sinjura President, żidna u saħħaħna wkoll is-swieq tagħna u l-akbar żidiet kienu mill-Ingilterra - notwithstanding Brexit - mill-Ġermanja, minn Franza, mill-Italja, minn Spanja, mill-Amerka, mill-Polonja, mill-Awstrija u anke mill-Awstralja.", "Dan jirrifletti anke x-xogħol li qed isir biex insaħħu r-rotot tagħna, li huma tant importanti.", "Ikun interessanti jekk wieħed jgħid li pajjiżna għandu 110 rotta diretta fis-sajf mill-Malta International Airport.", "Kif qalli ċ-chief commercial officer tar-Ryanair - u kellu raġun - mill-Malta International Airport għandna aktar rotot diretti lejn l-Ewropa milli hemm f'London Heathrow lejn l-Ewropa.", "Fl-istess ħin saħħaħna r-rotot f'diversi areas.", "Biżżejjed ngħid li llum il-ġurnata qegħdin connected ma' Aberdeen, ma' Belfast, ma' Bilbao, ma' Bratislava, ma' Charleroi, ma' Cagliari, ma' Casablanca, ma' Comiso, ma' Gothenburg, ma' Kiev, ma' Lisbona, ma' Nizza, ma' Pariġi, ma' Beauvais, ma' Pescara, ma' Porto, ma' Southend, ma' Talinn, ma' Venezja eċċ., eċċ., għax il-lista ma tispiċċa qatt.", "Però aħna ma waqafniex hemm għax huwa importanti li nħarsu dejjem 'il quddiem u nipprospettaw li nifirxu n-net kemm jista' jkun.", "Pereżempju, it-Turkija kif ukoll in-North African markets qed jerġgħu jiftħu, u għaldaqstant aħna rridu nassiguraw li we are well diversified biex nikkompetu magħhom.", "Fil-fatt il-prospetti tagħna huma li over time niftħu aktar swieq lejn l-Iskandinavja, insaħħu l-Ġermanja - għadna kemm ftaħna tliet rotot din il-ġimgħa stess - insaħħu n-North Africa, il-Middle East - fejn x'aktarx li se jkun hemm xi aħbarijiet f'dan is-sens later on next week - il-World Travel Market, is-Sub-Sahara Africa u diversi areas oħrajn.", "Il-connectivity hija importanti, u jien ninsab kuntent ħafna bil-fatt li l-Air Malta is once again leading the growth fis-settur, kif ninsab kuntent ħafna wkoll li din is-sena r-Ryanair investew madwar €100 miljun ieħor billi żiedu l-bażi tagħhom f'pajjiżna u li airlines legacy bħal Qatar Airways se jibdew joperaw minn pajjiżna wkoll.", "Dawn huma kollha issues pożittivi.", "Issa rridu nħarsu wkoll beyond the European shores u permezz ta' connectivity naraw kif jista' jkollna better prospects lejn l-Asja, lejn l-Amerka u lejn l-Amerka ta' Isfel.", "Bħalissa dawn qed nagħmluhom through connecting links.", "Qatar Airways is one of them, però mbagħad hemm oħrajn, bħal pereżempju via Lisbon.", "Illum il-ġurnata qed jiġu numru ta' South Americans kif ukoll ammont konsiderevoli ta' studenti tal-Ingliż mill-Brażil, u dan huwa suq ġdid li rridu niftħu.", "Dawn huma kollha punti importanti.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq ir-rotot nixtieq nitkellem ftit dwar l-Air Malta; l-airline nazzjonali tagħna, li hija għal qalb tant Maltin u Għawdxin u li rridu nagħmluha l-airline tal-Mediterran.", "Tajjeb ngħid li l-leadership li għandha l-Air Malta qed tagħti kontribut qawwi lill-ekonomija tagħna tant li qed tikkumplimenta l-leadership li hemm fl-MTA.", "L-Air Malta għandha oġġettiv prinċipali; dak illi pajjiżna jkun connected mal-Ewropa, man-North Africa and beyond, però biex dan iseħħ irridu nkunu sostenibbli b'mod finanzjarju.", "Għaldaqstant kellna bilfors inħarsu lejn strateġiji oħrajn, fosthom lejn l-islands' strategy, billi nipprovaw nikkonnettjaw ma' gżejjer oħrajn fil-Mediterran biex noħolqu l-hub concept, li jagħti benefiċċju ekonomiku qawwi, - li forsi mhuwiex rilevanti direttament għat-turiżmu, għalkemm ħafna minn dawk li jużaw il-hub concept jiġu Malta għal ġurnata jew tnejn - isaħħaħ l-operat tal-airport, isaħħaħ l-operat tal-Air Malta, joħloq a better spend u jsaħħaħ ukoll l-airline partikolari.", "Pereżempju, bħalissa għandna a lot of hub traffic li ġej minn Casablanca u jmur lejn Tel Aviv, jiġifieri din hija a connecting flight li qed taħdem.", "Jekk tibda tiċkien ikun ifisser li l-airline tagħna tibda nieżla, u għaldaqstant m'għandniex alternattiva oħra ħlief li nibqgħu nikbru u nsaħħu r-revenues tagħna.", "Dan it-tkabbir kien rifless min-numri ta' passiġġieri, li żdiedu b'mod konsiderevoli.", "Pereżempju, f'Settembru kellna żieda fil-passiġġieri ta' madwar 27% u l-load factor tal-Air Malta kienet tajba ħafna.", "Qed naħdmu fuq il-yields - fil-fatt issa daħħalna anke eżerċizzju ġdid biex intejbu l-yield management tagħna - u t-tkabbir kien riżultat ta' numru ta' inizjattivi.", "Hawn ta' min isemmi wkoll l-introduzzjoni ta' rotot ġodda u ż-żieda fil-frekwenza kemm lejn l-Ewropa kif ukoll lejn l-Afrika ta' Fuq, l-introduzzjoni ta' prodotti ġodda bħal Go Light, Go Flex u Go Smart, li bħalissa qegħdin nirreveduhom u se jkun hemm ukoll realignment tagħhom biex nassiguraw that they reflect the market, u ovvjament tkabbir fil-flotta tal-ajruplani.", "Fil-fatt bdejna b'ajruplani ġodda tat-tip Airbus A320neo, li qed jipprovdulna an interesting option ukoll għax il-fuel spend tagħhom hija ferm anqas.", "Fil-fatt bihom mill-fuel biss niffrankaw minn 18% sa 27%, skont ir-rotta partikolari.", "Bħalissa għaddejjin bi fleet replacement plan u l-Air Malta qed tevalwa liema hi l-aħjar strateġija biex tbiddel il-flotta tagħha.", "Hemm options differenti u aħna bħalissa qed neżaminaw is-suq.", "Pereżempju, tista' jew tixtri l-ajruplani jew inkella takkwistahom permezz ta' leasing.", "Tajjeb ngħidu li bħalissa l-prezz tal-fuel qed jiżdied u kif tistgħu taraw kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja, a number of airlines are in decline tant li għandna wkoll airlines that they are going out of business.", "Dan ifisser li l-leasing prices tal-ajruplani jafu jonqsu.", "Għaldaqstant matul ix-xhur li ġejjin, b'mod partikolari matul ix-xitwa, se nkunu qed nagħmlu monitoring lill-prezzijiet tal-leases, nikkomparawhom mal-option li l-Air Malta jew xi entità oħra f'Malta tixtri l-ajruplani u naraw kif inhu l-aħjar metodu biex niffinanzjawhom bil-għan li nnaqqsu l-ispiża tal-Air Malta.", "Jien kuntent ħafna bid-double digit growth, u minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil-leadership team tal-Air Malt a, jiġifieri liċ-chairperson, lis-CEO il-ġdid kif ukoll lis-CEO li kellna.", "Ninsab kuntent ukoll bil-fatt li l-Air Malta qed tkun protagonista fil-growth tal-pajjiż.", "Qasam ieħor li huwa importanti ħafna għall-Air Malta huwa t-titjib fil-prodott, u fil-fatt bħalissa qegħdin niddisinjaw servizz ġdid f'dan ir-rigward.", "Bdejna bil-catering service fl-economic class, li qed jitjieb tant li llum għandna a buy on board service, il-club class qed jinbidel ukoll, matul ix-xhur li ġejjin se nintroduċu servizz ġdid fil-business class, l-Air Malta qed taħdem on a new product programme biex il-business class cabins u l-economic class cabins tal-ajruplani l-ġodda jkunu ddisinjati b'mod differenti fejn ikun hemm anke USB charging u potentially Wi-Fi biex b'hekk ikun hemm aktar connectivity u se nżidu anke x-shopping experience.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li l-ground handling operation qed tibda tiġi carved out as we speak, jiġifieri fir-riżultati finanzjarji li se jitħabbru minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra kien għad m'hemmx il-carve-out tal-ground handling u l-ground handling kienet għadha parti mill-Air Malta.", "Huwa importanti ħafna li l-operat tal-Air Malta jkun stabbli.", "Għad jonqos ħafna u ħafna xogħol x'isir.", "Huwa importanti li jkollna industrial stability u li ntejbu l-longtime performance.", "Issa hawnhekk nixtieq inkun ċar.", "Il-collective agreements huma tajbin imma meta bdejna nimplimentaw il-work practices sibna li l-bidla hija diffiċli.", "Jien nifhem li l-impjegati jridu jbiddlu l-lifestyle tagħhom, u naf li meta tkun imdorri b'ċertu roster jew shift pattern huwa diffiċli li f'daqqa waħda dan jinbidillek.", "Hija iebsa li forsi fejn qabel wieħed kien itir għal ċertu ammont ta' sigħat, illum in-numru ta' sigħat qed jiżdiedlek b'mod konsiderevoli, però r-realtà hi li l-bidla hija neċessarja, kemm għall-pajjiż kif ukoll għall-impjegati.", "Fil-fatt bħalissa għadna għaddejjin b'ċerti issues mal-piloti, għandna numru ta' pending issues mal-ALPA (Air Line Pilots Association), we had to stand our ground, we did go to court, – naħseb li din kienet xi ħaġa ċivili ħafna, u nixtieq nirringrazzja anke lill-partners tagħna, jiġifieri lill-ALPA għal dan - solvejna numru ta' issues u l-pass li jmiss huwa li għall-pending issues se mmorru għall-arbitraġġ.", "Naħseb li din hija xi ħaġa matura ħafna u nistgħu nevitaw milli jkollna azzjoni industrijali diretta.", "M'iniex kuntent li għad hemm ċerti rakkmandazzjonijiet in place mill-union lejn l-impjegati tagħha li qed jaffettwaw l-operat, però fix-xitwa, peress li l-operat ikun daqsxejn differenti, we can cope better.", "Madanakollu huwa importanti li sas-sajf inkunu qed nindirizzaw dawn il-problemi wkoll.", "L-Air Malta qed taħdem bis-sħiħ biex ittejjeb il-proċessi tagħha u ttejjeb anke l-Operations Control Centre tagħha li se jiġi ristrutturat kompletament biex meta jkollna xi delays we'll be in a position to handle that.", "Il-longtime performance m'aħniex kuntenti bih u jrid jiġi indirizzat.", "Ta' min jgħid li s-sena li ġejja se tkun waħda ta' konsolidazzjoni u titjib.", "Qed inħarsu lejn il-fuel policy biex niffrankaw il-flus mill-fuel, qed naraw ukoll how can we optimise our maintenance operation u ovvjament qed ninnegozjaw il-kuntratti tagħna.", "Qed naraw kif nistgħu noħolqu anke akkademja ġdida tal-Air Malta għal dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ tal-piloti Maltin.", "Hawn ħafna Maltin u barranin li jixtiequ jitħarrġu biex isiru piloti.", "Min-naħa tagħna, aħna bdejna bil-kuntratt tal-Qatar Airways, però hemm oħrajn ukoll.", "Jekk inkunu stabbli nistgħu mmorru għall-pass li jmiss.", "Nistgħu nħarsu lejn il-Mediterranean strategy, nistgħu nħarsu lejn il-hub concept u nistgħu nħarsu anke lil hinn mill-Ewropa, però biex dan iseħħ irridu nkunu stabbli.", "Ma nistgħux nirriskjaw li jkollna a hub strategy, li jkollna connecting flights u fl-istess ħin ikollna ċerti delays.", "Għalhekk is-sitt xhur jew id-disa' xhur li ġejjin se jkunu ffokati biex nassiguraw li l-operations are on time.", "Ovvjament hawn jien nitlob responsabbiltà mill-ħaddiema tal-Air Malta kollha biex jagħmlu l-parti tagħhom u jiżguraw dan.", "Jien konvint li s-sens komun jipprevali.", "Dan huwa neċessarju għall-kumpanija u konvint li l-amor propju tal-ħaddiema lejn l-Air Malta jirrenja.", "Kuntent ħafna li we achieved break-even for year ending April 2018.", "The accounts will be published and duly audited, u kuntenti li the main driving-force għall-break-even kienet iż-żieda fil-bejgħ jiġifieri ż-żieda fid-dħul.", "Ovvjament nistgħu nagħmlu ferm aktar però issa huwa importanti li kulħadd jiġbed ħabel wieħed ħalli nwasslu lil Air Malta biex tkun suċċess kbir.", "Matul is-sena li ġejja se mmorru għal bidla oħra għax xtaqna li għalissa we slow down a bit on the change biex nistabilizzaw ftit.", "Jien nifhem li l-bidla hija iebsa u għaldaqstant irid ikollha a break in between għax mhuwiex faċli li tkampa mal-bidla.", "Però l-bidla hija neċessarja għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq l-Air Malta nixtieq nitkellem ukoll fuq is-settur tal-avjazzjoni għax dan ukoll huwa importanti ħafna.", "Matul is-sena d-dieħla se nkunu qegħdin naġġornaw l-istrateġija tal-Gvern u l-policy tagħna dwar dan il-qasam.", "Fil-fatt qed naħdmu fuq masterplan flimkien mal-ajruport, mal-Malta Industrial Parks u mal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar għall-area tal-ajruport kollu biex b'hekk we will be future-proof.", "Jien ċert li minn hawn u għaxar snin jew 15-il sena oħra fl-Air Malta se nara a free zone of cargo and other activities which will be even linked to the Freeport through intermodal communication, jiġifieri se jkollna prodotti li jiġu lejn il-Freeport, se jkollna a logistics hub, dawn jinħadmu u mbagħad ċerti prodotti jintużaw through the hub u ċjoè through MIA.", "Jien nemmen f'dan ix-xogħol.", "Din hija l-viżjoni tagħna u nistgħu nagħmluha.", "Bis-saħħa tal-avjazzjoni, tat-turiżmu u tal- business services pajjiżna jista' jsir sinjur.", "Din hija l-viżjoni tagħna u aħna nemmnu fiha.", "Huwa veru li biex din il-viżjoni ssir realtà hemm bżonn ħaddiema barranin imma hija wkoll viżjoni li l-Maltin jistgħu jsiru aktar affluwenti.", "Ta' min iżid jgħid li qed inħarsu wkoll lejn is-settur tal-leasing.", "Fil-fatt jien qed naħdem ma' Dr Louis Grech f'din l-area biex nistrutturaw settur ġdid għal Malta f'dak li għandu x'jaqsam mal-aircraft leasing bil-għan li l-lessors jiġu jirreġistraw l-ajruplani tagħhom f'Malta.", "Aħna qed naħdmu billi nagħtuhom ukoll numru ta' inċentivi biex jagħmlu dan.", "Il-maintenance, repair and overhaul sector qed jikber filwaqt li kemm il-Lufthansa, li għandhom il-linja l-ġdida tal-A350 kif ukoll l-SR qed jespandu t-tnejn li huma.", "Ikkommettejna ruħna anke li nonfqu €18-il miljun mill-Malta Air Traffic Services għal air traffic control tower ġdid.", "M'hemmx dubju li dan huwa investiment kbir imma huwa essenzjali minħabba l-volum dejjem jikber ta' ajruplani li jaslu Malta u oħrajn li jtiru mill-ispazju tagħna.", "Qed inħarsu wkoll lejn a drones facility biex ikollna remotely piloted aircraft system training, u biex dan ikun jista' jseħħ qed inħarsu lejn il-helipad t'Għawdex.", "Qed niddiskutu wkoll mal-kollega tagħna l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana biex naraw nistgħux nużaw il-heliport ta' Għawdex aħjar u forsi jkun hemm a way of resuming services to and from Gozo.", "Dawn huma kollha inizjattivi importanti ħafna.", "Issa se nerġa' nitkellem ftit fuq it-turiżmu.", "Matul dan id-dibattitu ssemmew ħafna l-proġetti u l-prodott.", "Jien naqbel mal-kelliema tal-lum li jrid isir ferm aktar xogħol fuq il-prodott.", "Jekk irridu nagħmlu upgrade irid ikollna faċilitajiet li huma world class.", "Dan jorbot ukoll mal-ħteġijiet tal-Maltin għax anke l-Maltin iridu ambjent isbaħ, iridu aktar spazji miftuħa, iridu aktar green spaces, iridu mużewijiet isbaħ u jridu aktar attractions u events.", "Ħidma konġunta li qed nagħmlu flimkien mal-Mediterran Tourism Foundation - u hawnhekk nixtieq insemmi b'mod partikolari lis-Sur Tony Zahra u lis-Sur Andrew Agius Muscat, li qed jaħdmu flimkien miegħi mill-viċin ħafna – tirrigwarda r-regeneration plan li qed nagħmlu għal Paceville.", "Qabbadna lid-WSP, li hija kumpanija Ingliża u lill-periti internazzjonali Grimshaw u flimkien mal-istakeholders ta' Paceville se nerġgħu niddisinjaw din il-lokalità kollha.", "Dan se nagħmluh minn diversi aspetti; minn dak li għandu x'jaqsam ma' pjazez għal toroq, għal teknoloġija, għal aċċess, għal open spaces, għal safety u għal security.", "Aħna ninsabu lesti wkoll li nikkommettu €10 miljun għal dan il-proġett importanti biex ikun jista' jiġi implimentat matul is-snin li ġejjin.", "Jien u l-Ministru Ian Borg qed naħdmu ħafna biex intejbu t-toroq ta' Paceville, u fil-fatt diġà kellna l-ewwel titjib.", "Issa bdejna nitkellmu wkoll dwar konċett ġdid; dak ta' safe city, però l-ewwel nett ikun tajjeb li niċċaraw u nispjegaw xi tfisser il-frażi \"safe city\".", "It-town management concept introduċejnieh f'Paceville u qed jaħdem tajjeb ħafna.", "Matul l-aħħar xhur l-istakeholders u ċ-chairperson tal-bord qed jaħdem mill-qrib ħafna mal-Foundation for Tourism Zone Development u mas-CEO tagħha biex b'hekk nassiguraw li qegħdin nindirizzaw il-ħtiġijiet ta' Paceville.", "Permezz ta' \"safe city\" se jkollna koordinazzjoni aħjar mal-Pulizija għax permezz ta' sistema ta' cameras u monitoring se nkunu nistgħu nindirizzaw il-crime issues kif ukoll l-anti-social behaviour cases li jkollna f'din iż-żona.", "L-intenzjoni tagħna hija li din nespanduha f'partijiet oħra tal-gżira.", "Bħalissa diġà investejna f'centralised data centre u qed nagħmlu ċerti trials.", "Tajjeb li ngħid ukoll li qed naħdmu mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kif ukoll mal-Pulizija biex nassiguraw li d-data protection tiġi rispettata.", "Huwa importanti li l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rispettat ukoll, jiġifieri ma rridux immorru overboard għax aħna m'aħniex il-big brother.", "Aħna nużaw biss il-monitoring li huwa meħtieġ, id-data li hija meħtieġa u rridu li jkollna an appropriate legal framework li se nitkellmu dwaru mad-Data Protection Commissioner matul ix-xhur li ġejjin.", "Dan huwa l-commitment li għandna li huwa importanti biex nassiguraw is-sigurtà liċ-ċittadini tagħna.", "Kuntenti wkoll li anke l-GRTU laqgħu din il-proposta.", "Nistgħu nitkellmu wkoll dwar diversi proġetti oħrajn fosthom dwar il-proġett tal-Għadira.", "L-Għadira hija bajja mill-isbaħ u għandha potenzjal kbir li tikber biex fiha jkollha attrazzjonijiet differenti.", "Fil-fatt aħna nixtiequ li din issir attrazzjoni għas-sena kollha u mhux għas-sajf biss.", "Se nibdew billi matul ix-xhur li ġejjin nagħmlu xi xogħlijiet fil-car park, però għandna a long-term vision li nixtiequ nitkellmuha mal-Oppożizzjoni u nimxu dwarha.", "F'Marsaxlokk bħalissa għaddejja trasformazzjoni sħiħa.", "Bdejna bil-car park, qed nagħmlu t-toroq u issa se nagħmlu x-xogħlijiet neċessarji fin-naħa Tal-Magħluq, li tinsab wara Xatt is-Sajjieda, biex Marsaxlokk isir il-hub tat-turiżmu għan-nofsinhar ta' Malta.", "F'Marsaxlokk qed ikollna wkoll investimenti ta' lukandi li huma importanti ħafna.", "L-istess qed isir f'Birżebbuġa minħabba l-proċess ta' riġenerazzjoni li għaddej bħalissa.", "L-ewwel se nibdew mill-area tal-Freeport u mbagħad se noħolqu a natural green buffer bejn il-Freeport u l-komunità li huwa tant importanti.", "Dwar il-Belt Valletta m'iniex se nitkellem ħafna għax diġà tkellem l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, però nixtieq nirringrazzja lill-GHRC (Grand Harbour Regeneration Corporation ) li għandna fil-Ministeru, b'mod partikolari lis-CEO u lil-leadership team tiegħu, li tant qed jaħdem biex fil-Belt issir riġenerazzjoni sħiħa.", "Ir-riġenerazzjoni tal-Belt hija importanti mhux biss għall-aspett turistiku imma anke għar-residenti tal-Belt.", "Qed nipprovaw nikkumplimentaw l-element turistiku u estetiku tal-Belt mal-aspett residenzjali u matul ix-xhur li ġejjin se nkunu qed inħabbru numru ta' proġetti f'dan ir-rigward.", "Projects Malta, Projects Plus Ltd u l-MTA ukoll qed jaħdmu fuq diversi inizjattivi u proġetti differenti.", "Pereżempju, fosthom għandna l-proġett sabiħ li se nagħmlu ma' Wirt Artna u ma' Din l-Art Ħelwa biex nirrestawraw it-torrijiet li hemm madwar il-kosta tal-pajjiż.", "Ta' min isemmi wkoll il-Foundation for Tourism Zone Development, li qed taħdem permezz tal-eko-kontribuzzjoni, u hawnhekk nixtieq nistieden lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex jekk jixtiequ, nagħtihom preżentazzjoni tax-xogħol li qed tagħmel din il-fondazzjoni.", "Il-Foundation for Tourism Zones Development issa ilha topera għal numru ta' xhur u matul ix-xhur li ġejjin se tkun qed tagħmel a ramp-up in the operation.", "Se nkunu qed naħdmu fuq promenades ġodda, fosthom f'The Strand, Tas-Sliema, għax il-promenade tinsab fi stat ħażin ħafna u hemm bżonn li tiġi indirizzata.", "Se nkunu qed naħdmu wkoll fuq bajjiet.", "Issemmiet il-Bajja ta' San Ġorġ, li saret fi żmien ieħor, li qed tiġi replenished kull sena u kien sar investiment ta' €2 miljun fiha.", "Il-proġett tal-Balluta huwa proġett differenti ħafna wkoll.", "Dan huwa proġett ta' €80,000 ta' annual sand replenishment li se jibqa' jsir sena wara l-oħra, però aħna se nħarsu lejn bajjiet oħra wkoll, fosthom lejn il-bajja tar-Rinella, lejn il-bajja ta' San Ġorġ f'Birżebbuġa kif ukoll lejn żoni oħrajn.", "Se jkun hemm ukoll investiment fil-prodott però mhux biss.", "It-turist jiġi hawnhekk għall-avvenimenti wkoll, u jekk irridu l-istaġjonalità, huwa importanti li l-avvenimenti jkunu mifruxa matul is-sena kollha.", "L-avvenimenti jvarjaw.", "Għandna l-avvenimenti għaż-żgħażagħ, li naħseb żidniehom ħafna matul l-aħħar sena.", "Biżżejjed insemmi l-Lost and Found, it-Tomorrowland, il-Glitch Festival, l-Isle of MTV u din is-sena kellna wkoll lir-Radio One tal-BBC.", "Dawn huma kollha avvenimenti importanti li jgħinuna niżviluppaw is-suq però mhuwiex biżżejjed li jkollna dawk biss.", "Huwa importanti li jkollna l-avvenimenti kulturali - qed naħdmu ma' Valletta18 dwar dan - u huwa importanti wkoll li jkollna shows ġodda.", "Fil-fatt hopefully matul ix-xhur li ġejjin se nkunu qed inħabbru a new show for Malta, li se tkun attrazzjoni turistika fiha nnifisha.", "Qed naħdmu anke flimkien mal-MTA fuq avvenimenti għat-tfal.", "Matul il-ġimgħa tal-Għid se jkollna n-Nickelodeon Week fejn se jkollna characters, shows and a parade for kids.", "Qed naħdmu wkoll biex ikollna numru ta' avvenimenti relatati mal-isport.", "Kellna l-Major League tat-Triathlon fi tmiem il-ġimgħa li kien ippubbliċizzat ukoll fuq il-Eurosport u fuq diversi stazzjonijiet oħrajn.", "Kellna l-International Radio Festival, li wkoll joħloq vibe u buzz tajjeb dwar Malta, u dan huwa interessanti ħafna.", "Huwa għalhekk li ġejjin ħafna nies f'Malta; għax qed isiru jafu aktar dwar Malta u dawn l-avvenimenti jgħinu biex jirreklamaw il-gżejjer tagħna.", "Sinjura President, settur ieħor tant importanti għall-ekonomija tagħna huwa dak tal-films.", "Ta' min isemmi mill-ewwel il-Film Commission, li tant taħdem u tistinka biex dan iseħħ.", "Tajjeb li ngħid li minbarra fuq il-films ta' Hollywood, tul din l-aħħar sena ħdimna flimkien mal-Kummissarju biex ikollna films minn Bollywood, miċ-Ċina, mill-Irlanda, mill-Kanada, mill-Polonja u anke mill-Ungerija.", "Dawn huma affarijiet sbieħ ħafna.", "Tajjeb li nħabbru wkoll li l-inċentiv li nagħtu cash rebate lill-produzzjonijiet tal-films ġie rivedut.", "Aħna għamilna benchmark tal-offerti tagħna ma' swieq oħrajn madwar l-Ewropa u d-dinja, u r-riżultat hu li minn Jannar it-27% cash rebate se jitla' għal 40%.", "Din l-inizjattiva importanti li ħa l-Kabinett flimkien mal-Film Commission li se tiġi implimentata se tkun waħda mill-aqwa cash rebate systems fid-dinja biex nattiraw aktar produzzjonijiet tal-films lejn pajjiżna.", "Bħalissa qed isir ukoll xogħol fil-film studios biex dawn jiġu revamped u jsiru l-upgrades neċessarji.", "Għamilna anke masterplan għal Forti Ricasoli u bdejna ninvestu fih biex l-ewwel prijorità tkun li nagħmluh aktar sigur.", "Qed inħarsu wkoll lejn il-ħolqien ta' a Malta academy for electronic entertainment arts biex meta jiġi film f'pajjiżna, they set up the production company in Malta wkoll u b'hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw anke mit-tax advantages tagħna.", "Fatt interessanti huwa li din is-sena kellna żewġ films minn Bollywood; Thugs of Hindostan u Bharat, li se jiġu launched fix-xhur li ġejjin għax dawn se joħolqu u jiftħu suq ġdid għal pajjiżna ċjoè s-suq Indjan li huwa tant viċin tagħna.", "Kieku jkollna titjira diretta bejn Malta u l-Indja f'sitt sigħat u nofs naslu, jiġifieri hawn wieħed jista' jimmaġina kemm aħna viċin u x'suq kbir hemm f'dan il-pajjiż.", "Permezz ta' Bollywood irnexxielna nikkreaw produzzjoni, li hija Bharat, u hija dwar Malta.", "Fil-fatt dan il-film huwa dwar koppja Maltija u Indjana li kienu joħorġu flimkien, u hemm anke diska ta' Bollywood dwar Malta.", "Dan huwa blockbuster li huwa kbir daqs il-Hollywood Movies u se jgħin biex tiġi kkreata industrija ġdida għalina.", "Ta' min jgħid li aħna se nikkumplimentaw dan kollu permezz tal-Malta-India Film Awards.", "Issa nixtieq niġi biex nitkellem dwar l-MCC fejn l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil-leadership team t'hemmhekk, fosthom liċ-chairperson u lis-CEO.", "Tajjeb ngħid li fl-MCC għandna wirt storiku kbir, u hemmhekk qed nagħmlu a number of improvements.", "Qed noħolqu a show and an investment li huwa \"Reliving The Sacra Infermeria\", fejn il-viżitaturi tal-MCC, permezz tal-mobile phones, ikunu jistgħu jaraw an augmented reality, li hija esperjenza mill-isbaħ.", "Qed nintroduċu wkoll climate control u air-conditioning.", "Ta' min isemmi li fix-xhur li ġejjin fl-MCC se jkollna terrace ġdida li se tkun the leading venue in Malta u se jkun hemm aktar focus on the arts.", "Flimkien mas-Segretarju Permanenti tagħna qed naħdmu anke dwar il-prospettiva li jkollna a proper convention centre in Malta.", "Għandna l-MFCC ġewwa Ta' Qali, qed nitkellmu mal-MFCC on how this can potentially be expanded u qed nagħmlu anke studju dwar dan.", "Jekk dan iseħħ, imbagħad l-MCC jkun jista' jkun aktar iffokat fuq l-arti.", "L-isports tourism huwa wkoll importanti u aħna qed naħdmu mas-Segretarju Parlamentari dwar dan.", "Se jkollna a rugby and a football stadium ġdid ġewwa Kordin li qed naħdmu dwaru.", "Fir-rigward tat-teknoloġija se jkollna a digital tourism platform; investiment ta' €2 miljun ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea biex ikollna accessibility of IT across tourism areas u b'hekk ikollna information availability for the visitors, li naħseb li hija xi ħaġa importanti wkoll għax se tagħmel differenza lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa jmiss li nitkellem dwar is-settur marittimu li wkoll jifforma parti mill-Ministeru tagħna permezz tal-Aġenzija Malta Marittima, permezz ta' Yachting Malta, permezz tal-cruise liner terminal u anke permezz tal-Malta Freeport.", "Tul dawn l-aħħar xhur ħloqna numru ta' maritime clusters.", "Jien nemmen li s-settur marittimu huwa settur importanti ħafna għal pajjiżna.", "Dan huwa settur li jikkumplimenta lit-turiżmu permezz tal-cruise liners u tal-yachting.", "Dan huwa settur li jikkumplimenta wkoll lill-industrija permezz tal-yacht repair, permezz tax-ship registration, permezz tal-insurance services, permezz tat-training tal-baħħara, permezz tar-reġistrazzjoni tal-vapuri li għandna, permezz tal-akwakultura u anke permezz tal-bijoteknoloġija li qed issir f'dan is-settur partikolari.", "Bis-saħħa ta' Aġenzija Malta Marittima ħloqna tliet subclusters li jiffokaw fuq il-loġistika, fuq l-akwakultura u fuq il-bijoteknoloġija.", "Dawn għandhom ir-representatives tal-industrija kollha u qed joħorġu bi strateġija speċifika għal dan is-settur.", "Investejna wkoll u ħloqna a proof of concept fund for maritime projects flimkien mal-Università, li qed jagħti riżultati wkoll għax qed ikollna numru ta' proġetti li qed japplikaw għal dawn it-tip ta' inizjattivi, fosthom renewable energy sources f'dan is-settur.", "Din hija xi ħaġa li l-Aġenzija Malta Marittima qed taħdem fuqha bil-għan li tferrex aktar informazzjoni dwar is-settur marittimu u dwar il-bastimenti li jkollna fl-ibħra tagħna biex nassiguraw is-security, li aħna nagħtu valur u li tant huwa importanti għas-settur tagħna.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-Malta Freeport.", "Nibda biex nirringrazzja lit-tmexxija tal-Malta Freeport Corporation, tal-Malta Freeport Terminals u lill-operaturi li jaħdmu magħhom, li qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Biżżejjed ngħid li llum in-numru ta' containers li huma pproċessati ġewwa l-Freeport laħaq livell rekord.", "Il-Freeport għamel minn kollox biex jutilizza l-ispazju li għandu mill-aħjar li jista', u fil-fatt illum il-ġurnata l-containers qed jiġu saħansitra stacked fuq xulxin.", "L-IT systems li għandhom huma ta' klassi mondjali.", "Matul din l-aħħar sena aħna poġġejna bilqiegħda u ħdimna wkoll magħhom biex nindirizzaw ċerti issues li jaffettwaw lill-komunità.", "Fil-fatt meta poġġejt mal-CMA CGM Group, mal-Yildirim Group of Companies u maċ-China Merchants Group, l-ewwel talba li kelli għal-leadership u għax-shareholders tal-Freeport kienet biex jagħmlu aktar għall-komunità.", "Jien nixtieq li jkun hemm a natural boundary bejn il-Freeport u l-komunità, u huma qablu li jiffinanzjaw ġnien pubbliku mill-isbaħ bejn il-Freeport u l-komunità.", "It-tender se joħroġ ġaladarba joħroġ il-permess minn hawn u ftit xhur oħra, u dan il-proġett se jiġi ffinanzjat mill-Malta Freeport Terminals.", "Ftehemna magħhom ukoll flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa - li nixtieq insellmilhom minn hawnhekk - biex isir investiment ġdid fil-krejnijiet ħalli l-krejnijiet il-ġodda li jidħlu jkunu jagħmlu inqas storbju.", "Din hija xi ħaġa essenzjali għan-nies ta' Birżebbuġa u għalhekk hija xi ħaġa li aħna nsistejna fuqha.", "Qed nagħmlu wkoll pilot runs biex is-safety alarms li jdoqqu, idoqqu b'mod differenti ħalli r-residenti ma jkollhomx ibatu minn dan l-inkonvenjent ukoll.", "Dawn huma kollha inizjattivi importanti.", "Tkellimna magħhom ukoll dwar l-espansjoni u avżajniehom biex ma jespandux aktar lejn ir-residenti imma minflok iħarsu lejn areas oħrajn, anke jekk dan ikun jinvolvi ftit aktar flus, u fil-fatt ilħaqna ftehim biex ikun hemm a land reclamation project f'Terminal Two, li permezz tiegħu nkunu nistgħu nużaw kważi sena sħiħa ta' construction waste ta' pajjiżna.", "Dan kollu se jsir 'il barra fejn ma jaffettwax lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Fil-fatt dawn diġà għandhom il-permess tal-MEPA biex dan ikun jista' jseħħ, u bħalissa għaddejjin bit-tendering process għalih ukoll.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Malta Freeport Corporation u lis-security section tagħhom tax-xogħol tajjeb li għamlu billi ħadmu flimkien mal-Pulizija u mad-Dwana.", "Permezz ta' din il-ħidma kif ukoll tal-investiment qawwi li sar fit-teknoloġija din is-sena nqabdu mal-150 kilogramma droga mill-Malta Freeport Corporation.", "Dan minbarra li nqabdu wkoll numru ta' sigaretti u affarijiet oħrajn li kienu illegali.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-Malta Freeport Corporation, lid-Dwana u lill-Pulizija għall-isforz kbir li dawn għamlu f'dan ir-rigward.", "Sinjura President, issa nixtieq nitkellem ftit dwar il-cruise liners, li wkoll huwa settur importanti għal pajjiżna.", "Dan is-settur ħoloq ukoll ċerti diskussjonijiet, b'mod partikolari dwar l-emissjonijiet tal-cruise liners meta dawn ikunu fil-Port, u din hija xi ħaġa li aħna qed neħduha b'serjetà kbira tant li bħalissa qed nitkellmu anke mal-operaturi dwar dan.", "L-ewwel nett tajjeb ngħid li meta cruise liner jidħol fil-Port, dan ma jibqax jopera bil-fuel oil u jaqleb għad-diesel, però dan xorta jħalli ċerti emissjonijiet fil-Port il-Kbir.", "Għaldaqstant qed niddiskutu l-possibbiltà li jkun hemm dak li jgħidulu cold ironing tal-vapuri, fejn ikun hemm cable from the shore to the vessel biex il-vapur jixtri l-elettriku minn hemmhekk u b'hekk ma jdawwarx il-magni tiegħu fil-Port.", "Madanakollu dan mhuwiex possibbli għall-vapuri kollha.", "Fil-fatt ikun li tajjeb ngħid li ħafna bastimenti fil-Mediterran m'għandhomx faċilità bħal din għax il-maġġoranza tagħhom isiru fl-Ewropa ta' Fuq, però aħna bħala pajjiż nixtiequ naspiraw għall-istess standards li għandha l-Ewropa ta' Fuq.", "Għaldaqstant aħna se nibdew noffru din il-faċilità filwaqt li qed nesploraw anke l-possibbiltà li nibdew noħolqu bunkering ta' liquified natural gas (LNG) minn pajjiżna.", "Bħalissa qed isiru studji, u hemm anke kumitat immexxi mis-Segretarju Parlamentari tagħna, biex permezz ta' barges, infrastrutturi u faċilitajiet oħra nkunu nistgħu nibdew noffru dan is-servizz minn Delimara.", "Jekk nindikaw lis-suq li nistgħu noffru dan is-servizz, inkunu l-first movers fl-Ewropa dwar dan u nkunu nistgħu nikkompetu with the Western Mediterranean għax dawn il-cruise liners jagħmlu refuelling madwar darba kull ġimagħtejn, jiġifieri l-fuel iservihom għal ġimagħtejn.", "Għalhekk nixtiequ noħolqu suq ġdid anke f'dan is-settur.", "Ninsab kuntent ukoll li din is-sena ssaħħew il-fly cruises.", "Dan ifisser li passiġġier jiġi Malta bl-arjuplan, ħafna drabi jqatta' lejl f'Malta u mbagħad jaqbad il-cruise minn pajjiżna.", "Naturalment dan jagħti lil pajjiżna aktar valur għax jintużaw aktar coaches, jintużaw aktar servizzi ta' loġistika u ovvjament anke ta' turiżmu.", "Huwa importanti wkoll li nistudjaw kif dan is-settur jista' jagħti aktar kontribut lejn pajjiżna u kif nistgħu nottimizzawh with an environmentally friendly manner.", "Fil-fatt dak hu li qed nagħmlu.", "Tajjeb ngħid li qed inħarsu wkoll lejn it-traffic ta' cruise liners li jkollna flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali għax hija realtà li meta jkollna l-fly cruises, fix-xatt ikun hemm paniku sħiħ u għalhekk huwa tajjeb li naħdmu biex hemmhekk ikun hemm aktar organizzazzjoni.", "Tajjeb ngħid ukoll li aħna u l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed niddiskutu biex inkabbru l-Pinto Wharf 4 u 5 ħalli b'hekk il-larger vessels ikunu jistgħu jittrakkaw mingħajr il-ħtieġa ta' barge.", "Fil-fatt dwar dan se jkun hemm investiment li jrid iħallas għalih il-cruise liner terminal, u bħalissa aħna qed niddiskutu magħhom kif dan jiġi ffinanzjat.", "Dan is-settur qed jaħdem u qed jiġi kkoordinat permezz ta' Malta Cruise Network, li hija struttura li qed taħdem ukoll.", "Issa nixtieq nitkellem fuq il-Foundation for Tourism Zones Development; fondazzjoni relattivament ġdida li qed taħdem biex tassigura li noħolqu żoni turistiċi li jkunu well kept jiġifieri li jkollna l-upkeep well placed.", "Din il-fondazzjoni mhijiex se tirreplika s-servizzi li joffru ministeri oħrajn imma se taħdem magħhom mill-qrib.", "Se jkollna l-core team tagħna li se jieħu ħsieb l-upkeep and maintenance però mbagħad irridu naħdmu, pereżempju, mad-Dipartiment tat-Tindif.", "Fil-fatt nixtieq insellem lill-ħaddiema ta' dan id-Dipartiment minn hawnhekk għax-xogħol tajjeb li qed jagħmlu, u aħna, min-naħa tagħna, qed naħdmu magħhom biex insaħħulhom ir-riżorsi ħalli jkunu jistgħu jaħdmu aktar.", "Ilkoll naqblu li l-indafa fil-pajjiż trid titjieb.", "Apparti minn hekk irridu nżidu wkoll l-upkeep and maintenance.", "L-untidiness li teżisti fil-pajjiż hija xi ħaġa li wieħed irid jindirizzaha, u persważ li as we upscale the destination irid ikollna pajjiż modern b'landscaping mill-isbaħ, pajjiż fejn tħares madwarek u tara boundary walls suret in-nies u pajjiż fejn timxi u tara parks sbieħ fejn it-tfal tagħna jistgħu jilagħbu.", "Din hija l-viżjoni tagħna, li hemm ħtieġa kbira għaliha, u l-Foundation for Tourism Zones Development se tidħol għal dawn it-tip ta' proġetti u inizjattivi flimkien ma' Projects Plus u Projects Malta.", "Se nagħmlu wkoll ġonna pubbliċi, u dan mhux biss f'żoni turistiċi imma anke f'żoni oħrajn li qed jevolvu fit-turiżmu, bħall-Gudja, pereżempju, fejn se nagħmlu ġnien apposta, u anke areas oħrajn.", "Jien kunfidenti li with a proper organisation nistgħu nagħmlu differenza.", "Tul dawn l-aħħar ftit xhur il-Foundation for Tourism Zones Development introduċiet ix-showers fil-bajjiet, introduċiet ukoll changing facilities, bdiet tagħmel xogħol ta' manutenzjoni fil-bajjiet u għamlet ukoll xogħol ta' aċċessibiltà għall-baħar min-nies b'diżabilità.", "Naturalment dan huwa kollu xogħol importanti ħafna.", "Il-Bajja tal-Balluta, li xtaqt nitkellem ftit dwarha wkoll, kienet inizjattiva esperimentali.", "Inizjalment meta aħna morna bil-proposta tagħna quddiem l-ERA (Environment Resources Authority) xtaqna nagħmlu a wave breaker biex ir-ramel jibqa' dejjem hemmhekk, però l-ERA m'aċċettatx minħabba raġunijiet ambjentali u talbitna nagħmlu reclaimed sand from within the bay itself biex fuq medda ta' sena naraw kemm minn dak ir-ramel jinżamm.", "Jidher li l-bażi nżammet, però parti minnha hija mgħottija bl-ilma, u l-indikazzjonijiet tagħna huma li with a replenishment exercise every April, li forsi jiswa mal-€15,000 sa €20,000, is-sajf li ġej inkunu nistgħu ngawdu din il-bajja wkoll.", "Ir-realtà hija li iva, matul ix-xitwa se jitla' l-mewġ u jgħatti wkoll parti mill-bajja.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar l-edukazzjoni, u ma nistax nitkellem dwar l-edukazzjoni mingħajr ma nitkellem dwar l-ITS.", "Nibda biex nirringrazzja minn qalbi liċ-chairperson, lir-Rettur u lis-CEO tal-ITS għax-xogħol kbir li qed jagħmlu.", "Illum l-ITS jipprovdi servizzi għal kważi 1,000 student, li huwa numru kbir.", "Ir-realtà hija li l-ITS qed jinbidel ukoll.", "Issa hawnhekk se nkun ċar; 25% mill-intake tal-istudenti din is-sena fl-ITS huma studenti barranin, u din hija xi ħaġa li nbidlet tul dawn l-aħħar snin.", "Għalhekk irridu naraw u nistudjaw kif nistgħu nħajru aktar Maltin jidħlu għal dawn il-korsijiet.", "Naf li din hija xi ħaġa diffikultuża imma qed nilqgħu għal din l-isfida.", "Illum l-ITS toffri ċertifikati, diplomas kif ukoll Bachelor's degree, u nispera li bejn l-2019 u l-2020 nibdew noffru wkoll Master's degree.", "Ta' min jgħid li l-ITS qed taħdem flimkien ma' Paul Bakus, mal-Institute of Culinary Arts u ma' Haaga-Helia fil-Fillandja.", "L-ITS ħarreġ lil-lecturers kollha li żdiedu b'madwar 20% u llum il-ġurnata dawn kollha qed jistudjaw biex ikollhom a degree level qualification.", "Iffirmajna ftehim mal-Fujian University of Technology ġewwa ċ-Ċina biex inħarrġu l-istudenti tagħhom ukoll u nisperaw li fil-ġimgħat li ġejjin inħabbru another major alliance with an international world class institute.", "Tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat bdejna noperaw minn kampus ġdid ġewwa Ħal Luqa.", "Il-kampus tal-ITS l-antik ġewwa San Ġiljan u dak ta' Pembroke issa ġew konsolidati ġo kampus wieħed, liema kampus jista' jakkomoda t-tkabbir li jsir fl-erba' snin jew ħames snin li ġejjin.", "Fil-fatt iż-żona kibret u prattikament aktar minn irdoppjat bħala metri kwadri.", "Tajjeb ngħid li l-feedback li għandna min-naħa tal-istudenti huwa wieħed pożittiv.", "Il-canteens qed joperaw, il-kċejjen żdiedu, ġew introdotti l-laboratorji u għandna wkoll numru ta' ristoranti li qed joperaw u li huma miftuħin ukoll għall-pubbliku.", "Tkellimt ftit ukoll mas-CEO, u nixtieq nistieden lill-kelliem tal-Oppożizzjoni biex matul il-ġimgħat li ġejjin iżur l-ITS ħalli jara l-faċilitajiet huwa stess u forsi nkunu nistgħu nagħtuh anke preżentazzjoni dwar dan il-qafas.", "Madanakollu l-viżjoni tagħna xorta waħda hija dik li nittrasferixxu għal SmartCity.", "Biex dan iseħħ, l-ewwel pass li jrid isir minn dan il-Parlament huwa li l-Gvern jieħu lura dik l-art li ngħatat lil TECOM Investments.", "Fil-fatt bħalissa qed naħdmu dwar dan, u nisperaw li matul ix-xhur li ġejjin ngħaddu liġi fil-Parlament biex parti mill-art ta' SmartCity jerġa' jeħodha l-Gvern.", "Imbagħad ġaladarba dan iseħħ inkunu nistgħu noħorġu t-tenders biex nibnu l-iskola l-ġdida ġewwa SmartCity.", "Tajjeb ngħid li l-iskola l-ġdida ġewwa SmartCity mhijiex se tkun sempliċement skola tradizzjonali imma se tkun a teaching hotel li jkollha anke dormitorju għall-istudenti barranin.", "Huwa importanti li nagħmlu x-xogħol tajjeb hawnhekk għax dan se jinvolvi investiment kbir imma se jkun kampus mill-isbaħ.", "Bħalissa qed naħdmu flimkien mal-MUT u mal-GWU biex id-disinn ikun signed-off minn kulħadd u b'hekk ikollna xi ħaġa li nkunu kburin biha lkoll.", "Ġaladarba qed insemmu l-edukazzjoni ta' min isemmi wkoll it-taħriġ fil-lingwa Ingliża għall-istudenti barranin, li huwa settur importanti għal pajjiżna, għalkemm dan huwa settur li qed jiffaċċja ftit sfidi wkoll.", "Jien qed naħdem mill-qrib ħafna mal-FELTOM (Federation of English Language Teaching Organisations), u għalhekk naf li l-akbar sfida li għandna hi li ma nistgħux insibu biżżejjed host families biex iżommu l-istudenti.", "Għalhekk irridu nħarsu lejn inċentivi oħrajn.", "Qed ikollna wkoll l-issue tal-airbnb għaliex hemm min jippreferi juża l-airbnb u jġib rati ogħla milli jżomm l-istudenti.", "Din hija problema ta' capacity għax id-domanda għal dawn l-istudenti qiegħda hemmhekk u għalhekk irridu nindirizzaw l-element ta' akkomodazzjoni.", "Fil-fatt aħna qabbadna l-FELTOM u d-Deloitte & Touche flimkien biex jagħmlu studju dwar dan is-settur ħalli nkunu nistgħu ntejbuh kemm jista' jkun.", "Huwa interessanti wkoll li ħriġna l-work-study visa, li tidher li qed taħdem.", "Fil-fatt għandna numru ta' studenti mill-Brażil, mill-Kolombja u mill-Amerka t'Isfel li qed jiġu Malta għal sitt xhur, ħafna minnhom qed jaħdmu bejn 20 u 30 siegħa ġewwa pajjiżna u fl-istess ħin qed jitgħallmu l-Ingliż.", "Dan huwa settur importanti li qed nagħtu kasu.", "Innotajt il-kummenti li għamel l-Onor.", "Arrigo u nista' ngħid li aħna se nkunu qed nindirizzaw dawk l-issues ukoll.", "Issa nixtieq nindirizza xi punti li tqajmu dwar l-airbnb.", "L-ewwel nett x'inhi l-airbnb?", "Din hija platform fejn dak li jkun minflok ma jmur f'lukanda, imur f'appartament ta' kwalità, f'villa jew f'post ieħor.", "Fil-fatt illum hemm ħafna nies li qed jiddeċiedu li minflok imorru f'lukanda, imorru f'din it-tip ta' akkomodazzjoni, jiġifieri din hija realtà li ma nistgħux naħarbu minnha, però hija wkoll realtà li rridu nirregolaw.", "Hija realtà li fis-sajf, b'mod partikolari, din tlaħħaq għal madwar 40% of tourism arrivals, u għalhekk huwa meħtieġ li l-MTA issaħħaħ il-licensing u l-enforcement tal-airbnb ukoll.", "Tajjeb ngħid li fl-MTA għandna tim ta' madwar ħames persuni li qed jidħlu fil-booking.com u fl-airbnb u qed iċemplu lis-sidien ta' dawn il-proprjetajiet biex jirregolarizzaw ruħhom billi japplikaw għal-liċenzja u jagħmlu wkoll a landlord insurance.", "M'aħniex qed nużaw a heavy-handed approach u minflok we're calling them in u nħeġġuhom biex jirregolarizzaw ruħhom.", "Illum it-taxxa hija biss ta' 15% u mhux ta' 35%, jiġifieri nifhmu li dak li jkun għandu jkollu r-responsabbiltà kif ukoll id-dmir li jirregolarizza ruħu.", "Qed nitkellmu wkoll mal-airbnb dwar dan.", "Fil-fatt iltqajna with their management team for Europe dwar dan ukoll u tlabniehom biex matul ix-xhur li ġejjin jintroduċu l-licensing number fuq il-platform tagħhom u bil-mod il-mod mexjin.", "Dan mhuwiex xi proċess faċli u aħna qed nimbottaw lil dawn il-landlords kemm nistgħu, però jekk l-airbnb jużaw il-licensing number u jibdew jiġbrulna l-eko-kontribuzzjoni direttament, naħseb li dak ikun żvilupp pożittiv.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar l-eko-kontribuzzjoni.", "L-ewwel nett ikun tajjeb li ngħid li din ma tinġabarx minna bħala MTA imma tinġabar mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.", "Naħseb li wasal iż-żmien li niddiskutu jekk din messhiex tinġabar mil-Licensing and Enforcement tal-MTA.", "Bħala positioning, we are closer to the tourism sector u barra minn hekk aħna għandna aktar informazzjoni dwar l-operaturi.", "Fir-realtà għandna ċerti leakages fl-eko-kontibuzzjoni, u għalhekk għamilna assessment biex naraw kemm lukandi qed iħallsuha.", "Fil-fatt il-maġġoranza tal-lukandi qed iħallsuha jew qed jagħmlu s-submissions tagħhom però hemm lukandi li minkejja li qed jagħmlu s-submission, mhumiex qed jagħmlu l-payments and we're pushing them for payments.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-licensed accomodation tal-airbnb, hemmhekk ukoll huma ftit l-operaturi li qed iħallsu din it-taxxa.", "Hemm min qed jiġborha imma mbagħad mhuwiex qed jgħaddiha lill-Gvern, u għalhekk issa huwa importanti li nagħmlu sforz biex niġbruha.", "Fil-fatt bħalissa qed niddiskutu mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex naraw min huwa fl-aħjar pożizzjoni li jagħmel dan; jekk huwiex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kif qed isir bħalissa, jew inkella minħabba li huma għandhom bigger priorities forsi aħna bħala MTA inkunu nistgħu niffokaw aktar biex niġbru dawn il-flus aħna.", "Nisperaw li sa ftit xhur oħra jkollna resolution dwar dan ukoll.", "Saret riferenza wkoll għall-Insolvency Fund.", "Fil-fatt l-Insolvency Fund qed jaħdem.", "Bħalissa kellna ftit diskussjonijiet mal-industrija, b'mod partikolari mal-operaturi ż-żgħar, għax dawn staqsewna għalfejn qed jagħtu l-istess kontribuzzjoni li jagħtu l-kbar.", "Għalhekk aħna ħriġna b'sistema fejn il-pagamenti tagħhom ikunu aktar staggered biex nindirizzawhom.", "Ikun tajjeb li ngħidu wkoll li aħna nikkalkolaw li f'temp ta' sentejn l-Insolvency Fund ikun jista' jopera b'mod indipendenti mingħajr ma lanqas biss ikollu bżonn iżomm id-depożiti, u d-depożiti nkunu nistgħu nagħtuhom lura lit-tour operators.", "Però dan huwa proċess li qed jevolvi li qed imexxih is-Sur George Micallef, u jien ċert li biż-żmien dan jitjieb ukoll.", "Issemma t-tourism police, tkellimna wkoll dwar safe city, u naħseb li din hija area li rridu niffokaw fuqha.", "Il-pulizija qed jiffokaw ħafna fuq il-pickpocketing.", "Fil-fatt kien hemm racket li l-pulizija rnexxielhom jindirizzaw u b'riżultat ta' dan, l-ilmenti f'dan ir-rigward naqsu wkoll.", "Illum qed ikun hemm il-preżenza ta' aktar pulizija però nafu li f'Paceville u f'Buġibba għandna problema ta' drug pushers f'diversi toroq, b'ħafna runners running around offering drugs to people.", "Naħseb li din hija issue li rridu nindirizzawha, anke minħabba r-reputazzjoni għall-pajjiż, u fil-fatt qed nitkellmu mal-pulizija biex naraw kif dan jista' jsir.", "Il-Foundation for Tourism Zones Development qed taħdem fil-qrib mal-Pulizija dwar dan permezz tat-town manager, u jidher li qed ikollna wkoll l-ewwel riżultati.", "Issa tajjeb li nitkellem ftit dwar l-istipendji tal-ITS.", "Kien hemm min qalilna li l-istipendji naqsu però dan mhuwiex il-każ.", "Fil-fatt din is-sena għandna vot ta' €750,000, li huwa €100,000 aktar milli kellna fl-aħħar erba' snin.", "Milli nista' nifhem, qabel kien ikun hemm vot akbar li ma kienx jintuża u allura fir-realtà l-baġit kiber.", "Aħna ċċekkjajna ċ-ċifri wkoll u sibna li l-baġit tal-ITS żdied b'€1.4 miljun filwaqt li l-lecturers żdiedu bi 12%, jiġifieri din hija xi ħaġa pożittiva.", "Ta' min jinnota wkoll li kif għedt diġà, l-international students qed jiżdiedu, u dawn mhux kollha jkollhom l-istipendju.", "Fil-fatt dawk li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea jkollhom stipendju filwaqt li dawk li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea ma jeħdux stipendju.", "Qamet ukoll il-kwestjoni tal-istaff accommodation, li hija importanti ħafna.", "Iva, hija realtà li l-industrija tat-turiżmu u industriji oħrajn qed iġibu numru ta' ħaddiema minn barra li qed ikollhom jaqsmu l-akkomodazzjoni bejniethom.", "Fil-fatt hemm każijiet fejn qed jgħixu tnejn jew tlieta ġo kamra, u naħseb li din hija xi ħaġa li hemm bżonn nindirizzawha.", "Biss naħseb li hemm mod kif nistgħu nindirizzawha din mingħajr ma nagħmlu pressjoni fuq is-suq tal-kiri.", "Ċertament irid ikollna policy dwar staff accommodation.", "Barra minn Malta jeżistu akkomodazzjonijiet għall-istaff li jkunu diċenti, nodfa u komdi, jiġifieri hawnhekk aħna m'aħniex qed ngħidu li se nagħmlu bħall-Middle Eastern states fejn ikollna t-tined fid-deżert!", "Madanakollu jista' jkollna accommodation blocks li jkunu liċenzjati kif suppost u f'kull sular ikollok 12-il ensuite rooms li jkollhom il-kamra tal-banju għalihom, shared kitchen and a shared living area.", "Naħseb li dan it-tip ta' servizz jista' jiġi offrut f'livelli differenti, kemm għall-istaff turistiku kif ukoll għal dawk li jaħdmu fil-kostruzzjoni, u naħseb li din tkun xi ħaġa li tassigura wkoll li s-suq tal-proprjetà jkun aktar regolat waħdu.", "Nixtieq li jkun hemm aktar diskussjoni dwar dan.", "Is-settur privat għandu jħares lejn dan as a business model però naħseb li din hija xi ħaġa li għandna bżonn bħalissa.", "Ikun tajjeb li nitkellem ukoll dwar il-kwestjoni tal-buses.", "L-Onor.", "Arrigo semma n-nuqqas ta' coaches li hawn, u din hija realtà wkoll, però l-akbar problema hija n-nuqqas ta' xufiera.", "Fil-fatt kif semma l-Onor.", "Arrigo għandna 40 coach li huma ggaraxxjati.", "Hemmhekk qed niddisputaw il-viżjoni li qed jitkellem dwarha l-Onor.", "Adrian Delia meta qed jargumenta li għandna wisq ħaddiema barranin imma r-realtà hi li m'għandniex biex naħdmu.", "Bilfors li għandna bżonn xufiera barranin biex joperaw ċerti coaches.", "Ovvjament dawn iridu jkunu mħarrġa sew u huwa veru li kultant tirrabja meta tmur f'ristorant u, pereżempju, min ikun qed joffrilek is-servizz ma jkunx jaf dwar l-inbid Malti.", "Però jista' jkollna wkoll sitwazzjoni fejn meta tmur ġo ristorant min ikun qed jagħtik is-servizz ikun jaf dwar il-prodotti tagħna, sew jekk ikun Malti kif ukoll jekk ikun barrani.", "Fil-fatt bħalissa qed niddiskutu wkoll mal-ITS biex naraw jekk għandux ikollna an industry programme anke għall-barranin għax naħseb li din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Rigward is-servizz tal-karozzi tal-linja rrid ngħid li din hija kwestjoni li hemm bżonn li nindirizzaw.", "Imbagħad rigward il-gwidi diġà bdejna nagħmlu ftit xogħol is-sena li għaddiet, u tajjeb li ngħid li dan l-aħħar in-numru ta' persuni li ggradwaw bħala gwidi, anke permezz tal-programmi li għandu l-ITS, żdied minn 35 għal 60 jiġifieri llum qed jiggradwaw madwar 25 gwida iżjed fis-sena.", "Madanakollu hawn irrid inkun ċar billi ngħid li dan xorta mhuwiex biżżejjed għax in-numru ta' multilingual guides li għandna bżonn huwa ferm aktar minn hekk.", "Kif għadni kemm għedt, aħna żidna n-numru ta' gwidi li jiggradwaw b'25 biex illum qed jiggradwaw madwar 60 gwida kull sena jiġifieri għamilna xi ħaġa f'dan ir-rigward, però dan għadu biss bidu u hemm bżonn li 'l quddiem naħdmu ħafna aktar f'din l-area partikolari.", "Matul dan id-dibattitu kien hawn min staqsa kemm jonfqu t-turisti kull lejl.", "L-ammont ta' nfiq fit-turiżmu fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena żdied bi kważi €140 miljun, imma huwa importanti li nanalizzaw l-infiq kull lejl ukoll, which was fairly consistent, u tajjeb li ngħidu li n-nefqa għal kull lejl tinkludi wkoll il-biljetti tal-ajru, li matul dawn l-aħħar erba' snin baqgħu dejjem jorħsu, jiġifieri din hija r-realtà li qed niffaċċjaw bħalissa.", "Għaldaqstant illum it-turist li jżur Malta qed jonfoq inqas fuq il-biljett tal-ajru u ovvjament dawn il-flus jistgħu jintnefqu fuq affarijiet oħrajn.", "Il-length of stay naqset ukoll u tajjeb ngħid li żidna numru ta' ljieli in off-peak accommodation, b'mod partikolari matul ix-xhur tax-xitwa.", "Naturalment din hija xi ħaġa pożittiva għax ir-realtà hi li l-infiq tat-turisti matul ix-xhur tax-xitwa jkun daqsxejn inqas minn dik ta' matul ix-xhur tas-sajf.", "Għaldaqstant għandek l-average li hu dak li hu.", "Kien hemm min staqsa wkoll dwar kemm nies attendew għall-Isle of MTV.", "Kif forsi kulħadd jaf, din is-sena għall-Isle of MTV ħdimna with health and safety regulations differenti li ġew imposti minn Viacom.", "Din id-darba dan l-event kien bil-biljetti u allura sfortunatament ma stajniex noħorġu aktar biljetti minn dawk li ħarġu.", "Forsi qabel kien ikun hemm aktar nies fuq il-Fosos tal-Furjana però kellna direzzjonijiet min-naħa tal-Viacom biex ikollna tant nies kull metru kwadru.", "Is-sena d-dieħla se nżommu t-ticketing system ukoll għax peress li llum is-saħħa u s-sigurtà huma kruċjali, huwa importanti li jkollna ticketed events, imma se nanalizzaw kif dawn it-tickets jistgħu jiġu allokati u forsi jkollna ftit aktar biljetti żejda biex aktar nies ikunu jistgħu jiġu għal din l-event.", "Hekk kif illum it-turiżmu qed jinfirex ma' Malta u Għawdex kollha, l-issue tar-residenti dejjem qed issir aktar importanti, u għalhekk illum aktar minn qatt qabel irridu nassiguraw li nżewġu l-ħteġijiet tat-turisti mal-ħteġijiet tar-residenti.", "Jekk ikollna formula li taħdem verament, m'għandux għalfejn ikollna l-backlash li qed ikollhom pajjiżi oħrajn, fosthom Venezja.", "Aħna qed nagħmlu minn kollox biex permezz tal-proġetti li qed isiru fit-turiżmu, il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi aktar, u dan billi t-tfal tagħna jkollhom aktar open spaces u green spaces filwaqt li n-nies ikollhom aktar events għal xiex jattendu, jiġifieri jsibu aktar x'jagħmlu.", "Jien konfidenti li jekk it-turiżmu jibqa' jagħti aktar impetu ekonomiku u flus fil-but tal-poplu Malti u Għawdxi, in-nies aktar se jirrealizzaw kemm dan is-settur huwa importanti għalina lkoll.", "Illum preżenti għal dan id-dibattitu hawn ukoll is-Sur Joe Fava, who is leading a religious tourism task force; settur ġdid u importanti li nixtiequ nkomplu nkabbruh.", "Fil-fatt din il-ġimgħa ġejjin diversi viżitaturi apposta biex jiddiskutu r-religious tourism magħna.", "Pereżempju, nistgħu norganizzaw events għaż-żgħażagħ f'din l-area filwaqt li nużaw il-monasteri u l-kunventi li għandna bħala akkomodazzjoni turistika, li hija xi ħaġa interessanti wkoll.", "Il-faith tourism huwa sabiħ, mhux biss fir-rigward tar-reliġjon Kattolika, imma anke f'dak li għandu x'jaqsam mat-tempji preistoriċi li għandna, li huma mill-isbaħ.", "Qed naħdmu wkoll fuq niches oħrajn, partikolarment ġewwa Għawdex.", "Pereżempju, ikun interessanti li wieħed ikun jaf li d-diving holidays jammontaw għal 25% tat-turiżmu f'Għawdex u għalhekk tkun ħaġa tajba li nibqgħu ninvestu fid-diving ġewwa Għawdex.", "Din hija xi ħaġa sabiħa ħafna.", "Fuq Għawdex se nibqgħu naħdmu mal-Ministru Justyne Caruana biex intejbu l-prodott u noffru aktar inċentivi sabiex aktar nies jitħajru jmorru lejn Għawdex.", "It's a hard sell, però jien ninsab konvint li nistgħu nagħmluha.", "Irridu nassiguraw li jkun hemm diversi avvenimenti u li min imur Għawdex ikollu x'jagħmel matul is-sena kollha.", "Il-konnettività hija issue oħra jiġifieri in the long term il-mina se jkollha l-importanza tagħha però naħseb li huwa importanti wkoll li nistudjaw il-helicopter service.", "Ma nixtieqx nagħmel commitments f'dan l-istadju għax dan huwa servizz għoli però nixtiequ nagħmlu studju biex nikkonsidraw jekk għandniex nerġgħu nintroduċu servizz bl-ajru bejn il-Malta International Airport u Għawdex.", "Huwa skomdu ħafna għall-imprendituri Għawdxin li jekk ikunu jridu jaqbdu flight fis-7.00 a.m. għal Heathrow, iridu jitilqu minn Għawdex f'xi s-1.00 a.m. Ċertament li din mhijiex xi ħaġa raġonevoli.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dak it-turist li jasal Malta fis-1.00 a.m. u jkun irid jaqsam lejn Għawdex dak il-ħin għax f'dan il-każ żgur li s-servizz tal-vapur mhuwiex konvenjenti.", "Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm tip ta' servizz ieħor, però għad irridu naraw kif dan jista' jsir in an economic manner.", "Kien hemm xi mistoqsijiet ukoll dwar route development fejn fost affarijiet oħra staqsewna jekk għandniex xi sezzjoni dwar dan il-qasam.", "Fil-fatt din is-sezzjoni teżisti u s-Sur Leslie Vella, is-Sur Carlo Micallef u Dr Gavin Gulia flimkien mal-kumplament tat-tim li hemm fl-MTA qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna f'dan ir-rigward.", "Rigward il-masterplan ta' Paceville tajjeb ngħid li bħala Ministeru għat-Turiżmu, we're leading a regeneration plan for Paceville flimkien mal-MHRA u mal-Mediterranean Tourism Foundation, liema pjan se jindirizza diversi kwestjonijiet fil-framework tal-pjan lokali li jeżisti, jiġifieri din hija xi ħaġa importanti wkoll.", "Saru għadd ta' mistoqsijiet oħrajn dwar passenger traffic to and from Malta, li naħseb li indirizzajniehom ukoll.", "Fir-realtà din is-sena l-passenger traffic se jkun dak ta' madwar 6.7 miljun minn u lejn Malta.", "Ovvjament dawn mhumiex se jkunu kollha turisti, u fil-fatt in-numru ta' turisti se jkun ta' madwar 2.6 miljun.", "Nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu; kemm lil dawk li jaħdmu fil-Ministeru, kemm lil dawk li jaħdmu fl-entitajiet tal-Gvern kif ukoll lil dawk li jaħdmu fis-settur privat, fosthom lil dawk li jaħdmu f'lukandi, f'ristoranti, f'kumpaniji tal-assigurazzjoni, f'aġenziji tal-ivvjaġġar, f'incoming agencies, fis-servizz tat-trasport jew f'xi post ta' divertiment.", "Dan huwa settur li jiġġenera terz tal-ekonomija tagħna b'mod dirett jew indirett, u ħafna mill-flus li taqla' Malta minn dan is-settur jibqgħu f'pajjiżna għax il-maġġoranza tas-sidien u tal-intraprendituri li joperaw fis-settur turistiku huma Maltin.", "Din hija xi ħaġa sabiħa, u għaldaqstant nixtieq nirringrazzja wkoll lill-investituri talli qed jagħmlu l-parti tagħhom billi qed jemmnu fil-prodott Malti u qed jinvestu f'lukandi, f'entertainment attractions ġodda, f'Airbnb residences żgħar, f'lukandi żgħar, eċċ. Dan kollu qed jikkrea a good sense for the country, u għaldaqstant qed iżidilna l-motivazzjoni li naħdmu ferm aktar biex nikkumplimentaw ix-xogħol li qed isir kemm mis-settur privat kif ukoll mis-settur tal-Gvern.", "Il-viżjoni tagħna hija li Malta titla' tarġa jew tnejn fis-settur u pajjiżna jista' jservi ta' attrazzjoni mill-isbaħ biex jattira turisti ta' kwalità kif ukoll business travellers.", "Jien nemmen ukoll li fi żmien sitt snin nistgħu nattiraw turisti minn setturi oħrajn, fosthom mill-Amerka, mill-Asja, mill-Indja u mill-Amerka t'isfel.", "Din hija l-viżjoni tagħna bħala Ministeru għat-Turiżmu, il-viżjoni tal-MHRA, il-viżjoni tal-Mediterranean Tourism Foundation u l-viżjoni tal-istakeholders kollha, u aħna se nagħmlu din il-viżjoni realtà.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għat-Turiżmu hija konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li għandha tiġi komunikata aktar 'il quddiem", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għat-Turiżmu rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għat-Turiżmu kienet ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, kienu posposti għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-Kamra għaddiet għal xogħol ieħor tal-Gvern li kien jidher fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-ARMI", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Armi, Kap. 480\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Armi jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IN-NEGOZJI", "TAL-FAMILJA", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, Kap. 565\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Issa nitlob lill-Ministru Konrad Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "KONRAD MIZZI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2018", "Is-Sitt Jum Stabbilit - Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali", "Vot 26 – Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali", "Vot 27 – Forzi Armati ta' Malta", "Vot 29 – Servizzi Korrettivi", "Vot 31 – Protezzjoni Ċivili", "Vot XI – Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Kapital.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali m' għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fid-9.35 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WASTESERV – IMPJEGATI ĠODDA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid assumiet il-Wasteserv (anke tramite subcontracting) taħt kwalunkwe titlu, terminu jew grad, full-time u part-time, mill-1 ta' Jannar 2016 sal-1 ta' Jannar 2018, xahar b'xahar?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 2617 li tagħti rendikont ta' impjegati ġodda sat-30 ta' Novembru 2017.", "Għall-fini ta' korrettezza, il-Wasteserv (anke tramite subcontracting) assumiet żewġ impjegati ġodda mit-30 ta' Novembru 2017 sal-1 ta' Jannar 2018.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ppubblikat State of the Environment Report?", "Meta jmiss joħroġ rapport ieħor?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (CAP 549) dan ir-rapport irid jiġi ppublikat kull erba' snin.", "L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), li ġiet imwaqqfa fl-2016, se tippubblika l-ewwel State of the Environment Report din is-sena.", "KAŻINI TAL-BANED F'GĦAWDEX LI BBENEFIKAW MINN GĦAJNUNA FINANZJARJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każini tal-baned f'Għawdex li bbenefikaw minn xi għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Ministeru jew xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ liema kienu dawn il-każini u x'kien l-ammont finanzjarju li ħadu?", "X'kien l-iskop tal-għajnuna li ngħatat?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "SPTAR ĠDID F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jibda jopera l-isptar il-ġdid f'Għawdex u dan peress li f'konferenza stampa li kienet ġiet irrapportata fuq il-mezzi tax-xandir fit-18 ta' Ġunju 2016 kien tenna li dan l-isptar ġdid kellu jkun fih 450 sodda, 250 acute beds u 200 geriatric beds?", "Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' dan l-isptar, issa li għaddew aktar minn sentejn, bediex?", "Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u jekk iva x'numru fih dan il-permess?", "Jekk għadhom ma nħarġux il-permessi, jista' jgħid x'inhi r-raġuni?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-kampus tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex miexi sew.", "Tant hu hekk li fil-ġranet li ġejjin se tiġi inawgurata l-Anatomy School ġdida waqt li x-xogħol fuq il-Medical School ta' Barts issa tela' sat-tielet sular.", "MARSALFORN GĦAWDEX – ĠNIEN TAT-TLIET GĦOLJIET - TISWIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li se ssir it-tiswija li hemm bżonn fid-dwal maħruqin u l-feature tal-ilma li hemm fil-Ġnien tat-Tliet Għoljiet f'Marsalforn, Għawdex?", "Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni lill-apparat tal-logħob li hemm f'dan il-ġnien u li huwa bis-sadid?", "Interpellant li minn stħarriġ li għamlu l-inġiniera tal-Ministeru nstab li d-dwal fil-fatt mhumiex maħruqa.", "Jidher li numru ta' ġrieden għamlu ħsara fil-wires li jipprovdu l-kurrent lil dawn id-dwal.", "Qegħdin isiru preparamenti sabiex dawn il-wires jinbidlu u d-dwal jitranġaw.", "Il-feature tal-ilma għandha problemi iktar serji.", "Jidher li l-ġibjun li minnu jittella' l-ilma għandu leakage qawwi u ma jżommx ilma.", "Din trid aktar ħin sabiex tissewwa.", "Rigward l-apparat tal-logħob li jinsab f'dan il-ġnien, bħalissa għaddejjin arranġamenti mal-kuntrattur sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa.", "XAGĦRA GĦAWDEX – PARK TAL-FAMILJA FIL-QORTIN – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5887, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla u li din ġiet magħluqa u rijabilitata?", "Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar u jekk inħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja?", "Jista' jgħid ukoll jekk dan il-park hux se jkun aċċessibbli u lest għall-familji Għawdxin matul is-sena 2018?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender għax-xogħol fuq il-landfill tal-Qortin ġiet ippubblikata filwaqt li l-applikazzjoni għall-permess tax-xogħlijiet għadha fil-proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Madankollu l-ebda offerta ma daħlet għas-sejħa tax-xogħlijiet u b'hekk ma jistax jiġi garantit li l-park se jkun miftuħ għall-pubbliku sal-aħħar tal-2018.", "Is-sejħa tax-xogħlijiet se terġa' toħroġ fuq is-suq sakemm ikun hemm kuntrattur disponibbli.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – KASTIG MOGĦTI LILL-IMPJEGATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5643 u 6009, tista' l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 6009.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PERSUNI INGAĠĠATI ĠODDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5787 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?", "Interpellant li għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5787.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex diversi anzjani ilhom ġimgħat sħaħ mingħajr is-servizz tal-Home Help?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan sar minħabba li ma kenux qegħdin jinstabu ħaddiema biżżejjed sabiex jaħdmu bħala home helpers.", "Din il-problema qiegħda tiġi indirizzata billi dan il-Gvern ta żieda lill-persuni li jaħdmu bħala home helpers mal-kuntrattur.", "Dawn il-ħaddiema issa ħadu żieda fis-salarju tagħhom ta' €28 fil-ġimgħa.", "DIPARTIMENT TAS-SIGURTÀ SOĊJALI – DETTALJI TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li d-dettalji tagħha ma nstabux fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m'għandux dettalji tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax minbarra li hija persuna barranija, qatt ma kienet benefiċjarja tal-istess Dipartiment.", "KONT TAL-ILMA - KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tikkonferma li ma kellhiex leakage iżda li kien hemm biss bużżieqa tal-arja u peress li l-kont ġie €3,000 u tnaqqsulha €1,000 biss?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji tal-individwu ġew mgħoddija lill-entità kkonċernata biex tisħarreġ dan l-ilment.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex social worker iżur din il-familja peress li dan l-anzjan għandu tifla ta' 57 sena b'diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-social worker se żżur il-familja tal-individwu msemmi.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – INVESTIGAZZJONI RIGWARD STRUTTURA TA' COFFEE SHOP", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar rigward struttura ta' coffee shop maġenb il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar bid-dettalji AC062/18 Re: Naxxar, liema struttura ma tirrispettax il-permess hekk kif ġie approvat?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħti aktar dettalji peress li r-riferenza tan-numru li forna fil-mistoqsija mhuwiex numru ta' riferenza tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar saqaf ta' residenza?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar informat lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll kemm dan l-individwu tħallas għas-servizzi tiegħu sena b'sena?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi mpjieg, x'servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ngħata l-ebda impjieg jew servizzi ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament la mill-Ministeru għas-Saħħa u lanqas mill-entitajiet u/jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR - SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid xi mpjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw l-ebda mpjieg jew servizzi ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid xi mpjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab informat mid-Direttorat Strateġija u Sapport u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kellu ebda impjieg jew servizzi ta' konsulenza u ma sarlu l-ebda pagament mis-sena 2013 sal-lum.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA - SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid xi mpjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li l-persuna msemmija m'għandhiex u qatt ma kellha xi mpjieg jew servizzi ta' konsulenza taħt id-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid xi mpjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' tgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ntalab l-ebda xogħol jew servizzi ta' konsulenza mingħand l-individwu msemmi fil-perjodu msemmi.", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' x'jinkludu l-pakketti tal-piloti tal-Air Malta?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pakkett tal-piloti, kif miftiehem fil-ftehim kollettiv, jinkludi:", "· Paga bażika;", "· konċessjonijiet fuq kull siegħa li pilota jtir;", "·konċessjonijiet varji li huma konnessi mal-ħin tal-ġurnata u jiem ta' festi, kif ukoll ħlas ta' meta l-pilota jaħdem il-ġurnata skedata off;", "· skema ta' insurances varji li japplikaw meta l-pilota ma jkunx jista' jtir minħabba restrizzjonijiet mediċi; u", "· ammont ta' qligħ garantit li jiġi determinat skont l-aħjar ammont f'sena li jkunu qalgħu fl-aħħar erba' snin.", "Barra mill-ftehim kollettiv il-piloti għandhom ukoll trasport b'xejn minn u lejn il-post tax-xogħol.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jintlaħaq Gender Mainstreaming kif identifikat fl-iStrategic Objective 6 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "HELENA DALLI: Il-Ministeru waqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b'mod sistematiku fil-politika tal-Gvern.", "SKEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - DISKRIMINAZZJONI ABBAŻI TA' SESS", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess hija prijorità, peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hijiex mara jew raġel - eżempju ta' dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta \"€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051\" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018 - u peress li dan qed iwassal għal tfixkil għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed għax iħallsu rati ogħla u dan qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress ukoll li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġġJaw l-introjtu tagħhom, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibBli?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-klawsola ddaħħlet fl-2011 biex tinkoraġġixxi nisa jirregolarizzaw ruħhom fix-xogħol li jkunu qed jaħdmu fih u jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, sabiex meta jaslu għall-età tal-irtirar tagħhom, ikunu jistgħu jikkwalfikaw għal xi forma ta' pensjoni kontributorja f'isimhom.", "Din il-klawsola per se ma toħloqx diskriminazzjoni, minħabba li tfittex li tgħin biex tirregolarizza settur li hu predominentament magħmul min-nisa.", "Inżid ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kapitlu 318 tal-Liġijiet ta' Malta, mhuwiex kif ikkwotat minnha.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant ukoll li l-Avviż Legali Numru 6 tal-2018 qiegħed jirreferi għar-rati tas-sena 2017.", "L-Avviż Legali li jirreferi għar-rati tas-sena 2018 huwa l-Avviż Legali Numru 195 tal-2018.", "Huwa għal din ir-raġuni li hemm kuntrast kif qed jingħad mill-Onor.", "Interpellant bejn l-Avviż Legali msemmi minnha u l-informazzjoni fuq Is-sit uffiċjali tal-Kummissarju tat-Taxxi.", "Ta' min jirrimarka wkoll li kemm l-Avviż Legali (Nru 195/2018) kif ukoll is-sit tal-Kummissarju tat-Taxxi jirreferu għal rata ta' €29.41 u mhux dik ta' €29.51 kif qed telenka l-Onor.", "DISKRIMINAZZJONI ABBAŻI TA' SESS FI SKEMI TA' SIGURTÀ SOĊJALI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi ta' jekk il-persuna hijiex mara jew raġel u eżempju ta' dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap.218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta \"€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hija mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għadha ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051\" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed għax iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress ukoll li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġġjaw l-introjtu tagħhom, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibbli?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KAROZZI REĠISTRATI F'MALTA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi rreġistrati f'Malta kull sena mill-2013 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati karozzi kull sena mill-2013 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt.", "** Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji għal kull sena mill-2013 sal-lum, kemm ġew importati karozzi second-hand u minn fejn kienu importati sena sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella ta' hawn taħt.", "ĦRUĠ TA' KAROZZI ĠODDA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda kull sena mill-2013 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella ta' hawn taħt.", "JUM INTERNAZZJONALI BIEX TINTEMM L-IMPUNITÀ GĦAL REATI MWETTQA FUQ ĠURNALISTI", "L-ONOR.", "MARLENE FARRUGIA staqsiet lill-Prim Ministru: Issa li Malta sfat wieħed mill-pajjiżi fid-dinja fejn il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba t-twettiq ta' xogħolha, u r-ranking ta' Malta fejn jidħol ħelsien tal-istampa niżel 18-il-post, biex issa ninsabu fil-65 post minflok fis-47 post, skont l-indiċi tal-ħelsien tal-istampa tal-RSF, nistaqsi kif beħsiebu l-Gvern jimmarka l-Jum tat-2 ta' Novembru, li huwa l-Jum Internazzjonali dedikat biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti?", "Jista' jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex il-ġurnalisti jkunu aktar protetti u biex ma terġax tintilef il-ħajja ta' ġurnalisti li qegħdin f'riskju?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Gvern ma joqgħodx jistenna jiem partikolari biex jaħdem favur aktar libertà tal-espressjoni imma jmexxi 'l quddiem il-libertajiet ċivili – inkluż il-libertà tal-espressjoni - bis–saħħa ta' liġijiet ġodda li jgħaddi.", "Dan il-Gvern wettaq riformi li kienu ilhom li tħallew fuq l-ixkaffa għal ġenerazzjonijiet sħaħ biex illum għandna qafas legali fost l-iktar progressiv fl-Ewropa u lil hinn fejn tidħol il-libertà l-espressjoni – kemm artistika u kif ukoll ġurnalistika.", "Infakkar kif dan il-Gvern wettaq riforma li biha neħħa ċ-ċensura artistika u rriforma mill-qiegħ il-liġijiet kriminali tagħna li kienu qed iservu sarima ma' ħalq l-artist.", "Infakkar li bċejjeċ artistiċi li sa ftit ilu kienu jiġu ċċensurati, illum jittellgħu għall-pubbliku bl-iktar libertà.", "Infakkar ukoll li waqt li sa ftit snin ilu kittieba kienu tressqu l-Qorti akkużati b'reati kriminali talli kitbu storja, illum wettaqna riformi legali li ġew imfaħħra minn wieħed minn dawn iż-żewġ kittieba/pubblikaturi stess.", "Bl-istess mod dan il-Gvern daħħal fis-seħħ pakkett ta' emendi li taw libertajiet ġurnalistiċi ġodda.", "Tneħħa l-libell kriminali, iddaħħal il-konċett ta' medjazzjoni f'kawżi ta' libell ċivili, tħassru għadd ta' reati kriminali taħt diversi forom fejn jidħlu stejjer ġurnalistiċi, iddaħħal il-konċett ta' citizen-journalism, tneħħa l-obbligu tar-reġistrazzjoni fejn jidħlu l-ġurnalisti, issaħħet il-protezzjoni għas-sorsi, tneħħiet il-possibbiltà li wieħed jiftaħ diversi libelli fuq l-istess storja, tneħħew il-mandati kontra l-ġurnalisti u tħalla mhux mimsus il-capping fejn jidħlu danni.", "Dan kollu sar b'diskussjonijiet twal u importanti mal-istakeholders kollha.", "ARABJA SAWDIJA – QTIL TA' ĠURNALISTA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti kkundannax pubblikament il-qtil tal-ġurnalista Jamil Khashoggi fil-Konsulat tal-Arabja Sawdija fit-Turkija?", "Jekk iva, meta?", "Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq dan il-qtil brutali u jekk wassalx il-kundanna tiegħu lil Arabja Sawdija?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Malti qiegħed isegwi mill-qrib l-iżviluppi relatati mal-qtil tal-ġurnalist Sawdi, Jamal Khashoggi, fil-konsulat tal-Arabja Sawdija fit-Turkija.", "Ta' min isemmi li r-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea, Federica Mogherini, ħarġet stqarrija f'isem l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, fl- 20 ta' Ottubru 2018 fejn ġiet enfasizzata l-ħtieġa ta' investigazzjoni bir-reqqa, kredibbli u trasparenti li titfa' dawl fuq iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-qtil tal-ġurnalist.", "Il-Gvern Malti jkompli jappoġġa din il-pożizzjoni.", "Il-Ministeru ġie wkoll mistoqsi minn xi midja lokali fejn għamilna l-pożizzjoni tagħna ċara.", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett għall-Hibernians Rugby & Football Club imħabbar minnu qabel l-aħħar elezzjoni, fis-27 ta' Mejju 2017?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Projects Plus Limited qed tistenna li jinħarġu l-permessi kollha neċessarji sabiex tkun tista' tibda l-proġett fuq il-Corradino Rugby Complex.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li l-ħsara strutturali li hemm fit-tarf ta' Triq Leli Falzon kantuniera ma' Triq il-Forġa, fin-Naxxar tiġi mistħarrġa mill-awtorità kompetenti biex possibbilment l-inkonvenjent kbir li sofrew numru ta' residenti fir-residenzi tagħhom wara x-xita li għamlet fl-aħħar ġimgħat, ma terġax tiġri?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorità kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta' din it-triq huwa l-kunsill lokali tal-lokalità konċernata.", "Din l-entità ġiet mgħarrfa bid-diffikultà indikata.", "Sadanittant, Infrastructure Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta' €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f'kull lokalità.", "Fil-fatt diġa tħabbru l-ewwel 120 fost it-toroq li se jkunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019.", "Aktar toroq li se jiġu rranġati fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "NAXXAR – TRIQ LELI FALZON – RILOKAZZJONI TAL-BUS STOP", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx id-deċiżjoni li l-bus stop li hemm fit-tarf ta' Triq Leli Falzon kantuniera ma' Triq il-Forġa fin-Naxxar jiġi rilokat aktar 'l isfel għal Triq il-Kbira biswit l-istess Triq Leli Falzon?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bus stop bl-isem \"Stivala\" li fil-preżent jinstab fi Triq il-Kbira, kantuniera ma' Triq il-Forġa, se jkun qed jiġi rilokat ftit metri 'l isfel fi Triq il-Kbira.", "Informat ukoll li Transport Malta applikat u kisbet permess mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tistalla bus shelter fuq dan il-bus stop.", "SALINI – TRIQ IL-KOSTA – BUS STOPS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li l-periklu li tħalla fuq numru ta' bus stops tul Triq il-Kosta fis-Salini jiġi rimedjat b'mod immedjat?", "Dan wara li ammont ta' terrapien, ktajjen, ħofor imħaffra fuq il-bankini u saħansitra inġenji tħallew fuq l-istess bankini għal aktar minn għaxart ijiem b'detriment u b'periklu għal min jagħmel użu minn dawn l-istess bus stops.", "Barra minn hekk dan ix-xogħol, ikkummissjonat minn Transport Malta, u li ma kienx imwettaq kif titlob is-sengħa, fisser li kien kważi impossibbli li l-pubbliku seta' jagħmel użu minnhom fl-aħħar għaxart ijiem kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament.", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent qed isiru xogħlijiet ta' preparamenti f'diversi partijiet ta' Triq il-Kosta sabiex ikunu jistgħu jitwaħħlu numru ta' bus shelters ġodda matul din it-triq.", "Dawn huma works in progress hekk kif jixhdu r-ritratti stess li ppreżenta l-Onor.", "Interpellant ma' din il-mistoqsija parlamentari fejn ir-ritratti Salini -Triq il-Kosta, bus stop pic 1 kif ukoll pic 3, jindikaw l-istess sit, fuq bus stop \"Għasfur\" f'fażijiet differenti tax-xogħol.", "Filwaqt li napprezzaw li sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa jkun qed jinħoloq ċertu inkonvenjent għall-pubbliku li jkun irid juża dawn il-bus stops, ir-ritratti li ppreżenta l-Onor.", "Interpellant jixhdu li hemm spazju adegwat biex persuna tkun tista' tagħmel użu minn dawn il-bus stops.", "Informat ukoll li nġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur li qed iwettaq dawn ix-xogħlijiet sabiex jiżgura li s-siti ma jkunux ta' periklu għal dawk li jkunu qed jużaw dawn il-bankini.", "KUNSILLI LOKALI – SKEMA TA' RESTAWR MAĦRUĠA FL-2017", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul l-2017?", "Jista' jgħid:", "a. liema mit-talbiet li saru fil-fatt ġew approvati;", "b. liema mill-proposti approvati fil-fatt saru; u", "c. liema kienu dawk li ma sarux u r-raġuni għaliex ma sarux?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Il-lista tal-applikazzjonijiet sottomessi fl-2017 u lista oħra tal-applikazzjonijiet approvati għal dik is-sena tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Intant, fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq il-Kappella ddedikata lill-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann Battista fis-Siġġiewi, il-Kappella ta' San Ġwann Battista fil-Għargħur u l-faċċata taċ-Ċentru Parrokkjali ta' Ħal Safi.", "Issa li nħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, fil-ġranet li ġejjin se jinbeda wkoll ix-xogħol ta' restawr fuq in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu f'Raħal Ġdid.", "Huwa mistenni wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin jinħareġ il-permess tal-istess Awtorità biex ikun jista' jinbeda x-xogħol ta' restawr fuq il-Ħajt tal-Matla fl-Imqabba.", "Intant, minkejja li kien magħżul mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni, il-proġett ta' restawr fuq il-Knisja ta' San Pawl tal-Ħġejjeġ f'San Pawl il-Baħar mhux se jitwettaq peress li l-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità għażel li jirtira l-applikazzjoni tiegħu.", "KUNSILLI LOKALI – SKEMI TA' RESTAWR MAĦRUĠA FL-2018", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul din is-sena (2018)?", "Jista' jgħid liema kienu l-proposti u liema ġew approvati?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-iskema għadha fi stadju ta' evalwazzjoni.", "Inkun nista' nagħti l-bqija tad-dettalji hekk kif l-iskema tiġi aġġudikata.", "GĦAWDEX – INTRAPRIŻI PRIVATI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex?", "Tista' tgħid:", "a. kemm minnhom applikaw għall-miżura li ġiet introdotta fl-2018, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat; u", "b. kemm ġew impjegati ħaddiema taħt din il-miżura?", "Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija (kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex?) għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.", "Sat-30 ta' Ottubru 2018, kien hemm 14-il employer fis-settur privat f'Għawdex li ssottometta applikazzjonijiet biex jipparteċipa fl-iskema Gozo Employment Refund Scheme li ġiet introdotta fl-2018.", "Dan ifisser li sad-data msemmija kien hemm 26 ħaddiem li ġew impjegati taħt din l-iskema.", "GĦAWDEX – PROĠETT TA' FARM SPERIMENTALI – FAĊILITAJIET ĠODDA GĦALL-BDIEWA U SAJJIEDA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u għas-sajjieda li ġew imwettqa fuq il-proġett tal-farm sperimentali ta' Għawdex, liema proġett kien tħabbar fil-Baġit għas-sena 2018?", "Interpellant li għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentrari 6983.", "** Tabella relatata ma' mistoqsija parlamentari 7486"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181101_155d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.00 a.m.", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 155, li saret fl-1 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din is-seduta hija mingħajr mistoqsijiet.", "Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-kumitat għandu quddiemu biex jiġi diskuss il-Vot tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018 il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, inressaq dawn ir-rizoluzzjonijiet:", "VOT 26 – MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €15,130,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 – Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €56,204,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 – Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €69,349,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - Pulizija, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €14,409,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 – Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,264,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 – Probation u Parole, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 31 - PROTEZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €6,624,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 – Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT XI - MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €37,064,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI – Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 26 - MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Sinjura President, dalgħodu l-Parlament qiegħed ikompli bid-diskussjoni dwar il-Baġit 2019.", "Dan huwa s-sitt baġit ta' Gvern Laburista li kif nafu ħa r-riedni ta' dan il-pajjiż f'idejh fl-2013.", "Dalgħodu qegħdin niddiskutu l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, u jekk hemm settur fejn il-Baġit jonqos milli jipprovdi xi forma ta' pjan, jekk hemm settur fejn il-Baġit jonqos li jipprovdi xi forma ta' direzzjoni u viżjoni, huwa proprju fil-qasam tal-intern u s-sigurtà nazzjonali.", "Il-Baġit tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ġie ppreżentat il-ġimgħa l-oħra ma joffri l-ebda direzzjoni u l-ebda viżjoni għall-Pulizija, għall-Armata, għall-Gwardjani tal-Ħabs, għall-ħabsijiet u għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.", "Huwa Baġit li jinsa s-sigurtà tal-pajjiż, jinsa l-ġlieda kontra l-kriminalità u jinsa n-nies normali li ta' kuljum iħabbtu wiċċhom ma' kriminalità dejjem aktar organizzata, dejjem aktar elaborata u dejjem aktar effiċjenti.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi rrid insellem lill-pulizija onesti kollha ta' dan il-pajjiż li ta' kuljum iqumu għax-xogħol, jitilqu minn mal-familji tagħhom u jmorru fuq xogħolhom, xogħol li ħafna drabi ma napprezzawx kemm huwa perikoluż u kemm hu ta' sfida kontinwa, li ħafna drabi jġibhom wiċċ imb wiċċ mal-kriminali, mal-kriminalità u mal-periklu.", "Għalhekk, fil-bidu tad-diskors tiegħi, f'isem l-Oppożizzjoni rrid intenni l-appoġġ u l-apprezzament tagħna għall-ħidma ta' kuljum tal-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija.", "Grazzi minn qalbna għax-xogħol li tagħmlu.", "Grazzi talli f'isimna taħdmu għall-ġustizzja.", "Grazzi talli tagħmlu l-almu tagħkom biex tipproteġu lilna lkoll mill-kriminali.", "Flimkien mal-pulizija, irrid nifraħ ukoll lill-unions tal-pulizija għall-ħidma tagħhom, għall-perseveranza tagħhom u għall-insistenza tagħhom, sabiex ftit tal-ġranet ilu ġie ffirmat sectorial agreement ġdid għall-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija.", "Nifirħilhom, għax wara snin sħaħ ta' tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal-Gvern, wara snin sħaħ ta' kliem fl-arja, bl-insistenza taż-żewġ unions tal-pulizija, il-Gvern kellu jċedi u jasal għal ftehim sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-pulizija.", "Aħna nifirħu li l-Gvern fl-aħħar aċċetta li wasal iż-żmien li l-pulizija, bħall-ħaddiema kollha, jibdew jaħdmu ġimgħa ta' 40 siegħa.", "Irrid infakkar li din il-proposta kien għamilha l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar programm elettorali, imma dakinhar kien hemm min iddieħak bina min-naħa tal-Gvern u qal li dak li qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista ma jistax isir biex issa l-Gvern fl-aħħar kellu jċedi u jaċċetta din il-proposta.", "Dwar din il-materja tal-40 siegħa fil-ġimgħa, kellmuni diversi pulizija li esprimew it-tħassib tagħhom miegħi u qaluli li jisperaw li l-Gvern f'din il-proposta m'għamilx xi ħadma.", "Jien nistieden lill-Ministru, li qiegħed hawn quddiemi, biex illum fid-diskors tiegħu jserraħ moħħ il-membri kollha tal-Korp li dan il-ftehim ifisser li kull siegħa li tinħadem oltre l-40 siegħa fil-ġimgħa se jitħallsu għaliha bl-overtime.", "Nistieden lill-Ministru biex ikun ċar u mingħajr ħafna tidwir tal-kliem jassigura li kull siegħa li se jaħdmu l-pulizija oltre l-40 siegħa, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, se jitħallsu għaliha bl-overtime.", "Kont qed ngħid li l-Partit Nazzjonalista jappoġġja wkoll il-ftehim li ntlaħaq sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-pulizija, inkluż żieda fil-pagi.", "Wara snin ta' tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal-Gvern għal kważi sitt snin sħaħ, issa l-Gvern kellu jaċċetta li titjieb il-paga tal-pulizija kollha.", "Aħna, in-naħa tal-Oppożizzjoni, niftaħru li konna aħna l-pijunieri li matul 25 sena fil-gvern tajna lura d-dinjità lill-Korp tal-Pulizija.", "Niftaħru li konna aħna li tejjibna l-kundizzjonijiet tal-pulizija tul is-snin u li daħħalna lura d-dritt tal-pensjoni wara 25 sena servizz.", "Allura llum, b'wiċċna minn quddiem, nifirħu lill-unions tal-pulizija għar-rebħa li għamlu ftit tal-ġranet ilu meta ntlaħaq qbil għal żieda fil-paga tal-pulizija.", "Però fil-Korp tal-Pulizija mhux kollox ward u żahar, għax għad hemm problemi kbar.", "Fil-pajjiż għad hawn sfidi kbar u sfortuntament, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà fil-pajjiż, għad hawn realtà ta' kriminalità ħafna drabi organizzata li qiegħda theżżeż is-soċjetà, li qiegħda tinkwieta u tbeżża' lin-nies u li ħafna drabi qed tħalli warajha l-vittmi wkoll.", "Sinjura President, fil-ġranet li għaddew smajt lill-esponenti tal-Gvern, fosthom lilek Ministru, li kull meta tiġu kkritikati li fil-pajjiż hawn problema ta' kriminalità u li fil-pajjiż hawn problema ta' kriminali jiġru barra, tirreaġixxu billi tistqarru u tagħmlu asserzjonijiet li dak li qed jgħidu n-nies hu eżaġerat u ma jirriflettix il-verità.", "Ir-reazzjoni tagħkom kontinwament tkun li mhuwiex minnu li l-poplu Malti huwa inkwetat bil-kriminalità, anzi tgħidu li kulħadd huwa moħħu mistrieħ fuq xogħlu, f'daru, u f'pajjiżu bla biża', però dan mhuwiex minnu, Ministru.", "Illum f'ċerti lokalitajiet is-sitwazzjoni ħarbet minn idejkom, għax f'żoni bħal Paceville, San Pawl il-Baħar, il-Marsa u l-Belt, donnu l-ammont ta' reati kriminali, minbarra li baqgħu kostanti, qegħdin ikomplu jsiru aktar gravi.", "Skont l-aħħar Crime Annual Report li ġie ppubblikat għas-sena 2017 nistgħu naraw li matul dik is-sena rajna żieda fis-serq mid-djar privati, mil-lukandi, mill-ħwienet u minn fuq nies fil-bajjiet.", "Biżżejjed ngħid li f'din l-aħħar statistika ġew rapportati 17,136 każ ta' reat kriminali, jiġifieri 47 reat kuljum, żewġ reati fis-siegħa.", "Dawn huma ċifri allarmanti għal pajjiż żgħir bħal tagħna!", "Jien naf x'se jagħmel il-Ministru, Sinjura President.", "Se jiġi hawn u jgħidilna li m'aħniex korretti, għax fis-sena 2017 ir-reati naqsu.", "U r-risposta tagħna hija li dik ir-risposta hija ta' xi ħadd li jrid jinħeba wara n-numri u ċ-ċifri biex jikkonsla lilu nnifsu u, agħar minn hekk, jipprova jitmejjel bin-nies.", "Jien nippretendi li l-Ministru jiġi hawn aktar tard u jgħidilna li aktar minn 17,000 reat fis-sena hu ammont allarmanti.", "Irridu jammetti li l-uniku tnaqqis li kien hemm fis-sena 2017 li jaffettwa l-figura totali kien fil-każijiet tal-pickpocketing, għax il-bqija rajna żieda fil-każijiet kollha ta' reati, imma peress li kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-pickpocketing, il-bottom line taċ-ċifra naqas bi ftit.", "Jien nippretendi li l-Ministru jiġi hawn u jibgħat messaġġ lill-poplu Malti li hu jempatizza, li hu jħoss il-polz tal-inkwiet tan-nies hemm barra u li jħoss il-biżgħa tal-anzjani li jibżgħu joqogħdu ġo djarhom waħedhom.", "Jien irrid li l-Ministru jiġi hawn u jibgħat messaġġ li hu jifhem il-biżgħa tal-ġenituri, bħal ħafna minna hawn ġew, li m'għadhomx jafdaw lil uliedhom f'ċerti lokalitajiet barra f'kull ħin, kif forsi konna nagħmlu fi żmenijiet oħra.", "Jien nippretendi li l-Ministru jiġi hawn u jgħid: Iva, hemm barra għandna problema ta' kriminalità.", "Irridu jgħidilna dak li ma jgħidx il-Baġit, jiġifieri x'inhuma l-pjanijiet tiegħu biex tiġi miġġielda l-kriminalità f'pajjiżna.", "Is-sena li għaddiet rajna żieda fenomenali fil- każijiet ta' frodi, fejn rajna żieda ta' 57% fuq is-sena ta' qabel.", "Matul is-sena li għaddiet 7% tar-reati li ġew mwettqa f'dan il-pajjiż kienu każijiet ta' vjolenza domestika.", "Din is-sena s'issa ġew rapportati iktar minn 888 każ ta' vjolenza domestika.", "Matul is-sena li għaddiet kien hemm 85 każ ta' persuni li attakkaw u wżaw vjolenza fuq il-pulizija u din is-sena xejn inqas, għax assistejna għall-inċident terribbli ta' Simon Schembri, li fil-fehma tiegħi hu eye-opener għal kulħadd.", "Sal-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena ġew rapportati 4,574 serqa.", "Dan ifisser li f'pajjiżna, mill-1 tas-sena sal-lum, kellna 18-il serqa kuljum, jiġifieri serqa kull siegħa u nofs.", "Mill-bidu tas-sena sal-lum kellna 37 każ ta' mugging – jiġifieri tkun miexi fit-triq għall-affari tiegħek u tiġi attakkat mill-kriminali – kellna 78 każ ta' snatch and grab – jiġifieri tkun miexi għall-affari tiegħek, jattakkawk u jeħdulek dak li jkollok fuqek – kellna 871 każ ta' pickpocketing fejn lanqas tinduna li jkunu serquk u kellna 112-il każ ta' serq mill-bajjiet.", "Sal-aħħar t'Awwissu li għadda kellna 649 serqa f'San Ġiljan, aktar minn 427 serqa f'San Pawl il-baħar, aktar minn 315 serqa mill-Belt, 377 serqa minn tas-Sliema, 182 serqa minn Birkirkara u 170 serqa minn Ħal Qormi.", "Sinjura President, fl-aħħar ħames snin u nofs kellna 34 omiċidju, li nofshom għadhom mhumiex solvuti!", "Issa minn hawn u ftit ieħor jiġi l-Ministru jgħidilna li aħna tal-Oppożizzjoni dejjem negattivi, li m'aħniex lesti li nfaħħru lill-Gvern u m'aħniex lesti li ninċensaw lill-Gvern.", "M'għandix dubju li hekk se jagħmel, u r-risposta tagħna hi li aħna qegħdin fuq in-naħa t-tajba, qegħdin fuq in-naħa taċ-ċittadin onest li jrid jiġġieled il-kriminalità.", "Fuq kollox, aħna qegħdin fuq in-naħa tal-pulizija onesti li jixirqilhom ħafna aktar biex ikunu jistgħu jiġġieldu l-kriminalità u jirbħu lill-kriminali.", "Qiegħed insemmi dawn iċ-ċifri għax il-Baġit lanqas biss jirrikonoxxi li f'dan il-pajjiż għandna problema kbira ta' kriminalità dejjem iktar organizzata.", "Evidentement, m'għandux l-iċken idea dwar x'għandu jagħmel biex jiġġieled il-kriminalità.", "Ġenwinament nistieden lil kull min qiegħed jismagħna biex jaqra d-diskors tal-Baġit u jifli paġna 97 tal-Baġit.", "Meta tagħmel dan ma ssib l-ebda proposta serja li biha l-Gvern qed jibgħat messaġġ li se jieħu l-ġlieda kontra l-kriminalità bis-serjetà.", "Hija inkwetanti li f'Baġit sħiħ, l-unika proposta nofsha msajra biex jiġġieled il-kriminalità hija li l-Gvern fl-għaqal tiegħu se jintroduċi l-konċett tas-safe cities b'ħafna kliem sabiħ u se jagħmel dan billi jinstalla numru ta' cameras bil-kapaċità ta' facial recognition f'Paceville, imbagħad forsi aktar tard fil-Marsa.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, għandna riservi kbar dwar din l-idea Orwelljana, dwar din l-idea ta' the big brother is watching.", "Irridu naraw kif din ma tiksirx id-drittijiet umani tal-privatezza.", "X'faqar, Sur Ministru!", "Biex taqbdu l-kriminali ddeċidejtu li tispjunaw fuq kulħadd!", "Minn din il-proposta joħroġ ċar li dan huwa Gvern li qata' qalbu milli jpoġġi iktar pulizija fit-toroq tagħna.", "Dan huwa Gvern li minflok pulizija preżenti fit-toroq li tarahom il-ħin kollu, se jwaħħal il-cameras biex jarawk mingħajr ma tarahom.", "Aħna mill-Oppożizzjoni ma naqblux ma' din l-attitudni u ma' din l-istrateġija, għax aħna nemmnu f'Korp tal-Pulizija viċin in-nies.", "Aħna nemmnu f'Korp tal-Pulizija bi preżenza fil-lokalitajiet tagħna.", "Aħna nemmnu f'għases miftuħa, f'għases attrezzati, f'għases mgħammra bl-aqwa tagħmir u bl-aqwa pulizija.", "Huwa tal-mistħija dak li żvela l-Kap tal-Partit ftit tal-ġranet ilu u li ġie rrapportat fil-gazzetta tal-lum.", "F'Għawdex, minn 16-il għassa tal-pulizija, hemm 12 minnhom magħluqa!", "L-għassa ta' Sannat, tal-Għasri, tal-Għarb, ta' San Lawrenz, ta' Marsalforn, ta' Kerċem, tal-Munxar, taż-Żebbuġ, tax-Xagħra, tan-Nadur, tal-Qala u ta' Għajnsielem, huma kollha magħluqa.", "Istħu, jekk tafu!", "Dan huwa Gvern li abbanduna lil Għawdex u s-sigurtà tiegħu; Għawdex li għandu l-problemi tiegħu ta' kriminalità; Għawdex li kif nittama li jaf il-Ministru, għandu problema kbira tat-traffikar tad-droga; Għawdex, fejn il-kriminali jistgħu joperaw kif iridu, x'ħin iridu u fejn iridu, għax il-pulizija huma totalment assenti mill-maġġoranza tal-lokalitajiet.", "Din il-problema teżisti f'Malta wkoll, għax għandna għases f'diversi lokalitajiet li huma dejjem magħluqa, fosthom tal-lokalità fejn ngħix jien, il-Għargħur, ta' Ħ'Attard, ta' Santa Venera u tant u tant postijiet oħra.", "Ministru, dan mhuwiex sew.", "Dan mhuwiex dak li wegħidtu.", "L-istrateġija tagħkom li tagħlqu minflok tiftħu l-għases qed taġevola lill-kriminalità.", "L-għases magħluqa jinkwetaw lin-nies.", "L-għases magħluqa jfissru li r-refuġju għan-nies onesti huwa magħluq.", "L-għases magħluqa huma ċ-ċertifikat tal-falliment tagħkom.", "Kif għedt aktar kmieni f'dan id-diskors, pajjiżna llum mhux biss qiegħed jiffaċċja kriminalità ordinarja, iżda qed jiffaċċja l-kriminalità organizzata, kriminalità li trendi l-miljuni, kriminalità li toqtol, kriminalità li theżżeż is-sisien tas-soċjetà.", "Sinjura President, sena ilu f'dan il-pajjiż kien hawn ġurnalista li tkellmet fuq il-krimanlità organizzata.", "Sena ilu kien hawn persuna li pajjiżna naqas milli jipproteġi.", "Sena ilu kien hawn persuna li l-Istat naqas milli jipproteġi meta evidentement kienet qiegħda tirfes il-kallijiet ta' ħafna.", "U għax ma pproteġejniex lil din il-persuna, għax ma pproteġejniex lil din il-ġurnalista, għax ma pproteġejniex lil Daphne Caruana Galizia, din ġiet maqtula b'bomba li tertqitha biċċiet.", "Allura f'dan id-diskors irrid insellem lil din il-ġurnalista li ma beżgħetx, lil din il-ġurnalista unika li kixfet il-korruzzjoni u kixfet il-kriminali, u għax għamlet hekk, għax kienet kuraġġuża, inqatlet.", "F'dan id-diskors tiegħi, jien ukoll irrid intenni l-appell tal-Oppożizzjoni u l-appell tal-familja tagħha sabiex f'dan il-każ verament u bis-serjetà we leave no stone unturned.", "Nappella li dan il-każ jiġi eżaminat bir-reqqa kif tlabna aħna, b'inkjesta mwaqqfa minn dan il-Parlament, sabiex jara jekk il-qtil ta' din il-ġurnalista setax jiġi evitat.", "Kont qed ngħid li f'pajjiżna llum mhux biss hawn il-kriminalità, iżda hawn il-kriminalità organizzata.", "Fil-fehma tiegħi pajjiżna llum qed jiffaċċja l-ikbar kriżi f'dak li għandu x'jaqsam mat-traffikar tad-droga.", "Pajjiżna huwa mifqugħ bid-droga.", "Pajjiżna sar donnu l-maħżen tad-droga, li fih jinħażnu mhux il-grammi imma t-tunnellati ta' droga, li fih jiġu traffikati l-eluf ta' kilo ta' droga.", "Il-Gvern jiftaħar li din is-sena hija sena rekord f'dak li għandu x'jaqsam mal-qbid tad-droga.", "Hawn irrid infaħħar lill-pulizija u lill-ħaddiema tad-dwana għall-qabdiet tad-droga li saru anke din is-sena.", "Huwa tajjeb li tinqabad id-droga, però huwa daqstant ieħor inkwetanti meta tara l-ammonti ta' droga li qed tinqabad u l-probabilità ta' daqstant droga oħra li ma tinqabadx.", "Jien niftakar żmien fil-passat mhux tant 'il bogħod li meta kienu jinqabdu xi żewġ kilos droga eroina, b'mod immedjat fis-suq kienet tinħoloq skarsezza ta' droga.", "Kienu jgħidu li meta tinqabad id-droga jogħla l-prezz tad-droga li tibqa' fis-suq minħabba l-iskarzezza li jkun hawn u aktarx kien ikun hawn droga ħafna inqas pura għax minħabba l-iskarsezza kienu jħalltuha biex jipprovaw jaqdu lis-suq.", "Illum donnu dan ma jiġrix, għax illum jinqabdu l-kilos tad-droga, però fis-suq id-droga donnha ma tiskarsa qatt.", "Ministru, fil-pajjiż hawn problema kbira ta' droga.", "Biżżejjed tara dawn iċ-ċifri.", "Fi Frar inqabdu 150 kilo droga fuq vapur reġistrat il-Panama.", "Fejn hu l-Ministru Konrad Mizzi?", "F'Lulju nqabdu 200 kilo droga fi trakk, f'Settembru nqabdu għaxar tunnellati ta' droga ġo container, f'Ottubru nqabdu 550 kilo droga ġo garaxx.", "Qisu l-pajjiż sar passatur bid-droga dieħla minn kullimkien u b'kull mezz, imbagħad f'Baġit sħiħ lanqas smajna kelma waħda fuq kif se niġġieldu bis-serjetà l-flaġell tad-droga.", "Agħar minn hekk, għandna Gvern li qed jikkontempla li jillegalizza ċerta droga għal skopjiet ta' divertiment.", "Għandna Gvern li, inkiss inkiss, fil-kwiet, qed jitkkontempla u qed jitwebbel li jibgħat il-messaġġ li wasal iż-żmien – sa dalgħodu stess fuq TVM, kien hemm programm fuq hekk – li f'Malta tal-aqwa żmien nippermettu ċerta droga għal skopjiet ta' rikreazzjoni.", "Ministru, f'isem is-sewwa, f'isem il-ġenituri li jrabbu lil uliedhom, f'isem min irid soċjetà b'valuri b'saħħithom, nappellalkom biex ma tkunux intom li tmexxu l-idea li tappoġġjaw il-messaġġ li biex tieħu gost u biex tirrikrea ruħek għandek bżonn tieħu d-droga.", "Sinjura President, aħna li qegħdin fil-politika bħall-għasafar tal-passa, niġu, nagħmlu ż-żmien tagħna u nitilqu, però dak li niddeċiedu llum jeffettwa l-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Ministru, tkunux intom li bil-ħafna skużi u bil-ħafna kompromessi tiftħu l-bibien li jwasslu għall-qerda ta' uliedna.", "F'dan id-diskors tiegħi xtaqt nitkellem fuq oqsma oħra li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.", "Dalgħodu rrid insellem lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, li fis-sena li qegħdin fiha u fis-sena li għaddiet kellhom jiffaċċjaw sfidi kbar.", "Biżżejjed infakkar in-nirien kbar li ħakmu l-impjant tar-riċiklaġġ fil-Magħtab u l-eluf ta' sejħiet għall-għajnuna li jsiru kull sena.", "Insellmilkom, għax bil-limitazzjonijiet li għandkom tagħmlu l-mirakli.", "Insellmilkom, għax minkejja l-ħafna wegħdiet u l-ħafna kliem fieragħ, għad hemm bżonn ta' investiment kbir fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.", "Ministru, intom li tridu timlew dan il-pajjiż bit-torrijiet u li tridu tkabbru l-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż bla rażan, tridu tifhmu li dan għandu impatt fuq diversi sezzjonijiet, fosthom fuq id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Huwa tajjeb li jkollna fire stations seżmiċi, però dan mhuwiex biżżejjed, għax għandna s-sezzjoni tal-protezzjoni ċivili bi ftit iktar minn 155 ruħ, meta skont standards internazzjonali dan l-ammont għandu jkun viċin l-400 ruħ.", "F'dan il-pajjiż hemm bżonn ta' pjan ħolistiku għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, imma sfortunatament dan il-pjan evidentement ma jeżistix.", "Irrid insellem lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-ħabsijiet, lill-gwardjani tal-ħabs li ta' kuljum iqumu għax-xogħol u jmorru jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ferm diffiċli.", "Dawn il-ħaddiema wkoll jistħoqqilhom titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Dawn jistħoqqilhom it-titjib li ngħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fil-ftehim il-ġdid.", "Għalhekk, min-naħa tal-Oppożizzjoni, l-impenn tagħna lejn il-ħaddiema tal-ħabs huwa ċar.", "Aħna napprezzaw ix-xogħol li tagħmlu, u ninsabu kommessi li l-kondizzjonijiet li ngħataw lill-pulizija jiġu estiżi lilkom u lill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.", "Irrid nitkellem ftit fuq il-ħabsin li hemm bħalissa fil-Faċilità Korrettiva.", "Mill-ġdid, bħalma dejjem nagħmel, irrid inwassal il-messaġġ tal-Oppożizzjoni li aħna nibqgħu nemmnu li l-prijorità tagħna għandha tkun ir-riforma ta' min qiegħed fil-ħabs.", "Il-prijorità tagħna tibqa' li l-ħabs għandu jservi bħala post li toħroġ minnu aħjar milli dħalt, però b'dispjaċir ngħid li l-Gvern hawn qiegħed ifalli wkoll, għax l-istatistika hija ċara.", "Wieħed minn kull seba' persuni li hemm fil-ħabs bħalissa huwa repeat offender.", "14% tal-persuni li hemm il-ħabs, diġà kienu l-ħabs fuq każijiet oħra.", "Din hija l-ogħla rata fl-aħħar snin.", "Illum għandna ħabs li ma evolviex maż-żmenijiet.", "Għandna ħabs mimli sal-kapaċità tiegħu, għandna ħabs fejn għad hemm il-problema tad-droga, għandna ħabs li 30% tal-persuni li hemm fih qegħdin hemmhekk mingħajr kundanna tal-Qorti jistennew li jinqata' l-każ tagħhom, u dan mhuwiex sew.", "Dan jirrifletti ħażin fuq is-sistema tal-qrati tagħna fejn ikun hemm każijiet kriminali li jibqgħu jkaxkru s-snin, bil-konsegwenza li jista' jkun hemm nies il-ħabs li meta jinqata' l-każ tagħhom jiġu liberati u jkunu għamlu żmien fil-ħabs ta' xejn.", "Id-diskors tal-baġit jitkellem fuq titjib fl-ikel, fl-akkomodazzjoni u s-sigurtà fil-ħabs.", "Dawn huma wegħdiet li issa ilna nisimgħuhom sena, wara sena, wara sena, minn dan il-Gvern.", "Ministru, nawgura li dak li qed tgħidu li se tagħmlu, tagħmluh, però sinċerament għandi dubji serji kemm se tagħmlu dan, aktar u aktar meta nara l-istimi finanzjarji li ġew allokati għal dan il-proġett.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas, irrid insemmi l-Forzi Armati ta' Malta.", "Ftit baqagħli ħin, però f'isem l-Oppożizzjoni rrid insellem lill-membri kollha ta' din il-Forza li fix-xhur li għaddew rajniehom iħabbtu wiċċhom ma' tant sfidi, l-aktar fil-qasam tas-salvataġġ ta' persuni mill-baħar.", "Irrid ngħid li l-Gvern nesiehom il-membri ta' din il-Forza.", "Is-suldati ta' Malta l-Baġit lanqas biss isemmihom!", "Lanqas proposta waħda li hija konkreta.", "X'għarukaża!", "Kif ma tistħux tiġu f'dan il-Parlament?", "Kif ma tistħux tidhru quddiem is-suldati tagħna u tgħidulhom li għalihom f'dan il-Baġit m'hemm xejn?", "L-Oppożizzjoni trid twassal messaġġ lill-membri kollha tal-Forza li aħna nemmnu fihom, aħna nemmnu li dan il-pajjiż jixraqlu Forza attrezzata, mgħammra, imħarrġa, u fuq kollox imħeġġa.", "Aħna nemmnu fikom, u għax nemmnu fikom ninvestu fikom u f'dak kollu li għandkom bżonn biex verament ikollna Armata li tixraq lil pajjiż modern.", "Irrid inwassal il-messaġġ lil dawk il-membri tal-Forza li fil-konfront tagħhom dan il-Gvern ħoloq inġustizzji kbar.", "Il-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jindirizza l-inġustizzji kollha li saru fil-konfront ta' numru ta' membri li ngħataw il-ġenb għax mhumiex tal-qalba, ħafna drabi biex jinqeda xi ħadd li hu tal-qalba.", "Sfortunatment spiċċali l-ħin u se nagħlaq kif bdejt.", "Dan huwa Baġit bla pjan u bla viżjoni.", "Dan huwa Baġit ta' Gvern li għejja, u għax għejja qiegħed jipperikola s-sigurtà ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, fl-erba' minuti li għandi ddedikati għall-Oppożizzjoni Demokratika nixtieq nwassal messaġġ konċiż lill-Ministru dwar il-Korp tal-Pulizija u r-rispett.", "Għalija, kull entità li hija denja ta' isimha tkun denja minħabba l-mertu, minħabba l-kwalitajiet u minħabba l-mod kif l-għemil tagħha tagħmlu f'waqtu u ssarrfu f'riżultati u azzjonijiet.", "Huwa l-eżempju li jkaxkar, u għalhekk irrid nistaqsi min qiegħed inaqqas il-mertu lill-Korp u jekk il-pulizija hux qiegħda sservi lill-Gvern jew hux qiegħda hemm biex isservi lill-poplu.", "Għalija huwa ċar li t-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija hija waħda fejn l-infurzar tal-liġi ma titħaddimx l-istess għal kulħadd u r-raġunijiet huma ovvji, minħabba l-indħil politiku fit-tmexxija.", "M'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod għax fi ftit snin ma nafx kemm-il darba nbidel il-Kummissarju tal-Pulizija!", "Hemm ukoll nuqqas ta' rieda politika biex ir-riżorsi jkunu adegwati.", "Għalija, każ klassiku fejn il-Korp tal-Pulizija naqas mir-reputazzjoni tiegħu, mhux biss lokalment imma fl-erbat irjieħ tal-Ewropa, huwa l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - u rrid infakkar li llum huwa l-jum internazzjonali tal-ġurnalisti li l-liġi ma tħarishomx - li l-indaġni tal-qtil makabru tagħha saret bit-tlajjar u mhux kif suppost, fejn ma saritx inkjesta pubblika u fejn il-Qorti kkundannat il-kompożizzjoni tal-bord investigattiv għax kien hemm persuna li kellha ċerti interessi.", "Jien ma nagħtix daqstant tort lill-FIAU, imma lil dawk ir-rapporti tal-FIAU li jiġu depożitati għand it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija u joqogħdu hemm fuq l-ixkaffa bla ma jiġu investigati.", "Jien nifhem li pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, imma ma nistax nifhem kif il-pulizija, meta tiġi biex tipprevjeni tkun taf li jeżistu ċerti nies li mhux biss huma magħrufa mal-pulizija imma huma wiretapped, li jgħixu fuq is-servizzi soċjali u fl-istess ħin għandhom ħajja stravaganti, għax għandhom dgħajjes jew karozzi lussużi u anke jilagħbuhom, u minkejja dan il-Pulizija ma tiġborhomx u ma tressaqhomx.", "Mhux se noqgħod indur mal-lewża!", "Qiegħed nirreferi għat-tliet persuni akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Hemm mod u manjiera.", "Nafhom il-limitazzjonijiet tagħna, imma rridu nkunu kawteli biex ma nisfruttawx din il-limitazzjoni u tidher bħala abbuż.", "Dan l-aħħar aħna tal-Partit Demokratiku qed nikkritikaw b'mod kostruttiv, u huwa tajjeb ukoll li noffru s-soluzzjonijiet.", "Il-kriminalità organizzata mhijiex xi ħaġa li twieldet issa, imma ilha magħna, u jidher li, għalkemm gvern wara gvern kienu jafu biha, xorta baqgħet għaddejja.", "Aħna, minkejja ċ-ċokon u l-limitazzjonijiet tagħna, għadna kemm offrejna soluzzjoni billi permezz ta' mozzjoni privata nħarsu lejn il-kriminalità organizzata fl-ibħra madwar Malta, b'mod partikolari f'Hurd's Bank li parti minnu huwa territorju Malti u parti minnu mhuwiex.", "Aħna qed nipproponu li titwaqqaf istituzzjoni internazzjonali mill-Ġnus Magħquda li bis-saħħa tagħha u bil-poteri li tista' tingħata bis-saħħa tal-liġi Maltija, inkunu nistgħu nneħħu darba għal dejjem, jew innaqqsu, jew intaffu, il-kuntrabandu tad-droga, tal-alkoħol, tas-sigaretti, taż-żjut u tat-traffikar tan-nies.", "Kulħadd jaf fejn isiru dawn l-affarijiet, imma fl-istess ħin ma naġixxux.", "Iva, hemm bżonn li nħarsu lil Malta.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-pulizija b'mod partikolari, imma hemm bżonn li l-Korp tal-Pulizija jkun aktar viċin in-nies u jagħmel lil Malta post aktar sigur u jagħti l-mistrieħ tal-moħħ li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTI: Sinjura President, illum huwa l-jum internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti magħruf bħala l-International Day to End Impunity for Crimes against Journalists.", "Proprju fil-ġurnata li fiha qegħdin niddibattu l-Baġit dwar il-Ministeru tal-Intern ta' dan il-Gvern ta' dan il-pajjiż li fih inqatlet ġurnalista investigattiva, proprju bħal dan iż-żmien sena, illum huwa l-jum internazzjonali sabiex tintemm darba għal dejjem l-impunità għal reati kriminali kontra l-ġurnalisti.", "Ilbieraħ f'Pariġi, l-Eiffel Tower, li hu l-landmark ta' Pariġi, intefa biex ifakkar il-ġurnalisti maqtula, u għall-Gvern Malti qisu ma ġara xejn.", "L-International Federation of Journalists għaddejja b'kampanja proprju fuq dan is-suġġett, kampanja li qed timbottaha permezz ta' #What are you doing for peace? jew #End Impunity.", "Il-Unesco, li hi aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti, ukoll għandha kampanja għaddejja dwar dan is-suġġett daqstant sensittiv, jisimha #Truth Never Dies.", "Imbagħad għall-Gvern Malti qisu mhu qed jiġri xejn!", "F'pajjiżi oħra fejn kien hemm il-qtil ta' ġurnalisti, kien hemm il-konsegwenzi.", "Jien qed nitkellem fuq pajjiżi demokratiċi, m'iniex se nsemmi pajjiżi li mhumiex demokratiċi bħala standard, anzi dawk kważi ninjorahom.", "Jien nixtieq inkejjel pajjiżi ma' pajjiżi demokratiċi.", "F'pajjiżi demokratiċi oħra fejn inqatlu ġurnalisti, kien hemm konsegwenzi, bħalma ġara fis-Slovakkja.", "Aktar kmieni din is-sena fis-Slovakkja nqatel ġurnalist investigattiv Ján Kuciak, kif ukoll il-maħbuba tiegħu.", "Imma fis-Slovakkja kien hemm konsegwenzi, għax immedjatament irriżenja l-Ministru tal-Kultura u ftit jiem wara rriżenzja l-Gvern kollu, inkluż il-Prim Ministru.", "Jien ngħid allaħares, imma s-Slovakkja, għax hi demokrazija, teżisti fiha dik il-ħaġa li jgħidulha responsabbiltà politika, li jekk ħaġa tiġri taħtek trid terfa' r-responsabilità tagħha.", "Hawn Malta x'ġara?", "F'Malta għandna Gvern li qed iġib ruħu b'mod, kif naqbad ngħid, li qisu huwa skomdu quddiem il-qtil ta' Daphne.", "Huwa skomdu quddiem il-verità.", "Gvern li skont l-imġiba tiegħu qisu jrid inessina l-qtil brutali ta' Daphne, aħseb u ara kemm hu lest li jerfa' xi tip ta' responsabilità!", "Aħseb u ara kemm jista' jibgħat il-messaġġ li tassew irid iwassalna għall-ġustizzja.", "Aħseb u ara kemm irid li tassew iħalli \"no stone unturned\", kif qal il-Prim Ministru fil-jum tal-qtil tagħha.", "Mhux hekk tgħid?!", "Carlo Bonini huwa ġurnalist Taljan li ftit ilu ħareġ ktieb li jismu L'Isola Assassina.", "Kulħadd jifhem xi jfisser dak it-titlu.", "Il-gżira assassina!", "Jien qed nispiċċa naqrah, Sinjura President, għax lanqas iħallik tieqaf.", "Nirrikkmanda lil kull min jaf bit-Taljan li jaqrah u nittama li jkun hawn xi ħadd li jittraduċih għall-Malti, għax ikexkxek.", "Storja tal-waħx!", "Tinqatel ġurnalista li kienet tinvestiga l-korruzzjoni fl-ogħla livell tal-poter, fih intriċċi li ma jaqtgħu xejn, skandli li ma tlaħħaqx magħhom, abbuż tal-poter li jaqtagħlek nifsek.", "Baku, Seychelles, Dubai, Panama, Valletta, assassinju makabru, maħdum, imfassal!", "L-istorja ta' Malta taħt Joseph Muscat, ħlief li hawn mhux qegħdin naqraw storja tal-Mafja, suppost, għax hekk tinstema', imma hawn qegħdin naqraw fuq pajjiżna!", "Hawn qegħdin naqraw storja li għexna.", "Hawn qegħdin naqraw fuq persuna li nqatlet.", "Hawn qegħdin naqraw fuq il-verità li qegħdin ngħixu.", "Carlo Bonini kiteb fuq x'ġara qabel ma nqatlet Daphne, imma jien fil-ftit ħin li għandi nixtieq nitkellem l-aktar fuq x'ġara wara li ntqatlet Daphne, għax matul din l-aħħar sena li għaddiet aħna għexna f'sitwazzjoni li tajjeb li wieħed jirrifletti fuqha u naraw x'ġara fl-aħħar sena wara li ntqatlet Daphne, b'mod partikolari kif ġab ruħu l-Gvern.", "X'riflessjoni u x'ġudizzju nistgħu ngħaddu fuq il-mod kif ġab ruħu l-Gvern Malti wara li ntqalet Daphne?", "Ħalli nibda mill-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne.", "Mhux hekk?!", "Bdew fl-istess ġurnata bil-ħatra tal-Assistent Kummissarju Valletta sabiex imexxi l-investigazzjoni hu, meta dan miżżewweġ Ministru tal-Gvern.", "M'għandix dubju li l-Ministru tal-Gvern ma kellha x'taqsam xejn.", "Imma dan jibgħat messaġġ tajjeb?", "Ħalliha forsi fil-fixla ta' dak il-ħin għażluh għax ġiet hekk, imma l-familja mill-ewwel oġġezzjonat.", "Mela għall-inqas, kif toġġezzjona l-familja, neħħih lill-Assistent Kummissarju li qiegħed imexxi l-investigazzjoni jekk Daphne xebgħet tikkritikah u jekk hu miżżewweġ Ministru tal-Gvern.", "Le, minkejja t-talba tal-familja, żammu hemm.", "Mhux talli żammu, talli l-familja għamlet kawża kostituzzjonali, il-Gvern tilifha u appella biex jibqa' jżommu!", "Il-kawża kostituzzjonali tilifha anke fl-appell, imma laħqet għaddiet sena.", "Qisha l-familja m'għaddietx biżżejjed minn affarijiet!", "Kellha tmur għal sena sħiħa fil-qorti kostituzzjonali!", "Imma min jista' jgħid illum jekk u b'liema mod fl-investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne setgħet tiġi kompromessa persuna li issa b'verdett tal-Qorti Kostituzzjonali ma kellhiex tkun involuta fl-investigazzjoni?", "Min jista' jgħid?", "Jien ma nistax, però tqajjimlek suspett.", "Iqum ukoll l-punt tan-nuqqas ta' informazzjoni.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija kien għamel press conference ftit jiem biss wara l-qtil ta' Daphne.", "Kienet l-aktar press conference li ħassejtni nistħi li jien Malti naraha.", "Lanqas jaf iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Maltin u barranin.", "Kollha jridu l-informazzjoni u l-Kummissarju tal-Pulizija hemm bilqiegħda, mhux kapaċi jwieġeb u ma jagħtix informazzjoni ta' sustanza.", "Naħseb li din kienet l-ewwel u l-aħħar press conference fuq il-qtil ta' Daphne.", "Ma jidhirlix li l-Gvern ta informazzjoni sostanzjali dwar kif kienu sejrin l-investigazzjonijiet fuq il-qtil ta' Daphne.", "Allura ħafna nies bilfors għandhom ċerti suspetti fuq l-investigazzjoni u fuq il-mod kif saru l-affarijiet.", "Huwa veru li nqabdu tlieta min-nies li allegatament qatluha, imma n-nies mhux dak biss iridu jkunu jafu.", "Irridu jkunu jafu min qabbad lil dawn it-tlieta min-nies li allegatament qatluha.", "Dak hu l-interess tan-nies!", "Irrid ngħid li mnalla kienu l-FBI li bit-teknoloġija qabdu lil dawn it-tlieta, għax l-FBI għandha teknoloġija li tkun taf il-mobile tal-persuna fejn qiegħed u jsiru jafu ta' min hu l-mobile.", "Fil-Bidnija minn dawk l-eluf ta' telefonati li saru proprju f'dawk il-mumenti tal-qtil, irnexxielhom jittraċċaw lil dawk it-tlieta min-nies li kienu hemm u wieħed minnhom li Alla jbierek allegatament kien fuq dgħajsa fil-Port il-Kbir, bagħat sms u splodiet il-bomba.", "Iqumlek ġismek xewk, xewk, anke meta tiftakar dawn l-affarijiet.", "Issa n-nies qegħdin jistaqsu: Jekk din it-teknoloġija wasslet biex jinqabdu dawn it-tlieta min-nies, kif din it-teknoloġija ma tistax twassal biex jinqabad min qabbadhom?", "Mela min qabbadhom ma ċemplilhomx?", "Mela min qabbadhom ma ltaqax magħhom?", "Mela min qabbadhom ma kellimhomx?", "Kif jista' jkun?", "Dak li qed jistaqsu n-nies, imma l-Gvern ma ta informazzjoni ta' xejn.", "Kellha tkun inizjattiva ta' grupp ta' ġurnalisti, li minn hawnhekk insellmilhom, kważi 50 ġurnalist minn 20 media outlet minn madwar l-Ewropa kollha, li flimkien għamlu proġett li semmewh The Daphne Project biex ikomplu l-investigazzjonijiet ta' Daphne.", "Dawn bagħtu messaġġ ċar: Intom qtiltu lil Daphne, imma dak li kienet qiegħda tfittex hi, il-verità, mhux se jirnexxilkom toqtluha.", "Fil-fatt The Daphne Project, aktar kmieni din is-sena ħareġ numru ta' rivelazzjonijiet, kemm fuq l-istejjer ta' korruzzjoni u anke fuq l-istess qtil ta' Daphne.", "L-ikbar waħda kienet meta f'April li għadda ħarġu storja fejn qalu li mill-inqas tnejn min-nies raw b'għajnejhom lill-Ministru Chris Cardona jkellem lil wieħed mit-tliet akkużati.", "Wara qalu li wieħed minnhom sejħulu l-Pulizija u ċaħad kollox.", "Jidħlulek id-dubji, Sinjura President!", "Mela l-ewwel dan inqabad fuq il-camera mill-ġurnalisti jitkellem openly bla ma jinduna li qed jiġi rrekordjat, allura timmaġina li kien qed jgħid il-verità meta qal li ra lill-Ministru Chris Cardona ma' wieħed mill-akkużati, imbagħad Alla jbierek għajtulu l-Pulizija u qal eżatt bil-maqlub!", "Allura la kien hemm tnejn, lit-tieni wieħed ma kellmuhx il-Pulizija?", "Ftit tal-jiem ilu The Daphne Project ħarġu mill-ġdid jgħidu li Chris Cardona attenda bachelors party li fih kien hemm biss 40 ruħ, fejn reġa' kien hemm wieħed mill-akkużati.", "Qalu wkoll li Chris Cardona rċieva telefonata, li qabilha kienet saret waħda lil Daphne u hekk kif intemmet, warajha saret waħda lill-istess wieħed mill-akkużati.", "Ir-reazzjoni ta' Chris Cardona x'kienet?", "Mill-ġdid ngħid li allaħares kien involut Ministru tal-Gvern, imma kunu ċari.", "Uruhom lin-nies li qegħdin tmexxu b'serjetà.", "Serrħulhom rashom, mhux jiġi l-Ministru Chris Cardona fil-Parlament u minflok ma jwieġeb sempliċi mistoqsija jekk dan huwiex veru, jgħid li din bħal tal-Egrant!", "B'hekk tani l-opportunità biex ngħidlu għalfejn għadni nemmen eżattament dak li kont nemmen, imma ma weġibx.", "Għandek akkużi bħal dawk, meta inti Ministru tal-Gvern!", "L-attitudni tal-Gvern tqajjem suspetti kbar dwar l-investigazzjoni u l-mod kif qed issir, u mhux biss, imma anke l-fatt li taw promozzjoni lill-Maġistrat li kien qiegħed jinvestiga l-qtil.", "Jien insellimlu lill-Maġistrat, illum Imħallef, Tony Vella li għandu rispett mingħand kulħadd, ibda minni, mill-Oppożizzjoni, u nimmaġina anke min-naħa tal-Gvern.", "Imma skużi, tpoġġih Imħallef minn Maġistrat proprju fiż-żmien meta kellu dan il-każ sensittiv?", "Hekk qed tibgħat il-messaġġ li din l-investigazzjoni trid tiddisturbaha, li ma tridx tħalliha titlesta, li hemm problema.", "Dawn huma numru ta' affarijiet li saru matul il-kors tal-investigazzjoni, u hemm oħrajn, imma qed insemmi ftit li jibagħtu messaġġ wieħed, li donnu l-Gvern mhuwiex komdu li ssir din l-investigazzjoni u b'xi mod qed jipprova jikkontrollaha.", "Nirrepeti, dawn huma s-suspetti tagħna, imma suspetti fondati, għax jiena niġġudikak mill-imġiba tiegħek.", "Issa se mmur oltre mill-investigazzjoni.", "Se mmur għall-imġiba tal-Gvern b'mod aktar wiesa' dwar dak li ġara wara l-qtil ta' Daphne, il-klima li nħolqot mill-Gvern stess.", "Pereżempju, ġew tliet delegazzjonijiet ta' Membri tal-Parlament Ewropew (MEP) u trid tara l-mod kif ġab ruħu magħhom il-Gvern.", "Lanqas biss wieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom jew insultahom billi jgħidilhom: Din mhux inizjattiva ta' David Casa?", "Din mhux inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista?", "Intom mhux kollha partiġjani?", "Dawn mhumiex mill-Partit Nazzjonalista biss, jew mill-European People's Party (EPP) biss, imma magħhom hemm mis-Soċjalisti, mil-Liberali, mill-Konservattivi, minn kollox.", "Inti taħseb li se jkun hemm MEP jiġi Malta u jagħmel dak li jgħidlu Simon Busuttil, jew David Casa, jew il-Partit Nazzjonalista?", "Dawn ġew, raw b'għajnejhom, semgħu b'widnejhom u waslu għal konklużjonijiet li huma l-istess bħal tagħna.", "Għandhom suspett minħabba l-mod kif ġab ruħu l-Gvern, fosthom li qal le għat-talba tal-familja li ssir inkjesta indipendenti.", "Qisu mhux biżżejjed li għaddew minn martirju l-familja ta' Daphne, li nsellmilhom għall-mod dinjituż kif ġabu ruħhom u għall-ġlieda li qegħdin jagħmlu għall-ġustizzja.", "Hawn irrid insemmi l-attivitajiet ta' Occupy Justice u nsellem lil dawk in-nisa kollha li b'kuraġġ kbir qegħdin jagħtu eżempju lis-soċjetà billi qed iqumu jiġġieldu għall-verità u l-ġustizzja.", "Trid tara l-attitudni tal-Gvern fil-konfront tagħhom, fosthom li jkollok konsulent tal-Gvern li jgħidilhom qħab!", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Dik hi l-attitudni tal-Gvern fil-konfront ta' min irid jiġġieled għall-verità u għall-ġustizzja.", "Il-banners fuq Daphne, li għadu ma nstabx min qatilha, qed jitneħħew immedjatament.", "Lanqas 24 siegħa ma jħallihom il-Gvern!", "Il-fjuri u x-xemgħat li jitpoġġew mal-monument, ineħħuhom, kif qal il-qassis waqt il-prietka tal-okkażjoni tal-ewwel anniversarju mill-qtil ta' Daphne, li insellimllu minn hawn, fejn qal li l-fjuri u x-xemgħat huma inokwi.", "Lil min jistgħu jweġġgħu?", "Ħalli ngħidilkom lil min qed iweġġgħu.", "Lill-Gvern li huwa skomdu quddiem il-qtil ta' Daphne u quddiem it-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja.", "Ineħħihom il-fjuri!", "Imbagħad imur il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u jikteb b'mod li jġiegħlek tistħi, fejn jipprova jispjega għalfejn il-Gvern stess qed jibgħat lin-nies tal-Cleansing Department ineħħu x-xemgħat u l-fjuri.", "Jien wieħed minnhom li mmur inpoġġi x-xemgħat u l-fjuri quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir.", "Bħal dak li qallu, m'għandniex rispett lejn l-Assedju l-Kbir u lejn il-monument.", "Mhux hekk tgħid!", "M'għandniex rispett lejn dak il-monument li jirrappreżenta waħda mill-akbar ġlidiet!", "Għalhekk immorru hemm, għax illum qegħdin niġġieldu waħda mill-aktar ġlidiet importanti fl-istorja ta' pajjiżna.", "Il-ġlieda biex nirbħu lura l-ġustizzja f'pajjiżna.", "Għalhekk immorru hemm, għax dak huwa monument ta' tifsira kbira.", "Huwa monument li jinsab quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, allura huwa simboliku għalhekk ukoll.", "L-attakki ta' Tony Zarb, li hu mħallas mit-taxxi tiegħi, tiegħek u tan-nies, fil-konfront ta' min jipprotesta.", "L-attakk tiegħu fil-konfront ta' Daphne, li jgħid: L-aqwa li mhux ġejja lura!", "U l-Gvern jibqa' hemm u ma jagħmel xejn!", "Meta ma tagħmel xejn fuq Tony Zarb u fuq dawn l-affarijiet, ifisser li qed taqbel miegħu.", "L-attakki fuq is-social media li huma ffumentati, kważi inkoraġġiti, min-nies li qegħdin fi gruppi tal-Partit Labrista.", "L-attakki kontra Daphne u l-mod bla rispett kif jiddiskrivu persuna maqtula!", "Għall-inqas, anke jekk ma kontx taqbel magħha, fil-qtil tagħha uri rispett.", "Jien ukoll meta kont Kap tal-Partit tgħidx kemm kienet toħloqli problemi b'dak li tikteb, imma nuri rispett, anke għax wara l-qtil tagħha, dak li ġara huwa ikbar minn Daphne.", "Dak li ġara huwa xi ħaġa statali, ta' pajjiż nazzjonali.", "Huwa l-ġlieda għall-verità u l-ġustizzja li huwa ikbar minn kull wieħed u waħda minna.", "Allura l-klima ta' firda, ta' mibegħda, deleġittimizzazzjoni, anke deumanizzazzjoni!", "Qisha mhux bniedma kienet, hi u min jażżarda jopponi lill-Gvern, u min jażżarda jiġġieled kontra l-korruzzjoni, u min jażżarda jiġġieled għall-verità u għall-ġustizzja.", "Klima ta' biża'!", "Ara ma jfettillekx titkellem għax ngħaffġek!", "Jien ovvjament naf x'jiġifieri, għax jien ukoll niblagħha u naqlagħha, imma jien qiegħed fil-politika.", "Jekk tkun fil-politika, kif jgħidu, la dħalt għaliha trid toqgħod għaliha, imma min mhuwiex, min hu ċittadin normali, min hu ċittadin li kull ma jrid huwa l-ġustizzja f'pajjiżna, għax aħna suppost demokrazija, x'tort tagħtih lil dak?", "Sinjura President, allura l-messaġġ li jibgħat il-Gvern huwa ċar.", "Il-Gvern m'għandux pjaċir b'min ifakkar lil Daphne, anzi jrid inessi l-qtil ta' Daphne.", "Il-Gvern għandu nuqqas kbir ta' rispett saħansitra lejn persuna maqtula, inkluż lejn il-familja tagħha bil-mod kif qed jittrattahom.", "Il-Gvern ma jridx li naslu għall-verità u l-ġustizzja dwar il-qtil ta' Daphne.", "Din hija l-unika konklużjoni li wieħed jista' jasal għaliha meta jara dan l-aġir.", "Dan huwa ħażin.", "L-ebda gvern f'pajjiż demokratiku ma jġib ruħu b'dan il-mod.", "Dan mhuwiex aċċettabbli f'demokrazija oħra, u jekk mhux aċċettabbli f'demokrazija oħra, m'għandux ikun aċċettabbli għalina.", "Ħalli nagħmilha ċara.", "Il-kritika tiegħi mhijiex lejn l-uffiċjali tal-Pulizija, li minn hawn insellmilhom, bħalma għamel l-Onor.", "Jien nirrispettahom u huma jafu li jien nirrispettahom u nista' biss infaħħarhom.", "Jien nirrispetta lill-pulizija onesti li jagħmlu dmirhom u lill-pulizija li jisfaw vittmi għax jagħmlu dmirhom.", "Hawn jiġini f'moħħi Simon Schembri, li nsellimlu minn hawnhekk.", "Jien mhux lill-pulizija qed nikkritika, imma t-tmexxija tagħhom, l-Assistent Kummissarju li baqa' hemm imexxi investigazzjoni, meta hu r-raġel tal-Ministru.", "L-Assistent Kummissarju li jirċievi rapporti tal-FIAU li jgħidulu biex jieħu passi, kif għadu kif qal l-Onor.", "Farrugia, kontra Keith Schembri u kontra l-Ministru Konrad Mizzi, ma jagħmel xejn, imma jitfagħhom fil-kexxun.", "Lil dawk qed nikkritika!", "Kważi kważi nista' nżid ngħid li l-kritika tiegħi lanqas hi lejn il-Ministru Michael Farrugia, li nafu bħala bniedem ġentlom, imma lejn it-tmexxija tal-Gvern tiegħu.", "Għalkemm nittama, Ministru, li inti personalment ma tafx b'xi ħaġa mill-affarijiet li qed insemmi jien, li huma fundamentalment ħżiena u inti taf bħali li huma fundamentalment ħżiena, għax jekk inti taf bihom, jekk qed tarahom u qed tagħlaq għajnejk għalihom, ikollok terfa' r-responsabilità.", "Minn dak il-ftit li nafek, nittama li dan mhuwiex il-każ, imma t-tmexxija tal-Gvern żgur għandha tkun responsabbli għal dan kollu.", "Jiena naf li ma jeħdux gost jisimgħuni nitkellem, għax jien immur dritt għall-punt u jekk hemm il-korruzzjoni se niġġildilha.", "Jekk hemm il-ġlieda għall-verità u l-ġustizzja, se nidħol għaliha, u għalhekk naf li ndarrashom u ndejjaqhom.", "Sinjura President, jien għandi tama kbira li għad jasal jum mhux imbiegħed, meta jien, int, il-poplu Malti jkun jista' jerġa' jingħaqad, għax inkunu wasalna għall-ġustizzja.", "Il-poplu jkun jista' jħares lura lejn dan iż-żmien u jgħid: Dak kien żmien ikrah għall-ġustizzja f'pajjiżna, imma erġajna akkwistajna l-ġustizzja.", "Jien m'għandix dubju …", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili ftit, Onor. Busuttil.", "L-ewwel ħaġa tindirizzanix b'dak il-mod, jekk jogħġbok.", "Jien kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni f'din il-Kamra li nisma' ħafna.", "Smajtek tgħaddi kumment fuq l-Onor.", "Stajt għedtu fuq min għidtu.", "CLINT CAMILLERI: Jekk għedt xi ħaġa nirtiraha, imma jien m'għidt xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Le, dik mhijiex skuża li tiġi tgħidli jekk għidt xi ħaġa.", "Smajtek tgħaddi kumment; nitolbok tirtira dak li għidt u tiskuża ruħek.", "IĊ-CHAIRPERSON: Fuq il-microphone, jekk jogħġbok.", "M'iniex se nittollera dan it-tip ta' diskors mill-ebda naħa tal-Kamra, u għandi l-appoġġ sħiħ tal-Ispeaker.", "Dwar dan diġà tkellimna.", "M'aħniex se naċċettaw dan it-tip ta' diskors.", "Kellna diskussjoni verament diċenti għaddejja.", "CLINT CAMILLERI: Nirtira d-diskors, għalkemm ma nafx għal xiex qed tirreferi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ma tantx hija skuża tajba.", "Onor. Busuttil, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, naħseb li dan l-inċident żgħir ħafna - insinifikanti ħdejn il-kobor ta' dak li kont qed nitkellem dwaru - ikompli jikkonferma dak li qed ngħid.", "L-aġir, l-attitudni tal-Gvern fil-konfront ta' min, wara kollox, kull ma qiegħed jagħmel hu li jiġġieled għall-verità u għall-ġustizzja, jibgħat messaġġ fih innifsu.", "Kif kont qed ngħid qabel ma interrompieni l-Onor.", "Camilleri, m'għandix dubju u għandi tama kbira li għad jasal jum fil-futur mhux imbiegħed meta l-ġustizzja terġa' tfeġġ f'pajjiżna.", "Dakinhar, inkunu nistgħu nħarsu lura flimkien u ngħidu: Dak kien żmien meta għaddejna minn sitwazzjoni kerha f'pajjiżna, imma dak iż-żmien għelibnieh u konna lkoll fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.", "M'għandix dubju li l-istorja għad tiġġudikana kollha, u meta tagħmel dan, nittama li lkoll kemm aħna nkunu nistgħu nqumu bi kburija u ngħidu: Jien kont hemm u kont qiegħed fuq in-naħa tal-verità, tal-ġustizzja u tas-sewwa.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkrek li fadal 18-il minuta.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, xtaqt nitkellem ftit dwar is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari f'pajjiżna, u dak li qiegħed jiżviluppa fil-konfront ta' dawk in-nies li jiġu bil-baħar dawk il-povri nies li jaħarbu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom biex jiġu lejn l-Ewropa.", "Naħseb li l-immigrazzjoni irregolari li kienet rieqda għal ħafna żmien tul il-leġiżlatura preċedenti, issa qiegħda terġa' tiġi lura fuq l-aġenda nazzjonali b'ċerta saħħa u importanza.", "Irridu ngħidu li issa hemm bżonn li niffaċċjaw din ir-realtà mill-ġdid biex nifhmu kemm huwa importanti li norganizzaw lilna nfusna, infiehmu x'inhu jiġri u nagħmlu l-prioritajiet tagħna tajjeb.", "Niftakarni niltaqa' ma' diversi persuni u tkellimna diversi drabi dwar dan is-suġġett.", "L-opinjoni tagħhom – u llum nikkondividiha – hija li fid-dinja huwa impossibbli li żżomm il-bnedmin milli jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor.", "Huwa impossibbli wkoll li żżomm lin-nies milli jaħarbu għal-libertà tagħhom, li jaħarbu biex ma jiġux ippersegwitati, biex ma jiġux maqtula, biex isalvaw ġildhom u ħajjet il-familji tagħhom.", "Allura huwa leġittimu li wieħed jiċċaqlaq minn post għall-ieħor.", "Huwa leġittimu li wieħed jaħrab mill-inkwiet u minn gwerra ċivili.", "Allura l-Ewropa, li fortunatament illum nifformaw parti minnha, għandha d-dmir li tieħu ħsieb li lil dawn in-nies li ħaqqhom refuġju, li ħaqqhom status umanitarju, nagħtuhulhom.", "Ovvjament, rajna kif inbeda x-xenarju fl-Italja u kif inbidel matul is-sena l-oħra, fejn qabel kien hemm forma ta' ftehim forsi mhux miktub.", "Kien hemm forma ta' ftehim li kien intqal, imma qatt ma ġie rrekordjat, li fih il-persuni kollha li kienu qegħdin jaħarbu mill-kosta Libjana telgħin lejn l-Ewropa, b'mod jew ieħor kollha kemm huma ttieħdu lejn l-Italja.", "Din is-sena, għal raġunijiet purament politiċi, meta wieħed jara l-istatistika jsib li l-ammont ta' nies li qasmu mil-Libja lejn l-Italja naqas drastikament.", "Wieħed irid jgħid ukoll li b'mertu prinċipalment tal-Ministru tal-Partit Demokratiku Taljan Minniti, matul is-sena ta' qabel diġà kien hemm tnaqqis qawwi fl-ammont ta' nies li kienu qegħdin jiċċaqilqu.", "Dan sar proprju għax Minniti mar il-Libja, dar diversi postijiet fil-Libja, dar id-diversi tribujiet, mexxejja u persuni importanti, u għamel diversi ftehimiet ta' organizzazzjoni biex inaqqas dan l-abbuż ta' persuni li jissograw ħajjithom u jħallsu flejjes kbar lit-traffikanti tal-bnedmin biex jiġu għal-libertà tal-Ewropa.", "Jien ngħid ukoll, u diversi jgħidu wkoll, li mhux biss huwa leġittimu li tħalli n-nies jaħarbu meta ħajjithom tkun qiegħda f'sogru, imma huwa leġittimu wkoll li n-nies ifittxu ħajja aħjar u futur aħjar.", "Irridu naċċettaw li aħna, bħala Ewropej u bħala membri tal-Unjoni Ewropea, irnexxielna nagħmlu dan il-ftehim fl-Ewropa u nġibu livell għoli ta' għajxien u ta' benesseri lill-popli Ewropej li pajjiżi oħrajn m'għandhomx.", "Fil-maġġoranza aħna nirrispettaw, jew nuru u nidhru fid-dinja kollha, li qegħdin f'żona fejn hawn id-demokrazija, fejn hawn id-drittijiet fundamentali, fejn hawn il-ħniena u fejn hawn il-ġustizzja.", "Għalhekk huwa iktar u iktar importanti li nifhmu li dan huwa fenomenu li kien hemm, għadu hemm u se jibqa' jkun hemm.", "Allura llum il-ġurnata ngħid li qatt iktar minn qabel ma hemm il-bżonn li l-Ministeru tal-Intern jorganizza ruħu mill-ġdid biex dan il-fenomenu ta' bnedmin li ġew, wieħed jagħtihom l-għajnuna u r-refuġju.", "Jekk qrajt tajjeb, matul din is-sena Malta laqgħet madwar 500 persuna li qasmu mil-Libja lejn l-Ewropa, li għandna responsabilità partikolari lejhom, għax kollha kemm huma ġew bil-ħajja tagħhom u bid-diffikultajiet tagħhom.", "Għalhekk huwa sew li nibnu sistema aħjar u nerġgħu naraw il-politika ta' pajjiżna dwar l-immigrazzjoni irregolari.", "Huwa importanti li l-istrateġija tiġi mibnija mill-ġdid.", "Meta qrajt id-diskors tal-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna dwar xi ħaġa daqshekk importanti kien hemm biss paragrafu żgħir, li fil-qosor ħafna, bejn wieħed u ieħor jgħid x'se jagħmel il-Gvern matul din is-sena.", "Dan jgħid hekk:", "\"Għas-sena 2019 huwa maħsub li titfassal strateġija ġdida ta' kif għandhom joperaw is-Servizzi ta' Detenzjoni biex tibqa' relevanti u timxi maż-żminijiet.\".", "Din hija ħaġa tajba, però min-naħa tal-Oppożizzjoni nissuġġerixxu lill-Gvern li ma jkunx hemm tfassil ta' strateġija ġdida biss għas-servizzi ta' detenzjoni, imma għandu jkun hemm politika li tħares ferm iktar minn hekk.", "Din il-politika mhijiex faċli, anzi hija diffiċli, u aħna nafu għax għaddejna minnha.", "Però l-Gvern irid jagħtina l-kredtu li aħna konna spalla ma' spalla miegħu fis-sitwazzjoni li hu sab lilu nnifsu fiha matul din is-sena, ħaġa li ma kenitx reċiprokata f'leġiżlaturi oħrajn.", "Illum il-ġurnata wieħed irid jgħid illi għandna sitwazzjoni aktar perikoluża minn qabel.", "Qed ngħid dan, għax qabel kellna forma ta' mekkaniżmu ta' rilokazzjoni ta' bnedmin u rridu naċċettaw li d-destinazzjoni finali tal-maġġoranza tal-persuni li qegħdin jaħarbu mill-pajjiżi tal-oriġini tagħhom mhijiex Malta, imma hija l-Ewropa.", "Ħafna drabi jkollhom familjari tal-istess nazzjonalità tagħhom li jkunu jridu jmorru ħdejhom.", "Issa hawn għandna diffikultà kbira li trid tiġi affrontata.", "Qed nirreferi għall-kwestjoni tar-rilokazzjoni tan-nies, għax diġà qegħdin f'pożizzjoni żvantaġġjuża minħabba li l-Istati Uniti tal-Amerika waqqfu l-programm ta' rilokazzjoni li kien ilu jaħdem tajjeb ħafna u matul il-gwerra ċivili tal-Libja ħadem tul medda ta' żmien, imbagħad meta kien hemm tibdil fl-amministrazzjoni l-affarijiet waqfu.", "Naħseb li hemmhekk il-Gvern Malti għandu jagħmel il-parti tiegħu fir-rapporti mal-Istati Uniti tal-Amerika biex jerġa' jipperswadihom ħalli diversi nies li ġew f'pajjiżna jiġu rilokati hemm u wieħed jidħol f'diskussjoni ma' diversi pajjiżi Ewropej oħrajn.", "Din hija sfida oħra, faxxettatura jew sfaxxettatura kompletament differenti.", "Qed ngħid hekk, għax dan is-sajf aħna ġejna f'sitwazzjoni fejn kellna naqsmu l-persuni li ġew fuq dgħajsa partikolari, ħafna drabi minn dawn l-organizzazzjonijiet volontarji.", "Din hija soluzzjoni speċjali, ad hoc, għal dik id-dgħajsa biss li ma tistax tagħmel prinċipju minnha, imma fl-istess ħin teżisti d-diffikultà li f'pajjiżek għandek bnedmin li qegħdin iħarsu 'l bogħod minn pajjiżek.", "L-esperjenza tiegħi ta' Ministru dejjem kienet li appena lil dawn in-nies tagħtihom l-opportunità li jagħmlu ħajja ġdida f'pajjiż ieħor, jitilqu minn pajjiżna u jmorru jgħixu f'pajjiż kompletament differenti minn tagħna.", "Napprezza d-diffikultajiet u l-komplikazzjonijiet li għandu l-Ministru, però jrid isir xogħol iktar qawwi.", "Jien nifhem li bħala Ministru għall-Intern ikollu l-ikbar daqqa fir-rigward tal-komplikazzjonijiet mal-Gvern Taljan.", "Nifhem ukoll li l-Gvern Taljan qiegħed f'sitwazzjoni fejn meta jiġu l-elezzjonijiet reġjonali u nazzjonali, il-kwestjoni tal-immigrazzjoni titla' ferm iktar 'il fuq u sfortunatament pajjiżna jiġi wżat bħala argument li permezz tiegħu partit partikolari fl-Italja jgħolli l-kunsens elettorali tiegħu.", "Hemmhekk, anke jekk ma naqblux magħhom u jekk kemm-il darba ingħad diskors li m'għandux jingħad, xorta waħda ngħid li jrid isir ix-xogħol neċessarju biex ir-rapport ta' pajjiżna mal-pajjiż ġirien tagħna ma jibqax fil-pożizzjoni li hu.", "Nittama li l-Ministru, meta jagħmel ir-replika tiegħu, jinformana b'dak li sar mill-Gvern Malti mal-Gvern Taljan rigward is-sitwazzjoni partikolari tal-intern.", "Fl-istess diskors tal-Baġit, taħt it-titlu \"L-Immigrazzjoni Irregolari\", hemm paragrafu żgħir ieħor li jgħid hekk:", "\"Il-Forzi Armati ta' Malta se jibqgħu jżommu kollaborazzjoni ma' aġenziji Ewropej u forzi militari oħra biex tkompli tissaħħaħ is-sigurtà fil-Mediterran.", "Tkompli wkoll il-ħidma kontinwa f'operazzjonijiet konnessi mal-immigrazzjoni fejn beħsiebha tibqa' ssostni operazzjonijiet tal-FRONTEX.\".", "Ovvjament, jien ningħaqad ma' dak li qal l-Onor.", "Beppe Fenech Adami rigward it-tislim u r-rispett li għandu jkollna lejn il-forzi tal-ordni kollha kemm huma, il-Forzi Armati, il-Korp tal-Pulizija u s-servizzi dixxiplinati kollha li huma involuti fis-settur tal-immigrazzjoni irregolari, però ma rridux nagħmlu l-iżball li f'dan is-settur ma nkunux involuti direttament mal-European Asylum Support Office bil-poteri li ngħata u biż-żieda ta' kapaċità li ngħata meta sar aġenzija importantissima fl-Unjoni Ewropea.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l-Aġenzija qed tgħin biex tnaqqas ħafna mit-tensjoni u d-diskors vojt li jsir rigward l-immigrazzjoni irregolari, u naħseb li huwa żball li fid-diskors tal-Baġit, minflok ma nikkonċentraw fuq aġenzija li ġab il-Partit Nazzjonalista f'Malta u li qed tagħmel il-ġid lill-poplu Malti u lill-Ewropa kollha, qed insemmu l-Frontex.", "Aħna nafu bid-diffikultajiet u l-kumplikazzjonijiet kollha marbuta mal-Frontex, li fortunatament il-European Asylum Support Office ma sabhomx għax beda jaħdem fuq sieq tajba u baqa' għaddej fuq sieq tajba.", "Hemm diversi country reports li jsiru mill-European Asylum Support Office u hemm knowhow ta' dak li qed jinbena fis-settur tal-immigrazzjoni irregolari.", "Hemm informazzjoni qawwija ġejja fuq x'tip ta' persuni qegħdin jitilqu mill-pajjiżi tal-oriġini u rrid ngħid li sfortunatament, sija f'dan id-diskors tal-Baġit kif ukoll fil-politika nazzjonali tal-Gvern, ma tantx qiegħed naraha titħaddem tajjeb.", "Jiena nifhem li l-immigrazzjoni irregolari mhuwiex settur faċli, imma hu settur ikkumplikat ħafna li jrid jiġi trattat b'saħħa u b'intelliġenza biex ma jibqax jissoda l-lemin u l-lemin estrem.", "Ikun żball kbir jekk ma nifhmux kemm dan is-settur huwa importanti u kemm huwa urġenti mhux biss fir-rigward ta' dak li ilna nitolbu fl-Unjoni Ewropea.", "Ċerti drabi nsegwi dak li jgħid il-Ministru fil-fora Ewropej u ħafna drabi nara ripetezzjoni ta' diskorsi li jkunu diġà saru qabel u pożizzjonijiet politiċi li jkunu diġà ġew meħuda.", "Naħseb li hemmhekk irridu nbiddlu l-viżjoni u noħorġu b'ideat kompletament ġodda.", "Illum għandna esperjenza twila quddiemna ta' diversi affarijiet li nistgħu nagħmlu użu minnhom, b'mod partikolari għax is-sitwazzjoni f'pajjiżna hija differenti milli hi f'pajjiżi li għandhom realtajiet u kumplikazzjonijiet ferm ikbar minn tagħna.", "Aħna għandna kontroll ikbar jew għandu jkollna kontroll ikbar tas-settur tagħna, allura għandna nimxu 'l quddiem.", "L-aħħar appell tiegħi, Ministru, hu li hawn diversi immigranti irregolari li ġew bil-baħar, però hawn oħrajn li ġew mill-Italja.", "Jekk jogħġbok, ara li jkun hemm attenzjoni lejhom biex nieħdu ħsieb li fis-settur tax-xogħol u fis-settur soċjali ma jiġux sfruttati u ma jkun hemm ħadd li jagħmel abbuż minnhom.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni u l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, l-għodwa t-tajba lilek u lill-kollegi.", "Smajt uħud mill-kelliema tal-Oppożizzjoni jitkellmu, u kien hemm ħafna diskorsi riċiklati li ma kien hemm xejn ġdid fihom.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li għall-inqas ipprova jkun pożittiv fid-diskors tiegħu, anke meta tkellem fuq li m'għandniex inħallu l-immigrazzjoni tissoda l-lemin estrem f'pajjiżna, bħalma qiegħed jiġri f'pajjiżi oħrajn, però mbagħad smajt ħafna diskorsi riċiklati u mimlija insinwazzjonijiet.", "Simon Busuttil li l-istorja tiġġudikana, u bħalma tiġġudikana l-istorja jiġġudikana l-poplu Malti, li diġà ġġudikana għal darba, darbtejn u wera lil min qiegħed jemmen u lil min m'emminx.", "Smajt kelliema jattakkaw lill-Pulizija, però mbagħad qalu li mhux qed jirreferu għal kulħadd u wara l-attakki li għamlu u t-tixwix kollu li smajna kontra l-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar xhur, illum ġew jgħidulna li għandhom fiduċja fil-Korp.", "Dan l-istess bħalma jiġri fil-każ tal-Qorti.", "Meta jkun hemm verdett li jintgħoġob infaħħruh, imbagħad meta jkun hemm verdett li ma jintgħoġobx nikkritikaw lill-Qorti, nikkritikaw lill-ġudikant u ngħidu li s-saltna tad-dritt f'pajjiżna mhijiex taħdem.", "Issa qegħdin naraw ukoll li, kważi kważi, irridu nibdew nagħżlu l-pulizija li għandu jkun qiegħed jinvestiga skont l-investigazzjoni li tkun qed issir.", "Smajt kontinwazzjoni ta' ħafna allegazzjonijiet infondati li diġà ġew imgiddba.", "Smajt repetizzjonijiet ta' nofs veritajiet jew gideb li qal ħaddieħor u li ġew repetuti mill-ġdid f'din il-Kamra.", "Xejn ġdid!", "Smajt ukoll lill-Onor.", "Beppe Fenech Adami jitkellem fuq il-ġlieda kontra d-droga, qisu tana l-impressjoni li l-problema tad-droga f'Malta teżisti biss kull meta jkun hemm gvernijiet Laburisti.", "Tafu xi jkun hemm meta jkun hemm gvernijiet Laburisti?", "Dejjem jinqabad min ikun responsabbli mit-tixrid tad-droga f'pajjiżna.", "Fiż-żmien li konna għamilna fil-gvern bejn l-1996 u 1998, f'perjodu qasir ta' 22 xahar inqabdu l-barunijiet tad-droga li għadhom il-ħabs sal-lum.", "Issa ħarġu bit-teorija li qed tinqabad iktar droga għax hawn iktar droga.", "Forsi dak iż-żmien kienet tinqabad inqas għax kien hemm droga li kienet tgħaddi mill-VIP lounge u mill-Ministerial Lounge tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li fiha kien involut iben eks Ministru li tħalla jaħrab - għax l-impunità Alla jbierek illum qed nitkellmu dwarha - li kien ikun f'ċerti delegazzjonijiet u nies oħrajn li kienu jkunu f'delegazzjonijiet deħlin u ħerġin mill-Ministerial Lounge u mill-VIP Lounge tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, idaħħlu d-droga kif iridu hawn Malta, imbagħad telqu 'l hemm u ħadd ma jaf x'sar minnhom.", "Imma dawk differenti!", "F'isem is-sewwa, għall-inqas fuq suġġett daqshekk importanti u sensittiv, kunu onesti għal darba!", "Naf li hu diffiċli ħafna li tkunu onesti, imma għall-inqas ipprovaw agħmlu ħilitkom biex tkunu onesti mal-poplu Malti.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici qabad fuq it-tema tal-immigrazzjoni, u ħdejn id-diskorsi li smajna dwar il-barranin, qisu stona mal-kumplament ta' sħabu għax kien ibbilanċjat, fost il-ferneżija kważi xenofobika li qed nisimgħu min-naħa tal-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar il-barranin li jiġu jaħdmu hawn Malta.", "Iddiżgustajt ruħi b'kumment li għadda l-Onor.", "Claudio Grech, li mhux soltu tiegħu, fejn qabbel il-Marsa mal-pjaneta tax-xadini.", "Qed naqra mir-rapport \"Nationalist MP's Freudian slip compares Marsa migrant centre to the Planet of the Apes\" li aktar tard se nitlob il-permess biex inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Huwa diżgustanti li nqabblu lin-nies ta' kulur differenti max-xadini.", "Fil-Malta Today ġie rapportat x'qal l-Onor.", "Grech meta kien qiegħed jitkellem fi programm fuq Net TV, u se nikkwota:", "Kieku tajba bil-paroli, imma ħarbitlu l-frażi \"Planet of the Apes\".", "Issa se ngħid x'qal iktar tard u dan insibuh rapportat fil-MaltaToday.", "Qal li fil-Ħamrun hemm ħafna nies – minn dak li qrajt hawnhekk jidher li issa qed iqisuhom bħala xadini lin-nies ta' kulur differenti – li qed jibżgħu joħorġu minn djarhom minħabba li fil-Ħamrun hemm nies ta' kulur differenti.", "Dan l-artiklu jkompli hekk:", "\"Because of this situation\" qiegħda fl-inverted commas, għax hija quote diretta minn dak li qal l-Onor.", "Jiġifieri l-kelliem għall-politika soċjali tal-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni llum qed jgħidilna fi kliemu li n-nies ta' kulur differenti, biex ma ngħidx suwed, huma xadini!", "Mela issa nafu minn fejn ġej il-ħsieb għalfejn qegħdin jagħmlu dan l-istorbju kollu fuq il-persuni barranin li qegħdin jiġu jsibu opportunitajiet aħjar f'Malta, għax Malta llum hija l-art tal-opportunitajiet li qegħdin jinħolqu mhux biss għall-Maltin, imma qed noħolqu opportunitajiet biżżejjed biex anke ħaddiema barranin jiġu fostna u jieħdu l-opportunità tagħhom, speċjalment f'oqsma ta' xogħol fejn il-Maltin, b'dispjaċir ngħid, m'għadhomx iqisuhom bħala karriera.", "Jekk ikolli nsemmi settur wieħed, insemmi s-settur tal-catering.", "Illum mhux qegħdin hawnhekk biex nitkellmu fuq is-settur tal-catering, imma qegħdin nitkellmu fuq il-karrieri tal-korpi dixxiplinati, li aħna rridu nelevawhom.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar il-Korp tal-Pulizija li qed jiġi attakkat kontinwament.", "Mhuwiex sew li nindividwaw.", "Għandna nuru solidarjetà ma' kulħadd, mhux biss ma' min isofri xi attakk.", "Is-solidarjetà mal-pulizija għandha tkun mill-kbir saż-żgħir, mhux ma' min jogħġobna biss.", "It-tħaddim tas-solidarjetà m'għandux ikun ibbażat fuq il-kulur politiku jew fuq il-kulur tal-ġilda.", "Din hija d-differenza ewlenija li teżisti bejn din in-naħa tal-Kamra u n-naħa l-oħra, li mhux biss tiddistingwi bil-kulur politiku imma issa qiegħda tiddistingwi ukoll bil-kulur tal-ġilda.", "Din jien ma niflaħhiex!", "Il-pulizija llum għandhom moral għoli, għax il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom tjiebu u jinsabu ferm aħjar milli qatt kienu, speċjalment wara l-ftehim settorjali li ġie ffirmat.", "Hawn irrid nifraħ lill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia li kien kapaċi jasal għal ftehim li l-pulizija qatt ma kellhom bħalu, fejn dawn iIlum qegħdin jaħdmu ġimgħa ta' 40 siegħa u jitħallsu tagħha, mentri qabel kien hemm pulizija li kienu jaħdmu 46 siegħa u ma jitħallsux tagħhom, anzi l-Gvern preċedenti kien jgħid li ma kenux dovuti lilhom u ma kellhomx dritt għalihom.", "Illum l-pulizija għandhom ġimgħa ta' 40 siegħa, bħalma għandu kulħadd, u jekk jaħdmu sigħat żejda qed jitħallsu tagħhom bir-rata tal-overtime u issa qed inħallsuhom ukoll tas-sigħat żejda li kienu ħadmu li gvernijiet preċedenti ma ridux iħallsuhom tagħhom.", "Apparti li tjiebu l-kondizzjonijiet tal-pulizija, tjiebu ukoll l-pagi, għax bil-ftehim li sar telgħu fi skali aktar għoljin.", "Il-Ministru se jitkellem fuq dan.", "Huwa tajjeb li nispjegaw lil kulħadd kif tjiebu l-kondizzjonijiet tal-pulizija u kif tjieb id-dħul.", "Fil-fatt, id-dħul medju tal-pulizija żdied b'madwar €3,000 u mhux €2.33 biss.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni jinsab inkwetat li l-ħaddiema żdiedu €2.33, imma dawn żdiedu ħafna iktar minn hekk.", "Jekk nieħdu biss il-pakkett finanzjarju tal-pulizija se jkun żdied b'medja ta' €3,000 fis-sena.", "Din il-ħaġa qatt ma ġrat u niddubita jekk terġax tiġri.", "Deċiżjoni tajba li ttieħdet kienet dik ta' proġett pilota biex il-pulizija jkollhom il-bodycams.", "Jidhirli li għalissa hemm sezzjoni żgħira tal-pulizija, li huma l-pulizija tat-traffiku, li għandhom il-bodycams, u jalla dan il-proġett pilota jkompli jespandi u naslu f'sitwazzjoni fejn kull pulizija jkollu bodycam.", "Minn dak li qrajt, bl-użu tal-bodycams fl-Ingilterra, l-attakki fuq il-pulizija naqsu b'50%.", "Dawn iwasslu wkoll biex inaqqsu l-abbuż tal-pulizija.", "F'ħafna postijiet, apparti li hemm il-bodycams hemm ukoll id-dashcams, li huma importanti wkoll għax-xogħol tal-pulizija, kif naraha jien.", "Smajt ukoll lill-Onor.", "Beppe Fenech Adami jitkellem fuq l-għases magħluqin.", "Minflok ma tiftaħ għassa u tħalli l-pulizija fiha, jien nippreferi li jkolli l-pulizija fuq il-beat jagħmlu patrolling fil-lokalitajiet milli jkolli pulizija li joqgħod fl-għassa u ma jiċċaqlaqx minn hemm, għax biex ikollok l-għases miftuħin trid tħalli l-pulizija fihom u ma tkunx tista' toħroġhom fit-toroq.", "Jien nippreferi li jkolli l-pulizija fit-toroq milli jkolli l-pulizija magħluqin fl-għassa jistennew lin-nies ġejjin.", "Irrid ngħid ukoll li hemm ċerti xogħlijiet li jsiru mill-pulizija, bħal xogħol klerikali u xogħol manwali, li tista' tagħmlu persuna li mhijiex pulizija.", "Naħseb li jekk nirranġaw dawn l-affarijiet ikollna aktar riżorsi biex il-pulizija jagħmlu xogħolhom fl-għases u fil-patrolling u jkollna aktar riżors uman ikkonċentrat fuq ix-xogħol tal-pulizija per se.", "L-istess ngħid għal ċerti rapporti li jieħdu l-pulizija.", "Kultant ma nkunx nista' nifhem għalfejn meta ridt nirrapporta li parti mis-sur fil-Kottonera kien qiegħed fi stat perikoluż, qaluli li rrid inċempel lill-Pulizija.", "Mela l-pulizja għandu x'jaqsam mas-sur?", "Qaluli li l-proċedura hi li tmur tgħid lill-pulizija, imbagħad il-pulizija iqabbad perit, dan meta l-perit jista' jqabbdu d-Dipartiment tal-Gvern.", "Il-punt li rrid nagħmel hu li ċerti rapporti li jaslu għand il-pulizija, fl-opinjoni tiegħi, m'għandhomx jaslu għandhom.", "Pereżempju, jekk ikollok xi tgħid mal-ġar tiegħek minħabba li jagħmel xi apertura jew itella' ħajt, għalfejn għandek tmur għand il-pulizija?", "Mela l-Awtorità tal-Ippjanar għalfejn qiegħda?", "Għandna mmorru aħna għand l-Awtorità tal-Ippjanar u mhux għand il-pulizija!", "Naħseb li b'hekk inkunu qegħdin inħaffu x-xogħol tal-pulizija u nevitawlhom xogħol żejjed ħalli jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq l-affarijiet li verament għandhom jikkonċentraw fuqhom, fosthom il-ġlieda kontra l-kriminalità.", "Suġġett ieħor li ġie ttrattat kien il-ħabs.", "Il-ħabs huwa post għall-kastig, imma mhux għall-ħabsin biss, għax għal ħafna snin il-ħabs kien post tal-kastig għall-gwardjani wkoll.", "Taħt l-amministrazzjonijiet preċedenti d-Diretturi tal-Ħabs kienu jinbidlu regolarment, imma llum qed nara li hemm iktar impenn biex nirranġaw is-sitwazzjoni tal-ħabs, kemm għall-inmates u anke għall-gwardjani.", "Illum irridu li x-xogħol ta' gwardjan tal-ħabs ma jħarsux lejh bħala xogħol kwalunkwe, li wieħed imur jagħmlu għax ma jsibx xogħol ieħor, imma għandna nħarsu lejn dawn it-tip ta' xogħlijiet bħala karriera.", "Irridu li jkollna nies li jkunu jridu jagħmlu l-karriera tagħhom bħala uffiċjali korrettivi jew gwardjani.", "Hawnhekk nixtieq ngħid li jien il-ħabs qatt ma dħalt, imma nisma' u nitkellem biss.", "Kien hemm min ipprova jdaħħalni fiż-żmien meta kont ġurnalist, għax ktibt xi ħaġa li m'għoġbitux!", "Ridna nitfgħu ġurnalist il-ħabs mingħajr ma jingħata l-libertà tal-espressjoni, imma nsomma mhux se noqgħod nidħol f'affarijiet tal-passat.", "Jien niltaqa' ma' nies, ma' gwardjani u ma' qraba ta' persuni li qegħdin hemmhekk u nieħu l-impressjoni li l-ħabs huwa antik.", "Fil-fatt, meta tara l-bini minn barra tista' tara li l-ħabs huwa antik.", "Biss biss, għad hemm il-forka l-antika, u se tibqa' hemmhekk.", "Dan il-ħabs suppost jesa' xi 400 ruħ u jekk m'iniex sejjer żball illum hemm 600 ruħ.", "Jiġifieri rridu naraw x'se nagħmlu, jew inkabbruh, li naħseb li hija xi ħaġa diffiċli meta wieħed iqis fejn hu qiegħed, jew inkella nibnu ħabs ġdid b'faċilitajiet moderni li jkun addattat għaż-żmenijiet tal-lum u jagħti aktar dinjità lil min qiegħed hemm ġew b'kastig u lil min qiegħed hemm biex jagħmlel il-karriera tiegħu bħala gwardjan tal-ħabs.", "Nixtieq nara wkoll aktar integrazzjoni, għax il-ħabs suppost li huwa faċilità korrettiva, għalhekk insejħulu l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Issa kemm jirnexxilha tkun faċilità korrettiva wieħed irid jara, però dawk li nisimgħu bihom ikunu l-ftit li mhumiex tajbin, imma jkun hemm oħrajn li l-istorja tagħhom tkun suċċess.", "Naf li hawn kumpaniji u kunsilli lokali li jġibu l-ħabsin jagħmlulhom xi xogħlijiet, u nirringrazzjahom talli daħlu f'dan il-programm.", "Naf xi kunsilli li għandhom nies jaħdmu magħhom li kienu l-ħabs u huma ħaddiema li jaħdmu u verament dedikati.", "Hemmhekk tara l-impenn tan-nies li jridu jibdlu ħajjithom.", "Dik tkun faċilità korrettiva, meta persuna tkun daħlet il-ħabs għax għamlet xi ħaġa ħażina u s-soċjetà tkun qiegħda tikkundannaha, imbagħad hemmhekk tirriforma ruħha u tidħol lura fis-soċjetà bħala persuna riformata.", "Minn dak li jgħiduli nista' ninnota li ddaħħlet iktar dixxiplina fil-ħabs u nbidel ċertu apparat.", "Pereżempju, meta nkun ġej filgħodu lejn il-Belt ninnota li l-vannijiet li jwasslu l-ħabsin il-qorti qabel kienu mdamdmin, mentri llum dawn inbidlu għal oħrajn moderni.", "B'hekk tkun tista' tara li hemm aktar impenn, aktar rieda u aktar determinazzjoni biex l-affarijiet isiru aktar moderni u biex tiżdied is-serjetà u d-dixxiplina.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq il-korpi dixxiplinati u d-dixxiplina hija sabiħa.", "M'għandix ħin biex nitkellem fuq l-Armata, imma naf li fuq l-Armata għaddejjin diskussjonijiet mal-union tas-suldati biex, bħall-puliizja, is-suldati jkollhom aktar drittijiet u kondizzjonijiet aħjar ħalli jkunu jistgħu jaqdu dmirijiethom aħjar.", "Sinjura President, nixtieq issa nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "IC-CHAIRPERSON: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, dalgħodu assistejna għal kummenti li ħafna minnhom huma riċiklati.", "Donnu f'dan il-Parlament hemm min jista' jitkellem fuqhom, imma hemm oħrajn li meta membri ta' din il-Kamra jitkellmu fuqhom, jiġu mhedda mill-familjarji li se jittieħdu passi legali kontrihom.", "Jien kont irċevejt ittra fejn bażikament kont mitlub mill-familjarji tas-Sinjura Caruana Galizia biex ma nitkellimx fuq il-każ tal-qtil brutali u inaċċettabbli tagħha.", "Issa jien se nirrispetta r-rieda tal-familjarji, imma donnha s-sarima ma' ħalqi biss qiegħda u mhux ma' ħalq il-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Li nista' ngħid hu li l-ħidma se tkompli, il-ġlieda biex jinstabu l-persuni kollha wara dan il-qtil se tkompli, bħalma se jkomplu jseħħu l-każijiet kriminali f'pajjiżna, imma aħna se nkunu ffokkati fuqhom.", "F'dan il-każ kellna għajnuna minn barra minn Malta li kkonfermaw ix-xogħol siewi li għamlu s-servizzi tas-sigurtà u l-pulizija biex jiġu identifikati dawk li allegatament wettqu dan l-att inaċċettabbli.", "L-għajnuna barranija għadha għaddejja u l-€1 miljun rigal għal min jagħti informazzjoni li twassal għal kwalunkwe persuna li b'xi mod jew ieħor hi relatata mal-każ għadu eżistenti.", "Ix-xogħol għadu għaddej u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.", "Jalla l-persuni kollha wara dan il-każ jiġu arrestati u mressqin il-qorti, imma eventwalment l-iktar li jinteressani mhuwiex li titressaq il-persuna, imma li jkun hemm provi konkreti biex dik il-persuna tieħu dak li ħaqqha.", "Dak li ġara mhu aċċettabbli fl-ebda soċjetà, bħalma mhu aċċettabbli l-ebda qtil għall-ebda raġuni.", "Il-ħajja tal-bniedem hija importanti u s-sigurtà tal-persuna hija importanti.", "Jekk naraw in-nefqa li qed issir min-naħa tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għal din ir-raġuni, naraw it-twettiq tal-impenn li ġie mwiegħed fil-programm elettorali tal-elezzjoni li għaddiet, li jkun hemm l-ikbar investiment li qatt sar fis-setturi tal-korpi dixxiplinati.", "Biżżejjed insemmi li jekk wieħed kellu jqabbel il-Baġit li tressaq fl-2012, li kienet is-sena ta' qabel l-elezzjoni, u l-Baġit li qegħdin inressqu llum, li hi s-sena ta' wara l-elezzjoni, u taħt gvernijiet preċedenti konna mdorrijin li wara li tkun għaddiet l-elezzjoni jibda l-issikkar taċ-ċintorin u lejlet l-elezzjoni f'daqqa waħda qisha taqa' l-manna mis-sema, meta kien hemm il-manna mis-sema lejlet l-elezzjoni tal-2013 in-nefqa rikorrenti kienet ta' €63 miljun, filwaqt li fl-2018 in-nefqa rikorrenti telgħet għal €92 miljun, meta suppost hija s-sena li nissikkaw.", "Bażikament, jekk inqabblu bejn l-2012 u l-2018 in-nefqa żdiedet b'50%.", "Niġu għan-nefqa kapitali.", "Lejlet l-elezzjoni tal-2013 in-nefqa li kienet qed tiġi pproġettata kienet ta' €12-il miljun.", "Din is-sena, ħames snin wara, żgur li l-inflazzjoni ma kenitx ta' 300%, imma s-sena d-dieħla n-nefqa se titla' għal €37 miljun, tliet darbiet iktar min-nefqa kapitali li kien hemm ħames snin ilu.", "Mela kieku kelli nieqaf fuq in-numri biss, bażikament diġà nistgħu naraw l-impenn ta' kif se nkunu mexjin 'il quddiem fl-investiment u fil-pjanijiet li għandu l-Ministeru.", "Xi ħaġa li tinkwetani hija li f'din il-Kamra jsiru dikjarazzjonjiet sempliċement biex inkunu saru, imbagħad nibda nirrealizza li jew hawn min ma jkunx jaf b'dawn l-affarijiet, jew ma ġiex informat, jew inkella jaf bihom u jrid iqarraq b'din il-Kamra u barra minnha.", "Imma se niġi għal dan il-punt iktar 'il quddiem.", "Naħseb li wieħed mill-aħjar diskorsi li saru min-naħa tal-Oppożizzjoni, għalkemm kien hemm xi nuqqasijiet li se niġbed l-attenzjoni fuqhom, kien tal-Onor.", "Mifsud Bonnici, li qabad is-suġġett importanti tal-immigrazzjoni, kemm dik legali u anke illegali.", "Ħalli nibda bl-immigrazzjoni illegali.", "Matul din is-sena twaqqfet l-operazzjoni li kienet qed titmexxa min-naħa tal-Unjoni Ewropea li kien jisimha Operation Triton li mbagħad inbidlet għal Operation Themis fejn ix-xogħol tal-Frontex tela' iktar il fuq minn pajjiżna, allura pajjiżna m'għadux kopert miż-żona tal-Frontex, imma xorta għaddejjin proġetti oħrajn.", "Hemm ukoll Operation Sophia li parti minimu mix-xogħol tagħha hu li tħares l-operat ta' kif issir l-immigrazzjoni illegali mill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, imma għandhom ħafna xogħol ieħor sabiex jiġġieldu l-ġlieda tal-kriminalità organizzata fil-Mediterran, b'mod speċjali fiż-żona ta' bejn il-Libja u l-Italja.", "Fost il-kummenti li saru, smajna li l-ġlieda kontra l-kriminalità tal-fuel smuggling mhux qed tittieħed bis-serjetà.", "L-ewwel ħaġa, il-korpi dixxiplinati tagħna jistgħu jieħdu passi fit-territorju tagħna, imbagħad hemm operazzjonijiet eżistenti oħrajn, fosthom Operation Sophia, li taqa' taħt it-tmexxija tal-Unjoni Ewropea.", "Hemm ukoll l-assi tan-NATO fil-Mediterran li jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata b'mod kontinwu.", "Irrid ngħid ukoll li fejn tidħol il-kriminalità organizzata, hemm setturi oħrajn, bħalma hu s-servizz tas-sigurtà li mhux l-ewwel darba li ta informazzjoni barra minn pajjiżna u dawk il-pajjiżi ħadu azzjoni u arrestaw persuni b'relazzjoni mal-kriminalità organizzata.", "L-istess ħaġa l-Korp tal-Pulizija, li għall-informazzjoni tal-pubbliku inġenerali rrid nirringrazzjahom tal-għajnuna kbira li jagħtu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fejn jidħol il-fuel smuggling, kemm lokalment flimkien ma' dipartimenti oħrajn bħad-Dipartiment tad-Dwana, l-FIAU u dipartimenti oħrajn li jagħmlu l-investigazzjonijiet dwar l-assi ta' persuni lokali jew inkella li qegħdin f'pajjiżna u jaħslu flushom fejn għandha x'taqsam il-kwestjoni tal-fuel smuggling, kif ukoll għall-koperazzjoni li jkun hemm bejn is-servizzi tas-sigurtà, il-Pulizija, l-informazzjoni li jkollha l-Armata flimkien mal-informazzjoni li għaddejja mill-assi ta' Operation Sophia inkluż l-assi tan-NATO, qed ikun hemm miri speċifiċi għall-kriminalità organizzata fl-ibħra 'l barra mit-territorju tal-Italja, 'l barra mit-territorju Libjan u 'l barra mit-territorju Malti, fejn għaddej xogħol kontinwu f'din il-ġlieda.", "Jekk m'aħniex qegħdin nirnexxu jfisser li rridu nerġgħu naraw il-pjanijiet, ħalli jkollna aktar suċċessi f'din il-ġlieda li fl-aħħar mill-aħħar irrid ngħid li tkun qed tgħin billi tagħti fondi lil ċerti milizji ħalli jkomplu jiġġieldu kontra l-kriminali u s-settur tat-terroriżmu fil-Libja.", "Għalhekk, parti mill-obbligu tal-pajjiżi kollha hu li jaraw li l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-finanzjament tal-milizji tkompli għaddejja.", "Nista' ngħid ukoll li wara informazzjoni li għaddejna minn Malta, kien hemm Maltin li spiċċaw arrestati barra minn pajjiżna fuq allegazzjonijiet b'relazzjoni mal-kuntrabandu tal-fuel.", "Issa ħalli mmur għall-immigrazzjoni.", "Sinjura President, fejn tidħol l-immigrazzjoni, waħda mill-affarijiet importanti hija li dawn il-persuni huma umani u m'iniex se nitkellem fuq l-immigrazzjoni, bħalma għamel il-kollega tiegħi, daqslikieku dawn in-nies huma xi forma ta' rejects tas-soċjetà.", "Dawn huma persuni umani u mhumiex xandini, bħalma intqal ilbieraħ fuq it-televiżjoni li dawn ġejjin mill-planet of the apes!", "Naħseb li hu inaċċettabbli li f'dan il-Parlament u barra minnu nirriferu b'dan il-mod għall-persuni barranin li għandhom kulur tal-ġilda differenti u li ġejjin minn pajjiżi differenti, u ndaħħlu din l-idea xenofobika fis-soċjetà tagħna.", "Din hija xi ħaġa inaċċettabbli u nistenna li jkun hemm min jiġbed l-attenzjoni ta' dawn il-persuni għal ċerti diskorsi li jagħmlu fil-pubbliku.", "Fi ħdan l-Unjoni Ewropea għaddej ħafna xogħol.", "Irrid ngħid li sfortunatament, il-ministri għall-intern mhux qed jirnexxielna naslu għall-konklużjonijiet.", "Irrid infakkar lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici – u hawnhekk fejn forsi ma qbiltx miegħu – fl-appoġġ li ta l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, għax meta kienu jitkellmu fuq burden sharing, konna nappoġġjaw il-fora internazzjonali kollha u anke lokalment, li l-pajjiżi fil-periferija tal-Ewropa ma jistgħux jieħdu l-piż kollu fuq spallejhom, imma għandu jkun hemm burden sharing ma' pajjiżi oħrajn, għax wieħed jistenna li f'ġieħ is-solidarjetà, tissarraf is-solidarjetà Ewropea.", "Sfortunatament, għal ħafna pajjiżi Ewropej sal-2015 l-immigrazzjoni qisha ma kenitx teżisti, imbagħad meta misset iċ-ċentru tal-Ewropea fl-2015, f'daqqa waħda l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea stenbħu u fid-diversi laqgħat li kienu jsiru tela' 'l fuq fl-aġenda l-kunċett tal-immigrazzjoni illegali u bdew numru ta' diskussjonijiet.", "F'dawn id-diskussjonijiet hemm pajjiżi li sfortunatament qegħdin iżommu linja iebsa ħafna kontra l-immigrazzjoni, tant li ma jridux jipparteċipaw u qed jheddu l-għaqda Ewropea minħabba n-nuqqas ta' ftehim fuq livell ta' immigrazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Il-fatt li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea mhumiex magħqudin fuq dan is-suġġett juri firda fil-fora internazzjonali, allura rridu naraw li nkomplu nimxu 'l quddiem.", "Malta se tkompli taħdem b'mod kontinwu biex il-ftehim ta' Dublin jinbidel u l-pajjiżi kollha jieħdu r-responsabilità fuq spallejhom li jaqsmu l-piż mal-pajjiżi li qegħdin fit-tarf tal-Unjoni Ewropea, b'mod speċjali Malta, l-Italja, il-Greċja, Ċipru, u sa ċertu punt anke Spanja.", "Irrid ngħid ukoll li naqas l-iskariġġ tal-immigranti illegali fil-baħar bejn il-Libja u l-Italja u żdied fil-Lvant u l-Punent, fosthom fil-Greċja, Ċipru u Spanja, imma għalina xorta jfisser li l-immigrazzjoni illegali għadha għaddejja u rridu nimxu 'l quddiem biex naraw li tonqos jew tispiċċa għal kollox.", "Għandu jkun hemm postijiet fejn isir l-inżul tal-persuni li jiġu salvati minn fuq il-baħar ħalli ssir evalwazzjoni ta' dawk li ħaqqhom l-ażil u dawk li ma ħaqqhomx.", "Lil dawk li ħaqqhom l-ażil għandna ngħinuhom isibu t-triq tagħhom lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u nagħtuhom l-appoġġ neċessarju, speċjalment jekk ikunu telqu minn postijiet ta' inkwiet u ta' periklu għalihom.", "Fil-każ ta' dawk il-persuni li ma ħaqqhomx jingħataw l-ażil, irridu naraw li jiġu rritornati lejn pajjiżhom, allura hemm bżonn isir tisħiħ fil-Frontex biex tkun tista' tgħin f'dak is-settur.", "Il-pajjiżi Ewropej għandhom jaċċettaw lil dawn il-persuni jekk japplikaw b'mod legali, bħalma japplikaw persuni minn pajjiżi oħrajn.", "Irridu nkunu lesti wkoll li niftħu l-bibien tagħna għalihom, iktar milli jkun hemm xi ħadd li jgħajjarhom li huma xadini.", "Naħseb li wieħed irrid japprezza x-xogħol li għamel il-poplu Malti u Għawdxi, li għall-ewwel darba wara nuqqas ta' ftehim li kien hemm bejn il-pajjiżi fil-Mediterran, offra li l-immigranti jitniżżlu f'pajjiżna u jiġu rilokati f'pajjiżi Ewropej oħra.", "Irrid nirringrazzja lil dawk il-pajjiżi li pparteċipaw, u iktar u iktar irrid nirringrazzja lill-persuni lokali li għenu f'dan il-kunċett ta' riallokazzjoni li kien l-ewwel wieħed li sar fil-pajjiżi Ewropej, għax inħoss li għamlu xogħol verament meraviljuż.", "Bħalma qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici, irridu nħarsu wkoll lejn strateġija sabiex tkun faċilitata l-integrazzjoni tal-immigranti.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) se tibda l-programm Psycho Social Interventions li parti minnu hu ffinanzjat minn fondi Ewropej, minn tim ta' professjonisti psikoloġiċi, aktar u aktar meta wieħed jirrealizza li ħafna minn dawn l-immigranti, speċjalment dawk li se jkunu qegħdin jingħataw l-ażil, ibatu minn post traumatic stress disorder, dipressjoni, u forom oħra ta' stress mentali.", "Irrid nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-AWAS għax-xogħol li għamlu.", "Naf li kellhom pressjoni fuqhom minħabba dan il-kunċett ġdid ta' rilokazzjoni ta' immigranti li ġew fuq il-Life Line, l-Aquarius u l-Aquarius II.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-UNHCR u l-IOM li bl-assistenza tagħhom stajna nkunu aktar effettivi.", "Sadanittant, xorta waħda qegħdin naraw li jkun hemm iktar sigurtà, speċjalment fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far.", "Fil-fatt, għamilna l-ħitan u min jgħaddi minn hemmhekk ikun jista' jara l-guardrooms.", "Nemmen ukoll li wasal iż-żmien li apparti li jkun hemm is-sigurtà, bħal CCTV cameras u apparat ieħor.", "Inħoss ukoll li trid tingħata iktar dinjità lil dawn il-persuni billi naraw li l-bini jkun dinjituż għall-persuni li jkunu qegħdin joqogħdu fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far.", "Apparti minn hekk, irrid nirringrazzja wkoll lill-European Asylum Support Office (EASO) għat-taħriġ li jsir b'mod kontinwu lil dawk il-persuni li jaħdmu f'dan is-settur.", "Qegħdin naraw kif nistgħu ntejbu l-operat tas-servizz ta' detenzjoni għall-persuni li jkunu qegħdin Malta b'mod irregolari u li jkunu se jintbagħtu lura lejn pajjiżhom, fejn saret bidla kbira anke fl-infrastruttura, għax minn post mitluq, matul l-aħħar ftit xhur ġie rinovat.", "Ladarba qed nitkellem fuq l-immigrazzjoni illegali, se nħares ukoll lejn l-immigrazzjoni legali.", "Irrid insemmi l-koperazzjoni li hemm b'mod kontinwu bejn Identity Malta u l-Korp tal-Pulizija u xogħol li jsir mal-persuni barranin li qed jiġu f'pajjiżna u huma milqugħin bil-qalb kollha.", "Filwaqt li erba' jew ħames snin ilu n-nies kienu jħabbtu l-bibien tal-politiċi biex isibulhom ix-xogħol, illum in-nies fin-negozju qed iħabbtulna l-bibien biex insibulhom in-nies.", "Din hija qabża kbira fil-kultura ta' pajjiżna, fejn l-ekonomija mxiet 'il quddiem, kompliet tissaħħaħ u qed tagħti riżultati pożittivi.", "Mhux ta' b'xejn għandna ekonomija li qed tagħti r-riżultati, fejn mhux biss qed innaqqsu d-dejn tal-pajjiż, imma d-defiċit sar surplus.", "Il-poplu Malti u Għawdxi qatt ma kien jgħix ħajja aħjar minn hekk u rajna l-faqar jonqos bil-qawwi.", "Biżżejjed ngħid li l-persuni li jgħixu fil-faqar minn madwar 39,000 illum naqsu għal 19,000, jiġifieri b'iktar minn 50% u l-ammont ta' dawk li qegħdin f'riskju ta' faqar, li allura ma jfissirx li qegħdin fil-faqar, naqas kważi b'20%.", "Meta tara r-riżultati ekonomiċi pożittivi bl-involviment tal-persuni barranin li qed jiġu jaħdmu f'pajjiżna, tirrealizza kemm hemm bżonn li nħaffu l-proċess ta' dawk il-persuni li jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, kemm dawk li għandhom ħiliet żgħar u anke dawk li għandhom ħiliet akbar.", "Illum il-ġurnata ftit issib Maltin li jridu jidħlu għal ċertu tip ta' xogħol, jew għax ikollhom jaħdmu s-Sibt jew il-Ħadd, jew għax ikunu bix-xift, jew għax ikun xogħol iebes, inkella għax ikun xogħol li ma jarawhx dinjituż.", "Wieħed jista' jara ż-żewġ rapporti li saru biex tissaħħaħ il-pensjoni ta' dawk il-pensjonanti li għandhom dħul baxx u biex naraw li l-pensjonijiet jibqgħu sostenibbli mhux biss għall-anzjani li hemm illum, imma għalina u għal dawk li għadhom ta' età żgħira.", "Il-pjan jgħid ċar li jekk tiżdied il-popolazzjoni jkun possibbli li l-pensjonijiet jiżdiedu u jibqgħu sostenibbli, jitjieb il-welfare state ta' pajjiżna fejn is-servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni jkunu b'xejn u nkunu nistgħu ngħinu lill-istudenti jkomplu jistudjaw.", "Jekk wieħed jara l-istudju li sar fi żmien Gvern Nazzjonalista u fi żmien Gvern Laburista fl-2014, ir-rapport li kien ħareġ kien jgħid l-istess ħaġa.", "Id-differenza hi li l-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux iqajjem l-ekonomija u allura ma kienx hemm postijiet tax-xogħol, imma l-Gvern Laburista ħoloq il-postijiet tax-xogħol u llum qegħdin nitolbu lill-barranin jiġu f'pajjiżna ħalli jimlew il-postijiet tax-xogħol, għax ħafna mill-Maltin li jridu jaħdmu f'dawk il-postijiet tax-xogħol diġà qegħdin hemm, u dan b'riżultat tad-diversi inċentivi li tajna lill-poplu Malti u Għawdxi, speċjalment lin-nisa, biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Ladarba semmejt l-immigrazzjoni illegali, irrid insellem minn qalbi lill-membri kollha tal-Forzi Armati li ħadmu bla heda b'mod kontinwu.", "Nista' ngħid li nkun qiegħed nonqos jekk insemmi biss il-Headquarters tal-Forzi Armati, il-Maritime Squadron, l-Air Wing, l-Operations Room u l-Units, għax inkun inġust mal-bqija tal-membri tal-Forzi Armati jekk ma nsemmix ix-xogħol kollu li sar u l-istress li għaddew minnu biex jipproteġu u jgħinu lil dawk il-persuni li kienu qegħdin f'periklu fl-ibħra tagħna, meta minkejja ibħra b'forza 7 u forza 8, xorta ħarġu jgħinu lil dawk il-persuni li kienu fil-periklu ħalli jsalvawhom.", "Apparti minn hekk, irrid insellem lill-Forzi Armati li bdejna narawhom jaħdmu mal-Pulizija u mas-servizzi tas-sigurtà biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata.", "Hawnhekk bdejna naraw il-koperazzjoni bejn korpi dixxiplinati differenti biex kuntrarju għal-litanija riċiklata tas-soltu li smajna mill-kelliema l-oħra kollha, bdejna naraw il-ġlieda vera kontra l-kriminalità organizzata.", "Mhux ta' b'xejn li l-qbid tad-droga li qed isir b'ammonti qawwija – ħaġa li se nitkellem fuqha iktar tard - għax bħalma qal l-Onor.", "Glenn Bedinfield, qabel id-droga kienet tidħol u qisu ma ġara xejn, filwaqt li llum qegħdin naqbdu d-droga f'ammonti sostanzjali u dan qed iwassal biex inkissru ċerti ċrieki ta' kriminalità organizzata.", "Irrid insemmi wkoll il-membri tal-Armata, għax donnhom il-kelliema tal-Oppożizzjoni ma tantx kellhom ħin għalihom.", "M'ilux semmew li kollox miexi għal riħu u m'hemm l-ebda pjan.", "Fuq pjan li huwa pubbliku ma kontx nistenna li jingħad li m'hemmx pjan.", "Kieku kien qed jirreferi għall-pjanijiet li għandna rigward il-protezzjoni ċivili għall-għaxar snin li ġejjin, li diġà hu approvat mill-Ministeru u mill-Gvern, kont ngħid li forsi għadu ma semax bih.", "Kieku qed nitkellmu fuq il-pjanijiet li għandhom il-Pulizija u l-istrateġija li qegħdin nibnu fuq is-cyber crime, id-difiża tas-cyber, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u affarijiet oħrajn, kont ngħid forsi għadhom ma ġewx leaked!", "Imma hawn qed nitkellem fuq pjan għar-riforma tal-Forzi Armati li diġà huwa pubbliku u li jismu \"The Armed Forces of Malta, A vision of the future\".", "F'25 sena qatt ma sar pjan, imbagħad meta hemm pjan pubbliku, jiġi jgħid li m'hemmx pjan!", "Dan il-pjan ma ħariġx ilbieraħ, imma ilu sentejn li ħareġ!", "B'hekk nistgħu naraw li hawn min jiġi fil-Parlament sempliċement biex jirriċikla affarijiet li ilu jgħid mingħajr ma jkollu l-ebda pjan jew viżjoni u mingħajr ma jagħmel l-ebda suġġeriment.", "Allura hawn wieħed jibda jistaqsi: Fejn hu l-gvern alternattiv?", "Issa ma nafx ta' liema kap se jkun, imma forsi għalhekk għad m'hemmx pjan ta' x'inhi l-viżjoni tal-Oppożizzjoni.", "Xi ħadd sema' b'xi viżjoni llum?", "Għax jien qgħadt hawnhekk nistenna siegħa u nofs bil-paċenzja kollha, forsi nitgħallem xi ħaġa, imma ma smajt assolutament xejn.", "Sinjura President, nista' nassigurak li dan il-Ministeru huwa għal qalbi, kuntrarju għal dak li jipprovaw jinsinwaw.", "Nista' ngħid li jien tkellimt mal-uffiċjali kollha u qegħdin naħdmu dwar strateġija sabiex il-poplu Malti jkun jista' jgħix f'pajjiż sigur mhux biss fuq l-art, imma anke fl-ibħra ta' madwarna, mhux biss fil-ħajja ta' kuljum, imma anke f'xi inċidenti li jistgħu jirriżultaw b'mod naturali.", "Nistgħu ngħixu f'post sigur billi jkollna pjan ċar ta' fejn irridu naslu, għax bis-saħħa ta' dak il-pjan nistgħu niġu hawn nitkellmu mal-Ministru għall-Finanzi, ngħidulu bil-pjan li għandna u ngħidulu kemm għandna bżonn fondi.", "Mhux ta' b'xejn li l-fondi għall-proġetti kapitali żdiedu tliet darbiet iktar milli kienu taħt il-Partit Nazzjonalista fl-2012 li kienet is-sena ta' qabel l-elezzjoni!", "Dik il-viżjoni tinvolvi investiment, allura aħna tkellimna mal-Ministru għall-Finanzi u man-nies li jaħdmu fil-Finanzi u dawn fehmu li jrid ikun hemm l-ikbar investiment li qatt sar f'pajjiżna biex dawn is-setturi nkomplu mmexxuhom 'il quddiem.", "L-istess nista' ngħid għall-Forzi Armati, fejn diġà saru xi investimenti biex xtrajna ajruplani fixed-wing, xtrajna tliet helicopters kbar ġodda, xtrajna żewġ explosive ordnance robots u r-response vehicle tagħhom, rajna li jitwaqqaf il-fuel farm, li jkun hemm binjiet għar-Rapid Deployment Team tal-iskwadra marittima, u rajna li jinxtara apparat speċjalizzat għall-iSpecial Operations Unit.", "Qegħdin naraw li wasal iż-żmien li jsir xogħol estensiv fuq il-barracks li għal għexieren ta' snin tħallew jitmermru għax ma kenitx issirilhom manutenzjoni.", "Dan huwa parti minn dak li se jsir.", "Diġà għandna proġett għall-ikbar dgħajsa li se jkollhom il-Forzi Armati biex ikunu jistgħu jkomplu jissalvagwardaw l-ibħra territorjali tagħna u 'l barra minnhom u se jkopru wkoll is-search and rescue region tagħna biex ikunu komplementari mal-P62 u l-P61.", "Din l-iskwadra għadha kif ġiet rinovata b'teknoloġija moderna permezz ta' fondi li l-biċċa l-kbira minnhom ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Wieħed irid jara x-xogħol kbir li għaddej fl-Armata.", "Pereżempju, illum ma ssemmiex li l-Armata tagħtik futur, għax tagħtik l-edukazzjoni neċessarja biex timxi 'l quddiem ħalli wara li tagħmel il-25 sena servizz, jekk tinteressa ruħek jista' jkollok il-kwalifiki neċessarji għal xogħol ieħor fil-futur, kemm għal rasek jew inkella billi ssib xi impjieg.", "Ma smajna xejn fuq ir-rekluti li qegħdin jidħlu fl-Armata, jew li qegħdin nipprovaw inħajru lill-persuni li qegħdin fl-Armata li jibqgħu jaħdmu fl-Armata wara l-25 sena, u qegħdin inħajru żgħażagħ oħrajn jidħlu membri fil-forzi dixxiplinati tal-Armata.", "Ladarba qed insemmi l-Armata, irrid ngħid li l-Onor.", "Glenn Bedingfield għamel referenza għall-ftehim kollettiv, u jien se mmur lil hinn minn hekk.", "Smajt lill-Onor.", "Beppe Fenech Adami jifraħ lill-unions.", "Imma skużi, min ta d-dritt lill-membri tal-Korpi Dixxiplinati jidħlu f'union?", "Sentejn ilu jew tliet snin ilu Gvern Laburista għadda liġi minn dan il-Parlament li tat dan id-dritt lill-ħaddiema tal-korpi dixxiplinati.", "B'liema ftehim kollettiv jistgħu jiftaħru n-naħa tal-Oppożizzjoni?", "Bil-ftehim kollettiv li kien ikun imponut minn fuq għal isfel u l-ħaddiem kien ikollu jaċċetta dak il-ftehim kollettiv li kien ikun offrut lilu fejn ma setax jersaq 'il quddiem biex jagħmel proposti differenti?", "Mhux ta' b'xejn li fil-ftehim kollettiv li kien isir qatt ma ngħataw xi ħaġa sostanzjali!", "Hawnhekk naraw li wara 11-il sena mill-aħħar ftehim kollettiv li kien ġie imponut minn fuq, poġġejna bilqiegħda.", "Dan huwa d-dritt li ngħata mill-Gvern Laburista lill-membri tal-korpi dixxiplinati, li tpoġġi bilqiegħda tiddiskuti mal-unions u tasal fi ftehim miż-żewġ naħat, billi ż-żewġ naħat jisimgħu lil xulxin u jaslu għal ftehim flimkien.", "Dak id-dritt ingħata minn gvernijiet Laburisti wara s-snin twal li kien ilu jissemma.", "Dak il-ftehim kollettiv se jkun il-bażi tat-taħdidiet li diġà bdew mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mal-membri tal-Forzi Armati u mal-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Dan apparti ftehimiet li għaddejjin ma' unions oħrajn dwar ħaddiema li kellhom id-dritt li jkunu rappreżentati minn union, li wħud minnhom wasalna biex nikkonkluduhom u oħrajn għadu għaddej il-proċess tagħhom, ħalli l-ħaddiem ikollu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Jekk wieħed jara x'kien jgħid il-programm elettorali fejn jidħol dan is-settur, jista' jara li kien jgħid li se naraw li l-iskali tal-pagi tal-uffiċjali tal-Pulizija jogħlew – dan kien jgħodd ukoll għall-korpi dixxiplinati - u li se jkunu inċentivati biex wara li jkunu laħqu l-25 sena servizz jibqgħu fil-Korp minflok ma jirtiraw.", "Dan sar sabiex jassigura li l-korpi dixxiplinati jkomplu jrawmu u jżommu fi ħdanhom uffiċjali b'esperjenza, u hekk se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Imma qabel ma għamilna hekk, poġġejna bilqiegħda, tajniehom id-dritt ta' rappreżentanza f'union u ddiskutejna mal-unions, iktar milli imponejna x'jaħseb il-Brigadier, x'jaħseb il-Kummissarju tal-Pulizija, x'jaħseb id-Direttur tal-Ħabs, x'jaħseb id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili li għandhom jieħdu l-ħaddiema ta' taħthom.", "Mhux ta' b'xejn li l-Pulizija kellhom l-aqwa ftehim li qatt kellhom s'issa.", "Irrid ngħid li fejn jidħlu l-Forzi Armati, aħna mhux biss jinteressana mill-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, imma wkoll mill-postijiet fejn jaħdmu.", "Niġi issa għas-settur tal-ħabs.", "Irrid ngħid li ħadna deċiżjonijiet wara li evalwajna rapporti li kienu saru qabel.", "Mhux pjan wieħed kien hemm, imma kien hemm tnejn, u erġajna għamilna evalwazzjoni sħiħa biex ngħaqqdu l-pjanijiet kollha flimkien u naslu għal pjan wieħed dwar il-bidla li hemm bżonn issir fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "L-ewwel ħaġa li ridna naraw kienet x'inhi l-problema, u sibna li l-problema kienet li l-istruttura amministrattiva ma kenitx tagħmel sens.", "Għaldaqstant bdejna noħolqu struttura amministrattiva oħra ta' kif titmexxa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Waqqafna Bord ta' Governanza, fejn lid-Direttur għollejnieh fil-livell ta' Direttur Ġenerali u rajna li taħtu jkun hemm struttura li tista' taħdem billi tiddaħħal id-dixxiplina, tiddaħħal is-sigurtà u jinqerdu darba għal dejjem affarijiet diżumani f'din il-Faċilità bħal, pereżempju, li biex tfittex fuq xi ħadd għax taħseb li għandu d-droga tneżżgħu u teżaminalu l-kavitajiet kollha.", "Fi ftit tal-ġimgħat oħra din se tkun storja tal-passat, għax se nkunu qegħdin indaħħlu l-iscanners biex attwalment il-persuni kollha, kemm l-uffiċjali tal-Ħabs, kemm jien meta mmur inżur il-Faċilità u kull persuna oħra li tidħol hemmhekk, inkluż ir-residenti u l-ħaddiema, kif ukoll id-Direttur Ġenerali, jidħol min jidħol, irid jgħaddi mill-iscanner biex jaraw jekk dik il-persuna tkunx qed iġġorr affarijiet illeċiti li ma jistgħux jiddaħħlu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Illum il-ġurnata rnexxielna naqbdu affarijiet li mhux suppost kienu qegħdin fil-Faċilità, sibniehom moħbijin mal-erba' kantunieri tal-Faċilità, identifikajniehom u żarmajniehom.", "Għad baqa' problema ta' persuni li jipprovaw idaħħlu xi affarijiet fil-Faċilità, bħal dik l-omm li wżat it-tfal tagħha biex iddaħħal id-droga sintetika fiż-żarbun tagħhom.", "Għal din ir-raġuni, fil-Parlament se nkunu qegħdin inressqu bidla fil-liġijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa dwar il-mediċini perikolużi sabiex nagħmlu l-mediċini sintetiċi u d-drogi sintetiċi kollha illegali, għax illum għandna l-problema ta' persuni jipprovaw idaħħlu droga sintetika fil-Faċilità.", "Ħafna drabi dawn ma jdaħħlux eroina, kokaina, jew kannabis, imma jdaħħlu d-droga sintetika għax jafu li mhijiex fil-lista ta' dawk id-drogi li tkun qed tikser il-liġi, allura jekk tarrestahom ikollok titlaqhom għax mhumiex illegali.", "Għalhekk se nkunu qegħdin inbiddlu l-liġijiet, mhux biss minħabba l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin imma wkoll għax nafu li d-droga sintetika hija iktar perikoluża mid-drogi l-oħra.", "Għalhekk is-servizzi tas-sigurtà mhux biss se jkomplu jaħdmu biex isibu d-droga tradizzjonali, imma wkoll id-droga sintetika.", "Din il-liġi se tkompli tgħinhom f'din il-ġlieda ħalli meta tinstab minnha fuq xi persuni, l-operat ma jkunx sar għalxejn għax bid-droga li jkollhom f'idejhom ma tkunx tista' tieħu passi legali kontra tagħhom.", "Hawn tistgħu taraw il-bidla fil-mentalità ta' kif se nkunu qegħdin naħdmu.", "Fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin se nkunu qegħdin nagħtu taħriġ lill-ħaddiema f'diversi setturi, fosthom first aid, fire fighting, pepper spray, abseiling, control and restraint u użu ta' armi.", "Irridu naraw li jseħħu l-bidliet neċessarji fejn jidħlu r-residenti ta' din il-Faċilità Korrettiva.", "Għalija, li persuni li jkunu ilhom is-snin fil-Faċilità, tant li kienu ddaħħlu minn gvernijiet preċedenti, jintbagħtu għar-riabilitazzjoni mid-droga fl-aħħar sena tas-sentenza li jkunu qegħdin iservu jfisser li nkun qed nammetti li fil-ħabs teżisti din il-problema, u minflok ma niġġeldilha billi nara li ma tiddaħħalx id-droga, inħallihom fuq id-droga, kulħadd kwiet u trankwill, u fl-aħħar sena nibgħat lil dak li jkun għar-riabilitazzjoni, imbagħad meta jiġi mill-Prison Inmate Programme (PIP) f'Baħar iċ-Ċagħaq jiddaħħal f'Division 7, nagħtih opportunità biex joħroġ barra u joħroġ.", "Li m'aħniex nirrealizzaw huwa l-bżonn li malli wieħed jidħol fil-Faċilità jsir pjan għalih u għall-familja tiegħu, għax jista' jkun li anke l-familja tiegħu għaddejja minn ċerti problemi.", "Jien nemmen li r-riabilitazzjoni għandha ssir fil-bidu ħalli ma jkunx hemm għalfejn min jipprova jdaħħal id-droga fil-Faċilità, anke permezz ta' familjari.", "Irridu nbiddlu l-mentalità li hemm illum, li naċċettaw li hemm id-droga, imbagħad nagħtuhom riabilitazzjoni qabel ma joħorġu minn hemm.", "Aħna rridu li nagħtu r-riabilitazzjoni mill-ewwel, ħalli waqt li jkunu qegħdin fil-Faċilità nkomplu ngħinuhom permezz ta' programmi li nkunu qegħdin nagħmlu li jwassluk biex dak li jkun ma jkunx reċidiv.", "L-Onor.", "Fenech Adami semma l-kwestjoni ta' dawk li huma reċidivi u rrid ngħid li l-istatistika tar-reċidiviżmu bdiet tinżamm fl-2015, għax qabel ma kellniex din l-istatistika.", "Jalla l-bidliet li se nkunu qegħdin naħdmu fuqhom jindirizzaw din il-problema.", "Għalhekk semmejt il-familja, għax xi drabi nsibu – ftit, imma teżisti – li l-kriminalità tintiret mill-familja, għax jekk il-missier kien il-ħabs u ma neħdux ħsieb il-familja tiegħu, insibu li 'l quddiem it-tfal tiegħu jistgħu jirtu dik il-karatteristika.", "Allura rridu niġġieldu u naħdmu biex lil dawn it-tfal nilħquhom kmieni fiż-żmien.", "Dan l-aħħar qegħdin nevalwaw dak li jgħidulu prison brief biex nidentifikaw x'inhuma l-kwistjonijiet tar-residenti li hemm fil-Faċilità ħalli naraw jekk hemmx bżonn li tinbidel l-istruttura kollha.", "Niġi għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u se nitkellem dwar x'hemm bżonn li jinbidel kompletament.", "Bdejna bil-proġett li nbiddlu l-vetturi kollha ta' dan id-Dipartiment.", "Apparti minn hekk, innotajna li l-fire stations ta' dan id-Dipartiment mhumiex seismic proof, allura għamilna proġett biex dawn ikunu kontra t-terremoti.", "Se naraw ukoll li l-ħaddiema ta' dan id-Dipartiment jiżdiedu b'mod sostanzjali u dan se nkunu qegħdin nagħmluh matul din is-sena u s-sena d-dieħla skont pjan li diġà għandna.", "Nidejna proġett ieħor biex meta, allaħares qatt, ikun hemm inċidenti f'bini li jkun ta' ċertu għoli b'numru sostanzjali ta' sulari, ikollna vetturi addattati.", "B'kollaborazzjoni mal-Malta Industrial Parks qegħdin naraw li nkunu f'possibbiltà li nittrattaw xi nirien li jistgħu jseħħu f'binjiet industrijali, apparti li qegħdin nixtru l-vetturi għall-ġlieda kontra kwalunkwe inċident li jista' jseħħ fil-powers stations u vetturi li kapaċi jiġġieldu inċidenti bl-LNG.", "Apparti minn hekk, bħalissa min-naħa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ninsabu għaddejjin b'numru ta' affarijiet oħra.", "Irrid nirringrazzja lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u lill-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li jaħdmu b'mod kontinwu biex isalvaw in-nies u l-proprjetà.", "Dan ninnotah anke minn naħa tal-Facebook, u meta jkun hemm rapporti ta' xi annimali li jinqabdu f'sitwazzjonijiet prekarji, imorru jagħtuhom l-assistenza biex isalvawhom.", "Jeżisti pjan fuq għaxar snin sabiex issir rivoluzzjoni sħiħa mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif nafuh illum.", "Matul is-sena li ġejja se nkunu qegħdin inressqu numru ta' avviżi legali u liġijiet li jbiddlu l-istruttura u l-iskop tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn minn dipartiment li jiġġieled in-nirien se jkun qed jipproteġi s-soċjetà inġenerali.", "Issa ngħaddi biex ngħid kelmtejn fuq il-Korp tal-Pulizija.", "Għal darba, darbtejn, tlieta, qegħdin nisimgħu lill-Oppożizzjoni tirrepeti li l-kriminalità f'pajjiżna qed tiżdied, li l-Gvern mhux jiġġieled il-kriminalità, li l-kriminalità qed tikolna, li kulħadd qiegħed jitwerwer joħroġ fit-triq, li kulħadd maqful f'daru, li t-toroq ta' madwarna huma vojta, kważi, kważi tibża' tmur għax-xogħol.", "Allura jien ridt nara x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż.", "L-ewwel nett, jekk tħares madwarek għandek ir-risposta, għax f'pajjiż fejn minn sena għall-oħra qed tiżdied il-popolazzjoni, f'pajjiż fejn qed ikollna rekord fit-turiżmu għal sena fuq l-oħra u f'pajjiż fejn l-affluwenza qed tiżdied, wieħed jistenna li l-kriminalità tiżdied.", "Jiena tlabt statistika minn Jannar sa Settembru tal-2016 u tal-2017– li hi l-aħħar statistika, jekk irrid inqabbel like with like – u sibt li l-kriminalità naqset b'4.3%.", "Jekk wieħed jikkompara minn Jannar sa Settembru tas-sentejn li semmejt ma' dawk tal-2017 u l-2018 isib li l-kriminalità naqset b'14.6%.", "Taħt il-Kummissarju li għandna llum, li tgħidx x'jaqilgħulu, il-kriminalità naqset bi 18%.", "Dan juri li meta qegħdin jgħidu li l-kriminalità qed tiżdied, fil-verità naqset b'iktar minn 18%.", "Hawn wieħed jara x-xogħol siewi li qed jagħmel il-Korp tal-Pulizija.", "Għalhekk irrid nirringrazzja lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija, mill-ikbar sal-inqas wieħed mingħajr l-ebda differenza, tax-xogħol kontinwu li jagħmlu mhux biss biex jiġġieldu l-kriminalità, mhux biss biex jaqbdu l-kriminali, mhux biss biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata, imma wkoll biex jipprevenu l-kriminalità.", "Semmew li f'xi għases qed ikun hemm pulizija wieħed u oħrajn li qed ikunu magħluqin.", "Huwa tajjeb li tkun tista' tiftaħ l-għases kollha u li jkollok il-lussu ta' numru enormi ta' riżorsi umani biex tpoġġi l-pulizija fl-għassa, imma l-importanti hu li jkollok il-pulizija fit-triq, għax minn ġol-għassa ma tiġġelidx il-kriminalità.", "Minn ġo l-għassa ma taqbadx il-kriminali.", "Minn ġo l-għassa ma tipprevjenix il-kriminalità!", "Stajna niġġieldu l-kriminalità għax bdilna l-istil ta' kif konna qegħdin naħdmu, u dan sar wara li ħadna suġġerimenti mill-membri Korp tal-Pulizija dwar kif nistgħu niġġieldu ċerta kriminalità.", "Meta dawn ħarġu bil-konċett tat-target policing u l-mod kif jistgħu jikkordinaw bejniethom, bdejna naraw tnaqqis fil-kriminalità b'mod sostanzjali, u dan huwa pass 'il quddiem.", "Huwa veru li għadna ma solvejniex l-affarijiet kollha, u għad baqa' xi jsir.", "Dażgur li rridu nkomplu naħdmu, u rridu naraw iktar pulizija fit-toroq.", "Jien minflok pulizija fl-għases, nippreferi li jkollna iktar pulizija fit-toroq, għax nemmen li għandna mmorru iktar lejn il-kunċett ta' community policing fejn ikun hemm kordinament bejn l-NGOs, il-Knisja, il-kunsilli lokali u l-pulizija li b'ħidma flimkien jgħinu biex nidentifikaw lill-kriminali.", "Mill-Oppożizzjoni qegħdin ibeżżgħu lin-nies mit-teknoloġiji l-ġodda, u dan meta rajna r-riżultati li qed jiksbu pajjiżi oħrajn li qed jiġġieldu l-kriminalità b'teknoloġiji ġodda.", "Fil-Parlament tisma' lill-Oppożizzjoni tikkritika t-teknoloġija ġdida li se tkompli tgħin fix-xogħol li qed jagħmel il-Korp tal-Pulizija biex nidentifikaw l-atti kriminali li jkunu saru, u jekk jista' jkun nidentifikaw il-persuni barranin li jkunu qegħdin f'pajjiżna u li nafu bihom, u nkunu nistgħu nosservaw fejn qegħdin imorru biex niġġieldu s-settur kriminali.", "Iva, għandu jkun hemm liġijiet tad-data protection li jipproteġu liċ-ċittadin onest u ġenwin, ħalli ma jkun hemm l-ebda abbuż fuqhom.", "Imma jekk verament irridu niġġieldu l-kriminalità, ix-shadow minister m'għandux jiġi jbeżża' lin-nies minn din it-teknoloġija ġdida li pajjiżi oħrajn għamlu passi 'l quddiem permezz tagħha.", "Dik it-teknoloġija hemm bżonn li tiddaħħal u se tiddaħħal, ħalli nkunu nistgħu nkomplu niġġieldu kontra l-kriminalità.", "Issemma li s-settur tal-frodi żdied.", "Kważi l-uniku settur ta' kriminalità li żdied f'pajjiżna huwa s-settur tal-frodi, għax l-oħrajn żdiedu b'xi każ jew tnejn.", "Għal din ir-raġuni, din is-sena saħħaħna l-Economic Crime Unit b'numru ta' spetturi li jammonta għad-doppju ta' dak li kien hemm qabel, biex inkomplu nsaħħu b'iktar riżorsi umani.", "Matul is-sena li ġejja nittamaw li se niftħu sejħa oħra biex jidħlu iktar spetturi fil-Korp tal-Pulizija ħalli nkomplu nsaħħu dan is-settur u jkollna r-riżorsi umani neċessarji, mhux biss biex jiġġieled l-abbużi u l-kriminalità fejn jidħol is-settur finanzjarju, imma biex tkompli tissaħħaħ il-branka ta' kontra l-frodi biex anke f'dan is-settur inkunu nistgħu naħdmu b'sistemi ta' target policing, u bħalma rnexxielna f'setturi oħrajn, innaqqsu l-frodi li jsiru f'pajjiżna.", "L-istess ngħid għall-kwestjoni tas-cyber crime, li forsi għadha ma ssemmietx.", "Illum il-ġurnata għandna s-settur tas-cyber crime u l-pajjiż irid ikun ippreparat għall-attakki li jistgħu jsiru.", "Illum forsi ħadd mhu se jiġi jitfgħalna xi missila jew xi bomba, imma xorta aħna miftuħin għall-possibilità ta' attakki tas-cyber, u jekk jattakkawlek ċerti setturi sensittivi, jistgħu jwaqqfulek ekonomija.", "Għal din ir-raġuni għandna ħafna preparamenti, u għalkemm għad m'għandniex l-istrateġija miktuba iswed fuq l-abjad – ħaġa li għaddejjin mill-proċess biex nagħmluha – għandna l-istrutturi kollha lesti biex jirrispondu u jagħrfu jirreaġixxu kontra kwalunkwe attakk u kwalunkwe dannu li jista' jsir.", "Hawnhekk il-Korp tal-Pulizija għandu jaħdem id f'id mas-Servizz tas-Sigurtà kemm biex niġbru l-informazzjoni aħna, kemm biex inġibu l-informazzjoni li jagħtuna minn barra, kif ukoll biex nibagħtu informazzjoni barra minn pajjiżna, bħalma nagħmlu fis-settur tal-kriminalità organizzata.", "Irrid insemmi wkoll żewġ affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pulizija fejn tidħol it-Taqsima tal-Forensika.", "Inħabbar li se nkunu qegħdin nibnu laboratorju tal-forensika bl-aħħar teknoloġija ħalli nkunu nistgħu nkomplu niġġieldu l-kriminalità.", "Dan il-laboratorju se jkun spezzjonat u jingħata l-grad ta' ISO levels li nemmnu li dipartiment bħal dan għandu jkollu.", "Qegħdin inħarsu lejn il-pjan li joħroġ mill-programm elettorali li ma nibqgħux bil-Headquarters tal-Pulizija bħala dipartiment wieħed kif nafuh illum, imma huwa ppjanat li jkun hemm erba' mini headquarters madwar pajjiżna u l-għases ta' madwarhom ikunu hubs tagħhom.", "Nagħraf li jkun hemm ċerti kwestjonijiet, għax meta jkollok pulizija f'għassa u tinqala' xi ħaġa, ikun hemm bżonn li joħroġ biex jassisti, għax billi joqgħod fl-għassa ma jkun jista' jagħmel xejn.", "Dan bħalma għamlu l-banek u jista' jsir ukoll minn dipartimenti oħrajn.", "Sinjura President, inti min-Naxxar bħali u, kif taf, f'din il-lokalità kien hemm bank li ddeċidew li jagħlquh, imma s-servizz għadu hemm.", "Allura rridu nibdew naħdmu b'mod laterali, fejn jekk il-pulizija jkollu bżonn joħroġ mill-għassa, din ma tkunx magħluqa.", "Dan jista' jsir billi nagħmlu hotline fid-daħla tal-għassa biex jekk tmur u ssibha magħluqa, tagħfas buttuna li tqabbdek maċ-ċentrali - u meta jkollna l-hubs tqabbdek mal-hubs - u tkun tista' tagħmel ir-rapport tiegħek.", "Irridu nħarsu aktar lejn l-era tat-teknoloġija tal-informatika, fejn nitkellmu fuq robots u ħafna affarijiet oħra.", "Irid ikun hemm ukoll il-possibilità li biex wieħed jagħmel rapport juża t-teknoloġija tal-informatika u jagħmel kuntatt mal-Pulizija.", "Irridu nagħmlu użu aħjar minn dawn il-faċilitajiet ħalli kemm jista' jkun, inkunu qegħdin nagħmlu qabża 'l quddiem.", "Irrid ngħid li permezz tat-teknoloġija sar upgrade sostanzjali li, permezz tiegħu, meta ssir sejħa fuq 112 minn smartphone advanced mobile location enabled, dan awtomatikament jattiva s-servizz tal-lok tiegħu għal 20 sekonda sabiex jiddetermina l-pożizzjoni tiegħu permezz tal-GPS jew Wifi u jkun jista' jaqbad mill-ewwel mas-servizzi kollha ta' emerġenza tal-lokalità li jkun qed iċempel minnha.", "Se nkunu qegħdin nagħmlu wkoll bidliet fil-control room li se tkun attrezzata b'apparat modern sabiex tiffaċilita x-xogħol tas-servizzi ta' emerġenza.", "Infakkar li l-pulizija taħt amministrazzjoni Laburista bdew jitħallsu tal-overtime li għamlu taħt gvernijiet Nazzjonalisti bejn l-1993 u l-2008 u qatt ma tħallsu tiegħu.", "Wegħduhom li se jagħtuhulhom, imma injorawhom u qatt ma tawhulhom.", "Issa aħna tajnihulhom.", "Dwar il-fixed points irrid ngħid li jien lill-pulizija fil-komunità rridhom u mhux wara bieb, għax jekk tinqala' xi ħaġa ma jkunx jista' jiċċaqlaq.", "Għal din ir-raġuni, il-pulizija qegħdin jiddaħħlu xogħol f'dawn il-fixed points u jitħallsu bl-overtime.", "Wara li identifikajna li l-pulizija li jaħdmu part-time ma kenux imsemmijin fil-ftehim kollettiv, nista' nħabbar ir-rati l-ġodda li se jkunu qed jitħallsu bihom.", "Qegħdin nevalwaw ukoll punt li tqajjem minn dawk li fis-sistema tagħhom għandhom li jridu jaħdmu 42 siegħa; se nkunu qegħdin nindirizzaw din il-kwestjoni li qamet dwar meta jieħdu l-leave jew sick leave.", "Se nkunu qegħdin nagħmlu evalwazzjoni biex fil-jiem li ġejjin inħabbru r-rati tas-servizz li jagħtu l-Pulizija lil terzi.", "Nagħlaq, Sinjura President, billi nirringrazzja lis-setturi kollha li jaħdmu fil-korpi dixxiplinati u ngħidilhom biex ikomplu jagħtu servizz lill-poplu Malti u Għawdxi li għandu bżonnhom u li qed jirringrazzjahom.", "Ta' dan, fil-Baġit il-Gvern Malti qed jagħti d-dritt ta' insurance lill-membri tal-korpi dixxiplinati jekk iweġġgħu f'ċirkostanzi li jkunu relatati max-xogħol tagħhom.", "Dak huwa rikonoxximent ieħor, apparti l-ftehim kollettiv, ta' xi ħaġa li l-gvern preċedenti kien iwegħidhielhom u qatt ma tahielhom, imma dan il-Gvern se jkun qed jagħtihielhom kif tħabbar fil-Baġit.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin ta' diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Il-mistoqsijiet fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "F'12.06 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ġiet konkluża, u l-mistoqsijiet fuq l-emenda u l-voti mressqa kienu posposti għal data li kellha tiġi ikkomunikata aktar 'il quddiem.", "PERMESS TAL-KAMRA", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni bla avviż.", "Il-permess ingħata.", "SOSTITUZZJONI TEMPORANJA FIL-KOMPOŻIZZJONI", "GĦALL-ASSEMBLEA PARLAMENARI TAL-MEDITERRAN", "Illi b'referenza għallMozzjoni 32 mgħoddija millKamra tadDeputati fil11 ta' Lulju 2017 li taħtar iddelegazzjoni talParlament Malti għallAssemblea Parlamentari talMediterran, ilKamra tirriżolvi li għall35 Laqgħa talBureau ta' din lAssemblea li se tinżamm ġewwa Liżbona, il-Portugall, fil5 ta' Novembru 2018, lOnor.", "Rosianne Cutajar se tissostitwixxi lill-Onor.", "Justyne Caruana bħala Kap tadDelegazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornmanet.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018, fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "Is-Seba' Jum Stabbilit - Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma", "Vot 15 – Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma", "Vot VII – Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma – Kapital.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-voti tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hi aġġornata għal-lum waranofsinhar, il-Ġimgħa 2 ta' Novembru 2018, bl-aġenda li għadu kif ikkomunika l-Ministru Farrugia.", "Fn-12.09 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181102_156d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-2.02 p.m.", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 156, li saret fit-2 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din is-seduta hija mingħajr mistoqsijiet.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tissostitwixxi lill-Onor.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-Voti tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sinjura President, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 15 – MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €89,310,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 – Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT VII – MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €34,390,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII – Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 15 - MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Sinjura President, illum qegħdin nitkellmu dwar żewġ setturi ċjoè dwar l-ilma u l-enerġija li mingħajrhom il-pajjiż ma jkunx jista' jagħmel l-iżvilupp li jkun hemm bżonn.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li kif kulħadd drani, dak li hu tajjeb ngħid li hu tajjeb, anzi naraw kif nistgħu ntejbuh, u dak li hu ħażin ngħid li hu ħażin u naraw kif nistgħu nagħmluh aħjar.", "Jien ċert li l-Ministru responsabbli minn dan is-settur, l-Onor.", "Joe Mizzi, se jifhem l-ispirtu li se nitkellem bih illum biex nipprovaw inkomplu naraw li dan is-settur jimxi 'l quddiem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Il-Ministru jaf – kif taf ukoll din il-Kamra - li dalwaqt ikollna fis-seħħ regolamenti Ewropej dwar il-governanza tajba tal-Unjoni tal-Enerġija li minnha joħroġ l-obbligu tal-istati membri li jipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea pjan għall-enerġija u bidla fil-klima għas-snin 2021-2030.", "Dan irid isir sal-aħħar ta' din is-sena.", "Meta wieħed jikkonsidra l-aspetti li għandhom jiġu kkonsidrati f'dan il-pjan, wieħed ma jistax ma jinnotax l-importanza li dan il-pjan għandu għall-futur ta' pajjiżna fejn jidħlu enerġija rinovabbli, effiċjenza u s-sigurtà tal-enerġija kif ukoll it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.", "L-Oppożizzjoni temmen li pjan bħal dan ma jistax jiġi sottomess lill-Kummissjoni Ewropea bħala abbozz jekk ma jiġix ippreżentat u diskuss fil-Parlament Malti.", "Fil-passat kellna preċedent bħal dan u nixtieq insemmi kif bejn l-2009 u l-2013 fil-Parlament Malti ġew diskussi fit-tul tliet strateġiji relatati ma' dan is-suġġett u wasalna biex kellna qbil unanimu.", "Nemmen li f'dan il-każ għandna nħallu lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament Malti, tagħti l-approvazzjoni tagħha.", "Dan biex nagħtu lill-pjan il-piż politiku li jixraqlu u b'hekk ma jkunx sors ta' konflitt fuq livell nazzjonali.", "Għandu jkun hemm possibilità biex anke fuq dan is-suġġett ikollna għaqda politika pożittiva li biha ngħinu biex nibnu soċjetà li jimpurtaha.", "Jien inħeġġeġ lill-Ministru biex jilqa' din it-talba li jien, bħala kelliem għal dan is-settur, qed nagħmel f'isem l-Oppożizzjoni.", "Aħna rridu li nagħmlu dibattitu kif jixraq dwar dan is-suġġett ta' importanza nazzjonali.", "Nifhem li qabel ma niddiskutu għandha tingħata kopja ta' dan il-pjan lill-Parlament, lill-poplu u lir-rappreżentanti tiegħu biex verament nagħmlu dibattitu serju li jwassal għall-qbil nazzjonali f'dan il-qasam tant importanti.", "Għall-ġid ta' pajjiżna aħna lesti naħdmu id f'id mal-Gvern iżda mill-banda l-oħra rrid nara azzjoni pożittiva u konkreta min-naħa tal-istess Gvern.", "Għaldaqstant nitlob biex kemm jista' jkun malajr – għax diġà qegħdin f'Novembru u kulma fadal huwa inqas minn xahar u nofs xogħol parlamentari - il-Gvern jgħaddi dan il-pjan lilna bħala Oppożizzjoni biex imbagħad wara nkunu nistgħu niddiskutuh f'din l-ogħla istituzzjoni.", "Biex nagħmlu dan il-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-bidla fil-klima li suppost jurina t-triq għas-settur tal-enerġija għall-għaxar snin li ġejjin, ninnota li f'dan il-Baġit hemm tnaqqis fil-vot ta' 40%.", "Għalhekk forsi l-Ministru jkun jista' jispjegalna għalfejn hemm dan it-tnaqqis fl-allokazzjoni għal dan il-pjan tant importanti għal pajjiżna.", "Skont il-Ministru għall-Finanzi dan il-famuż pjan tal-enerġija għandu jkun konformi mal-miri Ewropej għas-sena 2030 però mbagħad m'għandna l-ebda indikazzjoni dwar x'inhuma l-miri ta' Malta jew x'jistgħu jkunu dawn il-miri; forsi għax hemm problema biex dan il-pjan nagħtuh lill-poplu Malti jew lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż jew għax forsi dan il-pjan għadu mhux lest min-naħa tal-Gvern.", "L-inkwiet hu li hemm riskju li lanqas nilħqu l-miri tas-sena 2020 għax aħna ninsabu minn tal-aħħar f'dik li hija enerġija rinovabbli.", "F'dan il-Baġit hemm numru ta' inizjattivi tajbin però hemm oħrajn li ilhom hemm u ġejjin minn baġits ta' qabel.", "Nista' ngħid ukoll li wħud minnhom ġejjin anke minn qabel is-sena 2013, fosthom il-gas pipeline u l-inizjattiva new water.", "Jiġifieri fl-opinjoni tiegħi m'hemm xejn ġdid, xejn innovattiv.", "Dwar il-gas pipeline nitkellem minn hawn u ftit ieħor imma nixtieq ngħid ukoll li f'dan il-Baġit hemm faqar ta' ideat dwar l-enerġija alternattiva fit-trasport.", "Kważi ma ssemma xejn ħlief skemi diġà eżistenti li s'issa ma tawx il-frott mixtieq bħall-e-bikes u l-electric car registration.", "F'dan il-Baġit issemma wkoll ir-restawr tal-bjar u għalih ġew ivvotati €40,000 biss.", "Huwa ċar li l-iskema mhux qed taħdem għax mhux qegħdin nagħmlu ħilitna biex nagħmlu l-propaganda u l-edukazzjoni neċessarja biex nispjegaw lin-nies kemm hi worth it li wieħed japplika għaliha.", "Ejja nżommu f'moħħna li għal dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-settur irridu nkunu aħna bħala pajjiż, irridu nkunu aħna bħala Gvern, irridu nkunu aħna bħala Parlament, irid ikun il-poplu Malti u Għawdxi li jgħin biex ninċentivaw fis-settur tal-edukazzjoni u ninċentivaw bil-finanzi biex verament ikollna r-riżultati neċessarji.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Frederick Azzopardi jitkellem dwar ir-reverse osmosis plant ta' Ħondoq, f'Għawdex li huwa proġett bżonjuż, imma nixtieq li l-Ministru jispjegali ftit dwar line budget item 5789 fejn hemm \"provision of spare capacity electricity\".", "Hawnhekk għandna allokazzjoni ta' €14 miljun għall-2016, l-2017 u l-2018 għal reserve capacity.", "Jista' l-Ministru jispjegalna għal min huma dawn il-flus, għal xiex intużaw u għal xiex se jintużaw?", "Nixtiequ jispjega lill-poplu Malti u Għawdxi dwar dan għax €14 miljun huwa ammont kbir.", "Ovvjament dan iwassalni anke għal aspetti oħrajn dwar il-prezzijiet tal-elettriku u kemm aħna bħala pajjiż qegħdin niċċarġjaw għall-elettriku lill-medium sized industrial consumers li jikkonsmaw bejn 500 u 2,000MWh.", "Quddiemi għandi l-Eurostat fejn insibu chart – u fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra – li turi li Malta qiegħda fl-aħħar post jiġifieri hawnhekk iħallsu l-ogħla.", "Din hija xi ħaġa li rridu nieħdu ħsieb għaliex il-medium sized industrial consumers huma importanti għal pajjiżna.", "Naħseb li bħala pajjiż irridu naraw li dan il-piż fuq dan is-settur tal-industrija kemm jista' ikun innaqqsuh.", "Min-naħa l-oħra f'dan l-istess rapport insibu li l-prezzijiet żdiedu b'7% anke fuq il-familji Maltin u Għawdxin.", "M'hemmx għalfejn nidħol fid-dettall għaliex il-poplu Malti u Għawdxi jaf li kellna din is-sitwazzjoni.", "Lill-Ministru u lill-Gvern nieħdu ftit lura fiż-żmien fejn kellna ġurnalisti li f'Settembru tal-2014 irrapportaw hekk:", "Minn dak iż-żmien, mill-2014, insibu artikli fejn jingħad li:", "Imbagħad f'Novembru nsibu rapport ieħor - forsi l-Gvern ma tax kas għax ħaseb li din se torqod - fejn jingħad li:", "Dwar din nidħlu fid-dettall għax fil-ġurnal Malta Today bqajna għaddejjin ukoll.", "Imbagħad f'April ta' din is-sena fuq il-front page tal-ġurnal The Malta Independent intqal li:", "Imbagħad kien hemm paġna sħiħa - nispera li l-Ministru u l-ARMS kienu rawha – li kienet intitolata \"The ARMS agenda, how it all works\" u hemmhekk kienu tkellmu numru ta' nies dwar dan is-suġġett, fosthom ekonomisti u nies oħrajn li taw il-ħsibijiet tagħhom.", "Fit-18 ta' April ta' din is-sena intqal hekk:", "Fit-22 ta' April fil-ġurnal The Malta Independent kien irrapportat li:", "Dawn l-affarijiet mhux il-Partit Nazzjonalista qed jgħidhom imma l-ġurnali u n-nies.", "Imbagħad fit-3 ta' Mejju l-Ministru qal li qed jistenna feedback.", "Fil-fatt intqal li:", "Qal li mhux se nibdlu s-sistema.", "Imma ejja nħallu din il-kwestjoni ftit hawnhekk u niġu lura għaliha għax naħseb li se jkun hemm bidla għal dan kollu.", "Fis-6 ta' Mejju fil-ġurnal The Malta Independent kien hemm irrapportat hekk:", "Fis-6 ta' Mejju 2018, fil-back page tal-ġurnal The Times kien hemm artiklu intitolat \"You're being cheated on electricity\" minn Sarah Carabott.", "Naħseb li dawn l-artikli kollha rawhom.", "Imbagħad il-Partit Nazzjonalista ngħaqad ma' dan il-kor u bdejna ngħidu lill-Gvern biex jinvestiga.", "Fil-fatt fil-ġurnal Malta Today hemm irrapportat hekk:", "Dan kien Mejju ta' din is-sena u f'dak ir-rapport insibu hekk ukoll:", "Dan erba' xhur minn mindu bdiet din l-investigazzjoni.", "Aħna f'ġimgħa wkoll fhimna s-sitwazzjoni meta ltqajna man-nies!", "Imma ejja nagħtuh iż-żmien lil dan il-Gvern biex jagħmel l-affarijiet tiegħu sew.", "L-Onor.", "Joe Mizzi m'ilux Ministru u allura nagħtuh il-benefiċċju tad-dubju imma jien għamilt ftit riċerka u l-istess Prim Ministru kien diġà kellu dubju dwar l-ARMS u l-billing software.", "U dan mhux illum, lanqas f'Mejju li għadda imma f'Novembru tal-2010.", "Joseph Muscat kien fl-Oppożizzjoni diġà kien jaf li hemm problema.", "Għaddew seba' Labour Budgets u għadu m'għamel xejn għal dak li hu stess kien qed jgħid li hemm ħażin.", "Qegħdin nitkellmu dwar l-enerġija u nista' ngħid li issa rajna d-dawl għax il-Prim Ministru issa tkellem.", "Wara li jien mort fuq il-programm Realtà fuq il-PBS u għedtilhom biex jistaqsu dwar dan is-suġġett għax huma biss ma kenux staqsew, qishom il-One TV, Reno Bugeja staqsa lill-Prim Ministru fil-programm Dissett u l-Prim Ministru wieġeb hekk:", "Mela l-Prim Ministru qal li din il-problema se nirranġawha imma s-sena d-dieħla mhux issa!", "Kieku rridu, nirranġawha issa.", "Għal min irridu nġibu anke private jet bi spiża ta' €8,000, imma għall-anzjani tagħna, għall-familji tagħna, għal dawk li qegħdin jinsterqu bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dawk nirranġawlhom l-anomalija s-sena d-dieħla.", "Imma stenna, is-sena d-dieħla x'għandna f'dan il-pajjiż?", "Is-sena d-dieħla għandna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew.", "Nispera li issa mhux se nħallu dawn l-affarijiet għaddejjin biex imbagħad din tkun iċ-ċejċa li nwiegħdu lin-nies qabel l-elezzjoni u noqogħdu nibagħtulhom iċ-ċekkijiet bħal fil-każ tad-djar!", "L-ewwel nibnu d-djar f'daqqa mbagħad inqassmuhom qabel l-elezzjonijiet!", "Issa nistennew u naraw imma għall-inqas ġibna lill-Gvern jaqbel magħna, ġibna lill-Gvern jgħid li l-anomaliji li hemm iridu jitranġaw.", "Mela lill-Ministru Mizzi li fit-3 ta' Mejju fil-gazzetta The Malta Independent ġie rrapportat li qal li mhux se jkun hemm bidla fis-sistema, jien ngħidlu li l-Prim Ministru qallu li jrid ibiddel.", "Ma jimpurtax, kulħadd jista' jagħmel żball, ħadd mhu infallibbli imma rridu nibdlu s-sistema; l-anomaliji rridu nbiddluhom.", "Issa ħalli naraw x'inhuma l-anomaliji.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jispjega ftit dak li hemm fl-avviż legali ċjoè li t-tariffa tinħadem on a cumulative consumption per annum.", "Għandu jgħidilna wkoll minn meta tibda s-sena tal-ARMS; jekk tibdiex minn Jannar sa Diċembru, jekk tibdiex minn Jannar sa Jannar ta' wara jew hijiex minn Frar sa Frar.", "Dawn jaqbdu 12-il kont jew jagħżel il-konsumatur liema hi s-sena?", "Dwar dan m'għandna xejn imniżżel fl-avviż legali.", "Imma allura kif qed jaħdimha l-Gvern u kif qed jaħdmuha tal-ARMS?", "Sinjura President, jien għandi ħafna kontijiet tan-nies.", "Lill-Ministru ngħidlu li għandi 'l fuq minn 1,060 kont fl-uffiċċju tiegħi u nistiednu biex meta jrid jiġi jarahom bis-segretezza kollha.", "Jien nafdah b'għajnejja magħluqa għax ħdimna flimkien jien u hu.", "Pereżempju dan li għandi quddiemi huwa kont ta' wieħed minn Bormla li għandu kont ta' €3,700!", "Nista' nsemmi wkoll li kien hemm sinjura li marret l-ARMS f'dawn il-ġranet u qalulha kemm huma t-tariffi!", "It-tariffi nafu kemm huma!", "Lill-Ministru ngħidlu li m'għandux għalfejn joqgħod jgħid lil tal-ARMS biex joqogħdu jagħtuhom it-tariffi lin-nies għax jafu kemm huma!", "In-nies iridu jmorru għand l-ARMS biex il-kont tagħhom jibdluh għax huwa ħażin.", "Din is-sinjura għandha żball ta' €600 jekk tieħu sena mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Diċembru.", "Hawn għandi każ wara każ.", "Pereżempju lil familja partikolari tefgħulha 114-il unit tal-ilma kollu f'kont wieħed meta fil-kontijiet ta' qablu dawn kienu zero!", "Kif jista' jkun titfa' kollox f'perjodu wieħed?", "Dawn huma l-iżbalji ta' nies umani li qed isofruhom il-familji Maltin u Għawdxin u l-anzjani.", "Sinjura President, il-Ministru jaf li mhux qed jingħata l-benefiċċju tal-enerġija?", "Issa forsi jgħidli li mhux hu responsabbli imma l-Ministru Falzon, li b'kumbinazzjoni qiegħed hawnhekk u nsellimlu.", "Imma dawn iridu jiftiehmu bejniethom u jiddeċiedu x'se jagħmlu!", "Jekk jgħidli li dan li qed ngħid mhuwiex veru, jien quddiemi għandi kont partikolari fejn ma ngħatax il-benefiċċju tal-enerġija u meta l-persuna li tagħha huwa dan il-kont marret l-ARMS qalulha le.", "Issa fl-aħħar tawha l-benefiċċju f'daqqa.", "Din hija mara li romlot jiġifieri m'għandhiex xi eluf kbar ta' liri.", "Din hija sitwazzjoni fejn l-ARMS għandha bżonn li ssib saqaha u tibda tagħti lin-nies kontijiet ġusti.", "Jien nieħu pjaċir li fil-Baġit qed naqraw li se jiżdied il-customer care tal-ARMS għax allura dan ifisser li l-Ministru ħass il-bżonn li n-nies jinqdew aħjar għax ma kenux qed jinqdew tajjeb.", "Din hija ħaġa tajba imma jien ninkwieta wkoll li l-Gvern għadu ma sabx chairperson tajjeb għall-ARMS.", "Biddilna wieħed, tnejn, tlieta.", "Illum min hu s-CEO tal-ARMS?", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari dwar dan u jidher li l-Ministru hawn għandu l-problemi għax l-ewwel kien hemm Henry Attard, imbagħad James Davies, imbagħad Carmen Ciantar, imbagħad David Magro, imbagħad kien hemm Lawrence Cauchi għal sitt xhur u issa hemm is-Sur Attard.", "Imma dwar dan jgħidilna l-Ministru.", "Jekk għadu hemm, niltaqa' miegħu jekk irid.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux hawn.", "Dan m'għadux hemm?", "Irriżenja?", "Jekk irriżenja daħal xi ħadd minfloku?", "(Interruzzjonijiet) Jien nistaqsik qiegħed, Ministru, wara kollox hawnhekk qegħdin fil-Parlament.", "(Interruzzjonijiet) Ma ġara xejn.", "IĊ-CHAIRPERSON: M'hemmx cross debates, jekk jogħġobkom.", "Indirizza lis-Sedja.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, jien ninkwieta għax lill-Ministru nafu bħala raġel sew u serju u naħseb li mhux biss isegwi x'jingħad fil-gazzetti imma jsegwi wkoll x'jingħad fil-qorti.", "Għalhekk se nsemmilu każ il-qorti – u din jien ippubblikajtha – ta' Cordina Darren kontra l-ARMS u persuna qalet b'ġurament li marret f'meeting ma' tnejn min-nies:", "\"…u offrewli li jaqtgħuli €300 mill-kont bil-patt u l-kondizzjoni li ma nerġax inqajjem il-kwestjoni li qed jiġi ċċarġjat żejjed dan il-konsumatur.\"", "Dan mar jixhed quddiem il-qorti.", "(Interruzzjonijiet) Imbagħad ikompli hekk:", "\"Din, għalija, ma kenitx soluzzjoni.", "Imbagħad hemmhekk, meta bdejt il-proċeduri, talabni biex nerġa' niltaqa' miegħu s-CEO Fredrick Azzopardi.\"", "Hawnhekk mhux qed nirreferi għad-Deputat Frederick Azzopardi imma għas-CEO Fredrick Azzopardi.", "Dan ikompli hekk:", "\"Morna jien …\"", "- jiġifieri Darren Cordina li qed jixhed b'ġurament –", "\"… u Melvin Polidano.\"", "Taf x'qal dan, Ministru?", "U għidli x'passi ħadt.", "Dan qal hekk:", "\"Dan kien qalilna mill-ewwel: Araw kemm tridu flus ħalli din il-kawża naqtgħulha rasha.\"", "X'jiġifieri?!", "Jekk dawn m'għandhomx raġun, kif toffri flus lin-nies biex tagħlqilhom ħalqhom biex ma jkomplux jitkellmu?", "Jekk aħna hawnhekk nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà, allura jien nippretendi li l-Ministru jieħu azzjoni.", "Fil-qasam tal-edukazzjoni smajna li l-Ministru kien jaf bil-korruzzjoni u ma ħax passi.", "Allura lanqas inti, Ministru, ma se tieħu passi?", "X'qallek is-CEO Fredrick Azzopardi?", "Dan ir-raġel gideb?", "Ħarġet nota mingħand xi ħadd li tgiddeb lil dan ir-raġel li qiegħed taħt ġurament ħalli jekk huwa żbaljat, is-CEO Fredrick Azzopardi ma jkunx ħati?", "Xi ħadd minnhom dawn qed jigdeb.", "Jien nippretendi li l-Gvern, u inti bħala Ministru, tagħtu sodisfazzjon lill-poplu dwar dan.", "Kif għedt, huwa tajjeb li issa smajna lill-Prim Ministru jgħid li lest li jirranġa l-affarijiet, imma n-nies sas-sena d-dieħla xorta se jibqgħu jirċievu l-kontijiet bil-għoli, bis-serq.", "Ma ġara xejn, in-nies tiftakar kollox u jasal il-mument meta l-poplu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu, imma għalina huwa ta' sodisfazzjon li l-Gvern qed jaqbel mal-Oppożizzjoni dwar dan il-punt, laqa' l-kritika u l-analisi kostruttiva tagħna u nisperaw li s-sena d-dieħla nsolvu din il-problema.", "Nispera wkoll li l-Gvern jagħti l-flus lura lin-nies.", "Nispera li s-serq li sar fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma nrodduh lura.", "Hawnhekk irrid inserraħ ras in-nies li jekk dan il-Gvern ma jagħtihomlhomx, Gvern Nazzjonalista jagħti l-flus lura ta' kemm insterqu min-naħa tal-ARMS.", "Imma ejja naraw ftit kif qed isir dan is-serq ħalli min qed jarana jifhem.", "Sinjura President, is-serq qed isir fit-tariffa u l-mod kif qed tiġi mħaddma.", "Aħna kull sena bħala pajjiż qed nagħtu liċ-ċittadini units ta' enerġija bi gradi differenti ta' ħlas.", "Ovvjament aktar ma tuża aktar tħallas imma x'qed jiġri?", "Qed jiġri li jekk inti ma tużax l-ammonti kollha, għax jaqilbuhomlok minn kont għal ieħor titlifhom u trid tħallas b'rata aktar għolja.", "Meta tagħmel division sempliċi ta' 2,000 unit b'10ċ kif għandna dritt illum, u fil-kont tiegħek ta' xahrejn jew tliet xhur ma tilħaqx dak l-ammont, titlifhom għax-xahar ta' wara.", "Mhux qed isir analiżi kollu f'daqqa wara sena u mbagħad isir il-plus u l-minus bħalma nagħmlu f'ċirkostanzi oħrajn.", "Aħna, bħala Partit Nazzjonalista, dan m'aċċettajnihx.", "Kien hemm nies ċivili li m'aċċettawhx, kien hemm nies li marru l-qorti u kien hemm nies oħrajn li ħadu l-azzjonijiet tagħhom.", "Aħna fhimna din is-sitwazzjoni, in-nies ġew għandna u 80% tal-kontijiet li għandna aħna juru li b'xi mod jew ieħor kien hemm serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'dawn l-aħħar tliet snin f'dawn il-kontijiet.", "Il-Ministru għandu jagħti lura l-flus li ħa mill-poplu Malti u Għawdxi għax inkella malajr tqum il-mistoqsija: Fejn qed imorru dawn il-flus?", "Il-flus li qed tiġbor l-ARMS fejn qed imorru?", "Nifhem li dawn il-flus tal-anzjan, tal-ħaddiem, ta' kull min b'xi mod qed juża juża d-dawl u l-ilma qed imorru għand l-Enemalta.", "Nifhem li mill-Enemalta dawn imorru għand l-Electrogas li għandha kuntratt mal-Enemalta biex din tixtri mingħandha USD153 miljun gass kull sena għat-tħaddim tal-power station u b'hekk ikollna d-dawl, nużawh jew ma nużawhx.", "Issa peress li l-Electrogas m'għandhiex il-gass tagħha x'għamlet?", "Għamlet kuntratt mas-Socar tal-Ażerbajġan biex jagħtiha b'USD153 miljun ta' gass għat-tanker tal-gass LNG li għandna f'Marsaxlokk.", "Però s-Socar m'għandhiex gass – ara naqra, tales of the unexpected dawn - u allura x'għamlet?", "Marret għand ix-Shell u għamlet kuntratt ta' USD113-il miljun għall-gass.", "Issa jekk wieħed jagħmel matematika żgħira, li kulħadd jista' jagħmilha, u jnaqqas USD113 miljun li s-Socar ta lix-Shell mill-USD153 miljun li l-Electrogas tat lis-Socar, dawn jiġu USD40 miljun.", "Sinjura President, meta l-ġurnal In-Nazzjon staqsa fejn marru dawn l-USD40 miljun fis-sena ħadd ma ta tweġiba.", "Illum għandna siegħa u nofs nisimgħu lill-Membri tan-naħa tal-Gvern jikkritikawna u jgħidulna li dan mhuwiex veru.", "Però dawn iridu jgħidulna wkoll jekk dan li qed ngħid jien huwiex veru jew le.", "Dan huwa profitt ta' USD40 miljun li jitħallas mis-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, minn flus l-anzjani u minn flus il-familji tagħna.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li skont dak li ħareġ mill-Panama Papers, Mossack Fonseca, Tillgate u Hearnville huma l-main clients ta' 17 Black Limited.", "Minn The Daphne Project u mill-midja Ġermaniża ħareġ ċar li USD200,000 ġew trasferiti f'17 Black minn kumpanija ta' aġent Malti li jissupplixxi l-gass LNG lill-power station il-ġdida.", "Jista' jkollna tweġiba f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż jekk huwiex minnu jew le li ġew traferiti USD1.6 miljun fil-kumpanija 17 Black?", "Mela hemm is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-flus tal-poplu Malti u Għawdxi, dawn il-flus imorru għand l-ARMS, l-ARMS tħallas lill-Enemalta u mbagħad finalment il-flus jispiċċaw għaddejjin zigzag 'l hemm u 'l hawn fil-kumpanija 17 Black li l-main target clients tagħha huma Hearnville u Tillgate, ta' persuni viċin il-Partit Laburista.", "U għal dan m'hemm ċaħda ta' xejn u mingħand ħadd.", "Jekk hawn xi ħadd jgħidli li dan mhuwiex veru jien lest li nieqaf mid-diskors tiegħi issa imma ħadd min-naħa tal-Gvern ma jqum jgħidli dan.", "Jekk din mhijiex korruzzjoni mħallsa mill-kontijiet tal-poplu Malti u Għawdxi, allura x'inhi korruzzjoni?", "Dan huwa ħażin u dak li huwa ħażin jien ma niddejjaqx b'wiċċi minn quddiem ngħid li huwa ħażin.", "Għalhekk lill-Ministru qed jgħidulu biex ma jgħaġġilx fuq il-pipeline tal-gass!", "Għalfejn se tgħaġġel fuq il-pipeline tal-gass?!", "(Interruzzjonijiet) Inti għedtilna li għaddejjin l-istudji u m'hemmx time frame imma … (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Joe Mizzi on a point of order.", "David Agius għandu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kwotazzjoni fejn jien għedt li m'hemmx time frame għax mhu veru xejn.", "Anzi jien dejjem għedt meta se jkun lest il-proġett jiġifieri qed jipprova jinganna wkoll!", "Data speċifika meta se jispiċċa l-istudju ma nistax ngħid imma sa liema sena għandu jitlesta nista' ngħid.", "Fil-fatt jien speċifikajt li l-proġett se jkun lest fl-2024.", "Dak li qed jgħid hu mhuwiex korrett.", "Barra minn hekk, nerġa' nisfidah biex iġib ir-recording li għamel stazzjon tat-televiżjoni u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf min qed jinganna billi jaqta' biċċiet minn dak li jingħad biex jagħti impressjoni differenti.", "Nerġa' ngħid, jien qatt ma dħakt b'ħadd imma issa l-irġulija titlob li l-Onor.", "Agius iġib dak ir-recording u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "David Agius ikompli bid-diskors tiegħu.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, ħadt pjaċir li l-Ministru waqqafni issa xħin kont qed nitkellem dwar il-pipeline tal-gass u jekk ħloqt xi misunderstanding nikkoreġi ruħi però fuq 17 Black ma qalli xejn.", "Fuq il-USD200,000 li ġew trasferiti f'17 Black mill-kumpanija tal-aġent Malti li jissupplixxi l-gass LNG, biex imbagħad imorru għand il-ħbieb tal-Partit Laburista, ma qalli xejn!", "Ma ċaħadhiex!", "Issa qed jgħidilna li l-proġett se jkun lest fl-2024, jiġifieri dawn fadlilhom sitt snin oħra xi jgawdu b'USD150,000 fix-xahar fil-kumpanija 17 Black.", "L-Onor.", "Ejja għidli li mhux veru!", "(Interruzzjonijiet) Ma jgħidx!", "Għalhekk qed jeħduha easy għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija.", "Ibqgħu agħmlu l-istudju!", "Nisperaw li jkun lest imma take it easy, no hurry ħalli sadanittant nibqgħu ndaħħlu l-eluf għand nies viċin il-Partit Laburista!", "Nerga' ngħid: Forsi tkun xi election grant!", "Għedtha darba, għedtha darbtejn, għedtha barra, għedtha fuq ir-radju u għedtha fuq it-televiżjoni.", "Ara l-Partit Laburista qatt ma ċaħad li l-Egrant hija tiegħu imma forsi llum wara dan id-dibattitu joħorġu stqarrija mill-Partit Laburista biex jgħidu li mhijiex tal-Partit Laburista.", "Nistennew u naraw sa dak il-mument.", "Sinjura President, issa nixtieq nitkellem ukoll fuq il-qasam tal-ilma għax dan ukoll għandna bżonn nitkellmu ftit fuqu.", "Fil-passat għaddejna minn żmien fejn kważi kien lussu li jkollok l-ilma fil-vit għax kien jinqata' spiss, kien ikun bis-sadid, ma kienx ikun hemm pressa u kont tibża' tużah.", "Grazzi għal numru ta' persuni fil-politika u inġiniera, dan il-pajjiż mexa 'l quddiem u wasalna biex għamilna s-smart meters tal-ilma u anke tad-dawl.", "Dawn kienu passi tajbin u pożittivi grazzi għal kull min kien involut.", "Irridu nifhmu li kieku ma sarx ammont kbir ta' investiment minn Gvern Nazzjonalista, kieku qatt ma seta' jkollna n-numru kbir ta' turisti u ħaddiema barranin li qegħdin jiġu llum f'pajjiżna.", "Grazzi għall-investiment li sar minn Gvern Nazzjonalista kemm fl-enerġija kif ukoll fl-ilma, illum il-Water Services Corporation, mill-uffiċċji tagħha, tista' tkun taf mhux biss il-konsum imma anke l-leakages li jkun hemm fid-djar.", "Illum it-teknoloġija tista' turik liema meters ikunu qed juru pattern ta' konsum mhux tas-soltu u allura suppost li ħadd f'pajjiżna ma qed iħallas żejjed minħabba xi leakages.", "Din, fil-verità, qiegħda ssir?", "Kemm qiegħed idum każ ta' leakage biex jinqabad u jiġi indirizzat?", "Hemm nies fil-Water Services Corporation li suppost qegħdin jimmoniterjaw din is-sistema għall-ġid tal-konsumatur u għall-ġid ta' pajjiżna biex ma jinħeliex l-ilma jew qed ikun hawn min huwa kuntent li jkollna ħela ta' ilma?", "Huwa importanti li s-sezzjoni li tara kif qed jimmarka l-computer għall-ħela ta' ilma tiġi monitored sew mhux biss għall-ġid tal-Water Services Corporation imma anke tal-konsumatur.", "Bl-ismart meters tal-ilma l-Water Services Corporation suppost tkun taf fejn il-meter qed juri konsum mhux normali.", "Ma nafx jekk il-Ministru qattx mar jara din is-sistema.", "Jekk qatt ma mar nistgħu mmorru flimkien u narawha imma nistaqsih: Tawh rapport fejn qed ikun hemm ħafna ħela fuq ġewwa tad-djar Maltin u Għawdxin?", "Meta ċempilt il-freephone tal-Water Services Corporation qaluli li llum biex tirrapporta meter ħażin trid tħallas €15 għad-domestic use u €35 għal ħanut.", "(Interruzzjonijiet) Veru Ministru?", "Jien qed nistaqsi għax ma nafx.", "Jekk illum kapaċi naraw il-konsum tal-ilma siegħa b'siegħa, kif għadu jkollna każi fejn djar qed ikollhom kont wara kont ta' zero?", "Jien għandi kemm trid każijiet li nista' nuri.", "Imma ħadd ma jiġbed l-attenzjoni ta' ħadd?", "Huwa veru li l-konsumatur irid jara l-kont tiegħu imma mill-ARMS jew mill-Water Services Corporation ħadd ma jagħti kas?", "Ħadd ma jgħid lill-Ministru li dan ix-xahar informaw għaxra, informaw 100, informaw 50 jew informaw 1,000?", "Sinjura President, lill-anzjani, lill-familji u lill-Maltin u l-Għawdxin li qegħdin jisimgħuna ngħidilhom biex jiċċekkjaw il-meter tal-ilma għax iridu jżommu f'moħħhom li kif jaqbżu t-33 metru kubu kull persuna jibdew iħallsu bil-€5.", "Għalhekk huwa ħażin li jkollok zero, zero, zero għal numru ta' xhur imbagħad f'xahrejn tirċievi kont f'daqqa kif qed isir.", "Pereżempju lili kellmitni persuna li rċeviet kont ta' €600 meta suppost tħallas €120.", "Jien nixtieq li n-nies li jmorru għand l-ARMS biex jinqdew jiġu ttrattati b'rispett.", "Għax mill-ARMS jafu li aħna qed naraw il-kontijiet u għax jafu li aħna qed nibagħtu lin-nies biex dak li hu tagħhom jeħduh ħalli ma jiġux misruqa, in-nies qed jiġu litteralment belittled u jgħidulhom pereżempju \"Mhux veru\" jew \"M'għandekx raġun\".", "(Interruzzjonijiet) Nista' nsemmilek fatt wara l-ieħor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ministru, ikollok ċans tirrispondi.", "DAVID AGIUS: Lill-Ministru ngħidlu li meta jrid, jien lest li nagħtih l-ismijiet, il-kunjomijiet u l-ħinijiet.", "Pereżempju ċemplet mara anzjana u waħda qaltilha li m'għandhiex raġun imma wara reġgħet ċemplet, qabbduha ma' ħaddieħor u taha raġun.", "Lill-Ministru lest li nagħtih anke l-ħinijiet u d-dettalji għax jien meta niġi hawn, inkun ippreparat.", "Però lil min qed jarana ngħidlu: Jekk il-Gvern jew l-ARMS jittrattawk ħażin, tinkwetax, ejja d-Dar Ċentrali, għandna s-sistema tagħna u ngħidulek x'għandek tgħid lill-ARMS.", "Aħna qed ngħidulhom biex ma jurux li jkunu ġew għandna.", "U dawk li qed jiġu għandna qed jingħataw raġun.", "Fil-fatt kien hemm persuna li l-kont minn €675 niżżluhulha għal €125.", "U għandna każi oħrajn.", "Niġi issa għal punt ieħor dwar it-toroq ta' pajjiżna u hawnhekk nistaqsi: Fix-xogħol li qed isir fuq it-toroq minn Transport Malta qed jinbidlu l-mains tad-dawl u tal-ilma?", "Tbiddlu l-mains fil-bypass tal-Mellieħa?", "Is-servizzi tan-nies qed jinbidlu f'dawn it-toroq ġodda li qed isiru jew se jsiru?", "Fil-ġimgħat li għaddew saret it-triq tal-Buskett u jien staqsejt jekk inbidlux il-mains hemmhekk.", "Jekk ma nbidlux, għaliex ma nbidlux qabel ma sar it-tarmac?", "Hemm pipe tal-ilma ta' tliet kwarti tal-plastic jiġri fuq it-tarmac.", "Hekk sew?", "(Interruzzjonijiet) Għal Ħofret ir-Rizz, ir-Rabat, qed nirreferi!", "Qed ngħidlek fejn!", "Hemm pipe tal-plastic tal-ilma mirdum mal-ħajt għax meta sar it-tarmac il-pipe ma sarx kif suppost.", "Sar wieħed tal-plastic mirdum mal-ħajt.", "Tajjeb hekk?", "(Interruzzjonijiet) Qed ngħidlek fejn biex tibgħat lin-nies jiċċekkjaw.", "Dawn huma wħud mill-każijiet għax hemm oħrajn imma m'għandix ħin biżżejjed biex inkun nista' ngħid kollox.", "Jien naħseb li għandu jerġa' jibda jsir kif kien isir fi żmien Gvern Nazzjonalista li s-servizzi kollha jsiru fil-ġnub tat-toroq taħt il-bankina b'mod kordinat.", "Anke l-wires tad-dawl suppost qegħdin kollha taħt l-art.", "Din hija wegħda tal-Partit Laburista ta' qabel l-elezzjoni li spiċċat fix-xejn?", "(Interruzzjonijiet) Ma kenitx din il-wegħda?", "Issa l-Ministru jgħidilna x'inhi l-wegħda.", "Sinjura President, minn hawnhekk irrid insellem lill-ħaddiema tal-ARMS, tal-Water Services Corporation u anke tal-Enemalta għax naf li jgħaddu minn ċerti diffikultajiet.", "Ngħidilhom biex ikomplu jagħmlu xogħolhom sew għall-ġid ta' pajjiżna.", "Hawn irrid ngħid li jien smajt - nispera li l-Ministru jitkellem dwar dan - li ż-żieda tajba fil-paga ħaduha biss ftit tat-top management.", "(Interruzzjonijiet) Iċċekkja, Ministru, ħa tara min ħa!", "L-erbgħa ta' fuq nett ingħataw żieda papali!", "Il-Ministru għandu jgħid kemm kienet din iż-żieda.", "Jekk ma jgħidilniex hu, nagħmlu mistoqsija parlamentari u nkunu nafu.", "Ħaġa oħra li għandna bżonn naħdmu fuqha hija l-apprentisti.", "Naf li qed jidħlu nies mill-MCAST; imma fuq plumbing, l-aktar ħaġa importanti, qegħdin jidħlu?", "Qed ikollna apprentisti fuq il-plumbing?", "Il-Water Services Corporation jew il-Gvern meta se jaraw li s-sistema edukattiva tħarreġ plumbers adattati għax-xogħol tal-Water Services Corporation?", "Jekk ma jkunx hemm żgħażagħ ġodda li jitgħallmu dawn is-snajja' jista' jkollna sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jsiru t-testijiet neċesarji jew ikollna nġibu ħaddiema barranin biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Il-Ministru jaf li hemm ċerti ħaddiema li jixtiequ jitgħallmu u mhux qegħdin jgħallmuhom?", "(Interruzzjonijiet) Iċċekkja, Ministru.", "Naf li tiċċekkja!", "Iċċekkja jekk hemmx ħaddiema tal-Water Services Corporation li jixtiequ jieħdu t-taħriġ u mhux qegħdin jingħataw dan it-taħriġ.", "Nixtieq nitkellem ftit ukoll dwar id-drenaġġ.", "Il-kollega tiegħi se jitkellem dwar Ħaż-Żebbuġ.", "Lill-Ministru ngħidlu biss biex imur jiċċekkja ħdejn il-Bieb ta' de Rohan fejn ftit ilu twessgħet it-triq!", "It-tappieri tad-drenaġġ diġà bdew jinżlu.", "Hekk sewwa?", "Issa li l-popolazzjoni qed tikber, hemm pjan għall-flow tad-drenaġġ?", "X'qed nagħmlu dwar sistemi antiki bħal ta' San Pawl il-Baħar fejn qed ifur id-drenaġġ?", "Il-pjan ekonomiku ta' dan il-Gvern li jżid il-popolazzjoni, illum fhimnieh.", "Irid iżid in-nies, imma allura hemm bżonn infrastruttura aħjar fl-ilma, fid-drenaġġ u fl-enerġija.", "Fejn hu l-pjan fit-tul għal dan?", "Hawnhekk ġibt miegħi l-ġurnal l-orizzont tas-16 ta' Lulju.", "L-idrologu Marco Cremona jgħid hekk:", "\"Qtajt qalbi li nistgħu nsalvaw l-ilma tal-pjan.\"", "Mhuwiex il-Ministru l-problema imma pajjiżna u allura naħseb li huwa tajjeb li se jintnefqu €2.5 miljun, u jekk hemm bżonn għandhom jintnefqu aktar għaliex l-ilma huwa essenzjali.", "Però hemm bżonn naħsbu biex insaħħu s-sostenibilità tal-ilma u biex innaqqsu l-abbużi.", "Nafu li hemm dawn il-proġetti, però x'qegħdin nagħmlu biex jitnaqqas l-abbuż mill-ilma tal-pjan?", "Bħalissa r-regolatur għandu ċerti diffikultajiet u meta wieħed jistaqsi x'inhu jagħmel biex jaċċerta ruħu li m'hemmx estrazzjoni tal-ilma tal-pjan minn sorsi mhux awtorizzati jibqa' mingħajr tweġibiet.", "L-Awtorità tar-Riżorsi u r-REWS (Regulator for Energy and Water Services) m'għandhomx riżorsi biżżejjed għall-ispezzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Iva, Ministru, mhux l-istess Gvern dan?", "Mhux Gvern wieħed?", "Jien informat li fl-Awtorità tar-Riżorsi tant m'hemmx nies li s-CEO ikollu jagħmel l-ispezzjonijiet fuq il-boreholes hu stess.", "Sinjura President, naħseb li huwa importanti li nifhmu dak li bdejt bih fil-bidu tad-diskors tiegħi, ċjoè l-importanza li dan il-pajjiż ikollu dibattitu serju fil-Parlament dwar il-qasam tal-enerġija.", "Nispera wkoll li fil-qasam tal-ilma nkomplu naħdmu flimkien biex insaħħu s-sostenibilità tal-ilma imma fuq kollox huwa importanti li meta tiftaħ il-vit jew tixgħel id-dawl il-Gvern ma jisirqekx.", "Illum tiftaħ il-vit u l-Gvern jisirqek.", "Illum tixgħel id-dawl u l-Gvern jisirqek, b'ammissjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li se jirranġa l-affarijiet is-sena d-dieħla.", "Gvern Nazzjonalista mhux talli ma jisirqekx, talli jagħtik il-flus lura.", "F'dan is-settur tant importanti għal pajjiżna hemm bżonn li lin-nies ma narawhomx numri u kontijiet imma għandna nagħtuhom ir-rispett li jixirqilhom għaliex nemmnu li l-politika tagħna hija waħda ċara; li l-poplu, il-persuna, l-uman huwa l-aktar importanti.", "Sur President, qabel nikkonkludi nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti li rreferejt għalihom fid-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "DAVID AGIUS: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta In-Nazzjon tas-26 ta' April 2018 intitolat \"Fejn marru l-$40 miljun?\";", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta The Malta Independent tat-3 ta' Mejju 2018 intitolat \"Energy Minister expecting 'feedback' over complaints, stresses no change in system\";", "Kopja ta' artiklu li deher fil-gazzetta l-orizzont tas-16 ta' Lulju 2018 intitolat \"Qtajt qalbi li nistgħu nsalvaw l-ilma tal-pjan\";", "Kopja ta' xhieda ta' Darren Cordina mogħtija fil-21 ta' Ġunju 2018 fil-każ Cordina Darren et vs Automated Revenue Management Services Ltd (ARMS) (Rikors Nru 1021/2017 AF) fl-4 ta' Ottubru 2018; u", "Kopja ta' tabella Electricity prices for medium sized industrial consumers (between 500 and 2000 MWh) 2016 maħruġa mill-Eurostat.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, illum qegħdin inkomplu d-diskussjoni dwar l-Estimi għas-Sena Finanzjarja 2019 tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.", "Nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi nitkellem dwar is-servizzi tal-ilma.", "Il-provvista tal-ilma hija sfida għall-Ewropa kollha iżda b'mod partikolari għall-pajjiżi fin-naħa t'isfel tal-Ewropa.", "Għal Malta din l-isfida hija akbar.", "Insemmi biss li pajjiżna huwa l-għaxar pajjiż l-aktar nieqes mill-ilma fid-dinja meta wieħed iqis ir-riżorsi tal-ilma għal kull persuna.", "Id-daqs żgħir tal-gżejjer tagħna, in-nuqqas ta' korpi permanenti tal-ilma u klima niexfa flimkien ma' popolazzjoni densa li dan l-aħħar qed tiżdied bil-kbir, kollha jwasslu għal sitwazzjoni ta' domanda għolja għall-ilma u ta' nuqqas ta' provvista tal-ilma.", "Għandna sitwazzjonijiet li qegħdin iwasslu li fil-gżejjer Maltin qegħdin nużaw aktar mid-doppju ilma tal-pjan li tipprovdi n-natura permezz tax-xita.", "Id-differenza tiġi minn impjanti tar-reverse osmosis li jipproduċu madwar 30 miljun metru kubu ta' ilma fis-sena.", "Hawn ma nistax ma nurix l-apprezzament tiegħi għall-fatt li f'dan il-Baġit ġie mħabbar li se jitkomplew ix-xogħlijiet fuq il-bini tar-reverse osmosis plant f'Ħondoq ir-Rummien f'Għawdex.", "Dak li hu tajjeb ma tistax tmerih, aktar u aktar meta nafu li ħafna mill-korpi ta' ilma f'Għawdex qabżu l-limitu ta' nitrati fl-Unjoni Ewropea.", "Li jinkwetani hu li filwaqt li tħabbar dan il-proġett, fl-estimi ma nsibu l-ebda item taħt xi vot tal-Ministeru għall-Enerġija jew tal-Ministeru għal Għawdex li jindika kemm hemm fondi allokati għal dan l-impjant.", "Jista' jkun li dawn jidhru taħt xi vot ieħor u għalhekk nistenna li meta l-Ministru jwieġeb għall-kritika tal-Oppożizzjoni, jgħidilna jekk ġewx ivvotati fondi għal dan il-proġett u l-ammont ta' fondi li kienu vvotati.", "Meta kien qed jitkellem dwar il-produzzjoni tal-enerġija, il-Ministru għall-Finanzi qalilna li l-Gvern se jkompli jiffoka biex dan is-settur fundamentali għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż ikompli jissaħħaħ u jilqa' għall-isfidi tal-ġejjieni.", "Skont il-Ministru dan se jsir permezz ta' numru ta' miżuri kemm fil-qasam tal-ġenerazzjoni u distribuzzjoni kif ukoll b'inċentivi indirizzati biex l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti.", "Issemma wkoll li l-Gvern se jkompli jaħdem ħalli nipprovdu aktar enerġija nadifa billi jippromwovi l-użu tal-enerġija rinnvabbli u billi jgħin lill-familji u lill-intrapriżi jagħrfu jnaqqsu l-konsum tagħhom.", "Dawn huma proposti tajbin li ma tistax ma taqbilx magħhom però meta tidħol fid-dettall tad-diskors biex tara x'investiment hemm ipproġettat dwar dawn il-proposti, jirriżulta li ftit li xejn hemm pjanijiet biex jitwettqu dawn il-miri.", "M'hemm l-ebda viżjoni konkreta.", "Il-ftit proposti li hemm fil-Baġit huma kollha nieqsa minn pjan fit-tul, nieqsa minn pjan ħolistiku li jilħaq bilanċ bejn il-ħteġijiet u l-provvista tal-enerġija tal-lum u għall-quddiem.", "Fl-estimi ma ssib xejn innovattiv imma ssib biss proposti riċiklati minn baġits oħra li ġew ippreżentati fis-snin ta' qabel.", "Pereżempju jekk ikolli mmur għall-ewwel proposta fejn il-Gvern għas-sena d-dieħla qal li se jkompli bil-politika li jkollna prezzijiet stabbli tad-dawl u tal-ilma, kont nistenna li se jgħidilna kif se jsolvi l-problema dwar is-serq li qed jagħmel il-Gvern fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.", "Huwa tajjeb li tgħid li se żżomm il-prezz stabbli imma hija ironika li fl-istess waqt li tgħid dan, titlob ħlasijiet żejda mingħand il-konsumatur u dan meta f'Malta l-prezz tal-elettriku huwa wieħed mill-aktar għoljin fl-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa fatt li issa ġie kkonfermat anke mill-Eurostat.", "Dan l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea kkonferma wkoll li f'Malta l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma qegħdin jogħlew meta f'pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea qegħdin jorħsu.", "Dan qed jiġri primarjament għax meta l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt waqgħu bil-kbir fl-aħħar ħames snin f'pajjiżi oħrajn din il-waqgħa għaddiet għand il-familji u n-negozji permezz ta' rati orħos tad-dawl u tal-fuels imma f'Malta, inġustament, dan mhux qed jiġri għaliex il-Gvern għamel kuntratt biex jixxaħħmu n-nies ta' Kastilja u ntrabat b'rati li ma raħsux mal-waqgħa fil-prezzijiet dinjija taż-żejt u tal-gass.", "Dan ġie kkonfermat ukoll mill-Financial Intelligence Analysis Unit, l-FIAU.", "Fil-fatt, meta tqis il-prezz mingħajr it-taxxi, l-aħħar ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li f'Malta nħallsu prezz tal-elettriku li hu s-seba' l-ogħla fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Dan ġara meta l-Gvern għamel kuntratt, kif diġà għedt, biex jixxaħħmu nies f'Kastilja minflok biex aħna l-Maltin ingawdu mill-waqgħa spettakolari tal-prezz taż-żejt u tal-gass tal-aħħar ħames snin.", "Dan ikkonfermatu istituzzjoni tal-istat Malti stess.", "Flimkien ma' dan id-deal korrott li minnu qegħdin ibatu l-konsumaturi Maltin u Għawdxin hemm ukoll il-fatti li joħorġu mill-istħarriġ tal-midja indipendenti, tas-soċjetà ċivili, ta' esperti, ta' għaqdiet tal-konsumaturi, ta' ekonomisti u anke tal-Partit Nazzjonalista dwar l-effett li qed ikollha d-deċiżjoni tal-Gvern li jibgħat il-kontijiet kull xahrejn.", "Din id-deċiżjoni qed tissarraf f'kontijiet ogħla għax l-elettriku li taħli meta tkun l-eqqel tas-sħana jew inkella tal-kesħa ma jitqassmux fuq sitt xhur u allura teħel bil-għoli.", "Huwa kkonfermat li l-Gvern, permezz tal-ARMS, qed iħaddem ħażin is-sistema tal-ħruġ tal-kontijiet.", "In-nies qegħdin jirċievu l-kontijiet aktar spiss, qegħdin jitilfu l-allokazzjoni tagħhom ta' tariffi baxxi u jispiċċaw iħallsu b'rati aktar għoljin milli suppost.", "Waqt li l-liġi tagħmilha ċara li jistgħu jintbagħtu kontijiet pro-rata lill-konsumatur, fl-istess waqt l-istess liġi tgħid li t-tariffi għandhom japplikaw fuq il-konsum annwali, jiġifieri l-konsum ta' sena sħiħa.", "Minn stħarriġ li sar jirriżulta li 80% tan-nies iħallsu aktar milli suppost.", "Din id-diskrepanza tvarja bejn €6 u €600 fis-sena.", "Sur President, kif diġà għidt, dwar il-prezz għoli tal-elettriku f'Malta issa hemm ukoll il-konferma mill-Eurostat, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea li joħroġ ċifri kull sitt xhur dwar il-prezzijiet tal-elettriku fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Minbarra l-konferma li f'Malta għandna fost l-ogħla prezzijiet tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea, il-Eurostat jikkonferma wkoll li l-kontijiet f'Malta fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet għolew b'7% u filwaqt li f'Malta kienu qegħdin jogħlew, f'pajjiżi oħra fl-istess żmien kienu qegħdin jorħsu kif roħsu wkoll fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kollha f'daqqa.", "Il-Ministru għall-Finanzi jiftaħar li s-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli bil-politika li jkollna prezzijiet stabbli tal-elettriku.", "Din mhi xejn ħlief wegħda fiergħa, wegħda li ma tfisser xejn ħlief li l-prezz, huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi, żgur li mhux se jorħos.", "\"Stabilità\" ma tfisser xejn ħlief li l-prezz ma jorħosx anke jekk ikun hemm nuqqas kbir fil-prezz taż-żejt.", "Dak li l-Ministru pprova jpinġih bħala xi gwadann għall-poplu mhu xejn ħlief kliem qarrieq.", "Daħku f'wiċċ il-poplu.", "Ħafna drabi meta aħna l-Membri tal-Oppożizzjoni ngħidu dan, niġu interpretati li m'aħniex ngħidu l-verità u li qegħdin inxewxu, però l-verità ma jista' jmeriha ħadd.", "Il-Eurostat ma tiġix Malta u tkejjel hi, imma ċ-ċifri li taħdem fuqhom jibgħathomlha l-Gvern Malti stess permezz tal-Uffiċċju tal-Istatistika.", "Jiġifieri jekk il-Gvern jipprova jwaħħal fil-Eurostat ikun qed jitfa' t-tort fuqu nnifsu.", "Il-Eurostat, għax hija serja f'dak li tagħmel, ma taħdimx biss fuq il-prezz li jidher mal-ewwel daqqa t'għajn, imma tara wkoll il-livell tal-prezzijiet f'kull pajjiż, jiġifieri x'tixtri bil-flus li jkollok fil-but.", "Tliet persuni minn tliet pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea b'€100 fil-but, bil-livell tal-prezzijiet f'pajjiżhom, ma jixtrux l-istess ammont ta' prodotti u servizzi.", "Huwa permezz ta' dan il-kejl li l-Eurostat ikkonfermat li f'Malta qegħdin inbatu l-għoli fil-prezzijiet tal-elettriku.", "Din il-konferma tiġi minn dak li qegħdin iħossu ħafna familji u negozji u ma' dak li sab kull min stħarreġ il-kwestjoni tal-għoli tal-kontijiet.", "Sinjura President, kelli l-ħsieb li nibbaża l-intervent tiegħi tal-lum fuq l-enerġija alternattiva però ma stajtx ma nitkellimx dwar il-problema fil-prezzijiet tal-kontijiet tad-dawl, problema li qed tolqot fil-laħam il-ħaj lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Imma issa ħalli niġi għas-suġġett proprju li kelli l-ħsieb li nitkellem dwaru.", "Madwar tmien snin ilu Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien ħabbar proġett ambizzjuż għal Għawdex.", "Kien vara l-viżjoni Eko-Għawdex.", "Dakinhar il-Gvern tal-ġurnata kien konvint li s-suċċess għall-gżira ta' Għawdex li jħalli l-frott fuq medda twila ta' żmien jista' jkun fiż-żgur biss jekk il-gżira timxi fit-triq tal-iżvilupp sostenibbli.", "Dan kellu jfisser li l-iżvilupp u l-progress f'Għawdex ma jkunx ta' benefiċċju biss għall-perspettiva ekonomika imma wkoll għal dik ambjentali u soċjali.", "Il-viżjoni Eko-Għawdex ma fissritx sempliċement li kellna naħsbu biss b'mod ambjentali imma wkoll li niksbu ambjent stabbli u b'saħħtu għal kwalità ta' ħajja aħjar.", "Din l-inizjattiva ma kenitx intiża biss biex twassal għat-titjib ambjentali fuq il-gżira ta' Għawdex imma kienet intiża biex f'dak kollu li nagħmlu nżommu quddiem għajnejna l-ħin kollu li l-ambjent hu dak l-element fundamentali li jiddetermina s-saħħa u l-għajxien tagħna u li jagħmel il-gżira Għawdxija hekk speċjali.", "Il-proġett Eko-Għawdex ta rakkmandazzjonijiet fuq oqsma kruċjali għall-iżvilupp kontinwu tal-gżira tagħna.", "Fost dawn it-temi kien hemm enfasi fuq il-qasam tal-enerġija, qasam li llum qed issir diskussjoni dwaru.", "Minn meta ġiet varata l-viżjoni Eko-Għawdex il-produzzjoni tal-enerġija dejjem ġiet assoċjata direttament mal-konċett ta' inizjattivi ambjentali.", "L-enerġija dejjem kienet suġġett ċentrali fil-viżjoni ta' Eko-Għawdex u dan bir-raġun.", "Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tindika li l-użu tal-enerġija żdiedet sew fl-aħħar 15-il sena.", "Mill-bidu nett il-konċett Eko-Għawdex emmen li sorsi tal-enerġija li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u ma jniġġsux jistgħu jitqiesu bħala alternattiva għaż-żejt.", "Il-Gvern ta' dak iż-żmien kien konvint li Għawdex, minħabba d-daqs żgħir tiegħu, jista' jkollu ħafna enerġija tiegħu ġejja minn sorsi bħal dawn, fosthom enerġija tar-riħ, enerġija tal-biomass mill-iskart u enerġija mix-xemx.", "Kien ġie deċiż li s-sors ta' enerġija alternattiva l-aktar effettiv għal Għawdex huwa dak tal-enerġija mix-xemx.", "Dakinhar ħarisna lejn l-aktar riżorsa abbundanti li għandna fil-pajjiż, dik tax-xemx, iż-żmien tana raġun u r-riżultati miksuba f'dan il-qasam kienu ta' inkoraġġiment kbir.", "B'riżultat ta' din l-inizjattiva, 55% tal-bini kollu f'Għawdex illum għandu xi forma ta' apparat li jiġġenera enerġija alternattiva.", "Il-parti kbira tagħhom huma panelli fotovoltajiċi u din hija l-ogħla rata mir-reġjuni kollha f'Malta.", "Nemmen li hemm potenzjal li fil-futur din iċ-ċifra tiżdied sew.", "Esperti fil-qasam huma tal-fehma li ladarba Għawdex irnexxielu jasal għal din ir-rata fi żmien pjuttost qasir, bi ftit ħidma oħra jista' jkun 100% dipendenti fuq l-enerġija alternattiva.", "Nemmen li ladarba Għawdex wasal s'hawn mhuwiex impossibbli li bi ftit inizjattiva oħra jilħaq dawn il-miri.", "Fl-opinjoni tiegħi l-aktar fattur li għen biex jinkiseb dan is-suċċess kien il-feed-in tariff favorevoli li tingħata lir-residenti Għawdxin.", "Il-feed-in tariff għal Għawdex hija aktar għolja minn dik li tingħata lir-residenti f'Malta.", "Din hija rata favorevoli li m'għandix dubju li tħajjar wieħed jinvesti f'din it-teknoloġija.", "Qed ngħid dan għax nemmen li l-Istat għandu rwol importanti u dmir li jagħti prijorità lill-enerġija rinovabbli.", "L-effiċjenza f'dan il-qasam għandha tkun l-ewwel prijorità.", "Flimkien ma' dan l-obbligu tal-Gvern, il-poplu għandu jkun imħeġġeġ biex juża l-bjut tad-djar tagħna biex jgħin u jkun parti minn pjan ta' enerġija rinovabbli.", "Filwaqt li xi wħud mill-proġetti kbar ta' infrastruttura tal-enerġija huma meħtieġa, inkluż farms tal-panelli fotovoltajiċi, fl-opinjoni tiegħi l-għan għandu jkun li jsir investiment f'ħafna proġetti żgħar li meta tgħoddhom flimkien jipprovdu parti sostanzjali tal-enerġija alternattiva.", "L-inizjattiva Eko-Għawdex u r-riżultati miksuba minnha hija eżempju mill-aktar konkret li juri li inizjattivi bħal dawn iħallu l-frott.", "Jien nemmen li din l-inizjattiva tista' tiġi applikata fil-gżira ta' Malta wkoll għax meta nħarsu lejn il-persentaġġ ta' enerġija rinnovabbli li nipproduċu fuq bażi nazzjonali, jirriżulta li għadna ħafna lura.", "Fuq bażi nazzjonali rridu naħdmu aktar u nkunu proattivi biex nilħqu l-miri stabbiliti f'dan il-qasam.", "Qed ngħid dan għax Malta tinsab fil-post ta' qabel tal-aħħar fl-Unjoni Ewropea għas-sehem tal-enerġija alternattiva fl-enerġija kollha li tuża bħala pajjiż.", "Fil-fatt minn rapport fil-midja jirriżulta li Malta laħqet is-6% meta l-medja tal-Unjoni Ewropea hija ta' 17%.", "Ilbieraħ il-Ministru ħabbrilna – u jalla huwa hekk – u qalilna b'ċertezza li lħaqna anke s-7% li huwa tajjeb u jalla nkomplu mexjin 'il quddiem.", "Sas-sena 2020 Malta trid tilħaq il-mira ta' 10%, nofs il-mira ta' 20% li l-Unjoni Ewropea trid li jintlaħaq sas-sena 2020.", "Il-Eurostat ħarġet iċ-ċifri dwar dan is-settur li juru li disa' pajjiżi minn 28 tal-Unjoni Ewropea diġà laħqu l-miri tagħhom tas-sena 2020.", "Malta tinsab biss 0.2% aħjar mil-Lussemburgu li qiegħed fl-aħħar post b'5.8% fir-rigward ta' kemm enerġija wżata fil-pajjiż tkun ġejja minn sorsi li jiġġeddu.", "Hawn irid jingħad li fl-Istrateġija Ewropa 2020 il-mira hi li s-sehem tal-enerġija li tiġġedded fil-konsum finali fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea trid tkun, kif diġà għidt, ta' 20%.", "Imbagħad hemm mira oħra li sas-sena 2030 din trid tilħaq is-27%.", "Sinjura President, irridu jew ma rridux Malta trid twettaq l-obbligi li hija marbuta bihom li sas-sena 2020, 10% tal-enerġija li nużaw inkunu qegħdin niġġenerawha minn sors alternattiv.", "Dan il-pjan żgur irid jinkludi strateġija biex nużaw il-qawwa tax-xemx fid-djar kif ukoll fuq binjiet kummerċjali.", "Nemmen li hemm bżonn jiġu riveduti l-grants biex nagħmluha iktar faċli li wieħed ikun jista' jinvesti f'enerġija alternattiva.", "Fejn meħtieġ iridu jingħataw feed-in tariffs vantaġġjużi lill-konsumaturi u jiġu utilizzati wkoll il-bjut tal-binjiet pubbliċi u ż-żoni industrijali biex fuqhom nistallaw pannelli solari.", "Fuq kollox għandna bżonn ippjanar fit-tul li jiddispjaċini ngħid li huwa nieqes fl-estimi għas-sena 2019.", "Sinjura President, in-nuqqas ta' ippjanar fis-settur tal-enerġija rinnovabbli qed joħloq ħafna problemi anke għall-industriji, speċjalment l-SMEs.", "Dawn l-SMEs qegħdin ikunu żvantaġġati u sena wara sena ma jistgħux jippjanaw fit-tul għax l-iskemi tal-Gvern dwar l-enerġija nadifa u l-pannelli fotovoltajiċi mhumiex ippjanati u mħabbra għal tul ta' żmien iżda jitħabbru meta jfettillu l-Gvern tul is-sena bl-iskema tkun valida għal sena waħda biss.", "Hemm bżonn isir ippjanar tajjeb u joħorġu skemi li jkunu bbażati fuq numru ta' snin biex l-SMEs ikunu jistgħu jippjanaw is-sistemi tal-enerġija tagħhom.", "Marbuta ma' dan hemm ukoll iż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija li hija importanti ħafna biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ġejjieni.", "Din il-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija twassal għal iffrankar tal-ispejjeż għall-konsumatur u għal tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kompetittività, sostenibilità tal-ekonomija tal-pajjiż u ħolqien ta' impjiegi.", "Sur President, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma sikwit jgħid li huwa ottimist li l-mira ta' Malta tal-konsum tal-enerġija primarja ta' 10% sas-sena 2020 qiegħda on track u se tintlaħaq.", "Fl-istess waqt li jgħid li hu ottimist il-Ministru jikkonferma li fil-pjan nazzjonali fadal ħafna xi jsir biex Malta tilħaq il-mira tagħha.", "Din tista' tintlaħaq biss jekk il-Gvern iżomm mal-impenji tiegħu u jkompli jimplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-programmi ta' suċċess relatati magħha.", "Anke jekk Malta jirnexxielha tilħaq il-mira ta' 10%, ma rridux neskludu l-fatt li din il-mira hija biss in-nofs li l-Unjoni Ewropea qed tesiġi sas-sena 2024 u hija ħafna 'l bogħod mill-mira ta' 27% sas-sena 2030.", "L-inizjattivi mħabbra fil-Baġit għas-sena d-dieħla ma tantx jawguraw li bir-ritmu li mexjin bih se nilħqu l-miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea.", "Fid-diskors tiegħi pprovajt kemm jista' jkun ma nkunx negattiv.", "L-intenzjoni tiegħi kienet biss li nagħmel kritika kostruttiva.", "L-Oppożizzjoni hija impenjata li nimxu 'l quddiem anke f'dan il-qasam.", "Wara kollox jekk pajjiżna jirnexxielu jegħleb id-diffikultajiet fis-settur tal-enerġija jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu u jgawdi kulħadd, hu x'inhu t-twemmin politiku tiegħu.", "Nirnexxu billi jkollna viżjoni fit-tul ħalli l-isfidi li hemm fis-settur tal-enerġija ndawruhom f'opportunitajiet u niksbu s-suċċess għalina lkoll.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, mhux soltu nitkellem dwar dan is-suġġett u jista' jkun li dak li se ngħid ma jolqotx direttament lill-Ministeru li qed nitkellmu dwaru però jien nixtieq insemmi xi ħaġa li, fil-fehma tiegħi, jekk m'aħniex se nindirizzawha bħala pajjiż se niffaċċjaw ċerti problemi li naħseb li wasal iż-żmien li bħala Parlament irridu nindirizzawhom.", "Il-kollegi tiegħi tkellmu fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fuq il-pipeline tal-gass u l-Onor.", "Frederick Azzopardi issa daħal fid-dettall fuq l-enerġija alternattiva u fuq il-prezz tal-petrol u d-diesel.", "Issa jien nixtieq niffoka daqsxejn fuq l-issues marbutin mal-ilma.", "Nemmen li qatt m'aħna se nsolvu verament il-problemi tal-ilma li għandna bħala pajjiż jekk iż-żewġ naħat mhux se nxammru l-kmiem u ngħidu li din il-problema bdiet 40 jew 50 sena ilu meta bdejna niġbdu l-ilma minn taħt l-art.", "Sur President, aħna xi rridu nħallu lil uliedna?", "Riċentement kelli okkażjoni li nattendi għal żewġ konferenzi wara xulxin u f'waħda minnhom kien hemm l-Ambaxxatriċi Svediża li għaddiet kumment u qalet li huwa aħna, bħala pajjiż, li rridu niddeċiedu fejn nixtiequ nwasslu lis-soċjetà tagħna.", "F'okkażjoni oħra simili wkoll kien l-Eks Prim Ministru ta' Malta Dr Lawrence Gonzi – li nsellimlu minn hawnhekk – li għadda kumment simili.", "Din il-ġimgħa l-Onor.", "Anton Refalo qal li aħna qegħdin hawnhekk biex inbiddlu l-ħajja ta' ħaddieħor għall-aħjar.", "Mela ejja naqbdu l-eżempju li se nsemmi jien illum, irrispettivament minn jekk jaqax taħt ir-responsabilità tal-Ministru Joe Mizzi.", "Din qed insemmiha għax il-Ministru Mizzi, konsegwenza tal-fatt li m'aħna nagħmlu xejn fis-settur tal-ilma b'mod daqshekk konkret, qed ikollu jiffaċċja l-problemi ta' distribuzzjoni.", "Ejja nkunu onesti u ngħidu konkretament li għandna r-responsabbiltà li nagħmlu ċerti għażliet.", "Naf li dak li se ngħid illum ma jaqax direttament taħt il-Ministru Mizzi però dan qed ikollu jiffaċċja r-realtajiet u d-diffikultajiet - kif qal l-Onor.", "Frederick Azzopardi aktar kmieni - għax aħna wieħed mill-aktar pajjiżi li m'għandux il-lussu tal-ilma.", "Jien noqgħod fir-raħal sabiħ tan-Naxxar, bħalma joqgħod l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, u tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minni hemm l-iskola primarja.", "Għal min ma jafx, taħt l-Iskola Primarja tan-Naxxar hemm ġibjun enormi li jieħu l-ilma mill-iskola stess u minn ħafna toroq fosthom mit-triq fejn noqgħod jien li hija Triq San Ġorġ, minn Triq il-Parroċċa, Triq in-Nutar Debono, Triq Leli Falzon, Triq il-Minfaħ u Triq il-Ħabbata.", "L-ilma kollu ta' din iż-żona jmur f'dan il-ġibjun.", "Ftit 'il bogħod, fit-triq ta' quddiem il-Knisja, Labour Avenue, u bejn diversi toroq hemm ġibjun enormi – u naf għaliex Alla jaħfirlu n-nannu tiegħi kellu l-ġonna hemmhekk – li qiegħed taħt il-ġonna ta' wara dawn id-djar.", "Dan il-ġibjun l-ieħor jieħu ilma minn żona enormi.", "L-ilma kollu li jinżel mill-pjazza tan-Naxxar, minn Labour Avenue, minn Triq il-Kbira fejn joqgħod l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, minn Triq is-Salib u minn Triq il-Ġdida, imur f'dawn il-ġibjuni.", "Minkejja dan xorta waħda nafu – u aħna n-Naxxarin inħobbu ninku lill-Mostin li nitfgħulhom l-ilma tax-xita – li jinżel volum ta' ilma lejn il-Mosta, lejn Ħal-Lija u lejn l-Iklin.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq volumi kbar ta' ilma.", "Naf li din mhijiex ir-responsabilità diretta ta' dan il-Ministru però ħassejt li l-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi f'dan il-Parlament niddedikahom għal dan.", "Dan se norbtu mal-aspett tal-polishing tal-ilma jiġifieri li nnaddfu l-ilma tad-drenaġġ biex imbagħad jintuża fil-biedja.", "F'paġna 45 tad-Diskors tal-Baġit kulma hemm hu li wara l-ftuħ tat-tliet polishing plants ġodda biex jipproduċu ilma ġdid riċiklat ta' livell terzjarju kompliet il-ħidma biex tissalvagwarda l-kwalità ta' dan l-ilma.", "Jien ngħid li rridu nagħmlu dan imma rridu nagħmlu ħafna u ħafna iktar.", "Meta taqbad ma' dan is-suġġett ħafna drabi jkun hemm min jgħidlek biex toqgħod attent għax toqros lill-bdiewa imma minn ftit riċerka li għamilt irriżulta li mhux il-bdiewa biss qegħdin jużaw l-ilma tal-pjan.", "Biss biss prattikament kull min jibbottilja l-ilma f'pajjiżna qed iġibu minn hemmhekk.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-volum enormi ta' ilma li jintuża fil-laundries, fl-impjanti tal-konkrit, fil-car washes, fit-tisqija, fil-pools eċċ. Dan l-ilma kollu jiġi minn hemmhekk.", "Mela aħna qegħdin nagħmlu użu mill-ilma daqslikieku din il-problema ma teżistix u daqslikieku għandna xi riżorsa bla qiegħ.", "Pajjiżna kif se jindirizza din il-problema?", "Din hija problema serjissima.", "Jekk m'aħna se nagħmlu xejn se nispiċċaw noħolqu verament diżastru ambjentali.", "Fil-ftit minuti li fadal għan-naħa tal-Oppożizzjoni se nagħti ftit eżempji żgħar.", "Pereżempju, ftit tas-snin ilu meta nbena l-Isptar Mater Dei – dak iż-żmien jien kont naħdem il-Ministeru tas-Saħħa - kien sar qisu ġibjun li niftakar li l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien kienet staqsiet jekk kellux permess jew le.", "Dan ma kienx ġibjun bħall-oħrajn.", "Dan kien post li fih kien jilqa' l-ilma kollu jew ammont enormi ta' ilma tal-isptar imbagħad b'sistema fil-fehma tiegħi verament tajba, jerġa' jibda jitfgħu lura lejn il-pjan.", "Hemm min jaħseb li biex l-ilma jmur lura fil-pjan kemm taqbad u tippompjah 'l isfel, imma dan mhuwiex il-każ għax dak irid jgħaddi minn ċerti saffi u jrid idum għaddej biex jitnaddaf u jiġi ilma pur għax-xorb.", "Għal min ma jafx, illum il-ġurnata l-ilma tal-pjan niżel verament mhux biss fil-volum imma anke fil-kwalità.", "Illum għandna ilma li huwa ħafna aktar mielaħ.", "F'ċerti żoni tant huwa mielaħ li mhux talli mhuwiex tajjeb għax-xorb talli lanqas huwa tajjeb għat-tisqija.", "Din hija problema serja.", "Issa mhux il-bozza oranġjo qed tixgħel f'dan is-settur imma l-bozza l-ħamra.", "Nirrepeti, naf li l-Ministru huwa responsabbli primarjament għad-distribuzzjoni tal-ilma però m'għandix dubju li jaqbel miegħi li jekk m'aħniex se nibdew nindirizzaw verament din il-problema kbira li għandna, se jkollna kriżi f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li nsibu bilanċ.", "Pereżempju, xi ħadd qalli – ma nafx jekk huwiex veru jew le – li f'Għawdex s'issa, 15% biss tal-ilma jrid jiġi importat minn Malta.", "Dan l-ammont ma jindikax kriżi.", "Nistgħu nibdew naraw, pereżempju, x'qed isir minn dak l-ilma kollu li jinżel f'volum enormi lejn ix-Xlendi u lejn Marsalforn?", "Issa jien mhux qed ngħid li dan tista' taqbad u sempliċement tilqgħu, għax huwa ilma voluminuż ħafna, però ejja naħsbulu minn qabel, saħansitra minn qabel ma jilħaq dak il-volum.", "Dan minn xi mkien jibda jinġabar u allura għandna nibdew nilqgħuh qabel ma jsir daqshekk voluminuż.", "M'għandix dubju li se nibqgħu nitilfu ilma fil-baħar imma għall-inqas għandna nibdew naħsbu biex nilqgħu xi ftit minnu.", "Jien qed insemmi dawn iż-żewġ lokalitajiet f'Għawdex għax huma l-aktar tnejn ovvji u malli tagħmel ix-xita naraw lin-nies għaddejjin bid-dinghies fit-triq!", "Sur President, fil-fehma tiegħi, jekk nieħdu ħsieb jista' jkollna garanzija ta' kwalità ta' ilma tajba għal ħafna żmien.", "Jien staqsejt persuna biex tgħidilna bejn wieħed u ieħor x'volum ta' ilma qegħdin nitkellmu fuqu u qaltli li hawn qed nitkellmu fuq 23 miljun tunnellata ta' ilma ta' kwalità.", "Daqshekk jista' jkollna ilma fis-sena però jrid isir sforz kollettiv.", "Biex nikkonkludi se nagħti eżempju żgħir.", "Alla jaħfirlu, in-nannu tiegħi kellu proprju parti minn dak il-ġibjun il-kbir ta' taħt il-ġonna li hemm fin-Naxxar.", "Peress li kien hemm it-terminus tal-karozzi tal-linja quddiemu, mal-ewwel xita n-nannu kien jgħatti l-ispralli biex ma jidħollux ilma maħmuġ biż-żejt tal-karozzi tal-linja.", "Qed ngħid ħmerija żgħira biex nuri kemm kienu għaqlin qabel.", "Fil-fatt kont ngħid: Għalfejn in-nannu joħroġ fix-xita jiftaħ l-ispralli?", "Kien jistenna x-xita ssir qliel, imbagħad kien imur jiftaħ l-ispralli għax kien jgħid li l-ewwel xita tkun maħmuġa għax tnaddaf it-triq imbagħad kienu jibdew jiġbru l-ilma għas-siġar.", "Allura ma nitgħallmu xejn mingħand missirijietna?", "Nispera li f'dan l-appell qasir tiegħi l-messaġġ ħareġ ċar.", "Ejja naħdmu flimkien għax is-sostenibilità tal-ilma ta' pajjiżna hija ħafna aktar serja mill-problema tad-distribuzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni.", "Il-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, dan il-Gvern raħħas il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma bil-fatti.", "In-naħa l-oħra, meta kienet għadha fil-gvern, kienet tgħid li hija ħrafa li jistgħu jorħsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, però huwa stat ta' fatt li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma raħsu.", "L-akbar ħrafa li ntqalet illum hija dik li qal l-Onor.", "Aktar milli ħrafa hija gidba li jiġi f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u jivvinta li l-Egrant hija tal-Partit Laburtista.", "Egrant hija storja ta' gidba li bdieha l-Partit Nazzjonalista, rikeb fuqha u mexxa kampanja elettorali fuqha.", "Hija gidba li kienet imfassla fuq dokumenti foloz u llum din il-gidba qed tiġi riċiklata mill-Onor.", "David Agius li jiġi hawnhekk u jagħmel din l-istqarrija bla bażi ta' xejn.", "Hija xi ħaġa tal-mistħija li niġu u nagħmlu allegazzjonijiet bħal dawn, kif għamel l-Onor.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra ma jippermettux li xi ħadd jattribwixxi kliem li ma jkunx intqal minn Deputat ta' din il-Kamra u allura abbażi ta' dan, l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi għandu jirtira dak li qal għax jien m'għedtx dak il-kliem.", "Jien staqsejt f'dan il-Parlament jekk l-Egrant hijiex tal-Partit Laburista.", "Jekk isibli nofs ta' kelma kif qal hu, jiġifieri li l-Egrant hija tal-Partit Laburista, allura jkollu raġun imma jien mhux hekk għedt.", "Naf x'għedt preċiż.", "Inti, bħala Chairperson, għandek tikkoreġih jew iġġiegħlu jirtira jew jissostanzja dak li qal.", "Inkella nieqfu u nisimgħu r-recording ta' dak li għedt jien għax il-kliem li għedt jien huwa preċiż.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi, jekk jogħġbok, tista' tikkjarifika ftit?", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, jien smajt eżattament x'qal l-Onor.", "Agius, naf f'liema sens tkellem u naħseb li huwa totalment skorrett li jiġi hawnhekk u jitfa' dawk l-imbekkati!", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, se nerġa' nagħmel il-pożizzjoni tiegħi ċara skont l-Ordnijiet Permanenti.", "Jekk qed jattribwixxi kliem li jien m'għedtx, inti bħala Chairperson ma tistax tħallih jagħmel dan.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Jien tlabtu biex jagħmel il-pożizzjoni tiegħu ċara.", "DAVID AGIUS: Dak il-kliem li qed jattribwixxi li għedt, jien m'għedtux!", "Xi jrid jifhem, jifhem hu, xi jrid jinterpreta jista' jinterpretah imma l-kliem tiegħi kien ċar, u jekk ma jirtirax dak li qal, jien nitlob ruling issa.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Ara jekk hux qed nifhem sew.", "L-Onor.", "Agius għamel kumment politiku u inti, Onor. Zrinzo Azzopardi, qed tgħid li fhimtu u qed tagħmel kumment politiku bħala risposta.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, ħalli nkunu ċari.", "Aħna ġejna hawnhekk biex nitkellmu fuq ix-xogħol kbir li qed jagħmel dan il-Gvern u fuq l-affarijiet li qegħdin inwettqu u mhux fuq l-imbekkati li pprova jagħti hu.", "Iva, fil-fehma tiegħi, l-Onor.", "David Agius ipprova jagħti din l-imbekkata u I stand by the fact li … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Jiġifieri inti qed tgħid li ta x'jifhem hekk u mhux li qal hekk.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Jien qed ngħid li l-mod kif tkellem ta l-imbekkata fis-sens li għadni kif spjegajt.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, qed nieħu pjaċir li qed jirtira dak li qal li hu kliem li jien qatt m'għedt.", "Hu spjega mod u dak li għedt jien kien mod ieħor.", "Jekk jirtiraha m'għandix problema.", "Jien naf x'għedt preċiżament u jekk hemm bżonn nieqfu u nisimgħu x'għedt.", "M'għandix problema.", "Nispera li issa qed jirtiraha.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, jien qed ngħid li dik l-imbekkata hija żbaljata u dik hija l-pożizzjoni tiegħi.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, se nerġa' nkun ċar.", "Jien m'għamilt l-ebda imbekkata.", "Jien għamilt mistoqsija.", "Il-mistoqsija kienet ċara.", "Issa jekk irid iweġibha jweġibha u jekk ma jridx iweġibha, ma jweġibhiex.", "Jien għamilt mistoqsija f'dan il-Parlament u staqsejt: Xi ħadd jista' jikkonfermali, iva jew le, jekk l-Egrant hijiex tal-Partit Laburista?", "Dan id-diskors għedtu barra u ħadd ma ċaħdu.", "Hekk għedt, dan kien id-diskors tiegħi.", "Jien mistoqsija għamilt u mhux statement.", "Jien naf nagħmlu statement u kieku kont ngħid: L-Egrant hija tal-Partit Laburista.", "Jien m'għedtx dak id-diskors.", "Jien għedt: Jista' xi ħadd iwieġeb għad-domanda tiegħi?", "Li qed jgħid l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi mhuwiex dak li għedt jien u int ma tistax tħalli lil xi ħadd f'din il-Kamra jgħid dak li jien m'għedtx.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Però hija ċara li l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi mhux qed jgħid li inti għedt hekk imma qed jgħid li inti implikajt li l-Egrant hija tal-Partit Laburista.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, aħna nitkellmu dwar is-sustanza mhux dwar l-imbekkati.", "Fil-fehma tiegħi, bil-mod kif tkellem, l-Onor.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Qed tgħidu l-istess affarijiet.", "DAVID AGIUS: Ma jistax!", "(Interruzzjonijiet) Le, ma tistax … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Qed tgħidu l-istess affarjiet.", "Int għamilt il-punt tiegħek u l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi għamel il-punt tiegħu.", "Int qed tgħid li inti għamilt domanda u l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi qed jgħid li hu fehem li inti għamilt imbekkata.", "DAVID AGIUS: Qed jgħid li għamilt statement.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Mhux hekk qed jgħid l-Onor.", "DAVID AGIUS: Qed jgħid \"imbekkata\".", "Jien mhux imbekkata għamilt imma domanda.", "Issa jekk irid iweġibha, iweġibha.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, jekk l-Onor.", "David Agius qed jinsisti li għamel domanda, ejja ngħidu li kienet domanda, però jien nifhem li kienet imbekkata.", "DAVID AGIUS: Ma jistax, Sur President.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: X'jiġifieri ma nistax nifhimha bħala imbekkata?", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Dażgur li jista'.", "Kulħadd jista' jifhem.", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi ma jistax jgħid li jien għamilt imbekkata meta jien għamilt domanda.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi qed jgħid li d-domanda tiegħek fehemha hekk.", "DAVID AGIUS: Le, ma jistax jifhem dak li m'għedtx jien.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Inti ma tistax tgħidlu x'jifhem!", "DAVID AGIUS: Inti trid tgħidlu.", "Inti ma tistax tħallih jgħid affarijiet li jien m'għedtx!", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hu qal li int għamilt mistoqsija u l-mistoqsija tiegħek fehemha hekk.", "DAVID AGIUS: Le, imbekkata qal u mhux mistoqsija.", "Imbekkata mhijiex mistoqsija.", "Jekk irid jirtiraha, m'għandix problemi.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Naħseb li l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi kien qed ikun ċar fi kliemu.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, jekk qed jinsisti li għamel domanda li ma kenitx meqjusa bħala imbekkata nista' ngħidlu li diġà kien hemm tweġiba min-naħa tal-Partit Laburista li dak mhuwiex minnu.", "Jien qed nagħmel il-kumment tiegħi li fil-fehma tiegħi huwa żbaljat anke għall-fatt li saret dik id-domanda għax hu jmissu kien jaf aħjar li dan id-diskors kollu dwar l-Egrant huwa bbażat kollu fuq gidba!", "Dak hu li għandi xi ngħid fuq dan il-punt.", "Naħseb li s-sitwazzjoni ċċarajnieha b'dak il-mod.", "Ma naħsibx li għandna għalfejn nibqgħu niddibattu x'qegħdin nifhmu hawnhekk.", "L-Onor.", "David Agius għandu tweġiba u din ingħatat anke pubblikament.", "Kif kont qed ngħid aktar kmieni, jekk hemm settur li l-Partit Nazzjonalista m'għandux kredibilità dwaru, bħalma m'għandux kredibilità dwar ħafna affarijiet oħra, huwa proprju fil-qasam tal-enerġija.", "Dan il-Gvern tela' bi pjan ċar għall-qasam tal-enerġija, pjan li ħaddieħor kien jgħidlu ħrafa iżda dan il-Gvern wettqu bħalma wettaq ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Mill-istatistika wieħed jinduna kif mill-2013 'l hawn inbidlu ċerti aspetti fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-elettriku.", "Filwaqt li fl-2013 tlaqna minn sitwazzjoni fejn 99% tal-ġenerazzjoni tal-elettriku kienet mill-gas oil u milll-fuel oil u 1% biss kienet mir-renewables, is-sitwazzjoni fl-2017 kienet totalment differenti għax 64% tal-enerġija issa ġejja mill-gass, 13% biss ġejja mill-gas oil u mill-fuel oil, 19% ġejja mill-interconnector u 4% ġejja mir-renewables.", "Din hija bidla kbira u importanti li turi kif dan il-pjan qed jitħaddem u jitmexxa aktar 'il quddiem.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Illum smajna lill-Onor.", "David Agius li pprova jitkellem fuq il-kwestjoni tal-pipeline tal-gass.", "Infakkar li aktar lura fis-snin, meta l-Onor.", "David Agius kien diġà fil-bankijiet ta' dan il-Parlament u kien ukoll Membru tal-Gvern, kien hemm proposta biex ikollna pipeline tal-gass u pajjiżna seta' jaqleb għall-gass imma l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ma marritx għall-gass anzi xtrat power station li kienet taħdem bl-aktar fuel li jniġġes jiġifieri l-heavy fuel oil.", "Illum dan il-heavy fuel oil m'għadux jintuża.", "Il-heavy fuel oil m'għadux parti mis-sors kif tiġi ġġenerata l-enerġija.", "Illum għandna realtà differenti għax il-pjan tagħna kien wieħed kredibbli, kien wieħed fattwali, kien wieħed li llum qed jitwettaq.", "F'dan il-qasam żgur li għandna l-kredenzjali u l-kredibilità li dak li nwiegħdu nwettquh.", "Qed naraw bidla li minnha qed igawdi kulħadd, mhux biss minħabba r-roħs tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma imma għax qed ikollna aktar arja nadifa, grazzi għall-qalba mill-heavy fuel oil għall-gass naturali li għamel bidla kbira fil-kwalità tal-arja.", "Barra minn hekk, illum fil-qasam tal-enerġija għandna wkoll ammont ta' stabilità.", "Hawn min qed jipprova jgħid li dan il-Gvern, b'xi mod jew ieħor, qed jipprova jieħu dak li ma ħaqqux fil-qasam tal-enerġija.", "Anke fil-każ tal-fuels, il-Gvern ħa passi biex kemm jista' jkun ikun hemm stabilità li mhux illum il-prezz ikun mod u għada l-prezz ikun totalment differenti.", "Wara kollox minn din l-istabilità jgawdu l-familji.", "Kulħadd jiftakar kif kienu jogħlew il-prezzijiet tal-gass taħt Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Illum qed niġu hawnhekk u nisimgħu l-Oppożizzjoni tipprova tgħallimna fuq kwestjonijiet tal-għoli tal-ħajja meta f'dan il-qasam kien il-Gvern Nazzjonalista li kien jgħolli l-ħajja bil-piżijiet enromi li kien tefa' fuq il-poplu permezz tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma li ma kenux jiddejqu jgħidu li kienu jivvotaw favurihom bil-qalb.", "Pereżempju, fuq il-fuel, f'idejja għandi dokument datat 29 ta' Ottubru mill-Kummissjoni Ewropea li juri l-prezzijiet tal-fuel fl-istati membri.", "Dan id-dokument, li 'l quddiem se nitlob il-permess biex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, juri x'inhi l-medja kemm tal-petrol kif ukoll tad-diesel.", "Jirriżulta li l-prezz tagħna huwa inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk qed naraw li l-politika tal-Gvern tfisser aktar stabilità u sitwazzjoni aħjar għan-nies.", "Dawn il-bidliet seħħu għax ħadna l-aħjar deċiżjonijiet li ħaddieħor kien jattakka.", "Ħaddieħor kien jgħid li ma jistgħux isiru però fil-verità dan il-Gvern wasal biex wettaq dawn l-għażliet.", "Sur President, żgur li hemm impenn kbir minn dan il-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' energy efficiency u renewable energy.", "Naħseb li dawn huma żewġ sfidi importanti li nemmen li jrid ikollna impenn ħolistiku dwarhom, impenn aktar wiesa' u mhux limitat għal xi Ministeru jew ieħor biex nimxu aktar 'il quddiem.", "Riċentement jien u l-kollega tiegħi l-Onor.", "David Agius konna qegħdin nipparteċipaw flimkien waqt konferenza li tittratta l-energy efficiency fejn hemmhekk tkellimna u rajna ħafna aspetti dwar l-isfidi li qed tħares lejhom l-Unjoni Ewropea biex inżidu l-effiċjenza.", "Nista' ngħid li hemm sfidi kbar kemm għalina f'pajjiżna kif ukoll fl-Unjoni Ewropea biex il-kwestjoni tal-effiċjenza fl-enerġija tkun tista' tissaħħaħ.", "Wieħed mill-aspetti li xtaqt nikkummenta dwaru għax nara li hemm lok li jkun hemm aktar xogħol fuq livell aktar wiesa' biex insaħħu l-effiċjenza fl-enerġija żgur li huwa f'dak li għandu x'jaqsam mal-bini.", "F'pajjiżna għandna attività ta' kostruzzjoni qawwija però minn dak li jgħiduli t-tekniċi, żgur li għad fadlilna x'ninvestu biex inkomplu ntejbu l-livell ta' energy efficiency fil-binjiet li nagħmlu.", "Naħseb li hemm bżonn li jkun hemm impenn ferm akbar biex fil-binjiet ġodda tiddaħħal teknoloġija aqwa.", "Il-binjiet huma wieħed mill-aktar sors li fih tintuża ħafna enerġija b'mod partikolari fil-każ tagħna, bl-arja kondizzjonata l-aktar biex inkessħu, u allura żgur li għandna bżonn aktar mezzi ta' energy efficiency biex inkunu nistgħu nilħqu miri importanti.", "Marbut ma' dan hemm ukoll l-aspett importanti fejn ikollok rinovazzjoni ta' binjiet.", "Għandu jkun hemm aktar inċentivi u aktar regolamentazzjoni dwar kif isiru ċerti xogħlijiet biex dejjem intejbu l-kwalità tal-energy efficiency.", "F'dak li huwa bini, fortunatament – u naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva – dan il-Parlament ġie mfassal biex ikun an energy efficient building u kellu miri għolja ħafna fid-disinn tiegħu marbuta mal-energy efficiency.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tar-renewable energy.", "F'pajjiżna llum ir-rata tar-renewable energy qabżet is-6%.", "Xorta għad fadal aktar xogħol biex naslu għall-mira ta' 10% però meta wieħed jara l-isfidi li għandu pajjiżna naħseb li jkun tajjeb li npoġġu kollox fil-kontest tar-realtajiet li għandna biex nilħqu dawn il-miri b'mod partikolari biex ikollna użu aħjar ta' teknoloġiji, kemm dawk li għandna llum kif ukoll dawk li għad irid ikollna fil-ġejjieni biex ikollna aktar renewable energy.", "Wieħed mill-aspetti li l-aktar qed jintużaw fir-renewable energy huwa r-riżorsa tax-xemx bil-photovoltaic panels.", "Però biex tkun tista' tibqa' tagħmel aktar PV panels trid ħafna spazju.", "Id-daqs ta' pajjiżna għandu ċerti limitazzjonijiet kemm nistgħu nkomplu nistallaw PV panels u kemm jista' jkollna solar farms u allura hemm ċerti limitazzjonijiet li wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni fil-mod kif immexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Ovvjament dan m'għandux jaqtgħalna qalbna iżda għandna nkomplu nfittxu kif inkomplu nimxu 'l quddiem biex insibu mezzi alternattivi fosthom li wieħed jibda jikkonsidra u jara jekk teknikament hemmx il-possibilità li nibdew nużaw ċerti teknoloġiji fosthom il-floating panels biex inżidu l-possibilità ta' spazju ħalli jkollna aktar solar farms.", "Wieħed mill-aspetti importanti ħafna huwa l-produzzjoni tal-ilma.", "Ħadt pjaċir nisma' l-kummenti li għamlet l-Onor.", "Buttigieg li semmiet il-possibilità ta' aktar water harvesting.", "L-Onor.", "Buttigieg semmiet numru ta' eżempji fejn jista' jkollna water harvesting.", "Naħseb xi ħaġa impressjonanti fil-Belt Valletta huwa n-numru kbir ta' ġwiebi u bjar li hawn taħt l-art u dan kollu jġiegħlek tirrealizza kemm l-antiki kienu jaħsbu biex jaħżnu l-ilma.", "Naħseb li jkun tajjeb li nibdew nużaw aktar dawn ir-riżorsi li ħallewlna ta' qabilna però hawnhekk wieħed xorta jrid isemmi d-diversi inizjattivi li qegħdin iseħħu llum.", "Pereżempju hawnhekk nista' nsemmi li llum pajjiżna qed jinvesti f'aktar proġetti biex ikollna dak li qed jissejjaħ in-new water li ġej permezz ta' sistemi ta' riċiklaġġ.", "Dan jinvolvi dak id-drenaġġ li qabel kien jintefa' kompletament bħala raw sewage fil-baħar b'theddida kbira ambjentali.", "Illum mhux biss qegħdin nittrattaw l-ilma biex dan jintrema imma wasalna fil-punt li dak l-ilma li jiġi trattat saħansitra jista' jintuża għal skop agrikolu.", "Dawn huma proġetti sostanzjali, fosthom proġett kbir ta' €10 miljun fin-naħa t'isfel ta' Malta li se jkun qed jagħti supply kbir ta' ilma lil lokalitajiet fin-naħa t'isfel, bħalma huma x-Xgħajra, Ħaż-Żabbar, il-Kalkara, Marsaskala u ż-Żejtun.", "Illum ċertu ammont ta' ilma għat-tisqija qed jittella' mill-boreholes.", "Minflok dak l-ilma, issa se jkun qed jintuża n-new water u kull litru li jintuża minnu jfisser litru inqas meħud mill-ilma tal-pjan.", "Dan diġà huwa mezz kif wieħed jista' jkompli jsaħħaħ u jtejjeb il-kwalità tal-ilma filwaqt li jissalvagwarda din ir-riżorsa naturali iżda limitata li għandu pajjiżna.", "Naħseb li din hija inizjattiva ambjentali pożittiva għax permezz tagħha morna totalment lil hinn miż-żmien li konna narmu r-raw sewage.", "Illum fis-sewage qed naraw riżorsa ġdida li tista' twassal biex ikollna aktar ilma available u dan jagħmel differenza kbira.", "Tajjeb insemmu li hemm diversi inizjattivi li qegħdin isiru biex wieħed iħares l-ilma tal-pjan.", "Permezz ta' sistemi teknoloġiċi ġodda, il-Gvern qed jimpenja ruħu sabiex ikun hemm inqas pressure fuq l-ilma tal-pjan.", "Dawn huma kollha passi pożittivi li fl-aħħar snin ġew introdotti u qegħdin jiġu introdotti biex ikomplu jindirizzaw din ir-realtà.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar l-aspett tan-network kemm tad-distribuzzjoni tal-ilma kif ukoll dak tad-drenaġġ.", "Naħseb li hawnhekk irridu nħarsu lejn l-upgrade li hemm bżonn.", "Kien hawn min ipprova jagħti l-impressjoni li qisu qabel kien isir kollox u aħna sibna kollox lest imma l-fatti juru realtà totalment differenti.", "Hemm bżonn investiment kbir biex intejbu n-network kemm tal-ilma u b'mod partikolari tad-drenaġġ.", "Irid isir investiment qawwi biex dan in-network jiġi upgraded kemm fid-dawl tal-iżvilupp li għaddej kif ukoll tal-esiġenzi li s-sistema teħtieġ biex tiġi mtejba.", "Dan huwa investiment li rridu narawh bħala parti mill-qafas kbir tal-proġett infrastrutturali ta' pajjiżna b'mod partikolari fil-proġetti tat-toroq ġodda li se nkunu qegħdin nagħmlu f'dawn iż-żmenijiet.", "Peress li se jsiru aktar toroq ġodda u aktar surfacing ta' toroq, dan in-networking tal-ilma u d-drenaġġ irid ikun parti integrali minn dan it-tiġdid tas-sistema.", "Hemm bżonn li jkun hemm ukoll inforzar ta' x'qed jintefa' fis-sistema tad-drenaġġ speċjalment fejn għandek outlets tal-catering.", "Hemm bżonn aktar inforzar biex ix-xaħmijiet minn dawn l-outlets ma jispiċċawx f'din is-sistema bil-konsegwenza li qed nispiċċaw b'ħafna diffikultajiet madwar Malta.", "Sinjura President, aktar ma jkollna tkabbir u attività ekonomika aktar se tiżdied id-domanda kemm għad-dawl, kemm għall-ilma kif ukoll għas-servizzi.", "Ladarba l-entitajiet li huma responsabbli minn dawn is-servizzi m'għadhomx fil-qagħda finanzjarja kritika li ħalliehom fiha Gvern Nazzjonalista, żgur li l-investiment jista' jsir.", "L-investiment qed isir u llum dawn l-entitajiet kollha qed jingħataw ir-riżorsi biex imexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Jien minn hawnhekk nirringrazzja lil dawk kollha li jmexxu dawn l-entitajiet għax-xogħol kbir li qegħdin jagħmlu.", "L-investiment fil-qasam tal-enerġija u fil-qasam tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma se jkompli jsir għax huwa wkoll mezz kif inħejju lil Malta għall-ġejjieni.", "Sinjura President, fl-aħħar nett nitlob il-permess biex inqiegħed id-dokument li rreferejt għalih fid-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' tabella intitolata \"Consumer prices of petroleum products inclusive of duties and taxes\" fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, meħuda minn dokument dwar il-Politika tal-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea datata 29 ta' Ottubru 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sinjura President, nassigurak, bħalma nassigura dejjem, li jien nieħu nota ta' dak li jkun intqal u nqabbad ukoll lin-nies tekniċi u lill-uffiċjali biex dan jifluh ħalli ntejbu l-qasam tal-enerġija.", "Iva, aħna nagħtu kas ta' ħafna kummenti u proposti però kien hemm ukoll rimarki li ma kenux korretti.", "Pereżempju meta kien hemm l-artiklu tas-Sur Cremona saret korrezzjoni fuq dak li kien ingħad min-nies esperti għax aħna konna diġà spjegajna ċerti affarijiet imma l-Onor.", "Agius m'għamilx referenza għaliha din.", "Sinjura President, hawnhekk kulħadd jaqbel li l-enerġija u l-ilma huma żewġ oqsma importanti ħafna għal pajjiżna kemm minħabba l-kompetittività, kemm għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll mill-aspett ambjentali.", "Dan jaqbel kulħadd dwaru.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid ukoll li l-ħajja ta' kuljum tiddependi minnhom għax kieku l-ebda settur ma jkun jista' jiffunzjona.", "Kemm il-familji Maltin u Għawdxin kif ukoll in-negozji jiddependu mill-provvista tal-enerġija u l-ilma.", "Għalhekk għandha tkun politika fundamentali ta' kull gvern li jwassal din il-provvista bl-aktar mod sostenibbli, sigura, ta' kwalità għolja u bi prezzijiet raġunevoli u affordabbli.", "Bħala Gvern aħna diġà tajna prova ta' dan meta raħħasna t-tariffi tad-dawl u l-ilma b'25%.", "Il-qafas tal-ħidma ta' dan il-Gvern huma dawn l-oġġettivi li fuqhom se jkompli jibni u jsaħħaħ il-ħidma tiegħu fis-snin li ġejjin.", "Matul din is-sena l-Ministeru kompla jaħdem bis-sħiħ biex pajjiżna jilħaq il-livelli meħtieġa biex mhux biss inkunu ta' suċċess imma wkoll inkunu mudell eżemplari fl-Ewropa.", "Huwa ta' unur kbir li ngħid li d-diversi miri li antiċipajna fuq il-livell Ewropew illum huma milħuqa filwaqt li għaddejja ħidma bis-sħiħ biex jintlaħqu l-miri li għandhom jiġu implimentati filwaqt li nfasslu miri u pjanijiet ġodda għaż-żmien li ġej.", "Il-provvista tal-enerġija hija essenzjali għal pajjiżna kemm minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, kemm minħabba n-nuqqas ta' riżorsi naturali kif ukoll minħabba l-ammont ta' enerġija li Malta timporta.", "F'dawn l-aħħar snin il-Gvern kompla jinvesti f'enerġija nadifa u din il-bidla wasslet biex ikollna livelli ta' arja nadifa li jixraqlu pajjiżna.", "Hawnhekk ta' min isemmi miżuri bħall-proġett tal-pipeline tal-gass, li hija infrastruttura importanti biex insaħħu n-network Ewropew.", "Tajjeb ngħid li l-ħidma tal-Gvern fuq dan il-proġett ilha li bdiet mill-ewwel ġurnata tiegħu.", "L-għan hu li nwasslu provvista ta' gass naturali f'pajjiżna biex ikollna arja aktar nadifa u prezzijiet aħjar kemm għall-familji Maltin u Għawdxin kif ukoll għan-negozji.", "Sinjura President, il-kompetittività għandha timxi id f'id mal-ambjent għaliex l-ambjent huwa importanti mhux biss għalina l-Maltin u l-Għawdxin imma huwa importanti wkoll għax iressaq lil pajjiżna lejn investiment barrani f'diversi oqsma.", "Il-fatt li Malta għandha densità għolja jwassal għal sfidi akbar ta' immaniġġar tal-enerġija u tal-ilma.", "Minkejja kull sfida, dan il-Gvern kompla joħloq miżuri u inizjattivi ġodda biex ikompli jkabbar l-investiment għax jemmen li pajjiżna għandu jilħaq mhux biss il-miri Ewropej iżda għandu jkun mudell għal pajjiżi oħrajn.", "Miżura minnhom hija dik tal-istallazzjoni tal-pannelli fotovoltajiċi fuq soqfa ta' żoni mhux użati għal dawk li m'għandhomx bjut.", "Illum qegħdin ukoll ninkoraġġixxu investiment ta' stallazzjoni ta' panelli fotovoltajiċi fuq skala ikbar u qegħdin naħdmu wkoll fuq solar farms.", "Din hija xi ħaġa li ta' min jippromwoviha għax tgħin biex nilħqu l-miri tagħna.", "Aħna rridu nkomplu nħeġġu u nippromwovu enerġija alternattiva, effiċjenti u aktar b'saħħitha filwaqt li nwasslu kontijiet orħos fid-djar tal-familji u l-industrija.", "Kif jaf kulħadd, il-mira hi li sas-sena 2020, 10% tal-enerġija kkonsmata f'pajjiżna trid tkun ġejja minn sorsi rinnovabbli.", "Huwa stmat li din il-mira se tintlaħaq mhux biss b'enerġija tax-xemx iżda wkoll permezz ta' użu akbar ta' biomass, biofuels, heat pumps kif ukoll enerġija ġenerata mill-iskart.", "Huwa tajjeb li ngħid ukoll li se tibqa' tingħata prijorità lil skemi ta' għajnuna għal min jixtieq jinvesti fl-istallazzjoni ta' pannelli tax-xemx, solar water heaters, roof insulation u double glazing.", "Wieħed irid jirrikonoxxi li hemm ċerti sfidi u dawn mhumiex qegħdin biss fil-qasam tal-enerġija imma qegħdin ukoll fil-qasam tal-ilma.", "Kif diġà semmejt, f'pajjiż biċ-ċokon u d-densità ta' popolazzjoni għolja bħal tagħna l-isfidi quddiemna mhumiex żgħar.", "Dan kollu jżid piż fuq l-użu tal-ilma u anke fuq il-kwalità tal-ilma li qed jiġi mtella' mill-aquifer.", "Għaldaqstant l-immaniġġar sostenibbli tal-ilma se jkompli jkun prijorità fuq l-aġenda ta' dan il-Gvern minħabba l-importanza tiegħu għal pajjiżna u l-aspetti li għadni kemm semmejt se jkomplu jiġu indirizzati bl-aktar mod effiċjenti anke meta d-domanda hija għolja.", "Tajjeb ngħid li qed nagħtu prijorità lill-investimenti fi strutturi ġodda biex jiġi msaffi l-ilma trattat tad-drenaġġ u jiġi provdut bħala sors alternattiv ta' ilma għall-biedja u l-industrija.", "Se nkomplu naħdmu fuq kampanji edukattivi dwar l-użu tal-ilma biex inkomplu ninkoraġġixxu l-għaqal fl-użu tiegħu.", "Huwa importanti li tkompli din it-tip ta' edukazzjoni biex is-sorsi naturali tagħna jibqgħu sostenibbli u affordabbli.", "Aħna se nkomplu naħdmu biex naraw li jkun hemm bilanċ bejn il-provvista u d-domanda filwaqt li nwasslu l-aħjar kwalità ta' ilma lill-familji u lill-industriji ta' pajjiżna.", "Imma ħalli ngħaddi issa għad-dettalji fuq il-miżuri li wettaqna matul is-sena li għaddiet u din is-sena kif ukoll fuq dawk li se nwettqu s-sena d-dieħla fil-qasam tal-enerġija u l-ilma.", "Pass importanti li l-Gvern ħa biex pajjiżna jimxi aktar lejn il-mira tal-Unjoni Ewropea li sal-2020, 10% tal-enerġija tkun ġejja minn sors rinnovabbli kien dik li jagħlaq l-impjanti li jaħdmu bil-heavy fuel oil, meqjus bħala l-aktar żejt li jniġġes.", "Din is-sena kien hemm ukoll it-tneħħija tal-power station tal-Marsa kif ukoll it-twaqqigħ taċ-ċumnija fl-impjant ta' Delimara li kienet għolja madwar 150 metru.", "Kien hemm ukoll it-tneħħija tal-boilers u turbini li kienu qed jintużaw.", "Dan ifisser li d-domanda tal-pajjiż qed tintlaħaq permezz ta' mezzi alternattivi aktar nodfa fosthom l-interconnector bejn Malta u l-Italja, impjanti li jaħdmu bil-gass naturali u sorsi oħrajn ta' enerġija rinovabbli.", "Tajjeb ngħid li mill-bidu tal-2018 l-Enemalta kompliet taħdem b'ritmu mgħaġġel biex tiżgura li l-impjant tal-Marsa jiġi żarmat kompletament.", "Wara l-għeluq tal-power station kompla x-xogħol ta' twaqqigħ.", "Fil-fatt f'Marzu ta' din is-sena ġew żarmati kompletament it-tankijiet taż-żejt minn fuq il-post u b'hekk ġiet żarmata kollha.", "Ix-xogħol mill-Enemalta ma waqafx hemm għax fl-istess waqt kompliet ukoll il-ħidma bis-sħiħ biex tiżżarma wkoll il-power station ta' Delimara.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li l-proċess ta' żarmar ta' dan l-impjant u ċ-ċumnija tiegħu kien wieħed delikat u kien jikkrikjedi ħafna attenzjoni fejn ix-xogħol kellu jimxi skont il-kondizzjonijiet ambjentali u miżuri ta' sigurtà.", "Dan fisser li l-proċess kellu jiġi maqsum f'fażijiet differenti.", "Kif jaf kulħadd kien fl-10 ta' Settembru li għadda li ċ-ċumnija ġiet imħotta għalkollox.", "Din kienet xi ħaġa li wieħed kien ilu jistenna u issa seħħet realtà.", "Ma ġarax kif kien jiġri fi żmenijiet passati meta kienu jwegħduna li se tagħlaq il-power station tal-Marsa u qatt ma wasalna mkien.", "Issa wasalna u din mhux talli għamilnieha talli żammejna mad-deadline taż-żmien li semmejna.", "Skont il-kuntratt stabbilit taż-żarmar ta' din il-power station, l-Enemalta kienet ikkordinat ir-riċiklar tal-materjal li kien jinkludi eluf ta' tunnellati ta' ħadid u materjali oħra.", "Barra minn hekk ġew żarmati wkoll il-boilers u t-turbini li kienu jintużaw biex titħaddem il-power station tal-heavy fuel oil.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-inġiniera, il-periti u l-impjegati l-oħra tal-Enemalta li kienu jsegwu l-proċess taż-żarmar mill-qrib waqt li jgħinu biex jiżguraw li x-xogħol taż-żarmar ma jtellifx l-operat jew is-sigurtà tal-impjanti l-oħra li hemm viċin biex jibqa' jiġi ġġenerat l-elettriku meħtieġ.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lil-ħaddiema kollha, lill-management, lill-bord tal- Enemalta u lil kull min ta sehem biex nilħqu l-mira bla ebda inċident.", "Din hija xi ħaġa pożittiva u jien kuntent ħafna li ħadd ma weġġa' f'dan il-proċess kollu.", "Issa nista' ngħid li l-kapitlu li jmiss huwa dak tal-enerġija nadifa fejn diġà għandna kapaċità meħtieġa biex nilħqu d-domanda neċessarja.", "Wieħed isemmi wkoll li l-Enemalta kompliet bil-ħidma fuq ir-riabilitazzjoni tal-Qajjenza fejn qed jitfassal il-pjan ta' żvilupp wara li sar eżerċizzju biex ikun żgurat li s-sit huwa sigur u ħieles minn kull periklu.", "Tkompla x-xogħol biex inwettqu l-wegħda ta' dan il-Gvern li jingħalaq darba għal dejjem l-impjant 31 ta' Marzu f'Birżebbuġa, impjant li qiegħed fil-qalba tar-residenzi u huwa ta' periklu għas-saħħa ambjentali.", "Tajjeb ngħid li b'investiment ta' aktar minn €50 miljun l-Enemed kompliet il-ħidma tagħha fuq l-immodernizzar tal-impjant ta' ħażna f'Ħas-Saptan u l-iżvilupp tal-filling station il-ġdida.", "L-għan hu li l-ħażna tal-fuel issir f'dan l-impjant modern li jilħaq l-istandards kollha ta' sigurtà.", "F'dan l-impjant il-fuel jiġi managed b'mod awtomatiku biex b'hekk tiżdied l-effiċjenza filwaqt li jiġi pprovdut fuel tal-aqwa kwalità.", "Qed naraw li mhux sempliċement nagħmlu investiment imma naraw li l-investiment li nagħmlu jħalli l-frott, ikun ta' kwalità tajba u jieħu inkonsiderazzjoni l-ambjent, is-sigurtà u s-saħħa ta' kulħadd.", "Aħna mhux sempliċement nagħmlu proġetti imma nagħtu kas dawn l-aspetti kollha li tant huma utli għaċ-ċittadin.", "Barra minn hekk, biex jitħallew aktar spazji ambjentali, se jintużaw madwar 35,000 metru kwadru inqas minn dak li hemm bħalissa fis-sit ta' Birżebbuġa bil-parti l-kbira tal-infrastruttura se tkun imqiegħda taħt l-art.", "Il-proġett se jinkludi rinovar ta' faċilitajiet tal-ħażna eżistenti li hemm taħt l-art billi t-tankijiet eżistenti jingħataw lining ġdid.", "Il-lining se jinkludi numru ta' detectors biex jekk ikun hemm leakage dan jiġi individwat mill-ewwel u tkun tista' tittieħed azzjoni aktar immedjata.", "Qed tintuża teknoloġija moderna u sofistikata għax nemmnu li mhux sempliċement nagħmlu proġett imam, kif għedt diġà, irridu nagħmluh b'mod li kemm jista' jkun jipproteġi s-sigurtà u l-ambjent.", "Il-proġett se jieħu ħsieb ukoll il-vapours li joħorġu fl-arja kemm waqt it-tagħbija tal-fuel mit-tankers kif ukoll meta jiġu mimlijin il-bowsers fil-fuel.", "Dan ukoll ifisser arja aktar nadifa, inqas ħela u ambjent aktar sigur.", "Barra minn hekk l-Enemed se tkompli taħdem biex jitkabbru u jiġu modernizzati l-faċilitajiet tal-ħażna tal-jet fuel li jinsabu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Dan se jiswa aktar minn €15-il miljun.", "Id-domanda għall-użu tal-jet fuel żdiedet minħabba ż-żieda fl-ammont ta' ajruplani li qed jiġu Malta u allura huwa essenzjali li jkun hemm il-bini ta' tankijiet ġodda flimkien ma' sistemi ta' ppompjar u pipes ta' ħażna ta' fuel fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "L-istallazzjoni se tkun tinkludi sistema ġdida ta' sigurtà b'fire fighting system awtomata li tassigura azzjoni immedjata f'każ li jkun hemm nirien.", "(Interruzzjonijiet) Smajt lill-Onor.", "Vassallo jgħid li l-Enemed se tinbiegħ.", "Nispera li jikkonvinċi ruħu li huwa totalment żbaljat wara li jien semmejt l-investiment li se jsir.", "Id-distribuzzjoni tal-elettriku wkoll hija xi ħaġa importanti għax mhuwiex biżżejjed li jkollok biżżejjed ġenerazzjoni tal-elettriku imma dan trid twasslu wkoll.", "Għalhekk matul din is-sena kompliet il-ħidma biex tiġi assigurata l-provvista tal-enerġija b'mod sostenibbli partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku.", "L-Enemalta kompliet il-ħidma fuq diversi distribution centres biex il-livell ta' servizz mogħti lill-konsumatur ikompli jissaħħaħ biex jilqa' għaż-żieda fid-domanda tad-dawl u biex ikun jista' jwieġeb malajr għall-qtugħ tal-provvista meta jkun hemm id-diffikultajiet.", "It-twaqqif u l-estensjoni ta' diversi ċentri ta' distribuzzjoni huma frott ta' proġett li ilu għaddej għal dawn l-aħħar snin b'investiment ta' €80 miljun.", "Fost dawn insibu ċ-ċentri tal-Mellieħa, Santa Venera, Manoel Island, ix-Xewkija, St Andrews u anke l-Imrieħel.", "Din is-sena ġie kkummissjonat iċ-ċentru ta' distribuzzjoni ġdid fir-Rikażli biex b'hekk in-nies ta' dawk in-naħat li kien ikollhom ħafna dawl baxx jieħdu r-ruħ.", "Dawn ilhom ħafna jistennew li tiġi solvuta din il-problema.", "Kien hemm ukoll l-estensjoni taċ-ċentru tad-distribuzzjoni fil-Marsa North li jinsab fil-periferija ta' dik li qabel kienet il-power station tal-Marsa u dan iforni parti sostanzjali miż-żona tal-Port il-Kbir.", "Din is-sena wkoll ġiet imnedija estensjoni taċ-ċentru ta' distribuzzjoni ta' Ħal Far.", "Dan huwa proġett kapitali ieħor biex itejjeb in-network ta' vultaġġ għoli lill-qasam industrijali ta' Ħal Far u jwitti t-triq għal numru ta' żviluppi industrijali li għad iridu jseħħu.", "L-Enemalta kompliet ukoll testendi l-proġett ta' awtomatizzazzjoni ta' 11KV bl-istallazzjoni ta' apparat ġdid f'substation oħra bil-għan li jkomplu jitnaqqsu kemm il-frekwenza kif ukoll it-tul tal-interruzzjoni tas-servizzi għall-konsumaturi.", "Dan l-investiment mhuwiex biss essenzjali għas-serħan il-moħħ tal-familji Maltin u Għawdxin u fabbriki u negozji imma wkoll huwa ta' importanza kbira minħabba t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Il-ħidma għas-sena li ġejja ma tiqafx hawn.", "Fil-fatt se naraw diversi titjib taċ-ċentri ta' distribuzzjoni fosthom f'Paceville u f'Marsaskala.", "Dan kollu qed isir biex nilħqu d-domanda għall-elettriku li dejjem qed tiżdied f'dawn il-lokalitajiet.", "Imbagħad il-Gvern se jkompli jestendi l-proġett ta' awtomatizzazzjoni ta' 11KV għal 100 substation oħra u dan se jseħħ biex inkomplu nnaqqsu l-frekwenza ta' tul ta' interruzzjoni tas-servizzi lill-konsumaturi.", "Forsi wieħed ma jkunx jaf imma qabel ċerti substations kienu jmorru biex jissettjawhom fiżikament meta bl-automation se jiffrankaw dak il-ħin u d-delays kollha biex jiġi lura d-dawl.", "L-Enemalta se tkun qed taħdem bis-sħiħ fuq l-istallazzjoni ta' transformers ġodda f'Ħal Tarxien u s-sena li ġejja se naraw xogħlijiet għat-tneħħija ta' ħafna mill-arbli u linji tad-dawl ta' 33 KV bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa u bejn Ħal Tarxien u Ħal Far biex inkomplu nsebbħu l-ambjent tal-madwar filwaqt li noħolqu aktar sigurtà fit-toroq.", "Intqal li qisu aħna mhu qed nagħmlu xejn dwar dan.", "Hawnhekk qed nispjega x'se nagħmlu u dalwaqt nibdew inneħħu dawk l-eyesores ta' arbli u wires.", "Ikun tajjeb li nagħti xi statistika f'dak li għandu x'jaqsam ma' network.", "Tajjeb ngħid li din is-sena kien hemm żieda fid-domanda mill-power station ta' 2.7% fuq is-sena li bdiet fl-istess perjodu u dan meta s-sena li għaddiet kien hemm domanda fuq is-sena ta' qabel fl-istess perjodu ta' 6%.", "Minkejja dan kollu, meta wieħed jara l-persentaġġ ta' qtugħ tad-dawl li ma kienx previst din is-sena jsib li dan kien ta' 20% inqas mis-sena li għaddiet.", "Dan ifisser li d-domanda żdiedet imma l-qtugħ ta' dawl li ma kienx previst naqas b'20%.", "Dan juri s-serjetà li biha qed taħdem l-Enemalta fid-distribuzzjoni li qed tagħti l-frott.", "Kulħadd jaf li l-qtugħ tad-dawl huwa dipendenti fuq diversi fatturi li mhux dejjem ikunu taħt kontroll mill-Enemalta imma l-investiment li sar mill-Enemalta qed iħalli r-riżultati minkejja li d-domanda qed tiżdied.", "Issa nixtieq insemmi xi affarijiet li saru biex intejbu s-servizzi li jingħataw lill-klijenti.", "Is-sistemi awtomatiċi tal-immaniġġar tal-meters komplew jiġu mtejba bil-għan li l-qari tal-konsum u l-kontijiet ikunu simplifikati.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li kien hemm diversi problemi tekniċi.", "Jien ma nwaħħalx fl-Enemalta imma tingħata l-impressjoni li qisu qabel sar investiment u li sar kollox sew bl-ismart meters eċċ. imma l-problemi li sabet l-Enemalta huma fenomenali.", "Nerġa' ngħid li dan mhuwiex tort tagħha għax kien hemm ħafna problemi tekniċi fil-mod kif sar il-kuntratt u nxtraw l-affarijiet.", "Però ejja ninsewha din għax aħna rridu nsolvu problemi.", "Grazzi għat-tim tekniku speċjalizzat tal-Enemalta qed issir ħidma biex il-meters kollha jiġu jinqraw b'mod awtomatiku.", "Minbarra li ssimplifikajna l-qari tal-konsum u tal-kontijiet, il-konsumaturi qed jiġu pprovduti b'informazzjoni eżatta fuq l-ammont ikkonsmat.", "Din twassal ukoll biex il-konsumatur ikun jista' jieħu l-aħjar deċiżjoni dwar l-użu tal-enerġija u l-ilma, u jagħmel l-aħjar użu tagħhom possibbli.", "Tajjeb li nsemmi li matul l-2019, l-ARMS, li tieħu ħsieb li tiġbor il-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, se tkompli taħdem biex ikollha titjib fis-servizz ta' call centre u l-ismart utilities portal.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-ARMS ħadmet biex ikun hemm iktar nies fi ħdan il-call centre tagħha biex b'hekk il-pubbliku jkun jista' jinqeda iktar malajr.", "Li kieku dak l-investiment tal-€100 miljun sar kif kellu jsir u ta r-riżultati li kellu jagħti, ma konniex naslu f'dawn il-problemi tul dawn is-snin kollha u li għadna għaddejjin bihom sal-lum!", "Issa hemm bżonn li nħarsu 'l quddiem biex intejbu s-servizz u nsolvu l-problemi.", "Qed isir ukoll investiment fl-apparat li l-ARMS qed tuża biex il-call centre ikun jista' jieħu t-telefonati kollha u allura dawn se jibdew jiġu indirizzati at source.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "L-ARMS qiegħda wkoll tassigura li l-impjegati tagħha jingħataw it-taħriġ neċessarju biex ikunu jistgħu jindirizzaw it-telefonati kollha.", "L-impjegati kollha, b'mod partikolari dawk tal-call centre, se jitħarrġu biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-konsumatur.", "Qed naraw li nħarrġu wkoll lill-ħaddiema mill-aspett tekniku biex ikun hemm servizz effiċjenti għaċ-ċittadin u l-konsumatur jinqeda bl-aħjar mod u fl-inqas żmien.", "Fl-2019 l-ARMS se tkun qed taħdem biex tagħti servizz aħjar lill-pubbliku u biex twaqqaf il-customer care charter bil-għan li l-klijenti tagħha jinqdew aħjar u b'mod aktar effiċjenti.", "Barra minn hekk ukoll il-kumpanija se tkun qed timbarka fuq il-proċess ta' diġitalizzazzjoni tal-files.", "Meta wieħed imur l-uffiċċju u jistaqsi xi ħaġa ħafna drabi jkollhom jibagħtu għall-files mentri b'din is-sistema wieħed ikun jista' jżid l-effiċjenza fl-applikazzjonijiet u meta jkun hemm xi ilment, wieħed ikun jista' jara l-affarijiet kif se jmexxi 'l quddiem b'mod digitali.", "Se jinbeda wkoll il-proċess biex l-impjegati jiċċaqilqu f'uffiċini aktar dinjitużi u addattati għaż-żmenijiet tal-lum.", "Din hija xi ħaġa li sħaqt fuqha mill-ewwel ġurnata għax nemmen li l-ħaddiem irid iħossu qiegħed f'post li jilqgħu għaliex meta tkun f'post b'ċerti nuqqasijiet tonqoslok il-motivazzjoni.", "Għalhekk infaħħar din l-inizjattiva tal-ARMS li permezz tagħha se jkun hemm uffiċini addattati għall-ħaddiema tagħha.", "Barra mill-upgrade fl-ismart utilities portal, fiż-żmien li ġej l-ARMS se tkun qed timplimenta mobile app ġdid biex il-klijenti kollha jkollhom aċċess iktar faċli għall-informazzjoni fuq il-konsum u l-kontijiet tagħhom.", "L-ARMS se tkompli taħdem biex iżżid il-preżenza tagħha f'diversi lokalitajiet ħalli l-pubbliku jkun jista' jinqeda aktar malajr.", "Fuq l-ARMS smajna diversi affarijiet bħal serq eċċ. imma naċċerta li minn dan kollu li qed jgħidu m'hemm xejn!", "Jien smajt lil kull min kellu xi jgħid, bħall-gazzetti u kulħadd, u għaddejt l-ilmenti kollha lill-esperti biex janalizzawhom flimkien mal-ARMS.", "Morna lura għal żmien twil.", "Biżżejjed ngħid li fi żmien l-Amministrazzjoni l-oħra kien hemm dik l-istess sistema.", "Tant hu hekk li dak iż-żmien ukoll kien hemm ilmenti simili għal dawk li saru issa.", "Kienu jafu li hemm dik is-sistema.", "Tant kienu jafu biha dik is-sistema li l-Avviż Legali tal-2008 ma kienx ċar dwar kif wieħed seta' jiġi billed on a pro rata basis, u għamlulu emenda fl-2009 biex idaħħluha għax ma kenitx hemm.", "Dak iż-żmien ukoll kienu qed jagħmlu hekk, anzi, biex aktar tkun ċara, bidlu l-avviż legali biex jikkonfermaw li hekk kien.", "Barra minn hekk, anke f'mistoqsijiet li saru fl-2010, ħareġ ċar li l-kontijiet se jkunu qed joħorġu kull xahrejn.", "Aħna sibna li kien hemm xi anomaliji li se jiġu indirizzati imma ma sarx serq!", "Meta kien hemm is-serq, aħna tajna l-flus lura.", "Pereżempju meta kien hemm is-serq tal-VAT fuq il-karozzi, aħna tajna l-flus lura.", "Dan mhux serq imma hemm anomalija u se nindirizzawha.", "Is-sabiħa hi li min-naħa tal-Oppożizzjoni ma ssemmiex li meta kien hemm queries fuq din il-kwestjoni, l-MRA ta risposta li ma kienx qed isir serq.", "Ma poġġihiex fuq il-Mejda tal-Kamra!", "Jien rajt lil kulħadd.", "Kulħadd kien on board.", "Qabbadna l-esperti finanzjarji u lil kulħadd u issa kważi wasalna fil-final.", "Hemm anomalija fuq ċertu livell ta' konsum għal ċerti familji partikolari imma din se tiġi indirizzata aktar 'il quddiem.", "(Interruzzjonijiet) Toqgħodx tiġi tgħidli għax ħadt ġimgħa … (Interruzzjonijiet) Skużi, ħadna kemm kien hemm bżonn u dħalna fid-dettall bis-serjetà biex naraw li l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Naħseb li llum l-Onor.", "David Agius jaf biżżejjed kif nagħmel l-affarijiet jien.", "Jien l-affarijiet nagħmilhom bis-serjetà u ma ngħaġġilx.", "L-affarijiet jieħdu ż-żmien tagħhom.", "Aħna smajna lil kulħadd u rajna kollox!", "Nerġa' ngħid li issa wasalna fil-final biex naraw kif se mmexxu 'l quddiem.", "Sinjura President, illum issemma x-xogħol fuq il-pipeline tal-gass.", "Tan-naħa l-oħra jsemmu ħafna affarijiet li fi żmienhom qatt ma saru!", "Dejjem kellu jkun Gvern Laburista!", "Taf x'għamlu huma żgur?", "Aħna konna nġemmgħu l-flus u huma jonfquhom!", "Però din id-darba qed inġibu l-flus u qed inqassmuhom lil kulħadd.", "Il-pipeline tal-gass huwa għodda oħra importanti.", "Hija konnettività tal-enerġija li l-Gvern qed iwettaq permezz tal-proġett bejn Malta u Sqallija bil-għan li jtejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali f'Malta u meta jkun lest se jissostwixxi l-floating storage unit li temporanjament qiegħed f'Delimara.", "Dan il-proġett qed ikun implimentat mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma u huwa importanti ħafna għax jgħaqqad lil pajjiżna man-network Ewropew.", "Permezz tiegħu Malta se tiġi integrata mas-suq Ewropew fejn il-prezzijiet tal-gass jistgħu jkunu aktar vantaġġjużi.", "Rigward dan il-proġett, din is-sena ġew ippubblikati sejħiet għall-offerti għall-istħarriġ marittimu tar-rotta, l-istudju tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, id-disinn dettaljat tal-pipeline u terminal stations f'Malta u Sqallija.", "Fil-bidu tal-2018 il-Kummissjoni Ewropea kienet approvat €3.7 miljun għal dawn l-istudji kollha.", "B'hekk inkunu nistgħu niksbu l-permessi meħtieġa qabel ma tinħareġ is-sejħa għall-offerti għall-iżvilupp tal-pipeline tal-gass li għandu jibda fl-2021 u jintemm tliet snin wara.", "Il-pjan huwa li sas-sena 2020 napplikaw għall-fondi Ewropej għall-bini tal-pipeline tal-gass li huwa stmat li jiswa €350 miljun.", "Sinjura President, huwa tajjeb li l-ħidma biex tiġi inċentivata enerġija rinovabbli ma tiqafx.", "Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma qed ikompli jaħdem fuq diversi skemi fosthom għax-xiri ta' solar water heaters, roof insulation u double glazing.", "Ikun tajjeb li ngħid li żdiedu l-inċentivi biex wieħed jistalla dawn is-sistemi.", "Ġew estiżi wkoll il-feed-in tariffs biex nippromwovu x-xiri ta' panelli fotovoltajiċi.", "Sal-bidu ta' Ottubru tal-2018 tista' tgħid li bbenefikaw madwar 9,600 familja bl-iskema tas-solar water heaters.", "Dan filwaqt li bbenefikaw ukoll madwar 2,000 familja oħra mill-iskemi tar-roof insulation u double glazing ta' aperturi għall-użu domestiku biex ikunu jistgħu jiġu kontrollati t-temperatura u l-ħsejjes ta' barra.", "Permezz ta' fondi Ewropej l-iskema ta' xiri tal-pannelli fotovaltajiċi ġiet estiża għal darb'oħra sal-aħħar ta' din is-sena jew inkella sakemm il-fondi allokati jiġu eżawriti.", "Mill-iskema tal-panelli fotovaltajiċi bbenefikaw total ta' 6,700 familja.", "Permezz ta' din l-iskema l-familji qed jingħataw aktar għajnuna biex ikollhom traħħis fil-kontijiet tad-dawl filwaqt li nkomplu nnaqqsu ammont konsiderevoli ta' emissjonijiet ta' CO2 fis-sena.", "F'Diċembru tal-2018 se jibdew jiġu ppreparati applikazzjonijiet għal sejħiet ġodda tal-iskema għall-2019.", "Inħarġu wkoll diversi skemi li kienu jikkonsistu f'għotjiet għal xiri u stallazzjoni ta' heat pump water heaters.", "Dawn huma sistemi effiċjenti li jwasslu għal aktar traħħis fil-kont tad-dawl u jistgħu jintużaw ukoll minn dawk li m'għandhomx bjut.", "Ingħataw ukoll inċentivi lil dawk il-familji li jridu jirrestawraw il-bir tad-dar tagħhom.", "Minn din l-iskema bbenefikaw 585 familja f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Il-Gvern se jkompli jimplimenta l-pjan nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija bl-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma tkompli tipprovdi servizz b'xejn ta' energy audit ġewwa djar privati biex ngħinu lill-familji u l-intrapriżi interessati jnaqqsu l-konsum tagħhom.", "Aktar informazzjoni fuq dan is-servizz se tkun qed tingħata permezz ta' kampanja ta' reklamar, fejn il-messaġġ kien dejjem li l-Gvern jipprovdi iktar tagħrif dwar l-użu għaqli tal-enerġija u l-ilma.", "Mill-bidu ta' din l-iskema sa Ottubru 2018, saru madwar 1,900 żjara ġewwa djar privati.", "Il-Gvern ukoll se jkompli jassisti individwi vulnerabbli fit-tnaqqis tal-konsum.", "Dan permezz ta' bdil ta' appliances qodma ma' oħrajn ġodda li jnaqqsu l-konsum.", "B'kollox saru madwar 470 żjara fi djar ta' persuni vulnerabbli, li 242 minnhom biddilnielhom wieħed mill-appliances matul din is-sena.", "L-appliances tal-kumplament instabu li kienu f'kondizzjonijiet tajba u b'hekk ma ġewx mibdula.", "Dan l-eżerċizzju beħsiebna nkompluh is-sena li ġejja.", "Fl-2019 il-Gvern se jkompli jimplimenta l-pjan nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija u se jkompli jassisti wkoll lill-Malta Enterprise biex timplimenta skemi li huma mfassla biex jipprovdu iktar għajnuna lill-industrija dwar l-użu ta' enerġija effiċjenti, li mbagħad twassal ukoll għal aktar kompetittività.", "Se nkomplu wkoll ngħinu lill-għaqdiet sportivi reġistrati biex jinvestu f'miżuri ta' effiċjenza ta' enerġija biex b'hekk huma wkoll inaqqsu l-kontijiet tal-enerġija.", "Kif wegħedna wkoll fil-manifest elettorali, il-Gvern se jibda wkoll il-proċess biex tkun studjata l-possibilità ta' ħażna tal-enerġija rinnovabbli mill-batteriji.", "Dan kollu qed isir filwaqt li l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma qiegħda wkoll tkompli taħdem bis-sħiħ fuq il-pjan nazzjonali tal-enerġija u l-klima għall-perjodu 2021-2030.", "B'hekk jiġu identifikati numru ta' azzjonijiet li se jittieħdu wara l-2020 li jikkontribwixxu lejn il-mira Ewropea tal-2030 dwar l-enerġija u l-klima.", "Sinjura President, dan il-pjan qed isir b'konformità mal-politika u l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea u b'kollaborazzjoni ma' ministri u dipartimenti oħra kif ukoll permezz ta' konsultazzjonijiet wiesgħa.", "Huwa mistenni li l-abbozz finali jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea lejn l-aħħar ta' din is-sena.", "Ikun tajjeb li ngħid li jekk l-Oppożizzjoni tkun trid, wara li nagħmlu dan il-proċess, se jkun hemm żmien biżżejjed biex hi tara l-affarijiet kif ikunu se jsiru.", "Però l-ewwel irid isir dan il-proċess.", "Imbagħad jerġa' jiġi lura, u iva, imbagħad irridu nagħmlu d-diskussjonijiet li jkun hemm bżonn ma' kulħadd, fost l-oħrajn mal-istakeholders.", "M'hemmx diffikultà li din issir ma' kulħadd, u jekk hemm bżonn issir diskussjoni, issir diskussjoni wkoll, jiġifieri mhux qed nara xi diffikultà dwar dan.", "Hemm ukoll ivvotati total ta' €1.5 miljun b'fondi ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea biex isir xogħol li jinkludi t-tibdil tal-bozoz arterjali u distributorji ta' pajjiżna u jsiru LEDs.", "Fil-fatt huwa stmat li l-ammont ta' bozoz li għandhom jiġu mibdula huwa ta' 3,066 li jkopru 80 kilometru ta' toroq.", "Huwa stmat ukoll li permezz ta' dan il-proġett il-konsum tal-elettriku f'dawn it-toroq se jonqos b'71%.", "Sinjura President, is-solar farms policy hija inizjattiva oħra biex Malta tkompli miexja lejn il-miri ambjentali tal-enerġija rinnovabbli sas-sena 2020.", "L-għan huwa li minbarra stallazzjonijiet fuq bini ta' skala żgħira bħal djar, nagħtu wkoll il-prijorità għal investiment ta' stallazzjoni ta' pannelli fotovoltajiċi fuq skala ħafna ikbar.", "Permezz ta' ftehim bejn il-WSC, il-GRTU u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, tkompla x-xogħol li kien inbeda biex jitwaqqfu solar farms fuq diversi ġibjuni tal-WSC.", "Se jkomplu jibnu wkoll fuq il-mira li ntlaħqet tal-communal solar farm li twaqqaf fil-Fiddien, limiti tar-Rabat, iktar kmieni din is-sena.", "Hawnhekk kienu twaqqfu 3,500 panella solari li mistennija jiġġeneraw madwar 1 Megawatt.", "Permezz ta' dan il-farm, madwar 370 familja mingħajr aċċess għal bejt illum qed jibbenefikaw minn prezzijiet imraħħsa filwaqt li qegħdin jinvestu wkoll f'enerġija sostenibbli.", "Dan kollu sar b'ħafna ħidma u ħsieb u jinkludi mhux biss permessi ambjentali iżda wkoll ħidma biex l-impatt viżwali jkun minimu.", "Bis-saħħa ta' din l-iskema huwa stmat li se jitnaqqas madwar 600 tunnellata ta' carbon dioxide fis-sena.", "Dan kollu mbagħad jassisti biex pajjiżna jkompli miexi lejn il-miri Ewropej sal-2020.", "Fl-2019 il-WSC se tkompli taħdem biex tipprovdi l-ispazju fuq il-ġibjuni, fosthom il-Qrendi, Ta' Qali, Ta' Ċenċ u fis-Sannat, Għawdex.", "It-tenders għall-provvista u manutenzjoni ta' dawn il-pannelli fotovoltajiċi bħalissa qegħdin fi stat avvanzat ħafna.", "Permezz ta' din is-sejħa pubblika għall-offerti, kull farm huwa stmat li annwalment jiġġenera madwar 1 Megawatt ta' enerġija għal medda ta' 25 sena.", "L-intenzjoni tibqa' dik li jkollna settur privat li jidħol għal inizjattivi simili biex b'hekk ukoll inkomplu ntejbu l-pożizzjoni tagħna fejn tidħol l-enerġija rinovabbli.", "Ftit tax-xhur ilu ġiet ippubblikata wkoll it-tieni sejħa għall-offerti biex l-industriji interessati jkollhom l-opportunità li jinvestu f'solar farms ta' daqs ikbar minn 1 Megawatt.", "L-għan ta' din is-sejħa huwa li nżidu d-daqs tal-impjanti fotovoltajiċi b'35 Megawatt.", "Fil-każ tal-iskema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn impjanti ta' panelli fotovoltajiċi żgħar il-Gvern qed jagħti l-feed-in tariffs fissi biex dak li jkun jitħajjar jinvesti.", "Din is-sejħa se twassal ukoll għal kompetittività bejn l-offerti għax se nkunu qegħdin inħarsu lejn l-offerta l-aktar vantaġġjuża u dawn is-solar farms se jkunu qegħdin joperaw fi żmien sentejn biex inlaħħqu mal-miri Ewropej għas-sena 2020.", "Sinjura President, mingħajr dubju wieħed mill-aktar riżorsi importanti għal pajjiżna huwa l-ilma.", "Matul dawn l-aħħar snin il-Gvern kompla jaħdem bis-sħiħ biex ninkoraġġixxu sistema responsabbli u sostenibbli fejn jidħol dan ir-riżors naturali tal-ilma filwaqt li nippromwovu tnaqqis fil-konsum tal-ilma biex nipproteġu r-riżorsi naturali tagħna apparti li nnaqqsu l-ispiża operattiva għas-settur ekonomiku.", "Sal-lum għelibna ħafna sfidi u għamilna progress sinifikanti, imma t-triq mhijiex waħda faċli għax filwaqt li l-ħidma qed tkompli bis-sħiħ biex nipprovdu servizzi tal-ilma li huma tal-ogħla kwalità possibbli, id-domanda qiegħda dejjem tiżdied.", "Dan iġib aktar sfidi biex wieħed jimxi 'l quddiem.", "Fil-fatt frott tat-tkabbir ekonomiku li għaddej minnu pajjiżna, il-popolazzjoni ta' pajjiżna kibret u mistennija tkompli tikber fiż-żmien li ġej.", "Dan kollu jpoġġi sfida quddiemna fejn jidħlu r-riżorsi naturali ta' pajjiżna u għalhekk dan il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex nipproteġu r-riżorsi naturali tagħna u nserrħu moħħ il-ġenerazzjoni tal-lum u ta' dawk futuri li l-provvista tal-ilma tax-xorb hija waħda sostenibbli u ta' kwalità tajba.", "Minn investiment ta' 'l fuq minn €130 miljun ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qiegħda twettaq proġett li bih tiżgura prodott ta' kwalità aħjar għal kulħadd, provvista sigura u sostenibilità ambjentali tal-operat tagħha.", "Dan l-investiment se jsaħħaħ l-infrastruttura tal-Korporazzjoni biex b'hekk tibqa' ssostni l-ekonomija li qiegħda dejjem tikber.", "Barra minn hekk il-Korporazzjoni se tkun qed tiggarantixxi ħażna tal-ilma tal-pjan lil ġenerazzjonijiet futuri permezz ta' katina ta' miżuri li se jwasslu f'titjib kbir ta' dan is-settur.", "Aħna mhux biss qed naħsbu għall-preżent imma anke għall-futur.", "Fil-fatt għadd kbir ta' miżuri se jwasslu għal infrastruttura aktar avvanzata li tirrifletti r-realtajiet tal-ġurnata u tantiċipa wkoll l-isfidi tal-futur li hija ħaġa importanti li dejjem irridu nżommuha f'moħħna.", "Fil-fatt il-Korporazzjoni qiegħda fuq nett f'diversi teknoloġiji bħal dawk tar-reverse osmosis effiċjenti u anke fejn jidħol ir-riċiklaġġ tal-ilma.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija rinomata ħafna f'dan il-qasam.", "Kull fejn inkun barra mill-pajjiż, anke fl-Orjent, isemmuli l-qasam tar-reverse osmosis u r-riċiklaġġ tal-ilma.", "Ħafna jistaqsu u qed jaraw il-possibilità li fejn jidħol dan il-qasam, pajjiżna jista' jinvesti ma' pajjiż akbar minna.", "Huwa importanti li filwaqt li qed nagħmlu dan, insaħħu wkoll il-kuxjenza favur il-konsum għaqli tal-ilma u allura permezz tal-Aġenzija tal-Enerġija u tal-Ilma l-Gvern kompla proċess biex tiġi mnedija kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma.", "Din il-kampanja se tkun qed tindirizza lill-konsumaturi kollha u anke tgħin fl-adozzjoni ta' prattiċi effiċjenti marbutin mal-użu tal-ilma.", "L-għan ta' din il-kumpanija hu li setturi diversi jnaqqsu l-konsum tagħhom u dawn se ngħinuhom jadottaw prattiċi aktar għaqlin biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.", "Il-pubbliku se jkun qiegħed jibbenefika wkoll minn water saving kits li se jiġu mqassma fid-djar biex il-familji jingħataw l-għajnuna neċessarja biex inaqqsu l-konsum.", "Fil-fatt dawn se nagħtuhom aktar tard.", "Din il-kampanja hija ko-finanzjata mill-fondi Ewropej.", "Nista' nsemmi wkoll l-attivitajiet edukattivi dwar il-konservazzjoni tal-ilma li jsiru fiċ-Ċentru Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma fir-Rabat li se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin.", "Dan iċ-ċentru joffri esperjenzi edukattivi u interattivi għall-istudenti tal-iskejjel kif ukoll għaż-żgħażagħ.", "Permezz ta' logħob u faċilitajiet interattivi dawn l-istudenti u żgħażagħ qegħdin isiru jafu aktar dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma ġewwa pajjiżna.", "Proġett ieħor li jindirizza infrastruttura xierqa għall-ħażna tal-ilma tax-xita huwa dak tar-riabilitazzjoni ta' Wied Qlejgħa magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes.", "Is-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jaħdem fuq il-proġett li huwa ko-finanzjat ukoll mill-Unjoni Ewropea li jinkludi riabilitazzjoni tal-ilqugħ tal-ilma kif ukoll se jsiru numru ta' tiswijiet fil-ħitan tas-sejjieħ, fil-passaġġi u anke fil-pontijiet.", "Permezz ta' dan, din iż-żona se tkun qed toħloq spazji ta' rikreazzjoni u edukattivi għall-familji Maltin u Għawdxin kif ukoll għat-turisti li jżuru pajjiżna.", "Dan il-proġett se jkun qiegħed jagħti importanza kbira lill-protezzjoni tal-eko-sistemi f'dawn il-postijiet.", "Tajjeb li nsemmi li qed insaħħu l-ħidma dwar l-immaniġġjar u l-kwalità tal-ilma.", "Din issemmiet hawnhekk ukoll u allura se nagħti l-informazzjoni biex wieħed ikun jaf eżatt x'qed nagħmlu f'dan il-qasam u kemm veru qed nieħdu l-affarijiet bis-serjetà.", "L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma se tkun qed taħdem biex tiżviluppa moniteraġġ teknoloġiku tas-sistemi kollha tal-aquifer tal-gżejjer Maltin biex ikollna pjan konkret u realistiku dwar x'azzjonijiet jistgħu jittieħdu biex nipproteġu r-riżorsi naturali tal-ilma.", "Se jitnieda wkoll studju dettaljat tal-aquifer li għandu jwassal għal żvilupp ta' sistemi ta' moniteraġġ avvanzati ta' dan ir-riżors naturali.", "Bħala parti mill-operat, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se jkomplu jaħdmu fuq il-programm regolari tal-moniteraġġ tal-kwalità tal-ilma tal-pjan.", "Dan se jsir permezz ta' teħid ta' 40 kampjun minn numru ta' sorsi tal-ilma biex dawn jiġu tested f'laboratorji speċjalizzati.", "Dan kollu se jwassal biex fuq medda ta' snin il-kwalità tal-ilma tiġi analizzata u mtejba fejn ikun hemm bżonn.", "Wara kollox kull titjib fil-kwalità tal-ilma huwa wkoll titjib fil-kwalità tal-ħajja.", "Se jsiru ukoll studji dettaljati mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma dwar l-għargħar f'pajjiżna biex jiġu żviluppati miżuri biex inaqqsu dan ir-riskju filwaqt li jamministraw l-użu tal-ilma tax-xita.", "Din hija xi ħaġa li ssemmiet ukoll.", "Dan juri li dak li qalu l-Onor.", "Membri aħna qed nagħtu kasu u qed naraw li fejn hemm xi affarijiet li nistgħu neħduhom on board, dawn neħduhom on board biex intejbu l-pjani tagħna.", "Matul is-sena li ġejja se nkomplu fuq l-implimentazzjoni tal-river basin management plan bil-għan li ntejbu l-immaniġġjar tal-ilma f'pajjiżna u għalhekk nilħqu livell aktar sostenibbli fl-użu tal-ilma tal-pjan.", "B'hekk pajjiżna jkun qiegħed ikompli jilħaq l-oġġettivi tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar il-politika tal-ilma, il-Water Framework Directive.", "Tajjeb li ngħid li għandna nkomplu naħdmu fuq it-trattament tad-drenaġġ għall-użu tal-biedja u l-industrija.", "Ta' min jgħid li din is-sena l-Korporazzjoni inawgurat żewġ impjanti ta' riċiklaġġ tal-ilma; wieħed f'Għawdex u ieħor f'Malta.", "Biex sar dan kien hemm xogħol intensiv u kellhom ukoll jissorvolaw anomaliji li nħolqu minn Amministrazzjoni preċedenti.", "Illum il-Korporazzjoni qed tħaddem tliet impjanti ta' din ix-xorta.", "Issa l-Korporazzjoni qiegħda wkoll taħdem biex testendi d-distribuzzjoni ta' new water biex tilħaq firxa aktar wiesgħa ta' klijenti permezz ta' stallazzjoni ta' electronic dispenser fit-toroq rurali li se jkunu qed jaħdmu bi pre-paid cards.", "Dan il-proċess se jsir u fil-fatt diġà ħarġu xi tenders u permessi.", "Permezz ta' din il-miżura l-Gvern se jkompli jaħdem biex jipprovdi miljun metru kubu ta' ilma ġdid lill-bdiewa u lill-industrija biex mhux biss jissalvagwarda l-ilma tal-pjan imma issa wkoll jagħti ħajja lis-settur agrikolu ta' pajjiżna.", "Ix-xogħlijiet fuq in-network tat-Tramuntana ta' Malta se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin u t-tenders tan-naħa ta' isfel ta' Malta ħarġu m'ilux.", "L-għan ta' dan il-proġett huwa li jiġi msaffi l-ilma trattat mid-drenaġġ u jiġi provdut bħala sors alternattiv ta' ilma għall-bdiewa u l-industrija.", "Dan se jkun bi spiża ta' madwar €30 miljun.", "Dan ir-riżors ġdid ta' ilma alternattiv se jnaqqas ukoll b'mod sinifikanti l-iżbilanċ bejn id-domanda u l-provvista nazzjonali għall-ilma.", "Dan kollu se jwassal biex pajjiżna jikseb il-good status objectives kif jitlob il-Water Framework Directive.", "Wieħed irid jifhem li minħabba l-perjodi twal fis-sena fejn ix-xita tkun skarsa u l-klima tkun sħuna, din il-provvista ta' new water hija importanti biex ikollna prodotti agrikoli lokali fis-suq matul is-sena kollha.", "Tajjeb li nsaħħu l-ħidma tagħna wkoll fl-immaniġġjar sostenibbli u allura huwa importanti li nżommu f'moħħna li l-ilma tax-xorb jiġi minn żewġ riżorsi; mill-ilma tal-baħar li jitnaddaf fir-reverse osmosis jew inkella mill-ilma ġieri li jittella' minn taħt l-art permezz tal-pumping stations, tal-boreholes.", "Rigward l-ilma tar-reverse osmosis bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed topera tliet impjanti; f'Lapsi, fiċ-Ċirkewwa u f'Pembroke.", "L-isfida dejjem kienet li nikkontrollaw il-konsum tal-enerġija biex l-ilma tal-baħar jitnaddaf u jsir tajjeb għax-xorb.", "Permezz ta' dan il-proġett se nkunu qegħdin nintroduċu teknoloġija ġdida biex innaqqsu l-konsum tad-dawl filwaqt li tiżdied ukoll l-effiċjenza u l-kapaċita tal-impjanti li jipproduċu aktar ilma biex ilaħħqu mad-domanda li hawn u nsaħħu s-sostenibilità tal-ilma fil-pjan.", "Qed naraw teknoloġija moderna biex innaqqsu l-konsum tal-enerġija u nżidu l-produzzjoni tal-ilma.", "Bdew ukoll il-preparamenti għax-xogħol li se jsir f'Ħondoq ir-Rummien ġewwa Għawdex fejn il-Korporazzjoni se tkun qed tintroduċi reverse osmosis ġdid f'bini eżistenti bil-għan li tiġi garantita provvista adegwata ta' ilma tajjeb għax-xorb.", "B'dan il-proġett se jkollna wkoll il-kapaċità li nipproduċu madwar 9,000 metru kubu ta' ilma kuljum filwaqt li se nkunu qed neliminaw kull tip ta' dipendenza kemm fuq il-pipeline eżistenti taħt il-baħar kif ukoll fuq l-impjant tar-reverse osmosis fiċ-Ċirkewwa.", "Lil sieħbi l-Onor.", "Frederick Azzopardi ngħidlu li dan il-proġett se jiġi jiswa €11 miljun u se jibda ftit ġimgħat oħra.", "Proġett ieħor ta' importanza li huwa ko-finanzjat minn fondi Ewropej huwa dak tat-tħaffir tal-mina tar-reverse osmosis ta' Pembroke sal-ġibjun ta' Ta' Qali.", "L-investiment totali fuq dan il-proġett jaqbeż it-€30 miljun.", "Permezz ta' din il-mina l-ilma tal-pjan se jitħallat ma' dak tar-reverse osmosis fil-ġibjun f'Ta' Qali biex b'hekk l-ilma li jibda jitqassam ikun ta' kwalità aħjar iżda jkun ukoll tal-istess kwalità madwar Malta kollha filwaqt li jiggarantixxi flessibilità fl-operazzjoni.", "Il-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinkludi fost l-oħrajn l-introduzzjoni ta' sistema awtomatika li tinduna u tikkontrolla aħjar l-estrazzjoni tal-ilma mill-boreholes eżistenti.", "Din hija xi ħaġa li ssemmiet ukoll illum fid-diskussjoni.", "Hawn qed nuru li aħna għandna pjani serji li bdejna nwettquhom.", "Din is-sistema se tkun intelliġenti biżżejjed biex tinduna liema boreholes għandhom bżonn jingħalqu u jingħataw iż-żmien biex jerġgħu jimtlew bl-ilma tal-pjan.", "Ħidma li se tkompli fis-snin li ġejjin hija r-riabiltazzjoni ta' gallariji tal-ilma ta' żewġ stazzjonijiet strateġiċi tal-ippumpjar tal-ilma li jinsabu f'Ta'Kandja u f'Ta' Bakkja.", "Miżura oħra marbuta mad-drenaġġ tinkludi firxa tan-network biex nirranġaw żoni li huma problematiċi u li jbatu minn ħsarat repetittivi.", "Dan l-aħħar meta għamlet ix-xita t-telefonati ma waqfux bil-lejl u bi nhar.", "Naħseb li bil-lejl kemm is-CEO kif ukoll l-inġinier, li għamlu l-almu tagħhom, it-tnejn li huma ħolmu bija!", "Huwa tajjeb li naraw li l-investimenti li se jsiru jwasslu għal aktar effiċjenza u jwasslu biex ikun żgurat li l-Korporazzjoni tista' tilqa' l-isfidi fil-futur.", "Ikun tajjeb li nsemmi li aħna se ntejbu wkoll parti min-network tad-drenaġġ li jinstab madwar il-kosta ta' Malta li qiegħed taħt il-livell tal-baħar.", "Meta jkun hemm infiltrazzjoni tal-ilma baħar fis-sistema tad-drenaġġ jogħla l-livell tas-salinità u dan jaffettwa wkoll il-produzzjoni tal-waste water network.", "Ġew magħżula aktar areas affettwati bħal Birżebbugia, Gżira, Marsa, Imsida, Pietà u Marsaskala fejn se ssir riabilitazzjoni tal-pumping stations ta' dawn il-lokalitjaiet.", "Il-Korporazzjoni se tkun qiegħda ssaħħaħ u żżid stazzjonijiet uffiċjali fejn il-bowsers jistgħu jbattlu d-drenaġġ b'sistema aktar stretta.", "Se nintroduċu wkoll quality monitoring network li bih inkunu nistgħu naraw x'qed jintrema' fis-sistema tad-drenaġġ filwaqt li se tinbena control room u uffiċini għad-discharge permit unit kemm f'Malta u anke f'Għawdex biex ikun hemm kontroll ta' x'qiegħed jintefa' fis-sistema tad-drenaġġ.", "Dawn il-miżuri huma parti mill-proġett ħolistiku li se jtejjeb b'mod konsiderevoli kemm l-infrastruttura tal-ilma kif ukoll dik tad-drenaġġ.", "Permezz ta' dawn il-miżuri l-ħidma tal-Gvern hija dik li nwasslu l-prodott tajjeb lill-familji Maltin u Għawdxin u l-pjan li għandna juri viżjoni ċara ta' ħidma effiċjenti u titjib fl-operat li jilqa' għal kull sfida li hemm quddiemna.", "Sinjura President, dan ix-xogħol kollu li semmejt huwa frott ħidma li wettaq dan il-Ministeru matul din is-sena.", "Jien tajt spjegazzjoni qasira tax-xogħol kollu li sar u ta' dak kollu li se nwettqu din is-sena li ġejja.", "Wieħed jista' japprezza li sar ħafna xogħol biex ikun hemm qabża fil-kwalità fis-servizzi li jipprovdu l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru f'dak li jirrigwarda l-enerġija u l-ilma.", "Fis-sena li ġejja l-Ministeru se jkompli l-ħidma tiegħu biex jassigura li l-pubbliku jkun moqdi bl-aħjar mod u bl-aktar mod effiċjenti.", "Il-qafas tax-xogħol huwa bbażat fuq bilanċ bejn l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku, sostenibilità, sigurtà ta' provvista u affordabilità għall-familji u industriji Maltin u Għawdxin.", "Il-prijorità tal-Gvern hija ċara; dik li nilħqu l-miri Ewropej tas-sena 2020 filwaqt li ninvestu fil-ġid ta' pajjiżna permezz ta' enerġija aktar nadifa u permezz ta' ilma ta' livell għoli.", "Permezz ta' dan kollu l-familji u l-industriji Maltin u Għawdxin se jitnaqqsilhom il-piż b'ammont konsiderevoli filwaqt li kull ċittadin se jgawdi minn arja nadifa u ilma ta' kwalità.", "Hawnhekk nixtieq ngħid kemm jien onorat li qiegħed nirrappreżenta dawn l-oqsma u ninsab entużjast li flimkien se nkomplu mexjin fid-direzzjoni t-tajba biex pajjiżna jkompli jkun fost l-aħjar.", "Fil-ftit minuti li fadalli se nipprova nirrispondi xi mistoqsijiet li saru.", "Waħda minnhom kienet tirrigwarda l-leakages.", "Agius ngħidlu li l-monitoraġġ tal-leakages beda jsir biss taħt din l-Amministrazzjoni.", "S'issa diġà informajna madwar 2,000 klijent fuq leakage fid-djar u barra minn hekk il-konsumatur jista' wkoll, jekk irid, jara l-konsum fuq is-sit elettroniku u hemmhekk jinduna li għandu konsum mhux normali.", "Jien ma nħobbx nitkellem fl-ajru u allura nista' nsemmi rapport li ġie ppubblikat m'ilux mill-Consumer Market Scoreboard tal-Kummissjoni Ewropea li kontra dak li tgħid l-Oppożizzjoni juri li l-konsumatur f'pajjiżna huwa kuntent ħafna bis-servizz tal-enerġija u fil-fatt huwa wieħed mill-aktar kuntenti fl-Ewropa.", "Dan huwa pajjiż li ġab l-aktar marki għoljin fl-Ewropa minkejja d-diffikultajiet li hemm.", "(Interruzzjonijiet) Dażgur li hemm diffikultajiet - mela m'hemmx - imma wieħed jibqa' jilqa' għall-isfidi u jibqa' jtejjeb.", "Nista' ngħid li s-sigurtà fl-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-ilma ma ġġibhiex bl-addoċċ.", "Dik hija allokazzjoni li jkun hemm kull sena u hija proprju għas-security of supply li jagħmel tajjeb għalih il-Gvern.", "Dik tkun f'kull baġit kull sena u mhijiex xi ħaġa li ġiet ivvintata issa jew xi ħaġa barra minn lokha.", "Jekk wieħed ifittixha jsibha minn meta twaqqfet l-Enemalta.", "Sinjura President, jien nerġa' nirringrazzja lil kulħadd għas-sehem li ta.", "Se nieħu on board is-suġġerimenti tajbin - mhux jien biss imma l-entitajiet kollha - biex fejn wieħed jista' jtejjeb, itejjeb.", "Jien m'għandi l-ebda diffikultà li tieħu sehem l-Oppożizzjoni biex naraw li l-affarijiet isiru kif għandhom isiru.", "Illum tajt viżjoni ċara ta' fejn qegħdin u fejn irridu mmorru.", "Jien diġà ppreżentajt din il-viżjoni fl-Unjoni Ewropea u huma dejjem jagħmlulna kuraġġ billi jgħidulna li qed nagħmlu avvanz kbir f'dawn l-oqsma.", "Il-fondi li nieħdu mill-Unjoni Ewropea juru dan għax jekk japprovaw għoti ta' fondi, dan jagħmluh għax jafu li qed nagħmlu proġetti li huma utli għaċ-ċittadini kollha, għall-industrija u għal pajjiżna.", "L-Unjoni Ewropea ma tħarisx lejn kuluri.", "Meta aħna qed nagħmlu dawn l-affarijiet, qed nagħmluhom għal kulħadd u allura kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed u jagħti s-sehem tiegħu kemm fejn tidħol l-effiċjenza fl-enerġija u anke fl-użu b'mod sostenibbli tal-ilma.", "L-edukazzjoni hija importanti ħafna però importanti wkoll huwa s-sehem ta' kulħadd.", "Li nitlob jien hawnhekk huwa li kulħadd jiġbed ħabel wieħed għax dan inkunu qed nagħmluh għal pajjiżna.", "Iċ-ċokon, il-klima u d-diffikultajiet li għandna f'pajjiżna bilfors jirrikjedu li kulħadd jiġbed ħabel wieħed.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma hija konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, huma posposti għal data li għandha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "Fil-5.01 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, kienu posposti għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Joe Mizzi, jekk jogħġbu jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "JOE MIZZI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "It-Tmien Jum Stabbilit - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Vot 37 – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Vot XIV – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Kapital.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li f'din is-seduta, mistoqsijiet parlamentari jistgħu jsiru bejn is-6.00 p.m. u s-6.30 p.m. u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fil-5.03 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181102_157d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "Il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 157, li saret fit-2ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 750 u 136, u ċjoè jista' l-Prim Ministru jgħid x'pożizzjoni jkollu third country national li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta?", "Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għal ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem?", "Kemm kien in-numru ta' third country nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin, xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar?", "Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess?", "Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess?", "Minn liema pajjiż kienu ġejjin?", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proġetti Amministrattivi) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informata minn Identity Malta li persuna ġejja minn pajjiż terz u li ilha taħdem f'Malta minn ta' lanqas ħames snin tista' tagħżel li tapplika għall-istatus ta' resident fit-tul skont il-kondizzjonijiet tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.05.", "Dawn il-persuni jinħarġilhom permess ta' residenza validu għal ħames snin.", "Persuni li għandhom dan l-istatus għandhom dritt awtomatiku li jidħlu fis-suq tax-xogħol.", "Il-permess ta' residenza jiġġedded kull ħames snin sakemm l-applikant ma jkunx kiser waħda mill-kondizzjonijiet f'artiklu 9 tal-liġi msemmija aktar 'il fuq.", "Identity Malta rċiviet 66 talba ta' persuni minn pajjiżi terzi għal status ta' residenza fit-tul fl-aħħar sentejn; 32 kienu approvati, kien hemm 3 talbiet rifjutati minn Identity Malta li iżda ġew milqugħa mill-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni, 3 talbiet ġew miċħuda, waqt li 27 għadhom pendenti.", "Il-pajjiżi li minnhom kienu ġejjin il-persuni kollha li applikaw huma: l-Amerika, il-Ġappun, il-Pakistan, l-Ażerbajġan, ir-Russja, is-Serbja, il-Ġordan, il-Filippini, il-Maċedonja, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Indja, il-Libja, l-Albanija, il-Bożnja, l-Iran u l-Bangladesh.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sal-lum meta jew titwelidlek tarbija, jew inkella jmutlek xi ħadd, dejjem kellek l-obbligu li tmur ir-Reġistru Pubbliku fil-Belt - anke f'mument ta' diqa trid tmur bilfors il-Belt - sabiex tirrapporta persuna li mietet, u bl-istess mod anke jekk titwelidlek tarbija.", "Naf li dan l-aħħar daħal servizz li, minn dak li smajt jien, huwa effiċjenti ħafna u n-nies qed ifaħħruh ħafna, li meta titwieled tarbija, speċjalment fl-Isptar Mater Dei, immedjatament tista' tinnotifika dak il-ħin.", "Hemm xi mod min-naħa tal-gvern sabiex dan is-servizz, li f'mument jew ieħor kulħadd jgħaddi minnu, ikun jista' jsir iktar effiċjenti?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, f'dawn l-aħħar xhur nidejna dan is-servizz li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant, li ntlaqa' tajjeb ħafna.", "Jien niftakar li meta kelli lit-tifla tiegħi, ħames snin ilu, ir-raġel kellu jmur il-Belt, kif ikollu jagħmel kull ċittadin ieħor, jipprova jsib parkeġġ … Dan kien jikkawża ħafna stress fuq l-individwu.", "Naħseb li kienet deċiżjoni għaqlija li ftaħna uffiċċju fl-Isptar Mater Dei.", "Għalija kienet tidher xi ħaġa loġika u fil-verità ma sewiex ħafna flus, però hija miżura li tagħmel differenza għall-koppji Maltin u Għawdxin.", "Illum l-omm jew il-missier jista' jinżel fil-foyer tal-Isptar Mater Dei u jirreġistra t-tarbija hemmhekk.", "Jien kuntenta ħafna għaliex ħafna mir-reġistrazzjonijiet issa qed imorru f'dan il-mekkaniżmu.", "Però biex inkun onesta rrid ngħid li naħseb li rridu mmorru pass oltre.", "Jien nixtieq li fix-xhur li ġejjin immorru għal mekkaniżmu li permezz tiegħu l-ġenituri jkunu jistgħu, permezz tal-e-ID jidħlu online u jagħmlu r-reġistrazzjoni b'dak il-mod.", "Hija xi ħaġa li wieħed jista' jesplora u li nixtieq li nara li naslu għaliha wkoll.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, qed jasluli lmenti minn nies barranin li japplikaw biex ikollhom karta tal-identità li din iddum ma toħroġ minn Identity Malta.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tivverifika jekk dan huwiex minnu jew le?", "Kemm qed idum dan il-proċess biex in-nies jingħataw il-karta tal-identità?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li huwa daqsxejn skorrett f'dak li jgħid.", "Karta tal-identità tingħata biss lil ċittadini Maltin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Dan l-aħħar smajt lis-Segretarju Parlamentari titkellem dwar pjan sabiex niġġieldu t-traffiku tal-persuni.", "Naf li dan l-aħħar, anke bħala parti mill-ewwel riforma fil-prostituzzjoni, issemma dan il-pjan, anke peress li fil-prostituzzjoni jkun hemm ħafna traffikar ta' persuni, biex niġġieldu t-traffiku tal-persuni bil-qawwa kollha.", "Tista' tispjega x'inhu dan il-pjan?", "X'qed jagħmlu l-entitajiet li jaqgħu taħtha, bħal Identity Malta, li naħseb li għandhom rwol ċentrali sabiex anke jirrapportaw kwalunkwe suspett ta' meta hemm reġistrazzjoni jew talba biex persuna tiġi Malta, fejn jidħol traffikar uman?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Bażikament, kif dħalna f'din il-leġiżlatura ħadna stokk tas-sitwazzjoni preżenti.", "Kellna sitwazzjoni fejn diversi dipartimenti u ministeri kienu qed jagħmlu ħafna xogħol tajjeb, imma b'mod separat minn xulxin.", "Għandek il-Pulizija, li minn hawnhekk insellmilhom u nirringrazzjahom tas-sigħat twal ta' ħidma li jkunu qed jagħmlu biex jaħdmu fuq każijiet ta' traffikar uman, għandek aġenziji, bħall-Aġenzija Appoġġ, li jagħmlu xogħol imprezzabbli, kif ukoll entitajiet oħrajn.", "Identity Malta hija waħda minn dawk l-entitajiet li nzertaw jaqgħu taħt il-portafoll tas-Segretarjat tiegħi, fejn ħassejna li kien hemm bżonn li nikkonsolidaw l-enerġija tagħna.", "Ħtarna kumitat interministerjali, fejn għandek il-ministeri kollha li b'xi mod jew ieħor imissu ma' din ir-riforma, li qegħdin madwar l-istess mejda, u allura se naħdmu flimkien fuq dan il-pjan nazzjonali.", "Ħassejna li jekk għandek element ta' traffikar uman, li jista' jkun b'diversi modi, bħall-prostituzzjoni, imma jista' jkun ukoll fuq ix-xogħol.", "Allura b'mod loġiku, jekk għandek aġenzija tal-gvern li qed tmiss kuljum ma' mijiet ta' applikazzjonijiet, ħassejt il-ħtieġa li l-ħaddiema ta' Identity Malta jingħataw taħriġ professjonali.", "Għal dan il-għan ġew esperti anke minn barra l-pajjiż, li wħud minnhom għandhom esperjenza, fosthom anke fi Scotland Yard, u ħarrġu lill-ħaddiema tagħna.", "Il-ħaddiema kienu empowered b'metodi differenti ta' kif jistgħu jindunaw bil-każi ta' traffikar ta' umani.", "Pereżempju mill-manjieri, minn kif wieħed iwieġeb għall-mistoqsijiet, jekk tistaqsi mistoqsija u tara impjegat bl-għaraq f'idejh, jibża' jgħid ċerti tweġibiet.", "Dawn huma kollha indikaturi ċkejknin.", "Forsi quddiem pulizija l-vittma ma tiftaħx qalbha daqshekk, imma hemm xejra wkoll.", "Anke l-NGOs jgħidulna li meta wieħed jara ħaddiem taċ-ċivil mhux b'uniformi iktar faċli li jiftaħ qalbu dwar dak li jkun għaddej minnu.", "Dan it-taħriġ wassal biex kellna 14-il persuna li ġew mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti proprju minn ħaddiema ta' Identity Malta.", "L-għan tagħna huwa li fl-2019 nagħmlu kampanja mifruxa madwar il-pajjiż kollu.", "Nemmen li din hija sitwazzjoni internazzjonali u li kull ċittadin għandu jagħti s-sehem tiegħu, żgħir jew kbir, biex inkunu nistgħu nidentifikaw vittmi, fejn issa se nibdew ngħadduhom lill-investigaturi biex jieħdu passi fuq dawk il-każijiet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Niskuża ruħi li ma kontx preċiż mal-Onor.", "Farrugia Portelli, però kont qed nirreferi għad-dokument ta' residenza li jingħata lil dawn in-nes.", "Qed nitlob lis-Segretarju Parlamentari tivverfika jekk hux qed idumu biex jgħadduhomlhom jew le.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Il-mistoqsija issa hija differenti għax l-ewwel semma l-karta tal-identità meta, sa fejn jien informata, qatt ma kellna każijiet ta' dewmien fil-ħruġ tal-karti tal-identità.", "Rigward permessi ta' residenzi rrid ngħid li kien hemm fażijiet fejn kien hemm dawn in-nuqqasijiet.", "Fil-fatt, sa din il-ġimgħa stess kien hemm membru mill-Oppożizzjoni li b'mod amikevoli min-naħa l-oħra tal-Kamra staqsieni dwar każ partikolari.", "Fil-verità, it-tweġiba tkun li aħna qegħdin konformi ma' dak li jgħidu r-regoli Ewropej.", "Għandna mekkaniżmi li qed nimxu magħhom, u jekk ikun hemm sa tnax-il ġimgħa ċans biex toħroġ dan il-permess ta' xogħol, aħna qed inżommu mat-tmien ġimgħat.", "Ovvjament hemm stakeholders differenti fil-proċess kollu.", "Hemm ċiklu fejn il-Pulizija jridu jagħtu l-input tagħhom minħabba security clearance, Jobsplus, imbagħad lura għal Identity Malta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: F'pajjiżna żgur li ma nistgħux ninjoraw l-użu tad-droga.", "Dan l-aħħar anke smajna ħafna dwar il-kannabis u waqt li konna qed niddiskutu l-estimi tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Segretarju Parlamentari anke għamlet referenza għalihom fid-diskors tagħha.", "Irrid nistaqsiha jekk hux qed tara li ssir kampanja edukattiva.", "Meta kont żgħir jien, speċjalment fl-iskola, kont nara ħafna kampanji edukattivi fuq ix-xorb u fuq is-sigaretti.", "Ir-realtà ma nistgħux naħbuha, hija hemmhekk quddiemna, u jekk ninjorawha nkunu qed indaħħlu rasna fir-ramel, forsi anke bħalma għamel ħaddieħor.", "Se jkun hemm kampanji edukattivi f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Naħseb li kull min qiegħed f'din il-Kamra għandu bejn wieħed u ieħor l-istess età u allura laħaq numru ta' kampanji fl-imgħoddi.", "Niftakar li fil-primarja kien hemm kampanji effettivi ħafna, fosthom kif int ma tħallix l-ilma nieżel waqt li tkun qed taħsel snienek u terġa' tiftħu xħin tasal għall-fażi finali, jew pereżempju, li xħin toħroġ mill-kamra titfi d-dawl.", "Jien nemmen li iktar ma naqbdu kmieni fuq l-għarfien biex ma jmissux ma' sustanzi illeċiti, aħna ċertament inkunu qed nagħmlu l-ikbar pass u l-ikbar investiment.", "Anke meta naraw x'qed jiġri bħalissa fuq kampanji edukattivi mat-tfal tagħna b'rabta ma' kampanji edukattivi oħrajn bħal, pereżempju, fuq riċiklaġġ, l-esperjenza turina wkoll li ħafna drabi xħin it-tfal jaraw lill-ġenitur se jwaddab karta fil-borża s-sewda, it-tfal stess jikkorreġuh.", "Allura nemmen li l-kampanja edukattiva b'rabta ma', fost oħrajn, il-kannabis, hija importanti ħafna qabel ma mmorru għall-fażijiet li jmiss, biex forsi nikkonsidraw sitwazzjoni fejn il-kannabis fl-adult tkun introdotta sistema ta' harm reduction approach.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Ninsab inkwetat ħafna fuq iż-żona griża ta' nies li jkunu għamlu l-appikazzjoni, diġà daħħluhom fid-dinja tax-xogħol, diġà qed jinserixxu ruħhom fis-soċjetà Maltija, u jista' jkun hemm lok għall-abbuż jew sfruttament tagħhom.", "Ma nafx jekk hux veru, għax għadu ma ġie ebda każ a konjizzjoni tiegħi preċiż bid-dettalji, però smajt lil min jgħid li kien hemm min ġie impjegat, imbagħad waqqfulu x-xogħol u sab lilu nnifsu f'pożizzjoni fejn ma kellux id-drittijiet tiegħu protetti.", "Qed inqajjem din il-ħaġa biex jekk huwa possibbli, fid-dipartiment partikolari, anke jekk f'dawn il-parametri ta' 12-il ġimgħa, u anke jekk ma jinżammux dawn il-parametri, iżommu dejjem f'moħħhom li l-persuna li qed tagħmel din l-applikazzjoni għall-permess tar-residenza qed jagħmilha bi skop tajjeb u huwa fl-interess tagħna bħala poplu biex inkunu nafu li dak il-persuna qiegħed hemm u nassiguraw li qed jiġi protett bil-liġijiet Maltin.", "Allura nitlob lis-Segretarju Parlamentari li tara, meta tmur lura fid-Dipartiment, kemm hemm applikazzjonijiet pendenti, u jekk huwiex possibbli li dawn jiġu f'pożizzjoni – mhux se ngħid ta' fast track – li neħilsu mit-talbiet kemm jista' jkun malajr.", "Huwa fl-interess ta' pajjiżna li kulħadd ikollu din il-karta ta' identifikazzjoni biex ma jkunx hemm il-possibbiltà ta' abbuż minn ħadd.", "Hemm min huwa tal-affari tiegħu, imma rridu naċċettaw li sfortunament hawn min mhux tal-affari tiegħu.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: B'mod ġenwin, mingħajr ma ninstema' li qed inkun konfrontali lejn l-Oppożizzjoni, nixtieq nipprova nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "L-ewwel tkellem fuq karta tal-identità, u għedtlu li l-karta tal-identità tingħata biss lil ċittadini Maltinm.", "Wara tkellem fuq permess ta' xogħol, imbagħad semma permess ta' residenza, imbagħad semma l-punt meta xi ħadd japplika għal permess ta' xogħol u jdum ma jinħariġlu, u issa qed isemmi sitwazzjoni kompletament differenti.", "Nixtieq li l-Onor.", "Interpellant ikun ċar iktar fil-mistoqsija tiegħu għax qed isemmi sitwazzjonijiet kompletament differenti!", "Qed jgħid, pereżempju, li xi ħadd ikun qiegħed fid-dinja tax-xogħol, f'daqqa waħda min iħaddmu jwaqqaflu ħesrem il-kuntratt tiegħu, imbagħad f'dak il-punt partikolari huwa qal li hemm sitwazzjonijiet fejn forsi ħaddiem jista' jiġi sfruttat.", "F'dak il-każ jidħol id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg li mhux taħt il-mekkaniżmu tiegħi.", "Mhux qed inwieġbu biex naħrab mill-mistoqsija, imma jekk il-mistoqsija waqfet sa dak il-punt, it-tweġiba tiegħi allura tieqaf ma' dan il-punt.", "Jekk hemm informazzjoni jew mistoqsija li hija differenti, allura nitolbu ġentilment jiċċara l-ħsieb tiegħu.", "Jekk qed jirreferi għall-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tweġiba tiegħi hija f'dak is-sens.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Lil dawn il-persuni toħorġilhom il-card.", "Qed nitlob lis-Segretarju Parlamentari tara ftit jekk lil dawn il-persuni r-residence card tagħhom hijiex qed toħroġ jew le bil-veloċità normali ta' Identity Malta.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Il-mistoqsija għal darb'oħra qed tkun differenti.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li l-Unjoni Ewropea torbtok b'kondizzjonijiet ta' numru ta' ġimgħat, aħna qed inżommu ma' inqas minn hekk, għal perjodu ta' tmien ġimgħat.", "Jekk b'xi mod hemm ċirkostanzi ta' xi ħadd li qabeż dan il-perjodu ta' tmien ġimgħat, nistieden lill-Onor.", "Interpellant biex mill-iktar fis jagħtina d-dettalji u nieħu passi.", "Però żgur li fl-aħħar xhur indirizzajna dawn is-sitwazzjonijiet.", "Sa dalgħodu stess ġejt informata li konna qed inżommu mat-tmien ġimgħat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: F'riforma li mexxiet is-Segretarju Parlamentari f'dan il-Parlament ftit tax-xhur ilu tajna l-vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Għaldaqstant, l-ewwel darba li se jkunu qed jivvotaw f'elezzjonijiet nazzjonali huwa f'Mejju li ġej għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Peress li din se tkun l-ewwel darba għal żgħażagħ ta' 16-il sena, se jkun hemm xi tip ta' inizjattivi mis-Segretarjat tagħha u mill-gvern sabiex dawn iż-żgħażagħ ikunu informati kif għandhom jużaw dak il-vot?", "Jien għandi kull fiduċja li ż-żgħażagħ pjuttost jiġu manipulati inqas faċilment minn xi ħadd adult għax iż-żgħażagħ jaħdmu b'moħħhom, iżda se jkun hemm xi tip ta' edukazzjoni?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Bilfors irridu nagħmlu kampanja f'dan is-sens, għaliex anke meta għamilna l-istakeholders meetings maż-żgħażagħ infushom, meta konna qed niddiskutu jekk għandniex nagħmlu din il-mixja flimkien bħala pajjiż, iż-żgħażagħ qalulna li jixtiequ li jagħmlu dan il-pass, imma hemm bżonn għarfien bażiku dwar x'inhuma, pereżempju, l-istrutturi fi ħdan l-Unjoni Ewropea u għal xiex se jkunu qed jivvotaw.", "Hemm punti differenti li aħna nistgħu nħarsu lejhom.", "Idealment immorru għal sitwazzjoni, kif diġà esprimejt pubblikament, li jkollna sistema edukattiva li tiddiskuti dan is-suġġett matul is-sena kollha, u mhux għax tkun ġejja xi kampanja elettorali.", "Fiċ-ċirkostanzi li d-deċiżjoni f'din il-Kamra ħadnieha u għandna elezzjoni ġejja minn hawn u seba' xhur oħra, allura nemmen li għandu jkun hemm kampanja li bl-ebda mod ma trid tkun indaħħla fi-mekkaniżmi politiċi tal-aħmar, blu u l-oranġjo, imma kampanja sinċiera tal-affarijiet bażiċi li jmorru id f'id ma' kampanja simili.", "Pereżempju, x'inhuma d-dmirijiet u d-drittijiet taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll tagħrif bażiku li għandu jkollhom studenti żgħażagħ ta' dik l-età, bħal kif tivvota u jekk tistax tagħmel salib u jekk tagħmel salib tħassarx il-vot.", "Niftakar li meta vvotajna l-ewwel darba ta' 18-il sena, fl-iskola ma kenux tawna dan l-għarfien.", "Nemmen li anke bl-għodda li għandna, bħall-midja soċjali u servizzi oħrajn li ż-żgħażagħ jippreferu, ċertament li din il-kampanja għandha tħalli kontinwità f'dak li se nkunu qed nagħmlu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Waqt id-diskors tal-estimi tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru s-Segretarju Parlamentari semmiet li fiż-żmien li ġej se jkun hemm green paper dwar il-parteċipazzjoni ta' iktar nisa fil-politika Maltija.", "Tista' tispjega iktar dwar dan?", "Kif se naraw li jkun hawn rappreżentanza li tkun iktar ekwa f'dan il-Parlament?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, waħda mill-wegħdiet elettorali li għamel il-Partit Labursta qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kienet li fil-Parlament Malti hemm bżonn li nikkoreġu l-iżbilanċ fir-rappreżentanza.", "Jien nieħu gost naħdem ma' kollegi rġiel, u bl-iktar mod onest irrid ngħid li nieħu gost iktar meta nkunu qegħdin niddibattu u niddiskutu, anke fuq kumitati li huma iċken minn din il-Kamra, fejn ikollok l-input tas-sess femminili wkoll.", "Jiena nemmen li fil-verità din il-Kamra mhux qed ikollha l-bilanċ proprju li tant għandna bżonn.", "U meta tara li l-mixja politika tal-mara, sebgħin sena ilu, l-ewwel darba li ngħatat id-dritt tal-vot, u tibda tara sena wara l-oħra, f'din il-Kamra kemm ġew nisa?", "Dejjem nieħu gost nara faċċata tiegħi lill-Onor.", "Claudette Buttigieg, mara oħra, li għandha familja wkoll.", "Ftit siġġijiet wara hemm l-Onor.", "Kristy Debono, ukoll b'tifla li għadha ferm iżgħar minn tiegħi.", "Fuq in-naħa tiegħi hawn tliet kollegi oħrajn, waħda minnhom b'żewġt itfal.", "Huma l-ħsebijiet ta' ħafna min-nisa li għadhom ma għamlux dan il-kuraġġ.", "X'kienu l-biżgħat tagħhom?", "Kif nistgħu aħna nserrħulhom rashom li you can do it?", "Fil-verità jkun hemm mumenti – ġieli nitkellmu aħna l-kollegi, kemm irġiel u kemm nisa – fejn tgħid li trid tara kif se tlaħħaq, imma fil-verità mhijiex impossibbli.", "Il-mekkaniżmi eżistenti rridu nħarsu lejhom, imma rridu nindirizzaw nuqqasijiet oħrajn li għandna.", "X'qed iżomm lil mara milli tagħmel il-pass fil-politika?", "Il-ħinijiet?", "Bdejna diġà ntejbu l-ħinijiet ta' xħin tiltaqa' din il-Kamra.", "Huwa biżżejjed?", "Nistgħu forsi ntejbu fuqhom?", "Dawn huma punti li għandna nkomplu ngħarblu meta toħroġ il-green paper, jekk Alla jrid, fi ftit tax-xhur oħra.", "Irrid infakkar lil din il-Kamra dwar l-impenn li għandna, anke quddiem il-Ġnus Maqgħuda, li fi żmien 12-il sena oħra jrid ikollna bilanċ fir-rappreżentanza f'din il-Kamra.", "Nemmen li b'diskussjoni serja mal-partiti politiċi kollha - din mhijiex xi ħaġa ta' Gvern, tal-Oppożizzjoni waħedha, imma flimkien - nistgħu niddiskutu dwar miżuri li setgħu ħadmu f'pajjiżi oħrajn, uħud minnhom forsi sempliċi, oħrajn li jitolbu ftit iktar sforz fuq livell ta' partit, u dwar kif nistgħu nżidu l-kandidati nisa fuq il-karta tal-vot, li mbagħad finalment jiġu eletti għaliex ikunu b'saħħithom biżżejjed biex jagħmlu l-argument tagħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: L-ewwel għamilt mistoqsija dwar il-prostituzzjoni.", "Dan l-aħħar, minbarra anke l-fatt ta' traffikar uman, is-Segretarju Parlamentari semmiet anke l-Exit Programme li bih naraw li prostituti li jkunu f'dan ix-xogħol ikollhom assistenza, anke mill-Istat, jekk ikunu jridu joħorġu minn dik il-ħajja u tingħatalhom l-għajnuna li hemm bżonn sabiex jibdew ħajja ġdida u differenti.", "Minn dak li qrajt fil-midja qed jissemma xi programm li huwa ma' Dar Hosea, li hija dar li taħdem b'mod esklużiv mal-prostituti.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tgħidilna iktar dwar dan il-programm u kif se jkun qed jaħdem?", "Ovvjament xi uħud ma jkunux iridu juru li kienu f'dik id-dinja, ma jkunux iridu juru li qegħdin ġo dik id-dar jew li kienu ġewwa dik id-dar.", "Tista' tgħidilna kif se tinżamm il-privatezza ta' dawn il-persuni?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Din hija waħda mir-riformi li nemmen li għandna nżommu l-kontroversji 'l bogħod minnha.", "Hija riforma li però se tgħaqqadna f'din il-Kamra.", "Wara li jkollna dan l-Exit Programme jaħdem, nħoss ġenwinament li se nkunu tajna messaġġ b'saħħtu bħala pajjiż, bħala nazzjon, li verament jimpurtana minn min huwa vittma!", "Il-manifest elettorali kien ċar ħafna, fis-sens li aħna rridu nintroduċu mekkaniżmi ta' kif lill-vittmi rridu nagħtuhom l-għajnuna.", "Jekk se nqisu bħala għajnuna fejn persuna li naqbduha titlajja fit-triq nitfgħuha l-ħabs, għalija dik mhijiex għajnuna!", "Qabel ma nersqu lejn l-argument, għandu jibqa' reat?", "Jekk le, x'mekkaniżmi rridu ndaħħlu?", "Dawn huma kollha diskussjonijiet li rridu nkomplu nagħmlu mal-istakeholders, inkluż mal-Oppożizzjoni, imma b'mod tanġibbli.", "Min qiegħed il-ħabs bħalissa, pereżempju, min għandu sentenza marbuta mat-tlajjar, imma hemm oħrajn li għad li mhumiex il-ħabs direttament fuq prostituzzjoni, imma fuq reati differenti, però mill-istorja tal-file tagħhom nafu li għal darba, tnejn, tlieta kellhom każijiet ta' tlajjar u ta' prostituzzjoni, ħassejna li b'mod tanġibbli fl-2019 nibdew bl-ewwel mekkaniżmu.", "F'taħdidiet li kellna mal-istakeholders u l-NGOs li jaħdmu ma' dawn il-persuni - u Dar Hosea hija l-unika dar f'Malta li tispeċjalizza proprju fuq hekk - ħareġ il-bżonn li mill-iktar fis possibbli nagħmlu programm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li jindirizza numru ta' nuqqasijiet li hemm bħalissa ta' kif, pereżempju, nistgħu nagħtuhom dik l-għodda importanti li xħin wieħed joħroġ mill-ħabs, fejn ħafna drabi jkollok priġunier b'ta' fuqu senduqu, la għandu dar, probabbli la għandu familja li lesta taċċettah lura fid-dar tagħha, u wisq inqas esperjenza f'xogħlijiet … Mhux se ngħid 'normali', għax x'inhu normali?", "Ejjew ngħidu li fil-kumplament tax-xogħlijiet li huma differenti mill-prostituzzjoni.", "Għaldaqstant naħseb li rridu nagħtuhom dak it-tagħrif bażiku ta' kif, pereżempju, tmur għal intervista.", "X'inhuma l-ħiliet.", "Nistgħu aħna nibdew minn mindu jkunu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin nesponuhom għal ħiliet differenti u setturi differenti li possibbilment jistgħu jaħdmu fihom, anke b'ċertifikati li jistgħu jingħataw u jkollhom xi ħaġa x'juru qabel ma jidħlu għad-dinja tax-xogħol?", "Naħseb li għamilna biċċa xogħol tajba ma' Dar Hosea li wasalna għal dan il-punt importanti.", "Bħalissa qegħdin niddiskutu l-kliem tal-memorandum of understanding, imma wkoll il-modules li huma importanti li jkunu inklużi.", "Ovvvjament, dan irid ikun diskuss fit-tieni fażi, għat-tieni darba, mad-direzzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, imbagħad minn hemmhekk nersqu għal mekkaniżmi differenti li rridu nkomplu niddiskutu dwarhom, bħal x'exit programmes nistgħu nżidu, kif se ngħinuhom isibu akkomodazzjoni soċjali u kif se jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 356 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar Nomina tal-Karigi;", "Tabella li turi kif ġew applikati l-fondi mill-kontribuzzjonijiet tal-Individual Investor Programme (IIP) sat-30 ta' Settembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7557;", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' vetturi rrapportati misruqa f'Malta u f'Għawdex u kemm minnhom instabu fil-perjodu bejn l-2015 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7046;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema li ġew impjegati fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6995; u", "U f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 355 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Drittijiet li jitħallsu fir-rigward ta' Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva; u", "Avviż Legali Nru 357 tal-2018 – Virtual Financial Assets Regulations, 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ispiża sat-2 ta' Novembru 2018 fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-Qorti fir-rigward tal-każ tal-qtil li seħħ fis-16 ta' Ottubru 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7632.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI", "TAL-KUMMERĊ", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura nru.", "181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sinjura President, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 37 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €34,875,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT XIV - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €2,780,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV - Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ - Kapital, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 37 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Sinjura President, dan huwa l-iktar ministeru importanti għal pajjiżna, huwa dak li fuqu kull politika nazzjonali oħra tiddependi, wieħed li ma tantx niddibattu, però, almenu llum, għandna darba fejn qegħdin niddiskutu l-politika barranija.", "Bħala Oppożizzjoni insistejna diversi drabi biex niddiskutu l-aspetti varji tiegħu.", "Hemm ħafna x'wieħed janalizza, li sfortunatament mhux jiġi analizzat biżżejjed, iktar u iktar għaliex ir-reputazzjoni internazzjonali tagħna hija vitali fl-avvjament li nħaddnu bħala poplu sħiħ.", "Irridu nkunu attenti, irridu nagħrfu dak li għaddej u niddiskutu l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu minn oħrajn u minna stess.", "Għandna avvjament li rridu nieħdu ħsieb għax l-unur tagħna jrid jiġi protett u l-valur tagħna jrid jiġi spjegat u jrid jiġi difiż tajjeb.", "L-interess nazzjonali jesiġi li dan isir u li jsir tajjeb, però bħala Oppożizzjoni qgħadna attenti, u kien għalhekk li tul dawn is-snin ħadna ħsieb li kemm jista' jkun ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil jew polemiċi pubbliċi bla sens fuq dan is-settur tal-Affarijiet Barranin, iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra li l-kwestjoni Unjoni Ewropea, li kienet qasmitna, hija llum sorpassata.", "Hawn qbil li l-politika barranija tagħna trid timxi fuq dawk il-binarji tal-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra huwa konvint – nittama – li postna huwa fl-Unjoni Ewropea u li għandna vantaġġi u mhux żvantaġġi x'nieħdu.", "Għalhekk għandna nżommu linja komuni bejn Gvern u Oppożizzjoni, u nibnu fuqha.", "Nemmnu li aħna mill-Oppożizzjoni kapaċi nagħtu l-kontribut tagħna lejn l-analiżi, lejn it-tfassil, lejn il-mod ta' kif il-politika barranija ta' pajjiżna ssir aqwa milli hi.", "Nemmnu, però, li l-Gvern għandu jikkonsultana ferm iktar, għax għalkemm dan fih innifsu huwa tajjeb, ma jfissirx lanqas fuq in-naħa l-oħra li aħna bħala Oppożizzjoni m'għandniex l-ilmenti u l-pożizzjonijiet differenti tagħna, speċjalment fuq dak li jirrigwarda l-impenn, l-attenzjoni, il-prijoritajiet u d-direzzjoni fil-politika barranija, u llum f'dan il-Ministeru fejn għandna nħarsu biex nissodaw il-kummerċ tagħna.", "L-Oppożizzjoni, flimkien ma' ħafna setturi oħrajn, għandha sehem determinanti hi wkoll biex isiru u jiġu fformati l-opinjonijiet dwar il-linji li għandna nieħdu.", "F'pajjiż żgħir bħal tagħna rridu nifhmu li għandna bżonn iktar għaqda biex f'dan is-settur b'mod partikolari, il-profil tagħna jogħla fiċ-ċirkostanzi partikolari li qegħdin fihom illum.", "Għalhekk, għalina din hija verament parti essenzjali mid-demokrazija tagħna li għandna affermata f'din il-Kostituzzjoni, din il-konswetudni kostituzzjonali f'dan il-Parlament, li biha huwa d-dmir tagħna li bħala Oppożizzjoni nesprimu n-nuqqas ta' fiduċja fil-Gvern tal-ġurnata, mhux fil-Ministru personalment.", "Dan billi nressqu din il-mozzjoni tradizzjonali li għadni kif qrajt, li permezz tagħha nnaqqsu l-paga tal-ministru bi fti ewro.", "Aħna qegħdin inressqu għall-konsiderazzjoni tal-poplu dak li jidhrilna li għandu jsir, u f'mumenti x'kellu jsir, mill-Gvern tal-ġurnata.", "Din hija kritika li nagħmlu b'attenzjoni u dejjem bil-viżjoni quddiemna li l-politika barranija tagħna, kritika li trid kemm jista' jkun ikollha dejjem is-saħħa taż-żewġ naħat tal-Kamra fiha.", "Sinjura President, f'dinja Mediterranja u internazzjonali, verament mimlija komplikazzjonijiet u inċertezzi, wieħed kien jippretendi li diskors programmatiku tal-Gvern kellu jsemmi lil dan il-Ministeru importanti.", "L-ewwel nett, kellu jsemmih għax huwa strateġikament importanti li niddiskutu fejn sejrin u x'se nipprovaw nilħqu għal pajjiżna tul din is-sena li ġejja permezz ta' dan il-Ministeru.", "It-tieni, għax f'din il-leġiżlatura nbidel il-portafoll tiegħu u issa għandna wkoll il-promozzjoni tal-kummerċ.", "It-tielet, għax jidhrilna li diskors tal-baġit tal-livell li aħna nħossu li għandu jkollu, irid jinvolvi u jinkludi strateġija għaqlija u intelliġenti ta' dak li se jsir, mhux minn ministeru wieħed waħdu, imma mill-gvern kollu.", "Huwa verament nuqqas gravi u għalina tal-mistħija li naraw li din il-linja politika ma tiġix inkluża, imma injorata u abbandunata fid-diskors tal-Ministru għall-Finanzi.", "Proprju f'dan, iktar u iktar l-Oppożizzjoni taf u temmen li tul dawn l-aħħar xhur id-diskussjoni dwar politika barranija tagħna fil-Parlament kienet mill-inqas nett, sempliċement dak li huwa essenzjali u xejn aktar.", "Hawnhekk fil-Kamra ma tantx kellna l-okkażjoni, u lanqas fil-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej fejn iddiskutejna darbtejn fuq Brexit u darba fuq il-Libja.", "Dawn huma qtar żgħar ħafna għal dak li suġġett bħal dan jimmerita, u ċertament hemm bżonn jiġi diskuss.", "Għalhekk, min-naħa tal-Oppożizzjoni rridu ngħidu li għalkemm dawn il-laqgħat kienu bidu, dawn is-suġġetti jimmeritaw ferm aktar u hemm ħafna iktar li jixraqlu li jiġi diskuss fil-fond.", "Bil-kuntrarju tal-loġika, tkellimna fuq il-politika barranija indirettament fil-Kumitat dwar Ħatriet Pubbliċi, fejn il-Kumitat jiltaqa' ma' kandidati li l-Ministru jkun għażel għall-kariga ta' ambaxxaturi ġodda, u fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi, meta riċentement approvajna l-Att Nru XXI ta' din is-sena, imsejjaħ \"Att li jemenda l-Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess Nazzjonali\", fejn rajna fit-tul ħidmet l-hekk imsejjaħ Sanctions Monitoring Board.", "Hemmhekk kellna dibattitu interessanti u l-Ministru ħa wkoll - mertu tiegħu - numru ta' suġġerimenti u emendi li ressqet l-Oppożizzjoni.", "Però bħala Oppożizzjoni aħna nemmnu li l-politika barranija tagħna għandha tingħata pubbliċità u għandna nieħdu ħsieb nispjegaw għala u kif qegħdin nieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "Dwar dan l-Oppożizzjoni kienet u se tibqa' mill-iktar determinata; bi prudenza nazzjonali, imma determinata li nassiguraw li nibqgħu nesiġu b'attenzjoni li niddiskutu ċerti suġġetti.", "M'għandux ikun hemm iktar attitudni - u hawnhekk nitlob lill-Ministru ma jifhimnix ħażin – ta' ostilità biex wieħed jiddiskuti ċerti problemi.", "Dan jagħmel ġid lill-Ministeru tiegħu u jagħmel ġid lil din in-naħa tal-Kamra li niddiskutu ċerti suġġetti ta' politika barranija li qegħdin jiżviluppaw b'ritmu ta' żiemel tal-galopp.", "Ma jistax ikun li barra minn din il-Kamra jkun hemm min jaħseb li m'aħniex ippreparati jew li ma nafux x'inhu jiġri, jew inkella nidhru biss f'xi ġurnata meta l-mezzi tal-komunikazzjoni joħolmu bil-Ministru u bija u jistednuna għal xi programm fejn ikollna ċans nitkellmu.", "Kif diġà għedt, stranament irid jingħad li l-iktar kumitat li qed jikkonsidra u jiddiskuti l-politika barranija huwa l-Kumitat dwar Ħatriet Pubbliċi li twaqqaf riċentement.", "Ippermettili nfakkar li wara kampanja sħiħa min-naħa tal-Oppożizzjoni, wara numru ta' diskorsi u artikli, il-Gvern ġustament ċeda u fl-aħħar din il-liġi ġiet fis-seħħ u ntlaħaq kompromess, bir-riżultat li dan il-Kumitat qed jiffunzjona.", "Hemm ċertament il-fatt li l-Oppożizzjoni insistiet ħafna li ambaxxaturi ġodda li ġejjin minn barra mis-servizz jiġu għal skrutinju, u din il-ħaġa għamlet u qiegħda tagħmel il-ġid.", "Mhux se noqgħod nirrepeti dak li għedna f'diskorsi oħrajn tal-baġit, però ċertament li l-Ministru huwa konxju kemm aħna naraw li ambaxxatur għandu jkun kapaċi u ambaxxatur tal-karriera.", "Aħna ħassejna li għandu jassigura dawn it-tliet punti.", "L-ewwel nett, il-kwalità u l-mertu, it-tieni, il-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra u, it-tielet, li jkun hemm pjan ta' ħidma, li jkun marbut li l-kandidat iwettaq jekk jieħu l-kariga.", "Il-Korp Diplomatiku jitlob minna iktar saħħa u li ma jitlifx mis-sustanza li għandu jħaddan.", "Allaħares qatt jiġi dak il-mument meta gvern minflok iżid fis-sustanza tal-Korp Diplomatiku, inaqqasha!", "Illum nafu li diversi persuni dehru quddiem il-Kumitat u kważi kollha ngħataw vot unanimu mill-membri.", "Irrid ngħid b'mod ċar li huwa żball li l-Gvern jiġi b'nomini assolutament inaċċettabbli għalina u jipprova jgħaddihom għax għandu l-maġġoranza.", "Ikun żball jekk il-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi jiġi f'din is-sitwazzjoni!", "Ċertament li l-Membri tal-Gvern jirrapportaw lill-Ministru kemm aħna nkunu attenti u prudenti fil-mistoqsijiet tagħna, però rridu nesiġu dejjem li l-kandidati jkunu ta' livell għoli.", "Dan huwa settur li fih irridu naraw konverġenza fuq kull nomina.", "Jekk ma narawx dan, allura mbagħad, kontra qalbna – u tafu li hekk hu - nagħmlu dmirna u nivvotaw kontra.", "Għalhekk huwa tajjeb li jsir dan l-iskrutinju u huwa tajjeb li żidna l-livell u l-mod li bih isir, ukoll mertu taċ-Chairman, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, li ħa diversi suġġerimenti li l-Oppożizzjoni għamlet dwar x'għandu jipprepara kandidat u kif għandu jiġi ppreparat għall-affarijiet.", "Hemm bżonn li pajjiżna ma jkollux il-kritika ta' xi istituzzjoni oħra li tgħidlu li l-Kumitat li qed jagħmel dan l-iskrutinju ma jafx jagħmel skrutinju.", "Però wieħed irid jgħid li dan il-proċess jista' jsir ferm u ferm aħjar u jsir b'iktar kollaborazzjoni u qbil minn qabel dwar fejn u min jiġi identifikat biex iservi.", "Il-Ministru jifhimni; qed nirreferi għal min jiġi identifikat biex iservi u l-post fejn ikun qed jiġi propost li jservi.", "Aħna nilqgħu lil min daħal iservi f'dawn il-pożizzjonijiet.", "Sinjura President, qegħdin naraw żieda fl-ambaxxaturi.", "Il-Ministru bagħtilna xita ta' ismijiet ta' ambaxxaturi ġodda għal diversi rkejjen tad-dinja, li hu tajjeb.", "Din il-ġimgħa rċevejt, jekk m'iniex sejjer żball, erba' nomini oħrajn.", "Però l-Oppożizzjoni tistaqsi lill-Ministru kemm minn dawn il-persuni li aħna għaddejna mill-manglu tal-iskrutinju … Għax irrid infakkar li l-iskrutinju l-ewwel isir bil-miktub, imbagħad isir verbali u nagħmlu numru ta' mistoqsijiet, li l-kandidati ħafna drabi jwieġbu tajjeb u fid-dettall, imbagħad nerġgħu fuq dawk il-mistoqsijiet nistaqsuhom affarijiet oħrajn.", "Allura nistaqsi lill-Ministru: Kemm minn dawk li approvajna llum ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom?", "Kemm minn dawk li approvajna b'attenzjoni bdew il-ħidma tagħhom bħala ambaxxaturi?", "Mill-informazzjoni li għandna, jista' jkun li ma tantx hemm li bdew.", "Nistaqsu u nittamaw li l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq dan fir-replika tiegħu.", "Waqt li qed niddiskutu fuq l-ambaxxaturi ġodda li daħlu - din is-sistema ġdida li l-Ministru ma jistax ilumna li nieħdu kredtu għaliha - irrid nieqaf u nirrikonoxxi ħaġa importanti, għax naħseb li proprju hawn irridu nieħdu l-okkażjoni biex insellmu lid-diversi ambaxxaturi li servew lil pajjiżna fit-tul b'dedikazzjoni kontinwa u li ġew nieqsa tul din is-sena.", "Qed nirreferi għas-Sur Alfred Zarb, is-Sur Victor Gauci, is-Sur Charles Vella, Dr Joseph Cassar u ftit jiem ilu Dr George Cassar.", "Nittama li ma nsejt lil ħadd barra.", "Dawn ħaqqhom li mhux biss noħorġu l-istqarrijiet tradizzjonali li l-Gvern u l-Oppożizzjoni joħorġu, u forsi xi ħadd minna jikteb xi artiklu dwarhom, imma li niddedikaw ftit ħin fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex infaħħruhom u niftakru fix-xogħol varju li huma servew fih.", "Dawn il-persuni li semmejt b'mod partikolari kienu repożitorji ta' esperjenzi u mingħandhom kont tifhem aħjar dak li kellna, dak li bnejna u kif għandna nimxu fuqu.", "Għandna lkoll nirrikonoxxu li l-politika barranija tagħna jista' jaħsibha l-Ministru, nistgħu niddiskutuha bejnietna, però fir-realtà ta' kuljum huma l-ambaxxaturi li jridu jwettquha.", "U fuq dawk l-abbiltajiet u kwalitajiet l-ambaxxatur iservi lill-pajjiż u jrendi lill-pajjiż.", "Fuq dan inkompli nfakkar għal darba oħra lil din il-Kamra li kif pajjiżna akkwista l-indipendenza, waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern Nazzjonalista kienet dik li jwaqqaf korp diplomatiku u fil-fatt kien irnexxielu jattira diversi persuni li taw servizz leali lil dawn il-gżejjer.", "Uħud minn dawn in-nies li ġew nieqsa huma nies li jew kienu hemm jew b'xi mod ħadu l-portafoll minn dan l-ewwel grupp fil-Korp Diplomatiku, persuni li llum il-ġurnata ħafna drabi ssib li sarrfu ħidmiethom fi trattati u ftehimiet ta' kollaborazzjoni ma' pajjiżi li għadhom sodi u jaħdmu sal-ġurnata tal-lum.", "Lill-Ministru nagħmillu mistoqsijiet parlamentari fuq trattati ma' pajjiżi oħrajn u jirriżulta li l-ewwel trattati saru proprju f'dak il-perjodu.", "F'dawn is-snin fakkarna u għadna qegħdin fil-proċess li ħafna drabi niċċelebraw il-50 sena anniversarju ma' pajjiżi varji minn meta waqqafna r-rapporti diplomatiċi magħhom.", "Ħamsin sena ta' ħidma mid-diplomatiku!", "Però dak li qegħdin niċċelebraw bħalissa f'dan il-Baġit, dan il-Gvern ittraskura u injora kompletament, imma l-Oppożizzjoni trid tiddikjara li tagħraf li huwa vitali u l-ħidma tiegħu tibqa' għaż-żmien ta' wara.", "Irrid ngħid li sfortuntament tul is-snin sebgħin u tmenin dan ġie kompletament żarmat u fl-1987 il-Partit Nazzjonalista, li kellu dejjem viżjoni ċara, reġa' bnieh mill-ġdid.", "Irrid infakkrek li ħidmitna kienet indirizzata l-ewwel biex ikun hemm kontinwità meta tinbidel amministrazzjoni u, it-tieni, sabiex tibqa' tħajjar nies li jagħżlu din il-linja għax jafu li hemm stabbiltà fil-post tax-xogħol u li l-isforzi tagħhom se jiġu rikonoxxuti.", "Proprju fuq dan irrid ngħid li mill-Oppożizzjoni esprimejna t-tħassib u d-dubju tagħna fuq l-għażliet politiċi u l-metodi li bih ambaxxaturi tal-karriera ġew mċaqilqa minn post għall-ieħor fil-leġiżlatura l-oħra.", "Fl-opinjoni tagħna, dan ma kienx fl-interess ta' pajjiżna, imma kien biss fl-interess politiku, mhux skont l-esiġenzi tas-servizz, imma tal-Partit fil-Gvern.", "Dawn l-għażliet issa qegħdin jinbidlu biċċa biċċa u diversi qegħdin jispiċċaw u jiċċaqilqu.", "Mill-Oppożizzjoni ngħidu li għandu jkun hemm iktar sens komun u iktar għarfien li dawn mhux ħatriet ta' konsulenti, imma persuni li għandhom bżonn esperjenza, kapaċità u responsabbiltà sabiex mhux biss jirrappreżentawna, imma jidħlu f'parti u sehem attiv fil-politika barranija tagħna.", "Nittamaw li naraw iktar raġuni u li l-Ministru jibda jikkonsultana wkoll fuq it-tibdiliet minn ambaxxata għall-oħra, li tagħmel differenza kbira.", "Kif taf, Sinjura President, għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari fuq ħidmet l-ambaxxati tagħna.", "Apparti l-fatt ħelu li kważi f'kull tweġiba s-sentenza inizjali hija li l-ħidma fl-ambaxxata hija bla waqfien, il-livell ivarja.", "Fil-każ ta' uħud se nfaħħar biss: il-livell hu għoli ħafna, bħal dak li qegħdin naraw f'Ruma jew Beijing, biex insemmi tnejn.", "F'oħrajn, però, hemm bżonn iktar imbottar u direzzjoni.", "Mhu se nsemmi lil ħadd għax aħna ma rridux noskuraw ebda ambaxxata tagħna, imma rrid niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li għandu jieħu ħsieb li fir-rapporti li jingħataw mill-Ambaxxati jkun hemm iktar direzzjoni.", "Nittama li l-Ministru ħa nota għax hemm bżonn strateġija simili bħal dik li kien iddikjara l-Ministru, li jista' jkun li jwaqqaf dik l-istruttura li tkun responsabbli għall-proprjetà tal-Gvern Malti barra l-pajjiż, li tinkludi ambaxxati, konsolati, residenzi u ambaxxaturi.", "U l-Ministru kien qiegħed jipproponi li jagħmel dan biex jirregola l-kondizzjoni fiżika tal-manutenzjoni tal-postijiet imsemmija, kif ukoll li jsir użu aħjar mill-ispazju li jkun qiegħed isir investiment fih.", "Però aħna naħsbu li għandu jkun hemm struttura mwaqqfa, anke li permezz tagħha d-diversi ambaxxati jkunu aktar, mhux kontrollati, imma iktar motivati u b'direzzjoni iktar ċara, speċjalment meta jkollok nies li qed jiltaqgħu l-ewwel darba mas-servizz ta' pajjiżna barra minn Malta.", "Hemm bżonn linja u miri ċari, speċjalment fis-settur tal-kummerċ internazzjonali li għadu ma qabadx biżżejjed, iktar u iktar meta nafu li hemm rapport li kien imfassal tajjeb mill-Prof.", "Stephen Calleja li jmexxi b'tant ġid diplomatiku l-MEDAC, dak li kien imsejjaħ l-Board of Review of Malta's Representatives Overseas, li jidher li waqaf.", "L-Oppożizzjoni tistaqsi: X'sar minnu dan ir-rapport?", "Kemm minnu ġie implimentat?", "Hemm xi task force għalih?", "Jew ġie abbandunat f'xi file tal-gvern għax ma jistax jiġi implimentat?", "Forsi wasal iż-żmien li nerġgħu nikkummissjonaw rapport ġdid.", "Qed ngħid dan għaliex nagħrfu li għandna diffikultajiet varji fl-ambaxxati tagħna biex inlaħħqu ma' dan is-settur kruċjali, ambaxxati li huma, kif diġà għedt, importanti u li jridu jiġu sostnuti sew.", "F'dan però huwa tajjeb li jkun hemm iktar koperazzjoni u diskussjoni parlamentari dwar fejn il-gvern irid jiftaħ ambaxxati ġodda.", "Għandhom dritt li jiddeċiedu waħedhom, imma kemm ikun ferm aħjar kieku niddibattu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li rridu nakkwistaw mingħand ambaxxati ġodda?!", "M'għandniex niġu fir-redikolaġni li għax jinbidel gvern tingħalaq jew tinfetaħ ambaxxata oħra.", "Naħseb li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin hemm bżonn jibda jara li l-ambaxxaturi li qed iservu jidhru quddiemu sabiex jirrapportaw fuq dak li jwettqu u fl-istess ħin iwelldu ideat ġodda u naraw il-valur u l-pożizzjoni strateġika ta' għaliex għandu jkollna ambaxxata f'post jew f'post ieħor.", "F'dan naraw pożittivament li ser issir Kummissjoni Għolja fil-Ghana.", "Jekk fhimna tajjeb - nisperaw li ma kienx diskors fl-arja - ser issir ambaxxata l-Ġappun.", "Jekk dan huwa minnu, aħna naqblu.", "Imma nistaqsu: X'sar minnu l-pjan ta' ambaxxati oħrajn, fosthom dik ta' Sao Paolo fil-Brażil?", "Forsi jkun aħjar jekk nagħmlu strateġija vera ta' fejn qed nonfqu u fejn għandna nkunu.", "Fir-rigward tal-konsli rrid ngħid li hawn għandu jkollna iktar sinerġija mill-konsli li għandna u ma' dawk il-konsli li hawn f'pajjiżna.", "Mill-esperjenza tiegħi naf li ħafna huma ppreparati li jimxu 'l quddiem, li jgħinu sabiex jiżviluppaw aħjar ir-rapporti bejn l-istati.", "Ħafna għandhom esperjenza varja li jġibu għalina, li xi drabi nqabbilhom ma' dawk is-senaturi li Ruma l-antika kellha.", "Naħseb u nappella sabiex dak li kien sar sentejn ilu, meta ġibna l-ambaxxaturi u l-konsli f'daqqa, ikompli jsir.", "Hemm bżonn napprezzaw iktar ħidmiethom u nikkordinaw iktar.", "Irrid infakkar lil min qiegħed jismagħna kemm isir xogħol ta' assistenza liċ-ċittadini tagħna f'sitwazzjonijiet differenti li jsibu ruħhom fihom, fosthom dawk mediċi, imwiet, telfien ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, u sfortunament anke persuni arrestati jew miżmuma.", "Hawnhekk irrid infaħħar il-pożizzjoni pożittiva li kien hemm bit-tkomplija tal-ħidma magħrufa bħala Consuls-on-the-Move.", "Din hija miżura tajba u għandha tiġi ssodata; anzi hemm bżonn li iktar konsli jkunu armati għaliha.", "S'issa topera fl-Awstralja, f'Detroit u f'California fl-Istati Uniti tal-Amerika - ma nafx jekk hux anke f'Phoenix Arizona - fil-Kanada u fir-Renju Unit.", "Kull sena s'issa rajna avvanzi u nittamaw li nibqgħu naraw avvanzi.", "Prosit minn qalbna lill-konsli ta' pajjiżna.", "Se nitkellem ftit dwar TradeMalta.", "Tul din is-sena pajjiżna ra lill-Ministru attiv ħafna f'pajjiżi varji u aħna nieħdu pjaċir b'dan.", "Nagħrfu d-diffikultajiet u l-kumplikazzjonijiet li wieħed jgħaddi minnhom, imma jridu jsiru vjaġġi u laqgħat bħal fl-Indja, il-Ġappun u l-Ghana.", "Dawn huma tajbin u l-Oppożizzjoni ċertament issostnihom, però anke hawn hemm bżonn strateġija ċara ta' xi rridu u għal xiex nistgħu naslu verament.", "Kif qegħdin fuq is-suġġett, irrid ngħid li l-Oppożizzjoni tapprezza u ssostni l-ħidma tal-Gvern li jkompli fil-linja li konna qbadna aħna, jiġifieri li jkollna rapport dejjem aħjaq mat-Tuneżija, li miexja sabiex issir iktar demokratika, l-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu.", "Huwa essenzjali li nikkonċentraw iktar u nissodaw iktar ir-rabtiet tagħna, biss għandna bżonn strateġija aqwa u iktar ċara fuq dak li rridu naslu għalih.", "Ċertament nagħrfu kemm hija importanti l-promozzjoni tal-kummerċ.", "Għalkemm ikun hemm mumenti met nibda nistaqsi fejn hija TradeMalta, nemmen li għandha sehem determinanti xi twettaq.", "Huwa tajjeb li jsiru missjonijiet varji bħal fl-Alġerija, il-Ġappun, il-Kroazja, il-Bulgarija, l-Etjopja u l-Portugall … Illum nistaqsu: Fejn ser immorru sal-aħħar ta' din is-sena u fis-sena li ġejja?", "Għax ċerti drabi jkollna dubju jekk dawn il-missjonijiet humiex kordinati minn TradeMalta jew inkella humiex xprunati miż-żjarat Presidenzjali.", "Hemm bżonn ta' viżjoni ċara ta' dak li se nagħmlu.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni tgħid li rridu nieħdu stocktake ta' dak li wettaqna, għax aħna noqogħdu pass lura meta naqraw tweġibijiet parlamentari pożittivissimi, forsi żżejjed.", "Dan bħal, pereżempju, dak li kellna fuq il-viżta tal-Ghana, u hemmhekk insibu diskors bħal li TradeMalta fil-Ghana għamlet survey online mad-delegati Maltin, fejn aktar minn nofs irrispondew li kienu diġà qegħdin jippjanaw biex jużaw u jżuru l-Ghana, TradeMalta rċeviet numru ta' komunikazzjonijiet minn kumpaniji fil-Ghana biex jaraw fejn jistgħu jkabbru l-kummerċ tagħhom ma' intrapriżi Maltin, u TradeMalta qed taħdem biex issarraf dawn it-talbiet f'opportunitajiet għall-kummerċ.", "Jiena nħoss li hemm bżonn li naraw ir-riżultati, jew almenu l-proċess lejn ir-riżultati.", "Imma kif nafu, – u din hija l-kritika li niffaċċjaw bħala Gvern u bħala Oppożizzjoni – il-poplu huwa xettiku.", "Hemm barra l-poplu ma jkunx dejjem konvint, u hawn hemm bżonn ferm iktar riżultati konkreti.", "Nittamaw li nimxu 'l quddiem.", "TradeMalta trid tagħraf iktar sehemha fl-istrateġija nazzjonali tagħna.", "Biss, ladarba qed nitkellmu fuq dan is-settur, nixtieq u nittama li l-Ministru jkollu l-opportunità fir-replika tiegħu li jinforma lill-Kamra u jwieġeb fuq żewġ punti partikolari.", "L-ewwel nett, x'qiegħed jiġri bl-istructural funds li TradeMalta għandha allokati għaliha.", "Kif qed jintnefqu?", "Qegħdin jintnefqu?", "It-tieni, x'qiegħed jiġri mill-Joint Stakeholders Working Council?", "X'pożizzjoni qed naraw u x'passi qed jiġu milħuqa?", "Imma indipendentement minn dan, l-Oppożizzjoni hija inkwetata ħafna dwar il-pożizzjoni mal-pajjiż ġar u alleat tradizzjonali tagħna, l-Italja.", "Sewwa għamel il-Ministru li ħa ħsieb li jiltaqa' mill-ewwel mal-kontroparti ġdid tiegħu l-Ministru Enzo Moavero Milanesi u jipprova jibni fuq rapport tajjeb li kellna mal-Ministru eċċellenti preċedenti Angelino Alfano.", "Imma, kif qed naraw, kollox waqaf hemm, m'aħna naraw ebda ħeġġa daparti tal-bqija tal-Gvern.", "U fuq dan l-Oppożizzjoni hija inkwetata u dan għax rajna diversi artikoli u editorjali, fosthom editorjal fuq il-ġurnal The Sunday Times tad-9 ta' Settembru, bit-titolu \"Italy relations at crossroads\".", "Dan minħabba l-fatt li għadha ma saritx laqgħa uffiċjali bejn il-Gvern ġdid Taljan u dak Malti.", "L-editorjal jgħid hekk:", "Għal dan ma smajna assolutament xejn.", "Il-Gvern għandu ħabta jagħlaq għajnejh u widnejh u jħalli kollox għaddej!", "Aħna nifhmu l-pożizzjoni u l-komplikazzjonijiet, però huwa żball li ma jsirux l-isforzi biex niltaqgħu u nżommu r-relazzjoni taż-żewġ pajjiżi tajba ħafna.", "Fil-passat kellna konflitti, imma qatt ma ġejna f'din il-pożizzjoni ta' impass, li fil-politika Mediterranja tagħna tixħetna lura.", "L-esperjenza turi li meta l-pajjiżi tal-Mediterran ma jkunux magħquda, aħna mmorru lura, ma nsostnux lil xulxin u nitilfu kollha kemm aħna.", "Dan l-inkwiet jikber aktar għalina li nħarsu mill-bank tal-Oppożizzjoni għax qed naraw lil pajjiżna jinqata' minn pożizzjonijiet oħrajn.", "Ċertament qed immorru lura fir-relazzjonijiet mal-pajjiż l-ieħor ġar tagħna, il-Libja, li aħna meta konna fil-gvern ħdimna tant għalihom.", "Lill-ambaxxaturi varji, bħal dawk li fakkart fil-bidu tad-diskors tiegħi, li kienu huma xprun ta' ħafna passi tajba.", "Aħna nifhmu li hemm komplikazzjonijiet kbar.", "Altru kif il-pajjiżi l-oħra jħarsu lejn il-pożizzjoni u altru kif iħares lejha l-poplu Libjan.", "Nifhmu li hemm bżonn aktar paċi, stabbiltà, koeżistenza bejn il-poteri, partiti u bnedmin importanti, biss hemm bżonn aktar u ferm aktar rikonoxximent u għarfien tar-realtà li nbniet.", "Hemm bżonn aktar sistemi u għajnuna sabiex dak li jridu l-Libjani, li huwa ferm aktar minn dak li trid il-komunità internazzjonali, iseħħ.", "Hawn nistgħu ngħinu sabiex nagħrfu u nassistu lejn pożizzjoni komuni.", "Dak li seħħ bl-inizjattiva Franċiża u bil-viżjoni Ewropea, li elezzjoni ġenerali se tbiddel dak li għedna llum, għandna nikkonsidrawh mill-ġdid.", "Il-viżjoni Ewropea, li d-demokrazija se ġġib l-għaqda nazzjonali, li se jkun hemm armata waħda u li mhux se jkun hemm konflitti, naħseb li trid tiġi eżaminata mill-ġdid.", "Hemm strutturi li bnew bilanċi interni, fejn persuni qed jiddominaw, wieħed irid jimxi magħhom b'attenzjoni kbira.", "Kif qrajt dan l-aħħar:", "Irridu nifhmu li d-demokrazija tfisser ukoll telf ta' poter ta' dawk li de facto għandhom illum.", "L-istess artikolu jkompli jgħid hekk:", "Hemm interessi varji ta' stati oħrajn ukoll fil-qasma bejn linji aktar sekulari u dawk aktar Iżlamiċi, kif ukoll dawk marbuta mal-fondi varji li kellu r-reġim ta' Muammar Gaddafi li huma miżmuma ffriżati.", "Dan iwassalni għal-Libyan Investment Authority u l-produzzjoni u bejgħ taż-żejt.", "Dak li għaddej għandu l-komplikazzjonijiet tiegħu, imma rridu nirrikonoxxu li pajjiżna qiegħed jinqata' minn dik ir-realtà.", "M'għadniex daqshekk viċin tagħhom.", "M'għadniex daqshekk interlokuturi bħalma konna.", "Qed ngħid dan għax kellna numru ta' indikaturi - mill-bank tal-Oppożizzjoni dejjem - li minħabba fihom aħna preokkupati.", "L-ewwel nett, l-Amabaxxatur futur ta' pajjiżna, li ġie approvat fil-Kumitat ta' Skrutinju, qalilna ċar u tond li diversi Libjani llum iħossu li aħna qed nabbandunawhom.", "Din hija ferita għal diversi persuni li ħadmu sabiex ikun hemm il-ġid għaż-żewġ naħat.", "Dan l-editorjal jitkellem dwar il-ħafna negozjanti Maltin li joperaw fil-Libja li gergru pubblikament dwar kemm mhumiex jiġu mħallsa u kemm jidher li mhux qed isibu appoġġ.", "L-Oppożizzjoni ġustament tistaqsi x'qed jiġri.", "X'qed tagħmel TradeMalta biex dan jiġi riżolt?", "X'qed isir mill-Ministeru fuq dan?", "S'issa rajna Gvern sieket u qiegħed fi skiet verament perfett!", "It-tielet raġuni ta' inkwiet għall-Oppożizzjoni, u din forsi għalija hija l-aktar gravi, hija li aħna nifhmu li l-Ministru joħroġ stqarrija dwar il-konferenza li se ssir f'Palermo fit-12 u 13 ta' Novembru u jgħid li se jappoġġjaha.", "Huwa tajjeb u naqblu.", "Anke aħna nappoġġjawha, biss meta wieħed jikkonsidra li dawn huma ġirien importanti għalina, kont nippreferi u nippretendi ferm aktar.", "Pajjiżna għandu jkun ferm aktar attiv u parteċipi.", "Għandna nkunu nafu aktar dak li se jiġri.", "L-aġenda li hemm bżonn li jkun hemm hija biex nagħtu sehem biex ngħinu lill-partijiet jaslu fejn iridu huma, aktar u aktar meta l-Gvern Taljan tkellem u għadu qed jitkellem mal-interlokuturi kollha, fosthom bi prominenza, mal-Ġeneral Khalifa Haftar, li nafu li kien anti-Reġim ta' Gaddafi u li daħal lura fil-pajjiż fl-2011.", "Qed ngħidu li napprezzaw din il-ħidma, bħalma napprezzaw dik tal-mibgħut tal-Ġnus Magħquda, Ghassan Salam, imma rridu nagħtu sehem dirett u mhux inħallu f'idejn ħaddieħor.", "Il-Libja jibqa' għalina lkoll pajjiż importanti u potenzjalment sinjur, li għandu rabtiet soċjo-ekonomiċi qawwija magħna.", "Għalhekk aħna wkoll irridu nibqgħu għad-dispożizzjoni tal-partijiet u nieħdu sehem.", "Il-paċi u l-istabilità rridu nagħrfu li nistgħu nassistu verament fihom billi ngħinu biex ikun hemm aktar negozju u tisħiħ tal-ekonomija.", "Minn dan il-proċess, aħna fl-Oppożizzjoni qed naraw li dan il-Gvern huwa maqtugħ.", "Għalina din hija pożizzjoni gravi ħafna għax għandna nindunaw li s-sehem tagħna jrid isir.", "Dan il-poplu huwa grat lejna u huwa viċin tagħna u għandna nagħmlu l-isforzi kollha għalih.", "Kif qegħdin fuq dan is-suġġett irrid insemmi wkoll il-każ li tqajjem u għadu indirettament jiddomina l-ġurnali lokali.", "Il-Ħadd li għadda stess, il-ġurnal The Malta Independent tkellem fuq dan u ppubblika artiklu bit-titlu \"Dirty Oil: Italians make another arrest; seize €55 million in assets\".", "Irrid infakkar li l-ġurnal Taljan Il Sole 24 Ore kien tkellem dwar il-kwestjoni taż-żejt, fejn pajjiżna, u magħhom l-operat tal-Ministeru, daħlu fin-nofs.", "Kienet saret inkjesta interna, u huwa sewwa li saret u dwarha jien kont għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari, imma minn liema tweġibiet din l-inkjesta, għalkemm tiddikjara li ma kienx hemm konnessjonijiet ma' dak li ġara, tasal għall-konklużjoni li tiddikjara li għandu jkun hemm grupp ta' ħidma biex jirrevedi l-proċedura addottata biex tiżgura li ċ-ċertifikazzjoni ssir verament skont dak li jitolbu l-konklużjonijiet.", "U l-kliem preċiżi huma dawn:", "\"Il-proċedura ma tkunx waħda li tħalli lok ta' abbużi u li tissalvagwardja r-reputazzjoni u l-amministrazzjoni.\".", "Għalina tal-Oppożizzjoni din hija indikazzjoni ċara u nittamaw li dan issa jsir.", "Sinjura President, irrid nitkellem ukoll fuq il-Venezwela.", "Il-Partit Nazzjonalista ħareġ diversi drabi jikkundanna u jitlob lill-Gvern jikkundanna wkoll dak li qiegħed isir mill-President Maduro.", "Dan huwa pajjiż importanti ħafna, u jekk għada pitgħada jkollna preżenza ta' ambaxxata f'xi reġjun, hemm ħafna x'nistgħu nagħmlu miegħu.", "Inkwetajna aktar bir-rapporti li rajna, inkluż illum stess fuq il-ġurnal The Malta Independent, rapport li jibda hekk:", "F'dan l-artikolu ntqal li għaddew $1.2 biljun u għaddew ukoll minn pajjiżna.", "Nittamaw li jkun hemm aktar trasparenza u aktar sorveljanza min-naħa tal-Gvern fuq ħaġa li għalina hija gravi.", "Se nitkellem dwar settur ieħor, anke biex il-Ministru ma jeħux l-impressjoni li qed nattakkah biss!", "Aħna narawha xi ħaġa pożittiva ħafna li għandna rabtiet aktar diretti mal-Indja.", "Il-fatt li issa hawn Kummissjoni Għolja Indjana u li kellna laqgħat għolja jservu biex nibnu aktar.", "Anke l-fatt li l-Ministru mar hemm fid-19 ta' Settembru, madankollu hemm bżonn aktar direzzjoni ċara ta' dak li rridu, ta' x'natura ta' ftehim bilaterali rridu u ta' fejn sejrin fuq dan.", "Dan huwa pajjiż li qiegħed jikber u li għandu tmexxija differenti minn ta' qabel, u forsi m'aħniex nagħrfu biżżejjed il-potenzjal sħiħ tiegħu.", "Għandna trattat ta' estradizzjoni, assistenza legali reċiproka u għandna trattat fuq it-traffikar illeċitu, però naħseb li għandna opportunità kbira.", "Però hija xi ħaġa iebsa meta wieħed jikkonsidra li fl-istess żmien li qed nissodaw mal-Indja rridu nirreġistraw u nitkellmu dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Anke hawn nilmentaw li mhuwiex isir dibattitu pubbliku biżżejjed dwar dak li se ngħaddu minnu.", "Diversi setturi ser jintlaqtu, u ċ-ċittadin tagħna se jintlaqat ukoll.", "Dan huwa settur ta' responsabbiltà kbira ħafna.", "Bħala Oppożizzjoni nagħrfu li hija responsabbiltà politika akbar mis-soltu, proprju għax nafu li qegħdin immissu ma' diversi rabtiet li b'dan il-pass se jinqatgħu f'ċerti setturi, u fuq in-naħa l-oħra se jkun diffiċli jinbdew f'oħrajn eżistenti jew ġodda, li aħna nqiegħdu lilna nfusna għad-dispożizzjoni tal-Gvern.", "Mhux biżżejjed, għalkemm ċertament li huwa tajjeb, li jkollna task force kummerċjali, għax hemm aktar xi jsir.", "Hemm dawk li jistgħu jidhru partikolari, bħall-fatt li għandna madwar 80,000 persuna Maltija u Għawdxija li qegħdin fir-Renju Unit.", "Jingħad li hemm 30,000 ċittadin li għandhom iċ-ċittadinanza Maltija diġà jgħixu hemm u hemm madwar 50,000 li huma ulied tan-nazzjonalità tagħna u li jistgħu japplikaw għaċ-ċittadinanza.", "Għandna wkoll numru sew ta' studenti u akkademiċi, li nikkalkolaw li flimkien jaqbżu s-6,000, li huma marbuta f'universitajiet, bi preżenza soda, anke f'dik Skoċċiża.", "Madwar nofs miljun turist mir-Renju Unit jiġu f'pajjiżna kull sena u madwar 100,000 imorru hemm għal raġunijiet varji.", "Hemm ukoll l-aspett kummerċjali u hemm diversi kumpaniji li għandhom x'jaqsmu maż-żewġ naħat.", "Hemm madwar €6 miljuni f'kummerċ li jista' jintilef.", "Għandek ukoll l-aspett legali u għandek - għax qisu l-Prim Ministru huwa ċert li r-Renju Unit se joħroġ mingħajr ftehim - is-sitwazzjoni ta' wara għax sakemm hemm il-Kummissjoni nifhmu, imma kif ma jkunx hemm aktar il-Kummissjoni, u allura kull pajjiż irid jinnegozja mill-ġdid, hemmhekk irridu nippreparaw ruħna għaliha.", "Huwa proprju minħabba f'dan l-inkwiet li jien u l-kollega tiegħi, l-Onor.", "David Stellini, is-sena ta' qabel konna tlabna lill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex niddiskutu dan is-suġġett.", "Hemm vantaġġi varji fuq dan.", "Il-Ministru ġie għal waħda mil-laqgħat, però huwa post fejn il-Ministri, Segretarji Parlamentari u uffiċjali varji jistgħu jiġu jirrapportaw fid-diskussjonijiet.", "Din mhux xi ħaġa tiegħu biss, mhux xi ħaġa tal-Ministru Helena Dalli biss, imma hija tal-Gvern kollu.", "Iżda din qisu ħadd ma jrid jirrealizzaha, kulħadd irid iqegħedha f'dik il-kaxxa u tibqa' hemmhekk biss!", "Għandna bżonn li l-ġurnali jirrapportaw u li aktar Maltin ikunu informati.", "Sinjura President, riċentement għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru fuq l-avviżi li qed isiru.", "Huwa tajjeb li jsiru Malta, però huwa aktar importanti li jsiru barra minn Malta, u mir-rispons qalbi ma tantx ħabbtet!", "Hemm bżonn li aktar nies isiru jafu.", "U l-Ministru għandu bżonn is-sapport tal-Ministri kollha fuq din, u mhux jitħalla waħdu, għax l-effett u l-piż tar-responsabilità huwa kbir.", "Issa nitkellem ftit dwar in-Nazzjonijiet Magħquda, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Commonwealth.", "Nixtieq li jkollna aktar ħin biex niddibattu dawn is-suġġetti għax hemm ħafna aktar x'jingħad dwar l-istrateġija futura tagħna.", "Fin-Nazzjonijiet Magħquda l-Gvern qiegħed jaħdem biex fis-sena 2022 inkunu fil-Kunsill tas-Sigurtà.", "Huwa tajjeb jekk nifhmu u niġu informati aħjar dwar dan.", "Fil-Kunsill tal-Ewropa hemm numru ta' protokolli u konvenzjonijiet dwar suġġetti varji li hemm bżonn li niddiskutu l-importanza tagħhom biex naraw jekk għandniex nirratifikawhom.", "Dwar il-Commonwealth irrid ngħid li nagħrfu li pajjiżna diversi drabi daħal bħala forċina għaliha, imma nittamaw li dawn l-isforzi jagħtu lura lil pajjiżna dak li aħna ħaqqna.", "Fuq dan nittama li fir-replika tiegħu l-Ministru jinformana sewwa sew x'qed jiġri fuq is-Small States of Excellence.", "Se ngħid xi ħaġa fil-qosor dwar id-diplomazija parlamentari li jsegwi l-Ispeaker, li wisq probabbli qiegħed fl-uffiċċju tiegħu jismagħna.", "Tul din is-sena saru numru ta' konferenzi, kemm hawn, kif ukoll barra minn pajjiżna li hu pparteċipa fihom.", "Fosthom kien hemm il-ftuħ tal-Konferenza tal-Parlament Internazzjonali għat-Tolleranza u l-Paċi, li jien, l-Onor.", "Bedingfield u l-Ministru konna preżenti għaliha u flimkien rajna persuni mill-irkejjen kollha tad-dinja jipparteċipaw u li taw il-kontribut tagħhom.", "Naħseb li lkoll għandna naqblu li dan huwa pass tajjeb li juri li pajjiżna għandu potenzjal kbir u għandu l-abbiltà ta' kif jasal għal ċerti affarijiet.", "Fir-rigward tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra rridu wkoll nagħtu rikonoxximent għall-ħidma partikolari u verament tajba li qed iwettaq.", "Il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra huwa kreatura oħra li ġab fil-ħajja l-Partit Nazzjonalista, dak li ħafna drabi nisimgħu min-naħa tal-Gvern li f'25 sena m'għamel assolutament xejn, għamel ukoll il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra!", "Nemmen li l-Maltin jew il-persuni kollha li kellhom xi konnessjoni ma' pajjiżna u li qed jgħixu barra minn Malta, jew il-persuni kollha li kellhom konnessjoni ma' pajjiżna u li qed jgħixu b'xi mod magħna għandhom ikunu parti minnu.", "Huwa tajjeb li jkollna programm fejn dawn in-nies jiġu f'pajjiżna u nagħtu aktar rabtiet, però hemm xi punti li jitolbu attenzjoni.", "Irridu nibqgħu attenti għal kwesjonijiet varji taċ-ċittadinanza, b'mod partikolari dak li qed naraw fl-Awstralja.", "Dan l-aħħar rajt artiklu miktub f'wieħed mill-ġurnali fl-Awstralja jħajjar il-ġenerazzjoni żagħżugħa tersaq 'il quddiem biex tieħu responsabbiltà politika.", "Irrid infakkar li skont il-kostituzzjoni ta' dak il-pajjiż, ma tistax tkun deputat jekk ikollok ċittadinanza doppja jew tkun intitolat li titlobha.", "Hemmhekk hemm ħafna persuni ta' demm u ta' nazzjonalità Maltija, u li aħna ħadna ħsieb nagħmlu l-emendi biex ikunu jistgħu jitolbu l-passaport biex ikollhom il-vantaġġi li aħna għandna.", "Allura naħseb li għandu jkollna diskussjoni u nagħmlu sforzi mal-Gvern Awstraljan biex jippermetti lill-Maltin li jħallsu t-taxxi hemmhekk, li jagħmlu dak kollu li jitlob l-istat Awstraljan u li jobdu l-liġijiet tal-Awstralja, biex ikollhom ukoll id-dritt li jirrappreżentaw lill-poplu Awstraljan.", "Fuq dan ninnotaw li l-pożizzjoni trid tiġi affrontata.", "Hemm ukoll il-proġett tat-twaqqif tal-Istitut Kulturali Malti.", "Dan qisu kull ministru tal-affarijiet barranin irid jaħrab minnu.", "Nittama li taħt dan il-Ministru dan isir u jiġi fis-seħħ.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi rrid nieħu l-opportunità biex min-naħa tal-Oppożizzjoni nirringrazzja lill-persuni li jaħdmu ġewwa l-Ministeru, mis-Segretarjat Permanenti 'l isfel, fi ftit kliem, lil min huwa verament impenjat għal pajjiżna f'dan il-Ministeru delikatissimu u determinanti għat-tkabbir u l-iżvilupp ta' pajjiżna.", "Nafu x-xogħol li hemm speċjalment tul din is-sena partikolari, u napprezzaw id-diffikultajiet u l-komplikazzjonijiet li s-sitwazzjoni u l-isfidi ġodda l-ħin kollu jippreżentawlhom.", "Irrid ukoll nirringrazzja lid-diversi kontributuri, kif ukoll lil dawk il-ġurnalisti kollha li jirrapportaw u jiktbu artikli fuq dan is-settur partikolari fuq il-ġurnali lokali u b'mod regolari jispejgaw xi jkun għaddej f'termini li jinftiehmu minn kulħadd.", "Illum għandna wkoll nagħtu kredtu lill-predeċessur tal-Ministru Carmelo Abela.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra għandna naqblu illi taħt l-Eks Ministru George Vella kien hemm direzzjoni għaqlija, intelliġenti, studjata sew, u kull dokument kien jiġi mifli minnu.", "Irridu napprezzaw li l-Eks Ministru ħalla warajh kontribut li mhux faċli li ssegwih, però ċertament huwa miftuħ biex wieħed jibni fuqu.", "F'din il-kariga huwa serva sew lil dan il-poplu li jrid il-ġid u jaħdem biex jikbru l-paċi, l-istabbiltà, id-demokrazija u d-difiża tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u kompla u ssoda numru ta' punti li ministri preċedenti għamlu.", "Minn hawn huwa dmir tagħna li nsellmulu u nirrikonoxxu li ħadem ħafna u kien ikun dejjem ippreparat f'dak li jgħid u dak li jagħmel.", "Naħseb li llum irridu nduru lura u naraw, waqt li qed niddiskutu din il-pożizzjoni, jekk aħna fil-politika barranija aħniex nimxu 'l quddiem.", "Għandna nagħmlu din l-analiżi u dan biex nimxu 'l quddiem.", "Sinjura President, għalkemm huwa minnu li hemm diversi punti oħrajn li jimmeritaw attenzjoni, irrid nillimita ruħi għal dawk li rajt rilevanti għal-lum.", "Żgur, mhux forsi, li l-Oppożizzjoni deċiża li tibqa' forza pożittiva li tgħin sabiex il-politika barranija tmur 'il quddiem.", "Filwaqt li nħarsu 'l quddiem, nittamaw li l-Ministeru jiġi msaħħaħ u li jkollu finanzi akbar allokati għalih.", "Dan għalina huwa essenzjali sabiex il-pajjiż jikber u jirnexxilu jkun aktar relevanti fid-dinja tal-lum.", "Għalhekk, filwaqt li nispera li tul din is-sena li ġejja jkollna ferm aktar dibattiti dwar il-politika barranija u ma jkollix għalfejn fid-dibattitu tal-baġit għas-sena li ġejja nerġa' nilmenta fuq dan in-nuqqas, nittama li l-Ministru jieħu din il-kritika bħala waħda oġġettiva, pożittiva, u ċertament u assolutament mhux personali, bl-għan li tgħin fit-tħaddim ta' Ministeru diffiċli u kkomplikat.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EMANUEL MALLIA: Sinjura President, xtaqt nieħu din l-okkażjoni biex insellem il-memorja ta' ħabib tiegħi, l-Avukat George Cassar, li ta kontribut tant siewi lill-korp diplomatiku bħala Ambaxxatur fil-Libja u anke f'pajjiż ieħor.", "Nixtieq ngħaddi l-kondoljanzi sinċieri tiegħi, u nispera li anke ta' din il-Kamra, lill-familjari tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nirringrazzja lill-Onor.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Mifsud Bonnici għadu kif semma l-ambaxxaturi li ġew nieqsa, fosthom ukoll lill-Ambaxxatur Cassar.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, aħna ningħaqdu mas-sentimenti tal-Onor.", "Ċertament li George Cassar ħalla wirt kbir liż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien niftakru fi żmien il-gwerra tal-Libja.", "Niftakarni niddiskuti miegħu diversi affarijiet fuq dak li kien qed jiġri.", "Kienu sitt xhur tal-biża' għal pajjiżna.", "Fortunatament, dawk is-sitt xhur għaddew minn fuqna, bqajna għaddejjin, u bħala pajjiż ma batejniex kif konna qed nibżgħu li se nbatu.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, jien nixtieq inkompli fejn ħalla l-Onor.", "Nirringrazzja liċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, l-Onor.", "Zammit Lewis, tal-opportunità li qed jagħtina biex inkomplu nagħmlu d-dover tagħna ta' skrutinju.", "Ningħaqad ukoll mal-Onor.", "Mallia fil-kondoljanzi li għamel.", "Però nixtieq inwassal diversi lmenti lill-Ministru, speċjalment dawk li huma relatati mar-riżorsi umani u d-diplomatiċi li jaħdmu mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, mill-iżgħar sal-ikbar, jiġfieri sal-ambaxxaturi.", "Nemmen li l-argument tiegħi assolutament mhuwiex partiġjan u politiku u ma qed nagħti ebda tort lill-Ministru.", "Anzi se nagħmel diskors fuq il-kondizzjonijiet tagħhom għal tul ta' snin, jiġifieri minn qabel ma tela' l-Partit Laburista fil-gvern.", "Nixtieq ukoll nitkellem ftit fuq suġġetti oħrajn bħal, pereżempju, l-immigrazzjoni, Brexit, u l-fatt li Malta issa daħlet bħala osservatur fl-Organisation Internationale de la Francophonie, jiġifieri l-pajjiżi li jitkellmu bil-Franċiż.", "Dan huwa żvilupp tajjeb.", "Nixtieq ukoll ningħaqad mal-Onor.", "Mifsud Bonnici biex ngħid li anke jien naprezza ferm - u kultant anke nkun impressjonat - ix-xogħol li qed jagħmel l-Onor.", "Anġlu Farrugia, l-Ispeaker tal-Kamra.", "L-Onor.", "Farrugia huwa wkoll Chairperson tal-iSmall Branches tal-Commonwealth Parliamentary Association u f'dak ir-rwol nara ħafna motivazzjoni, enerġija u entjużjażmu min-naħa tiegħu.", "Narah jaħdem mill-qrib, u tassew napprezzah dak ix-xogħol għax naf li huwa importanti għal pajjiż żgħir bħal Malta li jkun preżenti f'dawn il-laqgħat.", "Forsi nimpressjona ruħi għax qabel ma kontx insegwi mill-qrib.", "Forsi l-Ispeaker ta' qablu wkoll kien jagħmlu dak ix-xogħol, però ma kontx naħseb li Speaker tal-Kamra jista' jkun daqshekk effettiv!", "Fil-fatt, din tissejjaħ diplomazija parlamentari.", "Sinjura President, ilbieraħ waqt id-dibattitu dwar il-vot tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Prim Ministru spiċċa d-diskors tiegħu billi qal li jixtieq isib l-aqwa u l-aħjar nies biex jaħdmu mas-Servizz Ċivili!", "Ovvjament, anke aħna mill-Oppożizzjoni nixtiequ li s-Servizz Ċivili jkollu l-aqwa u l-aħjar nies, però biex inti tattira lill-aqwa u l-aħjar trid toffrilhom l-aqwa u l-aħjar, trid toffrilhom kondizzjonijiet tajbin!", "Il-Prim Ministru tkellem dwar in-nies li jaħdmu fis-Servizz Ċivili, jiġifieri mal-gvern, però s-suġġett tal-lum mhux fuq hekk.", "Jien se nitkellem dwar id-diplomatiċi li huma parti minn closed department; jekk inti tkun diplomatiku ma tkunx uffiċjal li jaħdem fis-Servizz Ċivili.", "Hemm metodi differenti ta' kif jidħlu ħaddiema fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin; hemm eżamijiet speċifiċi u dawk li jidħlu huma kollha nies professjonisti u speċjalizzati fis-suġġett.", "Però nixtieq li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jitjiebu.", "Qed ngħid hekk forsi għax jien għamilt żmien naħdem barra minn Malta u l-kondizzjonijiet tax-xogħol barra minn Malta ħafna drabi huma aħjar minn ta' Malta.", "Nista' ngħid li d-differenza fil-pagi hija enormi.", "Mhux qed nistenna li l-paga ta' first counsellor ta' ambaxxatur tkun daqs dik ta' pajjiżi oħrajn li forsi huma iktar sinjuri, però għandha almenu tirrifletti l-għoli tal-ħajja.", "Jien narahom wisq baxxi l-pagi.", "Jien naf - għax lill-Ministru lbieraħ kellimtu b'mod informali - li qed jaħdem mal-unions u li hemm sforzi biex dawn il-kondizzjonijiet jitjiebu Nista' ngħid li l-Oppożizzjoni taqbel ma' dawn l-isforzi.", "Se nsemmi xi affarijiet li naħseb li għandhom jiġu konsidrati.", "Diġà semmejt li l-pagi huma baxxi wisq.", "Pereżempju, għandna tiġi wkoll esplorata l-possibbiltà, għaliex le, li jkun hemm xi forma ta' warrant.", "Forsi l-kelma \"warrant\" mhix ġusta f'dan il-każ, imma għandu jkun hemm xi forma ta' ċertifikat mill-Ministeru jew minn xi tip ta' awtorità f'pajjiżna.", "Jien nirċievi ħafna lmenti u nisma' ħafna dwar li l-promozzjonijiet għandhom ikunu iktar faċli u iktar trasparenti, fejn wieħed għandu jkun jaf għaliex ma ħax jew għalfejn ħa dik il-promozzjoni.", "B'hekk ikun hemm iktar ġustizzja.", "Id-duty mobile allowance huwa tip ta' benefiċċju li jingħata lid-diplomatiċi li qegħdin ibbażati f'Malta biex bil-lejl, fuq sistema ta' roster għal ġimgħa, jirrispondu t-telefon wara l-ħin tax-xogħol u għal dan jingħataw €100.", "Naħseb li €100 huma ftit.", "Forsi qed ngħid xi ħaġa żgħira, imma għal dawn in-nies tagħmel differenza kbira.", "Għandha wkoll tingħata special allowance.", "Qed ngħid dan għax, pereżempju, ftit iktar minn ġimgħa ilu kien hemm attakk terroristiku f'Tuneż, u waslitli l-informazzjoni li diplomatiku Malti kien qiegħed hemmhekk, u għal ftit - madwar xi nofs siegħa - ma nzertax kien fuq il-post fejn seħħ dak l-attakk terroristiku!", "Allura naħseb li speċjalment diplomatiċi li jkunu qegħdin f'hardship posts bħal, pereżempju, il-Libja, u anke, to a lesser extent, it-Tuneżija, għandhom jingħataw ċertu tip ta' allowance għall-fatt li qegħdin f'postijiet perikolużi.", "Għandu jkun hemm ukoll special allowance li tingħata lil kulħadd, anke lil dawk li qegħdin f'Malta.", "Dan għaliex meta tkun diplomatiku u tkun qed trabbi t-tfal … Jekk, pereżempju, tkun f'Berlin, il-Ġermanja, għal tliet snin, lit-tfal tiegħek tibgħathom fi skola hemmhekk, u mbagħad ikun hemm ċirkostanzi li minħabba fihom il-ministru jsejjaħlek lura minħabba l-esiġenzi tas-servizz.", "Naturlament jekk għandek tliet snin f'Berlin, it-tfal imorru l-iskola hemmhekk,u allur meta tiġi lura u t-tfal jirrilokaw lejn Malta.", "Forsi tgħiduli, din mhijiex parti min-natura tad-diplomatiku?", "Iva, imma hemm ċerta tbatija min-naħa tal-familja.", "Anke r-raġel jew il-mara, filli jkollhom xogħol hemm, imbagħad iridu jerġgħu jiġu lura Malta u jsibu xogħol ieħor.", "Hemm ċerta tbatija.", "Naħseb li din it-tbatija għandha tkun rikonoxxuta mill-Istat Malti.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li għandhom jiġu kkonsidrati, anke biex jgħollu l-livell u l-prestiġju tal-korp diplomatiku.", "Naħseb li kull persuna li taħdem fil-Korp Diplomatiku, mill-iċken sal-ikbar, huwa ambaxxatur tal-Istat Malti, jiġifieri qed jirrappreżentana barra minn Malta, u allura naħseb li għandna nuru ċertu rispett lejn dawn in-nies.", "Nemmen li f'dan il-Parlament kulħadd huwa patrijott.", "Naħseb li huwa importanti li nuru dan ir-rispett lejn il-Korp Diplomatiku, għax aħna nemmnu fl-Istat Malti, u bħala Oppożizzjoni u Partit Nazzjonalista nemmnu wkoll fil-career diplomats.", "Jien nixtieq li l-Ministru jirrifletti dwar dawn il-benefiċċji li s'issa qatt ma eżistew u nemmen li kellhom jiġu introdotti snin kbar ilu, u mhux issa!", "Pereżempju, fil-każ ta' dak id-diplomatiku li ħelisha ħafif f'dak li ġara ġewwa Tuneż, x'kien jiġri kieku weġġa' jew miet?", "Kien ikun hemm xi tip ta' kumpens mill-Istat Malti?", "Qed nimmaġina li ma kienx hemm, għalkemm forsi jien żbaljat.", "Kieku ma kienx hemm nimmaġina li l-Istat Malti kien jikkonsidra li jagħti xi tip ta' kumpens ad hoc.", "Però huwa tajjeb li l-gvern jibda jikkonsidra li d-diplomatiċi jkollhom, l-ewwel nett, xi forma ta' allowance ikbar jekk qegħdin, pereżempju, fil-Libja u mhux f'Ruma, minħabba li hemm iktar riskji u, it-tieni, li jkun hemm forma ta' mekkaniżmu biex jekk, allaħares qatt jinqala' xi ħaġa, il-familja tiegħu jew hu personalment ikollhom xi forma ta' kumpens.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili.", "CARMELO ABELA: Sinjura President, irrid nagħmel punt ta' informazzjoni, imbagħad wara nikkummenta fuq il-punti li qed isemmi.", "Fil-każ speċifiku tad-diplomatiku Malti fil-kwestjoni tal-attakk li kien hemm it-Tuneżija, jien ma jirriżultalix li dan huwa l-każ.", "Mill-informazzjoni li għandi, ma kien hemm ebda diplomatiku Malti fil-viċinanzi ta' fejn seħħ dan l-attakk terroristiku.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, jien ovvjament kelli informazzjoni totalment differenti minn tal-Ministru, però ma nikkontestax.", "Meta kont żgħir kelli esperjenza qasira li kont ngħix barra minn Malta u l-familja u l-ħbieb tiegħi kienu jgħiduli li huwa tajjeb li tmur taħdem barra minn Malta għax tiftaħ moħħok, barra minn affarijiet oħra.", "Però meta tmur taħdem barra minn Malta tirrealizza kemm Malta, il-Maltin u l-kultura Maltija għandhom il-pożittiv tagħhom, daqskemm għandhom in-negattiv, kif hemm kulturi oħrajn li għandhom il-pożittiv u n-negattiv.", "Però, wieħed mill-preġji tal-kultura Maltija hija li l-Maltin huma bieżla ħafna, il-work ethic tagħhom hija tajba ħafna, u din issibha f'kull persuna li lqtajt magħha fi Brussell, speċjalment dawk li jaħdmu fir-Rappreżentanza Permanenti, li wħud minnhom kienu u għadhom id-diplomatiċi li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Allura xtaqt insemmi dan il-punt biex ngħid li jien, anke personalment - mhux qed nivvintaha mill-ajru din – iltqajt ma' diplomatiċi serji u dedikati ħafna f'xogħolhom bħal dawk li jaħdmu fir-Rappreżentanza Permanenti Maltija fi Brussell, li nsellmilhom minn hawnhekk, u nixtiqilhom ħafna iktar suċċessi.", "Għalhekk naħseb li l-Ministeru għandu jagħmel minn kollox biex ikompli jtejbilhom il-kondizzjonijiet tax-xogħol, u fl-istess ħin ikun qed jattira iktar nies jiġu jaħdmu mal-Ministeru.", "Malta għandha ekonomija li sejra tajjeb, però dak għandu l-pożittiv u n-negattiv.", "Inti toħroġ mill-Università wara li tkun studjajt ir-relazzjonijiet internazzjonali jew l-EU Affairs, u dejjem għandek il-possibbiltà li ssib xogħol, pereżempju, fis-settur tas-servizzi finanzjarji jew tmur taħdem barra minn Malta, bħalma ħafna qed jagħmlu.", "Allura l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, kif ukoll is-Servizz Ċivili, dejjem qiegħed jikkompeti ma' employers oħrajn, ma' kumpaniji li jħaddmu nies fis-servizzi finanzjarji, u ma' dawk l-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell. fost oħrajn.", "Allura, mhux biss trid iżżid ftit il-paga, imma trid tkun konxju li qed tikkompeti ma' pagi ferm ogħla.", "Hawnhekk irrid nappella lill-Ministru dwar dik is-sejħa tas-second secretaries li ħarġet biex jiġu ingaġġati diplomatiċi.", "Fil-bidu ta' Settembru ħarġu r-riżultati ta' din is-sejħa, però naf ukoll b'żgħażagħ li applikaw għal dawn il-pożizzjonijiet u għadhom qed jistennew ir-risposta.", "Inħeġġeġ lill-Ministeru biex idaħħalhom, għax jien naf li fuq naħa l-Ministeru u d-direttorati għandhom bżonn ħafna nies, però ma nidħolx fid-dettall hawnhekk.", "Nifhem li forsi għaddejjin mill-istadju tal-oġġezzjonijiet, u allura naf li wieħed irid jistenna dan l-istadju jgħaddi, però jekk jista' jitnaqqas il-ħin ta' stennija, tant l-aħjar!", "Dan għaliex għandek iż-żgħażagħ li qed jipprovaw jidħlu fil-Korp Diplomatiku, u minkejja li l-kondizzjonijiet mhumiex tant tajbin, xorta ħerqana, għax ovvjament jogħġobhom dak ix-xogħol, u fl-istess ħin il-Ministeru għandu bżonn ħafna iktar nies.", "Ma ninsewx li hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq kull tip ta' persuna, imma fuq speċjalisti, jiġifieri nies li marru l-Università, li normalment jistudjaw ir-relazzjonijiet internazzjonali u jkomplu jistudjaw għall-Masters.", "Huma nies speċjalizzati.", "Min jistudja dan is-suġġett ma tantx ikun miftuħ biex jaħdem kull tip ta' xogħol.", "Pereżempju, avukat jagħmel kors ta' avukat li jwasslu għal iktar opportunitajiet, huwa iktar versatili, imma jekk wieħed jistudja r-relazzjonijiet internazzjonali naħseb li jidħol bil-mira li forsi jidħol jgħallem l-Università u jsir akkademiku, jew inkella jidħol fil-Korp Diplomatiku.", "Huwa importanti li nkunu konxji ta' dan il-fatt, għax anke meta tidħol fil-Korp Diplomatiku, ma tistax tmur awtomatikament f'dipartiment tal-gvern għax ma tkunx uffiċjal tas-Servizz Ċivili.", "Allura qisek tidħol fi sqaq.", "Għaldaqstant, huwa importanti li nkomplu niftħulhom l-opportunitajiet fi ħdan il-Ministeru.", "Sinjura President, għandi lment li ili ħafna nisimgħu u jitolbuni biex inwasslu fil-Parlament.", "Ma nistax nifhem għalfejn iddaħħlu senior programme officers – huwa sewwa li ddaħħlu u m'iniex nikkontesta dan – li huma uffiċjali u mhux diplomatiċi, għax dawn m'għamlux l-eżami tal-Ministeru biex jidħlu, bħalma għamlu s-second secretaries li semmejt ftit ilu, u kif daħlu fil-Ministeru wħud minnhom diġà marru f'diversi postijiet tax-xogħol, anke f'postijiet sbieħ!", "Għalfejn daħlu s-senior programme officers u dak in-numru kbir ta' diplomatiċi li hemm fil-Ministeru, li ilhom ħafna jistennew biex jieħdu post, ma tteħdux?", "Lil dawn qabżuhom!", "Dawn ġodda!", "Senior programme officers mhumiex mħarrġa bħala diplomatiċi, m'għandhomx it-taħriġ neċessarju.", "Forsi veru għandhom l-esperjenza tal-Presidenza Maltija fil-Belġju, għax ħafna minnhom għandhom, però ma għaddewx mill-eżami tal-Ministeru.", "Għalfejn dawn is-senior programme officers qabżu lill-oħrajn?", "Jista' l-Ministru jinformana jekk teżistix policy ta' min jintagħżel u għalfejn għal dak il-post ta' xogħol speċifiku?", "Pereżempju, hemm kriterji li jiggwidawk lil min tibgħat u fejn?", "Safejn naf jien, qatt ma kien hemm dik il-forma, la fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u lanqas issa.", "Però, jista' jkun hemm rotazzjoni ta' postijiet ta' xogħol u, pereżempju, jekk tagħmel tliet snin f'hardship post xi mkien b'riskju, it-tliet snin ta' wara tkun f'post tax-xogħol iktar faċli, bħal Ruma.", "Jew jekk inti, pereżempju, kont il-Libja, wara tiġi Malta u jekk inti qiegħed Malta, wara Malta tmur il-Libja, għax wieħed faċli u l-ieħor iktar riskjuż.", "Kont qed nitkellem ma' ambaxxaturi barranin u qaluli li din issir.", "Għandna bżonn nibdew naħsbu għal dawn it-tip ta' metodi.", "Naf li hemm uffiċjali li ilhom f'postijiet tax-xogħol bejn għaxar snin u saħansitra 20 sena kontinwi, imbagħad hemm oħrajn li ilhom ħafna bbażati f'Malta u baqgħu f'Malta, f'Palazzo Parisio.", "Fil-fatt, qed jgħiduli li ilhom hemm iktar minn ħames snin.", "Dawn in-nies igergru li lanqas darba ma kellhom duty abroad u lanqas għal sempliċement konferenza ma jattendu.", "M'għandux ikun hemm xi forma ta' bilanċ?", "Għalfejn dawk is-senior programme officers li daħlu ġodda marru, mentri dawn id-diplomatiċi li ilhom Palazzo Parisio għal iktar minn ħames snin ma marrux?", "Għalfejn hemm oħrajn li ilhom bejn għaxra u 20 sena f'post ta' xogħol?", "M'għandux ikollna xi forma ta' policy?", "Madwar sena ilu għamilt mistoqsija parlamentari numru 2,936 lill-Ministru.", "Mhux se nsemmi d-diplomatiku, però dan id-diplomatiku ġie lura ħesrem, mingħajr ma spiċċa t-terminu tiegħu ta' tliet snin.", "Naf li kien hemm każijiet oħrajn, tal-inqas hemm tnejn li naf bihom jien, minn tliet pajjiżi differenti, li wkoll talbuhom jiġu lura.", "Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari il-Ministru rrispondieni li dan id-diplomatiku partikolari ġie lura minħabba l-esiġenzi tas-servizz.", "Jekk fil-każ ta' dawn it-tliet persuni jidher li ma kien hemm l-ebda passi dixxiplinarji kontrihom, għax safejn naf jien, ma għamlu xejn ħażin, u allura ma tteħdux passi kontrihom …", "Mhux qed nidħol fuq il-każi partikolari u mhux se nsemmi ismijiet, però qed nitkellem dwar policy.", "Jekk persuna tiġi lura minħabba l-esiġenzi tas-servizz, għandu jkun hemm policy dwar l-esiġenzi tas-servizz?", "X'inhuma l-esiġenzi tas-servizz?", "Tal-inqas għandu jkun hemm kriterji biex l-affarijiet ikunu iktar trasparenti u allura iktar ġusti.", "Jekk iġġib persuna lura - u ħsadtha lil din il-persuna għax din trid tiġi lura bil-familja, filli qiegħda hemm għaddejja bil-ħajja normali, it-tfal imorru l-iskola, il-mara taħdem u f'daqqa tgħidilha biex tiġi lura – m'għandux almenu jkollu risposta iktar ċara milli \"li hekk jitolbu l-esiġenzi tas-servizz\"?", "M'għandekx tagħtih ċerti raġunijiet għaliex ġibtha lura?", "Jekk inti tagħmel kriterji u lil din il-persuna tgħidilha li ma tilħaqx xi kriterju u allura se ġġibha lura, almenu jkollok fuq xiex isserraħ u tkun tajtha tweġiba sodisfaċenti.", "Jien personalment m'iniex kuntent bit-tweġiba li tajtni, li dan inġieb lura minħabba l-esiġenzi tas-servizz!", "Naħseb li dawn huma affarijiet li jekk jitranġaw nattiraw iktar nies għall-korp diplomatiku.", "Mhux biss nattiraw iktar nies, imma jkollna output aħjar fuq livell internazzjonali, ikollna iktar nies motivati u allura jaħdmu iktar bil-qalb għal Malta.", "Sinjura President, issa se nitkellem ftit dwar l-uffiċini tal-Ministeru b'mod ġenerali.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-Gvern jinvesti iktar f'Palazz Parisio biex mhux biss jitjieb l-ambjent u l-motivazzjoni, imma jitjiebu wkoll ċerti affarijiet ta' saħħa u sigurtà.", "Il-Gvern qed jgħid li għandu surplus u huwa tajjeb li l-Ministru jagħfas fuqha mal-Ministru għall-Finanzi, biex jinvesti iktar fuq il-post tax-xogħol.", "Dan ukoll huwa importanti għan-nies li jaħdmu hemmhekk, għar-riżorsi umani.", "Però, xi ħaġa agħar minn hekk, hija l-intenzjoni li jkun hemm dak l-uffiċċju fi Triq Zekka, fil-Belt Valletta.", "Milli jidher dan huwa ħanut u l-Ministeru għandu l-intenzjoni li anke għal żmien temporanju jibgħat lid-diplomatiċi jaħdmu minn hemm.", "Però jidher ċar li huwa post magħluq, mingħajr arja għax m'hemmx twieqi u naħseb li hemm problemi ta' ċirkolazzjoni tal-arja.", "Dan huwa demotivanti ħafna għal min jaħdem f'dak l-ambjent, iżda s'issa għadhom ma marrux.", "X'inhuma l-kriterji ta' kif u lil min se jibgħat jaħdmu hemmhekk?", "Hemm ħsieb u pjan biex ikun hemm xi forma ta' emergency exit f'każ ta' ħruq?", "Naħseb li għandu jkun hemm.", "Dawn huma kummenti li qed nirċievi mingħand id-diplomatiċi li jaħdmu mal-Ministeru.", "Huwa tajjeb li nsemmu wkoll li dan l-aħħar il-Ministeru tilef ħafna diplomatiċi, ovvjament għax dawn il-kondizzjonijiet ma jogħġbuhomx!", "Dawn qed jitilqu għax ikunu demotivati u jsibu xogħol aħjar.", "Ma naħsibx li jkunu demotivati minħabba l-Ministru, però minħabba l-kondizzjonijiet kollha li semmejt, li akkumulaw mill-passat.", "Il-Ministru, u anke aħna fl-Oppożizzjoni, għandna d-dmir li niġu nressquhom hawnhekk fil-Parlament u l-Ministru għandu r-responsabbiltà li jimplimenta.", "Niġi issa għall-għażla tal-ambaxxaturi, li wkoll huwa punt importanti.", "Carmelo Mifsud Bonnici, huwa tajjeb li l-Gvern jibagħtilna hawnhekk l-ambaxxaturi li appunta b'mod politiku, mhix problema, għax il-gvern għandu l-prerogattiva li jagħżel hu lil min jibgħat ambaxxatur, però ma rridux ninsew li hemm career diplomats, hemm numru ta' nies li huma diplomatiċi u esperti fuq is-suġġett u kull darba qed jinqabżu.", "Mhux qed ngħid li għandek tibgħat biss career diplomats, imma għandu jkun hemm bilanċ, għandu jkun hemm perċentwal u policy li permezz tagħha, pereżempju, 30% jkunu appuntati politikament u 30% jkunu career diplomats.", "Jagħmilha l-gvern, imma almenu jkun hemm ċerti policies u mhux kollha, jew kważi kollha, ikunu magħżulin b'mod politiku.", "Ma naħsibx li għandu jkun il-każ.", "Issa se ngħid kelmtejn dwar Brexit.", "Jien sodisfatt bil-mod kif il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qed imexxi fil-kwestjoni ta' Brexit għax qed jagħtina ċans li nistaqsu mistoqsijiet pertinenti, però lbieraħ fil-Kumitat tal-Affarijiet Interni fil-House of Commons kien hemm Ministru li ammettiet li fil-każ ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea fir-Renju Unit, jekk ma jkunx hemm ftehim, jekk ikun hemm a no deal scenario, jiġifieri Brexit mhux ordnat, l-employers fir-Renju Unit ikollhom l-obbligu jiċċekkjaw jekk il-ħaddiema mill-Unjoni Ewropea, fosthom dawk Maltin, għandhomx verament id-dritt li japplikaw għal settled status.", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana u l-Gvern Malti m'għandux tort fiha, imma toħloq ħafna inċertezza.", "Jiġifieri, huwa importanti li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ikompli bil-kampanja u jżid ħafna d-doża tagħha fl-ibliet, mhux biss f'Londra, imma anke f'Cardiff, Belfast u Glasgow jew Edinburgh, jiltaqa' mal-komunità Maltija u jinformahom eżatt x'inhuma d-drittijiet tagħhom u jfehemhom il-proċess.", "Sinjura President, se nagħlaq billi ntenni l-ideat li poġġejt hawnhekk f'dan id-diskors tiegħi, jiġifieri l-miżuri li nixtieq nara li jittieħdu għad-diplomatiċi.", "Nixtieq li l-pagi jogħlew; għandha tiġi esplorata l-possibbiltà ta' xi tip ta' liċenzja, ta' warrant; il-promozzjonijiet għandhom ikunu aktar faċli u trasparenti, u li għandu jingħata xi forma ta' allowance speċjali.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, segwejt id-dibattitu kollu ta' dan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u nista' ngħid li kien hemm ħafna punti li dwarhom naħseb li naqbel maż-żewġ kelliema tal-Oppożizzjoni.", "Però, kien hemm oħrajn li niskanta kif għadhom jirrepetu u jqajmu ċerti affarijiet bħal, pereżempju, jistaqsu fuq iċ-ċaqliq ta' ambaxxaturi jew membri tal-Korp Diplomatiku u jistaqsu jekk huwiex fl-interess tas-servizz jew huwiex fl-interess tal-partit.", "Dan meta l-Partit Nazzjonalista jaf x'jiġifieri li jkun fl-interess tas-servizz, għax għall-Partit Nazzjonalista fl-interess tas-servizz kien ifisser li lill-ambaxxaturi kien jibgħathom jilagħqu l-bolol il-posta, jew skrivani fil-qorti!", "Meta nitkellmu fuq l-interess tas-servizz irridu nkunu ċari u onesti.", "Naf b'aktar minn każ wieħed ta' kif filli kien hemm nies li kienu ambaxxturi u filli qasmu t-triq faċċata u spiċċaw jilagħqu l-bolol!", "L-istess huwa fil-każ tal-appell li sar illum dwar il-ftuħ tal-ambaxxati.", "Mela le, l-ambaxxati jridu jinfetħu bil-għaqal - għalhekk għandna surplus għax naħdmu bil-għaqal – u mhux ikollna ambaxxati li niftħuhom għal sena jew tnejn, bħalma ġara, pereżempju, fl-Ungerija, fejn ftaħna ambaxxata u wara ftit tas-snin għalqnieha.", "Naħseb dak kien rekord!", "L-istess ġara l-Isvezja, ftaħna ambaxxata fi Stokkolma fl-2000 u f'nofs l-2005 għalaqnieha.", "Jiġifieri dwar dawn l-eżempji li ġibt ma nistax naqbel, għalkemm naqbel li għandhom jifetħu aktar ambaxxati bil-għaqal u li jkun hemm aktar ippjanar.", "Imma allaħares insegwu dawk iż-żewġ eżempji li tajt, li saru taħt amministrazzjonijiet preċedenti, għax ma naħsibx li konna nkunu qegħdin nagħmlu sew!", "Hawnhekk naqbel mal-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li tkellem fuq l-importanza tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, għax ħafna xogħol minn dan il-Ministeru huwa xogħol li ma jidhirx.", "Pereżempju, fejn ikun hemm ftehim ma' pajjiżi barranin u ma' kumpaniji barranin, ix-xogħol li jsir mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ huwa xogħol li ħafna drabi jkun xogħol li jsir minn wara l-kwinti, xogħol li ma jidhirx, imma li jwassal biex ministeri oħrajn ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom tajjeb, fosthom anke fil-ħolqien tal-ġid li, għalina, bħala Gvern huwa prijorità.", "U għax tajna ħafna prijorità lill-affarijiet barranin, miegħu żidna wkoll il-promozzjoni tal-kummerċ.", "Illum huwa importanti aktar minn qatt qabel li jkollna l-promozzjoni tal-kummerċ għax inħossu li l-kummerċ lejn pajjiżna huwa settur importantissimu biex iġib ix-xogħol lejn Malta u biex jiżdiedu l-opportunitajiet.", "Għalhekk illum għandna Ministeru li huwa ffokat fuq ir-relazzjonijiet tagħna ma' pajjiżi diversi fuq livell bilterali u multilaterali fejn jidħlu organizzazzjonijiet.", "Sinjura President, din is-sena kelli x-xorti li nara dan ix-xogħol tad-diplomazija mill-qrib, kelli x-xorti li nattendi flimkien mal-Prim Ministru u mal-Ministru Abela għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.", "Nista' ngħid li meta konna New York stajt nara li l-Prim Ministru, minkejja li ġej minn stat żgħir, igawdi ċertu rispett fost mexxejja oħrajn.", "U mhux qed ngħid li dan huwa biss għal din l-amministrazzjoni, imma nifhem li anke fl-amministrazzjonijiet preċedenti dan qatt ma xekkel il-ħidma internazzjonali, kien min kien fil-gvern.", "Hemmhekk il-Prim Ministru, fost affarijiet oħrajn, tkellem dwar l-isfidi globali li għandna u, bla dubju, tkellem dwar l-isfida tal-immigrazzjoni, li għandha tkun indirizzata b'mod globali, mhux minn xi pajjiż wieħed, jew minn xi pajjiż ieħor, jew minn grupp ta' pajjiżi, imma fejn hemm sfidi globali għandhom ikunu indirizzati b'soluzzjonijiet globali.", "Il-Prim Ministru tkellem ukoll fuq l-użu tat-teknoloġija, dwar kif għandna nindirizzaw ċerti problemi li jinħolqu.", "Hemmhekk kelli wkoll l-opportunità li nattendi għal numru ta' laqgħat bilaterali li kellu l-Ministru Carmelo Abela, partikolarment f'laqgħa ewlenija, fosthom mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Libja, pajjiż li sfortunatament għadu għaddej minn perjodu ta' instabbiltà.", "Jalla dan il-perjodu ma jdumx ma jintemm u nittamaw li l-elezzjonijiet li għandhom isiru fil-Libja jħallu r-riżultati li għandhom iħallu ħalli fl-aħħar dan il-pajjiż jerġa' jieħu r-ruħ.", "Il-Libja huwa pajjiż ġar tagħna, ħafna Maltin kellhom kumpaniji hemmhekk u kien hemm ħafna Maltin li kienu jaħdmu u jdaħħlu s-salarju tagħhom minn hemmhekk.", "Li rridu aħna huwa li jerġa' jkollna stabilità fil-Mediterran ħalli jkomplu jitkattru l-opportunitajiet.", "Iż-żewġ kelliema li kellna llum tan-naħa tal-Oppożizzjoni kienu kelliema li tista' tirraġuna u titkellem magħhom.", "Nistgħu ma naqblux fuq mitt ħaġa, anzi fuq elf ħaġa, imma nistgħu nitkellmu.", "Imma hemm elementi oħrajn fil-Partit Nazzjonalista li donnhom għadhom ma jridux jisimgħu.", "Mhux se nipponta subgħajja lejn ħadd, però kieku qegħdin hawn mhux se niddejjaq lanqas.", "Dawn qabdu l-istess kantaliena u baqgħu għaddejjin jipprovaw jagħmlu l-ħsara lil Malta kull fejn ikunu.", "Tiġux tgħiduli li mhux dak hu l-interess ta' ċerti elementi fil-Partit Nazzjonalista.", "Għalhekk mhux qed ngħid \"il-Partit Nazzjonalista\", imma qed ngħid \"ċerti elementi fil-Partit Nazzjonalista\".", "Dawn qed jirrepetu l-istess diskorsi, l-istess allegazzjonijiet u l-istess gideb li ilu jingħad għal tant xhur, iġibu politiċi barranin biex jgħidu kontra Malta, u minn fuq jgħidu li aħna qed nagħmlu l-ħsara lil Malta!", "Għax dik is-sabiħa!", "Mela aħna nagħmlu l-almu kollu tagħna, naraw kif inġibu x-xogħol, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ imur iżur pajjiżi differenti - l-Onor.", "David Stellini semma x-xogħol imprezzabbli li għamel l-Ispeaker fejn tidħol id-diplomazija - imbagħad ikollok dawn l-elementi li jgħidulna li aħna qegħdin nagħmlu l-ħsara lil pajjiżna barra minn Malta bid-deċiżjonijiet li qegħdin nieħdu hawnhekk!", "Din hija l-istess storja!", "Din mhux l-ewwel darba li kien hemm elementi fil-Partit Nazzjonalista li kienu jagħmlu ħsara barra minn Malta.", "Din nafuha fis-snin 80 meta kien hawn kampanja ta' terrur tal-bombi, kienu jagħmlu l-files dak iż-żmien, kienu jqassmu d-dossiers, li wieħed minnhom jidhirli li kien jismu 'Is Malta Burning?', u kienu jagħmlu ħafna allegazzjonijiet dwar bombi.", "Għax ħaġa tal-iskantament, kull meta jkun hawn il-Partit Laburista fil-gvern dejjem jitfaċċaw il-bombi!", "Issa jekk il-Partit Nazzjonalista jrid ikun jaf fuq il-bombi, naħseb li jafu lil min għandhom jistaqsu!", "Il-kampanja li qed jagħmlu llum mhijiex kampanja differenti milli kienu jagħmlu f'dawk iż-żmenijiet biex jagħmlu ħsara lil Malta 'l barra minn xtutna, u ma joqogħdux jgħidulna li huma ma jiddettawx lill-barranin x'għandhom jgħidu meta jiġu biex jitkellmu kontra Malta.", "Intom qegħdin tagħmlu l-ħsara għax dawn il-politiċi jkunu briefed sew, kif jaqblilhom ċerti nies, ħalli jgħidu dak li għandhom jgħidu.", "Illum waranofsinhar reġgħu komplew bl-allegazzjonijiet, u din id-darba kien il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista li kompla jagħmel allegazzjonijiet, għalkemm kien żbaljat meta qal li l-Partit Laburista kien għadu ma ċaħadx li Egrant hija tiegħu.", "Fil-fatt, il-Partit Laburista kien ċaħad dan il-gideb ripetut kollu permezz ta' dikjarazzjonijiet tal-Kap Eżekuttiv tal-Partit, u dan l-istess fatt joħroġ ukoll minn dak li sar u mill-inkjesta stess.", "Miegħi ġibt il-konklużjonijiet tal-inkjesta, u jalla u nittama li l-inkjesta sħiħa ma ddumx ma tkun ippubblikata, forsi xi darba naqtgħuha darba għal dejjem.", "Imma jekk wieħed joqgħod jara l-inkjesta, jew aħjar il-konklużjonijiet tal-inkjesta, isib li l-esperti forensiċi, Forensic Accountants Harbinson Forensics, f'paragrafu 277 jikkonkludu:", "Jiġifieri min ġie jagħmel il-mistoqsijiet hawnhekk għamilhom jew għax ma jafx jaqra, jew għax ried jagħmel insinwazzjonijiet biex jerġa' jqajjem il-każ, ġaladarba f'pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla se jkollna kummissjoni oħra importanti li dan il-Gvern irid jaħdem id f'id magħha biex jirranġa ċerti affarijiet li hemm bżonn ikunu rranġati.", "U hemm aktar, apparti minn dan, hemm ukoll dak li qal il-Maġistrat:", "\"Jirriżulta pprovat li Egrant, flimkien ma Tilgate u Hearnville, kienu kumpaniji bi struttura identika li kienu ġew imwaqqfa f'Lulju tal-2013 u li Brian Tonna kien l-ultimate beneficial owner tagħhom.\".", "Mela min illum ipprova jagħmel il-mistoqsijiet biex jipprova jorbot lill-Partit Laburista mal-kumpanija Egrant, għamilhom biex iqarraq u bl-ebda skop ieħor, u din ngħidha b'responsabbiltà.", "Qed nikkwota mill-konklużjonijiet prinċipali tal-inkjesta Egrant.", "Ma naħsibx li għandi għalfejn inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra għax jidhirli li diġà tqiegħdet.", "Ma nafx, imma jekk hemm bżonn nerġa' npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli issa ma jkollux skuża, jista' jiġi jaqraha hawn, forsi jikkopjaha u jeħodha miegħu d-dar u jitgħallimha bl-amment, ta' min hi l-kumpanija Egrant!", "Imbagħad hemm affarijiet oħrajn.", "Mela ejjew ngħidu li min għamel il-mistoqsijiet illum, l-Onor.", "David Agius, ma qrahx dak ir-rapport tal-konklużjonijiet.", "Ejjew ngħidu li ma qrahx, għax kieku ma kienx jagħmel il-mistoqsijiet li għamel illum, għax kellu iswed fuq l-abjad minn esperti forensiċi, minn Maġsitrat indipendenti, dwar ta' min hi l-kumpanija Egrant!", "Mela għandna lill-Onor.", "Simon Busuttil li għadu jemmen li Egrant hija tal-familja Muscat u għandna lill-Onor.", "David Agius li mhuwiex jemmen li hija tal-familja Muscat, għax kieku ma kienx jagħmel il-mistoqsijiet biex ikun jaf jekk din il-kumpanija hijiex tal-Partit Labursita jew le.", "Ġaladarba issa għamel dawn il-mistoqsijiet ifisser li m'għandux dubju li l-firem fuq id-dokumenti li kienu ppreżentati lill-Maġistrat kienu firem foloz.", "Simon Busuttil, probabbilment għadu jemmen li huma firem oriġinali għax għadu jgħid li Egrant hija tal-familja Muscat.", "David Agius mhux qed jemmnu dak id-dokument u qed jgħid, jew aħjar qed jistaqsi - għax inkella jekk tgħidlu li qed jgħid, jieħu għalih! - ta' min hi l-kumpanija Egrant.", "Mela allura qed jemmen li l-firem huma foloz u naħseb li din hija l-ewwel darba li għandna Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, li bil-konsegwenza ta' dak li qal, qed jirriżulta li hu jemmen li l-firem fuq dokumentazzjonijiet li rċieva l-Maġsitrat kienu firem foloz.", "Jekk irid nista' nerġa' naqralu forsi fl-aħħar jitgħallem ta' min hi ħalli ma jibqax jagħmel mistoqsijiet!", "Illum, apparti dan is-suġġett li tkellimt dwaru, kien hawn dikjarazzjoni xokkanti oħra min-naħa ta' membru tal-Oppożizzjoni.", "Qed nirreferi għad-dikjarazzjoni li għamel l-Onor.", "Claudio Grech, li diġà tkellimt fuqha dalgħodu u anke poġġejt ir-rapport li kien hemm fuq il-midja tal-Malta Today fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Hija dikjarazzjoni xokkanti u diżgustanti li tqabbel nies max-xadini, sempliċement għax għandhom il-kulur tal-ġilda skura, kulur tal-ġilda differenti minn tagħna.", "Jekk ma tridx, dan huwa l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-bnenesseri tal-familja, il-persuna li għada pitgħada tista' tkun qiegħda tieħu ħsieb dan is-settur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili, Onor. Bedingfield.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, bil-permess tal-kollega, irridu nkunu ġusti mal-Onor.", "Claudio Grech li skuża ruħu fuq din il-ħaġa.", "GLENN BEDINGFIELD: Kont se nasal għaliha.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma inti qed iddum wisq biex tasal għaliha, allura aħna rridu nħaffuk biex tgħidha malajr!", "Ċerti drabi wieħed jgħid … Is-sitwazzjoni llum hija ċċarata.", "Grazzi.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-fatt, dak li kont se ngħid jien, ippreċedejtni, però jien mhux apoloġija kont nistenna, kont nistenna li l-Partit Nazzjonalista jikkundanna dak id-diskors.", "Dak huwa l-aktar kumment razzist li smajt minn politiku f'dawn l-aħħar snin.", "Ħadd qatt, l-ebda politiku li niftakar jien, ma qabbel persuni ta' kulur differenti max-xadini.", "Imbagħad nagħmlu apoloġija u jgħaddi kollox!", "Dak kien ħaqqu kundanna mill-Partit Nazzjonalista u l-Partit Nazzjonalista kellu jiddisassoċja ruħu ma' dak il-kumment, kument li ma naħsibx li jirrifletti kif jaħsibha l-pajjiż.", "Mela le, hawn elementi razzisti, hawn elementi li huma kontra n-nies barranin u, sfortunatament, illum għandna Oppożizzjoni li qed tkompli tiffumenta dan id-dibattitu kontra persuni barranin, li qegħdin jiġu Malta għax qed jaraw f'pajjiżna art tal-opportunitajiet u qegħdin jiġu hawnhekk biex isibu xogħol, li ħafna minnhom, kif kelli diġà l-okkażjoni li ngħid, huma xogħlijiet li ħafna Maltin ma jridux jagħmlu.", "Din hija politika li frankament ma nistax nifhem.", "Ma nafx kif kellna l-ogħla esponenti tal-Partit Nazzjonalista li jitkellmu kontra persuni barranin u issa kien hemm ukoll min tkellem kontra l-importazzjoni ta' prodotti mill-pajjiżi ta' barra l-Unjoni Ewropea.", "Ma nistax nifhem 'il fejn miexi l-Partit Nazzjonalista f'dan l-ideal ġdid, partit bi prinċipji Kristjani, li sa ftit tas-snin ilu kienu jiftaħru tant kemm kienu kristjani, illum jagħmlu kampanji u jkollna dikjarazzjonijiet … Forsi tgħidli li għamel apoloġija, imma l-fatt li tagħmel dik id-dikjarazzjoni għalija huwa gravi ħafna.", "Il-poplu Malti inġenerali huwa aħjar u 'l fuq minn kull tip ta' politika razzista.", "L-istampa ta' pajjiżna m'għandhiex tkun imtappna b'dawn it-tip ta' kummenti għax aħna m'aħniex hekk.", "Għandna biżżejjed min qed jagħmel il-ħsara barra minn Malta.", "Sinjura President, l-appell tiegħi, li naf li jista' jkun diffiċli jintlaqa' minn ċerti elementi fil-Partit Nazzjonalista għax uħud minnhom moħħhom biss biex ipinġu stampa kerha ta' pajjiżna, imma pajjiżna huwa pajjiż sabiħ, pajjiż li lest li jilqa' lil kulħadd, pajjiż li lest li jgħin lil kulħadd.", "Dan bħal meta pajjiżna jkollu bżonn ikun lest li jirċievi l-għajnuna mingħand kulħadd, mhux se noqogħdu ngħidu għax dak ta' kulur hekk u l-ieħor ta' kulur ieħor.", "Anzi, meta aħna niġu mitluba biex nagħtu, fosthom fejn ikun hemm diżastri naturali, inkunu fost ta' l-ewwel u anke f'għaqdiet karitatevoli, għandna ħafna minna l-Maltin li jmorru jagħmlu l-missjonijiet barra minn Malta.", "Dan hu l-poplu Malti!", "Hemmhekk joħroġ is-sabiħ tal-poplu Malti!", "Nixtieq li fejn jidħlu r-relazzjonijiet barranin u relazzjonijiet ta' pajjiżna ma' pajjiżi barranin ningħaqdu biex insewwu l-ħsara li parti mill-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel lil Malta f'Malta u barra minn xtutna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Sinjura President, nixtieq nibda dan l-intervent tiegħi billi nipprova fi ftit ħin nispjega ftit għaliex jeżisti l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, x'inhu l-iskop ta' dan il-Ministeru u x'inhi l-ħidma tiegħu.", "Nibda biex ngħid li r-rwol ewlieni ta' dan il-Ministeru huwa li jħares l-interessi ta' Malta, l-ewwel u qabel kollox, kemm f'pajjiżna kif ukoll fid-dinja, li jfisser li dan il-Ministeru, altru milli huwa huwa l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, huwa fuq kollox l-Ministeru li jiddefendi lil pajjiżna l-ewwel u qabel kollox, kemm f'Malta kif ukoll madwar id-dinja.", "Ir-rwol ta' dan il-Ministeru huwa li aħna nirrappreżentaw u nissalvagwardjaw l-interessi ta' Malta fid-dinja, u allura kollox idur ma' dak li huwa l-interess nazzjonali; li aħna nżommu u ntejbu r-relazzjonijiet ta' Malta u niftħu oħrajn ġodda, għax għad għandna pajjiżi li għad m'għandniex relazzjonijiet diplomatiċi magħhom.", "Huwa r-rwol ta' dan il-Ministeru li nqarrbu liż-żewġ pajjiżi lejn xuxlin u li niftħu relazzjonijiet ġodda magħhom f-interess tat-tnejn, fl-interess ta' Malta u fl-interess tal-pajjiż l-ieħor.", "Ir-rwol tagħna huwa wkoll li nkabbru u niżviluppaw opportunitajiet ta' kummerċ, li nagħmlu n-negozju, li nkabbru l-kummerċ f'Malta kif ukoll barra minn Malta, li nġibu l-investiment lejn pajjiżna, li noffru opportunitajiet lis-settur kummerċjali li huwa bbażat hawn Mata biex jimraħ 'il barra minn pajjiżna u li naħdmu mill-qrib mas-settur kummerċjali.", "Huwa l-pjaċir tiegħi li niltaqa' ma' negozji ta' kull daqs, imma l-aktar li nieħu pjaċir huwa meta jkolli l-opportunità li nżur l-intrapriżi żgħar u medji u nara kif qed inkunu ta' għajnuna għalihom.", "Però napprezza aktar il-ħidma kbira u l-enerġija li dawn għandhom biex huma stess jikbru bħala kumpaniji u jkunu ta' suċċess anke barra minn xtutna.", "Ħidma oħra li għandu dan il-Ministeru hija li naħdmu mill-qrib u nikkollaboraw mill-qrib ma' Identity Malta, kif ukoll mal-Immigration Police, f'dak li għandu x'jaqsam il-ħruġ tal-visas.", "Aħna nafu li l-konsolati u l-ambaxxati tagħna huma fuq quddiem nett biex jirċievu u jipproċessaw l-applikazzjonijiet.", "Dan nagħmluh flimkien ma' dawn l-entitajiet l-oħrajn li semmejt.", "Dan nagħmluh biex inkabbru l-opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżna, l-opportunitajiet ta' persuni li jżuru pajjiżna għal raġunijiet differenti.", "Imma dan nagħmluh ukoll biex inħarsu s-sigurtà ta' pajjiżna billi nagħmlu l-aqwa proċess biex nassiguraw li min jiġi jżurna u għandu bżonn il-visa jkun jista' jieħu l-visa, imma nserrħu rasna li l-persuna hija persuna idonea li tiġi f'pajjiżna.", "Il-ħidma tagħna tlaqqagħna f'sinerġija mal-linja nazzjonali tal-ajru tagħna, li naħdmu flimkien biex naraw kif nistgħu nkunu ta' sapport u għajnuna għal xulxin, id-direzzjoni li aħna bħala Ministeru u l-linja nazzjonali tagħna għandna għaż-żmien li ġej.", "Xogħol ieħor li għandu dan il-Ministeru huwa li nsaħħu l-kordinament, kemm mal-Uffiċċju tal-President, mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll mal-Ministeri kollha li, b'mod jew ieħor, għandna ħidma li rridu nwettqu flimkien.", "Il-qofol tal-politika barranija ta' Malta huwa ffokat u jrid jibqa' ffokat fuq il-vokazzjoni u l-impenn tagħna għal kisba tal-paċi internazzjonali, is-sigurtà, li jkun hemm id-djalogu politiku fejn hemm l-inkwiet.", "L-inkwiet ma jonqos qatt, anzi kważi kważi ngħid li f'dawn l-aħħar xhur u snin l-inkwiet jiżdied qiegħed u mhux jonqos, u l-inkwiet mhux biss 'il bogħod mir-reġjun tagħna, imma proprju fir-reġjun tagħna.", "U dik hija l-missjoni ta' Malta, li nippromwovu dejjem id-djalogu aktar milli azzjonijiet militari u li nsaħħu l-koperazzjoni, kif ukoll il-promozzjoni tal-investiment u l-kummerċ.", "Din hija wkoll parti integrali mill-ħidma ta' dan il-Ministeru.", "Malta se tkompli, anke bis-sehem attiv tagħha bħala Membru tal-Unjoni Ewropea - u kif dejjem ngħidu, l-Unjoni Ewropea mhux parti mill-politika barranija, imma hija parti mill-politika interna għax aħna parti integrali mill-Unjoni Ewropea - li nkunu attivi f'diversi livelli fil-qasam tal-Unjoni Ewropea.", "Però mhux biss, hemm ukoll organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet reġjonali u internazzjonali li aħna attivi fihom.", "Issemmew il-Commonwealth u l-Kunsill Ewropew u hemm diversi għaqdiet internazzjonali, fosthom l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Paċi fl-Ewropa, il-Ġnus Magħquda u organizzazzjonijiet oħrajn li aħna attivi ħafna fihom.", "Però fl-istess waqt Malta, permezz ta' dan il-Ministeru, se tara kif tkattar relazzjonijiet bilaterali, kemm fuq livell politiku u anke fuq livell ekonomiku.", "Għaldaqstant huwa importanti li dan inkomplu nagħmluh u nkomplu nsaħħuh.", "Malta wkoll se tibqa' kommessa li tagħti attenzjoni partikolari lid-dimensjoni Mediterranja.", "Aħna pajjiż Ewropew, pajjiż Mediterranju fiż-żona Mediterranja u allura, bla ma rridu, id-dimensjoni Mediterranja hija parti integrali mill-politika barranija tagħna, però fl-istess ħin hija politika interna, għaliex jekk aħna ninsabu f'dan ir-reġjun, huwa fl-aqwa interess tagħna li din id-dimensjoni Mediterranja nżommuha.", "U għandna din id-dimensjoni Mediterranja biex inkomplu naħdmu u nikkontribwixxu għall-paċi, għas-sigurtà u l-istabilità fir-reġjun, li hija tant meħtieġa u bżonjuża.", "Il-politika barranija tagħna se tkompli tħaddan dik il-verżjoni speċjali, fejn Malta ssir ċentru ta' ideat ġodda, gżira fejn l-ideat jiffjorixxu u jimmaturaw f'oqsma, fosthom is-servizzi finanzjarji u l-blockchain.", "Bi pjaċir irrid ngħid li kull meta nkun barra minn Malta, speċjalment f'dawn l-aħħar xhur, jiġu fuqi nies u jsemmulek il-blockchain, kif Malta qed tagħmel dan l-avvanz f'din it-teknoloġija ġdida, li llum forsi mhux kulħadd jifhimha, imma minn hawn u numru ta' snin oħra se tkun teknoloġija li kważi kważi jitkellem dwarha kulħadd u neħduha for granted, Malta bħala blockchain island b'dak li qed iseħħ f'dan il-qasam.", "Qed nitkellmu wkoll dwar kif nistgħu jkollna iktar opportunitajiet, pereżempju, fil-qasam tal-edukazzjoni, fil-qasam tal-logistics, il-logistics hub u kif nistgħu anke nkattru x-xogħol fil-qasam tas-saħħa u t-trasport.", "Allura l-prinċipji li jiggwidaw il-politika barranija ta' Malta jien naqsamhom f'seba' oqsma ta' prijorità: it-tisħiħ tar-rwol parteċipattiv ta' Malta fl-Unjoni Ewropea; it-tkabbir u promozzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali ta' Malta, u li nagħtu kontribut effettiv lejn il-multilateraliżmu, xi ħaġa li tinsab taħt attakk.", "Aħna nemmnu li l-isfidi li għandha d-dinja llum ma nistgħux naffrontawhom bħala pajjiżi individwali.", "Hemm ċerti pajjiżi li donnhom jemmnu li għandu jkun sforz ta' pajjiż individwali.", "Aħna nemmnu li flimkien, il-pajjiżi kollha tad-dinja jekk jista' ikun, imma żgur li l-pajjiżi fir-reġjun, ċertament għandna naffrontaw l-isfidi li għandna flimkien.", "Prinċipju ieħor li jiggwidana huwa, kif diġà semmejt, li ntennu l-vokazzjoni u d-determinazzjoni ta' Malta li ssaħħaħ il-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran.", "Dan huwa konċett li ta' spiss ikun imsemmi, anke jien insemmih fid-diskorsi tiegħi, u oriġina f'nofs is-snin sebgħin, meta dak iż-żmien il-Prim Ministru Dom Mintoff kien tkellem f'Helsinki dwar kemm hu importanti u kruċjali li jkun hemm il-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran.", "Din hija xi ħaġa li llum għadha valida ħafna u li rridu nkomplu nagħfsu aktar fuqha.", "Prinċipju ieħor li aħna ggwidati minnu huwa li bħala pajjiż nagħrfu l-importanza u l-valur tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta, inkluż ir-rwol tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.", "Din hija waħda mill-isfidi li għandna u li forsi jkolli ċans nitkellem dwarha iktar 'il quddiem, il-Maltin u d-dixxendenti Maltin li jgħixu barra, li aħna nikkalkolawhom madwar miljun persuna.", "Dan joffri ħemel ta' potenzjal li hemm bżonn nisfruttawh iktar b'mod pożittiv billi nqarrbu lil xulxin b'mod li huma jħossuhom Maltin, mhux għax jitkellmu bil-Malti, imma għax iħossu li jistgħu jagħtu kontribut lil dan il-pajjiż.", "Rwol ieħor ta' dan il-Ministeru huwa li niżguraw li l-politika u l-aspett ekonomiku jkunu iktar effettivi fir-rappreżentanza tagħna barra minn xtutna; li l-ambaxxati tagħna, dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jirrappreżentaw lil pajjiżna fir-rwol politiku u anke dak ekonomiku, ikunu iktar effettivi ħalli jkun hemm iktar riżultati tanġibbli għal dan il-pajjiż.", "Rwol ieħor li nħoss li huwa importanti għall-ħidma ta' dan il-Ministeru huwa li nfittxu toroq u opportunitajiet ġodda ta' investiment u promozzjoni tal-kummerċ, kif ukoll il-promozzjoni tal-kultura Maltija barra minn xtutna, dak li jagħmilna Maltin, dak li aħna differenti fih jew inkella komplimentari għal popli oħrajn.", "Qabel ngħaddi biex nagħmel ir-rimarki tiegħi dwar dak li qalu l-kollegi tiegħi, l-Onor.", "David Stellini min-naħa tal-Oppożizzjoni, kif ukoll l-Onor.", "Glenn Bedingfield, li nirringrazzjahom għall-kummenti tagħhom, minn qalbi rrid insellem lill-predeċessur tiegħi Dr George Vella.", "Dan għamiltu anke s-sena li għaddiet fl-ewwel diskors dwar il-baġit li għamilt dwar dan il-Ministeru.", "Insellimlu għall-kontribut li ta, mhux biss bħala Ministru, imma fil-qasam tal-politika Maltija.", "Dr Vella huwa persuna ta' integrità enormi u ta' eżempju għal kulħadd dwar kif politiku għandu jġib ruħu.", "Ladarba ntlabt mill-Prim Ministru biex inkun Ministru f'dan il-Ministeru, b'umiltà dħalt għal dan ix-xogħol, li qed nagħmlu minn qalbi u bis-saħħa tiegħi kollha.", "Però naf li writt dan il-Ministeru mingħand persuna li mhux biss għandha l-għerf dwar is-suġġetti varji li jmissu mal-affarijiet barranin, imma ċertament għandha l-integrità u l-interess ta' pajjiżna l-ewwel u qabel kollox f'dak kollu li jagħmel.", "Filwaqt li ħadt gost li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici semma u sellem lill-eks Ministru George Vella, però naħseb li jkun tajjeb li forsi wħud mill-kollegi tal-Onor.", "Mifsud Bonnici jitgħallmu ftit, mhux biss mill-integrità ta' Dr Vella, imma li lil pajjiżna għandna niddefenduh f'kull ċirkostanza, li mhux meta nkunu fl-oppożizzjoni nkunu mod u meta nkunu fil-gvern inkunu mod ieħor.", "Lil pajjiżek trid tħobbu u tiddefendih f'kull ċirkostanza.", "U meta nisma' esponenti min-naħa tal-Oppożizzjoni jsemmulna r-reputazzjoni ta' Malta, jien ngħidilhom biex naraw x'wassal biex illum nitkellmu dwar ir-reputazzjoni ta' Malta.", "Naħseb li huwa tajjeb li wħud mill-kollegi tiegħi fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni - uħud minnhom f'din il-Kamra u oħrajn mhumiex Membri ta' din il-Kamra - jagħmlu ftit eżami tal-kuxjenza dwar jekk humiex qegħdin ikomplu jagħmlu iktar ħsara milli ġid fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "U naħseb li meta nsellmu lill-eks Ministru George Vella, huwa tajjeb ukoll li nitgħallmu dwar kif għandha tkun ir-responsabilità politika, kif għandha tkun l-imħabba għal pajjiżna, u mhux biss insellmulu, imma nimitawh f'dak li għamel tul il-karriera politika twila tiegħu.", "Lil pajjiżek ma tiddefendihx meta tkun fil-gvern, jekk tħobb lil pajjiżek trid tiddefendih dejjem u kullimkien.", "Fix-xahar ta' Ottubru għalaqt 22 sena fil-Parlament u nħossni grat lejn dawk kollha li baqgħu juru fiduċja fija.", "Iktar għamilt snin fl-oppożizzjoni milli fil-gvern, imma naturalment, it-tama tiegħi hi li issa r-rota tibqa' għaddejja b'tali mod li aktar nagħmel snin fil-gvern milli fl-oppożizzjoni, imma dak il-poplu li jiddeċidieh.", "Li rrid ngħid hu li anke fi żmien meta jiena kont membru tal-oppożizzjoni, fejn kelli opportunitajiet barra minn Malta li nkun nista' nitkellem dwar pajjiżi, dejjem ħarist u ddefendejt lil pajjiżi minkejja dak li kien għaddej f'Malta.", "Kemm-il darba stajt nitkellem dwar il-korruzzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, korruzzjoni ta' vera, mhux allegazzjonijiet, mhux x'wieħed jisma' u x'jissuspetta, u stajt nitkellem u nagħmel ħsara lil pajjiżi, imma jien għażilt li pajjiżi jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Ir-rota ddur u meta wieħed jiżra' l-ħażin … Il-ħażin tiżirgħu malajr, imma diffiċli ħafna biex tiġbdu lura.", "U d-demokrazija taħdem billi llum hemm gvern u għada jkun hemm gvern ieħor.", "Jista' jagħti l-każ li min illum qed jiżra' l-ħsara, irid ikun hu stess li jipprova jsewwi dik il-ħsara.", "Allura naħseb li huwa tajjeb li nagħmlu ftit analiżi tal-kuxjenza lkoll kemm aħna.", "Irridu naraw jekk aħniex responsabbli biżżejjed fi kliemna, jekk aħniex qegħdin naraw lil dawk li qegħdin jagħmlu ħsara lil pajjiżna llum meta jmorru barra minn Malta, fil-Parlament Ewropew, u jitkellmu ma' ċerti ġurnalisti, jekk dawn hux qegħdin jaraw sal-ponta ta' mneħirhom għax sempliċement illum hemm Gvern Laburista li kabbar il-maġġoranza f'Ġunju tal-2017 u allura dak li ma ġabux żewġ permezz ta' elezzjoni demokratika, qegħdin jipprovaw iġibuh żewġ billi jagħmlu ħsara lill-pajjiż.", "Naħseb li meta nsemmu u nsellmu lil ċerti nies – u jiena bil-qalb nerġa' nsellem lill-Eks Ministru George Vella, u jalla nkun kapaċi nagħmel farka tax-xogħol li għamel hu - … Lill-eks Ministru George Vella tajjeb ukoll li nżommuh bħala eżempju u nagħmlu dak li nistgħu biex lil pajjiżna ma nħammġuhx, imma niddefenduh.", "Ejjew nieħdu eżempju minn membri parlamentari Ewropej ta' pajjiżi oħrajn fejn ġraw ċerti ċirkostanzi simili għal dawk li ġraw f'pajjiżna.", "Araw jekk issibux membru parlamentari wieħed li jgħid kontra pajjiżu, wieħed li hu wieħed, ħlief il-Membri Parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista li jinsabu fil-Parlament Ewropew, li dan jagħmluh kemm b'mod pubbliku, kif ukoll b'mod privat!", "Qed ngħid dan għax jiena kelli l-opportunità li niltaqa' ma' membri parlamentari Ewropej ta' pajjiżi oħrajn biex nispjegalhom dak li qed jiġri hawn Malta, biex jisimgħu l-qanpiena l-oħra.", "Mhux qed ngħidilhom jemmnu dak li qed ngħid, qed ngħidilhom li din hija l-qanpiena l-oħra, biex imbagħad jiġġudikaw huma.", "Imbagħad jgħidulek li huma ħbieb tat-tali u tinduna minn fejn ikun ġej ċertu diskors.", "Nispera li l-ħbiberija tieqaf lil hinn mill-festini li forsi ntqalu li jsiru, imma l-punt ċentrali tiegħi hu li huwa importanti li aħna nkunu responsabbli fil-kliem li ngħidu.", "Minn fuq imbagħad jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni u jgħid li l-Oppożizzjoni qed tiddefendi l-interessi nazzjonali u r-reputazzjoni ta' Malta.", "Nistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni li jekk verament irid jiddefendi l-interess ta' Malta, jekk verament irid jiddefendi r-reputazzjoni ta' Malta, l-ewwel m'għandu jagħmel huwa li jdur fuq uħud minn sħabu - għax l-Oppożizzjoni ma nistax inpoġġiha kollha fl-istess keffa – u, jekk jista', jikkontrollahom f'dak li qegħdin jagħmlu, il-ħsara li qegħdin jagħmlu.", "Nittama li għall-inqas għandna naqblu lkoll kemm aħna li pajjiżna għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox f'kull ċirkostanza, kemm fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni.", "Kwotazzjoni li ltqajt magħha dan l-aħħar tgħid hekk:", "Huwa aktar faċli temmen gidba li tismagħha ripetuta elf darba, milli temmen il-verità li tismagħha darba waħda biss.", "U dak li qed jiġri minn ċerti esponenti!", "Kullimkien jitkellmu dwar l-istess gidba, fuq l-istess allegazzjonijiet, biex forsi xi ħaġa teħel.", "Imma dan huwa l-interess nazzjonali?", "Dan huwa dak li rridu nagħmlu aħna flimkien?", "Mhux se noqgħod immur lura fis-snin passati meta l-Partit Nazzjonalista kien ukoll fl-oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield għamel aċċenn għal dan.", "Jiena li nixtieq nagħmel huwa li jekk aħna verament inħobbu lil pajjiżna, għandna nħobbuh dejjem u mhux meta jkun jaqblilna.", "Nappella lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jekk verament irid li r-reputazzjoni ta' pajjiżna titnaddaf u li pajjiżna jkollu reputazzjoni tajba, kif tassew għandna reputazzjoni tajba, għandu l-ewwel u qabel kollox jipprova jikkontrolla lil uħud minn sħabu ħalli ma jkomplux b'dawn l-attakki, mhux fuq il-Partit Laburista, mhux fuq il-Gvern Laburista, imma qegħdin jagħmlu attakk fuq il-pajjiż, li jfisser li qegħdin jirriskjaw l-impjiegi tal-familji tagħna.", "Għall-inqas, jekk ma jinteressahomx mill-Gvern tal-lum, għandu jinteressahom mill-familji Maltin u Għawdxin.", "Nittama li almenu hawnhekk nistgħu naqblu ħalli ma jkomplux b'ċerti attakki bħal, pereżempju, dwar setturi vitali għal pajjiżna, fosthom is-settur tas-servizzi finanzjarji, tal-gaming, turiżmu u setturi oħrajn li ċertament huma importanti għal pajjiżna.", "Issa se niġi għall-punti li semmew il-kelliema tal-Oppożizzjoni.", "Il-kritika li smajt hija kritika li smajtha f'diversi baġits, kien min kien fil-gvern.", "Pereżempju, huma ftit l-opportunitajiet li jkollna f'din il-Kamra li nitkellmu dwar l-aspett tal-politika tal-affarijiet barranin.", "Din hija kritika li ilha ssir.", "L-ewwel jien għedt li ili 22 sena f'dan il-Parlament, u mhux se ngħid li ili 22 sena sħaħ nisma' din il-kritika, imma żgur li f'ħafna snin intqalet, kien min kien fil-gvern u kien min kien fl-oppożizzjoni.", "Jien m'għandi l-ebda diffikultà li nidher iktar; jien stess parti mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej għax l-iStanding Orders jgħidu li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin huwa awtomatikament membru f'dan il-Kumitat.", "Nista' ngħid li jien m'għandi l-ebda diffikultà li kull meta jkolli talba minn membri jew membru tal-Kumitat nidher quddiem dan il-kumitat biex nitkellmu dwar dawn il-kwestjonijiet, li nħoss li huma importanti u li l-Oppożizzjoni ġustament semmiet.", "M'għandi l-ebda problema li jkollna iktar diskussjonijiet.", "U rrid ngħid li kellna dawn l-opportunitajiet, mhux biss dawk li semma l-Onor.", "Kellna wkoll l-opportunitajiet, pereżempju, li nitkellmu dwar ir-rapport tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra, fejn hemmhekk kellna anke diskussjoni dwar dak ir-rapport.", "Kellna wkoll opportunità għal diskussjonijiet meta ressaqna proposti għar-ratifika ta' ftehimiet ma' pajjiżi oħrajn bħala membri tal-Unjoni Ewropea, fejn ikun hemm bżonn ir-ratifika anke tal-Istati Membri.", "Allura huwa importanti ħafna li jkun hemm din it-tip ta' diskussjoni f'dak il-Kumitat qabel ngħaddu għar-ratifika.", "Nilqa' l-istedina tal-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li għandu jkollna iktar opportunitajiet fejn nitkellmu dwar dawn l-oqsma.", "Nixtieq insemmi ftit il-bidla li għamilna f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra ta' ambaxxaturi, ġaladarba qed nitkellem dwar dan is-suġġett.", "U x'bidla rnexxielna nġibu bħala Gvern!", "Meta jkun hemm xi ħaġa tajba l-Partit Nazzjonalista jipprova jieħu l-mertu tagħha u jiena nieħu gost għax dak ikun ifisser li hija xi ħaġa tajba.", "Għax jekk tkun ħażina l-mertu jkun biss tal-Gvern, u meta tkun tajba jgħidu li għax ħadna l-parir tagħhom!", "Però nistieden lill-kollega tiegħi jara l-programm elettorali li fuqu l-Gvern ġie elett u jekk hemm gvern li jpoġġi lilu nnifsu taħt skrutinju kien proprju dan il-Gvern, li ppubblika rapport, anke qabel il-Baġit, dwar kemm konna ta' suċċess jew le fit-twettiq tal-programm elettorali tagħna, jew anke tal-Baġit, u żgur li hemm skrutinju sħiħ dwar dan kollu.", "Waħda mill-proposti elettorali tal-Gvern u li dwarha l-Gvern ressaq liġi apposta f'din il-Kamra li sabet il-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra kienet propju li jkun hemm kumitat parlamentari għall-iskrutinju ta' ambaxxaturi nominati li ma jkunux dawk li jissejħu career diplomats, jew inkella diġà fil-Korp Diplomatiku, jew inkella bħala ambaxxaturi.", "Jien ngħid li ġibna bidla għax għall-ewwel darba l-Parlament qed jagħti l-opinjoni tiegħu jekk jaċċettax jew le nomina li jkun għamel il-gvern.", "Sinjura President, l-ewwel semmejt li jien għamilt iktar snin fl-oppożizzjoni milli fil-gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kellu kull opportunità li ħaġa bħal din jagħmilha, però m'għamilhiex.", "Kellu jkun dan il-Gvern li jressaq din il-liġi u issa qed titwettaq fil-prattika.", "Minn dan il-proċess s'issa ġew approvati 11-il persuna li ġew nominati u approvati anke hawnhekk b'mod unanimu.", "Jien għalhekk qed ngħid li ġibna bidla kbira, għax l-ewwel nett naċċetta li għadna fil-bidu ta' dan il-proċess u allura nistgħu nitgħallmu minn dan il-proċess.", "M'iniex supperv li ngħid li hekk isiru l-affarijiet u hekk se jibqgħu jsiru l-affarijiet!", "Jien nilqa' kritika kostruttiva.", "Din hija bidla li ġab dan il-Gvern biex aħna nagħtu l-opportunità u leħen lill-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna fejn jidħlu n-nomini ta' ambaxxaturi.", "Din qatt ma saret, imma saret issa!", "Imbagħad jien nieħu gost nisma' iktar suġġerimenti min-naħa tal-Oppożizzjoni, li juri wkoll il-bidla kbira fil-mentalità li ġab dan il-Gvern.", "Issa l-Oppożizzjoni qed titkellem mhux biss meta jkun hemm nomina ta' ambaxxaturi ġodda, imma anke meta jkun hemm iċ-ċaqliq ta' ambaxxaturi minn post għall-ieħor, mhux biss meta jkun hemm ċaqliq ta' ambaxxaturi, imma biex nitkellmu wkoll fuq fejn niftħu ambaxxati ġodda.", "Jien dejjem ngħid: Ara x'bidla ġab dan il-Gvern f'dan il-pajjiż!", "L-Oppożizzjoni li għamlet is-snin tagħha fil-gvern qatt ma ġewha dawn l-ideat, qatt ma ħasset li għandha tagħti l-opportunità lill-Parlament jagħmel dan, imma issa dawn l-ideat ġew għand l-Oppożizzjoni.", "Kif diġà għedt, jien m'iniex supperv u wieħed jista' jikkonsidra wkoll iktar affarijiet biex wieħed jagħmel diskussjoni.", "Dwar Brexit irrid ngħid li kellna stqarrija tal-Prim Ministru li permezz tagħha ħadna l-opportunità f'din il-Kamra biex wieħed jitkellem fuqha.", "Fl-istess seduta kellna wkoll, b'kumbinazzjoni, laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, fejn tkellimna dwar x'inhuma l-isfidi u fiex wasalna fejn għandu x'jaqsam Brexit, u naħseb li m'għandix għalfejn inżid ħafna ma' dak li nqtal.", "Għandna nkomplu nitkellmu, għaliex le, għax hija xi ħaġa ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Naturalment, kull Malti fir-Renju Unit għandu dritt għal settled status, dejjem jekk ikollhom id-dokumenti neċessarji, iżda nitkellmu dwar dan meta nkunu nafu iktar dettalji u meta naslu għal dan.", "Għalhekk, bħala Ministeru, ħadna l-briga biex, l-ewwel nett, nagħmlu kampanja ta' għarfien biex min għandu qraba li jgħixu fir-Renju Unit ikun jista' jiġbed l-attenzjoni għalihom.", "Fil-fatt, diġà għamilna laqgħat li kienu organizzati mill-Kummissjoni Għolja f'Londra għal numru ta' Maltin jew dixxendenti li jgħixu fir-Renju Unit, u rridu nkomplu b'dawn il-laqgħat biex inkomplu ninformaw.", "Nafu wkoll li l-Home Office Ingliż għandu l-informazzjoni fuq is-sit elettroniku tiegħu u aħna qed ninkoraġġixxu biex wieħed jikkonsulta dak is-sit kemm jista' jkun għax hemmhekk hemm l-informazzjoni neċessarja.", "Rigward il-Commonwealth naħseb li pajjiżna għamel suċċess f'dawn l-aħħar snin u speċjalment meta konna Chair in Office ħallejna togħma tajba.", "Naf dan għax baqgħu jkellmuni anke persuni li għandhom responsabbiltà fil-Commonwealth u qaluli li apprezzaw ix-xogħol li għamlet Malta.", "Irrid insemmi l-Commonwealth Small States Centre of Excellence, li kien prodott taċ-CHOGM li kien sar Malta f' Novembru 2015, li għalkemm għadu fil-bidu tiegħu, dan diġà għamel korsijiet diversi, li għalihom kienu mistiedna speċjalment pajjiżi mill-Afrika, mill-Karibew, mill-Paċifiku, postijiet li fihom huwa importanti ħafna li dan iċ-Ċentru ta' Eċċellenza jkompli jiżviluppa.", "Għadu fil-bidu, però jidher li iktar pajjiżi qed jemmnu iktar fih.", "Fl-aħħar CHOGM li kien hemm beda jissemma ħafna iktar dan iċ-Ċentru.", "Huwa importanti wkoll li nsemmi l-Commonwealth Trade Finance Facility, li fiha Malta kienet ukoll wieħed mill-pajjiżi tal-bidu.", "Huwa importanti ħafna li nsemmu li din il-faċilità se tkun ta' importanza mhux biss biex nitkellmu fuq il-bżonnijiet li jkun hemm, imma wkoll li npoġġu l-flus sabiex dawn il-bżonnijiet ikunu jistgħu jseħħu.", "Niġi issa għal dak li ssemma fil-konfront tal-Italja.", "Jien irrid ngħid li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja kienu u għadhom b'saħħithom, huma relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Ħadd gost li tal-inqas l-Onor.", "Membru semma ż-żjara li jien għamilt wara ftit jiem li twaqqaf il-gvern ġdid Taljan, fejn kelli laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Enzo Moavero Milanesi.", "Ma ltqajtx darba biss miegħu, imma ltqajna diversi drabi, anke meta jkollna l-Kunsill għall-Affarijiet Barranin.", "Naħseb li rridu nifhmu li l-Italja bħalissa għaddejja minn ċertu tibdil politiku, li rridu nkunu konxji dwaru u dwar kif il-gvern Taljan li hemm huwa ifformat.", "Nafu wkoll li l-politika għandha parti importanti u naħseb li m'għandix għalfejn nelabora ħafna fuq dan.", "Però nassigura lil kulħadd li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja huma eċċellenti u hemm ir-rieda miż-żewġ naħat li dawn ir-relazzjonijiet inkomplu nsaħħuhom.", "Għalkemm dak li l-Onor.", "Bonnici kkwota mill-ġurnal The Sunday Times għadu ma seħħx, però nassigura li diskussjonijiet ikun hemm f'kull livell.", "Sinjura President, niġi issa biex nitkellem dwar il-Libja.", "Dan huwa pajjiż ieħor ġar tagħna li dejjem kellna relazzjonijiet miegħu.", "Jekk immorru lura fl-istorja nsibu li l-Partit Nazzjonalista mhux dejjem kien daqshekk ħerqan fuq il-Libja, anzi kien jikkritika lill-gvernijiet Laburisti tal-passat fuq ir-relazzjoni li kellu.", "Qed immur lura fis-snin, però l-istorja trid tgħidha kollha, ma tistax tgħid biċċa, anke minn kif tkun bdiet!", "Din bħal taċ-Ċina, li meta l-Partit Laburista fil-bidu tas-snin sebgħin beda bir-relazzjonijiet magħha mhux kulħadd kien feraħ.", "Kien hemm min ikkritika, imbagħad ngħatajna raġun, mhux biss minn Malta, imma anke minn pajjiżi barranin.", "Imbagħad kulħadd mar jiġri lejn iċ-Ċina!", "Però, naturalment, meta tkun tal-ewwel tieħu l-benefiċċju li tkun tal-ewwel!", "Is-sitwazzjoni fil-Libja hija partikolari.", "L-appell li dejjem nisimgħu, anke meta jkollna l-laqgħat tal-ministri għall-affarijiet barranin, huwa li l-komunità internazzjonali għandha tagħti l-appoġġ kollu lill-isforzi mmexxija min-Nazzjonijiet Magħquda; l-Onor.", "Mifsud Bonnici semma lil Ghassan Salam, li huwa r-rappreżentant speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.", "Xi kultant meta jkollok diversi qniepen, jiġifieri diversi messaġġi ġejjin minn pajjiżi differenti, dawn jistgħu jħawdu dan il-proċess, li diġà huwa kkomplikat u diffiċli fih innifsu.", "Aħna, bħala Malta, iddikjarajna kemm-il darba, u niddikjara anke llum, li qed nagħtu l-appoġġ kollu tagħna bil-miftuħ u anke mhux fil-miftuħ - ġieli anke jkolli nċempel lil Ghassan Salam u ġieli nitkellem miegħu meta niltaqgħu wiċċ imb wiċċ - lill-awtoritajiet Libjani.", "L-Onor.", "Bedingfield semma wkoll l-aħħar laqgħa tan-Nazzjonijiet Magħquda li kelli miegħu f'Settembru li għadda.", "Iltqajt diversi drabi wkoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Mohammed Taher Siala u ġieli nitkellmu wkoll bit-telefon, proprju anke ftit tal-jiem ilu.", "Malta tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha, li daqqa jidher u daqqa ma jidhirx!", "Però huwa importanti li nibqgħu nimxu ma' dak li huwa ġust u li jagħmel sens f'ċirkostanzi li huma diffiċli ħafna.", "Issa li għandna n-nomina ta' ambaxxatur ġdid għal-Libja, jien nappella biex ninterpretaw b'mod tajjeb dak li huwa qal quddiem il-Kumitat Permanenti dwar Ħatriet Pubbliċi li għamel l-iskrutinju tiegħu.", "Membru li segwejt, kif dejjem nagħmel, il-mistoqsijiet li jsiru miż-żewġ naħat tal-Kamra u nara t-tweġibiet li jingħataw.", "Narahom għax nuri interess, u mhux biex nikkoreġihom.", "Jien ma nikkoreġi l-ebda ħaġa li tintbagħat.", "Narahom meta l-Parlament jibgħathom lill-membri kollha tal-Kumitat.", "Però naħseb li huwa tajjeb li ninterpretaw dak li qal fil-Kumitat l-Ambaxxatur nominat fil-kontest li qalu, u mhux nikkwotawh barra mill-kontest tiegħu.", "Sinjura President, il-Mediterran huwa baħar imqalleb mhux ħażin.", "Aħna semmejna biss farka minn dak li għaddej fil-Libja, li mhux farka.", "Però mbagħad nafu li hemm pajjiżi oħrajn li faċilment tfaqqa' xi ħaġa ħafna iktar goffa fihom.", "Semmejna t-Tuneżija, li ġieli jkun hemm xi attakk 'l hemm u 'l hawn, li forsi jerġgħu jitfgħu lill-pajjiż ftit lura mill-iżvilupp li jkun għaddej bih.", "Kellna l-opportunità li mmorru t-Tuneżija, anke flimkien mal-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta, fejn kellna diskussjonijiet.", "Nafu d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom ta' kuljum u li ta' kuljum iridu jiddefendu dak li s'issa kisbu.", "Xi kultant dawnk l-attakki li jkun hemm ċertament li ma jgħinux.", "Imbagħad fil-Mediterran hemm anke l-Lvant Nofsani, fejn hemm pajjiżi bħal Yemen li għandu impatt fuq ir-reġjun tal-Mediterran, kif ukoll is-Sirja, li issa m'għadhiex biss problema tas-Sirja, imma saret problema ta' reġjun, għax hemm sitt pajjiżi oħrajn involuti fiha.", "Allura qed naraw li dan il-Baħar Mediterran jgħaqqadna lkoll, kemm fit-tajjeb, kif ukoll f'dak li huwa inqas tajjeb.", "Għaldaqstant tajjeb li nifhmu li meta nitkellmu fuq il-Mediterran qed nitkellmu fuq diversi sfidi li għandna, anke aħna bħala pajjiż, u naqbel ukoll li rridu nagħtu s-sehem tagħna.", "Fil-fatt, fil-bidu ta' Novembru, minn hawn u ftit ġranet oħra, se jkolli l-opportunità li nilqa' f'pajjiżna lis-Sur Nasser Kamel, li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran, fejn se nkomplu nitkellmu miegħu dwar kif anke Malta tista' tagħti s-sehem tagħha, mhux biss f'din l-organizzazzjoni, imma se nitkellmu wkoll dwar is-summit ta' djalogu, li huwa magħruf bħala 5+5, li se jsir kmieni s-sena d-dieħla.", "F'dan is-summit, ħames ministri tal-affarijiet barranin min-naħa tal-Ewropa u ħames ministri min-naħa tal-Afrika ta' Fuq se niltaqgħu biex niddiskutu kwestjonijiet li huma ta' interess komuni.", "Sinjura President, l-immigrazzjoni tibqa' sfida importanti.", "Naf li l-Onor.", "Mifsud Bonnici tkellem anke fuq il-kwestjoni tal-immigrazzjoni iktar kmieni illum fis-seduta ta' dalgħodu.", "Mhux biss tkellem illum, imma naf li fiż-żmien li kien Ministru kien responsabbli anke mill-qasam tal-immigrazzjoni.", "Fi żmien fejn l-immigrazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran naqset bi 80% għandna ħafna diskors li qisha l-immigrazzjoni żdiedet bi 80%!", "Meta wieħed imbagħad ikun fattwali ma' x'qed jiġri verament, wieħed jinduna li l-azzjonijiet li qed nieħdu, mhux biss bħala Malta, imma b'mod komuni fl-Unjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni ma' pajjiżi terzi, speċjalment ma' ċerti pajjiżi tal-oriġini, qed iħallu l-frott.", "Dan ma jfissirx li għandna nieqfu, imma jfisser li mexjin fid-direzzjoni t-tajba, ifisser li hemm bżonn inżidu l-isforzi tagħna u li għandna nkunu bilanċjati fuq din il-kwestjoni umanitarja.", "Fl-aħħar mill-aħħar qed nitkellmu fuq persuni umani.", "Għalhekk, id-diskors li smajt mill-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-ħaddiema barranin u fuq l-immigranti jista' jkun perikoluż!", "Irridu noqogħdu attenti kif nitkellmu u kif npoġġu l-kliem!", "L-ewwel nett, huwa żbaljat mill-aspett ekonomiku għax l-ekonomija f'Malta qed tikber mhux għax qed jiġu l-barranin, imma għax qed inżidu l-opportunitajiet ta' xogħol.", "Meta jkollok opportunità ta' xogħol u m'għandekx biżżejjed ħaddiema Maltin bilfors trid iġġib il-barranin!", "Il-barranin qed jiġu għax hawn opportunità ta' xogħol, bħalma marru l-Ġermanja għax kien hemm opportunitajiet ta' xogħol, bħalma marru f'pajjiżi oħrajn għax kien hemm opportunitajiet ta' xogħol, u bħalma telqu minn pajjiżi oħrajn għax ma kienx hemm opportunitajiet ta' xogħol!", "Ta' spiss nisimgħu li qed jiġu l-immigranti minn Sqallija.", "Anke t-Taljani qed jiġu mill-Italja għax mhux qed isibu opportunitajiet ta' xogħol hemmhekk Illum tista' tara li qed jinfetħu għadd ta' ristoranti mit-Taljani f'pajjiżna.", "Dan ifisser li jekk fl-Italja mhux qed ikollhom opportunitajiet biżżejjed ta' xogħol, anke t-Taljani jitilqu, aħseb u ara l-immigranti!", "Dan il-konċett li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni, li l-ekonomija f'Malta qed tikber għax qed nimportaw in-nies … Kieku daqshekk faċli, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern f'25 sena missu ġab ħafna iktar nies sabiex tikber l-ekonomija, u tikber b'rata iktar mgħaġġla!", "L-iktar ħaġa importanti li ridt ngħid mhux fuq l-ekonomija - għax il-Prim Ministru wieġeb b'mod tajjeb ħafna lill-Kap tal-Oppożizzjoni fuq dan is-suġġett - imma fuq kemm għandna noqogħdu attenti kif inpoġġu d-diskors!", "Ejjew inkunu fattwali ma' dak li qed jiġri u ma nagħtux x'jinftiehem li qed immorru lejn il-lemin estrem jew, b'xi mod jew ieħor, qed inkunu razzisti fid-diskors tagħna.", "Ejjew ngħidu l-fatti kif inhuma.", "L-immigrazzjoni kienet, għadha u se tibqa' sfida, mhux biss Ewropea, imma globali.", "Għalhekk, in-Nazzjonijiet Magħquda għamlet sewwa li daħlet fuq dan is-suġġett tal-immigrazzjoni, għax mhijiex sfida Ewropea, imma hija sfida globali, li flimkien irridu naffrontawha bl-aħjar mod possibbli.", "Sinjura President, f'sitt xhur kelli wkoll l-opportunità li mmur darbtejn il-Lvant Nofsani, fejn żort l-Iżrael u l-Palestina.", "Kienu żewġ żjarat ta' suċċess.", "Mal-Palestinjani - din kienet it-tieni darba – iffirmajna ftehim u għamilna anke kuntatti interessanti fejn għandu x'jaqsam ma' kif tista' tiżviluppa r-relazzjoni mal-Palestina.", "U bl-istess mod mal-Iżrael.", "Jien ngħid li qatt ma kellna relazzjoni tajba mal-Iżrael daqskemm għandna llum, minkejja l-pożizzjoni li Malta dejjem ħadet – kien min kien fil-gvern f'pajjiżna - vis-à-vis il-kwestjoni tal-Palestina u l-Iżrael, u ċjoè, li aħna naqblu li għandu jkun hemm żewġ stati li jgħixu flimkien fil-paċi, li jaħdmu flimkien u li jkun hemm diskussjoni fuq il-belt kapitali.", "Għalhekk aħna ma ħadniex gost meta kien hemm l-azzjoni dwar li Ġerusalemm tkun il-belt kapitali tal-Iżrael, għax din tefgħet lura iktar il-potenzjal li jkun hemm diskussjonijiet f'dan il-qasam.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li aħna naħdmu b'kawtela mat-tnejn, li nwasslu l-messaġġ dwar il-paċi anke f'dan ir-reġjun.", "Malta tibqa' favur il-paċi.", "Malta mhijiex favur pajjiż jew favur ieħor, imma hija favur il-paċi.", "L-interess tagħna huwa l-paċi.", "Rigward l-Unjoni Ewropea m'hemmx għalfejn nitkellem iktar; diġà għedt li għandna nibqgħu naħdmu f'dan il-qasam għax l-Unjoni Ewropea hija parti integrali minna.", "Hemm l-aspett esteru tal-Unjoni Ewropea, il-fatt li aħna naħdmu ma' pajjiżi terzi u l-fatt li aħna jkollna ftehimiet ma' pajjiżi oħrajn u dak huwa importanti li aħna nagħmluh.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-kandidatura ta' Malta biex bejn l-2023 u l-2024 Malta tokkupa siġġu, mhux permanenti, fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.", "Dan ikun 40 sena wara li Malta għamlet dan għall-ewwel darba.", "Din hija sfida kbira għal pajjiżna, sfida li rridu negħlbu flimkien bħala pajjiż u poplu wieħed, irridu nippreparaw għaliha b'mod b'saħħtu u rridu ninvestu biex aħna verament inkunu denji li naqdu dan il-post bl-aħjar mod possibbli.", "Bħalissa qed issir ħidma interna biex aħna nagħmlu mhux biss il-pjan tagħna, imma anke nfasslu l-politika tagħna, għaliex aħna rridu nkunu parti minn dan il-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda.", "L-elezzjoni għalih se ssir fis-sena 2022 u allura diġà qed isir il-lobbying, mhux biss min-naħa tiegħi, imma qed isir anke bis-saħħa tal-ambaxxati kollha, biex pajjiżna jkollu l-appoġġ.", "Irridu nkomplu nagħmlu dan, speċjalment minn meta jkollna l-kanditatura tagħna mħabbra b'mod formali.", "Issa se ngħaddi għall-isfidi li għandna bħala Ministeru.", "Hawnhekk nagħmel referenza għal dak li semma l-Onor.", "David Stellini, fejn għandu x'jaqsam mal-ħaddiema.", "L-ewwel nett, jien dejjem naprezza iktar il-ħidma tal-persuni li jaħdmu f'dan il-Ministeru.", "Dan il-Ministeru unikament jistrieħ fuq ir-riżors uman, xejn iktar!", "Neħħi r-riżorsa umana u ma jibqagħlek xejn!", "Jien mill-ewwel ġurnata fhimt l-importanza u l-isfida li għandu dan il-Ministeru.", "Irrid nagħti kredtu lill-Onor.", "Stellini li meta qal li qed jitilqu n-nies minn dan il-Ministeru, għamel sewwa li semma li din mhijiex sfida t'issa, imma hija sfida ta' numru ta' snin ilu, kien min kien fil-gvern.", "F'dawn l-aħħar snin l-isfidi għal dan il-Ministeru kibru u mhux ċkienu.", "Allura meta fl-ewwel ġimgħat tiegħi f'dan il-Ministeru jien sirt naf bi ftehim kollettiv li kien ilu li skada mill-1994 - skont kif inqtal lili u hekk jidher li huwa - jien għedt li din ma tistax tibqa', li aħna, sena waħda wara l-oħra, ministru wieħed wara l-ieħor, ma nagħmlu xejn dwaru!", "Issa jien ma rridx ngħid li ma sar xejn qabel, imma l-fatti huma li ma wasalniex.", "Jien l-iktar wieħed li ħeġġiġt mill-Ministeru – hekk kif inhija l-responsabbiltà tiegħi, li nerfagħha, u jalla naslu malajr kemm jista' jkun! – u dejjem għedtilhom li jien ma jinteressanix min hija l-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema, però huwa importanti li jkollna union li tirrappreżenta lill-ħaddiema.", "Għax meta bdejna nitkellmu fuq dan is-suġġett, donnu kien jidher li ma kienx hemm kjarezza dwar liema union hija li tirrappreżenta lill-ħaddiema.", "Dik ġiet sorvolata u min-naħa tal-Ministeru, internament, għamilna l-homework tagħna, kif għamlu wkoll il-ħaddiema.", "Jien nieħu gost li l-ħaddiema jieħdu dawn l-inizjattivi, assolutament ma għandi xejn kontra.", "Anzi, jien stess ħeġġiġthom biex jiġu huma wkoll bil-proposti!", "Jekk m'iniex sejjer żball, saru mill-inqas żewġ laqgħat mal-UĦM, għax din qed tirrappreżenta lill-ħaddiema.", "Jalla li b'dawn id-diskussjonijiet li għaddejjin, li jien ma nkunx preżenti għalihom, imma jkun hemm is-Segretarju Permanenti, flimkien ma' xi nies oħrajn li jitkellmu fuq dan is-suġġett, naslu malajr kemm jista' jkun.", "Jien nixtieq li kemm jista' jkun malajr niffirmaw ftehim kollettiv, fejn ikun hemm kondizzjonijiet tajbin li jirriflettu ż-żmenijiet tal-lum u li jirriflettu wkoll ir-responsabbiltà tal-ħaddiema tagħna.", "Dak li semma l-Onor.", "David Stellini, kemm fir-rigward ta' kif jingħataw il-promozzjonijiet, il-progress li jkun hemm, il-kondizzjonijiet tal-ħaddiema, allowances u special allowances, kollha jaqgħu fid-diskussjonijiet li qed isiru fir-rigward ta' dan il-ftehim kollettiv.", "Jien determinat li dan nagħmlu, kif għamiltu meta kont f'ministeru ieħor.", "Niftakar li f'dak iż-żmien li kont f'ministeru ieħor kellna l-kwestjoni tal-immigration officers, li kienet komplikata immens.", "Anke hemmhekk il-ftehim kien ilu li skada s-snin, imma wasalna, u jien determinat li anke hawnhekk naslu, għall-ġid ta' kulħadd.", "Issemmew ukoll is-second secretaries, li huma importanti li jiddaħħlu.", "Anke hawnhekk, jien nagħfas ħafna li hemm bżonn li ndaħħlu ħafna iktar nies, biex ikollna r-riżors uman neċessarju kemm fil-Head Office hawn Malta, però wkoll fl-ambaxxati.", "Nieħu gost li l-Onor.", "Mifsud Bonnici jagħmel il-mistoqsijiet parlamentari.", "Huwa semma li jsegwi l-ħidma fl-ambaxxati.", "Hemm ħafna x'nirranġaw, anke kif isiru r-rapporti, però rridu nammettu wkoll li anke r-riżorsi umani huma skarsi, f'ċerti ambaxxati iktar minn oħrajn.", "Meta jkollok ambaxxatur waħdu u m'għandux Malta based officer wieħed miegħu, ikun diffiċli li dan l-ambaxxatur jagħmel kollox hu, xogħol amministrattiv, xogħol politiku, kummerċjali, laqgħat u xogħol ieħor.", "Irrridu nifhmu wkoll li meta jkun hemm laqgħat fil-kapitali, il-laqgħat mhux dejjem ikunu f'livell ta' ambaxxatur, però fil-każ tagħna, jekk ma jmurx l-ambaxxatur, ma jmur ħadd!", "Dik hija realtà li rridu niffaċċjaw.", "Is-sena li għaddiet ipprovajna ndaħħlu dak li jissejjaħ it-technical stream, għax wara li spiċċajna l-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill Ewropew, rajna li kellna numru ta' persuni li kienu ħadmu fuq dan l-avveniment u xtaqna nieħdu l-opportunità li kemm jista' jkun inġibu minnhom lejn il-Ministeru tagħna.", "Ikolli nammetti li dan ma rnexxiex daqs kemm xtaqt.", "Xtaqt li jiġu ħafna iktar.", "Dan ifisser li l-oħrajn għażlu li jmorru xi mkien ieħor.", "Però b'dik is-sejħa kien hemm ukoll persuni li diġà kienu ħadmu fil-Ministeru, uħud minn dak li jissejjaħ id-diplomatic stream, li raw opportunità u biex ikunu jistgħu javvanzaw applikaw taħt dak li jissejjaħ technical stream.", "Dawn applikaw u ladarba kienu tajbin, intgħażlu wkoll.", "Intqal li dawn imbagħad marru barra minn Malta.", "Kien hemm uħud minnhom li kienu diġà qed iservu barra minn Malta u mbagħad ingħataw din il-promozzjoni taħt dak li jissejjaħ technical stream.", "Dak li ġara.", "Jien naqbel però li hemm bżonn li nżidu ħafna iktar l-impjegati f'dan il-Ministeru.", "Jien informat ukoll li l-appell li kien hemm quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku dwar is-sejħa għal second secretaries fil-fatt illum inqata', il-proċess tas-sejħa tkompla kollu u allura issa nistgħu nipproċedu billi ndaħħlu lil dawn in-nies.", "Ovvjament persuna tista' tappella.", "Fil-fatt dak li ġara, kien hemm persuna li appellat, iżda issa jidher li dan inqata' u għandna l-go-ahead biex inkunu nistgħu ndaħħlu dawn is-second secretaries.", "Ħalli ngħamilha ċara, ladarba dawn jidħlu, diġà tajt struzzjonijiet biex noħorġu sejħa oħra, għax għandna bżonn ħafna iktar nies.", "Jekk niftakar tajjeb, kien hemm inqas minn 20 li għaddew wara din is-sejħa għal second secretaries.", "Issa irridu naraw kemm minnhom lesti li jidħlu, imma ċertament li l-postijiet tagħhom diġà nbelgħu.", "Allura għandna bżonn noħorġu sejħa oħra.", "Nappella biex ikun hemm min jidħol għal din l-isfida.", "Din hija sfida sabiħa, li inti tkun tista' sservi lil pajjiżek f'dan il-Ministeru, kemm f'Malta, kif ukoll barra minn Malta.", "Ix-xogħol ta' Malta rridu napprezzawh daqs ix-xogħol ta' barra.", "Ċertament li ma jistax ikun li kulħadd ikun barra minn Malta fl-istess ħin, għax ix-xogħol hawn Malta jrid jimxi!", "Dak huwa li ridt ngħid fir-rigward tar-riżorsi umani.", "Fir-rigward tax-xogħol fiżiku u ambjentali – ħa nsejjaħlu hekk – fil-Ministeru, l-Onor.", "Stellini semma Triq Zekka, però kien qed jirreferi għal Triq Żakkarija.", "Hemmhekk ħadna binja li kienet ħanut, għaliex l-ispazju fil-Ministeru huwa dak li hu.", "Però rrid ngħid li s-sistema ta' ventilazzjoni fil-binja hija professjonali u fiha wkoll il-ħruġ ta' emerġenza, għaliex ċertament li s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema hija l-ewwel prijorità għalina.", "M'għandi l-ebda diffikultà li nistieden, mhux biss lill-Onor.", "Mifsud Bonnici, biex meta l-binja tkun lesta mill-aħħar ftit xogħlijiet li fadal, immorru hemmhekk flimkien u narawha.", "Jien mort darbtejn biex nara x-xogħol kif sejjer.", "Ovvjament, jien dejjem nimbotta biex ix-xogħol isir malajr kemm jista' jkun.", "Min se jmur hemmhekk se jmur skont l-esiġenzi tal-Ministeru.", "Irrid infakkar li fil-Ministeru hemm xogħlijiet li jridu jsiru, fosthom fil-basement, u allura bilfors trid iċċaqlaq ċerti nies, għax inkella x-xogħol ma jkunx jista' jsir.", "Imbagħad hemm xogħol ieħor li rridu nagħmlu fil-famuż tielet sular, jew liema sular jiġi.", "Dan ilu jissemma għal ħafna snin.", "Jien determinat li s-sena d-dieħla nibdew dawn ix-xogħlijiet.", "Jekk l-Onor.", "Stellini kkritika l-binja fi Triq Żakkarija, fejn qed ngħid li hemm sistemi ta' ventilazzjoni professjonali ħafna u tajbin, jekk imur ftit fit-tielet sular … Naħseb li dawk li se jmorru fil-binja ta' Triq Żakkarija se jkunu ħafna aħjar minn dawk li se jkun hemm fit-tielet sular, u kważi kważi se jkollna l-ġlied biex minn hemmhekk imorru n-naħa l-oħra!", "Però nixtieq li nibdew ix-xogħlijiet fuq it-tielet sular, ħalli nagħmlu uffiċini suret in-nies biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu b'kumdità u jagħmlu x-xogħol li għandhom jagħmlu f'isem pajjiżna.", "L-Onor.", "Stellini semma wkoll kif jiġi deċiż li jittieħdu l-postijiet ta' xogħol.", "Sal-lum ma kienx hemm dawn il-kriterji u jien nixtieq li naslu li jkollna kriterji f'posthom.", "Nassigura lil kulħadd li meta persuna tiġi magħżula biex tmur f'post jew ieħor, ovvjament jiġu kkonsidrati l-ħiliet ta' dik il-persuna, fosthom il-lingwi li tkun taf titkellem.", "Hawnhekk nagħmel appell biex l-impjegati tagħna jkomplu jitħarrġu anke f'lingwi oħrajn, mhux biss dawk li huma meqjusa bħala tradizzjonali.", "Huwa importanti li jkollna iktar diplomatiċi, u anke mhux diplomatiċi, li jitħarrġu fil-lingwi, anke għax dan ikun ta' vantaġġ kbir għalihom meta jkunu kkonsidrati għal xi post ta' xogħol partikolari.", "Sinjura President, nixtieq ningħaqad mal-kollega tiegħi u nfakkar il-memorja ta' numru ta' ambaxxaturi.", "Mhux se nsemmihom għax diġà ssemmew u nibża' li nħalli lil xi ħadd barra, però rrid insemmi b'mod partikolari dak li għamilna fl-aħħar laqgħa tal-ambaxxaturi.", "Il-laqgħa tal-ambaxxaturi ssir kull sena, mentri l-laqgħa tal-konsli onorarji ssir kull sentejn.", "Dik issir fuq bażi regolari.", "Din is-sena ma ltaqgħux il-konsli onorarji u allura s-sena d-dieħla jkun hemm il-laqgħa tal-konsli onorarji flimkien mal-ambaxxaturi.", "Din is-sena nidejna premju li semmejnieh għall-Ambaxxatur Alfred Zarb, u semmejnieh għalih għax kien id-diplomatiku li mill-Indipendenza kien diġà qed jaħdem, u ħadem ma' kull gvern.", "Għal ftit xhur kelli l-possibilità li naħdem ftit miegħu jien ukoll u niftakar li fl-aħħar telefonata li kelli miegħu, meta ċempiltlu biex nara kif inhu, qalli li jekk kelli bżonn xi ħaġa, kien jiġi dak il-ħin!", "Dak kien Alfred Zarb, li x-xogħol għalih kien, ma ngħidx l-ewwel u qabel kollox, għax il-familja tiġi l-ewwel u qabel kollox, imma kien ta' prijorità qawwija.", "Allura nidejna premju li ta' kull sena se nagħtuh lil xi ambaxxatur u għall-ewwel darba din is-sena ħassejna li flok ma jkun hemm bord ta' għażla li jagħżel xi ambaxxatur partikolari, nagħżlu lil Saviour Borg biex jingħata dan il-premju.", "Kienet xi ħaġa kommoventi dakinhar, għaliex għal dik l-okkażjoni stedinna wkoll lill-familjari tas-Sur Alfred Zarb.", "Saviour Borg u Alfred Zarb ħadmu flimkien għal snin twal, u kien hemm min qalli li argumentaw ukoll flimkie!", "Però żgur li dejjem kienu flimkien, mhux biss waqt l-argumenti, imma ċertament li f'ħidmiethom għal ħafna u ħafna snin, sa kważi l-aħħar ġurnata.", "Ninsab kuntent bl-ambaxxaturi tagħna; ma noqgħodx ngħid jekk ambaxxatur hux ġej mill-Korp Diplomatiku jew jekk hux ambaxxatur magħżul b'mod politiku.", "Aħna nipprovaw li kemm jista' jkun il-proporzjon ikun qrib xulxin, però għalija huma kollha ambaxxaturi ta' Malta.", "M'hemmx ambaxxatur li għandu timbru mod u ambaxxaur b'timbru mod ieħor.", "Issa li kelli l-opportunità li nitkellem ma' kważi kollha kemm huma, anke meta nkun qed inżur xi post jew ieħor, napprezza x-xogħol kbir li jagħmlu, bid-diffikultajiet li jkollhom.", "Ikun hemm min forsi jagħti iktar, ikun hemm min forsi jkun anke fortunat fil-post fejn ikun qiegħed għax ikun aktar opportunitajiet li jersqu lejna, dejjem skont il-post fejn wieħed ikun.", "Jien kuntent anke biċ-ċaqliq tal-ambaxxaturi li għamilna dan l-aħħar.", "Jien inħoss li ċ-ċaqliq li sar – u nerfa' r-responsabilità jien, għax ovvjament dawn id-deċiżjonijiet neħodhom jien – sar b'aprezzament għall-potenzjal ta' kull wieħed u waħda minnhom.", "Din mhijiex kwestjoni ta' għax xi ħadd xtaq imur post ieħor, biex nagħmilha ċara, imma quddiemi jkolli lil pajjiżi, u fejn hemm bżonn li nagħmlu ċertu ċaqliq, nara min hija l-persuna li l-iktar hija idonea għal dak il-pajjiż.", "U naf li hemm persuni li bgħatthom f'ċerti postijiet għax għandna sfidi, u nemmen fihom dawn in-nies.", "Huma dan jafuh, u għedtulhom.", "Jien ma jinteressanix jekk humiex ta' kulur jew ieħor, jekk jivvotawx naħa jew oħra.", "Jien nara l-interess tal-pajjiż l-ewwel u qabel kollox!", "Fakkart il-memorja ta' dawn l-ambaxxaturi li ħallewna, sellimt lill-ambaxxaturi li għandna, u rrid nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li jagħtu sehemhom, kemm fil-qasam taċ-Ċivil, kif ukoll il-ħaddiema tas-Segretarjat, li jagħmlu xogħol importanti ħafna.", "Jien napprezza x-xogħol tagħhom.", "Minn hawn u ftit ġranet oħra se jkollna l-laqgħa tal-Maltin ta' barra.", "Minn 15, 12 huma ġodda, għax skada t-terminu taż-żmien tal-oħrajn u ma jistax jiġi mġedded.", "Għandna 12-il persuna ġdida, fosthom persuna li għall-ewwel darba se tirrappreżenta d-diaspora Franċiża, li hija s-sitt l-ogħla diaspora fejn għandu x'jaqsam man-nies.", "Kif għedt anke s-sena li għaddiet fl-ewwel laqgħa li ppresedejt bħala Ministru tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, dak li nixtieq huwa li nifhmu li għandna sfida kbira quddiemna u li ma nistgħux nibqgħu fil-passat, għax anke l-Maltin li jgħixu barra u d-dixxendenti tagħhom …", "Irid ikollna direzzjoni ġdida, inkella dan il-Kunsill se jispiċċa mingħajr valur.", "L-isfida li għandna hi li nilħqu l-ġenerazzjonijiet il-ġodda, li wħud minnhom huma Maltin anke bil-passaport, però mhux dawk biss.", "Naħseb li hemmhekk hija sfida importanti li naħdmu flimkien.", "Allura pprovajna li anke t-taħlita li jkollna tkun ta' nies żgħażagħ, nies li għandhom esperjenza u anke bilanċ aħjar bejn is-sessi.", "Nittama li dawn jgħinu biex aħna nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem fil-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "Sinjura President, issa se nitkellem ftit fuq Trade Malta.", "Hemmhekk għandna strateġija li hija ċara, li nipprovaw nilħqu postijiet li huma diffiċli li negozjant imur waħdu fihom.", "L-aċċess għall-Ewropa illum qiegħed hemmhekk u dejjem kien hemmhekk, però rridu mmorru fi swieq li mhux faċli li wieħed jilħaq, u li jkunu swieq li huwa importanti li nkunu fihom.", "Issemma l-Ġappun, li huwa wieħed mill-pajjiżi li żorna mal-Prim Ministru.", "Iva, il-Prim Ministru qal, anke fl-istqarrija tiegħu, li huwa wieħed mill-pajjiżi li qed nikkonsidraw għandniex niftħu ambaxxata fih.", "Il-mira tiegħi hi li kull sena niftħu ambaxxata, u din is-sena dan għamilnieh fil-Ghana, fejn innominajna kummissarju għoli, għax huwa pajjiż tal-Commonwealth u allura jissejjaħ hekk.", "Wasalna fi ftehim fejn għandha x'taqsam ir-residenza, u se nagħmlu ftehim temporanju fuq l-ambaxxata, għax għadna ma wasalniex għal ftehim permanenti.", "Però b'hekk għall-inqas nibdew noperaw malajr kemm jista' jkun.", "Kif għedt, hemm in-nomina tal-ambaxxatur, li l-proċess għalih inbeda; biex jintlaħaq l'agrément ma jiddependix minna, imma jiddependi mill-pajjiż; hemm proċedura li wieħed irid jimxi magħna.", "Meta ġie l-Viċi President tal-Indja ffirmajna tliet ftehimiet u allura d-direzzjoni tagħna magħhom hija li aħna jkollna l-aqwa relazzjonijiet u nkomplu naħdmu anke mill-aspett kummerċjali.", "Naħseb li dan huwa importanti ħafna.", "Tajjeb li ngħid li bħala Trade Malta matul din is-sena tajna 600,000 inċentiv.", "Dawn l-inċentivi jmorru għal kumpaniji biex jesploraw opportunitajiet ġodda 'l barra minn xtutna u filwaqt li jkomplu bil-ħidma tagħhom hawn Malta, dawn ifittxu wkoll li jimirħu fi swieq differenti.", "Lil dawn il-kumpaniji ngħinuhom ukoll biex imorru għal fieri importanti, bħall-fiera f'Dubai, f'Ginevra ġewwa l-Iżvizzera u f'Cologne ġewwa l-Ġermanja.", "Trade Malta kienet ukoll mistiedna tipparteċipa f'St. Petersburg International Economic Forum.", "Dawn huma kollha opportunitajiet li jlaqqgħuna ma' affarijiet importanti.", "Allura huwa tajjeb li nkomplu naħdmu ma' Trade Malta, mhux biss barra minn Malta, imma anke hawn Malta, fejn kellna l-opportunità li nitkellmu fuq kif nistgħu nagħmlu negozju ma' pajjiżi oħrajn u naraw x'opportunitajiet joffru dawn il-pajjiżi.", "Pereżempju, kellna Doing Business fl-Etjopja, u Doing Business with Dubai, fejn bil-kollaborazzjoni taċ-Chamber of Commerce ta' Dubai, laqqajna lis-settur kummerċjali ġewwa pajjiżna.", "Dan kollu huwa xogħol li qed isir u rridu nkomplu naħdmu iktar.", "Għas-sena d-dieħla għandna l-mira li bħala proġett pilota nipprovaw nimpjegaw konsulenti ekonomiċi li jaħdmu flimkien ma' Trade Malta u l-ambaxxati tagħna.", "B'hekk inkunu nistgħu nagħtu spinta lill-kummerċ u naraw kif nistgħu nsaħħu s-settur kummerċjali f'pajjiżna.", "Però tajjeb li nkomplu nitkellmu iktar fuq il-ħidma ta' Trade Malta, u dan forsi nagħmlu meta jkolli iktar ħin għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Hemm ħafna xogħol li qed isir u li wieħed irid isemmi.", "Fil-fatt għandi ħafna punti li ma semmejthomx, fosthom il-ħidma f'dak li għandu x'jaqsam ma' overseas development assistance.", "Din hija ħidma li wieħed jista' jaraha u jinkwadraha bħala ħidma diplomatika.", "Għandna wkoll nużawha bħala għodda diplomatika dwar kif nistgħu aħna, permezz ta' ħidma li jagħmlu l-NGOs … Dwar dan kellna seminar interessanti ħafna, fejn smajna dak li qed jipproponu l-NGOs u lqajna ħafna mill-punti tagħhom, biex għas-sena d-dieħla nkunu nistgħu naħdmu aħjar anke magħhom.", "Huwa importanti ħafna li nkomplu naħdmu mal-NGOs fir-rigward ta' fondi li jmorru biex ngħinu pajjiżi oħrajn, jew biex persuni u reġjuni jiżviluppaw aħjar.", "Jiena kuntent li għas-sena d-dieħla dan il-vot żdied għal €1,400,000.", "Huwa biżżejjed?", "Qatt ma huwa biżżejjed, imma tal-inqas, għat-tieni sena konsekuttiva, qed naraw żieda f'dan il-vot, li meta sirt Ministru kien €900,000 u għas-sena d-dieħla dan huwa €1,400,000.", "Tal-inqas, il-karba tagħna mal-Ministru għall-Finanzi tasal, bħalma waslet meta tlabna li jkollna ambaxxata ġdida din is-sena.", "Il-fondi ġew!", "Tlabna li jkollna ambaxxata ġdida s-sena d-dieħla, u l-fondi jiġu wkoll.", "Sinjura President, rigward il-Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet irrid ngħid li ħadt gost li ssemma ftit.", "Irrid ngħid li mhux biss emendajna l-liġi, imma sar ukoll seminar għall-istakeholders, li għalih kien hemm attendenza tajba ħafna.", "Jien informat li mat-300 persuna attendew għal dan is-seminar.", "Dawn huma stakeholders importanti.", "L-iskop ta' dan is-seminar kien li nifhmu aħjar kif nistgħu naħdmu flimkien u li s-sanzjonijiet internazzjonali jridu jiġu osservati.", "Din hija ftit mill-ħidma li saret.", "Hemm ħafna affarijiet oħrajn li ta' min jitkellem fuqhom.", "Kif diġà għedt, nilqa' l-fatt li hemm bżonn nitkellmu iktar fuq dan is-suġġett.", "Huwa importanti li aħna dejjem inżommu d-diskussjoni għaddejja, għax mhux dejjem ikollna dawn l-opportunitajiet.", "Din hija ħidma ta' ministeru f'kuntest ta' gvern, gvern li qed jippreżenta baġit għas-sena d-dieħla, li jirrifletti r-realtà tal-lum, li Malta qed timxi 'l quddiem, Malta qed tgħix is-suċċess!", "Dak huwa li nawguraw għall-poplu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, huma posposti għal data li trid tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "Fid-9.35 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ irrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ kienet ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, kienu posposti għal data li kellha tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Carmelo Abela, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CARMELO ABELA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "Id-Disa' Jum Stabbilit – Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol", "Vot 13 – Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol", "Vot 14 - Edukazzjoni", "Vot VI - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol - Kapital.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.36 pm il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - KONSULENZA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 751 u 137 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta' direct order?", "X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?", "X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet tal-mistqosijiet parlamentari 1997, 2334, 4380, 4590, 4627, 4628, 7454, 11539, 12058, 17496, 17739, 21783, 25618, 25621, 25624 tal-Leġiżlatura 12 u 516, 1115, 3845, 4301 u 5265 tal-Leġiżlatura 13.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, wara li f'Jum ir-Repubblika tal-2014, il-Gvern għoġbu jonora lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Kumpann Onorarju tar-Repubblika ta' Malta, x'għamel għall-ġid ta' Malta l-imsemmi individwu minn dakinhar lil hawn?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4100.", "MALTA GAMING AUTHORITY – IMPJEGATI ĠODDA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid daħal jaħdem taħt kwalsiasi titolu jew kuntratt mal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob fl-2016 u fl-2017, xahar b'xahar?", "F'liema grad daħlu dawn l-impjegati u f'liema lokalità jirrisjedu?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li fl-2016 daħlu jaħdmu 33 persuna u fl-2017 daħlu jaħdmu 20 persuna.", "Dawn jgħixu fi 30 lokalità differenti f'Malta.", "Il-gradi li daħlu jaħdmu fihom dawn l-persuni huma dawn:", "MALTA GAMING AUTHORITY – KWALIFIKI TA' INDIVIDWU LI JMEXXI UNIT KONTRA L-ĦASIL TA' FLUS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li jmexxi l-Unit kontra l-ħasil tal-flus fl-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li d-dipartiment responsabbli mis-superviżjoni fuq ħasil ta' flus fis-settur tal-logħob fi ħdan l-Awtorità Maltija tal-Logħob jaqa' taħt ir-responsabbiltà taċ-Chief Officer Enforcement, li huwa kwalifikat b'Bachelor of Arts in Criminology, u Doctor of Laws u Magister Juris in EU and Comparative Law mill-Università ta' Malta.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1026 u 161 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5744 u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid f'liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet?", "Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiki mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet?", "Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk ma għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f'liema grad qegħdin illum?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta Tqegħid ta' Karti.", "BINI TA' TOROQ F'GĦAWDEX: ALLEGAZZJONIJIET DWAR KORRUZZJONI JEW NUQQASIJIET - INVESTIGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta' toroq f'Għawdex ġietx konkluża?", "Jekk ġiet konkluża, x'passi ttieħdu?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li l-investigazzjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant għadha għaddejja u li għaddejja wkoll inkjesta maġisterjali.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Reverse Osmosis ġdid f'Ħondoq ir-Rummien bediex jipproduċi ilma u jekk iva, jista' jagħti kemm-il kubu ilma ġie prodott minn dan ir-RO sal-lum?", "Jekk dan ir-reverse osmosis għadu ma bediex jipproduċi ilma, jista' jgħid meta hu mistenni li jibda jipproduċi ilma?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienet jew ser tkun l-ispiża totali fuq dan ir-RO?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender għar-reverse osmosis ġdid f'Ħondoq ir-Rummien qiegħed fit-tmiem tal-proċess u dalwaqt ikun iffirmat il-kuntratt.", "SKOLA MEDIKA TA' BARTS F'GĦAWDEX - STUDENTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid, issa li bdiet is-sena skolastika, kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-Iskola Medika ta' Barts f'Għawdex?", "Liema korsijiet qegħdin isegwu dawn l-istudenti u kemm hemm studenti f'kull kors?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn l-istudenti u kemm minnhom qed isegwu l-kors bi scholarship?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4317.", "GĦAWDEX – RAPPORT TA' SERQ TA' KAROZZI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza ġiet irrappurtata misruqa u kemm minn dan is-serq ta' karozzi kien rappurtat f'Għawdex mill-bidu tas-sena 2015 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-karozzi rrappurtati nieqsa fil-fatt instabu u jagħti ċifra għal Malta u oħra għal Għawdex?", "Jista' jgħid għall-istess perjodu u sena b'sena kemm kien rappurtat serq minn karozzi u kemm minn dan is-serq minn karozzi kien f'Għawdex?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2015 u t-30 ta' Settembru 2018 ġew irrappurtati misruqa 1,063 vettura.", "Minn dawn instabu 545 filwaqt li 518 għadhom mhux irkuprati.", "Informazzjoni dettaljata kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ REĠJONALI GĦALL-IŻVILUPP TA' GĦAWDEX – LAQGĦAT TA' KONSULTAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa ta' konsultazzjoni saret dwar il-proċess għat-Twaqqif ta' Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex fil-perjodu li kien miftuħ għall-konsultazzjoni?", "Tista' tgħid għal kull laqgħa min kien preżenti u tippreżenta kopja tal-minuti miżmuma ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat?", "Tista' tgħid kemm saru sottomissjonijiet bil-miktub dwar it-twaqqif tal-istess Awtorità matul l-istess perjodu ta' konsultazzjoni?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess sottomissjonijiet li saru?", "Interpellant li l-proċess ta' konsultazzjoni skatta fit-3 t'Awwissu 2018 f'liema okkażjoni l-Onor.", "Interpellant kien ukoll preżenti.", "Issa li spiċċa dan il-proċess, l-abbozz sar u ġie ppreżentat lill-Membri Għawdxin tal-Oppożizzjoni għar-reazzjoni u/jew kummenti tagħhom.", "Jonqos issa li jiġi ppubblikat l-abbozz formalment fejn ukoll sal-istadju tat-Tielet Qari ser ikun possibbli għall-pubbliku u stakeholders li jgħaddu l-kummenti u suġġerimenti tagħhom.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - SERVIZZI TA' KONSULENZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu msemmi fil-mistoqsija ma wettaq ebda xogħol ta' konsulenza mal-Ministeru għall-Finanzi u mal-entitajiet li jaqgħu taħtu.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - SERVIZZI TA' KONSULENZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu msemmi huwa ngaġġat mal-Ministeru fuq bażi part-time.", "Il-kuntratt tiegħu huwa wieħed standard li jintuża għall-persuni ngaġġati f'din il-pożizzjoni.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI - SERVIZZI TA' KONSULENZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma ngħata l-ebda kuntratt ta' xogħol jew konsulenza la minn dan il-Ministeru u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – SERVIZZI TA' KONSULENZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda entità jew dipartiment mill-Ministeru tiegħi ma impjega lill-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – SERVIZZI TA' KONSULENZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-31 ta' Ottubru 2018, ma kien hemm ebda impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra mill-Ministeru tiegħi lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – SERVIZZI TA' KONSULENZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ kif ukoll l-entità li taqa' taħtu ma talbux servizzi ta' konsulenza jew xogħol ieħor lill-individwu li qed tagħmel referenza għalih din il-mistoqsija.", "Għalhekk ma jeżisti l-ebda kuntratt.", "MOSTA: TRIQ SAN ĠUŻEPP - SERVIZZ TA' TRASPORT PUBBLIKU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonsidra s-suġġeriment u jestendi s-servizz tat-trasport pubbliku lejn in-naħat ta' Triq San Ġużepp, fuq wara tal-Kappella tal-Isperanza fil-Mosta, peress li hemm ammont ta' residenti li jkollhom jimxu mat-300 metru biex jaslu għall-eqreb bus stop?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-irtirar hijiex se tkun backdated sabiex b'hekk tkompli tħajjar aktar persuni jaħdmu għal benefiċċju tal-pensjoni mas-settur pubbliku, biex l-iskema tibda taħdem mill-2017 biex tiġi parti mis-settur privat u biex ma jkunx hemm inġustizzja skont kif anki kiteb l-Ombudsman kif jidher fiż-żewġ dokumenti li qed jingħataw separatament?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-miżuri tal-Baġit 2019 jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.", "EKS KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA – KUNTRATT TA' XOGĦOL", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-eks Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jagħmel xi tip ta' xogħol għall-Pulizija jew għall-Malta Security Services (Secret Service) u, jekk iva, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' ingaġġ tiegħu?", "MICHAEL FARRUGIA: L-Eks Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu kuntratt bħala 'Konsulent tal-Ministeru'.", "KONTRIBUZZJONIJIET TAL-IIP – INFIQ TA' FONDI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7149 u jgħid fid-dettall kif intefqet is-somma ta' €430 miljun li ġew mill-fondi għall-kontribuzzjonijiet tal-Individual Investor Programme (IIP)?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – SERVIZZI TA' KONSULENZA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4311.", "SKEMA 'NIKRU BIEX NASSISTU' - TAGĦRIF", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti aktar tagħrif dwar l-Iskema \"Nikru Biex Nassistu\"?", "Jista' jpoġġi kopja ta' kuntratt (mingħajr ismijiet) li jsir bejn sid il-post u l-Gvern, fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt li jsir bejn sid il-post u l-Gvern taħt l-iskema 'Nikru biex Nassistu' jirrifletti l-kundizzjonijiet li kienu ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fl-1 ta' Settembru, 2017.", "SERVIZZ TA' EMERĠENZA 112 – TELEFONATI ĠENWINI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' telefonati ġenwini fuq is-Servizz ta' Emerġenza 112 li saru s-sena l-oħra?", "Fuqiex kienu dawn it-telefonati?", "Kemm hemm linji tat-telefon biex jitmexxa dan is-servizz?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' telefonati ġenwini fuq is-Servizz ta' Emerġenza 112 li saru s-sena l-oħra kien jammonta għal 162,042.", "Dawn it-telefonati kienu prinċipalment relatati ma' talbiet għal servizzi ta' Emerġenza, Protezzjoni Ċivili, Pulizija u Forzi Armati ta' Malta, però ma jeżistux dettalji fuqiex kienu.", "Infurmat li hemm 32 linja tat-telefon li huma fuq is-sistema li jistgħu jintużaw biex jitmexxa dan is-servizz.", "KAŻIJIET FIL-QORTI LI ĠEW PRESKRITTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7199, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika ta' każijiet li jiġu preskritti?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta' każijiet preskritti peress illi meta kawża tkun ġiet preskritta, din tiddaħħal fis-sistema bħala terminata/deċiża, kif jiddaħħlu l-kawżi kollha li jiġu terminati/deċiżi.", "EKS ĦADDIEMA TAL-GAS BOARD – KUMPENS FINANZJARJU", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7441 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-eks ħaddiema tal-Gas Board (li fl-1977 ġiet tagħmel parti mill-Enemalta) jingħataw kumpens finanzjarju?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "EKS ĦADDIEMA TAL-GAS BOARD", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7442 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid għal kemm jammontaw l-eks ħaddiema tal-Gas Board li effettivament jintlaqtu mill-possibbiltà ta' kumpens?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex il-kont tad-dawl tad-dar tagħha jiġi ċċekkjat peress li ġie għoli aktar mis-soltu?", "Jista' jara wkoll jekk l-arloġġ tad-dawl huwiex qed jaħdem kif suppost?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji tal-individwu ngħataw lill-ARMS biex tistħarreġ dan l-ilment.", "DĦUL F'DAR TAL-ANZJANI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jsegwi l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha sitt xhur rikoverata fl-Isptar Mater Dei u għadha ma ngħatatx sodda f'Dar tal-Anzjani?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u informa lill-persuna kkonċernata b'risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f'isimha.", "ĦAMRUN: LIĊEO VILLAMBROSA - LIFT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jara kif lift ġewwa l-Liċeo Villambrosa l-Ħamrun, li ilu żmien bil-ħsara, jiġi rranġat mill-aktar fis, minħabba li qed jaqdi wkoll persuna b'diżabilità?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada evalwat il-problema teknika f'lift fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca (magħruf bħala 'Il-Liċeo'), fil-Ħamrun.", "Infurmat li hemm bżonn li tinbidel part minn dan il-lift.", "Il-Fondazzjoni qiegħda ġġib kwotazzjonijiet sabiex tinbidel din il-part.", "Hu mistenni li x-xogħol jitwettaq mill-aktar fis possibbli.", "MALTA BOATMEN AND MOORING SERVICES – ĦLAS TA' ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' ħaddiema li qed jitħallsu bil-prekarjat ġewwa l-Malta Boatmen and Mooring Services?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-allegazzjoni ġiet mgħoddija lil Transport Malta sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet u l-aċċertamenti neċessarji u tieħu dawk il-passi u tirrapporta lura kif hemm bżonn.", "MOSTA: TRIQ PATRI ĠUŻÈ DELIA - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Water Services Corporation għas-sistema tad-drenaġġ li għaddejja minn Triq Patri Ġużè Delia fil-Mosta fiż-żona taż-Żokrija fejn hemm żieda kbira ta' bini ta' appartamenti peress li din is-sistema ta' drenaġġ baqgħet dik li kienet u li issa qed tispiċċa bi drenaġġ jiżbroffa fil-garaxxijiet li huma f'basement fl-istess triq?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, skont l-informazzjoni li għandha, kellha notifikazzjoni waħda biss ta' żbroff ġewwa proprjetà privata u dan minħabba sadd li kien hemm fis-sistema tad-drenaġġ waqt maltemp qawwi.", "Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tikkonferma li s-sistema tad-drenaġġ fi Triq Patri Ġuże Delia, Mosta tiflaħ sew għad-domanda li hemm fl-inħawi.", "Aktar minn hekk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tinvestiga x'wassal għal dak is-sadd li kkaġuna żbroff fi proprjetà privata.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - IMPJEGATI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, f'liema grad u f'liema sezzjoni, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – IMPJEGATI ĠODDA", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda mal-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli segwenti;", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – ĦADDIEMA LI MA GĦADHOMX IMPJEGATI MAL-AWTORITÀ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema li ma għadhomx impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7581 tal-istess Seduta.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – ENFORCEMENT OFFICERS", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enforcement officers impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, sena b'sena, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti:", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – UŻU TAL-PLANNING SHOP - DĦUL", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni għamlu użu mill-Planning Shop tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul (revenue) li kellha l-Awtorità tal-Ippjanar mill-Planning Shop xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, b'risposta għall-mistoqsija parlamentari 7584, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tiġborx informazjoni dwar kemm il-persuna tuża is-servizz tal-Planning Shop.", "Mill-bidu tal-2016 tat-30 ta' Ottubru 2018, inħarġu mill-Planning Shop irċevuti tal-valur muri fit-tabella t'hawn taħt:", "L-ammonti nħarġu mis-sistema tal-irċevuti tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – SERVIZZ TA' AERIAL PHOTO INTERPRETATION", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu mis-servizz tal-aerial photo interpretation li jingħata mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll kemm kien id-dħul (revenue) minn dan is-servizz xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, kienu 20 persuna li għamlu użu mis-servizz tal-aerial photo interpretation.", "Id-dati u d-dħul (revenue) ta' dan is-servizz hu indikat fit-tabella segwenti.", "SPIŻA TA' INKJESTA MAĠISTERJALI U SEDUTI TAL-QORTI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 16 t'Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli l-Ministru jagħti dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-ispejjeż fuq l-inkjesta maġisterjali (sal-lum) jammontaw għal €136,465.38, kif elenkat fid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Fir-rigward tas-seduti tal-qorti sal-lum kien hemm medja ta'493 siegħa u l-ispejjez jammontaw għal madwar €20,456.54.", "SPIŻA TA' INKJESTA MAĠISTERJALI U SEDUTI TAL-QORTI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 5 ta' Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b'sena?", "OWEN BONNICI: L-inkjesta fir-rigward tal-persuna msemmija tmur lura għas-sena 1986 u ċjoè 32 sena ilu.", "L-inkjesta fil-fatt ilha għadejja sa minn dak iż-żmien.", "Dak iż-żmien l-ispejjeż inkorsi mal-inkjesti kienu jiddaħħlu f'reġistru b'mod manwali skont id-data li fiha l-esperti jippreżentaw ir-rapport tagħhom tul il-firxa wiesgħa tas-snin u ma kienx isir elenku separat tal-ispejjeż skont l-inkjesta speċifika.", "Għalhekk mhux possibbli f'dan l-istadju li jiġu rintraċċati l-ispejjeż inkorsi mal-imsemmija nkjesta.", "SPIŻA TA' INKJESTA MAĠISTERJALI U SEDUTI TAL-QORTI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 28 ta' Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk hu possibbli l-Ministru jista' jagħti dettalji ta' fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Infurmat li l-inkjesta fir-rigward tal-persuna msemmija tmur lura għas-sena 1977 u ċjoè 41 sena ilu.", "L-inkjesta fil-fatt ilha għadejja sa minn dak iż-żmien.", "Dak iż-żmien l-ispejjeż inkorsi mal-inkjesti kienu jiddaħħlu f'reġistru b'mod manwali skont id-data li fiha l-esperti jippreżentaw ir-rapport tagħhom tul il-firxa wiesgħa tas-snin u ma kienx isir elenku separat tal-ispejjez skont l-inkjesta speċifika.", "Għalhekk mhux possibbli f'dan l-istadju li jiġu rintraċċati l-ispejjeż inkorsi mal-imsemmija inkjesta."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181102_158d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 158, li saret fit-2 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din is-seduta se mingħajr mistoqsijiet.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitati, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum se jkun ta' tliet sigħat li jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sinjura President, nipproponi:", "VOT 13 - MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €307,689,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €282,947,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT VI - MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €84,335,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Sinjura President, kif inhi l-konswetudni se nipproponi din l-emenda:", "VOT 13 - MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL", "Ħassar iċ-ċifra \"€97,835\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€97,832\".", "Sinjura President, illum qed niddiskutu l-vot għall-Estimi tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, li huwa vot importanti ħafna biex tassew inkunu nistgħu ngħidu li dan il-pajjiż qed jagħtina l-opportunità li fih nirnexxu lkoll.", "Jekk il-qari tad-Diskors tal-Baġit mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kien evidenza ċara ta' nuqqas ta' viżjoni ekonomika għal pajjiżna, il-paġni miktuba dwar l-edukazzjoni fl-istess dokument kienu xhieda ċara ta' nuqqas ta' viżjoni simili u ta' nuqqas ta' pjan fit-tul għas-settur edukattiv.", "Id-Diskors tal-Baġit innifsu, kif ukoll l-azzjoni - u xi kultant l-inazzjoni - tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol matul din is-sena qed juru b'mod ċar li l-Gvern qed ifalli milli jilħaq il-miri tiegħu stess.", "Dan qed jiġri sena wara l-oħra.", "Ovvjament dan iċarrat ftit il-maskra ta' pretensjonijiet jew il-mit li jiġi kkultivat b'reqqa mill-Gvern, fejn jagħti lil wieħed x'jifhem li qatt ma konna daqstant tajjeb, ippreparati u viżjonarji fis-settur edukattiv daqs dawn l-aħħar snin.", "Jekk kien hawn perjodu li kixef dan kollu, dan kien proprju l-perjodu li aħna nsejħulu bħala l-\"back to school\", li seħħ ftit tal-ġimgħat ilu.", "Dan kollu faqa' l-bużżieqa filwaqt li espona u kixef fil-beraħ dan in-nuqqas ta' pjan mill-Gvern anke fil-qasam tal-edukazzjoni.", "Issa jien konvint li l-kelliema tal-Gvern se jkollhom iċ-ċans kollu li jgħidulna kemm għamlu, kemm wettqu u kemm biddlu affarijiet, u allura jien se nieħu ftit mill-ħin ta' dan id-dibattitu biex ngħid dak li probabbilment ma jgħidux il-kelliema tan-naħa tal-Gvern u dak li żgur li ma qalx id-Diskors tal-Baġit ta' din is-sena.", "Mal-perjodu tal-back to school, l-istudenti tal-iskola primarja ta' Marsaskala, li kienu ġew imwiegħda li din is-sena se jżanżnu skola ġdida spiċċaw raw skola li għadha ġebel u saqaf.", "Issa jien konvint li kemm il-Ministru kif ukoll is-Segretarju Parlamentari se jgħiduli li fi ftit xhur oħra din se tkun lesta, imma l-fatt jibqa' li s-sena skolastika bdiet mingħajr ma l-istudenti ta' Marsaskala daħlu f'din l-iskola, u jekk dawn l-istudenti se jiddaħħlu fl-iskola l-ġdida waqt is-sena skolastika, dan ifisser li b'hekk se nkunu qed niddisturbawlhom is-sena edukattiva tagħhom.", "L-istudenti tal-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar ukoll suppost żanżnu skola ġdida imma sal-lum din l-iskola għadha fuq il-pjanti.", "Min-naħa tagħhom l-istudenti tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex ilhom mill-inqas ħames snin jiġu mwiegħda li se jkollhom skola ġdida imma jidher ċar li dawk li kienu mwiegħda din l-iskola ġdida se jkunu laħqu ħarġu mill-primarja mingħajr ma qatt se jkunu mqar rifsu fiha!", "Jien konvint li anke l-Onor.", "Frederick Azzopardi se jsemmi dan il-punt meta nkunu qed niddiskutu l-vot tal-Estimi tal-Ministeru għal Għawdex.", "Li ma nistax nifhem jien huwa li diġà kien hemm sit identifikat li kienu diġà ħarġu t-tenders għalih u aħna dorna dawra tond.", "Issa hawn għajdut, li forsi jista' jikkonfermah il-Ministru, li se nerġgħu mmorru għall-istess post li konna morna għalih qabel, u allura, jekk dan huwa l-każ, ma nafx għalfejn dorna din id-dawra tond.", "Il-gazzetta Illum tgħidilna:", "\"Ikkonfermata l-istorja tal-ILLUM; l-iskola tal-Mellieħa terġa' bla spazju.\",", "filwaqt li tkompli tgħid hekk:", "\"Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jikkonferma li kellhom jiżdiedu sitt klassijiet oħra fil-Mellieħa Sports Complex għax l-iskola primarja tal-Mellieħa reġgħet bla spazju.\"", "Jien konvint illi kieku kelli nagħti l-opportunità lill-kollega tiegħi li jinsab ħdejja, l-Onor.", "Robert Cutajar, żgur li għandu xi jgħid fuq l-iskola tal-Mellieħa għax jaf sew x'qed ngħid!", "Skejjel oħra, bħall-Kulleġġ Santa Klara, suppost żanżnu laboratorji ġodda, imma anke f'dawn il-każijiet, dawn ma kenux lesti sakemm bdejna s-sena skolastika l-ġdida.", "Ta' min jgħid li fit-23 t'Ottubru jien għamilt mistoqsija parlamentari fuq il-Malta Visual and Performing Arts School fejn staqsejt lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għaliex il-manutenzjoni f'din l-iskola għadha ma saritx, u t-tweġiba tiegħu kienet tgħid hekk:", "\"Ninsab informat li x-xogħol għadu ma sarx minħabba l-fatt li ħadd ma tefa' offerta għat-tender għal dawn ix-xogħlijiet - liema tender kellu deadline sat-28 ta' Awwissu, 2018.\".", "Jiġifieri anke li kieku ntefa' t-tender, jekk it-tender kien jintrebaħ f'Awwissu 2018, allura dan kien ikun ifisser li sakemm inbdiet is-sena skolastika l-ġdida, din l-iskola xorta ma kenux ikunu għadhom sarulha x-xogħolijiet ta' manutenzjoni li kien hemm bżonn.", "L-istess nista' ngħid għall-mistoqsija parlamentari li għamilt dwar l-iskola ġdida ta' Marsaskala fejn jien staqsejt:", "\"Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida f'Marsaskala reġgħet għal darb'oħra waqgħet lura fix-xogħlijiet u ma kenitx lesta biex tiftaħ kif ippjanat għal din is-sena skolastika?\",", "u l-Ministru weġibni billi qalli hekk:", "\"Informat li minħabba n-natura tax-xogħol kien hemm bżonn numru ta' testijiet li ma kenux oriġinarjament ippjanati …\"", "Din hija konferma oħra li għandna Gvern bla pjan!", "Jekk irrid nista' nibqa' sejjer.", "Pereżempju, nista' nsemmi l-kwestjoni tat-trasport fejn it-tfal ta' Sannat intalbu jagħżlu bejn trasport b'xejn jew breakfast b'xejn; jew waħda jew l-oħra!", "Imbagħad bqajna sejrin - forsi darb'oħra jkolli ċans nitkellem aktar fid-dettall fuq dawn l-affarijiet - sakemm wasalna għaċ-ċirasa fuq il-kejk; meta l-Gvern ressaq tliet liġijiet biex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni u rtirahom imbagħad ġie jgħidilna li dan huwa każ ta' umiltà!", "Il-verità hi li dan kien każ ta' nuqqas ta' ppjanar u konsultazzjoni, u allura dan iwassalni biex ngħid li fil-qasam tal-edukazzjoni mhux biss għandna nuqqas ta' viżjoni jew nuqqas ta' pjan fit-tul, imma għandna wkoll problema ta' governanza.", "Filwaqt li l-public relations (PR) huwa tajjeb ħafna għax naraw ħafna billboards Facebook sites u reklamar dwar dak li jkun qed isir, jidher ċar li dik il-viżjoni li diġà kien hemm qabel fejn il-governanza tkun waħda fejn l-iskejjel u l-għalliema jingħataw aktar sens ta' awtonomija u ta' responsabbiltà, f'daqqa waħda mhux biss inżammulha l-brejkijiet, imma din bdiet tinġibed lura u bdejna naraw aktar element ta' ċentralizzazzjoni minflok deċentralizzazzjoni.", "Ħafna edukaturi, inkluż il-Ministru, jitkellmu ħafna, pereżempju, fuq il-mudell Finlandiż, imma biex inti titkellem fuq il-mudell Finlandiż u żżommu daqshekk in high regard trid tifhem ukoll li madwar dan il-mudell hemm elementi oħra li jridu jippermettu lil dan il-mudell jaħdem.", "Issa fis-soċjetà tagħna hemm diversi elementi li wieħed irid iħares lejhom, fosthom pagi adegwati għall-għalliema - u ħafna mill-għalliema jħossu li l-ftehim kollettiv mhuwiex biżżejjed biex jiġu attirati aktar professjonisti lejn dan il-qasam - kif ukoll l-elementi tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol innifsu.", "Li naf huwa li anke minn surveys li saru jirriżulta li llum inqas għalliema qed iħossuhom stmati u inqas għalliema qed jiġu attirati lejn il-professjoni tal-edukazzjoni.", "Sinjura President, il-problema ta' governanza tinħass kullimkien tant li din twassalna biex ngħidu li l-wegħda solenni li kellna fl-2013 ta' skola ġdida kull sena tkun sempliċement ħrafa oħra.", "Spiċċajna f'sitwazzjoni fejn minflok skola ġdida kull sena qed ikollna skola posposta kull sena!", "Diġà semmejt l-iskejjel primarji tar-Rabat, Għawdex, ta' Marsaskala u ta' San Pawl il-Baħar, imma anke dwar dawk l-iskejjel li ngħidu li għamilna, jien nistaqsi: Dawn huma tassew skejjel ġodda?!", "Jew inkella għax saret manutenzjoni fuqhom qed ngħidu li dawn huma skejjel ġodda?!", "Bi skejjel ġodda jien nifhem, pereżempju, dawk iż-żewġ skejjel tal-Kulleġġ San Injazju, li kienu saru taħt Gvern Nazzjonalista, jew dawk iż-żewġ skejjel tal-Kulleġġ San Benedittu, li waħda tlestiet taħtna filwaqt li l-oħra kienet ġiet ippjanata minna u tlestiet taħt dan il-Gvern.", "Però fil-każ tal-iskejjel l-oħrajn, hemmhekk qed nitkellmu fuq manutenzjoni, u filwaqt li ovvjament jien nieħu gost nara li din id-darba fil-Baġit minflok bqajna nwiegħdu u nirriċiklaw l-istess ismijiet ta' skejjel li suppost se jsiru u ma jsiru qatt, qed nara li se ssir manutenzjoni fl-iskola primarja ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi, il-fatt jibqa' li hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq manutenzjoni.", "Għalhekk jien nistaqsi: Fejn hi l-iskola ġdida kull sena li konna mwegħdin?!", "Ftit snin ilu, pereżempju, kien sar xogħol ta' manutenzjoni maġġuri fl-iskola primarja ta' San Bastjan f'Ħal Qormi imma b'daqshekk aħna qatt ma għedna li għamilna xi skola ġdida imma konna għedna biss li għamilna manutenzjoni estensiva.", "Sinjura President, il-problema ta' nuqqas ta' ppjanar serju fl-edukazzjoni ħarġet ukoll fl-iskema ta' trasport b'xejn għat-tfal kollha ta' Malta u Għawdex, liema skema kienet u għadha qed tħalli mijiet ta' studenti mingħajr trasport kif ukoll bla ebda superviżjoni lejn l-iskola tagħhom, u dan meta issa s-sena skolastika ilha li nbdiet mill-inqas sitt ġimgħat.", "Issa ħalli nkun ċar; aħna fil-prinċipju qbilna u għadna naqblu li din l-iskema hija waħda tajba.", "Tant hu hekk li fil-verità din kienet waħda mill-proposti li għamilna aħna stess meta konna fl-Oppożizzjoni matul il-leġiżlatura preċedenti u l-Gvern addottaha u ppreżentaha b'ħafna pompa fil-programm elettorali tiegħu għall-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Imbagħad wara sena mill-aħħar elezzjoni ġenerali, huwa reġa' ppreżentaha fil-Baġit għas-sena 2018 fejn qalilna li se jintroduċi trasport b'superviżjoni b'xejn għat-tfal kollha ta' Malta u Għawdex, imma llum, sitt ġimgħat jew aktar minn wara li nbeda dan is-servizz, għadna f'din is-sitwazzjoni.", "Biżżejjed ngħid li minn mistoqsija parlamentari li saret mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Karol Aquilina ħareġ li bażikament il-Gvern kien iddikjara li kellu madwar 826 jew 829 student li għadu ma nstabilhomx trasport u issa għandu 810.", "Jiġifieri kemm solvejna minn dawn il-każijiet f'sitt ġimgħat jew aktar? 15?! 18?!", "Solvejna ħaqq vann wieħed!", "Imma b'daqshekk ma solvejniex il-problema u dan juri li mhux biss ma konniex ippreparati imma li lanqas biss nistgħu nsolvu din il-problema!", "Issa ovvjament nistenna li l-Gvern se jgħidilna li hawn nuqqas ta' vannijiet, li hawn nuqqas ta' xufiera, eċċ, imma l-fatt hu li l-Gvern suppost ippjana qabel ħabbar din il-miżura u qal li se jagħmilha!", "Madanakollu llum, mill-inqas sitt ġimgħat wara li bdiet is-sena skolastika, għadna f'sitwazzjoni fejn 'il fuq minn 800 tifel u tifla għadhom bla trasport b'xejn, kif kien imwiegħed, anzi wħud minnhom mhux talli spiċċaw bla trasport b'xejn, talli spiċċaw saħansitra bla trasport!", "Għax ovvjament imbagħad din il-miżura kkomplikat il-ħajja anke għal min diġà kellu trasport bil-konsegwenza li llum il-ġenituri ta' dawn it-tfal qed ikollhom iħallsu biex uliedhom jinqdew b'mezzi oħra ta' trasport lejn l-iskola.", "Jien għadni nisma' b'każijiet ta' tfal - u konvint li probabbli l-Ministru jisma' b'dawn il-każijiet aktar minni għax ħafna mill-ġenituri li jkunu qed jiffaċċjaw dawn il-problemi jċemplu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol - li jkollhom iqumu fil-5.00 a.m. biex jibdew l-iskola fit-8.30 a.m. u hemm każijiet ta' tfal li jaslu tard ħafna għall-iskola u każijiet ta' tfal li kontra kif kien miftiehem, qed jitgħabbew minn postijiet perikolużi.", "Ovvjament il-fatt li ma tantx hemm alternattivi oħra ta' trasport ma jagħtikx ċans li tibdel il-vann li tkun qed tibgħat lil uliedek bih lejn l-iskola meta tiltaqa' ma' dawn it-tip ta' problemi, imma jkollok tibqa' tibgħat lil uliedek bl-istess vann.", "Dan ifisser li jekk ma jidħolx il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex isolvi l-problemi eżistenti, allura dawn il-problemi se jkomplu jikbru.", "Għaldaqstant jien nemmen li l-Gvern m'għandux jibqa' jitnikker biex isolvi dawn il-problemi, u wisq inqas, m'għandux jibqa' jilgħab il-blame game!", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax l-ewwel il-Prim Ministru qalilna li ma pprovdiex trasport lil kulħadd minħabba li ma setax jasal mal-operaturi għax dawn kienu qed jitkessħu miegħu, u mbagħad wara ftit ġie jgħidilna li r-raġuni li għaliha mhux kulħadd għandu t-trasport hi tort tal-ġenituri li m'applikawx kmieni!", "Mela aħna hekk?!", "Mela qed nagħmlu bħal dak it-tifel fil-kanzunetta \"Mhux jien, mhux jien Mamà!\"; dejjem inwaħħlu f'xi ħadd?!", "Huwa l-Gvern li jrid jgħidilna kif se jsolvi din il-problema!", "Din l-istorja reġgħet irrepetiet ruħha fil-kwestjoni tal-għalliema meta mingħajr ma kkonsulta magħhom ġie jippreżenta hawnhekk tliet liġijiet li qajmu putiferju sħiħ fost l-għalliema tant li l-MUT qaltilna li l-professjoni tal-għalliema tinsab taħt assedju!", "Issa dan mhuwiex kliem tiegħi imma huwa kliem l-MUT u ironikament din il-kwestjoni kollha nqalgħet meta konna qegħdin niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Għalliema fejn allura suppost konna qegħdin nirrikonoxxu l-kontribut li l-għalliema tagħna jagħtu lis-soċjetà tagħna u lill-iżvilupp ta' wliedna.", "Suppost ilkoll naqblu li l-għalliema huma l-pilastru ewlieni tal-edukazzjoni u filwaqt li jien l-ewwel wieħed li ngħid li huwa tajjeb li nagħmlu skola ġdida kull sena jew li hemm bżonn nagħmlu l-manutenzjoni li hemm bżonn, ma tistax tagħmel dawn l-affarijiet a skapitu tal-għalliema għax l-għalliema huma l-fulkru u huma kollox.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar l-iżvilupp ta' wliedna, tas-soċjetà tagħna u ta' pajjiżna, u allura min irid jagħti l-ħiliet liż-żgħażagħ tagħna jekk mhux l-għalliema?!", "Anke hawnhekk bdew jerġgħu jilagħbu l-blame game!", "Issa nifhem li hawnhekk ma kienx il-Ministru, imma l-għada tal-Baġit jew dakinhar stess sieħbu l-Ministru għall-Finanzi mar fuq il-programm ta' Reno Bugeja u qallu: Tafu x'messhom raw l-għalliema?!", "Li l-istudenti tagħna mhumiex qegħdin jaslu u li għal dawk li huma school leavers aħna qegħdin l-aħħar fl-Ewropa!", "Jiġifieri din se nitfgħuha fuq l-għalliema wkoll?!", "Ma naħsibx li dak kien diskors xieraq!", "Li kien hemm xi nies fuq Facebook li qabdu jattakkaw lill-għalliema meta dawn iġġieldu għad-drittijiet tagħhom ngħid \"paċenzja\"; is-settur tal-edukazzjoni ma wasalx ma' dawn in-nies imma allura lanqas mal-Ministru għall-Finanzi ma wasal?!", "Issa jien nistenna li hawnhekk l-Onor.", "Membri se jgħiduli li ma jaqblux miegħi imma ma nistax ma nitkellimx fuq dawn l-affarijiet, speċjalment meta din is-sena l-MUT ma kellhiex moħħ tiċċelebra Jum l-Għalliema minħabba li, kif għedt diġà, dawn kienu qed iħossuhom taħt assedju!", "Dawn il-liġijiet il-ġodda li issa ġew irtirati - u nixtieq li l-Ministru jgħidilna fejn qegħdin fid-diskussjonijiet dwarhom, x'tip ta' emendi se nagħmlu għalihom, fejn se mmorru jew jekk dawn intefgħux fl-abbissi tal-irrilevanza! - ma kenux qegħdin jibnu fuq dak li bnejna aħna matul 30 sena sħaħ; minn meta tajna l-istatus professjonali lill-għalliema għall-ewwel darba.", "Għall-kuntrarju, hawnhekk bdejna nħottu l-prinċipji li fuqhom inbniet din il-professjoni.", "Jista' jiċħad il-Prim Ministru u jistgħu jiċħdu kollha kemm huma għax jibqa' l-fatt li l-MUT ħasset li l-warrant tal-għalliema kien se jsir temporanju minflok permanenti u kien se jagħti poter żejjed li qatt ma ġie wżat għax il-kriterji li bihom wieħed iżomm il-warrant ġew totalment imċajpra u fihom seta' jidħol l-abbuż.", "Madanakollu minflok neħħejna biss il-lok għall-abbuż li kien hemm, żidna lok ieħor għall-abbuż!", "F'dawn il-liġijiet bdejna nitkellmu dwar awtoritajiet, dwar bordijiet, dwar kif suppost dawn se jkunu indipendenti, dwar ġbir estensiv ta' data u dwar informazzjoni fuq l-istudenti ta' wliedna.", "Tlifna wkoll l-opportunità li l-Gvern jagħti sinjal qawwi kontra l-vjolenza fuq l-għalliema.", "M'iniex ċert, imma xi mkien hemm imniżżla xi €200,000 u ma nafx jekk din iċ-ċifra hijiex għas-security tal-għalliema!", "Nixtieq nisma' aktar għax l-għalliema jinsabu nkwetati u jixtiequ jkunu siguri fl-iskejjel tagħhom.", "Illum l-għalliema għandhom ħafna responsabbiltajiet u l-ġenituri jridu li l-affarijiet tagħhom isiru sew għax huma qegħdin jafdaw lill-mimmi t'għajnejhom f'idejn dawn in-nies!", "Imma l-ironija kollha hi li dan il-Gvern, li donnu l-mudell ta' governanza tiegħu kien li jibda jirtira l-proċess ta' deċentralizzazzjoni li kien qed isir matul is-snin ftit ftit, ried jgħabbi lill-kapijiet tal-iskejjel bir-responsabilità legali tal-iskejjel.", "Issa spjegali ftit min se jieħu din ir-responsabilità ta' skola meta l-Gvern lanqas kien qed jagħtihom dritt li jagħżlu fejn jagħmlu photocopy!", "Mela lill-kap ta' skola li lanqas jista' jagħżel u jimpjega lis-segretarja tal-iskola jew lill-cleaner tal-iskola, kont se tgħabbih b'responsabilità legali!", "Lil dak l-għalliem li inti lanqas biss tridu jagħmel photocopy fejn jixtieq hu kont se tgħabbih b'responsabilità legali mingħajr ma tagħtih l-empowerment li dan jeħtieġ!", "X'ma jilmentawx l-għalliema!", "X'ma tordnax azzjonijiet industrijali l-union tagħhom!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq għalliema kkwalifikati li għamlu snin jistudjaw u għandhom ukoll snin ta' esperjenza, jiġifieri jafu jgħoddu mill-wieħed sal-għaxra u jindunaw meta xi ħadd jipprova jbellgħalhom xi ħaġa!", "Hemm bżonn li wieħed jagħti wkoll ċerti spjegazzjonijiet, bħal pereżempju, għaliex inħasset il-ħtieġa li ssir liġi ġdida jew inkella x'kienet se żżid jew tnaqqas din il-liġi.", "Probabbilment illum se jerġgħu jgħidu li l-fatt li rtiraw dawk l-abbozzi ta' liġi huwa sinjal ta' umiltà imma jien naħseb li aktar kien sens ta' umiljazzjoni għax dik il-union li suppost iddiskutew magħha - meta llum sirna nitkellmu tant dwar id-djalogu soċjali u dwar il-ħtieġa li l-affarijiet nagħmluhom flimkien – ġegħlithom jirtiraw dawk l-abbozzi ta' liġi minħabba li dwarhom ma kienx hemm pjan fit-tul, ma kienx hemm konsultazzjoni serja u minħabba li l-konsegwenzi fuq l-għalliema u fuq l-iskejjel ma kenux qed jittieħdu inkonsiderazzjoni.", "Sinjura President, lill-għalliema hemm bżonn inħeġġuhom iktar.", "Skont studju maħruġ mill-Università dwar l-għalliema rriżulta li dawn mhumiex kuntenti u li jekk isibu mpjieg ieħor ibiddlu l-impjieg tagħhom għax qed isibu li fl-impjieg ta' għalliem m'hemmx sens ta' fulfilment, u terġa' aħna qegħdin inżidulhom mal-problemi li dawn diġà kellhom.", "Issa anke hawnhekk, jien nerġa' nitkellem dwar governanza.", "Huwa veru li jidher li n-nuqqas ta' għalliema huwa inqas minn dak tas-sena li għaddiet, għalkemm pereżempju, fl-iskola tar-Rabat, Għawdex kien hemm xi għalliem tal-Malti nieqes.", "Issa hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi għalliem tal-Matematika imma fuq għalliem tal-Malti, imma ejjew inħalluha din ukoll għax forsi wieħed jista' jargumenta li dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru 'l hawn u 'l hemm!", "Imma allura jekk noħorġu sejħa għal supply teachers, għandna nagħmluha tagħlaq fl-1 t'Ottubru?!", "Jekk f'Ottubru tibda l-iskola, kif qed nagħlqu din is-sejħa fl-1 t'Ottubru?!", "Minn affarijiet bħal dawn joħroġ ċar li hemm problema ta' governanza, u b'dan il-mod żgur li m'aħna se nsolvu xejn.", "Mela l-ewwel noħorġu tenders biex issir maintenance fi skola li jagħlqu fl-aħħar t'Awwissu u mbagħad noħorġu sejħa għas-supply teachers li nagħmluha tagħlaq fl-1 t'Ottubru!", "Mhux ovvja li b'dan il-mod m'aħniex se nsolvuhom il-problemi?!", "Ġaladarba qed nitkellem fuq l-għalliema, Sinjura President, ta' min jgħid li wara li l-Gvern tant tkellem dwar il-bżonn ta' aktar professjonalità min-naħa tal-għalliema, tant li l-Fakultà tal-Edukazzjoni laħqet anke ftehim mal-Università biex tkun tista' timbotta lill-għalliema jagħmlu l-Masters, għamilna Masters b'120 ECTS u mbagħad ftaħna istitut tal-gvern li jmur għal 90 ECTS!", "Dawn iż-żewġ entitajiet it-tnejn huma Maltin, jiġifieri ma tgħidx li din ħarġithom xi università minn barra minn Malta.", "Imma għandna pjan?", "Għandna viżjoni?", "U għall-inqas għandna sens ta' koerenza?", "Għax ħalli ma naqblux.", "Pereżempju, wieħed jista' jgħidli li aħjar b'90 ECTS milli b'120 ECTS minħabba t-tali, it-tali u t-tali raġuni.", "Issa ejjew inkunu ċari; jien m'iniex qed nifhem kif 90 ECTS jistgħu jkunu aħjar minn 120 ECTS, imma forsi wieħed ikun jista' jfehemhieli u għall-inqas b'hekk ikollna sens ta' koerenza.", "Għalfejn qed nimbottaw lill-Università biex tmur għal 120 ECTS u l-oħrajn qed jispiċċaw b'90 ECTS?", "In-nuqqas ta' koerenza u n-nuqqas ta' pjan jidhru anke fil-protezzjoni tal-ilsien nazzjonali tagħna; il-Malti.", "Din il-kwestjoni tal-lingwa Maltija qajjimha wkoll ir-Rettur tal-Università fejn wera l-inkwiet tiegħu f'dan ir-rigward fid-diskors li għamel waqt il-ftuħ ta' din is-sena akkademika.", "Qalilna li:", "\"Il-fatt li għandna lsien li hu differenti minn dak ta' ħaddieħor; ilsien li jinsab fl-użu u qed jevolvi maż-żmien hu privileġġ li mhux mogħti liċ-ċittadini kollha tal-globu, u hu proprju dan l-ilsien li jiddefinixxi b'mod mill-aktar ċar min aħna bħala nazzjon.", "Personalment nixtieq li kull min jiġi biex jaħdem u jagħmel żmien magħna fuq dawn il-gżejjer iħoss il-bżonn li jitgħallem juża l-lingwa tal-pajjiż, speċjalment jekk xogħlu jinvolvi kuntatt man-nies fejn il-komunikazzjoni hija importanti, u din ma tgħoddx biss għat-tobba, għall-infermiera jew għall-għalliema imma anke għal dawk li jservu f'ristoranti, f'lukandi u f'postijiet oħra fejn klijenti li jitkellmu bil-Malti biss huma trattati qishom waqgħu mill-qamar.", "Iġegħluk tħossok qiegħed f'pajjiż barrani minflok f'Malta jew f'Għawdex.", "Imnalla li l-maġġoranza tal-Maltin huma bilingwi u t-tieni lsien hu l-lingwa franka internazzjonali.", "Immaġinaw x'konna nagħmlu li kieku t-tieni lingwa tagħna kienet il-Pollakk jew il-Finlandiż jew l-Urdu!\"", "Jien m'iniex qed inħoss sforz anzi għall-kuntrarju, minflok ġibna lil ħaddieħor jitgħallem il-Malti ridna nwaqqgħu l-Malti bħala suġġett tas-sekonda klassi, u anke hawn, għal darb'oħra kellkom reazzjoni qawwija mill-akkademiċi u minn dawk li jinteressahom il-Malti.", "Jien ngħid li l-Malti għandu jinteressa lil kulħadd.", "Il-Malti hija l-lingwa li tgħaqqadna, dik li tagħmilna Maltin u tagħtina identità.", "Il-Kostituzzjoni ta' Malta stess tgħid li l-Malti hija l-lingwa nazzjonali tagħna, u filwaqt li tgħid li nistgħu nużaw l-Ingliż, il-fatt jibqa' li l-lingwa nazzjonali tagħna huwa l-Malti.", "Diġà qegħdin taħt assedju, jekk mhux taħt tsunami, mis-social media u mill-internet!", "Allura ma nibżgħux għal-lingwa tagħna?!", "Jiġifieri wara li l-lingwa tagħna saret nazzjonali fl-Indipendenza u aħna rajna li tkun lingwa uffiċjali anke fl-Unjoni Ewropea, se nkissruha aħna stess?!", "Jien nixtieq nisma' mingħand il-Ministru x'inhi r-raġuni li wara t-tieni leġiżlatura ta' Gvern Laburista għadna niġu l-aħħar fl-Ewropa f'dawk li huma early school leavers, jew aħjar għaliex qegħdin fl-ewwel post bl-ogħla numru ta' early school leavers mill-Ewropa kollha.", "Issa tista' targumenta li n-numru ta' early school leavers naqas xi ftit, imma xorta waħda għadna lura ħafna, aktar u aktar fiż-żmien li hawn dan il-ġid kollu u fiż-żmien li qed ngħidu li l-Baġit huwa suċċess!", "Dan żgur li mhuwiex suċċess!", "Nixtieq inkun naf għaliex hemm mijiet ta' studenti li lanqas biss qed jersqu biex jagħmlu l-O Levels u l-A Levels!", "Kienet miżura tajba li l-Gvern se jħallas l-eżamijiet lill-istudenti, u jien ma niddejjaqx nifraħlek għal dan, mela le!", "Dak li hu tajjeb jien ma niddejjaqx ngħid li hu tajjeb.", "Imma r-riżultati mhumiex juruna affarijiet sbieħ għax juru li 70% tal-istudenti ta' 18-il sena ma jġibux il-MATSEC filwaqt li nofs l-istudenti ta' 16-il sena ma jġibux is-SEC.", "Ta' min jgħid li din hija statistika tal-Ewropa, li ma mmorrux nerġgħu noqogħdu niddibattu fuq ċifri li ma nafux!", "U x'ġara mill-Università Amerikana?", "Fiex wasalna f'din l-Università li ridna niżverġnaw art fiż-Żonqor għaliha?!", "L-aħħar li qrajt fuqha kien fil-ġurnal Malta Today fejn kien hemm miktub:", "X'inhu jiġri?", "Lecturers jitilqu, lecturers jiftħu l-kawżi, studenti jaħarbu u jisparixxu, …!", "X'inhu jiġri eżatt hawnhekk?!", "Mhux aħjar ninvestu fl-Università ta' Malta?", "Mhux aħjar inżidu l-investiment?!", "Mhux aħjar ma nkissrux u ma niddemoralizzawx lil dawn in-nies kollha?!", "Jien xtaqt ngħid ħafna affarijiet oħra imma ovvjament irrid inħalli ħin għal sħabi, però naħseb li għandna ħafna x'inwieġbu.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu dibattitu serju biex naraw li jkollna tassew pjan fit-tul u viżjoni maqbula bejn kulħadd li tista' twassalna matul is-snin.", "Uliedna b'hekk biss jistgħu jirnexxu lkoll.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, jien se nkompli fejn ħalla l-kollega tiegħi, però jien se nitkellem fuq iż-żgħażagħ u l-isport.", "Il-faqar fil-politika jispikka f'dan il-Baġit speċjalment meta nitkellmu fuq iż-żgħażagħ u fuq kif se nippreparaw liż-żgħażagħ tagħna għall-Vot 16.", "Qegħdin ftit xhur 'il bogħod mill-Vot 16 u l-unika proposta li kien kapaċi joħroġ biha dan il-Gvern kienet dik li jsaħħaħ il-Parlament taż-Żgħażagħ.", "L-ewwel nett irrid ngħid li l-Parlament taż-Żgħażagħ la hija inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u lanqas hija inizjattiva tal-Gvern ċentrali però biex nidhru li taparsi għamilna xi ħaġa f'paġna 83 ta' dan il-Baġit ħriġna bil-proposta li nsaħħu l-Parlament taż-Żgħażagħ.", "Ejjew ngħidu li din hija miżura tajba li wieħed ma jistax ma jaqbilx magħha però b'din il-miżura kemm nistgħu nolqtu żgħażagħ?", "Forsi 100 jew, jekk inkunu ffortunati, 150?", "Madanakollu fl-ewwel elezzjoni li ġejja se jkun hemm 8,000 żagħżugħ u żagħżugħa ġodda li għalqu 16-il sena u li għall-ewwel darba se jkollhom id-dritt tal-vot.", "Liż-żgħażagħ tajniehom il-vot - issa aħna konna favur din il-miżura, u kieku ma konniex ma setgħetx tgħaddi għax din kienet emenda kostituzzjonali - però min-naħa tiegħu l-Gvern mhu qed jagħmel kważi xejn biex juża l-mezzi u s-servizzi tiegħu ħalli jippreparahom għal dan id-dritt.", "Nixtieq nagħmel referenza għal survey ta' Ernst & Young li ħareġ dan l-aħħar u li f'paġna 15 juri li 30% taż-żgħażagħ qalu li l-politika Maltija mhijiex importanti għalihom.", "Dan huwa stħarriġ xjentifiku magħmul fuq 1,000 żagħżugħ u żagħżugħa.", "Issa hawnhekk irrid infakkar fil-proposta li għamel il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, meta Michael Piccinino, li rrid insellimlu minn hawn għax-xogħol li jagħmel, tkellem dwar il-proposta li għamel u li ma smajna xejn dwarha, ċjoè li jitwaqqaf kunsill konsultattiv li jfassal edukazzjoni mhux formali li tipprepara liż-żgħażagħ fuq kif jivvotaw.", "Naturalment aħna m'aħniex se ngħidulhom lil min għandhom jivvotaw imma se ngħidulhom x'inhuma l-prijoritajiet li għandhom ipoġġu quddiem għajnejhom meta jiġu biex jieħdu dak il-ġudizzju.", "Proposta oħra taż-żgħażagħ li tkellem fuqha l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kienet li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji u soċjali ta' min jaħdem ta' 16-il sena ma jkunux jgħoddu għall-bolla, jiġifieri għal meta persuna tiġi biex tirtira.", "Issa jien l-ewwel wieħed li naħdem u ngħid ripetutament kemm huwa importanti li ż-żgħażagħ jibqgħu fl-iskola jew jibqgħu jitħarrġu wara li jagħlqu 16-il sena però hemm żgħażagħ li jagħżlu li ta' 16-il sena jmorru jaħdmu, u ma' dawn jeħtieġ li nagħmlu ġustizzja billi l-kontribuzzjonijiet soċjali li jagħmlu jkunu jgħoddu bħala parti mill-kontribuzzjonijiet li jwasslu għall-pensjoni tal-persuna.", "Dwar l-obeżità m'iniex se nitkellem ħafna għax se nitkellem dwarha għada imma jien inħoss li qegħdin nagħmlu ftit jew kważi xejn dwar din l-isfida kbira li għandu pajjiżna.", "Issa ħalli ndawwar ftit ħarsti lejn is-settur sportiv, Sinjura President.", "Fis-sena 2023 se jkollna avveniment sportiv importanti.", "Qed nirreferi għat-tielet edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se tinżamm f'Malta wara li dawn diġà ġew organizzati f'pajjiżna fl-1993 u fl-2003.", "Din hija opportunità sabiex intejbu l-infrastruttura sportiva ta' pajjiżna.", "Ma nistgħux naħdmu fuq il-faċilitajiet sportivi fl-aħħar xahar, xahrejn jew sitt xhur bħalma ġara fil-każ tax-shooting range.", "Fil-fatt fil-każ tax-shooting range kien hemm paniku sħiħ tant li l-Gvern għażel li jagħti €7 miljun f'direct orders biex imbagħad irriżulta li l-baġit spiċċa ġie d-doppju ta' dak li kien stmat!", "Immaġinaw kemm konna nagħmlu proġetti fil-qasam sportiv b'dawk il-flus!", "Għalhekk, kif kont qed ngħid, biex nevitaw li dak li ġara fix-shooting range jerġa' jiġri fis-sena 2023, jekk il-Gvern għandu f'moħħu li jwettaq proġetti ġodda ta' infrastruttura sportiva, dawn ma nistgħux nibdew naħsbu għalihom fl-aħħar sena u mbagħad il-Gvern juża l-iskuża tad-direct orders.", "Fejn hu tajjeb din in-naħa tal-Kamra ma tiddejjaqx tgħid li hu tajjeb, u għalhekk jien ma niddejjaqx ngħid li nixtieq nara li l-commitment li wera l-Gvern fil-qasam tal-isparar jiġi muri f'dixxiplini sportivi oħrajn f'pajjiżna, però dan m'għandux isir biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' proġetti ġodda imma wkoll f'dak li huwa upgrading tal-faċilitajiet eżistenti.", "Il-Gvern Nazzjonalista wettaq bosta faċilitajiet permezz tad-diversi ministri u segretarji parlamentari li kellu, fosthom permezz tal-Onor.", "Clyde Puli li għadu kif tkellem qabli u li kellu rwol importanti f'dan is-settur.", "Il-Gvern Nazzjonalista ħalla wirt kbir fis-settur sportiv.", "Qed nara lil min qed jitbissem min-naħa l-oħra, għax donnu kulħadd jinsa!", "Donnha x-xemx telgħet meta tela' fil-gvern il-Partit Laburista!", "Donnu qabel ma kien jiġi pprattikat l-ebda sport f'Malta u ma kien hawn l-ebda faċilità sportiva, però dak hu l-Gvern tal-lum; li jiskredita lil ta' qablu minflok ma jkompli jibni fuqu!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Hemm bżonn li f'dan il-pajjiż nagħmlu l-upgrading infrastrutturali li hemm bżonn ta' dawk il-faċilitajiet sportivi li għandna f'dan il-pajjiż u li ilhom imwaqqfa xi għaxar snin jew 20 sena.", "Madanakollu fl-istess ħin ma rridux inħarsu biss lejn il-faċilitajiet sportivi imma anke lejn ir-riżultati li qed niksbu għax jista' jkollna l-aqwa faċilitajiet tad-dinja, però dawn iridu jkunu marbuta mar-riżultati li jiksbu l-atleti u l-isportivi tagħna.", "Mhux biss huwa importanti li nipparteċipaw imma huwa importanti wkoll li niksbu r-riżultati, kif għamlu pajjiżi oħrajn li huma iżgħar minna.", "Jien dejjem inħobb insemmi lill-Islanda li għandha popolazzjoni iżgħar minn tagħna għax għandha popolazzjoni ta' 100,000 ruħ u madanakollu rnexxielha tikkwalifika għall-Kampjonat tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol.", "Jiġifieri l-fatt li aħna żgħar mhijiex skuża.", "Issa se nitkellem ftit fuq it-trakka tal-karozzi u tal-muturi; proposta li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Motorsport ilha tisħaq ħafna fuqha.", "Saret ukoll wegħda elettorali fuqha, u għalhekk issa d-dmir tagħna bħala Oppożizzjoni huwa illi nassiguraw li din il-wegħda tiġi mwettqa.", "Dak hu xogħolna; li naraw li dak li wiegħed il-Gvern jiġi mwettaq, u fil-fatt anke l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ħafna drabi dwar dan il-punt.", "Aħna rridu nassiguraw li din il-wegħda tiġi mwettqa u din kienet wegħda pożittiva għax jekk nagħmlu din il-faċilità f'pajjiżna se niffrankaw l-inkonvenjent lis-sewwieqa Maltin li jkollhom jitilgħu Sqallija biex jipparteċipaw fil-motorsport bil-konsegwenza li jkollhom jagħmlu ħafna spejjeż.", "Kemm ilni l-kelliem ewlieni fuq dan il-qasam, jien tgħallimt – fil-fatt meta l-ġimgħa li għaddiet tkellimt fil-konferenza ta' SportMalta din semmejtha, imma ħafna nies ma fehmunix - li din it-trakka tista' tintuża wkoll bħala road safety facility, jiġifieri ma tkunx tajba biss għas-sewwieqa ta' dan is-settur imma tkun tajba wkoll biex fiha jsir taħriġ ta' road safety li huwa bżonjuż f'kull pajjiż.", "L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi qalet kemm-il darba li hemm pajjiżi li minn mindu indirizzaw u implimentaw faċilità bħal din, in-numru ta' inċidenti fit-toroq ta' pajjiżhom naqas, u aħna nafu li sfortunatament għandna problema ta' inċidenti fit-toroq tagħna.", "Għalhekk dan huwa punt importanti li jkun tajjeb li n-nies hemm barra jifhmuh għax dan mhux qed ngħidu jien biss imma qed tgħidu wkoll l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi.", "Illum hemm direttiva tal-Unjoni Ewropea li ġġiegħel lil dawk il-persuni li l-ħobża tagħhom ta' kuljum ġejja mis-sewqan minħabba li jaħdmu fil-ġarr tat-tagħbija jew fil-ġarr tal-passiġġieri li jibqgħu jagħmlu advanced training courses, imma jrid ikollok faċilità bħal din biex lis-sewwieq tpoġġih f'sitwazzjoni perikoluża ħalli jekk allaħares qatt din tiġri fil-verità, dan ikun ippreparat għaliha.", "Aħna għadna ma ġejniex informati bis-sit fejn se ssir it-trakka.", "Jien noffri l-id ta' ħbiberija lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Aħna dejjem ħdimna tajjeb f'dan is-settur u mhijiex l-intenzjoni tiegħi li ndawwar lil dan is-settur f'ballun politiku anzi lesti li nisimgħu l-proposti tal-Gvern sabiex din il-wegħda tiġi mwettqa.", "Tkellimt fuq l-importanza li niffinanzjaw lil min iġib ir-riżultati fil-qasam sportiv.", "Hemm numru ta' setturi li qegħdin iġibu r-riżultati lejn pajjiżna, u għalhekk nappella lill-Gvern biex nuru fiduċja fihom billi ninvestu aktar fihom.", "Pereżempju, fil-qasam tal-motorsport nista' nsemmi lil Duncan Micallef, fil-qasam tat-table football nista' nsemmi lil Charles Aquilina, li rebaħ anke titlu mondjali, fil-qasam tal-waterpolo nista' ngħid li kklassifikajna għal championships Ewropej, nista' nsemmi lil Leanne Bartolo li kkwalifikat fil-World Fitness Federation u nista' nsemmi wkoll l-isport tar-rugby.", "Dawn huma kollha setturi li ġabu riżultati lejn pajjiżna, u nemmen li rridu niffinanzjawhom aktar għax jien niddejjaq meta waqt il-laqgħat li jkolli ma' dawn l-isportivi flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni jgħidulna li huma ma jistgħu qatt iżommu t-titlu tagħhom minħabba li jridu joħorġu kollox minn buthom.", "Ħalli ma ngħidx li jridu joħorġu kollox minn buthom għax hemm xi kontribuzzjonijiet li jingħataw minn SportMalta, però dawn il-kontribuzzjonijiet huma miżeri.", "Mela ma nistgħux nippretendu li dawn l-isportivi jġibu r-riżultati meta huma minflok qed jinvestu dak li jaqilgħu fuq il-familji tagħhom, qed joħorġu l-flus minn buthom biex ikunu jistgħu jżommu t-titli tagħhom.", "Allura dan mhu xejn għajr sport parrokkjali u sport tal-amateurs!", "Jekk irridu li jkollna sportivi professjonali, irridu nżidu l-finanzi tagħna lil min diġà wera r-riżultati għax dawk diġà tawna prova li huma kapaċi jaslu fit-titli li aħna qegħdin naspiraw għalihom!", "Jien smajt li se jkun hemm strateġija nazzjonali għall-isport, però din ma tissemmiex fil-Baġit.", "Nittama biss li hemm deadline għax din hemm bżonn naqtgħuha.", "Iż-żewġ naħat tal-Kamra ilhom jaħdmu fuqha din, fost l-oħrajn billi kkonsultajna mal-assoċjazzjonijiet, mal-Federazzjoni, ma' SportMalta, mal-atleti u mal-isportivi.", "Issa ejjew inwettqu dak li għandna nwettqu biex inġibu aktar riżultati lejn pajjiżna.", "Irrid nistaqsi wkoll x'sar mix-shooting range.", "Jien ngħaddi spiss minn hemmhekk għax dan jinsab viċin il-lokal fejn noqgħod imma dejjem nara l-bibien magħluqin.", "Mela hawnhekk irrid nerġa' ngħid li filwaqt li huwa tajjeb li għamilna dan l-investiment, sfortunatament illum għandna investiment ta' aktar minn €10 miljun bil-bibien magħluqin!", "Fil-fatt it-tiraturi stess jgħidulna li għandhom infrastruttura tajba - għax tassew hija tajba - però ma jistgħux jużawha.", "Jien nistaqsi: X'qed iżomm lill-Gvern milli jużaha?", "Għalfejn hija magħluqa u ilha magħluqa għal dawn ix-xhur kollha?", "Jien informat li tant kemm din l-infrastruttura mhijiex qed tintuża diġà beda jitla' l-ħaxix fuq il-pavimentar!", "Naturalment dan huwa ħażin għax huwa investiment rieqed u dan ma jgħinx lit-tiraturi Maltin ikomplu jipprattikaw l-isport tagħhom.", "U xi ngħidu għall-grawnd tar-rugby li kien imwiegħed qabel l-elezzjoni b'pompa kbira mill-Ministru Konrad Mizzi?", "F'idejja għandi ritratt li ttieħed lejlet elezzjoni, fis-27 ta' Mejju 2017, li juri lill-Ministru Konrad Mizzi jitbissem meta qal b'pompa kbira li se jagħmlu grawnd tar-rugby.", "Naturalment din hija xi ħaġa tajba, però l-wegħdiet tridu żżommuhom, Ministru!", "Din hija xi ħaġa li tħabbret lejlet l-elezzjoni però sal-lum la smajna biha fil-Baġit u meta tgħaddi minn hemm ma tara l-ebda attività, jiġifieri għadha ħolma.", "Anke f'dan il-każ, xogħolna hu li naraw li l-wegħdi li għamel dan il-Gvern jiġu implimentati.", "Jiddispjaċini ngħid ukoll li għal dawn l-aħħar tliet snin ma ngħatat l-ebda għajnuna lill-organizzazzjonijiet sportivi.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn l-Estimi tal-Baġit insibu li tliet snin ilu Vot 5178 kien ta' €1.5 miljun u dan baqa' bl-istess ammont għax kulma kien hemm kienet żieda ta' €30,000.", "Din hija turija ta' kemm il-Gvern ma jemminx verament fl-organizzazzjonijiet sportivi tagħna.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax minkejja li għandna 400 klabb u madwar 50 federazzjoni jew assoċjazzjoni, il-Gvern irid iqassam dawn il-€1.5 miljun bejniethom kollha!", "Kif jista' jkun?!", "Ma kien hemm l-ebda żieda f'dan il-vot, jew jekk kien hemm, din kienet ħmerija.", "Ma jistax ikun, u l-għaqdiet għandhom raġun jgħidu li m'għandhomx flus biex joperaw.", "Fil-fatt ħafna minnhom qed jaħdmu bil-voluntiera.", "Imbagħad xi ngħidu għall-wegħda tal-open-air gyms?", "Fil-Baġit wiegħdu €600,000 għar-riġenerazzjoni tal-ispazji miftuħa għax qalu li dawn huma abbandunati.", "Jien ma rridx inwaħħal fil-kunsilli lokali għax quddiemi għandi lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Cutajar u dan jaf kif inhuma msallbin il-kunsilli lokali bla fondi però li l-Gvern iwaħħal fil-kunsilli lokali li mhumiex qed jieħdu ħsieb dawn l-open-air gyms meta SportMalta suppost tagħmel il-manutenzjoni tagħhom, lili tweġġagħni.", "Għalhekk ejjew ma niġux inwaħħlu fil-kunsilli lokali meta għandna aġenzija bil-vot tagħha li llum tinsab għarkupptejha!", "Irrid ngħid ukoll li l-aktar ħaġa importanti mhijiex li nagħmlu riġenerazzjoni ta' dawn l-ispazji miftuħa imma li nagħmlu l-manutenzjoni.", "Fil-fatt jien kemm-il darba għamilt mistoqsijiet parlamentari minħabba li ma kienx qed jaħdem xi apparat jew ieħor f'xi open-air gym.", "Illum dawn jinsabu f'abbandun totali u €600,000 huma ftit biex nindirizzaw is-sitwazzjoni li tħalliet tiddeġenera matul dawn l-aħħar snin.", "Niġi issa għal SportMalta.", "Nixtieq insellem lill-ħaddiema ta' SportMalta, b'mod partikolari lis-CEO Mark Cutajar.", "Però anke hawn jiddispjaċini ninnota li fil-Baġit m'hawn l-ebda żieda għal SportMalta għax il-vot kien ta' €2.4 miljun is-sena li għaddiet u baqa' ta' €2.4 miljun għas-sena li ġejja.", "Irrid ngħid ukoll li SkolaSport għadha mingħajr trakka tal-ġiri.", "Fil-fatt bħalissa l-istudenti sportivi qed ikollhom imorru l-Marsa però issa anke l-Marsa hija magħluqa għax se jsir ir-resurfacing tat-trakka, li hija xi ħaġa tajba u li jien infaħħarha.", "Madanakollu jibqa' l-fatt li SkolaSport m'għandhiex trakka tal-ġiri magħha.", "Kien hemm għajdut li se ssirilha waħda, però jien nemmen li hemm bżonn li jkun hemm din l-infrastruttura mal-iskola li qiegħda fil-Luxol Grounds.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-pixxina għax din l-iskola m'għandhiex pixxina u ma jistax ikollna skola tal-isport mingħajr pixxina.", "Niġi issa għall-kummerċjalizzazzjoni tal-isport.", "Nisimgħu ħafna proposti tal-clubs dwarha imma s'issa għadna ma rajna xejn jimmaterjalizza ruħu u jien inweġġa' meta nisma' investitur barrani jgħid li ġie Malta biex jinvesti €250 miljun fi klabb tal-futbol partikolari f'pajjiżna imma qed isib il-bibien magħluqin mill-awtoritajiet.", "Jien jiddispjaċini nisma' dawn l-affarijiet!", "Issa jien l-ewwel wieħed li kont fuq il-Bord tal-Ippjanar u naf xi sfidi ta' żvilupp għandna f'pajjiżna però jien inħeġġeġ biex inpoġġu bilqiegħda u ma nħallux lil dan l-investitur jaħrab minn Malta għax dan huwa investiment li ma nistgħux ngħaddu mingħajru.", "Dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-isport nixtieq ukoll nagħmel proposta.", "Bħalissa din hija miftuħa biss għall-federazzjonijiet, għall-assoċjazzjonijiet, għall-klabbs tal-futbol u għall-isport akwatiku.", "Jien informat li hemm klabbs ta' dixxiplini oħrajn li bagħtu t-talba tagħhom lill-kummissjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-isport, u din qaltilhom li mhumiex eliġibbli.", "Ma jistax ikun li l-klabbs tal-futbol u tal-isport akkwatiku biss jistgħu japplikaw għall-kummerċjalizzazzjoni tal-isport.", "Għalfejn il-klabbs tat-tennis, tar-rugby u t'assoċjazzjonijiet oħrajn ma jistgħux japplikaw ukoll?", "Ejjew nestendu din il-liġi biex tkun tapplika għal dawn il-klabbs ukoll!", "Sinjura President, irrid ngħid li ħadt verament gost nattendi l-laqgħa tat-twaqqif tal-Kumitat Paralimpiku Malti.", "Il-logħob olimpiku tal-paralympic athletes, li huma atleti b'diżabbiltà fiżika huwa importanti ħafna u jeħtieġ li ninvestu aktar fih.", "Għalhekk issa li ġie mwaqqaf dan il-kumitat inħeġġeġ lill-Ministru biex għall-Baġit li ġej jipprova jikkonvinċi lil sieħbu l-Ministru għall-Finanzi biex jagħti vot speċifiku lil dan il-kumitat ħalli għal-logħob paralimpiku li ġej ikollna kontinġent b'saħħtu.", "Nikkonkludi dan l-intervent tiegħi billi ngħid li jien għandi ħolma li s-soċjetà tagħna tkun ħielsa mill-korruzzjoni fl-isport, ma tibqax tiġi l-ewwel fl-obeżità u żżid is-suċċessi fil-qasam sportiv.", "Fit-tmien xhur li ilni l-kelliem ewlieni fuq dan il-qasam jien dejjem għamilt ħilti biex fil-qasam sportiv ma ndaħħlux il-pika partiġġjana.", "Aħna żgħar wisq biex niġġieldu bejnietna fl-isport u s-saħħa tagħna trid tkun dik li niġġieldu kontra pajjiżi oħrajn li għandhom infrastruttura ħafna aħjar minn tagħna u li jaffordjaw finanzi ħafna akbar minn tagħna.", "Illum li suppost li f'Malta qed ngħixu s-suċċess il-Gvern m'għandux skużi biex iħalli l-isport on the back burner anzi għandna l-opportunità kollha li nkomplu nsaħħu din il-kultura f'pajjiżna, kemm biex innaqqsu l-obeżità kif ukoll biex inġibu aktar suċċessi lejn pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sinjura President, nixtieq inkompli ftit fuq fejn ħallew sħabi u forsi nagħti xi ftit aktar importanza lill-qagħda tal-impjiegi kif ukoll dik tar-relazzjonijiet industrijali.", "L-ewwel nett irrid inwassal l-appell li għandna noqogħdu attenti għax minħabba l-fatt li r-rata ta' qgħad hija baxxa qisna qed nieħdu jew nagħtu l-impressjoni li kollox sejjer tajjeb.", "Meta l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem wara l-Baġit u fid-diskorsi li għamel tkellem dwar il-GDP u dwar l-averages tal-GDP, huwa pprova jispjega tajjeb ħafna li billi jkollok figuri ekonomiċi li jkunu sejrin tajjeb ma jfissirx li kulħadd ikun sejjer tajjeb, anzi dak huwa proprju ż-żmien meta inti għandek il-lussu li tħares lejn dawk il-persuni li jkunu qed ibatu u tikkonċentra fuqhom.", "Għalhekk bħalissa li m'aħniex fi klima ekonomika li rridu ninkwetaw fuq ir-rati ta' qgħad - u dan mhux f'Malta biss imma fl-Ewropa u fid-dinja kollha - huwa tajjeb li nħarsu lejn il-kwalità tal-impjiegi li għandna f'pajjiżna.", "Aħna pajjiż żgħir u allura din nistgħu nagħmluha b'mod aktar faċli.", "Kritika li jien inħobb nagħmel hija li dan huwa proprjament iż-żmien li jkollna viżjoni ta' fejn nixtiequ naraw lil pajjiżna matul is-snin li ġejjin, però dan m'aħniex qed nagħmluh, anzi kif jgħidu bl-Ingliż \"we are resting on our laurels,\" jiġifieri qed ngħidu li l-affarijiet huma tajbin mingħajr ma qed nifhmu li hemm diversi raġunijiet għalfejn qed ikollna figuri ekonomiċi tajbin, fosthom il-fatt li madwar għaxar snin jew 15-il sena ilu f'dan il-pajjiż kien hawn politiċi li ħasbu għal-lum.", "Jien nemmen li dan huwa mument opportun li aħna wkoll naħsbu fis-snin li ġejjin, però jiddispjaċini ngħid li m'aħniex qegħdin naħsbu għall-industriji l-ġodda li se jkollna matul is-snin li ġejjin.", "Huwa tajjeb li l-impjiegi u l-edukazzjoni jiġu diskussi flimkien għax mod kif inti twettaq viżjoni huwa proprju billi tistaqsi: Għaxar snin, 15-il sena jew 20 sena oħra jien x'tip ta' industriji rrid inġib lejn pajjiżi?", "Imbagħad meta tieħu din id-deċiżjoni, trid tistaqsi wkoll: Allura x'tip ta' skills għandi bżonn nagħti lit-tfal li llum qegħdin fl-iskejjel, fl-Università, fl-MCAST, eċċ., ħalli jkunu ppreparati għaż-żmenijiet li jkunu ġejjin?", "Sinjura President, statistika li ħarġet ftit tax-xhur ilu turi li bħalissa f'pajjiżna għad għandna 9% taż-żgħażagħ tagħna li qegħdin jgħixu jew jaħdmu fil-prekarjat, u dan meta qabel l-2013 tant konna smajna li għandna ħafna żgħażagħ li qed jaħdmu fil-prekarjat.", "Ara llum il-kelma \"prekarjat\" donnha ntesiet imma jien naħseb li jkun tajjeb jekk nifhmu għalfejn kważi 10% taż-żgħażagħ qegħdin jaħdmu fil-prekarjat.", "M'hemmx dubju li r-raġuni ewlenija hi li mhumiex qed jilħqu l-livelli ta' edukazzjoni li wieħed għandu jilħaq f'dawn iż-żmenijiet però naħseb li jkun tajjeb jekk nieqfu ftit biex naraw jekk hemmx raġunijiet għal dan, x'qed nagħmlu ħażin, xi problemi qed jiffaċċjaw dawn iż-żgħażagħ, fosthom problemi soċjali jew fid-dar, u nibdew nindirizzawhom.", "Xi ħaġa li semmieha qabli l-Onor.", "Callus u li ma tantx qed nitkellmu dwarha hi li skont stħarriġ li ħareġ Ernst & Young ftit tal-ġimgħat ilu, meta staqsew lill-investituri jekk jarawx lil Malta attraenti għall-investiment fis-snin li ġejjin, mis-sena l-oħra 'l hawn l-ammont ta' investituri li qalu li jarawha attraenti fis-snin li ġejjin naqas b'4%, u dan meta matul is-snin li għaddew jew konna qed naraw żieda jew inkella bejn wieħed u ieħor in-numru kien jibqa' l-istess.", "Huwa veru li l-maġġoranza tal-investituri għadhom qed jaraw lil pajjiżna bħala l-post fejn għandek tinvesti imma l-fatt li wara 12-il xahar din rajnieha tinżel b'4% hija xi ħaġa li għandha tinkwetana.", "Matul is-snin li għaddew aħna bnejna l-industriji moderni tagħna fuq is-settur bankarju, fuq is-settur finanzjarju, fuq is-settur tal-igaming, eċċ, u għamilna tajjeb, imma jien naħseb li dak li huwa għaddej bħalissa, fosthom dak li qed jiġri fis-Satabank u f'banek oħrajn - dawn huma affarijiet li ma konniex narawhom fis-snin li għaddew – għandu jinkwetana, aktar u aktar meta nafu li aħna bnejna l-industriji preżenti tagħna fuq dan is-settur.", "Issa nixtieq nitkellem ftit fuq dawk l-affarijiet li xtaqt nara aktar minnhom fil-Baġit, fosthom ir-riċerka u l-iżvilupp.", "Naħseb li pajjiżna għandu ħafna x'jikkontribwixxi f'dak li għandu x'jaqsam ma' riċerka u żvilupp tant li r-riċerka u l-iżvilupp għandha tkun industrija fiha nnifisha, imma sfortunatament anke din id-darba, prattikament ma rajna investiment ta' xejn f'dan ir-rigward.", "Nixtieq nallaċċja dak li qed ngħid mal-MCESD.", "Naħseb li jekk hemm mod kif nistgħu nsaħħu r-relazzjonijiet industrijali u l-qagħda tal-impjiegi tagħna, dan huwa billi nsaħħu l-MCESD.", "Jien, pereżempju, nemmen li wasal iż-żmien li l-MCESD ikollha l-awtonomija tagħha, ikollha l-baġit tagħha u tkun tista' tagħmel ir-riċerka u l-iżvilupp tagħha.", "Għalhekk naħseb li ma nistgħux nitkellmu fuq l-impjiegi bla ma nagħmlu sforz qawwi sabiex insaħħu d-djalogu soċjali f'pajjiżna għaż-żmenijiet li ġejjin, fosthom f'dik li hija teknoloġija, għalkemm jien ngħid li aħna, bħala politiċi, għandna bżonn li l-MCESD, wara li ssaħħaħ ir-riċerka u l-iżvilupp tagħha, tagħtina a way forward u tagħtina l-opinjoni studjata tagħha fuq fejn pajjiżna jrid imur fiż-żmien li ġej.", "Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li hu jemmen li għandha tinbeda diskussjoni biex naraw jekk kull ħaddiem f'pajjiżna għandux isir membru ta' trade union kważi bilfors.", "Ovvjament l-Oppożizzjoni Nazzjonalista hija lesta sabiex tidħol f'dan id-dibattitu, u naħseb li għandu jkollna dibattitu intelliġenti fuq dan il-punt, għalkemm jien personalment għadni m'iniex konvint li l-aħjar idea hi li ġġiegħel ħaddiem isir membru ta' trade union bilfors.", "Issa jien għandi kull rispett lejn il-unions u naħseb li huma entitajiet kruċjali f'pajjiżna però filwaqt li naqbel li għandna naraw li noħolqu kemm jista' jkun inċentivi biex ninkoraġġixxu lill-ħaddiema jissieħbu f'union, anke billi noħolqu skemi apposta, m'iniex konvint kemm hija idea tajba li din nagħmluha ta' bilfors.", "Madanakollu l-Oppożizzjoni taqbel li jkun hawn dibattitu f'dan is-sens fil-pajjiż, liema dibattitu jkun immexxi mill-MCESD, għax m'hemmx dubju li meta inti tkun membru ta' union, il-qagħda tax-xogħol tiegħek titjieb peress li jkollok nies professjonali li jkunu qegħdin jinnegozjaw għalik.", "Fl-antik meta konna nsemmu li hemm bżonn ikun hemm djalogu soċjali, kienu jiġuna f'moħħna battibekki u argumenti eċċ. bejn l-employer u l-ħaddiem, imma llum għall-grazzja t'Alla l-affarijiet huma totalment differenti u nifhmu li biex ħaddiem jimxi 'l quddiem, kemm l-employer kif ukoll il-kumpanija trid timxi 'l quddiem.", "Fl-opinjoni tiegħi, illum it-trade unions f'pajjiżna qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna, u allura jien inħeġġeġ biex niddiskutu l-ideat differenti li għandna għax fl-aħħar mill-aħħar l-iskop tagħna lkoll huwa dak li ntejbu l-qagħda tal-ħaddiema f'pajjiżna.", "Clyde Puli, ftit tal-ġimgħat ilu l-MUT għaddiet minn tortura sħiħa, u dan meta jien naħseb li stajna nsolvu din il-kwestjoni minn qabel ma bdejnieha għax dejjem huwa importanti li nikkonsultaw mal-unions u mal-għaqdiet ta' min iħaddem qabel ma nagħmlu xi ħaġa u mhux l-ewwel naqbdu u nagħmluha u mbagħad jiġri dak kollu li qed jiġri f'pajjiżna.", "Jien naħseb li għandna ħafna aktar x'nagħmlu fejn jidħlu l-għalliema.", "Kif qal l-Onor.", "Puli, il-fatt li minn survey li sar joħroġ li hemm ħafna għalliema li mhumiex kuntenti bix-xogħol tagħhom u li jekk tiġihom l-opportunità li jmorru jaħdmu f'industrija differenti huma lesti li jmorru, naħseb li hija xi ħaġa li għandha tinkwetana ħafna.", "F'dan il-Baġit xtaqt nara wkoll aktar inċentivi sabiex ikollna iżjed nisa fuq il-post tax-xogħol.", "Il-Prim Ministru tkellem fuq il-fatt li l-parteċipazzjoni tan-nisa f'pajjiżna qed tiżdied, u din hija xi ħaġa tajba, imma anke f'dan il-każ, billi qed inġibu figuri tajbin m'għandniex nieqfu hemmhekk imma rridu nkomplu naħdmu fuqha sena wara l-oħra għax fil-mument li nieqfu naħdmu fuqha nibdew naraw ir-riżultati sejrin għall-agħar.", "F'dan l-intervent nixtieq nitkellem ukoll fuq xi ħaġa li qed jitkellem fuqha pajjiż sħiħ; l-income li qed ikollhom il-ħaddiema tagħna kontra dak li jridu jonfqu.", "Naf li hemm battibekki sħaħ fuq kif tinħadem il-COLA, imma l-fatt jibqa' li l-ħaddiema, speċjalment dawk li huma żgħażagħ, illum qed isibuha diffiċli ħafna sabiex jikru jew jixtru proprjetà biex jgħixu fiha u b'hekk ikunu jistgħu jgħixu l-ħajja normali tagħhom.", "F'pajjiżna għandna għexieren ta' koppji li minkejja li jaħdmu t-tnejn li huma, xorta waħda ma jirnexxilhomx jgħixu ħajja diċenti, kif jixraq lilhom u lill-familja tagħhom.", "Għalhekk m'hemmx dubju li rridu naraw x'qed jiġri fil-qasam tal-kirjiet u fil-qasam tax-xiri.", "Jien favur all out li s-suq għandu jmexxi imma naħseb li aħna bħala politiċi rridu nintervjenu sabiex naraw li fl-aħħar mill-aħħar ħadd ma jibqa' lura.", "Aħna, li ngħixu f'pajjiż żgħir, għandna l-lussu li nifhmu fejn huma l-problemi ħalli mbagħad inkunu nistgħu nieħdu tailored measures sabiex intaffu xi ftit mit-tbatija lil min ikun qiegħed ibati.", "Il-punt prinċipali li ridt inwassal f'dan l-intervent huwa li nħeġġeġ illi jkollna viżjoni.", "Fis-snin li ġejjin l-industriji ta' pajjiżna għad jerġgħu jinbidlu għax dak hu ċ-ċiklu ekonomiku, u għalhekk ejjew inkunu ppreparati tajjeb għal dak li se jiġri għaxar snin jew 15-il sena oħra u naraw li jkollna persuni mħarrġa sew għal dawk l-industriji ħalli jkunu huma l-ewwel li jkunu jistgħu jidħlu hemmhekk.", "It-tieni punt li xtaqt nenfasizza huwa dwar il-bżonn ta' djalogu soċjali biex naraw li qabel ma nieħdu xi forma ta' azzjoni, nitkellmu mal-għaqdiet ta' min iħaddem, nitkellmu mal-unions tagħna, naraw x'qed nagħmlu tajjeb u x'nistgħu nagħmlu aħjar ħalli fl-aħħar mill-aħħar nassiguraw li mhux biss in-numru ta' persuni qiegħda qiegħed jonqos imma wkoll li l-kwalità tal-ħajja ta' kull ħaddiem Malti u Għawdxi qiegħda tibqa' dejjem titjieb.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, l-estimi tal-Ministeru li qed niddiskutu llum, ċjoè tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, huma importanti għax l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta li liż-żgħażagħ tiftħilhom il-bibien tax-xogħol.", "Fil-fatt qabel ma nagħmel dawn il-kelmtejn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem u nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu f'dan il-Ministeru; mis-Segretarju Permanenti sa min qiegħed fl-inqas skala ta' kull dipartiment, kemm jekk huma edukaturi, kemm jekk jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ kif ukoll jekk jaħdmu fil-qasam tal-volontarjat.", "Nixtieq nirringrazzjahom għax-xogħol tagħhom filwaqt li nittama li nkomplu naħdmu flimkien.", "Jien niftakar li meta kont naħdem fil-qasam tal-edukazzjoni, id-Direttur Ġenerali ta' dak iż-żmien, Mr John Cachia Fearne, kien jgħidilna li l-klijenti tagħna huma t-tfal, u allura dan huwa qasam sensittiv li fih il-politika partiġġjana għandha tkun waħda limitata.", "Fil-fatt jien nemmen li jekk hemm qasam fil-ħajja li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom jingħaqdu fuqu, dan għandu jkun proprju l-qasam tal-edukazzjoni.", "Dan għaliex aħna lkoll għandna għan wieħed; dak li naraw lil uliedna jirnexxu.", "Il-miżuri u r-riformi li nagħmlu llum fis-sistema edukattiva nieħdu l-frott tagħhom għaxar snin jew 15-il sena oħra, u l-istess jiġri fir-rigward tal-iżbalji li nagħmlu llum; inħallsu għalihom fil-futur, kif nemmen li ġara fil-passat.", "Sinjura President, matul dan id-dibattitu diġà ssemmew xi aspetti mis-survey ta' Ernst & Young, u hawn irrid insemmi xi aspetti oħra li ħarġu mill-istess survey.", "Fil-fatt fost affarijiet oħra dan is-survey sab li 64% tal-employers Maltin qegħdin jgħidu li ma jistgħux isibu żgħażagħ Maltin tajbin biżżejjed u kkwalifikati għall-impjieg tagħhom.", "Dan ifisser li l-edukazzjoni Maltija mhijiex qed toffri l-opportunitajiet ta' edukazzjoni rikjesti għas-suq tax-xogħol.", "Kuntrarjament għal dak li qed jiġri bħalissa, il-Gvern irid ikollu pjan ħolistiku fit-tul, u għalhekk ġustament aħna u l-Kap tal-Oppożizzjoni qegħdin nikkritikaw dan il-Baġit bħala li huwa wieħed nieqes minn viżjoni fit-tul.", "Jekk ma nafux liema industriji se nattiraw għaxra jew 15-il sena oħra, kif nistgħu nagħmlu l-bidliet li hemm bżonn fis-sistema edukattiva?", "Biex inkun ġust, donnu li bħalissa l-Gvern tefa' għajnejh fuq l-industrija tal-blockchain, li dwarha jien nammetti li naf ftit.", "Dan huwa tajjeb, u aħna min-naħa tagħna nwegħduh is-sapport tagħna.", "Però nafu kemm nies se tħaddem din l-industrija?", "Nafu x'ħiliet se jkollhom bżonn?", "U l-Gvern qiegħed jippjana biex, jekk Alla jrid, ħames snin jew għaxar snin oħra din l-industrija ssib ħaddiema li huma kkwalifikati?", "Jien niftakar qisu lbieraħ li meta s-setturi tal-gaming u tal-financial services bdew jirrankaw sew f'pajjiżna, l-operaturi kienu għamlu konverżazzjoni sħiħa mal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, li nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellimlu minn hawnhekk.", "Għadni niftakar lil Dr Lawrence Gonzi jgħidilna li dawn kienu qalulu li hemm nuqqas ta' mathematicians.", "Illum, 15-il sena wara, ma nafx kif inhi s-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru qed jgħidli li s-sitwazzjoni għadha l-istess, u allura kif qed naraw, dan huwa eżempju ċar tal-bżonn li wieħed jippjana.", "Issa biex inkun ġust, wieħed jista' jagħmel il-pjani kollha u ż-żgħażagħ xorta ma jitħajrux jistudjaw dak il-qasam imma almenu rridu naraw x'inhuma l-bżonnijiet fit-tul għal dan il-pajjiż.", "Jien ma nixtieqx nirrepeti punti li diġà saru mill-kollegi tiegħi, u għalhekk fil-ħin li għad fadalli nixtieq nagħmel tliet punti li jidhirli li għadhom ma ssemmewx.", "L-ewwel punt huwa l-edukazzjoni politika.", "Ftit ġimgħat jew xhur ilu dan il-Parlament ivvota b'mod unanimu biex nagħtu d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Dan huwa pass tajjeb u importanti li niftakar illi kien issapportjat miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Niftakar ukoll li fid-diskors li kont għamilt waqt dak id-dibattitu kont sħaqt fuq il-bżonn li liż-żgħażagħ tagħna nagħtuhom edukazzjoni politika.", "Fil-fatt nażżarda ngħid li kważi kull kelliem ta' dan il-Parlament, xi darba jew oħra, semma l-punt li l-edukazzjoni politika għandha tkun aktar b'saħħitha fil-kurrikulu taż-żgħażagħ tagħna.", "Issa ż-żgħażagħ ta' 16-il sena, li ngħataw id-dritt tal-vot għall-ewwel darba, qegħdin fl-aħħar sena tal-iskola sekondarja, u allura jkun interessanti jekk il-Ministru jgħidilna jekk kemm-il darba l-edukazzjoni politika hijiex se tkun introdotta bħala suġġett fis-snin li ġejjin jew inkella huwiex se jinbidel is-sillabu tal-istudji soċjali.", "Jien għamilt żmien ngħallem l-istudji soċjali; suġġett tassew interessanti, u niftakar li konna ngħidulhom xi ħaġa ħafifa dwar il-Kostituzzjoni, però naħseb li hemm spazju biżżejjed biex f'dan is-suġġett ninkludu doża akbar ta' politika.", "Issa jien m'iniex qed nirriferi għal doża ta' politika partiġjana imma għax-xjenza politika għax xi kultant in-nies jitfixklu.", "Huwa importanti li ż-żgħażagħ tagħna jitgħallmu iżjed fuq dik it-tip ta' politika li ma tkunx mgħallma bħala politika ta' konfront imma tkun mibjugħa liż-żgħażagħ tagħna bħala għodda li biha wieħed iservi.", "Fil-fatt ix-xjenza politika hija nieqsa wkoll mill-Università ta' Malta għax l-uniku kors speċifiku li d-Dipartiment tal-Public Policy tal-Università ta' Malta jorganizza huwa d-Diploma in Political Studies fuq bażi part-time, u dan jien nafu għax ġieli kont inkun mistieden biex nagħti xi lectures.", "Allura jien nistaqsi: Dan huwa biżżejjed?", "Dażgur li le!", "Forsi l-Ministru jista' jikkoreġini hawnhekk, imma naħseb li l-Università ta' Malta hija l-unika università li m'għandhiex dipartiment tax-xjenza politika, u jien jidhirli li għandu jkun hemm spazju għal dan.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru, li naf li huwa lecturer tajjeb u popolari mal-istudenti li jistudjaw il-midja, jekk hemmx xi module dwar il-politika Maltija.", "Qed jagħmilli sinjal li hemm.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax xi kultant nara żbalji bażiċi fir-rapportaġġ ta' ċerti ġurnalisti f'dak li għandu x'jaqsam ma' politika.", "Pereżempju, is-sistema elettorali kemm hija magħrufa mill-ġurnalisti tagħna?", "Jien nemmen li biex ikollna ġurnaliżmu aħjar, ix-xjenza politika għandha tingħata aktar importanza.", "Nittama biss li m'aħniex qed nintroduċu l-politika fil-korsijiet tal-Università minħabba li qed inqisuha bħala waħda partiġjana.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-binjiet tal-iskejjel li għandna f'kull belt u raħal, binjiet kbar li jintużaw biss bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa għal madwar sitt sigħat kuljum.", "Fis-sajf dawn ikunu magħluqa, bħalma jkunu magħluqa wkoll fil-festi u fi tmiem il-ġimgħa.", "Għalhekk jien nistaqsi: Jistgħu dawn il-binjiet jiġu utilizzati aħjar?", "Issa hawnhekk m'iniex qed nitfa' xi tort għal dan fuq il-Ministeru preżenti għax naħseb li ilna għexieren ta' snin bil-bżonn li nagħmlu studju dwar jekk aħniex nużaw tajjeb il-binjiet li għandna f'kull belt u raħal, u ċertament għandna nagħmlu studju fuq kif l-iskejjel tagħna jistgħu jiġu utilizzati aħjar.", "Pereżempju, lil dawk l-NGOs li m'għandhomx premises adegwati qegħdin nagħtuhom ċans jużaw dawn il-binjiet?", "Niftakar li l-Assoċjazzjoni tat-Taekwondo ġewwa Birżebbuġa fejn jien kont għamilt żmien bħala kunsillier kienet tagħmel użu mill-iskola imma kienu jkunu involuti f'ħafna spejjeż għax kull darba kienu jkunu jridu jaqilgħu lil xi ħadd biex joqgħod magħhom.", "Nistgħu forsi nsibu mod aħjar kif l-NGOs ikunu megħjuna u jitħallew jużaw l-iskejjel wara l-ħin tal-iskola mingħajr ma jidħlu fi spejjeż żejda?", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-organizzazzjonijiet volontarji.", "Fil-fatt ftit tal-ġranet ilu jien kelli l-pjaċir li niddiskuti l-organizzazzjonijiet volontarji f'kull stadju f'din il-Kamra, u l-Oppożizzjoni kkooperat mal-Gvern f'kull stadju, inkluż fl-istadju ta' Kumitat, biex tgħaddi liġi voluminuża fi żmien limitat minħabba li minn hawn u ftit ġranet oħra ġejjin il-Moneyval.", "L-unika kritika li nixtieq nagħmel hawnhekk hija għaliex kellna nistennew proprju sal-lum biex ngħaddu din il-liġi meta jekk m'iniex sejjer żball, din hija liġi li ilha li bdiet tinħema mill-2012, jiġifieri f'ħames snin m'għamilna xejn.", "Jien naf li llum għamilna liġi tajba flimkien imma ma kellniex għalfejn nistennew daqshekk biex imbagħad niġu fl-aħħar ġranet u ngħaddu kollox mhux b'tant dettall.", "F'pajjiżna hawn 1,600 għaqda volontarja, li nixtieq insellmilhom u nirringrazzjahom għax-xogħol li jagħmlu minn hawnhekk għax il-membri kollha ta' dawn l-għaqdiet jagħtu l-ħin u l-enerġija tagħhom u mingħajrhom kieku pajjiżna żgur li mhuwiex dak li hu.", "Jien inzertajt ġej minn distrett fejn l-element tal-volontarjat huwa b'saħħtu ħafna.", "Għandna għaqdiet tal-iscouts, għaqdiet tal-futbol, għaqdiet reliġjużi, għaqdiet politiċi u fuq kollox għandna għaqdiet mużikali li għandhom storja kbira u li għandhom nies ta' ħiliet kbar, fosthom pirotekniċi esperti.", "Allaħares ma jkollniex dawn l-għaqdiet għax kieku s-sajf Malti mhuwiex dak li hu!", "Wieħed irid iġib quddiem għajnejh ukoll li l-għaqdiet mużikali ta' Malta u Għawdex huma skejjel minnhom infushom għax jgħallmu l-mużika b'xejn fiċ-ċentri tagħhom lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna, jiġifieri pprovaw immaġinaw ftit kif tkun il-ħajja tagħna mingħajr dawn l-għaqdiet soċjali u volontarji.", "Fl-aħħar nett, Sinjura President, ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lill-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji Dr Abela Medici u lill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat immexxi minn Noel Camilleri.", "Jien diġà bdejt naħdem magħhom u qed inħares 'il quddiem biex inkompli naħdem magħhom filwaqt li nassigura lil din il-Kamra li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tagħti s-sapport kollu tagħha biex l-għaqdiet volontarji f'pajjiżna jkomplu jirnexxu.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa ministeru vast li l-qofol tiegħu huma ż-żgħażagħ, il-volontarjat, l-edukazzjoni u l-isport.", "F'dawn l-erba' minuti li tatni l-Kamra jien nixtieq nitkellem dwar dan is-suġġett b'mod konċiż ħafna.", "Ħajti bħala tabib jien għextha fost iż-żgħażagħ u fost il-volontarjat, li għalija huma s-sies tas-soċjetà Maltija.", "Matul il-leġiżlatura preċedenti kelli sehem qawwi biex il-kunsens għall-att tas-sess jinżel għal 16-il sena u l-istess jiġri f'dik li hija konsultazzjoni taż-żgħażagħ biex b'hekk dawn iħarsu aktar saħħithom.", "Dan apparti li kont fuq quddiem nett biex jingħata l-Vot 16.", "Naturalment dawn huma kollha affarijiet importanti għax isaħħu r-rwol taż-żgħażagħ fis-soċjetà.", "Din is-sena stess, permezz tal-Parlament, jien ressaqt mozzjoni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) speċifikament dwar iż-żgħażagħ, liema mozzjoni hija intitolata A Shared Priority: Fostering Peace and Security through enabling Young People to reach their Full Potential.", "Ta' min jgħid li din il-mozzjoni kienet co-sponsored minn 29 pajjiż ieħor, għaddiet b'mod unanimu u issa qiegħda fil-Kunsill tal-Ministri tal-istess organizzazzjoni.", "Malta mhi xejn differenti minn dak li hemm miktub f'dik il-mozzjoni, u għaldaqstant hemm bżonn inħarsu aktar ir-rwol taż-żgħażagħ.", "Il-fatt li nara żgħażagħ li jagħmlu minn kollox biex jitilqu l-iskola f'età bikrija hija xi ħaġa li lili tweġġagħni ħafna, u tweġġagħni ħafna mhux biss bħala ġenitur imma anke bħala tabib.", "Minjaf kemm ġieli tħabatt biex nipprova nbiddel il-fehma ta' dak li jkun, aktar u aktar issa li qiegħed fil-politika!", "Ċertament hemm bżonn nibdlu l-attitudni minn dan l-aspett.", "Sinjura President, is-sistema edukattiva dejjem tevolvi, u għalhekk il-bidliet hemm bżonn isiru l-ħin kollu, imma jien nemmen li issa wasal iż-żmien li jissaħħu l-ħiliet u li nenfasizzaw aktar u aktar fuq edukazzjoni formattiva.", "Għalija dan huwa l-qofol u l-muftieħ tas-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna.", "Is-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna kien ikun aktar fl-aqwa żmien li kieku konna ppreparati għal dak li qed iseħħ bħalissa billi l-edukazzjoni offriet dik il-pjattaforma li aktar Maltin jaħdmu f'impjiegi ta' livell għoli.", "Uħud mill-miżuri li ġew imħabbra fil-Baġit għall-qasam tal-edukazzjoni huma pożittivi.", "Pereżempju, huwa tajjeb li nneħħu l-miżati tal-eżamijiet u li jkollna sistema edukattiva li tkun aktar iffokata fuq l-abbiltajiet individwali tal-istudenti.", "Madanakollu hawnhekk nixtieq nikkritika b'mod kostruttiv li kien hemm ċerti affarijiet li ma ssemmewx, u waħda mill-affarijiet li ninnota jien hija l-iffullar f'ċerti skejjel minħabba nuqqas ta' spazju.", "Dan jinħass b'mod partikolari f'dawk il-lokalitajiet fejn il-popolazzjoni żdiedet.", "Għalhekk għandha ssir xi ħaġa mill-aktar fis f'dan ir-rigward għax inkella nkunu qegħdin noħonqu lit-tfal, li huma ż-żgħażagħ ta' għada.", "Aktar ma jgħaddi żmien, in-numru ta' studenti li jbatu mill-istress aktar qiegħed jiżdied.", "Aħna t-tobba niltaqgħu ma' adjustment disorders jew identity crisis kontinwament, kemm fil-kliniċi tagħna kif ukoll fit-triq meta n-nies iwaqqfuna biex jieħdu xi parir, u dawn il-problemi jirrifletti ruħhom mhux biss fl-istudji tal-istudenti u fir-riżultati li jiksbu imma anke fil-mod kif iġibu ruħhom fil-klassi.", "Għalhekk hemm bżonn li niffokaw aktar b'mod robust, u daqskemm huwa importanti li jkollna s-servizzi neċessarji, daqstant ieħor huwa importanti li dawn is-servizzi jingħataw fil-ħin.", "Fl-aħħar nett nixtieq inqajjem tliet punti qosra dwar il-proposti għall-Att dwar l-Edukazzjoni, li spiss kienu qed jissemmew fuq il-midja.", "Qabelxejn irrid ngħid li jeħtieġ li jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-istakeholders kollha, partikolarment il-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-ġenituri.", "Hemm bżonn ukoll li l-għalliema kkwalifikati jkollhom moħħhom mistrieħ, għalkemm naturalment huwa tajjeb li jkun hemm taħriġ professjonali kontinwu.", "Jien nemmen li s-soluzzjoni tas-supply teachers għandha tkun dejjem waħda temporanja.", "F'Malta għandna bżonn ukoll kampanja robusta dwar l-importanza ta' dieta bilanċjata.", "Nafu f'liema post jikklassifika pajjiżna għal dak li għandu x'jaqsam ma' ħxuna fit-tfal.", "Il-linji gwidi dwar il-preparazzjoni tal-ikel huma tajbin imma jien nemmen li hemm bżonn ta' aktar moniteraġġ.", "Sinjura President, għalija l-qasam tal-edukazzjoni huwa investiment fil-futur u għaldaqstant permezz ta' dan il-qasam irridu nassiguraw li qed niffaċċjaw l-isfidi kollha li għandu quddiemu l-pajjiż biex b'hekk ikollna ċittadini ta' ħila li huma mħarrġa tajjeb fid-dixxiplini rispettivi tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin għall-Oppożizzjoni u issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażgħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sinjura President, inħossni onorat li għandi x-xorti li naħdem f'dan id-dekasteru għaliex jien dħalt fil-politika proprju għax nemmen f'numru ta' prinċipji, liema prinċipji żgur li huma kapaċi jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini Maltin.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-prinċipju tal-mobbiltà soċjali, għall-prinċipju tal-ġustizzja soċjali u għall-prinċipju tal-ugwaljanza fost l-oħrajn, u allura l-fatt li għandi x-xorti li naħdem f'dekasteru daqstant importanti, ċentrali u elementari fil-ħajja tal-poplu Malti naħseb li jagħtini l-possibbiltà biex inwettaq dak li jien nemmen fih.", "Ma nistax nibda dan id-diskors mingħajr ma nirringrazzja lill-Ministru Bartolo għax-xogħol siewi li qed jagħmel fejn qed iħaddem sistema li biha m'aħniex qed inħarsu lejn l-istudenti tagħna bħala numri imma bħala persuni.", "Dan kollu jawgura tajjeb sabiex inkomplu nibnu fuq ix-xogħol tant tajjeb li diġà beda jsir.", "Madanakollu rridu nkomplu naħdmu sabiex nassiguraw li s-sistema edukattiva tagħna tinbidel b'mod li aħna ma nkunux reattivi għall-isfidi li jkollu jiffaċċja pajjiżna iżda nkunu proattivi billi nkunu nistgħu nipprevjenu filwaqt li nkunu ppreparati għas-sitwazzjonijiet li jista' jħabbat wiċċu magħhom pajjiżna għada, is-sena d-dieħla jew għaxar snin oħra.", "Sinjura President, fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nkun qed inħares lejn xi punti li nemmen li diġà qed jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Meta wieħed jitkellem dwar l-edukazzjoni llum ma jistax ma jsemmix il-fatt li minn ftit tas-snin ilu 'l hawn is-servizz taċ-childcare f'pajjiżna beda jingħata b'xejn.", "Dan l-investiment, li s-sena d-dieħla se jkun ilaħħaq is-somma ta' €18-il miljun, se jġib bidla pożittiva kbira f'pajjiżna, mhux biss fis-sistema edukattiva tagħna iżda anke fis-suq tax-xogħol u fil-mod kif ngħixu aħna l-Maltin u l-Għawdxin.", "Ikun interessanti jekk wieħed jgħid ukoll li filwaqt li ħames snin ilu kien hemm 69 ċentru li joffru dan is-servizz, illum il-ġurnata dawn żdiedu għal 127 ċentru, jiġifieri kien hemm qabża kbira kemm fin-numru kif ukoll fil-kwalità.", "Biżżejjed ngħidu li llum jattendu dawn iċ-childcare centres aktar minn 6,000 tifel u tifla, li 4,000 minnhom jattendu kuljum, u dan ikompli jikkonferma kemm kienet għażla għaqlija li mmorru fuq dan il-mudell partikolari.", "Din il-miżura ġabet bidla anke fis-suq tax-xogħol għax filwaqt li qabel ma ttieħdet din il-miżura l-persentaġġ ta' nisa bejn il-25 sena u l-54 sena li kienu fis-suq tax-xogħol kien jiżboq kemm kemm il-50%, illum il-ġurnata dan il-persentaġġ tela' għal 72%.", "Meta nitkellmu dwar l-edukazzjoni sikwit nisimgħu referenzi għall-iskejjel ġodda.", "L-iskejjel ġodda jien nibqa' nfaħħarhom, u jalla jkomplu jiżdiedu, però filwaqt li wieħed jagħraf li matul dawn l-aħħar snin inbnew skejjel ġodda, bħal dik ta' Ħad-Dingli u dik ta' Ħal Kirkop, huwa fatt li sar ukoll refurbishment f'numru ta' skejjel.", "Pereżempju, waħda mill-iskejjel li hemm f'Ħaż-Żebbuġ sfortunatament kienet mitluqa u l-ambjent xejn ma kien denju għall-istudenti li jattendu fiha, imma llum il-ġurnata, grazzi għax-xogħol kollu li sar, għandha ambjent li jilqgħek, liema ambjent qed jgħin lit-tfal tagħna fit-tagħlim tagħhom, u naħseb li din hija xi ħaġa li ta' min ifaħħarha.", "Ta' min isemmi wkoll il-middle school tar-Rabat, li għaliha addottajna konċett interessanti u importanti ħafna li qegħdin naħdmu fuqu, jew pereżempju, iċ-ċentru tal-kindergarten li jinsab biswit l-iskola primarja ta' San Ġwann, li jien inqisha bħala binja ġdida.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, li se nitkellem fuqha aktar 'il quddiem, fejn hemmhekk sar investiment qawwi ħafna sabiex l-istudenti tagħna jkollhom dak kollu neċessarju bil-għan li jiksbu riżultati tajbin kemm mil-lat akkademiku kif ukoll mil-lat sportiv.", "Naħseb li hawnhekk mexjin fuq binarji ġusti u qegħdin fit-triq it-tajba.", "Imbagħad wieħed irid iħares ukoll lejn l-isfidi ta' dan is-settur fejn bla ebda dubju, irridu naħdmu b'umiltà u id f'id mal-istakeholders kollha sabiex inkomplu nħajru aktar żgħażagħ jersqu lejn il-professjoni ta' għalliem jew għalliema; professjoni tant nobbli li hija essenzjali għas-soċjetà tagħna għax fl-aħħar mill-aħħar uliedna jqattgħu ħafna ħin mal-għalliema.", "Madanakollu mhuwiex kollox mudlam u mċajpar f'dan is-settur, tant li jekk, pereżempju, wieħed jikkompara lil pajjiżna ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea jista' jinnota li l-workforce tagħna hija waħda pjuttost żagħżugħa meta kkomparata ma' dik ta' pajjiżi oħra, u allura rridu nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li diġà hemm sabiex nassiguraw li l-għalliema tagħna jkomplu jikbru fin-numru, ikomplu jikbru fil-kwalità u sabiex nattiraw aktar żgħażagħ lejn din il-professjoni.", "Sinjura President, il-ftehim settorjali ġdid li sar dan l-aħħar m'għandux jitqies bħala l-punt tal-wasla iżda t-tluq ta' proċess itwal; proċess li jħajjar aktar żgħażagħ jidħlu għal din il-professjoni u li jattrezza lill-edukaturi sabiex ikunu kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi li qed tqiegħed quddiemhom is-soċjetà Maltija, għax is-soċjetà Maltija tinbidel u tevolvi kontinwament bħal kwalunkwe soċjetà oħra.", "Għalhekk jekk ma nkunux moħħna hemm u nagħrfu nidentifikaw l-isfidi li qed jiffaċċja l-għalliem illum mhux biss se nkunu qegħdin nonqsu lejn l-edukatur, iżda anke lejn uliedna.", "Biex insemmi eżempju sempliċi tal-isfidi li qed ikollhom jiffaċċjaw l-għalliema llum biżżejjed insemmi l-fatt, pereżempju, li llum il-ġurnata, kuntrarjament għal qabel, hemm tfal fl-istess klassi li jitkellmu b'lingwi differenti.", "Dan ifisser li rridu nassiguraw li għandna dak kollu neċessarju sabiex ngħinu lill-għalliema tagħna jippreparaw lezzjoni li jkunu jistgħu jifhmuha t-tfal kollha, għax wara kollox huwa l-obbligu tagħna li lill-istudenti nagħtuhom id-dritt li jieħdu l-aqwa edukazzjoni possibbli.", "M'hemmx dubju li l-ftehim settorjali li sar ġab numru ta' benefiċċji lill-edukaturi, u hawnhekk m'iniex qed nirreferi biss għaż-żieda fil-paga li ngħataw l-għalliema imma wkoll għall-kondizzjonijiet li saru, li llum huma aħjar u aktar prattiċi.", "Hawn ta' min isemmi wkoll il-fatt li llum fl-iskejjel tal-Istat għandna madwar 3,500 LSE (learning support educators), u dan jikkuntrasta mal-2,200 LSE li kellna fl-2012.", "Minn hawn nindunaw kemm l-opportunitajiet li qed noffru fil-qasam edukattiv qed jattiraw aktar persuni lejn dan il-qasam.", "Sinjura President, wieħed ma jistax isemmi l-edukazzjoni u ma jagħmilx referenza għat-teknoloġija, li llum il-ġurnata tant hija importanti.", "Jien nemmen li waħda mill-akbar kisbiet ta' dan il-Gvern fis-settur edukattiv kienet proprju dik li permezz tal-introduzzjoni ta' numru ta' sistemi u anke ta' apparat teknoloġiku fl-iskejjel tagħna, assigurajna li nnaqqsu d-distakk teknoloġiku li jista' jkollok bejn student u ieħor.", "Pereżempju, l-investiment li sar fl-interactive whiteboards, f'computers għal kull klassi u f'laptops għall-għalliema qed jgħin sabiex l-istudenti tagħna jingħataw edukazzjoni tal-aqwa kwalità, liema edukazzjoni tirrispekkja r-realtà li qegħdin ngħixu fiha filwaqt li ma tħalli lil ħadd jaqa' lura.", "Jien naħseb li din hija xi ħaġa importanti ħafna għax meta wieħed jagħti din l-għodda lill-edukaturi, żgur u mhux forsi li t-tfal tagħna se jiżviluppaw b'mod sħiħ bħala umani u allura pajjiżna se jkollu l-aqwa ċittadini fil-qasam tal-edukazzjoni mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għall-miżura li ttieħdet li t-trasport tal-iskejjel ikun b'xejn għall-istudenti kollha li huma obbligati jattendu xi istituzzjoni edukattiva jew oħra f'pajjiżna.", "L-ewwel nett ta' min jgħid li permezz ta' din il-miżura, il-ġenituri se jiffrankaw €700 għal kull wild li jibbenefika minn din is-sistema, u dan ifisser li f'pajjiżna llum qed jibbenefikaw minn din is-sistema madwar 26,000 student; 14,000 li jattendu skejjel tal-Istat u 12,000 oħra li jattendu skejjel tal-Knisja u skejjel Indipendenti.", "Ta' min jgħid ukoll li bis-saħħa ta' din l-inizjattiva naqqasna madwar 3,000 karozza mit-toroq tagħna f'dawk li huma peak hours.", "Jien naħseb li jekk wieħed iħares lejn dawn in-numri b'mod aktar ħolistiku jkun jista' jikkalkola l-valur ekonomiku li huwa marbut ma' inizjattiva bħal din, xi ħaġa li hija pożittiva ferm.", "Wieħed irid jgħid ukoll li għal dak li għandu x'jaqsam ma' trasport ta' tfal li jattendu l-kindergarten bdejna noffru superviżjoni adulta, u proprju matul ix-xhur li ġejjin se nkunu qegħdin invaraw sistema teknoloġika innovattiva li permezz tagħha l-ġenituri ta' kull student ikunu jafu xħin it-tfal tagħhom telgħu fil-vann jew fil-coach u b'hekk bejn wieħed u ieħor ikunu jafu xħin it-tfal tagħhom waslu l-iskola jew kemm fadlilhom biex jirritornaw id-dar.", "Dan ikompli jikkonferma kemm aħna qed ninvestu f'sistemi li huma ta' benefiċċju għall-familji Maltin u Għawdxin bil-fatti.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lil kull min kien involut sabiex wasalna għal ftehim dwar it-trasport b'xejn għall-istudenti kollha tagħna.", "Irrid nirringrazzja lill-amministraturi kif ukoll lill-operaturi, li kkonkorrew bi ħġarhom.", "Aħna qed nagħmlu dak kollu possibbli biex nevitaw kwalunkwe forma ta' abbuż li jista' jkun hemm fis-sens li qegħdin naraw li l-pagament ma jgħaddix għand il-ġenituri iżda jgħaddi mill-ewwel għand l-operatur ħalli nassiguraw li ma jkunx hemm min jipprova jabbuża minn din is-sistema b'xi mod jew ieħor.", "Matul dan l-intervent nixtieq nagħmel referenza wkoll għall-miżati marbuta mal-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC.", "Illum il-ġurnata l-familji ta' dawk l-istudenti li qed jagħmlu dawn l-eżamijiet qed jiffrankaw €200 oħra, u dan huwa pass ieħor 'il quddiem sabiex nassiguraw li ma jkunx hemm studenti li ma jersqux għal dawn l-eżamijiet minħabba raġunijiet finanzjarji.", "Forsi hawn wieħed jista' jargumenta li ftit kienu dawk l-istudenti li ma kinux jersqu biex jagħmlu dawn l-eżamijiet minħabba raġunijiet finanzjarji imma d-dmir tagħna huwa li anke jekk ikun hemm persuna waħda li toqgħod lura minħabba raġunijiet finanzjarji, aħna rridu ngħinuha, u allura naħseb li din hija inizjattiva li ta' min ifaħħarha u ta' min ikompli jibni fuqha.", "Fil-fatt ta' min jgħid li għas-sena li ġejja dan l-investiment jista' jlaħħaq sa €1.5 miljun.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għal dawk l-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti għax fil-Baġit ġiet imħabbra żieda ta' €300 f'tax refund għal kull wild li jattendi jew tattendi dawn l-istituzzjonijiet edukattivi.", "Pereżempju, familja li tibgħat lil xi wild il-kindergarten se tingħata rifużjoni ta' taxxa li tammonta għal €1,600, familja li tibgħat lit-tfal tagħha l-iskola primarja se tingħata rifużjoni ta' taxxa li tammonta għal €1,900 għal kull wild filwaqt li familja li tibgħat lit-tfal tagħha l-iskola sekondarja se tingħata rifużjoni ta' taxxa li tammonta għal €2,600 għal kull wild.", "Naħseb li dawn huma kollha miżuri li ta' min ifaħħarhom għax jgħinu lit-tfal tagħna jimxu 'l quddiem fis-sistema edukattiva tagħhom.", "Hawnhekk għal darb'oħra ma nistax ma nfaħħarx lil dawk kollha involuti filwaqt li b'umiltà ngħid li rridu nkomplu naħdmu id f'id sabiex nassiguraw li s-sistema edukattiva tagħna tkun waħda li ma tħalli lil ħadd lura u li ma titfax lil kulħadd fl-istess keffa iżda tagħraf li kull student jew studenta għandhom il-potenzjal individwali tagħhom u allura tkun kapaċi tiżviluppa dan il-potenzjal b'mod sħiħ u ħolistiku.", "Wara kollox, kif għedt qabel - imma din hija xi ħaġa li jien qatt ma nixba' nirrepetiha - l-istudenti mhumiex numri iżda huma persuni li għandhom il-ħajja tagħhom, u d-dmir tagħna bħala politiċi huwa li nipprovdulhom l-għodda kollha neċessarja u nkunu ppreparati għal kull ċirkostanza ħalli l-istudenti jingħataw l-aqwa edukazzjoni possibbli.", "Sinjura President, ma nistax nitkellem fuq il-qasam tal-edukazzjoni u ma nagħmilx referenza għall-isport għax l-isport huwa għal qalbi ħafna u prattikament huwa ħajti.", "Illum il-ġurnata hemm numru ta' individwi, għaqdiet u klabbs sportivi li qed jibbenefikaw mill-għajnuna li tagħtihom SportMalta.", "Biżżejjed ngħid li din is-sena SportMalta tat €3 miljun - somma li mhijiex żgħira - lil dawn l-individwi, l-għaqdiet u l-klabbs sportivi bil-għan li dawn ikunu jistgħu jkomplu jimxu 'l quddiem fid-dixxiplina sportiva rispettiva tagħhom.", "Tgħiduli: Qed nagħmlu biżżejjed?", "Jien naħseb li nkunu qed niżbaljaw jekk xi darba nilludu ruħna li qed nagħmlu biżżejjed, però r-realtà hi li qed isir ħafna xogħol u aħna rridu nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li diġà hemm.", "Pereżempju, filwaqt li sa ħames snin ilu l-Kumitat Olimpiku Malti kien jingħata €0.25 miljun, illum il-ġurnata hemm ftehim li permezz tiegħu dan il-kumitat qed jibbenefika minn €1 miljun.", "Li kieku kelli biss insemmi - jiġifieri mhux biex noqgħod nispjega dwarhom ukoll imma nsemmihom biss - in-numru ta' skemi differenti li hemm għall-individwi u l-entitajiet sportivi nassigurakom li 25 minuta ma jkunux biżżejjed għalija.", "Fil-fatt ġaladarba qegħdin nitkellmu dwar l-isport u ġaladarba matul dan id-dibattitu ssemmew ukoll il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li fis-sena 2023 se jsiru ġewwa pajjiżna - u ħadt pjaċir li l-kollega tiegħi semmiehom - ikun tajjeb li wieħed isemmi anke l-investimenti kapitali li diġà qegħdin isiru.", "Jien m'iniex se noqgħod ngħid li qabel sar kollox perfett jew inkella li llum qed isir kollox perfett, però r-realtà hi li l-investiment kapitali li qed isir illum huwa wieħed b'saħħtu.", "Pereżempju, illum għamilna investiment qawwi u massiv fil-padiljun tal-basketball ġewwa Ta' Qali għax sa ftit ilu dan kien mitluq, kien qed ikun ta' periklu u ma kienx denju li jintlagħab il-kampjonat lokali fih jew li l-isportivi tagħna jipprattikaw l-attivitajiet sportivi tagħhom hemmhekk.", "Nixtieq nirrimarka wkoll dwar il-fatt li Projects Malta waslet biex toħroġ it-tenders għaIl-proġett tar-rugby, li huwa proġett tant importanti.", "L-istudji fuq dan il-proġett huma lesti, imma ovvjament imbagħad wieħed irid jikkonsidra dejjem l-aspett ambjentali kif ukoll l-aspett tal-ippjanar.", "Hawnhekk wieħed irid isemmi wkoll ix-shooting range, li diġà saret riferenza għalih.", "Riċentement ħarġu anke l-ewwel tenders marbuta mal-indoor pool ta' daqs olimpiku li se tkun qed issir fil-Kottonera fejn hemmhekk se naraw li l-atleti tagħna jkunu jistgħu jitħarrġu kif suppost f'ambjent li jixirqilhom.", "Ta' min jgħid li din hija inizjattiva li aħna ma qbadniex u vvintajnieha, imma ħadnieha wara li tkellimna mal-membri tal-assoċjazzjoni responsabbli minn dan l-isport u dawn qalulna li l-atleti tagħna qed isibu problemi kbar meta jiġu biex jikkompetu lil hinn minn xtutna ġewwa pixxini li jkunu indoor.", "Ovvjament dan kien qed iwassal biex pajjiżna jbati wkoll minn dawk li huma riżultati, u allura aħna bdejna x-xogħol fuq din l-indoor pool sabiex nassiguraw li għall-inqas at the starting point inkunu fl-istess livell ta' pajjiżi oħrajn li ħafna drabi huma anke akbar minna fid-daqs.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għall-Kumpless Maria Assunta.", "Fil-fatt matul il-ġimgħat li ġejjin jien flimkien ma' sħabi se nkun qed nawgura l-Akkademja tal-iSnooker f'dan il-kumpless biex b'hekk inkunu għamilna faċilità denja anke għal dan l-isport li tant ġab unuri lejn pajjiżna.", "F'Diċembru se nkunu qegħdin nippubblikaw anke numru ta' tenders marbuta max-xogħol f'dan il-kumpless fejn aħna qegħdin naraw li l-istess kumpless jilqa' fih ukoll lil dawk li jipprattikaw il-handball u t-table football biex b'hekk inkunu qed nużaw l-ispazji li għandna ġewwa pajjiżna bl-aqwa mod possibbli filwaqt li nassiguraw li kemm jista' jkun ikollna faċilitajiet li jkunu denji għall-isportivi tagħna.", "Ta' min jgħid li fl-1 ta' Diċembru se nkunu qegħdin ninawguraw stadium tal-football ġewwa Birżebbuġa u fl-istess xahar se nkunu qegħdin inlestu wkoll ix-xogħol fuq stadium ieħor ġewwa Marsaskala.", "Bħalissa għaddej xogħol fuq sala tal-konferenzi ġewwa l-Kumpless tal-Kottonera filwaqt li qed isir xogħol estensiv fuq ix-shallow pool tal-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop.", "Tlesta wkoll ix-xogħol ta' manutenzjoni fil-pixxina f'Tal-Qroqq.", "Bdejna x-xogħol biex inwaqqfu kumpless tal-ġinnastika fil-Marsa f'binja li kienet moħlija mitluqa kif kienet.", "Bħalissa għaddej anke xogħol fuq it-track tal-atletika ġewwa l-Marsa bi tħejjija għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' motorsport, riċentement konna preżenti l-Imtaħleb minħabba li tajna wiċċ ġdid lil dik it-triq li tintuża mid-dilettanti tal-hillclimb b'investiment ta' €0.5 miljun.", "Hawnhekk irrid nerġa' nikkonferma għal darb'oħra li t-trakka tal-karozzi se tkun qiegħda ssir ġewwa pajjiżna, però wieħed irid iżomm f'moħħu numru ta' kondizzjonijiet, fosthom l-aspett ambjentali u l-aspett ta' ppjanar.", "Madanakollu l-aktar ħaġa importanti hi li l-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport - u min qed isegwini jaf li jien naf x'qed ngħid - qiegħda f'diskussjonijiet magħna u taf bix-xogħol li qegħdin nagħmlu bħalissa proprju fuq dan kollu.", "Hawnhekk irrid nsemmi wkoll ix-xogħol li jsir minn SportMalta id f'id mal-MCAST u mal-Università sabiex dawk l-istudenti li qed ifittxu karriera fil-qasam sportiv jiġu megħjuna jagħmlu proprju dan.", "Sinjura President, dawn li semmejt huma biss ftit mill-affarijiet li ħdimna fuqhom għax fir-realtà ħdimna fuq ħafna affarijiet oħrajn.", "Ħadt pjaċir ħafna meta aktar kmieni matul dan id-dibattitu smajt lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Hermann Schiavone jitkellem dwar il-volontarjat.", "Fil-fatt riċentement għaddejna liġi li tirregola proprjament is-settur tal-volontarjat, u minn hawnhekk nixtieq insellem lill-eluf ta' voluntiera ġewwa pajjiżna li jaħdmu id f'id sabiex jassiguraw li l-ħidma tagħhom f'diversi oqsma tkompli għaddejja.", "Issa permezz ta' din il-liġi li għamilna se nkunu qegħdin nagħtu lill-voluntiera l-għodda kollha neċessarja sabiex nipproteġuhom minn min jipprova jabbuża.", "Għal dak li għandu x'jaqsam maż-żgħażagħ, jekk naqbad insemmi l-inizjattivi li hemm ma niqafx.", "Biss biss bħalissa quddiemi għandi mniżżla madwar 12-il inizjattiva differenti li jgħinu liż-żgħażagħ tagħna sabiex dawn ikunu esposti għal numru ta' realtajiet madwar l-Ewropa li jgħinuhom jikbru b'mod sħiħ, jiġifieri lil hinn mill-Vot 16 u mill-benefiċċji kollha li se jkun hemm, aħna qegħdin naħdmu sabiex proprju nassiguraw li ż-żgħażagħ ikollhom rwol attiv fis-soċjetà.", "Biżżejjed ngħid li meta konna qegħdin nagħmlu l-liġi tal-volontarjat, wieħed mill-punti importanti li rajna li ndaħħlu kien proprju dak li l-istess żgħażagħ ta' 16-il sena li aħna konna qed inħeġġuhom jidħlu fil-ħajja pubblika jew fil-ħajja ċivili jkunu kapaċi jwaqqfu għaqda tal-volontarjat.", "Jien naħseb li dan kollu jkompli jikkonferma li aħna verament għandna liż-żgħażagħ għal qalbna.", "Minn hawnhekk irrid insellem lill-ħaddiema kollha ta' Aġenzija Żgħażagħ, li qegħdin jagħmlu xogħol impekkabbli.", "Id-dmir tagħna huwa li nkomplu nagħtu l-għodda lill-istess aġenzija sabiex flimkien nassiguraw li ż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jiżviluppaw b'mod sħiħ u ħolistiku.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi m'iniex se nilħaq immiss il-punti kollha ta' dan id-dekasteru, li huwa tant kbir, però se mmiss tliet punti partikolari.", "L-ewwel nett nixtieq nislet ċerti prijoritajiet tal-Gvern li joħorġu mill-Economic Survey u mill-Estimi stess fejn hemmhekk wieħed ikun jista' jara fejn il-Gvern qiegħed jitfa' l-forzi tiegħu u fejn qed jinvesti l-aktar.", "Dejjem ngħidu li l-ekonomija hija importanti, però x'inhi l-ekonomija jekk kemm-il darba ma ninvestux fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ tagħna li għada pitgħada jridu jmexxu lil pajjiżna, speċjalment fl-edukazzjoni ta' dawk li llum qegħdin fis-saff ta' taħt tas-soċjetà tagħna biex b'hekk ngħinuhom jimxu 'l quddiem?", "Jien slitt għaxar punti mill-Estimi u mill-Economic Survey għax filwaqt li ħafna drabi aħna nħarsu lejn id-Diskors tal-Baġit, mill-figuri joħorġu l-prijoritajiet li jkun qed jagħmel ministeru partikolari biex jieħu a sniper approach f'ċerti setturi partikolari.", "Dak huwa l-ewwel punt li xtaqt nagħmel, u issa nixtieq ngħaddi biex insemmi l-isfidi fis-suq tax-xogħol.", "Diġà kien hemm ħafna li tkellmu dwar l-isfidi fis-suq tax-xogħol fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni u aktar 'il quddiem se nispjega għaliex jien ma naqbilx mal-pożizzjoni tiegħu.", "Meta nitkellmu dwar is-settur tax-xogħol l-ewwel ma rridu nagħmlu huwa li naraw x'inhuma l-pjani tagħna kemm f'dik li hi ekonomija kif ukoll fil-mod kif irridu li tkun is-soċjetà tagħna aktar 'il quddiem.", "Ilbieraħ stess ħarġet statistika f'gazzetta bl-Ingliż tal-Ħadd li turi kemm is-soċjetà tagħna qed tinbidel.", "Fil-fatt is-soċjetà tagħna tant qed tinbidel li hemm lokalitajiet fejn kważi nofs il-popolazzjoni tagħhom hija magħmula minn persuni barranin.", "Meta wieħed jara xi ħaġa bħal din, jirrealizza kemm is-soċjetà tagħna nbidlet f'perjodu qasir.", "Sinjura President, ħaġa oħra li ħarġet mill-Estimi u mill-Economic Survey, xi ħaġa li biex ngħid hekk hija ovvja, hija dik li se jonqos id-dħul mill-eżamijiet.", "Qed ngħid li din hija xi ħaġa ovvja għax kif anke ssemma diġà matul dan id-dibattitu, il-Gvern żamm mal-wegħda tiegħu u nieda miżura fejn għall-ewwel kienu b'xejn nofs l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC u mbagħad il-Gvern assorba l-ispiża kollha fuqu fil-Baġit ta' din is-sena.", "M'hemmx dubju li din hija miżura importanti li se tgħin l-aktar lil dawk il-familji li jew għandhom ħafna tfal jew inkella li għandhom l-inqas mezzi għax permezz ta' din il-miżura, dawn it-tfal se jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw u jagħmlu l-eżamijiet biex jibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Għalhekk issa wieħed jista' jara bil-fatti li dan mhuwiex xi baġit in vacuo imma huwa parti minn serje ta' baġits oħrajn u parti minn pjan ta' strateġija ta' gvern.", "Hawnhekk ta' min isemmi li llum anke l-ispiża operattiva qiegħda tonqos għax il-Gvern ilu għaddej għal diversi snin b'ħidma ta' manutenzjoni tal-iskejjel.", "Naturalment aktar ma tagħmel manutenzjoni, aktar tkun tista' tikkontrolla l-ispiża tiegħek għax jekk toqgħod attent li l-iskejjel jinżammu dejjem fi stat tajjeb, aktar ma jgħaddi ż-żmien inqas se jkollok manutenzjoni x'tagħmel.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi hija l-inizjattiva rivoluzzjonarja ta' childcare for all. Din l-inizjattiva ma kenitx rivoluzzjonarja biss mill-aspett edukattiv, għax permezz tagħha għamilna xi ħaġa konkreta u bis-serjetà għall-ewwel darba biex il-mara tkun tista' toħroġ fid-dinja tax-xogħol.", "Ilna diversi snin nagħtu dritt lill-mara biex toħroġ taħdem fuq il-karta, imma s'issa konna għadna qatt ma tajnieha l-għodda li għandha bżonn biex tkun tista' toħroġ taħdem u fl-istess ħin isserraħ moħħha li sakemm hi tkun ix-xogħol, uliedha jkunu qegħdin f'childcare li mhuwiex 'il bogħod mid-dar jew inkella mill-post tax-xogħol tagħha.", "Ta' min jgħid li l-ispiża taċ-childcare għas-sena d-dieħla żdiedet bi €3.5 miljun biex b'hekk issa ġiet tlaħħaq it-€18-il miljun.", "Din hija inizjattiva li kienet suċċess, u peress li aħna nafu li, kif jgħidu t-Taljani, l'appetito vien mangiando, jiġifieri ġaladarba din l-inizjattiva kienet suċċess se jkun hemm aktar nies li jużawha, il-Gvern ħa ħsieb li jżid l-ispiża ta' din il-miżura tant importanti.", "Il-Gvern ħa ħsieb iżid ukoll l-ispiża tal-iskejjel tal-Knisja.", "L-iskejjel tal-Knisja jaqdu rwol soċjali u edukattiv li huwa importanti ħafna.", "Fil-fatt jien prodott tal-iskejjel tal-Knisja wkoll!", "Ta' min jgħid li għas-sena d-dieħla l-Gvern se jżid l-ispiża tiegħu fuq l-iskejjel tal-Knisja bi €8 miljun biex b'hekk issa l-ispiża għall-iskejjel tal-Knisja se titla' għal €76 miljun.", "Fil-fehma tiegħi, din kienet miżura pożittiva u importanti wkoll għax il-qasam edukattiv ta' pajjiżna ma jikkonsistix biss fl-iskejjel tal-Istat imma huma l-iskejjel tal-Istat, l-iskejjel tal-Knisja u l-iskejjel indipendenti flimkien li jifformaw il-korp edukattiv tagħna.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll l-iStudents' Maintenance Grants Scheme, li permezz tagħha se nkomplu nsostnu lill-istudenti f'setturi speċifiċi, liema skema għall-ewwel darba fis-sena 2019 se taqbeż l-ispiża ta' €30 miljun.", "Huwa għalhekk li kif għedt aktar kmieni, huwa importanti li wieħed iħares ukoll lejn il-figuri, għax nisimgħu ħafna diskorsi fejn jinġieb l-argument li nistgħu nagħmlu aktar fil-qasam edukattiv.", "Kulħadd jaf li nistgħu nagħmlu aktar!", "Jien qrajt fuq il-ġurnali li l-Onor.", "Godfrey Farrugia - li tkellem qabli u li bħalissa mhuwiex preżenti fil-Kamra - qal li l-baġit għall-qasam tal-edukazzjoni huwa tajjeb imma nistgħu nagħmlu aktar.", "Naħseb li lkoll naqblu li nistgħu nagħmlu aktar, u f'ambitu ta' ekonomija li sejra tajba, il-Gvern ivvota aktar flus għall-qasam edukattiv.", "Dan huwa traġitt, u aħna mexjin 'il quddiem u se nibqgħu mexjin 'il quddiem f'dan ir-rigward.", "Miżura oħra li se tkompli tgħin kemm lit-tfal kif ukoll lil dawk l-ommijiet li jaħdmu hija dik li għandha x'taqsam ma' Skolasajf u Klabb 3-16 fejn l-ispiża għall-afternoon school programmes żdiedet minn €1 miljun għal €3.5 miljun.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll l-inizjattiva ta' one tablet per child fejn l-allokazzjoni ġiet addirittura rdoppjata.", "Aħna nafu kemm l-informatika hija importanti.", "Din il-wegħda kienet saret minn Gvern Laburista, issa qiegħda fl-istadju tal-implimentazzjoni u l-baġit li hemm ivvotat għal dan il-għan juri li din il-wegħda ma kenitx biss lip service imma hija wegħda li l-Gvern huwa determinat li jwettaqha.", "Din turi wkoll is-serjetà tal-Gvern.", "Niġi issa biex ngħid xi ħaġa fuq l-allokazzjoni tal-MCAST.", "Kemm smajna fuq l-MCAST!", "Jien ngħid li fuq l-MCAST kien hemm attakk orkestrat.", "Jien dejjem nargumenta li dan l-aħħar l-Oppożizzjoni qed tkun haphazard; daqqa taqbad issue u daqqa oħra, però dwar din l-issue żgur li m'għandhiex raġun.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni għamlu xahar il-ħin kollu jsemmu l-MCAST, u dan meta hawnhekk għall-2019 qed naraw żieda ta' €3 miljun għall-MCAST.", "Għalhekk ejjew inkomplu b'dan il-proġett vokazzjonali għax min jitkellem man-nies li huma mdaħħlin fil-qasam industrijali jaf kemm huwa importanti li nippreparaw aktar nies għad-dinja tax-xogħol.", "Punt ieħor li joħroġ mill-Estimi u mill-Economic Survey huwa l-allokazzjoni rekord għat-trasport b'xejn tal-iskejjel, li hija xi ħaġa li rrid nirringrazzja lill-Ministru Bartolo għaliha.", "Matul dan is-sajf kellna ħafna kritika dwar kif se ssir din il-miżura u kien hawn ħafna inċertezza dwarha.", "Jien esperjenzajtha personalment bit-tifla tiegħi u nista' ngħid li din il-miżura tant kienet suċċess li ma rajt l-ebda bidla mis-sena ta' qabel għax is-servizz tat-trasport baqa' tal-istess livell u kwalità.", "Ta' min jgħid li miżura bħal din kienet tirrikjedi spiża ta' €20 miljun, li hija spiża kbira għall-Gvern, però hija spiża li nistgħu nagħmluha minħabba li l-ekonomija sejra kif inhi sejra.", "Fil-bwiet tan-nies din il-miżura tagħmel differenza ta', miżerjament bejn €700 u €800 fis-sena.", "Dawn huma flus li baqgħu fil-bwiet tal-familji tagħna biex jibqgħu jintużaw għall-ġid tal-familji tagħna u b'hekk nibqgħu nkabbru d-domanda domestika li wara kollox imbagħad tħaddem l-ekonomija magħha.", "Sinjura President, illum jien biddilt xi ftit l-istil tad-diskors tiegħi għax xtaqt nikkwota l-figuri li joħorġu mill-Estimi u mill-Economic Survey biex naraw bil-provi x'inhuma l-prijoritajiet tal-Gvern, aktar milli nagħmel xi diskors retoriku b'lista ta' ftaħir bina nfusna bħala Gvern.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-Jobsplus programmes; allokazzjoni li titla' għal €14.8 miljun.", "Fil-fatt mill-figuri li għandi quddiemi jidher li mill-2017 'l hawn din l-allokazzjoni żdiedet bi €3 miljun.", "Forsi hawn ta' min jispjega li aħna nagħtu importanza kbira lid-dinja tax-xogħol mhux biex nindirizzaw il-qgħad - għax għall-grazzja t'Alla l-qgħad ma jeżistix f'pajjiżna - imma biex nippreparaw lill-Maltin biex ikunu kapaċi jieħdu l-aħjar impjiegi.", "Fil-fatt dik hija l-isfida li għandna quddiemna; li l-Maltin jieħdu impjiegi aktar importanti u l-aktar impjiegi li jħallu flus.", "Irrid ngħid ukoll li minħabba li llum hemm ekonomija tajba u qed noħolqu x-xogħol, hemm xogħlijiet li l-Maltin ma jridux jibqgħu jagħmluhom, u allura aħna ma nsibu l-ebda problema biex nilqgħu kemm lill-barranin li jiġu mill-Ewropa kif ukoll lil dawk li jiġu minn barra l-Ewropa biex jagħmlu dak ix-xogħol li l-Maltin ma jridux jagħmlu aktar.", "Hawnhekk qed nirreferi partikolarment għal impjiegi partikolari li jeżistu fil-qasam tat-trasport, fil-qasam tat-turiżmu jew fil-qasam tal-kura tal-anzjani fost l-oħrajn.", "Jekk tkellem lin-nies li huma involuti f'dawn l-oqsma u tgħidilhom x'qal il-Kap tal-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward, żgur li qabel ma jisimgħuh jgħid dak il-kliem personalment lanqas biss jemmnuk!", "U mela jiġi jitkellem fuq l-immigrazzjoni intelliġenti?!", "Jien ma nafx jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni huwiex qed jitħajjar li lill-barranin jagħmlilhom xi IQ test fuq il-border bħala border control biex jara liema huma dawk il-barranin li huma intelliġenti u liema huma dawk li mhumiex!", "Bħallikieku mhuwiex minn ewl id-dinja li n-nies dejjem imxew 'il fejn hemm ix-xogħol!", "Anke l-migranti Maltin kienu jmorru f'pajjiżi fejn ikunu jistgħu jaħdmu u jibdew futur hemmhekk!", "Issa bħalissa f'pajjiżna qed jiġri l-istess, u allura the only way forward hi li nagħtu dinjità lill-barranin li jiġu jaħdmu f'pajjiżna, basta jkun hemm l-enforcement u aktar ippjanar.", "Ngħaddi issa biex nitkellem dwar il-kwestjoni tal-labour market.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li qed jiġu 15,000 barrani fis-sena li 11,000 minnhom huma third country nationals.", "Issa, Sinjura President, minbarra li għandu żball fil-figuri, ta' min jgħid li t-third country nationals żdiedu bi 8,493.", "Issa ejjew inkunu ċari hawnhekk.", "Illum aħna qegħdin fl-Unjoni Ewropea.", "Jeżistu pajjiżi li għandhom unemployment rates li huma sinifikanti u m'hemmx dubju li dawn, bil-prinċipju fundamentali - u nittama li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx qed jirriferi għalih - tal-free movement of workers u tal-freedom of establishment, dawn jistgħu jiġu jaħdmu f'Malta sakemm jottemporaw mal-liġijiet tagħna, u jistgħu anke jistabbilixxu l-business tagħhom hawnhekk.", "Dawn huma prinċipji tal-Unjoni Ewropea li huma inderogabbli jiġifieri li ma nistgħux nilagħbu magħhom.", "Issa niġi għat-tieni punt li rrid nagħmel dwar l-immigrazzjoni intelliġenti li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni u li għadni s'issa ma nistax nifhem eżattament xi tfisser.", "Waqt li kont f'dibattitu televiżiv, kien hemm min qalilna li l-barranin qed jidħlu fix-xogħol tal-Maltin u jnaqqsu l-pagi tal-Maltin imma dan l-argument ma jagħmilx sens għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel nett dan mhuwiex il-każ għax illum il-Maltin qed ifittxu impjiegi aħjar, qed isibu impjiegi aħjar u ma jridux jibqgħu jagħmlu ċerti xogħlijiet.", "It's fair enough; din tiġri f'kull ekonomija li tkun qed tiffunzjona, anzi l-Maltin għandhom jagħmlu hekk.", "Fil-fatt fl-opinjoni umli tiegħi l-focus ta' Jobsplus għandu jkun dak li jiffoka aktar sabiex jerġa' jħarreġ lin-nies f'aktar skills biex b'hekk isibu impjiegi aħjar.", "Però dan l-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni huwa fallaċi għal raġuni oħra; għax jekk il-Kap tal-Oppożizzjni qed jgħid li dawn qed jieħdu l-impjiegi tal-Maltin, mela allura jkolli nassumi li b'xi mod jew ieħor il-qgħad fost il-Maltin qed jiżdied għax xi mkien qegħdin jaħdmu dawn in-nies!", "Madanakollu aħna lkoll nafu li l-qgħad fost il-Maltin qed jonqos.", "Allura l-Kap tal-Oppożizzjoni kif jista' jgħid li l-barranin are outpricing lill-Maltin meta l-qgħad tal-Maltin qed jonqos?!", "Xi mkien hawn problema fil-loġika tal-argument!", "L-aħħar problema fil-loġika tal-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni tirrigwarda l-paga medja.", "Ta' min jgħid li l-paga medja qed tiżdied b'€14.50 fil-ġimgħa.", "Issa hawnhekk wieħed jista' jgħidli li hemm CEO li qed jitħallas mijiet ta' eluf imma CEOs m'hawnx daqs nofs il-popolazzjoni, u l-maġġoranza tan-nies jaħdmu fi bracket partikolari ta' income.", "Allura kif tista' tispjegali li bejn l-2017 u l-2018 kien hemm żieda ta' €14.50?", "Dan juri ferm aktar kemm l-argument tal-immigrazzjoni intelliġenti - li għandha reminixxenzi li xejn mhuma sbieħ fl-istejjer politiċi tagħna u fil-proċessi politiċi tal-Ewropa - ma jagħmilx sens għaliex inti lill-barranin tridhom jaħdmu f'pockets partikolari.", "U mela ma rridux li jiġu nies li huma high-flyers f'pajjiżna!", "Dawn għandhom jiġu wkoll, u fil-fatt għandna skemi, li waħda minnhom bdiet taħt il-Partit Nazzjonalista u aħna komplejna nsaħħuha billi ma ħallejnihiex tapplika għall-gaming biss imma tapplika anke għal ċerti mpjiegi fil-qasam tal-avjazzjoni għax ovvjament mhux fil-gaming biss jiġu nies li huma importanti għal pajjiżna.", "Il-highly-qualified individual ukoll qed jingħata sostenn, u dan billi qed jingħata tax incentives biex jiġi Malta u jistabbilixxi ruħu hawnhekk.", "Xi rrid ngħid b'dan il-punt li qed nagħmel?", "Irrid ngħid li l-employment baqa' b'saħħtu.", "Hemm a constant downward trend u din ma kenitx xi ħaġa ta' sena partikolari, imma ta' snin sħaħ.", "Teżisti wkoll sitwazzjoni, liema sitwazzjoni teżisti wkoll fi stati membri oħra, ta' income inequality.", "Il-miżura li ħadna biex nistimulaw u ninċentivaw lill-mara toħroġ taħdem kienet waħda tajba wkoll għax din qed tgħin sabiex il-pensjonijiet li qed inħallsu llum ikunu aktar sostenibbli.", "Dan minbarra li l-fatt li l-mara toħroġ taħdem huwa tajjeb fih innifsu għax b'hekk il-mara tkun qed tilħaq il-fulfilment personali tagħha, u aħna rridu ngħinuha biex tagħmel dan.", "Jekk aktar nisa joħorġu jaħdmu ma jkollniex nirrikorru għas-second pillar pension li qed issemmi l-Oppożizzjoni u li aħna ma naqblux magħha.", "F'termini aktar sempliċi din tfisser li persuna jkollha tħallas bolla oħra, xi ħaġa li aħna ma naqblux magħha.", "Nixtieq nikkonkludi billi nagħmel xi ftit suġġerimenti għal dan is-settur tal-edukazzjoni, allavolja jien inħoss li qed isir xogħol tajjeb ħafna, u minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Ministru Bartolo kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima għax-xogħol importanti li qed jagħmlu.", "Wieħed mis-suġġerimenti bażiċi li nixtieq nagħmel huwa li ninċentivaw aktar għalliema biex jidħlu għal dan ix-xogħol nobbli.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-fatt li aħna qed nafdaw lit-tfal tagħna magħhom - din qalha l-Ministru Bartolo pubblikament dan l-aħħar meta kien hemm dik il-kwestjoni mal-MUT - juri kemm aħna għandna nagħtu ġieħ lil dawn l-edukaturi għax-xogħol li jagħmlu.", "It-tieni suġġeriment li nixtieq nagħmel jirrigwarda s-suġġett tal-Malti għax inħoss li forsi nistgħu nagħtu lil-lingwa tagħna spinta aktar b'saħħitha 'l quddiem.", "Inħoss ukoll li huwa importanti li jkun hemm persuna kkwalifikata fil-first aid f'kull skola.", "Ma nafx jekk diġà ġietx introdotta miżura bħal din, imma jekk għadha ma ġietx introdotta jien naħseb li dan huwa suġġeriment validu.", "Fl-aħħar nett nixtieq nissuġġerixxi wkoll li f'kull skola jkun hemm receptionist ikkwalifikata li tkun taf id-dettalji dwar il-background familjari tat-tfal fejn jidħlu digrieti u aċċess ta' kura u kustodja, li sfortunatament illum qed isiru the order of the day.", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment għax ġieli kellna xi inċidenti f'dan is-sens.", "Ġieli smajna stejjer ta' tfal li l-ewwel wasslithom l-iskola persuna partikolari u mbagħad ġiet għalihom persuna oħra, u allura jekk minbarra l-għalliema jkun hemm persuna oħra fl-iskola li tkun taf il-background familjari ta' kull tifel u tifla li jattendu l-iskola, problemi bħal dawn ikunu jistgħu jiġu indirizzati aħjar.", "Dawn huma r-rakkomandazzjonijiet tiegħi.", "Fl-aħħar nett nixtieq nerġa' nirringrazzja lill-persuni responsabbli minn dan il-qasam filwaqt li nirringrazzja lil kulħadd għall-ħin li ngħatajt biex inkun nista' nagħmel dan l-intervent.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Nixtieq infakkar lill-Ministru li għandu sa 12.05 p.m. biex jagħmel id-diskors tiegħu.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, nixtieq nibda billi nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem fid-dibattitu ta' dalgħodu, kemm lill-kollegi tal-Oppożizzjoni kif ukoll lill-kollegi tal-Gvern.", "Jien qgħadt attent nisma' l-kritika kif ukoll is-suġġerimenti li saru.", "Irrid ngħid li f'oqsma importanti ħafna bħall-edukazzjoni u x-xogħol trid tevita żewġ estremi; l-estrem li kollox sejjer ħażin u l-estrem l-ieħor li kollox sejjer tajjeb.", "Jien naħseb li f'dawn l-oqsma li tant huma importanti għall-futur tas-soċjetà tagħna u għall-futur ta' pajjiżna trid tkun bilanċjat; trid tifhem u taċċetta b'mod ċar in-nuqqasijiet li jeżistu, trid tieħu l-passi neċessarji biex tmexxi dawn l-oqsma 'l quddiem, trid tara fejn tkun wasalt, fejn ma tkunx wasalt u trid tara wkoll fejn tkun għamilt xi żbalji u tipprova tikkoreġihom, għalkemm naturalment dejjem trid toqgħod attent biex tara li l-iżbalji li tagħmel ma jkunux daqshekk kbar ħalli jkun possibbli għalik li tirranġahom.", "Sinjura President, meta nitkellem dwar l-oqsma tal-edukazzjoni u x-xogħol inħoss li qed nitkellem fuq qasam wieħed għax nemmen li aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-edukazzjoni u x-xogħol aktar għandhom jintrabtu flimkien.", "Jien dejjem faħħart id-deċiżjoni tal-Gvern Nazzjonalista - din mhijiex l-ewwel darba li qed ngħidha, u għedtha f'ħafna fora differenti - għax aħna l-uniku gvern fid-dinja fejn għandna flimkien il-ministeru tal-edukazzjoni u l-ministeru tax-xogħol.", "Jekk jien informat tajjeb, din l-idea, li kienet tajba ħafna, kienet tal-mibki Professur Peter Serracino Inglott, li min-naħa tiegħu l-Eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien aċċettaha.", "Fl-opinjoni tiegħi din kienet deċiżjoni tajba ħafna u aħna kburin li komplejna nibnu fuq dak il-pass.", "Dan huwa qasam li trid tiġbor fih żewġ elementi importanti; il-kontinwità u t-tiġdid.", "Mhuwiex biżżejjed li inti tkompli biss fuq dak li jkun diġà sar però jrid ikun hemm kontinwità.", "Min-naħa l-oħra huwa ħażin ukoll li tagħmel tiġdid kontinwu għax ma tistax toqgħod tbiddel il-ħin kollu.", "Għalhekk trid issib bilanċ bejn il-kontinwità u t-tiġdid, li assolutament mhijiex xi ħaġa faċli.", "Kien hemm min iħobb jgħid li li l-aħjar mod huwa li timmaġina li għandek imqass li ż-żewġt isnien tiegħu jridu jaħdmu tajjeb flimkien biex tkun tista' tiftaħ toroq ġodda fl-oqsma tal-edukazzjoni u x-xogħol.", "Sinjura President, nixtieq insellem lill-kollegi tiegħi li wħud minnhom kienu hawn dalgħodu u ħadu sehem bid-dibattiti u bil-kritika tagħhom.", "Dan huwa qasam fejn l-inċens ma jagħmilx tajjeb għax jidħol fl-għajnejn u bih ma tarax ċar.", "L-aktar ħaġa importanti hija li ssir kritika ġusta u ċara, anke jekk tkun kritika severa, għax f'demokrazija huwa bil-kritika, bis-suġġerimenti u bl-alternattivi li nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Fl-opinjoni tiegħi, min jiġbidlek l-attenzjoni għal affarijiet li jkunu ta' nuqqas għandek tirringrazzjah filwaqt li titgħallem kif tindirizza dak in-nuqqas.", "Minn hawn irrid insellem ukoll lil dawk kollha li matul is-sekli ħadmu biex l-oqsma tal-edukazzjoni u x-xogħol jiżviluppaw f'pajjiżna.", "Kien hemm nies li ħadmu f'ċirkostanzi ħafna u ħafna aktar diffiċli milli qed naħdmu fihom illum speċjalment matul dawk is-sekli li fihom pajjiżna kien maħkum u kkontrollat minn ħaddieħor u kien użat għall-iskopijiet strateġiċi ta' gwerra bla ma dan il-ħaddieħor kellu l-ebda interess li jara l-ħiliet u t-talenti tal-Maltin jiżviluppaw.", "Imbagħad irrid insellem lill-eks ministri tal-edukazzjoni kollha li kellna.", "Jien għandi x-xorti li naf lill-għaxar ministri tal-edukazzjoni li kellna mill-Indipendenza 'l hawn, jiġifieri matul dawn l-aħħar 54 sena, li ħamsa minnhom ġejjin min-naħa tal-Partit Nazzjonalista u ħamsa oħra ġejjin min-naħa tal-Partit Laburista.", "Kien hemm ukoll uħud minnhom li ħallewna.", "Fil-fatt ħdimt mill-qrib ħafna ma' wħud minnhom, irrispettivament mill-qasam politiku li kienu ġejjin minnu, għax nemmen li, kif qal tajjeb dalgħodu l-Onor.", "Schiavone, dan huwa qasam fejn il-partiġjaniżmu jagħmel ħażin.", "Ma rridx ninftiehem li qed ngħid li m'għandux ikollna partiġjaniżmu biex ma jkollniex kritika jew suġġerimenti, anzi jien nemmen li min jara xi nuqqasijiet u ma jikkritikahomx ikun qed jonqos.", "Il-punt li qed nipprova nwassal jien huwa li m'għandux ikun hemm partiġjaniżmu esaġerat fejn naħa tgħid li kollox sejjer ħażin u naħa tgħid li kollox sejjer tajjeb għax ħafna drabi jkun aħjar li ssir analiżi idealistika.", "Fejn għamilt pass 'il quddiem ħu gost li jkun irnexxielek tagħmlu, imma ftakar li dejjem għandek pass ieħor x'tagħmel.", "F'oqsma bħal dawn inti qatt ma tista' tikkuntenta b'dak li tkun għamilt imma trid dejjem tieħu gost tibni fuq it-tajjeb li tkun sibt għax dejjem se jkun hemm ħafna u ħafna x'tagħmel.", "Għalhekk nixtieq insellem lill-għaxar eks ministri tal-edukazzjoni li servew lil dan il-pajjiż mill-Indipendenza 'l hawn, ħamsa u ħamsa, inkluż żewġ nisa wkoll, għax nemmen li dawn kollha għamlu l-isforzi tagħhom biex jaraw kif pajjiżna jkun jista' jimxi 'l quddiem f'qasam daqstant importanti.", "Biżżejjed ngħid li llum il-gżejjer tagħna huma fost l-aktar gżejjer fid-dinja li huma l-iżjed avvanzati, u issa hawnhekk ejjew inkunu serji.", "L-iżvilupp li jseħħ ma jiġrix f'sena, f'sentejn, fi tliet snin jew f'ħames snin, u allura dan il-vizzju partiġjan li xi kultant għandna f'pajjiżna fejn nagħtu l-impressjoni li x-xemx titla' u tinżel skont min ikun fil-gvern ma jagħmilx sens.", "Ma jagħmel sens fl-ebda qasam aktar u aktar f'qasam bħal dan.", "Il-futur ta' pajjiżna, il-futur tas-soċjetà tagħna, l-iżvilupp ekonomiku u l-iżvilupp tas-soċjetà demokratika huma marbutin mal-iżvilupp fl-oqsma tal-edukazzjoni u x-xogħol.", "Biex il-qasam tal-edukazzjoni jimxi 'l quddiem ma tistax tħares lejh waħdu, u dan mhuwiex se jimxi 'l quddiem waħdu.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-pajjiż jitmexxa tajjeb u li jkun hemm il-ħolqien tal-ġid għax jekk ma jkunx hemm il-ħolqien tal-ġid inti ma jistax ikollok tqassim tal-ġid u tmexxija finanzjarja tajba fil-pajjiż.", "Din hija xi ħaġa li wieħed għandu jifhimha.", "Jekk il-pajjiż ikollu ħafna dejn u deficit, ikollok bilfors tnaqqas in-nefqa fuq il-qasam tal-edukazzjoni kif ġara fl-istorja riċenti ta' pajjiżna meta kellna dejn u defiċit qawwi.", "Fil-fatt konna wasalna saħansitra f'sitwazzjoni fejn kellna defiċit eċċessiv, u allura kellna nnaqqsu l-baġits tagħna, fosthom għall-qasam tal-edukazzjoni.", "Għalhekk il-fatt li llum, wara li ġew imrażżna d-defiċit u d-dejn, f'pajjiżna hawn il-ħolqien, it-tkabbir u t-tqassim tal-ġid għamilha possibbli biex fl-aħħar ħames snin in-nefqa fuq l-edukazzjoni żdiedet b'60%.", "Sinjura President, hekk kif l-edukazzjoni ma tistax timxi 'l quddiem waħedha, hekk ukoll jien inkompli nsostni li l-edukazzjoni mhijiex biss dak li jiġri fil-klassi u ma tistax tkun responsabbiltà tal-edukaturi biss imma jrid ikun hemm ukoll l-appoġġ tal-ġenituri u tas-soċjetà kollha kemm hi.", "Aħna nafu li anke meta l-iskejjel tagħna jkunu qed jiffunzjonaw bl-aqwa mod, dawn l-aktar li jaffettwaw huwa sa terz mill-imġiba u mill-iżvilupp tal-ħiliet tat-tfal għax żewġ terzi minnhom jiġu mill-familja u mis-soċjetà.", "Qed ngħid dan mhux biex infarfar ħalli nipprova nċekken ir-responsabilità tagħna l-edukaturi, imma biex nifhmu li dak li jiġri fil-klassi huwa biss parti mill-formazzjoni tat-tfal u jekk dan ma jkunx appoġġjat u msaħħaħ minn dak li jkun qed jiġri fil-familja u fis-soċjetà, tkun qed tispiċċa tibni naħa filwaqt li tħott in-naħa l-oħra.", "L-aqwa edukazzjoni u l-aqwa żvilupp tal-pajjiż huwa meta jkollok lill-edukaturi, lill-ġenituri u lis-soċjetà jaħdmu flimkien.", "Dan ifisser li jrid ikollna xi dinja ideali fejn qatt ma jkollna inkwiet bejnietna, fejn qatt ma jkollna xi ngħidu u fejn ma jkunx hemm nuqqasijiet?", "Le, u nerġa' ngħid li l-kapaċità ta' soċjetà demokratika mhijiex li ma jkollokx konflitt jew inkwiet imma li tagħraf kif għandha timmaniġġja dak il-konflitt.", "Sinjura President, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed nitkellmu fuq edukazzjoni tul il-ħajja.", "Spiċċa l-mod kif kienet organizzata l-ħajja tagħna qabel, ċjoè li fil-bidu ta' ħajtek tagħmel il-vjaġġ edukattiv tiegħek, tieħu l-passaport, imbagħad inti taħdem b'dak il-passaport sakemm tirtira.", "Illum nafu li dak l-istil ta' ħajja spiċċa kompletament u li f'dan iż-żmien l-edukazzjoni tul il-ħajja tibda saħansitra minn qabel it-twelid.", "Nafu - u aktar kemm jgħaddi ż-żmien, aktar in-newroxjenza se titfa' dawl fuq l-iżvilupp tal-moħħ u tal-personalità tagħna - li l-ewwel 1,000 jum mit-tnissil tat-tarbija - u nenfasizza li hawnhekk m'aħniex qed nirriferu għall-ewwel 1,000 jum mit-twelid tat-tarbija imma għall-ewwel 1000 jum mit-tnissil tagħha - huma l-aktar importanti biex dik it-tarbija tiżviluppa l-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħha.", "Għalhekk dawk it-tfal li għadhom sal-lum jitwieldu fil-faqar u fil-miżerja fejn ommhom m'għandhiex biex tisqihom u tagħtihom jieklu biżżejjed sfortunatament diġà jkunu kkundannati biex l-intelliġenza u l-kapaċitajiet tagħhom ma jiżviluppawx.", "Minkejja li llum nitkellmu ħafna fuq is-seklu 21 u niftaħru kemm imxejna 'l quddiem, in-numru ta' tfal li sal-lum għadhom imċaħħda minn ħajja diċenti u minn edukazzjoni serja jammonta għal miljuni kbar.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk nifhmu li anke fis-soċjetà tagħna, il-ġlieda kontra l-faqar mhijiex importanti biss għall-ġustizzja soċjali jew biex it-tfal ikunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti imma anke biex ikunu jistgħu jgawdu mill-edukazzjoni.", "Għalkemm din tinstema' xi ħaġa kontroversjali, anke meta nkun f'fora internazzjonali, jien ma niddejjaq xejn nikkwota lil Nelson Mandela, li jien nammirah ħafna, li jgħid illi l-edukazzjoni tbiddel id-dinja, però jien ngħidlu: Le, Mr Mandela, l-edukazzjoni waħedha ma tbiddilx id-dinja!", "L-edukazzjoni hija importanti, imma jekk ma jkollokx ġustizzja soċjali … Għax anke d-diskors li nisimgħu li l-edukazzjoni toħorġok mill-faqar mhuwiex veru.", "L-ewwel trid toħroġ mill-faqar biex tkun tista' tgawdi l-edukazzjoni.", "Jekk inti qiegħed f'sitwazzjoni ta' faqar, jekk inti m'intix tiekol u tixrob biżżejjed, jekk m'għandekx post diċenti fejn toqgħod jew jekk ma torqodx biżżejjed, m'intix se tmur l-iskola filgħodu u tgawdi mill-edukazzjoni.", "Biex tgawdi mill-edukazzjoni trid tkun f'sitwazzjoni tajba, u allura huwa importanti ħafna li l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp edukattiv u l-ġustizzja soċjali jimxu flimkien.", "Ħafna drabi l-affarijiet li jitfgħu l-edukazzjoni 'l quddiem - din hija xi ħaġa li aħna l-edukaturi ma tantx inħobbu nammettuha – mhumiex il-miżuri li jiġu meħuda fil-qasam tal-edukazzjoni, imma huma l-miżuri li jiġu meħuda f'oqsma oħra, bħal pereżempju fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam tas-servizzi soċjali u fil-qasam tal-appoġġ għal tfal b'diffikultajiet.", "Għalhekk huwa importanti li mhux biss naħdmu aħna l-edukaturi, il-ġenituri u s-soċjetà flimkien imma li naħdmu flimkien fl-oqsma differenti tal-ħarsien soċjali, tal-edukazzjoni u tas-saħħa għaliex dawn huma affarijiet li jridu jintrabtu flimkien.", "Nafu li llum irridu nippreparaw lit-tfal tagħna, liż-żgħażagħ tagħna u anke lil min diġà jinsab fid-dinja tax-xogħol għat-tibdil kontinwu li għaddej fil-ħajja tagħna u fuq il-pjaneta tagħna.", "Is-soċjetà li se jkollna se tkun differenti, u għalkemm xi kultant din nitkellmu fuqha bħallikieku li se tiġri fil-futur, fir-realtà dan il-futur diġà beda.", "Irridu nippreparaw aktar u aktar lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna għal dik li tissejjaħ \"software economy\" jew \"software society\", jiġifieri għal dik li intelliġenza artifiċjali, blockchain u robotika, u nkunu qed nagħmlu żball jekk naħsbu li dawn huma affarijiet li għandhom x'jaqsmu magħhom biss dawk li jaħdmu fil-fakultà tal-informatika jew inkella min jattendi fl-istituti tat-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni.", "Il-bidliet li qed iseħħu, qed iseħħu f'kull qasam.", "Dan ifisser li dawk huma kollha bidliet għall-aħjar?", "Le, u dan huwa qasam li fih wieħed irid joqgħod attent ħafna speċjalment meta qed nitkellmu fuq l-artificial intelligence fejn qed naraw ħafna żviluppi jseħħu.", "Hawnhekk jien nista' nagħti eżempju wieħed biss.", "Hemm programmi ta' artifical intelligence li qed jissostitwixxu lit-tobba fl-analiżi ta' mard li jagħmlu.", "Fil-fatt dan l-aħħar fl-Istati Uniti sar proġett fejn qabbdu lill-aktar 20 konsulent famużi f'qasam partikolari biex isolvu problema li kellu pazjent, u dawn ħadu siegħa u nofs biex isolvuha, filwaqt li l-artificial intelligence ħadet 20 minuta.", "Madanakollu, għalkemm qed ngħidu dan kollu, fl-istess ħin inkunu superfiċjali jekk naħsbu li kollox huwa tajjeb, li kollox huwa sabiħ u li kollox huwa għall-aħjar, għax ir-realtà hi li fl-artificial intelligence qed jiġru affarijiet li għandhom implikazzjonijiet etiċi enormi, u allura aħna ma rridux ngħaġġlu biex naddottaw żviluppi li naħsbu li huma bilfors għall-aħjar għax imbagħad jista' jirriżulta li nkunu qegħdin inwelldu mostri.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li anke f'dan il-qasam, għalkemm irridu nimxu b'ċerta ħeffa, fl-istess ħin irridu nimxu b'mod kawt u responsabbli, kif naf li qed jagħmel pajjiżna.", "Sinjura President, illum qed ngħixu f'soċjetà iżjed komplessa fejn mhux biss qed iseħħ tiġdid teknoloġiku kbir imma qed iseħħu bidliet soċjali kbar.", "Illum m'għadniex nitkellmu aktar fuq id-dinja t'hemm barra għax nafu li llum id-dinja hija fostna.", "Illum id-dinja hija fil-klassi, id-dinja hija fis-soċjetà tagħna, u dan mhuwiex faċli.", "Fil-fehma tiegħi waħda mir-raġunijiet għaliex illum l-Unjoni Ewropea, u anke pajjiżi oħra, jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet kbar hi li saru żbalji kbar minn gvernijiet differenti ta' pajjiżi oħra fuq kif jimmaniġġjaw id-diversità kulturali, etnika u reliġjuża fis-soċjetajiet tagħna.", "Fil-fatt din hija waħda mill-akbar sfidi li nħoss li għandna għaż-żmien li ġej għax filwaqt li huwa tajjeb li jiġu tfal flimkien mal-familjari tagħhom minn barra biex jistudjaw f'pajjiżna, l-iżvilupp u l-progress li jagħmlu m'għandux ikun għad-detriment tat-tfal tagħna.", "Qed ngħid dan bl-akbar responsabilità għax biex jien nimxi 'l quddiem, kulħadd irid jimxi 'l quddiem u mhux biex ingawdi jien ikollu jbati xi ħadd ieħor.", "Jien dejjem nenfasizza l-bżonn li naħdmu flimkien filwaqt li noħolqu spazju u qafas.", "Suppost li din is-sena qed niċċelebraw is-70 sena mit-twaqqif tad-drittijiet universali tal-bniedem, li jien nemmen ħafna fihom, imma fid-dinja ma tantx qed nisimgħu b'dan, anzi sfortunatament bħalissa għaddejjin minn żmien fejn ma tantx hawn kultura favur id-drittijiet tal-bniedem.", "Fil-fatt suppost li dan is-70 anniversarju se nkunu qed niċċelebrawh f'Diċembru li ġej, imma kif għedt diġà se nkunu qed niċċelebraw dan l-anniversarju fi żmien diffiċli għal dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet universali tal-bniedem.", "Jien nemmen li l-integrazzjoni f'pajjiżna għandha ssir b'tali mod li min jiġi fostna jrid jirrispetta l-qafas tagħna, irid jirrispetta l-Kostituzzjoni tagħna u l-liġijiet tagħna, kif irid jirrispetta wkoll id-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem billi wieħed jirrispetta lill-ieħor.", "Pereżempju, jien ma naċċettax li xi ħadd jiġi jgħidli li għax huwa ġej minn kultura oħra fejn in-nisa huma stmati inqas mill-irġiel, allura ma jridx jitkellem mal-head tal-iskola fejn jattendi ibnu sempliċement għax din hija mara!", "M'iniex se naċċetta affarijiet bħal dawn, lanqas bħala rispett lejn il-multikulturaliżmu jew lejn xi kultura oħra.", "Il-kultura tagħti l-istess dinjità lin-nies, u wara li naf kemm gvernijiet u partiti politiċi differenti Maltin għamlu sforzi biex jirrikonoxxu d-dinjità tal-persuni u biex ineħħu l-preġudizzji, imbagħad żgur li m'iniex se naċċetta li, għax ġie fostna xi ħadd minn pajjiż fejn għadhom ma seħħewx dawn l-iżviluppi, aħna għandna nċedu għal dawn il-preġudizzji u għal dawn ir-reżistenzi!", "Nerġa' ngħid - din jien ngħidha b'responsabilità, u ġieli għedtha pubblikament anke f'fora internazzjonali - li waħda mir-raġunijiet għaliex illum pajjiżi bħall-Italja, bħall-Awstrija, bħall-Ġermanja u bħall-Ungerija għaddejjin minn dak li għaddejjin minnu għal dak li huwa popoliżmu, din hija proprju minħabba li l-multikulturaliżmu tħaddem ħażin.", "Il-multikulturaliżmu ma jfissirx li għax jien ġej minn kultura retrograda li ma taċċettax il-fatt li n-nisa u l-irġiel huma ndaqs, allura ħaddieħor għandu jirrispetta l-kultura tiegħi!", "Bir-rispett kollu, il-kultura universali tgħid li n-nisa u l-irġiel huma ndaqs, u allura jien għandi naddatta ruħi għall-bidliet li seħħew fis-soċjetà li qiegħed fiha!", "Din hija t-triq 'il quddiem fl-integrazzjoni li għandha ssir ġewwa pajjiżna, u din hija waħda mill-akbar sfidi li għandna fil-qasam edukattiv u fil-qasam tax-xogħol għaliex l-internazzjonalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni li qed iseħħu fil-klassi u li qed iseħħu fuq il-post tax-xogħol huma l-istess.", "Għad irridu nitgħallmu ngħixu flimkien, u din mhijiex xi ħaġa sempliċi.", "Imma daqskemm hu diffiċli għal min telaq minn sitwazzjonijiet diffiċli, ġie hawn u jrid jaddatta ruħu għal din is-sitwazzjoni, daqstant ieħor huwa diffiċli għalina li ngħixu hawn li naddattaw irwieħna għal min jiġi fostna.", "Din tissejjaħ \"mutual accommodation\".", "Il-fatt hu li l-comfort zones tlifniehom.", "Min telaq minn pajjiżu tilef il-comfort zone, imma aħna tlifna l-comfort zone ukoll, u għalhekk irridu nsibu mod kif nimmaniġġjaw din id-diversità b'tolleranza, b'demokrazija u b'mod uman.", "Sinjura President, iddedikajt ftit ħin mhux ħażin nitkellem fuq dan il-punt proprju għaliex naħseb li din hija waħda mill-akbar sfidi li rridu niffaċċjaw fis-sistema edukattiva tagħna.", "Jien niftakar li meta sirt Ministru fl-2013, il-Ministru ta' qabli kienet ħallietli - u bir-raġun - lista' ta' skejjel li l-Gvern seta' jiddisponi minnhom billi jbigħhom għax kienu qegħdin jiżvojtaw.", "Illum is-sitwazzjoni hija bil-maqlub.", "Illum għandna problema kbira minħabba li wħud mill-iskejjel tagħna li qegħdin f'ċerti areas - uħud minnhom ġustament issemmew anke f'dan il-Parlament - qegħdin jixpakkaw!", "Mhijiex ċajta li f'temp ta' erba' jew ħames snin jiżdiedu 4,000 tifel u tifla fis-sistema edukattiva tagħna!", "Tafu xi jfissru dawn l-4,000 tifel u tifla?!", "Li jimlew ħames jew sitt skejjel, u kif jaf kulħadd l-iskejjel ma jaqgħux mis-sema!", "Għalina dawn huma sfidi kbar, u dawn l-isfidi ma jikkonsistux biss fi problemi ta' spazju.", "Huwa biżżejjed illi wieħed jimmaġina ftit xi tfisser għall-għalliema li f'daqqa waħda fil-klassi jkollha sitwazzjoni ta' diversità bħal din fejn ikollha diversi tfal li la jafu jikkomunikaw bil-Malti u lanqas bl-Ingliż!", "Jien ġieli attendejt għal lezzjonijiet li matulhom ipprovaw jispjegaw lil tfal barranin x'inhu \"nagħniegħ\" jew \"ħabaq\", u allura tistgħu timmaġinaw kif trid tkisser rasek biex tipprova tikkomunika magħhom b'xi lingwa li forsi jifhmu huma!", "Pereżempju, ejjew nimmaġinaw kif l-għalliema trid tispjega lil dawn it-tfal xi lezzjoni tal-fiżika jew tal-matematika!", "Għalhekk ejjew nirrikonoxxu l-isfidi kbar li għandna quddiemna u nkomplu nieħdu l-passi neċessarji, speċjalment fil-livell sekondarju.", "Qed nagħmel enfasi partikolari għal-livell sekondarju għax naħseb li fil-livell primarju x-xogħol f'dan ir-rigward jinsab għaddej tajjeb, imma fil-livell sekondarju għandna sfidi kbar li rridu niffaċċjawhom sew, kemm għall-ġid tal-istudenti kif ukoll għall-ġid tal-edukaturi tagħna għax din assolutament mhijiex xi ħaġa faċli.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq il-lingwa, ma nistax ma nsemmix il-bżonn li nkomplu nsaħħu l-lingwa Maltija.", "Jien inħobb nitkellem ċar, u waħda mill-aktar affarijiet li tinkwetani hi li l-lingwa Maltija hija waħda mill-erba' lingwi li hemm fl-Unjoni Ewropea li jinsabu mhedda.", "Dan qed jiġri minħabba n-nuqqas ta' preżenza diġitali b'saħħitha u għalhekk irridu naraw x'se nagħmlu f'dan ir-rigward.", "Huwa veru li issa aħna qed naraw li nżidu din il-preżenza diġitali imma hemm passi oħra kbar li rridu nieħdu biex matul dan is-seklu l-lingwa Maltija tkun preżenti kull fejn se tkompli tissaħħaħ ir-realtà diġitali għax inkella l-lingwa tagħna se tibqa' tiġi mhedda.", "Irridu nkomplu nsaħħu wkoll il-programmi tal-Malti għall-barranin u ma niddejjaqx ngħid li ma qbilt xejn mal-kollegi akkademiċi tal-Università li ħarġu xxokkjati minħabba l-fatt li aħna rridu nagħmlu programmi tal-Malti għall-barranin.", "Ngħid jien, x'għandha inqas il-lingwa Maltija mil-lingwa Ingliża, li f'pajjiżna diġà tiġi mgħallma lill-barranin?", "U x'għandha inqas il-lingwa Maltija mil-lingwa Taljana, Franċiża, Ġermaniża u Spanjola?", "Il-Maltin li jitwieldu Malta jistudjaw il-lingwa Maltija bħala l-lingwa nattiva tagħhom imma mbagħad lanqas biss jagħmel sens edukattiv li wieħed jippretendi li barrani jitgħallem il-Malti bl-istess mod li jitgħallmuh it-tfal Maltin li jisimgħu l-Malti jiġi jitkellem sa mill-ewwel ftit jiem minn wara li jitwieldu!", "Għalhekk, kif għedt diġà, għandna nkomplu nsaħħu l-lingwa Maltija għall-barranin, anke għax jien nemmen li jekk min jiġi fostna jkun se jqatta' ftit żmien mhux ħażin hawnhekk irid jitgħallem il-lingwa Maltija.", "L-istess irrid ngħid għat-tfal li jattendu fl-iskejjel tagħna; dawn iridu jitgħallmu l-Malti, u dan huwa prinċipju li jien assolutament ma nċedix fuqu għax min jiġi fostna jrid jifhem li jrid jirrispetta l-kultura u l-identità tagħna, u rridu nsibu modi kif naħdmu u ngħixu flimkien.", "F'dan il-qasam diġà għamilna ħafna però jonqos aktar x'nagħmlu.", "L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed tagħmel ħafna xogħol fl-iskejjel tagħna, kemm waqt il-ħinijiet tal-iskola kif ukoll wara l-ħinijiet tal-iskola, imma hemm bżonn li nkomplu nsibu modi ġodda kif naħdmu biex insaħħu l-qari u t-tagħlim tal-Malti, tal-Ingliż kif ukoll ta' lingwi oħrajn.", "Qed ngħid dan għaliex sfida kbira oħra li għandu pajjiżna hi li matul dawn l-aħħar snin l-ammont ta' tfal li jistudjaw ilsien barrani niżel ħafna, u dan huwa ġej mill-fatt li l-messaġġ li ntbagħtilhom mill-Università kien li jekk iridu jistudjaw għal avukat jew għal xi qasam partikolari m'għandhomx bżonn li jkollhom it-tielet lingwa barranija.", "Imbagħad jistagħġbu kemm qed ikun hemm inqas studenti li qed jaqbdu t-Taljan, il-Franċiż jew il-Ġermaniż fil-livell post-sekondarju!", "Imma skużi; jekk intom qed tibagħtulhom dak il-messaġġ, mhux bilfors?!", "Issa l-mistoqsija għandha tkun: Aħna sodisfatti bil-kwalità tal-avukati l-ġodda li m'għandhomx it-tielet lingwa?", "Jien m'iniex sodisfatt għax fil-kultura legali tagħna aħna għandna testi li huwa importanti li l-avukati tagħna jaqrawhom bit-Taljan, bil-Franċiż u jekk jista' jkun anke bil-Ġermaniż.", "Issa jien m'iniex se ngħid dan biex noqgħod niftaħar b'rixna imma llum għandna nies serji ħafna li għamlu ħafna xogħol f'dan il-qasam u qegħdin jirriversjaw din it-trend bir-riżultat li llum għandna aktar studenti li qed jistudjaw it-Taljan, l-Ispanjol, il-Franċiż u l-Ġermaniż; suġġetti li qabel donnhom kienu ġew abbandunati.", "Ta' min jgħid li bdejna wkoll programm ta' profiċjenza fil-lingwa għax sfortunatament ġieli jiġri li bil-mod li nkunu qed ngħallmu lingwa lill-istudenti nkunu qed indawruhom kontra tagħha.", "Fl-aħħar mill-aħħar għaliex għandek bilfors tgħallem lingwa bi grammatika riġida li ħafna drabi lanqas biss ikollha x'taqsam mal-ħajja tagħna ta' kuljum?", "B'dan il-mod it-tagħlim tal-lingwa jsir kastig!", "Għalhekk huwa tajjeb li żviluppajna dawn il-programmi ta' profiċjenza; għax permezz tagħhom inti tħaddem il-lingwa fil-ħajja ta' kuljum u tieħu gost tħaddimha.", "Meta wieħed jiskopri lingwa, jiskopri dinja ġdida, jiskopri ċivilità ġdida u jiskopri wkoll nies ġodda, u aħna f'dik id-direzzjoni rridu nkomplu naħdmu.", "Aħna rridu wkoll li ż-żgħażagħ tagħna jaħkmu l-ħiliet u l-attitudni li hemm bżonn sabiex iħaddmu x-xjenza u l-matematika b'mod tajjeb.", "Illum inqas żgħażagħ qed jitħajru jidħlu għal korsijiet tradizzjonali, bħalma huma l-inġinerija elettrika u l-inġinerija mekkanika.", "Hemm min jgħid li dan ġara minħabba ċertu tip ta' programmi tal-matematika li l-istudenti li jagħżlu dawn il-korsijiet ikollhom jagħmlu fis-Sixth Form, imma jien ngħid li dan ġara wkoll minħabba li llum il-firxa ta' karrieri u suġġetti li jistgħu jaqbdu ż-żgħażagħ tagħna żdiedet ħafna.", "Illum hemm min qed jagħżel l-artificial intelligence, hemm min qed jagħżel ir-robotika eċċ. u allura jekk qabel iż-żgħażagħ kellhom tliet għażliet jew erbgħa, illum għandhom ħafna iżjed minn fejn jagħżlu.", "L-appell li nixtieq ngħaddi lill-kollegi tiegħi tal-Università huwa dan: Oħorġu mill-campus, morru ltaqgħu mat-tfal u maż-żgħażagħ tagħna u iġbduhom lejkom!", "Tistennewx il-bajtar jaqa' f'ħalqkom!", "Lili l-ħajja għallmitni li l-frott li jaqa' f'ħalqek ikun imħassar u biex tieħu frott tajjeb trid tħawwel is-siġar, tieħu ħsiebhom u meta jikber il-frott, dan trid taqtgħu.", "Hemm bżonn isir xogħol biex norbtu l-livelli edukattivi kollha ma' xulxin; iċ-childcare centres, il-kindergarten, il-livell primarju, il-livell sekondarju, il-livell post-sekondarju, il-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), l-Università, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), il-korsijiet kif ukoll il-programmi kollha li jsiru wara li student jiggradwa, għax dawn iridu jaħdmu kollha flimkien.", "Għal ħafna snin konna silos fejn min ikun qed jagħmel it-tali ħaġa ma jkunx jaf x'qed isir in-naħa l-oħra u din hija ħasra meta ċ-ċokon ta' pajjiżna jippermetti li naħdmu aktar flimkien.", "Imma nsomma, ġaladarba aħna qegħdin ngħixu fi gżira hawn ukoll din il-mentalità li kulħadd jaħdem fi gżira għalih!", "Issa xogħolna hu li nkomplu naraw kif negħlbu din it-tip ta' kultura u naħdmu iżjed flimkien.", "Sfida kbira oħra li għandna f'pajjiżna hija l-inklużjoni.", "Gvernijiet differenti ilhom mill-inqas 18-il sena jaħdmu biex il-qasam tal-edukazzjoni jimxi 'l quddiem f'dik li hija inklużjoni, imma jekk qed naħsbu li l-kelma \"inklużjoni\" tfisser sempliċement \"preżenza fiżika\", jiġifieri li tpoġġi lit-tfal taħt l-istess saqaf u bejn l-istess erba' ħitan, sejrin żball u f'dak il-każ lit-tfal aktar inkunu qed nagħmlulhom ħsara milli ġid, kemm lil dawk it-tfal li għandhom ċerti bżonnijiet kif ukoll lit-tfal l-oħra.", "L-aħjar inklużjoni tikkonsisti fi programmi addattati għal dak li student għandu bżonn għax jekk jien se nitpoġġa f'sitwazzjoni fejn ma nistax ingawdi mill-programmi li jkunu qed isiru, allura din x'inklużjoni tkun?", "Dik ma tkun xejn għajr sempliċement preżenza fiżika!", "L-inklużjoni edukattiva tfisser ħafna u ħafna iżjed minn hekk.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara fejn huma n-nuqqasijiet il-kbar u fejn kienu n-nuqqasijiet ta' gvernijiet differenti għal ħafna snin.", "Qed nirreferi għaċ-ċentri tar-riżorsi.", "Inti kif tista' tikkonvinċi lill-ġenituri biex jibagħtu lit-tifla jew tifel tagħhom f'ċentru tar-riżorsi meta l-kondizzjoni tiegħu hija agħar minn dik ta' skola mainstream?", "Għalhekk f'dan il-każ huwa dmir tagħna li ninvestu ħafna iżjed fiċ-ċentri tar-riżorsi sabiex għall-inqas dawn ikunu daqs jew, jekk jista' jkun, aħjar minn skejjel oħra.", "B'hekk lit-tfal ma tkunx qed tagħtihom biss il-bini jew inkella d-disinji u l-kuluri sbieħ ta' mal-ħajt imma wkoll is-servizzi li għandhom bżonn ħalli b'hekk il-ġenituri jifhmu li aħna m'għamilniex pass bħal dak biex inwarrbu lit-tfal tagħhom jew inkella biex neħilsu minnhom imma biex inkunu qed inlaħħqu mal-bżonnijiet tagħhom ukoll.", "Wara kollox dik hi l-akbar mira tal-edukazzjoni; kif se tilħaq lil kull tifel u tifla u kif se tasal għandhom b'mod li jagħmel sens għalihom!", "Fil-fatt waħda mill-akbar nuqqasijiet li għandha s-sistema edukattiva mad-dinja kollha hija li llum qed inħaddmu dik li tissejjaħ standardisation għax minħabba l-kultura industrijali, l-iskejjel ġew organizzati bħall-fabbriki fejn kollox isir fl-istess ħin bit-timetable, kollox jiġi organizzat b'mod riġidu, isiru l-istess eżamijiet, isiru l-istess programmi u jsiru l-istess affarijiet li jsiru meta tkun qiegħed fuq l-assembly line ta' fabbrika.", "Illum anke l-postijiet tax-xogħol qegħdin jiddiversifikaw u m'għadhomx standardised kif kienu 100 sena, 50 sena jew 30 sena ilu, aħseb u ara l-iskejjel kemm għandhom bżonn li ma jibqgħux jiġu standardised!", "Dan bħal meta nagħmel żarbun bl-istess qies għal kulħadd fejn wieħed irid bilfors jilbes dak iż-żarbun, hu x'inhu l-qies ta' saqajh.", "Dan ma jagħmilx sens!", "It-tfal huma persuni differenti minn xulxin, u allura huwa tajjeb li aħna nkomplu mexjin anke f'dan il-moviment ġdid li hawn f'pajjiżna - u li jien ngħid li hawn fid-dinja wkoll - biex minn standardisation immorru għal personalisation.", "Naturalment dan huwa ħafna aktar diffiċli.", "Dażgur li huwa ħafna aktar diffiċli!", "Imma b'hekk inkunu qed nilħqu lit-tfal kollha għax li sempliċement it-tfal jattendu l-iskejjel tagħna praesente cadavere, dik xi bravura hi?!", "Li sempliċement tiġi l-iskola mhuwiex biżżejjed imma trid tara xi ksibt minn dik l-iskola.", "Fil-fatt huwa għalhekk li jien nieħu gost bil-passi li qed nagħmlu f'\"My Journey\" fejn bħalissa għaddej ħafna xogħol biex l-iskejjel sekondarji tagħna jkunu mgħammra b'laboratorji apposta bil-għan li nkunu nistgħu nħalltu l-edukazzjoni u x-xogħol flimkien.", "Aħna rridu nippreparaw lit-tfal tagħna għall-ħajja li se jsibu meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u ninsab ċert li b'hekk se nilħqu aktar tfal.", "Hawn ta' min jagħmel ukoll il-punt li meta nkunu qed nilħqu aktar tfal mhux biss inkunu qed nagħtu lil dawn it-tfal l-għodda biex jaħdmu imma nkunu qegħdin ukoll ngħinuhom iġibu ruħhom aħjar fl-iskejjel għax waħda mir-raġunijiet għaliex it-tfal tagħna ma jġibux ruħhom tajjeb fl-iskejjel hija minħabba li huma jsibu li l-iskejjel mhumiex rilevanti u interessanti għalihom.", "Naturalment jista' jkun hemm ukoll problemi oħra li jkunu qed iseħħu fil-familja tagħhom jew inkella fil-persuna nnifisha, imma li hu żgur hu li rridu nagħmlu l-iskejjel tagħna aktar rilevanti.", "Naħseb li matul dawn l-aħħar snin għamilna ċerti żviluppi f'dan il-qasam u bdejna saħansitra xi programmi għal dawn it-tfal li qabel kienu qed jintilfu, però issa rridu nkomplu nsaħħu l-ħidma tagħna f'dan is-sens biex nilħqu dejjem iżjed tfal.", "M'hemmx dubju li din hija sfida kbira oħra, imma ninsab ċert li bl-għajnuna tal-għalliema kif ukoll bix-xogħol li qed nagħmlu biex niżviluppaw il-ħiliet professjonali tal-għalliema se nkomplu nimxu 'l quddiem f'dan ir-rigward.", "Nista' nserraħ ukoll ras kulħadd li m'hemm l-ebda pjan biex inbaxxu l-livell tal-professjoni tal-għalliema, la minn dak li jiġi pprovdut mill-Fakultà tal-Edukazzjoni, li aħna nappoġġjawha kemm nifilħu, u lanqas mill-Istitut tal-Edukazzjoni, għax aħna rridu li l-għalliema tagħna jkollhom l-appoġġ kollu meħtieġ u l-preparazzjoni kollha meħtieġa biex huma jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħol tagħhom, li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isir dejjem iżjed komplikat u dejjem iżjed diffiċli.", "Nixtieq inserraħ ukoll ras il-Membri ta' din il-Kamra li dawk l-abbozzi ta' liġi se jitressqu meta jitlesta x-xogħol kollu li qed isir fuqhom.", "Issa hemm min qed iqajmilna anke punti ġodda però ma jimpurtax.", "Nerġa' ngħid li dawk l-abbozzi ta' liġi se jitressqu quddiem din il-Kamra, u aħna qatt ma kellna l-intenzjoni li nferu jew inweġġgħu l-professjoni tal-għalliema.", "Wara kollox aħna ħdimna biex ġustament intejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema tagħna, li għal ħafna snin tħallew fil-qiegħ tal-professjonijiet li hemm fis-settur pubbliku, u issa rridu nkomplu naħdmu biex dan inkomplu nsaħħuh.", "Irrid ngħid ukoll li aħna m'għandna l-ebda tolleranza għal min ikun vjolenti jew għal min iġib ruħu ħażin mal-għalliema tagħna, u dan żgur li mhu se jsib protezzjoni mingħand ħadd.", "Fil-fatt aħna se nkunu qegħdin inħarrxu l-pieni f'dan ir-rigward, u permezz ta' dan il-Baġit se nkunu wkoll qegħdin indaħħlu fl-iskejjel tagħna miżuri ġodda ta' sigurtà.", "Sinjura President, l-akbar sfida tagħna tibqa' dik li jkollna aktar żgħażagħ li jkomplu jistudjaw wara li jagħlqu 16-il sena, għalkemm illum is-sitwazzjoni qed titjieb.", "Biżżejjed ngħid li kien hemm żmien meta n-numru ta' studenti li ma jkomplux jistudjaw wara l-età ta' 16-il sena kien id-doppju ta' dak li hu llum.", "Lanqas aħna qegħdin fil-qiegħ tal-lista tal-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward, u hawnhekk irrid nieħu l-okkażjoni biex nitlob lill-kollegi li joqogħdu jagħmlu dan il-punt biex imorru jiċċekkjaw l-istatistika għax aħna niżżilna dik l-istatistika minn 23% għal 17% u se nkomplu naħdmu biex matul is-snin li ġejjin dan il-persentaġġ ikompli jinżel.", "Fil-fehma tiegħi l-akbar sfida hi kif se nħajru lil dawk l-istudenti li għandhom 17-il sena biex ikomplu jistudjaw meta jkollhom 18-il sena aktar milli biex inħajru studenti li għandhom 16-il sena biex ikomplu jistudjaw meta jkollhom 17-il sena.", "Jien inħoss li l-aktar ħolqa dgħajfa fis-sistema edukattiva tagħna hi dik tal-livell post-sekondarju.", "Fil-fehma tiegħi, il-livell post-sekondarju ħallejnieh wisq f'sitwazzjoni ta' \"iġri u ġerri\" fejn kulħadd jgħaġġel kemm jiflaħ biex iġib iċ-ċertifikati meħtieġa għall-Università jew għall-MCAST.", "Hemm bżonn li s-sixth forms tagħna jerġgħu jiksbu r-rwol li kellhom bħala parti importanti mill-formazzjoni taż-żgħażagħ tagħna.", "Issa billi noqogħdu ngħidu liż-żgħażagħ tagħna li jridu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom għas-seklu 21, li jridu jkunu kapaċi jiddeċiedu u jsolvu problemi kumplessi, li jridu jkunu kapaċi jaħdmu mal-oħrajn, li jridu jkunu kapaċi jieħdu inizjattiva ta' leadership u li jridu jkunu kapaċi jkunu kreattivi jekk fl-istess ħin iridu jgħaġġlu kemm jifilħu biex iġibu s-Systems of Knowledge u s-suġġetti tagħhom tal-Intermediate kemm jista' jkun malajr?!", "Iż-żgħażagħ tagħna tant qed ikollhom jgħaġġlu fil-livell post-sekondarju li kors li suppost itul sentejn qed jispiċċa jtul biss sena u xahar jew sena u xahrejn; sakemm isiru l-mocks!", "Nerġa' ngħid li dan meta suppost li l-kors li jkunu qed jagħmlu jkun ta' sentejn.", "Jien assolutament inkwetat ħafna fuq din il-ħaġa u ċertament li jekk irridu nsaħħu l-livell post-sekondarju tas-sistema edukattiva tagħna għandu jkollna l-kuraġġ nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa f'dan ir-rigward.", "Sinjura President, kif għedt kemm-il darba, jien qbilt ħafna mad-deċiżjoni li l-oqsma tal-edukazzjoni u tax-xogħol ikunu jaqgħu taħt l-istess ministeru, imma fis-sistema edukattiva tagħna rridu nkomplu ndaħħlu l-work-based learning, l-internships u l-apprenticeships biex filwaqt li wieħed ikun qed jitgħallem, ikun qiegħed jiġi espost ukoll għad-dinja tax-xogħol, u dak li jkun qed jagħmel fid-dinja tax-xogħol għandu jiġi rikonoxxut bħala parti importanti ħafna mill-formazzjoni tiegħu.", "Illum għandna ħafna riċerka dwar dak li jissejjaħ work-integrated learning.", "Pereżempju nafu li biex issir tabib ma tistax toqgħod taqra l-kotba biss imma trid tmur fis-swali mal-pazjenti.", "Kif iħobb jgħidli kirurgu, biex issir tabib trid ixxomm id-demm!", "Ara jien żgur li m'iniex se nsir tabib għax nibża' mid-demm, aħseb u ara kemm se noqgħod inxommu!", "Imma dan jgħodd għall-oqsma kollha.", "Meta lill-istudenti ngħallmuhom minn fuq il-bankijiet tal-iskola u ngħallmuhom ukoll minn fuq il-postijiet tax-xogħol jagħmlilhom ħafna ġid.", "Kif diġà għedt, il-work-integrated learning mhux biss iħejjik għad-dinja tax-xogħol imma jtejjiblek anke l-ħiliet intellettwali tiegħek, u llum għandna ħafna riċerka li turi proprju dan.", "Dan għaliex b'hekk inti tkun qiegħed tittestja l-ħiliet tiegħek fuq problemi li jkunu reali u mhux sempliċement fuq xi kwestjoni jew issue astratta.", "Sinjura President, qabel ma nikkonkludi d-diskors tiegħi nixtieq nenfasizza kemm huwa importanti li fil-qasam tal-edukazzjoni l-edukaturi, il-ġenituri, is-soċjetà u s-settur privat jaħdmu lkoll flimkien għax kif jgħidu tajjeb l-Indjani, it takes a community to raise a child.", "Fil-fatt dan ma japplikax biss għat-tfal għax l-iżvilupp tal-ħiliet tagħna lkoll jiddependi minn kemm aħna kapaċi naħdmu flimkien.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Il-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "F'12.06 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol irrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kienet ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa, kienu posposti għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Issa nitlob lill-Ministru Evarist Bartolo biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018 fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "L-Għaxar Jum Stabbilit – Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza", "Vot 16 - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza", "Vot 17 - Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg", "Vot VIII - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza - Kapital.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-Aġġornament mhux se jittieħed.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018, fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "F'12.07 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181105_159d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-2.01 p.m.", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 159 li saret fil-5 ta' Novembru, 2018 ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet parlamentari.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "L-GĦAXAR JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON (Onor. Claudette Buttigieg): Illum il-Kumitat għandu quddiemu l-Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni 181 tal-17 ta' Ottubru, 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat li għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għan-naħa tal-Gvern.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza):", "VOT 16 – MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €23,779,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 17 - RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TAL-IMPJIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,529,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 – Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT VIII - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €62,397,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII - Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 16 - MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA", "Ħassar iċ-ċifra \"€97,835\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€97,832\".", "Sinjura President, f'dan id-dibattitu dwar il-Baġit ta' dan il-Ministeru qed nitkellmu dwar l-Unjoni Ewropea.", "Għalija, l-Unjoni Ewropea mhijiex biss suq intern, ekonomija, numri u statistika, imma hija ukoll unjoni ta' valuri.", "Jekk hemm tliet valuri li jgħaqqdu l-pajjiżi Ewropej huma dawk tat-tolleranza, tar-rule of law u tal-kontabilità.", "Il-filosfu Franċiż Voltaire kien jgħid \"anke meta jien ma naqbilx miegħek, lest li mmut biex niddefendi d-dritt tiegħek tal-espressjoni.\"", "Il-libertà tal-kelma, jiġifieri l-libertà li tesprimi ruħek huwa valur ta' min jgħożżu.", "Fil-fatt il-Franċiżi, wara r-rivoluzzjoni Franċiża, ġabu bidla ta' ħsieb bil-moviment tal-Enlightenment.", "Naħseb li d-demokrazija fl-Ewropa kif ukoll f'Malta għandha tkun grata lejn dan il-moviment tal-Enlightenment.", "Espressjoni li tintuża ħafna fil-lingwa Franċiza tgħid: Ne pousse pas le bouchon trop loin, li bażikament tfisser li m'għandekx tkompli timbotta biex tieħu xi ħaġa meta m'għandekx għalfejn.", "Importanti li wieħed dejjem ikun moderat, meqjus u bbilanċjat fid-diskors tiegħu.", "Qed insemmi din l-espressjoni biex niddiskrevi l-bilanċ li ntlaħaq mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Konvenzjoni tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem tal-Qorti ta' Strasbourg fejn dejjem jipprovaw jilħqu bilanċ fin bejn dritt fundamentali u dritt ieħor.", "Sinjura President, meta inti tistieden lin-nies id-dar, tiftaħ flixkun inbid, tferra' fit-tazza tiegħek u tal-mistednin u wara terġa' tagħlaq dak il-flixkun, tagħlqu billi tpoġġi nofs it-tapp tas-sufra fil-flixkun u ma ddaħħlux kollu.", "Għalhekk il-Franċiżi jużaw din l-espressjoni.", "F'dan ir-rigward, meta l-Ministru Helena Dalli ħarġet stqarrija tal-istampa tikkundanna lil TVM talli xandru intervista ta' kandidat tal-X Factor, naħseb li marret pass oltre minn kif titlob il-Konvenzjoni Ewropea.", "Jien nirringrazzja lill-Ministru Dalli tal-ġid li għamlet mal-komunità gay.", "Naħseb li wieħed jitwieled gay u allura għandu d-dritt għall-orjentazzjoni sesswali tiegħu.", "Jien stess lit-tfal tiegħi li għadhom żgħar, fl-età ta' ħames u seba' snin, ngħidilhom li persuna tista' tgħix f'relazzjoni ma' persuna tas-sess differenti jew inkella tal-istess sess, biex jitilgħu jaċċettaw b'mod naturali l-għaqda bejn żewġ persuni gay.", "Però, jeżisti prinċipju ieħor importanti ħafna, li huwa protett mill-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll mill-EU Charter of Fundamental Rights, li huwa d-dritt tal-libertà tal-espressjoni.", "Jien dħalt ftit fuq il-każi li tressqu quddiem il-Qorti ta' Strasburgu biex nara jekk Matthew Grech għandux dritt jgħid dak li qal.", "Jidhirli li hija ċara daqs il-kristall li għandu dritt jgħid dak li qal.", "Jiġifieri waqt li napprezza x-xogħol li qed tagħmel il-Ministru Helena Dalli, naħseb li f'dan il-każ, marret oltre.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettilli, Onor. David Stellini.", "Il-Ministru Helena Dalli, bil-permess tal-Onor.", "Stellini qed jikkwotani ħażin.", "Jien m'għedtx li l-persuna m'għandhiex dritt tgħid dak li trid.", "Jien għedt li x-xandir pubbliku, bħala public service obligation, ma kellux ixandar xi ħaġa li tagħmel il-ħsara.", "Jien qatt ma semmejt lil Matthew Grech.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Tista' tkompli, Onor. Stellini.", "DAVID STELLINI: Qed taraw li l-Ministru stess qed tgħid b'mod ċar daqs il-kristall li t-TVM m'għandux ixandar dik l-intervista!", "(Interruzzjonijiet) Ministru, issa jkollok ċans fir-replika tiegħek li tirrispondi, għax il-libertà tal-espressjoni titlob li tħalli lil min jitkellem, jekk verament nemmnu fit-tolleranza.", "TVM għandu dritt ċar li jxandar dik l-intervista.", "Dan għaliex Matthew Grech fl-ebda ħin u mument ma ppromwova l-gay conversion therapy jew instiga xi tip ta' mibegħda lejn il-gays.", "Matthew Grech iddiskreva l-mixja spiritwali tiegħu, xi ħaġa li skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kellu kull dritt li jagħmel.", "Jekk Matthew Grech jew xi ħadd ieħor - issemmiet pereżempju, ir-River of Love – jiddeċiedi li jtella' dan il-każ quddiem il-Qrati Maltin u jibqa' sejjer b'appell fil-Qorti Ewropea ta' Strasburgu, konvint li jirbaħ il-każ.", "Ministru, se nikkwotalek il-liġi Ewropea u xi każi li dehru quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem biex insaħħaħ l-argument tiegħi.", "Nerġa' ngħid li Matthew Grech, bl-ebda mod, la dirett u lanqas indirett, ma wera mibegħda lejn il-komunità tal-gays.", "Każ magħruf ħafna huwa dak ta' Handyside vs United Kindgom, li huwa l-ewwel każ li nistudjaw meta nibdew il-kors tal-komunikazzjoni, fejn f'artikolu 10 tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem jgħid hekk:", "\"Paragrafu 2 tal-artikolu 10 tal-Konvenzjoni huwa applikabbli mhux biss għall-informazzjoni jew ideat li huma riċevuti b'mod favorevoli jew meqjusa bħala inutli jew bħala kwestjoni ta' indifferenza, iżda wkoll għal dawk id-dikjarazzjonijiet li joffendu.\".", "Il-Konvenzjoni Ewropea tipproteġi statements li joffendu, jixxokkjaw jew jiddisturbaw lill-Istat u lil kwalunkwe settur tal-popolazzjoni.", "Dawn id-dikjarazzjonijiet xokkanti huma importanti biex ikollna l-pluraliżmu, it-tolleranza u firxa wiesgħa ta' opinjonijiet li mingħajrhom m'hemmx soċjetà demokratika.", "Il-Ministru qed tgħid li dan huwa possibbli meta ma ssirx ħsara.", "Iva, il-Konvenzjoni tagħmel ċerti limiti, kif se nispjega.", "M'għandix dubju li l-Ministru taf b'dawn il-limiti, jiġifieri mhux lok li se ngħallimha jien.", "\"Il-Konvenzjoni tirrikonoxxi li t-tolleranza u r-rispett tad-dinjità ugwali tal-bnedmin kollha jikkostitwixxu l-pedamenti tas-soċjetà demokratika u pluralistika.", "Minħabba f'hekk, bħala prinċipju tista' titqies neċessarja f'ċerti soċjetajiet demokratiċi li jiġu sanzjonati …\"", "- jiġifieri kkastigati –", "\"… jew saħansitra jiġu evitati kull forma ta' espressjoni li tinfirex, tinċita, tippromwovi u jew tiġġustifika l-mibegħda bbażata fuq l-intolleranza.\".", "Hawnhekk, il-Qorti qed tgħid li meta persuna titkellem b'mod li tagħmel ħsara lil xi grupp bħal, pereżempju, lil gays, għax turi ċerta mibegħda, huwa ħażin.", "Huwa ħażin ukoll li kien hemm persuni li għajru lil Matthew Grech fil-midja soċjali bil-kummenti tagħhom li kienu mimlija mibegħda u intolleranza kbira.", "Din hija attitudni li tmur kontra l-Konvenzjoni Ewropeja li tgħidilna kemm hi importanti t-tolleranza.", "Meta nitkellmu dwar tolleranza, mhux qed infissru biss tolleranza lejn min hu gay, imma anke għal min jemmen differenti minnek, sakemm dak it-twemmin ma jinkludix mibegħda.", "F'dan il-każ, numru ta' nies għamlu leaflets kontra l-gays li jien stess ma niflaħx naqrahom daqskemm huma diżgustanti.", "Dawn il-leaflets tqassmu fl-iskejjel sekondarji fl-Iżvezja.", "Hemmhekk, il-Qorti Ewropeja ġiet mistoqsija jekk dak it-tip ta' diskors huwiex tip tal-libertà tal-espressjoni.", "F'dak il-każ, il-Qorti Ewropea qalet li le, dak it-tip ta' diskors mhuwiex tip ta' libertà tal-espressjoni.", "Però, anke f'dan il-każ fejn kien hemm kliem diżgustanti dwar il-gays, l-Unjoni Ewropea xorta ma kklassifikatx dak it-tip ta' lingwaġġ bħala hate speech.", "Għalhekk, jien ma nistax nifhem kif l-intervista ta' Matthew Grech tiġi kklassifikata bħala hate speech meta dan tkellem biss dwar il-mixja spiritwali tiegħu.", "Il-Ministru qiegħda f'pożizzjoni ta' poter (Interruzzjonijiet) Anke jien, mela m'iniex!", "Però, importanti li noqogħdu attenti kif nużaw il-poter.", "Li l-Ministru toħroġ tgħid li TVM għamel ħażin għax wera dik l-intervista, qed toħloq dak li jissejjaħ chilling effect.", "Kif nafu, TVM m'għandux is-sistema tal-BBC, imma għandu sistema fejn il-key positions huma appuntati mill-Gvern.", "Biex inkun onest, din is-sistema dejjem hekk kienet u teżisti wkoll fl-Italja u fi Franza.", "F'dan ix-xenarju, ma taħsibx il-Ministru li dawk li huma appuntati mill-Gvern, id-darba li ġejja se jaħsbuha darbtejn biex jagħmlu xi ħaġa simili?", "Il-libertà tal-espressjoni hija aktar miftuħa milli qed taħseb int, Ministru!", "Għalhekk huwa importanti li toqgħod attenta, għax inti qiegħda f'pożizzjoni ta' poter u jista' jagħti l-każ li jkun hemm abbuż ta' poter!", "Hawnhekk qed nitkellem biss fuq il-libertà tal-espressjoni, mingħajr ma dħalt fuq artikolu 9 li jitkellem dwar il-libertà tar-reliġjon u l-konvinzjoni.", "Il-bniedem għandu d-dritt li jħaddan ir-reliġjon tiegħu u jagħżel liema reliġjon irid.", "Aktar minn hekk, il-bniedem għandu wkoll id-dritt li jimmanifesta l-fidi tiegħu.", "Ħadd ma jista' jżomm lil persuna tgħid li hi, pereżempju, Kristjana jew Musulmana.", "Ħadd ma jista' jżomm lil persuna milli tmur fuq it-televiżjoni u tgħid x'inhi l-konvinzjoni tagħha, sakemm ma turix mibegħda lejn ħaddieħor.", "Din ħarġet ċara daqs il-kristall minn sentenza tal-Qorti Ewropea u qiegħda f'artikolu 9 tal-Konvenzjoni Ewropea.", "Fis-sentenza Eweida and Others vs United Kingdom li fiha kien hemm l-Imħallef Malti Vincent Degaetano, il-Qorti Ewropea qalet illi l-fatt li wieħed jagħżel ir-reliġjon u jimmanifesta l-fidi tiegħu huwa dritt fundamentali, għax soċjetà demokratika b'saħħitha għandha tkun tolleranti u tippromwovi l-pluraliżmu u d-diversità.", "Il-persuna għandha d-dritt li tagħmel ir-reliġjon iċ-ċentru tal-ħajja tagħha biex tkun tista' tikkomunika dak it-twemmin lil ħaddieħor.", "Fl-istess sentenza, naqraw ukoll li:", "\"Biex il-konvinzjoni personali jew kollettiva tkun tista' tibbenefika mid-dritt tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, trid tilħaq ċertu livell ta' ċarezza, serjetà, koezjoni u importanza…\",", "- hawnhekk, għandna deskrizzjoni miftuħa ħafna ta' x'inhi reliġjon jew konvinzjoni –", "\"… sakemm din il-konvinzjoni tkun sodisfatta, id-dmir tan-newtralità u l-imparzjalità tal-Istat huwa inkompatibbli ma' kwalunkwe setgħa fuq il-parti tal-Istat, biex tivvaluta l-leġittimità tat-twemmin reliġjuż jew il-modi li bihom dawk it-twemmin huma espressi.\".", "Fi ftit kliem, il-Gvern u l-Ministru għandhom dejjem jibqgħu newtrali quddiem twemmin ta' organizzazzjonijiet reliġjużi, inkluż bħal dak tar-River of Love.", "Jien ma jirrizultalix li r-River of Love qatt għamlu gay conversion therapy.", "Kif nafu, fl-2016 konna l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li għaddejna liġi fil-Parlament li permezz tagħha pprojbixxejna l-gay conversion therapy.", "Safejn naf jien mhu veru xejn li l-River of Love jagħmlu gay conversion therapy, għalkemm fil-midja jingħad mod ieħor.", "Però l-punt tiegħi mhuwiex dwar jekk il-gay conversion therapy ssirx jew le f'Malta, jew għandhiex tkun iċċensurata jew hijiex aċċettata mill-Konvenzjoni Ewropea.", "Il-punt li qed nipprova nqajjem huwa dwar it-tolleranza anke għal dawk li għandhom twemmin differenti minn tagħna.", "Għalija, il-gays għandhom l-istess drittijiet li għandi jien li m'iniex gay, però ma naċċetta qatt li nagħlqu ħalq ħaddieħor li għamel deċiżjoni f'ħajtu li ma jkunx f'relazzjoni ma' persuna tal-istess sess.", "Dik hija l-konvinzjoni tal-persuna u għandu kull dritt li jesprimiha fil-pubbliku.", "Għalhekk nerġa' nappella lill-Ministru li għalkemm hi tagħmel parti minn Gvern li għandu maġġoranza kbira f'dan il-pajjiż, xorta l-minoranzi għandhom dritt li jsemmgħu leħenhom.", "La l-Ministru u lanqas il-Gvern ma jistgħu jaħsbu li għandhom dritt iwaqqfu lil TVM milli jxandar intervista bħal dik ta' Matthew Grech.", "F'dan id-dibattitu dwar l-affarijiet Ewropej stajt ġejt nitkellem fuq ħafna affarijiet oħrajn, però għażilt li nitkellem fuq it-tolleranza għaliex jidhirli li f'Malta hawn ħafna każi, mhux biss relatati mal-Gvern, li qed jillimitaw il-libertà tal-espressjoni u t-tolleranza.", "Biex inkun ċar, ma naqbel mal-ebda ġurnalist li bil-mod ta' kif jikteb, iġib il-mibegħda f'dan il-pajjiż jew ikun intolleranti.", "Però importanti li jinżamm bilanċ, b'rispett lejn ħaddieħor.", "Ħassejt li għandi nqajjem dan il-każ fil-Parlament għaliex għalkemm lil Matthew Grech ma nafux u qatt ma ltqajt miegħu, jidhirli li ġie umiljat.", "Wara d-dikjarazzjoni tal-Ministru Helena Dalli, rajt patafjun ta' kummenti fejn Matthew Grech ġie mgħajjar u insultentat, għas-sempliċi raġuni li esprima lilu nnifsu.", "Ma naqbel xejn mad-dikjarazzjoni tal-Ministru fuq dan il-każ.", "Nifhem li l-Ministru trid il-ġid għall-komunità tal-gays u napprezza x-xogħol li għamlet.", "(Interruzzjonijiet) Però dawn huma kollha eżempji ta' ċensura.", "Hawn jiġini f'moħħi l-każ tal-Ministru Owen Bonnici li għoġbu jnaddaf il-memorial spontanju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dak huwa eżempju ċar ieħor ta' ċensura!", "Għandek numru ta' nies li jien stess mhux dejjem naqbel magħhom, li qed jesprimu ruħhom, kif għandhom kull dritt li jagħmlu.", "Il-Ministru li tant tkellem fil-Parlament u fil-pubbliku kontra ċ-ċensura, qed jaqa' fl-istess nassa li jiċċensura lil dawn in-nies!", "Jien nitħassar lill-Ministru Owen Bonnici meta jmur fil-Parlament Ewropej jargumenta u jiddefendi l-Gvern Malti.", "Fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili (LIBE), il-fatt li l-Ministru Owen Bonnici mar qalilhom li l-Gvern tiegħu għandu maġġoranza kbira bla preċedent f'Malta, huwa argument li jirrabjahom ħafna.", "Dan għaliex ma jfissirx li għax għandek maġġoranza fil-Parlament jew fil-pajjiż, tista' tagħmel li trid u ma tistenniex li jkun hemm xi tip ta' kontabilità.", "Nitħassru lill-Ministru Bonnici li ntbagħat mill-Gvern jiddefendi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, meta dawn lanqas biss issospendew ruħhom mill-karigi rispettivi tagħhom.", "Kif jista' l-Ministru Owen Bonnici jiddefendi lill-Gvern Malti f'kontest bħal dak?", "F'dan il-pajjiż, għandna sitwazzoni fejn min jiflaħ, iħawwel, u min ma jiflaħx, jibqa' fl-istess sitwazzjoni!", "Għalhekk importanti li jkollna r-rule of law li f'għajnejn l-Ewropej tfisser li minn dak ix-xiħ f'qiegħ villaġġ Għawdxi li m'għandux flus, u allura huwa persuna vulnerabbli, sal-Prim Ministru, kollha jaqgħu taħt l-istess liġi u għandhom l-istess drittijiet f'Malta u f'pajjiżi Ewropej.", "Għalhekk f'dan il-pajjiż fejn mhux kulħadd huwa ttrattat l-istess quddiem il-liġi, ikollok problema bir-rule of law.", "Dawn huma affarijiet ċari li ma jitgħux jiġu meruti quddiem l-istituzzjonijiet Ewropej!", "Naħseb li tajjeb li nfakkru lill-Gvern li fl-Ewropa, min jiflaħ ma jħawwilx, għax il-minoritajiet għandhom id-drittijiet tagħhom issalvagwardati minn istituzzjonijiet Ewropej.", "Xi kultant, meta nagħmel dan it-tip ta' diskorsi, niltaqa' ma' ħbieb tiegħi li jgħiduli li jien wisq idealist.", "Biss jien mgħidilhom li mhu veru xejn, għax jien mhux qed nitkellem dwar ideali, imma qed nitkellem dwar affarijiet reali u eżistenti.", "Id-drittijiet huma reali u eżistenti, u importanti li kulħadd ikun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu f'dan il-pajjiż, għaliex b'hekk biss insiru aktar Ewropej milli aħna.", "Issa, biex ngħid kollox, ma jfissirx li f'Malta biss ikun hawn każijiet ta' korruzzjoni, għax f'pajjiżi Ewropej hemm każijiet ta' korruzzjoni wkoll.", "Però każ bħal tal-Panama Papers kien jitlob xi tip ta' sospensjoni, għall-inqas temporanja, jew riżenja, sakemm isiru l-proċeduri fil-Qrati.", "Il-fatt li dan ma ġarax ħalla impatt fuq ir-reputazzjoni ta' Malta mal-Ewropa u mad-dinja kollha.", "Sinjura President, biex nagħlaq, nixtieq nagħmel appell lill-Gvern biex ma jħarisx lejn l-Unjoni Ewropea biss mil-lat ta' numri, micro economics u statistika, imma jħares lejha wkoll bħala unjoni ta' valuri.", "Aħna ġġelidna biex nidħlu fl-Unjoni Ewropea mhux biss biex inġibu l-fondi Ewropej, imma biex ngħollu l-istandards, inkluż tat-tolleranza, tar-rule of law u tal-governanza tajba.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON (Onor. Glenn Bedingfield): Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nixtieq nagħti ħarsa lejn l-aktar affarijiet ewlenin li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.", "Nibda billi nfakkar li għall-ewwel darba, dan il-Ministeru għandu żewġ setturi li ma kenux flimkien, li huma l-Affarijiet Ewropej u l-ugwaljanza li issa qegħdin taħt Ministeru wieħed.", "Għalhekk, wieħed irid japprezza li dan il-Ministeru issa sar ta' ċerta portata.", "Fil-bidu nett tad-diskors tiegħi, nixtieq nifraħ lill-Ministru Helena Dalli għall-ħidma tagħha, b'mod partikolari, fil-qasam tad-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza.", "Għamilt dan diversi drabi, għax naħseb li fl-aħħar mill-aħħar huwa importanti li we give credit where credit is due.", "Nawguralha wkoll fil-ħidma estensiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-affarijiet Ewropej.", "Rigward il-qasam tal-LGBTIQ, l-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid hija li f'dan il-Parlament ngħaddu l-liġijiet, li hu importanti, però rridu noqogħdu attenti li dak li nilleġiżlaw fuqu jasal għand in-nies.", "Jien u l-Ministru Helena Dalli ġieli tkellimna fuq kemm għandna bżonn naħdmu aktar biex l-effett tal-liġijiet li ngħaddu jaslu verament fejn għandhom jaslu.", "Il-Ministru Dalli taf fuq xiex se nitkellem.", "Riċentement, avviċinajt lill-Ministru Dalli u lill-Onor.", "Falzon fuq każ ta' persuna partikolari, illi kieku ma kienx għall-intervent tagħhom, naħseb li din il-persuna kienet tbati inutilment, anke jekk din ma kenitx l-intenzjoni ta' min naqasha.", "M'iniex se nidħol fid-dettal tal-każ għaliex huwa personali ħafna.", "Però nerġa' nsostni kemm huwa importanti li naħdmu kollettivament biex il-liġijiet jintlaħqu min-nies.", "Se nagħti ħarsa lejn xi entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.", "Qabelxejn, nappella lill-entitajiet kollha, mhux biss dawk li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, biex ma jinsewx lill-Oppożizzjoni.", "Xi kultant nara li tkun saret konferenza u l-Oppożizzjoni ma tkunx mistiedna.", "Jien ma nippretendix li nkun mistiedna biex immur nagħmel diskors, imma li nkun preżenti u nitgħallem, huwa importanti wkoll.", "Il-Ministru Dalli taf perfettament li kull darba li nkun mistiedna, nagħmel kull mezz li nattendi, għaliex dejjem se titgħallem mill-esperti li jkun hemm fil-qasam u tagħmel networking man-nies li jkunu preżenti.", "Fil-fehma tiegħi, din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Għalhekk qed nagħmel dan l-appell biex f'ġieħ id-demokrazija, l-entitajiet kollha m'għandhomx jinsew lill-Oppożizzjoni.", "Nixtieq issa nitkellem dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.", "Nibda bil-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u nifraħ lis-Sinjura Simone Azzopardi neè Cini, li nħatret Kummissarju għall-Vjolenza Domestika.", "Kien hemm min ikkritika din l-għażla minħabba rabtiet fil-passat li s-Sinjura Simone Azzopardi kellha mal-Partit Laburista għax kienet taħdem mas-Super One, però, jien nemmen li she can prove everybody wrong.", "Din hija persuna li ġejja mill-midja u nemmen sinċerament li tista' tagħti wiċċ u vuċi lill-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Forsi fid-diskors tagħha, il-Ministru tista' tispjegalna x'ġara eżattament mis-Sur Joe Gerada li ma nafx jekk tneħħiex jew irriżenjax.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru kemm hemm persuni full-time li qed jaħdmu fuq l-issues ta' vjolenza domestika marbutin mal-Kummissjoni.", "Nixtieq inkun naf ukoll x'bidliet saru s'issa f'dan il-qasam.", "Nafu li biddilna l-liġijiet tagħna u rratifikajna l-Konvenzjoni ta' Istanbul, però forsi l-Ministru Dalli tista' telabora aktar fuq dan.", "Settur li huwa importanti ħafna fejn jidħol il-qasam tal-vjolenza domestika huwa l-Korp tal-Pulizija.", "Forsi l-Ministru tista' tgħidilna x'riformi saru u x'taħriġ u bidliet qed isiru fl-għases tal-pulizija.", "Segwejt lill-Ministru għall-Intern jaċċenna li diġà qed issir ħidma f'dan ir-rigward u hemm ukoll l-idea li ċerti għases tal-pulizija jkunu hubs apposta għal problemi partikolari.", "Perżempju, jekk għandek bżonn għajnuna fuq xi ħaġa speċjalizzata bħall-vjolenza domestika, inti tista' tmur ġo dak il-hub fejn se ssib persuni mħarrġa biex jgħinuk.", "Fir-rigward tad-Department of Industrial and Employment Relations (DIER), ninsab informata li hemm nuqqas kbir ta' staff għall-volum ta' xogħol li għandu dan id-dipartiment.", "Jien dħalt fuq il-website, u kien hemm paġna li interessatni personalment dwar \"measures against precarious work\".", "Din il-paġna turik biss l-hourly rate ta' x'għandek tħallas lil min tħaddem biex ma tkunx kontra l-liġi.", "Nixtieq inkun naf aktar dwar x'inhu x-xogħol li qed jagħmel il-Ministeru f'dan ir-rigward?", "Filwaqt li din l-informazzjoni hija tajba, għax jekk se tagħti impjieg lil xi ħadd, għandek tkun ċert li qed tħallsu b'rata tajba u ma tkunx qed tikser il-liġi, ma naħsibx li din l-informazzjoni hi biżżejjed.", "Din it-tabella turi x'inhi l-hourly rate għall-cleaners li jaħdmu ġo uffiċċju, kenniesa tat-toroq, cleaners fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani, careworkers, skrivani u security, fost l-oħrajn.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nkun qed nitlob li npoġġi dawn id-dokumenti li qed nagħmel referenza għalihom fuq il-Mejda tal-Kamra għall-benefiċċju ta' min jixtieq jagħmel referenza għalihom.", "Fir-rigward tat-Tribunal Industrijali, dan l-aħħar il-Qorti tal-Appell ġibdet l-attenzjoni li dan it-Tribunal għandu jkollu persuni aktar legali.", "Biex inkun ġusta fil-kritika tiegħi, dan ma sarx biss issa taħt dan il-Gvern, imma anke taħt gvernijiet Nazzjonalista.", "Jidher li t-Tribunal Industrijali mhux dejjem kellu l-portata ta' ċerti nies li jafu l-liġi sew, bħalma huma l-avukati.", "Għalhekk qed niġbed l-attenzjoni fuq dan il-fatt, għax forsi wasal il-waqt li kollettivament naraw kif nistgħu ntejbu dan it-Tribunal.", "Diġà rreferejt għall-LGBTIQ u naħseb li waħda mill-aktar affarijiet importanti li ħolqot il-Ministru Dalli fil-Ministeru tagħha kien il-Kunsill Konsultattiv.", "Naf li nbidlu xi nies fi ħdan dan il-kumitat, imma minn hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità li nsellem lil Gaby Calleja, Silvan Agius, Ruth Baldacchino u lil ħafna nies oħra li kienu involuti biex inbidlet il-mappa soċjali ta' pajjiżna.", "Ippermettuli wkoll li nfakkar il-memorja ta' Jacqueline Azzopardi, ħabiba li lkoll kemm aħna fuq din in-naħa tal-Kamra nħossu n-nuqqas kbir tagħha.", "Jaqueline Azzopardi kienet parti mill-kunsill konsultattiv f'isem il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN).", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-website ta' dan il-Kunsill Konsultattiv għandha bżonn li tiġi aġġornata, għax minbarra l-isem ta' Jacqueline Azzopardi li għadu jidher, hemm ukoll ismijiet ta' persuni oħrajn li m'għadhomx f'dan il-kunsill.", "Naf li dan l-aħħar kien hemm xi taħditiet fuq il-pass li jmiss fir-rigward tal-LGBTI.", "Meta tkun tajt daqshekk enerġija lil settur partikolari, anke permezz ta' liġijiet li jkunu għaddew mill-Parlament, importanti li tara x'inhu l-pass li jmiss.", "Meta tkellimt ma' NGOs LGBT, ħafna drabi jgħiduli li issa għandna bżonn niffokaw ħafna aktar fuq is-saħħa.", "Naf li kien hemm laqgħat mal-Ministru Fearne f'dan ir-rigward, però naħseb li wara l-kritika kollha li kienet saret fuq it-tkaxkir tas-saqajn taħt Gvern Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam mal-istrateġija nazzjonali għas-saħħa sesswali li kienet ħarġet fl-2011 u wara li l-Ministru Fearne nnisfu tant ikkritika dan is-settur, il-Kunsill Konsultattiv għandu jimbotta sew biex ċerti affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Fil-fehma tiegħi, hemm erba' affarijiet li nħoss li għandhom ikunu ta' prijorità.", "L-ewwel, li jkollna strateġija u politika nazzjonali aġġornata, għax għadna għaddejjin bl-istrateġija tal-2011.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħiduli li ħarġet l-istrateġija l-ġdida.", "Tajjeb wisq.", "It-tieni, hemm bżonn ta' aktar taħriġ ta' professjonisti f'dan il-qasam, għax għadna niddependu fuq ftit wisq nies li hu diffiċli ħafna li jkunu aċċessibbli minħabba d-domanda kbira li hawn.", "It-tielet, li tissaħħaħ il-GU Clinic ta' Malta u, ir-raba', li jkun hemm GU Clinic ġewwa l-gżira Għawdxija.", "Naħseb li dawn huma punti importanti ħafna.", "Qed ngħid dan fid-dawl tal-aħħar rapport li jkopri s-sena 2016 maħruġ mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) fejn pajjiżna qala' ċamata mhux ħażin.", "Bħala pajjiż, tlajna għal 14.5%, li hija rata inkwetanti.", "Hawn ma rridx assolutament ninftiehem ħażin u forsi jkun hawn min jaħseb li qed norbot din ir-rata għolja mal-LGBT biss, għaliex f'dan l-istess dokument hemm tabella interessanti ħafna marbuta mas-sena tad-dijanjosi.", "Din it-tabella turi li hemm distribuzzjoni mifruxa sew fuq kif ittieħdu l-HIV u l-AIDS fil-pajjiżi Ewropej, fosthom permezz ta' sess bejn l-irġiel, il-heterosexual min-nisa għall-irġiel, il-heterosexual mill-irġiel għan-nisa u titqib bis-siringi.", "Fis-snin tmenin niftakru li kellna kampanji edukattivi b'saħħithom ferm.", "Bħalissa, fiċ-ċinema hemm il-film Bohemian Rhapsody li jfakkarna fil-mewta traġika tal-kantant Freddie Mercury.", "Ma nafx jekk hux il-waqt li nerġgħu nibdew niftakru fil-kampanji b'saħħithom li kienu jsiru matul dawk iż-żmenijiet.", "Dalwaqt infakkru l-Jum Dinji kontra l-AIDS u naħseb li pajjiżna għandu verament ixammar il-kmiem f'dan ir-rigward.", "Għal min forsi jaħseb illi minħabba li qed nitkellem dwar l-HIV u l-AIDS mhux se jintlaqat minn dan il-mard, tajjeb li jaħsibha darbtejn.", "Skont ir-rapport tal-ECDC, Malta qiegħda fit-tielet post fl-Ewropa fir-rigward tal-gonorrhea li hija a male to female transmitted infection.", "Din hija tabella xokkanti għal pajjiżna, fejn żgur li ma rridux inkunu fl-ogħla tal-quċċata f'dan ir-rigward.", "Għalhekk qed nagħmel appell biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Il-fatt li nitilfu l-ħajjiet ta' nies fil-fjur ta' ħajjithom hija traġedja kbira.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar l-OHSA.", "Huwa inkoraġġanti li wieħed jinnota li x-xejriet fir-rati tal-korrimenti u fatalitajiet dejjem qegħdin jonqsu.", "Madankollu, skont kif ilha tirrapporta l-OHSA għal diversi snin, dawn ix-xejriet jidher li se jibdew jillivellaw ruħhom u għalhekk irridu naraw x'irridu nagħmlu aktar biex jonqsu l-inċidenti u l-imwiet.", "Għas-sena 2019, l-OHSA ingħatat żieda ta' €30,000 fis-sena mqabbla mas-sena ta' qabel, probabbilment biex tiżdied aktar il-ħidma f'din l-entità.", "Però ma nafx kemm din iż-żieda hi biżżejjed, speċjalment meta fl-aħħar diskors li jien għamilt f'din il-Kamra dwar l-OHSA kont għidt li r-reklutaġġ weħel, u mill-informazzjoni li għandi jidher li s-sitwazzjoni għadha l-istess.", "Sal-ġurnata tal-lum, ir-reklutaġġ tal-OHSA għadu miżmum mill-bord.", "Għalhekk, l-appell tiegħi hu li ejja naraw għalfejn ir-reklutaġġ huwa mwaħħal ħalli nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Irridu nżommu f'moħħna wkoll li kien hemm żieda fin-nefqa marbuta mal-onorarja, allowances u perkaċċi għaċ-Chairman tal-OHSA, liema spiża qabel ma kenitx hemm.", "Xi ħaġa oħra li nnotajt hi li fir-Rapport Annwali, l-OHSA m'għadhiex tniżżel il-korrimenti ta' ħaddiema barranin u nixtieq inkun naf x'inhi r-raġuni għal dan.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk hemm abbuż, għandna d-dmir naraw fejn hemm l-abbuż biex jitwaqqaf.", "Huwa pożittiv li dan l-aħħar f'din il-Kamra ddiskutejna l-Att dwar ir-Radjazzjoni Jonizzanti.", "Apparti t-tkaxkir tas-saqajn ta' qabel, issa tlesta l-qafas legali, imma jidher li hemm staġnar minħabba li l-bord li kellu jinħatar għadu ma nħatarx.", "Forsi l-Ministru tkun tista' tinformana aħjar fejn wasalna fuq din il-Liġi tar-Radjazzjoni Jonizzanti.", "Bħalma għidt aktar kmieni, napprezza li bħala Oppożizzjoni nkunu mistednin biex nattendu għal-laqgħat anke relatati mal-OHSA.", "Jien kont naħdem fil-Ministeru tas-Saħħa fejn kont noħroġ l-inviti ta' stedina għall-membri tal-Oppożizzjoni matul leġiżlaturi preċedenti.", "Huwa importanti li l-Oppożizzjoni tkun taf x'qiegħed jiġri f'kull settur.", "Hawn nixtieq ngħid xi ħaġa żgħira dwar il-MEUSAC.", "Dan mhuwiex is-settur tiegħi, però minn hawnhekk, f'isem din in-naħa tal-Kamra, nixtieq nirringrazzja lil Dr. Vanni Xuereb għall-ħidma tiegħu f'dan is-settur u nawguralu għall-ħidma ġdida diplomatika tiegħu.", "Issa se niffoka fuq l-ugwaljanza.", "L-NCPE hija bla dubju l-aktar entità li taħdem fil-qasam tal-ugwaljanza f'pajjiżna.", "Bħalissa qegħdin fil-fażi li l-NCPE se tkun issostitwita minn entità oħra, li se nkunu qegħdin inħarsu lejha mis-sena d-dieħla 'l quddiem.", "Fir-rigward tal-ugwaljanza, nixtieq inkun naf aktar fuq il-pjan ta' azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "Inħoss li fejn tidħol l-ugwaljanza bejn is-sessi, m'hemmx il-ħeġġa li kien hemm fil-ħidma tant b'saħħitha li saret fil-qasam tal-LGBTIQ.", "Jista' jkun li n-nies involuti fil-ħidma tal-LGBTIQ kellhom aktar ħeġġa, għax forsi kien jinħass sew l-iżvantaġġ fir-rigward tagħhom.", "Fir-rigward tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, bħal donnu qed nieħdu l-affarijiet b'mod aktar leġġer.", "Fl-aħħar konferenza li attendejt marbuta mal-Liġi tal-Ugwaljanza ħassejt li kien hemm preżenza ta' nies li ma kenux jafu eżattament fiex wasalna fuq din il-liġi.", "Fil-fatt, matul dik il-ġimgħa stess, kelli l-opportunità niltaqa' mal-Venice Commission li kienu f'pajjiżna u stajt ninnota li l-verżjoni tal-liġi li kellhom huma konna għadna lanqas biss qrajnieha.", "Biex inkun korretta, qed nirreferi għall-verżjoni li kellha l-Venice Commission u mhux għal verżjonijiet differenti li ħarġu qabel.", "Għalhekk, napprezza jekk il-Ministru Dalli żżommna daqsxejn aktar aġġornati f'dan ir-rigward.", "L-ugwaljanza tal-mara f'pajjiżna mhijiex miexja 'l quddiem bir-ritmu li wieħed jixtieq.", "Anzi, hemm ċerti oqsma fejn waqajna lura u għalhekk tajjeb li nikkonċentraw aktar fuqhom.", "Bla dubju ta' xejn, waħda mill-akbar diffikultajiet hija fil-gender pay gap fejn bħala pajjiż minn 7.7% issa tlajna għal 11%.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-gender pay gap.", "Sfortunatament, it-tabella dwar il-part-timers ma tinkludix lil Malta.", "Forsi ta' min jindaga x'inhi r-raġuni għal dan.", "Hemm numru sostanzjali ta' nisa li mhux biss jaħdmu part-time, imma li d-dħul prinċipali tagħhom huwa minn xogħol part-time.", "Bla dubju ta' xejn, ix-xogħol part-time qed ikollu wkoll effett fuq il-gender pay gap.", "Nixtieq li l-Ministru tivverifikali dan il-punt.", "Jekk iva - u fil-ħidma li għandu dan id-Dipartiment diġà qegħdin short of staff - forsi l-Ministru tista' tgħidilna jekk hux se jsir xi tibdil fl-istaff ta' dan id-Dipartiment.", "Għal min ma jafx eżattament kif qiegħda tolqotna l-gender pay gap, għandi f'idejja rapport, li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, dwar studju li sar fuq Malta.", "M'hemmx isbaħ meta titkellem u jkollok studju relatat ma' dak li tkun qed tgħid.", "Jidhirli li Joslyn Magro Cuschieri mill-NSO kienet għamlet preżentazzjoni verament tajba waqt konferenza organizzata mill-Uffiċċju tal-President.", "Tajjeb ninnotaw li l-ikbar gender pay gap qiegħda fl-ogħla xogħlijiet.", "Jekk inħarsu lejn it-tabelli li hemm f'dan id-dokument, insibu li l-attività ekonomika bl-akbar gender pay gap qiegħda għall-financial and insurance activities b'rata ta' 28.3%.", "Dawn huma rati għoljin ħafna u għalhekk irridu naraw għalfejn hemm din il-pay gap daqhekk għolja.", "Ġeneralment ix-xogħlijiet huma marbutin mal-edukazzjoni u huwa inkwetanti ħafna li skont l-istudju li għamlet is-Sinjura Magro Cuschieri jidher li hemm aktar gender pay gap f'nisa li għadhom livell ta' edukazzjoni terzjarja milli f'dawk b'edukazzjoni sekondarja u bażika.", "Fil-fatt, skont dan l-istudju, hemm gender pay gap ta' 23.5% f'nisa li komplew l-istudji tagħhom fuq livell terzjarju, 21.2% fost dawk li għandhom edukazzjoni bażika u 19.7% fost dawk li komplew l-iskola sekondarja.", "Riċerka ppreżentata minn Dr. Lara Dimitrijevic turi wkoll li dan is-settur ta' nisa li qegħdin fi grad għoli ta' edukazzjoni u f'xogħol ta' top management huma l-aktar li qegħdin jiffaċċjaw aspett ieħor ikrah, li huwa l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet artikli marbutin ma' dan li se ngħid.", "Artiklu ta' The Times of Malta tat-12 ta' Jannar 2018 kien intitolat u nikkwota:", "Il-preżentazzjoni tal-Avukata Lara Dimitrijevic kienet irrapportata f'artiklu tal-ġurnal Malta Today maħruġ fil-5 ta' Marzu, 2018 fejn naqraw hekk:", "Fid-9 ta' Marzu 2018, f'artiklu fil-ġurnal The Times of Malta, naqraw hekk:", "Il-mistoqsija tiegħi lill-Ministru Helena Dalli hi: X'qed jagħmel il-Ministeru biex innaqqsu l-abbuż u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol?", "Fir-rapporti li joħorġu mill-NSO u mill-Eurostat joħorġu figuri li naħseb li għandna bżonn inħarsu lejhom sew.", "Se nirreferi għall-istatistika tal-Eurostat intitolata Employment rate by sex.", "Kif nafu, f'dawn l-aħħar snin, f'Malta rajna bidliet interessanti.", "Nafu wkoll li l-Gvern regolarment jgħid li s-servizz taċ-childcare b'xejn ħalla impatt b'saħħtu fuq in-numru ta' nisa li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Skont din l-istatistika maħruġa mill-Eurostat, dan mhux il-każ.", "L-ewwel nett, irrid nagħmilha ċara li kemm jien kif ukoll din in-naħa tal-Kamra aħna favur is-servizz taċ-childcare b'xejn, tant li kienet anke proposta tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li għaddiet.", "Però meta nħarsu lejn iċ-ċifri ta' nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol minn sena għal oħra, ma jidhirx li kien hemm spike fin-numri bl-introduzzjoni taċ-childcare.", "Hawn m'iniex qed ngħid li għandna nneħħu ċ-childcare b'xejn, imma tajjeb li nħarsu sew lejn ir-raġuni għal dawn il-figuri.", "Jekk inqabblu l-figuri tan-nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol bejn l-2014 u l-2015, id-differenza kienet biss ta' 1%; minn 54.3% tlajna għal 55.3%.", "Forsi sena mhijiex biżżejjed biex naraw l-effett taċ-childcare b'xejn u għalhekk tajjeb li nħarsu lejn numru ta' snin.", "Id-differenza bejn l-2014 u l-2016 kienet ta' 3.7%, jiġifieri minn 54.3% għal 58%.", "L-ironija hi li kienu miżuri ta' baġits li saru fis-snin 2011, 2012 u 2013 li raw spike fir-rata tan-nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt, il-qabża fin-numru ta' nisa li ħarġu jaħdmu mill-2011 għall-2012 kienet ta' 4.2%, fejn tlajna minn 43.8% għal 48%, filwaqt li l-qabża mill-2011 għall-2013 kienet ta' 8%, minn 43.8% għal 51.7%.", "Ejja naraw x'inhuma l-miżuri li għandna bżonn indaħħlu.", "Naħseb li bħalissa hemm daqsxejn ta' problema fil-mod kif qed jiġi offrut is-servizzi taċ-childcare.", "Qed ngħid dan għaliex għandna numru ta' nisa li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli u żvataġġata li mhux qed igawdu mis-sevizz taċ-childcare b'xejn.", "Dawn in-nisa, li għandhom bżonn jaħdmu, jeħtieġu wkoll it-taħriġ biex ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu.", "Però, minħabba li aħna qegħdin noffru s-servizz ta' childcare b'xejn għall-koppji li jaħdmu, dawn in-nisa mhumiex qed jintlaħqu minn dan is-servizz.", "Għalhekk għandna nibdew inħarsu aktar lejn dawn in-nisa li għandhom bżonn it-taħriġ biex naraw kif nistgħu naġevolawhom aħjar.", "Sur President, kollettivament naħseb li dawn huma l-aktar punti prinċipali li ridt noħroġ fid-diskors tiegħi llum.", "Meta nitkellmu dwar in-nisa vulnerabbli, qed ninkludi wkoll lil nisa barranin li qed jaħdmu bħala cleaners u carers, fost xogħlijiet oħrajn.", "Dawn in-nisa jistgħu qegħdin isofru minn xogħol prekarjat u abbuż, liema sitwazzjoni hija serja u teħtieġ attenzjoni.", "Rapport ieħor li nixtieq nagħmel referenza għalih huwa r-rapport maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fl-2018 intitolat \"Equality between men and women\", liema rapport se nkun qed inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dan ir-rapport jittratta l-issue tan-numru ta' nisa fuq il-bordijiet fejn il-mira Ewropea hija ta' 25.3% u r-rata f'pajjżna hi biss ta' 8.4%.", "Naqbel mal-Ministru meta fil-kummenti tagħha qalet li meta aħna ngħinu lil grupp ta' nies, anke jekk ikun żgħir, inkunu qegħdin ngħinu lis-soċjetà inġenerali.", "L-appell tiegħi huwa li għandna naħdmu biex intejbu s-sitwazzjoni tal-ugwaljanza u tad-diversità f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li saru passi kbar, għax huwa importanti li I give credit where credit is due.", "Però naħseb li l-qasam tal-ugwaljanza fir-rigward tan-nisa għandu bżonn aktar attenzjoni u grinta bħalma kellhom setturi oħrajn.", "Ejja nkomplu naħdmu biex verament ikollna soċjetà aktar ħanina u ġusta.", "Sur President, qabel nikkonkludi, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-websajt tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg b'riferenza għal miżuri kontra x-xogħol prekarju, li turi r-rata ta' ħlas għal ċertu gradi f'entitajiet pubbliċi u dipartimenti tal-Gvern skont il-Ftehim Kollettiv għas-snin 2017-2024;", "Kopja ta' Surveillance Report: Annual Epidemiological Report for 2016 fir-rigward ta' HIV u AIDS maħruġ mill-European Centre for Disease Prevention and Control f'Awwissu 2018;", "Statistika dwar gender pay gap għal Marzu 2018 li dehret fuq is-sit elettroniku tal-Eurostat;", "Kopja ta' rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) The Gender Pay Gap in Malta: A Partial Analysis by Occupation and Industry Characteristics datat 20 ta' April 2018;", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku www.maltatoday.com.mt fil-5 ta' Marzu 2018 intitolat \"Sexual harassment higher among women in management and professionals\";", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku www.timesofmalta.com fid-9 ta' Marzu 2018 intitolat \"Half of Maltese women experienced sexual harassment – study\";", "Estratt minn dokument maħruġ mill-Eurostat: Employment rate by sex li turi s-sitwazzjoni f'diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għas-snin bejn l-2007 u l-2015; u", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, waqt id-dibattitu dwar il-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej nixtieq nitkellem dwar kif, b'mod partikolari fl-aħħar 12-il xahar, isem pajjiżna ċċappas madwar l-Ewropa u d-dinja kollha.", "L-argument li għamel Nick Cohen, li tista' taqbel jew ma taqbilx miegħu, hu li l-mod kif qiegħed iġib ruħu – jien ngħid sfortunatament – Donald Trump, qed jagħti liċenzja lil min f'pajjiżi oħrajn irid juri li lest jgħaffeġ fuq ħaddieħor u fuq id-demokrazija f'pajjiżu.", "Cohen jagħti eżempji tat-Turkija, is-Slovakkja u, wara l-aħħar elezzjoni, il-Brazil, fejn il-mexxejja ta' dawn il-pajjiżi qed jagħmlu aktar li jridu.", "Cohen ikompli jgħid illi kieku l-Istati Uniti kienet bħal qabel, champion għad-demokrazija, kieku dawn il-pajjiżi joqogħdu attenti, imma għax Donald Trump qed jillaxka, issa kulħadd qed jagħmel li jrid.", "S'hemmhekk, wieħed jifhem l-argument.", "Però, dan il-ġurnalist isemmi wkoll lil Malta, u hemm fejn qalbi għamlet tikk!", "Cohen jgħid li:", "Il-ġurnalist ikompli jgħid:", "Basikament, dan il-ġurnalist qed jagħmel l-argument li minħabba l-imġiba ta' Trump, pajjiżi oħrajn qed iħossu aktar libertà li jagħmlu li jridu.", "Jiddispjaċini ferm naqra dawn it-tip ta' kummenti, mhux għax dan il-ġurnalist m'għandux raġun jiktibhom, imma għax jien Malti li nħobb lil pajjiżi.", "Terġa', kif jaf kulħadd, jien ħdimt personalment biex isem pajjiżna jogħla fuq wiċċ l-idejn fl-Unjoni Ewropea matul id-disa' snin li għamilt naħdem fil-Parlament Ewropew.", "Niftakar li kull min kien ilissen isem Malta, kien jara ċerta serjetà u kif l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea kien wieħed mil-aktar rispettati.", "Mur staqsi llum dwar Malta fil-kurituri ta' Brussell!", "Ovvjament, personalment jiddispjaċini ħafna, għax meta tkun ħdimt għal xi ħaġa imbagħad tara lil xi ħaddieħor jarmihielek, jiddispjaċik!", "Jiddispjaċini għax jien Malti, li ħdimt bl-għaraq tiegħi stess, sabiex isem pajjiżna jkun rispettat.", "Aktar minn dak li qed jiktbu l-ġurnalisti dwar Malta, f'dan id-diskors, nixtieq nitkellem l-aktar fuq x'għamlu u x'qalu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u organi oħrajn lil hinn mill-Unjoni Ewropea madwar l-Ewropa.", "Se nirreferi għall-aħħar sena, għax wara kollox, meta qed nitkellmu fuq il-Baġit, qed niġġudikaw il-Gvern dwar l-aħħar 12-il xahar tiegħu.", "Jekk tieħu kronoloġija ta' dak li seħħ fl-Unjoni Ewropea u fl-Ewropa li jirrigwarda lil pajjiżna matul l-aħħar sena, issib sitwazzjoni ta' għajb u mistħija.", "Isem pajjiżna kien diġà beda jaqla' daqqa fl-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' Gvern Laburista, fejn ftit wara l-elezzjoni tal-2013, daħlet l-iskema taċ-ċittadinanza li ħolqot furur sħiħ, tant li kien hem riżoluzzjoni fil-Parlament Eworpew dwar din l-iskema.", "Però, ejja nħarsu biss fuq l-aħħar sena.", "Matul l-aħħar sena, fis-16 ta' Ottubru 2017 ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia u f'Novembru 2017, il-Parlament Ewropew għamel dibattitu b'urġenza dwar Malta u s-saltna tad-dritt f'pajjiżna, jiġifieri kemm f'pajjiżna lesti nirrispettaw jew le l-liġi u kemm lesti li napplikaw il-liġi għal kulħadd.", "F'din ir-riżoluzzjoni f'Novembru 2017, il-Parlament Ewropew qal li f'Malta hemm problema tas-saltna tad-dritt.", "Din ir-riżoluzzjoni kienet għaddiet mhux bil-Partit Popolari Ewropew biss li għandu madwar 35% tal-membri, imma għaddiet b'maġġoranza u b'appoġġ straordinarju minn kull rokna politika, inkluż mill-Partit Soċjalista li l-Partit Laburista huwa membru tiegħu.", "Din ir-riżoluzzjoni għaddiet b'maġġoranza ta' aktar minn żewġ terzi fil-Parlament Ewropew, jiġifieri b'466 vot, li tirrappreżenta 68% tal-membri.", "F'Diċembru 2017, kellna żjara f'Malta ta' delegazzjoni ta' Membri tal-Parlament Ewropew sabiex jinvestigaw is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "F'Jannar 2018, din id-delegazzjoni ħarġet rapport, fejn fl-ewwel konklużjoni tiegħu, il-Membri tal-Parlament Ewropew qalu hekk:", "Din id-delegazzjoni kienet tinkludi, tista' tgħid, il-partiti kollha fil-Parlament Ewropew, inkluż il-Partit Soċjalista li l-Partit Laburista huwa membru tiegħu.", "Il-konklużjoni ta' dan ir-rapport tagħmel referenza ċara għaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u għall-Ministru Konrad Mizzi, li nqabdu fl-iskandlu tal-Panama Papers, fejn tgħid li l-Gvern għandu jneħħihom u jressaqhom għall-ġustizzja u jekk ma jagħmilx hekk se jkun hawn problema kbira tas-saltna tad-dritt u l-kredibilità ta' pajjiżna.", "F'Jannar 2018, il-GRECO li hu l-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa espert fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni jħabbar li se jżur Malta.", "F'Mejju 2018, ikollna t-tieni żjara ta' delegazzjoni ta' Membri tal-Parlament Ewropew f'Malta, liema żjara wasslet għall-istess tip ta' konklużjonijiet, għax ma sar xejn.", "Fil-fatt, fĠunju 2018 joħroġ ir-rapport tat-tieni żjara tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, li jerġa' jikkonferma l-istess konklużjonijiet li għadni kif ikkwotajt.", "F'Ġunju 2018, il-European Banking Authority (EBA), li hu organu ġdid tal-Unjoni Ewropea, ħabbar li beda jinvestiga lill-FIAU, li hi l-aġenzija Maltija responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus.", "F'Lulju 2018, l-EBA tikkonkludi li l-FIAU Maltija kissret il-liġi Ewropea u tgħid hekk:", "Sinjura President, se nkun qed inpoġġi kull dokument li qed nikkwota minnu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din hija l-ewwel darba li l-Awtorità Bankarja Ewropea ħadet deċiżjoni ta' dan it-tip.", "Kellha tkun proprju fuq Malta?!", "Iva, kienet fuq pajjiżna!", "Din l-Awtorità kkundannat l-aġenzija Maltija li għamlet rapport wara l-ieħor li fihom sabet li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru kien involut f'ħasil ta' flus, għamlet rapport ieħor li fih ikkonkludiet li l-Ministru Konrad Mizzi kien ukoll involut f'ħasil ta' flus, imma ma sar assolutament xejn dwar dawn ir-rapporti.", "F'Settembru 2018, kellna t-tielet żjara ta' delegazzjoni ta' Membri tal-Parlament Ewropew f'Malta.", "F'Ottubru 2018, kellna żjara f'Malta tar-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa - mhux tal-Unjoni Ewropea - il-Membru Parlamentari Olandiż Pieter Omtzigt.", "Il-Kunsill tal-Ewropa, b'mod eċċezzjonali qabbad persuna apposta biex tinvestiga dak li qed jiġri f'pajjiżna.", "F'Ottubru 2018 ukoll, il-Kummissjoni ta' Venezja talbet parir tekniku mill-Kunsill tal-Ewropa dwar is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja hija kumitat ta' esperti dwar il-kostituzzjonijiet u dwar is-saltna tad-dritt fl-Ewropa, b'mod partikolari fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Illum tħabbar li tneħħiet il-liċenzja ta' Pilatus Bank.", "Illum ukoll sirna nafu li bdiet il-ħidma tal-Moneyval f'pajjiżna.", "Għal min ma jafx, il-Moneyval huwa kumitat ta' esperti tal-Kunsill tal-Ewropa li se jinvestiga s-sitwazzjoni dwar il-ħasil ta' flus f'pajjiżna.", "Min jaf meta jiġu l-Moneyval f'Malta x'risposta se jagħti l-Prim Ministru meta jistaqsuh għaliex ma ħax passi kontra ċ-Chief of Staff tiegħu, ladarba nstab li kien involut f'ħasil ta' flus f'aktar minn rapport wieħed tal-FIAU?", "Għaliex l-FIAU ma ħaditx passi?", "Għaliex ma ħax passi l-Avukat Ġenerali?", "Għaliex ma ħax passi l-Kummissarju tal-Pulizija?", "Dawn huma l-mistoqsijiet li l-Moneyval se jistaqsu lill-Gvern Malti biex jaraw jekk il-liġijiet f'pajjiżna dwar il-ħasil ta' flus hux qegħdin jiġu rispettati jew le.", "Semmejt li llum ingħalaq Pilatus Bank, għax ġiet irtirata l-liċenzja tiegħu.", "Din hija aħbar tajba li tikkonferma kemm dak li din in-naħa tal-Kamra ilha tgħid dwar Pilatus Bank, li huwa magna tal-ħasil ta' flus, kien il-verità.", "Ara kemm il-Gvern jgħid li l-Oppożizzjoni ma tgħidx il-verità!", "Li kieku ma ngħidux il-verità, ma kenux jirtiraw il-liċenzja ta' Pilatus Bank!", "Il-problema hija li l-irtirar tal-liċenzja ta' Pilatus Bank ġiet sentejn tard!", "Il-Gvern kien imissu ħa passi suret in-nies kontra l-Pilatus Bank żmien ilu u mhux illum!", "L-isfortuna hi li matul iż-żmien li ntilef, isem pajjiżna laħaq iċċappas!", "Irridu ngħidu wkoll li l-Gvern ma rtirax il-liċenzja ta' Pilatus Bank għax ried jirtiraha, imma għax ma kellux għażla oħra!", "Il-Gvern ġie dahru mal-ħajt u kien sfurzat jirtira din il-liċenzja mid-deċiżjonijiet tal-European Banking Authority.", "Fil-fatt kienu l-awtoritajiet Ewropej li rtiraw il-liċenzja ta' Pilatus Bank.", "Lill-Gvern irrid nistaqsih: Hemm għalfejn tordnalek l-Ewropa biex tagħmel xi ħaġa suret in-nies?", "Hemm għalfejn tordnalek l-Ewropa biex il-Pilatus Bank tneħħilu l-liċenzja?", "Hemm għalfejn tordnalek l-Ewropa biex tagħmel dak li jmisek għamilt mill-ewwel, minflok ma kaxkart saqajk għal sentejn sħaħ?", "Ir-raġuni hija sempliċi!", "Il-Gvern ma riedx ineħħi l-liċenzja ta' Pilatus Bank, għax kien l-istess Gvern li ried jiftaħ dan il-bank f'pajjiżna.", "Kien proprju ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li ġera biex tingħata l-liċenzja ta' Pilatus Bank.", "Ir-Rapport tal-FIAU jgħid hekk:", "- iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru -", "- hekk jonqos ukoll! -", "Dawn huma l-kliem tal-FIAU, li hi l-istess aġenzija Maltija li aktar minn sentejn ilu qalet hekk dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, u nikkwota:", "Għalhekk ma ridux jagħlquh lill-Pilatus Bank!", "Ejja nfakkru wkoll li dawn huma n-nies li mhux biss ħadmu biex Pilatus Bank jingħata liċenzja, imma kellhom saħansitra interessi u kontijiet bankarji fih.", "Għalhekk meta l-Gvern illum joħroġ jgħid: Ara, kemm jien bravu, għax neħħejt il-liċenzja ta' Pilatus Bank, għalija dan hu kollu teatrin!", "Dan għaliex li kien għall-Gvern, din il-liċenzja ma tneħħietx.", "Il-verità hi li din il-liċenzja tneħħiet bl-intervent tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea.", "Biss, jien jidhirli li ma kellniex bżonn naslu s'hawn!", "Ma kellniex bżonn inħammġu isem pajjiżna sakemm il-Gvern għamel dak li missu għamel żmien ilu!", "Ngħid ukoll li bħalma ġara fuq il-liċenzja ta' Pilatus Bank, hekk ukoll għad jiġri lill-Gvern fil-konfornt ta' passi li jkun imġiegħel jieħu fir-rigward taċ-Chief of Staff tiegħu u tal-Ministru Konrad Mizzi.", "Il-Gvern Malti tilef kull kredtu, ċertament fil-Parlament Ewropew.", "Hawn irrid insellem il-ħidma b'mod partikolari tal-membri Maltin tal-Parlament Ewropew David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, li minkejja attakki kbar li jsiru kontrihom, żammew mal-linja tal-valuri li nemmnu fihom bħala Ewropej.", "Il-liġi għandha tapplika għal kulħadd, inkluż għal Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.", "Irrid insellem ukoll lil dawk il-Membri tal-Parlament Ewropew li mhumiex parti mill-EPP, li bħala Partit Nazzjonalista aħna membri fih, fosthom lil Ana Gomes li hija parti mill-grupp Soċjalista li żgur mhux se ngħidulha aħna x'tgħid, għax hija bniedma retta li ġejja minn familja ta' politika differenti.", "Jekk xejn, Ana Gomes hija kontra tagħna politikament, imma qablet magħna, għax hawn qed nitkellmu fuq il-valuri komuni Ewropej.", "Aħna qegħdin nitkellmu fuq dak li huwa bażiku u li jgħaqqadna.", "Din mhijiex kwestjoni ta' blu kontra aħmar jew PN kontra Labour.", "Din hija kwestjoni dwar dak li huwa sewwa u dak li mhuwiex.", "Huwa għalhekk li dejjem ikun hemm maġġoranza kbira fil-Parlament Ewropew meta niddiskutu dawn l-issues.", "Mhux l-istess jista' jingħad fil-Kunsill Ewropew, fejn il-Gvern m'għandux l-istess diffikultajiet li jsib fil-Parlament Ewropew, għax fil-Kunsill hemm Ministri li ġejjin minn gvernijiet Ewropej u, kif naf, l-ebda gvern ma jmejjel il-kappell ta' gvern ieħor.", "Però l-Kummissjoni Ewropea bdiet tiċċaqlaq, l-aktar wara d-deċiżjoni tal-European Banking Authority.", "Fil-fatt il-Kummissarju għall-Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová diġà qalet li beħsiebha ssegwi d-deċiżjoni tal-European Banking Authority permezz ta' proċeduri legali kontra Malta, talli Malta m'applikatx id-direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħasil ta' flus.", "Hija ħasra li wasalna s'hawn!", "Jien ngħid: Kif jista' jkun li l-Gvern, biex jipproteġi lil Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi, qed jgħaddi isem pajjiżna minn dan l-għawġ kollu?", "Meta tagħsar kollox, din hija l-problema!", "Il-Gvern ma jridx li jittieħdu passi meta jaf li suppost għandhom jittieħdu passi, akkost li ssir ħsara lil isem pajjiżna!", "Dan jagħtina ġewwa, għax aħna rridu naraw isem pajjiżna hemm fuq u mhux hemm isfel!", "Però meta qed naraw dawn l-affarijiet, ma nistgħux inħalluhom għaddejjin u nagħmlu bħat-tliet xadini li ma jarawx, ma jitkellmux u ma jisimgħux!", "Inkella ż-żejt ma jitlax f'wiċċ l-ilma, il-verità ma toħroġx u s-sewwa qatt ma jista' jirbaħ!", "Il-Kummissjoni Ewropea, wara ħafna żmien, se tibda tiċċaqlaq ukoll fil-konfront ta' pajjiżna.", "Kif nafu, il-Kummissjoni Ewropea hija kawta immens u hekk għandu jkun.", "Nappella lill-Gvern biex jieħu l-passi li għandhom jittieħdu fil-konfront ta' Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi ħalli pajjiżna ma jkomplix jiġi mżeblaħ aktar!", "Bħala pajjiż irridu noqogħdu attenti li ma jiġrilniex bħall-Polonja u l-Ungerija li fil-konfront tagħhom ġiet triggered azzjoni mill-aktar serja min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "Qed nirreferi għal article 7 procedures.", "Mhux se nidħol fit-teknikalità ta' dawn il-proċeduri, imma ngħid biss li dawn huma proċeduri serjissimi li jintużaw biss meta pajjiż ikun verament kiser il-valuri komuni Ewropej, jiġifieri r-raġuni għalfejn huwa parti mill-Unjoni Ewropea.", "Aħna dħalna parti mill-Unjoni Ewropea għal ħafna raġunijiet, bħall-fondi tal-Unjoni Ewropea u s-suq Ewropew, imma fuq kollox għax għandna l-istess valuri Ewropej.", "Il-mument li niksru dawn il-valuri, jinbdew proċeduri serjissimi li jistgħu jwasslu wkoll għas-sospensjoni tal-vot tal-pajjiż partikolari, jekk mhux ukoll għal konsegwenzi oħrajn.", "Pereżempju, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li min jgħaddi minn article 7 procedures jitlef l-aċċess tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Ejja ma naslux s'hemm!", "Nappella lill-Gvern biex ma jħallix lil pajjiżna jgħaddi minn dak l-għawġ.", "Kulma jrid jagħmel il-Gvern hu li japplika l-liġi bl-istess mod għal kulħadd u jieħu passi kontra Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.", "Jekk il-Gvern se jibqa' jwebbes rasu, se jdaħħal lil pajjiżna fl-għawġ u isem pajjiżna se jkompli jitkażbar.", "Il-Prim Ministru ma jistax jibqa' jirrifjuta li jieħu passi, għax dan qed iwassal għal konsegwenzi koroh.", "Ta' spiss nisimgħu lill-Prim Ministru jgħid li rebaħ l-elezzjoni.", "Bħal dak li qallu, jekk tagħmel reat kriminali qabel l-elezzjoni u tirbaħ l-elezzjoni, tkun ħsilt id-dnubiet tiegħek!", "Immaġinaw lil xi ħadd jinqatel qabel l-elezzjoni, il-qattiel jirbaħ l-elezzjoni u jgħid li issa, m'għandux għalfejn jagħti rendikont ta' għemilu.", "Qed inġib eżempju bi qtil biex kulħadd jifhimni mill-ewwel, imma r-reat ta' ħasil ta' flus huwa reat gravi immens ukoll.", "Jekk sar reat qabel l-elezzjoni, ma tistax wara l-elezzjoni tiġi tgħidli għalfejn qed niftaħ ħalqi, meta jien tlift elezzjoni!", "Allura, billi tlift elezzjoni?", "Reat kriminali jibqa' reat kriminali.", "Il-passi li kellhom jittieħdu għandhom jibqgħu jittieħdu u mhux qisu qatt ma ġara xejn!", "Jekk il-Gvern mhux se jieħu passi, pajjiżna se jispiċċa fi problemi akbar milli jinsab fihom bħalissa!", "Sinjura President, jeħtieġ li nsalvaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Però, biex nagħmlu dan, il-Gvern ma jistax jibqa' jiprova jgħaddi n-nies biż-żmien.", "Jeħtieġ li pajjiżna juri li kapaċi jieħu passi anke kontra min jinsab fil-poter.", "L-ikbar test għall-Gvern hu jekk hux kapaċi jieħu passi kontra l-Ministri tiegħu stess, kemm-il darba jkun hemm reati x'jiġu investigati, kif qalet l-FIAU fir-rigward taċ-Chief of Staff u l-Ministru Konrad Mizzi għal darba, darbtejn, tlieta, jekk mhux aktar ukoll.", "Infakkar li pajjiżna huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa u fid-dinja fejn Ministru li nqabad f'Panama Papers tħalla fil-kariga tiegħu.", "Il-Gvern jippretendi li għax rebaħ l-elezzjoni, ħasel id-dnubiet!", "Din l-iskuża ma taħdimx mal-Oppożizzjoni u mhijiex qiegħda taħdem fl-Ewropa u fil-kumplament tad-dinja.", "Aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea biex meta niġu fix-xifer, issalvana.", "Jidhirli li m'għandniex għalfejn naslu sax-xifer.", "Jidhirli li l-Ewropa m'għandhiex issalvana minna nfusna.", "Jidhirli li aħna stess għandna nkunu l-aġenti għal din it-tip ta' azzjoni li trid tittieħed.", "Però, jekk mhux se nagħmlu dan aħna, se tkun l-Ewropa li tordnalna li nieħdu l-passi li jridu jittieħdu.", "M'għandniex għalfejn naslu s'hemm, għax għadna fiċ-ċans li nsalvaw lil pajjiżna.", "Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed id-dokumenti li għamilt referenza għalihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ittra li ntbagħtet mill-European Banking Authority fil-11 ta' Lulju 2018 lill-Membri tal-Parlament Ewropew fid-delegazzjoni ad hoc għal Malta, b'riferenza għal Pilatus Bank f'Malta;", "Kopja ta' rapport maħruġ mill-kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga allegati kontravenzjonijiet fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea b'relazzjoni ma' ħasil ta' flus, evitar ta' taxxa u evażjoni ta' taxxa tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern (LIBE) tal-Parlament Ewropew datat 11 ta' Jannar 2018; u", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, se nieħu biss ftit minuti biex inħalli l-aħħar parti mill-ħin allokat għall-Oppożizzjoni lill-Onor.", "Ma nistgħux inħallu dan id-dibattitu jgħaddi mingħajr ma nitkellmu fuq il-fondi Ewropej li kienu possibbli grazzi għad-deċiżjoni għaqlija li ħa l-poplu Malti, bis-saħħa ta' Gvern Nazzjonalista.", "Tul dawn l-aħħar snin, il-poplu Malti seta' jirrealizza kemm kienet deċiżjoni għaqlija li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea, biex illum qegħdin naqtgħu l-frott ta' dik id-deċiżjoni.", "Se nkun qed nagħmel numru ta' suġġerimenti u mistoqsijiet lill-Ministru fir-rigward ta' dak li n-nies jistaqsu b'rabta mal-fondi Ewropej.", "Wieħed jittama li jkun hemm impenn assolut dwar il-fondi Ewropej.", "Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mil-fondi Eworpej jistgħu jikkonfermaw li din in-naħa tal-Kamra bl-ebda mod ma qed tagħmel ballun politiku mill-issue dwar kemm se jkun il-pakkett finanzjarju vvotat għal Malta.", "L-appell tal-Oppożizzjoni hu li kif taħt it-tmexxija tal-eks Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, matul kriżi finanzjarja mondjali, pajjiżna rnexxielu jġib somma li kienet taqbeż il-€1 biljun, għandu jkun hemm impenn bis-serjetà min-naħa tal-Gvern biex naraw li nġibu l-akbar ammont ta' fondi għal pajjiżna.", "Wieħed jittama wkoll li ma naqtgħux qalb in-nies, il-kunsilli lokali, l-NGOs u entitajiet oħrajn, meta niġu għall-proċess ta' evalwazzjoni li qed jieħu dejjem aktar fit-tul.", "Il-burokrazija fil-mod kif isiru l-applikazzjoniijiet u l-proċess ta' evalwazzjoni li qed jieħu ħafna fit-tul qed joħloq problemi bla bżonn.", "Qed insemmi l-kunsilli lokali għax dan il-qasam jaqa' taħt ir-responsabbiltajiet tiegħi.", "Għalhekk, qed nieħu spunt żgħir biex nirrikonoxxi li l-Gvern aċċetta l-proposta li għamlet din in-naħa tal-Kamra, minkejja li qegħdin fl-Oppożizzjoni, li fil-kumitati reġjonali fi ħdan il-lokalitajiet f'pajjiżna, ikun hemm uffiċjal responsabbli li jista' jgħin lill-kunsilli lokali jaħtfu aktar opportunitajiet b'rabta mal-fondi Ewropej.", "Il-Gvern jista' jagħmel il-parti tiegħu billi jieħu dan is-suġġeriment.", "Meta qegħdin nitkellmu dwar fondi Ewropej, ma nistax ma nirrikonoxxix kemm kienet deċiżjoni għaqlija li jitwaqqaf il-MEUSAC.", "Minn hawn irrid insellem lis-Sur Vanni Xeureb għall-ħidma u l-impenn tiegħu f'din l-entità.", "Fil-ġranet li ġejjin, is-Sur Xuereb se jkun qed iħalli din il-kariga biex jibda esperjenza ġdida u għalhekk nawguralu fil-ħidma l-ġdida.", "Irrid insellem u nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li jaħdmu mal-MEUSAC.", "Ladarba semmejt il-pakkett finanzjarju, wieħed jittama li l-Gvern jagħmel konsultazzjoni wiesgħa dwar il-fondi tal-programm il-ġdid kif qed jitolbu n-nies hemm barra.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hux minnu dak li ntqal li l-Gvern naqas milli japplika għall-fondi biex jingħata taħriġ lil numru ta' SMEs.", "Din l-aħbar ħarġet meta konna qegħdin nitkellmu dwar ir-regolamenti tal-protezzjoni ġenerali tad-data personali, magħrufa bħala GDPR.", "Nafu li dan jista' jfisser piż għall-SMEs li għandhom multi mhux żgħar fuq rashom jekk ma jonorawx l-obbligi tagħhom.", "Il-Gvern seta' faċilment japplika għal dawn il-fondi.", "Sinjura President, nittama li l-Gvern jaħdem bis-serjetà kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna favur aktar fondi Ewropej, kif inhu mistenni minnu.", "B'hekk naraw li naħtfu kull opportunità biex inġibu aktar fondi.", "Qed ngħid dan għax jidher li hemm numru ta' programmi oħrajn li se jkunu qed jieħdu daqqa 'l isfel, fosthom il-programmi li l-erba' local action groups f'pajjiżna qed jaħdmu fuqhom.", "Nitlob li l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li se jkun hemm tnaqqis minn dawn il-fondi.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkar li fadal żewġ minuti għall-Oppożizzjoni.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, naħseb li f'dan il-pajjiż nistgħu naslu f'sitwazzjoni li ma nħallu lill-ebda mara jew vittma ta' vjolenza domestika tibqa' tbati.", "Nirrikonoxxi l-ħidma tal-Ministru Helena Dalli u ta' dawk li ħadmu qabilha biex il-vjolenza domestika tiġi rikonoxxuta bħala l-isfreġju tas-soċjetà, kif fil-verità hi.", "Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li jaħdmu f'dan il-qasam, mhux biss f'NGOs jew f'istituzzjonijiet, imma anke fis-skiet ta' darhom.", "Ħafna jgħinu fil-kwiet bħal, pereżempju, b'kelma ta' kuraġġ jew bi platt sħun li forsi ġara tippreżenta lill-mara u lil uliedha li jkunu qed isofru minn vjolenza domestika.", "Nemmen li jekk ikun hemm tassew ir-rieda, nistgħu ngħinu ħafna aktar lill-vittmi tal-vjolenza domestika.", "Ir-rieda mhijiex biss meta nilleġiżlaw, imma wkoll li napplikaw il-liġijiet li ngħaddu minn din il-Kamra.", "Ovvjament huwa importanti li nilleġiżlaw, għax għall-inqas inkunu poġġejna xi ħaġa iswed fuq l-abjad, imma aktar importanti minn hekk huwa li jkollna l-qafas neċessarju u effettiv biex inpoġġu l-liġi fil-prattika u naqtgħu l-frott.", "B'hekk inkunu qegħdin nagħtu lill-komunità, lis-soċjetà u lill-pajjiż, verament dak li għandna bżonn.", "Illum waħda mill-persuni li ltqajt magħhom kienet omm ta' żewġt itfal li kellha titlaq mid-dar tagħha minħabba l-vjolenza domesitka.", "Din il-mara qed tgħix f'kamra għand il-YMCA, li nsellmilhom minn hawn għall-ħidma tagħhom, u qed tipprova taħdem biex forsi jkollha deposit għall-kera.", "Kif kienet tgħid tajjeb Virginia Woolf, biex bniedem jilħaq il-milja tiegħu, \"a room of one's own is necessary\", aħseb u ara fil-każ ta' mara li qiegħda trabbi u li ħarbet mis-swat.", "Din il-mara għandha tifla li kienet f'childcare u tifel li jmur l-iskola.", "Issa t-tifla laħqet l-età tal-kindergarten, imma ma ġietx aċċettata f'kindergarten, għax din it-tifla, anke minħabba l-ambjent li trabbiet fih fit-tfulija, ma qatgħetx il-ħarqa.", "Din il-mara li qed tagħmel minn kollox biex forsi jkollha saqaf fuq rasha, qed ikollha tuża parti sostanzjali mid-dħul tagħha biex tħallas childcare privat.", "Qed insemmi dan il-każ, għax jekk m'aħniex se nagħtu kas tad-dettall, se jiġrilna bħalma ġara f'każi estremi, fejn nisa waslu biex saħansitra nqatlu, għax meta marru jagħmlu rapporti fl-għases ma ngħatawx l-attenzjoni u l-għajnuna meħtieġa, mentri kieku ngħatat dik l-għajnuna, dawn in-nisa forsi għadhom ħajjin, igawdu l-familja tagħhom sal-lum.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni.", "Il-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sinjura President, nixtieq nibda billi nirringrazzja liż-żewġ Segretarji Permanenti li jinsabu preżenti fil-Kamra, is-Sur Camilleri u s-Sur Zahra, l-erba' diretturi ġenerali li flimkien imexxu l-Merging Authority li tieħu ħsieb il-fondi Ewropej u lit-team tas-Segretarjat tiegħi li flimkien ma' persuni li jaħdmu fil-Permanent Representation of Malta fl-Unjoni Ewropea jgħinuna ta' kuljum fil-ħidma tagħna.", "F'dan id-diskors se nkun qed nispjega kif Malta tinsab fl-aqwa tagħha permezz ta' djalogu soċjali b'saħħtu u kif se nkomplu ngħixu s-suċċess permezz tal-fondi Ewropej li pajjiżna ħadem tant tajjeb għalihom.", "Bl-istess għaqal, irridu naċċertaw li dawn il-fondi jmorru f'investiment għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.", "Sinjura President, ippermettili nibda billi nsemmi l-isfidi li għandna fil-ġimgħat u xhur li ġejjin.", "L-ewwel nett, irridu naċċertaw li bejn issa u l-ewwel jiem ta' Diċembru, pajjiżna jilħaq il-miri ta' nefqa b'fondi Ewropej għall-2018, magħrufa bħala disbursement targets, li pajjiżna fassal għalih innifsu u li rridu nilħqu, bħal m'għamilna matul snin oħra.", "L-isfida għall-ministeri, l-awtoritajiet u l-aġenziji kollha li għandhom proġetti, skemi jew programmi hija li jżommu ma' dawn il-miri.", "L-għaqal mhuwiex biss li nġibu l-fondi Ewropej imma wkoll li dawn il-fondi jintużaw għall-poplu Malti u Għawdxi.", "It-tieni nett, l-2019 se tkun kruċjali fir-rigward tal-fondi Ewropej li Malta tista' tkun qed tibbenefika minnhom wara l-2020.", "Fost l-oħrajn, nisimgħu kliem bħall-EU Budget, Multiannual Financial Framework u oħrajn.", "Importanti li l-Unjoni Ewropea, l-istrutturi u l-ħaddiema tagħha jkollhom il-flus biex joperaw b'effiċjenza, iżda, Sinjura President, taqbel miegħi li l-poplu Malti u Għawdxi jinteressah l-aktar mill-fondi li se tkun qed tingħata Malta biex insostnu u nikkonsolidaw it-tkabbir ekonomiku li għandna fil-preżent.", "Kif nafu, quddiemna għad għandna numru ta' sfidi, għalhekk fadlilna x'naqdfu biex naslu fid-destinazzjoni li fassalna sabiex inġibu l-aqwa pakkett ta' fondi għal Malta.", "Se naċċertaw li pajjiżna jġib l-aħjar pakkett ta' fondi ta' koeżjoni, fondi strutturali li semma l-Onor.", "Robert Cutajar, fondi għas-sigurtà, fondi għaż-żgħażagħ u l-istudenti permezz tal-programm Erasmus u fondi għar-raħħala, biedja u sajd.", "Għalhekk il-ħidma fuq il-pakkett regolatorju ta' diversi fondi Ewropej għa-seba' snin mill-2021 sal-2027 se tkun intensiva, b'diskussjonijiet li mistennija jimxu b'pass mgħaġġel.", "It-tielet mira, fost l-isfidi ewlenin, għandna roadmap fejn se nkomplu l-ħidma fuq l-istrateġiji, ippjanar u l-programmazzjoni neċessarja għall-fondi li se jiġu allokati lil Malta għas-snin 2021 sal-2027.", "Irrid ngħid li din il-ħidma diġà bdiet, biex kull Ministeru jipprepara għall-fondi li pajjiżna se jkun qed jieħu għas-seba' snin ta' wara.", "Mis-sena d-dieħla pajjiżna se jkollu pjattaforma ġdida ta' diskussjoni, magħrufa bħala l-Europa Forum.", "Din hija konferenza internazzjonali li fiha niddiskutu r-rwol ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kif ukoll id-direzzjoni li se jieħu fiż-żmien li ġej dan il-proġett Ewropew li semma tajjeb l-Onor.", "Dawk huma l-erba' miri ewlenin, fost miri oħrajn.", "Nista' nsemmi, pereżmpju, l-għodda ġdida biex tgħin lis-settur pubbliku fil-preparazzjoni ta' proġetti ħalli jkun hemm aktar valur miżjud għan-nies.", "Ngħid ukoll li wara li din is-sena issimplifikajna u kkonsolidajna bil-kbir il-funzjonijiet tal-EU Certifying Authority, matul is-sena d-dieħla, se nkunu qegħdin intejbu l-effiċjenza fiċ-ċertifikar ta' pagamenti biex il-fondi Ewropej ikunu jistgħu jgħaddu fil-Fond Konsolidat fl-iqsar żmien possibbli.", "Il-politika ta' koeżjoni f'Malta hija implimentata mid-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Kordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD).", "Hemm tliet programmi operattivi, li huma l-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-European Social Fund, fejn hemm aktar minn €850 miljun disponibbli għal dawn it-tliet programmi.", "Fost l-oħrajn, dawn il-programmi jinkludu appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji, appoġġ għall-adattament tal-akkomodazzjoni soċjali, u appoġġ lin-nies vulnerabbli biex ngħinuhom ikunu eqreb is-suq tax-xogħol.", "Jinkludu wkoll appoġġ għall-iżvilupp tal-infrastruttura li tkun maħsuba li tipprovdi ambjent tajjeb u ħidma favur bini u żvilupp urban sostenibbli.", "Permezz tal-fondi Ewropej qed naraw li l-ewwel noħolqu l-ġid, imbagħad inqassmu dak il-ġid mas-soċjetà kollha.", "Fil-fatt, permezz tal-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew, gawdew aktar minn 11,300 persuna li minnhom 51% kienu nisa.", "Fl-2018, il-Ministeru kompla bis-sejħiet għall-proġetti għal dawn it-tliet programmi operattivi bil-għan li jintlaqtu varji setturi.", "Dan huwa Gvern pro-business u aktar 'il quddiem se jkolli ċ-ċans nispejga għalfejn.", "Fir-rigward tal-appoġġ lill-SMEs, l-Onor.", "Cutajar staqsa jekk Malta naqsitx milli tapplika għall-fondi f'dan ir-rigward.", "Se nsemmi x'sar u mbagħad inħalli lill-poplu Malti u Għawdxi jiġġudika jekk dak li sar, sarx bl-aħjar mod jew setax sar aktar.", "Kemm il-European Regional Development Fund kif ukoll il-European Social Fund jipprovdu appoġġ lill-SMEs b'allokazzjoni totali taħt iż-żewġ fondi li taqbeż id-€90 miljun.", "Dan l-ammont ma jinkludix iż-żewġ industrial parks ta' Ta' Qali u tax-Xewkija f'Għawdex.", "L-appoġġ disponibbli qed imur f'forma ta' grants u f'forma ta' financial instruments.", "B'hekk, qed naraw li nżidu l-kompetittività u ninkoraġixxu u nappoġġjaw l-integrazzjoni ta' nies vulnerabbli.", "L-iskema Access to Employment tipprovdi għajnuna lill-intrapriżi f'Malta u f'Għawdex biex jiġi promoss l-impjieg ta' nies li l-aktar ikollhom problemi fost dawk li qed ifittxu x-xogħol u huma inattivi.", "B'hekk jitjiebu l-opportunitajiet għall-aċċess fis-suq tax-xogħol u jiġu pprovduti esperjenzi tax-xogħol lil dawk li huma l-aktar 'il bogħod minn impjieg bi qligħ.", "Fl-istess ħin, titnaqqas id-differenza bejn il-provvista tad-domanda tas-suq tax-xogħol, tiżdied l-integrazzjoni soċjali u jiżdied ukoll it-tul tal-ħajja tax-xogħol għall-ħaddiema kbar fl-età.", "L-iskema Agile Economy, magħrufa bħala Investing In Skills (IIS), hija maħsuba biex tippromwovi l-aċċess għat-taħriġ ta' persuni li jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol Malti bil-ħsieb li tiżdied il-produttività u tissaħħaħ l-adattabilità tagħhom.", "Mela fuq naħa għandna l-Access to Employment fejn għandek fondi Ewropej li qed imorru għal grants biex aktar nies vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol u fuq in-naħa l-oħra għandna l-IIS fejn fondi Ewropej qed jintużaw biex insaħħu l-workforce preżenti u dik futura.", "B'hekk, qed naħdmu biex ikollna għarfien u ħiliet għall-industriji tal-lum u dawk ta' għada, permezz ta' grants li qed iħallu aktar flus fil-bwiet tan-negozji.", "Permezz ta' dawn iż-żewġ skemi ngħataw aktar minn 1,432 għotja lil aktar minn 590 intrapriża sa Settembru ta' din is-sena.", "Fil-fatt, dawn iż-żewġ skemi, l-Access to Employment u l-IIS marru kollha għan-negozji li għandhom bżonn l-għajnuna biex ikomplu jikbru u jimirħu.", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-financial instruments li mhumiex grants, imma huma ring-fenced.", "Dawn l-ERDF Funds qed imorru biex inkomplu ngħinu lill-SMEs, fosthom b'guarantees u loans vantaġġjużi.", "Fil-fatt, wara l-ftehim ta' finanzjament li sar fl-2015, fejn dakinhar kien il-predeċessur tiegħi l-Ministru Ian Borg, żidna b'€7 miljuni fit-tielet kwart tal-2018 biex it-total ta' SME Initiative f'Malta issa tammotna għal xejn inqas minn €22 miljun.", "Dan ifisser li kellna nagħmlu t-top-up sempliċiment għax il-flus li ġew ivvotati fil-bidu ngħataw kważi kollha.", "L-estimu ta' assorbiment f'Settembru tal-2018 huwa ta' ftit inqas minn 80% tal-portafoll kollu, bi 78% għall-Bank of Valletta u 83% għall-Banif Bank.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll jekk l-SMEs kellhomx bżonn jagħmlu użu mill-COSME li huwa fond dirett.", "Dawn huma loans u guarantees li l-Gvern Malti diġà qed jipprovdi permezz tal-financial instruments.", "Issa rrid ngħid ukoll li kien hemm kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-MEP li għandu narrativa jgħid li Malta mhux qed tagħmel xogħol tajjeb fl-Unjoni Ewropea u allura jixtieq jiġi elett hu biex jagħmel dan ix-xogħol.", "Dan il-kandidat semma l-Juncker Plan, fejn qalilna li jinsab diżappuntat li Malta ma ssellfitx mill-Juncker Plan, jiġifieri l-EFSI.", "Bir-rispett kollu, dan l-argument ma jagħmilx sens!", "Għalhekk nappella biex noqogħdu attenti kif nitkellmu hemm barra.", "Nafu li Malta qed tagħmel użu massimu mill-fondi strutturali, ta' koeżjoni u mill-financial instruments kif qegħdin naraw permezz tal-SME Initiative.", "Ma jagħmilx sens li Malta tiddejjen - għax fil-verità hekk tkun qed tagħmel - biex tagħmel xi ħaġa bil-flus li diġà huma disponibbli mill-Fond Konsolidat jew mill-fondi strutturali.", "Niġi issa biex nitkellem dwar l-għajnuna li qed tingħata fi grants - mhux loans u guarantees - li marru għand l-SMEs.", "Fil-fatt, kellna €51 miljun disponibbli li ntużaw, fost l-oħrajn, għall-iskema Business Enhance biex ngħinu intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, l-iskema Start-ups, skemi għall-SMEs biex ikomplu jikbru, skemi biex jiddiversifikaw il-prodott jew servizz tagħhom u skemi biex jirrinovaw il-prodott tagħhom jew jidħlu f'eCommerce biex ikollhom online platform u jbigħu s-servizz jew il-prodott tagħhom online.", "Kien hemm ukoll skema biex wieħed jagħmel business plan professjonali b'fondi Ewropej li jmorru fi grants għand l-SMEs.", "Ħafna intrapriżi għamlu użu minn dawn il-fondi u forsi fil-ħin li ġej insemmi wħud minnhom.", "Apparti minn dan, €20 miljun minn dawn il-fondi marru fir-Research, Development and Innovation Grant Scheme.", "Din l-iskema se tindirizza numru ta' oqsma identifikati fl-istrateġija tal-Ismart Specialization, manifattura, saħħa, servizzi marittimi, avjazzjoni u aerospazju u l-ICT.", "Tajjeb ngħid li l-iskema Enhance u skemi oħra qed jingħataw miċ-ċentru Business First.", "Kull SME tista' tmur f'din l-entità u tara xi skemi hemm li huma ffinanzjati mill-Gvern, immexxija mill-Ministeru tal-Onor.", "Dawn huma skemi li jikkomplementaw lil xulxin, immexxija mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza u l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "Dan il-Gvern kompla jaħdem mill-qrib mal-istakeholders ikkonċernati biex jiġi assigurat li l-intrapriżi eliġibbli jkollhom l-informazzjoni u l-assistenza neċessarja sabiex ikomplu jinvestu u jissaħħu filwaqt li jsiru aktar kompetittivi.", "Dan il-Gvern qed iħares ukoll lejn il-persuni vulnerabbli billi jagħti appoġġ għar-riġenerazzjoni taż-żoni u l-akkomodazzjoni soċjali.", "Qed jiġu installati lifts f'100 blokka ta' appartamenti li huma effiċjenti fl-enerġija bil-għan li l-persuni vulnerabbli jkollhom aċċessibbiltà aħjar fl-appartamenti fejn jgħixu.", "Fir-rigward tal-impjegabilità u l-addattabilità tal-kapital uman, dan il-Gvern qed ikompli jaħdem biex jara lil kulħadd jaħdem, inkluż lill-persuni vulnerabbli.", "L-għan hu li ngħinu lil min qed ifittex ix-xogħol, inkluż il-ħaddiema ta' età ikbar, intejbu l-prospetti tax-xogħol, inżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta' tnaqqis ta' ostakli u nħeġġu lill-individwi biex jikkonsidraw forma ta' impjieg alternattiv, anke billi jsiru sidien ta' negozju.", "B'hekk qed nindirizzaw lil dawk li mhumiex jaħdmu, jistudjaw jew jitħarrġu.", "L-iskema NEET qed tgħin biex jiġi faċilitat aċċess għat-taħriġ u l-impjieg sostenibbli, fejn €26 miljun se jmorru għal dawn il-proġetti Training for Employment, il-Youth Guarantee u l-iskema Access to Employment.", "Niġi issa biex nitkellem dwar l-inklużjoni soċjali u għajnuna għan-nies vulnerabbli.", "Nafu li 30% mill-Fond Soċjali Ewropew qed imorru għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Bħala Gvern ġibna riżultati biex noħolqu soċjetà aktar inklużiva, niġġieldu l-faqar ta' kull tip jew diskriminazzjoni u ntejbu l-impjegabilità tal-individwi u l-aċċess għas-servizzi soċjali sostenibbli u ta' kwalità għolja.", "Fil-fatt, fl-2018 qed jiġu implimentati 13-il proġett f'dan is-settur importanti b'investiment totali ta' madwar €37 miljun.", "Kburi ngħid li taħt dawn l-interventi, sal-aħħar ta' Settembru 2018, il-Fond Soċjali Ewropew għen madwar 2,000 persuna li minnhom 33% huma nisa.", "Barra minn hekk, dawn it-tip ta' interventi huma kkomplementati mill-fond għall-għajnuna Ewropea għall-persuni l-aktar fil-bżonn b'allokazzjoni totali ta' €4.6 miljuni taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Michael Falzon.", "Sinjura President, dan huwa Gvern tax-xogħol u tal-edukazzjoni.", "Infakkar fil-programm FEAD li għaddej ġmielu.", "Għaddejjin ukoll bil-ħidma bil-għan li ntejbu l-esperjenza tal-edukazzjoni u s-sistemi tal-istrutturi tal-edukazzjoni biex jiġu indirizzati kwestjonijiet marbuta ma' min jitlaq kmieni mill-iskola, jiġifieri l-early school leavers.", "Qed naħdmu biex inkabbru n-numru ta' parteċipanti li jkomplu l-istudju tagħhom u jirnexxu fl-edukazzjoni terzjarja, fost studji oħrajn.", "Is-setturi li fihom qed isiru interventi b'fondi Ewropej jinkludu distribuzzjoni u taħriġ relatat mat-teknoloġija diġitali, anke permezz tat-tablets fl-iskejjel primarji, fejn tajna tablet lil kull tifel jew tifla, bil-għan li titjieb l-esperjenza tat-tagħlim għall-istudenti.", "Infakkar ukoll fl-iskema Endeavour, li hu programm ta' boroż ta' studju f'livell ta' riċerka post dottorali sabiex insaħħu l-kontribuzzjoni lejn l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp.", "Kburi ngħid li, sal-lum, permezz tal-interventi tal-Fond Soċjali Ewropew ġew appoġġjati madwar 4,000 persuna u mqassma 'l fuq minn 7,500 tablet fl-iskejjel primarji.", "Barra minn hekk, 'il fuq minn 500 kumpanija bbenefikaw mill-iskema ta' għajnuna li tipprovdi taħriġ għall-impjegati.", "Fir-rigward tat-tkabbir tal-kapaċità amministrattiva istituzzjonali, 80% tal-Fond Soċjali Ewropew qed imorru f'din id-direzzjoni.", "Matul l-2018 qed jiġu implimentati 15-il proġett b'investiment totali ta' madwar €14-il miljun f'dan is-settur tant importanti li huwa mmexxi mill-Segretarju Permanenti Prinċipali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għaddejja ħidma b'baġit ta' madwar €130 miljun.", "Din il-politika ta' żvilupp rurali qed tgħin liż-żoni rurali jiffaċċjaw l-għadd kbir ta' sfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali għas-seklu 21.", "Numru ta' raħħala u bdiewa għamlu użu minn numru ta' skemi li għenuhom jibdlu l-ħamrija tagħhom, jirranġaw ħitan tas-sejjieħ u jagħmlu żvilupp organiku, fost proġetti oħrajn li jmissu ma' dawn il-fondi Ewropej.", "Fl-2019 se nkomplu naħdmu bis-sħiħ biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet tal-programm għall-ġid tas-settur rurali.", "Fir-rigward tas-sigurtà, solidarjetà u immigrazzjoni, hemm il-Programm tal-Ażil, Immigrazzjoni u Integrazzjoni li se jkompli jibni fuq il-miżuri ta' integrazzjoni li qed jiġu implimentati u se jagħti lok għall-proġetti marbutin mal-politika ta' integrazzjoni nazzjonali.", "Fl-2019 se tkompli l-addattazzjoni ta' pajjiżna fuq ir-ritorn involontarju u dak sforzat.", "Fir-rigward tal-Korp tal-Pulizija u l-Armata, ninsabu għaddejjin bi proġetti kbar.", "Fil-fatt, matul l-2018 kellna diversi proġetti li ġew konklużi.", "Insemmi x-xiri ta' scanner għad-Dwana u tagħmir ġdid għall-Armata, fosthom l-offshore patrol vessel ġdida li se tiswa lill-pajjiż madwar €50 miljun, li €30 miljun minnhom huma ffinanzjati mill-programm ta' sigurtà interna.", "Il-mira għas-sena d-dieħla hija li nkomplu niffokaw fuq titjib u tagħmir ġdid għall-Korp tal-Pulizija, l-Armata u entitajiet nazzjonali li jiggarantixxu s-sigurtà f'pajjiżna.", "F'dak li għandu x'jaqsam mat-tagħlim u l-edukazzjoni, insemmi l-programm Erasmus Plus li bħalissa qed jgħin setturi ta' għaqdiet ta' żgħażagħ, studenti u għalliema jkomplu jitħarrġu lil hinn minn xtutna.", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-qasam marittimu, fejn għandna l-Fond Ewropew għas-Sajd.", "Bħalissa għaddejjin b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, bi proġetti varji.", "Insemmi, fost oħrajn, il-breakwater fil-Ponta tal-Qrejten u t-tenders li ħerġin għal slipways u pontoons għas-sajjieda fl-Imġarr, Għawdex u postijiet oħrajn.", "Kif qed naraw, il-ħidma ma taqta' xejn!", "Insemmi l-proġetti li għaddejjin permezz tal-iskemi fuq programmi territorjali fil-Mediterran.", "Fir-rigward tal-Programmi Bilaterali, insemmi n-Norwegian Funds u l-EA Funds li se jkunu indirizzati lejn settur vulnerabbli.", "Hawn qed nitkellmu dwar fondi li se jmorru għat-tfal bl-awtiżmu, dawk esklużi soċjalment, l-arkivji tal-mużewijiet marittimi, restawr tal-istess mużew fil-Birgu u apparat għall-Isptar Mater Dei u għall-bank tad-demm, fost oħrajn.", "Rigward il-fondi diretti mill-Unjoni Ewropea, għaddejjin b'capacity building għas-sena li ġejja, studji u għarfien aħjar għall-fondi diretti li nagħmlu mal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Horizon 2020, Life Plus, Creative Europe u COSME.", "Insemmi wkoll id-Diviżjoni għall-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, fejn għaddejjin b'ħidmiet b'aktar enfasi għal wara l-2020, fosthom ir-rwol importanti li għandha din id-Diviżjoni bħala l-awtorità nazzjonali ta' kordinament għall-programmi ta' appoġġ għar-riformi strutturali, li diġà bbenefikajna minnhom u se nkomplu nibbenefikaw minnhom fiż-żmien li ġej.", "Rigward id-djalogu soċjali u l-proposti leġiżlattivi li jiġu studjati mill-MEUSAC, irrid ngħid li l-MEUSAC għandu tliet funzjonijiet prinċipali: l-ewwel li jkun sors ta' informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea, jistimula dibattitu dwar il-miri u l-istrateġiji għat-tul tal-Unjoni biex naraw fejn tinsab u fejn sejra; it-tieni li jiddiskuti l-proposti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea u kif se jolqtu liċ-ċittadini u lill-intrapriżi Maltin, u t-tielet li jagħti għajnuna lill-NGOs, lill-kunsilli lokali u l-kunsilli reġjonali fejn jidħlu programmi iffinanzjati minn fondi Ewropej.", "Aktar tard, il-Ministru Helena Dalli se tidħol aktar fid-dettall dwar id-djalogu soċjali li sar man-nies matul dawn l-aħħar ġimgħat.", "Dan kien eżerċizzju li mexxiet il-Ministru flimkien mal-MEUSAC.", "Kif semmejt qabel, il-MEUSAC jistudja d-direttivi u r-regolamenti li joħorġu minn żmien għal żmien u jlaqqa' lil dawk kollha li jintlaqtu minn dawn ir-regolamenti biex jagħti spjegazzjoni aktar fid-dettall u jipprepara lil Malta biex tirregola ruħha mad-direttivi u regolamenti Ewropej.", "Niġi issa għall-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li r-rwol tiegħu huwa li jlaqqa' flimkien l-imsieħba soċjali, fejn il-unions, l-employers u s-soċjetà ċivili jiddiskutu temi ta' importanza għall-pajjiż.", "M'hemmx bżonn li nsemmi x'ħareġ mil-laqgħat li kien hemm matul dawn l-aħħar snin, però tajjeb ngħid li wieħed ma jqumx filgħodu u jgħid li l-COLA tinħadem ħażin jew li se jibdilha!", "L-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod!", "L-affarijiet isiru b'għaqal, bi prudenza u b'konsultazzjoni wiesgħa mal-imsieħba soċjali kollha.", "Għalhekk huwa importanti li wieħed joqgħod attent kif jitkellem dwar ċerti mekkaniżmi li ilhom maqbula għal diversi snin.", "Saret ħidma f'kull livell, fosthom fil-core group tal-MCESD, fil-Kunsill Primarju, fil-Kumitat Reġjonali ta' Għawdex u fil-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili.", "Diversi suġġetti ġew diskussi, fosthom l-effiċjenza tal-proċess ġudizzjarju, il-programm nazzjonali tar-riforma u edukazzjoni minn perspettivi tal-ħiliet, immexxija mill-Kunsill Nazzjonali.", "Fejn jidħlu fondi Ewropej, sal-aħħar ta' Ottubru 2018, kien hemm 52 sottomissjoni f'applikazzjonijiet b'valur ta' kważi €8 miljuni, 40 proġett li kienu kofinanzjati minn fondi Ewropej, 250 laqgħa ma' individwi, għaqdiet mhux governattivi u kunsilli lokali, fost l-oħrajn, u 321 rikjesta għal informazzjoni dwar fondi tal-EU imwieġba.", "Dan ix-xogħol kollu sar mill-MEUSAC.", "Sinjura President, tajjeb ngħid li l-ħidma li saret fil-qasam soċjali hija b'saħħitha u li ħalliet effett pożittiv.", "Dan huwa Gvern pro-business u viċin in-nies.", "Dan hu l-mudell ekonomiku li bih se nkomplu noħolqu l-ġid, liema ġid qed jissarraf f'suċċess li qed jasal għand kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, nibda billi nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia u lill-Ministru Helena Dalli għax-xogħol tagħhom.", "Nirringrazzja wkoll lill-kelliema kollha ta' qabli għall-kontribut f'dan id-dibattitu.", "Minn dak li segwejt, jidher li kien wieħed mill-aktar dibattiti kostruttivi.", "Nirringrazzja wkoll lill-membri kollha tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Affarijiet Ewropej li nippresiedi jien, li minn żmien għal żmien jagħtu wkoll input kostruttiv.", "Fil-ħin li għandi se nitkellem dwar suġġetti li jinteressaw lin-nies.", "Nibda billi nitkellem dwar Brexit, li ilna nitkellmu fuqha minn Ġunju 2016.", "Dan huwa suġġett importanti kemm jekk ikun hemm tluq ordnat u anke fil-każ li ma jkunx hemm tluq ordnat.", "Il-Gvern, u anke jien personalment bħala deputat, naqblu li għandu jkun hemm tluq ordnat, għaliex dan jagħti ċertezza kemm bħala withdrawal agreement kif ukoll fir-relazzjoni futura li l-Unjoni Ewropea jkollha mar-Renju Unit.", "Ejja niftakru li r-Renju Unit huwa pajjiż importantissimu kemm għal Malta bħala Stat Membru kif ukoll għall-Unjoni Ewropea.", "Biss, jista' jagħti l-każ li jkun hemm xenarju ieħor jekk ikun hemm tluq li mhux ordnat li f'termini sempliċi jfisser li ma jkunx hemm ftehim aħħari bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "Madwar ġimagħtejn ilu kellna l-okkażjoni fejn il-Prim Ministru u l-Ministru Helena Dalli ġentilment tawna brief fil-Parlament dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward ta' Brexit.", "Il-Ministru Dalli kienet tant ġentili li ġiet anke quddiem dan il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Affarijiet Ewropej flimkien mal-esperti tagħha fil-Ministeru biex tispjegalna aktar dwar l-aħħar żviluppi.", "Jidher li kien hemm qbil fuq 95% tat-temi, imma fadal 5%, fejn għad ma ntlaħaqx qbil.", "Dawn jinkludu issues importanti, bħalma huma l-fruntiera ta' Northern Ireland mal-Irlanda, x'se jiġri mill-Customs Union, x'se jiġri mill-ġurisdizzjoni tal-European Court of Justice, u min se jkollu ġurisdizzjoni u kompetenza fuq il-withdrawal agreement.", "Dawn huma kollha punti li jolqtu s-sovranità tar-Renju Unit, kif ukoll id-drittijiet taċ-ċittadini, kemm iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jinsabu barra mir-Renju Unit, kif ukoll ċittadini ta' pajjiżi Ewropej, inkluż Maltin, li jgħixu fir-Renju Unit.", "Ovvjament, huwa importanti li wieħed ikun jaf anke x'se jkunu d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit.", "Sfortunatament għad hemm inċertezzi kbar dwar il-European affairs, speċjalment x'se jiġri jekk ma jkunx hemm tluq ordnat.", "Irrid noqgħod attent li ma nispekulax iżżejjed, għax dan huwa terren spekulattiv, fejn l-affarijiet qed jinbidlu minn ħin għall-ieħor.", "Għandek frameworks, bħalma hija l-World Trade Organization, li jipprevalu fin-nuqqas ta' framework ieħor, għandek liġijiet u ftehimiet bilaterali li rridu naħsbu għalihom, però rridu nserrħu ras min qiegħed jismagħna li l-Gvern qed jaħseb dwar din is-sitwazzjoni.", "M'għandix dubju li l-Ministru se telabora bl-aktar mod elokwenti f'dan ir-rigward.", "Il-Gvern qed jaħseb ukoll għall-possibbiltà li ma jkunx hemm ftehim.", "Kif qed ngħid, dawn l-affarijiet qed jinbidlu mil-lum għal għada u għalhekk tajjeb li nkunu ippreparati.", "Tajjeb ninnotaw ukoll li f'ċerti setturi, il-Kummissjoni Ewropea diġà qed tgħaddi regolamenti li ġew imressqa quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Affarijiet Ewropej biex tirregola ċerti aspetti differenti fejn jidħol transport u recognition of qualifications.", "Huwa importanti li nibqgħu naġġornaw lin-nies dwar din il-ħidma.", "Il-Ministru tatna l-commitment tagħha li se jkun hemm aktar informazzjoni f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt, minn żmien għal żmien, il-Business Advisory Unit fi ħdan il-Malta Enterprise li tħabbar fil-Baġit se jkun qed jagħti aktar informazzjoni lill-micro enterprises, jiġifieri lill-intrapriżi żgħar u medji u lill-businesses b'mod inġenerali.", "Bħala t-tieni punt, nixtieq insemmi l-Multiannual Financial Framework.", "Fi kliem sempliċi, mingħajr ma nsemmi figuri, dan huwa l-pjan finanzjarju għall-perjodu mis-sena 2021 sal-2027.", "Huwa importanti li ngħaddu l-messaġġ li ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna nbidlu totalment minn meta nnegozjajna l-pakkett preċedenti.", "Qed ngħid dan għaliex qed nantiċipa li fid-dibattitu se jkun hemm min iqabbel il-pakkett li jmiss mal-aħħar pakkett li Malta nnegozjat.", "Fil-fehma tiegħi, dan l-argument huwa mill-aħħar fallaċi, għaliex minn dak iż-żmien 'l hawn, Malta nbidlet u mxiet 'il quddiem.", "Nirringrazzjaw lil Alla, li fl-aħħar snin rajna tkabbir ekonomiku bla preċedent.", "Qed ngħid dan mhux b'sens politiku għax, kif nafu, il-pakkett preċedenti nbeda taħt Gvern Nazzjonalista, li mbagħad ġie wżat bl-aħjar mod minn dan l-amministrazzjoni.", "M'hemmx dubju li biex insostnu l-livell ta' tkabbir li rajna, dawn il-fondi kienu importanti.", "Għalhekk għandna nibqgħu naħdmu bħala front magħqud biex nimxu 'l quddiem.", "It-tielet punt li rrid insemmi jirrigwarda l-kwestjoni tal-migrazzjoni.", "Mill-Economic Survey u mill-Estimi jidher li se jkollna increase in revenue fejn jidħlu grants u EU Asylum Migration Fund fejn tajjeb ngħidu li minn €3.4 miljuni fl-2018, is-sena d-dieħla se nitilgħu għal €6 miljuni.", "Tajjeb li fl-aħħar instemgħet il-karba ta' Malta u l-Italja li l-kwestjoni tal-migrazzjoni mhijiex problema ta' membru stat, imma hija problema tal-Ewropa.", "Għalhekk din il-problema għandha tiġi ttrattata f'dan il-kontest Ewropew.", "Kien hemm żieda wkoll fl-Internal Security Fund li jittratta l-issues ta' borders u visas fejn minn €10 miljuni fl-2018 tlajna għal €24 miljun fl-2019.", "Dan juri li l-immigrazzjoni se tibqa' fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea u bħala pajjiż irridu nibqgħu nagħfsu fuq din l-aġenda.", "Fil-fatt illum il-ġazzetti rrapportaw lill-Ministru Helena Dalli tgħid li jrid ikun hemm pjan strutturat fil-mod kif nindirizzaw din l-isfida.", "Ma nistgħux nibqgħu nindirizzaw il-problemi tal-immigrazzjoni ad hoc, meta tinqala' ċirkostanza.", "Irrid ngħid ukoll li mhux se jkun faċli li naslu għal ftehim Ewropew, għax hemm ħafna interessi differenti.", "Fil-fatt ninkwieta meta nara li qed imorru għal politika tal-lemin estrem fejn tidħol l-immigrazzjoni.", "Mill-polls li saru anke fi Franza, jidher li għandek dan is-sentiment qawwi tal-lemin estrem li huwa inkwetanti ħafna.", "Għalhekk huwa importanti li jkollna makkaniżmi strutturati f'dan is-sens.", "Irrid nindirizza wkoll punt li qajjem l-Onor.", "Hija ħasra li semma punt wieħed, meta hawn tant temi importanti oħrajn, inkluż Brexit, li ma semma xejn dwarha.", "Busuttil huwa ffissat fuq issue waħda li qed ikompli jħambaq dwarha.", "Huwa tajjeb li nieħdu nota ta' dak li tgħid l-Unjoni Ewropea, però, fl-istess ħin ma rridux inkunu the best boy in class fejn dak li tgħidilna l-Unjoni Ewropea huwa kollu tajjeb u bħala pajjiż ma nistgħux nagħmlu l-każ tagħna!", "Hawn insemmi, pereżempju, is-servizzi finanzjarji fejn qed nieħdu miżuri biex nindirizzaw l-isfidi f'dan il-qasam.", "Hemm ħidma għaddejja miċ-Chairman, il-Profs.", "John Mamo u mis-CEO Joseph Cushieri, li komplew fuq il-ħidma li saret minn dawk li kienu responsabbli fis-snin passati.", "Din mhijiex kwestjoni ta' politika partiġjana, imma kwestjoni ta' ħidma kontinwa.", "Qed nibnu diversi strutturi biex nindirizzaw ċerti sfidi.", "Baqgħalna x'nagħmlu, għalhekk hemm ħidma kontinwa.", "L-Onor.", "Busuttil għoġbu jsemmi biss il-Pilatus Bank, waqt li ma semma xejn dwar is-Satabank u n-Nemea Bank.", "Bir-rispett kollu, ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Busuttil jista' jaħseb li jqum filgħodu u jgħid lill-bank biex jagħlaq!", "Allaħares kellna nagħmlu hekk, għax ma jiġi l-ebda bank ieħor f'pajjiżna!", "Meta tinbeda proċedura biex tagħlaq bank, jiskattaw ċerti proċeduri, fejn l-amministrazzjoni tal-bank tittieħed minn ħaddieħor biex jiġu protetti l-investituri.", "Fir-rigward tan-Nemea Bank, il-proċess ilu li beda aktar minn sena u għadu għaddej.", "Kien hemm proċess biex ingħalaq il-Pilatus Bank, kif sar fir-rigward ta' banek oħrajn.", "Din hija xi ħaġa normali ladarba għandna settur vibranti li miexi 'l quddiem.", "L-importanti li naġixxu u nibqgħu inkunu vigorużi.", "Nerġa' ngħid, ma jfissirx li rridu nieħdu b'vanġelu dak kollu li tgħidilna l-Unjoni Ewropea.", "Għaddejjin bil-ħidma tagħna anke fir-rigward tal-ħasil tal-flus, fejn nemmen li hemm bżonn ta' aktar ħidma anke mill-Unjoni Ewropea, għax il-kriminalità organizzata hija aktar transborder milli f'pajjiż partikolari.", "Irrid insemmi wkoll it-tax harmonisation, fejn smajna lill-Kummissarju Ewropew Pierre Moscovici jgħidilna li - jidhirli permezz ta' artikolu 116 - jista' jgħaddi tax harmonisation measures anke b'simple majority bl-interpretazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona.", "Aħna ma naqblux ma' dan!", "Mela f'dan il-pajjiż, għax jgħid xi ħaġa Kummissarju Ewropew, bilfors irridu naqblu magħha?", "Aħna ma naqblux u nittama li l-Oppożizzjoni taqbel magħna dwar dan, għax fejn tidħol l-armonizzazzjoni ta' taxxa, bħala pajjiż, irridu nkunu front magħqud li nopponu dan.", "Aħna rridu nissalvagwardjaw l-impjiegi tagħna f'setturi bħas-servizzi finanzjarji u r-remote gaming.", "Jekk jgħaddu dawn il-miżuri li qed jipproponi l-Kummissarju Moscovici, dawn is-setturi f'pajjiżna jispiċċaw.", "Insemmi wkoll il-kwestjoni tal-VAT fuq il-yacht leasing, fejn Malta, Ċipru u l-Greċja ġew akkużati li r-reġim tagħhom mhux konformi, imma mbagħad niskopru li hemm pajjiżi oħra, bħal Franza, li għandhom bejn wieħed u ieħor l-istess skemi bħalna.", "Fil-fatt, il-Ministru għall-Finanzi qed jagħmel tajjeb li jirrispondi għal dawn l-akkużi – għad m'hemmx infringement u l-proċedura għadha fil-bidu – billi jispjega eżattament x'inhi l-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "L-Onor.", "Busuttil qed ikun daqstant selettiv u se ngħid għalfejn qed ngħid dan.", "The Malta Independent online tat-3 ta' Jannar 2012 tgħid, u nikkwota:", "Busuttil kien MEP jew special envoy tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien u d-deputati tal-Partit Nazzjonalista lanqas kienu qed jaqblu xi draft se jibagħtu lill-GRECO.", "Aħna għaddejna l-liġi, u rrid insemmi x'qalet il-GRECO f'Mejju 2012 fuq il-kwestjoni tal-finanzjament tal-partiti.", "Nikkwota minn artiklu ta' The Malta Independent online tat-13 ta' Mejju 2012:", "Fl-2012, konna fost tlieta mill-agħar pajjiżi minn lista ta' 46 pajjiż.", "Bir-rispett kollu, jekk se ssemmi l-GRECO, semmi r-rapporti kollha tal-GRECO, fosthom ir-rapport li ħareġ f'Marzu 2017 li nistieden lill-membri tal-Kamra biex jaqrawh.", "Dan ir-rapport isemmi li kien hemm 9 miżuri x'jitwettqu, fejn erbgħa saru in full, erbgħa saru in part u waħda għadha trid titwettaq.", "Aħna mhux qed ngħidu li aħna perfetti, però żgur li qed nagħmlu ħafna f'dan ir-rigward.", "Bħala pajjiż mhux se nibżgħu minn artikolu 7 li qisu bħal xi tip ta' dixxiplina li tista' tieħu l-Unjoni Ewropea kontra kull pajjiż stat membru.", "Irrid nag]milha ċara li m'hemmx lok li l-Unjoni Ewropea tapplika dan l-artikolu kontrina!", "Ejja ngħiduha ċara.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni, korrettement, qal li tali miżuri jkunu devastanti fuq pajjiżna.", "Bħala pajjiż, għandna istituzzjonijiet daqs kull stat membru ieħor.", "Jien iltqajt mal-GRECO fejn spjegajnielhom kif jaħdmu l-istituzzjonijiet f'pajjiżna.", "Għandna istituzzjonijiet perfetti?", "Le, imma għiduli liema pajjiż fl-Unjoni Ewropea kellu l-proċessi demokratiċi tiegħu perfetti f'dawn l-aħħar 40 sena !", "Jien ma naf bl-ebda pajjiż!", "Sinjura President, nagħlaq billi nirringrazzja lill-Kumitat għall-ħin li tani għal dan l-intervent.", "Kelli ħafna aktar x'ngħid, imma mhix problema, għax nista' nikteb xi żewġ artikli biex nelabora fuq dawn il-ħsibijiet.", "Nirringrazzja lil kulħadd għal dan id-dibattitu importanti, speċjalment fir-rigward tal-Brexit li huwa l-aktar punt li qed jolqot liċ-ċittadin bħalissa.", "Nerġa' ngħid li importanti li jkun hemm ħafna informazzjoni u dibattitu matul il-ġimgħat li ġejjin biex nissalvagwardjaw l-interessi ta' Malta u taċ-ċittadini tagħna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Onor. Zammit Lewis, se tpoġġi l-artiklu li rreferejt għalih fuq il-Mejda tal-Kamra?", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, nista' nipprintjah jew nagħtik il-link ta' fejn jista' jiġi aċċess.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, bil-permess tal-Onor.", "Zammit Lewis, nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika.", "L-Oppożizzjoni taqbel mal-Gvern fuq il-kwestjoni tal-VAT fuq il-yacht leasing u l-armonizzazzjoni tat-taxxi, jiġifieri aħna ma naqblux mal-Kummissarju Ewropew Moscovici u lanqas mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-infringement proceedings li bdew dwar il-VAT fuq yacht leasing.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, għażilt li nitkellem fuq l-estimi ta' dan il-Ministeru għaliex nemmen li dan huwa Ministeru importanti ħafna fil-ħidma ta' dan il-Gvern, mhux biss f'din il-leġiżlatura, imma anke fil-leġiżlatura li għaddiet taħt format differenti.", "Permezz ta' dan il-Ministeru stajna nagħmlu ħafna tibdil fis-soċjetà Maltija, fil-liġijiet tagħna u fil-mod ta' kif inħarsu lejn persuni differenti.", "Għaldaqstant, qabelxejn nixtieq nifraħ lill-Ministru Helena Dalli li qed tagħmel biċċa xogħol tajba ħafna, fejn bis-saħħa tax-xogħol minn dan il-Ministeru rnexxielna nbiddlu lil dan il-pajjiż.", "Illum pajjiżna ma jintgħarafx minn sitt snin ilu, mhux biss fiżikament u infrastrutturalment, imma speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet ta' diversi persuni f'pajjiżna.", "Meta llum wieħed iqabbel pajjiżna ma' sitt snin ilu, żgur li jsib aktar persuni li jħossuhom ulied pajjiżna u parti mill-komunità Maltija.", "Dawn huma persuni li forsi sa ftit tas-snin ilu kienu jgħixu bil-moħbi.", "Dawn huma persuni li kienu jiddejqu jmorru l-bank għax jistħu juru l-karta tal-identità tagħhom li kienet turi persuna li ma kenitx il-persuna li huma jħossu li huma.", "Permezz ta' dan il-Ministeru u diversi ħidmiet minn Ministeri oħrajn, saret bidla kbira biex dan il-Gvern ineħħi l-mistħija ta' dawn il-persuni li qabel kienu żvantaġġjati u diskriminati.", "Minn pajjiż li l-liġijiet tiegħu kienu jirriflettu aktar il-moralità ta' xi erba' politiċi li kienu jmexxu l-pajjiż u li ħasbu li kellhom f'idejhom id-dritt li jimponu fuq ħaddieħor il-moralità tagħhom, illum għandna soċjetà aktar miftuħa u reali.", "Meta nħares lejn l-amministrazzjoni ta' qabel l-2013, fir-rigward ta' dan is-settur kellna amministrazzjoni li għażlet li titfa' rasha fir-ramel u tinjora r-realtajiet ta' dawn il-persuni li kienu qed ibatu.", "Fi żmien li għamilt naħdem fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta stajt nagħraf it-tbatijiet li kienu jgħaddu minnhom dawn il-persuni u l-mod kif l-amministrazzjoni ta' dak iż-żmien m'għarfitx din ir-realtà li kien hemm f'pajjiżna.", "Illum, għall-grazzja t'Alla, f'din il-Kamra hawn kunsens ġenerali, ħlief forsi għal xi ftit eċċezzjonijiet, li f'dan is-settur imxejna ħafna 'l quddiem.", "Naħseb li meta 20 jew 30 sena oħra nħarsu lura lejn ir-riżultati li ġab dan il-Gvern, żgur li se nibqgħu niftakru lil dan il-Gvern bħala wieħed riformista, li ġab bidliet bla preċedent f'dan il-pajjiż, b'ħafna minnhom saru minn dan il-Ministeru li kien il-fulkrum ta' din il-ħidma.", "Illum, meta nħarsu lura, naraw li saru tant bidliet fl-aħħar snin.", "Pereżempju, dan l-aħħar żidna n-numru ta' persuni li jistgħu jivvotaw meta naqqasna l-età minn 18 għal 16-il sena.", "Meta ġejna għal dak id-dibattitu, ħarisna lejn x'għamlu gvernijiet ta' qabilna u sibna li kien hemm żmien fejn mhux kulħadd kellu d-dritt tal-vot.", "Kien hemm żmien meta kien jagħmel differenza jekk kontx fqir jew sinjur jew jekk intix mara jew raġel.", "Meta llum inħarsu lura, nindunaw kemm ta' qabilna damu biex daħħlu ċerti drittijiet.", "L-istess bħal meta nħarsu lejn id-dritt tad-divorzju; minkejja li issa ilna biss ftit snin li daħħalna dan id-dritt u minkejja l-biża' kollha li kien hemm min beżżagħna biha, illum nafu li ma ġara xejn ta' barra minn hawn u kważi kważi taħseb li ilu ħafna snin li daħħalna dan id-dritt.", "Niftakarni li bħala student fl-Università kont nagħżel ħafna suġġetti marbuta ma' dawn id-drittijiet biex niddibattihom.", "Minn hawn insellem, fost oħrajn, lil Dr Ruth Farrugia.", "Dak iż-żmien, bħal-lum, kelli opinjoni b'saħħitha fuq dawn id-drittijiet, minkejja li ma kelli bżonn l-ebda dritt personalment.", "Fil-fatt, ma kontx nemmen li pajjiżi seta' jagħmel din il-qabża fid-drittijiet ċivili li rajna jidħlu matul l-aħħar snin.", "Għaldaqstant, jien verament kburi li l-ewwel vot tiegħi bħala Membru Parlamentari f'din il-Kamra u bħala Whip kien favur l-ewwel liġi li għaddejna matul din il-leġiżlatura għal żwieġ indaqs.", "Quddiemna għandna sfidi ġodda sabiex inkomplu nibdlu lil dan il-pajjiż.", "Il-grupp Parlamentari ta' din in-naħa tal-Kamra huwa bil-għatx għall-bidla.", "Meta niddiskutu bejnietna fil-laqgħat tal-Kabinett u anke fil-kariga ta' Whip, fejn jitkellmu miegħi ħafna mill-membri, jimpresjonani dan l-għatx kbir għal bidla f'diversi oqsma, inkluż dawk li ma jaqgħux taħt dan il-Ministeru.", "Nispera li matul din il-leġiżlatura nilħqu ftehim sabiex nagħtu aktar drittijiet lil persuni oħrajn u niddibattu ċerti riformi.", "Pereżempju, wasal iż-żmien li ma nibqgħux nitfgħu l-persuni l-ħabs fuq il-prostituzzjoni.", "Illum huwa totalment inaċċettabbli li persuna tintbagħat il-ħabs fuq każi bħal dawn, għax bħala soċjetà ma qed nieħdu xejn lura.", "Sinjura President, għalkemm id-dipartimenti f'dan il-Ministeru qed jaħdmu qatigħ għal aktar drittijiet tal-persuni, quddiemna għandna periklu li ġej mill-Oppożizzjoni.", "Qed ngħid dan, għax quddiemna għandna Oppożizzjoni li politikament mhijiex ippreparata.", "Quddiemna għandna Oppożizzjoni li tiġi fil-Parlament tikkwota statistiċi u figuri ħżiena, għax lanqas tindenja ruħha tiċċekkja l-fatti.", "Rajna Kap tal-Oppożizzjoni li ġie f'din il-Kamra jgħidilna li għola l-ħalib, meta dan mhux minnu.", "Rajna Kap tal-Oppożizzjoni li kemm-il darba jgħidilna li mhuwiex politiku, għax għadu ma fehemx li llum qed jokkupa kariga kostituzzjonali u għaldaqstant jeħtieġ li jagħtiha l-attenzjoni meħtieġa.", "Meta f'din il-Kamra kien hawn id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, jien kont f'dibattitu televiżiv fuq TVM mal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius fejn dort fuqu u staqsejtu jgħidli kemm għola l-ħalib.", "Fid-dagħdija tal-Oppożizzjoni li tonqos milli tiċċekkja l-affarijiet, qalli li l-ħalib għola bi 20c għal €1.20.", "Jien dort fuqu u għedtlu li kien żbaljat.", "Agius baqa' jmerini f'dak il-programm u minn dakinhar sal-lum ma rajt l-ebda dikjarazzjoni pubblika min-naħa tiegħu sabiex għall-inqas jiskuża ruħu mat-telespettaturi li kienu qed jarawna talli żgwidahom.", "Però, ħalli nerġa' niġi għall-argument li quddiemna għandna Oppożizzjoni li hi periklu għall-pajjiż.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel diskors li tliet kwarti minnu kien ikkaratterizzat minn biża', speċjalment lejn persuni barranin.", "Huwa għażel li jikkwota figuri żabljati kemm fin-numri kif ukoll fil-mod kif iddeskriva l-input tal-persuni barranin vis-à-vis l-ekonomija Maltija, kif spjega l-għada l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni pprova jbeżża'.", "Issa jien ipprovajt nifhem x'qed jipprova jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni u għalfejn għall-ewwel darba f'pajjżna għandna Kap ta' Partit li huwa wieħed mill-ikbar żewġ partiti f'dan il-pajjiż - partiti żgħar għamlu dan id-diskors ta' lemin estrem - li qed jieħu din it-triq u jagħżel din it-tip ta' politika.", "Irridu niftakru li għandna Kap tal-Oppożizzjoni li politikament ma tiġihx waħda tajba.", "L-Onor.", "Delia spiċċa tilef saħansitra l-fiduċja ta' xi wħud minn ta' madwaru!", "Fejn jidħlu ideat politiċi mhux qed tiġih waħda tajba, tant li l-polls, wieħed wara l-ieħor, qed juru li n-nies m'għandiex fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Għalhekk, il-Kap tal-Oppożizzjoni ħares ftit madwaru u ra li fl-Italja u fl-Ungerija, partiti li ma kenux popolari, irnexxielhom jitilgħu fil-gvern, għaliex użaw it-tattika tal-lemin estrem billi beżżgħu bil-barranin fil-pajjiż.", "Nemmen li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jikkopja din l-istrateġija, għax ħaseb li bħalma ħadmet f'dawn il-pajjiżi, tista' taħdem f'Malta wkoll.", "Però, ir-realtà f'Malta hija kompletament differenti mir-realtà f'dawn il-pajjiżi.", "Insemmi, pereżempju, ir-rata għolja ta' qgħad fl-Italja, inkluż fost iż-żgħażagħ u r-rata ta' qgħad f'Malta li hija kważi ineżistenti.", "Għandna pajjiż fejn hemm bżonn li jkollna aktar persuni barranin jadmu f'pajjiżna, għax mhux talli hawn xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, iżda neħtieġu aktar ħaddiema bit-tkabbir fl-ekonomija li rajna fl-aħħar snin.", "Insemmi ż-żieda ta' nisa fid-dinja tax-xogħol u ż-żieda ta' aktar mid-doppju tal-persuni b'diżabilità li bdew jaħdmu, fejn tajniehom id-dinjità li jistħoqqilhom.", "Għaldaqstant, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien skorrett u perikoluż fid-diskors tiegħu.", "Qed ngħid dan, għax meta inti titkellem ma' dawk li jappoġġjawk b'dak it-ton, ir-riżultat se jkun li nibdew nisimgħu kummenti estremi.", "Eżempju klassiku ta' dan kien il-kliem li qal l-Onor.", "Claudio Grech, meta fuq programm ta' NET Television, qabbel l-open centre tal-Marsa max-xadini!", "Issa biex inkun korrett, jien qatt ma smajt lill-Onor.", "Grech jitkellem b'dan il-mod f'din il-Kamra, u fil-fatt wara għamel apoloġija ta' dan il-kliem.", "Fl-aħħar tad-diskors se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu mill-ġurnal Malta Today li rrapportat kemm dan il-kliem estrem tal-Onor.", "Grech kif ukoll l-apoloġija tiegħu.", "L-argument tiegħi hu li meta jkollok il-Kap tal-Oppożizzjoni li jitkellem b'ċertu mod, dan se jiġi rifless f'diskorsi oħrajn li jsiru.", "Nifhem li l-Onor.", "Grech jikkontesta fuq il-Marsa u nifhem ukoll li forsi l-unika soluzzjoni li l-Partit Nazzjonalista kellu għan-nies tal-Marsa kien li jiftaħ l-open centre u mbagħad naraw x'jiġri.", "Jien nappella lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex joqgħod ferm aktar attent fil-kliem tiegħu.", "Għaldaqstant nispera li hemm nies viċin il-Kap tal-Oppożizzjoni li jixtiqulu l-ġid u lesti li jiftħulu għajnejh biex ma jerġax juża dak it-tip ta' diskors fil-konfront ta' persuni barranin li qed jaħdmu ġewwa pajjiżna.", "Diskors estrem mhux floku f'din il-Kamra.", "Sinjura President, quddiemna għad għandna diversi sfidi.", "Bħala Gvern ksibna diversi riżultati, imma se nkomplu nilleġiżlaw biex nagħtu aktar drittijiet.", "Nieħu pjaċir li llum nara li pajjiżi mexa tant 'il quddiem fejn jidħlu drittijiet ta' diversi persuni, imma nemmen li għadna ma lħaqniex il-quċċata.", "Kburi ngħid li pajjiżi oħrajn qed iħarsu lejn Malta bħala mudell u qed jikkopjaw il-leġiżlazzjoni tagħna, però nemmen li rridu nkomplu naħdmu b'risq dan il-qasam.", "Ejja nkomplu nibdlu lil dan il-pajjiż!", "Jekk hemm imqar persuna waħda li ma tħosshiex parti minn dan il-pajjiż minħabba li forsi għadha qed tiġi diskriminata u tixtieq aktar drittijiet, ifisser li fadlilna ħafna ħidma quddiemna.", "Ejja naraw li ma nċaħħdu lil ebda persuna mid-drittijiet tagħha!", "Ejja npoġġu bilqiegħda madwar mejda biex niddiskutu sabiex inkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-dokument.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "Infakkrek li għandek sal-5.08 p.m għad-dispożizzjoni tiegħek.", "HELENA DALLI: Sinjura President, nibda billi nirringrazzja lill-Membri kollha tal-Gvern u l-Oppożizzjoni li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Nirringrazzja wkoll liż-żewġ Segretarji Permanenti, lill-istaff tiegħi, lill-istaff tal-EU Secretariat u l-Permanent Representation għax-xogħol tagħhom.", "Il-kelliem tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Stellini, ma sabx x'jikkritika fl-operat tal-EU Secretariat, fuq ix-xogħol li nagħmlu f'Dar Malta u fuq ix-xogħol tal-Ministeru u minflok għażel li jitkellem biss fuq il-libertà tal-espressjoni, fil-fehma tiegħi b'mod żbaljat.", "Qed ngħid dan għax l-Onor.", "Stellini tkellem ħafna fuq il-libertà, però m'għamel l-ebda aċċenn fuq ir-responsabbiltà tal-istess diskors u l-limiti tad-dritt tal-espressjoni hekk kif stabbilit fil-Konvenzjoni Ewropea.", "Jien se ngħidlu x'jgħid eżatt l-artiklu dwar il-libertà tal-espressjoni, għax għamel madwar kwarta jitkellem dwar il-libertà tal-espressjoni b'mod selettiv.", "Artiklu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea jgħid hekk:", "Kulħadd għandu d-dritt għal-libertà ta' espressjoni.", "Dan id-dritt jinkludi l-libertà li jkollu opinjonijiet u li jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika u mingħajr ma jittieħed kont ta' fruntieri.", "Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi Stati milli jeħtieġu liċenzi għax-xandir, televiżjoni jew impriżi ċinematografiċi.", "L-eżerċizzju ta' dawn il-libertajiet, billi jġib miegħu dmirijiet u responsabbiltajiet, jista' jkun suġġett għal dawk il-formalitajiet, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew penali kif preskritti b'liġi u li jkunu meħtieġa f'soċjetà demokratika, fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali, integrità territorjali jew sigurtà pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil ta' delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, għall-protezzjoni tar-reputazzjoni jew drittijiet ta' ħaddieħor biex jiġi evitat il-kxif ta' informazzjoni riċevuta b'sigriet, jew biex tiġi miżmuma l-awtorità u l-imparzjlità tal-ġudikatura.\".", "Qed nikkwota verbatim u speċifikament għal dan il-każ tal-X Factor fejn ir-responsabbiltà kienet fuq ix-xandir tal-Istat.", "Il-PBS huwa fid-dmir li jieħu ħsieb l-obbligi tiegħu.", "Kien proprju għalhekk li jien u l-Ministru Owen Bonnici ħriġina dik l-istqarrija.", "Huwa ħażin li nitkellmu fuq il-libertà tal-espressjoni mingħajr ma nitkellmu fuq ir-responsabbiltajiet.", "Ħafna drabi, fil-kors tal-liġi, iġibu dan l-eżempju biex jgħallmu lill-istudenti tal-liġi: Jien nista' mmur f'ċinema u nibda ngħajjat, fire, fire!", "Kulħadd jagħmel stampede, jinħoloq paniku, imutu n-nies u mbagħad ngħidilhom li kelli l-libertà tal-espressjoni li ngħid li hawn nar, sempliċement għax għandi l-libertà tal-espressjoni li ngħid li rrid.", "Dan mhux il-każ!", "Il-libertà tal-espressjoni tiġi bir-responsabbiltà!", "Ma tistax tagħmel ħsara b'dak li tgħid.", "Jien nista' nagħti intervista lill-PBS u ngħidilhom li s-sigaretti tajbin għas-saħħa u z-zokkor jagħmillek il-ġid u l-PBS, mingħajr ma jġibu disclaimer jew jeditjaw l-intervista, ixandruha?", "Żgur li le!", "Naħseb li l-PBS ikun irresponsabbli li kieku jagħmel hekk meta għandu l-obbligu li jgħallem u jeduka lill-poplu.", "Dak li qal Matthew Grech f'X Factor kien falz meta qal li hu gay u issa qed jistenna biex isib mara ħalli jiżżewwiġha.", "Kliem bħal dan jagħmel ħafna ħsara.", "Jiddispjaċini li qed ikolli nerġa' nidħol f'dan l-argument, però billi dan kien kulma kellu xi jgħid l-Onor.", "Stellini fuq l-operat tal-EU, ikolli nwieġbu.", "Din mhijiex kwestjoni ta' mibegħda, hate speech jew reliġjon, imma hija biss miżinformazzjoni li tagħmel ħafna ħsara.", "Aħna ninkwetaw li tingħata din l-informazzjoni ħażina, għax l-istatistika turina li l-aktar rata għolja ta' suwiċidju fost iż-żgħażagħ hija fost żgħażagħ LGBTIQ li ta' 14-il sena u 15-il sena jkunu jridu jitkellmu mal-familji tagħhom dwar il-personalità tagħhom, dak li ngħidulu coming out.", "Hawn irridu niftakru minn xiex ikun għadda dak it-tifel li min jaf kemm ikun ilu jiġi bullied l-iskola u l-qtigħ il-qalb biex isib il-kuraġġ li jgħid lill-ġenituri tiegħu li huwa gay.", "Lil dik l-omm jew missier ma tagħtihomx tort li meta jaraw lil xi ħadd fuq it-televiżjoni jgħid li kien gay u issa qed ifittex mara biex jiżżewweġ, jibdew jgħidu lit-tifel tagħhom: Qed tara, dak kien gay u issa qed ifittex mara biex jiżżewwiġha!", "Dik kienet il-problema dwar dik l-intervista, u għalhekk li jien u l-Ministru Owen Bonnici ħassejna d-dover li nitkellmu u ngħidu li l-PBS ma kellux ixandar dik l-intervista.", "Nerġa' ngħid li din mhijiex kwestjoni ta' mibegħda, reliġjon jew intolleranza, imma min jitkellem fil-pubbliku għandu jagħmel dan b'responsabbiltà.", "Aħna għedna li l-PBS għandu l-obbligu li jgħallem u għalhekk kellu l-obbligu li ma jxandarx dik l-intervista bil-mod kif ġiet imxandra.", "Nixtieq li meta l-Onor.", "Stellini jikkwota d-drittijiet tal-bniedem, jikkwota kollox, inkluż il-fatt li wieħed għandu l-libertà tal-espressjoni li magħha ġġorr ir-responsabbiltà.", "Ma nistgħux noħolqu sitwazzjoni fejn kulħadd jista' jgħid li jrid mingħajr ma nħarsu lejn l-effett ta' dak li jkun qed jingħad.", "L-Onor.", "Stellini appella lill-Gvern biex ma narawx lin-nies bħala numri.", "Huwa minnu li l-Onor.", "Stellini m'ilux ħafna fil-Parlament, imma meta nitkellmu fuq il-minoranza LGBTIQ, tajjeb infakkru li taħt gvernijiet Nazzjonalista, din il-minoranza lanqas biss kienet rikonoxxuta f'dan il-pajjiż.", "Kien Gvern Nazzjonalista li ħalla lil Joanne Cassar tmur tiġġieled għad-drittijiet tagħha fil-Qorti Ewropea.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li astjena meta ġejna għall-vot fuq l-unjoni ċivili.", "Għalhekk naħseb li huwa l-Partit Nazzjonalista li jara n-nies bħala numri u mhux min jimbotta biex kull persuna, hi min hi, f'dan il-pajjiż, tkun ċittadin bħal kulħadd minflok ma tħalli sitwazzjoni fejn ikollok second class u first class citizens.", "Hemmhekk tkun qed tara lin-nies bħala numri!", "Sinjura President, se nitkellem bħala l-Ministru responsabbli mill-ugwaljanza u mid-drittijiet tan-nisa, għax minn dik l-intervista 'l hawn inqalgħet kwestjoni oħra.", "Hawn irrid ngħid li n-nisa u t-tfajliet mhumiex fniek!", "Qed ngħid dan fil-kontest ta' dak li qiegħed jingħad u jixxandar bħalissa fuq il-periklu tal-kontraċezzjoni!", "Dan meta bħala Gvern, is-sena li għaddiet, anke jekk kien diffiċli, ħdimna biex daħħalna l-emergency contraception, għax hekk kien hemm bżonn.", "Issa hawn min ħareġ jitkellem fuq il-periklu tal-kontraċezzjoni!", "Dan huwa kliem irresponsabbli għat-tfajliet u għan-nisa tagħna, mhux biss minħabba r-riskju ta' tqala jekk inti ma tużax kontraċezzjoni, imma anke minħabba l-mard li tista' tieħu.", "Araw x'irresponsabbiltà ta' diskors!", "Nispera li issa ma jkunx hawn min jiskuża dan il-kliem bl-iskuża tad-dritt tal-espressjoni!", "Iva, kulħadd għandu d-dritt tal-espressjoni, imma ħadd m'għandu d-dritt jgħid li l-kontraċezzjoni hija perikoluża.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-ħajjiet tan-nies!", "Nemmen li tagħlim għandna bżonn u mhux tbeżżigħ!", "Meta smajt u qrajt x'kien qed jingħad, ftakart fil-bużnanna tiegħi, li kienet tgħidli li meta diġà kien kellha għaxart itfal u kienet tmur tqerr, il-qassis kien jgħidilha biex tagħmel tajjeb, għax inkella jkun dnub!", "Kienet tgħidlu li ma kenitx taffordja li jkollha tifel jew tifla oħra, għax kif kienet se titmagħhom!", "Ir-risposta tal-qassis kienet tkun li dudu f'ċagħqa, jgħix!", "Se mmorru lura għal din l-estremità!", "Dan hu l-avvanz li għamel dan il-pajjiż!", "Hemm ħafna diskussjonijiet għaddejjin fuq il-midja soċjali dwar id-dritt tal-espressjoni, però nerġa ngħid li d-dritt tal-espressjoni jiġi bir-responsabbiltà.", "Min qiegħed jgħid li l-kontraċezzjoni hija periklu, qed jagħmel disservizz u ħafna ħsara lit-tfajliet u n-nisa tagħna.", "Kif nafu, diġà għandna problema ta' tfajliet li jagħmlu unprotected sex.", "Għalhekk, diskors bħal dan huwa irresponsabbli għall-aħħar!", "Stellini għal aktar responsabbiltà meta jitkellem f'din il-Kamra.", "L-Onor.", "Stellini seta' uża l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħu biex jitkellem fuq l-operat ta' dan il-Ministeru, imma għażel mod ieħor.", "Issa, huwa minnu li għandu d-dritt li jitkellem dwar xiex irid, imma aħna l-membri ta' din il-Kamra għandna ħafna responsabbiltà lejn min qiegħed jismagħna.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Claudette Buttigieg għall-kummenti li għamlet, u fil-ftit ħin li għandi se nipprova nwieġeb għal dak kollu li ġie mistoqsi.", "Nikkonferma li s-Sur Joe Gerada se jkun qiegħed jagħti s-servizz tiegħu bħala Chairperson tat-Tribunal Industrijali.", "Nikkonferma wkoll li saru l-emendi fir-rigward tat-Tribunal Industrijali, u dan l-aħħar il-Qorti kkonfermat li dawn l-emendi jirrispettaw l-indipendenza tat-tribunal.", "Dwar ir-Radiation Protection Board, dan il-bord ġie mwaqqaf u l-aħbar dehret fil-gazzetta tal-Gvern.", "Dwar l-OHSA u l-ħaddiema barranin, qegħdin nagħmlu l-gwidi dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u qed nittraduċuhom fl-aktar lingwi komuni li jitkellmu bihom il-maġġoranza tal-ħaddiema barranin f'pajjiżna.", "Fir-rigward tal-ugwaljanza fejn tidħol il-mara, l-Onor.", "Buttigieg qalet li qed tara li l-affarijiet mexjin bil-mod.", "Bħala Gvern irratifikajna l-Konvenzjoni tal-gender based violence u d-domestic violence u għamilna l-liġi biex tkun konformi mal-Konvenzjoni.", "Żidna wkoll il-pieni fuq il-harassment li ħolqu wkoll kontroversja.", "Mela l-ewwel ngħidu li bniedem abbuża u telaq, għax il-liġi ma kenitx tippermetti sentenza ta' piena jew il-piena kienet baxxa wisq, u issa li daħlu pieni aktar ħorox, qed niġu kkritikati għal dan.", "Biss, bħala Gvern se nkomplu bix-xogħol tagħna, sabiex verament ikollna qafas legali li jagħti protezzjoni.", "Hawn jiddispjaċini ngħid li apparti inti, Sinjura President, u xi membri, il-maġġoranza tal-membri tal-Oppożizzjoni lanqas biss ivvotaw favur din il-liġi li qed issaħħaħ il-protezzjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.", "Waqqafna l-Kunsill Konsultattiv li huwa magħmul minn NGOs li jaħdmu fil-qasam tan-nisa, fejn tlabna lill-Partit Nazzjonalista jinnomina membru u sostitut.", "Biss, jiddispjaċini ngħid li fil-laqgħat kollha matul is-sena li ilu jiltaqa' dan il-Kunsill, il-membri nnominati mill-Partit Nazzjonalista m'attendew għall-ebda laqgħa.", "Ovvjament li jekk l-Oppożizzjoni ma tipparteċipax fil-laqgħat fejn qed niddiksutu l-gender pay gap, fost temi oħrajn, ma tkunx taf bl-affarijiet kollha li għaddejjin bħalissa.", "Dan huwa kollu xogħol li qiegħed jinħema fil-Kunsill Konsultattiv fejn suppost jattendu l-membri tal-Partit Nazzjonalista.", "Aħna rajna li flimkien mal-NGOs li jaħdmu fil-qasam tan-nisa, indaħħlu wkoll il-partiti politiċi, però sal-lum ma kien hemm l-ebda rispons mill-Partit Nazzjonalista.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li n-nisa ma ssemmewx f'dan il-Baġit.", "Nifhmu li forsi għadu ma jafx li aħna nitkellmu fuq mainstreaming, għax ma tistax toqgħod tikkompartalizza.", "Però jekk in-nies tiegħu fuq dan il-Kunsill ma jattendux għal-laqgħat, ma jistax ikun jaf x'qegħdin nagħmlu fil-qasam tan-nisa.", "Sinjura President, fir-rigward tal-liġi tal-ugwaljanza, kif taf, kont għaddejtlek kopja.", "Però mbagħad ġiet f'Malta l-Venice Commission li rat il-liġi u pproponiet xi emendi.", "Bħalissa għaddej impact assessment fuq kif din il-liġi se tolqot lill-SMEs, li meta jkun lest inkunu nistgħu ngħaddu kopja lill-Oppożizzjoni.", "Fir-rigward tal-gender pay gap, fl-aħħar ħames snin ħafna aktar nisa daħlu fid-dinja tax-xogħol u għalhekk il-gender pay gap qiegħda titwessa'.", "Aħna rridu naraw li jkun hemm trasparenza fis-salarji u qed naħdmu biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Diġà jeżisti makkinarju fid-Dipartiment tar-Relazzjoni Industrijali u Impjiegi fejn nistgħu nqabblu s-salarji u se naħdmu biex inkomplu ntejbu dan il-makkinarju.", "Il-gender pay gap hija issue li qegħdin naħdmu fuqha.", "Rigward is-servizz ta' childcare, huwa minnu li servizz qatt ma jista' jkun perfett, imma niskanta kif qed ikun ikkritikat b'dan il-mod meta l-Ewropa kollha qed tħares lejna u titlobna l-mudell li użajna bħala pajjiż.", "L-ebda pajjiż Ewropew m'għandu dan is-servizz ta' childcare mingħajr ħlas.", "Infakkar li min hu single parent jista' juża dan is-servizz ukoll, kemm jekk qed jaħdem u anke jekk qed jistudja.", "Fir-rigward ta' nisa f'decision making positions, irridu nkomplu naħdmu aktar.", "Però nieħu gost nara li llum fil-ġudikatura għandna maġġoranza ta' nisa.", "Dan juri li hemm ħidma għaddejja biex nimxu aktar 'il quddiem f'dan il-qasam.", "Insemmi wkoll li l-Onor.", "Farrugia Portelli se tkun qed tippreżenta abbozz fuq kif jista' jkollna aktar membri nisa f'dan il-Parlament.", "Irrid ngħid xi ħaġa żgħira fuq dak li qal l-Onor.", "Simon Busuttil li ġie hawnhekk u bħall-Onor.", "Stellini ma tkellem xejn fuq l-operat ta' dan il-Ministeru.", "Jien dan qed nieħdu bħala vot ta' fiduċja fix-xogħol tagħna, għax kieku kien hemm affarijiet li qed idejqu kemm lill-Onor.", "Stellini kif ukoll lill-Onor.", "Busuttil, kellhom l-opportunità li jitkellmu fuq dak li qegħdin jaraw ħażin.", "L-Onor.", "Busuttil semma t-traġedja ta' Daphne Caruana Galizia.", "Irrid infakkar li kif ġrat din il-traġedja, bħala Gvern ġibna minnufih in-Netherlands Forensic Institute li huma esperti internazzjonali fuq il-karozzi bomba, l-FBI u l-Europol u dan wassal biex inqabdu tliet persuni li ttellgħu l-Qorti.", "Dik hija s-saltna tad-dritt!", "Nixtieq li forsi l-Onor.", "Busuttil jgħidilna xi stajna nagħmlu iżjed!", "Se nindaħlu lill-Qorti?", "Li nista' ngħidu hu li wara l-mewt ta' Karin Grech u Raymond Caruana, fi żmien 25 sena ta' gvern Nazzjonalista, mank tressqet persuna waħda l-Qorti!", "Dan meta l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Eddie Fenech Adami kien qal f'din il-Kamra li jaf min qatilhom!", "Huwa minnu li aħna rridu nsibu lil min ikkummissjona d-delitt, imma bħalissa għaddej il-proċess fil-Qorti.", "Busuttil jiġi f'din il-Kamra u jieħu l-ħin kollu għad-dispożizzjoni tiegħu jitkellem fuq l-istess ħaġa, meta l-Gvern, f'inqas minn sitt xhur, tella' n-nies il-Qorti fuqha!", "Jien ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni tibqa' taħseb li n-nies huma fidili!", "(Interruzzjonijiet)", "Busuttil għażel li ma jitkellimx fuq l-operat ta' dan il-Ministeru, kont qed nistenna li se jitkellem fuq l-Egrant meta tkellem daqshekk fit-tul fuq is-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Jien bdejt naħseb li forsi se jiġi jgħidilna jaf xi ħaġa ġdida, imma mank imqar għamel refernza għall-Egrant.", "Kif nafu, qabel ħarġet l-inkjesta tal-Maġistrat, l-Egrant kienet it-tema l-aktar popolari kull darba li jitkellem l-Onor.", "Busuttil, imma issa, f'daqqa waħda, waqa' f'silenzju kbir, anke ġo din il-Kamra!", "Għalfejn tipprovaw tidħku bin-nies?", "Kif jista' l-Onor.", "Busuttil jitkellem fuq xi ħaġa li l-Gvern qed jimxi kif suppost fuqha, imbagħad fuq xi ħaġa li għamel festa biha, fejn għadda lill-familja tal-Prim Ministru minn martirju meta akkuża lill-Prim Ministru u lill-mara tiegħu b'akkużi serji, issa jagħmel tabirruħu li qisu qatt ma kien xejn?!", "Lanqas biss għamel referenza waħda għall-Egrant!", "Niġi issa biex nitkellem fuq ix-xogħol tal-Ministeru.", "L-estimi tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza għas-sena d-dieħla juru li l-vot se jiżboq is-€60 miljun, li jfisser żieda ta' €20 miljun fuq is-sena kurrenti.", "Permezz ta' dan il-vot se nkomplu nġibu riżultati tajbin fix-xogħol tagħna fl-Unjoni Ewropea u fix-xogħol tagħna għal soċjetà aktar ugwali, fejn se nkomplu nsaħħu l-istrutturi tad-djalogu soċjali f'pajjiżna, ninvestu aktar fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħna, niġġieldu l-vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru u nsaħħu l-ħidma tagħna kontra l-prekarjat.", "La qed insemmi l-prekarjat, irrid nikkummenta fuq il-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li bħala Gvern mhux qed nagħmlu xogħol biex nindirizzaw il-prekarjat.", "Fil-fehma tiegħi, it's a bit rich li l-Kap tal-Oppożizzjoni jsemmi l-prekarjat, meta l-prekarjat iddaħħal minn gvernijiet Nazzjonalisti meta bdew jagħmlu s-sub-contracting mal-kumpaniji privati biex jaħdmu mal-gvern.", "Gvern Nazzjonalista qatt m'għamel xejn dwar il-prekarjat!", "Jien niftakar li meta konna fl-Oppożizzjoni kont nistaqsi jekk kumpaniji partikolari kenux se jiġu blacklisted, imma dan qatt ma seħħ.", "Min-naħa tagħna, malli tlajna fil-gvern rajna li nindirizzaw din il-problema bis-serjetà u ma qgħadniex niddejqu nagħmlu blacklisting ta' kumpanija li ma kenitx qed timxi mar-regoli tax-xogħol.", "Barra minn hekk, rajna li dawk il-ħaddiema li jaħdmu ma' kumpanija privata imma qed jagħtu xogħol lill-gvern fl-isptar u fl-iskejjel, fost oħrajn, jibdew jitħallsu daqs il-ħaddiema tal-gvern.", "Dan għaliex meta qed tagħmel l-istess xogħol u titħallas anqas, għandek inugwaljanza u diskriminazzjoni.", "Issa rridu nkomplu naħdmu biex nindirizzaw il-problema anke fil-privat bil-għan li neliminaw il-prekarjat.", "Jien ngħid li ftit huma l-employers li jabbużaw, imma aħna dejjem nitkellmu fuq it-tuffieħa l-ħażina, biex inkomplu niġġieldu l-prekarjat kollu.", "Però li jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni, frisk bħal ħassa, jgħid li bħala Gvern mhux qed naħdmu kontra l-prekarjat, ma jagħmilx sens!", "Ilna naħdmu fuq il-prekarjat minn kif tlajna fil-gvern fl-2013, mhux bħalma kien jiġri fi żmien Gvern Nazzjonalista li daħħal il-prekarjat, ħallieh għaddej u m'għamel xejn fuqu!", "Bdejna nagħtu lura l-btajjel pubbliċi li jiġu fi tmiem il-ġimgħa.", "Infakkar lill-Kap tal-Oppożizzjoni li din hija xi ħaġa oħra li kienet ittieħdet fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Dan il-Gvern qed jagħti lura dawn il-btajjel pubbliċi, waħda waħda, lill-poplu.", "Kif nafu, illum nitkellmu ħafna fuq work life balance u quality of life, u dawn il-vaganzi qed iwasslu biex il-familji jgawdu minn aktar ħin liberu flimkien.", "Bħala Gvern għollejna l-paga minima.", "Waqqafna kummissjoni li timmoniterja l-pagi ħalli kif il-paga minima ma tkunx qed tlaħħaq mal-ħajja, tingħata mill-ewwel direzzjoni lill-Prim Ministru li l-paga minima trid tiżdied.", "Insemmi wkoll li wieħed ma jistax jibqa' bil-paga minima għal aktar minn sena.", "Dan huwa l-mod kif tindirizza l-prekarjat!", "Biss, għall-Kap tal-Oppożizzjoni, m'għamilna xejn biex niġġieldu l-prekarjat!", "Issa jew qabad jikteb dak kollu li ġieh f'moħħu dak il-ħin … Għax sinċerament dan ma kienx diskors studjat u informat, imma diskors ta' min ma jafx x'inhu għaddej f'dan il-qasam.", "Għamilna xogħol, Sinjura President, biex inżidu l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol, l-aktar fis-setturi vulnerabbli fejn il-ksur tal-liġi jkun aktar evidenti.", "Dan l-infurzar tal-liġi ssaħħaħ fl-2018 bl-ingaġġ tal-ERA inspectors filwaqt li beda jsir użu minn sistema elettronika aġġornata li ġiet żviluppata biex taqdi l-esiġenzi ta' dan id-Dipartiment u li qed tiffaċilita u tippermetti aktar spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol differenti.", "Dan hu l-mod kif taqta' l-prekarjat, billi jkollok dan ir-rispons, fejn meta jkun hemm rapport tmur mill-ewwel fuq is-sit.", "Apparti minn hekk, isiru wkoll spezzjonijiet mid-Dipartiment anke jekk ma jkunx hemm rapporti.", "Irrid insemmi wkoll il-kwestjoni tal-COLA.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li ż-żieda ma kenitx biżżejjed.", "Possibbli ma jafx li l-COLA hija mekkaniżmu li kien ġie stabbilit fi żmien Gvern Nazzjonalista u għadu l-istess sal-lum!", "Hemmhekk hemm is-social partners li jiftiehmu dwar il-kumpens għall-għoli tal-ħajja.", "Issa xi jfisser jekk il-kumpens ma jkunx għoli?", "Ifisser li l-inflazzjoni ma kenitx għolja daqskemm kienet tkun fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti.", "Kif nafu, il-COLA tingħata skont kemm tkun qed togħla l-ħajja.", "Din mhijiex kwestjoni li l-Gvern iqum filgħodu u jiddeċiedi li jagħti tant żieda, imma hemm dan il-mekkaniżmu li bih, skont ma togħla l-ħajja, tiżdied il-paga.", "Għalhekk nerġa' ngħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx ippreparat u qed jitfa' l-ġebla fuq saqajh il-ħin kollu!", "Irrid ngħid li matul din is-sena, is-Segretarjat kompla bil-ħidma tiegħu biex inkomplu nkunu attivi u effettivi fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropeja.", "Id f'id mar-Rappreżentanza Permanenti fi Brussell, dan l-Uffiċċju kellu rwol importanti biex stajna nkomplu niskrutinaw bir-reqqa kull proposta maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea u jitfasslu l-pożizzjonijiet tal-Gvern bil-għan li nisfruttaw l-opportunitajiet kollha u nimmitigaw ir-riskji li dawn jistgħu jġibu magħhom, speċjalment f'oqsma sensittivi għal pajjiżna.", "Fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-ażil, nemmnu li hemm bżonn urġenti ta' azzjoni deċiżiva fuq livell Ewropew.", "Bħala Gvern qed nuru li l-kliem ta' solidarjetà waħdu mhuwiex biżżejjed, imma jrid ikun hemm politika ċara fuq l-immigrazzjoni.", "Konna fuq ta' quddiem fin-negozjati għall-miżuri ad hoc.", "Il-Ministru Michael Farrugia jista' jgħid aħjar minni li fejn ma kellna l-ebda obbligi legali, servejna ta' eżempju ta' kif is-solidarjetà tista' tkun effettiva fil-prattika, jekk ikun hemm ir-rieda politika.", "Però, spiċċa ż-żmien li nibqgħu nitkellmu fuq solidarjetà u nieqfu hemm.", "Tkellimna ħafna fuq is-solidarjetà, ħadna miżuri ad hoc, reġgħet inqalgħet il-kwestjoni u spiċċajna l-istess!", "Għalhekk, bħala Gvern qegħdin nimbuttaw għal din il-politika ċara dwar l-immigrazzjoni biex ma jkollniex għalfejn niddependu mill-ħniena tal-pajjiiżi li jgħidulna li din id-darba se jgħinuna, imma darba oħra ma jafux!!", "Bħala Gvern, qed inkomplu nkunu minn ta' quddiem biex nippromwovu l-konċett ta' l-equal pay for equal work.", "Fil-fatt qed insegwu mill-qrib id-diskussjonijiet li għaddejjin sabiex jiżdiedu l-ġranet tal-leave tal-paternità sabiex il-missirijiet ikollhom iżjed ħin ma' wliedhom.", "Fil-qasam tal-kompetittività, komplejna niżguraw li nipproteġu l-intrapriżi ż-żgħar u medji tagħna, biex kemm jista' jkun jibbenefikaw minn ambjent fiskali kompetittiv u firxa wiesgħa ta' assistenza finanzjarja mid-disponibilità ta' ħaddiema b'ħiliet għolja u multilingwali u, fl-istess ħin, inkomplu nikbru f'ambjent aktar b'saħħtu u sigur b'infrastruttura moderna u effiċjenti.", "Dan l-Uffiċċju segwa u qed isegwi direttament n-negozjati rigward Brexit u ħadem mar-Rappreżentanza Permanenti sabiex il-Gvern ikun jista' jipparteċipa b'mod effettiv fil-laqgħat tal-grupp tal-artikolu 50.", "Ovvjament, dan ix-xogħol isir permezz ta' konsultazzjonijiet kontinwi mal-Ministeri kollha, li s-Segretarjat u l-Unjoni Ewropea nedew biex jikkordinaw il-pożizzjoni tal-Gvern fuq temi diversi li kienu s-suġġett tan-negozjati.", "Irrid insemmi wkoll il-Core Group għax-xogħol li għamel, speċjalment fil-laqgħat li saru maċ-ċittadini.", "Din kienet idea li ħareġ biha l-President Franċiż Emmanuel Macron u li kull pajjiż segwa.", "Il-punt kien li mhux immorru f'post u nistennew li jiġu n-nies għandna, imma nkunu aħna li mmorru għand in-nies.", "L-aħħar sezzjoni li kellna kienet nhar il-Ġimgħa f'San Pawl il-Baħar, lokalità li hija milquta direttament mill-immigrazzjoni, għax għandek madwar 65 nazzjonalità jgħixu flimkien ġo dan ir-raħal.", "Għal din il-laqgħa, kien hemm preżenti l-Ministru Franċiża għall-Affarijiet Ewropej u kien hemm skambju tajjeb ħafna fejn aħna ridna nisimgħu lin-nies jikkritikaw lill-Unjoni Ewropea.", "Jekk tmur dejjem f'postijiet fejn jiġu l-istess nies, ikun każ ta' preaching to the converted, fejn ma joħroġx wisq sustanza daqskemm nixtiequ.", "F'dan il-każ nafu li l-immigrazzjoni hija suġġett delikat, jaħraq u kontroversjali u għalhekk morna fejn hemm il-kontroversja, biex nisimgħu x'qegħdin jgħidu n-nies from the horse's mouth.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin għad-diskussjoni skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018.", "Il-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li għandha tiġi kkomunikata 'l quddiem.", "Fil-5.08 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza rrapportat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa kienu posposti għal data li kellha tiġi ikkomunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "HELENA DALLI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum, it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018, fis-6.00 p.m. b' din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "Il-Ħdax-il Jum Stabbilit - Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Vot 35 – Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Vot XIII – Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – Kapital", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-voti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ma għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "F'din is-seduta, il-mistoqsijiet parlamentari jistgħu jsiru bejn is-6.00 p.m. u s-6.30 p.m. u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fil-5.10 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181105_160d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1027 u 162 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1076 u jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 1073 u jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074 u jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1075 u jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Building Regulations Office u jagħti l-gradi rispettivi tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rispons kien hemm għal konsultazzjoni pubblika li nħarġet fl-10 ta' Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għal Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379?", "Jista' jelenka l-persuni jew l-entitajiet li wieġbu għal din il-konsultazzjoni u meta ser jiġi ppubblikat l-abbozz in segwitu għal proposti magħmula fl-imsemmija konsultazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ittratta d-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni bħala entità tal-ADR residwa fl-ambitu ta' LS 378.19 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk kien hemm xi każijiet f'dan ir-rigward, jista' jelenka wieħed wieħed dwar xiex kienu jittrattaw?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-disposable income ta' familja li tgħix f'Malta u kemm huwa l-istess disposable income ta' familja li tgħix f'Għawdex skont l-aħħar statistika li għandu l-Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħid x'inhi n-nefqa medja ta' familja li tgħix f'Malta u l-istess nefqa medja ta' familja li tgħix f'Għawdex ukoll skont l-aħħar statistika li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'gazzetti ta' kuljum u ta' nhar ta' Ħadd f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħtha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena?", "X'inhu l-grad tal-uffiċjali li huma intitolati li jagħmlu użu minn dawn il-gazzetti u f'liema dipartimenti qed jaħdmu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk il-parroċċi f'Għawdex li ngħataw xi forma ta' għajnuna kemm jekk finanzjarja jew xort'oħra mill-Ministeru jew l-entitajiet tiegħu, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders, kemm kien il-valur u fiex kien jikkonsisti kull direct order li ngħata mill-Wasteserv Malta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena u xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' tgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' aġenti akkreditati tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formoli ta' applikazzjoni kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il klijent mar (first referrals u mhux follow-ups) is-Sedqa għal għajnuna minħabba substance abuse f'kull sena mill-2013 sal-2017?", "Kemm marru sal-aħħar ta' Ottubru 2018?", "Kemm ikun hemm follow-ups?", "Xi statistika żżomm is-Sedqa dwar numru ta' klijenti fejn l-abbuż fuq is-sustanza u l-abbuż fuq l-attitudni (behaviour bħal gambling) jitrażżan?", "Jista' jagħti skeda separata għal dawn iż-żewġ tipi ta' abbuż għas-snin 2013 sal-2017, għal kull sena separatament?", "Kemm kienu l-klijenti li fiequ għal kull sena mill-2013 sal-2017?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li s'issa ġew approvati erba' fuel stations ġodda mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u hemm 12 oħra pendenti, u peress li dan is-suġġett kien tqajjem fil-Kumitat Permanenti Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, wara li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ressqet dokument f'Mejju li għadda għall-approvazzjoni tal-Kunsill tal-PA u peress li d-deċiżjoni ttieħdet f'Awwissu u r-reviżjoni tal-policy suppost tressqet lill-istess Kumitat tal-Parlament, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu biex tiġi approvata l-policy il-ġdida?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata lampuki nqabdet fis-sena 2016, 2017 u fl-2018 s'issa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7138 u jgħid x'inhu l-eżitu u l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet interni li saru mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta' swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paule?", "Jista' jpoġġi kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Peress li hu fatt magħruf li t-tonn li jkun ilu maqbud jiġi ttrattat bil-carbon monoxide biex jidher iktar frisk u roża fil-kulur tiegħu u dan imur kontra regoli tal-Unjoni Ewropea u ġeneralment dan it-tip ta' tonn qed jinxtara bi prezz irħis u minħabba din il-prattika irregolari jinbiegħ bi prezz ferm għola, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment biex jiżgura li fis-suq Malti ma għandniex dan it-tip ta' tonn?", "X'testijiet qed isiru u fejn?", "Kemm-il tunnellata ta' tonn ta' dan it-tip inqabad?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li l-liġi tad-Dominju Pubbliku li ġiet approvata fil-leġiżlatura l-oħra ntbagħtet fil-Kumitat Permanenti Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp għal aktar evalwazzjoni, u din issa ilha pendenti għal aktar minn sena, u kulma saru s'issa żewġt laqgħat, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-intopp?", "X'qed isir biex jintgħeleb dan l-intopp?", "Se jsiru xi emendi fil-liġi?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw aerial photos tas-snin 1957, 1967, 1978, 1988, 1998, 2008 u 2018 għal kull sena separatament, mill-Planning Shop tal-Awtorità tal-Ippjanar xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll x'kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal għoti ta' servizz saret lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista'jgħid xahar b'xahar u sena b'sena, kemm minn dawn l-enforcement notice:", "a. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar;", "b. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju nħareġ;", "c. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess ġie rifjutat;", "d. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u peress li l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju ġie rifjutat, sar appell mid-deċiżjoni t-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar; u", "e. ġew irtirati għaliex min wettaq l-illegalità ddeċieda li jneħħi din l-illegalità?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhi magħmula l-istruttura tan-National Oil Corporation?", "Min huma l-membri tal-bord tan-National Oil Corporation?", "X'inhi l-funzjoni tan-National Oil Corporation?", "X'inhu x-xogħol li qed twettaq din il-Korporazzjoni bħalissa?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema żoni u lil min inħarġu liċenzji mill-Gvern Malti għat-tħaffir taż-żejt, sena b'sena, mill-2008 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "X'area tkopri kull liċenzja u min għandu dawn il-liċenzji?", "Jista' jgħid x'tip ta' kuntratt kien hemm/hemm bejn dawk li ħaffru/se jħaffru għaż-żejt u l-Gvern Malti?", "Min se jħallas għat-tħaffir għaż-żejt?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji taż-żejt li bħalissa qed juru interess fit-tħaffir taż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija u fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?", "F'kull każ, jista' jgħid meta bdew id-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7466 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7467 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7468 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7469 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7470 u jgħid globalment, kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433, tista' l-Ministru tikkonferma jekk fl-SME park fil-preżent hemmx xogħol għaddej minkejja li l-istess Ministru qed tgħid li l-proġett għadu fi stadju ta' applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li fil-Mosta tasal il-korrispondenza meħtieġa rigward is-separazzjoni tal-iskart li għandha tibda l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018 fejn tali bidla se tibda bla preparazzjonijiet meħtieġa?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Liġi għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Isport tapplikax għad-dixxiplini sportivi kollha, u li mhix limitata biss għal uħud mid-dixxiplini sportivi?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġie 'l fuq minn €194 fejn is-soltu kien jiġi bejn l-€40 u l-€50?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar healthy eating li tiġi osservata f'kull skola?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jelenka suġġerimenti lill-ġenituri sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom isegwu t-tagħlim li jsir mill-għalliema fl-iskola?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument: 'Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014 – 2024'?", "Xi twettaq mill-Gvern s'issa minn dan id-dokument?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu flus (kapitali u rikorrenti) fuq is-servizzi tal-qasam tas-saħħa mentali matul din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif iddettaljat dwar it-tipi ta' xogħol li qed jitwettaq mill-Programm LEAP sabiex persuni joħorġu mill-faxxa ta' faqar?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għas-sit magħruf bħala r-Razzett ta' Siettu fi Triq tal-Papa Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li ntefqu f'dawn l-aħħar tliet snin fuq il-vjolenza domestika?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuwa l-irwol prinċipali tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali?", "X'għandha tagħmel persuna jekk ikollha lment dwar xi servizzi mogħtija lilha dwar il-qasam tas-saħħa mentali?", "Kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kummissarju matul dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġie inawgurat iċ-Ċentru ta' Żvilupp Professjonali għall-impjegati tal-Aġenzija Sapport?", "X'taħriġ ġie organizzat minn mindu nfetaħ u kemm-il professjonist ħa sehem f'dan it-taħriġ?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li joqogħdu f'Marsaskala skont ir-Reġistru Nazzjonali Persuni b'Diżabilità tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)?", "X'inhija d-diżabilità tagħhom?", "X'etajiet għandhom?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qegħdin jingħataw fiċ-Ċentru Edukattiv tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala?", "X'għandha tagħmel persuna biex tagħmel użu minn xi wieħed minn dawn is-servizzi?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7475 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jinħoloq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hekk kif identifikat fl-istrategic objective 4 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern diġà beda diskussjonijiet dwar il-bejgħ u trasferiment tal-assi tal-Enemed lill-privat?", "Meta bdew id-diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' din l-entità?", "Ma' min qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-bejgħ tal-Enemed?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li l-boroż taż-żibel jiġu barcoded u mqassma mill-Kunsilli Lokali sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jinforzaw il-liġi fuq min joħroġ il-boroż fi ġranet jew ħinijiet li mhux suppost?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb ta' xi inċentivi għal min għandu negozju relatat mal-agrikoltura?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fis-sena skolastika 2016 – 2017?", "Kemm minn dawn l-istudenti kien għadhom f'età bikrija?", "Kemm hawn ġenituri li mhux qed jibagħtu lil uliedhom l-iskola u mhux qed jikkolaboraw mal-iskola f'dan il-perjodu?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7414, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawn il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali msemmija li jattendu f'dawn iċ-Ċentri, jagħmlu użu minn dawn iċ-Ċentri regolarment kull ġimgħa?", "Jista' wkoll jinforma lill-Kamra jekk iċ-Ċentru taż-Żejtun għadux jiffunzjona/miftuħ billi mhux identifikat f'din ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandniex Strateġija Nazzjonali kontra l-obeżità?", "Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta' din l-istrateġija kontra l-obeżità?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Charter għaċ-Ċittadini fil-Qorti li ġie mniedi f'Lulju tas-sena 2016?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettal fiex jikkonsisti s-servizz ta' Ħidma Soċjali għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei?", "X'għandu jagħmel pazjent – jew il-qraba tiegħu - biex jagħmel użu minn dan is-servizz waqt li jkun l-isptar?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista", "Il-Ħdax-il Jum Stabbilit – Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Vot 35 - Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Vot XIII - Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima - Kapital", "5 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar ir-Rapport Annwali u r-Rapport fuq l-Attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2017, u l-Landscape Review: Putting EU Law into practice.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\"", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "5 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181105_161a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 5 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 161 li saret fil-5 ta' Novembru 2018 ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1027 u 162 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għalfejn ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar ġimgħat u xhur f'pajjiżna rajna diversi summits fosthom id-Delta Summit u l-Blockchain Summit.", "Naf li kien hawn diversi persuni li huma interessati mhux biss li jaħdmu f'dan is-settur iżda anke li jimpjegaw nies f'dan is-settur.", "Għalhekk jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk l-għanijiet li qegħdin nistennew intlaħqux u x'inhi t-triq 'il quddiem mhux biss biex naraw summits oħrajn iseħħu f'pajjiżna iżda wkoll biex naraw li jkompli ġej aktar investiment f'dan il-qasam f'pajjiżna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Ladarba qed issir din il-mistoqsija supplimentari jkun tajjeb li nieħu l-okkażjoni biex nispjega x'qegħdin nagħmlu f'dak li għandu x'jaqsam mad-DLT li jinkludi l-blockchain u l-attività li qed issir fil-pajjiż inġenerali.", "L-ewwel nett, irridu naraw għalfejn dan il-Gvern qed iħares lejn din l-industrija.", "Wieħed jista' jara li parti kbira mill-ekonomija tal-pajjiż hija bbażata fuq l-ekonomija tas-servizzi.", "Għandna l-pilastru tat-turiżmu li huwa b'saħħtu, għandna s-setturi tas-servizz finanzjarju u tal-gaming u għandna l-manifattura, però fejn jidħlu s-servizzi nistgħu naraw li dawn huma l-akbar tliet pilastri u allura bħala Gvern ridna naraw kif inkomplu niddiversifikaw l-ekonomija biex din tkun aktar reżiljenti għall-future economic shocks li jista' jkollna.", "Huwa tajjeb li ngħid li minkejja li bħalissa sejrin tajjeb u l-Ewropa qiegħda tirkupra u qed tħares lejn it-tkabbir ekonomiku ma jfissirx li mhux se jkun hemm maltemp aktar 'il quddiem.", "Għalhekk bħala Gvern għaqli ma rridux inserrħu rasna għax bħalissa l-pajjiż sejjer tajjeb u niefqu hemmhekk.", "Nafu li bħala pajjiż għandna fost l-akbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea b'madwar 7% tal-GDP, id-deficit dawwarnih għal surplus, id-dejn minn 75% naqqasnih għal madwar 40%, għandna kważi full employment u allura din hija l-aħjar sitwazzjoni biex ekonomista jkun jista' jinterpreta n-numri.", "Dan ma jfissirx li nistgħu nserrħu moħħna imma rridu naraw kif niddiversifikaw aktar l-ekonomija ħalli jekk ikun hemm xi kriżi internazzjonali jew il-kompetituri tagħna f'ċerti setturi joħorġu aktar kompetitivi u nitilfu ċerta kompetittività, inkunu nistgħu nħarsu lejn setturi oħrajn u nibnu biżżejjed rinforz ħalli pajjiżna jkun jiflaħ aktar għad-daqqiet.", "Għalhekk bdejna nħarsu lejn diversi setturi u bdejna naraw li mill-aspett ta' riżorsi bħala human capitals, għandna ħiliet tajbin ħafna f'dan il-pajjiż.", "Għad hemm ħafna aktar x'intejbu u rridu nibqgħu ninvestu u allura l-Gvern se jibqa' jinvesti fi scholarships u fl-edukazzjoni ħalli naraw kif nattiraw l-investiment f'dan is-settur fejn għandna bażi tajba fuqiex naħdmu.", "Hemm ukoll l-aspett l-ieħor tal-ekonomija, fejn għandek l-introjtu tal-Gvern minn ċerti setturi bħall-gaming u s-settur tal-finanzi, li t-tnejn huma b'saħħithom ħafna.", "Imbagħad għandek investituri li qegħdin imorru tajjeb u qed iħarsu lejn setturi oħrajn fejn ikunu jistgħu jiddiversifikaw l-investiment tagħhom.", "Is-settur tal-blockchain jiġifieri l-aspett tat-teknoloġija kien l-ewwel settur li bdejna nħarsu lejh.", "Għaxar xhur ilu bdejna d-diskussjonijiet b'mod pubbliku sabiex nibdew noffru qafas regolatorju għal din l-industrija biex tkun tista' topera, imbagħad kif bdejna niżviluppaw stajna naraw miżuri oħrajn relatati ma' din l-industrija.", "Pereżempju żviluppajna l-Emerging Technology Hub fejn, grazzi għall-MITA, għamilna uffiċċju mgħammar bl-aħħar teknoloġija u bl-aqwa apparat mhux biss fuq blockchain imma wkoll computers b'saħħithom ħafna li jkunu jistgħu jipproċessaw aktar.", "Hemm it-3D printing u apparat li għandu x'jaqsam mal-virtual reality fejn wieħed jista' jara suġġett b'mod aktar diġitali.", "Minn hawnhekk irrid nieħu l-opportunità biex inħeġġeġ aktar studenti li jmorru f'dan il-hub għax issa qed nagħtu opportunità lil dawk l-istudenti li jkollhom l-idea u ma jkollhomx ir-riżorsi sabiex jimplimentawha, li jużaw dawn is-servizzi b'xejn u jużaw mentorship biex ikunu jistgħu jiżviluppawha, imbagħad eventwalment, kif ikollhom suċċess minn dik l-idea jkunu jistgħu jkomplu t-triq għal rashom.", "Il-mistoqsija kienet fuq id-Delta Summit li attendew għalih madwar 5,000 ruħ u l-Malta Blockchain Summit li attendew għalih madwar 8,000 ruħ.", "Nistgħu ngħidu li dawn kienu żewġ summits kbar ħafna li seħħew f'dan il-pajjiż f'temp ta' xahar li parti kbira minnhom kienu investituri barranin li ġew f'pajjiżna u allura ħadna l-opportunità biex il-Maltin jiltaqgħu magħhom.", "Dawn l-avvenimenti kienu suċċess u nawgura li 'l quddiem ikun hemm aktar minnhom għax jagħtuna aktar opportunità biex inpoġġu isimna fuq il-mappa tad-dinja.", "Fil-fatt, permezz ta' dawn l-attivitajiet, nistgħu naraw kif illum il-ġurnata meta ssemmi l-blockchain madwar id-dinja kollha, jissemma isem Malta.", "Dan huwa ta' prosperità għax qed niġbdu aktar investment lejn Malta.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Dan l-aħħar smajna ħafna dwar l-artificial intelligence (AI) u jidher li mhux pajjiżna biss imma d-dinja kollha qed tersaq lejn dan l-avvanz fit-teknoloġija, li ħafna qed isejħulu avvanz akbar minn dak li rajna fl-aħħar snin.", "Fl-aħħar jiem f'pajjiżna rajna robot li dwaru rajt diversi artikli fuq il-ġurnali.", "Qed niftakar f'artiklu partikolari li deher fil-ġurnal MaltaToday li fih għamlu qisha intervista ma' dan ir-robot.", "Smajna wkoll lill-Ministru Chris Fearne jgħid li se tibda tiġi wżata l-AI fejn jidħlu l-operazzjonijiet.", "Jista' l-Onor.", "Schembri jgħid x'benefiċċji se jkun hemm u fejn qed naspiraw li naslu bħala pajjiż?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Iva, qabel din il-mistoqsija kont qed nitkellem fuq x'għamilna fis-settur tal-blockchain.", "Is-settur tal-blockchain ma kienx il-bidu u t-tmiem imma kien il-bidu biex niftħu fuq affarijiet oħra.", "Fil-fatt l-1 ta' Novembru kienet il-ġurnata meta l-liġijiet dwar il-blockchain bdew jiġu fis-seħħ b'mod effettiv.", "Jiġifieri llum il-ġurnata kumpanija li trid topera minn pajjiżna jew barra minn pajjiżna u trid tuża isem Malta, bilfors irid ikollha liċenzja.", "Fl-istess ġurnata li ġew fis-seħħ dawn il-liġijiet, waqt konferenza stampa nidejt task force biex nibdew naħdmu fuq il-pass li jmiss, dak tal-AI u l-internet of things.", "Hawnhekk l-AI hija xi ħaġa ħafna aktar wiesgħa.", "Xtaqt niċċara punt għax l-Onor.", "Byron Camilleri semma l-intervista li kellna ma' Sophia the AI robot u l-pilot project li semmejna fuq iċ-ċittadinanza.", "F'ħafna artikli bdejna naqraw li se nagħtu ċ-ċittadinanza lir-robots u mbagħad indaħħlu l-Individual Investor Programme (IIP) b'mod konvenjenti.", "Din assolutament mhijiex hekk.", "Naħseb li l-konferenza kienet ċara għax fiha għedna li rridu nagħmlu test fuq ir-robots.", "Għal dawk li bdew jgħidu li din id-diskussjoni jridu jarawha fuq livell Ewropew irrid ngħid li fil-fatt din il-ħaġa bdiet tiġi diskussa sena ilu fuq livell Ewropew u mhijiex xi ħaġa li qed jarawha issa però grazzi għal dan it-test se nkunu nistgħu naraw fejn waslu l-abbiltajiet ta' magna partikolari, biex nifhmu aħjar l-effett u l-impatt li jista' jkollha fuq l-umanità – fuq iċ-ċittadini, għalhekk qed ngħidu citizenship test – ħalli nkunu nistgħu nirregolaw aħjar.", "Aħna fl-ebda ħin ma konna qed ngħidu li b'xi mod irridu nagħtu xi forma ta' ċittadinanza lir-robots.", "Eventwalment jekk id-diskussjoni fuq livell Ewropew tieħu dik it-triq, dik hija xi ħaġa li nkunu qed narawha fuq livell Ewropew, però fuq livell nazzjonali s'issa qed niddiskutu dak l-aspett.", "Aħna qegħdin naraw ukoll kif se noffru politika ħolistika u hawn mhux qed nitkellmu biss fuq regolamentazzjoni.", "Fil-fatt bħalissa l-Prim Ministru qiegħed jindirizza konferenza ċ-Ċina li fiha tkellem fuq l-artificial intelligence u fuq il-bżonn li nħarsu lejha b'mod aktar globali.", "Rigward din l-industrija rrid ngħid li aħna mhux qegħdin nitkellmu fuq fantaxjenza fejn se nibdew naraw robots mexjin fit-triq bħalma naraw fil-film Terminator u jibdew jisparaw fuqna u jieħdu d-dinja!", "Qed ngħid hekk għax tibda tara ċerti kummenti li d-dinja waslet fit-tarf u r-robots se jidħlu fuqna!", "Naħseb li għadna ħafna 'l bogħod milli naslu għal dawn l-affarijiet però huwa stat ta' fatt li r-robotika daħlet ħafna u se tkompli tidħol.", "Id-Deputat Prim Ministru semma kif is-sena d-dieħla fl-Isptar Mater Dei se jibda jkollna robots jassistu lill-kirurgi fl-operazzjonijiet u allura rridu naraw l-affarijiet fuq livell ta' etika biex bħala pajjiż inkunu nistgħu nirregolaw.", "Fil-fatt, f'dan il-Parlament stess, diġà għaddejna liġijiet fuq dan il-ħsieb u hemm liġi minnhom li tittratta l-blockchain u d-DLT, li permezz tagħha waqqafna l-Malta Digital Innovation Authority.", "Parti minn dik il-liġi stess fi ħdan l-istess awtorità, waqqfet dak li ngħidulu l-Ethics Committee b'qafas legali.", "Dan twaqqaf għax aħna konna diġà qegħdin naħsbu għall-pass li jmiss, li huwa l-artificial intelligence u fejn tidħol l-artificial intelligence isiru ħafna mistoqsijiet dwar kwestjonijiet etiċi.", "Jien se nagħti eżempju u nagħlaq fuqu.", "Jekk qed nitkellmu fuq karozzi li jsuqu waħedhom, għandek element ta' komunikazzjoni u investiment, fosthom fuq il-5G biex tnaqqas il-latency ta' magna ta' karozza li tikkomunika ma' magna u sensors oħrajn.", "Għalhekk irid ikollok konnessjoni b'saħħitha ħafna.", "Hawnhekk jidħol il-konċett tal-5G però mbagħad għandek ukoll affarijiet etiċi li biex karozza ssuq waħedha jrid ikollha processing power li tiddeċiedi fuq ċerti affarijiet.", "Pereżempju, jekk tkun għaddej minn triq u taqsam persuna, il-karozza trid tiddeċiedi li tevitaha però jekk il-karozza tiġi f'sitwazzjoni li trid tagħżel bejn li tevitaha u tidħol ġo arblu u toqtol lix-xufier u lil min ikun qiegħed f'dik il-karozza jew inkella li ttajjar lil dik il-persuna b'riskju li toqtolha, x'se tiddeċiedi?", "Li tpoġġi fil-periklu ta' mewt il-persuna li qiegħda fil-karozza jew il-persuna li qed taqsam?", "Dawn huma affarijiet li l-bniedem jiddeċidihom u allura f'dan il-kontest irridu naraw li jkollna regolamentazzjoni ċara u nkunu qegħdin nieħdu ħsieb ukoll l-aspett etiku.", "Jien nappella lill-Oppożizzjoni biex tipparteċipa magħna f'din id-diskussjoni.", "Fuq il-kwestjoni tad-DLT nista' ngħid li kien hemm komunikat u nħares 'il quddiem biex anke fuq dan is-settur ikun hemm diskussjoni bejn iż-żewġ partiti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ftit tal-jiem ilu waqt is-summit li kien hawn f'Malta, issemmiet fil-pubbliku l-possibilità li r-robots jibdew jingħataw iċ-ċittadinanza.", "Ma nafx jekk din semmihiex is-Segretarju Parlamentari jew xi ħaddieħor imma xtaqtu jispjega ftit jekk l-industrija hux qed titkellem fuq iċ-ċittadinanza kif nifhmuha aħna, li ġiet kummerċjalizzata mill-Gvern Malti jew hux qed titkellem dwar l-għoti ta' personalità ġuridika lir-robot li jkun ass ta' kumpanija privata jew xi ħaġa oħra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Naħseb li sfortunatament l-Onor.", "Karol Aquilina jew ma kienx qiegħed jisma' jew ma nafx għax din għadni kif spjegajtha żewġ minuti ilu.", "Il-problema hi li hawn min jew ma jridx jifhem jew inkella, bir-rispett kollu, il-ħin kollu jieħu l-okkażjoni u l-opportunità biex jipprova jitfa' d-dubju fuq kull sistema li ssir f'pajjiżna u fuq l-awtoritajiet.", "Kieku l-mistoqsija tiegħu hija ġenwina ma kienx jistaqsiha għax għadni kif irrispondejtha però se nerġa' nirrispondih għall-benefiċċju tiegħu.", "Jekk isegwi l-konferenza stampa li għadha available fuq il-Facebook page tiegħi, meta tkellimna fuq citizenship test ma tkellimna bl-ebda mod – din iċċarajtha lbieraħ u lbiraħtlula però donnu li hemm min ma jridx jifhimha – fuq l-għoti taċ-ċittadinanza.", "Citizenship test fuq robot huwa li tifhem safejn waslet magna bl-intelliġenza tagħha biex imbagħad il-Gvern ikun jista' jirregola l-parametri ta' dik il-magna fl-aspett ta' ċittadinanza għall-bnedmin.", "Aħna rridu naraw fuq liema livell ta' etika rridu mmorru biex naraw jekk magna tasalx tifhem liġi jew le jew tifhimx il-Kostituzzjoni fuq l-intelliġenza artifiċjali.", "Il-Gvern irid ikun f'pożizzjoni li jirregola dik ukoll imma fl-ebda ħin m'għedna li qed nagħtu ċ-ċittadinanza.", "Din il-ħaġa kienet ċara, ħriġna stqarrija, ikkonfermajtha, erġajt iċċarajtha, iċċarajtha ħames minuti ilu, u qed nerġgħu nisimgħu l-istess mistoqsija!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, f'din l-aħħar kwarta ta' mistoqsijiet supplimentari tkellimna ħafna fuq markets u teknoloġiji emerġenti li fihom qed naraw li nkunu minn tal-ewwel li nidħlu fis-suq għax ħafna drabi min jidħol l-ewwel ikun l-aktar li jiggwadanja.", "Ovvjament hemm servizzi oħrajn li issa ilhom f'Malta, bħas-settur tal-gaming, li dan il-Gvern għandu l-obbligu li ma jinsihomx, għalkemm naf li ma ġarax hekk għax fl-aħħar xhur u fl-aħħar snin rajna lil dan is-settur ikompli jissaħħaħ.", "Għaldaqstant jista' l-Onor.", "Silvio Schembri jgħidilna x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jattira kumpaniji ġodda lejn pajjiżna fis-setturi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, mhux biss f'teknoloġiji u swieq emerġenti bħall-blockchain u l-artificial intelligence iżda wkoll fi swieq oħrajn li jinsabu f'pajjiżna u li għandna l-interess li narawhom ikomplu jissaħħu?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Jumejn ilu kelli l-opportunità li nitkellem fuq id-dekasteru li jien responsabbli minnu li fost affarijiet oħrajn jinkorpora fih is-servizzi finanzjarji.", "Jien semmejt statistika ta' diversi setturi fejn rajna tkabbir fuq kull settur u spjegajt kif qed nippromwovu ħalli nkomplu nkabbru dan is-settur, imbagħad hemm setturi ġodda.", "Ħafna drabi nisimgħu kritika mill-Oppożizzjoni li dan il-Gvern mhux qed jattira kumpaniji ġodda u investiment.", "Jien sinċerament nibda ngħid li jew qed nitkellmu mal-ħajt jew inkella hemm min ma jridx jisma'.", "Ċerti Membri tal-Oppożizzjoni joqogħdu jitkellmu bejniethom imbagħad jerġgħu jagħmlu l-istess mistoqsija li nkun għadni kif irrispondejt u b'hekk juru li ma jkunux qegħdin jifhmu x'inhu jsir.", "Fil-fatt għadhom għaddejjin jitkellmu u lanqas indunaw imma jien se nkompli nindirizza lilek, Sinjura President, ħalli nispjega x'qegħdin nagħmlu.", "Fl-emerging economies qegħdin naraw setturi ġodda.", "Din is-sena kien hemm il-blockchain u diġà semmejna li għas-sena d-dieħla nidejna l-ewwel strateġija fuq l-artificial intelligence li mhux se tkun qafas regolatorju biss.", "Jiġifieri mil-lat ta' strateġija rridu naraw li jkun hemm inċentivi mhux biss fiskali imma wkoll fuq ċerti ħiliet li għandna bżonn.", "Bħalissa għaddej studju fuq livell ta' eSkills Ii hawn bżonn fil-pajjiż biex naraw x'tip ta' nies u x'kapaċitajiet irridu nattiraw.", "Fuq livell lokali rridu naraw kif se nagħtu aktar opportunitajiet sabiex ikollna upskilling tal-human resources tagħna, biex minn labour indawruhom għal human capital.", "Fil-fatt riċentement nidejna scholarship programme ġdid.", "(Interruzzjonjiet) Issa jew tridni nispjega jew se toqgħod tistaqsini.", "Jien qed nagħti l-informazzjoni fuq dak li ġejt mistoqsi.", "Il-kollega tiegħek staqsa mistoqsija li ma kellhiex x'taqsam ma' din u rrispondejtu.", "Naħseb li l-kollega tiegħek għandu dritt jistaqsi u jien nirrispondi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Schembri, indirizza lili jekk jogħġbok u kkonkludi.", "SILVIO SCHEMBRI: Grazzi, Sinjura President.", "Kont qed ngħid li inizjattiva oħra li introduċejna kienet tirrigwarda scholarship fund ġdid għal dawk l-istudenti Maltin li jridu jispeċjalizzaw fuq DLT f'livell ta' Masters u Dottorat.", "Hemmhekk il-Gvern se jkun qiegħed iħallsilhom il-kors kollu sabiex nippreparaw ir-riżorsi umani tagħna għal dik l-industrija.", "Rigward industriji ġodda semmejt l-artificial intelligence u mhux biss, għax fil-ġimgħat li ġejjin se nniedu strateġija fuq eSports li bħala struttura u miżuri hija lesta imma għad fadal aktar diskussjoni.", "Dan huwa settur ieħor kompletament ġdid li jikkompara mal-industrija tal-gaming però qiegħed aktar fuq game design milli fuq gambling u permezz tiegħu qed nagħtu aktar opportunitajiet.", "Qegħdin nikkreaw dawn is-setturi kollha u qed niġu kkritikati li aħna Gvern bla viżjoni; immaġina kieku dan il-Gvern kellu viżjoni …!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, jien mhux biss qed insegwi b'attenzjoni t-tweġibiet tal-Onor.", "Silvio Schembri tal-lum imma qed insegwi wkoll dak kollu li qed jingħad fil-pubbliku dwar l-isforzi li qiegħed jagħmel f'dak li hu żvilupp ta' setturi ġodda.", "Għal dan għandi kliem ta' tifħir però ninsab ftit ippreokkupat li min-naħa tas-suq hemm tħassib mhux dwar it-tip ta' industrija li qed nipprovaw nattiraw, li tinkorpora setturi innovattivi u interessanti, imma dwar dak li hu meħtieġ biex dawn jiġu sostnuti, ċjoè li l-istruttura bankarja tkun b'saħħitha u robusta fi kwalunkwe settur li fih Malta tniedi xi inizjattiva biex tipprova timmira li tattira l-investment.", "Matul l-aħħar ġimgħa kien hemm preokkupazzjonijiet dwar wieħed mill-banek ewlenin – jien ma tantx jinteressani li nsemmi l-ismijiet minħabba li hemm interessi privati – li s-settur bankarju kien jirrikorri għalih.", "Jista' l-Onor.", "Schembri jgħid jekk id-dekasteru tiegħu hux qed jingħata serħan il-moħħ rigward dak li qiegħed jagħmel il-Gvern biex isaħħaħ is-settur bankarju tagħna u r-reputazzjoni li ġiet mittiefsa minħabba dan it-tħassib?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Qabelxejn nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni għal din il-mistoqsija pertinenti.", "Naqbel miegħu li qiegħda ssir ħidma mill-Gvern f'dan is-sens u qed nattiraw ammont kbir ta' interess però hemm ċerti kondizzjonijiet oħra li jekk ma jiġux indirizzati kif se nispjega li qed jiġu indirizzati se jkunu qed itawlu l-proċess, b'mod partikolari fejn jidħlu s-servizzi tal-banek.", "Huwa tajjeb li ngħidu li fejn jidħol is-settur bankarju l-Gvern mhuwiex parteċipi maġġoritarju fis-setturi kollha jiġifieri għalkemm illum l-ġurnata għandna ishma f'żewġ banek, dawn xorta jaħdmu b'mod indipendenti.", "Kieku kellek tistaqsini jekk iniex kuntent bis-sitwazzjoni bankarja ngħidlek li le u din diġà għamiltha ċara meta kont qed nitkellem fuq l-estimi.", "Meta kont qed nitkellem fuq is-Segretarjat tiegħi din il-ġimgħa stess, bgħatt messaġġ ċar li l-banek huma parti mill-ekonomija u allura jridu jkunu parteċipi però dawn għandhom ir-responsabbiltà wkoll.", "Jien smajt b'diversi każijiet fejn uħud mill-banek jagħmluha diffiċili immens anke biex jiftħu basic account.", "Jumejn ilu għamilt appell, u nerġa' nagħmlu llum, biex ma niġux f'sitwazzjoni li l-Gvern ikollu jintervjeni.", "Huwa obbligu tal-banek, anke b'direttivi Ewropej, li għall-inqas jiftħu basic accounts.", "Din tkun qed tindirizza parti kbira mill-kwestjonijiet li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni fejn hemm ċerti sfidi, speċjalment fejn jidħlu barranin li jaħdmu f'ċerti industriji, fosthom l-industrija tal-gaming – fejn l-aktar li hemm kwestjonijiet – li lanqas biss jiftħulhom account biex tidħol il-paga, imbagħad ovvjament lill-operaturi ma tagħtihomx tort li jridu jsibu ways and means oħra kif jaġġustaw għal dan.", "Teżisti kwestjoni oħra li rridu nattiraw.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjonijiet ta' bank partikolari li bħalissa għaddej minn proċess amministrattiv għax din hija proċedura indipendenti li taqa' taħt l-MFSA u l-Gvern ma jistax jidħol fiha però ninsabu konxji fuqha.", "Bħala Gvern qegħdin naħdmu id f'id, anke ma' operaturi differenti, biex nattiraw banek oħrajn lejn pajjiżna u nista' ngħid li għaddejjin b'diskussjonijiet ma' żewġ banek sabiex naraw kif dawn ikunu jistgħu japplikaw għall-proċess u jibdew joperaw ukoll għax l-interess li qed inġibu ta' kumpaniji fuq livell ekonomiku jirrikjedi li jkun hemm iktar banek sabiex jiġi serviced dan is-settur.", "Hemm ukoll kwestjonijiet oħrajn bħalma huwa l-fenomenu ġdid li għal ċerti industriji, bħall-blockchain, il-gaming u oħrajn fil-qasam diġitali, uħud mill-banek japplikaw il-policy li r-risk capital tagħhom ma jkunx daqshekk miftuħ.", "Għalhekk issa qed naraw żvilupp ġdid fejn uħud mill-operaturi kbar f'dawn is-setturi qed jingħaqdu flimkien sabiex imexxu 'l quddiem l-idea ta' bank privat – dak li ngħidulu challenger bank jew restricted licence bank – biex ikunu jistgħu jagħtu servizz lil din l-istess industrija.", "B'hekk inkunu qegħdin nimxu pass ieħor u ma nkunux għalaqna ċ-ċirku kollu.", "Huwa tajjeb li ngħidu li fejn tidħol din l-industrija ġdida, sal-1 ta' Novembru, din il-ġimgħa stess, din l-industrija kienet għadha tapplika f'ambitu mhux illegali, però mhuwiex regolat u allura l-banek kienu qishom bejn ħalltejn dwar jekk għandhomx jidħlu f'partnership biex jiftħu corporate account lil xi kumpanija jekk din lanqas biss ikollha liċenzja.", "Forsi dak kien argument li jinftiehem għax irridu ngħidu li jekk il-banek huma regolati minn istituzzjonijiet internazzjonali, fost oħrajn l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA, li jirregolaw is-settur bankarju hawn Malta, ikollhom ċerti restrizzjonijiet min-naħa tagħhom.", "Illum il-ġurnata, peress li beda l-proċess tal-liċenzjar, ladarba jkollok liċenzja minn central authority bħall-istess regolatur li jirregola s-settur bankarju f'Malta, se tkun qed tagħmilha aktar faċli li bank ikun jista' jiftaħ għal dan l-operat.", "Ovvjament this is a learning curve u aħna qegħdin l-ewwel fid-dinja f'dan is-settur.", "Għalhekk ikollok ċerti sfidi li tkun l-ewwel wieħed li trid tgħaddi minnhom però bil-mod kif qegħdin naħdmu naħseb li s-sitwazzjoni se tkun qiegħda tittaffa ladarba jkollok il-ħruġ tal-liċenzja għal dawn il-kumpaniji.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILERI: Sinjura President, nirreferi lis-Segretarju Parlamentari għall-mistoqsija preċedenti li għamilt fir-rigward ta' investiment ġdid li mhux bilfors ikun ġej minn oqsma ġodda bħall-artificial intelligence u l-blockchain iżda minn setturi li f'Malta diġà huma preżenti u għandna l-obbligu li nkomplu nsaħħuhom, kif naf li qed isir.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk hemmx interess biex jiftħu kumpaniji ġodda f'Malta u jindika minn liema pajjiżi l-aktar li qiegħed jara dan it-tip ta' interess?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: L-interess huwa kbir.", "L-ewwel tkellimna fuq iż-żewġ konferenzi li saru; id-Delta Summit li hija appoġġata mill-Gvern u l-Malta Blockchain Summit li kienet konferenza privata, u spjegajna li t-tnejn kienu ta' suċċess kbir.", "Apparti minn hekk, nista' ngħid li jien u l-Prim Ministru kull ġimgħa jkollna laqgħat ma' investituri barranin.", "Meta ngħid kull ġimgħa jiġifieri aktar minn laqgħa kuljum ma' investituri barranin minn madwar id-dinja kollha.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq xi pajjiż wieħed li jkun iddeċieda li jagħlaq l-industrija tiegħu, bħal pereżempju ċ-Ċina li ddeċidiet li din l-industrija ma tridx taf biha u għalqet il-bibien tagħha.", "Dik hija politika tagħha u timplimentaha però għandek pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza, l-Awstralja, l-Amerika, l-Isvizzera, il-Ġappun u s-South Korea li qegħdin jiftħu b'mod aggressiv għal din l-industrija.", "Minkejja dan kollu, għax aħna konna Gvern proattiv u miftuħ li indirizzajna l-kwestjoni li kien hemm b'mod spedit u immedjat, qed naraw dawn il-kumpaniji minn madwar id-dinja, inkluż mill-pajjiżi li semmejt, jiġu hawn Malta.", "Għaldaqstant, kif semmejt, fl-1 ta' Novembru kull kumpanija li kienet qed topera minn hawn Malta kellha l-obbligu li tinforma lill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta imma minn issa 'l quddiem biex tibda topera trid tapplika għal-liċenzja.", "Waqt attività politika semmejt li sal-aħħar tas-sena se nkunu f'pożizzjoni li nħabbru kumpanija ġdida kull ġimgħa.", "Skont l-aħħar figuri li tawni - mhux se nsemmi figuri għax għadhom mhumiex uffiċjali - nista' ngħidlek li mijiet ta' kumpaniji li diġà qegħdin joperaw hawnhekk innotitifkaw lill-Awtorità biex jibdew il-proċess għal-liċenzja.", "Dan ifisser li se nkunu qegħdin inħabbru ħafna iktar minn kumpanija fil-ġimgħa.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici.", "TQEGĦID TA' KARTI", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-citizens' charter fil-Qrati ta' Malta u Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7663;", "f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-aġenti akkreditati tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7391;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa medja tal-familji fl-2015 u d-dħul medju disponibbli tal-familji f'Malta u f'Għawdex matul l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7210;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar talbiet għal għoti ta' servizz li saru lil Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u d-dħul minnhom, f'kull xahar, fil-perjodu bejn Jannar 2016 u Settembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7587;", "Tagħrif dwar enforcement notices maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar f'kull xahar bejn Jannar 2016 u Ottubru 2018, maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7588; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq gazzetti li nxtraw għall-użu mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara l-2013, kif ukoll min hu intitolat għalihom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7211; u", "Tagħrif dwar għajnuna lil parroċċi f'Għawdex mogħtija mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7212.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders li ngħataw minn Wasteserv lil kumpanija partikolari bejn Marzu 2013 u Ottubru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7213; u", "Tabella li turi l-qabda ta' lampuki f'tunnellati bejn l-2016 u Settembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7564.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali u l-istqarrijiet finanzjarji awditjati għall-2017 tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Kumitati Permanenti u nsejjaħ lill-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) - Abbozz Nru 49 - u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji - Abbozz Nru 50 - għaddew mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Qed ninnota li hemm numru sostanzjali ta' persuni fil-gallarija.", "Nitlobkom iżżommu f'moħħkom li ma tistgħux tgħaddu kummenti, la favur u lanqas kontra.", "Mhuwiex permess lanqas ċapċip jew affarijiet oħra.", "Nitlobkom biex iżommu d-diskrezzjoni u s-silenzju.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "IL-ĦDAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġi diskuss il-Vot tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat li għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Josè Herrera biex, jekk jogħġbu, iressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, inressaq dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 35 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €85,942,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 - Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €15,398,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 – Ambjent Malta, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT XIII - MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL", "FIL-KLIMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €66,460,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII - Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 35 - MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA", "Ħassar iċ-ċifra \"€97,835\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€97,832\".", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Niġbed l-attenzjoni li l-ħin għall-Oppożizzjoni huwa sat-8.05 p.m. filwaqt li għan-naħa tal-Gvern huwa minn dak il-ħin sad-9.35 p.m. L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, filwaqt li nsellem lill-Ministru Herrera u l-ħidma tiegħu rrid nirrimarka li din qed ngħidha sinċerament u mhux b'retorika.", "Ovvjament jien se nagħmel il-kritika tiegħi imma din bl-ebda mod u fl-ebda ħin m'għandha tinftiehem bħala kritika fuq livell personali, lanqas xejn.", "Il-kritika ta' din in-naħa se turi kif il-ħidma tal-Ministeru kkonċernat hija kkaratterizzata minn konfużjoni, tgerfix, għejja u inkompetenza li għalihom qegħdin inħallsu aħna lkoll.", "Tricks hemm kemm trid imma treats ftit li xejn.", "Il-ħasra hija li l-prezz qares li qegħdin inħallsu għalihom illum mhu xejn ħdejn dak li se nħallsu fis-snin li ġejjin minħabba deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar xhur f'dan il-Ministeru.", "Fid-Diskors tal-Baġit ta' ftit ġranet ilu hemm tliet paġni biss iddedikati għal Ambjent Malta li kważi huma repetizzjoni totali tad-diskors ta' sena ilu.", "Ejja nikkonċedu li l-iskop wara t-twaqqif ta' Ambjent Malta kien wieħed bżonjuż, pożittiv u siewi ħalli nagħtu l-benefiċċju tad-dubju lill-Ministru u lill-Gvern però anke hawn il-Ministeru jew il-Gvern wera li jiġi jaqa' u jqum mil-liġi.", "X'razza ta' saltna tad-dritt hija din?!", "Meta twaqqaf aġenzija bil-poteri eżekuttivi – għax din telgħet quddiem il-Kabinett ukoll – kif ma joħroġx avviż legali qabel titwaqqaf?", "Fil-fatt fit-28 ta' Awwissu li għadda jien għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Ambjent fejn staqsejtu hekk:", "- jiġifieri fit-28 ta' Awwissu 2018 -", "\"… ma kienx ippubblikat l-Avviż Legali li jwaqqaf Ambjent Malta, jew għall-inqas ma kienx jidher li ġie ppubblikat skont kif tgħid il-liġi għal kull Awtorità/Aġenzija …\"", "- issa din il-mistoqsija parlamentari għamiltha fit-28 ta' Awwissu 2018 u jekk il-Bambin irid se tkun imwieġba fit-tieni ġimgħa ta' Diċembru li ġej imma hawnhekk m'għandux tort il-Ministru għax din hija s-sistema parlamentari tagħna -", "\" jista' l-Ministru:", "a. jispjega kif u b'liema jedd titwaqqaf Awtorità/Aġenzija mingħajr is-saħħa tal-liġi li twaqqafha, bżonjuża u siewja kemm trid;", "b. jagħti spjegazzjoni peress li sakemm ma jiġix ippubblikat dan l-Avviż Legali, Ambjent Malta m'għandha ebda mandat legali u kull azzjoni li qed tagħmel huwa ultra vires;", "c. jekk kienx informat fit-3 ta' Awwissu 2018 meta hu tkellem dwar Ambjent Malta, li f'għajnejn il-liġi din kienet fatat u non entity għax ma kenitx imwaqqfa b'liġi;", "d. jagħti l-ismijiet tal-persuni li huma inkarigati biex iwaqqfu Ambjent Malta u meta tahom dan l-inkarigu;", "e. kif jispjega l-fatt li fl-14 ta' Lulju 2018 it-timesofmalta.com irrapportat hekk:", "Mela l-Ministeru, il-Gvern, kien jaf li se titwaqqaf Ambjent Malta imma ta l-impressjoni li jiġi jaqa' u jqum mill-bżonn li tiġi osservata l-liġi.", "X'messaġġ bagħat il-Ministru, il-Gvern, b'dan il-mod?", "L-istess messaġġ li qed tibgħat Infrastructure Malta li qed tagħmel ix-xogħlijiet bla ma tapplika għall-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jiġifieri min hu l-aqwa jħawwel!", "This is a total and wilful disregard għall-preċetti tal-liġi.", "Huwa aġir li jindika arroganza amministrattiva.", "Huwa aġir li jiżra' l-ardir u d-disprezz lejn l-awtoritajiet, imbagħad aħna naħsdu u nbatu l-konsegwenzi ta' dan kollu.", "L-istess mentalità teżisti fil-qasam tal-emissjonijiet.", "Fir-rapport li deher fil-ġurnal The Times fit-3 ta' Diċembru 2017, il-ġurnalist Ivan Martin f'artiklu intitolat: \"Emission impossible?", "Malta pays for Bulgarian energy\" jgħid li:", "Jgħid ukoll li:", "Fit-3 ta' Novembru 2018, l-istess ġurnalist fil-ġurnal The Times kiteb artiklu simili intitolat:", "Mela ħalli nitkellmu b'Malti li jinftiehem, Malti safi.", "Diversi snin ilu, bejn wieħed u ieħor fl-2005, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fost pajjiżi oħrajn, daħlu għal ftehim li fih intrabtu li t-tniġġis fl-ajru, l-emissjonijiet, ma jaqbżux ċertu livell.", "Dawn għamlu rabta, għamlu trattat, kuntratt, obbligu reċiproku u qalu li min mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jaqbeż dak il-limitu, irid iħallas multa, inkella ma jkunx jista' jaqbeż il-limitu impost, aċċettat u maqbul.", "Issa ma ninsewx li l-Prim Ministru u l-Ministru Konrad Mizzi kemm-il darba qalu li kellna bżonn il-power station il-ġdida biex innaqqsu dawn l-emissjonijiet.", "Naħseb li kulħadd jiftakarhom jgħidu li għandna bżonn power station ġdida biex nilħqu l-miri internazzjonali.", "Il-ġurnal l-Orizzont tas-27 ta' Ottubru 2014, ikkwota lill-Prim Ministru jgħid hekk:", "\"Il-politika tal-gvern f'dan il-qasam se tkun tfisser li d-dħaħen fil-pajjiż se jonqsu b'1,200,000 tunnellata.\"", "Qal li kellhom jonqsu b'1,200,000 tunnellata, biex ibigħ il-power station li ma kellniex bżonn.", "Fil-ġurnal l-Orizzont tal-10 ta' Settembru 2013, insibu headline li jgħid:", "\"Il-proġett ġdid tal-enerġija kif propost mill-Gvern se jkun ifisser 50% inqas emissjonijiet.\"", "Kienu jgħidu li se nnaqqsu 50% tal-emissjonijiet u li se niġu minn ta' quddiem, jekk mhux fl-Ewropa, fid-dinja.", "Mhux talli ma naqsux, talli żdiedu, u mhux talli żdiedu talli għal dik iż-żieda qed inħallsu biz-zalza u b'multi għoljin għall-inkompetenza tal-Gvern f'dan il-qasam.", "Hawnhekk għandi rapport li għadu kemm ħareġ mill-Kummissjoni Ewropea, eżattament fis-26 ta' Ottubru, 2018 intitolat:", "Dan ir-rapport, li ma jidhirlix li s'issa ġie rapportat fil-mezzi tax-xandir f'Malta, makes damning reading għal pajjiżna.", "Dan għaliex mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, dan il-Gvern li suppost huwa mmexxi mill-aqwa Kabinett fl-istorja - ma nafx jekk huwiex dan l-aqwa Kabinett jew dak tal-leġiżlatura li għaddiet għax is-superlattivi u l-iperboli ninsihom u nitfixkilhom però żgur li dan huwa l-aqwa żmien! - għandu l-unur jgħid li ġab lil pajjiżna l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ġie mmultat talli qabeż l-emissjonijiet u l-miri internazzjonali fuq it-tniġġis fl-arja!", "L-uniku pajjiż!", "Dawn jafu li taħt it-tmexxija tagħhom Malta hija l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kellha tmur bis-sassla tittallab fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex tħallas ħalli tkun tista' tħammeġ aktar mil-limitu aċċettabbli u maqbul kuntrattwalment?", "Din x'tgħidulha?", "Eċċellenza?", "Professjonalità?", "Serjetà?", "Paġna 7 ta' dan ir-rapport tkopri l-perjodu mill-2013 u tgħid hekk:", "Fil-fatt hawnhekk hawn tabella li turi l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, ħlief Malta!", "Kollha kemm huma ma qabżux il-limitu tat-tniġġis fl-arja maqbul fit-Trattat ta' Pariġi fuq il-bidla fil-klima, ħlief Malta!", "Ħalli ngħid x'għamel il-Ministru Herrera għax din ma qalilniex.", "Il-Ministru Herrera, kif din ġiet approvata mill-Kabinett – hawnhekk ikun tajjeb li naqbeż għalih għax hu kien qed jipprova jsewwi l-pannu bil-qargħa aħmar fuq il-froġa u l-qassata li ħalla ta' qablu għax fl-2013 mhux il-Ministru Herrera kien il-Ministru għall-Ambjent imma ħaddieħor - fi tmiem is-sena 2016, għan-nom tal-Gvern u kif inkarigat mill-Gvern, mar għand il-Ministru tal-Bulgarija u qallu: Aħna mhux se jirnexxielna ma naqbżux il-limitu tat-Trattat ta' Pariġi, allura se nixtru mingħandkom u se nagħtukom somma flus kull sena sal-2020.", "Din hija xi ħaġa li t-Trattat ta' Pariġi jippermetti, però inti li qed tismagħna, intix Nazzjonalist, intix Laburist, intix min-naħa t'isfel, ta' fuq jew mill-ġenb ta' Malta, taħseb li huwa sew li Malta hija l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kellha din l-umiljazzjoni u aktar minn hekk it-taxpayer Malti qed iħallas għal din l-inkompetenza?!", "Naħseb li kulħadd jiftakar li ftit ġranet ilu kien hawn min ġie hawnhekk jagħmel teatrin u jistaqsi: X'ħadnielu lill-poplu Malti aħna?", "Silenzju.", "Dak is-silenzju artifiċjali.", "Taf x'ma qalilkomx il-Prim Ministru f'dak is-silenzju artifiċjali; li minn butkom, minn fluskom, mit-taxxi tagħkom u mit-taxxi tagħna lkoll, qegħdin inħallsu biex jagħtuna permess inħammġu aktar milli suppost, aktar milli qalu li se nkunu qegħdin inħammġu l-arja.", "Dan ir-rapport tal-mistħija fuq Malta jkompli jgħid hekk:", "- isimgħuha din; aħna l-uniku pajjiż, singled out -", "Jiġifieri we are under monitoring, sotto sorveglianza, għax aħna l-uniku Gvern, l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li falla f'din il-mira u kellu jmur il-Bulgarija biex jitħalla jaqbeż dak il-limitu.", "Din x'tiġi Ministru?", "X'tiġi din?", "Għall-Maltin hija trick għax ħbejtuhielhom.", "U min ħadha t-treat?", "U kemm kienet tiswa din it-treat?", "Għall-inkompetenza tagħhom qed tħallas int!", "Lanqas fit-tniġġis tal-arja ma tista' tafdahom għax ukoll jgħaxxquha.", "Daħk bin-nies!", "Tridu tkunu tafu kemm qegħdin inħallsu kull sena?", "Illum qiegħed niżvela li fi tmiem l-2016, il-Gvern Malti, meta l-Ministru Herrera ġie nkarigat Ministru għall-Ambjent, iffirma ftehim mal-Gvern tal-Bulgarija li fuq medda ta' seba' snin, jiġifieri sal-2020 - backdated mill-2013 sal-2020 - Malta se tħallas €1,400,000, medja ta' €180,000 kull sena, biex tħammeġ aktar minn dak li ntrabtet bih.", "Fejn hu dak li ġie jagħmel it-teatrin il-ġimgħa li għaddiet u qal li ma ħadlu xejn lill-poplu Malti?", "Minn fejn ġejjin dawn il-€180,000 li jiġu bejn wieħed u ieħor €200,000 kull sena?", "Dan huwa Gvern tal-ħabi!", "Fl-1983 ukoll kienu ħbewh il-ftehim li kienu għamlu man-North Korea.", "U nhar is-Sibt li għadda ma ridux jgħidulhom lil ta' The Times li qegħdin inħallsu €180,000 multa kull sena, għall-inkompetenza tagħhom.", "Dawn iħammrulek wiċċek mal-barranin u jumiljawk!", "Malta hija l-uniku pajjiż li kellu jitlob li jitħalla jaqbeż il-limitu, u biex jitħalla jaqbeż dak il-limitu jrid iħallas €1,400,000 mit-taxxi tagħna lkoll.", "Dik ma qaluhielkomx; qed ngħidhielkom jien illum.", "Jekk il-Ministru jmerini, jippubblika l-kuntratt li ffirma mal-Ministru tal-Bulgarija fi tmiem is-sena 2016.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-ġbir tal-iskart.", "Din hija vroma oħra, saga oħra.", "Rajna l-kjuwijiet, għax lill-anzjani bagħtuhom Ta' Qali fil-kju.", "Hemm taħwid u tgerfix sħiħ bejn l-Avviż Legali li ħareġ fl-20 ta' Settembru u dawk li ħarġu warajh.", "Qalulna li l-mozzjoni li għamilna kienet pwerili.", "Ma nafx x'ma qalulniex u liema aġġettivi użaw fil-konfront tal-Onor.", "Robert Cutajar, tiegħi u tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, eppure l-ġimgħa li għaddiet, proprju dakinhar li kellna l-vot, ħareġ Avviż Legali ġdid biex iraqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar tal-Avviż Legali ta' xahar ilu.", "Immaġina ftit, tkun qed taħseb għal proġett nazzjonali, politika nazzjonali, il-ġebla tax-xewka tal-politika tiegħek, li taf li hija kruċjali, u toħroġ avviż legali monk, bażwi li fih żewġ terzi tal-kunsilli lokali mhumiex imsemmijin.", "Dan l-Avviż Legali fih ħinijiet tal-ġbir li jsallbu lin-nies għax f'ċerti lokalitajiet trid titlaq mix-xogħol, tmur id-dar, toħroġ l-iskart u terġa' tmur lura għax-xogħol.", "L-Onor.", "Robert Cutajar u jien ftaħnielhom għajnejhom imma huma qalulna li mhu veru xejn u li qed nidħku bin-nies.", "Meta kien qed jagħmel il-winding up l-Onor.", "Robert Cutajar qalulna li din hija l-aktar mozzjoni redikola fl-istorja!", "Tant kienet redikola li l-ġimgħa li għaddiet ħareġ Avviż Legali ġdid li jagħtina raġun, u lanqas dan ma kien kapaċi jagħmel il-Gvern.", "Daħħlu tant positions of trust!", "M'għandhomx proof readers?", "Pereżempju f'Ħal Balzan ma qalulhomx meta jsir il-ġbir tal-ħġieġ imma qalulhom biss \"every first Friday\".", "Imma ta' meta?", "Issa ħalli niġi għat-tender għax din s'issa għadna ma dħalniex fiha.", "Din hija vroma oħra però dan il-Gvern jekk ma jkunx hemm tbażwir u tgerfix – tista' tkun tender ta' bandla u tista' tkun tender ta' power station - ma jkunx hu!", "Jien hawnhekk għandi t-tender li ħareġ u ġie ġġudikat fl-aħħar ta' Lulju tal-2018 biex jitqassmu 165,000 informative brochures lil kull household abitabbli f'Malta.", "Li lill-kuntrattur li rebaħ dan it-tender rabtu li jqassam il-leaflets.", "Hemm ukoll dawn il-bins kbar ħafna li tant huma kbar li mhux qegħdin joqogħdu fil-kċejjen tal-familji Maltin!", "Fil-fatt jien, l-Onor.", "Karol Aquilina konna qed nitkellmu fuq hekk u konna qegħdin ngħidu li l-bins tal-iskart organiku tant huma żgħar li f'nofstanhar timlih bil-konsegwenza li fis-sajf timtela bin-nemus u d-dubbien!", "Imma mbagħad tgħid li l-aqwa li qed tagħmel xi ħaġa ta' ġid għax il-ġid komuni u s-sens ċiviku jitlob li aħna nagħmlu s-separazzjoni tal-iskart.", "Ħallas, ġaħan!", "U jekk bħalissa wieħed imur San Pawl il-Baħar, ir-Rabat u Milner Street, Tas-Sliema jara l-kollettur jitfa' l-boroż il-bojod u l-boroż is-suwed jew il-boroż il-bojod u l-boroż il-ħodor fl-istess trakk!", "Oqgħod għamel is-separazzjoni tal-iskart!", "Oqgħod ħabbel rasek, għax inkella l-Ministru jikkundannak u l-Gvern jimmultak!", "Jekk dan il-kuntrattur fl-aħħar ta' Lulju ntrabat li jqassam il-bins f'Malta kollha fi 80 ġurnata - jiġifieri suppost diġà qassamhom kollha - imma f'ċerti lokalitajiet hawn ħafna djar li għadhom ma rċevewx la l-leaflet u lanqas il-bin, il-Gvern irid jispjega x'penali se jwaħħlu!", "Għax għandna nkunu nafu li biex żgur irebbaħ lil dan il-kuntrattur li rebaħ, qata' qalb il-kumplament.", "Fil-fatt kien hemm diversi kuntratturi li kienu interessati jipparteċipaw u jtellqu għal dan it-tender u dawn talbu lid-Dipartiment tal-Kuntratti jagħtihom spjegazzjoni għax kienu qed jarawha impossibbli li fi tliet xhur biss iqassmu 165,000 bin.", "Però d-Dipartiment tal-Kuntratti, fil-clarification note li bagħat fit-18 ta' Mejju to all prospective bidders, iffirmata mis-Sinjura Christine Friggieri, għan-nom tad-Direttur tal-Kuntratti, qalilhom hekk:", "- jiġifieri l-Wasteserv –", "Mela dawn qatgħu qalb il-kumplament li ovvjament qalu li huwa impossibbli li dawn il-bins iqassmuhom fi tliet xhur, imbagħad min rebaħ it-tender falla u ddelega t-tqassim tal-bins lill-Girl Guides u lill-iScouts.", "Issa lil dan il-kuntrattur waħħluh penali?", "U jekk le, għalfejn u min ħa d-deċiżjoni li ma jiġux imposti penali?", "Lill-Ministru ngħidlu li kien ovvju li dan il-kuntrattur ma kienx se jlaħħaq iqassam 165,000 bin fi 80 ġurnata, imma meta ħaddieħor fetħilhom għajnejhom qalulu li dik il-parti trid tkun osservata.", "Issa ħalli niġu għall-gidba tal-kompost.", "Il-Gvern qal li hemm bżonn li jinġabar l-iskart organiku għax għandna bżonn il-kompost.", "Fid-dokument li hemm fuq il-website tal-Wasteserv issib hekk:", "Dan id-dokument jgħid li jsir kompost li jintuża bħala soil improver imma dan mhu veru xejn u se ngħid għalfejn.", "L-esperti jgħidulek li Malta għandha madwar 8,000 ettaru ta' ħamrija.", "Jista' l-Ministru jispjega dan il-kompost fejn se jmur meta, skont id-dokument tal-Ministru stess, hu maħsub li dan se jammonta għal madwar 70,000 tunnellata bil-potenzjal li jiżdied?", "Żgur li mhux se jmur fil-ħamrija Maltija.", "Żgur li le!", "M'hawnx suq għalih.", "Mela jew se jispiċċa fil-landfill xorta waħda jew inkella qed jidħku bin-nies.", "Skont id-dokument tal-Wasterserv - mhux tal-Oppożizzjoni - l-iskart organiku kollu se jmur fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn u mhux il-Magħtab.", "Issa jekk id-digester, il-magna li tagħmel dan ix-xogħol, tesa' 35,000 tunnellata biss u d-dokument tal-Ministeru stess qed jgħid li f'Malta l-organic waste collection mid-djar kapaċi titla' għal 70,000 tunnellata, jista' xi ħadd jispjega fejn se jmur il-kumplament?", "Barra minn hekk, jekk wieħed jaqbad id-dokument tal-waste management tal-2014, f'paġna 69 jsib li fl-2011 iġġenerajna 150,000 tunnellata skart organiku.", "Dan huwa dokument tal-Gvern stess!", "Issa jekk id-dokument tal-Gvern stess qed jgħid li kollox se jmur fl-Impjant ta' Sant'Antnin u dan jesa' biss 35,000 tunnellata, jista' xi ħadd jispjega kif il-150,000 tunnellata se jidħlu f'post li jesa' biss 35,000 tunnellata?", "Hawnhekk nitlob lill-Ministru jispjega x'se jsir mill-Inspire.", "Meta qalu li se jħottu l-Impjant ta' Sant'Antnin irrealizzaw li grazzi għal dak l-impjant lill-Inspire jagħtuh il-misħun għall-persuni b'diżabilità.", "Allura se jeħduhulhom dak is-servizz?", "Finalment niġi għall-enforcement ta' din l-iskema ta' ġbir u separazzjoni ta' skart li fl-ideal u fil-prinċipju hija tajba, u jalla taħdem, però ma tistax taħdem kif ħaddmuha.", "Dawn għamlu apposta biex tfalli ħalli jkunu jistgħu jiġġustifikaw l-inċineratur.", "Kif għedt diġà marru jħallsu €180,000 lill-Bulgarija!", "Ara din ma qaluhielhomx lin-nies!", "Ma kellhomx l-obbligu li jgħiduhielhom!", "Għalfejn dan il-ħabi?", "Jaħbi min għandu x'jaħbi.", "Id-dokument tal-Ministru fuq l-inċineratur li ħareġ kmieni din is-sena jgħid li \"the EU has very stringent directions with regards to emissions\" u jispjega kemm se nkunu bravi u konformi ma' \"the strictest standards possible in ensuring emissions and environmental impact\".", "Imbagħad issir taf li Malta hija l-uniku pajjiż mit-28 pajjiż – l-uniku, x'diżunur! – li qed ikollha tħallas biex titħalla tħammeġ aktar.", "Lanqas fiż-żibel ma tista' tafdah lil dan il-Gvern għax ukoll jgħaxxaqha u jagħmel froġa u qassata minn dan is-settur!", "Sur President, jien se nagħlaq b'dan l-appell sinċier.", "Jekk il-Gvern irid jibqa' miexi f'din il-linja, jibqa' miexi, però għandu jkun jaf li dak li qed jagħmel huwa ta' ħsara kbira għall-poplu għax mhuwiex sew li lill-poplu turih id-debba mbagħad tqabbiżlu l-ħmara, kif urejt f'dawn l-aħħar ftit minuti.", "L-Oppożizzjoni lesta li tagħmel il-parti tagħha u lesta li tkun involuta però ma jiġux isemmu technical committees.", "Għandhom isemmu punti fejn nistgħu tassew nitkellmu bħan-nies u mhux insiru nafu l-affarijiet mill-gazzetti jew meta nagħmlu mozzjoni biex nemendaw avviż legali jgħidulna li hija pwerili, biex imbagħad jirriżulta li jkollna raġun.", "Sur President, f'dan is-settur il-poplu ħa ħafna tricks imma treats ħa ftit li xejn.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON (Onor. Glenn Bedingfield): Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, jien irrid inkun kostruttiv għax ma naħsibx li għandna nippolitiċizzaw dan is-settur.", "Jien se nitkellem fuq l-animal welfare.", "Jien offrejt lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri biex naħdmu flimkien u rrid ngħid li qabel il-waqfa għall-vaganzi tas-sajf konna ltqajna biex niddiskutu l-irbit permanenti tal-klieb.", "Irrid ngħid li ħa ħafna mis-suġġerimenti tiegħi u ta' dan nirringrazzjah.", "Il-liġi kienet kważi kelma b'kelma fuq il-Private Members Bill li kont ressaqt f'Settembru tal-2015 imma ma jimpurtax.", "Però mbagħad m'erġajniex iltqajna u minflok ħareġ avviż legali.", "Ma ġara xejn.", "Jien ngħid li xorta huwa tajjeb li fl-aħħar għaddiet il-liġi.", "Li ma nistax nifhem hu għalfejn il-Gvern ħallieha fuq l-ixkaffa mill-2015 u m'għamel xejn.", "Dan mhuwiex tort tal-Onor.", "Camilleri għax mhux hu kien responsabbli dak iż-żmien imma dan il-Gvern ħallieha fuq l-ixkaffa għal tliet snin.", "Issa fl-aħħar għamilnieha.", "Jien m'għamilthiex biex nieħu l-mertu imma l-interess tiegħi hu li fl-aħħar l-inizjattiva tiegħi saret liġi.", "Issa hawnhekk irrid nistaqsi ġenwinament, għax ma nafx jekk hijiex fil-liġi, jekk ix-shock collars humiex illegali.", "Jeżistu kullari li meta kelb jinbaħ jagħtuh xokk biex jieqaf jinbaħ.", "Jista' jkun li qiegħda hemm imma jien ma rajthiex.", "Jekk mhijiex hemm, jista' l-Onor.", "Camilleri jgħid għalfejn tneħħiet mil-liġi li kont ipproponejt jien?", "Wieħed mid-drittijiet internazzjonali tal-annimali huwa li tħallihom juru l-imġiba naturali tagħhom.", "Issa jekk kelb tagħmillu kullar li jagħtih xokk għax jinbaħ tkun qed iċċaħħadlu din l-imġiba.", "Jien inħoss li dan huwa każ ieħor ta' moħqrija u għandu jidħol fil-liġi.", "Irrid ngħid li dan huwa t-tieni Baġit konsekuttiv fejn il-frażi \"animal welfare\" ma tissemma mkien.", "Ma ssibx sentenza waħda fuq animal welfare.", "Għalhekk ġenwinament nistaqsi x'inhu l-pjan ta' dan il-Gvern li tela' bl-għajta tal-animal welfare għal dan is-settur.", "Problema kbira oħra f'dan il-qasam hija dik tal-infurzar.", "Huwa inutli li ngħaddu l-liġijiet jekk ma jiġux inforzati.", "Il-liġijiet ma jkunu jiswew xejn, lanqas il-karta li jinkitbu fuqha, jekk ma jiġux inforzati.", "Issa fl-animal welfare il-problema tan-nuqqas ta' infurzar hija kbira.", "Jidhirli li Oscar Wilde kien qal li l-liġi mhux qiegħda hemm biex tmiss il-qalb imma qiegħda hemm għal min hu bla qalb.", "Irrid ngħid li hawn ħafna nies li jħobbu l-annimali f'pajjiżna, u jien nirringrazzjahom.", "In-numru ta' pets qed jiżdiedu wkoll għax ninduna mill-home visits.", "Hawn ukoll numru ta' cat feeders fis-santwarji u dan ix-xogħol isir minn għadd ta' voluntiera.", "Irrid ngħid li dawn in-nies, li huma volontiera f'NGOs favur l-annimali bħall-Birdlife, jagħtu saħħithom, ħinhom u flushom biex jieħdu ħsieb żwiemel, klieb u qtates, u ta' dan nirringrazzjahom mill-qalb, imma mbagħad għandna nuqqas ta' infurzar istituzzjonalizzat.", "Pereżempju, kif ma tteħdux passi mill-pulizija kontra s-Sindku tal-Birgu li ordna li jisparaw fuq il-ħamiem biex jinqatel fid-dawl tax-xemx meta t-tfal kienu bil-vaganzi, bħal dan iż-żmien sena, u quddiem it-turisti li raw il-ħamiem jaqa' meta kien għadu jferfer u jintefa' fil-landa taż-żibel?", "Dan huwa att ta' krudeltà li saħansitra ġie kkundannat mill-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.", "Allura għalfejn ma tteħdux passi kontra s-Sindku?", "Il-Birdlife qed tgħid li dan huwa l-aktar staġun tal-kaċċa li fih saret kaċċa illegali.", "Dan ġie ċċertifikat minn veterinarji tal-Gvern u mhux privati u dan juri nuqqas ta' infurzar.", "Nixtieq nistaqsi kemm saru spezzjonijiet fuq permanent chaining wara li għaddiet il-liġi u ħareġ l-Avviż Legali.", "Ovvjament dawn ma jistax imur jagħmilhom il-Ministru imma għandu nies apposta li jridu jieħdu l-inizjattiva huma.", "Pereżempju, is-CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paul kienet ordnat li l-qtates t'hemmhekk ma jiġux mitmugħa aktar, meta dawn kellhom il-frieħ!", "Fil-fatt kellu jintervjeni l-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li jieħu l-inizjattiva biex jgħidilha li trid tagħmel cat café bilfors u mhux twaqqaf lin-nies milli jitimgħuhom meta dawn kellhom il-frieħ!", "Kienu għadhom qed jerdgħu mingħand ommhom u waqqfitilhom l-ikel, imma lanqas f'dan il-każ ma ttieħdu passi.", "Kemm tressqu nies il-qorti fuq moħqrija tal-annimali?", "Jien kważi f'kull Baġit nirrepeti fuq il-bżonn urġenti ta' sezzjoni mill-Korp tal-Pulizija li tikkonċentra biss fuq il-moħqrija tal-annimali u tuża mezzi forensiċi.", "Jekk il-Gvern irid ikun kredibbli li huwa kontra l-moħqrija tal-annimali għandu jara li din is-sezzjoni ssir għax il-liġijiet mhux inforzati ma jiswew xejn.", "Il-każijiet ta' moħqrija tal-annimali mhux qed jiġu investigati bis-serjetà anzi fejn jidħlu d-drittijiet tal-annimali nerġa' ngħid li hawn ksur tal-liġi istituzzjonalizzat.", "Insemmi, pereżempju, il-qattusa li nqatlet f'ristorant f'Għajn Tuffieħa u sakemm waslu l-Pulizija għosfor il-karkass tagħha biex lanqas setgħet issir awtopsja fuqha.", "Jien nistieden lill-Gvern u lid-Direttur tal-Animal Welfare biex jaraw il-mod kif qed jinżammu l-klieb fid-Dipartment tal-Animal Welfare.", "Lili qaluli li l-kondizzjonijiet li qed jinżammu fihom huma ħżiena ħafna.", "L-animal welfare m'għandux ikun post for the red-eyed boys u naf li dan mhuwiex tort tal-Onor.", "Hemm min hu ddedikat u nirringrazzjahom imma kemm ilu fil-poter dan il-Gvern daħlu nies li qatt ma kellhom jintbagħtu hemmhekk.", "Hemm min jagħmel xogħlu sew imma hemm nies oħrajn li bagħtuhom hemm biex jinqdew, u dan huwa ħażin.", "Trid tkun tħobb l-annimali biex tmur taħdem fid-Dipartiment tal-Animal Welfare.", "Jekk ma tħobbx l-annimali postok mhuwiex hemmhekk.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn in-nies għandhom bżonn aktar taħriġ għax l-annimali żdiedu u sar għandna minn kollox f'dan il-pajjiż, anke sriep.", "Għalhekk naħseb li għandhom bżonn aktar taħriġ u aktar riżorsi.", "Irrid nistaqsi lill-Gvern jekk jikkonsidrax li nkomplu n-neutering campaign li kien beda l-Gvern Nazzjonalista u li kienet tkompliet taħt dan il-Gvern.", "Dik hija s-soluzzjoni tal-istray cats u tal-istray dogs, l-aktar tal-qtates.", "Bla neutering programme kontinwu l-qtates u l-klieb stray se jkomplu jiżdiedu.", "Għalkemm il-klieb naqsu mit-toroq, is-santwarji jgħidulek li kontinwament ikollhom klieb li m'għandhomx fejn ippoġġuhom.", "Il-cat feeders spiċċaw iħallsu minn buthom biex jissewwew l-istray cats.", "Dawn jgħidulek li aħjar isewwuhom minn buthom għax inkella sa sena oħra jirdoppjaw imma kultant isibu veterinarji li jagħmlulhom l-operazzjonijiet b'xejn.", "Jien ngħid li jekk għandna s-surplus il-Gvern imissu jibda jgħin lill-cat feeders jixtru l-ikel għax dawn il-biċċa l-kbira minnhom huma pensjonanti.", "Il-Gvern għandu xi pjan biex tibda ssir kampanja ta' neutering?", "Jien naħseb li huwa importanti li jkollna programm organizzat ta' neutering li jitħaddem sew biex għall-inqas nikkontrollaw il-popolazzjoni tal-istrays.", "Jekk jiżdiedu l-klieb, u l-aktar il-qtates, se jkun hemm aktar pressjoni fuq il-cat feeders u fuq is-santwarji.", "Jien qed nistaqsi jekk jeżistix xi programm fuq neutering għax fil-Baġit m'hemm xejn dwar dan.", "Hawnhekk nixtieq nagħti parir ġenwin lill-Onor.", "L-Onor.", "Camilleri għandu dritt ikollu l-passatemp tiegħu u kien raġel li ddikjarah imma naħseb li jrid joqgħod attent għax kulħadd għandu l-passjonijiet tiegħu, inkluż jien.", "Pereżempju meta jien inkun miexi bil-kelb u jkun hemm xi ħadd fi sqaq pubbliku u jgħidli biex ma nidħolx, nibda nara l-aħmar.", "Fil-fatt darba kelli każ u lil wieħed għedtlu: Dak huwa d-delizzju tiegħi li mmur nimxi bil-kelb, kif ma nistax nidħol fi sqaq pubbliku li għamiltu tiegħek?", "L-Onor.", "Camilleri qiegħed f'pożizzjoni antipatika għax għandu dritt ikun membru tal-FKNK, għandu dritt għall-passatemp tiegħu u ħadd ma jista' jċaħħadulu.", "U t-tnejn li aħna konna fl-istess sitwazzjoni.", "Wara kollox il-Prim Ministru poġġih Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam.", "Dik hija prerogattiva tal-Prim Ministru imma kif għedt qabel naħseb li l-Onor.", "Camilleri jrid joqgħod daqsxejn attent speċjalment meta jikteb fuq il-midja soċjali.", "L-Onor.", "Camilleri huwa Segretarju Parlamentari kemm tal-għaqdiet favur l-annimali kif ukoll ta' oħrajn bħall-FKNK li għandha rwol importanti ħafna u nirringrazzjahom għax-xogħol li jagħmlu.", "Il-Birdlife għandha rwol importanti ħafna wkoll u naħseb li s-Segretarju Parlamentari m'għandux jidher li qed jappoġġa waħda jew l-oħra.", "Ovvjament jaf għalfejn qed ngħidlu, imbagħad nurihielu personalment, għalkemm din diġà kienet pubblika.", "Is-suġġeriment tiegħi huwa li huwa fl-interess tiegħu li jaħdem id f'id mal-FKNK u mal-Birdlife għax it-tnejn għandhom rwol importanti u t-tnejn irid ikollhom fiduċja fih.", "Kultant tispiċċa medjatur bejn l-FKNK u l-Birdlife – dan hu parti mis-salib li trid iġġorr – u trid tipprova tgħinhom isibu triq komuni.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hux se jsir iċ-ċimiterju tal-annimali li ilu jiġi mwiegħed ħafna u naħseb li huwa long overdue.", "X'sar s'issa u fejn wasal?", "Huwa vijabbli?", "F'pajjiżna m'għandniex il-kultura li naħarqu lil dawk li nħobbu imma mdorrijin nidfnuhom.", "Naf li hemm regolamenti tal-Unjoni Ewropea li ma jħallukx tidfinhom u jridu jmorru f'inċineratur.", "Jista' jkun li ċ-ċimiterju għadu ma sarx minħabba li l-privat qed joqgħod lura għax qed jaħseb li m'hemmx suq għalih?", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq it-tiġrijiet tal-annimali fil-festi u hawnhekk lest li nappoġġa lis-Segretarju Parlamentari dwarha.", "Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud kienet qalet li t-tiġrijiet tal-annimali fil-festi m'għandhom qatt isiru fit-toroq pubbliċi imma għandhom isiru f'korsa awtorizzata, jew tal-Marsa jew tar-Rabat Għawdex u f'ħinijiet diċenti, mhux jiġu organizzati fis-2.00 p.m. fil-15 ta' Awwissu!", "Però dawn saru s-sena l-oħra u din is-sena reġgħu saru u allura rridu naħdmu flimkien biex it-tiġrijiet tradizzjonali tal-festi jsiru f'ħinijiet diċenti.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll fuq iż-zoos illegali.", "Naħseb li hemm il-ħtieġa ta' soluzzjoni ħalli dawn ma nħalluhomx ikomplu jikbru.", "Nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Camilleri kemm ġew reġistrati annimali li huma kkonsidrati perikolużi - m'hemmx għalfejn iweġibini llum – għax għandna sitwazzjoni fejn għandna zoos illegali b'annimali eżotiċi li skont l-awtoritajiet barranin huma f'riskju ta' estinzjoni li Alla biss jaf kif iddaħħlu Malta.", "Mhux qed ngħid li dan sar taħt dan il-Gvern biss imma sar anke taħt Gvern Nazzjonalista u jekk ma nikkontrollawx din is-sitwazzjoni, dawn se jkomplu jiżdiedu.", "M'għandix soluzzjoni faċli imma rridu nsibu soluzzjoni.", "Fis-sajf inqalgħet dilemma fuq il-karozzini minħabba li kellha tiġi emendata l-liġi u allura nħeġġeġ biex jaħdmu fuq dan qabel jerġa' jiġi s-sajf.", "Fi żmien l-Onor.", "Galdes kienu saru standards minimi dwar kif għandhom jinżammu l-annimali ħajjin fil-pet shops imma ma nafx jekk sarux aktar spezzjonijiet u x'passi ttieħdu.", "Nagħlaq billi nerġa' nistieden lill-Onor.", "Camilleri u ngħidlu li lest naħdem miegħu kif ħdimna s'issa f'dan il-qasam, u ta' dan nirringrazzjah sinċerament.", "L-interess tiegħi huwa biss il-ġid u d-drittijiet tal-annimali għax jien persuna li nħobb l-annimali bħal ħafna Maltin u Għawdxin.", "Annimal maħqur jew li jiġi ttrattat ħażin iweġġa' u jbati fis-skiet għax m'għandux leħen u m'għandux vot, imma hawn ħafna nies li huma lesti li jkunu l-leħen tal-annimali.", "Għalhekk se nibqgħu ninsistu għall-inforzar tal-liġijiet kontra l-moħqrija tal-annimali, mela ejja naħdmu flimkien ħalli nżidu l-pieni.", "Nerġa' ngħid li Mahatma Gandhi kien qal li pajjiż jiġi ġġudikat bil-mod kif jittratta l-annimali tiegħu.", "Naf li mxejna ħafna 'l quddiem imma għad fadlilna ħafna x'nagħmlu flimkien.", "Nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, jien se nkompli nżid ftit mal-punti li diġà ressqu l-Onor.", "Illum li qegħdin nitkellmu fuq il-Baġit tal-Ministeru għall-Ambjent se nibda bi tliet punti li nixtieq li l-Ministru fil-winding up jindirizzahom u jagħti feedback mhux biss lilna imma wkoll lill-pubbliku hemm barra.", "L-ewwel punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda l-Liġi dwar id-Demanju Pubbliku li nafu li kienet tressqet min-naħa tal-Oppożizzjoni - mill-Onor.", "Jason Azzopardi, minni u mill-Onor.", "Ryan Callus fl-2015 - u dan il-Ministru daħħalha fis-seħħ f'Mejju tas-sena ta' wara.", "Din kienet liġi li ġiet milqugħa b'mod tajjeb miż-żewġ naħat tal-Kamra għax l-għan tagħha huwa tajjeb.", "Jekk wieħed ikollu jara x'se tkun qed tipprovdi din il-liġi jsib li hija spekulazzjoni fuq state owned property u tittratta wkoll il-protezzjoni ta' assi li jkunu taħt theddida.", "F'Lulju tas-sena l-oħra ħarġet lista ta' siti li kellhom jingħataw l-istatus ta' public domain però sfortunatament wieħed mill-aktar siti importanti ta' pajjiżna ma kienx f'dik il-lista għax min-naħa tal-Ministeru ma laħħqux mad-deadline ta' skedar.", "Hawn qed nirreferi għal Wied Għomor li qiegħed bejn is-Swieqi u San Ġwann li prattikament huwa l-unika ftit arja miftuħa li għad baqa' f'dawn iż-żewġ żoni.", "L-applikazzjonijiet għall-iżvilupp f'dak il-wied ifaqqsu kuljum u jien nemmen dak li qal il-Ministru fil-Parlament sena ilu meta anke hu ried li dan il-wied jingħata l-istatus ta' public domain.", "Għalhekk illum minn hawnhekk nixtieq li l-Ministru jagħtina l-kelma tiegħu li din id-darba ma jerġax ma jlaħħaqx mad-deadline u nittama li ma ndumux ma nisimgħu li Wied Għomor ingħata l-istatus ta' public domain, mhux biss fl-interess tar-residenti ta' din iż-żona, jiġifieri San Ġwann u s-Swieqi, imma wkoll għax skont l-Awtorità tal-Ippjanar stess, dan il-wied huwa a scheduled area of ecological and scientific importance.", "Dan huwa l-ewwel punt li xtaqt kjarifika fuqu min-naħa tal-Ministru.", "M'iniex se noqgħod intambar fuq il-fatt li s-sena l-oħra l-Ministeru ma laħħaqx mad-deadline u ħarablu Wied Għomor, imma qed ngħid lil għandna naraw li Wied Għomor jidħol fil-lista tal-public domain mingħajr aktar tkaxkir tas-saqajn.", "It-tieni punt tiegħi huwa dwar il-policy tal-fuel stations.", "Il-Ministru responsabbli mill-ambjent kien qabel li din il-policy għandha tiġi riveduta u f'Jannar ta' din is-sena stess kien talab ir-reviżjoni tagħha.", "Erba' xhur wara, jiġifieri f'April, l-ERA ħarġet ir-rakkmandazzjonijiet tagħha u l-konsultazzjonijeit pubbliċi għalqu f'Lulju tal-2018 però minn dakinhar sal-lum għadna ma smajna xejn.", "Issa jien naf li l-policy aħħarija mhux mill-Ministru għall-Ambjent trid toħroġ imma mill-Ministru responsabbli mill-Ippjanar wara li tiġi għall-iskrutinju quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Naħseb li jkun għaqli ħafna li l-Ministru għall-Ambjent jagħmel il-pressjoni li hemm bżonn biex din il-policy tiġi riveduta u tingħalaq mingħajr aktar dewmien għax sadanittant qegħdin inkomplu naraw fuel stations ifaqqsu ma' kullimkien, uħud minnhom ġustifikati u oħrajn le, speċjalment meta qiegħda tittieħed art li hija tajba.", "Irrid ngħid li r-rakkomandazzjonijiet tal-ERA primarjament kienu dawn it-tlieta: li jiċkien id-daqs minn 3,000 metru kwadru għal 2,000 metru kwadru; li d-distanzi bejn fuel station u oħra jitwalu; u li ma titteħidx art verġni li għadha tajba ħalli l-undisturbed land tiġi protetta.", "Dan kien it-tieni punt tiegħi u nixtieq nisma' x'se jkun qed jagħmel il-Ministru f'dan ir-rigward.", "It-tielet punt tiegħi huwa dwar l-iSPED.", "Fil-leġiżlatura l-oħra, bħala Oppożizzjoni, konna insistejna li l-iSPED li ġie mressaq quddiem il-Kamra ma kienx tajjeb biżżejjed għax ma kellux viżjoni fit-tul u naħseb li llum we are being proved right, għax dan id-dokument jiskadi sentejn oħra.", "Din mhijiex xi ħaġa li qiegħda tgħidha l-Oppożizzjoni imma hija xi ħaġa li qed jgħidha d-dokument stess fl-introduzzjoni tiegħu.", "Id-dokument jgħid li fl-2020, jiġifieri ftit aktar minn sena oħra, l-iSPED trid issirlu l-ewwel reviżjoni.", "Għalhekk illum ġejt hawn biex nitlob lill-Gvern li ma nħallux li tasal l-2020 u tgħaddi biex tibda ssir ir-reviżjoni.", "Ir-reviżjoni tal-iSPED għandha tibda mil-lum biex kif jasal l-2020 ikun ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika, ikun ġie quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp biex niddiskutuh, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Nittama li din id-darba l-iSPED ikollu l-policies u d-data kollha li suppost ikun hemm annessa miegħu, mhux bħad-dokument li kien ġie ppubblikat fil-leġiżlatura li għaddiet.", "Nerġa' ngħid li m'iniex se noqgħod nikkritika dak li sar fil-leġiżlatura li għaddiet, imma qiegħda nagħmel suġġerimenti dwar x'naħseb li għandna nagħmlu biex fil-pajjiż, speċjalment fil-qasam ambjentali nimxu pass 'il quddiem.", "Fil-fatt qabel ma nagħlaq nixtieq inressaq tliet punti.", "Smajna li dan huwa l-Baġit tal-aqwa żmien u jien se nieħu lill-Gvern fil-kelma.", "Filwaqt li nirrikonoxxi li fil-Baġit ġew proposti inċentivi u miżuri tajbin, kont nippretendi li fil-Baġit tal-aqwa żmien ikun hemm aktar inċentivi, speċjalment biex inħarsu l-ambjent.", "L-ewwel nett, għandna bżonn a forward looking strategy għax l-2020 qiegħda wara l-kantuniera.", "Nemmen li għandu jkollna aġenda għall-2050 li tkun maqbula bejn il-Gvern, l-Oppożizzjoni u l-imsieħba soċjali li jkun fiha target setting mechanisms indipendentement mill-politiċi u mill-Gvern tal-ġurnata.", "B'hekk biss pajjiżna jista' jimxi 'l quddiem fil-qasam ambjentali.", "Qasam ieħor li xtaqt li jkun hemm aktar enfasi fuqu f'dan il-Baġit huwa l-iskejjel.", "Jekk verament nemmnu li l-ambjent għandu jimxi 'l quddiem, ejjew ngħinu lill-iskejjel.", "Ejjew noħorġu b'inċentivi biex l-iskejjel itejbu l-carbon footprint tagħhom, biex nippromwovu aktar il-landscaping u ndaħħlu aktar l-iżvilupp sostenibbli fl-edukazzjoni formali tagħna u ma nħalluhiex biss għall-informal, non-formal jew lifelong education.", "L-aħħar punt tiegħi hu li naħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jkollu landscape policy dwar kif għandna nieħdu ħsieb l-ambjent naturali u kif għandu jiġi ecologically restored fejn saret il-ħsara, biex naraw kif se nindirizzaw l-iżvilupp li sar b'mod illegali fil-kampanja.", "Biex dan isir il-Ministeru għall-Ambjent irid jaħdem id f'id mal-Ministeru għall-Ippjanar.", "Min-naħa tiegħi nwiegħed li se nkompli nagħti s-sostenn li hemm bżonn lil dan is-settur tant importanti għal pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Ministeru responsabbli mill-qasam ambjentali ta' pajjiżna li, fl-opinjoni tiegħi, huwa wieħed mill-aktar Ministeri importanti ta' kwalunkwe gvern fil-ħajja tal-lum.", "Jien mhux se nitkellem dwar l-ambjent inġenerali, għax huwa faċli li wieħed jagħmel dan, imma se nidħol fuq każ partikolari li, fil-fehma tiegħi, kien l-aktar deċiżjoni żbaljata li ttieħdet fil-qasam tal-ambjent ta' pajjiżna matul din is-sena.", "Qed nirreferi għad-deċiżjoni li ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar fil-każ tal-proġett tad-DB Group fuq art f'San Ġiljan fejn qabel kien hemm l-ITS.", "Kif nafu, fl-20 ta' Settembru l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-ħruġ tal-permess għal dan il-bini mostruż li se jbiddel għalkollox iż-żona ta' Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi u se joħloq problemi kbar għall-komunitajiet ta' dawn it-tliet lokalitajiet.", "Il-permess ħareġ imma ħarġet ukoll xi ħaġa pożittiva ħafna minn dan l-iżvilupp, fis-sens li l-komunitajiet ta' dawn it-tliet lokalitajiet ingħaqdu dejjem aktar fid-determinazzjoni tagħhom flimkien mal-NGOs, li huma tmienja, li qegħdin jirreżistu li jsir dan l-iżvilupp.", "Dawn qegħdin jinsistu wkoll li kwalunkwe permess li ħareġ għal dan il-każ jiġi rtirat.", "Fil-fatt ftit tal-jiem ilu tmien NGOs – irrid insemmihom għax naħseb li pubblikament jistħoqqilhom kull tifħir – ippreżentaw appell minn din id-deċiżjoni li se jinstema' fit-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien mal-Kunsilli Lokali ta' Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi.", "Dawn l-għaqdiet ambjentali huma Friends of the Earth, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Birdlife Malta, Moviment Grafitti, Ramblers Association, Nature Trust Malta u Żminijietna - Leħen ix-Xellug.", "Kien hemm bżonn l-appoġġ tal-pubbliku biex sar dan l-appell u rriżulta li bl-appoġġ finanzjarju tal-pubbliku nġabru madwar €25,000 biex ikopru l-ispejjeż mhux biss biex jiġi ppreżentat l-appell, għax hemm ammont ta' ħlas li jrid jsir lill-Awtorità tal-Ippjanar, imma wkoll biex jitqabbdu persuni professjonali ħalli jkunu jistgħu jħejju dan l-appell.", "Però dwar dan se nitkellem fl-aħħar ta' dan l-intervent.", "Illum beħsiebni nagħti t-18-il raġuni li hemm imniżżla fl-appell li sar kontra dan il-permess.", "Se nibda bil-konflitt ta' interess ċar ta' wieħed mill-membri tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, li vvota favur il-ħruġ ta' dan il-permess meta għandu interess f'aġenzija tal-proprjetà li qed tirreklama l-bejgħ ta' appartamenti fit-torri li jrid jibni d-DB Group; il-konflitt ta' interess li għandu l-Onor.", "Clayton Bartolo, li huwa membru fil-Bord tal-Ippjanar, li qed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Gvern biex jagħmel din id-deal skandaluża mad-DB Group; in-nuqqas ta' skrutinju fil-preżentazzjoni minn Jacqueline Gili li twasslet għal-laqgħa tal-bord permezz ta' jet privat … Irrid ngħid li jien kont preżenti għal-laqgħa u fil-bidu tal-laqgħa saret preżentazzjoni biex il-membri tal-bord ikunu informati dwar x'inhu dan il-proġett u x'inhuma l-fatti dwar dan il-proġett u minkejja li s-Sinjura Gili ma kenitx preżenti għal din il-preżentazzjoni xorta vvotat favur il-proġett.", "Allura kif setgħet tifhem x'qed jingħad jekk ma kenitx hemm, imbagħad ivvotat favur?", "Imbagħad hemm in-nuqqas ta' konformità tal-proposta tal-iżvilupp mal-Height Limitation Adjustment Policy for Hotels; in-nuqqas ta' konformità mal-Floor Area Ratio Policy li nsibu f'artiklu 5.9 dwar l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-infrastruttura u żvilupp ieħor li sar bi ksur ta' dan l-artiklu partikolari u n-nuqqas ta' konformità mal-policies li jikkonċernaw l-impatt viżiv ta' dan il-proġett massiv li se jbiddel l-iskylines kollha ta' dawk l-akkwati u li se jipperpetwa l-problema għax se jkun hemm żviluppi oħra li se jimxu fuq dak il-pass.", "F'dan it-torri l-appartamenti jridu jkunu minimu ta' 150 metru kwadru imma hemm appartamenti li huma iżgħar meta l-policy tagħmilha ċara li kull appartament irid ikun ta' dak id-daqs għax huma luxury apartments.", "Is-social impact assessment taparsi għamluh biex ikun jista' joħroġ il-permess imma fil-verità kien falz.", "L-iżvilupp propost ma jikkonformax ma' policies, liġijiet u obbligi internazzjonali dwar il-ħarsien tal-wirt storiku proprju għax f'dik iż-żona hemm bini li hu skedat sabiex jingħata l-protezzjoni sħiħa imma minflok se jiżżarma.", "Għidli kif tista' tipproteġi bini jekk l-ewwel pass li tagħmel ikun li żżarmah kompletament!", "Se jinkisru diversi liġijiet ta' pajjiżna li jittrattaw il-ħarsien tal-kosta u policies li huma intenzjonati biex jikkonservaw l-ispazji miftuħa.", "L-impatt tat-traffiku mhux qed jiġi kkonsidrat u huwa bbażat fuq premessa fittizja għax jittratta dwar mina li la saret u lanqas jidher li se ssir.", "Ma ġietx osservata l-Liġi dwar id-Demanju Pubbliku fejn tidħol il-kosta.", "Dan il-proġett imur kontra diversi restrizzjonijiet marbuta mal-ambjent, l-estetika u s-sanità.", "M'hemmx development brief u masterplan rigward iż-żona kollha u allura wieħed ma jistax jiddeċiedi permess bħal dan.", "Hemm nuqqas ta' ħarsien għall-bijodiversità, il-flora u l-fawna fuq l-art u fil-baħar fis-sit Natura 2000 u Għar Ħarq Ħamiem li huma fiż-żona.", "Fil-fatt Għar Ħarq Ħamiem qiegħed taħt l-art ta' dan l-iżvilupp.", "Hemm nuqqas ta' osservanza ta' diversi liġijiet dwar it-tniġġis, l-emissjonijiet u l-iskart li jirriżultaw minn dan il-proġett.", "Minbarra dawn il-punti nixtieq nagħmel appell lill-Ministru għall-Ambjent.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn meta jkun hemm każijiet bħal dawn fejn ikollok żvilupp kbir ikun hemm ħafna dettalji x'wieħed janalizza u sottomissjonijiet x'jagħmel imma l-għaqdiet ambjentali, ir-residenti u l-kunsilli lokali qed isibu diffifkultà kbira biex ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom dwar dawn il-proġetti u biex jagħmlu appell minn dawn il-proġetti.", "Għalhekk irrid nappella lill-Ministru għall-Ambjent biex jindirizza din is-sitwazzjoni mhux billi jeżenta lil xi ħadd mill-ħlas jew jagħmel xi ħaġa li b'xi mod toħloq żbilanċ imma jien ngħid li għandu jinħoloq fond speċjali għall-kunsilli lokali u għall-għaqdiet ambjentali biex dawn ikunu jistgħu japplikaw għal fondi ħalli f'każijiet bħal dawn ikunu jistgħu jippreżentaw l-appelli u jagħmlu l-istudji li jkun hemm bżonn.", "Ma naħsibx li din għandha toħloq xi diffikultajiet legali.", "Naħseb li għandna nikkonsidraw li nibdew ngħinu lill-kunsilli lokali b'dan il-mod ħalli niżguraw li kemm jista' jkun ikun hemm parteċipazzjoni bejn il-kunsilli lokali u l-għaqdiet ambjentali fil-proċessi tal-ippjanar, li kif nafu jiddependu ħafna minn kemm wieħed janalizza d-dokumenti u l-proposti li jkunu ġew ippreżentati.", "Nappella lill-Ministru, li naf li qed isegwi, biex jikkonsidra dan il-punt.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, meta nkun se nitkellem fuq is-settur tal-biedja, tas-sajd u tar-raħħala niġi hawnhekk ippreokkupat għax jekk inħares lejn il-Baġit li għadu kemm ippreżentalna l-Gvern, minkejja li qiegħed fis-sitt sena tiegħu, insib li dan ma jimpurtahx mill-ġejjieni tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda.", "Meta tħares lejn x'hemm miktub f'dan il-Baġit tinduna bit-telqa u l-abbandun li dan is-settur u dawn il-familji jinsabu fih.", "Mhux ta' b'xejn li ftit tal-ġimgħat ilu smajna kif iżjed minn 100 bidwi ingħaqdu flimkien, minkejja li mhux normali għalihom li jingħaqdu flimkien, sabiex juru lill-klassi politika u lis-soċjetà Maltija li huma bħala familji jinsabu fl-aħħar ta' ħajjithom u hawnhekk mhux qed ngħaġġibha.", "Jien se nibda naqsam ir-responsabilità tiegħi mas-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam u ma rridx noħloq konfrontazzjoni għax din ma tiswa xejn għal ħadd.", "Però dan huwa żmien ta' stat ta' emerġenza - ma nafx liema kliem nista' nuża - għax jekk il-parti l-kbira tal-bdiewa llum għandhom 50 sena jew aktar, fi żmien 15-il sena mhux se jibqa' bdiewa full-time f'dan il-pajjiż.", "Dan huwa l-istat ta' emerġenza li dan il-pajjiż jinsab fih.", "Dan il-Gvern ilu sitt snin, jiġifieri din mhijiex l-ewwel sena tiegħu, u jekk mhux se ssir xi ħaġa biex nagħmlu x-xogħol tal-bdiewa u tar-raħħala profitabbli - hekk tfisser sostenibbli - għalxejn fil-Baġit niktbu li ż-żgħażagħ lesti li jieħdu over, għax ħadd mhu se jidħol għal xogħol li ma jrendilux qligħ ġust.", "Qed jiżdiedu l-bdiewa u r-raħħala, speċjalment dawk li jrabbu l-majjal, imma meta titkellem magħhom jgħidulek li qegħdin f'coma jmutu ftit ftit, għax uliedhom mhux se jkomplu fix-xogħol tagħhom.", "Għalhekk fi żmien għaxar snin mhux se jibqa' bidwi jew raħħal full-time.", "Jien niltaqa' ma' bdiewa u nżur irziezet ta' min irabbi l-majjal.", "Dawk li jrabbu l-majjal jgħidulek li fil-preżent hemm min ma jiflaħx iħallas id-dejn li għandu fuq il-ġwież tas-snin tal-imgħoddi.", "Għandna min hu f'sitwazzjoni ddisprata.", "Jien mhux qed nitkellem f'isem in-Nazzjonalisti, għax dan m'għadux stat li nitkellmu f'isem in-Nazzjonalisti jew f'isem il-Laburisti.", "Jien ma ġejtx hawn biex noħloq kjass għalija nnifsi imma qed nuri x'inhi l-verità hemm barra.", "Jekk wieħed iħares lejn il-gazzetti jsib artikli bħal \"Farmers band together to create their first-ever lobby group\".", "Dan huwa sinjal tal-istat ta' emerġenza li ninsabu fih.", "Titlu ta' artiklu ieħor jgħid \"M'hemmx rieda politika biex titjieb is-sitwazzjoni fil-Pitkalija\".", "Titlu ieħor jgħid \"Killing local produce will endanger people's health\".", "Illum anke l-esperti qegħdin jitkellmu u lill-poplu Malti qegħdin jammonuh, u mhux karta safra għandna imma karta ħamra.", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn jekk nitilfu l-local produce nitilfu l-garanzija tal-produzzjoni agrikola lokali u nkunu niddependu biss fuq dak li jiġi importat.", "L-agħar sitwazzjoni għalija hija li hawn min ma jimpurtahx li qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "Niskuża ruħi, ma rridx inkun goff, imma ippermettuli ngħid il-verità.", "Dan huwa l-messaġġ li qaluli biex inwassal: \"Jidher li l-Gvern ma jimpurtahx minna\".", "Il-bdiewa u r-raħħala qed jgħidu li dan il-Gvern ma jimpurtahx minnhom.", "Jien nixtieq nagħmel appell lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.", "Ftit tkellimna jien u int imma jekk jogħġbok, f'ġieħ is-sewwa u r-responsabilità li għandek, kellimhom lil dawn in-nies u ltaqa' magħhom.", "Jien inżurhom biex inkellimhom u niltaqa' magħhom.", "Meta tidħol f'razzett tal-majjal, jgħidulek: Ara, kmamar vojta!", "Dawn kienu jkunu mimlijin.", "Illum meta niltaqa' mar-raħħala tal-majjal jgħiduli li għall-majjal li dieħel minn barra għandhom €80 kull tunnellata ogħla minn ta' sħabhom fl-Unjoni Ewropea għax il-prezz waqa'.", "Kif jistgħu jikkompetu meta l-majjal tagħhom qed jiġi ferm ogħla milli kien?", "Din hija karba u mhux ksuħat tiegħi.", "Jien ma ġejtx hawn biex nitkessaħ u ngħajjat.", "Ma ġejtx biex ngħid li għamilt xi ħaġa.", "Jekk ma tridx tagħti kasi, tagħtix kasi, imma agħti kashom.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq familji f'xifer l-irdum ekonomiku milli jfallu l-investimenti tagħhom.", "Se nkun goff, imma jekk jogħġbok, ismagħni.", "Lil ta' qablek il-Prim Ministru kellu jneħħih għax il-bdiewa qalulu li ma kienx tajjeb.", "Issa llum qed jgħiduli: Ta' qablu kien aħjar minn dan.", "Jien nieħu għalija għax għandi fiduċja li inti, biż-żgħożija u bl-enerġija tiegħek, m'għandekx tkun maqful fil-Ministeru.", "Oħroġ barra u ħalli n-nies tekniċi li għandna fuqna joqogħdu wara l-iskrivanija.", "Inti mur u ltaqa' magħhom ħalli meta titkellem fil-Kabinett tkun taf x'qegħdin iħossu dawn in-nies.", "Jekk nitilfu lir-raħħala tal-majjal ma nkunux nistgħu ngħidu li għandna majjal frisk Malti.", "Jekk nitilfu l-prodott agrikolu tal-bdiewa, lit-turisti fil-lukandi x'se noffrulhom?", "Liema frotta nistgħu ngħidulhom li hija tagħna?", "Dan meta f'kull programm niftaħru li l-prodott tagħna tant huwa tajjeb.", "Agħtu ħarsa lejn il-Baġit tas-sena li għaddiet u meta taraw il-proposti li saru - mhux se nidħol fid-dettall għax m'għandix ħafna ħin - tindunaw li minn dak li ġie mwiegħed ma twettaq xejn.", "Pereżempju ma sar l-ebda moll għas-sajjieda.", "Ma twettaq xejn, kollox fl-arja.", "Qed jgħidu li se naraw lil-bdiewa jibdew jaħdmu.", "Kif tista' tibda taħdem jekk tara li missierek ma jġibx il-ħobża ta' kuljum id-dar?!", "Ħalli nagħmel id-dikjarazzjoni tiegħi.", "Jien irrid nara li l-bdiewa jkollhom xogħol profitabbli.", "Jien impenjat li meta nkunu fil-gvern, kemm bħala partit u anke personalment, ix-xogħol li nagħmel nagħmlu bl-akbar dedikazzjoni.", "Forsi wara li mietet ommi waqaft ftit milli nżur lin-nies daqskemm xtaqt imma issa ġej lura f'tiegħi u se nerġa' nibda niltaqa' ma' aktar nies u se nerġa' nkun disponibbli.", "Jalla fejn nidħol jien, warajja tidħol int, Onor. Camilleri.", "Jew nidħol qablek jien, jew tidħol qabli int. Ejja ntellqu min se jmur għand l-aktar nies.", "Ejja nisfidaw lil xulxin fit-tajjeb però ejjew naħdmu flimkien biex insalvaw il-biedja.", "M'hemmx aktar Nazzjonalisti, Laburisti u tal-Partit Demokratiku.", "Irridu naħdmu flimkien biex insalvaw għax ma baqgħalniex ħin x'naħlu.", "Taħt l-Onor.", "Herrera nħaraq l-Impjant ta' Sant'Antnin, – nispera li mhux qiegħed l-infern Sant'Antnin! - inħaraq il-Magħtab u issa nispera li ma jinħaraqx ukoll is-settur tal-biedja u r-raħħala, għax jekk jinħarqu dawn, tista' ma tagħmel l-ebda investigazzjoni maġisterjali.", "Jekk jinħarqu dawn kaput, ma nsibuhomx aktar!", "Issa r-responsabbiltà qiegħda f'idejh.", "Is-Segretarju Parlamentari għandu tiegħu, il-Ministru għandu tiegħu u min jikkmanda fuqhom - għax nisma' min jgħidli li mhux hu jikkmanda imma Kastilja - għandhom il-kumplament.", "L-ewwel sfida hija li jibdew jiddjalogaw mal-bdiewa u mar-raħħala għax jiddispjaċini ngħid li meta niltaqa' mar-raħħala jgħiduli li l-Onor.", "Camilleri ma jmurx ikellimhom.", "Jien irrid nismagħhom jgħiduli li mar ikellimhom.", "Jalla li jien żbaljat, u mhux qed ngħid hekk bi ksuħat.", "Jien irrid it-tajjeb u meta s-Segretarju Parlamentari jgħidli biex immur miegħu, jien immur miegħu.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Muscat, ma nitkessħux taf!", "Hemm nies li ma jirċevux il-paga minn Kastilja!", "Hemm nies li m'għandhomx biex iħallsu l-ġwież t'għada!", "Hemm familji li qegħdin jibżgħu li għada se jagħlqu!", "Ejjew ma nkunux arroganti minn dan il-Parlament inkella għalxejn nilbsu l-qalziet għax kien hawn min kakka fih!", "Dawk in-nies ma jilbsux il-qalziet biex jiġu jitkessħu hawn u meta nismagħhom jitkellmu jiddispjaċini għalihom.", "Dawn ma jilbsux il-ġlekkijiet biex jiffanfraw!", "Dawn huma l-bdiewa u r-raħħala tagħna.", "Jekk ma tridux titkellmu, oqogħdu!", "Jekk tridu tagħtuhom bis-sieq, agħtuhom bis-sieq!", "Hawn fuq għandna nies li jitħallsu bl-eluf biex ma jagħmlu xejn.", "Jien ngħid grazzi lil min jaħdem, imma huwa ħażin jekk hemm min minnkom mhux qed jgħin lis-Segretarju Parlamentari!", "Intom suppost qegħdin hemm biex tgħinu!", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili, Onor. Vassallo.", "L-ewwel nett nitolbok tikkalma ftit.", "M'hemmx kummenti mill-gallarija.", "Min jikkummenta jkolli nitfgħu 'l barra, jiddispjaċini.", "Nitlob biex jekk hemm xi Membri Parlamentari li qed jitkellmu bejniethom iżommu l-vuċi aktar baxxa, inkella l-Onor.", "Vassallo se jkompli jgħajjat.", "Nitlob aktar kalma għall-ġid tiegħek ukoll.", "EDWIN VASSALLO: Nitlob skuża lil kulħadd però jien niġi hawn nitkellem f'isem in-nies.", "IĊ-CHAIRPERSON: Is-Sinjura tar-roża, jekk jogħġobha, toħroġ.", "Min jikkummenta minn hemm fuq jista' joħroġ.", "Ma ġara xejn.", "Jekk jogħġbok, oħroġ 'il barra issa.", "Ma tistax ma toħroġx.", "Hawn ġew jikkmanda min ikun qiegħed fuq dan is-siġġu.", "Inti trid toħroġ issa, jekk jogħġbok, għax ma tistax titkellem hawn ġew, Sinjura.", "EDWIN VASSALLO: Nerġa' nitlobkom biex tiskużawni però jien niġi hawnhekk nitkellem f'isem in-nies.", "Hemm barra l-bdiewa kienu ġew imwiegħda li r-rata tat-taxxa se tkun 0% minflok it-3% li għandhom fil-preżent.", "Agħmlu din ir-riforma llum qabel għada.", "Bil-ħniena qed ngħidlek, Segretarju Parlamentari.", "Fuq in-nies qegħdin nitkellmu, ħabib tiegħi.", "Jekk għandkom tagħmlu r-riforma li wegħedtu, li t-taxxa tkun 0% minflok 3% agħmluha jekk irridu nsalvaw lil dawn in-nies.", "Poġġu bilqiegħda u aslu għal ftehim mar-raħħala tal-majjal.", "Jekk wieħed iħares lejn l-estimi tas-sena li għaddiet isib li kien hemm €2 miljun bbaġitjati għar-raħħala tal-majjal, Onor. Camilleri, u din is-sena hemm €1 miljun.", "X'ġara?", "Naqsu minn €2 miljun għal €1 miljun jew inkella ġew €3 miljun?", "Nieħu pjaċir jekk nisimgħek tgħidli li ġew €3 miljun għax ikun ifisser li l-Gvern se jgħin lir-raħħala tal-majjal bi €3 miljun.", "Min-naħa l-oħra jiddispjaċini jekk nisma' li ż-€2 miljun intilfu u għal din is-sena għandna biss €1 miljun.", "Ħudu ħsieb lir-raħħala tal-baqar tal-ħalib għax nistgħu niġu fi kriżi li ma jkollniex biżżejjed ħalib biex il-Benna tużah għall-popolazzjoni tagħna u jkollna nimportaw ħalib minn Sqallija.", "Illum, għax għandna l-ħalib tagħna, nipprovaw nitolbu l-aħjar standards, imbagħad meta nimportaw minn barra, addio l-istandards għax inkunu tallaba.", "Ejjew noqogħdu attenti.", "Ibdew ir-riformi fil-Pitkalija u mhux tagħmlu l-maintenance.", "Il-maintenance li sar huwa tajjeb, fejn sar, imma hemm pitkala li qed jgħiduli li hemm struttura li għadha bl-asbestos imtaqqab.", "Però mhux dak biss hemm bżonn; hemm bżonn ta' riforma ta' veru fejn il-bdiewa tagħna ma jiġux misruqa.", "Oqogħdu attenti, għax jien għandi ritratti ta' trakkijiet li telgħu minn Sqallija bil-ħaxix u l-akbar tentazzjoni hi li l-ħaxix ta' Sqallija jinbiegħ mill-pitkala bħala ħaxix Malti.", "Jekk jogħġobkom, dan m'għandux ikun.", "Jien qatt ma mexxejtha din għax m'għandix ċertezza imma jekk hemm it-tentazzjoni oqogħdu attenti biex dan ma jsirx.", "Punt importanti ieħor huwa s-sorveljanza at point of entry.", "Ingħatat risposta ħażina għal mistoqsija parlamentari għax freedom of movement ma jfissirx li tħalli lil kulħadd jidħol u jagħmel li jrid.", "Lili l-burdnara jgħiduli li l-catamaran m'għadux jagħti l-manifest biex il-Plant Health Directorate ikun jaf x'inhu dieħel.", "Il-burdnara jgħiduli li l-uffiċċju tal-Plant Health Directorate li hemm fil-Freeport huwa magħluq – peress li jien responsabbli mis-self-employed allura jkolli mmur minn suġġett għal ieħor – u x-xogħol hemmhekk mhux qiegħed isir.", "Pereżempju, suppost li meta l-Plant Health Directorate jagħmel sorveljanza ta' njam jew ħaxix f'container irid jagħmel dan f'post magħluq għax jekk jgħaddu l-insetti, bħalma ġara, iħarbtulna l-biegħa tagħna kollha.", "Ejjew noqogħdu attenti.", "Sorveljanza għandna imma se nsemmi eżempju wieħed għax kull meta naqbad dan is-suġġett, il-kelliema tal-Gvern jibilgħuni.", "Ipprova daħħal il-majjal Malti jew il-prodotti agrikoli fi Sqallija ħalli tkun taf xi tfisser \"at point of entry\"!", "Dan mhux bħax-xogħol li jidħol Malta minn Sqallija fejn kollox jibqa' għaddej!", "Onor. Muscat, hemm regolamenti kif tista' tagħmel sorveljanza xorta waħda.", "Hemm regolamenti li min ikun se jdaħħal ħaxix jew prodotti ta' ħaxix f'Malta – jista' jkun ukoll injam - irid jirrapporta lill-Plant Health Directorate.", "Mhux kollox huwa ward u żahar.", "Hemm regolamenti fuq setturi differenti u jekk ma tafux bihom, iċċekkjaw.", "Sinjura President, hemm bżonn li l-Biċċerija jerġgħu jduruha dawra ħalli jaraw x'qiegħed jaħdem u x'mhux qed jaħdem wara li ntnefqu l-flus biex jirranġawha.", "Fl-Għammieri hemm bżonn ta' investiment qawwi fir-riċerka u r-riżorsi umani.", "Fil-laboratorju fejn isiru t-testijiet għall-pestiċidi hemm bżonn li l-kampjuni jiġu ttestjati Malta u mhux noqogħdu nistennewhom minn barra.", "Ejjew ma ndumux ma nagħmlu r-riformi tal-liġijiet dwar l-artijiet tal-Gvern, il-qsim tar-raba' u l-wirt tar-raba', li l-bdiewa ilhom tant jistennew.", "L-ilma għat-tisqija qiegħed jasal għand aktar bdiewa għax dak li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa tajjeb.", "Niġi issa għall-fondi.", "Nista' ngħid li hemm aktar minn 100 bidwi staġnat wara sena u nofs jistennew il-fondi mwiegħda mill-Unjoni Ewropea.", "Għinuhom lil dawn in-nies, anke jekk dan jaqa' taħt Ministeru ieħor.", "Inċentivaw lil min juża l-prodotti lokali.", "Huwa veru li s-suq isuq imma tħallux li s-suq isuq iżżejjed b'mod li jitlef il-kontroll, għax bis-suq isuq u l-freewheeling u l-laissez-faire, fejn kulħadd jagħmel li jrid, spiċċajna biex għandna nies li qegħdin iweġġgħu.", "Fl-aħħar minuta li fadalli rrid ngħid xi ħaġa fuq in-nassaba.", "Il-Gvern qed jerġa' jilgħab bin-nassaba għax tkellem fuq il-ftuħ tal-istaġun tal-insib għall-imlievez u l-pluvieri qisu għamel xi ftehim kbir mal-Unjoni Ewropea.", "Issa dawn l-għasafar mhumiex protetti fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għax ma jinsabux fir-riskju li jkunu estinti.", "Fi Franza u fl-Italja ilhom jonsbu għall-imlievez u l-pluvieri u ma jużawx ix-xibka tal-45mm imma jużaw ix-xibka tal-35mm.", "(Interruzzjonijiet) Tirrabjawx meta tisimgħu lil xi ħadd jgħid li għandu ideat differenti minnkom.", "Ejjew noqorbu lejn xulxin.", "Aħna rridu nsalvaw id-delizzju tal-insib għall-għasafar tal-għana.", "Ejjew noqogħdu attenti u mhux nuru li se nagħtuhom ħaġa, imbagħad nidħku bihom.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Issa nistieden lill-aħħar kelliem għan-naħa tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, hija ħasra li ma rnexxilniex nevitaw dak li stajna nevitaw, imma issa ejja nħarsu 'l quddiem.", "Jien se nagħmel appell lill-Ministru li xtaqtu li kien hawnhekk.", "L-ambjent huwa saħħitna.", "L-aqwa investiment li għandu l-bniedem hija saħħtu.", "Ejjew nieqfu mill-miżuri ta' għemil ta' too little too late u ta' affarijiet nofs sajran biex taparsi saru.", "Kull membru f'din l-Kamra għandu r-responabbiltà ta' saħħet u ħajjet in-nies.", "Għandna r-responsabbiltà ta' dik t-tarbija li tbati bl-ażżma minħabba t-trab fl-arja.", "Għandna r-responsabbiltà ta' dak it-tfajjel li jixtieq juża r-rota imma ma jistax jużaha fit-triq għax sieħbu diġà laqqatha.", "Għandna r-responsabbiltà ta' dawk l-irġiel u n-nisa li qegħdin ibatu bil-kanċer u mill-periklu tal-kanċer wara li neħħejna velenu u żidna mija oħra.", "Għandna r-responsabbiltà ta' dik it-tifla tal-iskola li trid tmur il-Park tal-Majjistral imma tibża' għax il-ħin ta' viżitazzjoni jaħbat eżatt mal-ħin tal-kaċċa.", "Għandna nibżgħu għal-lokalità li qed titlef is-sens komunitarju għax m'hemmx wesgħat.", "Għandna nibżgħu għall-kampanja li qed nimlewha b'pompi tal-petrol li m'għandniex bżonn.", "Għandna nibżgħu għall-ibħra ta' xtutna li suppost inħarsu imma qegħdin nagħlqu għajnejna għal tat-tonn u allura ma jimpurtax.", "Aħna għandna r-responsabbiltà u l-Ministru li mhux qiegħed hawn għandu responsabbiltà akbar.", "Dan m'għandux jaċċetta kulma jgħidlu min hu fuqu f'Kastilja.", "L-ambjent huwa għal qalbu.", "Hawn mhux qegħdin nitkellmu fuq ir-romantiċiżmu imma qegħdin nitkellmu fuq is-saħħa tan-nies.", "Ejja nħarsu b'sens komun, ejja nħarsu b'irġulija.", "Kull deċiżjoni bażwija li tittieħed mill-ERA u mill-Ministeru tista' teqred saħħitna u saħħet uliedna kif ukoll il-kapital naturali li jagħtina identità.", "Sinjura President, l-arja, l-ilma li nixorbu, l-ispazji, l-għelieqi, ix-xagħri, l-irdumijiet u l-ibħra, huma kollha saħħitna.", "Ħasra għal dak li stajna nevitaw imma ejjew inħarsu 'l quddiem u nibdew nevitawhom.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-ERA, ta' Ambjent Malta, tal-Ministeru u tas-Segretarjat, għax nifhem li forsi wara dan l-appell tal-Oppożizzjoni se jibdew iħarsu 'l quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin disponibbli għall-Oppożizzjoni.", "Issa l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sinjura President, dan huwa settur li jġibli sens ta' nostalġija għax fil-leġiżlatura li għaddiet kont nifforma parti minn dan it-tim li ħadem ħafna favur il-qasam ambjentali u dak agrikolu.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Oppożizzjoni tipparteċipa u rrid nagħmel xi rimarki dwar dak li hu għaddej bħalissa fix-xogħol li qed iwettqu sħabi, partikolarment is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri li qiegħed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna fis-settur tiegħu, kif ukoll il-Ministru Herrera fil-qasam tal-ambjent.", "Ilkoll kemm huma qegħdin iwettqu l-viżjoni tal-Gvern.", "Inħoss li rrid nirrimarka għal xi kummenti li saru mill-Oppożizzjoni.", "Pereżempju meta tisma' lill-Onor.", "Vassallo jitkellem tibda tgħid li donnu dan nesa li llum il-ġurnata pajjiżna qiegħed fl-Unjoni Ewropea u qisu qiegħed jitkellem b'sens nostalġiku favur il-bidwi.", "Jien nifhem li ħafna mill-bdiewa llum għadhom jemmnu f'dak it-tip ta' konservattiviżmu fejn jaħsbu li d-dinja mhux qed tinbidel.", "Bħala Segretarju Parlamentari jien kont nitkellem magħhom u kont ngħidilhom li rridu naġġornaw ruħna maż-żmenijiet, mas-suq liberu u mas-suq komuni.", "Vassallo jiġi jattakka lill-ħaddiema taċ-Ċivil f'din il-Kamra wara dawn is-snin kollha li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea u ma jgħidx li fiż-żmien meta kien Segretarju Parlamentari hu lill-bdiewa kienu jgħidulhom li kollox se jibqa' miexi b'mod normali, li l-patata se tibqa' tinbiegħ u li l-majjal mhux se jiġu t-Taljani biex ibigħuh hawn Malta.", "Issa llum il-ġurnata qiegħed iwaħħal fil-Gvern Laburista għax naqas il-konsum u l-bejgħ tal-majjal.", "Bir-rispett kollu, dawn l-affarijiet ma jitwemmnux!", "Biex tkunu kredibbli tridu taraw x'ġara.", "Kif qiegħed jgħid l-Onor.", "Muscat, f'dawn l-aħħar għaxar snin aħna ma dħakniex bihom.", "Aħna lill-bdiewa dejjem kellimniehom b'mod sinċier u ġenwin.", "B'hekk ma jafdawkomx il-bdiewa, għax wara dawn is-snin kollha, għadkom tipprovaw … (Interruzzjonijiet)", "IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Vassallo, tawk iċ-ċans biex titkellem, issa agħti ċans lilhom.", "RODERICK GALDES: Sinjura President, jien qgħadt nisimgħu bil-kwiet u ma qgħadtx ninterrompi meta ġie jgħajjarna arroganti!", "Ħallejtu jitkellem imma issa għandu jħallini nagħmel id-diskors tiegħi.", "Nibda billi ngħid li ma nafx kif l-Onor.", "Vassallo jiġi jgħid hawnhekk li l-konsum tal-majjal naqas meta nafu li meta lħaqt Segretarju Parlamentari fl-2013 l-istatistika kienet turi li l-majjal kien beda jonqos mill-2004 u jien kont ngħidilhom li r-realtà hija li ma jridux jibqgħu joperaw kif konna noperaw qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Pereżempju s-settur tal-ħalib huwa l-aktar eżempju ċar ta' organizzazzjoni agrikola li seta' kien hemm u minn hawn irrid ngħid prosit lir-raħħala għax kellhom managers tajbin.", "Kellhom nies fis-settur li kapaċi jorganizzaw ruħhom u għamlu biċċa xogħol tajba.", "Lin-nies taċ-Ċivil insellmilhom minn hawnhekk għax qed nara ħafna diretturi li ħdimt magħhom u nista' ngħid li lkoll huma kapaċissimi.", "Il-kapaċità tagħna wrejnieha meta fi Brussell, waqt il-Presidenza Ewropea, ġurnal politiku li ma tantx għandu xi leħen favur il-Partit Laburista fil-gvern kien qal li l-aktar qasam fejn tajna impetu fil-politika Ewropea matul ix-xhur li fihom kellna l-Presidenza, kien fil-qasam agrikolu għax meta ġejna assessjati kważi ġibna full marks.", "Hawn irrid insellem lin-nies taċ-Ċivil, partikolarment lin-nies tad-dipartimenti li ħadmu miegħi bħala Segretarju Parlamentari, għax dak iż-żmien irnexxielna nissorprendu pajjiżi kbar bħall-Ġermanja.", "Niftakar li kellna direttiva marbuta mal-biedja organika li kienet taħraq ħafna u li kienet se taffettwa lil pajjiżna imma mexxejnieha 'l quddiem u llum inħares lura b'sens ta' sodisfazzjon.", "Però ħadd m'għandu jipprova jirredikola l-ħidma tas-Segretarju Parlamentari jew tal-predeċessur tiegħu, li kont jien, u jqabbel ir-riżultati li ġibna f'dawk it-tliet snin jew erba' snin sal-lum mar-riżultati ta' bejn l-2004 u l-2013, meta lill-bdiewa ħallewhom għal riħhom u qalulhom li issa dħalna fl-Unjoni Ewropea u ħadna li ridna, imma m'organizzajniex is-settur.", "Pereżempju kienu jgħidulna li s-settur tal-patata se jibqa' jiżdied imma r-realtà kienet li aħna pajjiż żgħir u għandna l-limitazzjonijiet tagħna.", "Peress li hemm swieq kbar Ewropej il-prezz jaqa' f'daqqa u jkollna naġġustaw ruħna.", "Irridu naraw l-economies of scale u nipprovaw nirranġawhom għall-mod kif nistgħu naħdmu bħala bdiewa.", "L-età tal-bidwi hija xi ħaġa li tikkonċernana.", "Vassallo biex minflok jiġi hawn u joqgħod iħambaq u jurina kemm jaf jagħmel xenati fil-Parlament, jagħti kontribut serju kif ta l-Onor.", "Bezzina meta għamilna politika nazzjonali agrikola.", "Dak iż-żmien jien bħala Segretarju Parlamentari kont laqqajt lis-settur kollu u lill-Oppożizzjoni u stedinthom biex nitkellmu b'mod politiku u mhux b'mod partiġjan, biex flimkien naraw 'il fejn irridu li jmur pajjiżna.", "Hekk irridu naħdmu mhux billi noqogħdu nwaddbu t-tajn lejn xulxin għax ikun hemm xi nuqqasijiet.", "Nafu li hemm in-nuqqasijiet fis-settur tal-biedja imma rridu naraw eżattament 'il fejn irridu nieħdu lil pajjiżna sabiex titwettaq dik il-politika agrikola nazzjonali favur il-bidwi.", "Minn fuq il-karta rrridu ngħaddu għall-implimentazzjoni, imma rridu naqblu, mhux l-Oppożizzjoni tgħid mod u l-Gvern jgħid mod ieħor.", "Naħseb li dan juri biċ-ċar kemm aħna bħala Gvern qed nuru bis-serjetà li rridu nimplimentaw dak li jixtieq il-bidwi.", "Niġi issa għall-qasam ambjentali.", "Hawnhekk irrid infaħħar lill-Onor.", "Herrera għal ċerti inizjattivi li ħa fil-qasam tal-ambjent li sfortunatament ma tantx jidhru bħala ħidma pożittiva però hemm qiegħda.", "Nista' nsemmi l-fatt li tħawlu 12,000 siġra, il-fatt li bdejna proġetti ta' tħaddir ma' diversi kunsilli lokali u saru xogħlijiet u tindif fuq ħames kilometri ta' art u tmien widien kbar.", "Fil-qasam ambjentali m'għamilniex bħal dawk ta' qabilna.", "Hawnhekk se nsemmi l-qasam tal-housing soċjali li bħalissa jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħi.", "Nafu x'kien jiġri fil-passat għax jiġu nies għandi u jgħiduli: Jekk trid issolvi l-problema tal-housing, għandi biċċa art ODZ, oħorġuli l-permessi għaliha u nagħtikom żewġ sulari.", "Tgħidx kemm jiġu nies jgħiduli hekk u fil-passat kien hemm min ħa dak il-parir.", "Dr Lawrence Gonzi, dak iż-żmien bħala Prim Ministru, kien qal: Ħalli nipprova nbaxxi l-prezz tal-art u tal-proprjetà għax qiegħed jogħla ħafna, però rridu noħorġu permessi għall-ODZ.", "U ħarġuhom, għax id-deċiżjoni tal-2006 għadna nbatu l-konsegwenza tagħha sal-lum.", "Aħna fil-qasam tal-housing qgħadna attenti u għalhekk qed niġu kkritikati li qed indumu biex nibnu l-appartamenti tal-Gvern.", "Ir-realtà hi li dorna s-siti eżistenti fil-qasam tal-permessi fl-iskemi tal-iżvilupp u ma morniex għal proġetti ġodda ta' ODZ biex inkomplu nieklu mill-art eżistenti.", "Ma ċedejniex għar-rikatti jew għall-proposti ta' dawk in-nies li l-intenzjoni tagħhom hi li jipprovaw jispekulaw l-art, anzi pjuttost rajna li possibbilment insibu miżuri ambjentali.", "Pereżempju, għamilna skemi fejn tajna opportunità lil min ried jirrestawra l-proprjetà u lil min ried jirrestawra d-dar biex jikriha lill-Gvern għal skop soċjali.", "Għadna kemm ħabbarna li minn survey u riċerka li għamilna, sibna diversi proprjetajiet li kienu ġejjin mingħand il-Joint Office li damu mitluqin 25 sena, identifikajniehom u se nkunu qegħdin ninvestu madwar €4.5 miljun favur proġett ta' restawr marbut mal-housing soċjali.", "Sinjura President, nixtieq nuri r-ringrazzjament tiegħi b'mod partikolari għall-inizjattivi li qegħdin jittieħdu mill-aspett ambjentali u dak agrikolu.", "Pereżempju, qed jiġuni f'moħħi l-proġetti tal-Biċċerija u tal-Pitkalija li bdejna ħafna minnhom u għad fadal ħafna xi jsir.", "L-istess, it-titjib li sar fil-Pixkerija, b'mod partikolari l-avvanz li sar fil-qasam tal-animal welfare.", "Dan huwa settur importanti li forsi n-nies jallaċċjawh ħafna mas-saħħa tal-bniedem għax l-agrikoltura hija l-ikel li nieklu, imma dejjem hemm il-bniedem fiċ-ċentru li jrid ikollu organizzazzjoni u professjonalità fil-mod kif jitwettqu l-affarijiet.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sinjura President, wieħed mill-vantaġġi li jagħtuk l-oqsma li jien responsabbli minnhom, bla dubju ta' xejn, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi, huwa li jpoġġuk viċin in-nies.", "Naħseb li dan huwa fattur primarju biex tkun tista' tibda tifhem u twettaq politika għall-ġid ta' dawn is-setturi.", "Huwa permezz ta' djalogu kontinwu li bdejt nifhem verament xi jfisser li tkun bidwi u li tkun sajjied.", "Bdejt nifhem ukoll l-importanza tal-ħarsien tal-animali.", "Kien hawn li bdejt nifhem li dan is-settur huwa wieħed umli imma mimli dedikazzjoni.", "Kull persuna għandha l-istorja tagħha li tirrifletti elf ħsieb u emozzjoni differenti.", "Irrid ngħid li matul din is-sena ppubblikajna għall-ewwel darba f'pajjiżna l-politika agrikola nazzjonali għall-għaxar snin li ġejjin.", "Din għamilnieha proprju għax f'pajjiżna, sa din is-sena, ma kienx hawn direzzjoni għall-għaxar snin li ġejji.", "Meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea kien hemm phasing out tas-sussidji, imma l-Gvern preċedenti ma ħasibx għall-politika fejn tidħol l-agrikoltura u kulħadd baqa' miexi għal riħu mingħajr ebda direzzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Vassallo qara din il-politika agrikola nazzjonali ra l-miri u l-objettivi li għandna għall-għaxar snin li ġejjin u ninsabu kommessi li nilħquhom biex verament nagħtu direzzjoni lill-bdiewa u lir-raħħal f'pajjiżna.", "Din il-politika, minbarra li tistudja eżattament is-settur agrikolu b'mod tajjeb, tidentifika miżuri ta' importanza biex dan is-settur jara titjib fix-xhur u fis-snin li ġejjin.", "Dan is-settur ikollu futur jekk iż-żgħażagħ jemmnu li hemm futur u rridu nkunu proprju aħna li nagħtuhom din it-tama u nwettquha.", "Għaldaqsant l-ewwel pjan jibda billi nattiraw aktar żgħażagħ biex iħarsu lejn metodi differenti ta' kif jidħlu fis-settur agrikolu.", "Huwa diġà pożittiv li f'ċerti skejjel hemm is-suġġetti tal-agribusiness fejn it-tfal tagħna mhux biss jiġu mgħallma kif ikabbru u jieħdu ħsieb il-ħxejjex u l-annimali, imma jingħataw dimensjoni ulterjuri ta' negozju u għaldaqstant jagħmilha aktar attraenti li wieħed jagħżel dan is-settur bħala karriera.", "Irridu nirrikonoxxu li l-prodott Malti joffri kwalità li biha jiddistingwi ruħu minn prodotti li jidħlu minn barra.", "Mela ma nafux li jidħlu prodotti minn barra!", "Huwa proprju minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni min-naħa tal-Gvern preċedenti li l-bdiewa Maltin u Għawdxin ma kenux jafu biżżejjed dwar il-fatt li bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien se jkollna suq ħieles, li jfisser li jidħlu prodotti minn barra.", "Għaldaqstant il-Gvern se jkun qiegħed jieħu l-inizjattiva li jalloka €0.5 miljun sabiex nibdew nippromwovu l-prodott lokali tal-bdiewa u r-raħħala tagħna biex noħolqu kuxjenza fost il-poplu tagħna li l-prodott Malti huwa tajjeb u għandu jiġi kkonsmat lokalment, ħalli nkomplu nħeġġu dan il-pass.", "Din l-istrateġija diġà bdejnieha fejn jidħol l-inbid u l-biedja tat-tkabbir tal-għeneb bdiet taħdem u għaldaqstant se nkunu qegħdin inwessgħuha għall-prodotti kollha Maltin u Għawdxin.", "L-Onor.", "Vassallo qal li l-bdiewa u r-raħħala marru jiddejnu.", "Jien irrid infakkru li lill-bdiewa l-Gvern preċedenti dejjinhom għax kien assigurahom li se jieħdu l-flus biex jibnu t-tined għall-irziezet tal-baqar, għamlu l-investimenti, issellfu mill-banek, iffirmaw karta mad-dipartiment ikkonċernat lejlet l-elezzjoni u kif għaddiet l-elezzjoni ma tawhom xejn għax qalulhom li dak hu state aid.", "Għaldaqstant kienu huma li bagħtu lill-bdiewa jiddejnu u għadhom midjunin sal-lum.", "Però dan il-Gvern qed jaħdem biex din il-problema li ħolqu lir-raħħala tal-baqar tal-ħalib, isolvihielhom.", "Fil-Baġit iddedikajna €1.2 miljun biex jitkomplew ix-xogħlijiet fil-Biċċerija ħalli nkomplu nimmodernizzaw din il-faċilità, li fl-aħħar mill-aħħar se jgawdiha l-bidwi għax isib servizz, kif ukoll aħna li nixtru l-laħam frisk.", "Dawn ix-xogħlijiet jinkludu, fost l-oħrajn, sistemi ta' boilers ġodda, sistemi modernizzati biex jinġabru l-fdalijiet kif ukoll titjib tal-istores.", "Il-Pitkalija għandha rwol importanti fis-swieq lokali u fis-swieq agrikoli.", "Wara x-xogħlijiet li kienu għaddejjin matul l-aħħar erba' snin fil-Pitkalija, issa rridu nassiguraw li l-istruttura tiġi rfinuta billi nħejju business plan biex nintroduċu miżuri ġodda ħalli nassiguraw li l-valur tal-investiment f'dan iċ-ċentru jkun wieħed tajjeb.", "Għalhekk iddedikajna madwar €300,000 sabiex dan isir.", "L-għan aħħari hu li l-bidwi jkollu pjattaforma fejn ipoġġi l-prodott tiegħu u fl-istess waqt nassiguraw lill-konsumatur li l-prodott hu Malti kif ukoll li huwa tajjeb u jista' jkun traċċabbli.", "Qegħdin nallokaw €0.5 miljun oħra f'fondi li se jintużaw sabiex itejbu l-laboratorju veterinajru nazzjonali u jintlaħqu l-istandards stabbiliti bil-għan li dan jipprevjeni, jelimina jew inaqqas ir-riskji għall-bniedem, l-annimali u l-pjanti.", "Il-laboratorju veterinarju nazzjonali qiegħed jaħdem biex jiġu introdotti testijiet ġodda, bħal fil-każ tat-tuberkolosi, biex is-servizz jitjieb u jkun hemm inqas spejjeż meta jintbagħtu l-kampjuni barra minn Malta għall-analiżi f'laboratorji akkreditati.", "Dan ifisser inqas spejjeż għall-bidwi u r-raħħal Malti fuq it-testijiet neċessarji għax se jiffranka l-ispejjeż tat-trasport u d-dewmien meta dawn jintbagħtu barra minn Malta.", "Qegħdin nallokaw ukoll €50,000 f'fondi li se jintużaw biex intejbu l-laboratorji tas-saħħa tal-pjanti biex jintlaħqu l-istandards stabbiliti bil-għan li nipprovaw neliminaw ir-riskji għall-bniedem, l-annimali u l-pjanti.", "Dan ix-xogħol se jibda matul l-2019 meta huwa ppjanat li jsiru x-xogħlijiet strutturali u fis-snin ta' wara se jsir it-tagħmir meħtieġ, titwaqqaf sistema ta' kwalità u ssir l-akkreditazzjoni tal-laboratorji.", "Ġew ivvotati €50,000 oħra sabiex ninvestu fiċ-Ċentru għar-Riċerka dwar il-Vitikultura li għandna fil-Buskett sabiex inkomplu nżidu d-diversifikazzjoni u l-kompetittività tal-biedja Maltija.", "Barra minn hekk, qegħdin inwettqu wegħda elettorali oħra permezz ta' twaqqigħ ta' bank ġenetiku tal-pjanti u ż-żrieragħ, partikolarment dawk endemiċi, bl-iskop li nindirizzaw it-tnaqqis ġenetiku ta' varjetajiet partikolari.", "Irrid nirreferi għall-kritika li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn qal li l-istatistika tal-Gvern stess turi li naqas id-dħul tal-biedja f'dawn l-aħħar snin.", "Li ma jgħidilniex l-Onor.", "Delia hu li dan in-nuqqas kien diġà previst hekk kif fl-2016 spiċċaw jitħallsu l-aħħar sussidji ta' għajnuna statali li Malta kienet innegozjat qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Dan għax l-istatistika li kkwota l-Kap tal-Oppożizzjoni ma tħarisx biss lejn xi jkun qala' l-bidwi jew ir-raħħal mis-suq iżda wkoll lejn is-sussidji pubbliċi kollha mill-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea u dawk nazzjonali.", "Huwa permezz ta' politika fit-tul u viżjoni ħolistika li l-biedja tista' tagħmel qabża 'l quddiem u mhux biss tista' terġa' ssir karriera għal bosta, imma s-settur jibda jaspira li jaddotta teknoloġiji u riċerka għat-tkabbir tal-prodott b'mod aktar effettiv.", "Sinjura President, issa se nitkellem fuq is-sajd.", "Irridu ngħidu li lis-sajjieda, bħall-bdiewa, irridu naraw li niffaċilitawlhom ħidmiethom u nkomplu ngħinuhom isostnu l-attività tagħhom.", "Dan il-Gvern huwa viċin is-sajjieda bil-fatti.", "Din is-sena, għall-ewwel darba, tajna l-weraq tal-palm mingħajr ħlas lis-sajjieda ftit jiem qabel fetaħ l-istaġun tal-lampuki u erġajna ngħaqadna magħhom fil-ftuħ tal-istaġun.", "Irrid ngħid ukoll li bl-għaqal u bid-diskussjoni li kellna mas-sajjieda u mal-koperattivi li jirrappreżentawhom, dan il-Gvern reġa' żamm il-kwota nazzjonali fejn jidħol il-pixxispad, biex kull sajjied f'pajjiżna seta' jmur jaqbad din il-ħuta mingħajr xkiel.", "Irrid ngħid li żidna l-kwota tat-tonn u addottajna sistema by catch sabiex nagħtu possibilità lis-sajjied iż-żgħir li jkun jista' jdaħħal din il-ħuta.", "Din forsi tidher bħala xi ħaġa żgħira, però s-sajjied jaf kemm tgħinu u tagħtih iktar introjtu.", "Kien ta' sodisfazzjon għalija li f'pajjiżna f'Settembru li għadda ffirmajna l-ewwel pjan ta' azzjoni reġjonali għas-sajd artiġjanali fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.", "Din kienet importanti sabiex nassiguraw li jkun hemm pjan bejn il-pajjiżi tal-Mediterran, mhux biss dawk Ewropej iżda anke dawk tal-Afrika ta' Fuq, għax fl-aħħar mill-aħħar bħala sajjieda lkoll nieklu minn baħar wieħed.", "Fil-Baġit allokajna €300,000 biex nibdew ix-xogħlijiet u ninvestu fit-titjib taċ-Ċentru tal-Akkwakultura f'San Luċjan kif ukoll biex jinbidel it-tagħmir antik relatat mal-faċilitajiet tar-riċerka fid-Direttorat tas-Sajd u l-Akkwakultura.", "Dan l-investiment kapitali huwa meħtieġ sabiex jitkomplew l-attivitajiet tar-riċerka b'konformità mal-istrateġija nazzjonali tal-akkwakultura.", "It-tagħmir meħtieġ huwa vitali għaċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Akwakultura.", "L-investiment se jwassal għal kwalità ogħla fil-faċilitajiet tar-riċerka li jinsabu fil-Forti San Luċjan.", "F'dan il-Baġit qed nallokaw €300,000 oħra sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fil-Pixkerija, li huwa suq essenzjali għas-sajjied Malti.", "Hemm bżonn ta' aktar spazju fejn isir l-operat, inkluż faċilitajiet oħra ta' ħażna u pjattaforma ta' landing base.", "B'hekk qegħdin nassiguraw li din il-faċilità titjieb ħalli naqdu aktar lis-sajjied. €300,000 oħra se jiġu investiti għall-iżvilupp ta' control hub ġdid fil-Marsa.", "Din il-proposta qiegħda ssir sabiex tinħoloq sistema ta' ġestjoni integrata fejn l-operazzjonijiet ta' kontroll jinġabru kollha taħt saqaf wieħed għal żieda fil-moniteraġġ, effiċjenza ta' kontroll u ġbir tad-data.", "Grazzi għal din il-control hub, is-servizzi offruti lis-sajjieda se jkunu ċentralizzati sewwasew biswit il-Pixkerija.", "Dan se jippermetti aktar effiċjenza u aktar sajd sostenibbli fl-ibħra tagħna.", "Ta' min isemmi wkoll li f'dan il-Baġit qegħdin nallokaw €100,000 għall-Fishing Vessels Reimbursement Scheme.", "B'hekk dawk is-sajjieda kollha li għandhom dgħajjes tal-injam li ġew manifatturati qabel l-2007 jew li huma MFA jew MFB se jkunu jistgħu japplikaw għal din l-iskema biex jirrestawraw id-dgħajjes pittoreski tagħhom.", "Apparti mill-aspett finanzjarju u settorjali, dawn il-bastimenti għandhom ukoll valur kulturali u storiku sabiex ikunu ppreservati b'mod tajjeb.", "B'din l-iskema se nkunu qegħdin ngħinu lis-sajjieda filwaqt li nippreservaw id-dgħajjes tradizzjonali Maltin u s-snajja' marbuta magħhom.", "Dan għandu jkollu impatt pożittiv fuq it-turiżmu fiż-żoni tal-port.", "Matul l-attivitajiet tas-sajd, il-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ regolarment jiġbru l-iskart tal-plastik li jinqabad fix-xbieki tagħhom.", "Għaldaqstant se nkunu qegħdin inniedu l-Marine Litter Recovery Scheme li se tiswa lill-Gvern €150,000.", "Għall-ewwel darba qegħdin inkunu mexxejja f'dan is-settur, anke wara l-pjan reġjonali li ffirmajna flimkien ma' sħabna tal-Mediterran, fejn se nkunu qegħdin nikkumpensaw lis-sajjied talli jiġbor l-iskart u l-plastik mill-baħar.", "Dan ifisser li mhux talli mhux qegħdin nixħtu obbligu fuq is-sajjied, għax din se tkun volontarja, imma talli s-sajjied tat-tkarkir li jiġbor il-plastik mill-ibħra tagħna se jkun qed jiġi kkompensat finanzjarjament għall-iskart li jiġbor u jdaħħal fil-port.", "Issa nixtieq ngħaddi għall-ħarsien tal-annimali u ma nistax ma nirringrazzjax lill-Onor.", "Mario Galea għad-diskors li għamel bi kritika kostruttiva immens kif ukoll għall-kollaborazzjoni li kellna matul l-aħħar xhur, speċjalment fejn tidħol il-liġi dwar iż-żamma tal-klieb.", "Irrid ngħid li l-kollaborazzjoni bejnietna hija tajba ferm u hekk għandha tkun fejn jidħol il-ħarsien tal-annimali.", "F'din is-sena u nofs li ilni responsabbli mill-qasam tal-ħarsien tal-annimali, kontinwament nidejna fondi għall-NGOs u s-santwarji, li grazzi għall-koperazzjoni tajba li hemm bejniethom u d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qegħdin dejjem naħdmu aktar u naġixxu b'mod impenjattiv fuq rapporti ta' moħqrija li jidħlulna.", "Ma waqafniex biss fil-fondi imma ħdimna qatigħ sabiex inżommu kelmtna fejn jidħol il-ħarsien tal-annimali.", "Din is-sena ftaħna l-ewwel horse swimming zone f'pajjiżna, u ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna regolamenti ġodda dwar iż-żamma tal-klieb li permezz tagħhom sar illegali li l-klieb jintrabtu bi ktajjen jew materjal ieħor bħala l-mezz primarju taż-żamma tagħhom.", "Naħseb li dan kien pass importanti fejn jidħlu d-drittijiet tal-animali.", "L-impenn tiegħi bħala Segretarju Parlamentari u tal-Gvern għall-qasam tad-drittijiet tal-annimali hu li nkomplu nimplimentaw miżuri u inizjattivi sabiex intejbu s-sitwazzjoni preżenti.", "F'dan il-Baġit daħħalna miżura ġdida li permezz tagħha se nwettqu miżura oħra mill-manifest elettorali.", "L-għan tal-fond adopt a pet allowance b'total ta' €100,000 hu li tingħata allowance ta' €150 lil kull min jaddotta kelb jew qattus mingħand NGOs li joperaw fis-settur tat-trattament xieraq tal-annimali bil-għan li nrawmu iktar din il-kultura pożittiva li se tkun qed tikkombaċi mal-fond li għandna, fejn apparti milli nagħtu fondi lill-NGOs u lis-santwarji li jirnexxilhom jagħtu kenn lil klieb u qtates li jkunu ġew mitluqin u ġew salvati minnhom, se nkomplu nippromwovu li l-familji għandhom jaddottaw kelb jew qattus mis-santwarju minflok ma jġibu annimali ġodda sabiex nagħtu dinjità u dar xierqa lil kull annimal f'pajjiżna.", "Inizjattiva oħra importanti ferm li tlaħħaq il-€120,000 li se tkun qed tattwa miżura li wegħedna fil-manifest elettorali hija l-Local Councils Animal Fund.", "Permezz ta' din il-miżura se nkunu qegħdin ngħinu lill-kunsilli lokali b'mod finanzjarju sabiex jitwaqqfu dog parks u cat cafes fil-lokalitjiet tagħhom.", "Diġà għandna kunsilli lokali li huma interessati jagħmlu dan.", "Se naraw li jkollna żoni animal friendly biex il-feeders ikunu jistgħu jiġbru l-qtates li jkun hemm jgħixu barra f'post ċentralizzat fil-lokalitajiet tagħna u b'hekk nieħdu ħsieb l-istrays ta' pajjiżna.", "Barra minn dawn iż-żewġ miżuri ġodda, allokajna fondi għal żewġ inizjattivi oħra.", "L-ewwel nett żidna l-fondi għall-allokazzjoni tagħha s-sena l-oħra u t-tieni miżura nidejnieha għall-ewwel darba din is-sena.", "Fil-Baġit tas-sena l-oħra żidna l-allokazzjoni tal-Animal Welfare Fund u f'dan l-Baġit qegħdin nerġgħu nallokaw €85,000 u għalhekk qegħdin insostnu miżura elettorali oħra.", "Dawn huma għajnuniet li se jingħataw lill-NGOs biex ikunu jistgħu jinvestu fil-infrastruttura u fi proġetti relatati mas-santwarji tagħhom sabiex joffru ambjent aħjar għall-animali li jkunu qegħdin iżommu.", "Din is-sena nidejna inizjattiva tajba ferm fejn jidħlu s-servizzi veterinajri għall-NGOs.", "Għaldaqstant beħsiebna nkomplu noffru dan is-servizz b'allokazzjoni ta' €80,000 għas-sena d-dieħla, fejn qegħdin nagħtu l-vet care lill-NGOs kompletament b'xejn.", "Aħna ddiskutejna l-average amount ta' kemm għandhom bżonn għal kull kelb u qattus, però ġieli jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm bżonn kura li tiġi tiswa aktar flus.", "Għaldaqstant qegħdin naħsbu għal dan u fejn se jkun hemm bżonn veterinarju għal aktar kura jew ta' operazzjonijiet intensivi, dan se jsir fl-isptar tal-annimali u l-Gvern se jagħmel tajjeb għalih.", "Rigward il-kaċċa u l-insib irrid nirrispondi lill-Onor.", "Vassallo billi ngħidlu li kien Gvern Nazzjonalista li qabel ma Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea bagħat ittra bil-miktub fejn qal li l-kaċċa u l-insib f'pajjiżna huma garantiti, meta fil-verità minn wara dahar il-poplu l-Gvern Nazzjonalista kien innegozja li erba' snin wara li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, l-insib kien se jinqata' darba għal dejjem.", "Kien proprju l-Gvern Laburista li fl-2014, għall-ewwel darba, reġa' applika għad-deroga tal-għasafar tal-għana.", "Issa, għax nafu x'inhu l-eżitu tal-Qorti Ewropea, ftit tal-ġimgħat ilu meta konna nafu li Malta se terġa' tittieħed il-Qorti fuq l-insib tal-pluviera u tal-malvizz, minflok ma qgħadna bilqiegħda bħall-Gvern Nazzjonalista ngħidu li m'hemmx x'tagħmel u jiġri li jrid, konna proattivi, morna Brussell, tkellimna mal-Kummissjoni, rajna l-parametri flimkien, rajna li tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u ġibna deroga li għall-ewwel darba hija maqbula mal-Kummissjoni Ewropea.", "Kieku m'għamilniex hekk, illum il-ġurnata l-insib f'pajjiżna huwa parti mill-istorja.", "Dażgur li ma wasalniex, però huwa fatt li dan il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox sabiex jassigura d-delizzju tal-insib f'pajjiżna.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-Gvern għadu qiegħed jevalwa s-sentenza tal-Qorti Ewropea; fil-fatt dan il-Gvern qabbad diversi avukati biex nieħdu l-opinjoni tagħhom dwar x'inhu l-pass li jmiss.", "Nassigura li qegħdin naħdmu sabiex naraw li l-insib f'pajjiżna jkun salvagwardat u jkun hemm futur għalih, mhux kif għamel Gvern Nazzjonalista.", "Sinjura President, is-sostenn tal-biedja u s-sajd f'pajjiżna jibqa' importanti għal diversi raġunjiet.", "Irridu nsostnu l-ewwel nett il-ħiliet li ilhom jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra, filwaqt li ma nkunux biss nostalġiċi.", "Irrid ngħid li għall-kuntrarju tal-Onor.", "Vassallo, inħossni ferħan immens li llum hemm għaqda ta' bdiewa attivi li ngħaqdu bejniethom sabiex jimxu 'l quddiem, u hekk għandu jkun.", "Il-bidwi għandu jingħaqad f'koperattivi sabiex ikollu organizzazzjoni aħjar, kif inħobbu nġibu l-eżempju bil-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib li għamlet biċċa xogħol eċċezzjonali għall-mod kif organizzat l-operat tagħha.", "Jien diġà ltqajt magħhom kemm-il darba u mhux kif qal l-Onor.", "Naħseb li qed jgħid hekk għax tant mar għand ftit li ħafna minnhom lanqas qalulu li diġà ltaqgħu miegħi.", "Jien ġej minn Għawdex, minn gżira rurali, u żgur li l-polz tiegħi iħabbat bħal tal-bdiewa u s-sajjieda.", "Għaldaqstant mhux se naqta' qalbi li niġi hawnhekk ngħajjat, neqred u nibki, anzi jien qiegħed hawnhekk kommess sabiex naħdem id f'id mal-bdiewa, mas-sajjieda u mal-NGOs tal-annimali biex naraw li dawn is-setturi jimxu 'l quddiem.", "Jien ma niġix hawnhekk biex naqtgħalhom qalbhom, imma niġi hawnhekk biex nagħmlilhom kuraġġ, ngħinhom bil-fatti u nkun qrib tagħhom biex jaslu għal soluzzjonijiet li jgħinuhom jimxu 'l quddiem ħalli naraw li dawn is-setturi verament ikun hemm futur għalihom u naraw li ż-żgħażagħ, minflok ma jaqtgħu qalbhom, jaraw futur fil-biedja u s-sajd f'pajjiżna.", "Nirringrazzijak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, illum qegħdin hawnhekk sabiex nitkellmu fuq dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent f'pajjiżna u l-vot għas-sena d-dieħla.", "Ovvjament il-Baġit jagħti wkoll rendikont ta' x'sar matul it-12-il xahar li għaddew f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent.", "Sinjura President, se nkun ċar u tond, kif inħobb inkun.", "Naħseb li smajna dak li kellha xi tgħid l-Oppożizzjoni llum.", "Naħseb li huwa faċli li tiġi hawnhekk tgħid dak li tixtieq u tattakka mingħajr ma jkollok proposti.", "Huwa stat ta' fatt li l-unika forza politika kredibbli fuq l-ambjent f'pajjiżna huwa l-Partit Laburista.", "Il-poplu Malti hemm barra jaf li jekk hemm gvern li anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent qed iwettaq, mhu ħadd ħlief il-Gvern Laburista.", "Jiddispjaċini ngħid li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, speċjalment b'ħafna elementi fi ħdanha li kienu jifformaw parti minn diversi kabinetti antiki tal-passat, m'għandhom l-ebda kredibilità meta jiġu f'dan il-Parlament u jitkellmu fuq l-ambjent.", "Jista' jitkellem fuq l-ambjent u jħabbat fuq sidru fuq il-biedja min kien parteċipi f'dan il-Parlament biex b'daqqa ta' pinna, medda art raba' daqs is-Siġġiewi kollha, f'kemm ilni ngħidlek daħlet fiż-żona tal-iżvilupp?", "Hekk tipproteġih lill-bidwi, billi tiġi hawn u tagħmel proċess li ssejjaħlu rationalisation li bih medda art agrikola kbira daqs is-Siġġiewi daħlet fiż-żona tal-iżvilupp?!", "Lil min ġie hawnhekk iħabbat fuq sidru u jitkellem fuq il-biedja ngħidlu li lill-bidwi ma tipproteġihx billi teħodlu l-art tiegħu għall-iżvilupp!", "Dan il-Gvern ma qagħadx gallarija f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent imma ħa d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn jittieħdu.", "Jien ngħid - u naħseb li dan huwa minn ewl id-dinja – li huwa ovvju li l-isfidi ambjentali li qed jiffaċċja pajjiżna llum ma ħoloqhomx dan il-Gvern fl-aħħar ħames snin iżda huma l-legat li dan il-Gvern wiret mingħand diversi amministrazzjonijiet preċedenti u qed jara li jindirizzah.", "Aħna qed nieħdu d-deċiżjonijiet biex nindirizzaw il-problemi li writna f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent.", "Meta l-Oppożizzjoni ġiet mistiedna biex tipparteċipa f'dak li għandu x'jaqsam mal-waste to energy, li hija d-direzzjoni li pajjiżna bilfors irid jieħu sabiex nibdew nimmaniġġjaw l-iskart b'mod aħjar, abdikat minn dik ir-responsabbiltà u għażlet li toqgħod gallarija u ma teħux sehem fid-deċiżjonijiet li hemm bżonn nieħdu.", "Fil-fatt dan il-Gvern mhux biss mal-Oppożizzjoni pprova jikkonsulta, iżda qed jikkonsulta ma' kulħadd b'mod ġenerali.", "F'ħafna mid-deċiżjonijiet li jaffettwaw l-ambjent, il-Gvern qed jagħmel il-konsultazzjonijiet kollha li hemm bżonn mal-esperti f'dan is-settur.", "L-Onor.", "Clint Camilleri tkellem dwar il-politika nazzjonali dwar l-agrikoltura.", "Lil min ġie hawnhekk jitkellem fuq l-agrikoltura ngħidlu li f'25 sena ma sabx ċans jagħmel politika nazzjonali fuq il-biedja.", "Fil-fatt Malta, qabel l-2018, ma kellhiex politika mmirata għall-agrikoltura.", "Kellu jkun dan il-Gvern li f'temp ta' ftit snin, wara proċess wiesa' ta' konsultazzjoni - is-Segretarju Parlamentari kompla jibni fuq dak li ħalla s-Segretarju Parlamentari ta' qablu - wasal biex illum għandna politika f'dak li għandu x'jaqsam mal-agrikoltura.", "Mela niġu hawn ngħidu li dan il-Gvern qed jaħdem kontra kull min jgħix u jaqla' ħobżu mill-agrikoltura!", "Hemm sfidi u problemi, mela m'hemmx, u wħud minnhom huma riżultat tat-tkabbir ekonomiku li ra pajjiżna f'dawn l-aħħar snin.", "Huwa fatt magħruf li meta jkollok attività ekonomika kbira u qawwija bħalma għandna bħalissa, is-settur tal-iskart isir aktar problematiku, anke minħabba l-fatt li ta' qabilna ma ħadux deċiżjonijiet fuq l-iskart, għax għażlu li ma jeħdux ir-responsabbiltà li kellhom jieħdu f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskart.", "Kif ngħidu, għażlu li jixxuttjaw il-ballun 'il quddiem biex il-problemi jiffaċċjawhom ta' warajhom.", "Dan il-Gvern iddeċieda li ma jagħmilx bħal ta' qablu.", "Aħna stajna ddeċidejna li nipprovaw insibu medda art kbira daqs il-Magħtab u nagħmlu miżbla oħra, għax għal ta' qabilna l-immaniġġjar tal-iskart hekk kien ifisser; li tieħu l-borża s-sewda fil-miżbliet tagħna.", "Id-deċiżjoni strateġika li ħadna – għax hekk hemm bżonn u għax l-esperti kollha hekk qegħdin jgħidu – hija li f'pajjiżna rridu nisseparaw l-iskart aħjar u nillimitaw kemm jista' jkun l-iskart li finalment isib ruħu fil-miżbliet.", "Sinjura President, irrid nirringrazzja lill-Ministru għall-Ambjent tal-Avviż Legali li għamel biex f'pajjiżna llum il-ġurnata bdejna nisseparaw l-iskart b'mod ulterjuri.", "Jekk qabel kellna żewġ boroż biss, is-sewda u l-griża, illum żidna l-borża l-bajda, għax hekk kien hemm bżonn nagħmlu.", "Finalment dan kollu qed isir bi pjan u b'viżjoni.", "Għandna politika nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart 2014 – 2020 li qed tagħti direzzjoni lil pajjiżna 'l fejn irid jimxi.", "Ftit tax-xhur oħra, jew l-aktar l-aktar ftit tas-snin oħra - nittama li ma ndumux - il-borża l-bajda li qed niġbru llum se tiġi kkonvertita f'enerġija alternattiva.", "Dik hija d-direzzjoni li pajjiżna jrid jimxi fiha.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nibnu Magħtab wieħed wara l-ieħor u nimlewh bl-iskart bla pjan u bla kontroll ta' xejn.", "Ħadna d-deċiżjonijiet u nerġa' ngħid li meta l-Oppożizzjoni ġiet mistiedna biex tkun parteċipi f'dawn id-deċiżjonijiet importanti li se jaffettwaw il-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu, għażlet li tabdika minn dik ir-responsabbiltà.", "Finalment il-poplu se jiġġudika.", "Sinjura President, ħalli ngħid x'sar matul is-sena li għaddiet u x'għad irid isir.", "Ma tistax titkellem fuq l-ambjent mingħajr ma ssemmi l-enerġija għax kif nafu l-ħolqien tal-enerġija jimxi pari passu mal-kwalità tal-arja u tal-ambjent li ngħixu fih.", "Matul is-sena li għaddiet iżżarmat kompletament il-Power Station tal-Marsa u fis-sena li ninsabu fiha, kif ġie rrapportat fil-Baġit, żarmajna dik li kienet il-Power Station l-antika ta' Delimara, id-Delimara 1.", "Ilkoll kemm aħna niftakru dik iċ-ċumnija li l-Bambin biss jaf kemm dħaħen ħarġu minnha, li sa ftit xhur ilu kienet għadha f'postha f'Delimara.", "Qabel dik kienet l-ogħla struttura li kellna f'pajjiżna.", "Illum il-ġurnata din iżżarmat u pajjiżna mexa f'direzzjoni fejn għall-enerġija kollha li qed niġġeneraw qtajna għalkollox il-heavy fuel oil.", "Dan kien pass kbir u importanti fejn ir-rapporti kollha u l-pariri tal-esperti qed jirrikonoxxu li llum għandna enerġija nadifa għax qtajna għalkollox l-użu tal-heavy fuel oil u qed nużaw enerġija li ġejja minn sors iktar nadif.", "Apparti minn hekk, il-Baġit jitkellem fuq dak li qed nippjanaw li jsir is-sena d-dieħla.", "Bla dubju ta' xejn, hemm enfasi importanti ħafna – u ninsab konvint li anke l-Ministru se jitkellem dwar dan – fuq il-ġbir tal-iskart u r-riċiklaġġ.", "Din hija sfida importanti ħafna li pajjiżna jrid jgħaddi minnha.", "Jien nifhem u ninsab konxju li fl-ewwel ġranet ta' din ir-riforma se jkun hemm min se jsibha diffiċli biex jissepara l-iskart b'mod iktar magħżul imma dan huwa proċess li pajjiżna jrid jgħaddi minnu.", "Spiċċa ż-żmien li nitfgħu l-iskart kollu f'borża waħda li tintrema fil-miżbliet tagħna bla ma tiġi rkuprata lura qatt.", "Id-deċiżjonijiet ittieħdu u qed jiġu implimentati.", "Iva, se jkun hemm min igerger fil-bidu imma dan huwa proċess ta' tagħlim li pajjiżna bilfors irid jgħaddi minnu.", "Jien konvint li finalment ir-rwol tagħna bħala politiċi mhuwiex li niġu hawn inparlaw u nisparaw bl-amment, bla pjan u bla loġika, imma li nieħdu dawk id-deċiżjonijiet kultant inqas popolari, li finalment ta' warajna se jgħidu: Missirijietna kellhom il-kuraġġ li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet.", "Ara ta' qabilna, Sinjura President, ma kellhomx il-kuraġġ li jieħdu d-deċiżjonijiet biex nisseparaw l-iskart b'mod ulterjuri imma dan il-Gvern kellu l-kuraġġ u ħa dawn id-deċiżjonijiet.", "Il-Baġit isemmi wkoll – ovvjament nispera li din jaqbel magħha kulħadd, inkluż l-Oppożizzjoni – kemm huma importanti għal saħħitna l-ispazji miftuħa, u qed jivvota ammont ta' flus konsiderevoli biex mhux inqas minn 18-il ground, li għal raġuni jew oħra llum il-ġurnata jinsabu fi stat ta' abbandun fil-lokalitajiet tagħna, jiġu kkonvertiti fi spazji miftuħa għall-pubbliku biex il-familji jkunu jistgħu jirrikreaw ruħhom fihom.", "Hawn qed nitkellmu fuq madwar 15-il lokalità li se jibbenefikaw minn din il-miżura għax nafu li biex ikollok familji aktar b'saħħithom u biex ikollna ambjent aktar san, l-ispazji miftuħa huma importanti.", "Għalhekk miżura bħal din hija pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Ma nistax ma nsemmix l-infrastruttura.", "Peress li kien hawn min kellu l-ardir jgħid li fuq l-infrastruttura mhu qed isir xejn, se nikkwota rapport li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, intitolat \"Environmental Health and Well-Being\".", "Fil-fatt kienet saret konferenza taħt il-patroċinju tal-President.", "Il-Professur Victor Asciak, li huwa ċ-Chairperson tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, li llum xogħolha huwa li tipproteġi l-ambjent u li kien għall-Oppożizzjoni llum m'għandniex din l-Awtorità, jgħid li minkejja li żdied it-traffiku fl-aħħar snin, xi ħaġa pożittiva hi li m'hemmx evidenza li turi li qed jiżdiedu d-dħaħen mill-karozzi.", "Prof. Victor Asciak, li kulħadd jirrikonoxxi l-kapaċitjiet tiegħu, qed jiġbed l-attenzjoni b'mod ċar li:", "Huwa proprju għalhekk li waħda mill-wegħdiet prinċipali fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li għadda kienet li se nirriġeneraw l-infrastruttura ta' pajjiżna b'mod totali.", "Din kienet għażla li l-poplu għamel b'mod konxju f'Ġunju tal-2017 u dan il-Gvern għandu l-mandat elettorali li jameljora l-infrastruttura tagħna.", "B'hekk f'dan il-Baġit qed jiġu vvotati mhux inqas minn €100 miljun biex matul is-sena li ġejja ntejbu l-infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mal-immaniġġar tat-traffiku, għax b'infrastruttura aktar tajba, jitnaqqsu l-emissjonijiet.", "Karozzi mwaħħlin fit-traffiku jfissru aktar emissjonijiet.", "Bi traffic management aħjar permezz ta' infrastruttura aġġornata li tixraq lil pajjiż li qed jevolvi, ikollok inqas emissjonijiet fl-ajru.", "Sinjura President, se nsemmi ftit punti oħrajn u nagħlaq.", "Xi ħaġa li s'issa sfortunatament ma smajt lil ħadd jitkellem fuqha min-naħa tal-Oppożizzjoni, hija n-new water.", "Jien niftakar żmien - u inti probabbilment tiftakar bħali, Sinjura President - meta ta' qabilna kienu jiftaħru li l-ilma kollu ġġenerat mid-drenaġġ f'pajjiżna kien jispiċċa fil-baħar.", "Din kienet xi ħaġa ta' ftaħir.", "Niftakar lill-Eks Ministru jitkellem f'dan il-Parlament u jiftaħar li llum ilħaqna sitwazzjoni fejn id-drenaġġ kollu ta' pajjiżna qed nittrattawh u narmuh il-baħar.", "Illum dak ir-riżors minflok qed narmuha l-baħar, qed nittrattawha billi nnaddfuha u nwassluha lill-bdiewa.", "Lil min ġie hawnhekk, nerġa' ngħid, jgħid li dan il-Gvern mhu qed jagħmel xejn f'dak li għandu x'jaqsam mal-agrikoltura, ngħidlu li llum il-ġurnata dak l-ilma, dak ir-riżors li ħaddieħor kien qed jarmih il-baħar, qed nittrattawh biex ikun tajjeb għat-tisqija u s'issa qed inwassluh bla ħlas lill-bdiewa ta' tliet żoni, li huma Għawdex, in-Nofsinhar u t-Tramuntana ta' Malta.", "Il-pjan hu li jkollna aktar impjanti jirriċiklaw dan l-ilma sabiex jitwassal għand il-bdiewa kollha.", "Sinjura President, jien se nagħlaq billi ngħid li dan il-Gvern, f'temp ta' ħames snin, għamel passi ta' ġgant f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent b'mod ħolistiku.", "L-Oppożizzjoni m'għandhiex il-kredibilità biex titkellem fuq l-ambjent f'pajjiżna għax storikament falliet it-testijiet kruċjali ta' dan il-qasam u ħafna mill-membri li kienu jifformaw parti minn dawk l-amministrazzjonijiet għadhom hawnhekk sal-lum.", "B'hekk, bħala politiċi, xogħolna huwa li lil hinn mir-retorika politika, inkomplu naħdmu sabiex intejbu l-ambjent għal uliedna u għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Infakkrek li għandek sad-9.36 p.m.", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, nibda billi nirringrazzja lill-kelliema kollha li pparteċipaw f'dan id-dibattitu għall-kritika tagħhom u naturalment se nieħu l-opportunità li nwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom.", "Intenni li jiddispjaċini li l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni fuq l-ambjent tassew mhuwiex ippreparat fuq is-suġġett li tkellimna fuqu llum.", "Dan qed ngħidu bl-akbar responsabbiltà u rispett għax fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Azzopardi qal numru sostanzjali ta' ineżattezzi li juru biċ-ċar li m'għandux min jinformah sew.", "Azzopardi qalilna li għamilna xi illegalità jew konna ultra vires meta waqqafna din l-aġenzija.", "Azzopardi ngħidlu li Ambjent Malta hija struttura f'dipartiment tal-Gvern fdata mill-qasam operattiv tal-ambjent.", "Aħna żidna r-remit ta' dak li qabel kien il-P.A.R.K.S. li kien jieħu ħsieb biss numru żgħir ta' parks f'Malta.", "Issa Ambjent Malta se tieħu ħsieb il-kapital naturali Malti u fost oħrajn se tibda proċess sabiex twettaq management plan fuq diversi siti ta' Natura 2000 u l-widien prinċipali f'Malta.", "Ambjent Malta din id-darba hija mmexxija minn Direttur Ġenerali, li kien appuntat wara sejħa għal applikazzjonijiet, li se jkun megħjun minn żewġ diretturi oħra.", "Ambjent Malta għandha Bord ta' Governanza kkappeġġat mis-Sur Borg Manchè bil-għan li prinċiparjament tkun regolatur għall-għaqdiet ambjentali kif ukoll tħares l-istrateġija ambjentali minn aspett aktar ħolistiku.", "L-Onor.", "Azzopardi tkellem ukoll dwar it-tniġġis fl-arja.", "Wisq probabbli dawk li kien qed jitkellem fuqhom huma l-emissjonijiet ta' gassijiet serra.", "Biex ikompli jħawwad, il-miri li għandna bħalissa kien daħal għalihom il-Gvern Nazzjonalista fl-2002 u fl-2009 meta b'inkompetenza nnegozja miri li ma kenux fattibbli għax kienu jinjoraw iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' pajjiżna.", "Nafu li fl-2012 il-Partit Nazzjonalista kien diġà jaf li rridu nirrikorru għal xiri ta' allowances biex nagħmlu tajjeb għal dan in-nuqqas.", "Irrid ngħid li biex timminimizza dan it-tip ta' emissjonijiet – hemm żewġ tipi ta' emissjonijiet imma dawk li joħorġu mill-power station, naqqasniehom u qegħdin below level - l-unika ħaġa li tista' tagħmel hi li tnaqqas il-konsum tal-fossil fuel għax ma tista' tnaqqas minn imkien iżjed.", "Għalhekk jien appuntajt kummissjoni li qed naħdmu fuqha flimkien mad-Dipartiment tat-Trasport, biex naslu li ngħidu li sa ċerta data karozzi li jużaw il-fossil fuel mhux se jibqgħu jintużaw f'Malta.", "Ovvjament għaliha din trid build-up għax ma tistax tagħmilha mil-lum għal għada.", "Jiġifieri kieku l-Onor.", "Azzopardi jilluminani u jagħtini xi suġġerimenti f'din il-Kamra jew barra dwar kif nista' nagħmel biex innaqqas dawn l-emissjonijiet mingħajr ma nnaqqas l-użu tal-fossil fuel, nieħu gost.", "Il-poplu jrid jifhem għalfejn l-Oppożizzjoni qiegħda tiġi hawnhekk bit-tir li taqta' qalb in-nies fuq il-ġbir tal-iskart organiku.", "Sur President, tista' tipprova tkisser dan il-programm u tipprova timmina dan il-proġett imma l-poplu, għal darb'oħra, qiegħed jikkopera bis-sħiħ.", "Huwa inkoraġġanti li tara li llum biss, għal darb'oħra, inġabru 160 tunnellata ta' skart bħala parti minn dan il-proġett.", "Bdejna b'110 tunnellati, imbagħad tlajna għal 120 tunnellata u llum wasalna għal 160 tunnellata.", "Fuq il-kwestjoni li semma meta staqsa x'se tagħmel b'150,000 tunnellata ta' skart organiku meta għandek biss 90,000 tomna raba', irrid nispjegalu li hawn qed nitkellmu fuq il-materjal kollu li huwa biodegradable u mhux biss fuq skart orgraniku li jsir kompost u eventwalment jista' jsir fertilizzant.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq materjal ieħor bħal cardboard, injam, karti u affarijiet oħra li mhux se jsir kompost minnhom għax l-iskop hu li tirriċikla.", "Mela jibqagħlek 70,000 tunnellata u mhux 150,000 tunnellata.", "Il-miri tagħna huma li għalissa minn dawk is-70,000 tunnellata nilħqu l-50% jiġifieri l-35,000 tunnellata.", "Jiġifieri mhux 170,000 tunnellata se jsiru kompost; hemm differenza kbira.", "Aħna qatt m'għidna li l-iskart kollu se jiġi riċiklat, imma qed ngħidu li rridu nilħqu l-livelli indikati mill-Ewropa ta' bejn 60% u 65%; il-bqija jmur fl-inċineratur biex jipprovdi l-enerġija.", "Rigward ir-reviżjoni tal-policy dwar il-fuel stations bi pjaċir ninnota li r-reviżjoni li pproponiet l-ERA qed tiġi diskussa f'working group tal-Awtorità tal-Ippjanar, li l-ERA hija parteċipi fiha, u sadanittant l-ebda applikazzjoni li tkun ġiet sottomessa ma tista' tiġi mwaqqfa.", "Fuq dan il-każ kelli ħafna okkażjonijiet li nitkellem fil-kumitat ippresedut mill-Onor.", "Alex Muscat, fejn spjegajt u ċċitajt il-liġi li tgħid li m'għandi l-ebda poter li nagħti ordni lill-ERA jew lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ma jipproċessawx aktar applikazzjonjiet, però jien ordnajt biex issir il-policy li l-ERA lestiet u qed tiġi diskussa f'dan il-Kumitat.", "Nikkonferma li bdew studji dwar l-iSPED u min-naħa tal-Ministeru hemm miżuri fil-Baġit għas-sena d-dieħla fuq strateġija nazzjonali ambjentali.", "F'Malta qed ngħixu s-suċċess u dan huwa xhieda tal-politika b'viżjoni li dan il-Gvern qiegħed iħaddan fl-oqsma kollha tiegħu.", "Il-politika ta' dan il-Gvern mhijiex politika elitista, li minnha jgawdu biss il-ftit, imma hija politika msejsa fuq viżjoni fejn mill-ġid maħluq kulħadd jingħata l-istess opportunità li jirnexxi.", "Dan filwaqt li se jkompli għaddej bi programm sħiħ ta' investiment u riformi fl-aktar settur importanti u vitali ta' pajjiżna, mhux l-inqas fl-oqsma li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.", "Il-politika li qed iħaddan dan il-Gvern tixraq verament lil dan il-poplu ħawtiel u intelliġenti.", "Din il-politika taħseb biex tinvesti fil-familji tagħna permezz ta' aktar miżuri u inizjattivi.", "Il-faxex kollha tas-soċjetà tagħna qegħdin igawdu minn din il-politika u minn dan il-Baġit.", "Għal sena oħra, dan il-Baġit huwa biss ħolqa minn kullana ta' inizjattivi li permezz tagħha qed inkomplu npoġġu fis-seħħ il-pjan u l-viżjoni li dan il-Gvern beda jitkellem dwarha ferm qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.", "L-ewwel appell tiegħi lill-Oppożizzjoni hu sabiex iħarsu lejn dak li għamel dan il-moviment forsi jinfatmu darba għal dejjem mill-politika tan-negattività u jibdew iħarsu lejn viżjoni għax il-politika tan-negattività riżultati negattivi biss iġġib.", "Hija l-viżjoni li trid tgħaqqad u trebbaħ lil dan il-poplu.", "Sur President, illum f'dan it-tieni Baġit ta' din il-leġiżlatura qegħdin niddiskutu l-oqsma ta' dan id-dekasteru li jikkomprendu s-sajd, l-akkwakultura, l-agrikoltura, l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-annimali.", "Dan huwa Baġit li kompla jibni fuq is-sitta ta' qablu, li kollha ġew ippreżentati minn dan il-Gvern sa minn wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013.", "Pereżempju, fl-iskart illum qed naraw ir-riżultati ta' diversi deċiżjonijiet awdaċi li ttieħdu minn dan il-Gvern fuq medda ta' snin tramite diversi baġits.", "Fl-iskart, minn pajjiż bla pjan morna għal Gvern bi pjan u llum daħħalna fis-seħħ is-separazzjoni tal-iskart b'mod organiku mifruxa mal-pajjiż kollu.", "Dan ma jfissirx li wasalna imma li kien għall-Oppożizzjoni għadna qed niddiskutu il-kif, il-meta u l-għaliex, minflok ma niddiskutu kif se ntejbu dak li għamilna.", "In-nies ma jridux paroli mingħandna imma azzjoni li litteralment trid twassal biex 45% tal-iskart li kien jinġabar mill-borża s-sewda, minflok jintrema fil-miżbla, jiġi pproċessat u trattat fl-Impjant ta' Sant'Antnin biex minnu nirkupraw l-enerġija.", "F'dan l-aspett lill-Oppożizzjoni wkoll sibnieha kontra tagħna, l-istess bħalma għamlet fuq il-politka tal-waste to energy fejn minflok ma sibnieha spalla ma' spalla mal-Gvern u l-poplu, fuq materja daqstant importanti dwar ir-rimi tal-iskart b'mod abbużiv, ipprovat twaqqaf lill-Gvern milli jdaħħal dawn ir-regolamenti.", "Il-poplu jixraqlu ferm aħjar mill-Oppożizzjoni f'kull aspett imma dik hija għażla ta' ħaddieħor u l-poplu mbagħad irid jiġġudika.", "L-importanti għal dan il-poplu huwa li l-Gvern jeleġġi u jkompli għaddej bil-programm għal snin ta' investiment fl-aktar setturi importanti, filwaqt li lill-poplu ma ngħabbuhx bil-piż tat-taxxi, kif kien imdorri jagħmel il-Gvern ta' qabel l-2013.", "Huwa permezz ta' din il-politika li dan il-Gvern qiegħed jinvesti fil-kapital naturali ta' pajjiżna mingħajr ma jpoġġi l-piż ta' dan l-investiment fuq il-familji Maltin u Għawdxin.", "Sur President, dan huwa Baġit li qed juri kemm għal dan il-Gvern l-ambjent ta' pajjiżna huwa prijorità.", "Dan il-Gvern qiegħed jagħraf l-isfidi fuq l-ambjent li qegħdin dejjem jikbru filwaqt li l-poplu Malti u Għawdxi kulma jmur qiegħed isir aktar konxju tal-importanza li jkollna ambjent aktar protett.", "Għalhekk il-Gvern qed jinvesti aktar fondi f'dan il-Ministeru biex inkomplu mmexxu qasam daqstant delikat u importanti.", "Dan il-Gvern qiegħed jalloka xejn inqas minn €100 miljun f'investiment fl-ambjent għal inizjattivi u proġetti relatati.", "Dan l-ammont jirrifletti żieda fuq dak li kien ivvotat fl-2018.", "Illum il-baġit allokat għall-ERA żdied minn €8,600,000 għal €12-il miljun li tfisser żieda ta' kważi 40%.", "L-istess il-baġit għal Ambjent Malta għax minn €4,500,000 din l-istruttura ġdida li wellidna din is-sena se tkun qed tingħata €15-il miljun.", "Vot importanti ieħor taħt dan id-dekasteru huwa dak relatat mal-immaniġġjar tal-iskart fejn b'kollox qegħdin jiġu vvotati 'l fuq minn €54 miljun li jinkludu n-nefqa kapitali u dik rikorrenti fil-Wasteserv.", "Sur President, il-prijoritajiet tagħna jirriflettu b'mod ċar dak li l-elettorat qed jitlob mingħandna u li qegħdin jiġu indirizzati permezz ta' miżuri speċifiċi f'dan il-Baġit.", "Bħala Gvern nagħrfu li quddiemna għandna numru ta' sfidi prinċipali li dan il-Gvern qed idawwar fi prijoritajiet għall-aħjar ta' uliedna.", "Sur President, l-isfida tal-immaniġġar tal-iskart hija prijorità nazzjonali fejn se nkomplu nibnu fuq ir-ritmu li qbadna f'dan il-proġett ta' importanza nazzjonali tal-waste to energy.", "Għal darb'oħra, li kien għall-Oppożizzjoni għadna qed niddiskutu u mhux naġixxu, kif fil-fatt qed nagħmlu u se nkomplu nagħmlu.", "Ninsabu kommessi li s-sena d-dieħla ndaħħlu l-iskema ta' rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb filwaqt li nsostnu r-ritmu inkoraġġanti tal-kollezzjoni tal-iskart organiku u nkomplu nżidu l-investiment neċessarju fil-faċilitajiet tal-Wasteserv.", "Dan kollu qegħdin nagħmluh b'determinazzjoni kbira u b'lealtà sħiħa lejn il-prinċipju li l-iskart huwa riżorsa filwaqt li nkomplu nnaqqsu d-dipendenza fuq il-miżbliet u ntejbu l-miri tagħna fuq ir-riċiklaġġ.", "Kif tenna dan il-Gvern l-iskart huwa sfida nazzjonali u aħna kommessi li nagħmlu dak kollu possibbli sabiex naraw qabża 'l quddiem fil-mod kif nimmaniġġjaw u nittrattaw l-iskart.", "Għaldaqstant hemm sensiela ta' proġetti infrastrutturali mmirati għal dan il-għan li se jkomplu jiġu implimentati permezz tal-Wasteserv.", "Proġetti kbar li għandna ppjanati u li qed inkomplu naħdmu fuqhom jinkludu l-waste to energy facility li għandu jgħinna biex b'mod sostanzjali nnaqqsu l-ammont ta' skart li jmur fil-miżbla filwaqt li niġġeneraw l-enerġija mill-istess skart.", "Ħadna din id-deċiżjoni għax nemmnu li hija l-aħjar waħda għal pajjiżna.", "Soluzzjoni b'sensittività ambjentali se twassal biex 40% tal-iskart iġġenerat li mhuwiex riċiklabbli jiġi trattat minflok ma jintefa' fil-miżbla.", "F'dan il-proġett għaddejna ħidma biex din il-faċilità tibda topera fis-sena 2023.", "F'dan il-Baġit qegħdin inkomplu ninvestu fil-kollezzjoni tal-ġbir tal-iskart organiku li minn proġett pilota mifrux fuq 23 lokalità, issa ġie estiż fuq bażi nazzjonali.", "Ta' min jgħid li fl-ewwel tlett ijiem ta' dan il-ġbir diġà nġabru aktar minn 350 tunnellata ta' skart organiku imma għal darb'oħra li kien għall-Oppożizzjoni għadna qed niddiskutu.", "Mal-proġett hemm ukoll kampanja ta' informazzjoni fuq it-televiżjoni, ir-radju, il-midja soċjali u l-internet fost oħrajn.", "Kif tkellimt diversi drabi, il-mentalità li nibqgħu nieħdu l-affarijiet for granted trid tinqata'.", "Ma nistgħux nibqgħu bil-mentalità li l-iskart hija xi ħaġa tal-Gvern imma trid tkun il-koperazzjoni bejn il-Gvern u n-nies flimkien li tista' twassal biex verament nindirizzaw din l-isfida.", "Illum nafu li l-iskema li għamilna kulma jmur qed tintlaqa' aktar u r-riżultati li għandna huma inkoraġġanti ferm.", "Illum l-iskart organiku li qed niġbru qegħdin inkomplu nieħdu l-enerġija minnu u fi żmien qarib dan il-materjal se nkunu qegħdin nużawh bħala soil improver minflok skart mitfugħ fil-miżbla.", "Il-ħidma tagħna fuq l-iskart mhux se tieqaf fuq dawn il-proġetti.", "Irridu nsaħħu r-riformi li implimentajna fi snin preċedenti skont kif ġew imfassla fil-pjan nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart 2014 – 2020.", "Flimkien mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali se nimplimentaw miżuri li se jwasslu għal riforma sħiħa fil-ġbir tal-iskart filwaqt li nimxu lejn mudell reġjonali sabiex inżidu l-massa kritika.", "B'hekk ikun hemm lok għal investiment akbar fil-mezzi li bihom niġbru l-iskart.", "Se nkunu qegħdin nibdew ix-xogħlijiet fuq a Multi Material Recovery Facility ġo Ħal Far, li se tkun qed tilqa' fiha skart bħal injam, saqqijiet, ħġieġ u tessuti.", "Dan l-iskart se jiġi pproċessat u ppakkjat fil-faċilità u ppreparat għall-esportazzjoni b'mod effiċjenti biex eventwalment jiġi riċiklat.", "Hemm ippjanat ukoll il-konverżjoni tal-ex hazardous cell fil-miżbla tal-Magħtab.", "Kif spjegajt drabi oħra, il-landfill tal-Għallis qiegħda toqrob lejn l-għeluq tagħha viċin it-tmiem tal-2019 u hemm bżonn li tiġi kkonvertita żona oħra biex tieħu l-iskart mhux ta' natura perikoluża.", "Sur President, sfida ewlenija oħra li għandu dan il-Gvern mhijiex biss li jieħu d-deċiżjonijiet biex jimmaniġġa l-iskart tal-lum imma wkoll li jsewwi jew jagħmel tajjeb għal deċiżjonijiet tal-passat bħal fil-każ ta' miżbliet oħrajn li għal snin sħaħ tħallew abbandunati.", "F'dan ir-rigward se nkomplu għaddejjin bir-riabilitazzjoni tal-miżbla ta' Wied Fulija.", "Sal-ġurnata tal-lum, din il-miżbla li tinsab ġo wied fil-limiti taż-Żurrieq għadha ma ġietx riabilitata u ġie nnotat li saħansitra ġieli waqa' xi materjal minn fuq l-irdum għal ġol-baħar.", "Dan il-proġett se jkun jinvolvi numru ta' miżuri biex ma tibqax issir iżjed ħsara ambjentali.", "Dan il-Gvern qiegħed jiġi hawnhekk quddiem il-poplu bi pjan ċar u ħolistiku filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tagħżel li tiġi hawn biex tikkritika u tmaqdar mingħajr ma tipproponi mqar proposta waħda u tibqa' gallarija.", "L-Oppożizzjoni qagħdet gallarija meta waqqafna l-kumitat tekniku dwar il-waste to energy.", "Riċentement għaddiet mozzjoni biex nirtiraw il-liġi relatata mar-rimi tal-iskart illegali.", "Fid-diskors tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni kkwotalna rapport li jgħid għalfejn Malta għandha l-inqas rata ta' riċiklaġġ.", "Mela għandna l-inqas rata ta' riċiklaġġ, qed nagħmlu liġi biex inżidu r-riċiklaġġ u huma għamlu mozzjoni biex jannullaw u jwaqqgħu din il-liġi!", "Bid-dovut rispett din hija politika konfużjonali u kontradittorja għall-aħħar!", "Però ma qalulniex li għal snin sħaħ taħt Gvernijiet Nazzjonalisti ma kienx hemm pjanijiet u deċiżjonijiet li setgħu jnaqqsu r-rimi fil-landfill u ma kellhomx pjan jew ma ħadux miżuri biex ir-riċiklaġġ jiżdied.", "Huwa dan il-Gvern li b'mod effettiv qiegħed iħares lejn l-ekonomija ċirkolari bħala l-mentalità tagħna fejn jidħol l-iskart.", "Dan qegħdin nagħmluh u mhux niktbu fuqu biss fil-gazzetti.", "Dan qegħdin nimplimentawh u mhux inżommu 'l bogħod milli niddiskutuh.", "Għalhekk din is-sena nidejna r-Resource, Recovery and Recycling Agency li mis-sena d-dieħla se tkun qed tħares sabiex nevalwaw possibbiltajiet fejn jinstab investiment għal mainstreams differenti u opportunitajiet għal dawn it-tipi differenti ta' skart.", "Fil-kontest ta' ekonomija ċirkolari rridu nbiddlu l-ħsieb u l-mentalità tagħna ta' użu u rimi imma rridu nieħdu l-massimu tal-valur ta' dak il-prodott jew materjal li jkun intefa' fis-suq.", "Probabbli b'dan l-aspett, din l-aġenzija se tkun qiegħda tikkordina sabiex is-sena d-dieħla ndaħħlu f'pajjiżna l-iskema tar-rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb tal-plastik, metall u ħġieġ.", "Din l-iskema hija indirizzata li tirkupra at source madwar 200 miljun kontenitur ta' dan it-tip.", "Illum dan huwa wieħed mill-aktar sorsi ta' tniġġis tal-ibħra u l-komunitajiet tagħna.", "Sur President, fejn jidħol l-immaniġġar tal-iskart, il-prinċipju huwa wieħed; dak li l-iskart huwa riżorsa.", "Kwalunkwe riżorsa għandha l-valur u għaldaqstant irridu nimplimentaw miżuri u inizjattivi li l-ġenerazzjonijiet futuri tagħna jgawdu minnhom.", "Minbarra li nkomplu l-ħidma tagħna fuq l-immaniġġar tal-iskart huwa importanti wkoll li bħala Ministeru jkompli jimplimenta miżuri li jkattru l-ekonomija l-ħadra permezz ta' investiment li joħloq aktar green jobs.", "Għaldaqstant bħalissa qed naħdmu fuq studju biex niddeterminaw dawk l-inċentivi idonei għaċ-ċirkostanzi ta' Malta.", "Fl-istess waqt il-Gvern qed ikompli jkun ta' eżempju billi jħaddar ix-xiri pubbliku tiegħu.", "It-tieni pjan nazzjonali fil-qasam tal-green public procurement se jiġi varat għall-konsultazzjoni pubblika lejn l-aħħar tas-sena 2018.", "B'hekk se nkunu qegħdin insaħħu l-green public procurement bħala għodda li twassalna dejjem aktar lejn ekonomija ċirkolari billi s-suq jirrispondi dejjem aktar għall-esiġenzi tal-klijent, f'dan il-każ l-amministrazzjoni pubblika.", "Fost is-sejħiet pubbliċi li qed nindirizzaw hemm dawk relatati mat-trasport, il-kostruzzjoni, l-industrija tal-catering u l-apparat elettroniku fost ħafna oħrajn.", "Infakkar u nispjega li meta nqalgħet kwestjoni dwar li nissupplixxu l-ikel lill-iskejjel u kien hemm il-kwestjoni tal-istraws u l-kontenituri tal-plastik, dik il-kwestjoni rrimedjajnieha.", "Fil-fatt illum l-istraws u l-kontenituri fl-iskejjel mhux qed ikunu tal-plastik.", "Sur President, f'dan il-Baġit se nkunu qegħdin inwettqu aktar ħidma favur il-kapital naturali tagħna.", "Permezz ta' diversi inizjattivi u miżuri ppjanati, se nkunu qegħdin nagħtu aktar valur lill-ambjent, qegħdin insaħħu l-istruttura ta' Ambjent Malta, qegħdin insostnu ħidma li għaddejja bħala parti mir-riġenerazzjoni u tindif fil-widien tagħna, qegħdin insaħħu l-ħidma tagħna fl-ambjent urban, qed jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-management plans fiż-Żona Natura 2000 li tlaħħaq madwar 11% tat-territorju ta' pajjiżna kif ukoll se nkomplu bix-xogħlijiet f'diversi ġonna u parks madwar Malta u Għawdex.", "Il-Gvern qiegħed jalloka vot speċifiku għal Ambjent Malta fejn minn investiment ta' €4.5 miljun li kien allokat is-sena l-oħra tela' għal €15-il miljun, ċifra li tinkludi wkoll il-bidliet fl-istruttura ta' Ambjent Malta.", "F'dan il-vot issa hemm ukoll l-immaniġġar tal-kuntratt tax-xogħlijiet ta' landscaping madwar il-pajjiż b'valur ta' €8.6 miljun, li ovvjament is-sorveljanza tiegħu se taqa' taħt il-kappa ta' Ambjent Malta wkoll.", "Fost l-inizjattivi li l-aktar li qegħdin nagħtu prijorità hemm l-aspett ta' urban greening fejn għal din is-sena rajna żieda sostanzjali fil-Baġit fejn ġie vvotat €1,000,100.", "Dan ifisser żieda qawwija minn €200,000 li kienu allokati s-sena l-oħra.", "Il-Gvern hu kommess li jkompli jippreserva l-wirt naturali tagħna u jkattru sabiex jiġi massimizzat il-valur ekonomiku u soċjali tiegħu.", "Dan ma jgħoddx biss għaż-żoni rurali u s-siti naturali imma jekk verament irridu niżviluppaw b'mod sostenibbli, hemm bżonn li naħsbu fl-istruttura ħadra anke f'żoni urbani.", "Huwa b'dan il-ħsieb li l-Gvern alloka aktar minn €1 miljun biex flimkien mal-imsieħba l-oħra nwettqu proġetti bħal vertical walls jew modi oħra ta' infrastruttura ħadra fit-toroq arterjali u sekondarji u fi ħdan il-komunitajiet u l-irħula tagħna.", "Nifhmu li għall-poplu b'mod ġenerali t-tħaddim fil-komunitajiet sar aktar importanti sabiex jirrifletti l-istil ta' ħajja li qegħdin ngħixu, u għalhekk hemm ħtieġa għal aktar aċċess għal postijiet miftuħa, ġonna pubbliċi u żoni ħodor, li huma ferm importanti għall-istil tal-ħajja tagħna li kulma jmur qiegħda tinbidel u ssir aktar mgħaġġla.", "It-tħaddir tal-urban greening illum m'għadux ifisser biss ġonna pubbliċi iżda rridu nimplimentaw u nirriflettu t-trends li hemm barra minn xtutna bħal garden roofs, vertical walls u diversi proġetti fejn in-natura tiġi mżewqa ma' strutturi jew bini li b'dan il-mod jingħataw dimensjoni differenti.", "Għandna diversi spazji u elementi fi ħdan iż-żoni urbani tagħna li jistgħu jiġu ristrutturati b'dan il-mod sabiex nagħtu nifs ġdid fil-qalba tal-komunitajiet jew arterji prinċipali ta' pajjiżna.", "Apparti dan, Sur President, iż-żoni rurali jridu jibqgħu jingħataw l-importanza mistħoqqa, għax għall-poplu Malti jibqgħu parti importanti mill-karatteristika ta' pajjiżna, b'veduti u elementi tipiċi tagħna l-Maltin.", "Għandna vvotati €400,000 sabiex inkomplu bix-xogħlijiet ta' bini u restawr ta' ħitan tas-sejjieħ f'dawn iż-żoni.", "Dawn huma importanti ferm biex filwaqt li estetikament inkunu qegħdin naraw li dawn iż-żoni jibqgħu aċċessibbli u joffru ċertu valur għal kull min iżurhom, ikunu qegħdin jilqgħu l-ħamrija biex ma tintilifx max-xita jew l-ilmijiet li jaħkmu l-widien tagħna f'ċerti xhur tas-sena.", "Sur President, filwaqt li nemmnu fil-bżonn ta' aktar investiment fiż-żoni urbani, jibqa' l-bżonn li nkomplu bi proġetti ta' afforestazzjoni li matul l-2018 tajniehom spinta 'l quddiem.", "Matul l-2018 se nkunu qegħdin inħawlu madwar 12,000 siġra u arbuxxelli indiġeni.", "Fl-art limitata li għandna f'pajjiżna, it-tħawwil ta' eluf ta' siġar mhuwiex faċli, aktar u aktar meta rridu nikkonsidraw il-manutenzjoni tagħhom.", "Dan ix-xogħol jirrikjedi dedikazzjoni kbira u jrid jiġi ppjanat bir-reqqa.", "Kelli l-opportunità li nara l-proġett ta' afforestazzjoni f'Kemmuna li tlesta matul din is-sena u stajt nammira d-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-ħaddiema li qattgħu ġranet twal jippreparaw l-art, jgħaddu l-pajpijiet tal-ilma u jħawlu madwar 3,000 siġra u arbuxelli f'żona ta' madwar 20 tomna art.", "Ninsab determinat li bħala Gvern dan il-mudell se nkompluh u għalkemm nafu bil-limitazzjonijiet li jeżistu biex issib art denja biex isiru proġetti ta' afforestazzjoni, xorta se naraw li għas-sena d-dieħla mhux biss se nħawlu siġra għal kull wild imma se nħawlu wkoll siġra għal kull vettura importata.", "Qegħdin nagħmlu dan biex noħolqu benchmark u nkomplu naħdmu b'dedikazzjoni biex naraw aktar proġetti ta' afforestazzjoni f'pajjiżna.", "Għas-sena 2019 il-Gvern alloka 'l fuq minn €1.5 miljun għal Ambjent Malta biex tkompli l-ħidma fuq diversi ġonna u parks.", "Matul din is-sena kien ta' pjaċir għalija li flimkien mal-Prim Ministru inawgurajna r-riġenerazzjoni ta' Ġnien l-Argotti li huwa importanti ferm għaż-żona tal-Furjana, fejn wara diversi snin ta' telqa llum jista' jitgawda mill-familji u r-residenti tal-madwar.", "Dan il-proġett se nkomplu nestenduh fix-xhur li ġejjin.", "Għal din is-sena qegħdin niffokaw il-ħidma tagħna sabiex jitkompla x-xogħol fuq Zabbar Regional Park, il-Park Nazzjonali tal-Inwadar, Ta' Qali, Ġnien Dom Mintoff, Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, u kif spjegajt qed issir ħidma f'żona oħra fi Ġnien l-Argotti.", "Apparti minn dan, Ambjent Malta se tkompli taħdem fuq l-istudji neċessarji sabiex jiġu identifikati geoparks f'Malta u se jitkompla x-xogħol bil-għan li nsaħħu l-wirt naturali tagħna b'aktar miżuri ta' konservazzjoni.", "L-isfidi li għandna għall-ambjent irridu nindirizzawhom, fuq kollox, permezz ta' tisħiħ leġiżlattiv u l-inforzar ambjentali se jkun wieħed mis-setturi li se nkomplu nibnu fuqu fl-2019.", "Nifhmu li inforzar b'saħħtu u evidenti jfisser inqas abbuż u għaldaqstant jinħass il-bżonn li jkollna struttura b'saħħitha u effiċjenti.", "L-ERA għandha vvotati €12-il miljun, żieda ta' €4 miljun fuq is-sena l-oħra, li bihom se tkompli taħdem bħala r-regolatur ewlieni fil-qasam ambjentali.", "Din l-Awtorità se tkompli taqdi l-funzjonijiet regolatorji tagħha u twettaq l-obbligi favur il-ħarsien ambjentali ta' pajjiżna bl-aktar effiċjenza.", "Għal dan il-għan, matul is-sena li għaddiet, l-Awtorità investiet fil-ħolqien tad-Direttorat għall-ġid tal-inforzar li se jkompli jissaħħaħ b'aktar riżorsi umani fis-sena li deħlin fiha.", "Apparti t-tisħiħ tal-inforzar, li se jibqa' prijorità fi ħdan din l-Awtorità, l-ERA għal darb'oħra se tkun qiegħda tinvesti fit-twettiq ta' diversi proġetti ambjentali u se tkompli tibni max-xogħol importanti li sar matul l-2018.", "Ta' min jinnota l-ħidma sfiqa li saret fl-2018, fejn ġew introdotti diversi policies u liġijiet ġodda, inkluż ir-reviżjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tas-siġar, u ż-żoni protetti fl-ibħra tagħna żdiedu għal 35%.", "Il-ħidma għas-sena d-dieħla tinkludi: Iż-żamma u t-tiġdid tan-network tal-moniteraġġ tal-arja u tar-radjazzjoni; l-istallazzjoni ta' stazzjon ġdid għall-moniteraġġ fix-Xemxija; xogħol fuq storbju ambjentali; assessjar tal-iskart riċiklabbli elettroniku u l-ippakkjar f'Malta; aktar xogħol fit-tfassil tal-istrateġija nazzjonali għall-ambjent; aktar implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali u pjan ta' azzjoni dwar il-bijodiversità, tfassil tal-istrateġija nazzjonali speċi barranin, aljeni u invażivi Maltin; il-ħarsien tan-natura, siġar u speċi oħra; siti protetti u riżervi naturali; it-tfassil ta' miżuri ta' tmexxija għal siti protetti fl-ibħra u moniteraġġ tal-baħar; kif ukoll kordinament ma' Ambjent Malta u entitajiet oħra li jaħdmu biex jimplimentaw il-miżuri ta' tmexxija għas-siti ta' Natura 2000 u siti protetti oħra, apparti affarijiet oħra.", "Biex ikunu jistgħu jitwettqu dawn l-attivitajiet kollha, dan se jinvolvi t-tisħiħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent.", "Sur President, issa se nitkellem fuq il-klima u hawnhekk irrid nieħu l-ħin biex nispjega lill-Membri tal-Oppożizzjoni dwar il-gassijiet serra u l-kwalità tal-arja li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel referenza għalihom fid-diskors tiegħu.", "Kif ġie indikat fl-aħħar rapport tal-Eurostat, Malta hija l-aktar emittent f'termini assoluti u fuq bażi per capita fost l-istati membri Ewropej.", "Fejn tidħol kontribuzzjoni fuq livell Ewropew, il-figura attribwita ma' Malta hija l-aktar baxxa, hekk kif fl-2017 il-persentaġġ kien ta' 0.05%.", "Kif nafu, l-ekonomija tagħna hija bbażata fuq is-servizzi u din ma tipprovdix wisq mezzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b'mod dirett.", "Għaldaqstant il-fatturi prinċipali li jarmu l-aktar emissjonijiet huma t-trasport, l-enerġija u l-F-gases.", "Sur President, fejn jidħol is-settur tal-enerġija nafu li kien dan il-Gvern li ħa d-deċiżjoni li tixraq lil dan il-poplu li jaqleb power station taħdem bil-heavy fuel oil għal dik bil-gass naturali.", "Kien dan il-Gvern li għalaq il-power station tal-Marsa biex neħħa pjaga f'dik iż-żona, wara li għal għexieren ta' snin, ħaddieħor għamel wegħdiet fiergħa u m'għamel xejn.", "Iva, kien Gvern Nazzjonalista li beda l-proċess tal-interconnector, li kien pass pożittiv, biss huwa pass li ma stajniex niddependu fuqu.", "Gvernijiet Nazzjonalisti, meta kellhom iċ-ċans, għażlu l-heavy fuel oil filwaqt li dan il-Gvern għażel gass naturali aktar nadif.", "Illum il-Partit Nazzjonalista donnu qed jitkaża li żdidna bi 12% meta kkomparat mas-sena ta' qabel, meta din is-sena hija attribwita ma' bidla fil-mod kif nipprovdu l-enerġija f'pajjiżna, li tiddependi fuq l-interconnector biss, li kulħadd jgħidlek li mhijiex strateġija tajba.", "Hemm il-kwestjoni bażika iżda ferm importanti tas-security of supply u din id-differenza hija relatata mal-bidla fil-provvediment tal-enerġija, fejn saret bidla minn waħda importata għal dik iġġenerata lokalment.", "Li jmisshom qalu l-Membri tal-Oppożizzjoni hu l-impatt li ħalliet id-deċiżjoni li ħadu – jiġifieri li nibqgħu nipproduċu l-enerġija bil-heavy fuel oil - fuq is-saħħa tan-nies.", "Bħala Gvern, Sur President, inħarsu 'l quddiem b'impenn lejn dan is-settur tat-tibdil fil-klima.", "Il-Ministeru għaddej bil-ħidma għal żvilupp ta' low carbon development strategy.", "Minbarra li qed iħejji strateġija nazzjonali biex l-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna jindirizza l-isfida tal-bdil fil-klima, se ninkludu wkoll adattament għall-impatt li jġib miegħu t-tibdil fil-klima.", "Din l-istess strateġija se tħares 'il bogħod u se jkollha viżjoni fit-tul.", "F'dan l-istadju diġà ġie ppubblikat dokument ta' viżjoni li dwaru saret konsultazzjoni sħiħa.", "Din l-istrateġija se toħloq qafas ta' miżuri b'miri speċifiċi għal setturi diversi li jikkontribwixxu għall- ġenerazzjoni ta' emissjonijiet serra, wara li jsir mudell matematiku li jqis il-potenzjal ekonomiku u finanzjarju ta' tnaqqis f'kull settur.", "Din l-istrateġija se titlesta sas-sena 2020 u se twassal għal milja ta' obbligazzjonijiet internazzjonali Ewropej fil-qasam tal-bdil fil-klima.", "Il-Gvern huwa determinat li jkompli l-ħidma sabiex innaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u għaldaqstant qed joffri vot ta' €250,000 għall-Climate Action Fund, liema vot qiegħed iktar milli jirdoppja fuq is-sena ta' qabel.", "Il-Climate Action Fund huwa fond li permezz tiegħu se jiġu implimentati proġetti ta' riċerka jew jitħejjew pjanijiet t'azzjoni f'oqsma diversi relatati mat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew mal-adattament għat-tibdil fil-klima.", "Bħala Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, nidejna għall- konsultazzjoni pubblika viżjoni li teħodna sal-2050 rigward l-iżvilupp sostenibbli.", "B'din il-verżjoni qegħdin niddefinixxu l-aspirazzjoni tal-Gvern u niddeskrivu l-immaġini ta' kif irridu naraw lil Malta fl-2050.", "L-iżvilupp sostenibbli mhuwiex suġġett marbut mal-ambjent imma huwa konċett orizzontali ħafna aktar u jinvolvi approach fit-tul, komprensiv u integrat għall-proċessi ekonomiċi, soċjali u ambjentali.", "Issa, hekk kif bħala Gvern varajna għall-konsultazzjoni pubblika viżjoni għall-iżvilupp sostenibbli, se tkompli l-ħidma biex naddottaw strateġija nazzjonali li tassigura żvilupp sostenibbli f'Malta u tfassal pjan ta' azzjoni.", "L-imsieħba soċjali u s-soċjetà inġenerali huma parti integrali mill-iżvilupp sostenibbli u għalhekk għall-ewwel darba qed nallokaw fondi speċifikament għal dan il-bord biex ikun jista' jintensifika l-ħiliet tiegħu u jikkontribwixxi fl-andament tal-Gvern fit-triq lejn żvilupp sostenibbli.", "Sinjura President, għamilna ħafna, però għad fadal ħafna aktar xi jsir.", "Il-qasam ambjentali huwa settur vast u daqshekk huma vasti l-obbligi li għandna kull wieħed u waħda minna.", "Dan ma jfissirx li l-Gvern qiegħed jabdika mir-rwol tiegħu u l-Oppożizzjoni daqstant ieħor ma tistax tabdika mir-rwol tagħha.", "Illum erġajna smajna xita ta' diskorsi mill-Oppożizzjoni msejsin biss fuq kritika u negattività minflok proposti u soluzzjonijiet imma mhuwiex dak li għandna bżonn f'dan il-kamp.", "L-Oppożizzjoni qed tippromwovi li hemm bżonn ta' azzjonijiet konkreti fl-iskart, fl-ambjent u fl-iżvilupp sostenibbli fost l-oħrajn, imma mhux qed tagħmel rakkomandazzjonijiet.", "F'Malta qegħdin ngħixu s-suċċess.", "Dan mhuwiex xi slogan imma huwa pjan li qed ngħixuh.", "Is-sens ambjentali li qed jidħol f'kull wieħed u waħda minna huwa xhieda ta' futur aħjar għalina lkoll fejn verament inkomplu nagħtu valur lill-kapital naturali ta' pajjiżna.", "Il-futur tagħna ma rridux neħduh for granted b'imġiba li mhijiex sostenibbli.", "Bħala politiċi rridu nkunu lesti li nieħdu d-deċiżjonijiet li mhumiex faċli imma huma bżonjużi.", "Irridu nkunu aħna li nipprovdu d-direzzjoni 'l quddiem.", "L-ambizzjonijiet tagħna jmorru lil hinn minn issa u minn għada għax is-suċċess li qed ngħixu llum irridu nibqgħu ngawduh fil-futur.", "Nikkonkludi billi nerġa' ntenni u se nibqa' ntenni li l-Gvern kien, għadu u se jibqa' bil-bibien miftuħin biex jieħu s-suġġerimenti.", "Ġustament, xi kultant issir kritika ħarxa, imma dik hija l-logħba tad-demokrazija.", "Għalhekk nerġa' ntenni li f'settur daqstant delikat li llum huwa prijorità għall-pajjiż, speċjalment f'ċerti oqsma tiegħu, il-bibien tiegħi huma miftuħin għas-suġġerimenti tal-Oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa se jiġu posposti għal data li tiġi kkomunikata 'l quddiem.", "Fid-9.33 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima kienet ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa kellhom ikunu posposti għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Josè Herrera, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018, fid-9.00 am b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "It-Tnax-il Jum Stabbilit – Ministeru għas-Saħħa", "Vot 10 - Ministeru għas-Saħħa", "Vot IV - Ministeru għas-Saħħa - Kapital.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għas-Saħħa m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u l-ħin tal-Aġġornament mhux se jittieħed.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fid-9.36 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - KONSULENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1076 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa' taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4302.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - KONSULENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1073 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa' taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4301.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI - KONSULENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa' taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4301.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMA, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI - KONSULENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1075 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa' taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4301.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Building Regulations Office u jagħti l-gradi rispettivi tagħhom?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "RISPONS GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rispons kien hemm għall-konsultazzjoni pubblika li nħarġet fl-10 ta' Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għall-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379?", "Jista' jelenka l-persuni jew l-entitajiet li wieġbu għal din il-konsultazzjoni u meta se jiġi ppubblikat l-abbozz in segwitu għal proposti magħmula fl-imsemmija konsultazzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm ħames risposti għall-konsultazzjoni.", "Rappreżentant mill-European Commission's Services.", "Ġie riċevut ukoll rispons mingħand persuna privata li tixtieq tibqa' anonima.", "Bħalissa qed jiġi meqjus ir-rispons riċevut sabiex naraw jekk hemmx lok għal xi tibdil fl-abbozz biex b'hekk jiġi ffinalizzat u ppreżentat fil-Parlament.", "Ir-rapport dwar ir-rispons li rċeviet l-Awtorità f'dan ir-rigward huwa mistenni li jiġi ppubblikat sal-aħħar ta' Novembru.", "Wieħed irid jieħu kont ukoll ta' żviluppi ġurisdizzjonali ricenti ħafna.", "DIRETTORAT GĦALL-ILMENTI U L-MEDJAZZJONI – KAŻIJIET TRATTATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ittratta d-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni bħala entità tal-ADR residwa fl-ambitu ta' LS 378.19 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk kien hemm xi każijiet f'dan ir-rigward, jista' jelenka wieħed wieħed dwar xiex kienu jittrattaw?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-ġurnata tat-tnedija tal-LS 378.19 sal-31 ta' Ottubru 2018, id-Direttorat fil-kapaċità tiegħu ta' entità tal-ADR residwa, ittratta tliet każijiet.", "Dawn kienu jittrattaw riżoluzzjoni għal diżgwid fuq servizz ta' telekomunikazzjoni, tqegħid ta' madum u tiswija ta' karozza.", "Matul l-istess perjodu d-Direttorat ittratta wkoll 1,522 każ abbażi tal-proċedura ta' medjazzjoni mandatorja skont l-artikolu 23(4) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 tal-Liġijiet ta' Malta.", "DISPOSABLE INCOME - NEFQA TA' FAMILJI LI JGĦIXU F'MALTA U F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-disposable income ta' familja li tgħix f'Malta u kemm huwa l-istess disposable income ta' familja li tgħix f'Għawdex skont l-aħħar statistika li għandu l-Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħid x'inhi n-nefqa medja ta' familja li tgħix f'Malta u l-istess nefqa medja ta' familja li tgħix f'Għawdex ukoll skont l-aħħar statistika li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – XIRI TA' GAZZETTI - NEFQA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'gazzetti ta' kuljum u ta' nhar ta' Ħadd f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħtha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena?", "X'inhu l-grad tal-uffiċjali li huma intitolati li jagħmlu użu minn dawn il-gazzetti u f'liema dipartimenti qed jaħdmu?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – PARROĊĊI LI NGĦATAW XI GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema kienu dawk il-parroċċi f'Għawdex li ngħataw xi forma ta' għajnuna kemm jekk finanzjarja jew xort'oħra mill-Ministeru jew l-entitajiet tiegħu, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?", "JUSTYNE CARUANA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders, kemm kien il-valur u fiex kien jikkonsisti kull direct order li ngħata mill-Wasteserv Malta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena u xahar b'xahar?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatment, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat l-individwu msemmi ma kellu l-ebda impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra mal-Ministeru tiegħi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħti, bejn l-2013 u Ottubru 2018.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' tgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum l-individwu msemmi ma ngħata l-ebda impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-indivdwu għas-servizzi tiegħu?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2016 l-individwu msemmi nħatar membru fuq il-Bord ta' Assessuri (li joħrog mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Kap 318 – Artiklu 107/108) bħala wieħed mir-rappreżentanti tal-unions.", "Ir-remunerazzjoni li tħallas minn meta ġie appuntat bħala membru sad-data li fiha qed tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari hija kif ġej:", "AĠENZIJA DWAR VIŻA U RESIDENZA F'MALTA – AĠENTI AKKREDITATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' aġenti akkreditati tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li l-lista tal-aġenti akkreditati tal-Aġenzija dwar Viża u Residenza f'Malta tinsab fuq is-sit:", "Il-lista tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid tat-Karti.", "AĠENZIJA DWAR VIŻA U RESIDENZA F'MALTA – LINJI GWIDA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Viża u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra .", "AĠENZIJA DWAR VIŻA U RESIDENZA F'MALTA – FORMOLI TA' APPLIKAZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formoli ta' applikazzjoni kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Viża u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IS-SEDQA – KLIJENTI LI MARRU GĦAL GĦAJNUNA MINĦABBA SUBSTANCE ABUSE", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il klijent mar (first referrals u mhux follow-ups) is-Sedqa għal għajnuna minħabba substance abuse f'kull sena mill-2013 sal-2017?", "Kemm marru sal-aħħar ta' Ottubru 2018?", "Kemm ikun hemm follow-ups?", "Xi statistika żżomm is-Sedqa dwar numru ta' klijenti fejn l-abbuż fuq is-sustanza u l-abbuż fuq l-attitudni (behaviour bħal gambling) jitrażżan?", "Jista' jagħti skeda separata għal dawn iż-żewġ tipi ta' abbuż għas-snin 2013 sal-2017, għal kull sena separatament?", "Kemm kienu l-klijenti li fiequ għal kull sena mill-2013 sal-2017?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PERMESSI GĦAL FUEL STATIONS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li s'issa ġew approvati erba' fuel stations ġodda mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u hemm 12 oħra pendenti, u peress li dan is-suġġett kien tqajjem fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, wara li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ressqet dokument f'Mejju li għadda għall-approvazzjoni tal-Kunsill tal-PA u peress li d-deċiżjoni ttieħdet f'Awwissu u r-reviżjoni tal-policy suppost tressqet lill-istess Kumitat tal-Parlament, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu biex tiġi approvata l-policy l-ġdida?", "IAN BORG: L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata lampuki nqabdet fis-sena 2016, 2017 u fl-2018 s'issa?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – KOPJA TAL-KONKLUŻJONIJIET TAL-INVESTIGAZZJONI INTERNI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7138 u jgħid x'inhu l-eżitu u l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet interni li saru mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta' swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "Jista' jpoġġi kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni interna kif qiegħed jgħid l-Onor.", "Interpellant iżda ntalab rapport intern mingħand id-Direttur tal-Kuntratti, bi spjegazjoni dwar il-proċess li sar fl-għoti ta' din il-konċessjoni.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Peress li huwa fatt magħruf li t-tonn li jkun ilu maqbud jiġi ttrattat bil-carbon monoxide biex jidher iktar frisk u roża fil-kulur tiegħu u dan imur kontra regoli tal-Unjoni Ewropea - ġeneralment dan it-tip ta' tonn qed jinxtara bi prezz irħis - u minħabba din il-prattika irregolari jinbiegħ bi prezz ferm ogħla, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-Dipartiment biex jiżgura li fis-suq Malti ma jkollniex dan it-tip ta' tonn?", "X'testijiet qed jsiru u fejn?", "Kemm-il tunnellata ta' tonn ta' dan it-tip inqabad?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja jagħmel spezzjonijiet fi stabbilimenti li jipproċessaw prodotti tas-sajd f'Malta.", "Waqt dawn l-ispezzjonijiet ma nstab l-ebda makkinarju meħtieġ biex iwettaq attività illegali bħal din.", "Ta' min isemmi li dan il-makkinarju huwa pjuttost goff u għalhekk jista' jintlemaħ faċilment waqt dawn l-ispot checks.", "Matul dawn l-istess spezzjonijiet id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja tiffoka wkoll fuq il-kontrolli tal-indikaturi tal-freskezza, biex jevalwaw jekk hemmx użu abbuziv ta' dawn il-prattiċi jew oħrajn simili.", "Kontrolli fil-ħwienet li jbigħu prodotti minn pajjiżi oħra jsiru minn Ministeru differenti u għalhekk nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "LIĠI TAD-DOMINJU PUBBLIKU", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li l-liġi tad-Dominju Pubbliku li ġiet approvata fil-leġiżlatura l-oħra ntbagħtet fil-Kumitat Permanenti Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp għal aktar evalwazzjoni, u din issa ilha pendenti għal aktar minn sena, u kull ma saru s'issa kienu żewġ laqgħat, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-intopp?", "X'qed isir biex jingħeleb dan l-intopp?", "Se jsiru xi emendi fil-liġi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-Kumitat tal-Kamra iddiskuta r-rapport tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar is-siti li ġew rakkmandati biex jiġu dikjarati bħala Dominju Pubbliku.", "Il-liġi per se kienet diskussa biex jingħata kontest għas-suġġett.", "L-Awtorità tal-Ippjanar ħejjiet rapport interim fuq is-siti li dwarhom irċeviet informazzjoni aktar dettaljata mill-Awtorità tal-Artijiet li se jitressaq għad-diskussjoni fil-Kumitat fiż-żmien li ġej.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MAPPING SHOP – XIRI TA' AERIAL PHOTOS", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw aerial photos tas-snin 1957, 1967, 1978, 1988, 1998, 2008 u 2018 għal kull sena separatament, mill-Mapping Shop tal-Awtorità tal-Ippjanar xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kif ukoll x'kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar il-Mapping Shop ma jżommx dokumentazzjoni ta' liema sena qed jintalab ir-ritratt imma jżomm biss in-numru ta' bejgħ tar-ritratti.", "Kemm inbiegħu ritratti u kemm kien id-dħul (revenue), xahar b'xahar, mill-2016 sa Ottubru 2018 jidher fit-tabella segwenti.", "Nixtieq ukoll nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi wkoll għall-mistoqsijet parlamentari 7584 u 7585 ta' seduta 158 u mistoqsija parlamentari 7587 tas-seduta tal-lum.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – LAND SURVEY UNIT - TALBIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal għoti ta' servizz saret lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar it-talba għal għoti ta' servizz li saret lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul xahar b'xahar mill-2016, huwa indikat fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Nixtieq ukoll nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi wkoll għal mistoqsijet parlamentari 7584 u 7585 ta' seduta 158 u mistoqsija parlamentari 7586 tas-seduta tal-lum.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – ENFORCEMENT NOTICE", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid xahar b'xahar u sena b'sena, kemm minn dawn l-enforcement notices:", "a. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar;", "b. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju nħareġ;", "c. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess ġie rifjutat;", "d. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u peress li l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju ġie rifjutat, sar appell mid-deċiżjoni t-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar; u", "e. kemm minn dawn l-enforcement notices ġew irtirati għaliex min wettaq l-illegalità ddeċieda li jneħħi din l-illegalità?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-informazzjoni maħruġa mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar u li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti juru:", "i. kemm-il enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar mill-bidu tas-sena 2016 sal-31 ta' Ottubru 2018; u", "ii. sena b'sena u xahar b'xahar:", "a. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettiq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar;", "b.kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettiq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata ġiet approvata;", "c. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettiq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata ġiet rifjutata;", "d. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettiq u Infurzar u peress li l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju ġie rifjutat, sar appell mid-deċiżjoni lit-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar; u", "e. kemm mill-enforcement notices li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet mill-bidu tas-sena 2016 sal-31 ta' Ottubru 2018 ġew irtirati għaliex min wettaq l-illegalità ddeċieda li jneħħi din l-illegalità.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kif inhi magħmula l-istruttura tan-National Oil Corporation?", "Min huma l-membri tal-bord tan-National Oil Corporation?", "X'inhi l-funzjoni tan-National Oil Corporation?", "X'inhu x-xogħol li qed twettaq din il-Korporazzjoni bħalissa?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li l-istruttura ppjanata hija tal-kumpanija National Oil Company iżda din għadha ma ġietx ifformata minħabba li qed tiġi studjata l-aħjar struttura tagħha.", "Il-funzjoni tal-kumpanija tkun li tħares l-interessi ta' l-Istat fil-qasam taż-żejt u gass naturali.", "LIĊENZJI GĦAT-TĦAFFIR TAŻ-ŻEJT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema żoni u lil min inħarġu liċenzji mill-Gvern Malti għat-tħaffir taż-żejt, sena b'sena, mill-2008 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "X'area tkopri kull liċenzja u min għandu dawn il-liċenzji?", "Jista' jgħid x'tip ta' kuntratt kien hemm/hemm bejn dawk li ħaffru/se jħaffru għaż-żejt u l-Gvern Malti?", "Min se jħallas għat-tħaffir għaż-żejt?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub rigward liċenzji għat-tħaffir huwa fit-tabella hawn taħt:", "KUMPANIJI TAŻ-ŻEJT – TĦAFFIR TAŻ-ŻEJT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji taż-żejt li bħalissa qed juru interess fit-tħaffir taż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija u fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?", "F'kull każ, jista' jgħid meta bdew id-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?", "JOSEPH MUSCAT: Waqt li ninsab informat li hemm kumpaniji li qegħdin juru interess għat-tiftix għaż-żejt, ma jagħmilx sens kummerċjali li jingħata tagħrif dwar dawn il-kumpaniji qabel ma jintlaħaq ftehim.", "QORTI TA' MALTA – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN ĦAMES SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7466 u jgħid kemm hemm każijiet kriminali u ċivili fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.", "QORTI TA' MALTA – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN GĦAXAR SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7467 u jgħid kemm hemm każijiet kriminali u ċivili fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.", "QORTI TA' GĦAWDEX – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN ĦAMES SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7468 u jgħid kemm hemm każijiet kriminali u ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.", "QORTI TA' GĦAWDEX – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN GĦAXAR SNIN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7469 u jgħid kemm hemm każijiet kriminali u ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni fi statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.", "QRATI TA' MALTA U GĦAWDEX – KAŻIJIET LI IHOM PENDENTI AKTAR MINN 450 JUM", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7470 u jgħid globalment kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.", "GĦAWDEX – SME PARK", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433, tista' l-Ministru tikkonferma jekk fl-SME Park fil-preżent hemmx xogħol għaddej minkejja li l-istess Ministru qed tgħid li l-proġett għadu fi stadju ta' applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?", "Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7433.", "KORRISPONDENZA RIGWARD SKART TAL-ISKART", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li fil-Mosta tasal il-korrispondenza meħtieġa rigward is-separazzjoni tal-iskart li għandha tibda l-Erbgħa, 31 ta' Ottubru 2018 fejn tali bidla se tibda bla preparazzjonijiet meħtieġa?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni mal-Kunsill rigward l-introduzzjoni tal-borża l-bajda saret nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Settembru, fejn flimkien mas-Sindku, Segretarju Eżekuttiv u rappreżentant tal-MESDC ġie spjegat li l-ġbir tal-borża l-bajda kien se jsir fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex kollha nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa.", "Il-Kunsill ma wera l-ebda oġġezzjoni għal dan l-arranġament filwaqt li saħaq dwar l-importanza tal-infurzar.", "Wara din il-laqgħa ntbagħtet email bid-detall diskuss.", "Fis-16 ta' Settembru l-Wasteserv, għan-nom tal-Ministeru u l-ERA, talab lill-Kunsill għal lista ta' ħames toroq problematiċi fir-raħal tagħhom għal skop ta' infurzar.", "Fl-20 ta' Settembru ntbagħat komunikat lill-kunsill fejn tlabniehom biex jikkonfermaw l-iskeda l-ġdida tal-ġbir ta' skart, liema skeda giet ikkonfermata fil-25 ta' Settembru.", "Il-kunsill informana wkoll li minn dakinhar kien qed ixandar l-iskeda l-ġdida applikabbli mill-31 ta' Ottubru li kienet tinkludi l-ġbir tal-borża organika.", "LIĠI TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-ISPORT – DIXXIPLINI SPORTIVI", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Liġi għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Isport tapplikax għad-dixxiplini sportivi kollha u li mhijiex limitata biss għal uħud mid-dixxiplini sportivi?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi hija miftuħa għall-assoċjazzjonijiet/federazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll għal klabbs tal-futbol u tal-isport akkwatiku.", "Dawn iridu jkunu kollha reġistrati skont l-Att dwar l-Isports ma' SportMalta.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġie 'l fuq minn €194 fejn is-soltu kien jiġi bejn l-€40 u l-€50?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji tal-individwu ngħataw lill-ARMS biex tistħarreġ dan l-ilment.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar healthy eating li tiġi osservata f'kull skola?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bażi għat-twaqqif ta' policy biex jiġi regolat u jittejjeb l-istil ta' ħajja fl-iskejjel beda bid-dokument Healthy Eating Lifestyle Plan (HELP).", "Dan id-dokument ġie rivedut wara li nħass il-bżonn ta' policy nazzjonali li ġiet imnedija fl-2015 f'dokument li jġib l-isem ta' A Whole School Approach to a Healthy Lifestyle: Healthy Eating & Physical Activity.", "L-għan ewlieni ta' din il-policy hu li kull skola tagħti prijorità lill-ikel nutrittiv u l-edukazzjoni fiżika billi tippromwovi għarfien, ħiliet u kompetenzi li jwasslu biex il-komunità skolastika ssegwi stil ta' ħajja sana.", "Għan prinċipali hu li kull skola ssegwi l-parametri stabbiliti fejn jidħol il-konsum ta' ikel mgħobbi b'xaħmijiet, melħ u zokkor.", "Il-policy tinkludi wkoll kurrikulu li jipprovdi firxa ta' esperjenzi ta' tagħlim wiesa', inklużi dawk prattiċi, fuq it-tema ta' saħħa, ikel u nutriment.", "Din il-policy ġiet imsaħħa b'qafas legali aktar kmieni din is-sena permezz ta' Avviż Legali 266 tal-2018, li jorbot kull skola li tħares il-policy nazzjonali.", "Il-policy tinkludi tagħrif dettaljat fuq it-tip ta' ikel li jista' jittiekel u dak li hu projbit.", "GĦAJNUNA LILL-ĠENITURI BIEX ISEGWU T-TAGĦLIM TAL-GĦALLIEMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka suġġerimenti lill-ġenituri sabiex ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom isegwu t-tagħlim li jsir mill-għalliema fl-iskola?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ġenituri jagħmlu sew li jsegwu t-tagħlim li jsir fl-iskejjel.", "Il-ġenituri għandhom ikunu komplimentari flimkien mal-iskola fit-tagħlim ta' uliedhom u għandhom jattendu kull laqgħa li tiġi organizzata fl-iskola sabiex jiġi spjegat lilhom kif qiegħed isir it-tagħlim.", "Dan isir f'numru ta' suġġetti bħalma huwa l-PSCD u l-Matematika.", "Dan l-aħħar saru laqgħat fil-kulleġġi kollha dwar it-tibdil fl-assessjar u l-programmi ġodda tat-tagħlim.", "Fid-djar, il-ġenituri għandhom jiddiskutu ma' wliedhom kif kien l-andament tal-ġurnata fl-iskola, u jistaqsu dwar it-tagħlim li jkun sar.", "Għandhom jgħinu lil uliedhom sabiex jestendu t-tagħlim li sar fil-klassi 'l barra mill-klassi.", "Jekk josservaw xi ħaġa li ma tkunx sejra sew fit-tagħlim, għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-għalliema, tal-Kap tal-Iskola jew tal-Prinċipal tal-Kulleġġ.", "Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għandu numru ta' websites li jgħinu lill-ġenituri sabiex isegwu www.education.gov.mt; www.nextyear.edu.mt; www.curriculum.gov.mt; kif ukoll websites oħra li xi skejjel għandhom u li jżommu aġġornati.", "DOKUMENT – STRUTTURA GĦAL TNAQQIS FIL-FAQAR U GĦAL INKLUŻJONI SOĊJALI 2014 - 2024", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument: Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014 – 2024?", "Xi twettaq mill-Gvern s'issa minn dan id-dokument?'", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali (2014-2024), tista' tiġi aċċessata minn fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali:", "Dwar l-implimentazzjoni ta' din Il-Politika Strateġika Nazzjonali nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-Implementation and Evaluation Report 2014-2016 - National Strategic Policy for Poverty Reduction and Social Inclusion 2014-2024 illi ġie mniedi f'Novembru 2017 u li jista' jkun aċċessat minn fuq is-sit uffiċjali tal-Ministeru:", "SERVIZZ TAL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI - NEFQA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intnefqu flus (kapitali u rikorrenti) fuq is-servizzi tal-qasam tas-saħħa mentali matul din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena n-nefqa kapitali fuq is-servizzi tal-qasam tas-saħħa mentali kienet €718,776 u dik rikorrenti kienet €33,905,465.", "PROGRAMM LEAP - XOGĦOL", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dettaljat dwar it-tipi ta' xogħol li qed jitwettaq mill-Programm LEAP sabiex persuni joħorġu mill-faxxa ta' faqar?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-għan prinċipali taċ-ċentri LEAP huwa li persuni vulnerabbli isibu spalla, gwida u għajnuna professjonali f'diversi oqsma.", "Il-ħaddiema kollha tal-LEAP iwettqu ħidma f'dak li hu profiling tal-familji vulnerabbli, sabiex jiġi indikat u mfassal pjan ta' ħidma soċjali u tingħata l-għajnuna speċifika li l-familji vulnerabbli għandhom bżonn.", "Fil-fatt saru madwar 18,200 profil f'dawn l-oqsma li ġejjin;", "· 800 profil ta' persuni b'diżabilita`.", "· 8,770 profil ta' persuni li jibbenefikaw mill-iskema FEAD (tqassim tal-ikel koffinanzjat mill-Unjoni Ewropea).", "· 6,177 profil ta' persuni li jibbenefikaw mill-iskema SFFD (tqassim tal-ikel imħallas mill-Istat).", "· 470 familja sabiex tibbenefika mill-iskema tal-White Goods b'kollaborazzjoni mal-Water and Energy Agency fejn 277 minnhom diġà ġew assistiti billi ngħatalhom dak li kien meħtieġ.", "· 'l fuq minn 2,000 familja li huma fil-lista tal-Awtorita` tad-Djar u li b'kollaborazzjoni mal-LEAP qiegħed issir profil fid-djar tagħhom.", "B'kollaborazzjoni ma' Ministeri u entitajiet oħra l-LEAP jista' jgħin aktar familji jtejbu l-istil ta' ħajja tagħhom u jaħdem ma' aktar familji fil-bżonn.", "Din l-għajnuna li qiegħda tingħata tikkonsisti f'ħidma ma':", "- Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u n-National Literacy Agency sabiex ngħinu lit-tfal li ġejjin minn familji vulnerabbli u b'nuqqas ta' ħiliet kif ukoll ħidma mal-Lifelong Learning.", "- Ħidma mal-Water and Energy Agency sabiex jiġu megħjuna l-familji bi dħul baxx fejn jidħlu użu ta' appliances.", "- Kollaborazzjoni mal-JobsPlus u mal-Malta Enterprise għal għajnuna relatata ma' tfittxija ta' impjieg jew lil dawk li jeħtieġu għajnuna biex jiftħu intrapriża tagħhom.", "- Ħidma mas-Servizzi Korrettivi ta' Kordin sabiex dawk li jkunu qed jiskontaw is-sentenza tagħhom tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni lura tagħhom fis-soċjetà.", "- Kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali rigward it-tqassim tal-ikel.", "- Ħidma mal-Awtorità tad-Djar sabiex tingħata l-għajnuna lil dawk li huma fil-bżonn meta jkunu se jieħdu loan sabiex ikollhom l-proprjeta` tagħhom.", "- Promozzjoni ta' korsijiet li jsiru fil-lokalitajiet bħal Għaqal id-dar, korsijiet tal-kompjuters, parental skills programmes u inizjattivi oħra li l-kunsilli jniedu bil-għan li nilħqu kull faxxa tas-soċjetà.", "Dan u ħafna aktar qiegħed jiġi mbottat hekk kif l-għan tagħna huwa li npoġġu dejjem fuq quddiem tal-aġenda l-għajnuna soċjali u li din tassew tingħata lil min għandu bżonnha.", "BIRŻEBBUĠA – TRIQ TAL-PAPA – PJANIJIET GĦAL SIT", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għas-sit magħruf bħala r-Razzett ta' Siettu fi Triq tal-Papa, Birżebbuġa?", "IAN BORG: Kemm l-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll l-Awtorità tal-Artijiet qed jitolbu indikazzjoni iktar preċiza tas-sit msemmi mill-Onor.", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li ntnefqu f'dawn l-aħħar tliet snin fuq il-vjolenza domestika?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa totali mill-2015 sa Ottubru 2018, fuq servizzi relatati ma' vjolenza domestika, hija ta' €4,038,108.", "KUMMISSARJU GĦAS-SAĦĦA MENTALI – RWOL PRINĊIPALI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu r-rwol prinċipali tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali?", "X'għandha tagħmel persuna jekk ikollha lment dwar xi servizzi mogħtija lilha dwar il-qasam tas-saħħa mentali?", "Kemm kien hemm ilmenti quddiem il-Kummissarju matul dawn l-aħħar tliet snin?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rwol tal-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżordni Mentali huwa deskritt fl-artiklu 6 paragrafu (1) tal-Kapitlu 525 tal-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "Persuna li jkollha xi lment dwar xi servizz mogħti lilha fil-qasam tas-saħħa mentali għandha l-ewwel tressaq dan l-ilment ma' dik l-istituzzjoni li pprovdiet is-servizz oriġinarjament u wara, jekk ma tkunx sodisfatta bir-rimedju u/jew risposta li tingħata, għandha tressaq l-ilment tagħha għand il-Kummissarju.", "Ilmenti li jirrigwardaw allegat ksur tad-drittijiet tal-pazjent għandhom jiġu mressqa direttament għand il-Kummissarju.", "In-numru ta' lmenti formali kien 15 fl-2015, 19 fl-2016 u 16 fl-2017.", "L-Uffiċċju tal-Kummissarju jirċievi wkoll medja ta' għaxar talbiet fil-ġimgħa għall-assistenza u/jew informazzjoni, il-maġġor parti tagħhom b'mod telefoniku.", "AĠENZIJA SAPPORT - ĊENTRU TA' ŻVILUPP PROFESSJONALI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta ġie inawgurat iċ-Ċentru ta' Żvilupp Professjonali għall-impjegati tal-Aġenzija Sapport?", "X'taħriġ ġie organizzat minn mindu nfetaħ u kemm-il professjonist ħa sehem f'dan it-taħriġ?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Ċentru ta' Żvilupp Professjonali tal-Aġenzija Sapport, f'Santa Venera, ġie inawgurat fid-29 ta' Marzu 2017.", "Dan iċ-ċentru jinkludi faċiitatjiet għall-konferenzi, seminars u taħriġ.", "Minn meta ġie inawgurat, saru diversi sessjonijiet ta' taħriġ organizzati mill-Aġenzija, għall-istaff tagħha.", "Dan it-taħriġ jinkludi taħriġ għall-benefiċjarji ta' proġetti tal-Unjoni Ewropea mmexxija mill-Aġenzija u benefiċjarji ta' skemi oħra fi ħdan l-Aġenzija kif ukoll induction training flimkien ma' taħriġ speċjalizzat ieħor lill-istaff tal-Aġenzija.", "Dan iċ-ċentru jakkomoda fuq bażi regolari, gruppi ta' sapport u workshops għall-ġenituri u aħwa ta' persuni b'diżabilità u gruppi ta' sapport lil staff minn aġenziji oħra fis-servizzi soċjali.", "Mhuwiex possibbli li tingħata figura totali ta' kemm kien hemm benefiċjarji, (staff, klijenti u membri tal-pubbliku) li ġieli għamlu użu minn dawn il-faċilitajiet, hekk kif dan iċ-Ċentru jintuża regolarment għal attivitajiet varji kif diġà ġie elenkat u ma tinżammx statistika.", "MARSASKALA – PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li joqogħdu f'Marsaskala skont ir-Reġistru Nazzjonali Persuni b'Diżabilità tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)?", "X'inhija d-diżabilità tagħhom?", "X'etajiet għandhom?", "MICHAEL FALZON: Il-Kummissjoni żżomm statistika fuq il-persuni kollha li tinħarġilhom identifikazzjoni għall-finijiet tad-diżabbiltà tagħhom (Special ID u European Disability Card), u tippubblika statistika nazzjonali f'dan ir-rigward, kull sena, fir-rapport annwali tagħha, li jitpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rigward l-istatistika mqassma skont il-lokalità - jittieħed inkonsiderazzjoni d-daqs ta' Malta u l-possibilità ta' stigma li tista' titpoġġa fuq lokalità partikolari - il-Kummissjoni hija tal-fehma li jekk tagħti tali statistika kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant, ikun qiegħed jinkiser artiklu 5 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UN CRPD) li jittratta l-Ugwaljanza u n-Non-Diskriminazzjoni.", "Għal din ir-raguni l-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tagħti tali statistika kif mitlub.", "MARSASKALA – ĊENTRU EDUKATTIV TAL-KUNSILL LOKALI - SERVIZZI", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qegħdin jingħataw fiċ-Ċentru Edukattiv tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala?", "X'għandha tagħmel persuna biex tagħmel użu minn xi wieħed minn dawn is-servizzi?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala joffri bosta servizzi fiċ-Ċentru ta' Taħriġ.", "Min hu interessat għandu javviċina lill-Kunsill.", "• Servizz tal-LEAP b'bosta servizzi fosthom it-tqassim tal-ikel lil nies fil-bżonn;", "• Korsijiet tal-kompjuter;", "• Korsijiet tal-lifelong learning;", "• Inizjattiva favur il-qari 'Aqra Miegħi' għat-tfal, bil-Malti u l-Ingliż;", "• Servizz ta' counselling;", "• Privat tal-Maths b'xejn għall-Maths \"O\" level;", "• Inizjattiva 'Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar'.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7475 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jinħoloq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hekk kif identifikat fl-istrategic objective 4 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?", "JOSEPH MUSCAT: Wieħed mill-impenji tal-Gvern f'din il-leġiżlatura huwa li jindirizza defiċit sinifikanti fil-ħajja demokratika tal-pajjiż u jilħaq l-obbligi elettorali u fl-istess ħin jimmira li jilħaq dak li jimpenja ruħu għalih internazzjonalment.", "Fix-xhur li għaddew is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia ħatret kumitat tekniku biex iressaq proposti dwar miżuri pożittivi li għandhom iwasslu biex in-nisa jipparteċipaw aħjar fil-ħajja parlamentari u l-Parlament isir mudell fejn tidħol l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Il-kumitat tekniku ħejja Green Paper li se sservi biex tiffacilita d-diskussjoni bejn l-istakeholders kollha ladarba jiskatta l-proċess ta' konsultazzjoni.", "ENEMED - DISKUSSJONIJIET FUQ L-ASSI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Gvern diġà beda diskussjonijiet dwar il-bejgħ u trasferiment tal-assi tal-Enemed lill-privat?", "Meta bdew id-diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' din l-entità?", "Ma min qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-bejgħ tal-Enemed?", "JOE MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għad-diskors tiegħi waqt seduta parlamentari 157 ta' nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Novembru 2018.", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li l-boroz taż-żibel jiġu barcoded u mqassma mill-kunsilli lokali sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jinfurzaw il-liġi fuq min joħroġ il-boroz fi ġranet jew ħinijiet li mhux suppost?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sistema ta' barcoding hija waħda oneruża u tinvolvi piż li għalissa huwa kbir wisq għas-sistema ta' ġbir ta' skart preżenti, partikolarment wara żviluppi riċenti li qed naħdmu bis-sħiħ fuqhom, bħall-introduzzjoni tal-ġbir ta' skart organiku separat.", "La l-kunsilli lokali u lanqas il-kolletturi mhuma attrezzati preżentement għall-introduzzjoni tal-barcoding.", "Ikun prudenti li għalissa nħallu s-sistema bl-inizjattivi ġodda li daħħalna tindara u tistabbilixxi ruħha u nerġgħu neżaminaw il-potenzjal tal-barcoding fi żmien ieħor.", "NEGOZJU RELATAT MAL-AGRIKOLTURA - INĊENTIVI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministeru jgħid jekk hemmx il-ħsieb ta' xi inċentivi għal min għandu negozju relatat mal-agrikoltura?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-settur tal-agrikoltura l-Malta Enterprise tipprovdi għajnuna biss f'każijiet li jkun hemm produzzjoni jew riċerka.", "SKEJJEL – ĠENITURI LI MA BAGĦTUX IT-TFAL L-ISKOLA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fis-sena skolastika 2016 – 2017?", "Kemm minn dawn l-istudenti kienu għadhom f'età bikrija?", "Kemm hawn ġenituri li mhux qed jibagħtu lil uliedhom l-iskola u mhux qed jikkollaboraw mal-iskola f'dan il-perjodu?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li n-numru ta' studenti li l-ġenituri tagħhom ittellgħu t-Tribunali rispettivi tagħhom minħabba assenteiżmu mill-iskola matul is-sena skolastika 2016-17 kien ta' 1,759.", "Dawn il-ġenituri jkunu ġew irreferuti lis-sistema legali minħabba li ma jkunux taw raġuni valida lill-amministrazzjoni tal-iskejjel rispettivi meta t-tfal tagħhom fallew mill-iskola għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi.", "Mit-total t'hawn fuq, 619 kienu jattendu skejjel primarji.", "ĊENTRU TA' MATUL IL-JUM – PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7414, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawn il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali msemmija li jattendu f'dawn iċ-ċentri jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri regolarment kull ġimgħa?", "Jista' wkoll jinforma lill-Kamra jekk iċ-Ċentru taż-Żejtun għadux jiffunzjona/miftuħ billi mhuwiex identifikat f'din ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7414 kienet tirreferi għal Mental Health Clinics.", "Rigward iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, preżentement f'dak tal-Furjana jattendu 49 persuna, fiż-Żejtun 47, Ħal Qormi 62, Bormla 57 persuna u Raħal Ġdid 44.", "Ninformah ukoll li fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum tal-Furjana hemm 44 persuna li tattendi regolarment kull ġimgħa, f'taż-Żejtun hemm 40 persuna, f'ta' Ħal Qormi hemm 57 persuna, f'ta' Bormla hemm 45 persuna u f'ta' Raħal Ġdid hemm 44 persuna.", "STRATEĠIJA NAZZJONALI KONTRA L-OBEŻITÀ", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandniex strateġija nazzjonali kontra l-obeżità?", "Jekk iva, jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Malta għandna Strateġija Nazzjonali \"A healthy weight for life\" kontra l-obeżità.", "Infakkru li ttieħdu diversi inizjattivi sabiex il-problema tal-obeżità f'Malta tonqos fosthom l-Avviż Legali 266 tal-2018.", "Għal aktar dettalji dwar ikel u xorb bnin fl-iskejjel jista' jirreferi wkoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6921.", "Kien hemm ukoll id-Design of Healthy Plate Guidelines fejn din id-dieta kienet ibbażata fuq dik Mediterranja, Lunch box Campaign u proġett ieħor li kien koffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bil-għan li jippromwovu l-attività fiżika fost l-adoloxxenti fl-iskejjel u fil-komunità permezz tal-kollaborazzjoni ta' diversi kunsilli lokali.", "L-evalwazzjoni ta' dan il-proġett uriet impatt fuq l-ammont ta' attività fiżika mwettqa.", "Dan il-proġett konġunt qed ikompli fi skejjel interessati.", "Inizjattivi oħra jinkludu diversi kampanji li jsiru kull sena fosthom fil-komunitajiet u l-postijiet tax-xogħol fejn ommijiet ġodda jkunu informati dwar l-importanza tat-treddigħ lit-trabi tagħhom speċjalment fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja.", "Isiru wkoll Weight Management Programmes fil-komunità għall-adulti, provvista ta' servizzi f'Dar Kenn għal Saħħtek għal nies obeżi u fost inizjattivi oħrajn ingħata wkoll appoġġ lin-nisa tqal u ommijiet ġodda biex jadottaw drawwiet alimentari tajbin għalihom infushom u l-familji tagħhom permezz ta' inizjattivi edukattivi u komunitarji.", "Dan is-servizz qed ikun offrut mill-Parentcraft.", "CHARTER GĦAĊ-ĊITTADINI FIL-QORTI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Charter għaċ-Ċittadini fil-Qorti li ġie mniedi f'Lulju tas-sena 2016?", "OWEN BONNICI: Il-kopja taċ-Charter għaċ-Ċittadini fil-Qorti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SPTAR MATER DEI – SERVIZZ TA' ĦIDMA SOĊJALI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettall fiex jikkonsisti s-Servizz ta' Ħidma Soċjali għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei?", "X'għandu jagħmel pazjent – jew il-qraba tiegħu - biex jagħmel użu minn dan is-servizz waqt li jkun l-isptar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Servizz ta' Ħidma Soċjali fl-Isptar Mater Dei huwa servizz ħolistiku għall-pazjenti li jsofru minn diffikultajiet psikosoċjali minħabba l-kondizzjoni u s-sitwazzjoni medika tagħhom.", "Dan is-servizz jgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom li jkollhom trawmi fiżiċi u emozzjonali li kienu kkawżati mid-dħul tagħhom fl-isptar.", "Is-Servizz ta' Ħidma Socjali jassisti wkoll lill-pazjenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fit-tħejjija għal meta dawn ikunu se jiġu discharged mill-istess sptar.", "Kull pazjent fl-Isptar Mater Dei jista' jibbenefika mis-Servizz ta' Ħidma Soċjali billi jitlob lill-uffiċjal infermier inkarigat mis-sala, tabib, konsulent, fiżjoterapista jew occupational therapist sabiex jagħmel kuntatt ma' dan il-Unit.", "Barra minn hekk u fejn meħtieġ, kull professjonist li jaħdem fl-Isptar Mater Dei jista' jirreferi lil kwalunkwe pazjent għas-Servizz ta' Ħidma Soċjali wara li l-pazjent jagħti l-kunsens tiegħu biex tkun tista' ssir din ir-referenza.", "Għal aktar informazzjoni l-Onor.", "Interpellant jista' jirreferi għal-link t'hawn taħt:"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181105_161d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 6 ta'Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.01 a.m.", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 161, li saret fil-5 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura 181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, dini is-seduta se tkun mingħajr Mistoqsijiet.", "L-Onor.", "TALBA GĦAL RULING", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, bil-permess tal-Kamra nixtieq nitlob ruling.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Grech, nitolbok tispeċifika fuqhiex qed titlob dan ir-ruling.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, nixtieq nitlob ruling mis-Sedja skont il-provvedimenti tal-Ordni Permanenti Nru 60 ta' din il-Kamra.", "Din hija l-ewwel opportunità li għandi biex nagħmilha għax, kif taf is-Sedja, anke jien wasalt minn barra kmieni dalgħodu.", "Fis-Seduta Nru 156 ta' nhar il-Ġimgħa l-Onor.", "Glenn Bedingfield, fost l-oħrajn – u se nikkwota testwalment biex ma nkunx żbaljat – qal is-segwenti:", "Ilkelliem talpolitika soċjali talPartit Nazzjonalista, talOppożizzjoni, illum qed jgħidilna fi kliemu li nnies ta' kulur differenti, biex ma ngħidx suwed, huma xadini.\".", "Irrefera għal intervista li kienet ixxandret fuq NET Television lejlet il-Ħamis filgħaxija li se nkun qed ngħaddi wkoll link tagħha lis-Sedja, liema intervista kienet uploaded ukoll fuq l-internet fl-10.00 p.m. u fil-11.00 p.m. stess.", "Qed ngħid dan biex is-Sedja tkun tista' tikkonstata li qabel ma ġie f'din il-Kamra u għamel dawk il-kummenti, l-Onor.", "Bedingfield seta' u kellu l-fakultà kollha li jiċċekkja u jivverifika preċiżament u testwalment dak li jiena għidt.", "Wara li ġie ppubblikat dak l-artikolu li kkwota l-Onor.", "Bedingfield jiena ppubblikajt żewġ stqarrijiet.", "Fl-ewwel lok ikkjarifikajt li dak li kont qed nitkellem dwaru kien proprjament il-kondizzjonijiet inaċċettabbli li huma kostretti jgħixu fihom l-immigranti fl-open centres.", "It-tieni għamilt ukoll apoloġija għall-fatt li l-analoġija li jiena wżajt setgħet tagħti lok għal miżinterpretazzjoni jekk il-kliem jinqala' 'l barra mill-kuntest ta' dak kollu li kont qed nispjega.", "Barra minn dan, fis-seduta 158 ta' nhar il-Ġimgħa filgħaxija l-Onor.", "Bedingfield mhux talli ma rtirax dak li qal filgħodu iżda kompla jżid u qal dan, fost ħafna affarijiet oħrajn:", "\"Qed nirreferi għad-dikjarazzjoni li għamel l-Onor.", "Claudio Grech li diġà tkellimt dwarha dalgħodu, anke qegħedt ir-rapport li kien hemm fil-media tal-ġurnal Malta Today fuq il-Mejda tal-Kamra, dikjarazzjoni xokkanti u diżgustanti li tqabbel lin-nies max-xadini sempliċement għax għandhom kulur tal-ġilda differenti minn tagħna.", "Dan huwa l-iktar kumment razzist li smajt minn politiku f'dawn l-aħħar snin.", "Ħadd qatt l-ebda politiku li niftakar jien ma qabbel persuni ta' kuluri differenti max-xadini.\".", "Sinjura President, fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nkun qed inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra transcript tal-parti sħiħa relevanti ta' dak il-programm li s-Sedja ovvjament tista' tivverifika kelma b'kelma mal-link tal-filmat fejn jien tkellimt dwar din il-materja, u bla ebda dubju s-Sedja se tkun tista' tikkonstata li mhux biss dak li għidt jien inqala' kompletament 'il barra mill-kuntest li kien qed jingħad fih, iżda talli – u hawnhekk fejn norbot mal-Ordni Permanenti – ġie mmanipulat biex jiġu attribwiti lili intenzjonijiet ħżiena mill-Onor.", "Bedingfield, preċiżament kif jgħidu l-Ordni Permanenti nru.", "60 u jiġi biex jinftiehem eżattament bil-maqlub.", "Kif tista' s-Sedja tivverifika bl-aktar mod ċar mit-transcript sħiħ u fidil, il-ħsieb, l-għan u n-narrattiva kien kompletament bil-maqlub ta' dak li ntqal hawnhekk għax jien kont qed nagħmel argument favur l-integrazzjoni tal-immigranti.", "Kont qed nisħaq fuq il-bżonn li dawn huma bnedmin u ma jistgħux jibqgħu jitħallew jgħixu f'ambjent degradanti, diżuman u li għalih jiena għamilt analoġija b'mod kompletament metaforiku.", "Hija sfortuna li l-Onor.", "Bedingfield injora kemm dak li għidt preċiżament qabel kif ukoll preċiżament wara li jien għamilt l-analoġija.", "Eżattament qabel għidt li l-Gvern mhux qed jalloka biżżejjed finanzjament għal din il-materja u eżattament wara staqsejt kif tista' tittratta bnedmin bħalna b'dan il-mod kemm jekk huma regolari kif ukoll jekk irregolari f'pajjiżna.", "Qiegħed nisħaq li tkellimt dwar realtà li jgħixu fiha dawn in-nies.", "Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra talking point li kont ippubblikajt dwar din il-materja f'Settembru tas-sena l-oħra.", "Għalhekk nitlob ruling dwar din il-materja.", "Nixtieq issa nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rreferejt għalihom.", "Grazzi.", "Il-permess ingħata.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-artiklu tal-Onor.", "Claudio Grech li deher taħt 'Talking Point' fuq il-ġurnal The Times of Malta tat-12 ta' Settembru, 2017, intitolat \"Common sense immigration policy\";", "Kopja ta' żewġ stqarrijiet li l-Onor.", "Claudio Grech ippubblika fuq il-paġna politika tiegħu fit-2 ta' Novembru 2018; u", "Traskrizzjoni tal-parti relevanti tal-intervista li l-Onor.", "Claudio Grech ta fuq il-programm 10q fuq NET Television, il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018, flimkien mal-link tal-istess programm.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Biex inkunu ċari, Onor. Grech inti qed titlob ruling jew qed tressaq ksur ta' privileġġ?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja ħadet nota u se tkun qed tagħti r-ruling iktar 'il quddiem.", "Tqegħid ta' Karti?", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġu diskussi l-Voti tal-Ministeru għas-Saħħa.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura nru.", "181 tas-17 ta' Ottubru, 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat u għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Nixtieq nerġa' nfakkar lil kull min qiegħed fil-gallarija tal-Parlament li ma jistax jgħaddi kummenti.", "Ilbieraħ kellna inċident fejn sfortunatament kelli nibgħat persuna 'l barra.", "Nispera li dan ma jiġrix illum ukoll.", "Jekk jogħġbu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sinjura President, nipproponi dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 10 - MINISTERU GĦAS-SAĦĦA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €637,002,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 – Ministeru għas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT IV - MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €48,806,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru għas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 10 - MINISTERU GĦAS-SAĦĦA", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Illum qegħdin niddibattu l-Voti tal-Baġit għall-2019 tal-Ministeru għas-Saħħa f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi tas-saħħa, il-kura u dawk li jaħdmu f'dan is-settur, li huwa pilastru ewlieni tal-Gvern.", "Il-Gvern għandu d-dmir li jiffoka sabiex dan il-qasam ikompli jissaħħaħ għax b'hekk inkunu qegħdin nassiguraw l-aħjar servizzi fil-pajjiż li ħafna drabi jirriflettu l-ekonomija li l-pajjiż ikun għaddej minnha.", "Pajjiż b'ekonomija b'saħħitha jista' joffri servizzi tas-saħħa b'saħħithom, ta' kwalità u li jolqtu kemm jista' jkun lil kulħadd speċjalment dawk li huma fil-bżonn.", "F'kull baġit naraw kif l-allokazzjoni għas-saħħa tkun dejjem qawwija meta wieħed jikkonsidra l-fatt li f'pajjiżna għandna s-servizzi, kemm jekk huma fuq livell primarju, kemm fuq livell sekondarju jew terzjarju, li jiġu offruti mill-Gvern mingħajr ħlas.", "Din hija sistema li tiggarantixxi saħħa b'xejn għal kulħadd u b'hekk ħadd m'għandu jaqa' lura speċjalment dawk li huma vulnerabbli, qed jgħixu fil-faqar, b'mezzi finanzjarji prekarji jew f'diffikultajiet oħrajn.", "Dan il-mudell ta' kura tas-saħħa għandu jkun aġevolat sabiex f'pajjiżna jkollna ugwaljanza f'dak li huwa trattament jew prevenzjoni ta' mard u l-Oppożizzjoni trid tara, fuq kollox, li tappoġġja din is-sistema u se tkun qed tħares sabiex dawn il-prijoritajiet jitwettqu f'kull qasam u f'kull aspett ta' kura.", "Jekk dan ma jintlaħaqx, inkunu qegħdin infallu.", "Għal din is-sena, wieħed jinnota li hemm ivvotati 'l fuq minn €637 miljun, u jekk wieħed jagħmel il-kalkoli jsib li dan ifisser 'il fuq minn €1.8 miljun kuljum għall-qasam tal-kura.", "Dan l-ammont se jkun qed ikopri l-Ministeru, is-servizzi li jingħataw fil-kura primarja u sekondarja fl-isptarijiet u fil-komunità, il-pagi tal-ħaddiema u l-proġetti.", "Fil-fatt irrid insemmi lill-ħaddiema f'dan is-servizz li b'tant dedikazzjoni joffru l-aħjar għall-pazjenti u għaċ-ċittadini tagħna.", "Il-qasam tas-saħħa, barra li joffri firxa wiesgħa ħafna ta' servizzi, kura u prevenzjoni, joffri wkoll xogħol għal eluf ta' ħaddiema kemm professjonisti, tobba, infermiera, paramediċi kif ukoll dawk fl-amministrazzjoni u dawk li jagħmlu xogħol manwali.", "Il-lista ma tispiċċa qatt, iżda f'sentenza waħda ngħid li dawn il-ħaddiema kollha huma bżonjużi u kollha qed jagħmlu l-aħjar għall-pazjenti.", "Meta wieħed jitkellem fuq is-saħħa f'pajjiżna jrid jindirizza wkoll lil dawk li jaħdmu f'dan is-servizz.", "Il-baġit jitfassal sabiex il-Gvern tal-ġurnata jipproġetta kemm dak li jeħtieġ għas-sena li tkun se tibda kif ukoll jippjana fit-tul f'kull qasam li qed jamministra, f'dan il-każ is-saħħa.", "Żgur li din hija ta' importanza assoluta għall-pajjiż u għaċ-ċittadini.", "Il-pjan fit-tul jiggarantixxi serjetà, serenità u, fuq kollox, ikun qed jipproġetta lil pajjiżna 'l quddiem fis-snin b'mod li nassiguraw li dak li qed ingawdu llum inkunu nistgħu ngawduh – u jiena nawgura li nkunu qed ingawduh b'mod aħjar – 'il quddiem.", "Hemm bżonn ta' pjan li jista' jilqa' għall-isfidi li nistgħu niffaċċjaw.", "Għandna l-popolazzjoni dejjem qed tikber, għandna dik li nsejħulha ageing population, għandna l-isfida tal-prevenzjoni ta' ċertu mard li żgur se jaħkimna llum qabel għada.", "Mill-Oppożizzjoni rridu nkunu ta' skrutinju biex il-Gvern ifassal u jwettaq l-affarijiet kemm bħala infrastruttura, kemm bħala servizzi kif ukoll fir-rigward tal-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam.", "L-Oppożizzjoni trid tkun hemm ukoll biex tiġbed l-attenzjoni għal dak li tara li huwa nieqes jew dak li mhux qed jingħata l-importanza meħtieġa.", "L-Oppożizzjoni tħares sabiex ikun hemm it-trasparenza, il-kontabilità u l-ugwaljanza kemm fit-trattament, fis-servizzi kif ukoll fost l-istess ħaddiema li jaħdmu.", "Huwa importanti li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jaħdmu id f'id mal-unions li jirrappreżentaw lil dawn l-istess ħaddiema għax wara kollox, kull diżgwid li jista' jinqala' se jolqot ħażin lil dawk li huma fil-bżonn, jiġifieri lill-pazjenti, lil dawk li qed jieħdu l-kura u lill-anzjani.", "L-Oppożizzjoni trid toffri l-ideat tagħha b'mod speċjali wara li l-Gvern ikun ressaq Baġit bħal tal-lum.", "L-Oppożizzjoni trid tkun kostruttiva wkoll f'qasam daqshekk delikat fejn il-pazjent għandu jkun dejjem fiċ-ċentru.", "L-Oppożizzjoni trid tressaq il-proposti tagħha u tiddiskuti mal-Gvern ideat ġodda jew komplementari, imbagħad sta għall-Gvern li jiddeċiedi.", "Jiena se nibbaża d-diskors tiegħi llum fuq dan għax nemmen li lkoll nixtiequ naraw dan il-qasam jimxi 'l quddiem għall-ġid komuni.", "Fid-diskors tagħha tal-ftuħ ta' din il-Leġiżlatura l-President tar-Repubblika qalet hekk:", "\"Il-Gvern għandu jkompli jsaħħaħ il-qasam tas-saħħa matul din il-leġiżlatura billi, l-ewwel nett, il-kura fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa tibqa' b'xejn għal kulħadd u għandu wkoll jibqa' jsir investiment fl-isptarijiet tagħna.\".", "Din il-frażi ħassejt li għandi ngħidha għax l-Oppożizzjoni temmen li l-kura tas-saħħa għandha tibqa' b'xejn għal kulħadd, għandu jkollna l-aħjar servizzi għal kulħadd u, fuq kollox, għandu jsir investiment kontinwu ħalli f'pajjiżna noffru l-aħjar servizzi bl-aħjar teknoloġiji u bl-aħjar sistemi.", "B'mod ġenerali, il-qasam tas-saħħa dejjem mexa 'l quddiem grazzi għad-dedikazzjoni, għall-vokazzjoni u għall-commitment tal-ħaddiema kollha speċjalment dawk qrib il-marid, li huma t-tobba, l-infermiera, il-carers, il-fiżjoterapisti, l-occupational therapists, is-social workers, dawk li jaħdmu fil-laboratorji u dawk li forsi ma jidhrux qrib il-pazjent imma jkunu qegħdin jagħmlu xogħol delikat, xogħol li mingħajru ma nistgħux naslu biex nagħtu l-aħjar lill-pazjenti tagħna.", "Wieħed irid jirrikonoxxi li hemm servizzi li mxew 'il quddiem, u fost dawn insemmi r-radjoloġija, l-MRIs u l-Pet Scan.", "Skont dan il-baġit il-Gvern għandu l-pjan li jġib it-tielet MRI ħalli l-pazjenti jinqdew aħjar.", "Hemm areas fil-mediċina, bħall-kardjoloġija, fejn saru investimenti kbar, inbnew swali attrezzati u hemm riżors uman b'saħħtu, nurses speċjalizzati, tagħmir b'teknoloġija avvanzata u apparat modern.", "Hemm servizzi fil-komunità li ssaħħu u b'hekk aktar pazjenti se jgawdu minn kura aħjar u hemm servizzi li twessgħu, bħal dak tal-IVF fejn koppja bi problemi ta' infertilità qegħdin jinqdew aħjar.", "Iżda rrid niġbed l-attenzjoni li hemm setturi u servizzi li jikkuntrastaw ma' dak li semmejt, u bħala kelliem għall-Oppożizzjoni nħoss li għandi niġbed l-attenzjoni tal-Gvern b'mod kostruttiv ħalli b'mod li naħdmu flimkien naraw li dawn jittejbu biex fuq kollox il-pazjent jinqeda aħjar.", "Nibda biex nirreferi għall-first time appointments fl-Outpatients.", "Dawn isiru meta għandek pazjent li mar għand it-tabib privat tiegħu jew il-poliklinika u t-tabib ħass li dan għandu jiġi riferut sabiex isiru aktar testijiet, jarah konsulent, speċjalista jew professur sabiex naslu għal dik li ngħidulha djanjosi.", "B'dan il-mod inserrħu ras il-pazjent u nassigurawh li m'hemmx affarijiet għaliex wieħed jinkwieta jew inkella jitkompla l-każ.", "Irrid nirrimarka li l-Awditur Ġenerali għamel eżerċizzju fejn ikkonkluda li mhuwiex aċċettabbli li f'dan id-dipartiment inħallu l-waiting time daqshekk twil sabiex il-pazjenti tagħna jinqdew.", "Dan il-waiting time jaf ikun ta' xhur u jaf ikun hemm appuntament mhux għas-sena d-dieħla iżda ta' wara.", "Meta wieħed qed iħalli daqshekk tul biex pazjent ikollu l-opinjoni ta' konsulent jew speċjalista biex jiġi investigat inkunu qegħdin nitilfu l-ħin biex insibu tarf ta' x'għandu l-pazjent.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq eluf li qed jistennew dan l-appuntament.", "Hawn inħeġġeġ lill-Ministru biex naħdmu ħalli nsibu soluzzjoni għal dan.", "Wara kollox aħna fil-mediċina ta' sikwit nippridkaw dwar l-importanza tal-early diagnosis biex ikun hemm early investigations u early intervention tal-pazjent, kemm jekk humiex x-rays, jekk humiex scans jew testijiet tad-demm, biex finalment il-pazjent jibda jingħata kura u jara kambjament fil-marda li tkun ħakmitu.", "Il-Gvern f'dan il-Baġit qiegħed jgħid li se jkun hemm blokk ġdid fl-Outpatients.", "Huwa tajjeb li jkollna infrastruttura ġdida, huwa tajjeb li jkollna sistema ġdida, iżda din is-sistema trid tkun imsaħħa b'riżors uman qawwi ħalli kemm jista' jkun inlaħħqu mal-load kbira li l-Outpatients tiffaċċja.", "Hawnhekk qed nirreferi għal nofs miljun pazjent li jagħmlu użu mis-servizz tal-Outpatient Department kull sena.", "Irrid nirrimarka li l-eżerċizzju min-National Audit Office sar fuq ħames kliniċi speċjalizzati, iżda jekk wieħed iħares lejn il-kliniċi l-oħrajn speċjalizzati li jeżistu f'Mater Dei, li jeżistu fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u fid-Dipartiment tad-Dentistrija, isib l-istess xejra, li hemm waiting time twil li mhuwiex aċċettabbli.", "Dan il-waiting time b'xi mod irridu nnaqqsuh, irridu noħolqu strateġija fejn ikun hemm limitu ta' żmien li fih wieħed għandu jinqeda.", "Id-domanda hija qawwija, iżda dan jirrifletti li aktar nies għandhom bżonn, aktar nies saru konxji tas-saħħa tagħhom, li iktar nies iridu jagħmlu użu mit-teknoloġiji ġodda u li għandna popolazzjoni li qed tikber fl-età, fattur li jġib miegħu ċerti sfidi.", "L-isptar tagħna għandu l-limitu tiegħu u għalhekk jinħoloq dak li ngħidulu disequilibrium, fejn għandek il-waiting time u l-waiting lists dejjem jikbru.", "Il-pazjenti li l-mezzi tagħhom jippermettulhom jużaw is-settur privat u jinqdew qabel, imma aħna għandna nħarsu lejn dawk li huma fil-bżonn, dawk li qed jgħixu fi prekarjat u li m'għandhomx il-lussu li jaraw speċjalista privat, iżda jiddependu fuq it-trattament u t-testijiet li l-Gvern joffri bla ħlas.", "Dawn għandhom id-dritt li jkunu ugwali, għandhom id-dritt li, iva, jagħmlu użu mill-ispeċjalizzazzjonijiet li hemm ġewwa l-isptarijiet tagħna.", "Irrid ngħid li dan jirriżulta minħabba diversi fatturi li wieħed jrid jikkontrolla.", "Irrid ngħid li 'l fuq minn 20% tal-appuntamenti jirriżultaw f'no show, fejn il-pazjent jew l-individwu qatt ma jidher fl-Outpatients.", "Il-Gvern ħoloq sistema fejn jagħmel reminders għall-pazjenti li jmisshom l-appuntamenti li għalkemm naqqset il-load fuq l-Outpatients, jidher li mhijiex biżżejjed.", "Irridu nħarsu lejn ir-referenzi li huma inappropriate, jiġifieri li ma jkollhomx bżonn li jattendu l-Outpatients, għaliex dawn setgħu kienu ttrattati fil-kura primarja.", "Għalhekk hemm bżonn li nsaħħu s-sistema fil-kura primarja sabiex din tkun il-gateway fejn il-pazjent, jekk għandu bżonn, jagħmel it-tieni qabża fil-kura.", "Irridu naraw li l-primary physicians, il-general practitioners u t-tobba tal-familji jkollhom ir-riżorsi u l-aċċess għall-informazzjoni tal-pazjent biex jieħdu ħsieb il-każijiet huma u b'hekk forsi jirreferu anqas għall-Outpatients u jnaqqsu l-load fuq l-isptar tagħna, load li żgur se toħloq ineffiċjenza u nuqqas ta' kwalità.", "Barra l-binja l-ġdida, hija importanti wkoll strateġija aktar robusta.", "Irridu noħolqu sistema ta' komunikazzjoni bejn il-kura primarja u l-kura sekondarja.", "Irridu naraw kif l-interess bejn il-professjonisti ma jkunx konfliġġenti.", "Din trid tiġi indirizzata ħalli eventwalment igawdi l-pazjent u biex ikollna l-aħjar servizz fil-qasam tal-outpatients.", "Għalhekk ir-rakkomandazzjonijiet huma ċari.", "Hemm bżonn strateġija ħolistika kemm operattiva u anke fis-sistema ta' IT li toħloq komunikazzjoni tajba.", "Irrid jiġi stipulat waiting time ħalli l-pazjent ikollu idea meta jista' jinqeda.", "Irid ikun hemm anke guidance fejn il-pazjent irid imur.", "Irid ikun hemm guidance ukoll dwar jekk, fuq kollox, il-pazjent għandux imur biex jarah speċjalista.", "Irid ikun hemm management control u enforcement tajjeb dwar dawn il-viżti fl-Outpatients.", "Nistgħu ninvolvu anke lill-privat f'dawn il-viżti tal-outpatients.", "Nistgħu ninvolvu l-kura primarja, lill-polikliniċi tagħna u anke lit-tabib privat sabiex ċerti servizzi jingħataw fil-periferija.", "B'dan il-mod ma tkomplix tiżdied il-load qawwija li hemm fl-Isptar Mater Dei.", "Irridu fuq kollox li jkun hemm staff amministrattiv li jista' jlaħħaq ma' dak li qiegħed isir.", "Hawnhekk irrid nirreferi mhux biss għat-tobba u l-professjonisti imma wkoll għan-nurses u dawk kollha li jkunu involuti anke f'dawn l-appuntamenti.", "B'mod parallel ma' dak li jsir fl-Outpatients irrid nirrimarka wkoll fuq l-operazzjonijiet kirurġiċi li jsiru fl-isptarijiet tagħna.", "Dawn huma operazzjonijiet li huma relatati mal-oftalmoloġija, bħall-kataretti, l-laparoscopic surgery u l-orthopaedic surgery fejn hemmhekk naraw nuqqas kbir fil-waiting time, iżda dan mhux dejjem jgħodd għal operazzjonijiet oħrajn fil-kirurġija ġenerali.", "Hawnhekk jaf ikollna ħin twil ta' stennija li qed jolqot ħażin anke l-kwalità tal-ħajja ta' dawn il-pazjenti li ilhom jistennew.", "Ikun hemm ukoll operazzjonijiet li xi drabi jitħassru minħabba nuqqas ta' nurses li jaħdmu fit-teatri tal-operazzjonijiet tagħna.", "Irridu naraw li dan ma jseħħx għaliex dan jista' jkun ta' detriment għal dak il-pazjent li jkun qed jistenna, imbagħad fl-aħħar minuta ngħidulu li l-operazzjoni ġiet kanċellata.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq il-kura primarja, il-kura li hija tant għal qalbi, il-kura li nemmen li hemm ħafna x'toffri fiha u fuq kollox il-kura li nħoss li hemm bżonn li l-Gvern jinvesti aktar fiha.", "Huwa importanti li din tissaħħaħ.", "Kif nafu, għandna 'fuq minn 70% ta' din it-tip ta' kura li qed tingħata mill-privat, mit-tabib tal-familja li jaħdem fl-ibliet u fl-irħula tagħna.", "Hemmhekk qed isir xogħol b'mod dedikat, xogħol li qed iwassal għal servizz u kura tas-saħħa tal-aqwa kwalità fejn nassiguraw li jkun hemm dik li ngħidulha l-well-being tal-pazjenti tagħna.", "Inħoss li l-kura primarja hija ċ-ċavetta tas-soluzzjonijiet għall-problemi li qed jolqtu l-kura sekondarja u l-kura terzjarja.", "Hemm bżonn li jkollna aktar effiċjenza fil-polikliniċi tagħna biex inkunu f'pożizzjoni li nsolvu aktar il-problemi fil-livell primarju.", "Huwa importanti ħafna li jkun hemm kontinwazzjoni ta' trattament u l-management tal-pazjenti tagħna fil-kura primarja.", "Qed nirreferi, pereżempju, għall-pazjenti li jattendu l-polikliniċi fejn forsi llum rahom tabib u l-għada rahom ieħor u jista' ma jkunx hemm kontinwazzjoni tat-trattament li huma qed jirċievu.", "Dan ħafna drabi ma jwassalx għall-aħjar kwalità ta' kura.", "Inħoss li l-kura primarja għandha tissaħħaħ kemm fil-privat kif ukoll fil-polikliniċi tal-Gvern.", "Hawn nirrimarka li ċ-ċentru tas-saħħa li fetaħ Hal Kirkop huwa żgur pass 'il quddiem li se jnaqqas il-load fuq l-isptarijiet tagħna u se joffri servizzi aħjar f'dik li hija kura primarja, però importanti ħafna wkoll li nsaħħu bir-riżors uman dawn il-kliniċi.", "Inutli jkollna l-isbaħ kliniċi u l-isbaħ apparat jekk ma jkunx hemm riżors uman adegwat u b'saħħtu li jista' jlaħħaq mal-persuni li qed jattendu f'dawn il-kliniċi.", "Hawn nixtieq insemmi l-hub ta' Raħal Ġdid li qiegħed tard minħabba problemi fit-tendering.", "Inħoss li dan għandu jkun indirizzat ħalli kemm jista' jkun is-servizz tas-saħħa jibqa' għaddej bla diffikultà.", "Irridu naraw ingaġġar aktar ta' tobba, ta' paramediċi, ta' servizzi, ta' aktar speċjalisti li qed jagħtu s-servizz lill-pazjenti.", "Tajjeb li nenfasizza wkoll l-importanza tal-kura primarja f'dik li hija prevenzjoni.", "Irridu naraw li jkollna strateġija li tindirizza l-problemi li qed jolqtu lil pajjiżna bħalma hija l-obeżità u d-dijabete fejn naraw li pajjiżna qiegħed fuq quddiem fost l-pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u saħansitra fid-dinja meta wieħed iħares lejn l-obeżità fit-tfal tagħna.", "F'pajjiżna għandna madwar 10% tal-popolazzjoni li tiżviluppa d-dijabete.", "Qabel, id-dijabete type II kienet toħroġ f'età kbira, imma llum qiegħda toħroġ f'età iżgħar.", "Hemmhekk qed jixgħel allarm, bozza ħamra li qed turina li l-istrateġija fis-saħħa għandha tindirizza dawn is-sitwazzjonijiet.", "Irridu niftakru li dak li ninvestu llum biex nipprevjenu se jservi tajjeb żgur għall-pajjiż fis-snin li ġejjin.", "Meta inti tipprevjeni non-comunicable diseases bħalma huma d-dijabete, l-obeżità u mard ieħor kardjovaskulari, il-pajjiż se jgawdi u l-ekonomija se tkun aħjar.", "Se jgawdi fuq kollox iċ-ċittadin għax se jkollu inqas komplikazzjonijiet.", "Se nilqgħu biex il-mard ma joħroġx, biex ma jkollniex mard kroniku.", "Il-prevenzjoni nistgħu nsaħħuha wkoll permezz ta' edukazzjoni b'saħħitha fl-iskejjel tagħna u permezz tal-involviment tal-public health.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar is-servizz tal-vaccination li jsir fil-health centres tagħna.", "Huwa tajjeb ħafna li nenfasizzaw l-importanza tat-tilqim biex nipprevjenu l-mard.", "Bħalissa għandna t-tilqim tal-influwenza u minn hawnhekk nagħmel appell biex kull min ibati minn xi mard kroniku, min ibati minn mard respiratorju u min hu anzjan jieħu l-vaċċin biex b'hekk nipprevjenu mard iktar serju.", "Hemm bżonn ta' kordinazzjoni bejn il-kura primarja u l-kura sekondarja billi jkun hemm relazzjoni b'saħħitha bejn dak li jkun qed jiġri fil-kura primarja għand it-tabib tal-familja u dak li jiġri għand l-ispeċjalisti fl-isptarijiet tagħna biex ikun hemm il-kontinwazzjoni tal-kura.", "Jista' jsir ukoll combined public private partnership biex inkunu nistgħu nassiguraw dik li ngħidulha long-term sustainability fil-qasam tas-saħħa tagħna.", "Dan iwassal għal suċċess u żgur se jservi ta' kura aħjar ġewwa pajjiżna.", "Se jassigura li aħna, li forsi għandna ċerta età, meta nixjieħu se nsibu servizz b'saħħtu li jista' jilqa' għall-isfidi li aħna nkunu għaddejjin bihom.", "Nerġa' ngħid li hu importanti ħafna li t-tobba li jaħdmu fil-privat ikollhom aċċess aktar għall-informazzjoni, aċċess aktar għall-investigazzjonijiet u aċċess għal dik li ngħidulha Schedule V ħalli jkunu jistgħu jippreskrivu mediċini li, biex jeħduhom, sal-lum dawn il-pazjenti jridu jistennew appuntament ħalli jarahom speċjalista.", "Irridu ninvolvuhom fi prevention programmes ħalli jkunu parti mis-sistema ħolistika ta' prevenzjoni tal-mard ġewwa pajjiżna.", "Irridu nħajru iktar GPs jidħlu fil-privat.", "Illum l-ġurnata ħafna tobba li jagħmlu l-kors ta' family medicine donnu aktar jinteressahom li jmorru mal-Gvern jaħdmu fil-polikliniċi u qishom jaqtgħu qalbhom biex jaħdmu fil-privat.", "Qed naraw li fil-privat ir-riżors uman qed jonqos u dan iwassal għal iktar load fuq it-tobba fil-privat u b'hekk dan il-pilastru li huwa tant b'saħħtu u importanti jista' jiddgħajjef.", "Irridu nattiraw lil dawn it-tobba billi noħolqu a level playing field bejn il-privat u s-servizz li joffri l-Gvern fil-kura primarja.", "Irridu naraw kif nidentifikaw ħalli jkun hemm sitwazzjoni fejn it-tabib tal-familja jkun jista' jiddjaloga b'mod dirett mal-ispeċjalista li jinstab fl-isptarijiet.", "Irridu nħarsu lejn group practices li jistgħu jkunu aktar effiċjenti u joffru servizz ta' kura aħjar.", "Irridu ninvolvu t-tabib tal-familja anke fl-istrateġija, f'dik li hija n-national health policy, ħalli dawn ikunu hands on u jagħtu l-involviment u l-ideat tagħhom.", "Sinjura President, nixtieq insemmi wkoll id-dental services li jingħataw ġewwa l-isptarijiet tagħna.", "Dawn għandhom jissaħħu.", "Jiena nista' nifhem il-problemi li forsi jista' jiffaċċja min qiegħed jamministra.", "Ikun hemm diffikultà biex jiġi attirat ir-riżors uman biex jaħdem mal-Gvern fis-servizz pubbliku, però rridu nsibu soluzzjonijiet sabiex id-dental services kemm fil-komunità u kemm fl-isptarijiet tagħna jkunu b'saħħithom u jkunu jistgħu jiġu offruti għal dawk li għandhom bżonn.", "Irridu naraw li l-iġjene orali li joffru d-dentisti tkun b'saħħitha għax din ukoll hija parti mill-prevenzjoni tal-mard u għandha tkun b'saħħitha.", "Irrid nirrimarka li ħafna drabi l-ispejjeż relatati ma' dawn is-servizzi huma għoljin ħafna u finanzjarjament ta' toqol fuq ċerti familji.", "Hemm persuni li ma jifilħux iħallsu għal dawn is-servizzi u ħafna drabi jibqgħu b'xejn għaliex is-servizz li huwa offrut mill-Gvern b'xejn jieħu tul ta' żmien u forsi m'hemmx aċċess għalihom biex jużawh.", "Irrid insemmi wkoll il-kura tal-kanċer.", "Irrid nifraħ u nawgura lil dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur, settur delikat, settur li jirrikjedi dedikazzjoni, settur li jirrikjedi ħaddiema tal-aħjar kwalità u professjonisti li għandhom għal qalbhom il-pazjent.", "Irrid nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Onkoloġija ġewwa Mater Dei, dipartiment state of the art li qed jagħti l-aħjar għal dawn il-pazjenti li għaddejjin minn diffikultajiet kbar.", "Irrid ngħid grazzi lil dawk il-ħaddiema kollha tax-xogħol eċċellenti li qegħdin jagħmlu.", "Ngħid prosit ukoll tal-mediċini li qegħdin jiżdiedu għall-kura tal-kanċer, però qatt mhu biżżejjed.", "Lil dawn il-pazjenti li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna, li qegħdin iħarsu 'l fuq bi ħniena u jitolbu l-kura, ejja nżidulhom il-mediċina li tista' tgħinhom kemm fil-kura paljattiva u kemm fil-kura li tista' twassalhom għall-fejqan.", "Irrid insemmi l-Community Chest Fund li tagħti kontribut b'saħħtu għall-kura ta' dawn il-pazjenti, iżda rridu mmorru lil hinn mill-impressjoni li dawn il-pazjenti isiru tallaba u jmorru jitolbu l-mediċina għand il-Community Chest Fund.", "Irridu naraw li l-gvern, speċjalment meta pajjiżna għaddej minn ekonomija b'saħħitha, ikompli jsaħħaħ il-formularju ta' dawn il-mediċini ħalli jkun hemm kura aktar b'saħħitha.", "Ejja nkomplu fuq kollox insaħħu l-prevenzjoni kontra l-kanċer permezz ta' edukazzjoni, permezz ta' lifestyle changes, billi nieħdu ħsieb l-obeżità li nafu li hija relatata mal-iżvilupp tal-kanċer.", "Ejja noħolqu interventi li jwasslu għal soluzzjonijiet fit-tul.", "F'pajjiżna jsir screening għall-breast cancer, għall-colorectal cancer u għall-prostate cancer permezz ta' testijiet tad-demm, u jingħata l-vaċċin kontra l-kanċer tal-għonq tal-utru.", "Ejja nkomplu nsaħħu dawn il-programmi, nestenduhom, u naraw li jolqtu firxa aktar wiesgħa ta' ċittadini ħalli r-riżultati jkunu aktar b'saħħithom.", "Irrid insemmi s-sexual health li għandna ġewwa pajjiżna.", "Huwa tajjeb li ħloqna policy nazzjonali kontra l-mard li jittieħed permezz tas-sess, dawk li ngħidulhom STDs, iżda importanti li nsaħħu l-klinika li taħdem qatigħ biex ikun hemm servizzi tajbin, li hija l-GU Clinic.", "Il-GU Clinic qiegħda tegħreq bl-appuntamenti li għandha u ma tistax tlaħħaq mas-servizzi li qed tagħti għaliex id-domanda hija kbira minħabba li ġewwa pajjiżna, għal diversi raġunijiet, qed jiżdied dan it-tip ta' mard.", "Meta dan il-mard qiegħed jiżdied hemm bżonn li nsaħħu l-pilastru li jaħdem kontra t-tixrid ta' dan il-mard.", "Irridu nsaħħu kemm is-servizzi li joffru l-kura kontra dan il-mard kif ukoll il-prevenzjoni.", "Importanti li hawnhekk indaħħlu wkoll il-kura primarja li tista' tkun utli, tista' tkun għodda ukoll biex nipprevenu dan il-mard jew saħansitra nikkurawh.", "Ejja noħolqu edukazzjoni anke għat-tobba tal-familja biex ikunu jistgħu jittrattaw u jedukaw lill-pazjenti li javviċinawhom bi problemi relatati ma' dan il-mard.", "Ejja neradikaw it-tabù li jeżisti f'dan il-mard.", "Ġewwa pajjiżna għandna mard li jittieħed sesswalment, ejja nindirizzawh, ejja nkunu id f'id ħalli kemm jista' jkun neradikaw dan it-tip ta' mard.", "Hemm ukoll it-trattament kontra l-Hepatitis C li qed jingħata mill-Gvern.", "Huwa tajjeb li nkomplu nsaħħu dan il-programm u ma nħallux il-marda tidħol 'il ġewwa qabel dawn il-pazjenti jiġu kkurati.", "M'għandniex nissegregaw lil min għandu l-marda avvanzata u min forsi għad għandu l-marda fil-bidu u għadha mhijiex turi sinjali.", "Dawn huma t-tnejn pazjenti li għandhom bżonn il-kura.", "Ejja naraw kif se nagħtuhom kura l-aktar kmieni kemm jista' jkun ħalli jmorru għall-aħjar.", "Irridu naraw l-iżvilupp li qed isir barra minn pajjiżna għall-kura ta' pazjenti milquta bil-mard tal-HIV.", "Ejja nagħmlu mezz biex din il-kura tkun disponibbli u tingħata ġewwa pajjiżna.", "Il-pilloli u mediċini ġodda kontra dan il-virus għandhom ikunu disponibbli ġewwa pajjiżna ħalli kemm jista' jkun dawn il-pazjenti jkunu jistgħu jieħdu l-aħjar għal saħħithom.", "Irrid insemmi wkoll il-public health li hija tant importanti fil-prevenzjoni.", "Irridu nsaħħu l-eżerċizzju fiżiku li nafu li jipprevjeni ħafna mard.", "Naħseb li l-best buy hija l-health promotion li nistgħu nagħmlu f'kull aspett, fl-iskejjel tagħna, fil-postijiet tax-xogħol u fil-ħajja soċjali tagħna.", "Ejja nħarsu lejn il-long-term economic results li wieħed jista' jwassal għalihom permezz ta' dawn il-health promotions.", "Ejja nkomplu nipprevjenu mard li diġà semmejt, fosthom l-obeżità, id-dijabete, il-mard kardjovaskulari u d-dimenzja li hija sfida tal-popolazzjoni li qiegħda dejjem tikber.", "Hija pjaga nazzjonali li tista' tolqot u taffettwa r-riżors uman li qed jieħu ħsieb il-kura ta' dawn il-pazjenti.", "Ejja nittekiljaw iċ-childhood obesity.", "Ejja lkoll flimkien noħolqu policy li tindirizza dawn l-isfidi.", "Irridu wkoll nipprevjenu l-komplikazzjonijiet relatati ma' dan il-mard.", "Jekk qed inħarsu lejn il-kura tal-kanċer irridu naraw il-prevenzjoni tiegħu ħalli jkollna long-term results b'saħħithom, ikollna l-economics anke fl-immaniġġjar tas-saħħa billi jkollna long-term plan.", "Irridu nindirizzaw il-cost of ill-health ġewwa pajjiżna.", "Jien tkellimt dwar baġit b'saħħtu għas-sena li ġejja f'dik li hija saħħa, però rridu kemm jista' jkun naraw li l-baġit ikun imqassam u diversifikat, u jekk nistgħu niffrankaw minn sitwazzjonijiet fejn għandna ċans niffrankaw, inkunu nistgħu nindirizzaw dan l-investiment f'sezzjonijiet oħrajn.", "Tajjeb naraw kif it-tobba jistgħu jkunu konsultati biex jagħtu l-aħjar anke fil-prevenzjoni.", "Irrid insemmi l-Pain Clinic li tagħmel xogħol kbir, però għandha load enormi.", "Meta qed nitkellmu fuq uġigħ qed nitkellmu fuq żmien fejn il-pazjent qed ibati, fejn il-pazjent ma jistax jissaporti aktar, u allura għandna naraw kif nistgħu nindirizzaw din il-problema.", "Irrid insemmi mard ieħor bħalma huwa l-fibromyalgia, l-ME li huma pazjenti li għandhom karba għaliex iridu l-għajnuna, iridu t-trattament, iridu li jkollhom appuntament u jiġu mismugħa.", "Lil dawn irridu nindirizzaw il-problemi tagħhom.", "Xtaqt insemmi wkoll l-Isptar ta' Għawdex, l-Isptar Karin Grech u St Luke's Hospital.", "Dawn għaqqadthom flimkien għaliex huma tliet sptarijiet li ġew privatizzati.", "Dawn l-isptarijiet m'għadhomx immexxija mill-gvern imma huma mmexxija minn Steward Health Care.", "Irrid nirrimarka li l-Oppożizzjoni kienet kontra l-privatizzazzjoni ta' dawn it-tliet sptarijiet iżda d-direzzjoni hi hemmhekk, u allura issa aħna rridu nħarsu lejn dan is-settur li huwa privatizzat, nassiguraw l-aħjar servizzi fl-isptar ta' Għawdex u naraw li Steward Health Care ikun accountable għaliex dawn qed jitħallsu talli qed jagħtu s-servizz.", "Irridu nużguraw li l-miri li ma kenux milħuqa minn Vitals, li kienu qed imexxu qabel Steward, ikunu milħuqa billi jkun hemm l-infrastruttura li kellha tinbena u jiġu indirizzati l-miri li fallew.", "Irridu naraw li jkun hemm sptar ġdid ġewwa Għawdex.", "Irridu naraw li jkun hemm sodod ta' rijabilitazzjoni ġewwa Karin Grech u dawk li sejjaħnielhom tourism beds.", "Irridu naraw li jkun hemm ukoll refurbishment tal-Isptar San Luqa li suppost ikun sptar ġerjatriku tal-aqwa kwalità u li jintlaħqu l-miri li Steward Health Care suppost qed jilħaq.", "Irridu nassiguraw li t-trasferiment ta' pazjenti minn Għawdex għal Malta jkun tal-aħjar kwalità għaliex dawn qegħdin jitħallsu mhux ftit sabiex iwasslu l-pazjenti fil-ħin, sabiex jieħdu l-aħjar kura ġewwa Malta.", "Irridu naraw kif se ntejbu s-servizzi tagħna f'dik li hija saħħa mentali li hija kontroversjali daqshekk ġewwa pajjiżna.", "Irridu nisimgħu dak li qalilna l-Awditur Ġenerali fuq is-saħħa mentali, dak li qaltilna l-Wellbeing Society min-naħa tal-President u dak li qal il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali Dr John Cachia, li minn hawn insellimlu.", "Jiena bħala kelliem għas-saħħa kelli ħafna x'ngħid dwar dan is-settur li huwa vast.", "Ridt inkun kostruttiv f'dak li għedt iżda ridt nirrimarka fuq nuqqasijiet li nassigura li se nkompli nsegwi.", "M'għandix dubju li l-Ministru ħa nota ta' dak li jien għedt u żgur se jara x'jista' jsir biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Irridu nirrikonoxxu l-bżonnijiet u l-prijoritajiet u nippjanaw għal lum u għal għada.", "Jekk hemm nuqqas ta' pjan irridu naraw kif nindirizzawh biex is-settur tas-saħħa jimxi 'l quddiem u mhux ifalli.", "Pajjiżna għandu sfidi kbar quddiemu, għandu sfidi mhux tal-lum biss, imma anke ta' għada.", "Sinjura President, għandna l-lussu li nistgħu noffru servizzi ta' saħħa b'xejn, iżda l-isptarijiet u l-kliniċi tagħna għandhom bżonn għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll f'dak li hu riżors uman.", "Dan huwa possibbli b'għaqal, b'serjetà u bi pjan fit-tul.", "It-teknoloġija qiegħda tavvanza u aħna għandna nimxu magħha u navvanzaw ukoll.", "Huwa tajjeb li jkollna robotic surgery ġewwa pajjiżna kif issemma fil-Baġit, iżda rridu nassiguraw ħajja b'saħħitha lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn, il-fqir, il-batut, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità ħalli jirċievu tassew l-aħjar kura.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sinjura President, jien se nitkellem l-iktar fuq is-saħħa mentali, imma rrid nitkellem ukoll fuq id-dijabete u l-health centres.", "Jien ukoll irrid inkun kostruttiv fil-kritika tiegħi, u għalhekk nibda biex insellem lill-eluf ta' persuni f'pajjiżna li bħalissa għaddejjin minn problemi ta' saħħa mentali.", "Irrid insellem lill-familjari tagħhom li tant ibatu u jinkwetaw dwar il-maħbubin tagħhom li jkunu għaddejjin minn esperjenza ta' mard mentali.", "Nieħu din l-okkażjoni biex insellem u nirringrazzja lill-professjonisti u l-ħaddiema kollha li jaħdmu f'dan il-qasam ħafna drabi fis-skiet u mingħajr ir-rikonoxximent li tant jixirqilhom.", "Nieħu l-opportunità wkoll biex insellem lill-kollega u ħabib tiegħi – ilna nafu lil xulxin minn meta kien għadu tabib jaħdem il-Casualty – lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Segretarjat tiegħu għax-xogħol li jagħmlu.", "L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ilha tavżana li sa sentejn oħra d-dinja se tinħakem minn pandemija ta' problemi ta' saħħa mentali.", "Hija ħasra li minkejja din it-twissija l-Gvern qed ikompli jittraskura dan is-settur.", "Hawn irrid nagħmilha ċara li dan mhuwiex tort tad-Deputat Prim Ministru għax kull ma ilu sena jew sentejn bħala Ministru tas-Saħħa, imma issa l-Gvern qed jgħidilna li f'Diċembru se jagħmel konferenza biex nagħmlu strateġija nazzjonali.", "Tajjeb li se nagħmlu konferenza għal strateġija nazzjonali, imma meta għandna pandemija wara l-bieb, kellna bżonn naħlu ħames snin?", "Aħna bħala Oppożizzjoni ilna ngħidu x'għandu jsir.", "Anke l-NGOs li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għamlu talbiet u suġġerimenti.", "Jiena qed nistaqsi ġenwinament għax ninkwieta bis-serjetà għalfejn ħlejna ħames snin prezzjużi meta għandna pandemija wara biebna.", "Dan huwa suġġett għal qalbi u jiena naqra u nagħmel ħafna riċerka fuqu biex ngħin lil ħaddieħor ifittex il-kura.", "Jiena ngħidha pubblikament li nbati minn depression u nieħu l-kura kuljum.", "Kif inqum filgħodu, l-ewwel ħaġa li nagħmel hi li nieħu l-kura għad-depression, xi ħaġa li rrid nagħmilha kuljum speċjalment bħalissa meta tkun dieħla x-xitwa, li jkun l-agħar żmien għalija.", "Sinjura President, jiena se nipprova umilment nerġa' ntenni x'għandu u x'jista' jsir fl-opinjoni tiegħi u tal-Oppożizzjoni.", "Nażżarda ngħid li dawn il-punti jew ħafna minnhom se joħorġu żgur fil-konferenza li se jorganizza l-Gvern f'Diċembru.", "Ngħid hekk għax jiena mhux qed nivvinta r-rota mill-ġdid bil-proposti li se nerġa' nressaq.", "Dawn ilni ngħidhom ħafna.", "Rigward servizzi ta' saħħa mentali fil-komunità, il-Gvern ġab l-iskuża li jrid jagħmel strateġija mal-barranin, ma' Barts, u jiena ngħid li ħlejna ħames snin u ma kompliex jifrex il-kura fil-komunità kif kien jagħmel Gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Is-sena l-oħra l-Gvern wiegħed fil-Baġit li se jifrex kura fis-saħħa mentali fil-komunità imma sfortuntament ma sar xejn.", "Huwa tajjeb li fl-aħħar il-Gvern beda jisma' mill-Oppożizzjoni u f'paġna 84 tal-Baġit qed jgħid li se jibda jinvesti fi klinika ta' saħħa mentali fit-tramuntana ta' Malta kif ukoll f'ċentru ta' matul il-jum għal nies bi problemi ta' saħħa mentali.", "Dan apparti li se jagħmel hostel ukoll.", "Tajjeb, prosit, u bis-serjetà ngħid tajjeb u prosit!", "Imma kien hemm bżonn naħlu ħames snin biex forsi il-Gvern jagħti widen għal dak li ilha ħames snin tgħid l-Oppożizzjoni biex nifirxu s-servizz tas-saħħa fil-komunità?", "L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tgħid li s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità huma aktar aċċessibbli, inaqqsu l-esklużjoni soċjali u jnaqqsu t-traskuraġni li jista' jkun hemm fi sptar psikjatriku.", "Tgħid ukoll li jnaqqsu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li sfortunatament huma aktar komuni fl-isptarijiet psikjatriċi.", "Irrid nagħmilha ċara li l-abbużi mid-drittijiet tal-bniedem fi sptarijiet psikjatriċi mhijiex problema ta' Malta biss imma hija problema madwar id-dinja kollha.", "Iktar hemm ċans li jkun hemm neglect jew vjolazzjoni ta' drittijiet tal-bniedem f'istituzzjoni psikjatrika fejn għandek ħafna pazjenti.", "Dan ir-riskju jeżisti mhux biss f'Malta imma madwar id-dinja kollha.", "Hawn insellem lill-ħaddiema li jaħdmu Mount Carmel.", "Is-servizzi tal-komunità wkoll huma importanti u fil-liġi tas-saħħa mentali li kont ressaqt jien fl-2016 għall-ewwel darba introduċejna l-community treatment order.", "Dan ifisser li jkollok pazjent li jrid jieħu l-kura minħabba problemi mentali u din il-kura kien ikollu jeħodha billi jidħol l-Isptar Mount Carmel.", "Issa jista' jibqa' jgħix fil-komunità mal-familja u l-community treatment order jeħodha permezz tas-servizzi fil-komunità.", "Jekk ikun non- compliant, jiġifieri ma jmurx għall-kura, imbagħad tista' ddaħħlu Mount Carmel.", "Mhijiex traġedja li tidħol il-Mount Carmel.", "Ħadd minna m'għandu garanzija li llum, għada jew pitgħada, ibda l-ewwel wieħed jien, mhux se jkollna emerġenza ta' saħħa mentali u jkollna bżonn nidħlu Mount Carmel.", "M'għandekx għalfejn tistħi tgħid li dħalt Mount Carmel!", "Ftit jiem ilu fil-ħin tal-mistoqsijiet qbadna battibekk bejn żewġt iħbieb, jien u l-Onor.", "Fearne, li beda jmerini li s-servizz tas-saħħa fil-komunità trid tagħtih mill-poliklinika u mhux minn klinika għaliha.", "Qalli li hekk qed jgħidulu l-esperti.", "Jien ngħid le, l-esperti jgħidu li trid tiftaħ klinika tas-saħħa mentali.", "Fil-fatt, kif għedtlek qabel fid-diskors tiegħi, inti stess ktibt li se tiftaħ klinika għas-saħħa mentali fit-Tramuntana ta' Malta.", "Imma ħalli ngħid għalfejn importanti li jkollok klinika per se u mhux psychiatric multi-disciplinary team li jżur il-kliniċi f'ħinijiet differenti.", "L-ewwel nett huwa importanti li l-kliniċi tas-saħħa mentali jibqgħu miftuħin minn filgħodu sa filgħaxija ħalli l-pazjenti jsibuhom anke b'mod informali.", "Jekk ikunu kliniċi għas-saħħa mentali dawn ikollhom catchment areas tagħhom kif għandhom il-health centres, u allura l-pazjenti dejjem se jsibu l-istess pscyhiatric nurses, l-istess psikologi u l-istess psikjatri, u b'hekk irawmu dik li jgħidulha therapeutic relationship li hija importanti ħafna.", "Aħna m'għandniex biżżejjed professjonisti li jistgħu joqogħdu l-health centre minn filgħodu sa filgħaxija biex in-nies dejjem isibu lill-istess professjonisti.", "Huwa importanti li titrabba dik it-therapeutic relationship għax waħda mill-problemi fil-qasam tas-saħħa mentali hija n-non-compliance, u fil-fatt 60% tal-pazjenti jibdew jieħdu l-kura, imbagħad għax iħossuhom tajba, iwaqqfu dik il-kura.", "Jekk il-professjonisti jkollhom kuntatt kontinwu ma' nies bi problemi ta' saħħa mentali b'mod informali u mingħajr appuntamenti, in-nurses u l-psikologi jistgħu jindunaw li t-tali persuna mhux qed tieħu l-kura.", "Ovvjament dawn ikunu esperti u jindunaw mill-ewwel u allura jiġbdulu l-attenzjoni li hemm bżonn jerġa' jibda jieħu l-kura.", "Sfortunatament mhux biss hemm 70% li għandhom bżonn il-kura għal saħħa mentali u ma jfittxuhiex, ħafna drabi minħabba l-istigma, imma mbagħad 60% minn dawk li jmorru ma jibqgħux compliant u dan jgħodd għal ċertu mard mentali, bħal bipolar disorder.", "Huma madwar 30% biss li jibqgħu compliant.", "Jiena ma nistax illum jew fis-sajf, għax inħossni tajjeb, inwaqqaf il-pilloli tad-depression.", "Din hija l-ikbar sfida li għandna fil-qasam tas-saħħa mentali, u jiena għalhekk ngħid li għandna bżonn kliniċi tas-saħħa mentali.", "Sinjura President, niftħu kemm niftħu kliniċi ta' saħħa mentali u kliniċi fil-komunità flimkien mal-health centres, l-importanti hu li nkomplu nferrxu l-kura fil-komunità kif kien jagħmel Gvern Nazzjonalista.", "What's in a name, fl-aħħar mill-aħħar?", "Il-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tiegħu qal li dan is-settur kien minsi għal ħafna żmien.", "Bir-rispett kollu, jien naħseb li din hija l-ikbar diżonestà politika.", "Huwa minsi minn dan il-Gvern u żgur mhux minn Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Għall-inqas għandna nkunu ġusti ma' xulxin, nirrikonoxxu t-tajjeb li sar u naraw kif nistgħu nagħmlu aħjar il-ħażin li sar.", "L-Onor.", "Fearne kien għadu lanqas hu fil-politika; minn meta tlajna aħna fil-Gvern għall-ewwel darba dan l-isptar inbidel mil-lejl għan-nar.", "Fi żmien il-Labour preċedenti taf għalfejn kien jintuża Mount Carmel?", "Biex fih inħadmu partijiet mill-film Midnight Express li, kif tafu, kien jittratta dwar ħabs orribbli, għax Mount Carmel kien qisu ħabs orribbli!", "Fi żmienna Mount Carmel tant biddilnieh li issa qed jintuża minn NGOs u għaqdiet kummerċjali u mill-HSBC biex fih jorganizzaw konferenzi u esibizzjonijiet li jżuruhom eluf ta' nies.", "Għall-inqas fi żmieni dawn kienu jsiru, u uħud minnhom għadhom isiru sal-lum.", "F'dan l-isptar aħna għamilna għadd ta' swali ġodda, fosthom il-famuża Ward 8 u Ward 10, għamilna laundry ġdid - għax kien inħaraq - fejn jinħasel il-linen kollu tal-isptarijiet u għamilna hostel ġdid li kif lestejnieh kien hemm pazjenta li marret tpejjep ġos-sodda u nħaraq!", "Għamilna wkoll education centre li fih isiru għadd ta' konferenzi.", "Issa tgħidli: Fadal x'isir?", "Dażgur li fadal x'isir!", "Immaġina qed tgħix f'dar li għandha kważi 300 sena, fejn sakemm qed tirranġa naħa, tibda taqa' naħa oħra u trid terġa' tibda.", "Dan l-isptar se jagħlaq kważi 300 sena.", "Għamilna biżżejjed?", "Le, m'għamilniex biżżejjed, imma għamilna ħafna.", "Qed jagħmel biżżejjed dan il-Gvern?", "Qed jagħmel, imma sakemm jirranġa naħa, nerġa' ngħid jaqa' xi mkien ieħor għax hemm partijiet minnu li lanqas asfalt ma fih minħabba l-umdità.", "Dan hu sptar li jrid maintenance kontinwu.", "Sinjura President, aħna mhux biss għamilna liġi ta' saħħa mentali ġdida li l-WHO talbitielna biex tużaha bħala mudell għax tagħti ħafna drittijiet lill-pazjenti, imma ftaħna ħames kliniċi ta' saħħa mentali fil-komunità u ħames day centres.", "Dan ikkonfermah l-istess Deputat Prim Ministru Fearne f'mistoqsija parlamentari 6460 li għamilt jien.", "Jekk tara d-day centres u l-kliniċi ta' saħħa mentali, dawn huma dawk li ftaħna bejn l-2008 u l-2013.", "F'ħames snin ma ftaħniex oħra!", "Nirringrazzja lill-Gvern li fl-aħħar se jiftaħ oħrajn.", "Jekk wieħed jara mistoqsijiet parlamentari 6460 u 6461, l-aħħar mistoqsijiet li wieġeb id-Deputat Prim Ministru, isib li l-aħħar day centres u kliniċi ta' saħħa mentali li nfetħu fil-komunità kienu dawk li nfetħu minna.", "Dawn huma mifruxin ma' Malta kollha.", "Jien ngħid li dak li se jagħmel il-Gvern hu tajjeb ħafna però it's too little and too late; żgur li rridu nagħmlu iktar.", "Anke fil-baġit tas-sena l-oħra l-Gvern kien qal li se jifrex il-kura tas-saħħa mentali fil-komunità, imma din il-wegħda ma nżammitx.", "X'jiswa s-surplus jekk min hu mkisser bi problemi ta' saħħa mentali jibqa' ma jsibx il-wens u l-għajnuna mill-Gvern?", "Sinjura President, hawn nixtieq nagħmel suġġeriment mill-qalb lid-Deputat Prim Ministru.", "Għandu jerġa' jitwaqqaf il-crisis intervention team li sar minn Gvern Nazzjonalista.", "Dan kienu ġew il-Belġjani jarawh biex jagħmlu wieħed bħalu.", "Dan il-mental health crisis intervention team ġie żarmat, illum hemm tabib li trid tgħajjatlu biex imur, u m'hemmx tim multi-dixxiplinarju li jaħdem fih.", "Qabel konna niffrankaw ħafna admissions fil-Mount Carmel minħabba fih.", "Jiena diġà spjegajt darb'oħra li dan kien jaħdem fuq każijiet ta' suwiċidju.", "L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tgħid li s-suwiċidju sar traġedja globali.", "Fil-fatt, f'dawn l-aħħar 40 sena r-rata ta' suwiċidju fid-dinja żdiedet b'60%.", "Kull 40 sekonda xi ħadd fid-dinja jneħħi ruħu b'idejh.", "Immaġinaw kemm ilni nitkellem jien, 16-il minuta, kemm kellna suwiċidji fid-dinja!", "Hija traġedja!", "Madwar 3,000 persuna fid-dinja kuljum jagħmlu suwiċidju.", "Ma' dawn irridu nżidu 60,000 persuna oħra li jagħmlu attentat ta' suwiċidju u għall grazzja t'Alla ma jirnexxilhomx.", "Daqshekk kibret il-problema ta' suwiċidju madwar id-dinja!", "Issa l-agħar hu li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tgħid li minn hawn u sentejn oħra r-rata ta' suwiċidju madwar id-dinja se tirdoppja u jibda jkollna suwiċidju kull 20 sekonda.", "Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa s-suwiċidju bejn l-età ta' 15 u 29 sena sar it-tieni kawża ta' mwiet f'din il-faxxa tal-età.", "Dan qed narawh anke f'pajjiżna.", "L-għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tgħid li dan sar traġedja dinjija u għalhekk il-crisis intervention team huwa importanti.", "Nagħmel appell lill-Gvern biex nerġgħu nagħmluh.", "Għalkemm għadna taħt il-medja tal-UE, f'pajjiżna s-suwiċidju qed jiżdied ukoll.", "Qed naraw tfal, żgħażagħ ta' bejn 13 u 15-il sena u tibqa' sejjer hekk taħt l-40 sena, li jagħmlu suwiċidju.", "Dwar dan għamilt mistoqsija parlamentari m'ilux.", "Fil-fatt t-tema ta' din is-sena tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fil-jum dinji hija s-saħħa mentali tat-tfal tagħna u l-kura tal-addoloxxenti.", "Infakkar li d-dritt għas-saħħa mentali huwa dritt fundamentali tal-bniedem.", "Suġġeriment ieħor huwa dwar screening taż-żgħażagħ.", "Huwa fatt ipprovat xjentifikament li nofs iż-żgħażagħ bi problemi ta' saħħa mentali jibdew juru l-ewwel sintomi fl-età ta' 14-il sena.", "Fl-età ta' 14-il sena, 50% minnhom jibdew juru l-ewwel sintomi li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Meta jilħqu l-età ta' 20 sena, 75% minnhom jibdew juru l-ewwel sintomi ta' problemi ta' saħħa mentali u allura jekk nagħmlu screening fost iż-żgħażagħ minn 14 sa 20 sena nistgħu naqbdu tliet kwarti minnhom u nibdew nagħtuhom il-kura mill-ewwel.", "Kif jaf il-kollega tiegħi l-Onor.", "Hemm bżonn li l-Gvern jimpjega aktar professjonisti u għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jimpjega aktar psikologi, psikoterapisti, social workers, occupational therapists u pyschiatric nurses fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Naf li it's easier said than done, imma qegħdin f'sitwazzjoni li saħansitra lanqas il-Liġi tas-Saħħa Mentali ma tista taħdem sew għaliex għandna nuqqas ta' professjonisti.", "Mingħajr dawn il-professjonisti b'paga u kondizzjonijiet tajbin mhux se nkunu nistgħu ngħinu lil persuni, li n-numru tagħhom dejjem jiżdied, li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali.", "Huwa tajjeb ukoll, Sinjura President, li l-Ministru reġa' semma sptar ġdid tal-psikjatrija.", "Jiena nemmen li dan il-Ministru għandu commitment biex jibnih, imma dan ilu jiġi mwiegħed ħames snin u s'issa m'hemmx lanqas ġebla!", "Qed naqblu li għandu jsir fil-footprint ta' Mater Dei u naħseb li din hija xi ħaġa oħra li għandna nagħmlu.", "Il-Gvern irid jaħdem għal aktar supported housing.", "Biex inkun ġust, id-Deputat Prim Ministru semma li se jagħmel hostel biex il-pazjenti li qegħdin fl-isptar Mount Carmel u li jistgħu joħorġu jkunu jistgħu jiġu akkomodati hemm.", "Aħna għandna problema li hemm nies f'Mount Carmel li għandhom l-ID card tagħhom permanenti fuq Mount Carmel għax m'għandhomx fejn imorru joqogħdu.", "Din hija sfortuna, u għaldaqstant nerġa' nagħmel appell lill-Gvern biex jerġa' jattiva l-ftehim li kont għamilt jien mal-Awtorità tad-Djar li kull sena talloka numru żgħir ta' flats b'xejn, bi three to four bedrooms biex pazjenti minn Mount Carmel ikunu jistgħu joħorġu u jgħixu fil-komunità.", "Dan huwa mudell li r-Richmond Foundation ilhom iħaddmu b'suċċess għal ħafna snin.", "Aħna u l-Gvern flimkien irridu naħdmu għal zero tolerance kontra l-istigma.", "Għandha tiħrax kampanja kontra l-istigma bil-għan li jkollna tolleranza zero għall-istigma lejn il-pazjenti b'mard mentali, anke fid-diskors li nużaw.", "Il-lingwaġġ li nużaw ħafna drabi huwa mimli bl-istigma kontra l-mard mentali mingħajr ma nafu u mingħajr ma naħsbu.", "Pereżempju ngħidu: Mort tieġ tal-ġenn.", "Ma ngħidux: Mort tieġ ta' attakk tal-qalb jew tieġ tad-dijabete.", "Nużaw ukoll kliem u frażijiet bħal \"spissjat\", \"għandek rota nieqsa\", \"tajjeb għal frankuni\" u \"tellgħuk hemm fuq\"!", "Dan il-kliem nużawh kuljum mhux għax ikollna l-intenzjoni biex nirredikolaw lil min għandu problemi ta' saħħa mentali imma għax qegħdin f'ilsienna.", "Kultant anke jien li konxju tagħha rrid noqgħod attent għax kultant toħroġli.", "Irridu naħdmu flimkien għal zero stigma!", "Huwa importanti li naħdmu għal zero stigma għax 70% min-nies li bħali jbatu mid-depression ma jfittxux il-kura għaliex jibżgħu li jiġu emarġinati, imwarrbin u stigmatizzati.", "Taf x'ifisser min ikollu depression bħali u ma jfittixx il-kura?", "Untreated depression hija l-kawża ewlenija tas-suwiċidju!", "Daqshekk hi serja s-sitwazzjoni li ma jfittxux il-kura.", "Għandu jitwaqqaf ukoll unit apposta biex qraba tal-pazjenti bi problema ta' saħħa mentali jkunu jistgħu jingħataw l-informazzjoni u s-sapport li tant għandhom bżonn.", "Għandna bżonn mental health policy għal fuq il-post tax-xogħol.", "Il-Gvern għandu jibda hu billi fil-postijiet tax-xogħol pubbliċi jagħmel mental health policy ħalli ħaddiema li jkunu għaddejjin minn problemi ta' saħħa mentali jiġu megħjuna u mħajra jieħdu l-kura li għandhom bżonn.", "Il-mental health policy għandha tiġi estiża wkoll għas-settur privat.", "Dan huwa proġett ieħor li tħaddem b'suċċess ir-Richmond Foundaton.", "Dan jgħin lill-pajjiż biex ma nitilfux riżorsi umani b'esperjenza, għax dawn il-ħaddiema jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu u jikkontribwixxu għall-ekonomija minflok jispiċċaw dipendenti fuq l-Istat.", "Imma l-iktar importanti hu li jnaqqsu t-tbatija ta' dawn il-ħaddiema u l-familjari tagħhom.", "Wieħed minn kull erba' persuna f'Malta jbati minn problemi ta' saħħa mentali, jiġifieri faċli li jkollok xi ħadd fil-familja jew kollega tax-xogħol li qed ibati minn saħħa mentali.", "Hemm bżonn policy biex ngħinu lil dawn in-nies.", "Mhux qed ngħid li l-Gvern ikeċċihom, imma fil-privat ma naħlifx li ma jiġux imkeċċija!", "Kif il-kunsill lokali għandhom kunsillier assenjat li jieħu ħsieb l-anzjani tal-komunità, hekk ukoll kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex għandu jkollu kunsillier responsabbli li jikkordina l-għajnuna għall-persuna bi problemi ta' saħħa mentali fil-lokalità tiegħu.", "Qabel nikkonkludi nixtieq intenni li l-Oppożizzjoni mhux qed tikkritika biss imma qed tagħti numru ta' proposti konkreti biex il-qasam tas-saħħa mentali jingħata spinta 'l quddiem.", "Uħud mill-proposti jistgħu jibdew jitwettqu minnufih.", "Għandna esperti Maltin li jafu x'hemm bżonn isir.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tibqa' disponibbli li taħdem id f'id mal-Gvern f'dan il-qasam għax l-interess tagħna hu li ngħinu lin-nies bi problemi ta' saħħa mentali u lill-familji tagħhom.", "Jien naf x'jiġri għax għaddejt minnha u hija salib.", "Jien wieħed mit-350 miljun fid-dinja li jbatu mid-depression, jiġifieri I'm in good company, għax hawn 350 miljun persuna li jbatu mid-depression fid-dinja!", "Sinċerament nistieden lill-Gvern preżenti biex ikompli jibni fuq it-tajjeb li għamel Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u biex fejn għamilna ħażin, jirranġah.", "Kif ta' spiss ngħid lill-kollega u ħabib tiegħi l-Onor.", "Chris Fearne, l-interess tagħna mhuwiex li nippolitiċizzaw dan il-qasam, imma li naħdmu flimkien mal-Gvern għax il-mard mentali qed jiżdied u se jkompli jiżdied.", "Mhuwiex tort tal-Gvern li se jkompli jiżdied.", "Dan huwa fenomenu ġdid għad-dinja, fejn la hemm Nazzjonalist u lanqas hemm Laburist, imma hemm nies li qegħdin ibatu u li għandhom bżonn il-wens, l-għajnuna u s-servizzi llum, għax għada għalihom jista' jkun tard wisq.", "Lid-Deputat Prim Ministru nerġa' nappellalu sinċerament u minn qalbi mhux biss bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għas-saħħa mentali imma anke bħala persuna li nbati bil-problema tas-saħħa mentali: Ħallina ngħinuk!", "F'dan il-qasam nistgħu u jeħtieġ naħdmu flimkien.", "Hekk titlob il-maturità politika u ġentilment qed nitlob laqgħa miegħek.", "Naf li dejjem kont aċċessibbli għalija, ħalli flimkien naraw kif nistgħu naħdmu flimkien.", "Qed ngħid dan mhux biex nimponu, għax wara kollox intom fil-Gvern u l-aħħar deċizjoni hija tagħkom, imma sinċerament naħseb li fil-qasam tas-saħħa mentali għandna naħdmu flimkien.", "Bis-sejretà kollha nixtieq li ngħinek u nistiednek b'umiltà li tilqa' l-istedina tiegħi u tħallina ngħinuk ħalli, jekk Alla jrid, meta nerġgħu niġu hawnhekk sena oħra mhux ngħidu x'se nagħmlu aħna u x'ma għamiltux intom, imma ngħidu x'għamilna aħna flimkien u x'fadlilna nkomplu nagħmlu flimkien.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Mario Galea li kkonċedieli ftit mill-ħin tiegħu, però dan huwa suġġett vast u ma nagħtix tort lill-kollega ta' qabli, ix-shadow minister l-Onor.", "Stephen Spiteri, li kont qed nisimgħu waqt li kont ġej fil-karozza, li beda jlissen ħaġa wara l-oħra, għax dan huwa suġġett vast.", "Mhuwiex is-suġġett tiegħi, però aktar ma tisma' aktar titgħallem u dejjem tirrealizza kemm dan huwa suġġett importanti u kemm jolqot lil ħafna nies f'setturi differenti ta' ħajjithom.", "Għandi l-pjaċir li llum għall-ewwel darba qed nitkellem dwar dan id-dekasteru biex nitkellem b'mod speċifiku fuq il-ġlieda kontra l-obeżità.", "Meta l-Kap tal-Oppożizjzoni Adrian Delia fassal ix-shadow cabinet il-ġdid, identifika numru ta' niċeċ li naħseb pajjiżna jrid jagħfas fuqhom aktar minn setturi oħrajn, u settur minnhom huwa l-obeżità.", "M'iniex se niddejjaq ngħid li meta ġejt mogħti dan id-dekasteru kien hemm min tbissem.", "Naħseb li din hija turija tan-nuqqas ta' kuxjenza għax ħafna drabi l-obeżità neħduha bħala ċajta, imma mhijiex ċajta.", "Fil-fatt, uħud mill-istudenti fl-iskejjel ikunu bullied għax ikunu obeżi jew ikollhom piż żejjed.", "Parti mill-ħidma tiegħi, apparti ż-żgħażagħ u l-isport, hija li ngħin lil pajjiżi, f'dan il-mument ngħin lill-Gvern, billi f'isem l-Oppożizzjoni noffri proposti ġodda biex dan il-pajjiż jiġġieled din il-problema u l-isfida kbira li sfortunatament għandu dan il-pajjiż.", "L-istatistika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa hija inkwetanti għax hija ċertifikat allarmanti, speċjalment fost iż-żgħażagħ f'pajjiżna.", "Pajjiżna għandu fost l-ogħla rata ta' obeżità fost iż-żgħażagħ għal ċerti etajiet partikolari.", "Pereżempju, f'dan ir-reġjun tagħna huma s-subien ta' 13-il sena li huma l-aktar obeżi.", "Imbagħad, meta niġu għall-bniet, terz tal-bniet tal-istess età, jiġifieri ta' 13-il sena, għandhom piż żejjed.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-Baġit, naħseb li tajjeb nitkellmu fuq x'qiegħda tiswa lil pajjiżna l-obeżità bħala finanzi.", "Ovvjament il-finanzi huma sekondarji għax l-aktar importanti hija s-saħħa tal-bniedem, però lkoll nafu li jekk ma jkollniex finanzi ma tistax tieħu ħsieb is-saħħa tal-bniedem.", "Tajjeb inkunu nafu - għax m'hawnx biżżejjed kuxjenza - li fl-2016 l-ispiża tas-saħħa biex inkunu nistgħu nindirizzaw l-obeżità kienet ta' €36 miljun.", "Hija ħaġa impressjonanti li f'sena pajjiżna jħallas €36 miljun biex ikun jista' jindirizza l-problema tal-obeżità li hija ikbar f'pajjiżna milli f'pajjiżi oħrajn Ewropej.", "Mela 40% tat-tfal fl-iskejjel huma obeżi jew għandhom piż żejjed u dan ifisser li jeħtieġ li nieħdu azzjoni u azzjoni b'saħħa kbira, mhux azzjoni qisu business as usual.", "Il-Partit Nazzjonalista huwa kontra, pereżempju, li tkun introdotta taxxa fuq ċertu ikel partikolari.", "Pereżempju l-Prim Ministru ġie rrapportat li qal li hu mhuwiex lest idaħħal taxxa fuq il-fast foods għax timpatta ħażin fuq min għandu dħul baxx, però billi nagħmlu dawn il-kummenti u nieqfu hemm mhux biżżejjed.", "F'dan il-Baġit ma rajtx inizjattivi li min għandu dħul baxx f'pajjiżna ngħinuh biex jixtri ikel li huwa bnin.", "Huwa veru, min huwa fqir, min huwa fir-riskju ta' faqar, l-aktar ħaġa faċli li jagħmel biex jiekol kuljum hi li jmur jixtri fast food għax huwa l-irħas u għax huwa l-aktar konvenjenti, għax il-ħaxix huwa għoli biex jużah spiss matul il-ġimgħa.", "Però mbagħad jidhirli li nkunu qegħdin nonqsu li niġu f'din il-Kamra ngħidu li m'aħniex lesti nagħmlu din biex ma nimpattawhomx ħażin mingħajr ma ngħidu x'nistgħu nagħmlu biex ngħinuhom u nħeġġuhom jixtru ikel bnin.", "Fl-opinjoni tiegħi f'dan il-Baġit m'hemmx miżuri mmirati apposta biex jgħinu lil min qiegħed f'riskju ta' faqar, li huwa l-aktar suxxettibbli li jkollu dieta ħażina, biex din ikun jista' jindirizzaha.", "Niġi issa biex ngħid x'għamilna aħna ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Jiena kburi ngħid li l-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Cutajar, li nsellimlu, kien ressaq mozzjoni privata ta' Abbozz ta' Liġi li eventwalment ġie adottat minn dan il-Parlament f'Jannar tal-2016, bl-isem ta' Liġi dwar Stili ta' Ħajja Sana.", "Din hi l-Oppożizzjoni!", "Aħna m'aħniex qegħdin hawn biex nikkritikaw biss imma qed nuru bil-fatti li nagħtu l-proposti tagħna u nieħdu azzjoni anke mill-Oppożizzjoni.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa approvat mill-World Health Organisation li kienet qalet li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa.", "Sinjura President, din il-liġi tikkontempla ħames azzjonijiet prinċipali.", "L-ewwel waħda, l-kontroll ta' x'tip ta' ikel jiġi kkonsmat fl-iskejjel u fil-viċinanzi tal-iskejjel.", "It-tieni azzjoni tirrigwarda l-attività fiżika fl-iskejjel u f'kull livell ta-soċjetà tagħna, u t-tielet tirrigwarda l-kontribut tal-kunsilli lokali biex jippromwovu stili ta' ħajja sana.", "Iva, il-kunsilli lokali għandhom dan ir-rwol, però ma nistgħux ngħidulhom li jridu jagħmlu din il-ħaġa mingħajr ma nżidulhom il-baġit.", "Jien kont f'kunsill u naf id-diffikultjaiet finanzjarji li għandhom.", "Ir-raba' azzjoni tirrigwarda x'tip ta' ikel jitqassam fl-istituzzjonijiet liċenzjati mill-awtoritajiet pubbliċi.", "Din il-liġi trid tirregola x'tip ta' ikel jitqassam fid-djar tal-anzjani u fid-day care centres.", "Huwa faċli li nagħtu ikel fast food waqt id-day centres.", "Din hija diffiċli biex tindirizzaha għax in-nies draw jieklu hekk u hemm din it-tip ta' kultura.", "Li hemm bżonn hu bidla fil-kultura.", "Jekk irridu verament nagħtu kas is-saħħa tagħna, irridu nbiddlu l-affarijiet.", "Il-ħames punt ta' din il-liġi hu r-regolamentazzzjoni tal-promozzjoni ta' ikel li jista' jkollu effetti ħżiena.", "Bħala politiċi aħna għandna r-rwol li nikkontrollaw il-promozzjoni tal-ikel li huwa fast food.", "Jekk nafu li dan huwa ħażin għas-soċjetà tagħna għandna ndaħħlu regolamenti biex il-promozzjoni ta' dak l-ikel ma tkunx tista' ssir kullimkien.", "Pereżempju ma ssirx f'attivitajiet sportivi jew fi prize days jew sports days tal-iskola.", "Huwa tajjeb li nġibu l-isponsors, però aħna, l-għalliema u kulħadd, għandna r-responsabbiltà li jekk verament qegħdin nemmnu f'dan li qegħdin ngħidu, nieħdu azzjoni u mhux biss nitkellmu u ngħidu li aħna kontra l-obeżità!", "Bħala kritika lejn il-kollega d-Deputat Prim Ministru, jiddispjaċini ngħid li s'issa, sentejn u nofs wara li ġiet implimentata din il-liġi, avviż legali wieħed biss ġie ippubblikat, li jindirizza wieħed biss mill-ħames azzjonijiet li huma maħsuba f'din il-liġi.", "Dan huwa l-Avviż Legali dwar l-Ikel fl-Iskejjel, avviż legali li daħal fl-10 ta' Awwissu 2018.", "Ma neħux pjaċir li wara li daħal dan l-avviż legali, nara ċirkolari mingħand kap ta' skola li tippromwovi tip ta' ħelu b'dan il-mod, u nikkwota:", "\"Bħal snin ta' qabel se nagħmlu fundraising fejn l-istudenti jistgħu jixtru għadam tal-mejtin għall-prezz ta' …\".", "Dan huwa ikel li mhuwiex sustanzjuż, mhuwiex bnin.", "Għażiż Deputat Prim Ministru, għażiż Ministru għall-Edukzzjoni - għax nifhem li this is a cross-sectorial subject - la għedna lill-kapijiet tal-iskola li jridu jirispettaw dan l-avviż legali, kif nispiċċaw business as usual bħas-snin ta' qabel?!", "Huwa ovvju li skont dan l-avviż legali, dan it-tip ta' ikel mhuwiex permessibbli li jiqassam fl-iskejjel.", "L-istudenti u ż-żgħażagħ jistgħu jagħmlu li jridu fid-djar tagħhom, imma aħna, fejn għandna r-responsabbilità li nedukaw, fl-iskejjel, huwa importanti li nieħdu azzjoni b'mod partikolari.", "Hawn nixtieq nagħmel referenza għal mistoqsija parlamentari li saret lill-Ministru għas-Saħħa mill-kollega l-Onor.", "Glenn Bedingfield dwar l-obeżità fl-iskejjel.", "Waħda mill-affarijiet li ġiet imwieġba hija din:", "\"L-iskejjel ġew imħeġġa jsibu slot ta' 15-il minuta kuljum.\".", "Il-kelma \"mħeġġa\" mhijiex biżżejjed.", "Jien li nzertajt il-kelliem tal-isport ngħid li jrid ikollna 15-il minuta ta' attività fiżika kuljum mhux b'għażla, imma bilfors.", "Din trid tkun mandatorja jekk verament irridu nagħmlu bidla u jekk verament iridu naqilgħu lil Malta minn din il-kriżi li tinsab fiha.", "Tant jien lest u kommess fuq dan is-suġġett li meta d-Deputat Prim Ministru u fl-Isptar Mater Dei ħadu azzjoni biex fl-Isptar Mater Dei ma jitqassamx zokkor, jien kont l-ewwel wieħed li appoġġjajtha.", "Iva, mhuwiex faċli tgħid lill-pazjent li ma tistax tagħtih zokkor mat-tè għax din hija bidla fil-kultura tagħna, u allura kont l-ewwel wieħed li appoġġjajtha avolja kienet azzjoni mhux popolari.", "Jien stajt lgħabt il-logħba politika u popolista u ngħid: Ara ftit, il-Gvern qata' z-zokkor mill-isptar!", "Stajt lgħabt b'dak l-argument, però ħassejt b'responsabbiltà li bħala kelliem dwar il-ġlieda kontra l-obeżità għandi nappoġġja din il-proposta avolja hija antipatika.", "Appoġġjajtha għax nemmen li meta lin-nies ngħidulhom li m'aħniex se nagħtuhom zokkor, inkunu qed nibagħtu l-messaġġ li z-zokkor jagħmillek ħsara.", "Nagħlaq hawnhekk għax jidher li skadieli l-ħin.", "Naf li hemm il-Food and Nutrition Policy u l-pjan ta' azzjoni ta' bejn l-2015 u l-2020, però m'iniex qed nara azzjoni koerenti, strateġika, li tindirizza din l-isfida.", "Donnu qed nieħdu inizjattiva waħda 'l hawn u waħda 'l hemm.", "Jiena għad irrid nara ġlieda ta' veru kontra l-obeżità f'pajjiżna.", "Hawnhekk insellem lill-ħaddiema kollha tas-saħħa pubblika u nixtieq li jkolli laqgħa ma' Dr Charmaine Gauci, Superintendent tas-Saħħa Pubblika, biex nitkellem magħha dwar x'qed jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex jaħdem aktar fuq dan is-settur.", "Nagħlaq billi nsellem lill-Obesity Association, magħmula minn grupp ta' voluntiera, li għaqqdu team biex jindirizzaw din il-kwestjoni.", "L-unika ħaġa li tista' tikkonvinċi lin-nies kontra l-obeżità taf x'inhi?", "Meta tgħidilhom li jekk ma tagħtix kas l-obeżità, tgħix ħajja iqsar!", "Meta tgħidilhom hekk in-nies tixxokkjahom u jifhmu kemm verament hija problema din il-kwestjoni.", "L-aħħar punt li rrid insemmi huwa li hemm rabta bejn it-Type 2 Diabetes u l-obeżità.", "Dan huwa x-xahar iddedikat lill-ħidma kontra d-dijabete, u din ir-rabta tal-obeżità ma' mard ieħor kroniku hija ħaġa li tagħtina kuraġġ li nkomplu niġġieldu fuq din.", "Nagħlaq billi nwiegħed lid-Deputat Prim Ministru li fuq din se jsibna warajh jekk irridu l-ġid tal-poplu tagħna.", "Il-ġlieda kontra l-obeżità għandha tkun prijorità.", "Nirrignrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkar li fadallek tliet minuti.", "HERMAN SCHIAVONE: Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.", "Kif qal tajjeb il-kollega tiegħi ftit minuti ilu, il-Gvern jista' jassigura ruħu li fi ġlidiet bħal dik kontra l-obeżità, imma wkoll fil-qasam tas-saħħa, isibna spalla ma' spalla miegħu fl-interess tal-poplu.", "Nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar, wieħed biex inkompli ma' dak li qal sieħbi dwar id-dijabete u l-ieħor dwar il-kura primarja.", "Huwa stmat li 10% tal-popolazzjoni tbati mid-dijabete f'pajjiżna.", "Hawn oħrajn li għandhom id-dijabete u ma jafux jew inkella jkunu borderline.", "Id-dijabete toħloq ħafna tbatija u komplikazjonijiet fis-saħħa.", "Hija waħda mill-kawżi ewlenin ta' diżabilità u mwiet f'pajjiżna.", "Naħseb li hemm bżonn li nieħdu din il-problema b'aktar serjetà u allura din in-naħa tal-Kamra qed tissuġġerixxi li jerġa' jitwaqqaf il-Kumitat Parlamentari dwar id-Dijabete.", "Nissuġġerixxi wkoll li jkun hemm żieda fin-numru ta' diabetic nurses fil-komunità bħalma qed nissuġġerixxu wkoll il-konċett tal-health literacy fejn pazjenti jiġu mgħallma min-nurses u jistgħu jkunu parteċipi aktar fil-kura tagħhom stess.", "Safejn naf jien – u l-Ministru forsi jikkoreġini - s'issa għadhom jintużaw il-labar tas-6 millimetri; aħna qegħdin nissuġġerixxu li jibdew jintużaw labar ta' 4 millimetri.", "Dan għax huwa fatt magħruf li diversi pazjenti, fosthom tfal, ikollhom jittaqqbu aktar minn darba kuljum biex jiċċekkjaw id-demm.", "Nissuġġerixxi li l-Gvern jintroduċi l-continuous glucose monitoring li permezz tiegħu wieħed ikun jista' jiċċekkja d-demm mingħajr il-bżonn li jittaqqab, proċess li mhuwiex invasive.", "Din tevita ħafna tbatija, barra li dan it-tip ta' monitoring jindika wkoll il-pattern fil-livell jekk huwiex tiela' jew nieżel il-glucose.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel huwa dwar il-kura primarja.", "Naħseb kulħadd jaqbel li għandna bżonn ta' aktar staff fil-kura primarja.", "Nieħu gost u lqajnieha b'sodisfazzjon meta l-Gvern fetaħ il-klinika ta' Ħal Kirkop.", "Din hija klinika żgħira li fiha ma jkunx hemm tabib mis-1.00 p.m. 'il quddiem u lanqas fil-weekend meta n-nies ifittxu ċentri tas-saħħa għax mhux dejjem isibu t-tabib.", "Nimmaġina wkoll li d-Deputat Prim Ministru huwa konxju li m'hemmx x-ray machine f'din il-klinika u naħseb li biċċa xogħol tajba bħal din ikun tajjeb li nikkomplementawha b'x-ray machine.", "Sinjura President, jiena mill-ġdid nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa f'pajjiżna, mill-kbir saż-żgħir.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Infakkar li jiena wkoll kont ktibt biex il-Kumitat fuq id-dijabete jerġa' jibda.", "Spiċċa l-ħin allokat għall-Oppożizzjoni.", "Il-ħin kollu li fadal sa 12.10 p.m. huwa kollu għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, parti mir-responsabbiltajiet tal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru hija r-riforma parlamentari.", "Hawn irrid nieħu spunt minn dak li qal dalgħodu d-deputat tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Claudio Grech fejn attribwixxa lili affarijiet li ma kelli l-ebda intenzjoni li nagħmilhom.", "Hu kkwota minn dak li għidt jien, u kkwota biss fejn jaqbillu.", "Dan bħalma għamel dikjarazzjonijiet kif jaqbillu meta bl-analoġija li ried jagħmel, qabbel lin-nies ta' kulur differenti minn tagħna max-xadini.", "Jiena ħadt konjizzjoni li l-Onor.", "Claudio Grech għamel apoloġija.", "Ara din ma qalhiex fit-talba li għamel!", "Ma qalx li jien ħadt konjizzjoni tal-apoloġija li għamel!", "Fil-fatt jien għidt ukoll li dan mhux biżżejjed.", "Analoġija kemm hija analoġija, li tqabbel in-nies max-xadini hija xi ħaġa ħażina minnha nfisha.", "Anke jekk ma riedx, imma din tfisser li n-nies huma xadini!", "Li tqabbel lin-nies max-xadini għax ikollhom ġielda skura, għalija hija ħażina!", "Kif diġà għidt, hu attribwixxa affarijiet li jien qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nattribwixxi.", "Qatt ma kienet l-intenzjoni li nimmanipula xi affarijiet, għax jien qgħadt fuq rapport ta' ġurnal li poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jiena kkwotajt minn dak il-ġurnal, ikkwotajt ukoll silta oħra, u din irridu narawha wkoll.", "Sinjura President, hu qal li dak id-diskors qalu out of context.", "Kollox sew, imma qalu, u huwa wieħed minn sensiela ta' dikjarazzjonijiet li l-kelliema tal-Oppożizzjoni, mill-Kap tal-Oppożizzjoni 'l isfel, qegħdin jagħmlu kontra l-barranin li jiġu jaħdmu u jgħixu f'Malta.", "Hu lanqas ma kkwota li jiena kkwotajt lil The Malta Today tirrapportah jgħid li n-nies ġol-Ħamrun huma mbeżża' mill-barranin li hemm fit-toroq tal-Ħamrun.", "Jien mhux se noqgħod nitlob ruling talli kkwotani ħażin, talli pprova jattribwixxi lili affarijiet li qatt ma kienu l-intenzjoni li nagħmel.", "Anke s-Sedja stess dalgħodu ikkonfondiet, u staqsietu x'qed jitlob, jekk hux ksur ta' privileġġ jew ruling.", "Ksur ta' privileġġ qatt ma seta' jitlob għax ma kenitx illum l-ewwel seduta fejn kellu opportunità jagħmilha.", "Minn dakinhar għamilna xi erba' seduti!", "Illum ġie!", "Ma seta' jitlob qatt ksur ta' privileġġ!", "Fuq li jien jew xi membru tal-Kamra tad-Deputati ma nistgħux nesprimu opinjoni politika fuq dikjarazzjonijet politiċi li jkunu għamlu tan-naħa tal-Oppożizzjoni?", "Jien x'għamilt?", "Jien għamilt rassenja tal-fatti fuq persuna politika li għamel kumment politiku, moqżież kemm huwa moqżież, analoġija kemm hija analoġija.", "Li tqabbel lin-nies max-xadini għalija lanqas f'analoġija ma hija aċċettabbli!", "Jekk ma nistgħux nitkellmu fuq id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-politiċi, mela allura x'niġu nagħmlu f'dan il-Parlament!", "X'niġu nagħmlu hawn?", "Biex noqogħdu nieħdu b'idejn xulxin, u noqogħdu ngħidu kemm naqblu ma' xulxin?", "Issa ħalliha li tan-naħa l-oħra ma jaqblu f'xejn magħna.", "Ismagħhom id-diskorsi tal-baġit.", "Jekk fl-ambjent, qed nagħmlu diżastru, jekk fl-ekonomija, mhijiex tajba, jekk il-finanzi, mhux fis-sod, u affarijiet bħal dawn!", "Waħdiet.", "Meta xi ħadd juri qbil tkun fula f'qargħa!", "Għalhekk hija meħtieġa r-riforma parlamentari li qed imexxi d-Deputat Prim Ministru, b'mod partikolari fejn jidħlu l-privileġġi li għandna aħna bħala deputati.", "L-immunità parlamentari kienet abbużata f'dan il-Parlament.", "Jiena favur li d-deputat igawdi minn xi tip ta' privileġġ biex ikun jista' jitkellem bil-libertà kollha, imma rridu nsibu bilanċ sabiex ma jkunx hawn deputati li jabbużaw mill-immunità u mill-privileġġ parlamentari.", "Kellna każijiet fil-passat, fis-snin tmenin, ta' nies li ssemmew fil-Parlament u li suppost kienu responsabbli għal reati u kellna każijiet iktar reċenti ta' nies li abbużaw bil-privileġġ parlamentari.", "Dan m'għandux ikun.", "Deputat għandu dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu, imma m'għandu qatt jabbuża mill-immunità parlamentari.", "Hawnhekk nasal għal punt ieħor dwar ix-xogħol li nagħmlu aħna bħala politiċi.", "Naħseb li aħna wieħed mill-ftit pajjiżi fejn il-politiċi tagħna huma part-time.", "Jagħmlu xogħol ta' full-time, imma meqjusa part-time.", "Irridu nħarsu lejn dan.", "Ilna nitkellmu u ilna ngħidu dwar jekk il-politiku għandux ikun full-time jew part-time jew għandux jingħata l-għażla.", "Bla dubju, meta nkunu qed nitkellmu fuq ir-riforma parlamentari se nkunu qed inħarsu lejn din il-ħaġa.", "L-istess il-kwestjoni tar-rappreżentazzjoni femminili f'dan il-Parlament.", "Għaddejja riforma li ma jidhirlix li qiegħda taħt l-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru, però hija waħda mir-riformi li rridu nikkunsidraw biex ikollna iktar parteċipazzjoni attiva ta' nisa fil-politika.", "Imbagħad hemm riforma oħra li qiegħda fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li taffettwa l-mod kif ikunu eletti l-membri ta' din il-Kamra.", "S'issa huma eleġibbli dawk eleġibbli li jivvotaw, dawk li huma mniżżla fir-reġistru elettorali.", "Hemm qbil, u hekk għandu jkun, però biex tivvota trid tkun preżenti u tgħix f'Malta.", "Aħna kellna proposta fil-manifest elettorali li tajjeb li tkun ikkunsidrata wkoll, biex naraw jekk wasalx iż-żmien li l-Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvotaw fl-ambaxxati li għandna f'pajjiżi barra minn Malta.", "Dik hija dikussjoni li għad trid issir bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra flimkien mal-Kummissjoni Elettorali.", "Jiena naħseb li hija waħda mir-riformi li rridu nħarsu lejhom 'il quddiem, sabiex l-ewwel nett nevitaw ħafna skariġġ u spejjeż żejda għal nies li joqgħodu jiġu għal ġurnata jew jumejn.", "Però hija waħda mir-riformi li rridu nħarsu lejhom meta jasal iż-żmien.", "Ftit kelli ċans nitkellem fuq il-qasam tas-saħħa, però rrid ngħaddi kumment.", "L-Onor.", "Hermann Schiavone semma lill-ħaddiema professjonisti u li mhumiex.", "Il-ħaddiema f'diversi setturi llum qegħdin ferm aħjar milli qatt kienu, għaliex fil-qasam tas-saħħa żdiedu iktar miż-€2.33 li qed jinkwieta fuqha l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Saru ftehimiet ma' setturi differenti, pereżempju mal-psikologi u hemm ftehimiet oħrajn li għadhom għaddejjin, jidhirli man-nurses u mad-dentisti u xi setturi oħrajn.", "Kien dan il-Gvern li beda mill-qasam tas-saħħa l-ġlieda kontra l-prekarjat f'pajjiżna.", "Sinjura President, skadieli l-ħin.", "Kelli xi ngħid ħafna affarijiet oħrajn dwar il-qasam tas-saħħa però tkellimt dwar dak li qal dalgħodu l-Onor.", "Claudio Grech u dwar ir-riforma parlamentari li hija meħtieġa u hija bżonjuża.", "Fuq il-qasam tas-saħħa naħseb li kumment wieħed nista' nagħmel: li għandna l-aqwa servizz tas-saħħa li qatt kellna f'dawn l-aħħar 30 sena!", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, dak li qed naraw żgur li jikkonferma kemm dan il-Gvern għandu pjan ċar fil-qasam tas-saħħa, kemm dan il-Gvern qed jilħaq il-miri li fassal, miri li llum qed ifissru servizz tas-saħħa ferm u ferm aħjar.", "Naħseb li tajjeb li niftakru minn fejn tlaqna biex aħna napprezzaw iżjed dak li qed niksbu illum.", "Fil-qasam tas-saħħa l-frażi \"out of stock\" żgur li m'għadhiex parti mill-vokabolarju, għaliex sar xogħol kbir li fisser li llum, jekk tkun intitolat għall-mediċini tiegħek, int se tkun qed issib dak li inti għandek dritt għalih.", "Kien hemm min jaħseb li din il-bidla ma tistax issir, imma llum ir-riżultati jitkellmu waħedhom.", "Qed isir ukoll xogħol kbir biex inkomplu nindirizzaw il-listi ta' stennija.", "Illum, fil-qasam tas-saħħa pubblika, pajjiżna għandu Patient's Charter ċar li jitkellem dwar dak li huwa dritt tiegħek bħala pazjent li qed titlob xi servizz mis-servizz pubbliku.", "Fadal ħafna xi jsir, però meta wieħed iħares lura, jara kemm dak il-pjan li fassalna u li qed jiġi implimentat huwa pjan li qed jagħti servizzi ta' saħħa aħjar għal kulħadd.", "Huwa żgur li settur fil-qasam tas-saħħa li llum qed jara bidliet kbar u li l-amministrazzjoni preċedenti kienet poġġiet on the backburner, għax kienet naqqset is-servizzi tiegħu, huwa dak tas-saħħa primarja.", "Illum m'għadniex nitkellmu dwar il-qasam tas-saħħa primarja bħala qasam li għandu jonqos, iżda huwa qasam fejn qed naraw iktar investiment u iktar inizjattivi.", "Jiena ma nistax ma nsemmix ix-xogħol kollu li sar biex f'Ħal Kirkop illum hemm klinika.", "Hawn nirringrazzja lill-Ministru għas-Saħħa għax din il-klinika tfisser li llum ir-residenti taż-Żurrieq, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Kirkop, Safi, Ħal Luqa u Ħal Farruġ minflok ma jmorru jfittxu s-servizzi fil-poliklinika tal-Floriana, għandhom ċentru viċin fejn joqogħdu.", "Il-kura primarja fil-qasam tas-saħħa ma tfissirx biss iktar servizzi, imma tfisser ukoll iktar servizzi fil-komunità, iktar servizzi viċin in-nies, biex dak l-anzjan li qabel kien ikollu jivvjaġġa 'l bogħod biex jieħu s-servizzi meħtieġa, illum isib dawk is-servizz eqreb lejn daru.", "Dan kollu jfisser aktar kumdità u servizz ta' kwalità aħjar.", "Qasam li żgur għandna bżonn li nibqgħu niffukaw fuqu huwa l-qasam tas-saħħa mentali.", "Jiena nieħu pjaċir nisma' diversi deputati jitkellmu dwaru, u hawn wieħed irid ifaħħar in-numru ta' inizjattivi li ssemmew u li se jkunu qed jittieħdu.", "Il-qasam tas-saħħa mentali mhuwiex qasam li jeħtieġ investiment fl-infrastruttura biss.", "Ilkoll nafu kif kien l-Isptar Monte Carmeli u l-investiment li qed isir fl-Isptar Monte Carmeli, però lil hinn minn hekk, irid isir ukoll investiment biex inbiddlu l-mentalità dwar kif inħarsu lejn dan il-qasam minħabba l-istigma li hemm.", "Hemm nies li ma jfittxux l-għajnuna għaliex hemm element ta' biża', ta' riluttanza minħabba din l-istigma.", "Huwa importanti li f'dan il-Parlament nitkellmu dwar dan il-qasam u nkomplu nħeġġu biex tiżdied l-edukazzjoni u jingħataw iktar servizzi f'dan il-qasam.", "Iżda l-iktar punt importanti huwa l-ħtieġa ta' iktar għarfien, biex min għandu bżonn l-għajnuna jsibha faċli li jitlob l-għajnuna għax jaf li mhux se jibqagħlu t-timbru li sfortunatament dan il-qasam tas-saħħa kellu tul is-snin.", "Huwa diġà żmien diffiċli għal xi ħadd li jkun għaddej minn problemi ta' saħħa mentali, u allura huwa importanti li s-soċjetà tibdel l-attitudni tagħha u turi iktar empatija lejn dawn in-nies.", "F'dan il-qasam mhux biss huwa importanti li jkun hemm il-prevenzjoni, iżda huwa importanti wkoll li min għandu bżonn l-għajnuna jaf li hemm din l-għajnuna u jaf ukoll li se jkun qed jingħata l-aħjar servizz.", "Huwa importanti wkoll il-kunċett ta' kif tingħata din l-għajnuna għas-saħħa mentali, u kif qal reċentement id-Deputat Prim Ministru, sfortunatament għadna nagħtu l-kura tas-saħħa mentali f'binja li ġiet maħsuba fis-snin imgħoddija, binja li tirrappreżenta dak li m'għandux ikun il-qasam tal-kura tas-saħħa mentali.", "Sinjura President, nitkellmu ħafna dwar ix-xogħol li qed isir f'Mater Dei, dwar il-mediċina li tingħata u l-interventi mediċi li jsiru, però naħseb li rridu wkoll inkomplu nsaħħu l-focus tagħna fuq il-prevenzjoni.", "Hawn irridu nindirizzaw ħafna aspetti.", "Żgur li l-prevenzjoni tfisser li nkomplu nsaħħu l-interventi biex ikollna dak li f'liġi sejjaħnielhom il-healthy lifestyles.", "Jiena segwejt dak li kellu xi jgħid l-Onor.", "Iva, dwar dan il-qasam wieħed irid jgħid li kien hemm diskussjoni li wasslet biex abbozz ta' liġi jiġi trasformat, miktub u maqbul, u llum qiegħed jagħti s-saħħa legali biex il-Gvern ikun jista' jieħu iktar miżuri fuq livell inter-ministerjali sabiex inkomplu nsaħħu inizjattivi favur il-healthy lifestyles.", "Fil-fatt dan l-aħħar rajna l-ewwel intervent leġiżlattiv permezz ta' avviż legali li jirregola t-tip ta' ikel li għandu jkun hemm ġewwa l-iskejjel.", "Mentalità ma tibdilhiex mil-lum għal għada!", "Kultura ma tibdilhiex mil-lum għal għada, però l-fatt li issa għandna dawn l-għodod naħseb li huwa pass importanti.", "Naf li hemm ħafna li qed jistaqsu kif se nħaddmu dan l-avviż legali, x'se jfisser, u jekk meta jkollhom il-birthday it-tfal jistgħux jieħdu kejk l-iskola jew le.", "Hemm dawn id-domandi għaddejjin fl-iskejjel, però ejjew nifhmu li din hija bidla fil-mod ta' kif inħarsu lejn l-affarijiet, bidla li kienet ilha biex issir, però bidla importanti.", "Jekk insaħħu dan il-qasam tal-prevenzjoni nkunu qed nagħmlu pass importanti biex innaqqsu l-interventi fejn jidħol l-isptar u mediċini u fil-mod kif nindirizzaw dawk li jissejħu non-communicable diseases għaliex inkunu qed nipprevjenu dan it-tip ta' mard.", "Huwa żgur ukoll li l-investiment f'iktar screening processes huwa importanti ħafna.", "Bl-istess mod, ninkwieta ruħi li erġajna qegħdin naraw dibattiti dwar jekk għandux ikun hemm il-vaċċinazzjoni jew le.", "Jien nemmen li dan il-pajjiż u l-pajjiżi fl-Ewropa u fid-dinja mxew ħafna 'l quddiem għaliex instabu u qed jintużaw il-vaċċini, u hija ħasra li jkun hemm min jifta' dubji li jirriżulta li mhumiex ibbażati fuq ix-xjenza, dwar jekk it-tfal għandhomx jiġu vaċċinati jew le.", "Fil-fehma tiegħi dawn huma ideat żbaljati, u l-messaġġ li rridu nibagħtu hu li, grazzi għall-vaċċini, ħafna mard lanqas biss għadna nitkellmu dwaru.", "Il-vaċċin kien ifisser titjib qawwi fi-kwalità tas-saħħa tas-soċjetà tagħna.", "Il-vaċċin huwa importanti, u għalhekk il-kampanji favur iktar vaċċinazzjoni trid tissaħħaħ, però naħseb li rridu nneħħu d-dubji li għadni kif tkellimt dwarhom u li fil-fehma tiegħi mhumiex ibbażati fuq ix-xjenza.", "Dan apparti li l-liġi tagħna tgħid li jekk it-tfal ma jkollhomx ċertu tilqim ma jistgħux jattendu l-iskola.", "Din hija importanti, għaliex filwaqt li forsi hemm min imexxi 'l quddiem l-idea li għandu dritt jagħmel l-għażliet għat-tfal, però mbagħad hemm kunċett iktar importanti li la inti tifforma parti mis-soċjetà, trid timxi mar-regoli ta' dik is-soċjetà biex naċċertaw li l-mard ma jkunx qiegħed jiġi mxerred.", "Bl-istess mod huwa tajjeb li jsir aktar investiment f'health promotion rigward mard trażmess sesswalment.", "Għandna nibqgħu nwasslu l-messaġġ ta' responsabbiltà, inwasslu l-messaġġ li hemm metodi kif inti ma jkollokx ċertu mard u dan irridu nagħmluh permezz ta' iktar edukazzjoni u iktar messaġġi b'saħħithom.", "Fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi ma nistax ma nagħmilx referenza għax-xogħol kbir li jagħmel id-Department of Environmental Health.", "Forsi dan huwa dipartiment li ma tantx jissemma, dipartiment li aħna popolarment nafuh bħala d-Dipartiment tas-Sanità, li kontinwament jagħmel spezzjonijiet.", "Dan id-Dipartiment huwa parti mill-prevenzjoni għax fih hemm spetturi tas-saħħa li qegħdin jaraw dak li qed jinbiegħ bħala kwalità ta' ikel, jaraw sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-mard, sitwazzjonijiet fejn hemm bżonn ta' interventi infrastrutturali biex nipprevjenu milli jidħol il-mard u jittestjaw minn żmien għal żmien il-kwalità tal-baħar li ngħumu fih.", "Naħseb li dan ukoll huwa xogħol importanti, huwa parti minn diversi inizjattivi u xogħol kbir li jsir taħt il-kappa tal-Ministeru tas-Saħħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni.", "Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor huma nvoluti fil-qasam tas-saħħa, ngħid li l-qasam tas-saħħa f'pajjiżna huwa l-għira ta' ħafna pajjiżi oħrajn.", "Imxejna 'l quddiem għax sar ħafna investiment, iżda fuq kollox pajjiżna jista' jiftaħar b'dan is-settur għax għandu professjonisti mill-aqwa li jistgħu jkomplu jagħtu servizz u huwa fuq dan li rridu nkomplu nibnu għall-futur.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Sinjura President, ta' kull sena meta f'dan iż-żmien il-Kamra tkun qiegħda tiddiskuti l-estimi finanzjarji, l-Oppożizzjoni jkollha l-opportunità li tagħmel il-kritika tagħha kif proprju huwa d-dmir tagħha li tagħmel.", "Ikollha wkoll l-opportunità tressaq is-suġġerimenti u l-proposti tagħha, xi ħaġa li hija wkoll fid-dmir li tagħmel.", "Però nistgħu ngħidu li dan naqset ħafna milli tagħmlu.", "Ta' kull sena jaqbdu ma' xi buzzword jew tnejn u erħilhom jiġu fil-Parlament jirrepetuha wieħed wara l-ieħor.", "Ilhom xhur sħaħ jgħidulna li jridu li jkollna soċjetà li jimpurtaha u li l-Gvern m'għandu l-ebda pjan għall-ebda qasam.", "Wieħed li jirraġuna jgħid li biex ikollok dawn is-suċċessi kollha mifruxin fil-ministeri kollha, mhux biss fl-ekonomija imma anke fis-saħħa, fl-edukazzjoni, fit-turiżmu u fl-infrastruttura, irid bilfors ikollok pjan.", "Forsi hija l-Oppożizzjoni li teħtieġ pjan biex jipprovaw jirranġaw id-dar tagħhom ħalli tiffunzjona aħjar kif jixraq lil pajjiżna.", "F'pajjiż demokratiku, l-Oppożizzjoni hija mezz importanti ta' skrutinju.", "Illum għandna quddiemna l-estimi tal-qasam tas-saħħa, qasam li żgur ħadd ma jemminhom meta jgħidu li l-Gvern m'għandu l-ebda pjan.", "Jiena m'għandix dubju li d-Deputat Prim Ministru qed jimxi b'mod tassew tajjeb, għandu viżjoni tajba li, kif qal tajjeb l-Onor.", "Glenn Bedingfield, permezz tagħha se jgħin ħafna fir-riformi tal-pajjiż, fost oħrajn.", "Pereżempju lbieraħ rajna fil-ġurnali dwar meta ġiet il-Venice Convention u pajjiżna qata' figura tajba f'dak li jirrigwarda r-rule of law.", "Fil-qasam tas-saħħa għelibna ċerti affarijiet li kienu pjaga għal pajjiżna għal ħafna snin twal u li ma ġewx megħlubin minn gvernijiet Nazzjonalisti.", "Dawn ġew megħlubin bis-saħħa tal-Onor.", "Tajjeb li qabel xejn naraw minn fejn tlaqna meta l-Partit Laburista ngħata r-responsabbiltà li jmexxi dan il-pajjiż.", "Importanti ngħidu li aħna tlaqna mhux f'pajjiż li kien miexi fuq ir-rubini, imma f'pajjiż fejn kien hemm ħafna affarijiet għadhom lura.", "Fil-qasam tas-saħħa kellna waiting lists twal kemm għall-operazzjonijiet kif ukoll biex jittieħdu ċerti proċeduri bħal MRIs.", "Kellna wkoll problemi biex nies iġibu l-mediċini tagħhom, u kien hemm ħin ta' stennija twil meta wieħed jiġi biex jinqeda fid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Anke fil-polikliniċi kien għad hemm ħafna x'jiġi rranġat.", "Huwa minnu li writna l-Isptar Mater Dei, sptar modern li bħala bini kien state of the art, kif kienu jgħidulna, allavolja sirna nafu li l-konkos ta' dan il-bini kien difettuż.", "Però l-problemi ta' management li kien hemm fl-Isptar San Luqa kienu trasferiti għall-Isptar Mater Dei.", "Dan ġara għax Gvern Nazzjonalista ma kienx ta kas dak li kienu qegħdin jgħidulu t-tobba, l-infermiera u l-istakeholders kollha.", "Dawn kienu qegħdin jgħidulu li l-problemi ma kenux se jissolvew billi sempliċement isir transfer minn sptar għall-ieħor.", "Kienu jgħidulu ċar u tond li l-problemi li kien hemm fl-Isptar San Luqa kienu se jsibuhom ma' wiċċhom fl-isptar il-ġdid ukoll.", "Il-binja ma kenitx just a magic wand li ssolvi l-problemi li kellna meta saret il-migration mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei, imma kien hemm ħafna iktar xogħol xi jsir.", "Hekk ġara, u jekk kien hemm lista twila ta' nies jistennew għal operazzjonijiet, din il-lista baqgħet hemm u anke żdiedet.", "Pereżempju, biex tagħmel operazzjoni tal-katarretti kont trid tistenna s-snin.", "Illum, minkejja li skont l-Oppożizzjoni għandna Gvern li m'għandu l-ebda pjan, tistenna biss ftit xhur biex issir din l-operazzjoni.", "Meta wieħed iqabbel is-sitwazzjoni f'pajjiżna ma' pajjiżi oħra, fosthom Franza, l-Ingilterra u l-Ġermanja, isib li l-waiting lists kif inhuma bħalissa huma simili, jekk mhux aħjar, minn ta' dawn il-pajjiżi li huma l-aqwa fl-Ewropa.", "Fil-fatt kien jingħad ċar u tond li l-problemi li kien hemm fl-Isptar San Luqa ma kenux se jissolvew, imma aħna bis-saħħa ta' ggvernar u ppjanar tajjeb irnexxielna nsolvuhom.", "Jekk fl-Isptar San Luqa kellna sodod bil-pazjenti fil-kurituri, is-sitwazzjoni kienet għadha ma nbidlitx sa ftit tas-snin ilu, anke jekk it-transfer mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei kien ilu li sar.", "Kellu jkun dan il-Gvern li ħa ħsieb li jtaffi din il-problema u dan minkejja li sab ma' wiċċu problemi kbar li forsi ħafna nies hemm barra nsewhom.", "Illum m'għadekx issib pazjenti fil-kurituri, u dan jgħodd mhux biss għall-pazjenti li jidħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza, imma anke għall-pazjenti f'kull sala.", "Il-Gvern qiegħed jaħseb biex jibni swali ġodda biex ikun hemm iktar spazju.", "Il-Gvern irnexxielu jiftaħ ukoll l-Isptar tal-Onkoloġija li jispeċjalizza fil-mard tal-kanċer.", "Hawnhekk forsi wieħed jgħid: Imma kienu n-Nazzjonalisti li ppjanaw l-Isptar tal-Onkoloġija.", "Din bħal, pereżempju, il-każ ta' Triq Diċembru 13 u l-każ tal-interconnector tal-elettriku.", "F'dawn il-każi l-affarijiet kienu damu s-snin biex jimxu, imbagħad meta tlajna aħna fil-Gvern dawn tlestew u bdew jiffunzjonaw kif suppost fi ftit xhur.", "Dan huwa Gvern li ma jaqtax qalbu, Gvern li l-problemi jiffaċċjahom u mhux jixħethom taħt it-tapit.", "Dan huwa Gvern li jimpurtah mis-soċjetà, jimpurtah mill-anzjani, jimpurtah minn dawk kollha li għandhom bżonn l-ikbar għajnuna, jimpurtah minn dawk li huma vulnerabbli.", "Għalhekk, fost oħrajn, se nkomplu ninvestu f'aktar mediċini u fil-kura ta' mard infettiv.", "Il-Hepatitis C se nkunu fost l-ewwel fid-dinja li neqirduha minn pajjiżna.", "Hawnhekk nixtieq nirreferi wkoll għall-mediċini out of stock, xi ħaġa li llum nistgħu ngħidu li hija parti mill-istorja ta' Malta!", "Kienu jgħidulna li m'għandhiex soluzzjoni, imma s-soluzzjoni nstabet.", "Instabet mhux għax dan il-Gvern jagħmel il-mirakli, għax mirakli ma jagħmilhom ħadd, imma għax l-affarijiet isiru bi pjan, b'impenn u bil-moħħ.", "Huwa Gvern li l-problemi jiffaċċjahom u mhux jixħethom taħt it-tapit bl-iskuża li anke l-bottijiet tal-piżelli ġieli jkunu out of stock!", "Kif nafu, l-affarijiet inbidlu, inbidel il-mod kif jiġu mixtrija l-mediċini u nqatgħet dik il-burokrazija li kienet iżżomm il-mediċini milli jiġu f'pajjiżna.", "Il-burokrazija hija pjaga anke f'ministeri oħra, u din kienet ittellef li l- investimenti jiġu f'pajjiżna.", "Aħna qegħdin naħdmu kontriha biex b'hekk jiġi aktar investiment u ħdimna kontriha wkoll biex insolvu din il-pjaga ta' problema li kellna li llum m'għadhiex fostna.", "Għax jimpurtah, il-Gvern ħa ħsieb ukoll li jagħti ċentru tas-saħħa lir-residenti tal-irħula tal-ħames distrett.", "Dawn kienu ilhom snin sħaħ jitkarrbu għal ċentru tas-saħħa fl-inħawi tagħhom.", "Kienu qegħdin jużaw iċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana biex jinqdew, kienu jħabbtu wiċċhom ma' ħafna skariġġ u kien ikollhom ibakkru għal appuntamenti bi problemi kbar ta' pparkjar jekk ma kenux jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku.", "Illum ir-residenti ta' dawn l-irħula għandhom ċentru tas-saħħa f'Ħal Kirkop, ċentru wara biebhom.", "Il-Malti jgħid li b'ġebla waħda lqatna żewġ għasafar, imma bil-ftuħ ta' dan iċ-ċentru lqatna tlieta!", "Kif għidt, ir-residenti ta' dawn l-irħula għandhom ċentru tas-saħħa wara biebhom, naqqasna l-pressjoni minn fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana u dan fisser li l-pazjenti li qegħdin jinqdew fil-Floriana qegħdin jingħataw servizz aħjar.", "Fiċ-ċentri tas-saħħa issa qegħdin jiżdiedu s-servizzi.", "Fil-qasam tal-kura primarja fejn qabel ma kenux jingħataw ċerti servizzi, illum qegħdin isiru l-x-rays u anke l-ġibs.", "Għandna wkoll speċjalisti li jmorru fiċ-ċentri tas-saħħa.", "Għamilna biżżejjed?", "Le, imma dan il-Gvern, li skont l-Oppożizzjoni hu bla pjan jinsab għaddej bi programm estensiv ta' rinovar u stallazzjoni ta' apparat modern fiċ-ċentri kollha tas-saħħa.", "Dan l-aħħar smajna wkoll li fil-futur qarib se jibdew jintużaw ir-robots fl-operazzjonijiet.", "L-isptarijiet u l-qasam tas-saħħa tagħna ġibniehom up-to-date, anzi avant-garde anke fil-mod kif wieħed jikkura l-pazjenti Maltin, Għawdxin u dawk kollha li qegħdin jgħixu f'pajjiżna.", "Illum qegħdin naraw dehra ġdida u moderna għax dan huwa Gvern li jimpurtah u jimpurtah ukoll mill-Għawdxin, tant li fir-Rabat se jinfetaħ ċentru tas-saħħa ġdid u modern.", "Fil-ġranet li ġejjin se jinfetaħ ukoll Anatomy Centre.", "Il-Health Department huwa sezzjoni kbira ħafna, però huwa xi ħaġa li qed tiġi managed b'mod tajjeb ħafna, sezzjoni, sezzjoni minn dan id-dekasteru kbir.", "Sinjura President, il-ħin ma jippermettilix nagħmel referenza għal dak kollu li hemm ippjanat għal dan il-qasam tas-saħħa, iżda rrid ngħid li m'għandi l-ebda dubju li l-familji Maltin u Għawdxin huma sodisfatti b'dak kollu li sar f'dawn l-aħħar sitt snin.", "M'għandi l-ebda dubju li s-servizz qed ikun aħjar u m'għandi l-ebda dubju li l-familji Maltin u Għawdxin huma fiduċjużi li taħt din l-amministrazzjoni s-servizzi tas-saħħa se jkomplu jiżdiedu u jissaħħu u dejjem nibqgħu telgħin fir-ratings bħala l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO GRIXTI: Sinjura President, il-qasam tas-saħħa huwa wieħed mill-iktar oqsma għal qalb il-Gvern Laburista li jien kburi li nifforma parti minnu.", "Fl-opinjoni tiegħi aktarx li dan is-settur huwa l-iktar wieħed li jolqot lill-poplu tagħna fil-laħam il-ħaj għax, kif ngħidu, is-saħħa tal-bniedem hija l-ewwel u l-aqwa prijorità li għandu jkollha kull persuna fid-dinja.", "Huwa għalhekk li baġit wara l-ieħor mill-2013 'l hawn - u biex inkunu qegħdin ngħidu s-sewwa, anke kif ġara taħt gvernijiet preċedenti - l-ispiża tal-Gvern fuq dan il-qasam kompliet tiżdied.", "Dan mhux biss b'konsegwenza diretta tal-fatt li bħala pajjiż ridna nlaħħqu mal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-mediċini li seħħew fid-dinja, imma anke minħabba l-fatt li l-poplu tagħna qed jgħix aħjar u aktar fit-tul.", "L-għadd ta' anzjani li qegħdin jgħixu aktar bis-saħħa tal-kura li jingħataw qiegħed dejjem jiżdied.", "Mill-Baġit li qegħdin niddiskutu bħalissa jidher ċar li l-Gvern Laburista qed juri li l-qasam tas-saħħa għalih mhux biss huwa prijorità, imma li jaf sewwa x'inhuma l-iktar oqsma importanti li għandhom bżonn injezzjoni speċjali ta' spiża biex ix-xogħol li għandu jsir, isir malajr kemm jista' ikun.", "B'kollox, in-nefqa tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa se tiżdied b'madwar €74 miljun.", "Taħt il-vot rikorrenti biss in-nefqa se tiżdied b'xejn inqas minn €61 miljun.", "Insibu li l-Gvern is-sena d-dieħla se jonfoq €11-il miljun aktar fuq il-materjal mediku inkluż dak li jintuża fil-kirurġija.", "Din hija żieda ta' 10% fuq dak minfuq is-sena ta' qabel.", "Għal darb'oħra l-Gvern Laburista qed juri kemm mhuwiex xħiħ ma' dawk li sfortunatament jintlaqtu mill-marda qerrieda tal-kanċer.", "Nafu li l-kura għal diversi tipi ta' kanċer qiegħda tikber sforz riċerki kbar li qegħdin isiru kuljum.", "Kultant nisimgħu fl-aħbarijiet dwar trattamenti ġodda li qegħdin jiġu żviluppati għal dan it-tip ta' mard.", "In-nefqa rikorrenti tal-Ministeru tas-Saħħa għat-trattament tal-kanċer se tiżdied minn €6 miljun f'din is-sena li dalwaqt tispiċċa, għal €10 miljun s-sena d-dieħla, żieda ta' €4 miljun fuq trattament tal-kanċer biss.", "Barra minn dan, il-Gvern qed jivvota wkoll €400,000 iktar għall-ħlas ta' trattament f'Malta u barra minn Malta għal speċjalisti barranin li jagħtu kura lill-Maltin u lill-Għawdxin.", "Il-Gvern waqqaf kumitat li se jkun qed jikkonsidra talbiet għall-mediċini għal mard jew kumplikazzjonijiet rari meta t-trattament rikjest ma jkunx qiegħed fuq il-formularju tal-Gvern.", "Ħafna drabi dan it-trattament ikun jiswa eluf kbar ta' ewro għal kull pazjent u kien għal dan il-għan li għall-Baġit tas-sena d-dieħla qegħdin inżidu n-nefqa b'ammont daqstant sostanzjali.", "Kif ħabbar il-Ministru Edward Scicluna, il-Baġit għas-sena d-dieħla qed jagħmel enfasi kbir fuq il-kura għas-saħħa mentali.", "Jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn l-estimi finanzjarji li għandna quddiemna, malajr jintebaħ x'importanza qed jagħti Gvern Laburista lejn dan il-qasam.", "Minkejja li għaddejjin ġmielhom il-pjani biex il-Gvern jibni sptar ġdid akut għas-saħħa mentali fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei li jkun jinkludi taqsima ta' psychiatric outpatients, il-Gvern xorta qed jivvota ammont addizzjonali ta' iktar minn €6 miljun biex jiġi upgraded l-Isptar Monte Carmeli li l-qagħda tiegħu tħalliet tiddeterjora għal ħafna snin.", "Għas-saħħa mentali biss Gvern Laburista qiegħed iżid l-ispiża rikorrenti tiegħu għas-sena d-dieħla bi €3 miljun, u issa se tkun qiegħda tlaħħaq is-€37 miljun.", "Matul is-sena d-dieħla wkoll il-Gvern se jibda jinvesti fi klinika tas-saħħa mentali xi mkien lejn it-Tramuntana ta' Malta.", "Irridu li l-kondizzjonijiet tas-saħħa mentali kemm jista' jkun malajr jiġu trattati fil-komunitajiet tagħna u mhux neċessarjament f'istituzzjonijiet tas-saħħa mentali.", "Għal dan il-għan ta' min jinkoraġġixxi inizjattiva msemmija fid-diskors tal-Baġit fejn il-Gvern għas-sena d-dieħla se jara li ċ-ċentri ta' matul il-jum jew hostels ikunu jippermettu li pazjenti bi problemi żgħar ta' saħħa mentali jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità u jibqgħu attivi kemm jista' jkun.", "Iż-żieda fl-infiq tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa għas-sena d-dieħla huwa mill-iktar ġustifikat meta tara xi proġetti qed jippjana l-Ministeru tas-Saħħa taħt id-direzzjoni tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.", "Qed jiġu vvotati aktar minn €2.5 miljuni għall-bini ta' dipartiment ġdid tal-Outpatients b'parkeġġ ġdid għal madwar 500 karozza.", "Se jiġu investiti eluf kbar ta' ewro f'apparat ġdid tal-MRI biex il-pazjenti tagħna jkunu moqdijin malajr kemm jista' jkun bl-aqwa servizz.", "Se jsir aktar investiment biex jissaħħu s-servizzi essenzjali tal-IVF ħalli l-koppji li għandhom bżonn dan is-servizz skont il-protokolli ġodda li qed tippermetti l-liġi wara l-emendi ta' din is-sena jsibu s-sostenn u l-appoġġ kollu meħtieġ biex ix-xewqa tagħhom li jsiru ġenituri ssir realtà.", "Nafu wkoll li l-Isptar Mater Dei issa daħal fil-11-il sena tal-operat tiegħu, u minkejja li x-xogħol ta' manutenzjoni f'dan l-isptar ma jieqaf qatt, il-Gvern irid jara li jivvota fondi biżżejjed biex jitwettaq programm ta' manutenzjoni u upgrading kontinwu fil-faċilitajiet eżistenti.", "Din is-sena stess inbidlet u ġiet upgraded is-sistema tal-arja kondizzjonata fl-Isptar Mater Dei u matul is-sena li ġejja l-Ministeru tas-Saħħa se jkompli jbiddel u jżid apparat u sistemi ġodda li jgħinu biex il-pazjenti tagħna jingħataw l-aqwa servizz tas-saħħa bla ħlas fl-isptar tagħna.", "L-impenn ta' dan il-Gvern biex isaħħaħ il-kura primarja fl-ibliet u l-irħula tagħna ma jaqta' xejn.", "Nafu li din hija ċavetta ewlenija biex jissaħħu s-servizzi tas-saħħa għaliex il-kura tajba fil-komunitajiet tagħna tnaqqas bil-kbir il-pressjoni fuq l-isptarijiet ġenerali.", "Diġà qegħdin naraw riżultati sinifikanti bis-saħħa ta' ċentru tas-saħħa ġdid f'Ħal Kirkop u nittama li s-sena d-dieħla jingħataw spinta l-preparamenti biex jinbeda x-xogħol fuq il-hub reġjonali tas-saħħa li hemm ippjanat għal Raħal Ġdid u ċentru ġdid tas-saħħa f'Għawdex.", "Hemm ukoll l-impenn tal-Gvern li matul is-sena li ġejja jsir ix-xogħol kollu meħtieġ għat-tisbiħ u l-immodernizzar tal-bereġ fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin, għaliex ħafna drabi dawn il-bereġ huma l-ewwel lok fejn iċ-ċittadini tagħna jistgħu jirrikorru għal ċerti bżonnijiet bażiċi fil-qasam tas-saħħa.", "Sa mill-ewwel ġranet tal-ħidma ta' dan il-Gvern fil-qasam tas-saħħa lura f'Marzu 2013 kien ċar daqs il-kristall l-impenn tal-Gvern Laburista biex l-ewwel nett jaqta' darba għal dejjem il-pjaga tal-mediċini out of stock u t-tieni li jnaqqas kemm jista' jkun il-listi ta' stennija għal interventi fl-Isptar Mater Dei.", "Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li l-problema tal-mediċini out of stock illum hija xi ħaġa tal-passat u li ftit nies għadhom jitkellmu dwarha.", "Dan sar b'investiment qawwi tal-Gvern f'dan il-qasam fis-snin li għaddew u anke b'organizzazzjoni aħjar fil-qasam tax-xiri u t-tqassim tal-mediċini.", "Sar ukoll titjib sinifikanti f'dawk li huma listi ta' stennija.", "Proprju ftit inqas minn xahar ilu kelli l-opportunità nistaqsi lid-Deputat Prim Ministru dwar xi progress sar f'dan il-qasam fi tliet oqsma partikolari tal-kirurġija fl-Isptar Mater Dei.", "Minn tweġiba li ngħatajt irriżulta li fl-2013, meta daħal għat-tmexxija l-Gvern Laburista, kien hemm xejn inqas minn 3,344 pazjent Maltin u Għawdxin jistennew operazzjoni tal-kataretti.", "Din is-sena din il-lista niżlet għal 1,952, jiġifieri niżlet b'40%.", "Bix-xogħol li sar iż-żmien li wieħed jistenna għal operazzjoni tal-katarretti naqas drastikament.", "Anke fil-qasam tal-ortopedija, minn tweġiba parlamentari rriżulta li filwaqt li fl-2013 kien hemm 345 pazjent jistennew għall-hip replacement, din il-lista issa niżlet għal 191.", "Il-lista ta' stennija għal operazzjonijiet tal-irkoppa naqset bin-nofs, minn 1,835 fis-sena 2013 għal 924 din is-sena.", "Suċċess ieħor f'dan il-qasam inkiseb fil-qasam tal-kardjoloġija għaliex illum għandna biss 26 pazjent li qegħdin jistennew l-angiogram, meta fl-2013 b'dispjaċir ninnota li kellna xejn inqas minn 227 pazjent jistennew dan l-intervent.", "Rigward percutaneous coronary intervention, jiġifieri l-angioplasty, sal-11 ta' Ottubru li għadda kellna biss erba' pazjenti jistennew dan l-intervent, meta fl-2013 kien hemm 39.", "Dan huwa kollu xiehda li l-impenn u l-wegħdi elettorali tal-Gvern Laburista għall-qasam tas-saħħa mhux biss inżammu, imma saħansitra qegħdin nagħtu lill-poplu Malti aktar minn dak imwiegħed.", "Bħalma għidna f'oqsma oħra, fil-qasam tas-saħħa l-Gvern miexi bi pjan serju u b'team formidabbli taħt id-direzzjoni tal-kollega tiegħi d-Deputat Prim Ministru biex lill-poplu nkomplu nagħtuh servizz tas-saħħa bla ħlas li jkun fost l-aqwa fl-Ewropa u li jkun xiehda tas-suċċess li qed jikseb pajjiżna f'kull qasam tal-ħajja.", "Grazzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "CHRIS FEARNE: Sinjura President, irrid l-ewwel nett nibda dan id-diskors billi nirringrazzja lill-kelliema kollha li tkellmu dalgħodu dwar dan il-vot.", "Ninnota, għal kuntrarju ta' dak li kien jiġri anke ftit snin ilu, li jidher li l-qasam tas-saħħa llum naqqas ħafna mill-kontroversja.", "Smajna kelliem wara l-ieħor, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni, li jirrikonoxxu li sar progress.", "Saħansitra l-Oppożizzjoni wiegħdet li se taħdem flimkien mal-Gvern biex l-affarijiet ikomplu mexjin 'il quddiem.", "Naħseb li din hija turija ta' maturità u naħseb li hija xi ħaġa sabiħa.", "Nifhem li fil-politika jkun hemm ħafna istanzi fejn ikun hemm il-kontroversja, u tajjeb li jkun hekk, għax allaħares naqblu fuq kollox.", "Huwa tajjeb li jkun hemm id-dibattitu, tajjeb li jkun hemm affarijiet li wieħed jarahom minn lenti u xi ħaddieħor jarahom minn lenti oħra, però hemm oqsma, bħalma hu l-qasam tas-saħħa, li bħala rappreżentanti tal-poplu kollu għandna nkunu qegħdin niġbdu ħabel wieħed dwarhom u li l-viżjoni li tkun qiegħda titwettaq tkun viżjoni li jaċċetta kulħadd, viżjoni li tagħmel sens għal kulħadd.", "Bi pjaċir ninnota li llum, kelliem wara l-ieħor kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll minn naħa tal-Oppożizzjoni urew li jidher li hemm qbil li d-direzzjoni li beda miexi biha dan is-settur f'dawn is-snin, issa anke bil-pjan li għandna ta' għaxar snin, hija direzzjoni li hawn qbil dwarha prattikament minn kull aspett tas-soċjetà Maltija.", "Naħseb din hija xi ħaġa li tawgura tajjeb, u x-xiehda għal dan ma nagħtuhiex aħna minn din il-Kamra imma l-eluf ta' pazjenti li ta' kuljum jużaw is-servizz tagħna fl-isptarijiet, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-kliniċi.", "Jiena kuljum nirċievi għexieren, biex ma ngħidx mijiet, ta' messaġġi, emails u facebook posts ta' nies li jfaħħru s-servizzi u l-impenn tal-professjonisti tagħna f'dan is-settur.", "Jiena, f'isem il-pazjenti, f'isem il-qraba tagħhom, f'isem il-Gvern u naħseb f'isem il-poplu Malti u Għawdxi kollu rrid nirringrazzja lill-professjonisti tagħna, lill-ħaddiema li għandna fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-isptarijiet, lill-ispiżjara, lin-nies li jaħdmu fil-laboratorji, lin-nies li jaħdmu fl-X-Ray Department, lill-fiżjoterapisti, lill-allied health workers u lil kull min jagħti servizz, inkluż il-management u ħafna nies li jaħdmu minn wara l-kwinti, fosthom l-FMS li jagħmlu xogħol kbir.", "Nirringrazzja wkoll lin-nies tal-procurement li jekk ma jkunux huma ma' konniex inkunu nistgħu ngħidu li l-mediċini out of stock illum huma parti mill-istorja.", "Dawn kollha huma nies li jaħdmu bil-kbir, jagħtu servizz tajjeb ħafna, ħafna drabi aktar minn dak mistenni minnhom, u dan jirrifletti mhux biss fis-suċċess li qed ikollna, imma anke f'din l-atmosfera li kellna llum fejn jidher li hawn qegħdin niddibattu b'mod matur u serju u b'mod li jidher li d-direzzjoni hija xi ħaġa li qed jara u jaqbel magħha kulħadd.", "Forsi l-iżjed intervent sħun li kien hawn kien min-naħa tal-Gvern mill-Onor.", "Glenn Bedingfield li semma kemm huwa importanti li jkun hemm dibattitu dwar ir-riforma fil-proċeduri fil-Parlament li aħna, bħala dekasteru, qegħdin nieħdu ħsieb.", "Nifhem li f'dawn il-ġranet kien hawn diskorsi interessanti u importanti f'dan il-Parlament bħalma jkun hawn minn żmien għall-ieħor, però naħseb f'dawn il-ġranet deher biċ-ċar, jekk qatt kien hemm bżonn ta' konferma, id-differenza li issa tidher aktar u iktar bejn iż-żewġ partiti.", "Fuq naħa minnhom għandna Gvern li huwa impenjat biex joħloq il-ġid, Gvern li jrid iġib l-investimenti, Gvern li qed joħloq ix-xogħol, Gvern li qed jara li minn ekonomija staġnata joħloq ekonomija vibranti, Gvern li qed jara li qed ikun hawn iktar ġid f'Malta u Għawdex, però Gvern ukoll li qed jara li qed jitqassam il-ġid.", "Dan il-Baġit jinkludi provvediment biex ngħollu l-pensjonijiet, iċ-children's allowance u biex ngħinu lil min ma jistax jaħdem.", "Fil-fatt se nkunu qegħdin nagħtu sa €150 f'ġimgħa benefiċċju għal min ma jistax verament jaħdem, għal min għandu problema fiżika li ma jistax joħroġ jaħdem.", "Qegħdin ukoll nindirizzaw il-problemi li għandhom nies li jgħixu fil-kera.", "Dan kollu huwa mod kif il-ġid ikompli jasal għand il-poplu.", "Għandna Gvern li joħloq il-ġid, Gvern li jqassam il-ġid, Gvern li jrid jara li nżidu l-kwalità tal-ħajja tagħna mhux biss fejn tidħol kwestjoni ta' flus, għalkemm il-flus importanti, imma rridu naraw li jkollna ambjent tajjeb fejn ngħixu kemm aħna kif ukoll uliedna.", "Minkejja l-paroli kollu li sar, għalhekk hija meħtieġa s-separazzjoni tal-iskart.", "Din hija miżura importanti ħafna u nawgura li jkompli jkollha suċċess anke fil-ġimgħat li ġejjin.", "Anke l-miżura li qegħdin indaħħlu biex nerġgħu niġbru l-plastik biex ma nħalluhx jagħmel ħsara fuq l-ambjent hija importanti.", "Dan barra li fil-Baġit tħabbar pjan biex inżidu u nirranġaw iż-żoni urbani li għandna madwar il-pajjiż biex ikun pajjiż mhux biss fejn ikollna salarji u pensjonijiet aħjar, imma fejn ikollna wkoll ħajja aħjar għax għandna fejn ngħixu.", "Biex inżidu l-aċċessibbiltà għall-kultura qed niftħu wkoll il-mużewijiet mingħajr ħlas għal uliedna, li jistgħu jieħdu l-ġenituri jew in-nanniet tagħhom u qed inżidu l-faċilitajiet sportivi biex ikollna iktar fejn nirrikreaw ruħna u nibżgħu għal saħħitna.", "Fuq kollox, qed naraw li jkollna s-sigurtà f'pajjiżna f'postijiet fejn it-tfal tagħna u xi wħud minna jqattgħu l-ħin tad-divertiment tagħhom.", "Hemm ukoll il-kunċett tas-safe cities li dwarha kien hemm reazzjoni mħallta min-naħa tal-Oppożizzjoni, imma xi ħaġa li naħsbu hija importanti ħalli jkun hemm is-serħan tal-moħħ mhux biss għal min qiegħed jiffrekwenta dawn il-postijiet, imma anke għall-qraba, għall-ġenituri u forsi ż-żgħażagħ tagħna li jkunu qegħdin f'dawk il-bnadi.", "Mela min-naħa għandna Gvern li qed joħloq il-ġid, qed iqassam il-ġid u qed jara li jkollna kwalità ta' ħajja aħjar, u min-naħa l-oħra kellna diskors mill-Kap tal-Oppożizzjoni li kien diskors magħluq, diskors li ried imur lura u mhux 'il quddiem, diskors li mhux biss jitkellem kontra l-valuri ta' din in-naħa tal-Kamra, imma saħansitra jmur kontra l-valuri tal-Kap passat tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami.", "Illum il-Partit Nazzjonalista qiegħed imur kontra l-valuri ta' Eddie Fenech Adami.", "Jien m'iniex xi wieħed li noqgħod infaħħar lil Eddie Fenech Adami.", "Kellu affarijiet tajbin u kellu affariijiet ħżiena, imma jekk kien hemm prinċipju li Eddie Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista ta' Fenech Adami kellu, kien li jrid idaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Din kienet ir-raġuni ewlenija tal-eżistenza tal-Partit Nazzjonalista.", "Dak kollu li kien jagħmel kien bil-mira li jdaħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea bl-ikbar prinċipju jkun il-mobilità tal-ħaddiema minn pajjiż għall-ieħor.", "Aħna naqblu wkoll li wliedna jkollhom l-opportunità li jmorru jistudjaw, jitgħallmu, jitħarrġu u jgħixu f'pajjiż ieħor Ewropew.", "Din kienet il-battle-cry tal-Partit Nazzjonalista ta' Eddie Fenech Adami, Tiftakruha din?", "\"L-Ewropa Pajjiżna\" kien is-slogan, li l-ħaddiema Maltin jistgħu jmorru jaħdmu l-Italja, Franza, il-Ġermanja jew Spanja u l-ħaddiema barranin jiġu jaħdmu f'pajjiżna.", "Dak kien il-kunċett ta' Eddie Fenech Adami.", "Il-Kap tal-lum tal-istess partit qiegħed jiċħad dan il-kunċett, qiegħed jgħidilna li allaħares inkomplu bil-barranin jiġu jaħdmu f'Malta.", "Dan huwa kunċett tal-Unjoni Ewropea li qabel kien jiddefinixxi lill-Partit Nazzjonalista, kunċett li llum il-Kap tiegħu qiegħed jiċħdu.", "Illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qiegħed jiċħad il-prinċipji mhux ta' dan il-Gvern, imma ta' gvernijiet Nazzjonalisti ta' qablu.", "Din hija s-sitwazzjoni li għandna llum.", "Għandna lill-Partit Laburista, partit progressiv, li jrid il-ġid, partit li jqassam il-ġid, li jrid joħloq kwalità ta' ħajja aħjar, partit li jemmen verament f'pajjiż Ewropew u għandna partit fl-Oppożizzjoni li qiegħed saħansitra jiċħad il-prinċipji ta' meta kien hu stess fil-Gvern.", "Ilbieraħ kelli diskursata mal-Venice Commission li bħala Gvern tlabna biex tiġi Malta biex flimkien magħna tagħmel review tas-sistema ġudizzjarja u tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż biex naraw fejn nistgħu nsaħħuhom għax nemmnu li għandna jkollna istituzzjonijiet b'saħħithom fil-pajjiż.", "Fost affarijiet oħra, tkellimna dwar kif irridu naraw li nsaħħu lil dan il-Parlament.", "Biex insaħħu 'l-Parlament irridu nitkellmu flimkien, Gvern u Oppożizzjoni.", "Din mhux xi ħaġa li se nagħmluha bħala Gvern biss, irridu nagħmluha bi ftehim mal-Oppożizzjoni.", "Imma l-problema li għandna llum hi ma' liema Oppożizzjoni qegħdin niddiskutu, jekk hux mal-Oppożizzjoni tal-prinċipju ta' Fenech Adami jew ma' Oppożizzjoni opportunista u popolista li tgħid dak li taħseb li jridu jisimgħu n-nies mingħajr ma jkollha valuri.", "Din tpoġġina verament f'diffikultà.", "Nifhem li fil-Partit Nazzjonalista hemm taqbida interna, imma nistennew u naraw ħalli nkunu nafu ma' liema fazzjoni tal-Partit Nazzjonalista se niddiskutu biex immexxu lil dan il-Parlament 'il quddiem.", "Issa nixtieq ngħaddi għall-qasam tas-saħħa li aħna bħala Gvern minn dejjem tajnieh prijorità assoluta.", "Issemmew diġà ċ-ċifri ta' kemm hu l-vot fil-qasam tas-saħħa li jien aktar kmieni llum ressaqt.", "L-ispiża rikorrenti hija ta' €637 miljun.", "Din l-ispiża hija prattikament id-doppju ta' dak li nefaq Gvern Nazzjonalista fl-aħħar sena tiegħu.", "Fl-2012 l-ammont fil-Baġit għall-ispiża rikorrenti li kien allokat għas-saħħa kien ta' €326 miljun, illum huwa kważi €640 miljun.", "Minn €320 miljun tellajnieh għal €640 miljun f'temp ta' ftit snin.", "Dan juri kemm aħna verament nagħtu importanza lil dan il-qasam.", "Dan biex ma nsemmix imbagħad kważi €50 miljun oħra fi spiża kapitali tal-proġetti li rridu nagħmlu għall-binjiet il-ġodda biex inkomplu nsaħħu l-istruttura u l-infrastruttura tal-qasam tas-saħħa.", "F'dan il-każ għandna €75 miljun iktar mis-sena l-oħra.", "Jekk tara l-pajjiżi l-oħrajn Ewropej u jekk tieħu medda ta' għaxar snin, issib li kien hemm pajjiżi li mhux żiedu jew għamlu bħalna, li wara sitt snin irdoppjajna l-ispiża għall-qasam tas-saħħa, kien hemm pajjiżi fejn litteralment naqqsu l-ispiża għall-qasam tas-saħħa.", "Aħna, għax verament nagħtu importanza lil dan is-settur, għax nifhmu li dan huwa wieħed mill-mezzi ewlenin kif il-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż jitqassam għand min verament għandu bżonnu - u ftit hemm min għandu bżonn iktar minn min għandu bżonn il-kura – qegħdin nonfqu ħafna iktar milli qatt konna nonfqu fil-qasam tas-saħħa.", "Però x'se nagħmlu bihom dawn il-flus kollha?", "Għalfejn se nonfqu dawn il-flus kollha?", "Għalfejn se nonfqu żewġ terzi ta' €1 biljun fuq il-qasam tas-saħħa?", "Sinjura President, għax għandna viżjoni li rridu naraw qasam li mhux biss huwa sostenibbli, mhux biss huwa aċċessibbli għal kulħadd, mhux biss huwa mingħajr ħlas għal kulħadd, imma servizz eċċellenti.", "Aħna rridu li jkollna l-aqwa servizz possibbli.", "Dak huwa l-għan tagħna.", "Il-viżjoni tagħna hi li l-qasam tas-saħħa f'pajjiżna jkun l-aqwa possibbli.", "Jekk hemm xi ħaġa aħjar u jekk hemm xi ħaġa aħjar minna f'pajjiż ieħor, jekk jista' ikun inġibuha Malta wkoll.", "Għandna ftit każijiet ta' mard li jkun rari li ma nistgħux nittrattawh Malta; imma f'dawk il-każijiet għandna l-impenn li nibagħtu lill-pazjenti tagħna fl-aqwa ċentri fid-dinja.", "Jiġifieri rridu li l-pazjenti Maltin u Għawdxin kollha jieħdu l-aqwa servizz possibbli b'eċċellenza mingħajr ħlas.", "Għamilna l-aqwa fejn jidħol il-qasam tas-saħħa.", "Dan qegħdin nagħmluh għax għandna l-viżjoni li nagħmluh, għax għandna l-pjan kif irridu nagħmluh u għax irridu nagħfsu fuq żewġ pilastri li s'issa, matul is-snin, ma tantx kien hemm impenn dwarhom.", "Irridu nagħfsu ħafna fuq il-prevenzjoni, jiġifieri mhux biss li nikkuraw lil min ikun marid imma rridu naraw ukoll li kemm jista' jkun ma jimradx.", "Din hija xi ħaġa li rridu nagħmluha b'mod eċċellenti u din hija xi ħaġa li diġà hi msemmija f'dan il-Baġit.", "Aktar 'il quddiem ikolli ċ-ċans nispjega dwar kif se nkunu qegħdin nagħfsu fuqha fis-snin li ġejjin għax irridu nagħtuha importanza kbira.", "Bdejna pjan li qegħdin niddiskutuh u fil-ġimgħat li ġejjin se jibda jkollna sensiela ta' konferenzi nazzjonali biex niddiskutu tema, tema, pjan strateġiku nazzjonali għas-saħħa għal għaxar snin sħaħ bejn l-2020 u l-2030.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni pprova jiddieħak bina għax qegħdin nibnu pjan.", "Ma nistax nifhem kif trid tmexxi mingħajr pjan.", "Impossibbli jkollok responsabbiltà daqshekk kbira fuq spallejk u m'għandekx pjan dwar kif se timxi.", "(Interruzzjonijiet) Mela tikkritikana għax qegħdin nagħmlu pjan!", "Aħna għandna viżjoni mhux minn sena għal oħra jew minn ġurnata għal oħra jew inqumu filgħodu u naraw xi problemi hemm biex nipprovaw insolvuhom u naraw kif se jasal filgħaxija mingħajr ma jkun hem,m xi diżastru!", "Il-pjan tagħna qegħdin nibnuh għal għaxar snin.", "M'aħniex nagħmluh waħedna, imma qegħdin nagħmluh billi ninvolvu lill-istakeholders kollha, billi ninvolvu esperti tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, qegħdin nagħmluh ukoll billi naħdmu anke ma' partners tagħna li huma Barts.", "Aħna nitgħallmu minn fejn nistgħu nitgħallmu, u parti sostanzjali minn dan il-pjan li qegħdin nibnu se jkun jirrigwada l-prevenzjoni li mhux biss infejquk jekk tkun marid, imma jekk jista' ikun ngħinuk biex ma timradx.", "Hija xi ħaġa li rridu nagħfsu aktar fuqha.", "Imbagħad irridu nagħfsu iktar fuq l-innovazzjoni, fuq it-teknoloġija ġdida, fuq l-informatika, fuq is-saħħa diġitali.", "Issa dieħla l-intelliġenza artifiċjali.", "Dawn huma kollha affarijiet li huma cutting edge u aħna rridu nkunu fuq quddiem nett mhux biex nesperimentaw, imma biex indaħħlu teknoloġiji diġà stabbiliti fi ftit ċentri madwar id-dinja, u fejn hu l-aħjar inġibuh lejn Malta.", "Aħna, fejn fil-qasam tas-saħħa hemm xi ħaġa aħjar minn tagħna, irridu nġibuha u tkun preżenti Malta.", "Dik hija l-viżjoni tagħna u dak hu l-mod kif mexjin bih.", "Waħda mill-akbar problemi fil-qasam tas-saħħa jew forsi l-ikbar sfida li għandna llum mhux f'Malta biss, imma anke fil-pajjiżi tal-Punent - u hija l-ikbar sfida li se jkollhom ġenerazzjonijiet ta' warajna – hija dwar dawk li jissejħu non-communicable diseases, jiġifieri mard mhux infettiv, mard kroniku.", "Ħadt pjaċir ħafna nisma' lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Galea jitkellem dwar il-kura tas-saħħa mentali.", "Waħda mill-ikbar problemi kroniċi li se jkollna fis-snin li ġejjin – u din diġà hija sfida u rridu nkomplu nindirizzawha – hija l-kura tas-saħħa mentali.", "Dan u mard bħalma hu l-mard kardjovaskulari u taċ-ċirkolazzjoni, l-obeżità, id-dijabete u mard kroniku ieħor, kollha rridu nindirizzawhom b'mod dettaljat, b'mod ħolistiku, b'mod li nafu fejn irridu naslu mhux minn ġurnata għal oħra, mhux b'management by crisis imma bi pjan ħolistiku għal għaxar snin.", "Illum ħadt pjaċir nisma' kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra jitkellmu b'mod pożittiv u b'mod kostruttiv.", "Ma rridux ninsew li waqt l-għaxar snin ta' dan il-pjan nista' nkun ministru jien u jista' jkun ministru l-kollega tiegħi, nistgħu nkunu aħna fil-gvern u nistgħu ma nkunux, jiġifieri huwa importanti li dan il-pjan infassluh flimkien, noħorġu l-aħjar ideat bl-aħjar imħuħ li għandna fil-pajjiż, biex dik il-viżjoni tagħna li l-aqwa li hawn fid-dinja jkun disponibbli f'Malta, nagħmluha.", "Dik hija l-viżjoni tagħna, li jekk hemm xi ħaġa li f'Malta għadna ma nagħmluhiex, nibdew nagħmluha, u jekk ma nistgħux nagħmluha aħna għax ikollna każ kull erba' snin, nibagħtu lil xi ħadd hemmhekk.", "Dak li rridu nagħmlu.", "Imma ħalli issa nitkellem daqsxejn dwar il-kura tas-saħħa mentali.", "Kif diġà għedt, waħda mill-iżjed affarijiet importanti li rridu nagħfsu fuqha fis-snin li ġejjin, minn issa, hija l-prevenzjoni.", "Dan jgħodd anke fil-kura tas-saħħa mentali fejn hemm element qawwi ta' prevenzjoni li nistgħu nagħmlu.", "Il-Baġit ma jsemmix dak kollu li għandna ppjanat għas-sena li ġejja u għas-snin li ġejjin għax huwa impossibbli li fid-diskors tal-Baġit jissemma dak kollu li għandna f'moħħna li rridu nagħmlu.", "Imma waħda mill-affarijiet li rridu naraw u li se nibdew nagħmlu din is-sena hi li se noħorġu sejħa għal interess biex dawk l-għaqdiet non-governattivi li jixtiequ jagħtu servizz anke ta' saħħa mentali fil-komunità jkunu jistgħu jagħmlu dan bi ftehim mal-Gvern.", "Dan ifisser li l-Gvern jixtri servizz mingħand l-NGOs u nkunu nistgħu nipprovdu dan it-tip ta' servizz.", "Sinjura President, hawn irridu nitkellmu speċifikament dwar il-kura preventiva tas-saħħa mentali fl-adoloxxenti.", "Fl-adoloxxenti, fost it-tfal u ż-żagħażagħ qegħdin naraw inċidenza qawwija ta' stress, ta' problemi psikjatriċi, ta' ansjetà u problemi oħrajn relatati mal-kura tas-saħħa mentali.", "Nafu li ħafna miż-żgħażagħ jgħaddu minn perjodu qasir ta' tensjoni u stress li jgħaddi.", "Hawn anke min ikun kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu waħdu, però oħrajn le, u jekk dak li jkun ma jikkurahiex mill-bidu, din tibqa' tkarkar jew terġa' toħroġ wara għaxar snin jew wara 20 sena u tibqa' tħalli effett fuq il-ħajja tal-persuna ħajtu kollha.", "Mela rridu nipprovaw minn kmieni nidentifikaw fejn jista' jkun hemm problema u nindirizzawha.", "Din is-sena fl-Università ta' Malta bdejna noffru servizz ta' wellness clinic, inkluż tas-saħħa mentali.", "Fl-Università ta' Malta nfetħet binja moderna viċin il-grada ta' barra minn fejn, flimkien mal-Università, qegħdin nipprovdu servizz psikjatriku u anke servizz ta' sexual health kemm għall-istudenti kif ukoll għal-lecturers tal-Università.", "Dan is-servizz ilu miftuħ madwar sitt xhur, għamel suċċess kbir, qed ikun hemm konkorrenza tajba u qed ikun hemm riżultati tajbin.", "Jiġifieri diġà bdejna noffru servizz fil-komunità – f'dan il-każ fl-Università – liż-żgħażagħ tagħna biex inkomplu kemm jista' jkun nilqgħu minn kmieni jekk ikun hemm anke bidu ta' problemi psikjatriċi.", "Dan il-mudell li għandna fl-Università issa rridu neħduh ukoll fl-MCAST fejn hemm eluf ta' studenti li xi wħud minnhom jista' jkollhom bżonn dan it-tip ta' servizzi.", "Is-sena li ġejja se nkunu qegħdin niftħu klinika biex tgħin lill-istudenti u l-għalliema fl-MCAST ukoll.", "Irridu wkoll, flimkien ma' għaqdiet mhux governattivi, niftħu servizz ta' kura anke preventiva għas-saħħa mentali tal-adolexxenti tagħna u dan is-servizz tkun tipprovdih NGO u nħallsuh għalih aħna.", "L-istess irridu nagħmlu fejn tidħol is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol.", "Kif nafu, hawn ħafna postijiet tax-xogħol fejn għal xi raġuni jew oħra jkollna ħaddiema, management u nies fl-uffiċini li jkunu għaddejjin minn stress jew għax inqala' xi ħaġa fl-uffiċċju stess, jew għax qegħdin iġibu l-problemi mid-dar, jew għal ħaġa jew għal oħra.", "Ħafna minn dawn kapaċi jiffaċċjaw u jegħlbu l-problema waħedhom u oħrajn le, u jekk ma tissolviex din il-problema tinbidel f'waħda kronika.", "Allura aħna, flimkien mal-unions irridu noħorġu sejħa għal interess biex jekk hemm unions - u jien naf li hemm – li huma interessati, dawn ikunu jistgħu jidħlu magħna għal dan it-tip ta' xogħol għax aħna nixtiequ naraw verament prevenzjoni fejn jidħol il-qasam tas-saħħa.", "L-istess bħalma se nibdew nagħmlu fil-komunità billi noffru dak li ngħidulu perinatal mental health service.", "Aħna nafu li madwar twelid ta' tarbija jkollna ommijiet u missirijiet li jew ikollhom problema li ma tkunx dehret u toħroġ dakinhar, jew problema ġdida ta' saħħa mentali li toħroġ eżattament qabel ma titwieled it-tarbija jew wara li titwieled it-tarbija.", "Nafu li din tista' tkun problema serja, tista' tkun problema li jkollha konsegwenzi fit-tul u tista' wkoll ikollha konsegwenzi fuq it-tarbija.", "Dan is-servizz diġà bdejna noffruh fl-Isptar Mater Dei, imma issa se nibdew noffruh ukoll fiċ-ċentri tas-saħħa u se nibdew noffruh anke f'numru ta' bereġ.", "Hawnhekk forsi ma naqbilx mija fil-mija mal-Onor.", "Naħseb li huwa importanti li min għandu bżonn jieħu l-kura tas-saħħa mentali ma jkunx segregat u ngħidulu li qisu għandu xi mard differenti minn minn għandu mard tal-pulmun jew tal-kliewi.", "Għandna l-istituzzjonijiet tagħna, għandna ċ-ċentri tas-saħħa u jekk għandna bżonn nibagħtu speċjalista tal-għajnejn nibagħtuh, jekk għandna bżonn nibagħtu speċjalista tal-għadam nibagħtuh, jekk għandna bżonn nibagħtu speċjalista tal-kura tal-mard mentali, jiġifieri psikjatra, nibagħtuh ukoll.", "Għaliex le?", "Għaliex għandna bilfors nissegregawhom u ngħidulhom: Intom qiskom għandkom xi ħaġa differenti minn ħaddieħor, b'mod li kulħadd ikun jaf li inti sejjer tieħu din it-tip ta' kura.", "Hija xi ħaġa li naħseb għandna niddibattuha mingħajr problemi.", "Rigward saħħa mentali ngħid ukoll li waħda mill-affarijiet li se nibdew nagħmlu fiċ-ċentri tas-saħħa u f'numru ta' bereġ hi li se nibdew nagħtu kura tas-saħħa preventiva fejn tidħol il-perinatal mental health.", "Din hija xi ħaġa li naħseb għandu jkollha effett qawwi fuq il-popolazzjoni tagħna.", "Irridu wkoll li t-tobba tal-familja jkollhom it-taħriġ speċifiku ħalli meta pazjenti jkollhom bżonn kura psikjatrika ripetuta, dawn ikollhom shared care fil-kura tal-pazjent.", "Dan għaliex jekk pazjent imur darba fis-sena għand il-psikjatra, allura jkun hemm 12-il xahar bejn dawn il-visti u jekk jinqala' xi ħaġa, dak li jkun jispiċċa l-Emerġenza wara li diġà jkun iggrava.", "Jekk hemm bżonn it-tobba tal-familja għandu jkollhom shared care tal-pazjent.", "Din naf li nistgħu nsaħħuha ħafna iżjed u hekk se nagħmlu.", "Din se tkun parti mill-istrateġija nazzjonali li se nkunu qegħdin niddibattu eżattament bħal-lum xahar, fis-6 ta' Diċembru waqt konferenza nazzjonali.", "Diġà bdejna nagħmluha fi grupp żgħir ta' tobba imma nistgħu nkomplu nkabbruha, biex il-pazjenti li għandhom bżonn din it-tip ta' kura mhux bilfors joqogħdu jmorru l-Outpatients fl-isptarijiet tagħna, imma jkunu jistgħu jieħdu l-kura saħansitra għand it-tabib tal-familja tagħhom u jħallas għal dan il-Gvern stess.", "Din hija biss l-ewwel parti.", "Hemm ħafna iżjed u fil-fatt għandna dokument sħiħ li se nkunu qegħdin nippubblikawh fis-6 ta' Diċembru dwar is-saħħa mentali li mbagħad jiġi diskuss mal-istakeholders kollha, inkluż il-professjonisti, l-NGOs, il-carers, il-pazjenti u kull min hu interessat.", "Il-prevenzjoni mhijiex biżżejjed.", "Se jkun hemm każijiet li jkollhom bżonn il-kura u hemmhekk ukoll, jekk jista' jkun, il-kura rridu nagħtuha 'l bogħod mill-isptarijiet tagħna.", "Jekk jista' jkun il-kura tas-saħħa mentali rridu nagħtuha fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-komunità.", "Għandna day centres u hostels u diġà għedna li se nkomplu nżidu dawn il-hostels.", "Ngħid ukoll li mhuwiex minnu li f'dawn is-snin ma nfetħux hostels ġodda.", "Niftakar bl-amment li f'dawn l-aħħar sentejn infetħu tliet hostels ġodda, wieħed Ħ'Attard, wieħed lejn in-naħa t'isfel ta' Malta u l-ieħor Ħaż-Żebbuġ.", "Il-hostels qegħdin jinfetħu u se jkomplu jinfetħu u naħseb li din hija xi ħaġa importanti.", "Importanti wkoll li nibqgħu nagħtu kura anke fl-isptarijiet.", "Se jkollna ħafna nies li jkollhom bżonn il-kura tas-saħħa mentali u din nistgħu nilqgħulha minn kmieni u ma nħalluhiex tikber.", "Oħrajn nistgħu nieħdu ħsiebhom mat-tobba tal-familja jew fiċ-ċentri tas-saħħa jew fil-komunità, però se jkollna każijiet, bħalma jkollok każijiet ta' mard ieħor, li biex tikkurahom se jkollok bżonn sptar.", "Is-sitwazzjoni tal-lum tal-Isptar Monte Carmeli mhijiex feliċi.", "Minkejja li kelliema tal-Oppożizzjoni qalu li sar ħafna titjib f'dan l-isptar, jiena m'iniex kuntent u rrid nara ħafna iktar titjib u issa nitkellem dwar dan ukoll.", "L-Isptar Monte Carmeli m'għandux ikun sptar akut.", "Jekk għandek bżonn tidħol għal 15-il ġurnata jew għal ġimgħa ma naħsibx li għandu jkun fl-Isptar Monte Carmeli.", "Naħseb għandu jkollna sptar apposta – u dan hu l-pjan tagħna u diġà bdejna naħdmu fuqu – li se jkun parti mill-Isptar Mater Dei biex inti tidħol fl-Isptar Mater Dei.", "Jekk inti għandek uġigħ f'saqajk tmur għand tal-għadam, jekk qed tuġgħek qalbek tmur għand tal-qalb, u jekk għandek problema ta' saħħa mentali tmur għand psikjatra, imma tidħol mill-bieb ċentrali tal-Isptar u mhux qisek mort xi mkien imwarrab.", "Dan ikun sptar akut fil-campus tal-Isptar Mater Dei.", "Diġà għandna l-art għalih, qegħdin naħdmu fuq il-medical brief u fuq l-istruttura tiegħu, biex għas-sena li ġejja nkunu nistgħu napplikaw mal-Planning Authority ħallli jinħarġilna l-permess biex inkunu nistgħu nibdew ix-xogħol fuqu.", "Dan se jkun sptar ta' 120 sodda fil-campus tal-Isptar Mater Dei biex joffri kura akuta, jiġifieri ta' ftit ġranet, u mhux kura fit-tul.", "Illum nemmnu li l-pazjenti m'hemmx għalfejn jibqgħu għal snin twal jieħdu xi forma ta' kura fi sptar mentali, imma madankollu għandna mijiet ta' persuni li ilhom rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli għal għexieren ta' snin u huwa diffiċli ħafna li toħroġhom minn dan l-isptar.", "Għandna adulti ta' 50 sena li daħlu l-isptar meta kienu żgħażagħ u baqgħu hemm.", "Waħda mill-ewwel żjarat li għamilt kif sirt Segretarju Parlamentari ħames snin ilu kienet fil-Juvenile Ward tal-Isptar Monte Carmeli li ma kienx fiha tifel jew tifla waħda!", "Dawn kienu kollha rġiel ta' bejn l-40 u l-50 sena.", "Jiena kont staqsejt dwar fejn qegħdin il-juveniles u qaluli li kienu dawn!", "Qaluli li meta daħlu dawn kienu juveniles, baqgħu hawnhekk u kibru u llum għandhom 50 sena.", "Dawn l-affarijiet mhumiex aċċettabbli, però ma jfissirx li dawn in-nies issa ma jeżistux jew irridu naqbdu u nisparixxuhom.", "Dawn huma persuni li għandhom id-dinjità tagħhom, għandhom bżonn il-kura tagħhom, u din il-kura, l-imħabba u l-għożża li għandna bżonn nagħtuhom irridu nagħtuhielhom f'ambjent xieraq.", "Minkejja t-titjib li semma l-Onor.", "Mario Galea, jiena ngħid li l-Isptar Monte Carmeli mhuwiex xieraq biżżejjed.", "Għad hemm ħafna x'nagħmlu u se nagħmlu.", "Is-sena l-oħra kellna vot ta' €400,000 biex nagħmlu titjib fl-istruttura tal-Isptar Monte Carmeli u din is-sena minn €400,000 se nżiduh għal €6.5 miljuni biex nibdew nagħmlu x-xogħlijiet li hemm bżonn f'dan l-isptar.", "Ngħid b'wiċċi minn quddiem li dan huwa pass importanti ħafna li rridu nagħmlu biex inkomplu nagħtu servizz xieraq lill-pazjenti tagħna fejn tidħol is-saħħa mentali.", "Imbagħad irridu ndaħħlu aktar teknoloġija fil-qasam tagħna.", "Illum diġà għandna ħafna teknoloġija.", "Min imur l-isptar illum isirulu ħafna testijiet b'magni li sa għaxar snin ilu ma kenux jeżistu, però issa rridu ndaħħlu t-teknoloġija mhux biss fl-isptarijiet jew fiċ-ċentri tas-saħħa tagħna, imma fid-djar tan-nies ukoll.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Kif nafu, għandna ħafna nies li jbatu minn mard kroniku, fosthom dijabete, pressjoni, mard tal-qalb u mard tal-pulmun.", "Li jkollok il-pressjoni waħedha jew iz-zokkor waħdu probabbli lanqas tinduna.", "Il-problema hi jekk ma żżommx kontroll tajjeb u jinqalgħu l-kumplikazzjonijiet.", "Jekk għandek il-pressjoni u ma tagħtix kasha tispiċċa b'xi attakk tal-qalb jew b'xi puplesija jew tispiċċa bi problemi fil-kliewi.", "Jekk għandek iz-zokkor u ma tagħtix kasu tispiċċa titlef id-dawl ta' għajnejk, tispiċċa titlef xi parti miċ-ċirkolazzjoni jew tispiċċa fuq il-magna tal-kliewi.", "Il-problema tqum meta persuna ma tagħtix kas.", "Is-sistema li għandna llum hi li inti tmur għand it-tabib fl-Outpatients kull sitt xhur jew darba fis-sena, dan jara kif kont fis-sitt xhur ta' qabel u jekk jara li matul dawn l-aħħar sitt xhur ma kontx tajjeb biżżejjed, jgħidlek: Issa nżidlek l-insulina jew inżidlek il-pillola tal-pressjoni u nerġa' narak sitt xhur oħra biex nara kif mort.", "Din mhijiex sistema tajba għax qed tagħmel dawk ix-xhur kollha meta z-zokkor jew il-pressjoni setgħu kienu kkontrollati aħjar.", "Matul is-sena li ġejja se nibdew proġett pilota ta' remote patient monitoring fejn f'kull dar fejn hemm pazjent b'kundizzjoni kronika jkollna monitor li jittestjalu z-zokkor kull ftit ħin, jaralu l-pressjoni kull ftit ħin, jaralu l-pulmun, jaralu l-qalb u dik id-data tasal għandna l-ħin kollu dakinhar stess, dik il-minuta stess, ħalli jekk hemm xi ħaġa li qed tkun ħażina ġurnata wara oħra mhux nistennew sitt xhur jew sena biex narawk fl-Outpatients.", "Jekk naraw li morna tajjeb, dan il-proġett nifirxuh ma' Malta u Għawdex kollu.", "B'dan il-mod wieħed ma jkollux jistenna sitt xhur biex imur l-Outpatients u ngħidulu li ilu sitt xhur bil-pressjoni għolja, imma ngħidulu l-għada stess jew dakinhar stess ħalli jkun jista' jbiddel il-mediċina minn ġurnata għal oħra u jżomm il-pressjoni taħt kontroll.", "Dan huwa l-mod kif se ndaħħlu t-teknoloġija.", "Se nkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi, jekk mhux l-ewwel pajjiż fid-dinja, li se jkollna din is-sistema li ndaħħluha ma' Malta u Għawdex kollha.", "Se nibdewha bi proġett pilota; huwa proġett ambizzjuż ħafna li se jiswielna ħafna flus, huwa proġett li se jkollna bżonn ħafna loġistika għalih, imma huwa proġett li se jwassal għal ħafna kura aħjar għal eluf ta' pazjenti Maltin u Għawdxin.", "Dan huwa l-mod kif irridu ndaħħlu t-teknoloġija fil-qasam tas-saħħa.", "Dwar il-kura primarja, tkellimna diġà, fuq kif se nkomplu naħdmu mat-tobba tal-familja fil-qasam tas-saħħa mentali u anke f'oqsma oħra.", "Għandna l-myHealth li kienet sistema li ġiet introdotta taħt Gvern preċedenti li ma kenitx user friendly.", "Aħna rranġajnieha u issa għandna kważi terz tal-pazjenti tagħna li qegħdin fuq il-myHealth u din iċ-ċifra qed tikber minn ġurnata għal oħra.", "Issa għandna pjan biex inkomplu ndaħħlu sistema mhux biss bl-informazzjoni u d-data tal-pazjenti li għandna fl-isptarijiet, imma anke għal kull vista li ssir fi klinika privata, fi sptar privat, fl-isptarijiet tagħna; dawk kollha jinġabru f'record wieħed, electronic patient record diġitali, li jkun aċċessibbli għat-tabib minn kull post f'Malta u Għawdex, ovvjament bil-permess tal-pazjent.", "Jiġru każijiet fejn tabib imur jara pazjent f'daru u l-pazjent jgħidlu li meta kien l-isptar tawh ċerta mediċina u t-tabib irid joqgħod jipprova jaħseb jew jaqta' x'inhi.", "Ġieli pazjent jgħidlek: Tani pillola bajda.", "Illum hekk jiġri.", "Issa qegħdin indaħħlu sistema fejn it-tabib, permezz tal-mobile phone tiegħu, jista' jdaħħal il-code tal-pazjent u jara eżattament x'mediċini qed jieħu, kemm qed jieħu, meta suppost jeħodhom, meta l-aħħar li rah it-tabib l-isptar, l-aħħar li mar l-Outpatients, jekk marx għand konsulent privat, dak il-konsulent x'sablu u x'testijiet għamlulu.", "Dan kollu jkun available għal kull pazjent f'kull ħin u f'kull roqgħa ta' Malta u Għawdex.", "Din se tkun rivoluzzjoni kbira li se tagħti dik li jgħidulha continuity of care lill-pazjenti tagħna.", "Din hija xi ħaġa li qed issir u se nkomplu naħdmu fuqha s-sena li ġejja.", "Bejn is-sena li ġejja u ta' wara se jkollna din is-sistema li tkun rolled out għal Malta u Għawdex kollha.", "Sinjura President, intqal diġà li ftit tal-ġimgħat ilu ftaħna l-klinika ta' Ħal Kirkop.", "Irrid ngħid ukoll li se jibda dalwaqt ix-xogħol fuq il-klinika ta' Raħal Ġdid u se noħorġu expression of interest biex ikollna klinika kbira n-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Għaddej ix-xogħol ukoll fuq ċentru tas-saħħa ġdid f'Għawdex.", "Imbagħad is-sena li ġejja se nibdew nagħmlu refurbishment li se jiswielna madwar €13-il miljun fuq iċ-ċentri tas-saħħa kollha ta' Malta u Għawdex u se nibdew l-ewwel bil-Gżira fejn hemmhekk hemm bżonn refurbishment qawwi.", "Illum issemma – m'iniex ċert jekk kienx l-Onor.", "Spiteri – li l-Outpatients huwa żgħir wisq.", "Huwa veru li l-Outpatients tagħna huwa żgħir wisq, imma dan bħalma nbena l-Isptar Mater Dei kollu, żgħir wisq.", "Il-pjan tagħna hu li nespanduh.", "Fl-Isptar Mater Dei jaraw kuljum kważi 2,000 pazjent fl-Outpatients, jiġifieri kull sena naraw nofs miljun pazjent u dawn in-numri qegħdin jikbru.", "Fl-2015 rajna 67,000 pazjent, sentejn wara, jiġifieri s-sena l-oħra rajna 87,000, jiġifieri żieda ta' 20,000, kważi 25% iżjed fuq medda ta' sentejn.", "Qegħdin noħolqu ħafna iktar servizzi, imma dan mhux biżżejjed.", "Għandna l-pjanijiet approvati mill-Planning Authority biex noħorġu dalwaqt it-tenders ħalli nibnu blokka ġdida għall-Outpatients u car park ta' ħames sulari taħt l-art.", "Issa l-Isptar Mater Dei għadda ż-żmien minn fuqu u allura rridu wkoll nibdlu l-equipment kollu.", "Issemmiet l-MRI, u aħna se ndaħħlu MRI ġdida.", "Fl-2012 kienu jsiru 8,000 MRI fis-sena u kien hemm waiting list ta' sentejn.", "Matul is-sena li għaddiet għamilna 27,000 MRI.", "Mela minn 8,000 f'temp ta' ħames snin tlajna għal 27,000.", "Però dan xorta mhuwiex biżżejjed.", "Id-domanda kompliet tikber għax illum l-MRI huwa xi ħaġa fantastika li tara prattikament sal-inqas ċellola fil-ġisem ta' bniedem.", "Is-sena li ġejja se jkollna bżonn iktar u qegħdin nistmaw li se jkollna 35,000, jekk mhux 40,000, ħtieġa ta' MRI.", "Għaldaqstant se nżidu magna ġdida u se noħorġu expression of interest biex il-privat, min hu interessat, jagħmel magna ġdida tal-MRI u nixtru s-servizzi mingħandu biex f'pajjiżna, apparti l-MRI machines li diġà hemm, ikollna żewġ MRIs ġodda ħalli nkunu qegħdin nagħtu aktar servizz lill-poplu tagħna.", "Kif diġà ssemma, f'pajjiżna se ndaħħlu wkoll ir-robotika.", "Se ndaħħlu d-Da Vinci Robotic Surgery fis-swali tal-operazzjonijiet biex tkompli tgħin lill-professuri joperaw u fil-ġranet li ġejjin se nkunu qegħdin nintroduċu sistema ġdida ta' robotika fl-ispiżerija tagħna biex il-mediċini u l-pilloli jitqassmu għand il-pazjenti bl-eżatt, pillola pillola kif suppost, fil-ħin li suppost għall-pazjent indikat b'mod mill-aktar effiċjenti.", "Dwar l-Anatomy Centre rrid ngħid li dan tlesta u dalwaqt jibda.", "Il-bini tal-iskola medika ta' Barts kważi tlesta u issa jibda x-xogħol ta' ġewwa tagħha.", "Ovvjament l-istaff huwa importanti u aħna qegħdin inkomplu nżidu n-numru ta' tobba, dentisti u infermiera.", "Illum bi pjaċir inħabbar li wasalna viċin ħafna li nagħlqu s-sectoral agreement mal-MUMN ħlief għal xi kwestjoni jew tnejn.", "Jiena konvint li f'dawn il-ġranet se nkunu nistgħu nagħlqu dawn il-kwestjonijiet biex lejn nofs dan ix-xahar jew l-aħħar tiegħu nkunu nistgħu niffirmaw sectoral agreement ġdid biex l-infermiera jkollhom il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom aħjar.", "Dwar il-mediċini ġodda, nista' ngħid li se nkomplu nżidu l-mediċini tal-kanċer.", "Se ndaħħlu għall-ewwel darba fuq il-formolarju tal-Gvern il-mediċini tal-prostata u għexieren ta' eluf ta' pazjenti rġiel se jkunu qegħdin jibbenefikaw mill-mediċini għall-prostata mingħajr ħlas.", "Se ndaħħlu wkoll il-mediċini tal-HIV u ħafna mediċini oħrajn.", "Ovvjament is-servizz tal-IVF huwa xi ħaġa li qegħdin inkomplu nagħtu.", "Diġà kellna madwar 35 koppja li ħadu s-servizz tal-IVF permezz tal-liġi l-ġdida u allura għandhom iktar ċans li jkollhom tarbija u jżidu mal-madwar 145 tarbija li diġà kellna mill-IVF matul is-snin li għaddew.", "Nisperaw li matul is-sena li ġejja mal-Knisja u mal-NGOs niftħu palliative centre ġdid għal dawk in-nies li jkunu waslu fl-aħħar ta' ħajjithom, jiġifieri hospice.", "Ngħid ukoll li mit-2 ta' Novembru – u din qed inħabbarha llum – se nibdew klinika ġdida għal persuni trans.", "Se nkunu qegħdin noffru dan is-servizz għall-ewwel darba bħala servizz tas-saħħa tal-Gvern.", "Imbagħad għandna wkoll proġett kbir li jirrigwarda l-Bank tad-Demm.", "Sinjura President, aħna nieħdu ħsiebek mhux mit-twelid sal-mewt, imma minn qabel ma titwieled, bl-IVF, sa wara li tmut.", "Għadu kemm ġie ffirmat il-kuntratt il-ġdid taċ-Ċimiterju tal-Addolorata u fil-ġimgħat li ġejjin jibda x-xogħol ta' estensjoni biex dawk il-ħafna nies li jixtiequ jkollhom qabar, issa jkollhom dik l-opportunità.", "Warajja hawn l-Onor.", "Cutajar li qed taħdem flimkien magħna fuq liġi ġdida li se nkunu qegħdin inressqu fil-ġimgħat li ġejjin biex f'Malta wkoll ikollna krematorju.", "Jiġifieri l-qasam tas-saħħa jieħu ħsiebek minn qabel titwieled sa wara li tmut.", "Huwa qasam li nagħtuh ħafna importanza u li fis-snin li ġejjin se jkompli javvanza.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni u d-diskussjoni ġiet konkluża skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "F'12.10 p.m. il-Kamra rriżumiet u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għas-Saħħa ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa ġew posposti għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Issa nistieden lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "It-Tlettax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Vot 38 – Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Vot XV – Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kapital.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali għandha tieħu mhux aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li f'din is-seduta, mistoqsijiet parlamentari jistgħu jsiru bejn l-4.00 p.m. u l-4.30 p.m. u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum it-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2018 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "F'12.12 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181106_162d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-Community Parking Payment Scheme (CPPS) li kellha l-Awtorità tal-Ippjanar kull sena mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Kemm minn dan id-dħul annwali, kien mill-permessi ta' \"tables and chairs\"?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta' Malta tagħmilx sorveljanza fl-ibħra 'l hinn mit-12-il mil nawtiku iżda inqas minn 24 mil nawtiku mill-kosta Maltija u ċjoè fil-contiguous zone?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna biex jagħmel l-emendi neċessarji wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Mejju 2016 rigward u kontra l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, biex wara sentejn l-awtorità li suppost tħares il-kompetizzjoni ġusta u tiġġieled dik inġusta, ikollha s-snien timponi multi jew pieni li ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta' deterrent meta l-multa hija biss ta' €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b'mod legali) fil-każ ta' rimi illegali ta' skart kummerċjali jsiru iktar ħorox?", "X'passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta' Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b'mod illegali?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta' deterrent meta l-multa hija biss ta' €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b'mod legali) fil-każ ta' rimi illegali ta' skart kummerċjali jsiru iktar ħorox?", "X'passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta' Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b'mod illegali?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' ram, batteriji, aluminium, ħadid, u wire tal-elettriku nġabru għall-bejgħ u/jew għal iktar trattament mill-Wasteserve fl-2012, 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017, sena b'sena, u materjal b'materjal?", "X'sar minn dawn it-tunnellati ta' materjal jew fejn ġew diretti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn barrieri liċenzjati ġewwa Għawdex li għandhom il-permessi kollha meħtieġa min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex fihom jintefa' skart tal-kostruzzjoni?", "Jista' jagħti r-raħal u l-indirizz fejn jinsabu dawn il-barrieri?", "Jista' jgħid ukoll għal kemm hu validu l-permess li għandhom kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess maħruġ għal kull barriera?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Peress li l-proġett tal-Gozo Museum se jsir ġewwa l-qalba tar-Rabat Għawdex, kemm viċin tal-iskejjel kif ukoll tal-Gozo Examination Centre, tista' għaldaqsant il-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-method statement li l-kuntrattur li se jaħdem fuq il-kostruzzjoni tal-Gozo Museum, beħsiebu jattwa għal dan il-proġett?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6667, filwaqt li ssir referenza għall-artikolu 3 tal-Kap.", "545 li jipprovdi li \"r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li jkun magħmul minn President u mhux inqas minn erbgħa u mhux iktar minn sitt membri oħra\", jista' l-Ministru jgħid, fid-dawl ta' dak li jingħad fl-imsemmi artikolu jekk ir-referenza għar-Regolatur fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap 497, tapplikax biss għall-President tar-Regolatur imsemmi jew inkella wkoll għall-membri l-oħra tar-Regolatur?", "Jekk tapplika biss għall-President, għalfejn tapplika għalih biss?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid, in vista li hemm bosta lmenti minn intraprendituri Għawdxin li ma jistgħux jiddependu biss fuq iċ-ċentri tad-distribuzzjoni tal-Qala u tax-Xewkija meta jiġu biex jippjanaw l-espansjoni tal-fabbriki tagħhom, kif jidħol Għawdex u x'hemm ippjanat b mod konkret għal Għawdex fis-settur tal-enerġija biex jiggarantixxi li d-domanda għall-enerġija ta' għada u l-ġejjieni biex l-intraprendituri tagħna jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul, u Għawdex jilħaq il-potenzjal sħiħ fit-tkabbir ekonomiku?", "Jista' jgħid Għawdex kif jidħol f'dan kollu, meta dan l-aħħar qal li l-pajjiż għandu bżonn viżjoni li jħares 'il quddiem u viżjoni li tinkorpora l-aħħar teknoloġija fl-enerġija?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull latrina pubblika madwar Għawdex u Kemmuna?", "X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġux il-permessi neċessarji biex l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar ġewwa Għawdex jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid?", "Jekk iva meta nħarġu?", "Jista' jgħid jekk biex sar dan ix-xogħol ġewx ippubblikati tenders u jekk iva fejn ġew ippubblikati, meta ġew ippubblikati u meta għalqu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Request for Proposal fir-rigward tat-tkabbir u t-tixrid b'mod internazzjonali tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ħarġet l-istess Aġenzija mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull Request for Proposal li ħarġet l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ppreżentat l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'protesti ġudizzjarji ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid jekk l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ippreżentatx kontro-protest ġudizzjarju għal kull protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat kontra l-istess Aġenzija?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-protesti ġudizzjarji u l-kontro-protesti ġudizzjarji?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ittri uffiċjali ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid jekk l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ippreżentatx ittri uffiċjali bi tweġiba għal kull ittra uffiċjali li ġiet ippreżentata kontra l-istess Aġenzija?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-ittri uffiċjali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gżira ta' Filfla hix proprjetà tal-Istat Malti?", "Jekk le, jista' jgħid ta' min hi proprjetà l-Gżira ta' Filfla?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konslu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadhiex taħdem mal-Ministeru?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-konslu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għalaqx?", "Jista' jgħid jekk għadhiex taħdem mal-Malta Enterprise?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7147 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u wara li l-mistoqsija parlamentari 6618 oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'tip ta' għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Mejju 2018?", "Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk preżentement hawnx kumpaniji li bħalissa għaddejjin bit-tħaffir taż-żejt fl-ibħra Maltin u f'liema stadju wasal dan it-tħaffir?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li l-Gvern Taljan kien ħareġ Decreto Ministeriale li bih estenda l-pretenzjonijiet Taljani fuq Żona Ċ fil-Lvant tal-blata kontinentali Maltija u wara li l-Gvern Malti pprotesta bil-qawwa għal dan id-digriet, din iż-żona ġietx irritornata lura lil pajjiżna?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji Mediterranean Oil and Gas u General Energy, li għandhom il-liċenzja ta' parti kbira ta' Area 4 u kellhom iħaffru l-ewwel bir f'din iż-żona fl-ewwel kwart tal-2014, fil-fatt għamlux dan it-tħaffir?", "X'kien l-eżitu ta' dan it-tħaffir?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jippubblika r-risk assessments fejn sar tħaffir/se jkun qed isir tħaffir għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk preżentement hemmx xi licensing round għal min hu interessat li jħaffer għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti?", "Jekk dan il-proċess hu miftuħ, jista' jgħid meta se jagħlaq dan il-proċess?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Ministru jgħid min imexxi n-negozjati f'isem il-Gvern Malti ma' kumpaniji barranin li juru interess biex iħaffru għaż-żejt f'Malta?", "Xi kwalifiki u esperjenza għandu min qed imexxi dawn in-negozjati?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li l-ħajt li hemm faċċata taċ-Ċimiterju ta' Ħal Qormi fi Triq il-Belt Valletta qiegħed jaqa', jista' l-Ministru jassigura li permezz tal-ħaddiema tal-Gvern dan il-ħajt issirlu l-manutenzjoni li hemm bżonn?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista", "It-Tlettax-il Jum Stabbilit - Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapital", "Vot 38 - Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Vot XV - Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kapital.", "6 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dwar ir-Rapport Annwali u r-Rapport fuq l-Attivitajiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2017, u l-Landscape Review: Putting EU Law into practice.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\"", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "6 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181106_163a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 162 li saret fis-6 ta' Novembru 2018 ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XXXVI tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji;", "Att Nru XXXVII tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar in-Negozji tal-Familja; u", "Att Nru XXXVIII tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Armi.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – DĦUL MIS-CPPS", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul li kellha l-Awtorità tal-Ippjanar kull sena mill-Community Parking Payment Scheme (CPPS), mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Kemm minn dan id-dħul annwali kien mill-permessi ta' \"tables and chairs\"?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4535, hawn murija tabella li turi d-dħul mill-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) li tħaddem l-Awtorità tal-Ippjanar, sena b'sena, mill-2013 sat-23 ta' Ottubru 2018.", "Il-figuri jinkludu l-ammonti ta' flus li ddaħħlu fis-sistema tal-informatika tal-Awtorità, bħala li hi rċeviet f'kull sena u ma jirriflettux kontijiet li nħarġu iżda għadhom ma tħallsux.", "Fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal imwejjed u siġġijiet, l-Awtorità ma titlobx li jiġi provdut parkeġġ dwar imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika, u għaldaqstant ma jsirx ħlas fl-iskema ta' CPPS f'dan ir-rigward.", "L-Awtorità, iżda, sa mis-26 ta' April 2017, f'dawk il-każijiet meta l-imwejjed u s-siġġijiet ikunu ser jitpoġġew flok spazju/i ta' parkeġġ qed titlob kontribuzzjoni bħala planning gain, li l-ammont tiegħu jkun ivarja skont l-ammont ta' spazji ta' parkeġġ li jkun qed jittieħed.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sinjura President, fil-mistoqsija kien hemm ukoll talba dwar kemm kien id-dħul tal-permessi tat-tables and chairs u l-Ministru qal li l-ammont ivarja skont l-ammont ta' spazju ta' parkeġġ li qed jittieħed.", "Il-Ministru għandu l-ammont li tħallas għalihom?", "Fiex ġie utilizzat l-ammont totali li qed jgħid li nġabru mill-2013?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Qabel xejn, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' dawn il-mistoqsijiet pertinenti ħafna.", "Fil-fatt, jekk wieħed isegwi l-istqarrijiet u l-ħidma ministerjali u dik tal-Awtorità tal-Ippjanar isib ukoll li qed ikun hemm numru ta' proġetti mill-kunsilli lokali li jersqu 'l quddiem u japplikaw għal proġetti li jiġbru fihom dawn il-fondi u fondi oħrajn taħt il-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Permezz ta' dan il-fond ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati proġetti u interventi f'dik il-lokalità li fiha jkun sar it-tali żvilupp, li mingħandha allura jinġabru dawn il-fondi.", "Fil-fatt dalgħodu, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Aguis, iċ-Chairperson Eżekuttiv, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Ippjanar, u anke l-ħaddiema li jaħdmu fil-unit rispettiv, kelli l-opportunità li nagħtu €400,000 lill-Kunsill Lokali tal-Floriana għar-riġenerazzjoni tal-Ġnien Re Ġorġ V, li qiegħed proprju fuq il-Port il-Kbir.", "Il-ġimgħa l-oħra l-Awtorità tal-Ippjanar iffinanzjat 13-il proġett permezz ta' applikazzjonijiet minn sitt kunsilli differenti.", "Però ma nistax ma nespremix id-diżappunt … U huwa tajjeb li din il-Kamra tkun informata sabiex kull darba li nitkellmu fuq il-kunsilli lokali, inkunu konxji tal-għodda u l-opportunitajiet li għandhom.", "Mhux qed nikkritika lill-kunsilli lokali b'mod ġenerali u nagħmel preġudizzju fuqhom, però huwa tajjeb li niftakru li l-kunsilli lokali għandhom €28 miljun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Allura għandek Awtorità li qed tistenna bi ħġarha proġetti sabiex niffinanzjawhom.", "S'issa, matul din is-sena, iffinanzjajna €5 miljun, li jinkludi l-proġetti li semmejt il-ġimgħa l-oħra u anke li semmejt dalgħodu. €5 miljun huma ammont sostanzjali, però fadal €28 miljun li għadhom qed jistennew!", "Irrid ngħid ukoll li l-maġġorparti assoluta ta' dawn il-€5 miljun kienu għal interventi biex il-kunsilli lokali jagħmlu toroq bihom.", "Issa f'dan il-Baġit, għat-toroq minn €16-il miljun tlajna għal €100 miljun li għaddejniehom lil Infrastruttura Malta.", "Din hija qabża fenomenali fl-ammont allokat biex tagħmel it-toroq li qabel kienu responsabbli għalihom il-kunsilli lokali u li għalihom kienu jitolbu l-fondi lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jiġifieri huwa tajjeb li nifhmu iktar lill-kunsilli lokali, x'qed iwassal għal ċertu tkarkir tas-saqajn milli jersqu 'l quddiem u jutilizzaw dawn il-fondi.", "Uħud mill-fondi ilhom hemm, nażżarda ngħid, iktar minn għaxar snin, minn meta żmien ilu nħoloq il-Fond għall-Iżvilupp Urban u l-fond li qed jistaqsi fuqu l-Onor.", "Fir-rigward tal-flus li nġabru, inġabru wkoll għexieren ta' ewro mit-tables and chairs.", "Però, fit-tweġiba tiegħi jien tajt spjega teknika.", "Hemmhekk qed nitkellmu fuq planning gain u mhux CPPS.", "Dik kienet ir-raġuni għaliex għamilt dik id-distinzjoni fit-tweġiba li tajt.", "Bla dubju ta' xejn, dan huwa l-bilanċ sensittiv li wieħed irid joħloq, bejn li jixpruna u jgħin iktar il-kummerċ - kull min għandu faċilità ta' catering kulħadd jixtieq li jestendi barra, anke minħabba li l-pajjiż joffri ċerta klima ideali biex wieħed jiekol barra f'diversi xhur tas-sena - imma min-naħa l-oħra qed innaqqru mill-parkeġġi.", "Ħaġa interessanti hija li meta staqsejt lill-Kap Eżekuttiv kemm ilu mwaqqaf dan il-fond u kemm kellu kunsilli lokali, inkluż meta kont sindku jien tal-lokalità tiegħi, li minn dawn il-flus li nġabru mill-parkeġġi mitlufa marru biex jagħmlu proġetti ta' parkeġġi f'għaxar snin jew 15-il sena, it-tweġiba kienet li għal proġett ta' parkeġġ totali minn fuq s'isfel, parkeġġ biss kellek proġett wieħed, l-Iklin.", "Maġenbi hawn l-Onor.", "Camilleri li qed isemmi l-Fgura, però fit-tweġiba teknika li rċevejt ma kienx imsemmi, u lanqas Ħad-Dingli ma kien imsemmi.", "Niftakar li l-flus konna użajniehom biex intejbu l-bankini, għax dak iż-żmien dik kienet il-prijorità.", "Forsi Ħad-Dingli m'hemmx daqstant problema ta' parkeġġi; il-Fgura għandha problema żgur.", "Peró l-punt jibqa' li anke hawnhekk, il-flus li jiġbru l-kunsilli lokali mill-parkeġġi lanqas qed imorru lura għall-parkeġġi.", "Naf li kellna kritika meta għollejna l-miżati għall-iżviluppaturi.", "Nafu li ħafna drabi jkun hemm il-kritika li aħna u l-MDA, l-iżviluppaturi, wisq viċin xulxin.", "Però kelli kritika ħarxa meta għollejna l-miżati tal-Awtorità tal-Ippjanar, u aħna - għax jien nassumi r-responsabbiltà- qbilna ma' dik id-deċiżjoni li jiżdiedu l-miżati, għax kienet aktar vijabbli li kuntrattur ma jagħmilx il-parkeġġi taħt l-art jew fil-livell tat-triq u minflok jikkontribwixxi għall-fond.", "Jien informat li bil-miżati l-ġodda qlibna dik is-sitwazzjoni, però rridu naraw li dawn il-flus jintużaw.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru semma t-toroq residenzjali u x-xogħol u l-allokazzjoni ta' €100 miljun li kien hemm f'dan il-Baġit għal Infrastruttura Malta.", "Filwaqt li matul dan is-sajf u anke fix-xhur ta' wara ngħataw prijorità x-xogħlijiet li għandhom x'jaqsmu ma' toroq li mhumiex residenzjali, toroq bħal tal-Marsa u oħrajn, skont ma segwejt mill-midja, jidher li l-pass li jmiss huma t-toroq residenzjali u ħarġet lista ta' liema toroq se jingħataw prijorità.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess u anke meta r-residenti li joqogħdu f'dawn it-toroq - wieħed jifhem li kulħadd iħoss li t-triq li joqgħod fiha hu għandha tkun l-aktar triq li tingħata prijorità - se jibdew jaraw ix-xogħol fit-triq tagħhom?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Naqbel mal-Onor.", "Camilleri, speċjalment mal-aħħar biċċa, jiġifieri, li kull min jikteb u kull min jitkellem, kull min javviċina deputat miż-żewġ naħat tal-Kamra u kull min javviċina kunsill lokali, għalih it-triq li jgħix fiha hija l-aktar waħda importanti fil-pajjiż, b'mod partikolari jekk ikun minn dawk l-iżvinturati li jgħixu f'xi waħda mill-160 triq li qatt ma ngħatalha wiċċ, jew il-wiċċ li ngħatalha issa għandu bżonn jerġa' jsir mill-ġdid.", "Għalhekk, bħala Gvern u bħala partit li kien jaspira li jerġa' jingħata mandat mill-poplu, konna pproponejna li ninvestu €700 miljun fis-seba' snin li ġejjin fl-infrastruttura ta' pajjiżna.", "L-infrastruttura ta' pajjiżna tgħin biex insostnu l-ekonomija, però, fuq kollox, tagħti dinjità lir-residenti b'upgrades tat-toroq rispettivi.", "Issa qed naraw dik il-wegħda, dak l-impenn ċar, jiġi implimentat.", "Fl-4 ta' Lulju ltqajna hawnhekk u vvotajna biex inwaqqfu Infrastruttura Malta.", "Jien nittama li fil-kumplament tas-seduta tal-lum nisma' l-ħsebijiet tal-Oppożizzjoni meta se nkunu qed niddiskutu l-baġit tal-Ministeru tiegħi u se nara jekk jiddispjaċihomx li fl-4 ta' Lulju vvotaw kontra t-twaqqif ta' Infrastruttura Malta, u allura kontra s-€700 miljun investiment fit-toroq.", "Ftit tal-ġranet wara t-twaqqif tal-Aġenzija bl-avviż legali li ħareġ f'Settembru, ħriġna t-tender sabiex isiru l-ewwel 120 triq.", "Din il-lista ma tinkludix it-toroq kollha tal-pajjiż, hija l-lista tat-toroq li se jinbdew f'Jannar li ġej.", "It-tenders għalqu lbieraħ, ħriġniehom f'ħames lots u kif ħriġna l-informazzjoni għall-pubbliku kien hemm tliet offerti.", "Jiġifieri kien hemm tliet konsorzji, li f'dan il-każ kienu kuntratturi Maltin biss, għall-kuntrarju ta' kif rajna fi proġetti maġġuri oħrajn, li qegħdin jgħidu li għandhom il-kapaċità biex jidħlu għal dawn il-120 triq.", "Għandek lot li qed jinqasam f'numru ta' toroq, li flimkien jagħmlu 120 triq u l-valuri jvarjaw, però jekk wieħed jieħu l-medja, hemm proposta ta' €50 miljun għal dawn l-ewwel 120 triq.", "Aħna qegħdin naħdmu fuq it-tieni u t-tielet listi, li se joħorġu fil-ġimgħat u xhur li ġejjin, sabiex isegwu mal-kumplament tal-investiment li se jsir fis-sena d-dieħla.", "Ovvjament, il-lista ta' prijoritizzazzjoni, għax għażilna triq u mhux oħra, hija waħda bbażata kemm mill-aspett tekniku, jiġifieri, liema hija l-aktar triq li għandha bżonn, għax jidħlu diversi aspetti.", "L-ewwel nett, hemm l-impenni politiċi li jinsabu fil-programm tal-Gvern, li jsiru l-160 triq li qatt ma saru.", "Għandek ukoll il-fatt li ċerti toroq għandhom kontribut ekonomiku ikbar minn oħrajn u dik wieħed irid jeħodha fil-konsiderazzjoni tiegħu.", "Issa li nġabru l-offerti, fil-ġranet li ġejjin jibdew l-evalwazzjonijiet tagħhom u meta jkunu aġġudikati jibda immedjatament ix-xogħol fuqhom u b'mod parallel jibqa' għaddej ix-xogħol ta' ppjanar għall-kumplament tat-toroq li jsiru mal-kumplament tas-sena d-dieħla.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplmentari.", "TONI BEZZINA: Il-Ministru għadu kemm qal li kien hemm kunsill lokali wieħed li bil-fondi tas-CCPS applika biex isir parkeġġ.", "Naħseb li huwa informat ħażin għax hemm kunsill lokali ieħor li għandu l-applikazzjoni biex isir parkeġġ li għadha fil-proċess, ilha fuq sentjen u nofs pendenti din l-applikazzjoni.", "Naħseb li l-Ministru japprezza li biex joħroġlok permess ta' dak il-kobor jgħaddi ċertu ammont ta' żmien u mhux se joħroġlok il-permess mil-lum għal għada.", "Dan il-kunsill partikolari riċentement kellu l-fondi, imma kien hemm sitt kunsilli lokali li kellhom madwar €2 miljun neqsin mill-fondi tagħhom tas-CCPS.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-kunsilli lokali kenux informati qabel ma tnaqqsulhom dawn il-flus.", "X'kienet ir-raġuni li tnaqqsulhom dawn il-flus?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Jien rajt ir-rapporti tal-każ partikolari li qed jaċċenna għalih l-Onor.", "Bezzina fuq il-mezzi tax-xandir.", "Ma naħsibx li kienet rapportata b'mod preċiż.", "L-ewwel nett, il-kunsilli lokali ma tteħdulhom l-ebda flus.", "Il-flus qegħdin hemm allokati għal-lokalità u jekk il-kunsilli lokali jridu japplikaw sabiex jibnu parkeġġ, huma fil-libertà li jagħmlu dan.", "Sadanittant, il-kunsilli lokali ma resqux bl-applikazzjoni tagħhom.", "Rigward il-fatt li inti qed tgħidli li jeżisti kunsill lokali li applika, jien m'għedtlekx jekk hemmx kunsilli li applikaw.", "Jien għedtlek li f'dawn is-snin sar proġett wieħed.", "Ma jfissirx li m'hemmx aktar applikazzjonijiet.", "Huwa tajjeb li hemm xi ħadd ieħor li applika.", "Nittama li jekk għandu proġett tajjeb, mhux biss ikun ikkonsidrat, imma implimentat, sabiex jingħaqad magħna, li bħala Gvern, kif tħabbar fil-Baġit se nkunu qed noħorġu sejħa fuq livell nazzjonali sabiex numru ta' siti li għandu l-Gvern ikunu jistgħu b'mod strateġiku jiġu mibdula f'parkeġġi li joffru aktar spazju.", "Meta tkun qed tfittex parkeġġ f'lokalitajiet partikolari tkun qed tikkontribwixxi għall-konġestjoni tat-traffiku.", "Pereżempju, jekk wasalt fil-lokalità ta' Tas-Sliema u ma sibtx parkeġġ mill-ewwel u kellek iddur ix-Xatt ta' Tas-Sliema għal darba darbtejn, tkun żidt il-ħin tiegħek fuq it-triq, żidt l-emissjonijiet u żidt it-traffiku.", "Għalhekk irridu naħdmu f'dak ir-rigward ukoll.", "Però ma naħsibx li l-ispjega kif kienet rapportata hija preċiża, jew forsi kien hemm twist fl-artiklu, li hija xi ħaġa naturali u ġurnalistika wkoll.", "Però jien ma kelli ebda kunsill lokali li kitibli fuq dan il-każ partikolari.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fil-lokalità li tagħha kont sindku jien, fi żmien l-amminstrazzjoni l-oħra kien il-Gvern ċentrali li uża dan il-fond.", "Dan il-fond mhuwiex tal-kunsill lokali, iżda huwa tal-lokalità u għalhekk jista' jintuża fil-lokalità kemm mill-kunsill lokali, kif ukoll mill-Gvern ċentrali.", "Jien informat li huwa permessibbli li jintużaw anke minn NGOs u mhux biss mill-kunsilli lokali.", "Fiż-żmien li kont sindku jien kien hemm każijiet fejn kien hemm NGOs li applikaw permezz tal-kunsill lokali sabiex jibbenefikaw minn dan il-Fond għall-Iżvilupp Urban, li llum huwa l-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Ftit xhur ilu kien hemm xi tibdil fir-regoli ta' dan il-Fond, li kien infetaħ sabiex permezz tiegħu iktar proġetti jkunu jistgħu jsiru.", "Insemmi, pereżempju, it-toroq; safejn niftakar jien, qabel ma kienx permessibbli li jsiru toroq permezz ta' dan il-Fond, imma b'dawn ir-regoli ġodda issa jistgħu jsiru.", "Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra dwar dan?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: M'għandix l-informazzjoni, però l-fatt hu li l-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar wessa' l-eliġibbiltà, u jien kont konxju tad-deċiżjonijiet li kienu qed jittieħdu.", "L-Awtorità tal-Ippjanar ħasset li kellha twessa' l-eliġibbiltà proprju bi sforz għall-fatt li għandek dawn il-flus qegħdin fuq l-ixkaffa.", "Numru ta' interventi li qabel ma kenux eliġibbli, illum saru eliġibbli bħal, pereżempju, bini ta' ċentri tal-komunità, bħalma ġie inawgurat din il-ġimgħa fil-lokalità tal-Fgura, u dak iż-żmien anke fuq interventi relatati mat-toroq.", "Aħna erġajna ħadna deċiżjoni bil-kontra.", "Il-fatt li l-Gvern se jkun qed jagħmel it-toroq, min ma kienx diġà applika, issa ma jistax japplika għal responsabbiltà li m'għandux.", "Il-kunsilli lokali issa għandhom ir-responsabbiltà li jagħmlu biss il-manutenzjoni ordinarja tat-toroq, mentri r-responsabbiltà għall-bini ta' toroq għaddiet għand Infrastruttura Malta.", "Dan ifisser li l-investiment se jkun qed jagħmlu direttament il-gvern ċentrali.", "Allura l-fondi kibru u mhux naqsu, bit-tama li l-kunsilli lokali jkunu kreattivi u japplikaw għal interventi partikolari.", "Jiġifieri l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet id-deċiżjoni biex twessa' dak li huwa eleġibbli.", "Jidher li kien hemm xi kunsilli li applikaw, mentri oħrajn xorta waħda baqgħu ma resqux 'il quddiem biex jutilizzaw dawk il-fondi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Ma nafx jekk il-Ministru Borg hux midħla ta' Bengħajsa, imma bħalissa suppost li hemmhekk għaddej xogħol ta' tarmak.", "Naf li l-Onor.", "Toni Bezzina ġibed l-attenzjoni ta' Infrastruttura Malta minħabba problema ta' livelli.", "Fit-8 ta' Diċembru hemmhekk niċċelebraw il-festa tal-Kunċizzjoni.", "Jista' l-Ministru tal-inqas jagħti assigurazzjoni li sa dakinhar it-toroq ta' Bengħajsa se jkunu asfaltati?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, billi ma tkunx tiffrekwenta kull rokna tal-pajjiż, ma jfissirx li ma tkunx konxju tal-isfidi li jkunu għaddejjin minnhom il-lokalitajiet.", "Fil-fatt, minbarra l-Onor.", "Bezzina u l-Onor.", "Schiavone li t-tnejn li huma semmewli privatament il-kwestjoni ta' Bengħajsa, kien hemm ukoll l-Onor.", "Farrugia Portelli u l-Onor.", "Dalgħodu anke l-Ministru Owen Bonnici kellimni, u anke ritratti kelli!", "U għax il-Ministru Bonnici għoġbu jibgħatli ritratti sbieħ ta' Birżebbuġa, ċempilt u staqsejt fuqha.", "Issa kulma fadal huwa li jingħata l-wiċċ.", "Qed nieħu nota ta' dawn l-avvenimenti li qed isemmi l-Onor.", "Kif għedt, jien informat li issa fadal li l-kuntrattur jagħti l-wiċċ u l-proġett ikun konkluż.", "Qed nieħu nota ta' dawn id-dati u nittama li jkunu jistgħu jiċċelebraw il-festa tagħhom fuq wiċċ ġdid wara stennija ta' għexieren ta' snin!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Matul l-aħħar sena kien ingħata trasport pubbliku b'xejn lil żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-20 sena.", "F'dan il-Baġit, dan il-Gvern ħass - u nifhem li anke l-Ministru li ressaq il-proposta - li għandha tiżdied il-kategorija ta' età ta' żgħażagħ li jistgħu jużaw it-trasport pubbliku b'xejn, li issa m'għadux biss għal dawk bejn is-16 u l-20 sena, iżda żdied ukoll għal dawk ta' bejn l-14 u s-16-il sena, u anke għal dawk kollha li għadhom studenti, u għaldaqstant, jekk persuna tkun għadha student l-Università, l-MCAST, l-ITS, jew xi istituzzjoni edukattiva oħra f'pajjiżna, minkejja li qabżet l-età ta' 20 sena, tista' tibbenefika minn trasport pubbliku b'xejn.", "Xi ħaġa oħra verament pożittiva, anke kif issemma fid-Diskors tal-Baġit, hija li l-persuni b'diżabilità wkoll se jkunu inklużi f'din l-iskema, ikollhom kemm ikollhom età, u b'hekk ikollhom trasport pubbliku b'xejn.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kif marret din l-iskema?", "Qed nifhem li marret tajjeb ħafna ladarba l-Ministru ddeċieda li jżidha, anke sabiex jinċentiva żgħażagħ oħrajn, li flok jixtru karozza jużaw it-trasport pubbliku b'xejn.", "Xi pjanijiet oħra hemm għall-quddiem?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Qabel xejn, nixtieq nibda billi nirringrazzja lil kull min jagħmel użu mit-trasport pubbliku.", "It-trasport pubbliku f'din is-sena partikolari huwa utilizzat minn xejn inqas minn 50 miljun passiġġier!", "Forsi tistaqsini kif jista' jkun li jużawh 50 miljun passiġġier!", "F'pajjiżna għandna nofs miljun li jgħixu hawn u madwar żewġ miljuni oħra li jżuruna.", "Bażikament, kull darba li tivvjaġġa inti meqjus bħala passiġġier.", "Dak huwa l-mod kif titkejjel l-istatistika f'dan is-settur.", "Nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lil Transport Malta.", "Jien kburi bix-xogħol li għamlet Transport Malta matul l-aħħar snin, sabiex bħala regolatur, u anke bħala l-konċessjonarju ta' dak is-servizz, issegwi u tara li l-obbligi qed jintlaħqu u tara wkoll li f'kull pajjiż li jaspira li jindirizza l-problema ħolistika tat-traffiku, u l-mod ta' kif wieħed jiċċaqlaq minn post għal ieħor, irid ikollu trasport pubbliku effiċjenti.", "Naħseb li fid-dinja kollha ħadd ma jikkonsidra li t-trasport pubbliku ta' pajjiżu huwa 100% effiċjenti u ma hemm xejn xi ttejjeb fih.", "Xejn inqas aħna.", "Jien nixteq nara iktar effiċjenza fit-trasport pubbliku, nixtieqli l-complement tal-operatur ikun sħiħ matul is-sena kollha, li l-flotta tal-vetturi terġa' tibda tiġi modernizzata skont il-kuntratt, però naf li għadhom 'il bogħod milli jilħqu l-ftehim tal-kuntratt li kienu ngħataw.", "Dan huwa operatur li daħal fil-kuntratt ta' dak preċedenti li huwa miktub u miftiehem mill-Gvern preċedenti.", "Għalhekk anke l-inizjattivi li ttieħdu s-sena l-oħra biex tkompli tiżdied il-flotta fejn hemm bżonn, il-proġetti pilota, pereżempju, bħalma għaddej mal-Ministeru għal Għawdex, biex ikollna l-ewwel vetturi li jaħdmu bl-elettriku, u f'dak il-każ iservu wkoll bħala mezzi ta' Park and Ride …", "Però, nerġa' ngħid, it-trasport pubbliku huwa utilizzat minn 50 miljun passiġġier.", "Jiġifieri l-figuri huma ħafna iżjed mill-34 miljun li writna fl-2013!", "Dan ifisser li anke r-riforma li saret mill-predeċessur tiegħi kellha effett pożittiv, għaliex iktar nies qed jutilizzawha.", "Kien hemm miżuri oħrajn li kkontribwixxew għall-figuri li semmejt, bħall-introduzzjoni ta' Tal-Linja Card u l-fatt li allaċċjanja l-ferries, li qed jintużaw minn 1.3 miljun passiġġier fis-sena, meta komparat mas-66,000 biss li kienu jużawhom fl-2012.", "Hawn ukoll rajna qabża kbira, minn 66,000 għal 1.3 miljun!", "Kien hemm l-inizjattiva tas-sena l-oħra, li Tal-linja tkun b'xejn għal żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-20 sena, li kienet utilizzata minn 22,000 żagħżugħ u żagħżugħa.", "Ma tistax ma ssejjaħlux suċċess meta 22,000 żagħżugħ jutilizzaw Tal-linja f'pajjiż tad-daqs tagħna!", "Dawn iż-żgħażagħ iffrankaw €320 fis-sena f'dik is-sena partikolari.", "Bnejna fuq dak tas-sena l-oħra, u allura erġajna tajna dan l-inċentiv lil min se jagħlaq bejn 16 u 20 sena matul is-sena 2019, imma ridna li nżiduha, nantiċipaw anke s-snin, u nagħtu dan l-inċentiv lil min jagħlaq 14-il sena.", "Issa dan l-inċentiv jgħodd għal min jagħlaq 14-il sena u mhux min jagħlaq 16-il sena.", "Il-fatt li jkollok iktar minn 20 sena, jekk inti bqajt issegwi l-istudji tiegħek full-time, għandek kemm għandek żmien, xorta se tibqa' tibbenefika minn trasport pubbliku b'xejn.", "U se nkunu qegħdin nistudjaw kif anke l-persuni b'diżabilità jibbenefikaw minnha.", "Xħin issemmi liż-żgħażagħ, lill-persuni b'diżabilità u lill-istudenti, jistaqsuk għall-anzjani.", "L-anzjani jafu li għandna impenn fil-programm elettorali tal-2017, li anke huma, anke jekk illum jiggwadanjaw minn prezz ridott, jieħdu trasport pubbliku b'xejn.", "Għadna fit-tieni sena ta' din il-Leġiżlatura u konvint li naslu sabiex inkomplu noffru trasport pubbliku effiċjenti u b'xejn għal dawk li kkommettejna ruħna magħhom, għax nemmnu li b'servizz ta' trasport pubbliku effiċjenti nkunu qed ngħinu b'mod ħolistiku biex nilqgħu għall-isfidi f'dan is-settur.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sinjura President, f'isem il-Ministru Chris Cardona inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 358 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar l-Iskema Get Ready;", "f'isem il-Ministru Evarist Bartolo inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 361 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master in Theology – M. Th. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tat-Teoloġija;", "Avviż Legali Nru 362 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Grad ta' Master of Arts in Social Practice Arts and Critical Education – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 363 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science - M.Sc. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy; u", "Avviż Legali Nru 364 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Grad ta' Master of Arts in Musuem Education – M.A. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "f'isem il-Ministru Owen Bonnici nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "f'isem il-Ministru José Herrera nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 365 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Qafas fil-Politika Ambjentali tal-Baħar;", "Avviż Legali Nru 366 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Valutazzjoni u Immaniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent;", "Avviż Legali Nru 368 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi;", "Tabella li turi l-ammont ta' metall, batteriji u cables tal-elettriku li nġabar għall-bejgħ u/jew aktar trattament mill-Wasteserv fis-snin bejn l-2012 u l-2017, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 4561; u", "Tagħrif dwar barrieri liċenzjati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7214.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 360 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta' Merkanzija Perikoluża bil-Vetturi bil-Mutur.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, ippresidiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq ninforma lill-Kumitat li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat, li għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "IAN BORG: Sinjura President, inressaq dawn ir-riżoluzzjonijiet:", "VOT 38 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €93,569,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 - Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT XV - MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €121,485,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XV - Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 38 - MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI", "Ħassar iċ-ċifra \"€97,835\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€97,832\".", "Sinjura President, peress li l-ħin għad-dispożizzjoni tiegħi biex nitkellem dwar dan il-Ministeru llum huwa limitat ħafna, se nkun qed nagħmel l-almu tiegħi biex nimminimizza l-kummenti politiċi tiegħi u nagħfas iżjed fuq l-element tekniku b'mod mill-aktar kostruttiv.", "Però, qabel xejn, nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-ħaddiema, minn dawk manwali, sal-professjonisti u gradi maniġerjali li jaħdmu fid-diversi dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-kappa ta' dan il-Ministeru, kif ukoll lill-kumpaniji kollha privati li jagħtu servizz lil dawn l-entitajiet, li jien konvint li jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex lill-poplu tagħna jagħtuh servizz mill-aqwa.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema ta' dipartimenti u entitajiet oħrajn li għalkemm ma jaqgħux taħt il-kappa ta' dan il-Ministeru, xorta jagħtu sehemhom biex it-toroq tagħna jkunu aktar siguri, fosthom il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u d-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, il-Perit Ray Farrugia, li f'dawn il-ġranet se jkun qed jirtira bl-età.", "Nixtieq ngħid li huwa bniedem integru, li jagħmel xogħlu bla heda u jiena kelli wkoll ix-xorti li għal diversi snin naħdem mill-qrib miegħu.", "Nirringrazzjah tas-servizz li ta lil pajjiżna.", "Fl-istess ħin, nixtieq nawgura kull suċċess fil-ħidma tiegħu lill-Perit Stephen Bonello li se jokkupa din il-kariga fiż-żmien li ġej.", "Għalhekk, nixtieq nagħmilha ċara mill-bidu nett ta' dan id-diskors li l-kiritka li se nkun qed nagħmel bl-ebda mod ma tirreferi għall-operat ta' dawn in-nies, però r-referenza tiegħi se tkun għan-nuqqas ta' strateġija u pjan fit-tul ta' dan il-Gvern.", "Barra minn hekk, jien konvint li l-Ministru Ian Borg qed jagħmel l-almu tiegħu biex fi ftit xhur jipprova jwettaq dak li ma sarx fl-aħħar sitt snin.", "Għalkemm bħala Oppożizzjoni tul dawn l-aħħar sitt snin, kemm jien, kif ukoll il-kollegi deputati tal-Partit Nazzjonalista, ressaqna diversi suġġerimenti u kontroproposti lill-Gvern fuq diversi oqsma, sfortunatament fil-parti l-kbira tagħhom dawn jew ġew injorati jew inkella l-Gvern dam ikaxkar saqajh wisq biex iwettaqhom.", "Għalkemm it-tema ta' dan il-Baġit hija \"Ngħixu s-Suċċess\", jibqa' l-fatt li fir-rigward tat-trasport u l-infrastruttura dan hu baġit li fil-parti l-kbira tiegħu huwa baġit riċiklat u bla viżjoni fit-tul.", "Dan il-Ministeru jħaddan fih waħda mill-problemi prinċipali li għandna f'pajjiżna li fniet lill-poplu Malti u Għawdxi, u ċjoè, it-traffiku u l-konsegwenzi li dan iġib miegħu.", "U għaliex qed ngħid dan, li dan hu baġit riċiklat u nieqes mill-ideat innovattivi?", "Għalkemm baġit isir biex jipproponi inizjattivi ġodda, kontra qalbi jkolli ngħid li dan il-Baġit spiċċa jirrepeti l-proposti tas-sena l-oħra.", "Fil-fatt, minn tmien proposti f'dan is-settur, sitta minnhom huma ripetuti mill-baġit ta' qablu.", "Il-Gvern reġa' semma wkoll il-proposta dwar trasport b'xejn għall-iskejjel li ssemmiet fil-baġit tas-sena l-oħra.", "Nixtieq nenfasizza li l-Partit Nazzjonalista kien ilu erba' snin, minn Ottubru tal-2014, iħambaq biex din il-proposta tidħol fis-seħħ, però għax kienet proposta tajba li saret mill-Partit Nazzjonalista, ħallieha fuq l-ixkaffa, imbagħad meta ġie biex iwettaqha, wettaqha nofs sajran u fl-aħħar minuta, bil-konsegwenza li għad hemm ġenituri li qegħdin jiġu diskriminati għax għadhom mingħajr trasport b'xejn għal uliedhom.", "Però, agħar minn hekk hu li tressaq proposta li tkun taf li ma tistax issostniha bħalma għamel fil-każ dwar l-għoti ta' grants fuq xiri ta' roti.", "Għalkemm il-konċett huwa wieħed tajjeb u ta' min jinkoraġġih, x'jiswa li tinċentiva x-xiri tar-roti u fl-istess nifs ma jsir xejn biex min jixtri rota jkun jista' jużaha bħala mezz alternattiv tat-trasport bla biża' li jispiċċa l-isptar jew, agħar minn hekk, fil-kamra mortwarja?!", "Bħal fil-każ tal-bus lanes, fejn sar twessigħ ta' toroq ma ġewx introdotti bicycle lanes ġodda.", "Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li jsir barra minn Malta, persuna li tkun tixtieq tuża r-rota għal parti mill-vjaġġ tagħha, imbagħad tkun tixtieq tkompli l-parti l-ieħor tal-vjaġġ bit-trasport pubbliku, preżentement ir-roti mhux qegħdin jitħallew jitgħabbew fuq il-karozzi tal-linja, u biex jintefa' l-melħ fuq il-ferita, fil-ftuħ ta' sezzjoni nru 4 tad-Diskors tal-Baġit, taħt is-sottotitlu \"Nindirizzaw l-Infrastruttura tat-Toroq\" il-Gvern qal hekk:", "\"L-inċentivi li daħlu qegħdin jinkoraġġixxu l-użu tar-rota, tal-muturi u tat-trasport pubbliku, filwaqt li jiskoraġġixxu l-użu tal-karozzi privati.\".", "U jekk trid tiskoraġġixxi l-użu tal-karozza u tinċentiva l-użu tat-trasport pubbliku, tar-rota u tal-mutur, fejn issib spazju biex tintroduċi karreġġjata jew tnejn fit-triq, ma tagħmilx karreġġjata minnhom li tintuża bħala bus lane, u fl-istess waqt tinċentiva wkoll il-car sharing u l-car pooling?", "U kienet se taqa' d-dinja billi twessa' t-triq b'metru u nofs ieħor ħalli tintroduċi bicycle lane?", "Agħar minn hekk, għalkemm fil-baġit tas-sena l-oħra l-Gvern kien qal li se jsaħħaħ il-miżura ta' car pooling billi joffri preferenza fl-użu tal-bus lanes, minflok li dawn il-bus lanes żdiedu, spiċċaw naqsu drastikament, u dan sar mingħajr l-ebda preavviż jew konsultazzjoni, la mal-pubbliku u lanqas mal-fornitur tas-servizz tat-trasport pubbliku.", "Anzi, bus lanes eżistenti li tneħħew qabel ma sar ix-xogħol ta' twessigħ fil-Marsa, allavolja żdiedu l-karreġġjati, ma reġgħux ġew introdotti!", "Ta' min isemmi wkoll li fejn sar twessigħ ta' toroq la ġew introdotti bus lanes ġodda u lanqas bicycle lanes.", "Dan juri li għalkemm dan il-Gvern għandu ferneżija sħiħa li jwessa' t-toroq biex iżid il-car capacity fit-toroq tagħna, mhu joffri l-ebda alternattiva prattika oħra ta' mobbiltà.", "U xi ngħidu għall-wegħda ta' investiment f'bus shelters ġodda u li jtejbu l-aċċessibbiltà ta' bus shelters eżistenti?", "Mhux talli ma sar xejn, talli ftit xogħol fuq żewġ bus shelters fil-Coast Road qegħdin jieħdu eternità, b'detriment għal dawk kollha li jużaw dawn il-bus stops.", "It-trasport fuq l-art huwa ċ-ċavetta tal-mobbiltà ta' diversi stakeholders, b'mod partikolari tat-tfal tal-iskola, ħaddiema u min iħaddem, self-employed, professjonisti, anzjani u kull min juża t-toroq tagħna.", "Huwa hawnhekk fejn dan il-Gvern preżenti falla, u falla bil-kbir.", "Huwa inutli li ninvestu l-miljuni jekk lanqas hemm pjan serju ta' kif ikunu se jintnefqu l-flus.", "Qed nispiċċaw li minflok nutilizzaw flus il-poplu bl-aktar mod effettiv u ta' utilità għal pajjiżna, qegħdin inberbqu t-taxxi tal-poplu tagħna bl-addoċċ u bla ebda pjan.", "Dan qisu għandek tifel, tagħtih €1,000 u minflok jara li dawn il-flus jonfoqhom b'mod intelliġenti f'affarijiet ta' bżonn u b'mod bilanċjat, iħarbathom biss fuq divertiment.", "U l-istess qed jagħmel dan il-Gvern!", "Qed jgħid li jrid jonfoq €700 miljun f'toroq, però qiegħed iħalli barra l-iktar ħaġa importanti, li dawn is-€700 miljun jintnefqu bi prijorità li tħares il-bżonn tal-commuters tagħna, ħalli bħala pajjiż nieħdu valur għall-flus li nkunu qegħdin nonfqu bi pjan, ħalli x-xogħol li jkun qed isir ikun jista' jinħass l-effett tiegħu, kemm f'terminu qasir, kif ukoll fit-tul.", "Għandu jsir xogħol ta' kwalità u tal-ogħla livell biex jitgawda mit-tfal u mit-tfal tat-tfal tagħna, u mhux isir bl-għaġla u wara erbat ijiem biss ikollu jerġa' jsir kollox mill-ġdid.", "Għandu wkoll isir xogħol li jirrispetta u mhux jiddegrada l-ambjent ta' madwarna.", "Fil-manifest elettorali tal-elezzjoni li għaddiet tal-Partit Laburista kien intqal hekk:", "\"Matul dawn l-erba' snin twaqqaf ir-Road Safety Council li jixpruna kampanji fuq il-mezzi tax-xandir, social media u kampanji edukattivi direttament fl-iskejjel.", "Tnediet ukoll ir-Road Safety Strategy.\".", "Però minn statistika riċenti li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nsibu li n-nies li mietu f'inċidenti tat-traffiku żdiedu għal 23 tul l-2016, u konsegwenza ta' hekk pajjiżna qiegħed jitbiegħed minflok joqrob lejn il-mira Ewropea ta' nofs l-imwiet tal-2010 fl-2020.", "Dan juri l-falliment kbir tal-Gvern f'dan is-settur, speċjalment fir-road safety audits li suppost isiru b'mod regolari.", "Barra minn hekk, wieħed jistaqsi: X'qed jagħmel ir-Road Safety Council, jekk minflok ma naqsu, l-imwiet żdiedu?!", "Dawn iċ-ċifri juru wkoll li l-karozzi qegħdin jiżdiedu ferm iktar milli jiflaħ il-pajjiż.", "Fi tliet snin biss, bejn l-2013 u l-2016, żdiedu 45,000 karozza f'pajjiżna, jiġifieri, madwar 1,250 fix-xahar.", "Dan wassal għal żieda ta' 12% fid-dijossidu karboniku fl-arja tagħna fi tliet snin biss, li ovvjament, fil-maġġorparti tiegħu, huwa riżultat tat-tniġġis mit-traffiku.", "Riżultat ta' hekk Malta qiegħda r-raba' mill-aħħar fl-Ewropa għall-kwalità tal-arja.", "Dan juri li l-mira tal-użu akbar ta' trasport pubbliku ma ntlaħqitx minkejja li s-sussidju żdied għall-ħames darbiet, u ċjoè minn €6 miljuni sar €30 miljun fis-sena.", "Barra minn hekk, huwa inutli li nwessgħu t-toroq f'ċerti partijiet ta' Malta biex imbagħad nispiċċaw noħolqu bottlenecks f'postijiet oħrajn.", "Għalhekk wasal iż-żmien li tiġi mfassla strateġija serja u moderna għat-trasport f'pajjiżna.", "U ladarba ssemmi t-traffiku, ma tistax ma ssemmix it-trasport pubbliku.", "Punt pożittiv li ħareġ minn dan il-Baġit fuq it-trasport pubbliku kien li ġiet estiża l-iskema ta' Tallinja Card b'xejn għal dawk ta' bejn is-16 u l-20 sena għal sena oħra.", "Din il-miżura ġiet estiża wkoll għal dawk li jkunu għalqu l-20 sena u jkunu għadhom studenti, kif ukoll għal studenti minn 14-il sena 'l fuq.", "Punt ieħor pożittiv rigward it-trasport pubbliku hu li din is-sena se jibdew diskussjonijiet mal-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità u l-Aġenzija Sapport.", "Għalkemm din il-proposta ta' min jinkoraġġiha, x'jiswa li persuni b'diżabilità jkunu provduti trasport pubbliku b'xejn meta preżentement hemm diversi impedizzjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom persuni b'diżabilità meta jiġu biex jużaw it-trasport pubbliku f'pajjiżna, fosthom li karozza tal-linja ma trikkibx iktar minn siġġu tar-roti wieħed fl-istess ħin, li mhux il-mobility scooters u s-siġġijiet tar-roti motorizzati kollha jitħallew jitilgħu fuq il-karozza tal-linja, u li l-ebda mobility scooter u siġġu tar-roti motorizzati ma jitħallew jitilgħu fuq il-karozza tal-linja jekk fuq tal-linja jkun hemm diġà siġġu tar-roti?", "Sfortunatament, għalkemm fid-diskors tal-Baġit il-Gvern qed jipprova jagħti l-impressjoni li se jagħmel it-trasport pubbliku aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, fir-realtà it-trasport pubbliku huwa diskriminatorju fil-konfront ta' min għandu problema fiżika ta' mobbiltà, u dan għaliex meta jkunu fuq stage jistennew tal-linja hemm probabbiltà li jiġu rifjutati milli jitilgħu fuq il-karozza tal-linja.", "Għalhekk, nixtieq nagħmel appell sinċier lill-Ministru Ian Borg biex waqt id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità u l-Aġenzija Sapport, fid-diskussjonijiet jiġi involut ukoll il-fornitur tas-servizz tat-trasport pubbliku, biex dawn il-problemi jiġu diskussi u sorvolati u dawn il-persuni jingħataw trattament ugwali għall-passiġġeri l-oħrajn kollha.", "Huwa inutli li nipprovaw nagħtuhom trasport b'xejn meta dan mhux aċċessibbli għalihom.", "Però ladarba qed nagħmel referenza għas-servizz tat-trasport pubbliku, ma nistax ma nagħmilx referenza wkoll għal diversi nuqqasijiet li fih dan is-servizz, fosthom li ħinijiet ta' traġitti jinbidlu mingħajr preavviż, passiġġieri jdumu siegħa u aktar jistennew il-karozza tal-linja, linji li ma jsirux u qisu ma ġara xejn, u min iċempel u jilmenta qed jibqa' mingħajr tweġiba.", "Għalkemm il-Gvern qed jgħid li żdied il-patronaġġ, iż-żieda fil-patronaġġ hi kawża ta' żieda ta' 60,000 immigrant f'pajjiżna kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern.", "Dawn kważi kollha – għall-inqas fl-ewwel sena, sentejn li jkunu ilhom f'pajjiżna – jużaw it-trasport pubbliku.", "Il-kampanja kbira li għamel il-Prim Ministru bħala Kap tal-Oppożizzjoni kontra r-riforma fit-trasport pubbliku fl-2011, li kienet kontra s-sistema li s-sussidju tagħha kien €6 miljuni fis-sena, illum l-istess persuna fir-rwol tiegħu ta' Prim Ministru qed jagħti ħames darbiet aktar sussidju, €30 miljun fis-sena, u l-livell ta' servizz jew baqa' kif kien, jew saħansitra bilkemm ma marx għall-agħar ukoll.", "U xi ngħidu għax-xufiera ta' din il-kumpanija?", "Għalkemm il-fornitur tas-servizz qiegħed iġib l-iskuża li mhux isib xufiera, fil-fatt, ma ssibx xufiera jekk dawn ma jitħallsux tajjeb għax-xogħol li jagħmlu!", "Mela hawn min idaħħal l-eluf ta' ewro fix-xahar, u lix-xufiera Maltin qegħdin jgħidulhom biex meta jridu jitilqu għax issa qegħdin iġibu ħaddiema li lesti jaċċettaw il-pagi li qegħdin jagħtuhom.", "Għalkemm riċentement il-Prim Ministru qal li t-trasport pubbliku huwa ħolma, għall-passiġġieri Maltin, is-servizz li qed jingħata bi €30 miljun f'sussidju mit-taxxi tagħna, għalihom ġie ħmar il-lejl!", "Minn ftit taż-żmien 'il hawn ir-responsabbiltà għall-bini tat-toroq ġiet fi ħdan l-aġenzija ġdida tal-Gvern, Infrastruttura Malta, liema aġenzija qiegħda timmaniġġja madwar €100 miljun fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq, li ta' min jgħid li l-maġġorparti assoluta tagħhom huma mill-€1,300 miljun li l-eks Prim Ministru Nazzjonalista Lawrence Gonzi ġab mill-Unjoni Ewropea.", "Ara l-Prim Ministru li għandna llum, li kieku kien għalih bqajna barra mill-Unjoni Ewropea u sal-lum il-ġurnata għadna b'xiber imnieħer!", "Diversi esponenti tal-Gvern qegħdin jipprovaw jagħtu l-impressjoni li x-xemx telgħet fuq Malta minn meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern.", "Li ma jgħidux hu li l-ġid li qed igawdi minnu pajjiżna llum huwa frott ta' dak li żergħu diversi gvernijiet Nazzjonalisti fis-snin li għaddew, b'investiment ta' mijiet ta' miljuni ta' ewro fuq diversi toroq, fosthom Triq Ħal Far li mill-Freeport tagħti għall-Airport, Triq il-Kunsill tal-Ewropa f'Ħal-Luqa, Triq Garibaldi fil-Marsa, Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq, Triq tal-Barrani, il-Bypass ta' San Pawl il-Baħar, il-Bypass tal-Imrieħel, il-Mini ta' Sta Venera, il-mini ta' quddiem l-Università fl-Imsida, Triq l-Imdina li minn Ħal Qormi tagħti għal Ħaż-Żebbuġ u twasslek ir-Rabat, Triq l-Imdina f'Ħ'Attard, Triq Buqana li mir-Rabat twasslek għall-Mosta, Triq Sir Temi Zammit li mill-Mosta twasslek l-Imġarr, Triq is-Salina li minn Naxxar twasslek għal San Pawl il-Baħar u Triq M. Murray li minn Tal-Balal twasslek għan-Niżla ta' Alla u Ommu.", "Insemmi wkoll il-Bypass ta' Birkirkara, il-Bypass tal-Mellieħa, Mġarr Road li mix-xatt twasslek għal Għajnsielem, għax-Xewkija u tibqa' sejra r-Rabat, Għawdex, it-Triq li mir-Rabat twasslek għax-Xlendi, it-triq li mir-Rabat twasslek Ta' Pinu, it-triq li minn San Lawrenz twasslek għad-Dwejra u oħrajn.", "Jekk ikolli nkompli għaddej insemmi t-toroq nispiċċa nkun ħadt il-ħin kollu tad-diskors tiegħi u nkun għadni lanqas biss bdejt!", "U dawn mhux irqajja' ta' tarmak kif għamel dan il-Gvern f'dawn l-aħħar sitt snin, iżda toroq arterjali u distributorji li nbnew mill-ġdid mill-pedamenti tagħhom, xogħlijiet kbar ta' inġinerija ċivili u xogħol infrastrutturali bla preċedent.", "U dan minbarra mijiet ta' toroq residenzjali madwar Malta u Għawdex kollu.", "U xi ngħidu għal diversi xogħlijiet infrastrutturali oħrajn, bħal diversi mini għall-cables tad-dawl, tiġdid ta' infrastruttura tal-ilma tax-xorb madwar il-pajjiż kollu, xogħol ta' drenaġġ, kanali u mini tal-ilma tax-xita u mitt elf biċċa xogħol oħra infrastrutturali?", "Taf x'ma jgħidx dan il-Gvern, b'mod speċjali l-Prim Ministru, li l-konsulenti Ġermaniżi li taw il-parir biex jibnu t-toroq ġabhom Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998, u qed insemmi dawn l-affarijiet ħalli min nesa nġeddidlu ftit il-memorja!", "Kellu bżonn f'għaxar snin ta' Gvern Laburista, li diġà għaddew sitt snin minnhom isir imqar nofs ix-xogħol li sar fl-aħħar għaxar snin ta' Gvern Nazzjonalista.", "Sinjura President, bażikament, l-iskop aħħari ta' din l-Aġenzija kien biex jannulla għal kollox il-funzjoni tal-kunsilli lokali kif nafuhom illum.", "Fejn qabel rappreżentanti tal-lokal, permezz tal-kunsilli lokali, kienu jiddeċiedu huma fejn hemm bżonn isir xogħol ta' toroq fil-lokalità tagħhom, fl-aħħar mill-aħħar illum il-ġurnata l-Ministru waħdu jieħu d-deċiżjoni finali fejn dawn ix-xogħlijiet ta' toroq jistgħu jsiru.", "Fid-diskors tal-Baġit li għadu kemm għamel il-Ministru għall-Finanzi, taħt Sezzjoni IV, Tkomplija ta' Proġetti ta' Toroq, il-Ministru qal li x-xogħol qed isir bi standards għoljin u fi żmien stipulat, però kif jgħid il-Malti \"Mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkombatti\"!", "Sfortunatament, il-livell mixtieq ta' xogħol fuq toroq mhux qed jintlaħaq, prinċiparjament minħabba għaġġla sfrenata u nuqqas serju ta' ippjanar min-naħa tal-Gvern.", "Eżempju ċar hija l-Bypass tal-Mellieħa, li ġiet ikkritikata saħansitra minn Membru Parlamentari tal-Gvern, tant li ressaq interpellanza fil-Parlament, fejn iddubita mill-kwalità tax-xogħol li sar.", "Il-politika preżenti tal-Gvern fir-rigward ta' twettiq ta' toroq marret lura bħall-granċ.", "Sfortunatament morna lura għal kif kien isir ix-xogħol fis-snin tmenin, u ċjoè, xogħol ta' livell baxx ħafna li żgur ma jilħaqx standards stabbiliti Ewropej, li fil-maġġorparti assoluta tiegħu jikkonsisti f'kisja ta' tarmak fuq li jkun hemm u f'ċerti istanzi lanqas biss jinbidlu s-servizzi ta' taħt l-art, fosthom drenaġġ, ilma tax-xorb, cables tad-dawl u servizzi oħrajn.", "Eżempju ċar ta' dan hu x-xogħol li sar f'Paceville, fejn għalkemm il-Gvern nefaq madwar €1 miljun f'xogħol ta' tarmak, kull ma għamel huwa li ta kisja ta' tarmak u issa dan ix-xogħol irid jerġa' jinqala' u jsir mill-ġdid.", "Eżempju ieħor huwa x-xogħol li qed isir f'Bengħajsa, Birżebbuġa, li semma wkoll il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Hermann Schiavone waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "Sfortunatament hemmhekk, minflok saru l-istudji neċessarji qabel beda x-xogħol, bħal topographical survey u ppjanar tal-livelli tat-triq, qabdu u bdew ix-xogħlijiet biex ifittxu jeħilsu x-xogħol, bil-konsegwenza li jekk ma jsirx ix-xogħol reparatorju neċessarju, kważi l-proprjetajiet kollha li hemm f'din it-triq se jispiċċaw jegħrqu bl-ilma.", "Għalhekk nagħmel appell lill-Ministru li qabel jerġa' jingħata l-wiċċ ta' din it-triq partikolari bit-tarmak, jiġu ċċekkjati l-livelli ta' din it-triq, għax allaħares isir ix-xogħol ta' tarmak mingħajr ma jiġu ċċekkjati l-livelli.", "U xi ngħidu għax-xogħol li qed isir fi Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tieħdok għal Birżebbuġa?", "Għalkemm napprezza li fl-aħħar beda x-xogħol fuq din it-triq wara li għamilt għexieren ta' interpellanzi fil-Parlament, kif ukoll diversi diskorsi u Aġġornamenti, minn dak li qaluli, aktarx hemm parti minn din it-triq li se tibqa' mingħajr is-servizz ta' drenaġġ, kif ukoll partijiet minn din it-triq fejn kien hemm bżonn li titwessa', biex il-Gvern ifittex jeħles, baqa' għaddej mingħajr m'għamel ix-xogħol ta' twessigħ neċessarju.", "U xi ngħidu għall-eżekuzzjoni tax-xogħol fi żmien stipulat?", "Jekk nieħdu x-xogħol fi Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi, minħabba nuqqas ta' ppjanar mill-Gvern, xogħol li kellu jieħu ftit xhur, għaddew kważi tliet snin u għadu kollu nofs leħja.", "Għadna lanqas biss wasalna f'nofs ix-xogħol fuq dawn it-toroq, għax għalkemm il-parti ta' Vjal ix-Xarolla tlestiet, ix-xogħol fuq il-parti ta' Triq il-Kuċċard li tagħmel ma' Ħal Safi, li kienu bħala proġett wieħed, għadu kif kien fl-2013.", "Basta l-Ministru ftit xhur ilu ddeċieda li jmur jaqta' ż-żigarella f'din it-triq!", "L-aktar stqarrija f'dan il-Baġit li turta lil kull min għandu ftit melħ f'moħħu hija dik meta qal li se jżewweġ ix-xogħol ta' toroq maż-żamma tas-siġar!", "Iżżewweġ ix-xogħol ta' toroq maż-żamma tas-siġar wara l-isfreġju sħiħ li sar mis-siġar f'diversi toroq, fosthom Triq Ħal-Luqa, Santa Luċija, f'Ħal Balzan, Vjal l-Avjazzjoni, Ħal-Luqa, Vjal Aldo Moro u Triq Diċembru 13, il-Marsa u kważi kull fejn sar xogħlijiet ta' toroq f'din l-aħħar sena?!", "Mhux skuża li wieħed jgħid li biex ma ssirx ħsara lit-toroq għandek tqaċċat left, right and centre kull siġra li ssib quddiemek!", "Anzi, dan juri nuqqas ta' ppjanar u xogħol b'għaġla żejda.", "Bl-għarfien tekniku li hawn illum il-ġurnata fis-sengħa tal-bini ta' toroq hawn soluzzjonijiet tekniċi biex, filwaqt li jiġu salvagwardjati t-toroq tagħna, fl-istess ħin jiġu salvagwardjati u ndukrati s-siġar li jinsabu f'dawn it-toroq biex b'hekk jibqgħu jiġu gawduti mill-ġenerazzjonijiet futuri.", "Imbagħad hemm ukoll ix-xogħol li qed isir mingħajr il-permessi neċessarji, bħalma sar fit-Triq tal-Balal, fejn il-Gvern ippjana, beda u kważi lesta x-xogħol - bżonjuż kemm hu bżonjuż - mingħajr lanqas biss applika għall-permessi neċessarji hekk kif titlob il-liġi.", "Anke fir-rigward tas-Central Link Project ta' Ħ'Attard, il-Gvern ħareġ is-sejħa għall-offerti wkoll qabel ma ħarġu l-permessi neċessarji.", "Nixtieq nagħmel ukoll ftit punti qosra dwar l-Awtorità tal-Ippjanar, li mbagħad se tkun qed tiftaħ iktar dwarhom il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Wieħed mill-punti li nixtieq nitkellem dwarhom huwa dwar l-applikazzjoni ta' regolarizzazzjoni ta' proprjetajiet.", "Dawn huma tip ta' applikazzjonijiet li jsiru f'każijiet fejn, jew hemm bini eżistenti li ma nbeniex skont il-permessi maħruġa imma ma jistax jiġi sanzjonat, jew bini li assolutament qatt ma kien hemm permess għalih.", "Dawn l-applikazzjonijiet ħadu post dak li kien jissejjaħ CTB jew konċessjoni.", "Għalkemm, kif stqarrejt diversi drabi, bħala konċett naqbel miegħu, jinkwetani l-fatt li t-tariffi applikabbli huma konsiderevoli u bil-wisq ogħla minn dawk tas-CTB.", "Mela ġejna f'sitwazzjoni fejn jekk għandek ksur żgħir, li f'CTB il-ħlas għalih kien wieħed nominali ta' €250, issa l-kont relatat ma' applikazzjoni għall-istess ksur għal mezzanin jaf jitlagħlek għal madwar €4,000, jiġifieri 16-il darba iktar milli kien jiġi mitlub fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "F'dan ir-rigward diġà kont għamilt diskors fil-Parlament u kont għamilt appell lill-Gvern biex ir-rati ta' regolarizzazzjoni, li kellhom jiżdiedu b'25% fil-bidu ta' Settembru li għadda, ma jidħlux fis-seħħ.", "U minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Ministru Ian Borg u lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius li laqgħu l-appell li għamilt f'dan il-Parlament u dawn iż-żidiet fir-rati ta' regolarizzazzjoni ma daħlux fis-seħħ.", "Però fadalli appell ieħor x'nagħmel lill-Ministru u lis-Segretarju Parlamentari.", "Ikun jagħmel iktar sens li fejn hemm każijiet ta' ksur żgħar li qabel kienu koperti bis-CTB, għandna nżommu l-istess tariffi bħalma kienu bis-CTBs, u ċjoè ma jaqbżux il-€250.", "Barra minn hekk, il-Kamra tal-Periti għandha diversi tħassib li għadhom ma ġewx indirizzati mill-Awtorità tal-Ippjanar, u dan għax hemm eluf ta' familji li għandhom self mill-bank fuq id-dar, li għadhom ma jafux li minn meta ħarġet ir-regolarizzazzjoni s-CTB m'għadux validu, u għalhekk fi ftit żmien ieħor id-djar tagħhom jaf ma jibqgħux jiswew flus.", "Din hija sitwazzjoni li trid tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli u għalhekk id-diskussjonijiet li kienu bdew bejn iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Kamra tal-Periti f'Awwissu li għadda għandhom jitkomplew u tinstab soluzzjoni fl-inqas żmien possibbli.", "Punt li nixtieq niġbed l-attenzjoni dwaru huwa dwar il-komunikazzjoni bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Kamra tal-Periti.", "Nemmen li din il-komunikazzjoni tista' titjieb konsiderevolment, u dan għall-ġid kemm tal-professjoni kif ukoll tal-Awtorità nnifisha.", "Għalhekk għandna naħdmu biex fiż-żmien li ġej jiġi stabbilit mezz ta' komunikazzjoni effiċjenti.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel referenza għalih huwa rigward Ċirkolari 3 tal-2018 li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Skont din iċ-ċirkolari, għalkemm sal-aħħar ta' din is-sena l-kunsilli lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn mija fil-mija għall-finanzjament ta' proġetti fil-lokalità tagħhom minn fond magħmul minn 20% ta' fondi ġenerati mir-regolarizzazzjoni ta' proprjetajiet kif ukoll mill-fond ġenerat mill-Parking Spaces Funding Scheme, mill-1 ta' Jannar tal-2019, f'każ ta' applikazzjoni minn kunsill individwali, dan il-finanzjament se jinżel għal 70%.", "Minħabba din il-miżura ħafna kunsilli mhux se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-fondi għax ma jkollhomx flus biżżejjed biex jiffinanzjaw it-30% li jkun għad fadal.", "Għalhekk nixtieq nagħmel appell lill-Ministru biex flimkien mas-Segretarju Parlamenti jikkonsidraw il-pożizzjoni tagħhom minn dan il-lat ħalli ma nkomplux nagħmlu l-ħajja tal-kunsilli lokali diffiċli.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-Heritage Planning Unit.", "Illum kont se nipprova nressaq proposta li dan il-unit jiġi amalgamat mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, imma qabel is-seduta ġejt informat li dan se jseħħ.", "Naħseb li dan huwa punt pożittiv u huwa pass għaqli li s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali se jkunu megħjuna, għax se jkunu jistgħu jaqtgħu mill-backlog ta' xogħol li għandhom.", "Suġġeriment ieħor li rrid nagħmel huwa li l-Awtorità tal-Ippjanar tagħti l-assistenza teknika tagħha wkoll fuq sistema ta' ICT li tista' taddotta wkoll is-Sovrintendenza biex jitħaffef u jitnaqqas id-dewmien żejjed u tbatija bla bżonn għall-periti, kif ukoll għall-klijenti tagħhom, biex jiġu pproċessati każijiet tas-Sovrintendenza.", "Sinjura President, nixtieq nitkellem ukoll dwar id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li hija diviżjoni importanti fi ħdan dan il-Ministeru.", "Minn hawnhekk inħeġġeġ lill-Ministru biex forsi, bi ftehim mal-MCAST, jiġu mgħallma ċerti snajjiet li sfortunatament maż-żmien inqatgħu.", "Naħseb li dan id-Dipartiment huwa gwardjan tal-wirt kulturali ta' pajjiżna, anke bil-proġetti li jagħmel, però dan l-aħħar naqsu n-nies.", "Xtaqt ngħid xi ħaġa wkoll dwar ir-regoli tal-industrija tal-bini, però naħseb li l-kollega tiegħi tkun tista' titkellem dwarhom ukoll, għax il-ħin għad-dispożizzjoni tiegħi kważi għadda.", "Qabel nikkonkludi, nixtieq ngħid li fid-diskors tiegħi tal-lum ipprovajt inkun assertiv u għalkemm kelli nagħmel il-kritika tiegħi dwar l-operat tal-Gvern fil-qasam tat-trasport u l-infrastruttura, ressaqt 'il quddiem diversi proposti u suġġerimenti.", "Minn hawnhekk nixtieq nagħmel stedina lill-Ministru Ian Borg biex niltaqgħu, niddiskutu u naħdmu flimkien bħala Gvern u Oppożizzjoni, u dan biex lil pajjiżna noħorġuh mill-problema tat-traffiku li għandna llum.", "It-traffiku u t-trasport qegħdin isiru dejjem aktar tema ta' inkwiet għan-nies, ħela ta' ħin prezzjuż u anke ħela ta' flus fi fuel, minbarra t-tniġġis bla rażan tal-ambjent ta' madwarna.", "Il-fatti, kif jirriżultaw anke minn ċifri ppubblikati mill-Gvern stess, juru li l-pajjiż jeħtieġ ikollu strateġija moderna għal trasport bi pjan fit-tul, li jkollha qbil nazzjonali wiesa' fuqha.", "Fil-frattemp, fi żmien qasir irridu nibdew naħdmu fuq kampanja edukattiva biex il-vjaġġaturi jibdew jibdlu l-metodu ta' kif jivvjaġġaw minn post għall-ieħor, fosthom bl-użu tat-trasport pubbliku u bir-roti.", "Irid jinħoloq qafas ukoll fejn dawk kollha li jużaw it-toroq tagħna jibdew jirċievu real time information dwar il-fluss tat-traffiku madwar il-pajjiż kollu.", "Għandu jiġi organizzat ukoll dedicated transport minn u lejn żoni turistiċi, kif ukoll minn u lejn diversi żoni oħrajn fejn ikun hemm volumi kbar ta' vjaġġaturi, b'mod partikolari fir-rush hours.", "Għandu jiġi pprovdut trasport b'xejn minn diversi lokalitajiet lill-ħaddiema kollha tal-gvern, b'mod speċjali dawk li jaħdmu l-Furjana u l-Belt Valletta u jiġu identifikati wkoll iktar spazji għall-park and ride li jkunu jistgħu jiġu wżati mill-pubbliku mingħajr spejjeż żejda.", "Għandhom jiżdiedu b'mod sostanzjali l-bus lanes u l-bicycle lanes, speċjalment fejn ikunu ppjanati toroq ġodda jew fejn ikunu se jsiru proġetti ta' twessigħ ta' toroq.", "Dawn huma kollha proposti li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ilha tħambaq fuqhom għal snin sħaħ.", "Fil-fatt f'Mejju tal-2016 il-Partit Nazzjonalista, anke grazzi għall-kollega tiegħi l-Onor.", "Marthese Portelli, kien ħareġ dokument bit-titlu \"Reducing Traffic Congestion\", fejn dawn il-proposti kienu spjegati fid-dettall.", "Issa sta għall-Gvern li jibda jaddottahom biex fi żmien qasir nibdew innaqqsu ftit mill-piż tat-traffiku minn fuq dahar in-nies.", "Però l-Partit Nazzjonalista ma waqafx hemm, u qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet ħareġ bi proposta li kellha inklużi magħha studji ta' multimodal transportation system, li biha t-trasport pubbliku jkun iktar aċċessibbli u affidabbli u b'hekk jitnaqqas l-użu tal-karozzi privati.", "Sinjura President, ix-xejriet ħżiena li jinsab fihom dan il-qasam jeħtieġ jinbidlu f'xejriet tajbin billi b'kunsens bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u b'konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha involuti nibdew nindirizzaw din il-kwestjoni ferm kbira f'pajjiż daqshekk żgħir.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sinjura President, illum, fost affarijiet oħrajn, qegħdin niddiskutu l-Vot dwar l-Ippjanar, proġetti kapitali u wkoll is-suq tal-proprjetà, u allura se nkun qiegħda nagħmel ftit punti dwar it-tliet aspetti.", "Però, l-ewwel li se nitkellem huwa dwar l-aspett tal-ippjanar, u qabel nibda nitkellem dwar l-aspett tal-ippjanar nixtieq, l-ewwel nett, nirringrazzja minn qalbi u b'mod sinċier lill-ħaddiema kollha li hemm jaħdmu fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi għaliex inħoss li għandi nirringrazzja lil dawn il-ħaddiema.", "Kemm ilni npoġġi fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar bħala rappreżentanta tal-Oppożizzjoni, indunajt u sirt napprezza ħafna iktar ix-xogħol li ħafna mill-impjegati jkunu qegħdin jagħmlu minn wara l-kwinti, xogħol li aħna bħala poplu inġenerali ma napprezzawx, u dan għax ma nafux bih u ma narawhx.", "Għaldaqstant, aħna l-politiċi għandna d-dover u l-obbligu li, l-ewwel nett, lill-ħaddiema tal-awtoritajiet inħalluhom jaħdmu fil-libertà biex l-għanijiet li għalihom tkun twaqqfet l-awtorità verament jidħlu fis-seħħ.", "Però rridu wkoll nagħtuhom is-sostenn u l-appoġġ tagħna anke fejn jidħlu r-riżorsi.", "Kif diġà għedt, fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi llum iddeċidejt li nagħmel sitt osservazzjonijiet dwar l-ippjanar.", "Se nipprova nħares 'il quddiem u nagħmel suġġerimenti li nemmen li huma bżonjużi biex il-pajjiż jimxi aħjar.", "L-ewwel nett, hemm il-pjanijiet lokali.", "Fil-leġiżlatura preċedenti l-pajjiż kien ġie mwiegħed li f'Ġunju tal-2015 il-pjanijiet lokali kienu se jiġu riveduti kollha.", "Jiena nifhem u napprezza li hemm volum kbir ta' xogħol biex dawn jitlestew, però naħseb l-Awtorità u l-ministri kkonċernati jridu wkoll japprezzaw li deħlin f'Jannar tal-2019 dalwaqt, jiġifieri erba' snin wara d-data mwiegħda.", "Erba' snin huma leġiżlatura oħra!", "Meta wieħed jara l-mod kif għaddej l-iżvilupp f'pajjiżna, iktar u iktar meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni li l-iżvilupp f'pajjiżna għandu wkoll impatt fuq l-ekonomija tagħna, ir-reviżjoni tal-pjanijiet lokali qiegħda dejjem issir iktar u iktar imminenti.", "Jien qed inressaq dan il-punt mhux biex noqgħod nikkritika jew nattakka lill-Gvern li qiegħed erba' snin tard, imma biex naraw x'nistgħu nagħmlu biex dawn il-pjanijiet lokali jsiru, u jsiru mingħajr iktar dewmien.", "U għalhekk ukoll bdejt billi għedt li naf li ħafna mill-ħaddiema tal-Awtorità tal-Ippjanar huma mgħobbijin sew.", "Mela ejjew naraw x'hemm bżonn isir biex il-pjanijiet lokali jsiru mingħajr iktar dewmien.", "It-tieni punt huwa dwar il-masterplans.", "Masterplan partikolari huwa dak ta' Paceville, li ħareġ fl-2016 li, kif ġejna mwegħdin, kellu jkun lest ukoll fi żmien qasir, suppost sa Jannar tas-sena ta' wara, jiġifieri fl-2017.", "Dalwaqt tibda s-sena 2019 u l-masterplan għadu ma ra l-ebda dawl!", "U nħoss li kelli niġi hawnhekk u nibda preċiżament b'dawn il-punti għaliex jiena nħobb li dak li hu tajjeb ngħidlu tajjeb u dak li huwa ħażin ngħidlu ħażin.", "Fil-qasam tat-trasport, għalkemm baqa' xi jsir, hemm numru ta' miżuri li f'din il-leġiżlatura ttieħdu u ġew implimentati.", "Nixtieq li bl-istess mod kif dawn il-miżuri tat-trasport ġew implimentati, nagħtu wkoll daqsxejn prominenza fejn jidħol l-ippjanar.", "U naħseb li għandna Ministru li jekk jgħid li jrid jagħmilha, jagħmilha, u jagħmilha f'qasir żmien.", "Għalhekk jiena qiegħda hawnhekk inressaq dawn il-punti.", "It-tielet punt tiegħi huwa dwar ir-rwol tas-Sovrintendenza dwar il-Wirt Kulturali fejn jidħlu l-applikazzjonijiet tal-ippjanar.", "Wara li saret il-liġi rigward id-demerger tal-MEPA, skont din l-istess liġi, kull applikazzjoni li ssir lill-Awtorità tal-Ippjanar trid tiġi bilfors assenjata wkoll għall-kummenti u l-evalwazzjoni tas-Sovrintendenza dwar il-Wirt Kulturali.", "M'iniex qed ngħid li dan huwa ħażin, għaliex il-verità hi li llum, kif qed jiżviluppa pajjiżna, anke jekk tgħolli sular, jaf ikollu impatt fuq il-village core, fuq il-kultura tal-lokalitajiet tagħna.", "Però li qed jiġri hu li ħafna applikazzjonijiet importantissimi mhumiex qegħdin jingħataw l-importanza mistħoqqa mis-Sovrintendenza.", "U hawnhekk m'iniex qiegħda nispekula, qed nitkellem mill-esperjenza li nġarrab ta' kull ġimgħa fuq il-Bord tal-Ippjanar bħala rappreżentanta tal-Oppożizzjoni.", "Sena ilu kont ġejt hawnhekk u għedt li s-Sovrintendenza għandha bżonn aktar ħaddiema.", "Jekk m'għandekx nies biex taħdem, ma tistax tippretendi l-mirakli, però min-naħa l-oħra lanqas hu sewwa li l-wirt kulturali tal-pubbliku inġenerali jispiċċa fix-xejn.", "Lanqas hu sewwa li l-applikant jittertaq għaliex is-Sovrintendenza ma weġbitux!", "U se nagħti eżempju tanġibbli.", "Ġimagħtejn ilu kellna quddiemna applikazzjoni biex Villino Zammit f'Tas-Sliema tiġi konvertita f'boutique hotel.", "L-applikant ilu iktar minn sena jibgħat l-e-mails lis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali biex jipprova jagħmel laqgħa magħhom.", "Dan meta s-Sovrintendenza stess, meta tat l-ewwel feedback tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar, qaltilha li biex tkun tista' tagħmel assessjar tajjeb ta' din l-applikazzjoni trid tmur fuq il-post.", "L-applikant dam sena sħiħa - u sal-lum għadu mingħajr tweġiba - jipprova jikkomunika u xi ħadd iwieġbu min-naħa tas-Sovrintendenza biex jissettjaw din l-imbierka laqgħa.", "L-applikazzjoni ġiet quddiem il-Bord, l-applikant frustrat mod, il-pubbliku frustrat mod ieħor u l-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar frustrat mod ieħor.", "Jien stess ħassejt li ma nistax niddeċiedi dwar din l-applikazzjoni, meta għandek proprjetà li parti minnha hija skedata u hija ta' valur kulturali daqshekk importanti, u s-Sovrintendenza lanqas kellha ċ-ċans tagħti l-feedback tagħha.", "Allura x'qed ngħid hawnhekk?", "M'iniex qed ngħid li s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali qiegħda tfarfar, jew li mhijiex qiegħda tagħmel xogħolha, u m'iniex qiegħda ngħid li kienet idea ħażina li l-applikazzjonijiet kollha jmorru għall-iskrutinju tas-Sovrintendenza, però hemm bżonn li issa nindirizzaw il-problema li hemm.", "Ovvjament, wieħed mill-modi kif tiġi indirizzata hu li naraw li s-Sovrintendenza, minkejja li diġà żdidulha r-riżorsi, dawn ir-riżorsi jkomplu jiżdiedu, u jiżdiedu b'mod effettiv.", "Forsi wasal ukoll iż-żmien li nevalwaw jekk is-Sovrintendenza għandhiex ukoll ikollha l-istess standing bħalma għandha l-ERA fuq il-Bord tal-Ippjanar.", "Dawn huma punti li huma miftuħin għad-diskussjoni.", "Ir-raba' punt tiegħi huwa dwar il-policies tal-ippjanar.", "Meta wieħed jara l-policies tal-ippjanar isib li fihom żewġ elementi.", "Hemm dawk li jkollhom kondizzjonijiet iswed fuq l-abjad, jiġifieri m'hemmx lok ta' interpretazzjoni dwarhom.", "Pereżempju, jekk hemm li tista' tiżviluppa b'tant metri kwadri, dik mhijiex miftuħa għall-interpretazzjoni; jew għandek jew m'għandekx!", "Imma mbagħad hemm punti oħrajn li huma miftuħa għall-interpretazzjoni, bħalma hi, pereżempju, l-evalwazzjoni ta' applikazzjoni ta' binja, x'valur estetiku għandha u x'impatt se jkollha fuq l-ambjent.", "Hemmhekk huwa fejn tidħol l-opinjoni ta' min ikun qiegħed jevalwa l-applikazzjoni ta' quddiemu.", "Però naħseb li wasal iż-żmien ukoll li l-liġi tagħmilha ċara li fejn għandek policy li tgħidlek iswed fuq l-abjad, l-ebda membru tal-bord ma jista' jinterpreta dak li huwa iswed fuq l-abjad.", "Il-membri tal-Bord għandhom jinterpretaw biss dawk il-partijiet tal-policy fejn hemm lok għall-iskrutinju oġġettiv tagħhom.", "Sinjura President, naħseb li dan huwa wieħed mill-punti li huwa tajjeb li niddiskutu, għaliex huwa fl-aħjar interess kemm tal-pubbliku, u allura tal-ġid komuni, u wkoll fl-interess tal-applikant.", "Għalhekk ħafna drabi jkun hemm jistaqsi kif permess ħareġ u ieħor le meta kellhom l-istess kondizzjonijiet.", "Jiena personalment nemmen li fejn hemm kriterji ta' iswed fuq l-abjad bħal, pereżempju, kemm irid ikun kbir uffiċċju, kemm irid ikollok metraġġ minn naħa għal oħra, dawk m'hemmx interpretazzjoni fuqhom, dawk qegħdin iswed fuq l-abjad; jew għandek jew m'għandekx.", "Dwar l-affarijiet l-oħrajn, kif diġà spjegajt, pereżempju l-impatt viżiv, jekk id-disinn għandux estetika sabiħa jew le, hemmhekk iva, hemmhekk imbagħad fejn tidħol l-opinjoni personali tal-individwu.", "Naħseb li jkun għaqli wkoll li wieħed jiddiskuti għandniex noħolqu xi tip ta' ġerarkija fejn jidħlu l-policies.", "Forsi wieħed jistaqsi għaliex qed ngħid hekk.", "Ġieli jkun hemm applikazzjoni li tkun suġġetta għal iktar minn policy waħda.", "Pereżempju, jekk hemm żvilupp turistiku li se jsir fl-ambjent rurali, hemm tapplika r-rural policy, imma japplikaw ukoll parti minn policies oħrajn relatati mat-turiżmu.", "Ġieli dawn il-policies ikollhom punti li ma jaqblux waħda mal-oħra u naħseb li jkun tajjeb ukoll jekk nistabbilixxu l-ġerarkija ta' liema hija l-ogħla policy fuq l-oħra, iktar u iktar meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni li l-iSPED, id-dokument li huwa l-qafas – qisu l-bibbja - ta' kif għandu jsir l-iżvilupp f'pajjiżna, wasal għar-reviżjoni tiegħu fl-2020, jiġifieri fi żmien sena.", "Jien għalhekk illum qajjimt diversi kwestjonijiet li nemmen li għandhom jiġu diskussi, biex f'dan is-settur tal-ippjanar, li huwa tant importanti għal pajjiżna, dak li huwa tajjeb inħalluh u dak li nistgħu nirranġaw nirranġawh.", "Ngħaddi issa għat-tieni punt tiegħi.", "Xtaqt ngħid kelmtejn qosra dwar il-proġetti kapitali.", "Jien waħda minn dawk li jemmnu li l-viżjoni ta' pajjiż trid tkun waħda fit-tul.", "Bħalma jien kont għedt li ma naqbilx li l-iSPED kellu jkollu biss viżjoni sal-2020 - is-sena 2020 qiegħda magħna, għadna ferħanin, kulħadd jifraħ bl-iSPED u wasal biex jiskadi - nemmen li għandu jkollu viżjoni aktar fit-tul u nieħu pjaċir li kemm il-Ministru kif ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli, it-tnejn li huma jemmnu li għandu jkun hemm viżjoni fit-tul.", "Riċentement ipparteċipajt f'konferenza organizzata mill-Malta Institute of Management, li kienet dwar is-suq tal-kirjiet li se nitkellem dwaru aktar tard u fil-fatt anke s-Segretarju Parlamentari semma l-importanza li jkollna viżjoni fit-tul.", "Jien naqbel li għandna jkollna viżjoni fit-tul - jiena ngħidilha Vision 2050 - ħalli pajjiżna verament ikun jista' jippjana.", "Għaldaqstant naħseb li meta nkunu qegħdin nitkellmu dwar il-proġetti kapitali rridu naħsbu mhux biss għall-baġit ta' din is-sena u għal din il-leġiżlatura, imma rridu nieħdu inkonsiderazzjoni l-infrastruttura, il-proġetti li għandna bżonn, l-iskejjel, id-djar tal-anzjani u t-trasport, għal viżjoni li teħodna fit-tul.", "U biex ikollna dan il-pjan ħolistiku bilfors irridu nibbażawh fuq il-carrying capacity tal-pajjiż.", "Se nagħti eżempju sempliċi, mhux x'qed ngħid jien, imma fatti.", "Ftit tal-ġimgħat ilu quddiem il-Bord tal-Ippjanar ġie l-proġett tad-DB Group ta' Pembroke, u għadda.", "Ġimagħtejn wara tiġi applikazzjoni oħra quddiemna mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-upgrading tal-primary water network bejn Ta' Qali, San Ġwann, Pembroke u lokalitajiet oħrajn.", "Din se taffettwa lil Ħ'Attard, in-Naxxar, il-Mosta, is-Swieqi u San Ġwann.", "Lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jien staqsejthom jekk peress li din l-applikazzjoni bdiet tinħadem ħafna qabel kien beda jinħadem il-proġett tad-DB, ħadux inkonsiderazzjoni li issa hemm dawn l-iżviluppi f'Pembroke.", "Dawn qaluli li le.", "Mela llum x'għandna?", "Dan huwa proġett tajjeb li trid tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, però mhuwiex proġett li se jwassal fit-tul, għaliex meta l-istess Korporazzjoni kienet qed taħseb dwar dan il-proġett, ma kienx hemm pjan ħolistiku li lil din il-Korporazzjoni xi ħadd jgħidilha li b'dan il-masterplan se jinbnew daqstant torrijiet, se jiġu jgħixu daqshekk nies, se jkollna daqshekk appartamenti, se jkollna daqshekk uffiċini.", "Dan huwa l-punt kruċjali tiegħi għala jrid ikollna dan il-pjan ħolistiku bbażat fuq il-carrying capacity tal-pajjiż u li jkun wieħed li jara fit-tul.", "Nerġa' ngħid, din l-applikazzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet applikazzjoni tajba u fl-ebda ħin ma qed ngħid li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet ħażin jew li m'għamlitx xogħolha sew, però dmiri u l-obbligu tiegħi bħala politika huwa li niġi hawnhekk, dak li hu tajjeb ngħidlu tajjeb u fejn nistgħu ntejbuh inressaq il-punti wkoll, imbagħad ikunu miftuħin għal diskussjoni.", "Ġieli naqblu, ġieli ma naqblux, u ġieli ntejbu l-proposti li jkunu saru minn kwalunkwe naħa.", "Se nitkellem ftit dwar is-suq tal-proprjetà.", "Naħseb li qabel nibda nagħmel il-punti tiegħi, irridu nammettu u nagħrfu tliet punti prinċipali.", "L-ewwel punt huwa li s-suq tal-proprjetà għandu impatt dirett fuq l-ekonomija tal-pajjiż.", "Din irridu nagħrfuha u nammettuha.", "It-tieni punt tiegħi huwa dwar is-suq tal-proprjetà.", "Is-suq tal-proprjetà se jiddetermina l-estetika ta' Malta u l-futur ta' Malta.", "Irridu nagħrfu dik ukoll.", "Għalhekk fil-bidu semmejt li jrid ikollna viżjoni fit-tul, li jrid ikollna l-pjan ħolisitku, li rridu nibbażaw fuq il-carrying capacity, u li dak li jista' jittejjeb fl-ippjanar għandu jittejjeb ukoll.", "It-tielet punt huwa li filwaqt li hemm investituri li jaħsbu fi proġetti li huma vijabbli u sostenibbli long-term, hemm oħrajn – u rridu nammettuha u nagħrfuha – li jaraw short-term, jaraw biss il-lira li se jaqilgħu issa, a skapitu tal-ġenerazzjonijiet futuri, u jien ngħid ukoll a skapitu tal-investiment li jkunu qegħdin jagħmlu huma llum.", "Hemmhekk huwa l-obbligu u d-dmir tal-politiku li jagħti direzzjoni, li jmexxi, li ma jħallix lil kulħadd jagħmel li jrid.", "Naħseb li jekk nagħrfu dawk it-tliet punti, diġà jkollna frame of mind korrett u tajjeb biex is-suq tal-proprjetà nindirizzawh b'mod tajjeb.", "Se nibda billi nsemmi żewġ punti pożittivi.", "L-ewwel wieħed huwa r-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni.", "Huwa tajjeb li jkollna regolatur li jiġbor taħtu l-industrija tal-bini u kostruzzjoni u dak li għandu x'jaqsam magħha.", "Dan għax illum, kemm meta titkellem man-nies li qegħdin fl-industrija kif ukoll meta titkellem mal-pubbliku inġenerali, kulħadd jgħidlek l-istess kelma, li għandhom ħafna biċċiet u truf u ġieli entità ma taqbilx ma' oħra, jew ġieli wieħed jitolbok mod, tmur għand l-ieħor u jgħidlek li mhux dak irid, imma ħaġa oħra.", "Il-prinċipju huwa tajjeb li jkollna regolatur tal-bini u l-kostruzzjoni, però l-punt kardinali jkun li meta dan ir-regolatur jibda jaħdem, ikollu ħaddiema kompetenti li jafu xogħolhom sew.", "Sena ilu ġejt hawnhekk u kont tkellimt dwar l-aġenzija tat-toroq u l-istess ħaġa kont għedt, li bħala prinċipju huwa tajjeb, però trid tara li l-affarijiet jitmexxew tajjeb.", "Bħalma tajt l-ewwel feedback tiegħi fuq ir-regolatur tal-bini u l-kostruzzjoni, meta min-naħa tal-Ministeru għamluli preżentazzjoni, u ġbidt l-attenzjoni għal xi punti u rrid ngħid li ttieħdu on board, jien lesta li nkompli nagħti l-kontribut tiegħi.", "Nistgħu naqblu fuq xi punti u nistgħu ma naqblux, però wara kollox, għalhekk ikun hemm Gvern u Oppożizzjoni u nies b'opinjonijiet differenti.", "It-tieni punt tiegħi huwa fuq il-white paper dwar il-liġi tal-kera.", "Huwa tajjeb li ħarġet il-white paper dwar il-liġi tal-kera.", "Issa white paper fiha nnifisha ma jkollhiex ħafna dettall, jiġifieri meta llum wieħed jaraha jgħid li fil-prinċipju, il-ħsieb, il-konċett, huwa tajjeb.", "Naħseb li rridu naraw huwa x'se jiġri meta dawn il-prinċipji kollha li hemm highlighted f'din il-white paper jiġu implimentati.", "Il-qofol tal-kwestjoni mhijiex illum għax ħarġet il-white paper.", "Dak huwa tajjeb, imma rridu mmorru lil hinn mill-white paper.", "Naħseb li d-dibattitu l-kbir se jibda meta niġu biex naqblu x'għandu jsir biex dawk il-punti high level li hemm fil-white paper jitlaħħmu u jidħlu d-dettalji.", "Ladarba qegħdin nitkellmu fuq is-suq tal-proprjetà, semmejt ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni, is-suq tal-kera u s-suq tal-proprjetà nnifsu, nixtieq niġbed l-attenzjoni għal punt wieħed.", "Naħseb li aħna bħala politiċi, meta qegħdin nitkellmu dwar is-suq tal-proprjetà llum, irridu nżommu f'moħħna żewġ punti importanti ħafna meta nkunu qegħdin infasslu l-policies tagħna.", "Għandek l-affordability u l-liveability.", "Ġieli niltaqa' ma' nies li meta jgħidulek kemm qegħdin iħallsu u f'liema stat qegħdin jgħixu, they are not affordable and they are not liveable.", "Sinjura President, ma jistax ikun li s-suq jibqa' jiżviluppa b'tali mod fejn il-prezzijiet jogħlew u l-kwalità ta' dak li tixtri tonqos.", "Hawnhekk huwa fejn il-gvern, ikun min ikun, nemmen li jrid ikun wieħed kreattiv u wieħed li jippremja lil dak il-kuntrattur, lil dak l-iżviluppatur li lest li jinvesti aktar mill-kompetituri sħabu, li jkun lest li jaqla' dik il-lira jew tnejn inqas minn sħabu l-kompetituri, però joffri alternattiva għall-pubbliku li tkun affordable u li tkun liveable.", "Ġieli dħalt f'appartamenti li lanqas tista' tiftaħ idejk it-tnejn fil-kuritur għax taħbat ma' naħa jew oħra!", "Tidħol fi kmamar li tistaqsi lilek innifsek kif f'dawn il-kmamar jgħixu n-nies!", "Naħseb li bħala politiċi għandna l-obbligu li nkomplu nrawmu l-kultura li jekk trid taqla' l-flus, mela le aqla' l-flus, imma għamel l-affarijiet sew!", "U min jagħmel l-affarijiet sew għandu jiġi ppremjat, u mhux min jagħmel l-affarijiet sew u min jagħmilha tal-cowboy u jisfrutta lill-pubbliku inġenerali jingħataw l-istess trattament!", "Se nsemmi xi eżempji, għax forsi hemm lok li jidħlu wkoll xi inċentivi.", "Pereżempju, min jibni u jbigħ prorpjetà li tkun tilħaq ċerti livelli u ċerti standards jista' jingħata inċentivi differenti, ngħidu aħna jħallas inqas taxxa.", "B'dan il-mod tkun qed tagħti inċentiv biex il-pubbliku jkollu post aħjar fejn jgħix u qed tħajjar lil min qiegħed fis-suq biex jibni sew, għax inkella kulħadd se jispiċċa jgħix f'postijiet li mhumiex liveable.", "Studji xjentifiċi juru li meta jkollok nies li qed jgħixu f'kondizzjonijiet li mhumiex liveable, dak huwa kaġun ta' mard, fosthom id-dipressjoni u mard ieħor.", "Naħseb li l-ebda politiku ma jrid li jkollu politika li twassal għal dak il-punt.", "Issa se nagħmel ftit punti dwar il-liġi tal-kera.", "Il-liġi tal-kera hija liġi li taqta' miż-żewġ naħat.", "Għandek is-sid privat, li f'ċerti każijiet il-proprjetà tiegħu qiegħda tinkera bir-ribass, jiġifieri bil-prezz mhux tas-suq, u min-naħa l-oħra għandek lil min qiegħed fi proprjetà mikrija, li l-prezz tagħha qiegħed kontinwament jiżdied.", "Jiena nemmen li la għandu jbati s-sid u lanqas għandu jbati min qiegħed jikri, u allura l-ewwel ħaġa li nagħmel jien, kieku qiegħda naħdem fuq dan il-proċess ta' x'għandu jsir bil-kera, huwa li nara kif nagħmel u niġbor id-data kollha li hemm bżonn.", "Illum il-pajjiż m'għandux data, ma jafx x'hawn eżatt fuq is-suq tal-kera.", "U din mhux qed ngħidha jien, imma qalha l-ekonomista Gordon Cordina u numru ta' nies oħrajn li kienu preżenti għall-konferenza dwar il-kera.", "Allura jiena nemmen li għandna nistaqsu lilna nfusna numru ta' mistoqsijiet.", "Fosthom, min qed jikri l-proprjetà tiegħu?", "Min għandu residenza tas-sajf?", "Min għandu dar waħda u qed jikri lilha?", "Min qiegħed jikri kamra fid-dar tiegħu?", "Min qiegħed jgħix fil-proprjetà mikrija?", "U liema tip ta' Maltin?", "X'inhi l-paga li jaqilgħu?", "Jew huma barranin li ġew jaħdmu hawnhekk għal sitt xhur, sena, jew barranin li għamlu xahar u telqu?", "Irridu nistaqsu wkoll għaliex in-nies qegħdin jikru l-prorjetà tagħhom.", "Għax raw l-opportunità li jaqilgħu lira, jew għax hawn min ma jistax ilaħħaq u allura qed jikri kamra fid-dar tiegħu?", "Irridu nistaqsu wkoll għaliex in-nies qegħdin jagħżlu li jgħixu fi proprjetà mikrija, speċjalment meta nafu li l-Malti jħobb ikun sid ta' daru.", "M'għandi l-ebda problema li jinbidel il-mudell, li l-Maltin jibdew jimxu aktar lejn li jikru d-dar tagħhom minflok jixtruha, però rridu naraw li dan huwa fl-aħjar interess tal-poplu.", "Irridu nistaqsu wkoll fejn qegħdin jinkrew dawn il-postijiet, f'liema lokalitajiet.", "Meta jkollna din id-data kollha f'idejna, imbagħad il-politiku jkun jista' jfassal politika tajba, qafas tajjeb dwar il-liġijiet u l-kambjamenti li hemm bżonn f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi tal-kera.", "Dwar is-sidien irrid ngħid li jien inħossha inġusta li ġieli fl-istess triq ikollok żewġt idjar, li prattikament huma identiċi, u sid ta' dar A qed jikriha bil-prezz tas-suq illum u jdaħħal €1,500 fix-xahar, u sid ieħor, kważi bieb ma' bieb miegħu, qed jikriha bir-ribass għal €500 f'sena sħiħa.", "Għalija dik hija inġustizzja għax iż-żewġ sidien huma sidien ta' darhom, imma wieħed qed idaħħal €1,500 fix-xahar u l-ieħor qed idaħħal €500 fis-sena.", "Din hija inġustizzja mas-sidien u hija inġustizzja li trid tiġi indirizzata, però ma tridx tiġi indirizzata billi ngħollu l-kirjiet ta' min qed jgħix fihom, speċjalment ta' dak li jħallas €500 fis-sena.", "Hawnhekk huwa fejn trid tidħol ir-ruħ soċjali tal-gvern.", "U din il-kwestjoni tal-inġustizzji, l-iżbilanċ li hemm bejn is-sidien u l-inaffordabilità ta' min qiegħed fil-kera, hija kwestjoni li jrid isolviha mhux is-sid, imma hija kwestjoni li jrid isolviha l-gvern, ikun min ikun, u jien lesta li nagħti l-kontribut tiegħi.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nagħmel l-aħħar żewġ punti żgħar.", "Apprezzajt ħafna l-fatt li f'dan il-Baġit inkludew ukoll proposti li wħud minnhom tressqu min-naħa tal-Oppożizzjoni u oħrajn minn diversi awtoritajiet.", "Waħda minnhom kienet ta' inċentiv ta' tnaqqis ta' taxxa meta wieħed jagħmel long let lill-Maltin.", "Hawnhekk għandna eżempju ċar kif meta Gvern u Oppożizzjoni, fuq kwestjoni li verament taffettwa r-ruħ soċjali, ikunu jridu jaħdmu fuqha flimkien, soluzzjonijiet hemm.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lid-diversi entitajiet li jżommu kuntatt bis-suġġerimenti tagħhom, kemm man-naħa tal-Gvern, kif ukoll man-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Hawnhekk ġibt miegħi wħud mill-proposti li rċevejt dwar is-suq tal-proprjetà.", "Għandek uħud minnhom li ħarġu mill-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU u għandek ukoll il-proposti li ħarġet l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi ta' Malta.", "L-appell tiegħi lill-pubbliku inġenerali u lill-entitajiet kollha huwa wieħed.", "Il-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom rwol differenti, però naħseb li fejn tidħol il-proprjetà u l-ippjanar, li llum huma l-fabric li se jiddeterminaw lil pajjiżna, għandna naħdmu flimkien, għandna naraw kif se mmexxu dan is-settur 'il quddiem.", "U tiddejqux tiġu għandna bil-proposti.", "Nerġa' ngħid, nirringrazzja lil kull min tana l-proposti tiegħu.", "Ġieli naqblu, ġieli ma naqblux u ġieli bdilniehom, u nirringrazzjahom minn qalbi talli kemm-il darba kellna l-opportunità li niddiskutu.", "Sinjura President, bħalma niltaqa' u niddiskuti, fosthom mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi ta' Malta, l-appell tiegħi qiegħed hemmhekk ukoll miftuħ għall-Gvern.", "Aħna lesti li nkomplu niddiskutu u nirringrazzjahom talli meta kien hemm il-ħsieb li jitwaqqaf ir-regolatur, avviċinaw lilna bħala Oppożizzjoni, fejn kellna skambju ta' ideat dwar x'wieħed jista' jagħmel.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, se nibda minn fejn ħallew il-kollegi tiegħi, għax aħna nassiguraw li bħala Oppożizzjoni nkopru s-setturi kollha, u allura se niffoka partikolarment fuq l-Awtorità tal-Artijiet.", "L-ikbar daqqa ta' ħarta għall-Awtorità tal-Artijiet f'dan il-Baġit hija l-fatt li għas-sena li ġejja l-ispiża ddedikata għall-ħlasijiet ta' esproprji passati u reċenti naqset minn €10 miljun għal €8.5 miljun.", "Jiġifieri minflok inżidu l-ispiża biex nagmlu ġustizzja ma' min itteħditlu l-art u għadu ma tħallasx, li l-maġġoranza tagħhom saru taħt gvernijiet Laburisti, il-Gvern qed itawwal l-inġustizzja billi jnaqqas il-vot finanzjarju allokat għall-ħlasijiet ta' esproprji passati.", "Minflok nagħmlu pass 'il quddiem qed nagħmlu pass lura, minflok inżidu l-vot għall-esproprji, qed inkomplu ntawlu ż-żmien billi nnaqqsu l-vot finanzjarju.", "Il-Gvern qalilna \"Ngħixu s-Suċċess\".", "Nitlob lill-Ministru biex lil dawn li ilhom jistennew is-snin għall-ġustizzja jistaqsihom jekk humiex iħossu s-suċċess li qed jitkellmu fuqu meta naqqsulhom il-vot għall-ħlasijiet tal-esproprji!", "Irrid infakkar li kien Gvern Nazzjonalista taħt il-Ministru Tonio Borg li fl-2003 biddel darba għal dejjem il-mod kif isir l-esproprju, li meta l-gvern jieħu l-art irid iħallas mill-ewwel lis-sidien oriġinali qabel ma jsir l-esproprju.", "Jekk inħarsu lejn id-dħul tal-Awtorità tal-Artijiet naraw li għal din is-sena huwa stmat li l-Awtorità se ddaħħal €40 miljun, u allura żieda ta' €8 miljun mis-sena ta' qabel.", "F'kull dibattitu li kelli kemm ili kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet, madwar erba' snin issa, dejjem ipproponejt sabiex id-dħul li ddaħħal l-Awtorità jibqa' għand l-Awtorità ħalli tagħmel tajjeb għall-esproprji passati.", "Sfortunatament, din il-proposta qatt ma ntlaqgħet mill-Gvern f'dawn is-snin kollha kemm ili nirrepetiha.", "U hawnhekk qed nirrepetiha għar-raba' darba.", "Huwa stmat li minn bejgħ ta' proprjetà l-Awtorità tal-Artijiet se ddaħħal €8 miljun din is-sena.", "Mela jkun hemm artijiet tal-Gvern li l-Bord tal-Gvernaturi jħoss li dawn jistgħu joħorġu għal sejħa, jew b'ċens jew bejgħ.", "U allura hawnhekk nagħmel talba, jekk l-Awtorità tal-Artijiet m'għandhiex iżżomm id-dħul kollu tal-Awtorità ta' €40 miljun, nistgħu għall-inqas naffordjaw li l-Awtorità żżomm €8 miljuni ta' dik il-proprjetà pubblika li se tinbiegħ.", "Ippermettili ngħid lill-Ministru li dan huwa l-ikbar difett f'dan il-Baġit għal din l-Awtorità, għax lill-Awtoritá qed tnaqqsulha mis-saħħa li tkun tista' tagħmel xogħolha.", "Huwa inutli li jiġi l-Ministru jgħidli li jaqbel miegħi, imma hu qiegħed fil-Gvern, u għalhekk sta għalih li jikkonvinċi lill-Ministru għall-Finanzi dwar il-problema kbira ta' nies li għadhom qed jistennew li jitħallsu għall-esproprji passati, ta' nies li saret inġustizzja magħhom.", "Se nagħmel punt ieħor.", "Kien hemm mumenti meta bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi ħassejtni qed ngħix fis-snin 80, meta l-Ministru ta' dak iż-żmien kien jaqbad u jidħollok fi ħwejġek bl-inġenji tad-Dipartiment tax-Xogħol u jibda jibni jew xi djar għall-housing jew xi triq - apparti meta kienu jagħtuha lil xi bażużlu, imma ħalliha dik! - imbagħad kont tmur bħala s-sid u ssib li daħlulek f'darek, fi ħwejġek, kissru li sabu u int ma taf b'xejn!", "Din kienet it-telefonata li rċevejt ftit tax-xhur ilu, illum fl-2018, mingħand sid li staqsieni jekk l-art privata tiegħu kenitx ġiet esproprjata.", "Kellem lili għax kien jaf li jien qiegħed fuq il-Bord tal-Gvernaturi.", "Hu kien qed jistenna li bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi jien inkun naf.", "Anke jien kont qed nistenna li nkun naf, iżda ma kellix għażla oħra ħlief ngħidlu li l-Ministru, li taħtu taqa' din ir-responsabbilità, ma kellu l-ebda dritt jidħol fl-għalqa tiegħu qabel ma din tkun inkisbet b'dikjarazzjoni pubblika.", "Din tfisser responsabilità politika!", "Jekk Transport Malta, li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu, għamlet hekk u hu naqas milli jikkoreġihom, jew milli jwaqqafhom, allura hu responsabbli politikament għaliha u ħadd aktar!", "Però dan ma kienx l-uniku każ fejn Transport Malta qabdet u daħlet.", "Insemmi, perezempju, il-każ ta' Triq tal-Balal fil-Għargħur, it-twessigħ tar-roundabout ta' ħdejn l-Ajruport, kif ukoll il-bypass li nħolqot biex minn Ta' Qali, int u ħiereġ, tieħdok għat-triq ta' taħt l-Imdina.", "Donnu l-Ministru jħossu komdu jaqbad u jidħol fi ħwejjeġ in-nies bħallikieku dawn kienu tiegħu jew tal-Gvern!", "U kważi kważi lanqas nagħtih tort lill-Ministru, għax il-Prim Ministru stess daħakha fid-Diskors tal-Baġit meta kkritikajna l-mod kif saru dawn l-affarijiet.", "Mela inti jkollok l-għalqa tiegħek li tkun taħdimha, tmur l-għada u ssib li waqqgħulek il-ħajt, daħħlu l-inġenji … Tiegħek din, mhux bi qbiela tal-gvern!", "Tiegħek, franka; kważi anke jekk tkun bil-qbiela tal-gvern tieħu xokk għax ukoll għandek titlu fuqha!", "Il-Gvern ma jistax jaqbad u jidħol fl-affarijiet tan-nies jekk qegħdin b'titlu għandhom, u agħar jekk inhuma artijiet privati.", "Dan huwa diżappunt kbir li kelli f'dawn l-aħħar xhur fl-Awtorità tal-Artijiet, li mbagħad jien u l-membri l-oħrajn tal-Bord niġu ffaċċjati b'esproprju de facto, li diġà sar.", "X'inhu l-iskop li l-Awtorità tikkonsidra jekk hemmx skop pubbliku jekk diġà dħalna u kissirna l-artijiet tan-nies?!", "Se nitkellem ftit dwar iċ-chief financial officer.", "Kif jgħidu bl-Ingliż, some things never change!", "Ilum, sena wara, għal darb'oħra kkritikajt lill-Awtorità talli naqset milli tingaġġa chief financial officer.", "Aqta' xiex?", "Għadna mingħajr chief financial officer!", "Immaġina ftit awtorità b'introjtu ta' €40 miljun u dħul ta' €11-il miljun u m'għandhiex persuna responsabbli mill-finanzi!", "Qtajt qalbi li l-Awtorità tal-Artijiet xi darba jkollha chief financial officer.", "Hija tal-mistħija li awtorità li għandha nefqa ta' €40 miljun għadha bla chief financial officer għal dawn is-snin kollha u hija riċetta perfetta għal skandlu finanzjarju!", "L-Awtorità bidlet ħesrem il-kap eżekuttiv tagħha din is-sena.", "Kull kap iġib it-tibdiliet tiegħu, kemm għall-agħar u kemm għall-aħjar.", "Kif konna bassarna hawnhekk sena ilu, il-persuna magħżula għall-kariga ta' kap eżekuttiv, ħafna qabel ħarġet is-sejħa għall-pożizzjoni, kienet is-Sur James Piscopo.", "Isem wieħed semmejna, u dak inħatar!", "Aktar milli semmejnieh aħna, tkellmu dwaru ħaddiema tal-artijiet - din jafha sew il-Ministru għax qed jitbissem – ħarġet fil-midja, imbagħad aħna staqsejna jekk huwiex veru u qalulna li mhux bilfors li hu hu, u b'daqqa maġika proprju hu laħaq bħala chief financial officer!", "Ismu kien tħabbar mill-ġurnali ħafna qabel ħarġet is-sejħa.", "(Interruzzjonijiet) Ma joqgħodx jgħidli li mhux veru l-Ministru għax jien nafhom il-fatti.", "RYAN CALLUS: Bħala Chief Executive Officer.", "Grazzi!", "Kuntent li l-Ministru qiegħed attent għad-diskors tiegħi!", "Il-Gvern ried lis-Sur Piscopo, u hekk sar.", "Imma peress li dan huwa Gvern li jemmen verament fil-meritokrazija u biex iżomm mal-wegħda tiegħu li s-sejħiet tal-kapijiet eżekuttivi jintgħażlu b'sejħa, ħareġ taparsi sejħa.", "Għal wiċċ in-nies u l-ħaddiema li kienu interessati f'din il-kariga, ħarġet din is-sejħa, però dawn il-ħaddiema kienu jafu li l-pożizzjoni lesta.", "Allura x'għamlu?", "Qatgħu qalbhom milli japplikaw.", "Ma nagħtihomx tort, imsieken!", "Ejjew ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "Din hi l-verità!", "Minkejja kollox, jiena xorta naqdi dmiri bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni, xorta naħdem mal-persuna kkonċernata biex nirrispettaw id-deċiżjonijiet li jsiru, avolja ma naqblux magħhom, però fejn inħoss li għandi niddefendi lill-ħaddiema li seta' kellhom l-opportunità għal din il-kariga, huwa xogħli li nagħmel dan.", "Anke fejn kien hemm xi trikkitrakki dan l-aħħar, jien rajt li, fejn stajt, kont kostruttiv u kkalmajt l-affarijiet.", "B'mod ġenerali kien hemm affarijiet li setgħu mxew aħjar.", "Pereżempju, kien hemm tentattivi biex jinbidlu persuni fit-tmexxija sempliċement għax kien ħatarhom il-Kap Eżekuttiv ta' qabel.", "Mhux diffiċli tagħraf uffiċjal minn ieħor, tagħraf mill-ewwel min hu ħaddiem ta' veru, u min qiegħed hemm u mhux qed iwettaq xogħlu.", "Iżda kemm-il darba għamiltha ċara mill-bidu li m'iniex se nkun kompliċi li nbiddlu chief officers li nħatru mill-Kap Eżekuttiv ta' qabel sempliċement għax issa ġie kap eżekuttiv ġdid.", "Min wettaq dmiru bħala chief officer u għamel xogħlu, irrispettivament mill-kulur politiku tiegħu - ma jinteressanix - se jsibni niddefendih biex jibqa' f'dik il-kariga ta' chief officer avolja nbidel il-kap eżekuttiv, għax aħna ma nbiddlux in-nies meta nbiddlu l-kap tagħna.", "Sinjura President, dan l-aħħar tqajmet il-kwestjoni ta' konflitt ta' interess tal-ogħla uffiċjal tal-Awtorità fir-rigward ta' każ partikolari.", "Fejn stajt, jien dejjem sostnejt l-importanza li ma jintefa' ebda dell ikrah fuq l-Awtorità minħabba perċezzjoni, kif ukoll minħabba azzjonijiet li f'għajnejn il-pubbliku jidhru li l-Awtorità qiegħda ħaġa waħda ma' min ikun qiegħed jikseb l-art tal-poplu biċ-ċiċri.", "Irrid ngħid li huwa importanti li kull perċezzjoni ta' konflitt ta' interess tiġi indirizzata u tinqatel immedjatament.", "Fejn hemm kuntratti u konċessjonijiet li ngħataw mill-Parlament Malti, irid ikun il-Parlament biex jerġa' jbiddel dawk il-kondizzjonijiet, u l-ebda uffiċjal fl-Awtorità tal-Artijiet.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nsemmi l-lista ta' stennija, rikonoxximenti u fidi.", "Għandi rapporti li għadhom kemm wasluli li għad hemm lista twila ta' rikonoxximenti li għadhom iridu jitwettqu u jridu jiġu rikonoxxuti mill-Awtorità.", "Irrid insemmi wkoll it-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva.", "Nistaqsi jekk huwiex kompitu tat-Tribunal li jiddeċiedi jekk art għandhiex toħroġ għall-bejgħ jew le.", "Sta għall-Bord tal-Gvernaturi li jiddeċiedi jekk art toħroġx għall-bejgħ jew le, u allura nixtieq nifhem kif qegħdin nimpinġu fuq dan il-punt, bħala Tribunal, meta din hija purament deċiżjoni suġġettiva u mhux dettata minn ebda dritt sagrosant tal-liġi.", "L-aħħar punt tiegħi huwa dwar il-manifest elettorali tal-Partit Laburista, fejn kien twiegħed, kif għamilna aħna wkoll, li toħroġ skema għat-trasferiment tal-qbiela.", "Din għadha ma saritx.", "Qed jgħiduli li se toħroġ ġimagħtejn oħra.", "Sena ilu wkoll kienu qalu li waslu biex joħorġuha!", "Nittama li dawn il-ġimagħtejn ikunu ġimagħtejn ta' veru, għax il-Ministru, li bħali jiġi minn post tal-bdiewa u raħħala jaf … Nittama li din is-sejħa toħroġ kemm jista' jkun malajr.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkrek li fadallek sitt minuti.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, naħseb li lkoll naqblu li għandna bżonn li pajjiżna jkun fil-kategorija ta' seba' stilel.", "Għandna sitwazzjoni fejn l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità tal-Artijiet u Trasport Malta mhumiex qegħdin jimxu fl-interess nazzjonali, imma qegħdin jimxu b'direzzjoni politika.", "M'hemmx ħsieb imfassal bi pjan strateġiku ta' time-frames.", "Dak li qed iseħħ u li hu ppjanat huwa kollu short-term, m'hemmx viżjoni fit-tul.", "La hemm awtonomija u lanqas indipendenza f'dawk l-entitajiet, għax hekk irid il-boss, iċ-Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru!", "Hija din l-attitudni li qed tmarrad lill-pajjiż.", "Għandna sitwazzjoni fejn l-assi tal-poplu tagħna lkoll, l-art pubblika, l-ibħra ta' madwar, il-kapital tal-wirt naturali, l-ispazji hemm fuq fis-sema', l-estetika ta' pajjiżna, mhumiex tagħna, saru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru daqslikieku donnhom tħallew wirt lilhom, lill-Gvern tal-Partit Laburista!", "Għandna responsabiltà, imma vera rridu pajjiżna li jkun seven star?", "Fejn hu l-iżvilupp sostenibbli?", "Ninnota wkoll li qegħdin f'sitwazzjoni fejn qegħdin inqiegħdu l-karattun u t-tagħbija tiegħu qabel iż-żiemel.", "Din is-sena stenbaħna, għamilna aġenzija Infrastruttura Malta.", "Huwa tajjeb, l-għanijiet huma tajba, tant huma tajbin li jien ivvotajt favuriha.", "Iżda dak li qed jitwettaq, qiegħed jitwettaq b'governanza tajba?", "Qed jitwettaq b'riżultati dejjiema?", "L-International Monetary Fund (IMF) fakkarna li għandna żvilupp ekonomiku li huwa tajjeb, imma ġibdilna widnejna fuq l-infrastruttura u qalilna li jekk mhux se nieħdu l-infrastruttura f'ħin waqtu u bis-serjetà - u diġà qegħdin tard wisq - għandna mażżra ma' għonqna.", "Ilkoll għandna responsabilità.", "Imma veru qed naħdmu biex ikun hawn dik il-bidla fl-attitudni għall-mod kif nużaw il-mezzi tat-trasport?", "Li hu żgur hu li t-twessigħ tat-toroq mingħajr sistema ta' mass transport li jkun effiċjenti, mhix ssarraf f'soluzzjoni dejjiema.", "Fejn hi l-wegħda tal-metro?", "Dik hija l-wegħda tal-Leġiżlatura tal-2013.", "In-nuqqas ta' wesgħat pubbliċi fil-lokalitajiet tafu fiex qegħdin jissarrfu?", "Qegħdin jissarrfu f'nuqqas ta' sens komunitarju.", "Sa hemmhekk wasalna, qegħdin naslu fil-qiegħ!", "It-toroq mhumiex jinbnew people friendly, mhumiex il-liveable streets li naf jien u jafu ħafna nies hawnhekk, li konna ngħixu fihom.", "Hemm bżonn li nerġgħu nirritornaw għal dak l-istat.", "Fejn hu l-inkoraġġiment biex ikollna u naqbdu mezzi ta' trasport alternattiv?", "Sinjura President, irrid li pajjiżna jkun seven star, l-aqwa u l-aħjar, imma hemm bżonn inwarrbu l-attitudni ta' agħtini u nagħtik, mexxi u wara naraw, lil dak iva u lil dak le!", "Il-Partit Demokratiku hu ċar fejn pajjiżna jrid jasal.", "Aħna rriduh seven star, fejn ħajjitna u l-kwalità tal-ħajja li ngħixu tkun verament seven star.", "Imma biex naslu rridu naslu b'onestà, b'impenn marbut ma' time-frames u b'serjetà.", "Jien persważ li l-kollegi l-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Chris Agius għandhom viżjoni politika li hija bħal tiegħi.", "Hekk jixtiquh pajjiżna.", "Aħna kapaċi naslu.", "Flimkien naslu, ejjew ħalli pajjiżna jkun seven star.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-ħin kollu li fadal għad-diskussjoni issa huwa għan-naħa tal-Gvern.", "Infakkar li din is-seduta tagħlaq fis-7.36 p.m. L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sinjura President, nirringrazzja lill-kollegi li tawni din l-opportunità wkoll biex nitkellem fuq punti partikolari li jaffettwaw is-settur li qiegħed naħdem fih jiena.", "Nibda billi ngħid li dak kollu li nagħmlu aħna nagħmluh bħala tim wieħed, u għall-battuta pożittiva li għamel il-kollegi tiegħi l-Onor.", "Toni Bezzina, ngħidlu li aħna kemm-il darba, flimkien mas-CRPD, kif ukoll mal-Aġenzija Sapport, morna l-Ministeru flimkien mal-Ministru Ian Borg u t-tim tiegħu biex niddiskutu kwestjonijiet relatati mal-persuni b'diżabilità u mal-anzjani, fosthom dwar sapport, parking bays u t-trasport.", "Għalhekk fuq dan il-punt pożittiv li għamel l-Onor.", "Bezzina u t-tħassib li għandu li f'karozza tal-linja ma jistax ikun hemm iktar minn persuna waħda li tuża s-siġġu tar-roti, irrid ngħid li jien, kemm ili f'din il-kariga, qatt ma kelli xi lment li xi ħadd li juża s-siġġu tar-roti ma rikibx fuq il-karozza tal-linja minħabba li diġà kien hemm xi ħadd ieħor li juża s-siġġu tar-roti.", "Jekk għandu iktar informazzjoni aħna lesti li nieħdu dan il-punt u naħdmu fuqu.", "Bla dubju ta' xejn dan irid isir ukoll fl-ambitu tal-istandards tat-trasport pubbliku minħabba s-saħħa u s-sigurtà ta' dawk li jużaw is-siġġu tar-roti infushom, u x-xufier irid jara li dawk li jkunu qegħdin jivvjaġġaw miegħu ikunu siguri kemm jista' jkun ħalli ma jipperikolax il-ħajja ta' dawk li jkunu qegħdin jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.", "Sinjura President, kien hemm żmien meta d-diskussjoni dwar dan il-Ministeru kienet iddur fuq dibattitu jekk aħniex se nagħmlu toroq ġodda jew le.", "Illum nitkellmu dwar kemm se nagħmlu toroq ġodda u liema żona se tkun l-ewwel, u allaħares ikun hemm xi żona li ma tkunx ingħatat prijorità għax naraw anke membri mill-Oppożizzjoni jqumu u jistaqsu lill-Ministru meta se ssir dik iż-żona partikolari.", "Lil dan il-poplu wassalnieh biex jaspira għall-aqwa, biex jemmen li Malta tista' tkun fost l-aħjar fid-dinja.", "U jien qiegħed hawn illum għaliex is-servizzi li qegħdin noffru f'dan is-settur ma jwasslux biss sal-infrastruttura, għalkemm bla dubju ta' xejn l-infrastruttura hija importanti ħafna.", "Mil-lat tas-Segretarjat li jien responsabbli għalih qegħdin naraw diversi gruppi fis-soċjetà li, permezz ta' ftit għajnuniet, permezz ta' titjib ta' sitwazzjonijiet, qegħdin jimxu 'l quddiem u jagħmlu suċċess.", "Fuq kollox, it-trasport huwa kruċjali għall-inklużjoni u għall-integrazzjoni, u għalhekk għandna nsaħħu l-aċċessibbiltà tiegħu u meta nkunu qegħdin nagħmlu hekk inkunu qegħdin innaqqsu l-esklużjoni soċjali, kemm tal-persuni b'diżabilità, kif ukoll tal-anzjani tagħna.", "Dan wassal biex b'dan il-Baġit daħħalna miżuri li permezz tagħhom se nkunu qegħdin inżidu l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabbiltà.", "Illum qegħdin nipprovdu sussidju fuq il-prezz tal-użu tal-karozzi tal-linja, sussidju li bbenefikaw minnu 2,700 persuna b'diżabilità.", "Issa għax dan il-pajjiż jiflaħ, għax dan il-pajjiż għamel surplus, se nagħmlu pass ieħor 'il quddiem u bħalma ż-żgħażagħ bdew igawdu mit-trasport pubbliku bla ħlas, issa anke l-persuni b'diżabilità se jkunu jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku b'xejn.", "Dan iwassal għal iktar integrazzjoni u inqas esklużjoni soċjali.", "Hekk tkun soċjetà li jimpurtaha, għax id-diskors u s-slogans li t-trasport huwa b'xejn jista' jgħidu kulħadd, imma l-azzjoni li tgħodd, u bl-azzjoni hawn aħna.", "Dan apparti li komplejna ntejbu bosta servizzi.", "Għandna l-Empowerment Scheme li tipprovdi gwida u sapport finanzjarju sa massimu ta' €1,800 għall-persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jixtru apparat li jwassalhom biex jgħixu ħajja iktar indipendenti.", "Din l-iskema bbenefikaw minnha 700 persuna.", "Hemm anke l-eżenzjoni tar-reġistrazzjoni u l-liċenzja tat-triq għall-karozzi.", "Fil-baġit tal-2018 nidejna inizjattiva finanzjarja biex kumpaniji tat-taxis jixtru taxis li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u hekk inkomplu nżidu l-mod komdu lil dawn il-persuni li jkunu jużaw is-siġġu tar-roti li qegħdin jivvjaġġaw minn post għall-ieħor.", "Għandna wkoll aktar minn 9,000 persuna b'diżabilità li huma eliġibbli u jagħmlu użu mill-blue badge, u dawk li għandhom personalised parking illum jistgħu wkoll jagħmlu użu bħall-blue badge holders l-oħrajn fuq dak il-parking slot.", "Min jiflaħ jimxi jrid jimxi.", "F'dan ir-rigward żidna pieni ħorox ħafna ħalli min jabbuża mill-parkeġġ riservat tal-persuni b'diżabilità jħallas multi għoljin.", "Daħħalna għall-ewwel darba multa ta' €500 għal dawk li jipparkjaw f'parking slots ta' persuni b'diżabilità u ma jkunux blue badge holders.", "Iva, kapaċi nkunu ebsin ma' min jabbuża.", "U t-tieni darba li jagħmel dan l-iżball dak l-individwu jrid iħallas €1,500.", "Dan kollu sar frott ta' ħidma konġunta bejn il-Ministeru u dawk l-entitajiet kollha involuti.", "Dawn is-slots qegħdin hemmhekk biex persuni b'diżabilità jagħmlu użu minnhom ħalli jkollhom aċċess għaċ-ċentri tal-irħula u postijiet oħrajn, u min jabbuża minnhom irid iħallas.", "Min jiflaħ jimxi jrid jimxi u mhux joqgħod jabbuża minn dawn is-slots.", "Jien naf li se jkun hemm anzjani li jistaqsuni jekk huma għandhomx trasport pubbliku b'xejn ukoll.", "Ħa nkun ċar, dan qiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista u la qiegħed hemm jitwettaq, kif twettqu l-mijiet ta' wegħdi oħrajn li għamilna u żammejna kelmitna mal-poplu tagħna.", "Għax aħna forsi mhux bħal ħaddieħor, nagħmlu ħafna wegħdi, imbagħad kif tgħaddi l-elezzjoni ngħidu li minn dak li għedna m'hemm xejn u noqogħdu nġibu ħafna skużi bħal, pereżempju, minħabba l-maltemp u mhux maltemp!", "Din kienet imwiegħda u se titwettaq.", "Fuq kollox, anke l-Prim Ministru, meta tkellem fuq il-viżjoni tagħna dwar it-trasport pubbliku, qal li dan it-trasport pubbliku se jkun b'xejn għal kulħadd.", "Però sakemm naslu għal dak l-għan ħsibna biex inniedu servizzi ġodda li jżidu l-parteċipazzjoni tal-anzjani tagħna fil-komunità bla ħlas.", "Wegħda oħra elettorali bdejna nwettquha permezz tas-Silver Transport.", "Din hija inizjattiva li toffri servizz ta' trasport attraenti u effiċjenti f'distanzi qosra.", "Bdejna proġett pilota fi tliet lokalitajiet ħalli niġbru l-informazzjoni li għandna bżonn u nista' ngħid li kif ikollna l-informazzjoni kollha nieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji.", "Din l-inizjattiva kont tkellimtha wkoll mal-Ministru u mal-Prim Ministru u hija inizjattiva għal qalbi ħafna.", "Dan is-servizz qed noffruh f'lokalitajiet partikolari permezz ta' dan il-proġett pilota, u għandi pjaċir ngħid li fil-ġranet li ġejjin se nestendu dan is-servizz f'lokalitajiet oħrajn ħalli jkollna iktar informazzjoni għal dan il-proġett pilota li qegħdin nagħmlu.", "Nista' niżvela li diġà għaddejjin diskussjonijiet biex inżidu dawn il-lokalitajiet ħalli jkollna iktar informazzjoni.", "Ara kif qegħdin inbiddlu l-ħajja tan-nies!", "Immaġina persuna b'diżabilità severa li ma tistax tidħol fid-dinja tax-xogħol u meta tivvjaġġa mal-familja tagħha tuża t-trasport pubbliku.", "Mela ħallejna iktar flus fil-but ta' dak l-individwu għaliex b'tal-linja ma tħallasx għaliha, iżda żidna wkoll l-assistenza fil-pensjoni li tieħu dik il-persuna.", "Għaliex aħna nemmnu li rridu nissapportjaw biex persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol, għax nemmnu li x-xogħol jagħtik id-dinjità, imma nafu wkoll li hemm sezzjoni tal-popolazzjoni tagħna li tagħmlilha x'tagħmlilha, ma tistax tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "U aħna ma rridux li dik il-persuna tkun qiegħda tgħix bi tbatija, irridu li dik il-persuna wkoll tgħix b'dinjità, u allura f'dan il-Baġit żidna l-pensjoni minn €140 għal €150 fil-ġimgħa.", "U din se jgawdu minnha 600 ruħ, għaliex nafu li hemm iktar persuni li jekk inwessgħu ftit l-għodda li qegħdin nużaw jistgħu jingħataw din l-għajnuna.", "U iva, għaliex le, dawn in-nies se jkollhom il-flus fil-but, li se nagħtuhom permezz ta' din il-pensjoni u permezz ta' inizjattivi tat-trasport pubbliku b'xejn, li qabel kien ikollhom iħallsu biex jużawh.", "Issa dawk il-flus se jibqgħu f'buthom.", "Sinjura President, fejn qabel l-anzjani kienu jiddependu minn uliedhom jew minn xi qraba tagħhom biex joħorġu, pereżempju biex imorru sal-pjazza, biex imorru jixtru, biex imorru ċ-ċimiterju, biex imorru għand il-hairdresser, il-poliklinika jew il-bank, issa qegħdin nipprovdu s-Silver Transport ħalli dawn ikunu jistgħu jmorru.", "Issa jafu li dak is-servizz qiegħed hemmhekk bi dritt u m'għandhomx għalfejn jistennew lil ħaddieħor.", "Kulma jridu jagħmlu hija telefonata u jkollhom dan is-servizz wara darhom.", "Dawn huma lkoll miżuri li niġborhom fi ftit kliem, dinjità u kwalità ta' ħajja biex hekk ukoll qegħdin jgħixu s-suċċess l-anzjani u l-persuni b'diżabilità.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, tiskanta li f'siegħa u nofs li kellha allokat għaliha l-Oppożizzjoni ma kellhiex iċ-ċans li qabelxejn tirringrazzja lill-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur.", "Jien nieħu l-okkażjoni li nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, jiġifieri l-Awtorità tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Ippjanar, ir-Reġistru tal-Artijiet, Infrastruttura Malta, Trasport Malta, il-ħaddiema tal-Ministeru kif ukoll il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari.", "Illum qed nitkellmu fuq il-vot għal Infrastruttura Malta.", "Dan il-Baġit ippreżenta pjan li permezz tiegħu se nkunu qegħdin ninvestu matul is-sena d-dieħla mhux inqas minn €100 miljun bħala parti minn proposta elettorali prinċipali ta' dan il-Gvern sabiex f'temp ta' 7 snin nittrasformaw it-toroq kollha ta' pajjiżna.", "Nispera li kulħadd jaqbel mal-fatt li Ilum il-ġurnata l-infrastruttura ta' pajjiżna jeħtieġ li titjieb.", "Ilbieraħ kelli ċ-ċans nikkwota dak li qal iċ-Chairman tal-ERA, Prof. Victor Axiaq, li qal li iktar ma qed jgħaddi ż-żmien, iktar sar kruċjali li ntejbu t-toroq tagħna, intejbu l-infrastruttura stradali tagħna, immaniġġjar tat-traffiku aħjar, għax dan iwassal anke sabiex ikollna inqas emissjonijiet.", "Jien se nagħmel aċċenn ukoll għad-dokument maħruġ minn Ernst & Young, survey li Ernst & Young tagħmel mal-investituri barranin f'pajjiżna u li sar rikorrenza annwali.", "Il-maġġoranza tal-investituri barranin li huma stabbiliti f'pajjiżna jaqblu li biex pajjiżna jibqa' attraenti għall-investiment barrani jeħtieġ li nibqgħu ninvestu fl-infrastruttura tagħna.", "Jiġifieri iktar minn nofs l-investituri barranin li qegħdin diġà preżentament f'pajjiżna qed jgħidu li huwa kruċjali u importanti ħafna li pajjiżna jinvesti fl-infrastruttura tagħna u li għandu jibqa' jagħmel dan sabiex nibqgħu attraenti għall-investiment barrani.", "Dan ifisser li għandna – jekk kien hemm bżonn - konferma oħra ta' kemm huwa importanti li nkomplu ninvestu f'dan is-settur tal-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Sinjura President, ħafna mix-xogħol li qiegħed isir illum u li għad irid isir huwa frott in-nuqqas ta' deċiżjonijiet minn amministrazzjonijiet ta' qabilna, u frott anke ta' nuqqas ta' viżjoni.", "Infatti, ta' qabilna qatt ma basru li l-ekonomija ta' pajjiżna tista' tikber bir-rata li qed inkabbruha bħalissa.", "Ta' qabilna ma kellhomx dik il-viżjoni, ma kenux qegħdin jaraw li pajjiżna jista' jikber b'iktar minn bejn 4% u 6% fis-sena, u l-popolazzjoni tagħna tikber ukoll kif qed tikber, u allura ma ppjanawx.", "Jekk tara t-toroq prinċipali li saru minn amministrazzjonijiet preċedenti ssib li kollha għamluhom xorta b'karreġġjata waħda fiż-żewġ direzzjonijiet.", "Illum ħafna mix-xogħol u mill-investiment li qed nagħmlu qed isir biex nagħmlu tajjeb għall-investiment żbaljat li sar fil-passat.", "Jien niftakar żmien, bħalma naħseb li tiftakar inti, meta f'dan il-Parlament kien hemm ftaħir bi proġetti infrastrutturali importanti f'pajjiżna, fosthom it-Ten-T, li l-maġġoranza tagħhom huma kollha b'karreġġjata waħda.", "Illum qed isir xogħol sabiex nirrinġaw investimenti li messhom saru ħafna snin ilu.", "Jien nispera li l-Oppożizzjoni almenu taqbel li hemm bżonn li ntejbu l-infrastruttura tagħna, u ma tagħmilx il-bsaten fir-roti fuq dawn il-proġetti, anke b'mod individwali, kif rajna li qed isir s'issa fuq is-Central Link Project; anzi għandhom jikkollaboraw kemm jista' jkun mal-Gvern biex jekk jistgħu dawn il-proġetti jitjiebu, biex jekk ikun possibbli finalment ikunu aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Irrid inżid punt importanti ma' dan l-argument.", "Huwa tajjeb infakkru lil kull min qiegħed isegwina li qabel, dan il-vot biex jitranġaw u jsiru mill-ġdid it-toroq residenzjali kien vot allokat lill-kunsilli lokali, għax qabel il-kunsilli lokali kienu responsabbli mit-toroq tal-irħula tagħhom.", "Jien għamilt ħames snin fil-Kunsill Lokali tal-Mosta u allura naf tajjeb li kull kunsill kellu dak il-baġit.", "Dak il-baġit kien jammonta għal aktar minn 20% tal-baġit annwali li kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex għandu.", "Id-deċiżjoni li nwaqqfu Infrastruttura Malta fissret li dawk il-flus kollha li kienu qed imorru għand il-kunsilli biex jagħmlu t-toroq, aħna ma tlabnihomx li jagħtuhom lura lill-gvern ċentrali biex imbagħad il-Gvern jgħaddihom lill-Infrastruttura Malta u tonfoqhom hi, imma ħallejniehom għand il-kunsilli lokali.", "Jiġifieri, bid-deċiżjoni li matul ix-xhur li għaddew waqqafna Infrastruttura Malta u issa qed nivvotawlha €100 miljun fis-sena mingħajr ma naqqasna xejn lill-kunsilli lokali, qed ngħidu li lill-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex żidnielhom il-baġit tagħhom b'iktar minn 20% minn din il-miżura biss.", "Dawn il-flus issa finalment il-kunsilli lokali jistgħu jonfquhom f'affarijiet oħrajn importanti għal-lokal tagħhom, fosthom fil-ġonna, fl-indafa tal-irħula tagħna u ħafna proġetti oħrajn.", "Se nitkellem ftit fuq l-Awtorita tal-Artijiet, li anke l-kollega ta' qabli tkellem fuqha u anke kien kritiku ta' ċerti deċiżjonijiet li forsi ma tteħdux jew forsi dwar il-mod kif ittieħdu.", "Issa kważi qegħdin inqarrbu s-sentejn li ilha teżisti l-Awtorità tal-Artijiet, infatti l-liġi għaddiet ftit qabel Marzu jew April tal-2017, jiġifieri s-sena d-dieħla din l-Awtorità tagħlaq l-ewwel sentejn tagħha.", "Xi ħaġa li nista' ngħid hawnhekk b'mod kategoriku - u naħseb jista' jikkonferma dan il-kollega tiegħi - li għall-kuntrarju ta' dak li kien isir qabel, fejn l-Awditur Ġenerali kien kiteb f'rapporti tiegħu li fil-passat kien hemm ammont ta' ndħil politiku fuq kif kien jitmexxa dak iż-żmien id-Dipartiment tal-Artijiet, jien nista' ngħid hawnhekk li qatt, la l-Ministru Ian Borg, u lanqas is-Segretarju Parlamentari, ma qalulna x'irridu nagħmlu jew indaħlulna fuq id-deċiżjonijiet li rridu nieħdu, la lili u l-ebda gvernatur ieħor.", "Dan il-kollegi tiegħi l-Onor.", "Callus naf li jista' jikkonfermah.", "L-indħil politiku f'din l-Awtorità llum il-ġurnata jien nista' ngħid li spiċċa kompletament.", "Li huwa stat ta' fatt ukoll, u dan naħseb li jixhdu kulħadd, huwa li żdiedet ħafna t-trasparenza.", "Quddiemna fil-Bord jiġu impjegati u ħaddiema ta' din l-Awtorità li ilhom is-snin hemmhekk, titlobhom jispjegawlek l-affarijiet fil-passat kif kienu jsiru u jgħidulek li kien isir hekk għax dik kienet il-prassi, hekk kienu mdorrijin jaħdmu.", "Tipprova tara jekk toħroġx minn xi liġi, tipprova tara jekk ċerti policies joħorġux mill-policies miktuba, minn politika ċara, u ssib li ma kienx il-każ.", "Jiġifieri kellek id-Dipartiment li xogħlu huwa li jieħu ħsieb l-assi tal-pajjiż, il-proprjetà li għandu l-Istat, u li finalment huma taċ-ċittadini tagħna, li kif tistaqsihom ċerta politika kif kienet imfassla, ma kenux kapaċi jirrispondu.", "Dawk huma wħud min-nuqqasijiet li tħallew jimmaturaw fl-Awtorità.", "U jekk hemm awtorità li trid tkun trasparenti u kontabbli lejn il-poplu Malti hija l-Awtorità tal-Artijiet, il-mod ta' kif il-gvern jiddisponi mill-art tiegħu sabiex isiru numru ta' proġetti li jkun hemm bżonn.", "Allura ejjew naqblu, anke bħala Gvern u Oppożizzjoni, li jekk xejn, l-Awtorità żgur li f'dawn ix-xhur li ilha topera żiedet b'mod drastiku t-trasparenza fuq kif namministraw l-artijiet.", "Il-kollega tiegħi qal li f'ċerti affarijiet morna pass oltre, fis-sens li llum kull deċiżjoni li tittieħed mill-Awtorità tal-Artijiet hija appellabbli.", "Illum tajna l-fakultà liċ-ċittadini li kull deċiżjoni li tista' tieħu l-Awtorità, wieħed jista' jagħmel appell minnha.", "Allura hawnhekk tqum il-mistoqsija: Imma se niġu fl-istat ipotetiku imma possibbli li l-qrati Maltin jiddeċiedu huma kif l-aħjar li għandna niddisponu mill-art pubblika?", "U naħseb li din hija mistoqsija valida li anke għamel l-Onor.", "Callus, li anke jien nissekonda, li possibbilment hemmhekk wieħed għandu jara wkoll il-fakultà li tajna hemmx lok li possibbilment tista' tiġi abbużata.", "U allura rridu naraw għandniex nameljoraw fuq il-liġi eżistenti.", "Il-kollega tiegħi semma l-backlog u jien nirrikonoxxi li l-Awtorità tal-Artijiet għad fadlilha x'tagħmel biex taqta' l-backlog li akkumula, jien ma ngħidx f'temp tal-erba' snin li għaddew, iżda fuq medda ta' mhux inqas minn 25 sena, u f'każijiet oħrajn anke iktar minn 25 sena.", "Imma jidher li bħala Awtorità qabdet ritmu tajjeb, u jekk nibqgħu mexjin kif qed nimxu se nkomplu naqtgħu l-backlog u allura finalment il-poplu Malti jkun moqdi aħjar.", "B'hekk nemmen li mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "Sur President, nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella li fuq dan is-settur tant importanti għal pajjiżna, kif nimmaniġġjaw l-artijiet ta' pajjiżna, fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna u fuq l-Awtorità tal-Ippjanar għandu jkun hemm iktar qbil politiku, minkejja li dawn huma suġġetti kontenzjużi.", "Nappella għal aktar diskussjoni matura f'dan il-Parlament u anke lil hinn minnu, sabiex finalment naslu lkoll għal deċiżjonijiet li jkunu tassew fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sinjura President, illum għadna quddiemna s-seba' baġit ta' dan il-Gvern, u naħseb li dan huwa baġit li minħabba s-suċċess li kellu dan il-Gvern ninsabu f'pożizzjoni fejn nistgħu nkomplu nferrxu l-ġid.", "U dan il-ġid huwa frott is-suċċess li rnexxielna niksbu matul dawn ix-xhur u għalhekk żgur li huwa baġit li minnu se jkomplu jgawdu n-nies, baġit bi kredenzjali soċjal demokratiċi, mimli miżuri li qed igawdu minnhom kull faxxa tas-soċjetà.", "U dan hu riżultat ta' pjan maħsub, ippreparat fid-dettall minn dan il-Partit li f'perjodu ta' erba' snin l-poplu tah fiduċja bl-akbar maġġoranza fl-istorja politika ta' pajjiżna.", "Kif diġà għedt, dan is-suċċess hu frott l-għaqal u l-bżulija ta' dan il-poplu għaliex dan għamilnieh flimkien mal-poplu, poplu għaqli u ħawtiel, u jien nirringrazzjah talli ħdimna flimkien pass pass sabiex rajna li dan il-pajjiż ikompli jikber, iżid il-ġid u fl-istess ħin, mhux biss isir l-aqwa fl-Ewropa, iżda jsir l-għira ta' pajjiżi ħafna akbar minna.", "Illum nistgħu niftaħru li kulħadd qed jgħix aħjar, igawdi mis-suċċess ta' pajjiżna, u rnexxielna nagħmlu dan għaliex għandna pajjiż stabbli politikament kif ukoll ekonomikament.", "Iżda naħseb li huwa tajjeb li nistaqsu minn fejn tlaqna u kif irnexxielna naslu fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum.", "Dan hu pajjiż li għal sena oħra qed jesperjenza l-akbar tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi Ewropej, tkabbir ta' 5.7%, imqabbel mal-medja Ewropea ta' 2.3%.", "Dan huwa pajjiż b'surplus ieħor ta' 1.3%, meta qabel il-poplu ddeċieda li jagħtina l-fiduċja, konna drajna b'defiċit sena wara l-oħra, bl-aħħar wieħed fl-2012 kien ta' madwar €220 miljun.", "Dan huwa pajjiż bl-inqas livell ta' qgħad fl-istorja ta' pajjiżna, b'4%, meta fl-2012 il-persentaġġ kien ta' 6.6%.", "U la rnexxielna nagħmlu dan illum nistgħu għal sena oħra, inżidu l-flus fil-bwiet tan-nies, fil-bwiet tal-familji tagħna, ħalli nkomplu ntejbu l-ħajja tagħhom.", "Dan hu t-tieni baġit bla taxxi u allura l-poplu se jibqagħlu aktar flus fil-but.", "Dan hu t-tieni baġit li fih qed nerġgħu nagħtu ġurnata oħra żejda ta' leave għal dawk il-festi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.", "Kien Gvern Nazzjonalista fl-2005 li lilek seraqlek ġurnata mil-leave, u dan il-Gvern qed jerġa' jagħtihielek lura.", "Dan huwa t-tielet baġit b'surplus anke jekk inneħħu l-iskema tal-IIP, li huwa tajjeb li ngħidu li anke l-flus li daħlu minnha qed jintużaw għall-bżonnijiet tal-poplu tagħna.", "Dan huwa r-raba' baġit b'żidiet għall-pensjonanti tagħna wara għexieren ta' snin, fejn konna nsejna xi jfissru żidiet fil-pensjonijiet.", "Kien hemm anke żmenijiet fejn saħansitra ż-żieda tal-għoli tal-ħajja ma kenux jeħduha sħiħa, iżda kienu jieħdu biss żewġ terzi minnha.", "Dan huwa baġit li qed jara tnaqqis fit-taxxa fuq l-income, b'riżultat li qed jibqa' ħafna iktar fil-but tan-nies.", "U ser nerġgħu għal sena oħra nagħtu rifużjoni tat-taxxa għal min qiegħed fl-impjieg.", "Dan il-Baġit mifqugħ b'166 miżura li minnhom ser igawdi kulħadd.", "Nixtieq nagħmel referenza għall-kummenti li saru mill-kelliema ta' qabli, b'mod partikolari mill-Onor.", "Marthese Portelli, li għamlet ħafna punti validi u li naħseb li jkun tajjeb li wieħed jistudjahom.", "L-Onor.", "Portelli semmiet is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, u għalkemm ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' dan il-Ministeru, huwa tajjeb li ngħidu li matul l-aħħar ġimgħat ingaġġat numru ta' gradwati ġodda, però fil-ġranet li ġejjin ħaddiema mill-Awtorità tal-Ippjanar li jaħdmu fil-qasam tal-wirt storiku se jiċċaqilqu sabiex ikomplu jżidu l-riżors uman tas-Sovrintendenza.", "Dwar il-ġerarkija li semmiet l-Onor.", "Marthese Portelli rrid ngħid li l-Awtorità tal-Ippjanar tipprovdi sabiex permessi skont Artiklu 52 jistgħu jingħataw prijorità.", "Callus tkellem dwar l-esproprji u qal li ma sarux esproprji f'dawn l-aħħar snin.", "Huwa tajjeb li ngħidu li l-esproprji jmorru lura sas-snin sebgħin.", "Tajjeb hekk?", "Dażgur li mhux tajjeb, u għalhekk l-Awtorità tal-Artijiet qed taħdem sabiex fiż-żmien li ġej dak il-backlog li hemm fl-Awtorità tal-Artijiet, li semma l-Onor.", "Alex Muscat, inkunu nistgħu nilqgħu għalih.", "Fit-tieni baġit ta' dan il-Gvern fl-2013, li kien l-ewwel baġit magħmul minnu - għax tajjeb li nfakkru li meta fl-2012 il-baġit ta' Gvern Nazzjonalista ma ġiex approvat, il-Gvern Laburista ġdid kien approva l-baġit kif kien tressaq minn Gvern Nazzjonalista - konna għedna li se nvaraw l-iskema ta' eżenzjoni fuq il-first-time buyers.", "Dan konna għamilnieh sabiex ngħinu lill-koppji żgħażagħ u konna qed ngħidu li kull min jixtri l-ewwel dar tiegħu sa €150,000 ikun qed jiffranka €5000 mit-taxxa tal-boll.", "Din erġajna għamilnieha għal sena wara l-oħra u minnha gawdew numru kbir ħafna ta' żgħażagħ u familji.", "Fil-fatt, qaluli li sal-aħħar tas-sena l-oħra l-ammont ta' kuntratti ta' first-time buyers kien jaqbeż it-12,000.", "Dan hu l-mod kif tgħin lill-familji, mod indirett kif iktar flus fil-but jibqgħu għand il-familji tagħna.", "Għal sena oħra erġajna varajna l-iskema tas-second-home buyers, li permezz tagħha qegħdin ngħinu lil dawk il-familji li llum jew għandhom dar kbira għax it-tfal iżżewġu, jew inkella l-familja kibret - għax meta l-Bambin jagħtik grazzja li jkollok it-tfal, il-familja tikber – u dik li xtraw l-ewwel darba saret żġħira għalihom u allura sabiex il-familja tkun tista' tgħix b'aktar kumdità qed ifittxu t-tieni dar tagħhom.", "Lil dawn ukoll qed ngħidulhom li għal sena oħra jistgħu jiffrankaw €3,000.", "L-istess qed isir għal min ikollu dar fl-UCA.", "Hemmhekk qed ngħidu li għal sena oħra, permezz ta' skema li daħlet fis-seħħ fl-2015, it-taxxa tal-boll se tinżel minn 5% għal 2.5%.", "Għal sena oħra qed inkomplu ngħinu lil Għawdex sabiex min jixtri dar f'Għawdex ikun jista' jibbenefika mit-tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 2%.", "Se nkomplu bl-iskemi ta' restawr fiċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula tagħna permezz ta' fondi li tiġġenera l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Meta sentejn ilu varajna l-ewwel skema 'Irrestawra Darek' b'fond ta' €8 miljuni, dawn ittieħdu wara madwar erba' xhur.", "Fil-bidu ta' din is-sena varajna din l-iskema għal darba oħra, din id-darba għall-valur ta' €10 miljuni, u din l-iskema ttieħdet fi ftit ġranet.", "Dan hu l-mod kif taħdem l-Awtorità tal-Ippjanar, li permezz ta' fondi li tiġġenera tkompli tgħin lill-familji tagħna.", "Ma' din l-iskema wieħed jista' wkoll iżid il-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Illum jien u l-Ministru, flimkien mal-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar u s-Sindku tal-Furjana kellna l-okkażjoni li mmorru l-Kunsill Lokali tal-Furjana li qed jibbenefika minn dan il-Fond.", "Matul din is-sena se nkunu qassamna €5 miljun minn dan il-Fond, però huwa tajjeb li ngħidu li għad hemm €28 miljun merfugħin jistennew lill-kunsilli lokali sabiex jibbenefikaw minnhom.", "L-appell tagħna għamilnieh dalgħodu u nerġa' nagħmlu minn din il-Kamra sabiex dawk il-kunsilli lokali li għandhom flus riservati għal-lokalità tagħhom fil-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp jagħmlu użu minnhom.", "Fond ieħor li varat l-Awtorità tal-Ippjanar huwa 'Sebbaħ il-Lokal Tiegħek', fond ta' €2 miljuni, li permezz tiegħu lil dawk il-kunsilli lokali li m'għandhomx aktar minn €100,000 fil-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp issa qed nagħmluhielhom possibbli li jiggwadanjaw minn dan il-fond ukoll.", "Huwa tajjeb li ngħidu li minnhom diġà saru numru ta' proġetti li gawdew numru ta' kunsilli lokali.", "Ftit tal-ġranet ilu ġiet varata skema oħra mill-Awtorità tal-Ippjanar, flimkien ma' fondi Ewropej, sabiex jiġu restawrati gallariji fin-naħa t'isfel tal-Belt Valletta.", "Għal sena oħra ġiet estiża l-iskema tar-regolarizzazzjoni - bl-istess ammont ta' ħlas, ma kienx hemm żieda fuqha - sabiex min b'xi mod għandu xi irregolarità fid-dar tiegħu jkun jista' jirranġaha sabiex ma jħabbtux wiċċhom ma' diffikultajiet jekk xi darba tiġi biex tinbiegħ il-proprjetà tagħhom, jew saħansitra biex jagħmlu xi tranżazzjoni fejn tkun involuta l-proprjetà tagħhom.", "Sur President, nixtieq nagħmel ftit kummenti fuq l-Awtorità tal-Ippjanar, awtorità li sa ftit tas-snin ilu kienet tiddependi fuq dak li jgħaddilha l-gvern.", "Jien nixtieq ngħid li grazzi għat-tmexxija għaqlija ta' din l-Awtorità, għall-mod kif qed taħdem u għall-mod kif saret topera fiż-żmien tal-lum, fejn meta nsemmu awtorità li taħdem bl-aktar mod tajjeb hija din l-Awtorità.", "Din is-sena, wara li jitħallsu l-ispejjeż kollha, wara li nagħtu dawn il-fondi kollha fi skemi differenti, ħa tispiċċa s-sena bi €8 miljuni profitt.", "Kif diġà għedt, din is-sena kompliet għaddejja bi skemi differenti u tilqa' dejjem applikazzjonijiet, sena aktar mill-oħra.", "L-iżvilupp f'pajjiżna wassal sabiex l-Awtorità tal-Ippjanar tant għandha xogħol li kultant ngħid li l-ħaddiema huma stretched to the limit.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lill-Kap Eżekuttiv, iċ-Chairman u l-ħaddiema kollha tal-Awtorità għax-xogħol tant importanti li qed jagħmlu.", "Irrid ngħid ukoll li matul din is-sena, sa Settembru, kien hemm aktar minn 9,000 applikazzjoni, li jfisser żieda ta' 8.4% fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra.", "Irċeviet ukoll 1,230 DNO għall-istess perjodu, żieda ta' 29% fuq is-sena ta' qabel, kif ukoll 4,700 regolarizzazzjoni, dejjem sa Settembru, b'żieda ta' 30% fuq l-istess perjodu ta' sena qabel.", "Dħul importanti ieħor għall-Awtorità tal-Ippjanar ġej mill-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS), li 70% mid-dħul minn dan il-fond imur għall-fond li diġà semmejt, li minnu qegħdin jibbenefikaw ħafna kunsilli lokali, u t-30% l-oħra jmorru għall-proposti ta' green transport, u qed insejħulu An Island Wide Green Transport Fund.", "Mill-2013 sa Ottubru tal-2018 l-Awtorità ġġenerat aktar minn €10 miljuni minn din l-iskema.", "Matul din is-sena d-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar kompla għaddej b'aktar ħidma sabiex jara li x-xogħol li jsir ikun konformi mar-regolamenti tal-immaniġġjar ta' siti ta' kostruzzjoni u għalhekk noħolqu l-inqas inkonvenjent possibbli, kemm lir-residenti, kif ukoll lill-utenti ta' madwar.", "F'dan l-eżerċizzju ġew identifikati madwar 1,600 sit li ma kenux konformi mar-regolamenti u l-uffiċjali għamlu diversi spezzjonijiet fuqhom u ħarġu avviżi ta' infurzar, kif ukoll ittieħdet azzjoni diretta.", "Kienet sena oħra ta' ħidma importanti li kompliet toffri l-aqwa u l-aħjar servizzi bl-aktar kontabbiltà u effiċjenza lill-klijenti tagħha.", "U x-xogħol ma jiqafx hawn, għax meta tkun għaddej tajjeb trid tara li ttejjeb l-operat tiegħek, u hekk se tkompli tagħmel l-Awtorità, għaliex għas-sena li ġejja se naraw li jkun hemm żieda f'aktar servizzi u ħlasijiet li jistgħu jiġu provduti u magħmula online.", "Dawn jinkludu l-ħlasijiet kollha u l-applikazzjonijiet għall-permessi tal-iżvilupp.", "Se naraw ukoll li jkun hemm reviżjoni tas-sistema ta' garanzija bankarja li tkun irħas u aktar effiċjenti għall-applikanti u fl-istess ħin tirriżulta f'aktar dħul għall-Awtorità u tnaqqas mill-burokrazija.", "Irridu naraw li l-ħlasijiet lill-fornituri lokali jsiru direttament fil-kont bankarju tagħhom u naraw li jitkompla l-proċess ta' rekordjar tad-depożiti f'sistemi differenti permezz ta' integrazzjoni mas-sistema tal-billing.", "Hekk din l-Awtorità tibqa' tkun tal-aqwa servizz għal min jitlob s-servizzi tagħha.", "Nixtieq nagħmel ftit kummenti fuq l-Awtorità tal-Artijiet, li wkoll kien hemm numru ta' kummenti fuqha.", "Għal din l-Awtorità wkoll ma kenitx sena faċli, għax minbarra li kulħadd ried jaddatta ruħu għar-regoli ġodda – iva, dalwaqt jagħlqu sena - li tipprovdi l-liġi l-ġdida, ridna wkoll li nsiru aktar effiċjenti u aktar kontabbli għall-mod kif isiru l-affarijiet.", "Kienet sena fejn mingħajr ħafna daqq ta' trombi sar ħafna xogħol, inbnew ħafna strutturi u metodi ġodda ta' kif isir x-xogħol, u jien ċert li fiż-żmien li ġej dan ser iwassal sabiex tikber l-effiċjenza.", "Jeħtieġ inħarsu bis-serjetà lejn iż-żewġ liġijiet li jirregolaw l-operat tal-Awtorità u nitgħallmu mill-esperjenzi tal-operat ħalli nibnu fuq il-vantaġġi li toffri l-liġi ġdida u nindirizzaw il-bottlenecks fejn manifestament mhux qed jaħdem.", "Se nkunu wkoll qegħdin nindirizzaw id-dewmien head on. Dan se nagħmluh billi jiġu analizzati l-proċessi kollha permezz ta' business process exercise bil-għan li jnaqqsu kemm jista' jkun id-dewmien fl-ipproċessar tal-files, li s'issa għadu miexi bil-mod u mhux kif nixtiequ aħna.", "Se nkunu qed ninvestu wkoll f'sistema tal-ICT biex intejbu fuq is-sistema eżistenti.", "Aktar minn hekk, irridu nsaħħu s-sistemi tal-applikazzjonijiet online.", "Se ninvestu wkoll fit-taħriġ tal-ħaddiema, speċjalment dawk ġodda, bil-għan li jiksbu aktar għarfien tekniku li jwassalna biex inwessgħu aktar il-punt tekniku li għandha l-Awtorità.", "Dan għandu jwassal għal ipproċessar aktar żvelt fl-applikazzjonijiet.", "L-Awtorità se ssir aktar sensittiva għall-bżonnijiet soċjali billi taħdem fil-qrib b'aktar ħeffa u b'mod effiċjenti mal-Awtorità tad-Djar.", "Matul iż-żmien ħabbatna wiċċna ma' ħafna diffikultajiet li qed isibu ma' wiċċhom magħhom numru ta' sidien ta' djar minħabba li fil-passat kienu nbnew djar tal-gvern, però l-art qatt ma saret tal-gvern.", "Allura minkejja li jkunu għamlu konvenju kuntratt, għadhom mhumiex is-sidien assoluti ta' din il-proprjetà.", "Aħna rridu naraw li dawn id-diffikultajiet insolvuhom fiż-żmien li ġej.", "Unit ieħor importanti tal-Awtorità tal-Artijiet huwa tal-Enforcement and Compliance.", "Dan huwa Unit li jagħmel ħafna xogħol bil-kwiet, fejn il-ħaddiema żgur jagħmlu xogħol li mhux kulħadd jixtieq jagħmel.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom għal dan ix-xogħol antipatku li jagħmlu.", "Is-sena l-oħra dan il-Unit għamel 1,300 spezzjoni, però din is-sena sa Ottubru, diġà saru aktar minn 3,600 spezzjoni.", "Dan juri l-effiċjenza tan-nies, li minkejja diffikultajiet u esperjenzi ġodda li joħolqu liġijiet ġodda, illum qed naraw li r-riżultati bdew ġejjin.", "Matul din is-sena ħriġna l-iskema ta' bejgħ ta' garaxxijiet li jinsabu f'housing estate.", "Ħriġna wkoll skema ta' trasferiment ta' proprjetà tal-gvern li kienet ingħatat għall-użu kummerċjali minn kerrej lill-membru tal-familja tiegħu, u fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inniedu l-Att dwar il-Proprjetà tal-Gvern, miżmuma taħt titolu ta' enfitewsi temporanju li għalaq jew sejjer jagħlaq u li jintuża għar-residenti ordinarji, kif ukoll l-Att dwar l-Art Agrikola.", "Matul din is-sena, kif diġà għedt, irridu naraw li nsolvu l-problemi tal-Home Ownership Scheme u ta' 'Sir Sid ta' Darek' sabiex aktar sidien ikollhom mistrieħ tal-moħħ.", "Naħseb li entità li ħafna ma jafux l-importanza li għandha u mhix rikonoxxuta minn kulħadd, anzi jkun hawn min jaħseb li hija ħaġa waħda bħal-Awtorita tal-Artijiet, huwa r-Reġistru tal-Artijiet, li għandu importanza u funzjoni importanti ħafna.", "Allura qed inħarsu lejh b'attenzjoni kbira sabiex in-nuqqasijiet li sofra matul is-snin naraw li fiż-żmien li ġej inkunu nistgħu nindirizzawhom.", "Sal-lum huma biss wieħed minn sitta f'Malta u nofs f'Għawdex li ġew dikjarati bħala compulsory registration areas, u ħafna mill-proprjetajiet f'dawn iż-żoni għad iridu jkunu reġistrati.", "Dan qed iżommhom milli jinfetħu aktar lokalitajiet u jkollna reġistrazzjoni obbligatorja.", "Li qed iżżomm dan ukoll hija s-sistema ta' software li tintuża (LRCS), sistema li saret għexieren ta' snin ilu u li qatt ma ġiet aġġornata mal-bżonnijiet dejjem jiżdiedu u kuntratti dejjem jiżdiedu li qed jiffaċċja d-Dipartiment.", "Il-files mis-sena 1982 sal-1987 kollha ġew scanned u dan grazzi għall-għajnuna offruta mill-Maltapost u Jobsplus, filwaqt li l-files tal-2017 u l-2018 ġew scanned mill-uffiċjali tad-Dipartiment stess.", "Dan hu proċess li ser jitkompla u huwa maħsub li fiż-żmien li ġej ikun tlesta kollu.", "Qed naraw li fi żmien tliet snin, proċess li suppost ilu jsir għexieren ta' snin, se jkun sar fuq perjodu ta' erba' snin.", "L-ipproċessar ta' riċerki uffiċjali jingħata prijorità minħabba li fuq l-eżitu tagħhom jiġu finalizzati l-kuntratti u l-maġġoranza tagħhom tingħata risposta fi tlett ijiem tax-xogħol.", "Id-Dipartiment irnexxielu wkoll jibbenefika minn fondi li jammontaw għal €5.4 miljuni taħt il-Converge Programme, li bihom se tkun tista' tinbena sistema ġdida ta' reġistrazzjoni tant bżonnjuża sabiex inkunu nistgħu nżidu l-areas ta' reġistrazzjoni, u sabiex jinxtara hardware ġdid.", "Diġà ħarġu t-tenders neċessarji u tlesta l-proċess tal-evalwazzjoni.", "Il-proċess biex jinkiteb is-software mistenni jibda fil-bidu tas-sena u nittamaw li ma jeħux aktar minn tliet snin.", "Fir-rigward tal-Uffiċċju tal-BRO irrid ngħid li hemmhekk qed issir ħafna ħidma u qed inħarsu li flimkien mal-BICC fiż-żmien li ġej ikollna awtorità ġdida, li l-white paper tagħha ħarġet ftit tal-ġimgħat ilu, sabiex ikollna awtorità li tkun tista' tħares aktar lejn il-bini u l-kostruzzjoni.", "Huwa tajjeb li ngħid xi ħaġa fuq il-BICC li għandha ħidma importanti.", "Matul l-aħħar ġranet korsijiet li torganizza l-BICC, fosthom kors tar-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, ġew akkredidati livell ta' MQF.", "It-taħriġ tal-iżvilupp professjonali u kontinwu tal-periti se jkun ukoll akkredidat fil-livell 5 ta' MQF, u finalment ser jibda jsir ukoll kors ta' taħriġ tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol magħmul apposta għall-professjonisti, li jwassal għar-raba' livell tal-MQF.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa fuq il-qasam tal-proprjetà.", "Huwa importanti li jkollna membri tal-Oppożizzjoni li jirrikonoxxu l-importanza ta' dan il-qasam, qasam li s-suċċess tiegħu matul dawn l-aħħar snin naħseb li gawda minnu kulħadd.", "Aħna, bħala Gvern, tant irrikonoxxejna dan li waqqafna Proprjetà Malta, bi sħubija mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi.", "Naħseb li din kompliet taħdem sabiex tara kif is-settur tal-proprjetà jista' jkompli jikber, settur tant importanti fil-qasam ekonomiku ta' pajjiżna.", "Ftit tal-ġimgħat ilu kellna l-opportunità li Proprjetà Malta tieħu sehem f'waħda mill-ikbar fieri ta' proprjetà ġewwa Dubai.", "B'unur irrid ngħid li hemmhekk kellna takkumpanjana lill-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta u kellna delegazzjoni ta' madwar 50 ruħ ġejjin mill-oqsma tal-proprjetà, fosthom aġenti tal-proprjetà, żviluppaturi, kif ukoll fornituri ta' servizzi oħrajn, li ngħaqdu magħna fuq l-istand li kien jirrappreżenta lil Malta.", "Hekk jien ċert li l-parteċipanti Maltin mill-feedback li ħadna kienu ħafna li resqu lejn l-istand ta' Malta sabiex jaraw dan il-pajjiż x'għandu x'joffri.", "Konna qegħdin f'parti oħra tad-dinja, mhux fl-Ewropa, u tant kiber dan il-pajjiż, tant irnexxielu jagħmel suċċess, li dawk li resqu lejn l-istand tagħna u wrew interess f'dak li joffri pajjiżna kien wieħed kbir ħafna.", "Sinjura President, qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi nixtieq niringrazzja lill-membri tas-Segretarjat tiegħi, kif ukoll lill-membri tal-Ministeru tal-Ministru Ian Borg u lill-kapijiet u l-ħaddiema tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi.", "Kien grazzi għall-ħidma u l-impenn tagħhom li wettaqna din is-sena xogħol.", "Irridu nħarsu 'l quddiem sabiex flimkien inkunu aktar effiċjenti u ta' servizz aħjar għan-nies.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tagħna, li miegħu qed nagħmlu dan ix-xogħol importanti f'ministeru tant kbir u b'responsabbiltajiet tant wiesgħa.", "Flimkien nistgħu nwettqu l-ħidma fdata lilna b'aktar serjetà, b'aktar dixxiplina u aktar diliġenza biex inkunu ta' servizz aħjar għal min jagħmel użu mis-servizzi tal-Ministeru tagħna.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "IAN BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Chris Agius u wkoll lil kull min ipparteċipa f'din is-seduta tal-lejla, li fiha naħseb li kellna diskorsi intenzjonati sabiex jgħinu fil-ħidma tal-Gvern, kemm mill-kelliema ta' din l-istess naħa - l-Onor.", "Alex Muscat - kif ukoll mill-kelliema tan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Kien hemm kritika kostruttiva, u għalkemm ma naqblux ma' kull ma ntqal, però nirrikonoxxi li apprezzajt il-kontribut li ngħata.", "Fir-rigward tal-Baġit 2019 irrid ngħid li għal darba oħra kellna baġit li jaħseb f'kulħadd, jaħseb fil-familji Maltin u Għawdxin, jaħseb fil-ħaddiema, jaħseb f'min iħaddem, jaħseb fin-negozji, jaħseb fl-Għawdxin, jaħseb fl-anzjani, fl-istudenti u anke fil-persuni b'diżabilità.", "Kellna baġit li kompla jibni fuq it-tajjeb li għamilna fis-snin mgħoddija.", "Qabel dan il-Baġit kellna l-opportunità li nippreżentaw sitt baġits oħrajn u allura rajna l-evoluzzjoni sabiex inkomplu nibnu fuq is-suċċess li kull miżura u kull proġett ħallew matul is-snin imgħoddija.", "Dan kien baġit imfassal minn Gvern li mhux biss se jkompli jsaħħaħ it-triq tas-suċċess, imma qed jara lil Malta u 'l-poplu tagħha jgħix dan is-suċċess.", "Aħna konxji wkoll mill-isfidi li fadlilna nikkombattu u negħlbu ħalli Malta ta' għada tkun aħjar minn dik li sibna u tkun tista' tilqa' anke għall-isfidi li għad irridu niffaċċjaw, u xejn inqas fis-setturi tat-trasport, l-infrastruttura u l-proġetti kapitali.", "Hemm numru ta' entitajiet li dwarhom tkellmu l-kollegi tiegħi, b'mod partikolari l-Onor.", "Jien se niffoka fuq l-infrastruttura u t-trasport, però rrid nitkellem ukoll - għax hemm ħafna x'wieħed jgħid - fuq l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità tal-Artijiet, l-Uffiċċju Konġunt, fuq ir-Reġistru tal-Artijiet u d-dipartimenti li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru, u allura, fost l-oħrajn, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, kif ukoll numru ta' entitajiet relatati mal-qasam tal-kostruzzjoni.", "Meta wieħed jara l-wesgħa tar-responsabbiltajiet li għandu dan il-Ministeru, lili wkoll jagħtini opportunità sabiex inħares lejn l-isfidi, iżda ukoll lejn l-opportunitajiet li għandu pajjiżna, nirrikonoxxu x'qiegħed jikkontribwixxi anke għat-tkabbir ekonomiku bla preċedent, li qiegħed jippermettilna niġu hawnhekk kull sena u mbagħad inqassmu dak il-ġid.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll il-fatt li apparti l-aspetti infrastrutturali, l-aspetti relatati ma' setturi kruċjali fil-ħajja tagħna l-Maltin u l-Għawdxin, kien hemm focus partikolari fuq l-aspett soċjali.", "Dan ma jonqosx ukoll bil-miżuri u l-inċentivi li jolqtu s-setturi fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, li dwarhom qegħdin nitkellmu.", "Inħossni kburi li matul is-sajf li għadda, eżattament fl-4 ta' Lulju, din il-Kamra waqqfet Infrastruttura Malta.", "Din l-entità se tkun responsabbli minn investiment bla preċedent fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna, sew fuq it-toroq.", "Però hemm ukoll aspetti oħrajn tal-infrastruttura li ma nistgħux niskartaw f'pajjiżna.", "Ejjew niffokaw fuq is-€700 miljun investiment.", "In-nies ivvotaw bi ħġarhom sabiex fl-aħħar ikollhom gvern li jindirizza l-isfidi fuq it-toroq tagħna, toroq li jixtiquhom aktar siguri, aktar effiċjenti, toroq li jkunu jixirqu lil pajjiż li qiegħed jipprogressa mingħajr preċedent, kif qed tagħmel proprju Malta tagħna.", "L-ekonomija tagħna qiegħda tikber b'mod fenomenali, minkejja l-infrastruttura tagħna u mhux minħabba l-infrastruttura tagħna.", "Ħafna gvernijiet madwar id-dinja jinvestu fl-infrastruttura tagħhom meta l-investiment privat jonqos u allura jipprovaw joħolqu x-xogħol huma u jintervjenu bħala stat.", "Aħna qegħdin ngħixu totalment l-oppost, għandna ekonomija li qiegħda tikber, u dan mhux minħabba l-infrastruttura tajba li writna, imma minħabba s-servizz li joffru l-ħaddiema tagħna, il-qafas legali, u r-reputazzjoni tajba li għandu pajjiżna f'numru ta' oqsma.", "Issa wasal iż-żmien li ninvestu fl-infrastruttura sabiex niżguraw li t-tkabbir ekonomiku jkun sostnut, apparti li nikkonservawh, u naraw kif inġibu anke investimenti ġodda, investituri li jħarsu lejn pajjiżna bħala pajjiż li għandu gvern li qiegħed jinvesti fl-infrastruttura tiegħu.", "Dan għax fejn dawn l-investituri jkunu jixtiequ jirrilokaw u jinvestu, jesiġu li jkun hemm trasport effiċjenti, infrastruttura li tixraq u stabilità, speċjalment fil-qasam tal-proprjetà.", "U l-Ministeru tagħna qiegħed f'pożizzjoni ideali sabiex jindirizza dawn l-isfidi.", "Huwa veru li Infrastruttura Malta twaqqfet f'Settembru permezz ta' avviż legali li approvajna f'Lulju, però matul din is-sena l-istess nies li qegħdin imexxu Infrastruttura Malta ħadmu fuq numru ta' interventi u ġejna f'punt fejn sena ilu kien hawn min iddubita jekk aħniex kapaċi ninvestu €100 miljun fis-sena, u jekk hux se jkollna baġit ta' €100 miljun fis-sena.", "Illum ħadd ma jiddubita li dan il-Gvern din il-wegħda daqstant ambizzjuża se jimplimentaha.", "Xi nbidel f'din is-sena?", "F'din is-sena li nbidel huwa li n-nies qed tapprezza li qed inbiddlu l-wiċċ ta' pajjiżna.", "In-nies ta' kull filgħodu u ta' kull filgħaxija tapprezza x-xogħol ġdid li jkun sar, b'mod partikolari filgħodu.", "Ma jistax ikun li pajjiż li jixtieq ikompli jipprogressa, pajjiż li jixtieq ikompli jikkompeti mal-ikbar ekonomiji fil-kontinent Ewropew, jibqa' jikkalkula l-ġurnata tiegħu mis-7.00 a.m. sal-4.00 p.m.", "Infrastrutura Malta fehmet dan mill-bidu u ħadt gost ninnota x-xogħlijiet matul is-sigħat ta' billejl, kemm fis-sajf, u issa anke fix-xitwa, bl-aħħar kilometri jingħataw matul dan il-lejl fi Triq Aldo Moro.", "Dan sabiex noħolqu mill-inqas inkonvenjent waqt li jkunu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet u anke sabiex nimmassimizzaw il-ħin ta' matul il-ġurnata kollha, għax il-ġurnata fiha 24 siegħa.", "Dan għamilnieh ċar lill-kuntrattur, lil min irid jaqsam magħna dan il-kejk, li jfisser aktar xogħol għalihom.", "Fuq il-kuntratti u l-kwalità tagħhom se nitkellem aktar tard.", "Għandna pjan kif nintervjenu.", "Is-sena l-oħra kienu jiġu hawnhekk u jgħidulna li m'għandniex pjan.", "Jidhirli li llum kelliem wieħed semmieha u konvint li b'xi mod ried jikkritika xi ħaġa u konvint ukoll li fil-fond ta' qalbu ma jemminhiex, u dan għax kif qegħdin isiru l-interventi qed isiru bi pjan.", "Aħna qed nintervjenu fejn il-polz tal-poplu ilu għexieren ta' snin iħoss li għandna bottlenecks.", "Irrid nirreferi għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni li għamel f'dan il-Baġit.", "F'mument minnhom, meta beda jikkritika lil dan il-Ministeru, qal li l-istrateġija, il-pjan li nwessgħu t-toroq mhu qed iwassal għall-ebda soluzzjoni.", "Imbagħad meta lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu għamel żewġ minuti jew tlieta jgħid x'jagħmel hu kieku kellu jkun prim ministu, hemmhekk qal li jindirizza l-bottlenecks!", "Mela ikkritikana bil-lingwa Maltija, u qal li jagħmel eżattament l-istess bil-lingwa Ingliża!", "In-nies qegħdin japprezzaw ix-xogħol li qed isir.", "Pereżempju, wieħed jista' jara l-kuritur prinċipali ta' dan il-pajjiż, fejn hemm Triq il-Kosta, li nbniet taħt dan il-Gvern, il-Junction tal-Kappara, li ġiet indirizzata minn dan il-Gvern.", "U jistgħu tal-Oppożizzjoni jgħidu li ppjanawha huma, u jistgħu jgħidu li ġabu l-flus mill-Unjoni Ewropea, però f'għaxar snin sħubija fl-Unjoni Ewropea, f'25 sena fil-gvern, pjanti kellna u bil-pjanti bqajna, u kellu jkun dan il-Gvern li jindirizzaha!", "Jistgħu jagħmlu l-istess sforz meta jitkellmu fuq il-proġett tal-Marsa; hemmhekk ukoll qed nesperjenzaw l-ikbar proġett infrastrutturali.", "Anke Triq Reġjonali, il-mini li nbnew fis-snin 90, saru b'żewġ korsiji u toħroġ b'korsija waħda.", "Allura se nindirizzaw il-Bypass tal-Marsa/Ħamrun b'investiment ta' €17-il miljun, 17.4 kilometri ta' toroq li saru fi żmien rekord matul din is-sena sas-sajf li għadda.", "Issa rridu naraw li nkomplu b'dan ir-ritmu fuq il-proġett tal-Marsa u, eventwalment, nidħlu fit-tieni fażi, li hija l-aktar parti interessanti; hemmhekk se jsiru seba' strutturi fejn qabel kien hemm il-fabbriki.", "Wara għandna ukoll il-proġett ambizzjuż tal-Mini ta' Santa Luċija.", "Matul dan il-kuritur … Forsi min qed isegwi jgħid li però fadlilna parti minn Triq Reġjonali u parti fi Triq Sant Andrija.", "Se nkun qed inħabbar interventi fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin sabiex nindirizzaw din ukoll.", "Imbagħad għandna proġetti oħrajn ambizzjużi li qegħdin f'fażi avvanzata ta' ppjanar.", "Ħadt pjaċir nisma' lil-Onor.", "Bezzina jsemmi t-toroq li saru f'25 sena - jien mhux se nsemmihom it-toroq li għamilna għax naħseb għamluli ħafna iżjed minn hekk fil-listi li ppreparawli l-kollegi tiegħi – però nofshom qed nintervjenu fuqhom għax meta nbnew, inbnew bla disinn li jsegwi l-progress u n-numru ta' vetturi li għandna fit-toroq.", "Pereżempju, jekk semma t-Triq ta' Buqana, se nintervjenu.", "Qatt ma jissemma s-Central Link Project ta' Ħ'Attard.", "Fuq dan il-proġett nixtieq inħabbar hawnhekk il-figuri li qed joħorġu mir-rapport, li dalwaqt ikun konkluż u meta jitlesta niġi hawnhekk u nippreżentah.", "Is-sapport tal-poplu Malti u Għawdxi fuq dan il-proġett huwa ta' xejn inqas minn 74%.", "Dan joħroġ mis-social impact assessment li qed isir għal dan il-proġett li 73% jemmnu li se jnaqqas il-ħinijiet ta' stennija u ta' vvjaġġar u aktar minn 50% jemmnu li se jnaqqas l-emissjonijiet għax iddum inqas għaddej bil-karozza tiegħek.", "Il-kritika tal-Oppożizzjoni kienet minima u ma nistennix li tiġi hawnhekk u toqgħod tfaħħar biss lill-Gvern, però nappellalhom jirrikonsidraw il-pożizzjoni tagħhom.", "Dan bħalma finalment aħna smajna lin-nies u tejjibna l-pjanti diversi drabi, kemm ta' min iħares lejn l-aspett ambjentali u anke tar-residenti li jaqblu ma' dan il-proġett għax dan huwa proġett li se jsir u huwa proġett li, għall-kuntrarju tal-Kappara u tal-Marsa, xħin isir ma jistgħux jieħdu l-glorja tiegħu.", "Għandi dubju kemm ħadtu fuq l-oħrajn, però se tibqgħu mfakkra li kontu waħedkom kontra tiegħu, u għaldaqstant nittama li intom ukoll tbiddlu l-pożizzjoni tagħkom.", "Kien hemm numru ta' interventi li saru, bħar-roundabout f'Ħaż-Żebbuġ.", "Dawn huma proġetti li saru fi żmenijiet Nazzjonalisti u d-disinn tagħhom ma kienx wieħed idoneu għax ma kienx hemm min jieħu d-deċiżjonijiet, jew ma ridux jieħdu d-deċiżjonijiet.", "Nifhem il-preokkupazzjoni u nappella lill-awtoritajiet sabiex dejjem jimxu mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-pajjiż, u nifhem il-preokkupazzjonijiet tal-Onor.", "Callus, però kemm kien agħar meta l-ministri u l-awtoritajiet ma ridux jiddeċiedu fuq x'ried il-poplu għax ħadd ma ried jaqta' l-kundanna jekk hemmx bżonn nissagrifikaw biċċa art jew jekk hemmx bżonn nissagrifikaw li nirrilokaw siġar li għandna.", "Filwaqt li aħna sensittivi għal dan kollu u, fil-fatt, qegħdin niddedikaw €1 miljun sabiex jikkomplementa - apparti l-kumplament tal-landscaping - il-€100 miljun investiment fit-toroq, id-deċiżjonijiet qed neħduhom.", "Jien wieħed li qatt ma ddejjaqt nieħu deċiżjonijiet minn mindu assumejt l-ewwel uffiċċju pubbliku ta' 19-il sena, u nzertajt li llum imdawwar b'nies, b'kapijiet eżekuttivi, li ħadd minnhom ma jiddejjaq jieħu l-istess deċiżjonijiet.", "Allura nħares 'il quddiem sabiex inkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet wara li nisimgħu lil kulħadd u nkunu sensittivi għal dak kollu li jkun intqal, jekk huwiex il-Mosta Technopark, jekk hijiex it-Telgħa ta' Alla u Ommu, jekk hijiex it-Triq tal-Barrani u allura s-sistema tat-traffic lights, jekk huwiex Vjal l-Avjazzjoni, u ħafna interventi oħrajn.", "Issemmiet ukoll it-Triq tal-Balal.", "Hemmhekk ħadd ma ried jirfes il-proġett għal diversi raġunijiet li qatt ma jingħadu.", "Aħna ma dejjaqniex nidħlu, ma dejjaqniex li intervjenejna, u rrid nara l-vantaġġi li se jkun qed iħalli dan il-proġett, anke mill-aspett estetiku.", "Kellek ċirkostanzi fejn kulħadd jagħmel li jixtieq.", "Illum in-nies jitpaxxew bit-tliet kilometri ta' ħajt tas-sejjieħ li qegħdin nagħmlu u l-landscaping li se jkollha din it-triq, bil-korsiji, bil-crash barriers u l-aspetti ta' sigurtà kollha.", "Però, aħna ma nwessgħux bl-addoċċ.", "Fejn hemm bżonn li ndejqu għax it-triq m'għandhiex għalfejn tkun daqstant wiesgħa, qed nagħmluha wkoll, imma din qatt m'int se ssibha fil-faċċata ta' xi ġurnal u qatt m'int se ssib xi kelliem tal-Oppożizzjoni li jiġi hawnhekk u jitkellem dwarha.", "Pereżempju, Triq Bormla, li hija magħrufa bħala taċ-Ċawsli, hija triq wiesgħa meta wieħed jikkompara t-traffiku li jgħaddi minn ġo fiha, u allura qegħdin niddedikaw l-ispazju li kien hemm fuq korsija minnhom kollu għal min jimxi, għal min jivvjaġġa bir-rota, investiment ta' €4 miljun bejn il-lokalitajiet ta' Ħaż-Żabbar u taż-Żejtun.", "Sinjura President, qed isiru wkoll 40 kilometru ta' toroq rurali, li jservu għal min jidħol fl-irziezet tiegħu u għal min jidħol biex jaħdem ir-raba' tiegħu u joħroġ il-prodotti, però t-toroq rurali jintużaw ukoll għal min jivvjaġġa bejn lokalità u oħra, ħafna drabi anke biex jevita l-konġestjoni ta' traffiku fuq it-toroq prinċipali.", "Mela 40 kilometru f'toroq rurali, 33 triq, li wħud minnhom illum kisbu l-ammirazzjoni tal-Oppożizzjoni, bħal Triq Ħal Far fiż-Żurrieq, Sqaq lr-Ramlija f'Ħal Kirkop, Triq Xrobb l-Għaġin bejn iż-Żejtun u Marsaxlokk, Triq ir-Ramel f'Ħaż-Żebbuġ, Triq il-Ġebel f'Birżebbuġa, u ħafna oħrajn.", "Hawn biżibilju ta' toroq li qegħdin isiru u qegħdin isiru fiż-żoni rurali wkoll.", "Issa qegħdin niffokaw fuq il-bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali, 120 triq, li l-offerti għalihom għalqu lbieraħ - tliet offerti ta' ħames lots - sabiex fil-bidu tas-sena d-dieħla, meta jkunu evalwati, jibdew ix-xogħlijiet fuqhom.", "Din hija l-ewwel lista; wasalna biex nippubblikaw it-tieni u t-tielet lista, għax b'dan il-mod nistgħu ntellgħu b'€100 miljun xogħol fis-sena.", "Qabel in-nies kienet tieħu pjaċir fuq il-mezzi soċjali, fuq il-portals tal-ġurnali, kulħadd jispara u jivvota liema hi l-agħar triq.", "Kont tisma' min jgħidlek li hija Triq Bontadini f'Birkirkara, min jgħidlek Triq Cachia Zammit fiż-Żejtun, min jgħidlek li hija Triq il-Keffa fis-Swieqi, min jgħidlek Triq tal-Qajjenza f'Birżebbuġa, min jgħidlek li ilu 40 sena jistenna li jsir Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq, iżda ħaġa waħda hemm komuni bejn dawn it-toroq kollha, li f'din is-sena lestejniehom kollha.", "Bħalissa qed nagħmlu triq komplikatissima, Triq il-Wied f'Ħal Balzan.", "Dan huwa intervent li l-kunsill lokali kien ilu jitlob lill-ministri responsabbli mit-trasport biex isir u l-aħħar Ministru għat-Trasport taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista kien qallu li din kienet responsabilità tiegħu.", "Anke lis-Sindku tar-Rabat kien qallu li Vjal il-Ħaddiem kienet responsabilità tiegħu.", "Aħna dħalna b'€100 miljun fis-sena għal seba' snin biex nintervjenu għax nafu li l-kunsilli ma setgħux jagħmlu dan kollu.", "Ħa nintervjenu mingħajr preċedent.", "Il-kunsilli huma kuntenti.", "Kien hawn min, biex jiġġustifika vot kontra din l-Aġenzija, ikkwota l-kunsilli lokali, imma s-sindki, il-kunsilliera u s-segretarji eżekuttivi huma kuntentissimi li dan l-investiment fl-aħħar se jsir.", "Però ma rridux ninvestu mingħajr ma nżidu u ntejbu fil-kwalità.", "Għaldaqstant fl-2019, Infrastruttura Malta, flimkien ma' Transport Malta, se tħares lejn aġġornament tal-istandards, bħal kif jista' jkun hemm aktar faċilitajiet għall-ivvjaġġar bil-mixi, bir-roti u anke bit-trasport pubbliku meta jkunu qegħdin jiġu ddisinjati t-toroq, in-numru ta' pontijiet li se jkunu qegħdin jinbnew, fosthom dak ta' Vjal l-Avjazzjoni, li huwa sfida kbira minħabba li hemmhekk għandek rilokat b'mod temporanju l-ITS u allura n-nies trid taqsam aktar it-toroq, bil-konsegwenza li twaqqaf il-kumplament ta' dawk li jużaw it-toroq.", "Dak huwa x-xogħol li se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Kif semmejna fil-Baġit u semmejna diversi drabi matul is-seduti parlamentari, inkluża dik tal-lum fil-ħin tal-mistoqsisjiet parlamenari, irridu naħdmu mal-privat sabiex noħolqu aktar spazji għall-parkeġġi.", "Meta inti ma ssibx fejn tipparkja l-vettura tiegħek, inti tkompli ddur f'dik il-belt, f'dik il-lokalità, bit-tama li xi ħadd joħroġ mill-parkeġġ, allura rridu ninvestu aktar fit-teknoloġija biex permezz tagħha tkun tista' tinforma ruħek minn qabel fejn għandek parkeġġ għad-dispożizzjoni tiegħek.", "Se nkunu qegħdin naħdmu fuq dan ukoll.", "L-ewwel jien għedt li llum ħadd mhu se jiddubita li se ninvestu €700 miljun fuq it-toroq u li dan il-Ministeru, permezz ta' din l-Aġenzija, se jkun qed iwettaq.", "Ma nafx x'inhi s-sitwazzjoni, jekk in-nies temminx jew le li aħna se nżommu ma' wegħda oħra elettorali li l-poplu vvota b'maġġoranza b'saħħitha favur tagħha, jiġifieri l-konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex.", "Aħna għandna impenn mal-poplu Malti u Għawdxi li nibnu mina bejn Malta u Għawdex.", "Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin se nkomplu nħabbru l-iżviluppi fuq dan il-proġett u kif se nkunu qegħdin nimplimentawh u s-sejħiet li qed jinħarġu f'dan ir-rigward.", "Anke fuq din il-miżura, fuq dan il-proġett li se jbiddel il-mod ta' kif l-Għawdxin ikunu jistgħu jqattgħu l-ġurnata tagħhom, kif jgħixu u kif jivvjaġġaw, aħna ħassejna l-polz kemm tal-poplu li jgħix f'Malta kif ukoll tal-poplu li jgħix f'Għawdex, li huwa favur dan l-intervent u allura se naħdmu sabiex dak li wegħedna nwettquh.", "Dan ifisser rekord ta' investiment fl-infrastruttura, b'baġit li qed jalloka €100 miljun għat-toroq ta' kwalità ogħla, b'aktar sigurtà u effiċjenza u bil-faċilitajiet meħtieġa biex inħejju għat-teknoloġiji u l-opportunitajiet li se joffrilna l-futur.", "Biex inkompli fuq is-settur tal-infrastruttura rrid insemmi wkoll id-diparitmenti infrastrutturali.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lid-diversi direttorati fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, insellem ukoll lid-Direttur Ġenerali li se jkun qed itemm karriera twila fis-servizz pubbliku u nawgura lis-suċċessur tiegħu.", "Dawn qed jagħmlu għexieren ta' proġetti fil-komunità, għandhom viżjoni fit-tul u jfissru l-bidla ta' kif komunità tgħix f'ċerti aspetti, kemm jekk hu klabb tal-futbol, jekk hux ground ġdid f'Marsaskala, jekk hux promenade fil-Qajjenza, jekk hux ġnien bħal dak fiż-żona tad-djar fil-qasam soċjali f'Ħad-Dingli, jekk hux it-tlestija ta' dawl dekorattiv fuq il-promenades ta' Buġibba u l-Qawra, jekk hux il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, l-Ambaxxati madwar id-dinja, il-Promozzjoni tal-Kummerċ f'Tel Aviv, dik tal-Kajr fl-Eġittu, ta' New York fl-Istati Uniti u f'Tunes fit-Tuneżija, fejn il-professjonisti ta' dawn id-dipartimenti jgħinu lill-gvern, f'dan il-każ il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, u jintervjenu.", "Ħadt pjaċir ukoll inżur proġett li huwa żgħir, imma proġett li jfisser kollox għal dawk il-ftit familji li jgħixu fih.", "Qed nirreferi għall-proġett fi Triq Dun Marju f'Ħal Qormi, fejn għandek l-iStormwater Unit qed jara kif meta jkollok xita bħal dik li esperjenzajna fix-xahar ta' Ottubru, dawn in-nies ikunu jistgħu joħorġu u jidħlu fi djarhom b'mod sigur għax l-ilma jkun qed jintlaqa'.", "Ilbieraħ kellna konferenza interessanti dwar l-erożjoni kostali.", "Aħna għandna partijiet tal-pajjiż fejn il-blat ikun qed iċedi b'mod naturali, bħalma kellna pereżempju, it-Tieqa tad-Dwejra.", "Ta' kull xahar, ta' kull sena, nitilfu blat żgħir li jista' jkun ta' periklu għal min ikun qed jiffrekwenta dawn il-postijiet, fosthom f'bajjiet bħal Għar Lapsi, fejn intervjenejna, u jsiru diversi xogħlijiet oħrajn.", "Qabel nidħol fl-aspett tal-ippjanar, ippermettuli nitkellem ftit dwar Trasport Malta, li tibqa' l-ikbar entità.", "Din tħares mhux biss lejn it-trasport tal-art, imma wkoll il-baħar u l-avjazzjoni.", "Jien irrid nara lil din l-Awtorità tkompli iktar tkun ir-regolatur u mhux li timplimenta.", "Allura l-fatt li issa għandek Infrastruttura Malta, li hija vejikolu li jimplimenta, qed naraw kif isir streamlining tal-ħidma f'dak is-sens.", "Trasport Malta qiegħda timplimenta l-ħsebijiet tal-Gvern fuq il-kunċett ta' intermodalità, jiġifieri, li jkollna flotta iżgħar fl-età, iktar nadifa fit-toroq tagħna, mill-vetturi privati sa dawk tal-amministrazzjoni pubblika.", "Allura tajna l-inċentivi, li kienu suċċess kbir bħal, pereżempju, l-iskema tal-iskreppjar tal-vetturi, li permezz tagħha wieħed jiskreppja l-vettura tiegħu u jixtri vettura ta' kategoriji li ma jniġġsux jew iniġġsu inqas.", "Il-ġlieda hawnhekk tkun mal-Ministeru għall-Finanzi biex jagħtuni iktar flus minħabba li dawn l-iskemi jinbelgħu.", "Erġajna qed neżentaw mit-taxxa tar-reġistrazzjoni x-xiri ta' vetturi elettriċi u hybrid, skema li għaliha l-applikazzjonijiet kienu inkoraġġanti.", "Iżda żgur li bħala pajjiż għadna lura mill-ammont li aħna kommettejna li jkollna fuq it-toroq tagħna sas-sena 2020.", "Ħadna anke miżuri żgħar bħal dik għal min irid jibdel il-mod ta' kif il-vettura tiegħu taħdem bil-fuel li jniġġes għal fuel li jniġġes inqas bħall-gass jew LPG.", "Se jerġa' jkollna diversi inizjattivi ta' grants u skemi, li mbagħad ikollna ċans nispjegawhom waħda waħda.", "Aħna rridu trasport pubbliku li jkun effiċjenti.", "Din hija dejjem l-ambizzjoni u l-mira ta' dan il-Gvern.", "Iktar kmieni f'din is-seduta, fil-ħin tal-Mistoqsijiet, spjegajt kif illum għandna trasport pubbliku li jġorr 50 miljun passiġġier f'sena waħda!", "Dan huwa rekord meta komparat mal-34 miljun li writna bis-sistema tal-Arriva.", "Anke hawnhekk, l-Onor.", "Adrian Delia, żgur li għamel żelqa fid-diskors tal-Baġit tiegħu, għaliex ikkritika t-trasport pubbliku tal-lum; ma ngħidx li faħħar ta' żmien l-Arriva, imma nesa li l-kumpanija li hu kien jagħmel parti minnha ħadet iktar minn €300,000 f'konsulenzi, fosthom biex ikollna dak li suppost kellu jkun tmiem il-bużullotti fit-trasport pubbliku!", "Allura jien kuntent bl-iskemi li ħaddimna u estendenja.", "Issa mhux dawk li għandhom minn 16 sa 20 sena jivvjaġġaw b'xejn, imma dawk li għandhom minn 14 sa 20 sena jivvjaġġaw b'xejn.", "U jekk inti student full-time tivvjaġġa b'xejn, għandek kemm għandek żmien.", "Din se naraw kif nestenduha wkoll għall-persuni b'diżabilità.", "Irridu nkomplu nagħfsu biex naraw li jkollna servizz tal-ferries li jkompli jakkomoda lil dawk il-1.3 miljun li diġà vvjaġġaw bih matul sena waħda.", "Dan huwa rekord ieħor għax minn 66,000 passiġġier, illum 1.3 miljun jivvjaġġaw bil-ferries.", "Sinjura President, rajna wkoll l-introduzzjoni u s-suċċess ta' Tal-Linja Card u l-wifi b'xejn fuq il-karozzi tal-linja.", "Issemmew il-bus shelters.", "Jien infurmat li sal-aħħar ta' din is-sena, il-kuntrattur li rebaħ it-tender se jkun qed jistalla 30 bus shelter.", "Se nkun ċar; jekk ma jkunx hemm eżekuzzjoni skont il-kuntratt, Transport Malta se tkun qed tieħu l-passi meħtieġa.", "Qed ngħid hekk għax naf li kien hemm kritika, u ssemmiet ukoll fid-diskors tal-Oppożizzjoni llejla, fuq xi bus shelters li ġew stallati u ħadu tul ta' żmien, b'mod partikolari fi Triq il-Kosta.", "Rigward il-ferries ma rridx ninsa ngħid li se nżidu l-konnessjonijiet.", "Irridu naħdmu sabiex ikollna landing places ġodda f'San Pawl il-Baħar u Ta' Xbiex, u ntejbu dawk eżistenti f'Bormla, Marsamxett u x-xatt ta' Tas-Sliema.", "Matul l-2019 se nkunu implimentajna l-wegħda sħiħa ta' Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, li jirrifondi €25 miljun fil-bwiet tan-nies minħabba VAT li ttieħdet taħt amministrazzjoni Nazzjonalista mingħajr ma kienet dovuta.", "Allura jien, bħala l-Ministru responsabbli mit-trasport, se nkun kburi li matul din is-sena Transport Malta se tkun qed timposta lin-nies €4.9 miljun fil-kaxxa tal-ittri tagħhom.", "B'hekk se nkunu tajna lura €25 miljun u s-sena d-dieħla se nagħtu rifużjoni wkoll lil dawk li rreġistraw il-vettura fl-2008.", "Transport Malta għaddejja wkoll b'ħidma sabiex tkompli tħarreġ u tagħti opportunitajiet lill-ħaddiema u tintervjeni f'numru ta' fieri sabiex inkomplu ntejbu.", "Kellna tliet ftehimiet kollettivi biex 700 ħaddiem ta' Transport Malta jkollhom titjib fil-kondizzjonijiet.", "Fir-rigward tal-marittimu rrid ngħid li għandna 8,300 bastiment, li issa jammontaw għal 77 miljun tunnellata rreġistrati f'Malta.", "Minn dawn biss il-Gvern Malti daħħal €19-il miljun, żieda ta' 2.5% fuq Diċembru tal-2017, u żieda ta' kważi 10% fejn jidħlu l-yachts li huma 'l fuq minn 24 metru fid-daqs.", "Dawn ir-riżultati ma ġewx waħedhom!", "Ikkonsolidajna ċertezza legali fuq it-tonnage tax regime mal-Kummissjoni Ewropea, u llum nistgħu nduru d-dinja kollha.", "Irridu nesploraw anke swieq ġodda, bħal dak tal-Asja, u nintervjenu sabiex naraw żieda f'dan is-suċċess li qed ngħixu, xejn inqas fil-qasam marittimu.", "Dak is-suċċess irridu nirreplikawh fil-qasam tal-avjazzjoni.", "Però, qabel irrid insemmi d-Direttorat li għandu x'jaqsam mal-portijiet.", "Se nkunu qed naħdmu fuq pjan ħolistiku għall-Port il-Kbir.", "Jeħtieġ li norganizzawh aħjar u nimmassimizzaw l-użu tiegħu, kemm mill-aspett turistiku kif ukoll mill-aspett industrijali, sabiex niżguraw li hu wkoll jibqa' jservi ta' mutur ekonomiku f'pajjiżna.", "Żdied in-numru ta' bastimenti li jiddaħħlu f'pajjiżna u żdied in-numru ta' bastimenti li għaddew mill-ibħra Maltin.", "Bħala Transport Malta kellna sajf impenjattiv anke mil-lat ta' harbour master, fejn jidħlu bastimenti li jkunu qed iġorru immigranti irregolari.", "Kellna wkoll nieħdu azzjonijiet fuq min jaħseb li jista' jtellaq opra tal-baħar f'ibħra internazzjonali, jitlob li jidħol f'port ta' pajjiż sovran, jippretendi li għandu reġistrazzjoni ta' pleasure boat, u minflok jissogra - għax mhux attrezzat u mhux reġistrat bħala tali - li jġorr immigranti irregolari.", "Aħna l-ewwel obbligu tagħna dejjem jibqa' li nsalvaw il-ħajja ta' min ikun fuq il-bastimenti, però wara rridu nirregolarizzaw l-affarijiet.", "Segwejt ukoll żviluppi f'membri stati oħrajn li aġġornaw il-politika tagħhom sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm ċirkostanzi bħal dawn fil-futur.", "Sinjura President, rigward l-avjazzjoni rrid inħabbar li llum ir-reġistru tal-avjazzjoni f'Malta laħaq it-300 arjuplan!", "Din hija żieda ta' 134% fuq in-numru li writna fl-2012.", "Illum 300 arjuplan iġorru l-bandiera Maltija!", "Għamilna wkoll is-Sustainable Mobility Unit u allura qed naraw kif ikollna proġett interessanti bħal dak tal-Car to Go, li taqsam ir-riżorsi, u minn hawn u ftit ieħor se nniedu n-National Cycling Policy, kif ukoll bdejna l-preparamenti għan-National Traffic Control Centre f'Sa Maison sabiex niżguraw li jkollna proġett interessanti hemmhekk ukoll.", "Bħalissa għaddejjin l-istudji tal-mass rapid transportation.", "Le, aħna m'aħniex se nieqfu biss mas-€700 miljun investiment fis-seba' snin li ġejjin.", "Minn issa rridu nkunu nafu x'se nagħmlu fit-tmien sena u x'tip ta' trasport tal-massa se jkollna.", "Dwar dan hemm l-istudji għaddejjin.", "Se nitkellem ftit dwar l-Awtorità tal-Ippjanar, li tippjana Malta ta' għada u l-ħteġijiet tal-futur, il-politika, it-tfassil tagħha u strateġija bħal, pereżempju, kif għamlet dwar il-Kottonera.", "Fil-Birgu, Bormla, L-Isla, il-Kalkara u fiż-żona tal-madwar irridu naraw kif nistgħu nkomplu nagħtu ċertezza legali, bħal skemi ta' regolarizzazzjoni.", "Se nagħtu wkoll €10 miljun lura lil dawk il-persuni li jridu jirrestawraw id-dar tagħhom.", "L-effiċjenza ta' din l-Awtorità hija mingħajr preċedent!", "Kif qal is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, aħna, anke fil-ħidma tagħna ta' kuljum, nirreferu għal din l-Awtorità bħala l-mudell ta' kif awtoritajiet oħrajn għandhom iħaddmu l-amminstrazzjoni tagħhom.", "Mhux se nirrepeti l-kisbiet finanzjarji li għamlet, imma kisbet anke l-effiċjenza fil-validazzjoni, fil-ħin tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet - illum tiġri warajk hi, u l-periti u l-applikanti jafu x'qed ngħid – u fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, li għalihom l-Awtorità terfa' r-responsabilità.", "Rajna kif inwessgħu, pereżempju, l-iskema 'Irrestawra Darek'.", "Ftaħnieha għall-anzjani, għall-persuni b'diżabilità u għall-NGOs sabiex inkomplu nqassmu dawn il-flus li jkunu ġejjin minn proġetti ta' regolamentazzjoni.", "Qassamna wkoll 55 proġett lill-kunsilli lokali, 14 minnhom f'din il-ġimgħa, bl-aħħar wieħed dalgħodu lill-Kunsill Lokali tal-Floriana.", "Ħloqna wkoll il-Fond 'Sebbaħ il-Lokalità Tiegħek'.", "L-Awtorità tal-Ippjanar kienet pijuniera wkoll fil-Green Transport Initiative, u fil-fatt għadha għaddejja b'iktar minn 100 parteċipant.", "Ħadet ukoll 1,600 azzjoni ta' infurzar.", "Sinjura President, ħafna drabi dawn l-affarijiet ma jsibux l-ispazju għalihom fuq il-mezzi tax-xandir, però huwa tajjeb li wieħed ikun jaf li għandna awtorità bis-snien, li qed tara min jikser il-liġijiet tagħha.", "Irrid nara li fl-2019 l-Awtorità tinkludi wkoll il-kors ta' baċellerat fi spatial planning u tikkonkludi l-ftehim kollettiv maż-żewġ trade unions interni sabiex il-ħaddiema ta' din l-Awtorità, li jagħmlu xogħol daqstant tajjeb, ikunu wkoll qed jiggwadanjaw minn kondizzjonijiet aħjar.", "Hemm numru ta' units li jaħdmu, fosthom il-Green and Blue Development Unit, l-iStrategic Planning Unit, il-Heritage Planning Unit, li s-Segretarju Parlamentari diġà tkellem fuq il-ħidma li qed issir fihom, kif ukoll is-Sovrintendenza, li waqgħet lura u allura rridu ngħinuha.", "Hemm ukoll il-European Special Projects Unit, li rċieva 250 applikazzjoni; hemmhekk proġetti qed ikunu fast tracked sabiex ma jintilfux fondi Ewropej.", "Kien hemm 52 planning control applications li għandhom x'jaqsmu ma' alignment, u allura rridu nħarsu b'mod ħolistiku anke mill-aspett ta' trasport u mhux biss mill-aspett tal-ippjanar.", "Ħadt nota wkoll tal-kritika kostruttiva tal-Oppożizzjoni fir-rigward ta' pjanijiet lokali.", "Huwa tajjeb li wieħed isemmi dak li erġajna estendejna, fosthom l-iskema għall-first-time buyers u s-second-time buyers, il-boll għal min jixtri f'żoni ta' konservazzjoni urbana u għal min jixtri l-proprjetà f'Għawdex.", "Dawn huma inċentivi li ħafna drabi l-ideat tagħhom ġew mill-istakeholders, bħall-MDA, u llum qed jirrealizzaw ruħhom.", "Se nkunu qed inwaqqfu l-Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni, u dan mhux għax il-BRO, il-BICC u l-entitajet l-oħrajn kollha mhux qed jagħmlu xogħolhom, imma għax irridu nikkonsolidaw u jkollna qafas legali li ma jħallix spazju għal min irid ikun cowboy f'industrija li qed tiffjorixxi!", "M'għandhomx għalfejn ikunu cowboys!", "Jagħmlu xogħolhom kif suppost, ma joħolqux inkonvenjent lill-ġirien, u nħalluhom jaqilgħu l-flus li għalihom jaħdmu.", "Fir-rigward tal-Awtorità tal-Artijiet irrid ngħid li m'hemmx dubju li writna dipartiment li għandu ħafna affarijiet xi jsiru.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien biex niddiskutu b'mod matur x'ħadem f'dawn il-liġijiet u x'ma ħadimx, ħalli b'hekk naraw kif din l-Awtorità jkollha wkoll qafas legali sabiex taħdem aħjar.", "Però nafu d-dwejjaq tan-nies, u allura se nindirizzawhom billi noħorġu skemi.", "Qed naħdmu fuq il-fidi ta' ċnus, però rridu naħdmu immedjatament sabiex nagħtu l-opportunità lil min skadielu ċ-ċens jew se jiskadilu.", "Dawn huma nies li qed jgħixu fil-limbu, litteralment!", "Lill-bdiewa tagħna u lil min jaħdem l-art agrikola tajnieh il-fakultà li jittrasferixxi l-art.", "Dawn huma żewġ avviżi legali li jien u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius se nkunu qed ngħaddu fil-ġimgħat li ġejjin, u mhux matul is-sena d-dieħla.", "Jien qed inħares 'il quddiem sabiex is-sena d-dieħla jkollna ċans naħdmu fuq kif qed jiġu implimentati.", "Se jitwaqqaf il-Business Development Unit sabiex naraw il-potenzjal ta' kull proprjetà li għandu l-Gvern u kif naħdmu aħjar mal-Awtorità tad-Djar, mal-Malta Industrial Parks u anke ma' Sport Malta fuq artijiet li huma importanti għalihom, u allura naraw kif nistgħu ngħadduhomlhom.", "Dwar l-Uffiċċju Konġunt irridu niżguraw li jiġi rispettat miż-żewġ naħat il-ftehim bejn il-Gvern u s-Santa Sede.", "Għalhekk irridu naraw kif nilħqu l-miri li għandna sal-2023, naħdmu fuq ir-reġistrazzjoni tal-art u anke diversi skemi oħrajn ukoll.", "Sinjura President, nirringrazzja lil kull min ikkontribwixxa f'dan il-Ministeru daqstant vast.", "L-ewwel nett, nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius, is-Segretarju Permanenti s-Sur Cutajar, iż-żewġ segretarjati rispettivi tagħna, u anke dak tas-Segretarju Permanenti, kif ukoll liċ-chairpersons, is-CEOs u ħaddiema ta' kull entità, kif ukoll id-direttorati tal-ministeri.", "Saret ħidma li permezz tagħha nistgħu ngħidu li b'xi mod jew ieħor ikkontribwejna sabiex Malta tgħix is-suċċess!", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni u d-diskussjoni ġiet konkluża skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li għandha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "Fis-7.36 p.m. il-Kamra rriżumiet u rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ġiet konkluża, u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa ġew posposti għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Issa nistieden lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "IAN BORG: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2019", "L-Erbatax-il Jum Stabbilit", "Voti tal-Ministeru għal Għawdex", "Vot 39 – Ministeru għal Għawdex", "Vot XVI – Ministeru għal Għawdex – Kapital", "Ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għal Għawdex għandha tieħu mhux aktar minn tliet sigħat, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li din is-seduta se tkun mingħajr mistoqsijiet u li l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.38 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru tal-2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AFM – SORVELJANZA FL-IBĦRA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta' Malta tagħmilx sorveljanza fl-ibħra 'l hinn mit-12-il mil nawtiku iżda inqas minn 24 mil nawtiku mill-kosta Maltija u ċjoè fil-contiguous zone?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Forzi Armati ta' Malta tagħmel sorveljanza, mill-ajru u mill-baħar, fiż-żona kontigwa u lil hinn minn din.", "AWTORITÀ TAL-KOMPETIZZJONI – EMENDI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna biex jagħmel l-emendi neċessarji wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Mejju 2016 rigward u kontra l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, biex wara sentejn l-awtorità li suppost tħares il-kompetizzjoni ġusta u tiġġieled dik inġusta, ikollha s-snien timponi multi jew pieni li ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7092.", "ŻIEDA FIL-PIENI GĦAL RIMI TA' SKART ILLEGALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta' deterrent meta l-multa hija biss ta' €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b'mod legali) fil-każ ta' rimi illegali ta' skart kummerċjali jsiru iktar ħorox?", "X'passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta' Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b'mod illegali?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika aktar fir-rigward ta' din l-aħbar peress li fiż-żona ta' Xagħri l-Imqalleb hemm diversi siti koperti b'permessi tal-iżvilupp kif ukoll azzjonijiet varji ta' infurzar.", "Fir-rigward ta' multi imposti f'każijiet ta' rimi ta' skart industrijali, il-pieni imposti mill-Awtorità huma bbażati fuq regolamenti maħruġa fl-2012 ċjoè f'dan il-każ €50 kuljum.", "Iżda mhux biss, jekk il-ksur tal-iżvilupp jinsab f'area skedata, l-Awtorità għandha s-setgħa li timponi multi oħra li jwasslu sa €50,000.", "Ukoll, il-liġi tal-ippjanar li daħlet fis-seħħ fl-2016 tagħti s-setgħa lill-Awtorità li tissekwestra l-makkinarju u tagħmir ieħor li jkun qed jintuża, u mingħajr dubju ta' xejn iridu jitħallsu l-ispejjeż tal-azzjoni diretta li tieħu l-Awtorità jekk is-sid jew l-okkupant ma jneħħix tali materjal u jirripristina s-sit għall-istat oriġinali tiegħu.", "ŻIEDA FIL-PIENI GĦAL RIMI TA' SKART ILLEGALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta' deterrent meta l-multa hija biss ta' €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b'mod legali) fil-każ ta' rimi illegali ta' skart kummerċjali jsiru iktar ħorox?", "X'passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta' Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b'mod illegali?", "JOSÈ HERRERA: (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Awwissu li għadda jien ħrigt liġi sussidjarja 549.4 emendata li fiha żdiedu b'mod sostanzjali l-multi għal min jinqabad jitfa' skart barra illegalment.", "Dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor.", "Interpellant jien infurmat li l-ERA qatt ma daħlilha rapport dwar il-każ u bdiet tinvestigah hekk kif saret taf bih permezz ta' din il-mistoqsija parlamentari.", "Jiena naqbel ma' dak li qed jalludi l-Onor.", "Interpellant li r-rimi tal-iskart barra m'għandux ikun tollerat u kien għalhekk li qed nisħaq bil-qawwa kollha li l-ERA żżid il-kapaċità tagħha ta' infurzar għax nemmen li hemm bżonn li f'dan il-pajjiż jinqatgħu l-abbużi.", "WASTESERV – TRATTAMENT TA' RAM, BATTERIES, ALUMINIUM, ĦADID U WIRES TAL-ELETTRIKU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' ram, batteriji, aluminium, ħadid, u wire tal-elettriku nġabru għall-bejgħ u/jew għal iktar trattament mill-Wasteserv fl-2012, 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017, sena b'sena, u materjal b'materjal?", "X'sar minn dawn it-tunnellati ta' materjal jew fejn ġew diretti?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – BARRIERI LIĊENZJATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn barrieri liċenzjati ġewwa Għawdex li għandhom il-permessi kollha meħtieġa min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex fihom jintefa' skart tal-kostruzzjoni?", "Jista' jagħti r-raħal u l-indirizz fejn jinsabu dawn il-barrieri?", "Jista' jgħid ukoll għal kemm hu validu l-permess li għandhom kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess maħruġ għal kull barriera?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jista' jirreferi għas-sit elettroniku tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi() fejn isib l-informazzjoni kollha li qed jitlob.", "Kopja tal-iscreenshot tal-website msemmija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX: IR-RABAT – PROĠETT TAL-GOZO MUSEUM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li l-proġett tal-Gozo Museum se jsir ġewwa l-qalba tar-Rabat Għawdex, kemm viċin tal-iskejjel kif ukoll tal-Gozo Examination Centre, tista' għaldaqsant il-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-method statement li l-kuntrattur li se jaħdem fuq il-kostruzzjoni tal-Gozo Museum beħsiebu jattwa għal dan il-proġett?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA – DISPOŻIZZJONIJIET FIL-KAŻ TAR-REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA U L-ILMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6667, filwaqt li ssir referenza għall-artikolu 3 tal-Kap.", "545 li jipprovdi li \"r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li jkun magħmul minn President u mhux inqas minn erbgħa u mhux iktar minn sitt membri oħra\", jista' l-Ministru jgħid, fid-dawl ta' dak li jingħad fl-imsemmi artikolu jekk ir-referenza għar-Regolatur fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap 497, tapplikax biss għall-President tar-Regolatur imsemmi jew inkella wkoll għall-membri l-oħra tar-Regolatur?", "Jekk tapplika biss għall-President, għalfejn tapplika għalih biss?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "GĦAWDEX – TKABBIR TAL-ENERĠIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid, in vista li hemm bosta lmenti minn intraprendituri Għawdxin li ma jistgħux jiddependu biss fuq iċ-ċentri tad-distribuzzjoni tal-Qala u tax-Xewkija meta jiġu biex jippjanaw l-espansjoni tal-fabbriki tagħhom, kif jidħol Għawdex u x'hemm ippjanat b'mod konkret għal Għawdex fis-settur tal-enerġija biex jiggarantixxi li d-domanda għall-enerġija ta' għada u l-ġejjieni biex l-intraprendituri tagħna jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul, u Għawdex jilħaq il-potenzjal sħiħ fit-tkabbir ekonomiku?", "Jista' jgħid Għawdex kif jidħol f'dan kollu, meta dan l-aħħar qal li l-pajjiż għandu bżonn viżjoni li tħares 'il quddiem u viżjoni li tinkorpora l-aħħar teknoloġija fl-enerġija?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-kumpanija Enemalta plc ma rċeviet l-ebda lmenti mingħand intraprendituri Għawdxin rigward id-domanda għall-enerġija.", "Il-kumpanija qed tkompli bil-ħidma tagħha fuq proġetti ġodda ġewwa l-gżira ta' Għawdex u tibqa' kommessa li tkompli taqdi l-ħtiġijiet tal-enerġija ta' Għawdex illum u fil-futur.", "GĦAWDEX U KEMMUNA – ĦADDIEMA LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' TINDIF FIL-LATRINI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull latrina pubblika madwar Għawdex u Kemmuna?", "X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "**GĦAWDEX: AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PERMESSI GĦAL BINI MILL-ĠDID TAL-UFFIĊINI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġux il-permessi neċessarji biex l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar ġewwa Għawdex jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid?", "Jekk iva meta nħarġu?", "Jista' jgħid jekk biex sar dan ix-xogħol ġewx ippubblikati tenders u jekk iva fejn ġew ippubblikati, meta ġew ippubblikati u meta għalqu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, is-sit tal-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar ġewwa Għawdex huwa kopert bil-permess PA 10396/17 – \"To demolish existing offices and to construct parking at basement level, four office levels (Class 4A) and a receded floor level and the installation of PV Panels at roof level.\"", "Il-permessi neċessarji biex l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar ġewwa Għawdex jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid (PA 10396/17) inħarġu fit-22 t'Awwissu 2018.", "Il-Perit li ġie mqabbad biex iħejji l-pjanti u jagħmel l-applikazzjoni ntgħażel wara sejħa għall-offerti.", "Din is-sejħa saret fl-2016, u ntgħażlet l-irħas offerta li ġiet sottomessa.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA - REQUEST FOR PROPOSAL FIR-RIGWARD TAT-TKABBIR U T-TIXRID B'MOD INTERNAZZJONALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Request for Proposal fir-rigward tat-tkabbir u t-tixrid b'mod internazzjonali tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ħarġet l-istess Aġenzija mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull Request for Proposal li ħarġet l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda Request for Proposal fir-rigward tat-tkabbir u t-tixrid b'mod internazzjonali tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta li ħarġet l-istess Aġenzija mis-sena 2017 sad-data li ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – KAWŻI IPPREŻENTATI FIL-QRATI U T-TRIBUNALI KONTRA L-AĠENZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda kawżi li ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – KAWŻI PPREŻENTATI FIL-QRATI U T-TRIBUNALI MILL-AĠENZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ppreżentat l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda kawzi li ppreżentat l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – PROTESTI ĠUDIZZJARJI KONTRA L-AĠENZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi protesti ġudizzjarji ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid jekk l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ippreżentatx kontro-protest ġudizzjarju għal kull protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat kontra l-istess Aġenzija?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-protesti ġudizzjarji u l-kontro-protesti ġudizzjarji?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda protesti ġudizzjarji li ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – ITTRI UFFIĊJALI FIL-QRATI KONTRA L-AĠENZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ittri uffiċjali ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid jekk l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ippreżentatx ittri uffiċjali bi tweġiba għal kull ittra uffiċjali li ġiet ippreżentata kontra l-istess Aġenzija?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-ittri uffiċjali?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda ittra ma ġiet ippreżentata kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gżira ta' Filfla hix proprjetà tal-Istat Malti?", "Jekk le, jista' jgħid ta' min hi proprjetà l-Gżira ta' Filfla?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gżira ta' Filfla hija rreġistrata bħala art tal-Gvern.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - KONSLU", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konslu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadhiex taħdem mal-Ministeru?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separament ma taħdimx mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-konslu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għalaqx?", "Jista' jgħid jekk għadhiex taħdem mal-Malta Enterprise?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament m'għandiex kuntratt ta' impjieg mal-Malta Enterprise.", "Rigward ir-rwol tagħha ta' Konslu l-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.", "ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI – GĦAJNUNA GĦAL TKABBIR TAL-KAPAĊITAJIET OPERATTIVI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7147 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, wara li l-mistoqsija parlamentari 6618 oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'tip ta' għajnuna ġiet mogħtija lill-organizzazzjonijiet volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Mejju 2018?", "Liema huma dawk l-organizzazzjonijiet volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KUMPANIJI – TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk preżenetament hawnx kumpaniji li bħalissa għaddejjin bit-tħaffir taż-żejt fl-ibħra Maltin u f'liema stadju wasal dan it-tħaffir?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7590.", "GVERN TALJAN: DECRETO MINISTERIALE - BLATA KONTINENTALI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li l-Gvern Taljan kien ħareġ Decreto Ministeriale li bih estenda l-pretenzjonijiet Taljani fuq Żona Ċ fil-Lvant tal-blata kontinentali Maltija u wara li l-Gvern Malti pprotesta bil-qawwa għal dan id-digriet, din iż-żona ġietx irritornata lura lil pajjiżna?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata fuq konkluzjoni żbaljata għaliex l-Onor.", "Interpellant jasal għall-konkluzjoni li ż-żona Ċ fil-Lvant tal-blata kontinentali Maltija ttieħdet u ma ġietx irritornata lura lil pajjiżna, xi ħaġa li l-Onor.", "Interpellant għandu jifhem li ma saritx.", "Il-Gvern Taljan kien ħareġ id-digriet biex jestendi Żona Ċ fil-Lvant ta' Malta f'Diċembru 2012, wara li kien ħareġ diġriet simili biex jestendi Żona G fil-Punent ta' Malta f'Marzu 2010.", "Permezz ta' dawn iż-żewġ digrieti l-Gvern Taljan estenda l-pretenzjonijiet tiegħu fuq il-blata kontinentali Taljana.", "L-estensjonijiet imsemmija jidħlu fuq il-pretenzjonijiet tal-blata kontinentali li Malta għandha f'dawn iż-żoni.", "Meta nħarġu d-digrieti mill-Gvern Tajan, il-Gvern Malti kien ressaq Noti Verbali bil-pożizzjoni tiegħu kontra.", "L-ebda pajjiż baqa' ma rtira l-pretenzjonijiet tiegħu fuq il-blata kontinentali.", "Il-Gvern Malti qatt ma aċċetta l-pretenzjonijiet tal-Gvern Taljan waqt li qatt ma ċeda l-pretenzjonijiet li Malta għandha f'dawn iż-żoni.", "Fl-istess ħin il-Gvern Malti baqa' għaddej bid-diskussjonijiet bilaterali sabiex tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.", "MEDITERRANEAN OIL AND GAS U GENERAL ENERGY – LIĊENZJI GĦAT-TĦAFFIR", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji Mediterranean Oil and Gas u General Energy, li għandhom il-liċenzja ta' parti kbira ta' Area 4 u kellhom iħaffru l-ewwel bir f'din iż-żona fl-ewwel kwart tal-2014, fil-fatt għamlux dan it-tħaffir?", "X'kien l-eżitu ta' dan it-tħaffir?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li t-tħaffir li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor Interpellant beda f'Mejju tas-sena 2014 u spiċċa f'Lulju tal-istess sena.", "It-tħaffir waqaf wara li laħaq il-fond kuntrattwali.", "TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT - RISK ASSESSMENTS", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jippubblika r-risk assessments fejn sar tħaffir/se jkun qed isir tħaffir għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li dokumenti marbuta mal-bjar taż-żejt minn dejjem kienu meqjusa bħala kunfidenzjali u għalhekk ma jistgħux ikunu ppublikati.", "TĦAFFIR GĦAŻ-ŻEJT - LICENSING", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk preżentement hemmx xi licensing round għal min hu interessat li jħaffer għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti?", "Jekk dan il-proċess hu miftuħ, jista' jgħid meta se jagħlaq dan il-proċess?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li l-proċess ta' liċenzjar li Malta għanda bhalissa hu wieħed ta' 'open door', jiġifieri li kumpanija tista' titfa' applikazzjoni xħin trid għax m'hemmx data ta' għeluq.", "Dan il-proċess hu maħsub taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea u dan il-proċess intuża matul is-snin mill-Gvern Malti.", "GVERN MALTI – NEGOZJATI MA' KUMPANIJI BARRANIN GĦAT-TĦAFFIR TAŻ-ŻEJT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid min imexxi n-negozjati f'isem il-Gvern Malti ma' kumpaniji barranin li juru interess biex iħaffru għaż-żejt f'Malta?", "Xi kwalifiki u esperjenza għandu min qed imexxi dawn in-negozjati?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-negozjati jitmexxew mid-Direttur Ġenerali tal-Continental Shelf Department.", "Dan l-individwu, li nħatar Direttur mill-amministrazzjoni preċedenti, għandu l-esperjenza meħtieġa u beda l-karriera tiegħu f'dan il-qasam fl-1985 fl-Oil Exploration Department u ilu jaħdem f'dan is-settur ghal iktar minn 30 sena.", "ĦAL QORMI: TRIQ IL-BELT VALLETTA – ĦAJT FAĊĊATA TAĊ-ĊIMITERJU", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li l-ħajt li hemm faċċata taċ-Ċimiterju ta' Ħal Qormi fi Triq il-Belt Valletta qiegħed jaqa', jista' l-Ministru jassigura li permezz tal-ħaddiema tal-Gvern dan il-ħajt issirlu l-manutenzjoni li hemm bżonn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-ħajt hu privat iżda minħabba li hemm periklu għall-pubbliku se jitqabbad perit tal-Ministeru għat-Trasport, Infrasturttura u Proġetti Kapitali biex jagħmel rapport tad-dangerous structures, li wara ngħadduh lill-Pulizija biex isegwu mas-sidien privati."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181106_163d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.01 a.m.", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 163, li saret fis-6 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2017.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din is-seduta hija mingħajr mistoqsijiet.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "L-ERBATAX-IL JUM", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġi diskuss il-Vot tal-Ministeru għal Għawdex.", "Nixtieq ninforma lill-Kumitat li, skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tallum huwa ta' tliet sigħat, li jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġobha, il-Ministru Justyne Caruana tressaq ir-riżoluzzjonijiet tagħha.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sinjura President, irressaq dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 39 – MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €43,959,137 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 – Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT XVI – MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €12,796,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XVI – Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sinjura President, nipproponi din l-emenda:", "VOT 39 – MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Ħassar iċ-ċifra \"€50,055\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€50,052\".", "Sinjura President, l-ewwel ħaġa nirringrazzja lill-Ministru li minkejja kollox qiegħda hawn dalgħodu biex ikun jista' jsir il-vot ta' Għawdex.", "Ningħaqad mas-Sedja biex nawguralha fejqan ta' malajr.", "Sinjura President, l-ewwel nett irrid nirrimarka li d-diskussjoni tal-Baġit forsi tagħti waħda mill-ftit okkażjonijiet biex Għawdex jiġi diskuss b'mod speċifiku f'dan il-Parlament.", "Dan seta' jsir mill-1987 'il quddiem minn meta twaqqaf il-Ministeru għal Għawdex.", "Din il-leġiżlatura hija l-iktar leġiżlatura li Għawdex qatt kien rappreżentat f'din il-Kamra għaliex għandha seba' deputati eletti minn Għawdex, erbgħa fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni, u tlieta fuq in-naħa tal-Gvern.", "F'din id-diskussjoni tal-Baġit aħna s-seba' deputati nkunu nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna biex din il-gżira li tant inħobbu, din il-gżira li ngħixu fiha, din il-gżira li twelidna fiha tkompli miexja 'l quddiem.", "Meta wieħed iħares lejn il-Baġit għas-sena 2019 u jara l-proposti li hemm għal Għawdex, wieħed ma jistax ma jinnotax li huwa baġit fqir fl-ideat u riċiklat f'dawk li jidħlu ideat oħra.", "Matul id-diskors tiegħi jiena se nispjega għaliex qed ngħid hekk.", "Sinjura President, fl-aħħar seba' baġits ta' Gvern Laburista, smajna minn baġit għall-ieħor jiġu imwiegħda diversi proġetti għal Għawdex.", "Meta tagħsar, issib u tinduna li dawn il-proġetti, għalkemm ġew imwiegħda f'Baġit wara l-ieħor, prattikament ma twettqux jew twettqu biss ftit minnhom.", "Hemm minnhom qed jerġgħu jiġu mwiegħda li jsiru fis-sena 2019, waqt li għandek oħrajn li sparixxew.", "Dawn ġew imwiegħda f'numru ta' budgets, u issa sparixxew u m'għadhomx jissemmew.", "Jiġuni f'moħħi l-proġett tal-casino, il-proġett ta' yacht marina ġdida, il-proġett tal-cruiseliner terminal, il-link bl-ajru bejn Malta u Għawdex, u ħafna oħrajn.", "Dawn issemmew fil-programmi elettorali tal-partit fil-Gvern, issemmew ukoll f'baġit wara l-ieħor mill-Ministru tal-Finanzi, imma dawn mhux talli ma twettqux, talli ħafna minnhom issa sparixxew.", "Meta wieħed iħares lejn il-proġetti li qed jiġu pproġettati għas-sena 2019, wieħed jinnota li din id-darba forsi kien hemm iżjed attenzjoni.", "Din id-darba ma ssemmewx ħafna proġetti, u allura nittamaw li forsi dak li qed jiġi mwiegħed din id-darba jitwettaq.", "Sinjura President, fil-Baġit hemm ukoll inizjattivi li huma żgħar, però li huma tajbin.", "Fosthom nista' nsemmi l-inizjattiva tat-2% taxxa fuq min jixtri proprjetà f'Għawdex li hija rata preferenzjali għal min jixtri propjetà ġewwa Għawdex, miżura li reġgħet ġiet estiża għal sena oħra u allura se tkun fis-seħħ għat-tielet sena konsekuttiva.", "Bla dubju ta' xejn, din hija inizjattiva li tista' tgħin ukoll ix-xiri tal-proprjetà f'Għawdex u tista' tgħin ukoll lill-Għawdxin jixtru proprjetà f'Għawdex stess.", "Hemm ukoll l-inizjattivi tal-għajnuna lill-ħaddiema u lill-istudenti.", "Fid-diskors tal-Baġit għandek erba' paġni minn mitt paġna li jitkellmu dwar Għawdex.", "Fi tliet paġni minnhom hemm numru ta' inizjattivi.", "Pereżempju, hemm l-inizjattiva li titkellem dwar is-saħħa.", "Fl-introduzzjoni ta' din l-inizjattiva fejn il-Gvern jgħin lil pazjenti jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer, il-Ministru Scicluna qal li dan il-Gvern qed iwettaq qabża fil-kwalità fis-settur tas-saħħa, u semma wkoll il-bini ta' sptar ġdid.", "Din ħelwa għax, jekk tistaqsi lill-Għawdxin dwar l-ikbar preokupazzjoni li għandhom, dawn jgħidulek li hija s-saħħa!", "Dan jgħidu kull Għawdxi, huwa ta' liema kulur hu!", "Ilbieraħ iltqajt ma' nurse li taħdem fl-Emerġenza li qaltli li hi qatt ma vvotat lill-Partit Nazzjonalista, imma xorta tgħid li s-settur tas-saħħa f'Għawdex qatt ma kien ħażin daqs kemm huwa llum.", "Il-Ministru fl-ewwel sentenza ħabbar li se tingħata għajnuna finanzjarja lill-pazjenti li jridu jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer.", "Din diġà teżisti u ilha teżisti għal ħafna snin, għax il-pazjenti li jbatu bil-kanċer, flimkien ma' pazjenti oħra, ilhom jingħataw din l-għajnuna, imma huwa tajjeb li se tingħata għajnuna addizzjonali.", "Issa ħalliha li l-Gvern wegħedna li l-pazjenti tal-kanċer se jkollhom il-chemotherapy f'Għawdex.", "Huwa veru li qed tingħata xi ħaġa, imma hija ftit ħafna.", "Però l-Ministru tal-Finanzi, b'mod ħelu ħafna, qalilna:", "\"Wara li wettaqna qabża kbira fil-kwalità fis-settur tas-saħħa, fosthom il-bini tal-isptar il-ġdid …\"", "Hawn nistaqsih: Fejn hu l-isptar il-ġdid?", "Il-Prim Ministru, erba' snin u nofs ilu, kien għamel press conference f'Għawdex, imdawwar b'ħames ministri oħra, nofs il-Kabinett - u kien qal li fi żmien sentejn kellu jkun lest sptar ta' 450 sodda ġdida f'Għawdex.", "Għaddew erba' snin u nofs u m'hemmx ġebla waħda li hi waħda fl-isptar ġdid ta' Għawdex!", "Imma l-€50 miljun fis-sena lil Vitals u l-€50 meljun issa lil Steward qed nagħtuhomlhom … !", "Rigward l-inizjattiva Travel Reimbursement for Patients Undergoing Cancer Treatment at Mater Dei, din diġa' qegħda hemm u ilha hemm snin twal.", "Din se tiġi riveduta billi tingħata wkoll lil adult li jkun qed jakkompanja lill-pazjent.", "Tajjeb: hija inizjattiva żgħira imma tajba.", "Din mhux se tiswa xi eluf kbar, però hija tajba għax tkompli tgħin lil dawn il-familji Għawdxin li jkunu għaddejjin minn dan it-tip ta' mard.", "Però, l-iktar importanti hu li ntejbu s-servizz f'Għawdex u li nżidu s-servizzi f'Għawdex.", "Huwa importanti wkoll li l-konsulenti Għawdxin ma jaħarbux mill-isptar t'Għawdex imma jibqgħu Għawdex.", "Għandna konsulenti bravi Għawdxin li qabel kienu jiġġieldu biex jiġu jaħdmu fl-isptar t'Għawdex, u issa qed jagħmlu minn kollox biex jitilqu u ħafna minnhom telqu, inkluż eks-segretarju parlamentari fil-Gvern Laburista.", "Għaliex?", "X'inhi r-raġuni?", "It-tieni inizjattiva hi ta' aktar għajnuna finanzjarja lill-impjegati Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern u li jridu jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer.", "Qed jgħidulna li se tibda tingħata €1.50 lill-ħaddiema tal-Gvern Għawdxin li jorganizzaw transport kollettiv.", "Tajba, però għaliex mhux lill-ħaddiema kollha?", "Għaliex lill-ħaddiema tal-Gvern biss?", "Mela l-ħaddiema li jaħdmu fil-privat mhumiex ħaddiema Għawdxin ukoll?", "Nafu kif sploda l-prezz tat-trasport bil-minibuses ta' dawn il-ħaddiema li jorganizzaw transport kollettiv?", "Veru li r-raġuni hi li issa l-Gvern daħħal it-trasport b'xejn għall-istudenti li jattendu fi skejjel indipendenti u tal-Knisja, proposta li ħareġ biha l-Partit Nazzjonalista fil-leġislatura l-oħra, u kienu ddieħku bina dakinhar!", "Issa aċċettawha u daħħluha b'effett minn din is-sena skolastika; imma din ġabet domanda kbira fuq is-servizzi tal-minibuses u b'hekk qegħdin jisplodu l-prezzijiet lill-gruppi ta' ħaddiema Għawdxin li jużaw dan is-servizz biex jivvjaġġjaw għax-xogħol.", "Mhux €1.50 kuljum jiswa is-servizz!", "Tmur tistaqsi lil dawn il-ħaddiema u jgħidulek li tal-mini buses qed igħidulhom li minn Jannar li ġej jew togħla daqshekk jew jinsewhom, għaliex ovvjament għandhom rotot ħafna iqsar x'jistgħu jagħmlu u jdaħħlu iżjed flus jekk jagħmlu t-trasport tat-tfal tal-iskejjel indipendenti u tal-Gvern.", "Minkejja li qed ngħid dan u, żgħira kemm hija żgħira, din xorta hija għajnuna tajba u tgħin lill-ħaddiema Għawdxin.", "Rigward l-estenjsoni tal-Gozitan Workers Subsidy Scheme, għandna kontradizzjoni għall-inizjattiva ta' qabel, għaliex l-inizjattiva ta' qabel qed tingħata biss lill-ħaddiema tal-Gvern għat-trasport kollettiv tal-minibuses, waqt li din kienet tingħata lill-ħaddiema tal-Gvern u se tiġi estiża għall-ħaddiema tal-privat li jingħataw refund tal-biljett tal-vapur ta' €1, flimkien ma' xi ħaġa għall-biljett tal-vapur kuljum għal min jaqsam għax-xogħol lejn Malta.", "Għajnuna żgħira imma tajba.", "Issa meta ddaħħal dawn l-inizjattivi, għalkemm huma tajbin, juru wkoll li l-uniċi inzijattivi li għandu l-Gvern fil-Baġit, Sinjura President, huma biss inizjattivi biex jgħinu lil dawk li qegħdin jaħdmu Malta.", "Din forsi hija ammissjoni li qed naqtgħu qalbna li noħolqu x-xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex, il-famuża wegħda li kien għamlilna l-Prim Ministru Joseph Muscat qabel l-elezzjoni tal-2013 li se joħloq xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin kollha u mhux biss.", "Kien qasam mal-vapur tas-6:00 a.m. u kien qalilna li jrid jelimina lill-eluf ta' Għawdxin li ta' kull filgħodu jqumu kmieni biex jaqsmu għax-xogħol lejn Malta.", "Jiena dalgħodu qsamt mal-vapur tas-6:00 a.m., u l-istess ammont jew iżjed kien hemm nies, anzi iżjed minn dak li kien hemm meta l-Prim Ministru Muscat – dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni – għamel dik il-gimmick u qasam lejn Malta biex jurina kif se jelimina dawn in-numri.", "Imbagħad, għandna aktar għajnuna għall-istudenti Għawdxin li jistudjaw u jgħixu Malta.", "Anke hawn, Sinjura President, il-Gvern Nazzjonalista kien daħħal għajnuna għall-istudenti Għawdxin u kien telgħaħha sa €1,200 fis-sena għal kull student li jistudja Malta.", "Dan il-Gvern ftit tas-snin ilu – mingħalija sentejn, tlieta ilu – żiedha għal €1,500.", "Jiena kont nistenna li wara l-isplużjoni fil-kirijiet għall-istudenti Għawdxin f'Malta, din l-għajnuna kellha tiżdied bil-goff biex almenu jkopru l-ħlas tal-kera.", "Minn dan ma sar xejn f'dan il-baġit.", "Kienet xi ħaġa li kont qed nistenniha u hija importanti li ssir għaliex hemm nies li qed jaqtgħu qalbhom.", "Hemm nies li mhumiex qed ikollhom biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħlas tal-kera tat-tfal tagħhom f'Malta.", "Filwaqt li huwa tajjeb li dawn l-€1,500 flok fi tliet pagamenti jitħallsu kull xahar, għaliex b'hekk allura jkollhom il-flus biex iħallsu l-kera kull xahar, imma huwa ferm important li din tiżdied għaliex jekk mhux se tiżdied se jkun hemm problemi kbar għal dawn l-istudenti.", "Hawnhekk bilfors ikolli nagħmel riferenza għall-kwestjoni tal-hostel li ġiet imwiegħda diversi drabi, anke fid-Diskors tal-Baġit ta' din is-sena.", "Issa qed nistrieħu fuq il-Knisja u ngħidu li rridu nagħmlu ftehim mal-Knisja biex tipprovdi iktar postijiet għall-istudenti Għawdxin.", "Hawnhekk il-Gvern qed jabdika mir-responsabilità tiegħu, anzi mill-wegħda tiegħu, għaliex din wegħedha l-Gvern stess.", "Tliet snin ilu l-Gvern wiegħed li fl-Università se jibni university residence u car park.", "Safejn naf jien, fi tliet snin ma tpoġġietx ġebla f'din il-famuża university residence li setgħet tgħin numru ta' studenti Għawdxin fl-akkomodazzjoni tagħhom.", "Però, nerġa' ngħid li dawk l-erba' jew ħames inizjattivi għall-inqas huma inizjattivi tajbin.", "Żgur, però, li seta' sar iżjed.", "Irrid issa ngħaddi għal punt importanti ħafna rigward l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex.", "Il-Ministru tal-Finanzi proprju beda l-parti tiegħu dwar Għawdex fejn qal li jemmen dwar il-potenzjal ta' Għawdex, u jemmen ukoll li Għawdex għandu jkun imnebbaħ minn strateġija li tħares fit-tul.", "Dan kien l-għan ewlieni wara t-twaqqif ta' awtorità reġjonali ta' Għawdex.", "Safejn naf jien, għadna fi stadju ta' konsultazzjoni u din għadha ma twaqqfitx.", "Però, tajjeb li jkun hemm din id-diskussjoni, tajjeb li jkun hemm din il-konsultazzjoni, tajjeb li naħsbu fuq strateġija fit-tul.", "Qabel ngħaddi biex nitkellem fuq l-Awtorità, irrid ngħid, Sinjura President, li Għawdex diġà kellu strateġija.", "Għawdex kellu strateġija short, medium and long term, u t-titlu tal-istrateġija kien 'Eko-Għawdex', li kienet tħares lejn Għawdex b'mod ħolistiku u kienet turi fejn ridna nieħdu lil Għawdex.", "Il-Gvern żamm id-direttorat ta' Eko-Għawdex, però llum għandna biss direttorat, għax huwa direttorat bla flus.", "Il-vot ta' Eko-Għawdex baqa' jonqos minn sena għal oħra, u l-istrateġija ntesiet.", "Issa f'din l-istrateġija kien hemm numru ta' miżuri short term li kellhom jitwettqu fi żmien tliet snin, numru ta' miżuri medium term, kif ukoll miżuri long term li kellhom jibdlu l-wiċċ tal-gżira Għawdxija, il-mod kif Għawdex jaħdem, kif l-ekonomija Għawdxija taħdem u kif irridu l-gżira Għawdxija.", "Dan il-Gvern iddeċieda, kif għandu kull dritt jagħmel, li dik l-istrateġija jinjoraha, ma jagħtix kasha iżjed.", "Issa, dik l-istrateġija saret wara konsultazzjoni wiesgħa, kienu involuti fiha l-istakeholders kollha, u kienet strateġija, bit-tajjeb u l-ħażin tagħha.", "Kien hemm strateġija.", "Fl-aħħar ħames snin, dik l-istrateġija ntremiet, intesiet u issa qed ngħidu li rridu nagħmlu strateġija ġdida li tħares fit-tul.", "Fair enough, ejja nagħmluha, ejja niddiskutu, ejja naraw xi strateġija rridu għal Għawdex, imma fuq l-Awtorità Reġjonali, il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, Sinjura President, hija ċara.", "Wasal iż-żmien li Għawdex ikollu kunsill reġjonali elett mill-Għawdxin, li jkollu poteri eżekuttivi u li jkollu l-fondi biex jaħdem.", "Dik hi l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex.", "Il-Partit Nazzjonalista, fejn tidħol il-governanza ta' Għawdex, dejjem kien fuq quddiem.", "Kien il-partit li waqqaf il-Kunsill Ċiviku, kien il-partit li għamel il-Ministeru għal Għawdex, kien il-partit li daħħal il-kunsilli lokali, u issa, wara 30 sena ta' Ministeru għal Għawdex – ħlief għal sentejn meta rrelegajnih għal segretarjat parlamentari – wasal iż-żmien li nħarsu dwar kif irridu li tkun il-governanza tal-gżira Għawdxija fis-snin li ġejjin.", "Il-governanza tal-gżira Għawdxija fis-snin li ġejjin għandha tkun governanza mill-Għawdxin għall-Għawdxin, għaliex ħadd daqs l-Għawdxin ma jista' jieħu d-deċiżjonijiet tajbin għal Għawdex ħlief l-Għawdxin stess.", "Għalhekk iva, Sinjura President, l-ewwel ħaġa li se nkunu qegħdin nipproponu hu li l-kunċett ta' Għawdex reġjun jidħol fil-Kostituzzjoni.", "Għaliex aħna rridu hekk?", "Għaliex jekk il-kunċett ta' Għawdex reġjun jidħol fil-Kostituzzjoni, allura minn hemm 'il quddiem Għawdex irid jibda jiġi meqjus reġjun f'kollox, inkluż f'dawk li jidħlu fondi tal-Unjoni Ewropea, f'dawk li jidħlu fondi anke nazzjonali, f'dak li jidħol governanza ta' Għawdex.", "Jiena m'għandix dubju li tan-naħa l-oħra jaqblu magħna fuq din, ma jistgħux ma jaqblux magħna d-deputati Għawdxin.", "Jekk il-konċett ta' Għawdex reġjun jidħol fil-Kostituzzjoni, allura l-pass li jkun imiss imbagħad ikun il-governanza ta' Għawdex li ssir mill-Għawdxin stess.", "Kif spjegajt, huwa importanti li jkun hemm kunsill reġjonali elett mill-Għawdxin li jkollu poteri eżekuttivi, mhux konsultattiv, u li jkollu l-fondi speċifiċi għal Għawdex.", "Hawnhekk se nagħti eżempju żgħir.", "Sinjura President, bħala eżempju nista' nsemmi li l-liċenzji f'Għawdex jibqgħu f'Għawdex u jintużaw f'Għawdex.", "Li kieku fl-aħħar snin, inkluż fi żmien Gvern Nazzjonalista, ġara hekk, kieku dawk il-flus baqgħu f'Għawdex u intużaw f'Għawdex, is-sitwazzjoni tat-toroq f'Għawdex mhijiex dik li hija llum.", "Il-baġit għat-toroq għal Għawdex huwa kważi kwart biss tal-liċenzji li jinġabru għall-vetturi li hemm reġistrati f'Għawdex.", "Rigward l-eco tax, daħlet l-eco tax fuq it-turiżmu, il-bed night tax, imma ma ntużax ċenteżmu li hu ċenteżmu minnha f'Għawdex.", "Issa din, biċċa minnha tinġabar minn Għawdex mit-turisti li jorqdu fil-lukandi Għawdxin.", "Tagħmel il-mistoqsijiet lill- Ministru tat-Turiżmu u jaħrab minnhom.", "Tgħidlu kemm minnha ntefqet f'Għawdex?", "Xi proġetti saru f'Għawdex?", "Il-Gvern kien wiegħed li bihom se jtejjeb il-prodott turistiku.", "Immaġina kieku dawn ikunu amministrati mill-Għawdxin stess eletti minn ħuthom l-Għawdxin, x'differenza kienu jagħmlu f'Għawdex!", "Ma rridux mmorru 'l bogħod ħafna, Sinjura President.", "Biżżejjed inħarsu lejn dak li kien għamel il-Kunsill Ċiviku ta' Għawdex fit-12, 13-il sena li dam imwaqqaf, għaliex imbagħad fl-1972 l-gvern ta' Mintoff iddeċieda li jżarmah.", "Kunsill Ċiviku li f'dak iż-żmien għaliex kien elett, għaliex kellu l-fondi biex jaħdem, għaliex kellu l-poteri eżekuttivi, kellu liġi li tkoprih, biddel l-infrastruttura ta' Għawdex u ħafna minn dak li għandna f'Għawdex illum huwa frott tad-deċiżjonijiet tal-investiment li sar minn kunsill ċiviku li kien iffurmat mill-Għawdxin għall-Għawdxin.", "Sinjura President, il-Baġit ma jsemmi xejn dwar il-konnettività ta' bejn Malta u Għawdex.", "Issa l-konnettività hija l-lifeline tal-Għawdxin, il-lifeline ta' Għawdex.", "Ma jissemma xejn dwar il-fast ferry, xejn dwar ir-raba' vapur.", "Issa, sa ftit budgets ilu, il-Ministru tal-Finanzi kien ġie hawn u qalilna li għandhom kollox lest biex jagħmlu l-link bl-ajru bejn Malta u Għawdex.", "Mhux se nagħmlu ajruplan biss żgħir bejn Malta u Għawdex, imma se nagħmlu ajruplan li jtir minn Għawdex lejn airports oħra fil-Mediterran.", "Mhux qed nivvintah dan il-kliem.", "Dan jinsab miktub fid-Diskors tal-Baġit tal-Ministru tal-Finanzi.", "Fejn hi l-air link bejn Malta u Għawdex?", "Din ma ssemmietx iżjed.", "Il-Ministru wegħedna anke air link ma' airports oħra fil-Mediterran, u nispera li l-Ministru għal Għawdex ikollha l-opportunità tgħidilna x'se jsir fuq l-air link, jekk hux se ssir jew jekk ġietx shelved.", "L-Għawdxin għandhom dritt ikunu jafu dan il-proġett ġiex shelved.", "Jekk il-Gvern għandu raġunijiet għalfejn dan il-proġett jitfgħu fuq l-ixkaffa, ipoġġih mal-ġenb, jaqbad u jgħidilna: Isma', dak mhux se nagħmluh jew mhux se jsir għalissa, għal \"hekk\" u għal \"hekk\".", "Sal-lum ma nafu xejn ħlief dak li ntqal fl-aħħar diskors tal-Ministru tal-Finanzi.", "Issa fejn tidħol konnettività, Sinjura President, jekk huma t-tliet vapuri li hemm, jekk huma ż-żewġ terminals li hemm, jekk huma t-toroq li jwasslu għaċ-Ċirkewwa, it-toroq mill-Imġarr, għar-Rabat eċċ., huma kollha proġetti tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.", "Il-vapuri ta' €80 miljun u €88 miljun huma l-ikbar investiment li qatt sar fil-gżira Għawdxija, waqt li l-konnettività, kif spjegajt, hija l-iktar ħaġa importanti.", "X'sar f'dawn is-sitt snin?", "La żdied l-ebda vapur ieħor, la żdied il-fast ferry service, la saret l-air link; għadu kollox kif ħalla Gvern Nazzjonalista sitt snin ilu, u dan meta d-domanda żdiedet.", "Tneħħa s-servizz ta' Sa Maison, servizz li kien iġorr il-merkanzija, li kien importanti għan-negozju f'Għawdex u anke għat-traffiku f'Malta.", "Illum, trakk ikollu jirkeb miċ-Ċirkewwa u fit-telgħa ta' Selmun jiġma' serbut karozzi minn Selmun sal-Mistra, jew addirittura sax-Xemxija għaliex it-toroq huma one lane u ma tista' taqla' dak it-trakk minn imkien.", "Dawk it-trakkijiet qabel kienu jaqsmu minn Sa Maison, servizz li tneħħa tliet snin ilu.", "Il-ministru ta' dak iż-żmien qalilna li se nsibu s-soluzzjoni, se nsibu l-alternattiva, imma għaddew tliet snin u l-alternattiva ma waslitx.", "Ikun tajjeb jekk illum jgħidulna hux se ssir xi ħaġa biex ikun hemm trasport lejn il-Belt, jew lejn il-Port il-Kbir jew il-Port ta' Marsaxmett bil-fast ferry service.", "Imbagħad il-mina nitkellmu fuqha biss darba fis-sena, fil-Baġit meta jgħidulna li qed nagħmlu l-preparamenti eċċ. Issa għall-mina ħlejna erba' snin għaliex Gvern Nazzjonalista kien beda l-proċess, bdew l-istudji, kien tlesta l-preliminary study, tela' Gvern Laburista u qalilna li minflok se jagħmel bridge.", "Dan ġab iċ-Ċiniżi u qalilna li se jagħmlu studju, għaddew tliet snin, tliet snin u nofs u mbagħad qalilna li l-bridge mhux feasible, imma l-mina hija feasible, u llum qed jerġa' jmur lura għall-istess disinn u studju li kien għamel Gvern Nazzjonalista.", "Mhux biss, imma wara erba' snin, dan ġab l-istess konsulent li kien ġab il-Gvern Nazzjonalista.", "Ma jammettux, imma ħlejna erba' snin!", "L-importanti issa hu li ma naħlux iżjed żmien.", "Dan huwa proġett li jieħu s-snin, u aktar ma nimxu malajr iktar aħjar.", "Meta ngħid nimxu malajr ma rridx niftiehem ħażin; irridu wkoll nagħmlu l-affarijiet bis-sens, u allura fuq dan il-punt, l-appell tiegħi hu biex immedjatament jidħol ir-raba' vapur bejn Malta u Għawdex.", "Żdied ix-xogħol, żdied il-volum, żdiedu l-Għawdxin u żdiedu t-turisti li jaqsmu bejn Malta u Għawdex, u allura huwa importanti li jiżdied ir-raba' vapur.", "Barra minn hekk, m'għandniex inkaxkru iżjed saqajna fuq il-fast ferry service.", "Ilna sitt snin nisimgħu li se jiġi introdott il-fast ferry service, imma sal-lum għadna ma nafux x'se jiġri u meta se jiġi introdott.", "L-aħħar punt fuq il-konnettività jirrigwarda l-famuż fibre optic link li smajna ħafna fuqu, li però f'dan il-baġit ma ssemma xejn dwaru.", "Il-konnettività fejn tidħol l-IT erġajna ma smajna xejn fuqha.", "Irrid insemmi wkoll l-importanza tax-xogħol ta' kwalità f'Għawdex.", "Il-kelma \"prekarjat\" m'għandniex nibqgħu nisimgħuha.", "M'għadhiex tissemma min-naħa tal-esponenti tal-Gvern jew mill-GWU; però, tinduna li teżisti meta tiltaqa' mal-ħaddiema u jgħidulek b'liema kondizzjonijiet qed jaħdmu.", "Dan mhux jiena ngħidu, jgħiduh ukoll iċ-ċifri li jippubblika l-Gvern stess.", "Jiena għamilt żewġ mistoqsijiet lill-Ministru tal-Finanzi fejn staqsejtu kemm hi l-paga medja f'Għawdex, u qalli li l-paga medja f'Għawdex hi €16,046.", "Ras għal ras, ħaddiema f'Għawdex jaqilgħu €16,000.", "Staqsejtu wkoll kemm hi l-paga medja f'Malta.", "Ras għal ras, ħaddiem Malti jaqla' €18,309, jiġifieri €2,300 iżjed.", "Għawdxi jaħdem xahrejn fis-sena għal xejn ħdejn sieħbu l-ħaddiem Malti.", "Taf kemm kienet id-differenza fl-2012, l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista?", "Kienet ta' €370.", "Id-differenza flok naqset żdiedet; minflok ma ġibna lill-ħaddiema Għawdxin jaqilgħu daqs il-Maltin bl-inzijattivi u bix-xogħol li sar f'dawn l-aħħar sitt snin, illum id-differenza fil-qligħ żdiedet.", "Staqsejt ukoll lill-Ministru biex jgħidli kemm hu d-dħul medju tal-familji f'Malta u d-dħul medju tal-familji f'Għawdex.", "Id-dħul medju huwa ta' €28,000 f'Malta u €24,000 f'Għawdex.", "Familja f'Għawdex taqla' €4,000 fis-sena inqas minn familja f'Malta.", "Anke hawn, il-gap splodiet.", "Allura l-kompitu tal-Gvern, il-kompitu tal-Ministeru għal Għawdex huwa li jaħdem b'ilsienu barra biex din il-gap tispiċċa darba għal dejjem.", "Anzi, jekk jista' jkun, ħaddiem jew familja f'Għawdex għandhom jaqilgħu iżjed minn dawk f'Malta għaliex dawn għandhom iżjed spejjeż.", "Qed nirreferi għal spejjeż ta' traġitt u spejjeż anke ta' prodotti li jridu jaqsmu lejn Għawdex.", "Din il-gap qiegħda tiżdied u allura bilfors tiltaqa' ma' ħaddiema li jgħidulek: Imma aħna kif naħdmu mal-Gozo Channel u ħaddiem li jagħmel l-istess xogħol bħalna jaqla' kważi d-doppju tiegħi?", "Dan jgħidlek: Mingħajri l-vapur xorta ma jistax jaħdem, għaliex jekk tinqala' emerġenza, jiena responsabbli minn 120 ruħ.", "Imma ħaddiem, għaliex impjegat direttament mal-Gozo Channel, jaqla' d-doppju ta' li naqla' jien.", "Hekk irriduhom il-ħaddiema?", "Hekk nużawhom ir-regoli, il-liġijiet ta' equal pay for equal work?", "Din hija responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex, għaliex illum il-Gozo Channel hija responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex, u ma nistax nifhem kif il-Ministeru jista' jħalli dawn l-anomaliji għaddejjin bejn ħaddiema li qegħdin fuq l-istess bank tax-xogħol.", "Dawn jagħmlu l-istess xogħol, għandhom l-istess responsabilità, imma għaliex wieħed ta' kuntrattur u ħadnielu l-vot qabel l-elezzjoni nistmawh mod, u għaliex l-ieħor impjegat tal-kumpanija nistmawh mod ieħor, bi ksur flagranti u ksur abbużiv tal-liġi tax-xogħol.", "Hawn qed nitkellem dwar is-seamen, dwar l-attendants u dwar ħaddiema oħra mhux fil-Gozo Channel biss, imma f'postijiet oħra wkoll.", "L-uniku inċentiv imsemmi fil-Baġit fuq ix-xogħol ġewwa Għawdex lanqas biss hija inċentiva ġdida imma hija riċiklata, għaliex hija inċentiva li diġà saret fil-Baġit tas-sena l-oħra, u tagħti 30% sa massimu ta' €6,000 u tal-paga medja għal tliet snin.", "Meta tistaqsi kemm ibbenefikaw minnha ssib li bbenefikaw minnha ftit iktar minn 20 ruħ.", "L-uniku ħaġa li titkellem dwar ix-xogħol f'Għawdex fil-baġit sħiħ kienet diġà ssemmiet fil-baġit ta' qabel, jiġifieri għas-sena d-dieħla m'għandna l-ebda inizjattiva ġdida dwar xogħol.", "Sinjura President, l-appell tiegħi hu: Ejja naħdmu biex neliminaw din il-gap li hemm bejn il-pagi ta' Malta u l-pagi ta' Għawdex, u biex intejbu l-kondizzjonijiet tal-ħaddiema Għawdxin li qed jitħaddmu bil-prekarjat jew qed jitħaddmu f'postijiet tax-xogħol fejn mhux qed jingħataw l-istess kondizzjonijiet ta' sħabhom l-oħra.", "Rigward is-saħħa, hawnhekk kellna tgħaffiġa sħiħa mill-Gvern.", "L-uniku sptar li għandna Għawdex ġie mibjugħ lill-privat.", "Jiena m'għandix dubbju li d-deputati Għawdxin tan-naħa tal-Gvern ma qablux ma' dan, però ma tkellmux.", "M'għandix dubju li ma qablux ma' dan, għaliex l-ebda Għawdxi ma jista' jaqbel li l-uniku sptar li għandek f'Għawdex jinbiegħ lill-privat.", "L-ewwel kellna lil Vitals, li serqu u telqu, u issa għandna lil Steward fejn id-diċeriji fost il-ħaddiema huma li Steward diġà qegħdin jitkellmu ma' terzi biex ibiegħu.", "Jekk huwa veru li Steward diġà qed jaħsbu biex ibiegħu, allura għandna problema kbira fil-qasam tas-saħħa f'Għawdex.", "Jiena diġà għedt li rigward il-bini ta' sptar ġdid ma sar xejn, anke jekk kien imwiegħed li jitlesta fi żmien sentejn.", "Issa l-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara se jiġi l-Prim Ministru u jiftaħ l-anatomy centre ġdid f'Għawdex.", "Kemm hi tajba, Sinjura President!", "Se niftħu anatomy centre mhux għall-Għawdxin, imma għall-istudenti ta' Barts li ħafna minnhom qegħdin bi scholarships li għad irridu nkunu nafu min qed iħallas għalihom.", "L-iskola ta' Barts hija inizjattiva tajba, imma l-mistoqsijiet dwar min qed iħallas l-ischolarships ta' dawk l-istudenti qed jiġu maħruba kull darba, u allura tibda tixgħel il-bozza l-ħamra.", "Kemm minn dawn l-istudenti ta' Barts huma mħallsa minn flusna, mit-taxxi tagħna bi scholarships tagħna stess għal studenti barranin?", "Għad irridu nkunu nafu.", "Fi ftit tal-ġranet oħra se jinfetaħ l-Anatomy Centre f'Għawdex!", "Dan tafu kif sar?", "Sinjura President, child development centre li nbena mill-flus ta' Eko-Għawdex minn Gvern Nazzjonalista b'iżjed minn €1 miljun ittieħed u ngħata lil Barts, u t-tfal Għawdxin baqgħu jsaffru.", "Kellu jkun ċentru fejn l-istudenti Għawdxin, it-tfal Għawdxin, ikollhom is-servizzi kollha, fosthom child psychologist, speech therapist, u s-servizzi kollha miġburin taħt saqaf wieħed.", "Issa ħadna dik il-binja mibnija mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi mill-flus ta' Eko-Għawdex, u tajnieha lil skola barranija biex tagħmilha anatomy centre.", "U l-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara ġej il-Prim Ministru jiftaħar li fetaħ anatomy centre f'Għawdex!", "Ma jgħidx li dan sar f'binja li saret minn Gvern Nazzjonalista għat-tfal Għawdxin, li ttieħed lit-tfal Għawdxin biex jingħata lil studenti barranin bi scholarships mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Kemm hi tajba!", "Hekk nistmawhom lill-Għawdxin!", "Id-deputati Għawdxin tan-naħa tal-Gvern jinsabu siekta fuq is-saħħa.", "Anzi, kultant jgħidulek: Aħna m'għandniex x'naqsmu, dik tgħaffiġa tal-Ministru Konrad Mizzi.", "Issa jrid jerfagħha l-Ministru Chris Fearne għaliex hu l-Ministru tas-Saħħa!", "Diġà spjegajt ukoll li għandna konsulenti mediċi Għawdxin li qed jaħarbu, fosthom Mercieca, Abela, Dingli u Curmi.", "X'inhi r-raġuni li dawn telqu minn Għawdex?", "Dawn huma konsulenti bravissimi li kellna s-servizzi tagħhom fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex, u telqu minn Għawdex.", "Imbagħad, l-agħar waħda hija t-tgħaffiġa tal-helicopter.", "Kien hemm ħajjiet oħra li ntilfu minħabba negliġenza fl-isptar ta' Għawdex.", "Jiġu n-nies ikellmuk, jiġu l-familji jkellmuk u jgħidulek: Aħjar ma nitkellmux pubblikament għaliex nibżgħu.", "Nemminhom, u issa naf x'se jiġri la npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument illum.", "Illum mhux se jkun hemm risposta għalih, imma minn issa se tibda witch hunt għal min tahomli.", "Bħalma bdiet witch hunt biex jaraw min tani l-informazzjoni malli jiena ħriġt l-informazzjoni fuq il-pazjent li miet għaliex ma kienx hemm helicopter u bdew iwaħħlu f'dak u fl-ieħor.", "Ovvjament, marru fuq in-Nazzjonalisti!", "Però nserrħilkom moħħkom; dawn u l-informazzjoni ta' qabel, tawhomli Laburisti li ma jifilħux għas-sitwazzjoni li hemm fl-isptar!", "Sinjura President, hawnhekk saret cover-up minn inkjesta, cover-up fuq mewt ta' pazjent Għawdxi, inkjesta fażulla li saret biss biex tgħatti.", "Fil-file tal-pazjent – u se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra – hemm miktub mit-tobba: \"No helicopter service\".", "It-tieni dokument jgħid: \"… since helicopter not working and fastest way is …\" U jiġi hawn il-Ministru b'inkjesta, b'rapport, u jgħidilna li kollox kien qed jaħdem.", "Anzi, is-CEO tal-Isptar imur jieħu r-ritratti tal-helicopter sigħat wara u jgħidilna: Ara kif il-helicopter qiegħed hemm!", "Mhux hekk biss, imma daħak bil-Ministru għal Għawdex ukoll, għaliex taha r-ritratti tal-helicopter u l-Ministru tellgħathom fuq Facebook tagħha, imma l-pazjent miet għaliex il-helicopter ma kienx hemm.", "Jgħidu x'jgħidu, bħal dan hemm numru ta' każijiet oħra, imma m'għandix iċ-ċans li nidħol fil-kwestjoni ta' nuqqas ta' helipads fl-Isptar ta' Għawdex u fl-Isptar Mater Dei.", "Dwar l-edukazzjoni f'Għawdex ma ssemma xejn.", "L-ITS ta' Għawdex qiegħda tmut mewta naturali, u fiċ-ċentru tal-Università ta' Għawdex il-korsijiet nixfu.", "Ġieli jċemplu ġenituri u jgħidulek li m'hemmx għalliem tal-Malti għal numru ta' studenti fl-Iskola Sekondarja ta' Għawdex; ilhom mill-bidu tas-sena skolastika bla għalliem, jitkellmu u jitkellmu, u kulħadd jgħidilhom li m'hemmx x'tagħmel, m'għandhomx soluzzjoni.", "Kellna l-Iskola tal-Arti, Drama u Mużika li ddaħħlu minn gvern Nazzjonalista.", "U l-iskola primarja ġdida ilna sitt snin ngħidu li trid tinbena.", "Kieku l-Gvern Nazzjonalista dam sitt snin biex jibni l-iskejjel, kieku ma nbniet l-ebda skola.", "Issa qed jgħidulna li se jibnuha fil-middle school, bil-problemi kollha tal-parking u problemi oħra li m'għandix il-ħin li nidħol fihom.", "L-aħħar punt li rrid insemmi huwa l-infrastruttura, u hawn se nidħol biss fuq it-toroq.", "Fil-Baġit qed jiġu vvotati €100 miljun għal Infrastructure Malta.", "Meta tistaqsi kemm mit-toroq se jsiru f'Għawdex minn Infrastructure Malta għas-sena 2019, jgħidulek \"xejn\".", "Fil-lista li ħarġet m'hemm l-ebda triq f'Għawdex.", "Imbagħad tara li hemm €4 miljun ivvotati għat-toroq f'Għawdex, li jiġu 4% biss tal-baġit tat-toroq, meta Għawdex huwa terz tat-territorju ta' Malta u Għawdex.", "Biex nagħlaq irrid ngħid li naf li l-Ministru qiegħda tipprova tagħmel l-almu tagħha f'dawn il-problemi.", "Naf li ma jiddependix biss minnha u naf li ma tistax titkellem ċar fuq l-edukazzjoni u s-saħħa, b'mod partikolari fuq is-saħħa, għaliex ma jaqgħux taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex.", "Dawn ittieħdu mill-Ministeru għal Għawdex meta tela' l-Gvern Laburista.", "M'għandix dubju li kieku kien responsabbli l-Ministru għal Għawdex, Ministru Għawdxi, ma kienx se jħalli l-uniku sptar li għandna f'Għawdex jiġi pprivatizzat.", "Fl-aħħar mill-aħħar, oqsma importanti bħalma huma s-saħħa, bħalma hija l-edukazzjoni jekk ma jitkellimx dwarhom il-Ministru għal Għawdex, jekk ma jitkellmux id-deputati Għawdxin tan-naħa tal-Gvern, min se jitkellem dwarhom?", "Allura huwa importanti ħafna, Sinjura President, li l-prijoritajiet għal Għawdex ikunu fejn tidħol il-konnettività, kif diġa' spjegajt, l-infrastruttura, il-governanza ta' Għawdex, kif ukoll li nassiguraw li l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin tkun bħal dik tal-Maltin jew aħjar.", "Qabel nagħlaq, nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li rreferejt għalih.", "Grazzi ħafna.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi ħafna.", "Hawn permess biex jitpoġġa dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Il-permess ingħata.", "CHRIS SAID: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokument dwar is-servizz tal-helicopter biex jinġiebu pazjenti minn Għawdex għal Malta", "IĊ-CHAIRPERSON: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Grazzi, Sinjura President.", "Dalgħodu għandna diskussjoni dwar l-estimi tal-Ministeru għal Għawdex.", "Irrid nibda l-intervent tiegħi billi nirringrazzja lill-uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex li wħud minnhom qegħdin hawn magħna dalgħodu, u lill-ħaddiema kollha li hemm fid-diversi dipartimenti li għandna f'Għawdex.", "Nirringrazzjahom għax-xogħol ta' fejda li dejjem iwettqu favur il-gżira tagħna.", "Nirringrazzja wkoll lill-kelliema Għawdxin tan-naħa tal-Gvern.", "Wara kollox, jien konvint li bħala Għawdxin, ilkoll kemm aħna, min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Oppożizzjoni, għandna skop wieħed, dak li Għawdex tagħna jmur 'il quddiem.", "Fid-Diskors tal-Baġit għas-sena d-dieħla ntqal, u hawn nikkwota:", "\"Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal ta' Għawdex.", "Jemmen li Għawdex għandu jkun imnebbaħ minn strateġija li tħares fit-tul.\"", "Jekk immur lura għad-diskors tal-Baġit tas-sena 2014, l-ewwel wieħed imressaq mill-Gvern preżenti, kien intqal li l-mira ewlenija tal-Gvern għal Għawdex hija li jinħoloq xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin.", "L-istess fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2015 kien intqal li dan hu Gvern li jrid ikattar l-investiment f'Għawdex.", "Sinjura President, kliem sabiħ kemm tridu, imma fir-realtà kemm qed jitwettaq minn dak li qed jiġi mwiegħed sena wara l-oħra?", "Għamilt referenza għal dawn it-tliet kwotazzjonijiet minn diskorsi ta' baġits differenti biex nuri li minn dak li qed jiġi mwiegħed sena wara l-oħra ftit li xejn qed jitwettaq.", "Kważi l-proġetti kollha f'Għawdex li ssemmew fl-aħħar ħames baġits qatt ma mmaterjalizzaw, qatt ma twettqu.", "Sinjura President, il-Ministru għal Għawdex dan l-aħħar għamlet konferenza stampa fejn tkellmet dwar il-ħidma li qed issir fil-kontest tal-baġit li kien għadu kif tħabbar.", "F'din il-konferenza l-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li l-baġit għas-sena 2019 huwa wieħed record.", "Jiddispjaċini ngħid li dan hu lil hinn mill-verità.", "Il-vot kapitali għas-sena 2019 hu ta' €12,796,000.", "Qed nikkwota l-vot kapitali biss, għaliex dan huwa l-vot li jirrifletti l-investiment fl-infrastruttura u għal żvilupp ġdid f'Għawdex.", "Il-voti l-oħra huma għal spejjeż rikorrenti u ma jrendu l-ebda investiment ġdid.", "Jekk immorru għall-estimi tas-snin ta' qabel insibu tal-anqas żewġ okkażjonijiet fejn il-vot kapitali kien ferm akbar minn dak ivvotat għas-sena d-dieħla.", "Fil-fatt, għas-sena 2011 fil-vot kapitali kienu ġew ivvotati €16,441,000, waqt li għas-sena 2012 kienu ġew ivvotati €15,366,000.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq differenza ta' bejn €4 miljun u €3 miljun.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħu għall-Baġit, il-Ministru għall-Finanzi għal darb'oħra semma l-bini tal-isptar ġdid f'Għawdex.", "Dwar l-isptar il-ġdid fis-sena 2017 insibu li l-Ministru għas-Saħħa kien informa lill-Parlament li l-ftehim mal-Vitals Global Health Care se jara l-ftuħ mill-ġdid tal-isptar renovat ta' San Luqa u sptar ġdid ġewwa Għawdex.", "Sena wara, f'Ġunju ta' din is-sena, il-Ministru, filwaqt li nforma lil Kamra li t-tmexxija tal-iSptar Ġenerali f'Għawdex għaddiet f'idejn Steward Health Care, ma semma xejn dwar il-bini ta' sptar ġdid.", "Dan l-isptar ilu snin jiġu mwiegħed u sal-lum għadha lanqas tpoġġiet ġebla waħda.", "Mhux talli ma nbeniex l-isptar il-ġdid, talli Vitals serqu €50 miljun, m'għamlu xejn, u spiċċaw biex telqu minn Malta.", "U issa, minflok li nbena sptar ġdid, naqqasna binja, li għadu kif għamel referenza għaliha l-Onor.", "Chris Said, li hi binja importanti mill-isptar preżenti.", "Qed nirreferi għall-binja li kienet iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u li kellha tintuża bħala child development centre.", "Din il-binja issa ngħatat lil Barts Medical School biex takkomoda klassijiet tal-anatomija.", "M'għandi xejn kontra li tinfetaħ l-iskola ta' Barts – anzi, il-Partit Nazzjonalista dejjem inkoraġġixxa investiment ta' dan it-tip f'Għawdex – però hu nuqqas kbir ta' ppjanar meta jkollok ċentru lest għal kollox u, minflok li dan jiġu wżat għall-iskop li għalih inbena, jingħata lil Barts Medical School.", "Il-proġett tal-anatomija seta' faċilment inbena xi mkien ieħor u ma kienx hemm għalfejn nissagrifikaw din il-binja tant importanti fil-qasam tas-saħħa.", "Sinjura President, dan iċ-ċentru dwar żvilupp għat-tfal inbena minn Gvern Nazzjonalista b'investiment ta' kważi €2 miljun, proġett li kellu l-għan li jipprovdi servizz tant importanti u li kull istituzzjoni fil-qasam tas-saħħa llum tqisu bħala l-mod kif għandna nħarsu lejn ċerti kondizzjonijiet li jbatu minnhom it-tfal.", "L-iskop ta' dan il-proġett kien li t-tfal Għawdxin ikollhom klinika minn fejn jingħataw gwida medika, tingħata terapija lil dawk li għandhom xi diżabilità li taffettwalhom l-iżvilupp tat-tagħlim, kif ukoll terapija okkupazzjonali u tal-kliem.", "Il-Gvern daqshekk ġie jimpurtah mill-iżvilupp ta' tfal Għawdxin li jeħtieġu dan it-tip ta' għajnuniet.", "B'daqqa ta' pinna l-Gvern għadda din il-binja, li swiet madwar €2 miljun, lil Barts.", "Imma ħalli issa niġi għal proġett ieħor imsemmi fil-Baġit.", "Id-Diskors tal-Baġit jagħmel referenza wkoll għad-dar tal-anzjani f'Għajnsielem.", "Dan il-proġett ilu jissemma.", "Fil-fatt issemma fil-baġits għall-2014, 2015, 2016, 2017, 2018, u issa anke għall-2019.", "Fis-sena 2014, meta ġie mħabbar dan il-baġit, kien stmat li se jiswa €1 miljun; tliet snin wara, fil-baġit tas-sena 2017, intqal li se jiġi jiswa €6 miljun.", "Minn dawn is-€6 miljun, tul l-aħħar snin ġew ivvotati kważi €5 miljun, filwaqt li għas-sena d-dieħla ma ġie vvotat xejn.", "Il-proġett ilu ħames snin li nbeda u għadu ħafna lura biex jitlesta.", "Għadu tlesta biss il-qafas tiegħu għax għadu ġebel u saqaf.", "Sinjura President, fil-Baġit erġajna smajna wkoll dwar il-bini ta' qorti ġdida f'Għawdex.", "Dan kien tħabbar fil-baġit tal-2014.", "Dan kien stmat li jiswa madwar €12-il miljun, imma sal-lum kulma sar hu li ġiet sottomessa applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar u li għadha fi stadju ta' tracking number, li jfisser li l-applikazzjoni għadha tant lura li lanqas biss għadha ngħatat in-numru tal-applikazzjoni tal-Planning Authority.", "Id-Diskors tal-Baġit għas-sena d-dieħla jagħmel riferenza wkoll għall-fatt li se tingħata spinta lix-xogħol fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi.", "Din bl-implimentazzjoni ta' żewġ masterplans rispettivi fil-lokalitajiet.", "Dan il-proġett kien issemma wkoll fil-Baġit tas-sena 2015 meta kien intqal li l-Gvern kien se jkompli jistinka sabiex il-masterplans ta' Marsalforn u x-Xlendi jiġu finalizzati.", "F'din il-parti tad-Diskors tal-Baġit għas-sena d-dieħla kien hemm referenza wkoll għall-breakwater ta' Marsalforn.", "Intqal li se jiġu finalizzati l-pjanijiet finali biex jerġa' jinbena mill-ġdid il-breakwater.", "Rigward il-breakwater ma nistax ma nsemmix il-ħafna xogħol li sar mis-sena 2011 mill-Ministeru għal Għawdex taħt Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Id-Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex kien ipprepara Project Proposal Document, u dan kien ġie approvat mill-Financial Management Monitoring Unit.", "Kien sar ukoll studju minn kumpanija barranija li tispeċjalizza f'dan it-tip ta' proġetti.", "Dan l-istudju kien imsejjaħ Marsalforn Bay wave and climate studies, studju li dakinhar kien sewa madwar €35,000.", "Kien ġie kkummissjonat studju u survey ta' qiegħ il-baħar ta' Marsalforn, studju li sewa wkoll ammont sostanzjali ta' eluf ta' Ewro.", "Jiġifieri ma nistax nifhem għalfejn wara li kien sar dan ix-xogħol kollu, kellhom jgħaddu dawn is-snin biex issa, għall-Baġit tas-sena d-dieħla, kulma qed jingħad hu li se jiġu finalizzati l-pjanijiet finali dwar dan il-proġett.", "Fil-vot kapitali tal-estimi m'hemm l-ebda fondi allokati għal dan il-proġett.", "Sinjura President, fid-Diskors tal-Baġit issemma wkoll li kien se jingħata bidu għal proġett akwatiku għal Għawdex, dak tal-Gozo Aquatic Centre.", "Dan hu eżempju li juri bl-iktar mod ċar li hemm differenza kbira bejn dak li jitwiegħed u dak li fil-fatt jitwettaq mill-Gvern.", "Fid-Diskors tal-Baġit ta' tliet snin ilu kien ntqal li se jingħata bidu għal dan il-proġett, u għall-Baġit tas-sena 2017, sentejn ilu, kien intqal – u hawn nikkwota –", "\"Għawdex fl-aħħar se jkollu pixxina ġdida li tista' sservi wkoll biex inġibu 'l quddiem it-turiżmu sportiv f'din il-gżira.\"", "Dwar dan kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru għal Għawdex.", "Fi tweġiba ntqal li l-memorandum of understanding dwar il-pixxina ġie ffirmat f'Novembru tas-sena 2016, u li n-negotiating team kien għaddej b'negozjati mal-privat.", "Intqal ukoll li l-proġett kien maħsub li jitlesta sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tal-iffirmar tal-kuntratt, li jfisser li x-xogħol kellu jitlesta sa Novembru 2017.", "Sal-lum għadu ma sar xejn fuq dan il-proġett.", "Sinjura President, bażikament dawn kienu l-proġetti dwar Għawdex li l-Ministru għal Finanzi semma fid-Diskors tal-Baġit għas-sena d-dieħla.", "Ma hemm xejn dwar l-inċentivi speċifiċi għal Għawdex jew dwar xi tħejjija ta' qafas speċjali għall-investiment f'Għawdex li b'tant pompa konna ilna s-snin nisimgħu dwarhom.", "Dan juri li l-Gvern m'għandu l-ebda viżjoni dwar investiment f'Għawdex fil-futur.", "M'hemm l-ebda proġett ġdid għal Għawdex.", "Issemmew biss proġetti li ilna nisimgħu dwarhom ħafna, uħud minnhom għal dawn l-aħħar erba' jew anke ħames snin.", "Aktar minn hekk, kien hemm numru ta' proġetti oħra li kienu mwiegħda f'budgets preċedenti u li ma kien hemm l-ebda referenza għalihom f'dan il-baġit.", "Pereżempju, x'sar mill-proġett dwar it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, proġett li ilna nisimgħu dwaru għal dawn l-aħħar erba' snin?", "Fiex wasal il-proġett għall-fast ferry service bejn il-gżejjer?", "X'sar mir-raba' vapur għall-Gozo Channel li tant huwa bżjonjuż.", "Għad hemm il-ħsieb li jsir?", "Donnu l-ewwel ħriġna bl-idea li jsir, u issa l-Gvern donnu qed jerġa' jibdielu.", "Ġie rrapportat li kemm il-kumpanija Gozo Channel u anke l-Ministeru għal Għawdex kienu favur dan l-investiment: però – dejjem kif ġie rrapportat – il-Ministru għall-Finanzi m'approvax il-kiri ta' vapur ieħor.", "L-istess Ministru għall-Finanzi – li ma ddejjaq xejn japprova kuntratt dubjuż għall-aħħar, dak għal €274 miljun għall-estensjoni ta' San Vinċenz De Paule! – deherlu li dan l-investiment tant bżonnjuż għal Għawdex mhuwiex ġustifikat.", "Għal Malta għandna kemm irridu flus, imma għall-bżonnijiet tal-Għawdxin, dawk le, naħarbuhom.", "Semmejt lil ta' San Vinċenz għaliex il-kuntratt kif sar, anke skont l-Awditur Ġenerali stess, ma kienx kuntratt tajjeb u se joħroġ kuntratt ġdid.", "Jiġifieri €274 miljun għal kuntratt li ma kienx tajjeb u li kellu jerġa' jibda mill-ġdid kellna flus, waqt li biex nikru vapur ieħor għal Għawdex m'għandniex.", "Sinjura President, kull meta wieħed mill-vapuri jkollu ħsara l-konsegwenzi qed ikunu ferm serji.", "Dan joħloq sriebet kbar ta' karozzi fiċ-Ċirkewwa, kif ukoll fl-Imġarr, sabiex jaqsmu l-Fliegu.", "Nammetti li kull impriża jkollha l-ħsarat, imma dawn l-inċidenti juru kemm huwa fraġli s-servizz tal-vapuri.", "Dan hu l-uniku kollegament li Għawdex għandu mad-dinja.", "Għandna flotta li ilha ma tinbidel 18-il sena, u naturalment hemm aktar ċans ta' ħsarat li jikkawżaw dewmien.", "Dan għad-detriment tal-ekonomija ta' Għawdex.", "Fil-Baġit ma nsibu xejn lanqas dwar il-proposta ta' yacht marina oħra f'Għawdex.", "Kien hemm żmien meta fil-baġit kienu jgħidulna li minflok waħda se nagħmlu tnejn, imma milli jidher mhu se jsir xejn.", "Issa jidher li m'hu se jkollna xejn għaliex kulma qed jingħad hu li se jiżdiedu l-faċilitajiet fil-yacht marina eżistenti.", "M'għadniex insemmu qatt, u ma nagħmlu ebda riferenza għal yacht marina, lanqas waħda, aħseb u ara tnejn.", "L-istess ma smajna xejn dwar il-cruiseliner passenger terminal f'Għawdex.", "Fid-Diskors tal-Baġit ma smajna xejn dwar l-iskola primarja ġdida fir-Rabat, skola li ilha mwiegħda sa mis-sena 2014.", "Dwar din l-iskola kien hemm storja ta' diżgwid u nuqqas ta' informazzjoni, tant li sal-lum jirriżulta li lanqas biss m'għadha ttieħdet deċiżjoni fejn se tinbena.", "Riċentement, għamilt mistoqsiija parlamentari lill-Ministru tal-Edukazzjoni fejn staqsejt fejn wasal il-proċess għall-bini tal-iskola u fejn se jkun is-sit li fuqu se tinbena.", "Fit-tweġiba ntqal li qiegħed isir xogħol preparatorju fuq il-proġett.", "Intqal ukoll li qed jiġu evalwati diversi siti għal din l-iskola, possibilment fil-kumpless ta' skejjel fir-Rabat stess.", "Għalhekk, Sinjura President, minn din it-tweġiba jirriżulta li l-iskola jidher li se tinbena fl-istess post fejn fis-sena 2015 kien inħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u anke ġew awarded it-tenders biex isir ix-xogħol.", "Minħabba l-ebusija ta' ras xi ħadd se jkunu ntilfu tal-inqas erba' snin minn meta tinbena din l-iskola.", "Ma smajna xejn ġdid ukoll dwar il-qasam agrikolu f'Għawdex.", "M'hemmx dubju li l-biedja hija meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u bilanċ tal-gżira ta' Għawdex.", "Sa ftit żmien ilu konna ngħidu li l-agrikoltura hi waħda mill-pilastri tal-iżvilupp sostenibbli ta' Għawdex.", "Illum m'għadniex nistgħu ngħidu dan.", "Wieħed irid iħares lejn l-agrikoltura b'mod differenti mill-imgħoddi.", "Il-biedja f'Għawdex trid titqies bħala l-qasam folkloristiku ewlieni tal-gżira, kif ukoll bħala attività ewlenija għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ u tal-ambjent Għawdxi.", "Illum il-biedja hija importanti ħafna wkoll mhux biss għat-turiżmu, iżda wkoll għall-iżvilupp industrijali u kummerċjali tal-gżira ta' Għawdex.", "Mil-lat turistiku, il-biedja mhux biss hija attrazzjoni, imma tista' tkun ukoll aspett ta' żamma rurali, u hija wkoll mezz ta' esportazzjoni inviżibbli billi l-prodotti agrikoli jinbiegħu lokalment lill-barranin.", "L-ammont fil-vot kapitali allokat għall-agrikoltura għall-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2019, is-sena d-dieħla, huwa biss ta' €200,000.", "Naħseb li b'€200,000 ma tantx tista' tagħmel żvilupp ġdid għall-agrikoltura f'Għawdex, u ma tantx tista' tagħti għajnuna lill-bdiewa Għawdxin.", "Nappella hawnhekk li jiġi kkonsidrat li parti sostanzjali mit-€8 miljun fondi approvati għal Għawdex mill-Unjoni Ewropea jiġu allokati biex jiġu indirizzati l-problemi li qed ixekklu l-qasam tal-agrikoltura f'Għawdex.", "Sinjura President, waħda mill-akbar sfidi għal Għawdex hi li jiġu ġġenerati biżżejjed impjiegi li jħaddmu tal-inqas numru sew mill-eluf ta' studenti kkwalifikati li ħerġin fuq is-suq tax-xogħol sena wara l-oħra.", "Min qiegħed jiggradwa rari jsib xogħol kompatibbli mal-kwalifiki akkademiċi tiegħu f'Għawdex, u l-uniku xogħol li jsib ikun f'Malta.", "Jekk din l-isfida ma tintlaħaqx, il-popolazzjoni ta' Għawdex tibqa' tonqos aktar b'detriment ekonomiku kbir għall-gżira.", "Fil-Baġit għas-sena 2019 ma smajna bl-ebda inizjattiva biex jiġu indirizzati dawn il-problemi.", "L-introduzzjoni tat-teknoloġija tal-informatika fetħet orizzonti ġodda li jistgħu jindirizzaw il-problema tax-xogħol f'Għawdex.", "Hemm bżonn li verament nibdew ninvestu fin-nies u f'know-how biex nesploraw dawn it-toroq ġodda ta' xogħol għall-Għawdxin.", "Hemm bżonn li tinħoloq biżżejjed attività ekonomika biex insostnu l-livell ta' parteċipazzjoni għolja fis-suq tax-xogħol f'Għawdex.", "Biex din il-mira tkun tista' tintlaħaq hemm bżonn li jiġu msaħħa u jiżdiedu l-inċentivi għall-industrija li diġa' jeżistu biex jinħolqu aktar impjiegi f'Għawdex.", "Irrid ngħid ukoll li, fl-opinjoni tiegħi, il-miżura li ġiet introdotta din is-sena u li issa anke ġiet estiża għas-sena d-dieħla, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat f'Għawdex, mhux qed tħalli r-riżultati mixtieqa.", "Skont informazzjoni li ngħatajt riċentement fil-Parlament irriżulta li n-numru ta' impjiegi li nħolqu minn din l-iskema kien ta' 26 biss f'sena sħiħa.", "Dan in-numru kien tant żgħir li fl-opinjoni tiegħi qatt ma kellu jinkoraġġixxi lill-Gvern biex jestendi din l-iskema għal sena oħra.", "Hemm bżonn li jiġu mistħarrġa skemi oħra li jkunu aktar attraenti biex inħajru investiment u xogħol ġdid f'Għawdex.", "Fil-Baġit kien hemm referenza wkoll għat-twaqqif tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex.", "Mid-Diskors tal-Baġit sirna nafu li din l-awtorità se jkollna r-responsabilità li timplimenta l-istrateġija reġjonali ta' Għawdex.", "Fl-opinjoni tiegħi jkollna awtorità fjakka li ma tagħmilx sens jekk l-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa f'Għawdex jibqgħu jiġu amministrati minn ministeri f'Malta.", "Jekk il-Ministeru ma jerġax jingħata l-poteri li kellu, qatt m'hu se jkun jista' jerġa' jibda jilħaq l-aspirazzjonijiet kollha tal-Għawdxin.", "Fl-opinjoni tiegħi, din l-awtorità trid tiġi komplementata billi tiżdied struttura reġjonali, poteri ta' awtonomija biex, filwaqt li sservi ta' kontro-bilanċ għall-Ministeru, tagħti iktar apparenza lill-Għawdxin fil-ħajja pubblika, kif fil-fatt dejjem tgħidilna l-Ministru.", "Din tal-apparenza tħobb issemmiha ħafna, u naħseb li b'dak il-mod nistgħu nilħqu l-għan ta' Għawdex li Għawdex jirnexxi kif nixtiquh.", "Sinjura President, nagħlaq l-intervent tiegħi billi ngħid li l-Partit Nazzjonalista mhux qed jaħli ż-żmien tiegħu fl-Oppożizzjoni.", "Aħna kontinwament għaddejjin naħdmu fuq proposti konkreti li jkunu ta' ġid għal Għawdex.", "Waqt li qed jiġu mfassla dawn il-proposti, dejjem inżommu quddiem għajnejna li kull proposta għal Għawdex għandha tibda minn Għawdex u mill-Għawdxin.", "Żgur li dawn mhumiex proposti li jsiru biex nidhru sbieħ mal-poplu.", "Lanqas m'huma proposti li qatt ma jiġu attwati, kif fil-fatt qed jiġri f'dan il-baġit li għadu kif tressaq mill-Gvern.", "Grazzi, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi lilek.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Grazzi, Sinjura President, nirringrazzja wkoll lid-deputati kollha Għawdxin taż-żewġ naħat tal-Kamra talli qegħdin hawnhekk preżenti, u nawgura fejqan ta' malajr ukoll lill-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana.", "F'dawn l-għaxar minuti li għandi, Sinjura President, nixtieq nirringrazzja speċjalment lill-kollegi tiegħi, deputati Għawdxin Nazzjonalisti – l-Onor.", "Marthese Portelli u l-Onor.", "Frederick Azzopardi – tal-għajnuna u l-pariri li dejjem jagħtuni.", "Kif qed tara, Sinjura President, il-ġist tagħna bħala Partit Nazzjonalista, fuq il-politika għal Għawdex jinġabar fi ftit kliem, jiġifieri politika min-nies għan-nies.", "Politika mir-residenti Għawdxin għal residenti Għawdxin u residenti mhux Għawdxin, li huma dawk il-Maltin li joqogħdu f'Għawdex.", "Mhux qed ngħid il-kelma \"Għawdxin\" direttament.", "Għaliex?", "Għax l-iktar ħaġa importanti għalina, il-viżjoni tagħna għal Għawdex, hija proprju li l-politika għal Għawdex tkun deċiża mir-residenti li joqogħdu f'Għawdex.", "Tista' tkun Malti, tista' tkun barrani, għandu jkollok id-dritt li tiddeċiedi inti x'inhi l-politika ta' Għawdex.", "Aħna nemmnu f'żewġ affarijiet li t-tnejn li huma semmiehom il-kollega, il-kelliem tagħna għal Għawdex, l-Onor.", "Huwa importanti ħafna li, l-ewwel nett, il-konċett tar-reġjonalità jidħol fil-Kostituzzjoni ta' Malta, u t-tieni li jkollna assemblea reġjonali.", "Tista' ssejħilha assemblea reġjonali, tista' ssejħilha kumitat reġjonali, kunsill reġjonali u tista' ssejjaħlu kunsill ċiviku li diġà kien jeżisti fis-sittinijiet fi żmien Gvern Nazzjonalista, fi żmien it-Tabib Anton Tabone, li nafuh bħala 'Il-Prinċipal', u li huwa missier l-eks Speaker Anton Tabone.", "Il-Kunsill Ċiviku ġab ħafna u ħafna ġid f'Għawdex.", "Saru ħafna proġetti fis-sittinijiet permezz ta' dak il-kunsill ċiviku, fosthom ħafna proġetti infrastrutturali.", "Kien ġab ħafna ġid, però Gvern Laburista fl-1972 kien deherlu li għandu jneħħih.", "Fil-fatt gvernijiet Laburisti matul is-snin fl-istorja ta' Malta, dejjem kellhom idea ta' ċentralizzazzjoni tal-poter.", "Aħna bil-kontra: aħna tal-Partit Nazzjonalista dejjem emminna fin-nies.", "Aħna dejjem emminna fil-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Emminna li l-poter għandu jitlaq kemm jista' jkun lil hinn mill-Gvern ċentrali u jmur għand gvernijiet lokali.", "Aħna konna l-partit li daħħalna l-kunsilli lokali, liema kunsilli lokali kienu suċċess.", "La l-kunsilli lokali kienu suċċess u la qegħdin naċċettaw u nammettu li Għawdex għandu opportunitajiet differenti u sfidi differenti minn Malta, allura qegħdin naċċettaw – u ilna naċċettaw – li Għawdex għandu jkollu politika distinta minn dik ta' Malta.", "Min hu l-aħjar li jiddeċiedi d-direzzjoni, il-viżjoni li għandha tieħu l-politika Għawdxija?", "Huma proprju r-residenti li joqogħdu f'Għawdex.", "Sħabi, l-Onor.", "Frederick Azzopardi, semmew ħafna l-isfidi li għandna quddiemna.", "Hemm proġetti li ilhom jissemmew snin twal u għadhom ma seħħewx.", "Kieku teżisti assemblea reġjonali kieku jkun hawn vuċi aktar b'saħħitha f'Għawdex li titlaq minn Għawdex, vuċi li jien ngħid għandha tkun konsenswali bejn iż-żewġ partiti, konsenswali anke mal-imsieħba soċjali Għawdxin.", "Din hija xi ħaġa li għandna nikkonsidraw, ilna ħafna nisħqu fuqha u issa għandna nimxu mill-kliem għall-fatti.", "Aspett li jogħġobni ħafna mill-mod ta' kif qed tmexxi l-Ministru Justyne Caruana jorbot ħafna ma' din l-idea ta' min-nies għan-nies.", "Għaliex?", "F'Għawdex isiru ħafna attivitajiet kulturali b'mod frekwenti.", "Hija ħaġa tajba u pożittiva, u dawn qed isiru minħabba li l-Ministru Justyne Caruana qed tagħfas ħafna fuqhom u hija l-mutur wara dawn l-attivitajiet kulturali.", "Dawn qed iġibu ħafna ġid f'Għawdex u qed jattiraw ħafna Maltin lejn Għawdex.", "Dan qed tagħmlu proprju b'dan il-konċett tagħna, għax qed tagħmlu id f'id mal-NGOs.", "Min joħroġ għonqu għall-attività kulturali jew tal-komunità huwa bniedem li lest jagħmilha anke b'mod volontarju u biex jagħti kontribut lis-soċjetà li tatu ħafna u jixtieq li jagħtu lura lis-soċjetà.", "Tajjeb li l-Ministru Justyne Caruana taħdem id f'id ma' dawn in-nies, li jiena nsellmilhom minn hawnhekk: però, meta l-istess Ministru ġiet biex tiddeċiedi fuq il-politika għal Għawdex bħala reġjun iddeċidiet mod ieħor.", "Iddeċidiet li tagħmel awtorità, jew il-Kabinett iddeċieda li jagħmel awtorità għal Għawdex.", "Hijiex tajba jew le ma nidħolx fiha, imma għalija, frankament, mhijiex relevanti għax totalment differenti.", "Id-direzzjoni tagħna hija bottom up, jiġifieri jkollna assemblea reġjonali eletta mir-residenti li joqogħdu f'Għawdex, u jkunu huma li jiddeċiedu d-direzzjoni tal-politika Għawdxija, u mhux Kastilja, biex imbagħad ikollok l-awtorità, ċjoè, nies li jaħdmu fiċ-Ċivil li jimplimentaw ir-rieda ta' Kastilja fuq Għawdex.", "Naħseb li l-approach m'għandux ikun top down, imma għandu jkun bottom up.", "Tkellem ħafna dwarha l-kelliem tagħna l-Onor.", "Chris Said; għandu raġun, naqblu miegħu u bħala partit nappoġġjawh fuq dak l-aspett.", "Fadalli ftit minuti u għalhekk se nidħol fuq il-bżonnijiet partikolari ta' Għawdex.", "Naf li hemm intenzjoni li jsir: kienet ħabbritu l-Ministru Justyne Caruana, imma huwa importanti li nkomplu nagħmlu pressjoni fuq il-Ministru biex dan isir għax huwa verament bżonnjuż.", "In-nies li jinżlu l-Imġarr għall-vapur tas-6.00 a.m. u tas-6.45 a.m. ma jsibux fejn jipparkjaw.", "Tajjeb ngħidu wkoll li l-parkeġġ tat-Terminal tal-Imġarr dejjem ikun mimli bili-karozzi tal-kiri, u nixtieq inkun naf għalfejn ikun bil-karozzi tal-kiri.", "Il-ħaddiema li jitilgħu Malta kuljum f'dawk il-ħinijiet ta' filgħodu m'għandhomx ikollhom preċedenza?", "Il-fast ferry, għalkemm issa għaddej minn problemi legali, kont nippreferi kieku l-fast ferry kien jinkludi wkoll il-karozzi.", "Dan mhux jien biss nippreferih, imma naħseb jippreferuh ħafna Għawdxin.", "Forsi l-Ministru tista' tagħtina risposta dwar dan.", "Rigward il-cargo ferry, naf li hemm numru ta' ażjendi u kumpaniji Għawdxin li huma kuntenti bil-fatt li jibagħtu t-trakkijiet tagħhom matul il-lejl minn Għawdex għal Malta, għax dak qed ikun sussidjat mill-Gvern Malti.", "Hija ħaġa tajba; però, naħseb li kien ikun aktar għaqli kieku nstabet soluzzjoni kieku dan is-servizz jingħata minn xi mkien viċin il-Belt jew il-Marsa, pereżempju, billi jidħlu fejn il-lift biex jevitaw it-traffiku ta' Malta, direttament minn Għawdex għal Malta.", "Ikun tajjeb li wieħed jikkonsidra dawn il-fatturi biex jevita t-traffiku li hawn f'Malta.", "Irrid ngħid ukoll li qabel is-sajf kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru fejn għamilt talba biex jitlesta t-tennis court.", "Nixtieq infakkarha li dan it-tennis court għadu ma tlestiex, u jkun tajjeb kieku tibqa' tagħfas li jitlesta għax, bħal fil-każ ta' pixxina, tennis court pubblika f'Għawdex m'għandniex.", "Qabel kellna tennis court u llum m'għandniex.", "Pixxina pubblika qatt ma kellna u tajjeb li jkollna.", "Il-Ministru wkoll, bħala ġenitur, naħseb ukoll tifhem kemm hu importanti li t-tfal tagħna nagħtuhom l-opportunità tal-isport.", "U, kif qed nitkellem dwar l-isport, irrid insemmi wkoll il-fatt li f'Għawdex m'għandniex faċilitajiet sportivi għall-atletika, hemm ground tajjeb track and field għat-tfal ħdejn l-iskejjel tar-Rabat, però għandna bżonn wieħed ikbar għall-isportivi adulti.", "Hemm ħafna aktar proġetti li huma essenzjali u ma jeżistux f'Għawdex, bħal pereżempju, il-GU Clinic.", "Ikun tajjeb li l-GU clinic toffri s-servizzi tagħha anke f'Għawdex.", "Huwa importanti li dik tiġi kkonsidrata biex tibda topera wkoll minn Għawdex.", "Huwa importanti wkoll li nagħfsu fuq ir-raba' vapur għax l-aċċessibilità hija bżonjuża ħafna.", "Tajjeb ngħid li 20 sena ilu kont nitla' naħdem il-Belt kuljum u, fi żmien meta kien Ministru Anton Tabone, kellna l-hovermarine u l-catamaran.", "Illum dawn ma jeżistux.", "Kellna wkoll servizz tal-ajru, u kellna l-helicopter li llum ma jeżistix.", "Dawn kollha waqfu fi żmien Gvern Nazzjonalista – jiġifieri, mhux it-tort tal-Gvern Laburista – imma importanti li nerġgħu nagħmluhom u ma noqogħdux naraw jekk humiex sostenibbli jew feasible jew le, għax l-Għawdxi għandu jkun trattat daqs il-Malti.", "Huwa ta' sodisfazzjon għalija li l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet biex id-demmiela ma ssirx il-Munxar.", "Din tajjeb li nsemmuha għax anke aħna bħala Partit Nazzjonalista ġġelidna wkoll f'kampanja tagħna biex id-demmiela ma ssirx hemmhekk.", "L-aħħar kelma hi dwar l-istallazzjoni PV f'Għawdex.", "Hawn għandi mistoqsija għall-Ministru.", "Kien hemm skema fl-2011 fejn numru ta' residenti Għawdxin daħlu fi ftehim kuntrattwali biex kull unit titħallas 28 ċenteżmu.", "Issa, wara tmien snin, dak il-kuntratt se jispiċċa, u allura se jiġi għall-prezz normali ta' 11-il ċenteżmu, jew forsi inqas.", "Importanti li għal Għawdex, li għandu daqshekk bżonnijiet, jerġa' jiġġedded il-kuntratt biex ir-residenti Għawdxin ma jiġux lura għall-11-il ċenteżmu imma jibqgħu jieħdu 28 ċenteżmu.", "Forsi l-Ministru tgħidilna x'ideat għandha dwar dan.", "Għamilt mistoqsija parlamentari wkoll dwar il-bżonn ta' tinda għall-ħaddiema Għawdxin tal-Gozo Channel kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa, miinħabba x-xemx tisreġ tas-sajf u l-kesħa tax-xitwa.", "Nagħlaq billi nagħmel kumment importanti dwar il-klassi tal-Malti tas-sekondarja biex jinstab l-għalliem tal-Malti, għax hemm klassi tas-sekondarja tar-Rabat Għawdex li ilha minn Settembru li għadda mingħajr għalliem tal-Malti.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sinjura President, fil-ftit minuti li għandi se niffoka biss fuq punt wieħed, l-ewwel nett, biex ma nkunx repetittiva u wkoll biex inqajjem punt li forsi nistgħu niffokaw fuqu.", "Illum fid-diskors tiegħi se niffoka fuq dawk l-Għawdxin li għal xi raġuni jew oħra jkollhom bżonn jitilgħu Malta.", "Għandek l-istudenti, il-ħaddiema u għandek ukoll dawk li jkollhom bżonn ċerti servizzi tas-saħħa.", "L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-assoċjazzjoni Għawdxija li titkellem f'isem l-Għawdxin li jaħdmu Malta talli kienet proattiva u talli ħadet l-inizjattiva u ppreżentat sett ta' proposti li jtaffu ftit mit-tbatija li jbatu l-Għawdxin li, għal xi raġuni jew oħra, ikollhom jiġu Malta.", "Grazzi, naħseb li dik hija l-attitudni, dak huwa l-approach li kwalunkwe assoċjazzjoni għandha tadotta.", "Ejja nirrikonoxxu l-fatt li l-Għawdxin ma jitilgħux Malta għall-kapriċċ.", "Min jitla' biex jiddeverti jew biex jagħmel xi shopping iva; però, il-maġġoranza tal-Għawdxin li jaqsmu ta' kuljum bejn Malta u Għawdex ma jitilgħux kapriċċjożament.", "Jekk inhuma studenti jitilgħu għax iridu jkomplu jistudjaw fl-Università ta' Malta, li toffri għażla vasta ta' korsijiet anke fuq bażi full-time.", "Minkejja li għandna branch f'Għawdex – u huwa tajjeb – imma għal raġunijiet loġistiċi ma joffrix l-istess affarijiet li jiġu offruti Malta.", "Għandek il-ħaddiem Għawdxi li ma jitlax kapriċċjożament Malta, imma jitla' għax irid jitla' jaqla' l-għajxien tiegħu ta' kuljum.", "Għandek ukoll l-Għawdxi li jitla' Malta minħabba raġunijiet ta' saħħa minħabba li l-isptar ta' Għawdex mhux dejjem ikun jista' jaqdi l-bżonnijiet ta' dawn il-pazjenti.", "Sinjura President, jekk nitilqu bil-forma mentis li l-Għawdxin li jitilgħu Malta mhumiex qegħdin jitilgħu b'kapriċċ imma qegħdin jitilgħu b'neċessità, għax bilfors, għax m'għandhomx għażla oħra, dik tpoġġi moħħna l-politiċi mistrieħ li kwalunkwe inċentiv, kwalunkwe għajnuna li qed tingħata lill-Għawdxin qiegħda tingħata għax verament hemm bżonnha minħabba l-iżolament ġeografiku ta' Għawdex minn Malta, u ovvjament minħabba l-opportunitajiet ukoll.", "Imma, ħalli nibda bil-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta.", "Kulħadd jaf li Għawdxi li jaħdem Malta għandu miżerjament bejn tliet sigħat u erba' travelling time kuljum.", "Apparti l-fatt li għandu bejn tliet sigħat u erba' sigħat travelling time imċaħħad mill-familja tiegħu, għandu wkoll spejjeż addizzjonali ta' trasport u spejjeż addizzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ikel.", "Filwaqt li nirrikonoxxi li l-inċentivi li kien hemm f'dan il-Baġit se jgħinu, naħseb li minħabba l-premessa li ftaħt biha fil-bidu li l-Għawdxi ma jitlax Malta b'kapriċċ imma jitla' għax huwa neċessarju, għax m'għandux għażla oħra, naħseb li għandna naraw kif lill-Għawdxin nagħtuhom sostenn ikbar.", "Ejja naqbdu ftit l-issue tat-trasport.", "L-Għawdxin li jaħdmu Malta mhux kollha jistgħu jużaw it-trasport pubbliku minħabba l-fatt li ma jaqdix l-esiġenzi tagħhom, u allura għandek Għawdxin li jispiċċaw jużaw il-karozza personali tagħhom.", "Mela hawn għandek l-ispiża tal-biljett tal-vapur, l-ispiża tal-fuel, u forsi anke l-ispiża li hawn min jixtri a second car u jħalliha ċ-Ċirkewwa biex ta' kuljum ma jkollux għalfejn joqgħod iħallas il-biljett tal-vapur tal-karozza.", "Għandek ukoll numru ta' Għawdxin oħra li jingħaqdu flimkien, li jorganizzaw pooled transport bejniethom li jiġi jiswiehom bejn €250 u €450 kull wieħed, li huma ammonti sostanzjali speċjalment meta tqis li dawn se jkunu qegħdin jinqatgħu mill-paga.", "Hawn huwa fejn jinħoloq żbilanċ bejn xi ħadd li twieled Malta, jaħdem Malta u jgħix Malta, u xi ħadd li twieled Għawdex, jgħix Għawdex, imma jkollu bilfors, out of necessity għax m'għandux għażla oħra, jitla' jaħdem Malta.", "Jiena għalhekk għedt li, filwaqt li nirrikonoxxi l-għajnuna addizzjonali li ngħatat f'dan il-Baġit, nemmen li minħabba dan il-fatt fejn tidħol spiża, speċjalment ta' trasport, din għandha tiġi koperta kollha kemm hi.", "Dan jista' jsir billi jew il-Gvern jagħti rifużjoni tal-ispejjeż jew billi jkun il-Gvern stess li jorganizza trasport sodisfaċenti u adegwat għal dawk li għandhom bżonnu.", "L-istess fejn jidħlu l-istudenti Għawdxin.", "Dawn ukoll għandhom il-problema tat-traġitt, però għandhom ukoll l-ispiża addizzjonali li jridu jikru fejn joqogħdu.", "Aħna nafu li d-Djoċesi Għawdxija fetħet żewġ hostels, wieħed Gwardamanġa u ieħor fil-Gżira indirizzati biex jgħinu lill-Għawdxin.", "Nirrikonoxxu wkoll – u qed jaqblu fuq dan kemm Gvern, kif ukoll Oppożizzjoni – li dawn iż-żewġ hostels mhumiex biżżejjed, u se jkompli jsir investiment f'dan ir-rigward.", "Però, sadanittant, min mhux se jsib refuġju f'dawn il-hostels se jkollu jikri fil-viċinanzi tal-Università.", "Kulħadd jaf x'inhuma l-prezzijiet tal-kera fil-viċinanzi tal-Università.", "Mela l-istudent Għawdxi li ma jilħaqx post fil-hostel jew se jispiċċa jħallas spiża fenomenali ta' kera għax sab post qrib l-Università, jew inkella se jkollu jgħaddi minn tbatija addizzjonali jekk jagħżel li jmur jgħix f'lokalità li hija aktar 'il bogħod mill-Università biex ma jkollux kera daqstant għolja.", "Hawnhekk, l-appell tiegħi mhuwiex lill-Ministru għal Għawdex - anzi jien qiegħda hawnhekk biex nagħti l-appoġġ tiegħi lill-Ministru għal Għawdex - għax il-Baġit ma joħroġx biss mill-Ministru għal Għawdex, imma l-Baġit jiġi maħdum bejn il-Ministeri kollha, u l-appell tiegħi huwa lill-Ministri kollha biex jirrikonoxxu l-bżonnijiet u t-tbatijiet tal-Għawdxin.", "Iva, fuq dan, nagħti l-appoġġ kollu tiegħi lill-Ministru għal Għawdex, għall-appoġġ li għandha bżonn biex ngħinu aktar lill-Għawdxin u ntaffulhom minn dan il-hardship.", "Nagħlaq billi ngħid li nixtieq inkompli nara lill-Gvern jimxi 'l quddiem.", "Irrid li jkollna aktar xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin, irrid aktar investiment lejn Għawdex, u rrid li ngħinu lill-imprenditur u lis-self employed Għawdxi.", "Irridu ntaffu wkoll il-problema li għandu l-business Għawdxi llum li ma jistax jikkompeti mal-Malti fuq l-istess prodott għax għandu l-ispiża tat-traġitt.", "Irrid aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Għawdxin.", "Irrid skejjel li huma strutturalment safe u li jilħqu l-għan tagħhom.", "Irrid nara l-pixxina f'Għawdex biex isservi kemm għall-isportivi, kif ukoll għall-bżonnijiet ta' terapija u ta' mistrieħ.", "L-aċċessibilità ma se nieqaf qatt nitkellem fuqha, u ejja ninvestu u nkomplu ninvestu aktar fl-estetika u fil-karattru tal-lokalitajiet Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Infakkrek li fadal ħames minuti.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, Għawdex hija gżira l-ġmiel tagħha.", "Is-sliem tagħha jsaħħrek.", "F'din il-Kamra ilna nżeffnu lil Għawdex u liċ-ċittadini tiegħu għal żmien twil, mingħajr ma nsibu soluzzjoni ġusta u dejjiema meta kulħadd jaf bl-isfidi tal-insularità doppja, tal-konnettività bi trasport effettiv, tal-ħolqien tax-xogħol, u meta kulħadd jaf x'iridu l-imsieħba soċjali Għawdxin.", "Għawdex irid jibqa' ħaj bħala komunità, bħala kultura, bħala eko-gżira.", "Għawdex mhuwiex biss vetrina għat-turisti barranin u Maltin.", "Fil-ftit minuti li għandi se nitkellem fuq il-proġett tan-nies.", "Irid ikun hemm inċentivi biex il-familji jitħajru jitfgħu għeruqhom hemm, jibqgħu hemm u jkabbru l-familja f'Għawdex.", "Il-persentaġġ ta' djar vojta huwa kbir wisq.", "Il-persentaġġ ta' djar intiżi bħala btala anke għall-Maltin, u għaldaqstant ikollhom il-karta tal-identità fuq Għawdex, huwa kbir ukoll, imma jien ma nistax ngħid li dawn huma familji Għawdxin.", "Hija ħasra li ninnota li ċerti skejjel pubbliċi kellhom jagħlqu.", "Din hija indikazzjoni ċara li l-popolazzjoni mhux biss hija adulta, imma m'hemmx wild.", "Biex Għawdex jibqa' ħaj, hemm bżonn xogħol f'Għawdex: imma, hemm bżonn xi ħaġa oħra u nemmen ħafna fiha, li hija a tax-free living għall-komunità Għawdxija.", "L-inċentiv biex tinxtara l-proprjetà u ċerti inċentivi oħrajn li ssemmew fil-miżuri tal-Baġit huma tajbin: imma aħna hawnhekk kollha rridu – u jien, f'isem il-Partit Demokratiku, hekk irrid – li l-irħula Għawdxin jibqgħu ħajjin.", "Irrid li Kerċem jibqa' ħaj, l-Għarb jibqa' ħaj, iż-Żebbuġ jibqa' ħaj, Santa Luċija tibqa' ħajja bit-tfal tal-familji Għawdxin jilagħbu fit-triq bħalma nafhom, bħal kif nafhom jien meta għext Għawdex għal tul ta' żmien.", "Għalhekk, wasal iż-żmien li lill-familji Għawdxin, jiġifieri dawk li jorqdu u jqumu f'Għawdex, dawk li għandhom ulied li jmorru l-iskola f'Għawdex, nagħtuhom tax break, li tkun inċentiva bi proposta u b'soluzzjoni differenti.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin insaħħu l-komunità Għawdxija.", "Irrid ngħid ukoll li llum qegħdin fi żmien fejn it-teknoloġija avvanzat ħafna, u hemm ħafna li jistgħu jaħdmu minn Għawdex stess.", "Fejn hu s-settur tal-eGaming?", "Fejn hu s-settur tal-blockchain li se ndaħħlu f'Malta?", "Fejn huma dawn is-setturi biex jgħinu lill-ekonomija Għawdxija?", "Wasal iż-żmien biex nimmassimizzaw; wasal iż-żmien fejn we add value lil Għawdex.", "Għawdex għandu bżonn dan, u dan huwa l-appell u l-messaġġ tiegħi li rrid ngħaddi, il-proġett tan-nies.", "Jien persważ dwar il-Ministru Justyne Caruana.", "Nirringrazzja wkoll lill-Ministru ta' qabilha, l-Onor.", "Jiena naf eżattament il-mod galbat li taħdem bih l-Onor.", "Justyne Caruana għax ħdimt magħha meta kont fuq in-naħa l-oħra.", "Jien persważ li dak li qed nitlob se twasslu.", "Imma għandha bżonn l-għajnuna ta' ħaddieħor.", "Jien nirringrazzjaha bil-quddiem, ilkoll kemm aħna għandna responsabilità hawnhekk, u allura ejjew noffru opportunitajiet.", "Jien, Onor. Justyne Caruana, bħala rappreżentant tal-Partit Demokratiku, nagħtik l-appoġġ.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin tad- diskussjoni għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Il-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "ANTON REFALO: Sinjura President, irrid nibda billi ngħid grazzi lill-Ministru, lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex u lill-Oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li ħadt pjaċir li l-aħħar kelliem kien l-Onor.", "Waqt li kien qed jitħaddet ftakart f'meta konna għadna kif tlajna fil-Gvern u konna dħalna l-ewwel darba jien u hu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Hemmhekk kulħadd jaf il-ħerba li kien hemm.", "Dakinhar, jien u hu konna ħerqanin, mimlijin viżjoni kbira għall-gżira Għawdxija, mimlijin b'kuraġġ li rridu naħdmu għal Għawdex, u kien żmien sabiħ.", "Kien żmien meta konna noħolmu, u li toħlom mhijiex ħaġa ħażina.", "Dak li temmen fih ħafna drabi jibda bil-ħolm, imbagħad trid twettqu, u naħseb li kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra persważ li rridu nwettqu dak li noħolmu.", "Waħda mill-affarijiet li jiddispjaċini ngħid hi li ma naqbilx mal-konċett ta' reġjonalità.", "Jiena issa ili aktar minn 30 sena membru ta' din il-Kamra, u kelli l-esperjenza li ppreżentajt il-white paper fl-1996 dwar li Għawdex isir reġjun.", "Xi jfisser li Għawdex ikun reġjun?", "Jiddispjaċini ngħid li ħadd ma semma l-istate aid.", "In-nuqqas ta' state aid li għandu Għawdex qed ikisser lill-gżira Għawdxija, u hawn ma rridux ninsew l-iżbalji li għamlu tal-Partit Nazzjonalista meta daħħluna fl-Unjoni Ewropea fejn lil Għawdex għamlulu ħsara kbira.", "Smajt lill-kelliema tan-naħa l-oħra kollox doom and gloom.", "Possibbli li l-Partit Laburista fil-Gvern ma jagħmel xejn tajjeb?", "Tliftu żewġ elezzjonijiet, fl-aħħar waħda l-Partit Laburista ġab l-ikbar maġġoranza li qatt intrebħet biha elezzjoni, u tliftu l-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Mhux qed ngħid dawn l-affarijiet biex ninki, imma dawn huma fatti.", "Tliftu wkoll l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u minkejja dan għadkom għaddejjin bl-istess kantaliena.", "Dan huwa ħażin għad-demokrazija.", "Il-problema f'dan il-pajjiż – u qed ngħidha llum għax m'iniex imxekkel bil-katina tar-responsabilità kollettiva, imma nista' bħat-tajra tal-phoenix intir għal ġejjieni aħjar – hija li għandna Oppożizzjoni li mhijiex taħdem, li mhijiex toffri soluzzjonijiet, u dik hija l-problema u għalhekk Għawdex sejjer lura.", "Huwa importanti li jkollna Oppożizzjoni kostruttiva, li tippjana, li tgħid il-viżjoni tagħha x'inhi, u mhux tmaqdar biss u tgħid li kollox ħażin.", "Il-ħabib tiegħi l-Onor.", "Said semma l-ħaddiema tal-Gozo Channel.", "Possibbli nesa li fl-1996 qabel l-elezzjoni daħħlu 25 ħaddiem mal-Gozo Channel b'kuntratt fiss għal sena biex jeħdulhom il-vot?", "Meta tlajna aħna fil-Gvern, niftakar jien u l-Onor.", "Joe Debono Grech lil dawn għamilnilhom kuntratt biex jiġu tal-fiss.", "Semmew ukoll ir-raba' vapur tal-Gozo Channel.", "Jiena dan naqbel miegħu, imma intom tafu xi żbalji għamiltu meta bnejtu t-tliet vapuri li hemm illum?", "Tnejn minnhom saru mingħajr rampa, u biex saret ir-rampa intefqu daqskemm jiswa l-vapur innifsu.", "Dan barra li meta kont Ministru għal Għawdex niftakar li biex tixtri l-parts trid dejjem tixtrihom mingħand l-istess ditta u tgħollilek kemm trid.", "Dan barra li l-mollijiet kienu saru għal dawn il-vapuri biss u ma tistax tikri jew tagħmel lease-out ta' vapur ieħor għax ma jidħolx fil-moll tal-Imġarr.", "Dażgur li huwa tajjeb li jkollok vapur.", "Huwa an added value, imma l-iżbalji ta' qabel ma rridux ninsewhom għax huma żbalji li lill-poplu Għawdxi tefgħuh lura.", "M'iniex se ndum nitkellem, imma rrid ngħid li dan il-baġit għalija huwa importanti għax jgħaqqad ma' dak ta' qablu u jidentifika l-problemi speċjali li għandha l-gżira Għawdxija.", "Dan il-baġit fih ukoll miżuri li saru kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex.", "Jiena nista' nsemmi, pereżempju, il-passaport ta' Heritage Malta.", "Forsi mhux importanti li t-tfal tagħna tas-sekondarja u tal-primarja jidħlu ma' żewġ adulti f'kull sit storiku jew mużew ta' Heritage Malta?", "Din tapplika wkoll għall-gżira Għawdxija.", "Din ħadd ma semmieha.", "Se tgħaddi liġi mill-Parlament biex issa Heritage Malta jkollha wkoll ir-responsabilità li tieħu ħsieb siti storiċi anke taħt il-baħar.", "Allura dan mhuwiex importanti wkoll?", "Għaliex qed ngħid dan?", "Pereżempju, fix-Xlendi hemm relitt ta' żmien il-Feniċi li fih wieħed isib anke anfori.", "Hemmhekk hemm niċċa importanti għall-għaddasa li, meta tgħaddi din il-liġi u jsir dan il-unit, hemmhekk jinfetħu orizzonti kbar għax id-divers ikunu jistgħu jmorru jgħoddsu hemmhekk, taħt il-kontroll ta' Heritage Malta, u jaraw dan ix-xini Puniku u l-fdalijiet tiegħu.", "Fil-Baġit hemm ukoll estensjoni ta' miżuri, fosthom għall-first time buyers li jħallsu biss taxxa ta' 2.", "Hemm ukoll miżuri oħra li huma catering apposta għall-gżira Għawdxija.", "Ta' qabli semmewhom.", "Mhux tajjeb li t-traġitt għal Malta li jkollha tagħmel persuna marida bil-kanċer biex tieħu l-kura tagħha, ikun b'xejn?", "Jiena nappella lill-Gvern biex dan ma jkunx biss għall-peruni milqutin mill-kanċer, imma għall-persuni milqutin minn kull tip ta' mard.", "Mhux tajjeb li persuna li jkollha titla' Malta jkollha post fejn tmur b'xejn?", "Mhux tajjeb ukoll li meta jkun hemm traġitt organizzat b'mod kollettiv għal ħafna Għawdxin, dawn jieħdu rifużjoni ta' €1.50?", "In-naħa l-oħra qaltilna li dan huwa ftit; imma għallinqas hemm il-bidu!", "Bħalma kien hemm il-bidu meta kienet tingħata l-grant ta' €1,200 lill-istudenti, u mbagħad aħna konna għollejnieha għal €1,500.", "Hemm il-bidu, u se nolqtu mhux inqas minn 1,000 familja.", "Mhux tajjeb ukoll li mhux il-ħaddiema tal-Gvern biss, imma anke tal-privat, se jieħdu r-rifużjoni tal-ispejjeż tal-biljett tal-vapur?", "B'din il-miżura se nolqtu mhux inqas minn 3,000 ħaddiem ieħor li jaħdmu fil-privat.", "Mhux tajjeb ukoll – u din importanti għal Għawdex – li kull student Għawdxi li jistudja f'Malta jibbenefika minn sussidju tal-housing?", "Din hija miżura tajba ħafna għax tgħin lill-istudent Għawdxi.", "Din hija miżura ta' fejda kbira għall-Għawdxin, kif hija miżura tajba wkoll – din kienet teżisti u għadha teżisti, u għamlet ħafna ġid – li min iħaddem impjegat għal tliet snin jieħu lura 30%, sa massimu ta' €6,000, mill-paga tiegħu.", "Dawn huma kollha miżuri ta' fejda għal lil Għawdex, u mhux se nidħol fid-dettall fuqhom għax, apparti li m'għandix biżżejjed ħin, jiena persważ li l-Ministru se tespandi fuqhom.", "Dan huwa l-aspett soċjali ta' Għawdex.", "Hawnhekk ħadd ma semma l-bini ta' housing estate aċċessibbli f'Taċ-Ċawla.", "Din hija tajba wkoll.", "Ħadd ma jista' jinnega li dan il-Gvern, li hu ta' kulħadd, miexi 'l quddiem fil-qasam soċjali, kif ukoll fil-problemi l-oħra li dejjem insemmu, fosthom tal-aċċessibilità.", "Meta ħadna l-ġurament hawnhekk ma ħadnihx favur il-Partit Nazzjonalista jew il-Partit Laburista, imma ħadnieh favur Għawdex.", "L-Onor.", "Said qalilna li għadna lura, però almenu mexjin.", "Qal li jrid jara disinn tal-mina, u tkellem ukoll fuq il-fast ferry service li jiena persważ li l-Ministru qed taħdem fuqu wkoll.", "Waħda mill-problemi li qed tiffaċċja l-Ministru hija l-kwestjoni tal-istate aid.", "Qed ngħid \"waħda mill-problemi\" għax min ikun f'dan is-siġġu ta' Ministru għal Għawdex problemi biss ikollu ġejjin, waħda wara l-oħra, u jien għedt u nerġa' ngħid li ħadd ħlief aħna l-Għawdxin ma nafu x'inhuma l-problemi veri tagħna.", "Dawn aħna rridu nsolvuhom, u nsolvuhom biss jekk aħna jkollna għal qalbna l-ġid tal-poplu Għawdxi.", "Hawn irrid niftaħ fuq il-punt tar-reġjonalità u l-pjan ta' żvilupp għal Għawdex, għax dawn it-tnejn jingħaqdu ma' xulxin.", "Ma tistax tgħid li Għawdex għandu jsir reġjun u tabbanduna l-pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "Dak konna għamilnieh aħna fl-1996; dak iż-żmien konna għamilna pjan dwar kif Għawdex jista' jimxi 'l quddiem.", "Tlajtu intom fil-Gvern u abbandunajtu dan il-pjan u daħħaltuna fl-Unjoni Ewropea.", "Imma l-problemi hemm qegħdin.", "Imma ejja ngħidu li Għawdex huwa reġjun … Hawn irrid ngħid li jiena ma naqbilx li ssir awtorità reġjonali għal Għawdex.", "Kemm se ndumu nagħmlu awtoritajiet!", "Awtorità waħda wara l-oħra!", "L-ewwel nett, irridu nidentifikaw il-problemi vera li għandha l-gżira Għawdxija, u waħda mill-problemi kbar li għandha l-gżira Għawdxija hija l-kwestjoni tal-istate aid.", "Irridu nammettu - u huwa importanti li nammettu dan f'ġieħ is-sewwa - li l-iżviluppatur, il-kummerċjant, in-negozjant Għawdxi ma jista' qatt ilaħħaq ma' sieħbu ta' Malta.", "Kif jista' jkun li l-istate aid jammonta għal eżenzjoni ta' €200,000 biss u l-privat waħdu, mingħajr l-għajnuna tal-Istat, jista' b'xi mod itella' l-livell tal-iżvilupp ta' Għawdex u l-GDP u jġibu pari ma' dak ta' Malta?", "Ma nistgħux, għax aħna żgħar, aħna fil-periferija, u jekk verament irridu li Għawdex ikun reġjun, irridu nibdew negozjati mal-Unjoni Ewropea biex nirranġaw l-affarijiet.", "Qed ngħid dan għax il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern għamel ħafna żbalji fir-rigward ta' Għawdex meta nnegozja mal-Unjoni Ewropea.", "L-unika soluzzjoni li sab kienet li Għawdex jieħu 10% tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, u xejn iżjed.", "Dik mhijiex soluzzjoni għal Għawdex!", "Imma dik hija s-soluzzjoni li ġab il-Partit Nazzjonalista.", "Jekk inti ma titkellimx dwar dawn l-affarijiet mal-Unjoni Ewropea, inti qatt m'inti se tagħmel Għawdex bħala reġjun.", "L-Ewropa titħaddet ħafna fuq il-ħolma Ewropea.", "Lilna, bħala Għawdxin, din il-ħolma Ewropea x'tatna?", "Rapport wara l-ieħor, il-Gvern Nazzjonalista kien jgħid li peress li aħna qrib Malta ma nikkwalifikawx bħala reġjun.", "Mela l-gżejjer Azores jew Madeira, dawk jikkwalifikaw, għax huma mbegħdin miċ-ċentru, għalkemm fl-Ewropa, u aħna għax Alla bagħatna żgħar u qrib Malta, aħna ma nikkwalifikawx!", "Kulħadd jaf x'benefiċċju għandhom dawn il-gżejjer, fosthom eżenzjoni mit-taxxa u state aid.", "Aħna le, aħna ma nikkwalifikawx!", "Sinjura President, din ġusta?", "Din hija l-ħolma Ewropea li suppost fiha hemm imdaħħal kull ċittadin tal-Ewropa?", "Taqblu miegħi li din mhijiex il-ħolma li rridu għat-tfal tagħna!", "Din mhijiex il-ħolma li rridu għal kull wieħed u waħda minna!", "Għalhekk inkunu żbaljati li nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' reġjonalità fuq qasam nazzjonali u nabbundaw l-isfera Ewropea!", "Illum aħna fl-Ewropa, u kwalunkwe ħaġa li nagħmlu u niddeċiedu jrid ikollna f'moħħna l-qasam Ewropew.", "Hekk irridu nimxu 'l quddiem!", "Jiena fl-1996 kont noħlom, bħalma intom toħolmu llum, li Għawdex ikun reġjun.", "Ħdimt, ikkonsultajt anke man-naħa l-oħra u għamilna white paper li baqgħet white paper.", "Kulħadd jaf għaliex baqgħet white paper.", "Baqgħet hekk għaliex il-Ministru ta' dak iż-żmien ma riedx li Għawdex ikun reġjun.", "Reġa' tela' l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, u l-kunċett ta' reġjonalità warrbu u tefgħu l-baħar!", "Sinjura President, l-ewwel nett jiena nemmen li kwalunkwe ħidma li ssir dwar ir-reġjonalità ta' Għawdex trid issir tramite l-Ministru għal Għawdex, għax din tkun il-ħin kollu impenjata favur Għawdex.", "It-tieni punt importanti huwa li rridu nsaħħu l-Ministeru għal Għawdex, u mhux għaliex se nippruvaw naħdmu fuq il-kwestjoni ta' reġjonalità nneħħu l-poteri tal-Ministeru għal Għawdex.", "Il-Ministeru għal Għawdex ħadem!", "L-istorja tgħallimna li l-ministeru qiegħed hemm minħabba ċ-ċittadini ta' Għawdex, u allura, pari passu mal-kuntest reġjonali, irridu nsaħħu l-poteri tal-Ministeru għal Għawdex li jrid ikun hu li jixpruna din l-idea ta' reġjonalità 'l quddiem.", "It-tielet punt, li narah importanti ferm hu li hawnhekk niħaddtu ħafna, u hija xi ħaġa sabiħa, u ż-żewġ naħat irridu li Għawdex tkun reġjun, imma hawn nistaqsi domanda importanti: Lest il-Parlament jabdika minn parti mill-poteri tiegħu favur il-gżira Għawdxija?", "Ma smajthiex f'din il-Kamra!", "Ma nistgħux immexxu 'l quddiem jekk aħna ngħidu ħafna affarijiet imbagħad ma ngħidux l-iktar ħaġa importanti, li l-Parlament irid bilfors jabdika ċertu poteri u jgħid: Aħna nemmnu li Għawdex huwa reġjun, u għax Għawdex huwa reġjun irridu nafdaw ċerti setturi f'idejn il-poplu Għawdxi!", "Ir-raba' punt diġà semmejt il-kwestjoni tal-istate aid.", "Hemm bżonn li naraw li dwar din in-nuqqas ta' state aid li qiegħda tkisser l-ekonomija Għawdxija naraw kif b'xi mod – emmnuni ma nafx kif, u ħsibt u erġajt ħsibt – nikkonvinċu lil tal-Ewropa li aħna nikkwalifikaw bħala reġjun, bħala outermost region, li jkollna dritt għall-istate aid.", "Mingħajr state aid, nerġa' ngħid, ma nistgħux nimxu 'l quddiem!", "Inutli nagħtu l-inċentivi!", "Ma nistgħu qatt nilħqu l-livell ta' Malta, għaliex m'għandniex mezzi.", "Aħna żgħar: hemm 30,000 persuna ġewwa Għawdex, ġo ħolqa!", "Kif jista' jkun li aħna xi darba nistgħu niġu daqs Malta fir-rigward tat-tkabbir ekonomiku!", "Ma nistgħux, allura rridu naraw kif b'xi mod Għawdex jieħu l-istatus ta' outermost region, kif wara kollox għandhom gżejjer oħra.", "Inutli li nagħmlu assemblej, indaħħlu fil-Kostituzzjoni dawn l-affarijiet jekk aħna ma narawx kif dawn l-affarijiet importanti li semmejt għall-gżira Għawdxija nġibuhom 'il quddiem.", "Sinjura President, hawnhekk nasal għal punt importanti ieħor li jirrigwarda l-pjan ta' żvilupp għal Għawdex.", "Huwa importantissimu li Għawdex ikollu pjan ta' żvilupp.", "Gvern Nazzjonalista kien totalment warrab il-pjan ta' żvilupp.", "Dak iż-żmien kollox kien jimxi, kif jaf kulħadd, b'management by crisis!", "Ħadd ma jaf fejn sejjer!", "Problemi ta' dik il-ġurnata nippruvaw insolvuhom dik il-ġurnata!", "Illum ħadd ma semma li dan il-baġit miexi f'direzzjoni li lil Għawdex jagħtih pjan ta' żvilupp li verament jagħmel sens.", "L-ewwel nett, għandek il-mina.", "Din reġgħet issemmiet, u se ssir.", "It-tieni, għandek l-infrastruttura fejn se jintefqu €700 miljun, li €80 miljun minnhom din is-sena biex nirranġaw l-infrastruttura tal-gżejjer Maltin!", "Naħseb li huwa importanti li nagħmlu enfasi li Għawdex – u anke Malta, imma speċjalment Għawdex għax aħna żgħar – jimxi ma' dan il-pjan ta' żvilupp.", "Ma baqagħlix wisq ħin, u allura rrid insemmi xi ħaġa dwar il-mużew ta' Għawdex, suġġett li nħoss li huwa importanti.", "Kif jaf kulħadd, din il-ġimgħa se niftħu l-MUŻA, li hija l-ħolma Maltija fir-rigward tal-Belt Valletta.", "Ix-xogħol fuq il-mużew ta' Għawdex miexi b'ritmu mgħaġġel.", "Dan ukoll huwa niċċa oħra li se tattira lit-turist ta' kwalità lejn Għawdex.", "Mhux billi jkollok spazju sabiħ, kif persważ li se jkollu dan il-mużew, imma hemmhekk x'se tagħmel?", "Naħseb li huwa importanti li se nagħmlu dan il-mużew għal Għawdex, u naħseb li miż-żewġ naħat naqblu li dak il-mużew irid jirrifletti l-identità Għawdxija, irid jirrifletti dak li verament huwa Għawdxi.", "Il-ġimgħa l-oħra ċċelebrajna l-220 sena minn meta Għawdex ħa l-indipendenza għal ftit xhur, meta keċċejna lill-Franċiżi.", "Dan il-mużew irid ikun mużew li verament jagħti l-vjaġġ ta' dak li għadda minnu l-poplu Għawdxi.", "Naħseb li m'għandux ikun replika ta' dak li nsibu fil-MUŻA; filwaqt li parti minnu tkun sezzjoni tal-arti, irid ikun hemm aċċenn fuq l-identità tagħna bħala Għawdxin, li hija kbira.", "L-identità tal-Għawdxin, il-kultura Għawdxija hija kbira.", "Naħseb li rridu nimxu b'dak il-mod, li dan il-mużew jagħti identità lil Għawdex.", "Ħbieb, il-problemi ta' Għawdex huma kbar.", "Biex insolvuhom u ntejbu l-ħajja tal-Għawdxin, tal-familji tagħna u ta' uliedna rridu ningħaqdu flimkien u nimxu flimkien, għaliex il-Ministeru għal Għawdex jiffaċċja problemi kbar.", "Jien ċert u persważ li jekk aħna d-deputati Għawdxin niġbdu ħabel wieħed, meta nispiċċaw minn hawn inkunu nistgħu nħarsu lura u ngħidu: Iva, għamilna affarijiet u miżuri li tejbu l-ħajja ta' ħutna l-Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Nirringrazzjak u nirringrazzja lil kull min ipparteċipa f'dan id-dibattitu.", "Sinjura President, bla dubju ta' xejn kont sodisfatta immens, mhux biss bil-parteċipazzjoni, imma anke bil-passjoni li kull membru f'din il-Kamra tkellem biha.", "Kull min tkellem iħobb lil Għawdex u, salv għall-Onor.", "Godfrey Farrugia, huwa Għawdxi, għalkemm anke l-Onor.", "Farrugia għex Għawdex għal xi żmien.", "Fi kliem ieħor, matul dan id-dibattitu deher animu; il-ġenwinità ta' kull minn tkellem dehret ukoll, u napprezza immens il-mod ta' kif anke indirizzaw dan id-dibattitu.", "Sinjura President, irrid nibda biex nirringrazzja lit-tim kollu tiegħi, u nibda bis-Segretarju Permanenti li bħalissa jinsab indispost.", "Nirringrazzja wkoll lid-Direttur Ġenerali, diretturi, assistenti diretturi, lil kull impjegat fil-Ministeru għal Għawdex, il-konsulenti tagħna u lis-segretarjat privat tiegħi.", "Kollha flimkien niffurmaw katina waħda li minnha jiddependi l-iżvilupp ta' Għawdex.", "Filwaqt li naqbel mal-Onor.", "Refalo li għandna ħafna sfidi, jiena persuna pożittiva ħafna u allura dawk l-isfidi jien inbiddilhom f'opportunitajiet.", "Irrid ukoll nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għall-mod miftuħ li għandna bħala komunità, għad-djalogu li għandna mal-komunità kummerċjali, mal-istakeholders kollha, mal-esperti, mal-kunsilli lokali, mad-Djoċesi ta' Għawdex, mal-NGOs u mas-soċjetà ċivili.", "Sodisfatta immens ukoll bid-djalogu li rnexxielna nistabbilixxu maż-żgħażagħ.", "Nista' ngħid li anke għal dan il-baġit resqu 'l quddiem bi proposti tajbin u konkreti li mbagħad ressaqniehom f'dan il-baġit.", "Jekk hemm xi ħadd li jemmen fil-bottom-up approach huwa proprju jien, għaliex kemm ilni fil-politika, kemm ilni fi rwol eżekuttiv, dejjem ħdimt hekk u dejjem irriflettejt fuq il-feedback li nirċievi anke fl-operat u fil-ħidma tiegħi.", "Irrid ngħid li dan huwa baġit tajjeb ħafna; diġà ddeskrivejtu u għamilt stqarrija ċara li huwa baġit li juri li l-Gvern qed iħares lejn Għawdex b'impenn u b'viżjoni, fejn irid żvilupp sostenibbli.", "Iċ-ċirkostanzi partikolari t'Għawdex u tal-Għawdxin qed jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom.", "Ma rridx nimminimizza l-fattur li f'dan il-bagit kellna żieda ta' 30% fuq il-baġit allokat għas-sena l-oħra.", "Dan ifisser li, fuq medda ta' żewġ baġits, il-Ministeru għal Għawdex kellu żieda ta' 40%.", "Dawn il-miljuni, li din is-sena jammontaw għal madwar €14 miljun – eskluż il-fondi Ewropej – se jmorru għal iktar inizjattivi u proġetti b'risq Għawdex u l-Għawdxin.", "Frederick Azzopardi infakkru – huwa stess kien anke membru taċ-Ċivil – li huwa importanti li tieħu l-fondi, imma huwa iktar importanti li tonfoqhom, għaliex inutli jkollok ħafna fondi fuq il-karta, imbagħad x'ħin tiġi biex tagħmel l-analiżi fl-aħħar tas-sena, min-naħa tal-Finanzi jgħidulek li ma nfaqtx ċertu ammont u allura jerġgħu jitteħdulek lura.", "Mill-baġit allokat is-sena l-oħra, il-Ministeru għall-Finanzi mhux se jieħu ċenteżmu lura, u l-istess jgħodd għall-baġit tal-2019.", "Sinjura President, dan huwa l-ewwel baġit li qed isir f'kuntest ta' pjan fit-tul li se jeħodna sal-2030, skont l-abbozz tal-istrateġija għal Għawdex li se jkun qed jitmexxa mill-Awtorità Reġjonali għal Għawdex.", "Kelli l-opportunità li jkolli taħditiet mal-Oppożizzjoni, però rrid ngħid li din l-awtorità se jkollha funzjonijiet differenti.", "Se jkun hemm dibattitu ddedikat għal din l-awtorità li rrid ngħid li se jkollha rwol li tinforza u rwol li se tiġġenera l-fondi.", "Però huwa importanti wkoll li se tkun qed tagħmel djalogu importanti anke fir-rigward tal-istate aid li diġà ssemma b'mod prominenti ħafna.", "Matul din is-sena komplejna bir-ristrutturar tal-Ministeru għax, kif qal tajjeb l-Onor.", "Refalo, il-Ministeru għal Għawdex irid jissaħħaħ u jrid ikun iktar effiċjenti.", "Irrid ngħid li r-riżultati diġà bdew jidhru.", "Id-dispjaċir tiegħi huwa li, għalkemm il-Ministeru għal Għawdex inħoloq minn Gvern Nazzjonalista, l-isfortuna hija li dan il-Ministeru dejjem ingħata r-rwol ta' customer care.", "Issa bdejna nibdlu r-rotta, anzi, rnexxielna nerġgħu nakkwistaw il-fiduċja anke ta' ministeri u ta' entitajiet oħrajn.", "Dan il-baġit huwa xhieda ta' dan għaliex il-Ministeru għall-Finanzi tana ċertifikat.", "Però, iżjed minn hekk, ħadna ċertifikat ukoll importanti ħafna mill-paying agency tal-fondi Ewropej, kif se jkolli l-opportunità li nispjega.", "Jiena napprezza l-kritika tal-Oppożizzjoni li kien hemm proġetti li għadhom ma sarux u li oħrajn ukoll irrid nagħti rendikont tagħhom.", "F'dan il-ħin li għandi se nagħti ftit rendikont.", "Hemm proġetti ġodda; hemm proġetti innovattivi; hemm proġetti oħrajn li waqgħu lura, però li tajniehom spinta.", "Irrid ngħid li hemm proġetti li huwa veru li ilhom jissemmew, imma dawn ma bdewx jissemmew fil-leġiżlatura li għaddiet, ilhom jissemmew ħafna u ħafna snin.", "Kienu proġetti li baqgħu fuq il-karta, però issa se jibdew jitwettqu għall-ġid ta' Għawdex u tal-Għawdxin.", "Se nibda bil-hostel tal-istudenti.", "Dan il-proġett la kien imsemmi fil-manifest elettorali, u lanqas imkien, però s-sena l-oħra, waqt taħditiet li kelli mal-għaqdiet tal-istudenti, bdejna naħdmu fuq dan.", "Qed jiddispjaċini għaliex dan il-proġett kien imniżżel fl-estimi tal-Baġit bħala proġett kapitali, imma jidher li l-membri tal-Oppożizzjoni ma rawx dan il-line item.", "Dan kont ħabbartu fl-2017, meta kont anke għidt li qed naħdmu fuq proġetti long term u short term.", "Għamilna taħditiet ma' diversi entitajiet, fosthom mal-Università u anke mal-entitajiet ekklesjastiċi, u għandna żewġ proġetti interessanti ħafna.", "Fil-kontest tal-proġett long term sibna sit qrib l-Università u qed jitħejjew il-pjanti biex ikun hemm l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Għandna wkoll pjan short term - u fil-fatt għadna kif iffirmajna kuntratt mal-Provinċja tal-Franġiskani - għall-kirja ta' post fil-limiti ta' Birkirkara, qrib l-Imsida, li se jkun qed jakkomoda 30 persuna.", "Ħames kmamar minnhom se jkunu ddedikati għall-familjari ta' pazjenti li se jkunu rikoverati ġewwa Mater Dei Dan huwa proġett li se jkun qed jibda b'mod immedjat, anke jekk hemm xi xogħlijiet li jridu jsiru.", "Għall-istudenti għandna inizjattivi oħra.", "Hemm il-proposta li l-istudenti se jkunu qed jibbenefikaw minn sussidju tal-Housing Authority għax nafu x'inhuma l-piżijiet tal-kiri.", "Fil-fatt, kont jien stess li assigurajt li l-istudenti jkunu faxxa protetta fil-White Paper tal-kera.", "Hemm ukoll il-proposta li ġiet min-naħa tal-GUG, li l-allowance tal-akkomondazzjoni, li s'issa kienet tingħata kull tliet xhur, issa tibda tinqasam u tingħata kull xahar.", "Hemm ukoll il-proġett tal-park and ride.", "Żgur li l-Oppożizzjoni taqbel li dan mhuwiex xi proġett li ilu jissemma ħafna, għax l-ewwel darba li ssemma kien fil-manifest elettorali.", "Is-sena l-oħra semmejnieh għaliex ovvjament proġett trid tibda tipprepara għalih.", "Dan huwa proġett intiż proprju biex intaffu l-isfidi li jkollhom dawk li ta' kuljum iridu jaqsmu lejn Malta, però anke biex inneħħu l-pressure li hemm minn fuq il-Port tal-Imġarr.", "Fil-fatt, tant avvanzajna fil-proġett – fil-fatt hemm il-pjanti għand l-Awtorità tal-Ippjanar –li hemm il-possibilità li dan il-proġett jikkwalifika għal fondi Ewropej.", "Fil-fatt, diġà ħriġna tender biex jinxtraw tmien buses elettriċi.", "It-tender hija magħluqa u llum ninsab f'pożizzjoni li niżvela li kien hemm sottomissjoni ta' tmien offerti.", "Fil-ġranet li ġejjin ukoll ħiereġ it-tender għall-kostruzzjoni ta' dan il-proġett.", "Jiena dan mhux qed narah biss bħala proġett ta' park and ride, imma qed narah f'kuntest ta' de-carbonisation strategy li se jibda f'Għawdex, però bl-intiża li jestendi lil hinn.", "Dan huwa parti mit-twettiq tal-viżjoni ta' Eko-Għawdex.", "Iċ-ċentru akwatiku ta' Għawdex, li huwa l-pixxina, wkoll ilna nisimgħu ħafna dwaru.", "Fil-fatt, fl-2008 kont għamilt mistoqsija parlamentari 418 lill-eks Ministru Giovanna Debono u dakinhar kienet qaltli li kienet qed taħdem fuq il-pjanijiet biex il-proposta li ssir pixxina ġewwa Għawdex titwettaq kif imwiegħed.", "Illum, għaxar snin wara, b'sodisfazzjon ngħid li l-proġett mhux biss qed ngħid li se jitwettaq, imma beda jitwettaq, għaliex ħareġ l-ewwel tender tal-iskavar, u bħalissa qed jiġi ppreparat ukoll it-tender għall-binja ta' dan il-proġett.", "Irrid ukoll nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi li l-proġett reġa' ġie dimensjonat wara taħditiet li kellna mal-istakeholders.", "Kellna laqgħat mal-Aquatic Sports Association, mal-Otters, mal-Gozo Sports Board, kif ukoll mal-iSpecial Olympics.", "Dan huwa proġett tajjeb ħafna għax mhux biss jindirizza l-isport akwatiku, imma wkoll ir-riabilitazzjoni, it-terapija, kif ukoll it-turiżmu sportiv.", "Sinjura President, miexi wkoll ġmielu l-proġett ta' riorganizzazzjoni tal-Port tal-Imġarr.", "Dan ukoll huwa proġett li ssemma fil-manifest elettorali, u allura ma nistax niġi kkritikata li huwa xi proġett li ilu jistenna.", "Dan huwa proġett ta' 'l fuq minn €5 miljun u qed isir b'kollaborazzjoni ma' Transport Malta.", "Irrid ngħid li tant konna avvanzati fil-preparamenti u fil-ħidma ta' dan il-proġett li akkwistajna fondi Ewropej għalih mill-fond tas-sajd.", "Irrid ngħid li diġà ħareġ it-tender biex isir it-tindif tal-port.", "Dan huwa xogħol preparatorju, għaliex 'il quddiem se nkunu qed irressqu pjan għall-estensjoni tal-port kollu biex nindirizzaw l-isfidi kollha li nħolqu minħabba deċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu fil-passat.", "Irrid ngħid li din il-fażi se tkun qed tara t-tindif tal-qiegħ, kif ukoll il-bdil ukoll tal-irmiġġi għas-sajjieda, fejn se jkollna wkoll puntuni ġodda u żieda ta' 57 irmiġġ ġdid għas-sajjieda.", "Akkwistajna wkoll fondi Ewropej ġodda biex insaħħu l-faċilitajiet għas-sajjieda.", "Se jkun hemm dry standing area, kif ukoll faċilitajiet għall-karrijiet tas-sajjieda.", "Għal dan ukoll ibbenefikajna minn €100,000 oħra fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Qed naħdmu biex f'Għawdex ikollna post ġdid għad-dwana.", "L-Għawdxin jafu għal liema bini se nirreferi.", "Hija dik il-binja li f'Għawdex kienet il-pumping station tal-WSC.", "Hija binja antika ħafna u storika, però se tiġi restawrata u riabilitata biex ikollna appuntu d-dwana l-ġdida.", "Il-Masterplan ta' Marsalforn u x-Xlendi huma żewġ proġetti ambizzjużi li ssemmew fid-Diskors tal-Baġit.", "Nammetti li ilhom jissemmew għax huma żewġ proġetti li jirrikjedu ħafna xogħol, imma llum il-ġurnata x-xogħol miexi kif ippjanat.", "Matul din is-sena bdejna nimplimentaw il-Masterplan ta' Marsalforn u ħareġ it-tender għall-ewwel fażi ta' dan il-proġett, li jagħlaq fis-27 ta' Novembru ta' dan ix-xahar.", "Dan il-proġett qed jinkludi wkoll, kif ġie ppjanat, il-breakwater li jinsab għaddej ix-xogħol fuqu.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi semma li kienu saru xi studji fil-passat.", "Iva, però llum il-ġurnata tant avvanzaw l-affarijiet li dak l-istudju ġie obsolete.", "Huwa studju li serva ta' bażi għal ċertu xogħol preparatorju, imma tant laħaq għadda żmien li t-teknika llum inbidlet, ir-requirements inbidlu, allura kellna nerġgħu nagħmlu ħafna xogħol mill-ġdid.", "Fil-fatt qed tiġi evalwata t-tender għal geotechnical investigations and reporting at Marsalforn breakwater project u fil-ġranet li ġejjin se toħroġ ukoll it-tender għal environmental impact assessment.", "Il-Masterplan tax-Xlendi se jkun implimentat b'mod differenti minn ta' Marsalforn.", "Qed ngħid hekk għax fil-Masterplan ta' Marsalforn kien hemm ħafna dewmien minħabba diskussjonijiet li saru, li mbagħad tawlu l-implimentazzjonijiet ta' fażijiet oħrajn.", "Imma fil-każ tax-Xlendi se nkunu qegħdin naħdmu bil-kontra.", "Qegħdin naraw li l-ewwel fażi se tkun qed tinkludi x-xogħlijiet tal-boathouses u anke tal-parking.", "Qed ngħid hekk għax ħareġ it-tender biex ikun hemm riabilitazzjoni fuq in-naħa tal-boathouses u, fil-ġranet li ġejjin, se joħroġ it-tender għar-riorganizzazzjoni tal-parkeġġ fi Pjazza l-Anfori.", "Dan qed naħdmuh flimkien ma' Projects Malta, li magħhom ħdimna wkoll mhux biss proġett li se jżid il-capacity b'176 post tal-parkeġġ, imma se jkun hemm ukoll landscaping biex nagħtu dehra isbaħ.", "Minn hemm 'il quddiem se nkunu qegħdin ukoll nirriabilitaw il-Wied tax-Xlendi u se jkun hemm water management plan, għaliex nafu kemm Wied ix-Xlendi joħloq sfidi meta tagħmel ftit xita minħabba l-ilmijiet li jgħaddu minn hemmhekk, u din se tkun fażi oħra.", "Wara t-tindif tal-widien ikun jifdal il-konsultazzjoni mas-sidien tal-ħwienet u tar-ristoranti biex ikollna dik il-parti tal-Masterplan li tirrigwarda mhux biss l-embellishment imma wkoll it-tables and chairs.", "Flimkien mal-Ministru Konrad Mizzi u t-team tiegħu qegħdin naraw ukoll kif il-Bajja tax-Xlendi tista' terġa' tikber.", "Għalkemm mhux jissemma fil-Baġit, tlesta wkoll l-Abbozz tal-Masterplan tar-Ramla li se jkun qed jiġi diskuss iktar 'il quddiem, filwaqt li l-Masterplan Kemmuna/Blue Lagoon Phase I qed jiġi wkoll diskuss mal-ERA u l-Comino Joint Interministerial Committee.", "Fil-frattemp, ġiet sottomessa applikazzjoni mal-Planning Authority biex issir it-triq u anke jissewwa l-moll tal-Blue Lagoon għaliex hemm periklu manifest u ċar li jrid jiġi indirizzat.", "Dwar il-proġett tat-toroq u tal-pjazez, aħna semmejnieh Proġett Għawdex.", "Dan huwa proġett li l-Ministeru għal Għawdex daħal fih b'serjetà kbira u qegħdin naraw investiment kbir isir fit-toroq tagħna.", "Fil-fatt, f'Diċembru li għadda dħalna fi ftehim ma' diversi kunsilli lokali biex jiġu asfaltati numru ta' toroq f'diversi lokalitajiet.", "Kien ftehim li jammonta għal €1.5 miljun over and above il-baġit li jiġi allokat għal Għawdex.", "Normalment, il-baġit għat-toroq ikun ta' madwar €1.8 miljun, u din is-sena dan tela' għal €4 miljun.", "Hawn se nerġa' nenfasizza punt li diġà semmejt li meta l-Ministeru għal Għawdex se jeżawrixxi l-fond tat-toroq, jiġifieri l-€4 miljun, se jkollna fondi oħrajn.", "L-isfida tagħna mhijiex biex nakkwistaw il-fondi, imma biex nonfqu l-fondi.", "Allura, kemm-il darba neżawrixxu l-fondi ta' €4 miljun li ngħatajna, se jkunu qegħdin jingħataw iktar fondi, però dan jiddependi mill-progress tax-xogħol li nkunu għamilna.", "Rigward ix-xogħlijiet tat-toroq li diġà twettqu flimkien mal-kunsilli lokali, qegħdin naraw Triq Għajn Ħosna, li mix-Xagħra tagħti għar-Ramla; Triq tal-Virtù fl-Għarb; Triq Wied il-Lunzjata, Kerċem; Triq Qorti fin-Nadur; Triq 20 ta' Lulju, Sannat; Triq Satrija, Żebbuġ; u parti minn Triq Żewwieqa f'Għajnsielem.", "Bħalissa qed isir xogħol fi Triq il-Knisja fix-Xewkija u Triq Ta' Cassia, u kellna wkoll ippjanati Triq Tumas Cassar fl-Għarb, Trejqet San Pupulju u Trejqet Dun Ġużepp Cassar, Trejqet id-Dehra, Triq it-Tamal u parti minn Triq il-Fanal fl-Għasri; Triq Seguna, Sannat; u Triq id-Duluri u Triq il-Wileġ, San Lawrenz.", "Però, għalkemm il-fondi tajnihom lill-kunsilli lokali, dawn għadhom m'għamluhomx u jridu jlestuhom sal-aħħar ta' din is-sena.", "Kien hemm ukoll ix-xogħol li kien qed iwettaq il-Ministeru għal Għawdex, fosthom fi Triq Sannat, li diġà saret nofsha, waqt li n-nofs l-ieħor se jsir permezz ta' tender li għadu kemm ġie evalwat.", "Rigward Triq Ta' Ġorf fix-Xagħra, ninsab informata li x-xogħol fiha beda dalgħodu, imma kellna mandat bil-Qorti u x-xogħlijiet ġew delayed.", "Triq Għajn Qatet saret, u għal Triq Franġisk Portelli qegħdin niffinalizzaw l-affarijiet mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Irrid ngħid ukoll li t-Triq tad-Dwejra kienet waħda minn dawk it-toroq li suppost saret minn dawk il-famużi fondi Ewropej għat-toroq f'Għawdex.", "It-tieni kisja tajniha issa, flimkien mal-crash barriers.", "Din tant damet ma saret li l-biċċa tat-triq li kienet saret mill-fondi Ewropej laħqet inqasmet, u kellna nerġgħu nibdew kollox mill-bidu.", "Naħseb li l-Onor.", "Said jaf li Triq l-Imġarr fin-Nadur hija triq bi sfidi tant kbar li gvern wara l-ieħor dejjem beża' jagħmilha.", "Dan huwa proġett maġġuri; ix-xogħol beda u bħalissa għaddejjin it-testijiet ġeoloġiċi.", "Fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija x-xogħol se jibda dalwaqt.", "Tant konna avvanzati fil-preparamenti li matul dan il-weekend erġajna ffirmajna round ieħor ta' kuntratti mal-kunsilli lokali għall-ammont ta' €1.3 miljun biex isiru x-xogħlijiet fi Triq il-Provigarju, Għajnsielem; Triq il-Għajn, Fontana; Triq il-Ġojjin, Triq is-Summien u Triq Wenzu Mintoff f'Kerċem, Triq il-Munxar fil-Munxar, Triq Gajdoru, Triq Komettiva u Triq Mażżri fix-Xagħra; u Għajn Melel, Żebbuġ.", "Dawn mhumiex parti mill-€4 miljun li tħabbru fil-Baġit.", "Bħala xogħlijiet ippjanati min-naħa tal-Ministeru, għall-2019 għandna l-parti li fadal ta' Triq iż-Żewwieqa fil-Qala, Triq Sannat, Triq l-Imgħallem u Triq ta' Wara s-Sur fir-Rabat, li għalihom diġà qegħdin nippreparaw it-tenders.", "Biex naqta' xewqet l-Onor.", "Said, flimkien ma' Infrastructure Malta qegħdin inlestu l-preparamenti biex Triq Marsalforn mir-Rabat sa Marsalforn tiġi mibnija mill-ġdid, għaliex nifhmu li dan huwa proġett maġġuri.", "Lista oħra ta' toroq li se nagħmlu mal-kunsilli lokali se tiġi ppubblikata iktar tard skont kemm nilħqu nonfqu fondi.", "Jiġifieri, it-taħdidiet mal-kunsilli lokali diġà saru u, jgħid x'jgħid kulħadd, il-problema ta' Għawdex mhijiex il-fondi.", "Min kien fl-irwol amministrattiv jaf li għandna żewġ kuntratturi biss, u rridu naraw kemm xogħol jifilħu jagħmlu dawn iż-żewġ kuntratturi.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Azzopardi, mhux billi ngħidu li nġibu l-kuntratturi minn barra!", "Taħditiet ma' kuntratturi minn barra kellna, imma dejjem tibqa' l-istess problema għaliex impjanti f'Għawdex hemm tnejn.", "Jiġifieri biex jiġi t-tarmac, biex jiġi maħdum u biex jiġi msajjar, hemm żewġ impjanti li jridu jlaħħqu ma' kulħadd.", "Dan ma tistax iġġibu minn Malta għax inkella jilħaq jiksaħ u ma tkunx tista' taħdmu.", "Jiena ma rrid nikser qalb ħadd, imma dawn huma r-realtajiet li rridu niffaċċjaw, sakemm l-Oppożizzjoni ma tkunx kor wieħed mal-Gvern ħalli ninkoraġġixxu ħafna iktar nies jinvestu f'dan is-settur u nkunu nistgħu nagħmlu t-toroq kollha li hemm bżonn.", "Flus hemm, u għalhekk qegħdin.", "Flimkien mat-toroq, hemm ukoll il-proġett tal-pjazez, li jinkludi tliet pjazez maġġuri.", "Dwar Pjazza San Franġisk se nitkellem dalwaqt.", "Però, hemm ukoll Pjazza San Ġwann Battista li x-xogħol fiha wasal biex jibda, imma ridna nistennew ix-xogħol ta' Triq il-Knisja jibda minħabba l-water management fejn ried isir il-culvert; u l-ftehim li għamilna mal-Kunsill Lokali ta' Sannat biex issir Pjazza Santa Margerita.", "Din naf li l-Onor.", "David Stellini se jieħu gost biha.", "Xi ħadd mill-Oppożizzjoni semma d-dar tal-anzjani.", "Kif ilkoll tafu, inkluż inti, Sinjura President, jiena ġejja mis-settur tal-anzjani, u xtaqt li din id-dar nisfruttaw il-potenzjal kollu tagħha.", "Erġajna rajna l-pjanti u biddilniehom biex issir skont l-aħħar standards applikabbli.", "Iddeċidejna li nibnu wkoll wing ġdida għall-persuni bid-dimenzja.", "Fil-fatt ġibna l-permessi, it-tibdil strutturali sar, u preżentement ukoll qed isir ir-restawr tal-faċċata tal-binja, li hija skedata.", "Wasalna fi stadju avvanzat biex toħroġ it-tender għall-finishing u anke għall-management ta' din id-dar.", "Però, flimkien ma' din id-dar qegħdin naħdmu fuq proġetti oħrajn.", "Pereżempju, din hija l-ewwel darba li l-Ministeru għal Għawdex għandu line item għal xiri ta' sodod għall-anzjani, u hawn qegħdin nitkellmu dwar miljuni.", "Qegħdin nitkellmu mal-Kurja wkoll dwar id-dar tal-anzjani fin-Nadur.", "Din kont bdejt naħdem fuqha bħala Segretarju Parlamentari, però żviluppa intopp ta' natura legali.", "Il-ġimgħa l-oħra, ġejt informata li issa dan l-impediment legali ġie solvut u allura se nkunu nistgħu nkomplu naħdmu fuq din id-dar.", "Fil-frattemp, ftaħna n-night shelter tax-Xagħra.", "Ikkonkludejna wkoll il-ftehim mal-privat biex infetħet Casa Amalia biex inkunu nistgħu noffru servizzi għall-persuni afflitti mill-kondizzjoni tad-dimenzja, kemm għal bi nhar kif ukoll għal bil-lejl.", "Dwar il-proġett ta' San Franġisk, illum l-iskop tiegħu nbidel.", "Sodisfatta ħafna li d-Deputat Prim Ministru laqa' l-proposta tiegħi biex din il-binja issa tinbidel f'ċentru tas-saħħa.", "Hawnhekk jiena ngħaddi kritika kemm lil gvern u kemm lil ieħor – u mhux se noqgħod indur ma' kantunieri – li mhuwiex aċċettabbli li jkollok ċentru tas-saħħa fir-Rabat li huwa fil-kondizzjoni ta' medjokrità kif inhu fil-preżent.", "Jiena ħassejt li kelli nagħmel din il-proposta biex din il-binja tintuża għal dan l-iskop, u issa se jkollna ċentru tas-saħħa ġdid li mhux biss huwa spazjuż, mhux biss se jkun modern, mhux biss se jkun totalment aċċessibbli, imma se jkollu apparat modern u se jingħataw servizzi fih li qatt ma ngħataw qabel f'Għawdex.", "Ovvjament, it-tenders kellhom jerġgħu jiġu ppubblikati għaliex la nbidel l-iskop, issa trid tbiddel anke l-affarijiet.", "Fil-fatt, għandna t-tenders tal-finishings li se jagħlqu għada.", "Sadanittant, komplejna naħdmu biex dan il-proġett ikollu l-aspett estetiku għax nafu li huwa binja ċentrali, u allura kkummissjonajna lil Fr. Roberto Gauci, li għamel il-mużajk f'Ta' Pinu, għax ridna li apparti l-bżonn ikollna wkoll l-estetika li tiġi ndirizzata permezz ta' dan ix-xogħol tant artistiku u tant sabiħ.", "Semmejt iċ-ċentru tas-saħħa l-ġdid, però ma nistax ma nsemmix ukoll il-Berġa tax-Xewkija u l-Blood Donation Unit ġodda li inawgurajna flimkien mal-Ministru tas-Saħħa ftit ilu.", "Irridu nkomplu ninsistu fuq il-ħtieġa tal-kura primarja.", "Qed insemmi dawn l-affarijiet biex nuri l-impenn tal-Gvern anke fejn tidħol is-saħħa.", "Dalgħodu saret kritika ħarxa fuq l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Jien għadni kemm kelli injury u nixtieq nirringrazzja lill-istaff kollu tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tal-kura li taw lili u lin-nies kollha li jkollhom jirrikorru għas-servizzi tal-isptar.", "Onestament, ma naħsibx li l-kritika li qed issir hija ġusta.", "Se mai għandna naħdmu lkoll flimkien biex naraw li l-għanijiet u l-bżonnijiet tagħna l-Għawdxin jintlaħqu.", "Però, lanqas irridu ninsew minn fejn tlaqna.", "Smajt lill-Onor.", "Refalo jagħmel kumment, u anke għamel referenza għall-Onor.", "Biex inkunu koerenti kemm bħala Gvern u kemm bħala Oppożizzjoni, irridu nirrikonoxxu li qabel l-2013 kellna sptar tat-tielet dinja, però dwar dan forsi jkolli l-opportunità nespandi f'dibattitu ieħor.", "Biex inkompli fuq dan il-proġett, fil-frattemp ħareġ it-tender ta' Pjazza San Franġisk u qegħdin nikkoordinaw ix-xogħlijiet flimkien biex ikun hemm l-inqas inkonvenjent possibbli għall-pubbliku.", "Irrid inserraħ ras kull min qed jinkwieta li l-parkeġġ mhux se jonqos imma se jkun hemm ukoll sistema ta' immaniġġjar tat-traffiku aħjar biex il-flow tkompli għaddejja.", "Dwar il-parkeġġ tar-Rabat, nafu li hemm ħtieġa għalih.", "Fil-fatt, matul din is-sena, flimkien ma' Projects Malta ħdimna fuq proġett ġdid u qegħdin niffinalizzaw il-pjanti.", "Hemm ukoll il-parkeġġ tal-Katidral li issa reġgħu bdew id-diskussjonijiet dwaru u nispera li jkollna eżitu fuqu mingħajr dewmien.", "L-Onor.", "Anton Refalo semma l-Mużew ta' Għawdex.", "L-ewwel darba li jiena smajt b'dan il-proġett kien fi żmien il-Ministru Giovanna Debono, li kienet tkellmet dwaru, però li ma wettqitux.", "Illum ix-xogħol fuq il-mużew għaddej, huwa proġett li bħala Ministru impenjajt ruħi li nsalva, għaliex kien hemm perijodu fejn ix-xogħol tant kien waqa' lura li kien hemm riskju li jintilfu l-fondi.", "Jiena assigurajt li l-proġett jitlaq, u r-riżultat illum qiegħed hemm għaliex kull min jgħaddi mit-triq prinċipali tar-Rabat jista' jara x-xogħol għaddej.", "Fil-fatt, ħarġu t-tenders kważi kollha u qegħdin jiġu evalwati.", "Kull ma baqa' huma xi żewġ tenders, imma dawn isiru ladarba javvanza x-xogħol infrastrutturali.", "Dan ix-xogħol qed isir kollu mill-Ministeru għal Għawdex, waqt li Heritage Malta qegħdin jieħdu ħsieb l-istoryline biex dak li jkun jidħol fil-mużew u jkollu dik l-esperjenza.", "Anke l-opri tal-arti li qegħdin jiġu indikati minn Heritage Malta qegħdin jinxtraw mill-Ministeru għal Għawdex skont il-line item li għandna bħala ministeru.", "Huwa proġett li jiġi fi tmiemu fl-2020.", "Dwar il-proġett tal-Qorti ta' Għawdex, l-ewwel darba li ssemma kien proprju fis-snin disgħin meta Gvern Nazzjonalista kien fil-Gvern, jiġifieri qegħdin nitkellmu madwar 28 sena ilu.", "Is-sit li kien ġie indikat biex jinbena l-Qorti fuqu kellu diversi sfidi, fosthom l-istabbilità tal-binja.", "Tant hu hekk li l-Onor.", "Chris Said bħala avukat ukoll kiteb għan-nom tar-residenti tal-akwati biex jipprotesta dwar il-fatt li l-Qorti kien se jsir fis-sit indikat, għaliex kieku sar il-proġett hemmhekk kien se jkun kaġun ta' ħsara strutturali kbira lir-residenzi, u kellu raġun.", "Għal din ir-raġuni s-sena l-oħra ħadt id-deċiżjoni li nbiddlu s-sit, ġibt ukoll approvazzjoni tal-Kabinett u, f'Jannar ta' din is-sena, kif kont impenjajt ruħi, għamilt konsultazzjoni pubbliku li minnha rriżulta li kien hemm qbil mas-sit il-ġdid propost.", "Tħejjew il-pjanti, u hemm l-applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-Onor.", "Azzopardi qal li din l-applikazzjoni qegħda fi stadju ta' tracking.", "Veru, però rrid infakkar lill-Onor.", "Azzopardi li Gvern Nazzjonalista dam fi proċess għand l-Awtorità tal-Ippjanar ħames snin, jiġifieri, by those standards, jien ma tantx qiegħda tard għaliex kull ma ilni li bdejt il-konsultazzjoni u ffinalizzajna kollox huwa minn Jannar li għadda.", "Jiġifieri l-iktar l-iktar qiegħda b'lura disa' xhur li, komparat ma' ħames snin, mhumiex wisq; però, kienet deċiżjoni li riedet tittieħed minħabba l-isfidi li kien hemm fit-terren.", "Tliet proġetti importanti oħrajn fejn jirrigwarda l-ħolqien tax-xogħol huma l-SME Park, l-ICT Hub, kif ukoll il-proġett ta' Tal-Ħofra fix-Xewkija.", "Dwar l-ICT Hub ix-xogħol miexi tajjeb ħafna u se jkun lest fil-bidu tas-sena d-dieħla, flimkien mal-proġett ta' Tal-Ħofra.", "Għall-proġett ta' Tal-Ħofra fiż-żoni industrijali tax-Xewkija qegħdin jiġu evalwati l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Malta Enterprise biex dawn il-garaxxijiet jiġu allokati lil intrapriżi Għawdxin.", "Dwar l-SME Park, dan huwa proġett li ilu jissemma mill-1987, għax meta kont qed nipprepara għal dan il-baġit jien mort lura għad-dibattiti u d-diskorsi tal-Baġit li saru mill-1987 'il hawn u naf x'qed ngħid.", "Nisteden lill-Oppożizzjoni jaqraw dawn id-dibattiti, kif għamilt jien, u jirrealizzaw kemm matul din is-sena mxejna 'l quddiem komparat mad-diskorsi li kienu jsiru fi żmenijiet oħra meta jiena ukoll kont fil-bankijiet tal-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Qed nitbissem għar-raġuni li naf x'inhu r-rwol ta' deputat fl-Oppożizzjoni, imma llum li qiegħda fil-Gvern rajt id-diskorsi kollha mill-1987 sal-lum, u qed nitbissem għax ninsab ottimista ħafna u sodisfatta ħafna bil-progress li qed isir.", "L-SME Park semmieh l-ewwel darba Anton Tabone meta kien Ministru.", "Matul din is-sena avvanzajna ferm.", "Hemm l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, però wara diskussjonijiet li kellna mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – għax hija żona sensittiva – ħriġna b'soluzzjonijiet biex nakkomodaw bżonnijiet differenti, fosthom il-ħtieġa li jkollna business centre f'Għawdex li joffri spazju li jkun readily available biex kumpaniji u investituri jkunu jistgħu jibdew joperaw minn hemm.", "Matul din is-sena wkoll qegħdin naraw bidla fil-mod ta' kif qegħdin naħdmu kemm mal-MIP, kif ukoll mal-Malta Enterprise għaliex, bi qbil magħhom, kellna żewġ rappreżentanti tagħhom li qegħdin fil-binja tal-Ministeru u fformolajna agreement li permezz tiegħu ż-żoni tax-Xewkija, kif ukoll ta' Dbiegi, il-common parts jiġu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru biex inkunu nistgħu inżommuhom.", "Se jkun hemm xogħol ta' tisbiħ u eventwalment ukoll it-toroq tal-madwar se jiġu upgraded, u nistgħu ngħidu li hemmhekk avvanzajna wkoll.", "Dwar il-ħolqien tax-xogħol tajt ħarsa ħafifa lejn uħud mill-proġetti kapitali.", "Hemm ħafna oħrajn, però żgur m'għandix ċans nidħol fihom għax diġà għaddieli nofs il-ħin.", "Irrid ngħid li mill-2013 sal-lum il-GDP tela' b'€90 miljun, total ta' €439 miljun.", "Rajna tkabbir ekonomiku ta' kważi 9%, u dan meta bejn l-2011 u l-2013 it-tkabbir ekonomiku kien biss ta' 3.7%.", "Qegħdin naraw li l-ekonomija kibret b'iktar mid-doppju u l-għajta tagħna ta' xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin saret realtà, għax illum ir-rata ta' qgħad f'Għawdex niżlet għal 1.55%.", "L-Onor.", "Said semma l-prekarjat.", "Jiena waħda minn dawk li nemmen ħafna fid-drittijiet tal-ħaddiema.", "Fil-fatt, l-iskemi li nħolqu fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti li sfortunatament baqgħu jippersistu anke sa ftit tax-xhur ilu, jiena ma naqbilx magħhom.", "Jekk ikunu provviżorji, iva; imma, jekk ikunu long term, irrid l-impjiegi, ma rridx skemi.", "Proprju f'Jannar li għadda dawk kollha li kien fuq skema ġew impjegati ma' kumpaniji privati, u l-ħaddiema issa għandhom kuntratt definit, għandhom paga, għandhom serħan tal-moħħ u għandhom id-drittijiet kollha mħarsa.", "Qabel, dawk li kienu taħt l-iskemi kellhom kondizzjonijiet ta' pocket money għax ċuċati kienu qegħdin jieħdu.", "Kellhom ukoll il-problema għaliex ma kenitx qed titħallas il-bolla, la kellhom leave, la sick leave, ma kellhom xejn, u dan kollu ġie eliminat.", "Illum l-isfida li għandna bħala Għawdex – u din nirrikonoxxiha u napprezza l-ħidma kollettiva li qed issir biex nindirizzawha – hi biex nerġgħu nattiraw lura l-professjonisti li telqu minn Għawdex biex isibu opportunitajiet aħjar.", "Qegħdin naraw fosthom is-setturi tas-software development, is-setturi tal-finanzi u tal-awditjar, il-Fintech, kif ukoll il-gaming industry, għax dawn huma xogħlijiet li joffru kondizzjonijiet tajbin u opportunitajiet ta' career development.", "Fl-eżerċizzju li għamilna tal-iskill gap analysis rajna din is-sitwazzjoni u l-konsulenti tagħna tawna sensiela ta' rakkomandazzjonijiet, u aħna bdejna nwettquhom.", "L-inizjattiva li bdejna fil-Baġit li għadda tal-Gozo Employment Scheme qegħdin narawha wkoll f'dan il-baġit għaliex ħalliet il-frott, u din is-sena għandna vvotati għaliha €1.4 miljun.", "Irrid ngħid li permezz ta' din l-inizjattiva qegħdin nagħtu lill-employer €6,000, li hija bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal 30% tal-paga medja għal kull impjieg ġdid li jinħoloq għal iktar minn tliet snin.", "Matul din is-sena, diġà għandna 14-il intrapriża li applikaw, waqt li n-numru ta' impjiegi ġodda li qegħdin japplikaw għal din l-iskema huwa ta' 24.", "Din il-cash grant li qegħdin nagħtu lill-employers se jkunu jistgħu jinvestuha fil-ħaddiema tagħhom stess kemm bħala career and professional development, kif ukoll bħala family friendly measures, kondizzjonijiet aħjar u pagi aħjar.", "Flimkien ma' dan hemm ukoll l-assistenza tal-Micro Invest u hemm ukoll it-taxxa tal-boll li meta jiġu jitkellmu magħna jgħidulna li huwa pakkett li qed isibuh attraenti ħafna.", "Hemm ukoll is-single residence permits li bdew jiġu pproċessati f'Għawdex bi ftehim ma' Identity Malta, u għalhekk dawk l-intrapriżi li jridu jħaddmu impjegati barranin qegħdin isibu l-kumdità ta' dan is-servizz f'Għawdex stess.", "Għandna skema oħra li marret tajjeb ħafna biex entitajiet fil-Qasam tat-Teknoloġija tal-Informatika jkunu jistgħu jmorru barra minn Malta u jġibu xogħol lejn Għawdex, waqt li qegħdin naraw ukoll dan il-moviment li ġej permezz ta' din l-iskema.", "Infakkar li kull skema li tiġi mnedija trid tiġi diskussa u approvata mill-iState Aid Monitoring Board.", "Nassigurakom li, għalkemm huwa proċess li forsi wieħed jaħseb li hu faċli, mhuwiex daqshekk faċli għaliex dan huwa eżerċizzju li jkun irid isir direttament anke mal-entitajiet Ewropej, jiġifieri għal kull għajnuna li rridu nagħtu rridu mmorru nġibu l-approvazzjoni minn dan il-bord minħabba r-regolamenti tal-istate aid.", "Biex is-Settur tat-Teknoloġija u tal-Informatika jikber, hemm il-proġett tat-tieni fibre optic cable.", "Bħalissa qegħdin nistennew l-eżitu tal-appelli wara li ħarġu t-tenders relattivi u kienu ġew ipproċessati.", "Però, issa it's a matter of time li jiġu konklużi dawn il-proċeduri.", "Nerġa' nagħmel referenza għal dak li qal il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu, għaliex minn hawn u ftit tal-ġranet oħra għandi s-sodisfazzjon ngħid li se nkunu qegħdin inħabbru investiment ġdid fit-teknoloġija tal-informatika.", "Se jkollna isem kbir u importanti ħafna f'dan is-settur, huwa breakthrough, hija xi ħaġa very very high end, u se tkun il-mod ta' kif se niftħu t-triq għall-value added jobs li rridu f'Għawdex.", "Din se tkun xi ħaġa verament sabiħa u se jinawguraha l-Prim Ministru stess.", "Dwar xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin, anke għall-ħaddiema tal-Gvern, is-sena l-oħra saret il-migrazzjoni tax-xogħol tal-back office minn Malta għal Għawdex biex jinħadmu s-salarji tal-Pulizija, u x-xahar l-ieħor iffirmajna service level agreement mal-MCCAA li, jekk m'iniex sejra żball, kienet taqa' taħt ir-responsabilità tal-Onor.", "Said meta kien Ministru, u permezz ta' dan l-agreemeent se niftħu fergħa tal-istess awtorità f'Għawdex.", "B'hekk il-ħaddiema Għawdxin li ilhom snin jistennew biex jiġu Għawdex, permezz ta' dan il-ftehim u permezz ta' din il-fergħa, se jkunu jistgħu jiġu jaħdmu f'Għawdex.", "Dan mhux każ iżolat.", "Tkellimna ma' diversi ministeri, awtoritajiet u aġenziji oħra biex ikollna iktar agreements ta' dan it-tip, u llum qiegħda f'pożizzjoni li niżvela li għandna żewġ aġenziji governattivi li s-sena d-dieħla se jkunu qegħdin jiftħu l-premises tagħhom f'Għawdex.", "Diġà ħadna l-approval biex jiġu ppubblikati l-expressions of interest għall-proprjetajiet, u dan ifisser li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu ma' dawn l-entitajiet se jkunu jistgħu jibdew jaħdmu f'Għawdex stess.", "Aħna mhux biss qegħdin naraw żieda fis-servizzi – għax dan kollu jfisser żieda fis-servizzi f'Għawdex stess għall-kumdità u l-konvenjenza tal-pubbliku Għawdxi - imma se nkunu wkoll qegħdin nagħtu l-opportunità lill-ħaddiema Għawdxin li jiġu jaħdmu f'Għawdex stess.", "Fid-Diskors tal-Baġit il-Ministru għall-Finanzi għamel referenza speċifika għal Identity Malta, u din ukoll se tkun entità li se nkunu qegħdin inkabbruha u nsostnuha.", "Ma jistax jonqos li nagħmel referenza għall-inizjattivi li qegħdin nieħdu favur il-ħaddiema tal-Gvern Għawdxin li jaħdmu f'Malta u li jużaw it-trasport kollettiv.", "Għall-ewwel darba dawn qegħdin jingħataw €1.50 kuljum, u din se jibbenefikaw minnha madwar 1,000 ħaddiem.", "Imbagħad ma rridux ninsew li għas-settur privat hemm it-tax rebate li se tkun available għall-employers li se jorganizzaw it-trasport kollettiv għall-impjegati tagħhom.", "Nikkonċedi li dan huwa l-bidu, però ovvjament it is a good start u għandna bażi tajba fuqhiex naħdmu.", "Dwar il-Gozo Work Subsidy Scheme, li s'issa kienet tingħata lill-ħaddiema tal-Gvern, din issa se tiġi estiża wkoll għall-ħaddiema tas-settur privat.", "Qegħdin nitkellmu dwar injezzjoni ta' €1.2 miljun, li biha se nkunu qegħdin nolqtu 3,000 ħaddiem.", "Ningħaqad mal-Onor.", "Marthese Portelli għaliex din kienet waħda mill-affarijiet li tkellimna dwarha mal-Gozo Employees Association, li flimkien magħhom għandna djalogu kontinwu u qegħdin naħdmu fuq diversi inizjattivi.", "F'dan il-baġit rajna wkoll opportunity windows oħra, fosthom il-fond ġdid għall-industrija tal-films.", "Kellna kuntatti ma' diversi producers, fosthom ukoll producer ewlieni minn Hollywood li impenja ruħu li jġib produzzjonijiet ta' kalibru lejn Għawdex, u diġà ġew skambjati l-letters of intent mal-Malta Film Commission li qed inħares 'il quddiem biex dan l-impenn jimmaterjalizza ruħu.", "Dwar il-Work Trial Scheme for Youths qegħdin nagħtu opportunità liż-żgħażagħ biex jintroduċu lilhom infushom fid-dinja tax-xogħol u jiksbu l-esperjenza, u fix-xhur tas-sajf rajna 290 żagħżugħ u żagħżugħa li pparteċipaw.", "Dwar l-aċċessibilità bl-art, bil-baħar u bl-ajru minn u għal Għawdex din hija kruċjali mhux biss fuq livell ekonomiku, imma wkoll fuq livell soċjali.", "Ir-referenza għall-permanent link illum il-ġurnata toħroġ bi prominenza.", "Irrid ngħid ukoll li, apparti dak li qal il-Ministru għall-Finanzi u li qal il-Ministru Ian Borg ilbieraħ, għadu kemm ħareġ it-tender biex dan il-proġett jiġi mmaniġġjat.", "Jiena persważa li anke l-kollegi tiegħi jafu li dan huwa proġett li se jkun game changer għal Għawdex; però, sakemm jitwettaq dan il-proġett, irridu naraw li l-aċċessibilità bil-baħar u bl-ajru tissaħħaħ.", "Jekk qegħdin nitkellmu fuq aċċessibilità bil-baħar, qed nirreferu għall-Gozo Channel.", "Ħadt gost li saret referenza għall-vapuri tal-Gozo Channel u għat-€88 miljun; però nfakkar li dawk għadhom kollha dejn għax il-Gvern Nazzjonalista ġabhom imma ma ħallashomx.", "Skont l-istatistika maħruġa mill-NSO, rajna kif matul l-ewwel disa' xhur tas-sena kellna 4.4 miljun persuna li vvjaġġaw bejn il-gżejjer, u qegħdin naraw li minn sena għal oħra qed ikollna żieda ta' madwar 7%.", "Fuq il-Gozo Channel se nkun kawta ħafna għaliex naf li kull ħaġa li ngħid tista' tiġi wkoll użata fil-proċeduri pendenti quddiem il-qrati.", "Fil-fatt, dan diġà ġara, kif ġejt informata, u allura se nkun kawta ħafna.", "Dwar il-fast ferry nafu li hija ċara ħafna li, sakemm idumu għaddejjin il-proċeduri legali, il-fast ferry ma jistax jibda, u dan ma jiddependix mill-Gvern.", "Il-Gvern irid jistenna l-eżitu tal-proċeduri li fetaħ ħaddieħor.", "Sadanittant, biex ma nkunux ħlejna l-ħin, flimkien ma' Transport Malta ħriġna t-tender biex jibdew ix-xogħlijiet infrastrutturali fl-Imġarr.", "Għaddej ukoll il-proċess ta' ristrutturar fi ħdan il-Gozo Channel.", "F'Ġunju li għadda ħtart Change Management Review Board, immexxi mis-Sur David Spiteri Gingell, li f'dawn l-aħħar xhur kien qed jaħdem fuq diversi inizjattivi.", "Il-prijorità hija t-titjib tas-servizz għaliex matul l-aħħar snin trabbew prattiċi ħżiena ħafna, kulħadd beża' jaqbad il-barri minn qrunu għaliex jirfes il-kallijiet.", "Però għadu kemm ġie konkluż l-HR audit biex ikollna tisħiħ tal-organisational structures tal-kumpanija u naraw ukoll x'taħriġ hemm bżonn għall-ħaddiema tagħna.", "Bdejna wkoll ISO certification process biex nassiguraw li l-livell tas-servizz ikun skont l-istandards applikabbli fl-industrija, kif ukoll jew illum jew għada se jiġi ppubblikat it-tender għal sistema ġdida ta' e-ticketing li permezz tagħha l-biljetti se jkunu jistgħu jinxtraw kemm online, kif ukoll permezz ta' mobile app.", "Dan ifisser investiment sostanzjali li qed isir mhux biss fis-sistema, imma b'risq l-effiċjenza u l-konvenjenza tal-utenti tas-servizz, u nemmen li din is-sistema se ġġib rivoluzzjoni pożittiva ħafna.", "Konxji wkoll mir-rapport kritiku tal-Awditur Ġenerali u mid-diskrepanzi fin-numru ta' passiġġieri u vetturi li vvjaġġaw bil-Gozo Channel.", "Din il-kwestjoni dehret ukoll fil-ġurnali f'dawn l-aħħar ġranet u, għal dan il-għan, se nintroduċu s-sistema ta' automatic vehicle counting system kemm fiċ-Ċirkewwa, kif ukoll fl-Imġarr.", "Dan mhux biss se jindirizza d-diskrepanzi, imma se jirrendina iktar effiċjenti fejn jidħol ir-revenue leakage a detriment tal-kumpanija.", "Matul dan ix-xahar se joħroġ ukoll it-tender għas-service benchmarking fejn se jkollna wkoll service desk fit-Terminal tal-Imġarr u anke fiċ-Ċirkewwa.", "Barra minn hekk, qegħdin nanalizzaw ukoll l-operational optimisation tal-flotta biex innaqqsu l-ħin ta' stennija bejn vjaġġ u ieħor, speċjalment fil-peak hours.", "Dwar ir-raba' vapur, dan jien semmejtu għaliex fis-snin ta' qabel ħadd minn dawk ta' quddiemi ma semmieh.", "Almenu, ma smajt lil ħadd minnkom isemmih.", "Hija proposta li għadha attwali, mhijiex kwestjoni ta' fondi min-naħa tal-Gvern, għaliex il-Gvern ma jistax jagħti fondi minħabba r-regoli tal-istate aid, u rrid infakkar li l-Gozo Channel qed taħdem skont kuntratt li għandha tal-PSO u allura anke l-vjaġġi huma regolati.", "Infakkru li l-Gozo Channel qed taħdem skont kuntratt li għandha u ilu għandha minn żmien Gvern Nazzjonalista u, skont dan il-kuntratt, huma l-vjaġġi tat-timetable biss li hija marbuta li tagħmel.", "Sakemm indumu l-qorti bil-proċeduri li fetaħ ħaddieħor ifisser li rridu nibqgħu marbutin ma' dan il-kuntratt il-qadim.", "Dwar il-heliport u allura l-link bl-ajru, għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru għat-Turiżmu biex nerġgħu nibdew servizz bil-helicopter.", "Sar studju dettaljat dwar il-vijabilità ta' dan is-servizz, u qed naraw option minnhom partikolari li tidher li hija aktar vijabbli minn oħrajn.", "La qed insemmi l-aċċessibilità żgur li rrid naċċenna għaliha u norbotha mat-turiżmu u mal-iżvilupp tal-prodott turistiku li ma tantx smajt fuqu dalgħodu, anke jekk huwa pilastru importanti ħafna.", "Illum il-figuri jitkellmu waħedhom, però tibqa' l-isfida li rridu nżidu l-bed nights.", "Illum mhijiex kwestjoni ta' shoulder months, għax għandna turiżmu għaddej is-sena kollha, però rridu nżidu l-bed nights.", "Dan jirrikjedi li ninvestu aktar fil-promozzjoni, u għalhekk f'dan il-Baġit rajna żieda fil-vot iddedikat għall-promozzjoni ta' Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta.", "Din is-sena investejna bis-sħiħ f'reklamar barra minn Malta, jiġifieri dħalna f'kuntratti ma' Jet2holidays, Opera Magazine, National Geographic, Spears Magazine, FF Randonnée, UBM Seatrade, Easyvoyage, Magazine Plongez, Totem, u kellna wkoll crew mill-Japan Times, Newsweek u Country Profiler li għamlu features importanti immens dwar Għawdex.", "Dan apparti l-fieri li nattendu kemm bħala Ministeru, kif ukoll through il-GTA.", "Fil-fatt bħalissa, flimkien mal-MTA, qegħdin f'Londra jippromwovu lil Għawdex.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' turiżmu sostenibbli, bħala Għawdex erġajna ġejna magħżulin bħala waħda mill-aqwa 100 destinazzjoni fid-dinja għat-turiżmu sostenibbli.", "Rajna n-nomina taċ-Ċittadella għar-Reggio Awards 2018.", "Investejna wkoll fl-indafa għax meta tasal Għawdex l-ewwel li tiekol l-għajn, u ħassejna li kellna nintensifikaw il-ħidma.", "Fil-fatt sal-aħħar ta' Settembru, l-intervention team kellu 1,040 każ ta' rapporti li saru mill-pubbliku li ġew indirizzati, kif ukoll saru diversi clean-up events ma' NGOs għax irridu nimmobilizzaw u nqajmu l-kultura favur l-indafa f'Għawdex.", "Din is-sena erġajna investejna f'magni u vetturi ġodda ta' tindif.", "F'dak li għandu x'jaqsam il-bajjiet għamilna upgrades.", "S'issa konna qed nitkellmu fuq il-blue flags.", "F'Għawdex għandna tliet blue flags; però, din is-sena, f'Awwissu li għadda, introduċejna l-white flags, u allura dħalna fi ftehim ma' entità internazzjonali; bdejna bil-clean-up f'Daħlet Imġarr ix-Xini fix-Xewkija u s-Sannat, però għaddejna biex ikun hemm it-tindif ukoll f'Daħlet Qorrot u Marsalforn bil-ħsieb li minn hawn u ftit tas-snin oħra l-bajjiet kollha f'Għawdex ikunu klassifkati bħala white flag.", "B'hekk inkunu nistgħu nippromwovu lil Għawdex bħala white flag beach destination.", "Il-pass li jmiss huwa li jkollna green beaches, li hija waħda mill-inizjattivi li se jkunu parti mill-istrateġija reġjonali għal Għawdex.", "Id-diving ukoll se nkunu qed nagħtuh attenzjoni diretta, u din is-sena kellna riżultat inkoraġġanti ħafna għax kellna erba' dive shops li bbenefikaw minn niche market scheme b'mod li setgħu jinvestu f'diversi attivitajiet u promozzjonijiet.", "Però dan is-settur irridu ninvestu ħafna aktar fih.", "Il-kultura llum hija parti mid-Dipartiment tat-Turiżmu.", "Din kienet konsegwenza ta' ristrutturar u permezz ta' hekk rajna vot li din is-sena żdied tant li jlaħħaq madwar €700,000.", "Din is-sena kellna wkoll lista ta' festivals tematiċi ġodda.", "Kellna madwar 18-il event li se jkunu parti mill-kalendarju għas-sena d-dieħla, u se jkunu qegħdin jiżdiedu oħrajn magħhom, anke permezz ta' skema li permezz tagħha qegħdin niffinanzjaw ġurnalisti barranin biex jiġu Għawdex u jippromwovu attivitajiet kulturali.", "Matul din is-sena, kif tħabbar fil-Baġit li għadda, nidejna l-iskema għat-turiżmu msejħa Enable Tourism, li permezz tagħha qed nagħtu fondi lill-istabbilimenti tal-ospitalità biex ikunu jistgħu jagħmlu l-upgrades.", "Komplejna naħdmu mal-ITS, u l-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jiffinanzja kors mogħti mill-Università fl-ospitalità.", "F'dawn l-aħħar ġranet kellna żjara interessanti ħafna mis-Segretarju Ġenerali tal-UNWTO, li flimkien qbilna fuq pjan ta' kollaborazzjoni biex inkomplu nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika.", "Il-patrimonju kulturali huwa parti intrinsika mill-pakkett turistiku li noffru.", "Din is-sena komplejna nagħtu spinta lil dan is-settur.", "Ħdimna ma' Wirt Għawdex fuq żewġ proġetti sbieħ ħafna, li huma l-barrakka li tinsab fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, kif ukoll ix-shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija li jinsabu fis-swar taċ-Ċittadella, u komplejna wkoll bil-proġett ta' restawr taċ-Ċittadella, għax ir-restawr u l-manutenzjoni huma xi ħaġa kontinwa.", "Apparti l-Mużew tal-Arti li diġà semmejt, hemm ukoll il-mitħna tax-Xewkija li se tkun lesta s-sena d-dieħla, u dawn ukoll ġejjin minn fondi Ewropej.", "Dwar Calypso Cave, kif semmejt drabi oħra, flimkien mal-Università ta' Malta qed isir scanning tas-sit biex eventwalment jibdew isiru x-xogħlijiet kif jiġu indikati mill-Università stess.", "Se ssir ukoll ir-riġenerazzjoni tal-Fanal tal-Ġordan, proġett li kien issemma l-ewwel darba fil-Baġit li għadda; ix-xogħol fl-ewwel fażi beda, u nista' ngħid li dan ix-xogħol kien f'waqtu ħafna għax tant kienet profonda l-ħsara li allaħares ma intervjenejniex.", "Fil-fatt meta bdejna l-interventi sibna ħsara li hija estensiva aktar milli ħsibna.", "Rigward fondi li tajna lill-kunsilli lokali taħt l-iskema ta' restawr, irrid ngħid li bbenefikaw sitt kunsilli lokali.", "Dwar is-settur soċjali hemm diversi proġetti in the pipeline.", "L-ewwel li se nibdew huwa bil-proġett tal-housing soċjali li se jsir f'Taċ-Ċawla; hemm l-applikazzjoni sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Apparti x-xogħol estensiv li sar matul din is-sena fil-housing estate, din is-sena wkoll se nqassmu l-flus tar-refunds għal min stalla panelli fotovoltajċi; minn dawn ir-refunds se jibbenefikaw 120 familja.", "Rigward l-għajnuna lill-pazjenti, kif ħabbarna fil-Baġit se jkun hemm modifika ta' rimborż tal-biljett tal-vapur.", "Issa dan ir-rimborż mhux se jibqa' biss għall-pazjent, imma wkoll għall-adult li se jkun qed jakkumpanjah, u nista' niżvela minn issa li dan mhux se jkun limitat għall-kanċer biss, imma għal kondizzjonijiet oħrajn li se jkunu qed jiġu elenkati.", "Il-ħsieb huwa li kull sena nkomplu nżidu l-lista: imma, għall-ewwel darba qed nagħtu allowance addizzjonali għall-akkomodazzjoni tal-pazjenti li jieħdu kura f'Malta.", "L-għajnuna lill-istudenti diġà semmejtha.", "Għandna l-hostel, għandna wkoll il-housing subsidy li se tkun qed tingħata; però hemm anke l-upgrade li qed nagħmlu fiċ-Ċentru tal-Università ta' Għawdex.", "Irrid infakkar li l-courses li jingħataw hemmhekk huma finanzjati u sostnuti mill-Ministeru għal Għawdex, u qed isir ukoll eżerċizzju mill-Università stess biex naraw x'korsijiet nistgħu nagħtu fl-istess ċentru.", "Se jkun hemm ukoll upgrade sostanzjali fil-premises.", "Rigward servizzi għall-istudenti li qed jagħmlu korsijiet f'Malta, flimkien mal-Università qed naraw x'inizjattivi ġodda nistgħu nieħdu.", "Fil-qasam tal-anzjani semmejt id-dar tal-anzjani u n-night shelter tax-Xagħra Casa Amalia.", "Hawn qed naraw żieda sostanzjali ta' €2.5 miljun dedikati għas-servizzi għall-anzjani.", "Matul din is-sena rrevedejna ħafna mis-servizzi u għamilna riforma fil-meals on wheels biex ġejna in line mal-prattiċi u standards applikabbli.", "Ħriġna tender għall-carers biex nistgħu nagħtu servizzi fil-komunità, kif ukoll riforma fis-servizz tal-inkontinenza biex nagħtu servizz b'saħħtu lil dawk li ma jistgħux joħorġu mid-dar.", "Saħħaħna wkoll is-servizz tal-fiżjoterapija, kif ukoll qed naħdmu id f'id mal-Comcare.", "Bħala servizzi, il-Ministeru għal Għawdex introduċejna s-servizzi residenzjali u ta' respite, komplejna nsaħħu ċ-ċentri tal-anzjanità attiva u din is-sena ftaħna żewġ ċentri, wieħed il-Qala u l-ieħor fil-Munxar, kif ukoll waqqafna s-servizz ġdid tal-Home Assist.", "Għall-persuni b'diżabilità komplejna nseddqu l-kollaborazzjoni mal-Aġenzija Sapport, mal-Kummissjoni, mal-iSpecial Olympics, u għaddejjin bit-tieni fażi tal-proġett ta' Għajnsielem hub.", "Saru wkoll xogħlijiet fiċ-Ċentru Santa Marta, u ftaħna wkoll computer lab hemmhekk.", "Lil dawk li jinnotaw it-tiżjin fir-roundabouts ngħidilhom li dawn isiru mill-persuni b'diżabilità, fejn il-klijenti taċ-Ċentru Santa Marta qed jaħdmu spalla ma' spalla mal-ħaddiema tal-Ministeru.", "Il-proġett ġdid Opening Doors qed joffri opportunità ta' rikreazzjoni u kreattività għall-persuni b'diżabilità.", "Hemm ukoll il-parteċipazzjoni fil-Jazz Programme li kont nedejt qabel l-elezzjoni.", "Sar ukoll ftehim mal-Maltapost biex id-dokumenti tal-Qorti ta' Għawdex ikunu jistgħu jiġu scanned hemmhekk, u allura nkunu qegħdin nikkontribwixxu għall-ħolqien tax-xogħol għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex stess.", "Fil-qasam tal-NGOs, ħadt gost ħafna bil-kummenti li għadda l-Onor.", "Stellini, għax qed naħdmu ħafna mal-NGOs.", "Mill-NGO Scheme din is-sena diġà bbenefikaw 19-il organizzazzjoni volontarja u rridu nkomplu nsostnu dan il-qasam.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-isport, f'dan il-baġit qed nagħtu ħafna importanza lill-inizjattivi sportivi u qed naraw żieda fl-allokazzjoni finanzjarja.", "Din is-sena ħriġna skema għal għajnuna lill-għaqdiet sportivi Għawdxin biex ikunu jistgħu jagħmlu proġetti li huma ta' fejda għall-clubs u l-għaqdiet tagħhom.", "Però ħriġna skema oħra għall-isportivi fejn qed nagħtuhom għajnuna ta' €500 biex dawk l-isportivi li jkunu jridu jmorru għal taħriġ f'Malta, jew forsi jkollhom attivitajiet sportivi f'Malta, inkunu nistgħu nagħtuhom għajnuna finanzjarja biex intaffulhom il-piż u nkomplu nagħmlulhom kuraġġ fl-isport li jkunu qegħdin jipprattikaw.", "Din is-sena wkoll, biex inkomplu nagħtu spinta lill-kultura sportiva, bħala Ministeru assorbejna l-costs tal-iSports on the Move u Summer on the Move, kif ukoll iffinanzjajna diversi inizjattivi li seħħew matul is-sajf organizzati minn diversi NGOs biex inkunu nistgħu nippromwovu l-kultura sportiva.", "Il-proġett tal-pixxina diġà semmejtu.", "Għandna wkoll it-trakka tal-mixi, ġiri u ċikliżmu tal-Ulysses Grove li se tkun lesta s-sena d-dieħla.", "L-Onor.", "Stellini semma wkoll it-tennis court ta' Kerċem.", "Nikkonfermalu li x-xogħol huwa lest, u kulma jonqos huwa l-marking.", "Se jkunu qegħdin isiru, bħalma saru matul din is-sena, diversi xogħlijiet fil-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma, kif ukoll fix-shooting range taż-Żebbuġ.", "Dan kollu qed jikkomplementa inizjattiva li l-Ministeru daħal fiha bi sħab ma' entitajiet oħrajn, li hija establishing a national platform to address social determinance of health, li huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u li jiswa madwar €3 miljun.", "Dwar Eko-Għawdex irrid ngħid li l-politika ma skrappjajnihiex imma rrevedejnieha, għax Eko-Għawdex kienet irriduċiet ruħha għal skopijiet medjokri; kien jintuża Eko-Għawdex biex, pereżempju, jinxtara pjanu.", "Ċertament li dan ma kienx jagħmel sens, u allura erġajna rrevedejna l-affarijiet biex Eko-Għawdex jieħu r-rwol naturali tiegħu.", "Apparti li rajna żieda fl-allokazzjoni finanzjarja, ma nistax ma ngħidx li ftit tal-ġranet ilu, flimkien mal-Onor.", "Aaron Farrugia, ħabbarna proġett ġdid ta' €8.5 miljun minn fondi Ewropej, flimkien ma' €3 miljun oħra fondi nazzjonali biex jiġu riabilitati 11-il wied f'Għawdex u jsiru 30 kilometru ta' ħitan ta' sejjieħ, tisħiħ tal-infrastruttura taż-żoni f'Għawdex, u allura t-toroq u l-passaġġi, imma wkoll proġett ta' konservazzjoni tal-ilma u l-ħamrija biex ikollna tisħiħ tas-settur agrikolu f'Għawdex.", "Dan huwa parti minn Eko-Għawdex, imma bħala proġett huwa mmirat biex ngħinu lill-bdiewa Għawdxin.", "Għandna wkoll proġett ieħor tal-Wied ta' Marsalforn fejn se jkollna fondi Ewropej ta' €0.5 miljun biex nirrestawraw il-ħitan tas-sejjieħ, li se jkun lest bħal-lum sena, u għandna proġetti oħrajn b'fondi Ewropej li se jkunu ta' fejda bħal, pereżempju, il-Consume-Less, li ħadna kważi €300,000 fondi Ewropej, fejn għandna 50% tar-ristoranti on board biex innaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart.", "Magħha abbinat hemm kampanja ta' reklamar.", "Ħarġu wkoll t-tenders biex nixtru l-ismart bins bis-sensors, u qed nitkellmu fuq €200,000 fondi Ewropej oħra ġodda.", "Għandna x-Sherpa Project li wkoll qed jindirizza l-binjiet tal-Gvern, u li għalih ħadna €170,000 f'fondi Ewropej biex ikollna energy conservation Dan flimkien mal-proġett ta' retro fitting tal-Ministeru għal Għawdex li jiswa €1.5 miljun, u li permezz tiegħu mhux biss se naraw ambjent isbaħ, iktar sikur u iktar komdu għall-ħaddiema tagħna, imma wkoll se jkun hemm upgrade.", "Issemma wkoll il-Phoenician shipwreck, u f'dan il-każ dħalna f'agreement mal-Università ta' Malta għal tliet snin biex inkunu nistgħu niffinanzjaw l-espedizzjoni tal-esperti.", "Fejn jidħlu l-oqsma tal-biedja, sajd u animal welfare, f'dan il-baġit rajna żieda sostanzjali ta' ħames darbiet aktar fil-vot iddedikat għal dan is-settur.", "Nemmnu li huma setturi importanti ħafna f'Għawdex, għandhom potenzjal, però għandhom ħafna sfidi, u biex ngħinuhom hemm l-intopp tal-istate aid.", "Din is-sena lestejna l-abbozz ta' dokument dwar l-agri-industrija għax irridu nġibu dan is-settur fuq saqajh.", "Din is-sena wkoll nedejna skema ġdida biex nassistu lill-bdiewa biex jirrestawraw il-ġwiebi u l-bjar tagħhom u, flimkien mal-Ministeru tal-Ilma u l-Enerġija u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, introduċejna s-servizz ta' new water, li huwa s-second class water li qed jitqassam b'xejn lill-bdiewa tagħna.", "Barra minn hekk, waqqafna uffiċċju ġdid fil-farm tax-Xewkija li huwa l-one stop shop għal dan is-servizz.", "Dwar il-farm lestejna s-CBA biex naraw kif dan il-post jista' jiġi żviluppat f'ċentru ta' riċerka u innovazzjoni biex intejbu l-prodott u ngħinu lill-industrija.", "Dan se jsir ukoll permezz ta' laboratorju ġdid li se nkunu qegħdin nagħmlu f'sit li għandu potenzjal.", "Ta' min jgħid li diġà lestejna l-masterplan għal dan il-farm li se jkun il-hub għas-settur tal-biedja f'Għawdex.", "Dwar is-sajd diġà semmejt il-fondi Ewropej li ksibna għall-faċilitajiet tal-Imġarr u tax-Xlendi, u rrid infakkar ukoll dwar l-iskema tal-palm għall-istaġuni tal-lampuki li tajnihom b'xejn, proġett li tant kienet suċċess li anke Malta mxew fuq il-passi tagħna.", "Dwar is-sezzjoni tal-animal welfare f'Għawdex, matul din is-sena din l-entità assistiet madwar 500 talba għall-għajnuna, u għalhekk assigurajna żieda fil-fondi ddedikati għall-animal welfare.", "Dan huwa settur li jimmerita attenzjoni, u allura inawgurajna faċilitajiet ġodda u iktar moderni, investejna f'ambulanza ġdida, kif ukoll allokajna iktar riżorsi umani.", "Din is-sena, bis-saħħa tal-uffiċċju tas-CIO, ħdimna biex nagħmlu l-ħajja tan-nies aktar faċli, u allura titnaqqas il-burokrazija, billi żidna s-servizzi online, introduċejna l-mobile app mygozo, b'mod li s-servizzi huma readily available at the touch of a button.", "Dan ifisser ukoll iffrankar ta' ħin għall-pubbliku.", "Ħdimna wkoll fuq sistema importanti ħafna mal-kunsilli lokali.", "Nemmen ħafna fil-kunsilli lokali, qegħdin naħdmu tajjeb ħafna magħhom, u għamilna platform biex ikunu jistgħu jitolbu għajnuna għal xogħlijiet u materjal biex inkunu nistgħu ngħinuhom, kif ukoll platform biex ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti tan-nies.", "Dwar l-Awtorità Reġjonali ta' Għawdex, se jkun hemm dibattitu sħiħ u allura jkolli l-opportunità nespandi fuq dan is-suġġett.", "Però l-konsultazzjoni u t-taħditiet għadhom għaddejjin.", "Hawn nirringrazzja lill-Membri tal-Oppożizzjoni li tajthom l-abbozz ta' liġi u tawni l-feedback tagħhom dwaru.", "Din hija xi ħaġa li tħares fit-tul.", "Ma rridux inħarsu biss lejn il-mument għaliex l-isfidi li ilna nitkellmu dwarhom ħafna u ħafna snin irridu nindirizzawhom.", "Ma nistgħux noqogħdu nistennew iktar, u ma nistgħux noqogħdu ninħlew f'ħafna ideat romantiċi, imma rridu litteralment naqbdu t-triq u nibdew nimxuha flimkien bħala Għawdxin.", "Il-ħin wasal biex jiskadili, però rrid nagħlaq billi bħala Ministru għal Għawdex ngħaddi messaġġ ta' għaqda fost l-Għawdxin kollha.", "Nerġa' nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru għal Għawdex li f'dawn l-aħħar xhur ħdimna id f'id u spalla ma' spalla.", "Il-Ministeru għal Għawdex huwa ministeru partikolari ħafna, huwa ministeru ħafna ikbar milli wieħed jistenna.", "Però, b'wiċċi minn quddiem ngħid li ħdimna kemm flaħna bla heda u bla waqfien, bla nifs u bil-lejl u bi nhar, imma r-riżultati diġà qegħdin jidhru.", "Se niksbu iktar riżultati matul din is-sena, u nappella lil kulħadd biex inkunu magħqudin fl-impenn tagħna b'risq Għawdex.", "Is-suċċess li qed jgħix pajjiżna ma waqafx iċ-Ċirkewwa biss, imma issa qasam il-fliegu u qed jinħass f'Għawdex.", "Grazzi ħafna lil kulħadd u nistenna li jkollna dibattitu sabiħ dwar dan iktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni hija konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti li jidhru fuq l-aġenda huma posposti għal data li tiġi deċiża iktar 'il quddiem.", "F'12.06 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għal Għawdex kienet ġiet konkluża u li l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa kienu posposti għal data li kellha tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru Justyne Caruana biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JUSTYNE CARUANA: Sinjura President, nirringrazzjak tal-paċenzja li ħadtu bija.", "Nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal-lejla l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Kumitat ta' Provvista – Estimi Ġenerali 2019", "Il-Ħmistax-il Jum Stabbilit – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Vot 40 – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Vot 41 – Politika Soċjali", "Vot 43 – Pensjonijiet", "Vot 44 – Anzjani u Kura fil-Komunità", "Vot XVII – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Kapital.", "Infakkar lill-Kamra li, skont il-Mozzjoni ta' Proċedura nru.", "181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni fuq il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali m'għandhiex tieħu aktar minn tliet sigħat, bid-dibattitu jibda fl-4.30 p.m. u jispiċċa fis-7.30 p.m., bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Il-mistoqsijiet jistgħu jiġu magħmula bejn l-4.00 p.m. u l-4.30 p.m., u l-Aġġornament ma jitteħidx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lum l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Justyne Caruana.", "F'12.08 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181107_164d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta' ġbir ta' skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta' ġbir ta' skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed inħallsu lill-Bulgarija tali qed neċċedu l-emission target?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għal meta fis-sena 2020 jiskadi l-ftehim li huwa għamel mal-Bulgarija li permezz tiegħu qed inħallsu 70c għal kull tunnellata ta' CO2 li qed neċċedu l-limiti ta' emissjonijiet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ li bih Malta marret 'l hinn mil-limiti tal-Unjoni Ewropea għall-emissjonijiet fl-arja fl-2015, fl-2016, u fl-2017?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'idejn min hu l-car park li hemm biswit l-iSptar San Luqa fi G'Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà?", "Jista' jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa' jkollhom aċċess bħalma kellhom s'issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull sezzjoni/uffiċċju (eskluż dawk li qed jagħmlu xogħol fuq barra jew f'latrini pubbliċi) ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha?", "X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5781, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sala mibnija ftit tas-snin ilu u li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bdietx tintuża għal dan l-iskop kollha kemm hi?", "Ġew ingaġġati infermiera Għawdxin sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f'dan il-unit?", "Sar il-programm ta' taħriġ għall-infermiera dwar din il-kura speċjalizzata?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xahrejn u ċjoè matul Settembru u Ottubru 2018 x'progress sar fuq il-preparamenti biex ikun jista' jinbeda x-xogħol fuq il-mina ta' taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex?", "Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol fuq l-istess proġett?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri u s-segretarju tal-Bord tal-Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "Jista' jgħid x'rimunerazzjoni jirċievu l-membri tal-Bord tal-Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta' Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta saret mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar, kemm-il ċertifikat ġie maħruġ mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta u li permezz tiegħu benefiċjarju taċ-ċertifikat u d-dipendenti tiegħu, jistgħu jirrisjedu, jistabbilixxu ruħhom jew jibqgħu għal żmien indeterminat f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għandha pendenti quddiemha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta għall-ħruġ ta' ċertifikat li permezz tiegħu benefiċjarju taċ-ċertifikat u d-dipendenti tiegħu, jistgħu jirrisjedu, jistabbilixxu ruħhom jew jibqgħu għal żmien indeterminat f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha kontijiet bankarji l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema bank jew banek huma l-imsemmija kontijiet bankarji u x'tip ta' kontijiet bankarji huma (pereżempju: savings account, current account, term deposit account eċċ)?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-kontijiet bankarji kemm huwa l-ammont li jinsab depożitat fih?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il individwu avża lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bl-intenzjoni tiegħu li jieqaf jibbenefika minn ċertifikat maħruġ skont ir-Regolamenti dwar il-Programm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18) mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Iskola Sekondarja tar-Rabat, Għawdex (Gozo College) hemm klassijiet li ma għandhomx għalliem tal-Malti u issa ilhom ġimgħat bla lezzjonijiet tal-Malti?", "Jista' jgħid x'qed isir biex dan in-nuqqas jiġi indirizzat u dawn l-istudenti jibda jkollhom lezzjonijiet tal-Malti?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jippubblika l-pre-drilling log stratigrafiku tal-bjar kollha li tħaffru fl-ibħra Maltin mit-13 ta' Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux dawn id-dokumenti mingħand il-kumpanija/i taż-żejt li kienu se jħaffru għaż-żejt?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Peress li l-bir Madonna taż-Żejt f'Għawdex kien bir stratigrafiku, u peress li fis-sena 2000 matul amministrazzjoni Nazzjonalista kien ġie ppubblikat il-log stratigrafiku tat-tħaffir, jiġifieri għal fond ta' minn 4,500 metru sa 8,000 metru, iżda l-istratigrafija tat-tħaffir li sar fiż-żmien amministrazzjoni Laburista preċedenti, jiġifieri minn wiċċ l-art sa fond ta' madwar 4,500 metru baqa' mistur, allavolja dan huwa bir stratigrafiku, jista' jippubblika l-log stratigrafiku sħiħ għat-8km kollha ta' fond?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti l-kordinati tal-oil rigs kollha li jinsabu fl-ibħra Maltin u jgħid x'qed jagħmlu dawn l-oil rigs?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma tal-Continental Shelf Department mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-Continental Shelf Department, x'inhu l-grad tagħhom u x'qed jagħmlu?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min hu r-Regolatur tal-bini mill-ġdid ta' toroq hekk kif ġiet imwaqqfa l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Cabin Attendant u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Cabin Attendant li jipprovdi lill-Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lill-Gozo Channel?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lill-Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lill-Gozo Channel?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista", "Il-Ħmistax-il Jum Stabbilit – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Vot 40 - Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Vot 41 - Politika Soċjali", "Vot 43 - Pensjonijiet", "Vot 44 - Anzjani u Kura fil-Komunità", "Vot XVII - Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Kapital.", "7 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\"", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018 fis-6:30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar l-Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap.9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabilità f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ;", "Affarijiet Oħra ; u", "nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fil-4.45 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar l-Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap.9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabilità f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ – Kontinwazzjoni;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "7 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181107_165a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 164, li saret fis-7 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman, datata 7 ta' Novembru 2018, dwar il-każ tas-Sur Anthony Grech kontra l-Forzi Armati ta' Malta.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "TENDER GĦAL ĠBIR TA' SKART MILL-KUNSILLI LOKALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta' ġbir ta' skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-reġjuni?", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet) (f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi dan il-Ministeru, flimkien ma' dak responsabbli mill-ambjent, qiegħed jiffinalizza pjan ta' strateġija dwar l-immaniġġjar tal-iskart f'pajjiżna, u li fih qed ikunu studjati metodi li jinkludu l-ġbir ta' skart fuq bażi reġjonali fejn il-kunsilli lokali jibqgħu parti integrali mir-responsabilità li għandhom bħalissa.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari, li huwa responsabbli mill-kunsilli lokali, x'qed isir wara li l-ġimgħa li għaddiet bdiet taħdem is-sistema l-ġdida tal-ġbir ta' skart.", "Huwa fatt li diversi kunsilli lokali qed jiffaċċjaw problemi li mhumiex żgħar min-naħa tar-residenti, ħafna minnhom minħabba l-ħinijiet li fihom qed isir il-ġbir fejn, biex wieħed jobdi r-regoli imposti jrid ikollu jitlaq minn fuq il-post tax-xogħol biex joħroġ l-iskart, u mbagħad wara jerġa' jirritorna fuq il-post tax-xogħol.", "Imbagħad hemm problemi oħrajn ukoll, partikolarment każijiet fejn boroż ta' skart b'kulur differenti jintefgħu fl-istess trakk.", "Bħalissa qed niftakar f'każ simili li seħħ f'Tas-Sliema u ieħor fir-Rabat.", "Każijiet bħal dawn defeat the whole purpose ta' dak kollu li qed isir għall-ġid tal-ambjent.", "Għalhekk jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'qed isir mill-Ministeru biex il-kunsilli lokali jiġu megħjuna jindirizzaw dan it-tip ta' problemi?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "ONOR SILVIO PARNIS: Naħseb li jkun tajjeb li nibda mill-punt li dak li qegħdin nagħmlu fuq is-separazzjoni tal-iskart huwa ta' ġid għal-lokalitajiet kollha tagħna.", "Tajjeb ukoll li nfiehmu lin-nies hemm barra, kif ukoll lill-Onor.", "Interpellant, li hekk kif bdejna naħdmu fuq is-separazzjoni tal-iskart ħadna ħsieb nassiguraw li l-Wasteserv tiltaqa' mal-kunsilli lokali.", "Barra minn hekk, kemm jien u kemm il-kollega tiegħi, il-Ministru José Herrera, kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, id-diretturi, id-direttorat u l-ERA (Environment and Resources Authority) kien ikollna laqgħat regolari dwar dan is-suġġett, għax aħna lkoll nemmnu li dan huwa suġġett importanti ħafna.", "Fil-fatt, iva, Sinjura President, kien hemm numru ta' lokalitajiet li kienu qegħdin iħalltu l-iskart fi trakk wieħed.", "Aħna mill-ewwel tkellimna dwar dan mal-kunsilli lokali u bdejna nieħdu azzjoni.", "It-tort għal dak li ġara mhuwiex tal-kunsilli lokali imma huwa ta' dik il-persuna li ħalltet flimkien ammont ta' boroż bojod u suwed.", "Issa hawn ta' min jagħmilha ċara li dan it-tip ta' każijiet ma seħħewx fil-lokalitajiet kollha: anzi, jien informat li hemm diversi lokalitajiet, fosthom Raħal Ġdid, il-Fgura, l-Imġarr u l-Imdina, fejn din is-sistema l-ġdida ta' ġbir ta' skart tinsab miexja tajjeb.", "Aħna bħala dipartiment tkellimna wkoll ma' dawk il-kunsilli lokali li kienu ħadu sehem fil-proġett pilota u bdew din is-sistema ta' ġbir ta' skart snin ilu, u huma qalulna li din l-iskema kienet suċċess għal-lokal tagħhom.", "Aħna konna qed nipprevedu li se jkun hemm xi problemi u sfidi hekk kif tibda din is-sistema l-ġdida ta' separazzjoni tal-iskart, imma jidher li n-nies hemm barra qegħdin jipprovaw jifhmu.", "Madanakollu, jien nemmen li l-kunsilli lokali għandhom ikomplu jinformaw lir-residenti dwar dan.", "Jien ħadt l-inkarigu li filgħodu ndur numru ta' lokalitajiet biex nara jekk in-nies humiex qed jagħmlu l-parti tagħhom f'din l-iskema, u sibt li, iva, in-nies qegħdin jagħmlu l-parti tagħhom.", "Tgħidli: Mija fil-mija?", "Jien ngħidlek: Le!", "Però naħseb li matul ix-xhur li ġejjin din il-problema se tiġi riżolta.", "Ta' min jgħid li aħna, bħala Dipartiment tal-Gvern Lokali, qed naħsbu biex f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali nibagħtu ktejjeb fid-djar kollha ta' Malta u Għawdex fejn, apparti li jiġi spjegat kif bdew il-kunsilli lokali 25 sena ilu u min ħadem f'dan il-qasam, tingħata wkoll informazzjoni dettaljata dwar is-separazzjoni tal-iskart.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kollegi tiegħi għall-fatt li anke f'dan il-Parlament inħolqot diskussjoni dwar din l-issue u n-nies hemm barra segwew din id-diskussjoni, hekk kif nixtieq nirringrazzja wkoll lin-nies hemm barra li qegħdin jifhmu l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart, li permezz tagħha żgur li se nħallu legat lil ta' warajna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, dan l-aħħar ġiet ippubblikata White Paper dwar ir-riforma fil-kunsilli lokali.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jinforma lill-Kamra fejn tixtieq twassal lill-kunsilli lokali din il-White Paper u x'kien il-feedback dwar din l-istess White Paper s'issa?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO PARNIS: Fil-fatt, Sinjura President, bħalissa qed nistennew lin-nies hemm barra biex jgħidulna x'jaħsbu dwar din il-White Paper, għax din il-White Paper mhijiex il-konklużjoni ta' dak li rridu nagħmlu fil-kunsilli lokali.", "Aħna nemmnu fil-kunsilli lokali, u filwaqt li permezz ta' din il-White Paper aħna qed nirrikonoxxu dak li sar tajjeb tul dawn il-25 sena, qegħdin naraw ukoll fejn ma rnexxejniex.", "Jien naħseb li l-aktar punt importanti u kruċjali f'din ir-riforma li se ssir għandu jkun dak li se nkunu qegħdin insaħħu dak li hemm, inkluż id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, biex dan ikun aktar f'qagħda li jgħin lill-kunsilli lokali.", "M'hemmx dubju wkoll li rridu naraw li l-ħames reġjuni li għandna – u li issa fil-White Paper qegħdin nipproponu li jkunu sitta – qegħdin jaħdmu, u qegħdin nagħtu aktar poteri lir-reġjuni tagħna biex dan ikun jista' jsir.", "Fejn qabel ir-reġjuni tagħna ma kellhomx responsabbiltajiet, aħna se nkunu qegħdin nagħtu lir-reġjuni diversi responsabbiltajiet.", "L-iskop ta' dawn ir-reġjuni huwa li naraw li dawn ikunu qegħdin hemmhekk biex isiru diskussjonijiet mas-sindki mingħajr ma jittieħed l-ebda poter minn dak li għandhom il-kunsilli lokali.", "Jagħmel ħafna sens li r-reġjuni jkunu qegħdin jaħdmu flimkien, kif ukoll mal-kunsilli lokali, għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna.", "Jien nemmen li llum il-kunsilli lokali għandhom rwol importanti ħafna għax dawn ġew aċċettati fil-lokalitajiet tagħna, u naħseb li bir-riforma li se nkunu qegħdin nagħmlu … U hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi billi ngħid li din ir-riforma mhijiex tas-Segretarju Parlamentari, imma hija riforma tan-nies.", "Tant hu hekk li n-nies hemm barra se jkunu jistgħu jesprimu l-ħsibijiet tagħhom bil-għan li l-kunsilli lokali tagħna jissaħħu.", "Sinjura President, kif għedt diġà, aħna qegħdin naħdmu wkoll biex insaħħu d-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex b'hekk naċċertaw li l-€50 miljun li aħna nagħtu lill-kunsilli lokali kull sena jissarrfu f'bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Ta' min jgħid li matul il-ġranet li ġejjin, meta nkunu qegħdin nagħtu lill-kunsilli lokali l-flus allokati għas-sena 2019, se nkunu qegħdin nagħmlu wkoll seminar biex, flimkien mas-sindki u mas-segretarji eżekuttivi, nfehmuhom x'qegħdin nistennew aħna mill-kunsilli lokali.", "Fil-fatt, aħna l-aktar ħaġa li qegħdin nistennew huwa li nieħdu l-valur tal-flus li nkunu qegħdin nagħtu, jiġifieri jekk, ngħidu aħna, inkunu qegħdin nagħtu l-flus lill-kunsilli lokali għall-knis tat-toroq jew għall-ġbir tal-iskart, irridu nibdew naraw li dawn il-flus ma jkunux qegħdin jintnefqu għalxejn imma li jkunu qed jagħmlu differenza.", "Jien naħseb li llum li ninsabu fis-sena 2018 wieħed jippretendi wkoll li jkun hemm ċerta uniformità anke fil-mod kif jaħdmu dawk li jiġbru l-iskart u jikinsu t-toroq tagħna, ħalli b'hekk ir-riżultati aktar inkunu nistgħu narawhom.", "Fil-fatt, f'din ir-riforma aħna qegħdin ninsistu li l-kunsilli lokali jrid jibda jkollhom il-contract managers biex inkunu verament nistgħu naraw riżultati għall-flus li jkunu qegħdin jintnefqu fil-lokalitajiet tagħna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "ONOR JASON AZZOPARDI: Naf li l-mistoqsija li se nagħmel m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija parlamentari oriġinali, imma jien naf li s-Segretarju Parlamentari jħobb il-lokal ta' Raħal Ġdid bħalma nħobbu jien, u għalhekk nixtieq li jirrispondini.", "F'Raħal Ġdid qed isir diskors – u jien m'għandi ebda dubju li anke s-Segretarju Parlamentari hu konxju minn dan – li s-suq se jiċċaqlaq minn Arcade Street.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk dan huwiex minnu.", "Naħseb m'hemmx għalfejn noqgħod nelabora x'inkonvenjent qed joħloq dan is-suq, għax it-tnejn li aħna nafu fuq xiex qed nitkellem hawnhekk.", "Nixtieq nistaqsih ukoll fejn hemm il-ħsieb li jiċċaqlaq is-suq u meta se jiċċaqlaq, dejjem jekk dak li qed jingħad huwa minnu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO PARNIS: In-nies jitkellmu ħafna, u nafu li l-issue tas-suq fil-lokal ta' Raħal Ġdid ilha għaddejja għal bosta snin.", "Fil-fatt, niftakar li meta 25 sena ilu jien kont sindku ta' Raħal Ġdid, din l-issue kienet diġà qiegħda hemmhekk.", "Żgur li fejn jidħlu s-swieq hemm bżonn li ssir riforma sħiħa għax, filwaqt li l-bejjiegħa jkunu qegħdin ibigħu u jaqilgħu l-flus, irridu nassiguraw ukoll li r-residenti jkunu qed jiġu rispettati.", "Però, m'hemm l-ebda ħsieb li dan is-suq jiċċaqlaq minn fejn jintrama.", "Li hu żgur hu li aħna, bħala Gvern, qegħdin nagħmlu d-drafting ta' white paper li se tkun qed tirregola l-obbligi tal-bejjiegħa ġaladarba jżarmaw.", "Nafu li hemm swieq fejn, filwaqt li l-bejjiegħa jkunu qed jaqilgħu l-flus, titħalla mandra sħiħa fit-toroq fejn huma jarmaw.", "Li nista' ngħidlu lill-Onor.", "Interpellant hu li qatt ma tressqet talba quddiemi bħala Segretarju Parlamentari biex is-suq jitneħħa minn hemmhekk.", "Li għandna bżonn nagħmlu żgur huwa li ninforzaw aktar biex ġaladarba l-bejjiegħa tas-suq ta' Raħal Ġdid iżarmaw, it-toroq li fihom ikun ġie armat is-suq jitħallew indaf.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, fil-fehma tiegħi wieħed mill-akbar nuqqasijiet li kellu d-Dipartiment tal-Gvern Lokali matul iż-żminijiet kien illi l-istess nuqqasijiet li jiġu rrapportati li kien hemm minn ċerti kunsill lokali fir-rapport tal-Awditur Ġenerali jibqgħu jiġu ripetuti sena wara l-oħra, jiġifieri, ikun qed jidher biċ-ċar li dawn il-kunsilli lokali ma jkunu għamlu xejn biex jipprovaw itejbu l-azzjonijiet tagħhom.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'se jkun qed jagħmel f'dan il-każ?", "Naf li hu, min-naħa tiegħu, diġà beda jaħdem sabiex fil-kunsilli lokali jsir monitoring aktar b'saħħtu.", "SILVIO PARNIS: M'hemmx dubju li jien nemmen illi l-Monitoring Department fi ħdan id-Dipartiment tal-Gvern Lokali huwa kruċjali fil-ħidma tal-kunsilli lokali biex imbagħad aħna nkunu nistgħu naraw ir-riżultati li aċċennajt għalihom qabel.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax id-Dipartiment tal-Gvern Lokali qiegħed hemmhekk biex, minbarra li jgħin lill-kunsilli lokali, jara li jkun hemm diskussjoni kontinwa bejnu u bejn is-segretarji tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt, hekk kif ħadt il-kariga ta' Segretarju Parlamentari, jien mal-ewwel ħassejt il-bżonn li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali jkun qiegħed hemmhekk biex jassisti lill-kunsilli lokali.", "Tant hu hekk illi nista' ngħid li matul din l-aħħar sena u nofs ħdimna biex numru ta' kunsilli lokali jitnaqqsilhom id-deficit, u bi pjaċir ngħid li kellna kunsilli lokali li kienu bid-deficit u li llum qegħdin f'surplus.", "Ma jistax ikun li nibqgħu f'sitwazzjoni fejn kunsill lokali jaqbad u jmexxi kif jaqbillu hu.", "Issa qegħdin naħsbu wkoll biex is-sena d-dieħla, wara li jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, inlaqqgħu lis-segretarji eżekuttivi, lill-kunsilliera u lis-sindki tal-kunsilli lokali, kemm dawk li jkunu ġodda kif ukoll lil dawk li jerġgħu jġeddu t-terminu tagħhom, u norganizzawlhom numru ta' korsijiet.", "Sinjura President, sfortunatament xi drabi jiġri li, pereżempju, kunsill lokali jingħata €50,000 għall-knis tat-toroq wara li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali jkun għamel l-istudju tiegħu u sab li biex tiknes lokal, għandek bżonn ħames kenniesa, u mbagħad il-kuntrattur li jirbaħ it-tender iqabbad biss tliet kenniesa għal dak il-lokal.", "Issa, ġaladarba qed nagħmel dan il-punt irrid ngħid ukoll li huwa importanti ħafna li naraw illi kemm lill-Monitoring Unit, kif ukoll lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, inkunu qed insaħħuhom b'nies li għandhom il-kunsilli lokali għal qalbhom, għax ikun inutli li timpjega lil xi ħadd fil-Monitoring Unit jew fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali jekk dan ma jkollux il-kunsilli lokali għal qalbu jew inkella jekk ma jkunx jaf kif jaħdmu l-kunsilli lokali.", "Jien nemmen ukoll li anke l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali għandhom bżonn l-għajnuna, il-korsijiet u t-taħriġ biex ikunu jistgħu jgħinu lill-kunsilli lokali.", "Ta' min jgħid li saħħaħna l-Customer Care Unit tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali permezz ta' madwar ħames ħaddiema ġodda.", "Xi ħaġa li lili ddejjaqni u tweġġagħni ħafna hi meta n-nies iċemplu lill-kunsill lokali u min jirrispondihom ma jagħtihomx it-tweġiba li suppost għandu jagħtihom.", "Għalhekk aħna, matul dawn l-aħħar sitt xhur, tlabna lill-kunsilli lokali biex jagħtuna rendikont ta' fiex kienu jikkonsistu l-ilmenti, kemm ġew solvuti minn dawn l-ilmenti u kemm hemm ilmenti li baqgħu ma ġewx solvuti.", "Ħaġa oħra li se nagħmlu fil-ġranet li ġejjin u li permezz tagħha se nkunu qed ngħinu lill-kunsilli lokali hi li se nkunu qed inlaqqgħu lis-sindki u lis-segretarji eżekuttivi flimkien mal-entitajiet kollha tal-gvern li jaħdmu mal-kunsilli lokali, għax l-akbar problema li hemm hi li ħafna mis-sindki, mill-kunsilliera u mis-segretarji eżekuttivi ma jsibux għajnuna mill-entitajiet.", "Għalhekk aħna se nkunu qed inlaqqgħu lis-sindki, lill-kunsilliera u lis-segretarji eżekuttivi flimkien mal-entitajiet li jaħdmu mal-kunsilli lokali biex hemmhekk huma jkunu jistgħu jiddiskutu wiċċ imb wiċċ u jaraw kif jistgħu jtejbu l-affarijiet.", "Nerġa' ngħid li l-aktar ħaġa importanti għalina hi li nibdew naraw ir-riżultat tal-flus li jagħti l-Gvern lill-kunsilli lokali, għax jien m'iniex daqstant konvint li qegħdin nieħdu riżultat tal-flus li qegħdin jingħataw.", "Nemmen li hija xi ħaġa kruċjali li l-kunsilli lokali jkollhom contract managers li jduru fit-toroq u jaraw li, pereżempju, il-knis fit-toroq u l-ġbir tal-iskart ikun qed isir b'mod tajjeb, li l-ġonna tagħna qed jinżammu kif suppost, eċċ. Aħna ninnotaw ukoll li, filwaqt li l-ġonna u s-siġar u l-pjanti li hemm fil-playing fields tagħna jkunu dejjem iħaddru matul ix-xhur tax-xitwa, matul ix-xhur tas-sajf dawn jispiċċaw kollha bla ħajja jew saħansitra mejtin.", "Għalhekk qegħdin naħsbu biex indaħħlu konċett ġdid ta' irrigation fil-ġonna tagħna biex il-lokalitajiet tagħna jkollhom ambjent sabiħ, kif wara kollox jixraq lil pajjiżna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, peress li Infrastruttura Malta se tkun qed tagħmel it-toroq kollha ta' Malta u Għawdex, anke dawk li qabel kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk lill-kunsilli lokali humiex se jitnaqqsulhom il-fondi.", "Jien informat li le, imma tajjeb li s-Segretarju Parlamentari jikkonferma dan.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hux anke r-reġjuni se jingħataw il-fondi ġaladarba issa dawn ingħataw ir-responsabilitajiet.", "Jekk fl-affermattiv, jien inħoss li anke fil-każ tar-reġjuni għandu jsir auditing għax, fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma fondi pubbliċi u allura jeħtieġ li naraw li dawn il-fondi pubbliċi qed jintnefqu kif suppost.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO PARNIS: Ta' min jgħid li din is-sena l-Gvern fil-Baġit ta l-ogħla żieda li qatt ta lill-kunsilli lokali – madwar €7 miljun, li €3.1 miljun minnhom se jmorru għar-reġjuni – biex b'hekk issa r-reġjuni tagħna se jkollhom il-finanzi biex ikunu jistgħu jaħdmu.", "Barra minn hekk, se jsir l-auditing fuq il-finanzi li qed jingħataw ir-reġjuni wkoll biex nassiguraw li l-flus li jingħataw ikunu qegħdin jintnefqu verament kif suppost.", "Meta għamilna l-White Paper aħna ddiskutejna flimkien mal-Ministri responsabbli r-responsabiltajiet li se nagħtu lir-reġjuni, u lħaqna qbil dwar dan.", "Dan għamilnieh għax ma ridniex li nipproponu x'għandhom ikunu r-responsabilitajiet tar-reġjuni u mbagħad, wara li l-proposti tagħna jgħaddu mill-Parlament, ikollna l-problemi mal-Ministri.", "Fil-fatt, aħna ltqajna ma' kull Ministru u ma' kull Segretarju Parlamentari biex niddiskutu dawn ir-responsabbiltajiet.", "Fost ir-responsabbiltajiet li se jkollhom issa r-reġjuni se jkun hemm dik li jibdew jieħdu ħsieb il-monumenti storiċi tal-lokalitajiet tagħna.", "Ta' min jgħid li fost l-oħrajn dawn ir-reġjuni se jingħataw responsabilitajiet fil-qasam soċjali, fil-qasam tal-housing u fil-qasam tal-edukazzjoni.", "Pereżempju, aħna nħossu li ma jistax ikun li l-iskejjel tagħna jibqgħu jagħlqu l-bibien tagħhom fis-2.30 pm, u għalhekk iddiskutejna mal-Ministru l-bżonn li l-iskejjel ikunu aċċessibbli wkoll għar-residenti wara l-ħinijiet tal-iskola.", "Intnefqu miljuni ta' ewro fl-iskejjel tagħna, u għalhekk issa li għandna r-reġjuni jkun tajjeb li dawn jaħdmu biex l-iskejjel tagħna jibqgħu miftuħin matul il-ġurnata kollha għall-ġid tal-lokal.", "Din is-sena Infrastruttura Malta se tkun qed tonfoq mal-€100 miljun f'toroq li se jgawdu minnhom il-lokalitajiet, u aħna bħala s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-gvern lokali tkellimna mal-Ministru Ian Borg biex jiġi diskuss mal-kunsilli lokali liema toroq se jsiru.", "Fil-fatt, hemm residenti li kienu tilfu t-tama kollha li xi darba se jaraw it-triq tagħhom tingħata l-asfalt, imma issa … Pereżempju, jien niftakar lill-kollega tiegħi jagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar Triq is-Sorijiet ġewwa Ħal Tarxien, u nista' ngħid li din hija waħda mit-toroq li se tkun qed tagħmel Infrastruttura Malta s-sena d-dieħla.", "Ta' min jgħid ukoll li l-flus kollha li l-Gvern kien qiegħed jagħti lill-kunsilli lokali għall-manutenzjoni tal-bankini u t-toroq se jibqgħu jingħataw lill-kunsilli lokali, u għalkemm issa l-ġbir tal-iskart kull nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa hija responsabbli minnu l-Wasteserv, u allura qed tħallas il-Wasteserv ta' dan is-servizz, il-Gvern xorta waħda ħallihomlhom lill-kunsilli lokali l-flus li kienu jonfqu qabel meta kienu responsabbli huma minn dan is-servizz.", "Kif għedt diġà, il-prijorità tagħna fir-riforma hi li n-nies hemm barra jaraw bidla fil-lokalitajiet tagħhom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk hemmx deadline għax-xogħol li qed isir fi Ġnien Duminku Mintoff f'Raħal Ġdid, li jinsab sitwat wara l-villa tal-mibki eks Ministru Vincent Moran, peress li issa dan ix-xogħol ilu għaddej aktar minn sentejn?", "SILVIO PARNIS: Sinjura President, dak ix-xogħol ma jaqax taħt ir-responsabilità tas-Segretarjat tiegħi imma taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Turiżmu.", "Però naf li issa wasal fl-aħħar.", "Fil-fatt, din il-ġimgħa stess, aħna, bħala Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-gvern lokali, kellna laqgħa mas-sindku tal-lokal minħabba li se nagħtu fondi addizzjonali – li mingħalija jlaħħqu l-€100,000 – sabiex l-area fejn se jkun hemm il-bandli f'dan il-ġnien, li żgur illi se jkompli jsebbaħ il-lokalità ta' Raħal Ġdid, tiġi mgħammra b'tapiti apposta għal aktar sigurtà.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, ftit ilu s-Segretarju Parlamentari qal li issa r-reġjuni se jingħataw ċerti responsabbiltajiet, u fil-fatt dawn se jingħataw anke allokazzjoni finanzjarja għal dawn ir-responsabbiltajiet li se jkunu qed jassumu.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari kif persuna li tkun tixtieq tinqeda se tkun taf liema oqsma hu responsabbli minnhom il-kunsill lokali u liema oqsma hu responsabbli minnhom ir-reġjun.", "Niftakar li qabel kellna l-istess sitwazzjoni fit-toroq meta ċerti toroq kienet responsabbli minnhom Transport Malta, filwaqt li toroq oħra kien responsabbli minnhom il-kunsill lokali.", "Għalhekk issa persuna se tibda tintbagħat mingħand il-kunsill lokali għal għand ir-reġjun u viċe versa, jew inkella l-kunsill lokali u r-reġjun se jkollhom link dirett bejniethom biex persuna tinqeda malajr kemm jista' jkun?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO PARNIS: Sinjura President, aħna rridu li permezz tar-riforma l-kunsilli lokali jkunu hemmhekk biex iċ-ċittadin jinqeda aħjar.", "Kif diġà semmejt, se nkunu qegħdin nagħtu taħriġ lill-iskrivani u lill-istaff kollu tal-kunsilli lokali biex min jirrikorri għand il-kunsilli lokali jinqeda, irrispettivament minn jekk dak li jridu n-nies ikunx jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħhom jew le.", "Jekk xi ħadd jirrikorri għand il-kunsill lokali għal xi ħaġa li l-kunsill lokali ma jkunx responsabbli minnha, l-istaff tal-kunsill lokali jrid jagħtih l-għajnuna meħtieġa billi, pereżempju, jagħtuhom in-numru tat-telephone ta' fejn iridu jċemplu jew inkella jibagħtulhom email huma stess.", "Aħna rridu li l-kunsilli lokali jkunu gvernijiet lokali fil-veru sens tal-kelma.", "Sfortunatament, għalkemm il-Gvern jonfoq miljuni ta' ewro biex joħroġ ċerti skemi bil-għan li jgħin lin-nies jirranġaw djarhom jew jistallaw lifts fid-djar tagħhom, ħafna nies lanqas ikunu jafu b'dawn l-iskemi, u allura aħna nixtiequ li l-kunsill lokali jkun mezz ta' informazzjoni u ta' għajnuna.", "Fil-fatt, bħalissa qed niddiskutu wkoll il-possibbiltà li l-ħlasijiet dovuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) ikunu jistgħu jitħallsu fil-kunsill lokali stess, u dak li jkun ma jkollux għalfejn joqgħod jitla' l-Belt.", "B'hekk biss nistgħu nagħmlu gvernijiet lokali mill-kunsilli lokali tagħna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari numru 7313, li tweġiba għaliha ngħatat fisseduta 146 tat-22 ta' Ottubru 2018, dwar trasport tal-iskejjel; u", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari numru 6969, li tweġiba għaliha ngħatat fisseduta 149 tad29 ta' Ottubru 2018, dwar donazzjonijiet u sponsorships mogħtija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn wara l-2014.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "IL-ĦMISTAX-IL JUM STABBILIT", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Illum il-Kumitat għandu quddiemu biex jiġi diskuss il-Vot tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-ħin tad-diskussjoni tal-lum huwa ta' tliet sigħat, li għandu jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-aħħar nofs għall-Gvern.", "Jekk jogħġbu, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jressaq ir-riżoluzzjonijiet tiegħu.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sinjura President, irressaq dawn ir-Riżoluzzjonijiet:", "VOT 40 – MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €95,790,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 41 – POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €352,711,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 – Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 43 – PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €2,364,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 – Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT 44 – ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €144,276,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 44 – Anzjani u Kura fil-Komunità, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "VOT XVII – MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €22,763,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XVII – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, irressaq din l-emenda:", "VOT 40 – MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI", "Ħassar iċ-ċifra \"€145,615\" u ssostitwixxi minflok iċ-ċifra \"€145,612\".", "Sinjura President, qabelxejn nixtieq nieħu l-opportunità li nirringrazzja lil kull min b'xi mod għandu x'jaqsam max-xogħol tal-qasam soċjali, għax nemmen li biex wieħed jaħdem f'dan is-settur irid ikollu vokazzjoni.", "Insellem lill-Ministru Michael Falzon, li m'għandix dubju li qiegħed imexxi r-rota biex dan il-qasam jibqa' miexi 'l quddiem f'pajjiżna, kif insellem anke lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes, li bil-ħidma tiegħu qed imexxi s-settur tal-housing 'il quddiem.", "Dan tal-aħħar għandu għadma iebsa għall-fatt li kulma sab kien biss borġ ġebel, u allura issa għandu x'jaqdef mhux ħażin!", "Nixtieq nibda dan id-diskors billi nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 6750 li għamilt jien, fejn staqsejt:", "\"Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-definizzjoni ta' \"akkomodazzjoni soċjali\" għall-Ministeru tiegħu?\"", "U l-Ministru Falzon tani din ir-risposta:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-Ministru jaddotta definizzjoni wiesgħa t'akkomodazzjoni soċjali, li għandha tkun parti minn viżjoni ħolistika ta' akkomodazzjoni fuq livell nazzjonali u li tħares kemm lejn l-aspett fiżiku u kif ukoll dak soċjali, id-dar u l-familja.", "Peress illi l-Gvern jemmen bis-sħiħ fid-dritt ta' kull persuna li jkollha saqaf fuq rasha, ir-responsabbiltà tiegħu li jipprovdi saqaf diċenti u affordabbli lil min il-qagħda soċjo-ekonomika tiegħu f'xi perijodu ma tippermettilux li jkollu hija l-ewwel funzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, flimkien ma' servizzi soċjali oħra, bil-għan li jiġu indirizzati bżonnijiet ġodda li ġejjin minn tibdil fir-ritmi individwali u tal-familja tradizzjonali.\"", "Fil-fatt, matul dawn l-għoxrin minuta li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nibbaża d-diskors tiegħi fuq din id-definizzjoni marbuta proprju mal-Baġit li għadu kif ipprovdielna l-Gvern.", "Nibda biex ngħid li s-sofferenza ta' kull każ hija s-sofferenza tagħna lkoll, u ftit aktar kmieni jien għalhekk għedt li jrid ikollok vokazzjoni biex taħdem f'dan il-qasam.", "Fuq il-midja soċjali dan l-aħħar iltqajt ma' storja ta' persuna ddisprata minħabba li, minflok ma sabet l-għajnuna u l-wens, aktar sabet tfixkil u frustrazzjoni, u aktar 'il quddiem se ngħid ukoll minn fejn ġibt din l-istorja.", "Il-każ jikkonċerna mara li tkeċċiet minn appartament li kienet tgħix fih minħabba raġunijiet personali li ma kinux fil-kontroll tagħha, u din ingħatat biss xahrejn ċans biex issib post alternattiv.", "Sabiex tipprova tindirizza l-qagħda li kienet spiċċat fiha, hija għamlet bħal persuni oħra u għamlet kuntatt kemm mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll mal-Awtorità tad-Djar.", "Peress li din il-mara ma taffordjax il-prezzijiet għoljin tal-kirjiet li qed jiġu offruti llum, hija pprovat tara x'se tagħmel.", "Din il-mara, li hija xebba omm b'żewġt itfal żgħar, ingħatat il-parir li ssib flatmate sakemm jinstabilha post ta' akkomodazzjoni, u allura hekk għamlet.", "Hi u wliedha marru jgħixu f'appartament flimkien ma' pensjonant, li f'din l-istorja qalet li huwa ħabib tal-familja.", "Madanakollu, wara li għamlet kollox kif qalulha l-impjegati tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u anke tal-Housing u qalbet il-karta tal-identità tagħha għall-indirizz il-ġdid, hija ħadet xokk għax irċeviet ittra li fiha qalulha li m'għadhiex intitolata għall-benefiċċji soċjali.", "Irrikorriet għas-servizz tal-153 u l-persuna li qdietha spjegatilha li kienu qatgħulha l-benefiċċji soċjali minħabba l-fatt li l-flatmate huwa raġel u mhux mara.", "Ovvjament din il-mara ma setgħetx temmen tweġiba tal-blih bħal din fejn prattikament issa dan il-pensjonant li qed jgħix magħha jrid imantniha hu stess!", "Din il-mara qed tistaqsi b'liema dritt għandha tippretendi li dan ir-raġel, li jgħix bil-pensjoni, imantni lilha u lil uliedha.", "Hija marret tgħix ma' dan il-pensjonant bħala flatmate, biex ma tispiċċax barra t-triq b'ta' fuqha senduqha!", "Sinjura President, meta nisimgħu stejjer bħal dawn nirrealizzaw kemm qed inkunu burokratiċi u kemm qed nimxu bir-riga maż-żgħir u ma' min hu l-aktar fil-bżonn.", "Kif qalli l-Ministru fir-risposta għal dik il-mistoqsija parlamentari li għamilt u li għadni kif irreferejt għaliha, suppost l-akkomodazzjoni soċjali qiegħda hemm biex toffri wens u solidarjetà; imma jien nistaqsi: X'wens offra d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lil din il-mara, li proprju spiċċat tgħix ma' pensjonant?", "U x'wens qed joffri l-Gvern Malti lil dik il-familja li spiċċat barra t-triq b'ta' fuqha senduqha, fejn l-omm marret flimkien ma' wliedha f'shelter home, filwaqt li l-missier kellu joqgħod jiġri barra u jdur minn ġnien għal ieħor u minn fuq bank għal ieħor?", "Jien nistaqsi wkoll: X'wens offra l-Gvern Malti lil dik ix-xebba omm b'erbat itfal li proprju għada jien sejjer magħha l-Customer Care tal-Housing Authority fid-9.00 a.m. għax lanqas biss taf fejn se taqbad tagħti rasha?", "X'wens qegħdin noffru aħna lil persuni bħal dawn?", "Niftaħru ħafna bil-familji ġodda, imma f'dan il-baġit fejn issemmew il-familji ġodda?", "Fraħt ħafna li fid-Diskors tal-Baġit intqal li l-Gvern se jindirizza l-problema tal-kirjiet għax almenu jidher li fl-aħħar semgħuna.", "Ilna nokorbu madwar sitt snin, imma wara sitt snin semgħuna, u din hija grazzja mhux biss għalina l-Membri tal-Oppożizzjoni, imma għal kull min għandu qalbu mal-batut, mal-fqir, maż-żgħir u ma' min huwa differenti.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa fuq il-White Paper.", "L-istħarriġ li huwa pprovdut f'din il-White Paper mhuwiex reali għax sar skont l-informazzjoni li ngħatat sal-2016, u dan meta aħna lkoll nafu li t-tibdil li sar f'pajjiżna matul dawn l-aħħar sentejn tant kien kbir li ma jistax jitqies bħala wieħed normali.", "Il-kritika tal-Oppożizzjoni hi li matul dawn l-aħħar snin l-ekonomija kibret minħabba l-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni, u din hija kritika li l-Membri tal-Gvern għandhom jaħsbu ftit dwarha.", "Dan l-aħħar it-trend hi li l-Kap tal-Oppożizzjoni u aħna l-Membri tal-Oppożizzjoni niġu mwaqqgħin għaċ-ċajt, però jien ngħidilhom: Inżgħu ftit mis-suppervja u ilbsu ftit umiltà!", "Sinjura President, il-White Paper qed tagħmel żewġ proposti: dik li l-kirja jkollha bilfors minimu ta' żmien, u dik li aktar ma l-kirja tkun twila, is-sid anqas ikollu jħallas taxxa, u dan sabiex permezz ta' dan l-inċentiv is-sidien jitħajru jikru fit-tul.", "Jien lill-Membri tal-Gvern ngħidilhom \"prosit\" għal dawn il-proposti għax naqbel ħafna magħhom.", "Prattikament dawn il-proposti ġew ikkopjati mill-Manifest Elettorali tal-Partit Nazzjonalista ta' qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Din il-White Paper, li jien nemmen illi saret b'intenzjoni tajba, tagħmel numru ta' proposti pożittivi; imma mbagħad hemm proposti oħrajn li jistgħu jwasslu biex is-sidien jippreferu jikru lill-barranin.", "U min se jbati għal dan?", "Żgur li mhux min jitħallas €100 fis-siegħa!", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi biex nieħu l-opportunità nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari, li proprju qabel dan id-diskors ġie jgħidli biex nagħmlu laqgħa flimkien dwar din il-White Paper għax s'issa aħna, bħala Membri tal-Oppożizzjoni, konna għadna ma ġejna involuti proprju f'xejn.", "Sinjura President, fir-risposta li tani għall-mistoqsija parlamentari li għamilt, il-Ministru qalli li peress li l-Gvern jemmen bis-sħiħ fid-dritt ta' kull persuna li jkollha saqaf fuq rasha, hija r-responsabbiltà tiegħu li jipprovdi saqaf diċenti u affordabbli lil min għandu bżonn, imma sadanittant irrid infakkar li hemm barra hemm 3,291 jistennew post tal-gvern, u dan minbarra l-549 talba pendenti li hemm ta' nies li jridu jpartu l-post tagħhom ma' post alternattiv.", "Hawnhekk ta' min ifakkar ukoll fl-iskema \"Kiri\", li sa erba' snin oħra se tagħlaq u dawn ir-residenti se jkollhom problema għax, kif nafu, il-maġġoranza l-kbira tas-sidien tal-postijiet li qegħdin f'din l-iskema jridu l-appartamenti tagħhom lura.", "Għalhekk, jien nistaqsi: Xi pjani hemm għal meta tagħlaq din l-iskema?", "U kif ma qiegħda tissemma mkien fil-Baġit?", "X'qed isir għal dawk l-anzjani li joqogħdu fis-sular ta' fuq nett?", "X'inhi l-politika tal-Gvern għar-rigward tal-lifts?", "Il-Gvern għandu pjan għal aktar aċċessibbiltà?", "Diversi proposti tal-Baġit, speċjalment dawk li jirrigwardaw il-qasam tad-djar, mhux biss huma skemi li kienu nbdew fil-passat, imma huma saħansitra skemi li, meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni, huwa kien jagħmel kritika ħarxa dwarhom lill-ministru ta' dak iż-żmien, u jien se nagħti l-provi għal dan li qed ngħid.", "Ħalli nibda biex nitkellem dwar is-sussidju fuq il-kera ta' proprjetajiet privati.", "Dawn huma skemi antiki, u l-fatt li ġie mogħti aktar sussidju jista' jwassal biex ikun hemm żieda fil-kera mas-sidien.", "Is-sena l-oħra hekk ġara, u dan stqarru anke l-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Fil-fatt, bil-permess tal-Kamra nixtieq inpoġġi artiklu ppubblikat mis-sit elettroniku MaltaToday fil-25 ta' Jannar 2017 li juri b'mod ċar li din l-iskema hija antika.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku tal-25 ta' Jannar 2017 intitolat \"Muscat pledges rent regulation if subsidy experiment backfires\".", "Kif għedt diġà, fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm kritika ħarxa mill-Partit Laburista għall-iskema \"Kiri\", skema li fiha l-Gvern ta' dak iż-żmien kien għamel subletting ta' proprjetà privata.", "Però issa f'daqqa waħda jidher li għall-Partit Laburista din l-iskema saret suċċess!", "Fil-fatt, is-sit elettroniku \"www.timesofmalta.com\" juri b'mod ċar il-kritika ħarxa li kellu l-Partit Laburista f'Ġunju tal-2012 fuq din l-iskema, u hawnhekk, bil-permess tal-Kamra, se npoġġi artiklu ieħor proprju biex nipprova dan li qed ngħid.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku tad-29 ta' Ġunju 2013 intitolat \"PN left unpleasant actions for Labour\".", "Donnhom il-konsulenti tal-Gvern li hemm fil-Housing Authority illum qed jirrealizzaw kemm kienet tajba l-iskema li ddaħħlet fl-2007 u li ġiet imsejħa \"Equity sharing scheme\", fejn l-applikant jixtri 50% tal-proprjetà, filwaqt li l-gvern jixtri l-bqija.", "Hawnhekk jien nixtieq nieħu l-opportunità li nsellem lis-CEO ta' dak iż-żmien, is-Sur Albert Buttigieg, li tgħidx kemm kien qala' kritika dwar din l-iskema!", "Kien qala' kritika fuq diversi skemi, però fuq din l-iskema kienet xi ħaġa partikolari.", "Hawnhekk jien għandi artiklu ieħor li nixtieq inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, liema artiklu huwa relatat ma' din l-iskema li qed insemmi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku tat-2 ta' Settembru 2007 intitolat \"Housing Authority improves Equity Sharing initiative\".\"", "Ġaladarba semmejt lis-Sur Albert Buttigieg, nixtieq nieħu l-opportunità li nsellimlu minn hawnhekk għax jien naf il-mod kif kien jaħdem fl-Awtorità tad-Djar.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll lis-Sur Leonid Mckay, is-CEO tal-Housing Authority, li jinsab preżenti hawnhekk u li wkoll għandu vokazzjoni għall-fqir, għaż-żgħir u għall-batut.", "Għalkemm diġà fraħtlu darb'oħra, nixtieq nerġa' nifraħlu u nixtieq li jkompli jaħdem f'dan is-settur għall-ġid ta' pajjiżna.", "Is-suġġeriment li nixtieq ngħaddilu huwa biex jibqa' jaħdem, iħares 'il quddiem u ma jħalli l-ebda politika u l-ebda feles jidħol fin-nofs għax inkella jkun qed jiżbalja u ma jibqax miexi fit-triq tas-sewwa.", "L-aħħar skema li se nsemmi llum hija dwar ir-riġenerazzjoni tal-housing estates, li wkoll hija skema antika.", "Hija ħasra li skemi bħal dawn, li kienu qed iservu ta' għajnuna – jidhirli li lbieraħ filgħodu l-Onor.", "Roderick Galdes tkellem ukoll dwar dan – ingħalqu u baqgħu ma reġgħux infetħu mill-ġdid.", "Hawnhekk qed nirreferi b'mod partikolari għall-iskema li kienet infetħet għal dawk li jagħmlu fostering, għaż-żieda ta' sussidju li kien hemm fuq il-kera ta' dawk li spiċċaw programmi ta' rijabilitazzjoni mix-xelters għall-vittmi ta' vjolenza domestika, għall-iskema li kienet infetħet għal dawk l-adulti li qattgħu tfulithom f'istituti tat-tfal, għall-iskema \"Supported Housing\", għall-iskema \"Semi-Indipendent Living\", li kienet immirata għal persuni b'diżabbiltà, għall-iskema \"Nirranġa d-Dar Tiegħi\", li kienet immirata biex l-anzjani tagħna jibqgħu fil-komunità, u għall-iskema ta' bejgħ tad-djar tal-gvern.", "Dwar dan, bil-permess tal-Kamra, jien nixtieq inpoġġi dokument ieħor fuq il-Mejda tal-Kamra.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku tal-5 ta' Diċembru 2010 intitolat \"Regenerating housing estates\".", "Imbagħad xi ngħidu għall-housing soċjali, Sinjura President?", "Tafu kemm ilna nisimgħu b'dawn is-siti li qed isemmulna?", "Issa hawn ta' min ifakkar li fuq kollox dawn is-siti kienu ġew identifikati minn Gvern Nazzjonalista fil-bidu tas-snin disgħin, jiġifieri proprju 25 sena ilu.", "Allura, hawn jien x'ikolli nikkonkludi?", "Nikkonkludi li dawn jieħdu gost jifirħu b'rix ħaddieħor, u dan huwa sinjal ta' kemm il-Gvern inqabad f'paniku jipprova jpatti għal dak li ma sarx!", "Ma ninsewx li s'issa kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern għadu lanqas biss inbena unit wieħed!", "Illum naraw familji Maltin u Għawdxin li għalkemm għandhom paga medja, xorta waħda ma jlaħħqux mal-għoli tal-ħajja.", "Dan qiegħed jittrażmetti messaġġ wieħed: dak ta' Gvern għajjien tant li hu stess sar vulnerabbli u allura jeħtieġ li nieħdu ħsiebu.", "Terġa' jien nirrealizza wkoll li, meta ma jkunx hemm pjan fit-tul, meta l-miżuri li jiġu ppreżentati fil-Baġit ikunu short-term, meta baġit isir bl-iskossi, u meta jkun hemm marketing tajjeb għall-Baġit, imma mbagħad meta tiflih … Dan l-aħħar jien qed nistħajjel il-Baġit bħal rigal li nkun qlajt u li jkun imgeżwer f'wrapping paper sabiħa imma li meta niftħu ma nsib xejn, jiġifieri niftaħ dan ir-rigal u nirrealizza li r-wrapping paper tiswa aktar mir-rigal innifsu.", "Fil-fatt, dan il-Gvern qed jidħak bina b'wrapping papers sbieħ - għax jinqala' mhux ħażin għal ħafna slogans sbieħ - imma min hu fqir hemm barra la se jiekol bis-slogans u lanqas bir-wrapping paper!", "Però l-akbar viltà li nara hija meta l-Membri tan-naħa tal-Gvern joqogħdu jiftaħru bin-numri.", "Infakkarhom li l-Maltin mhumiex numri.", "Kull riċerka turina li min jaqla' l-anqas jonfoq l-aktar fuq dak li huwa essenzjali, bħall-ikel, u dan ifisser li l-għafsa tal-għoli tal-ħajja tinħass aktar min-nies bi dħul baxx.", "Meta gvern jagħti żieda, għall-inqas iċ-ċittadini jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem, imma fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha aħna llum, il-fqar mhux talli ma marrux 'il quddiem, talli marru lura għax intom lill-fqir ħallejtuh fqir!", "Il-Gvern Laburista wera biċ-ċar kemm qed jidħak bin-nies biż-żieda li suppost ta għall-għoli tal-ħajja, għax kulħadd jaf li din mhijiex biżżejjed.", "Agħar minn hekk, il-Gvern ħa ħsieb jieħu ż-żieda li ta minn qabel.", "L-għotja ta' €2.33 li ta ħa ħsieb jixrobhielek minn qabel, qisu bħal dik il-magna tal-logħob li tixrob lil-lagħba kull ma jkollhom!", "Sinjura President, ħobża tal-Malti għoliet b'24ċ, u din hija żieda qawwija għall-familji, speċjalment għall-fqar, għax dawn bil-ħobż jimtlew.", "Fil-Baġit aħna smajna s-sabiħ biss, mentri l-kondizzjonijiet ma smajniehomx, u l-Membri tan-naħa l-oħra għandhom raġun jitbissmu!", "Dan qed isir minn Gvern li suppost huwa Soċjalista, iżda sfortunatament ir-realtà hi li dan huwa Gvern bla ebda kuxjenza soċjali.", "Dan il-kliem qalitu l-Membru Parlamentari Ewropew Ana Maria Gomes fis-16 ta' Ottubru li għadda– hawnhekk il-Membri tan-naħa l-oħra qed jerġgħu jidħku, Sinjura President, u din se nerġa' ngħidhielhom ħalli jkomplu jidħku! – meta qaltilhom \"Intom kollox minbarra soċjalisti!\"", "Se nikkonkludi dan l-intervent b'appell lill-Membri tan-naħa l-oħra.", "Jien ngħidilhom: Ftaħru bil-Baġit, mela le, imma ftaħru bil-Baġit meta kulħadd ikollu saqaf fuq rasu, ftaħru bil-Baġit meta l-pensjonanti ma jibqax ikollhom għalfejn jiddejnu ma' tal-grocer fit-22 ta' kull xahar, u ftaħru bil-Baġit meta ma tibqgħux titnikkru quddiem ir-rabja tal-foqra imma minflok tilbsu l-valur tal-umiltà.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, id-dibattitu li qed nagħmlu llum jirrigwarda suġġett li bla dubju ta' xejn jolqot firxa kbira mill-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż, anzi nista' ngħid li b'mod jew ieħor jolqot lil kull wieħed u waħda minna, min b'mod dirett, min b'mod indirett, u min għaliex huwa kontributur ewlieni tal-mod kif jiġi ffinanzjat dan il-qasam.", "Dan iż-żmien tas-sena huwa l-perjodu fejn aħna niġu f'dan il-Parlament u l-Gvern jippreżentalna l-programm tal-ħidma tiegħu għas-sena ta' wara, il-prijoritajiet li fuqhom irid ikabbar l-ekonomija ta' dan il-pajjiż, kif ukoll il-mod li bih se jqassam il-ġid li qed toħloq din l-ekonomija.", "Għalija d-definizzjoni sempliċi tal-kelma \"Baġit\" hija l-proċess li bih inti qiegħed tippjana l-mod kif se tuża l-finanzi li qed jikkontribwixxu t-taxpayers biex bihom issaħħaħ is-soċjetà u tkompli tkattar il-ġid.", "Għalhekk, bħalma jiġri f'ħafna pajjiżi oħra, fil-proċeduri parlamentari u fis-sistema demokratika tagħna, il-proċess tal-Baġit huwa proċess li jinvolvi dibattiti relattivament twal.", "Hawn min jara – però meta jiżinhom ikun jista' jisma' l-messaġġ tagħna – li dawn id-dibattiti xi ftit tedjanti finalment nirrappreżentaw lil min eleġġiena, jiġifieri lill-poplu Malti, u kif aħna nħarsu lejn dak li qed nitkellmu dwaru minn ottiċi differenti.", "Sinjura President, meta tħares lejn il-Baġit tirrealizza li dan is-settur li qed nitkellmu fuqu llum huwa l-akbar settur fl-amministrazzjoni pubblika.", "Fil-fatt l-ispiża ta' dan il-Ministeru hija waħda mill-akbar spejjeż tal-Baġit.", "Din hija xi ħaġa li wieħed isibha anke f'ħafna pajjiżi, u hija xi ħaġa importanti wkoll għaliex b'hekk tkun qed turi li l-finanzjament li jħallsu t-taxpayers ikun qed imur l-aktar għand min ikollu bżonn.", "Jien naħseb li fuq dan il-livell ta' prinċipju m'hemm l-ebda kontroversja jew diżgwid, u allura għall-inqas aħna f'din il-Kamra, forsi b'differenza minn pajjiżi oħrajn, għandna meeting of minds fuq kif inħarsu lejn l-importanza tal-aspett soċjali.", "Sinjura President, dan il-qasam, li essenzjalment ikopri aktar minn 40% tal-Baġit nazzjonali, finalment qiegħed hemmhekk biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali.", "F'ekonomija moderna, f'pajjiż żviluppat u f'pajjiż li jaspira li jkompli miexil quddiem, dan huwa element kruċjali u llum aktar minn qatt qabel, għax min hu b'saħħtu u kapaċi jfendi għal rasu m'għandux bżonn li noqogħdu nagħtuh il-hand-outs, għax aktar ma jaħdem, aktar se jaqla' flus, u b'dawk il-flus li jaqla' aktar jista' jgħin lil ħaddieħor jitla' 'l fuq.", "Madanakollu, kif se nkun qed insemmi aktar 'il quddiem, quddiemna għandna numru ta' sfidi li għalkemm huma aspetti li wieħed jistennihom minn ekonomija li qiegħda tiżviluppa, huma wkoll sfidi li wieħed irid jirrikonoxxihom.", "Jien li ma naqbilx fil-politika huwa li meta wieħed ikun qed jitkellem fuq dawn l-aspetti jew jgħid li kulħadd sejjer tajjeb jew inkella li kulħadd sejjer lura.", "Hawn isemmi naħa waħda biss tal-munita, u sfortunatament dan ma jagħmel l-ebda ġid.", "Huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn l-istatistika tas-sitwazzjonijiet soċjali biex jara li f'pajjiżna hemm segments mis-soċjetà li marru 'l quddiem, imma mbagħad hemm oħrajn li jew ma marrux daqshekk 'il quddiem jew saħansitra r-riskju tal-faqar tagħhom, għalkemm mhux b'pass kbir, qed jikber aktar minn ta' dawk tal-bqija tas-soċjetà, kif se nispjega aktar 'il quddiem.", "Bla ebda dubju, f'dan il-pajjiż għandna naħsbu b'mod partikolari f'dawk il-persuni li għandhom aktar minn 65 sena, għax hemm raġunijiet ekonomiċi għal xiex dawn il-persuni qegħdin jinqabdu kostantament fin-nassa ta' kif jistgħu jlaħħqu mal-ħajja.", "L-income tagħhom huwa ġeneralment capped, jiġifieri ma jistax jiżdied b'ħafna aktar, u billi numru minnhom m'għadhomx jistgħu jgawdu mill-istatus fid-dinja tax-xogħol, allura anke fejn ikun hemm titjib ekonomiku, dawn mhumiex neċessarjament qegħdin igawdu minnu.", "Hemm ukoll elementi marbutin mad-daqs tal-familji u ma' familji li huma magħmulin minn ġenitur wieħed.", "Huwa importanti li aħna nibdew inħarsu lejn dawn iċ-ċifri, anke biex naraw kif se nkunu qegħdin infasslu l-prijoritajiet ekonomiċi tagħna.", "Qabel ma nibda nagħmel il-kritika tiegħi, nixtieq inħares lura lejn din is-sena ta' ħidma tal-Gvern f'dan il-qasam u nsemmi dawk l-aspetti pożittivi li jien nemmen illi l-Gvern għandu jibni fuqhom u jagħmel aktar minnhom għax, fl-opinjoni tiegħi, l-istarting point dak għandu jkun.", "Bla dubju ta' xejn hemm numru ta' miżuri li ġew introdotti minn dan il-Gvern u li għamlu impatt kbir fuq il-qasam tax-xogħol.", "Pereżempju, jien se nsemmi tnejn partikolari: it-tapering u l-in-work benefit.", "Jien nemmen li dawn huma elementi li aktar 'il quddiem għandna naraw kif se nestrapolawhom u kif nibdew naraw l-impatt tagħhom jinfetaħ fuq variants oħra tas-soċjetà u tal-ekonomija Maltija.", "Meta wieħed iħares lejn l-inizjattivi li kien hemm f'dan il-Baġit isib li, għalkemm hemm ħafna inizjattivi li meta taqrahom tarahom pożittivi, imbagħad l-impatt materjali tagħhom mhux neċessarjament iħalli impatt kbir.", "Hemm ukoll miżuri bħal dik taż-żieda fl-allowance għal tfal b'diżabbiltà.", "Jekk, bħala prinċipju, l-effort tagħna jibda jxaqleb iktar lejn min verament huwa vulnerabbli u lejn min jagħmel x'jagħmel, ma jistax ikollu l-istess livell ta' ħidma u ta' kompetenza li jkollha persuna li għandha l-ħiliet kollha, allura fl-opinjoni tiegħi dan it-tip ta' miżuri jkunu qed jirriflettu verament l-ispirtu tas-social welfare li rridu nagħmlu f'pajjiżna.", "Nemmen ukoll li l-pass li ħa l-Gvern biex jindirizza parti sostanzjali mill-materja tas-service pensions, liema proposta kienet elenkata b'mod ċar anke fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, huwa pass importanti 'il quddiem għax dawn il-persuni ilhom snin twal jistennew li ssir ġustizzja magħhom.", "Fuq livell politiku ma niddejjaq xejn ngħid li l-Ministru Michael Falzon – għax l-interaction tiegħi hija prinċipalment mal-Ministru Falzon – għandu dan is-settur għal qalbu ħafna, u aħna bħala Oppożizzjoni sibna li huwa bniedem raġjonevoli li lest jisma' l-proposti li jkollha l-Oppożizzjoni anke fi proċessi leġiżlattivi.", "Fil-fatt, nista' ngħid li f'kull proċess leġiżlattiv li jien kelli x'naqsam fih mal-Ministru Michael Falzon, il-maġġoranza l-kbira tal-proposti tal-Oppożizzjoni ġew milqugħa.", "Jien qed nirrikonoxxi dan kollu qabel ma nibda biex nagħmel il-kritika tiegħi proprju biex nindirizza l-kritika tiegħi fuq il-politika u mhux fuq il-politiċi, għax il-politiku huwa ideali għal dan is-settur u jekk l-amministrazzjoni ċentrali tagħti aktar prijorità lil dan is-settur billi tagħtih aktar finanzjament u aktar importanza, jien nemmen li jista' jsir ħafna aktar, anke matul din il-Leġiżlatura stess.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-aktar element ta' tħassib jibqa' li f'dan il-Baġit il-Gvern żied id-dħul mit-taxxa b'madwar €350 miljun, imma mbagħad il-maġġoranza l-kbira tad-distribuzzjoni ta' dak il-ġid mhijiex qed tmur f'dawk l-oqsma li aħna għandna nagħtu prijorità.", "Nerġa' ngħid li l-politika tagħna għandha tkun – għallinqas jien hekk ġejt mgħallem u hekk nemmen – li min diġà huwa b'saħħtu u għandu abbiltà biżżejjed m'għandux għalfejn jingħata għajnuna partikolari.", "Li għandna bżonn hu li naċċelleraw l-għajnuna għal min hu l-aktar vulnerabbli, għax biex jaslu dawn se jdumu ħafna aktar u ż-żmien li nitilfu biex dawn jaslu huwa żmien mitluf mis-soċjetà kollha, biex ma ngħidx ukoll mill-ekonomija.", "Għalhekk jien nemmen li l-prijoritajiet tal-Gvern għandhom ikunu li dawk li jagħtu aktar importanza lil dawn l-aspetti u li jien, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, se nipprova nsemmi kemm jista' jkun minnhom għax nemmen li llum huwa l-mument addattat biex nitkellmu fuq dawn il-prijoritajiet.", "Nibda biex insemmi l-issue tal-pensjonijiet, li mhijiex waħda sempliċi imma hi issue komplessa li ilha tinbidel minn gvern għall-ieħor minn meta twaqqfu l-ewwel leġiżlazzjonijiet tal-pensjonijiet f'pajjiżna.", "Kull gvern ipprova jaġġusta biċċa 'l hemm u biċċa 'l hawn biex jibbilanċja l-miri ekonomiċi, l-interessi u l-prijoritajiet soċjali tiegħu, kif ukoll xi ftit jew wisq, fil-kontest politiku tagħna, l-aspett elettorali wkoll, u hemmhekk wieħed jara li matul iż-żmien is-sistema tal-pensjonijiet evolviet f'sistema komplikata.", "Kif ilkoll nafu, sfortunatament illum aħna bħala pajjiż m'għandniex pensjonijiet adegwati fid-dinja ekonomika li qegħdin ngħixu fiha.", "Kulħadd għandu lil xi pensjonant fil-familja u, ngħidu x'ngħidu, il-fatt hu li anke min għandu pensjoni relattivament tajba, fid-dinja li qegħdin ngħixu fiha llum huwa diffiċli ħafna li pensjonant ikun jista' jibqa' jżomm id-dinjità tiegħu u jibqa' jgħix bl-istess kwalità tal-ħajja li forsi kellu ftit taż-żmien qabel.", "Jien nemmen li l-issue tal-pensjonijiet irridu nisseparawha f'żewġ elementi.", "L-ewwel nett, hemm l-element tal-immedjatezza, jiġifieri ta' min hu anzjan illum, li għalih huwa inutli li noqogħdu niġu hawn u ngħidulu li se nagħmlu a long term plan, jiġifieri li se ndaħħlu ċerti miżuri ftit ftit fuq medda ta' numru ta' snin.", "Nerġa' ngħid illi l-fatt li mill-Estimi jirriżulta li l-Gvern qed idaħħal madwar €350 miljun aktar mit-taxxa b'riflessjoni tal-attività ekonomika li għandna bħalissa, issa huwa ż-żmien perfett biex nindirizzaw il-problema tal-pensjonijiet.", "Imma din il-problema għandna nindirizzawha b'mod sostanzjali u mhux b'€2.17 fil-ġimgħa.", "Ma rridx nerġa' nirrepeti, imma kif kien qed jgħid tajjeb ħafna l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Ivan Bartolo, żgur li m'aħniex se nindirizzaw is-sitwazzjoni tal-pensjonanti, partikolarment lill-pensjonanti li għandhom pensjoni baxxa, b'€2.17 fil-ġimgħa.", "Il-Membri tan-naħa tal-Gvern imorru għand l-anzjani – kif immorru aħna – u għandhom kostitwenti anzjani wkoll – kif għandna aħna – jiġifieri jafu l-mod kif jgħixu dawn in-nies.", "Issa, jien naf li ħadd minn hawn ġew ma jista' jagħmel il-mirakli u ħadd m'għandu magic wand fejn billi sempliċement iċaqlaq idejh isolvi l-problemi kollha li jeżistu.", "Però, żgur li f'sitwazzjoni fejn il-Gvern daħħal madwar €350 miljun iżjed mit-taxxa huwa seta' jalloka ħafna aktar mill-€10 miljun żieda fil-pensjoni.", "Sinjura President, l-ewwel jien għedt li l-issue tal-pensjonijiet irridu nisseparawha f'żewġ elementi: hemm l-element tal-immedjatezza u mbagħad hemm il-long-term solution, li fl-opinjoni tiegħi m'għandniex inħallu aktar żmien jgħaddi biex nibdew nindirizzawha b'mod strutturat.", "Fil-fatt, idea li nixtieq naqsam mal-Ministru Michael Falzon biex nibdew nindirizzaw l-issue tal-pensjonijiet b'mod strutturat hija billi dan il-Parlament ikollu kumitat parlamentari li jkun jista' jfassal il-futur tal-pensjonijiet ta' pajjiżna.", "Meta tara kif qed tiżdied l-ispiża rikorrenti minn sena għall-oħra, anke jekk tħalli barra ż-żidiet li jingħataw, tirrealizza li aktar ma jgħaddi ż-żmien, sfida ewlenija li se jkollna bħala pajjiż hija dik li nqabblu l-adegwatezza tal-pensjoni mal-pensjonijiet li qed jitħallsu.", "Apparti minn hekk, ta' min isemmi wkoll li, għall-grazzja t'Alla, il-life expectancy dejjem qiegħda titwal.", "Però, dan ma jfissirx li l-ħajja tal-anzjani fiha anqas spejjeż; anzi, kif nafu, meta wieħed jilħaq ċerta età dejjem ikollu mill-anqas xi kondizzjoni ta' saħħa jew tnejn marbutin mal-età li għandu.", "Għalhekk jien nemmen li għandna nieħdu l-okkażjoni li nfittxu common ground fuq dan is-suġġett u nibnu qafas li mill-anqas iservi għal 20 jew 25 sena.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu din il-biċċa xogħol … U hawn irridu nifhmu li din la hija xi ħaġa elettorali u lanqas hija xi ħaġa partiġġjana, imma hija xi ħaġa li tibqa' tirrikorri minn leġiżlatura għal oħra, fejn illum tinsab f'ħoġor dan il-Gvern u għada se tispiċċa f'ħoġor xi gvern ieħor.", "Din hija wkoll xi ħaġa li ma tiġix fuq gvern f'daqqa waħda imma hija xi ħaġa li takkumula, u għalhekk nemmen li jekk aħna, iż-żewġ naħat tal-Kamra, ma nurux il-maturità u l-abilità li nsibu l-aħjar mudell tal-pensjonijiet għall-futur – mhux tal-lum għax dawk irridu nsolvuhom bl-ekonomija tal-lum – b'undertaking komuni bejn iż-żewġ partijiet, żgur li nkunu politiċi irresponsabbli.", "Issa hawn irrid nagħmilha ċara li meta ngħid \"aħna\" qed nirreferi għall-Membri taż-żewġ naħat tal-Kamra, u mhu qed ngħid għal ħadd partikolari.", "Jekk aħna m'aħniex se nagħmlu l-isforz li għallinqas naraw li lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna nagħtuhom pjattaforma fuq xiex huma jistgħu jkunu kburin bil-life expectancy tal-anzjani ta' għada u mhux jitwerwru minħabba s-sitwazzjoni tal-pensjonijiet, inkunu qegħdin niżbaljaw.", "Kif nafu lkoll, illum il-kultura ta' tfaddil fost il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar inbidlet.", "Illum l-abilità li koppji żgħażagħ ikollhom il-proprjetà tagħhom qed issir dejjem aktar diffiċli minħabba l-prezzijiet tal-proprjetà, li qegħdin dejjem jogħlew, u allura żgur li trid tinstab soluzzjoni komuni fit-tul għall-problema tal-pensjonijiet.", "Punt ieħor minn dan il-qasam li jien nixtieq li jiġi diskuss huwa dak tal-gaps li għandna fid-dħul tan-nies, jew aħjar l-income inequality.", "Kif l-Oppożizzjoni saħqet kemm-il darba, il-fatt li t-tkabbir ekonomiku li għandna huwa wieħed sostanzjali u pożittiv, dan ma jfissirx li l-maġġoranza l-kbira tan-nies, b'mod partikolari dawk in-nies li jinsabu fl-aktar parti vulnerabbli tas-soċjetà, qed jgħixu aħjar.", "Dan mhuwiex xi argument politiku imma huwa argument reali għax illum għandna sitwazzjoni ta' nies li fid-deher għandhom impjieg produttiv, iżda nafu li mbagħad dawn qed isibuha diffiċli ħafna biex ilaħħqu mal-ħajja.", "It-terminu soċjali għal dawn il-ħaddiema huwa \"the working poor\"; nies li minkejja li ma jkunux inklużi fl-istatistiċi tal-faqar jew fl-istatistiċi ta' nies qiegħda, huma jkunu qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja.", "Hawnhekk nixtieq norbot punt ieħor, dak ta' kemm il-qasam soċjali għandu impatt fuq is-saħħa mentali u kemm fl-opinjoni tiegħi huwa kruċjali li naħdmu qatigħ sabiex is-silos tradizzjonali ta' bejn ministeru u ieħor – u f'dan il-każ qed nirreferi b'mod partikolari għas-silos ta' bejn ll-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – neqirduhom.", "Is-saħħa mentali għandha rabta enormi mas-sitwazzjoni soċjali tal-individwi, u jkun żball jekk aħna naħsbu li s-sitwazzjoni soċjali ta' persuna hija marbuta biss ma' jekk persuna hijiex qiegħda, hijiex qed tfittex impjieg jew jekk għandhiex flus biżżejjed biex tikri l-post tagħha.", "Is-sitwazzjoni soċjali ta' persuna tista' tkun diversa, u allura jien nemmen li wasal ukoll iż-żmien li f'dan il-Parlament nerġgħu nitkellmu fuq livell politiku dwar il-konċetti tal-living income aktar milli nħarsu sempliċement lejn il-paga minima.", "Il-paga minima għandha l-merti tagħha, kif għandu l-mertu tiegħu wkoll l-RPI (retail price index), imma jien nemmen li f'dan il-Parlament, flimkien mal-ħafna affarijiet oħra li nagħmlu u li mhux neċessarjament għandhom impatt dirett u lineari fuq is-soċjetà, għandu jibda jkollna dibattiti anke fuq dawn is-suġġetti.", "B'daqshekk m'aħniex neċessarjament se nsolvu kollox; però, jien nemmen li wasal iż-żmien li jsir dibattitu fuq il-living income f'dan il-Parlament, u qed ngħid li wasal dan iż-żmien mhux b'isteriżmu – biex aħna ngħidu li kull familja f'dan il-pajjiż hija fqira jew biex il-Gvern jgħidilna li qegħdin fl-aqwa żmien – imma qed ngħid li wasal dan iż-żmien għax dan huwa wkoll parti mir-responsabbiltà politika tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk dawn l-affarijiet ma niddiskutuhomx aħna, min se jiddiskutihom?", "Jekk aħna ma jkollniex il-maturità li ngħidu li s-sistemi li għandna llum ilhom għexieren ta' snin …?", "Biex tinbidel xi ħaġa f'dan il-pajjiż iridu jgħaddu għaxar snin, ħmistax-il sena, għoxrin sena jew tletin sena!", "Ġaladarba aħna diġà għandna diversi kumitati parlamentari f'dan il-Parlament, fosthom il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja, x'inhi l-problema biex nibdew dawn id-dibattiti?", "Aħna ma tantx għandna fakultajiet biex nagħmlu r-riċerki, imma l-Gvern għandu, u allura għaliex ma għandux ikollna dawn id-dibattiti?", "B'daqshekk ma jfissirx li se jidħlu dawn l-elementi li qed nitkellem fuqhom, imma fl-opinjoni tiegħi huwa kruċjali li niddibattuhom.", "Daqstant ieħor huwa kruċjali li nitkellmu fuq l-elementi li għandhom x'jaqsmu mas-social deprivation li semma l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Ivan Bartolo, b'mod partikolari mal-aktar kategoriji ta' nies vulnerabbli.", "Dan huwa punt li se niddedika l-aħħar ħames minuti tad-diskors tiegħi fuqu.", "Proprjament kelli ħafna iżjed punti x'nagħmel, imma sfortunatament mhux se jirnexxili nagħmilhom.", "Jien nemmen li wasal ukoll iż-żmien li nerġgħu nħarsu ftit lejn il-pakkett kollu tas-social welfare f'pajjiżna.", "Fl-opinjoni tiegħi, irridu nagħtu prijorità enormi lill-persuni vulnerabbli għax, kif għedt aktar kmieni, wisq nibża' li għalkemm hemm ħafna miżuri li meta tħares lejhom individwalment mingħajr iċ-ċifri tarahom bħala miżuri tajbin, dak li qegħdin nallokaw u l-quantum tagħhom mhumiex biżżejjed biex nagħtu lil min hu vulnerabbli dik l-imbottatura 'l quddiem ħalli jkun jista' jitla' l-iskaluni tas-soċjetà.", "Minkejja li llum qegħdin ngħixu fi żmien fejn gvern wara ieħor investa fl-edukazzjoni, investa fis-saħħa u investa fit-teknoloġija, u minkejja li llum l-iskejjel u l-università tagħna huma b'xejn, sfortunatament xorta waħda għadek tiltaqa' ma' familji li s-sitwazzjoni diffiċli tagħhom baqgħet tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Għalhekk jien nemmen li l-obbligu tagħna mhuwiex sempliċiment dak li nifirħu bil-GDP (gross domestic product).", "Il-GDP huwa tajjeb; però, issa l-obbligu tagħna huwa kemm m'aħniex se nħallu individwi u familji jaqgħu lura, b'mod partikolari minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Li kieku wieħed kellu jistaqsini x'inhu dak li jispirani biex nagħmel pass 'il quddiem f'dan is-settur, dan hu proprjament il-punt li qed insemmi.", "Dawn in-nies jaqgħu f'diversi kategoriji, fosthom fejn għandek familji b'numru ta' tfal, fejn għandek familji li għandhom membru familjari li għandu aktar minn 65 sena, fejn għandek familji b'ġenitur wieħed, li jkollhom jiffaċċjaw diffikultajiet enormi, fejn għandek familji li sfortunatament għandhom lil xi membru tal-familja tagħhom vittma tal-abbuż tad-droga, eċċ., eċċ. Il-problema eżistenti tad-droga … Naturalment, din mhijiex xi problema tal-Gvern jew inkella xi problema tal-Oppożizzjoni imma hija problema li ilha ġejja snin sħaħ, u sfortunatament, minflok ma kkalmat, aktar ma għadda żmien aktar akkumulat.", "Din mhijiex xi ħaġa lokali biss lanqas, imma hija fenomenu internazzjonali, u hija fuelled mill-fatt li d-droga toħloq u tħalli profitti kbar.", "Għalhekk, jien nibqa' nemmen li jekk aħna m'aħniex se nagħmlu a concerted effort enormi biex lil dan il-qasam nagħtuh risposta kif jixraq darba għal dejjem, żgur li m'aħniex se nkunu qegħdin ngħinu lil dawn il-familji, għax finalment jekk ma tkunx qed tindirizza s-sitwazzjoni ta' dawn il-familji u jekk ma tkunx qed twassal l-għajnuna tiegħek lejhom, dawn il-familji jispiċċaw jidħlu minn problema soċjali għal oħra.", "Għalhekk, jien nemmen li l-ewwel nett irridu naraw kif nistgħu nżidu l-finanzjament fil-qasam soċjali; però, aktar minn hekk, hemm bżonn nibdew nindirizzaw share ħafna akbar tal-investiment soċjali li nkunu għamilna għall-gruppi vulenrabbli, jiġifieri aħna mhux biss irridu li dawk l-ammonti li l-Ministru għall-Finanzi qed jalloka lill-qasam soċjali jiżdiedu, u mhux biss irridu li l-quantum jiżdied, imma rridu wkoll li l-proporzjon għal dawn il-gruppi vulnerabbli – fosthom il-persuni b'diżabbiltà, imma wkoll persuni oħra li rridu verament inħarsu lejn il-każijiet tagħhom individwalment – jiżdied.", "Sinjura President, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent b'messaġġ partikolari.", "Jekk aħna rridu nibnu fuq l-aspett soċjali li gvern wara ieħor dejjem ra li jkollu, irridu naraw li l-ġustizzja soċjali ma nittraduċuhiex sempliċement fir-retorika imma nittraduċuha wkoll fiċ-ċifri u fil-prijoritajiet ekonomiċi li aħna lesti li nagħmlu, filwaqt li nippreparaw lil dan il-pajjiż għall-isfidi kbar li għandu quddiemu.", "Jekk nagħmlu dan m'għandix dubju li mhux biss inkunu nistgħu nkabbru l-ekonomija – għax l-ekonomija qed tikber, tinsab għaddejja b'ritmu tajjeb, u min kien b'saħħtu għadu għaddej b'saħħtu – imma nkunu nistgħu nassiguraw ukoll li ma nkunux qed inħallu lil min jibqa' lura.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sinjura President, il-promozzjoni li saret immedjatament wara li ġie moqri l-Baġit ta' din is-sena kien eżerċizzju ieħor ta' PR indirizzat biex idoqq għall-widna tal-poplu aktar milli biex jindirizza l-preokkupazzjoni tiegħu.", "Għal darb'oħra, il-Baġit ta' din is-sena ried iwassal il-messaġġ li l-ekonomija tant iġġenerat flus u tant għandna surplus fil-finanzi li ma kien hemm bżonn indaħħlu l-ebda taxxa ġdida biex tagħmel tajjeb għall-infiq tal-Gvern.", "Ironikament, il-kejl u l-barometru ta' kemm imxejna 'l quddiem sar wieħed monetarju, imma l-fatt hu li billi pajjiżna għandu l-flus, dan ma jfissirx li kulħadd qed igawdi mill-ġid nazzjonali u jgħix ħajja aħjar.", "Smajna b'sensiela ta' proġetti kapitali ġodda mmirati biex jindirizzaw sfidi reali li għadhom magħna, bl-intenzjoni li dawn ikomplu jgħollu l-kwalità tal-ħajja li ngħixu.", "Tħabbret żieda fil-pensjonijiet kif ukoll numru ta' servizzi ġodda, u aktar importanti minn hekk saret enfasi li ngħatat żieda xierqa għall-għoli tal-ħajja.", "Minn dan l-aspett ma nistgħux ngħidu li kellna Baġit ħażin.", "Madanakollu, wara biss ftit jiem li tħabbru l-miżuri tal-Baġit bdejna niġu wiċċ imb wiċċ mar-realtà.", "Irridu niftakru li dak li jinteressa lill-Maltin huwa li jħossu li l-Baġit iwassal għal titjib li jinħass fil-kwalità ta' ħajja li jgħixu huma, uliedhom u l-familji tagħhom.", "Kejl ieħor ta' kemm dan il-Baġit kien wieħed li jixraq lil gvern li jiftaħar li jisma' huwa kemm fil-verità ntlaqgħu u ġew indirizzati s-suġġerimenti li għamlulu l-Membri tal-Oppożizzjoni, il-korpi kostitwiti u r-rappreżentanti ta' diversi għaqdiet matul is-sena.", "F'dan il-Baġit kien ovvju li l-Gvern ried juri kemm hawn flus f'pajjiżna billi jissemmew ċifri u proġetti bl-iskop li jimpressjonawna.", "Ried ukoll itambar u jsammar fil-mentalità tagħna l-Maltin il-konċett popolist li l-flus huma kollox, anzi li dawn saru l-għan aħħari ta' ħajjitna.", "Numru ta' vox pops li saru immedjatament wara d-Diskors tal-Baġit taw riżultati interessanti.", "Urew qabel kollox li ftit kienu l-Maltin li interessaw ruħhom jisimgħu d-Diskors tal-Baġit għax huwa fatt li llum ħafna mit-taxxi li jolqtu direttament il-kwalità tal-ħajja tagħna jiddaħħlu baxx baxx matul is-sena u qatt ma jitħabbru b'mod dirett fid-Diskors tal-Ministru għall-Finanzi.", "Fil-fatt, hekk ġara matul din is-sena li se tispiċċa.", "Kellna żieda qawwija fil-prezzijiet ta' dawk il-prodotti tal-ikel li kulħadd iqishom li jifformaw parti integrali mid-dieta tagħna l-Maltin.", "Rajna żidiet fil-prezzijiet tal-fuel u, minkejja r-roħs imħabbar, il-kontijiet tad-dawl għolew, suppost kaġun ta' kontijiet maħdumin b'mod ħażin.", "Infatti, il-Prim Ministru serraħ moħħ numru ta' familji meta qalilhom li mis-sena d-dieħla dawn se jieħdu rifużjoni ta' dak kollu li ħallsu żejjed.", "Ġie kkalkolat li kien hemm min ħallas żejjed 'il fuq minn €200.", "Issa ta' min jgħid li ż-żieda mħabbra għall-għoli tal-ħajja tfisser żieda ta' madwar €120 fis-sena, jiġifieri ż-żieda li ngħatat għall-għoli tal-ħajja lanqas biss se tkopri dak li tħallas żejjed għas-servizz tad-dawl.", "Allura, ngħid jien, jekk sar kalkolu ħażin min-naħa ta' ARMS Ltd, dawn il-familji għaliex iridu jistennew sas-sena d-dieħla biex jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt?", "Frażi li nismagħha ta' kuljum waqt ix-xogħol tiegħi hija kemm il-ħajja qed togħla b'rata mgħaġġla.", "Kulħadd huwa konvint li din mhijiex perċezzjoni, bħal dik tat-traffic jams, imma hija realtà li ngħixuha ta' kuljum.", "Tħabbret żieda ta' €2.33 fil-ġimgħa, li skont il-Gvern hija biżżejjed biex tkopri l-għoli tal-ħajja kif ikkalkolat bil-mekkaniżmu preżenti, jiġifieri bil-COLA (cost of living allowance).", "Ma naħsibx li hawn ħafna Maltin li jafu li l-ammont ta' kemm togħla l-ħajja jiġi kkalkolat biss darba fis-sena, u dan ikun ikopri dejjem il-perjodu ta' bejn Ġunju li jkun għadda u Ġunju tas-sena kurrenti.", "Dan ifisser li ż-€2.33 li ngħataw din is-sena jagħmlu tajjeb u jpattu biss għal kemm għoliet il-ħajja bejn Ġunju tas-sena l-oħra u Ġunju ta' din is-sena.", "Ftit ukoll jirrealizzaw li ż-żieda qawwija fil-prezzijiet t'affarijiet essenzjali seħħet wara Ġunju ta' din is-sena, u allura l-familji kollha se jkollhom jistennew il-Baġit tas-sena d-dieħla biex jieħdu ż-żieda li tagħmel tajjeb għal dan l-għoli tal-ħajja.", "Għalhekk, għandhom raġun il-familji meta jistqarru fil-beraħ li din iż-żieda ma tirriflettix ir-realtà, anzi hija ferm 'il bogħod minn dak li qed jonfqu preżentement biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja.", "L-għoli tal-ħajja bejn Ġunju tas-sena l-oħra u Ġunju ta' din is-sena kien ta' 4%, jiġifieri għal kull €100 li konna nonfqu sena ilu issa qed nonfqu €104 biex nixtru l-istess affarijiet.", "Sal-lum, għadna nużaw formula li minkejja li kienet ġiet maqbula bejn kulħadd, jiġifieri bejn il-Gvern, il-partiti politiċi, il-federazzjonijiet u l-imsieħba soċjali, illum din m'għadhiex tirrifletti kemm tassew qed togħla l-ħajja.", "Eżempju ċar hu l-fatt li fil-formula hemm inklużi numru ta' indikaturi u servizzi li ma jinteressawx settur li dejjem qed jikber, li huwa dak tal-anzjani, tal-pensjonanti, tal-persuni b'diżabilità u tal-familji tagħhom.", "Eżempju riċenti hu dak tal-introduzzjoni tas-separazzjoni tal-iskart.", "Aħna naqblu li dan kien pass bżonjuż u urġenti meta nqisu kemm pajjiżna għadu lura f'dan ir-rigward, anzi jinsab fl-aħħar post fil-gradwatorja.", "Huwa tajjeb ukoll li nikkonformaw mal-kriterji Ewropej fejn jidħol tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u riċiklaġġ tal-iskart biex inħarsu saħħitna.", "Għadna 'l bogħod u 'l bogħod ħafna f'dan ir-rigward, u allura ma nistgħux ma naqblux ma' miżura bħal din.", "Aħna ma naqblux biss mal-għaġġla fil-mod kif ġiet introdotta din is-sistema, u ma nistgħux ma naqblux dwar il-bżonn ta' miżura bħal din.", "Madanakollu, din is-sistema l-ġdida se twassal biex dawk li huma l-aktar fil-bżonn se jkollhom jixtru minn buthom boroż speċifiċi biex tali sistema taħdem kif suppost, bħalma se jkollhom jagħmlu l-bqija tal-Maltin.", "L-ewwel pakkett ta' 20 borża bajda biodegradable ingħata b'xejn mill-Wasteserv, però wara rridu nixtruhom.", "Dan minbarra l-boroż is-suwed u l-oħrajn ġriżi jew ħodor li jintużaw diġà u li bil-liġi jeħtieġ li jinxtraw minn kulħadd.", "Għalhekk, din is-sistema se tkompli żżid mal-ispejjeż u se tkompli tnaqqar id-dħul tal-familji Maltin, b'mod partikolari tal-pensjonanti u ta' dawk li qegħdin fuq paga minima.", "Jien nistaqsi jekk din l-ispiża ġdida hijiex se tiġi kkalkolata fil-formula ta' kemm qed togħla l-ħajja, jew hijiex se tkompli titnaqqas miż-żieda mħabbra ta' €2.33.", "Għalhekk, nappella lil dawk responsabbli li wasal iż-żmien li l-kejl ta' kemm togħla l-ħajja, jiġifieri l-COLA, jiġi rivedut bis-serjetà almenu darba kull sitt xhur, u li kull żieda fl-għoli tal-ħajja tiġi kkumpensata kif xieraq.", "Huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna li meta jkun hemm żieda fl-għoli tal-ħajja, din ma taffettwax lil kulħadd bl-istess mod.", "Teżisti differenza kbira fil-mod ta' kif l-għoli tal-ħajja jaffettwa lill-familji tagħna, għax dan jiddependi minn jekk il-koppji jkunux jaħdmu t-tnejn, ikunx jaħdem biss ġenitur wieħed jew inkella jekk dak li jkun ikunx pensjonant, armel jew single parent, għax l-istess żieda ma taffettwax lil dawn il-forom differenti ta' familji l-istess.", "Meta jkun hemm żieda fil-prezzijiet tal-mediċini, fil-prezz tal-ħobż, tal-ħaxix, tal-ħalib u ta' prodotti oħrajn essenzjali, bħal ġbejniet, rikotta, jogurt u krema, din iż-żieda tolqot firxa kbira tal-poplu tagħna, però mhux bilfors tolqot lil kulħadd bl-istess mod.", "Pereżempju, dawk fostna li għandhom dħul medju se jiġu affettwati ferm anqas minn dawk li għal xi raġuni jew oħra jinsabu aktar fil-bżonn, jew agħar minn hekk, jinsabu fix-xifer tal-faqar.", "Huwa ta' tħassib ukoll l-għajdut li għal numru ta' raġunijiet dalwaqt se jkun hemm żieda sostanzjali fil-prezz tal-patata, sew fil-prezz ta' dik lokali kif ukoll ta' dik importata.", "Issa, kif nafu, jeżistu biżibilju ta' prodotti kkonsmati li fihom bħala bażi tintuża l-patata jew derivattivi tagħha, u allura nistennew li eventwalment dawn ukoll se jogħlew.", "Kien jagħmel sens ukoll li kieku fil-Baġit ta' din is-sena tħabbru numru ta' miżuri biex jinċentivaw lil dawk li jaħdmu r-raba', ħalli kemm jista' jkun ma nsirux dejjem aktar dipendenti fuq l-importazzjoni ta' prodotti li huma meqjusa bħala essenzjali.", "Madanakollu, sfortunament, minkejja li nafu li n-numru ta' bdiewa u raħħala jinsab dejjem nieżel u anqas u anqas żgħażagħ qed jaqbdu din is-sengħa, ma smajna l-ebda inizjattiva ġdida li tħajjar iżjed żgħażagħ jidħlu għal dan ix-xogħol.", "Dawn in-nuqqasijiet ta'ippjanar fit-tul se jfissru prezzijiet ogħla għall-konsumatur lokali, u għal darb'oħra se jkunu l-anzjani u l-pensjonanti li l-aktar se jħossu dan iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ħaxix.", "Ħaġa oħra li qed tinkwieta lil numru ta' nies hija l-fatt li l-miżuri li tħabbru dwar benefiċċji soċjali donnhom saru mingħajr ħsieb jew pjan fit-tul; donnhom tqassmu biex il-Gvern ikun jista' jiftaħar li kulħadd missu xi ħaġa mill-ġid komuni, jew aħjar, biex ikun jista' jingħad li l-Gvern ħaseb f'kulħadd.", "L-għaqal jitlob li tipprepara ruħek u tieħu miżuri adegwati minn issa sabiex tilqa' sew għall-isfidi preżenti, kif ukoll għal dawk futuri.", "Matul is-sena, l-għaqdiet tal-pensjonanti u oħrajn li jirrappreżentaw anzjani u persuni b'diżabilità, fosthom id-Down's Syndrome, l-awtiżmu u diżabilitajiet oħra, għamlu numru ta' proposti u suġġerimenti biex jiġu indirizzati nuqqasijiet li jolqtu mill-qrib sew lill-membri u lill-għeżież tagħhom.", "Għal dawn il-persuni, il-\"Baġit tajjeb\" żgur li ma jiġix mkejjel mil-lenti monetarja u lanqas ma jiġi mkejjel minn kemm jirnexxilna nakkumulaw surplus.", "Hemm ħafna nuqqasijiet li dan il-Baġit jidher li mhuwiex qiegħed jindirizza.", "Aħna nilqgħu bil-ferħ iż-żidiet imħabbra fil-pensjonijiet tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità; imma xorta waħda numru ta' inġustizzji għadhom magħna, liema inġustizzji setgħu ġew indirizzati ferm aħjar minn din is-sena stess bis-surplus li għandu pajjiżna.", "Ir-riforma li saret wara l-Baġit tas-sena l-oħra fejn tidħol il-pensjoni ġabet diskriminazzjoni bejn il-persuni b'diżabilità.", "Sal-lum, dawk il-persuni li għandhom diżabilità severa u mobilità limitata ħafna qed jirċievu allowance ekwivalenti għal 90% tal-paga minima, jiġifieri €16.83 fil-ġimgħa anqas mill-paga minima.", "Fl-istess waqt, persuni b'diżabilità intellettwali imma mobbli, hekk ikklassifikata bħala tat-tieni livell, minbarra l-COLA jirċievu biss 64% tal-paga minima, jiġifieri, €64 fil-ġimgħa anqas mill-paga minima.", "Issa aħna lkoll nafu li minkejja li persuna b'diżabilità intellettwali hija mobbli, din xorta waħda ssibha diffiċli biex tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Ilkoll naqblu li dawn għandhom dritt jgħixu kwalità ta' ħajja tajba daqs kull persuna oħra.", "Lanqas li ddaħħal tabelli għall-valutazzjoni tal-impairment, kif qed jiġi propost, mhi soluzzjoni.", "Meta llum qed ingawdu minn surplus tant qawwi, l-aħjar ħaġa hi li nagħtu paga minima lil dawk il-persuni kollha b'diżabilità li minħabba fid-diżabilità tagħhom ma jistgħu qatt jagħmlu xogħol li jippermetti li jgħixu kwalità ta' ħajja diċenti, kif titlob id-dinjità ta' bniedem.", "F'dan il-Baġit ma smajna l-ebda inizjattiva ġdida biex jitjiebu u jiżdiedu servizzi ġodda għall-persuni b'diżabilità, speċjalment fejn tidħol l-edukazzjoni ta' dawn il-persuni sa mill-iċken età.", "Huwa tajjeb li żdiedu l-allowances u l-pensjonijiet tal-persuni b'diżabilità, inkluż ta' dawk il-persuni li jbatu bl-awtiżmu jew li jaqgħu taħt dak l-ispectrum.", "Iżda dan mhuwiex biżżejjed.", "Kien pass tajjeb ukoll li ġie introdott servizz ta' assessjar minn età żgħira biex nindikaw tfal li jbatu minn ċerta diżabbiltà: però, ma smajniex dwar jekk humiex ser jiżdiedu s-servizzi essenzjali li sal-lum huma pprovduti mill-Istat, minħabba li d-domanda għalihom baqgħet dejjem tiżdied tant li s-servizzi pprovduti mhumiex ilaħħqu mad-domanda.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan qed iwassal biex il-waiting lists għal dawn is-servizzi jitwalu kuljum.", "Sena ilu jiena kont għamilt enfasi dwar l-urġenza li nsibu soluzzjoni malajr kemm jista' jkun f'dan ir-rigward.", "Pereżempju, jekk nieħdu l-awtiżmu, sakemm dawn it-tfal jiġu assessjati mis-CDAU (Child Development Assessment Unit) u l-professjonisti jlestu l-assessment kollu, jilħqu jgħaddu kważi sentejn qabel ma jibdew l-interventi tagħhom.", "Ta' min jgħid li l-frekwenza tas-servizzi pprovduti baqgħet fqira wkoll meta mqabbla mal-linji gwida ta' NICE.", "Dan qed iwassal biex aktar ġenituri qed ikollhom jirrikorru għall-privat.", "Ma rridux ninsew li fil-każ tal-awtiżmu u ta' kondizzjonijiet simili, aktar ma nibdew dawn is-servizzi minn kmieni aktar togħla r-rata ta' suċċess biex it-tfal affettwati jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u jkunu jistgħu jipparteċipaw u jintegraw fis-soċjetà.", "Bejn wieħed u ieħor, sas-sena 2019 persuna b'diżabilità severa se tirċievi €8,217 fis-sena, waqt li persuna b'diżabilità intellettwali se tirċievi €5,757 fis-sena, u dan meta l-paga minima tkun telgħet għal €9,092 fis-sena.", "Ma ninsewx li skont il-Caritas il-persuni li jaqilgħu l-paga minima diġà qegħdin fix-xifer tal-faqar.", "Dan ifisser li, skont il-Caritas, kull persuna li tirċievi l-pensjoni tad-diżabilità diġà taqa' fil-faxxa tal-faqar.", "Dawn huma kollha persuni vulnerabbli, u rridu nkunu aħna li ngħinuhom billi neliminaw kmieni kemm jista' jkun dawn id-diskrepanzi li jwasslu għall-inġustizzji.", "Ejjew nuru bħala poplu li għadna nħaddnu valuri ta' solidarjetà ma' dawk il-Maltin anqas ixxurtjati minna u mhux mal-barranin biss.", "Nuqqas ieħor hu li dan il-baġit ma kompliex jinvesti fejn jistgħu jiġu rikoverati persuni b'diżabilità meta dawn ikollhom taħt is-60 sena.", "Familji b'ulied li jsofru minn xi tip ta' diżabilità jafu u huma konxji li, minkejja l-isforzi kollha ta' gvern wara l-ieħor sabiex uliedhom jibqgħu jgħixu b'mod independenti fil-komunità, għad jasal żmien meta, kontra qalbhom, uliedhom jispiċċaw rikoverati u għalhekk ikunu jiddependu minn staff u professjonisti kompetenti li jikkurawhom.", "Għalkemm dan kulħadd jafu, u għalkemm in-numru ta' persuni vulnerabbli qed jiżdied sena wara l-oħra, ma rajna l-ebda miżura konkreta biex inħajru aktar żgħażagħ jidħlu għall-karriera ta' carers jew infermiera.", "Donnu li l-Gvern jemmen li post iż-żgħażagħ hu biss fit-teknoloġija, speċjalment dik tal-informatika, jew fil-gaming, u għal dawk li sfortuntament jitilqu l-iskola minn kmieni, fis-settur tal-kostruzzjoni.", "Wieħed irid jiftakar li l-persentaġġ ta' early school leavers f'pajjiżna jibqa' l-ogħla wieħed fl-Ewropa.", "Inkwetanti wkoll hu l-fatt li f'ċerti livelli ta' caring professions se nibdew ninqdew bil-kbir fuq staff li mhuwiex Malti.", "Hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jiena m'għandi xejn kontra dawn il-barranin, imbasta – u nenfasizza dan– dawn ikunu ta' livell għoli, bħalma drajna li jkunu l-Maltin.", "Importanti wkoll li persuni li jieħdu ħsieb persuni vulnerabbli jkunu f'pożizzjoni li jikkomunikaw magħhom sew, jekk mhux bil-Malti, almenu b'Ingliż tajjeb.", "Minkejja li l-liġi titlob u tesiġi dan, ir-responsabilità tal-konforma taqa' fuq min jimpjegahom.", "Jiena konvinta li, jekk issir pressjoni min-naħa tal-Gvern f'dan ir-rigward, is-sitwazzjoni titranġa, imma jekk le, sfortunatament huma l-anzjani u n-nies vulnerabbli tagħna li se jbatu u mhux il-kuntrattur.", "Huwa biżżejjed li tqatta' biss ftit minuti ġewwa dar tal-anzjani biex tinduna li mhux l-istaff kollu għandu dawn ir-rekwiżiti.", "Nispera biss li l-Gvern ma jirrassenjax ruħu u jserraħ moħħu li carers ta' kwalità jistgħu jiġu kemm iridu minn pajjiżi barranin.", "Inizjattiva tajba li tħabbret fil-Baġit hija l-allowance li se tingħata lil dawk il-membri tal-familja li jagħżlu li jagħmluha ta' carers u jgħixu ma' qrabathom anzjani jew persuni b'diżabilità.", "Din hija inizjattiva tajba, però, sfortunatament, hija limitata biss għal dawk li, irrispettivament mill-means test, għadhom ma laħqux l-età tal-pensjoni.", "Irridu niftakru li llum, peress li qed ngħixu dejjem aktar fit-tul, huma ħafna dawk l-anzjani li għandhom lil uliedhom diġà pensjonanti, u allura dawn mhumiex se jikkwalifikaw għal din l-allowance.", "Mela din ir-restrizzjoni serja se tkun ta' diżinċentiv biex l-ulied li huma pensjonanti jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom.", "Donnu din is-sena l-ħerqa tal-Gvern biex nixprunaw il-konċett ta' anzjanità attiva tħalliet fuq l-ixkaffa!", "Sinjura President, kont nistenna li hekk kif l-istudenti tal-iskejjel sekondarji se jkunu jistgħu jidħlu f'mużewijiet u f'postijiet storiċi b'xejn, akkumpanjati minn żewġ adulti, din il-konċessjoni kellha tingħata wkoll lill-anzjani kollha.", "Kont nistenna wkoll li t-trasport pubbliku kien se jingħata b'xejn lill-anzjani.", "Jekk dawn iż-żewġ miżuri jiġu estiżi għall-anzjani, inkunu qed inħajruhom biex ikunu iżjed attivi bil-fatti.", "L-istess nistgħu ngħidu għan-nuqqas ta' miżuri ġodda biex anzjani rikoverati f'residenzi tal-gvern ikunu iżjed attivi.", "Tmur xħin tmur ġo dawn ir-residenzi, ma tarax ħlief anzjani bilqiegħda fuq siġġu jew ġo sodda jiċċassaw lejn xi ħajt jew lejn xi saqaf!", "Jiena nistaqsi: Għaliex dawk il-konċetti li ġew ipprovati barra minn xtutna u li huma ta' ġid għall-anzjani tagħna ma komplewx infirxu fir-residenzi tal-anzjani tagħna wkoll?", "Nieħu gost nara li jeżistu djar privati tal-anzjani fejn ta' kuljum jittella' programm ta' attivitajiet għar-residenti.", "Allura, ngħid jien, possibbli li dawn il-programmi ma jistgħux jiġu introdotti wkoll ġewwa r-residenzi tal-gvern?", "Meta se nintroduċu inizjattivi favur anzjanità attiva bis-serjetà, fejn anzjani u tfal żgħar iservu ta' kumpanija għal xulxin?", "Diġà kien ġie introdott esperiment fuq skala limitata ħafna, u allura jiena nistaqsi: X'qed iżommna milli nestendu dan l-esperiment fuq skala nazzjonali?", "Din is-sistema tat il-frott f'kull pajjiż fejn ġiet introdotta u wasslet biex tnaqqas is-solitudni u d-dipressjoni minn fost l-anzjani.", "Madanakollu, sfortunatament f'dan is-settur aħna għadna lura, u dan meta għandna bżonn ta' investimenti qawwija u inizjattivi innovattivi f'dan ir-rigward, aktar u aktar meta aħna konxji tal-fatt li fil-futur qarib il-perċentwali tal-anzjani fil-popolazzjoni Maltija se jkun għoli ħafna.", "Ma smajna bl-ebda inizjattiva li hija mmirata biex tiżgura s-sostenibilità tal-pensjonijiet għall-futur lanqas, u dan jibqa' punt serju ta' tħassib għal kull għaqda li tirrappreżenta lill-anzjani.", "Fil-Baġit issemma proġett imsejjaħ \"Safe City Malta\" fejn se jitpoġġew CCTV cameras ġo crime hot spots, l-ewwel f'Paceville u iżjed tard anke fil-Marsa.", "M'għandix dubju li, minkejja n-numru ta' dikjarazzjonijiet li jsiru li l-kriminalità qiegħda tonqos, il-Maltin m'għadhomx iħossuhom protetti ġewwa l-irħula u l-bliet tagħhom.", "Il-Qawra u San Pawl il-Baħar huma żewġ lokalitajiet oħra fejn kien hemm qabża ċara fl-inċidenza tal-kriminalità.", "M'hemmx għalfejn nirrepetu li huma l-anzjani u dawk li huma l-aktar vulnerabbli li jkunu fl-akbar periklu ta' abbuż, sew ġewwa darhom u aktar u aktar meta joħorġu.", "Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu u jinfirxu aktar sistemi moderni ta' sorveljanza madwar gżiritna.", "Il-pjaga tal-vizzju tad-droga għadha magħna, u dan tirrealizzah malli tisma' l-aħbarijiet mill-qorti.", "Il-vittmi qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet kbar biex jidħlu għal programm ta' riabilitazzjoni.", "Għal darb'oħra jiena ma nistax nifhem kif, minkejja li niftaħru li pajjiżna għandu surplus, dan il-Baġit kien ikkaratterizzat minn skiet u ħemda kbira rigward servizzi infrastrutturali xierqa li jakkomodaw lil dawk il-vittmi li jridu jidħlu għal programm ta' riabilitazzjoni.", "Ma ssemmiet l-ebda kampanja ġdida biex jiżdied l-għarfien fuq il-prevenzjoni mill-vizzju tad-droga.", "Il-flus li jiġu vvotati biex ikabbru l-għarfien tal-effetti koroh tad-droga jkunu flus li qed jiġu investiti sew u flus li jsaħħu s-soċjetà ta' għada.", "Sinjura President, ma rridx ninstema' biss negattiva meta nitkellem fuq dan il-Baġit.", "Għal darb'oħra pajjiżna rnexxielu jiġġenera finanzi u dħul rekord li ħallielna surplus sostanzjali.", "Dan wassal biex ippermetta li jiddaħħlu miżuri ġodda li għandhom jissarrfu fi kwalità ta' ħajja aħjar, sew għall-anzjani, sew għall-pensjonanti u sew għall-persuni b'diżabilità.", "Huwa tajjeb li żżid il-pensjonijiet u li tqassam meta hemm il-ġid.", "Huwa tajjeb u xieraq li kulħadd imissu parti mill-ġid komuni.", "Tajjeb ukoll li kull Malti jkollu ggarantit livell ta' ħajja li tippermettilu jgħix b'dinjità; però huwa aktar tajjeb u aktar jagħmel sens li mil-lum nibdew nindirizzaw l-isfidi ġodda li f'xi ħin jew ieħor irridu niffaċċjaw.", "Ftit tas-snin ilu l-ekonomija mondjali wriet biċ-ċar li dak li għandna llum, inkluż is-surplus, mhuwiex garanzija li se jibqa' magħna għada wkoll.", "Għaldaqstant, jagħmel sens li nħarsu, nippjanaw u ninvestu minn issa biex inkunu ppreparati għall-mewġ finanzjarju li jista' jolqotna xi darba jew oħra jekk ma jsibniex ippreparati.", "Sinjura President, ma nistax nikkonkludi dan l-intervent mingħajr ma nirringrazzja lill-Ministru Michael Falzon tal-għajnuna li dejjem jagħtina meta jkollna xi problemi fis-settur li jiena nsegwi.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sinjura President, fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem dwar id-dimenja.", "Huwa stmat li f'Malta hawn madwar 7,000 persuna jbatu bid-dimenzja jew bl-Alzheimer's, għalkemm jien personalment naħseb li għandna aktar.", "Minn mistoqsija parlamentari numru 6098 ħareġ ukoll li, skont studju li sar mill-Università ta' Malta fis-sena 2012, huwa maħsub li n-numru ta' persuni f'Malta li se jkunu qed ibatu mid-dimenzja sas-sena 2030 se jkun ta' madwar 10,000.", "Ta' min jgħid ukoll li llum fid-dinja hawn madwar 50 miljun persuna jbatu mid-dimenzja, u dan in-numru se jirdoppja kull 20 sena.", "L-ispiża fuq id-dimenzja tammonta għal ħafna flus, tant li fl-Amerka biss tali spiża tammonta għal $1 triljun kull sena.", "Dan ifisser illi li kieku d-dimenzja kellha tkun pajjiż, din kienet tkun it-18 l-akbar ekonomija fid-dinja b'valur fis-suq li jisboq il-valur ta' Apple u ta' Google f'daqqa.", "Sinjura President, fattur ewlieni għaliex id-dimenzja qed tiżdied hu minħabba l-longevity, jiġifieri minħabba li llum in-nies qed jgħixu aktar.", "Fi żmienna konna ħadna diversi inizjattivi fuq id-dimenzja.", "Biżżejjed infakkar li konna introduċejna għall-ewwel darba dementia-friendly wards.", "Fil-fatt, l-ewwel blokk ta' wards ta' dan it-tip li nfetaħ kien state of the art, u kien infetaħ fl-2009 ġewwa r-residenza St Vincent de Paul, bi spiża ta' kważi €10 miljun.", "Dak iż-żmien kienet ittieħdet ukoll id-deċiżjoni li kull dar għall-anzjani li kellha tinbena jew se tiġi refurbished kellha ssir dementia-friendly mill-ewwel.", "Dan għaliex jista' jkun li anzjan li jkun qed jgħix f'dar tal-anzjani llum m'għandux dimenzja, u 'l quddiem jiżviluppa din il-kondizzjoni.", "Huwa wkoll fatt ipprovat xjentifikament li meta inti ċċaqlaq anzjan bid-dimenzja minn ward għal oħra jew minn sala għal oħra tkun qed toħloqlu konfużjoni mentali.", "Aħna konna bdejna wkoll kampanja ta' tagħrif dwar din il-kondizzjoni, u naħseb li din hija xi ħaġa li hemm bżonn inkompluha.", "Fil-fatt, konna organizzajna diversi seminars f'dan ir-rigward u ħriġna żewġ kotba fuq l-istess suġġett, liema kotba ġew miktuba minn Trevor Żahra, li huma mmirati kemm għat-tfal tal-iskola, kif ukoll għall-adulti.", "Dawn il-kotba, li wieħed kien jismu X'ħin Sar? u l-ieħor In-nannu Nesa x'Jisimni, konna qassamniehom lit-tfal b'xejn għax aħna konna nafu li mbagħad, ovvjament, it-tfal kienu se jieħdu dawn il-kotba d-dar u jaqrawhom il-ġenituri; b'hekk konna qed nifirxu aktar għarfien dwar din il-kondizzjoni.", "Għalkemm minn dak iż-żmien 'l hawn għadda żmien mhux ħażin, sfortunatament għad hemm nuqqas ta' għarfien dwar din il-kondizzjoni ta' saħħa mentali.", "Ħafna drabi ssib persuni li jibdew jgħaddu ż-żmien b'persuna li tbati mill-kondizzjoni tad-dimenzja għax ma jkunux qed jifhmu għaliex din tkun qed tagħmillu l-istess mistoqsija over and over again.", "Issa fir-realtà dik il-persuna ma jkollhiex tort għax tkun insiet li tkun diġà għamlitlek l-istess mistoqsija, kif tkun insiet ukoll x'weġibtha inti.", "Ta' min jgħid ukoll li aħna konna waqqafna wkoll dementia day centre biex il-qraba ta' persuni li jbatu mill-kondizzjoni tad-dimenzja jkollhom post fejn ikunu jistgħu jeħduhom.", "Waqqafna wkoll memory clinic, li hija mmexxija minn speċjalista fl-Isptar Karin Grech.", "Konna ħadna ħsieb nintroduċu wkoll helpline flimkien mal-Malta Dementia Society, biex persuni li qrabathom ibatu mid-dimenzja jkunu jistgħu jċemplu għall-pariri u għall-għajnuna.", "Ġaladarba qed insemmi lill-qraba, ma nistax ma nsammix il-fatt li hemm rata għolja ta' psychological burnout min-naħa tal-hekk imsejħa \"informal carers\", jiġifieri min-naħa ta' dawk il-persuni li jieħdu ħsieb membri tal-familja tagħhom li jbatu mid-dimenzja.", "L-informal carers litteralment jgħejjew, u lil dawn il-persuni għandna nagħtuhom ħafna u ħafna sapport, l-ewwel nett għax bħala pajjiż qegħdin jiffrankawlna ħafna flus u t-tieni nett għax dawn il-persuni huma importanti għalina u allura jeħtieġ li ngħinuhom.", "Fil-fatt allaħares m'għandniex uħud mill-persuni bid-dimenzja li jieħdu ħsiebhom il-membri tal-familji tagħhom mid-dar!", "Kif għedt diġà, aħna konna ħadna l-inizjattiva li nwaqqfu a dementia helpline, iżda jien naħseb li llum għandna nivvintaw aktar metodi ta' kif nissapportjaw lil dawn il-persuni.", "Konna nġibu wkoll b'mod regolari leading experts fil-kura tal-dimenzja minn Stirling University ta' Scotland, li kienu jgħinuna ħafna.", "Hawnhekk qed niftakar fi Prof. June Andrews, li nixtieq insellmilha minn hawn.", "Din il-persuna – li hija nurse by profession – hija ggradwata f'dan il-qasam u hija popolari ħafna, speċjalment għall-parteċipazzjoni tagħha f'konferenzi dwar l-Alzheimer's. Ta' min jgħid li hija kienet tiġi Malta b'xejn, u kulma konna nħallsulha kienet il-flight.", "Kienet tgħinna ħafna f'dan ir-rigward.", "Pereżempju, biżżejjed insemmi li kienet hi li tatna parir fuq kif għandna nagħmlu a dementia-friendly ward, u għalhekk hija ħasra li, skont kif jien informat, illum inqata' l-kuntatt mal-istaff ta' din l-Università li qed insemmi.", "Jekk min hu inkarigat minn dan is-settur illum ikellem lill-gerontologist Dr Stephen Abela jew lil Dr Charles Scerri, wieħed faċilment ikun jista' jerġa' jagħmel kuntatt ma' dawn il-persuni li jaħdmu f'din l-Università ta' Scotland għax, ngħid għalija, jien kont sibthom ta' għajnuna kbira meta kont Segretarju Parlamentari.", "Skont it-tweġiba li tani l-kollega abbli tiegħi, il-Ministru Michael Falzon, għal mistoqsija parlamentari li għamiltlu, minn studju li sar fl-2010 mill-Università ta' Karolenska fl-Isvezja, jirriżulta li l-ispiża fis-sena fuq id-dimenzja f'Malta matul dik is-sena kienet tammonta għal aktar minn €61.1 miljun, u li kieku dawk il-pazjenti li kienu qed jieħdu ħsiebhom il-membri tal-familja kellhom imorru jgħixu f'istituzzjoni, l-ispiża kienet titla' għal €92.2 miljun.", "Issa hawn ta' min jenfasizza li dan l-istudju sar fl-2010 – tmien snin ilu – jiġifieri li kieku dan l-istudju kellu jsir illum, jien m'għandix dubju li l-ispiża kienet tkun ferm u ferm aktar għax, minn dak iż-żmien 'l hawn, il-mediċina għoliet u l-care service għola wkoll, jiġifieri kieku llum din iċ-ċifra kienet tkun waħda astronomika.", "Meta kellimt lill-Ministru, huwa qalli li dak hu l-uniku studju li sar fuq l-ispiża tad-dimenzja f'Malta, u għalhekk naħseb tkun idea tajba li jsir studju ieħor – jekk mhux diġà qed isir – biex naraw kemm hi l-ispiża fuq id-dimenzja llum f'Malta.", "Issa nixtieq nagħmel ukoll xi ftit suġġerimenti.", "Dan il-Gvern għamel żewġ strateġiji dwar id-dimenzja, waħda fi żmien l-eks Segretarju Parlamentari Dr Franco Mercieca u l-oħra fi żmien l-eks Segretarju Parlamentari, il-Ministru Justyne Caruana.", "Aħna konna għamilna strateġija f'dan ir-rigward u, ma nafx għaliex, dan il-Gvern għamel tnejn oħra.", "Imma nsomma, fl-aħħar mill-aħħar, huwa tajjeb li nagħmlu strateġija, imbasta mbagħad dak li jiġi ppjanat jitwettaq.", "L-istrateġija li konna għamilna aħna, li kienet saret mill-Maltin u li kienet ġiet diskussa mal-Franċiżi, naħseb li kienet strateġija tajba.", "Kif għedt diġà, ma ġara xejn li minn dak iż-żmien 'l hawn saru żewġ strateġiji oħra, imma issa l-importanti hu li dawn l-istrateġiji jibdew jiġu implimentati.", "Sfortunatament, Sinjura President, fil-Baġit li għadda l-kelma \"dimenzja\" lanqas biss tissemma, u dan meta għandna bżonn ta' aktar bini ta' djar u swali tal-anzjani li huma dementia-friendly.", "Hemm bżonn ukoll li nkomplu nżidu l-partnership mal-privat f'dan ir-rigward għax xi ħaġa interessanti hi li, wara l-inizjattiva li konna ħadna aħna fl-2009 meta konna fil-Gvern, fejn konna bnejna blokk dementia-friendly fir-residenza St Vincent de Paul, is-settur privat ikkopjana u anke hu beda jibni dar għall-anzjani li għall-ewwel darba kellha swali dementia-friendly.", "Fil-fatt, il-Gvern kien beda jikri s-sodod ta' din id-dar, u naħseb li dan kien konċett pożittiv li għandna nkomplu nibnu fuqu.", "Ta' min jgħid li din kienet inizjattiva ta' Gvern Nazzjonalista.", "Illum hemm mediċini oħrajn fis-suq, u safejn naf jien il-Gvern dawn ma jagħtihomx b'xejn.", "Għalhekk aħna nemmnu li l-Gvern għandu jżid il-lista ta' mediċini tad-dimenzja li jingħataw b'xejn.", "Sinjura President, hija sfortuna kbira li għad m'hemmx riċerka biżżejjed dwar il-kura tad-dimenzja jew li għad m'għandniex mediċina li tfejjaq din il-kondizzjoni.", "Għal min qed jismagħna, ikun interessanti jekk wieħed jgħid li d-dimenzja tista' tkun vascular, imma tista' tkun ukoll latrophilin fejn iċ-ċelloli tal-moħħ jinxfu.", "Għalkemm jingħad li ċerti fatturi, bħal obeżità, tipjip ta' sigaretti u daqqiet fuq ir-ras jistgħu jwasslu għal dimenzja, sal-lum għadna ma nafux eżatt il-kawża ta' din il-kondizzjoni jew xi jġiegħel liċ-ċelloli tal-moħħ jinxfu.", "Li hu żgur huwa li rridu nżidu u ninkoraġġixxu l-electronic-tracking devices biex, jekk persuna li tbati mid-dimenzja toħroġ mid-dar, ikun jista' jiġi identifikat fejn qiegħda f'każ li ma terġax lura d-dar.", "Dan huwa importanti li jsir għax kellna saħansitra pazjenti li ħarbu minn dar privata u wara nstabu mejta.", "Nafu li jeżistu anke electronic devices li jfakkru pazjent meta jrid jiekol jew jieħu l-mediċina.", "Sal-lum, dawn l-electronic devices ma jingħatawx b'xejn; fl-opinjoni tiegħi għandna nikkommettu ruħna biex nagħtuhom b'xejn, jew almenu nissussidjaw parti minnhom, imqar lil min ma jaffordjax jixtrihom.", "Bla dubju ta' xejn, hemm bżonn li jingħata wkoll aktar sapport lill-familjari, li jingħataw aktar respite beds, u li jitwaqqfu aktar dementia day centres.", "S'issa, dementia day centres hemm dak li jinsab fir-residenza San Vinċenz de Paul u ieħor li nfetaħ issa f'Għawdex.", "Però, fl-opinjoni tiegħi, hemm bżonn jinfetħu aktar day centres bħal dawn, anke biex sadanittant il-familjari ta' min ikun qed jieħu ħsieb persuni li għandhom il-kondizzjoni tad-dimenzja jkunu jistgħu jistrieħu jew jieħdu btala qasira.", "Almenu, permezz ta' dawn id-dementia day centres mara tkun tista' tieħu lil ommha jew lil missierha hemm sakemm tmur ix-xogħol u mbagħad tgħaddi għalih jew għaliha filgħaxija.", "Hemm bżonn ukoll ta' kampanja ta' tagħrif dwar din il-kondizzjoni biex nifhmu aktar lil min ibati minn din il-kondizzjoni ta' saħħa mentali u b'hekk tonqos l-istigma lejn dawn il-persuni.", "Nixtieq nikkonkludi dan id-diskors bi kwotazzjoni li sibt u li laqtitni:", "Din il-kwotazzjoni tgħid li pazjent bid-dimenzja mhux qed jagħmillek ħajtek diffiċli; pazjent bid-dimenzja qed jgħix ħajja diffiċli.", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li sar ftehim biex il-ħin jiżdied bi ftit minuti oħra, u għalhekk il-ħin li għandu l-Onor.", "Godfrey Farrugia għad-dispożizzjoni tiegħu hu sas-6.07 pm.", "GODFREY FARRUGIA: Mela dawk huma l-ħames minuti tiegħi.", "Grazzi.", "Sinjura President, min hu vulnerabbli u jinsab fir-riskju tal-faqar ma jitlobx karità u lanqas jitlob handouts, iżda jitlob impenn favur il-ġustizzja soċjali u kontra l-esklużjoni soċjali.", "Qed ngħixu fl-aqwa żmien b'surplus, imma ħallejna kważi kwart tal-popolazzjoni f'riskju ta' faqar!", "Din hi r-realtà, u din irridu nindirizzaw.", "L-ebda ċifra u l-ebda GDP mhu se jikkonvinċi lil min ma jsibx flus fil-but biex jixtri l-essenzjal.", "Jien ninnota wkoll li tfajna lura anke lil-lower middle class.", "Nifhem li fil-Baġit ittieħdu ċerti inċentivi li huma tajbin u li ta' min ifaħħarhom; imma jibqa' l-fatt li l-livell ta' għajxien ta' ċerti familji mhuwiex aċċettabbli f'Malta li qed insejħulha \"progressiva\".", "Sinjura President, aħna lkoll għandna responsabilità li f'pajjiżna jkollna xogħol dinjituż bil-konċett ta' liveable wage u work-life balance.", "Konna ngħajtu \"let's make work pay!\"", "Għiduha lill-working poor jew lil dawk il-ħaddiema li huma sfruttati llum din!", "Punt ieħor kruċjali huwa dak li jkollna livell ta' edukazzjoni li jegħleb kull forma ta' illitteriżmu.", "Hemm bżonn li l-welfare system tissaħħaħ, kif għandhom bżonn jissaħħu wkoll il-benefiċċji u l-means tests.", "Ħadt pjaċir ninnota li fil-qasam tal-kiri kien hemm means test partikolari li tneħħa.", "Imma l-means test għall-akkomodazzjoni soċjali se jibqa' €12,000?", "Ejjew ngħidu l-verità: Min jidħol f'dak il-bracket ta' €12,000?!", "Ejjew nagħmlu ceilings reali, akkomodazzjoni affordabbli, kirjiet raġjonevoli u pensjonijiet adegwati.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk ma nsaħħux il-welfare system tagħna min se jbati l-aktar?", "It-tfal, in-nisa u l-anzjani!", "Huwa tajjeb li din is-sena waqqafna aġenzija oħra: din id-darba aġenzija tal-welfare state li ħadet xogħol il-Ministeru.", "Madanakollu, biex neliminaw il-faqar hemm bżonn li nkabbru l-inklussività, u biex inkabbru l-inklussività jrid ikollna ekonomija sostenibbli li tkun ippjanata b'tali mod u manjiera li tkun fair u b'saħħitha, li tħares lil dan il-welfare state li jkun ibbażat fuq gender u family life cycle budget, u li jkollna a green economy.", "Kulħadd huwa responsabbli, imma meta jkun hemm rapporti minn persuni tekniċi, ejjew ma nagħmlux cherry-picking b'mod politiku!", "Ejjew inħarsu lil hinn mil-lenti politika u minflok inħarsu mil-lenti tal-ġustizzja soċjali!", "Ejjew nammettu dak li hu!", "In-numri mhumiex nies!", "Ejjew niffaċċjaw ir-realtà!", "Bħala tabib, ta' kuljum niltaqa' man-nies, u meta niltaqa' ma' ċerti każijiet, nitkexkex.", "Għandna sfida.", "Nifhem ukoll li flimkien, b'responsabilità għal dak li huwa sew, nistgħu naslu, u jien nemmen ħafna fil-Ministru Michael Falzon.", "Madanakollu – u sfortunatament hawn se jkolli nikkonkludi fuq nota negattiva – ġaladarba qegħdin nitkellmu fuq responsabilità għal dak li huwa sew, irrid ngħid li jien qatt u qatt ma se naċċetta dawk il-ħniżrijiet ta' kuntratti li saru fir-rigward tar-residenza St Vincent de Paul!", "Huwa għajb li l-kuntratt tal-kċina tar-residenza St Vincent de Paul inbidel f'rigal għal wing ġdida tal-anzjani.", "Dan huwa għajb!", "Lanqas in-naħa tal-Oppożizzjoni ma tkellmet dwarha din, u konna aħna biss li tkellimna dwarha u tlajna għand il-Kummissjoni fuqha!", "Għajb ukoll huwa l-mod ta' kif qed jingħata l-kuntratt tat-tindif tar-residenza St Vincent de Paul!", "Jien nistenna governanza aħjar.", "Dan il-Ministeru li qed niddiskutu llum huwa responsabbli mis-servizzi soċjali u minn policy li tħares l-integrità tal-familja u kull aspett tal-ħajja, u għalhekk nemmen li l-istil tat- tmexxija ta' dan il-Ministeru għandu jkun dak ta' governanza tajba.", "Nifhem li writtuhom dawn l-affarijiet, imma allura taċċettawhomx, bħalma wara kollox jien ma kontx aċċettajt kollox meta kont ministru.", "Dik hija l-irġulija!", "Nirringrazzjak.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-ħin għan-naħa tal-Oppożizzjoni issa skada u l-ħin kollu li fadal huwa għan-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Sinjura President, f'wieħed mid-diskorsi li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġimgħa l-oħra huwa qalilna li biex problema tiġi solvuta, l-ewwel u qabel kollox wieħed irid jammetti li hemm problema.", "Jien naqbel miegħu mija fil-mija dwar dan għax din hija xi ħaġa loġika.", "Però huwa fatt ukoll li biex problema tiġi solvuta jrid ikun hemm ukoll ir-rieda li din il-problema tissolva.", "Fi ftit kliem, wieħed irid jagħraf li hemm problema u mbagħad jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex jassigura li l-problema tiġi indirizzata.", "Għaliex qed ngħid dan kollu, Sinjura President?", "Għax dan juri l-ipokresija tal-Membri tan-naħa l-oħra meta jitkellmu.", "Pereżempju, ejjew nieħdu l-faqar.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, huwa kien jgħid li l-faqar huwa biss perċezzjoni, li x-xogħol prekarju huwa biss perċezzjoni u li l-poplu mhuwiex qiegħed ibati biex iġibha żewġ fil-ħajja.", "Issa llum, bil-wiċċ tost kollu, dawn qed jgħidu saħansitra li l-faqar qed jiżdied, u biex jiġġustifikaw dak li qegħdin jgħidu, qed jinterpretaw il-figuri u l-istatistiċi kif jaqbel lilhom!", "Fil-fatt, l-istatistika turi li n-nies f'riskju ta' faqar naqas għax, sa mill-bidu tal-amministrazzjoni tiegħu, anqas minn sitt snin ilu, il-Gvern Laburista beda jindirizza din il-problema bis-serjetà.", "L-ewwel u qabel kollox, Sinjura President, il-Gvern preżenti għamel iċ-childcare centres b'xejn, miżura li biha laqat żewġ għasafar.", "Kemm konna ilna nisimgħu li pajjiżna għandu bżonn aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma qatt sar xejn!", "Iċ-childcare centres għamluha faċli biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, din il-miżura m'għenitx bi ftit biex stajna niksbu s-suċċessi ekonomiċi li ksibna matul dawn l-aħħar snin.", "B'riżultat ta' dan, illum il-Gvern għandu aktar flus, għandu aktar x'jonfoq, u apparti mill-edukazzjoni, mis-saħħa u mill-infrastruttura, waħda mill-affarijiet li l-Gvern għandu aktar x'jagħti minnha, din hija proprju l-għajnuna soċjali.", "Barra minn hekk, il-miżura taċ-childcare centres b'xejn għenet biex numru ta' familji rdoppjaw id-dħul tagħhom, speċjalment dawk il-familji li l-uniku dħul li kellhom kienet il-paga minima li kien idaħħal ir-raġel, jew viċi versa.", "Ta' min ifakkar li l-Gvern kien daħħal ukoll l-in work benefit biex itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-aktar familji li għandhom bżonn.", "Sinjura President, huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn il-werrej tal-ktieb tad-Diskors tal-Baġit biex jinduna li s-sena d-dieħla l-Gvern se jintroduċi qrib il-170 miżura biex ikompli jgħin lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn u jħalli aktar flus fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Issa ma' dawn il-miżuri li ġew imħabbra f'dan il-Baġit wieħed irid jerġa' jfakkar ukoll fil-miżuri li ddaħħlu matul dawn l-aħħar ħames snin, fosthom kif semmejna diġà, iċ-childcare centres b'xejn u l-in work benefit, biex insemmi biss żewġ eżempji.", "Illum il-Membri tal-Oppożizzjoni qed taħraqhom qalbhom għall-pensjonanti.", "Insew li fi żmienhom il-pensjonanti kienu minsija!", "Agħar minn hekk, illum qed jipprovaw imeru s-sewwa magħruf u qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni li dan il-Gvern qiegħed jiġi jaqa' u jqum mill-pensjonanti meta, kif nafu, din hija gidba sfaċċata.", "Għall-kuntrarju, dan huwa r-raba' Baġit li fih il-pensjonanti qed jingħataw żieda li hija saħansitra ogħla minn dik għall-għoli tal-ħajja.", "Fil-fatt, il-pensjonanti se jkunu qegħdin igawdu minn żieda ta' madwar 50%.", "Dan tafu xi jfisser?", "Ifisser li se nkunu qegħdin nitfgħu €21 miljun fil-bwiet ta' aktar minn 90,000 pensjonant!", "Ta' min jgħid ukoll li dawk l-pensjonanti li l-pensjoni tagħhom ma taqbiżx it-€13,400 se jkomplu ma jħallsux taxxa, grazzi għal miżura oħra li dan il-Gvern daħħal f'Baġit preċedenti.", "Barra minn hekk, dan il-Gvern ħa ħsieb li jagħmel ukoll ġustizzja mal-pensjonanti tas-Servizzi, miżura li permezz tagħha 'l fuq minn 2,000 pensjonant tas-servizz se jiżdied b'medja ta' €11 fil-ġimgħa.", "Kif qed naraw, altru milli qegħdin niġu naqgħu u nqumu mill-pensjonanti, Sinjura President!", "Hemm ħafna aktar miżuri li se jolqtu lill-pensjonanti b'mod pożittiv, u jgħidu x'jgħidu tan-naħa l-oħra, il-pensjonanti stess qed iħossu li ħajjithom inbidlet għall-aħjar.", "Fil-fatt illum il-pensjonanti qed jikkonfermaw li llum qed jgħixu aħjar milli kienu jgħixu ħames snin jew sitt snin ilu, u dan bir-raġun għax illum il-Gvern qed iżidilhom il-pensjoni u m'għamlilhomx bħalma għamlulhom gvernijiet preċedenti, ħallewhom 20 sena sħiħa mingħajr żieda fil-pensjoni.", "Jien m'għandix dubju li dan jgħiduhulhom in-nies lill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Niġi issa biex nitkellem fuq qasam ieħor, li huwa s-social housing, qasam li l-Oppożizzjoni wkoll qiegħda tipprova tagħti l-impressjoni li l-Gvern Laburista qed jiġi jaqa' u jqum minnu.", "Tajjeb infakkru li proprju ftit tal-ġimgħat ilu l-Gvern ippubblika White Paper dwar il-kirjiet.", "Ovvjament, din għad trid tiġi diskussa; però, s'issa jidher li hemm qbil ma' ħafna mill-proposti li fiha, u nistgħu ngħidu li din il-White Paper intlaqgħet tajjeb ħafna.", "Barra minn hekk, waħda mill-għajnuniet li qed jagħti l-Gvern permezz ta' dan il-baġit lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn hi proprju żieda fis-sussidju tal-kera, u hawn se nsemmi biss żewġ eżempji: li s-sussidju għal persuna singola se jiżdied minn massimu ta' €2,000 għal €3,600 fis-sena, filwaqt li s-sussidju għal familja b'żewġt itfal jew aktar se jiżdied minn €2,000 għal €5,000 fis-sena.", "Se jitkompla wkoll il-proġett ta' bini ta' 700 unit, proġett li se jiġi jiswa €50 miljun.", "Il-Gvern ħa ħsieb idaħħal ukoll miżura oħra sabiex dik il-proprjetà tal-gvern li llum tinsab dilapidata tiġi rranġata għal skopijiet ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Kif qed naraw, dan huwa Gvern li qed jaħdem anke fil-qasam tas-sigurtà soċjali u tal-housing, u dwar dan nista' nieqaf hawnhekk għax naħseb li diġà għedt biżżejjed biex nuri kemm l-Oppożizzjoni m'għandhiex raġun tgħid dak li qiegħda tgħid.", "Però, donnha l-Oppożizzjoni ddeċidiet li kull meta tiġi daharha mal-ħajt tibda tmeri s-sewwa magħruf.", "Il-Gvern qed jagħti għajnuna lill-familji kollha, fosthom b'aktar żgħażagħ jibbenefikaw minn trasport b'xejn għall-istudenti kollha, b'tax refunds li qed jingħataw lil dawk il-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel indipendenti, u issa anke l-eżamijiet tal-MATSEC huma mingħajr ħlas.", "Ħallejt din il-miżura għall-aħħar għax din il-miżura m'għandhiex biss skop finanzjarju, imma warajha għandha għan ieħor nobbli, dak illi ż-żgħażagħ u l-istudenti kollha jkollhom l-istess opportunitajiet biex javvanzaw fl-istudji tagħhom, hu x'inhu d-dħul tal-familja tagħhom.", "Din hija xi ħaġa li qiegħda fil-viżjoni tal-Onor.", "Joseph Muscat u li hu jsejħilha \"mobilità soċjali\".", "Din hija l-ġustizzja li jemmen fiha l-Gvern, u huma miżuri bħal dawn li jwasslu biex kulħadd igawdi mis-suċċess li qegħdin niksbu.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON (Onor. Glenn Bedingfield): Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sur President, x'ma nkunx kburi b'dan il-Baġit li ppreżentajna meta nara li dan huwa mimli bi proposti u b'inizjattivi li jkomplu jagħtuk ħeġġa biex tkompli taħdem!", "Kull politiku jqis is-settur tal-housing bħala wieħed kontroversjali, imma meta jkollok warajk Gvern li lest li jisma' u li lest jindirizza l-options li tkun qed tippreżentalu u jimplimentahom bilfors li tħossok kburi għax b'hekk inti mhux biss ikollok warajk l-appoġġ tal-Kabinett, imma anke l-appoġġ tal-Ministru u tas-Segretarji Parlamentari sħabek biex tmexxi l-aġenda tal-Gvern 'il quddiem.", "Fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi nixtieq inwieġeb għall-kritika li saret min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nibda biex ngħid li ħadt pjaċir nisma' l-interventi tal-Membri tal-Oppożizzjoni, għalkemm jien kont qed nistenna li l-Oppożizzjoni kienet se tgħidilna x'garanzija kienet se tagħti biex kulħadd ikollu saqaf fuq rasu.", "Qed ngħid dan għax sal-lum smajna ħafna kritika kontra l-Gvern, imma mbagħad ma smajniex il-proposta tagħhom dwar min, kif u fejn se jinbnew dawn l-appartamenti biex jagħtu garanzija li se jagħtu lil kulħadd appartament b'xejn.", "Jien rajtu l-aħħar Manifest Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, u niftakar li l-ewwel prinċipju kien li l-housing qatt ma għandu jkun rigal politiku.", "Madanakollu, bir-rispett kollu, issa bil-kritika tagħkom għal dan il-Gvern, intom għamiltu proposta li tfisser rigal politiku lil kulħadd għax se tagħtu appartament b'xejn lil kulħadd, u dan meta tafu li din hija xi ħaġa diffiċli biex twettquha, l-ewwel nett minħabba l-limitazzjoni ta' pajjiżna, u t-tieni nett minħabba li kif tafu, din hija xi ħaġa surreali.", "Irrid nikkonferma dak li qal wieħed mid-Deputati li għamel l-intervent tiegħu matul dan id-dibattitu, fejn qalilna li aħna sibna borġ ġebel.", "Iva, veru, aħna ma sibna xejn fil-housing għax li ħallielna l-Gvern Nazzjonalista fil-housing kien borġ ġebel!", "Imbagħad, għax l-artijiet li fuqhom qed nibnu l-appartamenti ilhom hemm mill-1990, l-istess Deputat qalilna wkoll li qed niftaħru b'rix ħaddieħor!", "Sabiħa din!", "Fi ftit kliem, għandna Deputat li qed jikkonfermalna li gvernijiet Nazzjonalisti baqgħu ma bnewx l-artijiet li kienet tathom il-Knisja fl-1989 għal 25 sena sħaħ, u huwa biss issa li qed nibnuhom!", "Allura għax gvernijiet Nazzjonalisti baqgħu ma bnewhomx u llum qed naraw isir l-akbar investiment proprju f'dawn l-artijiet, b'daqshekk qed niftaħru b'rix ħaddieħor, Onor. Bartolo?!", "Jien naħseb li bil-kontra għax illum hemm l-akbar budget għall-qasam tal-housing!", "Biss biss, jiena ninsab kburi … (Interruzzjonijiet) Ippermettili, Onor. Bartolo!", "Jien qgħadt nisimgħek mill-bidu sal-aħħar, u ma tniffistx għax nieħu pjaċir nisimgħek ukoll, anke meta tgħid xi affarijiet li jien neħodhom b'sens ċajtier!", "Sur President, ta' min jgħid li permezz ta' dan il-baġit, għall-ewwel darba l-Awtorità tad-Djar se jkollha €15-il miljun x'tonfoq, u dan meta fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti l-budgets għal din l-Awtorità lanqas biss kienu jaqbżu l-€5 miljun!", "Imma s-sabiħa hi li mbagħad faħħrilna lill-eks CEO, is-Sur Albert Buttigieg!", "Jien għandi stima lejn is-Sur Buttigieg għax meta kont Deputat bħalek ġieli kont niktiblu u hu kien jipprova jagħmel xi ħaġa.", "Bartolo tkellem b'mod li donnhom il-proposti li qed inwettqu kollha qed isiru bis-saħħa tiegħu!", "Fil-fatt, ir-realtà hija mod ieħor, Sur President.", "Pereżempju, dak li qed nipproponu aħna fuq l-equity sharing scheme huwa eżattament il-kontra ta' dak li ppropona dak iż-żmien is-Sur Albert Buttigieg.", "Meta s-Sur Albert Buttigieg kien ħadem fuq l-equity sharing scheme, huwa kien fetaħha biss għal min kien għadu żgħir fl-età, u dan meta l-problema ma kenitx tikkonċerna lil din il-kategorija ta' nies.", "Lil min għadu żgħir fl-età trid tgħinu wkoll.", "Trid tgħinu biex jimxi 'l quddiem u jsir sid ta' daru bis-saħħa tiegħu, imma aħna nafu li l-akbar problema hi fost dawk in-nies li għandhom minn 40 sena 'l fuq, għax dawn ma jkunux jaffordjaw jixtru proprjetà minħabba mard, minħabba l-età jew inkella minħabba li l-bank ma jagħtihomx il-flus li jkollhom bżonn.", "Għalhekk aħna lil dawn in-nies qed ngħidulhom: Aħna se nidħlu b'sehem magħkom billi nixtru proprjetà, se nagħtukom iċ-ċans li intom tħallsu dik il-proprjetà fi żmien 20 sena u, jekk ma taslux, il-Gvern se jgħinkom xorta waħda billi jdawrilkom dik il-loan f'kirja soċjali.", "Jien diġà naf li l-problema li se jkollna hija li se jkun hemm konkorrenza qawwija għal skema bħal din; u aħna hekk irridu, li jkollna konkorrenza qawwija.", "Sur President, kemm l-Onor.", "Claudio Grech għamlu kritika għall-fatt li llum kemm il-prezzijiet tal-proprjetà kif ukoll il-kirjiet huma għoljin.", "Imma huwa fatt ukoll li għadha kemm ħarġet statistika li turi li din is-sena 12,000 familja ġdida xtraw proprjetà u saru sidien ta' darhom.", "Dan ifisser li llum in-numru ta' familji Maltin u Għawdxin li saru sidien ta' darhom tela' minn 76% għal 78%, u dan huwa sinjal li l-faqar qed ikompli jonqos.", "Ħalli nagħti statistika interessanti oħra li għadu kemm għaddhieli s-CEO.", "Mill-profiling tal-housing li qegħdin nagħmlu bħalissa diġà sibna li minn dawk it-3,200 li semma … Issa jien m'iniex xi wieħed li nħobb noqgħod nilgħab bil-figuri, anzi jien dejjem għedt kemm lis-CEO preżenti, kif ukoll lis-CEO ta' qablu, li lili l-figuri ma jinteressawnix għax li jinteressani huma n-nies.", "Infatti, meta jien ħadt l-inkarigu li nagħmel il-profiling, jien m'għamiltx il-profiling li kien jagħmel is-CEO preċedenti, is-Sur Albert Buttigieg, li inti tħobb tfaħħru, Onor. Bartolo!", "Tafu x'kienu jagħmlu qabel?", "Kienu jagħmlu sistema li biha jaqtgħu lin-nies minn fuq il-waiting list!", "Mur ħares lejn l-istatistika ta' żmienkom, Onor. Bartolo, u tara li filli kien hemm l-isem ta' 3,500 persuna fuq il-waiting list u filli, f'temp ta' xahar, intom niżżiltuha għal 2,200!", "Jekk ma bnejtux unit wieħed, kif stajtu tnaqqsu lil dawn in-nies kollha minn fuq il-waiting list?!", "Ara aħna m'aħniex qed nagħmlu hekk.", "Aħna qed nitkellmu ma' dawn in-nies, qed naraw x'tip ta' alternattiva nistgħu nagħtuhom għall-akkomodazzjoni soċjali, u sibna affarijiet interessanti wkoll għax mill-1,800 persuna li kellimna, 80 minnhom saru sidien ta' darhom, jiġifieri l-faqar qed jonqos anke fost dawn in-nies li qegħdin fuq il-waiting list.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna li intom ma ssemmuhiex, imma aħna nirrimarkaw fuq kollox għax, minkejja li intom qed tipprovaw tagħtu l-impressjoni li f'dan il-pajjiż kollox sejjer ħażin, fil-fatt ir-realtà qed turi mod ieħor.", "Hawnhekk, Sur President, jien ma rridx ninftiehem li qed ngħid li m'hawnx problema fil-qasam tal-kirjiet.", "Dażgur li hawn problema fil-qasam tal-kirjiet!", "Aħna għalhekk għamilna White Paper fuq il-qasam tal-kirjiet, u għalhekk tajna lin-nies l-opportunità li jitkellmu.", "B'hekk għamilna l-akbar studju li qatt sar fuq il-qasam tal-housing, biex aħna bħala Membri Parlamentari nitkellmu u ngħidu x'inhi l-opinjoni tagħna f'dan ir-rigward, u dan għaliex lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna rridu nħallulhom xi ħaġa aħjar milli għandna llum!", "Aħna nixtiequ li jkollna regolamenti tajbin fis-suq tal-kera u nixtiequ nibnu sistema fejn kulħadd ikollu saqaf fuq rasu.", "Però dan ma nistgħux nagħmluh billi nagħmlu wegħda politika li ma tistax isseħħ; nistgħu nagħmluh biss billi nindirizzaw il-verità tal-fatti.", "Pereżempju, din is-sena jien għaliex insistejt ħafna li nbiddlu s-sistema antikwata tas-sussidju tal-kera li ħallejtulna intom u li ndaħħlu benefiċċju soċjali ġdid?", "Dan ħadd ma jsemmih!", "Lill-familji fil-bżonn aħna se nagħtuhom €5,000 fis-sena biex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu mal-kirjiet!", "Intom lanqas kontu toħolmu li tagħmlu dan bl-ekonomija li kellkom!", "Fi żmienkom tafu x'kontu tagħmlu?", "Kontu tagħtu l-vouchers lin-nies biex imbagħad imorru fil-kju forsi jraħħsulhom xi ħaġa mill-kont tad-dawl u l-ilma!", "Illum aħna għandna ekonomija b'saħħitha, u għalhekk daħħalna mekkaniżmu ġdid li bih jiġi kkalkolat il-persentaġġ tal-kirja li familja tkun tiflaħ tħallas, u mbagħad l-Istat ikompli lil din il-familja sa €450 fix-xahar f'għajnuna biex din tkun tista' tlaħħaq mal-kera.", "Din hi d-differenza!", "U allura kif tiġi tgħidilna li aħna m'aħniex soċjalisti?!", "Kien hawn MEP ukoll – qaluli li lil din l-MEP jsejħulha \"firecracker\"! – li kienet tgħajjarna li m'aħniex soċjalisti!", "Aħna m'aħniex soċjalisti?!", "Biżżejjed tħares lejn il-Baġit biex tkun taf aħniex soċjalisti!", "Imma lilna taf min jagħtina l-akbar marka soċjali?", "Taf min huma dawk in-nies li jgħidulna verament soċjalisti?!", "Il-Caritas u l-imsieħba soċjali, li tkellmu kemm favur il-White Paper, kif ukoll favur il-Baġit!", "(Interruzzjonijiet) Dak huwa l-akbar ċertifikat għalina u mhux xi ħadd ippreġudikat li ġibtuh minn barra biex jattakka stat ieħor!", "(Interruzzjonijiet)", "Imbagħad, il-Membri tal-Oppożizzjoni tkellmu wkoll fuq l-iskema Kiri għax l-eks CEO is-Sur Albert Buttigieg, qalilna li din ikkopjajnieha.", "Imma l-isbaħ hi li llum ġie l-Onor.", "Bartolo hawnhekk u staqsiena x'se nagħmlu issa bl-iskema Kiri peress li din se tagħlaq, u dan meta din l-iskema saret fi żmienhom!", "Dik li ħallejtulna intom, xi ħaġa temporanja!", "Tistaqsi lil min tistaqsi fil-qasam tal-housing, dawn jgħidulek li l-akbar investiment li jista' jagħmel il-gvern huwa li jibni u mhux li jikri għal għaxar snin!", "Huwa tajjeb li ngħinu lil min jikri, però l-kiri mhuwiex għal dejjem; huwa xi ħaġa temporanja.", "(Interruzzjonijiet) Il-vantaġġ li jkollok skema bħal din huwa li inti tagħti inizjattiva ġdida billi lil dak li jkun tagħtih iċ-ċans li jerġa' jqum fuq saqajh u jimxi 'l quddiem fil-ħajja.", "Imma li tibbaża l-housing … Mela dawn waqqfu l-programm tal-bini tal-housing biex imbagħad ibbażaw il-politika tagħhom fuq l-iskema Kiri biss!", "Dażgur li dan mhuwiex tajjeb!", "Aħna qegħdin ngħidu li l-iskema Kiri nistgħu nħalluha, għalkemm jekk ikun hemm bżonn għandna nemendawha għaż-żminijiet tal-lum.", "Imma fl-istess waqt il-programm tal-investiment għandu jkun qawwi, kif kien qawwi din is-sena u kif se jkun qawwi matul is-snin li ġejjin.", "Aħna, bħala Partit, se nkomplu nuru li aħna mhux biss għandna viżjoni soċjalista imma, permezz tal-fatt li l-proġetti li għandna dalwaqt se jkunu lesti, se nkomplu nuru li l-unika alternattiva għal dan il-pajjiż huwa l-Partit Laburista fil-Gvern.", "Imbagħad, Sur President, qalulna wkoll li aħna għalaqna xi skemi.", "Bir-rispett kollu, imma dawn lanqas biss ikunu jafu x'qed jiġri!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li aħna għalaqna l-iskema tal-persuni b'diżabilità, u dan meta din l-iskema baqgħet dejjem miftuħa tant li, matul is-sena li għaddiet, gawdew minnha 600 familja!", "Ivan Bartolo qalilna xi ħaġa simili meta rrimarka li l-bejgħ tad-djar tal-gvern waqaf.", "Issa dan jew ma jafx x'inhu għaddej jew inkella l-Oppożizzjoni hija verament maqtugħa mir-realtà għax jien għadni kemm ingħatajt statistika li turi li din is-sena biss 120 persuna li jgħixu fil-housing estates saru sidien ta' djarhom ukoll.", "Dan ifisser li l-Oppożizzjoni għandha informazzjoni ħażina.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni qalulna wkoll li d-diskussjoni fuq il-White Paper hija tajba u qed jieħdu pjaċir biha.", "Sinċerament, jien nistieden lill-Onor.", "Bartolo … Wara kollox din hija xi ħaġa ta' importanza kbira għal pajjiżna.", "Meta jiġi xi ħadd jgħidli li ġaladarba l-proprjetà hija tiegħu jista' jagħmel li jrid, jien ma naqbilx miegħu, u hekk kif l-Ingliżi u anke l-Maltin dejjem għamlu leġiżlazzjoni fir-rigward tal-proprjetà biex ma jkunx hawn liġi tal-ġungla, biex ma jkollniex problemi sanitarji u biex ikollna issues relatati mal-permessi tal-bini, nemmen li anke l-kera għandha tiġi regolata biex ikollna viżjoni u l-iStat ikollu predictability, jiġifieri jkun jaf x'inhuma l-bżonnijiet ta' dawk li llum huma involuti fis-suq tal-kera.", "Però, Sur President, jien ma rridx nibbaża ħafna d-diskors tiegħi fuq il-kritika.", "Fl-ewwel għaxar minuti tad-diskors tiegħi kkonċentrajt fuq il-kritika li għamlulna l-Membri tal-Oppożizzjoni, imma issa se nkompli ngħid x'qegħdin nagħmlu u x'se nagħmlu.", "Nerġa' ngħid li jien inħossni kburi li nifforma parti minn Gvern Soċjalista bħal dan, li mhux biss qiegħed jiddedika r-riżorsi ewlenin tiegħu f'dan il-Baġit, imma li qed joħloq viżjoni li sal-lum qatt ma kellna.", "Aħna rridu li jkollna housing policy li tibqa' hemm għal ta' warajna.", "Meta jien dħalt fil-Ministeru l-ewwel darba bħala Segretarju Parlamentari, l-ewwel ħaġa li għedtilhom kienet biex jgħiduli x'inhi eżattament il-politika tal-Awtorità tad-Djar u jekk qattx xi darba sar studju fuq il-housing.", "Għax inti kif tista' titkellem bil-perception?!", "Jien niskanta kif ikollna Membri tal-Oppożizzjoni li jiġu hawn isemmu każijiet individwali ta' nies, bħalma għamel l-Onor.", "Bartolo, … Allura, Onor. Bartolo, ħallejtha xahrejn tistenna lil din il-mara?!", "Ma stajtx tibgħatli email biex jekk dan kien każ ġenwin konna naqduha u ngħinuha?", "Lili dak jinteressani!", "Aħna x'interess għandna li naraw lil xi ħadd jgħaddi minn martirju minħabba l-burokrazija ta' ċerti dipartimenti?!", "Ma nafux li xi kultant id-dipartimenti jaraw l-affarijiet b'mod burokratiku?!", "Imma jien nifhem li jekk dan huwa każ ġenwin, il-Bord tal-Housing se jidħol f'dan il-każ partikolari biex jara kif jista' jgħin.", "(Interruzzjonijiet) Ma kellek xi jżommok milli tibgħatli email fuq il-każ li semmejt, Onor. Bartolo!", "Inti taf li kull meta bgħattli email, dejjem weġibtek fil-ħin u, kull meta ktibtli fuq każijiet individwali, dejjem ippovajna ngħinuhom!", "Però llum il-ġurnata m'hemmx skuża għax bil-benefiċċju li se nagħtu anke persuna li forsi spiċċat tgħix ġo garaxx se tkun tista' tlaħħaq mal-kirjiet.", "Illum biddilna s-sistema b'tali mod li l-benefiċċju li se jingħata tant se jkun tajjeb li wieħed se jkun jista' jlaħħaq anke mal-kirjiet.", "Għax aħna jinteressana li nagħtu alternattiva lil dik il-mara jew lil dik l-anzjana li forsi spiċċat sfruttata biex din ma jkollhiex għalfejn toqgħod tistenna lill-Gvern jibni l-appartamenti, imma ssib tikri u l-Istat jagħmel tajjeb għad-differenza li jkun hemm.", "Imma l-isbaħ waħda hi meta qalulna li l-inċentiv tat-taxxa kien imniżżel fil-Manifest Elettorali tagħhom.", "Mela xi ħaġa ħażina kien hemm għax anke fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista kien hemm dan l-inċentiv.", "Jien li ma nistax nifhem hu kif tridu tieħdu l-prosit f'kollox u meta nagħmlu xi ħaġa aħna tgħidulna li għamiltuha intom!", "Inizjattiva interessanti ħafna li semmejna u li qegħdin naħdmu fuqha hija l-inċentiv li se nagħtu lis-sidien biex dawn jipprovdu stock adegwat għas-seba' snin li ġejjin.", "Kif qalu l-Membri tal-Oppożizzjoni, irridu nassiguraw li issa dawn il-proprjetajiet ma jmorrux għand min mhux suppost imorru, imma jmorru għand min huwa l-aktar vulnerabbli.", "Fil-fatt dik hija l-ħidma li se nagħmlu aħna bħala Segretarjat Parlamentari, dik li nipperswadu li l-iskemi qegħdin hemm biex jindirizzaw il-problemi ta' dawk in-nies li qegħdin fil-faxxa tal-faqar.", "Dwar ir-ristrutturar tal-Awtorità tad-Djar, irrid ngħid li aħna għandna viżjoni li lil din l-Awtorità ma nħalluhiex hemmhekk bħala dipartiment sempliċement biex twettaq skemi li ilhom hemmhekk għal diversi snin, imma tikber aktar billi tiddedika ruħha għall-istudji u r-riċerka, u mbagħad abbażi ta' dik ir-riċerka tkun tista' twettaq.", "Naturalment, qabel irid isir ukoll studju li juri b'mod ċar fejn trid tmur din l-Awtorità filwaqt li taddotta xi policies ġodda.", "Aħna lill-qasam tal-housing qed nagħtuh fresh look billi kull xahar jew xahrejn qed noħorġu bi proposta ġdida.", "Ta' min jgħid li din is-sena se tkun sena ta' miżuri soċjali kbar li qatt ma rajna bħalhom minn żmien il-mibki Dom Mintoff 'l hawn, u din inħobb ngħidha għax hija realtà.", "Meta jien kont għadni żagħżugħ u ġejt biex nixtri l-ewwel proprjetà fl-1992, tafu x'sibt?", "Sibt Gvern Nazzjonalista li għalaqli l-Lohombus Bank, u din ma naħfirhielhom qatt għax ta' qabli kienu ħadu l-inizjattiva u rnexxielhom, imma msieken ta' warajja ġralhom bħali!", "Imbagħad, intom ipprivatizzajtu l-Mid-Med Bank u minflok ġibtu f'pajjiżna lill-HSBC.", "Dawk huma r-realtajiet li ħallejtulna intom!", "U dan mhux kollox, għax imbagħad intom waqqaftu wkoll il-proġett li kien hemm relatat mal-housing.", "Allura kif tiġu tgħidulna li aħna m'aħniex Gvern Soċjalista?", "Aħna qegħdin nerġgħu niġġeneraw l-inizjattiva favur proġetti soċjali bħal dawn li qed insemmi.", "Hawn ta' min isemmi wkoll l-iskema ta' loans affordabbli, li xtaqt li kellha aktar suċċess.", "L-informazzjoni li għandi hi li permezz ta' din l-iskema 18-il familja diġà għamlu l-konvenju, u dan minkejja li qalulna li għal din l-iskema mhux se tinstab proprjetà biżżejjed.", "Jien nifhem li l-proprjetà telgħet fil-prezz, u fil-fatt aħna qegħdin nagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa biex l-iskema tas-social loans tibqa' għaddejja.", "Ta' min jgħid li bħalissa hemm 82 konvenju oħra in the pipeline taħt din l-iskema, u allura x-xogħol f'dan ir-rigward jinsab għaddej ġmielu.", "Daħħalna wkoll 58 post taħt l-iskema Nikru biex Nassistu, filwaqt li għandna oħrajn li bħalissa qiegħed jiġi ffirmat ftehim dwarhom.", "Daħħalna anke inċentiv għall-anzjani.", "Qabel, il-proprjetà tal-anzjani li ma tkunx qed tintuża kienet titħalla maqfula u vojta; issa lill-anzjani qed nagħtuhom inċentiv f'dan ir-rigward, u dan stajna nagħmluh għax għandna ekonomija b'saħħitha u għax għandna Gvern li qed jindirizza dawn l-issues.", "Ta' min jgħid li għamilna wkoll survey biex naraw kemm għandna proprjetajiet antiki tal-Joint Office li ilhom abbandunati mid-data li fiha l-gvern ħa over il-proprjetajiet, jiġifieri li ilhom bejn 25 jew 30 sena abbandunati.", "Biżżejjed ngħid li fil-Belt Valletta biss sibna 40 proprjetà ta' dan it-tip li issa l-Gvern għall-ewwel darba se jinvesti fihom.", "Ma tistgħux tgħidu li ma kellkomx żmien biex tagħmlu dak li qed nagħmlu aħna!", "Jien niftakar li meta l-Onor.", "Ivan Bartolo kien magħna fl-Oppożizzjoni, huwa kien jikkritika lill-Gvern Nazzjonalista fuq il-qasam tal-housing, imma issa qed jikkritika lilna għal xi ħaġa li m'għamlux huma!", "M'hemmx x'tagħmel, iż-żminijiet jinbidlu wkoll!", "(Interruzzjonijiet) Forsi issa jara d-dawl ukoll u bil-mod il-mod jerġa' jiġi magħna!", "Imbagħad, l-Onor.", "Ivan Bartolo semmielna wkoll l-aċċessibilità.", "Illum aħna qegħdin naħdmu fuq 23 blokka li fihom għamilna 47 lift.", "Dawn wieħed irid jikkomparahom mal-ħames lifts li kienu jsiru kull sena fi żmien Gvern Nazzjonalista!", "Sar titjib fl-aċċessibilità anke permezz tal-iskema li ħarġet l-Awtorità tad-Djar.", "Qalulna li l-iskemi għall-persuni b'diżabilità għalqu, u dan meta għadna kemm investejna €623,000 f'dan ir-rigward.", "Dan huwa t-titjib li qegħdin igawdu minnu l-familji tagħna.", "Imbagħad xi ngħidu għax-xogħol ta' embellishment li għamilna fil-housing estates?", "Dawn il-housing estates kienu ilhom ma jaraw daqsxejn żebgħa jew tikħil mill-1976!", "Biżżejjed ngħid li aħna tellajna l-budget ta' €300,000 fis-sena li sibna fl-2013 għal €2 miljun fis-sena, u dan stajna nagħmluh għax għandna ekonomija b'saħħitha, għax għandna Gvern li jinteressah, għax għandna Gvern li jista' u li jasal, u għax għandna Gvern li jwettaq u mhux jitkellem!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet!", "RODERICK GALDES: Sur President, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi nirringrazzja lill-Oppożizzjoni għaliex dan id-dibattitu kien wieħed ħaj, bħas-soltu!", "Sur President, irridu nifhmu li għandna nħarsu lejn qasam bħal dan b'viżjoni fit-tul fejn kulħadd ikun parteċipi, għax fl-aħħar mill-aħħar lilna li jinteressana – dak hu l-għan tagħna - hu li l-bniedem jgħix ħajja diċenti.", "Jien naħseb li kemm aħna bħala Gvern, kif ukoll kull Deputat f'din il-Kamra, jixtieq jara l-faqar ikompli jonqos, għax aħna bħala politiċi Maltin b'hekk biss inkunu qed nilħqu l-għanijiet ewlenin tagħna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretaru Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sur President, nixtieq nibda dan l-intervent billi l-ewwel nett nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu.", "Minħabba l-fatt li l-Baġit tal-2019 ressaq l-akbar pakkett finanzjarju fl-istorja ta' pajjiżna, illum jien nista' niġi hawnhekk u ngħid li bħala parti minn dan il-pakkett aħna għandna l-akbar nefqa fl-istorja fejn jidħlu anzjanità attiva u diżabbiltà.", "Issa min jaqra dan il-Baġit tliet darbiet jew erbgħa u jibqa' ma jarax dak li qed ngħid jien, bilfors li għandu problema għax allura moħħu żgur li ma jkunx qiegħed f'dak li jkun qed jaqra!", "Illum f'dan il-pajjiż tassew qed ngħixu s-suċċess, u aħna rridu li dak is-suċċess jinfirex fuq kemm jista' jkun nies, jiġifieri fuq l-anzjani, fuq il-persuni b'diżabilità, fuq it-tfal, fuq il-familji Maltin u Għawdxin, u fuq dawk il-persuni li għal żmien twil is-soċjetà qisithom bħala persuni vulnerabbli.", "Dan huwa Gvern ambizzjuż li quddiem l-isfidi ma jarax kif se jitfa' l-piż fuq iċ-ċittadini, iżda minflok jaħseb kif se jkun hemm hu għalihom.", "Eżempju ċar ta' dan huma l-pensjonijiet tal-anzjani tagħna u l-allowances tal-persuni b'diżabilità għax jekk kien hawn min ħaseb li f'dan is-settur aħna m'aħniex differenti, għandu żball.", "Fil-fatt, hemm differenza kbira bejn kif jaħsbuha ż-żewġ partiti politiċi li hawn f'din il-Kamra dwar dan is-settur.", "Il-Manifest Elettorali li ressaq il-Partit Nazzjonalista jerġa' jipproponi t-tieni pilastru.", "Dan xi jfisser?", "Dan ifisser żewġ affarijiet: bolla ogħla għall-ħaddiema u piż akbar għal min iħaddem, għax għall-Membri tal-Oppożizzjoni l-fatt li l-anzjani qegħdin jgħixu aktar hija sfida li jridu jħallsu għaliha n-nies u min iħaddimhom.", "Ara aħna għandna mentalità differenti għax aħna nipprovaw indawru kull sfida f'opportunità.", "Issa, meta jasal l-1 ta' Jannar, il-Maltin u l-Għawdxin kollha, fosthom il-persuni b'diżabilità u l-anzjani, se jkunu qegħdin jaraw x'se tkun iż-żieda fil-benefiċċji u fil-miżuri l-ġodda li dan il-Gvern introduċa u li huma se jibbenefikaw minnhom.", "Aħna nsostnuhom il-pensjonijiet, Sur President, iżda mhuwiex biżżejjed li nsostnuhom għax fil-verità rridu nsostnuhom u nżiduhom.", "Pereżempju, permezz ta' dan il-Baġit, 92,000 pensjonant se jieħdu żieda ta' €4.50 fil-ġimgħa.", "Ta' min ifakkar li din hija r-raba' darba li l-pensjonanti ħadu żieda fil-pensjoni tagħhom wara li din kienet ilha 25 sena ffriżata.", "Dawk l-anzjani li għalqu 75 sena u li baqgħu jgħixu f'darhom se jerġgħu jingħataw ukoll €300 fis-sena.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni semmew ukoll lit-tfal b'diżabilità, u għalhekk tajjeb nirrimarka li, filwaqt li fl-2014 it-tfal b'diżabilità kellhom allowance ta' €16 fil-ġimgħa, is-sena d-dieħla din se tiżdied għal €25 fil-ġimgħa, li tfisser €9 żieda minn dak li ħallew ta' qabilna.", "Il-Gvern Laburista introduċa diversi riformi matul dawn l-aħħar snin, u se jkompli jintroduċi riformi oħrajn għax huwa konxju tal-fatt li hemm setturi li, tgħinhom kemm tgħinhom, xorta waħda jkunu jeħtieġu lil min jimbottahom aktar 'il quddiem.", "Wieħed minn dawn is-setturi huwa s-settur tal-persuni b'diżabilità, u fil-fatt kien proprju għalhekk li bnejna Skills Space f'Tas-Sliema, biex lill-persuni b'diżabiltà nkunu nistgħu ngħallmuhom l-iskills li għandhom bżonn ħalli jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Żidnielhom l-allowance għal €140 fil-ġimgħa; din is-sena se nżiduhom €10 oħra biex b'hekk jibdew jaqilgħu €150 fil-ġimgħa, u se nibqgħu nżidulhom din l-allowance sakemm jilħqu l-minimum wage.", "Ta' min jgħid li b'kollox hemm 600 ruħ li għandhom bżonn din l-għajnuna, u aħna rriduhom jgħixu f'dinjità.", "Kif inhi s-sistema llum lil dawn il-persuni ma nistgħux nagħtuhom pensjoni, u allura aħna se ndaħħlu għodda ġdida li permezz tagħha jkunu jistgħu jibdew jieħdu pensjoni biex ikomplu jsostnu l-għajxien tagħhom.", "Huwa għalhekk li għandna s-surplus, Sur President.", "Huwa għalhekk li l-Prim Ministru qisu postman, jiġri madwar id-dinja biex iġib l-investiment lejn Malta.", "U huwa għalhekk li aħna qegħdin ilkoll hawnhekk, biex nagħmlu ħilitna kollha ħalli nieħdu value for money għall-flus li nonfqu.", "Irrid ngħid ukoll li spiċċa dak iż-żmien ta' min jagħtik f'id u jeħodlok minn oħra.", "Din is-sena, il-Gvern preżenti, biex ikun ġust mal-pensjonanti, reġa' żidilhom is-ceiling biex issa ġie jammonta għal €13,434.", "Ta' min isemmi li se nibdew diskussjonijiet biex Tallinja card tibqa' tingħata b'xejn lill-kategoriji kollha tal-persuni b'diżabilità.", "Aħna nemmnu li l-anzjani għandhom jingħataw l-aċċessibilità li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jibqgħu jgawdu l-kultura tal-ibliet u l-irħula tagħna, kif kienu mdorrijin jagħmlu.", "Fil-fatt aħna qed nieħdu ħsieb naraw ukoll li t-tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin jibqgħu ħajjin anke fid-djar residenzjali tagħna, għax aħna rridu li dawk l-anzjani li ma baqgħux jgħixu fi djarhom almenu jibqgħu jgħixu kwalità ta' ħajja għolja.", "Pereżempju, mill-170 sena li ilha mibnija r-residenza San Vinċenz de Paul, din is-sena organizzajna għall-ewwel darba l-festa ta' San Vinċenz bl-istatwa tiegħu.", "F'okkażjoni bħal din wieħed ikun jista' jinnota l-ferħ espress f'wiċċ dawn l-anzjani u l-pjaċir li jieħdu meta jisimgħu l-banda, għax dawn jibdew jiftakru f'kemm kienu jieħdu gost waqt il-ġimgħa tal-festa ta' raħal twelidhom.", "Dawn huma affarijiet li lilna jagħtuna sodisfazzjon għax aħna jimpurtana mill-kwalità tal-ħajja ta' dawn l-anzjani, kemm fl-affarijiet iż-żgħar kif ukoll f'affarijiet akbar.", "Il-Ministru tana imbottatura biex stajna nwaqqfu l-Fond Festi Inklussivi ta' €100,000 biex bihom il-festi tar-raħal, li huma għal qalb il-familji kollha Maltin u Għawdxin, ikunu jistgħu jsiru aktar aċċessibbli u inklussivi.", "Aħna ħadna diversi inizjattivi oħra fil-qasam tal-persuni b'diżabilità, Sur President.", "Pereżempju, fost affarijiet oħra, nedejna għall-ewwel darba l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu; iltqajna u tkellimna ma' diversi stakeholders biex inkomplu naħdmu flimkien; inawgurajna uffiċini aċċessibbli ġodda fis-CRPD (Commission for the Rights of Persons with Disability); bdejna t-tieni fażi tax-xogħol li qed isir f'Għajnsielem hub biex b'hekk inkomplu nestendu s-servizzi pprovduti bħala one stop shop ġewwa Għawdex; daħħalna a hearing loop system fiċ-Ċentru tal-Ispazju Kreattiv; nedejna l-proġett INK biex aktar persuni jkunu inklużi fid-dinja tax-xogħol; filwaqt li komplejna wkoll ninvestu fl-iskema JESS (Jobs Enhancing Skills Scheme).", "Qegħdin ukoll naħdmu fuq bosta abbozzi ta' liġi biex nassiguraw li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jibqgħu jiġu mħarsa.", "Sur President, il-Membri tal-Oppożizzjoni jsemmulna ħafna proġetti li suppost kienu se jagħmlu huma.", "Pereżempju, il-proġett tar-Residenza Vajrita tgħidx kemm kien ilu ġej, u sadanittant anke l-konkos kien qed jaqa' fuq it-tfal!", "Ara aħna rnexxielna nġibu baġit ta' €4 miljun biex jibda jitwaqqa' l-bini ta' din ir-residenza, u issa qegħdin naħdmu għall-permess.", "Sadanittant, ħadna ħsieb nieħdu lill-istudenti li kienu jiġu f'din ir-residenza f'postijiet oħrajn u, jekk il-Bambin irid, is-sena d-dieħla se jibda t-twaqqigħ u x-xogħol fuq din ir-residenza, bil-għan li nagħmlu dan il-post state of the art u b'hekk min jiġi f'din ir-residenza jibda jgawdi minn faċilitajiet mill-aktar moderni.", "Qegħdin inkomplu nallokaw baġit sabiex niffaċilitaw il-ħajja tal-persuni torox.", "Matul is-snin preċedenti waqqafna l-Kunsill dwar il-Lingwa Maltija tas-Sinjali, li permezz tiegħu stabbilixxejna l-lingwa tas-sinjali bil-Malti.", "Ta' min jgħid li din is-sena bbenefikaw minn dan is-servizz 85 persuna, u peress li d-domanda għal tali servizz qiegħda dejjem tiżdied, qegħdin naħdmu flimkien mal-Università biex inħarrġu kemm jista' jkun nies f'din l-iskill daqstant importanti bil-għan ewlieni li l-benefiċċjarji jkollhom dinjità u kwalità ta' ħajja aħjar.", "Dawn is-servizzi kollha huma riżultat ta' gvern li jisma', jippjana u jwettaq.", "B'unur kbir ngħid li, permezz ta' dan il-baġit, matul is-sena d-dieħla se jkollna €23 miljun allokati għal servizzi li se jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-impjegati kollha tal-Aġenzija Sapport, fosthom lis-Sur Joseph Cini, li huwa s-CEO ta' din l-aġenzija.", "Sur President, minkejja l-ħafna kritika li ssir min-naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni fuq dan il-qasam, meta tmur lura u tara l-Estimi tal-aħħar Baġit ta' Gvern Nazzjonalista, li huwa l-akbar Baġit li għamel Gvern Nazzjonalista, issib li l- baġit allokat għall-persuni b'diżabilità kien ta' €8.7 miljun.", "Aħna għas-sena d-dieħla qegħdin nallokaw baġit ta' €23 miljun għal dan il-qasam, u dan kollu għamilnieh f'ħames snin!", "Imbagħad jiġu jgħidulna hawnhekk li aħna ma nagħmlu xejn!", "Dan ifisser is-surplus – żieda ta' 150% tal- baġit li sibna għal dan is-settur biss, u dan billi żidna l-budget minn €9 miljun għal €23 miljun!", "Ħalli nkompli nsemmi aktar inizjattivi li ħadna.", "Frażi li żgur se tibqa' monumentali għall-ġustizzja soċjali li wera dan il-Gvern matul dawn l-aħħar għaxar snin hija \"Proġett Soċjetà Ġusta\".", "S'issa diġà ftaħna 11-il dar fil-komunità, li ħafna minnhom qegħdin joffru diversi servizzi lil dawk il-persuni li jkunu jixtiequ jgħixu ħajja indipendenti.", "Ovvjament, il-Gvern mhux qed iwettaq dan il-proġett waħdu imma qed iwettqu flimkien ma' diversi NGOs.", "S'issa dan il-proġett ra investiment ta' €4 miljun, u għas-sena 2019 ġejna allokati €1 miljun ieħor għall-istess għan.", "Dan ifisser is-surplus għal pajjiżna, Sur President, u huwa għalhekk li jien ngħid li min qara dan il-Baġit erba' darbiet u ma sabx dan kollu, żgur li moħħu ma kienx qiegħed f'dak li kien qed jaqra!", "Tajjeb ngħid li f'Settembru li għadda delegazzjoni mis-Segretarjat Parlamentari tiegħi, immexxija minn Dr. Alistair De Gaetano, għall-ewwel darba pparteċipat fl-20 sessjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-Ġnus Magħquda.", "Nista' ngħid li din id-delegazzjoni ġiet lura Malta with flying colours, tant li Prof. Theresa Degener stqarret li hija baqgħet impressjonata bix-xogħol kbir li qiegħda tagħmel Malta biex il-persuni b'diżabbiltà jkollhom kwalità ta' ħajja għolja.", "Dan il-Gvern għaraf ukoll l-investiment u s-sagrifiċċji li jagħmlu kuljum il-membri familjari tal-persuni b'diżabbiltà, u jixtieq li huma wkoll jingħataw l-importanza li tixirqilhom.", "Nafu kemm il-familjari ta' dawn il-persuni juru dedikazzjoni sabiex dawn il-qraba għeżież tagħhom ikunu jistgħu jgħixu b'dinjità; però, nafu wkoll li anke dawn il-carers għandhom bżonn ikollhom il-mistrieħ tagħhom, u allura nixtieq inħabbar b'ċertu ferħ u unur li, wara li tkellimna ma' diversi familji u NGOs, matul il-ġimgħat li ġejjin se nintroduċu f'pajjiżna servizz ġdid ta' respite short-term għall-persuni b'diżabbiltà severa, u se nkunu qed inżidu l-allokazzjoni ta' 20 slot ieħor ta' short-term respite għal persuni b'diżabbiltà.", "Hekk jagħmel gvern li jemmen fil-ġustizzja soċjali!", "F'dawn l-aħħar budgets il-Gvern ra wkoll li jagħmel riforma biex f'Baġit wara l-ieħor itejjeb il-ħlasijiet ta' dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħna fid-djar tagħhom.", "Fil-fatt, l-ewwel żidna l-allowance tal-carers b'€140, u issa qed nagħtuhom żieda ta' €90 oħra.", "Barra minn hekk, mis-sena d-dieħla se nagħmlu bidla oħra kbira għax meta persuna tapplika biex tieħu ħsieb anzjan jew anzjana li tkun għalqet il-85 sena, l-allowance se tibda titħallas lill-carers li jkunu qed jgħixu fl-istess dar ta' dawn l-anzjani awtomatikament u mingħajr ħafna mistoqsijiet.", "Aħna għalhekk għandna s-surplus, biex nużawh tajjeb!", "Ta' min jgħid li s-servizzi li huma relatati mal-anzjani jingħataw kollha mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Anzjanità Attiva u mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex ngħid prosit lill-Onor.", "Mario Galea, li ħadem biex ġew introdotti diversi servizzi fil-komunità, li aħna qed inkomplu nżidu fuqhom.", "Wara bosta inizjattivi li ħadna għall-anzjanità fil-komunità, matul din is-sena bdejna billi għamilna konferenza dwar is-sesswalità tal-anzjani.", "Għamilna wkoll terapija bl-annimali fost diversi anzjani, u saħħaħna l-wi-fi fid-day centres u fid-djar residenzjali tal-anzjani.", "Ta' min jgħid li llum kull day centre u kull residenza tal-anzjani għandha programm ta' attivitajiet speċjali, u aħna ħadna ħsieb noħolqu diversi korsijiet għall-anzjani dwar l-użu tat-teknoloġija, saħansitra fid-djar residenzjali.", "Komplejna ninvestu fis-servizzi tal-komunikazzjoni u tal-komunità, wettaqna l-proġett \"Mill-Anzjan għall-Anzjan\", waqqafna l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, komplejna nsaħħu l-Università tat-Tielet Età, u ftaħna wkoll branch oħra.", "Waqqafna a national dementia working group, filwaqt li għamilna servizz pilota ta' Silver T transport service, li jidher li kien suċċess għax illum donnu kulħadd qed jitkellem fuq dan it-tuk tuk!", "Irrid ngħid ukoll li għas-sena d-dieħla għandna flus biżżejjed biex indawru ċ-ċentri li għandna f'silver hubs.", "Kif qed naraw, Sur President, hemm firxa kbira ta' inizjattivi u ta' servizzi pprovduti mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, tant li dawn qed jaqdu lil 24,000 persuna.", "Dan id-Dipartiment qed ilaħħaq ma' dawn l-inizjattivi u s-servizzi kollha li semmejt għaliex għandu budget record ta' €79 miljun, żieda ta' €34 miljun fuq din is-sena li qegħdin fiha, u l- baġit kollu li għandna għal dan il-qasam jilħaq il-€145 miljun.", "(Interruzzjonijiet) Mela m'għandux x'jaqsam!", "M'għandux x'jaqsam meta fl-aqwa Baġit tagħkom, il- baġit kien ta' €50 miljun?!", "Għalhekk għandu x'jaqsam, għax minn €50 miljun aħna tellajna dan il- baġit għal €145 miljun!", "U mela m'għandux x'jaqsam?!", "Mela mingħajr flus tista' tagħmel xi ħaġa?!", "F'ħames snin aħna żidna l- baġit iddedikat għall-anzjani tagħna b'188%!", "Anzi, skont l-Estimi tal-2012, lanqas €50 miljun ma kienu jintnefqu, u issa qed ngħidu li din is-somma telgħet għal €145 … imma forsi dan mhux għal kulħadd huwa importanti!", "Komplejna ntejbu wkoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħna.", "Żidna l-pagi lill-ħaddiema tal-home help, qegħdin nistrutturaw l-impjiegi tal-care workers, u qegħdin noffru diversi taħriġ u noħolqu opportunitajiet ġodda għall-ħaddiema tagħna.", "Biex inkunu nistgħu nfasslu l-futur tagħna, aħna rridu li aktar persuni jagħżlu karriera fl-oqsma tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità u għalhekk għamilna diversi korsijiet biex inkomplu ninkoraġġixxu dan.", "Ħadna diversi inizjattivi ġodda wkoll fir-rigward tar-residenza San Vinċenz de Paul.", "Irranġajna l-faċċata ta' din il-binja, u se nkomplu nagħmlu upgrading f'diversi swali oħra ta' din ir-residenza.", "Irranġajna u rrestawrajna l-Kumpless Rużar Briffa bi spiża ta' €7 miljun, filwaqt li issa nbdiet it-tieni fażi tal-istess kumpless, fejn għandna spiża oħra ta' €7 miljun.", "Inawgurajna żewġ swali ġodda tad-dementia, li nfaqna fihom €1 miljun u żidna s-sodod minn 22 għal 44.", "Għamilna investiment ta' €800,000 fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija, li ftaħnieh għall-persuni li joqogħdu f'dawk l-akwati biex innaqqsu l-burden minn fuq l-Isptar Mater Dei.", "Ta' min jgħid li għandna proġett kbir għal anzjani b'dipendenza għolja, u se nżidu wkoll 500 sodda għal dan il-għan.", "Għalhekk qiegħed is-surplus!", "Sinjura President, aħna qegħdin hawnhekk biex ngħinu u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u mhux biex, kif ikollna l-ewwel opportunità, inżidu l-pagi tagħna.", "Matul dan l-intervent jien semmejt dak li wettaqna u dak li se nwettqu matul is-sena li ġejja.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-ħabib kbir tiegħi, il-Ministru Michael Falzon, kif ukoll lill-Onor.", "Roderick Galdes, tas-sapport li jagħtuni u tal-ħidma bla waqfien li qed nagħmlu flimkien għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Nixtieq nirringrazzja lill-istaff taċ-Ċivil, fosthom lis-Sur Grezzju Barbara, lis-Sur Mark Mousù u lill-kumplament tat-timijiet tagħhom, kif ukoll lis-Sur Patrick Vella, lil Dr Josianne Cutajar, lis-Sur Cini u lill-istaff kollu li jaħdmu kemm fl-Aġenzija Sapport, kemm fid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, kif ukoll fir-Residenza San Vinċenz de Paul.", "Flimkien qegħdin nagħmlu dan kollu biex nipprovaw nagħtu ħajja aħjar lin-nies li jiġu jitolbuna xi servizz jew ieħor.", "Dan mhux se jkun l-aħħar Baġit bla taxxi.", "Dan mhux se jkun l-aħħar Baġit bis-surplus.", "Dan mhux se jkun l-aħħar Baġit li fih se nżidu l-pensjonijiet.", "Dan mhux se jkun l-aħħar Baġit li fih se nżidu s-servizzi.", "Dan se jkun biss Baġit ieħor minn sensiela ta' budgets li se jsaħħaħ id-dinjità tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità, għax dan huwa Gvern tal-ġustizzja soċjali.", "Dan il-Gvern huwa bieżel, u dak li jwiegħed iwettqu.", "Għadna ma smajniex bi gvern ieħor li kien kapaċi jagħmel dan għax dejjem ġabulna ħafna skużi, fosthom għax hemm il-maltemp, għax mhux tort tagħhom jew għax il-finanzi m'humiex qegħdin fis-sod.", "Madanakollu, illum aħna qegħdin ngħixu żminijiet differenti għax dan huwa Gvern li bih tgħix is-suċċess.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sinjura President, l-ewwel nett, nixtieq nibda dan id-diskors billi nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'dan id-dibattitu, u forsi jkun tajjeb jekk nirringrazzjaw ukoll lil kull min ħa sehem fid-diskussjonijiet li kellna fuq dan il-Baġit.", "Għat-tieni sena konsekuttiva, illum qed irressaq għall-approvazzjoni tal-Kamra l-voti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.", "Sena ilu kont esprimejt sodisfazzjon u pjaċir għall-pakkett soċjali li ppreżentajna; illum qed nesprimi sodisfazzjon ferm akbar, mhux biss għan-nefqa rekord li qed irressqu, iżda wkoll għall-progress li komplejna niksbu matul dawn l-aħħar 12-il xahar b'riżultat tal-miżuri ġodda li introduċejna.", "L-ispiża rikorrenti u kapitali tal-Ministeru għas-sena li ġejja se tlaħħaq il-€1,758 miljuni, aktar minn terz tan-nefqa totali tal-Gvern għas-sena d-dieħla, jiġifieri għal kull ċenteżmu li se jonfoq il-Gvern, terz minnu se jmur għall-qasam soċjali.", "Jekk inqabblu din l-ispiża mal-ispiża approvata fl-2013, meta ġejna fdati bir-riedni tal-pajjiż, naraw żieda ta' €646 miljun.", "Issa, jien u ngħid dan kollu rrid inkun ċar.", "B'daqshekk aħna m'aħniex qed ngħidu li x-xemx telgħet fl-2013.", "Wieħed irid jirringrazzja lill-Mulej għall-fatt li, grazzi għall-inizjattivi u l-miżuri li ħadu ta' qabilna, xi ftit jew wisq il-ħeġġa soċjali f'pajjiżna kienet diġà tinħass.", "Madanakollu, wieħed ma jistax jgħatti x-xemx bl-għarbiel, u l-verità hija waħda.", "F'dawn il-ħames snin li ilna fil-Gvern, il-ħeġġa soċjali kompliet tisreġ u tikkarga, u dan frott ir-riformi u l-ħidma bla heda li wettaqna u li ssarrfu f'ġid bla preċedent.", "Illum ħadt pjaċir nisma' lill-kelliema tal-Oppożizzjoni kollha jitkellmu dwar is-surplus u dwar kemm għandna ġid ekonomiku.", "Fil-fatt, il-ġid ekonomiku li għandna qed insarrfuh f'ħolqien ta' opportunitajiet kbar ta' xogħol u f'għexieren ta' miżuri soċjali biex tissawwar soċjetà aktar ġusta u ħanina.", "Ħaddieħor kien daħħalna fi kriżi finanzjarja bl-Unjoni Ewropea tiġri warajna, tant li darba minnhom waslet biex qaltilna naqtgħu €40 miljun mill-budget, u l-Amministrazzjoni li kienet qed tmexxi lill-pajjiż dak iż-żmien qatgħethom proprju mill-qasam soċjali.", "Bil-prosperità li ħsadna nissilna kwalità ta' ħajja aħjar: pagi ogħla, titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol, żieda kbira fil-konsum privat, investimenti u inizjattivi ġodda kemm kummerċjali, kemm industrijali, kif ukoll finanzjarji.", "Dan il-progress ta opportunità akbar lin-nies biex jaħdmu, u hawn m'iniex qed nirreferi biss għall-Maltin, għax illum hawn jaħdmu fostna eluf ta' ħaddiema barranin minħabba li l-ekonomija tagħna għandha bżonnhom.", "B'mod konsistenti l-istatistiċi tal-aħħar snin urew b'mod ċar kif il-qgħad waqa' għall-inqas livell li qatt ġie rreġistrat f'Malta, u fl-inqas livell f'ambitu Ewropew.", "Dan min-naħa tiegħu wassal biex in-numru ta' persuni li qegħdin fuq l-għajnuna soċjali minħabba li m'għandhomx impjieg niżel minn 4,200 fl-2013 għal 765 f'Settembru li għadda, jiġifieri dan in-numru naqas b'madwar 3,500.", "Tul l-istess perjodu, il-persuni li qegħdin fuq l-għajnuna soċjali niżlu bi ftit inqas minn nofs, għax minn 14,000 fl-2013 sa Settembru li għadda niżlu għal 7,940.", "Fil-fatt, dan in-numru wkoll niżel għall-inqas livell li qatt kellna, bir-riżultat li l-infiq min-naħa tal-gvern f'dan ir-rigward naqas bi €12 miljun.", "Ta' min iżid jgħid li l-flus li ffrankajna fuq dan l-aspett bżajna għalihom u wżajniehom, u naħseb li f'dan il-Baġit se nuru li se nkunu ta' sostenn akbar ma' kategoriji oħra ta' benefiċċjarji soċjali, speċjalment mal-pensjonanti, li se nitkellem dwarhom aktar tard.", "L-ewwel ħaġa li nixtieq nitkellem fuqha hija l-ħajra li rnexxielna nġibu fil-Maltin għax-xogħol.", "Minbarra l-miżura ta' childcare b'xejn kien hemm diversi miżuri li permezz tagħhom ħeġġiġna persuni li kienu fuq il-benefiċċji soċjali.", "Il-parti l-kbira ta' dawn il-persuni kienu nisa, li għenu sew biex jonqos il-qgħad.", "M'hemmx dubju li l-aktar miżura li kienet suċċess kienet dik tat-tapering of benefits, jiġifieri dik il-miżura li permezz tagħha l-benefiċċji tal-qgħad ma jinqatgħux f'daqqa imma fuq perijodu ta' tliet snin.", "Ta' min jgħid li l-għadd ta' parteċipanti f'din l-iskema beda b'madwar 500, u sal-lum dawn żdiedu għal aktar minn 2,600 persuna.", "L-aktar ħaġa li tagħtini pjaċir mhijiex biss li introduċejna miżura bħal din, imma li miżura bħal din ħalliet riżultat.", "Mir-records li jżomm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jirriżulta wkoll li aktar minn 90% ta' dawk il-persuni li għaddewlhom it-tliet snin u li kienu diġà daħlu fid-dinja tax-xogħol baqgħu fid-dinja tax-xogħol, u hawnhekk wieħed jara li din il-miżura verament ħalliet riżultat.", "Din hija xi ħaġa inkoraġġanti għax turi li llum aktar u aktar persuni qed jagħrfu li jkun aktar jaqblilhom jaħdmu milli jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali, making work pay.", "Ma nistax ma nitkellimx ftit dwar il-faqar fejn, l-ewwel nett, irrid ngħid li, bir-rispett kollu, fejn jidħol il-faqar lill-Membri tal-Oppożizzjoni ma nistax nifhimhom għax, bil-progress li għamilna u li għadni kif semmejt, lill-faqar tajnieh daqqa kbira.", "Meta nbidel il-Gvern kellna 99,000 persuna li kienu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, filwaqt li l-aħħar statistika, li ovvjament ma tkoprix il-perjodu sal-lum il-ġurnata, turi li dan l-ammont niżel għal 82,000.", "Jiġifieri f'ħames snin dawk li huma f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali naqsu bi 17,000.", "Issa jekk wieħed jistaqsini aħniex qed nagħmlu biżżejjed b'daqshekk, jien ngħid li m'aħniex nagħmlu biżżejjed għax anke jekk ikun hemm għaxar persuni f'riskju ta' faqar niddejjaq.", "Però ma nistgħux niċħdu li naqqasna r-rata għall-aktar livell baxx li qatt kienet, allavolja jien għadni niftakar nies jgħidu li l-faqar huwa biss perċezzjoni!", "Fejn jidħol is-severe material deprivation – għax bażikament dawn iż-żewġ fatturi jittieħdu bħala kejl – fuq perjodu ta' erba' snin dawn naqsu minn 39,000 għal 14,000, jiġifieri kważi ġew terz ta' dak li kienu fl-2012.", "Tajjeb nispjega fi kliem sempliċi li n-nies li jikklassifikaw f'din il-kategorija huma dawk li ma jkunux jifilħu jagħmlu erbgħa mid-disgħa nefqiet partikolari li juża l-kejl, fosthom li jieklu laħam jew ħut darba iva u darba le, u li jmorru għal btala barra minn xtutna darba fis-sena.", "Kellna tnaqqis ieħor inkoraġġanti fl-għadd ta' persuni li huma mċaħħda minn tal-anqas tliet affarijiet, fejn f'dan il-każ in-numru niżel b'46,000.", "Altru milli ħloqna l-faqar, Sinjura President!", "Għall-kuntrarju, bit-titjib fid-dħul tagħhom għenna aktar familji jiksbu dawk l-affarijiet li huma meqjusin bħala essenzjali biex jgħixu ħajja aħjar.", "Wara kollox dak għandu jkun l-għan tagħna lkoll kemm aħna bħala politiċi.", "Sinjura President, meta nħares ftit lura biex nara minn fejn tlaqna nħoss sens ta' kburija – għalkemm bl-ebda mod ma nħoss sens ta' suppervja – għax f'perijodu pjuttost qasir wettaqna rivoluzzjoni siekta li ma ġietx mix-xejn.", "Minkejja li l-bidu kien iebes u minkejja li t-triq kien fiha l-ostakli wkoll aħna stinkajna kemm flaħna, iżda fuq kollox aħna rnexxielna nagħmlu dan kollu għax bqajna ffokati fuq il-mira tagħna li noħolqu l-ġid, bl-iskop li nferrxuh ma' kull faxxa tas-soċjetà ħalli kemm jista' jkun ħadd ma jħossu minsi jew mitluq.", "Issa jien u ngħid dan ma rridx ninstema' li qed niftaħar.", "B'daqshekk ma lħaqniex is-sema, u x-xemx ma telgħetx fl-2013.", "Xejn minn dan, imma nafu li għamilna ħafna, u dan ejjew nirrikonoxxuh.", "Jekk mhux għall-aspett partiġġjan, għallinqas bħala pajjiż għandna nieħdu pjaċir b'dawn in-numri.", "Nafu li baqa' iktar x'naqdfu biex inwettqu l-programm li wegħedna lill-elettorat u biex negħlbu l-isfidi ġodda li jġibu magħhom realtajiet ġodda, kif semma tajjeb il-ħabib u kollega tiegħi, l-Onor.", "Claudio Grech, imma aħna rridu nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji u ta' wliedhom, tal-anzjani u ta' dawk li jħossuhom batuti.", "Il-miżuri u l-inizjattivi li, jekk Alla jrid, se jidħlu fis-seħħ is-sena d-dieħla wieħed irid jarahom ukoll flimkien ma' għexieren ta' miżuri ta' fejda li għamilna f'budgets preċedenti, u minn issa nista' nassigura lil kulħadd li se nuru bil-fatti fejn verament tħabbat il-qalb soċjali tagħna.", "Il-valuri tagħna ma jinbidlux.", "Ir-realtajiet jinbidlu, id-dinja tinbidel, imma l-valuri tagħna ta' ġustizzja soċjali ma' kulħadd għadna nemmnu fihom u allaħares xi darba nitilfuhom bħala pajjiż.", "Sinjura President, is-sena d-dieħla se nkunu qegħdin inqassmu mill-ġdid €1.8 biljun minn ministeru wieħed.", "Għalkemm ma nixtieqx nitkellem ħafna dwar dan għax diġà tkellem il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis, ta' min jgħid li biss biss in-nefqa li nagħmlu bħala pajjiż fuq is-sodod għall-anzjani hija kbira daqs in-nefqa li jagħmlu tliet Ministeri kollha flimkien.", "Madanakollu, dan huwa dak li rridu nagħmlu għax jekk jista' jkun irridu nilħqu lil kulħadd.", "Fil-fatt, il-maġġoranza tal-miżuri li ħadna jiswew eluf ta' ewro, però aħna għandna mira li rridu nilħqu.", "Tliet snin ilu għamilna mira li bil-miżuri soċjali li daħħalna – u li se nkomplu ndaħħlu – se naslu biex l-ebda familja bit-tfal taħt is-16-il sena fejn hemm wieħed mill-ġenituri li għandu xogħol fulltime ma tkun fil-faqar.", "Fil-bidu kien hemm diskrepanza bejn l-etajiet għax dawk li kellhom 'il fuq minn 65 sena ma kinux sejrin tajjeb daqs l-oħrajn, imma l-aħħar statistika li għandna turi li qed jirnexxilna nolqtu lil kulħadd.", "Fil-fatt, it-tfal li qegħdin f'severe material deprivation niżlu minn 4,000 għal 200, filwaqt li l-anzjani niżlu b'50%.", "Ta' min jgħid ukoll li għall-ewwel darba fl-istorja soċjali tal-pajjiż in-nefqa fuq il-benefiċċji se taqbeż il-€1 biljun.", "Fuq benefiċċji se nonfqu €1.29 biljun, u jekk tqabbel dan ma' dak li ntnefaq fl-2013 issib żieda ta' €242 miljun; jiġifieri, bejn l-2013 u dan il-Baġit li ppreżentajna għall-2019 hemm żieda ta' 31% f'dan ir-rigward.", "Bħalma wieħed jista' jobsor, l-akbar ammont se jintnefaq fuq il-pensjonijiet tas-sigurtà soċjali, sew dawk li huma kontributorji, kif ukoll dawk li mhumiex.", "Fil-fatt, l-ispiża fuq il-pensjonijiet se tlaħħaq it-€862 miljun, qabża ta' 38% fuq is-sena 2013.", "Interessanti wieħed ikun jaf li ż-żieda perċentwali fin-nefqa fuq il-pensjonijiet hija akbar miż-żieda perċentwali fin-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali kollha, u dan ġara għaliex, kif għadni kemm għedt, aħna ridna ngħinu speċifikatament lill-pensjonanti. €21 miljun se jmorru biex għal darb'oħra nerġgħu nwieżnu l-pensjonijiet tal-irtirar, tas-servizz, tar-romol, tal-invalidità u ta' dawk li jirċievu l-pensjoni tal-età, u dan se jsir b'żieda ta' €4.50ċ fil-ġimgħa li tissarraf b'żieda annwali ta' €234.", "Din il-miżura, li se tolqot 'il fuq minn 92,000 pensjonant u pensjonanta, kienet parti mill-wegħda elettorali li għamilna li matul din il-Leġiżlatura nagħtu żieda ta' €8 fil-ġimgħa minbarra dik għall-għoli tal-ħajja.", "Nieħu pjaċir nirrimarka li s'issa, f'żewġ budgets biss, diġà wettaqna aktar min-nofs ta' din il-wegħda.", "Wara nixfa ta' 25 sena sħaħ li matulhom il-pensjonanti ntesew, inqatgħu lura u li fihom kiber il-periklu ta' riskju ta' faqar, din hija r-raba' sena konsekuttiva li fiha qed ngħollu l-pensjoni tal-anzjani u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.", "Nerġa' nfakkar li f'25 sena sħaħ il-pensjoni ma kienet żdiedet qatt ħlief bil-COLA.", "Xi ħaġa oħra li qegħdin nagħmlu u li se nkomplu s-sena d-dieħla hija li se nirrevedu r-rata tal-pensjonijiet tal-irtirar u tar-romol.", "Suppost, meta jkun hemm żieda fil-bracket li inti tkun ħriġt minnha jew ikun hemm ftehim kollettiv ġdid, il-pensjoni tiġi riveduta, u fuq dan il-kontest l-eżerċizzju li komplejna fuqu anke din is-sena laqat tajjeb kemm il-pensjonijiet tal-irtirar, kemm il-pensjonijiet tar-romol, kif ukoll pensjonijiet oħrajn.", "Il-liġi stess tirrikjedi li jsir tali eżerċizzju, iżda għal snin twal dan l-eżerċizzju kien tħalla fil-ġenb u ma sar xejn, jew minħabba nuqqas ta' finanzjament jew forsi wkoll minħabba nuqqas ta' workforce.", "Sal-lum, meta persuna tilħaq l-età tal-irtirar, il-pensjoni tagħha tinħadem skont il-paga bażika jew id-dħul li kellha u skont kemm tkun ħallset kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.", "Bil-liġi, ir-rata tal-pensjoni trid tkun aġġornata skont il-paga bażika kurrenti tal-grad li tkun fih persuna meta din tirtira, u għalhekk suppost isir proċess biex isiru l-bidliet meħtieġa skont iċ-ċaqliq fl-iskali ta' paga li jseħħu permezz ta' xi ftehim kollettiv li jiġi nnegozjat.", "Tabilħaqq għandna ruħ soċjali: snin sħaħ fejn fihom ma sar xejn minn dan!", "Ara aħna għandna ruħ soċjali, u lesti nwettqu dak li nemmnu fih!", "Ridna nkunu ġusti mal-pensjonanti u r-romol, kif wara kollox titlob il-liġi, u għalhekk imbarkajna fuq eżerċizzju biex nirregolarizzaw il-pensjonijiet ta' dawn il-persuni.", "Fil-fatt, bi pjaċir ngħid li fuq medda ta' 21 xahar, jiġifieri minn Jannar tal-2017 sa Ottubru li għadda, ġew miflija kważi 52,000 każ abbażi ta' 43 ftehim kollettiv.", "Minkejja li dan l-eżerċizzju ma kienx imsemmi fil-Baġit, aħna se nkompluh anke matul is-sena d-dieħla għax irridu nassiguraw li għamilna ġustizzja ma' kulħadd, liema ġustizzja kienet ġiet imċaħħda għal diversi snin mhux ħażin.", "Għal darb'oħra ħsibna wkoll f'dawk l-anzjani ta' bejn it-62 u l-74 sena li m'għandhomx pensjoni kontributorja minħabba li meta kienu rtiraw ma kinux ħallsu bolol biżżejjed.", "Dak iż-żmien kien hemm ċirkostanzi li minħabba fihom dawn in-nies ma setgħux jibqgħu jaħdmu, u allura ma kkwalifikawx għall-pensjoni.", "Fil-fatt, il-maġġoranza l-kbira tagħhom dawn huma nisa li meta żżewġu waqfu mill-ħidma tagħhom.", "Aħna se nżidu l-għotjiet li dawn in-nies qed jingħataw sal-lum b'€50, biex issa dawk li ħallsu bolol għal aktar minn sena iżda għal anqas minn ħames snin, fl-2019 se jieħdu għotja ta' €200, filwaqt li dawk li ħallsu bolol għal aktar minn ħames snin, l-għotja tagħhom se titla' għal €300.", "Ta' min jgħid li din se tkun it-tieni żieda minn meta introduċejna dan il-benefiċċju fl-2015, u f'erba' snin se nkunu rrevedejnieh darbtejn.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq madwar 12,500 persuna, li b'kollox se jkunu ħadu żieda ta' 50% fuq l-għotja tagħhom minn meta din ġiet introdotta fl-2015, liema żieda se tkun tammonta għal €11.7 miljun; €9 miljun oħra se jmorru fil-but ta' aktar minn 29,000 anzjan u anzjana li għalqu l-75 sena u li għadhom jgħixu f'darhom.", "Dan se jseħħ għax se nżommu l-miżura tal-għotja annwali in place.", "Xi ħadd mill-Membri li tkellmu matul dan id-dibattitu – mingħalija l-Onor.", "Claudio Grech – semma l-pensjoni tas-servizz.", "Fil-fatt, minbarra li aħna qed inżidu l-pensjoni tas-sigurtà soċjali u dik tal-pensjonanti tas-servizz b'€200 fis-sena, issa se nemendaw ukoll il-mod kif din tiġi kkalkolata.", "Sal-lum, jiġi kkalkolat 50% tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, li tissejjaħ \"komputazzjoni tal-pensjoni\".", "Madanakollu issa se nibdew nikkalkolaw dawn il-pensjonijiet mod ieħor, u din il-miżura hija maħsuba l-aktar għal dawk il-pensjonanti tas-servizz li għandhom 72 sena u aktar jew li se jilħqu din l-età s-sena d-dieħla.", "Issa, minflok mhu se jiġi njorat nofs l-ammont tal-pensjoni tas-servizz li jkun ġie kkomutat, kif dejjem sar s'issa, il-parti li se tiġi injorata se titla' għal 75% minflok għal 50% tal-ammont.", "Huwa stmat li s-sena d-dieħla, jiġifieri fl-2019, 2,200 pensjonant tas-servizzi se jibbenefikaw minn żieda medja ta' madwar €11 fil-ġimgħa għal dik li hija pensjoni tas-sigurtà soċjali.", "B'dan il-pass se nkunu wettaqna parzjalment il-wegħda elettorali li s-somma kommutata tiġi injorata kompletament.", "Ninsab ottimist li sa tmiem din il-Leġiżlatura se nkunu wettaqna l-wegħda elettorali b'mod sħiħ u b'hekk ma jibda jiġi kkalkolat xejn.", "Matul is-sena d-dieħla, lil dawk li huma fis-Servizz jew fis-settur pubbliku se nagħtuhom dritt li s'issa kien jeżisti biss fis-settur privat.", "Din il-wegħda elettorali, li se titwettaq kompletament, hija maħsuba biex, meta l-impjegati tas-Servizz jew tas-settur pubbliku jilħqu l-età li fiha jistgħu jirtiraw u jieħdu l-pensjoni tas-sigurtà soċjali, huma jkollhom id-dritt jagħżlu jekk jibqgħux fl-impjieg jew le.", "Bħal fil-każ tal-ħaddiema fis-settur privat u tas-self-employed, permezz ta' dan id-dritt, jekk jibqgħu jaħdmu mingħajr ma jieħdu l-pensjoni se jkollhom il-jedd ta' żieda fil-pensjoni ta' bejn 5% u 23%, skont kemm-il sena sħiħa jkunu baqgħu jaħdmu.", "Din hija wegħda elettorali oħra li, kif għedt diġà, ġiet imwettqa in full.", "Se jgawdu wkoll f'dik li hija pensjoni eks-impjegati ta' entitajiet fejn il-gvern kien is-sid jew li fihom kellu l-maġġoranza tal-ishma.", "Qabel Jannar tal-2008, ħafna drabi min kien jibbenefika minn skema tal-irtirar kmieni u jmur jaħdem xi mkien ieħor, il-paga kienet tkun inqas u l-pensjoni kienet tinħadem fuq din il-paga, li kienet inqas.", "Ara dawk li bbenefikaw minn skema tal-irtirar kmieni u marru jaħdmu xi mkien ieħor wara Jannar tal-2008, is-sitwazzjoni tagħhom kienet ġiet irranġata u l-pensjoni tagħhom bdiet tiġi bbażata fuq il-paga li kellhom qabel ma bbenefikaw mill-iskema tal-irtirar.", "Imma mhux l-istess nistgħu ngħidu għal dawk li bbenefikaw minn xi skema ta' rtirar kmieni qabel l-2008, u allura dawn tal-aħħar kienu qed isofru diskriminazzjoni għar-raġuni li ma kinux ittrattati l-istess bħal dawk li daħlu għal skemi simili wara Jannar tal-2008.", "Issa, permezz ta' emenda fil-liġi dwar is-sigurtà soċjali, din id-diskriminazzjoni se tispiċċa u b'hekk il-pensjoni ta' dawn il-persuni, li huwa stmat li jammontaw għal madwar 600, se tinħadmilhom mill-ġdid biex tibda tittieħed inkonsiderazzjoni l-paga li kellhom fl-azjendi tal-gvern, u b'hekk ikunu jistgħu jiġu intitolati għal pensjoni ogħla minn dik li għandhom fil-preżent.", "Madanakollu, aħna ma waqafniex hawn u se nagħmlu ġustizzja wkoll ma' kategorija oħra ta' ħaddiema li sofrew tnaqqis fil-pensjoni tagħhom intortament.", "Qed nirreferi għal dawk il-ħaddiema li fl-imgħoddi ħadmu fil-Libja u li ntlaqtu ħażin bi ftehim li kien sar fl-1988, liema ftehim kien beda jgħodd mill-1 ta' Frar 1990.", "Qabel dan il-ftehim, dawn il-ħaddiema kienu intitolati jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fil-Libja u dawn il-kontribuzzjonijiet kienu jgħoddu bħala bolol Maltin.", "Kif daħal fis-seħħ il-ftehim li għadni kemm semmejt, dan ma baqax il-każ, u allura dawn il-ħaddiema kienu obbligati jħallsu l-kontribuzzjonijiet f'Malta.", "Sfortunatament, ħafna minnhom tħallew fl-għama jew ma tawx kas u baqgħu jħallsu l-bolol tagħhom fil-Libja xorta waħda.", "Ir-riżultat kien wieħed ċar, dak li meta laħqu l-età tal-pensjoni, il-pensjoni ġiet imnaqqsa għax huma kienu qed jidhru li ħallsu kontribuzzjonijiet neqsin.", "Issa lil dawn il-pensjonanti se nagħtuhom il-possibilità li jirregolaw ruħhom u jħallsu ammont ta' kontribuzzjonijiet sabiex il-pensjoni tagħhom tkun tista' tiġi riveduta.", "Jekk jipproduċu provi tal-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-Libja wara l-1 ta' Frar 1990 u jiġu vverifikati, dawk il-kontribuzzjonijiet li tħallsu l-Libja jiġu kkonvertiti f'kontribuzzjonijiet Maltin skont is-sistema l-antika.", "Però, jekk min-naħa l-oħra ma jkollhomx x'juru, aħna se nagħtuhom l-opportunità li jħallsu l-kontribuzzjonijiet nieqsa skont ir-rati kurrenti sa massimu ta' għaxar snin.", "Żammejna kelmtna wkoll ma' erba' kategoriji oħra ta' nies li għal raġunijiet diversi sofrew inġustizzja u anomalija fil-pensjoni tagħhom.", "Bi pjaċir ngħid li eks membri tal-korpi tax-xogħol, eks ħaddiema tax-xatt u membri tal-Korp tal-Pulizija aktar tard dan ix-xahar stess se jgawdu mir-ruħ soċjali ta' dan il-Gvern li, għat-tieni sena konsekuttiva, żamm kelmtu magħhom li jara kif se jindirizza inġustizzji tal-imgħoddi.", "Minn dawn hemm madwar 6,200 benefiċċjarju jew il-werrieta tagħhom, li bejniethom se jitħallsu madwar €12 miljun biex ipattu għal dak li tilfu minħabba anomaliji li kellhom fl-impjieg tagħhom.", "Fil-fatt, huma diġà ħadu pagament is-sena li għaddiet, qed jieħdu pagament ieħor dan ix-xahar u ġew ivvotati l-flus għal pagament ieħor.", "Il-Gvern ma kellu l-ebda obbligu legali li jagħmel xi ħaġa ta' din ix-xorta, imma aħna ħassejna obbligati moralment li nindirizzaw dawn l-anomaliji.", "Matul din is-sena se nagħlqu wkoll kategorija oħra ta' ħaddiema, dawk tal-Malta Electricity Board.", "Dawn il-ħaddiema, jew fil-każ li dawn ġew nieqsa l-eredi tagħhom, se jibbenefikaw mill-għoti ex gratia tal-pensjoni tas-servizz u l-arretrati dovuti lilhom.", "Fl-2012 huma kienu rebħu l-kawża fil-Qorti Ċivili f'dan ir-rigward, iżda mbagħad is-sentenza ma setgħetx tiġi put into practice għax il-Qorti ddikjarat li l-ħlas kien ġie preskritt.", "Hawn ukoll ħassejna li għandna nsewwu l-inġustizzja li sofrew dawn l-eks-ħaddiema, u b'hekk, matul l-2017 u l-2018, l-erba' kategoriji ta' ħaddiema li għadni kemm semmejt se jkunu ħadu bejniethom aktar minn €32 miljun.", "Issa nixtieq nitkellem ftit dwar it-titjib li sar fl-in-work benefit.", "Nistgħu ngħidu li dan il-benefiċċju ħalla impatt pożittiv ħafna fuq ir-rata tal-faqar, anke permezz ta' miżuri oħra li nehdejna matul dawn l-aħħar erba' snin.", "Aħna nħajru dejjem aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol; making work pay.", "L-in-work benefit jgħin lil familji bi dħul baxx jew medju u b'wild li għandu jew għandha taħt it-23 sena biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Meta ġiet introdotta din l-iskema f'Settembru li għadda l-għadd ta' familji li bbenefikaw kien tela' minn ftit aktar minn 2,000 għal ftit aktar minn 5,000 familja, li bejniethom għandhom 7,700 wild.", "Qed nikkalkolaw li matul is-sena d-dieħla l-benefiċċjarji ta' din l-iskema se jitħallsu €4 miljun, li mbagħad jissarrfu fi dħul medju ta' madwar €800 għal kull familja, jew inkella kważi €520 għal kull wild.", "Aħna dejjem ipprovajna ntejbu dan il-benefiċċju, u matul is-sena d-dieħla hekk se nagħmlu għax kull kategorija ta' benefiċċjarji se tara żidiet li jvarjaw minn €50 għal €100.", "Wara ħafna snin ma tiċċaqlaqx, iċ-children's allowance se tiżdied ukoll bir-riżultat li ħafna minn dawn il-familji huma wkoll mistennija li jkomplu jtejbu d-dħul tagħhom.", "Din hija wegħda elettorali oħra li ġiet imwettqa.", "Se ssir reviżjoni fil-mekkaniżmu li jikkalkola r-rati dovuti lill-familji skont id-dħul nett tagħhom.", "L-ogħla rata se tiżdied minn €96 sa €1,252 fis-sena għal kull wild taħt is-16-il sena, u l-akbar żieda f'dan il-benefiċċju se jarawha l-aktar dawk il-familji li għandhom dħul baxx.", "Dawk li d-dħul tagħhom huwa ogħla mill-paga minima iżda mhux aktar minn €18,100 fis-sena, wara li titnaqqas il-bolla, wkoll se jgawdu minn żidiet fiċ-children's allowance.", "Dan ifisser li kull familja li għandha sa €20,000 bħala dħul gross se togħlielha r-rata taċ-children's allowance.", "Huwa stmat li hawnhekk se nolqtu madwar 16,500 familja, li b'kollox għandhom 24,600 tifel u tifla.", "Imbagħad, jikkomplementa dan kollu hemm is-sussidju li qed jingħata mill-Gvern għat-trasport tat-tfal lejn l-iskejjel u lura, fejn hemmhekk wieħed ukoll se jiffranka ammont sostanzjali ta' flus.", "L-aħħar darba li familji b'aktar minn wild wieħed ħadu żieda fiċ-children's allowance kien fl-2008, filwaqt li l-aħħar darba li ħadu żieda fiċ-children's allowance dawk il-familji li għandhom wild wieħed kien fl-1996, jiġifieri 22 sena ilu.", "F'dan il-Baġit aħna neħħejna wkoll anomaliji oħrajn li għalkemm forsi ma jolqtux lil ħafna nies, xorta waħda ħassejna li għandna nagħmluhom.", "Irridu nneħħu l-inugwaljanza soċjali.", "Sal-lum dawk il-persuni li jaħdmu għal rashom u li għal xi raġuni jew oħra jieqfu mill-attività tagħhom, ma jeħdux il-benefiċċju tal-qgħad, allavolja jkunu ħallsu kontribuzzjonijiet daqs min huwa mpjegat.", "Issa din l-anomalija se tispiċċa u, għall-ewwel darba fl-istorja tas-sigurtà soċjali, dawn is-self-employed se jibdew jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad jekk kemm-il darba jirreġistraw mal-Jobsplus.", "Anomalija oħra li se nneħħu hija dik fil-ħlas tal-għajnuna medika fejn hemm differenza fir-rati li jitħallsu bejn l-ewwel u t-tieni adult jew aktar f'familja waħda.", "Din issa se tispiċċa, u kull adult f'familja li jsofri minn mard kroniku se jibda jitħallas l-istess.", "Miżura oħra ta' fejda hija dik immirata lejn persuni li jbatu minn bipolar disorder, depression, psikożi, kif ukoll mard terminali.", "Minn Jannar, sakemm persuna tissodisfa l-kriterji tat-test tal-mezzi, l-eleġibilità ta' għajnuna medika f'dawn il-każijiet se tkun tgħodd ukoll għall-kapijiet tal-familja.", "Minkejja li n-numru ta' persuni li jieħdu l-benefiċċji naqas, wettaqna wkoll ħidma biex naraw li l-flus ivvotati f'dan ir-rigward jintnefqu sewwa.", "Għal din il-ħidma l-Ministeru għandu fi ħdanu l-Business Intelligence Unit fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.", "B'kollaborazzjoni anke mat-Tax Compliance Unit, matul is-sena li għaddiet il-Business Intelligence Unit skrutinja 'l fuq minn 2,500 applikazzjoni, li minnhom ġew rifjutati madwar 57% minħabba li dawn ma ddikjarawx id-dħul tagħhom.", "Fil-fatt, fit-12-il sena li ilu jaħdem dan il-Unit, huwa stmat li ġew iffrankati €46 miljun.", "Issa se ngħaddi malajr malajr għall-FSWS (Foundation for Social Welfare Services).", "Ħidma oħra li wettaqna fil-komunità se ssir mill-FSWS, li tħaddan aktar minn 700 professjonist u impjegat fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, Aġenzija Sedqa, iċ-ċentri tal-Leap u ċ-Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal.", "Introduċejna diversi servizzi ġodda, fosthom dak tat-terapija fid-djar, li għenu biex familji jibqgħu flimkien, u se nkomplu nifirxu wkoll is-servizz tagħna f'oqsma bħall-co-parenting u positive parenting.", "Din is-sena, il-ħidma ta' dawn il-professjonisti ġiet verament rikonoxxuta bl-iffirmar ta' ftehim kollettiv, li huwa meqjus bħala l-aħjar li qatt kellhom.", "Għas-sena d-dieħla wkoll ġiet ivvotata żieda ta' €3 miljun għal dak li huwa operat fl-FSWS u madwar €2 miljun għal proġetti kapitali.", "Huwa ppjanat li s-sena d-dieħla nibdew naħdmu anke fuq it-twaqqif ta' ċentru għall-adozzjoni u l-fostering u fuq ir-rilokazzjoni taċ-ċentru tad-Detox.", "Flimkien mal-Caritas qegħdin nibnu wkoll faċilità ġdida għall-vittmi tad-droga li jkunu għadhom minuri.", "Din il-ħidma se taħbat ukoll f'sena fejn l-aġenziji Sedqa u Appoġġ se jagħlqu 25 sena mwaqqfin.", "Rajna kif intejbu wkoll is-servizz soċjali, u għalhekk permezz ta' liġi waqqafna wkoll l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali.", "L-għan tal-Awtorità huwa li tistabbilixxi standards għal dawk li huma servizzi soċjali.", "Dan qed nagħmluh id f'id u bi djalogu ma' dawk li jipprovdu dawn is-servizzi, u hawnhekk bi pjaċir irrid ngħid li, meta għaddiet din il-liġi, kien hemm kooperazzjoni miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Din l-Awtorità diġà offriet standards għal diversi servizzi, fosthom għal servizzi mogħtija lil persuni b'diżabilità jew fil-qasam tal-adozzjonijiet, liema standards se noħorġuhom fil-ġimgħat li ġejjin, u għas-sena d-dieħla se jkomplu joħorġu oħrajn.", "Barra minn hekk, l-Awtorità se tfassal strateġija dwar l-adozzjonijiet, u hawn m'aħniex se nagħmlu xi ħaġa haphazard imma se llaqqgħu l-persuni konċernati, nitkellmu u naħdmu bħala tim wieħed.", "Wasalt biex nikkonkludi.", "F'kontest fejn għat-tieni sena konsekuttiva l-poplu mhux qed jiġi ntaxxat hija żelqa kbira li wieħed isejjaħ pakkett ta' €1.8 biljun fil-qasam soċjali bħala pakkett kożmetiku.", "Din mhi xejn għajr stonatura!", "Sinjura President, imnebbħa minn prinċipji ta' ġustizzja soċjali u ta' valuri nsara, fittixna li nkomplu nwieżnu bil-galbu kemm nistgħu lis-soċjetà Maltija.", "Minn anzjani u pensjonanti sa tfal taħt is-16-il sena, minn persuni b'diżabilità sa persuni li fl-imgħoddi kienu mċaħħda minn dak li kien tagħhom, minn familji bi dħul baxx sa persuni li minħabba li sfaxxa ż-żwieġ tagħhom iridu jibdew il-ħajja mill-ġdid u jixtiequ jixtru proprjetà, grazzi għall-ġid li ħloqna pprovajna ma ninsew lil ħadd.", "Urejna bil-fatti fejn tħabbat il-qalb soċjali tagħna.", "Jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla se tkun sena oħra fejn aħna, mhux biss bħala Gvern imma wkoll bħala pajjiż, se nkunu kburin li se nkunu ta' sostenn għal xulxin.", "Se nkunu qed inwettqu u se nibqgħu naraw x'nistgħu nagħmlu aktar – u dejjem hemm aktar x'tagħmel – biex inkabbru l-wens u niġġieldu l-faqar.", "Nassigura lil kulħadd li l-pjan soċjali tagħna ma jiqafx hawnhekk.", "Qabel ma nikkonkludi nixtieq irrodd ħajr liż-żewġ Segretarji Parlamentari, lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, lill-kapijiet tad-dipartiment u tal-entitajiet, kif ukoll lill-ħaddiema kollha – bla ebda distinzjoni – tad-dipartimenti u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.", "Fuq kollox nirringrazzja lill-istaff tas-Segretarjati tiegħi u ta' sħabi ż-żewġ Segretarji Parlamentari.", "Grazzi għax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom ilkoll, irnexxielna ngħollu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu kollu kemm hu, u l-impenn tagħhom jagħtina spinta akbar fil-ħidma li nwettqu, bil-għan li kulħadd jgħix is-suċċess li qegħdin nagħmlu.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ġiet konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa huma posposti għal data li se tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "Fis-7.37 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali rrapporta li, skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, id-diskussjoni fuq il-Voti tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ġiet konkluża u l-mistoqsija fuq l-emenda u l-voti mressqa ġew posposti għal data li se tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Estimi Ġenerali 2019 – Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Fit-7.40 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TENDER TA' ĠBIR TA' SKART MILL-KUNSILLI LOKALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta' ġbir ta' skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-prinċipju li l-Ministeru jixtieq jadotta huwa li l-iskart jiġi miġbur fuq skala ġeografika akbar biex ikun hemm iżjed economies of scale.", "Dan il-prinċipju huwa rifless fil-pjan li ħdimna mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "Ngħarrfu wkoll li l-kunsilli lokali qatt ma jistgħu jinqatgħu 'l barra mill-organizzazzjoni tal-ġbir tal-iskart għall-ġid taċ-ċittadini fil-lokalitajiet tagħhom.", "BULGARIJA – FTEHIM DWAR ĦLAS MINĦABBA EĊĊESS TAL-EMISSION TARGETS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed inħallsu lill-Bulgarija tali qed neċċedu l-emission targets?", "JOSÉ HERRERA: Nixtieq infakkar lill-Onor.", "Interpellant li, kif diġà għedt fid-diskors tiegħi tal-Baġit nhar it-Tnejn, 5 ta' Novembru, it-targets tal-emissjonijiet ta' pajjiżna għas-snin 2009 sal-2020 kienu ġew innegozjati minn Gvern Nazzjonalista fis-sena 2007.", "Dawn it-targets il-Gvern Nazzjonalista kien diġà jaf li mhumiex fattibbli u kellu indikazzjoni ċara diġà li kien ser ikollu jixtri emission allowances minn membri stati oħra proprju minħabba f'hekk.", "Inżid ngħid ukoll li proprju minħabba dan in-nuqqas tal-Gvern Nazzjonalista li dan il-Gvern kien serjament preġudikat meta ġejna għat-targets post 2020.", "BULGARIJA – FTEHIM DWAR ĦLAS MINĦABBA EĊĊESS TAL-EMISSION TARGETS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu għal meta fis-sena 2020 jiskadi l-ftehim li huwa għamel mal-Bulgarija li permezz tiegħu qed inħallsu 70ċ għal kull tunnellata ta' CO2 li qed neċċedu l-limiti ta' emissjonijiet?", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4564.", "EMISSJONIJIET FL-ARJA – EĊĊESS MIL-LIMITI TAL-UE", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ li bih Malta marret 'l hinn mil-limiti tal-Unjoni Ewropea għall-emissjonijiet fl-arja fl-2015, fl-2016, u fl-2017?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-emissjonijiet u t-tniġġis tal-arja huma regolati mill-Unjoni Ewropea f'żewġ aspetti.", "Hemm regolamenti li jittrattaw il-livelli tal-kwalità tal-arja b'mod ġenerali u regolati mid-Direttiva 2008/50/KE.", "Wara li jsir eżerċizzju biex titnaqqas il-kontribuzzjoni ta' sorsi ta' tniġġis naturali fit-trab fin (trab tas-Sahara), jirriżulta li l-livelli stipulati mid-Direttiva ma nqabżux.", "Dan l-eżerċizzju jsir għal valuri li jiġu rreġistrati fl-istazzjon ta' monitoraġġ fl-Imsida, fejn il-livelli huma iktar għoljin minħabba li jgħaddi iżjed traffiku.", "Il-livelli tal-ożonu fl-Għarb huma iżjed għoljin minn dawk ta' Malta, u dawn ġew eċċeduti fl-2015 u 2017.", "Din is-sustanza ta' tniġġis tiġi ffurmata permezz ta' reazzjoni kimika fl-arja bħala riżultat ta' emissjonijiet minn pajjiżi oħra.", "Fil-fatt Malta tiddependi minn tnaqqis ta' tniġġis f'pajjiżi oħra sabiex l-ożonu jkun jista' jonqos u hemm leġiżlazzjoni internazzjonali li tieħu ħsieb li dan jitwettaq.", "Leġiżlazzjoni oħra hija d-Direttiva 2016/2284/KE li tinkludi limiti ta' emissjonijiet annwali għal Malta għas-snin 2010, 2020 u 2030.", "S'issa Malta qatt ma qabżet il-limiti tal-2010, u bil-miżuri mwettqa fil-kamp tal-produzzjoni tal-enerġija jidher li mhux se jkun hemm problema biex nilħqu dawk tal-2020.", "SPTAR SAN LUQA – PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deptuat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'idejn min hu l-parkeġġ li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G'Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà?", "Jista' jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa' jkollhom aċċess bħalma kellhom s'issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?", "CHRIS FEARNE (Deptuat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-responsabbilità tal-car park imsemmi minnu hija ta' Steward Health Care.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI QED JAGĦMLU XOGĦOL TA' TINDIF", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull sezzjoni/uffiċċju (eskluż dawk li qed jagħmlu xogħol fuq barra jew f'latrini pubbliċi) ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha?", "X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX – ORTHOPAEDIC UNIT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deptuat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5781, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sala mibnija ftit tas-snin ilu u li kellha tintuża bħala Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bdietx tintuża għal dan l-iskop kollha kemm hi?", "Ġew ingaġġati infermiera Għawdxin sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f'dan il-unit?", "Sar il-programm ta' taħriġ għall-infermiera dwar din il-kura speċjalizzata?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sala tal-Ortopedija se tibda tintuża għal pazjenti tal-Orthopaedic Outpatients għall-aħħar ta' din is-sena, u tiftaħ kollha kemm hi bħala Sala tal-Ortopedija fil-bidu tas-sena d-dieħla.", "Numru ta' infermiera Għawdxin ġew deployed minn Malta biex ikunu jistgħu jaħdmu f'dan il-unit.", "Ninfurmah ukoll li sar it-taħriġ għal min ser jamministra dan il-unit u se jitkompla iktar taħriġ għal infermiera fil-ġranet li ġejjin.", "MINA TAĦT IL-BAĦAR BEJN MALTA U GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xahrejn, u ċjoè matul Settembru u Ottubru 2018, xi progress sar fuq il-preparamenti biex ikun jista' jinbeda x-xogħol fuq il-mina ta' taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex?", "Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol fuq l-istess proġett?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b'ritmu mgħaġġel, iżda b'attenzjoni sħiħa.", "Fost oħrajn, f'dawn l-aħħar xahrejn tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer il-mina.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat, ir-riżultati ta' dan il-mudell ġew diskussi ma' diversi esperti u entitajiet u mal-awtoritajiet ikkonċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati.", "Fl-istess waqt, tkomplew l-istudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti mill-istudju għall-impatt ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta' proġetti kbar bħal dan.", "Qed isiru wkoll is-surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f'Malta u Għawdex.", "Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha.", "Fl-istess waqt, minbarra l-kontinwazzjoni tal-ippjanar tekniku tal-proġett, sabiex ma jintilifx ħin, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post, kif ukoll ix-xogħol ta' tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta.", "Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli.", "Fi proġett ta' dan id-daqs, l-istadju tal-ippjanar huwa parti integrali mill-proċess tat-twettiq tiegħu.", "Wara li jitlestew l-istadji tal-proġett li għaddejjin bħalissa, fosthom il-proċess tal-ippjantar tekniku, il-proċeduri tal-istudji u l-evalwazzjoni għall-permessi ta' dan l-iżvilupp mill-awtoritajiet ikkonċernati, kif ukoll l-għażla tal-kuntratturi meħtieġa permezz tas-sejħiet pubbliċi, ikun imiss li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq il-post.", "BORD TAL-APPROVAZZJONI TAL-AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – MEMBRI U SEGRETARJU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri u s-segretarju tal-Bord tal-Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "Jista' jgħid x'rimunerazzjoni jirċievu l-membri tal-Bord tal-Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 7273 u 7276.", "BORD TA' APPROVAZZJONI TAL-AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta' Approvazzjoni tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta saret mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7274.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – ĊERTIFIKATI MAĦRUĠA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar, kemm-il ċertifikat ġie maħruġ mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta u li, permezz tiegħu, benefiċjarju taċ-ċertifikat u d-dipendenti tiegħu jistgħu jirrisjedu, jistabbilixxu ruħhom jew jibqgħu għal żmien indeterminat f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif jinsab fil-lista hawn taħt:", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI GĦALL-ĦRUĠ TA' ĊERTIFIKATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għandha pendenti quddiemha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta għall-ħruġ ta' ċertifikat li, permezz tiegħu, benefiċjarju taċ-ċertifikat u d-dipendenti tiegħu jistgħu jirrisjedu, jistabbilixxu ruħhom jew jibqgħu għal żmien indeterminat f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta qed tipproċessa total ta' 923 applikazzjoni.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – KONTIJIET BANKARJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha kontijiet bankarji l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema bank jew banek huma l-imsemmija kontijiet bankarji u x'tip ta' kontijiet bankarji huma (pereżempju: savings account, current account, term deposit account eċċ)?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-kontijiet bankarji kemm huwa l-ammont li jinsab iddepożitat fih?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta għandha tliet kontijiet bankarji, li jinsabu mal-Bank of Valletta.", "Il-kontijiet jikkonsistu f'żewġ kontijiet kurrenti u wieħed savings.", "Il-bilanċ f'dawn il-kontijiet bankarji, sal-aħħar ta' Settembru 2018, kien ilaħħaq €1,824,786.28.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – TWAQQIF TA' BENEFIĊĊJI MINN INDIVIDWI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il individwu avża lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bl-intenzjoni tiegħu li jieqaf jibbenefika minn ċertifikat maħruġ skont ir-Regolamenti dwar il-Programm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.18) mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill- Onor. Interpellant li kien hemm żewġ individwi li avżaw lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bl-intenzjoni tagħhom li jieqfu jibbenefikaw minn ċertifikati li ġew maħruġa lilhom.", "Dawn iż-żewġ individwi avżaw lil Aġenzija f'Novembru ta' 2017 u f'Marzu 2018.", "GĦAWDEX – SKOLA SEKONDARJA TAR-RABAT – GĦALLIEMA TAL-MALTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Iskola Sekondarja tar-Rabat, Għawdex (Gozo College) hemm klassijiet li ma għandhomx għalliem tal-Malti u issa ilhom ġimgħat bla lezzjonijiet tal-Malti?", "Jista' jgħid x'qed isir biex dan in-nuqqas jiġi indirizzat u dawn l-istudenti jibda jkollhom lezzjonijiet tal-Malti?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-bidu tas-sena skolastika kull klassi tal-Malti fl-iskola Sekondarja tar-Rabat, Għawdex (Gozo College) kellha għalliem tal-Malti.", "Minkejja li, skont il-Ftehim Settorali li ġie ffirmat fil-21 ta' Diċembru 2017, l-għalliema jistgħu jkollhom 24 lezzjoni u oħra magħhom, b'direttiva individwali mill-Union for Professional Educators fi ħdan il-UĦM, erba' għalliema qegħdin jirrifjutaw li jżommu l-24 lezzjoni, bir-riżultat li għandna 4 (erba') klassijiet mingħajr lezzjonijiet tal-Malti.", "Infurmat li għandha ssir laqgħa ta' konċiljazzjoni dwar dan il-każ din il-ġimgħa.", "PRE-DRILLING LOG STRATIGRAFIKU TAL-BJAR", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jippubblika l-pre-drilling log stratigrafiku tal-bjar kollha li tħaffru fl-ibħra Maltin mit-13 ta' Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux dawn id-dokumenti mingħand il-kumpanija/i taż-żejt li kienu se jħaffru għaż-żejt?", "JOSEPH MUSCAT: Id-dokument mitlub huwa ta' natura kunfidenzjali u għalhekk ma jistax jiġi ppubblikat.", "Il-Gvern jingħata kopja tad-dokumenti kollha mill-kumpaniji taż-żejt li jkollhom liċenzja fl-ibħra Maltin.", "GĦAWDEX – BIR MADONNA TAŻ-ŻEJT – LOG STRATIGRAFIKU", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-bir Madonna taż-Żejt f'Għawdex kien bir stratigrafiku, u peress li fis-sena 2000 matul amministrazzjoni Nazzjonalista kien ġie ppubblikat il-log stratigrafiku tat-tħaffir, jiġifieri, għal fond ta' minn 4,500 metru sa 8,000 metru, iżda l-istratigrafija tat-tħaffir li sar fiż-żmien amministrazzjoni Laburista preċedenti, jiġifieri, minn wiċċ l-art sa fond ta' madwar 4,500 metru, baqa' mistur allavolja dan huwa bir stratigrafiku, jista' jippubblika l-log stratigrafiku sħiħ għat-8km kollha ta' fond?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7595.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-koordinati tal-oil rigs kollha li jinsabu fl-ibħra Maltin u jgħid x'qed jagħmlu dawn l-oil rigs?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din mhux materja pertinenti għall-Continental Shelf Department.", "CONTINENTAL SHELF DEPARTMENT – ĦIDMA", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma tal-Continental Shelf Department mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li parti mill-ħidma li twettqet fl-aħħar snin kienet tinkludi:", "Monitoraġġ tal-obbliġi kuntrattwali ta' kumpaniji li jkollhom liċenzja għat-tiftix taż-żejt fl-ibħra Maltin;", "Promozzjoni ta' opportunitajiet għat-tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin waqt diversi fieri Internazzjonali;", "Kuntratt mat-TGS għall-ipproċessar mill-ġdid ta' informazzjoni sismika li kienet inġabret fl-ibħra Maltin;", "Kuntratt għat-tifix taż-żejt (Exploration Study Agreement) ma' Ratio Malta Limited;", "Ġbir ta' informazzjoni sismika ġdida kemm 2D minn Capricorn Malta Ltd u 3D minn Ratio Malta Ltd;", "Tħaffir tal-bir Ħaġar Qim mill-kumpanija Phoenicia Energy Company Ltd u Melita Exploration Company Ltd;", "Informazzjoni dwar it-tiftix għaż-żejt mill-passat ġiet maqluba f'format diġitali u l-informazzjoni kollha ġiet mdaħħla f'database;", "Koordinazzjoni ta' żjarat minn-kumpaniji taż-żejt fid-Data Room;", "Emendi fil-leġiżlazzjoni: Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum, Att dwar il-Blata Kontinentali, Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa;", "Leġiżlazzjoni ġdida: Regolamenti dwar il-Blata Kontinentali u Regolamenti dwar Offshore Safety (Oil and Gas);", "Diskussjonijijet bilaterali rigward il-Blata Kontinentali;", "Servizz ta'konsultazzjoni lil diversi Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern rigward il-Blata Kontinentali;", "Dmirijiet konnessi mas-Survey Ġeoloġika ta' Malta, inkluż parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Euro Geo Surveys, u parteċipazzjoni fi proġetti tal-Ewropa relatati bħal EMODnet 2 u EMODnet 3 u GeoERA;", "Xogħol sabiex il-mappa ġeoloġika ta' Malta tinqaleb f'format diġitali;", "Ħruġ ta' liċenzji għar-riċerka xjentifika marittima.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-Continental Shelf Department, x'inhu l-grad tagħhom u x'qed jagħmlu?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li b'kollox hemm hames persuni impjegati: Direttur Ġenerali – jamministra d-Dipartiment; Principal Scientific Officer – jieħu ħsieb il-parti teknika; Executive Officer – Xogħol klerikali; Clerk – Xogħol klerikali; u Messaġġiera.", "AĠENZIJA GĦAL INFRASTRUTTURA MALTA – REGOLATUR TAL-BINI TA' TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min hu r-Regolatur tal-bini mill-ġdid ta' toroq hekk kif ġiet imwaqqfa l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta?", "IAN BORG: Ir-regolatur tas-sistemi tat-trasport f'pajjiżna huwa Transport Malta.", "It-toroq huma mezz importanti tas-sistema tat-trasport bl-art f'pajjiżna u l-irregolar ta' kull attività fihom tifforma parti mill-irwol regolatorju ta' din l-awtorità.", "L-irwolijiet regolatorji ta' Transport Malta u l-irwol implimentattiv ta' Infrastructure Malta huma spjegati fid-dettal fil-Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, li għaddiet mill-istadju tat-tielet qari fil-Parlament f'Lulju li għadda u daħlet fis-seħħ ftit ġimgħat wara.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Cabin Attendant u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Cabin Attendant li jipprovdi lill-Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lill- Gozo Channel?", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lill- Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lill-Gozo Channel?", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181107_165d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 12 ta' Novembru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min hu l-car park li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G'Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà?", "Jista' jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa' jkollhom aċċess bħalma kellhom s'issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min hu l-car park li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G'Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà?", "Jista' jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa' jkollhom aċċess bħalma kellhom s'issa, biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1087 u ċjoè: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1086 u ċjoè: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1085 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il eluf ta' ewro f'danni ġie kkundannat il-Gvern Malti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'sentenzi ta' kundanna ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-liġijiet tal-kera, inkluż l-Att No. 23 tal-1979, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar, kemm-il darba eżerċita s-setgħa mogħtija lilu b'mod konġunt mal-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar sabiex flimkien jaħfru xi nuqqas ta' konformità ma' xi waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla fis-subregolament 9 (1) tar-Regolamenti dwar il-Programm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)?", "Jista' jgħid għal kull darba li eżerċita din is-setgħa mogħtija lilu, x'kienet il-kondizzjoni li dwarha ġiet maħfura n-nuqqas ta' konformità?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar, kemm-il darba eżerċita s-setgħa mogħtija lilu b'mod konġunt mal-Ministru għall-Finanzi sabiex flimkien jaħfru xi nuqqas ta' konformità ma' xi waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla fis-subregolament 9 (1) tar-Regolamenti dwar il-Programm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)?", "Jista' jgħid għal kull darba li eżerċita din is-setgħa mogħtija lilu, x'kienet il-kondizzjoni li dwarha ġiet maħfura n-nuqqas ta' konformità?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il individwu naqas milli jinnotifika lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta li jkun waqaf milli jibbenefika minn ċertifikat maħruġ skont ir-Regolamenti dwar il-Programm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18) xahar b'xahar mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm kien l-ammont li ġie mħallas lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bħala penali amministrattivi għal dan in-nuqqas?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mill-funzjonijiet tagħha iddelegat l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta lil xi awtorità oħra skont dak li jipprovdi s-subregolament 11 (2) tar-Regolamenti dwar il-Programm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid l-isem tal-awtorità jew awtoritajiet li ġew delegati b'xi waħda jew aktar mill-funzjonijiet tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar li żvela lill-istess Bord, xi interess li huwa għandu qabel saret il-laqgħa tal-istess Bord li kien skedat għal nhar il-Ħamis 20 ta' Settembru 2018 dwar l-applikazzjoni bin-numru PA/03807/17?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dettalji tad-dikjarazzjoni ġewx reġistrati fil-minuti tal-istess laqgħa tal-Bord tal-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa tal-Bord tal-Ippjanar li saret nhar il-Ħamis 20 ta' Settembru 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi membru tal-Awtorità tal-Ippjanar, jew xi membru tal-persunal tal-Awtorità, jew konsulent, persuna li tagħti parir jew xi persuna oħra ingaġġata mill-Awtorità tal-Ippjanar li żvela lill-Kunsill Eżekuttiv jew lill-Bord tal-Ippjanar xi interess li huwa għandu qabel saret il-laqgħa tal-istess Bord tal-Ippjanar ta' nhar il-Ħamis 20 ta' Settembru 2018 dwar l-applikazzjoni bin-numru PA/03807/17?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dettalji tad-dikjarazzjoni ġewx reġistrati fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv jew tal-Bord tal-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv u/jew tal-Bord tal-Ippjanar fejn ġiet irreġistrata d-dikjarazzjoni?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għas-site investigation tar-rotta għal mina proposta li tgħaqqad b'mod permanenti lil Malta ma' Għawdex, jista' l-Ministru jgħid:", "b. kif ingħata dan ix-xogħol ta' coring, b'tender jew b'direct order u kemm sewa flus dan ix-xogħol;", "c. lil min ingħata dan ix-xogħol;", "d. x'riżultati ħarġu minn din is-site investigation;", "e. ipoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra;", "f. x'tip ta' testijiet saru; u", "g. x'tip ta' informazzjoni nġabret?", "Jista' jassigura li dawn it-testijiet saru kif suppost?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-eventwalità li tiġi mħaffra l-mina bejn Malta u Għawdex:", "a. kemm ġejja tiswa din il-mina;", "b. x'tip ta' metodu ta' tħaffir se jintuża;", "c. meta hemm il-ħsieb li jibda dan ix-xogħol;", "d. kemm hu l-ħsieb li jdum għaddej dan ix-xogħol;", "e. kemm hu proġettat li jiġi jiswa dan ix-xogħol;", "f. kif se jiġi ffinanzjat dan ix-xogħol, minn fondi nazzjonali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea u b'liema proporzjon?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' blat instab li hemm fir-rotta tal-mina bejn Malta u Għawdex?", "Ġew identifikati faults fil-blat minn fejn se tgħaddi l-mina?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu t-tenders biex isir it-tħaffir u bini tal-mina bejn Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid x'tip ta' tender se toħroġ?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji dwar is-saħħa u s-sigurtà waqt ix-xogħlijiet fuq il-mina bejn Malta u Għawdex?", "Mir-rapporti li saru s'issa, jekk saru, ħareġ x'inċidenza ta' fatalitajiet jista' jkun hemm waqt li jkun għaddej ix-xogħol u kif dawn jistgħu jiġu eleminati?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hawn Malta għandniex National Geological Survey nazzjonali bħala organizzazzjoni permanenti li tagħti pariri lill-Gvern dwar il-ġeoloġija tal-pajjiż?", "Jekk le, għaliex hawn Malta bqajna l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr dan is-servizz?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati f'substantive grade b'kuntratt u li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded għal xi raġuni jew oħra, f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "X'kien il-grad ta' dawn l-impjegati qabel u wara li l-kuntratt tagħhom ma ġġeddidx?", "F'liema uffiċċju kienu u qegħdin fil-preżent?", "X'inhu x-xogħol tagħhom bħalissa u x'inhi d-data ta' meta l-kuntratt tagħhom ma kienx imġedded?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati li ngħataw promozzjoni f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Tista' tagħti dan it-tagħrif skont jekk il-promozzjoni ngħatatx abbażi ta' eżami kompetittiv jew permezz ta' intervista quddiem Bord tal-Għażla?", "Għal kull każ, tista' tgħid f'liema grad kienu u x'inhu l-grad li fih ġew promossi?", "Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm impjegati li ngħataw iktar minn promozzjoni waħda f'dan il-perjodu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, preżentement f'kull uffiċċju jew sezzjoni ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tagħha, kemm hemm impjegati fil-grad ta' Direttur Ġenerali, Direttur, Assistent Direttur, Senior Manager u Manager?", "X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minnhom bħalissa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Fil-21 t'Ottubru ġew ippubblikati żewġt artikli ntitolati \"Witness admitted to police he lied about Cardona sighting with Degiorgio\" u \"Xhud jammetti mal-pulizija li gideb dwar Cardona\" fil-media tal-Malta Today u l- One News rispettivament u fit-28 t'Ottubru ġie ppubblikat l-artiklu \"It-tliet esperti li qabbad il-Maġistrat Vella swew €136,654\" fl-Illum dwar tliet esperti tal-Qorti li ħadmu fuq l-inkjesta tal-Maġistrat Vella dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fl-artikli ġie allegat li t-tliet esperti tħallsu €136,654 bejniethom tax-xogħol li għamlu fuq l-inkjesta.", "L-artikli komplew jgħidu li l-Pulizija identifikat li wieħed minn dawn it-tliet esperti kien leak li għadda informazzjoni lill-media barranija u lill-uffiċjali għolja tal-PN.", "Skont dawn l-artikli dan ġie kkonfermat wara li waħda mill-verżjonijiet li ġiet intenzjonalment mgħoddija lill-esperti mill-Pulizija, ġiet irrapportata mill-gazzetta La Repubblica.", "Jista' l-Ministru jikkonferma kemm tħallsu kull wieħed minn dawn it-tliet esperti?", "Jista' jgħid kemm tħallsu kull wieħed minn dawn it-tliet esperti?", "Jista' jgħid ukoll x'passi ttieħdu mill-pulizija fuq dak li ġie allegat?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Nirreferi għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Hu fatt li hemm nuqqas ta' riżors uman u dan in-nuqqas qed jagħmel tajjeb għalih il-volontarjat.", "F'Jannar ħarġet sejħa biex jiġu ingaġġati aktar impjegati tal-Protezzjoni Ċivili.", "Għalkemm l-applikazzjonijiet għalqu fid-9 ta' Frar, s'issa għadhom ma bagħtu għal ħadd.", "Jista' l-Ministru jgħid meta ser tittieħed azzjoni f'dan ir-rigward?", "Jista' jgħid kemm hemm impjegati f'dan is-settur?", "Jista' jgħid kemm huma l-voluntiera li jieħdu sehem f'din id-dixxiplina?", "Jista' jgħid kemm hemm persuni jitħarrġu barra minn Malta biex jispeċjalizzaw f'dan il-qasam ta' salvataġġ?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' kontinġenza tal-Ministeru għal dawk il-barranin li xtraw passaport u li issa huma Maltin, jekk iqum il-każ li xi ħadd minnhom jinqabad fi kriżi u jitlob għajnuna diplomatika?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għad-direct orders li qed jinħarġu u għall-kuntratti li r-Residenza San Vinċenz de Paule għandhom mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħata direct order u meta ngħata l-ewwel direct order?", "Jista' jgħid kemm din il-kumpanija ilha tagħti servizz lil din ir-residenza?", "Jista' jgħid kemm jiswa d-direct order preżenti?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li Triq San Ġwakkin f'Ħal Qormi (il-parti li twasslek għall-Imrieħel bypass) qatt ma ġiet asfaltata u tinsab fi stat ħażin ħafna u peress li minnha jgħaddu għadd ta' persuni bil-mixi u bil-karozza biex ta' kuljum imorru għax-xogħol fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel, jista' l-Ministru jagħtiha prijorità u jinkludiha fil-lista ta' toroq li se jsiru fl-2019 biex b'hekk tikkumplimenta l-proġett tal-bridge tal-bypass tal-Imrieħel?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Peress li t-triq li tagħti għal Għar Lapsi hija mdallma u hija ffrekwentata minn bosta Maltin u turisti, jista' l-Ministru jassigura li jkun hemm id-dawl neċessarju matul l-istess triq?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, jew jekk bediex, liema xogħol li għalih ġew ivvutati €100,000 u li għal dan il-proġett kienet saret press conference fl-istess ġnien qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fejn qegħdin jintefqu l-flus miġbura minn dawk il-kumpaniji li mhumiex iħaddmu l-kwota ta' ħaddiema b'diżabilità (2% mill-ħaddiema jkunu persuna b'diżabilità)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-budget tal-Lino Spiteri Foundation għas-sena 2018?", "Kemm-il persuna b'diżabilità nstabilha impjieg matul din is-sena?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Fil-bidu tas-sena 2017, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħadet over il-programm tas-Supported Employment mill-Malta Association of Supported Employment (MASE).", "Dan fisser li ħadet over il-520 suċċessi ta' persuni vulnerabbli li kien instabilhom xogħol matul is-sena 2016 u li sa l-aħħar tal-istess sena kienu għadhom jaħdmu, u wkoll l-FSWS kienet ħadet over il-madwar 20 ħaddiem abbinat mal-programm.", "Jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm minn dawn il-520 ħaddiema vulnerabbli għadhom fl-impjieg?", "b) il-ħaddiema li ġew ittrenjati u ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment u li ttieħdu mal-programm mill-FSWS, lil kemm-il persuna vulnerabbli sabu xogħol matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018?", "c) illum, x'inhu l-irwol ta' dawn il-persuni li ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għall-Job Enhancing Skills Scheme (JESS) li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm hija s-somma totali allokata għal din l-iskema?", "Kemm huwa twil dan il-programm?", "Fiex jikkonsisti dan il-programm?;", "b) meta bdiet din l-iskema u kemm il-parteċipant hemm f'din l-iskema s'issa?", "Bħalissa f'liema stadju tal-proġett waslu dawn il-parteċipanti? u", "c) skont il-proġett, kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' persuni li ser jibbenefikaw minn din l-iskema fl-għeluq tiegħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għall-INK Person Focused Inclusion Project li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm hija s-somma allokata għal dan il-programm u kemm huwa twil dan il-programm?", "Fiex jikkonsisti dan il-programm? u", "b) meta beda jitħaddem dan il-programm?", "Bħalissa x'inhuwa n-numru ta' parteċipanti fi ħdan dan il-programm u skont l-applikazzjoni, kemm huwa n-numru ta' benefiċċjarji li ser jibbenefikaw minn dan il-programm?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6710 kollha u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret, ma' min saret u meta saret dwar ir-rilokazzjoni għall-post ieħor tal-poliklinika tar-Rabat, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar biex issir din ir-rilokazzjoni u jekk iva meta saret u meta ħarġu l-permessi meħtieġa?", "Jista' jagħti n-numru ta' din l-applikazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-preparamenti biex jibda x-xogħol ta' Riġenerazzjoni tal-Boat Houses ġewwa x-Xlendi?", "Ħarġu t-tenders?", "F'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u kemm hi stmata li tkun l-ispiża?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6614 u tgħid fiex kien jikkonsisti dan il-mandat u fuq xiex sar, rigward Triq ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra?", "X'sar mill-Ministeru għal Għawdex?", "Jekk kien hemm deċiżjoni mill-Qorti, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tad-deċiżjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk le, tista' tgħid xi ftehim sar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f'Ambaxxati Maltin?", "Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-roadmap li saret referenza għaliha fl-aħħar rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' pensjonanti preżentement f'pajjiżna u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa Triq il-Fieres f'Ħal Tarxien u jista' jiddeskrivi x'xogħol sar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol sar tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal il-Ġdid?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7636 u 7466 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7637 u 7467 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7638 u 7468 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7639 u 7469 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din l-informazzjoni f'statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7640 u 7470 u jgħid globalment, kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6171 magħmula fl-4 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra bit-talba li kienet saret sabiex titwessa' t-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso flimkien mal-introduzzjoni ta' miżuri ta' sigurtà minħabba l-inċidenti li seħħew?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq it-Turisti fil-Qawra, li hija triq li minnha ta' kuljum jgħaddu għexieren ta' karozzi tal-linja u mijiet ta' karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq l-Imrejkba fil-Qawra, li hija triq li minnha ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u jindika kemm minnhom huma ħaddiema impjegati mal-Gvern u kemm ħaddiema impjegati mal-kuntrattur?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u li preżentement (sad-data ta' meta qed titressaq din id-domanda) qegħdin bil-family friendly measures u fl-istess risposta jindika x'tip ta' family measures huma?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemm-il persuna u kif kienu approvati l-family friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pig Farm Cessation Scheme li skont l-estimi finanzjarji tal-2019 qed juri ċ-ċifra ta' miljun ewro humiex se jkunu miżjuda mal-iskema taż-żewġ miljun ewro li kien parti mill-vot tal-Ministeru għall-Ambjent għas-sena 2018, jew jekk għall-2019 għal dan il-vot se jkun hemm biss miljun ewro?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex persuni b'diżabilità fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku jkunu jistgħu jingħataw l-opportunità li jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fejn suppost hemm postijiet ta' prijorità għall-persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li titranġa l-ħsara f'triq ta' fuq il-pont tal-Bidnija li hemm parti mit-triq li qed tisfronda?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-bini li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma ġiex devolut direttament lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Għargħur biex isir librerija għall-komunità, skont it-talba unanima tal-Kunsill kollu imma minflok ħareġ għall-offerta permezz ta' tender?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti ngaġġati mal-Awtorità tal-Artijiet minn Jannar 2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-avviżi maħruġa fil-gazzetti mill-Awtorità tal-Artijiet u jindika kemm inħarġu avviżi f'kull ġurnal rispettiv, minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm pitturi u ta' liema artisti nxtraw mill-Gvern mill-1980 sal-2012?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "B'referenza għall-ħlas ta' €15,000 li sar lill-artist miżżewweġ Ministru u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Prim Ministru:", "a. jgħid ta' xiex sar dan il-ħlas;", "b. jippreżenta ritratt jew stampa tax-xogħol li sar;", "c. jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti qabel dan ix-xogħol ġie assenjat lill-artist in kwistjoni;", "d. jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar mal-artist in kwistjoni; u", "e. jgħid kemm saru ħlasijiet b'kollox lill-artist imsemmi bejn Marzu 2013 u d-data ta' din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7314 u fid-dawl li fl-aħħar jiem jidher li sar hoarding ġdid quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir, jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet l-oħra li qed isiru fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir u l-madwar?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta' nutar, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm persuni kellhom warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat sospiż/irtirat, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm persuni kellhom warrant sabiex jipprattikaw ta' nutar sospiż/irtirat, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn hi maħsuba li ser issir iċ-ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir studju tal-impatt, partikolarment tal-ħsejjes ġenerati mit-tlielaq tal-karozzi fuq l-irħula fil-viċinanzi?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn tfal taħt is-16-il sena reġistrati bi bżonnijiet speċjali f'kull raħal u f'belt f'Malta u Għawdex separatament?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir jew jekk dan l-aħħar sarx bunkering fil-port ta' Marsaxlokk?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7660, jista' l-Ministru jgħid x'kienu s-sentenzi mogħtija lil dawk l-1,759 ġenitur li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida fil-perjodu 2016 – 2017?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7661, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn liema lokalitajiet jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum taż-Żejtun u kemm hemm persuni li joqogħdu f'Wied il-Għajn li jattendu regolarment?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna minħabba problemi ta' droga f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Bħalissa kemm hemm persuni li qed jagħmlu esperjenza residenzjali sabiex joħorġu minn din il-problema serja?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi waiting list sabiex persuni bil-problema ta' droga, jingħataw is-servizz residenzjali?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-ispiża ta' kuljum għal kull persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed tattendi f'xi Ċentru ta' Matul il-Jum?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ħareġ il-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin għall-benefiċċji tal-mard lill-persuni bi problemi tad-droga u tal-alkoħol?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li passaġġ li dejjem kien hemm f'Wied Blandun, li d-daħla tiegħu tinsab fi Triq Valperga faċċata ta' Triq il-Giżi, il-Fgura, li minħabba l-maltemp riċenti m'għadux aktar aċċessibli, jerġa' jsir aktar aċċessibbli?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għadhom mingħajr laptop minkejja li s-sena skolastika ilha li bdiet għal numru ta' ġimgħat?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema sabiex ħaddiema taċ-ċivil ikunu assenjati mal-assoċjazzjonijiet jew klabbs sportivi għadhiex miftuħa, u jekk fl-affermattiv, x'għandha tagħmel assoċjazzjoni jew klabb biex jibbenefika minnha?", "MOZZJONIJIET", "MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-affarijiet li jirrigwardaw Żoni Ħielsa f'Malta bil-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u jiġġenera impjiegi f'Malta u sabiex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f'xi Żona Ħielsa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonjiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 62 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi -Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "AbbozzNru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "9 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018, fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018 fis-6:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar l-Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap.9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabilità f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ;", "Affarijiet Oħra ; u", "nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar l-Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap.9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabilità f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ (Kontinwazzjoni);", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\" (Kont.).", "9 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181112_166a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 165, li saret fis-7 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Se nagħti Ruling:", "Is-Sedja qiegħda tagħmel referenza għal talba għal ruling magħmula mill-Onor.", "Claudio Grech fis-Seduta 162 tat-Tlieta filgħodu tas-6 ta' Novembru 2018, fir-rigward tar-rimarki li saru mill-Onor.", "Glenn Bedingfield fis-Seduti 156 u 158 tat-2 ta' Novembru 2018.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, nixtieq nitlob ruling mis-Sedja skont il-provvedimenti tal-Ordni Permanenti 60 ta' din il-Kamra.", "Din hija l-ewwel opportunità li għandi biex nagħmilha għax, kif taf is-Sedja, anke jien wasalt minn barra kmieni dalgħodu.", "Fis-Seduta Nru 156 ta' nhar il-Ġimgħa, l-Onor.", "Glenn Bedingfield qal, fost affarijiet oħra – u se nikkwota testwalment biex ma nkunx żbaljat – is-segwenti:", "Il-kelliem tal-politika soċjali tal-Partit Nazzjonalista, tal-Oppożizzjoni, illum qed jgħidilna fi kliemu li n-nies ta' kulur differenti, biex ma ngħidx suwed, huma xadini.\",", "u rrefera għal intervista li kienet ixxandret fuq NET Television lejlet il-Ħamis filgħaxija, li se nkun qed ngħaddi wkoll link tagħha lis-Sedja.", "Din l-intervista kienet uploaded ukoll fuq l-Internet fl-10.00 p.m. u fil-11.00 p.m. Qed ngħid dan biex is-Sedja tkun tista' tikkonstata li, kieku ried, qabel ma ġie f'din il-Kamra u għamel dawk il-kummenti, l-Onor.", "Bedingfield seta' u kellu l-fakultà kollha li jiċċekkja u jivverifika preċiżament u testwalment dak li jien għidt.", "Wara li ġie ppubblikat dak l-artiklu li kkwota l-Onor.", "Bedingfield, jien ippubblikajt żewġ stqarrijiet fejn, fl-ewwel lok, ikkjarifikajt li dak li kont qed nitkellem dwaru kien proprjament il-kondizzjonijiet inaċċettabbli li huma kostretti jgħixu fihom l-immigranti fl-open centres.", "Barra minn hekk, madanakollu, tlabt apoloġija għall-fatt li l-analoġija li jien użajt setgħet tagħti lok għal miżinterpretazzjoni jekk il-kliem jinqala' 'l barra mill-kontest ta' dak kollu li kont qed nispjega.", "Però, oltre dan, fis-Seduta Nru 158 ta' nhar il-Ġimgħa filgħaxija, l-Onor.", "Bedingfield mhux talli ma rtirax dak li qal filgħodu, iżda kompla jżid u qal dan, fost ħafna affarijiet oħrajn:", "\"Qed nirreferi għad-dikjarazzjoni li għamel l-Onor.", "Claudio Grech li diġà tkellimt fuqha dalgħodu, u anke poġġejt ir-rapport li kien hemm fil-midja tal-MaltaToday fuq il-Mejda tal-Kamra: dikjarazzjoni xokkanti u diżgustanti li tqabbel in-nies max-xadini sempliċement għax għandhom kulur tal-ġilda skura, kulur tal-ġilda differenti minn tagħna.", "Dan huwa l-aktar kumment razzist li smajt minn politiku f'dawn l-aħħar snin.", "Ħadd qatt l-ebda politiku li niftakar jien ma qabbel persuni ta' kuluri differenti max-xadini.\"", "Sinjura President, fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nkun qed inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra transcript tal-parti sħiħa relevanti ta' dak il-programm, li s-Sedja ovvjament tista' tivverifika kelma b'kelma mal-link tal-filmat, fejn jien tkellimt dwar din il-materja u, bla ebda dubju, is-Sedja se tkun tista' tikkonstata li mhux biss dak li għedt jien inqala' kompletament 'il barra mill-kontest li kien qed jingħad fih, iżda talli – u hawnhekk fejn norbot mal-Ordni Permanenti – ġie mmanipulat mill-Onor.", "Bedingfield biex jiġu attribwiti lili intenzjonijiet ħżiena, preċiżament kif jgħid l-Ordni Permanenti 60, u jiġi jinftiehem eżattament bil-maqlub.\"", "L-Onor.", "Grech imbagħad qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-segwenti dokumenti:", "Kopja tal-artiklu tal-Onor.", "Claudio Grech li deher taħt 'Talking point' fuq il-ġurnal The Times of Malta tat-12 ta' Settembru 2017, intitolat \"Common-sense immigration policy\";", "Kopja ta' żewġ stqarrijiet li l-Onor.", "Claudio Grech ippubblika fuq il-paġna politika tiegħu fit-2 ta' Novembru 2018; u", "Traskrizzjoni tal-parti relevanti tal-intervista li l-Onor.", "Claudio Grech ta fuq il-programm \"10q\" fuq NET Television il-Ħamis, 1 ta' Novembru 2018, flimkien mal-link tal-istess programm.", "Fi tmiem l-intervent tal-Onor.", "Grech, id-Deputy Speaker talbitu jekk huwa kienx qed jitlob ruling jew kienx qed iressaq ksur ta' privileġġ, u l-Onor.", "Grech wieġeb li f'dan l-istadju kien qed jitlob ruling tas-Sedja.", "Is-Sedja mbagħad rat dak li qal l-Onor.", "Bedingfield aktar tard matul l-istess Seduta tat-Tlieta filgħodu tas-6 ta' Novembru 2018, u nikkwota:", "\"ONOR GLENN BEDINGFIELD: Hawn irrid nieħu spunt minn dak li qal dalgħodu u attribwixxa lili affarijiet, li ma kienu l-ebda intenzjoni tiegħi li nagħmilhom, id-deputat tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Hu kkwota minn dak li għidt jien.", "Ikkwota fejn jaqbillu, bħalma għamel dikjarazzjonijiet kif jaqbillu meta bl-analoġija li ried jagħmel qabbel lin-nies ta' kulur differenti minn tagħna max-xadini!", "Jien ħadt konjizzjoni li l-Onor.", "Claudio Grech għamel apoloġija … Ara din ma qalhiex fit-talba li għamel!", "Ma qalx li jien ħadt konjizzjoni tal-apoloġija li għamel!", "Jien għidt ukoll li mhux biżżejjed!", "Analoġija kemm hija analoġija, li tqabbel in-nies max-xadini hija ħażina minnha nnifisha!", "Anke jekk ma ridtx tfisser li n-nies huma xadini!", "Però, li tqabbel, li tuża n-nies max-xadini, għax ikollhom ġilda skura, għalija hija ħażina!", "Hu attribwixxa lili affarijiet – kif diġà għidt – li jien qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nattribwixxi jew li nimmanipula xi affarijiet, għax jien qgħadt fuq rapport ta' ġurnal, li poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra, ikkwotajt minn dak il-ġurnal.", "Ikkwotajt ukoll silta oħra, u din irridu narawha wkoll, li dak id-diskors qalu … issa qal li qalu out of context, ok, imma qalu f'sensiela ta' dikjarazzjonijiet li l-kelliema tal-Oppożizzjoni, mill-Kap tal-Oppożizzjoni 'l isfel, qegħdin jagħmlu kontra l-barranin li jiġu jaħdmu u jgħixu f'Malta!", "Hu lanqas ma kkwota li jien ikkwotajt lill-MaltaToday tirrapportah jgħid li n-nies ġol-Ħamrun huma mbeżża' mill-barranin li hemm fit-toroq tal-Ħamrun!", "Jien mhux se noqgħod nitlob ruling dwar l-affarijiet li qal, talli kkwotani ħażin, talli pprova jattribwixxi lili affarijiet li qatt ma kienu l-intenzjoni li nagħmel.", "Fuq xiex?", "Fuq li jien jew xi membru tal-Kamra tad-Deputati ma nistgħux nesprimu opinjoni politika fuq dikjarazzjonijet politiċi li għamlu n-naħa tal-Oppożizzjoni?", "Jien x'għamilt?", "Jien għamilt rassenja tal-fatti fuq persuna politika li għamel kumment politiku, moqżież kemm huwa moqżież, analoġija kemm hija analoġija, però li tqabbel lin-nies max-xadini, għalija lanqas f'analoġija ma hija aċċettabbli!", "Jekk ma nistgħux nitkellmu fuq id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-politiċi, mela allura x'niġu nagħmlu f'dan il-Parlament?", "X'niġu nagħmlu hawn?", "Biex noqogħdu nieħdu b'idejn xulxin u noqgħodu ngħidu kemm naqblu ma' xulxin?\"", "Is-Sedja bdiet tikkonsidra l-materja mqajma mill-Onor.", "Claudio Grech billi rat it-traskrizzjoni taż-żewġ interventi tal-Onor.", "Grech għamel referenza għalihom fit-talba tiegħu, u ċjoè dawk tas-seduti 156 u 158 tat-2 ta' Novembru 2018.", "Is-Sedja rat l-intervent tal-Onor Bedingfield fis-Seduta 156, meta għamel referenza għal artiklu li deher fuq is-sit elettroniku www.maltatoday.com.mt fit-2 ta' Novembru 2018 intitolat \"Nationalist MP's Freudian slip compares Marsa migrant centre to the 'Planet of the Apes'\" u li sussegwentement qiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fl-intervent tiegħu l-Onor.", "\"U ddisgustajt ruħi b'kumment li għadda – mhux soltu tiegħu – l-Onor.", "Claudio Grech fejn qabbel il-Marsa mal-pjaneta tax-xadini.", "Se naqra minnu għaliex huwa diżgustanti li nqabblu nies ta' kulur differenti max-xadini.", "U x'qal meta kien qiegħed jitkellem fuq Net TV:", "Però mbagħad x'qal aktar tard?", "U dan insibuh ukoll irrapportat fil-MaltaToday.", "Qal li fil-Ħamrun hemm ħafna nies li, minn dak li qrajt hawnhekk, issa qed iqisuhom bħala xadini n-nies ta' kulur differenti u li n-nies qed jibżgħu joħorġu minn djarhom minħabba li fil-Ħamrun hemm nies ta' kulur differenti:", "U \"because of this situation\" qiegħda within inverted commas, jiġifieri hija quote diretta minn dak li qal l-Onor.", "Huwa kompla hekk:", "Il-kelliem tal-politika soċjali tal-Partit Nazzjonalista, tal-Oppożizzjoni, illum qed jgħidilna fi kliemu li n-nies ta' kulur differenti, biex ma ngħidx suwed, huma xadini.\"", "Is-Sedja rat ukoll l-intervent li l-Onor.", "Bedingfield għamel fis-Seduta 158 tal-Ġimgħa filgħaxija tat-2 ta' Novembru 2018, u nikkwota:", "\"ONOR.GLENN BEDINGFIELD: Illum, apparti din li għadni kemm tkellimt dwarha, dan is-suġġett, kien hawn dikjarazzjoni xokkanti oħra min-naħa ta' Membru tal-Oppożizzjoni.", "Qed nirreferi għad-dikjarazzjoni li għamel l-Onor.", "Claudio Grech, li diġà tkellimt fuqha dalgħodu u anke poġġejt ir-rapport li kien hemm fil-midja tal-MaltaToday fuq il-Mejda tal-Kamra, dikjarazzjoni xokkanti u diżgustanti li tqabbel in-nies max-xadini sempliċement għax għandhom kulur tal-ġilda skura, kulur tal-ġilda differenti minn tagħna.", "Jekk ma tridx, dan huwa x-shadow minister tal-familja u tal-politika soċjali li għada pitgħada jista' jkun qiegħed jieħu ħsieb dan is-settur.", "IĊ-CHAIRPERSON: Ippermettili, Onor. Bedingfield.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, bil-permess tal-kollega, irridu nkunu ġusti mal-Onor.", "Claudio Grech li skuża ruħu fuq din il-ħaġa.", "GLENN BEDINGFIELD: Kont se nasal għaliha.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma inti qed iddum wisq biex tasal għaliha.", "Allura aħna rridu nħaffuk biex tgħidha malajr!", "Ċerti drabi wieħed jgħid … Is-sitwazzjoni hija ċċarata.", "GLENN BEDINGFIELD: Fil-fatt, dak li kont se ngħid jien.", "Ippreċedejtni: però, mhux apoloġija, kont nistenniek li tikkundanna.", "Kont nistenna lill-Partit Nazzjonalista li jikkundanna dak id-diskors.", "Dak huwa l-aktar kumment razzist li smajt minn politiku f'dawn l-aħħar snin.", "Ħadd qatt l-ebda politiku li niftakar jien ma qabbel persuni ta' kulur differenti max-xadini.", "Imbagħad, nagħmlu apoloġija u jgħaddi kollox!", "Dak kien ħaqqu kundanna mill-Partit Nazzjonalista u kien ħaqqu li l-Partit Nazzjonalista jiddisassoċja ruħu ma' dak il-kumment.", "Kummenti li ma naħsibx li jirriflettu kif jaħsibha l-pajjiż.", "Mela le, hawn elementi razzisti.", "Hawn elementi li huma kontra n-nies barranin u, sfortunatament, illum għandna Oppożizzjoni li qed tkompli tiffomenta dan id-dibattitu kontra persuni barranin li dawn qegħdin jiġu Malta għax qed jaraw f'pajjiżna art tal-opportunitajiet.", "Qegħdin jiġu hawnhekk biex isibu xogħol li ħafna minnhom, kif kelli diġà l-okkażjoni li ngħid, huma xogħlijiet li ħafna mill-Maltin ma jridux jagħmluhom.\"", "Fil-konsiderazzjoni tagħha, is-Sedja rat l-Ordni Permanenti 60, li abbażi tiegħu saret it-talba għal dan ir-ruling mill-Onor Claudio Grech, u se nikkwotah:", "Ebda membru ma għandu juża kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proċeduri tal-Kamra jew b'riferenza għal xi membru tagħha.", "Ebda intenzjoni ħażina ma għandha tiġi attribwita lil xi membru.\"", "Is-Sedja rreferiet ukoll għal dak li jgħid l-Erskine May Parliamentary Practice (24 edizzjoni) f'paġna 444, u nikkwota:", "Għamlet ukoll referenza għal rulings preċedenti, senjatament dak mogħti riċentement fis-Seduta 144 tal-15 ta' Ottubru 2018, fejn ġie kkonsidrat x'jista' jiġi meqjus bħala kumment politiku u liema kliem jista' jitqies bħala li jmur kontra l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, u nikkwota parti minn dan ir-ruling:", "\"Is-Sedja tinnota li spiss id-distinzjoni bejn jekk kliem li jkun ingħad għandux jitqies bħala attribuzzjoni ta' intenzjoni ħażina jew kumment politiku ma tkunx waħda ċara.", "Dan kien ħareġ ukoll b'mod ċar f'ruling mogħti mill-Ispeaker Myriam Spiteri Debono fis-seduta tal-31 ta' Ottubru 1997, u se nikkwota:", "\"Is-Sedja tirrikonoxxi li f'ħafna stanzi jeżisti fil irqiq ħafna bejn x'jista' jikkostitwixxi ksur ta' privileġġ u kliem li jiġi kkwalifikat bħala kumment politiku.", "Sabiex tasal għall-ġudizzju tagħha, is-Sedja trid dejjem iżżomm quddiem għajnejha li l-privileġġi li kull Membru għandu f'din il-Kamra għandhom jitqiesu fl-ambitu tal-privileġġi tal-Kamra kollha.", "Is-suġġett tal-iskambju tal-kliem li nqala' … kien jirreferi għal inċident li seħħ sitt xhur ilu, inċident li tista' tgħid wasal biex jiddominana tul dawn l-aħħar sitt xhur, inċident li kważi sar issue politiku fih innifsu, li r-reazzjonijiet għalih affettwaw ix-xogħol ta' din il-Kamra u l-interpretazzjoni differenti minn kull naħa tal-Kamra ta' x'ġara kienet il-bażi ta' nuqqas ta' qbil u kummenti kemm-il darba f'din il-Kamra, fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal Kamra, u anke f'fora 'l barra minn din il-Kamra.", "Għaldaqstant, kieku dak li ġara … kellu jittieħed iżolatament waħdu b'mod skjett, seta' jagħti l-każ li jikkwalifika ta' offiża li setgħet tersaq għal ksur ta' privileġġ, iżda fid-dawl ta' dak kollu li ġara … minn meta nqala' l-inċident sal-lum is-Sedja jidhrilha li dak li okkorra … kien każ ta' political bickering, dak li fil-House of Commons jissejjaħ 'general political abuse,' ping pong politiku.\"", "Filwaqt li s-Sedja tiddikjara li l-argumenti magħmula mill-Onor.", "Simon Busuttil fil-konfront tal-Onor.", "Prim Ministru fil-parti l-kbira tagħhom jesprimu opinjoni tiegħu personali – li xorta tista' tkun meqjusa bħala oġġezzjonabbli – min-naħa l-oħra ma jistax Membru jkollu l-libertà li saħansitra jakkuża b'fatti li ma jirriżultawx, u li jpoġġu lil xi Membru ta' din il-Kamra, f'dan il-każ il-Prim Ministru, f'dawl li saħansitra huwa kkommetta reat.\"", "Is-Sedja rat ukoll li l-artiklu li għamel referenza għalih l-Onor.", "Glenn Bedingfield fuq is-sit elettroniku www.maltatoday.com.mt, kif ippubblikat fit-2 ta' Novembru 2018, u tinnota li t-titolu \"Nationalist MP's Freudian slip compares Marsa migrant centre to the 'Planet of the Apes'\" jista' jinftiehem fil-kontest li tkellem dwaru l-Onor.", "Però, tinnota wkoll li l-istess artiklu qiegħed jikkwota lill-Onor.", "Grech li fil-programm qal dan il-kliem:", "liema kliem ġie kkwotat ukoll mill-Onor.", "Bedingfield fis-Seduta 156 tat-2 ta' Novembru 2018.", "Is-Sedja tinnota wkoll li fl-istess artiklu li saret referenza għalih mill-Onor.", "Bedingfield, insibu dan li ġej:", "Is-Sedja rat ukoll l-ewwel stqarrija maħruġa mill-Onor.", "Grech fit-2 ta' Novembru 2018 fit-8.36 ta' filgħodu, liema stqarrija tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-istess Onor. Grech, u nikkwota minnha:", "Is-Sedja rat ukoll it-tieni stqarrija ppubblikata mill-Onor.", "Claudio Grech fit-2 ta' Novembru 2018 fid-9.57 ta' filgħodu, liema dikjarazzjoni tqiegħdet ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Onor.", "Grech, u nikkwota wkoll parti minnha:", "Wara li rat u qieset dan kollu, is-Sedja tixtieq tgħaddi dawn l-osservazzjonijiet:", "Is-Sedja tibda billi tosserva li għalkemm l-Onor.", "Bedingfield irrikonoxxa l-apoloġija ppubblikata f'żewġ stqarrijiet mill-Onor.", "Grech fit-2 ta' Novembru 2018, xorta waħda għażel li jikkummenta u jagħmel enfasi b'mod ripetut fuq dak li deher fit-titolu tal-artiklu hawn fuq ċitat, b'tali mod li ddeskriva l-kliem li ntqal mill-Onor.", "Grech bħala degradanti lejn nies ta' karnaġġjon differenti.", "Is-Sedja tinnota li l-Onor.", "Bedingfield għamel din l-enfasi minkejja li l-istess artiklu tal-Malta Today jikkwota lill-Onor.", "Grech jgħid li:", "Madankollu, is-Sedja tinnota li fl-intervent tiegħu fis-Seduta 162 tas-6 ta' Novembru 2018, l-Onor.", "Bedingfield qal li jirrikonoxxi l-apoloġija tal-Onor.", "Grech, u żied li ma kellu l-ebda intenzjoni li jattribwixxilu xi motivi ulterjuri.", "It-tieni osservazzjoni li tixtieq tagħmel is-Sedja hija li, għalkemm tirrikonoxxi li l-Onor.", "Grech spjega l-pożizzjoni tiegħu ripetutament, kemm fl-istqarrijiet li huwa ppubblika, kif ukoll fil-Kamra, u ċjoè li huwa kien qed jattribwixxi l-kliem \"Planet of the Apes\" għall-kondizzjonijiet li jgħixu fihom ir-residenti u l-immigranti li jgħixu qrib l-open centres tal-Marsa, is-Sedja tara li l-użu ta' dan l-istess kliem fil-kontest tal-materja li kienet qed tiġi ttrattata kien wieħed infeliċi kif ukoll sfortunat, u dan kif fil-fatt jintqal kemm fl-artiklu li għamel referenza għalih l-Onor.", "Bedingfield, kemm fit-tieni dikjarazzjoni tal-Onor.", "Grech għamel it-talba għal dan ir-ruling.", "Is-Sedja tħeġġeġ lill-Membri kollha ta' din il-Kamra sabiex meta jagħmlu l-kritika politika tal-kollegi tagħhom - kemm f'din il-Kamra u anke barra - ikunu ġusti, billi dejjem jaraw li jieħdu konjizzjoni tal-fatti kollha u mhux biss joqogħdu fuq kif setgħu ġew irrapportati jew interpretati dawn il-fatti minn terzi persuni.", "Għaldaqstant, is-Sedja se titlob lill-Onor.", "Bedingfield sabiex, fid-dawl tal-interventi tiegħu fejn huwa stess qal li ħa konjizzjoni tal-kjarifika li għamel l-Onor.", "Claudio Grech, jagħmel kjarifika issa min-naħa tiegħu li huwa ma riedx jimputa li l-Onor.", "Grech kellu l-intenzjoni li juri xi disprezz fil-konfront ta' persuni b'karnaġġjon differenti.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, din in-naħa tal-Kamra dejjem toqgħod għal dak li tgħid is-Sedja u għal dak li jgħidu l-awtoritajiet ta' pajjiżna, u għalhekk nikkonkorri ma' dak li qiegħed tgħid int, anke għaliex naf li l-Onor.", "Claudio Grech jaqbel miegħi li l-analoġiji bħalma nġiebu f'dan il-każ huma ħżiena.", "L-ISPEAKER: Onor. Bedingfield, is-Sedja qed tifhem li qed taċċetta dak li talbet mingħandek.", "Fuq dan, wara li s-Sedja semgħet lill-Onor.", "Bedingfield, li għamel il-kjarifikazzjoni, qed tara li issa l-kwestjoni mqajma mill-Onor.", "Claudio Grech tieqaf hemmhekk, u ma tinkwadrax taħt l-Ordni Permanenti 60, u qed tqis li r-rimarki tal-Onor.", "Bedingfield fid-dawl tal-kjarifiki li saru, jikkostitwixxu dak li aktar 'il fuq ġie deskritt bħala kumment politiku (political bickering), u allura qed tqis li dan ir-ruling li qiegħda tagħti għandu jkun suffiċjenti bħala rimedju fih innifsu.", "Is-Sedja se terġa' tagħmel l-appell li għamlet kemm-il darba fir-rigward tal-importanza li l-Membri tal-Kamra għandhom dejjem juru l-akbar rispett fil-konfront ta' xulxin anke fl-interventi tagħhom, għaliex b'dan il-mod ikunu qed juru rispett lejn l-istituzzjoni tal-Parlament.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja bħala Chairperson tal-Fergħat iż-Żgħar tal-Commonwealth Parliamentary Association (CPA), fil-Laqgħa tal-Co-ordinating Committee and Executive Committee tas-CPA, li nżammet f'Londra bejn il-5 u d-9 ta' Novembru 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SPTAR SAN LUQA – PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min hu l-parkeġġ li hemm biswit l-Isptar San Luqa fi G'Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà?", "Jista' jassigura lir-residenti tal-lokalità li kienu jagħmlu użu minn dan il-car park jekk hux se jibqa' jkollhom aċċess bħalma kellhom s'issa biex ipoġġu l-karrozzi tagħhom minħabba l-problema kbira tal-parkeġġ fl-inħawi?", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet) (f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li l-parkeġġ biswit l-Isptar San Luqa li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant m'għadux f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Pietà.", "Id-devoluzzjoni minn idejn il-Kunsill intemmet fl-aħħar ta' Novembru 2015.", "Għaldaqstant nitolbu jirreferi din il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.", "Għandna wkoll informazzjoni addizzjonali li l-car park kien mgħoddi b'devulozzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Pietà fl-2014.", "Il-Kunsill kien ħareġ sejħa għall-offerti għall-management ta' dan il-car park dak iż-żmien.", "Fost il-kondizzjonijiet tal-Kunsill, il-management tal-car park kien li jirriżerva 50 parkeġġ għar-residenti tal-inħawi.", "Id-devoluzzjoni minn idejn il-Kunsill intemmet fl-aħħar ta' Novembru 2015, bir-risponsabilità tgħaddi f'idejn il-Vitals Global Health Care.", "Madanakollu, il-Kunsill Lokali baqa' jgawdi minn l-istess kondizzjonijiet imsemmija sa ftit ilu.", "Il-Kuntratt tal-Kunsill kien mal-Vitals Global Health Care.", "Fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fl-imminniġġjar tal-Isptar, il-Kunsill issa jagħmel kuntatt mal-Ministru għas-Saħħa meta jkollu xi diffikultà.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Ħadt nota ta' dak li l-Ministru qal fir-risposta.", "Is-Sedja għandha raġun: kif għandu kull dritt, il-Ministru ta informazzjoni addizzjonali mar-risposta mitluba.", "Qed nieħu nota ta' dan u nirringrazzjah.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fl-aħħar rajna l-ftuħ tal-mużew Muża.", "Jien personalment ma kellix iċ-ċans li nżur dan il-mużew.", "Però, minn dak li qrajt fuq il-ġurnali, jidher li ta' min iżuru.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-mużew Muża?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Bħalma tajna l-kelma li fl-2018 se niftħu mużew nazzjonali għall-arti ġdid, hekk għamilna!", "Bħalma wettaqna l-wegħdi li nirrrestawraw il-Forti Sant' Anġlu, il-Forti Sant'Iermu, nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-Katakombi ta' San Pawl, Ħal Saflieni u t-Tempji ta' Ħal Tarxien, tajna l-kelma wkoll li se niftħu dan il-mużew fis-sena 2018.", "Dan huwa mużew uniku – nażżarda ngħid fid-dinja – għaliex huwa l-uniku mużew nazzjonali tal-arti li huwa mużew komunitarju, fejn għandu n-nies fiċ-ċentru tiegħu.", "Aħna rridu li dan il-mużew ikun il-post fejn kwalunkwe persuna tmur u tgawdi mill-affarijiet sbieħ li fih.", "Essenzjalment, dan il-mużew għandu sezzjonijiet li huma ta' wirjiet permanenti – bħall-Gallerija ta' Sciortino, li fiha hemm uħud mix-xogħlijiet li għandha Heritage Malta – għall-wiri b'mod permanenti, kif ukoll hemm xogħlijiet oħrajn, bħal ta' Turner, li huma ta' valur straordinarju.", "Hemm ukoll sistemi interattivi biex, b'mod speċjali t-tfal, jieħdu gost jaraw il-Belt Valletta kif kienet snin ilu.", "Fi ftit kliem, hemm xi ħaġa għal kulħadd!", "Għalhekk, inħeġġeġ lin-nies biex iżuru dan il-mużew u b'hekk japprezzaw dan ix-xogħol kbir li sar minn diversi ħaddiema, u li m'għandix kliem biex nirringrazzjahom talli għal darb'oħra, they delivered on time u għamlu biċċa xogħol li għamlet lil kull Malti u Għawdxi kburi bil-patrimonju storiku li għandna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 373 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Solventi Estrattivi fi Ħwejjeġ tal-Ikel.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 369 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004, għas-Certificate for Graduates of Non-EU/EEA Nursing Programmes taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa;", "Avviż Legali Nru 370 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in Media and Communications – M.A.,taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien;", "Avviż Legali Nru 371 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Doctor of Medicine and Surgery – M.D.; u", "Avviż Legali Nru 372 tal-2018 – Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2012 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Fine Arts (M.F.A.) in Digital Arts, taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati f'substantive grade b'kuntratt, liema kuntratt ma ġiex imġedded, fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7668;", "Tagħrif dwar l-għadd u x-xogħol tal-impjegati fil-gradi ta' direttur ġeneral, direttur, assistent direttur, senior manager u manager fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7670; u", "Id-dokumentazzjoni b'rabta mal-mandat maħruġ fir-rigward tat-Triq il-Ġorf fix-Xagħra Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7692.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li, skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018, tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, l-Onor.", "Marthese Portelli se tkun qed tissostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li fil-laqgħa ta' nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018, tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, ġew ikkonsidrati ż-żewġ proposti leġiżlattivi indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u rriżulta li dawn huma konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u proporzjonalità:", "Il-Kumitat għamel ukoll skrutinju u għadda 21 proposta leġiżlattiva u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ġej:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għall-kondoljanzi tas-Sur George Gatt, li ħalliena nhar is-27 ta' Ottubru 2018.", "Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, George Gatt kien, għal ħafna snin, protagonist ta' dan il-Parlament.", "Naturalment, mhux ta' din il-Kamra li qegħdin fiha llum għax dak iż-żmien konna fil-binja l-oħra, imma kien protagonist ta' din l-istituzzjoni li tirrappreżenta lill-poplu.", "Fil-fatt, George kien Membru Parlamentari fi tliet leġiżlaturi differenti: l-ewwel fil-leġiżlatura ta' bejn l-1981 u l-1987 taħt Gvern Laburista, u mbagħad f'żewġ leġiżlaturi mmexxijin minn Gvern Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1992, u bejn l-1992 u l-1996.", "Lil George nafu bħala bniedem umli, bħala bniedem ta' qalb kbira, bħala bniedem li dejjem żamm saqajh mal-art minkejja li kellu suċċessi kbar, kemm bħala politiku kif ukoll fil-ħajja personali u professjonali tiegħu, u nafu bħala bniedem li dejjem jaħseb f'ħaddieħor qabel ma jaħseb fih innifsu.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, meta George kien diġà marid serjament u kien dieħel u ħiereġ l-isptar, kien talabni biex jiġi jkellimni.", "Jien għedt li probabbilment kien se jitlobni xi pjaċir personali, bħal pereżempju, biex insiblu xi kamra għalih, jew biex ikollu xi trattament aħjar minn ħaddieħor.", "Għedtlu li niltaqa' miegħu bi pjaċir, anke għaliex kont qed nittama li jirrakkontali xi stejjer ta' meta kien Membru Parlamentari u nkun nista' nitgħallem mingħandu.", "Madanakollu, George ma ġiex biex jitlobni xi ħaġa personali, imma ġie biex bħala pazjent jirrakkontali xi ftit mill-esperjenzi li għadda minnhom.", "Huwa faħħar ħafna lill-istaff, li kienu għamlu ħafna miegħu, mill-infermiera sat-tobba.", "Ried iwassal dan is-sentiment li kien qiegħed jgħinu fil-ġlieda li kellu mal-mard.", "Qalli wkoll xi ħaġa li jekk ma tkunx pazjent u ma tgħaddix minnha, lanqas tiġik f'moħħok.", "Xi ħaġa żgħira u kważi kważi tista' tinstema' redikola, imma għall-pazjenti tfisser ħafna.", "Qalli li s-servizz fis-swali tal-isptar huwa impekkabbli, u li l-infermiera huma anġli u t-tobba huma ddedikati immens.", "Qalli li s-servizz kien tajjeb ħafna u ma seta' jgorr fuq xejn, però, kienet iddejqu ħafna dik li fil-5.00 a.m. kien jgħaddi t-trolley tal-ikel u, peress li kellu r-rota żżaqżaq, kien iqajjem lilu u lil kulħadd!", "Qagħad jagħmel appuntament miegħi biex jgħidli dan, u kellu raġun!", "Fil-fatt għedtilhom biex jagħmlulha daqsxejn żejt dik ir-rota.", "Xi ħaġa bħal din ma kellux għalfejn jgħidha lili bħala Ministru, imma ħass li ried jgħidha lili u ġie u qalhieli!", "Issa, minħabba l-altruwiżmu ta' George, nawgura li hemm ħafna iżjed pazjenti li minflok ma jqumu fil-5.00 a.m. qed iqumu naqra iżjed bi kwiethom għax ma jisimgħux ir-rota żżaqżaq fil-kurituri!", "George minn dejjem kien bniedem viċin in-nies, speċjalment tal-11-il Distrett u t-12-il Distrett Elettorali, b'mod partikolari l-Mosta, il-Mellieħa, in-Naxxar u l-Għargħur.", "Però huwa mhux biss kien viċin in-nies, imma kien ukoll viċin is-soċjetajiet kulturali u sportivi, li kien jgħinhom kemm bil-ħin kif ukoll bir-riżorsi tiegħu.", "Kien ukoll bniedem li għamel suċċess kbir fil-ħajja politika u fil-ħajja professjonali tiegħu.", "Barra minn hekk, kien bniedem li ta ħafna lis-settur tal-kostruzzjoni u mhux biss kellu f'moħħu l-iżvilupp, imma kellu wkoll f'moħħu l-iżvilupp b'mod sostenibbli.", "Fil-fatt, huwa magħruf għall-proġett li għamel f'Ħal Ferħ ġewwa Għajn Tuffieħa - proġett li għal ħafna snin kien wieħed eżemplari - kif ukoll għall-iżvilupp tal-lukanda li hemm f'Selmun.", "Sur President, qed nara hawnhekk xi familjari ta' George Gatt.", "F'ismi, f'isem il-Gvern, f'isem din il-Kamra u f'isem ħafna nies li serva, nagħtihom il-kondoljanzi.", "Nawgura minn qalbi li l-memorja ta' George tibqa' ħajja fosthom u fost in-nies tal-11 u t-12-il Distrett.", "Nawgura wkoll li jkun hawn ħafna aktar Membri Parlamentari li jkollhom l-animu altruwista li kellu George Gatt.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap Tal-Oppożizzjoni): Sur President, mhux se nitkellem dwar George Gatt il-politiku, imma dwar George Gatt il-persuna.", "Dan għaliex kelli l-privileġġ li għal dawn l-aħħar 20 sena nkun nafu personalment.", "Fil-fatt, kont niltaqa' miegħu ta' sikwit fl-uffiċċju tiegħu, suppost biex nagħtih il-pariri jien, imma ħafna drabi kien jispiċċa jagħtina l-pariri hu fuq il-ħajja!", "Nixtieq nikkwota silta mill-ewwel diskors ta' George Gatt f'dan il-Parlament:", "\"Dan il-Gvern, mhux biss bil-kliem iżda bil-fatti, jaħdem għall-bidwi, u dan sar fl-interess tal-bidwi kif ukoll tal-mara tad-dar, u tal-ekonomija tal-pajjiż.\"", "Silta oħra importanti hija din:", "\"Iż-żgħażagħ ikunu jafu wkoll li Malta m'għandhiex biedja biżżejjed.", "Għalkemm qed nirriklamaw ħafna artijiet, ikollna nimpurtaw ħafna qamħ u ikel ieħor, u biex inpattu rridu nagħmlu xogħol ta' servizz lill-barranin.\"", "George kien iħobb il-familja, kien iħobb il-biedja, kien iħobb il-bidwi u kien iħobb il-prodott Malti.", "Ta' spiss kien idewwaqni xi prodotti minn tiegħu, fosthom iż-żejt, li mhux biss kien jagħtihuli, imma mbagħad kien jinsisti li nagħtih il-ġudizzju tiegħi dwaru.", "L-aktar tagħlima importanti li ħadt mingħand George Gatt hija li l-familja għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Fil-fatt, lejn l-għeluq tad-diskors tiegħu huwa jgħid, \"Malta l-ewwel u qabel kollox\"!", "Dan il-kliem juri li għalih il-pajjiż, u dak kollu li jagħmilna Maltin, jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Sur President, ningħaqad mal-Ministru Chris Fearne u nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familja ta' George Gatt.", "Nixtieq li niftakru f'dawk li telqu minn dak li kienu qed jagħmlu u forsi anke telqu lill-familja u x-xogħol tagħhom biex jaħdmu u jagħtu servizz lil pajjiżna.", "Ta' dan, għandna nkunu eternament grati lejn dawn il-persuni.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, xtaqt ngħid kelmtejn fuq George għaliex, apparti li kien ġar tiegħi, kien ukoll ħabib personali tiegħi u kien l-ewwel persuna li lili qarrbitni lejn il-politika.", "Fil-fatt illum il-ġurnata għadek issib nies minn kull sfera politika li jgħidulek kemm għenhom George u kemm kien bniedem onest.", "George kien ukoll raġel li jħobb ħafna l-familja.", "Kif taf int ukoll, Sur President, erħilu nhar ta' Ħadd jiġbor lill-familja kollha flimkien.", "L-għors tiegħu kien li jara l-familja u n-neputijiet miġburin għandu.", "George kien baqa' jsegwi u baqa' joħlom sal-aħħar fuq pajjiżna.", "Fil-fatt, l-aħħar li żortu ppropona diversi proġetti dwar kif nistgħu nkomplu ntejbu lil pajjiżna.", "Hemmhekk stajt nara fih sens ċiviku kbir.", "Sal-aħħar minuta ta' ħajtu xtaq li jibqa' jkun ta' kontribut għal pajjiżna u jibqa' jara lil pajjiżna miexi 'l quddiem.", "Sur President, nieħu l-okkażjoni biex, bħall-bqija tal-Kamra, nagħti l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzja lid-Deputat Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Onor.", "Jien lil George Gatt kont ilni snin twal nafu.", "Missieri, Alla jaħfirlu, u George kienu ħbieb kbar.", "Tant hu hekk li missieri kien l-ewwel segretarju tal-Każin Laburista tal-Mosta bejn l-1961 u l-1962, u meta George ħareġ għall-elezzjoni, missieri kien l-ewwel segretarju tal-klabb li kellu ġewwa l-Mosta.", "Irrid insellem lis-Sur Jason Micallef, hawnhekk preżenti, u nirringrazzjah talli bagħatli messaġġ biex jgħidli li George kien qiegħed ħażin għax hekk kelli x-xorti li tal-inqas narah ftit sigħat qabel ma miet.", "George qatt ma ra kbir.", "Kull min jafu, Laburisti u Nazzjonalisti, jaf li George qatt ma ra kbir, anzi dejjem kien benefattur fis-skiet.", "Fil-fatt, tmur fejn tmur, kulħadd jgħidlek kemm għenu George.", "U din il-ħaġa semmieha wkoll Fr Michael Borg fl-omelija.", "George kien bniedem ta' qalb kbira li dejjem ħadem fis-skiet.", "Huwa beda bħala emigrant fil-Kanada, u kien biss meta ġie lura li bena l-imperu tiegħu, u dan għamlu bix-xogħol u l-kapaċità tiegħu flimkien mas-solidarjetà u l-kolleġjalità qawwija tal-familja tiegħu.", "Aħna, meta nirreferu għalihom bħala l-Familja Gatt tal-Gżejri tal-Mosta, inkunu qed nirreferu għal familja li dejjem għamlet ġieħ lis-soċjetà.", "Jien niftakar li anke Mintoff kellu rispett lejn George u qatt ma ċaħdu mill-kelma li tah.", "George kien bniedem li jagħti kelma u jżommha.", "L-aħħar li rajtu – u kien mhux ħażin – kien fil-festa ta' Santa Marija ta' xi sentejn ilu, fil-Każin ta' Nicolò Isouard, u niftakar li kien beda jifraħ miegħu kulħadd.", "Ningħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra u nsellem lill-familjari ta' George Gatt; kif nagħmlu s-soltu, għaddejnielkom ktejjeb bl-ewwel diskors tiegħu fil-Parlament.", "Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal dawn il-kondoljanzi lill-familja tas-Sur George Gatt bil-miktub.", "Nirringrazzjakom.", "AĠĠORNAMENT TAL-KAMRA TAĦT L-ORDNI PERMANENTI NRU 13", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Sur President, taħt l-Ordni Permanenti 13 irressaq mozzjoni rigward l-iżviluppi li seħħew f'dawn l-aħħar ġranet.", "L-ISPEAKER: Trid tgħaddili d-dikjarazzjoni ffirmata mill-ewwel.", "ADRIAN DELIA: Qed irressaq talba skont l-Ordni Permanenti 13 sabiex il-Kamra taġġorna biex tiddiskuti ħaġa definita ta' importanza pubblika urġenti.", "Il-ħaġa definita li qed nitlob lill-Kamra taġġorna biex tiddiskuti hija l-aħbar żvelata minn Reuters, l-akbar aġenzija tal-aħbarijiet fid-dinja, u mit-Times of Malta nhar il-Ġimgħa li għadda, li s-sid tal-kumpanija 17 Black huwa Yorgen Fenech, CEO ta' Tumas Group.", "Infakkar li 17 Black hija kumpanija reġistrata ġewwa d-Dubaj u li minnha, skont dokumenti li jifformaw parti mill-Panama Papers, kellhom jingħataw €150,000 kull xahar lill-kumpaniji sigrieti taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, Tillgate, u tal-Ministru Konrad Mizzi, Hearnville.", "Dawn iż-żewġ kumpaniji huma reġistrati ġewwa l-Panama.", "Fenech, apparti li huwa s-CEO ta' Tumas Group, huwa wkoll direttur tal-kumpanija Electrogas Malta Ltd.", "Mill-istess informazzjoni jirriżulta li l-kumpanija 17 Black, reġistrata f'Dubaj, diġà rċeviet £1,400,000 minn persuna mill-Ażerbajġan u £200,000 mingħand il-kumpanija Orion Engineering Group Ltd., li hija l-aġent f'Malta tat-tanker tal-LNG li tforni lill-power station il-ġdida.", "Din hija kwestjoni ta' importanza pubblika urġenti peress li l-kumpanija Electrogas Malta Ltd hija l-kumpanija li rebħet il-kuntratt tal-bini tal-power station il-ġdida u li mingħandha l-Gvern Malti ntrabat li jixtri l-elettriku għal 18-il sena sħaħ.", "Din hija kwestjoni ta' importanza pubblika urġenti wkoll peress li, kuntrarju għal dak li qiegħed jgħid pubblikament il-Prim Ministru, sal-lum għad ma hemm l-ebda inkjesta għaddejja mill-Maġistratura ta' Malta dwar il-kumpanija 17 Black u l-Panama Papers, u dan minħabba li l-istess Prim Ministru, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, il-Ministru Konrad Mizzi, Brian Tonna, Karl Cini ta' Nexia BT u numru ta' persuni oħra qegħdin joġġezzjonaw li ssir inkjesta dwar dan kollu.", "Ma' kull ġurnata li tgħaddi qed tiżdied il-ħsara għar-reputazzjoni ta' pajjiżna u qed jiżdied il-periklu għas-settur tas-servizzi finanzjarji ta' pajjiżna u l-istabilità ekonomika ta' pajjiżna, bi ħsara għal għexieren ta' eluf ta' familji Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk, qed irressaq din il-mozzjoni skont l-Ordni Permanenti 13 għall-aġġornament tal-Kamra sabiex niddiskutu din il-ħaġa definita ta' importanza pubblika urġenti, kif għadni kif spjegajt.", "Sur President, qed ngħaddilek din id-dikjarazzjoni miktuba dwar is-suġġett li għandu jiġi diskuss skont kif għadni kif stqarrejt.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE: Sur President, jien il-mozzjoni ma rajthiex.", "Smajt lill-Kap tal-Oppożizzjoni jaqraha issa u forsi wieħed ikun irid jagħtiha daqqa t'għajn, però a prima facie m'iniex konvint li dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ordni Permanenti 13.", "Jiġifieri, m'iniex konvint li dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, u allura l-mozzjoni kif ressaqha hu, hija xi ħaġa li wieħed irid jiddiskutiha b'urġenza llum.", "Madanakollu, jien nifhem li meta jkun hemm allegazzjonijiet fuq Membri ta' din il-Kamra, dan il-Parlament m'għandux jiddejjaq milli jiddiskutihom.", "Ovvjament, dawn iridu jkunu allegazzjonijiet ta' ċerta portata, għax allaħares kull meta wieħed jgħid xi ħaġa fuq ħaddieħor fuq Facebook jew Twitter, irridu bilfors niddiskutuha!", "Però, meta jkunu allegazzjonijiet ta' ċertu portata, naħseb li huwa d-dmir ta' din il-Kamra li tiddiskutihom.", "Insemmi wkoll li dalgħodu ħtarna l-Kummissarju għall-iStandards Pubbliċi, li parti minn xogħlu se jkun proprju li jiskrutinizza l-membri pubbliċi.", "Jien, wara li smajt lill-Kap tal-Oppożizzjoni, qed nipproponi li llum stess niddiskutu l-allegazzjonijiet kollha li saru kontra Membri ta' din il-Kamra, inkluż kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu - saru allegazzjonijiet fuqu anke f'dawn l-aħħar xhur - u l-allegazzjonijiet li saru kontra Membri tal-Parlament Ewropew li huma rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista.", "M'għandix problema li niddiskutu l-allegazzjonijiet.", "Għalhekk jien, f'isem il-Gvern, qed nipproponi li jkollna sospensjoni tal-aġenda biex nagħmlu diskussjoni, mhux neċċessarjament fuq il-Mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, imma fuq l-allegazzjonijiet ta' ċerta portata li saru fuq Membri ta' din il-Kamra, inkluż dawk li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni u fuq Membri Parlamentari Ewropej.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, qed nieħu nota li l-Ministru Fearne mhuwiex konvint minn din il-Mozzjoni.", "Din in-naħa tal-Kamra hija konvinta li din hija materja ta' natura pubblika, nazzjonali u urġenti.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din in-naħa hija konvinta li dawn mhumiex allegazzjonijiet jew qlajjiet fuq Facebook.", "Jekk il-Gvern qed jipprova jqabbel aħbar li toħroġ fuq Reuters, li hija l-akbar aġenzija tal-aħbarijiet fid-dinja, ma' qlajjiet fuq Facebook, naħseb li qed nagħmlu disservizz lill-poplu Malti u Għawdxi.", "L-ISPEAKER: Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, fil-qosor, għax it-talba għamiltha.", "Qed niġbidlek l-attenzjoni, minħabba l-proċedura.", "Proċeduralment …", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbok, jien niggwida lill-Kamra, dwar kif timxi l-proċedura.", "ADRIAN DELIA: Ħa nkun fil-qosor.", "L-ISPEAKER: Nerġa' ngħidlek li dwar il-proċedura ngħidlek jien!", "ADRIAN DELIA: Proċeduralment, skont l-Ordni Permanenti 13, mozzjoni trid tkun definita.", "Il-mozzjoni li ppreżentajna aħna hija definita, bil-miktub u speċifika.", "Il-kontroproposta li qed jagħmel il-Ministru Fearne ma tirriżulta minn imkien u ma tista' qatt tintlaqa'.", "L-ISPEAKER: Jien qed nifhem li hawn il-qbil.", "Hemm diversi rulings fuq hekk.", "Id-Deputat Prim Ministru, fil-qosor, sabiex immexxu.", "CHRIS FEARNE: Jien nerġa' nirrepeti li din in-naħa tal-Gvern m'għandha l-ebda diffikultà li niddiskutu allegazzjonijiet.", "Jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikejjel għal ħaddieħor b'riga li ma jridx ikejjel lilu nnifsu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ejja niddiskutu l-allegazzjonijiet kontra l-Membri Parlamentari kollha, inklużi kontrik!", "Taċċetta li niddiskutu?", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, jien diġà tajtek il-kelma u issa qed jitkellem l-Onor.", "Jekk jogħġbok, nisimgħuh u nimxu minn hemmhekk.", "CHRIS FEARNE: Nerġa' ngħid li m'għandi l-ebda problema li niddiskutu, anzi naħseb li huwa dmir ta' dan il-Parlament li niddiskutu allegazzjonijiet kontra l-Membri Parlamentari li għandna f'din il-Kamra.", "L-Oppożizzjoni tista' tiftaħ id-dibattitu u nagħlquh din in-naħa.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Wara li smajt lill-Onor.", "Deputat Prim Ministru, jien qed nifhem li hawn qbil li jkun hawn id-diskussjoni.", "Skont l-Ordni Permanenti 13, is-Sedja xorta trid tagħti deċiżjoni fuq it-talba.", "Is-Sedja qed tagħti deċiżjoni li l-aġġornament ikun fuq din il-Mozzjoni li għadha kif ġiet ippreżentata mill-Onor.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan wara li hawn qbil fil-Kamra.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom, nevitaw kummenti kapriċċużi!", "CHRIS FEARNE: Jien qed nifhem li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibża' li niddiskutu allegazzjoni fuqu.", "Din in-naħa tal-Gvern m'għandha l-ebda problema li niddiskutu l-mozzjoni kif ippreżentata minnu.", "Nagħmlu dibattitu sħiħ illum.", "Din in-naħa m'għandna xejn minn xiex nibżgħu.", "Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, inti għandek minn xiex tibża'!", "L-ISPEAKER: Id-deċiżjoni hija li l-mozzjoni se tiġi diskussa issa.", "Il-ħin allokat għad-diskussjoni se jkun sad-9.00 p.m. Il-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u l-kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-ftuħ u l-għeluq ikun għall-Oppożizzjoni peress li din hija Mozzjoni tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, irrid nibda billi nispjega eżattament fuq xiex qed nitkellmu f'din il-Mozzjoni.", "Bħala stat ta' fatt, ftit tax-xhur ilu, il-Gvern rabat kampanja elettorali sħiħa dwar din il-materja, li kienet tifforma parti mill-manifest elettorali tiegħu.", "Din il-materja kienet il-bażi ta' dak li l-Gvern biegħ lill-poplu u kellha tkun is-soluzzjoni għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ukoll għall-bżonnijiet u l-ħtieġa tal-pajjiż.", "Hawn qed nitkellmu dwar il-bini ta' power station ġdida biex inneħħu l-fabbriki tal-kanċer u sabiex dan il-pajjiż ikollu sors ta' enerġija nadifa.", "Jekk minn dak li qed naraw irriżulta oġġett wieħed ċar, dan huwa li m'hemm xejn nadif dwar il-kuntratt u n-negozjati għal din il-power station!", "Ejja niftakru li din kienet il-materja ta' kampanja elettorali!", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat, għal xhur sħaħ, rabat id-destin politiku tiegħu mal-karru tas-sid o meno tal-kumpanija Egrant!", "Għal tant drabi, il-Prim Ministru aċċerta lill-poplu Malti u Għawdxi kollu li jekk jirriżulta li l-kumpanija Egrant tkun tiegħu, tal-mara, jew ta' xi qraba minn tiegħu, hu jirriżenja minnufih!", "Fl-istess ħin, bl-istess kejl u bl-istess riga, bħala stat ta' fatt u mhux allegazzjonijiet u xnigħat fuq Facebook, jirriżulta li hemm żewġ kumpaniji oħra reġistrati bl-ismijiet ta' Tillgate u Hearnville, li nafu min huma s-sidien tagħhom.", "Fuq hekk biss, bil-kejl tal-Prim Ministru nnifsu u b'ebda kejl ieħor, il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri kellhom jirriżenjaw minnufih!", "Saret inkjesta, fejn il-poplu Malti u Għawdxi ħallas mijiet ta' eluf, biex il-Prim Ministru jiġi quddiemna u f'mument ta' glorja jgħid li l-kumpanija Egrant mhijiex tiegħu!", "Ma qalx ta' min hi, imma qal li mhijiex tiegħu!", "F'dak il-mument ukoll, kien qed jikkundanna b'mod ċar li s-sidien taż-żewġ kumpaniji l-oħra kellhom jirriżenjaw minnufih!", "Ejja nispjegaw x'inhuma dawn il-kumpaniji, sabiex in-nies jifhmu u ma jaħsbux li kulħadd jista' jkollu kumpaniji bħal dawn.", "Ejja nispjegaw jekk tagħmilx differenza fejn ikollok kumpanija, jekk hux Malta jew barra!", "Fejn kienu dawn il-kumpaniji?", "Sur President, dawn il-kumpaniji kienu rreġistrati f'pajjiż li hu rinomat mad-dinja kollha għall-ħasil tal-flus!", "Intgħażel dan il-pajjiż mhux għax huwa pajjiż qrib tagħna, mhux għall-konvenjenza jew għax huwa irħas biex tiftaħ kumpanija hemmhekk, imma għax f'dak il-pajjiż, li qiegħed fuq in-naħa l-oħra tad-dinja, issib service providers li jipprovdu għall-ħasil tal-flus!", "Skont dak li ġie żvelat u huwa fid-dominju pubbliku, ġie ddikjarat xi flus se jidħlu f'dawn il-kumpaniji.", "Mela hawn qed ngħidu li hemm żewġ kumpaniji, bl-isem ta' Tillgate u Hearnville, li s-sidien tagħhom qed imexxu pajjiżna u qed jgħidu li l-flus li se jidħlu f'dawn il-kumpaniji se jkunu ġejjin minn kumpanija li jisimha 17 Black!", "Sa tlett ijiem ilu, ma konniex nafu ta' min hija din il-kumpanija, imma kien biżżejjed biex tintrefa' r-responsabilità politika!", "Però l-Prim Ministru pprova jfixkel ir-responsabilità kriminali ma' dik politika!", "Il-Prim Ministru qal li hemm inkjesti, meta jaf li m'hemmx għax huwa stess qed iżommhom milli jsiru.", "Il-Prim Ministru ma jridx li ssir ġustizzja, għax jaf li hemm attività kriminali fl-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna!", "Però, imbagħad rajna żviluppi ġodda meta sirna nafu ta' min hi l-kumpaija 17 Black.", "S'issa, ma kien hemm ebda ċaħda min-naħa tal-Gvern dwar din l-informazzjoni li s-sid ta' 17 Black huwa involut fil-power station ta' Delimara!", "Mela, għandek Ministru u ċ-Chief of Staff tal-Gvern li għandhom żewġ kumpaniji, u qed jgħidu huma stess li se jirċievu l-flus mingħand xi ħadd li huma stess tawh kuntratt ta' miljuni kbar għal 18-il sena minn flus il-poplu Malti u Għawdxi!", "Dan ifisser li min qed jieħu d-deċiżjonijiet f'pajjiżna mhux qed jaħdem għall-aqwa interess ta' pajjiżna, imma qed jaħdem għall-aqwa interess personali tiegħu stess!", "Min qed imexxi lil dan il-pajjiż mhux qed jara kif se jagħmel biex iġib l-aqwa negozju lejn pajjiżna jew l-aqwa prezzijiet għas-servizz tad-dawl f'pajjiżna, imma ppjana minn qabel biex jagħmel strutturi sabiex jirċievi flus ġol-kontijiet tiegħu mingħand dawk li ħadu l-kuntratt tal-power station!", "X'inkjesta għandu bżonn il-poplu Malti u Għawdxi li jħallas it-taxxi, biex jirrealizza li dan mhux sew?!", "X'inkjesta hemm bżonn biex nirrealizzaw li dan mhux biss huwa ħażin, imma huwa abbuż sfaċċat ta' poter li ħareġ fid-deher?!", "Fl-ebda pajjiż demokratiku fil-Punent ma jista' jiġri mqar nofs dak li qed jiġri f'pajjiżna u ma tintrefax ir-responsabilità politika!", "F'pajjiżi oħrajn isiru l-inkjesti u sakemm isir dak il-proċess tintrefa' r-responsabilità politika minnufih!", "F'dan il-Parlament illum qbilna li din hija xi ħaġa ta' interess pubbliku u għalhekk hemm l-urġenza li tiġi diskussa.", "Dan għaliex din hija xi ħaġa li tinteressa lil kulħadd għax taffettwa lil kull Malti u Għawdxi!", "Taffettwa lil dawk li qegħdin fin-negozju!", "Taffettwa lil dawk li jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Taffettwa lil dawk li qed jipprovaw juru x'servizzi joffri pajjiżna!", "Taffettwa lir-reputazzjoni ta' pajjiżna!", "Fuq kollox, taffettwa min aħna bħala Maltin!", "Meta mmorru barra minn xtutna, qed nuru min aħna bħala poplu!", "Sal-lum, ħafna kienu qed jistaqsu x'qed jiġri f'Malta u għalfejn mhux qed jittieħdu passi jew ikun hemm riżenji.", "Wara llum, mhux se jibqgħu jistaqsuna dawn il-mistoqsijiet.", "Dan għaliex, għalkemm il-Prim Ministru qed iwaqqaf milli ssir ġustizzja ġewwa l-Qorti, fl-Ewropa u madwar id-dinja, il-pajjiżi diġà fformaw l-opinjoni tagħhom dwar Malta!", "Fiha nnifisha din hija kundanna politika għall-pajjiż!", "Sur President, qegħdin f'dan il-Parlament biex inrendu servizz, jew biex nabbużaw mis-sistema politika Maltija?", "Hawn iqumu diversi mistoqsijiet: Għalfejn Gvern bl-akbar mandat elettorali qed jibqa' jippersisti li flok jiddefendi isem pajjiżna, akkost ta' kollox ma jridx ineħħi lil żewġ persuni?", "Lil min jixtieq li jibqa' jiddefendi l-Prim Ministru?", "X'inhuma r-raġunijiet li l-Prim Ministru kapaċi jiddeċiedi fuq kollox, saħansitra jitlob riżenji ta' Ministri, imma fuq din il-materja għandu jdejh marbutin?", "X'hemm li jżomm lill-Prim Ministru milli jieħu deċiżjoni fuq din il-materja meta m'għandux problemi ta' siġġijiet parlamentari u ta' mandat elettorali u, kif iħobb jgħid hu, għandu l-grupp parlamentari tiegħu kollu warajh?", "Għalfejn il-Prim Ministru ma jistax jagħmel dak li huwa ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu?", "Illum, quddiemna għandna deċiżjoni importanti li rridu nieħdu.", "Ejjew niftakru li l-Parlament qiegħed hawn biex jirrappreżenta l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha!", "Il-Parlament huwa magħmul mir-rappreżentanti eletti mill-poplu biex iħarsu l-isem ta' pajjiżna u l-ġid komuni!", "Jista' xi ħadd min-naħa tal-Gvern ifehemni x'ġid qed jieħu l-poplu minn strutturi magħmula apposta biex jirċievu flejjes mingħand xi ħadd li id waħda qed tagħtih kuntratt u l-id l-oħra se tirċievi l-flus mingħandu?", "Naħseb li qatt ma kien hawn każ li remotament jixbah lil dan il-każ li għandna quddiemna llum!", "Jekk f'pajjiżna m'aħniex lesti li nieħdu responsabilità ta' dak li qed naraw isir f'dan il-każ, mela verament qed nuru li armejna l-valuri tad-demokrazija, it-trasparenza, is-sewwa u l-interess u l-ġid komuni.", "Qed nuru li armejna l-għodod prinċipali biex inħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini komuni.", "L-ammonti li qed nitkellmu dwarhom mhumiex żgħar, għax qed nisimgħu ċifri ta' €200,000, €1,400,000 u €150,000 fix-xahar!", "Dan huwa Gvern tan-numri, taċ-ċifri u tal-figuri kbar!", "Però hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq numri u ċifri, imma qed nitkellmu fuq il-prinċipji bażiċi ta' x'inhu tajjeb u ħażin!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-good governance u fuq dak li hu ġust!", "Huwa sew li bħala Gvern fil-poter jagħti kuntratt lil xi ħadd, li mbagħad qed jgħid hu stess li qed jistenna li dan ix-xi ħadd iħallsu lura?", "Dan huwa aġir abbużiv, kriminali u illegali!", "Naħseb li jekk verament irridu nibdew ninġabru u nsewwu l-ħsara tremenda li għamel dan il-Gvern lil pajjiżna barra xtutna, irridu naġixxu immedjatament.", "Irridu nibdew billi nagħrfu dak li hu sew minn dak li hu ħażin.", "Jidher li l-Ministru Fearne mhux konvint minn dan li qed ngħid, imma din in-naħa tal-Kamra konvinti mija fil-mija li dan li qed jiġri quddiemna f'pajjiżna qed jikkalpesta dak li hu tajjeb u qed imur kontra kull sens ta' dak li huwa ġust.", "Dak li qed jiġri f'pajjiżna huwa abbużiv, illeċitu u qed ikisser bl-aktar mod ċar dak kollu li bnejna fl-aħħar 25 sena f'pajjiżna.", "Nixtieq li f'dan id-dibattitu nisma' mqar raġuni waħda għalfejn il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri m'għandhomx jagħtu r-riżenja tagħhom.", "Forsi għax m'għandhomx l-istess riga tal-Prim Ministru?", "Forsi għax ma jħaddnux l-istess prinċipji?", "Forsi għax ma josservawx l-istess regolamenti?", "Forsi għax ma jaqgħux taħt l-istess liġijiet?", "Dan l-aħħar tkellimna ħafna dwar is-saltna tad-dritt u, meta titkellem man-nies fit-toroq u d-djar tagħhom, jistaqsuk xi tfisser din is-saltna tad-dritt.", "Din hija xi ħaġa sempliċi ħafna li l-liġi tgħodd għal kulħadd l-istess, kemm jekk tkun l-iċken wieħed fis-soċjetà, kif ukoll jekk tinsab fuq nett tal-poter.", "Min jikser il-liġi u l-etika jrid iħallas il-konsegwenzi ta' għemilu.", "Min jiżbalja politikament irid jerfa' r-responsabilità politika tiegħu.", "Il-Gvern qed jipprova jitfa' l-għamad quddiem għajnejn kulħadd.", "Però ma baqa' ebda dubju f'moħħ ħadd dwar dak li qed jiġri quddiemna f'pajjiżna.", "Hawn qed nitkellmu dwar strutturi li kienu maħsubin minn qabel biex tinkiser il-liġi, u issa nafu għalfejn!", "M'hemm l-ebda raġuni għalfejn m'għandhiex tintrefa' r-responsabilità politika.", "Kif diġà għedt fil-jiem li għaddew, l-Oppożizzjoni se tibqa' tinsisti li tintrefa' r-responsabbiltà politika għall-ġid ta' pajjiżna.", "Ma nistgħux inħallu lil dan il-Gvern jibqa' jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "Ma baqax għażla oħra!", "F'pajjiżi demokratiċi oħrajn, quddiem każijiet ta' natura ferm inqas gravi, ikun hemm riżenji u tintrefa' r-responsabilità politika.", "Jekk il-Ministru Konrad Mizzi ma jirriżenjax, ikollu jerfa' r-responsabilità l-Prim Ministru Joseph Muscat!", "Jekk iċ-Chief of Staff Keith Schembri ma jitlaqx, ikollu jerfa' r-responsabilità l-Prim Ministru Joseph Muscat!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne.", "CHRIS FEARNE: Sur President, il-Kap tal-Oppożizzjoni għoġbu jagħmel messa in scena fejn qal li dak li hu ħażin għandna nsejħulu ħażin, u s-sewwa ngħidu li hu sewwa.", "Ħalli ngħid lill-Kap tal-Oppożizzjoni x'inhu sewwa u x'inhu ħażin.", "Quddiemi għandi kopja ta' email, li se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra, mibgħuta mill-Partit Nazzjonalista minn fuq l-email address communications.pn.org.mt ftit tal-minuti qabel ma dħalna għal din is-seduta, illum, 12 ta' Novembru 2018, fil-5.22 p.m. Is-suġġett ta' din l-email huwa PN press call.", "L-email qed tgħid hekk:", "\"Data: Illum, 12 ta' Novembru.", "Ħin: 7.00 p.m.\"", "- meta kien qed jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni ftit tal-minuti ilu -", "\"Post: Kamra tal-Oppożizzjoni fil-Parlament.", "Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Adrian Delia, jindirizza konferenza tal-aħbarijiet.", "L-attività tkun imxandra fuq Net TV u Facebook ta' Adrian Delia.\"", "Sur President, l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni b'urġenza biex niddiskutuha llum stess, meta huma stess lanqas riedu li jsir dan id-dibattitu!", "Tant ma riduhx li kienu ppreparati li joħorġu barra l-Kamra u jagħmlu konferenza stampa indirizzata mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Din il-mozzjoni hija messa in scena!", "L-Oppożizzjoni titlob għal dibattitu urġenti għax huwa ta' portata nazzjonali u, fl-istess ħin li suppost qed jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni f'din il-Kamra, jgħajtu lill-press għax il-Kap tal-Oppożizzjoni se jindirizza konferenza stampa barra l-Parlament.", "Ma jistax ikollok messa in scena akbar minn din!", "Sur President, il-Kap tal-Oppożizzjoni semma l-allegazzjonijiet fuq membri ta' din il-Kamra; però, fl-għoxrin minuta li ħa għad-diskors tiegħu, nesa jsemmi l-allegazzjoni li hemm fil-konfront tiegħu!", "Matul dan id-dibattitu, il-membri fuq din in-naħa tal-Kamra se jfakkru lill-Kap tal-Oppożizzjoni dak li nesa jsemmi hu dwar dak li hemm allegat fuqu.", "Jien nitolbu juża l-istess riga li qiegħed ikejjel biha hu biex ikejjel lilu nnifsu!", "Huwa minnu li l-allegazzjonijiet kontra membri tal-Kamra jdejqu lil kulħadd u għalhekk huwa importanti li niddiskutuhom.", "Hawn se nagħmel referenza għal dak li kiteb l-istess Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-Facebook page tiegħu meta, ftit tal-ġranet ilu, għamel konferenza stampa – dakinhar irnexxielu jagħmilha mhux bħal-lum!", "Forsi l-Kap tal-Oppożizzjoni nesa jew se jmeri dak li kiteb, għalhekk se nikkwota:", "\"Jien qatt ma nieħu vanġelu xejn ħlief meta jkun hemm proċess li jkun aħħari.\"", "Dawn huma l-kliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni erbat ijiem ilu, meta mistoqsi fuq dawn l-allegazzjonijiet li qiegħed jagħmel referenza għalihom.", "Nerġa' ngħid li l-allegazzjonijiet idejqu lil kulħadd, imma, kif qal il-Kap tal-Oppożizzjoni stess, sal-lum f'dan l-istadju dawn għadhom allegazzjonijiet.", "Kif nafu, hemm proċess ġudizzjarju għaddej.", "Hawn irrid nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "L-ewwel nett, Malta hija pajjiż Ewropew fejn nemmnu fis-saltna tad-dritt, li jfisser li meta jkun hemm proċessi ġudizzjarji, irridu nistennew l-eżitu tagħhom.", "Dan hu dak li jiġri f'pajjiż Ewropew.", "It-tieni nett, f'pajjiżna hemm is-separazzjoni tal-poter, jiġifieri l-Qrati jiddeċiedu x'għandu jsir, u l-Eżekuttiv ma jindaħalx fid-deċiżjonijiet tal-Qrati.", "Bħalissa hemm proċess ġudizzjarju għaddej u għalhekk, ejja nistennew l-eżitu ta' dak il-proċess ġudizzjarju!", "Xi jridna nagħmlu l-Kap tal-Oppożizzjoni?", "Forsi li aħna l-politiċi nindaħlu lill-maġistrati kif għandhom jiddeċiedu?", "Niddeċiedu aħna bħala Gvern?", "Jiddeċiedi l-Prim Ministru?", "Jiddeċiedi l-Kap tal-Oppożizzjoni?", "Hekk qed titlob l-Oppożizzjoni?", "Fejn hi s-saltna tad-dritt għall-Oppożizzjoni?", "Sur President, se nsemmi xi ħaġa li l-Kap tal-Oppożizzjoni nesa jsemmi.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, kien il-Ħadd filgħodu u fuq waħda mill-gazzetti bl-Ingliż ħarġet storja, li mbagħad ġiet elaborata l-Ħadd ta' wara, fuq il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa.", "Din l-allegazzjoni saret minn eks membru tal-istaff tiegħu li allega li David Casa jagħmel użu mill-kokaina personalment, kif ukoll jixtri l-kokaina u jqassamha waqt il-parties, li huwa traffikar ta' droga.", "Il-ġimgħa ta' wara, din l-istess persuna li kienet viċin ħafna u impjegata ta' David Casa qalet li David Casa kien qiegħed iqarraq bil-fondi Ewropej u jiffroda lill-Kummissjoni Ewropea.", "Dakinhar stess li ħarġet din l-istorja f'gazzetta lokali, jien mort fuq it-televiżjoni tal-Partit Laburista u għedt li aħna ngħixu f'pajjiż fejn hawn is-saltna tad-dritt u fejn il-Qorti u l-istituzzjonijiet huma b'saħħithom u jagħmlu xogħolhom sew, u għalhekk għandna nħalluhom jaħdmu, anke f'dan il-każ ta' David Casa.", "Dakinhar li ħarġu dawn l-allegazzjonijiet fil-gazzetta, m'għamilthiex tal-prosekutur, tal-ġudikant u tal-bojja, kif irid jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni!", "Din hi s-saltna tad-dritt li, meta jkun hemm xi ħadd li jagħmel allegazzjoni, serja kemm hi serja, trid tħalli l-proċess ġudizzjarju jieħu l-kors tiegħu.", "Il-proċess ġudizzjarju fil-konfront ta' numru ta' allegazzjonijiet kontra membri ta' din in-naħa tal-Kamra jinsabu għaddejjin.", "L-uniku membru ta' din il-Kamra li hemm allegazzjonijiet fuqu u m'hemmx proċess ġudizzjarju dwaru huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, għax kien hemm proċess u waqqfu!", "Issa jekk inti daqshekk gwapp, erġa' mur għada filgħodu u iftħu!", "Inkella jmur sieħbek!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Fearne, ippermettili.", "Mhux se nħalli cross debates.", "Onor. Fearne, għandek il-kelma, imma mhux se nħallik tagħmel kummenti.", "Tista' tkompli.", "CHRIS FEARNE: Jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni, ma jridx imur hu stess, jista' jistieden lill-membru li kien il-kelliem għal governanza tajba u li hu stess neħħieh u riedu jirriżenja mill-grupp parlamentari tiegħu, biex imur jiftaħ il-kawża hu, bħalma għamel kontra ħaddieħor.", "Għax ma tagħmilx dan?", "Għax qed tibża mill-kawżi?", "Għax għandek il-faħam miblul?", "L-ISPEAKER: Onor. Fearne, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "CHRIS FEARNE: Jekk m'għandekx faħam miblul, m'għandekx għalfejn tibża!", "L-istess kif aħna rridu nistennew li l-allegazzjonijiet li hemm fil-konfront ta' David Casa jiġu pproċessati, għandna nistennew l-allegazzjonijiet kollha li jiġu pproċessati.", "Il-proċess ġudizzjarju huwa għaddej, allavolja kien hemm min ipprova jwaqqfu billi jbiddel il-ġudikanti għax m'għoġbuhx.", "Ejja nistennew l-eżitu tal-proċess ġudizzjarju u naġixxu skont l-eżitu.", "Nerġa' ngħid li ħadd ma jieħu pjaċir bl-allegazzjonijiet, ikunu fuq liema membru ta' din il-Kamra jkunu.", "Ħaġa li tinkwieta lin-nies hija l-fatt li l-Oppożizzjoni xebgħet tgħid, anke fil-midja internazzjonali, li l-istituzzjonijiet Maltin mhumiex jieħdu dawn l-allegazzjonijiet bis-serjetà.", "Dan l-aħħar, jien kelli l-okkażjoni li l-ewwel niltaqa' ma' delegazzjoni tal-Parlament Ewropew, u mbagħad niltaqa' mal-Venice Commission li tlabnieha aħna biex tiġi Malta.", "Meta ltqajt ma' dawn id-delegazzjonijiet, qaluli li qed jisimgħu barra l-pajjiż li l-istituzzjonijiet Maltin mhux qed jagħtu kas tal-allegazzjonijiet li jsiru.", "Dan ifisser li jkun hemm xi ħadd li jippreżenta evidenza u l-istituzzjonijiet Maltin jitfgħuha taħt it-tapit u ma jagħtux kasha.", "Xi ħaġa li ħarġet mill-istorja ta' Reuters u The Times tal-ġimgħa l-oħra, li l-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jagħmel referenza għaliha, ixxejjen l-argumenti kollha tal-Oppożizzjoni.", "Reuters u The Times qegħdin jikkwotaw rapport tal-FIAU li jgħid li qed issir investigazzjoni li minnha ħerġin ċerti affarijiet.", "Dan ifisser li Reuters u The Times qegħdin jikkonfermaw, jekk qatt kien hemm bżonn ta' konferma, li l-istituzzjonijiet Maltin qed jagħmlu xogħolhom sew.", "Dan ifisser li l-bużżieqa li nefħet l-Oppożizzjoni, infaqgħet f'wiċċha!", "Sur President, huwa minnu li hemm allegazzjonijiet u hemm proċess ġudizzjarju għaddej.", "L-appell tiegħi hu li għandna nħallu l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħolhom!", "Aħna ngħixu f'pajjiż Ewropew fejn għandna s-saltna tad-dritt.", "Meta l-proċess ġudizzjarju jkun lest, jekk ikun hemm il-bżonn, nerġgħu nagħmlu dibattitu ieħor.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "OWEN BONNICI: Sur President, kemm hu ironiku li llejla l-Oppożizzjoni ħasbet li bħala membri tal-Gvern se niddejqu milli nagħmlu dan id-dibattitu.", "Kif qal id-Deputat Prim Ministru, l-Oppożizzjoni sejħet lill-ġurnalisti fis-7.00 p.m. għax ħasbet li bħala Gvern ma nkunux irridu li niddiskutu.", "Il-ġurnalisti ġew, imma lill-Onor.", "Ftit tal-minuti ilu, l-Onor.", "Adrian Delia tkellem f'din il-Kamra u s'issa għadu f'din il-Kamra.", "Adrian Delia beda d-diskors tiegħu billi semma l-Baġit.", "Forsi wieħed jgħidli x'għandu x'jaqsam il-Baġit ma' dan id-dibattitu?", "Sur President, forsi nistgħu nistaqsu lilu, għax l-ewwel ħaġa li semma kien proprju l-Baġit.", "L-Onor.", "Adrian Delia ddeskriva l-Baġit bl-aġġettiv 'riċiklat'.", "Bla ma trid tibda titbissem, għax il-kelma 'riċiklat' hija kelma li verament toqgħod lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Dan għaliex id-diskors li għadu kif għamel huwa diskors riċiklat ta' dak li kien jagħmel il-predeċessur tiegħu.", "L-Onor.", "Adrian Delia qal litteralment dak li kien ilu jgħid qablu l-Onor.", "Seta' faċilment qal li qed jirreferi għal dak li kien jgħid l-Onor.", "Il-kelma 'riċiklat', b'mod ironiku, toqgħod ferm lill-Kap tal-Oppożizzjoni; jekk hemm allegazzjoni fil-konfront tal-Onor.", "Adrian Delia, hija proprju allegazzjoni ta' riċiklaġġ!", "Il-fatt li l-Onor.", "Adrian Delia jitlob jisforza lil din il-Kamra għal dan id-dibattitu u mbagħad jibda d-diskors tiegħu bil-kelma \"riċiklat\", verament hija xi ħaġa ironika!", "Sur President, jien avukat bħalek, bħall-Kap tal-Oppożizzjoni u diversi membri f'din il-Kamra, u jekk hemm xi ħaġa li titgħallem meta tkun avukat hija li essenzjalment, il-proċess ġudizzjarju huwa t-tiftix tal-verità.", "Il-Qorti hija eżerċizzju fejn wieħed jipprova jistabbilixxi l-fatti biex toħroġ il-verità.", "Tant hu hekk li meta xhud jitla' jixhed fil-Qorti, il-Qorti ma tgħidlux: Bonġu, tista' tibda tixhed.", "Il-Qorti tgħidlu: Aħlef li tgħid is-sewwa, is-sewwa kollu, u xejn inqas mis-sewwa.", "Dan għaliex xogħol il-Qorti hu li tistabbilixxi l-fatti u l-verità.", "L-istess meta pulizija jidħol għall-kors ta' ingaġġ, l-ewwel ħaġa li jgħidulu hi li għalkemm xogħlu huwa li jġib il-provi kontra l-akkużat, jekk hemm provi li jistgħu jintużaw favur l-akkużat, għandu l-obbligu li jressaqhom ukoll.", "Jekk hawn xi ħadd li għandu obbligu li jiddefendi parti huwa proprju l-avukat: però, kif tgħallimni inti, Sur President, avukat ma jistax joskura l-verità biex il-klijent tiegħu jidher aħjar.", "Jekk jagħmel hekk, ikun qed jagħmel xi ħaġa serjissima li tmur kontra l-Qorti li xogħolha hu li tiskopri l-verità.", "Kif nafu, hemm proċess li jwassal għall-iskoperta tal-verità.", "Għalhekk, meta jkun hemm allegazzjoni, il-forum adattat biex niskopru l-verità huwa l-Qorti.", "Aħna nafu x'ġara fl-aħħar xhur fejn, meta saret allegazzjoni serjissima kontra l-Prim Ministru, dan mar minn jeddu l-Qorti biex isir proċess ta' tiftix għall-verità dwaru.", "F'Malta għandna s-saltna tad-dritt, u għalhekk kull allegazzjoni serja tiġi investigata.", "L-Oppożizzjoni nnifisha għamlet diversi talbiet biex ikun hemm investigazzjoni.", "Malta hija wieħed mill-ftit pajjiżi fejn kull persuna, għandha jew m'għandhiex interess f'xi ħaġa, tista' tmur għand maġistrat inkwerenti u titlob għal investigazzjoni.", "Meta jkun hemm allegazzjoni serja, hemm proċess ġudizzjarju li jrid jitħalla jsir, inkluż dwar dawn l-allegazzjonijiet li qed issemmi l-Oppożizzjoni.", "Għalhekk, ma tistax l-Oppożizzjoni tiġi tgħid li l-Prim Ministru qed jipprova jostakola milli ssir investigazzjoni.", "Il-Prim Ministru qed jagħmel użu mid-drittijiet li tagħtih il-proċedura nnifisha.", "Kull min hu avukat u kull min għandu bażi ta' liġi jaf li meta jkun hemm inkjesti, il-proċedura tagħti drittijiet lill-persuni li jiġu msemmija f'talba biex issir l-inkjesta.", "Mela mhux minnu li xi ħadd qed jipprova jostakola l-proċess ġudizzjarju.", "Mela għax tuża d-drittijiet li tagħtik il-liġi, jiġifieri qed tostakola?", "B'dan ir-raġunar, l-Oppożizzjoni ilha tostakola, għax qed tuża d-dritt li tagħtiha l-liġi – u qed tagħmel sew jekk tħoss li għandha tuża dan id-dritt.", "Però, hemm din id-differenza bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Min-naħa tagħna, kull allegazzjoni serja tiġi investigata.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni, lanqas biss għandhom id-diċenza li jpoġġu lilhom infushom taħt investigazzjoni!", "Sur President, fir-rigward tas-saltna tad-dritt, huwa faċli ħafna li tikkummenta, imma huwa aktar diffiċli li taġixxi.", "Dan il-Gvern, bit-tajjeb u l-ħażin tiegħu – għax aħna qatt m'għedna li aħna Gvern perfett – dejjem ra li kull meta jkun hemm allegazzjoni, din tiġi investigata mis-sistema ġudizzjarja tagħna li għandna fiduċja fiha.", "Aħna ma noqogħdux ngħidu li t-tali imħallef ma jogħġobniex, għax jiġi minn dak jew mill-ieħor.", "Aħna la qatt għamilna dan id-diskors u lanqas se nagħmluh, għax aħna għandna fiduċja fil-ġudikanti kollha tagħna.", "Bħala Gvern, irridu nsaħħu s-saltna tad-dritt.", "Kif qal id-Deputat Prim Ministru, bħala Gvern, tlabna lill-Venice Commission tiġi f'pajjiżna u tgħarbel is-sistemi tagħna u fejn tħoss li għandna ntejbu, aħna nkunu lesti li nagħmlu dan.", "M'hemm xejn ħażin li wieħed jipprova jtejjeb l-affarijiet!", "Jien kburi bis-sistema legali li għandna u ma nagħmilx bħal tan-naħa l-oħra li jmorru barra minn Malta u jgħidu kontra pajjiżhom.", "Barra minn Malta, jien infaħħar lil pajjiżi u s-sistema legali tagħna u ngħid li hija sistema robusta, b'saħħitha u li dejjem servietna tajjeb.", "Però, jekk hemm fejn inbiddlu, lesti li nagħmlu dan.", "Sur President, il-messaġġ tiegħi huwa wieħed: jekk verament nemmnu fis-saltna tad-dritt, għandna nħallu l-proċessi ġudizzjarji jsiru u l-awtoritajiet jaħdmu, sabiex verament nuru, bil-fatti u mhux bit-tpaċpiċ, li lesti li nbaxxu rasna għas-saltna tad-dritt.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, iż-żejt tela' f'wiċċ l-ilma!", "F'dan id-dibattitu, diġà smajna żewġ esponenti ewlenin min-naħa tal-Gvern jipprovaw iwieġbu għal dak li ħareġ nhar il-Ġimgħa li għaddiet li, permezz tiegħu, sirna nafu l-verità, liema verità l-Gvern kien ilu jaf biha, imma m'għamel xejn dwarha.", "Il-membri tal-Gvern ma wieġbu assolutament xejn fuq dak li ħareġ nhar il-Ġimgħa!", "L-aktar ħaġa li inkwetathom kienet li l-Partit Nazzjonalista għamel press call għas-7.00 pm!", "Fuq is-sustanza tal-gravità ta' dak li ġara, ma qalu assolutament xejn!", "Ejja ma ndurux mal-lewża!", "Quddiemna għandna l-akbar każ ta' korruzzjoni fl-istorja politika ta' pajjiżna, għaliex jinvolvi l-ogħla uffiċjali tal-Gvern li nqabdu f'każi ta' korruzzjoni.", "Issa, il-kwestjoni hi jekk pajjiżna u l-istituzzjonijiet tagħna humiex kapaċi jieħdu azzjoni, sabiex il-liġi f'pajjiżna tassew tkun tgħodd ugwali għal kulħadd.", "Dak hu t-test li għandu pajjiżna quddiemu.", "Dan huwa test għall-Prim Ministru u għall-istituzzjonijiet f'pajjiżna.", "Ejja nifhmu eżatt x'ġara u naraw f'hiex inqabdu dawn il-membri tal-Gvern.", "Biex inkunu ċari, iċ-ċirku issa ngħalaq.", "Hemm rabta ċara ta' korruzzjoni bejn il-proġett tal-power station u nies li hemm f'Kastilja, speċifikament iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u l-Ministru Konrad Mizzi, li huma l-aktar tnejn min-nies viċin tal-Prim Ministru nnifsu li, kif nafu, ilu jiddefendihom għal sentejn u nofs sħaħ.", "Sur President, x'inhuma l-fatti li għandna quddiemna?", "Hawn tliet fatti li qegħdin nistrieħu fuqhom.", "L-ewwel fatt ħarġitu Daphne Caruana Galizia fi Frar 2016, meta rrapportat li l-konsulent tal-Prim Ministru Brian Tonna rreġistra tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama, li tnejn minnhom nafu li huma taċ-Chief of Staff Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi.", "Dan huwa fatt, għax ammettew it-tnejn li huma.", "It-tieni fatt: f'April 2018, sirna nafu li l-kumpaniji nfetħu biex jirċievu 150,000 dollaru fix-xahar.", "It-tielet fatt, biex ngħaqqdu l-istampa kollha: nhar il-Ġimgħa sirna nafu minn fejn ġejjin il-flus.", "Dan huwa dak li ħareġ ġdid nhar il-Ġimgħa!", "Il-flus ġejjin mingħand bniedem li huwa s-sid tal-power station li kien l-akbar proġett politiku li bih il-Partit Laburista daħal fil-gvern fl-2013.", "Dawn huma tliet fatti li llum ma jista' jirribattihom ħadd!", "Sur President, dan ifisser li l-Partit Laburista wiegħed li se jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, waqt li membri tiegħu kienu qegħdin jippjanaw biex parti minn dak ir-roħs idaħħluh fil-but tagħhom stess!", "Sur President, dawn huma fatti ċari u mhux allegazzjonijiet.", "Bil-permess tal-Kamra, qed inpoġġi dawn il-fatti fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn spjegajt b'mod ċar li l-Gvern ma jistax jiċħad dawn il-fatti.", "Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u l-Ministru Mizzi, li kien responsabbli mill-bini tal-power station, bil-moħbi kienu qed iħejju biex idaħħlu 150,000 dollaru fix-xahar.", "Dan l-aġir tista' ssejjaħlu biss b'ismu – korruzzjoni!", "Hawn qed nirreferu għall-kumpanija 17 Black.", "Ta' min hi Macbridge?", "Issa, nafu li 17 Black hija ta' ċertu Yorgen Fenech, li hu s-sid tal-power station.", "M'għandix dubju li għad insiru nafu wkoll ta' min hi Macbridge!", "Sur President, irrid insostni li l-fatt li dawn inqabdu qabel ma għaddew il-flus, ma jfissirx li m'għamlu xejn ħażin.", "Dawn għamlu ħafna ħażin, għaliex attentat ta' reat kriminali huwa reat kriminali fih innifsu.", "Jekk inti għamilt attentat ta' ħasil ta' flus, dak hu reat kriminali, anke jekk m'għaddew l-ebda flus.", "Sur President, hawn irrid insostni punt ieħor.", "Jekk dawn inqabdu li minn 17 Black kienu se jdaħħlu 150,000 dollaru fix-xahar, hawn xi ħadd minna f'din il-Kamra li jista' jagħti garanzija li jekk m'għaddewx mill-bieb, mhumiex se jgħaddu mit-tieqa?", "Bħala Oppożizzjoni, qed nitolbu li tintrefa' r-responsabbiltà politika.", "Aħna m'aħniex il-Qorti, li rridu nħalluha tagħmel xogħolha.", "Hawnhekk qegħdin fl-arena politika u għandna mhux biss id-dritt, imma anke d-dmir, li ngħaddu ġudizzju politiku.", "Abbażi ta' dawn it-tliet fatti biss, għandna kull dritt u dmir li nitolbu li tintrefa' r-responsabbiltà politika.", "Iż-żewġ kelliema tal-Gvern li tkellmu s'issa, konvenjentement, ma semmewx id-differenza bejn responsabbiltà politika u responsabbiltà legali jew kriminali.", "Sinċerament, kont nistenna aħjar mill-Ministru għall-Ġustizzja!", "Wieħed jista' jkollu jerfa' responsabbiltà politika, għax l-aġir tiegħu kien ħażin, anke jekk ma kienx illegali.", "Biss, jidher li l-membri tal-Gvern qed jinsew dan il-fatt u qed jitkellmu biss fuq ir-responsabbiltà legali li għad trid toħroġ, kemm-il darba l-Gvern iħalli lill-Qrati jaslu għal deċiżjoni.", "Inutli li l-membri tal-Gvern jgħidulna li għandna nistennew id-deċiżjoni tal-Qorti, jekk imbagħad huma stess qegħdin joġġezzjonaw milli tibda inkjesta fil-Qorti.", "Ejja nkunu ċari: bħala Oppożizzjoni qed nitolbu li tintrefa' r-responsabbiltà politika.", "Jekk hemmx jew le responsabbiltà legali, inħallu f'idejn il-Qrati.", "Sur President, se nitkellem speċifikament fuq ir-responsabbiltà tal-Prim Ministru.", "Insostni li l-Prim Ministru kien jaf, jew messu kien jaf, ta' min hi din il-kumpanija.", "Kulma kellu jagħmel kien li jistaqsi liċ-Chief of Staff tiegħu.", "Biss, il-Prim Ministru għażel li jżomm liċ-Chief of Staff u lill-Ministru Mizzi fil-kariga tagħhom għal sentejn u nofs sħaħ, u għalhekk jien qed ngħid li l-Prim Ministru huwa politikament responsabbli, jekk mhux ukoll kompliċi magħhom, għax għattielhom.", "Meta nkixfu l-kumpaniji fi Frar 2016, il-Prim Ministru kien imissu għajtilhom mill-ewwel u qalilhom li se jkeċċikom.", "Però qabel messu staqsiehom ukoll għaliex fetħu dawn il-kumpaniji.", "Din il-mistoqsija messha saret sentejn u nofs ilu!", "Meta mbagħad, f'April 2018, ħarġet l-aħbar li dawn kienu qed jistennew li jdaħħlu 150,000 dollaru fil-kumpaniji tagħhom, il-Prim Ministru messu reġa' għajtilhom u staqsiehom minn fejn kienu ġejjin dawn il-150,000 dollaru, għax din l-aħbar kienet qed toħloqlu l-inkwiet.", "Ladarba ma staqsihomx, dan huwa nuqqas gravi min-naħa tiegħu!", "Kif jista' llum il-Prim Ministru jiġi jgħid li sar jaf min hu s-sid ta' 17 Black nhar il-Ġimgħa, jew meta staqsewh Reuters ix-xahar li għadda?!", "Kif jista' l-Prim Ministru jittieħed bis-serjetà?!", "Qed ngħidu li f'April 2018 ħarġet l-aħbar li l-flus kienu ġejjin minn ċerta kumpanija rreġistrata f'Dubaj li jisimha 17 Black u l-Prim Ministru ma sejħilhomx biex jistaqsihom ta' min hi!", "Sur President, kif taf, jien kont għamilt mistoqsija parlamentari f'dan ir-rigward, anke jekk is-Sedja żammitni milli nagħmel dan, fejn kont staqsejt lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk staqsiex liċ-Chief of Staff tiegħu ta' min hi l-kumpanija 17 Black f'April li għadda?", "Xi ħadd jaħseb li ma staqsihx?", "Dażgur li staqsih!", "Jaħseb il-Prim Ministru li l-Oppożizzjoni u n-nies hemm barra huma imbeċilli?", "In-nies jafu eżattament x'qiegħed jiġri u jafu li dak li hawn quddiemna jinten!", "Biss, l-agħar ħaġa hi li jiġi l-Prim Ministru u jgħid li mhuwiex se jieħu passi qabel il-Qorti tasal għad-deċiżjoni tagħha.", "Kif jista' l-Prim Ministru jgħid dan il-kliem, jekk fil-Qorti hu stess qiegħed joġġezzjona għall-inkjesta li qiegħed nitlob jien sabiex ikun hemm investigazzjoni?", "Kif jista' l-Prim Ministru jitwemmen?", "Fil-Qorti qalgħalna l-fwied biex nibdew inkjesta, tant li għaddiet sena u nofs u l-inkjesta għadha ma bdietx.", "Il-verità hi li l-Prim Ministru ma jridx jieħu passi kontra dawn it-tnejn min-nies u, ladarba l-Prim Ministru qiegħed jirrifjuta li jieħu passi, għandu jerfa' r-responsabbiltà politika hu personalment.", "Sur President, nagħlaq billi ndur fuq l-awtoritajiet ta' pajjiżna u nitlobhom biex, f'isem l-Oppożizzjoni, jagħmlu dmirhom.", "L-appell tiegħi huwa indirizzzat lejn il-Pulizija, l-FIAU u l-Avukat Ġenerali li, skont il-liġi, għandhom id-dmir u r-responsabbiltà li jaġixxu u ma jibqgħux għodda f'idejn il-Prim Ministru.", "Tħallux lill-Prim Ministru jużakom biex jiddefendi u jkun tarka għal Keith Schembri, għal Konrad Mizzi u għalih innifsu!", "Hawn irrid indur ukoll fuq id-deputati tan-naħa tal-Gvern u ngħidilhom: Possibbli m'hawnx imqar deputat wieħed minn 39 li kapaċi jqum u jgħid li dan huwa ħmieġ u li ma jridx ikollu x'jaqsam miegħu?!", "Possibbli li se jħallu dan kollu għaddej bħallikieku mhu qed jiġri xejn?", "Possibbli li l-Prim Ministru għalqilhom ħalqhom b'tali mod li se jibqgħu jiddefendu dak li huwa indifensibbli?", "Il-Prim Ministru forsi għandu r-raġunijiet tiegħu li ma jeħux azzjoni għaliex huwa wisq viċin ta' dawn it-tnejn min-nies.", "Però l-membri tal-Gvern, inkluż il-Ministru għall-Ġustizzja li suppost jirrappreżenta l-ġustizzja, se jibqgħu jiddefendu dan il-ħmieġ kollu?", "Sur President, il-ħsara li qed issir lil pajjiżna hija irreparabbli.", "Għandna ċans wieħed biex il-ħsara li saret b'dan l-akbar skandlu fl-istorja politika ta' pajjiżna tissewwa.", "Dan jista' jsir biss jekk il-Prim Ministru jerfa' r-responsabbiltà politika, ineħħi lill-Ministru Konrad Mizzi, ineħħi lil Keith Schembri u jirriżenja hu wkoll ta' dak li naqas li jagħmel għal sentejn u nofs sħaħ.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPAEKER: Aktar rimarki?", "CHRIS CARDONA (Ministru għallEkonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Sur President, nixtieq nirreaġixxi ftit għal dak li għadu kemm qal l-eks Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Simon Busuttil, li pprova jagħti l-pariri lil din in-naħa tal-Gvern.", "Jien ngħidlu li aħna m'aħniex se noqogħdu fuq il-parir tiegħu, għaliex li kieku qgħadna fuq il-parir tiegħu, konna nemmnuh ukoll fuq l-Egrant, fejn ħareġ biċ-ċar li ma kellniex nemmnuh.", "L-Onor.", "Busuttil tilef il-kredibilità tiegħu mhux biss mal-poplu Malti u Għawdxi, imma saħansitra mal-Kap tiegħu stess li żvestieh mir-responsabbiltà politika meta neħħieh minn kelliem għall-governanza tajba.", "L-Onor.", "Busuttil qalilna li l-iktar ħaġa li inkwetat lil din in-naħa tal-Kamra hija l-press call li semma d-Deputat Prim Ministru, liema konferenza stampa ma saritx u ma naħsibx li se ssir, għax il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu preżenti f'din il-Kamra.", "L-aktar ħaġa li tinkwetana hija li jkun hemm persuni pubbliċi f'dan il-Parlament li jagħmlu kruċjata, kif għamel l-Onor.", "Simon Busuttil fuq l-Egrant, saret elezzjoni minħabba l-Egrant, u llum jiġi f'din il-Kamra u l-Egrant ma jsemmihiex!", "Qalilna li min ried jagħmel il-korruzzjoni forsi se jipprova jgħaddi mit-tieqa.", "L-unika persuna li għaddiet minn ġot-tieqa kien hu meta l-poplu Malti tefgħu 'l barra mix-xena politika darba għal dejjem!", "Onor. Busuttil, l-Egrant ma ssemmihiex, avolja ħriġt in-nies fit-toroq, ħloqt pogrom fil-pajjiż u qajjimt kjass politiku fuq xi ħaġa li inti kont taf li ma teżistix!", "Bħala membri ta' din il-Kamra għandna obbligu li mhux biss nitkellmu fuq is-17 Black f'kontest, imma li nitkellmu wkoll dwar dak li ġara u għadu frisk f'moħħ il-poplu kollu fir-rigward tal-Egrant.", "\"Mitt suspett ma jagħmlux prova waħda.\"", "Dan mhux kliem tal-membri tal-Gvern, imma kliem il-Maġistrat inkwerenti Aaron Bugeja, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-inkjesta Egrant.", "Sur President, l-allegazzjonijiet huma suppożizzjonijiet li setgħet ġrat xi ħaġa jew li xi ħadd seta' wettaq xi ħaġa.", "Però jekk l-allegazzjonijiet ma jkunux issostanzjati bl-evidenza, l-allegazzjonijiet jibqgħu allegazzjonijiet.", "Għal dawn l-aħħar snin, il-kelma 'allegazzjoni' donnha ħadet tifsira ġdida u saret tintuża ħafna biex tgħatti kelma aktar adattata fin-narattiva politika meta wieħed ma jkunx qiegħed jgħid il-verità, jiġifieri jkun qiegħed jigdeb.", "Irridu ngħidu li kien hemm min, intenzjonalment, ried iwassal messaġġi giddieba, li mhumiex veritieri.", "L-agħar xenarju li jista' jkollok hu meta l-verità tkun magħrufa, min ikun qiegħed jagħmel l-allegazzjonijiet ikun jaf li qed jgħid kelma b'oħra, iżda jibqa' jirrepetihom għax verament ikun irid jagħmel il-ħsara.", "L-akbar każ ċelebri fil-politika skandaluża li mexxa l-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija tal-eks Kap Simon Busuttil huwa l-każ Egrant, li kien każ ta' frame-up, kalunja, gidba ċċertifikata u ħadma mill-bidu sal-aħħar ta' persuni politiċi li riedu jqarrqu.", "Aħna se nibqgħu nsemmu dan il-każ, anke għal elf darba kuljum, kif qalet li qed nagħmlu Oppożizzjoni.", "Nagħmlu dan mhux biex issir ġustizzja mal-Prim Ministru u mal-familja tiegħu, imma biex infakkru li llum, l-istess nies li waslu biex ħarġu b'din il-ħadma għadhom fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni u, mingħajr l-ebda rimors għal dak li għamlu, għadhom iterrqu bla mistħija fil-bini tal-Parlament.", "Il-problema f'kalunja bħall-Egrant hija li ma tista' ssir qatt ġustizzja b'mod xieraq mal-familja tal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Il-każ Egrant espona bl-aktar mod ċar kif f'pajjiżna hawn nies li għall-poter lesti li jagħmlu kollox.", "Fil-Partit Nazzjonalista ma nbidel xejn, u l-istess kejl li pprovaw japplikaw fil-każ Egrant, issa qed jipprovaw japplikawh fil-każ 17 Black.", "Però meta l-poplu jħares lura, kapaċi jagħmel ġudizzju fuq min mexa tajjeb fuq din il-kwestjoni.", "Filwaqt li wieħed għandu jagħti attenzjoni għal dak li jkun qed jiġi ppubblikat fil-mezzi soċjali u fil-media, ikun żball li nieħdu dak li jiġi rrapportat bħala vanġelu.", "Sal-lum, l-uniku vanġelu li nistgħu nieħdu huwa biss il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni Egrant, li jinsabu iswed fuq l-abjad.", "Trid jew ma tridx l-Oppożizzjoni, aħna se nibqgħu nitkellmu fuq dawn il-konklużjonijiet u mhux fuq il-fantasiji li toħroġ bihom l-Oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Oppożizzjoni ma ssemmix li l-inkjesta Egrant uriet li f'pajjiżna hawn min lest li jsallab familja intortament, meta kien jaf li qed jirkeb fuq gidba, sempliċement għall-qrusa politika.", "L-Oppożizzjoni ma ssemmix kif fixklet l-istabilità ta' pajjiż sħiħ u li, minkejja li l-pajjiż kien u għadu miexi tajjeb, kellha tissejjaħ elezzjoni ġenerali.", "Ejja niftakru li f'pajjiżna hawn min hu lest li jpoġġi fil-periklu l-impjieg ta' eluf ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin billi mar lil hinn minn xtutna, fuq stazzjonijiet u ġurnali barranin, biex iwassal messaġġ kontra pajjiżna.", "Il-Partit Nazzjonalista ma jridx jitgħallem mill-iżbalji li għamel.", "Ejja niftakru li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista niżżlet in-nies fit-toroq, għamlu billboards bil-Prim Ministru u l-mara tiegħu wara l-iżbarra, marru jiġru f'istituzzjonijiet Ewropej jirrepetu dawn l-allegazzjonijiet, riedu li l-President ta' Malta xxolji l-Parlament u pprovaw ikissru pajjiż u l-familja tal-Prim Ministru.", "Jidher li l-Oppożizzjoni trid tibqa' tippersisti b'din it-tip ta' politika moqżieża billi titfa' t-tajn biex forsi xi darba xi ftit tajn jeħel ma' xi ħadd min-naħa tal-Gvern.", "L-Oppożizzjoni trid tibqa' tibbaża l-politika tagħha fuq l-allegazzjonjiet biex tipprova tiskorja punti politiċi.", "Persważ li bħalma l-poplu ddeċieda li jwarrab il-politika ta' attakki bla bażi u assassinju tal-karattru fl-2013 u fl-2017, se jibqa' jagħmel hekk fiż-żmien li ġej.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, rajna kemm huwa ironiku li l-eks Kap tal-Oppożizzjoni, jew aħjar il-Kap tal-Oppożizzjoni de facto, illum għoġbu jiġi f'din il-Kamra jitkellem dwar responsabbiltà politika, wara li lanqas biss kellu d-diċenza jwarrab meta nqabad bil-fatti li gideb fuq il-Prim Ministru.", "Busuttil jiġi jitkellem fuq il-verità, meta hu ried jirbaħ elezzjoni fuq il-gideb.", "Agħmlilna pjaċir, tiġix hawnhekk u tipprova … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Rosianne Cutajar, ippermettili ftit.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nixtieq nistaqsi lis-Sedja jekk il-kelma 'giddieb' hijiex aċċettabbli f'dan il-Parlament.", "L-ISPEAKER: Onor. Rosianne Cutajar, tista' tkompli bid-diskors.", "ROSIANNE CUTAJAR: Onor. Simon Busuttil, kif tista' tiġi f'din il-Kamra tippontifika meta int se tibqa' mniżżel fl-istorja politika ta' pajjiżna għall-ikbar gidba politika li qatt saret.", "Dik tinten żgur, Onor. Simon Busuttil!", "Dan il-Gvern qatt ma beża' jieħu d-deċiżjonijiet u jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu.", "Dan huwa Gvern li jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq il-fatti u mhux fuq allegazzjonijiet, jew addirittura fuq x'tixtieq l-Oppożizzjoni.", "Dan il-Gvern ma jibbażax ruħu fuq il-gideb tal-Oppożizzjoni, iżda fuq il-verità.", "Wieħed jinnota d-dagħdigħa negattiva li llum għaddejja biha l-Oppożizzjoni, forsi għal raġunijiet differenti.", "Qabel, l-Oppożizzjoni kienet tkun negattiva għaliex ma kellhiex x'toffri lil dan il-pajjiż, u llum qed tkun negattiva biex tipprova tibqa' Oppożizzjoni waħda u magħquda.", "L-Oppożizzjoni qed tipprova tpinġi stampa kerha ta' pajjiżna li ma teżistix, però l-familji Maltin u Għawdxin li jinsabu fil-kwiet ta' djarhom jafu li din l-istampa mhijiex reali.", "Tant hu hekk li fi stħarriġ wara l-ieħor il-poplu qiegħed ikompli jagħti ċertifikat pożittiv ta' fiduċja fil-konfront tal-Prim Ministru.", "Il-familji, il-ħaddiema, in-negozji, l-anzjani u t-tfal kollha qed iħossu d-differenza fil-ħajja li jgħixu ta' kuljum.", "Fl-istess waqt, l-Oppożizzjoni tinstab medhija tipprova tiġġieled battalja biex tibqa' tim wieħed u mhux frammentazzjonijiet 'l hemm u 'l hawn, billi tipprova tpinġi sitwazzjoni f'pajjiżna fejn tibża' toħroġ mid-dar, jew addirittura li għandna xi pajjiż li miexi lura u mifni bir-rigress.", "Illum, kulħadd jaf li l-unika ħaġa li sejra lura f'dan il-pajjiż hija l-istess Oppożizzjoni.", "Mill-bqija, il-Gvern jinstab miexi fit-triq it-tajba u pajjiżna jinstab jiġri 'l quddiem, f'setturi fejn ħaddieħor għadu biss lanqas telaq jimxi.", "Pajjiżna qed jesperjenza rekord fit-turiżmu, fil-qasam tal-enerġija, fis-saħħa, fl-ekonomija u fix-xogħol, fost l-oħrajn.", "Din hija l-vera stampa ta' pajjiżna!", "L-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li hija inkwetata bir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Però l-uniku inkwiet tal-Oppożizzjoni huwa li ħadd ma qed jemminhom!", "Qed imorru quddiem l-Unjoni Ewropea u din qed tgħidilhom li Malta hija l-aqwa fl-Ewropa.", "Il-Kummissjoni Ewropea qalet li mit-tbassir tagħha għax-xitwa, jidher li pajjiżna se jkun l-aktar pajjiż Ewropew li l-ekonomija tiegħu se tikber fl-2019.", "Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-pagi tagħna se jikbru tliet darbiet aktar minn dawk tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Lill-Oppożizzjoni qaltilhom li Malta verament qed tgħix is-suċċess bit-tkabbir record fl-impjiegi u żidiet fil-pagi, fost l-oħrajn.", "Sur President, irrid insemmi wkoll il-Baġit għal din is-sena, fejn pajjiżna mistenni jkompli jqawwi r-ritmu ekonomiku tiegħu.", "Filwaqt li se tiżdied l-ispiża soċjali, se nnaqqsu l-piżijiet tat-taxxi biex il-ġid ikompli jinqasam bl-aħjar mod bejn kulħadd.", "Din il-ġimgħa ġie rrapportat ukoll li Malta għandha d-disa' l-aqwa sistema tas-saħħa fid-dinja.", "Dan mhux kliem li qed ngħidu jien bħal Membru Parlamentari tal-Gvern, imma qed jgħidu l-ġurnal mediku The Lancet.", "Tajjeb li nfakkru lill-Oppożizzjoni, li tridna nibbażaw ruħna mill-ġdid fuq l-allegazzjonijiet, x'kienu l-fatti ta' pajjiżna sal-2012.", "Infakkar li kellna pajjiż fil-proċedura tad-defiċit eċċessiv, kellna l-Air Malta u l-power station falluti, kellna problema tal-qgħad, u kellna sitwazzjoni fejn l-Unjoni Ewropea ordnat lil pajjiżna sabiex jaqta' €40 miljun minn fuq is-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kellna pajjiż bl-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma, meta, fil-frattemp, Gvern Nazzjonalista ried idaħħal f'but id-deputati tiegħu żieda ta' €500 fil-ġimgħa.", "Din kienet il-vera stampa ta' pajjiżna taħt Gvern Nazzjonalista.", "Kellna bolla ogħla, VAT ogħla, taxxa ogħla u pajjiż b'dejn nazzjonali li kien 70% tal-Prodott Gross Domestiku.", "(Interruzzjonijiet) Dawn huma l-veri fatti.", "Issa naf li l-fatti qed iweġġgħu lill-membri tal-Oppożizzjoni, però din kienet il-vera stampa ta' pajjiżna taħt Gvern Nazzjonalista.", "Illum reġa' għandna l-fiduċja fil-pajjiż, il-kuntentizza, ekonomija vibranti u opportunitajiet għal uliedna u għaż-żgħażagħ tagħna.", "L-Oppożizzjoni tgħidilna li Malta mhux pajjiż normali.", "Veru mhux normali għax, fejn pajjiżi oħrajn qed jimxu, aħna qegħdin niġru u, fejn ħaddieħor iwiegħed biss, aħna nwettqu bil-provi.", "Ħaddieħor joħlom u aħna qed niksbu r-riżultati.", "Għalhekk nistaqsi: Min mhuwiex normali?", "L-Oppożizzjoni mhijiex normali!", "Bħala Gvern, sena wara l-oħra, qed nagħtu lill-familji tagħna tnaqqis fl-income tax, żieda fil-paga minima, żieda fil-pensjonijiet, żieda fil-benefiċċji għall-persuni b'diżabilità, żieda fl-istipendji, stipendji għal min qed jirrepeti, kontijiet orħos, childcare b'xejn, ċekkijiet lil min sofra xi inġustizzja, trasport b'xejn għall-iskejjel, €700 miljun għall-infrastruttura, għajnuna għall-first time u s-second time buyers, għajnuna għal min qed jagħmel Masters u Ph.D, tablets għat-tfal, u żieda fil-ġranet tal-leave.", "Dawn huma biss ftit mill-miżuri li qed iwettaq dan il-Gvern, u għalhekk wieħed jibda jifhem għalfejn dan id-dwejjaq min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Adrian Delia qalilna li dan il-Gvern m'għandux pjan u li pajjiżna huwa l-agħar fl-Ewropa.", "Jien ngħidlu li t-titlu tal-agħar se jmur għandu stess li qed imexxi – jew aħjar, jipprova jmexxi – l-agħar Oppożizzjoni fl-istorja reċenti ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, proverbju Latin jgħid li silence means consent, jiġifieri min jibqa' silenzjuż ikun qed jaqbel mal-ħaġa.", "Dan mhuwiex pajjiż normali!", "Issa, lili kulħadd jafni bħala Deputat moderat ħafna fi kliemi; però, wara din l-aħbar, qed nikkonkludi li huwa minnu li dan il-pajjiż mhuwiex normali.", "Qed ngħid dan, għax is-saltna tad-dritt qed togħsfor fix-xejn.", "Meta l-eks Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Simon Busuttil, talabni biex noħroġ għal din l-elezzjoni, ħallejt il-ħajja li kelli fi Brussell, fejn kont naħdem u kelli l-familja miegħi bit-tfal imorru l-iskola hemmhekk.", "Parti mir-raġuni li għażilt li niġi lura Malta hija proprju l-problema ta' korruzzjoni fil-pajjiż.", "Quddiem din is-sitwazzjoni, ma stajtx nibqa' b'ħalqi magħluq.", "Ma ġejtx hawn bl-intenzjoni li nitla' bħala deputat f'din il-Kamra, imma l-importanti għalija kien li nagħti kontribut mhux biss lill-Partit Nazzjonalista, imma lis-soċjetà Maltija.", "Sur President, kif jista' wieħed jibqa' silenzjuż quddiem il-fatti li għandna quddiemna?", "Bħala Oppożizzjoni, ressaqna mozzjoni għal dan id-dibattitu, fejn qegħdin naraw il-Grupp Parlamentari Laburista jitkellem dwar kollox, però ma jagħmilx reazzjoni għal dawn it-tliet fatti – mhux allegazzjonijiet – li ħarġu fil-pubbliku.", "L-Onor.", "Rosianne Cutajar għadha kif għamlitilna diskors tal-Baġit, però waqfet hemm.", "X'inhuma dawn il-fatti li għandna quddiemna?", "L-ewwel fatt hu li l-Ministru Konrad Mizzi u l-kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri ammettew huma stess li huma s-sidien ta' kumpaniji fil-Panama.", "It-tieni fatt hu li l-Ministru Konrad Mizzi u l-kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri stennew li jirċievu commission ta' €150,000 fix-xahar kull wieħed għal 18-il sena, b'total ta' €1 miljun kull wieħed.", "It-tielet fatt hu li s-sid ta' 17 Black m'huwa ħadd ħlief id-Direttur tal-Power Station, liema proġett dak iż-żmien kien qed jitmexxa mill-Ministru Konrad Mizzi.", "Dawn huma fatti u mhumiex allegazzjonijiet!", "Kif jista' l-Grupp Parlamentari Laburista jibqa' sieket?", "Kif nista' jien niġi hawn u ma nitkellimx dwar dawn il-fatti?", "Sur President, jien trabbejt f'Ta' Sannat, Għawdex, fejn il-ġenituri u dawk kollha ta' madwari, inkluż il-coach tal-football, dejjem għallmuni li biex tirnexxi fil-ħajja, m'hemmx għalfejn tirrikorri għall-korruzzjoni.", "Tista' tirnexxi xorta jekk tkun onest!", "Jekk tkun korrott, tista' forsi ssir sinjur, imma ma jkollokx is-serħan tal-moħħ.", "Biss, jekk inti onest, jista' jkollok kollox fil-ħajja.", "Dak huwa prinċipju importanti ħafna għalija u għalhekk qed ngħid li parti mir-raġuni li niġi hawn Malta kienet proprju din il-problema tal-korruzzjoni.", "Jien ma nistax ngħix f'soċjetà fejn il-Prim Ministru, bl-imġieba tiegħu, qed jgħaddi l-messaġġ li huwa aċċettabbli li wieħed jagħmel xi forma ta' ħasil ta' flus.", "Kif qal l-Onor.", "Simon Busuttil, din mhijiex kwestjoni ta' Qorti jew tal-prinċipju innocent until proven guilty.", "Aħna m'aħniex il-Qorti!", "F'dan il-Parlament, bħala politiċi, nimxu mal-prinċipju tal-kontabilità.", "Issa meta l-Prim Ministru qed iħalli lil dawn it-tnejn min-nies fil-karigi rispettivi tagħhom, qed jibgħat il-messaġġ li jekk trid tirnexxi, tista' tirrikorri għall-ħasil ta' flus.", "Sur President, hawn mhux qed nitkellem dwar prinċipji fl-arja, qisni lecturer tal-università.", "Fis-snin 90, il-pajjiżi Baltiċi, jiġifieri l-Latvja, l-Estonja u l-Litwanja, għaddew minn każ simili bħal dan, li spiċċa tellef ħafna impjiegi f'dawn il-pajjiżi.", "Kien hemm mument meta, fis-snin disgħin, kien hemm evidenza li fil-banek ta' dawn il-pajjiżi Baltiċi, kien hemm ħafna ħafna ħasil ta' flus.", "Ġara li n-negozjanti u ċ-ċittadini onesti beżgħu li dawn il-banek se jiġu taħt investigazzjoni.", "Dan wassal biex kien hemm dak li bl-Ingliż jissejjaħ capital flight, jiġfieri li n-negozjanti u ċittadini onesti marru jiġru jiġbdu d-depożiti tagħhom, bir-riżultat li l-banek fallew, is-settur finanzjarju kkrolla u kien hemm kriżi ekonomika.", "Forsi wieħed jistaqsi: Se jiġri l-istess f'Malta?", "Nispera li le, għax naf li hawn nies f'Malta li qegħdin igawdu minn ekonomija li dejjem qed tikber.", "Aħna qed nitkellmu biex nipproteġu l-interessi f'pajjiżna.", "Aħna rridu nibagħtu messaġġ lill-investituri Maltin u barranin li hawn xi ħadd b'daqsxejn sens komun, li qed jipprova jżomm il-brejkijiet.", "Aħna qed nitkellmu mhux biss biex niddefendu isem u ġieħ Malta, imma anke l-impjiegi tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Huwa proprju għalhekk li rridu niddefendu r-reputazzjoni ta' Malta.", "Hawnhekk għandna każ klassiku ta' ħasil tal-flus, dak li l-esperti jsejħulu textbook case.", "Il-Gvern jaf sew li l-fatt li jkollok struttura, b'kumpaniji fil-Panama u f'pajjiżi oħrajn mad-dinja, huwa każ ta' ħasil ta' flus.", "Għażilt li nitkellem f'dan id-dibattitu għax importanti li nifhmu s-serjetà ta' dan il-każ, li mhux biss hu inkwetanti, għax jistgħu jintilfu l-impjiegi, imma għax qed juri li m'hawnx ġustizzja f'dan il-pajjiż.", "F'Diċembru tal-2017, bħala Oppożizzjoni, konna ressaqna mozzjoni fil-Parlament biex titwaqqaf kummissjoni li tinvestiga l-allegazzjonijiet kollha tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Daqshekk nibżgħu mill-investigazzjonijiet!", "Però l-Gvern għażel li jivvota kontra din il-mozzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bħala Oppożizzjoni, nemmnu li f'dan il-pajjiż m'hawnx ġustizzja għax il-Pulizija m'aġixxietx, u għax l-inkjesta li kellha ssir mill-Qrati qed tiġi imblokkata mill-Prim Ministru u sħabu.", "Kif nafu, s'issa, din l-inkjesta għadha ma bdietx.", "Ladarba l-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri għadhom fuq is-siġġu tal-poter, ma jistax ikollna xi forma ta' ġustizzja!", "X'messaġġ qed nibagħtu bħala pajjiż lill-investituri barranin?", "X'messaġġ qed nibagħtu liż-żgħażagħ li se jidħlu fid-dinja tax-xogħol?", "Minn naħa qed ngħidu liż-żgħażagħ li qed nafdawhom għax tajniehom id-dritt tal-vot ta' 16-il sena, u min-naħa l-oħra qed ngħidulhom li jekk tkun korrott, jaqbillek u tista' tirnexxi.", "Dan hu l-eżempju li rridu nagħtu liż-żgħażagħ?", "Dan hu l-pajjiż li fih rridu rrabbu t-tfal tagħna?", "Sur President, jien nixtieq nara Gvern aktar kontabbli, imma s'issa għadna 'l bogħod minn dan.", "Nixtieq ukoll li l-Gvern jirrispondi għal dawn it-tliet fatti – u mhux allegazzjonijiet! – li għandna quddiemna.", "Bħala Oppożizzjoni, żgur li mhux se naqtgħu qalbna, imma se nibqgħu niġġieldu għall-ġustizzja u se nibqgħu niddefendu l-impjiegi fis-settur tas-servizzi finanzjarji f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, illum qed nitkellmu fuq is-settur tal-enerġija f'pajjiżna.", "Il-Partit Nazzjonalista kien, għadu u jibqa' kontra dan il-proġett tal-enerġija, li minnu ggwadanjaw tant familji u negozji Maltin u Għawdxin.", "Il-mod kif l-Oppożizzjoni qed tipprova ttappan dan il-proġett huwa simbolu ċar li l-Partit Nazzjonalista baqa' partit negattiv u ma nbidilx.", "Ilkoll niftakru meta l-Oppożizzjoni, dakinhar fil-gvern, kienu jirreferu għal dan il-proġett bħala Alice in Wonderland.", "L-eks Kap tal-Oppożizzjoni kien saħansitra sejjaħ dan il-proġett bħala l-gimmick tal-millennju u li ma jiswiex il-karta li nkiteb fuqha.", "Dan id-diskors kien isir biex jipprovaw jingannaw lin-nies.", "Iżda, in-nies jifhmu li, grazzi għall-fiduċja li l-poplu wera lil din in-naħa tal-Kamra b'ammont record, illum qed igawdu minn roħs ta' 25% fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, kemm tal-familji kif ukoll tan-negozji.", "Sitt snin ilu, il-pjan tal-Partit Nazzjonalista kieku reġa' tela' fil-gvern kien li jerġa' jgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Għall-kuntrarju, dan il-Gvern ta kelma li l-kontijiet se jorħsu, u hekk ġara.", "In-nies jafu li sitt snin ilu, taħt Gvern Nazzjonalista li issa qed jerġa' jattakka dan il-proġett tal-enerġija, kienu jħallsu aktar milli jħallsu llum.", "In-nies fehmu li dan il-Gvern kellu viżjoni għas-settur tal-enerġija li ġiet mwettqa.", "Niftakru li l-Partit Nazzjonalista riedna naħslu l-ħwejjeġ fil-washing machine billejl biex minflok nistrieħu, nispiċċaw nagħmlu l-faċendi tad-dar billejl.", "Il-famijlji u n-negozji tagħna hemm barra jafu li taħt dan il-Gvern ingħataw lura €80 miljun fil-but tagħhom ta' kull sena.", "Dan ifisser li f'ħames snin Gvern Laburista radd lura f'€400 miljun fil-bwiet tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin, liema flus taw nifs kemm lill-familji u lin-negozji, u reġgħu ċaqalqu l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dawn il-flus ħolqu ċiklu pożittiv f'pajjiżna għax żdied il-konsum privat, żdiedu l-impjiegi, żdied l-investiment mill-kumpaniji u sirna aktar kompetittivi biex nattiraw aktar investiment.", "Partit Nazzjonalista fil-gvern kien jibqa' jieħu dawn il-flus ta' kull sena.", "Il-probabilità kienet li kien se jerġa' jgħolli l-kontijiet tal-enerġija.", "X'differenza llum minn kif konna taħt Gvern Nazzjonalista!", "Illum għandna s-seba' l-orħos kontijiet tal-enerġija fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Apparti minn aktar flus fil-bwiet tan-nies, qed ingawdu wkoll minn kwalità ta' arja aħjar.", "Ejja niftakru li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ried li nibqgħu nużaw il-heavy fuel oil.", "Aħna neħħejna l-użu ta' dan iż-żejt għalkollox u ħattejna l-power stations kemm tal-Marsa kif ukoll ta' Delimara.", "Il-Partit Nazzjonalista tant kien jirrispetta lin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta li ried ikompli jbellgħalhom l-aktar żejt li jniġġes fl-arja.", "Il-proġett tal-enerġija li l-Oppożizzjoni tant maqdret qabel l-elezzjoni tal-2013 – u anke wara f'kull stadju possibbli – naqqas l-emissjonijiet b'50% u naqqaas it-trabijiet fl-arja b'90%.", "Il-Partit Nazzjonalista jipprova jġib ruħu ta' xi paladin tal-ambjent, imma dan hu l-istess partit li ried ikompli juża l-heavy fuel oil.", "Dan il-proġett tal-enerġija fisser li Malta ħelset minn mażra li kienet marbuta mal-ekonomija Maltija, jiġifieri l-falliment tal-Enemalta.", "Dan il-Gvern mexxa 'l quddiem trasformazzjoni sħiħa fl-Enemalta fejn, minn korporazzjoni pubblika falluta, illum għandna kumpanija pubblika moderna li minn falliment qed tagħmel surplus.", "Minn kumpanija li Gvern Nazzjonalista kien lest li jbigħha għal €1 biss, rajna l-akbar investiment dirett barrani li sar f'pajjiżna, ta' aktar minn €320 miljun.", "Minn telf ta' €100 miljun fis-sena, illum l-Enemalta qed tirreġistra profitt ta' iżjed minn €40 miljun fis-sena.", "Dan ifisser upgrade anke mill-credit rating agencies lil din il-kumpanija.", "Quddiem dan kollu, il-Partit Nazzjonalista pprova jostakola dan il-proġett f'kull stadju tiegħu, anke mal-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Nazzjonalista ried iwaqqaf dan il-proġett biex il-Maltin u l-Għawdxin ma jkollhomx kontijiet tad-dawl u tal-ilma irħas kif inhuma llum.", "Biss, minkejja dawn l-ostakli, ma rnexxilhomx, għax wara skrutinju elaborat fuq dan il-proġett tal-enerġija, illum huwa approvat anke mill-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Kummisjoni Ewropea tat green light lil dan il-proġett, u llum l-uniċi bozoz ħomor li qed jixgħelu huma fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.", "Kemm kien inħaraq l-Onor.", "Simon Busuttil meta ġie f'dan il-Parlament u pprova jgħajjar lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker li ma ddejjaqx jiksru f'din il-Kamra.", "Niftakru wkoll lill-Partit Nazzjonalista jbeżża' lin-nies bit-tanker tal-LNG li huwa gass sigur u li ma jniġġisx.", "Kienu qalulna li se jkollna tanker kbir daqs il-koppla tal-knisja tal-Mosta!", "Wara kienu ġabu l-iskuża li l-proġett għandu garanzija bankarja mill-istat, liema garanzija tneħħiet għalkollox sabiex ġabet financial closure ta' dan il-proġett.", "Ipprovaw jaqbdu ma' kollox biex ikissru dan il-proġett.", "Nistaqsi lill-Oppożizjoni: Jekk ma tridux dan il-proġett, x'inhu l-pjan tagħkom għall-enerġija f'pajjiżna?", "Kif aħna, qabel l-elezzjoni tal-2013, konna spjegajna fid-dettall il-pjan tal-enerġija għal pajjiżna, nistennew li l-Oppożijoni tagħmel l-istess.", "Biss, ħadd mill-membri tal-Oppożizzjoni ma lissen kelma waħda fuq il-viżjoni tagħhom għas-settur tal-enerġija f'pajjiżna.", "Dan il-każ li qed niddiskutu jdur mas-settur tal-enerġija.", "Irrid nistaqsi: X'inhu l-mod ġdid tal-Partit Nazzjonalista għas-settur tal-enerġija f'pajjiżna?", "Forsi l-mod ġdid huwa li nerġgħu mmorru lura għall-heavy fuel oil, meta kellna l-agħar skandlu li qatt rat il-politika Maltija, jew li nerġgħu lura għaż-żmien meta l-Awditur Ġenerali investiga l-proġett tal-BWSC, fejn sab id-duħħan, imma ma setax isib in-nar?", "Forsi l-pjan tal-Oppożizzjoni huwa li niddependu mill-interconnector biex, kif jgħidu huma, inkunu at the mercy tat-Taljani, fejn, jekk il-Viċi Prim Ministru Taljan Di Maio jerġa' jqum b'burdata ħażina, jerġa' jheddidna – kif diġà għamel – li jaqtgħalna d-dawl mill-Italja?", "Bħala Gvern, irridu li jkollna energy mix tajjeb, biex pajjiżna jkollu l-għażla li jixtri d-dawl minn fejn irid.", "Din hija d-differenza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Għandna Gvern li wettaq il-wegħda elettorali tiegħu, raħħas il-kontijiet, tejjeb il-kwalità tal-arja u salva lill-Enemalta.", "Min-naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni m'għandha l-ebda kredibilità u l-ebda kredenzjali fil-qasam tal-enerġija.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, irrid inserraħ ras l-Onor.", "David Stellini u l-kumplament tan-naħa tal-Oppożizzjoni li aħna mhux se nibqgħu siekta.", "Aħna ma niddejqux nitkellmu, u għalhekk ilqajna t-talba li nagħmlu dan id-dibattitu llejla, li huwa prova ċara ta' dan.", "Però, kif nistgħu nieħdu l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni bis-serjetà, meta s'issa kull allegazzjoni li għamlu kienet jew gidba, jew ġiet skreditata mill-Qorti, jew inkella tefgħathom ġol-ħajt.", "Illum tisma' lill-Onor.", "Adrian Delia u tistħajlek li qed tisma' lill-Onor.", "Simon Busuttil jirrepeti allegazzjoni waħda wara l-oħra, u jieħdu l-allegazzjonijiet bħala stat ta' fatt. Mela ejja nitkellmu fuq fatti oħrajn, għax jekk l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' din in-naħa huma provi, allura l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Membri tal-Oppożizzjoni huma stat ta' fatt ukoll.", "Bir-raġunar tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "David Casa huwa ħati ta' embezzlement, però ħadd mill-Oppożizzjoni ma kkundannah, avolja bħalissa qed ikun investigat mill-OLAF għall-mod kif qed juża l-fondi Ewropej.", "L-Onor.", "Casa qed jiġi investigat fuq allegazzjonijiet ġuramentati u mhux fuq email li ma nafux minn fejn ġiet.", "Ejja niftakru li kien hemm min kien kapaċi jiffalsifika dokumenti u firem!", "Missna ħadna l-parir tagħkom dak iż-żmien u rriżenja l-Prim Ministru!", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed hawn biex jibqa' sakemm jidhirlu hu u mhux sakemm tgħidulu intom, Sinjuri Membri tal-Oppożizzjoni.", "Allaħares nieħdu l-parir tagħkom fejn jidħlu l-allegazzjonijiet!", "Bir-riga li qed tuża l-Oppożizzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa ħati wkoll, għax hu qed jiffaċċja allegazzjonijiet serjissimi li saru minn dik li, fl-opinjoni tiegħu, kienet biċċa blogger.", "Daphne Caruana Galizia kienet għamlet sensiela ta' allegazzjonijiet li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu kontijiet barra minn Malta u li kien idaħħal flus minn attivitajiet illeċiti marbuta mal-prostituzzjoni.", "Kien ġie allegat ukoll li l-Onor.", "Adrian Delia kien juża l-kont tal-bank f'Barclays International f'Jersey biex jirċievi l-kirjiet ta' proprjetà li tinsab f'52, Greek Street.", "Onor. Membri tal-Oppożizzjoni, ikkundanawh lill-Kap tagħkom!", "Dawn huma allegazzjonijiet serji li rċieva flus f'kont barra minn Malta f'ġurisdizzjoni li għalikom huma meqjusa perikolużi.", "Skont dawn l-allegazzjonijiet li saru, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien jirċievi £20,000 kull xahar għal kirja f'Soho.", "Hemm implikazzjonijiet oħrajn, imma l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kellux id-diċenza li jitlob investigazzjoni fuqu nnifsu.", "Ara aħna ta' din in-naħa tal-Kamra, ma nibżgħux mill-investigazzjonijiet għax m'għandniex faħam miblul.", "L-ebda Membru ta' din in-naħa ma jiddejjaq jitkellem jew ikun investigat.", "Ħadd mill-Oppożizzjoni ma lissen nofs ta' kelma fuq l-allegazzjonijiet li hemm fil-konfront tal-Kap tagħhom.", "Jidher li ma jriduhx jirriżenja, kif ma rriduhx jirriżenja lanqas aħna.", "Però rridu ngħidu li l-allegazzjonijiet li saru s'issa kienu kollha gideb jew ġew skreditati fil-Qorti.", "Insemmi, pereżempju, l-allegazzjoni li saret fil-konfront ta' Keith Schembri li allaħares ħa l-parir tal-Oppożizzjoni u rriżenja, għax meta ħa l-każ quddiem il-Qorti, f'sentenza tal-Maġistrat Francesco Debasquale, irriżulta li l-allegazzjonijiet kienu għal darb'oħra foloz.", "Bil-permess tal-Kamra, nista' npoġġi s-sentenza fuq il-Mejda tal-Kamra, li qiegħda wkoll online u kulħadd jista' jaraha, inkluż il-ħafna avukati membri tal-Oppożizzjoni.", "Insemmi wkoll l-allegazzjoni falza li saret fuq il-Ministru Konrad Mizzi meta ntqal li ma kienx iddikjara li huwa a politically exposed person.", "Il-Ministru Mizzi għamel libell fil-Qorti li rebħu wkoll.", "Mela dik kienet allegazzjoni oħra falza.", "Għalhekk, kif l-Oppożizzjoni tridna nemmnuha u neħduha bis-serjetà fuq din l-allegazzjoni li qed issir?", "Jien ngħid li għandna nħallu l-investigazzjonijiet jieħdu l-kors taghom, anke jekk x'aktarx l-investigazzjonijiet jieħdu fit-tul, għax l-Oppożizzjoni trid tagħżel lill-maġistrati wkoll!", "Jidher li l-Kap tal-Oppożizjzoni ħareġ minn dan il-Parlament.", "Forsi sejjer jagħmel il-konferenza stampa li suppost kellu jagħmel fis-7 p.m u li għadu m'għamilx.", "Jekk jagħmilha bħalissa, tkun prime time!", "L-ISPEAKER: Onor. Bedingfield, tgħaddix kummenti.", "Jekk jogħġbok, kompli bid-diskors tiegħek.", "GLENN BEDINGFIELD: Fit-8.30 p.m. huwa prime time, però huwa siegħa tard minn meta l-Kap tal-Oppożizzjoni suppost kellu jindirizza l-konferenza stampa, għax kien mingħalih li din in-naħa tal-Gvern se nibżgħu nagħmlu dan id-dibattitu.", "Sur President, din in-naħa tal-Kamra ma nibżgħux niddibattu u ma nibżgħux mill-allegazzjonijiet.", "Però, aħna nitkellmu biss fuq fatti, u s'issa l-fatti juru li l-allegazzjonijiet li saru kienu kollha gideb u xejn aktar minn gideb.", "Nirringrazzjak.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta, fl-ismijiet Keith Schembri u Malcolm Scerri vs Pierre Portelli, David Lindsay u Stephen Calleja bħala edituri tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday u The Malta Independent Online (Rikors Numru 96/2016, datat 25 ta' Ottubru 2018).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, il-fatti juru li dan il-Gvern ma jridx jara investigazzjoni serja dwar dak li nħareġ meta faqqa' l-iskandlu tal-Panama u l-istejjer kollha li segwewh.", "Gvernijiet oħra bħal, pereżempju, fid-Danimarka fejn kien hemm każ ta' ħasil ta' flus mid-Danske Bank, saret investigazzjoni, tressqu n-nies u weħlu għal dak li għamlu.", "Għall-kuntrarju, f'Malta kollox baqa' għaddej qisu xejn!", "Għal dan il-Gvern, kien biżżejjed li jibdel ħames Kummissarji biex ir-rapporti li saru mill-FIAU ma jiġux investigati mill-Pulizija.", "Meta mbagħad Membru ta' din il-Kamra jitlob investigazzjoni, il-Gvern tal-Onor.", "Joseph Muscat jagħmel minn kollox biex jostakola tali investigazzjoni.", "Mela hawnhekk jiena naqbel perfettament mad-Deputat Prim Ministru li min ma jridx investigazzjoni serja, huwa kompliċi huwa wkoll.", "Din id-diskussjoni qed issir wara li nkixfu l-Panama papers.", "Kif nafu, ftit wara li l-Partit Laburista tela' fil-Gvern fl-2013, seħħet fula f'qargħa u feġġ l-iskandlu tal-Panama.", "Ovvjament, ħadd qatt ma stenna li tnejn min-nies fil-quċċata tat-tmexxija tal-Gvern Laburista kellhom kumpaniji fil-Panama, li ma tiftaħhomx biex taħbi l-bubuni u ż-żibeġ, imma biex taħbi flus li inti ma tridx turi.", "Però, dak ma kienx biżżejjed.", "Il-Prim Ministru seta' ġegħelhom jirriżenjaw mill-karigi rispettivi tagħhom, iżda għażel li ma jagħmilx dan.", "Konrad Mizzi tneħħa minn Deputat Kap tal-Partit Laburista għax il-Prim Ministru ma riedx li joskura l-Partit Laburista, imma fl-istess ħin ħallieh Ministru tal-ikbar proġetti li qed iseħħu fil-pajjiż, għax ġie jaqa' u jqum mir-reputazzjoni ta' Malta.", "Mhux talli hekk, talli bqajna għaddejjin b'serje ta' kuntratti li jinħbew mill-poplu, fosthom il-kuntratti tal-bejgħ tal-Enemalta, il-bejgħ tal-isptarijiet li seħħ darbtejn, l-Electrogas u l-għoti ta' artijiet li jingħataw ferm taħt il-prezz reali fis-suq, fost tant oħrajn.", "Insemmi wkoll ils-CEO tal-Awtorità tal-Artijiet li għandu shares fil-Fortina.", "Bħala Oppożizzjoni, kemm-il darba tlabna spjegazzjoni quddiem dawn l-iskandli kollha, speċjalment meta rajna li dawn il-kuntratti kienu redacted, jiġifieri kellhom paġni neqsin.", "B'dan jidher ċar li l-Gvern ried jaħbi l-informazzjoni.", "Dan apparti d-diversi żjarat fl-Azerbajġan mingħajr uffiċjali u preżenza tal-midja.", "Dan kollu jindika li flus il-poplu mhumiex imorru kollha għand il-poplu, kif inhu d-dover tagħna li naraw li jsir.", "Bħala Oppożizzjoni, irridu li flus il-poplu jmorru kollha għand il-poplu, għax il-Gvern jaf daqsi li l-ġid li tqassam fil-Baġit jista' jkun ħafna aktar jekk il-flus iġġenerati min-nies permezz tax-xogħol u n-negozju tagħhom jerġa' jmur lura għandhom.", "Kif nafu, f'dan il-pajjiż hawn bżonnijiet kbar, fosthom fil-qasam tal-edukazzjoni, fl-isptarijiet u fil-qasam infrastrutturali.", "Issa kieku mhux għax għandna nies fl-ogħla karigi fil-pajjiż li jidhrilhom li jistgħu jobormu flus tal-poplu, kieku dawn l-oqsma jistgħu jingħataw ħafna aktar għajnuna, biex jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.", "Nagħlaq b'punt ċkejken fuq l-Egrant.", "Sal-lum, ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat.", "Inħallikom b'dan il-ħsieb.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, pajjiż jimxi bil-proċessi u mhux bil-konġetturi.", "Kemm huwa importanti li fil-pajjiż ikun hemm proċessi għaddejjin li jwasslu għall-konklużjonijiet.", "Lil hinn mill-kliem tal-avukati, se nagħti eżempju ipotetiku fuq inkjesta li ġiet konkluża, għall-benefiċċju ta' min qed isegwina.", "Illum mhux qegħdin niddibattu l-każ Egrant, però tajjeb naħsbu fuq x'kien jiġri kieku, meta nqalgħet il-qlajja' Egrant, li sussegwentement ġiet ipprovata li hija gidba, qgħadna fuq dak li talbet l-Oppożizzjoni dakinhar.", "Ilkoll niftakru li kif din il-qlajja' dehret fuq l-internet, il-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien kien eżalta ruħu u għamilha tiegħu.", "Rajnieh imur għand il-President u ried bidla fil-Gvern.", "Kif nafu, ftit wara, kellha tissejjaħ elezzjoni ġenerali.", "Issa hawn ta' min jirrifletti x'kien jiġri fil-pajjiż kieku l-Onor.", "Simon Busutttil tela' fil-gvern fuq din il-qlajja'.", "Kif nafu, għaddew ix-xhur u, bl-aktar mod xjentifikament possibbli, b'inkjesta mill-maġistrat inkwerenti u bil-ħatra ta' esperti forensiċi barranin, wasalna għall-konklużjoni li din il-qlajja' kienet gidba.", "Però x'kien jiġri kieku l-poplu qagħad fuq l-allegazzjonijiet li saru – hawn qed noqgħod attent kif inpoġġi l-kliem preċiżament – fejn, fost l-oħrajn, kien hemm dokumenti li ġew falsifikati u xhieda li kienu kontradittorji għal xulxin?", "Kien ikollna sitwazzjoni fejn il-Partit Nazzjonalista jkun tela' fil-gvern għax rikeb karru ta' xi ħaġa li wara ġiet iċċertifikata bħala gidba.", "Ara kieku l-poplu kif kien jirreaġixxi u kif is-sistema demokratika tagħna kienet tikkollassa!", "X'għamilna bħala Gvern dakinhar b'għaqal?", "B'għaqal, kif għedt, issejħet elezzjoni.", "L-Oppożizzjoni tħobb titkellem fuq responsabilità politika.", "Però huwa wkoll proċess politiku meta l-Oppożizzjoni għamlet kampanja elettorali fuq karru partikolari u l-poplu, b'mod skjaċċanti, qal li mhux qed jemminha, imma qed jemmen lill-Prim Ministru Joseph Muscat.", "S'hemmhekk naħseb li għandna naqblu li dak li ġara fl-elezzjoni ta' Ġunju tal-2017, għall-inqas politikament, ikkonstata l-fiduċja tal-poplu fil-Prim Ministru.", "Legalment, xhur wara, kellna l-konklużjoni tal-maġistrat inkwerenti li sabet li l-qlajja' Egrant kienet gidba u kien hemm dokumenti ffalsifikati.", "Wara kulħadd jaf jgħid li ma kienx hu, imma li straħ fuq dak li sema'!", "Issa nistennew lill-Oppożizzjoni li tiġi tgħid li dik il-qlajja' kienet hearsay, però basta jkunu qalu l-affarijiet!", "Tajt dan l-eżempju biex nuri li mhux veru li f'pajjiżna m'hawnx ġustizzja.", "Weġġajt nisma' lill-Onor.", "Stellini jgħid li m'hawnx ġustizzja fil-pajjiż.", "M'hawnx ġustizzja meta fil-leġiżlatura li għaddiet il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat li l-Oppożizzjoni għandha tieħu aktar siġġijiet fil-Parlament?", "M'hawnx ġustizzja fil-pajjiż meta kellna sitwazzjoni fejn l-istess eks-Kap tal-Oppożizzjoni sfida dispożizzjoni tal-liġi, kif għandu kull dritt jagħmel, fir-rigward tal-Kummissarju Elettorali u l-Kummisjoni Elettorali?", "Busuttil tilef il-kawża fl-ewwel istanza u mbagħad rebaħha.", "L-Onor.", "Busuttil seta' jagħmel dan għax kien hemm liġi tal-finanzjament tal-partiti.", "Meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, l-Onor.", "Busuttil ma kienx ġdid fil-politika għax, kif nafu, kien MEP, special envoy u Viċi Kap, imma qatt ma smajtu jgħid li l-GRECO kienet qed iċċanfarna bħala pajjiż fuq il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.", "Għalhekk, kif nistgħu noqogħdu fuq l-Oppożizzjoni għal dawk li huma proċessi?", "Quddiem dan kollu, il-Prim Ministru qed jgħid li għaddejja inkjesta.", "Hawn wieħed jara wkoll id-differenza tal-imġieba mill-Kapijiet tal-Partiti.", "Il-Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni tgħid, u nikkwota:", "\"U numri ta' persuni oħra qegħdin joġġezzjonaw li ssir inkjesta dwar dan kollu.\"", "Sar rapport u hemm inkjesta għaddejja quddiem il-maġistrat inkwerenti.", "Hawn nistaqsu: Mela l-indagat m'għandux id-drittijiet tiegħu wkoll?", "Mela s-saltna tad-dritt tapplika għal min jagħmel ir-rapport biss?", "Mela s-saltna tad-dritt qisna qegħdin f'restorant fejn tgħid għall-primo nieħu hekk u għall-antipasto nixtieq hekk?!", "Is-saltna tad-dritt titlob li l-indagat f'inkjesta għandu d-dritt li joġġezzjona.", "Però kif tista' l-Oppożizzjoni tiġi tgħid li m'hemmx inkjesta?", "M'hemmx inkjesta kieku l-maġistrat qal li r-rapport li sar huwa frivolu u ma jistax jieħu konjizzjoni tiegħu.", "Le, hemm inkjesta għaddejja bi proċessi, li jagħtu d-dritt ukoll tal-appell.", "Mela l-Oppożizzjoni tista' tappella fil-każ tal-fattur li wassal għall-investigazzjoni mill-Kummissjoni Elettorali, imma l-Gvern u l-membri tiegħu ma jistgħux jappellaw!", "Dan x'raġunar hu!", "L-isbaħ waħda hija li fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni għad m'hemmx inkjesta fuqu, anke jekk hemm allegazzjonijiet xokkanti.", "(Onor. Membri: Hear, Hear) Hawn qed niftakar fi kwotazzjoni partikolari li għandha ħafna piż u li s'issa m'hawnx inkjesta dwarha.", "Din il-kwotazzjoni, li mhijiex opinjoni tiegħi, imma opinjoni ta' min kitibha, tgħid hekk:", "Inħalli għall-immaġinazzjoni tagħkom għal min qed jirreferu.", "Għalija bħala ċittadin, din hija allegazzjoni serja ħafna.", "Però fuq din m'hawn l-ebda inkjesta!", "Mela kien hemm inkjesta fuq il-Prim Ministru li llum kellna r-riżultanzi tagħha, hemm inkjesta fuq dak li qed niddibattu llum, għax hemm rapport quddiem il-maġistrat inkwerenti, imma inkjesta fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni m'hawnx!", "Għalhekk, jien ninkwieta meta nisma' lill-Onor.", "Stellini bl-aktar mod irresponsabbli jiġi jgħid li m'hawnx ġustizzja fil-pajjiż.", "M'hawnx ġustizzja fil-pajjiż meta għandek Qrati li jaħdmu b'mod tajjeb u Parlament li jgħaddi l-liġijiet?", "Eżempju ta' kemm hawn ġustizzja huwa dan l-istess fatt, li qegħdin niddiskutu mozzjoni li l-Oppożizzjoni ppreżentat fis-6.30 p.m!", "Din mhijiex demokrazija għall-Oppożizzjoni?", "Nerġa' ngħid li għandna Qrati effiċjenti, b'imħallfin u maġistrati tajbin.", "Issa tajjeb li nirrimarka li l-Oppożizzjoni kasbret ftit nomini ta' nies għax inzertaw ma kenux affiljati mal-Partit Nazzjonalista!", "Bħal donnu tal-Partit Nazzjonalista biss huma bravi!", "L-avukati fuq din in-naħa ma nafu xejn!", "Għedt kemm-il darba li huwa ħażin li l-Oppożizzjoni tattakka n-nomini ta' avukati li għada pitgħada se jkunu qed jiġġudikaw lin-nies, għax in-nies jibqgħu jiftakru xi nkunu għedna f'din il-Kamra.", "Proprju għalhekk li għandna naġixxu b'responsabilità.", "Sur President, ma nistgħux nieħdu lezzjonijiet mill-Oppożizzjoni.", "Kif nistgħu nieħdu lezzjonijiet minn membru tal-Oppożizzjoni li meta kien Ministru, is-segretarju tiegħu ġie akkużat u ngħatat sentenza konrih għax ħa l-flus taħt Gvern Nazzjonalista?", "Hawn mhux qed ngħid x'qalet Reuters li l-Oppożizzjoni qaltilna li hija l-ikbar aġenzija tal-aħbarijiet, imma hawn qed nitkellem fuq sentenza li ngħatat.", "Apparti l-Kap tal-Oppożizzjoni li hu ġdid fil-politika, hawn xi ħadd mill-membri tal-Oppożizzjoni li meta seħħ dan il-każ kienu hawn ukoll, li kkundannah jew talab lill-Ministru jirriżenja?", "Jien niftakar li kont skandalizzajt ruħi bil-każ.", "L-istess fil-każ tal-iskandlu taż-żejt; min mill-membri tal-Oppożizzjoni refa' r-responsabilità politika?", "Mhux hekk, imma mmorru fil-Public Accounts Committee u l-membri tal-Oppożizzjoni jagħmlu l-ostakli biex ma toħroġx il-verità.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li l-Prim Ministru kien ċar meta qal li hu jieħu d-deċiżjonijiet fl-interess tal-pajjiż.", "Aħna ngħixu f'pajjiż demokratiku tal-Punent, kif irrefera għalih il-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn għandna Qrati u istituzzjonijiet li jaħdmu u proċessi għaddejjin.", "Il-Prim Ministru jieħu d-deċiżjonijiet ta' kuljum.", "Taf x'ma jagħmilx il-Prim Ministru?", "Li jagħtuh inkjesta ta' xi 90 faċċata, jaqraha f'għaxar minuti, b'kapaċità letterarja kbira, jieħu deċiżjoni u jmur lura minnha fl-istess ġurnata jew l-għada, kif għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni!", "Ejja nibqgħu nagħmlu dibattiti serji u nibqgħu nkunu kburin li pajjiżna jinsab miexi 'l quddiem, kemm ekonomikament kif ukoll fl-istrutturi istituzzjonali tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nfakkar li fadal 14-il minuta li huma kollha għad-dispożizzjoni tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, smajna l-kliem min-naħa tal-membri tal-Gvern li ma jiddejqux jitkellmu.", "Smajna lill-Ministru Chris Cardona jitkellem, u l-kelma 17 Black ma semmihiex!", "Smajna lill-Onor.", "Edward Zammit Lewis jitkellem, u l-kelma 17 Black ma semmihiex!", "X'hemm daqshekk ħażin li qed jinkwetakom biex lanqas biss tridu tlissnu l-kelma 17 Black?", "Sur President, il-fatti u s-sewwa magħruf ma jista' jmerihom ħadd!", "Illejla il-Laburisti hemm barra li huma tal-affari tagħhom, bieżla u ħawtiela, speċjalment il-ħaddiema tal-id li jbatu biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, għadhom kemm semgħu lir-rappreżentanti tagħhom jitkellmu f'dan il-Parlament, imma l-ebda wieħed minnhom ma kien kapaċi jiċħad il-verità li l-Onor.", "Konrad Mizzi u Keith Schembri waqqfu kumpaniji sigrieti fil-Panama!", "Hawn irrid nindirizza lil dawk li qed jisimgħuna: Smajtu lil xi membru tal-Gvern imeri dak li sirna nafu, li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom pjan bil-miktub, maqbul u ppjanat biex idaħħlu €150,000 fix-xahar?", "Taf xi jfisser, ħabib tiegħi, li qed tisma' dan id-dibattitu?", "Ifisser li dawn it-tnejn min-nies kienu se jdaħħlu €5,000 kuljum!", "Alla jaf kemm trid iddum taħdem biex taqlagħhom!", "Il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri kellhom pjan bil-miktub biex mar-radd tas-salib kuljum jgħidu: €5,000 ġewwa bil-korruzzjoni u bit-tixħim'.", "Smajtu lil xi membru tal-Gvern imeri dawn il-fatti?", "Smajtu lil xi membru tal-Gvern illejla jmeri li l-kumpanija 17 Black kienet u hi proprjetà ta' Yorgen Fenech, kif sirna nafu l-ġimgħa li għaddiet?", "Dan huwa fatt u mhux allegazzjoni.", "Sur President, se nagħti ftit kronoloġija.", "Fi Frar 2014, Daphne Caruana Galizia – li rrid insellem il-memorja tagħha – kienet diġà kitbet fuq 17 Black.", "Seba' xhur wara l-elezzjoni tal-2013, Daphne Caruana Galizia kienet diġà qiegħda xxomm il-korruzzjoni, tant li fil-blog tagħha semmiet l-isem ta' Yorgen Fenech u l-energy deal.", "Daphne Caruana Galizia kienet tara fil-bogħod – mhux ta' b'xejn li kontu tobogħduha u ridtu lin-nies jobogħduha!", "Ftit tal-ġranet wara li ħarġet din l-istorja, l-isem 17 Black inbidel għal Wings Development.", "X'ġara daqshekk ħażin li kellu jinbidel l-isem?", "Fatt ieħor u mhux allegazzjoni huwa li joħroġ rapport tal-FIAU li minnu sirna nafu li f'din il-kumpanija sigrieta f'Dubaj daħlu €1.4 miljun mill-Ażerbajġan.", "Ilkoll niftakru lill-Prim Ministru, ftit wara l-elezzjoni tal-2013, imur ma' Keith Schembri, il-Ministru Konrad Mizzi u Kurt Farrugia l-Ażerbajġan mingħajr ma jieħu miegħu l-ebda ħaddiem taċ-Ċivil, rappreżentant tal-Enemalta jew xi ħadd mill-midja.", "Grazzi għal dan ir-rapport tal-FIAU, sirna nafu li l-Ministru Konrad Mizzi kemm-il darba mar fis-sigriet l-Ażerbajġan.", "Apparti l-€1,400,000, daħlu wkoll €200,000!", "B'kumbinazzjoni, dawn il-flus ġew mill-kumpanija li hija proprjetarja ta' dak it-tanker mostru f'Marsaxlokk, li hu monument tal-korruzzjoni, kif kien jirreferi għalih l-Onor.", "Tajjeb ngħidu wkoll li dawn il-flus ma daħlux fil-kont tad-Dar tal-Provvidenza imma daħlu fil-kumpanija 17 Black!", "U ta' min hi s-17 Black?", "Sirna nafu li hija tar-ras prinċipali tal-proġett tal-power station.", "Smajtu lil xi ħadd illejla jmeri li f'Ġunju 2015 infetaħ kont għal 17 Black f'bank f'Dubaj?", "Ta' min ngħid li sirna nafu dan kollu grazzi għax-xogħol tal-ġurnalisti li qed jaħdmu fuq id-Daphne Project, avolja n-naħa tal-Gvern tipprova tirredikola x-xogħol tagħhom.", "Sa ftit ilu stess, editorjal fl-Orrizont staqsa: \"X'sar minnu d-Daphne Project?\"", "Malajr ħaduha r-risposta!", "Skont rapport tal-FIAU, sirna nafu li l-Ministru Mizzi nqabad imur Dubaj fis-sigriet.", "Għall-benefiċċju ta' min qed isegwina, l-FIAU hija dik l-aġenzija li xogħolha hu li tiġġieled il-ħasil tal-flus, jiġifieri flus li ġejjin mill-korruzzjoni jew mill-kriminalità jingħataw libsa li ma tibqax tidher maħmuġa.", "Dan ir-reat ta' ħasil ta' flus iġib miegħu 18-il sena ħabs, sija jekk twettqu u sija jekk tipprova twettqu.", "Bħat-traffikar tad-droga, kemm jekk tittraffika kif ukoll jekk tipprova tittraffika, il-piena hija l-istess.", "Il-ħasil ta' flus u t-traffikar tad-droga huma l-uniċi żewġ eċċezzjonijiet li għandna fil-liġi, tant kemm huma reati serji.", "Fatt ieħor: b'kumbinazzjoni, il-persuna li kienet fuq il-Bord li għażlet l-Electrogas biex tmexxi l-power station ma kienet ħadd ħlief Brian Tonna ta' Nexia BT.", "Xi ħadd semma jew mera dan il-fatt illejla?", "Nerġa' ngħid li l-ġimgħa li għaddiet, sirna nafu li Yorgen Fenech, is-sid tal-Electrogas, huwa s-sid ta' 17 Black.", "Dan huwa fatt ukoll!", "Niġi issa għan-Nexia BT li, kif nafu, jifhmu fil-public conveniences fil-pjazez tagħna, tant li ngħataw direct order ta' eluf ta' ewro u kienu wkoll fuq il-bord li għażel il-power station għax għandhom doni partikolari!", "F'Diċembru 2015, Nexia BT bagħat email lil Mossack Fonseca fil-Panama biex jinfurmawhom li se jdaħħlu €150,000 fix-xahar.", "Però l-Partit Laburista mhux se jgħaddilek din l-informazzjoni, imma qed jgħid li din hija allegazzjoni.", "Hawn qed ngħidu li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu se jdaħħlu €150,000 fix-xahar għal 18-il sena sħaħ, li jiġu bejn wieħed u ieħor €34 miljun fuq 18-il sena.", "Issa, biex inkunu ċari, hawn qed nitkellmu biss dwar 17 Black, għax ma ninsewx li hemm kumpanija sigrieta oħra li nfetħet f'Dubaj bl-isem ta' MacBridge.", "Pass pass, insiru nafu liema flus ta' korruzzjoni kienu deħlin f'dan il-kont, kif wasalna għal 17 Black, grazzi għal Daphne Caruana Galizia u d-Daphne Project.", "Ma ninsewx is-600,000 file tal-Electrogas li ġew leaked lil Daphne Caruana Galizia ftit xhur qabel ma mietet.", "Wara l-qtil tagħha, kien hemm min ħaseb li l-istorja se tmut, imma, kif rajna, dawn il-files baqgħu jiġu investigati mid-Daphne Project.", "Intom qatt smajtu lil xi ħadd li jħallas €9,000 biex jiftaħ kont il-bank?", "Hemm iswed fuq l-abjad li Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi kienu lesti jħallsu €9,000 biex jiftħu kont.", "F'Malta, wieħed jiftaħ kont mingħajr ħlas.", "Ir-rapport tal-FIAU jgħid ukoll li huwa stramb li l-Ministru Konrad Mizzi hemm insista biex jiffirma hu personalment il-kuntratt bejn il-Gvern Malti u s-Socar, li hija kumpanija fl-Ażerbajġan, li hu wieħed mill-aktar pajjiżi korrotti fid-dinja.", "Dan il-kuntratt ġie ffirmat f'April 2015 mill-Ministru Mizzi nnifsu, li hija xi ħaġa kontra l-prassi.", "Xahrejn wara, il-Ministru Mizzi mar inkiss inkiss f'Dubaj fejn fetaħ il-kont għall-kumpanija 17 Black.", "Dawn huma fatti, mhux gideb!", "Kemm tiflaħ tigdeb, Prim Ministru!", "Kemm taħseb li n-nies huma ċwieċ u mzazen!", "Qed tgħid li hemm inkjesta pendenti, meta int u sitta min-nies oħra bħalek qegħdin tagħmlu minn kollox biex twaqqfu l-inkjesta fuq il-Panama Papers li ntalbet mill-Onor.", "Simon Busuttil f'Lulju 2017, liema talba ntlaqgħet mill-Qorti.", "L-istess sar dwar l-inkjesta mitluba f'Mejju 2018 mill-Onor.", "David Casa – li nsellem ix-xogħol li għamel fuq dan il-każ, b'riskju kbir għal ħajtu; naf x'qiegħed ngħid.", "Il-maġistrat laqa' din it-talba, però int, Prim Ministru, flimkien ma' sitta min-nies oħra, fosthom Keith Schembri, l-Onor.", "Konrad Mizzi, Brian Tonna u Karl Cini qegħdin tagħmlu minn kollox biex din l-inkjesta ma tibdiex.", "Mela meta tiġi tgħid li hawn inkjesta għaddejja, qed tigdeb!", "Ġib rispett lejn l-Uffiċċju tiegħek u rrispetta l-intelliġenza tan-nies.", "Kemm għandu raġun il-Kap tal-Oppożizzjoni li nhar is-Sibt li għadda beda l-konferenza stampa li għamel bil-kliem: \"Il-Prim Ministru jeħtieġ jiddeċiedi jekk jibdiex jiddefendi l-interessi ta' Malta jew ikomplix jiddefendi l-interessi ta' dawn iż-żewġ persuni.\"", "Hemm bżonn li n-nies hemm barra jistaqsu wkoll din il-mistoqsija: X'qiegħed iżomm lill-Prim Ministru milli jieħu passi?", "Il-membri tal-Gvern semmew l-Egrant.", "Se nagħmel parentesi żgħira billi ngħid żewġ affarijiet biss.", "Wara erba' xhur minn meta suppost ġiet ippubblikata din l-inkjesta, dan għadu ma sarx.", "Kif nafu, il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jmur il-Qorti kontra kull oġġezzjoni mill-Avukat Ġenerali, biex dik l-inkjesta tkun ippubblikata.", "X'qed iżomm mill-pubblikazzjoni ta' din l-inkjesta?", "Jaħbi min għandu x'jaħbi, mhux hekk?!", "Ħa neħodkom ftit lura, Sinjuri li qegħdin tisimgħuna.", "Tiftakru meta qabel l-elezzjoni tal-2013, l-Onor.", "Joseph Muscat taħt it-tinda fl-Imqabba kien qal li ma ħariġx għall-politika għall-flus.", "Hawn indur fuq sħabi u ngħidilhom: Allaħares xi ħadd minnkom qiegħed hawn għall-flus, għax fil-każ, ħabbtu bieb ieħor!", "Tafu li dakinhar, waqt li l-Onor.", "Joseph Muscat kien qiegħed jgħid dak il-kliem, kellhom diġà pjan lest kif se jisirqu l-miljuni mill-kaxxa ta' Malta?!", "Temmnu li meta Konrad Mizzi qal lil Simon Busuttil il-kliem 'shame on you' kellu diġà l-kumpanija sigrieta 17 Black miftuħa li kienet qed topera?", "Temmnu li meta nqala' l-famuż skandlu taż-żejt fejn ir-rapport tal-Awditur ikkonferma li ma kien hemm l-ebda politiku involut fih, dawn kellhom kollox ippjanat u, fl-istess ħin, kienu qed jgħajtu bl-arloġġ tal-lira?!", "Tista' tkun aktar koċċut minn hekk?!", "L-Oppożizzjoni Laburista dakinhar ħolqot storja ta' skandlu fuq arloġġ tal-lira li kien jiswa €400, meta kellhom pjan ta' korruzzjoni biex idaħħlu €5,000 kuljum, li jiġu €150,000 fix-xahar, mill-korruzzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Lill-Maltin li jmorru l-bank biex isarrfu ċ-ċekk ta' Joseph, li jammonta għal €40, ngħidlhom: Sinjuri, sarrfu dak iċ-ċekk, però ftakru li hu qed idaħħal €5,000 kuljum!", "Sur President, biex nagħlaq, irrid ngħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat huwa jew kompliċi jew ostaġġ ta' Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi.", "Din hija xi ħaġa serja li hemm bżonn li nispjegawha lin-nies.", "Bilfors li hemm xi ħaġa, li jekk jinżlu huma, jinżel hu wkoll.", "M'hemmx spjega oħra għall-aġir tiegħu.", "Jekk il-Prim Ministru hu innoċenti, għalfejn qed iġib din l-oġġezzjoni kollha biex ma ssirx l-inkjesta li ntalbet mill-Onor Simon Busuttil u l-Onor.", "David Casa fuq 17 Black?", "Minn xiex qed jibża'?", "Nerġa' ngħid li jaħbi min għandu x'jaħbi!", "Ħalli nagħti eżempju żgħir ta' ħasil ta' flus.", "Is-sena li għaddiet, fil-Qorti tagħna ngħatat sentenza wara li impjegat tal-Kentucky Fried Chicken instab ħati ta' ħasil tal-flus ta' €60,000; ġie kkundannat għal erba' snin ħabs.", "Immaġinaw kemm hija aktar serja li tieħu flus b'korruzzjoni u tixħim b'konġura kriminali li jammontaw għal €5,000 kuljum jew €150,000 fix-xahar, li jfissru €2 miljun fis-sena u €35 miljun kull wieħed għal 18-il sena!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Id-diskussjoni hija konkluża.", "Fid-9.00 p.m. intemmet id-diskussjoni.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta Abbozz ta' Liġi mgħoddi mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, bħala President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjiegi u Taħriġ, Abbozz Nru 52, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emenda.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbu, id-Deputat Prim Ministru jressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għat-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018, fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika –Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 – Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINFIELD: Sur President, illejla suppost ġejna f'dan il-Parlament biex niddiskutu l-emendi fil-liġi tal-kunsilli lokali biex nagħtu l-possibilità lil żgħażagħ ta' 16-il sena – li bħala Gvern, diġà tajniehom id-dritt tal-vot – li jservu bħala assistenti kummissjonarji elettorali.", "Minflok, biddilna l-aġenda biex niddiskutu mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni, anke jekk ma naħsbux li din hija xi kwestjoni ta' natura urġenti għall-pajjiż.", "Ngħiduha kif inhi, allaħares kellna noqogħdu niddiskutu l-allegazzjonijiet kollha li jsiru, għaliex kieku f'dan il-Parlament niddiskutu biss lilhom.", "Illejla stess, reġgħet saret allegazzjoni serjissima mid-Deputat tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Jason Azzopardi, li b'mod patronizzanti qal: Mur, Sinjura, sarraf dak iċ-ċekk li tak Joseph u ftakar li hu qed idaħħal €5,000 kuljum!", "Minn fejn ġab din l-invenzjoni li l-Prim Ministru qiegħed idaħħal €5,000 kuljum?", "Minn fejn tirriżulta?", "Sakemm m'għandhomx xi dokument falz ieħor, b'xi firma falza biex jerġgħu jibdew jigdbu fuq il-Prim Ministru!", "Mhux biżżejjed gidbu fuqu u fuq uliedu sa din il-ġimgħa stess!", "L-istess Onor. Jason Azzopardi għajjar lill-Prim Ministru korrott fuq gidba faħxija li qed jibgħat lit-tfal tiegħu fi skola fl-Ingilterra li għaliha trid tħallas mas-€70,000 kuljum.", "Dik hija gidba faħxija oħra tal-Oppożizzjoni li sal-lum ma kellhomx id-diċenza li jagħmlu apoloġija lill-Prim Ministru u lil martu ta' kemm gidbu fuqhom.", "Il-Prim Ministru qiegħed fil-politika, imma la martu u wisq anqas uliedu, li għandhom 11-il sena, m'huma fil-politika.", "L-Oppożizzjoni nqdiet b'gidba fuqhom biex ikomplu jaqilgħu l-qlajjiet, mingħajr ma kellhom id-diċenza li jagħmlu apoloġija.", "Lill-membri tal-Oppożizzjoni ngħidilhom li ħadd mhu qed jemminhom!", "Daqstant ieħor ħadd mhu se jemminhom li l-Prim Ministru qiegħed jieħu €5,000 kuljum!", "Aħna ma nitkellmux fl-arja.", "Ir-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali wera biċ-ċar li l-poplu Malti reġa' għal darba oħra ta l-fiduċja lil dan il-Gvern fuq il-kelma tal-Prim Ministru.", "Ara kemm hi b'saħħitha l-kelma tal-Prim Ministru!", "Ejja niftakru li l-Prim Ministru kellu lil kulħadd kontrih, jipponta subgħajh lejh u jgħajru korrott.", "Ma nafx x'ma għajruhx, saħansitra ġabu n-nies minn barra biex jipprovaw jinfluwenzaw lill-Maltin.", "Però l-Maltin emmnu lill-Prim Ministru Joseph Muscat, kif għadhom jemmnuh sal-lum.", "Qalb dawn l-allegazzjonijiet kollha min-naħa tal-Oppożizzjoni, kien hemm stħarriġ ieħor tal-opinjoni pubblika mill-Malta Today fejn, minkejja l-gideb kollu li qed tagħmel l-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru, għax huwa Prim Ministru kredibbli li jmexxi Gvern kredibbli, li għandu relazzjoni onesta mal-poplu Malti, kompla jżid sostanzjalment il-fiduċja li jgawdi mill-poplu Malti.", "Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni li niftakruh jgħid li ma jridx ikun fuq in-naħa tat-telliefa u għalhekk ried ibiddel ir-rotta, qabad l-istess kors li kien adotta l-Onor.", "Simon Busuttil u kompla jnaqqas b'żewġ punti perċentwali, minn xahar ilu, f'dik li hija l-fiduċja li għandhom fih il-Maltin.", "B'hekk, illum il-Kap tal-Oppożizzjoni jgawdi l-fiduċja ta' 17.8% tal-poplu Malti, li jfisser differenza ta' kważi 37% bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.", "Il-Malta Today saħansitra żżid tgħid li l-Prim Ministru Joseph Muscat igawdi aktar fiduċja mill-Kap tal-Oppożizzjoni f'kull reġjun tal-gżejjer Maltin.", "Dawn li kienu jgħidu li Għawdex huwa tagħhom illum qed jaraw li l-Għawdxin għandhom aktar fiduċja f'dan il-Gvern milli għandhom fl-Oppożizzjoni.", "Ovvjament, ma tagħtihomx tort!", "Xi kredibilità baqgħalha llum l-Oppożizzjoni?", "Minn dak li rajna llejla, il-kredibilità tal-Oppożizzjoni se tkompli tieħu daqqa 'l isfel, għaliex għadhom għaddejjin b'allegazzjoni waħda wara l-oħra, mingħajr ma jġibu l-iċken prova ta' dak li qed jgħidu.", "Qalu li l-membri tal-Gvern ma semmejniex is-17 Black u qed jieħdu dak li kien irrapportat fil-gazzetti bħala stat ta' fatt. Però hemm fatti oħrajn li ma ssemmewx min-naħa tal-Oppożizzjoni, bħal, pereżempju, il-każ tal-Egrant li kien gidba mill-bidu sal-aħħar.", "L-Onor.", "Azzopardi, li tana sensiela, skont hu, ta' fatti, spiċċa jigdeb – jidispjaċini li qed ikolli nuża din il-kelma – meta qal li l-Prim Ministru qed idaħħal €5,000 kuljum.", "Jidher li b'dan l-aġir, l-Oppożizzjoni se tkompli tgħarraq il-pożizzjoni tagħha mal-elettorat.", "Xi nbidel fil-Partit Nazzjonalista?", "Tisma' llum lill-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem tkun qisek qed tisma' lill-Onor.", "Jekk l-Onor.", "Simon Busuttil kien jagħmel l-allegazzjonijiet, illum il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu jagħmel l-allegazzjonijiet.", "Jekk kien hemm Membri tal-Oppożizzjoni li qabel kienu jaqilgħu minn żniedhom, hekk għadhom jagħmlu llum ukoll, mingħajr ma jġibu prova waħda li hi waħda ta' dak li jkunu qed jallegaw.", "Diġà semmejt kemm kien hemm kawżi li nfetħu minn Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, fejn saru l-inkjesti u rriżulta li l-allegazzjonijiet kienu kollha foloz u gideb.", "Minn din in-naħa għandna raġun ngħidu li qabel ma naraw l-iswed fuq l-abjad u titlesta l-investigazzjoni fuq 17 Black, ma nistgħux nemmnu lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "L-Oppożizzjoni qed tipprova tħawwad l-imħuħ anke fuq l-irtirar tal-liċenzja tal-Bank Pilatus, meta qed tipprova tgħid li l-liċenzja tal-Bank Pilatus kienet irtirata minħabba xi ħaġa li ġrat f'Malta.", "Il-liċenzja tal-Bank Pilatus kienet irtirata għaliex sid il-Bank ma jistax jibqa' jopera billi qed jiffaċċja akkużi fl-Istati Uniti.", "Dan il-każ m'għandu x'jaqsam xejn ma' Malta, imma jidher li l-Oppożizzjoni qed jogħxew b'dawn l-affarijiet u qed jipprovaw jaqbdu ma' kull tibna biex ikomplu b'din il-kantaliena li qabdu.", "Infakkarhom li dan l-aġir ma qed jiswiehom għal xejn!", "Dan għaliex jidher li nsew x'inhu l-veru għan għaliex aħna qegħdin fil-politika, dak li ntejbu l-livell tal-għajxien tan-nies.", "Ipprovaw fittxu meta kienet l-aħħar darba li l-Oppożizzjoni tkellmet dwar il-bread and butter issues!", "Dan l-aġir qed ikompli jikkonferma kemm l-Oppożizzjoni m'għandhiex il-kredibilità tal-poplu, hekk kif qed joħroġ minn kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li qiegħed isir.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, tlabt li nieħu dan l-aġġornament għaliex kelli l-intenzjoni li nitkellem dwar il-kultura, speċjalment dwar il-mużew MUŻA li ftaħna nhar is-Sibt u dwar ix-xogħol kulturali li qegħdin nagħmlu.", "Però se jkolli nabbanduna dan is-suġġett, mhux għax mhux għal qalbi, imma ma jistax ikun li nisma' gidba bħal dik li għadu kif qal l-Onor.", "Jason Azzopardi u nħalliha għaddejja mingħajr ma nikkummenta dwarha.", "Illum smajt b'widnejja allegazzjoni serjissima mill-Onor.", "Jason Azzopardi li hija gidba, fejn allega li l-Prim Ministru jieħu €5,000 kuljum.", "Kif għadu kemm qal l-Onor.", "Azzopardi qal: Sinjura, Joseph tak cheque ta' €40, sarrfu imma ftakar li Joseph għandu dħul illeċitu ta' €5,000 kuljum.", "Ara huma mhux jagħtu ċ-ċekkijiet kienu, imma jieħdu mingħand in-nies.", "Ejja niftakru li aħna għadna kemm ħriġna mis-saga tal-Egrant fejn kien hemm inkjesta, li swiet lil pajjiżna €1.5 miljun, mill-Maġistrat inkwerenti Aaron Buġeja li jgawdi r-rispett ta' kulħadd.", "Għal min ma jafx min hu, il-Maġistrat Aaron Buġeja huwa maġistrat onest u serju li jgħallem il-Proċedura Kriminali fl-Università ta' Malta.", "Wara sena u nofs, il-Maġistrat Bugeja kkonkluda li dak li kien intqal fil-konfront tal-Prim Ministru, martu u wliedu, ċjoè li l-Egrant hija kumpanija tal-mara tal-Prim Ministru biex jieħdu l-flus illeċiti, huwa gidba u sab li ntużaw dokumenti foloz.", "Il-konklużjonijiet ġew ippubblikati mill-ewwel mill-Avukat Ġenerali.", "Tajjeb ngħid li matul dak iż-żmien, il-Prim Ministru ffoka fuq ix-xogħol, ma kienx bitter, baqa' jaħdem aktar minn qabel u baqa' jġib ir-riżultati, tant li għadu kemm kellna Baġit li naħseb li huwa l-aqwa baġit li qatt kellna.", "Fil-fehma tiegħi, kemm ilni nsegwi l-politika, qatt ma niftakar Baġit daqshekk pożittiv.", "Dan għaliex il-Prim Ministru baqa' jaħdem għal pajjiżna.", "Kif nafu, il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant ġew ippubblikati f'Lulju.", "Illum, li qegħdin f'Novembru, jiġi l-Onor.", "Jason Azzopardi u jerġa' jispara gidba oħra.", "Bla ma trid tibda tgħid: Possibbli l-Oppożizzjoni ma titgħallem qatt?", "Azzopardi ma jafx jistħi?", "Possibbli li l-Oppożizzjoni waqgħet f'dan il-livell daqshekk baxx?", "Il-punt kardinali huwa li fir-rigward tal-każ li dwaru l-Oppożizzjoni ressqet din il-mozzjoni qed issir inkjesta maġisterjali.", "L-Oppożizzjoni qed tibqa' tgħid li l-inkjesta għadha ma bdietx.", "Ma bdietx meta hemm il-Qorti tal-Appell li se tiddeċiedi punt tekniku dwar din l-inkjesta?!", "Ma bdietx kieku l-maġistrat qabad il-karti u tefagħhom fuq l-ixkaffa.", "Dawn x'avukati huma?", "L-inkjesta tant bdiet li għaddejjin il-proċeduri!", "Għalfejn iridu jkomplu jigdbu akkost ta' kollox?", "Għaliex għandhom dan l-odju kollu fil-konfront tal-Prim Ministru?", "Ma jifilħux jaraw lill-Prim Ministru u lill-familja tiegħu!", "Għaliex dan l-atteġġjament?", "Mela l-politika mhijiex xi ħaġa tajba?", "Sur President, kif taf sew inti li tant ħdimt fil-politika, aħna dħalna fil-politika biex nagħtu servizz.", "Però mbagħad jiġi l-Onor.", "Jason Azzopardi u joqgħod jigdeb u jivvinta fuq in-nies!", "Ejja niftakru li l-Prim Ministru abbanduna x-xogħol ta' MEP – żgur li hemmhekk kellu kondizzjonijiet aħjar milli għandu bħala Prim Ministru – ġie Malta, rebbaħ elezzjoni lill-Partit Laburista, biddel lil Malta mill-qiegħ, u ħoloq tant ġid.", "M'ilux rajt il-klassifika ta' kemm hawn tkabbir ekonomiku; Malta tinsab l-ewwel fl-Ewropa kollha!", "Fejn qatt konna naħsbu li se niksbu dan is-suċċess?", "Kieku qabel l-elezzjoni tal-2013, xi ħadd kien jgħidli jekk kontx inkun kuntent kieku Malta kellha tkun fit-tieni post bħala tkabbir ekonomiku, żgur li kont naraha bħala xi ħaġa kbira.", "Ejja niftakru li taħt l-amministrazzjoni tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien hawn rota ġġammjata, kulħadd kien jgħidlek li ma kien qed ibigħ xejn, kellna kontijiet tad-dawl jogħlew, u kienu jgħidulna li m'hemmx triq oħra, tant li kważi kont tibda temmen li bilfors iridu jogħlew il-kontijiet.", "Imbagħad tela' fil-gvern il-Prim Ministru Joseph Muscat, ħoloq dan il-ġid ekonomiku kollu bl-aqwa tkabbir ekonomiku, u jkollna parti mill-Oppożizzjoni – mhux kollha – li jippersistu fil-gideb u jattakkaw b'mod personali għax bilfors iridu jiskreditaw lil min qed jagħmel dan il-ġid kollu.", "Kieku dan il-Gvern jew l-istituzzjonijiet tal-pajjiż injoraw dawn l-allegazzjonijiet, tasal tifhem il-kritika tal-Oppożizzjoni.", "Imma, kif nafu, dan mhux il-każ.", "Illejla, f'daqqa waħda, semmew rapport tal-FIAU.", "Mela, filli jgħidu li l-FIAU ma qed tagħmel xejn, u filli jgħajru lill-Avukat Ġenerali – li nawguralu rikoveru mill-aħjar ħalli nerġgħu narawh fostna llum qabel għada – u llum il-ħin kollu jsemmu dan ir-rapport tal-FIAU.", "L-Oppożizzjoni trid tiddeċiedi!", "L-FIAU qed tagħmel xogħolha jew le?", "Hawn irrid nibgħat messaġġ li l-istituzzjonijiet tagħna jaħdmu b'mod tajjeb ħafna.", "Hawn irrid infakkar li hawn min, barra minn Malta, jara kif se jagħmel il-ħsara lill-pajjiż, għax m'għandux interess jara li Malta tkun suċċess ekonomiku.", "Ftit ilu, ġew kelliema f'pajjiżna li, kif għandhom kull dritt jagħmlu, ikkritikaw lill-Gvern u kkritikaw lili personali, liema kritika jien naċċetta ladarba qiegħed fil-ħajja pubblika.", "Ftit ilu, ġiet Malta attivista mill-Kanada, Naomi Klein, li waqt il-Fiera tal-Ktieb li jtella' kull sena l-Gvern, tkellmet dwar ħafna affarijiet, li wħud minnhom qbilt magħhom u oħrajn le.", "Fost l-oħrajn, qaltilna biex noqogħdu attenti, għaliex jekk ninvestu fl-igaming u fl-IIP u jkollna rata ta' taxxa korporattiva preferenzjali, ikun hemm il-possibilità li jiġu f'pajjiżna anke nies ħżiena.", "Milli jidher, din hi l-kritika kollha!", "Issa x'għandha x'taqsam ir-rata ta' taxxa preferenzjali mas-saltna tad-dritt?", "Jew forsi għandha x'taqsam għal min qed jagħmel din il-kritika?", "Ħalli għal mument ninsew l-IIP; ir-rata tat-taxxa korporattiva u l-igaming ġew implimentati minn Gvern Nazzjonalista u aħna, bħala Gvern, komplejna nibnu fuq it-tajjeb li sibna, sabiex illum kabbarna dawn is-setturi f'livelli bla preċedent.", "Dawn is-setturi kibru għaliex għandna regolaturi b'saħħithom, li kienu tajbin fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti u għadhom tajbin sal-lum.", "Għaliex hemm min imur spalla ma' spalla mal-barranin li jikkritikaw is-sistemi tagħna biex jagħtuhom kredibilità?", "Ngħiduha kif inhi, meta barrani jara Malti jappoġġjah, bla ma jrid, jibda jgħid li għandu raġun.", "Għaliex hemm min qed jinseġ din in-narrativa biex jagħmel ħsara lil pajjiżna, anke billi jigdeb u jivvinta fuq in-nies?", "Hawn elementi fil-Partit Nazzjonalista li s-siġġijiet tal-Oppożizzjoni ma jinżlulhomx!", "Agħar minn hekk, dawn kienu jaħsbu li fejn tidħol l-ekonomija, il-Partit Laburista qatt mhu se jaqbad art!", "Hekk kienu jaħsbu.", "Jien għandi ħbieb tiegħi Nazzjonalisti li ġenwinament kienu jgħiduli li l-Partit Laburista huwa tajjeb fil-politika soċjali, imma mhux tajjeb fejn tidħol l-ekonomija.", "Biss, illum jgħiduli kemm dan il-Gvern hu tajjeb fil-qasam soċjali u anke fl-ekonomija.", "Riżultat ta' dan, f'daqqa waħda, dan il-kredu li kienu jużaw il-membri tal-Oppożizzjoni sfaxxalhom!", "Ġew f'sitwazzjoni fejn qegħdin fl-Oppożizzjoni, bit-telfiet qed ikomplu jikbru u dak li kienu jemmnu fih, f'daqqa waħda, ikkrollalhom!", "Issa rrid ngħid ukoll li hemm membri fl-Oppożizzjoni li jipprovaw jagħmlu politika kostruttiva u diċenti u li nieħu gost nismagħhom, anke meta jikkritikawni.", "Ħafna drabi navviċinhom u ngħidilhom li għamlu argument tajjeb.", "Però mbagħad hemm membri tal-Oppożizzjoni oħrajn, kif rajna llejla, li l-motivazzjoni ewlenija tagħhom hija negattiva għall-aħħar, ifajru, jinsġu narrativa u jagħmluha tal-prosekutur u tal-maġistrat u jagħtu s-sentenza.", "Għal kull allegazzjoni maġġuri, hemm maġistrat inkwerenti li qed jinvestiga.", "L-eċċezzjoni hi fil-każ tal-Onor.", "Adrian Delia li, mal-ewwel ċans li kellu, waqqa' l-każ.", "L-appell tiegħi hu li għandna nistennew l-eżitu tal-maġistrat inkwerenti, u mbagħad wieħed ikun jista' jagħti l-opinjoni tiegħu.", "Però, nappella wkoll għall-irġulija: mhux meta l-inkjesta ma ddoqqx għall-widnejn, ħadd ma jagħmel apoloġija u jitlob skuża!", "Ftit ilu smajna lill-Onor.", "Simon Busuttil jgħid li għadu jemmen li l-Egrant hija tal-familja Muscat.", "Qed tara kemm hu bravu l-Onor.", "Għalih l-inkjesta tal-maġistrat inkwerenti ma tiswa xejn?", "Sur President, hemm investigazzjonijiet għaddejjin u għalhekk ejja nistennew l-eżitu tagħhom.", "Fl-aħħar nett, nixtieq nibgħat dan messaġġ pożittiv lin-nies li semgħu dan id-dibattitu.", "Pajjiżna għaddej minn perijodu sabiħ ħafna, ta' tkabbir ekonomiku bla preċedent, fejn ix-xogħol jiġri litteralment wara l-ħaddiem.", "Kull fejn immur, anke meta mmur niekol xi ħaġa, sid ir-ristorant jgħidlek x'inkwiet għandu għax mhux qed isib ħaddiema biżżejjed.", "Naħseb li bħalma jgħidu hekk lili, jgħidu wkoll lil kulħadd.", "Għaddejjin minn dan il-perjodu pożittiv ta' tkabbir ekonomiku.", "Hemm bżonn fejn nirranġaw?", "Dażgur li hemm bżonn!", "Għamilna affarijiet tajbin?", "Għamilna ħafna tajjeb!", "Għamilna affarijiet li stajna għamilniehom aħjar?", "Però, meta titfa' kollox fil-miżien, issib li l-pajjiż sejjer 'il quddiem.", "Dan hu l-messaġġ ta' ottimiżmu li rrid nibgħat illejla.", "Għall-ewwel darba f'ħafna snin, pajjiżna għaddej minn perjodu mill-aqwa.", "F'pajjiżna hawn dan is-sentiment li fl-aħħar nistgħu nagħmlu l-affarijiet bħal pajjiżi oħrajn u jekk mhux aħjar ukoll.", "Sur President, nagħlaq b'dan il-messaġġ ta' tama, ottimiżmu u kuraġġ lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Ejja nkomplu nxammru l-kmiem u nagħmlu suċċess minn dan il-pajjiż, għax aħna verament nemmnu li jista' jkollna pajjiż aħjar għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin, għal uliedna u għal ulied uliedna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mid-Deputat Prim Ministru.", "Fid-9.30 p.m., il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BILMIKTUB", "SPTAR SAN LUQA – PARKEĠĠ", "JASON AZZOPARDI staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid f'idejn min hu lparkeġġ li hemm biswit lIsptar San Luqa fi G'Mangia u li għal ħafna żmien kien amministrat millKunsill Lokali talPietà?", "Jista' jassigura lirresidenti tallokalità li kienu jagħmlu użu minn dan ilcar park jekk hux se jibqa' jkollhom aċċess, bħalma kellhom s'issa, biex ipoġġu lkarrozzi tagħhom minħabba lproblema kbira talparkeġġ flinħawi?", "IAN BORG (Ministru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lillOnor.", "Interpellant li lcar park imsemmi huwa amministrat millKunsill Lokali u nitolbu jitlob linformazzjoni meħtieġa lillMinisteru kkonċernat.", "MINISTERU GĦALLĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALLPROTEZZJONI TALKONSUMATUR U VALLETTA 18 – KONSULENTI", "JASON AZZOPARDI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsija parlamentari 1087, u ċjoè: Jista' lMinistru, permezz tasSegretarjat Parlamentari għallProtezzjoni talKonsumatur u Valletta 18, jgħid min huma lkonsulenti li saljum li fih tkun imwieġba din linterpellanza, kull entità taħtu għandha, ilħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "OWEN BONNICI: Qed nehmeż tabella blinformazzjoni mitluba:", "MINISTERU GĦALLĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALLGVERN LOKALI U KOMUNITAJIET – KONSULENTI", "JASON AZZOPARDI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsija parlamentari 1086, u ċjoè: Jista' lMinistru, permezz tasSegretarjat Parlamentari għallGvern Lokali u Komunitajiet, jgħid min huma lkonsulenti li saljum li fih tkun imwieġba din linterpellanza, kull entità taħtu għandha, ilħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "OWEN BONNICI: Qed nehmeż tabella blinformazzjoni mitluba:", "MINISTERU GĦALLĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – KONSULENTI", "JASON AZZOPARDI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsija parlamentari 1085, u ċjoè: Jista' lMinistru jgħid min huma lkonsulenti li saljum li fih tkun imwieġba din linterpellanza, kull entità taħtu għandha, ilħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?", "OWEN BONNICI: Linformazzjoni qed tinġabar.", "QORTI EWROPEA TADDRITTIJIET TALBNIEDEM – KSUR TA' DRITTIJIET MILLIĠIJIET TALKERA – DANNI", "JASON AZZOPARDI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jgħid kemmil eluf ta' ewro f'danni ġie kkundannat ilGvern Malti millQorti Ewropea tadDrittijiet talBniedem f'sentenzi ta' kundanna ta' ksur taddrittijiet talbniedem milliġijiet talkera, inkluż lAtt No. 23 tal1979, mill2013 salġurnata li fiha tiġi mwieġba din linterpellanza?", "OWEN BONNICI: Linformazzjoni qed tinġabar.", "KAROL AQUILINA staqsa lillMinistru għallFinanzi: Jista' lMinistru jgħid missena 2017 saddata li tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari, u maqsuma xahar b'xahar, kemmil darba eżerċita ssetgħa mogħtija lilu, b'mod konġunt malMinistru għallEkonomija, lInvestiment u nNegozji żŻgħar, sabiex flimkien jaħfru xi nuqqas ta' konformità ma' xi waħda millkondizzjonijiet imniżżla fissubregolament 9 (1) tarRegolamenti dwar ilProgramm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)?", "Jista' jgħid, għal kull darba li eżerċita din issetgħa mogħtija lilu, x'kienet ilkondizzjoni li dwarha ġiet maħfura nnuqqas ta' konformità?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għallFinanzi): Ninforma lillOnor.", "Interpellant li missena 2017 saddata tallum, ma kien hemm ebda każ skont kif inhu mniżżel filkondizzjonijiet tassubregolament 9 (1), tarRegolamenti dwar ilProgramm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18).", "KAROL AQUILINA staqsa lillMinistru għallEkonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' lMinistru jgħid missena 2017 saddata li tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari u maqsuma xahar b'xahar, kemmil darba eżerċita ssetgħa mogħtija lilu, b'mod konġunt malMinistru għallFinanzi, sabiex flimkien jaħfru xi nuqqas ta' konformità ma' xi waħda millkondizzjonijiet imniżżla fissubregolament 9 (1) tarRegolamenti dwar ilProgramm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)?", "Jista' jgħid għal kull darba li eżerċita din issetgħa mogħtija lilu, x'kienet ilkondizzjoni li dwarha ġiet maħfura nnuqqas ta' konformità?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li din issetgħa qatt ma ġiet eżerċitata.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – TWAQQIF TA' BENEFIĊĊJI", "KAROL AQUILINA staqsa lillPrim Ministru: Jista' lPrim Ministru jgħid kemmil individwu naqas milli jinnotifika lillAġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta li jkun waqaf milli jibbenefika minn ċertifikat maħruġ skont irRegolamenti dwar ilProgramm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18) xahar b'xahar missena 2017 saddata li tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm kien lammont li ġie mħallas lillAġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta bħala penali amministrattivi għal dan innuqqas?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm lebda individwu li naqas milli jinnotifika lillAġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta li jkun waqaf milli jibbenefika minn ċertifikat maħruġ.", "F'każ li benefiċċjarju jiddeċiedi li ma jixtieqx jibqa' jibbenefika minn ċertifikat maħruġ lilu / lilha skont irRegolamenti dwar ilProgramm, dan jinnotifika lillAġent Akkreditat rispettiv tiegħu / tagħha.", "Hija irresponsabilità talAġent li jinforma lillAġenzija li lklijent tiegħu ma xtaqx jibqa' jibbenefika miċ-ċertifikat ta' residenza.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – DELEGAZZJONI TALFUNZJONIJIET", "KAROL AQUILINA staqsa lillPrim Ministru: Jista' lPrim Ministru jgħid liema millfunzjonijiet tagħha iddelegat lAġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta lil xi awtorità oħra skont dak li jipprovdi ssubregolament 11 (2) tarRegolamenti dwar ilProgramm ta' Malta dwar Residenza u Visa (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.18)?", "Jista' lPrim Ministru jgħid lisem talawtorità jew awtoritajiet li ġew delegati b'xi waħda jew aktar millfunzjonijiet talAġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li laħħar parti talproċess, jiġifieri, wara lħruġ ta' ċertifikat ta' Residenza, lAġenzija dwar Visa u Residenza titlob lassistenza talAġenzija Identità Malta sabiex jinħarġu lcards tarResidenza lill-benefiċċjarju u ddipendenti tiegħu / tagħha.", "AWTORITÀ TALIPPJANAR – BORD TALIPPJANAR – LAQGĦA", "KAROL AQUILINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid jekk kienx hemm xi membru talBord talIppjanar talAwtorità talIppjanar li żvela lillistess Bord xi interess li huwa għandu qabel saret illaqgħa talistess bord li kien skedat għal nhar ilĦamis, 20 ta' Settembru 2018, dwar lapplikazzjoni binnumru PA/03807/17?", "Jekk iva, jista' lMinistru jgħid jekk iddettalji taddikjarazzjoni ġewx reġistrati filminuti talistess laqgħa talBord talIppjanar?", "Jista' lMinistru jpoġġi fuq ilMejda talKamra kopja talminuti tallaqgħa talBord talIppjanar li saret nhar ilĦamis, 20 ta' Settembru 2018?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat millAwtorità talIppjanar, ma kien hemm lebda dikjarazzjonijiet ta' interess f'din isseduta.", "AWTORITÀ TALIPPJANAR – BORD TALIPPJANAR – LAQGĦA", "KAROL AQUILINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid jekk kienx hemm xi membru talAwtorità talIppjanar, jew xi membru talpersunal talAwtorità, jew konsulent, persuna li tagħti parir jew xi persuna oħra ingaġġata millAwtorità talIppjanar li żvela lillKunsill Eżekuttiv jew lillBord talIppjanar xi interess li huwa għandu qabel saret illaqgħa talistess Bord talIppjanar ta' nhar ilĦamis, 20 ta' Settembru 2018, dwar lapplikazzjoni binnumru PA/03807/17?", "Jekk iva, jista' lMinistru jgħid jekk iddettalji taddikjarazzjoni ġewx reġistrati filminuti tallaqgħa talKunsill Eżekuttiv jew talBord talIppjanar?", "Jista' lMinistru jpoġġi fuq ilMejda talKamra kopja talminuti tallaqgħa talKumitat Eżekuttiv u / jew talBord talIppjanar fejn ġiet irreġistrata ddikjarazzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat millAwtorità talIppjanar, ma kienx hemm dikjarazzjonijiet ta' interess f'din isseduta.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – SITE INVESTIGATION", "TONI BEZZINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għassite investigation tarrotta għal mina proposta li tgħaqqad b'mod permanenti lil Malta ma' Għawdex, jista' lMinistru:", "a. jgħid kemmil core saru;", "b. jgħid kif ingħata dan ixxogħol ta' coring, b'tender jew b'direct order, u kemm sewa flus dan ixxogħol;", "c.jgħid lil min ingħata dan ixxogħol;", "d. jgħid x'riżultati ħarġu minn din issite investigation;", "e. ipoġġi dan listudju fuq ilMejda talKamra;", "f. jgħid x'tip ta' testijiet saru; u", "g. jgħid x'tip ta' informazzjoni nġabret?", "Jista' jassigura li dawn ittestijiet saru kif suppost?", "IAN BORG: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li xxogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għattħaffir u lbini talmina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b'ritmu mgħaġġel, iżda b'attenzjoni sħiħa sabiex niksbu laħjar valur għal dan linvestiment kapitali kbir.", "Fost oħrajn, f'dawn laħħar xahrejn tlesta lmudell ġeoloġiku tażżona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer ilmina.", "F'dawn laħħar ġimgħat, irriżultati ta' dan ilmudell ġew diskussi ma' diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati, u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati.", "Sabiex inġabar ittagħrif tekniku għal dan listudju saru disa' cores.", "Wara li ġew analizzati permezz ta' studji differenti, fosthom soil testing, rock testing u water pressure tests, ittagħrif miksub qed jiġi integrat f'mudell ġeoloġiku u f'rapport li jiġbor fih issejbiet u ddettalji meħtieġa għallistadji li jmiss talproġett.", "Ittħaffir talcores, b'valur ta' €751,645.60, sar millkumpanija GEOTEC spa, li rebħet sejħa għallofferti maħruġa għal dan ixxogħol.", "Ixxogħol meħtieġ sar skont listandards u rrekwiżiti speċifikati filkuntratt ta' dan ixxogħol.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – SPEJJEŻ U FINANZJAMENT", "TONI BEZZINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Fleventwalità li tiġi mħaffra lmina bejn Malta u Għawdex, jista' lMinistru jgħid:", "a. kemm ġejja tiswa din ilmina;", "b. x'tip ta' metodu ta' tħaffir se jintuża;", "c. meta hemm ilħsieb li jibda dan ixxogħol;", "d. kemm hu lħsieb li jdum għaddej dan ixxogħol;", "e. kemm hu proġettat li jiġi jiswa dan ixxogħol; u", "f. kif se jiġi ffinanzjat dan ixxogħol, minn fondi nazzjonali jew minn fondi talUnjoni Ewropea u b'liema proporzjon?", "IAN BORG: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li xxogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għattħaffir u lbini talmina bejn Malta u Għawdex ilu għaddej sentejn u nofs u qed javvanza b'ritmu mgħaġġel, iżda b'attenzjoni sħiħa sabiex niksbu laħjar valur għal dan linvestiment kapitali kbir.", "Fost oħrajn, f'dawn laħħar xahrejn tlesta lmudell ġeoloġiku tażżona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer ilmina.", "F'dawn laħħar ġimgħat, irriżultati ta' dan ilmudell ġew diskussi ma' diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati, u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati.", "Flistess waqt, tkomplew listudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti millIstudju għallImpatt Ambjentali (EIA) meħtieġ millproċess talpermessi taliżvilupp ta' proġetti kbar bħal dan.", "Qed isiru wkoll issurveys topografiċi fiżżoni fejn qegħdin jiġu proposti lfetħiet (portals) talmina f'Malta u Għawdex.", "Qed jitħejja wkoll ilconceptual design talmina nnifisha.", "Flistess waqt, minbarra lkontinwazzjoni talippjanar tekniku talproġett, sabiex ma jintilifx ħin għaddejjin ukoll ittħejjijiet għaddokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu ssejħiet pubbliċi għallofferti għarriżorsi meħtieġa biex jitwettaq ilproġett, fosthom limmaniġġJar talimplimentazzjoni u lmonitoraġġ taxxogħol filpost, kif ukoll ixxogħol ta' tħaffir u bini talmina u sservizzi kollha relatati biex ilproġett jitlesta.", "Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din linfrastruttura ġdida tintuża blaktar mod sostenibbli.", "Fi proġett ta' dan iddaqs, listadju talippjanar huwa parti integrali milproċess tattwettiq tiegħu.", "Wara li jitlestew listadji talproġett li għaddejjin bħalissa, fosthom ilproċess talippjantar tekniku, ilproċeduri talistudji u levalwazzjoni għallpermessi ta' dan liżvilupp millawtoritajiet konċernati, kif ukoll lgħażla talkuntratturi meħtieġa permezz tassejħiet pubbliċi, ikun imiss li jibda xxogħol infrastrutturali fuq ilpost.", "Aktar dettalji speċifiċi dwar dan ilproġett ikunu magħrufa wara li jiġu determinati skont listudji tekniċi, ekonomiċi u dawk talEIA, u wara li jkunu ħarġu u ġew evalwati ssejħiet għallofferti meħtieġa biex titħaffer ilmina u tinbena linfrastruttura kollha tagħha.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – BLAT", "TONI BEZZINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid x'tip ta' blat instab li hemm firrotta talmina bejn Malta u Għawdex?", "Ġew identifikati faults filblat minn fejn se tgħaddi lmina?", "Interpellant li xxogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għattħaffir u lbini talmina bejn Malta u Għawdex ilu għaddej sentejn u nofs u qed javvanza b'ritmu mgħaġġel, iżda b'attenzjoni sħiħa sabiex niksbu laħjar valur għal dan linvestiment kapitali kbir.", "Ittagħrif indikat ikun disponibbli wara li tintemm lanaliżi talistudji li saru f'dawn laħħar xhur, hekk kif indikat fittweġiba għallmistoqsija parlamentari 7606.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – TENDERS GĦAX-XOGĦLIJIET", "TONI BEZZINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid meta se joħorġu ttenders biex isir ittħaffir u bini talmina bejn Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid x'tip ta' tender se toħroġ?", "Interpellant li xxogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għattħaffir u lbini talmina bejn Malta u Għawdex ilu għaddej sentejn u nofs u qed javvanza b'ritmu mgħaġġel, iżda b'attenzjoni sħiħa sabiex niksbu laħjar valur għal dan linvestiment kapitali kbir.", "Issejħiet għallofferti għattħaffir u bini talmina bejn Malta u Għawdex mistennija jiġu ppubblikati fl2019.", "Dettalji dwar dawn issejħiet jingħataw dalwaqt.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – STUDJU DWAR ISSAĦĦA U SSIGURTÀ WAQT IXXOGĦLIJIET", "TONI BEZZINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid jekk sarux studji dwar issaħħa u ssigurtà waqt ixxogħlijiet fuq ilmina bejn Malta u Għawdex?", "Mirrapporti li saru s'issa, jekk saru, ħareġ x'inċidenza ta' fatalitajiet jista' jkun hemm waqt li jkun għaddej ixxogħol u kif dawn jistgħu jiġu eleminati?", "IAN BORG: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li xxogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għattħaffir u lbini talmina bejn Malta u Għawdex ilu għaddej sentejn u nofs u qed javvanza b'ritmu mgħaġġel, iżda b'attenzjoni sħiħa sabiex niksbu laħjar valur għal dan linvestiment kapitali kbir.", "Listudji dwar issaħħa u ssigurtà waqt ixxogħlijiet talmina bejn Malta u Għawdex se jsiru bħalma jsir għal kull proġett infrastrutturali infrastrutturali ieħor.", "Dawn listudji, li jinkludu wkoll risk assessments, ikunu jistgħu jitwettqu kif meħtieġ meta jkunu magħrufa aħjar ilkundizzjonijiet ġeoloġiċi, kif ukoll irrotta talmina u lmetodu ta' tħaffir li jkun se jintuża.", "TONI BEZZINA staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid jekk hawn Malta għandniex National Geological Survey bħala organizzazzjoni permanenti li tagħti pariri lillGvern dwar ilġeoloġija talpajjiż?", "Jekk le, għaliex hawn Malta bqajna luniku pajjiż flUnjoni Ewropea mingħajr dan isservizz?", "IAN BORG: Nitlob lillOnor.", "Interpellant biex jitlob linformazzjoni meħtieġa lillMinisteru kkonċernat.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ENTITAJIET U DIPARTIMENTI – IMPJEGATI F'SUBSTANTIVE GRADES", "CHRIS SAID staqsa lillMinistru għal Għawdex: Tista' lMinistru tgħid kemm kien hemm impjegati f'substantive grade b'kuntratt u li lkuntratt tagħhom ma ġiex imġedded għal xi raġuni jew oħra, f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt iddekasteru tagħha, missena 2013 sallum, maqsuma sena b'sena?", "X'kien ilgrad ta' dawn limpjegati qabel u wara li lkuntratt tagħhom ma ġġeddidx?", "F'liema uffiċċju kienu u qegħdin filpreżent?", "X'inhu xxogħol tagħhom bħalissa u x'inhi ddata ta' meta lkuntratt tagħhom ma kienx imġedded?", "Interpellant li linformazzjoni mitluba hija kif murija fittabella li tpoġġiet fuq ilMejda talKamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ENTITAJIET U DIPARTIMENTI – PROMOZZJONIJIET", "CHRIS SAID staqsa lillMinistru għal Għawdex: Tista' lMinistru tgħid kemm kien hemm impjegati li ngħataw promozzjoni f'kull dipartiment u entità li taqa' taħt iddekasteru tagħha missena 2013 sallum, maqsuma sena b'sena?", "Tista' tagħti dan ittagħrif skont jekk ilpromozzjoni ngħatatx abbażi ta' eżami kompetittiv jew permezz ta' intervista quddiem Bord talGħażla?", "Għal kull każ, tista' tgħid f'liema grad kienu u x'inhu lgrad li fih ġew promossi?", "Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm impjegati li ngħataw iktar minn promozzjoni waħda f' dan ilperijodu?", "Interpellant li linformazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ENTITAJIET U DIPARTIMENTI – IMPJEGATI FI GRADI DIFFERENTI", "CHRIS SAID staqsa lillMinistru għal Għawdex: Tista' lMinistru tgħid, preżentement f'kull uffiċċju jew sezzjoni ta' kull dipartiment li jaqa' fiddekasteru tagħha, kemm hemm impjegati filgrad ta' Direttur Ġenerali, Direttur, Assistent Direttur, Senior Manager u Manager?", "X'inhu xxogħol ta' kull wieħed minnhom bħalissa?", "Interpellant li linformazzjoni mitluba hija kif murija fittabella li tpoġġiet fuq ilMejda talKamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Fil21 t'Ottubru ġew ippubblikati żewġ artikli intitolati \"Witness admitted to police he lied about Cardona sighting with Degiorgio\" u \"Xhud jammetti malpulizija li gideb dwar Cardona\" filmedia tal'Malta Today' u lOne News rispettivament u fit28 t'Ottubru ġie ppubblikat lartiklu \"Ittliet esperti li qabbad ilMaġistrat Vella swew €136,654\" fl'Illum' dwar tliet esperti talQorti li ħadmu fuq linkjesta talMaġistrat Vella dwar ilqtil ta' Daphne Caruana 'Galizia.", "Flartikli ġie allegat li ttliet esperti tħallsu €136,654 bejniethom taxxogħol li għamlu fuq linkjesta.", "Lartikli komplew jgħidu li lPulizija identifikat li wieħed minn dawn ittliet esperti kien leak li għadda informazzjoni lillmedia barranija u lilluffiċjali għolja talPN.", "Skont dawn lartikli dan ġie kkonfermat wara li waħda millverżjonijiet li ġiet intenzjonalment mgħoddija lillesperti millPulizija, ġiet irrapportata millgazzetta La Repubblica.", "Jista' lMinistru jikkonferma kemm tħallsu kull wieħed minn dawn ittliet esperti?", "Jista' jgħid kemm tħallsu kull wieħed minn dawn ittliet esperti?", "Jista' jgħid ukoll x'passi ttieħdu millPulizija fuq dak li ġie allegat?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lillOnor.", "Interpellant għattweġiba li ngħatat għallmistoqsija parlamentari 7632.", "Wieħed millesperti sallum ma ppreżenta lebda fattura.", "Firrigward ta' x'passi ttieħdu millPulizija fuq dak allegat filmistoqsija parlamentari, lOnor.", "Membru mitlub jirreferi lill-Ministru kkonċernat.", "PROTEZZJONI ĊIVILI – VOLUNTIERA", "GODFREY FARRUGIA staqsa lillMinistru għallIntern u Sigurtà Nazzjonali: Nirreferi għadDipartiment talProtezzjoni Ċivili.", "Hu fatt li hemm nuqqas ta' riżors uman u dan innuqqas qed jagħmel tajjeb għalih ilvolontarjat.", "F'Jannar ħarġet sejħa biex jiġu ingaġġati aktar impjegati talProtezzjoni Ċivili.", "Għalkemm lapplikazzjonijiet għalqu fid9 ta' Frar, s'issa għadhom ma bagħtu għal ħadd.", "Jista' lMinistru jgħid meta ser tittieħed azzjoni f'dan irrigward?", "Jista' jgħid kemm hemm impjegati f'dan issettur?", "Jista' jgħid kemm huma lvoluntiera li jieħdu sehem f'din iddixxiplina?", "Jista' jgħid kemm hemm persuni jitħarrġu barra minn Malta biex jispeċjalizzaw f'dan ilqasam ta' salvataġġ?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għallIntern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lillOnor.", "Interpellant li bħalissa għaddej proċess ta' ingaġġ.", "Irid jingħad li lvoluntiera mhux qed jagħmlu tajjeb għannuqqas ta' impjegati bħalma qed jallega lInterpellant.", "Ilvoluntiera jintużaw għallattivitajiet talmassa, u meta jkun hemm emerġenzi kbar.", "Rigward lapplikazzjonijiet talAssistant and Rescue Officers wieħed għandu jieħu inkonsiderazzjoni li lproċess kien twil minnu nnifsu, għax għallewwel darba saru eżamijiet fiżiċi u eżamijiet talkitba.", "Filġimgħat li ġejjin dan ilproċess ser ikun konkluż biex tibda rraba' parti talproċess, cioè, li jibda ttaħriġ.", "Bħalissa hemm 155 firefighter.", "Voluntiera hemm reġistrati 60, biss huma madwar 45 li huma attivi u jiġu għattaħriġ fuq bażi regolari.", "Barra minn Malta nibagħtu persuni fuq taħriġ speċjalizzat u huwa proċess kontinwu.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lillMinistru għallAffarijiet Barranin u Promozzjoni talKummerċ: Jista' lMinistru jgħid x'inhu lpjan ta' kontinġenza talMinisteru għal dawk ilbarranin li xtraw passaport u li issa huma Maltin, jekk iqum ilkaż li xi ħadd minnhom jinqabad fi kriżi u jitlob għajnuna diplomatika?", "CARMELO ABELA (Ministru għallAffarijiet Barranin u Promozzjoni talKummerċ): Ninforma lillOnor.", "Interpellant li kull persuna Maltija għandha dritt titlob għallassistenza meta din tinqabad fi kriżi barra minn xtutna.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għaddirect orders li qed jinħarġu u għallkuntratti li rResidenza San Vinċenz de Paul għandhom malkumpanija, li ddettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' lMinistru jgħid kemmil darba ngħata direct order u meta ngħata lewwel direct order?", "Jista' jgħid kemm din ilkumpanija ilha tagħti servizz lil din irresidenza?", "Jista' jgħid kemm jiswa ddirect order preżenti?", "MICHAEL FALZON (Ministru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lillOnor.", "Interpellant li lkuntratt malkumpanija li ddettalji dwarha qed jingħataw separatament, jimxi malproċeduri legali talprocurement.", "Sassena 2015, ilFaċilità għal Kura fitTul San Vinċenz De Paul kellha kuntratt ma' kumpanija għasservizzi talindafa li ġiet magħżula b'tender.", "Iżda din ilkumpanija eventwalment ġiet blacklisted skont iċċirkulari talkuntratti CT08/2014 u CT12/2014.", "Dan ittender kellu jieqaf, għax dan hu gvern li bilfatti ma jaċċettax ilprekarjat.", "Din issitwazzjoni wasslet biex intalbet stima ta' tliet kumpaniji u ntgħażlet lorħos waħda blapprovazzjoni talKumitat Ġenerali talKuntratti.", "Dan ilkuntratt iġġedded bi proċedura negozjata, b'approvazzjoni talistess Kumitat Ġenerali talKuntratti, skont regolament 60 (d) tarRegolamenti tal2010 dwar ilKuntratti Pubbliċi (Avviż Legali 296/2010) u regolament 150 (c) tarRegolamenti tal2016 dwar lAkkwist Pubbliku (Avviż Legali 352/2016).", "ĦAL QORMI – TRIQ SAN ĠWAKKIN – XOGĦOL", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li Triq San Ġwakkin f'Ħal Qormi (ilparti li twasslek għallImrieħel Bypass) qatt ma ġiet asfaltata u tinsab fi stat ħażin ħafna, u peress li minnha jgħaddu għadd ta' persuni bilmixi u bilkarozza biex ta' kuljum imorru għaxxogħol fiżŻona Industrijali talImrieħel, jista' lMinistru jagħtiha prijorità u jinkludiha fillista ta' toroq li se jsiru fl2019 biex b'hekk tikkomplementa lproġett talbridge talBypass talImrieħel?", "IAN BORG: Ilproġetti u lħidmiet talaġenzija ġdida 'Infrastructure Malta', bħala parti millinvestiment bla preċedent talGvern sabiex intejbu lkwalità, leffiċjenza u ssigurtà talinfrastruttura tattoroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din ilmira millaktar fis.", "Filfatt, din laġenzija li twaqqfet fissajf diġà ħabbret lewwel 120 millista tattoroq li ser tkun qed tibni millġdid issena ddieħla.", "Sejħiet oħra għaxxogħol meħtieġ għallbini ta' aktar toroq madwar ilpajjiż ser jitħabbru fiżżmien li ġej.", "Laġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru lkonsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf iddati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lillpubbliku u lil dawk IKkonċernati direttament.", "TRIQ LI TAGĦTI GĦAL GĦAR LAPSI – DAWL", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lillMinistru għallEnerġija u Immaniġġar talIlma: Peress li ttriq li tagħti għal Għar Lapsi hija mdallma u hija ffrekwentata minn bosta Maltin u turisti, jista' lMinistru jassigura li jkun hemm iddawl neċessarju matul listess triq?", "JOE MIZZI: Nitlob lillOnor.", "Interpellant biex tirreferi lmistoqsija tagħha lillMinistru kkonċernat.", "ĠNIEN LGĦARUSA TALMOSTA – XOGĦOL", "IVAN BARTOLO staqsa lillMinistru għallAmbjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil filKlima: Jista' lMinistru jgħid fiex wasal ixxogħol fi Ġnien lGħarusa talMosta, jew jekk bediex, liema xogħol ġew ivvutati għalih €100,000 u kienet saret press conference dwaru flistess ġnien qabel lelezzjoni ġenerali tal2017?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għallAmbjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil filKlima): Ninforma lillOnor.", "Interpellant li, hekk kif jidher tajjeb jekk wieħed iżur issit referut, saru diversi xogħlijiet li jinkludu tħaffir ta' trinek tul ilġnien u tqegħid ta' preparamenti għasservizzi ta' dawl, irrigazzjoni u CCTV; tiswija u bini ta' ħitan; tiswija u bini ta' ħitan tassejjiegħ; tħaffir ta' ġiebja għal water feature u lbini tagħha; u tħejjija ta' formazzjoni ta' rampi biex jipprovdu aċċess għal kulħadd.", "Inxtrat ukoll lgħamara talġnien li jinkludu bankijiet, bins, light poles u bollards.", "Bħalissa qiegħda tiġi aġġudikata tender ta' tqegħid talpassaġġi talġnien kollu.", "Dan ixxogħol mistenni jsir fl2019 sabiex wara tibda titqiegħed lgħamara talġnien u jsiru lfinishings li hemm bżonn.", "KUMPANIJI LI MA JĦADDMUX PERSUNI B'DIŻABILITÀ – FLUS MIĠBURA", "IVAN BARTOLO staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' lMinistru jgħid fejn qegħdin jintefqu lflus miġbura minn dawk ilkumpaniji li mhumiex iħaddmu lkwota ta' ħaddiema b'diżabilità (2% millħaddiema jkunu persuna b'diżabilità)?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lillOnor.", "Interpellant sabiex jirreferi din ilmistoqsija parlamentari lillMinistru kkonċernat.", "IVAN BARTOLO staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' lMinistru jgħid x'kien ilbudget talLino Spiteri Foundation għassena 2018?", "Kemmil persuna b'diżabilità nstabilha impjieg matul din issena?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lillOnor.", "Interpellant sabiex jirreferi din ilmistoqsija parlamentari lillMinistru kkonċernat.", "IVAN BARTOLO staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Filbidu tassena 2017, ilFondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħadet over ilprogramm tasSupported Employment millMalta Association of Supported Employment (MASE).", "Dan fisser li ħadet over il520 suċċessi ta' persuni vulnerabbli li kien instabilhom xogħol matul issena 2016 u li sa laħħar talistess sena kienu għadhom jaħdmu, u wkoll lFSWS kienet ħadet over ilmadwar 20 ħaddiem abbinat malprogramm.", "Jista' lMinistru jgħid:", "a) Kemm minn dawn il520 ħaddiema vulnerabbli għadhom flimpjieg?", "b) Ilħaddiema li ġew ittrenjati u ġabu ċertifikazzjoni fisSupported Employment u li ttieħdu malprogramm millFSWS, lil kemmil persuna vulnerabbli sabu xogħol matul issena 2017 u matul issena 2018?", "c) Illum x'inhu r-rwol ta' dawn ilpersuni li ġabu ċertifikazzjoni fisSupported Employment?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lillOnor.", "Interpellant li rrisposta se tingħata f'seduta oħra.", "IVAN BARTOLO staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għallJob Enhancing Skills Scheme (JESS), li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi millAġenzija Sapport, jista' lMinistru jgħid:", "a) Kemm hija ssomma totali allokata għal din liskema?", "Kemm huwa twil dan ilprogramm?", "Fiex jikkonsisti dan ilprogramm?;", "b) Meta bdiet din liskema u kemm-il parteċipant hemm f'din liskema s'issa?", "Bħalissa f'liema stadju talproġett waslu dawn ilparteċipanti?", "c) Skont ilproġett, kemm hu mistenni li jkun innumru ta' persuni li ser jibbenefikaw minn din liskema flgħeluq tiegħu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lillOnor.", "Interpellant li rrisposta se tingħata f'seduta oħra.", "PROĠETT INK", "IVAN BARTOLO staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għallINK Person-focused Inclusion Project, li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi millAġenzija Sapport, jista' lMinistru jgħid:", "a) Kemm hija ssomma allokata għal dan ilprogramm u kemm huwa twil dan ilprogramm?", "Fiex jikkonsisti dan ilprogramm?", "b) Meta beda jitħaddem dan ilprogramm?", "Bħalissa x'inhuwa nnumru ta' parteċipanti fi ħdan dan ilprogramm u skont lapplikazzjoni, kemm huwa nnumru ta' benefiċjarji li ser jibbenefikaw minn dan ilprogramm?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lillOnor.", "Interpellant li rrisposta se tingħata f'seduta oħra.", "IRRABAT GĦAWDEX – ĊENTRU TAS-SAĦĦA ĠDID", "CHRIS SAID staqsa lidDeputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa: Jista' dDeputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa jwieġeb ilmistoqsija parlamentari 6710 kollha, u ċjoè: Jista' dDeputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret, ma' min saret u meta saret dwar irrilokazzjoni għal post ieħor għaċ-ċentru tas-saħħa tarRabat, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk saritx applikazzjoni malAwtorità talIppjanar biex issir din irrilokazzjoni u, jekk iva, meta saret u meta ħarġu lpermessi meħtieġa?", "Jista' jagħti nnumru ta' din lapplikazzjoni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li bħalissa għaddej xogħol fuq iddisinn u lmedical brief taċĊentru tasSaħħa lġdid firRabat, Għawdex.", "Kif jitlesta dan ilproċess ilpjanti jkunu jistgħu jiġu sottomessi lillAwtorità talIppjanar.", "XLENDI – RIĠENERAZZJONI TALBOATHOUSES", "CHRIS SAID staqsa lillMinistru għal Għawdex: Tista' lMinistru tgħid fiex waslu lpreparamenti biex jibda xxogħol ta' Riġenerazzjoni talboathouses fixXlendi?", "Ħarġu ttenders?", "F'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda xxogħol infrastrutturali u kemm hi stmata li tkun lispiża?", "JUSTYNE CARUANA: Ninsab infurmata li ttender taxxogħlijiet għallboathouses inħarġet fl24 ta' Awwissu 2018.", "Lofferenti kollha kienu 'l fuq millbaġit allokat u b'hekk lofferta ma setgħetx tingħata.", "Jekk ma jkunx hemm appelli, ssejħa għallofferti tkun tista' terġa' tiġi ppubblikata, bixxoghol ippjanat li jitwettaq matul issena 2019.", "F'dan listadju listima ma tistax tiġi kkomunikata lillpubbliku ġenerali billi lofferta għadha għaddejja.", "Offerti għallfabbrikazzjoni u linstallazzjoni talbibien talinjam se jiġu ppubblikati dalwaqt, flimkien malofferta għassistema taddawl.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX – TRIQ TA' ĠORF – XOGĦLIJIET", "CHRIS SAID staqsa lillMinistru għal Għawdex: Tista' lMinistru tagħti aktar dettalji dwar ittweġiba għallmistoqsija parlamentari 6614 u tgħid fiex kien jikkonsisti dan ilmandat u fuq xiex sar rigward Triq ta' Ġorf ġewwa xXagħra?", "X'sar millMinisteru għal Għawdex?", "Jekk kien hemm deċiżjoni millQorti, tista' lMinistru tpoġġi kopja taddeċiżjoni fuq ilMejda talKamra?", "Jekk le, tista' tgħid xi ftehim sar?", "JUSTYNE CARUANA: Ilkopja talinkartament kollu talproċess tpoġġa fuq ilMejda talKamra waqt ilħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ninforma lillOnor.", "Interpellant li hekk kif beda xxogħol ilġimgħa loħra, reġa' ġie ppreżentat mandat ta' inibizzjoni ieħor.", "ELEZZJONIJIET – VOTAZZJONI MINN MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jinforma lillKamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq ilwegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom iddritt talvot, jivvutaw f'Ambaxxati Maltin?", "Jista' jikkonferma jekk ilmiżura hix se tiddaħħal filħin biex tkun tapplika għallelezzjoni li jmiss talMembri talParlament Ewropew?", "OWEN BONNICI: Nitlob lillOnor.", "Interpellant jirreferi lmistoqsija tiegħu lillMinistru kkonċernat.", "KUNSILL GĦALLMALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA – ROADMAP", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lillMinistru għallAffarijiet Barranin u Promozzjoni talKummerċ: Jista' lMinistru jqiegħed fuq ilMejda talKamra kopja tarroadmap li saret referenza għaliha flaħħar rapport annwali talKunsill għallMaltin li jgħixu barra minn Malta?", "CARMELO ABELA: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li rRoadmap hekk kif maqbula millmembri talKunsill talMaltin li Jgħixu Barra fillaqgħa talistess Kunsill, li saret nhar it13 u l14 ta' Ottubru 2017, hija hekk kif tidher hawn taħt:", "Akkademiċi / Studenti / Riċerkaturi", "Pensjonanti u Anzjani", "Żgħażagħ", "Gvern ta' Malta", "**PENSJONANTI LI GĦANDHOM PENSJONI TA' INQAS MINN €600 FIXXAHAR", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' lMinistru jinforma lillKamra kemm huwa nnumru ta' pensjonanti preżentement f'pajjiżna u li ddħul talpensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fixxahar?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lillOnor.", "Interpellant illi linformazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u rrisposta ser tingħata f'seduta oħra.", "ĦAL TARXIEN – TRIQ ILFIERES – SPIŻA", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jinforma lillKamra kemm ġiet tiswa Triq ilFieres f'Ħal Tarxien u jista' jiddeskrivi x'xogħol sar?", "IAN BORG: Nitlob lillOnor.", "Interpellant biex jitlob linformazzjoni meħtiega lillMinisteru responsabbli millkunsilli lokali.", "ĦAL TARXIEN – PENSJONANTI REĠISTRATI", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' lMinistru jgħid kemm huwa nnumru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Ħal Tarxien, li ddħul talpensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fixxahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk ilpersuni li qabżu ssebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lillOnor.", "Interpellant li linformazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u rrisposta se tingħata f'seduta oħra.", "RAĦAL ILĠDID – ĠNIEN DOM MINTOFF – XOGĦOL", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lillMinistru għatTuriżmu: Jista' lMinistru jinforma lillKamra x'xogħol sar tul din issena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal ilĠdid?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li tul din issena sar numru sostanzjali ta' xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff:", "· Saru passaġġi skont iddisinn ilġdid b'subbase li jinkludi fih isservizzi kollha neċessarji ta' dawl u ilma.", "· Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta' ilma, bilgħan li jinġabar lilma taxxita li jinġema' filwied.", "· Ġiet mibnija ukoll pump room bilgħan li lilma li jinġabar filġibjuni jerġa' jintuża għattisqija talpjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu żżewġ water features li saru.", "· Saru żewġ water features – waħda naturali u oħra magħmula apposta għaddivertiment tattfal.", "· Sar ammont konsiderevoli ta' xogħol ta' tisbiħ u landscaping.", "· Inżabru ssiġar kollha talġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 50 siġra u 2000 pjanti ġodda.", "· Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta' irrigazzjoni, bankijiet, bike racks u kontenituri tarreċiklaġġ.", "QORTI TA' MALTA – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN ĦAMES SNIN", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsijiet parlamentari 7636 u 7466 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "filQorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din linformazzjoni fi statistika separata saddata li tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li, skont statistika miġbura salaħħar t'Ottubru 2018, filQorti ta' Malta lkawżi ċivili li ilhom pendenti bejn ħames u għaxar snin jammontaw għal 1,322 każ.", "Ċifra li, meta wiehed jikkumparaha malistess statistika ta' Diċembru 2012 u għalhekk laħħar sena ta' amministrazzjoni preċedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl2012 lammont ta' każijiet filQorti ta' Malta li kienu ilhom pendenti bejn ħames u għaxar snin kien ta' 1,434.", "Firrigward talKawżi Kriminali quddiem ilQorti ta' Malta, ninforma lillOnor.", "Interpellant li hemm pendenti 704 kawżi li ilhom aktar minn ħames snin.", "QORTI TA' MALTA – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN GĦAXAR SNIN", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsijiet parlamentari 7637 u 7467 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "filQorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din linformazzjoni fi statistika separata saddata li tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li, skont statistika miġbura salaħħar t'Ottubru 2018, filQorti ta' Malta lkawżi ċivili li ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin jammontaw għal 429 każ.", "Ċifra li, meta wieħed jikkumparaha malistess statistika ta' Diċembru 2012 u għalhekk laħħar sena ta' amministrazzjoni preċedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl2012 lammont ta' każijiet filQorti ta' Malta li kienu ilhom pendenti għal aktar minn għaxar snin kien ta' 790.", "Intant, firrigward talKawżi Kriminali quddiem ilQorti ta' Malta, hemm pendenti 308 kawża li ilhom aktar minn għaxar snin.", "QORTI TA' GĦAWDEX – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN ĦAMES SNIN", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsijiet parlamentari 7638 u 7468 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "filQorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?", "Jista' jagħti din linformazzjoni fi statistika separata saddata li tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li, skont statistika migbura salaħħar t'Ottubru 2018, filQorti t'Ghawdex ilkawżi ċivili li ilhom pendenti bejn ħames u għaxar snin jammontaw għal 67 każ.", "Ċifra li, meta wieħed jikkumparaha malistess statistika ta' Diċembru 2012 u għalhekk laħħar sena ta' amministrazzjoni preċedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl2012 filQorti t'Għawdex lammont ta' każijiet li kienu ilhom pendenti bejn ħames u għaxar snin kien ta' 150.", "Intant, firrigward ilKawżi Kriminali quddiem ilQorti ta' Għawdex, hemm pendenti 14il kawża li ilhom aktar minn ħames snin.", "QORTI TA' GĦAWDEX – KAŻIJIET KRIMINALI U ĊIVILI LI ILHOM AKTAR MINN GĦAXAR SNIN", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsijiet parlamentari 7639 u 7469 u jgħid kemm hemm każijiet:", "b) ċivili", "filQorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?", "Jista' jagħti din linformazzjoni fi statistika separata saddata li tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li, skont statistika miġbura salaħħar t'Ottubru 2018, filQorti t'Għawdex ilkawżi ċivili li ilhom pendenti ghal aktar minn għaxar snin jammontaw għal 125 każ.", "Ċifra li, meta wiehed jikkumparaha malistess statistika ta' Dicembru 2012 u ghalhekk laħħar sena ta' amministrazzjoni preċedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl2012 filQorti t'Għawdex lammont ta' każijiet li kienu ilhom pendenti għal aktar minn għaxar snin kien ta' 177 każ.", "Intant, firrigward talKawżi Kriminali quddiem ilQorti ta' Għawdex, hemm pendenti 4 kawżi li ilhom aktar minn għaxar snin.", "QRATI TA' MALTA U GĦAWDEX – KAŻIJIET LI IHOM PENDENTI AKTAR MINN 450 JUM", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jwieġeb ilmistoqsijiet parlamentari 7640 u 7470 u jgħid, globalment, kemm hemm każijiet filQrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li, skont statistika migbura salaħħar t'Ottubru 2018, ilkawżi ċivili li ilhom pendenti għal aktar minn 15il xahar jammontaw għal 6907 każ.", "Ċifra li, meta wieħed jikkumparaha malistess statistika ta' Diċembru 2012 u għalhekk laħħar sena ta' amministrazzjoni preċedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl2012 lammont ta' każijiet li kienu ilhom pendenti għal aktar minn 15il xahar kien ta' 7157 każ.", "Intant, firrigward talKawżi Kriminali, quddiem ilQorti ta' Malta hemm pendenti 1563 kawża li ilhom aktar minn 450 jum, filwaqt li quddiem ilQorti ta' Għawdex hemm pendenti 56 kawża li ilhom aktar minn 450 jum.", "ISSIĠĠIEWI – TRIQ SALVU CURSO U TREJQET LANĠLI – ĦAJT TA' LQUGĦ", "RYAN CALLUS staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għattweġiba talmistoqsija parlamentari 6171, magħmula fl4 ta' Ġunju 2018, jista' lMinistru jaġġorna 'lKamra bittalba li kienet saret sabiex titwessa' ttriq bejn Trejqet lAnġli u Triq Salvu Curso, flimkien malintroduzzjoni ta' miżuri ta' sigurtà minħabba linċidenti li seħħew?", "Interpellant li 'Infrastructure Malta' se tintroduċi miżuri ta' ħarsien u sigurtà ġodda fittriq indikata permezz ta' xogħol skedat għallġimgħat li ġejjin.", "QAWRA – TRIQ ITTURISTI – TISWIJIET", "CLAYTON BARTOLO staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jikkunsidra li jsiru ttiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq itTuristi filQawra, li hija triq li minnha ta' kuljum jgħaddu għexieren ta' karozzi tallinja u mijiet ta' karozzi privati u li ilha minsija għal ħafna snin?", "Interpellant li lproġetti u lħidmiet talaġenzija ġdida 'Infrastructure Malta', bħala parti millinvestiment bla preċedent talGvern sabiex intejbu lkwalità, leffiċjenza u ssigurtà talinfrastruttura tattoroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din ilmira millaktar fis.", "Filfatt, din laġenzija, li twaqqfet fissajf, diġa ħabbret lewwel 120 millista tattoroq li ser tkun qed tibni millġdid issena ddieħla.", "Ittriq indikata hija filfatt waħda mittoroq inklużi f'din lewwel lista ta' xogħlijiet għassena ddieħla.", "Sejħiet oħra għaxxogħol meħtieġ għallbini ta' aktar toroq madwar ilpajjiż ser jitħabbru fiżżmien li ġej.", "Laġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru lkonsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf iddati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lillpubbliku u lil dawk konċernati direttament.", "QAWRA – TRIQ LIMREJKBA – TISWIJIET", "CLAYTON BARTOLO staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jikkunsidra li jsiru ttiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq lImrejkba filQawra, li hija triq li minnha ta' kuljum jgħaddu mijiet ta' karozzi privati u li ilha minsija għal ħafna snin?", "IAN BORG: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li lawtoritá kompetenti responsabbli mittiswijiet u lmanutenzjoni ta' din ittriq hija lkunsill lokali tallokalità konċernata.", "Sadanittant, 'Infrastructure Malta', laġenzija nazzjonali inkarigata millimpenn talGvern li jtejjeb ilkwalità talinfrastruttura tattoroq f'Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta' €700 miljun sabiex fissnin li ġejjin tirranġa u tibni millġdid ittoroq f'kull lokalità.", "Filfatt, diġa tħabbru lewwel 120 fost ittoroq li se jkunu qed jinbnew millġdid fl2019.", "Aktar toroq li se jitranġaw flistess sena jitħabbru fiżżmien li ġej.", "DIPARTIMENT TALKUNSILLI LOKALI – ĦADDIEMA", "ROBERT CUTAJAR staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema jaħdmu fidDipartiment talKunsilli Lokali u jindika kemm minnhom huma ħaddiema impjegati malGvern u kemm ħaddiema impjegati malkuntrattur?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li preżentement hemm 54 uffiċjal ħaddiema tadDiviżjoni u 6 talkuntrattur.", "DIPARTIMENT TALKUNSILLI LOKALI – ĦADDIEMA LI QEGĦDIN BILFAMILY FRIENDLY MEASURES", "ROBERT CUTAJAR staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fidDipartiment talKunsilli Lokali u li preżentement (saddata ta' meta qed titressaq din iddomanda) qegħdin bilfamily friendly measures, u flistess risposta jindika x'tip ta' family measures huma?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li dDiviżjoni għallGvern Lokali għandha jaħdmu magħha 54 uffiċjal.", "Luffiċjali bilfamily friendly measures jammontaw għal 29 persuna.", "Ittip ta' family measures huma kif ġej: Flexitime – 15il uffiċjal; Telework – 4 uffiċjali; Telework u Flexitime – 10 uffiċjali.", "DIPARTIMENT TALKUNSILLI LOKALI – ĦADDIEMA LI QEGĦDIN BILFAMILY FRIENDLY MEASURES", "ROBERT CUTAJAR staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemmil persuna u kif kienu approvati lfamily friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?", "OWEN BONNICI: Linformazzjoni qed tinġabar.", "EDWIN VASSALLO staqsa lillMinistru għallAmbjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil filKlima: Jista' lMinistru jgħid jekk ilPig Farm Cessation Scheme li, skont lestimi finanzjarji tal2019, qed juri ċċifra ta' miljun ewro humiex se jkunu miżjuda maliskema tażżewġ miljun ewro li kienet parti millvot talMinisteru għallAmbjent għassena 2018, jew jekk għall2019 għal dan ilvot se jkunx hemm biss miljun ewro?", "Interpellant li dan huwa vot rikorrenti u li fih għassena 2018 ġew ivvutati żewġ miljun ewro.", "Madanakollu, filwaqt li lMinisteru kellu bosta diskussjonijiet intensivi marrappreżentanti ta' dan issettur u ħejja proposti konkreti għattħejjija ta' din liskema matul l2018 sabiex jinstab kunsens sħiħ, hemm bżonn ta' aktar diskussjonijiet magħhom.", "Peress li liskema li eventwalment titħejja għarristrutturar f'dassettur tiġi mplementata fuq medda ta' żmien ta' aktar minn 12il xahar, ilvot għall2019 ma jirriflettix ceiling massimu għal din liskema.", "TRASPORT PUBBLIKU – PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "EDWIN VASSALLO staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jieħu lpassi meħtieġa sabiex persuni b'diżabilità fuq ilvetturi tattrasport pubbliku jkunu jistgħu jingħataw lopportunità li jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fejn suppost hemm postijiet ta' prijorità għallpersuni b'diżabilità?", "IAN BORG: Nitlob lillOnor.", "Interpellant jirreferi għattwegiba mogħtija għallmistoqsija parlamentari 31489 f'Seduta 488 tat12il leġislatura.", "PONT TALBIDNIJA – IRRANĠAR TA' TRIQ", "EDWIN VASSALLO staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jieħu lpassi meħtieġa sabiex jara li titranġa lħsara fi triq ta' fuq ilpont talBidnija li hemm parti mittriq li qed tisfronda?", "IAN BORG: B'riferenza għallMistoqsija Parlamentari 7758, nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li lpont li jinsab fi Triq ilBidnija, Mosta [Bridge numru 59] ġie spezzjonat xi ftit ta' żmien ilu u ġew identifikati lħsarat.", "Millbanda loħra, ġie ukoll konkluż li lpont, bħala struttura, ma huwiex fi stat ta' periklu.", "Ittiswijiet li huma meħtieġa u li mistennija jibdew fi żmien qarib huma dawk li jenħtieġu fittriq u filguardrails talġenb.", "ĦAL GĦARGĦUR – ART DEVOLUTA", "KRISTY DEBONO staqsiet lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jgħid għalfejn ilbini, li ddettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma ġiex devolut direttament lillKunsill Lokali ta' Ħal Għargħur biex isir librerija għallkomunità, skont ittalba unanima talKunsill kollu, imma minflok ħareġ għallofferta permezz ta' tender?", "IAN BORG: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li ttalba talKunsill Lokali ta' Ħal Għargħur ġiet milqugħa u lproprjetà, li ddettalji dwarha qed jingħataw separatament, se tiġi allokata direttament lilhom.", "AWTORITÀ TALARTIJIET – LISTA TA' KONSULENTI", "RYAN CALLUS staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jpoġġi fuq ilMejda talKamra lista ta' konsulenti ngaġġati malAwtorità talArtijiet minn Jannar 2018 salġurnata li fiha tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li ttagħrif mitlub qed jiġi anness fittabella t'hawn taħt:", "AWTORITÀ TALARTIJIET – AVVIŻI F' ĠURNALI", "RYAN CALLUS staqsa lillMinistru għatTrasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' lMinistru jpoġġi fuq ilMejda talKamra lista talavviżi maħruġa filgazzetti millAwtorità talArtijiet u jindika kemm inħarġu avviżi f'kull ġurnal rispettiv, minn Ġunju 2017 salġurnata li fiha tiġi mwieġba din ilmistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li ttagħrif mitlub qed jidher fittabella t'hawn taħt:", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jgħid kemm pitturi u ta' liema artisti nxtraw millGvern mill1980 sal2012?", "OWEN BONNICI: Linformazzjoni qed tinġabar.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lillPrim Ministru: B'referenza għallħlas ta' €15,000 li sar lillartist miżżewweġ Ministru u li ddettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' lPrim Ministru:", "a. jgħid ta' xiex sar dan ilħlas;", "b. jippreżenta ritratt jew stampa taxxogħol li sar;", "c. jgħid jekk saritx sejħa għallofferti qabel dan ixxogħol ġie assenjat lillartist in kwistjoni;", "d. jippreżenta kopja talftehim jew kuntratt li sar malartist in kwistjoni; u", "e. jgħid kemm saru ħlasijiet b'kollox lillartist imsemmi bejn Marzu 2013 u ddata ta' din ilmistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lillOnor.", "Interpellant li lIstat Malti ilu għal snin sħaħ jixtri xogħlijiet talarti minn galleriji talarti u minn kollezzjonijiet privati.", "Dawn ixxogħlijiet talarti, li jirrappreżentaw b'mod wiesa' ttalenti talkomunità artistika lokali, jinxtraw speċikament biex ikomplu jsaħħu lkollezzjoni nazzjonali talarti.", "Tajjeb li lOnor.", "Interpellant ikun jaf li fost oħrajn jeżistu anki fondi speċifiċi għal dan ilgħan, fosthom wieħed imsejjaħ Contemporary Art Fund, amministrat minn Heritage Malta.", "Flaħħar tmien snin, permezz ta' dan ilfond biss inxtraw iktar minn 100 bicca xogħol talarti ta' iktar minn 40 artist, bi spiża ta' madwar €400,000.", "Dawn ixxogħlijiet kollha llum jagħmlu parti millkollezzjoni nazzjonali talarti.", "Tajjeb ukoll li lOnor.", "Interpellant ikun jaf li, minħabba nnatura talakkwist innifsu, qatt ma kienet ilpolicy, taħt kull amministrazzjoni, li biċċiet talarti għallkollezzjoni nazzjonali jinkisbu b'sejħiet għallofferti.", "Fatt ieħor li jidher li lOnor.", "Interpellant mhux informat dwaru huwa li qabel ma tinxtara biċċa xogħol talarti, lesperti ta' Heritage Malta jagħtu lapprovazzjoni tagħhom kemm f'dik li hija kwalità u anki f'dak li huwa prezz.", "Hekk sar filkaż talpittura li qed jagħmel riferenza għaliha filmistoqsija tiegħu.", "Tajjeb li flistess ħin lOnor.", "Intepellant ikun jaf li fl2010 listess artist kien magħżul minn Heritage Malta biex itella' wirja ta' xogħlijiet tiegħu filMużew Nazzjonali talArti.", "Kif inhi lprassi, lartist dakinhar kien anki għadda pittura tiegħu għallkollezzjoni nazzjonali talarti.", "BYRON CAMILLERI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għattweġiba talmistoqsija parlamentari 7314, u fiddawl li flaħħar jiem jidher li sar boarding ġdid quddiem ilMonument talAssedju lKbir, jista' lMinistru jagħti rendikont taxxogħlijiet loħra li qed isiru fuq ilMonument talAssedju lKbir u lmadwar?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li, hekk kif spjegat firrisposta mogħtija għallmistoqsija parlamentari 7314, issa ngħata bidu għattieni fażi taxxogħol fejn, wara li saru interventi fuq ilmonument innifsu, issa qed isir tisbiħ u manutenzjoni talpjazza madwar ilmonument.", "Ixxogħol se jinkludi manutenzjoni talħadid kollu, tibdil tassistema tad-dawl, u rranġar talpaviment eżistenti.", "Nirringrazzja lillentitajiet kollha li qed jgħinu f'din ilħidma.", "Hu mistenni li xxogħlijiet jintemmu sattieni ġimgħa ta' Diċembru.", "BYRON CAMILLERI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jagħti rendikont ta' kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat, sena b'sena, missena 2000 sallum?", "OWEN BONNICI: Linformazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta' hawn taħt.", "Dan innumru ta' persuni li ngħataw ilwarrant sabiex jipprattikaw ta' avukat huwa skont irrecords li għandu dDipartiment talĠustizzja.", "BYRON CAMILLERI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jagħti rendikont ta' kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta' nutar, sena b'sena, missena 2000 sallum?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li missena 2000 sassena 2018 ingħataw b'kollox 274 warrant.", "Din hija l-lista talwarrants maħruġa sena b'sena missena 2000:", "AVUKATI – WARRANT SOSPIŻ / IRTIRAT", "BYRON CAMILLERI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jagħti rendikont ta' kemm persuni kellhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat sospiż/irtirat, sena b'sena, missena 2000 sallum?", "OWEN BONNICI: Linformazzjoni qed tinġabar.", "NUTARA – WARRANT SOSPIŻ / IRTIRAT", "BYRON CAMILLERI staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' lMinistru jagħti rendikont ta' kemm persuni kellhom il-warrant sabiex jipprattikaw ta' nutar sospiż/ irtirat, sena b'sena, missena 2000 sallum?", "OWEN BONNICI: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li nutar sospiż ma jitlifx ilwarrant iżda ma jistax jipprattika ta' nutar.", "Nutar irtirat jirrinunzja għallwarrant u ukoll ma jistax jipprattika iktar.", "Qed nagħti lista b'numri li jindikaw kemm nutara ġew inabiltati milli jeżerċitaw ilprofessjoni nutarili, kif ukoll dawk innutara li rtiraw ilwarrant wara li ġew sospiżi u għaldaqstant ma jistgħux jipprattikaw ta' nutar.", "ĊIRKWIT TALKAROZZI", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lillMinistru għallEdukazzjoni u Xogħol: Jista' lMinistru jgħid meta u fejn hi maħsuba li ser issir iċċirkwit għattlielaq talkarozzi?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li lawtoritajiet kompetenti jinsabu fi proċess avvanzat li jidentifikaw post li fuqu jsiru studji konkreti dwar ittrakka talmotorsport.", "Irid jingħad iżda li ssit mhuwiex dak li ssemma minn xi wħud minflok ilġnien ħdejn ilFreeport.", "Filwaqt li se jimxi dejjem b'mod bilanċjat bla ma jipprova jġelled 'ilambjentalisti u rresidenti malisportivi, ilGvern se jkun qed iħabbar iddettalji ladarba jingħalaq ilproċess imsemmi.", "ĊIRKWIT TALKAROZZI – STUDJU TALIMPATT", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lillMinistru għallEdukazzjoni u Xogħol: Jista' lMinistru jgħid jekk hux qiegħed isir studju talimpatt, partikolarment talħsejjes ġenerati mittlielaq talkarozzi fuq lirħula filviċinanzi?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li lproċess li qed isir bħalissa jinkludi assessjar ta' numru ta' oqsma li jinkludi limpatt talħoss.", "PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI TAĦT IS16IL SENA", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' lMinistru jgħid preżentement kemm hawn tfal taħt is16il sena reġistrati bi bżonnijiet speċjali f'kull raħal u belt f'Malta u Għawdex separatament?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li lKummissjoni żżomm statistika fuq ilpersuni kollha li tinħarġilhom identifikazzjoni għallfinijiet taddiżabilità tagħhom (Special ID u European Disability Card) u tippubblika statistika nazzjonali f'dan irrigward kull sena firrapport annwali tagħha, li jitpoġġa wkoll fuq ilMejda talKamra.", "Firrigward ta' statistika mqassma skont llokalità, in konsiderazzjoni taddaqs ta' Malta u lpossibilità ta' stigma li tista' titpoġġa fuq lokalità partikolari, ilKummissjoni hija talfehma li jekk tagħti tali statistika, hekk kif mitluba millOnor.", "Interpellant, ikun qiegħed jinkiser Artiklu 5 talKonvenzjoni dwar idDrittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UN CRPD), illi jittratta lUgwaljanza u nNonDiskriminazzjoni.", "Għal din irraġuni, ilKummissjoni mhix f'pożizzjoni li tagħti tali statistika kif mitluba millOnor.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lillMinistru għallEnerġija u Immaniġġar talIlma: Jista' lMinistru jgħid jekk hux qed isir jew jekk dan laħħar sarx bunkering filport ta' Marsaxlokk?", "JOE MIZZI (Ministru għallEnerġija u Immaniġġar talIlma): Nitlob lillOnor.", "Interpellant biex jirreferi lmistoqsija tiegħu lillMinistru kkonċernat.", "SKEJJEL – ĠENITURI LI MA BAGĦTUX ITTFAL LISKOLA", "ETIENNE GRECH staqsa lillMinistru għallĠustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għarrisposta talmistoqsija parlamentari 7660, jista' lMinistru jgħid x'kienu ssentenzi mogħtija lil dawk l1,759 ġenitur li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom liskola mingħajr raġuni valida filperjodu 2016 – 2017?", "OWEN BONNICI: Linformazzjoni qed tinġabar.", "IŻŻEJTUN – ĊENTRU TA' MATUL ILJUM – PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "ETIENNE GRECH staqsa lidDeputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa: B'referenza għarrisposta talmistoqsija parlamentari 7661, jista' dDeputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa jgħid minn liema lokalitajiet jattendu fiċĊentru ta' Matul ilJum tażŻejtun, u kemm hemm persuni li joqogħdu f'Wied ilGħajn li jattendu regolarment?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li l-persuni li jattendu fiċĊentru ta' Matul ilJum tażŻejtun huma millokalità tażŻejtun, Marsaxlokk, ilMarsa, Birżebbuġa u Wied ilGħajn; 24 persuna minn dawk li jattendu f'dan listess ċentru, joqogħdu Wied ilGħajn.", "ETIENNE GRECH staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' lMinistru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu lgħajnuna minħabba problemi ta' droga f'dawn laħħar tliet snin?", "Bħalissa kemm hemm persuni li qed jagħmlu esperjenza residenzjali sabiex joħorġu minn din ilproblema serja?", "Jista' lMinistru jgħid jekk hemmx xi waiting list sabiex persuni bilproblema ta' droga jingħataw isservizz residenzjali?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lillOnor.", "Interpellant li nnumru ta' persuni li talbu lassistenza u bdew jiġu segwiti millprofessjonisti talAġenzija Sedqa minħabba problemi relatati maddroga, mill2016 sat8 ta' Ottubru 2018, kien jammonta għal 867.", "Filpreżent, firresidenzi talAġenzija Sedqa, jiġifieri Dar lImpenn, lAssessment and Stabilisation Unit (ASU) u Komunità Santa Marija, hemm 14il persuna li qegħdin f'xi fażi jew oħra li joffru dawn ilprogrammi residenzjali.", "Ilwaiting list abbinata ma' dawn isservizzi residenzjali bħalissa hija ta' 3 persuni.", "SAĦĦA MENTALI - ĊENTRI TA' MATUL ILJUM", "ETIENNE GRECH staqsa lidDeputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa: Jista' dDeputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa jgħid kemm hi lispiża ta' kuljum għal kull persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali li qed tattendi f'xi Ċentru ta' Matul ilJum?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li lmedja talispiża ta' kuljum għal kull intervent mogħti lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li attendiet f'wieħed millħames ċentri ta' matul iljum għassena 2017 kienet ta' €107.74.", "PERSUNI BI PROBLEMI TA' DROGA U ALKOĦOL - BENEFIĊĊJI TALMARD", "ETIENNE GRECH staqsa lillMinistru għallFamilja, Drittijiet tatTfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' lMinistru jgħid kemm kien lammont ta' flus li ħareġ ilGvern f'dawn laħħar tliet snin għallbenefiċċji talmard lillpersuni bi problemi taddroga u talalkoħol?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lillOnor.", "Interpellant li dDipartiment tasSigurtà Soċjali ma jħallasx benefiċċju talmard lil persuni bi problema ta' droga u/jew lalkoħol.", "Jekk lOnor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għallGħajnuna Soċjali li tingħata lil dawk li qegħdin fi programm ta' riabilitazzjoni mogħti millGvern jew millCaritas, lammont ta' flus li ħareġ ilGvern f'dawn ittliet snin kien kif ġej:", "ILFGURA – TRIQ VALPERGA – DAĦLA GĦAL WIED BLANDUN", "BYRON CAMILLERI staqsa lillMinistru għallAmbjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil filKlima: Jista' lMinistru jara li passaġġ li dejjem kien hemm f'Wied Blandun, li ddaħla tiegħu tinsab fi Triq Valperga faċċata ta' Triq ilĠiżi, ilFgura, li minħabba lmaltemp riċenti m'għadux aktar aċċessibbli, jerġa' jsir aċċessibbli?", "Interpellant li filwaqt li naf u nifhem li hemm diversi xogħlijiet li jridu jsiru fissit referut, jien tajt direzzjoni biex ixxogħlijiet meħtieġa jitlestew salaħħar tassena.", "GĦALLIEMA – LAPTOPS", "RYAN CALLUS staqsa lillMinistru għallEdukazzjoni u Xogħol: Jista' lMinistru jgħid kemm hemm għalliema li għadhom mingħajr laptop minkejja li ssena skolastika ilha li bdiet numru ta' ġimgħat?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li ttalba ta' 247 edukatur waslet quddiem ilUnit konċernat u se tkun diskussa f'kuntest usa' malMUT.", "ĦADDIEMA TAĊĊIVIL – SKEMA BIEX JIĠU ASSENJATI MA' ASSOĊJAZZJONIJIET / KLABBS SPORTIVI", "RYAN CALLUS staqsa lillMinistru għallEdukazzjoni u Xogħol: Jista' lMinistru jgħid jekk liskema sabiex ħaddiema taċĊivil ikunu assenjati ma' assoċjazzjonijiet jew klabbs sportivi għadhiex miftuħa u, jekk flaffermattiv, x'għandhom jagħmlu assoċjazzjoni jew klabb biex jibbenefikaw minnha?", "EVARIST BARTOLO: Ġentilment nitlob lillOnor.", "Interpellant jindirizza lmistoqsija tiegħu lillMinistru kkonċernat."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181112_166d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 727 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 362 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 360 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 214 u tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013?", "Jekk iva, meta?", "Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 133 u jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-Dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li hemm fi ħdanu permezz ta' direct order?", "X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?", "X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu l-President tal-Kunsill tan-Nurses u Midwives fil-preżent?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid id-data u fejn ġie ppubblikat il-kodiċi dwar il-kondotta li kull membru tal-Awtorità tal-Ippjanar, iċ-Chairperson Eżekuttiv, chairpersons, Diretturi u uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar huma mistennija li jsegwu fil-qadi tal-funzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar kif il-Ministru hu obbligat li jagħmel skont l-artikolu 32 (2) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmi kodiċi dwar il-kondotta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar dikjarazzjonijiet tal-assi li saru mill-Membri tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjoni u tad-Diretturi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar kif inhuma obbligati li jagħmlu skont l-artikolu 32 (1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid meta saru dawn id-dikjarazzjonijiet tal-assi u meta ġew ippreżentati?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proċedura stabbilita minnu bħala Ministru dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi li huma obbligati li jagħmlu l-Membri tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjoni u tad-Diretturi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar skont l-artikolu 32 (1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti d-data meta l-Aġenzija għall-Infrastruttura Malta u/jew l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ser ilestu x-xogħlijiet ta' bini u għoti ta' wiċċ lill-aħħar parti ta' Triq Josef Kalleya fis-Swieqi u ċjoè dik il-parti tal-imsemmija triq li għadha s'issa qatt ma nbniet u qatt ma ngħatat wiċċ, minkejja li fiha jgħixu r-residenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7265 u jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pubblikazzjoni \"Indian Express - Special Edition about Malta\" li għalih l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ħallset l-ammont ta' GBP 18,000 għal reklam fl-istess pubblikazzjoni?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas mibgħuta lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta dwar l-imsemmija pubblikazzjoni?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hawn Malta għandniex National Geological Survey nazzjonali bħala organizzazzjoni permanenti li tagħti pariri lill-Gvern dwar il-ġeoloġija tal-pajjiż?", "Jekk le, għaliex hawn Malta bqajna l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr dan is-servizz?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti relatati mat-tfittix taż-żejt ingaġġati mill-Gvern minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "X'inhu l-ħlas ta' dawn il-konsulenti għas-servizz li jagħtu?", "Xi kwalifiki akkademiċi relatati mat-tħaffir għaż-żejt kif ukoll esperjenza f'dan il-qasam għandu/għandha kull konsulent?", "Kif ġew ingaġġati dawn il-konsulenti, b'interview jew abbażi ta' postion of trust?", "Għal kemm tul ta' żmien sar kull kuntratt ma' kull konsulent ingaġġat?", "X'kienu r-riżultati miksuba minn kull konsulent fir-rigward tal-konsulenza li qed jagħti/tagħti?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx prospetti tajbin ta' sejbien ta' żejt fl-areas ta' tiftix ta' żejt li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li qabel il-kumpanija tat-Trasport Pubbliku, il-Malta Public Transport, ġiet trasferita lil Autobus De Leon, jekk passiġġier kien jixtri biljett ta' €1.50, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa, kien jista' jagħmel ġurnata jivvjaġġa bil-karozza tal-linja, illum, jekk tixtri biljett minn fuq tal-linja bl-istess prezz, kemm tista' ddum tivvjaġġa bih?", "Jista' l-Ministru jgħid illum hemm differenza fil-prezz tal-biljett bejn is-sajf u x-xitwa?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolatur tat-trasport pubbliku hux jivverifika li x-xufiera barranin li qed jiġu ngaġġati mal-Malta Public Transport ikunu kapaċi jitkellmu sew bil-lingwa Ingliża?", "Kien hemm istanzi fejn wara spezzjonijiet mir-regolatur tat-trasport pubbliku nstabu xufiera barranin li kienu ingaġġati mill-kumpanija tat-Trasport Pubbliku li ma kenux jafu jitkellmu sew bl-Ingliż?", "X'passi ttieħdu f'dawn l-istanzi mir-regolatur fil-konfront tal-kumpanija Malta Public Transport?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera ta' coaches u karozzi tal-linja ta' nazzjonalità barranin li jiġu jaħdmu hawn Malta jkollhom liċenzja simili maħruġa f'pajjiżhom ikunu jistgħu jibdew jaħdmu b'mod immedjat jew ikunu jridu jagħmlu xi kors ma' Transport Malta?", "Kemm idum dan il-kors?", "Xufiera oħra barranin li jiġu jaħdmu ma' kumpaniji oħra privati, jingħataw l-istess trattament?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, kemm kienet in-nefqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) għal safar?", "Għalxiex sar dan is-safar u kemm-il persuna kienet involuta f'kull safra?", "Jista' l-Ministru jagħti break down?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm swietu lill-Gvern l-attendenza tas-seba' impjegati tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) li attendew għal-laqgħa tal-European Association of Service Providers for Persons with Disability (EASPD) biex ġabu l-konferma li l-FSWS ġiet aċċettata bħala membru?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm swieħ lill-Gvern il-grilling mill-UNCRPD dwar l-issues tad-diżabilità li sar f'Ġinevra?", "Kemm kien hemm persuni fid-delegazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid, min meta tlesta l-proġett ta' rinnovazzjoni, kemm-il darba sar flushing tad-drenaġġ ġewwa Pjazza l-Vittorja fix-Xagħra Għawdex, xahar b'xahar mil-ewwel ta' Settembru 2016?", "Jista' jikkonferma jekk hemmx xi problemi fis-sistema tad-drenaġġ f'din il-Pjazza?", "Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma dawn il-problemi fis-sistema l-ġdida tad-drenaġġ li saret reċentement ġewwa din l-istess Pjazza u x'inhuma l-pjanijiet biex jissolvew?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-gvern fl-uffiċċju tal-artijiet f'Għawdex?", "Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela?", "Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar tliet snin, u ċjoè mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, kemm sar xogħol ta' bini ta' ħitan għall-ilqugħ u tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tat-Taqsima ta' Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat Proġetti u Żvilupp?", "F'liema lokalitajiet f'Għawdex sar dan ix-xogħol u kemm kien l-għoli u t-tul ta' dawn il-ħitan?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6958, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadha ma ġietx ikkalkulata l-istima fuq il-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex?", "Meta hemm ħsieb li tiġi kkalkulata l-istima għall-bini u tlestija ta' din l-Iskola ġdida Primarja?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma toħroġ it-tenders meħtieġa ħalli tkun tista' tikber il-firxa tan-network tas-Second Class Water ġewwa Għawdex sabiex jinqdew iżjed bdiewa?", "Jista' jgħid f'liema xahar u sena huma ppjanati li joħorġu t-tenders għal dan il-proġett?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Raħal il-Ġdid u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "In vista tal-istaġun partikolari fejn qed tagħmel iktar xita, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l-bus stop li hemm f'Triq Hompesch il-Fgura fil-parti tal-aħħar ta' Triq Cottoner tiġi mkabbra u estiża?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f'Ambaxxati Maltin?", "Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Santa Luċija u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7351, rigward struttura ta' coffee shop maġenb il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar liema struttura ma tirrispettax il-permess hekk kif ġie approvat, jista l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar rigward dan l-istess coffee shop li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward post ta' housing peress li ilha sitt snin li applikat għall-post?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tispjega x'miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta' Frar 2018 dwar il-geo-blocking, u jekk s'issa ġietx identifikata l-entità pubblika f'Malta li se tkun responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-regolament?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta parlamentari 7560, jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata lill-pulizija li jaħdmu fis-Servizz ta' Emerġenza 112 f'dawn l-aħħar sentejn, biex ikunu jistgħu jgħinu b'mod professjonali lill-familji vulnerabbli li jagħmlu użu minn dan is-servizz tant importanti?", "Fuqiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2978, li kienet dwar ingaġġ ta' Senior Principals, fejn mit-tweġiba għaliha jirriżulta li sal-15 ta Jannar 2018 kienu ġew ingaġġati 89 Senior Principals, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315 li mit-tweġiba għaliha jirriżulta, li sat-28 ta' Ottubru 2018 kienu ġew ingaġġati 80 Senior Principals, u peress li minn dawn it-tweġibiet jirriżulta li bejn Jannar u Ottubru tal-istess sena kien hemm differenza (tnaqqis) ta' 9, meta wieħed kien jistenna li ta' lanqas in-numru, jekk ma jiżdiedx, kellu jibqa' l-istess, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-figura t-tajba?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-rapporti li dehru f'dawn l-aħħar ġranet b'mod partikolari fil-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali u li nġabu għall-attenzjoni tal-Awtorità dwar duħħan bajdani fiż-żona ta' Ħal Far, jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fiż-żona ta' Ħal Far?", "Jekk saru jista' jgħid minn fejn kienet qiegħda toriġina?", "Jista' jgħid x'irriżulta li kienet din is-sħaba?", "Ittieħdu passi ulterjuri mill-Awtorità rigward is-sors ta' din id-daħna?", "MOZZJONIJIET", "MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-affarijiet li jirrigwardaw Żoni Ħielsa f'Malta bil-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u jiġġenera impjiegi f'Malta u sabiex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f'xi Żona Ħielsa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonjiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 62 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi -Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ - Tielet Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "12 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar l-Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap.9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabilità f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ (Kontinwazzjoni);", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\" (Kont.).", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "12 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181113_167a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 166, li saret fit-12 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Performance Audit: A Strategic Overview on the Department of Fisheries and Aquaculture's Inspectorate Function\", maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f'Novembru 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KAŻIJIET TA' TAXXA DOVUTA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 727, u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex) (f'isem il-Ministru għall-Finanzi): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4425.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Bil-permess tiegħek, Sur President, qed nassumi sew li l-Ministru għall-Finanzi jinsab imsiefer peress li hija t-tielet darba li mhuwiex preżenti għall-ħin tal-mistoqsijiet?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Il-Ministru se jasal ftit tal-minuti oħra.", "Nispera li jilħaq jasal; għadna kif konna meeting flimkien.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – SPIŻA FUQ FUEL TA' VETTURI MINISTERJALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 362 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura ministerjali tal-Ministru / Segretarju Parlamentari kkonċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?", "JUSTYNE CARUANA (f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-ispiża fuq fuel għall-vettura ministerjali tal-Ministru u s-Segretarju Parlamentari bejn l-2014 u l-2016 kienet kif ġej:", "Nefqa fuq fuel għall-karozza ministerjali tal-Onor.", "Marie Louise Coleiro Preca, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' April 2014, kienet ta' €551.16.", "Nefqa fuq fuel għall-karozza ministerjali tal-Onor.", "Michael Farrugia, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kienet ta' €7,183.34.", "Nefqa fuq fuel għall-karozza ministerjali tal-Onor.", "Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Marzu 2014, kienet ta' €578.", "Nefqa fuq fuel għall-karozza ministerjali tal-Onor.", "Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, kienet ta' €3,932.46.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – SPIŻA FUQ FUEL TA' VETTURI MINISTERJALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 360 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura ministerjali tal-Ministru / Segretarju Parlamentari kkonċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?", "JUSTYNE CARUANA (f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4653.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – KONSULENZI MINN PERSUNA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 214 u tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013?", "Jekk iva, meta?", "Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b'sena?", "JUSTYNE CARUANA: Ninsab informata li wara Marzu 2013 ma ngħata l-ebda xogħol legali jew ġew mitluba konsulenzi mill-Gozo Channel Company Ltd (u aktar tard mill-Gozo Channel (Operations) Ltd mill-avukata jew mid-ditta legali msemmija.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għall-aħħar Baġit fejn, fost l-oħrajn, kien hemm vot, li milli nista' nifhem huwa vot pjuttost ġdid, inkella bla preċedent, li huwa l-vot għall-industrija tal-films fil-vot għall-Ministeru għal Għawdex.", "Tista' l-Ministru tgħid kif anke Għawdex se jibda jidħol f'dan is-settur li huwa tant importanti għal Malta u naħseb li l-istess jista' jkun għal Għawdex?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Fil-fatt dan huwa vot ġdid, hija inizjattiva ġdida li permezz tagħha se nkunu qegħdin nagħtu spinta 'l quddiem lill-industrija tal-films f'Għawdex.", "Matul is-snin preċedenti kellna esperjenzi ta' produzzjonijiet ta' films f'Għawdex, fosthom il-film By the Sea, li kien suċċess enormi u qisu witta t-triq għal proġetti oħra fil-futur.", "Matul dawn l-aħħar xhur kellna taħdidiet kemm mal-Malta Film Commission, mal-Ministeru tat-Turiżmu, kif ukoll kellna diskussjonijiet ma' producers, fosthom producer partikolari f'Hollywood li kumbinazzjoni kien Għawdex għall-vaganza u kelli l-opportunità niltaqa' miegħu.", "Però, ħareġ biċ-ċar li hemm interess f'Għawdex bħala location.", "Jiena f'dan is-settur ma nifhimx, jiġifieri se nkun qed nirriproduċi dak li ġie mgħoddi lili.", "Imma qaluli li, peress li l-fiżjonomija ta' Għawdex hija pjuttost versatili u għandek ambjenti differenti, jista' jkun użat bħala background, bħala backdrop u, peress li pajjiżna ġieli jidher fil-films, jistgħu jkunu adattati ħafna.", "Urew ukoll ix-xewqa li jkun hemm għajnuniet.", "Hawn mhux qed nirreferi għal għajnuniet fiskali, għax għajnuniet fiskali, fuq livell ta' Gvern inġenerali, diġà hemm.", "Però, urew ix-xewqa li jkun hemm iktar riżors uman li jkun ippreparat biex ma jkollhomx il-ħtieġa li jġibu nies minn barra jew inkella nies minn Malta, għaliex inkella dan ikun ifisser spiża addizzjonali.", "Allura nibtet l-idea, is-suġġeriment li għamlu huma stess li jkun hemm fond li jħarreġ nies li jkunu inklinati lejn dan is-settur u forsi jkollhom background tas-settur.", "Minn ftit riċerka li għamilna rriżulta li hemm nies li jew kienu jaħdmu f'Hollywood jew kienu jaħdmu fi produzzjonijiet oħra u jkun jonqoshom dak it-taħriġ formali li jkun hemm bżonn.", "L-idea ta' dan il-fond hi biex ikun jista' jintuża mhux biss biex ngħinu l-produzzjonijiet, imma anke biex inħarrġu riżors uman f'din l-industrija, mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' props u sets, imma anke fejn jidħol l-audio u t-teknika relatata mal-films u d-doppiaggio.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, jien iċċekkjajt ftit dwar l-X-ray machine fil-Qorti ta' Għawdex, u mill-website tal-Parlament jirriżulta li anke l-Ministru Caruana kienet tagħmel mistoqsijiet parlamentari dwar dan.", "Saret iktar minn mistoqsija parlamentari waħda lill-Ministru Giovanna Debono fl-2012.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hi bħala Ministru għandhiex il-ħsieb tintroduċi dawn l-X-ray machines li jżidu s-sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex għaliex jiġu ċċekkjati l-basktijiet ta' kull min jidħol fil-Qorti?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn il-mistoqsijiet kienu nibtu minn inċident li kien seħħ waqt li kont il-Qorti jien fejn kien hemm aggressjoni ta' diversi persuni, u anke weġġgħu diversi persuni.", "Minn hemm nibtet id-diskussjoni dwar il-ħtieġa ta' sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex.", "Interpellant ma jafx, però sad-data tal-inċident la kien hemm sigurtà, la kien hemm X-ray machine, ma kien hemm assolutament ebda protezzjoni, meta wieħed iqis li fil-Qorti ta' Malta malli tidħol tiġi screened mis-security.", "Kien hemm differenza fis-sistemi.", "Kull ma kien hemm fil-Qorti ta' Għawdex kien il-marixxall li seta' jagħmel biss telefonata biex tasal l-għajnuna mill-Għassa tal-Pulizija.", "Kien għalhekk li jien stess kont bdejt diskussjoni u kienet ġiet istallata għall-ewwel darba X-ray machine li kienet fil-Qorti ta' Malta u li ma kenitx għadha tintuża.", "Però mbagħad anke daħlu l-uffiċjali tas-sigurtà, u minn hemm 'l hemm bdiet tiġi infurzata s-sigurtà.", "Illum il-ġurnata l-metodi ta' sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex huma ħafna iktar sodisfaċenti minn kif kienu qabel, però ovvjament wieħed irid ikompli jenfasizza fuq il-ħtieġa ta' sigurtà.", "Illum il-ġurnata wkoll hemm id-diskussjoni dwar il-Qorti l-ġdida.", "Fil-fatt kien hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-ġudikatura dwar il-ħtieġa li mhux biss ikun hemm apparat adegwat, imma li jkun hemm anke entraturi separati.", "Il-Qorti ta' Għawdex hija binja storika fiċ-Ċittadella u fiha kulħadd jidħol mill-istess bieb.", "Jiġifieri tieħu kemm tiegħu inizjattivi ta' sigurtà, xorta waħda mhux se jkollok il-livell ta' sigurtà li wieħed jixtieq.", "Għalhekk saru dawn id-diskussjonijiet biex fil-Qorti l-ġdida jkun hemm entraturi separati, u anke postijiet separati għall-parkeġġ tal-vetturi biex żgur ma jkun hemm l-ebda riskju u jkun hemm element ta' sigurtà għall-ħaddiema wkoll.", "Pereżempju, fir-Reġistru tal-Qorti ta' Għawdex, in-nies li jaħdmu fir-Reġistru u l-pubbliku, fejn jitħallsu l-multi, jinsabu prattikament fl-istess kamra.", "Jiġifieri hemm ħafna affarijiet x'wieħed jirranġa u fil-proġett il-ġdid dawn se jiġu indirizzati fl-isfond ta' dik id-diskussjoni li kienet saret.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: B'referenza għall-mistoqsija preċedenti tiegħi marbuta mal-Baġit rigward il-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll tal-persuni Għawdxin li jgħixu Għawdex, kien hemm żewġ miżuri interessanti dwar il-ħaddiema, fosthom il-miżura ta' żieda ta' €1.50 kuljum għall-ħaddiema tal-Gvern li jaħdmu f'Malta u anke l-Gozitan Workers' Subsidy Scheme.", "Tista' l-Ministru tagħti aktar informazzjoni dwar dan?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn huma żewġ inizjattivi importanti ħafna li tħabbru fil-Baġit.", "Huma wkoll frott ta' diskussjonijiet li kellna matul ix-xhur li għaddew mal-Gozo Employees Association, li flimkien imbagħad konna f'pożizzjoni li nifformulaw il-proposta, u ninsab sodisfatta immens li l-Ministru għall-Finanzi laqagħhom.", "Essenzjalment, l-ewwel waħda se tindirizza l-anomalija li kien hemm bejn il-ħaddiema tal-Gvern u l-ħaddiema tal-privat.", "S'issa, is-sistema hi li l-ħaddiema tal-Gvern, il-ħaddiema tas-settur pubbliku, jiġu refunded il-biljett tal-vapur billi japplikaw u jingħataw ir-refund.", "Din l-allowance ma kenitx applikabbli għall-ħaddiema tal-privat.", "Permezz ta' dan il-Baġit din l-anomalija se titneħħa, u din ir-refund issa se jeħodha kulħadd.", "Qegħdin nikkalkolaw li minn din il-miżura se jibbenefikaw madwar 3,000 persuna, u l-benefiċċju hu li issa l-ispiża li kien ikollhom ta' kuljum se tiġi mtaffija.", "This is just the beginning, però huwa mod ta' kif wieħed jirrikonoxxi li hemm sfida.", "Rigward il-miżura l-oħra ta' €1.50, din hija intiża wkoll biex intaffu l-ispejjeż tat-trasport.", "Jiġifieri wara li l-ispiża tal-biljett tal-vapur ġiet tackled, issa qegħdin immorru pass oltre, fejn lill-ħaddiema tal-Gvern li ħafna drabi jorganizzaw trasport kollettiv se nkunu qegħdin nagħtuhom ukoll €1.50 kuljum.", "Rigward il-ħaddiema tas-settur privat, se jkun hemm ukoll inizjattiva oħra; l-employer li jorganizza trasport kollettiv se jkun intitolat ukoll għal tax credit biex tagħmel tajjeb għal dik l-ispiża.", "Dawn huma modi differenti ta' kif nirreaġixxu għall-isfidi li jkollhom il-ħaddiema Għawdxin ta' kuljum, u huwa mod kif dan il-Gvern qed juri li hemm triq li rridu nimxu flimkien.", "Però ċertament li trid tibda minn xi mkien.", "Dawn huma żewġ miżuri, fl-opinjoni tiegħi, importanti għaliex sawwarniehom ukoll bi djalogu mal-ħaddiema li llum organizzaw ruħhom f'assoċjazzjoni.", "Dawn kellhom ukoll l-annual general meeting u jkollhom laqgħat regolari miegħi u mat-team tiegħi.", "Flimkien naraw mhux biss l-isfidi, imma anke s-soluzzjonijiet, u b'hekk sawwarna dan il-pakkett ta' miżuri.", "Nistqarr li l-pakkett ma kienx konsistenti f'dawn iż-żewġ miżuri biss, imma huma żewġ miżuri li nista' ngħid bdejna bihom u bdejna tajjeb ħafna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Dwar il-miżuri tat-trasport kollettiv għar-residenti f'Għawdex li jaħdmu Malta huma tajbin, però għandna wkoll xi ftit preokkupazzjoni għall-fatt li jista' jkun, bħalma jiġri spiss – nispera li ma jiġrix hekk din id-darba – li meta l-operaturi jkunu jafu li t-trasport kollettiv qed ikun sussidjat mill-Gvern, allura jgħollu l-miżata tagħhom.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk ħasbitx f'dan?", "Jekk iseħħ dan, x'beħsiebha tagħmel?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Dawn huma konsiderazzjonijiet li għamilniehom meta konna tkellimna mal-Ministru Bartolo, kif ukoll mal-Ministru Edward Scicluna, f'dan il-kuntest u f'kuntest ta' għajnuniet oħra li wieħed jista' jaħseb dwarhom.", "Ovvjament is-suq huwa dak li hu u min-naħa tagħna li nistgħu nagħmlu huwa li ngħinu kemm jista' jkun.", "Bdejna b'din, imbagħad, jekk ikun hemm xi żviluppi wieħed ikun jista' jitkellem dwarhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għal aħbar li ħarġet ftit tax-xhur ilu fejn kien intqal li qed jiġi ppjanat park and ride għal Għawdex, li se jkun primarjament fl-Imġarr.", "Tista' l-Ministru tagħti aktar spjegazzjoni dwar dan u meta mistenni jibda jopera dan il-park and ride li, filwaqt li Malta hawn diversi park and rides, jidhirli li f'Għawdex m'hemmx?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Dan huwa proġett li ssemma għall-ewwel darba fil-manifest elettorali, u huwa wkoll parti mill-pakkett immirat għall-ħaddiema Għawdxin li ta' kuljum jaqsmu l-Fliegu.", "Kif nafu, il-Port tal-Imġarr illum huwa żgħir, ta' kull filgħodu jkun hemm pressjoni mhux ħażin għaliex kulħadd irid jaqbad l-ewwel tliet vapuri tas-6.00 a.m., tas-6.45 a.m. u tas-7.30 a.m., u allura jkun hemm dik il-ġirja sfrenata ta' kull filgħodu biex jinstab parkeġġ.", "Ħafna drabi wkoll dak li jkun jipparkja ħażin sforz l-għaġġla u min jaf kemm-il darba jitlaqtu wkoll ċitazzjonijiet.", "Għalhekk nibet il-kunċett u l-idea għall-proġett ta' Park and Ride li permezz tiegħu dak li jkun ikun jista' jħalli l-vettura tiegħu f'post sigur, fi struttura apposta, imbagħad ikun jista' jaqbad vettura u tkun tista' twasslu liberament għall-vapur.", "Dan huwa mezz ta' kif tnaqqas il-pressjoni minn fuq il-Port tal-Imġarr.", "B'dan il-mod inkunu qegħdin inwettqu wkoll decarbonization strategy li għandna bħala pilastru ta' Eko Għawdex.", "Huwa proġett li diġà beda u nħarġu t-tenders: inħareġ tender għal electric buses, kif ukoll f'dawn l-aħħar ġranet ħareġ it-tender biex isir l-iskavar tas-sit u jinbena l-proġett.", "Huwa proġett li possibilment ukoll jista' jikkwalifika għal fondi Ewropej.", "Però, għadu kmieni wisq biex wieħed jikkonferma jew jikkommetti ruħu.", "Huwa proġett li mhux biss issemma fil-manifest elettorali, imma qiegħed fil-Baġit ta' din is-sena.", "Dan il-proġett huwa diġà avvjat, għax ħarġu dawn iż-żewġ tenders li qegħdin hemm, u allura wieħed jistenna li jiġi eżawrit il-proċess tat-tendering biex ikun jista' jibda x-xogħol.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Għandi żewġ mistoqsijiet: tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex xi data dwar meta se jitlesta l-proġett tal-park and ride?", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi timeline tal-GU Clinic f'Għawdex, ċjoè, klinika għall-mard li jiġi trażmess b'mod sesswali?", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsebijiet għal xi proġetti u meta se titlesta din il-GU Clinic f'Għawdex?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Dwar it-timelines tal-park and ride, it-tenders ħarġu; però jiddependi jekk il-proċess ikunx smooth jew le.", "Pereżempju, tal-buses ħareġ, il-bidders ma kenux compliant u allura jrid jerġa' joħroġ it-tender, u dak ifisser li se jkun hemm xi dewmien.", "Però, ovvjament, minn meta jiġi awarded it-tender sakemm jitlestew ix-xogħlijiet qegħdin nikkalkolaw li huwa proġett li jieħu madwar sena u nofs.", "Dwar is-servizzi tas-saħħa rrid ngħid li dawn ma jaqgħux taħt il-Ministeru għal Għawdex għax huma taħt il-Ministeru tas-Saħħa.", "Però, bħala ministeru, huwa fl-interess ta' Għawdex li dejjem ikun hemm kemm jista' jkun żieda fis-servizzi li jingħataw.", "Kien għalhekk li nbeda l-proġett tal-binja li kienet intiża bħal sala tal-wirjiet fi Pjazza San Franġisk, fejn, bi ftehim mal-Ministru tas-Saħħa – u rrid ngħid li sodisfatta immens li laqa' il-proposta tagħna – se jsir ċentru tas-saħħa ġdid.", "Hemmhekk se jkun hemm post spazjuż maqsum fuq żewġ sulari.", "Fih se jkunu jistgħu jsiru anke minor interventions u mhux ikun sempliċement ċentru tas-saħħa fejn wieħed jista' jipprova l-pressjoni jew iz-zokkor jew jieħu xi injezzjoni; se jingħataw servizzi aktar ħolistiċi.", "Se jkun hemm spazju biex noffru aktar servizzi.", "Dan nabbinah ukoll mal-proġett li sar tal-Berġa tax-Xewkija.", "Pereżempju, fil-Berġa tax-Xewkija nfetħu premises ġodda, li fihom il-Blood Donation Unit u hemm ukoll l-ispeech therapy u servizzi oħrajn, bħal dawk relatati man-nutrizzjoni.", "Huwa mod ta' kif il-bereġ fil-health centres tagħna kemm jista' jkun nintroduċu aktar servizzi.", "Dwar jekk hux se jkun hemm GU Clinic jew le fil-pakkett kollu, nissuġġerilek tagħmel mistoqsija lill-ministru kkonċernat jew, jekk tippermettili, nikkonferixxi miegħu u nkun nista' nagħtik l-informazzjoni anke privatament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fir-rigward ta' pjazez u spazji miftuħa, naf li kien hemm il-proġett tar-Rabat.", "Però, tista' tgħid jekk hemmx pjanijiet għal aktar pjazez u spazji miftuħin mhux biss fejn igawdu n-negozji u n-nies, imma anke fejn jistgħu jgawdu t-tfal flimkien mal-familji?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Dwar il-pjazez, bħalissa għandna tliet proġetti għaddejjin, fosthom Pjazza San Ġwann Battista fix-Xewkija, Pjazza San Franġisk u l-Pjazza ta' Sannat.", "Dwar il-Pjazza tax-Xewkija, ix-xogħlijiet mistennija jibdew għall-aħħar ta' dan ix-xahar għaliex qabel riedu jsiru x-xogħlijiet fi Triq il-Knisja minħabba l-water culverts, u dawk qegħdin isiru bħalissa.", "Dwar Pjazza San Franġisk, hemm it-tendering exercise għaddej u, malli jiġi eżawrit il-proċess, ikun jista' jibda x-xogħol, u dan ukoll qegħdin nabbinawh mal-proġett tar-retro fitting li qed isir fil-Ministeru biex, kemm jista' ikun, ikollna tliet biċċiet xogħol għaddejjin fl-istess ħin ħalli b'hekk innaqqsu l-inkonvenjent u nkunu qegħdin niffrankaw il-ħin.", "Dwar Pjazza Santa Margerita fis-Sannat, kumbinazzjoni lbieraħ stess kelli laqgħa mal-Kunsill Lokali ta' Sannat għaliex ħarġu t-tenders.", "Però, jidher li kien hemm xi diffikultà fil-bids, u allura se jkollu jerġa' joħroġ it-tender.", "Imma, malli jiġi eżawrit dan il-proċess tat-tendering, ikun jista' jibda l-proċess.", "Dwar spazji oħrajn miftuħin, bħalissa għaddej ukoll ix-xogħol fil-Ulysses Grove.", "Għal min ma jafx, il-Ulysses Grove huwa dak il-ġnien mitluq, fejn hemm il-football ground, u warajh imbagħad hemm iż-Żona Industrijali tax-Xewkija.", "Huwa post li kemm ili nafu dejjem kien mitluq.", "Permezz ta' dan il-proġett se tiġi riabilitata din iż-żona u se jkun hemm walking, cycling u jogging track.", "Apparti minn hekk, fl-estremità ta' fuq in-naħa tal-eks MDP, ġej ukoll picnic park u se jkun hemm spazji miftuħin biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-familji u t-tfal.", "Huwa proġett li wkoll ikkwalifika għal fondi Ewropej u se jkun lest għal nofs is-sena d-dieħla.", "Faċċata hemm il-Farm Sperimentali tax-Xewkija li għandna masterplan għalih, u parti minn dan il-post – għaliex hemm territorju estensiv mhux ħażin – se jkun ukoll miftuħ għall-pubbliku, fosthom il-butterfly enclosure.", "Se jkun hemm ukoll spazju fejn il-familji se jkunu jistgħu jmorru bil-pets magħhom; fil-fatt diġà inawgurajna l-playingfield tal-pets li tinkludi bandli, circles u attivitajiet oħra għall-pets.", "B'hekk dak li jkun ikun jista' jqatta' ftit quality time f'dan il-post.", "Dan huwa wkoll ambjent sigur, u allura m'hemmx ir-riskju li l-pet se jaqbad u jitlaqlek u forsi jweġġa' jew ittajru xi karozza.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "FREDERICK AZZOPARDI: Tista' l-Ministru tgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex jittaffa l-inkonvenjent dwar it-triq minn Għajnsielem għan-Nadur, li ilha bi problemi għal ħafna xhur u issa anke ċediet parti minnha?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Mhuwiex minnu li din ilha x-xhur; ilha s-snin u taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, b'żewġ Ministri Nazzjonalisti min-Nadur, qatt ma sar xejn fuqha.", "Issa waslet biex tikkrolla!", "Imnalla lħaqt bdejt ix-xogħol f'din it-triq għax kontu tgħidu li bdejt naħdem fuqha għax waqgħet.", "Sur President, din hija triq li ilha s-snin tikkrolla biċċa biċċa u ħadd qatt ma ndenja jieħu azzjoni dwarha.", "Malli dħalt fl-uffiċċju xtaqt nagħti priorità lil din it-triq għaliex fhimt li kien hemm il-periklu.", "Fil-fatt, sar is-survey minn qabel, ħarġu wkoll it-tenders u, meta ġejna biex nibdew ix-xogħlijiet u beda jsir il-coring, tant kienet gravi s-sitwazzjoni li kellna naħtru ġeoloġista biex jara t-terren.", "Il-gravità tas-sitwazzjoni hi li matul is-snin beda jsir patching u ppakkjar u, iktar ma bdiet tiġi ppakkjata t-triq biex mingħalihom superfiċjalment isolvu l-problema, iktar beda jiġi danneġġjat it-terren.", "Tant hu hekk li beda jsir caving minn taħt, u għalhekk issa f'dawn l-aħħar ġranet din it-triq ikkrollat.", "Però, nerġa' ngħid li kieku ma kienx hemm ix-xogħol preparatorju kieku m'aħniex f'pożizzjoni li nibdew ix-xogħlijiet.", "It-testijiet huma kważi lesti għax, kif għidt, ħtarna ġeoloġista biex jara t-terren.", "Però, jekk xi ħadd mingħalih li din hija triq li sempliċement se taqbad u tagħmlilha resurfacing jew tagħmel żewġ pylons biex iżommuha 'l fuq u tkun lesta, ineħħiha minn rasu għax dan huwa proġett maġġuri u wieħed irid joqgħod attent kif isir ix-xogħol.", "Minħabba t-terren kif inhu, jekk wieħed ma joqgħodx attent u jieħu l-prekawzjonijiet, hemm riskju li tiġi affettwata u jikkrollaw jew jiġu danneġġjati r-residenti fil-faxxa ta' fuq, li hija Triq il-Madonna ta' Lourdes u, allaħares qatt, jista' jkorri xi ħadd.", "Allura nappella għal ftit prudenza.", "Dan huwa xogħol meħtieġ u se jsir; però wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.", "Ma jfissirx li għax xahrejn ilu kien hemm il-kuntrattur fuq il-post u issa m'hemmx il-gafef iħaffru, mhux qed isir ix-xogħol.", "Qed isir xogħol ieħor importanti u allaħares ma jsirx għax inkella jfisser li nkunu qegħdin nagħmlu biċċa xogħol tal-ħabbagozz.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Naf li hawnhekk ta' spiss isiru mistoqsijiet vis-à-vis l-ambjent f'Malta.", "Imma b'mod partikolari f'Għawdex, qegħdin jittieħdu xi inizjattivi speċifiċi biex nissalvagwardaw l-ambjent u l-pajsaġġ Għawdxi, anke possibbilment b'mod differenti minn dak li qed isir f'Malta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana, fil-qosor, jekk jogħġbok, għax sar il-ħin.", "JUSTYNE CARUANA: Aħna għandna d-Direttorat Eko-Għawdex bl-istrateġija Eko-Għawdex li ġiet riveduta biex terġa' tieħu s-sura oriġinali tagħha għaliex, minkejja li meta nħoloq il-kunċett id-dipartiment kien tajjeb, matul is-snin tant iddeġenera li fl-okkażjoni tad-diskors tal-Baġit kont għedt li Eko-Għawdex kien qed jintuża biex jinxtara pjanu, pereżempju.", "Għidli x-xiri ta' pjanu x'għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-ambjent!", "Għalhekk erġajna rrevedejna l-istrateġija u lid-dipartiment tajnieh ir-rwol li verament jixraqlu.", "Biex nagħti eżempju żgħir, għadna kif ikkwalifikajna għas-somma ta' €8.3 miljun bħala fondi Ewropej biex nirriabilitaw ħdax-il wied, 30 kilometru ħitan tas-sejjiegħ, kif ukoll l-istrutturi u l-infrastruttura taż-żoni rurali biex ikun hemm mhux biss water management, imma anke retention tal-ħamrija u servizzi u strutturi oħra għall-bdiewa tagħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 381 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar l-Investiment fl-Artiġjanat.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 375 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendew l-Ordinamenti tal-2009 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts – M.A. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti;", "Avviż Legali Nru 376 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in Criminology – M.A. (Crim.) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Nru 377 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science – M.Sc. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa;", "Avviż Legali Nru 378 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti tal-2014 tal-Kors għall-Grad ta' Professional Doctorate għall-Grad ta' Doctorate in Pharmacy – Pharm.D. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;", "Avviż Legali Nru 379 tal2018 – Ir-Regolamenti tal-2018 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-2014 tal-Kors għall-Grad ta' Professional Doctorate; u", "Rapport u stqarrijiet finanzjarji għas-sena li għalqet fil31 ta' Diċembru 2017 tal-Foundation for Educational Services.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 382 tal2018 – Ordni tal-2018 dwar l-Użu Permess ta' Ċerti Xogħlijiet u Materjal Ieħor Protett bid-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet Relatati għall-Ġid tal-Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'Xi Mod Ieħor Għandhom Diffikultà Biex Jaqraw Materjal Stampat;", "Tagħrif dwar direct orders mogħtija mill-Aġenzija Identità Malta fl-2017 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7445;", "Kopja tal-pubblikazzjoni dwar Malta li dehret fil-\"Global Indian Series – Financial Express\" ta' Ottubru 2018, flimkien ma' kopja tal-ħlasijiet li saru mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7493;", "Tagħrif dwar konsulenti ingaġġati mill-Continental Shelf Department fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq xogħol relatat mat-tfittix taż-żejt minn wara April 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7612; u,", "f'isem il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar konsulenza li ngħatat mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4656;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 383 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jirrevokaw ir-Regolamenti dwar Qafas biex tiġi Permessa Deroga li Tiftaħ l-Istaġun Fil-Ħarifa Għall-Insib tal-Għasafar tal-Għana; u,", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 380 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Ġurisdizzjoni Approvata fir-Reġistrazzjoni ta' Inġenji tal-Ajru; u", "Tagħrif dwar il-proċedura sabiex il-Membri tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjoni u tad-diretturi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar jagħmlu d-dikjarazzjoni tal-assi skont l-Att dwar l-Ippjanar (Kap. 552), bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7439.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol ta' bini ta' ħitan għall-ilqugħ u tas-sejjieħ li sar mill-ħaddiema tat-Taqsima ta' Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7695.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 374 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jirrevokaw ir-Regolamenti dwar Trusts u Trustees (Trust għat-Turiżmu Ambjentali).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Insejjaħ lill-Ministru Chris Cardona biex, jekk jogħġbu, iressaq Mozzjoni Nru 190 kif tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ŻONI ĦIELSA F'MALTA", "CHRIS CARDONA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-Regolamentazzjoni u l-Amministrazzjoni għall-Affarijiet li jirrigwardaw Żoni Ħielsa f'Malta bil-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp Ekonomiku u Jiġġenera Impjiegi f'Malta, u biex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f'xi Żona Ħielsa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni\", ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq ninformak li hawn qbil, kif jista' jikkonferma l-kollega Whip tal-Oppożizzjoni, li ngħaddu mill-ewwel għat-tielet item fuq l-aġenda, imbagħad l-ewwel żewġ items, li huma l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta u t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, jittellgħu darb'oħra fuq l-aġenda.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nikkonferma li hawn dan il-ftehim.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn il-permess?", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363, biex jipprovdi sabiex persuni li għalqu s-sittax-il sena jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni ta' Assistent Kummissarju Elettorali waqt l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS: Sur President, nemmen li b'dak li qegħdin nagħmlu f'dan l-Abbozz se nkunu qegħdin nuru l-fiduċja li għandna fiż-żgħażagħ tagħna.", "Iż-żgħażagħ tagħna huma protagonisti fil-ħidma li aħna nkunu qegħdin nagħmlu, u għaldaqstant permezz ta' dan l-abbozz se nkunu qegħdin nagħtu funzjoni liż-żgħażagħ tagħna li għalqu s-16-il sena, u bħalma għandhom id-dritt li jkunu assistenti kummissarji fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru f'Mejju li ġej, se jkunu jistgħu jkunu wkoll assistenti kummissarji għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Naħseb li dan huwa pass ieħor li permezz tiegħu qegħdin nuru fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna li huma l-futur ta' pajjiżna.", "Jiena nemmen ukoll li bħalma jistgħu jkunu assistenti kummissarji għall-Parlament Ewropew, m'għandniex inċaħħduhom li jkunu wkoll assistenti kummissarji fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali meta jagħlqu 16-il sena.", "Sur President, eżattament tliet ġimgħat ilu nedejna White Paper dwar riforma fil-Kunsilli Lokali, riforma li se jiggwadanjaw minnha mhux Gvern u Oppożizzjoni biss, imma n-nies hemm barra.", "Aħna nemmnu li t-twaqqif tal-kunsilli lokali 25 sena ilu kien pass importanti.", "Dak iż-żmien jiena kont ikkontestajt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fil-lokal tiegħi f'Raħal Ġdid u kont ukoll l-ewwel sindku fil-lokal tiegħi.", "Erġajt ikkontestajt fl-elezzjoni ta' wara u erġajt ilħaqt sindku.", "Minn hemmhekk bdiet il-ħajja politika tiegħi.", "Jiena ma rridx inħares lejn il-qasmiet.", "Hawnhekk faċli niddiskuti l-kunsilli lokali u mmorru zopop mill-bidu billi nieħdu attitudni ta' konfrontazzjoni.", "Ma naħsibx li din għandha tkun diskussjoni li taqsam, imma għandha tkun diskussjoni biex it-tajjeb ta' din ir-riforma nkomplu nħeġġuh, u biex, jekk ikun hemm proposti tajbin li ma daħlux f'din ir-riforma, allura ndaħħluhom.", "Fejn jidħlu kunsilli lokali nistgħu naħdmu flimkien.", "Nemmen li rridu naraw it-tajjeb ta' kull wieħed u waħda minna, u naraw kif se nħalltu l-ideat tagħna biex dak li huwa tajjeb fil-kunsilli lokali naraw li nkomplu naħdmu fuqu.", "Għandna naraw għalxiex ma rnexxewx ċerti affarijiet, imma ma nistgħux nintrabtu biss ma' dak li seħħ 25 sena ilu.", "Jiena nieħu pjaċir li, flimkien mal-Ispeaker, ma' sħabi tal-kumitat li ħdimna fuq ir-riforma, maż-żewġ Whips u max-shadow minister fuq il-kunsilli lokali nistgħu naħdmu biex naslu għal dak li rridu.", "Naħseb li hawn qegħdin nipprovaw nerġgħu noħolqu qawmien mill-ġdid tal-kunsilli lokali.", "Hawn irrid ngħid li l-ġimgħa l-oħra ltqajna mal-President tar-Repubblika, qegħdin niltaqgħu wkoll maż-żgħażagħ taż-żewġ partiti politiċi u tal-Knisja, se nkunu qegħdin niltaqgħu wkoll mal-Isqof u mal-Avukat Ġenerali biex naraw eżattament fejn irridu mmorru b'din ir-riforma.", "Fejn qegħdin nafu; fejn irridu mmorru nafu wkoll; imma huwa tajjeb li wieħed jara l-veduti ta' kulħadd.", "Minn eżerċizzju li għamilna u għadna qegħdin nagħmlu, irriżulta li ħafna kunsilli lokali ħadmu u ġabu riżultati pożittivi.", "Illum kont mistieden mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop biex nattendi inawgurazzjoni ta' gym.", "Xtaqt kieku qiegħed hemmhekk, imma ma stajtx minħabba li qegħdin niddiskutu dan l-Abbozz.", "Ftit tal-ġranet ilu mort ukoll Ħal Safi fejn ġie miftuħ playing field li jagħmel unur lin-nies ta' din il-lokalità permezz ta' fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Ftit tal-ġranet ilu kont qiegħed in-Naxxar biex, flimkien mas-Sindku u l-Kunsilliera, nagħtu bidu għal trasport mill-Kunsill Lokali għall-anzjani tagħna.", "Għandi numru ta' laqgħat ma' sindki li qegħdin jiftħu lokalitajiet, jagħmlu attivitajiet u jwettqu proġetti, u huwa tajjeb li f'din ir-riforma lill-kunsilli qed nagħmluhom gvern lokali.", "Naħseb li hemm irridu naslu.", "F'din ir-riforma qegħdin nimbuttaw lir-reġjuni tagħna li ġew imwaqqfa fl-2011 imma ma kellhomx responsabbiltajiet.", "Aħna ħadna ħsieb naraw li jingħataw ir-responsabbiltajiet lir-reġjuni: imma mhux biss.", "F'laqgħat li kelli mal-Ministru għall-Finanzi pprovajna niftehmu dwar dan, kif ir-reġjuni tagħna issa jrid ikollhom il-budget tagħhom, u fil-fatt f'dan il-Baġit tajnihom €3.1 miljun.", "Forsi dawn mhumiex biżżejjed, imma għallinqas minn zero illum għandhom €3.1 miljun.", "Issa rridu naraw li ma jkollniex sitwazzjoni fejn il-kunsilli jaħdmu għalihom u r-reġjuni jaħdmu għalihom.", "Irridu naraw li r-reġjuni tagħna jaħdmu flimkien mal-kunsilli lokali, jaħdmu b'mod reġjonali fejn ukoll naraw kif nistgħu nbiddlu l-lokalitajiet tagħna għall-aħjar.", "Irridu naraw ukoll kif insaħħu r-responsabbiltajiet li għandhom il-kunsilli lokali.", "Il-Gvern jagħti madwar €50 miljun lill-kunsilli lokali biex ikunu jistgħu jżommu t-toroq nodfa, biex jinġabar l-iskart minn quddiem il-bibien tan-nies, u biex it-tabelli u s-sinjali tat-toroq jinżammu b'ordni.", "Kien hemm kunsilli lokali fejn kellna riżultati tajbin u kien hemm lokalitajiet li ma kellhomx riżultati tajbin.", "Hemm ħafna raġunijiet; jiġifieri, ma nistax inwaħħal f'xi ħaġa u ngħid li hemm kunsilli li ma ħadmux għax is-sindku ma ħadimx, is-segretarja eżekuttiva ma kenitx tajba, in-nies ma kkoperawx jew il-fondi ma kenux biżżejjed.", "Irridu naraw kif dawn jinbidlu billi nuruhom li l-gvern ċentrali jemmen fihom u għax, jekk jinbidlu n-nies hemm barra, jaraw iktar indafa fit-toroq, jaraw iktar serjetà fil-knis tat-toroq, u jaraw iktar tabelli u sinjali tat-toroq miżmuma tajbin.", "Sur President, riforma fuq il-karti mhi riforma xejn.", "Il-pass li jmiss fejn jidħlu kunsilli lokali … Jien nitkellem b'mod regolari mas-sindki u mal-kunsilliera kollha tagħna u mhux ma' dawk fejn hemm maġġoranza Laburista biss, u nista' ngħid b'mod liberu li meta nitkellem magħhom verament nemmen li qegħdin hemmhekk għax għandhom għal qalbhom il-lokal.", "Nagħmel mezz li mmur anke meta jitolbuni biex immur minħabba problemi.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi meta kelli ċ-ċans niltaqa' mas-sindku Nazzjonalista ta' Ħal-Lija li ħadt pjaċir nitkellem magħha.", "Dakinhar inżilna fit-toroq u rajna l-problemi tan-nies.", "Hemmhekk irridu naslu biex nibdlu l-lokalitajiet tagħna.", "Fid-diskussjonijiet li qegħdin nagħmlu anke meta niltaqa' mad-DGs u d-diretturi li għandhom x'jaqsmu mal-kunsilli lokali, qegħdin nenfasizzaw l-importanza li nibdew nagħfsu biex il-kunsilli lokali tagħna jkollhom il-contract managers fil-kunsilli lokali biex jibdew iduru fil-lokalitajiet tagħna, jgħaddu r-rapporti lis-sindku, lis-segretarja, lill-kunsilliera u naraw fejn mhux qiegħed jiġi mnaddaf u organizzat.", "Tinduna li kunsill lokali jkun qed iġib ir-riżultati meta tmur fil-lokalità u tara l-playing fields attrezzati, tara l-familji jmorru fil-playing fields għax iħossu li għandhom post sigur.", "Pereżempju, qed nitkellem ħafna mas-sindki u mal-kunsilliera għax ma nistax naċċetta iktar li fix-xitwa l-ġonna tagħna dejjem iħaddru, imma fis-sajf ikollok nixfa kullimkien, b'mod li ma jagħtikx pjaċir li tieħu t-tfal f'dawn il-playing fields.", "Irridu naraw kif se ndaħħlu sistema ta' irrigation fil-lokalitajiet tagħna u, fil-fatt, qed naħsbu biex noħorġu skema biex il-Gvern jagħti €1.8 miljun lill-kunsilli lokali għal dan il-għan.", "Naħseb li wasal ukoll il-mument li nħarsu lejn dan it-tip ta' skemi li ngħinu lill-kunsilli lokali biex nibdew anke fis-sajf ikollok sistema ta' tisqija fil-playing fields tagħna.", "M'iniex se nsemmi lokalitajiet għax fin-negattiv ma nħobbx insemmi, imma għadni kif mort fi playing field abbandunat, li għandha l-ħadid biss u l-bandli ma jeżistux, u dan meta l-Gvern ta l-fondi biex l-affarijiet jiġu rranġati.", "Jien lid-dipartiment ta' kull ġimgħa nistaqsih dwar x'daħlu ilmenti.", "Jissemmew ilmenti bħall-problema li kennies qatt ma jersaq u li l-playing fields qatt ma raw lagħqa żebgħa.", "Sur President, qegħdin ngħidu li f'kull reġjun għandu jkun hemm EU Officer li jgħin lill-kunsilli lokali tagħna biex ikunu jistgħu jġibu aktar fondi.", "Dawn l-uffiċjali jkunu jaqgħu taħt ir-reġjuni.", "Dawn il-ħaddiema diġà ġew allokati.", "U għalhekk fil-bidu tas-sena d-dieħla se nkunu qegħdin nagħmlu seminar flimkien mas-sindki akkumpanjati mis-segretarju eżekuttiv, u se nlaqqgħuhom mal-entitajiet li jkunu jistgħu jitkellmu magħhom dwar numru ta' problemi.", "Ilment fil-kunsilli lokali jkun meta titħaffer xi trinka minn xi entità mingħajr ma ħadd javżahom, imma mbagħad ikunu huma li jridu jħabbtu wiċċhom mar-residenti.", "Huwa għalhekk li fir-riforma qegħdin ngħidu li lill-kunsilli lokali rridu nagħmluhom gvern lokali.", "Is-sindku jrid ikun il-figurehead b'mod li n-nies hemm barra jħossu li għandhom mexxej fil-lokal tagħhom.", "Irridu wkoll ikollna r-rispett lejn is-sindku u l-kunsilliera tagħna.", "Minbarra din ir-riforma, aħna dorna wkoll il-liġi kollha u għamilna tibdil f'madwar 80 istanza.", "Qlajna mill-qiegħ u bdilna mill-qiegħ.", "Ridna nagħmlu bidla radikali.", "Issa l-Gvern lill-kunsilli lokali qed iżidilhom il-fondi; din is-sena tajniehom żieda ta' €2 miljun.", "Tgħidli: Biżżejjed?", "Kieku xtaqt tajthom ferm aktar, imma fejn is-sena ta' qabel tajniehom €1.5 miljun, din is-sena tajniehom €2 miljun.", "Lir-reġjuni tajniehom €3.1 miljun.", "Żidna wkoll l-allokazzjonijiet lid-Dipartiment, għaliex qegħdin inwasslu dan il-messaġġ li rridu nagħmlu bidla fil-kunsilli lokali.", "Però l-bidla ma tistax issir biss mill-Gvern u l-Oppożizzjoni flimkien; irid ikun hemm ukoll bidla fil-mentalità tan-nies.", "In-nies ma jistgħux ikunu biss kritiċi għall-kunsilli lokali, imma jridu jkunu qegħdin hemmhekk biex jipparteċipaw mal-kunsilli lokali.", "F'din ir-riforma rridu nagħfsu wkoll fuq l-aspett soċjali fil-kunsilli lokali li huwa importanti ħafna.", "Kif diġà għidt, aħna bdejna niltaqgħu mal-President tar-Repubblika u mal-Ispeaker, u se nkunu qegħdin niltaqgħu wkoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni u max-Shadow Minister fuq il-kunsilli lokali.", "Filwaqt li diġà daħħalna numru ta' proposti li ressqet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għax ħassejna li kienu proposti validi, jekk issa jħossu li għandna ndaħħlu aktar, dawn il-bidliet nistgħu niddiskutuhom flimkien meta nkunu qegħdin niltaqgħu mal-Kap tal-Oppożizzjoni u max-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni.", "Fil-pożizzjoni tiegħi bħala Segretarju Parlamentari rrid noqgħod ferm attent li din ir-riforma ma jkunx hemm qasma dwarha bejn Gvern u Oppożizzjoni, imma trid issir b'mod li nkunu lkoll kuntenti biha u li minnha jgawdu n-nies.", "Qed nara lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Ivan Bartolo li ħdimna flimkien fil-qasam soċjali.", "Jiena nammirah għall-impenn u l-imħabba li għandu lejn il-qasam soċjali.", "Dak li jagħmel ma jagħmlux għaliex irid jiggwadanja l-voti minnu, imma għaliex twieled fih.", "Aħna ħdimna flimkien fl-istess partit meta kien jissapportja lill-Partit Laburista.", "Konna nħaddnu l-istess partit politiku, il-Partit Laburista, u jiena llum nibqa' ngħid li Ivan għadu dik il-persuna li temmen fil-qasam soċjali.", "Jien u l-Onor.", "Ivan Bartolo naqsmu ideat flimkien, u npoġġu madwar mejda waħda biex nitkellmu dwar kif nistgħu nkomplu ngħinu lin-nies.", "Dak li rridu nipprovaw nagħmlu fejn jidħol il-qasam soċjali.", "Xi rrid nara mill-kunsilli lokali?", "Meta ċ-ċittadin imur iħabbat il-bieb tal-kunsill lokali, ma rridx nisma' iktar il-kliem: Dik ma taqax taħtna; ma taqax taħt ir-responsabilità tagħna.", "Din veru tweġġagħni.", "Jien wasalt f'dan il-Parlament għax ilbist il-kappell ta' kulħadd.", "Kull min ġie għandi ma ngħidlux, \"Din mhijiex ir-responsabilità tiegħi,\" imma nara x'nagħmel biex lil dak li jkun inwasslu fejn ikun jixtieq.", "Hemm irridu naslu.", "Irridu nibdew naraw ukoll affarijiet ta' staff flimkien mal-Kap taċ-Ċivil, is-Sur Mario Cutajar – u minn hawn ngħidlu grazzi tal-għajnuna li qiegħed jagħtina fil-bidla li qed nagħmlu fil-kunsilli lokali – biex, jekk hemm bżonn, indaħħlu iktar impjegati fil-kunsilli lokali, aktar milli hemm mniżżel li jistgħu jdaħħlu, u dan jagħmluh fuq responsabilità tagħhom.", "Pereżempju, fil-lokalità ta' Tas-Sliema tant għaddej bini u tant hemm cranes li jridu jagħlqu t-toroq li l-istaff tagħhom jużawh kollu minħabba permessi.", "Jekk dawn iħossu li għandhom iżidu aktar, il-liġi m'għandhiex timponi li ma jistgħux jagħmlu dan.", "Aħna verament irridu nagħmluhom iktar liberi fil-mod kif jaħdmu.", "Illum f'din il-Kamra ż-żewġ naħat nemmnu fil-kunsilli lokali, nemmnu fir-reġjuni tagħna u qegħdin inħarsu 'l quddiem kif se nibdlu l-lokalitajiet tagħna, u jien għalhekk ngħid li rridu naħdmu u semmejnihom fil-proposti tagħna f'dak li għandu x'jaqsam l-aspett soċjali, għaliex l-ikbar problema li hemm mhux biss fil-kunsilli lokali imma li narawha aħna lkoll il-politiċi li nduru d-djar tan-nies hi li ħafna min-nies hemm barra, filwaqt li jgergru – u jkollhom raġun li jgergru għaliex huwa dritt li tgerger u tgħid li hemmhekk ma nqdejtx – imma ħafna mis-servizzi li jagħti l-gvern ħafna min-nies ma jafux bihom dawn.", "Jiena rrid nara aspett ġdid fil-kunsilli lokali, li meta anzjana marret tħabbat il-bieb tal-kunsill lokali, lis-sindku ssibu hemmhekk.", "Hawnhekk tidħol id-diskussjoni jekk għandux is-sindku jkun full-time fuq għażla tiegħu jew iridx ikun full-time dejjem.", "Kien faċli għalija li fil-proposti ngħid x'inhuma l-ħsibijiet tiegħi, imma xtaqt li nara n-nies hemm barra x'jaħsbu dwar x'għandu jkun ir-rwol tas-sindku.", "Persuna b'diżabilità, anzjana jew single parent bir-relief li ħabbtet il-bieb tal-kunsill lokali għandu jkun l-ewwel pass li tiġi megħjuna, u t-tieni pass ikun biex inti toħroġ mill-isfidi li jkollok fil-ħajja tiegħek.", "Aħna nemmnu wkoll li ta' 16-il sena mhux biss tista' tkun assistent kummissarju għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, imma tista' tkun ukoll kandidat għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Jidhirli li l-Oppożizzjoni qed taqbel.", "Ilbieraħ tkellimt dwar dan mal-Forum Żgħażagħ Laburisti, u se jkolli ċans nitkellem ukoll mal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista u maż-żgħażagħ fi ħdan il-Knisja.", "Jekk tajniehom il-jedd li jivvotaw ta' 16-il sena, għandhom jippartiċipaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "Imbagħad, hemm mistoqsija li nemmen li se tkun kontroversjali – dwar jekk tipparteċipa ta' 16-il sena u ġġib l-akbar ammont ta' voti għandekx tkun is-sindku tal-lokal.", "Għandna nħalluha b'mod liberu jekk ta' 16-il sena tistax tkun sindku?", "Kultant naħsbu li aħna l-politiċi li nkunu f'dan il-Parlament nifhmu ħafna, imma meta tiltaqa' man-nies hemm barra tinduna kemm hawn żgħażagħ li jistgħu jgħallmuk.", "Ilbieraħ tkellimt mal-Forum Żgħażagħ Laburisti li ukoll għandhom l-ideat tagħhom dwar dan.", "Hemm irridu naslu fil-kunsilli lokali.", "Jekk wara 25 sena n-nies bdew jitilfu l-fiduċja fil-kunsilli lokali, irridu naħdmu bies jerġa' jirnexxilna nagħmlu dan il-qawmien mill-ġdid fil-kunsilli lokali.", "Dan nistgħu nagħmluh, u jiena se nkun qiegħed nisma' b'attenzjoni lill-kelliema li se jkun hawn illum.", "Irridu naraw jekk dan l-abbozz hux se nippolitiċizzawh u allura nwasslu messaġġ negattiv hemm barra dwar il-kunsilli lokali, jew inkella hux se nwasslu l-messaġġ li se naħdmu flimkien; fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra hawn niex li huma validi u flimkien nistgħu nibdlu dan il-pajjiż tagħna.", "Sur President, aħna rnexxielna nagħmlu pass 'il quddiem u b'din ir-riforma rridu nerġgħu nagħmlu pass 'il quddiem fil-gvern lokali, pass 'il quddiem fil-kunsilli lokali tagħna u pass 'il quddiem fir-reġjuni tagħna.", "Dan nistgħu nagħmluh jekk verament nemmnu dak li nkunu qegħdin ngħidu u jekk nemmnu fin-nies hemm barra.", "In-nies hemm barra jridu li jkollhom kunsilli lokali li jaħdmu, kunsilli lokali li jibdlu l-lokalitajiet tagħna.", "Jiena nieħu pjaċir bil-proġetti li jagħmlu l-kunsilli lokali u nieħu pjaċir li fl-aħħar sena u nofs irnexxielna nġibu b'surplus lill-kunsilli lokali li kienu b'deficit.", "Il-kunsilli lokali għandhom l-baġit tagħhom; mis-sena d-dieħla, ir-reġjuni tagħna se jkollhom il-baġit tagħhom, filwaqt li l-LESA wkoll se jkollha l-baġit tagħha bin-nies tagħha.", "Naħseb li kulħadd se jkun qiegħed jaħdem flimkien biex verament naslu għal dak li rridu, jiġifieri li jkollna kunsilli lokali li jħossu l-polz taċ-ċittadin u li jifhmuh.", "Ilbieraħ ħadt pjaċir nara numru ta' anzjani żgħażagħ – għax illum fil-qasam tal-anzjani għandek l-anzjani żgħażagħ, tal-mezza età u mbagħad l-anzjani li huma anzjani – jipparteċipaw f'attività tal-Kunsill Lokali tal-Gżira.", "Huwa importanti ħafna li l-kunsilli lokali ma jkunux qegħdin hemmhekk għall-bankini, għat-toroq, għal-knis u għall-ġbir tal-iskart biss.", "Dak huwa kollu tajjeb u huma funzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom.", "Imma aħna rridu li jkun hemm ukoll attivitajiet li mhux biss jorganizzaw il-kunsilli lokali, imma bejn il-kunsilli lokali u l-Knisja – li f'pajjiżna għandha rwol importanti – u anke mal-għaqdiet volontarji.", "Irridu li dawn jaħdmu lkoll flimkien biex il-lokalitajiet tagħna jkunu verament ħajja.", "Ngħid ukoll b'sodisfazzjon li f'dan il-baġit tajna żieda ta' €1 miljun biex ngħinu lill-kunsilli lokali tagħna f'dik li hi separazzjoni tal-iskart.", "Dwar dan kien hawn il-kontroversji.", "Jekk tistaqsini jekk iniex kuntent bil-mod kif qed issir is-separazzjoni tal-iskart ngħidlek li hemm ħafna x'tirranġa.", "Hemm ħafna x'tirranġa, però ngħid li mxejna 'l quddiem.", "Kont naħseb li se jkollna iktar problemi, però rajt li n-nies qed jipparteċipaw ħafna fis-separazzjoni tal-iskart.", "Jiena lill-Ministru tal-Finanzi għidtlu li ladarba issa bdejna s-separazzjoni tal-iskart, ma nistgħux inħallu iktar bins fil-lokalitajiet tagħna li ma jkuknux jisseparaw l-iskart.", "B'dawn il-€1 miljun se nkunu qegħdin ngħinu lill-kunsilli lokali f'dan ir-rigward.", "Qed nippjanaw li kull sena, għal tliet snin, jingħataw €1 miljun biex il-kunsilli lokali jibdew jibdlu l-bins fil-lokalitajiet tagħhom b'mod li jkunu jisseparaw l-iskart ukoll u b'hekk nibqgħu nwasslu l-messaġġ.", "Mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali qaluli li l-ammont ta' bins li hemm illum huwa l-istess bħal ta' 25 sena ilu, u dan meta llum l-ekonomija kibret u l-popolazzjoni kibret.", "Dan ma jistax ikun u allura ridna li jsir upgrade anke fin-numru biex inkunu nistgħu ngħinu lill-kunsilli lokali.", "Jien naħseb li l-futur tal-kunsilli lokali huwa sabiħ.", "Naħseb li l-futur tal-poplu hemm barra fil-lokalitajiet tagħna se jkun aħjar, imma nistgħu naraw li jiġri dan jekk bħala Gvern u Oppożizzjoni naħdmu flimkien biex nagħmlu l-bidla meħtieġa għall-kunsilli lokali.", "Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Grazzi.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Nibda billi mill-ewwel nagħmilha ċara – u dan diġà kellna ċ-ċans nagħmluh dalgħodu fil-preżenza tal-Ispeaker waqt laqgħa li kellna flimkien fil-bini tal-Parlament – u nikkonferma li l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dan l-abbozz.", "Se nivvotaw favur għaliex aħna nemmnu fil-parteċipazzjoni, nemmnu fl-inklużjoni, nemmnu li ż-żgħażagħ m'għandhomx ikunu biss spettaturi imma għandhom ikunu huma l-atturi fid-deċiżjonijiet li nkunu qegħdin nieħdu.", "Ħafna mid-deċiżjonijiet li tieħu din il-Kamra, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, se nkunu qed naraw il-frott tiegħu mhux illum, lanqas għada, imma fl-għexieren ta' snin li ġejjin.", "Allura, biex nagħmilha ċara, nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni għal darba oħra se nkunu qed nivvotaw favur din il-liġi.", "Hawn irrid ngħid li aħna vvotajna favur aktar minn 94% tal-liġijiet li dan il-Parlament ressaq matul l-aħħar snin.", "Dan qed ngħidu biex nuri kemm mhux veru li din in-naħa tal-Kamra hija oppożizzjoni negattiva.", "Sur President, ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Parnis jgħid li l-kritika tagħna għall-avviż legali dwar l-iskart kienet saret b'intenzjoni tajba għax għandna għal qalbna l-kunsilli lokali.", "Minkejja l-kliem li seta' nqtal minn xi uħud min-naħa tal-Gvern, illum kellna ċertifikat mis-Segretarju Parlamentari – li nerġa' nsellimlu għad-diskors pożittiv, u iktar tard se nkun qed nispjega x'qed nifhem b'pożittiv – proprju dwar l-avviż legali dwar il-ġbir tal-iskart.", "F'dak li għandu x'jaqsam mar-riforma jien se nitkellem ukoll dwar il-White Paper li l-Gvern ippreżenta u li jien flejtha għal darba, tnejn, tlieta.", "Nirrikonoxxi li hawn affarijiet pożittivi, però hawn affarijiet li huma 'l bogħod minn dak li tlabna aħna bħala Oppożizzjoni.", "Id-dokument li ppreżentajna aħna forsi ma kienx dokument bil-kulur u bir-ritratti, però kien dokument li kien fih 80 proposta.", "Kien dokument li ressaqna proprju f'4 ta' April 2018, wara konsultazzjoni wiesgħa.", "Dan għamilnih għax aħna Oppożizzjoni pozittiva, Oppożizzjoni li trid tikkontribwixxi.", "Minkejja li qegħdin fl-Oppozizzjoni aħna ressaqna b'responsabbiltà dokument.", "Nieħu gost li l-Onor.", "Parnis qed jgħid dan minkejja li fil-White Paper li ppreżenta l-Gvern hemm biss sitt proposti minn dawn it-80 proposta tagħna.", "Barra dawn, jidher li l-Gvern se jkun qed jikkonsidra proposti oħrajn.", "Mal-ħin li ġej aħna se nkunu qegħdin nitkellmu f'isem l-Oppożizzjoni u, bħala l-kelliemi responsabbli mill-Gvern lokali, għalkemm bl-Ingliż inħobbu nużaw l-espressjoni 'what's in a name?', irrid inserraħ ras kulħadd li jekk se jkun hemm bidla b'rabta mal-isem fil-Kostituzzjoni, din in-naħa se tkun qed tivvota kontra.", "Aħna wellidna lill-kunsilli lokali, tajna l-poteri lin-nies u minn fuq il-poter niżżilnieh 'l isfel.", "Aħna emminna fir-reġjuni għax waqqafna r-reġjuni, jiġifieri, altru li aħna naqblu mar-reġjuni.", "Irrid ngħid li f'dak li għandu x'jaqsam mar-reġjuni aħna kellna kwantità ta' proposti: uħud minnhom – ftit ferm – il-Gvern ħadhom on board fid-dokument tal-White Paper, u allura hawn se nkun qed insemmi x'ma ħax on board il-Gvern.", "Parnis għandu għal qalbu l-kunsilli lokali.", "Nemmen li l-Onor.", "Parnis irid jara l-ġid f'dan is-settur.", "Però, li nemmnu biss jien mhuwiex biżżejjed.", "Jien inħeġġeġ lill-Onor.", "Parnis biex jagħmel il-pressjoni kollha meħtieġa biex jidħlu wkoll il-proposti li aħna ressaqna f'dan id-dokument li jien se nkun qiegħed nagħmel referenza għalih.", "Aħna tkellimna għal tliet xhur sħaħ, iltqajna ma' nies li fil-passat ħadmu fil-kunsilli lokali u ma' nies li qegħdin jaħdmu llum fil-kunsilli lokali.", "Tkellimna ma' membri attivi u dawk mhux attivi f'diversi oqsma fil-qasam soċjali u fil-Korp tal-Pulizija, u tkellimna mal-NGOs biex dan id-dokument li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista f'April verament jirrifletti l-interess tan-nies hemm barra.", "Meta din in-naħa tal-Kamra ngħidu \"soċjetà li jimpurtaha\", ma nkunux qegħdin nitkellmu fl-arja.", "Dan ngħidu għax jekk qed nagħmlu proposti tajbin, għaliex il-Gvern ma jippruvax idaħħalhom fir-riforma li qegħdin nitkellmu dwarha?", "M'għandux għalfejn iħossu umiljat, għax wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex verament – kif qal l-Onor.", "Parnis – naraw li ma jkunx hemm qasma fuq dan is-suġġett.", "Allaħares ninqasmu fuq suġġett li qegħdin naqblu fit-tonalità.", "Imma issa importanti li mhux biss naqblu fit-tonalità u fid-diskors, imma wkoll fl-azzjonijiet.", "Jiena nista' nikkonferma wkoll li fil-ġranet li ġejjin qabel dħalt f'din il-Kamra għadni kif bgħatt korrispondenza lis-segretarjat tal-Onor.", "Parnis fejn ikkonfermajna li, iva, il-Partit Nazzjonalista għal darba oħra, għar-raba' darba se nkunu qed niltaqgħu mal-Gvern biex nerġgħu ntennu dak li aħna nemmnu li għandu jsir fil-kunsilli lokali.", "Il-Gvern m'għandux għalfejn jgħidilna li aħna negattivi meta nitkellmu biex nagħtu aktar poteri lill-kunsilli lokali.", "Il-Gvern m'għandux għalfejn jgħidilna li aħna ma nixtiqux il-ġid meta qed ngħidu li ma kienx hemm bżonn li titwaqqaf Infrastructure Malta biex tieħu r-responsabilità tat-toroq tal-kunsilli lokali.", "L-Onor Parnis semma s-sinjali tat-toroq.", "Infakkru li Infrastructure Malta se tkun qed tieħu ukoll anke dawn il-poteri.", "Hawnhekk nieħu gost inħares madwari f'din il-Kamra u nara li fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra hawn numru ta' nies li l-ewwel passi tagħhom fil-politika kienu fil-kunsilli lokali.", "Ħafna minna tlaqna mill-kunsilli lokali, tlaqna mil-livell lokali, biex imbagħad eventwalment il-poplu fdalna dan is-siġġu.", "Irrid ngħid ukoll li 25 sena ilu aħna konna waħedna f'din il-Kamra meta ta' qabilna ħolmu li f'Malta għandu jkollna l-gvern lokali.", "Dakinhar konna waħedna.", "Illum, għall-grazzja t'Alla, qegħdin flimkien.", "Minkejja d-diffikultajiet, wara 25 sena aħna konna kapaċi li dak li kien esperiment illum nikkonvertuh f'esperjenza f'dan il-pajjiż, anke jekk m'aħniex perfetti.", "Jiena nistaqsi lin-nies hemm barra jekk il-kunsilli lokali kenux suċċess.", "Naqblu li fadlilna fejn intejbu.", "Imma, irridu naraw minn fejn tlaqna waħedna 25 sena ilu, waqt li llum qegħdin flimkien naqblu mal-konċett tal-kunsill lokali.", "Għallinqas bil-kliem il-Partit Laburista qed jaqbel.", "Jekk verament dan hu l-każ, allura għaliex mhuwiex jikkonsidra dak li qed nipproponu aħna?", "Dawn huma proposti fattibbli.", "Aħna tkellimna ma' nies li ħadmu u li qed jaħdmu fil-kunsilli lokali, u huma qalulna li dawn huma proposti li jistgħu jseħħu, u allura nappella lill-Gvern biex mill-kliem issa ngħaddu għall-fatti.", "Jiena ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Parnis jgħid għall-ewwel darba li se jkun qed jerġa' jikkonsidra numru ta' proposti li aħna ressaqna.", "Però, sal-lum l-Gvern għadu ma tax widen tagħhom, u allura jien se nkun qiegħed nitkellem fuq numru ta' proposti li l-Gvern se nkunu qegħdin nerġgħu rressquhomlu.", "Nittama li din id-darba verament ikun Gvern li jisma'.", "Fl-aħħar mill-aħħar, se jkun il-Gvern li jattwa dawn il-proposti, anke jekk aħna rridu nagħtu l-kontribut tagħna.", "Aħna rridu li l-proposti tagħna ma jaqgħux fuq widnejn torox; aħna rridu li l-proposti tagħna jidħlu fis-seħħ għax nemmnu li dawn jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "Meta qed nitkellmu fuq il-qasam soċjali, insellem lill-ex-sindku tal-Mosta li għamel referenza għalih l-Onor.", "Ivan Bartolo, li verament naħseb li poġġa fuq quddiem il-qasam soċjali.", "Għalhekk huwa maħbub fost il-Mostin, apparti li huwa wkoll ta' eżempju għalina lkoll.", "Aħna tal-Partit Nazzjonalista f'dan id-dokument li ppreżentajna poġġejna l-qasam soċjali bħala l-fulkru li fuqu tista' ddur din ir-riforma.", "Tkellimna li fuq livell lokali rridu nassiguraw li bis-serjetà u mhux bil-kliem ħadd ma jibqa' lura.", "Tajjeb nitkellmu fuq surplus u fuq ekonomija b'saħħitha; però, jekk ir-residenti tagħna mhux se jħossu din id-differenza, inutli niġu nitkellmu hawn bin-numri.", "In-nies ma jiklux bin-numri.", "Il-Ministru qal li ta €2 miljun żieda.", "Mingħajr ma nkun kritiku partiġjan, possibbli li xi ħadd jista' jemmen li dan il-Gvern għandu l-kunsilli għal qalbu meta fl-aqwa żmien tal-ekonomija f'pajjiżna kull kunsill se jkun qed jieħu biss €30,000 żieda mill-finanzjament li kellu s-sena l-oħra?", "Il-Ministru tal-Finanzi importanti li jifhem li l-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jibqgħu.", "Minn hawn insellem lil Eddie Fenech Adami li ħolom bihom 25 sena ilu.", "Forsi dakinhar kien hawn min qallu: Inti taf x'qed tagħmel?", "Taf li qed titlaq il-poter minn taħt idejk biex tifirxu fil-lokalitajiet f'pajjiżna?", "Illum ħadd ma jiddubita minn dik id-deċiżjoni li ħa Eddie Fenech Adami.", "Kienet deċiżjoni tajba.", "Mela ejja nagħmlu qabża bis-serjetà: jgħid x'jgħid il-Ministru tal-Finanzi, il-Kunsilli Lokali ma kienx ħaqqhom €2 miljun żieda biss f'għeluq il-25 sena!", "Din kienet waħda mill-inqas żidiet li qatt ħadu l-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Mhux qiegħed nikkritika b'mod partiġjan, imma qed nitkellem ġenwinament għax għandi għal qalbi l-kunsilli lokali u għax inħobb il-kunsilli lokali.", "Aħna qed nipproponu li jkun hemm kunsillier li jkun responsabbli b'mod esklussiv għall-qasam soċjali: imma l-Gvern għadu m'aċċettax din il-proposta.", "Nittama li meta nerġgħu niltaqgħu jagħti kas din il-proposta u, mingħajr ma jpoġġi piż finanzjarju, jara li f'kull belt u raħal isir social impact assessment.", "Din ilni ntambar fuqha minn Frar, u hawn nerġa' nitlob lill-Ministru li jikkonsidraha din għaliex aħna rridu li kull sindku, kull kunsillier jieħu ritratt tal-lokalità biex meta jkun qed jattwa l-politika tiegħu u jieħu d-deċiżjonijiet, dawn verament ikunu jirriflettu l-interess tal-komunità.", "Illum jekk tistaqsi lis-sindki ta' Malta u Għawdex dwar jekk jafux kemm għandhom persuni b'diżabilità fil-lokalità tagħhom, dawn jgħidulek li le.", "Jekk tistaqsihom kemm hemm problemi ta' solitudni, ta' nies li għandhom problema ta' housing, dawn jgħidulek li ma jafux.", "Għalhekk huwa tajjeb li jidħol is-social impact assessment li qed nipproponu bħala Oppożizzjoni.", "Ovvjament, aħna tlabna wkoll lill-Gvern jibda bis-serjetà jagħti kas il-qasam tal-anzjani.", "Aħna qegħdin ngħidu li kull lokalità, bl-għajnuna tal-Gvern, imma bis-sehem dirett tal-kunsilli lokali, għandu jkollha night shelter.", "L-amministrazzjoni preċedenti – u jien kelli l-privileġġ li fil-lokalità li jien ġej minna li l-poplu Mellieħi kien fdali li mmexxi għal ħames snin – flimkien mal-Gvern konna nivvutaw ammont ta' flus fis-sena biex ftaħna n-night shelter u biex ftaħna d-day centre.", "Il-Gvern għandu jara li kull belt u raħal ikollu dawn is-shelters mingħajr ma jkun hemm piż żejjed fuq il-kunsill.", "Ejja naraw li s-surplus verament ikun qiegħed jinfirex across the board f'kull belt u raħal f'Malta u f'Għawdex.", "Aħna qed ngħidu lill-Gvern: Jekk verament għandna s-surplus, jekk l-ekonomija miexja 'l quddiem, ejja nieħdu dawn il-miżuri li anke fil-kunsilli lokali jagħmlu d-differenza.", "Tlabna wkoll li jkun hemm one stop shop f'kull kunsill lokali, mhux biss għall-qasam soċjali imma anke għall-komunità kummerċjali.", "Aħna għandna nkunu ta' servizz għall-komunità kollha, fil-kunsilli lokali għandna nkunu ta' servizz għas-sidien tal-ħwienet li m'għandhomx għalfejn joqogħdu jiġru mingħand Kajfa għal għand Pilatu.", "Dawn għandu jkollhom is-servizzi pprovduti mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali fejn hemm il-qalba tal-interess tal-komunità, u għandna naraw ukoll li l-SMEs tagħna, li għandna bil-mijiet u bl-eluf fl-ibliet, jinqdew bis-serjetà.", "Rigward il-qasam soċjali l-Gvern qed jgħid – u aħna dan nirrikonoxxuh – li hawn problema ta' shortage fejn għandu x'jaqsam social workers.", "Huwa fatt magħruf li pajjiżna għadu lura, u allura rridu naraw kif se nħajru aktar żgħażagħ jidħlu fil-professjoni tas-social workers.", "Però aħna qegħdin ngħidu li l-kunsilli għandhom jingħataw il-poter u l-fondi biex jimpjegaw magħhom community workers li jiġu mħarrġa, jekk mhux fuq livell ta' social workers, almenu jkunu community workers li jaħdmu fuq bażi full-time jew part-time biex naraw li jiġu tackled il-problemi soċjali wara li jkun sar social impact assessment.", "Jekk hemm problemi fil-lokalitajiet, allura jkunu dawn in-nies li jkunu ġew mħarrġa li jieħdu ħsiebhom.", "Għandu jsir dan it-tip ta' investiment, għax wara kollox huwa r-riżors uman li huwa l-iktar ħaġa għażiża li għandna f'pajjiżna.", "Aħna m'għandna l-ebda riżors; għandna biss ir-riżors uman u allura ejja ninvestu anke fl-anzjani tagħna li huma rtirati u li jgħoddu l-eluf fil-lokalitajiet.", "Dawn għandhom minjiera ta' esperjenza li ġabru tul ħajjithom f'diversi oqsma – jekk hux għalliema, jekk hux nies li ħadmu fil-qasam soċjali – u allura ejja nħeġġuhom u għandna rressquhom lejn il-kunsilli lokali, lejn il-komunitajiet tagħna biex huma jkomplu jagħtu dak li ġenwinament taw tul ħajjithom.", "Konvint li nistgħu nieħdu l-aħjar minnhom ukoll.", "Sur President, ma nistgħux nitkellmu dwar il-komunitajiet tagħna u ninsew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.", "Pajjiżna wasal fejn wasal illum għaliex għandna l-valur tal-volontarjat b'saħħtu, għandna l-valur li mal-kunsill lokali komplejna nixprunaw din il-ħidma fi ħdan l-għaqdiet tagħna, u allura komplejna nkabbru l-valur tal-volontarjat f'kull belt u raħal f'pajjiżna, f'kull rokna ta' belt u raħal f'Malta u Għawdex.", "Nittama li anke l-Gvern hawnhekk jifhem li hemm bżonn bis-serjetà li naraw li lil dawn inkomplu ninċentivawhom.", "Ovvjament, meta tkellimt dwar oqsma oħra fejn ssemmew skemi, ejja nirrikonoxxu li sal-2013 kien hemm ammont ta' skemi li dawn ma baqgħux jiġu attwati.", "Aħna se nkunu minn ta' quddiem li nappoġġjaw lill-Gvern li, filwaqt li jerġa' jdaħħal lura dawk l-iskemi li kienu qed jagħmlu d-differenza fl-ibliet u fl-rħula tagħna, jerġgħu jidħlu u jdaħħal oħrajn b'ideat oħra li l-Gvern jemmen li huma tajba.", "Fl-aħħar mill-aħħar, hu qiegħed imexxi.", "Qabel kien hemm għexieren ta' skemi li llum kważi nofshom m'għadhomx jiġu attwati fost il-kunsilli lokali.", "Fid-dokument li aħna ppreżentajna lill-Gvern għar-riforma tal-kunsilli lokali aħna tajna importanza wkoll lis-sigurtà.", "Aħna nibqgħu nemmnu li l-LESA ma kenitx pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Mhux biex nikkritikaw b'mod partiġjan, imma jekk staqsi lis-sindki u lill-kunsilliera ssib li dawn jgħidulek li aħjar kif konna qabel, meta kienu l-kunsilli li jħossu l-bżonn u jitolbu biex ikollhom il-wardens, illum l-uffiċjali tal-komunità.", "Għal darba oħra, what's in a name?", "X'inhu t-tibdil li sar?", "Kieku biddilna biss l-isem u morna aħjar, fiha u ma fihiex, però l-LESA mhijiex tilħaq l-iskop, għaliex l-uffiċjali tal-komunità twaqqfu f'pajjiżna.", "Inutli nbiddlu l-uniformijiet.", "Nerġa' ngħid li aħna rridu li, l-ewwel u qabel kollox, ikunu l-kunsilli li jiddeċiedu dwar il-bżonnijiet, il-ħinijiet u ż-żoni ta' fejn għandhom ikunu l-uffiċjali tal-komunità.", "Importanti wkoll li lill-uffiċjali tal-komunità, dawk li qabel kienu jissejħu l-wardens, ninċentivawhom.", "Mhux ma' dawk li morna nieħdu żewġ ritratti magħhom meta biddilnielhom l-uniformi!", "Jiena niltaqa' magħhom u jiġu jkellmuni.", "Kultant jiġu tard filgħaxija għaliex jibżgħu li jarahom xi ħadd.", "Jiġu mhux fil-bini tal-Parlament ma jmurx jarahom xi Ministru u jaqilgħuha għax ikunu ġew ikellmu lis-shadow minister responsabbli mill-kunsill lokali.", "Dawn mhumiex qegħdin jaħdmu għal qalbhom, mhumiex motivati, u allura huwa importanti li lil dawn l-uffiċjali fil-komunità ninċentivawhom u nuruhom rispett biex huma jagħtuna l-aqwa tagħhom.", "Dan huwa riżors importanti.", "Ejjew nedukaw lill-poplu Malti anke permezz tal-uffiċjali fil-komunità!", "Però lil dawn in-nies bis-serjetà rridu nuruhom rispett.", "Jekk le, allura nkunu qed infallu qabel bdejna.", "F'dan id-dokument għal darb'oħra tlabna lill-Gvern biex jibda jħaddem bis-serjetà l-konċett tal-community policing.", "Sur President, inti ġej mill-kamp tal-pulizija, għamilt snin tagħti servizz fil-Korp tal-Pulizija u taf x'jiġri meta jkollok lokalità tmiss ma' tnejn jew tliet distretti fil-Korp tal-Pulizija.", "Jien inħobb insemmi l-eżempju ta' Għajn Tuffieħa li tagħmel mal-Mellieħa.", "Jekk jiġri inċident fil-bajja tal-Mellieħa jew ta' Għajn Tuffieħa jew fiż-żona tal-madwar, inutli li n-nies imorru l-għassa tal-Mellieħa minkejja li din tagħmel parti mill-konfini tal-Mellieħa.", "Iridu jmorru l-Mosta biex jagħmlu r-rapport.", "Fid-dokument li ppreżentajna aħna dħalna f'dan id-dettall għax kellna nies mill-Korp li tawna l-input tagħhom, kellna nies b'esperjenza ta' għexieren ta' snin.", "Fosthom hemm min għadu jaħdem u hemm min spiċċa jaħdem u aċċetta, għall-ġid ta' pajjiżna u tal-kunsilli lokali, li jilqa' l-istedina tal-Partit Nazzjonalista, minkejja li qiegħed fl-Oppożizzjoni, u jagħti s-sehem tiegħu.", "Hawn irrid nirringrazzja lil kull min ta s-sehem tiegħu biex ħriġna b'dan id-dokument bi 80 proposta f'April li għadda u li ppreżentajnih lill-Gvern.", "Irrid ngħid li meta tkellimna fuq community policing, aħna għedna li għandu jkun hemm koordinament bl-involviment dirett tal-kunsill lokali.", "Ma jistax ikun li jkollok pulizija li wara erba' ġimgħat, sitt ġimgħat, tmien ġimgħat jispiċċa jiġri minn post għall-ieħor.", "Kellna tant żieda ta' membri fil-Korp tal-Pulizija – li nsellmilhom.", "Sa jumejn ilu, kellna grupp ieħor li daħal fil-Korp tal-Pulizija u jalla jkunu ta' servizz għall-poplu Malti.", "Jalla kull wieħed u waħda minnkom, li dħaltu għal biċċa xogħol mhux faċli, tkunu determinati, anke minkejja n-nuqqas ta' rispett li tistgħu taraw.", "Hawn mhux qed nitkellem mil-lat ta' Gvern jew mil-lat ta' Oppożizzjoni, imma minn xi nies li jkunu irresponsabbli.", "Jiena ngħidilhom: Ibqgħu sodi fil-ħidma tagħkom għax intom għandkom tingħataw rikonoxximent mill-poplu Malti, mill-Gvern Malti u, għaliex le, mill-Oppozizzjoni ukoll.", "Jiena nixtieq li l-Gvern jagħtina ċ-ċans li nerġgħu nispjegawlu l-konċett tal-community policing li qegħdin ngħidulu dwaru, konċett li verament jista' jserraħ ras in-nies hemm barra.", "Ejja naqblu dwar dan.", "Jiena naħseb li kulħadd jaqbel li għandna numru ta' lokalitajiet f'pajjiżna fejn in-nies mhumiex qed iħossuhom komdi jew sikuri.", "Altru li mhux qegħdin l-aqwa fl-Ewropa.", "Naħseb li kieku jkollok iddur f'kull belt u raħal f'pajjiżna kulħadd jgħidlek li jixtieq iserraħ rasu billi jkollu għal darb'oħra l-pulizija on the beat.", "Din hija xi ħaġa li kienet teżisti qabel, anke jekk illum fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ mill-iskejjel – għalkemm mhux dejjem – ikun hemm il-pulizija.", "Huwa dan l-image li rridu nerġgħu nibdew nibnu tan-nies tal-uniformi li jaħdmu fil-Korp tal-Pulizija, li dan huwa bniedem li kapaċi joħloq djalogu u serħan il-moħħ man-nies hemm barra u allura jiggwadanja r-rispett.", "Mill-Oppożizzjoni qed nipproponu li għandna nestendu dan is-servizz li ma jkunx biss fejn hemm l-iskola, imma wkoll fil-ħinijiet tad-duttrina u fil-ħinijiet tan-nurseries.", "Aħna minn din in-naħa tal-Kamra qegħdin inħeġġu stili ta' ħajja sana fejn it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jipprattikaw aktar dixxiplini sportivi.", "Mela ejja naraw ukoll li lill-ġenituri nserrħulhom rashom anke f'żoni fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' tfal f'ħinijiet differenti.", "Min-naħa l-oħra, wieħed irid jifhem li anke l-ġenituri jridu jagħmlu l-parti tagħhom.", "Jien ngħaddi minn bliet u rħula u naraw double parkings jew tliet karozzi pparkjati ħdejn xulxin f'toroq partikolari.", "Huwa veru li għandna problema ta' parkeġġ.", "Vera wkoll li għandna problema ta' traffiku f'pajjiżna.", "Però allaħares iweġġa' xi tifel jew tifla li tkun qiegħda fil-viċinanzi tal-iskola minħabba kwestjonijiet ta' parking.", "Għalhekk għandna naraw li l-Gvern joħloq is-soluzzjonijiet b'rabta ma' parkeġġi adegwati, anke fiż-żona tal-iskejjel.", "Hawnhekk irrid ngħid li jiena, mingħajr daqq ta' trombi, aktar minn sena u nofs ilu ktibt lill-Ministru Evarist Bartolo dwar parkeġġ fl-iskola primarja tal-Mellieħa, fejn kien se jkun hemm estensjoni.", "Ilna ħames snin nistennew, però fl-aħħar il-Ministru fehem u wassal il-messaġġ, u llum nieħu gost li wara dik l-ittra li jien bgħatt lill-Ministru sena u nofs ilu, dak li kien se jkun parkeġġ ta' żewġ sulari issa se jkun ta' sitt sulari.", "L-FTS fehmet dak li mort tkellimt magħhom madwar mejda.", "Kien hemm sitta jew sebgħa min-nies li aċċettaw u fehmu li l-bżonnijiet tal-komunità meta jien kont qiegħed nitkellem bħala deputat mill-Mellieħa, li hemm bżonn li jsir investiment mill-Gvern, anke jekk il-Kunsill Lokali jmidd idu biex jagħti l-għajnuna tiegħu fejn ikun bżonn.", "Jien nemmen li l-FTS għandha tidħol għal dan il-piż u m'għandhiex titfa' l-piż fuq il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.", "Anke hawnhekk irrid ngħid li kienet deċiżjoni tajba li l-Gvern fehem dik l-ittra li bgħatt lill-Ministru, u lum b'sodisfazzjon ngħid li mill-pjanti li hemm jidher li minn żewġ sulari l-parkeġġ issa se jkun ta' sitt sulari.", "Nispera li issa l-MEPA, li għamlet ħniżrijiet u aċċettat proposti inkluż fil-Mellieħa, biex ma nsemmix li bidlet il-policy u kissret dak li kien parti mill-patrimonju tagħna, mill-wirt u l-ġmiel naturali li tant konna niftaħru bih, ma toqgħdox tfettaq biex toħroġ il-permess għal sitt sulari parkeġġ, ovvjament taħt l-art.", "Nittama li l-MEPA tifhem il-bżonnijiet u l-esigenzi tal-lokalità.", "Nittama li l-Gvern jifhem il-konċett tal-Oppożizzjoni ta' community policing.", "Dan ġie min-nies esperti, huwa fattibbli, kapaċi nagħmluh u allura għandna nwettquh.", "Il-Ministru qal li se jkun qiegħed jikkonsidra wkoll il-proposti li ressaqna.", "S'issa l-Gvern ħa madwar tmienja jew disa' proposti minn tmenin li aħna tajnih.", "Mid-diskors tal-Onor.", "Parnis jidher li se jkun qiegħed jevalwa l-74 proposta l-oħra li prattikament sal-lum ġew skartati.", "Jien qed nifhem mit-ton tiegħu li s-Segretarju Parlamentari se jkun qiegħed jikkonsidrahom bis-serjetà.", "Fil-ġranet li ġejjin, aħna se nerġgħu ntennu dak li emminna fih, dawk il-proposti li huma fattibbli, u allura ejja npoġġuhom on board biex verament inkunu qed nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "Ovvjament, hemm ukoll l-issue tas-sindki.", "Is-Segretarju Parlamentari llum m'għamilx referenza dwar jekk is-sindku għandux ikun full-time jew le.", "Jien naħseb li qabel ma naraw is-sindku jekk hux se jkun full-time jew le, qabel ma naraw jekk is-sindki hux se jiżdiedu fl-onorarja jew le, irridu naraw li l-Ministru ma jkomplix inaqqar mir-responsabilitajiet tas-sindki u l-kunsilliera f'Malta u Għawdex.", "Ikun inutli li nitkellmu fuq sindki full-time jekk imbagħad, minn żmien għal żmien, inkunu qed niklulhom mir-responsabilitajiet li għandhom illum.", "Rigward kandidati prospettivi, bi pjaċir ngħid li anke l-Oppożizzjoni għaddejja b'kampanja interna, u s'issa għandna mal-230 kandidat li diġà ġew approvati li se jkunu qegħdin jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Mejju li ġej.", "Rigward ir-reġjuni, aħna naqblu magħhom; kienet din in-naħa tal-Kamra li ħolqot ir-reġjuni f'pajjiżna, u allura naqblu li dawn jiġu msaħħa.", "Naqblu wkoll li għandu jkun hemm baġit allokat b'mod esklussiv għall-Kumitat tar-Reġjuni.", "Il-Gvern qed jgħid li minn ħamsa se jġibhom sitta.", "Irrid nifhem b'liema kalkoli l-Gvern minn ħamsa ġabhom sitta.", "Jien nemmen fil-ġenwinità tal-Onor.", "Parnis, imma mhux bilfors nemmen fil-ġenwinità ta' min jaħdem il-kalkoli.", "Irrid inserraħ rasi li s-sitt reġjun li l-Gvern qed jipproponi verament qed isiru b'intenzjoni tajba, u mhux biex xi partit politiku jkollu diversi maġġoranzi fir-reġjuni.", "Jekk il-Ministru jfehemna u jikkonvinċina dwar ir-raġunament li wassal biex f'pajjiżna jinħoloq is-sitt reġjun, jien ma niddejjaq xejn li niġi hawn u ngħid li naqbel li għandu jkollna sitt reġjuni.", "Però rrid inkun konvint mill-intenzjoni ġenwina, jekk mhux tiegħek, Onor. Parnis, tan-nies ta' madwarek, li lkoll ħadmu fuq l-hekk imsejħa White Paper.", "Jiena nittama li r-reġjuni nsaħħuhom, u huwa tajjeb li se jkun hemm finanzjament minn qabel.", "Qabel kellna r-reġjuni u l-ħidma tagħhom tiġi ffinanzjata mill-flus li kienu jiġu ġġenerati miċ-ċitazzjonijiet.", "Illum il-Gvern qed jivvota €3.1 miljun li jeħduhom minn qabel.", "Xi ħaġa tajba, xi ħaġa pożittiva: però ejjew ngħidu li qabel kienu joperaw ukoll minkejja l-problemi li kienu jiffaċċjaw.", "Nerġa' ntenni dak li għedt fil-laqgħa tas-sindki u l-kunsilliera ftit tal-ġranet ilu, li r-reġjuni riedu 'l fuq minn €1 miljun biex joperaw bir-responsabilitaijiet li għandhom sal-lum.", "Is-sena d-dieħla se jkollhom €3 miljun li jinqasmu bejn sitt reġjuni, u allura €0.5 miljun kull reġjun.", "Kif jistgħu joperaw meta qed ngħidu li se nżidulhom ukoll ir-responsabilitajiet?", "Ejja nżidulhom ir-responsabilitaijiet, però m'għandniex inżidu r-responsabilitajiet lir-reġjuni u nnaqqsu r-responsabilità lill-kunsilli.", "Ma naqblux ukoll – u dan huwa punt kardinali – dwar id-deċiżjoni li ttieħdet li jitwaqqfu f'pajjiżna l-kumitati amministrattivi.", "Dan semmejtu fil-laqgħa li kellna, u qed nerġa' ntenni li kienet żbaljata d-deċizjoni meħuda, minkejja li qegħda fil-White Paper.", "Meta kien hemm laqgħat bejn sindki u rappreżentanti mill-Ministeru tas-Segretarju Parlamentari, il-Ministru qal li kien hawn kunsilli li ma ħadmux, kien hawn kunsilli li ma wasslux lil-lokalità tagħhom fejn kienet ippjanata li tasal.", "Hekk ġara fil-kumitati amministrattivi: kien hemm min ħadem, kien hemm min tħalla jaħdem u avvanza f'dik iż-żona partikolari.", "Għaliex il-Gvern iddeċieda li għandu jaqta' ras il-kumitati amministrattivi?", "Kien pass fid-direzzjoni t-tajba fejn aħna tajna aktar poteri lin-nies, komplejna frixna r-responsabilitajiet u d-devoluzzjoni tal-poter, li kien il-punt kardinali li tlaqna minnu 25 sena ilu meta wettaqna l-ħolma tal-kunsill lokali.", "Aħna nitolbu lill-Gvern – u nittama li jisma' wkoll din il-proposta li jerġa' jikkonsidra bis-serjetà u jara li jkompli bil-kumitati amministrattivi.", "Jekk hemm kumitat li ma jiffunzjonax, allura nxoljuh.", "Pereżempju, aħna tlabna lill-Ministru biex ixolji l-Kumitat Amministrattiv ta' Burmarrad għax ma kienx qiegħed jiffunzjona, u dan kien kumitat immexxi mill-maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista.", "Għalina ma tagħmilx differenza, ġejjin minn fejn ġejjin!", "Irrid ngħid li huwa d-dover tiegħi li naċċetta u nilqa' l-istediniet tas-sindki, jiġu minn fejn jiġu.", "Ilbieraħ, flimkien mal-Onor.", "Parnis, attendejt attività fil-Gżira fejn se jkunu qegħdin jirrikonoxxu għat-tielet sena konsekuttiva l-Jum iddedikat lit-Tfal.", "Hija deċiżjoni sublimi, hija attività interessanti għax, wara kollox, x'hemm egħżeż mit-tfal?", "Is-suġġett ewlieni se jkun l-ambjent, jiġifieri filwaqt li l-Kunsill tal-Gżira se jkun qiegħed jittratta l-ambjent f'jum iddedikat lit-tfal, jekk iddur dawra madwarek fil-lokalità tal-Gżira tara l-bini li radam il-lokalità tal-Gżira.", "Fejn jidħol l-ambjent il-Kunsill Lokali tal-Gżira – u ħafna kunsilli oħra f'pajjiżna – spiċċaw mingħajr poter meta rajna l-MEPA tgħaddi gaffa minkejja l-vuċijiet tal-kunsilli lokali.", "Inutli li nitkellmu dwar riformi, inutli nitkellmu dwar kemm nemmnu fil-kunsilli lokali jekk aħna ma nagħtux widen dak li jgħidulna l-kunsilli lokali.", "Morru duru l-Gżira u Tas-Sliema!", "Huwa tajjeb li jkollna l-iżvilupp, però rridu nagħtu kas il-kunsilli lokali għax huma jafu l-bżonnijiet.", "Ejja ma nħallux erbgħa min-nies jaħtfu żoni partikolari f'pajjiżna biex itellgħu mostri ta' bini u jiġu jaqgħu u jqumu mill-interess u mill-ġid komuni.", "Onor. Parnis, irridu nibagħtu messaġġ.", "Huwa tajjeb li jien u inti naħdmu flimkien, però tajjeb ukoll li l-Gvern jibgħat messaġġ li ejja ma nħallux lill-MEPA tkompli tkun kompliċi fl-isfreġju fil-lokalitjiet tagħna.", "Tajjeb nitkellmu fuq l-ambjent, però mhux il-kliem jgħodd imma l-azzjonijiet.", "Mur dur dawra ma' pajjiżna: jekk hux pompi tal-petrol, jekk hux bini m'ogħla s-smewwiet, il-Gvern huwa assenti, anzi fil-MEPA mmorru u nivvotaw favur li ninsew l-interess tar-residenti!", "Dan huwa ħażin.", "Meta għada pitgħada nitilqu minn hawn, aħna rridu nħallu legat.", "Dan semmieh ilbieraħ l-Onor.", "Parnis fl-intervent li għamel fil-Kunsill Lokali tal-Gżira.", "Jiena m'iniex qed ngħid li l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kienu perfetti, però, dak li qegħdin naraw fil-qasam ambjentali matul l-aħħar snin huwa xi ħaġa li qatt f'pajjiżna ma esperjenzajna.", "Qed naraw ftit nies li jimmanuvraw u jidħlu fejn għandhom jidħlu biex iġibu permessi li jidhru impossibbli li jakkwistawhom imma li, oħroġ il-għaġeb, iġibuhom u addio l-ilmenti u l-oġġezzjonijiet tal-kunsilli lokali, kien min kien is-sindku, kienet liema kienet il-lokalità.", "Dik hija s-sitwazzjoni.", "Liż-żgħażagħ li qegħdin joħolmu li xi darba jkunu fuq dawn is-siġġijiet u fuq is-siġġijiet tal-kunsilli lokali rridu nuruhom li verament aħna soċjetà li jimpurtana.", "Aħna ma rridux li nibqgħu nibagħtu messaġġ lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna li aħna nitkellmu mod, imma l-azzjonijiet li jittieħdu fl-awtoritajiet tal-gvern ikunu mod ieħor.", "Naħseb li l-MEPA għad trid tħallas ta' għemilha, forsi mhux għada jew pitgħada imma quddiem min se jiġi minflokna fuq dawn is-siġġijiet wara li jkun telaq mill-kunsilli lokali.", "Aħna rridu nagħtu kont … Jien b'idi fuq il-kuxjenza ma niddejjaq xejn nikkritika, anke jekk mhux se nogħġob lil Ċikku u lil Ġanni.", "Però huwa obbligu tiegħi li mmur fejn għandi mmur u nagħmel dak li għandi nagħmel.", "Għandi nitkellem favur l-interess tal-ġid komuni.", "Nerġa' ngħid li jiena ma niddejjaq xejn nikkritika affarijiet u proġetti, anke jekk forsi jkunu ġejjin mill-kamp Nazzjonalista.", "Jien kelli din l-esperjenza matul dawn l-aħħar snin minn meta l-poplu fdali dan is-siġġu.", "Ma niddejjaqx nikkritika proġetti u bdil ta' policies fil-lokalità tiegħi.", "Dan għamiltu wkoll meta kont sindku, meta dakinhar kien Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Fejn ma għoġbunix deċizjonijiet ma ddejjaqtx immur nagħmel konferenzi tal-aħbarijiet.", "Kelli okkażjonijiet li mort nikkritika l-entitajiet governattivi, fosthom Transport Malta u l-MEPA ta' dak iż-żmien, u ma ddejjaqtx, u llum aktar u aktar ma niddejjaqx.", "Dakinhar kont nirrappreżenta l-lokal u kelli l-obbligu li nagħmel hekk; illum għandi piż akbar għax qed nirrappreżenta lid-distrett kollu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Jekk irridu nibagħtu messaġġ biex inħeġġu aktar nies jidħlu fil-politika rridu nibdew nagħtu l-eżempju aħna.", "Irridu nkunu onesti fid-deċiżjonijiet li nieħdu.", "Ejja ma nkunux parteċipi ma' min għandu interess li jħaxxen butu.", "Ejja naraw li f'dan il-Parlament inkunu leali mhux lejn il-partit li nirrappreżentaw imma lejn il-poplu Malti u lejn il-ġenerazzjonijiet ta' għada li se jkunu qed jiġġudikaw il-ħidma li aħna qegħdin nagħtu llum.", "Parnis b'mod ġenwin ngħidlu li qabel ma nitkellmu dwar sindku full time jew le, irridu naraw li lis-sindki u anke lill-kunsilliera nagħtuhom verament il-poteri u r-rispett, għax dawn qegħdin jagħtu l-ħin tagħhom u l-inqas li jistennew huwa rispett u widen għall-karba tar-resident.", "Kont qed nitkellem fuq l-uffiċjali tal-komunità.", "Jekk irridu l-aħjar nies li jmorru għall-pożizzjonijiet fi ħdan il-kunsilli lokali, ejja ninċentivaw lill-istaff, lis-segretarji eżekuttivi.", "Aħna għamilna numru ta' proposti mhux biss fuq kwestjoni ta' jekk tiżdiedx il-paga jew le, imma tal-mod kif insaħħu bit-taħriġ.", "Il-Gvern fil-White Paper ħa parti mill-proposta tagħna.", "Aħna qegħdin ngħidu li nsaħħu r-riżors uman bit-taħriġ, imma wkoll bin-numru ta' ħaddiema.", "Ma jistax ikun li tiġi, pereżempju, il-WasteServ u, mingħajr konsultazzjoni, taqbad u titfa' l-piż fuq il-kunsilli lokali.", "Jiena ninkwieta għax kultant nibda ngħid li qegħdin nitilfu t-tifsira vera ta' xi tfisser konsultazzjoni.", "Illum irċevejt ritratt li, bil-permess tal-Kamra, nixtieq inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Huwa ritratt meħud ilbieraħ: Ħal Far b'erba' containers u maġenbhom vann qed iqassam il-bins tal-iskart separat.", "Lill-kunsilli lokali sallabniehom, u l-Onor.", "Parnis jaf x'qed ngħid għax jien kelli l-opportunità, f'din il-Kamra u anke barra, nikkwota sindki ġejjin minn kull partit politiku.", "Kellna s-sindki tax-Xgħajra, tal-Fgura, ta' Ħaż-Żebbuġ, ta' tas-Sliema, u tal-Mosta li lmentaw.", "Dan li hawn fir-ritratt ġara lbieraħ, xena fl-2018.", "Mhuwiex aċċettabbli li poġġejna f'dell ikrah lill-kunsilli lokali, u hawnhekk insellem lill-Ministru għax għall-ewwel darba qal li l-kritika tagħna kienet ġenwina meta tkellimna dwar l-avviż legali.", "Araw x'ħadna bl-avviż legali!", "Din hija parti żgħira minn ħolqa f'katina ta' oxxenitajiet li esperjenzaw il-kunsilli lokali bin-nies igergru meta l-kunsilli lokali ma jaħtu xejn.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq l-ambjent għax il-Ministru aċċenna għalih.", "Din hija xena oħra li esperjenzajnieha fl-aħħar sigħat f'San Pawl il-Baħar.", "Tkellimna dwar il-kampanja Blitz li għamel il-Gvern li kienet tajba.", "Biex ngħidu kollox kif inhu, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħareġ 'il fuq minn €140,000 jew €160,000 biex għamel din il-kampanja.", "Ovvjament, kienet kampanja tajba, imma għandi d-dubji tiegħi jekk kienx għaqli jew le li nieħdu chunk mhux żgħira mill-baġit tal-Kunsill Lokali.", "Hawn għandi ritratt tal-boroż.", "Ovvjament din mhijiex responsabilità tal-kunsill lokali, imma huwa l-kunsill li jaqlagħha mingħand in-nies fuq il-Facebook.", "Din hija xena oħra f'żona f'San Pawl il-Baħar fejn hawn boroż mormija bl-addoċċ, u ovvjament in-nies jitkellmu.", "Sfortunatament, ilaqqatha dejjem il-kunsill lokali, u allura rridu naraw li min hu responsabbli għandu jħallas għal għemilu.", "Aħna naqblu mal-konċett tal-avviż legali, imma xi ħadd irid iserrħilna rasna li ma jiġrix bħalma ġara fil-lokalitajiet li dehru fuq NET News u fuq midja oħra indipendenti fejn kuntratturi qegħdin iħalltu l-boroż.", "Dan żgur li ma kienx il-ħsieb ewlieni, li xi ħadd iħallat dak li l-poplu Malti qagħad jissepara, anke jekk ma kienx informat.", "Qed ngħid hekk għax suppost li kull residenza f'pajjiżna kellha tirċievi l-informazzjoni, imma dan ma seħħx.", "Jista' xi ħadd jgħidli min kien responsabbli ta' dak in-nuqqas, u mhux business as usual?", "F'pajjiżna ġejna li kollox jgħaddi, kollox xejn mhu xejn anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent.", "Nittama li l-Gvern jieħu dan li qed ngħid bis-serjetà, u mhux importanti li ngħaddu l-avviżi legali biss.", "Issa jekk dak l-avviż legali kienx nofsu misjur, dak huwa argument politiku.", "Imma, jekk għaddejna avviż legali minn hawnhekk, irridu naraw li l-poplu Malti jkun informat u edukat biex verament naslu fejn irridu naslu.", "Sur President, hawnhekk għandi korrispondenza li l-Onor.", "Parnis daħal fiha biex jgħin.", "Qed nitkellem dwar il-kwestjoni fejn il-Kunsill Lokali tal-Gudja talab biex tidħol bye-law b'rabta mal-parkeġġ abbużiv li qed ikun hemm fil-lokalità.", "Is-Segretarju Parlamentari intervjena permezz ta' email fejn qal: 'Ejja nsibu soluzzjoni għax hemm it-tgergir tan-nies.'", "Għamilt tajjeb, Onor. Parnis, li tkellimt.", "Għandi kopja ta' din il-korrispondenza bil-firma tiegħek.", "Jiġi l-uffiċjal legali tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u waqqa' dak li qablu unanimament dwaru fil-kunsill lokali u waqqa' wkoll dak li l-Ministru talab li tittieħed deċiżjoni dwaru fl-interess tar-residenti.", "Din ma kenitx kwestjoni ta' blu jew aħmar, jew biex taġevola lil Ċikku jew lil Ġanni, imma biex naġevolaw lir-residenti, l-interess tar-residenti Gudjani.", "Jiena m'għandi l-ebda interess fil-Gudja, imma għandi interess fil-persuni li jgħixu hemm għax xorta persuni umani, u allura, jekk qed tokrob, jekk qed twassal messaġġ, ġej minn liema belt jew raħal ġej, jien obbligat li nwassal il-vuċi tagħhom.", "Hawnhekk il-persuna responsabbli min-naħa legali tad-Dipartiment lis-sindku kitbitlu hekk:", "\"Ġentilment ngħarrfek li, wara verifiki li għamlet id-Diviżjoni, jirriżulta li l-proposta ta' bye-law ma tistax tiġi aċċettata u dan għaliex diġà hemm liġi nazzjonali li tirregola din il-materja, ossia leġiżlazzjoni sussidjarja b'rabta mar-regolamenti ta' skemi ta' pparkjar ikkontrollat residenzjali u kummerċjali.\"", "Però kien hemm kunsill lokali ieħor, fejn id-deċiżjoni ngħatat b'mod differenti.", "Hawnhekk ukoll naħseb li qabel ma nagħmlu riforma għandna naraw x'inhu għaddej fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "Nerġa' ngħid li jiena ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Parnis jitkellem illejla, u jalla li dan id-diskors nattwawh għall-pass li jmiss.", "Però qabel ma nitkellmu fuq il-White Paper, irridu naraw ukoll dawn l-affarijiet.", "Jiena nsellem lill-ħaddiema kollha, mid-Direttur 'l isfel u lill-ħaddiema tal-kunsilli lokali.", "Però jkolli ngħid li anke ħdan id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, hemm demotivazzjoni minn fuq s'isfel.", "Il-ħaddiema mhumiex jagħtu l-massimu tagħhom għax mhumiex qegħdin jiġu rispettati.", "L-Onor.", "Parnis jaf x'jiena ngħid meta ngħid li hemm min jiġi affettwat ħażin, pereżempju, fejn jidħlu l-family friendly measures.", "Jekk is-sena l-oħra xi ħadd f'dan id-dipartiment ibbenefika minn miżura għal raġunijiet validi, għaliex din is-sena hemm min qed jitnaqqrulu dawn il-family-friendly measures?", "Għalhekk, qabel ma nibdew nitkellmu fuq riforma, huwa importanti li fi ħdan id-Dipartiment tal-Kunsill Lokali naraw li l-ħaddiema jkunu rispettati.", "Hawn qed nitkellem b'responsabilità.", "Insellem lill-ħaddiema kollha, inkluż id-Direttur, imma hemm bżonn li meta nitkellmu fuq kunsilli lokali nitfgħu lil kulħadd taħt l-umbrella.", "Ma nistgħu nħallu lil ħadd barra.", "Kulħadd huwa importanti fil-qasam tal-kunsilli lokali, mill-kbir nett sal-inqas wieħed, u naħseb li huwa importanti li dan li għedt illejla hawnhekk jittieħed bis-serjetà.", "Jiena ċert li l-Onor.", "Parnis jifhimni, u ma jiddejjaqx li nkellmu anke ras imb ras wara d-diskors.", "Hemm min qed jaħseb li jista' jgħaddi bħal gaffa minn fuq il-ħaddiema tal-kunsilli lokali.", "Ejjew ma narawx kbir – mhux qed ngħid għalik, Onor. Parnis – imma ejjew ma narawx kbir.", "Il-Gvern għandu l-obbligu li jpoġġi nies kompetenti u responsabbli f'kull kariga, minn fuq nett s'isfel.", "Kull wieħed u waħda minna, fil-Parlament u barra, u kulmin jaħdem maċ-Ċivil għandu mhux biss jagħti l-massimu, imma jara li jirrispetta wkoll lil min huwa taħtu.", "Ir-rispett għandu sehem importanti.", "Il-valur tar-rispett titilfu darba, u mbagħad diffiċli biex terġa' tiksbu.", "Sur President, il-Gvern għandu l-appoġġ assolut ta' din in-naħa tal-Kamra fuq dan l-abbozz; imma, jekk jista' jkun, għandna naqblu b'mod unanimu, u allura nappella għal darb'oħra, li nieħdu on board il-proposti li l-Oppożizzjoni qed tressaq.", "B'dan il-mod l-Onor.", "Parnis ikun jista' jgħid li kien hu li wettaq waħda mill-ħafna riformi li saru f'25 sena li għamlu differenza u li bis-serjetà tejbu l-ħajja tan-nies.", "Ma nistgħux nitkellmu dwar il-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tagħna jekk imbagħad inħallu nies fid-dipartimenti jiddeċiedu kontra dak li l-ministru jkun qed igħid.", "Tajt l-eżempju tal-Kunsill tal-Gudja.", "Il-Kunsill tas-Swieqi jokrob mal-MEPA u Transport Malta – issa Infrastructure Malta – għaliex jibqgħu jgħaddu gaffa.", "Inutli li nitkellmu fuq white papers jekk se nħallu lil dawn l-hekk imsejħa allat fid-dipartimenti li jaħsbu li għandhom is-siġġu tagħhom ad aeternum.", "Dawn jaħsbu li, għaliex ġew appuntati mill-Gvern tal-ġurnata, jistgħu jagħmlu li jridu, jistgħu joħorġu l-permessi, jistgħu jiġu jaqgħu u jqumu x'qed igħid il-kunsill lokali għaliex hekk tajniehom il-lala.", "Dawn huma punti kardinali jekk irridu li din ir-riforma li se nkunu qegħdin niddiskutu fil-ġranet li ġejjin tirnexxi.", "Ovvjament, tkellimna fuq l-ambjent.", "Hawnhekk din il-ġimgħa tkellem il-kummissarju responsabbli mill-ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-Perit Alan Saliba.", "Li qed jagħti risposta għal dak li l-Gvern qed jgħid li bħal donnu telgħet ix-xemx bid-deċiżjonijiet li qed iwessa' t-toroq.", "Hawnhekk għandna l-Kummissarju tal-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman li qed jgħid li mhuwiex biżżejjed li twessa'.", "Il-kunsilli lokali hemm bżonn li npoġġuhom madwar il-mejda.", "Importanti li l-kunsilli lokali nagħtuhom il-leħen u mhux biss nittrattawhom qishom li qegħdin hemmhekk biss għall-formalità.", "Ma nistgħux immorru nitkellmu f'attivitajiet dwar l-ambjent fil-kunsilli lokali u nagħtu biss biċċa mill-istampa reali.", "Il-gvern qed jieħu r-responsabilità tat-toroq mingħand il-kunsilli lokali.", "Huwa veru li t-traffiku huwa problema; però huma n-nies tal-lokal li jridu jiddeċiedu, huwa s-sindku, il-kunsilliera eletti mill-poplu li għandhom jieħdu deċiżjonijiet, u mhux erbgħa min-nies magħżula mill-Gvern.", "Ħloqna awtorità biex illum qed tieħu d-deċiżjonijiet li twessa' t-toroq, tieħu r-raba ta' dak u tal-ieħor, addio ODZ, inwessgħu t-toroq, però ċ-ċertifikat ingħata wkoll.", "Qed igħidilna li se jonfqu €700 miljun.", "Għalija huwa umanament impossibbli li jitwettqu b'€700 miljun kif qed igħid il-Gvern.", "Ovvjament, qed igħid li l-ewwel €100 miljun, għaliex proġett ta' seba' snin … Irridu naraw ukoll b'liema pjan u b'liema konsultazzjoni mal-kunsilli lokali se jsir dan ix-xogħol.", "Jiena wkoll qed indur l-kunsilli u qed igħiduli li dik it-triq ma kenitx il-prijorità tagħna li għandna nagħmlu.", "Dik it-triq ma kenitx dik li aħna tajna lill-Gvern.", "Mela x'konsultazzjoni għamilt, Sur Gvern?", "X'konsultazzjoni għamilt mal-kunsill lokali meta qbadt u ddeċidejt fuq numru ta' toroq, żewġ toroq f'kull lokalità?", "Ovvjament, hawnhekk se nkompli nikkwota għaliex it-titlu biss jista' ma jagħtix l-istampa ċara, u l-Kummissarju għall-Ambjent fi ħdan l-Ombudsman qal hekk:", "\"Hu qabbel is-soluzzjonijiet li qed jagħżel il-Gvern ma' persuna li għandu problemi fl-arterji ta' ġismu u jitwessgħulu l-vini jew issirlu 'bypass', iżda jibqa' jiekol mhux tajjeb għal saħħtu.", "Bl-istess mod, tkun qed tikkontrolla l-problema fil-preżent biss mingħajr soluzzjoni għall-futur.\"", "Hekk qed jagħmel il-Gvern.", "Il-Gvern qed jieħu d-deċiżjonijiet għal-lum biex ikun populist u jidher li qed jagħmel xi ħaġa: però mhux b'viżjoni fit-tul.", "Dan huwa espert, dan huwa perit, dan huwa l-Kummissarju tal-Ambjent, u qed jgħid lill-Gvern, f'termini oħra, li qed jidħak bin-nies.", "Qed igħidlu: Tkomplix tidħak bin-nies għaliex din mhijiex is-soluzzjoni għal 20 sena oħra.", "Ma jiswa xejn li noqogħdu niġu hawn u nidhru sbieħ u nonfħu l-figuri.", "Dan huwa Gvern tal-figuri.", "Huwa gvern tan-numri.", "Semma €700 miljun, imma jekk tmur tfittex u tistaqsi lill-kunsilli dwar jekk it-toroq li qed jagħmel il-Gvern kenux prijorità għalihom dawn igħidulek le, ma kenux.", "F'dan l-intervent ipprovjat nagħti ħarsa lejn il-proposti li aħna l-Oppożizzjoni qegħdin irressqu.", "Nerġa' nikkonferma li qed nilqa' wkoll l-istedina biex nipparteċipaw fil-ġranet li ġejjin.", "Aħna kkonfermajna wkoll anke l-parteċipazzjoni tagħna f'laqgħa ta' konsultazzjoni; però, nittama li l-proposti tagħna li aħna b'responsabbiltà għaddejna f'isem il-kunsill lokali, jingħataw widen.", "Ejja verament inħallu legat; ejja verament ngħidu li f'għeluq il-25 sena tal-kunsilli lokali f'pajjiżna, f'għeluq il-25 sena ta' dak l-esperiment li llum saret esperjenza sabiħa, ejjew flimkien, jekk hu possibbli, b'mod unanimu nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet.", "Sur President, għamilna tliet proposti lill-Gvern biex, mingħajr ma jżid taxxa, jagħti aktar minn dawn iż-€2 miljuni lill-lokalitajiet li allura tiġi ekwivalenti għal €30,000 kull kunsill lokali. €30,000 kull kunsill lokali!", "Aħna qegħdin ngħidulu li fejn hemm impatt tat-turiżmu f'pajjiżna, f'numru ta' lokalitajiet, il-bed tax li titħallas għandha tibqa' – jekk mhux kollha, parti minnha – għand il-kunsill lokali.", "Qegħdin ngħidu li parti – jekk mhux kollha – tal-50ċ li titħallas għal kull lejl minn kull turist għandha tibqa' fil-lokalità.", "Qegħdin ngħidu wkoll li parti mill-VAT li tiġi ġġenerata mill-SMEs u mill-komunita' kummerċjali għandha tibqa' għand il-kunsill lokali.", "Dan jgħodd ukoll għall-introjtu minn permessi li jinħarġu fuq tables and chairs jew permessi oħra, mingħajr ma npoġġu t-taxxi ġodda.", "Dan huwa mod kif pajjiżi oħra attwawhom.", "Dan huwa l-mudell li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni qed jipproponi, għaliex aħna jinteressana mis-soċjetà.", "Aħna f'pajjiżna rridu soċjetà li jimpurtaha, irridu li verament f'pajjiżna nkunu qegħdin nieħdu d-deċiżjonijiet fl-interess tal-ġid komuni.", "Nappella li l-Gvern bis-serjetà jara l-proposti – li, nerġa' ngħid, huma fattibbli – li ressaqna f'April li għadda mill-Oppożizzjoni.", "Dawn se nkunu qegħdin nerġgħu rressquhom fil-ġranet li ġejjin fil-laqgħa li se jkollna mal-Gvern.", "Nittama li l-Gvern din id-darba jikkonsidrahom bis-serjetà jekk irid ikun il-Gvern li jgħid li hu, jiġifieri mhux biss li jisma', imma li jattwa.", "Aħna nappellaw lill-Gvern biex dawn il-proposti jpoġġihom on board biex jidħlu fir-riforma finali fl-interess tal-ġid komuni u fl-interess tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Grazzi, Sur President.", "Il-liġi li għandna quddiemna llum fil-verità hija emenda żgħira fejn qed nagħtu jedd ġdid biex iż-żgħażagħ tagħna ta' 16-il sena jkunu jistgħu jservu l-funzjoni ta' assistenti kummissarji waqt il-proċessi elettorali tagħna.", "Jiġifieri, jekk wieħed jaraha at face value igħid, iva, it-tibdil huwa wieħed żgħir; però jekk tixtarr ftit iktar fil-fond tifhem iktar il-viżjoni li għandu dan il-Gvern, viżjoni li ż-żgħażagħ mhumiex il-futur ta' pajjiżna imma huma l-preżent.", "Għalhekk irridu li, iktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar nirresponsabbilizzaw u nagħtu iktar drittijiet liż-żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Lanqas irrid nidħol fil-mertu tal-fatt li ftit xhur ilu f'pajjiżna fejn kien hawn min kien xettiku li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena, jiġifieri 16 u 17-il sena, nagħtuhom dawn id-drittijiet il-ġodda.", "Kien hawn min kien qed jibża' minn din il-bidla.", "Però, Sur President, nafu storikament li kull bidla f'kull pajjiż bniedem jibża' minnha u dak li jkun dejjem isib l-ostakoli sabiex jibdel.", "Jiena ngħid li wasalna f'livell ta' maturità politika f'dan il-pajjiż fejn, iva, wasalna biex illeġislajna u ż-żgħażagħ ta' 16-il sena u 17-il sena se jkollhom id-dritt sabiex jeżerċitaw il-vot li diġà eżerċitawh fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, u issa se jkollhom id-dritt is-sena d-dieħla li jeżerċitaw dan id-dritt għal vot tagħhom waqt l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "Din kienet waħda mill-proposti li kellu l-Partit Laburista waqt il-kampanja elettorali tas-sena li għaddiet.", "Wegħedna li nkomplu nagħtu drittijiet ġodda liż-żgħażagħ tagħna, mhux inqas bil-vot tagħhom fil-kunsilli lokali, imma issa anke f'kull elezzjoni li ssir f'pajjiżna.", "Niftakru li dak li lleġislajna fil-Parlament tagħna ftit xhur ilu fisser li ż-żgħażagħ Maltin ta' 16 u 17-il sena llum jistgħu jivvutaw mhux biss fil-kunsilli lokali, iżda anke fl-elezzjonijiet ġenerali, fir-referenda li jista' jkollna f'pajjiżna, kif ukoll f'elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Huwa pass li qed juri li aħna nemmnu bil-fatti u mhux bil-paroli fiż-żgħżagħ tagħna.", "Ovvjament, id-diskussjoni ta' hawn ġew iggravitat madwar il-kunsilli lokali u madwar anke l-white paper marbuta mar-riforma li jeħtieġ li jkollna fil-qasam tal-kunsilli lokali.", "Jiena għamilt ħames snin fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, u kienet esperjenza li minnha tgħallimt ħafna.", "Huwa proċess fejn int tifhem kif jaħdem gvern lokali, kif jiffunzjona qafas leġiżlattiv, u tifhem ir-responsabbiltajiet li jista' jkollok fuq l-livell lokali.", "Tifhem ukoll li għandek ċerti obbligi.", "Huwa privileġġ li sservi l-kostitwenza tiegħek; imma s'intendi dak il-privileġġ iġib ċerti obbligi.", "Jiena nista' ngħid li fil-ħames snin li domt inservi r-raħal tiegħi fil-Kunsill Lokali tal-Mosta tgħallimt ħafna.", "Sur President, naħseb li d-diskussjoni li rridu nagħmlu – u li s'issa għadni ma rajtx issir illum – hija dwar x'se nagħmlu aħna l-Parlament Malti biex naraw kif nattiraw iktar żgħażagħ lejn il-ħajja pubblika.", "Għamilna żmien, Sur President – u jiena naħseb li hemm numru ta' raġunijiet – fejn rajna l-interess taż-żgħażagħ fil-politika jonqos.", "Jiena naħseb li l-ewwel nies li huma ħatja ta' dan huma aħna stess.", "Meta jarawna nattakkaw lil xulxin, nitfgħu t-tajn lejn xulxin, u nattakkaw anke b'mod personali, naħseb li l-aħħar ħaġa li jkollu f'moħħu żgħażugħ huwa li b'xi mod jersaq lejn il-politika.", "Jiġifieri, naħseb li l-ewwel disservizz qed nagħmluh aħna.", "Hawnhekk m'iniex qed nipponta s-swaba, imma qed inwaħħal fina lkoll li bħala politiċi naqgħu fil-politika tribali ta' tfigħ ta' tajn u ta' attakki fuq xulxin.", "Dan l-aġir ma jattirax iktar żgħażagħ lejn il-ħajja pubblika.", "Jiena norbot magħha anke l-edukazzjoni.", "Jiena rrid nara ż-żgħażagħ tagħna li jkollhom sens ċiviku ikbar.", "Jekk tistaqsini jekk illum, fl-2018, iniex kuntent bis-sens ċiviku li nara fiż-żgħażagħ tagħna, jiena ngħidlek li le, m'iniex kuntent.", "Naħseb li, iva, nistgħu nagħmlu ħafna iktar, u dan joħroġ aktar meta tara kif jitrawmu żgħażagħ oħra f'pajjiżi Ewropej oħra bħalna.", "Iż-żgħażagħ ikollhom dak is-sens patrijott ġewwa fihom li huma stess ikunu jridu jinvolvu ruħhom u jagħtu l-kontribut tagħhom, dejjem jekk dan is-sens nibdew inrawmuhulhom mit-tagħlim fl-iskejjel tagħna sa mill-iċken età.", "Irridu nrawmu sens ċiviku ta' obbligu ċiviku li inti tirrispetta lil għajrek, tirrispetta r-raħal tiegħek, tirrispetta lil pajjiżek, u tara li inti tkun bniedem li tħoss id-dover li ttejjeb il-pajjiż, ittejjeb il-lokalità tiegħek.", "Nemmen li fil-passat dak is-sens kien jeżisti aktar f'pajjiżna u fil-kultura Maltija.", "F'kultura li qed tevolvi, jista' jkun li dak is-sens ċiviku maż-żmien naqas, u naħseb li huwa d-dmir tagħna li nitkellmu anke fuq in-nuqqasijiet li għandna bħala soċjeta' Maltija u x'nistgħu nagħmlu biex intejbuha.", "Jiena se nitkellem anke fuq ir-responsabilitajiet li jkollhom iż-żgħażagħ li joqorbu lejn il-politika.", "L-esperjenza ta' amministrazzjoni ta' gvern lokali titfa' fuqek ammont ta' responsabbiltà.", "Aħna l-Kunsill Lokali tal-Mosta, Sur President, sakemm kont għadni hemm jien – għaliex kull baġit qed jiżdiedu l-fondi allokati lill-kunsilli lokali – aħna l-Mosta kellna iktar minn €1.1 miljun x'namministraw.", "Jiġifieri l-ammont mhuwiex żgħir, u allura r-responsabilità li għandek fuq kull individwu, anke r-responsabilità personali, mhijiex żgħira.", "Jiena nista' ngħidlek biss, Sur President, illi minn dak il-€1.1 miljun li kien jagħtina l-Gvern ċentrali, konna nonfqu kważi €400,000 biex inżommu l-Mosta nadifa.", "Hawn qed ngħidu prattikament 40% ta' dak li kien jagħtina l-Gvern konna nonfquhom fuq indafa biss.", "Hemmhekk tifhem iktar, Sur President, ir-responsabilità li kunsill ikollu.", "Issa, ovvjament, s'intendi meta jkollok raħal li huwa kbir – u jekk insemmi l-Mosta llum qed nitkellmu fuq realtà ta' iktar minn 20,000 ruħ – s'intendi r-responsabilità tkun ikbar.", "Ovvjament, mhux qed innaqqas xejn mill-mertu ta' kunsilli li jkunu iżgħar, imma l-verità hija dik.", "Issa naf li dan huwa argument kontenzjuż u mhux kulħadd jista' jaqbel, imma jiena tlaqt mill-punt li qed ngħid li għandna nrawmu sens ċiviku biex niġbdu iktar żgħażagħ lejn il-politika, lejn il-ħajja pubblika.", "Però, nemmen ukoll li dik il-ħajja pubblika, dak l-irwol pubbliku, Sur President, wieħed irid ukoll ikun imħallas għalih.", "Aħna nafu li d-deputati f'dan il-Parlament jieħdu l-onorarja minn dan il-Parlament, il-kunsillieri tagħna wkoll jieħdu onorarja żgħira, li jien ngħid li ma tirriflettix fil-verità r-responsabbiltà tagħhom.", "Sur President, il-kunsilliera tagħna, irrispettivament mill-kunsill lokali li jiffunzjonaw fih, għandhom €100 onorarja fix-xahar li minnhom iridu jħallsu t-taxxi.", "Jiena ngħidha bla tlaqliq, u nista' ma nkunx popolari – u llum dan nista' ngħidu għaliex m'għadnix kunsillier – li l-€100 fix-xahar li jitħallas kunsillier li minnhom irid iħallas it-taxxi, naħseb li it's too petty.", "Naħseb li fil-verità m'aħniex qed nagħtu dak l-inċentiv extra sabiex nattiraw iktar talent lejn il-kunsilli tagħna.", "M'iniex qed ngħid li kunsillier imur jaqdi d-doveri tiegħu b'rispett lejn ir-raħal tiegħu għall-flus; imma tal-inqas għandek tirrikonoxxi b'mod aħjar l-irwol li dak il-kunsillier qed jokkupa fil-komunità tiegħu.", "Għandek tirrikonoxxi l-fatt li dak il-kunsillier għandu responsabilità lejn ir-raħal tiegħu, u allura tirrikonoxxi anke dik ir-responsabilità billi tara li l-onorarja tkun ogħla minn hekk.", "Jiena nispera li titqajjem din id-diskussjoni anke fil-proċess ta' konsultazzjoni li għaddej bħalissa marbut mar-riforma fil-kunsilli lokali, u dan li qed ngħid jgħodd kemm għall-kunsilliera u anke għas-sindki.", "Finalment, Sur President, ir-riforma li ppropona l-Onor.", "Parnis, is-Segretarju Parlamentari, qed titfa' responsabilitajiet ġodda.", "Jiena hawnhekk ma naqbilx mal-Oppożizzjoni li b'xi mod qed tgħid li qed innaqqru mir-responsabilitajiet tal-gvern lokali.", "Fil-verità, jekk jixtarr sew il-White Paper, wieħed isib li qed nitfgħu iktar obbligi fuq il-kunsilliera tagħna.", "Qed nitfgħu iktar responsabilità fuq il-kunsilliera tagħna, u allura tajjeb li dik ir-responsabilità ġdida li qed nitfgħu fuqhom nirrikonoxxuha anke billi, iva, inħallsu onorarja li tkun iktar diċenti.", "Sur President, il-kunsill lokali huwa l-ewwel gvern li inti tiltaqa' miegħu; jiġifieri, daqskemm jista' jaffettwa fil-ħajja ta' kuljum il-kunsill lokali, fil-verità ftit jista' jaffettwak.", "It-triq li inti tgħix fiha, l-indafa tar-raħal tiegħek, il-kwalità tal-ġonna pubbliċi fir-raħal tiegħek, il-kwalità tal-ispazji miftuħa fir-raħal tiegħek, iż-żamma b'mod ġenerali tar-raħal tiegħek, il-maintenance, wear and tear ta' kuljum li jkollok f'kull lokalità f'pajjiżna, kollha jieħu ħsiebhom il-kunsill.", "Dawk huma kollha wħud mill-affarijiet li huma responsabbli minnhom il-kunsilli lokali.", "Jekk kunsill lokali jkun iktar effettiv, iċ-ċittadin finalment ikollu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Il-politika tagħna trid tkun imfassla fuq dan il-kunċett, jiġifieri, li jekk qed intejbu l-gvern lokali l-għan aħħari jrid ikun li ntejbu l-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini tagħna.", "Jiġifieri finalment aħna mhux qegħdin hawnhekk naraw li b'xi mod intejbu biss il-kwalità tal-ħajja anke tal-kunsilli lokali u tal-kunsilliera tagħna, iżda qed naraw li bis-saħħa t'hekk intejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti, ta' min ikun eleġġihom.", "Naħseb li din hija diskussjoni li qegħda spjegata ċara fil-White Paper li l-Onor.", "Parnis vara, u naħseb li din hija d-diskussjoni li nixtieq nara iktar f'dan il-Parlament.", "Huwa tajjeb li qed nagħtu iktar drittijiet u iktar obbligi lill-kunsilliera tagħna u liż-żgħażagħ tagħna.", "Tajjeb li ta' kull sena qed nivvotaw iktar flus għall-kunsilli tagħna.", "Biss biss, il-fatt li mis-sena d-dieħla Infrastruttura Malta se tkun qed tieħu over it-toroq kollha ta' pajjiżna, inkluż dawk residenzjali, fisser żieda ta' iktar minn 20% fil-budgets tal-kunsilli lokali tagħna.", "Huwa tajjeb li nagħtu dawn id-drittijiet u l-fondi.", "Imma mbagħad dawn iridu jissarrfu fi kwalità tal-ħajja aħjar għal kull resident f'Malta u f'Għawdex.", "Dak huwa d-dmir tagħna issa li, iva, qed nagħtu iktar flus lill-kunsilli lokali tagħna, qed nagħtu iktar għodda – u għandna diskussjoni sħiħa għal kif se nagħtu iktar għodda lill-kunsilli lokali tagħna anke permezz ta' gvernijiet reġjonali – iżda wieħed jippretendi li jekk qed nagħtik iktar trid tagħtini lura iktar ukoll.", "Naħseb li hemm ċittadini – ejja nammettu magħna nfusna – li huma diżillużi bil-kunsilli lokali għax jippretendu– u jiena ngħid jippretendu b'mod ġust – li l-kunsilli lokali tagħhom jaħdmu aħjar, jipproduċu iktar u jtejbu iktar il-lokal tagħhom.", "Hemm stejjer ta' suċċess; titkellem ma' residenti li jgħidulek kemm hemm kunsill li jaħdem fir-raħal jew belt tagħhom, kemm hu kunsill effettiv, kemm hu kunsill li jieħu azzjoni fuq dak li jkun hemm bżonn.", "Imma, hemm kunsilli oħrajn li għadhom sal-lum mhux qed jilħqu l-aspettattivi tar-residenti tagħhom għal numru ta' raġunijiet.", "Jiena ma rridx nidħol fl-ispeċifiku, Sur President, imma naħseb li huwa d-dmir tagħna, aħna l-leġiżlaturi f'dan il-pajjiż, li naraw li nattiraw dejjem iktar talent, dejjem iktar enerġija u dejjem iktar żgħażagħ lejn il-kunsilli lokali.", "Il-liġi li għandna quddiemna llum huwa pass f'dik id-direzzjoni għax qed nuru kemm verament nemmnu fiż-żgħażagħ tagħna.", "Qed nuru kemm dan il-Gvern – u jiena nispera li nista' ngħid dan għal dan il-Parlament kollu kemm hu – jirrikonoxxi li ż-żgħażagħ tagħna mhumiex biss il-futur, imma huma l-preżent ta' pajjiżna.", "Iż-żgħażagħ huma l-preżent ta' pajjiżna, u dan qed nuruh bil-fatti anke permezz ta' dawn il-liġijiet.", "Jiena nagħlaq dan id-diskors tiegħi billi nappella għal diskussjoni ġenwina u matura bejn iż-żewġ partijiet ta' din il-Kamra sabiex flimkien naslu biex il-gvernijiet lokali tagħna jkunu iktar effettivi, iktar qrib tan-nies u mogħnija b'iktar talent, kemm bħala kunsilli u anke talent fl-amministrazzjoni.", "Finalment, huwa importanti li nsemmi l-ħaddiema tal-kunsilli lokali.", "Jien insellmilhom; naf li jagħmlu xogħol imprezzabbli.", "Imma tajjeb li nibqgħu ninvestu fil-ħaddiema u fl-amministrazzjoni tal-kunsilli lokali minħabba anke r-responsabilitajiet li dawn iġorru sabiex finalment, bis-saħħa ta' dan kollu, inkunu qed intejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna.", "Grazzi, Sur President.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jiena dejjem ħdimt biex insaħħu l-potenzjal taż-żgħażagħ ħalli mhux biss ikunu l-vera protagonisti fis-soċjetà, imma, iktar minn hekk, fil-komunità li aħna ngħixu fiha.", "Din il-Kamra għandha tgħin biex jintlaħaq dan b'kull mezz.", "L-età ta' 16-il sena hija assoċjata ma' ħafna drittijiet minkejja li l-liġi tqishom minorenni.", "Din hija l-età fejn żagħżugħ jista' jħalli l-iskola, jista' jibda xogħol, għandu l-kunsens ta' konsultazzjoni medika, għandu l-kunsens anke ta' att sesswali, u jistgħu jirreġistraw bħala donaturi biex jagħtu organi – tliet affarijiet li kollha rajniehom iseħħu fil-leġiżlatura li għaddiet u li jiena ħadt sehem fihom bħala persuna li għożżejt dawn il-prinċipji.", "Fil-fatt, wieħed minnhom – il-kunsens mediku – kien l-uniku private member's bill min-naħa tal-Gvern li kien magħmul minni fil-leġiżlatura l-oħra.", "Barra minn hekk, għandhom ukoll id-dritt li jmexxu negozju, jiżżewġu u, fuq kollox, id-dritt tal-vot li tnibbet f'din il-Kamra mill-Onor.", "Marlene Farrugia bil-proposta li kienet għamlet fil-leġiżlatura l-oħra u llum parti mil-liġi.", "Minkejja dan, nafu li hemm ċerti drittijiet li ma jistgħux jiingħataw liż-żgħażagħ qabel ma jagħlqu t-18-il sena.", "Nafu wkoll li l-ġenituri jew il-kustodji ta' dak iż-żagħżugħ li għadu taħt l-età għandhom l-obbligu u d-dmir li dejjem iħarsu l-interess taż-żagħżugħ.", "Iż-żgħażagħ għandhom dejjem jibqgħu fuq quddiem nett u jiena, bħala membru tal-Partit Demokratiku – anzi li mmexxih – naħdem u nippromwovi bis-sħiħ biex it-tibdil pożittiv favur iż-żgħażagħ mhux biss jirnexxi imma jirnexxi f'kull sens, għax dawn huma ċittadini bħal kulħadd.", "Huwa għalhekk li l-emenda ta' din il-liġi hija tajba.", "Din hija wkoll it-tielet darba din is-sena f'din il-Kamra li qegħdin nitkellmu fuq is-sistema elettorali.", "Semmejnieha qabel meta tkellimna fuq il-Vot 16, u semmejnieha wkoll fuq l-għadd tal-voti b'mod elettroniku.", "Dan huwa kollu tajjeb biex insaħħu l-istess sistema.", "Imma kulħadd jaf x'inhuma d-diffikultajiet tal-aġenda moħbija anke tal-partiti l-kbar biex dan il-qasam jibqa' status quo, u hawn se nsemmi sitt punti li huma relevanti fejn nemmen li għandu jkun hemm titjib fis-sistema elettorali biex il-vot taċ-ċittadin jissarraf verament kif suppost.", "Rigward id-distretti nemmen li għad jasal iż-żmien li dawn ikunu mhux biss fissi elettoralment imma għandhom ikunu relatati mad-distretti ta' diversi servizzi minħabba raġunijiet amministrattivi, għax b'hekk is-servizzi jkunu koordinati ferm aħjar.", "Apparti għall-finijiet ta' elezzjonijiet, naf li jeżistu d-distretti tal-Pulizija, tal-posta u tal-ilma.", "Id-distretti ta' dawn is-servizzi mhux bilfors huma mqassmin skont id-distretti elettorali, li jiċċaqilqu u jinbidlu kull darba li jkun ċaqliq fil-popolazzjoni.", "It-tieni punt jirrigwarda l-kontenut tal-karta tal-vot.", "Dan ma jirrikonoxxi l-ebda koalizzjoni li tista' ssir qabel l-elezzjoni, imma jiffavorixxi dak li jgħidulu d-donkey voting, jiġifieri li tibda bl-ewwel isem u tibqa' nieżel 'l isfel għad-dritt, u allura ma tirriflettix l-għażla kif suppost.", "Rigward il-kalkolu tal-kwota biex kandidat jiġi elett, hawnhekk ninnota li meta kandidat jiġi elett, jifdal voti fid-distrett innifsu li ma jissarrfux skont ix-xewqa tal-poplu li jkun tefa' l-vot.", "Tgħiduli: Hemm korrezzjoni li ssir fuq skala nazzjonali wara li l-voti kollha jingħaddu, u dik il-korrezzjoni ssir biex il-maġġoranza tas-siġġijiet tkun tirrifletti l-maġġoranza tal-voti.", "Din hija tajba immens, imma fiha hemm nuqqas għax il-partiti ż-żgħar, dawk li ma jkunx għad kellhom iċ-ċans biex itellgħu siġġu skont il-kwota f'dak id-distrett, għalkemm jista' jkollhom numru massiċċ ta' voti, meta jingħaddu l-voti tagħhom fuq skala nazzjonali, dawn jiġu eliminati.", "B'dan il-mod ikunu qed jintremew numru ta' voti li jirriflettu, wara kollox, l-espressjoni ħielsa tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Il-miżura l-oħra li xtaqt insemmi hija dwar l-elezzjonijiet każwali meta jkun hemm siġġu vakanti, b'mod partikolari meta jkun hemm xi riżenja jew mewt ta' xi membru, jew inkella meta fl-istess elezzjoni jkun hemm kandidat li jiġi elett minn żewġ distretti.", "Nemmen li hawnhekk għandu jkun hemm titjib fil-proċedura.", "Dawn huma punti li xtaqt inqajjem f'din il-Kamra għax nemmen li hawnhekk la l-Partit Laburista u lanqas il-Partit Nazzjonalista m'għandhom interess li jaraw li kull vot verament jissarraf kif suppost, għax hemm il-biża' li jekk jitla' t-tielet partit fil-Parlament, bħalma ġara din id-darba, u jitla' mhux b'koalizzjoni imma b'riħu, ikollhom aktar diffikultajiet għax il-kollużjoni li tkun teżisti bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista tinkixef aktar.", "Jiena nħossni ferm kburi li, għall-ewwel darba wara aktar minn 50 sena mill-Indipendenza, f'din il-leġiżlatura għandna l-preżenza tat-tielet partit fil-Parlament, it-tielet vuċi li tħares l-interessi ta' forza nazzjonali bis-sħiħ, li tħares ukoll l-interessi mingħajr l-ebda kantunieri, b'politika onesta ta' verità fejn it-tajjeb verament tgħidlu tajjeb u l-ħażin ma tpinġih qatt tajjeb.", "Fl-aħħar mill-aħħar irrid ngħid li r-riżultat ta' kull elezzjoni jrid jissarraf fil-verdett tal-għażla tal-poplu b'mod sħiħ u b'mod ġust.", "Is-sistema kif inhi preżenti ma tagħmilx dan għax tiffavorixxi l-bipartisan approach, bħalma tiffavorixxi l-bipartisan approach l-istess Kostituzzjoni li issa bdejna l-konvenzjoni dwarha.", "Din mhijiex xi ħaġa b'saħħitha kemm għall-poplu Malti, kemm għal din l-ogħla istituzzjoni, kif ukoll għad-demokrazija rappreżentattiva li aħna ngħożżu.", "L-ewwel tkellimt fuq iż-żgħażagħ, tkellimt fuq l-elezzjonijiet, u issa l-aħħar punt li ridt insemmi fil-qosor hu fuq il-kunsilli lokali.", "Nixtieq nindirizza lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Silvio Parnis, u nsemmi xi punti mingħajr ma nidħol f'ċertu dettall.", "Nifhem li ċerti kunsilli tilfu s-sens ċiviku tagħhom.", "Hemm ċerti kunsilli, iva, li tilfu is-sens ċiviku tagħhom, u l-kaġun huwa l-indħil politiku, il-partiġjaniżmu żejjed u l-klijenteliżmu żejjed li għandna f'dan il-pajjiż ta' \"agħtini u nagħtik\".", "Din trid tinqered, u qed nagħmel appell kemm lill-kunsilliera Laburisti, kif ukoll lill-kunsilliera Nazzjonalisti, li għandhom is-saħħa fil-kunsill tagħhom, li m'għandna qatt naraw iċ-ċittadin bil-kulur politiku tiegħu.", "Hija sfortuna li f'Malta progressiva ta' dan iż-żmien wasalna f'dan l-punt.", "Punt ieħor li nemmen li għandna nindirizzaw fl-istrateġija tagħna hu li għadna dejjem inqisu kunsill lokali bħala gvern lokali.", "Lil hemm mill-kliem, irridu nkunu aktar fattwali.", "Hemm bżonn li nifhmu s-sens ta' gvern lokali x'ifisser.", "Gvern lokali għandu bżonn li jkollu l-għodod kollha biex ikun jista' jwettaq id-doveri li għandu kif suppost, mingħajr ma jilgħaq lil ebda entità u mingħajr ma jilgħaq lill-ebda Ministru.", "Jiddispjaċini ngħid li għandna sistema li qiegħda ddewwed pajjiż.", "Huwa tajjeb li nisma' lill-ħabib tiegħi jitkellem fuq strutturar u jitkellem fuq żieda fil-fondi.", "Dan huwa tajjeb: imma, aktar minn hekk, il-gvernijiet lokali ta' kull raħal u belt għandhom bżonn dik l-istima bħala entità u l-poteri tagħhom li jifirxu l-għeruq tagħhom komunitarji għandhom jibqgħu mhux biss hemm, imma għandhom jiġu wkoll imsaħħa.", "Qed ninnota minn ċerti miżuri li qegħdin jittieħdu li d-deċentralizzazzjoni li qabel kienet parti mill-istruttura tal-kunsilli lokali bħala l-aġenda ewlenija tagħhom fil-fatt qed titnaqqar.", "Qed nitkellem hekk għax irridu noqogħdu attenti.", "Huwa tajjeb li ċerti poteri jingħataw lir-reġjuni u hekk għandu jkun anke b'mod amministrattiv; imma rridu niżnu sew l-affarijiet u noqogħdu attenti li, meta nagħmlu hekk, l-identità ta' dik il-komunità, ta' dak ir-raħal u belt ma jiġux imwarrba.", "Il-biża' hija li meta jiġri hekk u jkun hemm aktar iffokar fuq ir-reġjun, jista' jiġri li dak ir-raħal li huwa ċkejken, meta jkun abbinat ma' dak ir-raħal li hu ferm ikbar minnu, fil-fatt, is-saħħa tal-vuċi ta' dak ir-raħal ma titqiesx bħala li hija ugwali bħal dik ta' sieħbu.", "Nafu wkoll r-rwol ta' kull kunsillier, b'mod partikolari dawk li qegħdin fit-tmexxija, għandu jissaħħaħ.", "Nemmen li għandu jissaħħaħ mhux biss b'żieda fl-allowance, imma għandha tissaħħaħ fil-mod kif huma jistgħu, flimkien ma' dawk li forsi ma jaqblux magħhom, jaħdmu għall-ġid tal-komunità biex verament il-kwalità tal-ħajja f'dak ir-raħal u f'dik il-belt titjieb.", "Illum għandhom ħafna sfidi minn dan l-aspett.", "Għandhom ħafna sfidi meta tiġi għall-ambjent innifsu taż-żona rurali, imma wkoll għaż-żona urbana ta' kull belt u raħal.", "Mhux se nidħol fihom imma kulħadd jaf għal xiex qed nirreferi.", "Lil hinn mill-paroli nemmen li hemm bżonn ikollna tmexxija aktar imġedda, tmexxija li tiġi aktar f'sensiha – u dik hi l-kelma li rrid nuża, aktar f'sensiha – u tieqaf tuża l-politika partiġġjana, anke għall-protezzjoni tagħha.", "Hemm bżonn nibnu, u għandi tama li b'nies ta' rieda tajba f'din il-Kamra kapaċi nibnu dik Malta li hija vera Malta tagħna lkoll, dik Malta li jien dejjem ħdimt għaliha, dik Malta li kemm jien kif ukoll ilkoll kemm aħna ħdimna għaliha.", "Jiena nemmen li anke f'sempliċi miżura bħal din fejn qed tagħti dritt lil persuna li għandha 16-il sena li tieħu sehem f'elezzjoni ġenerali, jekk nimxu kif suppost, inkunu dejjem qegħdin ngħinu biex nibnu r-reputazzjoni u l-integrità ta' kull wieħed minna, ta' kull Malti u Għawdxi, u allura ta' Malta li tant suppost ilkoll ngħożżu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor Glenn Bedingfield.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-Abbozz ta' Liġi numru 62 jsib li dan ma jikkonsistix f'emenda kbira, però hija emenda b'saħħitha għax tagħti dmirijiet ġodda liż-żgħażagħ ta' 16-il sena li, wara li ngħaddu din l-emenda, se jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-elezzjonijiet mhux biss bħala voti, imma wkoll fil-proċess elettorali nnifsu.", "Biex nagħmel parentesi żgħira dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, irrid ngħid li llum qrajt li għall-elezzjonijiet li ġejjin, kemm tal-kunsilli lokali kif ukoll tal-Parlament Ewropew, għall-ewwel darba se jkollna l-eCounting, jiġifieri meta nivvotaw se mmorru nivvotaw bħas-soltu, insibu l-ballot paper tas-soltu, nagħżlu lil min nagħtu l-ewwel, it-tienti, it-tielet preferenza, eċċ. - jiġifieri l-proċess se jibqa' l-istess - però, meta niġu għall-għadd tal-voti, dan għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna se jkun qed isir b'mod elettroniku.", "Illum kien hemm briefing għall-midja mill-Kummissjoni Elettorali fejn ġie spjegat kif se jsir dan il-proċess.", "Fejn qabel konna noqogħdu nistennew sakemm l-ewwel jinfetħu l-kaxxi, imbagħad trid toqgħod tagħmilhom ħamsin ħamsin u taqlibhom wiċċhom 'l isfel – f'din il-Kamra kulħadd jafu l-proċess elettorali għax kulħadd jitla' u jdum jistenna fil-Counting Hall, fost it-tferfir u l-eċitament – din id-darba 390,000 vot se jkunu magħduda f'seba' sigħat.", "Jien niftakar li ġieli għaddew jiem sakemm sirna nafu r-riżultat tal-elezzjoni, imma llum, bit-teknoloġija, għall-ewwel darba fl-elezzjoni anke tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew, se jkollna din it-teknoloġija l-ġdida.", "Se nerġgħu nagħmlu l-istorja f'dan il-pajjiż, bħalma kien pass storiku l-fatt li tajna l-vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena, u bħalma qed nagħmlu llum meta qed nagħtu aktar saħħa liż-żgħażagħ biex huma wkoll jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Għad hawn min jargumenta li ta' 16-il sena ż-żgħażagħ ma jkollhomx formazzjoni biżżejjed biex jistgħu jagħmlu l-għażla bejn partit u ieħor, jew bejn kandidat u ieħor.", "Dawn huma l-istess argumenti li kienu jinġiebu meta Gvern Laburista snin ilu kien niżżel l-età tal-vot minn 21 sena għal 18-il sena.", "Irridu ngħidu li dejjem kienu gvernijiet Laburisti li naqqsu l-età, bħalma kien Gvern Laburista li ta l-vot lin-nisa, bħalma kien Gvern Laburista u Partit Laburista li insista li kull persuna għandu jkollha vot.", "F'Malta, fil-bidu tas-seklu l-ieħor mhux bilfors kien ikollok vot, imma seta' jkollok aktar minn vot wieħed skont kemm tkun well off, skont kemm għandek flus, skont kemm ikollok artijiet, eċċ. Aħna konna introduċejna s-sistema ta' one vote per one person, imbagħad tajna l-vot lin-nisa u naqqasna l-età ta' meta wieħed jista' jivvota minn 21 sena għal 18-il sena.", "Illum għadna nisimgħu lil min iġib l-istess argumenti li kienu jinġiebu dak iż-żmien meta konna qed nagħmlu dawk il-bidliet.", "Din kienet wegħda elettorali li għamel il-Partit Laburista wara li qies l-affarijiet kollha, u din il-wegħda elettorali qegħdin inwettquha wkoll.", "Aħna nemmnu fiż-żgħażagħ, nemmnu li jistgħu jkunu parti mhux biss mill-futur ta' pajjiżna, imma anke parti mill-preżent, għax iż-żgħażagħ qegħdin jgħixu llum u qegħdin jipparteċipaw illum fl-elezzjonijiet ukoll.", "Illum qegħdin niffokaw l-aktar fuq l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Dalgħodu, flimkien miegħek, Sur President, u flimkien mal-kelliem tal-Oppożizzjoni, ix-Shadow Minister l-Onor.", "Robert Cutajar, li tkellem aktar kmieni f'dan id-dibattitu, kellna laqgħa mal-Ministru Owen Bonnici u mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis dwar ir-riforma li rridu nwettqu fil-kunsilli lokali.", "Bħal f'kull riforma, ikun hemm min jaqbel u jkun hemm min ma jaqbilx; imma ħadt gost li fuq ħafna mill-punti f'din ir-riforma l-Oppożizzjoni qed taqbel mal-Gvern.", "Mill-banda l-oħra, hemm affarijiet li qal l-Onor.", "Robert Cutajar li ma nistax naqbel magħhom.", "Pereżempju, ikkritika l-aġenzija LESA li llum qed tikkontrolla l-uffiċjali tal-komunità, dawk li qabel konna nsejħulhom gwardjani lokali.", "Kellhom wisq timbru ħażin il-gwardjani lokali, bħalma kienet ħażina s-sistema li tibbaża fuq l-għoti ta' ċitazzjonijiet.", "Dik kienet sistema ħażina għax minnha l-Gvern ma kien jieħu xejn u wisq inqas iċ-ċittadin.", "Kien ikollok gwardjani mistoħbija wara kantuniera biex kif tgħaddi persuna li tikser ir-regolamenti tat-traffiku kienet teħel ċitazzjoni.", "Illum il-LESA qed tkun riformata, is-sistema tal-gwardjani lokali kienet riformata u llum qegħdin ngħidulhom uffiċjali tal-komunità.", "Aħna rridu ntejbu wkoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-uffiċjali tal-komunità, u naf li għaddejjin diskussjonijiet mal-Gvern fuq ftehim kollettiv li għandu jtejjeb dawn il-kondizzjonijiet.", "Il-bidla li għamilna ma kenitx biss bidla kożmetika imma bidla għall-aħjar, għax nemmnu li l-uffiċjali tal-komunità mhux qegħdin hemm biss biex jagħtu ċitazzjonijiet.", "Iva, min jiżbalja għandu jieħu dak li ħaqqu, imma l-għan ewlieni tal-uffiċjali tal-komunità m'għandux ikun l-għoti taċ-ċitazzjonijiet.", "Ħaġa oħra li qed nitkellmu dwarha f'din ir-riforma tal-kunsilli lokali hija r-reġjuni.", "Permezz ta' din ir-riforma, ir-reġjuni se jkollhom aktar saħħa u se jkun hemm aktar kolleġġjalità bejn il-kunsilli lokali.", "Jiena qatt ma servejt f'kunsill lokali; però, reċentement, fit-tħejjija għad-dokument il-Pjan ta' Strateġija għall-Kottonera, ltqajt diversi drabi mas-sindki u mal-kunsilliera ta' dawn l-inħawi, u l-esperjenza tiegħi hija li l-kunsilli lokali għandhom verament il-polz tal-poplu u jkunu jafu eżattament x'inhuma l-ħteġijiet tal-lokalitajiet.", "Ikunu jafu x'għandu bżonn isir; ikunu jafu x'ilmenti jkun hemm u joħorġu b'suġġerimenti u proposti.", "Nista' ngħid li kelli esperjenza pożittiva għax għaqqadna l-kunsilli lokali tal-Kottonera – jiġifieri Bormla, l-Isla, il-Birgu u anke l-Kalkara – biex flimkien għamilna proposti li qegħdin fil-Pjan ta' Strateġija għall-Kottonera.", "Aħna għandna lokalitajiet żgħar ħafna li jmissu ma' xulxin, u allura xi ħaġa li ssir f'Bormla tista' taffettwa 'l-lokalitajiet tal-Isla u tal-Birgu.", "Xi ħaġa li ssir il-Kalkara tista' taffettwa 'l-Birgu, u llum hemm dokument li qiegħed għall-konsultazzjoni pubblika, liema konsultazzjoni se tintemm fis-16 ta' Novembru, li fih insibu serje ta' proposti li ħafna minnhom ġew mill-kunsilli lokali.", "Meta nitkellmu fuq il-proġett ta' Triq Sally Port, il-Birgu, l-area magħrufa bħala Tat-Toqba, dak huwa suġġeriment tal-Kunsill Lokali tal-Birgu li t-triq għandha bżonn issir mill-ġdid.", "L-istess fuq il-promenade tal-Kalkara.", "Għall-ewwel darba qed naraw li s-sindki ta' dawn il-lokalitajiet jaħdmu flimkien biex il-Kottonera jkollha l-kosta tagħha magħquda wara li ngħalaq il-Baċir Nru 1, u llum għandna proġett mill-isbaħ li ta wiċċ ġdid lill-Kottonera.", "Dan ma tax wiċċ ġdid biss lil Bormla, imma ta wiċċ ġdid lill-Kottonera.", "Sur President, b'dan il-proġett għaqqadna tliet lokalitajiet u nieħu gost ħafna li llum se jkollna reġjuni aktar b'saħħithom.", "Din is-saħħa se tkun aktar formalizzata biex l-esperjenza li qed ngħaddu minnha fil-Kottonera, fejn qed jaħdmu flimkien l-erba' kunsilli lokali bħala parti mir-reġjun tan-naħa tagħna, hekk ukoll ikun hemm xogħol ieħor reġjonali li jkun għaddej bi qbil f'inħawi oħra ta' pajjiżna.", "Din kienet l-esperjenza tiegħi tal-kunsilli lokali, u nittama li bi qbil mal-Oppożizzjoni din ir-riforma timxi 'l quddiem għall-ġid tar-residenti.", "Jiena nifraħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għax-xogħol li qed jagħmel u lill-Ministru Owen Bonnici li qegħdin iressqu din ir-riforma, li hija intiża biex ittejjeb il-livell tal-għixien, għax se tagħmel il-kunsilli lokali aktar effettivi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m., id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO PARNIS: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Sostituzzjoni ta' Membru fid-delegazzjoni fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 – Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u t-Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nixtieq nitkellem fuq kif qegħdin jittieħdu deċiżjonijiet u jsiru stqarrijiet minn dan il-Gvern li fil-fehma tiegħi qegħdin iħallu impatt tajjeb fuq min qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet u min jagħmel dawn l-istqarrijiet, imma li qed jaffettwaw ħażin lill-poplu li jġarrabhom u li jgħixhom.", "Qed nirreferi għad-deċiżjonijiet u stqarrijiet politiċi fil-konfront ta' tliet esperjenzi differenti.", "L-ewwel realtà tirrigwarda r-rispett lejn il-memorja ta' Daphne Caruana Galizia.", "Fl-aħħar tliet Aġġornamenti tkellimt fuq hekk, u fl-aħħar Aaġġornament għedt li nittama li l-artal tal-qlubija, li hu ftit 'il bogħod minn hawnhekk, il-monument tal-Assedju, ma jkunx hemm min ineħħilu l-fjuri ladarba dik hija xi ħaġa spontanja.", "Illum naqra li kien il-Minisru Owen Bonnici, bħala l-Ministru responsabbli għall-kultura, li f'isem il-Gvern talab li jitneħħew il-fjuri minn quddiem il-monument tal-Assedju, fjuri li kienu qegħdin jitpoġġew f'ġieħ il-memorja tal-qtil ta' omm, mara u ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din: Għaliex il-Gvern qed jiddejjaq bil-fjuri li qed jitpoġġew f'ġieħ Daphne quddiem il-monument tal-Assedju?", "Din il-mistoqsija qegħdin jistaqsuha ħafna nies hemm barra.", "Dan il-Gvern għaliex qed jiddejjaq?", "Dan il-Gvern tal-Onor.", "Muscat għaliex ma jiflaħx jissaporti lil min irid ifakkar il-qtil u l-impenn għas-sewwa skont kif fehmet hi?", "M'hemmx bżonn taqbel magħha – jekk ma taqbilx magħha, nirrispettak xorta waħda – imma għaliex ma tiflaħx tissaporti lil min irid ifakkar il-qtil ta' din il-mara?", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq qtil.", "Huwa veru li Daphne kienet persuna kontroversjali, imma għadni ma nistax inġerraħha kif f'dan il-pajjiż kellu jkun hawn xi ħadd li jiddeċiedi li din il-persuna kellha tinqatel.", "Toqtol persuna qegħdin ngħidu!", "Illum, jekk jinstab kelb jew qattus fi skip, bir-raġun kollu jkun hemm protesta għax in-nies iħossuhom imweġġgħin.", "Iżda meta qegħdin nitkellmu fuq persuna, għaliex dan il-Gvern ma jiflaħx jissaporti lil min b'mod spontanju, bl-aktar mod ġenwin irid ifakkar il-mewt ta' din il-persuna?", "In-nies ikomplu jistaqsu: Possibbli li l-Gvern qed iħoss ċanfira?", "Dawk il-fjuri qegħdin iċanfru lill-Gvern?", "Possibbli t-tifkira qiegħda ċċanfar lill-Gvern?", "Iċ-ċanfira ta' xiex?", "In-nies ikomplu jistaqsu: Għaliex aġixxa hekk il-Ministru Owen Bonnici f'isem il-Gvern?", "Kultant nibda ngħid li ġie mqabbad aktar milli ried hu, għax jiena nipprova nsib it-tajjeb f'kulħadd.", "Għaliex dan il-Ministru spiċċa jiċċensura sentiment popolari f'ġieħ xi ħaġa li żgur ħadd ma jista' jgħidilha li kienet tajba, jiġifieri l-qtil brutali ta' ġurnalista?", "Imma ħalli issa ngħaddi għat-tieni esperjenza, għat-tieni realtà, u minn ċensura mmur għal ċensura oħra.", "Nixtieq nirreferi għaċ-ċensura mwettqa f'isem il-Gvern mill-Ministru Helena Dalli, \"il-Ministru tal-Ugwaljanza\".", "Lill-Ministru Helena Dalli jiena nsejħilha l-Ministru tal-Ugwaljanza kif dettata mill-ideoloġija Marxista artifiċjali, għax bl-ebda mod ma tirrispetta l-liġi naturali; dik l-istess ugwaljanza li ftit ilu kien hawn min ivvota favur u kien hawn min ivvota kontra tagħha meta kellna quddiem il-Parlament il-liġi dwar il-Konvenzjoni ta' Istanbul.", "Dik hija ideoloġija bbażata fuq kif il-bniedem jiddeċiedi skont xi jħoss hu u twarrab għalkollox dak li sa ftit ilu kienet tiddetta l-liġi naturali bħala definit.", "Illum, dak li tiddetta l-liġi naturali m'għadux definit u dħalna f'regoli infiniti li kulħadd jista' jpartathom u jgħawwiġhom kif irid hu.", "Jiena nirrispetta d-deċiżjoni ta' min irid joqgħod fuq naħa jew fuq naħa oħra, ma tagħmilli l-ebda differenza.", "Però jidher li lill-Ministru Dalli tagħmlilha differenza.", "Jekk inti ma tkunx fuq in-naħa tagħha, allura m'intix fuq in-naħa tas-sewwa, u l-Ministru Dalli ma taċċettax, f'isem l-ugwaljanza li temmen fiha hi, li jkun hawn min jitkellem b'mod differenti minnha.", "In-nies jistaqsu: X'għamel ħażin iż-żagħżugħ Matthew Grech meta fil-programm X Factor spiċċa ċċensurat minn din il-Ministru tal-Ugwaljanza?", "Għaliex dan iż-żagħżugħ kien ħaqqu din iċ-ċensura?", "Għaliex għall-Ministru Dalli dan għamel ħażin għax tkellem fuq esperjenza spiritwali personali tiegħu?", "Tista' tgħid kemm trid li inti liberali; imma kemm verament inti liberali jekk lil xi ħadd li jistqarr twemmin tiegħu tgħidlu: Agħlaq ħalqek?", "Ma tistax tgħid li inti liberali, imbagħad għax tkellem differenti minnek u għandu ħsieb differenti mill-ideoloġija li temmen fiha inti, inti tiċċensurah.", "U mbagħad trid tgħid li inti l-Ministru tal-Ugwaljanza u li you are championing liberal thought.", "Liberal thought mhuwiex totalitarju, u t-tnejn ma jistgħux jitpoġġew flimkien!", "Il-Ministru tat lilha nnifisha t-titlu tar-reġina tat-totalitarjaniżmu għax mhux l-ewwel darba li aġixxiet hekk, anke fil-konfront tiegħi.", "Issa jiena politiku u ma niddejjaqx.", "Naf għal xiex dħalt, u nissaporti u noqgħod.", "Naf li d-dinja tikkritika, jien nikkritika, u għandna d-dritt li nikkritikaw.", "Huwa dritt fundamentali ta' kull persuna li temmen u li tistqarr dak li temmen pubblikament.", "Huwa dritt fundamentali tal-espressjoni tal-kelma.", "U dak iż-żagħżugħ, Matthew Grech, għandu dritt fundamentali, imma xi ħadd f'isem l-ugwaljanza spiċċa jġiblu dan id-dritt fundamentali fix-xejn.", "Għaliex?", "Fejn sejrin?", "Sur President, l-ironija hija li għad naslu f'punt f'dan il-pajjiż li ħażin għalik jekk inti tistqarr dak li temmen fih, u dak li temmen fih jista' jiġi mifhum li inti qed tgħid kontra l-ideoloġija li trid iġġib 'il quddiem l-Onor.", "Helena Dalli, l-ideoloġija li tiffavorixxi triq waħda, dik tal-LGBTIQ.", "Helena Dalli ma tirrispettax id-diversità.", "Il-biża' hija li minħabba l-Istanbul Convention qed jiġu mħejjija trattamenti sabiex għada pitgħada, jekk xi ħadd jitkellem u jiġi mifhum li qed jitkellem kontra l-interessi tal-LGBTIQ, għall-argument, jista' jitressaq il-Qorti fuq hate speech.", "Kull darba li jien għedt xi ħaġa u qaluli giddieb u li mhux veru, wara ġrat.", "Meta konna qegħdin nitkellmu dwar l-Istanbul Convention kont għedt li għad jasal żmien li l-vires fuq xiex jiġi deċiż l-oġġett mhux se jkun aktar fuq x'tiddetta l-liġi naturali, imma fuq il-persuna xi tħoss.", "Lit-tfal tagħna għad ngħallmuhom li int mhux tifel jew tifla, imma xi tħossok li int. Diġà wasalna f'dan il-kunċett ftit ġimgħat wara li għadna kemm ivvotajna għal dik il-leġiżlazzjoni.", "Illum qed ngħid li għad naslu li għada pitgħada jibdew jittellgħu nies il-Qorti – u qegħdin jiġu mħejjija l-Pulizija jew nies oħra biex ikunu jistgħu jħarrku lil min jidhrilhom – għax dak li jkunu qed jgħidu jiġi interpretat bħala hate speech.", "Għalhekk qegħdin naraw l-involviment tal-Ministru Helena Dalli biex twaqqaf lil dak u lill-ieħor.", "Se nsemmi każ ieħor.", "X'għamel ħażin Fr Ivan Attard, Dumnikan, meta bħal ħaddieħor, fuq il-blog tiegħu jew fuq il-Facebook page tiegħu, għallem dak li jemmen fih hu?", "Taqbel jew ma taqbilx miegħu mhux affari tiegħi, imma f'dan il-każ ukoll qabżet il-Ministru Helena Dalli, mhux biex turi li ma taqbilx, imma biex tiċċensurah.", "Issa meta titkellem il-Ministru tal-Ugwaljanza, il-kelma tagħha ġġorr il-piż tal-awtorità u tar-responsabilità.", "Lil din is-soċjetà tagħna li tgħożż il-libertà, tgħożż is-saltna tad-dritt, tgħożż id-drittijiet fundamentali, se nitfgħuha fi sqaq ta' ideoloġija totalitarja, ta' gvern b'imġiba totalitarja?", "Dan hu l-gwaj li jien qiegħed nara ġej fuq dan il-pajjiż.", "Lil min qed jinkwieta ngħidlu biex jagħmel kuraġġ u ma jaqtax qalbu, irridu nkomplu naħdmu biex nikxfu x'hemm moħbi f'moħħ dawn in-nies li qegħdin jippjanaw x'għandha tgħid u x'għandha tagħmel ukoll Helena Dalli bħala Ministru.", "Lil min qata' qalbu ngħidlu biex ma jaqtax qalbu, ma jkunx indifferenti għal x'inhu jiġri f'dan il-pajjiż.", "Hemm min qed jipprepara biex idaħħalna f'dan l-isqaq, u lil min ma jaqbilx ma' din l-ideoloġija totalitarja ngħidlu biex lil pajjiżna noħorġuh minn dan l-isqaq.", "Il-korruzzjoni ddaħħal lil dan il-pajjiż fi sqaq.", "Din l-ideoloġija ddaħħal lil dan il-pajjiż fi ħdan dan l-isqaq, u dan il-poplu, illum jew għada, se jixba' dieħel f'dak l-isqaq u fl-ieħor.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, il-korruzzjoni għandha prezz?", "Il-korruzzjoni għandha prezz fi flus u prezz soċjali.", "Ninsabu f'perjodu ta' state capture minn kleptokrazija; qatt ma kellna daqstant istituzzjonijiet li jew inxtraw mill-Gvern, jew qegħdin jogħtru, jew abdikaw kompletament minn dmirhom bil-konsegwenza li ż-żgħir, dak li m'għandux min jitkellem għalih, l-innoċenti, qed jispiċċa jbati minħabba l-għemil u l-aġir tal-korrott.", "Kellna l-każ tal-Bank Pilatus.", "Kemm qalu li Daphne Caruana Galizia, il-Partit Nazzjonalista u David Casa kienu negattivi u distruttivi!", "Irriżulta li kellna raġun, iż-żmien tana raġun għax is-sid Iranjan, dak li jiekol il-kirxa ma' Joseph Muscat u Keith Schembri u stedinhom għat-tieġ lussuż ħafna fl-Italja, grazzi għall-FBI jinsab arrestat u jistenna li jgħaddi ġuri b'talba li jeħel priġunerija sa 115-il sena fuq ħasil ta' flus u korruzzjoni.", "Grazzi għax-xogħol strumentali against many odds u against all odds ta' David Casa biex jiċċaqilqu, l-awtoritajiet bankarji Ewropej ġiegħlu lill-MFSA f'Malta tagħmel talba biex tiġi rtirata mill-Bank Ċentrali Ewropew il-liċenzja tal-Bank Pilatus.", "Nafu li f'dak il-Bank Pilatus kien hemm ħafna kontijiet ta' ċerti nies, fosthom Keith Schembri, l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli – li jgħid li qatt ma ntuża – u politiċi korrotti mill-Ażerbajġan.", "Kienet makna ta' ħasil tal-flus, makna perikoluża ħafna li għamlet ħsara irreparabbli lir-reputazzjoni Maltija fis-servizzi finanzjarji b'theddida għal tant impjiegi.", "Kellna reputazzjoni eċċellenti għal tant u tant snin sakemm il-kleptokrazija Muscatjana ħatfet il-poter fl-2013.", "Sur President, dan huwa perikoluż, għax meta l-istat jippermetti financial crime ikun qed jattira the wrong kind of people, dawk li m'għandniex bżonn u li ma rridux mas-saqajn.", "Tant kemm saret ħsara – u dan biex nuri l-korruzzjoni kemm fiha prezz u kemm iġġib tbatija – tant kemm kellna raġun fil-kritika tagħna fuq il-Bank Pilatus, li anke waqt il-kampanja ta' character assassination enormi fuq kull min kien qiegħed jiżvela l-ħmieġ fil-Bank Pilatus, fosthom Daphne Caruana Galizia u Maria Efimova – li spiċċat lanqas tista' tiġi Malta tixhed b'ordni ta' qorti barranija għax huwa ta' periklu għal ħajjitha – Jonathan Ferris, David Casa u Simon Busuttil, il-Kummissjoni Ewropea għamlet xi ħaġa li qatt m'għamlet f'50 sena - lanqas biss kienu jafu li għandha dan il-poter - ħarġet dak li jgħidulu a formal opinion biex tordna lill-FIAU f'Malta, dik l-aġenzija li suppost tiġġieled il-ħasil tal-flus u li wara l-2013 ħadet nagħsa twila ħafna - ara x'umiljazzjoni; kellha tindaħal il-Kummissjoni Ewropea għax l-FIAU abdikat minn dmirijietha! – u ordnatilha miżuri speċifiċi partikolari dettaljati li trid tieħu biex tiġi miġġielda l-pjaga tal-ħasil tal-flus.", "Issa għandna s-saga tas-Satabank, bank ftit differenti mill-Pilatus għax huwa retail bank.", "Hawnhekk ukoll naraw kif, għall-abbuż tal-poter, meta wieħed li suppost qed jagħmel għażla bejn il-qamħ u s-sikrana, jiġi maħtuf minn Kastilja u l-korruzzjoni qed jispiċċaw iħallsu għaliha ċ-ċittadini onesti, in-negozji onesti, l-anzjani, il-pensjonanti, l-istudenti u l-ħaddiema onesti u beżlin.", "Dawn spiċċaw lampa stampa u qegħdin ikollhom jissellfu minn dak u mill-ieħor jew mill-ġenituri.", "Dan huwa inkonvenjent kbir għal tant nies.", "Qed jingħad li diġà hemm Facebook group ta' iktar minn 500 ruħ milquta u jbatu minħabba dak li qed jiġri fis-Satabank, biex ma nsemmux il-ħsara irreparabbli li qed issir u li saret lir-reputazzjoni ta' Malta.", "Fil-fatt, is-sid ta' Satabank huwa Bulgaru jismu Christo Georgiev, li huwa direttur, rappreżentant ġudizzjarju u rappreżentant legali tal-kumpanija tiegħu SIGNIA Holding Ltd, liema kumpanija ġiet reġistrata Malta fil-5 ta' Diċembru 2013.", "Sal-2013 dan kien qed jopera fis-servizzi finanzjarji fil-Lussemburgu u mhux fil-banking.", "Kif induna – u dan inkun qed niżvelah issa – li l-FIAU tal-Lussemburgu kienet qiegħda tinvestigah fuq ħasil tal-flus u korruzzjoni, apparti ksur ta' liġijiet oħrajn, għalaq in-negozju tiegħu fil-Lussemburgu u ġie Malta.", "L-MFSA m'għamlet ebda due diligence suret in-nies fuqu, u għalhekk it-tbatija tan-nies illum.", "Kieku din it-tbatija kollha ġiet evitata.", "Kieku għamlu due diligence kien ifalliha minħabba ċerti attivitajiet u kundizzjonijiet tiegħu.", "Fost l-oħrajn huwa magħruf kemm huwa viċin elementi fi ħdan il-Mafja Russa.", "Però l-awtoritajiet Maltin riedu li jkun hawn bank ieħor biex fih jiġu ddepożitati flejjes kbar ħafna ta' ċerti proġetti.", "Fi tmiem is-sena 2013, wara li dan ġie Malta, l-FIAU tal-Lussemburgu bagħtet rapport viċin it-300 paġna lill-FIAU ta' Malta, però l-FIAU ta' Malta m'għamlet xejn dwaru.", "F'dan il-bank li ngħata din il-liċenzja mill-MFSA, kif għidt, hemm il-kontijiet ta' ċittadini u negozji onesti.", "Però sa ftit ilu kien hemm il-kontijiet … Aqtgħu ta' min, kumbinazzjoni?", "Issa araw il-common denominator!", "Tal-eks Kummissarju Ewropew Malti John Dalli li - ma ninsewx - f'dak il-perjodu kien il-konsulent tal-Prim Ministru fuq is-saħħa, u ta' persuna oħra viċin tiegħu ħafna mill-familja tiegħu.", "Dawn kellhom kont bankarju fis-Satabank.", "Xejn illegali, però issa Bluestone Investments Malta Ltd ta' Mark Pawley ġiet irreġistrata fil-British Virgin Islands bħala Bluestone Investments, waqt li f'Malta ġiet irreġistrata Bluestone Investments Ltd fl-2014 – ir-registration number tagħha huwa C 67975.", "Din kellha kont bankarju fis-Satabank eżattament kif fetħet u ġiet irreġistrata Malta.", "Kumbinazzjoni, is-sidien tal-Vitals Global Healthcare, li l-Ministru Konrad Mizzi tahom l-isptarijiet Maltin u ta' Għawdex għal 30 sena f'kuntratt li għandu valur ta' €2 biljun u fuqhom – biex inkun eżatt €2.1 biljun – ukoll fetħet kont f'Satabank.", "Infakkar li fuq il-kuntratt korrott mal-VGH – għax hu kuntratt korrott – il-Kap tal-Oppożizzjoni preżenti, Dr Adrian Delia, fetaħ kawża fil-Qorti biex dak il-kuntratt ikun reċiss u annullat.", "Infakkar, biex tifhmu ftit l-abbuż, li fi Frar 2015, jiġifieri xahrejn qabel ma l-Ministru Konrad Mizzi ħareġ request for proposals għall-privatizzazzjoni tal-isptarijiet, il-VGH, din li għandha l-kontijiet fis-Satabank u l-proprjetarji tagħha li sa ftit ilu kellhom il-kontijiet fis-Satabank, kienet diġà bdiet tirreklama b'dettalji ta' dak li kellu jkun u li fil-fatt kellu jissarraf f'kuntratt ta' €2 biljun.", "Dan xahrejn qabel ħareġ ir-request for proposal li huwa speċi ta' tender – sejħa!", "Profetiċi kienu, hux veru?", "Infakkru li l-istess Ministru Konrad Mizzi tas-17 Black ta d-dritt lill-VGH li, jekk trid u meta trid, at its sole discretion, iġġedded il-kuntratt minn 30 sena għal 99 sena.", "Infakkar li Bluestone Investments Malta Ltd, minn meta twaqqfet sa ftit ilu, biex ma ngħidx sal-lum, ma ppreżentat ebda audited accounts kif obbligata tagħmel bil-liġi.", "Tajjeb tkunu tafu wkoll – imma araw il-kumbinazzjonijiet! – li fit-23 ta' Novembru 2014, Ram Tumuluri, il-ħabib tal-Ministru Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri, permezz tas-soċjetà tiegħu fil-British Virgin Islands, u Mark Pawley, permezz tal-kumpanija tiegħu Bluestone Investments irreġistrata fil-British Virgin Islands, flimkien ma' żewġ investituri oħra, iffirmaw memorandum of understanding li kien jinkludi dettalji speċifiċi, inkluż in-numru preċiż tas-sodod li se jagħmlu fl-Isptar ta' Għawdex u fl-Isptar ta' Malta ta' dak li kellu jkollu – u li fil-fatt kellu – ir-request for proposal li l-Ministru Konrad Mizzi ppubblika f'Marzu 2015!", "Nirrepeti; fit-23 ta' Novembru 2014 dawn bejniethom jiftiehmu u jgħidu: Aħna se nagħmlu dan il-ftehim u se nkunu qegħdin nagħmlu \"hekk\", \"hekk\" u \"hekk\", bid-dettalji.", "Kienu jafu x'kien ħiereġ f'Marzu 2015, jiġifieri erba' xhur wara.", "Dawn profetiċi!", "(Interruzzjonijiet) Dak li kellu jkun kien, kif qed jgħidli l-ħabib tiegħi, l-Onor.", "F'Marzu 2015 il-boċċa tiġi fejn il-likk.", "Sur President, hemm ħafna iktar li rrid ngħid però l-ħin ma jippermettilix.", "Hemm bżonn issir investigazzjoni pubblika fuq kull negozju, fuq kull kuntratt li fih kien involut il-Ministru Konrad Mizzi, għax 17 Black ma kenitx waħedha.", "Hemm McBridge ukoll f'Dubaj.", "Ma jistax ikun li n-nies u n-negozji jkomplu jbatu minħabba n-nuqqas tal-istituzzjonijiet li jagħmlu xogħolhom jew għax jibżgħu, jew għax bla sinsla jew għax mixtrija.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – KONSULENZI MOGĦTIJA B'DIRECT ORDER", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 133 u jgħid min huma l-persuni / kumpaniji / partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-Dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li hemm fi ħdanu permezz ta' direct order?", "X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?", "X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ta' min jgħid li dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.", "KUNSILL TAN-NURSES U MIDWIVES – PRESIDENT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu l-President tal-Kunsill tan-Nurses u Midwives fil-preżent?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-President tal-Kunsill tan-Nurses u Midwives huwa Dr Andy Ellul.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – KODIĊI TAL-KONDOTTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid id-data u fejn ġie ppubblikat il-kodiċi dwar il-kondotta li kull membru tal-Awtorità tal-Ippjanar, iċ-Chairperson Eżekuttiv, chairpersons, Diretturi u uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar huma mistennija li jsegwu fil-qadi tal-funzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif il-Ministru hu obbligat li jagħmel skont l-artikolu 32 (2) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmi kodiċi dwar il-kondotta?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, bħala impjegati pubbliċi, kull membru tal-Awtorità tal-Ippjanar, iċ-Chairperson Eżekuttiv, Chairpersons, Diretturi u uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar huma mistennija li jsegwu l-Kodiċi ta' Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika fil-qadi tal-funzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – DIKJARAZZJONIJIET TAL-ASSI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar dikjarazzjonijiet tal-assi li saru mill-Membri tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjoni u tad-Diretturi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, kif inhuma obbligati li jagħmlu skont l-artikolu 32 (1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid meta saru dawn id-dikjarazzjonijiet tal-assi u meta ġew ippreżentati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex intiżi li jkunu pubbliċi, iżda jsiru għall-iskrutinju tal-Awditur Ġenerali, hekk kif spjegat fil-linji gwida magħmula mill-Ministru u ppreżentati fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7439.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PROĊEDURA STABBILITA DWAR ID-DIKJARAZZJONIJIET TAL-ASSI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proċedura stabbilita minnu bħala Ministru dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi li huma obbligati li jagħmlu l-Membri tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjoni u tad-Diretturi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar skont l-artikolu 32 (1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-proċedura hija dik indikata fid-dokument li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SWIEQI – TRIQ JOSEF KALLEYA – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti d-data meta l-Aġenzija għall-Infrastruttura Malta u / jew l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ser ilestu x-xogħlijiet ta' bini u għoti ta' wiċċ lill-aħħar parti ta' Triq Josef Kalleya fis-Swieqi, u ċjoè dik il-parti tal-imsemmija triq li għadha s'issa qatt ma nbniet u qatt ma ngħatat wiċċ minkejja li fiha jgħixu r-residenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt, fil-ġimgħat li għaddew din l-aġenzija, li twaqqfet fis-sajf, diġà ħabbret l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla.", "Sejħiet oħra għax-xogħol meħtieġ għall-bini ta' aktar toroq madwar il-pajjiż se jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati, direttament.", "AĠENZIJA IDENTITÀ MALTA – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7265 u jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA – INFIQ FUQ REKLAM FIL-PUBBLIKAZZJONI \"INDIAN EXPRESS - SPECIAL EDITION ABOUT MALTA\"", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pubblikazzjoni \"Indian Express - Special Edition about Malta\" li għalih l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ħallset l-ammont ta' GBP 18,000 għal reklam fl-istess pubblikazzjoni?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura u / jew talba għal ħlas mibgħuta lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta dwar l-imsemmija pubblikazzjoni?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ninsab infurmat ukoll li l-ħlas kien jammonta għal £13,000 u mhux £18,000 kif deher bi żvista.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hawn Malta għandniex National Geological Survey nazzjonali bħala organizzazzjoni permanenti li tagħti pariri lill-Gvern dwar il-ġeoloġija tal-pajjiż?", "Jekk le, għaliex hawn Malta bqajna l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr dan is-servizz?", "JOSEPH MUSCAT: Sa mis-snin disgħin l-entità responsabbli mit-tiftix għaż-żejt bdiet tassumi r-rwol ta' Geological Survey.", "Illum, il-Continental Shelf Department huwa membru tal-Euro Geo Surveys li jirrappreżenta l-Geological Surveys tal-Ewropa.", "Fl-1993, id-Dipartiment għat-Tiftix għaż-Żejt kien ippubblika l-mappa ġeoloġika ta' Malta, u s-sena li għaddiet din il-mappa nqalbet f'format diġitali u tista' tinkiseb b'xejn minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment.", "Id-Dipartiment qed jieħu sehem f'żewġ proġetti tal-Ewropa bħala parti minn konsorzju magħmul mill-Geological Surveys tal-Ewropa: Proġett Emodnet u, flimkien mal-Energy and Water Agency, fil-proġett GeoERA.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti relatati mat-tfittix taż-żejt ingaġġati mill-Gvern minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "X'inhu l-ħlas ta' dawn il-konsulenti għas-servizz li jagħtu?", "Xi kwalifiki akkademiċi relatati mat-tħaffir għaż-żejt kif ukoll esperjenza f'dan il-qasam għandu / għandha kull konsulent?", "Kif ġew ingaġġati dawn il-konsulenti, b'interview jew abbażi ta' position of trust?", "Għal kemm tul ta' żmien sar kull kuntratt ma' kull konsulent ingaġġat?", "X'kienu r-riżultati miksuba minn kull konsulent fir-rigward tal-konsulenza li qed jagħti / tagħti?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' karti.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li numru minn dawn il-konsulenti ilhom ingaġġati fuq xogħol relatat mal-Continental Shelf Department sa minn qabel l-2013.", "TIFTIX GĦAŻ-ŻEJT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx prospetti tajbin ta' sejbien ta' żejt fl-areas ta' tiftix ta' żejt li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija?", "JOSEPH MUSCAT: Il-Gvern mhux se jispekula fuq dan is-suġġett.", "XIRI TA' BILJETTI TAL-KAROZZI TAL-LINJA", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li qabel il-kumpanija tat-Trasport Pubbliku, il-Malta Public Transport, ġiet trasferita lil Autobus De Leon, jekk passiġġier kien jixtri biljett ta' €1.50, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa, kien jista' jagħmel ġurnata jivvjaġġa bil-karozza tal-linja, illum, jekk tixtri biljett minn fuq tal-linja bl-istess prezz, kemm tista' ddum tivvjaġġa bih?", "Jista' l-Ministru jgħid illum hemmx differenza fil-prezz tal-biljett bejn is-sajf u x-xitwa?", "IAN BORG: Nibda billi niċċara li x-xebh li qiegħed jagħmel l-Onor.", "Interpellant għar-rigward it-tariffi tat-trasport pubbliku, hekk kif kienu japplikaw qabel Lulju 2015 u wara, mhux korrett.", "U dan minħabba li l-istruttura tan-nollijiet kien inbidel.", "Waħda mill-miri ta' dan il-Gvern meta kien qiegħed jiġi mfassal il-kuntratt il-ġdid tat-trasport pubbliku bi skeda kien li kemm jista' jkun jieħu miżuri sabiex jitnaqqas il-ħin tat-traġitt tal-karrozza tal-linja.", "Waħda minn dawn il-miżuri kienet li jitnaqqas il-ħin li passiġġier jieħu biex iħallas in-noll sabiex jagħmel użu mis-servizz tal-karrozzi tal-linja.", "Dan il-għan intlaħaq bl-introduzzjoni ta' Transport Card, magħrufa aħjar bħala Tallinja Card, f'Lulju ta' 2015 fejn, permezz ta sempliċi swipe tal-card, passiġġier iħallas in-noll tal-vjaġġ.", "Din il-miżura kienet ta' suċċess tant li llum 'il fuq minn 80% tal-vjaġġi jsiru permezz tal-użu tal cards.", "Għal kull min juża l-card biex jivvjaġġa, il-prezz ta' sagħtejn vjaġġar jiswa hekk kif ġej:", "· Tfal bejn l-età ta' erbgħa u għaxar snin, anzjani (minn 60 sena 'l fuq), kif ukoll persuni b'diżabilità li għandhom il-Blue Badge jew Disabled Special Identity Card iħallsu €0.25 sa massimu ta' €0.50 kull jum u massimu ta' €2.00 fil-ġimgħa;", "· Persuni li għandhom l-età ta' bejn il-11 u s-16-il sena, kif ukoll persuni li qegħdin jistudjaw b'mod full-time, iħallsu €0.75 sa massimu ta' €21.00 fix xahar, jew inkella €55 f'90 ġurnata;", "· Persuni bejn l-etajiet ta' 17 u 59 sena jħallsu €0.75 sa massimu ta' €26.00 fix-xahar.", "Biex jiddiżinċentiva persuni milli jħallsu n-noll direttament fuq il-karozzi tal-linja, il-prezz li wieħed irid iħallas huwa ogħla, jiġifieri, €1.50 fix-xitwa u €2.00 fis-sajf.", "Dan il-biljett jintitola lill-passiġġier għal vjaġġ wieħed ta' sagħtejn.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolatur tat-trasport pubbliku hux jivverifika li x-xufiera barranin li qed jiġu ngaġġati mal-Malta Public Transport ikunu kapaċi jitkellmu sew bil-lingwa Ingliża?", "Kien hemm istanzi fejn, wara spezzjonijiet mir-regolatur tat-trasport pubbliku, instabu xufiera barranin li kienu ingaġġati mill-kumpanija tat-Trasport Pubbliku li ma kenux jafu jitkellmu sew bl-Ingliż?", "X'passi ttieħdu f'dawn l-istanzi mir-regolatur fil-konfront tal-kumpanija Malta Public Transport?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, minn spezzjonijiet li jsiru minn uffiċjali ta' Transport Malta, jirriżulta li meta xufier ma jkunx kapaci jikkomunika bil-Malti jew bl-Ingliż jittieħdu provvedimenti kif kontemplat fil-kuntratt.", "Ninsab infurmat li l-operatur tat-trasport pubbliku, minn żmien għal żmien, jorganizza korsijiet fl-Ingliż bażiku sabiex jgħin lix-xufiera jikkomunikaw aħjar bl-Ingliż.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera ta' coaches u karozzi tal-linja ta' nazzjonalità barranija li jiġu jaħdmu hawn Malta u li jkollhom liċenzja simili maħruġa f'pajjiżhom ikunux jistgħu jibdew jaħdmu b'mod immedjat jew ikunu jridu jagħmlu xi kors ma' Transport Malta?", "Kemm idum dan il-kors?", "Xufiera oħra barranin li jiġu jaħdmu ma' kumpaniji oħra privati jingħataw l-istess trattament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.18, Regolament numru 5, kwalunkwe persuna tista', sa perjodu ta' sena, issuq f'Malta vettura skont il-liċenzja maħruġa lilha ġewwa pajjiżna.", "Sabiex persuna tkun tista` ssuq vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri, minbarra l-liċenzja tas-sewqan Kategorija D, jew dik ekwivalenti, irid ikollha wkoll dak li huwa magħruf bħala ċ-Ċertifikat ta' Kompetenza Professjonali (CPC).", "Dan iċ-ċertifikat ikun jista' jinkiseb wara li l-kandidat jattendi għall-kors u jgħaddi mill-eżami fl-aħħar tal-kors.", "Sabiex jinħareġ il-permess ta' xufier (tag), li allura tippermetti lil dik il-persuna ssuq dan it-tip ta' vetturi, l-applikant irrid ikollu kondotta nadifa, liema kondotta tkun trid tiġi miġjuba kemm minn Malta, kif ukoll mill-pajjiż tal-oriġini tal-applikant.", "Fl-aħħar issir \"assessment\" tal-ħiliet tal-applikant f'dak li għandu x'jaqsam ma' sewqan ta' vetturi tat-trasport pubbliku.", "Huwa wara li l-applikant jissoddisfa dawn il-kriterji li tkun jista' jinħareġ il-permess ta' xufier (tag).", "Dan il-provvediment japplika għal kulħadd l-istess.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, kemm kienet in-nefqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) għal safar?", "Għalxiex sar dan is-safar u kemm-il persuna kienet involuta f'kull safra?", "Jista' l-Ministru jagħti break down?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "FSWS – LAQGĦA TAL-EUROPEAN ASSOCIATION OF SERVICE PROVIDERS FOR PERSONS WITH DISABILITY", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swietu lill-Gvern l-attendenza tas-seba' impjegati tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) li attendew għal-laqgħa tal-European Association of Service Providers for Persons with Disability (EASPD) biex ġabu l-konferma li l-FSWS ġiet aċċettata bħala membru?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija xejn.", "L-ispiża kollha ġiet iffinanzjata mill-fondi Ewropej allokati taħt il-European Social Fund għat-taħriġ tal-impjegati tal-Ministeru.", "UNCRPD – DJALOGU KOSTRUTTIV - SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm swieh lill-Gvern il-grilling mill-UNCRPD dwar l-issues tad-diżabilità li sar f'Ġinevra?", "Kemm kien hemm persuni fid-delegazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispejjeż b'konnessjoni mad-djalogu kostruttiv (constructive dialogue) mal-Kumitat tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD Committee) waqt l-20 Sessjoni tiegħu ġewwa Ġinevra, u bħala obbligu li kien intrabat bih pajjiżna li jissottometti ruħu għalih minn żmien għal żmien, meta mitlub mit-tali Kumitat u li ntrabat bih wara r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), mill-Gvern Malti fl-2012, kienu s-segwenti:", "Akkommodazzjoni: € 9149.43", "(tali ammont jeskludi flus allokati għall-akkommodazzjoni)", "In-nefqa kif dettaljata tkopri delegazzjoni ta' 11-il persuna.", "Ir-rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kienet illi d-delegazzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu komposti minn madwar ħmistax-il ruħ.", "Dawn il-persuni ġew minn entitajiet differenti li kienu involuti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tul dawn l-aħħar snin, u li ffurmaw Grupp ta' Ħidma li pprepara għal dan l-eżerċizzju permezz ta' ġbir ta' materjal u statistika li ġew diskussi mal-Kumitat, wara li aktar kmieni din is-sena ġew sottomessi kważi 70 paġna ta' risposti dettaljati, l-hekk imsejħa List of Issues imqajma mill-Kumitat.", "Is-sessjonijiet kienu jirrikjedu li membri tad-delegazzjoni jirrispondu għal aktar domandi simili, ħafna drabi f'ħin ta' 15-il minuta.", "Id-delegazzjoni kienet ukoll komposta minn żewġ interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM), li l-ispejjeż kollha b'konnessjoni magħhom ġew imħallsa mill-Ġnus Magħquda, skont il-prassi eżistenti.", "XAGĦRA GĦAWDEX – PJAZZA VITTORJA – FLUSHING TAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid, minn meta tlesta l-proġett ta' rinovazzjoni, kemm-il darba sar flushing tad-drenaġġ ġewwa Pjazza Vittorja fix-Xagħra, Għawdex, xahar b'xahar mil-ewwel ta' Settembru 2016?", "Jista' jikkonferma jekk hemmx xi problemi fis-sistema tad-drenaġġ f'din il-Pjazza?", "Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma dawn il-problemi fis-sistema l-ġdida tad-drenaġġ li saret reċentement ġewwa din l-istess Pjazza u x'inhuma l-pjanijiet biex jissolvew?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru diversi drabi ġo Pjazza Vittorja fix-Xagħra Għawdex sabiex jagħmlu tindif ta' xaħmijiet oriġinati minn ristoranti li jimblukkaw il-katusi, u biex jissiġillaw tappieri għax titla' riħa kkaġunata mill-imblukkar tax-xaħmijiet.", "Barra minn dan, ma jirriżultax li hemm xi problema fis-sistema tad-drenaġġ tal-imsemmija Pjazza.", "Fit-tabella segwenti hawn dettalji tal-flushing tad-drenaġġ li sar:", "UFFIĊĊJU TAL-ARTIJIET F'GĦAWDEX – BDIEWA LI QED IĦALLSU L-QBIELA TAR-RABA'", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-gvern fl-Uffiċċju tal-Artijiet f'Għawdex?", "Għal kull każ, f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela, u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela?", "Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?", "Interpellant li għandu jistaqsi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "DIRETTORAT PROĠETTI U ŻVILUPP –BINI TA' LQUGĦ U ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar tliet snin, u ċjoè, mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, kemm sar xogħol ta' bini ta' ħitan għall-ilqugħ u tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tat-Taqsima ta' Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat Proġetti u Żvilupp?", "F'liema lokalitajiet f'Għawdex sar dan ix-xogħol, u kemm kien l-għoli u t-tul ta' dawn il-ħitan?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "RABAT GĦAWDEX – SKOLA PRIMARJA ĠDIDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6958, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadha ma ġietx ikkalkulata l-istima fuq il-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex?", "Meta hemm ħsieb li tiġi kkalkulata l-istima għall-bini u tlestija ta' din l-Iskola ġdida Primarja?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-istima fuq il-bini u x-xogħlijiet ta' tlestija tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex, hi ta' madwar €9.5 miljun.", "GĦAWDEX – SECOND CLASS WATER", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma toħroġ it-tenders meħtieġa ħalli tkun tista' tikber il-firxa tan-network tas-second class water ġewwa Għawdex sabiex jinqdew iżjed bdiewa?", "Jista' jgħid f'liema xahar u sena huma ppjanati li joħorġu t-tenders għal dan il-proġett?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li t-tenders huma fi stadju avvanzat ta' ppjanar.", "Id-dati ta' meta ħa joħorġu t-tenders jitħabbru fil-ħin opportun.", "RAĦAL IL-ĠDID – PENSJONANTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Raħal il-Ġdid u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma tas-sess femminili?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: In vista tal-istaġun partikolari fejn qed tagħmel iktar xita, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l-bus stop li hemm fi Triq Hompesch, il-Fgura, fil-parti tal-aħħar ta' Triq Cottoner, tiġi mkabbra u estiża?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma tas-sess femminili?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "ELEZZJONIJIET – VOTAZZJONI MINN PERSUNI LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot jivvutaw f'Ambaxxati Maltin?", "Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju l-gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "SANTA LUĊIJA – PENSJONANTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Santa Luċija u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "NAXXAR – COFFEE SHOP – INVESTIGAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7351, rigward struttura ta' coffee shop maġenb il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, liema struttura ma tirrispettax il-permess hekk kif ġie approvat, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar rigward dan l-istess coffee shop, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li rigward il-coffee shop imsemmi, wara li saret spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità, ġiet innutata diskrepanza mill-permess maħruġ peress li l-area approvata għat-tqegħid tal-imwejjed u siġġijiet ġiet spostjata.", "Skont il-proċeduri stabbiliti, l-applikant issottometta applikazzjoni għal tibdil minuri tal-permess lill-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp kif sar.", "L-Awtorità tieħu azzjoni ulterjuri wara li tittieħed deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni.", "POST TAL-HOUSING – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward post ta' housing peress li ilha sitt snin li applikat għal post?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa bħal kull każ ieħor.", "REGOLAMENT TAL-UNJONI EWROPEA – GEO-BLOCKING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tispjega x'miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta' Frar 2018 dwar il-geo-blocking, u jekk s'issa ġietx identifikata l-entità pubblika f'Malta li se tkun responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-regolament?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza mhuwiex il-Ministeru responsabbli għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta' Frar 2018 dwar il-geo-blocking.", "SERVIZZ TA' EMERĠENZA 112 – TAĦRIĠ LILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta parlamentari 7560, jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħata lill-pulizija li jaħdmu fis-Servizz ta' Emerġenza 112 f'dawn l-aħħar sentejn, biex ikunu jistgħu jgħinu b'mod professjonali lill-familji vulnerabbli li jagħmlu użu minn dan is-servizz tant importanti?", "Fuqiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li l-membri tal-pulizija li jaħdmu fis-servizz ta' Emergenza 112 huma uffiċjali li qabel ma bdew jaqdu dan id-dover kienu diġà jagħmlu xogħol relatat bħala Membri tal-Korp stazzjonati fil-Control Room tal-Pulizija.", "Dawn huma uffiċjali li minħabba n-natura ta' xogħolhom huma diġà konxji mill-assistenza li trid tingħata lil dawk li jirreferu għal dan is-servizz meta jkun hemm il-bżonn.", "EŻAMIJIET GĦALL-POSTIJIET TA' UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI, PRINCIPALS U SENIOR PRINCIPALS", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2978, li kienet dwar ingaġġ ta' Senior Principals, fejn mit-tweġiba għaliha jirriżulta li sal-15 ta Jannar 2018 kienu ġew ingaġġati 89 Senior Principals, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315 li, mit-tweġiba għaliha jirriżulta li sat-28 ta' Ottubru 2018 kienu ġew ingaġġati 80 Senior Principals u, peress li minn dawn it-tweġibiet jirriżulta li bejn Jannar u Ottubru tal-istess sena kien hemm differenza (tnaqqis) ta' 9, meta wieħed kien jistenna li tal-anqas in-numru, jekk ma jiżdiedx, kellu jibqa' l-istess, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-figura t-tajba?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li mill-ewwel 89 li ġew ingaġġati fil-grad ta' Senior Principal fuq l-ordni tal-mertu tar-rizultat inħatru 80.", "Dan wara li numru ta' kandidati, għal raġuni personali tagħhom, għażlu li jirrifjutaw il-ħatra, oħrajn għażlu li jibqgħu fuq l-ordni tal-mertu sal-validità tar-riżultat u ieħor jinsab pendenti quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.", "Dwar dati, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7443.", "ĦAL FAR - DUĦĦAN ABJAD – SPEZZJONIJIET MILL-AWTORITÀ TAL-AMBJENT U R-RIŻORSI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-rapporti li dehru f'dawn l-aħħar ġranet b'mod partikolari fil-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali u li nġabu għall-attenzjoni tal-Awtorità dwar duħħan bajdani fiż-żona ta' Ħal Far, jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fiż-żona ta' Ħal Far?", "Jekk saru, jista' jgħid minn fejn kienet qiegħda toriġina?", "Jista' jgħid xi rriżulta li kienet din is-sħaba?", "Ittieħdu passi ulterjuri mill-Awtorità rigward is-sors ta' din id-daħna?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċeviet rapporti dwar duħħan abjad fiż-żona ta' Ħal-Far li, wara stħarriġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, irriżulta li kien ħiereġ miċ-ċumnija ta' faċilità privata.", "Uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi spezzjonaw din il-faċilità iktar minn darba f'dawn l-aħħar ġimagħtejn, fejn ġie kkonfermat li dan id-duħħan abjad hu fil-fatt fwar iġġenerat mill-proċess tal-produzzjoni tat-tarmac.", "L-Awtorità ġiet infurmata li f'dawn l-aħħar ġimgħat din il-faċilità qiegħda taħdem lejl u nhar sabiex jilħqu mad-domanda tat-tarmac minħabba d-diversi xogħlijiet fit-toroq fil-gżejjer Maltin.", "Dan il-fwar huwa parti mill-proċess tal-ġenerazzjoni tat-tarmac u ma jikser ebda regolament, u għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tieħu passi ulterjuri."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181113_167d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "In vista tal-artiklu ppubblikat illum (http://theshiftnews.com/2018/03/08/judgements-on-two-student-lawyers-deleted-from-government-web-site/) fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta' kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi, ta' żewġ persuni li jinsabu f'kontroversja pubblika, għaldaqstant jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a) min ordna tali tħassir;", "b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tal-password mogħtija mill-MITA;", "c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Gvern mill-MITA b'impatt evidenti fuq is-sigurtà tal-informazzjoni li l-MITA għandha; u", "d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn il-MITA neħħiet, jew awtorizzat it-tneħħija, ta' sentenzi tal-Qrati tagħna, mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 'l hawn?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "In vista tal-artiklu ppubblikat illum (http://theshiftnews.com/2018/03/08/judgements-on-two-student-lawyers-deleted-from-government-web-site/)fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta' kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi, ta' żewġ persuni li jinsabu f'kontroversja pubblika, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid:", "a) min ordna tali tħassir;", "b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja;", "c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Ministeru għall-Ġustizzja; u", "d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn sentenzi tal-Qrati tagħna, mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 'l hawn?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-aħbar fil-gazzetta \"Times of Malta\" tal-Ġimgħa 9 ta' Marzu 2018, li huwa ntroduċa bil-moħbi the right to be forgotten, jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sabiex mill-website tal-Ministeru għall-Ġustizzja/Qrati jitneħħew sentenzi ta' kundanna mill-Qrati Kriminali u kemm minn dawn intlaqgħu, id-dettalji tal-persuna li f'kull każ għamlet it-talba u jaħsibx li l-pubbliku kellu jkun jaf mill-bidu li l-Ministru kien ta dan id-dritt b'mod li kulħadd ikun jaf x'għandu jagħmel jekk verament il-Ministru arbitrarjament iddeċieda li jdaħħal \"dritt\" li mhux rikonoxxut mil-liġijiet tagħna?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' skart, hu ta' liema xorta hu, ġie landfilled fl-2014, 2015, 2016 u 2017?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1116 u jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha?", "Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1121 u jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha?", "Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Prim Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnha bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnha u għal kull wieħed minnhom tindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk f'kull depot/interchange tal-Malta Public Transport hemmx il-faċilitajiet sanitarji neċessarji kollha hekk kif stipulat fil-Collective Agreement bejn il-ħaddiema u l-Malta Public Transport?", "Fin-nuqqas ta' dan, x'passi ttieħdu/se jieħu mir-regolatur fil-konfront tal-operatur?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm enforcement officers impjegati ma' Transport Malta, sena b'sena, mill-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati enforcement officers ma' Transport Malta, xahar b'xahar, minn Lulju 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u minn liema lokalitajiet ġejjin?", "Xi proċedura ntużat biex iddaħħlu dawn l-enforcement officers, saret call pubblika jew intużat xi proċedura oħra?", "Jekk saret l-interview, min kien fuq il-bord ta' dawn l-interviews?", "X'kienu r-requirements biex jiddaħħlu l-enforcement officers?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati ma' Transport Malta li preżentement huma sospiżi?", "Jekk fil-fatt hemm, dawn qegħdin sospiżi bla paga, b'nofs paga jew b'paga sħiħa?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għal kemm tul ta' ħin huwa fixed point għal enforcement officer ta' Transport Malta waqt li jkunu għaddejjin xogħlijiet ta' toroq jew meta għal xi raġuni jew oħra ikun hemm diversion tat-traffiku jew tingħalaq triq?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li meta persuni ġodda jiġu impjegati bħala enforcement officers ma' Transport Malta u jiġu impjegati fil-grad ta' Assistant Enforcement, hemm xi perjodu ta' żmien biex dawn jogħlew fil-grad u jsiru enforcement officers u senior enforcement officers?", "Jista' jikkonferma jew jiċħad li f'każ ta' dawn il-promozzjonijiet, is-seniority qiegħda tiġi injorata?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fil-preżent kemm hemm persuni u immigranti rregolari fiċ-Ċentri Miftuħa?", "Jista' jindika fejn huma mqassma u ta' liema nazzjonalità huma?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid meta waslu f'pajjiżna l-persuni u l-immigranti rregolari li preżentement huma fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx fl-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskola sekondarja fl-aħħar sena akkademika?", "Jista' jindika l-ammont li ġew ikklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?", "Jista' jindika s-sess tagħhom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ingaġġati detention officers fis-sena 2016 u fis-sena 2017?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija ġewwa Wied il-Għajn hux ser tiċċaqlaq minn fejn qiegħda u tinbena oħra?", "Jekk iva, meta huwa previst li ser tinbeda?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta' Ottubru 2018?", "Jista' jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job?", "Jista' jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-time job?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Jista' jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu tal-2017 sad-data meta tiġi mwieġba din id-domanda fir-rigward ta' tagħrif allegatament qarrieqi tal-Volkswagen għar-rigward ta' vetturi mibjugħa minn din id-ditta lill-konsumaturi Maltija dan ukoll fid-dawl ta' rapport li deher fil-media lokali fejn skont tagħrif miġbur mill-Unjoni Ewropea, minn total ta' 774 vettura f'Malta, ftit iżjed minn nofs ġew irranġati?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fit-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Kif inhuma mqassma dawk fuq il-lantijiet tax-xogħol barra, x'inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex inbidel l-isem tad-Direttorat tal-Customer Services li jaqa' fid-dekasteru tagħha?", "X'inhu l-isem il-ġdid tiegħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz ta' Medjazzjoni għall-Koppji bi Problemi fiż-Żwieġ tagħhom?", "Kemm kien hemm koppji f'dawn l-aħħar tliet snin li rrikorrew għal dan is-servizz?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f'pajjiżna li għandhom il-paga minima?", "Kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ġenituri li huma intitolati għal Childcare Centres mingħajr ħlas?", "Fejn huma allokati ċ-Childcare Centres f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jagħmlu użu minn dawn iċ-Ċentri?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jiddentifika l-professjonisti li jaħdmu fil-Crisis Intervention Team?", "Jista' l-Ministru jgħid meta dan is-servizz tant importanti se jibda jingħata 24 siegħa kuljum?", "Meta se jibdew isiru home visits għand il-familji ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali qabel ma jiġi deċiż li l-persuna involuta tittieħed f'Sptar Mentali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija fejn preżentement qiegħed issir ix-xogħol ta' kostruzzjoni:", "a. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta' spazju għall-SMEs f'dan il-park;", "b. min huma d-ditti jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area;", "c. x'kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista' japplika għal post f'dan il-park; u", "d. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f'dan il-park għall-SMEs f'Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati tat-taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat għall-Proġetti u Żvillupp li ġew mislufa lill-Kunsilli Lokali f'Għawdex?", "Ma' liema kunsilli lokali kienu mislufa?", "X'xogħol kienu qed jagħmlu lil dawn il-kunsilli lokali u x'inhu l-grad ta' dawn l-impjegati?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid minn Ottubru 2015 sal-lum, maqsmum sena b'sena, kemm kien hem impjegati f'kull Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha li rtiraw, ġew boarded out jew li l-impjieg tagħhom intemm għal xi raġuni jew oħra?", "F'kull każ, x'kien il-grad u kemm kienet l-età tal-impjegati meta ntemm l-impjieg tagħhom?", "MOZZJONIJIET", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ONOR.", "Illi l-Kamra tad-Deputati tirriżolvi li l-Onor.", "Aaron Farrugia jinħatar membru u kap tad-delegazzjoni parlamentari Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran minflok l-Onor.", "Justyne Caruana li kienet nominata membru u kap tal-istess delegazzjoni parlamentari permezz tal-Mozzjoni Nru 32 mgħoddija fis-Seduta Nru 16 tal-11 ta' Lulju 2017.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 52 - Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ - Tielet Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 62 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "13 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar l-Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Kodiċi Kriminali, Kap.9, biex jipprovdi għall-immunità mir-responsabilità f'każijiet ta' salvataġġ jew tentattiv ta' salvataġġ (Kontinwazzjoni);", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\" (Kont.).", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "13 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181114_168a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 167, li saret fit-13 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SENTENZI TA' KUNDANNA MILL-QORTI TAL-MAĠISTRATI - TĦASSIR TA' SENTENZI MILL-WEBSITE TAL-GVERN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-artiklu ppubblikat illum fuq:", "(http://theshiftnews.com/2018/03/08/judgements-on-two-student-lawyers-deleted-from-government-web-site/) fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta' kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi, ta' żewġ persuni li jinsabu f'kontroversja pubblika, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a) min ordna tali tħassir;", "b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tal-password mogħtija mill-MITA;", "c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Gvern mill-MITA b'impatt evidenti fuq is-sigurtà tal-informazzjoni li l-MITA għandha; u", "d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn il-MITA neħħiet jew awtorizzat it-tneħħija ta' sentenzi tal-Qrati tagħna mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 'l hawn?", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fuq il-midja smajna b'dak li huwa għaddej fis-Satabank u l-azzjonijiet li qed tieħu l-MFSA.", "Meta wieħed isemmi lil dan il-bank ma jaħsibx biss fid-depożituri imma jaħseb ukoll fil-ħaddiema.", "Għaldaqstant jista' s-Segretarju Parlamentari jaġġorna lil dan il-Parlament dwar ix-xogħol li qiegħed isir minnu, mis-Segretarjat u mill-MFSA fuq din il-kwestjoni u jgħid x'inhi t-triq 'il quddiem?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Naħseb li huwa opportun li nitkellmu u nispjegaw x'qed isir f'dan is-sens, kif qal l-Onor.", "Byron Camilleri, fil-ħsieb tal-ħaddiema li jaħdmu ma' dan il-bank u numru ta' klijenti.", "L-ewwel nett huwa tajjeb li nagħmluha ċara li bħala Gvern hemm il-limiti safejn jista' jaħdem.", "Fil-fatt ilkoll nafu li bħalissa s-Satabank tpoġġa taħt proċedura ta' amministrazzjoni li titmexxa mill-MFSA li jqabbdu persuna jew kumpanija terza li bażikament tkun qiegħda tmexxi l-operat kollu tal-bank partikolari li jitpoġġa taħt din il-proċedura.", "Ovvjament meta jkun hemm proċedura bħal din dejjem ikun hemm affarijiet li jridu jiġu indirizzati u f'dan il-każ ġew iffriżati l-kontijiet ta' kull persuna u kull kumpanija li topera ma' Satabank.", "Allura dan joħloq ċertu skariġġ għall-operaturi kif ukoll għall-banek.", "Huwa tajjeb li ngħid li l-MFSA qiegħda taħdem 24 siegħa kuljum fuq dan il-każ sabiex tara li flimkien mal-amministraturi u ma' Ernst & Young jiġi indirizzat u riżolt kemm jista' jkun malajr.", "Però għalina, bħala Gvern, l-importanza dejjem tibqa' s-settur finanzjarju, l-istabilità, il-klijenti ta' Satabank kif ukoll il-ħaddiema.", "Nista' ngħid li min-naħa tiegħi personali l-ġimgħa d-dieħla se nkun qiegħed niltaqa' mal-ħaddiema kollha ta' Satabank, li diġà qed nikkomunika magħhom biex min-naħa tagħna ninfurmawhom b'ċerta ħidma li qed issir.", "Jien naf li qed issir ħidma fuq ċerti żviluppi u fil-jiem li ġejjin se nkunu nistgħu ninformaw x'azzjonijiet se jkunu qegħdin jitħabbru fuq l-istess ħidma li qed issir mas-Satabank.", "Nixtieq nieħu l-opportunità wkoll biex nirrispondi għal ċerti allegazzjonijiet li saru f'din il-Kamra mill-Onor.", "Jason Azzopardi, u qed nieħu pjaċir li qiegħed hawnhekk, għax mhuwiex ġust għal pajjiżna, b'mod partikolari għas-settur finanzjarju, li jkollok kelliema u Kap tal-Oppożizzjoni li jħeġġu lill-Gvern jieħu azzjoni biex jara li l-kwestjoni ta' Satabank tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr, imbagħad ikollok deputat mill-istess partit li jitfa' allegazzjonijiet foloz għall-aħħar li qed jagħmlu ħsara kbira lill-istess settur finanzjarju.", "L-Onor.", "Azzopardi jmissu jistħi!", "Din qed ngħidha hawnhekk quddiemek!", "Imissek tisħti għall-allegazzjonijiet u l-gideb li qed tgħid f'din il-Kamra!", "U se ngħid x'inhu dan il-gideb.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi qal li fl-2013 l-MFSA irċeviet rapport ta' 300 paġna fuq is-Satabank u l-operat tiegħu.", "Jien iċċekkjajt mal-MFSA u tlabtha tgħidli x'rapport irċeviet u kkonfermatli … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Silvio Schembri qed jimmiżlijdja lill-Kamra għax jien m'għedtx li l-MFSA irċeviet rapport ta' 300 paġna mil-Lussemburgu.", "Jien għidt li l-FIAU rċieva rapport u mhux l-MFSA.", "L-ISPEAKER: Kompli bir-risposta, Onor. Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: L-Onor.", "Jason Azzopardi qal \"ir-regolatur ta' dan is-settur\".", "Jekk ma jafx, ir-regolatur ta' dan is-settur hija l-MFSA.", "Issa l-MFSA ma rċeviet l-ebda rapport fl-2013.", "(Interruzzjonijiet) Dawn iriduha r-risposta jew le?", "L-ISPEAKER: Ir-risposta agħmilha fil-qosor u ejja għas-suġġett.", "SILVIO SCHEMBRI: L-Onor.", "Jason Azzopardi qal ukoll li ma sarx due diligence fuq dan il-bank.", "Din hija gibda oħra.", "Qal ukoll li fl-2013 dan il-bank telaq mil-Lussemburgu u ġie Malta għax kien qed jiġi investigat.", "Din hija gidba oħra!", "Jien tlabt ukoll … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Silvio Schembri qed jerġa' jqarraq u jimmiżlijdja lill-Kamra.", "Jien m'għedtx li l-bank telaq mil-Lussemburgu u ġie Malta.", "Kun fidil lejn dak li għedt jien!", "Li għidt hu li s-sid, Georgiev, li kellu negozju differenti minn ta' bank u li ma kienx bank ġol-Lussemburgu, ġie Malta u rreġistra bank f'Malta.", "Kun fidil lejn dak li għedt jien!", "Onor. Schembri, kompli bid-diskors tiegħek.", "Jekk jogħġbok, kun fil-qosor għax se jkolli nitfilek il-microphone.", "SILVIO SCHEMBRI: L-Onor.", "Jason Azzopardi hekk qal u qal ukoll li telaq mil-Lussemburgu.", "Jien iċċekkjajt ukoll u l-ewwel nett il-liċenzja tal-bank ingħatat fl-2014.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Daqshekk!", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jien għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari dwar dan il-bank u li qed tinkwetani hija ħaġa waħda.", "Nafu li s-sidien tal-bank kienu qegħdin jiġu investigati minn awtoritajiet fil-Lussemburgu u f'pajjiżi Ewropej oħrajn dwar negozji li kienu jagħmlu li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sistema tal-bank.", "Meta l-MFSA taċċetta applikazzjoni li għandha x'taqsam ma' liċenzja ta' bank u tiġi għad-due diligence, x'inhuma l-kriterji li qed tuża biex tqis li sidien bħal tas-Satabank ma jingħatawx liċenzja fil-qasam finanzjarju f'Malta ħalli b'hekk ma jagħtux reputazzjoni ħażina lil Malta?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Id-due diligence huwa proċess li jiġi segwit biex tingħata l-liċenzja fosthom fuq min ikun qiegħed japplika u fuq il-UBO u jintużaw third parties biex iġibu l-informazzjoni.", "Ikun hemm agreements ma' regolaturi barranin u ma' kumpaniji privati li xogħolhom ikun li jagħmlu due diligence, imbagħad ovvjament jimxu skont dawk ir-rapporti.", "F'dan il-każ il-liċenzja ngħatat fl-2014, meta l-allegazzjoni hija li dan kien qiegħed jiġi investigat ….", "L-ewwel nett, jien m'iniex l-avukat ta' dan l-individwu li qatt ma ltqajt miegħu u lanqas biss nafu minn Adam jiġifieri bl-ebda mod ma qed nitkellem biex niddefendih.", "Jien qiegħed hawnhekk biex niddefendi s-sistema finanzjarja ta' pajjiżna.", "Dak huwa l-uniku interess tiegħi però huwa tajjeb li nsemmu dawn l-affarijiet.", "Jekk din il-persuna kienet diġà qed topera fil-Lussemburgu u l-kelliema tal-Oppożizzjoni qed jgħidu li kien hemm xi allegazzjonijiet fuqha, jien ma nafx b'dawn l-allegazzjonijiet u niskanta kif il-kelliema tal-Oppożizzjoni qed jgħidu li jafu bihom u qatt ma ressquhom għand il-pulizija!", "(Interruzzjonijiet) Jekk inti taf b'dawn l-allegazzjonijiet m'għandekx tiġi hawnhekk u għax għandek il-protezzjoni tal-Kamra, titfa' l-gideb u titfa' lis-settur finanzjarju f'riskju, għax taf li bħalissa għaddej il-Moneyval audit fuq Malta!", "Barra minn hekk tkunu qed titfgħu d-dubju fuq is-sistema finanzjarja.", "Kieku verament għandkom il-pajjiż għal qalbkom, jekk tafu b'xi allegazzjonijiet, morru għand il-pulizija, mhux tiġu tigdbu hawnhekk u ma tipprovawx dawn l-allegazzjonijet!", "Dawn qed jgħidu li fl-2013 dan kien qed jopera l-Lussemburgu u kien investigat fil-Lussemburgu.", "Issa llum qegħdin fis-sena 2018 u jien naf - u hawnhekk hawn ħafna avukati primi li suppost jgħallmuni - li jekk persuna tkun qed tiġi investigata u jkollok regolatur li jgħidilha li se jirtiralha l-liċenzja ….", "Issa qed nara lill-Oppożizzjoni tagħfasli l-ħin!", "Issa jew tridu tisimgħu l-verità ..", "Billi toqgħod tagħmilli s-sinjali mhux se tinfluwenzani.", "Toqgħodx tinkwieta, Onor. Schembri, ħu paċenżja.", "SILVIO SCHEMBRI: Toqgħodx tħabbat fuq l-arloġġ qisna qegħdin fil-half time tal-logħba!", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li fl-2013 din il-persuna kienet qed tiġi investigata fil-Lussemburgu.", "Alla jbierek illum qegħdin fl-2018 u, skont huma, din l-investigazzjoni għadha ma ġietx konkluża.", "Allura dawn li jgħidu li f'Malta m'għandniex istituzzjonijiet li jaħdmu, hawnhekk qed jgħidu li f'ħames snin il-Lussemburgu ma kkonkludiex din l-investigazzjoni?", "Qed jgħidu li rtiraw il-liċenzja imma mhu veru xejn.", "Jien iċċekkjajt mar-regolatur.", "Fil-Lussemburgu kien hemm irtirar tal-liċenzja b'mod volontarju fl-2016 meta l-liċenzja hawn Malta ngħatat fl-2014, jiġifieri f'dawk is-sentejn kien għadu qed jopera fil-Lussemburgu.", "Barra minn hekk – se nikkonkludi fuq dan il-punt importanti - jekk ir-regolatur ikun qed jinvestiga persuna u din tgħidlu li se tirtira l-liċenzja, ir-regolatur jgħidilha: Ma tarax, inti qiegħda under investigation, il-liċenzja se żżommha u se nwaqqaflek u niffriżalek l-affarijiet ħalli nkompli l-investigazzjoni.", "Għax issa qed jagħmlu l-allegazzjonijiet li r-regolatur tal-Lussemburgu lanqas qiegħed jagħmel xogħlu sewwa!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, se nkompli fuq din il-kwestjoni tas-Satabank għax bħalma jaf is-Segretarju Parlamentari anke lbieraħ kien hawn allegazzjonijiet dwar ir-regolatur f'din il-Kamra.", "Jista' l-Onor.", "Schembri jgħid jekk dawn l-allegazzjonijiet humiex vertieri jew le?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Jien diġà tajt spjegazzjonijiet fuq ċerti allegazzjonijiet li saru.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel appell lill-Kap tal-Oppożizzjoni li jieħu r-riedni tal-Oppożizzjoni f'idejh u ma jħallix li jsiru dawn l-allegazzjonijiet fuq is-settur finanzjarju.", "Jien nitlob li tittieħed azzjoni fil-konfront tal-Onor.", "Jason Azzopardi li qiegħed jagħmel allegazzjonijiet foloz u qed ipoġġi lis-settur finanzjarju f'riskju.", "Dawn l-allegazzjonijiet ma jagħmlux ġid.", "Jekk l-Onor.", "Jason Azzopardi verament għandu informazzjoni fuq dawn l-allegazzjonijiet li jien qatt ma smajthom u verament irid ikun jaf is-sewwa, għandu jgħaddi dik l-informazzjoni lill-pulizija u lir-regolatur ħalli jieħdu azzjoni fuqha.", "Sal-lum il-ġurnata qed juża d-drittijiet ta' din il-Kamra u hemm barra ma qed jgħid xejn!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, jien irrid nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk jaqbilx jew jiċħadx li Ministru tal-Gvern u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru nqabdu bi pjan maqbul biex minn kumpanija ġo Dubai jibdew idaħħlu €5,000 kuljum f'tixħim mill-proġett tal-power station li issa sirna nafu ta' min kienet.", "Nitolbu jgħid jekk dan il-fatt għamilx ġid jew deni lis-settur finanzjarju ta' Malta.", "Jista' jgħid jekk hu jaqbilx ma' dawk l-azzjonijiet fejn żewġ persuni ta' dik il-kariga nqabdu fi proċess ta' ħasil ta' flus u ta' tixħim enormi, multimiljunarju, għal 18-il sena?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Jien, bħall-maġġoranza assoluta ta' dan il-pajjiż, għandi fiduċja sħiħa fil-Prim Ministru.", "Dan ġie kkonfermat fl-elezzjoni ġenerali minħabba gidba primarja, fost oħrajn ta' nies bħall-Onor.", "Simon Busuttil li qiegħed iħares 'l hawn u bħall-Onor.", "Jason Azzopardi, li riedu jitfgħu lil dan il-pajjiż għarkupptejh.", "Illum il-ġurnata l-gidba tal-Egrant, b'mod konvenjenti, sparixxiet mid-dizzjunarju tagħhom imma baqgħu bl-istess kantaliena u ma tgħallmu xejn.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, il-point of order tiegħi huwa dan.", "Qed tiġi attribwita lili intenzjoni li jien żgur ma kellix u allura nitolbok biex jew titolbu jirtiraha jew inkella jissostanzjaha.", "Jien diġà għamilt diskors hawnhekk fejn għedt li mhux talli din mhijiex gidba talli jien għadni nemmen eżattament dak li għedt diversi drabi.", "Għalhekk nistenna li inti ma tħallix lil xi ħadd jgħid kliem bħal \"gidba\" u \"giddieb\" u jitlaqhom hekk, aktar u aktar meta jekk hemm verità, din hija li l-Ministru Konrad Mizzi huwa korrott u Keith Schembri huwa korrott.", "Dik hija l-verità!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Inti tlabt ruling u jien tajthulek.", "Inti għandek dritt tesprimi l-opinjoni tiegħek u dak għandu dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq l-inkjesta.", "Onor. Schembri, kompli bid-diskors tiegħek u ddumx, jekk jogħġbok.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, jien l-unika persuna li naf li gideb fiċ-ċert fl-inkjesta huwa l-Onor.", "Simon Busuttil meta qiegħed jgħid li l-Egrant hija tal-familja Muscat.", "Din hija inkjesta bil-qorti li ġiet …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Is-Segretarju Parlamentari qiegħed jibbaża ruħu fuq rapport ta' 50 faċċata u bl-ebda mod m'għandu dritt jiġbed il-konklużjoni li qiegħed jiġbed.", "Ma jistax jgħid li xi ħadd qiegħed jigdeb abbażi ta' dokument li hu ma rax.", "Ma tistax tħallih jgħid hekk, Sur President!", "L-ISPEAKER: Se nerġa' nirrepeti.", "Jien diġà tajt ruling fil-konfront tat-talba tiegħek.", "Inti għandek dritt li tibqa' tesprimi l-opinjoni tiegħek, li għadek temmen li l-Egrant hija tal-Prim Ministru jew tal-mara tiegħu imma hawnhekk kull membru għandu dritt jemmen dak li jiddeduċi mill-konklużjoni tal-inkjesta.", "(Interruzzjonijiet) Ħu paċenzja, jekk ma togħġbokx, ma jimpurtax.", "Is-Sedja jidhrilha li dan mhuwiex point of order.", "Onor. Schembri, kompli u ddumx, jekk jogħġbok.", "SILVIO SCHEMBRI: L-Onor.", "Jien fiduċja fih m'għandix bħalma m'għandux il-poplu Malti li wera li m'għandux fiduċja fih kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni għax neħħieh minn kelliem ewlieni.", "Għalhekk jien nagħżel li nemmen l-inkjesta tal-maġistrat fuq min gideb fuq il-kwestjoni tal-Egrant.", "MEMBRU: Ma weġibhiex il-mistoqsija.", "L-ISPEAKER: Hawnhekk jien immexxi mhux int!", "Fil-każ oħroġ 'il barra.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, illum ħarġet l-aħbar li ġew investigati xi persuni Taljani u milli nista' nifhem kien hemm xi arresti kemm mill-awtoritajiet Taljani kif ukoll mill-awtoritajiet Maltin.", "Fid-dawl li dan huwa settur importanti ħafna għalina u din in-naħa tal-Kamra tixtieq li dan is-settur ikompli jikber, bl-ebda mod ma rridu nagħmlu dikjarazzjonijiet li xi kumpanija se tkun qed tħalli pajjiżna.", "Għaldaqstant nixtieq nitlob lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex jinforma lil din il-Kamra dwar dan.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Kif ġie ppubblikat illum f'diversi ġurnali, fuq azzjoni tal-Guardia di Finanza Taljana nqabdet attività illeċita li għandha x'taqsam mal-industrija tal-gaming.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li fl-aħħar xhur il-Malta Gaming Authority, b'mod proattiv għall-aħħar, kienet qed taħdem qatigħ mal-Guardia di Finanza Taljana sabiex naraw li jekk hemm xi attività illeċita f'din l-industrija, titnaddaf, għax aħna nemmnu f'din l-industrija.", "Illum is-settur tal-gaming jirrappreżenta persentaġġ sostanzjali mill-attività ekonomika Maltija u jimpjega numru sostanzjali ta' ħaddiema u allura huwa tajjeb li nkomplu nsaħħu din l-attività billi nuru li għandna regolatur jaħdem.", "Fil-fatt il-Guardia di Finanza rrikonoxxiet dan fis-servizzi li għamlet.", "Ovvjament naħseb li l-Oppożizzjoni mhux se tkun qiegħda tikkwota l-fatt li ħarġet aħbar pożittiva fis-sens li r-regolaturi qegħdin jikkoperaw ma' regolaturi barranin u mal-Guardia di Finanza, li hija xi ħaġa li qatt ma saret qabel.", "Issa għandna regolatur li qiegħed jirregola.", "Fil-fatt nista' nħabbar ukoll li fil-jiem li ġejjin se jkun qiegħed jiġi ffirmat ftehim bejn il-Malta Gaming Authority u l-Guardia di Finanzia Taljana sabiex naraw li jkun hemm skambju miftuħ ta' informazzjoni bejniethom ħalli kull attività tkun tista' tiġi mistħarrġa u jekk ikun hemm bżonn li tittieħed azzjoni sabiex titnaddaf attività illeċita li Malta m'għandhiex postha, dan ikun jista' jseħħ.", "Nirringrazzja mill-ġdid lill-ħaddiema kollha u lis-CEO tal-Malta Gaming Authority għall- mod pożittiv u proattiv li qegħdin jimxu bih flimkien mal-Guardia di Finanza sabiex inkomplu nnaddfu din l-industrija.", "Din l-attività, biex ngħid hekk, kienet ikkonċentrata fl-Italja però ladarba issa ssemma li kien hemm koperazzjoni minn Malta u li tajna kontribut għal din il-ħidma, issa nista' ngħid li fil-jiem li ġejjin se jkun qiegħed jiġi ffirmat b'mod formali ftehim bejn il-Malta Gaming Authority u l-Guardia di Finanza.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet ħarġet aħbar li kkonfermat li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri mhux biss kienu miftiehma li se jirċievu USD150,000 fix-xahar mill-kumpaniji li għandhom jew kellhom fil-Panama iżda dawn kienu se jirċevuhom mingħand sid il-power station.", "Mela hawnhekk għandek tliet fatti; li l-kumpaniji huma tagħhom; li kienu se jdaħħlu USD150,000 fix-xahar u li kienu se jdaħħluhom mill-power station.", "Dawn it-tliet fatti - u inutli li s-Segretarju Parlamentari jgħidilna li l-oħra kienet gidba għax dawn huma fatti - iwasslu lis-Segretarju Parlamentari biex jgħid li qed issir ħsara irreparabbli lil pajjiżna, lis-settur …", "L-ISPEAKER: Onor. Busuttil, ma tistax tagħmel statement, agħmel mistoqsija.", "SIMON BUSUTTIL: Din hija mistoqsija mhux statement.", "Dawn il-fatti li qed jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta' Malta u lis-settur tas-servizzi finanzjarji li s-Segretarju Parlamentari jaħdem fih, iwasslu lill-istess Segretarju Parlamentari jgħid li minħabba f'hekk l-unika konsegwenza loġika għandha tkun li jitwarrbu dawn it-tnejn min-nies?", "L-ISPEAKER: Din hija mistoqsija, hux hekk?", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Naħseb li jien kont ċar meta għedt li lill-Onor.", "Dan gideb fuqi personali u jien tellajtu l-qorti u rbaħt libell lill-Partit Nazzjonalista fuq il-gideb li beda jgħid!", "Barra minn hekk kellu wkoll il-gidba tal-Egrant.", "Dak iż-żmien kien jidħol bil-files jgħidilna li għandu l-provi u li huma fatti, aħseb u ara issa kemm nista' noqgħod fuq il-kelma tiegħu.", "Jiddispjaċini imma ma nemmnux!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, peress li fl-aħħar jiem is-Segretarju Parlamentari kien qiegħed jakkumpanja lill-Prim Ministru f'Pariġi għad-diskussjonijiet tat-Tech Summit, jista' jgħidilna x'sinifikat kellu dan is-summit u x'ġie diskuss fejn jidħol is-settur tal-blockchain li Malta qed tinsisti ħafna fuqu u qed naraw li diversi kumpaniji qed jinvestu fih?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Riċentement fl-aħbarijiet stajna naraw li l-Prim Ministru u jien ġejna mistiedna mill-Gvern Franċiż għas-summit uffiċjali intitolat Govtech 2018 li kien qiegħed jiddiskuti l-viżjoni tiegħu u jgħid kif se jkun qiegħed jieħu azzjoni.", "Fil-fatt, jekk m'iniex sejjer żball, kien hemm tliet pajjiżi biss li ġew mistiedna b'mod uffiċjali sabiex jikkontribwixxu għal din id-diskussjoni, fosthom il-Prim Ministru ta' Malta, u jien kont qed nakkumpanjah.", "Hemmhekk stajna nitkellmu fuq il-passi li ħadna bħala pajjiż biex naraw kif industrija bħal dik tad-distributed leisure technology (DLT), li fost oħrajn tinkludi l-blockchain, minkejja li ma teżisti mkien fid-dinja, f'dan l-iċken pajjiż fl-Ewropa stajna nipproponu, nippreżentaw u issa b'mod fattwali qed jiġu implimentati sett ta' tliet liġijiet li se jkunu qegħdin joffru ċertezza f'din l-industrija.", "B'hekk din l-industrija tkun tista' tikber ukoll.", "Nista' ngħid li din l-industrija ġibdet l-attenzjoni tad-dinja kollha u bażikament f'kull aħbar li kien hemm fuqha dejjem kienet tissemma Malta li kienet l-aktar pajjiż proattiv.", "Illum il-ġurnata, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea aħna meqjusin bħala pijunieri.", "Tant hu hekk li pajjiż kbir bħal Franza, li s-soltu konna nħarsu lejh bħala l-benchmark tagħna, qiegħed jitlobna biex nikkollaboraw flimkien ħalli naraw kif nistgħu ngħinuh u b'hekk ikun jista' jagħmel bħal dak li għamilna f'pajjiżna.", "Sur President, irrid ngħid li kellna laqgħat pożittivi.", "Jien ukoll qed nitkellem mal-counterpart tiegħi Franċiż sabiex naraw kif nistgħu nikkooperaw flimkien.", "Fuq inizjattiva oħra li qegħdin nieħdu bħala pajjiż, fil-jiem li ġejjin se nkunu qed naraw kif ningħaqdu flimkien ma' pajjiżi oħrajn membri tal-Unjoni Ewropea minn madwar il-Mediterran, sabiex nimbuttaw din il-politika Ewropea ħalli issa mhux Malta biss imma l-Ewropa kollha tiġi fuq quddiem f'dan is-settur.", "Meta nkun qed nitkellem ma' ċerti kumpaniji jkun hemm min jgħidilna li peress li aħna l-liġijiet, il-pubblikazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet poġġejniehom kollha online, illum min irid jista' jara l-proċess kollu li għamilna u jikkopjah.", "Jien m'għandix problema li pajjiżi oħrajn jikkopjaw dak li qegħdin nagħmlu aħna għax aħna nemmnu li aktar ma dak li qegħdin nagħmlu aħna jiġi addottat minn pajjiżi oħra, aktar ikun jista' jkompli jikber.", "Il-kumpaniji jafu li aħna konna proattivi u għalhekk ma niddejqux li qed nitkellmu u nagħmlu ftehim ma' pajjiżi oħrajn ħafna akbar minna sabiex huma jimxu fuq il-passi tagħna u flimkien inkomplu nkabbru l-ekonomija, mhux ta' Malta biss, imma tal-Ewropa wkoll.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, peress li s-Segretarju Parlamentari ħarab milli jwieġeb il-mistoqsija tiegħi fuq 17 Black, se nerġa' nagħmilhielu.", "L-Onor.", "Schembri jikkwantifika l-ħsara li qed isir lil Malta fis-settur tas-servizzi finanzjarji bl-istorja li ħarġet ir-Reuters, l-akbar għaqda ġurnalistika fid-dinja, li l-kumpanija 17 Black f'Dubai kienet qiegħda hemmhekk biex jixxaħħmu l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Scembri minn Yorgen Fenech?", "Issa huwa lest jgħid li r-Reuters gidbu, li welldu gidba, u li qalu ħrafa fuq din ta' 17 Black?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Nerġa' ngħid li l-akbar ħsara li nista' nitkellem fuqha hija meta l-Oppożizzjoni, inkluż l-Onor.", "Interpellant, bi pjaċir ngħid jien, jitkellmu mal-midja barranija kontra pajjiżna.", "Jien ma naf bl-ebda istanza fejn l-istess kelliem mar jitkellem barra minn pajjiżna biex jaqbeż għal pajjiżna fuq allegazzjonijiet foloz li saru.", "Ejja ninsew il-fissazzjoni li għandhom fuq Konrad Mizzi, Joseph Muscat u Keith Schembri - għax naħseb li kull filgħodu kif iqumu minflok \"fl-isem tal-Missier\" jgħidu \"Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri\" - u niffokaw fuq affarijiet oħra, fosthom fuq ir-rapporti li ħarġu l-credit rating agencies fuq Malta, ir-rapport fuq is-servizzi finanzjarji u r-rapport tal-European Public Sector Accounting Principles (EPSAP) li tant kienu talbu li joħroġ negattiv, iżda ħareġ il-mod proattiv li bih jaħdem is-settur finanzjarju Malti.", "Jien ma naf bl-ebda istanza li fl-allegazzjonijiet li jsiru meta jiġu … (Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Simon Busuttil qed jgħidilna li qed ngħixu in denial meta hu qiegħed f'partit li jgħid li jinsab magħqud!", "Issa ħalli nerġa' mmur lura għal dak li kont qed ngħid qabel għax l-Onor.", "Azzopardi qed jeċita ruħu ħafna hawnhekk!", "Jien ma naf bl-ebda istanza … (Interruzzjonijiet) Nafu li ma teċitax ruħek!", "Kulħadd jaf għal min teċita ruħek, Onor. Azzopardi!", "Tista' sserraħ rasek.", "Dak issa nieħu ħsiebu jien.", "Kompli indirizza lis-Sedja.", "SILVIO SCHEMBRI: Jien ma naf bl-ebda istanza fejn l-Onor.", "Jason Azzopardi u l-Onor.", "Simon Busuttil tkellmu jew qabżu għal Malta meta jkun hemm rapporti li jiċħdu ċerti allegazzjonijiet li jsiru b'mod internazzjonali.", "Allura hawnhekk ir-risposta tingħata waħedha.", "Il-ħmieġ u l-ħsara li qed issir nistgħu nikkalkolawha meta l-Oppożizzjoni tibda tħares l-interessi ta' Malta l-ewwel.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fil-ftit sekondi li fadal nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari dwar is-settur tal-artificial intelligence.", "Smajna ħafna dwar dan is-settur ġdid li Malta tista' tkun protagonista fih ukoll.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'qed jagħmel is-segretarjat tiegħu biex nattiraw aktar investiment f'dan il-qasam?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, fil-qosor għax sar il-ħin.", "SILVIO SCHEMBRI: Iva, se nkun fil-qosor għax żgur li se jkollna aktar opportunitajiet li nitkellmu dwar dan is-settur.", "Bażikament fl-1 ta' Novembru, kif iddaħħlu fis-seħħ il-liġijiet dwar id-DLT u allura issa l-kumpaniji jistgħu jirreġistraw b'mod formali, nidejna task force fuq dan is-settur ġdid tal-AI.", "Bażikament dak li għamilna fis-settur tal-blockchain se nkunu qegħdin nirreplikawh fis-settur tal-AI, fejn se nibdew konsultazzjoni interna, kif ukoll pubblika, biex imbagħad noħorġu bi strateġija għal dan is-settur ġdid ieħor innovattiv f'pajjiżna.", "B'hekk din is-sena se nkunu ffokajna fuq is-settur tad-DLT u s-sena d-dieħla se niffokaw fuq setturi oħrajn ġodda, fosthom l-AI, l-Esports, Space, Internet of Things u Quantum.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet ta' inkjesta mwaqqfa mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273), minn wara li nħatar Deputat Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7495; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati tat-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex, li kienu mislufa lill-kunsilli lokali, minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7797; u", "Tagħrif dwar impjegati fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex li rtiraw jew li għal xi raġuni ntemm l-impieg tagħhom minn wara Ottubru 2015, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7798.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR SOSTITUZZJONI TA' MEMBRU FID-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI FL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI", "TAL-MEDITERRAN", "EVARIST BARTOLO: Sur President, f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nipproponi:", "Illi l-Kamra tad-Deputati tirriżolvi li l-Onor.", "Aaron Farrugia jinħatar membru u kap tad-delegazzjoni parlamentari Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran minflok l-Onor.", "Justyne Caruana li kienet nominata membru u kap tal-istess delegazzjoni parlamentari permezz tal-Mozzjoni Nru 32 mgħoddija fis-Seduta Nru 16 tal-11 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IS-SERVIZZI TA' IMPJIEG U TAĦRIĠ", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Jobsplus u biex jirregola s-servizzi tal-impjieg u t-taħriġ, u għal materji marbutin ma' dan jew anċillari għalih, u għal Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Novembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, irrid nibda billi ngħid li ħafna drabi l-perċezzjoni tal-maġġoranza tan-nies hija li l-kunsill lokali tagħhom huwa maqtugħ mill-kumplament tar-raħal.", "Din tismagħha kullimkien.", "Ħafna drabi l-kunsilliera, b'mod speċjali s-sindki, li jkunu għaddejjin minn diversi xogħlijiet fil-lokalità, jistaqsu għalfejn ikun qed jingħad hekk.", "Din hija xi ħaġa li ma tismagħhiex biss f'lokalitajiet kbar bħal Birkirkara, San Pawl il-Baħar jew il-Mosta imma tismagħha f'diversi lokalitajiet oħra bħal dak tal-Birgu, pereżempju, li minkejja li hija lokalità żgħira, is-sindku tarah għaddej kontinwament bil-ħidma tiegħu.", "Minkejja dan kollu, xorta tisma' t-tgergir li l-kunsill lokali ma jagħmel xejn.", "Ħafna drabi dan jiġri għax mhux dejjem ikunu jistgħu jaqdu lin-nies fl-immedjat u jkun hemm xi każijiet li jieħdu fit-tul u d-dewmien idejjaq lin-nies.", "Huwa proprju dan il-punt li nixtieq insemmi waqt din id-diskussjoni għax minħabba l-burokrazija u minħabba li x-xogħol hu dak li hu, wieħed mhux dejjem ikun jista' jaqdi lil dak li jkun b'mod immedjat.", "Fl-opinjoni tiegħi, ladarba wieħed ikun sindku, ikun irid jagħmel l-almu tiegħu biex jaqdi lil dak li jkun, għax fl-aħħar mill-aħħar jieħu gost jisma' lin-nies jgħidu li qdiehom, però minħabba ċerta burokrazija, wieħed mhux dejjem jinqeda mill-ewwel.", "Għalhekk illum issib ċittadini li jkunu tajbin għall-kandidatura tal-kunsilli lokali, però jibqgħu lura minħabba li hemm affarijiet li jdejquhom, bħal meta jisimgħu bil-burokrazija fi ħdan il-kunsill lokali, u allura qishom jaqtgħu qalbhom.", "Jien niltaqa' ma' ċittadini, mhux biss fil-lokalità tal-Mosta imma kullimkien tista' tgħid, li huma tajbin ħafna biex jirrappreżentaw lill-poplu tagħhom fil-kunsilli lokali, mhux biss minħabba li għandhom ċerta vokazzjoni, imma aktar minn hekk minħabba li jkunu jixtiequ jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità li jkunu kibru fiha għax ikunu jħobbuha.", "Xi wħud jgħidulek li ma jridux jiċċappsu minħabba l-fatt li hemm il-partiti politiċi.", "Sfortunatament din il-kelma tismagħha ta' spiss.", "Sur President, irrid ngħid li l-ħidma ssir skont il-fondi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-kunsilli lokali u hija ħasra li kultant, il-mod kif il-Gvern ċentrali jqassam il-fondi jurta lil dak il-kunsill lokali li ma jkollux il-maġġoranza tal-partit fil-gvern għax il-fondi li jkun ħa ma jkunux qegħdin jgħinuh.", "Hawnhekk għandi artiklu li jgħid li taħt Gvern Nazzjonalista 52% tal-fondi ngħataw lill-kunsilli lokali Laburisti - hawn qed nirreferi għal meta l-Onor.", "Chris Said kien Segretarju Parlamentari - filwaqt li fl-2015 kien hemm xi ħaġa li mhijiex normali għax il-kunsilli lokali Laburisti ngħataw 86% tal-fondi waqt li l-kunsilli lokali Nazzjonalisti ngħataw 14%.", "Din id-diskrepanza fil-fondi lill-kunsilli lokali ma naħsibx li tagħmel sens.", "Robert Cutajar qalu li s-sindku għandu jkun full-time.", "Jien kont sindku u mill-esperjenza tiegħi nixtieq ngħid li huwa tajjeb li din il-Kamra tkun taf kif jiġu stmati s-sindki ħafna drabi.", "Jien bħala sindku kelli l-vantaġġ li kont naħdem mal-Jobsplus u meta kien ikolli laqgħa ma' xi ħadd jew attività fil-lokalità b'xi mod stajt naqbad u noħroġ.", "Però min jaħdem mal-privat kif jista' jmexxi l-lokalità tiegħu wara ġurnata xogħol, speċjalment jekk ikun sindku ta' xi lokalità bħal Birkirkara, San Pawl il-Baħar jew il-Mosta?", "Ejja ngħiduha kif inhi, kunsilli lokali ta' lokalitajiet bħal dawn mhumiex bħall-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi, bir-rispett kollu lejn in-nies u l-kunsilliera ta' Ħal Safi, għax f'kunsilli lokali bħal dawn trid tibda minn filgħodu u qabel filgħaxija ma tispiċċax.", "Għidli inti wara x-xogħol, jiġifieri wara l-5.00 p.m. kif trid tmur il-kunsill lokali biex tiltaqa' mar-residenti!", "Illum hawnhekk hawn diversi eks sindki, fosthom l-Onor.", "Rosianne Cutajar, li taf kemm in-nies huma demanding u jkunu jridu jitkellmu mas-sindku u mhux mal-kunsilliera.", "Din hija xi ħaġa li aħna lkoll nafuha.", "Faċċata tiegħi qed nara lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis li naf kemm għandu għal qalbu l-kunsilli lokali u naf kemm jaħdem, għax mhux l-ewwel darba li nċempillu dwar affarijiet li jinvolvu l-lokalitajiet u nirringrazzjah talli mhux biss jieħu interess imma jieħu wkoll azzjoni.", "Din hija xi ħaġa li lili tagħtini gost għax il-kunsilli lokali qegħdin hemm għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u bla dubju ta' xejn aħna dak li rridu.", "Jien minkejja li kont naħdem mal-Jobsplus xorta ridt noqgħod nagħti rendikont ta' x'għamilt u fejn mort u fi xħin.", "Hija ħaġa tajba li tirrapporta x-xogħol tiegħek, u hekk għandu jkun, però ejja ngħiduha kif inhi, hemm lokalitajiet li għandhom ċertu ammont ta' xogħol.", "Issa sfortunatament jista' jkollok sindki li jkunu qatgħu qalbhom mill-burokrazija u qegħdin hemmhekk għax qegħdin hemmhekk!", "Jiġifieri ejja ngħidu kollox, ħalli nuru stampa ċara.", "Għalhekk huwa importanti li l-Gvern ċentrali jieħu dan l-aspett tas-sindku full time b'interess u għandu jkun hemm arranġamenti biex wara li jiskadi t-terminu tiegħu jerġa' lura għax-xogħol b'mod normali, fl-opinjoni tiegħi, anke jekk ikun jaħdem mal-privat.", "Issa nixtieq ngħid kelma lill-partiti dwar l-għażla tal-kandidati.", "Jien forsi għandi l-fortuna li kont f'kunsilli lokali mmexxijin mill-Partit Laburista u qiegħed f'kunsill lokali mmexxi mill-Partit Nazzjonalista u naħseb li l-għażla tal-kandidati tagħna, ħafna drabi, ma ssirx kif suppost.", "Aħna l-importanti huwa li jkollna lokalità li tippreżenta 13-il kandidat, 17-il kandidat jew 19-il kandidat, kollha jiġġieldu bejniethom għax is-siġġijiet huma dawk li huma, pereżempju sebgħa minn naħa u sitta min-naħa l-oħra, però mbagħad meta tiġi biex tagħżel ma ssib xejn.", "Jien nitkellem ma' sindki miż-żewġ naħat u minn diversi lokalitajiet u huwa unur għalija li għandi ħbieb tiegħi li huma sindki Laburisti u sindki Nazzjonalisti.", "Ħdimt tajjeb ukoll mal-Onor.", "Meta sindku jkun ħa l-kariga ta' sindku sempliċement għax ikun tela', lanqas ikun jaf x'laqtu u ma jkunx jaf minn fejn se jibda u allura ma jkollu motivazzjoni ta' xejn.", "Mill-banda l-oħra ġieli jkollok sindku li jmexxi kollox waħdu għax il-kunsilliera u l-viċi sindku qatt ma tarahom, tant li lanqas biss tkun taf min hu l-viċi sindku.", "Pereżempju hemm kunsilli lokali fejn il-kunsilliera jmorru biss għall-onorarja.", "Dawn jgħidulek li jmorru biss ħames minuti u mhux l-ewwel darba li jekk joħroġ xi ħadd minnhom ma jkunx hemm quorum u l-kunsill ma jkunx jista' jkompli jaħdem u allura jkollu jaġġorna għal xi jumejn jew tlett ijiem wara, għax hemm proċedura fil-kunsilli lokali dwar kemm wieħed irid javża minn qabel fi xħin tkun se ssir il-laqgħa tal-kunsill.", "Ilbieraħ is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li l-kunsill lokali m'għandux ikun ballun politiku.", "Din kien qalha l-Onor.", "Alfred Sant, illum Membru tal-Parlament Ewropew, meta kien Kap tal-Partit Laburista u Kap tal-Oppożizzjoni.", "Alfred Sant ma qbiltx fuq ħafna affarijiet però fuq din naqbel miegħu mitejn fil-mija.", "L-Arċisqof ta' dak iż-żmien, Mons. Ġużeppi Mercieca, kien saħaq kemm il-kunsilli lokali m'għandhomx ikunu politiċizzati u m'għandhomx ikunu fuq livell ta' partiti.", "L-Onor.", "Alfred Sant kellu raġun f'dan ir-rigward għax il-viżjoni tiegħu dak iż-żmien kienet li nbiegħdu l-politika mill-kunsilli lokali.", "Jien kont f'kunsilli lokali u allaħares lil min jiġi quddiemi kont nittrattah skont x'valuri jkun iħaddan, jekk inkun naf li hu mal-partit tiegħi naqdih u jekk ma jkunx mal-partit tiegħi, ma naqdihx!", "Allaħares tiġri ħaġa bħal din, anke llum il-ġurnata.", "Għandna ħafna deputati, ministri u segretarji parlamentari li jaħsbuha bl-istess mod.", "Aħna qegħdin hawn għas-servizz tal-poplu u hekk għandu jkun anke fil-kunsilli lokali.", "In-nies teħtieġ li tinqeda kontinwament ħafna drabi mis-sindku.", "Pereżempju jekk is-sindku jgħid lin-nies li llum se jiltaqgħu mal-kunsillier responsabbli mill-isport, ma jkunux iridu imma jkunu jridu jiltaqgħu mas-sindku.", "Għalhekk jekk is-sindku ma jkollux dik il-passjoni għall-komunità ma jagħmel xejn.", "Fil-ħajja allaħares dak li tagħmel, tagħmlu għall-flus!", "Sur President, ħafna drabi l-partiti politiċi tagħna qegħdin jiġru wara n-nies biex sempliċement jimlew il-post.", "Fir-raħal tagħna għandna 13-il kandidat fil-kunsill lokali.", "Li jiġri, però, huwa li ħafna drabi meta tagħsar ma ssib xejn.", "Fost il-punti li rridu nsemmu hemm li l-onorarja tal-kunsilliera għandha tiżdied u din anke s-Segretarju Parlamentari semmieha.", "Huwa tajjeb li tiżdied l-onorarja fil-kunsilli lokali imma jrid jiżdied ukoll l-impenn.", "Fl-opinjoni tiegħi, il-fatt li tkun sindku ta' raħal twelidek huwa unur kbir.", "Kieku tgħidli x'nagħżel li nkun illum il-ġurnata, jekk hux membru parlamentari jew sindku, ngħid li kont inħossni aktar kburi meta kont sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, għax meta tkun sindku ta' lokalità, tħoss li l-pajjiż qed jagħtik xi ħaġa lura.", "Din il-ħaġa trid tgħaddi minnha biex tħossha.", "Sfortunatament, Sinjura President, inti ma kellekx din l-opportunità.", "Però, kif kont qed ngħid, wieħed irid jikkonsidra bis-serjetà li tiżdied l-onorarja tas-sindku ħalli tkompli tagħmillu l-kuraġġ biex jaħdem.", "Il-problemi li jinqalgħu kollha jispiċċaw quddiem is-sindku.", "Pereżempju, jekk ma nġabritx il-borża s-sewda, tort tas-sindku!", "Meta kellna attività fil-Mosta u għamlet ix-xita, tort tas-sindku!", "Din il-ħaġa qatt ma stajt nifhimha speċjalment meta l-onorarja hija dik li hi.", "L-inqas ħaddiem fil-kunsill lokali jaqla' aktar mis-sindku!", "Kif diġà għedt fil-bidu, nerġa' ngħid li din il-ħaġa żgur li m'għamilthiex għall-flus u naf ħafna sindki li ma jagħmluhiex għall-flus.", "L-onorarja tiegħi kienet tmur biex darba fix-xahar kont noħroġ lin-nies tal-lokal jieklu flimkien u minjaf kemm-il darba kienu jiġu l-foqra jħabbtu l-bieb tal-kunsill lokali!", "Hemmhekk kienet tmur l-onorarja u nħossni kburi ta' dan.", "Din mhux qed ngħidha biex niftaħar imma qed ngħidha biex sindki oħra jimxu fuq l-istess pass għax il-ferħ li tħoss huwa inspjegabbli u indeskrivibbli.", "Però huwa tajjeb li nikkonsidraw żieda fl-onorarja tas-sindku.", "Sinjura President, wieħed irid jiddiskuti l-mudell li għandu jaddotta.", "Huwa veru li l-ħaddiema jobdu l-ordni tas-segretarju eżekuttiv imma mbagħad hemm ħaddiema li jkollhom problemi kbar miegħu u allura jmorru għand is-sindku biex jipprovaw isolvu l-problema.", "Naħseb li huwa tajjeb li fil-White Paper li ġiet imnedija niddiskutu punti bħal dawn.", "Għandu jkun hemm ukoll għarfien tax-xogħol tal-viċi sindku u tal-kunsilliera.", "Hawn irrid ngħid li l-liġi ma taħsibx għal dak li jrid jagħmel il-viċi sindku f'każ li s-sindku jkun imsiefer jew ikun l-isptar.", "Ara fil-każ tas-segretarju eżekuttiv, għandna d-deputati segretarji eżekuttivi ħalli jekk dan ma jkunx disponibbli, jaqdu l-funzjoni tiegħu huma u r-rimunerazzjoni tiegħu tiġi aġġustata skont il-bżonn.", "Allura la tajna kas is-segretarju eżekuttiv, li hija xi ħaġa tajba, kif qatt ma tajna kas u rrikonoxxejna l-viċi sindku bl-istess mod?", "Ikun tajjeb li naħsbu biex ikollna bord, jew sejjaħlu li trid, li jara li l-kunsilliera kollha jaqdu d-doveri tagħhom, għax hemm kunsilliera li qatt ma tarahom għal-laqgħat tal-kunsill lokali.", "Dawn dejjem biċ-ċertifikati mediċi jew inkella ħames minuti qabel javżaw lis-segretarju eżekuttiv li nqalgħetilhom biċċa xogħol fuq il-post tax-xogħol u jitolbu li jiġu skużati.", "Din hija xi ħaġa li taqta' qalb dak li jkun.", "Mela kunsillier li minn filgħodu sa filgħaxija jaħdem għall-komunità jieħu €80 – proprjament €100 qiegħda, imma jaqtgħulek €20 taxxa – u min qatt ma jattendi għal-laqgħat tal-kunsill jieħu l-istess ammont.", "Dan jaqta' qalb dawk li jaħdmu meta jidħlu għal biċċa xogħol bħal din.", "Għandna ħafna kunsilliera li qegħdin hemm biex isaħħnu s-siġġu u allura jkun tajjeb li l-partiti jagħmlu screening - naf li din mhijiex xi ħaġa faċli li ssir - biex ma jkollniex problemi 'l quddiem.", "Jekk jien sindku u l-partit tiegħi ma jaqbilx mal-minority leader u mal-partit l-ieħor nifhimha, imma li jkollok persuna fi ħdan partit li tkun trid li kollox isir kif tgħid hi, ma nifhimhiex u allura l-partit imissu jagħmel screening minn qabel ħalli jara jekk persuna hijiex tajba biex taħdem f'kunsill lokali.", "Jien ma nifhimx fis-sistema tal-partiti.", "Forsi l-partiti bħalissa qed jgħiduli: Dażgur, aħna noħorġu bi 13-il kunsillier biex nipprovaw nieħdu l-maġġoranza!", "Skużi, imma jien ma naqbilx ma' din il-linja.", "Jien jekk għandi seba' kunsilliera tajbin u kapaċi jaħdmu għall-ġid tal-lokalità, naħdem b'sebgħa u mhux bi 13, biex imbagħad forsi jkun hemm min jagħmilli ħames snin kalvarju!", "Jien ħdimt fil-Mosta meta kellna erba' snin kalvarju u ma stajniex naħdmu!", "Dak iż-żmien ma kontx membru fil-kunsill lokali imma kont editur ta' fuljett li kien joħroġ il-kunsill fejn kellna żewġ membri tal-istess partit li ġġieldu u ma stajniex naħdmu minħabba l-intriċċi tagħhom għax ma kenux jattendu għal-laqgħat biex iwaqqgħu l-quorum.", "Pereżempju, ġieli jkun hemm kunsilliera li lanqas ikunu jafu - din ġieli staqsejtha biex nittestja kemm il-kunsillier huwa responsabbli u kemm iħobb lir-raħal tiegħu - meta jiċċelebraw jum ir-raħal tagħhom!", "Għalhekk irridu nikkonsidraw l-ammont ta' kunsilliera li jkollna.", "Pereżempju, fil-Kunsill Lokali tal-Mosta u dak ta' San Pawl il-Baħar hemm 13-il kunsillier, imma naħseb li f'ċerti kunsilli lokali hemm ammont esaġerat biex xorta jispiċċa ma jsir xejn.", "Jien naħseb li ħafna drabi jekk taħdem b'seba' kunsilliera, fosthom fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, taħdem aħjar għax ammont kbir ta' kunsilliera jistgħu jtellfu u l-affarijiet jaqgħu lura.", "Qed insemmi l-Kunsill Lokali tal-Mosta għax jien mill-Mosta.", "Aktar kmieni semmejt li ġieli jkun hemm kunsilliera f'bord li jkunu jixtiequ jaħdmu imma s-sindku ma jagħtihomx spazju għax ikunu ta' partit ieħor.", "Din hija xi ħaġa ħażina u għandu jkun hemm post fejn wieħed jirrikorri meta tiġri xi ħaġa simili.", "Niftakar li meta kellna problema fl-amministrazzjoni tal-kunsill lokali ma konniex nafu lil min naqbdu nkellmu.", "Dak iż-żmien kont inċempel lill-Onor.", "Stefan Buontempo biex inkellmu u konna morna wkoll għand id-Direttur tal-Kunsilli Lokali imma ma naħsibx li r-rwol tad-Direttur huwa biex tmur tkellmu fuq ċerti diffikultajiet li jkollok fl-operat tal-kunsill lokali.", "Kulħadd ikollu l-problemi.", "Jien seba' xhur biss domt sindku u forsi ltqajt ma' żewġ problemi.", "Pereżempju, fuq il-post tax-xogħol għandek il-unions li tista' tmur għandhom biex tipprova ssolvi xi problema u naħseb li din hija xi ħaġa li tgħin.", "Ix-xogħol tas-sindku huwa full-time job u kif għedt, min jaħdem mal-Gvern jirranġa b'xi mod però ħafna drabi min ikun jaħdem fil-privat ibati.", "Sinjura President, f'Għawdex hemm 14-il kunsill lokali u l-mod li bih jitqassmu l-fondi huwa meravilja.", "Prosit u komplu agħtuhom lill-Għawdxin.", "Issa meta tagħmel paragun issib li Għawdex kollu jagħmel daqs San Pawl il-Baħar jew daqs il-Mosta, u allura fil-fondi hemm diskrepanza kbira.", "Għalhekk għalkemm huwa tajjeb li l-Għawdxin ikollhom il-fondi, ikun tajjeb li taraw ftit kif qed jitqassmu l-fondi f'postijiet bħal Birkirkara, il-Mosta, San Pawl il-Baħar u f'postijiet oħra.", "Wieħed irid jikkonsidra l-fatt li hemm lokalitajiet, bħal San Pawl il-Baħar, li f'ċerti staġuni, speċjalment fis-sajf jitla' għal 60,000 resident u allura meta għandek din il-pressjoni trid tara eżattament kif qegħdin jitmexxew il-fondi ta' dak il-kunsill lokali.", "Xi ħaġa li lili tweġġagħni hija meta ngħidu li l-kunsilli lokali ġibniehom qishom tal-customer care.", "Ħafna drabi kollox jgħaddi mill-kunsill lokali imma mbagħad qed ikunu ta' pjattaforma għal ħaddieħor.", "Pereżempju, jien bħala sindku kont niġġieled mas-sidien għax kienu joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet barra, imbagħad wara dak il-ġlied u l-inkwiet kollu, meta jiġu biex iħallsu l-permessi, il-flus teħodhom l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (MTA) u l-kunsill lokali jieħu xi ħaġa verament żgħira.", "Hemm sitwazzjonijiet oħrajn li huma simili għal dan u jkun tajjeb li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jieħdu nota dwar dan.", "Irridu naraw kif tista' tissaħħaħ l-amministrazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Il-kunsill lokali għandu wisq doveri imposti fuqu bil-liġi u allura wieħed jifhem li s-sindku m'għandux jidħol fix-xogħol amministrattiv tal-kunsill imma meta jara li x-xogħol mhuwiex isir, għandu jkun jaf sa fejn għandu jasal.", "Sinjura President, il-qasam soċjali huwa għal qalbi ħafna.", "Il-dokument tal-Partit Nazzjonalista huwa tajjeb ħafna imma hemm xi ħaġa li nixtieq nikkummenta dwarha għax naf li huwa diffiċli li ssir imma se nagħmel dan biex nagħti spunt lill-Gvern.", "L-Abbozz ta' Liġi li ppreżenta l-Onor.", "Robert Cutajar ta imbuttatura kbira lill-qasam soċjali, u dik hija xi ħaġa għal qalbi.", "Fil-fatt fis-sena 2000, meta kont kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mosta ftaħt drop-in centre fejn wieħed kien imur hemmhekk biex jaħdem fil-qasam soċjali.", "Dan il-proġett kien ħadem sakemm il-kunsill responsabbli spiċċa biex għalaq kollox għax qalu li dawn huma ħmerijiet!", "Qed insemmi dan għax fid-dokument tal-Partit Nazzjonalista jissemma li għandu jkun hemm community worker f'kull kunsill lokali.", "Din hija xi ħaġa ideali però jekk illum il-Housing Authority għandha biss żewġ social workers u d-domanda għall-community workers mill-Università ta' Malta hija dik li hi, kif jista' jkun li l-kunsilliera jaħdmu bil-community workers?", "Wieħed irid ikollu l-feel tal-qasam soċjali.", "Jien kont ħdimt fl-inizjattiva Mosta Solidali tal-aħħar u kont ħdimt biex ikun hemm community workers jaħdmu fil-qasam soċjali.", "Konna tajna kas ukoll id-diżabilità u fil-fatt il-mental health group kien jitmexxa minn persuna b'diżabilità.", "Dawn kienu jiltaqgħu kull nhar ta' Tnejn fil-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Konna norganizzaw ukoll il-ħarġa tax-xahar fejn konna nżuru postijiet kulturali bl-iskop li noħorġu lil dawk li qatt ma joħorġu mid-dar.", "Fil-fatt grupp ta' tmien Mostin kienu jħufu sabiex naraw fejn qegħdin dawn in-nies.", "Konna nagħmlu wkoll ikla għal dawk li jinsabu waħedhom, li semmejt aktar kmieni.", "Dan l-aħħar qed niftaħru ħafna bil-cat cafè eċċ. imma rrid ngħid li jien kont l-ewwel wieħed li għamilt sentejn naħdem fuq cat cafè fil-Mosta, imbagħad meta tlajt quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, waqqfuli kollox.", "Għalhekk huwa tajjeb li s-Segretarju Parlamentari jkun jaf dwar dan kollu.", "Konna nagħmlu wkoll żjarat lill-anzjani.", "Fil-fatt għandna grupp ta' għaxar persuni li għadhom jagħmluhom.", "Irrid insemmi wkoll l-outreach u r-relazzjonijiet pubbliċi; aħna konna nħufu fil-Mosta biex naraw fejn hemm il-faqar u t-tbatijiet.", "Ftaħna s-sala tal-Kunsill Lokali tal-Mosta mit-Tnejn sal-Ħadd.", "Din hija sala enormi li kienet tkun mimlija nies jagħmlu xogħol tal-idejn bħall-ganutell u kienu jsiru wkoll korsijiet taż-Zumba fejn kont tara diversi nies jiżfnu.", "Dak huwa kunsill lokali!", "Dak huwa l-qasam soċjali!", "Barra minn hekk ħdimna flimkien mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar fi programm bl-isem Moving On, fejn konna niltaqgħu biex naraw fejn hemm il-problema tad-droga.", "F'dan il-qasam konna naħdmu flimkien mal-Fondazzjoni OASI u mal-esperti.", "Dawn l-affarijiet juru kemm hija rikka l-komunità.", "Għalhekk ejjew nagħtu bidu għal diskussjoni bis-serjetà li twassal għal konklużjonijiet.", "Ejjew inwarrbu l-partiġjaniżmu għax qażżiżna lil Malta bih!", "Ejjew niddiskutu b'mod miftuħ u b'mod ġenerali mingħajr ma nitkellmu fuq dak li jaqblilna biss.", "Hekk trid tkun ir-riforma nazzjonali tal-kunsilli lokali!", "Nirringrazzjak.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, jikkonkludi dan id-dibattitu.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sinjura President, ħadt pjaċir insegwi d-diskorsi li saru dwar il-kunsilli lokali u nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw, fosthom lill-Onor.", "Robert Cutajar, lill-Onor.", "Glenn Bedingfield, lill-Onor.", "Alex Muscat u lill-Onor.", "Jien nemmen li ma nistgħux indaħħlu l-politika fil-kunsilli lokali għax il-kunsilli lokali jridu jkunu hemm biex jaqdu liċ-ċittadin.", "Sinjura President, sena u nofs ilu, meta dħalt fid-dekasteru tiegħi għidt li mill-kunsilli lokali rridu nagħmlu l-gvern lokali.", "Dakinhar forsi kien hemm min ħaseb li kont qiegħed nara kbir però naħseb li llum il-ġurnata qiegħed inħoss li nrexxielna nagħmlu qawmien mill-ġdid tal-kunsilli lokali u tal-gvern lokali.", "Filwaqt li aħna qegħdin naħdmu fuq dak li għamlu ta' qabilna, li wkoll taw kontribut kbir lill-kunsilli lokali, issa li waslet l-okkażjoni tal-25 sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali, qegħdin naħdmu biex nirrikonoxxu lil dawk is-sindki li matul dawn il-25 sena ħadmu fil-kunsilli lokali u m'għadhomx magħna.", "Se nkunu qed nirrikonoxxu wkoll lill-kunsilliera u lis-sindki ta' Malta u Għawdex.", "Għamilna din ir-riforma bil-ħsieb li fil-bidu tas-sena d-dieħla jkollna white paper għad-diskussjoni.", "Barra minn hekk, fit-22 ta' Diċembru, għall-ewwel darba se nagħmlu l-Parlament tas-Sindki u minn hawnhekk irrid nirringrazzja lis-Sedja li laqgħet din it-talba mill-ewwel.", "F'laqgħa ta' konsultazzjoni li kelli lbieraħ mar-rappreżentanti tar-reġjun taċ-ċentru li huwa mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, ħadt pjaċir li qed jifhmu dak li qed nipprovaw nagħmlu aħna.", "Dalgħodu ħadt pjaċir ukoll niltaqa' mas-sindki u mas-segretarji eżekuttivi, li bħala Gvern tajniehom €52 miljun għas-sena 2019.", "Jien nitkellem ma' sindki Laburisti u Nazzjonalisti kif ukoll mas-segretarji eżekuttivi li qed jifhmu dak li qed nipprovaw nagħmlu.", "Tkellimt man-nies hemm barra li jsegwu l-Parlament u sibt li qegħdin japprezzaw li permezz ta' din ir-riforma fil-kunsilli lokali, irridu nagħmlu qawmien mill-ġdid tal-kunsilli lokali, fejn l-interess tagħna mhuwiex il-partit politiku imma r-residenti.", "Nemmen li jekk jirnexxielna naħdmu fuq dan il-binarju, se jkollna riżultati verament tajbin, għax se jkollna riforma ta' suċċess li se tagħmel il-bidliet.", "Huwa veru li tista' toħloq xi ftit tal-kontroversja però nerġa' ngħid li lbieraħ ħadt pjaċir fil-laqgħa li kelli mar-rappreżentanti tar-reġjun taċ-ċentru għax ħarġu b'ideat tajbin; pereżempju dwar kif jista' jkollhom iktar responsabilità jekk jingħataw linji gwida dwar kif għandhom isiru l-parkeġġi riservati, eċċ, ħalli ma jkollniex għalfejn noqogħdu mmorru għand Transport Malta.", "Meta din tiġi diskussa rridu nitkellmu mal-Ministri kkonċernati, għax dak kollu li għamilna fir-riforma tkellimna dwaru magħhom u dawn qed jaqblu li dak li qed ngħidu jista' jseħħ.", "L-Onor.", "Ivan Bartolo qal li l-fondi jingħataw lill-kunsilli lokali skont jekk humiex Nazzjonalisti jew Laburisti.", "Irrid ngħid li l-ikbar kritika li qlajna kienet meta tajna l-akbar ammont ta' flus lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, għax konna tajniehom ammont kbir ta' fondi, imma hekk kien hemm bżonn li jsir u hekk sar.", "Nappella għal aktar ftehim fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Bħala Segretarju Parlamentari xi ħaġa li tweġġagħni hija meta jidħluli ilmenti ta' kuljum mir-residenti t'hemmhekk u jgħiduli li ma jħossux li għandhom il-kunsill lokali tagħhom.", "Jien ma se nitfa' tort fuq ħadd imma l-appell tiegħi huwa li huwa importanti ħafna li l-kunsilliera jaħdmu flimkien.", "Kif diġà spjegajna dalgħodu, lill-kunsilli lokali tajniehom €52 miljun u mis-sena d-dieħla se nagħfsu biex dawn ikollhom contract managers iduru fit-toroq ħalli jaraw li qegħdin nieħdu servizz lura tal-flus li qed imorru għand il-kuntrattur.", "Irridu nibdew naraw ċerta dixxiplina.", "Ma nistax nifhem kif għadna naħsbu li biex innaddfu t-toroq f'dan il-pajjiż irridu nibqgħu naħdmu bis-sistema antikwata tal-ixkupi meta llum hawn il-makkinarju.", "Għandha tidħol regola li biex tapplika għat-tender irid ikollok il-makkinarju neċessarju għax ma nistax nifhem kif tista' tista' tiknes it-toroq meta kullimkien mimli karozzi!", "Għalhekk issa se nkunu qegħdin indaħħlu ammont ta' regoli.", "Sinjura President, ilbieraħ ħadt pjaċir li xi ħadd ikkummenta li fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali qegħdin nagħfsu fuq id-dixxiplina.", "Jien ħadt din il-kariga sena u tliet xhur ilu u matulhom mort f'dan id-Dipartiment u smajt li kien hemm bżonn indaħħlu aktar dixxiplina.", "L-Onor.", "Ivan Bartolo staqsa min hu responsabbli mill-kunsilli lokali u jien ngħidlu li huwa d-Dipartiment tal-Gvern Lokali li jrid ikun qiegħed hemmhekk biex jgħin lill-kunsilli lokali u jara li l-fondi jitqassmu tajjeb.", "Jekk kunsill lokali jkollu problema, dan id-Dipartiment ikun jista' jgħinu.", "Iva, qed nagħmlu bidla għall-aħjar fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.", "Forsi n-nies ma jeħdux pjaċir meta ssir din il-bidla u forsi ma nkunx popolari meta nagħmel din il-bidla imma jien ma nħarisx biss lejn l-ammont ta' ħaddiema.", "Jien inħares lejn il-kunsilli lokali li jixtiequ li dan id-dipartiment ikun aktar organizzat u se nkunu qegħdin naħdmu biex ikollna dipartiment organizzat.", "Min ma jħossx li jixtieq jaħdem f'dak l-ambjent, għandu dritt jitkellem mad-Direttur Ġenerali u jgħidlu, imma ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'din l-idea li kulħadd jista' jagħmel li jrid, kulħadd jaħseb li l-Gvern qiegħed miegħu u mhux hu qiegħed mal-Gvern.", "Ma nistax inħalli li meta d-Dipartiment tal-Gvern Lokali qiegħed hemmhekk biex ikun ta' għajnuna u ta' sostenn għall-kunsilli lokali, ma nkunux qegħdin nieħdu dak li nistennew.", "Allura iva, naqbel mal-kollega tiegħi.", "Naf li hemm it-tgergir u naf li daħlet dixxiplina iktar stretta imma hekk hemm bżonn isir u hekk se jsir.", "Wara sena u nofs iddeċidejna li hemm bżonn ninforzaw id-dixxiplina.", "Irrid nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-ħaddiema talli bil-mod il-mod qegħdin jifhmu x'qegħdin nagħmlu.", "Qegħdin jifhmu li l-ħinijiet tal-uffiċċju huma minn ċertu ħin sa ċertu ħin u m'hemm l-ebda rigal għal ċerti ħaddiema.", "Dan mhuwiex faċli però qegħdin jifhmu li qegħdin nipprovaw insaħħu d-Dipartiment tal-Gvern Lokali għax is-sena 2019 se tkun sena kruċjali għall-kunsilli lokali, li matulha se jkollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Jien mhux l-ewwel darba li għidt li min joħroġ għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali jrid ikollu ċ-ċans għal dan ix-xogħol u jrid jersaq lejn il-kunsill lokali.", "Aħjar ikollna ħames kunsilliera milli għaxra u dawk il-ħamsa jkunu tajbin għax inkella jinħolqu problemi kbar.", "Jien kont iggustajt kandidat li xtaq joħroġ mal-Partit Laburista li qalli li meta semagħni ngħid li jekk m'għandekx ċans aħjar ma toħroġx għax il-kunsilli lokali m'għandhomx jitmexxew bid-dilettanti, fehem x'ridt ngħid u ma ħariġx.", "Mhux se nsemmi ismu, għax ma naħsibx li huwa sew, imma din mhijiex ċajta.", "Illum il-Gvern ta €52 miljun lill-kunsilli lokali u allura wieħed irid jara li dawn il-flus jiġu amministrati tajjeb minn sindki mimlijin bl-enerġija u minn kunsilliera li jridu jaħdmu biex jibdlu l-lokalità tagħhom.", "Dalgħodu kont il-Mellieħa fejn ingħatat għotja ta' €400,000 mill-MEUSAC lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex jiġi restawrat il-Mużew tat-Tunnara.", "Żort ukoll numru ta' lokalitajiet fejn qed jirranġaw il-playing fields.", "Illum stess tkellimna dwar il-fatt li minbarra l-fond ta' €52 miljun, il-kunsilli lokali ngħataw €27 miljun oħra mill-Awtorità tal-Ippjanar u se nkunu qegħdin nagħmlulhom kors biex ngħinuhom jużaw dawn il-fondi.", "Barra minn hekk se nkunu qegħdin inlaqqgħu l-entitajiet kollha li jmissu mal-kunsilli lokali biex inkunu nistgħu naraw x'inhuma l-problemi li hemm fil-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Ivan Bartolo semma s-segretarji eżekuttivi u dan huwa rwol importanti fil-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Robert Cutajar u jien kollha konna sindki u allura nafu kemm huwa importanti li jkollok segretarju eżekuttiv li jaħdem u li jkun moħħu hemm biex jara kif se jġib aktar fondi għall-kunsill lokali, imma billi nitkellmu dwar dan biss, mhux se naslu fejn irridu.", "Wara l-elezzjonijiet tal-2019 se jkollna s-sindki u l-kunsilliera l-ġodda u se jkollna l-presidenti tar-reġjuni.", "S'issa l-presidenti tar-reġjuni se jkunu mġeddin sal-2021 imma s-sindku ma nistgħux inħalluh jaħdem għal rasu.", "Hemm bżonn li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali jibda jrawwem u jgħallem lis-sindki dwar kif għandhom imexxu l-fondi u kif jistgħu jġibu aktar fondi.", "Huwa proprju għalhekk li kif dħalt f'dan id-dekasteru mill-ewwel ġibt sitt EU officers; biex kif nibdew bis-sistema tar-reġjuni dawn ikunu qegħdin hemmhekk ħalli jaraw kif nistgħu nġibu aktar fondi għall-kunsilli lokali.", "Dan qed isir għax meta bdejna nistaqsu lill-kunsilliera, dawn qalulna li m'għandhomx ċans joqogħdu jimlew ħafna karti minħabba x-xogħol li għandhom.", "Għalhekk iddeċidejna li għandu jkollna EU officer f'kull reġjun, jiġifieri sitta, biex il-kunsill lokali jara ma' liema reġjun jagħmel u jmur għandu biex jara kif jista' jġib aktar fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin nagħmlu ħilitna biex lis-sindki u 'l-kunsilliera ma nħalluhomx waħedhom, imma nagħtuhom it-taħriġ u ngħallmuhom biex ngħinuhom.", "Aħna wkoll għandna bżonn it-taħriġ.", "Pereżempju, minn meta bdejt sal-lum jien ukoll inħoss li għamilt bidla, imma rridu nkomplu noffru t-tagħlim.", "Nemmen li jekk ikollna l-inizjattiva, naslu fejn irridu, u se naslu, għax ħlomt ħolma li fil-kunsilli lokali rridu nibdew naraw il-gvern lokali u din il-ħolma se ssir realtà.", "Se ssir realtà mhux għax qed naħdem waħdi imma għax hemm nies li qegħdin jaħdmu miegħi.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu biex matul dawn is-sena u nofs saret il-bidla li kien jixraq.", "Fl-aħħar mill-aħħar m'għamilna xejn aktar minn dak li suppost nagħmlu.", "Ir-responsabilità tfisser servizz u aħna ħadna r-responsabilità li nagħmlu bidla għall-aħjar.", "Jista' jkun li kultant il-bidla tweġġa' lil xi nies però meta jasal il-mument tat-tmiem tagħna u nħarsu lura, ngħidu li temmejna l-mixja u ħallejna legat.", "Jien dak li nixtieq għall-kunsilli lokali; li nħallu l-legat li tajna r-responsabilitajiet lir-reġjuni.", "Se nkunu tajna legat li mill-kunsilli lokali għamilna gvern lokali għax nemnu fil-kunsilli lokali.", "Meta bdew il-kunsilli lokali, jien kont l-ewwel sindku fil-lokalità tiegħi.", "Irridu nisimgħu aktar, irid ikollna aktar paċenzja però ninsab persważ li se naslu.", "Nirringrazzja ħafna lit-tim tiegħi talli jissapportjani - għax jien il-ħin kollu rrid xi ħaġa ġdida - u nirringrazzja wkoll liż-żewġ Diretturi Ġenerali talli qed jaħdmu biex nagħmlu l-bidla meħtieġa fil-kunsilli lokali.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali jiġi moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se naqra dan il-Messaġġ:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar it-Trademarks, Kap. 416\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "11 ta' Ottubru 2018", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar it-Trademarks, Kap. 416\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nissekonda.", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, illum qed inressaq quddiem il-Kamra dan l-Abbozz ta' Liġi li l-għan tiegħu hu li jittrasponi d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2015/2436 tas-16 ta' Diċembru, 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet dwar it-trademarks sabiex iħarsu l-Att dwar it-Trademarks.", "Nibda biex ngħid li llum qed inressqu dan l-Abbozz ta' Liġi ġdid minħabba l-fatt li t-tibdil li hemm bżonn isir fil-liġi li tirrigwarda t-trademarks f'Malta huwa kbir.", "Fil-fatt meta konna qegħdin niddiskutu t-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea rrealizzajna li jkun aħjar li jkollna Abbozz ta' Liġi ġdid li fih ikollu l-istorja legali ta' dak li għandu x'jaqsam mat-trademarks fil-ġurisdizzjoni tagħna u nassimilaw it-tibdil li l-Unjoni Ewropea qiegħda timxi fid-direzzjoni tiegħu biex ikun hemm armonizzazzjoni.", "Ħafna minn dak li se nitkellem fuqu llum jirrigwarda l-armonizzazzjoni tal-liġijiet dwar it-trademarks għax fl-Unjoni Eworpea kulħadd qed jitkellem fuq l-Intellectual Property Rights (IPR) u allura nixtieq nispjega x'inhuma dawn id-drittijiet.", "Mad-dinja kollha nsibu storja b'saħħitha ħafna u evidenza bikrija ta' dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità kreattiva u innovattiva tal-bniedem.", "Mal-medda taż-żmien, fl-iżvilupp fit-teknoloġija, qegħdin naraw li din il-kapaċità rriżultat f'mod li x-xogħlijiet artistiċi, ix-xogħlijiet litterarji, ix-xogħlijiet mużikali u l-prodotti u s-servizzi qed ikunu inklużi f'din il-kapaċità ta' innovazzjoni tal-bniedem.", "Illum dawn ix-xogħlijiet kollha f'daqqa huma magħrufa bħala intellectual property rights u huwa rikonoxxut li l-ħolqien tal-proprjetà intellettwali huwa parti mill-proċess integrali għall-iżvilupp mhux biss tal-ekonomija tal-pajjiż imma wkoll tas-soċjetà inġenerali.", "Din hija r-raġuni li eventwalment, mal-medda taż-żmien, ġew żviluppati regolamenti u liġijiet li jipproteġu b'tali mod li jinkoraġġixxu l-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-kreattività.", "Illum dawn il-liġijiet għamlu possibbli l-konċessjoni uffiċjali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hekk kif daħlu fis-seħħ numru ta' liġijiet dwar id-drittijiet li jkollu l-awtur dwar ir-reġistrazzjoni li jagħmel, il-privattivi li jkollu - jiġifieri d-dritt, il-patent - id-disinji li jagħmel u t-trademarks li, biex ngħid hekk, huma l-essenza ta' din il-liġi.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li skont il-World Intellectual Property Organization, l-aktar applikazzjoni popolari minn dawk li għadni kif semmejt fuq skala internazzjonali sal-lum tibqa' dik tat-trademarks.", "Biex nagħti stampa aktar ċara u nikkwota ftit statistiċi nista' ngħid li fl-2016 ġew sottomessi 9.8 miljun applikazzjoni għal trademark madwar id-dinja kollha.", "Jekk wieħed jagħmel analisi komparattiva jsib li kien hemm żieda ta' 13.5%, jiġifieri żieda pjuttost kbira.", "Dawn in-numri huma sinjal ċar li t-trademarks huma bżonjużi biex wieħed ikun kapaċi jiddistingwi l-oġġetti jew is-servizzi ta' persuni, jew prodotti ta' kumpanija, fir-riċerka u fl-iżvilupp, minn oħrajn.", "Għalhekk hemm bżonn li nkomplu nsaħħu l-qafas legali li jirregola dan is-settur tant importanti.", "Sinjura President, irrid nagħmel referenza għall-istorja tat-trademarks għax peress li dan huwa abbozz ta' liġi ġdid, qiegħed iwettaq paġna ġdida fil-leġiżlazzjoni tat-trademarks f'pajjiżna u allura wisq probabbli meta jkun hemm xi tilwima fil-Qorti, jew issir referenza għal dak li qed ngħidu fil-Parlament, se jużaw l-ispirtu tal-leġiżlatur - li huwa aħna bħala Parlament - biex ikunu jafu aktar dwar x'kienet l-intenzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni.", "Naħseb li l-istorja tat-trademarks f'pajjiżna tispjega ħafna u meta nagħmlu d-diskorsi tagħna, kif m'għandix dubju li se jsir miż-żewġ naħat tal-Kamra, se nkunu ċari b'mod kronoloġiku dwar kif evolviet l-istorja tat-trademarks f'pajjiżna.", "Fil-fatt, l-ewwel forma ta' liġi li ppermettiet il-protezzjoni tat-trademarks hija antika ħafna u tmur lura għall-1899 jiġifieri għal aktar minn 100 sena ilu.", "Dak iż-żmien din kienet promulgazzjoni ta' Ordinanza - għax aħna konna stat kolonjali - dwar il-ħarsien tal-proprjetà industrijali f'pajjiżna u stabbilixxiet l-ewwel dritt tal-proprjetà industrijali f'Malta.", "Għadda ż-żmien u kważi 100 sena wara, l-artikli kollha tat-trademarks li kienu inklużi f'din l-Ordinanza, waqfu milli jkollhom effett, hekk kif fis-sena 2000 daħal fis-seħħ l-Att XVI li huwa magħruf aħjar bħala l-Att dwar it-Trademarks, Kap. 416, li sal-lum il-ġurnata, u sakemm il-President jogħġobha tiffirma l-liġi li qed niddiskutu llum u tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, hija l-liġi in vigore.", "L-Att dwar it-Trademarks li daħal fis-seħħ fis-sena 2000 introduċa bidliet b'saħħithom ħafna.", "Niftakar li jien kont ipparteċipajt fid-dibattiti li saru dwar din il-materja li kienet ġiet introdotta minn Amministrazzjoni differenti, li wasslet għal bidliet sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-leġiżlazzjoni tat-trademarks, speċjalment bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, għax biddilna l-parametri tal-ġurisdizzjoni tagħna, fejn ma bqajniex biss stat regolat b'mod unilaterali imma dħalna f'sistema fejn ċerti aspetti kummerċjali jkunu armonizzati b'liġijiet Ewropej.", "Għaldaqstant, bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna ngħaqad f'sistema komunitarja ta' trademark li llum hija magħrufa bħala s-sistema tat-trademark tal-Unjoni Ewropea.", "Fi kliem sempliċi, din is-sistema tikkonsisti minn proċedura waħda ta' reġistrazzjoni u tiġi amministrata prinċipalment mill-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea li jħares il-proprjetà intellettwali tal-Unjoni Ewropea.", "Huwa tajjeb li ngħid li din hija sistema li tagħti d-dritt lis-sid li jkollu esklużività fuq it-trademark li ma tkunx biss fuq l-oriġini tal-pajjiż tiegħu imma fuq il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Issa se ngħaddi biex nitkellem ftit dwar l-iżviluppi li saru fil-protezzjoni tat-trademarks minn meta Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea, fejn rajna li ftit snin wara, jiġifieri fl-2008, il-Kummissjoni Ewropea wiegħdet li s-sistema tat-trademarks komunitarja ssir aċċettabbli u aċċessibbli għal dawk magħrufa bħala Small & Medium Enterprises.", "Barra minn hekk, il-komunikazzjoni tal-2008 dwar strateġija għad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għall-Ewropa għamlet enfasi b'saħħtu ħafna li għandu jkun hemm impenn mill-Kummissjoni Ewropea għal protezzjoni effettiva u effiċjenti tat-trademark kif ukoll għal sistema ta' trademark ta' kwalità għolja.", "Biex ngħid hekk, issa ġejjin għal-laħma, għar-raġuni li għaliha sar dan it-tibdil kollu, għax dak iż-żmien il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li wasal iż-żmien li ssir evalwazzjoni ġenerali li tista' tifforma l-bażi għal reviżjoni futura tas-sistema tat-trademarks fl-Ewropa u konsegwentement għal titjib f'dak li għandu x'jaqsam ma' koperazzjoni bejn l-uffiċċji għal armonizzazzjoni fis-suq intern u l-uffiċċji nazzjonali.", "Bażikament, fi kliem sempliċi, il-fatt li l-internal market huwa parti essenzjali mit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, inħass il-bżonn li biex ikollok single market effettiv u b'saħħtu, ċertament li jrid ikollok armonizzazzjoni fir-regoli li jirrigwardaw it-trademarks, fost oħrajn.", "Wara li fl-2009 saret reviżjoni mill-Kummissjoni Ewropea, ir-regolamenti tat-trademarks tal-Komunità Ewropea ġew emendati u l-għan ewlieni ta' din l-inizjattiva kien li titrawwem innovazzjoni u jitrawwem tkabbir ekonomiku billi tagħmel sistemi ta' reġistrazzjoni ta' trademarks madwar il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea aktar aċċessibbli u effiċjenti għan-negozji.", "Dan ifisser li jkun hemm inqas spejjeż għal dawk in-negozji li jixtiequ jirreġistraw it-trademarks tagħhom u jkun hemm inqas burokrazija fl-applikazzjoni u allura jkun hemm aktar simplifikazzjoni fl-amministrazzjoni li twassal għar-reġistrazzjoni, aktar veloċità fl-ipproċessar tat-trademark registration u min-naħa l-oħra jkollok serħan il-moħħ li jkun hemm aktar sigurtà legali tar-reġistrazzjoni tat-trademarks.", "Dawn l-aġġustamenti bdew jaraw li jassiguraw armonizzazzjoni bejn l-istati fl-Unjoni Ewropea u s-sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali.", "Issa wasalna għall-pass li jmiss, dak li nimmodernizzaw il-liġi biex mhux biss ikun hemm iktar armonizzazzjoni imma jkun hemm iktar sigurtà tal-proprjetà intellettwali.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi li qed nippreżenta għan-nom tal-Gvern jistipula li t-trademark tista' tkun kwalunkwe sinjal li kapaċi jiġi rappreżentat b'mod grafiku.", "Hawn qegħdin nitkellmu partikolarment dwar kliem, użu ta' ismijiet personali, disinji jew ittri li jkollhom il-marka \"TM\" jew inkella xi ċifri, però mbagħad irridu nimxu pass ieħor.", "Dan it-trademark indiġenu, biex ngħid hekk, li jinkludi wkoll għamla ta' oġġetti u l-imballaġġ tagħhom, huwa l-oriġinali.", "Jiġifieri dan is-sinjal għandu jkun kapaċi jiddistingwi l-oġġetti jew is-servizzi ta' persuna jew inkella lil persuna minn oħra.", "Infakkar li skont il-liġi eżistenti, trademark tista' tiġi rifjutata qabel ir-reġistrazzjoni u jista' jiġi ddikjarat li mhux se tiġi aċċettata jew addirittura d-dikjarazzjoni tiġi invalidata għal diversi raġunijiet; pereżempju, jekk trademark ma jkollhiex in-natura tagħha distintiva għax l-oriġini tat-trademark hija li tiddistingwi servizz jew prodott minn ieħor.", "Pereżempju mhuwiex biżżejjed li trademark tkun sempliċement deskrittiva biex tilħaq il-livell ta' trademark qualification bħal meta jkun fiha sinjali li normalment huma użati fil-lingwa tal-kummerċ in kwestjoni li ma tikkwalifikax bħala trademark.", "Ma tikkwalifikax bħala trademark meta jkollok talba li twassal biex ikun hemm xi ħaġa li hija l-kuntrarju għall-prinċipji li jsejsu l-liġijiet, ir-regolamenti, il-Kostituzzjoni jew il-moralità aċċettata.", "Jekk ikollok applikazzjoni għal trademark li tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tan-natura, il-kwalità jew l-oriġini ġeografika tal-prodott jew tas-servizz, ovvjament se tkun rifjutata; biex jifhimni kulħadd, meta tipprova tirreġistra trademark f'pajjiż li jagħti l-impressjoni li qiegħed jipproduċi prodott li b'mod ġeografiku ma jkunx ta' dak il-pajjiż.", "Hemm diversi affarijiet imma ħafna minnhom huma prodotti agrikoli jew innovazzjoni ta' xi prodott.", "Trademark tista' tiġi rifjutata wkoll, jew addirittura tista' tiġi ddikjarata bħala invalida, jekk tkun identika jew simili għal trademark oħra li tkun reġistrata qabilha.", "Rajna diversi kawżi dwar dan, anke fil-qrati Maltin li ppronunzjaw ruħhom f'din id-direzzjoni.", "Meta sussegwentement l-applikazzjoni għal trademark tiġi aċċettata, ovvjament is-sid ikollu d-dritt esklużiv tat-trademark li tkun inħolqot u għaldaqstant ikun jista' jipprojbixxi lil kull min ikun milli juża sinjal li huwa identiku, simili, jew li jista' jwassal għal riskju ta' konfużjoni f'moħħ il-konsumatur meta jarah jew jużah.", "Din id-direttiva tesiġi li s-sid ma jistax jipprojbixxi l-użu tat-trademark lil dawk li jkunu qegħdin jaġixxu fl-andament tan-negozju tagħhom rigward l-isem u l-indirizz ta' parti terza, meta din tkun persuna fiżika.", "Is-sid ma jistax jipprojbixxi l-użu ta' trademark jekk qegħdin nitkellmu dwar il-karatteristiċi tal-oġġetti jew servizzi koperti mit-trademark u fl-aħħar nett l-iskop intiż għas-servizzi jew għall-oġġetti.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jindika wkoll x'kontenut għandu jkollha l-applikazzjoni filwaqt li jistipula li t-trademarks għandhom ikunu reġistrati għal perjodu ta' għaxar snin mid-data ta' meta ssir l-applikazzjoni u jkunu jistgħu jiġġeddu għal perjodi ulterjuri ta' għaxar snin fuq talba tas-sid meta ssir l-applikazzjoni għat-tiġdid u titħallas it-tariffa mill-ġdid.", "Is-sid għandu jiġi informat mid-dipartiment relattiv, li f'dan il-każ huwa d-Dipartiment tal-Kummerċ, sa sitt xhur qabel id-data tal-iskadenza tat-trademark.", "Issa li spjegajt xi tfisser tassew din il-liġi f'termini konkreti u x'bidliet qegħdin nipproponu skont dak li qed tipproponi l-Unjoni Ewropea, nixtieq nagħmel referenza għal xi statistika u figuri li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni attwali tat-trademarks f'pajjiżna.", "Hekk kif l-andament ekonomiku f'Malta għaddej b'ritmu mgħaġġel, l-applikazzjonijiet għal trademarks matul l-aħħar erba', ħames snin żdiedu sostanzjalment.", "Fl-2013 id-Dipartiment tal-Kummerċ irċieva 940 applikazzjoni filwaqt li fl-2017 in-numru ta' applikazzjonijiet żdiedu għal 1,267.", "Jiġifieri fi ftit snin kien hemm żieda b'saħħitha ħafna, u dan jirrifletti kif it-tkabbir ekonomiku li għaddejjin minnu bħalissa qiegħed iwassal għal kreattività, innovazzjoni u aktar ideat fost l-intraprendituri lokali.", "B'riżultat ta' dan, in-negozji u l-intrapriżi Maltin qegħdin ikunu f'pożizzjoni ferm aħjar biex joħorġu bi prodotti oriġinali hekk kif issa hemm suq għalihom.", "F'ċertu sens, hemm suq li baqa' jikber u jespandi u hemm ukoll suq ġdid.", "Barra minn hekk, huwa partikolarment sinifikanti l-fatt li d-Dipartiment tal-Kummerċ għadu jirċievi applikazzjonijiet għal trademarks ta' oriġini barranija li qegħdin japplikaw għal protezzjoni speċifika fil-ġurisdizzjoni tagħna bħala pajjiż.", "Ta' min jinnota li dawn l-applikazzjonijiet żdiedu minn 444 għal 572 matul l-istess perjodu.", "Dan ifisser li hemm iżjed interess ta' reġistrazzjoni lokali ta' trademarks minħabba li min jirreġistra qed jaħseb jew jingħata l-parir li f'Malta jista' jkollu konfront kompetittiv mill-aspett kummerċjali.", "Dan minbarra l-fatt li għandek il-possibilità li tirreġistra t-trademark tiegħek fuq livell komunitarju tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-Uffiċċju tat-Trademarks fl-Unjoni Ewropea, u dik ir-reġistrazzjoni tkun valida f'Malta wkoll.", "Bħalissa l-aħħar riċerka li għamilna turi li d-database nazzjonali tat-trademarks tammonta għal madwar 23,000 trademark li huma reġistrati ħajjin u validi f'Malta.", "Id-Dipartiment tal-Kummerċ, bejn wieħed u ieħor, jirreġistra madwar 1,200 trademark ġdida fis-sena, li 50% minnhom huma ta' oriġini lokali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar ammont pjuttost sostanzjali.", "Ta' min jinnota wkoll li t-trademarks Ewropej li jkunu reġistrati mill-European Union Intellectual Property Office (EUIPO) huma validi mhux biss f'Malta imma fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Wieħed jista' jgħid li, bejn wieħed u ieħor, hemm 1.5 miljun trademark reġistrati fl-Unjoni Ewropea u din iċ-ċifra tiżdied b'aktar minn 135,000 reġistrazzjoni fis-sena jiġifieri hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ammonti kbar.", "Issa ħalli nerġa' niġi għal dak li qed iseħħ f'pajjiżna.", "Meta d-Dipartiment tal-Kummerċ jirċievi applikazzjoni għal trademark, din tgħaddi minn proċess rigoruż ta' kontrolli u formalitajiet biex ikun determinat jekk il-marka tikkwalifikax intrinsikament biex tkun trademark.", "Dan il-proċess jinvolvi żewġ testijiet li jivverifikaw jekk l-applikazzjoni fihiex konflitt ma' trademarks reġistrati lokalment kif ukoll fl-EUIPO.", "Jekk jiġi stabbilit li diġà hemm marka nazzjonali jew Ewropea identika jew simili għal din it-talba ta' reġistrazzjoni, l-applikazzjoni tiġi miċħuda mid-Dipartiment tal-Kummerċ, li jgħidlek li ma jistax jaċċetta l-applikazzjoni għax diġà hemm marka simili jew identifika reġistrata.", "Madanakollu, fil-każ li jiġi akkwistat il-kunsens mis-sid tat-trademark preċedenti, l-applikazzjoni tkun tista' tiġi approvata xorta waħda.", "Jiġifieri huma jistaqsu lis-sid tat-trademark li tkun diġà ġiet stabbilita u jekk min-naħa tiegħu ma jkollux oġġezzjoni, tkun tista' tiġi reġistrata.", "Għandu jiġi nnotat ukoll li waqt il-proċess tal-applikazzjoni, id-Dipartiment tal-Kummerċ ikun qed jagħmel riċerka estensiva u b'saħħitha.", "Kull applikazzjoni għal trademark twassal għal medja ta' 700 hit f'dak li għandu x'jaqsam ma' trademarks, biex jaraw jekk tinstabx xi ħaġa simili fost l-applikazzjonijiet preċedenti.", "Kull wieħed minn dawn il-hits irid jiġi vvettjat mill-eżaminatur tat-trademarks biex jiddetermina jekk it-trademark li tkun qed issir applikazzjoni għaliha, tkunx f'konflitt ma' kwalunkwe wieħed mill-hits in kwestjoni.", "Irrid nirrapporta wkoll li matul l-aħħar ħames snin, id-Dipartiment tal-Kummerċ stabbilixxa sistema ġdida bil-għan li niffaċilitaw l-applikazzjonijiet għat-trademarks u li nħaffu l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.", "Nidejna sistema ġdida ta' front office b'saħħitha ħafna, fosthom ir-Reġistru tat-Trademarks online.", "Sar proġett ta' digitization li insistejt għalih mill-bidu nett, biex ikun hemm klassifikazzjoni elettronika tat-trademarks nazzjonali kollha li kienu reġistrati mill-1899, għax dik hija l-istorja legali tat-trademarks f'Malta, flimkien ma' digitization tad-dokumenti kollha li huma parti minn din l-istorja b'saħħitha tal-Att dwar it-Trademarks fil-pajjiż.", "Għalhekk illum għandna sistema li fiha database diġitizzata b'saħħitha tat-trademarks mill-1899 sal-lum u b'dan il-mod tista' tapplika għal trademark online għax huwa aktar faċli għal min irid ifittex xi informazzjoni rigward trademarks li huma diġà reġistrati u x'applikazzjonijiet iridu jsiru biex dawn jiġu reġistrati.", "Din is-sistema diġitali hija disponibbli l-ħin kollu, jiġifieri 24 siegħa kuljum.", "Punt importanti ħafna huwa l-fatt li din is-sistema ġdida għenet biex jiġu introdotti dawk li nsejħulhom family friendly measures li jippermettu l-proċess tal-applikazzjonijiet fil-ħin li l-impjegati tal-Gvern ikunu qegħdin jużaw is-sistema tat-teleworking.", "Dan kien possibbli wkoll għax id-Dipartiment tal-Kummerċ kiseb software li jinkludi assistenza u taħriġ lill-impjegati u posting ta' personnel li huma kuntrattati mill-EUIPO.", "Qabel ma nikkonkludi d-diskors tiegħi nixtieq ngħid li bħala Gvern ninsabu impenjati biex nipproteġu n-negozji tagħna filwaqt li nsaħħu l-kompetittività tagħhom.", "Permezz ta' din id-direttiva li qegħdin nittrasmettu fil-liġijiet tagħna, naħseb li dan l-Abbozz ta' Liġi se jwassal għal riformi pożittivi li jindirizzaw ċerti nuqqasijiet li għandna mhux biss fil-liġijiet ta' pajjiżna imma fil-liġijiet tal-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri l-idea li jkollok armonizzazzjoni tfisser li tpoġġi livell ogħla ta' leġiżlazzjoni milli għandek fil-pajjiż partikolari.", "Għalhekk nistenna li se jkollna diskussjoni serja dwar dan is-suġġett li forsi ma jqanqalx l-interess tal-maġġoranza iżda li għandu relevanza importanti ħafna fl-operat tan-negozji Maltin u Għawdxin.", "Nispera li flimkien inkunu qegħdin nagħtu l-għodda li hemm bżonn, kemm għalina l-leġiżlaturi, kemm għal dawk li jużawha - il-konsumaturi tal-liġi - kif ukoll għal dawk li japplikawha meta jkun hemm bżonn li tiġi interpretata, bħalma huma l-qrati.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Segwejt b'interess għax inzerta li dan huwa suġġett li jinteressani ħafna minħabba dak li kont nagħmel fil-passat, speċjalment fil-midja.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, id-diskors tal-Ministru kien wieħed tekniku u rrid ngħid immedjatament li din il-liġi ma tqajjem ebda kontroversja politika.", "Jien naqbel ma' dak li qal il-Ministru u bħalu nħares 'il quddiem għax b'dan l-eżerċizzju legali ta' armonizzazzjoni, Malta se jkollha din il-liġi bħal pajjiżi oħra.", "Dan huwa pass 'il quddiem u allura aħna bħala Membri tal-Oppożizzjoni rridu nagħtu l-kontribut tagħna biex meta niġu għall-istadju ta' Kumitat, nidħlu fid-diskussjoni klawsola klawsola, u nagħtu sehemna fil-proċess li għadu kif nieda dan il-Gvern ta' leġiżlazzjoni favur ir-reġistrazzjoni ta' trademarks, biex kif semma l-Ministru – mingħajr ma nirrepeti xejn minn dak li qal – is-sistema kollha tkun iktar simplifikata b'regolamentazzjoni aktar ċara.", "Ovvjament il-prova ta' din il-leġiżlazzjoni nkunu nistgħu narawha meta tibda titħaddem għax, kif jgħidu, the proof of the pudding is in the eating, imbagħad maż-żmien jista' jerġa' jinqala' l-bżonn li nerġgħu niġu b'xi emendi, anke f'każ li l-Unjoni Ewropea stess titlob dan.", "Sinjura President, meta nħares lejn dan l-eżerċizzju ninnota kemm il-kummerċ għandu bżonn regolamentazzjoni effettiva li tħares u tipproteġi l-identità tan-negozji kemm jista' jkun, għax illum ħafna drabi l-konsumatur jonfoq ħafna flus mhux biex jixtri l-prodott imma biex iħallas għall-isem li huwa l-identità ta' dak il-prodott.", "Illum wieħed jixtri l-identità għax dak il-brand name jagħtih l-identità li jixtieq.", "Dan huwa s-suq u wieħed ma jistax jaħrab minn din ir-realtà għax il-fatti huma dawk li huma.", "Nerġa' ngħid li l-kummerċ għandu bżonn regolamentazzjoni effettiva u għandi fidi kbira li din il-liġi se tipproteġi lil min se jfittex il-kenn tal-protezzjoni u lil min irid iħares l-identità tal-brand name, tal-label jew tat-trademark u jirreġistraha.", "Illum hawn min ibigħ mhux biss prodotti imma anke servizzi.", "Forsi għad hawn ditti ta' avukati, ta' tobba, ta' dentisti, ditti fil-qasam mediku u fil-qasam finanzjarju, li ma jħarsux lejn il-ħtieġa li jirreġistraw l-isem tad-ditta tagħhom però l-isem huwa proprjetà u trid tħarsu biex ma jeħodulek ħadd għax dik il-proprjetà tagħtik l-identità.", "Il-kummerċ biex jirnexxi jrid jirbaħ il-kompetizzjoni iżda l-kompetizzjoni trid tkun ġusta.", "Għalhekk huwa tajjeb li jkollna regolamentazzjoni f'dan ir-rigward.", "Nerġa' ngħid li jekk it-trademarks huma proprjetà, il-proprjetà b'regolamentazzjoni tajba tingħata valur miżjud.", "Fil-fatt din tista' tiġi trasmessa minn ġenerazzjoni għal oħra u tista' titħalla bħala wirt għax hija proprjetà.", "Allura rridu nħarsu r-reputazzjoni li n-negozju jibni mal-attività kummerċjali.", "Sinjura President, permezz ta' din il-liġi se jkollna regolamentazzjoni li maż-żmien se nifhmu kemm hija effettiva biex tipproteġi u tħares ir-reputazzjoni ta' kull attività kummerċjali li tkun irreġistrat l-isem tagħha, kemm jekk hu isem ta' servizz kif ukoll jekk hu isem ta' min qed jimmanifattura prodott.", "Illum kollox idur mal-importanza tal-brand għax il-brand tfisser l-identità u r-reputazzjoni.", "Mill-brand tagħraf il-label u llum m'għadux daqstant il-bejgħ tal-prodott iżda l-bejgħ tal-brand.", "Nerġa' ngħid li din il-liġi titpoġġa fil-prova meta tiġi fis-seħħ għax kif jgħid il-Malti, waqt il-prova kollox.", "Malta tinsab tikkompeti fis-suq Ewropew li huwa parti mis-suq dinji u allura rridu liġijiet li fl-aħħar mill-aħħar ipoġġuna fis-suq dinji u jgħinuna nipproteġu lilna nfusna minnu.", "Għandna bżonn regolamentazzjoni li lill-imprenditur Malti, kemm jekk inhu kbir u kemm jekk inhu żgħir, toffrilu dan il-valur miżjud, għax b'hekk inkunu qegħdin inħarsu r-reputazzjoni tal-attività kummerċjali tagħna u allura nkunu qed insaħħu l-fiduċja li n-nies għandhom fina.", "Pajjiżna qed jikkompeti ma' pajjiżi oħrajn u jista' jiġi branded bħala serju u jista' jiġi branded bħala mhux daqshekk serju.", "Għalhekk irridu nibżgħu għar-reputazzjoni tiegħu għax b'hekk inkunu qegħdin nibżgħu għar-reputazzjoni ta' ħafna negozji.", "Sinjura President, dan kollu li semmejt huwa importanti fl-iżvilupp demokratiku tagħna, fl-iżvilupp tal-attiviità kummerċjali u fir-regolamentazzjoni effettiva li tipproteġi l-identità tagħna.", "L-identità hija importanti għax il-kummerċ, biex jirnexxi, irid jirbaħ f'kompetizzjoni li jeħtieġ li tkun ġusta, u r-reputazzjoni tgħin biex tagħti valur miżjud.", "Meta kont qiegħed nipprepara dan id-diskors ġew f'moħħi n-nies li jaħdmu f'dan id-dipartiment, għax niftakarhom.", "Nispera li ħafna minnhom ma nbidlux - jekk inbidlu nawguralhom imma ma naħsibx li waslu s'hemmhekk għax niftakarhom għadhom żgħażagħ – u nixtieq nirringrazzjahom għad-dedikazzjoni li jaħdmu biha f'dan il-qasam.", "Jien bħala kelliem għall-Oppożizzjoni rrid nieħu din l-okkażjoni biex lill-Ministru responsabbli mill-kummerċ ngħidlu li fis-suq hemm barra hemm problemi kbar.", "Pereżempju hemm problemi ta' cashflow, hemm problemi ta' konsumaturi li ma jifilħux jixtru l-prodotti bit-trademarks li jixtiequ jixtru u hemm min mhux qed jiflaħ jgħix il-ħajja li jixtieq jgħix għax m'għandux finanzi.", "Fil-kummerċ hemm ukoll is-sitwazzjoni li l-qligħ, wara li taqta' l-ispejjeż, ma jkunx ġustifikat meta tikkomparah max-xogħol li jsir.", "Fin-negozju hemm fejn qiegħed iberraq bis-serjetà u ċerti setturi aktar minn oħrajn.", "Jien ġejt ippreparat biex inkun oġġettiv kemm jista' jkun għax bħala l-kelliem għall-Oppożizzjoni responsabbli mis-self-employed ma nistax noqgħod silenzjuż f'isem dan is-settur, f'isem il-koperattivi, f'isem in-nies li huma involuti fil-biedja u s-sajd u f'isem ir-raħħala.", "Ħafna familji li qegħdin fil-kummerċ qegħdin jiffaċċjaw il-problemi.", "Nifhem li meta l-Gvern jgħid li dan huwa l-aqwa żmien, jista' jkun hawn min ma jifhimx, jew ma jemminx, dak li se ngħid.", "Allaħares nispiċċaw ninħbew u ngħattu x-xemx bl-għarbiel u minkejja li ngħajtu li dan huwa l-aqwa żmien ma nħarsux lejn min huwa mweġġa'.", "Dan huwa l-aqwa żmien għal min huwa b'saħħtu però mhuwiex l-aqwa żmien għal min qiegħed fl-ITU fl-Isptar Mater Dei u għal min huwa rikoverat f'xi sptar u hawn qed nagħmel analoġija.", "Jista' jkun li huwa l-aqwa żmien għal xi negozju partikolari imma mhux bilfors li huwa l-aqwa żmien għal dak ta' ħdejh.", "Jista' jkun li huwa l-aqwa żmien għal min għandu ċertu kobor imma mhux bilfors li huwa l-aqwa żmien għal min għandu ċertu ċokon.", "Aħna l-politiċi qegħdin hawnhekk f'isem in-nies u ma nistgħux inpoġġu slogans politiċi u naħsbu li huma r-realtà, għax kultant nibdew naħsbu li l-perċezzjoni hija r-realtà, meta ma tkunx.", "Imbagħad jgħaddi ż-żmien u ninsew li meta konna responsabbli stajna għamilna aħjar.", "Sinjura President, hemm barra hemm min qiegħed fin-negozju u qed jiffaċċja l-problema li d-dar mhux qed jieħu dak li jistħoqqlu biex jgħajjex lill-familja tiegħu.", "Il-fatti jibqgħu fatti u se nagħti indikazzjoni ċara.", "Se nibda bl-ewwel statistika ppubblikata fil-11 ta' Settembru tal-2018 fl-Economic Accounts for Agriculture: 2017.", "Nifhem li l-Ministru Chris Cardona jista' jgħidli li m'għandux x'jaqsam għax dan jaqa' taħt Ministeru ieħor.", "Jien qatt ma kelli ċans nitkellem ħafna mal-Ministru Chris Cardona imma għandi rispett lejn ir-responsabilità tiegħu.", "Huwa Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Laburista u huwa Ministru u allura nifhem li meta jismagħna jrid jeħodna bis-serjetà.", "Jemminni jew ma jemminnix, jien ġejt ippreparat b'indikazzjonijiet ċari ta' statistika, ħalli meta jkun fil-Kabinett u jkunu qegħdin jiġu deċiżi ċerti affarijiet, ikollu f'moħħu l-affarijiet li qed jisma' hawnhekk.", "Jien ninsab persważ li hu jaf bihom dawn imma jien ma nixtieqx li naħbu l-problemi taħt it-tapit.", "Jien se nagħti indikazzjoni ta' kemm hawn nies li mhux qed jieħdu d-dar il-ħobża ta' kuljum.", "Jekk inħarsu lejn dak li ppubblikat l-NSO fil-11 ta' Settembru 2018 fl-Economic Accounts for Agriculture, taħt \"Factor income for the agriculture sector\" insibu graph sempliċi ta' xi pproduċew u kemm daħħlu flus il-bdiewa u għal din is-sena qegħdin naraw tnaqqis ħdejn is-sena li għaddiet.", "Issa l-persentaġġ ta' 7.7% kien ta' din is-sena fuq is-sena li għaddiet però din l-istatistika turik ukoll dak li ġie prodott mill-bdiewa u r-raħħala u x'ħadu d-dar mill-2013 għall-2017 u hemmhekk hemm diskrepanza kbira.", "Jien ngħid affarijiet li kultant il-Gvern ma jkunx irid jismagħhom, imma ma nistax inkun silenzjuż, anke jekk il-Gvern ma jridx jisma'.", "Dawn huma l-fatti skont l-NSO.", "Pereżempju, jekk wieħed jara l-factor income at current market prices isib li fl-2017 kien hemm 14% inqas minn dak li ġie prodott fl-2013.", "Skont dak li ġie kkalkolat mill-NSO, filwaqt li fl-2013 kull bidwi kien jieħu €13,000, illum qed jieħu €11,000.", "Dan ifisser li kien hemm tnaqqis ta' 14% u jekk wieħed jara l-factor income at constant prices isib li kien hemm tnaqqis ta' 21%.", "Sinjura President, jien ma nistax niġi hawnhekk u ma nitkellimx fuq dawn ir-realtajiet għax inkella nkun irrelevanti.", "L-Economic Update li ġie ppubblikat mill-Bank Ċentrali fil-11 ta' Settembru, 2018, jgħid hekk:", "Però għall-kuntrarju, il-produzzjoni industrijali u r-retail trade naqsu.", "Dawn huma fatti li qed jitkellem fuqhom il-Bank Ċentrali u mhux jien jew l-Onor.", "Huwa tajjeb li nitkellmu fuq it-trademarks però jien qed nitkellem fuq kemm jeħtieġ li jkollna liġi li toħloq regolamentazzjoni effettiva li tipproteġi l-attività kummerċjali tagħna.", "Biex inkompli nissostanzja dak li qed ngħid, jekk wieħed iħares lejn l-Economic Update tal-Bank Ċentrali ta' din is-sena fuq is-settur tal-kostruzzjoni - dan kulħadd jemmnu għax jista' jara kemm sejjer tajjeb - isib li l-confidence indicator, jiġifieri s-serħan il-moħħ u s-sentiment ta' kemm sejjer tajjeb, minn Ġunju sa Lulju kien hemm qabża għall-aħjar filwaqt li minn Lulju għal Awwissu kien hemm tnaqqis ta' sentiment favorevoli.", "Meta n-nies li jaħdmu fis-settur tal-bini kienu mistoqsijin kif sejrin, skont il-pubblikazzjoni tal-Bank Ċentrali - li hija daqsxejn teknika - the writing is on the wall għax jirriżulta li t-23 punt ta' serħan il-moħħ f'Lulju tal-2018 naqsu għal tliet punti f'Awwissu tal-istess sena.", "Hemm indikazzjoni li fil-kotba tal-ordnijiet tax-xogħol ma kienx hemm dik il-fiduċja li kien hemm qabel.", "Meta staqsew fuq l-aspettazzjonijiet tax-xogħol għat-tliet xhur ta' wara rriżulta li mill-35 punt ta' serħan il-moħħ u ta' sentiment pożittiv li kien hemm f'Lulju, f'Awwissu ġew irreġistrati 23 punt.", "Jekk inħarsu lejn \"industrial confidence indicator\", dejjem skont l-informazzjoni miġbura mill-Bank Ċentrali, insibu li bejn Lulju 2018 u Awwissu 2018, minn 15-il punt inżilna għal 13-il punt.", "Fejn jidħlu \"production expectations for demands ahead\" minn 44 punt f'Lulju nqasna għal 40 punt f'Awwissu.", "Sinjura President, l-indikaturi qegħdin hemm biex min ikun qiegħed jippjana jkollu ċerta indikazzjoni bħal meta wieħed imur għand it-tabib u jgħidlu biex imur jieħu X-ray jew test tad-demm.", "Jien qiegħed nitkellem fuq din l-aħħar statistika mhux għax qed nifraħ biha imma biex nitlob lill-Gvern ħalli fejn jista', jieħu l-passi meħtieġa u jara kif jista' jtejjeb is-sitwazzjoni fis-suq tal-kummerċ, ħalli ma jħallix li l-aqwa żmien ma jibqax l-aqwa żmien u jkun l-aqwa żmien għal ftit u mhux għall-kotra.", "Il-Gvern irid jara li dan ikun l-aqwa żmien għal kulħadd u mhux għal nofs il-poplu.", "Jekk wieħed iħares lejn il-\"business activity in the next three months\" fis-settur tar-retail trade isib li t-28 punt ta' serħan il-moħħ f'Lulju 2018 naqas għal 24 punt f'Awwissu tal-istess sena.", "Jalla meta niġi hawn darb'oħra nkun nista' ngħid li l-affarijiet ġew irranġati.", "Jien għalhekk qed nitkellem; biex nirranġaw fejn mhux qiegħed sewwa.", "Sinjura President, meta wieħed iħares fid-dettall lejn dak li kien miktub fil-ġurnal Times of Malta tal-Ħamis, 8 ta' Novembru 2018, bit-titlu \"Strong GDP growth set to continue\" isib li minkejja dawk il-predictions, filwaqt li l-GDP growth tal-2017 kien 6.7%, tal-2018 kien 5.4%, tal-2019 huwa 4.9% u fl-2020 huwa maħsub li jinżel għal 4.4%.", "Dan mhux qed ngħiduh aħna tal-Oppożizzjoni imma joħroġ mill-European Economic Forecast għall-istaġun tal-ħarifa.", "Jien ma nifraħx meta nara din l-istatistika b'GDP li huwa maħsub li jonqos sena wara sena għax jien il-kejk nazzjonali rridu jikber biex l-aqwa żmien ikun għal kulħadd inkluż għal min qiegħed fin-negozju.", "Però dak li qed jiġi previst ifisser li jekk dan il-Gvern mhux se jirranġa dawn it-trends, l-aqwa żmien se jkun biss illużjoni.", "Sinjura President, artiklu ieħor li deher fil-ġurnal Times of Malta tat-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018, mill-ġurnalist Jacob Borg, kien intitolat:", "Meta nitkellmu fuq money laundering m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq x'jiġri f'id waħda għax dak li jiġri f'id waħda jinfluwenza u jħarbat il-ġisem kollu.", "F'dan l-artiklu hawn miktub hekk:", "Dan l-artiklu jkompli hekk:", "Is-settur tal-kriminalità jirrendi l-qligħ lejn it-tkabbir tal-ġid nazzjonali imma filwaqt li f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea l-kejk tal-ġid qed jikber b'0.9%, hawn Malta, minħabba dak li jissejjaħ illicit market, jiġifieri suq ta' negozju li mhuwiex leċitu, bħall-fraud, corruption u bribery, qed jirrendi lill-Kaxxa ta' Malta 1.4%.", "Hawn irrid nagħmel rimarka lill-Ministru u lill-Gvern, għax il-Ministru mhuwiex waħdu u mhux kollox huwa ħtija tiegħu, ikun min ikun; hemm il-ħtija kollettiva.", "Ejjew noqogħdu attenti mil-laissez-faire li mbarka fuqu dan il-Gvern għax kważi kull min hu fin-negozju jista' jagħmel li jrid u ħadd m'għadu soġġett għar-regolamentazzjoni.", "Għalhekk fil-bidu għidt li l-kummerċ għandu bżonn regolamentazzjoni effettiva li tipproteġih, għax issa qegħdin naraw li filwaqt li fl-ewwel snin ħafna nies ħadu pjaċir li m'għandhomx il-pulizija wara biebhom, issa ċertu libertinaġġ li hawn qed idejjaq lil ċerti nies.", "Dan l-artiklu jkompli jgħid li:", "Dan ifisser li għandna setturi ta' nies li jekk ma joqogħdux attenti jista' jkun li jiġu użati minn min irid jaħsel flusu, jiġifieri jaħbi jew jirriċikla flusu.", "F'dan l-artiklu nsibu wkoll li:", "Xi kultant nispiċċaw nagħlqu għajnejna biex jidħlu l-flus bħal meta nbigħu l-passaporti u ma ngħidux ta' min huma biex f'Malta jidħlu l-flus, però issa qegħdin nindunaw li dak li deher tajjeb ħafna lbieraħ mhux bilfors jibqa' tajjeb illum.", "Issa se niġi għal rapport ieħor ħalli naraw dan kollu x'konsegwenzi qed iħalli.", "Fl-istess ġurnal Times of Malta nhar il-Ħamis, 8 ta' Novembru, kien hemm rapport bit-titlu:", "Hawnhekk għandna problema oħra, Sinjura President.", "Jiddispjaċini li dan il-Gvern ma jridx jisma' din il-verità imma jrid jisma' verità waħda; dik li dan huwa l-aqwa żmien.", "L-ajma ma jridx jismagħha.", "Sinjura President, inti qatt rajt tabib li meta jmur xi ħadd marid quddiemu, jibda jidħak bih?", "Hekk qed jagħmel dan il-Gvern għax ma jridx jisma' l-ajma tan-nies.", "Però jien se naqralu dan l-artiklu ħalli ma nkunx irrelevanti f'din il-Kamra:", "F'Malta hawn min qed jogħġbu jagħlaq għajnejh għall-obbligazzjonijiet li għandna bħala pajjiż.", "Illum f'dan il-pajjiż hawn min qata' qiesu.", "Illum hawn min jagħlaq widnejh għax xeba' jisma' fuq dak u fuq l-ieħor.", "Issa wasalna fiċ-ċirkostanza li m'għadniex qegħdin nisimgħu fuq dak u fuq l-ieħor imma għandna nies li qegħdin iweġġgħu minħabba li dak li konna nisimgħu, konna naħsbu li huma stejjer li jinfluwenzaw jew jaffettwaw il-ftit.", "Jien se ngħid dan kollu xi jfisser biex jekk xi ħadd jaħseb li dawn il-problemi huma ta' xi ħadd li qiegħed hemm fuq jew ta' xi ħadd li għandu x'jaqsam mal-banek, ngħidlu li dak li jiġi deċiż hemm fuq iħarbat lil min qiegħed jgħix hemm isfel.", "Pereżempju jien kont fil-kju nistenna l-bank jiftaħ u n-nies li kienu qabli fil-kju, li jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum b'mod normali, bdew igergru li llum meta jmorru bi flushom il-bank jew biex jieħdu flushom mill-bank, jagħmlulhom ħafna mistoqsijiet u kważi qed jiġu trattati ta' ħallelin.", "Sinjura President, xi darba konna nisimgħu b'Pilatus Bank u ħadd ma kien jimpurtah, xi darba konna nisimgħu bil-money laundering u ħadd ma kien jimpurtah, xi darba konna nisimgħu li xi bank seta' jfalli u ħadd ma kien jimpurtah u xi darba konna nisimgħu b'rapport tal-FIAU u ħadd ma kien jimpurtah.", "Kien hemm wieħed li qalli: Jien taf kif naħsibha, Onor. Vassallo?", "Ma kellix ċans inkompli nkellmu però bil-Malti kien qed jgħidli li jekk inti ma ddejjaqnix, jien ma ndejqekx.", "Issa li qed jiġri hu li ħallejna ħafna żmien jgħaddi għax bdejna naħsbu li ħadd mhu qed jiddejjaq għaliex dik hija biċċa xogħol ta' dak u tal-ieħor hemm fuq!", "Imma issa ħafna nies hawn isfel qegħdin iweġġgħu minħabba li n-nies ta' hemm fuq ħarbtu d-dinja u dardru l-għajn li kienu qegħdin jixorbu minnha!", "Ħalli nkomplu naraw x'jiġifieri l-aqwa żmien.", "Fit-Times of Malta tal-Ħadd 11, ta' Novembru 2018, il-Kap tal-Oppożizzjoni ġie rrapportat li qal:", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru ma jistax jibqa' ma jimpurtahx għax aktar mhu qed juri li ma jimpurtahx, aktar qiegħed jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi jien semmejt ir-reputazzjoni għax kull negozju għandu r-reputazzjoni tiegħu.", "Huwa għalhekk li rridu nirreġistraw it-trademark, biex dik ir-reputazzjoni, dik il-fiduċja, tħarisha u tipproteġiha, imma hemm reputazzjoni oħra bit-trademark ta' Brand Malta li qed titħassar u ħadd mhu qed jagħti kasha.", "U bil-mentalità ta' ħafna nies li \"la jien qiegħed tajjeb, ma jimpurtanix; Joe, don't step on my toes and I don't step on your toes, inti agħmel li trid u ħalli lili nagħmel li rrid\" qegħdin nindunaw li meta nħalli lilek tagħmel li trid, lili m'intix qed tħallini nagħmel li rrid, u bla ma rrid jien issa qed inweġġa' meta inti qed tagħmel li trid, Sur Prim Ministru!", "Delia kellu raġun meta qal:", "Issa hawnhekk forsi jkun hawn min jgħid: Imma din x'għandha x'taqsam man-negozji ż-żgħar u mal-biedja?", "Kollox għandu x'jaqsam għax fid-dinja jekk tuġagħni jdejja, il-ġisem kollu jiġi effettwat.", "U dak li qal l-Onor.", "Adrian Delia mhux hu biss qalu.", "Issa se ngħaddi għal artiklu ieħor li jittratta s-Satabank saga li deher nhar il-Ġimgħa, 9 ta' Novembru 2018 u jikkwota lill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin.", "Dan l-artiklu, intitolat \"Damaging Malta's reputation\", kumbinazzjoni deher erbat ijiem qabel ma tkellem l-Onor.", "Mela issa mhux il-Kap tal-Oppożizzjoni biss qed jgħid li r-reputazzjoni ta' Malta sejra lura, imma qiegħed jitkellem min hu involut, l-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin.", "Jien għalhekk bnejt id-diskors tiegħi fuq rapport, biex ma jiġix xi ħadd jgħidli li qed nivvinta.", "Għalhekk din id-darba m'iniex se nikkwota x'qal il-Kap tal-Oppożizzjoni imma se nikkwota x'qalet l-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin.", "Din qalet hekk:", "Issa bdejna deħlin għas-serjetà, Sinjura President.", "Jekk kien hawn xi ħadd li ħaseb li meta konna nsemmu l-FIAU konna qegħdin nitkellmu fuq is-sħab jew meta konna nitkellmu fuq il-money laundering konna qegħdin nitkellmu fl-ajru, issa bdejna neżlin fis-sulari t'isfel, bdejna neżlin lejn in-nies li lilna jżommulna flusna, nies li għandhom x'jaqsmu mal-banek tagħna.", "Dan l-artiklu jkompli hekk:", "Jiġifieri llum hawn min qed igerger – din mhux qed jgħidha l-Onor.", "Adrian Delia imma qed tgħidha l-Assoċjazzjoni tal-Bankiera – li meta l-FIAU jew min suppost qiegħed hemm biex jara li d-due diligence excercises qegħdin isiru u jivverifika li hemm is-serjetà fil-qasam bankarju ma jwettqux dmirhom, qegħdin nissograw li jkollna banek li għada pitgħada \"could risk having their activities curtailed or terminated\".", "Dan ifisser li jista' jkollna banek li l-attività kummerċjali tagħhom tiġi miżmuma milli tibqa' topera.", "U min iweġġa' meta jagħlaq xi bank?", "F'dan il-pajjiż diġà għandna min qed jistaqsi jekk it-tali bank huwiex serju jew le.", "Kien hemm min qalli li se jneħħi flusu minn post jew minn ieħor.", "Mela meta l-Gvern, bl-awtoritajiet tiegħu, ma jibqax jagħmel id-due diligence, imbagħad il-Malti u l-Għawdxi jibda jagħmel id-due diligence hu.", "Meta l-istituzzjonijiet governattivi ma jagħmlux l-eżerċizzju tal-verifika, jibdew jagħmluh in-nies, u n-nies jibdew iċaqalqu flushom qabel ma xi ħadd jgħidilhom biex ma jmissux flushom mit-tali bank għax ikun magħluq.", "Se nerġa' nikkwota, din id-darba mhux lill-Onor.", "Adrian Delia, imma lill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin li qalet li l-Prim Ministru jrid jagħti kas għax inkella r-reputazzjoni ta' dan il-pajjiż se tmur lura.", "Dan l-artiklu kien intitolat:", "Għall-grazzja t'Alla qatt ma kien hawn kelliem min-naħa tal-Oppożizzjoni jitkellem u ma kien hemm ħadd quddiemu min-naħa tal-Gvern imma waqt li qiegħed nitkellem jien, quddiemi m'hawn ħadd min-naħa tal-Gvern, għax il-Membri ta' dan il-Gvern, meta tibda tgħidilhom li għandhom il-problemi, jitilqu 'l barra għax ma jridux jisimgħu.", "Lili ma togħġobnix din l-ironija li hemm barra lin-nies jgħidulhom li dan huwa l-aqwa żmien imbagħad meta tiġi biex tkellimhom fuq il-problemi li jeżistu, jitilqu 'l barra għax jafu li dan mhuwiex l-aqwa żmien għal kulħadd.", "Ejjew naraw x'qalet l-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin:", "Issa bdejna ġejjin għas-serjetà, Sinjura President.", "Issa għandna l-casualties u l-korrimenti!", "Issa nżilna sular ieħor 'l isfel u m'aħniex nitkellmu fuq l-FIAU fl-ajru.", "Issa m'aħniex nitkellmu fuq il-money laundering fl-ajru, m'aħniex nitkellmu fuq xi high risk ta' ħasil ta' flus li ħadd ma jimpurtah minnu.", "Issa s-Satabank, li tkellmet fuqu wkoll il-GRTU, għandu l-casualties u hemm in-nies involuti.", "Issa minħabba l-kapriċċ ta' min mhux qiegħed hawn jismagħna, Sinjura President, minħabba l-kapriċċ tal-Prim Ministru u ta' min suppost qed imexxi l-istituzzjonijiet finanzjarji imma mhumiex qegħdin jagħtu kas, għandna n-nies imweġġgħin.", "Għandna nies tan-negozju, nies ta' familji normali, negozji barranin u negozji Maltin li kellhom flushom fis-Satabank li issa waqaf jopera u flushom ġew ffriżati.", "Meta titkellem il-GRTU tibda tifhem fejn huma l-problemi, u l-problemi qegħdin hawn.", "Fi Frar ta' din is-sena s-Satabank kien avżat biex ma jibqax jiftaħ kontijiet ġodda u obda.", "Fil-fatt kien hemm min gerger, anke miegħi, li wara Frar tal-2018 mar biex jiftaħ xi kontijiet u l-bank ma fetaħhomlux, mhux għax min hu m'għaddiex mid-due diligence imma għax il-bank ma setax jiftaħ kontijiet.", "Għaddew tmien xhur u f'Ottubru, min qal lill-bank biex ma jibqax jiftaħ kontijiet f'daqqa waħda ħa d-deċiżjoni li l-operat kollu ta' Satabank jiġi ffriżat bil-konsegwenza li kull min kellu kont, kemm jekk kien negozju żgħir, kemm jekk kien negozju kbir, barrani jew lokali, spiċċa ma jistax jaħdem bil-flus tiegħu.", "Fil-fatt kien hemm ħwienet li l-magna li tgħaddi l-credit card minnha biex tkun tista' tħallas waqfitilhom għax is-Satabank ma setax jopera aktar.", "Allura min avża lil Satabank fi Frar tal-2018 biex ma jiftaħx kontijiet ġodda, fi tmien xhur kif ma ħa l-ebda deċiżjoni biex imbagħad f'Ottubru ffriża lil kulħadd?", "Għalfejn kellhom jgħaddu tmien xhur biex imbagħad f'daqqa waħda nqala' pandemonju u t-tajjeb weħel mal-ħażin?", "Għalfejn il-GRTU kellha tagħmel laqgħat ma' dawn in-nies li finanzjarjament issa għandhom flushom iffriżati?", "Sinjura President, hawnhekk qegħdin nindunaw li bħall-każ ta' Pilatus Bank, li forsi ma laqatx lil ħafna nies, issa għandna każ li jeħtieġ li dan il-Gvern jara kif jitgħallem minnu malajr għax istituzzjoni regolatorja ma tistax tqis it-tajjeb bħall-ħażin u mal-ħażin m'għandux jeħel it-tajjeb.", "Ħafna nies f'dan il-pajjiż li kienu jaħsbu li mhux se jiġu milqutin mill-korruzzjoni, mill-istejjer tal-money laundering u minn Pilatus Bank, issa bdew jiġu milqutin.", "Issa għandna numru ta' negozji li għandhom flushom iffriżati.", "Sinjura President, ħalli nkun pożittiv.", "Ir-realtà hi li fil-bank flus in-nies huma mħarsin.", "Ħadd m'għandu biżgħa li xi darba mhux se jieħu flusu lura għax almenu għandna ċertu serħan il-moħħ mill-awtoritajiet konċernati però minn issa sakemm l-awtoritajiet konċernati jkunu sodisfatti, għandna l-problemi, għax għandna numru ta' nies li ma jistgħux jużaw flushom.", "Qegħdin nindunaw li l-aqwa żmien mhuwiex l-aqwa żmien għal kulħadd?", "L-aqwa żmien huwa għal min qed tiġih tajba imma għandna l-casualties u n-nies imweġġgħin.", "Jien ma rridx inkun irrelevanti f'dan il-Parlament.", "Jien ġejt hawn biex ngħid lill-Gvern fejn għandna l-problemi, għax jekk ma nitkellimx jien, jitkellem dan il-ġebel ta' warajja!", "Jekk ma nitkellimx jien, bis-silenzju tiegħi nkun kompliċi fil-ħażin li qed isir.", "Irrid inkun pożittiv, imma fin-nuqqas ta' attenzjoni u ta' impenn lejn is-sewwa li suppost qiegħed isir ma nistax ma nitkellimx.", "Nhar it-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018 fil-ġurnal Times of Malta intqal li:", "Sinjura President, l-ewwel ħallejna kollox għaddej, imbagħad f'daqqa waħda qtajna s-salvavita u tfejna d-dawl finanzjarju ta' ħafna nies!", "Biex inkun sinċier mal-fatti, f'dan ir-rapport tal-ġurnal Times of Malta nsibu x'qal is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "B'referenza għall-Oppożizzjoni dan qal hekk:", "Sinjura President, jien għandi r-rapport ta' xi ntqal ilbieraħ it-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018 u minkejja li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal dak li kellu jgħid fuq Satabank tkellem ukoll l-Onor.", "Jason Azzopardi u qal li fl-2013 l-FIAU kienet ġiet ammonita dwar is-sid ta' Satabank.", "Issa xi ħadd jgħidilna jekk dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi huwiex veru jew le għax jekk dak li qal huwa veru, allura dak li qal l-Onor.", "Aħna m'aħniex nattakkaw lill-MFSA filgħodu għax mhux qed tieħu azzjoni u nattakkawha filgħaxija għax qed tieħu azzjoni.", "Jekk inhu veru dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, li jidher li kien qed jgħid il-verità, allura l-Onor.", "Silvio Schembri għandu x'jirrispondi!", "Jekk l-FIAU wriet il-karta s-safra rigward is-sid ta' Satabank fl-2013, kieku l-MFSA għamlet dmirha, is-Satabank mhux qiegħed fis-sitwazzjoni li jinsab fiha llum!", "Jien qed nitkellem fuq Satabank għax jimpurtani min-nies li għandhom flushom iffriżati hemmhekk.", "Sinjura President, fir-rapport li deher fit-Times of Malta tat-13 ta' Novembru 2018, intitolat \"17 Black prompts MEP questions to EU Commission, Europol\" hemm ċerta serjetà għax issa għandna lil xi ħadd li jrid jirrispondi.", "Jekk ir-reputazzjoni tagħna bħala pajjiż u dik tan-negozju kummerċjali tispiċċa jew tkun imminata ż-żgħir ibati iktar mill-kbir u allura l-Gvern ma jistax jibqa' indifferenti.", "Pereżempju jien ninkwieta meta fi stħarriġ li ħarġet it-Times of Malta rriżulta li 82% qegħdin jgħidu \"Mizzi and Schembri should step down.\"", "L-istħarriġ tal-Malta Today juri kemm qiegħed 'il quddiem fil-fiduċja tan-nies dan il-Gvern però l-istħarriġ tat-Times of Malta li qed jgħid li 82% qed jgħidu li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jitilqu, iħassibni għax qed tikber ċerta sfiduċja u apatija.", "Dawn id-dubji jridu jispiċċaw.", "Jista' jkun li l-Gvern ma jimpurtahx, jista' jkun indifferenti, jista' jkun li għejja jisma', jista' jkun bħal dak it-tabib li quddiem il-marid jibda jidħak bil-marda tiegħu għax jimpurtah biss minn dawk li sejrin tajjeb u min sejjer ħażin jara kif jirranġa hu.", "Ma jistax ikun li naslu f'sitwazzjoni fejn il-laissez-faire ma tkunx biss fejn tidħol regolamentazzjoni imma tispiċċa anke fil-Gvern u kollox jibqa' għaddej, l-aqwa li aħna sejrin tajjeb, għax hemm barra hemm min qed ibati!", "Sinjura President, issa se nitkellem fuq xi ħaġa oħra li hemm barra hemm min qed ibati minħabba fiha u hawn qed nirreferi għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Perempju lili laqatni Reno Bugeja meta fil-programm Dissett stieden lill-Prim Ministru u qallu li l-istatistika tindika dawn l-interpretazzjonijiet:", "Reno Bugeja quddiem il-Prim Ministru qed jgħid li jew Malta qed tixtri l-elettriku bi prezz għoli, jew l-Enemalta qed tagħmel ħafna qligħ jew inkella hemm l-ineffiċjenzi.", "U l-Prim Ministru wieġeb li mhux qed jaraha din il-problema però meta staqsewh x'se jiġri fuq l-anomaliji rigward il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, qal hekk:", "Sinjura President, jimpurtah jew ma jimpurtahx il-Gvern, hemm barra hemm in-negozji!", "Kieku xi membru min-naħa tal-Gvern kien qiegħed fl-Oppożizzjoni kien jirreġixxi bħalma qed nirreaġixxi jien, kien jagħmel agħar milli qed nagħmel jien jew kien jagħlaq ħalqu u ma jgħid xejn?", "Jien naħseb li kien jirreaġixxi, għax dak huwa dmiru, bħalma kien irreaġixxa kull membru parlamentari meta konna fil-gvern li kien deherlu li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma dakinhar kienu għoljin.", "Illum wasalna f'sitwazzjoni fejn dan il-Gvern kien wiegħed li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kellhom jorħsu imma għandna min qiegħed fin-negozju u għandu d-dubju li qed iħallas iktar minn dak li suppost qed iħallas għad-dawl u l-ilma.", "Sinjura President, dan huwa elenku sħiħ ta' problemi li għandhom in-nies tan-negozju u n-nies fis-settur finanzjarju, fis-settur bankarju u fis-settur ekonomiku.", "F'rapport ieħor li deher fit-Times of Malta tat-12 ta' Novembru nsibu li waħda mill-akbar spejjeż għan-negozji hija l-konġestjoni tat-traffiku.", "Illum din saret spiża għal min jimpurtah għax jekk tkun fin-negozju u jkollok id-deliveries, it-traffiku jaffettwak.", "Ilna ngħidu mill-Oppożizzjoni li s-soluzzjoni ma ssibhiex billi twessa' t-toroq biex tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku.", "Tant hu hekk li hawnhekk għandi rapport tal-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar Alan Saliba li qal hekk:", "Issa hawnhekk m'iniex nikkwota lill-Onor.", "Adrian Delia u ġibt dawn ir-rapporti kollha għax illum ma tantx jemmnuk malajr.", "Jien jimpurtani minn min qed isegwina, forsi xi ħadd jibda jqum.", "Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar Alan Saliba qed jgħid li billi twessa' t-toroq m'intix se ssolvi l-problema tal-konġestjoni tat-traffiku.", "Issa l-konġestjoni hija l-aktar ħaġa li tiswa flus!", "L-istess qed jingħad għal dawk li jaħdmu bħala self-employed fil-qasam tal-lukandi u fil-qasam turistiku.", "Fil-fatt se nikkwota mir-rapport tat-18 ta' Mejj, 2018, fejn is-Sur Tony Zahra, President tal-MHRA, qal hekk:", "Dawn huma l-problemi, Sinjura President.", "Dan huwa r-rapport li qed nippreżenta lill-Gvern għax meta nitkellmu fuq it-trademarks inkunu qed nipproteġu l-identità, ir-reputazzjoni ta' label u ta' trademark u naraw kif it-trademark tagħti valur miżjud.", "F'dan il-pajjiż għandna r-reputazzjoni ta' Trademark Malta, ta' Brand Malta, tan-negozji tagħna, u jekk m'aħniex se noqogħdu attenti, in-negozji, il-familji u l-ħaddiema tagħna se jkunu f'riskju.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Chris Cardona, biex jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, meta kont għadni student u kont nitkellem ma' żgħażagħ bħali, ħafna drabi s-subien kienu jsemmu li jridu jilħqu pilota.", "Kien ikun hemm ukoll min jgħid li ried ikun f'xi sengħa partikolari u min ried ikun f'xi professjoni partikolari.", "Jien niftakar li sa minn età żgħira kelli xewqa kbira li nkun fil-politika.", "Illum kuntent ħafna li ninsab fil-politika għax kienet purament ix-xewqa tiegħi minn meta kelli 13 jew 14-il sena però kien hemm raġuni ċara ħafna għalfejn xtaqt inkun fil-politika.", "Jien m'iniex ġej minn familja fil-politika jew minn familja li tkun fil-każini ta' partiti politiċi.", "Iż-żewġ naħat tal-familja tiegħi, kemm min-naħa t'ommi u kif ukoll min-naħa ta' missieri, qatt ma kienu involuti fil-politika.", "Niftakarni biss immur il-mass meetings tal-elezzjoni tal-1996 ma' missieri, li kien miet sena wara.", "Fil-fatt mort xi żewġ mass meatings - ma jidhirlix li mort aktar - u dak kien l-uniku attiviżmu fil-politika ta' meta kont iżgħar.", "Però aktar ma bdejt nikber aktar bdiet tinteressani l-politika.", "Minkejja li dejjem kelli ideat xellugin li kienu jqarrbuni lejn il-Partit Laburista, ma kenitx tinteressani l-politika partiġjana.", "Il-familja tiegħi kollha kienet tissimpatizza mal-Partit Laburista, u forsi sawru fija l-ideat xellugin, però kienet tinteressani ħafna l-politika għax aktar ma tikber, aktar jibda jinteressak li tiġġieled l-istatus quo u kull ħaġa li tara, speċjalment jekk tkun għadek żagħżugħ, ikollok idea kif tista' tbiddilha biex tkun aħjar u aktar nies ikunu jistgħu jgawdu minnha u jgħixu aħjar.", "Din hija xi ħaġa li għaraftha anke għax gawdejt minnha jien u l-familja tiegħi.", "Kif għedt, missieri miet ta' età żgħira u sibna l-Istat li offrielna a safety net.", "Meta bdejt nikber u ħarist lura, għaraft li kien il-Partit Laburista, speċjalment il-Partit Laburista ta' Mintoff, li meta kien fil-gvern daħħal dik is-safety net li jien stess gawdejt minnha u llum lill-pajjiż qed inroddlu ħafna lura.", "Jien komplejt nistudja, mort il-Junior College, mort l-Università, kont attivist żagħżugħ u llum qed nirrappreżenta lill-Istat li tant għeni, fl-ogħla istituzzjoni tiegħu, li hija din il-Kamra tal-Parlament.", "Għalhekk jien konvint li qed inrodd ħafna lill-Istat.", "Sinjura President, jien għażilt li nidħol fil-politika ta' età żgħira u li nkun żagħżugħ attivist.", "Meta kont żagħżugħ kont fl-għaqdiet kollha taż-żgħażagħ possibbli.", "Meta kont student kont fil-Pulse, kont fil-General Workers' Union Youths u kont fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li kienet esperjenza verament sabiħa li tirrappreżenta liż-żgħażagħ kollha ta' Malta.", "Imbagħad kont ikkontestajt l-elezzjoni tal-kunsilli lokali f'età pjuttost żgħira ta' 21 sena u ta' 22 sena nħtart sindku tal-lokalità tal-Fgura.", "Dak iż-żmien, jekk taqta' lill-Ministru Ian Borg li konna kollegi anke fl-Università, ma kienx hawn daqstant sindki żgħażagħ, imbagħad maż-żmien bdew jiżdiedu u llum hemm ħafna sindki żgħażagħ.", "Imbagħad ta' 29 sena ġejt elett f'dan il-Parlament.", "Qed ngħid dan kollu għax nibqa' nsostni li qegħdin fil-politika biex nibdlu.", "L-idea ta' kontra l-istatus quo għadha hemmhekk.", "Xi kultant inħoss li f'dan il-Parlament ikollok min verament ikun favur il-bidla kontinwament.", "Għandi opinjonijiet b'saħħithom ħafna fejn jidħlu d-drittijiet ċivili u ta' minoritajiet.", "Meta kont l-Università dejjem kont nagħżel dawn is-suġġetti għax kienu jinteressawni ħafna d-drittijiet tal-minoritajiet u kont naqbeż għalihom.", "Fil-fatt meta bdejt il-karriera tiegħi bħala avukat kont noffri s-servizzi tiegħi lill-minoritajiet.", "Issa ninsab kuntent li ngħatajt il-fiduċja biex inkun Whip u ta' 29 sena naħseb li jien l-iżgħar Whip li qatt kien hawn f'dan il-Parlament.", "Lanqas fl-Ewropa mhuwa normali li jkun hemm whips ta' età żgħira.", "Fil-bidu kont naħseb li jista' jkun li l-kollegi tiegħi ma jeħdunix bis-serjetà minħabba li kont għadni żgħir.", "Peress li kont ġejt elett għall-ewwel darba f'dan il-Parlament uħud mill-membri lanqas biss kont nafhom u kont narahom biss fuq it-televiżjoni speċjalment dawk li ma kenux ġejjin mid-distrett tiegħi jew minn distretti viċini u allura ma kellix iċ-ċans inkellimhom.", "Dawn kont rajthom biss f'xi Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.", "Sa mill-ewwel ġurnata trid tagħti l-ordnijiet u tkun trid li jobduk, trid tkun leader fosthom, però qatt ma kelli dik il-problema.", "Din għedtha diversi drabi għax mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista nsib koperazzjoni assoluta.", "Ir-rwol ta' Whip għinni ħafna sabiex nixpruna bidla.", "Peress li bħala Whip ikollok kuntatt kontinwu mal-Prim Ministru, mad-Deputat Prim Ministru, mal-Ministri, mas-Segretarji Parlamentari u mal-Membri kollha tal-Parlament u tmexxi l-laqgħat tal-grupp parlamentari – għax fil-Partit Laburista l-Whip jiftaħ il-laqgħa u jmexxi l-aġenda – jingħatalek iċ-ċans li tibdel, li tmexxi 'l quddiem, li tixpruna l-bidla li tiġi diskussa fil-grupp, li tattendi l-laqgħat tal-Kabinett u li tkun tista' ssemma' leħnek fuq bidliet li nixtiequ naraw f'dan il-pajjiż.", "Jien naħseb li nzertajt fiż-żmien it-tajjeb, għalkemm forsi ġejt f'nofsu.", "Nemmen li ftit kien hawn gvernijiet li għamlu bidliet daqs dan il-Gvern f'dan il-pajjiż u nemmen li l-bidliet kbar li ġab dan il-Gvern se jibqgħu jissemmew għal diversi snin.", "Nemmen li meta se nħarsu lura u nsemmu ż-żmien tal-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat bħala Prim Ministru, filwaqt li se nsemmu s-suċċess ekonomiku u s-suċċessi l-oħra li għamel dan il-pajjiż, li għall-ewwel darba kellu credit rating tajjeb ħafna wieħed wara ieħor, se nibqgħu nirreferu għalih bħala l-Gvern tal-bidla, li ma ddejjaqx jibdel fil-qasam tad-drittijiet ċivili u fil-qasam edukattiv.", "Nammira ħafna l-mod kif il-Ministru Evarist Bartolo, minkejja li huwa wieħed mill-aktar anzjani fil-grupp parlamentari tal-Partit Laburista, huwa wieħed mill-aktar li jixpruna l-bidla.", "Din rajnieha fil-qasam edukattiv u naraha kuljum meta nitkellem miegħu għax bħali jixtieq jara bidla f'dan il-pajjiż.", "Sinjura President, fil-bidu għedt għalfejn għażilt li nidħol fil-politika però rrid ngħid li l-membri tal-familja ma jkunux jixtequk tidħol fil-politika.", "Fil-fatt il-membri tal-familja tiegħi ma xtaqunix nidħol fil-politika.", "Jien għadni m'iniex miżżewweġ u għad m'għandix tfal u allura forsi m'għandix commitments daqs Membri oħrajn però wara li kont ili seba' snin sindku, meta mort fuq ommi u għedtilha li bagħat għalija l-Prim Ministru u ddeċidejt li nikkontesta l-elezzjoni ġenerali xahrejn qabel – kienet kważi ġennata li niddeċiedi li nikkontesta l-elezzjoni ġenerali xahrejn qabel, però minkejja dan irnexxieli nkun elett – il-membri tal-familja raw attakki ġejjin mhux biss fuqi.", "Huma forsi jiddejqu aktar milli niddejqu aħna għax jaraw li jistgħu jiġu attakkati huma wkoll imma l-uniku tort li jkollhom hu li jkunu l-ġenituri tiegħek, ħutek, xi membri oħra tal-familja tiegħek jew it-tfajla jew il-ġuvni tiegħek.", "Dik kienet xi ħaġa li dejjem dejqitni fil-politika u għalhekk forsi kull persuna li hemm hemm barra taħsibha sew qabel ma tidħol fil-politika.", "Jien wieħed minn dawk li qatt m'għoġbuni l-attakki personali u fil-konfront tiegħi kelli verament ftit.", "Forsi fil-blog tagħha Daphne Caruana Galizia kienet ippubblikat xi ritratti tiegħi meta kont għadni żgħir, ma' ommi, missieri u ħija, u kienet tużahom out of context.", "Dawn kienu ritratti privati li kien itella' ħija fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu imma jien dawn l-affarijiet idejquni għax jien nemmen li ladarba huwa jien li qiegħed fil-politika, wieħed għandu jiġġudika lili u d-deċiżjonijiet politiċi tiegħi u ma naħsibx li għandna nattakkaw lill-membri tal-familja jew lil dak li jkun personalment, jew nieħdu ritratti tiegħu meta jkun qiegħed f'xi post jew ieħor u nużawhom out of context biex nipprovaw numiljawh.", "Dawn l-affarijiet ma qbiltx magħhom qabel u ovvjament ma naqbilx magħhom illum.", "Sfortunatament, fl-aħħar snin, il-politika Maltija kompliet tesperjenza attakki personali.", "Rajna attakk bla preċedent fuq il-Prim Ministru dwar il-gidba ta' Egrant, li ma kenitx tittratta dwar deċiżjonijiet politiċi tal-Prim Ministru.", "F'din il-Kamra nikkritikaw lil xulxin kemm hemm bżonn u naħseb li m'hemm l-ebda limitu ta' kritika politika u ta' kritika fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu minn dak li jkun.", "Dik naqbel magħha u hija t-tip ta' kritika li għandu jkollna.", "Nifhem li huwa r-rwol kostituzzjonali tal-Oppożizzjoni li tikkritika, li tagħmel skrutinju u li tipprova toħroġ il-verità li hi temmen li jkun hemm, imma mbagħad ma naħsibx li huwa aċċettabbli li nattakkaw lill-membri tal-familja.", "Fl-aħħar xhur ħarġet il-qlajja fuq il-Prim Ministru dwar Egrant, li issa ġie stabbilit li kienet gidba u li d-dokumenti ġew fabbrikati.", "L-Onor.", "Simon Busuttil daħal f'ħafna dettall biex jiffabbrika din il-gidba fuq il-Prim Ministru u bil-wiċċ tost kollu għadna narawh jiġi f'din il-Kamra u jgħidilna li għadu jemmen dak li kien jgħid qabel.", "Jista' jkun li dan tant qed jiddejjaq li waqa' daqshekk għaċ-ċajt u ħareġ ta' wieħed mill-agħar mexxejja politiċi li qatt ra dan il-pajjiż u dan il-Parlament li llum qed jiġi hawn u jgħid li għadu jemmen dak li kien jemmen qabel, però mbagħad jiġġudikah il-poplu bħalma ġġudikah fl-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Fl-opinjoni tiegħi l-attakki fuq il-familjari tal-politiċi ma naħsibx li huma aċċettabbli!", "Niftakar lill-ġurnalisti ta' Net News jiġru wara l-mara tal-Prim Ministru u t-tfal tagħhom, li żgur m'għandhom l-ebda tort li missierhom iddeċieda li jagħti servizz lil pajjiżna billi jkun Prim Ministru.", "Din hija kariga taħraq f'dan il-pajjiż b'paga mill-inqas meta kkumparata ma' pagi ta' kumpaniji privati.", "Din hija l-ħajja li ddeċidejna li nidħlu għaliha.", "Issa jien bl-ebda mod ma qed ngħid li għandu jkun hemm żieda fil-pagi tal-politiċi iżda mhuwiex aċċettabbli li jiġri bħal meta marru n-nies bil-cameras jiġru wara l-mara tal-Prim Ministru u t-tfal tagħhom.", "Minkejja li lil dawn it-tfal iċċensurawlhom wiċċhom, ma naħsibx li hija esperjenza sabiħa meta tfal ta' età żgħira jaraw il-cameramen u l-ġurnalisti jiġru warajhom!", "Dan l-aħħar dan rajnieh ukoll fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Insa dak kollu li ġara fi-konfront tal-membri tal-Gvern, kemm inqtal dwarhom u kemm saru attakki personali, jien naqbel ma' dak li qal dan l-aħħar il-Kap tal-Oppożizzjoni, meta qal:", "\"Il-mara tiegħi Nickie u jien għaddejjin minn perjodu diffiċli għalina.", "F'dan il-mument qiegħed nagħmel dak kollu li nista' biex nipproteġi l-benesseri tal-familja tagħna u tat-tfal tagħna, u għaldaqstant qiegħed bl-akbar umiltà nitlob biex il-privatezza tal-familja tagħna tiġi rispettata f'dan il-mument delikat aktar minn qatt qabel.\".", "Jien hawnhekk naqbel miegħu għax il-familja tiġi l-ewwel però ma naqbilx li din tiġi ppubblikata.", "Naf li kien hemm tentattivi li tiġi ppubblikata ftit jiem qabel meta kien hemm id-diskors tiegħu fir-replika tal-Baġit, għax min jixtieqlu l-ħażin – li nassigurah li huma aktar nies fuq in-naħa tiegħu milli fuq in-naħa tagħna – xtaq li toħroġ ftit jiem qabel il-ġurnata li kellu diskors importanti ħafna f'dan il-Parlament.", "Jien bħala Whip, meta rajt din l-istqarrija tal-Kap tal-Oppożizzjoni, tajt struzzjonijiet ċari ħafna lill-Membri tal-Gvern biex ħadd minna ma jiddiskuti dak li stqarr il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Naf li ħafna mill-Membri kellmuh privatament.", "Jien ma ħassejtx li għandi nkellmu għax għalija l-affarijiet personali għandhom jibqgħu personali.", "Però hemm raġuni ċara ħafna għalfejn din qed insemmiha llum f'dan il-Parlament.", "Fl-aħħar jiem semmejt l-attakki li saru fuq il-Prim Ministru u fuq it-tfal tiegħu fuq Egrant u kont qed naħseb li kien hemm min tgħallem minn dak l-inċident u li m'għandniex nattakkaw il-familji u t-tfal, imma fl-aħħar jiem kien hemm Deputat tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Jason Azzopardi, li skont kif ġie kkwotat fil-ġurnal The Malta Independent tal-Ġimgħa, 9 ta' Novembru, qal hekk:", "Id-Deputat tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Jason Azzopardi u jien, it-tnejn inzertajna eletti mir-raba' distrett u m'għandi xejn kontra tiegħu personali.", "Għandi rispett lejh bħala persuna iżda bħala politiku hemm ħafna affarijiet li ma naqbilx miegħu minħabba dak li jgħid u jagħmel.", "Pereżempju l-Onor.", "Jason Azzopardi qal:", "Imbagħad kien hemm xi ħadd li kkummentalu u staqsieh kif wasal għal €70,000 għax l-iskola fejn jattendu t-tfal tal-Prim Ministru ma tiswiex daqshekk.", "Azzopardi qallu:", "Imbagħad beda jikkwota minn xi Facebook status li kienu tellgħu Je Suis Daphne fuq Facebook jew Twitter.", "Jien qed nikkwota dejjem mill-ġurnal The Malta Independent.", "Mela t-tagħlima li kellhom jieħdu wara dak li ġara dwar Egrant, meta kien hemm gidba faħxija fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu, u l-attakki li saru fuq it-tfal tiegħu, jidher li ma ħaduhiex!", "Jien aktar qabel għamilt referenza għal dak li qal l-Onor.", "Adrian Delia għax kont nistenna li kien se joħroġ jikkundanna lill-Onor.", "Adrian Delia talabna sabiex nirrispettaw il-privatezza tiegħu, jien qbilt miegħu u rrispettajna l-privatezza tiegħu u se nibqgħu nirrispettawha – fil-fatt jien ikkwotajt biss artiklu pubbliku li seta' jarah kulħadd u għaldaqstant stajt nikkwotah; għadu hemm sal-lum u stampajtu ftit tal-minuti ilu – imma jien kont nistenna li dan iwaqqaf lid-Deputat tal-partit tiegħu u jgħidlu li dik il-linja m'għandhiex tinqabeż!", "Aħna nikkritikaw lill-politiċi u d-deċiżjonijiet li jieħdu jew ma jeħdux bil-qawwa kollha, niqfulhom bil-qawwa kollha, niġu fil-Parlament u nagħmlu dak kollu possibbli iżda fejn jidħlu t-tfal it's a no-go area!", "It-tfal u d-deċiżjonijiet familjari m'għandniex indaħħluhom fl-arena politika speċjalment meta kif intqal mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lil The Malta Independent, dak li ntqal kien fake news.", "Għaldaqstant dan mhuwiex aċċettabbli!", "Jien nifhem li l-Onor.", "Adrian Delia għandu problema kbira biex ikollu kontroll fil-Partit Nazzjonalista u fil-grupp parlamentari tiegħu.", "Nifhem ukoll li pprova jkeċċi lill-Onor.", "Simon Busuttil u ma rnexxilux u llum għadu mdawwar bih u b'dawk ta' madwaru li jixtiequ rasu taħt mannara politikament.", "Iżda almenu għandu jiddikjara pubblikament li dan ma jaqbilx miegħu.", "Minkejja dan kollu aħna nibqgħu nirrispettaw id-deċiżjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li talabna għall-privatezza, u naqbel miegħu, u hekk għandu jkun.", "Il-familja tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Qabel aħna politiċi aħna membri ta' familja.", "Hawn ġew aħna għasafar tal-passa.", "Illum il-poplu jafda lilek u għada jafda lil xi ħaddieħor u hekk għandu jkun għax dik hija d-demokrazija iżda fl-aħħar mill-aħħar hija l-familja li tibqa' hemmhekk.", "Il-familja għandha importanza kbira.", "Jien għadni m'iniex miżżewweġ u m'għandix tfal imma naspira li xi darba jkolli t-tfal u jbeżżagħni l-fatt li bħala politiku jista' jiġrili l-istess, għax ma naqbilx.", "Kieku jiġrili l-istess probabbilment inkun l-ewwel wieħed li nżarma mill-politika għax ma rridx li l-familjari tiegħi jgħaddu minn dak li għaddew it-tfal tal-Prim Ministru u qed jibqgħu jgħaddu.", "Semmejt din tal-Onor.", "Jason Azzopardi għax hija xi ħaġa riċenti u ssemmiet f'dan il-Parlament ftit tal-jiem ilu u allura forsi kienet għadha friska f'moħħ kulħadd, imma ma nixtieqx insemmi affarijiet oħra li ntqalu mhux biss mill-Membri ta' din il-Kamra imma minn oħrajn viċin tagħhom.", "Jien nirrispetta l-privatezza ta' dak li jkun iżda l-membri tal-familja m'għandna nattakkawhom qatt.", "Il-membri tal-familja ma jaħtu xejn għad-deċiżjoni li nidħlu fil-politika.", "Allura fi żmien meta qegħdin nippromwovu li aktar persuni validi jidħlu fil-politika għax aktar hemm ċans li jittieħdu deċiżjonijiet tajbin f'dan il-Parlament u fi żmien meta qed nitkellmu dwar li jkollna aktar nisa fil-politika, kif nistgħu nħajruhom jidħlu fil-politika u jkunu membri f'dan il-Parlament meta jafu li jekk tkun membru parlamentari u tassoċja ruħek ma' partit politiku għax tixtieq tkun rappreżentant tal-poplu f'dan il-Parlament – ħaġa li jien verament kburi li nagħmilha – ikun ifisser li jattakkawlek 'il-familja tiegħek?!", "Dan mhuwiex aċċettabbli u naħseb li jekk iż-żewġ naħat tal-Kamra - jien konvint li dawn l-affarijiet isiru ħafna inqas minn din in-naħa tal-Kamra, biex ma ngħidx li ma jsiru xejn – speċjalment il-Kap tal-Oppożizzjoni jieħu r-riedni u fil-konfront tiegħu jkejjel bl-istess riga li jixtieqna nkejlu fejn jidħlu affarijiet personali - għax affarijiet tal-familja għandhom jibqgħu personali - naħseb li nkunu qed nitilgħu tarġa oħra fil-politika Maltija u nkunu qed inħajru ħafna iktar persuni validi jersqu 'l quddiem u jagħtu l-kontribut tagħhom fil-politika.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti li għamilt referenza għalihom fid-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata", "BYRON CAMILLERI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' stqarrija mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia maħruġa fil-31 ta' Ottubru 2018 fejn appella għar-rispett tal-privatezza tal-familja; u", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku ta' The Malta Independent intitolat \"Another dirty lie – PM denies sending children to school abroad: Muscat labels it 'fake news'\" datat id-9 ta' Novembru 2018, flimkien ma' kummenti dwar l-istess artiklu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jidher li m'hemmx aktar kelliema.", "Fuq livell personali, jekk tippermettuli, nixtieq infakkar li llum, l-14 ta' Novembru, huwa l-Jum Dinji kontra d-Dijabete.", "Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 19 ta' Novembru 2018 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.22 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "SENTENZI TA' KUNDANNA MILL-QORTI TAL-MAĠISTRATI - TĦASSIR TA' SENTENZI MILL-WEBSITE TAL-GVERN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: In vista tal-artiklu ppubblikat illum fuq: () fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta' kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi ta' żewġ persuni li jinsabu f'kontroversja pubblika, jista' l-Ministru jgħid:", "a) min ordna tali tħassir;", "b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja;", "c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Ministeru għall-Ġustizzja; u", "d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn sentenzi tal-Qrati tagħna mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 'l hawn?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "a. It-tqegħid ta' sentenza tal-Qorti fuq is-sit biex tkun tista' tidher online, jew it-tneħħija tal-istess minn online (mhux mis-sistema tal-Qorti) taqa' taħt ir-responsabilità tad-Direttur Ġenerali tal-Qorti li huwa d-Data Controller ai fini tad-Data Protection Act.", "b. Fid-dawl tal-ispjegazzjoni ta' hawn fuq ma kienx hemm lok li ssir xi inkjesta.", "c. Ma kien hemm l-ebda tbagħbis anzi d-Data Protection Act u d-Data Protection Regulation (EU 2016/679) jitfgħu responsabilità fuq id-Data Controller biex jieħu konjizzjoni ta' talbiet li jistgħu jsiru mid-data subject.", "d. Mis-sena 2013 'l hawn kien hemm 131 talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online.", "Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kawża titneħħa mis-sistema tal-Qorti.", "Fil-fatt il-professjoni legali xorta jibqa' jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam.", "Mill-131 talba li saret, 86 sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi, 41 talba ġiet miċħuda, talba waħda kienet invalida u tliet talbiet oħrajn għadhom qed jiġu kkonsidrati.", "Illum hemm Kumitat kompost mid-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja, tliet Reġistraturi u d-Direttur inkarigat mit-Taqsima dwar il-Protezzjoni tad-Data fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, li jiddeċiedu t-talbiet li jsiru għat-tneħħija ta' data personali.", "SENTENZI TA' KUNDANNA MILL-QORTI TAL-MAĠISTRATI - TĦASSIR TA' SENTENZI MILL-WEBSITE TAL-GVERN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-aħbar fil-gazzetta Times of Malta tal-Ġimgħa, 9 ta' Marzu 2018, li huwa introduċa bil-moħbi the right to be forgotten, jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sabiex mill-website tal-Ministeru għall-Ġustizzja/Qrati jitneħħew sentenzi ta' kundanna mill-Qrati Kriminali u kemm minn dawn intlaqgħu, id-dettalji tal-persuna li f'kull każ għamlet it-talba u jaħsibx li l-pubbliku kellu jkun jaf mill-bidu li l-Ministru kien ta dan id-dritt b'mod li kulħadd ikun jaf x'għandu jagħmel jekk verament il-Ministru arbitrarjament iddeċieda li jdaħħal \"dritt\" li mhuwiex rikonoxxut mil-liġijiet tagħna?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum kien hemm 131 talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online u mhux biex jitneħħew minn fuq is-sistema tal-Qorti.", "Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kawża titneħħa mis-sistema tal-Qorti.", "Fil-fatt il-professjoni legali xorta jibqa' jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam.", "Saret talba waħda fit-2014.", "Kien hemm 21 talba fl-2017 u 109 talbiet fl-2018.", "Mill-131 talba li saru, 86 sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi, 41 talba ġiet miċħuda, talba waħda kienet invalida u tliet talbiet oħra għadhom qed jiġu kkonsidrati.", "Fid-dawl tad-deċiżjoni li ttieħdet mid-Data Controllor biex dawn is-sentenzi jiġu anonimizzati, wara li ġew meħuda inkonsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fid-dawl tad-Data Protection Act, tad-Data Protection Directive (95/46/EC) tal-1995 u aktar riċenti tad-Data Protection Regulation (EU 2016/679) li daħlet fis-seħħ, u partikolarment Art 17 tal-istess, mhuwiex opportun li dawn is-sentenzi jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jiġu rispettati l-prinċipji tar-Regolamenti u Direttivi appena ċitati.", "SKART LI ĠIE LANDFILLED", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' skart, hu ta' liema xorta hu, ġie landfilled fl-2014, 2015, 2016 u 2017?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - KONSULENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1116 u jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li għandha kull entità li għaliha hu responsabbli?", "Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?", "CHRIS CARDONA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4302.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - KONSULENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1121 u jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li għandha kull entità li għaliha hu responsabbli?", "Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4307.", "L-ewwel konsulent ġie ingaġġat qabel id-data msemmija filwaqt li t-tnejn l-oħra ġew ingaġġati wara.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Prim Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' d-Deputat Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 'l hawn ma kien hemm l-ebda Bord ta' Inkjesta li ġie maħtur minni skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta).", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din is-sena nħatar bord wieħed taħt l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta) u dan dwar l-allegazzjonijiet dwar l-operat u amministrazzjoni fl-MCAST.", "Iċ-Chairman huwa s-Sur Paul Bonello u l-membri huma s-Sinjura Antoinette Caruana u Dott. Phyllis Aquilina.", "Dan il-Bord ta' Inkjesta ġie maħtur fis-27 ta' Lulju 2018 u ċ-Chairman talab għal estensjoni tal-perjodu mogħti u r-rapport għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena.", "Dwar xi inkjesti li seta' kien hemm fis-snin ta' qabel taħt l-Att imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠJAR TAL-ILMA – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-ImmaniġġJar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-ImmaniġġJar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien bħala Ministru ma ħtart l-ebda Bord ta' Inkjesta.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnha bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnha u għal kull wieħed minnhom tindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien ma ħtart l-ebda Bord ta' Inkjesta tul il-perjodu kkonċernat.", "MALTA PUBLIC TRANSPORT – DEPOT/INTERCHANGE – FAĊILITAJIET SANITARJI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'kull depot/interchange tal-Malta Public Transport hemmx il-faċilitajiet sanitarji neċessarji kollha hekk kif stipulat fil-collective agreement bejn il-ħaddiema u l-Malta Public Transport?", "Fin-nuqqas ta' dan, x'passi ttieħdu/se jieħu mir-regolatur fil-konfront tal-operatur?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata.", "Għaldaqstant din l-informazzjoni mhijiex disponibbli biex tingħata.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm enforcement officers impjegati ma' Transport Malta, sena b'sena, mill-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant kif waqt li fl-2013 kienu biss 11-il uffiċjal fi ħdan l-Awtorità responsabbli mill-infurzar u immaniġġar ta' traffiku f'Malta u Għawdex kollha, illum Transport Malta għandha 114-il persuna sabiex jassistu fl-immaniġġjar tat-traffiku, jassistu l-għexieren ta' xogħlijiet fuq toroq li għaddejjin madwar il-pajjiż, jinfurzaw madwar il-pajjiż kollu inkluż bit-taqsima tal-clamping u muturi, kif ukoll jagħtu servizz lill-privat bi ħlas fuq xogħlijiet li jkunu qed isiru fuq siti ta' kostruzzjoni.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati enforcement officers ma' Transport Malta, xahar b'xahar, minn Lulju 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u minn liema lokalitajiet ġejjin?", "Xi proċedura ntużat biex iddaħħlu dawn l-enforcement officers?", "Saret call pubblika jew intużat xi proċedura oħra?", "Jekk sar l-interview, min kien fuq il-bord ta' dawn l-interviews?", "X'kienu r-requirements biex jiddaħħlu l-enforcement officers?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess u l-proċedura li ntużat biex jiġu inġaġġati l-enforcement officers hija bħal kull vacancy oħra, billi nħarġet sejħa pubblika u saru l-interviews mill-interviewing board magħmul minn tliet persuni.", "Ġew impjegati 71 enforcement officer ma' Transport Malta minn 28 lokalità differenti.", "Ir-requirements mitluba biex jiddaħħlu l-enforcement officers huma dawn li ġejjin: Liċenzja tas-sigurtà kif maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija u Ċertifikat Mediku li wieħed jinsab tajjeb biex jassumi r-responsabbiltajiet; li persuna jkollha ħiliet ta' komunikazzjoni tajbin kemm verbali kif ukoll bil-kitba bl-Ingliż u bil-Malti u ġew mitluba wkoll il-kondotta nadifa tal-Pulizija, iċ-Ċertifikat tal-Ewwel Għajnuna fuq il-post tax-Xogħol u ċ-Ċertifikat tal-Fire Fighter u l-Prevenzjoni kontra n-Nar.", "Tajjeb li wieħed ikollu wkoll il-liċenzja tat-trailers (kategorija B+E).", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati ma' Transport Malta li preżentement huma sospiżi?", "Jekk hemm, dawn qegħdin sospiżi bla paga, b'nofs paga jew b'paga sħiħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm żewġ impjegati sospiżi b'nofs paga.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għal kemm tul ta' ħin huwa fixed point għal enforcement officer ta' Transport Malta waqt li jkunu għaddejjin xogħlijiet ta' toroq jew meta għal xi raġuni jew oħra jkun hemm diversion tat-traffiku jew tingħalaq triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tul ta' ħin huwa stabbilit skont l-esiġenzi tal-mument tax-xogħlijiet u proġetti diversi filwaqt li l-Awtorità dejjem tieħu ħsieb li tkun konformi sew man-normi kif ukoll mal-liġijiet li jħarsu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Meta persuni ġodda jiġu impjegati bħala Enforcement Officers ma' Transport Malta u jiġu impjegati fil-grad ta' Assistant Enforcement Officers, hemm xi perjodu ta' żmien biex dawn jogħlew fil-grad u jsiru Enforcement Officers u Senior Enforcement Officers?", "Jista' jikkonferma jew jiċħad li f'każ ta' dawn il-promozzjonijiet, is-seniority qiegħda tiġi injorata?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda perjodu stabbilit sabiex wieħed jitla' għal grad ta' Enforcement Officer jew ta' Senior Enforcement Officer.", "Kull promozzjoni ssir skont kriterji li jkopru firxa wiesgħa ta' aspetti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol u d-dmirijiet li jkunu mistennja jwettqu dak maħturin.", "ĊENTRI MIFTUĦA – POPOLAZZJONI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni u immigranti irregolari fiċ-ċentri miftuħa fil-preżent?", "Jista' jindika fejn huma mqassma u ta' liema nazzjonalità huma?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĊENTRI TA' DETENZJONI – POPOLAZZJONI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni fiċ-ċentri ta' detenzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid meta waslu f'pajjiżna l-persuni u l-immigranti irregolari li preżentement huma fiċ-ċentri ta' detenzjoni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li preżentement, sas-6 ta' Novembru 2018, il-popolazzjoni ġewwa Safi Barracks hija ta' 11-il persuna.", "Id-data tal-wasla hija kif ġej:", "11 ta' Ottubru 2017 persuna waħda", "10 ta' Jannar, 2018 2 persuni", "5 ta' Mejju 2018 persuna waħda", "13 ta' April 2018 persuna waħda", "8 ta' Awwissu 2018 2 persuni", "15 ta' Settembru, 2018 persuna waħda", "23 ta' Ottubru 2018 persuna waħda", "30 ta' Ottubru 2018 persuna waħda", "6 ta' Novembru 2018 persuna waħda", "Tajjeb li wieħed jgħid li uffiċjali tad-detenzjoni jipparteċipaw f'xogħol ieħor biex jassistu l-AWAS u anke xogħol ieħor fiċ-ċentru tad-detenzjoni.", "ŻGĦAŻAGĦ LI MA KOMPLEWX L-ISTUDJI TAGĦHOM", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskola sekondarja fl-aħħar sena akkademika?", "Jista' jindika l-ammont li ġew ikklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?", "Jista' jindika s-sess tagħhom?", "EVARIST BARTOLO: Informat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "UFFIĊJALI TAD-DETENZJONI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ingaġġati uffiċjali tad-detenzjoni fis-sena 2016 u fis-sena 2017?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li matul is-snin 2016 u 2017 ma kienx hemm ingaġġ ta' Detention Service Officers mad-Detention Services.", "WIED IL-GĦAJN – GĦASSA TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija ġewwa Wied il-Għajn hux se tiċċaqlaq minn fejn qiegħda u tinbena oħra?", "Jekk iva, meta huwa previst li se tinbeda?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li kif diġà ntqal fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari oħra fuq dan is-suġġett, bl-aħħar tweġiba f'Mejju ta' din is-sena, nikkonferma li l-Għassa tal-Pulizija f'Wied il-Għajn mhux se tibqa' fejn kienet u se tinbena oħra flokha f'sit fejn diġà hemm il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Ix-xogħol tal-bini huwa previst li jinbeda malli l-proċessi ta' tendering, li diġà bdew, jintemmu.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta' Ottubru 2018?", "Jista' jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job?", "Jista' jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-time job?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Jista' jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, l-għadd ta' nisa u rġiel li jaħdmu f'Malta u Għawdex fuq bażi part-time mal-full-time u part-time bħala xogħol ewlieni sal-aħħar ta' Ġunju 2018, li huma l-aħħar ċifri ppubblikati, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:", "Persuni li jaħdmu fuq bażi ta' part-time f'Malta u Għawdex", "Ġunju 2018", "It-tabella t'hawn taħt turi l-għadd ta' nisa u rġiel li qabżu l-età tal-pensjoni mill-età ta' 61 sena 'l fuq, u li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus għadhom jaħdmu fuq bażi ta' part-time mal-full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni, f'Malta u Għawdex, sal-aħħar ta' Ġunju 2018.", "MCCAA – TAGĦRIF QARRIEQI MINN KUMPANIJA TAL-VETTURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu tal-2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija rigward tagħrif allegatament qarrieqi tal-Volkswagen f'dak li għandu x'jaqsam ma' vetturi mibjugħin minn din id-ditta lill-konsumaturi Maltija fid-dawl ta' rapport li deher fil-midja lokali fejn skont tagħrif miġbur mill-Unjoni Ewropea, minn total ta' 774 vettura f'Malta, ftit iżjed minn nofs ġew irranġati?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li minn Jannar 2017, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kellu sitt laqgħat mar-rappreżentanti tad-ditti li jifformaw il-Grupp Volkswagen u dan sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja fi sforz biex il-karozzi affettwati minn din ir-recall issirilhom il-fix neċessarja ħalli jiġu konformi mar-regolamenti neċessarji.", "Id-Direttorat ordna lir-rappreżentanti tad-ditti sabiex jikkuntattjaw lill-klijenti tagħhom biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "Kienu ordnati wkoll sabiex jikkuntattjaw lil Transport Malta sabiex jintlaħqu wkoll dawk il-karozzi li jiġu impurtati mhux minn Continental Cars Limited.", "Dawn jinkludu individwi li jimpurtaw karozzi għal użu personali kif ukoll dealers tal-karozzi second-hand.", "Id-Direttorat regolarment jesiġi lill-Grupp Volkswagen biex iżommu aġġornat bis-sitwazjoni.", "Matul l-2017 l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-istess Awtorità ngħaqad f'azzjoni koordinata tan-Network tal-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi f'livell Ewropew fejn matul din l-azzjoni l-Grupp Volkswagen ġie mitlub iħaffef il-proċess fejn il-karozzi affettwati jsirulhom it-tibdiliet neċessarji.", "Fil-bidu tal-azzjoni l-Grupp Volkswagen kienu qablu li jkomplu joffru dawn it-tibdiliet b'xejn sas-sena 2018, inħolqot miżura msejħa Trust Building Measure u bdiet ukoll tingħata aktar informazzjoni dwar it-tibdiliet permezz tal-websajt tad-ditti konċernati.", "Wara aktar negozjati l-Grupp Volkswagen ikkommettew ukoll li jkompu joffru t-tibdiliet neċessarji b'xejn sas-sena 2020 minħabba li kien għad hemm numru ta' karozzi li kien għadu ma sarilhomx l-upgrade.", "DIRETTORAT TAL-PROĠETTI U ŻVILUPP – TAQSIMA TAL-KOSTRUZZJONI U MANUTENZJONI - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fit-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "Kif inhuma mqassma dawk fuq il-lantijiet tax-xogħol barra, x'inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – TIBDIL FL-ISEM TAD-DIRETTORAT TAL-CUSTOMER SERVICES", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex inbidel l-isem tad-Direttorat tal-Customer Services li jaqa' fid-dekasteru tagħha?", "X'inhu l-isem il-ġdid tiegħu?", "JUSTYNE CARUANA: Il-Ministeru kkummissjoni lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru.", "Kull tibdil huwa marbut ma' dan l-eżerċizzju.", "SERVIZZ TA' MEDJAZZJONI GĦAL KOPPJI BI PROBLEMI FIŻ-ŻWIEĠ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta' medjazzjoni għal koppji bi problemi fiż-żwieġ tagħhom?", "Kemm kien hemm koppji f'dawn l-aħħar tliet snin li rrikorrew għal dan is-servizz?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Servizz tal-Co-parenting huwa servizz illi beda jiġi offrut mis-sena 2017, mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, bil-għan li jrawwem lill-ġenituri li għaddew, jew għaddejjin minn proċess ta' separazzjoni, jew divorzju, b'ħiliet prattiċi fit-trobbija ta' uliedhom.", "L-iskop ta' dan il-programm huwa sabiex jgħin lill-ġenituri jiffaċċjaw l-isfidi marbuta mas-separazzjoni, kemm bħala individwi, kif ukoll bħala ġenituri.", "Il-programm jindirizza temi speċifiċi bil-għan li l-interessi tat-tfal ikunu dejjem imħarsa.", "Waħda mill-akbar sfidi li ħafna ġenituri jiltaqgħu magħha hija dik ta' kif itejbu l-komunikazzjoni mal-ġenitur l-ieħor bil-għan li l-interessi u l-bżonnijiet tat-tfal, dejjem jitqiesu bħala prijorità.", "Il-programm huwa mifrux fuq sitt ġimgħat, fejn ikun hemm sitt laqgħat ta' tliet sigħat-il waħda, mmexxija minn professjonisti mħarrġa fis-settur.", "Iż-żewġ ġenituri jattendu f'żewġ gruppi separati bil-għan li jħossuhom aktar liberi jitkellmu fuq l-esperjenzi tagħhom.", "Minn meta beda dan is-servizz, fis-sena 2017 kien hemm 57 ġenitur li għamel kuntatt mal-ħaddiema li jieħdu ħsieb dan is-servizz u 88 ġenitur ieħor li għamlu kuntatt fis-sena 2018.", "Minn dawn, kien hemm 70 ġenitur illi għaddew mill-fażi ta' screening u 39 li temmew il-kors b'suċċess.", "Hemm ukoll 18-il ġenitur ieħor li bħalissa qegħdin jattendu l-kors.", "Fil-maġġoranza tal-każi, ġenitur wieħed biss jattendi għal dan il-kors; madanakollu, kien hemm 15-il każ fejn attendew iż-żewġ ġenituri.", "ĦADDIEMA BIL-PAGA MINIMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f'pajjiżna li għandhom il-paga minima?", "Kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "CHILDCARE CENTRES – ĠENITURI INTITOLATI GĦAS-SERVIZZ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ġenituri li huma intitolati għas-servizz ta' childcare centres mingħajr ħlas?", "Fejn huma allokati ċ-childcare centres f'pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawk il-ġenituri li qegħdin fix-xogħol, edukazzjoni jew taħriġ huma intitolati taħt l-iskema ta' childcare b'xejn.", "Il-lista ta' ċentri tista' tiġi aċċessata minn din il-link https://education.gov.mt/en/Pages/Free-Childcare.aspx", "Matul din is-sena, sal-aħħar ta' Ottubru kien hemm 6,287 tifel u tifla li bbenefikaw minn din l-iskema.", "CRISIS INTERVENTION TEAM FIL-QASAM TAS-SAĦĦA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jidentifika l-professjonisti li jaħdmu fil-Crisis Intervention Team?", "Jista' l-Ministru jgħid meta dan is-servizz tant importanti se jibda jingħata 24 siegħa kuljum?", "Meta se jibdew isiru home visits għand il-familji ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali qabel ma jiġi deċiż li l-persuna involuta tittieħed fi sptar mentali?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal-Psikjatrija joffri sapport 24 siegħa kuljum lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.", "Dan is-sapport jikkonsisti minn psikjatri li mbagħad jinvolvu persuni minn speċjalizzazzjonijiet oħra skont il-bżonnijiet u n-natura tal-każ partikolari.", "Servizzi addizzjonali qed jiġu kkonsidrati fil-Mental Health Strategy Consultation Document.", "IX-XEWKIJA - AREA TAL-ĦOFRA – PARK INDUSTRIJALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid fl-area Tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija fejn preżentement qiegħed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni:", "a. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta' spazju għall-SMEs f'dan il-park;", "b. min huma d-ditti jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area;", "c. xi kriterji se jkun hemm għal min se jkun eliġibbli li jista' japplika għal post f'dan il-park; u", "d. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f'dan il-park għall-SMEs f'Għawdex?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proċess ta' allokazzjoni ta' spazju għall-SME's f'dan il-park għadu għaddej u qiegħed jitmexxa mill-Korporazzjoni Malta Enterprise skont kriterji stabbiliti fl-Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozji.", "Rigward ir-rati tal-kera dawn ġew stabbiliti wara ezerċizzju ta' cost benefit analysis liema ezerċizzju jifforma parti minn analisi u studji oħra kif huma rikjesti waqt il-proċess tal-applikazzjoni għall-proġetti ta' kofinanzjament mill-fondi Ewropej.", "GĦAWDEX - DIRETTORAT GĦALL-PROĠETTI U ŻVILUPP - TAQSIMA TAL-KOSTRUZZJONI U MANUTENZJONI - IMPJEGATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati tat-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp li ġew mislufa lill-Kunsilli Lokali f'Għawdex?", "Ma' liema kunsilli lokali kienu mislufa?", "X'xogħol kienu qed jagħmlu lil dawn il-kunsilli lokali u x'inhu l-grad ta' dawn l-impjegati?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - DIPARTIMENTI U ENTITAJIET - IMPJEGATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn Ottubru 2015 sal-lum, maqsmum sena b'sena, kemm kien hem impjegati f'kull dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha li rtiraw, ġew boarded out jew li l-impjieg tagħhom intemm għal xi raġuni jew oħra?", "F'kull każ, x'kien il-grad u kemm kienet l-età tal-impjegati meta ntemm l-impjieg tagħhom?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181114_168d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il familja f'Wied il-Għajn irċeviet enerġija elettrika b'xejn mill-enerġija ġġenerata mill-impjant ta' Sant'Antnin, mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il familja f'Wied il-Għajn irċeviet enerġija elettrika b'xejn mill-enerġija ġġenerata mill-impjant ta' Sant'Antnin mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il stedina rċieva, mill-2013, biex jattendi festini u/jew riċevimenti ta' anniversarji ta' żwieġ, jew ta' żwieġ, mingħand sidien azzjonisti jew diretturi ta' istituzzjonijiet finanzjarji regolati mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), u liema minnhom attenda?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-interess tiegħu u taċ-Chief of Staff tiegħu meta Identity Malta irrakkomandat regolarment biex dawk li japplikaw biex jixtru ċ-ċittadinanza taħt l-IIP jużaw is-servizzi tal-bank, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Peress li l-Prim Ministru, waqt li kien l-Awstralja f'Marzu/April qal fuq SBS Radio li l-Gvern irid li l-Maltin fl-Awstralja jkollhom ukoll id-dritt tal-vot u li jkunu jistgħu jivvutaw fl-ambaxxata jew bil-posta, jista' l-Prim Ministru jgħid kif beħsiebu jwettaq dan u sa meta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi kriminali ġew ordnati mill-Avukat Ġenerali wara s-sentenza tal-Qorti mill-Imħallef Felice li ftit jiem ilu ddikjarat null u illegali l-esproprji fl-iskandlu ta' Strada Żekka?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-gwardjani li issa ġew impjegati mal-LESA, jgħoddilhomx bħala servizz iż-żmien li damu jaħdmu mal-privat?", "Jekk fin-negattiv, jista' jikkunsidra li l-perjodu li dawn il-Gwardjani damu jaħdmu mal-privat jingħaddilhom bħala servizz daqslikieku kienu jaħdmu mal-Gvern?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kenitx involuta fit-tfassil tal-ispecifications għal Call for Tenders li sar minn Transport Malta bl-isem ta' Tender for the Supply and delivery of CISCO wifi Access Points at Transport Malta New Offices (TM 072/2017) u fl-istess ħin tefgħetx l-offerta għall-istess Call for Tenders?", "Jista' jgħid ukoll jekk jafx b'każijiet oħra fi Transport Malta fejn min ikun involut fit-tfassil tal-ispecifications ta' tenders sussegwentement jitħalla wkoll jagħmel offerta għall-istess tender?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq flimkien ma' Triq il-Kuċċard, Ħal Safi suppost ilhom lesti aktar minn sitt xhur, ix-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla speċjalment fejn tgħaqqad ma' Blue Grotto Avenue u ma' Triq il-Belt Valletta għadu mhux lest u x-xogħol fi Triq il-Kuċċard għadu lanqas biss beda tant li mill-2013 sal-lum għadu ma sar l-ebda progress fuq din it-triq?", "Jista' jgħid x'kienet r-raġuni li mar jiftaħ Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq meta fil-fatt ix-xogħol għadu mhux lest?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet saru fuq it-toroq li ser isir ix-xogħol fihom qabel inħareġ it-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "IM 004/18) biex jiġi stabbilit l-intervent li se ssir f'kull triq?", "Jista' jgħid x'jiddetermina l-ħxuna ta' tarmak li se tingħata f'kull triq, kif se ssir l-istruttura tat-triq taħt il-livell tat-tarmak, eċċ.?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid skont liema standards u speċifikazzjonijiet se jsir ix-xogħol ta' toroq li se ssir permezz tat-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "IM 004/18) inqasmet f'ħames lottijiet, jista' l-Ministru jgħid x'inhi li jiddetermina x'toroq jidħlu taħt kull lott?", "Jekk l-Aġenzija Infrastruttura Malta se tesiġi li x-xogħol fuq il-5 lottijiet jibda fl-istess ħin, ma jaħsibx il-Ministru li peress li f'lottijiet differenti hemm toroq tal-istess lokalità, se nispiċċaw f'sitwazzjoni li f'lokalità jkun hemm numru ta' toroq, li wħud minnhom huma toroq distributorji, fejn ikun għaddej ix-xogħol fuqhom fl-istess ħin u allura tista' tinħoloq konġestjoni sħiħa ta' traffiku?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li qed jiġu kklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?", "Jista' jindika s-sess tagħhom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija l-antika ġewwa Wied il-Għajn għadhiex f'idejn il-Korp inkella għaddietx lura f'idejn il-Lands Department?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi li ħallsu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Belt fis-sena 2017 u sa issa fl-2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi li ħallsu fil-Mużew tal-Arkeoloġija tal-Arti l-Belt fis-sena 2017 u sa issa fl-2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6667, filwaqt li ssir referenza għall-artikolu 3 tal-Kap.", "545 li jipprovdi li \"ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li jkun magħmul minn President u mhux inqas minn erbgħa u mhux iktar minn sitt membri oħra\", jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl ta' dak li jingħad fl-imsemmi artikolu jekk ir-referenza għar-Regolatur fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap 497, tapplikax biss għall-President tar-Regolatur imsemmi jew inkella wkoll għall-membri l-oħra tar-Regolatur?", "Jekk tapplika biss għall-President, għalfejn tapplika għalih biss?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-proposti għall-emendi fl-Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, skont kif pubblikati f'Awwissu 2018, jekk ġiex ikkonsidrat ukoll l-impatt tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta' Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġeneral (Kompetizzjoni) et fuq il-poteri ta' awtoritajiet pubbliċi oħra li dawn jimponu multi jew sanzjonijiet oħra, u jekk iva x'passi qed jiġu kkonsidrati f'dan ir-rigward?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu xi passi fid-dawl tas-sentenza tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited et versus Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mogħtija fit-8 ta' Novembru 2018, b'mod partikolari biex fl-intervall sakemm isir il-bdil meħtieġ fil-liġi, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ikun f'qagħda li jista' effettivament jaqdi l-funzjonijiet tiegħu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7666 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7665 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Cabin Attendant u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Cabin Attendant li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq peress li x-xogħol fuq din it-triq ġejt infurmat f'risposta għall-mistoqsija parlamentari oħra li qed issir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal rinnovament ta' djar fl-Isla f'dawn l-aħħar ħames snin bejn is-sena 2014 u l-2018 sal-jum li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minn dawn ġew approvati?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkonferma huwiex minnu li l-istudenti tal-iSkola Sekondarja tar-Rabat Għawdex għadhom mingħajr għalliem tal-Malti?", "Kemm ilhom mingħajr għalliem?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7109 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-Ħadd, 9 ta' Settembru 2018, bejn is-sitta u t-tmienja u nofs ta' filgħaxija, is-sistema tat-telefon fir-Residenza San Vinċenz de Paul kienet totalment mhux qed tiffunzjona, bil-konsegwenza li ma setgħux jidħlu telefonati għand it-telephone operators u dan wassal biex, fost oħrajn, ma kienx possibbli li jissejjaħ it-tabib fil-każi fejn pazjenti kellhom bżonnu u għalhekk lis-staff tas-swali kellhom imorru jfittxu huma lit-tabib?", "Jekk dan huwa l-każ, x'kien li wassal għal dan it-tul kollu ta' ħin mingħajr servizz daqstant essenzjali f'post bħar-Residenza San Vinċenz de Paul li barra li jservi ta' sptar iservi wkoll ta' residenza?", "Kien hemm xi ħadd responsabbli on duty matul dak il-ħin, biex jieħu ħsieb dan l-inċident ta' din ix-xorta ġewwa r-Residenza?", "X'kienet ir-raġuni għal dan in-nuqqas totali ta' ffunzjonar tas-sistema tat-telefon?", "Barra minn hekk, kien tul ta' ħin raġonevoli dak ta' sagħtejn u nofs biex is-sistema terġa' tiġi lura għan-normal?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba t-tanker tal-gass f'Delimara ġie mimli mill-ġdid minn mindu bdiet taħdem il-power station tal-Electrogas sal-jum li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li hemm għadd ta' persuni inkwetati u f'sitwazzjoni inċerta, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab l-iskema tal-ħwienet tal-Gvern li għandhom operational agreements mal-original tenants?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7682 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fejn qegħdin jintefqu l-flus miġbura minn dawk il-kumpaniji li mhumiex iħaddmu l-kwota ta' ħaddiema b'diżabilità (2% mill-ħaddiema jkunu persuna b'diżabilità)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7683, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kien il-budget tal-Lino Spiteri Foundation għas-sena 2018?", "Kemm-il persuna b'diżabilità nstabilha impjieg matul din is-sena?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7784 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed isir jew jekk dan l-aħħar sarx bunkering fil-port ta' Marsaxlokk?", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'biħsiebu jagħmel il-Gvern Ċentrali sabiex jiġi eliminat il-periklu kbir li jeżisti fil-preżent fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun, peress li ta' spiss qed isiru diversi inċidenti serji f'din it-triq u mhux l-ewwel darba li vetturi li jkunu għaddejjin b'veloċità qawwija minn din it-triq, qed jispiċċaw jitilfu l-kontroll u jidħlu fil-bini ta' din it-triq fejn kien hemm anke okkażżjonijiet li karozzi li jkunu tilfu l-kontroll, baqgħu deħlin b'veloċità kbira fil-parapetti tad-djar, kif ukoll kien hemm xi rapporti fejn nies mexjin minn fuq il-bankina f'din il-bypass, kien għoddhom intlaqtu minn karozzi li jkunu tilfu l-kontroll?", "Peress li f'din it-triq kellha ssir service road li taqdi lir-residenti li joqogħdu f'din it-triq u li tissepara r-residenzi f'din it-triq mill-karreġġjati minn fejn jgħaddi t-traffiku u peress li din is-service road hi bżonnjuża wkoll għall-pedestrians sabiex ikunu jistgħu jimxu bla periklu bħalma kien sar fil-bypass ta' Ħal Għaxaq fejn hemm service road imma din għal xi raġuni mhux magħrufa għadha ma saritx fi Triq il-President Anton Buttigieg, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Infrastruttura Malta għandhiex pjanijiet sabiex din it-triq titwessa' fejn hu possibbli u ssir service road?", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Aġenzija Infrastruttura Malta sabiex tassigura li jiġu maqtugħin darba għal dejjem l-abbużi min-naħa tas-sewwieqa li jsuqu b'mod eċċessiv matul Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun (bħal speed cameras u sleeping policemen /traffic humps) sabiex tiżdied is-sigurtà u jonqos il-periklu f'din it-triq?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7779, peress li l-Ministru eskluda li tali ċirkwit se jsir fil-ġnien viċin il-Freeport, jista' l-Ministru jgħid hux f'pożizzjoni li jeskludi wkoll Ħal Far, bħala sit għaċ-ċirkwit peress li Ħal Far hu wkoll viċin ħafna tar-residenti ta' Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-bċejjeċ tal-baħar li hemm sorġuti fuq il-blat viċin l-entratura tal-lukanda Ramla Bay, limiti tal-Mellieħa hux qegħdin hemm bil-permessi tal-Awtoritajiet kompetenti u jekk iva, jista' l-Ministru jindika liema kienu dawn l-awtoritajiet li ħarġu dawn il-permessi?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-istruttura tal-ġebel (lighthouse) li hemm fiż-żona magħrufa bħala l-Aħrax, limiti bejn il-Marfa u l-Armier, fil-Mellieħa ssirilha l-manutenzjoni meħtieġa wara li kienet ġarrbet ħsarat aktar minn sentejn ilu?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol relatat mat-tqegħid tas-sistema tad-drenaġġ fiż-żona magħrufa bħala x-Xatt ta' Santa Marija fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tieħu l-flus għall-art privata tagħha fi Triq San Duminku, iż-Żejtun, li kien post mibni u li kien ittieħdilha u twaqqa' mill-Gvern fl-1989, biex isir car park pubbliku mingħajr is-sidien ma ngħataw ebda kumpens saħansitra anke wara li rebħu l-kawża u anke l-appell li sar mill-Gvern?", "Peress li fit-18 ta' Lulju 2017 il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri, mill-Onor.", "Imħallef Tonio Mallia u mill-Onor.", "Imħallef Joseph Azzopardi kienet ikkonfermat u obbligat lill-Gvern permess tal-Kummissarju tal-Artijiet biex iħallas il-kumpens ta' €88,616 imma billi sal-lum minkejja li għaddiet aktar minn sena mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dawn l-ispejjeż dovuti lil din l-anzjana għadhom ma tħallsux, jista' jara li tiġi segwita s-sentenza tal-qorti mingħajr aktar dewmien?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qiegħed fuq il-payroll tal-PBS?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-pożizzjoni li għandu u kemm hu s-salarju tiegħu?"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181119_169a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.02 p.m.", "It-Tnejn, 19 ta' Novembru 2018", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja rċeviet komunikazzjoni mingħand:", "Anton Refalo u wara li għamlet il-verifiki tagħha, irriżulta li fis-Seduta 158 tat-2 ta' Novembru 2018, l-Onor.", "Anton Refalo kien preżenti;", "Deo Debattista li huwa kien imsiefer fuq xogħol tal-Gvern fis-Seduti 164 u 165 tas-7 ta' Novembru 2018; u", "David Agius li huwa kien imsiefer fuq xogħol uffiċjali tal-Partit fis-Seduti 166 u 167 tat-12 u 13 ta' Novembru 2018, rispettivament,", "is-Sedja laqgħet dawn it-talbiet u ordnat il-korrezzjoni tal-Minuti tas-seduti msemmija.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 168, li saret fl-14 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "David Agius fit-tielet laqgħa tal-Joint Parliamentary Scrutiny Group fuq il-Europol li nżammet fil-Parlament Ewropew fi Brussell fl-24 u l-25 ta' Settembru 2018;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Toni Bezzina fil-laqgħa interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, State of the Debate on the Future of Europe, li nżammet fil-Parlament Ewropew fi Brussell fl-10 ta' Ottubru 2018; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja u tal-Onor.", "Glenn Bedingfield fit-Tieni Sessjoni tal-International Parliament for Tolerance and Peace li nżammet fil-Parlament tal-Albanija, f'Tirana fil-15 u s-16 ta' Novembru 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "WIED IL-GĦAJN – ENERĠIJA ELETTRIKA B'XEJN MILL-IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il familja f'Wied il-Għajn irċeviet enerġija elettrika b'xejn mill-enerġija ġġenerata mill-impjant ta' Sant'Antnin, mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar il-familji f'Wied il-Għajn li bbenefikaw mill-Good Neighbourhood Scheme.", "Nixtieq nirrimarka li minn skeda jirriżulta li fl-2013 kien hemm 6,018 household u llum, fl-2018, hemm 6,548 household, naturalment għax żdiedet ftit il-popolazzjoni tal-madwar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħtina aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-kontenituri li bħalissa qed jitqassmu mill-Wasteserv?", "Jista' jagħtina xi persentaġġi ta' kemm-il familja, s'issa, rċeviet dan il-kontenitur?", "Jista' jgħidlilna kemm baqagħlhom jitqassmu kontenituri u jekk it-tqassim hux se jibqa' jsir fl-ibliet u l-irħula jew inkella minn xi ċentru partikolari?", "JOSÈ HERRERA: Bażikament, l-Onor.", "Interpellant qed jistqasi dwar il-bulky waste, hux hekk?", "JOSÈ HERRERA: Niskuża ruħi, imma ma fhimtx sew il-mistoqsija.", "Jista' l-Onor.", "Interpellant, jekk jogħġbu, jerġa' jagħmel il-mistoqsija?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Qed nistaqsi dwar il-kontenituri għall-iskart organiku li qegħdin jitqassmu bħalissa.", "JOSÈ HERRERA: Meta ġejna biex nimplimentaw il-policy tagħna li nisseparaw l-iskart organiku, iddeċidejna li biex niffaċilitaw is-separazzjoni tal-iskart, inqassmu kontenituri biex wieħed ikun jista' jżomm l-iskart organiku ġo fihom.", "Ħareġ it-tender u parti mill-impenn tal-kuntrattur kien li jqassam il-kontenituri ma' Malta u Għawdex kollu, fejn inbeda dan il-proġett.", "Issa, wieħed irid japprezza li meta tmur tqassam door-to-door, mhux dejjem se ssib lil kulħadd, jista' jkun li mhux kulħadd jiftaħ u tista' wkoll taqbiżlek xi triq.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem sew x'qed nipprova ngħid, għax bħala Membru Parlamentari, bħali, jagħmel ukoll door-to-door visits.", "Naturalment, in-nies li ma rċevewx il-kontenituri se jilmentaw.", "Għalhekk, reġgħu saru tentattivi oħrajn, però xorta baqa' ammont ta' kontenitrui li għadhom ma tqassmux.", "Għalhekk, ftehmna mal-kunsilli lokali biex wieħed ikun jista' jiġbor dawn il-kontenituri mill-kunsill lokali u minn xi ċentru ċiviku ieħor.", "Issa, se nibdew inqassmu wkoll il-kontenituri l-oħrajn.", "Però għadna ma nafux jekk hux se nqassmuhom door-to-door jew niftehmu mal-kunsilli jew l-awtoritajiet lokali biex il-kontenituri jinġabru mingħandhom.", "Fil-ħajja, tikber u titgħallem u għalhekk, tipprova dejjem tkun aktar prattiku.", "Xi kultant, tipprova tilħaq lil kulħadd, imma jekk tkun qdejt 80% jew 90%, ma taqlax prosit ta' dan, imma tiġi kkritikat mill-10% li ma jkunux irċevewhom.", "Għalhekk qed naraw jekk jaqbilx li npoġġu dawn il-kontenituri f'ċerti ċentri u wieħed ikun informat biex jiġborhom minn hemm.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għal rapport li kien hemm illum, jidhirli fil-ġurnal The Malta Independent, dwar iċ-ċentri li jilqgħu fihom skart elettroniku u skart goff, bħal fridges, washing machines, monitors u dak kollu li jaħdem bil-batterija jew bid-dawl, dak li jissejjaħ Waste Electrical and Electronic Equipment (WEEE).", "Dan ir-rapport qed jgħid li f'dawn is-civic amenity sites hemm ammont konsiderevoli ta' skart elettroniku.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħti update ta' din is-sitwazzjoni, jgħid jekk dan ir-rapport hux korrett u jekk iva, kif se tissolva din is-sitwazzjoni?", "JOSÈ HERRERA: Din hija mistoqsija opportuna ħafna fiċ-ċirkostanzi u għalhekk importanti li wieħed jispjega daqsxejn din il-kwestjoni.", "Is-civic amenity sites qegħdin hemmhekk għas-servizz tal-kunsilli lokali u għall-pubbliku biex, primarjament, jilqgħu fihom il-bulky waste.", "Parti sostanzjali minn dan il-bulky waste huwa dak il-materjal li nsejħulu Waste Electrical and Electronic Equipment, WEEE.", "X'inhu dan il-WEEE?", "Bażikament, huwa kwalunkwe materjal elettroniku jew white goods li jiġi mormi mill-pubbliku, bħal pereżempju fridges, cookers, televisions, washing machines, computers u affarijiet simili.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-WEEE huwa regolat minn Direttiva tal-Unjoni Ewropea li tgħid li 45% ta' dan il-materjal li jitpoġġa fuq is-suq irid jinġabar lura minn xi ħadd.", "Iddaħħal ukoll il-konċett tal-extended producer responsibility fejn ir-responsabilità aħħarija tal-ġbir ta' dan it-tip ta' skart mhijiex tal-Gvern jew tal-Wasteserve, imma hija hija tal-producer.", "Hawn qed ngħidu li 45% ta' dak li jiġi produced jew importat irid jinġabar lura.", "Għaliex hemm din il-figura ta' 45%?", "Meta tipproduċi jew timporta, ma jfissirx li jekk għandek 100 television, se jintremew 100 television.", "Mill-kalkoli li tagħmel l-Unjoni Ewropea, raw li l-ammont huwa viċin il-45% u proprju għalhekk li d-direttiva tindirizza 45% tal-materjal.", "Kif diġà spjegajt, hemm dan il-konċett tal-producers extended responsibility.", "Kif se titħaddem is-sistema?", "Din hija sistema li wrietna bħala Gvern, fejn hemm żewġ skemi li jistgħu jiġu wżati mill-produtturi u l-importaturi ta' dan it-tip ta' materjal, li għandhom l-obbligu legali - mhux morali - u kuntrattwali li jiġbru lura dan l-iskart u jesportawh.", "Bħala Gvern, nipprovdu s-civic amenity sites, għaliex fl-aħħar mill-aħħar, il-Wasteserv toffri dan is-servizz ġenerali għall-pubbliku.", "Però, l-idea hi li dan il-materjal jinżamm hemmhekk temporanjament, imbagħad min għandu l-obbligu legali li jesportah, irid jara li jagħmel dan.", "Bħala Gvern, m'aħniex teknikament obbligati li nipprovdu dawn is-sites, però nagħmlu dan biex ngħinu lil dawn l-iskemi.", "Se nkun ċar: illum il-problema hi riżultat tal-produtturi u l-importaturi li għal xi raġuni jew oħra, mhumiex jonoraw l-obbligi kuntrattwali u legali tagħhom permezz ta' dawn l-iskemi u għalhekk dan il-materjal li suppost jinġabar minnhom, mhuwiex qed jinġabar.", "Dan wassal biex dawn is-civic amenity sites imtlew, għaliex min għandu l-obbligu u l-oneru legali li jneħħi dan l-iskart minn fihom, mhux qed jimxi ma' dan l-obbligu.", "Bħala Gvern, ipprovdejna site temporanju f'Ħal Far biex nieħdu l-overflow hemmhekk, ħalli s-servizz tas-civic amenity sites jibqa' għaddej.", "Jien tajt direttiva ċara daqs il-kristall lill-ERA biex bħala regolatur, tara li fejn hemm infringements, tipprova tikkoordina arranġament mal-produtturi u l-importaturi u fil-każ li jibqgħu ma jonorawx l-obbligu tagħhom, tieħu l-passi neċessarji.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Jista' l-Ministru jispjega eżattament x'qed isir mill-iskart organiku li qed jintrema' fil-borża l-bajd bħalissa?", "Mhux qed nirreferi għall-pjanijiet li hemm fit-tul, imma għall-proċess li għaddej bħalissa wara li tinġabar l-borża l-bajda.", "JOSÈ HERRERA: Dan l-iskart organiku qed jittieħed fl-impjant ta' Sant'Antnin fejn għandna l-makkinarju idoneu biex nittrattawh.", "Bażikament dan l-iskart jidħol ġo speċi ta' warehouse kbir, hemmhekk jiġi estrapolat l-ossiġnu u jitħalla jsir biex jiġġenera l-methane li jintuża biex nipproduċu l-elettriku, li finalment imur fil-grid tal-elettriku nazzjonali.", "Dak li jibqa' mill-iskart organiku jkun speċi ta' a lower grade of compost li għalissa, qed nużawh biex nirrijabilitaw il-miżbliet tal-Għallis u l-Magħtab, fost l-oħrajn.", "Ovvjament, wieħed ma jistax jaqbad u jirrijabilita l-miżbliet billi sempliċement jixħet dan il-kompost hemmhekk, imma trid tgħattih b'xi ħaġa.", "L-idea hi li sal-aħħar tas-sena, nilħqu persentaġġ ta' organic waste għal skop kummerċjali, biex inħajru investituri li jittrattaw dan il-kompost biex isir fertilizzant.", "Jekk dan il-kompost isir fertilizzant, dan il-materjal għandu valur kummerċjali kemm għall-esportazzjoni kif ukoll għall-użu lokali.", "Din hija l-mira tagħna.", "Però rridu nilħqu mal-1,000 tunnellata biex dan il-proċess ikun kummerċjalment vijabbli.", "Irrid ngħid li parti minn dan l-iskart kien diġà qed jiġi ttrattat għax, kif nafu, kellna sistemi pilota.", "Qabel ma imbarkajna fuq dan il-proġett, il-maġġoranza assoluta tal-iskart organiku kien ikun imħallat u kien jintefa' fil-miżbla fejn jiffermenta u jipproduċi r-refuse-derived fuel (RDF) u l-bilanċ l-ieħor ta' skart organiku minn dan il-proġett pilota kien qed jiġi ttrattat kif qegħdin nagħmlu llum.", "L-unika differenza li llum, il-borża s-sewda qed tiċkien, għaliex l-iskart organiku qed jiġi sseparat u minflok ma jintrema fil-miżbla, qed jiġi pproċessat.", "L-aspirazzjonijiet tagħna huma li eventwalment, sa sena oħra, inkunu naqqasna dan l-ammont ta' skart organiku.", "Jekk nilħqux din il-mira jew le, il-Bambin jaf, però aħna qed nagħmlu dak kollu possibbli biex nilħqu t-targets Ewropej li nirriċiklaw 60%.", "Din l-inizjattiva hija ħolqa oħra minn numru ta' inizjattivi li qegħdin nieħdu biex nilħqu dawn il-miri.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ilbieraħ f'ġurnal lokali kien hemm artiklu dwar is-single use plastic bħal straws li tużahom darba u tarmihom immedjatament.", "Hemm pajjiżi li qegħdin iħabbru data ta' meta lesti jipprojbixxu l-użu ta' dan is-single use plastic.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'inhu l-pjan ta' Malta dwar is-single use plastic u dak li qed jaħdem fuqu l-Ministeru f'dan ir-rigward?", "JOSÈ HERRERA: Ilbieraħ, qrajt intervista li ngħatat mill-Onor.", "Jason Azzopardi fejn qal li dan il-Gvern m'għandux politika ħolistika dwar is-single use plastic.", "Irrid ngħid li huwa totalment skorrett, għax kieku segwa x'qed jagħmel il-ministeru f'dan ir-rigward, kien ikun jaf li ċ-ċirkostanzi huma totalment differenti.", "Qabel ma l-Unjoni Ewropea ħadet pożizzjoni dwar is-single use plastic, jien diġà kont tajt struzzjoni ċara lill-ERA biex tħejji politika ħolistika u b'leġiżlazzjoni adegwata biex inkunu nistgħu nindirizzaw il-kwestjoni tas-single use plastic.", "Id-dokument huwa lest, fil-fatt jinsab quddiemi.", "Jien għaddejt danid-dokument lid-dipartiment tiegħi biex jarah u għamilt ukoll in-notamenti tiegħi.", "Nispera li f'qasir żmien, inkun nista' ntella' din l-istrateġija quddiem il-Kabinett biex niġi awtorizzat li nilleġiżla.", "Sadanittant, għamilna ħafna inizjattivi oħrajn.", "Insemmi, pereżempju, il-fishing gear; minn studju preliminari li għandi, jirriżulta li ħafna mill-plastik li jispiċċa fil-baħar huwa l-fishing gear.", "Għalhekk tajt ordni lid-Dipartiment tas-Sajd u bħalissa għaddej proġett pilota fejn qegħdin isiru testijiet bi ħbula biodegradable li jkunu tal-qanneb jew ta' materjal simili, minflok tan-nylon.", "Dawn il-ħbula jintużaw, pereżempju, għas-sajd tal-lampuki.", "L-idea hi li dak li jintrema fil-baħar ikun biodegradable.", "Dawn il-ħbula jintużaw darba biss, għax is-sajjieda jagħmlu ċ-ċimi darba u wara l-istaġun, dawn jinqatgħu.", "Is-sena l-oħra, bdejna wkoll inizjattiva li se naraw li nsaħħuha din is-sena, fejn qed nagħtu kumpens lil dawk is-sajjieda li jiġbru l-plastic mill-baħar.", "Illum, pereżempju, tista' tħallas u tmur tistad għal ghost nets.", "Xi ħaġa interessanti ħafna li fil-ġranet li ġejjin se tisimgħu ħafna dwarha hija l-green procurement li diġà ġiet approvata mill-Kabinett u wasalna biex inniedu l-policy.", "Il-green procurement se tolqot mhux biss il-ministeru tiegħi, imma se tkun mifruxa mal-ministeri kollha.", "Imbagħad, l-ikbar inizjattiva li qegħdin nieħdu bħalissa hija dik tal-kontenituri tal-minerali, magħrufa bħala l-bottle refund scheme, liema inizjattiva tinsab miexja sew.", "Din kienet viżjoni ta' dan il-Gvern, li issa qed naraw li tiġi implimentata.", "Inizjattiva oħra tirrigwarda l-kontenituri bil-ħxejjex u frott li jitqassmu lit-tfal fl-iskejjel.", "Sfortunatament, it-tender kien ingħata lill-irħas offerta u l-kontenituri kienu tal-plastik.", "Jien indirizzajt dik il-problema b'investiment ftit ikbar u llum qed jintużaw straws u kontenituri li huma biodegradable.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Fil-mistoqsija preċedenti tiegħi, staqsejt lill-Ministru dwar il-kontenituri għar-riċiklaġġ.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux f'pożizzjoni jgħid kemm tqassmu minn dawn il-kontenituri?", "JOSÈ HERRERA: Mill-aħħar statistika li għandi, sa ftit taż-żmien ilu konna qassamna 80%.", "Issa nissoponi li l-ammont li tqassam huwa ferm aktar minn hekk.", "Però dan ma jfissirx li l-kumplament ma setgħux jinġabru.", "Kif spjegajt, dawn setgħu jinġabru minn ċentri apposta u mill-kunsilli lokali.", "Apparti minn hekk, ma jfissirx li jekk wieħed m'għandux dan it-tip ta' kontenitur, ma jistax jirriċikla għax wieħed dejjem jista' juża kwalunkwe borża trasparenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nifhem li l-isfida tal-iskart m'għandha qatt tkun ballun politiku u min-naħa tagħna, aħna nissapportjaw lill-Ministru l-ħin kollu f'dan ir-rigward.", "Però hemm sfida oħra li nemmen li min-naħa tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ma ngħatatx l-attenzjoni meħtieġa.", "Hawn qed nirreferi għall-qbid tat-tonn bil-kuntrabandu li kien hemm dan l-aħħar, fejn ninnota li hemm nuqqasijiet mid-Dipartiment tas-Sajd.", "Nifehm li sar skambju ta' informazzjoni, però jidher li min-naħa tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, qatt ma ttieħdet azzjoni biex dan l-abbuż ma jerġax jirrepeti ruħu.", "Fil-fatt, jien ġbidt kemm-il darba l-attenzjoni ta' din il-Kamra dwar dan l-abbużż.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'rimedji qed jieħu biex 'il quddiem ma jkunx hemm aktar abbuż?", "JOSÈ HERRERA: L-ewwel nett, jidher li l-Onor.", "Interpellant mhux mgħarraf biżżejjed meta qed jgħid li qatt ma ttieħdu azzjonijiet.", "Xi ftit tax-xhur ilu, sar rapport mid-Dipartiment tas-Sajd lill-Pulizija eżekuttiva dwar il-fatt li wħud min-nies li jaqbdu t-tonn kellhom aktar tonn milli suppost qabdu.", "Fil-fatt kienet saret spezzjoni mid-Dipartiment tas-Sajd, instab li kien hemm aktar tonn u sar rapport lill-Pulizija li qed tinvestiga.", "M'għandix l-informazzjoni kollha, però jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmel mistoqsija bil-miktub, inkun nista' nwieġbu.", "Però nista' ngħid li hemm sistema ta' checks minn aġenziji barranin dwar kemm dieħel tonn fil-pans li jitkaxkar fit-territorju tagħna.", "Mela diġà tkun saret iċekjar minn dawn l-aġenziji barranin u mhux mill-awtoritajiet tagħna.", "B'hekk, in-numru ta' tonn li jidħol fil-pans suppost ikun tajjeb.", "Sfortunatament, meta jkun qed jinġarr il-ħut minn barra għal ġewwa u jingħadd, ġieli nsibu numru ta' tonn eċċessiv.", "F'dak il-każ, id-Dipartiment tas-Sajd jordna li dan il-ħut jiġi rilaxxat, kif ġieli ġara u jittieħdu wkoll proċeduri kriminali.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma tniġġis, ingħataw multi.", "Kif għedt, ma kontx naf li se niġi mistoqsi dwar dan, però, fis-sajf li għadda, il-ġurnali rraportaw dwar tuna pans li kienu qegħdin joperaw mingħajr ma kellhom l-apparat neċessarju u għalhekk, ma kenux qegħdin jadoperaw il-proċeduri neċessarji.", "Jien tajt ordni li tiġi sospiża l-liċenzja sakemm jottemporaw ruħhom ma' dak li kienu obbligati li jagħmlu.", "Nerġa' ngħid li weħlu wkoll multi amministrattivi konsiderevoli.", "Mill-istatistika li għandi, jidher li din is-sena l-ilmenti fuq it-tniġġis mit-tuna pans naqsu ħafna wara li, bħala ministeru, ħadna l-miżuri kollha neċessarji u wżajna l-poteri kollha li tagħtina l-liġi biex it-tuna pans joħorġu sitt kilometri 'l barra minn Malta kif huma obbligati li jagħmlu.", "B'hekk, għad li xi ftit tniġġis se jkollok dejjem, bil-miżuri li ħadna, irnexxielna nimmitigaw ħafna minn din il-problema.", "Issa forsi jkun hawn min jistaqsini jekk hux se jkun hemm min jikser il-liġi u jabbuża.", "Meta għandek industrija li tinvolvi miljuni ta' ewro, dejjem se ssib xi ħadd li jipprova jara kif se jagħmel biex jaqla' iżjed, anke akkost li jkun qed jikser il-liġi.", "Għalhekk qegħdin nieħdu miżuri ulterjuri, fosthom l-obbligu li kull tuna pan se jkollha l-cameras tagħha biex inkunu nistgħu niċċekkjaw eżattament xi jkun qed isir.", "Qegħdin nikkonsidraw ukoll li jkollna d-drones biex inkunu nistgħu nimmonitorjaw aħjar dawn it-tuna pans.", "Ma jistax ikun li ta' kuljum issir spezzjoni.", "Spezzjoni tfisser li trid toħroġ il-ħut kollu mill-gaġġa u tagħmilhom f'gaġġa oħra.", "Għalhekk dawn l-ispezzjonijiet isiru, bejn wieħed u ieħor, erba' darbiet fis-sena.", "Qed naraw li nimmitigaw l-abbuż, però kif għedt, huwa diffiċli li teskludi kull abbuż.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nerġa' nirreferi lill-Ministru għall-mistoqsija preċedenti tiegħi dwar is-single use plastic.", "Ftit taż-żmien ilu, kien qam daqsxejn għagħa meta beda jintuża s-single use plastic għall-iskema ta' ħalib, frott u ħaxix li jitqassmu fl-iskejjel.", "Dakinhar, il-Ministru kien wiegħed li se jara eżattament x'kien qed jiġri u li kien se jieħu azzjoni.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid jekk illum waqfx is-single use plastic li jiġi mormi mit-tfal fl-iskola wara li jingħataw il-ħalib, il-frott u l-ħaxix?", "JOSÈ HERRERA: Dik kienet kritika f'waqtha u kostruttiva li wasslet lili, personalment, biex nieħu azzjoni.", "Sinċerament, jien lanqas kont naf eżattament id-dettalji ta' dak it-tender, però rriżultali li xi snin qabel kien inħareġ tender fuq wegħda ta' dan il-Gvern li nfornu l-ħxejjex u l-frott b'xejn lill-istudenti fl-iskejjel tagħna.", "Li ġara kien li t-tender intrebaħ abbażi tal-prezz.", "Ngħid ukoll li dakinhar ma kienx għad kellna green procurement qawwi kif se jkollna issa.", "Però, jien rajt li nindirizza dik il-problema.", "Illum nista' ngħid li l-kontenitur tal-plastik li fih kien jitqassam il-frott u l-ħaxix ġie mibdul għal kontenitur bio-compostable u l-istraws tal-plastik huma ta' materjal biodegradable.", "Saret il-kritika, jien aċċettajtha u rajt li nindirizzaw il-problema.", "Ovvjament, infaqna iżjed flus, għaliex il-fatt li d-domanda għal dan it-tip ta' plastik mhijiex daqstant kbira, huwa ogħla, però indirizzajna l-problema.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Nifhem li l-Ministru huwa konxju li ftit taż-żmien ilu, sar studju dwar in-noise pollution fl-inħawi ta' Birżebbuġa fejn instab li dan qabeż il-livelli aċċettabbli.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna x'inhu jagħmel il-ministeru biex jimmitiga din il-problema?", "JOSÉ HERRERA: L-ewwel nett, naħseb li llum kulħadd jaqbel li ħsejjes żejda joħolqu noise pollution.", "Il-kwestjoni li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant hija marbuta mal-operat tal-Freeport.", "Hemm mezzi ta' kif wieħed jista' jimmitiga dawk il-ħsejjes u fil-fatt, qed jiġu analizzati metodi ta' kif nistgħu nindirizzaw il-problema.", "Però, apparti dan, jien deherli li kellu jkolli pjan u qafas leġiżlattiv ħolistiku, f'kodiċi għalih, ta' kif wieħed jirregola n-noise pollution.", "Nista' ngħid li kont innominajt kummissjoni li fiha involvejt numru ta' ministeri u l-ERA, u llum ninsab kuntent li għandi r-rapport lest bil-leġiżlazzjoni kollha.", "Din kienet biċċa xogħol akbar milli ħsibt, għalhekk, għalkemm huwa minnu li kont wegħedt li se nressaq din il-policy qabel, dan ma kienx possibbli.", "Però fil-ġimgħat li ġejjin, se nkun f'pożizzjoni li ntella' dan il-qafas leġiżlattiv quddiem il-Kabinett biex nindirizzaw din il-problema b'mod ħolistiku.", "Sur President, nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' households f'Wied il-Għajn li rċevew enerġija elettrika b'xejn mill-enerġija ġġenerata mill-Impjant ta' Sant' Antnin fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA'KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 384 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Reppublika ta' Malta; u", "Avviż Legali Nru 385 tal-2018 – Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni li jwaqqaf l-Aġenzija ta' Malta għall-Programm tal-Investitur Individwali.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' site plan tal-Awtorità tal-Ippjanar li turi navigation light fl-inħawi tal-Aħrax fil-limiti tal-Mellieħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7854.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "L-Onor.", "RAPPORTAĠĠ FIL-MEDIA", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, nixtieq nitlob lis-Sedja tara jekk hemmx lok li tieħu xi miżuri dwar allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħi lbieraħ, wara diskors li għamilt fis-Seduta Nru 166 tat-12 ta' Novembru 2018, mill-online portal theshiftnews.com.", "Dawn allegaw u insinwaw li jien ivvintajt affarijiet u saħansitra għamilt dikjarazzjoni falza f'dan il-Parlament fil-konfront ta' dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, meta qal li l-Prim Ministru qed idaħħal €5,000 kuljum minn fuq il-korruzzjoni.", "Hawnhekk għandi t-transcript ta' dak li qal l-Onor.", "Azzopardi u nikkwota:", "\"Il-Maltin imorru l-bank biex isarrfu ċ-ċekk ta' Joseph, għandna ċ-ċekk ta' Joseph ta' €40.", "Sinjura, dak iċ-ċekk sarrfu, però ftakar li hu …\"", "- jiġifieri l-Prim Ministru –", "\"… qed idaħħal €5,000, ħanini!\"", "Dan hu dak li qal eżattament l-Onor.", "L-ISPEAKER: Onor. Bedingfield, għidli eżatt x'qed titlob.", "GLENN BEDINGFIELD:Sur President, jien qed nitolb biex is-Sedja tara jekk hemmx lok li jkun hemm provvediment fil-konfront ta' din l-allegazzjoni minn theshiftnews li qed jgħidu li jien ivvintajt dikjarazzjonijiet dwar l-Onor.", "Jekk hawn allegazzjoni falza, hija dik li għamel l-Onor.", "Jason Azzopardi fil-konfront tal-Prim Ministru u mhux dak li qalu theshiftnews.com li jien ivvintajt xi ħaġa u saħansitra għamilt dikjarazzjoni falza!", "L-ISPEAKER: Għaddili d-dokumenti, jekk jogħġbok.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, bil-permess tal-Kamra, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tat-traskrizzjoni mhux uffiċjali tad-diskors li l-Onor.", "Jason Azzopardi għamel fis-Seduta 166 tat-12 ta' Novembru 2018; u", "Kopja ta' dak li ġie rrappurtat fuq is-sit elettroniku theshiftnews.com tat-18 ta' Novembru 2018 taħt it-titolu \"Disinformation Watch: Toxic tactics on 17 Black\".", "L-ISPEAKER: Is-Sedja qed tieħu nota.", "Se tara t-talba tiegħek u tagħmel il-verifiki meħtieġa.", "GLENN BEDINGFIELD: Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, nhar it-Tnejn li għadda ressaqna mozzjoni taħt l-Ordni Permanenti 13.", "Dakinhar il-Prim Ministru ma kienx preżenti, imma llum il-Prim Ministru huwa preżenti f'din il-Kamra u għalhekk nixtieq nistaqsi jekk hux se jagħmel xi stqarrija ministerjali dwar il-kwestjoni ta' 17 Black.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija fid-dawl li f'dawn l-aħħar ġranet kien hemm spekulazzjoni jekk hemmx inkjesta oħra jew le.", "Tajjeb li tal-inqas ikun hemm kjarezza fuq dan il-punt.", "L-ISPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, irrid ngħid li nhar it-Tnejn ma kontx preżenti minħabba xogħol tal-Gvern, imma nhar it-Tlieta kont preżenti f'din il-Kamra.", "Irrid ngħid li m'għandi assolutament xejn xi nżid ma' dak li qal id-Deputat Prim Ministru bi ftehim minn qabel mal-grupp parlamentari.", "Fir-rigward ta' inkjesti, il-Prim Ministru ma jagħtix struzzjonijiet lill-pulizija fejn jiftħu inkjesti jew le.", "Is-saltna tad-dritt tipprovdi li l-istituzzjonijiet jaħdmu b'mod awtonomu.", "Dak huwa li qed jagħmel dan il-Gvern.", "B'ċertezza ngħid li l-istituzzjonijiet se jkunu qed ikomplu jaħdmu f'pajjiżna!", "M'għandi xejn aktar xi nżid ma' dak li ntqal it-Tnejn li għadda!", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, jista' jagħti l-każ li l-Prim Ministru fehemni ħażin jew jien ma kontx ċar biżżejjed.", "Jien ma staqsejtx jekk il-Prim Ministru ordnax inkjesta, imma jekk għandux għarfien li għaddejjin inkjesti.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax bħalissa l-gazzetti qed jispekulaw dwar dan; min qed jgħid ħaġa u min oħra.", "Fattwalment, il-Gvern jaf jekk hemmx inkjesti għaddejjin fuq xi ħaġa li din is-Sedja ddeterminat li hija xi ħaġa ta' natura pubblika, nazzjonali u urġenti u n-naħa tal-Gvern qablet ma' dan?", "Bl-ebda mod ma staqsejt jekk kienx il-Gvern jew il-Prim Ministru li ordna l-inkjesti.", "Però naħseb li huwa fl-interess tal-pubbliku li nkunu nafu jekk hemmx inkjesti għaddejjin.", "L-ISPEAKER: Is-Sedja qablet li jsir dak id-dibattitu minħabba n-natura ta' urġenza.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, jien antiċipajt din il-mistoqsija u għalhekk ipreparajt ftit notamenti li jitfgħu dawl dwar din il-kwestjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni jifhem li din hija materja fejn aħna l-politiċi rridu noqogħdu attenti x'ngħidu, minħabba l-ġurisprudenza li hemm f'dan is-settur.", "Irrid ngħid li ladarba f'pajjiżna għandna s-saltna tad-dritt taħdem b'mod tajjeb u għandna separazzjoni tal-poteri effettiva, jien bħala Ministru għall-ġustizzja u parti mill-eżekuttiv, ma kontx informat li tnediet inkjesta speċifika rigward is-17 Black.", "Dan jirrifletti l-indipendenza assoluta tal-ġudikatura tagħna.", "Però wara l-iżvilupp tal-bieraħ, fejn dehru artikli f'xi sezzjoni tal-istampa, jien għamilt kuntatt mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u ġie kkonfermat lili li tabilħaqq, hemm inkjesta maġisterjali għaddejja esklużivament dwar 17 Black.", "Din l-inkjesta ntalbet mill-pulizija numru ta' ġimgħat ilu, qabel ma kien hemm aħbarijiet minn Reuters dwar il-proprjetà ta' 17 Black.", "Din l-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Charmaine Galea.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni japprezza li ladarba l-liġi tissalvagwardja s-segretezza tal-inkjesti, speċjalment dawk pendenti, jien m'iniex akkonoxxenza ta' aktar dettalji milli għadni kif spjegajt.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Nixtieq nirringrazzja lill-Ministru għall-Ġustizzja għall-informazzjoni li pprepara - għax antiċipani- u li però għoġbu jiżvela biss wara li jien għamilt il-mistoqsija.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk antiċipax ukoll informazzjoni dwar dak li qed jingħad fil-gazzetti, li sorsi qrib il-pulizija qed jgħidu li kien hemm xi żviluppi fil-kwestjoni tal-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia?", "Il-Ministru huwa f'pożizzjoni li jaġġorna lill-Kamra f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Din hija bla dubju ta' xejn kwestjoni fejn għandna nħallu lill-istituzzjonijiet jaħdmu b'serenità!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-istituzzjonijiet qed jagħtu riżultati f'dan il-pajjiż.", "Għalhekk ejja ma naslux f'punt fejn jekk ma jingħad xejn, ngħidu li l-istituzzjonijiet ma qed jagħmlu xejn, u jekk tkun irrappurtata xi ħaġa, noqogħdu nispekulaw jew nitolbu informazzjoni.", "L-istituzzjonijiet jaħdmu b'mod awtonomu mill-Gvern.", "Onor. Fenech Adami, isma' minni, isma' dak li qed ngħid!", "Ejja nħallu lill-istituzzjonijiet jaħdmu b'mod awtonomu!", "Jien għandi fiduċja assoluta fil-pulizija u fil-ġudikatura.", "Ejja nħalluhom jaħdmu b'serenità assoluta!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, nikkondividi dak li qal il-Prim Ministru, li għandna nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu b'mod awtonomu u indipendenti.", "Però, naħseb li l-Ministru għandu jinforma lil din il-Kamra qabel lill-midja internazzjonali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nerġa' ngħid li m'iniex qed nissuġerixxi li għandna nindaħlu lill-istituzzjonijiet, però ma naħsibx li l-Gvern għandu jibqa' sieket fuq materja ta' interess nazzjonali, li taffettwa dak li jaħsbu l-Maltin u l-Għawdxin u l-benessere tar-reputazzjoni tal-pajjiż.", "Jekk hemm xi ħaġa li trid tingħad, il-Gvern jista' jagħżel li tingħata bil-metodi konvenzjonali li jintużaw fil-pajjiżi ċivilizzati tal-Punent demokratiċi kollha, jew billi l-Kummissarju tal-Pulizija jagħti konferenza stampa jew billi l-Ministru pertinenti jinforma lil din il-Kamra.", "Mhux qed ngħid li hemm bonn ta' dettallji, imma dak li jiġi leaked lill-gazzetti minn sorsi qrib il-pulizija jew mill-ministri stess, għandu jingħad fil-fora relattiva rispettiva.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, dan se jkun l-aħħar intervent tiegħi.", "L-ewwel nett, allaħares il-Gvern jipprova jirregola lill-mezzi tax-xandir x'jgħidu jew x'ma jgħidux!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-mezzi tax-xandir jaħdmu b'mod awtonomu u bla dubju ta' xejn, dak li jxanndru huwa fir-responsabilità.", "Nista' ngħid biss li kull kelma li tingħad fuq din il-kwestjoni hija kelma żejda!", "Ejja nħallu lill-istituzzjonijiet jaħdmu!", "Din żgur hija l-pożizzjoni tan-naħa tal-Gvern, fejn żgur li mhux se nindaħlu fix-xogħol tal-istituzzjonijiet.", "Jidher li l-Oppożizzjoni qed timxi b'mod ieħor, fejn hemm min qed jivvinta minn żniedu u l-istituzzjonijiet tagħna ma jistgħux iwieġbu għal dawn l-invenzjonijiet kbar li qed isiru f'dan ir-rigward.", "Nerġa' ngħid, ejja nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu!", "Min-naħa tiegħi, nieqaf hawn.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, għal darb'oħra nikkondivdi dak li qal il-Prim Ministru.", "Però f'dak id-dawl, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia kien qed jagħmel sew li jgħaddi l-kummenti tiegħu lill-midja internazzjonali minflok lil din il-Kamra?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, bħala Whip tal-Oppożizzjoni, fin-nuqqas tal-Onor.", "Jason Azzopardi, qed nitolbok biex tara jekk ir-rappurtaġġ li deher fil-ġurnal l-orizzont tal-Ħamis, 15 ta' Novembru 2018, dwar dak li qal l-Onor.", "Silvio Schembri f'din il-Kamra fis-seduta tal-Erbgħa, 14 ta' Novembru 2018, kienx leali, anke fid-dawl li ma saritx referenza għal żewġ points of order li kienu saru.", "L-ISPEAKER: Għaddili d-dokument, jekk jogħġbok.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, bil-permess tal-Kamra, f'isem l-Onor.", "Jason Azzopardi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-artiklu li deher fuq il-ġurnal l-Orizzont tal-Ħamis, 15 ta' November 2018 intitolat \"Ngħidlek imissek tistħi tal-gideb li qed tgħid\".", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nirreferi lis-Sedja għall-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fejn kien intqal li nhar il-Erbgħa l-21 ta' Novembru 2018 u t-12 ta' Diċembru 2018, se jittieħdu l-votazzjonijiet.", "Fid-dawl li, sal-lum, għadha ma ntalbet l-ebda division u fid-dawl li nhar l-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 mistennija tkun l-aħħar seduta qabel il-ferjat tal-Milied, bi qbil mal-Oppożizzjoni, kull votazzjoni li se tintalab, kif ukoll il-votazzjoniet dwar il-Baġit se jittieħdu fit-12 ta' Diċembru 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nikkonferma.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Novembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nieħu pjaċir ninnota li l-Att dwar it-Trademarks se jitħassar u jiġi ssostitwit b'Att totalment ġdid li jinkludi d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2015/2436 li toffri standards li għandhom jitqiesu bħala minimi biex b'hekk ikollna l-istreamlining li qed jinħoloq fl-Unjoni Ewropea.", "Bis-saħħa tal-fatt li aħna membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea, għandna suq wieħed, qegħdin fiż-żona Euro kif ukoll fix-Schengen, permezz ta' din id-direttiva, se jkun hemm assigurazzjoni u vantaġġi ikbar għas-suq kummerċjali.", "Nifhem ukoll li f'dinja globalizzata li naqqset il-fruntieri, hemm aktar moviment ħieles ta' nies u hija aktar kummerċjali u tħares lejn l-aspett ekonomiku.", "Ninnota li hemm diversi pajjiżi li għandhom suq intern li huwa kbir li bdew iniedu b'mod aktar aħrax dik l-ekonomija li tipproteġi s-swieq tagħhom bid-drittijiet ekonomiċi li jħarsu l-interessi tal-pajjiż tagħhom biss, minflok koperazzjoni ma' pajjiżi oħrajn.", "L-għaqda ssaħħaħ il-kummerċ u dan huwa l-qofol ta' suq wieħed ħieles fl-Unjoni Ewropea.", "Meta nara din il-liġi, ninnota li kull trademark hija simbolu ta' identità, li jagħraf karatteristiċi ewlenin ta' xi persuna jew entità u għalhekk la trademark tkun reġistrata, din se ġġorr ċerti drittijiet, obbligazzjonijiet, protezzjoni, salvagwardji u rispett legali min-naħa ta' terzi.", "Għalhekk m'hemmx dubju li ladarba se jkun hemm din l-uniformità madwar l-Unjoni Ewropea bil-minimum standards, se jkun hemm aktar streamlining madwar l-istati membri.", "Dan se joħloq impatt pożittiv li bis-saħħa tiegħu, xi ħaġa żgħira imma sinifikanti bħal din, se tkabbar l-ekonomija u l-kompetittività.", "Minn dan kollu se jgawdu n-negozji ż-żgħar, għax se tinħoloq opportunità ta' aktar koperazzjoni bejn l-istati membri u se jiġi protett aktar il-konsumatur.", "Għaldaqstant, din il-liġi se tkun qed toffri serħan il-moħħ biex trademark tkun protetta mhux biss fuq dimensjoni nazzjonali, imma wkoll fuq pjattaforma tal-Unjoni Ewropea.", "Se jkun hemm ukoll protezzjoni f'xenarju meta jkun hemm kompetizzjoni inġusta, għax din se titnaqqas ferm aktar.", "Sur President, hawn nixtieq insemmi punt kruċjali.", "Waqt li kont qed nipprepara għal dan id-diskors, ħarist lejn id-dibatitti li kienu saru min-naħa tal-Unjoni Ewropea meta kienu qegħdin jippreparaw dan il-qafas ta' liġi u wieħed mill-punti li laqtuni, għax jolqot lin-nies fil-laħam il-ħaj, huwa proprju dwar il-mediċini.", "Biex nispjega ruħi aħjar, hemm mediċini li huma tad-ditta, dawk li ngħidulhom proprietary names u hemm mediċini ġeneriċi li ġeneralment juru l-ingredjent mediċinali bħala l-istess ditta.", "Dan huwa l-qofol ta' dan l-argument.", "Din hija xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea ġibdet l-attenzjoni għaliha, b'mod partikolari fuq dan il-prodott essenzjali, għax aħna nafu li l-mediċini ġeneriċi, għalkemm xorta huma tal-istess kwalità għax jgħaddu mill-Awtorità tal-Mediċini u jiġu ċċertifikati kemm min-naħa tal-Ewropa kif ukoll mill-awtorità lokali, huma ferm orħos.", "Il-mediċini jolqtu lill-konsumatur b'mod dirett, għax huma essenzjali biex nikkuraw ċertu mard.", "Meta jkun hemm xi ħadd li jirreġistra trademark li hija mediċinali, jista' jkun hemm is-sitwazzjoni fejn kompetitur li għandu l-istess ingredjent, liema ingredjent jidher fuq il-kaxxa, joġġezzjona biex dik il-mediċina ġenerika ma tiġix rilaxxata, għax tkun toqrob jew simili għall-mediċina li hija tad-ditta, il-proprietary name.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti li nħarsu lill-konsumatur meta niġu biex nirreġistraw dawn it-trademarks min-naħa ta' min ikun qiegħed jagħmel is-superviżjoni tagħhom, għax jista' jolqot is-suq lokali mingħajr ma ħadd jirrealizza.", "Meta qrajt l-Att dwar l-Oġġetti u s-Servizzi li huwa intiż sew, indunajt li apparti dawk it-trademarks b'mod grafiku, jiġifieri b'disinji jew bi kliem, se ndaħħlu wkoll trademarks li għandhom x'jaqsmu mal-ħoss, b'mod partikolari mal-mużika, jiġfieri mas-smigħ, mal-vista u max-xamm.", "Jidher li dawn is-sensi jistgħu jiġu rreġistrati bħala trademarks.", "Il-liġi tidentifika b'mod ċar u preċiż dak li għandu jiġi protett.", "Fil-fatt, din se tkun l-ewwel darba li se jkollna Att ta' dan it-tip fil-liġi lokali.", "L-Abbozz jitkellem ukoll dwar l-invalidità ta' trademark, jiġifieri meta trademark tiqies invalida b'mod assolut minħabba l-fatt li l-għamla, il-forma jew n-natura tal-oġġett ikunu ovvji.", "Pereżempju, jien ma nippretendix li jkun hemm furnar li jipprova jirreġistra l-ħobża Maltija bħala trademark b'mod li t-trademark tal-ħobża Maltija tkun tiegħu u ta' ħadd aktar.", "Hemm sitwazzjonijiet fejn min se jirreġistra jrid ikun sensittiv għal dawn l-affarijiet, kif għadni kif semmejt fir-rigward tal-mediċini.", "L-Abbozz jispjega b'mod tajjeb kif jistgħu jitħarsu l-infringements.", "Se jitħarsu wkoll id-drittijiet u l-obbligi ta' min għandu trademark tan-negozju li għandu d-dritt ta' proprjetà u allura meta jbigħ in-negozju tiegħu, it-trademark tkun tista' tiġi trasferita flimkien mal-azjenda.", "Hemm ukoll modi u mekkaniżmi kif wieħed jista' jfittex jekk it-trademark tkunx toqrob lejn trademark oħra.", "Sur President, hu tajjeb li jkollok struttura leġiżlattiva.", "Nieħu pjaċir ninnota li se jkollna streamlining li se jkun ċar u se jkun hemm drittijiet u obbligi li jħarsu kemm liċ-ċittadin bħala konsumatur - għax permezz ta' trademark jista' jagħraf l-oġġett li jkun qed jixtri - kif ukoll lin-negozjant għax bit-trademark jista' jkun qiegħed jirriklama lilu nnifsu u jorbot il-prodott tiegħu ma' ċerta kwalità.", "Però mingħajr infurzar u moniteraġġ, ma naslu mkien.", "Dan huwa proprju l-gwaj ta' pajjiżna, li ngħaddu ħafna liġijiet tajbin minn dan il-Parlament, imma meta niġu biex ninfurzawhom, iċ-checks and balances huma fqar wisq.", "Dan hu fejn is-sistema hija dgħajfa u fejn irridu nindirizzawha.", "Sur President, se nsemmi awtorità waħda biss li ta' spiss insemmiha f'dan il-Parlament għax għalija hija regolatur li ma tħarisx lill-konsumatur.", "Hawn qiegħed nirreferi għall-MCCAA li hija l-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, li suppost tipproteġi lill-konsumatur u tħares l-interessi tan-negozjant, imma hija awtorità bla snien.", "Il-Qorti qatgħet sentenza fejn ġabitha bla snien, imma jidher li min-naħa tal-Gvern m'hemmx ir-rieda li jitranġaw l-affarijiet.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nindirizza lill-Ministru Chris Cardona li nixtieq li jinsab preżenti f'din il-Kamra, però nispera li għall-inqas qiegħed jismagħni mill-uffiċċju tiegħu.", "Bħala pajjiż, kemm aħna verament lesti għall-futur?", "Ma nistgħux nitkellmu fuq il-futur jekk ma nsemmux ukoll is-sotenibilità.", "Kemm qegħdin nindirizzaw l-isfidi preżenti b'roadmap li tindika viżjoni u direzzjoni għall-futur?", "Il-kelma 'roadmap' intesiet mill-2013 'l hawn, għax ħadd min-naħa tal-Gvern m'għadu jsemmiha.", "Meta qed ngħid viżjoni, mhux qed infisser għal minn issa sal-elezzjoni li ġejja, imma b'direzzjoni għal 15 jew 20 sena oħra.", "Filwaqt li t-tkabbir ekonomiku qiegħed jikber u din hija xi ħaġa tajba, fl-opinjoni tiegħi, fil-baġit li għadda l-Gvern ma vara l-ebda inċentiv ekonomiku ġdid biex isaħħaħ is-settur ekonomiku.", "Jekk se nistrieħu biss fuq il-qasam tal-blockchain, irridu noqogħdu attenti, għax dan għadu fil-ġuf, f'perjodu esperimentali u għalhekk nistgħu niżbaljaw.", "Mill-aspett ta' inċentivi ġodda għall-iżvilupp ekonomiku, jien m'għandix serħan il-moħħ għall-futur ta' pajjiżna.", "Aktar minn hekk, qed ninnota li l-ekonomija fl-aqwa żmien ta' bħalissa qiegħda sserraħ rasha fuq l-iżvilupp u l-ispekulazzjoni ta' bini bla rażan, għax m'hemmx pjan nazzjonali.", "M'hemmx strateġija ta' kemm għandna bżonn uffiċini, appartamenti u lukandi f'Malta.", "Kulħadd jibni għal riħu, mingħajr ma nħarsu lejn l-infrastruttura u l-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna.", "Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, nistenna li fil-futur qrib, se jkollna ċerti sfidi li aħna l-membri ta' din il-Kamra se jkollna niffaċċjaw flimkien b'responsabilità.", "Dan għaliex dak li qed isir mhux qiegħed iħares lejn il-futur ta' pajjiżna.", "Qed niftaħru b'surplus, li huwa tajjeb, però qed ninsew li n-negative tradeback ta' pajjiżna qabeż iż-€2 biljun.", "Il-Consolidated Fund qiegħed fi żbilanċ negattiv, u għandna dejn nazzjonali ta' €6.6 biljun.", "Oltre minn hekk, pajjiżna huwa insigur f'dak li għandu x'jaqsam mal-ikel u x-xorb, li huma essenzjali għall-għajxien tal-bniedem.", "Ħafna minna nattendu konferenzi internazzjonali fejn kulħadd jitkellem fuq food and water security.", "Bħala pajjiż m'għandna xejn minn dan, għax aħna net importers.", "Meta nħares lejn il-mod kif qed tiżvolġi l-ekonomija, ninduna li la hija ċirkolari u lanqas hija dik li b'mod tekniku, tissejjaħ green economy.", "Il-qofol u s-sisien tas-sostenibilità huma n-nisġa li għandu jkun hemm bejn l-ekonomija, l-ambjent u l-aspett soċjali.", "Jekk dawn jimxu paripassu, flimkien bi sħab, huma garanzija ta' sostenibilità.", "Però aħna nafu li meta qegħdin inħarsu lejn l-ekonomija, qegħdin ninsew totalment l-ambjent li fl-aħħar mill-aħħar, ifisser is-saħħa ta' kull ċittadin Malti u Għawdxi.", "Qegħdin ninsew ukoll il-mod kif 'il quddiem se nfornu s-servizzi soċjali tagħna minħabba ċ-ċifri li għadni kemm semmejt.", "Minkejja li forsi qed ninstema' xi ftit negattiv, fil-fehma tiegħi, qiegħed inħares b'mod realistiku lejn l-isfidi li pajjiżna jista' jkollu fil-viċin.", "Bħala membri ta' din il-Kamra, għandna d-dover li nindirizzaw l-isfidi għall-membri li se jiġu warajna.", "Fl-istess ħin, xorta għandi tama li nistgħu nindirizzaw l-affarijiet b'mod ferm aħjar.", "L-appell tiegħi lill-Ministru Chris Cardona huwa li flimkien mal-Ministri l-oħrajn, jaraw kif se jindirizzaw l-ekonomija b'mod aktar effettiv, biex nagħtu aktar saħħa lil pajjiżna.", "B'hekk inkunu qegħdin nħarsu l-interessi nazzjonali bl-aħjar mod u b'responsabilità għax inkunu qegħdin inħarsu l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin preżenti u dawk futuri.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, irrid nibda billi nirringrazzja lill-Onor.", "Clifton Grima li ċedieli biex nitkellem qablu, għax illum ninsab ftit ma niflaħx.", "Kif jaf sewwa l-Ministru Chris Cardona, meta titkellem fuq liġi f'din il-Kamra, la tieħu punti żejda u wisq anqas dak li tgħid ma jiġi apprezzat mill-kostitwenti.", "Meta titkellem f'din il-Kamra, tkun qed tagħti sehmek fid-dibattitu, li hu tajjeb, imma tkun qed tissogra wkoll li tesponi ruħek għall-kritika tan-naħa l-oħra.", "Kultant ikun ħaqqek, imma xi kultant il-kritika tkun inġusta u xejn kumplimentuża.", "Però, bħala membri parlamentari, aħna naċċettaw il-kritika li fil-fehma tiegħi, hija parti mill-occupational hazard ta' min hu fil-politika.", "Għalhekk, nitlob lill-Ministru biex jieħu l-kritika tiegħi in buona fede, kif iħobbu jgħidu l-avukati.", "Din il-liġi li qed niddiskutu tirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' trademark li mbagħad iwassal għal branding u għalhekk, se tagħti ċerti standards ġodda lill-konsumatur.", "It-trademark, il-branding u l-istandards huma importanti, għaliex jagħtu identità lil kumpanija permezz ta' reklamar.", "Pereżempju, meta konsumatur irid jixtri flokk jew żarbun għall-ġiri, awtomatikament f'moħħu jaħseb f'kumpanija partikolari, għax għalih, għandha prodott tajjeb.", "It-trademark jagħti kunfidenza lill-konsumatur, għax iwassal messaġġ ta' serħan il-moħħ lill-konsumatur li se jixtri prodott tajjeb, li suppost se jaqdih sew.", "It-trademark jimmotiva lill-konsumatur li jixtri l-prodott tal-kumpanija u jagħti status lill-konsumatur, għax jgħid li se jixtri prodott tad-ditta.", "Issa hawn irrid nagħmel kumment qasir dwar affarijiet tad-ditta, xi ħaġa li fiha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi wkoll.", "Kif nafu, hawn faqar li huwa assolut, fejn xi ħadd ma jkunx jista' jlaħħaq mal-kera – bħalissa hawn ħafna minnhom u qed jiżdiedu – ma jistax ilaħħaq mal-livell tal-għoli tal-ħajja u ma jistax jixtri dak li għandu bżonn ta' kuljum.", "Imbagħad, hemm min qiegħed f'faqar relattiv, fejn xi ħadd m'għandux flus biex jixtri par żarbun jew flokk tad-ditta lit-tfal tiegħu u allura jħossu inqas minn dak ta' ħdejh.", "Sfortunatament, jeżistu dawn iż-żewġ tipi ta' faqar; ovvjament l-aktar wieħed serju huwa l-faqar assolut li qed jiżdied.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia għamel referenza għall-konċett ta' lealtà lejn it-trademark, liema lealtà trid tiġi reċiprokata lejn il-konsumatur, anke jekk sfortunatament, dan mhux dejjem hu l-każ.", "Hawn Malta, xi kultant, l-after sales services mhuwiex dejjem dak mixtieq.", "Tixtri l-prodott, jinqalagħlek xi ħaġa u qisu ħadd ma jafekxu qatt ma rawk quddiemhom.", "Ġieli jgħidulek li m'hawnx spare parts, jew jaqlgħulek fwiedek biex jagħtuk l-after sales service.", "Hawn irrid inwessa' ftit aktar l-argument.", "Il-branding hu marbut mal-qasam tal-kummerċ u n-negozju u jkolli nagħmel ftit kritika kostruttiva fejn jidħol dan il-qasam.", "Niftakar li fi żmien Gvern Nazzjonalista, konna ħriġna bl-inizjattiva ta' Brand Malta.", "Kif nafu, Malta huwa post sigur, sabiħ, kburin ngħidu li ssib nies li lesti jgħinuk, b'ħafna minnhom jitkellmu b'lingwi diversi, fosthom l-Ingliżi, b'ibħra nodfa, arja nadifa u kampanja mill-isbaħ.", "Però, irrid nistaqsi: Illum, qed nibżgħu biżżejjed għal Brand Malta u għall-isem ta' Malta?", "Ir-reputazzjoni ta' Malta taffettwa n-negozju ukoll.", "Malta għadha post sigur?", "Pereżempju, jien ninkwieta meta fuq il-ġurnali naqra li l-Ambaxxata Amerikana f'Malta avżat liċ-ċittadini tagħha biex joqogħdu attenti minn Paceville, għax dan mhux post sigur u huwa post ta' attività illegali u kriminali.", "Tgħid ukoll li wħud mill-bouncers jaqilgħu l-inkwiet huma stess u ma jkunx hemm biżżejjed forzi tas-sigurtà.", "Ovvjament, diskors bħal dan jagħmilna l-ħsara, għax hija dak li tgħid l-Ambaxxata Amerikana jġorr ċertu piż.", "Tant hu hekk, li meta jien immur fuq missjoni ta' osservazzjoni f'elezzjonijiet barra minn Malta, ħafna drabi jgħidulek li jekk trid tkun taf aktar dwar is-siġurtà fil-pajjiż, għandek tara x'inhi tgħid l-Ambaxxata Amerikana.", "Kif nafu, Paceville huwa post tad-divertiment u diskors negattiv dwar dan il-post qed iħammeġ isem pajjiżna.", "Fir-rigward ta' ibħra nodfa, din is-sena x-Xatt l-Aħmar f'Għawdex kien imfawwar bid-drenaġġ għal aktar minn darba.", "Ittieħdu passi, imma ma jidhirx li l-problema kienet riżolta għal kollox.", "Issa, hawn mhux qed ngħid li hu tort tal-Ministeru, imma hu fatt li kien hemm dan it-tniġġis, li kitbu dwaru anke għaddasa barranin, għax dan hu post popolari ħafna mal-għaddasa.", "Il-baħar tagħna qed jiġi mniġġes ukoll minħabba l-fish farms.", "Għalhekk nistaqsi: Qed nagħmlu biżżejjed biex nipproteġu \"Brand Malta\"?", "Fejn tidħol l-arja nadifa, aħna qegħdin fir-raba' mill-agħar post fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern qed iħallas aktar minn €1 miljun minn flusna, għax bħala pajjiż, ma rnexxielniex nilħqu l-mira tal-Unjoni Ewropea.", "Ma nafx jekk il-Gvern jafx, imma skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, it-toxic air pollution toqtol nies daqskemm joqtlu s-sigaretti.", "7 miljun persuna fis-sena jmutu probabbli mingħajr ma jafu u mingħajr ma jistgħu jagħmlu xejn dwar din minħabba it-toxic air pollution.", "Ma naħsibx li din hija l-\"Brand Malta\" li rridu!", "Ir-reputazzjoni ta' Malta marret il-baħar ukoll.", "Ir-reputazzjoni ddum ħafna biex tibniha, imma mbagħad malajr titlifha.", "Illum issiefer barra u jistaqsuk x'inhu jiġri f'Malta.", "Dan ikkonfermah l-istess Ministru għall-Finanzi meta qal li kull meta jaqbad taxi, l-ewwel ma jkellmuh hu dwar il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni f'Malta.", "Il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kien att inaċċettabbli, speċjalment f'demokrazija, li seraq omm u mara minn familtha.", "Aktar minn hekk, dan il-qtil għamel ħsara irreparabbli lill-pajjiż.", "Kif qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, hija stramba li jekk l-investigazzjonijiet ta' dan il-qtil waslu fi stadju delikat, insiru nafu mill-ġurnali.", "Agħar minn hekk, ikollok il-Ministru għall-Intern li jikummenta ma' stazzjon barrani u kważi jikkonferma dak li kien hemm fil-ġurnali.", "Jekk ġew identifikat il-mandanti ta' dan il-qtil, naħseb li aktar ma nikxfu jdejna, aktar ikun aħjar.", "Illejla, il-Prim Ministru qalilna li ma jridx jikkummenta, imma mbagħad il-Ministru għall-Intern, li suppost mhux involut fl-investigazzjoni u ma jkunx informat bid-dettalji, imur jagħmel dikjarazzjoni ma' ġurnali barranin dwar fejn waslu l-investigazzjonijiet!", "Hemm indipendenza fl-investigazzjonijiet jew le?", "Ngħid għalija, m'iniex konvint li hemm.", "Malta qed tissemma minn aġenziji tal-aħbarijiet notevoli bħala bejta ta' kuntrabandu u ħasil ta' flus.", "Tisma' s-CNN, il-BBC u r-RAI, kollha jsemmu l-każ ta' Daphne Caruana Galizia u l-investigazzjoni dwaru.", "Din hija l-Malta li rridu nbigħu lill-barranin?", "Niftakar li wara l-kriżi fil-Libja, kienu ġew Hilary Clinton, Segretarju tal-Istat Amerikan, il-Prim Ministru Libjan u l-Prim Ministru Ingliż kollha jirringrazzjaw lil Dr Lawrence Gonzi u lill-poplu Malti għas-sehem li tajna fil-kriżi tal-Libja.", "Illum tmur barra u, kif qal il-Ministru għall-Finanzi stess, isemmulek il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Għall-Gvern, dan hu tort tal-Oppożizzjoni, għax imorru jitkellmu dwar Malta barra minn pajjiżna.", "Jidher li l-Gvern hu komdu b'din in-narrattva, imma jekk il-Gvern minflok jaffaċċja l-problema, se jibqa' jattakka lill-messaġġier, mhu se jsolvi xejn.", "Insemmi wkoll il-Pilatus Bank li ħammiġna mad-dinja kollha.", "Dan il-bank qatt ma messu ngħata l-liċenzja.", "Kif nafu, ħallejna lil sidu jaħrab minn Malta u l-Kummissarju tal-Pulizija inkompetenti li għandna, mar imexmex il-fenek.", "Huwa tort tal-Oppożizzjoni li nfetaħ Pilatus Bank hawn Malta?", "Insemmi wkoll is-Satabank; kif qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, sid dan il-bank hu Bulgaru li kellu negozju fil-Lussemburgu u kif induna li n-negozju qiegħed jiġi investigat mill-awtoritajiet tal-Lussemburgu, għalaq in-negozju u ġie jiftaħ bank hawn Malta.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi qal li l-FIAU rċieva dokument ta' 300 paġna fuq dan il-persuna.", "Allura nistaqsi: Kif inħariġlu l-permess biex jiftaħ bank?", "Rajna li l-Prim Ministru kien preżenti waqt il-ftuħ ta' dan il-bank.", "Illum għandna negozji għarkupptejhom, imsallbin, wara li ħadmu bl-għaraq ta' ġbinhom biex iġemmgħu lira.", "Dan b'kapriċċ tal-FIAU li m'għamlitx due diligence serju.", "Illum pajjiżna sar qisu skip, jilqa' l-imbarazz li jintrema minn pajjiżi oħrajn.", "Il-kwestjoni tas-Satabank hija tort tal-Oppożizzjoni?", "Jien ngħid li rridu noqogħdu attenti li ma nilagħbux mal-banek tagħna, għax imbagħad addio branding!", "Kellna anke twissija minn Standard & Poor's fuq ir-riskju għall-banek Maltin fuq allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus.", "Irridu nieħdu b'aktar serjetà r-reputazzjoni ta' Malta, għax imbagħad inutli nitkellmu fuq trademarks u branding.", "Meta l-istituzzjonijiet tal-pajjiż ma jibdewx jaħdmu, ma jibdewx jagħmlu xogħolhom sew u ma jiħdux il-passi meħtieġa, in-nies tibda tieħu l-passi hi, billi tibda tiġbed flusha u tara fejn se tagħmilhom biex ikunu siguri.", "Ejja nsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna u mhux inħalluhom jibqgħu pupazz tal-Gvern.", "Qed ngħid dan, għax illum Ġanna ta' warajna taf tirraġuna li l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus mhux qed jaffettwawha.", "Tista' tirraġuna li se tħalli lil kulħadd iħawwad u tibqa' ħalqha magħluq għax, fl-aħħar mill-aħħar, din mhix biċċa tagħha!", "Sakemm fl-aħħar Ġanna ta' warajna tinduna li hi biċċa tagħha u li hi wkoll qed tiġi affettwata, għax għada pitgħada, fi ftit tas-snin oħra, se tibda tħoss l-effett tal-korruzzjoni u tal-istituzzjonijiet inkompetenti u maħtufa mill-Gvern.", "L-effett negattiv ta' dan kollu jibda nieżel 'l isfel u fl-aħħar Ġanna ta' warajna tibda tinqaras fil-laħam il-ħaj u mbagħad issir biċċa tagħha!", "Imbagħad, Ġanna tkun tixtieq li jkun hemm min jitkellem f'isimha u jaqbeż għaliha, imma jista' jkun li sadanittant ikun tard wisq!", "Ġanna, mingħajr ma taf, tista' tiġi fi kliem il-famuż Martin Niemoller li f'ċirkostanzi totalment differenti kien qal din il-famuża kwotazzjoni:", "\"L-ewwel ġew għall-komunisti u jien ma tkellimtx, għax ma kontx komunist.", "Imbagħad ġew għat-trejdjunjonisti u jien ma tkellimtx għax ma kontx trejdunjonist.", "Imbagħad ġew għal-Lhud u jien ma tkellimtx għax ma kontx Lhudi.", "Imbagħad fl-aħħar, ġew għalija u ma kien fadal ħadd min jitkellem għalija.\"", "Hekk se jiġri f'dan il-pajjiż!", "Dak li qed jiġri llum jinteressa lil kulħadd, inkluż lil Ġanna ta' warajna, għax fl-aħħar se tmiss lilna u ma jkun fadal ħadd min jaqbeż għalina u jitkellem f'isimna.", "Sur President, irrid nitkellem ukoll fuq il-biedja u r-raħħala.", "F'Malta, il-biedja kienet branding mhux reġistrata u kienet a dying breed.", "Ilkoll niftakru kemm Malta kienet tirreklama l-prodott Malti, li hi xi ħaġa tajba.", "Din il-ġimgħa mort għand Doris li toqgħod Marsaxlokk u li nsellmilha minn hawn u qaltli li huma l-fniek, jekk ma jkunux minn tagħhom, ma jikluhomx, għax jitqażżu jieklu dawk li jiġu minn barra, għax ma tkunx taf x'qed tiekol.", "Ma rridx nagħmel ħsara lill-fniek li jinġiebu minn barra, imma ħafna Maltin jaħsbuha bħal Doris!", "Tant hu hekk li aħna, tant aħna moħħna mistrieħ bil-prodott Malti, li nirreklamaw fuq it-televiżjoni biex nagħżlu l-prodott Malti.", "Jien għandi tifla li qiegħda l-Università; meta jien, li nħobb insajjar, nuża patata li ma tkunx ta' Malta, tinduna u ma tikolhiex.", "Ħafna drabi, meta ma nsibx patata ta' Malta, nipprova nqarraq biha u ngħidilha li wżajt patata ta' Malta, meta nkun użajt ta' barra, imma kif tmissha ma' ħalqha, tinduna mill-ewwel.", "F'Malta, għandna prodott agrikolu tajjeb minħabba l-ħamrija, il-klima u dirgħajn il-bdiewa tagħna li jagħmlu ħafna xogħol b'idejhom.", "Biżżejjed insemmu t-tadama ta' Malta li hi ħamra u żżelliġlek biċċa ħobż tajba, ikkomparata ma' tadama li tiġi minn barra li bilkemm iżżelleġ.", "F'Malta kellna brand tal-prodott agrikolu Malti, grazzi għar-raħħal tagħna.", "Ilkoll nieħdu gost nieklu biċċa laħam tajba ta' Malta jew prodott agrikolu Malti.", "Ta' barra ma jħabbathiex ma' tagħna!", "Dan il-branding tal-prodott Malti ma kienx reġistrat, imma konna nħeġġu lin-nies biex jixtru prodott Malti.", "Dan hu tajjeb u safejn naf jien għadna nagħmlu hekk.", "Imma x'inhu jiġri?", "Kif spjega sew l-Onor.", "Edwin Vassallo bil-fatti u bl-istatistika tal-Gvern stess, il-bdiewa u r-raħħala Maltin li jaħdmu mit-Tnejn sal-Ħadd, jum u lejl, Milied u l-ewwel tas-sena u festi kkmandati u Ħdud, mill-2013 'il hawn, raw id-dħul tagħhom jonqos.", "Fl-istess ħin, l-ispejjeż għolew għall-bdiewa u r-raħħala wkoll, għaliex huma konsumaturi bħalna, jiġifieri jekk għola d-diesel, għola għalihom ukoll, jekk għola l-gass, għola għalihom ukoll, jekk għola l-ħobż, għola għalihom ukoll u jekk 80% tal-Maltin qed jiġu misruqin fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, qed jiġu misruqa wkoll.", "Dan ifisser li l-bdiewa u r-raħħala jaħdmu bla nifs u l-livell tal-ħajja tagħhom qed jonqos.", "Nispera li sejjer żmerċ, imma naħseb li se nispiċċaw lanqas insibu prodott Malti.", "Xbajt nisma' bdiewa li kienu jiżirgħu l-patata għall-esportazzjoni u llum jgħidulek li m'għadhomx jiżirgħu patata għall-esportazzjoni, għax min jesportaha qed isir sinjur minn fuq daharhom u huma jieħu l-karawett.", "Il-bdiewa jirraġunaw li huma qed jieħdu x-xogħol u jonfqu l-flus, il-prodott tagħhom ikun esponut għan-natura u jekk taqa' l-ġlata, jaf imut wiċċ patata.", "Illum, ħafna m'għadhomx jiżirgħu l-patata.", "Imbagħad il-Gvern, jiftaħar bis-surplus, imma minflok jieħu passi biex jipprova jgħin lill-agrikoltura u lir-raħħala mill-aħjar li jista', mhu qed jagħmel xejn.", "Agħar minn hekk, il-Gvern qed jagħmel l-argument bażwi u jgħid li l-agrikoltura f'Malta ma tagħtix prodott ekonomiku u ma tagħtix input lill-ekonomija ta' Malta.", "Din hi politika tal-calculators!", "Ejja niftakru li l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Maltin kienu l-ewwel SMEs ta' Malta.", "Jien niftakar missier il-mara tiegħi kien jiżra' l-patata u meta kien jiġi biex jaqla' l-patata, il-familja kollha, bit-tfal b'kollox, kienet tkun involuta.", "Niftakar lil kulħadd l-għalqa jaqla' l-patata!", "Jekk nitilfu l-prodott agrikolu Malti, inkunu tlifna wieħed mill-aħjar brands li kellna f'Malta, mingħajr ma dan il-brand kien irreġistrat.", "M'ilux bidwi qalli xi ħaġa li bqajt niftakarha.", "Dan qalli: Aħna l-bdiewa ma nistgħux insalvaw, għax ir-raba' dejjem jiġi r-raba' u qatt ma jiġi l-ewwel!", "Qalli li l-bdiewa jitħabtu biex ikabbru l-prodott u mbagħad meta jmorru jbigħuh, lilhom jagħtuhom il-karawett u l-mara tad-dar tixtrih bl-għoli.", "Kif għedt, se jiġi żmien meta ma nsibux prodott agrikolu jew biċċa laħam ta' Malta.", "Nispera li sejjer imqarraq, imma milli jidher 'l hemm mexjin.", "Jekk jiġri dan, inkunu tlifna wieħed mill-aqwa trademarks u brands ġenwini li għandna.", "Ma ninsewx ukoll li l-bdiewa huma l-aqwa ambjentalisti.", "M'ilux iltqajt ma' bidwi minn Ħaż-Żabbar u staqsejtu x'kienu qed jagħmlu.", "Qalli li bħalissa waqgħet selħa - min mhux midħla tar-raba', selħa hi meta taqa' biċċa kbira minn ħajt tas-sejjiegħ - bil-maltemp u kienu nġabru l-bdiewa kollha tal-inħawi biex jibnuha lura.", "Allaħares ma jkunux dawn il-bdiewa, għax kieku m'għandniex dawk l-għelieqi sbieħ.", "Irrid insemmi wkoll il-faqar li jolqot ukoll lill-kummerċ.", "Kellimni wieħed tal-merċa, li nzerta minn Ħaż-Żabbar ukoll u qalli li għandu ħanut żgħir li fih issiblu minn kollox, jiftaħ mis-6.00 a.m. sas-7.00 p.m. u mbagħad inaddaf filgħaxija.", "Dan qalli li l-ikbar problema li għandu bħalissa hi l-flus li għandu barra.", "Jien staqsejtu għalfejn jagħti bid-dejn u hu qalli li jekk familja li tixtri mingħandu, tispiċċalha l-paga u tmur tixtri l-ħalib, il-perżut, butir u ħobż, ma jafx ma jagħtihiex!", "B'hekk, spiċċa b'ħafna flejjes jiġru barra.", "Imbagħad, ikun hemm min idaħħal il-paga u jaqta' li jkollu jagħti u oħrajn jiġu jagħtuk ftit ftit jew trid toqgħod tiġri warajhom.", "Sur President, fil-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi, ipprovajt niġbor ftit punti u nitkellem dwarhom b'mod kostruttiv.", "Ejja nipproteġu l-brand, imma ejja ma ninsewx li skont il-GRTU stess, nofs il-membri tagħha marru tajjeb u n-nofs l-ieħor ma marrux tajjeb.", "L-aqwa żmien mhuwiex qed jissarraf għal kulħadd.", "Huwa d-dmir tal-Gvern li jaċċerta ruħu li ħadd ma jibqa' lura.", "Hawn nies li qed jaqgħu lura, qed jgħixu f'riskju ta' faqar, m'għandhomx saqaf fuq rashom u mhumiex ilaħħqu mal-pagi.", "Lil dawn għandna d-dmir li ngħinuhom u nkunu ta' spalla għalihom.", "Jekk ma nagħmlux dan, is-surplus ma jkun jiswa xejn!", "Is-surplus qiegħed hemm biex bih tgħin lil min jaqa' lura fis-soċjetà.", "Pajjiżna għadda minn żmien fejn kellu fama tajba.", "Biss, illum dik il-fama tlifnieha!", "Irrid ngħid li dik il-fama nkisbet b'ħafna xogħol fuq numru ta' snin.", "Hawn min diġà qiegħed iħallas qares u jbati għax tlifna din il-fama.", "Il-faqar qed jiżdied, il-kirjiet qed jogħlew u l-ħajja qed togħla.", "Nerġa' ngħid li l-aqwa żmien mhux qed jinħass minn kulħadd.", "Malta kellha fama tajba u stajna norqdu b'rasna mistrieħa, imma din il-fama tlifnieha.", "L-għaref Malti jgħid: Ħu l-fama u mur orqod!", "Illum hawn nies li mhumiex jorqdu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sur President, illum, bi pjaċir se nkun qiegħed nitkellem fuq suġġett tant importanti, li huwa relevanti mhux biss f'pajjiżna, iżda madwar id-dinja kollha.", "Dan minħabba l-fatt li jagħti protezzjoni u jħares lejn il-kompetizzjoni f'numru ta' setturi li fihom, il-kompetituri jkunu qed jikkompetu, sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, marbut mal-prodott li jkunu jridu jbiegħu.", "Minħabba l-fatt li pajjiżna dejjem ried jirrikonoxxi l-kompetizzjoni li jħabbat wiċċu magħha l-bejjiegħ, bilfors ried jadatta ruħu għal din is-sitwazzjoni.", "Fil-fatt l-għanijiet ta' dan l-Abbozz jirriflettu d-direttiva tal-Unjoni Ewropea, sabiex nassiguraw li jkollna żvilupp u tkabbir fis-soċjetà tagħna.", "Naħseb li huwa importanti li n-nies ġewwa pajjiżna ma jirraġunawx li għaliex aħna mdawrin bil-baħar, ma niġux affettwati minn dak li jiġri lil hinn minn xtutna.", "Huwa proprju għalhekk li dawn it-tip ta' liġijiet jagħtu l-protezzjoni u l-inċentivi meħtieġa sabiex wieħed ikun jista' jaħdem f'ambjent aktar san u sigur.", "Fl-aħħar tal-ġurnata, meta għandek persuna li qed tħossha komda taħdem u tipproduċi fl-ambjent tagħha, għandek tkabbir ekonomiku li huwa tant importanti ġewwa pajjiżna.", "Dawn il-liġijiet ġew żviluppati matul is-snin b'tali mod u manjiera li jagħtu protezzjoni u inkoraġġiment lil min irid jinvesti fl-innovazzjoni u l-kreattività.", "Pajjiżna se jibqa' jkun dejjem minn ta' quddiem nett sabiex ikun kompetittiv f'bosta swieq internazzjonali.", "Pajjiżna, li l-ikbar riżors li għandu huwa r-riżors uman, se jkompli juri li kapaċi jipproduċi affarijiet u ideat innovattivi u kreattivi, minkejja d-daqs tagħna fuq il-mappa.", "Jien dejjem ngħid li minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż, meta niġu għall-ideat u l-innovazzjoni, ma niġu proprjament wara ħadd, kif anke qed turina l-istorja riċenti.", "Sur President, qegħdin nitkellmu fuq liġijiet li jagħmlu possibbli l-konċessjoni uffiċjali tad-drittijiet tal-proprjetà intellwettali.", "Qegħdin nitkelllmu dwar liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-awtur li jkun ħoloq konċett u sitwazzjoni.", "Qegħdin nitkellmu dwar ir-reġistrazzjoni tal-privattivi, li se nkun qiegħed nitkellem dwarha aktar 'il quddiem.", "Qegħdin nitkellmu dwar id-disinni, għax meta għandek kompetizzjoni fis-suq hemm barra, id-disinn huwa essenzjali fil-kompetizzjoni.", "Kif jgħid il-Malti: L-ewwel ma tiekol hija proprju l-għajn!", "Għalhekk huwa importanti li jkollna disinni distintivi li jindikaw prodott, marka u kwalità partikolari.", "Hawn wieħed jibda jifhem aħjar kemm it-trademark hija importanti fis-suq u d-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa li mhijiex biss fuq skala lokali, imma fuq skala internazzjonali.", "Tant hu hekk li jekk wieħed iħares lejn l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, l-aktar applikazzjoni popolari fuq skala internazzjonali dejjem tibqa' dik tat-trademark.", "Għalhekk naħseb li dan is-suġġett huwa importanti ħafna, anke jekk jista' jkun li mhux qed nagħtuh l-importanti meħtieġa.", "Il-fatt li sena wara l-oħra, l-applikazzjoni għat-trademark tibqa' l-aktar applikazzjoni popolari jkompli jikkonferma l-użu importanti li t-trademark għandha madwar id-dinja kollha.", "It-trademarks qegħdin hemmhekk sabiex jagħtu sigurtà lill-awturi.", "Għalhekk permezz ta' modernizzar tal-liġi eżistenti, se nkunu qegħdin naraw li jkun hemm aktar sigurtà f'dik li hija l-proprjetà intellettwali.", "Bħal kull proprjetà oħra, il-proprjetà intellettwali hija esposta għall-perikli tagħha, fosthom il-periklu li xi ħadd jisraqhielek.", "Għalhekk din il-liġi se tagħti l-għodda neċessarja lill-awtur tat-trademark biex ikun jista' jserraħ rasu li l-biċċa tax-xogħol li jkun welled u ħadem fuqha fit-tul, għandha s-sigurtà meħtieġa.", "B'hekk, wieħed ikun jista' jaħdem f'ambjent li jkun ideali sabiex ikompli jikber u jkompli jkun innovattiv, kreattiv u kompetittiv.", "Dan l-Abbozz jistipula kif jista' jkun it-trademark u jgħid li huwa \"kwalunkwe sinjal li jkun kapaċi jiġi rappreżentat b'mod grafiku\".", "Is-sabiħ tat-trademark huwa l-mod kif jevolvi, jiġi żviluppat u jiġi rikonoxxut.", "Ħafna drabi kif tisma' kelma, moħħok imur b'mod immedjat fuq prodott partikolari.", "Anke isimijiet personali jistgħu jkunu trademark.", "Forsi hawn ikun hawn min jgħidli li kulħadd għandu l-isem personali tiegħu.", "Dan huwa minnu, però ċerti ismijiet ta' persuni partikolari, matul is-snin bnew trademark għalihom infushom.", "Hawn m'hemmx għalfejn insemmi eżempji però, kif nafu, ċerti ismijiet jiġu assoċjati b'mod immedjat ma' prodott jew ieħor.", "Hawn prodotti u vetturi li nużaw ta' kuljum li jġibu l-isem tal-inventur tagħhom, jiġifieri tal-persuna li tkun bdiet il-produzzjoni industrijali ta' dak il-prodott jew oġġett.", "Għalhekk l-isem personali jista' jiġi meqjus bħala trademark.", "Disinni jistgħu wkoll jiġu meqjusa bħala trademark.", "Min hu midħla tad-dinja tal-marketing żgur li jagħraf l-importanza tad-disinn.", "Meta persuna tara disinn partikolari, mill-ewwel tkun inklinata li taħseb jew tixtri t-tali prodott.", "L-istess trademark jista' jiġi trasmess permezz ta' ittri, ċifri u għamla tal-oġġett partikolari.", "Din il-liġi se tara li tipproteġi lill-awtur, anke billi tħares l-għamla jew l-imballaġġ tal-istess prodott.", "Sur President, bażikament it-trademark huwa dak is-sinjal li kapaċi jiddistingwi oġġett jew servizz partikolari ta' persuna, entità jew kumpanija minn oħra.", "Trademark ifisser kwalità u jagħmel l-oġġett jew is-servizz differenti minn ieħor.", "Trademark ifisser ċerta reputazzjoni u fama tal-kumpanija li jirrappreżenta.", "Trademark jiggarantixxi livell u kwalità għolja tal-prodott.", "Għalhekk wieħed japprezza aktar kemm huwa importanti t-trademark, anke jekk nistgħu neħduh for granted minħabba li hija xi ħaġa li narawha u ngħixuha ta' kuljum.", "Irrid insemmi wkoll li jista' jkollok istanzi fejn wieħed imur biex jirreġistra t-trademark u r-reġistrazzjoni tiġi rrifjutata.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi, isib aspetti varji li jiddikjaraw meta tali reġistrazzjoni ta' trademark tista' tiġi meqjusa bħala invalida.", "Pereżempju, jista' jkollok trademark li ma jkollhiex natura distintiva li tagħmilha unika.", "Hawn m'aħniex ngħidu li t-trademark trid tkun unika fid-disinn, però ma tridx tkun komuni ta' prodotti oħrajn fl-istess qasam.", "Trademark irid ikollha dik ix-xi ħaġa li tagħmilha differenti mill-oħrajn.", "Trademark tista' tkun irrifjutata wkoll meta għandek sempliċement deskrizzjoni tal-oġġett u m'għandekx elementi ċari li jagħmlu distinzjoni għall-oġġett jew is-servizz partikolari.", "Jista' jkollok rifjut fuq sinjali li huma normalment użati fil-lingwa kurrenti tal-kummerċ inkwestjoni.", "Kif nafu, il-lingwa franka tal-kummerċ tuża ċerti termini, prodotti, referenzi u frażijiet b'mod regolari u kontinwu u għalhekk wieħed ma jistax jippretendi li jaqbad kelma jew frażi tal-lingwa franka u jgħid li dik hija trademark tiegħu.", "Dawn ir-regolamenti huma bbażati fuq il-prinċipji ta' moralità li tħaddan il-kostituzzjoni.", "Trademark jista' jiġi rifjutat ukoll jekk ikun ta' natura li tqarraq bil-pubbliku.", "Pereżempju, wieħed jipprova jqarraq fuq dik li hija kwalità tal-prodott jew il-pajjiż ta' oriġini minn fejn ikun ġej.", "Kif nafu, ċerti pajjiżi jġorru fama tajba fil-qasam industrijali.", "Hawnhekk irridu ninkoraġixxu lill-prodotti Maltin li kollha għandhom ċerti kwalitajiet, biex jiġu reġistrati ħalli jkunu protetti permezz tat-trademark.", "Trademark tista' tiġi rifjutata jew dikjarata invalida ġaladarba jkun hemm xi ħaġa li hija identika jew simili għall-istess oġġett.", "Hawnhekk qegħdin nagħtu idea pjuttost ċara dwar is-sugu ta' din il-liġi.", "Sur President, tajjeb nitkellem ukoll dwar id-drittijiet u l-benefiċċji li wieħed jieħu meta jirreġistra t-trademark.", "L-aktar ħaġa elementari hija li min jirreġistra trademark, ikollu dritt esklussiv fuqha.", "Wieħed jista' jipprojbixxi lil dak li jkun milli juża s-sinjal li huwa identiku, simili jew li jista' jwassal għall-konfużjoni f'moħħ il-konsumatur.", "Tajjeb wieħed jgħid li dan l-Abbozz jindika wkoll x'kontenut għandha jkollha l-applikazzjoni biex wieħed ma jħallix dettalji nieqsa.", "L-abbozz jgħid ukoll li t-trademarks ikunu reġistrati għal perjodu ta' għaxar snin mid-data minn meta ssir l-applikazzjoni u jistgħu jerġgħu jiġu mġedda għal perjodi ulterjuri ta' għaxar snin fuq talba tas-sid meta titħallas it-tariffa ta' tiġdid.", "B'hekk, qegħdin nagħtu kontinwità, li hija ferm importanti għal dan is-settur.", "Din il-liġi tpoġġi wkoll obbligu fuq id-Dipartiment tal-Kummerċ li għandu jinforma lis-sid bl-iskadenza tat-trademark tiegħu, sitt xhur qabel id-data tal-iskadenza.", "B'hekk, is-sid jiġi mgħarraf li l-benefiċċju li jkun kiseb permezz tar-reġistrazzjoni jkun se jiskadi.", "Sur President, wieħed irid iħares ukoll lejn dak li għaddej f'pajjiżna bħalissa u anke lejn dak li għaddej fuq livell internazzjonali.", "Jekk wieħed iħares lejn pajjiżna, ma jistax ma jagħmilx referenza għall-andament ekonomiku ta' pajjiżna.", "Malta tinsab għaddejja b'ritmu tajjeb li huwa rifless ukoll fl-ammont ta' applikazzjonijiet għat-trademark, li fl-aħħar snin, żdiedu b'mod konsiderevoli.", "Fil-fatt, fl-2013, id-Dipartiment tal-Kummerċ irċieva 940 applikazzjoni, waqt li fl-2017, in-numru ta' applikazzjonijiet żdied għal 1,267.", "Fil-fehma tiegħi, din iż-żieda hija konsegwenza naturali tas-suċċess ekonomiku li qed jikseb pajjiżna.", "Pajjiżna qiegħed jikser record fuq ieħor u qed imur oltre mill-itjeb aspettattivi tagħna stess.", "Pajjiżna qed jesperjenza tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed jixpruna aktar kreattività u innovazzjoni fost il-komunità lokali li taħdem f'dan is-settur tant importanti.", "Tajjeb li wieħed iħares lejn id-database nazzjonali tat-trademarks f'pajjiżna li llum tammonta għal 23,000 trademark li huma kollha validi.", "Dan ifisser li minkejja d-daqs ta' pajjiżna, hemm 23,000 individwu li qed jibbenefikaw minn tali benefiċċji li joħorġu mir-reġistrazzjoni ta' trademark.", "Tajjeb wieħed jgħid li d-Dipartiment tal-Kummerċ bħalissa qed jirreġistra madwar 1,200 marka kummerċjali ġdida kull sena.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti, li tmur paripassu ma' dak li jrid isir fil-qasam ekonomiku, fejn il-kummerċ f'pajjiżna qiegħed jikber b'mod bla preċedent.", "Waqt li jkollok trademarks li jiġu lil hinn minn xtutna, huwa tajjeb li wieħed iħares lejn is-suq lokali u anke lejn dawk li joperaw barra minn xtutna; 50% tat-trademarks huma ta' oriġini lokali.", "Sur President, ta' min jinnota li t-trademarks Ewropej irreġistrati mill-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea dwar il-proprjetà intellettwali huma validi fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluż f'Malta.", "Tajjeb li wieħed jinnota wkoll id-differenza minn dak li kien isir lura fis-snin, għax illum il-ġurnata hawn ħafna aktar għarfien.", "Ix-xogħol tagħna huwa li nkomplu nwasslu l-messaġġ dwar kemm hu importanti li wieħed jirregola l-operat tiegħu u jirreġistra t-trademarks.", "B'hekk wieħed ikun qed jassigura li jkollu aktar sigurtà u ambjent aktar san, innovattiv u kreattiv għall-ġid tax-xogħol li jkun qed jagħmel.", "Fl-aħħar tal-ġurnata, pajjiżna se jkun qiegħed jiggwadanja minn ambjent aktar regolat u san biex ikompli jkun dejjem aktar produttiv.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, il-liġi li għandna quddiemna llejla hija liġi li permezz tagħha qegħdin jiġu regolati t-trademarks.", "Din il-liġi se tkun qed taġġorna l-liġi diġà eżistenti.", "Hija liġi li tittrasponi fil-Liġi Maltija d-direttivi u l-liġijiet Ewropej rigwardanti dan il-qasam.", "Din il-liġi se tistabbilixxi d-drittijiet ta' proprjetà li jinkisbu mar-reġistrazzjoni ta' trademark, tiddefinixxi dak li ma jistax jiġi rreġistrat u tiddefinixxi d-drittijiet esklussivi li ġġib magħha t-trademark.", "Huwa għalhekk li l-Oppożizzjoni hija favur din il-liġi, għax hija liġi li, għall-inqas fuq il-karta, se tagħti aktar protezzjoni lis-sidien tat-trademarks, lin-nies fin-negozju u lil min irid jagħmel l-affarijiet sew.", "Intrinsikament marbut mat-trademarks hemm in-negozju.", "Għalhekk irrid niddedika parti minn dan id-diskors tiegħi lin-nies fin-negozju u n-nies li jaħdmu għal rashom, li llum qegħdin jiffaċċjaw sfidi kbar.", "Sur President, nista' nassigurak li għan-nies b'negozju żgħir, dan mhuwiex l-aqwa żmien!", "Huwa tajjeb li nitkellmu dwar in-negozji kbar li jimpjegaw l-eluf, fosthom fis-settur tal-gaming, tal-avjazzjoni, tal-farmaċewtika, ir-reġistrazzjoni tal-vapuri, is-supermarkets il-kbar u l-azjendi l-kbar, fost tant negozji oħrajn.", "Dawn il-kumpaniji huma kruċjali għal pajjiżna u huma kollha frott il-ħidma u l-viżjoni ta' Gvern Nazzjonalista.", "Il-frott li qed jinħasad f'dawn is-setturi huwa frott iż-żerriegħa miżrugħa mill-Partit Nazzjonalista meta b'għaqal, fetaħ l-ekonomija ta' pajjiżna, illiberalizza l-kummerċ u neħħa l-kontrolli li kien hemm.", "Irrid ngħid li Gvern Nazzjoanlista, b'determinazzjoni, poġġa lil Malta moderna fl-Unjoni Ewropea.", "Filwaqt li għandna biex niftaħru dwar l-azjendi u l-operazzjonijiet il-kbar f'pajjiżna llum, irridu wkoll niftakru fis-sidien tan-negozji u l-kumpaniji ż-żgħar li jimpjegaw il-ftit, però jikkontribwixxu bil-kbir għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Dawn il-kumpaniji llum qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi kbar.", "Jien ta' spiss, nitkellem ma' dawn in-nies u nisma' lil dawn in-nies u għalhekk irrid inwassal il-messaġġ tagħhom.", "Illum in-nies fin-negozji ż-żgħar qegħdin kontinwament iħabbtu wiċċhom ma' spejjeż dejjem ogħla biex joperaw.", "In-negozji ż-żgħar qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' kirjiet dejjem jogħlew u ma' aktar burokrazija biex joperaw.", "In-nies fin-negozji ż-żgħar qegħdin isibuha dejjem aktar diffiċli biex jottjenu finanzjament bankarju għall-operat tagħhom.", "Staqsu lil min huwa bin-negozju, kemm sar diffiċli llum biex takkwista finanzjament mill-banek!", "Staqsu minn xiex trid tgħaddi biex takkwista sempliċement loan jew overdraft biex topera n-negozju tiegħek.", "Sfortunatament, illum fil-qasam bankarju qegħdin f'sitwazzjoni fejn mal-ħażin qed jeħel it-tajjeb.", "Hawn jiġuni f'moħħi l-ħafna kumpaniji onesti li kellhom kontijiet mas-Satabank, li kien każ klassiku kif minħabba l-isem ħażin li ġarrab pajjiżna, nies innoċenti spiċċaw bi flushom iffriżati.", "Negozjanti u ħaddiema innoċenti spiċċaw mingħajr aċċess għal flushom, bla flus u bi problemi kbar biex joperaw.", "Però l-Gvern ma jaqbiżx għal dawn in-nies.", "Għaż-żgħir milqut, il-Gvern jibqa' ċiċċi beqqi!", "Għal dawn in-nies, m'hemmx fvern li jisma'!", "Sur President, dan huwa Gvern li nesa li s-sinsla tal-ekonomija ta' pajjiżna dejjem kienu n-negozji ż-żgħar, operati minn Maltin li huma nies kapaċi, li qatt ma beżgħu jiffaċċjaw il-kompetizzjoni.", "Però llum dawn in-negozji huma pperikolati minħabba kompetizzjoni inġusta li qed jiffaċċja n-negozjant żgħir Malti.", "Sfortunatament, in-negozjant Malti li jopera f'Malta llum sab lilu nnifsu f'sitwazzjoni diffiċli biex ikun kompetittiv.", "Dan għaliex illum inħolqot sitwazzjoni - jien ngħid assurda - fejn skemi ta' tassazzjoni mfassla b'għaqal minn Gvern Nazzjonalista ġew abbużati u stuprati sal-punt li llum, barrani b'kumpanija rreġistrata f'Malta huwa vvantaġġjat bil-kbir fil-ħlas ta' taxxa fuq kumpanija Maltija proprjetà ta' Malti.", "Fin-negozji ż-żgħar illum spiċċa l-level playing field f'diversi oqsma, bir-riżultat li l-imprenditur Malti spiċċa żvantaġġjat mal-barrani ġewwa pajjiżu stess.", "Sur President, jien wieħed minn dawk li jemmnu li l-ikbar avvanz li għamel pajjiżna meta daħal fl-Unjoni Ewropea kien l-interess ta' investiment li ġie ġġenerat.", "Naqbel li Gvernijiet Nazzjonalisti welldu sistemi u pakketti ta' tassazzjoni li qarrbu lejn Malta industriji sħaħ, fosthom is-servizzi finanzjarji, il-gaming u l-industrija tal-films.", "Però, dawn l-inċentivi fiskali qatt ma kienu intenzjonati sabiex jippermettu nuqqas ta' level playing field fil-pajjiż.", "Mhuwiex sew li ristorant operat minn barrani f'Malta jispiċċa jħallas taxxa ferm inqas minn ristorant operat minn Malti f'Malta.", "Mhuwiex sew li retail outlet operat minn kumpanija b'shareholders barranin iħallas rata ta' taxxa inqas minn retail outlet operat minn kumpanija b'sidien u shareholders Maltin.", "Il-liġijiet tagħna qatt ma kienu intenzjonati li joħolqu din l-anomalija u għalhekk din il-materja għandha tiġi indirizzata.", "Huwa inutli li jkollna ditti tajbin, imprendituri jirreġistraw t-trademarks tal-prodotti tagħhom u negozjanti ħawtiela, jekk imbagħad hemm żbilanċ inġust fis-suq ta' pajjiżna.", "Illum f'dan il-Parlament qegħdin niddiskutu t-trademark li hija dik ix-xi ħaġa li tiddistingwik minn ħaġa oħra u tagħmlek uniku.", "Hawnhekk, irrid nagħmel riflessjoni ta' x'inhi t-trademark ta' dan il-Gvern.", "X'inhi dik il-marka li biha jiddistingwi ruħu l-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat?", "Ir-risposta hija ċara u ħadnieha fil-ġranet li għaddew.", "Il-marka ta' dan il-Gvern hija l-marka tal-ħabi.", "Il-marka ta' dan il-Gvern hija l-marka tad-diżonestà.", "Il-marka ta' dan il-Gvern hija l-marka tal-ispin.", "Il-marka ta' dan il-Gvern hija l-marka tal-korruzzjoni.", "Kemm-il darba għedt u se nibqa' ngħid li dan huwa l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta' pajjiżna.", "Dan huwa Gvern li jiddefendi lill-korrotti!", "Dan huwa Gvern li għandu Prim Ministru li jibqa' jiddefendi lil Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi li issa hemm il-provi, iswed fuq l-abjad, li nqabdu jixxaħħmu fuq kuntratti ta' miljuni kbar.", "Illum huwa ċar bil-provi li l-aktar tnejn min-nies viċin il-Prim Ministru daħlu fil-politika speċifikament biex jixxaħħmu u jimlew bwiethom mill-ħmieġ tal-korruzzjoni.", "Dawn it-tnejn min-nies kellhom l-ardir li minn qabel l-elezzjoni tal-2013 u immedjatament fil-ġranet ta' wara, telqu għal għonq it-triq biex iħaxxnu bwiethom.", "Issa, li dawn it-tnejn minn-nies nqabdu u nkixfu, qegħdin f'rokna, checkmate u m'għandhomx way out.", "Dawn it-tnejn min-nies inqabdu bil-kumpaniji fil-Panama; fatt!", "Dawn it-tnejn min-nies inqabdu bil-kontijiet bankarji; fatt!", "Dawn it-tnejn min-nies kienu miftiehma mal-kumpanija 17 Black biex jitħallsu l-commissions; fatt!", "Dawn it-tnejn min-nies kienu miftehma biex jaqilgħu €150,000 fix-xahar, li jiġu €5,000 kuljum mill-power station l-ġdida; fatt!", "Prim Ministru, dawn mhumiex allegazzjonijiet, imma huma fatti!", "Sur President, x'qerq u x'ħażen!", "Fiex ġabuh lil pajjiżna!", "Però s-sitwazzjoni hija ħafna aktar agħar minn hekk!", "Hija aktar gravi, għaliex quddiem dan kollu, għandna Prim Ministru impotenti.", "Quddiem dan kollu, għandna Prim Ministru li ma ddejjaq xejn itajjar rasek l-ewwel wieħed, Sur President.", "Dan huwa l-Prim Ministru li ma ddejjaq xejn itajjar ras l-eks Ministru Godfrey Farrugia.", "Dan huwa Prim Ministru li ma ddejjaq xejn itajjar ras il-Ministru Michael Falzon.", "Dawn huwa Prim Ministru li ma ddejjaq xejn itajjar ras l-eks Ministru Emanuel Mallia.", "Però fil-konfront ta' dawn it-tnejn min-nies, għandna Prim Ministru li ma jistax jiċċaqlaq u li jinsab evidentement f'rokna, għax ma jistax ikeċċihom ladarba donnu jafu ħafna fuqu.", "Għandna Prim Ministru li fil-Qorti qed jagħmel minn kollox biex l-inkjesti li nfetħu fil-konfront ta' dawn it-tnejn min-nies, ma javvanzawx.", "Din hi s-sitwazzjoni f'pajjiżna llum!", "Quddiem dan kollu, qed ibati pajjiżna!", "Quddiem dan kollu, qed ibati n-negozjant Malti, kbir u żgħir!", "Quddiem dan kollu, qed ibati l-ħaddiem Malti!", "Kull fejn tmur tisma' li pajjiżna sar magħruf għall-korruzzjoni.", "Dan ġie kkonfermat saħansitra mill-Ministru Edward Scicluna!", "Kull fejn tmur, kulħadd isemmielek il-ħmieġ, l-abbużi u l-korruzzjoni f'pajjiżna.", "Minħabba l-kapriċċ ta' kriminali korrotti, pajjiżna qed ikollu jħallas prezz għoli ħafna.", "Ejja niftakru li f'pajjiżna nqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li kixfet dawn il-każijiet ta' korruzzjoni.", "Daphne Caruana Galizia nqatlet għax qalet il-verità.", "Kemm kellha raġun Daphne f'dak li kixfet!", "Sur President, fil-ġranet li għaddew il-Prim Ministru stqarr li huwa ma jindaħalx fin-negozju taċ-chief of staff tiegħu u qal li ma jiddiskutix in-negozju miegħu.", "Però dan huwa l-istess Prim Ministru li malli ħatar lil Keith Schembri bħala ċ-chief of staff tiegħu, kien qalilna li Schembri kien żvesta ruħu min-negozji tiegħu.", "X'ħażen!", "X'diżonestà!", "Fejn tidħol il-korruzzjoni, it-toroq kollha jwassluk lejn Kastilja!", "Huwa f'Kastilja fejn inħmiet il-korruzzjoni.", "Huwa f'Kastilja fejn qiegħda tiġi protetta l-korruzzjoni.", "Huwa f'Kastilja, fejn hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat, li quddiem il-korruzzjoni, sal-lejla stess, qed jibqa' sieket.", "Sur President, jien mgħallem mod ieħor!", "Jien mgħallem li min ma jiġġilidx il-korruzzjoni, huwa korrott.", "Jien mgħallem li min jagħlaq għajnejh għall-ħażin, huwa ħażin hu wkoll.", "Aħna lkoll mgħallmin li min għandu jdejh marbuta biex jiġġieled il-kriminalità, ma jistħoqqlu qatt ikun jew jibqa' Prim Ministru ta' pajjiż.", "Fejn tidħol il-korruzzjoni, il-Prim Ministru għandu ħafna xi jwieġeb.", "Sakemm il-Prim Ministru jibqa' ma jweġibx, sakemm jibqa' jipproteġi lil Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi u sakemm jibqa' b'idejh marbuta, il-pressjoni fuqu se tkompli tikber.", "Jgħid x'jgħid il-Prim Ministru, jgħawweġ kemm jgħawweġ, jispinnja kemm jispinnja, jipprova kemm jipprova jiżgiċċa, fl-aħħar mill-aħħar, the bug stops with him!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, illum, qegħdin nitkellmu fuq it-trademarks, jiġifieri fuq il-proprjetà intellettwali.", "F'dan id-diskors, nixtieq inħares lejn xi temi importanti għal pajjiżna.", "Ovvjament, se nkun qed nitkellem b'mod partikolari dwar it-trademarks, imma mbagħad se nitkellem ukoll dwar l-ekonomija ta' pajjiżna, biex naraw kif inhi sejra bħalissa in the short term u aktar importanti, fejn hi sejra in the long term.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-kumpaniji żgħar u medji li pajjiżna jiddependi ħafna fuqhom.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq il-ħaddiema Maltin u dak li għaddejjin minnu bħalissa.", "Permezz ta' dan l-Abbozz, qed nagħmlu traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea fejn tidħol il-proprjetà intellettwali u t-trademarks.", "Dan huwa importanti biex inżidu l-protezzjoni ta' dawn it-trademarks għaliex fl-aħħar mill-aħħar, dan hu l-mod kif f'pajjiżna, nistgħu niddefendu u nippromwovu ideat ġodda.", "Xi ħaġa li ilna nitkellmu dwarha hija li f'pajjiżna rridu ninvestu ħafna aktar fir-riċerka u l-iżvilupp.", "Pajjiż żgħir bħal tagħna m'għandux riżorsi, ħlief ir-riżors uman.", "In-nies tagħna huma intelliġentissimi u ħabrieka.", "Però forsi għadna ma fhimniex biżżejjed li nistgħu ninvestu ħafna aktar fejn jidħlu riċerka u żvilupp.", "Fl-opinjoni tiegħi, seta' sar ħafna aktar xogħol f'dan il-qasam.", "Kif nafu, ċerti kumpaniji kbar jiddeċiedu li jiftħu d-dipartiment tal-iżvilupp tagħhom f'pajjiżna, għax jagħrfu li f'dan il-pajjiż hawn ħaddiema kapaċissimi.", "L-intelliġenza tal-ħaddiema twassal biex il-kumpanija jkollha ħafna aktar return milli kieku tiftaħ l-istess dipartiment f'pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk naħseb li rridu naħdmu ferm aktar f'dan il-qasam.", "Pereżmpju, xi ħaġa li lili dejqitni f'dan il-baġit hija li stajna ninvestu ħafna aktar flus għar-riċerka u l-iżvilupp, għaliex m'għandix dubju li, kif se nispjega, dan il-qasam jista' jkun industrija fih innifsu.", "Bħala pajjiż li għandu ħaddiema tant tajba nistgħu nirnexxu anke f'din l-industrija.", "Għalhekk l-ewwel appell li nagħmel b'mod partikolari lill-Gvern huwa biex ninvestu aktar fir-riċerka u l-iżvilupp kemm fuq livell ta' taħriġ u edukazzjoni, kif ukoll fl-industrija nnifisha.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq spirtu ta' intrapriża.", "Kif qal l-Onor.", "Fenech Adami, il-backbone ta' pajjiżna huma l-kumpaniji żgħar u medji.", "Però, bħala pajjiż, naħseb li nistgħu nagħmlu ħafna aktar biex niżviluppaw l-ispirtu ta' intrapriża f'pajjiżna.", "Ovvjament, hawnhekk irrid insellem lil kull imprenditur u sid ta' kumpanija kbira u żgħira f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Fenech Adami daħal fid-dettall fuq l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw b'mod partikolari l-kumpaniji żgħar.", "Dawn huma nies li jagħmlu pjaċir lis-soċjetà tagħna, għax qed joħolqu x-xogħol għalihom infushom u għal oħrajn.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn li nieħdu ħsiebhom ħafna aktar.", "F'pajjiż żgħir bħal tagħna dawn in-negozji għandhom sfidi akbar, speċjalment fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, peress li aħna mdawrin bil-baħar u għalhekk għandna problema ta' insularità.", "Hawn niftakar b'mod speċjali fl-Għawdxin.", "Bħala pajjiż, irridu nagħmlu sforz akbar biex, kemm jista' jkun, innaqqsu l-burokrazija li dawn in-negozji jiltaqgħu magħha.", "Waħda mill-affarijiet li jgergru dwarha dawn in-negozji, li ħafna minnhom huma sole traders jew forsi jkollhom persuna jew tnejn impjegati magħhom, xi kultant persuni tal-familja, hija li jaħlu ħafna ħin ġejjin minn dipartiment għal ieħor.", "Għalihom dan huwa kollu ħin mitluf li jistgħu jużaw aħjar billi jikkonċentraw fuq in-negozju tagħhom.", "Għalhekk nerġa' nappella biex naħdmu kemm nifilħu sabiex neliminaw il-burokrazija f'pajjiżna darba għal dejjem.", "Sur President, irrid nitkellem issa dwar l-ekonomija.", "Illum kważi saret clichè li ngħidu li l-ekonomija sejra tajjeb.", "Dan għaliex il-figuri ekonomiċi ta' pajjiżna huma tajbin u allura, bħal donnu m'għandniex għalfejn ninkwetaw wisq.", "Irridu niftakru li, meta qed nitkellmu dwar il-figuri ekonomiċi, qed nitkellmu fuq l-ekonomija tan-nies u allura, irridu nħossu dak li qed iħossu n-nies.", "L-ewwel nett, irridu nifhmu d-diversi raġunijiet għalfejn qed niksbu dawn ir-riżultati ekonomiċi.", "Bla dubju ta' xejn, fis-snin li għaddew, diversi gvernijiet ħadmu kemm felħu sabiex ikabbru industriji li dak iż-żmien, kienu fl-infanzja tagħhom u li matul is-snin, pajjiżna kiber magħhom.", "Bnejna reputazzjoni tajba u soda u għalhekk attirajna investiment sostanzjali lejn pajjiżna.", "Illum l-ekonomija mondjali sejra tajjeb.", "It-trading partners tagħna, b'mod partikolari fl-Ewropa imma anke fl-Amerika, għaddejjin minn ekonomija li sejra tajba.", "Jiġifieri allaħares pajjiżna mhuwiex qed jikseb riżultati ekonomiċi tajbin.", "Però, kif għedt diversi drabi f'din il-Kamra, irridu nħarsu in the long term.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia qal li għalkemm bħalissa qegħdin nitkellmu ħafna fuq il-blockchain, irridu noqogħdu attenti għaliex jista' jkun li dan il-qasam jiffaċċja ċerti problemi fis-snin li ġejjin.", "Għalhekk għandna nkomplu naħdmu u ninvestu f'din l-industrija, imma nħarsu wkoll lejn industriji oħrajn.", "Hawn nieħu spunt minn dak li qal l-Onor.", "Farrugia fejn semma li ma jistax ikun li l-futur ta' pajjiżna jiddependi biss mill-industrija tal-blockchain.", "Huwa importanti li minn issa nħarsu lejn industriji oħrajn li huma fl-infanzja tagħhom, hekk kif għamilna madwar 20 sena ilu, meta konna qed nibdew nidħlu fl-industrija tas-servizzi finanzjarji, 15-il sena ilu meta bdejna nidħlu fl-industrija tal-farmaċewtika u 10 snin ilu meta bdejna nidħlu fl-industrija tal-manutenzjoni tal-ajruplani.", "Il-kritika tiegħi hija li f'dawn l-aħħar sitt snin, ma smajniex dwar industriji ġodda oħrajn.", "Bħala pajjiż, irridu noqogħdu attenti għaliex kif dejjem ġara, kull tant żmien, l-ekonomija tgħaddi minn taqliba.", "Għalhekk irridu nkunu lesti għal meta tiġi din it-taqliba.", "Mhux qed ngħid dan għax nixtieq li l-ekonomija tmur ħażin, anzi jien ngħid jalla l-ekonomija tibqa' timxi 'l quddiem ħalli pajjiżna jibqa' jikseb riżultati tajbin.", "Però l-esperjenza tgħallimna li l-ekonomija tgħaddi minn żmenijiet tajbin u żmenijiet inqas tajbin.", "Il-pajjiż li jkun jista' jibqa' għaddej fiż-żmenijiet diffiċli huwa l-pajjiż li jkun ipprepara ruħu fi żmien li l-ekonomija tkun sejra tajjeb.", "Għalhekk jekk bħalissa qegħdin niksbu dawn ir-riżultati tajbin u m'għandniex għalfejn ninkwetaw fuq affarijiet bażiċi bħal qgħad, dan hu l-mument li nippjanaw għall-futur fuq bażi long term.", "Fl-aħħar mill-aħħar, biex nattiraw industriji ġodda lejn il-pajjiż irridu nippreparaw għalihom.", "Irridu naraw li jkollna nies imħarrġa fuq kull livell, liema taħriġ irid jibda sa minn età żgħira fl-iskejjel.", "Din hija xi ħaġa li m'aħniex qed nagħmlu bħalissa.", "Għadda baġit ieħor u għal darba oħra, ftit li xejn rajna inċentivi sabiex nattiraw jew nesploraw industriji ġodda għal pajjiżna.", "Jekk meta jerġa' jiġi l-maltemp, irridu niksbu r-riżultati li rnexxielna niksbu fl-2012 u 2013, meta d-dinja kollha madwarna kienet qed tikkrolla, irridu nibdew naħdmu minn issa.", "Fl-2013, kienu żewġ pajjiżi biss fl-Ewropa li baqgħu mexjin 'il quddiem: il-Ġermanja u Malta.", "Xi kultant il-Gvern joqgħod jikkompara r-riżultati tal-lum ma' tal-2013.", "Allaħares illum l-affarijiet mhumiex aħjar milli kienu fl-2013!", "Però llum xogħolna hu li nippreparaw lill-pajjiż għal meta d-dinja terġa' tgħaddi minn dak li għaddiet minnu fl-2013.", "Jekk illum qegħdin inressqu liġi li biha se nipproteġu lill-persuna li toħroġ b'idea industrijali, imma mbagħad m'aħniex qed nifhmu li r-responsabiltajiet tagħna huma ħafna ikbar minn hekk, se nbatu l-konsegwenzi aktar 'il quddiem.", "L-Oppożizzjoni ilha titkellem fuq il-bżonn li naħsbu biex nattiraw diversi industriji ġodda lejn pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li bħala Gvern u Oppożizzjoni kapaċi noħorġu b'ideat ġodda dwar fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż.", "Flimkien nistgħu nibdew inħarsu lejn industriji li bħalissa qegħdin f'pajjiżi ikbar minn tagħna u li wħud minnhom qed ifittxu pajjiżi iżgħar fejn jistgħu jieħdu l-operat tagħhom.", "Għalhekk m'għandix dubju li se nkunu qegħdin naħdmu flimkien sabiex nattiraw dawn l-industriji lejn pajjiżna.", "Kif qalu diversi membri tal-Oppożizzjoni qabli, ir-raġuni prinċipali għalfejn fil-25 sena li għaddew pajjiżna rnexxielu jibni ekonomija b'saħħitha u kien lest biex jidħol fl-Unjoni Ewropea biex jieħu l-benefiċċji massimi ta' sħubija sħiħa, kienet ir-reputazzjoni tajba li bena fis-snin li għaddew.", "Meta inti jkollok pajjiż żgħir u mingħajr riżorsi, importanti ħafna li jkollok reputazzjoni tajba.", "Meta imprenditur barrani jibda jħares lejn il-pajjiżi biex jara fejn se jinvesti flusu biex finalment ikollu profitt tajjeb, biex jasal jagħżel pajjiż żgħir bħal tagħna huwa aktar diffiċli.", "M'hemmx dubju li waħda mir-raġunijiet prinċipali li jħares lejhom impreditur, apparti l-ħaddiema tajbin u l-użu tal-lingwi, b'mod partikolari l-Ingliż, hija jekk il-pajjiż ikollux reputazzjoni tajba.", "Forsi hawn qed ngħid l-ovvju, imma jidhirli li mhux kulħadd għadu fehem li jekk se nkissru r-reputazzjoni ta' pajjiżna, se jkollna reperkussjonijiet koroh ħafna fis-snin li ġejjin.", "Bħalissa qed naraw dak li qed jiġri fl-industrija tas-settur bankarju li domna snin twal biex nibnuha.", "Insemmi, fost l-oħrajn, dak li qed jiġri fis-Satabank u dak li ġara fil-Pilatus Bank li ħallew effetti kbar fuq il-ħaddiem, l-imprenditur u n-negozjant Malti.", "Illum fil-Malta Independent qrajna li kumpanija tal-catering kellha titla' l-Qorti sabiex tieħu lura l-flus li ħadmet għalihom, liema flus kienu investiti fis-Satabank.", "Illum, sfortuntament, għandna sitwazzjoni f'pajjiżna fejn hawn nies li għandhom flushom fil-bank, imma ma jistgħux jiġbduhom.", "Hemm persuni Maltin bħalna li ħadmu għal flushom għal numru ta' snin u f'daqqa waħda qed jindunaw li ma jistgħux jiġbduhom biex jgħajxu lill-familja tagħhom.", "Barra minn hekk, hawn ukoll persuni barranin li qed jiġu jaħdmu f'industriji kbar li bnejna tul is-snin f'pajjiżna u qegħdin jindunaw li lanqas huma ma jistgħu jiġbdu l-flus li huma ħadmu għalihom.", "Mela għaraqna l-għaraq tad-demm biex inġibu industriji kbar bħal fl-igaming u fis-settur finanzjarju f'pajjiżna, li qed jattiraw persuni barranin li għandhom ċerti skills li forsi l-Maltin m'għandhomx, biex imbagħad naqgħu fir-redikolu li dawn il-ħaddiema barranin ma jistgħux jiġbdu l-flus tagħhom mill-banek.", "Ara x'reputazzjoni kerha qed nibnu għal pajjiżna!", "Meta dawn il-barranin imorru pajjiżhom u jgħidu li f'Malta ma setgħux jiġbdu l-flus tagħhom minħabba dak li ġara f'bank partikolari, immaġinaw x'reputazzjoni qed nibnu dwar il-banek f'pajjiżna!", "Hemm bżonn li immedjatament, neżaminaw is-sitwazzjoni biex ċerti żbalji ma jirrepetux ruħhom.", "Jumejn ilu l-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jindirizza konferenza u qal li għadna fil-ħin li naġixxu biex insalvaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, ir-reputazzjoni tibda titnaqqar.", "Għalhekk wasal iż-żmien li nagħtu s-sinjal ċar bħala pajjiż li r-reputazzjoni għalina hija kruċjali u se nagħmlu minn kollox sabiex niddefenduha.", "Kif diġà ntqal, pajjiżna sar qisu l-post fejn wieħed jaħsel il-flus.", "Kif nafu, ċerti pajjiżi għandhom din il-fama.", "Allaħares pajjiżna jkollu dik ir-reputazzjoni!", "Għalhekk, għal darba oħra, nerġa' nappella biex no stone shall be unturned, sabiex naraw li pajjiżna jiddefendi r-reputazzjoni tiegħu.", "Ejja niftakru li reputazzjoni tajba se taffettwa lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin u kull min jiġi jaħdem f'pajjiżna.", "Sfortunatament, f'pajjiżna aktar ma jgħaddi ż-żmien, qegħdin naraw bħal żewġ tipi ta' Malta.", "Għandna lil Malta ta' dawk in-nies li mhumiex ħafna li sejrin tajjeb ħafna u qegħdin jgħumu fil-flus.", "Good luck to them jekk qed jagħmlu dan b'mod regolari.", "Però, sfortunatament, qed naraw Malta oħra ta' numru dejjem jiżdied ta' nies li verament qegħdin ibatu.", "Ftit jiem ilu, l-Onor.", "Claudio Grech tkellem fuq the working poor, jiġifieri dak il-grupp ta' nies li għandhom xogħol, ħafna drabi kemm ir-raġel kif ukoll il-mara, imma qegħdin jindunaw li bil-flus li qegħdin jaqilgħu, mhumiex kapaċi jlaħħqu mal-isfidi tal-ħajja.", "Qed ngħid dan mhux biex nikkritika, imma għax din hija realtà ġdida li rridu nindirizzaw.", "Insemmi, pereżempju, il-problema ta' housing li ħafna nies qed jiltaqgħu magħha; lanqas jekk tagħti forom ta' inċentivi, dan il-grupp ta' nies ma jaqax fil-bracket ta' dawk li jistgħu jibbenefikaw minnhom.", "Għalhekk hemm bżonn ta' studju dwar dan il-grupp ta' nies biex naraw eżattament min huma u x'qed iwassal biex jinsabu f'din is-sitwazzjoni.", "Huwa minnu li dan il-gender pay gap f'pajjiżna naqas matul is-snin, però ninnotaw li bejn l-2008 u l-2013, dan it-tnaqqis kien it-tripplu ta' dak li rajna bejn l-2013 u llum.", "Dan juri li mhux qed naħdmu biżżejjed biex innaqqsu l-gender pay gap.", "Bħala pajjiż, irridu nimpenjaw ruħna biex neliminaw il-gender pay gap kompletament darba għal dejjem.", "Raġel u mara li jagħmlu l-istess xogħol u għandhom l-istess esperjenza u l-istess kwalifiki għandhom jitħallsu l-istess.", "Veru li xi kultant min iħaddem isib ċerti sfidi, imma naħseb li rridu naħdmu aktar sabiex dan il-gap jitnaqqas biex finalment jiġi eliminat.", "Ir-rata f'Malta fil-preżent hija għolja ħafna għal pajjiż fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk irridu nagħmlu ħafna aktar biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Irridu naħdmu biex ikollna ħafna aktar inċentivi sabiex ikollna kondizzjonijiet tax-xogħol aktar flessibbli u biex inżidu r-rappreżentazzjoni femminili fuq il-bordijiet tal-kumpaniji tagħna, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll tal-privat.", "Irridu naraw li ninċentivaw in-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) biex taħdem aktar b'risq dan il-qasam.", "Naħseb li l-input tan-nisa fil-management u fit-tmexxija tal-kumpaniji jagħmel differenza kbira b'mod pożittiv.", "Sur President, l-Oppożizzjoni qed taqbel ma' din il-liġi li se tipproteġi lil min joħloq idea, lill-industrijalist, lill-imprenditur u lin-negozjant.", "Però inutli li nagħmlu liġi li se tipproteġi lin-negozjant, imbagħad inħallu sitwazzjoni fejn nagħmlulu ħajtu aktar difficli.", "L-appell tiegħi huwa li waqt li huwa importanti li ngħaddu liġi bħal din, ejja nassiguraw li pajjiżna jibqa' jimxi 'l quddiem b'reputazzjoni tajba, sabiex fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, meta ġejna ffaċċjati bit-traspożizzjoni tad-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar it-trademarks, kellna għażla li jew nemendaw il-liġi li kellna, jew inkella nħassru u nissostitwixxu l-liġi b'waħda ġdida.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, għaliex fehem dan il-konċett, kuntrarjament għall-kelliema tal-Oppożizzjoni li rrid ngħid li ħadd ma semma dan l-abbozz, anzi kien hemm min qal li din hija emenda!", "Bir-rispett kollu, dan iwassalni biex niġi għall-ewwel punt li nixtieq nagħmel dwar il-faqar tal-Oppożizzjoni fid-diskorsi li qegħdin jagħmlu f'din il-Kamra fuq abbozz ta' liġi li hu tant importanti.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq liġi li materjalment u b'mod sostantiv, se tbiddel il-mod ta' kif jiġu rreġistrati t-trademarks fil-pajjiż u se tagħti saħħa ħafna ikbar lill-innovazzjoni fil-pajjiż.", "Bir-rispett kollu lejn il-kelliem ta' qabli, jekk wieħed jista' jitkellem fuq l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, naħseb li huwa proprju dan il-Gvern, għaliex mill-aħħar studji li għamilna, aktar minn 50% tal-investiment li qegħdin inġibu lejn dan il-pajjiż illum huwa knowledge intensive, jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq industriji li, kuntrarjament għal dak li wieħed jaħseb, huma bbażati fuq research and development (RND), fuq l-innovazzjoni u fuq pjattaforma ta' għarfien.", "Għalhekk jissejħu knowledge intensive.", "Issa r-rwol tal-Gvern mhuwiex li jagħmel ir-riċerka hu, imma li jagħmel mezz li jkun hemm ekosistema b'saħħitha biżżejjed biex it-tliet pilastri li jwasslu għal dan is-settur importanti jimxu 'l quddiem.", "Hawn qed nirreferi l-ewwel, għall-aspett edukattiv, bħall-akkademja fl-Università, l-MCAST u istituzzjonijiet oħrajn edukattivi; it-tieni, għal min jinvesti f'dan is-settur li jista' jkun venture capitalist, investitur minn barra jew investitur Malti, fejn għandek bżonn il-fondi, u t-tielet il-kummerċjalizzazzjoni ta' dak li inti tkun ħdimt u studjajt fuqu biex tbigħ il-prodott tiegħek.", "Hawnhekk nidħlu proprju f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, jiġifieri t-trademarks, il-patent u affarijiet relatati.", "Din hija liġi li tagħti saħħa lis-settur tan-negozju, għaliex tipproteġi lil min huwa innovattiv u għandu ċerti ideat.", "Illum il-ġurnata huwa rikonoxxut bħala fatt li l-ħolqien tal-proprjetà intellettwali huwa integrali għall-iżvilupp tas-soċjetà u għat-tkabbir tal-ekonomija.", "Għalhekk, kif spjegajt fil-bidu, meta bdejna dan id-dibattitu u bdejna naraw in-numri u ż-żieda ta' reġistrazzjoni ta' trademarks, deher ċar li t-trademarks huma bżonjużi sabiex wieħed ikun kapaċi jiddistingwi l-oġġetti jew is-servizzi ta' persuna jew kumpanija minn oħrajn.", "Sur President, irrid nagħti kronoloġija storika ta' kif bdiet l-istorja leġiżlattiva tat-trademark.", "L-ewwel forma ta' liġi li ppermettiet il-protezzjoni tat-trademarks f'Malta tmur lura għall-1899, jiġifieri għas-seklu dsatax.", "Imbagħad, biż-żmien, il-liġi li kien hemm inbidlet b'ordinanzi u bl-emendi li daħlu fis-seħħ u aktar tard rajna liġi ġdida li hija t-Trademarks Act.", "Wara kien hemm bidliet sostanzjali meta dħalna membri fl-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament, il-proċedura tagħti lok għal ċerta diskrezzjoni leġiżlattiva u amministrattiva li permezz tagħha tinħoloq sistema li tkun konsistenti minn waħda ta' reġistrazzjoni amministrata minn uffiċċju tal-proprjetà intellettwali tal-Unjoni Ewropea u ta' Malta.", "Tajjeb li wieħed jgħid li din is-sistema tagħti d-dritt esklussiv tat-trademark lis-sid fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kollha.", "Sur President, wara li kienet saret reviżjoni bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni fl-2009 dwar ir-regolamenti tat-trademarks fl-Unjoni Ewropea, kien ġie deċiż li jkun hemm emendi.", "L-għan ewlieni ta' din l-inizjattiva kien li trawwem l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku billi tagħmel sistema ta' reġistrazzjoni ta' trademark li tkun waħda armonizzata madwar l-Unjoni Ewropea.", "B'hekk, ikollok aktar aċċessibilità, effiċjenza għan-negozji f'dak li għandu x'jaqsam ma' spejjeż aktar baxxi, anqas burokrazija fl-applikazzjoni, żieda fil-veloċità tal-ipproċessar u anke aktar sigurtà legali.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għal dak li qalet l-Oppożizzjoni.", "Fost l-oħrajn, qalu li llum ħafna min-negozji qed jaħlu l-ħin ġejjin u sejrin minn dipartiment għal ieħor.", "Matul dawn l-aħħar sena u nofs, dan il-Gvern elimina madwar 30,000 liċenzja mad-Dipartiment tal-Kummerċ.", "Dan fisser li l-Gvern tilef €1.3 miljun mid-dħul tal-liċenzji, però min-naħa l-oħra, żied il-produttività tan-negozju b'mod esporentali, Qabel, wieħed kien jaħli jumejn, tlieta biex jagħmel il-liċenzji tiegħu mad-Dipartiment tal-Kummerċ jew mal-bank, kien ried imur iġib il-pjanti mill-Planning Authority u l-karti tas-sanità u mbagħad jerġa' jieħu kollox lura.", "Illum din il-burokrazija spiċċat!", "Irrid ngħid li r-regolazzjoni xorta għadha hemm, għaliex ovvjament, biex topera kummerċ, għandek bżonn in-numru tal-VAT u n-numru tal-income tax.", "Hemm ukoll l-NSO li hija l-unit li timmonitorja dak li huwa liċenzjat, jiġifieri mhux biss f'termini ta' numri.", "Sur President, dan huwa abbozz pjuttost sostanzjali, jiġifieri mhux qegħdin nitkellmu fuq emendi ta' tliet paġni, imma għandna għexieren ta' paġni.", "Permezz ta' dan l-abbozz, qegħdin nimmodernizzaw il-liġi biex ikun hemm aktar sigurtà tal-proprjetà intellettwali u huwa għalhekk li ftaħna aktar l-interpretazzjoni, fejn illum, it-trademark mhux se tkun kwalunkwe sinjal li jista' jiġi rappreżentat b'mod grafiku, imma se tinkludi wkoll disinni, ittri, għamla ta' oġġetti, imballaċ tagħhom u saħansitra trademark awdjoviżivi.", "B'dan il-mod, qegħdin nimmodernizzaw liġi li bla dubju ta' xejn, se tassigura li mhux biss ikollna l-possibbiltà li min jirreġistra t-trademark tiegħu f'Malta għandu moħħu mistrieħ, għaliex se jkun hemm ċertu skrutinju għad-differenza ta' dak li kien isir qabel fejn kulħadd kien jaqbad u jirreġistra t-trademarks bl-addoċċ, imma fl-istess ħin se jkun hemm ukoll protezzjoni għall-konsumatur li ma jkunx imqarraq u ingannat b'reġistrazzjoni ta' trademarks illi mhumiex ta' natura distintiva.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi bi ħsieb pjuttost ġenerali.", "Bħala Gvern, aħna dejjem wegħedna li nkunu pro business, jiġfieri li nkunu favur in-negozju.", "Illum il-ġurnata, kważi kważi, kulma jrid in-negozju mingħand il-Gvern hu li ma jiddisturbahx, ma jagħtihx xokkijiet billi ma jintroduċix tariffi, fees u spejjeż ġodda f'daqqa waħda imma jħallih jaħdem bil-kwiet.", "Bħala Gvern, ninsabu impenjati biex mhux biss inħalluh jaħdem b'dan il-mod, imma wkoll nipproteġu lin-negozji tagħna u nsaħħu l-kompetittività tagħhom.", "Naħseb li dan l-abbozz ġdid dwar it-trademarks irridu narawh minn din il-perspettiva ta' Gvern li huwa facilitator u interlokutur li jrid jgħin lin-negozju u fl-istess ħin qed jipprovdilu l-għodda legali li għandu bżonn biex ikompli jikseb u jgħix is-suċċess li qegħdin ngħixu f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ Att biex iħassar u jissostitwixxi l-Att dwar it-Trademarks, Kap 416 ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS CARDONA: Sur President, peress li dan l-Abbozz ta' Liġi kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inkun nista' nressaq il-mozzjoni ħalli jiġi riferut lill-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "CHRIS CARDONA: Nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Chris Cardona.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. com.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (RILOKAZZJONI TA' UFFIĊĊJI U NOTIFIKA B'MEZZI ELETTRONIĊI)", "L-ISPEAKER: Insejjaħ is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proġetti Amministrattivi Julia Farrugia Portelli biex, jekk jogħġobha, tressaq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet, Riallokazzjoni tal-Uffiċċju u Notifika b'Mezzi Elettroniċi.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proġetti Amministrattivi): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet, Riallokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi elettroniċi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, illejla għandna quddiemna żewġ emendi li se jressquna għal żewġ xenarji partikolari.", "L-ewwel punt, li ma jkunx hemm irbit ta' lokalizzazzjoni għall-uffiċċju tar-reġistru pubbliku u t-tieni punt, li nintroduċu notifiki elettroniċi f'dak li għandu x'jaqsam kemm mat-twelid kif ukoll mal-imwiet.", "Sur President, forsi f'għajnejna dawn l-emendi jistgħu jinstemgħu bħala emendi ċkejknin.", "Fil-fatt mhux se ntawlu biex nispjegaw il-liġi li għandna quddiemna.", "Jistgħu jinstemgħu emendi żgħar ħafna, b'mod partikolari fid-dawl ta' emendi differenti li se nkunu qegħdin nipproponu fix-xhur li ġejjin b'rabta mal-Liġi taċ-Ċittadinanza li, fost l-oħrajn, huma intiżi biex jirriflettu l-bidliet demografiċi u soċjo-ekonomiċi li qegħdin nesperjenzaw bħala pajjiż.", "Biss, ninsab persważa li dawn iż-żewġ bidliet se jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies, b'mod partikolari, fil-mod kif jinqeda l-pubbliku inġenerali.", "Qed ngħidu li permezz ta' din ir-riforma, se nżidu l-effiċjenza u l-kwalità fis-servizz li nagħtu.", "Sur President, dawn il-bidliet legali se jiżguraw li jkun hemm sinerġija sħiħa bejn dak li tgħid il-liġi, il-policies użati u l-operat tal-istess aġenzija Identity Malta.", "Irrid infakkar li minbarra t-tisħiħ operattiv, Identity Malta tisħaq fuq l-importanza ta' servizz li jkun uman u aktar qrib in-nies.", "Dan huwa proprju l-għan tal-emendi li qegħdin nipproponu llejla.", "Fir-rigward tal-lokazzjoni tar-reġistru pubbliku, bħalissa teżisti anomalija dwar il-binjiet eżistenti tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku.", "Dan għaliex, għall-kuntrarju ta' kapitlu 56 tal-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, il-Kodiċi Ċivili ma jagħmilx referenza speċifika għall-Belt Valletta u Victoria Għawdex meta jsemmi l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, imma jirreferi biss għal uffiċċju f'Malta u f'Għawdex.", "Dan ifisser li għalkemm il-liġi tispeċifika li għandu jkun hemm uffiċċju f'Malta u ieħor f'Għawdex u t-tnejn se jibqgħu, il-Kodiċi Ċivili ma jirristrinġix li l-uffiċċju msemmi għandu jkun bilfors fil-Belt Valletta jew inkella f'Victoria Għawdex.", "Għalhekk qegħdin nipproponu li nemendaw kapitlu 56 tal-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku biex ma jkunx hemm restrizzjoni fuq il-binja u l-lokalità.", "Sur President, x'inhi s-sitwazzjoni preżenti?", "L-operat tar-reġistru pubbliku bħalissa hu maqsum fi tnejn.", "Hemm it-taqsima tar-reġistrazzjoni tal-atti ċivili, inkluż it-twelid, żwieġ, unjoni ċivili u mewt, taqsima li hija lokalizzata f'Evans Building il-Belt Valletta.", "Dan huwa l-istess bini fejn jingħataw servizzi differenti fosthom taċ-ċittadinanza, il-passaporti u l-espatrijati.", "Imbagħad, hemm it-taqsima tal-preżentata u r-riċerki li topera minn binja differenti li tinsab fi Triq l-Arċisqof.", "Din it-taqsima hija responsabbli minn riċerki fuq kull individwu u entitajiet inn konnessjoni mar-reġistrazzjoni ta' noti dwar it-trasferimenti inter vivos kif ukoll causa mortis u servizzi ta' proprjetà immobbli kif ukoll reġistrazzjoni ta' noti, ipoteka u privileġġi li permezz tagħhom jiġu stabbiliti obbligi bħal, pereżempju, ta' self u ħlas taċ-ċnus.", "Fil-verità, qed nitkellmu fuq żewġ binjiet li għandhom sfidi ta' aċċessibilità; pereżempju ma tistax titla' fis-sulari ta' fuq b'siġġu tar-roti, b'pushchair jew jekk għandek problema fiżika.", "Dawn il-binjiet għandhom diversi restrizzjonijiet anke għall-ħaddiema stess li jaħdmu hemmhekk.", "Fil-fatt, minn żmien għal żmien, nirċievi rapporti dwar binja partikolari fi Triq l-Arċisqof fejn ikollna bżonn nagħmlu interventi biex nassiguraw is-sigurtà tal-istess ħaddiema.", "L-aġenzija Identity Malta hija fid-dmir li tiċċentralizza kemm jista' jkun is-servizzi tagħha u għalhekk qiegħda tippjana li tirrialoka l-uffiċċju tagħha li preżentement jinsab f'Evans Building.", "Smajna kemm-il darba li din il-binja jista' jkollha użu differenti, inkluż fost l-oħrajn, biex nagħtu spinta lir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta.", "Però hawn irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Għalkemm l-emendi se jaffettwaw liż-żewġ uffiċċji, għaliex il-liġi tagħmel riferenza għall-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, dawn l-emendi huma primarjament intiżi għall-flessibilità fil-lokazzjoni tat-taqsima tal-preżentata u r-riċerki.", "L-emendi se jsiru għall-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku li jaċċenna l-aktar fuq l-iskrizzjonijiet tal-kawżi tal-preferenza bejn il-kredituri, l-insinwa tal-atti li jkunu jiswew quddiem terzi u wkoll iskrizzjoni oħra li tagħti l-liġi.", "Sur President, fir-rigward tal-binja, il-pubbliku jixraqlu aħjar.", "Hawn insemmi, fost l-oħrajn, il-problema ta' parkeġġ u n-nuqqas ta' aċċessibilità.", "Hemm binja partikolari li għandha mal-40 tarġa b'mod li, kif għedt, mhijiex aċċessibbli għal xi ħadd li qiegħed fuq siġġu tar-roti.", "Insemmi wkoll l-istruttura fi Triq l-Arċisqof fejn, minn żmien għal żmien, niġi mgħarrfa li mhijiex tajba biżżejjed.", "Fil-fatt kien proprju għal dan il-għan li f'Ottubru li għadda, nidejna proċess billi ħriġna sejħa pubblika li kienet irreklamata fil-gazzetti kollha taħt preliminary market consultation għal kiri ta' uffiċċju ġdid fil-Belt Valletta, liema sejħa ġiet fi tmiemha nhar l-4 ta' Novembru 2018 u b'kollox daħlu erba' sottomissjonijiet li bħalissa qed jiġu evalwati.", "Irridu binja li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, sigura u li tkun tixraq lis-servizz pubbliku u lill-ħaddiema li jaħdmu fiha.", "Però nifhem illi kwalunkwe ċaqliq irid jirrifletti servizz li jkun aċċessibbli, mhux biss għall-ħaddiema tal-istess uffiċċju, imma wkoll għal ħaddiema oħrajn li jagħmlu użu regolari minn dan is-servizz.", "Hawnhekk nagħmel riferenza għan-nutara li fil-ħidma tagħhom iridu jmissu ma' dan id-dipartiment b'mod regolari.", "Fil-fatt kellna diversi laqgħat mal-Uffiċċju tal-Kunsill Notarili u aħna qed nagħtu widen għat-talba li kemm jista' jkun, nibqgħu viċin jew fil-Belt Valletta.", "Però kull deċiżjoni li nieħdu trid tkun kummerċjalment vijabbli.", "Mhux se tkun aċċettata sitwazzjoni fejn għaliex wieħed ikun jaf li għandna bżonn binja proprju fil-qalba tal-Belt, japprofita mis-sitwazzjoni u jibda jispara l-figuri bl-addoċċ.", "Dan japplika wkoll għal kwalunkwe deċiżjoni li nieħdu biex inbiddlu l-binjiet eżistenti.", "Sur President, aktar qabel semmejt in-notifiki elettroniċi.", "Ġaladarba qed nitkellmu dwar ir-reġistru pubbliku, qegħdin nipproponu wkoll li nemendaw il-Kodiċi Ċivili biex indaħħlu mekkaniżmu legali bi tħejjija għall-passi importanti li għandna quddiemna, fosthom il-mod ta' kif jiġu nnotifikati l-persuni li jitwieldu jew li jiġu nieqsa.", "Diġà rriferejna għall-mekkaniżmi ġodda li ddaħħlu fix-xhur li għaddew; daħħalna bidliet li permezz tagħhom persuna li jkollha tarbija, minflok ma jkollha għalfejn tmur il-Belt Valletta, bil-problemi kollha li ġġib magħha dik is-sitwazzjoni, inkluż nuqqas ta' parkeġġ, tkun tista' tirreġistra t-tarbija tagħha f'uffiċċju li ħloqna fl-Isptar Mater Dei.", "Din kienet waħda mill-miżuri ta' simplifikazzjoni li introduċejna.", "Bi pjaċir ngħid li s'issa madwar 90% tat-twelid li jsir f'Mater Dei qed ikun reġistrat hemmhekk u 35% tal-imwiet f'Malta li qed jiġu notifikati f'dan l-istess uffiċċju f'Mater Dei.", "Forsi hawn wieħed jistaqsi: Biżżejjed dan kollu?", "Jien nemmen li le u għaldaqstant irridu nersqu lejn mekkaniżmu fejn permezz tal-e-ID, il-ġenituri jkunu jistgu jidħlu online u jinnotifikaw it-twelid tat-tarbija tagħhom b'dan il-mezz aktar modern.", "Dak li joħroġ mil-liġi se jibqa' fis-seħħ u s-sistema se tagħmilha possibbli li anke mwiet ikunu jistgħu jiġu rreġistrati b'dan il-mod.", "Nixtieq li kif qed nitkellem dwar it-twelid, nagħmel riferenza ċkejkna għal sitwazzjoni li twassal proprju għal dan it-tibdil li qed nipproponu fil-mekkaniżmu.", "Qed ngħidu li fil-każ ta' twelid ta' tarbija fi żwieġ, in-notifika tista' xorta ssir minn wieħed mill-ġenituri, imma fil-każ ta' twelid barra ż-żwieġ, il-liġi tgħid li jridu jkunu ż-żewġ ġenituri li jinnotifikaw il-wild tagħhom.", "Sur President, dak li joħroġ mil-liġi se jibqa' fis-seħħ u s-sistema se tagħmilha possibbli għaż-żewġ istanzi.", "Fil-każ tat-twelid ta' tarbija barra ż-żwieġ, iż-żewġ ġenituri jridu jidħlu bl-e-ID tagħhom biex jinnotifikaw it-tarbija tagħhom online.", "Permezz ta' din l-għodda, se nkunu wkoll kompassjonali ma' dawk l-ommijiet li minħabba raġunijiet ta' saħħa, wara l-ħlas, speċjalment meta jkun hemm komplikazzjonijiet jew inkella ħlas ċesarja, ma jkunux jistgħu jmorru fiżikament jinnotifikaw il-wild tagħhom fi żmien stipulat ta' 15-il ġurnata.", "Sur President, b'dak li qed nipproponu qegħdin nissimplifikaw aktar il-proċessi amministrattivi u qed nagħmlu użu aħjar mit-teknoloġija billi aktar servizzi jemigraw lejn l-online.", "L-għan hu li fl-aħħar mill-aħħar, il-pubbliku jkun jista' jinqeda bl-aħjar mod possibbli.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għal dan l-Abbozz li qed tressaq għad-dibattitu.", "Kif qalet tajjeb, din hija liġi pjuttost sempliċi imma li se jkollha effett pożittiv fuq aspett tal-ħajja li wieħed irid jieħu ħsieb.", "Hawn qed nirreferu għar-reġistrazzjoni ċivili li tista' tkun ċirkostana ta' ferħ f'każ ta' twelid jew ċirkostanza ta' dwejjaq meta jkun hemm il-mewt u wieħed ikun irid jieħu ħsieb jagħmel in-notifiki neċessarji lill-awtoritajiet.", "Din il-liġi hija avvanz tajjeb, li kważi, qegħdin tard fuqha.", "Naħseb li bħala pajjiż, imissna ilna li għamilna dan il-proċess, għaliex l-avvanz fit-teknoloġija ma sarx dan l-aħħar, imma r-reġistrazzjoni elettronika ilha possibbli li ssir għal numru ta' snin.", "Naħseb li f'dan is-sens, pajjiżna kien jixraqlu li jressaq din il-liġi quddiem dan il-Parlament numru ta' leġiżlaturi ilu.", "Nerġa' ngħid li dawn l-iżviluppi f'din il-liġi huma tajbin.", "Pero, biex nagħmel ftit analiżi ta' dak li qed jiġi propost, wieħed għandu jserraħ moħħ lil min huwa involut fuq ċerti aspetti b'rabta ma' fejn se jkun jinsab l-uffiċċju tar-reġistru pubbliku.", "Huwa tajjeb li qed niċċaraw u ngħidu li dan mhux bilfors għandu jkun fil-Belt Valletta, però, kellmuni numru ta' persuni Għawdxin li informawni li hemm informazzjoni ddur li hemm il-ħsieb li l-uffiċċju tar-reġistru pubbliku f'Victoria Għawdex jiġu rilokat għal xi mkien ieħor li mhux fil-Belt kapitali ta' Għawdex.", "Forsi s-Segretarju Parlamentari tkun tista' tiċċara jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jneħħi l-uffiċċju tar-reġistru pubbliku minn Victoria Għawdex.", "It-tieni punt li rrid insemmi huwa dwar it-taqsima tar-riċerki li qiegħda fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta.", "Jidhirli li s-Segretarju Parlamentari għandha tiċċara dan il-punt fid-diskors tagħha.", "Kif nafu, dan huwa bini antik, li ta' spiss ikun hemm aħbarijiet dwaru, fis-sens li jista' jkun hemm xi perikli jew li l-post mhuwiex adattat għas-servizzi li jingħataw fih bħalissa.", "Għal min forsi mhux familjarji ma' dan il-bini, dan jinsab faċċata tal-għassa tal-Belt Valletta u allura huwa pjuttost ċentrali.", "Dan l-uffiċċju jintuża ħafna min-nutara biex jordnaw u jiġbru r-riċerki.", "Fil-fatt in-nutara għandhom interess li t-taqsima tar-riċerki tkun kemm jista' jkun f'post ċentrali u aċċessibbli għalihom, fejn ikunu jistgħu jinqdew kemm jista' jkun malajr.", "Naħseb li post ċentrali aktar mill-Belt diffiċli ssib.", "Qed inqajjem dan il-punt għax kellmuni numru ta' nutara, li qaluli li l-Gvern qed jaħseb li jirriloka dan l-uffiċċju għal xi mkien l-Imsida jew Birkirkara.", "Dan wassal għal kummenti negattivi għall-aħħar u għalhekk ikun tajjeb jekk inserrħu moħħ in-nutara dwar x'inhi eżattament l-intenzjoni tal-Gvern dwar ir-riallokazzjoni tat-taqsima tar-riċerki.", "Qed ngħid dan għaliex dawn huma żewġ uffiċċji li huma frekwentati ħafna.", "Matul is-snin, kien hemm ċaqliq minn post għal ieħor, però dejjem inżammu fil-Belt.", "Kien sar ċaqliq meta mill-qalba tal-Belt, ċerti servizzi niżlu f'Evans Building u n-nies bdew isibuha aktar diffiċli, però biż-żmien is-sitwazzjoni indrat.", "Fil-fehma tiegħi, nistgħu nagħmlu sforz biex jinsab post aħjar li jkun ċentrali fil-Belt, partikolarment għat-taqsima tar-riċerki.", "Sur President, kif għedt, din hija liġi tajba u jalla jkollna ħafna aktar liġijiet bħal dawn li jkunu ffokkati fuq tibdil li hemm bżonn isir fl-immedjat u mhux nistennew numru ta' snin.", "Naħseb li rridu nibdew nantiċipaw tibdil bħal dak li ġie propost illum u nibdew nimplimentawh mill-ewwel.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 20 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, l-istorja ta' 17 Black hija storja dwar tradiment!", "Qed nirreferi għal tradiment tal-fiduċja tan-nies prima klassi!", "Se neħodkom lura lejn kif u minn fejn beda dan it-tradiment.", "Għall-benefiċċju tan-nies, li forsi tant qed jisimgħu affarijiet li jew qed jitħawdu jew inkella għadhom ma fehmux l-istampa sħiħa, se nispjega l-istampa kollha b'mod kemm jista' jkun ċar.", "Nibda billi mmur lura għal qabel l-elezzjoni tal-2013, jiġifieri għal ftit aktar minn ħames snin ilu.", "Dak iż-żmien kellna Kap tal-Oppożizzjoni, illum Prim Ministru, li kien juża kliem sabiħ li ma stajtx ma taqbilx miegħu.", "Ilkoll niftakru kliem bħal \"Malta Tagħna Lkoll\", \"meritokrazija\", \"accountability\", \"trasparenza\" u \"responsabbiltà politika\".", "Dak iż-żmien il-Kap tal-Oppożizzjoni, illum Prim Ministru, kien jemmen ħafna fihom, però ma waqafx hemm; il-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien rikeb fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li huma ħaġa li tmiss lil kulħadd.", "Miegħi għandi l-kont tad-dar tiegħi, li għadni kif ħallastu u li bħalu jirċievi u jrid iħallsu kulħadd.", "Jekk ma tħallsux, jaqtgħulek id-dawl.", "Dak iż-żmien il-wegħda ta' dan il-Kap tal-Oppożizzjoni, żagħżugħ u mimli enerġija u wegħdiet fiergħa, kienet li se jnaqqas dawn il-kontijiet.", "Anzi, kien mar oltre u żied jgħid li biex iraħħas il-kontijiet tad-dawl, kien se jibni power station ġdida.", "Dak iż-żmien kien isemmi wkoll l-iskandlu taż-żejt li seħħ taħt Gvern Nazzjonalista li, skont hu, kien l-akbar skandlu.", "Huwa kien kisser nies bħall-Eks Ministru Tonio Fenech bil-famuż arloġġ tal-lira!", "Akka arloġġ tal-lira qed jieħdu huma!", "Kien semma wkoll nies oħrajn, fosthom l-Eks Ministru Austin Gatt, meta llum, sitt snin wara, l-ebda wieħed minn dawn in-nies ma nstab li b'xi mod kien involut fil-korruzzjoni.", "Però dakinhar isem dawn in-nies kien imxandar ma' kullimkien.", "Sur President, f'dak l-istess żmien, ċjoè qabel l-elezzjoni tal-2013, int kont tneħħejt minn Viċi Kap tal-Partit Laburista.", "B'kumbinazzjoni jien u nipprepara dan id-diskors erġajt qrajt l-intervista li inti kont tajt ftit wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Joseph Muscat, kien talbek titlaq minn Viċi Kap tal-Partit Laburista.", "F'din l-intervista fi Frar tal-2013, ftit jiem biss qabel l-elezzjoni, inti, Sur President, kont għafast ċerti buttuni ta' twissija li llum qed nifhmuhom ħafna aħjar milli forsi stajna nifhmuhom dak iż-żmien.", "Fost l-oħrajn inti kont semmejt kif il-Partit Laburista kien qed jiġi avviċinat minn ċerti nies li għandhom negozji kbar u kont għedt li lilek kienet tinkwetak il-problema tal-korruzzjoni, xi ħaġa li inti għamilt karriera tiġġieled kontra tagħha.", "Sur President, dak li għedt int ftit jiem qabel l-elezzjoni tal-2013 qed nifmuh ħafna aħjar illum.", "Sur President, irrid ngħid li l-proposta li għamel il-Partit Laburista ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni tal-2013 biex tinbena power station ġdida li kienet se twassal biex iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kienet l-istess proposta li waslet għand il-Partit Nazzjonalista.", "Din kienet proposta li l-investituri ta' dak iż-żmien għamlu kemm lill-Partit Nazzjonalista, li kien fil-gvern, kif ukoll lill-Partit Laburista, li kien fl-oppożizzjoni.", "Dakinhar il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien skarta din il-proposta u kien għażel li jibni interconnector, li llum qiegħed hemm, u li jibni wkoll power station oħra, liema power station tant kienet tajba li dan il-Gvern biegħha liċ-Ċiniżi!", "Interessanti l-fatt li din il-proposta tinvolvi lill-istess nies li mbagħad intgħażlu minn dan il-Gvern biex jibnu l-power station.", "Aktar minn hekk, din il-proposta kienet tinkludi wkoll tanker tal-gass.", "Issa hawn irrid infakkar li qabel l-elezzjoni tal-2013, il-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, qatt ma semma t-tanker tal-gass.", "Dan għaliex ma riedx jitlef xi vot minn Marsaxlokk!", "Wara l-elezzjoni però tfaċċa dan it-tanker tal-gass eżatt kif kienu pproponewlu l-istess investituri, jiġifieri l-Gasol, li llum m'għadhomx hemm għaliex fallew u tneħħew mill-konsorzju, u ċertu Apap Bologna, li llum huwa s-sid tal-power station.", "Din hija l-istess proposta!", "Dan x'ġara qabel l-elezzjoni tal-2013.", "Wara l-elezzjoni tal-2013, il-Prim Ministru Joseph Muscat tela' fil-gvern u raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma qabel ma biss kienet bdiet tinbena l-famuża power station il-ġdida.", "Kien beda l-proċess sabiex toħroġ sejħa għall-offerti għall-bini ta' power station u dak iż-żmien, bħala Oppożizzjoni konna oġġezzjonajna.", "Dakinhar jien kont Kap tal-Oppożizzjoni u konna għedna li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma xorta setgħu jorħsu għax konna qed nibnu l-interconnector li kien se jitlesta fi żmien sena.", "Bl-interconnector stajna nixtru l-elettriku bl-irħis.", "Fil-fatt, jekk wieħed jara kemm għandna bżonn elettriku bħala pajjiż isib li diġà kellna biżżejjed provista anke jekk kont tneħħi l-power station tal-Marsa, li fil-frattemp ingħalqet.", "Konna għedna li ma naqblux li jkun hemm tanker tal-gass ankrat f'Marsaxlokk għal 18-il sena sħaħ.", "Aktar minn hekk, konna għedna wkoll li qed inxommu riħa ta' korruzzjoni.", "Madanakollu l-Gvern baqa' għaddej bis-saħħa kollha b'dan il-proġett u xejjen kull oġġezzjoni li konna għamilna bħala Oppożizzjoni.", "Kienu qalulna saħansitra li qed nitkellmu b'dak il-mod għaliex ma ridniex li jorħsu l-kontijiet!", "Bħal dak li qallu mhux kulħadd jieħu pjaċir jekk jorħsu l-kontijiet!", "Kienu poġġew lill-ħabib tagħhom Brian Tonna fil-kumitat tal-għażla għal min se jibni l-power station il-ġdida.", "Għażlu lil dawk li marru għandhom bil-proposta qabel l-elezzjoni u tawhom garanzija ta' €360 miljun minn flusna biex lanqas riskju ma jkollhom u biex żgur jibnu din il-power station.", "Illum hemm investigazzjoni għaddejja mill-Awditur Ġenerali fuq dan il-proċess.", "Issa ilna tliet snin li bħala Oppożizzjoni tlabna din l-investigazzjoni u nittama li l-Awditur joħroġ bir-rapport tiegħu ma jdumx, ħalli naraw x'se jkunu l-konklużjonijiet tiegħu, b'mod partikolari dwar kemm qed jiswina l-elettriku li qed nixtru minn din il-famuża power station ġdida meta mqabbel mal-elettriku mill-interconnector.", "Bħala Oppożizzjoni konna ilna ngħidu li mill-interconnector stajna nixtru l-elettriku ħafna irħas imma l-Gvern dejjem daħak bina u pprova jirredikolana.", "Dak iż-żmien konna nistaqsu għalfejn il-Gvern għandu dan il-ġenn kollu biex jibni din il-power station akkost ta' kollox.", "Illum nafu ben tajjeb għalfejn!", "Kienu qed jaħmu xi ħaġa minn wara daharna!", "Ftit jiem biss wara l-elezzjoni tal-2013, Brian Tonna talab lil Mossack Fonseca, fil-Panama, biex jirreġistrawlu tliet kumpaniji: Hearnville, li aktar tard sirna nafu li hija tal-Ministru Konrad Mizzi; Tilgate, li aktar tard sirna nafu li hija ta' Keith Schembri, li huwa ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u Egrant li ma sirniex nafu ta' min hi, minkejja inkjesta li swietna €1 miljun.", "Ejjew ma ninsewx li l-Prim Ministru suppost kien jaf ta' min hi Egrant għaliex kulma kellu jagħmel hu li jistaqsi lil Brian Tonna.", "Irrid infakkar ukoll li kien hemm ir-raba' kumpanija rreġistrata minn Brian Tonna, did-darba però fil-British Virgin Islands u mhux fil-Panama.", "Din il-kumpanija kienet irreġistrata għal ċertu Cheng Chen li miegħu l-Ministru Konrad Mizzi nnegozja biex ibiegħ l-Enemalta.", "Mela hawn qed nitkellmu dwar erba' kumpaniji sigrieti, tlieta fil-Panama u waħda fil-British Virgin Islands.", "Fl-2015, kien hemm attività kbira marbuta ma' din il-power station u kienu ġew konklużi l-kuntratti għall-bini tal-power station il-ġdida, inbiegħet terz tal-Enemalta liċ-Ċiniżi, il-power station il-ġdida mibnija minn Gvern Nazzjonalista fl-aħħar tal-2012 għaddewha liċ-Ċiniżi wkoll, infetħu trusts għall-kumpaniji tal-Panama, infetħu trusts fi New Zealand, ipprovaw jiftħu kontijiet bankarji mad-dinja kollha għall-kumpaniji sigrieti tagħhom u saħansitra marru personalment Dubaj biex jiftħu kont bankarju!", "Imbagħad fi Frar tal-2016 qabdtihom Daphne Caruana Galizia!", "Hija kixfet li Keith Schembri u Konrad Mizzi kellhom kumpanija sigrieta rreġistrata fil-Panama u trust fi New Zealand.", "Dakinhar sirna nafu bil-kumpaniji sigieti tagħhom imma ma sirniex nafu għaliex fetħuhom.", "Dakinhar kellna nistrieħu fuq il-gideb tal-Ministru Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri.", "Qed ngħid gideb għaliex illum nafu li meta l-Ministru kien qal li fetaħ il-kumpanija għalih personali, kienet gidba.", "Dakinhar ma sirniex nafu wkoll kemm kienu se jdaħħlu flus u mingħand min kienu ġejjin il-flus.", "Però rrid ngħid li l-Prim Ministru kien jaf għaliex seta' jibgħat għalihom u jistaqsihom.", "Dan seta' jistaqsihom: Dawn x'inhuma dawn il-kumpaniji sigrieti?", "Jekk int Chief of Staff jew Ministru, kif jista' jkun li ftaħt kumpanija sigrieta?", "Għalfejn ftaħtuhom?", "X'qed tgħaddu fihom?", "Minn fejn qed iġġibu dawn il-flus?", "Fl-2016 il-Prim Ministru messu poġġa dawn il-mistoqsijiet, sakemm ma kienx jaf anke hu bil-pjan kollu!", "Għaliex il-Prim Ministru m'għamel xejn minn dan?", "Kien preċiżament minn dak il-mument li beda jiddefendihom bis-saħħa kollha.", "Irnexxielhom jikkonvinċu saħansitra lil ħafna nies li billi fetħu kumpanija sigrieta fil-Panama m'għamlu xejn ħażin ladarba m'għaddewx flus!", "Ilkoll nafu li marru għall-elezzjoni meta misshom irriżenjaw kollha kemm huma għaliex posthom mhuwiex fil-politika.", "Hawn għandna tnejn min-nies fl-ogħla karigi tal-Gvern bil-kumpaniji sigirieta u l-Prim Ministru jiddefendihom!", "Posthom mhux fil-politika!", "Biex jipprovaw jaħslu d-dnubniet tagħhom marru għall-elezzjoni.", "Bħal washing machine, ipprovaw jaħslu l-flus!", "Però d-dnub la taħslu u lanqas jorqod!", "Marru għall-elezzjoni minkejja li kienu diġà jafu kulma sirna nafu sentejn u nofs wara.", "Ara x'irresponsabbiltà u x'kompliċità.", "Għalihom li jirbħu l-elezzjoni ma kienx mod biex jaqdu lil pajjiżna imma kien mod ta' kif jeħilsu mill-ġustizzja.", "Huma għamlu l-kalkolu li jew se jirbħu l-elezzjoni jew inkella se jispiċċaw arrestati.", "Dak kien il-kalkolu li għamlu!", "Sur President, l-istampa ngħalqet u llum dawn il-fatti ma jista' jmerihom ħadd.", "Illum għandna tliet fatti u mhux allegazzjonijiet.", "L-ewwel fatt huwa li dawn iż-żewġ min-nies inkixfu b'kumpanija sigrieta fil-Panama kull wieħed.", "It-tieni fatt huwa li nkixfu li f'dawn il-kumpaniji kienu se jdaħħlu €150,000 fix-xahar, li jiġu €5,000 kuljum.", "Akka arloġġ tal-Lira!", "It-tielet fatt huwa li nkixfu li l-flus se jġibuhom mingħajd Jurgen Fenech li huwa sid il-power station li riedu jibnu akkost ta' kollox.", "Dan ifisser li riedu jisirqu minn fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħna!", "Dawn telgħu bil-wegħda li jraħħsu l-kontijiet imma kellhom il-pjan li minn dak ir-roħs idaħħlu €5,000 fil-but!", "Lil kull min qiegħed isegwina mid-dar infakkru li din hi l-istampa kollha.", "Żommu f'moħħkom li dawn huma fatti u mhux allegazzjonijiet.", "Politikament dawn il-fatti żgur huma ta' min jikkundannahom.", "Ejja niftakru li aħna qegħdin fil-Parlament, jiġfieri fl-arena politika u mhux fil-Qorti.", "Il-Qorti nħalluha tagħmel xogħolha u min jaf meta jispiċċa l-każ, imma fl-arena politika hemm responsabbiltà politika li nistennew li tintrefa' llum u mhux meta l-Qorti taqta' s-sentenza.", "Fejn hi r-responsabbiltà politika li kien jemmen tant fiha dak il-Kap tal-Oppożizzjoni żagħżugħ qabel l-2013?", "Xi tfisser għalih l-accountability?", "Xi tfisser it-trasparenza li kien jiftaħar tant biha?", "Dak li qal kienu kollu tradiment.", "Nirrepeti li dawn huma fatti li ma jista' jmerihom ħadd.", "Għalhekk nistaqsi: Għaliex għaddiet ġimgħa minn dak li nkixef fuq sid il-power station ta' 17 Black u għadu ma sar xejn?", "S'issa għad m'għandniex tweġiba.", "Għaliex għadhom hemm il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri meta dawn il-fatti huma tant ċari?", "Għaliex għadhom ma bdewx jiġu investigati l-proġetti kollha li messew magħhom il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri?", "Jiġini f'moħħi b'mod partikolari l-bejgħ tal-isptarijiet, fejn min jaf kemm hemm ħmieġ.", "Jiġini f'moħħi t-trasferiment tal-art tal-ITS li kulħadd jaqbel li art bħal dik ma kellhiex tiġi ttrasferita b'ċuċata kif għamel dan il-Gvern.", "Dawn huma kollha proġetti taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Konrad Mizzi.", "Kull ħaġa li miss magħha ċ-Chief of Staff u dan il-Ministru li jibża' jiffaċċja l-midja, u bir-raġun għaliex denbu qiegħed taħt il-blat u għandu l-faħam miblul, għandha tiġi investigata.", "Sur President, illum nistgħu ngħidu li mhux ta' b'xejn li l-power station riedu jibnuha akkost ta' kollox!", "Illum nistgħu ngħidu li mhux ta' b'xejn li bilfors riedu t-tanker ankrat f'Marsaxlokk!", "X'jimpurtahom mix-Xlukkajri!", "Illum nistgħu ngħidu li mhux ta' b'xejn il-Prim Ministru baqa' jiddefendihom meta issa għaddew sentejn u nofs!", "Illum nistgħu ngħidu li mhux ta' b'xejn neħħew lill-Onor.", "Godfrey Farrugia minn Ministru għas-Saħħa u minfloku għamlu lill-Onor.", "Konrad Mizzi, meta ma kellu x'jaqsam xejn mas-saħħa ladarba kien responsabbli mill-qasam tal-enerġija!", "Għamluh responsabbli mill-enerġija u mis-saħħa biex ikunu jistgħu jbigħu l-isptarijiet!", "Illum nistgħu ngħidu wkoll li mhux ta' b'xejn li l-Ministru Konrad Mizzi kellu u għad għandu l-akbar proġetti ta' dan il-Gvern, inkluż it-trasferiment tal-art tal-ITS.", "Illum nistgħu ngħidu li mhux ta' b'xejn li qegħdin joġġezzjonaw u jirreżistu bis-saħħa kollha t-talba tiegħi biex tinfetaħ inkjesta.", "X'inhi r-responsabbiltà tal-Prim Ministru f'dan kollu?", "Il-Prim Ministru ilu jaf minn tal-inqas sentejn u nofs, ċjoè minn meta kixfithom Daphne Caruana Galizia.", "Madanakollu baqa' m'għamel xejn.", "La kien jaf u m'għamel xejn, allura l-Prim Ministru huwa politikament responsabbli.", "Il-Prim Ministru żamm lil dawn it-tnejn min-nies fil-kariga anke wara l-elezzjoni.", "Reġa' rebaħ elezzjoni u kellu l-akbar skuża biex iwarrabhom ladarba kienu involuti f'dak l-iskandlu, imma xorta għażel li jħallihom hemm.", "Il-Prim Ministru seta' għażel li ma jerġax iħammeġ it-tieni gvern tiegħu, kif issa ġaralu, iżda minflok għażel li ma jneħħihomx anke wara l-elezzjoni.", "Jien ngħid li ma jistax ineħħihom!", "Aktar minn hekk, il-Prim Ministru żamm lill-awtoritajiet ta' pajjiżna milli jieħdu l-passi, fost l-oħrajn lill-Pulizija, lill-Avukat Ġenerali u lill-FIAU.", "Qed ngħid dan għaliex dawn l-awtoritajiet mhux qed jieħdu passi meta ilna nitolbuhom biex jieħdu passi sentejn u nofs sħaħ.", "U jekk dawn l-istituzzjonijiet ma ħadux passi, fl-aħħar mill-aħħar hemm persuna waħda biss li hija responsabbli: il-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru ma ordna l-ebda inkjesta fuq oxxenità bħal din u kelli mmur jien nitlob inkjesta fil-Qorti, f'Lulju tas-sena li għaddiet.", "Issa għaddew 14-il xahar u l-aktar ħaġa faċli li seta' jagħmel il-Prim Ministru kieku m'għandux faħam miblul kienet li jaqbel mat-talba tiegħi li ssir inkjesta.", "Seta' jgħid li hu m'għandux x'jaħbi, jaqbel mal-inkjesta u għalhekk l-awtoritajiet setgħu jinvestigaw li jridu.", "Iżda x'għamel minflok il-Prim Ministru?", "Fil-Qorti qed jaqlagħli fwiedi għax ma jaqbilx li tinfetaħ inkjesta.", "Meta l-maġistrat ordna li tinfetaħ inkjesta ra kif għamel u appella, biex issa ilna niġġieldu fuq dan l-appell aktar minn sena.", "Issa għandna seduta ffissata għall-5 ta' Diċembru 2018, nittama bi mħallef ġdid, sabiex jiddeċiedi l-appell tal-Prim Ministru.", "Jien nistieden lill-Prim Ministru li ladarba qed jgħid li jrid jieħu azzjoni meta tinqata' l-inkjesta, għandu jwaqqa' l-appell.", "Għaliex il-Prim Ministru qed jappella biex ma ssirx inkjesta?", "Jaqaw qed jistenna biex issir l-inkjesta jew inkella ma jridx li ssir inkjesta.", "Għandna Prim Ministru li qed jinqabad fil-gideb u fil-kontradizzjonijiet u qed jaqa' fir-redikolu!", "Ir-responsabbiltà tal-Prim Ministru bla dubju ta' xejn hija primarjament responsabbiltà politika għaliex ilu jaf b'dan kollu u baqa' jaħbi.", "Hemm livell ta' kompliċità, anke kriminali, da parti tal-Prim Ministru.", "Din hija xi ħaġa li għandha tiġi investigata.", "Żgur li bl-aġir tiegħu l-Prim Ministru qiegħed jostakola l-ġustizzja.", "F'pajjiżi oħrajn, meta l-ġustizzja tiġi ostakolata huwa reat kriminali.", "Għalhekk, ir-reazzjoni tal-Prim Ministru tkompli żżid is-suspetti fuqu.", "Kif għedt, il-Prim Ministru qal li qed jistenna l-inkjesta biex jiddeċiedi jekk jiħux passi, però fil-Qorti qed jgħid li ma jridx li tinbeda inkjesta.", "Il-Prim Ministru qal ukoll li jekk fl-inkjesta jinstab li hu implikat, jirriżenja.", "Tajjeb, mela ż-żewġ akkolti tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, mhumiex implikati u xorta żammhom hemm?", "Jien ngħid li mhux billi qal il-Prim Ministru, anke hu implikat għaliex ladarba żamm lil dawn it-tnejn min-nies hemm ifisser li huwa implikat ukoll.", "Sur President, niġi issa għal dak li qal illum il-Ministru għall-Ġustizzja f'dan il-Parlament, fejn ikkonferma l-aħbar li qrajna lbieraħ fuq il-ġurnal The Sunday Times.", "Qed nirreferi għall-aħbar li bħalissa hemm inkjesta għaddejja quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li skont il-Ministru, intalbet ftit tal-ġimgħat ilu mill-Pulizija.", "Mhux ċar jekk l-inkjesta ntalbitx qabel jew wara li sirna nafu li s-sid ta' 17 Black hu Yorgen Fenech, però f-fatt li hemm inkjesta għaddejja jfisser ħaġa waħda.", "Ifisser li llum nafu uffiċjalment li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u l-Ministru Konrad Mizzi huma investigati mill-Pulizija u minn maġistrat inkwerenti.", "Għalhekk il-mistoqsija hija: Kif għadhom fil-kariga?", "Jien ngħid li l-Pulizija jmissha tagħmel aktar u tinvestiga minn fejn qed jgħaddu l-€150,000 fix-xahar jew il-€5,000 kuljum.", "Dawn riedu jgħadduhom minn 17 Black, imma hawn xi ħadd jaħseb li llum mhux qed jgħadduhom minn xi mkien ieħor?", "Minn fejn qed jgħaddu dawn il-flus?", "Sur President, din hija storja ta' tradiment u tal-waħx u qisha storja meħuda minn xi film mafjuż.", "Din hija storja surreali ta' nies li riedu jaħtfu l-poter biex iħaxxnu buthom u issa li nqabdu, qed jużaw il-poter bħala tarka biex ma ssirx ġustizzja.", "Fuq kollox, dawn ittradew il-fiduċja tan-nies li afdawhom.", "Dan huwa tradiment tal-prima klassi fuq l-aktar ħaġa importanti li dan il-Gvern rebaħ biha l-elezzjoni: il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dawn biegħu lin-nies il-wegħda tal-kontijiet u spiċċaw inqabdu li fuq l-istess kontijiet, iridu jdaħħlu l-flus f'buthom.", "Sur President, hemm responsabbiltà kbira x'tintrefa'.", "Hemm responsabbiltà politika, legali u kriminali x'tintrefa' għat-tradiment kbir li sofra l-poplu Malti.", "Illum iż-żejt tela' f'wiċċ l-ilma.", "Illum nafu l-verità u issa li nafu l-verità, il-poplu Malti jistħoqqlu ġustizzja.", "Finalment nitlob il-permess biex inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport maħruġ mill-Gasol 'Bringing Low Cost Electricity to Malta – Greener Energy for Malta'.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra issa hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 20 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 pm il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "WIED IL-GĦAJN – ENERĠIJA ELETTRIKA B'XEJN MILL-IMPJANT TA' SANT'ANTNIN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il familja f'Wied il-Għajn irċeviet enerġija elettrika b'xejn mill-enerġija ġġenerata mill-impjant ta' Sant' Antnin mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "FESTINI U RIĊEVIMENTI TA' ŻWIEĠ – STEDINA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il stedina rċieva, mill-2013, biex jattendi festini u/jew riċevimenti ta' anniversarji ta' żwieġ, jew ta' żwieġ, mingħand sidien azzjonisti jew diretturi ta' istituzzjonijiet finanzjarji regolati mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), u liema minnhom attenda?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni ma tinġabarx.", "IDENTITY MALTA – ĊITTADINANZI TAĦT L-IIP – UŻU TA' BANK PARTIKOLARI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-interess tiegħu u taċ-Chief of Staff tiegħu meta Identity Malta irrakkomandat regolarment biex dawk li japplikaw biex jixtru ċ-ċittadinanza taħt l-IIP jużaw is-servizzi tal-bank, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "JOSEPH MUSCAT: L-ebda interess.", "MALTIN FL-AWSTRALJA – DRITT BIEX JIVVOTAW F'ELEZZJONIJIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-Prim Ministru, waqt li kien l-Awstralja f'Marzu/April, qal fuq SBS Radio li l-Gvern irid li l-Maltin fl-Awstralja jkollhom ukoll id-dritt tal-vot u li jkunu jistgħu jivvotaw fl-ambaxxata jew bil-posta, jista' l-Prim Ministru jgħid kif biħsiebu jwettaq dan u sa meta?", "JOSEPH MUSCAT: Il-Gvern huwa impenjat li jagħti l-opportunità lill-persuni Maltin li jgħixu barra u li għandhom id-dritt tal-vot, li jivvotaw f'ambaxxati f'pajjiżi barranin.", "F'dan l-istadju l-Gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi kriminali ġew ordnati mill-Avukat Ġenerali wara s-sentenza tal-Qorti mill-Imħallef Felice li ftit jiem ilu ddikjarat null u illegali l-esproprji fl-iskandlu ta' Strada Żekka?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ għadu sub judice.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-2013, il-Ministeru għall-Finanzi ma ħatar l-ebda bord ta' inkjesta skont kif jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta).", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kemm ilni Ministru tat-Turiżmu ma ħtart l-ebda bord ta' inkjesta.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 sat-Tnejn 12 ta' Novembru 2018, ma kien hemm l-ebda inkjesta maħtura mill-Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273 tal-Liġijiet ta' Malta).", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ġie maħtur Bord ta' Inkjesta wieħed biss.", "L-għan ta' dan il-Bord kien li jinvestiga allegazzjonijiet magħmula min individwu kontra Membru tal-Bord ta' Heritage Malta.", "Il-Bord kien magħmul minn Direttur bħala Chairperson, u Assistent Direttur u Avukat bħala membri.", "Ir-rapport finali kien ġie ppreżentat fid-9 ta' Frar, 2015.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġew maħtura tliet bordijiet ta' inkjesta.", "Dawn huma:", "· Inkjesta fuq l-operat tad-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura fejn jikkonċerna l-permessi u kontrolli fuq l-operat tal-fish farms tat-tonn.", "Data li ġie maħtur il-Bord– 20 ta' Diċembru 2016", "Data li ġie ppreżentat ir-rapport – 9 ta' Ġunju 2017", "· Inkjesta dwar l-operat tad-Direttorat dwar ir-Regolamentazzjoni Veterinarja dwar il-qtil ta' bhejjem wara li allegatament fil-merħliet tagħhom instabet il-marda tat-tuberkulożi.", "Data li ġie maħtur il-Bord – 23 ta' Lulju 2018", "Ir-rapport għadu mhux konkluż.", "·Inkjesta dwar il-ħruq li sar ġewwa l-kumpless tal-Magħtab nhar il-Ġimgħa 31 ta' Awwissu 2018.", "Data li ġie maħtur il-Bord – 10 ta' Settembru 2018", "Ir-rapport għadu mhux konkluż", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum kien hemm inkjesta waħda dwar l-allegat abbuż minn uffiċjal pubbliku fil-Ministeru biex jiġi aġevolat traffikar taż-żejt mil-Libja lejn l-Italja, u dan wara rapporti fil-midja internazzjonali li rriżulta li kienu foloz.", "Diġà weġibt numru ta' mistoqsijiet parlamentari oħra dwar dan il-każ u m'għandix iżjed xi nżid.", "LESA – IMPJIEG TA' GWARDJANI LOKALI/UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-gwardjani li issa ġew impjegati mal-LESA jgħoddilhomx bħala servizz iż-żmien li damu jaħdmu mal-privat?", "Jekk fin-negattiv, jista' jikkonsidra li l-perjodu li dawn il-gwardjani damu jaħdmu mal-privat jingħaddilhom bħala servizz daqslikieku kienu jaħdmu mal-Gvern?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Uffiċjali tal-Komunità ġew impjegati mal-Aġenzija LESA bħala transfer of business b'effett mill-1 ta' Mejju 2018.", "Bit-transfer of business inżamm l-istess salarju kif ukoll l-istess grad kif kien ingaġġat mal-privat.", "L-Uffiċjal tal-Komunità m'għandux servizz peress illi dan ma jaqax taħt korp iddixxiplinat.", "Tajjeb li wieħed jippreċiża li l-impjieg tal-Uffiċjali tal-Komunità huwa mal-LESA bħala aġenzija li hija meqjusa bħala closed department.", "TRANSPORT MALTA – TFASSIL TA' SPECIFICATIONS GĦAL CALL FOR TENDER", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kenitx involuta fit-tfassil tal-ispecifications għal call for tenders li sar minn Transport Malta bl-isem ta' Tender for the Supply and delivery of CISCO wifi Access Points at Transport Malta New Offices (TM 072/2017) u fl-istess ħin tefgħetx l-offerta għall-istess call for tenders?", "Jista' jgħid ukoll jekk jafx b'każijiet oħra fi Transport Malta fejn min ikun involut fit-tfassil tal-ispecifications ta' tenders sussegwentement jitħalla wkoll jagħmel offerta għall-istess tender?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi skont ma jien infurmat minn Transport Malta, il-kumpanija li dwarha qed jingħataw id-dettalji ma kenitx involuta fit-tfassil tal-ispecifications għal call for tenders li sar minn Transport Malta bl-isem ta' Tender for the Supply and delivery of CISCO wifi Access Points at Transport Malta New Offices (TM 072/2017).", "Fejn kien hemm xi drabi li Transport Malta saret taf li hemm possibbiltà ta' \"perceived conflict of interest\" bejn min kien involut fit-tfassil tal-ispecifications ta' tender u fejn għamel ukoll offerta, ittieħed parir legali u t-tenderer ġie skwalifikat.", "IŻ-ŻURRIEQ – VJAL IX-XAROLLA – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq flimkien ma' Triq il-Kuċċard, Ħal Safi, suppost ilhom lesti aktar minn sitt xhur u x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla, speċjalment fejn tgħaqqad ma' Blue Grotto Avenue u ma' Triq il-Belt Valletta, għadu mhux lest u x-xogħol fi Triq il-Kuċċard għadu lanqas biss beda, tant li mill-2013 sal-lum għadu ma sar l-ebda progress fuq din it-triq?", "Jista' jgħid x'kienet r-raġuni li mar jiftaħ Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq meta fil-fatt ix-xogħol għadu mhux lest?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett tal-bini mill-ġdid ta' Vjal ix-Xarolla, li kien ilu ppjanat li jsir għexieren ta' snin u baqa' qatt ma sar, tlesta fil-ġimgħat li għaddew.", "Dan hekk kif imħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq il-post, u li fiha l-awtoritajiet irringrazzjaw lir-residenti għall-koperazzjoni tagħhom, kif ukoll lil dawk kollha li ħadmu biex dan il-proġett tlesta minkejja l-isfidi tekniċi tas-sejbiet arkeoloġiċi fl-inħawi.", "Fit-tarf ta' Vjal ix-Xarolla, fir-roundabout ma' Vjal il-Blue Grotto, qed isir proġett ta' tisbiħ separat minn entitajiet oħra.", "Dan ix-xogħol m'għandux x'jaqsam mal-proġett ta' Vjal ix-Xarolla, li kif diġà spjegajna, tlesta.", "Il-proġett sabiex Triq il-Kuċċard, li minn Vjal ix-Xarolla tagħti għal Ħal Safi, tinbena mill-ġdid bl-istess disinn ta' Vjal ix-Xarolla se jibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "Hekk kif għamlet fi Vjal ix-Xarolla, fi Triq il-Kuċċard Infrastruttura Malta se ssegwi l-istruzzjonijiet u l-miżuri kollha mitluba mill-awtoritajiet ambjentali u tal-ħarsien tal-wirt storiku u twettaq ix-xogħol taħt is-superviżjoni tal-arkeologi, peress li f'dawn l-inħawi qed jinstabu ħafna fdalijiet storiċi li jeħtieġ ikunu studjati u konservati.", "TENDER FOR THE CONSTRUCTION AND RESURFACING OF RESIDENTIAL ROADS – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'testijiet saru fuq it-toroq li ser isir ix-xogħol fihom qabel inħareġ it-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "IM 004/18) biex jiġi stabbilit l-intervent li se ssir f'kull triq?", "Jista' jgħid x'jiddetermina l-ħxuna tat-tarmak li se tingħata f'kull triq, kif se ssir l-istruttura tat-triq taħt il-livell tat-tarmak, eċċ?", "IAN BORG: It-tħejjijiet għall-ħruġ tas-sejħa għall-offerti għall-ewwel 120 triq mil-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid fl-2019 bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna kienu jinkludu l-ġbir tat-tagħrif tekniku meħtieġ flimkien ma' konsultazzjoni ma' dawk kollha konċernati.", "L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tax-xogħol tal-bini mill-ġdid tat-toroq imsemmija permezz ta' din is-sejħa se jsiru skont l-istandards ta' kwalità u sigurtà, u r-regolamenti kollha applikabbli, hekk kif isir fil-bini mill-ġdid ta' toroq oħra li qed isiru bħalissa.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA – TENDER FOR THE CONSTRUCTION AND RESURFACING OF RESIDENTIAL ROADS – STANDARDS U SPEĊIFIKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid skont liema standards u speċifikazzjonijiet se jsir ix-xogħol ta' toroq li se jsiru permezz tat-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tax-xogħol tat-toroq imsemmija huma kif deskritt fil-Legiżlazzjoni Sussidjarja 499.57 New Roads and Road Works Regulations.", "Il-kliem ikkwotat f'din il-mistoqsija huwa spjegat fis-sezzjoni Instructions to Tenderers, klawsoli 1.3 i) sa v) tal-istess sejħa għall-offerti indikata.", "Il-kliem indikat, li huwa fil-fatt parti minn klawsola li tiġi inkluża f'kull sejħa għall-offerti ta' dan it-tip, tfisser \"fejn f'dan id-dokument ta' tender jiġu kkwotati standards, għandu jiġi meqjus li l-awtorità kontraenti taċċetta standards ekwivalenti.\"", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA – TENDER FOR THE CONSTRUCTION AND RESURFACING OF RESIDENTIAL ROADS – LOTTIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li t-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "IM 004/18) inqasam f'ħames lottijiet, jista' l-Ministru jgħid x'inhu dak li jiddetermina x'toroq jidħlu taħt kull lott?", "Jekk l-aġenzija Infrastruttura Malta se tesiġi li x-xogħol fuq il-ħames lottijiet jibda fl-istess ħin, ma jaħsibx il-Ministru li peress li f'lottijiet differenti hemm toroq tal-istess lokalità, se nispiċċaw f'sitwazzjoni li f'lokalità jkun hemm numru ta' toroq, li wħud minnhom huma toroq distributorji, fejn ikun għaddej ix-xogħol fuqhom fl-istess ħin u allura tista' tinħoloq konġestjoni sħiħa ta' traffiku?", "Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-toroq, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern, b'€700 miljun, biex itejjeb l-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna se jiġi ppjanat u kkordinat kif meħtieġ, sabiex jiġu evitati diffikultajiet għal dawk li jgħixu jew jivvjaġġaw fihom ta' kuljum.", "ŻGĦAŻAGĦ LI QED JIĠU KLASSIFIKATI BĦALA NEET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li qed jiġu kklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?", "Jista' jindika s-sess tagħhom?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Infurmat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "WIED IL-GĦAJN – GĦASSA TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija l-antika ġewwa Wied il-Għajn għadhiex f'idejn il-Korp inkella għaddietx lura f'idejn il-Lands Department?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-Għassa tal-Pulizija l-antika ta' Wied il-Għajn m'għadhiex f'idejn il-Korp u ċ-ċwievet għaddew f'idejn il-Lands Department (illum L-Awtorità tal-Artijiet).", "BELT VALLETTA – MUŻEW NAZZJONALI TAL-ARTI – ĦLAS MINN VIŻITATURI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi li ħallsu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Belt fis-sena 2017 u sa issa fl-2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bejn l-2017 u l-2018 il-Mużew Nazzjonali tal-Arti kien magħluq peress li kienu qed ssiru l-preparamenti biex jinfetaħ il-Mużew il-ġdid tal-Arti, il-MUŻA, li ġie inawgurat nhar is-Sibt, 10 ta' Novembru 2018.", "BELT VALLETTA – MUŻEW TAL-ARKEOLOĠIJA – ĦLAS MINN VIŻITATURI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm viżitaturi li ħallsu fil-Mużew tal-Arkeoloġija tal-Arti l-Belt fis-sena 2017 u sa issa fl-2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bejn l- 2017 u Jannar sa Settembru 2018 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija l-ammont ta' viżitaturi bi ħlas kienu 73,325 u 57,688 rispettivament.", "LAQGĦAT BARRA MINN PAJJIŻNA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?", "EVARIST BARTOLO: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għal laqgħat barra minn pajjiżna fl-ewwel sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.", "Skont il-kalendarju tal-Kunsill tal-Ministri provdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn:", "Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer nattendi partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu taħt aktar minn Ministeru wieħed.", "LAQGĦAT BARRA MINN PAJJIŻNA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-laqgħat li ser nattendi huma dawk il-laqgħat li normalment jirrikjedu l-preżenza tal-Ministru.", "Skont il-programm tal-presidenza l-ġdida fis-sena li ġejja, hemm previsti laqgħat informali u formali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni (JHA) filwaqt li hemm ukoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS).", "Dwar l-EYCS l-attendenza tiegħi għal din il-laqgħa tiddependi mill-aġenda li ser tkun diskussa.", "Mhux eskluż li jista' jkun hemm laqgħat oħra fejn il-preżenza tiegħi tkun mitluba iżda li s'issa għadhom ma jidhrux fil-kalendarju propost mill-presidenza l-ġdida.", "ATT DWAR L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA – DISPOŻIZZJONIJIET FIL-KAŻ TAR-REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA U L-ILMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6667, filwaqt li ssir referenza għall-artikolu 3 tal-Kap.", "545 li jipprovdi li \"ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li jkun magħmul minn President u mhux inqas minn erbgħa u mhux aktar minn sitt membri oħra\", jista' l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl ta' dak li jingħad fl-imsemmi artikolu, jekk ir-referenza għar-Regolatur fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap.", "497, tapplikax biss għall-President tar-Regolatur imsemmi jew inkella wkoll għall-membri l-oħra tar-Regolatur?", "Jekk tapplika biss għall-President, għalfejn tapplika għalih biss?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "FEDERATION OF ESTATE AGENTS KONTRA D-DIRETTUR ĠENERALI (KOMPETIZZJONI)", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-proposti għall-emendi fl-Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, skont kif pubblikati f'Awwissu 2018, jekk ġiex ikkonsidrat ukoll l-impatt tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta' Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġeneral (Kompetizzjoni) et fuq il-poteri ta' awtoritajiet pubbliċi oħra li dawn jimponu multi jew sanzjonijiet oħra, u jekk iva x'passi qed jiġu kkonsidrati f'dan ir-rigward?", "OWEN BONNICI: Qed issir diskussjoni ġenerali f'diversi livelli internament fi ħdan il-Gvern.", "DIRETTUR ĠENERALI (KOMPETIZZJONI) – FUNZJONIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu xi passi fid-dawl tas-sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fl-ismijiet Falzon Group Holdings Limited et versus Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et mogħtija fit-8 ta' Novembru 2018, b'mod partikolari biex fl-intervall sakemm isir it-tibdil meħtieġ fil-liġi, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ikun f'qagħda li jista' effettivament jaqdi l-funzjonijiet tiegħu?", "OWEN BONNICI: Infurmat li s-sentenza li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija sentenza parzjali.", "Peress li l-każ jinsab quddiem il-qrati u għadu sub judice, tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata meta tinqata' s-sentenza definittiva mill-qrati.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7666 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari 7666 li l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7665 u tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Cabin Attendant u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel?", "Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Cabin Attendant li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?", "JUSTYNE CARUANA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 7666 li l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali u sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.", "L-GĦARB, GĦAWDEX – TRIQ FRANĠISK PORTELLI – KISI BIT-TARMAK", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq peress li x-xogħol fuq din it-triq ġejt infurmat f'risposta għall-mistoqsija parlamentari oħra li qed issir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex hija prevista li ssir fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL RINOVAZZJONI TA' DJAR FL-ISLA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal rinnovazzjoni ta' djar fl-Isla f'dawn l-aħħar ħames snin bejn is-sena 2014 u l-2018 sal-jum li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minn dawn ġew approvati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7823, l-Awtorità tal-Ippjanar ma rċeviet ebda applikazzjoni ġewwa l-Isla fejn id-deskrizzjoni tal-iżvilupp propost kienet tinkludi l-kliem renovation, rinovar/zjoni, rinnovar/zjoni mill-1 ta' Jannar 2014 sal-lum.", "Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ma tikkategorizzax l-applikazzjonijiet b'mod li wieħed ikun jaf jekk applikazzjonijiet għal tibdil jew żidiet ikunux se jwasslu għal rinovazzjoni tal-proprjetà.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li diversi xogħlijiet ta' rinovazzjoni ma jirrikjedux permess formali mingħand l-Awtorità.", "SKOLA SEKONDARJA RABAT GĦAWDEX – GĦALLIEM TAL-MALTI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma huwiex minnu li l-istudenti tal-Iskola Sekondarja tar-Rabat Għawdex għadhom mingħajr għalliem tal-Malti?", "Kemm ilhom mingħajr għalliem?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-klassijiet bdew bit-tagħlim normali mill-Ħamis, 8 ta' Novembru 2018.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAULE – TELEPHONES", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7109 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li l-Ħadd, 9 ta' Settembru 2018, bejn is-sitta u t-tmienja u nofs ta' filgħaxija, is-sistema tat-telefon fir-Residenza San Vinċenz de Paul kienet totalment mhux qed tiffunzjona, bil-konsegwenza li ma setgħux jidħlu telefonati għand it-telephone operators u dan wassal biex, fost oħrajn, ma kienx possibbli li jissejjaħ it-tabib fil-każi fejn pazjenti kellhom bżonnu u għalhekk l-istaff tas-swali kellhom imorru jfittxu huma lit-tabib?", "Jekk dan huwa l-każ, x'kien li wassal għal dan it-tul kollu ta' ħin mingħajr servizz daqstant essenzjali f'post bħar-Residenza San Vinċenz de Paul li barra li jservi ta' sptar iservi wkoll ta' residenza?", "Kien hemm xi ħadd responsabbli on duty matul dak il-ħin, biex jieħu ħsieb dan l-inċident ta' din ix-xorta ġewwa r-Residenza?", "X'kienet ir-raġuni għal dan in-nuqqas totali ta' ffunzjonar tas-sistema tat-telefon?", "Barra minn hekk, kien tul ta' ħin raġonevoli dak ta' sagħtejn u nofs biex is-sistema terġa' tiġi lura għan-normal?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid-9 ta' Settembru 2018, ġiet irrappurtata ħsara fis-sistema tat-telefonija ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paule.", "Il-proċeduri interni jesiġu li r-rapporti ta' ħsarat fuq is-sistema tat-telefonija jiġu mressqa lill-kuntrattur ewlieni li jieħu ħsieb l-imsemmija sistema (GO plc).", "Wara li t-tekniku ġie fuq il-post, il-problema ġiet riżolta minnufih.", "Kif żviluppat il-ħsara, il-management tar-Residenza ħa ħsieb jara li s-sezzjonijiet kollha jiġu infurmati sabiex l-inkonvenjent ikun wieħed minimu, kif fil-fatt kien.", "Filwaqt li sar arranġament min-night managers biex is-sejħiet għat-tobba isiru fuq is-sistema ċellulari, kien hemm madwar żewġ talbiet fejn il-carers għamlu kuntatt mat-tobba fl-uffiċini tagħhom.", "DELIMARA – TANKER TAL-GASS", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba t-tanker tal-gass f'Delimara ġie mimli mill-ġdid minn mindu bdiet taħdem il-power station tal-ElectroGas sal-jum li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li minn meta wasal l-LNG tanker fil-bajja ta' Marsaxlokk sal-lum, kien hemm total ta' 15-il transfer ta' LNG.", "SKEMA TAL-ĦWIENET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li hemm għadd ta' persuni inkwetati u f'sitwazzjoni inċerta, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab l-iskema tal-ħwienet tal-Gvern li għandhom operational agreements mal-original tenants?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema tal-ħwienet għalqet fi Frar 2016 u l-applikazzjonijiet li daħlu qegħdin jiġu evalwati.", "KUMPANIJI LI MA JĦADDMUX PERSUNI B'DIŻABILITÀ – FLUS MIĠBURA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7682 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fejn qegħdin jintefqu l-flus miġbura minn dawk il-kumpaniji li mhumiex iħaddmu l-kwota ta' ħaddiema b'diżabilità (2% mill-ħaddiema jkunu persuna b'diżabilità)?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-flus miġbura minn dawk il-kumpaniji li mhumiex jonoraw il-kwota ta' 2% qed jiffinanzjaw l-operat tal-Lino Spiteri Foundation u attivitajiet jew inizjattivi amministrati minn Jobsplus li jassistu b'mod dirett lill-persuni b'diżabilità.", "Dawn is-servizzi jinkludu wkoll is-sapport li jingħata lill-employer biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-impjieg tal-persuna b'diżabilità.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7683, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kien il-baġit tal-Lino Spiteri Foundation għas-sena 2018?", "Kemm-il persuna b'diżabilità nstabilha impjieg matul din is-sena?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Fondazzjoni Lino Spiteri bejn Jannar u Settembru 2018 għenet 120 persuna b'diżabilità tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Iżjed minn hekk, il-fondazzjoni provdiet servizz ta' job coaching lil madwar 273 persuna b'diżabilità matul it-taħriġ u fil-bidu tal-impjieg tagħhom.", "L-ispiża għat-tmexxija tal-Fondazzjoni tlaħħaq il-€1 miljun fis-sena.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7784 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed isir jew jekk dan l-aħħar sarx bunkering fil-port ta' Marsaxlokk?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bunkering fil-Port ta' Marsaxlokk, bħal kif jiġri fil-Port il-Kbir, isir b'mod regolari lil dawk il-bastimenti kollha, inkluż dawk lokali, li jsejħu d-diversi terminals u faċilitajiet portwali li jinsabu f'dan il-port.", "Bunkering dejjem isir bil-permess tal-Awtorità u b'konformità stretta mal-liġijiet u mar-regolamenti kollha applikabbli kif ukoll mad-direzzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u awtoritajiet oħra kompetenti minn żmien għal żmien.", "IŻ-ŻEJTUN – TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG – PERIKLU", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'biħsiebu jagħmel il-Gvern Ċentrali sabiex jiġi eliminat il-periklu kbir li jeżisti fil-preżent fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun, peress li ta' spiss qed isiru diversi inċidenti serji f'din it-triq u mhux l-ewwel darba li vetturi li jkunu għaddejjin b'veloċità qawwija minn din it-triq qed jispiċċaw jitilfu l-kontroll u jidħlu fil-bini ta' din it-triq, fejn kien hemm anke okkażjonijiet li karozzi li jkunu tilfu l-kontroll, baqgħu deħlin b'veloċità kbira fil-parapetti tad-djar, kif ukoll kien hemm xi rapporti fejn nies mexjin minn fuq il-bankina f'din il-bypass, kien għoddhom intlaqtu minn karozzi li jkunu tilfu l-kontroll?", "Peress li f'din it-triq kellha ssir service road li taqdi lir-residenti li joqogħdu f'din it-triq u li tissepara r-residenzi f'din it-triq mill-karreġġjati minn fejn jgħaddi t-traffiku u peress li din is-service road hi bżonjuża wkoll għall-pedestrians sabiex ikunu jistgħu jimxu bla periklu bħalma kien sar fil-bypass ta' Ħal Għaxaq fejn hemm service road imma din għal xi raġuni mhux magħrufa għadha ma saritx fi Triq il-President Anton Buttigieg, jista' l-Ministru jgħid jekk l-aġenzija Infrastruttura Malta għandhiex pjanijiet sabiex din it-triq titwessa' fejn hu possibbli u ssir service road?", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-aġenzija Infrastruttura Malta sabiex tassigura li jiġu maqtugħin darba għal dejjem l-abbużi min-naħa tas-sewwieqa li jsuqu b'mod eċċessiv matul Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun (bħal speed cameras u sleeping policemen/traffic humps) sabiex tiżdied is-sigurtà u jonqos il-periklu f'din it-triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastruttura Malta qed tikkunsidra u tippjana diversi alternattivi sabiex titjieb is-sigurtà u l-kwalità tat-triq imsemmija waqt li jittaffew id-diffikultajiet indikati.", "Ġaladarba dawn il-pjanijiet ikunu ffinalizzati jgħaddu għand Transport Malta biex jiġi assigurat li l-miżuri neċessjarji rigward traffic calming u sigurtà huma l-aħjar possibbli.", "Filwaqt li dan qed issir, Transport Malta se tkun qed tikkomunika mal-Pulizija biex kemm jista' jkun ikun hemm l-infurzar neċessarju.", "SPORT TAL-KAROZZI – SIT GĦAL ĊIRKWIT", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7779, peress li l-Ministru eskluda li tali ċirkwit se jsir fil-ġnien viċin il-Freeport, jista' l-Ministru jgħid hux f'pożizzjoni li jeskludi wkoll Ħal Far, bħala sit għaċ-ċirkwit peress li Ħal Far hu wkoll viċin ħafna tar-residenti ta' Birżebbuġa?", "Interpellant li kif diġà ntqal fit-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari oħra fuq l-istess suġġett, id-dettalji jistgħu jingħataw meta jitlesta l-proċess li għaddej, inkluż konsultazzjoni, biex ikun identifikat post li fuqu jsiru studji konkreti dwar it-trakka tal-motorsport.", "LIMITI TAL-MELLIEĦA - BĊEJJEĊ TAL-BAĦAR SORĠUTI FUQ IL-BLAT VIĊIN LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-bċejjeċ tal-baħar li hemm sorġuti fuq il-blat viċin l-entratura tal-lukanda Ramla Bay, limiti tal-Mellieħa, hux qegħdin hemm bil-permessi tal-awtoritajiet kompetenti u jekk iva, jista' l-Ministru jindika liema kienu dawk l-awtoritajiet li ħarġu dawn il-permessi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-allegazzjoni ġiet mgħoddija lil Transport Malta sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet u l-aċċertamenti neċessarji, tieħu l-passi u tirrapporta lura kif hemm bżonn.", "L-AĦRAX – STRUTTURA TAL-ĠEBEL (LIGHTHOUSE) – MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li l-istruttura tal-ġebel (lighthouse) li hemm fiż-żona magħrufa bħala l-Aħrax, limiti bejn il-Marfa u l-Armier, fil-Mellieħa ssirilha l-manutenzjoni meħtieġa wara li kienet ġarrbet ħsarat aktar minn sentejn ilu?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara għal liema struttura tal-ġebel qed jirreferi.", "Il-kopja ta' site plan tal-PA li turi navigation light f'dawn l-inħawi li iżda mhix struttura tal-ġebel tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "IL-MELLIEĦA – XOGĦLIJIET RELATATI MAS-SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol relatat mat-tqegħid tas-sistema tad-drenaġġ fiż-żona magħrufa bħala x-Xatt ta' Santa Marija fil-Mellieħa?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li x-xogħlijiet se jibdew fil-ġranet li ġejjin.", "Bħalissa qed isiru l-aħħar taħditiet u ftehim mal-kuntrattur, mal-kunsill u mal-entitajiet ikkonċernati.", "SKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEĦA – XOGĦLIJIET FUQ ESTENSJONI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa jkun jista' jibda ladarba jinħarġu l-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar u kif jiġu allokati t-tenders lill-kuntratturi tal-iskavar u kostruzzjoni.", "IŻ-ŻEJTUN – TRIQ SAN DUMINKU – ART TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tieħu l-flus għall-art privata tagħha fi Triq San Duminku, iż-Żejtun, li kien post mibni u li kien itteħdilha u twaqqa' mill-Gvern fl-1989, biex isir parkeġġ pubbliku mingħajr ma s-sidien ma ngħataw ebda kumpens saħansitra anke wara li rebħu l-kawża u anke l-appell li sar mill-Gvern?", "Peress li fit-18 ta' Lulju 2017 il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri, mill-Onor.", "Imħallef Tonio Mallia u mill-Onor.", "Imħallef Joseph Azzopardi kienet ikkonfermat u obbligat lill-Gvern, permezz tal-Kummissarju tal-Artijiet, biex iħallas il-kumpens ta' €88,616 imma billi sal-lum minkejja li għaddiet aktar minn sena mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dawn l-ispejjeż dovuti lil din l-anzjana għadhom ma tħallsux, jista' jara li tiġi segwita s-sentenza tal-Qorti mingħajr aktar dewmien?", "IAN BORG: Ninsab informat illi l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda fil-proċess li tipprepara l-att relattiv sabiex isir il-kuntratt li permezz tiegħu jkun jista' jingħata l-kumpens xieraq.", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qiegħed fuq il-payroll tal-PBS?", "Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-pożizzjoni li għandu u kemm hu s-salarju tiegħu?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari 6222 u 6454."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181119_169d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 20 ta' Novembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta' rubber flooring eżistenti?", "Ta' kemm minnhom intlaqgħet it-talba?", "Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħra?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi kriminali ġew ordnati mill-Pulizija wara s-sentenza tal-Qorti mill-Imħallef Felice li ftit jiem ilu ddikjarat null u illegali l-esproprji fl-iskandlu ta' Strada Zekka?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kenitx involuta, u jekk iva kif, fit-tneħħija ta' diversi siġar fix-shooting range f'Ta' Kandja?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għaddhietlux draft tal-Fuel Station Policy riveduta?", "Jekk iva, meta għaddithielu, u jekk le, fiex waslet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-applikazzjonijiet għar-relocation ta' pompi tal-petrol li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta' Frar 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u f'kull każ jista' jgħid kemm kien id-daqs tal-pompa oriġinali u kemm hu d-daqs tal-pompa rilokata rispettivament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'kundizzjonijiet ta' ħlas u perkaċċi għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tiegħu?", "Jista' jgħid x'inhu xogħlu u minn meta beda jagħti tali konsulenza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bil-kondizzjonijiet oriġinali tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament meta fis-snin 60, id-Dipartiment tal-Artijiet kien ta l-art għall-iżvilupp?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnha bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnha u għal kull wieħed minnhom tindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li l-Pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta' delitt?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet ġie ppreżentat rikors fil-Qorti tal-Maġistrati biex il-Pulizija tiġi ordnata tmexxi l-proċedura meħtieġa skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-Qorti sabet li prima facie hemm lok għad-denunzja, rapport jew kwerela u għalhekk ordnat lill-Pulizija biex tmexxi l-proċedura meħtieġa?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat fil-Qorti tal-Maġistrati wara li l-Pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta' delitt skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-Qorti tal-Maġistrati sabet li prima facie hemm lok għad-denunzja, rapport jew kwerela u għalhekk ordnat lill-Pulizija biex tmexxi l-proċedura meħtieġa?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Avukat Ġenerali, fil-proċedura meta l-Pulizija Eżekuttiva ma tkunx trid tmexxi fuq ir-rapport, id-denunzja jew il-kwerela, b'nota iddikjara li kien intlaħaq ftehim mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż ieħor li l-qrati ta' dak il-pajjiż għandhom jeżerċitaw ġurisdizzjoni dwar id-delitt skont dak li jipprovdi t-tieni proviso tal-artikolu 541 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tender li ħarġet l-Aġenzija Infrastruttura Malta ħarġet bit-titlu Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "IM 004/18) meta bl-istess tender se jsiru xogħlijiet fuq toroq distributorji u mhux residenzjali?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta separata għal kull lott li tindika liema toroq se jsiru u l-extents ta' kull triq li se ssir kif ukoll il-klassifikazzjoni ta' kull triq, u ċjoè hiex triq residenzjali, triq non-urban, triq maġġura, triq arterjali, triq distributorja, eċċ.?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid ma' min ikkonsulta biex issir kull triq ta' kull lott li jinsab fit-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stima ta' kull triq li se jsir ix-xogħol fuqha skont it-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "Meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq?", "Jista' jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru f'kull triq f'kull lott (pereżempju cement stabilization material, ħxuna ta' surface cold milling, ħxuniet u tip ta' tarmak, eċċ.), għal kull triq separatament?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7580 u jgħid kemm kien hemm impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, f'liema grad u f'liema sezzjoni, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm instabu persuni li kienu bħala unlicensed foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm talbiet pendenti għall-persuni ta' nazzjonalità li ma hijiex dik ta' dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul din s-sena 2018 sa issa u jista' jinforma b'liema reati ġew akkużati?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta' abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b'titolu ta' kera fid-djar tal-Gvern f'Raħal il-Ġdid li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u kemm daħlu każijiet fis-snin 2016, 2017 u sa issa fl-2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Minsitru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-persuni ta' nazzjonalità li ma hijiex dik ta' dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul din is-sena?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk parti mil-art li llum tifforma parti mill-Gozo Sports Complex, inkluż garaxx tal-istess Gozo Sports Complex, fil-fatt se jittieħdu biex minflok jiffurmaw parti mill-Iskola Primarja l-ġdida li qed tiġi ppjanata li tinbena ġewwa r-Rabat Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Wasteserv Malta sena b'sena u xahar b'xahar mill-2013 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm kien il-valur ta' kull direct order u fiex kien jikkonsisti kull direct order li ngħata mill-Wasteserv Malta mill-2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jispjega għalfejn f'ħafna mill-korrispondenza li tintbagħat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi fosthom avviżi ta' likwidazzjoni, m'hemmx il-postcode inkluż fl-indirizz u dan meta fl-aħħar snin saret ħafna enfasi biex tintuża l-postcode?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid mill-mija u erbgħin miljun ewro ta' investiment fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea mħabbra minnu f'konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt 11 ta' Novembru, kemm minnhom ser jintużaw fuq toroq jew proġetti f'Għawdex?", "Jista' jagħti lista ta' toroq f'Għawdex li ser isiru b'dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta' Multi-Modal Hub ġewwa x-Xewkija ħdejn il-Korsa taż-Żwiemel?", "Tista' tpoġġi kopji tal-pjanti, site plan, il-PA number kif ukoll kopja tal-permessi, għal dan il-proġett peress li issa ġie ppubblikat it-tender u allura jidher li hemm il-permessi meħtieġa?", "Kemm hu stmat li jiġi jiswa dan il-proġett?", "Min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett?", "Meta hu ppjanat li jibda dan il-proġett u jitlesta u kemm hi l-istima ta' dan il-proġett?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat collective agreement ġdid għall-ħaddiema tal-Enemalta?", "Jekk iva, jista' jgħid meta ġie ffirmat u min kienu l-firmatarji tiegħu?", "Jista' jgħid liema perjodu jkopri dan il-collective agreement?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li jridu jħallsu dawk il-persuni li qed jagħmlu użu mis-servizzi tad-Djar Residenzjali tal-Persuni b'Diżabilità?", "Hemm xi persuna li hija awtorizzata mill-Istat sabiex tonfoq il-flus li jibqa' mill-pensjoni tar-resident/a biex ikun jista' jista' jgħix ħajja aktar komda?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30949 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rapporti dwar vjolenza domestika li saru fl-2016 u s-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika f'dan il-perjodu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-drittijiet ta' dawk il-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali?", "Jista' klijent jitlob aċċess għat-tagħrif li jkollha l-aġenzija dwar il-każ tiegħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32321 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Aġenzija Żgħażagħ ma jorganizzawx programmi ta' empowerment indirizzati lejn żgħażagħ li jbatu minn xi diżabilità kemm intelletwali, fiżika jew mentali?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7257, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jbatu mill-kundizzjonijiet imsemmija fir-risposta tal-mistoqsija indikata, u li ma jattendux f'ebda Ċentru ta' Matul il-Jum?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jingħataw is-servizz tal-Home-Start u f'liema lokalitajiet qiegħed jingħata dan is-servizz?", "Hemm xi waiting list sabiex familji jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi -Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "19 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar ir-Rapport maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi intitolat \"State of the Environment Report 2018\" (Kont.).", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018 fis-6.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sinjura Mary Scicluna għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Joseph Theuma għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għal Qatar.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Dionisio Vella għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Afrika t'Isfel.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Joshua Ellul għall-ħatra ta' non-executive Chair tal-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Is-Sotto Kumitat dwar id-Dijabete fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Diskussjoni.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 62 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "19 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181120_170a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 20 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 20 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 20 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 169, li saret fid-19 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "DEĊIŻJONIJIET TAS-SEDJA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Se nagħti Ruling:", "Fis-Seduta Nru 169 tal-bieraħ, 19 ta' Novembru 2018, l-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, nixtieq li s-Sedja tara jekk hemmx lok li tieħu provvediment dwar allegazzjonijiet li saru online lbieraħ, wara diskors li għamilt jien fis-Seduta Nru 166 tat-12 ta' Novembru, fejn l-online portal theshiftnews.com allegaw u insinwaw li jien ivvintajt affarijiet u saħansitra għamilt dikjarazzjoni falza f'dan il-Parlament fil-konfront ta' dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, ossia, meta qal li l-Prim Ministru qed idaħħal €5,000 kuljum minn fuq il-korruzzjoni.", "Hawnhekk għandi t-transcript ta' dak li qal l-Onor.", "Azzopardi, u nikkwota:", "\"Il-Maltin imorru l-bank biex isarrfu ċ-ċekk ta' Joseph, għandna ċ-ċekk ta' Joseph €40.", "Sinjura, dak iċ-ċekk sarrfu, però ftakar li hu qed idaħħal €5,000 ħanini!\"", "Hekk qal l-Onor.", "Hawnhekk is-Sedja talbet lill-Onor.", "Glenn Bedingfield jgħid x'qed jitlob lis-Sedja, fejn l-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Issa dan qed jgħid li jien ivvintajt dikjarazzjonijiet dwar Jason Azzopardi.", "Nixtieq nitolbok biex tara jekk hemmx lok li jkun hemm provvediment fil-konfront ta' din l-allegazzjoni.", "Jekk hawn allegazzjoni falza hija dik li għamel l-Onor.", "Jason Azzopardi, u aktar u aktar dak li qalu theshiftnews.com li jien ivvintajt xi ħaġa jew saħansitra għamilt dikjarazzjoni falza.\"", "Hawnhekk is-Sedja qalet lill-Onor.", "Glenn Bedingfield li se tieħu nota, tara l-affarijiet bil-kwiet, u tagħti l-provvediment li jkun hemm bżonn.", "Is-Sedja rat ir-rapport, ossia l-istorja li dehret fuq l-online portal theshiftnews.com tat-18 ta' Novembru, 2018 taħt it-titlu 'Disinformation Watch: Toxic tactics on 17 Black' u tagħmel referenza immedjata għall-parti saljenti taħt is-subheading 'Twisting the narrative' fejn jintqal hekk:", "Fil-fatt, ġie kkwotat ukoll l-artikolu tal-inews.com fejn hemm miktub:", "\"Jason Azzopardi jallega li l-Prim Ministru qed idaħħal €5,000 kuljum\"", "\"Egrant uriet li dan kollu gidba.", "Imma dan ma jafx jistħi?!\"", "L-artikolu jkompli:", "Is-Sedja rat ukoll id-diskors kollu traskritt li għamel l-Onor.", "Jason Azzopardi fis-Seduta Nru 166 tat-12 ta' Novembru 2018, u l-partijiet li s-Sedja dehrilha li għandha tikkwota mid-diskors li qal l-istess Onor. Jason Azzopardi huma s-segwenti:", "\"Smajtu xi ħadd minnhom imeri dak li sirna nafu li dawn kellhom pjan miktub, maqbul u ppjanat biex idaħħlu €150,000 fix-xahar?", "Taf x'inhu, ħabib tiegħi, li qed tisma'?! €5,000 kuljum!", "Taf kemm trid iddum int biex taqlagħhom €5,000?!", "Il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri għamlu pjan bil-miktub biex kuljum, mar-radd tas-salib, iqum filgħodu, irodd is-salib u jgħid \"ġewwa €5,000\", bil-korruzzjoni, bit-tixħim.", "Smajtu xi ħadd imerihom dawn il-fatti?", "Parti oħra mid-diskors li s-Sedja tħoss li għandha tikkwota hija din il-parti:", "\"… ma nafx kemm-il mitt elf u biex jagħżel power station għandu doni partikolari.", "Nexia BT bagħat e-mail lil Mossack Fonseca l-Panama – fit-tnejn hemm il-ħmieġ u jinten ħafna dak il-ħmieġ – biex jinfurmawhom li se jdaħħlu €150,000 fix-xahar.", "Ħalli nifhmu ftit. €150,000 fix-xahar kull wieħed minn Keith Schembri u Konrad Mizzi għal 18-il sena.\".", "Aktar tard, proprju fl-aħħar parti tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Jason Azzopardi qal hekk:", "\"Tagħmel storja, tagħmel skandlu bl-arloġġ tal-lira li kien jiswa €400, imbagħad korruzzjoni ta' €5,000 kuljum, €150,000 fix-xahar, serq … Il-Maltin li jmorru l-bank biex isarrfu ċ-ċekk ta' Joseph … Għandna ċ-ċekk ta' Joseph €40!", "Sinjura, dak iċ-ċekk sarrfu, però ftakar li hu qed idaħħal €5,000 ħanini!", "Ħalli nagħlaq.", "Joseph Muscat huwa jew kompliċi jew ostaġġ ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi u din hemm bżonn nispjegaw kemm hija serja.\".", "Is-Sedja wara li rat u qrat dawn il-brani, jidher ċar li fid-diskors tiegħu, l-Onor.", "Jason Azzopardi kien qed jagħmel referenza għal €150,000 fix-xahar meta kien qed jispjega dak li kien qed jiġi allegat fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi u tas-Sur Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.", "Però fl-aħħar bran huwa ma identifikax lill-istess Konrad Mizzi u Keith Schembri, imma alluda għaċ-ċekk li qed jibgħat Joseph lill-Maltin, ċekk ta' €40 - ovvjament Joseph li qed jagħmel referenza għalih huwa l-Prim Ministru - u fl-istess stqarrija, meta jagħmel referenza għal Joseph jirreferi għal \"hu\", li huwa l-istess Prim Ministru li qed idaħħal €5,000.", "Tant hu hekk li huwa għalaq billi qal:", "\"Joseph Muscat huwa jew kompliċi jew ostaġġ …\".", "Għalhekk, ir-referenza u l-bran indikat mill-istess theshiftnews.com fl-artikolu \"Disinformation Watch: Toxic tactics on 17 Black\", meta jgħid:", "u meta jgħid:", "mhuwiex korrett.", "Dan għaliex fl-aħħar parti tad-diskors tal-Onor.", "Jason Azzopardi fis-Seduta tat-12 ta' Novembru 2018, huwa kien qed jirreferi għal Joseph il-Prim Ministru.", "Għaldaqstant is-Sedja qiegħda tiddeċiedi dan ir-ruling billi tinforma lill-istess theshiftnews.com biex tagħmel il-korrezzjoni meħtieġa f'dik il-parti fejn tgħid, u nikkwota:", "Din għandha tiġi korretta għax mhuwiex il-każ għaliex jirriżulta mod ieħor.", "Għandha tiġi kkoreġuta wkoll il-parti li tgħid:", "Din il-parti wkoll mhijiex korretta għaliex ma kien hemm l-ebda \"false claim\" min-naħa tal-Onor.", "Glenn Bedingfield meta kien qed jikkwota verbatim lill-istess Onor. Jason Azzopardi.", "Ir-Ruling huwa deċiż.", "Issa se nagħti Ruling ieħor:", "Fis-Seduta Nru 169 tal-bieraħ, 19 ta' Novembru 2018, l-Onor.", "Robert Cutajar talab hekk lis-Sedja:", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, bħala Whip ta' din in-naħa tal-Kamra, fin-nuqqas tal-Onor.", "Jason Azzopardi, qed nitolbok biex tara r-rapport li deher fil-ġurnal l-Orizzont ta' nhar il-Ħamis 15 ta' Novembru, fejn ġie rapportat id-diskors li kien hawn f'din il-Kamra dwar dak li qal l-Onor.", "Silvio Schembri fil-konfront tal-Onor.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Jason Azzopardi mhux qiegħed hawn, imma qed inressaq għall-attenzjoni tiegħek biex tara jekk dak li ġie rapportat fil-ġurnal imsemmi kienx leali ma' dak li ntqal meta kien hemm żewġ points of order li ma kienx hemm referenza għalihom.\".", "Is-Sedja rat l-artikolu li saret referenza għalih, u ċjoè, dak ta' l-Orizzont intitolat \"Ngħidlek imissek tistħi tal-gideb li qed tgħid\" fil-ħarġa tal-15 ta' Novembru 2018, fejn kien qed jiġi rapportat dak li qal is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri waqt il-ħin tal-mistoqsijiet fis-Seduta tal-14 ta' Novembru 2018.", "Is-Sedja tinnota li filwaqt li ssir referenza għall-punt ta' ordni mqajjem mill-Onor.", "Busuttil fis-Seduta msemmija, ma ssir l-ebda referenza għall-punti ta' ordni mqajma mill-Onor.", "Jason Azzopardi waqt li kienu qed isiru mistoqsijiet supplimentari għall-mistoqsija parlamentari tiegħu nru 4800.", "Dan, is-Sedja setgħet tikkonstatah wara li rat u rreferiet għat-traskrizzjoni tas-seduta msemmija, fejn l-Onor.", "Azzopardi ġibed l-attenzjoni tas-Sedja għal darbtejn, fejn allega li s-Segretarju Parlamentari Schembri kien qed jimmislidja l-Kamra.", "Fil-konsiderazzjoni tagħha dwar il-punt imqajjem, is-Sedja rat ir-ruling mogħti minnha fil-leġiżlatura preċedenti fis-Seduta 194 tat-3 ta' Novembru 2014 dwar ilment imqajjem minn l-Onor.", "Ċensu Galea, li dakinhar kien Deputy Speaker, dwar il-fatt li ġurnal ma kienx irrapporta l-isem tal-interpellant li kien għamel il-mistoqsija parlamentari, iżda llimita ruħu biss biex jirrapporta t-tweġiba li ngħatat.", "\"Wara l-ilment imqajjem mill-Onor.", "Galea, is-Sedja, tramite l-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra, talbet lill-ġurnal l-Orizzont biex jagħmel il-kjarifika neċessarja.", "B'risposta għal din it-talba għal kjarifika, l-Uffiċċju tal-Ispeaker irċieva komunikazzjoni mingħand l-editur tal-ġurnal l-Orizzont li staqsa liema huma dawk il-liġijiet jew l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li jobbligaw lill-midja jsemmu l-Membru Parlamentari li jkun għamel il-mistoqsija parlamentari.", "Għaldaqstant, is-Sedja ħasset li għandha tagħti dan ir-ruling anke biex ikun hemm linjigwida ċari dwar il-pożizzjoni tas-Sedja dwar rapportaġġ ta' proċeduri parlamentari minn kull midja, kemm dik elettronika, kemm dik viżiva, kemm dik tar-radju, kif ukoll dik miktuba.", "M'hemmx dubju li għalkemm l-Ordnijiet Permanenti huma siekta fuq din il-materja, joħroġ l-obbligu li kull ġurnal għandu jirrapporta fedelment u korrettement dak kollu li jiġri fil-Parlament u li rapport skorrett jista' jikkostitwixxi disprezz tal-Parlament.", "Is-Sedja hawnhekk se tagħmel referenza għall-paragrafi (j) u (k) tal-artikolu 11(4) tal-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati (Kap. 113) u tikkwota b'mod partikolari l-paragrafu (k) li jgħid li huwa reat kontra dan l-Att:", "\"… il-pubblikazzjoni volontarja jew bi traskuraġni ta' xi rapport falz jew mgħawweġ ta' xi dibattitu jew proċedimenti tal-Kamra jew ta' xi kumitat tagħha.\".", "Minn hawn joħroġ li l-ommissjoni ta' isem l-interpellant li jkun għamel mistoqsija parlamentari f'rapport fil-midja tista' b'xi mod fl-interpretazzjoni ta' dawn l-artikli - għalkemm mhux neċessarjament dejjem għaliex wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi u l-kuntest kollu - tiġi meqjusa bħala rapportaġġ mhux korrett jew sħiħ, u li allura dak ir-rapport jista' jiġi interpretat bħala li huwa rapportaġġ mgħawweġ.\".", "Dakinhar is-Sedja rat ukoll il-Code of Journalistic Ethics maħruġ mill-Malta Press Club, fejn taħt l-artikolu 4 jiġu elenkati dawk il-każijiet fejn huwa kkonsidrat li jkun hemm ksur tal-komportament etiku, fosthom:", "Is-Sedja rat ukoll ir-ruling mogħti mill-Ispeaker Michael Frendo fis-Seduta 250 tal-5 ta' Lulju 2010, li kien jittratta dwar talba għal ksur ta' privileġġ mill-Onor.", "Joe Mizzi dwar rapportaġġ fil-ġurnali.", "Dakinhar, fil-konsiderazzjoni tagħha, is-Sedja, irrilevat li hija:", "\"… trid tara jekk ir-rapportaġġ tal-ġurnali u tat-televizjoni indikati kienx jaqa' fl-isfera leġittima ta' espressjoni ħielsa u libertà tal-istampa jew jekk, ai termini tal-Ordinijiet Permanenti tal-Kamra u tal-Ordinanza fuq indikata, kienx hemm l-elementi neċessarji li jikkostitwixxu prima facie ksur ta' privileġġ kif mitlub mill-Onorevoli Mizzi.\".", "Is-Sedja tinnota li t-talba tal-Onor.", "Cutajar għan-nom tal-Onor.", "Azzopardi ma kenitx tirrelata ma' xi nuqqas ta' rapportaġġ korrett, iżda biss dwar nuqqas ta' rapportaġġ komplet, u dan għaliex il-ġurnal l-Orizzont fil-ħarġa tiegħu tal-15 ta' Novembru 2018 m'għamlix referenza għall-punti ta' ordni li tqajmu mill-Onor.", "F'dan ir-rigward is-Sedja tinnota wkoll li l-ġurnal lanqas irrapporta dak li qal l-Onor.", "Byron Camilleri li kien hu li għamel l-ewwel mistoqsija supplimentari għall-mistoqsija parlamentari 4800.", "Is-Sedja tixtieq tagħmilha ċara li fit-tmexxija tal-Kamra hija dejjem trid toqgħod attenta li filwaqt li tara li jkun hemm osservanza tar-regolamenti tal-Kamra, ma tirfisx dak li l-Eks Speaker Frendo spjega ben tajjeb \"l-isfera leġittima ta' espressjoni ħielsa u libertà tal-istampa\".", "Għaldaqstant, is-Sedja qiegħda tiddeċiedi li ma tista' tieħu l-ebda passi fil-rigward tal-punt imqajjem mill-Onor.", "Cutajar għan-nom tal-Onor.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-Aġent President ta' Malta għoġobha tagħti l-Kunsens tagħha għal:", "Att Nru XXXIX tal-2018 - Att tal-2018 dwar is-Servizzi ta' Impjieg u Taħriġ.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RUBBER FLOORING FL-ISKEJJEL", "L-ONOR.", "Clyde Puli) staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta' rubber flooring eżistenti?", "Ta' kemm minnhom intlaqgħet it-talba?", "Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħrajn?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab informat li kien hemm 76 talba minn skejjel u childcare centres għall-manutenzjoni ta' rubber flooring eżistenti.", "In-numru ta' talbiet li ntlaqgħu fejn ix-xogħol diġà twettaq hu ta' 25.", "Dawn ix-xogħlijiet tlestew bejn Diċembru 2017 u Ottubru 2018.", "Hemm ukoll għaxar talbiet oħrajn li ntlaqgħu, iżda x-xogħol għadu se jitwettaq.", "Dwar il-41 talba l-oħra, jien informat li minn spezzjonijiet li twettqu mill-FTS irriżulta li kienu f'kondizzjoni adegwata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Xi ftit xhur ilu kont qrajt artiklu fuq ġurnal lokali, fejn kienu intervistaw koppja, mara u raġel, li kellhom problema b'binhom, li ma kienx jidentifika mal-ġeneru tiegħu.", "F'dik l-istorja kont qrajt li kellhom xi problema mhux biss mal-ħbieb, iżda anke fejn tidħol l-edukazzjoni.", "Jien konvint li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kontinwament jiltaqa' ma' dawn l-isfidi f'pajjiżna.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministru bħala sistema ta' edukazzjoni f'Malta sabiex anke dawn l-ulied tagħna wkoll iħossuhom parti mis-sistema edukattiva u ma jaqgħux lura?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "Hija diġà sfida kbira biex tbiddel il-liġijiet u biex tfassal politika favur l-inklużjoni.", "Dan għax aħna rridu li l-iskejjel tagħna jitmexxew b'żewġ valuri importanti, li huma l-valur tad-diversità, u allura, inti min inti, tħoss li l-iskola fejn tmur lesta tilqgħek bħal kull tifel u tifla oħra, u bħal kull persuna oħra, hu x'inhu l-ġeneru tagħha, u għandek bżonn ukoll l-inklużjoni.", "Iridu jmorru t-tnejn flimkien.", "Sintendi, dawn ukoll huma affarijiet li huwa iktar faċli li tgħidhom milli jsiru fir-realtà.", "Politika favur id-diversità u l-inklużjoni għandna u kull skola hija marbuta li timxi magħhom però, kif nafu, huwa iktar diffiċli li tbiddel il-mentalità u li tbiddel l-imġiba.", "Ftit ilu kelli x-xorti niltaqa' ma' grupp ta' ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom, li huma transesswali fl-iskejjel tagħna, kif ukoll ġenituri omosesswali li għandhom it-tfal.", "U ta' kuljum anke t-tfal ta' persuni u koppji omosesswali għandhom sfidi fl-iskejjel tagħna.", "Waħda mill-iktar affarijiet li laqtuni meta qgħadt nistaqsihom x'inhija l-esperjenza tagħhom hija li għandhom esperjenza tajba fejn isibu għalliema li jifhmuhom u jilqgħuhom, imma imbagħad jgħidu kelma qawwija ħafna: \"iġġegħluniex nigdbu min aħna!\"", "Jiġifieri, dawn it-tfal jibżgħu juru x'inhuwa l-ġeneru jew l-orjentament sesswali tal-ġenituri tagħhom.", "Problema ħafna ikbar minn hekk hija dik tal-adolexxenti transesswali.", "L-adolexxenti transesswali ma jbatux minħabba persuna oħra, li tista' tkun ommhom jew missierhom, imma jbatu għax isibuha diffiċli għax qed jgħixu s-sitwazzjoni huma stess u jridu faċilitajiet u attitudni madwarhom li jilqgħuhom kif inhuma, u mhux hemm min jgħidilhom mara-raġel, qisek tifel jew qisek tifla, u diskors bħal dan!", "Kien hemm min tkellem u kapaċi jesprimi ruħu u jurina li rridu naħdmu biex l-iskejjel tagħna jsiru iktar inklużivi u iktar ibbażati fuq id-diversità.", "Imma l-iktar li jinkwetawni huma dawk li lanqas tkellmu!", "Ma jfissirx li mhumiex inweġġgħin, ma jfissirx li ma jħossuhomx imwarrbin, ma jfissirx li m'hemmx bullying fil-konfront tagħhom, imma tant huma trawmatizzati, li lanqas kellhom il-fiduċja fihom infushom biex jitkellmu.", "Allura, għalkemm għandna l-politika, xorta rridu nkomplu naħdmu biex inbiddlu din l-imġiba u mentalità.", "Jien nixtieq li kull skola tibda torganizza itkar attivitajiet fejn id-diversità u l-inklużjoni jiġu prattikati fil-ħajja ta' kuljum.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq nirreferi għall-iskema tal-kolazzjon li jingħata lit-tfal filgħodu waqt il-ħin tal-iskola.", "Din hija xi ħaġa li hija tajba u għalkemm għandi idea differenti, naqbel ħafna magħha.", "Jista' l-Ministru jgħid x'monitoraġġ qed isir biex jiġu assigurat li l-ikel li qed jingħata huwa fil-fatt ta' kwalità tajba u huwa clean food?", "Xi spezzjonijiet qed isiru għal għarrieda biex jiġi assigurat li dak l-ikel li qed jingħata lit-tfal ikun skont dak li għandu jagħti l-kuntrattur involut?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Nirringrazzja ħafna lill-Onor.", "Farrugia li qajjem dan il-punt importanti.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li suppost li l-ikel li jitqassam ikun kif iddeskrivieh l-Onor.", "Nitolbu li jekk jaf b'xi każi fejn irridu nieħdu passi jgħaddili l-informazzjoni u nwiegħdu li nieħdu passi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, fit-tweġiba li ta lill-Onor.", "Byron Camilleri, il-Ministru għamel aċċenn għall-multikulturaliżmu.", "Naf li din hija sfida kbira mhux ftit, speċjalment fi skejjel bħal dik ta' San Pawl il-Baħar, fejn hemm tfal li ġejjin minn diversi pajjiżi.", "Jista' l-Ministru jikkummenta dwar is-sitwazzjoni tal-aċċettazzjoni tal-multikulturiżmu u x'qed isir min-naħa tal-Ministeru f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Irrid ngħid lill-Onor.", "Interpellant li spiċċa ż-żmien li meta nitkellmu fuq il-preżenza ta' tfal minn pajjiżi differenti, b'kulturi differenti, nirreferu biss għall-iskola ta' San Pawl il-Baħar!", "Dan għax għandna iktar minn 4,000 tifel u tifla li ġejjin minn pajjiżi differenti li jattendu skejjel f'Għawdex u f'Malta.", "Nistgħu ngħidu li dawn jinsabu min-naħa s'oħra tal-pajjiż, għalkemm ikun hemm konċentrazzjoni f'postijiet bħall-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, in-Naxxar, il-Gżira, Tas-Sliema, Pembroke u San Ġiljan, Tal-Pietà u Birżebbuġa.", "Allura spiċċa ż-żmien li ngħidu hemmhekk u hemmhekk biss.", "Din hija sfida kbira.", "Ħalli nifhmu daqsxejn x'ġara fl-aħħar sitt snin.", "Jien niftakar li meta dħalt biex nieħu r-responsabbiltà ta' ministru fl-2013, fuq l-iskrivanija tiegħi, bir-raġun, il-Ministru tal-amministrazzjoni preċedenti kienet ħalliet lista ta' skejjel li kienu ppjanati li jingħalqu.", "Dan għax, kif tafu, ir-rata ta' twelid lokali u n-numru ta' tfal fl-iskejjel kien beda nieżel u kien hemm pjan tajjeb mill-amministrazzjoni preċedenti biex inbigħu bini ta' skejjel li ma kellniex iżjed bżonnhom, biex b'dawk il-flus jinbnew skejjel ġodda u jiġu rranġati skejjel oħrajn skont il-bżonn.", "Iżda wara ftit, minħabba t-tkabbir ekonomiku f'pajjiżna u minħabba l-ħolqien tal-impjiegi f'pajjiżna, tant li lanqas qed inlaħħqu bir-rata ta' twelid li għandna aħna u allura rridu nħeġġu barranin biex jiġu jaħdmu fostna, din is-sitwazzjoni nbidlet kompletament u llum għandna iktar minn 4,000 tifel u tifla minn ħafna pajjiżi differenti li qegħdin fl-iskejjel tagħna.", "Allura, flok ma għalaqna l-iskejjel ridna nżiduhom, ridna nkabbruhom, għaliex meta tgħid iktar minn 4,000 tifel u tifla, bażikament qisek qed tgħid ħames skejjel jew sitta.", "U nafu li mhux faċli tilqa' għal dawn iż-żidiet fin-numru.", "Però, minbarra l-isfida kbira ta' żidiet fin-numru, hemm sfida kbira oħra.", "Immaġinawkom tkunu għalliema fi klassi, fejn għandek tfal li ma jafux bil-Malti u bl-Ingliż, tfal li l-lingwa tagħhom hija ta' pajjiżhom u allura hija sfida kbira biex jifhmu x'ikun għaddej fil-klassi u sfida kbira biex l-għalliema tispjega l-affarijiet.", "Fil-primarja ħadna passi biex noħolqu klassijiet apposta, fejn dawn it-tfal niġbruhom biex ngħallmuhom il-Malti u l-Ingliż.", "Fis-sekondarja l-isfida hija ikbar għax l-oddoloxxenti huma ta' età ikbar u allura hemmhekk irridu nieħdu iżjed passi ma' dawk li diġà ħadna għaliex din hija sfida kbira.", "Jien ngħid li waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu hija li jkollna l-kuraġġ li ma nimitawx ċertu multikulturaliżmu li fil-fehma tiegħi falla fuq il-kontinent, li jispjega wkoll għaliex hemm ċertu populiżmu fil-kontinent Ewropew.", "Jien naħseb li l-populiżmu mhuwiex kaġun, imma huwa effett, u fost ir-raġunijiet għaliex illum hemm ċerta rabja – ma naħsibx li hemm kelma oħra – u hemm ukoll ċertu dwejjaq, huwa għax mhux faċli li fl-istess spazju soċjali jgħixu tant nies b'kulturi, twemmin u attitudnijiet differenti!", "Trid toħloq qafas li fih dawn in-nies, b'din id-diversità u b'dawn id-differenzi, jgħixu flimkien f'rispett ma' xulxin.", "Qed ngħid dan għaliex ma naċċettax li, pereżempju, jiġu ġenituri u jgħidulek li peress li huma ġejjin minn kultura fejn għalihom m'għandux ikun hemm mara tmexxi skola u allura mhux se jiltaqgħu mal-kap tal-iskola għax hija mara u mhux se jeħdulha b'idejha u mhux se jirrispettaw l-awtorità tagħha!", "L-ebda tip ta' multikulturaliżmu, fil-fehma tiegħi, ma għandu jiġġustifika ħaġa bħala din!", "F'pajjiżna iġġelidna tant biex inġibu l-ugwaljanza fost il-ġeneri u biex indaħħlu drittijiet ċivili!", "Ma jiġix xi ħadd issa u jgħidli li għax huwa ġej minn pajjiż ieħor fejn dawn l-affarijiet għadhom ma sarux, u qegħdin fi stadju storiku differenti, issa rrid ninsa dawk il-bidliet kollha u l-affarijiet li għamilna aħna, għax hu hekk se jimxi!!", "Le, ma naċċettawx ħaġa bħal din!", "Naf li f'pajjiżi oħrajn ġew ċeduti affarijiet bħal dawn u ħolqu problema kbira llum!", "Meta ċċedi, imbagħad ikun diffiċli ħafna li terġa' lura.", "Ġieli jiġu wkoll ġenituri u jgħidulna li skont it-tradizzjoni u l-kultura tagħhom ma jaċċettawx li ssir edukazzjoni sesswali.", "X'jiġifieri ma taċċettawx li ssir edukazzjoni sesswali?!", "Issa intom qegħdin hawn u aħna li qegħdin naċċettawkom irridu nagħmlu sforz biex ninbidlu?!", "Intom skomodejtuna – ħa nuża din il-kelma – intom dħaltu fl-ispazju tagħna!", "Inti kważi dejjem iktar komdu li tgħix ma' min jaħsibha bħalek, ma' min jaqbel miegħek, ma' min għandu t-tradizzjonijiet tiegħek.", "Hija sabiħa li jiġu nies b'kulturi differenti, imma bħalma skomodaw lilek, u huma skomdi huma, irridu nsibu mod kif naġġustaw.", "Jien dejjem ngħid li l-qafas ġenerali għandu jkun dak li suppost se niċċelebraw minn hawn u ftit ieħor, li hija d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tara d-dinjità ta' kull persuna, il-libertà tal-espressjoni, imma marbuta ħafna mad-dinjità ta' kull persuna.", "Issa tużax il-kultura tiegħek biex tiġġustifika nuqqas ta' rispett lejn persuna jew oħra!", "Allura filwaqt li aħna rridu nagħmlu l-bidliet meħtieġa - għax, nerġa' ngħid, mhux faċli, kif għandna d-dinja preżenti fil-klassijiet tagħna u fl-iskejjel tagħna issa, bid-diversità kollha - ma naħsibx li għandna nċedu din l-idea ta' qafas li jiggwidana, li huwa l-qafas tad-drittijiet tal-bniedem u ta' rispett lejn kull persuna, biex mhux inċedu għal affarijiet li aħna f'pajjiżna għelibniehom u rbaħniehom!", "Dawk mhux affarijiet li għandhom jiġu ċeduti!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 386 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master in Probation Services - M. Prob.", "Serv. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Nru 387 tal2018 - L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Gender Studies – M.G.S. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Nru 388 tal2018 - L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in Cultural Sustainability and Tourism – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura; u", "Kopja tal-pjanta u ta' impressjonijiet artistiċi tal-proġett tal-bini ta' estensjoni tal-Middle School u l-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 7807.", "F'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u l-grad tal-impjegati f'kull sezzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, f'kull xahar, bejn Jannar 2016 u Settembru 2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 7671.", "F'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar bordijiet ta' inkjesta li nħatru taħt l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273) mill-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 7507.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ir-rikorsi ai termini tal-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) li kienu jinsabu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta u Għawdex minn wara l-2013, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 7510.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders mogħtija minn Wasteserv Malta minn wara l-2013, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 7810.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (RILOKAZZJONI TA' UFFIĊĊJI U NOTIFIKA B'MEZZI ELETTRONIĊI)", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Novembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nieħu pjaċir ninnota li dan l-Abbozz ta' Liġi għandu għanijiet u raġunijiet bil-ħsieb tas-simplifikazzjoni u jipponta wkoll biex jasal għal iktar customer friendly measures li jħarsu aħjar il-mod kif il-poplu jinqeda.", "Il-kontroll tal-immaniġġjar tal-operat joħloq burokrazija.", "Għalhekk, meta dan l-operat jitħaddem b'mod li jkun aċċessibbli, li jinftiehem b'mod eħfef u li jissaħħaħ bil-liġi, li anke toħloq ċerta ċertezza, is-simplifikazzjoni tissarraf f'operat favur iċ-ċittadin.", "Huwa tajjeb li persuna tkun tista' tinqeda mill-kumdità ta' darha billi tuża mezzi moderni.", "Din hija l-importanza tal-e-Government, li hija xi ħaġa tajba.", "Naqbel ukoll li s-sistema għandha tkun waħda fejn tintuża wkoll l-e-ID, u għalfejn le, il-karta elettronika tal-identità.", "Nifhem ukoll li hawn persentaġġ ta' nies li mhumiex imħarrġa fil-mod kif jużaw is-sistema tal-e-Government b'mod tajjeb.", "Hemm oħrajn ukoll li huma illitterati fis-suġġett.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm edukazzjoni informattiva, kontinwa u msaħħa.", "Ninnota wkoll li dan il-proċess se jsir f'ċerti ċirkostanzi meta s-sitwazzjonijiet tal-ħajja tal-persuna jkunu mumenti li jiena nsejħilhom milestones, li huma tifkira fil-ġrajja personali ta' dak il-bniedem jew tal-familja.", "Qegħdin nitkellmu fuq ċertifikat tat-twelid, tal-mewt, taż-żwieġ, li lkoll huma abbinati ma' sitwazzjonijiet ta' ferħ jew ta' saram, għalhekk hemm ukoll l-aspett soċjali tagħhom.", "Dan ifisser ukoll li s-sistema elettronika tar-Reġistru Elettorali se tiġi aġġornata u tkun waħda effettiva u moderna.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel daqsxejn appell.", "Minkejja l-avvanzi teknoloġiċi, li huma tajbin, li nużawhom u nisfruttaw is-sitwazzjonijiet favur iċ-ċittadin, m'hemm qatt sostituzzjoni tar-relazzjoni li tkun qiegħda ssir bil-komunikazzjoni bejn il-ħaddiem tar-reġistru u ċ-ċittadin innifsu.", "Għalhekk se nsemmi xi eżempji prattiċi li lbieraħ waqt li kont qed nitkellem mal-Onor.", "Byron Camilleri fakkarni fihom, esperjenzi li jien għaddejt minnhom anke bħala tabib.", "Niftakar li meta kont naħdem l-Isptar San Luqa darba minnhom twieldet tarbija l-ġmiel tagħha u l-omm kellha kunjomha Walker u kienet se ssemmi t-tifel li twieled Johnny, jiġifieri kien se jkun jismu Johnny Walker!", "Dawn huma sitwazzjonijiet li f'dak il-mument forsi wieħed jeħodhom bi tbissima, imma joħolqu riperkussjonijiet.", "Il-Ministru Bartolo għadu kemm tkellem u semma d-dinjità tal-bniedem.", "Dan huwa importanti għax jista' jagħti l-każ li l-ġenituri f'dak il-mument ma jkunux qegħdin iħarsu iktar 'il quddiem, meta dik it-tarbija tkun adulta, biex dak l-adult iħares id-dinjità tiegħu jew dik it-tarbija li tmur l-iskola u fil-klassi tiġi bullied għax isimha huwa hekk.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq eċċezzjonijiet.", "Imma la qegħdin nitkellmu dwar ix-xorb akoħoliku, jista' jkollok persuna li se ssemmi żewġ ismijiet wara kunjom – se nieħu tiegħi Farrugia – u ssemmih Jack Daniel Farrugia.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li, għalkemm joħolqu tbissima, irridu nħarsu li jkollna sistema tal-IT li tkun raffinata tant li toħloq dak l-allert biex b'hekk dawn l-affarijiet li jistgħu jsiru bla ħsieb jiġu ggwidati mod ieħor.", "Forsi qabel kien hemm l-aspett uman meta wieħed imur jirreġistra u forsi dak li jkun kien jiggwidah, imma issa mal-kaxxa tal-kompjuter l-affarijiet iridu jkunu daqsxejn differenti.", "Qiegħed ninnota wkoll li s-sistema tar-reġistrazzjoni kompjuterizzata li kien hemm fl-uffiċċju nnifsu se tiġi modernizzata u aġġornata għal waħda li tista' tagħti dan is-servizz.", "Jidher li dan il-metodu ta' reġistrazzjoni diġà beda fl-Isptar Mater Dei u naħseb li dan huwa tajjeb.", "Ma nafx jekk dan kienx xi proġett pilota, kif informat min-naħa tad-Dipartiment.", "B'dawk il-ħsebijiet nixtieq nagħlaq id-diskors tiegħi u ngħid prosit lil Identity Malta għal din l-inizjattiva li qiegħda tieħu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki?", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi biex, jekk jogħġobha, tagħmel il-winding-up.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi): Sur President, nirringrazzja lill-kelliema tal-Oppożizzjoni, fosthom Dr Karol Aquilina, tal-kontribut li ta fis-seduta tal-bieraħ filgħaxija u lill-Onor.", "Godfrey Farrugia tad-diskors tiegħu.", "Jiena dejjem nieħu gost nisimgħu lill-Onor.", "Farrugia, kemm għall-Malti mirqum meta jkun qed jitkellem, u anke għall-ispirtu matur li kellna tul dawn il-ftit sigħat li ttrattajna dawn l-emendi.", "Nixtieq li niġbru fil-qosor punti ċkejknin u forsi anke mistoqsijiet li saru sabiex inweġibhom.", "Prattikament fis-seduta tal-bieraħ tqajmu żewġ punti validi mill-Onor.", "Karol Aquilina u li kont diġà aċċennajt għalihom tul id-diskors tiegħi.", "Qegħdin nitkellmu dwar binja; qegħdin naqblu li t-taqsima tal-preżentata u r-riċerki toħroġ minn Triq l-Arċisqof fil-Belt Valletta minħabba l-limitazzjonijiet li għandha l-istess binja, fosthom in-nuqqas ta' aċċessibbiltà u l-problema ta' nuqqas ta' spazju.", "Anke l-ispazju għall-arkivji mhuwiex biżżejjed, u aħna bħala nazzjon obbligati li nippriservaw dawn l-arkivji għax ma nistgħu neqirdu l-ebda dokument minnhom.", "Ladarba jibqgħu jsiru dawn il-kuntratti, il-volumi ta' karti u dokumenti jkomplu jiżdiedu u ovvjament irid ikollok l-ispazju fejn taħżen dawn l-istess dokumenti.", "Imbagħad hemm il-kwestjoni tal-binja antika li għandha numru ta' sfidi differenti.", "Minn żmien għal żmien ikollna anke sitwazzjonijiet fejn parti mill-binjiet ma jkunux qegħdin jifilħu għal iktar pressjoni fuqhom.", "Il-post, kif għedna, mhuwiex adegwat, lanqas biex inkomplu nilqgħu l-pubbliku fih u, kif sostnejt ilbieraħ, l-ewwel prijorità tal-Gvern hija li din il-parti fejn in-nutara b'mod regolari jagħmlu użu minn din il-binja – u din esprimejnieha wkoll f'laqgħat li kellna man-nutara – hija li nibqgħu fil-Belt Valletta.", "Diġà ltqajna u tkellimna mal-Kunsill Notarili.", "Fil-fatt, l-aħħar laqgħa biex inżommu lin-nutara informati bl-aħħar żviluppi kienet il-ġimgħa l-oħra, fejn smajna l-punti pożittivi li kellhom u ovvjament se nibqgħu nagħmlu l-almu tagħna biex nibqgħu fil-Belt Valletta.", "Se ngħid x'għamilna f'dawn l-aħħar xhur.", "Bdejna diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Artijiet biex naraw jekk il-gvern għandux binja oħra li jista' jikrilna minflok il-binja eżistenti, imma minkejja dawn l-isforzi, s'issa ma ġie identifikat l-ebda post. Ħriġna sejħa pubblika għal preliminary market consultation, li prattikament għalqet fl-4 ta' Novembru li għadda u li għaliha b'kollox kien hemm erba' sottomissjonijiet, li waħda minnhom biss kienet fil-Belt Valletta, anke jekk konna ċari f'din is-sejħa li għamilna, u għaldaqstant it-tliet sottomissjonijiet l-oħrajn kellhom jiġu skwalifikati għaliex kienu barra l-Belt Valletta.", "Bħalissa għaddej il-proċess ta' evalwazzjoni biex naraw dik il-binja tagħmilx sens, kemm fin-numru ta' metraġġ li kien mitlub, kif ukoll li tkun importanti kummerċjalment viabbli.", "Jekk dan ma jkunx, allura rridu naraw mekkaniżmi differenti li toffri l-liġi biex insibu post alternattiv fil-Belt Valletta.", "Irridu nirrispettaw ir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku, però f'każ li hawnhekk ma naslux, l-emendi li qegħdin niddiskutu f'din il-Kamra jippermettu li kwalunkwe post ieħor jista' jkun konformi mal-emendi li se nagħmlu f'din il-liġi.", "L-Onor.", "Karol Aquilina semma l-punt dwar Għawdex u t-tħassib li forsi anke ta' nutara Għawdxin bdew jibżgħu li ma jibqgħux ibbażati fir-Rabat, Għawdex.", "Se nżid parti oħra ma' dak li qal l-Onor.", "Kellna sezzjoni tan-nutara li forsi ħasbu li se jingħalaq kompletament l-uffiċċju f'Għawdex.", "Se niċċara l-punt.", "L-uffiċċju f'Għawdex żgur mhux se jingħalaq – u issa mhux se noqgħod nipponta subgħajja - anzi, filwaqt li ta' qabilna neħħew il-volumi kollha li kien hemm u ġabuhom Malta, aħna f'dawn l-aħħar xhur bdejna proċess biex anke b'mod simboliku rrestawrajna l-ewwel manuskritti antiki u bgħatniehom lura lejn Għawdex.", "Il-ħsieb hu li l-gvern jinvesti f'arkivji notarili f'Għawdex kif suppost u bħalissa għaddejjin taħdidiet f'dan is-sens.", "Aħna rridu sitwazzjoni li kemm jista' jkun iċ-ċittadin, inkluż dak Għawdxi, ikollu servizz aħjar.", "Sur President, semmejna s-servizzi online, imma wkoll l-aspett uman, li rrefera tajjeb ħafna għalih l-Onor.", "L-element uman se jibqa' fil-ħidma tagħna, imma huwa importanti li nikkonsolidaw.", "Kieku kellna naraw is-sitwazzjoni tas-servizzi f'Għawdex kif inhuma bħalissa, insibu li s-servizzi huma mifruxin 'l hemm u 'l hawn.", "Pereżempju, iċċekkjajt każwalment erba' servizzi, fosthom il-passaporti u l-e-residence.", "L-Għawdxin qegħdin jinqdew mill-binja fil-Ministeru għal Għawdex stess.", "Biex tmur tagħmel karta tal-identità trid tmur f'binja biswit il-Ministeru, fejn hemm il-librerija, u għandek ir-Reġistru Pubbliku li qiegħed fit-Triq ta' Wara s-Sur, viċin l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "L-Għawdxin stess qalulna li jkun ferm aħjar għalihom kieku nikkonsolidaw dawn iż-żewġ dipartimenti u jkollhom servizzi viċin xulxin.", "Għal dan il-għan ħarġet espressjoni ta' interess mill-Ministeru għal Għawdex għal min hu interessat jipparteċipa f'dan il-proċess ta' kiri ta' binja li tikkonsolida dawn is-servizzi kemm jista' jkun taħt saqaf wieħed.", "Dejjem jekk hu possibbli, wieħed iżomm is-servizzi b'rabta mal-ħidma notarili fir-Rabat, ovvjament, bl-inqas ħsara possibbli fejn għandu x'jaqsam it-traġitt.", "Għawdex hu li hu bħala kobor, u allura mhux qegħdin nitkellmu fuq distanzi kbar.", "Kif diġà sostnejt, din l-emenda li qegħdin nipproponu se ttejjeb il-ħajja tan-nies għax semmejna, fost l-oħrajn, li se jkollna sistema li permezz tagħha nagħfsu iktar biex nissimplifikaw il-proċessi tagħna.", "Kellna diġà servizzi introdotti matul l-aħħar xhur, li l-pubbliku stess wera li huwa kuntent bihom.", "Kellna 90% tat-trabi kollha li twieldu fl-Isptar Mater Dei li qegħdin ikunu reġistrati fl-Isptar stess u allura l-ġenituri m'għandhomx għalfejn joqogħdu jmorru l-Belt Valletta, bl-isfidi li toffri l-binja eżistenti, bħal nuqqas ta' parkeġġ, pereżempju.", "Irridu nimirħu wkoll lejn servizzi ġodda li bħalissa ma jeżistux, bħal pereżempju, li permezz tal-e-ID il-ġenituri tat-tarbija jkunu jistgħu jirreġistraw it-tarbija online mingħajr il-ħtieġa li joqogħdu jiġru 'l hemm u 'l hawn.", "Ovvjament l-istess japplika f'każijiet ta' mwiet.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, Kap. 56 biex jipprovdi għall-possibbiltà ta' rilokazzjoni tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f'Malta u Għawdex\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-23 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, apparti li aħna ċittadini Maltin, ilkoll kemm aħna ċittadini Ewropej, imma llum nistgħu nissejħu wkoll bħala ċittadini dinjin.", "U r-raġuni hija waħda, għax għandna futur komuni, għandna wirt wieħed, għandna makro sistema waħda, li jekk ma nibżgħux għaliha tfisser ħajjitna.", "Meta nitkellmu dwar il-miri tal-iżvilupp sostenibbli qegħdin ukoll nirreferu għal dawk is-17-il għan li l-Ġnus Magħquda kienet elenkat, li lkoll kemm huma jiddeterminaw il-kwalità tal-ħajja u, għaldaqstant, anke d-dinjità tal-bniedem.", "Fosthom insibu dwar il-bidla fil-klima, dwar il-protezzjoni tal-ibħra, dwar it-titjib tas-saħħa u l-edukazzjoni u dwar it-tnaqqis tal-faqar u r-riskju tiegħu.", "Illum qegħdin niltaqgħu biex nagħmlu emenda ċkejkna ta' dan l-Att.", "Il-kelma \"sostenibbiltà tfisser ħafna, u mhux talli tfisser ħafna, talli hija mibnija fuq tliet pilastri, fosthom is-sostenibbiltà ambjentali, l-impatt soċjali u l-impatt ekonomiku.", "U meta tinseġ dawn it-tliet setturi flimkien, il-qofol tal-bilanċ ġust bejn dak tal-ambjent, l-ippjanar soċjali u dak ekonomiku huwa s-sostenibbiltà.", "Għalhekk meta nqisu dan kollu, kwalunkwe gvern fit-tmexxija ta' pajjiżu jrid jiggarantixxi dan il-bilanċ jekk verament għandu l-ħarsien tal-ambjent għal qalbu.", "Ma nistax ngħid hekk għall-Gvern preżenti.", "Naħseb tifhmuha bħali li kull strateġija li tinkoraġġixxi żvilupp se tirriżulta fi tkattir ekonomiku u għaldaqstant jekk dak l-iżvilupp ma jsirx bi ħsieb, bi pjan imfassal, l-ekonomija nnifisha mhux se tkun sostnuta.", "Jekk il-bilanċ bejn is-sostenn tal-ippjanar u l-iżvilupp ma jsostnix l-ambjent, dan ma jitħarisx.", "Dan ifisser li 'l quddiem mhux talli l-ekonomija tmur lura, talli mal-ekonomija jegħreq ukoll il-welfare state, għax is-servizzi soċjali jiddependu skont kif tmur l-ekonomija.", "Allura l-istat għandu jassigura li kull żvilupp ikun sostenibbli anke favur l-ambjent.", "Din hija xi ħaġa li hija nieqsa u kienet ukoll nieqsa fil-Baġit li rajna.", "Tant hu hekk li l-kelma circular economy jew green economy lanqas biss tissemma, lanqas ħjiel tagħha; il-ħarsien ambjentali mhuwiex protett kif suppost.", "Niftakar sew li din is-sena biss minn din il-Kamra għaddew tliet liġijiet dwar l-ambjent, u aħna tal-Partit Demokratiku appoġġjajniehom.", "Imma xi snien għandhom?", "Waħda kienet emenda għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, biex b'hekk inkunu gwardjani li nipproteġu l-ambjent.", "Huwa kliem sabiħ, imma kliem fieragħ!", "Mill-bqija m'hemm xejn!", "L-oħra hija emenda għall-Kostituzzjoni; irnexxielna niktbu b'Malti mitkellem sabiħ statement li issa ġie parti mill-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Imma fiex jissarraf?", "Xejn, ma jissarraf f'xejn jekk ma jkunx hemm liġi biex dak li hemm miktub jiġi rikonoxxut minn dan il-Parlament u b'hekk jiġi implimentat!", "Jekk l-ambjent ma jingħatax il-prinċipju ta' personalità, kollox huwa fieragħ, u hemmhekk qegħdin.", "L-istess rajna f'dak li sar dwar il-Liġi ta' Aġenzija Ambjent, li minn hawnhekk nawguralha.", "Din hija aġenzja li fiha se jipparteċipaw l-ENGOs ambjentali u anke soċjali.", "Dan huwa tajjeb immens u hawnhekk nixtieq infakkar xi ħaġa lil din il-Kamra.", "Tafu għalfejn l-Onor.", "Marlene Farrugia rriżenjat min-naħa tal-Gvern u ġiet in-naħa tal-Oppożizzjoni bħala rappreżentant indipendenti?", "Tafu li proprju fuq hekk?", "Tafu li proprju għax kull ma riedet hu li l-ENGOs ikunu rappreżentati kif suppost fil-Liġi dwar l-Ambjent relatata mal-ERA?", "Illum qed nieħu pjaċir li wara li għaddew dawn is-snin il-Ministru forsi pperswada lill-Prim Ministru –jien ma kienx irnexxieli bħala Whip – biex indaħħlu iktar lill-ENGOs f'dan il-qasam.", "Għall-inqas qegħdin nikkoreġu dak li ma sarx dakinhar, u din hija xi ħaġa tajba.", "Se nitkellem ukoll dwar kif jaġixxi dan il-Gvern meta jħares lejn l-ambjent.", "L-iSPED, li jitkellem dwar feasibility, hija l-viżjoni politika tal-Gvern, li tagħlaq fl-2020.", "Il-kelma \"sustainability\" hija definita fil-liġi Maltija, imma meta niġu għall-viżjoni tal-Gvern le!", "Minkejja li għandna anke liġi bħal din u l-kelma \"sustainability\" hija definita fil-liġi, l-iSPED, il-viżjoni tal-Gvern, ma jitkellimx fuq sustainability, fuq dak li jien għadni kemm aċċennajt għalih aktar kmieni.", "Imma l-viżjoni tagħha hija feasible, skont kif jaqbel għall-mument!", "Dwar l-ERA rrid ngħid li hija awtorità tajba, imma bla snien, bla veto.", "Jiena nemmen li l-ERA għandha jkollha l-veto meta tiġi biex ikun hemm l-applikazzjoni, rappreżentata fil-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, b'membru wieħed, meta suppost l-ambjent, l-iżvilupp tal-ippjanar għandhom ikunu fuq l-istess keffa, għax jekk ma nħarsux l-ambjent nafu x'jista' jiġrilna.", "F'Awwissu tal-2017, aħna tal-Partit Demokratiku ppreżentajna masterplan nazzjonali biex niddiskutuh f'din il-Kamra, li b'mod partikolari anke jaċċenna fuq politika dwar high-rise.", "Ma sar xejn u ma nafx meta din se titqajjem f'din il-Kamra.", "Din tgħin mhux lill-Partit Demokratiku, imma tgħin lilna l-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "M'għandniex għalfejn nidħlu f'piki biex niddiskutu masterplan, la min-naħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista u lanqas min-naħa tal-Gvern innifsu, min-naħa tal-Whips, għax din hija materja li nemmen li għandha tiġi diskussa meta nitkellmu dwar sostenibbiltà.", "U magħha huwa minsuġ ukoll il-masterplan ta' Paceville.", "Issa se nitkellem ftit dwar il-qasam marittimu, qasam li rridu nħarsu bis-sħiħ, u apparti l-kosta, anke l-ilmijiet territorjali tagħna.", "Naf li dan il-qasam huwa xi ħaġa li hija ħafna għall-qalb il-Ministru u nixtiequ jidħol aktar f'dan is-settur sabiex dawk l-abbużi u skorrettezzi li qegħdin isiru nirranġawhom.", "Nemmen li jekk naħdmu flimkien, dan il-qasam marittimu, minkejja d-diffikultajiet, anke tar-riżorsi li għandha l-istess ERA biex tħarsu, nistgħu ndawru l-faċċata, nibdew kapitlu ġdid u l-flora u l-fawna li jeżisti fil-qasam marittimu nħarsuh.", "Dwar il-fuel stations kemm se ndumu nitlajjaw?", "Niftakar waħda u se nsemmiha.", "Bdejna bil-pompa ta' Burmarrad.", "L-Awtorità tal-Ippjanar ma tatx il-permess, telgħet għall-appell quddiem it-Tribunal u minkejja li l-Awtorità tal-Ippjanar m'għaddithiex, jgħaddiha t-Tribunal u kiser l-istess policy għax lanqas hija 500 metru 'l bogħod mill-oħra!", "Dik hija r-redikolaġni li qegħdin fiha!", "Mhux talli hekk, talli minn dakinhar 'il hawn bqajna nżidu l-applikazzjonijiet għal pompi ġodda.", "Nafu li l-ERA f'Mejju li għadda tefgħet ukoll is-sottomissjonijiet tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar, wara li saru diskussjonijiet fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Nafu li f'Awwissu l-Kunsill tal-Awtorità tal-Ippjanar iltaqa'.", "Mhux talli ltaqa', talli ħa deċiżjoni, imma l-istess deċiżjoni baqgħet fuq il-mejda tistenna sakemm jipproċessaw il-permessi kollha.", "U dan għalfejn, meta diġà għandna 72 pompa tal-petrol Malta, meta b'mod xjentifiku u skont l-istatistika nafu li m'għandniex bżonn iktar minn 50 pompa tal-petrol?!", "Anke l-proġezzjonijiet futuri, meta niġu biex inqabblu l-ammont ta' pompi tal-petrol, u s-sors ta' huma kemm jagħtu, ma' dawk ta' pajjiżi oħrajn.", "Għalfejn nimxu hekk?", "U jiena nistenna li l-Ministru jqajjem ftit rixu u jħabbat il-bieb tal-Ministru Ian Borg u jistaqsih kemm se jdum jiġbidlu saqajh f'dan ir-rigward u jwaqqgħu għaċ-ċajt!", "L-arti u x-xjenza tal-politika – u aħna hawnhekk policymakers – għandu jkun it-tfassil fit-tul, għandu jkun il-ġid komuni.", "U dan li qiegħed nistenna jien meta għandna liġi li tħares is-sostenibbiltà mill-aspett politiku.", "Għalhekk nieħu pjaċir nara l-Gvern, min-naħa tal-Ministeru, jiftaħ konsultazzjonijiet għal strateġiji ta' żvilupp sostenibbli sal-2050.", "Kemm hu tajjeb!", "Qiegħed jara fit-tul!", "Imma ejjew ukoll inkunu eżemplari u dak li huwa ta' issa nimplimentawh kif suppost.", "Aħna ma nkunux hawnhekk fl-2050 u għalhekk irridu nħallu dak il-pedament sod għal ħaddieħor biex itejjeb fuq dak li nħallu aħna.", "L-ambjent dan il-Gvern tah il-ġenb.", "Aħna qatt ma kellna ambjent li tista' ssejjaħlu ġenna tal-art minħabba ċ-ċokon tagħna, imma għandna noqogħdu attenti biex ma nitfgħuhx fl-infern, għax jekk nitfgħuh fl-infern se tbati saħħitna.", "L-ambjent isarraf is-saħħa tal-bniedem.", "U hemm bżonn ukoll naċċenna li għandu jkollna pjan sew, pjan robust, meta niġu biex nitkellmu dwar il-pjan ta' waste to energy.", "L-għemil juri li l-politika tal-Gvern bħalissa hija waħda li qed tissagrifika l-ambjent.", "Din hija xi ħaġa li jien qatt ma qbilt magħha, anke meta kont fuq in-naħa tal-Gvern.", "L-ambjent qatt m'għandu jiġi sagrifikat.", "U jekk ma nħarsux l-ambjent, our health will fail!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sur President, segwejt b'interess id-diskors li għamel l-Onor.", "Naqbel mal-parti konklużiva tiegħu fejn qal li l-ambjent m'għandux għaliex jiġi sagrifikat, però bl-istess mod inżid li lanqas l-iżvilupp m'għandu jiġi sagrifikat għall-ambjent, għaliex l-ambjent u l-iżvilupp jistgħu jgħixu flimkien u jistgħu jikkomplementaw lil xulxin, sakemm l-iżvilupp isir b'mod sostenibbli, b'mod responsabbli u b'mod modern għad-dinja tal-lum.", "Jekk forsi ma naqblu dwar xejn, dwar xi jfisser żvilupp sostenibbli naħseb li lkoll għandna naqblu, dwar id-definizzjoni li toħroġ mil-liġi, għaliex mhux biss hija riflessa fil-liġi, imma jekk wieħed ifittex xi jfisser żvilupp sostenibbli jsib li hija definizzjoni li prattikament issibha bħala waħda li toħroġ minn kullimkien.", "Jiġiferi, jekk tagħmel google search, tidħol f'enċiklopedija, issib li hija definizzjoni pjuttost komuni u tfisser żvilupp li jissodisfa l-ħteġijiet tal-preżent, mingħajr ma jikkomprometti l-kapaċità ta' ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom.", "U dak huwa l-iżvilupp sostenibbli, żvilupp li jaħseb għall-bżonnijiet tal-lum, però ma jippreġudikax id-dritt ta' ġenerazzjonijiet futuri, li huma wkoll ikunu jistgħu jgawdu mir-riżorsi li għandu pajjiżna.", "Forsi wieħed jorbot it-tema tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli u dejjem jaqbad mat-tema tal-bini tal-kostruzzjoni, però dan mhuwiex l-uniku aspett tal-iżvilupp sostenibbli.", "Għandek l-iżvilupp soċjali li forsi ħadd ma jsemmih, però naturalment – u hawnhekk naqbel – hija t-tema prinċipali li tikkonċerna l-iżvilupp sostenibbli li ddur madwar l-industrija tal-kostruzzjoni.", "Jiena segwejt id-diversi diskorsi, partikolarment dawk li ġejjin min-naħa tal-Oppożizzjoni, li bħal donnhom imorru fid-direzzjoni u jagħtu l-imbekkata li għandna nnaqqsu, inrażżnu, jew saħansitra noqtlu l-iżvilupp.", "Jien ma naqbilx ma' din il-pożizzjoni, anzi l-pożizzjoni tiegħi hija li m'għandux għaliex ikollna trażżin, tnaqqis tal-iżvilupp f'pajjiżna.", "Din hija industrija li hija daqstant kruċjali għal pajjiżna, għat-tkabbir tal-ekonomija, għat-tkabbir ta' diversi setturi u għall-introjtu ta' tant mijiet, jekk mhux eluf ta' familji.", "Però ma rridx indawwar il-kwestjoni fi kwestjoni ta' flus jew ta' introjtu għaliex jiena nemmen li dawn iż-żewġ fatturi, l-iżvilupp u l-ambjent, sakemm huma sostenibbli jistgħu jgħixu flimkien.", "Forsi wieħed jgħid li huma aspetti kontradittorji għal xulxin.", "Jiena ngħid li huma aspetti li jgħixu ma' xulxin, anzi komplementari għal xulxin.", "Forsi tistaqsini jekk għandniex inħarsu lejn bidliet f'dak li huwa l-iżvilupp f'pajjiżna.", "It-tweġiba tiegħi hija iva, però m'għandhiex tkun bidla ta' tnaqqis fl-iżvilupp, f'li nnaqqsu n-numru ta' permessi li jinħarġu.", "Jiena nemmen li jekk se tindirizza l-kwestjoni billi tgħid li se tnaqqas in-numru ta' permessi ta' żvilupp li se jinħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar, ma tkun qiegħed issolvi xejn.", "Il-kwestjoni tibqa' madwar it-tema ta' kwalità ta' permessi li se jinħarġu għall-iżvilupp.", "Meta persuna tressaq applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar m'għandniex nikkonsidraw biss jekk tikkwalifikax skont il-policy, imma forsi nibdew inħarsu ftit lil hinn minn hekk, lejn il-kwalità tal-iżvilupp li jiġi propost.", "Fejn hu llum li meta titkellem ma' diversi periti għadek tisma' minnhom li jitkellmu dwar in-namra tagħhom għall-arkitettura?", "Hemm minnhom li jitkellmu, però l-maġġoranza, bir-rispett kollu, naħseb li l-imħabba lejn l-arkitettura, lejn żvilupp ta' kwalità, ħadet post fuq wara.", "Filwaqt li wieħed jitfa' l-arkitettura ta' livell fuq wara, minflok qegħdin imorru għal żvilupp tal-volum.", "U naħseb li hemmhekk hemm bżonn bidla fid-direzzjoni, bidla fejn l-estetika fl-iżvilupp terġa' tingħata priorità.", "Jiena nemmen li anke għall-applikant, li qed toffri żvilupp li huwa ta' kwalità, anke l-perit innifsu li jkun qed joħroġ, jiddisinja, jagħmel pjanti għal żvilupp ta' kwalità, mhux biss ikun qiegħd issebbaħ l-ambjent u jagħti valur arkitettoniku lill-iżvilupp tiegħu, imma wkoll ikun qiegħed jagħti valur miżjud lill-pajjiż innifsu.", "Issa mmorru għall-metodi tal-iżvilupp.", "Mhux qed ngħid li llum għandna metodi arkajċi tal-iżvilupp, anzi nemmen li għandna standards tajbin, però hemm fejn intejbu.", "Jekk tħares lejn il-maġġoranza tal-iżvilupp li għandna tal-lum, jekk wieħed jara l-istatistika ta' talbiet għal żvilupp li tidħol fl-Awtorità tal-Ippjanar, issib li parti sostanzjali tolqot żvilupp ta' blokok ta' appartamenti.", "Kif nafu lkoll, qegħdin jiżdiedu l-iżviluppi ta' high-rise u allura l-mistoqsija għandha tkun fejn nistgħu ntejbu l-kwalità ta' dawk l-iżviluppi.", "Irrid nagħmel analoġija għal x'jiġri wkoll f'pajjiżi barranin.", "M'iniex qed nipprova nivvinta r-rota mill-ġdid, imma qed inħares lejn x'jiġri f'sitwazzjonijiet ta' żviluppi simili f'pajjiżi lil hinn minn xtutna.", "Fejn għandek tielgħa binja ta' ċertu għoli, mhux bilfors ta' ċertu għoli, imma anke binja li ma tkunx daqstant għolja, tintuża t-teknika sempliċi tal-cladding, fejn il-binja tiġi ċirkondata b'materjal - normalment ikun dak il-materjal l-aħdar – bi cladding, biex prinċipalment twaqqaf it-trabijiet milli jtiru.", "Mela b'miżura waħda, li nemmen li għandha tkun obbligatorja fil-ħruġ tal-permessi, għandek sitwazzjoni li awtomatikament qed tasal biex ittejjeb il-kwalità tal-arja b'inqas trabijiet.", "Forsi tistaqsini jekk din hux se tkun tfisser spiża ikbar għall-iżviluppatur, spiża li mbaghad potenzjalment jista' jkollu jġorrha l-klijent li eventwalment jixtri dik il-proprjetà.", "Ma nemminx li dan huwa l-każ u dan għax nemmen fl-innovazzjoni.", "U x'inhi l-innovazzjoni f'dan is-suġġett?", "Jekk għandek dan il-metodu ġdid li se jkollu jibda jintuża, iva, se jkollok spiża inizjali li se tkun ikbar, imma hemm metodi, modi u manjieri dwar kif wieħed jirkupraha dik l-ispiża.", "U mhux biss se jirkupraha, imma kważi kważi li wieħed jista' bl-użu ta' dik it-teknika jagħmel profitt ikbar.", "Naħseb li ħafna qegħdin jifhmu diġà għal dak li se nasal, għal reklamar li jista' jibda jiġi mwaħħal bil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, jew awtoritajiet oħrajn responsabbli, mal-istess cladding, bħal billboards li mhumiex elettroniċi, u anke displays ta' reklamar ta' natura elettronika li jinbidlu skont min ikun qiegħed jirreklama.", "Dawn huma l-metodi li rridu nħarsu lejhom għall-futur, li m'iniex qed nivvintahom jien, imma metodi li jiġu deskritti lili minn min hu involut fis-settur tal-kostruzzjoni.", "Huma stess qegħdin jitkellmu.", "Ejjew ħalli mmorru f'direzzjoni fejn intejbu l-istandards tagħna.", "Dwar il-ħasil tas-siti ta' kostruzzjoni irrid ngħid li jridu jsiru ta' kuljum jekk ikun hemm bżonn.", "Jekk għandek sit li jesporġi għal fuq triq prinċipali, meta jkun qed isir l-iżvilupp, l-iżviluppatur – hu min hu responsabbli minn dak l-iżvilupp – irid jara li ta' kull filgħaxija jaħsel it-triq, il-paviment u l-madwar tas-sit biex ikun tal-inqas inkonvenjent possibbli.", "Huwa minn ewl id-dinja li meta jkun għaddej żvilupp se jkollok element ta' inkonvenjent.", "Dan huwa min-natura tal-industrija fiha nnifisha, però hemm metodi li permezz tagħhomwieħed jista' jimminimizza dak l-inkonvenjent.", "U wieħed ukoll ma jistax jibqa' jħares minn aspett egoistiku, jgħid li għandu l-iżvilupp tiegħu, irid jagħmlu u ma jinteressah xejn minn dak li jiġri minn tal-madwar.", "Naħseb li dik hija mentalità li llum qbiżnieha u f'pajjiż fejn il-mira tagħna għall-futur hija l-kwalità ta' ħajja aħjar, wieħed irid jibda jirraġuna u jaħseb b'mentalità differenti.", "Jiena nemmen li l-maġġoranza assoluta tal-iżviluppaturi nfushom ukoll iridu jmorru f'din id-direzzjoni li l-iżvilupp, kemm fil-prodott finali, kif ukoll fil-proċess tal-kostruzzjoni, ikun ta' livell aħjar, ta' kwalità aħjar u ta' inqas inkonvenjent għall-persuni li jkunu qegħdin jgħixu madwar l-iżvilupp.", "U meta nibdew nirraġunaw, nimplimentaw u naslu għal dawn il-miri nkunu verament nistgħu nitkellmu dwar żvilupp sostenibbli.", "Però, nerġa' ngħid, l-iżvilupp sostenibbli mhuwiex biss it-tema tal-bini.", "Għandek ukoll ir-riżors tal-ilma, li nafu kemm irridu nibżgħu għalih għax huwa riżors skars.", "Ħafna mir-riżorsi naturali li għandna fid-dinja huma ta' natura li jispiċċaw bil-konsum, u għalhekk wieħed irid jibża' għal dawn ir-riżorsi tant importanti għall-iżvilupp ta' pajjiżna, għall-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.", "Issa se nerġa' mmur lura għat-tema tal-iżvilupp, għaliex iddur kemm iddur, it-tema prinċipali madwar l-iżvilupp sostenibbli tibqa' dik tal-kostruzzjoni, u allura hija 'il fejn se niżviluppaw.", "U naħseb li din hija l-iktar tema li taħraq, dwar jekk għandniex niżviluppaw lil hinn fl-orizzontali jew nimxu fil-vertikali.", "Hija realtà li jekk wieħed jara l-kors tas-snin passati, naħseb bħalissa qegħdin inħossu li pajjiżna forsi huwa żgħir għall-kobor tal-ekonomija tagħna, għall-iżvilupp li pajjiżna jista' jimmira għalih u għall-investiment b'saħħtu li ġej f'pajjiżna.", "Jekk tara l-livell ta' investiment li ġej lejn pajjiżna ssib li huwa investiment ta' kwalità, għax huwa importanti li wieħed jara x'investiment ġej.", "M'għandniex investiment li mhuwiex ta' kwalità, imma investiment tal-ogħla kwalità, u hemmhekk tibda tinħass il-qarsa taċ-ċokon f'pajjiżna u hemmhekk irridu nibdew inħarsu 'l quddiem dwar kif se niżviluppaw u nkomplu għaddejjin bi żvilupp ulterjuri minn dak li għandna llum.", "Jiena nemmen li ma tantx hemm fejn wieħed jista' jitfixkel; għall-quddiem, it-tema tal-iżvilupp, sa fejn hu possibbli, m'għandhiex tkun li nimxu iżjed fl-orizzontali, jiġifieri li niftħu iżjed, nokkupaw iktar artijiet minn dawk li diġà huma okkupati llum, imma minflok, li wieħed jitla' iktar 'il fuq fil-vertikali.", "U għalhekk il-kritika li nisma' kontinwament rigward bini high-rise qisha bħallikieku li l-politika li tirregola l-high-rise buildings f'pajjiżna twieldet taħt l-amministrazzjoni ta' Gvern Laburista.", "Mhu minnu xejn, għaliex nafu li l-floor area ratio (FAR) policy kienet imwielda snin ilu taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Però nemmen li fil-verità kienet direzzjoni tajba tal-Gvern Nazzjonalista ta' dakinhar, li jieħu direzzjoni vertikali minflok nibqgħu mexjin fl-orizzontali.", "Din hija l-way forward fil-ħsieb u fit-teknika tal-iżvilupp li rridu nimmiraw għaliha.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar tibqa' kwestjoni ta' bilanċ bejn interessi kompetittivi għal xulxin, bejn interessi kuntrastanti għal xulxin, bejn temi ta' ambjent li jistgħu jidhru li ma jaqblux ma' temi ta' żvilupp, imma jekk wieħed jiffaċċjahom u jindirizzahom b'mod responsabbli u bilanċjat, fejn ħadd ma jinsa l-interessi li għandha n-naħa l-oħra u kulħadd jirrispetta l-interessi li għandhom in-naħat varji, nemmen li wieħed jista' jsib dak il-bilanċ u l-punt komuni fejn jasal għall-qbil.", "Sur President, se nagħti eżempju ieħor li jolqot sew it-tema tal-iżvilupp.", "Is-suġġett issa mhux żvilupp bħala bini, imma żvilupp li wkoll jaqa' taħt l-Awtorità tal-Ippjanar: l-industrija tal-fish farming.", "Hemmhekk fejn naħseb li wieħed jista' jara fil-prattika kif tista' tissarraf din il-kwestjoni ta' bilanċ fi żvilupp b'responsabilità.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li din l-industrija tal-fish farming hija kruċjali għat-tkabbir ekonomiku f'pajjiżna, fosthom għall-esportazzjoni ta' prodotti lil hinn minn xtutna, u hija kruċjali wkoll bħala introjtu ta' taxxa.", "Din hija industrija li tiġġenera u tħalli fil-pajjiż ammont qawwi ta' taxxa u hija mutur fl-ekonomija tagħna.", "Però hemm mod u mod kif wieħed jopera l-industrija.", "Hawnhekk se nkun ċar ħafna.", "Jiena diġà għedt li m'iniex kontra din l-industrija, anzi nemmen li din hija industrija kruċjali minn diversi aspetti għal pajjiżna, però hemm mod u mod kif wieħed jaħdem u jopera f'din l-industrija.", "Fl-opinjoni tiegħi, mhuwiex aċċettabbli li jkollok sajf fejn min jinżel jgħum fil-baħar jitla' riħa ta' żejt tal-ħut!", "Dik hija sitwazzjoni li mhijiex aċċettabbli u mhijiex konsegwenza tal-industrija, imma konsegwenza ta' prattiċi ħżiena fl-industrija.", "Għaliex jekk l-industrija tħaddem metodi tajbin u professjonali, dawn l-episodji – u ma ngħidx li kienu episodji iżolati, imma episodji b'ċerta ripetizzjoni – m'għandhomx għaliex jinqalgħu u allura ma jkunx hemm għalfejn issir din il-kważi kruċjata kontra l-operaturi f'din l-industrija.", "F'seduta riċenti tal-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet iddiskutejna petizzjoni quddiem dwar dan is-suġġett u min għamel il-petizzjoni għamel preżentazzjoni tajba, fejn beda jqanqal dawn id-diversi punti.", "Għaliex għandna nagħmlu kruċjata bejn l-operaturi tal-fish farms u l-għawwiema?", "Din hija xi ħaġa li m'għandha tiġri qatt, għax filwaqt li kulħadd jifhem, jaċċetta u jaqbel li l-operaturi tal-fish farms għandhom l-interessi ekonomiċi tagħhom, għandhom id-dritt li jagħmlu l-profitti tagħhom, għax wara kollox qegħdin iħaddmu u allura qegħdin jiġġeneraw il-flus fl-ekonomija tagħna u qegħdin jiġġeneraw it-taxxi u wkoll impjiegi ta' ċerta kwalità.", "Però fl-istess waqt, kull min jinżel jgħum, l-eluf ta' għawwiema li jinżlu fil-kosta tagħna, inklużi t-turisti, ukoll għandhom kull dritt jinżlu jgħumu u ma jispiċċawx fis-slime li tiġġenera din l-industrija.", "Hawnhekk nerġa' nagħmel appell għall-prattiċi tajbin, ta' għalf li huwa tajjeb, għaliex huwa ovvju minn fejn qed jiġu ż-żjut fil-baħar tagħna.", "U anke meta titkellem ma min hu fl-industrija jgħidlek li hemm prattiċi kif dan l-inkonvenjent ta' tniġġis jista' jiġi evitat, bħalma jista' jiġi evitat it-tniġġis tal-arja fil-kostruzzjoni.", "Aktar qabel semmejt il-metodu tal-cladding, u hemm metodi oħrajn kif tista' tiġi evitata jew indirizzata b'mod b'saħħtu l-kwestjoni tan-noise pollution.", "Dawn huma temi li qegħdin nindirizzaw b'mod tajjeb, però li rridu nindirizzaw għall-futur, għaliex jiena nemmen li dawn huma temi li rridu nħarsu lejhom fix-xhur u fis-snin li ġejjin biex inkunu qegħdin ngħidu li b'dak li qegħdin nagħmlu llum qegħdin inħallu pajjiż li huwa tabilħaqq aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "In-noise pollution hija kwestjoni li naħseb hija tematika llum u li rridu nibqgħu naħdmu bis-saħħa fuqha fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Qed nirreferi għall-istorbju li jiġi ġġenerat mis-siti ta' kostruzzjoni, il-livell ta' storbju b'mod ġenerali fil-pajjiż.", "Huwa tajjeb li qegħdin nidentifikaw dawn il-punti u dawn l-aspetti.", "Mhux qegħdin ngħidu li għandna sitwazzjoni perfetta f'pajjiżna u li m'għandna ebda kwestjonijiet li jirreferu għall-kwestjonijiet ambjentali jew kwestjonijiet ta' żvilupp li mhuwiex sostenibbli, però hemm mod u mod.", "Hawnhekk bilfors ikolli nagħmel ftit referenza għad-diskors tal-Onor.", "Godfrey Farrugia, bħallikieku ejjew nikkontrastaw iż-żewġ aspetti.", "Le, ejjew nikkomplementaw u ejjew naraw fejn se nsibu l-bilanċ u l-linja tan-nofs sabiex aħna verament ngħidu li bbilanċjajna dawk l-interessi rispettivi.", "Nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi fuq tema oħra tal-iżvilupp sostenibbli għax, kif għedt aktar qabel, l-iżvilupp sostenibbli mhuwiex biss il-bini jew il-fish farming u lanqas huwa biss l-ambjent.", "Dawn kollha huma aspetti li meta tgħoddhom flimkien wieħed jista' jgħid li qed jitkellem dwar it-tema ta' żvilupp sostenibbli, però mhumiex biżżejjed.", "Jekk wieħed jaqra dwar dan is-suġġett ta' żvilupp sostenibbli, isib li element partikolari tiegħu jibqa' l-kwestjoni tas-sostenibbiltà fuq livell soċjali.", "Jien nemmen li daqskemm huwa importanti l-ambjent, daqskemm huwa importanti l-iżvilupp, u daqskemm huwa importanti t-tkabbir ekonomiku, dan l-aspett tal-iżvilupp ekonomiku huwa daqstant ieħor kruċjali jekk irridu li jkollna soċjetà aħjar.", "Dan għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, kemm il-bini u kemm l-ambjent iridu jissarrfu fi kwalità ta' ħajja aħjar għall-poplu tagħna.", "Persuna ma tistax tesperjenza kwalità ta' ħajja aħjar jekk ikollha biss l-ambjent jew ikollha biss l-iżvilupp u ma tkunx qed tgħix f'soċjetà li hija ġusta u ħanina, soċjetà li temmen fl-inklużjoni soċjali u li tippromwovi l-ġustizzja soċjali, fejn naħdmu biex id-distakk bejn il-fqir u s-sinjur innaqqsuh.", "Dak id-distakk se jibqa' dejjem, huwa minn ewl id-dinja, kien hemm, għadu hemm u jibqa' hemmhekk.", "Tagħmel x'tagħmel, dak id-distakk ma tista' qatt taqtgħu kompletament, però tista' ċċekknu.", "Jiena nemmen li f'dan l-aħħar Baġit kellna sensiela ta' miżuri li jindirizzaw din il-kwestjoni tant importanti tal-iżvilupp sostenibbli u jaħdmu biex jagħlqu dik il-lakuna li bilfors ikun hemm u, nerġa' ngħid, jibqa' jkun hemm, għaliex l-iżviluppaturi u n-nies fil-komunità tan-negozju bilfors se jkunu fuq in-naħa ta' fuq ta' min qed jaqla' l-iktar fis-soċjetà.", "Però huwa importanti wkoll li dawk li qegħdin in-naħa t'isfel jitilgħu 'il fuq bis-saħħa biex huma wkoll ikunu jistgħu jgħidu li qegħdin jipparteċipaw fi kwalità ta' ħajja aħjar.", "Dwar il-ġlieda għall-ugwaljanza bbażata fuq il-ġeneru irrid ngħid li mhux biss fl-istatistika qegħdin quddiem nett, imma fil-ġlieda għall-ugwaljanza, dik li tissejjaħ gender equality, qegħdin ukoll fuq quddiem nett.", "Nista' nitkellem b'ċertu sens ta' kburija għax nista' ngħid li taħt dan il-Gvern ħdimna ħafna fuq il-kwestjoni ta' gender equality, u llum naħseb ilħaqna livelli li kulħadd jaqbel li huma livelli mhux biss sodisfaċenti, imma huma livelli avant-garde li jikkompetu ma' kull pajjiż ieħor fl-Ewropa.", "Dawn huma suġġetti tal-futur, huma s-suġġetti li rridu niddibattu.", "Dan huwa suġġett li verament qed nieħu pjaċir li qed niddiskutu hawn ġew; forsi għamilna naqra shift mid-dibattiti li kellna dan l-aħħar f'din il-Kamra li, jiddispjaċini ngħid, kienu ta' konfront u li ma tantx joħroġ frott minnhom.", "Għaliex meta nibdew b'attakki fuq individwi u b'attakki personali, fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat ikun li nkunu qegħdin niddiġeneraw il-politika tagħna.", "Però meta niddibattu temi bħal dawn u nagħmlu dibattiti responsabbli u li jkunu studjati - għax trid tistudja; dawn huma suġġetti li ma tistax tgħid li se titkellem dwarhom mingħajr ma tkun studjajthom, mingħajr ma tkun rajt id-diversi aspetti u mingħajr ma tkun tkellimt ma' nies involuti fl-industriji li nkunu qegħdin nitkellmu dwarhom - jistgħu jagħtu ħafna frott fuq livell nazzjonali u jeħduna 'l quddiem, fid-direzzjoni li rridu mmorru fiha biex flimkien nimmiraw għal kwalità ta' ħajja aħjar għall-poplu tagħna, għalina, għall-futur ta' pajjiżna, għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna, għal uliedna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nieħu gost li dan l-Abbozz ta' Liġi qed jagħtini ċ-ċans nitkellem dwar suġġett importanti, u ċjoè, l-ambjent.", "Hija liġi li tressqet ukoll b'titlu b'rabta mas-sostenibilità tal-ambjent, però f'dan l-intervent se nkun qed niftaħ ferm aktar minn dak li tgħid din il-liġi, u allura se nkun qed immiss punti li ma jmissux direttament mal-Ministru Josè Herrera, però ovvjament imissu mal-ambjent.", "Dan għax meta nitkellmu fuq l-ambjent – għall-benefiċċju ta' min qed isegwina – irridu nitkellmu wkoll dwar it-toroq, dwar il-baħar, dwar l-arja, dwar il-wesgħat pubbliċi u dwar iż-żoni ta' Natura 2000.", "Allura se nkun qed immiss ukoll dawn il-punti f'dan l-intervent tiegħi.", "Fid-diskors tiegħi se nkun qed nagħti eżempji diretti li mmiss magħhom u ngħixhom fid-distrett tiegħi u allura nifhem it-tħassib tan-nies.", "Qed nirreferi għat-12-il distrett, li fih jiġbor ukoll il-parti ta' fuq ta' Malta.", "Minn dak li sibna minn ta' qabilna sibna wkoll żona rikka ta' baħar sabiħ u ta' arja li, b'kumdità u wkoll b'konvinzjoni, konna ngħidu li għandna l-ġmiel naturali.", "Però llum, jekk irridu nkunu onesti, lil hinn milli nipprovaw niskorjaw punti politiċi, irridu nammettu li dik li kienet il-karatteristika ta' din iż-żona partikolari – jiena ngħid li hija żona li f'ħafna bliet u rħula wkoll konna nesperjenzaw – illum qegħdin narawh sejjer u jitbiegħed sewwa.", "Irrid inkun ċar; amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti ma kenux perfetti fejn jidħol l-ambjent, però jekk irridu nagħmlu paragun bejn dak li ġara u qed jiġri f'pajjiżna llum, u dak li sar matul is-snin meta pajjiżna kien immexxi minn amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, żgur isib li hemm baħar jaqsam.", "Jien naqbel ma' dak li kien qal l-Onor.", "Robert Abela - segwejtu b'attenzjoni - li l-iżvilupp u l-ambjent jistgħu jgħixu flimkien.", "Però dak li qegħdin nesperjenzaw f'pajjiżna llum huwa ferm 'il bogħod minn sitwazzjoni fejn nistgħu ngħidu li l-ambjent u l-iżvilupp jistgħu jgħixu flimkien.", "Illum il-kelma \"bilanċ\" spiċċat.", "Illum min hu b'saħħtu jħawwel!", "Illum l-Awtorità tal-Ippjanar saret kompliċi ma' min irid jagħmel sfreġju fl-ambjent ta' pajjiżna.", "Illum l-Awtorità tal-Ippjanar saret ukoll tieħu deċiżjonijiet li jkunu kontra l-interess tal-ġid komuni.", "Ikollna deputati minn din in-naħa tal-Kamra li jagħmlu mistoqsijiet parlamentari u wara biss ftit minuti li l-uffiċjali tal-Parlament jgħaddu l-mistoqsijiet parlamentari lill-entitajiet ikkonċernati, proprju l-persuni terzi, li allura jkollhom interess fil-mistoqsijiet parlamentari, ikunu diġà jafu bihom.", "Jien m'għandi l-ebda dubju mix-xogħol li jagħmlu l-ħaddiema tal-Parlament - irrid insellmilhom - li jagħmlu biċċa xogħol serja.", "Però kien hem każi - ma mmurx 'il bogħod ħafna - fejn membri minn din in-naħa tal-Kamra għamlu mistoqsijiet parlamentari u qabel ma dawn ingħataw tweġiba, in-nies li kellhom interess kienu diġà saru jafu bil-mistoqsijiet parlamentari mill-entitajiet li lilhom ikunu ġew mgħoddija l-mistoqsijiet parlamentari.", "Sur President, f'dawn il-minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nkun qiegħed inħalli l-ġudizzju ta' dak li qiegħed ngħid jien f'idejn min qiegħed isegwina anke mill-kumdità ta' daru.", "Jien se nkun qed nagħmel stqarrijiet u se nkun qed nitkellem dwar fatti, imbagħad inħalli f'idejn l-intelliġenza tan-nies hemm barra biex jiġġudikaw.", "Kif diġà għedt, fid-diskors tiegħi se nkun qed nitkellem fuq eżempji konkreti li qed iseħħu fit-Tnax-il Distrett.", "Kif diġà għedt, l-ambjent tagħna huwa wkoll il-baħar u allura jien irrid inserraħ ras il-ġenerazzjonijiet futuri li ma jkun hawn l-ebda ministru, l-ebda entità - u m'iniex qed nirreferi għall-Ministru Herrera, imma qed nirreferi għall-Ministru Konrad Mizzi – … Ma nistgħux inħallu l-affarijiet sejrin fid-direzzjoni li naslu biex ngħidu li f'pajjiżna xi darba kellna l-bajja tal-Għadira!", "Għal darba, tnejn, tlieta, tlabt lill-Ministru Konrad Mizzi li jippreżenta r-rapporti tan-nies esperti u tekniċi dwar dak li qed jissejjaħ il-proġett tal-estensjoni tal-Għadira.", "Il-Ministru Konrad Mizzi, kif għamel f'diversi kuntratti u proġetti li kien imiss magħhom, qed jonqos milli jippreżenta r-rapporti, idur dawra mejt mat-tweġibiet, però qatt ma jpoġġi dak id-dokument.", "Irrid nixgħel bozza għal min qiegħed isegwina, għal min verament għandu għal qalbu l-ambjent ta' pajjiżna.", "Bilfors tissuspetta ħażin, għaliex ma kienx hemm kuntratt wieħed, proġett wieħed li mess miegħu l-Onor.", "Konrad Mizzi, li ma nħoloqux dubji dwaru u nispiċċaw li jew ir-rapporti ma jiġux ippreżentati f'din il-Kamra jew ikun hawn rapporti li partijiet minnhom jiġu mmarkati bl-iswed biex ma narawx x'hemm fihom!", "Ftit kilometri bogħod mill-bajja tal-Għadira hemm il-Palazz ta' Selmun, dik li qabel kienet il-lukanda ta' Selmun.", "Anke din daħal fiha l-Ministru Konrad Mizzi, u filli konna viċin ħafna li naraw dan il-proġett iseħħ, u filli, għal darba oħra, kollhox huwa mistur u kollox miexi bil-lajma.", "Nittama li hemmhekk, li hija żona protetta wkoll, ma narawx xi sfreġju ieħor ambjentali.", "Għax donnu sar jgħaddi kollox f'dan il-pajjiż, qisu xejn mhu xejn.", "Biex niġu nitkellmu hawnhekk inkunu fuq quddiem nett, pampaluni, però mbagħad meta wieħed idur dawra ma' pajjiżna jibda jara binja tielgħa minn hemm u oħra minn hemm!", "Issemmew il-pompi tal-petrol, u anke dwar dawn il-kunsilli lokali jappellaw u ħadd ma jagħti kashom!", "Għaliex nitkellmu dwar id-devoluzzjoni tal-poter, li rridu nagħtu aktar poter lill-kunsilli lokali, imma mbagħad meta dawn jitkellmu fl-interess tar-residenti b'rabta mal-ambjent, ikun hemm l-awtoritajiet, fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar, li tkun kompliċi f'dak kollu li qegħdin nesperjenzaw f'pajjiżna.", "Kif għedt ftit tax-xhur ilu, dawk in-nies li qed ikollhom mano in pasta fid-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu kontra l-interess nazzjonali f'pajjiżna jridu jagħtu kont ta' għemilhom, jekk mhux illum, jekk mhux għada, żgur li għada pitgħada l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dan il-pajjiż se jkunu qed jiġġudikaw dak li qed tagħmel, fost l-oħrajn, l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Spiċċa l-bilanċ, spiċċa dak li suppost qegħdin ngħidu, li l-ambjent u l-iżvilupp jimxu flimkien!", "Tkellimna dwar l-ambjent, għaliex huwa sabiħ li nitkellmu dwar l-ambjent, anke b'rabta mal-ambjent tat-toroq.", "Illum qegħdin naraw lill-Gvern jieħu deċiżjoni li tidher li hija s-soluzzjoni għal għexieren ta' snin, però effettivament mhux qed naraw dan iseħħ.", "Dan kien rifless anke f'intervista mal-Kummissarju għall-Ambjent fi ħdan l-Ombudsman, il-Perit Alan Saliba, li kien ċar fil-konfront tal-Ministru meta qallu li t-twessigħ tat-toroq mhuwiex soluzzjoni.", "Hekk qegħdin naraw illum, ħafna inġenji fit-toroq, inwessgħu t-toroq, nidħlu fl-għelieqi tan-nies, inwaqqgħu l-ħitan!", "Però ma jimpurtax, xejn mhu xejn, għaliex il-viżjoni ta' dan il-Gvern, anke fejn jidħol l-ambjent, naraw biss mil-lum għal-lum!", "M'aħniex qegħdin naraw x'jistgħu jkunu dawk id-deċiżjonijiet li verament ikunu sostenibbli, mhux għall-ġenerazzjonijiet tal-lum, imma għall-ġenerazzjoni ta' għada.", "Meta anke persuna li tgawdi rispett, bħalma huwa l-Perit Saliba, tgħid dak id-diskors, naħseb li dak ikun ċertifikat li dawn il-famużi €100 miljun li l-Gvern qed jgħid li se jalloka għal din is-sena u €700 miljun għas-seba' snin li ġejjin, huma daħka oħra f'wiċċ il-poplu Malti.", "Din hija umiljazzjoni oħra f'dak li għandu x'jaqsam mat-toroq f'pajjiżna.", "Il-ġimgħa li għaddiet kelli l-opportunità li mmur għal laqgħa pubblika ġewwa l-Manikata u smajt lis-Sindku tal-lokal jgħid li min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, min-naħa tal-Awtorità tal-Artijiet u min-naħa ta' Transport Malta huwa magħruf li fl-interess tal-ġid komuni għandha titwessa' parti mit-triq li qiegħda wara l-bandli biex ir-residenti tal-Manikata jkollhom pjazza sura ta' nies.", "Però mbagħad niskopru, skont dak li qal is-Sindku tal-Mellieħa, li hemmhekk ma nistgħux nieklu biċċa mit-triq għax jidher li jista' jkun hemm xi individwu li għandu interess li jibni.", "Issa din hija żona oħra verġni fil-Manikata, prattikament żona li tmiss mal-Park tal-Majjistral!", "Mhux biżżejjed li kważi għandna bini li jmiss mal-Park tal-Majjistral, l-uniku park li għandna ta' dak il-kobor, li fih aktar minn tliet kilometri!", "Jien nappella lil Trasport Malta biex, kif mhix qed tiddejjaq li qed tidħol f'numru ta' toroq u tiekol mill-ftit raba' li fadallu dan il-pajjiż, fl-interess tal-ġid komuni tagħmel l-istess, tiekol biċċa żgħira minn triq, biex din it-triq tkun tista' ssir two way bla periklu u l-Manikata jkollha pjazza pedonali sura ta' nies.", "Din hija l-unika parti, l-unika triq, li tista' tkun żona pedonali, li tista' titgawda f'arja nadifa kif jixraq mir-residenti ta' dik iż-żona.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq it-toroq u quddiemi għandi petizzjoni.", "Se nkun qiegħed nagħmel referenza għal petizzjoni oħra, din id-darba mhux marbuta mat-toroq, imam ma' applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Din l-applikazzjoni tidher li qed tiġi kkritikata minn persuna influwenti, l-eks sindku tar-Rabat Malta, li llum huwa uffiċjal għoli f'Kastilja.", "Qed nirreferi għas-Sur Sandro Craus, li jidher li se jibda l-kampanja 'Save Saqqajja'.", "Huwa tajjeb li jekk hemm applikazzoni li qed tkun ta' riskju li tkisser il-karatteristiċi ta' din iż-żona partikolari fir-Rabat, is-Sur Craus ħass li jagħmel din il-petizzjoni.", "Jien nittama li jekk dan għandu raġun, l-awtoritajiet jagħtu kas din il-petizzjoni.", "Però għax ma ġarax l-istess meta kien hemm petizzjoni oħra simili biex il-Bypass tal-Mellieħa ma tinsteraqx parti minnha biex nakkomodaw lill-ftit?", "U llum għandna kummiedja li jgħaddu minnha eluf ta' Maltin u Għawdxin kuljum!", "F'din il-bypass, li hija forma oħra ta' highway f'pajjiżna, għax aħna m'għandniex highways, imma għandna l-bypasses, qed nispiċċaw bl-40 kilometru inqas fis-siegħa biex nakkomodaw il-ftit.", "Biddilna l-policy biex stajna ntellgħu l-bini tmien sulari, biex issa ftit metri 'l bogħod, bl-iskuża tal-politika tal-lukandi, mad-daħla tat-telgħa tal-Mellieħa qed naraw li se titla' lukanda ta' tmien sulari u anke madwar 120 appartament.", "Jekk l-Awtorità tal-Ippjanar trid tkun konsistenti u tagħti widen lil din il-petizzjoni, nittama li tagħti widen ukoll għall-pressjoni li qed issir biex l-affarijiet isiru above board, kollox kif suppost, u mhux kif il-Ministru Ian Borg jintalab ipoġġi d-dokument uffiċjali, dokument li huwa fl-interess tal-pubbliku, l-applikazzjoni għall-kontroll tal-ippjanar li fiha kien hemm bidliet partikolari … Jien lill-Ministru Ian Borg tlabtu jpoġġi din l-applikazzjoni partikolari fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din l-applikazzjoni fiha dak li rajna u qed nesperjenzaw illum fil-Bypass tal-Mellieħa, u l-Ministru jonqos milli jagħmel dan u jgħid li huwa umanament impossibbli li din titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Għaliex huwa umanament impossibbli?", "Jista' jkun li hemm xi dokument nieqes f'din l-applikazzjoni għall-kontroll tal-ippjanar?", "Jista' jkun li jekk wieħed jifli sew dan id-dokument isib dokument nieqes, li jista' jitfa' dawl ta' kif saru l-affarijiet biex illum għandna sfreġju ieħor ambjentali ftit metri 'l bogħod mill-Miżieb, żona oħra protetta?", "Allura jien nappella lill-Gvern biex ma jkomplix ikisser il-karatteristiċi ta' pajjiżna.", "Il-Gvern għandu l-obbligu li jiġbed l-attenzjoni.", "Kif il-Prim Ministru ma ddejjaqx jibgħat ittra lill-Awtorità tal-Ippjanar meta kienet se titla' l-applikazzjoni tat-tanker f'Marsaxlokk … Illum qed nisimgħu stejjer kbar marbutin ma' dan il-kuntratt oxxen.", "Pajjiżna ma kellux bżonn din il-power station.", "Dakinhar il-Prim Ministru, qabel ma marru għall-vot, ma ddejjaqx jikteb u jgħid lill-Awtorità tal-Ippjanar li tkun xi tkun id-deċiżjoni, il-proġett kien ser jibqa' għaddej!", "Għax m'għamilx l-istess meta l-Prim Ministru kien jaf li kien hemm din l-applikazzjoni li telgħet fl-uffiċini f'Kastilja?", "Iżda l-Gvern naqas li jieħu d-deċiżjoni u tefagħha għand il-PA, biex imbagħad rajna l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu d-deċiżjoni li nafu x'inhi llum, dik li żgur ma kenitx fl-interess tal-ġid komuni.", "Sur President, allura jien irrid inkompli naċċenna għal dak li qed isir f'pajjiżna.", "Huwa inutli li niġu hawn f'din il-Kamra, nitkellmu u nilagħbuha tal-pampaluni favur l-ambjent, għaliex dak li qiegħed jesperjenza l-poplu Malti llum huwa verament bla preċedent.", "Hija frażi li jħobb juża dan il-Gvern, \"bla preċedent\", isemmi deċiżjonijiet li huma bla preċedent.", "U hekk qed jiġri fl-isfreġju ambjentali f'pajjiżna!", "Qed naraw deċiżjonijiet li verament huma bla preċedent.", "Illum forsi hawn min qiegħed jara li mil-lum għal-lum qed naraw dan il-bini tiela', però rrid nistaqsi jekk humiex sostenibbli dawn id-deċiżjonijiet li qed tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Hawnhekk se nerġa' nkun kritiku fil-konfront tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jien l-argumenti tiegħi nagħmilhom dwar il-parti ta' Malta li jien ngħix fiha ta' kuljum, il-parti li mmiss magħha għax inkun qiegħed f'dawn il-lokalitajiet, però din hija xi ħaġa sistematika li qed tiġri f'kull rokna ta' kull belt u raħal f'pajjiżna.", "Anke ftit 'l hemm mill-Mellieħa, fil-Qawra u fix-Xemxija, qed naraw applikazzjonijiet u l-bini li qed ikompli tiela' bl-addoċċ.", "Fin-Naxxar, dak li qabel kien it-trade fair grounds, applikazzjoni għal 500 appartament u vilel inklużi.", "Wieħed jistaqsi jekk meta wieħed iressaq dawn l-applikazzjonjiet l-Awtorità tal-Ippjanar hux qiegħda tara l-impatt soċjali li ser ikun hemm.", "Dawn huma studji li għandhom isiru biex naraw jekk humiex proġetti sostenibbli jew le bħal, pereżempju, l-impatt tat-traffiku li jista' jħalli 500 appartament f'żona partikolari fin-Naxxar.", "Anke hawnhekk qegħdin naraw li l-Gvern qed jonqos milli jieħu dawk id-deċiżjonijiet li verament ikunu fl-interess tal-ġid komuni.", "Qegħdin jittieħdu deċiżjonijiet li se jħallu impatt negattiv fuq il-ġenerazzjonijiet futuri.", "Irrid inkun pożittiv u nirrikonoxxi l-ħidma tad-Dipartiment tal-Tindif u l-Manutenzjoni u nikkritika lil dawk il-ftit nies irresponsabbli, bħalma kien hemm fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, meta xi ħadd irresponsabbli deherlu li kellu jmur b'xi vann u jitfa' ammont ta' terrapien u materjal ieħor li jagħmel ħsara fiż-żona tal-Imġiebaħ, li hija verament ta' ġmiel naturali, żona oħra li hija sit ta' Natura 2000.", "Aħna għandna l-obbligu li naraw li min qiegħed jagħmel dawn in-nuqqasijiet f'din iż-żona jħallas ta' għemilu.", "Allura naħseb li l-Gvern għandu jara wkoll proposta li ressaqna bħala Oppożizzjoni, li f'dawn iż-żoni protetti – għall-inqas nibdew minn hemmhekk - jitpoġġew cctv cameras biex min jabbuża jħallas ta' għemilu.", "Nispera li ħadd minn din il-Kamra b'xi mod ma jiddefendi lil min qed jabbuża, lil min qed jagħmel sfreġju fl-ambjent ta' madwarna.", "U semmejt il-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni għaliex b'mod effiċjenti qed ikunu huma li qegħdin jagħmlu tajjeb għal dan in-nuqqas.", "Huwa tajjeb li din in-naħa tal-Kamra tirrikonoxxi wkoll lil dawn il-ħaddiema li qegħdin jagħmlu l-parti tagħhom, u naħseb li ta' min jirrimarka l-effiċjenza tagħhom.", "M'hemmx sibtijet u ħdud!", "Huwa tajjeb li nirrikonoxxu s-sehem ta' dawn n-nies.", "Veru li huwa xogħolhom, imma dawn qed jagħmlu xogħolhom biex intaffu n-nuqqasijiet ta' parti żgħira tal-poplu Malti li qed jabbuża.", "Sur President, jekk aħna rridu nitkellmu dwar kwalità ta' ħajja aħjar, irridu bis-serjetà … Din in-naħa tal-Kamra qiegħda tagħmel proposti biex il-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet, fosthom f'dokument li ressaqna dwar ir-riforma tal-kunsilli lokali.", "Jien għandi informazzjoni li fil-LESA, din il-famuża entità li twaqqfet min-naħa tal-Gvern, hemm nuqqas fil-mod ta' fejn qed jiġu mibgħuta l-uffiċjali tal-komunità, jew kif nafuhom aħjar, il-wardens.", "Illum m'għadekx tara wardens f'żoni li huma protetti.", "Qabel kellna wkoll il-green wardens, li kien ikun il-kunsill lokali li jiddeċiedi meta, xħin u kif għandhom jiffrekwentaw dawn il-postijiet.", "Illum ma tarax lanqas b'nemes uffiċjali tal-komunità li jintbagħtu fil-komunità!", "Nappella lill-Gvern li jekk verament irridu nibdew nibdlu l-kultura ta' dawk il-ftit li għandna f'pajjiżna, li huma irresponsabbli u li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu, li jmorru jarmu kif ġie ġie materjal, kien x'kien, f'żoni bħal dawn, għandna naraw li nagħmlu l-aħjar użu mill-uffiċjali tal-komunità.", "Se nibda biex nagħlaq l-aħħar parti ta' dan id-diskors tiegħi b'rabta ma' dak li jiġri f'żona oħra fil-Qawra u Buġibba.", "Irridu nirrikonoxxu li llum San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija saru l-ikbar lokalità f'pajjiżna, anke skont in-numri li ħarġu dan l-aħħar mir-Reġistru Elettorali.", "Għaldaqstant naħseb li għandna naraw aktar kontribut min-naħa tal-Gvern billi anke hemmhekk jkollna aktar preżenza tal-uffiċjali tal-komunità.", "Għad hawn min qed jabbuża u jarmi kull tip ta' materjal u skart, mhux biss f'żoni protetti, imma anke f'żoni oħrajn fil-komunità.", "Huwa tajjeb li naraw - hawn il-Ministru Herrera - li hawn kunsilli lokali, bħal dak tal-Mellieħa, li naqqas l-ammont ta' bring-in sites li kien hemm fil-lokalità f'żoni differenti.", "Kienet l-eħfef ħaġa għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li flok jara li jitpoġġew b'investiment cctv cameras, iddeċieda li jneħħi l-bring-in site.", "Dik hija l-eħfef deċiżjoni!", "Minflok nipprova ninforza, nieħu l-eħfef deċiżjoni u nneħħi l-bring-in sites u npoġġihom f'żona waħda!", "Filwaqt li nirrikonoxxi li għandu jkun hemm l-awtonomija assoluta tal-kunsilli lokali, nappella lill-Gvern biex jekk ikun hemm kunsill lokali li jonqos anke f'dan ir-rigward, ikun hemm bring-in sites, fosthom f'żoni fejn kien hemm anke suġġeriment li jistgħu jitpoġġew biex ma joħolqux skumdità għar-residenti, fl-interess ta' min verament jagħmel użu bl-aħjar mod ta' dawn l-istess bring-in sites.", "Din il-liġi, li tatna ċans niftħu aktar biex stajna niddiskutu l-qasam tal-ambjent, naħseb li titkellem dwar is-sostenibbiltà, u allura llum aħna hawnhekk, quddiem il-cameras tat-televiżjoni tal-Parlament, nistgħu nagħtu tweġibiet.", "Però huma n-nies li jridu jiġġudikawna bejn il-kliem u l-fatti, bejn il-kliem u l-azzjonijiet li qegħdin jittieħdu.", "Sfortunatament, il-kwalità tal-ħajja f'pajjiżna żgur li mhijiex fl-aqwa żmien.", "Minkejja li nitkellmu li ridna nagħmlu dan il-pajjiż l-aqwa fl-Ewropa fl-aqwa żmien, jekk wieħed jiċċertifika lil dan il-Gvern fil-qasam ambjentali għad-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu fl-entitajiet varji tal-gvern, żgur li pajjiżna mhux qed jgħix fl-aqwa żmien!", "L-isfortuna hi li filwaqt li llum hawn il-ftit li qegħdin jiggwadanjaw, għax hemm min b'xi mod jista' jkun qed jiġi aġevolat b'deċiżjonijiet quddiem entitajiet governattivi, però fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu wliedna u wlied uliedna li jħallsu għal dawn id-deċiżjonijiet.", "Jien nittama li l-Gvern iqum u jara li d-deċiżjonijiet fl-interess tal-ġid komuni u fl-interess ta' pajjiżna jittieħdu bis-serjetà, anke jekk ma jkunx qed jogħġob lill-ftit li b'xi mod kellhom il-wegħda li jiġu aġevolati.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, din hija liġi li, biex ngħid hekk, hija waħda pjuttost sempliċi li l-Gvern qiegħed iressaq, u kien ikun utli kieku din il-bidla li se jkun hemm f'din il-liġi għamilnieha f'kuntest iktar wiesa'.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nagħmel ftit riflessjonijiet dwar il-qasam ambjentali f'pajjiżna, li nħoss li jinsab taħt assedju.", "Illum is-sitwazzjoni fil-pajjiż hi tali li l-ikbar theddida għall-ambjent ta' pajjiżna hija effettivament dik l-istituzzjoni li suppost tħares l-ambjent ta' pajjiżna.", "Meta qed ngħid \"istituzzjoni\" qed nitkellem dwar il-gvern, għax fl-aħħar mill-aħħar, l-aqwa għodda li għandu l-poplu Malti u Għawdxi biex suppost jiddefendi l-ambjent tiegħu huwa min jeleġġi fil-gvern, min jeleġġi biex imexxih, min jeleġġi biex jafdah bit-tmexxija tal-pajjiż u li jħares l-interess komuni u mhux ta' ftit nies.", "Ħafna jaħsbu li trid xi ambjentalist konvint biex jkollok din il-konvinzjoni li l-ambjent huwa importanti.", "Jien naħseb li kwalunkwe bniedem, hu min hu, min-natura tiegħu jfittex li jħares l-ambjent ta' madwaru.", "Huwa biss meta jidħlu ċerti karatteristiċi fil-bniedem, li jkollu ċerta regħba, li l-ambjent jibda jbati.", "Jien inħoss li fl-aħħar sitt snin il-Gvern preżenti ma tax kas biżżejjed l-ambjent u għamel ċerti affarijiet li għamlu ħsara kważi, ngħid jien, irreparabbli lill-ambjent ta' pajjiżna.", "Suppost għandna gvern li jippromwovi l-ħarsien tal-ambjent, imma minflok għandna Gvern li jippromwovi l-qerda tal-ambjent.", "U meta qed ngħid \"qerda\" m'iniex qed ngħid li għandna Gvern li jmur u fiżikament hu jagħmel ċerti affarijiet, għalkemm jagħmel ċerti affarijiet bħal, pereżempju, meta jinqatgħu ċerti siġar.", "Hemmhekk il-Gvern ikun direttament hu li qed jagħmel il-ħsara.", "Imma jekk għandna Gvern li bl-awtoritajiet u bl-istituzzjonijiet tiegħu jippermetti li jsiru ċerti żviluppi, awtomatikament ikun il-Gvern li qiegħed jippermetti l-qerda tal-ambjent.", "Jekk wieħed iħares lejn pajjiżna, għandu jkun ovvju għal kulħadd, għal min jaf pajjiżna kif inhu, għal min għex f'Malta u jaf x'inhuma l-karatteristiċi ta' pajjiżna, li hemm ċerti żviluppi li awtomatikament wieħed għandu jikkonsidrahom bħala inkompatibbli.", "Ħalli nsemmi ftit eżempji ta' xi tip ta' żviluppi.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-idea li jkollna torrijiet ta' ċertu daqs f'pajjiżna huwa kompletament inkompatibbli mal-aspett ta' pajsaġġ ta' pajjiżna.", "Pajjiżna huwa mibni b'mod li m'għandekx bini għoli immens u għandek ċerti aspetti karatteristiċi ta' pajjiżna … Pereżempju, liema hu l-ogħla bini fl-irħula tagħna?", "Naturalment huma l-knejjes.", "Huwa diffiċli ssib bini ieħor iktar għoli mill-knejjes tagħna.", "U għalfejn il-knisja?", "Għaliex storikament il-komunitajiet tagħna nbnew madwar il-knejjes tal-parroċċi tagħna.", "Il-lokalitajiet tagħna żviluppaw bil-ħsieb li ċ-ċentru tal-lokalità tkun il-knisja parrokkjali - f'ċerti każijiet kappella – u mbagħad minn hemm il-bini ġie adattat għal madwar dik il-knisja partikolari.", "Allura għandna l-maġġoranza tal-irħula tagħna li għandhom dan l-aspett partikolari.", "Ma tara l-ebda bini ieħor fil-pajsaġġ Malti li huwa ta' ċertu għoli, u allura f'pajjiż daqshekk żgħir, mal-mument li titfa' torri enormi …", "Kellna torrijiet fil-passat!", "Kellna Portomaso li kien ta' ċertu daqs, imma issa qed immorru għal ċerti torrijiet ta' 38 sular, 40 sular, 42 sular, li awtomatikament dawn ġejjin jidhru minn kullimkien.", "Il-każ klassiku huwa t-torri tad-DB.", "Dan huwa torri li se jkun jidher minn ħafna postijiet, li ser ibiddel kompletament iż-żona, l-istess bħalma se jagħmlu t-torrijiet tal-Imrieħel.", "Forsi din n-nies għadhom ma rrealizzawhiex.", "Naħseb li l-iktar nies li jridu jirrealizzaw x'se jkun ifisser dan l-iżvilupp huma proprju n-nies li jgħixu Ħal Qormi, għax dan se jiġi fuqhom.", "Fil-fatt Birkirkara, kif qiegħda mibnija, se jkollha inqas effett.", "Allura rridu nibdew naraw il-ħsara li dawn it-tip ta' torrijiet se jkunu qed jagħmlu, li se tkun irreparabbli.", "Ladabra tibni jibdew il-kwestjonijiet tad-drittijiet tas-sidien u nibdew deħlin fi kwestjonijiet li ma jistgħux jiġu riversjati.", "It-tieni eżempju li rrid nagħti - u din hija għafsa ta' qalb - huwa l-bini sfrenat li għandna fl-ODZ.", "Kulħadd jgħidlek li matul l-aħħar sitt snin żdied b'mod drammatiku l-bini fil-kampanja tagħna.", "Issa jien ġej mil-lokalità tas-Siġġiewi, fejn hemm ħafna kampanja, hemm ħafna bżonnijiet tal-bdiewa u hemm ċertu bżonn li jkun hemm ċerti żviluppi fil-kampanja minħabba s-settur agrikolu.", "Dik hija xi ħaġa li bħala pajjiż għandna nikkonsidraw u ngħinu fiha biex nżommu l-agrikoltura għaddejja, però llum għandna fenomenu li kull min għandu tomna raba' jippretendi li jibni villa fiha.", "Illum għandna fenomenu li kull min għandu razzett imwaqqa' jew nofs razzett imwaqqa' jippretendi li jibni villa bil-pixxina!", "Illum għandna fenomenu fejn hawn negozju kbir ta' raba' għaddej, mhux għal skopijiet agrikoli, imma bi skop differenti ħafna, għal skop ta' spekulazzjoni, għal skop ta' ħruġ ta' permessi fuq dik l-art, metodi xejn korretti u xejn legali.", "U allura qed nispiċċaw li min ġenwinament huwa interessat fl-agrikoltura prattikament għandu diffikultà kif jista' jopera, għax illum biex tixtri r-raba' kulħadd jgħidlek li l-prezzijiet telgħu m'ogħla s-sema u allura għal xi ħadd li m'għandux raba' ġejja mill-familja jew li qiegħda għandu bi qbiela, huwa diffiċli jew impossibbli li jgħix bħala bidwi.", "Dawn kollha jgħidulek li huma jixtiequ li t-tfal tagħhom ikomplu fil-biedja - l-Onor.", "Vassallo tkellem ftit jiem ilu dwar dan - però saret ħaġa impossibbli li jkomplu fil-biedja u ma jdurux għal professjonijiet u xogħlijiet oħrajn.", "Sur President, donnha daħlet l-idea li l-ambjent għandu jiġi kkalkulat abbażi ta' valur ta' flus.", "Din hija l-agħar forma ta' attitudni lejn l-ambjent.", "Mal-mument li nibdew inqisu l-ambjent bħala kwestjoni ta' flus, ta' valur monetarju, ta' kemm tqum dik il-ħaġa jew l-oħra, bħal meta tmur tixtri xi ħaġa, hemmhekk inkunu qegħdin niddeċiedu darba għal dejjem li neqirdu l-ambjent ta' pajjiżna.", "Din mhix kwestjoni ta' opinjoni, dik kwestjoni ta' prinċipju.", "Jekk inti tekwivala l-ambjent mal-flus, allura inti tkun għadu tal-ambjent.", "Pereżempju, jekk se titlob li ssir kontribuzzjoni skont kemm se ssir ħsara lill-ambjent, jekk dik se tkun l-attitudni fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, allura dawk id-deċiżjonijiet ma jkunux favur l-ambjent.", "L-istituzzjonijiet ta' pajjiżna suppost iħarsu l-ambjent b'mod li m'għandux għalfejn ikun hemm nies jipprotestaw fit-toroq dwar l-ambjent.", "Suppost aħna llum għandna istituzzjonijiet li malli jaraw xi ħaġa li tmur kontra l-interess ambjentali ta' pajjiżna, jieħdu ħsieb li dik ma ssirx u jwaqqfuha.", "Sfortunatament, ngħid jien, għalkemm l-intenzjoni setgħet tidher waħda ġenwina meta saret il-qasma tal-MEPA f'Awtorità tal-Ippjanar u Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, għalkemm setgħet dehret tajjeb u kien hemm ħafna li emmnu li dak kien pass 'il quddiem, fosthom l-NGOs ambjentali, però llum naħseb li kull min hu involut f'dan is-settur u jagħti kas jirrealizza li dak il-pass fisser li fejn jidħlu deċiżjonijiet tal-ippjanar, l-Awtorità tal-Ambjent ġiet relegata għat-tieni pożizzjoni.", "U fil-verità ftit li xejn għandha effett fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Jien ngħid li wasal iż-żmien li fejn jidħlu proġetti kbar li huma sensittivi għal pajjiżna, bħall-kwestjonijiet tat-torrijiet, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għandu jkollha d-dritt għall-veto.", "Jiġifieri, jekk ma jkunx hemm l-approvazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dak il-permess ma joħroġx.", "Jien immur oltre minn hekk, jekk veru nemmnu fil-kunsilli lokali, lill-kunsilli lokali ma nqegħduhomx biss membru tal-bord meta jiġu deċiżi ċerti proġetti kbar, imma dak il-kunsill lokali partikolari għandu jkollu d-dritt li jwaqqaf ċerti proġetti li ser jibdlu b'mod komplet il-lokalità tiegħu, għax allura huwa inutli li jkollna l-istituzzjonijiet, jekk dawn m'għandhomx ir-rieda li jaqdu l-missjoni tagħhom b'mod korrett.", "Irrid nerġa' nsemmi eżempju ċar ta' istituzzjoni li suppost tissalvagwarda l-ambjent, imma fl-iktar okkażjoni li kien hemm bżonn f'dawn l-aħħar snin - ma nkunx qed nesaġera jekk ngħid hekk - li xi ħadd jipproteġi l-ambjent, spiċċa li minflok ħa deċiżjoni kontra l-ambjent.", "Se nerġa' nsemmi l-vot li ċ-Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-Professur Victor Axiaq, ħa favur fil-każ tal-proġett tad-DB Group fuq l-art tal-ITS.", "Kumbinazzjoni llum hija wkoll l-ewwel seduta tal-appell li ġie ppreżentat minn numru ta' NGOs kif ukoll minn tliet kunsilli lokali, biex dan il-permess jiġi mħassar.", "Illum it-Tribunal tal-Appell iddeċieda; laqa' talba tal-kunsilli lokali u tal-NGOs biex sakemm jinstema' l-appell ikun hemm is-sospensjoni tal-permess - jiġifieri ma jistgħux isiru xogħlijiet abbażi ta' dak il-permess fis-sit tal-ITS – u nistennew l-eżitu tal-appell x'ser ikun.", "Jien inħeġġeġ lill-NGOs, lill-kunsili lokali u anke lir-residenti ta' Pembroke u tal-madwar biex ikomplu jinsistu fuq dan l-aspett partikolari, għaliex dan se jibdel kompletament il-lokalità ta' Pembroke u se joħloq ħafna problemi għal-lokalitajiet ta' Tas-Sliema u San Ġiljan.", "Sur President, nixtieq nagħmel l-aħħar punt tiegħi fuq l-ekonomija l-ħadra, il-green economy, li prattikament f'pajjiżna ma teżistix.", "Naħseb li l-unika ħaġa ħadra fl-ekonomija tagħna huma l-karti tal-€100, mill-bqija ma tantx hemm aspetti ta' green economy li jiffjorixxu fl-ekonomija tagħna!", "Għal ħafna, din il-green economy xi tfisser?", "Tfisser li jkollna nies li jaħdmu f'setturi marbuta mal-ambjent?", "Dik ukoll, imma mhux hekk biss.", "Jekk tara ftit id-definizzjoni li jagħtu l-istituzzjonijiet Ewropej u anke n-Nazzjonijiet Uniti, issib li green economy hija definita bħala ekonomija li twassal għal titjib fil-ħajja tal-bniedem u għat-tisħiħ tal-ekwità soċjali filwaqt li tnaqqas b'mod drastiku r-riskji ambjentali u l-iskarsezzi ekoloġiċi.", "Ekwità ma tfissirx ugwaljanza.", "Mhux kulħadd l-istess soċjalment; hemm min għandu bżonn iktar għajnuna u hemm min għandu bżonn inqas għajnuna.", "Għalhekk nitkellmu fuq ekwità, x'inhu ġust u x'inhu meħtieġ.", "Ħalli nieħu aspett wieħed biss.", "Aħna f'pajjiżna qegħdin nieħdu deċiżjonijiet li bihom minflok qed innaqqsu r-riskji ambjentali, qegħdin il-ħin kollu nżiduhom.", "Cutajar qabli, hemm il-kwestjoni tat-twessigħ tat-toroq.", "Aħna qegħdin ngħidu lil kulħadd li jekk jista' jsuq u jixtri karozza, isuq u jixtri karozza, minflok ngħidulu biex juża mezzi alternattivi ta' kif jivvjaġġa minn post għal ieħor.", "Dan huwa aspett li qed jiġi injorat kompletament.", "Nixtieq li l-Ministru, li qiegħed hawn preżenti, fil-winding up ta' din il-liġi jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Gvern f'dan is-settur.", "Irrid ngħid li n-naħa tal-Oppożizzjoni, l-inizjattivi li jkunu tajbin ngħidu li huma tajbin.", "M'hemm l-ebda diffikultà, però rridu naraw iktar ħeġġa min-naħa tal-Gvern fil-qasam ambjentali.", "Aħna qegħdin hawn illum, imma nistgħu nagħmlu affarijiet li jkunu negattivi għall-aħħar u erbat ijiem oħra jibda jiddispjaċina bħalma qiegħed jiddispjaċina llum fuq numru ta' affarijiet.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, l-għanijiet u r-raġunijiet tal-Abbozz ta' Liġi 57 jitkellmu b'mod ċar; naħseb li s-soċjetà tagħna jeħtieġ li tagħfas fuq li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-soċjetà, dik is-soċjetà li aħna nsejħulha ċivili, fl-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, kif jgħid dan Abbozz ta' Liġi.", "Għaldaqstant nixtieq nagħmel ftit ħsebijiet dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fil-fatt, minnu nnifsu l-bniedem awtomatikament irid iżomm dak il-kuntatt sħiħ mal-ambjent.", "Dan għaliex aħna nagħmlu parti integrali mill-ambjent u allura mill-bidu nett ta' dan id-diskors nagħmel appell mill-qalb biex ma nkomplux bi gwerra ma' dan l-ambjent, għax inkella nkunu qegħdin nagħmlu gwerra magħna nfusna.", "Irridu nieqfu mill-aggressjoni, anzi ngħid aggressjoni regħieba, aggressjoni li ħafna drabi hija vjolenti, meta wieħed ikisser dak li hu naturali.", "Allura rridu nżommu f'moħħna li dak li l-ambjent li sibna ġej minn missierijietna, u l-bniedem ta' rieda tajba, aħna l-politiċi ta' rieda tajba, kull min hu ċivili, kull Malti li hu ta' rieda tajba, irid iħalli ambjent aħjar lil uliedna u lil ulied uliedna.", "Jekk toqgħod taħseb ftit l-għan tal-bniedem x'inhu, mhuwiex li jħalli isem, imma li lil uliedna jħallilhom ambjent ħafna aktar sabiħ milli sab.", "Meta qed ngħid uliedna u ulied uliedna, m'iniex qed nirreferi għal missier jew omm.", "Jien neputijiet għandi u lin-neputijiet irrid inħallilhom soċjetà aħjar milli sibt jien.", "Meta l-bniedem irid jikkalma, meta l-bniedem irid jirrifletti, meta l-bniedem irid ifittex il-kwiet, normalment imur ifittex ambjent sabiħ - aħna f'Malta, nirringrazzjaw 'l Alla, għandna diversi postijiet sbieħ - fl-ambjent naturali, fl-ambjent nadif, fl-ambjent tal-baħar sabiħ ta' pajjiżna.", "Imma mbagħad tieħu qatgħa meta tara lil xi ħadd iħammeġ il-baħar u hemmhekk inti, bħala Malti, tweġġa'.", "Aħna rridu nkunu difensuri tal-ambjent u mhux ta' sfreġju għall-ambjent.", "Dan huwa wieħed mid-dmirijiet tagħna fil-politika.", "Mhux aħna biss, imma kull min hu Malti, kull min għandu għal qalbu l-ambjent, irid ifittex li jagħmel dan.", "Illum irrid nieħu l-opportunità li nsemmi lill-Kummissjoni Interdjoċesana dwar l-Ambjent, kummissjoni li tagħmel ħafna xogħol utli u tajjeb, li jien insegwi ħafna mill-viċin.", "Għaldaqstant, ippermettuli nifirħilhom minn hawn għax-xogħol siewi li huma jwettqu fis-soċjetà tagħna.", "Qabel l-elezzjoni tal-2017 din il-Kummissjoni kienet ippreżentat mal-20 proposta lill-partiti politiċi, li fosthom hemm li l-membri parlamentari għandhom jiddikjaraw b'mod ċar u tond x'inhi l-pożizzjoni tagħhom dwar l-interessi personali fejn jidħol l-ambjent.", "F'dawn il-proposti hemm ukoll li l-kandidati li jkunu ħerġin għall-elezzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-pożizzjonijiet tagħhom anke f'kumpaniji u intrapriżi privati.", "F'dawn il-proposti hemm punt tajjeb ħafna li jgħid li m'għandhomx isiru wegħdiet sigrieti, li għandu jkollhom trasparenza u kompetizzjoni ġusta.", "Hemm ħafna proposti oħrajn li mhux se noqgħod naqrahom kollha, imma hemm sensiela ta' proposti tajbin.", "Dawk li semmejt juru b'mod ċar il-messaġġ li din il-Kummissjoni fid-Djoċesi ta' Malta qiegħda tipprova twassal lill-politiċi Maltin.", "Mill-ġdid nifraħ liċ-Chairperson, lis-segretarju u lill-membri kollha ta' din il-Kummissjoni li proprju wasslu dawn il-proposti tajbin.", "Irrid ngħid ukoll li wieħed jista' jidħol fuq is-sit elettroniku tagħhom, fejn hemm diversi artikli interessanti marbuta mal-ambjent.", "Hawnhekk nappella biex l-awtoritajiet jirrikonoxxu x-xogħol li din il-Kummisjoni tagħmel, u mhux sempliċement naqraw dawn il-proposti u nfaħħruhom biss.", "Il-maġġoranza tal-Maltin ta' rieda tajba jridu jaraw aktar role models f'pajjiżna għax dawn jgħinu biex it-tfal tagħna mhux biss jibnu l-ambjent Malti u s-soċjetà Maltija, imma jgħinuhom jimxu 'l quddiem fil-ħajja tagħhom.", "F'Malta, anke fil-politika, kien hemm diversi role models miż-żewġ naħat tal-Kamra, li bla dubju ta' xejn fejn jidħol l-ambjent u diversi suġġetti varji għamlu xogħol siewi ħafna, huma persuni li fil-preżent, jekk tipprova ssib bħalhom, qisek qed tħares fil-baħħ!", "U dan mhux għaliex jissorprenduk, imma għax dak li kienu jagħmlu fil-politika kienu jagħmluh b'vokazzjoni, kienu jagħmluh għaliex kienu jemmnu bil-viżjoni tagħom u riedu jwettqu u jibnu dejjem Malta aħjar.", "Għalkemm qed insemmi l-passat, ma rridx ngħid li llum il-ġurnata m'għandniex ukoll politiċi li dak li jagħmlu ma jagħmluhx b'mod tajjeb.", "Allaħares qatt.", "Però, sfortunatament, aħna dejjem nikkummentaw fuq dak li jdejjaqna, u hekk se nagħmel jien ukoll llum f'dan id-diskors qasir tiegħi.", "Il-maġġoranza tal-Maltin, kif għedt aktar kmieni, iridu jaraw role models f'pajjiżna li jkollhom għal qalbhom l-ambjent ta' pajjiżna u li jiddefendu l-ambjent sabiħ li kbirna fih.", "L-ambjent tant huwa prezzjuż għall-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin li jweġġgħu meta ma nagħtux kas ta' dak li jkun hemm bżonn.", "Il-Maltin jivvotaw għal ambjent mirqum, nadif, sabiħ u għal arja pura, u b'hekk jistgħu jħossuhom parti min-natura, parti minn din is-soċjetà, minn din Malta, minn din l-art li tatna isimha.", "Għalhekk meta neqirdu l-ambjent inkunu qegħdin neqirdu lilna nfusna, inkunu qegħdin neqirdu lil uliedna u lil ulied uliedna.", "U l-qerda tal-ambjent hija l-akbar traġedja ta' kull żmien, kullimkien u dejjem.", "Sur President, s'issa jien tkellimt b'mod ġenerali.", "Issa ppermettili nitkellem ftit dwar pajjiżna.", "Illum, sfortunatament, l-ambjent f'pajjiżna sar pjaga.", "Kissirna l-ambjent għar-regħba.", "Ma nafx kif xi wħud, pereżempju, ikunu f'xi attività, anke governattiva, u ma jistħux ikantaw l-Innu Nazzjonali tagħna, il-vers \"Lil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha\", għaliex bid-deċiżjoni tagħhom, xi wħud qatlu l-għeruq ta' din 'l-Omm' bid-deċiżjoni tagħhom, xi wħud biddlu u qatlu lil ruħha.", "Bid-deċiżjoni tagħhom, xi wħud bidlu wiċċ din 'l-Omm'!", "U allura nerġa' ngħid, ma nafx kif ħafna drabi ma jistħux ikantaw u jlissnu l-Innu Nazzjonali tagħna!", "Forsi jkantawh għal wiċċ in-nies, iżda ma jafux x'inhuma jgħidu!", "Ħafna drabi meta xi ħaġa tidraha ma tibqax dik li aħna nsejħulha dnub morali.", "Meta qed ngħid dnub morali mhux qed nirreferi għall-ispiritwalità, Knisja u reliġjon, imma dnub morali.", "Jien jekk naqta' siġra mir-roundabout, dak hu dnub morali.", "Biż-żmien wieħed isir tal-qatgħa, xejn mhu xejn, u wiċċu joqgħod, kif ngħidu aħna l-Maltin!", "Għax jekk ma tħossx għal pajjiżek fil-veru sens tal-kelma, tkun sajjem mill-imħabba lejn pajjiżek.", "Fejn jidħol l-ambjent, pajjiżna qed iħallas prezz tal-wegħdiet li saru fir-raba' sular u llum il-ġurnata qed nivvomtaw il-ħsara!", "Dan huwa stat tal-biki!", "Dan l-Abbozz ta' Liġi li ppreżentalna l-Ministru jagħmel sens, imma meta ħutna l-Maltin jirrealizzaw il-manuvrar politiku, ma nistgħux aħna l-politiċi nibqgħu kredibbli, ma nistgħux inkunu ta' eżempju f'għajnejn in-nies, f'għajnejn dawk li bħalissa qegħdin isegwuna, f'għajnejn dawk li huma ħerqana biex jaraw lil Malta aħjar, f'għajnejn dawk li huma midħla tal-politika u forsi vvotaw għal xi kandidat partikolari u issa qed jaraw dan l-isfreġju quddiem għajnejhom.", "Meta jiġri dan, prattikament ma jibqagħlekx awtorità morali, u aħna l-politiċi nkunu qisna għalliema li ma nafux naqraw u niktbu!", "L-ambjent f'pajjiżna huwa disprezzat u l-għadu tal-ambjent mhu ħadd ħlief dak li ħsiebu fih innifsu, dak li ma jagħtix kas ħaddieħor, dak li ħsiebu biss li jara li butu qed jimtela mhux ħażin u qed jikber, dak li mhux qiegħed jara 'l fejn sejrin, dak li prattikament qed jara li pajjiżna tilef kull direzzjoni u tilef il-boxxla, u allura bħan-nagħaġ ta' Bendu nibqa' għaddej, immur warajhom u nagħmel bħalhom.", "Dawn in-nies ħafna drabi tant huma ffokati fuqhom infushom li ma jħossux li deħlin fi sqaq, għax kuntenti huma, kuntent kulħadd!", "Jiena ma tantx inħobb nagħmel dikjarazzjonijiet politiċi partiġjani, ma tantx inħobb nidher hekk imam, jiddispjaċini, se jkolli ngħidha: il-Gvern qed ikun grigalata fejn jidħol l-ambjent!", "Il-Gvern qed jgħolli 'l fuq il-kultura tar-regħba, kultura li meta tfittex fuqha tirrealizza li qed toqtolna ftit ftit.", "Din hija kultura li qerdet lil pajjiżna, qerdet il-pajsaġġi tagħna, qerdet lil ruħna, u dan il-manuvrar kodard xi darba għad jisfronda.", "Bħala poplu, l-ambjent għandu jkun suġġett li jgħaqqadna, mhux jifridna.", "Bħala poplu għandu jkun l-ambjent li jagħmilna onorati li aħna Maltin.", "Il-gżira tagħna lilna tagħżilna mill-ambjent, mill-baħar ta' madwarna, mill-ospitalità tal-maġġoranza kbira tal-Maltin, mit-tjubija tal-Maltin, u allura dan l-ambjent kważi sar jiddistingwina minn pajjiżi oħrajn.", "U tweġġa' meta tiltaqa' ma' nies jew ħbieb tiegħek barra minn xtutna, titkellem fuq Malta u tirrealizza li dawn spiċċaw id-diskussjoni billi qalulek li Malta hemm bżonn tkun aktar nadifa.", "Nerġa' ngħid, l-ambjent għandu jkun xi ħaġa li tgħaqqadna għax, wara kollox, l-ambjent huwa tagħna lkoll.", "L-ambjent jesprimi l-kuxjenza kollettiva ta' poplu u ta' min imexxih, u allura ma nistgħux nibnu slogans sentimentali favur l-ambjent u nieqfu hemm.", "Ma nistgħux noħolqu slogans sentimentali dwar l-ambjent sakemm tgħaddi l-elezzjoni u nieqfu hemm.", "Biex tistudja bniedem jekk huwiex egoist, ara jekk jitfax l-imbarazz fit-triq, bħal xi saqqu jew xi ħaġa tad-dar li m'għandux bżonnha, bħal xi kompjuter fl-għelieqi tagħna jew joħroġ il-borża taż-żibel fil-ħinijiet li mhux suppost, għax jekk ngħidlek li trid toħorġu bejn is-7.00 a.m. u s-7.15 a.m., ma tistax toħroġha filgħaxija!", "Għaliex?", "Għax jinteressah biss minnu nnifsu, jeħles mill-imbarazz li nqeda bih, u allura jnaddaf ħwejġu għax jinteressah mill-bieb 'il ġewwa, imma l-imbarazz jarmih barra mill-bieb!", "Xi wħud jirraġunaw li la t-triq mhijiex tagħhom personali, imma hija ta' kulħadd, allura jħammġuha.", "Dak huwa raġunar ħażin.", "Ma jimpurtahx mir-raħal, xejn patrijottiżmu lejn raħal twelidu.", "X'jimpurtani mill-ġirien, x'jimpurtani mill-isforzi tas-sindku, tal-kunsilliera u tal-kunsill ġenerali!", "Però mbagħad basta mmur nitqarben, anzi, aktar minn hekk, basta mmur inqarben!", "Din hija kultura ta' x'jimpurtani.", "Min ħoloq din il-kultura?", "Min lil uliedu jħallihom jagħmlu li jridu, issa la kibru x'jistenna minnhom?", "Min quddiem uliedu kien jagħmel dak li jiġih għal idejh, issa la kibru, jista' jwissihom?", "U l-istess jiġrilu min joħloq il-maltempati, issa jistenna li jixxarrab.", "Nixtieq nagħlaq dan id-diskors qasir billi nislet silta mid-diskors tal-E.T. il-President tar-Repubblika ta' Malta fl-okkażjoni tal-ftuħ tat-13-il Parlament, jiġifieri ta' dan il-Parlament, li sar fl-24 ta' Ġunju tal-2017.", "Dakinhar fid-diskors tagħha għamlet aċċenn għall-ambjent.", "Għamlet ħafna punti u se nsemmi żewġ sentenzi minn dan id-diskors.", "\"Il-kwalità tal-ħajja titkejjel ukoll mill-kwalità tal-ambjent li ngħixu fih.\",", "\"Il-gvern għandu jara li l-protezzjoni tal-ambjent tingħata piż f'kull deċiżjoni maġġuri tal-gvern\".", "Sur President, nittama li b'dawn iż-żewġ sentenzi u bid-diskors li għamilt wassalt dixxerniment biex persuna li tħobb l-ambjent, persuna li hija responsabbli mill-ambjent, kull min iħobb l-ambjent, kull min hu ċittadin Malti, kull min hu ta' rieda tajba, jidħol fih innifsu, jaħseb, imma fuq kollox, iwieġeb.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, kien tmiem tajjeb ta' riflessjoni f'waqtha u naħseb li se nkompli minn fejn ħalla l-Onor.", "Minn meta dħalt fil-politika u bdejt insegwi, kultant nistaqsi lili nnifsi għaliex ġejt hawnhekk, għaliex ġejt nitkellem.", "It-tweġiba li nagħti lili nnifsi tkun dejjem li qiegħed hawn sabiex nara li nippromwovi u niddefendi d-dinjità tal-bniedem.", "U jien nemmen – nemmen għax jekk ma tkunx temmen ma nafx li jkollok xi valur li jista' jipperswadik u jiġġustifika l-preżenza tiegħek xi mkien - li l-qofol tal-ħidma politika għandha tkun u hija l-ħarsien u l-promozzjoni tad-dinjità tal-bniedem.", "Jekk illum qegħdin nitkellmu fuq is-sostenibbiltà, qegħdin nitkellmu fuq kif se nagħmlu biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-bniedem li jgħix f'Malta, kemm jekk hu Malti, Għawdxi, kif ukoll jekk hu barrani, hu min hu li jgħix f'dan il-pajjiż.", "Aħna jimpurtana minnu ugwalment u rriduh jgħix b'dinjità.", "Meta nara kif qiegħda tisvolġi l-politika ta' dan il-pajjiż, nara żewġ aspetti.", "L-ewwel nett, l-aspett ta' kif il-leġiżlatura, b'mod burokratiku, għandha miri miktuba li suppost qed tilħaqhom u, min-naħa l-oħra, nipprova nara l-impenn reali favur politika tassew sostnenibbli.", "U meta nuża l-kelma sostenibbli qed infisser politika tassew li tgħin biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-resident Malti - lanqas se ngħid taċ-ċittadin Malti - tar-resident li jgħix f'Malta, u kemm tassew f'dan il-Gvern hawn jew m'hawnx kuxjenza soċjali favur l-iżvilupp tal-politika sostenibbli.", "Illum dak li qegħdin niddiskutu.", "Il-Ministru responsabbli, irid jew ma jridx, ikollu jqum jiddefendi l-ħidma tiegħu.", "Ukoll, il-Ministru responsabbli, speċjalment fil-kontest ta' kif dan il-Parlament illum qed ikejjel il-politika sostenibbli, u għad-diskussjoni għandna liġi biex intejbu l-operat tal-politika sostenibbli, irid jifhem li l-liġi li qed iressaq, waħedha, mhijiex biżżejjed.", "Huwa meħtieġ aktar minn dak li hu miktub!", "Il-Ministru responsabbli huwa appoġġjat b'kuxjenza soċjali favur politika tassew sostenibbli?", "Il-Ministeru responsabbli - hawnhekk qed jitkellem il-kelliem għal dan is-settur - qed jiġi sostnut minn kuxjenza soċjali li jimpurtaha tassew li tħares id-dinjità tal-bniedem?", "Illum se nagħmel riflessjoni.", "F'dan il-pajjiż, fejn kollox sar jiswa aktar flus, il-bniedem spiċċa jiswa inqas.", "Meta kollox jibda jiswa ftit aktar flus, il-bini jiswa aktar flus, l-għalqa tiswa aktar flus, l-ambjent, kif qal l-Onor.", "Karol Aquilina, jibda jitkejjel fi flus, il-bniedem jispiċċa jiswa inqas flus.", "Meta toqgħod tara din il-politika kemm tassew qiegħda tħares lejn il-bniedem u tipprova ssostnih … Persuna li ltqajt magħha dalgħodu qaltli dan il-kliem: \"Għidilhom li l-Gvern għan-nies m'għamel xejn\"!", "U trid tkun persuna fit-triq biex toħroġ dikjarazzjoni bħal din.", "Imbagħad tibda tara fejn in-nies qegħdin ikejlu dak li l-Gvern jgħid li qed jagħmel tant tajjeb - għax għalih huwa tajjeb - però n-nies mhumiex qegħdin jirċievu dak li l-Gvern qed jgħid li qed iqassam.", "Dan il-Gvern issa ilu seba' snin fil-gvern.", "M'aħniex qegħdiin hawn nitkellmu wara l-ewwel sena ta' ħidma tiegħu fil-gvern.", "Għaddew seba' snin!", "Illum nistgħu niġu hawnhekk u nagħmlu l-kontijiet ma' dan il-Gvern.", "Illum nistgħu niġu hawnhekk u naraw x'inhu sejjer tajjeb jew x'mhux sejjer tajjeb, u ma nqabblux ma' tmien snin ilu, disa' snin ilu jew għaxar snin ilu, meta s-sitwazzjoni ta' Malta ma kenitx bħal-lum.", "Għax anke fl-aħħar Baġit, dan il-Gvern beda jkejjel x'qed isir illum u jqabbel in-nefqiet tal-lum ma' x'kien intnefaq f'Malta tmien snin ilu, disa' snin ilu, meta fid-dinja kien hawn riċessjoni ekonomika u Malta kienet qed tipprova ma tegħreqx!", "Meta nitkellmu fuq is-sostenibbiltà qegħdin nitkellmu fuq liġi li jrid ikun jimpurtaha minn 17-il aspett differenti tal-ħajja, u ċjoè li jinqered il-faqar, jintemm il-ġuħ, is-saħħa u l-benesseri, l-edukazzjoni ta' kwalità, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ilma nadif u sanità, l-enerġija nadifa u vijabbli, xogħol dinjituż u tkabbir ekonomiku, industrija, innovazzjoni u infrastruttura, tnaqqis tad-diżugwaljanzi, bliet komunitarji sostenibbli, konsum, manifattura responsabbli, ħarsien tal-klima, ħajja fl-ibħra, ħajja fuq l-art, paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet effettivi u s-sħubija favur l-għanijiet.", "Però meta niġu għar-realtà tas-sitwazzjoni, insibu li meta f'dan il-pajjiż tibda titkejjel l-effettività tal-ħidma ta' dan il-Gvern, skont l-aħħar kejl li sar, għandna miktub li Malta, taħt dan il-Gvern, tilfet tmien postijiet fil-miri tal-iżvilupp sostenibbli.", "Issa dan mhux ġara hekk tmien snin ilu, għaxar snin ilu, imma ġara hekk issa, under the watch ta' dan il-Ministeru li qed jitkellem hawnhekk illum.", "Fl-istqarrija li ħarġet Nature Trust qalet li t-tnaqqis mit-22 post għat-30 post huwa tort tal-mod kif l-awtoritajiet mhux jagħtu kas il-kwestjonijiet soċjali u ambjentali tal-pajjiż.", "Se nkompli nikkwota mill-istqarrija ta' Nature Trust:", "\"Nature Trust Malta rrikonoxxiet kif fil-passat pajjiżna laħaq livelli eċċellenti fil-miri stabbiliti min-Nazzjonijiet Magħquda, iżda fl-istess waqt għandu jservi wkoll ta' eżempju f'dan il-każ ukoll.", "Iżda l-iżvilupp eċċessiv …\"", "- jiġifieri li qed isir issa -", "\"…u mhux sostenibbli, flimkien mat-tnaqqis sostanzjali taż-żoni miftuħa għall-familji, saru l-ordni tal-ġurnata, dawn flimkien mal-problema tat-traffiku, l-għoli fil-prezzijiet tal-housing, l-obeżità u anke n-nuqqas ta' inforzar.\".", "Sur President, irridu nkejlu l-ħidma ta' dan il-Gvern mal-Gvern ta' qabel u l-ħidma tal-istess Gvern fi ftit snin ilu kemm ilu dan il-Gvern.", "Illum aħna sejrin għall-agħar.", "Meta wieħed jibda jikkonsidra kif sejrin għall-agħar, illum għandna ċertifikat.", "Dan huwa tal-mistħija għal dan il-pajjiż.", "L-Unjoni Ewropea tatna ċertifikat li aħna l-aktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa!", "Ħadd ma jista' jqabbel x'qed jiġri llum ma' x'ġara ftit tas-snin ilu, anke meta kien hawn Gvern preċedenti.", "Illum il-Gvern qed jagħmel l-għażliet, ħa d-deċiżjonijiet, kemm politiċi kif ukoll ambjentali, però l-poplu qed iħallas il-prezz għalihom.", "Dan il-Gvern spiċċa ħammeġ dan il-pajjiż, u jrid ikollok wiċċek ma jafx jistħi biex issa jkun hawn xi ħadd u jgħid li fil-ħidma ambjentali sejrin tajjeb, meta f'dan il-pajjiż, f'daqqa waħda, ġejna ċertifikati li sejrin lura u mhux 'il quddiem!", "Il-ġurnal The Malta Independent fl-editorjal ta' nhar l-Erbgħa 9 ta' Novembru ta' din is-sena uża informazzjoni maħruġa mill-istatistika dwar il-ħmieġ fl-arja, jiġifieri, il-pollution, din id-darba tal-European Environment Agency, li kien jgħid hekk:", "Dan jinkwetani u jidher li ħadd ma merieh dan l-editorjal.", "Din l-arja maħmuġa qed tispiċċa toqtol in-nies.", "Qed ngħaġġibha?", "Meru l-editorjal tal-Malta Independent tal-Ġimgħa, 9 ta' Novembru!", "Dan il-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam man-nies ma jimpurtahx!", "Xħin tibda tara n-numri tibda tiddejjaq, fosthom li:", "Hawn qed nitkellmu fuq 270 ruħ, mhux bhejjem, imma nies!", "Issa setgħu mardu fi żmien Gvern Nazzjonalista, ħalli nkun oġġettiv kemm jista' jkun.", "Però r-responsabbiltà hawnhekk inġorruha kollettivament, ħalli r-responsabbiltà tiegħi nerfagħha wkoll.", "Hawnhekk niffaċċjaw il-poplu Malti kollettivament, imma llum il-Ministeru responsabbli, il-Gvern responsabbli, mhux qed jidher li jinkwieta u jimpurtah kif aħna nipprovaw nirranġaw u mmorru għall-aħjar.", "Illum bilkemm ma jirredikolawkx meta titkellem fuq il-problemi tan-nies.", "L-istess editorjal ikompli juża l-informazzjoni maħruġa mill-European Environment Agency u jgħid hekk:", "Illum fil-ġurnal The Times of Malta deher artiklu fuq riċerka li saret fl-Amerika li jgħid li t-tniġġis fl-arja - għax il-problema tal-ħmieġ fl-arja mhijiex f'Malta biss - jista' jnaqqas minn sena sa sentejn mill-ħajja tal-bniedem u jkollok mewta prematura.", "U l-kawża ta' ħafna mill-imwiet, li tista' tkun tiegħi u ta' xi ħadd ieħor, tista' tkun ta' uliedna, tista' tkun minħabba l-mod kif bħala poplu qegħdin inħammġu l-arja li aħna qegħdin nieħu n-nifs minnha.", "We breathe cancer, we breathe dirty air, we breathe pollution, imma dan il-Gvern, għalkemm għandna responsabbiltà kollettiva, ma jidhirx li qed jimpurtah jikkoreġi u jerfa' r-responsabbiltà.", "Ħarġet statistika oħra mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Mela f'Malta komplejna ħammiġna l-arja mhux billi neħħejna fabbrika tal-kanċer, kif kien jgħid Joseph Muscat qabel l-elezzjoni tal-2013, imma billi issa, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-power stations li qlibna għall-gass għenu biex l-arja tagħna tkun maħmuġa iktar.", "U nikkwota mir-rapport:", "Fl-2017 l-arja tħammġet riżultat tal-power stations li għandna f'Delimara li ġew konvertiti għall-gass.", "Dawn għenu biex l-emissjonijiet żdiedu b'25% fuq dawk tal-2016.", "Adrian Delia qed jgħidha, din mhux il-Partit Nazzjonalista qed jgħidha, din mhux Edwin Vassallo qed jgħidha, din qed jgħidha l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Malti.", "U r-rapport ta' timesofmalta.com ikompli:", "U xi ħadd kien jitkellem fuq il-fabbrika tal-kanċer!", "U min tkellem fuq il-fabbrika tal-kanċer, minflok naqqas il-problema, għax hu kien konxju tagħha, issa żied il-problema biex tgħaxxaqha!", "U r-raġuni taf x'inhi?", "Għax qegħdin nixtru inqas mill-interconnector, inħaddmu iktar il-power stations u l-arja qed titħammeġ.", "Trid tinkwieta Sur President, jekk baqa' xi ħadd jimpurtah!", "U hawnhekk forsi baqa' xi ħadd jinkwieta!", "Rapport ieħor fuq is-sit elettroniku timesofmalta.com deher nhar il-Ħadd 11 ta' Novembru, bit-titlu \"Pupils' respiratory condition linked to classes facing roads\" dwar it-tfal tal-iskola li għandhom klassijiet tagħhom iħarsu lejn it-toroq prinċipali.", "Hawn xi ħadd jimpurtah?", "Issa qegħdin nitkellmu fuq in-nies, fuq uliedna, fuq it-tfal li jmorru fl-iskejjel tagħna.", "M'aħniex iktar nitkellmu fuq nies fl-ajru!", "M'aħniex nitkellmu fuq skandli ta' xi ħadd li jgħid li ma jimpurtahx, imma fuq imwiet tan-nies, arja maħmuġa li nibilgħu lkoll flimkien.", "U nibqgħu bħal dawk it-tliet xadini; dan il-Gvern la jrid jara, la jrid jisma' u lanqas irid iħoss.", "Dan ir-rapport jgħid:", "Imma darba aħna konna fit-22 post fil-miri tal-iżvilupp sostenibbli u mit-22 post mhux tlajna għad-19-il post, imma morna fit-30 post!", "Il-poplu Malti jiddejjaq jekk fil-Eurovision ma niġux l-ewwel, jiddejjaq jekk mit-22 post immorru għat-30 post. Hawn morna l-istess.", "Qed ngħid dan ħalli l-poplu tagħna jifhimna.", "Hawn mit-22 post morna fit-30 post. Il-problemi mhux naqqasniehom imma żidniehom!", "Rapport ieħor fuq is-sit elettroniku timesofmalta.com deher nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018, bit-titlu \"Malta at risk of missing 2020 waste recyling target.\"", "Dwar dan irrid ngħaddi kumment, li għalkemm huwa barra minn dan is-suġġett, hija mistoqsija li saritli min-nies hemm barra.", "Dawn staqsewni kif kienu mwegħdin li se jirċievu l-kaxxa bieb bieb u issa jridu jmorru jiġbruha u, pereżempju, jekk ikunu mill-Mosta jridu jmorru l-Wasteserv, jew minn postijiet oħrajn u jridu joqgħodu fil-kju u fix-xita.", "Qed ngħid hekk biex jekk jista' jkun dan isir bl-aħjar mod biex ladarba se ngħaddu minn din l-esperjenza li nisseparaw l-iskart, ngħaddu mill-aħjar esperjenza possibbli.", "Sur President, ħalli niffoka l-aħħar ftit minuti tad-diskors tiegħi fuq l-iktar suġġett li jimpurtani minnu.", "Meta semmejt ir-rapport magħmul minn NGOs f'Malta dwar il-progress ta' Malta rigward l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli, l-ewwel punt kien jitkellem dwar li jintemm il-ġuħ u jkun hemm garanzija ta' ikel għal kulħadd, li titjieb in-nutrizzjoni u li titħeġġeġ l-agrikoltura sostenibbli.", "Xħin niġu għall-agrikoltura nieħu pjaċir li mal-Ministru hawn ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli.", "Sitt snin ilhom il-membri min-naħa tal-Gvern iqumu jitkellmu u jipprovaw jiġġustifikaw x'qegħdin jagħmlu, u bir-raġun kollu, għax jemmnu li dak li qegħdin jagħmlu huwa tajjeb.", "Però l-fatti tagħtihomlna l-istess statistika maħruġa mill-Economic Accounts for Agriculture 2017, kumbinazzjoni pubblikata fil-11 ta' Settembru tal-2018.", "Meta tkellimna fuq il-baġit ta' dan il-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura, l-biedja u r-raħħala, jien ġejt hawn u għedt li għandna bdiewa li mhumiex jaqilgħu l-għejxien ta' kuljum.", "Kien hawn min daħak, kien hawn min irredikolani, għax dan il-Gvern qisu t-tabib – inħobb ngħidha u nibqa' ngħidha sakemm nara l-arroganza ta' dan il-Gvern tonqos – li jidħak f'wiċċ il-pazjent tiegħu bil-marda tal-pazjent.", "Meta tkellimhom fuq il-problemi tan-nies jidħku bik f'wiċċek.", "Però dakinhar kien hemm min seta' m'emminnix; minn dakinhar sal-lum ħarġet l-istatistika, u l-istatistika titkellem waħedha.", "Skont l-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn l-2016 u l-2017 fil-factor income and constant prices kien hemm telf ta' 9.3%.", "Dak huwa kemm ħadu inqas flus fil-but f'sena, mill-2016 sal-2017, il-bdiewa tagħna.", "Dan mhux skont l-Onor.", "Adrian Delia, mhux skont il-Partit Nazzjonalista, imma skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Iva, 7% inqas!", "Sur President, jekk naqbad ngħodd it-telf li hemm, mhux bejn l-2016 u l-2017, imma bejn l-2013, jiġifieri minn meta telgħu fil-gvern u llum, insib li għalkemm skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika t-telf huwa ta' 9.3%, fir-realtà, mill-2013 sal-2017, it-telf huwa ta' 21%.", "Fejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jgħid li hemm 7% telf bejn …", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Nixtieq nippreċiża dwar id-data li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor.", "Il-fatt ta' tnaqqis huwa minħabba li sal-aħħar ftit snin kienu spiċċaw is-sussidji li kienu qed jieħdu l-bdiewa Maltin.", "Għaldaqstant, qed jitkellem mingħajr ma jaf għaliex, lanqas qed jifhem hu stess …", "Għandek il-ħin biex twieġeb.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nirringrazzjak, però ma jdejjaqnix lanqas dak li tkellem dwaru s-Segretarju Parlamentari.", "L-istess tweġiba li ta s-Segretarju Parlamentari hija miktuba.", "Jien ma tkellimtx dwarha, imma li jqum bħala Segretarju Parlamentari u jiġġustifika li skont l-istess statistika 9% mill-2016 u 2017, jew inkella 21% mill-2013 sal-2017, sempliċement għax hemm l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea u ma ħadthiex…!", "Skużani, imma dan is-Segretarju Parlamentari, jiddispjaċini, qed jiġi jaqa' u jqum li xi ħadd tilef il-flus!", "Issa qed jitlef il-flus!", "Naqblu li qed jitlef il-flus?!", "Issa jekk hux qed jitlifhom għax il-pitkalija qed tagħtih inqas, jekk hux qed jitlifhom għaliex suppost għandu sussidju u mhux qed jieħu s-sussidju… Tibqax tredden!", "(Interruzzjonijiet)", "Jekk skont il-Gvern aħna dħakna bihom, ma jidħkux bihom huma wkoll!", "Jekk aħna għamilna l-ħażin, ma jagħmlux il-ħażin huma wkoll.", "Il-ħażin inħallsu għalih aħna.", "Issa huma qegħdin fil-gvern!", "Il-Gvern tas-Segertarju Parlamentari li qed jitkellem hawn ilu sitt snin fil-gvern!", "Allura f'sitt snin m'għandux gomma biex il-ħażin tagħna jħassru u jagħmlu aħjar?", "Konna fit-22 post fil-qasam ambjentali, anke bil-ħidma tal-istess Gvern, morna lura għat-30 post!", "Mhux iqum hawn u jiġġustifika għalfejn qed jitilfu l-flus!", "Il-fatt li qegħdin jitilfu l-flus għandu jgħinhom ħalli jieħdu għajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Jgħinhom, mhux qegħdin jitilfu l-fondi tal-Unjoni Ewropea!", "Forsi dan jaqa' taħt ministeru ieħor.", "Għalhekk fil-bidu l-kritika tiegħi kienet dwar kemm hemm kuxjenza soċjali biex dawn il-miri ta' żvilupp sostenibbli jitħarsu bħala Gvern.", "Dan il-Ministeru ma jistax jasal biex jilħaq il-miri jekk ministeri oħrajn ma jagħmlux dan is-suġġett ta' sostenibbiltà tagħhom ukoll.", "Hija għarukaża, bla kuxjenza!", "Gvern arroganti, li jiġi hawn ….", "U nirringrazzjah li qam bilwieqfa s-Segretarju Parlamentari, minkejja li ma kienx point of order.", "Jien, kieku kont minfloku, b'din l-istatistika nidħol taħt il-bank, nistħi nuri wiċċi!", "Il-bdiewa, ir-raħħala qegħdin jgħidulna li qegħdin f'koma, qed imutu ftit ftit, u dawn huma n-nies li jistgħu isalvawhom.", "Dan id-dokument jitkellem fuq ikel nutrijenti.", "Jekk nitilfu l-bdiewa tagħna, għada pitgħada l-ħaxix frisk nitilfuh.", "Aħna għandna stat ta' emerġenza!", "Jien tlabt kemm-il darba, bil-kitba, meta kellna l-kitba tiegħi u tiegħu fit-Times of Malta.", "Hemm il-politika komuni għall-agrikoltura!", "Ejjew inpoġġu bilqiegħda u naraw kif nistgħu ngħinu lil xulxin biex finalment ngħinu lill-qasam agrikolu u lir-raħħala biex iqumu fuq saqajhom.", "Sur President, jien rrid nagħti l-id tal-għajnuna.", "Mela nqum hawn u jkolli ngħid dan id-diskors.", "Jien ma ġejtx ippreparat biex nuża dan il-lingwaġġ!", "Jien ġejt ippreparat biex nitlob lill-Ministeru jara x'se jagħmel, għax jekk jispiċċaw il-bdiewa tagħna, l-ommijiet u l-missirijiet u t-turisti, x'se noffrulhom?", "Il-ħawħ Malti min se joffrihulhom?", "Il-patata Maltija u il-majjal Malti min se joffrihomlhom?", "Ma jibqgħux jgħidu hekk!", "Dħakna bihom?", "Aħna dħakna bihom?!", "Irid jgħid hekk, jgħid hekk!", "Imma issa huwa x'qed jagħmel biex dan il-Gvern ma jidħakx bihom ukoll!", "Se jibqa' jpoġġi bilqiegħda fuq l-iskuża li aħna dħakna bihom!", "Aħna għamilna l-aħjar li stajna, aħna ma dħakniex bil-bdiewa.", "Issa qegħdin fil-gvern huma u ma jiġix hawn u jġibli l-iskuża għalfejn dawn qegħdin jitilfu l-flus!", "Qegħdin jitilfu l-flus, u huma qed ipoġġu ċiċċi beqqi, jitħallsu u mhumiex jgħinu lil min suppost qed jieħu l-ħobża ta' kuljum sura ta' nies.", "Din hija l-inġustizzja!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Aġġornament.", "Fis-6.57 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għall-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CLINT CAMILLERI: Sur President, illum nixtieq nagħti lil dan il-Parlament u lill-poplu li qiegħed jismagħna ħarsa ġenerali fejn jidħlu d-derogi tal-insib ġewwa pajjiżna.", "Nafu kif f'Ġunju li għadda s-sentenza mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qatgħet il-każ kontra Malta fejn tidħol id-deroga kif applikata għall-insib tas-seba' speċi ta' għasafar tal-għana.", "Però wieħed ukoll jrid jara x'wassal għal dan u minn fejn bdejna.", "In-nassaba ġewwa pajjiżna jafu kif qabel ma Malta ssieħbet fl-UE kienu ġew żgurati, anke permezz ta' ittri – kont għadni tifel dak iż-żmien – li ntbagħtu f'kull dar, li fiha kemm l-Eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami, kif ukoll l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kienu bagħtu bil-miktub li Malta nnegozjat biex l-insib u l-kaċċa ġewwa pajjiżna mhux talli ma kenux se jintmissu, talli kienu se jissaħħu.", "Il-fatti kienu mod ieħor!", "Il-fatti kienu li Malta, dak iż-żmien taħt Gvern Nazzjonalista, kienet proprju nnegozjat bil-kontra.", "Kienet innegozjat li l-insib għall-għasafar tal-għana u anke l-għasafar kollha kellu jieqaf fl-2008, u proprju hekk kien ġara.", "Nafu kif l-aħħar ġurnata tal-2008 kienet l-aħħar darba li n-nassab Malti u Għawdxi kien ħareġ jonsob.", "Fl-2009 dan kien spiċċa totalment.", "Gvern Laburista li ġie elett fl-2013 kien mill-ewwel beda jaħdem sabiex lin-nassaba tagħna nagħtuhom dak li jixirqilhom.", "Nafu li Malta, ovvjament bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, trid taderixxi wkoll mad-Direttiva tal-Għasafar li ma tħallikx tonsob għall-għasafar jekk mhux permezz ta' deroga li tiġġustifika l-prattika tal-insib, li tiġġustifika diversi parametri għaliex in-nassaba Maltin għandhom joħorġu jonsbu.", "Irridu ngħidu li fl-2014 kien ukoll dan l-istess Gvern Laburista li għall-ewwel darba, wara li kien inqata' darba għal dejjem l-insib ġewwa pajjiżna minn Gvern Nazzjonalista, kien applika wkoll għad-deroga tal-insib għas-seba' speċi tal-għasafar tal-għana.", "U kien proprju hemmhekk li tajna proprju impenn politiku li dan il-Gvern huwa favur il-kaċċa, u f'dan il-każ, l-insib, b'mod sostenibbli.", "Ovvjament, il-Kummissjoni Ewropea ma kenitx qablet ma' dan u għaldaqstant kienet tellgħet lill-Malta l-Qorti fuq din id-deroga partikolari dwar l-għasafar tal-għana.", "Malta kienet iddefendiet il-kawża tagħha u ġġustifikat din id-deroga, però b'mod sfortunat ħafna - u ninsab iddispjaċut ħafna - il-Qorti Ewropea ħasbitha mod ieħor, u proprju f'Ġunju tal-2018 qatgħet l-insib għas-seba' speċi tal-għasafar tal-għana skont id-deroga kif applikata.", "Dakinhar dan il-Gvern kellu deċiżjoni u triq x'jieħu.", "It-triq kienet li jew ngħidu li l-Qorti Ewropea qatgħet l-insib ġewwa Malta darba għal dejjem, li din hija xi ħaġa tal-passat - u kienet tkun faċli għalina - … Kienet tkun faċli anke b'mod politiku għax konna ngħidu li fil-verità kien proprju Gvern Nazzjonalista li nnegozja b'mod ħażin u li daħak bil-kaċċaturi u n-nassaba.", "Dan sar anke bil-miktub għax, kif diġà għedt, kienu rċevew ittra kemm mingħand l-Onor.", "Simon Busuttil, kif ukoll mingħand l-Eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami u fiha serrħulhom moħħhom li bi sħubija fl-Unjoni Ewropea u għaliex Malta nnegozjat b'mod tajjeb, ma kinetx se tinqata' din il-prattika.", "Allura aħna konna ngħidu li għamilna li stajna, id-deċiżjoni tal-Qorti hi dik li hi u, għaldaqstant, l-insib se jkollu jispiċċa darba għal dejjem.", "Kif diġà għedt, dik kienet tkun l-iktar soluzzjoni faċli għalina, però aħna naħsbu f'kulħadd.", "Aħna nifhmu wkoll lill-minoranza li għandna ġewwa pajjiżna u allura nixtiequ wkoll pajjiż li jikkuntenta, jaġevola u jgħin lil kulħadd.", "Kif għaddiet din is-sentenza f'Ġunju li għadda, dan l-Gvern beda jaħdem mill-ewwel għaliex il-kanuni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea issa kienu fuq id-deroga tal-pluvieri u tal-malvizz.", "U rridu ngħidu li kien hemm diġà l-karta finali li l-Kummissjoni Ewropea kienet se ttella' lil Malta l-Qorti fuq l-insib tal-pluvieri u l-malvizz ukoll, bil-konsegwenza li l-insib ġewwa Malta kien potenzjalment jispiċċa darba għal dejjem.", "Kieku llum qegħdin hawn u qed ngħidu li xi darba konna nonsbu, niftakru lill-ġenituri u l-antenati tagħna li kienu jonsbu, li llum din it-tradizzjoni spiċċat għaliex ġara li ġara.", "Però, aħna ħdimna mill-ewwel u konna proattivi u ftit tal-ġimgħat wara din is-sentenza bdejna bil-ħidma tagħna u studjajna b'mod dettaljat is-sentenza tal-Qorti Ewropea fir-rigward tad-deroga tal-għasafar tal-għana, kif ukoll is-sentenza kif kienet ser timpatta b'mod dirett u indirett fuq id-deroga l-oħra u li biha konna nispiċċaw li l-insib jispiċċa.", "Sur President, aħna ħadna inizjattiva mill-ewwel u ltqajna mal-Kummissjoni Ewropea.", "Fil-fatt, kont jien stess li mexxejt dawn id-diskussjonijiet u n-negozjati ġewwa Brussell u bdejna bil-ħidma tagħna ħalli naraw li d-deroga li konna qed napplikaw fuq il-pluvieri u l-malvizz tkun waħda ġusta, waħda li ma tmurx kontra d-Direttiva tal-Għasafar sabiex nassiguraw li l-insib ġewwa pajjiżna jitkompla.", "U proprju wara ġimgħat ta' laqgħat, korrispondenza, diskussjonijiet intensivi u ta' bdil u emendi fil-parametri tal-liġi, irridu ngħidu li ftit qabel kellu jiftaħ l-istaġun tal-pluvieri u l-malvizz konna f'pożizzjoni li għall-ewwel darba stajna ngħidu b'mod ċar … U kien hemm min ipprova jisfida li mhux veru u staqsa għall provi, imma naħseb li llum kulħadd jaf li din kienet il-verità għaliex ħadd ma qal mod ieħor.", "Anzi, aħna konna qegħdin nitkellmu ċar ħafna.", "Għall-ewwel darba l-Kummissjoni Ewropea aċċettat deroga li Malta kienet ser tapplika sabiex in-nassaba tagħna mill-20 ta' Ottubru sal-aħħar ta' Diċembru ikunu jistgħu, kif għadhom bħalissa, joħorġu jonsbu għall-pluvieri u għall-malvizz.", "Din tfisser li din kienet l-ewwel darba minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea li l-istess Kummissjoni Ewropea aċċettat, b'emendi neċessarji, il-parametri li bihom stajna napplikaw din id-deroga.", "Aċċettat ukoll il-mod ta' kif nonsbu permezz tal-mansab, tal-live decoys, eċċetra, u aċċettat din it-tradizzjoni.", "Dan kien pass importanti ferm u din kienet ukoll l-ewwel darba li l-Kummissjoni Ewropea mhux ser tkun qed ittellagħna l-Qorti fuq dan l-istaġun.", "U dan għaliex konna proattivi, fehmniehom, fejn kellna tort u nuqqasijiet irranġajniehom, u smajna l-pariri u s-suġġerimenti min-naħa ta' dawk l-organizzazzjonijiet li huma kontra l-kaċċa u l-insib kif stajna ntejbu s-sorveljanza.", "Però, il-fatt jibqa' li għall-ewwel darba Malta rnexxielha ġġib deroga li hija aċċettata u li mhux qegħdin niġġieldu fuqha.", "Però nafu wkoll li n-nassaba tradizzjonalment ma jonsbux biss għall-pluvieri u l-malwizz, iżda jonsbu wkoll għas-seba' speċi tal-għasafar tal-għana li l-Qorti Ewropea dwarhom qatgħetha li l-parametri tad-deroga kif applikata ma kenitx b'mod tajjeb u b'mod li jirrispetta, fl-aħħar mill-aħħar, id-Direttiva tal-Għasafar.", "Irid ngħid li Malta kellha kull dritt tapplika għal din id-deroga, però l-Qorti Ewropea sabet dak li sabet.", "Jien qiegħed hawnhekk illum mhux biex nilgħabha tal-prużuntuż jew biex nimla l-imħuħ, però rrid ngħid li dan il-Gvern qiegħed ikompli jaħdem fuq din is-sentenza.", "Qegħdin nistudjaw din is-sentenza bir-reqqa.", "Bażikament, f'din is-sentenza hemm numru ta' punti li wieħed irid jeħodhom inkonsiderazzjoni, anke għaliex jaffettwaw numru ta' parametri.", "Sur President, irridu ngħidu li parti mis-sentenza tgħid b'mod ċar li 23% tal-infurzar li kien hemm fuq in-nassaba ma kienx biżżejjed u allura wieħed irid jara x'inhu dan in-numru biex ikun biżżejjed, però rridu naraw li dak li Malta tagħmel irid ikun japplika wkoll għall-pajjiżi oħrajn.", "Fl-opinjoni tiegħi mhuwiex ġust li l-Kummissjoni Ewropea tinforza fuq pajjiż wieħed meta nafu li hemm diversi stati membri oħrajn li għandhom diversi prattiċi tal-kaċċa u nsib.", "U dan il-messaġġ wassaltu anke ġewwa Brussell.", "Għaldaqstant, dak li qed nitolbuha aħna huwa li jkun hemm trattament xieraq u ugwali.", "Nafu wkoll li minħabba li ġewwa Malta ftit li xejn kellna ring recoveries, jiġifieri, meta nassab jew bird ringer jaqbad għasfur u jkun biċ-ċurkett li jidentifika dan l-għasfur minn fejn hu ġej, u minħabba n-nuqqas ta' din l-informazzjoni kellna s-sentenza tenfasizza l-fatt li ma kienx hemm provi biżżejjed li jiġġustifikaw minn fejn ġejjin dawn l-għasafar, u għaldaqstant il-kwoti li kien hemm imposti fuq dawn l-għasafar, jiġifieri, l-ammont ta' għasafar li setgħu jinqabdu, ma kienx ġustifikat fl-opinjoni tagħhom għax ma kellniex biżżejjed data xjentifika sabiex naħdmu l-1% mortality rate, li huwa l-ammont ta' għasafar li wieħed jista' jdaħħal kwota fuqu.", "Dak kien punt ieħor.", "Il-punt adizzjonali kien li l-metodu tal-insib fl-opinjoni tal-Qorti Ewropea ma kienx selettiv biżżejjed, fis-sens li setgħu jinqabdu għasafar oħrajn b'din is-sistema, u għaldaqstant kien ipoġġi wkoll dubji fejn jidħlu bycatches, li jistgħu jinqabdu għasafar oħrajn jew anke kreaturi oħrajn.", "U proprju din hija waħda mir-raġunijiet għaliex fir-rigward tal-pluviera u l-malvizz kien hemm tibdil fil-parametri, bħalma huma d-daqs tax-xibka u li trid tiġbor ix-xbiek jekk ma tkunx qiegħed fuq il-post, sabiex neliminaw din il-problema.", "Għaldaqstant il-Gvern Malti issa qiegħed jistudja bir-reqqa din is-sentenza, b'mod partikolari din id-deroga tas-seba' speċi ta' għasafar tal-għana, sabiex wieħed ikollu stampa aħjar u direzzjoni ta' fejn jista' jimxi 'l quddiem.", "Ma rridx inkun prużuntuż.", "Is-sentenza hi dik li hi, u s-sentenza tgħid li l-insib fuq is-seba' speċi ta' għasafar tal-għana tad-deroga kif applikata, dik it-tip ta' deroga ma tistax tkun applikata, però wieħed irid jara wkoll jeżistux toroq oħrajn.", "U dak huwa proprju dak li l-Gvern Malti qed jagħmel permezz ta' avukati u pariri legali fuq din is-sentenza.", "Li hu żgur hu li Malta temmen fir-rule of law u, għaldaqstant, dwar id-deroga kif kienet applikata, kif maqtugħa mill-Qorti Ewropea, m'aħniex se nkunu prużuntużi li mmorru kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.", "Huwa dan il-mod kawt ta' kif is-Segretarjat tiegħi, il-Wild Birds Regulations Unit (WBRU), il-Gvern qiegħed jimxi sabiex ikollna stampa ċara li tagħtina d-dettalji u t-triq 'il quddiem.", "Ħaġa waħda li nista' nwiegħed hija li jien m'iniex se nkun irresponsabbli bħalma kien ħaddieħor, bħalma kien Gvern Nazzjonalista, bħalma kienu dawk il-persuni li bagħtu l-ittri fid-djar jassiguraw li l-insib ser jitkompla, imbagħad nidħak bihom.", "M'iniex se nkun qed nagħmel dan, u għalhekk qed inkun kawt ħafna fi kliemi u f'dak li qegħdin nagħmlu, għaliex ma rridux nagħtu xi tip ta' tamiet foloz.", "Sur President, nixtieq ngħaddi għal suġġett ieħor li huwa għal qalbi ħafna, responsabbiltà għal qalbi ħafna, jiġifieri t-trattament xieraq tal-annimali.", "Irrid ngħid li din l-kariga naħseb li ġegħlitni wkoll nifhem aħjar il-persuni li jagħmlu tant xogħol volontarju ġewwa s-santwarji tagħna sabiex jaraw li l-ħarsien tal-annimali tagħna jkun ukoll fuq quddiem tal-aġenda ta' dan il-Gvern.", "Għandna numru ta' santwarji ġewwa pajjiżna li jagħmlu xogħol impekkabbli fejn jidħol il-ħarsien tal-annimali u li dan il-Gvern irid ikompli jsostni sabiex narawhom mexjin 'il quddiem.", "Din is-sena komplejna nżidu fuq l-ammont li kellna s-sena l-oħra fl-allokazzjoni tal-Fond dwar il-Ħarsien tal-Annimali u għandna allokazzjoni ta' €85,000.", "Dawn qegħdin jiġu allokati sabiex l-NGOs, is-santwarji tagħna, ikunu jistgħu japplikaw, kif rajna fl-aħħar jiem, sabiex jieħdu dawn il-fondi u jkunu jistgħu jużawhom ħalli jtejbu l-bini tagħhom u joffru kondizzjonijiet aħjar ġewwa s-santwarji tagħhom sabiex naraw li l-annimali ġewwa pajjiżna jkollhom id-dinjità li jixirqilhom, kif ukoll inkomplu nsaħħu d-drittijiet tal-annimali.", "Ftit tax-xhur ilu wettaqna wegħda elettorali importanti ferm, fejn qegħdin - u se nkomplu anke din s-sena u aktar 'il quddiem - nallokaw flus apposta sabiex jiġu utilizzati mis-santwarji sabiex jagħtu l-kura veterinarja meħtieġa lill-annimali.", "Dan ifisser li llum lis-santwarji tal-annimali qegħdin inkoprulhom l-ispejjeż kollha fejn tidħol il-kura veterinarja tal-annimali.", "U dan għamilnieh b'sistema sempliċi u mill-inqas burokratika sabiex narawha taħdem.", "Wara numru ta' laqgħat bejn il-veterinarji tagħna, in-nies midħla tal-animal welfare, in-nies tas-santwarji u l-volontiera li għandna fl-NGOs tagħna, rajna li allokajna €40 għal kull kelb u qattus li hemm ġewwa s-santwarji, kif ukoll €160 għal kull żiemel.", "Din iċ-ċifra wasalna għaliha għaliex studjajna kemm tiġi tiswihom bejn wieħed kull sena l-kura veterinarja għall-annimali li jkunu fis-santwarju, u kien hemm qbil bejn is-santwarji u l-veterinarji tagħna sabiex ħriġna din iċ-ċifra.", "Allura dan ifisser li qegħdin inkopru l-ispejjeż kollha tal-kura veterinarja, però nafu wkoll li jkun hemm ċirkostanzi fejn animal, bħal kelb, qattus jew żiemel, ikollu bżonn interventi li jiswew ferm aktar minn hekk.", "Għaldaqstant, allokajna wkoll ammont ta' flus sabiex meta jkun hemm bżonn operazzjonijiet li jkunu aktar intensivi, wieħed jista' jieħu l-annimal ġewwa l-Isptar tal-Annimali u l-gvern se jkun qiegħed iħallas ukoll għall-kura ta' dawn l-annimali.", "Dan sabiex naraw li kull annimal ġewwa pajjiżna jkollu trattament u l-kura veterinarja xierqa u naraw ukoll li nkomplu nsostnu s-saħħa tal-annimali.", "Sur President, din is-sena tajna ukoll sinjal ċar u mill-aktar b'saħħtu anke fejn jidħlu d-drittijiet tal-annimali.", "Tajna sinjal b'saħħtu billi anke f'din il-leġiżlatura se nkunu qegħdin indaħħlu numru ta' drittijiet ġodda fejn jidħlu l-annimali.", "Irrid ngħid li wara li kelli diversi laqgħat u wara li żort diversi santwarji tagħna, indunajna li għandna problema fejn jidħlu l-klieb.", "F'pajjiżna kellna sitwazzjoni li numru ta' klieb li s-sidien irresponsabbli tagħhom kienu qegħdin iżommuhom marbutin ma' ċinga, katina, ma' oġġett stazzjonarju, jiġifieri jkollok kelb marbut ma' ħajt fuq il-bejt għal ħajtu kollha, dan il-kelb ħajtu kienet iddur biss ma' din iċ-ċinga u ma' dan il-ħajt.", "Kellna każijiet fejn iċ-ċinga tant kemm tkun ilha marbuta ma' għonq il-kelb li kienet proprju tidħol ġol-laħam ta' għonq il-kelb.", "Wara li ħadna l-pariri min-naħa tal-veterinarji, nafu li dan kien qiegħed joħloq mhux biss problemi fis-saħħa tal-kelb, iżda anke problemi psikoloġiċi, għax meta kelb kien jiġi liberat, minħabba li jkun qatta' ħajtu kollha marbut ma' din iċ-ċinga, ħafna drabi kien jispiċċa jdur f'ċirku tond, għaliex hekk kien dara u ma kienx jaf bil-libertà.", "Għaldaqstant, wara li ħadna inkonsiderazzjoni diversi affarijiet u ċirkostanzi bħal, pereżempju, persuni li qegħdin ix-xogħol u għaldaqstant ma jistax ikollhom il-kelb dejjem taħt il-kustodja tagħhom, jew persuni oħrajn li għandhom irziezet u allura jrid ikollhom numru ta' klieb minħabba sigurtà, ħriġna leġiżlazzjoni li tipprojbixxi li jkollok kelb marbut ma' ċinga, katina, jew ma' oġġett stazzjonarju għal ħajtu kollha.", "U hawnhekk tajna dritt fundamentali fejn jidħol il-ħarsien tal-annimali.", "Ħsibna ukoll f'ċirkostanzi oħrajn, bħal meta persuna trid tmur għax-xogħol, jew meta persuna forsi għandha xi qadjiet u ma tistax il-ħin kollu ġġorr il-kelb tagħha.", "Għalhekk tajna l-għażla l-oħra, li jrid ikun hemm spazju adegwat skont il-qies tal-kelb sabiex ma jkunx hemm problemi, fejn il-kelb ikun fi spazju magħluq, li jkun ventilat, ta' qies adegwat, b'art impermeabbli.", "Dan sabiex il-kelb xorta jkun liberu f'dan l-ispazju ristrett għal dak il-perjodu li s-sid ma jkunx ħdejh.", "Il-leġiżlazzjoni tindika dan b'mod ċar, u għaldaqstant naħseb li dan huwa pass importanti fejn jidħlu d-drittijiet tal-annimali.", "Naħseb li issa wasal iż-żmien ukoll li nkomplu nagħtu messaġġ fejn jidħlu l-annimali u għalhekk qed inħarsu 'l quddiem biex naraw li jkomplu jiżdiedu l-multi fejn tidħol il-krudeltà tal-annimali.", "Il-krudeltà rridu naraw li tinqata' darba għal dejjem minn pajjiżna.", "L-ebda kelb jew ebda annimal ieħor m'għandu għalfejn jiġi maħqur minn sidu.", "Minkejja li rajna avvanzi u tibdil kbir, irridu nħarrxu d-deterrent sabiex naraw li jasal il-messaġġ għand iċ-ċittadin li Malta ma tittollerax il-moħqrija tal-animali.", "Irrid infakkar f'numru ta' miżuri fil-baġit li ser nkunu qegħdin nimplimentaw anke s-sena d-dieħla.", "F'dan il-Baġit daħħalna wkoll miżura ġdida li permezz tagħha se nkunu qegħdin inwettqu wegħda elettorali, u ċjoè dik li nagħtu allowance lil dawk il-familji li jaddottaw kelb jew qattus minn ġewwa s-santwarji.", "Se nkunu qegħdin indaħħlu dan il-benefiċċju biex ninkoraġġixxu lill-familji tagħna li minflok iġibu kelb jew qattus minn barra pajjiżna, minflok jixtruhom, jaddottaw kelb jew qattus minn ġos-santwarji tal-annimali.", "Naħseb li din il-miżura mbagħad se tikkombaċi ma' miżura oħra li qegħdin nattwaw, li meta s-santwarji jirnexxilhom isibu familja għall-annimal li jkollhom, il-gvern jinċentivahom.", "Dan sabiex ninkoraġġixxu wkoll u ngħinu lill-NGOs tagħna għax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu biex jieħdu ħsieb l-animali.", "Naħseb li din hija inizjattiva sabiħa ħafna, li jien konvint li se tkun suċċess u li permezz tagħha se nkunu qegħdin nagħtu lill-annimali tagħna diversi familji ġodda.", "Inizjattiva oħra li ser inkunu qegħdin nattwaw is-sena d-dieħla hija sabiex ikollna aktar dog parks u cat cafes ġewwa l-lokalitajiet tagħna u se nkunu qegħdin ngħinu b'mod finanzjarju lill-kunsilli lokali u, fil-fatt, diġà għandna numru ta' kunsilli li huma interessati.", "Din hija miżura li ser tagħti opportunità li jkollna aktar postijiet fejn nistgħu nieħdu l-klieb tagħna u, kif nafu, fil-lokalitajiet tagħna għandna numru ta' qtates jiġru fit-toroq, dawn ikunu jistgħu jinġabru f'dan il-lok u dawk li jitimgħuhom ikunu jistgħu jiltaqgħu u jikkurawhom hemmhekk.", "Fl-aħħar nett, Sur President, irrid nassigura lill-poplu tagħna li dan il-Gvern se jkompli jkun qiegħed jaħdem fl-interess tad-diversi setturi, però żgur li d-drittijiet tal-annimali se nkomplu nagħtuhom prijorità.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 21 ta' Novembru, 2018 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BELT VALLETTA - STRADA ŻEKKA - PASSI KRIMINALI DWAR ESPROPRJI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi kriminali ġew ordnati mill-Pulizija wara s-sentenza tal-Qorti mill-Imħallef Felice li ftit jiem ilu ddikjarat null u illegali l-esproprji fl-iskandlu ta' Strada Żekka?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant, il-Pulizija mill-Iskwadra ta' kontra r-Reati Ekonomiċi għaddejjin b'investigazzjoni u huma konxji mis-sentenza mogħtija mill-Onor.", "Imħallef Dr Anna Felice LL.D. Infurmat li l-istess sentenza ġiet appellata u għalhekk għadha mhix definittiva.", "SHOOTING RANGE F'TA' KANDJA – TNEĦĦIJA TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kenitx involuta, u jekk iva, kif, fit-tneħħija ta' diversi siġar fix-shooting range f'Ta' Kandja?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ERA rċeviet applikazzjoni NP 0245/17 għall-qlugħ ta' siġar relatat mal-bini ta' shooting range f'Ta' Kandja.", "L-ERA ddeterminat il-permess favorevolment u ħarget permess nhar it-28 ta' Novembru 2017.", "Bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-permess, l-ERA talbet pjan ta' kumpens għal dawn is-siġar billi talbet li jinżergħu 688 siġra oħra.", "L-Awtorità wkoll talbet li tiġi depożitata garanzija bankarja ta' €174,500 sabiex jiġi żgurat li l-applikant ikun mexa mal-obbligi tal-permess.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għaddietlux draft tal-Fuel Service Station Policy riveduta?", "Jekk iva, meta għaddithielu, u jekk le, fiex waslet?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fuq talba tiegħi, f'Jannar 2018, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħejjiet rapport fuq il-Fuel Service Station Policy 2015 eżistenti, liema rapport ġie ppreżentat lili f'April.", "F'dan ir-rapport, l-ERA evalwat il-policy minn aspetti ambjentali, fejn ġew imħejjija numru ta' rakkomandazzjonijiet għal tibdil fl-istess Policy.", "Dawn tressqu quddiem il-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Irid jiġi ċċarat li din il-Policy ma taqax taħt il-kompetenza tal-ERA, iżda tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Sussegwenti għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Parlamentari, il-Gvern talab lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tagħmel reviżjoni tal-Policy eżistenti abbażi ta' numru ta' parametri, inkluż dak li jittieħdu inkunsiderazzjoni s-suġġerimenti mressqa mill-ERA fir-rapport imsemmi iktar qabel.", "L-Awtorità tal-Ippjanar nediet konsultazzjoni pubblika bejn is-26 ta' Ġunju u s-16 ta' Lulju 2018.", "Immedjatament ġie mwaqqaf Kumitat b'membri rappreżentati mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-ERA u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma (REWS) sabiex iħejji abbozz tal-Policy riveduta fuq il-parametri stabbiliti.", "F'Awwissu li għadda, dan il-Kumitat ipprepara abbozz tal-Policy riveduta li ġiet mgħoddija lil numru ta' stakeholders għall-kummenti inizjali tagħhom qabel ma dan joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika.", "L-ERA, bħala stakeholder, issottomettiet il-kummenti tagħha għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat.", "Bħalissa dawn il-kummenti qed jiġu kkunsidrati mill-Kumitat qabel ma d-dokument jitressaq għall-konsiderazzjoni tal-pubbliku.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - RILOKAZZJONIJIET TA' POMPI TA' PETROL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-applikazzjonijiet għar-relocation ta' pompi tal-petrol li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta' Frar 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u f'kull każ jista' jgħid kemm kien id-daqs tal-pompa oriġinali u kemm hu d-daqs tal-pompa rilokata rispettivament?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5156, L-Awtorità ddeċidiet u approvat applikazzjoni waħda relatata ma' rilokazzjoni ta' pompi tal-petrol mill-1 ta' Frar 2018 sal-lum.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dettalji ta' din l-applikazzjoni mitluba huma murija hawnhekk:", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'kundizzjonijiet ta' ħlas u perkaċċi għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tiegħu?", "Jista' jgħid x'inhu xogħlu u minn meta beda jagħti tali konsulenza?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt tal-individwu msemmi mal-Ministeru għall-Finanzi huwa fuq bażi definita ta' 35 siegħa fil-ġimgħa, liema remunerazzjoni hija bbażata fuq is-salarju u benefiċċji ta' uffiċjal pubbliku fuq Skala 4.", "Huwa beda fl-14 ta' Jannar, 2016 u ġie inkarigat biex jagħti konsulenza finanzjarja u amministrattiva fid-Dipartiment tad-Dwana.", "DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET – ART MOGĦTIJA GĦAL ŻVILUPP TA' LUKANDA FIS-SNIN SITTIN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bil-kondizzjonijiet oriġinali tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament meta fis-snin 60 id-Dipartiment tal-Artijiet kien ta l-art għall-iżvilupp?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Lands Department ġie kostitwit fis-sena 1962.", "Il-bejgħ li sar qabel l-1962 kien isir bejn it-Teżor u l-Works Department.", "Bħala Awtorità tal-Artijiet, m'għandniex records li aħna begħna din l-art fis-sittinijiet.", "Il-bejgħ illi għandna record tagħhom u li diġà għaddejna l-informazzjoni dwarhom huma dawk elenkati f'mistoqsija parlamentari 5289 f'Seduta 103.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ippreżentat ir-rapport finali?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnha bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnha u għal kull wieħed minnhom tindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "KAŻIJIET FEJN IL-PULIZIJA MA AĠIXXIETX WARA DENUNZJA, RAPPORT JEW KWERELA TA' DELITT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li l-Pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta' delitt?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet ġie ippreżentat rikors fil-Qorti tal-Maġistrati biex il-Pulizija tiġi ordnata tmexxi l-proċedura meħtieġa skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-Qorti sabet li prima facie hemm lok għad-denunzja, rapport jew kwerela u għalhekk ordnat lill-Pulizija biex tmexxi l-proċedura meħtieġa?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku għal xi każ partikolari minħabba li tali informazzjoni titlob ġimgħat sħaħ ta' riċerka.", "RIKORSI FIL-QORTI TAL-MAĠISTRATI WARA LI L-PULIZIJA MA AĠIXXIETX WARA DENUNZJA, RAPPORT JEW KWERELA TA' DELITT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ippreżentat fil-Qorti tal-Maġistrati wara li l-Pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta' delitt skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli?", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-Qorti tal-Maġistrati sabet li prima facie hemm lok għad-denunzja, rapport jew kwerela u għalhekk ordnat lill-Pulizija biex tmexxi l-proċedura meħtieġa?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum quddiem il-Qorti tal-Maġistrati Malta u Għawdex ir-rikorsi ai termini tal-artikolu 541 tal-Kodici Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) huwa kif muri fiż-żewġ tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkati bħal A u B waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KAŻIJIET TA' META L-PULIZIJA MA TKUNX TRID TMEXXI FUQ RAPPORT, DENUNZJA JEW KWERELA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Avukat Ġenerali, fil-proċedura meta l-Pulizija Eżekuttiva ma tkunx trid tmexxi fuq ir-rapport, id-denunzja jew il-kwerela, b'nota iddikjara li kien intlaħaq ftehim mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż ieħor li l-qrati ta' dak il-pajjiż għandhom jeżerċitaw ġurisdizzjoni dwar id-delitt skont dak li jipprovdi t-tieni proviso tal-artikolu 541 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-fakultà li jipprovdi għaliha t-tieni proviso tal-artikolu 541(1) tal-Kodiċi Kriminali għadha qatt ma nqalgħet l-okkażjoni li jsir rikors għaliha.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA: TENDER FOR THE CONSTRUCTION AND RESURFACING OF RESIDENTIAL ROADS – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tender li ħarġet l-Aġenzija Infrastruttura Malta ħarġet bit-titlu Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "IM 004/18) meta bl-istess tender se jsiru xogħlijiet fuq toroq distributorji u mhux residenzjali?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta separata għal kull lott li tindika liema toroq se jsiru u l-extent ta' kull triq li se ssir kif ukoll il-klassifikazzjoni ta' kull triq, u ċjoè hiex triq residenzjali, triq non-urban, triq maġġura, triq arterjali, triq distributorja, eċċetra.?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern huwa determinat li jwettaq il-pjan tiegħu li jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq kollha, huma fejn huma, b'mod gradwali, fis-snin li ġejjin, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun, hekk kif jixraq lill-familji u n-negozji f'Malta u Għawdex.", "Il-pjanti mitluba tal-ewwel 120 triq li se jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla jinsabu fl-istess dokument pubbliku msemmi f'din il-mistoqsija, jiġifieri \"Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA: TENDER FOR THE CONSTRUCTION AND RESURFACING OF RESIDENTIAL ROADS - TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid ma' min ikkonsulta biex issir kull triq ta' kull lott li jinsab fit-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "Interpellant li f'kull ħidma li tagħmel fit-toroq, Infrastruttura Malta tqis diversi fatturi tekniċi, filwaqt li tikkonsulta ma' individwi u entitajiet differenti li jużaw, jew b'xi mod jew ieħor ikunu interessati fit-toroq li fihom ikun ser isir l-investiment ta' titjib.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA: TENDER FOR THE CONSTRUCTION AND RESURFACING OF RESIDENTIAL ROADS - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stima ta' kull triq li se jsir ix-xogħol fuqha skont it-Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "Meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq?", "Jista' jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet li se jsiru f'kull triq f'kull lott (pereżempju cement stabilization material, ħxuna ta' surface cold milling, ħxuniet u tip ta' tarmak, eċċetra.), għal kull triq separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fl-istess dokument pubbliku msemmi f'din il-mistoqsija tal-istess Onor Interpellant bl-isem ta' Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads (Ref.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - IMPJEGATI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7580 u jgħid kemm kien hemm impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, f'liema grad u f'liema sezzjoni, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SPEZZJONIJIET MINN JOBSPLUS – UNLICENSED FOREIGNERS", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm instabu persuni li kienu bħala unlicensed foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul din is-sena?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm instabu persuni barranin jaħdmu bla formola ta' bidu ta' impjieg fl-ispezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Jobsplus bejn Jannar sa Settembru 2018 huwa kif se nsemmi:", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm talbiet pendenti għall-persuni ta' nazzjonalità li ma hijiex dik ta' dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-aħħar ta' Ottubru Jobsplus kellha pendenti 2,327 liċenzja tal-impjieg għal single permit li tinħareġ minn Identity Malta u 218 liċenzja tal-impjieg li toħroġ minn Jobsplus għal kategoriji varji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI AKKUŻATI B'REATI KRIMINALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul din s-sena 2018 sa issa u jista' jinforma b'liema reati ġew akkużati?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li sal-aħħar ta' Ottubru 2018 tressqu 847 persuna l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati kriminali (kumpilazzjonijiet).", "Infurmat illi bħala reati għas-sena 2017, kien hemm firxa wiesgħa ta' tip ta' reati li bihom ġew akkużati dawn il-persuni li, fost oħrajn, kienu jinkludu:", "- omiċidji", "- attentat ta' omiċidji", "- reati relatati ma' serq", "- riċettazzjoni", "- offiżi volontarji u involontarji fuq il-persuna", "- vjolenza jew reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi", "- traffikar ta' persuni", "- korruzzjoni ta' minuri", "- użura", "- ħsarat volontarji", "- reati relatati ma' ħsarat fil-proprjetà", "- abbandun ta' minuri", "- reati relatati ma' frodi", "- reati relatati ma' drogi", "- trattament mhux xieraq fuq annimali", "- użu ħazin ta' mezzi ta' telekomunikazzjoni", "- miżapproprjazzjoni", "- ħasil ta' flus", "- falsifikar ta' flus", "- offizi relatati ma' immigrazzjoni illegali ta' persuni", "- falsifikazzjoni ta' dokumenti", "- reati relatati ma' sigurtà fuq ix-xogħol", "- prostituzzjoni", "- żamma ta' burdelli", "- ġuramenti foloz", "- fabbrikazzjoni ta' evidenza falza", "- reati ta' atti sesswali ma' minorenni u reati oħra pprovduti mill-Kodici Kriminali jew liġijiet speċifici oħra.", "F'ħafna mill-kumpilazzjonijiet il-persuni akkużati jittressqu fuq aktar minn reat wieħed.", "RAĦAL IL-ĠDID: DJAR MIKRIJA MILL-GVERN – ĦSARAT STRUTTURALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta' abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b'titolu ta' kera fid-djar tal-Gvern f'Raħal il-Ġdid li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018 dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorità tad-Djar f'Raħal Ġdid hija kif ġej:", "- 7 każijiet fejn tlestew it-tiswijiet li kien hemm bżonn li jsiru;", "- 5 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa;", "- 15-il każ, fejn it-tiswijiet se jkunu qed jibdew dalwaqt, bħala parti minn proġett sħiħ ta' tiswijiet u tisbiħ fil-blokok sħaħ;", "- 25 każ li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar.", "KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI - KAŻIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u kemm daħlu każijiet fis-snin 2016, 2017 u sa issa fl-2018?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm għaxar każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.", "It-tabella t'hawn taħt turi kemm daħlu każijiet għand il-Kummissjoni mill-2016 sal-2018.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-persuni ta' nazzjonalità li ma hijiex dik ta' dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul din is-sena?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sal-aħħar ta' Ottubru, Jobsplus kienet irċeviet 21,435 applikazzjoni għal single permit li tintbagħat minn Identity Malta u 6,201 applikazzjoni għal liċenzja tal-impjieg li toħroġ minn Jobsplus mingħand kategoriji varji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.", "RABAT GĦAWDEX – SKOLA PRIMARJA ĠDIDA – TEĦID TA' ART TAL-GOZO SPORTS COMPLEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk parti mil-art li llum tifforma parti mill-Gozo Sports Complex, inkluż garaxx tal-istess Gozo Sports Complex, fil-fatt hux se jittieħdu biex minflok jiffurmaw parti mill-iskola primarja l-ġdida li qed tiġi ppjanata li tinbena ġewwa r-Rabat Għawdex?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala parti mill-proġett ta' bini ta' estensjoni tal-Middle School eżistenti, kif ukoll tal-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, se tinbena faċilità sportiva fil-miftuħ li se tmiss fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv biswit dawn l-iskejjel.", "L-ammont ta' bini li se jirfes fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv hu ta' madwar 450 metru kwadru.", "Il-pjanta u impressjonijiet artistiċi tal-proġett li juri aħjar dan li qiegħed ngħid tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Il-parti tal-faċilità sportiva li se tinbena fuq l-arja tal-Kumpless Sportiv hi mmarkata bil-kulur blu.", "Din il-proposta għadha suġġetta għall-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Wasteserv Malta sena b'sena u xahar b'xahar mill-2013 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm kien il-valur ta' kull direct order u fiex kien jikkonsisti kull direct order li ngħata mill-Wasteserv Malta mill-2013 sal-lum?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU TAT-TAXXI – POSTCODE FL-INDIRIZZ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn f'ħafna mill-korrispondenza li tintbagħat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, fosthom avviżi ta' likwidazzjoni, m'hemmx il-postcode inkluż fl-indirizz u dan meta fl-aħħar snin saret ħafna enfasi biex tintuża l-postcode?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-indirizz tal-korrispondenza li tinbagħat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, il-postcode ma jitniżżilx f'dawk il-każijiet biss fejn il-persuna ma tkunx infurmat lid-Dipartiment bil-postcode tagħha.", "FONDI TAL-UNJONI EWROPEA – TOROQ F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid mill-mija u erbgħin miljun ewro ta' investiment fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea mħabbra minnu f'konferenza tal-aħbarijiet li saret is-Sibt 11 ta' Novembru, kemm minnhom ser jintużaw fuq toroq jew proġetti f'Għawdex?", "Jista' jagħti lista ta' toroq f'Għawdex li ser isiru b'dawn il-fondi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali se jkun qiegħed jappoġġja l-ħidma ta' titjib tat-toroq f'Għawdex permezz tar-riżorsi ta' Infrastructure Malta, b'mod gradwali, fiż-żmien li ġej, attwalment ir-responsabilitajiet tat-toroq f'din il-gżira tinsab f'idejn entitajiet u ministeri oħra.", "Għalhekk nitlob li din il-mistoqsija tiġi diretta lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-proġett ta' Multi-Modal Hub ġewwa x-Xewkija ħdejn il-korsa taż-żwiemel?", "Tista' tpoġġi kopji tal-pjanti, site plan, il-PA number kif ukoll kopja tal-permessi għal dan il-proġett peress li issa ġie ppubblikat it-tender u allura jidher li hemm il-permessi meħtieġa?", "Kemm hu stmat li jiġi jiswa dan il-proġett?", "Min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett?", "Meta hu ppjanat li jibda dan il-proġett u jitlesta u kemm hi l-istima ta' dan il-proġett?", "Interpellant li dan huwa l-proġett tal-park and ride li jifforma parti mid-decarbonisation strategy tal-Ministeru għal Għawdex.", "ENEMALTA – COLLECTIVE AGREEMENT GĦALL-ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat collective agreement ġdid għall-ħaddiema tal-Enemalta?", "Jekk iva, jista' jgħid meta ġie ffirmat u min kienu l-firmatarji tiegħu?", "Jista' jgħid liema perjodu jkopri dan il-collective agreement?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Ninsab infurmat li ma ġie ffirmat l-ebda collective agreement għall-ħaddiema tal-Enemalta plc.", "DJAR RESIDENZJALI TAL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li jridu jħallsu dawk il-persuni li qed jagħmlu użu mis-servizzi tad-Djar Residenzjali tal-Persuni b'Diżabilità?", "Hemm xi persuna li hija awtorizzata mill-Istat sabiex tonfoq il-flus li jibqa' mill-pensjoni tar-resident/a biex ikun jista' jista' jgħix ħajja aktar komda?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li persuni b'diżabilità li jgħixu fir-residenzi mmexxija mill-Aġenzija Sapport jagħtu 60% tal-assistenza tagħhom lill-Aġenzija waqt li jkunu residenti fl-istess faċilitajiet tal-Aġenzija.", "Kull residenza hija amministrata minn Leader u staff professjonali li jgħinu lir-residenti, jamministraw l-40% l-oħra bħala dħul mill-assistenza, skont il-ħtieġa tal-pazjenti.", "L-Aġenzija tesiġi dejjem li l-klijenti jkunu indipendenti kemm jistgħu u l-bżonnijiet personali tagħhom ikunu indirizzati.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30949 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rapporti dwar vjolenza domestika li saru fl-2016 u s-sena l-oħra?", "Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika f'dan il-perjodu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kien hemm 1,272 każ ta' vjolenza domestika li ġew irrappurtati lill-Pulizija matul is-sena 2016.", "Fis-sena 2017 kien hemm 1,257 rapport tal-istess natura.", "Infurmat li kif diġà ngħad fi tweġibiet għall-mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati ma' dawn ir-reati wara l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu l-Qorti.", "Madankollu m'hemmx sistema elettronika fejn il-figuri mitluba mill-Onor.", "Interpellant jistgħu jinġabru.", "FONDAZZJONI GĦAL SERVIZZI TA' ĦARSIEN SOĊJALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-drittijiet ta' dawk il-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali?", "Jista' klijent jitlob aċċess għat-tagħrif li jkollha l-Aġenzija dwar il-każ tiegħu?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-2011, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali nediet dokument li jelenka kemm id-drittijiet kif ukoll id-dmirijiet ta' persuni li jagħmlu użu mis-servzzi tal-istess Fondazzjoni.", "Dan id-dokument huwa aċċessibbli f'kull post minn fejn il-Fondazzjoni topera u toffri s-servizzi tagħha.", "Dwar id-dritt tal-klijenti li jitolbu aċċess għat-tagħrif li għandhom dwarhom l-aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan l-aċċess huwa regolat permezz tal-General Data Protection Regulations (GDPR) li daħlu fis-seħħ f'Mejju tal-2018 u mil-leġiżlazzjoni Maltija relatata ma' din id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ - PROGRAMMI TA' EMPOWERMENT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32321 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Aġenzija Żgħażagħ ma torganizzax programmi ta' empowerment indirizzati lejn żgħażagħ li jbatu minn xi diżabilità kemm intellettwali, fiżika jew mentali?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Aġenzija Żgħażagħ tikkonferma li l-programmi ta' empowerment huma kollha miftuħin għal żgħażagħ b'abbiltajiet differenti.", "Fil-programm tal-Youth.Inc hemm ukoll żgħażagħ b'abbiltajiet differenti kif ukoll parti mill-programm tal-Community and Outreach jipprovdi servizz ta' Youth Café darbtejn fil-ġimgħa għal żgħażagħ bid-Down's syndrome.", "KAŻIJIET TA' PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7257, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jbatu mill-kundizzjonijiet imsemmija fir-risposta tal-mistoqsija indikata, u li ma jattendux f'ebda Ċentru ta' Matul il-Jum?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7257 kienet tirreferi għal Mental Health Clinics.", "Rigward iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, preżentament hemm 39 persuna b'nuqqas ta' saħħa mentali li jbatu minn ansjetà, 21 bipolar disease, 44 skizofrenja, 75 b'dipressjoni, 2 eating disorders, 14 OCD, 6 ADD u ADHD u 44 li għandhom kundizzjonijiet oħra u li qegħdin jieħdu kura f'dawn iċ-ċentri.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jingħataw is-servizz tal-Home-Start u f'liema lokalitajiet qiegħed jingħata dan is-servizz?", "Hemm xi waiting list sabiex familji jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz ta' Home-Start huwa miftuħ għal kull lokalità f'Malta u f'Għawdex.", "Bħalissa Home-Start Malta għandu kuntatt ma' 61 familja f'Malta, 13-il familja f'Għawdex u għaxar familji li qed jistennew sabiex jirċievu s-servizz.", "Il-familji li bħalissa qed jibbenefikaw minn Home-Start preżentament ġejjin mill-imsemmija lokalitajiet f'Malta u Għawdex:"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181120_170d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 170, li saret fl-20 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Mario Galea fil-High-Level Conference on the Future of International Election Observation li nżammet fil-Parlament Ewropew fi Brussell fl-10 u l-11 ta' Ottubru 2018.", "PETIZZJONIJIET", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nixtieq inressaq din il-petizzjoni għal diskussjoni mill-kumitat appożitu.", "Din il-petizzjoni li ġiet miġbura mir-residenti tal-Kalkara u li kienet ikkoordinata mis-Sur Vincent Bongailas tirrigwarda t-talba ta' dawn ir-residenti biex tiġi studjata u meqjusa r-rilokazzjoni tal-faċilitajiet tat-tank cleaning facilities li hemm fid-daħla tal-Port viċin il-Kalkara u viċin il-Forti Rikażli.", "Dan l-aħħar smajna li nbeda l-proċess tar-riġenerazzjoni u r-riabilitazzjoni ta' dan il-forti.", "Fil-fatt fl-aħħar leġiżlatura kelli l-pjaċir li naħdem mill-qrib mal-Ministru Joe Mizzi bi preparazzjoni għal dan ix-xogħol però dawn il-faċilitajiet qegħdin f'post fejn mhux biss qed iservu ta' inkonvenjent kbir u ta' dannu ambjentali imma qed jikkawżaw ukoll dannu fuq dan il-wirt nazzjonali.", "Is-Sur Bongailas ħa l-inizjattiva li jiġbor dawn il-firem biex issir diskussjoni u jsir dak kollu meħtieġ ħalli tiġi meqjusa t-talba għar-rilokazzjoni ta' dawn il-faċilitajiet.", "Wieħed jifhem li għax-xogħol marittimu hemm bżonn dawn il-faċilitajiet biex il-Port ikun jista' jaħdem iżda fiċ-ċirkostanzi li qegħdin jiżviluppaw l-affarijiet matul is-snin, hemm bżonn li ssir diskussjoni biex dawn jiġu rilokati.", "Wieħed irid jara li jekk issir ir-rilokazzjoni ta' dawn il-faċilitajiet din issir bl-inqas dannu ambjentali possibbli u b'sistemi effikaċi però naħseb li din id-diskussjoni hija meħtieġa biex it-talba ta' dawn ir-residenti tiġi kkonsidrata.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Jien din il-petizzjoni diġà qrajtha u jidher li hemm numru kbir ta' firmatarji.", "Bl-amment ma nafx in-numru eżatt imma nista' ngħid li hemm ftit aktar minn 450.", "Għaldaqstant inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni ffirmata minn madwar 477 persuna sabiex il-faċilitajiet għat-tindif ta' tankijiet tal-vapuri f'Ricasoli, operati minn Waste Oil Limited, jitneħħew u jiġu rilokati għal sit ieħor aktar addattat.", "MERĦBA LIL DELEGAZZJONI PARLAMENTARI", "MIR-REPUBBLIKA ĊEKA", "MISTOQSIJIET –", "TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - KONSULENTI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1085 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Irrid ukoll ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jagħmel referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4626 u 4627 li jittrattaw entitajiet oħrajn li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari rispettivi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, illum il-midja qed tirrapporta li twaqqaf għall-ewwel darba l-kor nazzjonali Malti li qed jissejjaħ Kor Malta.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'se jkun ir-rwol ta' dan il-kor u x'avvenimenti mistennijin naraw minnu?", "OWEN BONNICI: Nikkonferma li llum ħabbarna t-twaqqif ta' Kor Malta u għall-ewwel darba se jkollna kor nazzjonali.", "Fl-aħħar leġiżlatura mlejna ħafna mill-vojt li kien hemm fil-kamp kulturali billi, pereżempju, wellidna għall-ewwel darba n-National Dance Company li jisimha Żfin Malta.", "Wellidna wkoll in-National Theatre Company li jisimha Teatru Malta.", "Il-kor nazzjonali li jismu Kor Malta kien wegħda elettorali li niżżilnih fil-manifest elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali u l-poplu tana l-mandat biex inwettquha.", "Issa pajjiżna għandu l-kor nazzjonali tiegħu.", "Qabel, meta l-orkestra nazzjonali kienet tagħmel il-prestazzjonijiet tagħha, kienet toħloq kor hi b'mod informali.", "Għalhekk minkejja li kellna l-bażi ta' kor informali li kienet toħolqu l-orkestra nazzjonali dehrilna li fis-sena 2018 pajjiżna jixraqlu li jkollu kor nazzjonali formali veru u proprju, u hekk għandna.", "Irrid ngħid li se jittellgħu żewġ rappreżentazzjonijiet fl-ewwel jiem ta' Diċembru; waħda fil-Knisja ta' San Pawl, il-Belt Valletta, u oħra fil-Knisja tas-Siġġiewi.", "L-idea hi li Kor Malta ma jkunx sempliċement kor li jappella biss għal min iħobb kultura speċjalizzata imma se jkun kor li jidħol fil-komunitajiet għax aħna rridu li kulħadd igawdi mill-benna kulturali.", "Il-benna kulturali m'għandhiex tkun xi ħaġa tal-ftit imma għandha tkun xi ħaġa tal-ħafna.", "Għalhekk għalkemm forsi f'għajnejn in-nies li qegħdin jisimgħuna din tidher xi ħaġa żgħira, il-fatt li issa għandna l-kor nazzjonali għalija hija xi ħaġa importanti għax qegħdin intellgħu l-livell ta' professjonalità f'dan il-kamp li fih ħafna talent.", "Huwa importanti li ngħid ukoll li f'Malta għandna madwar 13-il kor tajbin ħafna.", "Naħseb li f'kull parroċċa hemm kor imma nista' ngħid li hemm 13-il kor ta' livell verament għoli.", "L-idea ta' Kor Malta mhijiex li b'xi mod jieħu post dawn il-korijiet anzi l-idea hi li jikkumplimenta dawn il-korijiet u l-prestiġju tal-pajjiż.", "Minjaf kemm-il darba konna nirċievu stediniet minn pajjiżi barranin biex nibagħtu l-kor nazzjonali ta' pajjiżna imma sal-lum konna ngħidulhom li m'għandniex lil min nibagħtu għax m'għandniex kor nazzjonali.", "Issa wara llum pajjiżna se jkun rappreżentat f'dawn l-attivitajiet internazzjonali bil-kor nazzjonali tiegħu, kif wara kollox għandu jkun f'kull pajjiż avvanzat li jemmen li l-kultura tagħmel il-ġid u ttejjeb il-ħajja u l-livell ta' għajxien tal-pubbliku.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jista' l-Ministru jgħidilna kif jintgħażlu l-membri li jieħdu sehem f'dan il-kor?", "Nixtieq inkun naf aktar dettalji dwar dan għax naħseb li l-Ministru m'għamilx referenza għal dan.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Jekk l-Onor.", "Callus huwa mħajjar li jidħol nista' nkellem lis-Sur Marshall u m'għandix dubju li jieħu gost jiltaqa' miegħu.", "Nassigura lil kulħadd li l-għażla tal-membri tal-kor saret b'mod professjonali immens però rrid nagħmel il-verifiki tiegħi.", "Aħna bbażajna ħafna fuq l-esperjenza li ġabret l-orkestra nazzjonali meta kienet tutilizza l-kor biex jakkumpanja l-prestazzjonijiet tal-orkestra.", "Nista' nassigura lill-Onor.", "Callus li l-affarijiet imxew tajjeb ħafna u m'għandix dubju li ladarba s-Siġġiewi huwa l-lokalità tiegħu, se jkun preżenti dakinhar li Kor Malta jagħmel il-prestazzjoni tiegħu, u jista' jsserraħ rasu mill-kwalità eċċezzjonali ta' dawn il-koristi li żgur se jpaxxu l-widnejn u l-qalb ta' kull min jismagħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar wara stennija mhux ħażin kien hemm l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-MUŻA u minn dak li smajt – għax għadni m'attendejtx dan il-mużew – saret biċċa xogħol mill-aqwa.", "Minn dak li qrajt fil-ġurnali lokali, għal nofs Diċembru se jkun hemm open day u dakinhar mhux biss il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu jistgħu jgawdu dan il-mużew imma dawk kollha li jżuru pajjiżna.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu l-għan prinċipali ta' dan il-mużew, fiex se tkun qed tikkonsisti din l-open day u x'se jsir f'dawn il-jiem ta' festi li ġejjin?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nikkonferma li l-MUŻA kienet storja ta' suċċess.", "Ma' kull min iltqajt, jifhimha kif jifhimha politikament u jħares kif iħares lejn il-kultura, indipendentement minn jekk huwiex ippassjonat għall-kultura jew le, laqa' din il-ħaġa b'mod pożittiv ħafna.", "Jien inħossni kuntent għal dan il-fatt, għax tmur fejn tmur, jiġu n-nies fuqek u jgħidulek kemm hija ħaġa sabiħa li f'pajjiżna issa għandna mużew nazzjonali ta' dak il-kobor – għax il-MUŻA verament huwa kbir – li żgur jagħmel ġieħ lil pajjiżna.", "Kif tafu, ftit tal-jiem wara li fetaħ il-MUŻA kellna nwaqqfu d-dħul tan-nies għax kien hemm il-konferenza tan-Network of European Museum Organisations (NEMO) li hija l-għaqda Ewropea li tiġbor il-mużewijiet flimkien, li ġie jindirizzaha l-Kummissarju għall-Kultura Tibor Navracsics.", "Issa li għaddiet dik il-konferenza, li marret tajjeb ħafna u kellna kliem ta' tifħir għaliha, se jkollna festival ieħor li jismu Mahalla li n-nies huma mistiedna biex jattendu għalih u jkollhom id-dritt li jaraw dan il-festival u jaraw il-MUŻA.", "Naturalment dan il-festival se jxekkel xi ftit l-aċċess għan-nies f'dan il-post tant sabiħ u allura ddeċidejna li nagħmlu open day fil-15 ta' Diċembru li ġej meta l-bibien tal-MUŻA se jkunu miftuħin b'xejn għal kulħadd; tfal, kbar u anzjani.", "B'hekk dawn se jkunu jistgħu jidħlu f'kull gallerija li hemm u f'kull post li hemm fil-MUŻA.", "Minn hawnhekk inħeġġeġ lin-nies li qegħdin jarawna biex fil-15 ta' Diċembru jmorru fil-MUŻA mal-familja, għax hija esperjenza verament sabiħa.", "Dakinhar il-bibien se jkunu miftuħin bla ħlas u kulħadd ikun jista' jidħol u jara x-xogħol sabiħ li sar.", "Illum inċidentalment ħadt gost naqra l-editorjal tal-ġurnal Times of Malta li faħħar ħafna lill-MUŻA għax-xogħol kbir li sar hemmhekk u x-xogħol sabiħ li hemm għall-wiri.", "Jien verament kuntent bil-mod kif imxew l-affarijiet u maż-żmien se ninawguraw sorpriżi li qed inħares lejhom b'ċertu antiċipu u b'ċertu interess biex il-MUŻA tkun aktar aċċessibbli milli qatt immaġinajna.", "B'hekk aktar nies jidħlu hemmhekk u jaraw is-sbuħija li għandna f'dan il-post li huwa mużew komunitarju u rrid infakkar li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fid-dinja.", "Fil-fatt huwa wieħed mill-ftit, jekk mhux l-uniku li għandna fid-dinja, fejn għandek mużew nazzjonali li huwa wkoll mużew komunitarju, fejn il-poplu huwa fiċ-ċentru f'dak kollu li nagħmlu.", "Hemm ukoll faċilitajiet tal-catering, fejn wieħed jista' jieħu xi ħaġa mal-famija jew mal-ħbieb u allura din tista' sservi wkoll ta' ħarġa.", "Aħna konna mdorrijin li l-mużew tmur ftit u titlaq imma bil-MUŻA se tkun ħarġa għall-familja u wieħed jista' jgħid li l-Ħadd se jkun a night at the museum, kif qed jgħid l-Onor.", "Aħna nixtiequ li bħalma nbigħu l-konċett ta' night at the opera u night at the musicals, ikun hemm night at the museum.", "Naħseb li din tkun xi ħaġa sabiħa ħafna u ninsab persważ li l-poplu Malti apprezza x-xogħol li għamilna u nirringrazzja lil kull min ta l-appoġġ tiegħu għal dan il-proġett tant sabiħ.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, bħalma jaf il-Ministru, f'pajjiżna jsir il-festival internazzjonali tan-nar li naħseb li issa ilu jsir għal dawn l-aħħar għaxar snin.", "Jista' l-Ministru jgħid kif kamra tan-nar tista' tkun ikkonsidrata biex tipparteċipa f'dan il-festival u jekk hux qed jaħseb f'modi ġodda dwar kif nistgħu nespandu dan il-festival li tant hu għal qalb il-poplu Malti u tant għamel suċċess?", "Jista' jkun li forsi nżidu ġranet oħrajn jew ninkludu n-nar tal-art?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli għamel din il-mistoqsija.", "L-Onor.", "Interpellant u jien ġejjin mill-istess distrett elettorali fejn il-piroteknika hija għal qalb ħafna nies.", "Għalhekk nieħu pjaċir meta fil-Parlament nitkellmu dwar dan id-delizzju, li mhux biss huwa delizzju, imma huwa passjoni tant sabiħa fejn il-Maltin għandhom din il-ħila li tħabbatha mal-aqwa nies fid-dinja fejn tidħol il-piroteknika.", "Dak li staqsa l-Onor.", "Schiavone jirrigwarda festival li ma jeħux ħsiebu l-Ministeru tiegħi imma jieħu ħsiebu l-Ministeru tat-Turiżmu.", "Jiġifieri jien m'iniex f'pożizzjoni li nwieġeb però nista' ngħid kemm qegħdin nagħmlu xogħol fil-Ministeru tal-Kultura biex nassistu l-qasam tal-piroteknika.", "Interpellant, ix-xogħol li nagħmlu fil-kamp tal-piroteknika jinqasam fuq żewġ dimensjonijiet.", "Għandek ir-reġjun tan-Nofsinhar li kull sena jorganizza taster ta' dan il-festival u jistieden numru ta' kmamar li jaqgħu fih biex jipparteċipaw f'festival żgħir - mhux fil-livell tal-festival il-kbir - ħalli jagħtu togħma ta' dak li jkollhom ippreparat għall-istaġun prinċipali tal-festi.", "Dan dejjem jintlaqa' tajjeb ħafna u, safejn naf jien, il-kmamar tan-nar kuntenti ħafna li jieħdu sehem f'dan il-festival.", "It-tieni inizjattiva li ħadna, li issa daħlet fit-tieni sena tagħha, hija li qed nagħtu għajnuniet finanzjarji lill-kmamar tan-nar.", "Schiavone, għax ġieli tkellimna fuq dan is-suġġett, din l-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-pirotekniċi li jaħdmu fil-kmamar tan-nar.", "Dawn jgħiduli li din hija l-ewwel darba li l-Gvern qed jagħtihom xi ħaġa biex jinvestu fis-sigurtà tal-kmamar tan-nar.", "Fil-fatt is-sena l-oħra kienet l-ewwel esperjenza fejn fassalna dan il-programm biex nagħtu għajnuniet għall-kmamar tan-nar.", "Issa dak il-vot sab ruħu fil-Baġit jiġifieri għandna vot formali fl-estimi u se nerġgħu nagħtu għajnuniet addizzjonali għat-tieni darba lill-kmamar tan-nar biex insaħħu s-sigurtà.", "Sur President, hawnhekk irrid nuri solidarjetà mal-kamra tan-nar ta' Santa Marija f'Ħal Għaxaq, fejn kif nafu, ftit tal-jiem ilu seħħet splużjoni imma għall-grazzja t'Alla ma weġġa' ħadd.", "Aħna fil-Parlament dejjem nappellaw - persważ li qed nitkellem għan-nom ta' kulħadd – biex in-nies li jaħdmu fil-piroteknika joqogħdu attenti u jieħdu ħsieb li jagħmlu l-affarijiet bl-aħjar mod biex ma jweġġgħux.", "Aħna nieħdu gost bix-xogħol tal-pirotekniċi Maltin u rridu nappoġġjawhom però huwa importanti li jieħdu ħsieb is-sigurtà tagħhom.", "Aħna qegħdin nagħmlu dawn l-investimenti biex tikber is-sigurtà fil-kmamar tan-nar ta' pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, il-Malta Philarmonic Orchestra mhux l-ewwel darba li daqqet barra l-pajjiż però dan l-aħħar tħabbar li qed tiġi organizzata mawra u, fost l-oħrajn, kif tħabbar fuq broadwayworld.com – din hija website importanti ħafna, jidhirli Amerikana, li qed tagħti prominenza lil din l-aħbar – jidher li għall-ewwel darba din l-orkestra se tkun qed tagħmel mawra fl-Amerika.", "Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dan u dwar xogħol ieħor li tagħmel din l-orkestra li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Sur President, naħseb li jekk hemm ambaxxatur straordinarju tal-kultura Maltija, din hija proprju l-Orkestra Nazzjonali li kibret f'livelli li onestament lanqas jien ma mmaġinajt li se tikber fihom.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lil kull min kien hemm qabli, għax kull ministru ħadem biex l-orkestra timxi 'l quddiem, però naħseb li l-livelli li ntlaħqu f'dawn iż-żmenijiet huma xi ħaġa fantastika.", "Fil-fatt il-kritiċi Ewropej ewlenin qed ifaħħru x-xogħol li tagħmel din l-orkestra.", "Jien nimtela b'sodisfazzjon meta naqra l-kummenti ta' tifħir għax-xogħol li qed tagħmel l-orkestra.", "Naturalment l-expertise tiegħi fl-orkestra huwa fil-livell li għandu kulħadd però ma tridx tkun espert biex tifhem kemm l-orkestra miexja 'l quddiem.", "Fil-fatt waħda mill-affarijiet li qegħdin nipprovaw nagħmlu hija li ninvestu anke fl-artisti nfushom, u aħna għamilna żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, saħħaħna l-kondizzjonijiet tal-impjieg tal-artisti, għax kultant ninsew li l-artist li jdoqq fl-Orkestra Nazzjonali huwa wkoll impjegat magħha.", "Għalhekk għamilna ftehim kollettiv bl-għajnuna tal-għaqda li tirrappreżenta lil dawn l-artisti, li hija mmexxija minn Karmenu Vella li kien fil-GWU imbagħad ifforma għaqda trejdunjonistika differenti.", "Fil-fatt ħdimna flimkien u għamilna ftehim kollettiv li lill-artist jgħollih u jmexxih 'il quddiem.", "It-tieni ħaġa li għamilna kienet li komplejna nsaħħu l-proġetti ta' internazzjonalizzazzjoni tal-artisti nfushom.", "Irrid ngħid li kien ta' sodisfazzjon kbir li l-Orkestra Nazzjonali, wara li daqqet f'postijiet kbar u mliet is-swali ewlenin fl-Ewropa u anke fir-Russja, se tmur ukoll fl-Istati Uniti u se ddoqq fi swali importanti ħafna, li hija l-ewwel darba għal din l-orkestra.", "M'għandix dubju li isem Malta u isem l-artisti nfushom se jimxi 'l quddiem meta fuq is-CV jgħidu li daqqew ġo Carnegie Hall u f'diversi postijiet importanti fid-diversi kontinenti.", "M'għandix dubju li dik hija xi ħaġa li se tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tagħhom.", "Dan ix-xogħol kollu ma jsirx waħdu imma jsir għax hemm nies li verament jemmnu fl-orkestra.", "Hawnhekk nixtieq insellem lil Sigmund Mifsud u lin-nies kollha li jaħdmu miegħu, għax jien verament kburi, kif persważ li huwa kburi l-Parlament Malti, bl-isem sabiħ li din l-orkestra tagħti lil pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Frederick Azzopardi, mistoqsija suppmentari.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux xi offerti għad-dekorazzjonijiet tal-Milied li tpoġġew dan l-aħħar fi Triq ir-Repubblika, u jekk ħarġu, min ħa t-tender?", "Fid-dawl tal-kummenti li dehru dan l-aħħar fil-midja, b'mod speċjali fil-midja soċjali, jista' l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm guidelines ta' x'tip ta' dekorazzjonijiet iridu jsiru u jekk sarux skont kif kien mitlub?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Irrid nagħmilha ċara li għall-ewwel darba din is-sena d-dekorazzjonijiet tal-festi tpoġġew f'żewġ toroq.", "Is-soltu kienu jitpoġġew biss fi Triq ir-Repubblika imma din is-sena tpoġġew ukoll fi Triq il-Merkanti.", "Dan huwa proġett li ma jagħmlux biss Valletta 2018 imma jsir ukoll flimkien mal-komunità tan-negozju, li tissieħeb ma' Valletta 2018 biex tagħmel dawn id-dwal.", "Hawn qed nirreferi kemm għall-komunità tan-negozju ta' Triq ir-Repubblika kif ukoll għall-komunità tan-negozju ta' Triq il-Merkanti.", "Ir-rispons li għandi huwa pożittiv ħafna.", "Jien iltqajt ma' ħafna nies li ħadu gost bid-dwal dekorattivi li xegħelna, b'mod partikolari dawk li hemm fiż-żona tal-Qorti, fejn bħalma nagħmlu kull sena, għamilna dwal dekorattivi pjuttost kbar u sbieħ li żgur idaħħluk fl-atmosfera tal-Milied.", "Ilbieraħ stess ħadt l-okkażjoni li mmur mat-tifla tiegħi u bdejt nara n-nies jieħdu r-ritratti u s-selfies u jtellgħuhom fuq Facebook, u t-turisti bdew jgħiduli prosit.", "Għalhekk in-nies ħadu gost ħafna b'dawn id-dwal.", "Rigward id-dettalji tal-akkwist onestament ma nafx inwieġeb lill-kollega tiegħi su due piedi però jekk jagħmilli mistoqsija speċifika nkun nista' nagħtih l-informazzjoni kollha li qed jitlobni.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Debattista, u kif diġà spjegajt qabel, il-komunità tan-negozju kienet involuta mal-V18 u, jekk m'iniex sejjer żball, l-akkwist sar mill-Italja.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija oħra relatata mal-kultura lill-Ministru.", "Dan l-aħħar saret ir-rinnovazzjoni tat-Teatru Manoel u minn dak li segwejt mill-ġurnali, din hija kompluta.", "Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x'tip ta' investiment sar fit-Teatru Manoel permezz ta' din ir-rinnovazzjoni?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Il-MUŻA, li tkellimt dwarha ftit ilu, ma kenitx l-uniku investiment kapitali kulturali li għamilna fl-aħħar żmien.", "Biżżejjed insemmi r-rinnovazzjoni li għamilna fil-Forti Sant'Anġlu, fil-Forti Sant'Iermu, fit-Tempji tal-Ġgantija, ta' Ħal Saflieni u ta' Ħal Tarxien u l-Katakombi ta' San Pawl, fejn għamilna xogħol kbir.", "Hawnhekk nista' ninkludi wkoll ix-xogħol ta' attenzjoni kbira li sar fl-Eks Cafè Premier, is-swar u n-niċeċ.", "Ix-xogħol li għamilna biex nerġgħu nagħtu lura lill-poplu diversi siti kulturali u storiċi kien kbir ħafna, fosthom it-Teatru Manoel.", "It-Teatru Manoel huwa verament sabiħ u żgur li huwa ġojjell mhux biss Malti imma tal-Ewropa kollha, għax safejn naf jien huwa wieħed mill-eqdem teatri li għadu jiffunzjona fl-Ewropa.", "Dan huwa ġojjell Barokk arkitettoniku sabiħ ħafna u kull min jidħol hemmhekk jitpaxxa jarah.", "Il-verità hi li dan it-teatru kellu diversi mankanzi strutturali u kull min jaħdem hemm kien jgħidli: Ministru ara x'se tagħmel, għax hemm bżonn nagħmlu manutenzjoni qawwija fit-teatru.", "Kien hemm ukoll il-bżonn li naraw kif insibu soluzzjoni għall-isfida tat-temperatura li kien hemm fit-Teatru Manoel, għax fil-jiem tas-sajf, is-sħana li kien ikun hemm fit-teatru kienet enormi.", "Kont nara anzjani, anke f'April, li kont nibża' li se jagħtihom xi ħass ħażin filwaqt li fix-xitwa, meta jiġi Diċembru, litteralment ma kontx tissaporti bil-kesħa li kien ikun hemm.", "Għalhekk b'investiment ta' fondi Ewropej qlajna qala' t-Teatru Manoel mill-qiegħ, tant li kien hemm mumenti meta jekk tidħol fit-teatru kont taħseb li waqgħet bomba.", "Bdejna mill-bidu, erġajna waħħalna l-madum, poġġejna s-siġġijiet u għamilnieh kif kien fl-antik.", "Jiġifieri llum it-Teatru Manoel ġie jixbah ħafna kif kien fil-pjan oriġinali.", "Għamilna wkoll sistema ta' klimatizzazzjoni li mhijiex air-conditioning system għax fit-teatru ma tistax tuża sistema ta' arja kkondizzjonata.", "Din hija sistema fejn, tidħol x'ħin tidħol, ikun hemm temperatura klimatizzata bl-użu ta' teknoloġija bbażata fuq l-ilma.", "Jien nistieden lill-Membri Parlamentari biex imorru sat-Teatru Manoel u jaraw b'għajnejhom it-titjib li sar f'dan it-teatru.", "Għamilna siġġijiet ġodda, għamilna r-restawr inġenerali u saħħaħna numru ta' strutturi.", "F'kelma waħda, għamilna ħafna xogħol li l-ġenerazzjonijiet futuri żgur li se jħarsu lura u jgħidu li għas-sena 2018, meta l-Belt Valletta saret il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, għamilna biċċa xogħol tajba ħafna biex ikollna teatru aħjar milli sibnieh.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sur President, il-Ministru qalilna li għadhom kemm ifformaw il-Kor Nazzjonali, li qed nassumi li huwa kor tal-kbar.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi ħsieb li jiġi fformat kor nazzjonali tat-tfal?", "Jekk irridu nrawmu l-imħabba lejn il-mużika, ladarba jkun hemm il-kor taż-żgħar li awtomatikament jibdew telgħin għall-kor tal-kbar, naħseb inkunu nistgħu nilħqu l-istat professjonali biex għada pitgħada nkunu fil-livelli internazzjonali ta' korijiet tat-tfal.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru, fil-qosor jekk jogħġbok, għax skada l-ħin.", "OWEN BONNICI: Sur President, naħseb li din hija idea tajba ħafna.", "Aħna bdejna billi wellidna l-Kor Nazzjonali tal-adulti però huwa żgur li fil-pjanijiet tagħna rridu noffru post fejn it-tfal jibdew jimxu 'l quddiem bl-istess mod kif għamilna bl-orkestra.", "Fl-Orkestra Nazzjonali għandna l-Youth Orchestra li għamlet ħafna xogħol tajjeb u bl-istess mod nemmen li anke l-kor jista' jagħmel dan.", "Qed nabbina l-kor mal-orkestra għax informalment kien qisu l-kor tal-orkestra.", "Issa formalment sar Kor Nazzjonali għalih u nemmen li għandu jimxi fuq l-istess passi tal-orkestra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħlijiet li saru fi skejjel tal-Istat f'Għawdex matul is-sajf tal-2018, flimkien man-nefqa fuq tali xogħlijiet, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7820; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar proprjetà mikrija mill-Ministeru għal Għawdex bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7818.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq Twitter, Facebook u social media oħra mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5329;", "Tagħrif dwar il-medja ta' żmien biex jiġu deċiżi każijiet fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva fl-oqsma ta' appelli mid-deċiżjonijiet meħuda mir-regolaturi fis-settur tal-enerġija u ilma u fis-settur tal-komunikazzjoni, bejn l-2010 u l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7816; u", "Tagħrif dwar il-medja ta' żmien biex jiġu deċiżi każijiet mill-Qorti tal-Appell (inferjuri) għal dawk li huma appelli minn deċiżjonijiet tat-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva, bejn l-2010 u l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7817.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur Presdient, inqigħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali tal-Iżvilupp Sostenibbli għas-sena 2017.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "PUNT IMQAJJEM MILL-KAP", "TAL-OPPOŻIZZJONI", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru fuq kwestjonijiet urġenti u ta' natura nazzjonali imma peress li għal darb'oħra mhux qiegħed f'din il-Kamra nixtieq nistaqsi lill-Ministru Owen Bonnici.", "Wara li nhar it-Tnejn qalilna li hemm inkjesta dwar il-kumpanija 17 Black, għaddejja xi inkjesta dwar xi persuni fiżiċi u mhux ġuridiċi biss dwar l-istess materja?", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek xi informazzjoni li tista' tagħti lis-Sedja fuq dak li staqsa l-Kap tal-Oppożizzjoni?", "OWEN BONNICI: Sur President, l-informazzjoni li kelli tajtha nhar it-Tnejn.", "M'għandix informazzjoni ulterjuri u nappella liż-żewġ naħat tal-Kamra biex fejn jidħlu materji ta' inkjesti li jsiru minn maġistrati u membri tal-ġudikatura, kelma inqas hija aħjar minn kelma żejda ħalli nħallu l-awtoritajiet jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "Aħna għandna fiduċja fl-awtoritajiet ġudizzjarji tagħna u l-appell tiegħi hu li nħallu l-ġudikatura tagħmel xogħolha u kollox jieħu l-perkors tiegħu.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni, fil-qosor, jekk jogħġbok.", "Bonnici, nitolbu jispjega, jew hu jew il-Ministru għall-Intern li qiegħed maġenbu, kif il-Prim Ministru ddikjara li jaf li m'hemmx inkjesti għaddejjin kontra Keith Schembri.", "L-ISPEAKER: Fil-qosor, għax dan mhuwiex ħin għall-mistoqsijiet.", "ADRIAN DELIA: Il-mistoqsija kienet jekk hemmx stqarrijiet ministerjali.", "L-ISPEAKER: Le, mid-dehra m'hemmx, għax kieku diġà qam xi ħadd.", "Ministru, se ssir stqarrija ministerjali?", "Fil-qosor, jekk jogħġbok.", "OWEN BONNICI: M'għandix informazzjoni ulterjuri minn dik li għaddejt nhar it-Tnejn.", "Dalgħodu kont preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet – naturalment għaliha kien hemm il-midja preżenti - dwar proġett relatat mal-ambjent u magħna kien hemm ukoll l-Onor.", "Hemmhekk saru mistoqsijiet lill-Prim Ministru.", "Jien kont ħdejn il-Prim Ministru u smajtu b'widnejja jagħmel l-argument li din hija inkjesta dwar is-soċjetà 17 Black.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-aħħar punt.", "ADRIAN DELIA: Rigward dak li wieġeb il-Prim Ministru, nixtieq nagħmel l-istess mistoqsija lill-Onor.", "Michael Farrugia u nitolbu jgħid jekk għandux informazzjoni kif il-Prim Ministru jaf li din l-inkjesta mhijiex kontra Keith Schembri.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "ADRIAN DELIA: Qed nistaqsih jekk għandux stqarrija ministerjali x'jagħmel.", "L-ISPEAKER: Onor. Michael Farrugia, għandek stqarrija ministerjali?", "Fil-każ għidilna.", "Fil-qosor, jekk jogħġbok.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, m'għandix aktar xi nżid ma' dak li qal il-Ministru Bonnici għax l-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Hawn preżenti l-Ministru Scicluna li kkummenta pubblikament li m'għandux … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, se nirregola jien.", "Dak huwa regolament tal-Kamra.", "ADRIAN DELIA: Bil-permess tiegħek, Sur President, nixtieq nistaqsi jekk il-Ministru Edward Scicluna għandux stqarrija ministerjali x'jagħmel.", "Wara li qal li m'għandu l-ebda opinjoni b'mod assolut dwar 17 Black, jista' jgħid jekk għandux il-konfort u jistax iserrħilna moħħna li dan bl-ebda mod ma jaffettwa l-finanzi tal-pajjiż rigwardanti l-power station tal-Electrogas u l-provvista tal-enerġija għal 18-il sena sħaħ mill-istess power station?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ministru, għandek stqarrija ministerjali?", "Jidher li m'hawnx.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ninforma lill-Kamra bil-ftehim milħuq li għall-finijiet tat-terminu ta' żmien kif elenkat fil-parti li titkellem dwar private members' motions fil-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 46 li għaddiet fis-seduta 20 tad-19 ta' Lulju, 2017, il-Gvern mhux se jutilizza s-seduta li tmiss lilu tal-Ħamis, 29 ta' Novembru, 2018 imma se jagħmel użu minn seduta tal-Ħamis aktar tard.", "Madanakollu l-perjodu ta' tliet xhur allokat għall-Oppożizzjoni xorta jibda jiddekorri mid-29 ta' Novembru, 2018.", "Milli jien informat l-Oppożizzjoni se tutilizza d-data tas-6 ta' Diċembru, 2018.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nikonferma dan il-ftehim.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ftehim huwa rreġistrat.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-20 ta' Novembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, illum qegħdin niddiskutu s-sostenibilità u l-ambjent f'pajjiżna.", "Meta nitkellmu fuq l-ambjent ma nitkellmux biss fuq il-kampanja, is-siġar u l-pjanti imma fuq dak kollu li aħna mdawrin bih.", "Għalhekk huwa kompitu tal-Ministeru tal-Ambjent li jara li fost affarijiet oħrajn f'pajjiżna jkollna arja nadifa.", "L-indafa pubblika wkoll hija parti minn dak li għandu jħares il-Ministeru.", "L-istess l-immaniġġjar tal-iskart, li dan l-aħħar smajna ħafna fuqu.", "Naturalment il-kondizzjonijiet tat-toroq ukoll huma parti mill-ambjent, għax l-ambjent huwa dak kollu li aħna mdawrin bih.", "Il-baħar ukoll huwa importanti, għax pajjiżna huwa mdawwar bih u allura l-kwalità tal-ilma baħar tinteressana bħala poplu.", "Il-baħar niddependu minnu wkoll fejn jidħol it-turiżmu, għalhekk huwa importanti li jkollna baħar nadif.", "Hemm xi ħaġa oħra li taqa' taħt l-ambjent li ftit li xejn nitkellmu dwarha, u llum se nagħmel enfasi fuqha.", "Qed nirreferi proprju għal-livell għoli ta' ħsejjes li aħna mdawrin bihom.", "Din hija xi ħaġa astratta, għax il-baħar tarah, il-kampanja taraha, imma biex il-poplu jgħix ħajja tajba, il-livell tal-ħsejjes irid ikun aċċettabbli.", "Fil-fatt, kull tant żmien isiru studji biex il-poplu jkun informat dwar il-livell tal-ħsejjes li jkun hemm fil-lokalità fejn jgħix.", "Jien naħseb li xogħol il-Ministeru tal-Ambjent għandu jkun li jieħu ħsieb l-ambjent.", "Qed ngħid dan bl-ikbar rispett u mhux b'mod sarkastiku, għax nifhem li mhuwiex tort tal-Ministru jew ta' xi ħadd mill-Ministeru jekk ikun hemm min iniġġes il-kampanja jew jitfa' l-iskart barra.", "Dażgur li mhux tort tal-Ministru.", "Lanqas hu tort tal-Ministru jekk ikun hemm il-kontaminazzjoni tal-baħar, imma hi r-responsabilità tiegħu li jara li pajjiżna jitnaddaf jekk għandna l-ħmieġ fit-toroq rurali fejn ma tantx jgħaddu karozzi.", "Hija responsabilità tiegħu li jara li jinstabu rimedji biex it-tniġġis tal-baħar ma jkomplix isir u jitnaddaf biex il-poplu ma jbatix.", "Hija responsabilità tiegħu li fejn hemm noise pollutionpereżempju jekk ikun hemm ħsejjes eċċessivi ġejjin mill-industrija, għalkemm mhux tort tiegħu, għandu jara li jkunu mitigati jew addirittura jiġu mwaqqfa.", "Qabel ma nasal għall-punt li rrid nagħmel, irrid nistaqsi lill-Ministru Herrera jekk skont il-kuxjenza tiegħu jaħsibx li qed jagħmel dan u se nħalli lilu stess u lill-poplu jwieġeb għal din il-mistoqsija.", "Sur President, jien l-uniku Membru Parlamentari li għandi r-residenza tiegħi f'Birżebbuġa u għalhekk inħoss li huwa d-dmir tiegħi li llum niddedika l-ħin li għandi biex nitkellem fuq dak li qed iweġġa' lir-residenti ta' Birżebbuġa.", "Birżebbuġa huwa raħal sabiħ - fil-fatt għandna bajja msejħa l-Bajja s-Sabiħa - fejn hemm ħafna wirt storiku.", "It-turisti meta jmorru hemm, iżuru wkoll Għar Dalam, Borg in-Nadur u Bengħajsa, li huma postijiet verament sbieħ.", "Sbatax-il sena ilu jien kont fil-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa u l-Gvern preċedenti kien qed iħares lejn Birżebbuġa bħala sit fejn issir landfill, imbagħad aħna konna għamilna l-argumenti tagħna u spjegajna għalfejn m'għandhiex issir hemmhekk.", "Niftakar li kont mistieden fil-programm Xarabank u hemmhekk iddefendejt kif stajt il-pożizzjoni tal-kunsill lokali u finalment il-landfill ma saritx f'Bengħajsa, fejn kien maħsub li ssir.", "Il-landfill kien biss wieħed mill-proġetti nazzjonali ta' importanza li rnexxielna nżommu 'l bogħod minn Birżebbuġa.", "Meta nagmel l-argumenti tiegħi llum ma rridx nagħmel xi diskors partiġjan, għax nemmen li n-nies hemm barra li nikellem magħhom kuljum fuq il-midja soċjali u meta niltaqa' magħhom fil-pjazez, iridu li niġu hawnhekk u nressqu l-ilmenti tagħna b'mod mill-aktar ċivili.", "Meta nitkellem fuq x'qed jagmel il-Gvern u x'imissu għamel, ma niddejjaqx ngħid li Gvernijiet suċċessivi, wieħed wara l-ieħor, għamlu proġetti nazzjonali li kienu kkonċentrati fl-inħawi ta' Birżebbuġa.", "Kellna l-power station, il-fabbriki li hemm Ħal Far, il-Freeport, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, l-oil depot li qiegħed proprju f'nofs Birżebbuġa u l-oil tanking li Birżebbuġa hija sandwiched bihom.", "Tħares fejn tħares f'Birżebbuġa, tara proġetti nazzjonali li għalkemm huma importanti, qed iħallu impatt ta' natura jew oħra fuq ir-residenti.", "Ħalli nibda bil-kwalità tal-baħar; għandna problemi kbar ta' tniġġis ġejjin minn tliet sorsi.", "Hemm il-Fuel Depot 31 ta' Marzu, li qiegħed proprju fid-dawra max-xatt, li naħseb ilu hemm mis-snin 50, jiġifieri m'iniex nipponta subgħajja lejn il-Gvern u ngħidlu li ħoloq din il-problema issa.", "Qabel l-elezzjoni, fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista kien hemm li dan id-depot se jingħalaq u dik iż-żona se tiġi riabilitata biex tkun gawduta mir-residenti ta' Birżebbuġa u nies oħrajn, imma sal-lum jidher li x-xogħol tal-fuel depot, jiġifieri fejn jiġi ppompjat il-fuel minn fuq il-vapuri għal pajjiżna, għadu għaddej daqskemm kien għaddej is-sena l-oħra u ta' qabilha.", "F'dawn is-sena u nofs li ilkom fil-gvern f'din il-leġiżlatura, x'għamiltu biex tneħħu din il-pjaga li tant ilha hemm għar-residenti ta' Birżebbuġa?", "Nixtieq li l-Gvern jagħtina risposta dwar meta finalment dan id-depot se jingħalaq darba għal dejjem.", "Qed ngħid dan, għax l-irwejjaħ li joħorġu minnu huma ta' inkonvenjent kbir, bħalma huma ta' inkonvenjent kbir in-numru ta' trakkijiet li jgħaddu minn qalb in-nies.", "Agħar minn hekk, minn dan id-depot qed ikun hemm seepage ta' żejt fuq il-blat u fil-baħar fejn jgħumu n-nies li qed iniġġes il-baħar kontinwament.", "It-tieni kawża tat-tniġġis fil-baħar hija l-bunkering.", "Din il-ġimgħa għamilt mistoqsija parlamentari lill-Onor.", "Ian Borg, fejn staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir jew dan l-aħħar sarx bunkering fil-Port ta' Marsaxlokk?\"", "Il-Port ta' Marsaxlokk jinkludi Marsaxlokk kif ukoll Birżebbuġa.", "Il-Ministru Ian Borg irrispondieni hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi Bunkering fil-Port ta' Marsaxlokk, bħal kif jiġri fil-Port il-Kbir, isir b'mod regolari lil dawk il-bastimenti kollha, inkluż dawk lokali, li jsejħu d-diversi terminals u faċilitajiet portwali li jinsabu f'dan il-Port.", "Bunkering dejjem isir bil-permess …\".", "Jekk il-bunkering qed isir bil-permess għandhom ineħħu l-permess.", "Ma jistax ikun li f'pajjiżna, fejn il-klima tippermetti li l-bunkering isir barra mill-port, dan jibqa' jsir fil-port.", "Hija r-responsabilità tal-Gvern li jirranġaha din.", "Ma jistax ikun li jibqa' jsir bunkering u jibqa' jkun hemm il-leakages taż-żejt u n-nies ma jistgħux jgħumu.", "It-tielet sors tal-problema li għandna għall-kwalità tal-ilma baħar ġejja mill-vapuri li jidħlu fil-Freeport.", "Fil-fatt mhuwiex l-ewwel darba li jkun hemm leakages u rimi ta' żejt mill-vapuri li jħammġu dik li konna nsejħulha l-Bajja s-Sabiħa.", "Meta jitniġġes il-baħar, mhux biss ibatu n-nies li jkunu jixtiequ jiġu jgħumu imma jbatu wkoll in-nies tan-negozju għax f'Birżebbuġa għandna ħafna negozji li jiddependu mix-xhur tas-sajf biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom.", "Meta n-nies jiġu jgħumu, jixtru xi ħaġa x'jieklu, jixtru xi karkur jew xi umbrella, imma kull darba li jkun hemm il-baħar imniġġes, dawn in-nies ikollhom il-problemi.", "Niġi issa għall-kwalità tal-arja li dan il-Gvern tant jitkellem fuqha u tant qal li se tmur għall-aħjar.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Edwin Vassallo qal li wara li morna għall-użu tal-gass, l-istatistika tal-Gvern stess qed turi li l-kwalità tal-arja f'pajjiżna marret għall-agħar u mhux għall-aħjar.", "Kulħadd jiftakar kemm konna nitkellmu fuq il-fabbrika tal-kanċer!", "Allura wara li neħħejna l-heavy fuel oil, għalfejn il-kwalità tal-arja f'Birżebbuġa hija agħar milli kienet meta kellna dik li suppost kienet il-fabbrika tal-kanċer?", "Ħalli nagħmilha ċara.", "Jien nippreferi li jkollna l-użu tal-gass milli tal-heavy fuel oil għax suppost li huwa nadif.", "Imma allura x'qed iħammeġ l-arja tagħna?", "Forsi għandna xi fabbriki li qegħdin joperaw billejl, kif rajt fir-ritratti, u qegħdin iħammġu l-arja?", "Jien rajt ritratti fuq il-midja soċjali ta' grupp ta' mijiet ta' nies minn Birżebbuġa, li nsellmilhom, li jiktbu l-problemi tagħhom u nitgħallem ħafna meta nara xi jkun għaddej.", "Pereżempju rajt ritratti ta' fabbrika partikolari bid-duħħan ħiereġ minnha kontinwament matul il-lejl.", "Naħseb li n-nies ta' Birżebbuġa għandhom dritt ikunu jafu x'inhu ħiereġ minn dawn iċ-ċmieni, mingħajr ma nallarmaw lin-nies.", "Huwa importanti li mhux nitkellmu biss fuq il-kwalità tal-arja, imma naraw li jekk din tkun sejra għall-agħar, nirranġawha.", "Jekk tneħħiet il-power station, għalfejn illum għandna kwalità ta' arja inferjuri għal dik li kellna qabel?", "Niġi issa għar-raba' sors ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' Birżebbuġa, li nsellmilhom minn hawnhekk.", "Hawn qed nitkellmu fuq popolazzjoni ta' madwar 12,500 ruħ, li għal ħafna snin ma kellhomx min jitkellem għalihom biex jiddefendihom, speċjalment fuq il-ħsejjes esaġerati li għandna f'din il-lokalità li ġejjin minn żewġ sorsi.", "L-ewwel wieħed huwa l-ajruport.", "Il-flight path minn fejn jgħaddu l-ajruplani biex jinżlu fl-ajruport, qiegħda ftit sulari biss 'il fuq mir-residenzi taż-żona li ngħidulha Tal-Papa.", "Din hija żona sabiħa u fiha jgħixu ħafna koppji żgħażagħ, imma r-residenti qed ibatu b'mod permanenti.", "Jien għamilt ftit riċerka u sibt li fl-ajruport ta' Heathrow – naħseb li naqblu li l-ajruport ta' Malta lanqas jibda mal-ajruport ta' Heathrow li tant huwa traffikuż - ikun hemm madwar 650 titjira kuljum.", "Minkejja dan, bejn il-11.30 p.m. u s-6.30 a.m. l-użu ta' dan l-ajruport huwa ristrett ħafna.", "Fil-fatt ftit aktar minn 2% biss tal-ajruplani jitħallew jinżlu fl-ajruport ta' Heathrow f'dawk is-seba' sigħat, li huwa perjodu twil, għax seba' sigħat minn 24 siegħa jiġu kważi terz tal-ġurnata.", "Irrid ngħid ukoll li l-ajruplani li jitħallew jinżlu f'dak il-ħin ma jagħmlux ħsejjes daqs ajruplani kbar.", "Fil-fatt iqassmuhom f'bands fejn min jista' jinżel u min ma jistax jinżel.", "Allura hawn Malta kif nibqgħu għaddejjin billejl qisu xejn mhu xejn?", "Jien noqgħod kważi fil-flight path, jiġifieri nismagħhom il-ħin kollu.", "Huwa veru li dawn tidrahom però meta jgħaddi ajruplan kbir billejl iqajjem lin-nies!", "Għalhekk jista' l-Gvern jikkonsidra li jkun hemm closure time biex lil dawn ir-residenti bil-mod il-mod nibdew intaffulhom ftit mit-tbatija tagħhom?", "Sur President, jekk l-ajruport huwa problema għar-residenti ta' Birżebbuġa, il-Freeport qed joħloq problema enormi hemmhekk.", "Nafu li l-Freeport huwa entità kummerċjali importanti għal pajjiżna però naħseb li trid tkun minn Birżebbuġa biex tifhem it-tbatija tan-nies li ma jistgħux jorqdu lejl u nhar.", "Jekk tipprova tmur torqod f'xi ħin f'Birżebbuġa, speċjalment fis-sajf meta t-twieqi jkunu miftuħin, m'għandekx ċans li jirnexxilek!", "Biex nissimplifika ftit se nsemmi żewġ problemi imma m'għandix dubju li l-esperti jgħidulna li hemm ħafna aktar minn żewġ problemi.", "L-ewwel problema hija li dan il-port jopera 24 siegħa kuljum, lejl u nhar, bit-taħbit tal-containers u s-sireni.", "Jien nismagħhom kuljum u nifhem li entità bħal din huwa diffiċli li tagħlaqha għal xi parti mill-ġurnata, anke billejl, għax jista' jkun li ma tibqax vijabbli kummerċjalment però l-ħajja tan-nies u d-dritt għall-mistrieħ huma importanti aktar.", "Hemm ukoll il-generators ta' fuq il-vapuri li qed jiġġeneraw ħsejjes eċċessivi li mhumiex sapportabbli.", "Hemm humming noise għaddej il-ħin kollu, lejl u nhar, għax peress li m'għandniex ix-shore to ship supply, kull vapur li jidħol il-Freeport iħalli l-magni għaddejjin biex jibqa' jaħdem.", "Minkejja li ma jkunx qed jagħmel moviment irid iħalli l-magni għaddejjin biex ikollu d-dwal u jħaddem il-cranes.", "Però hemm x'tagħmel dwar dan u se nissuġġerixxi xi soluzzjonijiet għax din hija problema kbira ħafna.", "Wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu l-ħajja tan-nies kemm jista' jkun aħjar.", "Sur President, nhar it-Tnejn għamilt mistoqsija supplimentari lill-Ministru fejn staqsejtu x'qed jagħmel il-Gvern biex jimmitiga dawn il-ħsejjes.", "Ta' min jgħid li ftit ilu kien sar rapport uffiċjali dwar il-ħsejjes li hemm f'Birżebbuġa u rriżulta li dawn huma f'livell li mhuwiex aċċettabbli.", "Issa dan ir-rapport naħseb li sar aktar minn sena ilu u allura ġejt hawnhekk u lill-Ministru staqsejtu x'inhu jagħmel biex jipprova jsolvi din il-problema u qalli li qed jistudjaha.", "Però n-nies mhux studju jridu għax in-nies mhumiex qegħdin jorqdu!", "In-nies iridu li tittieħed azzjoni issa, Ministru!", "In-nies iridu s-soluzjonijiet!", "Naf li dawn mhumiex soluzzjonijiet faċli imma f'pajjiżna għandna nies tajbin li jistgħu jagħtuna soluzzjonijiet.", "L-ewwel u qabel kollox biex nibdew nimmitigaw persentaġġ qawwi tal-ħsejjes iġġenerati mill-generators tal-vapuri rridu naraw li jkollna x-shore to ship supply.", "Irridu naraw li nagħtuhom l-enerġija li għandhom bżonn biex jixegħlu l-vapuri u t-tagħmir tagħhom minn fuq l-art ħalli ma jibqgħux jużaw il-generators.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel interconnector minn Sqallija.", "Allura x'inhu jżomm lill-Gvern milli jġib cable minn tefgħa ta' ġebla 'l bogħod, jiġifieri min-naħa l-oħra tal-port, oħxon kemm hu oħxon, biex tkun tista' tingħata x-shore to ship supply?", "Fejn iridu għandhom flus!", "Il-poplu qed jistennihom jibdew jindirizzaw din il-problema, u jekk mhux se jagħmlu hekk, f'xi mument se jkollna lil xi ħadd li jisfida lil din l-entità biex tibda tagħlaq matul il-lejl.", "Jien ma nixtieqx li naslu sa hawnhekk għax naf li din hija entità kummerċjali importanti għal pajjiżna, imma n-nies qed jistennew lill-Gvern tal-ġurnata jieħu azzjoni.", "Issa ilhom sitt snin fil-gvern u huwa ħażin jekk ma jagħtux kas it-tbatijiet tan-nies.", "Dawn it-12,500 resident qed jistennew li tagħmlu xi ħaġa biex ma jibqgħux ibatu.", "Sur President, issa kellna l-aħħar waħda għax m'għandniex biżżejjed f'Birżebbuġa!", "Fis-7 ta' Novembru l-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, li huwa responsabbli mill-isport, ġew jgħidulna li ġie identifikat is-sit għat-trakka tal-karozzi u meta tgħid li ġie identifikat sit ifisser li taf fejn hu dan is-sit.", "Imbagħad fit-8 ta' Novembru, jiġifieri l-għada, ġiet ditta ta' periti bil-proposta għat-trakka tal-karozzi f'Ħal Far.", "Għalhekk fit-8 ta' Novembru, kif inhu d-dover tiegħi, għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Evarist Bartolo u staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn huwa maħsub li jsir iċ-ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi?\"", "It-tweġiba kienet tgħid hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtoritajiet kompetenti jinsabu fi proċess avvanzat li jidentifikaw post li fuqu jsiru studji konkreti dwar it-trakka tal-motorsport.", "Irid jingħad iżda li s-sit mhuwiex dak li ssemma minn xi wħud minflok il-ġnien ħdejn il-Freeport.\"", "Mela lin-nies ta' Birżebbuġa qed jaħsbuhom boloh?", "Mela n-nies qed jaħsbu li dan se jsir Wied il-Buni?!", "Għalhekk jien għamilt mistoqsija parlamentari 7852, u erġajt staqsejtu hekk:", "\"B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7779, peress li l-Ministru eskluda li tali ċirkwit se jsir fil-ġnien viċin il-Freeport, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex f'pożizzjoni li jeskludi wkoll Ħal Far, bħala sit għaċ-ċirkwit, peress li Ħal Far huwa wkoll viċin ħafna tar-residenti ta' Birżebbuġa?\"", "Hawnhekk il-Ministru nduna u wieġeb hekk:", "\"Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif diġà ntqal fit-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari oħra fuq l-istess suġġett, id-dettalji jistgħu jingħataw meta jitlesta l-proċess li għaddej, inkluż konsultazzjoni biex ikun identifikat post li fuqu jsiru studji konkreti dwar it-trakka tal-motorsport.\"", "Issa għandna konsultazzjoni!", "Mela ndunaw li jridu jagħmlu konsultazzjoni.", "Sur President, jien inħobb lil pajjiżi, inħobb lil Birżebbuġa u bħalma jagħmlu sħabi d-deputati taż-żewġ naħat, naħdem għall-interess ta' Birżebbuġa.", "Ejja niltaqgħu u naħdmu flimkien biex il-poplu ta' Birżebbuġa ma jibqax ibati kif ilu jbati għal ħafna snin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, qabel ma ngħaddi għall-intervent tiegħi nixtieq nagħmel żewġ rimarki żgħar fuq dak li għadu kemm qal l-Onor.", "Schiavone meta qal li l-Partit Nazzjonalista għamel interconnector bejn Malta u Sqallija.", "Meta fl-2013 tela' fil-poter dan il-Gvern sab li kien hemm il-ħsieb li jsir interconnector però x-xogħol kollu tal-ippjanar twettaq minn din l-Amministrazzjoni.", "Kieku bqajna sejrin bi Gvern Nazzjonalista, ma nafx fejn konna naslu, għax kien dan il-Gvern li wettaq il-proġett mill-bidu sal-aħħar.", "Aħna rrikonoxxejna l-fatt li kien hemm l-ippjanar.", "Fil-fatt fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-interconnector mill-Prim Ministru Joseph Muscat kien mistieden ukoll l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi imma rridu nagħtu l-kredtu where credit is due.", "Irridu nammettu li dan kien proġett li twettaq mill-bidu sal-aħħar minn din l-Amministrazzjoni għax ma kien hemm xejn ippjanat jew xi xogħol li kien diġà nbeda, ħlief il-konċett li għandu jsir dan il-proġett.", "Barra minn hekk l-Onor.", "Schiavone semma n-Nofsinhar ta' Malta.", "Jien nirrappreżenta t-tielet distrett elettorali, dejjem għext iż-Żejtun u dejjem ġejt elett min-naħa t'isfel ta' Malta.", "Kieku kelli nqabbel dak li għamlu Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti għan-naħa t'isfel ta' Malta u x'qed tagħmel din l-Amministrazzjoni llum ikolli ngħid li hemm baħar jaqsam.", "Naħseb li jekk irridu nitkellmu bis-serjetà fuq xi twettaq għan-naħa t'isfel ta' Malta minn amministrazzjonijiet differenti, ċertament li din l-Amministrazzjoni mill-2013 'l hawn wettqet ħafna.", "Il-fatt biss li ma komplejniex ngħabbu lin-naħa t'isfel ta' Malta b'piżijiet ta' proġetti li jħammġu fih innifsu diġà huwa riżultat pożittiv, aħseb u ara meta wieħed iqis il-proġetti li għamilna u li se nkomplu nwettqu biex intejbu dawn l-inħawi.", "Naħseb li eżempju ta' dan huma r-riżultati elettorali tal-2013 u tal-2017 fejn in-numru ta' votanti li komplew jappoġġjaw lill-Partit Laburista kiber u mhux naqas.", "Dan irrifletta wkoll fin-numru ta' deputati li ġew eletti mill-postijiet li huma meqjusin bħala n-naħa t'isfel ta' Malta, fejn il-poplu rrikonoxxa x-xogħol u l-programm li ppreżenta dan il-Gvern għall-attenzjoni tagħhom.", "Dawn kienu ż-żewġ kummenti li xtaqt ngħaddi fuq dak li qal l-Onor.", "Niġi issa għall-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Nirringrazzja lill-Ministru José Herrera talli ppreżenta dan l-Abbozz ta' Liġi li qed jagħtina l-opportunità li nitkellmu fuq ħafna suġġetti.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq dak li huwa kkonsidrat bħala żvilupp sostenibbli u allura tista' titkellem fuq dak kollu li jiġri taħt il-kappa tax-xemx.", "Naħseb li anke dak li jiġri fl-univers għandu effett fuq l-iżvilupp sostenibbli.", "M'iniex se nieħu ħafna ħin però se ngħaddi xi rimarki li għandhom x'jaqsmu mal-Ministeru tiegħi, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, u xi ħidma li aħna nwettqu bħala Ministeru f'dan ir-rigward.", "L-iżvilupp sostenibbli mhuwiex responsabilità ta' xi awtorità, ta' xi dipartiment jew ta' xi Ministeru ieħor imma huwa responsabilità ta' kulħadd.", "B'xi mod jew ieħor, kulħadd għandu jħoss li huwa responsabbli minn dak li nifhmu bih bħala żvilupp sostenibbli.", "Naturalment hemm min għandu responsabilitajiet li jikkordina u jwettaq across the board.", "Ir-responsabilità tal-kordinament fuq bażi nazzjonali taqa' taħt il-Ministeru li jmexxi tant tajjeb l-Onor.", "José Herrera, però l-messaġġ tiegħi huwa li din ir-responsabilità mhijiex ta' xi ħadd partikolari, ta' xi entità, ta' xi dipartiment, jew tal-Gvern imma hija ta' kull wieħed u waħda minna li ngħixu f'dan il-pajjiż.", "Naħseb li ħafna drabi għandna t-tendenza li nippontaw subgħajna lejn x'għandu jagħmel ħaddieħor u ninsew li bħala poplu għandna responsabilità wkoll fuq dak li huwa deskritt bħala żvilupp sostenibbli.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi li ppreżenta l-Ministru Herrera qed imur fid-direzzjoni li jwessa' r-responsabilità u qed iżid mal-Att prinċipali l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili li ċertament għandhom ir-responsabilità li jagħmlu ċertu xogħol li huwa importanti li jsir.", "L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma sabiex jiġu inklużi emendi minuri fl-Att, primarjament li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili kif ukoll dik tal-atturi soċjali fl-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli.", "F'dan ir-rigward nixtieq nagħmel xi rimarki fil-qosor fuq dik li nqis bħala d-dimensjoni estera tal-iżvilupp sostenibbli.", "Aħna m'aħniex maqtugħin mill-kumplament tad-dinja u allura għandna responsabilitajiet li rridu nwettqu f'pajjiżna, però bħala pajjiż membru tal-komunità internazzjonali, membru tan-Nazzjonijiet Uniti u membru ta' għaqdiet oħrajn multilaterali għandna nagħtu l-kontribut tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp sostenibbli mhux biss ta' pajjiżna imma b'mod ġenerali u allura dawk l-obbligi mhux biss irridu nwettquhom lokalment imma wkoll internazzjonalment.", "Għalhekk huwa tajjeb li din ir-responsabilità ma nħossuhiex għal pajjiżna biss imma nħossuha wkoll għall-kumplament tad-dinja.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-pjan il-ġdid ta' implimentazzjoni tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u l-kofinanzjament ta' proġetti tal-Overseas Development Aid.", "Din hija inizjattiva fejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ jalloka ammont ta' fondi li jkun hemm applikazzjonijiet għalihom minn NGOs li huma attivi fil-qasam tal-għajnuna internazzjonali biex ikunu jistgħu jagħmlu ċerti proġetti barra minn Malta f'reġjuni u f'lokalitajiet fejn huwa importanti li tingħata din it-tip ta' għajnuna.", "Kif għedt, aħna m'aħniex waħedna.", "Dak li semmejt bħala l-pjan il-ġdid ta' implimentazzjoni tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u l-kofinanzjament ta' proġetti li jaqgħu taħt l-Overseas Development Aid huwa parti mill-politika tal-Unjoni Ewropea u aħna bħala pajjiż, numru ta' xhur ilu adottajna din il-politika biex inkunu nistgħu noperaw f'dan il-qafas li qed ikun propost mill-Unjoni Ewropea.", "Dan il-pjan sar b'reazzjoni għall-adozzjoni tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp fl-2017, wara l-adozzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli fl-2015.", "Mela hawnhekk qed naraw qafas sħiħ; in-Nazzjonijiet Uniti nidew l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli fl-2015, imbagħad fl-2017 kellna l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp li jkompli jikkollabora dak li approvaw in-Nazzjonijiet Uniti.", "Aħna nafu li taħt is-sustainable development goals tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għandna 17-il għan li rridu nilħqu f'diversi oqsma, mhux biss għal pajjiżna imma bħala komunità internazzjonali u bħala pajjiżi membri tan-Nazzjonijiet Uniti li fiha 193 pajjiż.", "L-għan tagħna huwa li nimxu lejn l-2030 u nilħqu dawn il-miri li qed jitpoġġew quddiem kull pajjiż ieħor.", "Dan il-pjan jistabbilixxi linji gwida għal għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp sal-2030 u allura aħna qed nimxu fuq il-pjanijiet kemm tal-Unjoni Ewropea li aħna nabbraċċaw u għamilna tagħna bħala pajjiż, kif ukoll fuq l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.", "F'dan il-qasam Malta għandha miri li toffri assistenza internazzjonali li hija ekwivalenti għal 0.33% tal-GNI (Gross National Income).", "Sal-2017 bħala pajjiż irnexxielna nilħqu 0.21% tal-GNI ta' pajjiżna.", "Naturalment għadna ma wasalniex għall-mira ddikjarata internazzjonalment, li mhijiex obbligatorja, però nixtiequ li ftit ftit noqorbu lejha biex il-persentaġġ ta' għajnuna tkompli tiżdied bħala parti mill-obbligi internazzjonali tagħna u li hemm bżonn li nilħqu, li hija wkoll mira għal pajjiżi oħra.", "Sabiex inkomplu nimplimentaw l-obbligi tagħna bħala pajjiż fi ħdan il-politika għall-iżvilupp, bħal kull sena l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iniedi skema biex inkunu nistgħu nagħtu għajnuna finanzjarja għall-proġetti li qegħdin jitwettqu mill-NGOs Maltin li japplikaw biex iwettqu dawn il-proġetti f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.", "Dawn jiġu b'numru ta' proposti u inizjattivi li jiġu evalwati minn kumitat apposta fi ħdan il-Ministeru.", "Naturalment hemm kriterji li jkunu stabbiliti minn qabel, imbagħad isir ġudizzju fuq dawn il-proġetti biex jiġu ffinanzjati f'numru ta' pajjiżi.", "Ninsab informat li din is-sena bbenefikaw sitt proġetti li jaqgħu taħt dan il-programm, b'fond totali ta' madwar €135,000, li bihom qed jitwettqu proġetti fil-qasam tas-saħħa u tal-edukazzjoni, fost l-oħrajn.", "Fil-proċess tat-twettiq ta' dawn il-proġetti f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, minbarra li nkunu qegħdin nagħtu l-kontribut tagħna lil dawn iċ-ċittadini, inkunu qed inżidu l-viżibilità tagħna.", "L-objettiv tagħna huwa li nassistu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dawn il-pajjiżi bl-iskop li l-faqar jinqered darba għal dejjem permezz tal-politika għall-iżvilupp, u dan anke fl-isfond tal-Aġenda 2030.", "Hemm ukoll pjanijiet fil-qasam tal-edukazzjoni, fosthom li jrid ikun hemm edukazzjoni għal kulħadd.", "Aħna qed nagħtu s-sehem żgħir tagħna biex nagħmlu differenza f'komunitajiet ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Bħala Ministeru, aħna nkomplu nitkellmu b'mod kontinwu mal-NGOs li huma impenjati fil-qasam ta' din il-ħidma ta' żvilupp taħt l-Overseas Development Aid biex dejjem intejbu l-kontribut tagħna lil dawn il-pajjiżi.", "Bħala Ministeru nisimgħu dak li għandhom x'jgħidulna dawn l-għaqdiet u flimkien infasslu mod kif noħorġu s-sejħiet li ta' kull sena jiġu ppubblikati min-naħa tal-Ministeru fejn nagħtu kontribut għal kull proġett dwar kif għandna naħdmu flimkien.", "Irrid nuri s-sodisfazzjon tiegħi li wara li ftit tal-ġimgħat ilu kellna laqgħa ma' numru ta' NGOs li huma attivi f'dan il-qasam u tkellimna flimkien, fuq suġġerimenti tagħhom se ntejbu l-kontribut tal-Ministeru għas-sena d-dieħla ħalli l-proġetti li applikaw għalihom jingħataw aktar fondi.", "Nesiġu wkoll ċerti rekwiżiti min-naħa tagħhom u dan kien maqbul biex inkabbru l-viżibilità tal-pajjiż ħalli pajjiżna jagħti sehem fil-qasam internazzjonali, però niggarantixxu li dawn il-proġetti jkunu qed isiru b'mod tajjeb u b'mod sħiħ kif kien ippjanat.", "Nirringrazzja lill-NGOs u lill-membri tagħhom li attendew u pparteċipaw flimkien mal-persuni mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ li flimkien wasalna biex insaħħu dan il-programm anke fl-ammont ta' finanzi li nagħtu.", "Inħeġġeġ lill-NGOs li huma attivi fil-qasam tal-iżvilupp biex jiġu bi proġetti ambizzjużi li jħallu l-impatt tagħhom.", "Aħna spjegajna wkoll li nixtiequ li kemm jista' jkun niffokaw fuq ċerti pajjiżi u ċerti żoni li Malta qed turi daqsxejn aktar interess fihom, fosthom il-kontinent Afrikan, b'mod partikolari ż-żona tas-Subsahara fejn din is-sena se nkunu qegħdin niftħu ambaxxata ġdida fil-Ghana però hemm numru ta' pajjiżi oħrajn li identifikajna biex inkunu nistgħu nagħtuhom ftit aktar prijorità u biex l-impatt tal-fondi li nallokaw ikun qed jinħass aktar.", "Wara li tħabbar il-Baġit ninsabu f'pożizzjoni li s-sena d-dieħla nżidu l-allokazzjoni għal dan il-għan.", "Kif għedt, bħala Ministeru allokajna ammont ta' fondi li jlaħħqu l-€135,000 għal sitt proġetti u għas-sena d-dieħla l-ħsieb tagħna hu li jkollna madwar €500,000 li jmorru sabiex inkomplu bil-missjoni tagħna li ngħinu lil dawn il-pajjiżi.", "B'dan il-mod, mhux biss inkunu qed nilħqu l-miri tagħna jew noqorbu lejhom, imma nkunu qed inkabbru l-viżibilità ta' pajjiżna.", "Apparti minn hekk, meta ngħinu lil ċerti pajjiżi nkunu qegħdin nikkontribwixxu fil-qasam tal-immigrazzjoni.", "Aħna nafu li jekk noħolqu l-opportunitajiet fil-pajjiżi tal-oriġini, b'mod awtomatiku tonqos il-pressjoni fuq l-immigrazzjoni minn dawk il-pajjiżi.", "Din hija ħidma li se nkomplu nagħmlu fil-qafas tal-għajnuna għall-iżvilupp sostenibbli għax bħala pajjiż għandna responsabilitajiet mhux biss f'pajjiżna imma b'mod internazzjonali.", "Ħaġa oħra li nixtieq insemmi hija l-Voluntary National Review.", "Il-pajjiżi tan-Nazzjonijiet Uniti huma obbligati li fuq medda ta' snin - jidhirli fuq medda ta' tliet snin - jagħtu reviżjoni nazzjonali dwar fejn waslu fil-miri tagħhom bħala pajjiż taħt l-Aġenda 2030.", "F'Lulju ta' din is-sena mort New York taħt l-awspiċi tal-ECOSOC (Economic and Social Council), li huwa kumitat speċifiku fuq dan il-qasam, u hemmhekk ippreżentajt l-ewwel Voluntary National Review ta' Malta.", "Naturalment il-preparazzjoni għal dan ir-review kienet tinvolvi l-Ministeri kollha kkonċernati f'dawn l-oqsma differenti, fejn saret konsultazzjoni estensiva ma' diversi msieħba soċjali, entitajiet u organizzazzjonijiet.", "Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom biex bħala pajjiż, għall-ewwel darba tajna n-national review tagħna taħt l-Aġenda 2030.", "L-iżvilupp sostenibbli huwa suġġett ta' interess għal kulħadd, speċjalment pajjiż tad-daqs tagħna.", "Dan huwa suġġett fejn wieħed jista' jitkellem fuq diversi oqsma li jmissu mal-iżvilupp sostenibbli f'pajjiżna.", "M'aħniex l-uniku pajjiż li mexjin f'din id-direzzjoni imma ninsabu parti minn komunità internazzjonali aktar wiesgħa u allura hija responsabilità tagħna li b'mod nazzjonali nilħqu dawn il-miri u naspiraw li f'kull deċiżjoni li nieħdu jkollna l-konċett tal-iżvilupp sostenibbli f'moħħna u quddiem għajnejna.", "Però għandna responsabilitajiet internazzjonali li bħala pajjiż ninsabu obbligati li nimmiraw li nilħquhom malajr kemm jista' jkun.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa li nwarrbu l-politika partiġjana li kultant iġġegħilna nitkellmu b'ċertu mod u niffokaw aktar fuq kif nistgħu naħdmu flimkien għall-ġid ta' pajjiżna u għall-ġid ta' dak li jseħħ fid-dinja, li finalment huwa responsabilità tagħna wkoll.", "Nagħlaq billi nirringrazzja lil-Ministru José Herrera, lill-Ministeru tiegħu, u 'l-impjegati li jaħdmu f'dan il-qasam b'mod aktar dirett billi jikkordinaw ħidma fuq bażi nazzjonali, għax naf li mhuwiex faċli li wieħed iżewweġ l-interessi kollha li jista' jkun hemm f'pajjiż.", "Kif għedt fil-bidu, hija responsabilità mhux biss ta' xi entità, tal-Gvern, ta' xi dipartiment jew aġenzija, imma ta' kulħadd li naħdmu biex verament nilħqu l-miri tal-iżvilupp sostenibbli f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li l-għanijiet tiegħu huma li jsiru emendi minuri fl-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, primarjament biex tiżdied il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u dik tal-atturi soċjali fl-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli.", "Dan l-Abbozz jittratta emendi minuri li żgur ma tistax ma taqbilx magħhom, għax huwa tajjeb li tiżdied il-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni tas-soċjetà ċivili, kif ukoll dik tal-atturi soċjali meta niġu biex nieħdu xi deċiżjoni ambjentali.", "Kull politika għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli trid taċċerta ruħha mill-kontabilità u r-responsabilità ta' min jieħu d-deċiżjoni u ta' min jimplimentaha f'kull livell.", "Jiġifieri l-operaturi kollha fil-qasam ambjentali, l-uffiċjali governattivi, id-diversi awtoritajiet u kull ċittadin għandu jinżamm kontabbli f'dan is-sens.", "Aktar minn hekk, nemmen li din il-kontabilità trid tissarraf b'mod li kull min jipprova li jkun sofra xi telf fil-kwalità tal-ħajja minħabba deċiżjoni jew implimentazzjoni ta' deċiżjoni ħażina, jirċievi kumpens xieraq bil-liġi imma naturalment dan ma jistax jiġi implimentat mil-lum għal għada.", "L-ambjent huwa tal-Maltin kollha u għalhekk għandu jkun responsabilità tagħna lkoll.", "Il-politika nazzjonali għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli għandha titfassal mill-partijiet ikkonċernati kollha.", "Fil-kontest ta' pajjiż żgħir bħal tagħna b'riżorsi ambjentali limitati u b'densità ta' popolazzjoni fost l-ogħla fid-dinja, hemm bżonn ta' politika nazzjonali li tiżgura ambjent san u tippromwovi żvilupp sostenibbli, li għandha tkun aċċettata mis-setturi ewlenin tas-soċjetà.", "Żvilupp sostenibbli jitlob li jinżamm bilanċ bejn l-interessi umani, soċjali, ekonomiċi u ekoloġiċi.", "Madanakollu jiddispjaċini ngħid li ħafna mill-policies u proġetti proposti jħarsu biss lejn l-aspett ekonomiku għax ħafna drabi mhux qed nimxu mar-regolamentazzjoni biex isir il-kontroll meħtieġ biex ikunu evitati deċiżjonijiet mgħaġġla jew abbużi li qed iħallu impatt negattiv fis-soċjetà.", "Teżisti l-perċezzjoni żbaljata li l-progress u l-iżvilupp iġibu rigress.", "Fil-fatt huwa l-mod kif isir dan ir-rigress li jista' jkun problematiku.", "Sfortunatament ċerti professjonisti spiċċaw skjavi tas-suq minflok ma taw direzzjoni u edukaw lill-klijenti tagħhom.", "Dan huwa rifless sew fil-qasam tal-bini, fejn ġejna f'sitwazzjoni li qed igawdu l-ftit u ħafna qed ibatu.", "Għalhekk fil-kontest ta' pajjiż żgħir bħal tagħna, wieħed irid jiżen sew kif se nimmaniġġjaw il-bini fl-ibliet u fl-irħula, għax ħafna drabi dan in-nuqqas qed ikollu impatt ħażin fuq is-servizzi u fuq il-fibra soċjali tal-lokalità.", "F'dan ir-rigward, hemm bżonn li tingħata aktar attenzjoni lir-rabta bejn il-kwalità tal-bini, il-kwalità tal-ħajja u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.", "Ir-regolamenti tal-bini li diġà jinsabu fil-liġi għandhom ikunu inforzati partikolarment dawk dwar energy performance.", "Għandu jsir tfassil u użu intelliġenti ta' linji gwida raġunevoli li jirregolaw id-disinn urban sabiex jinħolqu spazji fejn ngħixu.", "Sur President, ma' dawn ma nistax ma nsemmix l-analisi tal-policies, il-liġijiet u r-regolamenti marbutin mal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżna, li ħafna drabi qed isiru aktar biex jindirizzaw is-sintomi milli l-kawża.", "Dan qed iwassal għal politika ambjentali kkaratterizzata minn inkonsistenza u konflitti li wasslu biex Malta tilfet tmien postijiet oħra fil-lista ta' pajjiżi li laħqu l-miri għall-iżvilupp sostenibbli.", "Din l-informazzjoni ħarġet min-Nazzjonijiet Uniti.", "Il-Malta Nature Trust, fl-istqarrija li ħarġet riċentement, qalet li t-tnaqqis mit-28 għat-30 post huwa tort tal-mod kif l-awtoritajiet mhux qed jagħtu kas il-kwestjonijiet soċjali u ambjentali ta' pajjiżna.", "Nisimgħu ħafna li l-ekonomija sejra tajjeb u jalla tibqa' tmur 'il quddiem, però wieħed ma jistax jinnega fatturi soċjali oħrajn, bħal titjib fis-soċjetà u l-ambjent, li mhumiex qed jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom.", "Ma nistgħux ma nirrikonoxxux li fil-passat pajjiżna laħaq livelli eċċellenti fil-miri stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti iżda l-iżvilupp eċċessiv u mhux sostenibbli, flimkien mat-tnaqqis sostanzjali ta' żoni miftuħa għall-familji, saru l-ordni tal-ġurnata.", "Dan flimkien mal-problemi tat-traffiku, l-għoli fil-prezzijiet tal-housing, l-obeżità, u n-nuqqas ta' inforzar.", "Hawn ma jistax jonqos l-appell għal strateġiji fit-tul, li fin-nuqqas tagħhom pajjiżna qed jirriskja li jibqa' mfakkar bħala li jara biss sal-ponta ta' mnieħru.", "Marbut ma' dan, hemm bżonn li jkollna edukazzjoni ambjentali mifruxa fuq is-setturi kollha, li għandha tkun il-bażi ta' kull inizjattiva indirizzata biex tippromwovi stil ta' ħajja sostenibbli.", "Wasal iż-żmien li mill-kliem ngħaddu għall-fatti u jsir investiment biex titfassal strateġija ambjentali sostenibbli li ilna nisimgħu dwarha imma qatt ma kellna xejn konkret fuqha.", "Dan kollu jwassalni biex ngħid kemm kienet deċiżjoni għaqlija meta l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nieda l-konċett ta' Eko-Għawdex li ġabar fih il-viżjoni għall-futur t'Għawdex.", "Din hija viżjoni li tara lil Għawdex u lis-soċjetà Għawdxija jittrasformaw ruħhom f'realtà sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali.", "Din hija viżjoni msejsa fuq il-potenzjal qawwi li joffri Għawdex, li tara kif permezz ta' dan il-potenzjal jintlaħqu miri ċari biex il-gżira timxi 'l quddiem.", "Din il-viżjoni kellha fil-mira tagħha kwalità ta' ħajja aħjar, soċjetà li tagħmel inqas pressjoni fuq l-ambjent, aktar impjiegi sostenibbli, aktar investiment ta' kwalità u tisħiħ tal-identità tal-gżira.", "Biex Għawdex jilħaq dawn il-livelli ġew ikkonsidrati ħafna aspetti fosthom l-agrikoltura, it-turiżmu, l-ambjent, l-ilma, l-edukazzjoni, l-enerġija, ir-riċerka, l-iskart, il-wirt storiku u kulturali u ħafna aspetti oħrajn li jsawru l-identità ta' din il-gżira.", "Għawdex huwa uniku fil-karatteristiċi tiegħu u għalhekk emminna li dawn il-karatteristiċi jistgħu jservu ta' opportunità biex ikompli jiżviluppa imma jistgħu jkunu l-kawża li jmur lura.", "Meta ġie varat il-proġett Eko-Għawdex, f'Għawdex kien għad hemm il-predominanza ta' konċetti antikwati li l-kwalità tal-ambjent u l-iżvilupp ma jistgħux jimxu flimkien u li wieħed irid ibati biex igawdi l-ieħor.", "Għal dan il-għan, Eko-Għawdex kellu l-iskop li jiffoka l-operat tiegħu biex mal-ambjent jintegra l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi tal-gżira kollha.", "Meta niġu għal proġetti ġodda f'Għawdex nifhem li kull proġett ta' żvilupp għandu l-prezz tiegħu u għalhekk huwa importanti li wieħed jiżen sew dak li jkun se jwettaq.", "Kultant il-ħsara li ġġib magħha deċiżjoni ħażina mhux dejjem tkun tista' tissewwa u dan a skapitu tal-ġenerazzjonijiet futuri.", "Kien hemm żmien meta dak li huwa Għawdxi u l-karatteristiċi tas-soċjetà Għawdxija, bħal pereżempju, ir-rata relattivament baxxa ta' kriminalità, it-trankwilità u l-edukazzjoni, mhux dejjem kienu jingħataw l-importanza mistħoqqa mill-awtoritajiet fil-promozzjoni f'Għawdex.", "Aspett ieħor importanti fil-proġett Eko-Għawdex kien li l-ambjent rurali jingħata l-protezzjoni kollha billi jitwaqqaf il-bini fuq art agrikola u jinħolqu opportunitajiet sabiex ikunu apprezzati aħjar il-ħajja rurali u l-biedja f'Għawdex.", "Meta niġu għall-popolazzjoni Għawdxija nsibu li jeżisti brain drain ta' żgħażagħ li qed jagħżlu li joqogħdu Malta kemm minħabba x-xogħol u anke biex jixtru proprjetà u jkollhom familja.", "Dan qed isir kemm għax f'Għawdex m'hemmx xogħol biżżejjed għall-Għawdxin kif ukoll minħabba li għax-xogħol li jsir hemmhekk wieħed jitħallas inqas minn meta jsir f'Malta.", "Kemm jista' jkun l-Għawdxi għandu jaħdem f'Għawdex stess imma dan il-għan huwa impossibbli li jintlaħaq minħabba li l-popolazzjoni hija żgħira u l-attività li tiġġenera hija limitata, allura min irid jispeċjalizza bilfors irid imur Malta u kultant anke f'pajjiżi oħrajn.", "Fl-opinjoni tiegħi, biex tiġi megħluba din is-sitwazzjoni hemm bżonn ta' aktar kreattività u għandhom jinħolqu jew jissaħħu l-inizjattivi sabiex ikunu attirati aktar nies biex joqogħdu f'Għawdex, bħal pereżempju, l-organizzar ta' avvenimenti internazzjonali, it-twaqqif ta' skejjel tal-Ingliż speċjalizzati għall-professjonisti u inċentivi għall-irtirar f'Għawdex.", "Fuq kollox, hemm bżonn ta' strateġija ċara għal żvilupp imprenditorjali sostenibbli f'Għawdex u ħolqien ta' aktar intrapriżi li jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi tal-iżvilupp ekonomiku.", "Nemmen li l-programm Eko-Għawdex, il-Malta Enterprise u l-banek, għandhom joħolqu ambjent u infrastruttura li tinċentiva inizjattivi sabiex ikun hemm aktar investiment xieraq f'Għawdex.", "It-turiżmu, b'mod speċjali t-turiżmu rurali, jidher li joffri opportunità tajba għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kultura Għawdxija.", "Għandha tingħata attenzjoni biex dan l-iżvilupp ikun sostenibbli u b'hekk jissaħħaħ l-ambjent naturali, soċjali, storiku, u kulturali li qed jattira t-turiżmu lejn din il-gżira.", "Bħalissa għaddejja d-diskussjoni dwar il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex.", "Jien personalment nemmen li hemm bżonn li dan il-proġett ikun studjat sew biex tiġi evitata l-għaġla u ma jkunux indirizzati biss il-miri immedjati.", "Dan l-istudju għandu jevalwa bir-reqqa x'se jkun il-prezz ekonomiku biex tinbena u tkun sostnuta din il-mina, il-prezz soċjali u ekoloġiku li se jkollna nħallsu għaliha u x'se tkun qed trodd lura fil-futur.", "Hawnhekk irrid inkun ċar.", "M'iniex ngħid li l-mina m'għandhiex issir, anzi jalla ssir u tkun ta' ġid għal Għawdex.", "Li qed nesprimi hu li qabel ma nikkommettu ruħna u ngħidu li l-mina se ssir akkost ta' kollox, għandhom isiru studji bil-għaqal fejn niżnu l-impatti negattivi u pożittivi li se jirriżultaw minn dan il-proġett.", "Jiddispjaċini ngħid li s'issa għadna ma rajna l-ebda studju konkret.", "Issa se niġi għall-aħħar parti tad-diskors tiegħi billi ngħid li m'għandniex nassoċjaw is-sostenibilità mal-ambjent biss.", "Ħafna drabi naraw biss l-impatt li l-iżvilupp ikollu fuq l-ambjent, imma s-sostenibilità wkoll għandha impatt fuq l-aspett ekonomiku u soċjali fil-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Drabi oħra ninjoraw għalkollox dawk l-attivitajiet li bħala individwi nwettqu ta' kuljum, minn x'ħin inqumu filgħodu sa x'ħin norqdu filgħaxija, bħal waqt li nkunu qed nivvjaġġaw, waqt ix-xogħol, fil-ħin tal-iskola, waqt l-ikel u saħansitra waqt li nkunu qed nirrikreaw ruħna.", "Kull attività li nkunu involuti fiha għandha sservi biex isiru bidliet li jista' jkollhom impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Hawn ma nistax ma nirreferix għall-klima ekonomika tajba li bħalissa jinsab għaddej minnha pajjiżna.", "Huwa tajjeb li pajjiżna jgawdi minn din l-ekonomija tajba però nkunu qed nonqsu jekk ma naħtfux din l-opporotunità biex insarrfuha f'miżuri sostenibbli.", "Meta niġu għall-impatt li l-kwalità ħażina tal-ambjent għandha fuq saħħitna jidher li hemm tendenza li naċċettaw prattiċi ħżiena għall-ambjent u għal saħħitna.", "Biex verament nieħdu ħsieb is-saħħa taċ-ċittadini, jeħtieġ li tidher aktar biċ-ċar ir-relazzjoni li hemm bejn saħħitna u l-kwalità tajba tal-ambjent.", "Biex dan isir, jeħtieġ li jitjieb ferm il-mod kif isir il-moniteraġġ fuq il-kwalità tal-ambjent li ngħixu fih.", "F'dawn l-aħħar snin sar ftit wisq progress f'dan il-qasam u l-progress li sar jidher li kien sforzat mid-direttivi u r-regolamenti ambjentali tal-Unjoni Ewropea.", "Filwaqt li huwa tajjeb li nimplimentaw il-miżuri tal-Unjoni Ewropea rridu noqogħdu attenti li l-informazzjoni li nkunu qegħdin niġbru ma tkunx relevanti biss biex naqdu l-obbligazzjonijiet Ewropej iżda sabiex l-ewwel u qabel kollox ikollna t-tagħrif meħtieġ biex inkunu nistgħu nagħmlu l-għażliet li rridu nagħmlu fl-aħjar interess taċ-ċittadin.", "Għalhekk nażżarda ngħid li meta niġu għas-sostenibilità, Malta m'għandhiex tkun kuntenta biss billi timplimenta l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.", "Biex verament inkunu nistgħu ngħidu li aħna l-aħjar fl-Ewropa, hemm bżonn li nintroduċu miżuri sostenibbli li jmorru lil hinn mill-aġenda tal-Unjoni Ewropea.", "Dan jista' jwassal biex Malta verament tkun promotur tas-sostenibilità u mhux sempliċement timxi fuq il-passi li jordnalha ħaddieħor.", "Dan il-għan ma jintlaħaqx waħdu jew billi nagħmlu wegħdiet fiergħa.", "Huwa importanti li nirrikonoxxu li s-solidarjetà mhijiex responsabilità ta' Ministru wieħed imma l-Ministri kollha jridu jikkoordinaw flimkien biex verament inkunu sostenibbli.", "Għalhekk għandu jkun hemm esperti li jkollhom l-entużjażmu u l-kuraġġ li jkunu promoturi tal-miżuri ta' sostenibilità fid-dipartimenti u l-awtoritajiet tal-Gvern, individwi li ma jibżgħux jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw fit-tajjeb il-ġenerazzjonijiet futuri tagħna, anke jekk dawn id-deċiżjonijiet ma tantx ikunu popolari.", "Biex jikkumplimenta dan, irid ikun hemm strutturi f'posthom li jikkoordinaw din il-ħidma fil-Ministeri kollha.", "Għal dan il-għan jeħtieġ li jsir tibdil fl-istrutturi amministrattivi u tekniċi ta' diversi entitajiet u awtoritajiet li jagħmluha ta' regolaturi.", "Biex din il-miżura tkun effettiva jrid jinħatar uffiċjal f'kull Ministeru, biex flimkien jikkordinaw miżuri sostenibbli u jkunu jistgħu jintlaħqu miri kemm fl-immedjat kif ukoll fit-tul.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas, jeħtieġ sforz ġenwin mill-awtoritajiet li bil-liġi għandhom rwol ta' regolaturi f'oqsma bħall-ippjanar, l-iżvilupp u l-immaniġġar tar-riżorsi, sabiex ikunu indipendenti mill-politiċi f'kull deċiżjoni li jieħdu.", "Nagħlaq billi ngħid li jekk nimxu fuq din il-linja żgur li nirnexxu fis-sostenibilità u jkollna pajjiż li jkun jixraqlu li jkun l-ewwel fl-Ewropa għax ikun ħa d-direzzjoni ta' sostenibilità, linja tajba li tkun mexxietu 'l quddiem.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, din il-ġimgħa kelli l-opportunità li nattendi s-60 laqgħa tal-COSAC mal-Onor.", "Edward Zammit Lewis fi Vjenna fejn ġew diskussi diversi suġġetti li bħalissa qegħdin jiġu ttrattati fl-Unjoni Ewropea.", "Wieħed minn dawn is-suġġetti kien dwar il-klima u dik li qed tissejjaħ l-Energy Union.", "Għalhekk, fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq nagħmel referenza għal dak li ġie diskuss f'din il-laqgħa u dwar suġġett li jirrelata kważi b'mod dirett mal-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu llum.", "Fl-2007 l-Unjoni Ewropea kommettiet ruħha li tnaqqas il-greenhouse emissions b'20% minn dawk tal-1990 u li żżid l-enerġija rinovabbli b'20% sas-sena 2020.", "Dan l-impenn li ħadet l-Unjoni Ewropea kien ġie trasformat f'liġi fl-2008.", "Ta' min jgħid li għalkemm ix-xewqa tal-Unjoni Ewropea kienet li l-mira ta' 20% titla' għal 30% fl-2020, sfortunatament din ma ntlaħqitx għal diversi raġunijiet.", "Rigward il-climate policy l-Unjoni Ewropea ffissat miri fuq tliet passi prinċipali, ċjoè x-short-term, il-medium-term u l-long-term.", "Il-miri short-term li jridu jintlaħqu sal-2020 jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet b'20% fuq dak li kien hemm fl-1990; li 20% tal-enerġija kollha li nużaw tkun rinovabbli u li tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni tal-enerġija b'20%.", "Il-miri medium-term li jridu jintlaħqu sal-2030 u li jkomplu fuq dawk li jkunu saru fl-2020 jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet minn 20% għal 40% fuq dawk tal-1990; li 27% tal-enerġija kollha li tkun użata tkun enerġija rinovabbli u li tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni tal-enerġija b'27%.", "Hemm imbagħad il-miżuri long-term li l-Unjoni Ewropea qed tippjana li jintlaħqu sal-2050 jiġifieri madwar 30 sena oħra.", "Dawn huma miri interessanti ħafna li jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet bejn 80% u 95% fuq dawk tal-1990; l-evoluzzjoni tal-Unjoni Ewropea li jkollha high energy efficiency and low carbon economy.", "Dan irid iwassal għal boost qawwi fl-ekonomija tal-Unjoni Ewropea, il-ħolqien ta' diversi impjiegi u li tissaħħaħ il-kompetittività fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-miri ambizzjużi jistgħu jintlaħqu biss jekk il-pajjiżi kollha li jifformaw l-Unjoni Ewropea jimxu fuq linja waħda.", "Biex tinkoraġġixxi dan l-Unjoni Ewropea qed tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-membri tagħha.", "Għal dan il-għan, il-baġit tal-2014/2020 kien jikkonċentra l-aktar fuq dawn l-inizjattivi, tant li 20% minnu kien ivvotat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, liema finanzjament wara l-2020 se jiżdied minn 20% għal 25%.", "Barra minn hekk, il-baġit għall-ambjent u t-tibdil fil-klima permezz tal-programm LIFE żdied b'mod sostanzjali għax żdied b'60%.", "Dan huwa l-aktar programm li żdied il-finanzjament tiegħu għax kważi żdied b'€2 biljun għas-snin 2021/2027.", "Huwa interessanti l-fatt li l-Unjoni Ewropea integrat il-protezzjoni tal-klima mal-finanzjament ta' diversi programmi, fosthom l-iżvilupp reġjonali, l-enerġija, it-trasport, ir-riċerka u innovazzjoni, il-Common Agricultural Policy u l-EU Development Policy.", "Dan juri biċ-ċar l-impenn li għandha l-Unjoni Ewropea biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b'mod realistiku u mhux fuq il-karta biss.", "L-Unjoni Ewropea marret oltre minn hekk għax tifforma parti mill-ftehim li ġie addottat fil-Paris Climate Change Agreement jew kif inhu msejjaħ il-COP 21 li se jidħol fis-seħħ fl-2020.", "Dawk kollha li jifformaw parti minn dan il-ftehim qablu li ż-żieda globali fit-temperatura minn żewġ ċentigradi għandha tiġi limitata għal ċentigrad, biex jitnaqqas il-livell tal-global warming u tonqos it-theddida għall-produzzjoni tal-ikel.", "Għal dan il-għan il-partijiet kollha li jifformaw parti minn dan il-ftehim se jiltaqgħu fit-3 u fl-4 ta' Diċembru li ġej fil-Polonja, fejn se jsir l-ewwel stocktaking exercise globali u se jiġi diskuss kif l-impenji kollha li kien hemm qbil dwarhom jistgħu jwasslu biex jintlaħqu l-miri stabbiliti.", "Waqt id-diskussjonijiet li saru din il-ġimgħa ntqal li bla dubju ċ-ċavetta biex tiġi implimentata l-Energy Union Strategy hija r-riċerka u l-innovazzjoni.", "Waħda mis-soluzzjonijiet għat-tnaqqis fl-emissjonijiet hija r-renewable hydrogen li huwa mezz ta' kif nieħdu l-enerġija mill-idroġenu.", "Għalkemm għaddejjin ir-riċerki fuq hekk, ta' min jgħid li din mhijiex xi ħaġa li skoprejnieha llum.", "Fil-fatt mill-ftit riċerka li għamilt sibt li sa mill-1839 u l-1874, jiġifieri kważi 200 sena ilu, Jules Verne fil-ktieb tiegħu The Mysterious Island, kien kiteb li l-ilma għad ikun il-faħam tal-futur.", "Riċentement in-NASA, f'diversi missjonijiet tagħha, għamlet użu mill-idroġenu u għalhekk waħda mill-inizjattivi prinċipali tal-Presidenza Awstrijaka hija l-Hydrogen Initiative.", "Din l-inizjattiva għandha l-appoġġ ta' diversi kumpaniji u organizzazzjonijiet li kkommettew ruħhom li jippromwovu r-riċerka u l-koperazzjoni bejniethom kif ukoll l-investiment.", "Fil-kontest ta' dan kollu wieħed irid jara x'qed jagħmel pajjiżna bħala membru tal-Unjoni Ewropea biex jintlaħqu dawn il-miri.", "Kif jaf kulħadd, Malta bħala l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea għandha ħafna sfidi imma nibża' li jekk m'aħniex se nfasslu pjan fit-tul, dawn l-isfidi ma jingħelbux.", "Dak li qed jinkwieta lili u lil bosta nies bħali hu li jekk dan il-Gvern m'għandux pjan fit-tul għad-diversi oqsma li b'mod jew ieħor se jkomplu jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum, id-diversi miri tal-Unjoni Ewropea ma jintlaħqux speċjalment f'dak li jikkonċerna t-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-ambjent sostenibbli.", "Kif diġà għedt, l-Unjoni Ewropea integrat il-protezzjoni tal-klima mat-trasport, element li għandu kejl sostanzjali rigward l-ambjent sostenibbli.", "Sfortunatament huwa f'dan il-qasam li pajjiżna qed jirrokka, għax għalkemm it-tema tal-Baġit ta' din is-sena kienet Ngħixu s-Suċċess, jibqa' l-fatt li, fl-opinjoni tiegħi, dak li sar fit-trasport, kien bla viżjoni fit-tul.", "Għalkemm dan il-Ministeru dejjem ħaddan waħda mill-problemi prinċipali li għandna f'pajjiżna – kull min qed jismagħna jaf x'jien ngħid – li fniet lill-poplu Malti u Għawdxi, ċjoè t-traffiku u l-konsegwenzi li jġib miegħu, b'mod speċjali t-tniġġis tal-arja, sfortunatament il-Gvern baqa' passiv u l-uniku pjan li għandu għat-trasport huwa li jwessa' t-toroq.", "Issa jekk se twessa' t-toroq se żżid il-karozzi, u jekk se żżid il-karozzi se toħloq aktar tniġġis tal-ambjent.", "Il-Gvern mhux qed jipprova jfassal pjan ta' kif innaqqsu l-karozzi ħalli nnaqqsu t-tniġġis.", "Pereżempju l-Gvern seta' jippromwovi l-użu tar-roti billi jintroduċi aktar bicycle lanes; seta' jħajjar aktar nies jużaw it-trasport pubbliku billi fejn sar xogħol ta' twessigħ introduċa aktar bus lanes u konna naslu għal sistema ta' trasport pubbliku aktar effiċjenti u affidabbli u seta' jinċentiva l-użu tal-karozzi tal-elettriku.", "Veru li hemm il-grants però fl-aħħar mill-aħħar jekk tinvesti f'karozza tal-elettriku mhux il-grants biss trid, imma trid li tkun aġevolat fit-triq.", "B'hekk tkun qed tinkoraġġixxi aktar nies jinvestu f'karozzi tal-elettriku.", "Pereżempju lanqas qed jingħata ċans għall-mixed use.", "Meta tkun qiegħed barra minn Malta tara n-nies jitilgħu fit-trasport pubbliku bir-rota, mentri hawn Malta sfortunatament ma tistax tagħmel parti mit-traġitt bir-rota u mbagħad tkompli bil-karozza tal-linja.", "L-istess ngħid għall-car sharing u l-car pooling.", "Ma nistgħux nippretendu li n-nies jagħmlu użu minnhom jekk ma nipprovdulhomx infrastruttura li taġevolahom.", "Dan juri li għalkemm dan il-Gvern għandu ferneżija sħiħa biex iwessa' t-toroq ħalli jżid il-car capacity fit-toroq, ma ġiet introdotta l-ebda alternattiva prattika ta' mobilità.", "Jekk hemm bżonn twessa' t-toroq, tagħmel sew li twessa' t-toroq, imma f'dak it-twessigħ trid tinkorpora aktar bicycle lanes u bus lanes, ħalli min jipprova jagħmel użu alternattiv minn dak tal-karozza privata, ikun moqdi aħjar.", "Skont statistika li ġiet ippubblikata riċentement mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sfortunatament insibu żieda allarmanti ta' nies li tilfu ħajjithom f'inċidenti tat-traffiku - dawn żdiedu għal 23 fl-2016 u dan huwa inkwiet – imma minflok qed noqorbu lejn il-miri tal-Unjoni Ewropea li fl-2020 ninżlu għal nofs l-imwiet li kien hawn fl-2010, qed nitbiegħdu minnhom.", "Dawn iċ-ċifri juru biċ-ċar li l-karozzi minflok ma qed jonqsu, qed jiżdiedu b'mod allarmanti ħafna aktar milli jiflaħ pajjiżna.", "Fil-fatt fit-tliet snin bejn l-2013 u l-2016 żdiedu madwar 45,000 karozza, li jiġu madwar 1,250 karozza fix-xahar u dan wassal għal żieda ta' 12% fil-carbon dioxide fl-arja fi tliet snin biss.", "Mela minflok ma nipprovaw nersqu lejn il-miri tal-Unjoni Ewropea, li huma ċari u li hemm impenn mill-pajjiżi kollha li jintlaħqu, sfortunatament hawn Malta, forsi minħabba nuqqas ta' ippjanar serju, waħda mill-problemi prinċipali tal-emissjonijiet hija t-tniġġis mit-traffiku, għax mill-ħażin morna għall-agħar u spiċċajna f'sitwazzjoni fejn vjaġġ ta' kwarta jew 20 minuta qed jieħu siegħa, siegħa u kwart, jew siegħa u nofs, bil-konsegwenza ta' aktar ħela ta' fuel li jsarraf f'aktar tniġġis tal-arja li nieħdu n-nifs minnha.", "Il-fatt li llum Malta spiċċat ir-raba' mill-aħħar fl-Unjoni Ewropea fil-kwalità tal-arja se jwassal għal multi kbar jekk nispiċċaw f'pożizzjoni li ma nlaħħqux mal-miri ambizzjużi tal-Unjoni Ewropea.", "Mela filwaqt li wliedna u wlied uliedna qed imutu ftit ftit, bl-ammont esaġerat ta' tniġġis fl-arja li għandna f'pajjiżna, min-naħa l-oħra għandna Gvern li ħareġ bis-slogan Ngħixu s-Suċċess.", "Suċċess għal min u fiex?", "Fit-tniġġis tal-arja?", "Minkejja li l-poplu mit-taxxi qed iħallas madwar €30 miljun f'sussidju għat-trasport pubbliku, sfortunatament għandna trasport pubbliku li mhuwiex ilaħħaq mal-bżonnijiet u mhux qed jilħaq l-ambizzjonijiet ta' dawk kollha li jużaw dan is-servizz.", "Sfortunatament fil-qasam ambjentali dan il-Gvern falla bil-kbir speċjalment fit-tniġġis tal-arja.", "Meta toqgħod taħseb malajr tirrealizza li ma nistgħux innaqqsu t-tniġġis tal-arja meta l-unika alternattiva għall-karozza privata, li huwa t-trasport pubbliku, minkejja qed nippompjawlu l-miljuni ta' ewro, bilkemm ma marx għall-agħar minflok mar għall-aħjar!", "Wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li x-xogħlijiet tat-toroq li qed isiru mhux qed jitlestew fil-ħin stipulat u dan qed joħloq iġġammjar ta' karozzi f'toroq alernattivi li qed ikunu mgħobbijin minħabba li t-triq li tkun qed issir tkun magħluqa.", "Apparti minn hekk, qed ikun hemm tniġġis mit-trabijiet u tniġġis ieħor li jaffettwa l-ħajja tan-nies li jgħixu hemmhekk.", "Triq partikolari li ssemmiet hija Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq, li qiegħda fid-distrett tiegħi u li ngħaddi minnha jew viċin tagħha darbtejn jew tliet darbiet kuljum.", "Minħabba nuqqas ta' ppjanar min-naħa tal-Gvern, li minflok ma ra li jinħarġu t-tenders kollha neċessarji ħalli meta jibda x-xogħol ikun jista' jibqa' għaddej u mhux inlestu biċċa mix-xogħol imbagħad noħorġu tender oħra u noqogħdu nistennew biex jitkompla x-xogħol, ix-xogħol f'din it-triq minflok sitt xhur ħa tliet snin.", "Dan wassal biex arterja prinċipali fiż-Żurrieq spiċċat magħluqa b'diversi devjazzjonijiet biex il-karozzi jgħaddu minn toroq alternattivi.", "Dan affettwa ħażin mhux biss lin-nies li joqogħdu f'din it-triq imma wkoll lin-nies li joqogħdu fit-toroq tal-madwar, li fix-xitwa kellhom ħafna trabijiet, tajn u ċaflis bil-konsegwenza li nħolqot ħafna skumdità.", "Jista' jkun li dan wassal ukoll għal ċertu mard għar-residenti ta' din it-triq u tal-madwar.", "Hawn irrid insemmi triq oħra li tmiss magħha, li hija Triq il-Kuċċard.", "Is-sitwazzjoni ta' din it-triq hija agħar għaliex ix-xogħol kien beda fl-2012, imbagħad fl-2013 waqaf u għadu wieqaf sal-ġurnata tal-lum!", "Huwa ħażin li biex nagħmlu triq li suppost tieħu ftit xhur biex issir, nispiċċaw nieħdu s-snin.", "Bir-rispett lejn kulħadd, ninkwieta meta fid-diskors tal-Baġit naqra li l-Gvern se jżewweġ ix-xogħol tat-toroq maż-żamma tas-siġar għax kulħadd jgħix f'pajjiżna u kulħadd jaf x'inhu jsir.", "Iżżewweġ ix-xogħol tat-toroq maż-żamma tas-siġar wara l-isfreġju sħiħ li sar minn kull siġra li kellna f'kull triq f'pajjiżna, meta dawn bi ftit ħsieb setgħu jiġu integrati fil-proġetti nfushom?!", "Ħalli nagħmluha ċara, l-iskuża li kull siġra tagħmel il-ħsara għalija mhijiex skuża.", "Illum m'għadniex ngħixu fil-passat.", "Illum sar l-iżvilupp neċessarju u għandna l-għarfien tekniku biex fis-sengħa tal-bini tat-toroq hemm mod kif jiġu mħawla siġar u fl-istess ħin ma tagħmilx ħsara lit-triq.", "Li tgħaddi minn triq fejn ħlief konkors u tarmak ma tarax, naħseb li huwa differenti milli tgħaddi minn triq fejn mal-konkos u t-tarmak tara naqra ħdura.", "Naħseb li għandna naħdmu bil-għan li fit-toroq jiġu integrati s-siġar u jekk hemm bżonn ikunu siġar li ma jagħmlux ħsara lit-toroq.", "B'hekk lit-toroq nagħtuhom aktar ħajja.", "Kif qalu l-kelliema ta' qabli, huwa importanti li jkollna ambjent li jirrispetta lil dawk kollha li jgħixu fih.", "Dan huwa nuqqas li sfortunatament in-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta għandhom żvantaġġ kbir minħabba fih.", "Dan semmieh ukoll l-Onor.", "Pereżempju l-ajruport, li qiegħed fin-naħa t'isfel ta' Malta, imiss ma' diversi rħula.", "Il-flight path jgħaddi minn fuq Birżebbuġa, l-Imqabba, Ħal-Luqa, il-Gudja, iż-Żurrieq u l-Qrendi, li sfortunatament qed ibatu min-noise pollution.", "Hemm ukoll l-industriji li jirranġaw l-ajruplani li qegħdin viċin Ħal Kirkop li wkoll imiss mal-ajruport.", "Jien għamilt 25 sena noqgħod Ħal Kirkop u naf li dawn meta jkunu qed jirranġaw xi ajruplan, x'ħin ifettlilhom jibdew jirrejżjaw il-magni, jista' jkun f'nofsillejl, fis-1.00 a.m. jew fit-3.00 a.m. Wieħed jifhem li dawn iridu jaħdmu imma llum hemm teknoloġiji avvanzati.", "Pereżempju meta sar il-pont tal-Kappara tpoġġew sound barriers biex kemm jista' jkun inaqqsu l-istorbju lir-residenti.", "Allura f'industriji bħal dawn għalfejn ma jsirx l-istess?", "Sur President, għal snin twal fiż-Żurrieq batejna bil-miżbla ta' Wied Fulija, li sfortunatament għadna nbatu l-konsegwenzi tagħha sal-ġurnata tal-lum.", "Problema oħra fin-naħa t'isfel ta' Malta huwa l-Freeport.", "Nifhem li dan huwa parti mis-sinsla prinċipali tal-ekonomija ta' pajjiżna, u nieħu pjaċir li din l-industrija qed tagħmel progress għax qed jiżdied ix-xogħol u qed jiżdied ix-xogħol tat-trasbord, però nieħu pjaċir aktar kieku ftit mill-qligħ ta' dawn il-kumpaniji jmur biex isir investiment biex lir-residenti, speċjalment ta' Birżebbuġa - għalkemm meta jkun jaqbel ir-riħ, il-ħsejjes jinstemgħu anke minn Ħal Kirkop, miż-Żurrieq, minn Ħal Safi u minn diversi lokalitajiet oħra - jitnaqqsilhom in-noise pollution.", "Nikkonferma li teżisti problema minħabba ġarr ta' containers u, kif għadu kemm qal il-kelliem ta' qabli, kif qaluli n-nies u jien ġieli kont hemmhekk ukoll, il-humming noise ġieli jdum għaddej erbat ijiem ma jaqta' xejn u l-anzjani u n-nies li jgħixu hemmhekk ikollhom joqogħdu jisimgħu dak l-istorbju kontinwu.", "Għalhekk naħseb li huwa tajjeb li jsir dan l-investiment però għandu jsir ukoll biex innaqqsu l-inkonvenjent għar-residenti tal-madwar.", "Qed tissemma wkoll it-trakka tal-karozzi, li jien m'iniex kontra tagħha għax min hu dilettant għandu d-dritt li jipprattika d-delizzju tiegħu - hawn dilettanti tal-karozzi, tal-carting u tal-muturi - però ma naqbilx li din għandha ssir Ħal Far jew f'xi post in-naħa t'isfel ta' Malta.", "Naħseb li ilna s-snin inbatu minn diversi industriji li ġew lokati fin-naħa t'isfel ta' Malta, fosthom l-ajruport, il-Freeport u l-industrial estates.", "Għalhekk naħseb li issa wasal iż-żmien li dawn in-nies jingħataw ftit tan-nifs.", "It-trakka tal-karozzi ssir, mela le, però għandu jinstab post alternattiv.", "Sur President, biex nagħlaq irrid ngħid li ċ-ċifri ppubblikati mill-Gvern juru li jeħtieġ li jkollna strateġija moderna bi pjan fit-tul biex ikollna ambjent sostenibbli.", "Dan għandu jsir bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra ħalli nkunu nistgħu nilħqu r-rekwiżiti u l-miri tal-Unjoni Ewropea li jkollna tnaqqis fl-emissjonijiet u ambjent sostenibbli.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Jekk m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru José Herrera biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nixtieq nirringrazzja lill-kelliema kollha għall-kontribut li taw dwar dan is-suġġett daqstant importanti.", "Il-vantaġġ li tkun f'parlament u tiddibatti suġġett jew liġi in disamina huwa li tkun tista' tiddibatti xi ftit fid-dettall u tagħmel apprezzament b'mod ġenerali tas-suġġett li jkun qed jiġi diskuss, li f'dan il-każ huwa l-iżvilupp sostenibbli.", "Biex nippuntwalizza u ma noħorġux barra mis-suġġett irrid ngħid li sfortunatament hemm uħud li jaħsbu li meta titkellem fuq żvilupp sostenibbli tkun qed titkellem biss fuq l-ambjent però dan mhuwiex il-każ.", "Fil-fatt hemm 17-il mira għall-ambjent li ġew iddikjarati ftit snin ilu min-Nazzjonijiet Uniti, u hemm tliet pilastri ewlenin fl-iżvilupp sostenibbli, li huma s-soċjal, l-aspett ekonomiku u l-ambjent.", "Mela dawn it-tliet pilastri ewlenin li jfissru sostenibilità fil-pajjiż iwelldu 17-il mira.", "Il-Prim Ministru, korrettement, kif ġara fil-pajjiżi kollha u mhux tal-Unjoni Ewropea biss, qed jagħmel l-ambjent bħala l-focal point għas-sostenibilità.", "Dan għaliex dak li jirfed l-aspetti l-oħrajn kollha huwa l-ambjent, però biex inkun ċar, inkunu skorretti jekk ngħidu li sostenibilità hija biss l-ambjent.", "Dak kien l-ewwel punt tiegħi.", "Nixtieq nieħu l-opportunità li nirrispondi għal ċerta kritika li saret però qabel irrid ngħid li biex verament ikollna soċjetà li tersaq aktar lejn il-konċett tas-sostenibilità, huwa importanti li jkollna l-edukazzjoni.", "Qabel, f'Malta u kullimkien, in-nies kienu jaraw biss sa mneħirhom.", "Kienu jaraw dak li huwa prattiku li jsir fil-mument u ma jaħsbux fil-futur.", "Bażikament, meta titkellem fuq is-sostenibilità, trid tara lil hinn mill-futur qarib u trid tħares lejn il-patrimonju li rridu nħallu lil uliedna, lil ulied uliedna, u lilna nfusna meta għada pitgħada nikbru iżjed.", "Aspett importanti biex nippromwovu s-solidarjetà hija l-edukazzjoni, u l-ġenerazzjoni li tielgħa, sa minn età żgħira, qed tiġi mgħallma dwar x'inhu sostenibbli.", "Dan qed jgħin biex jikkrea aktar għarfien fil-grupp żagħżugħ ta' pajjiżna u naħseb li ż-żgħażagħ tal-lum se jkunu aktar konxji minn dan l-aspett milli konna aħna.", "Aħna, minħabba ċ-ċirkostanzi tad-dinja tal-lum, we got a shrewd awakening u rrealizzajna li l-attività tal-bniedem qed timpatta serjament id-dinja u l-popli, ħaġa li qatt ma konna nippretenduha fil-passat.", "Din bdejna nħossuha biss f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin u għalhekk tista' tgħid li d-dinja kollha vvotat favur dik il-konvenzjoni fejn għidna li wasal iż-żmien li nibdew nagħmlu l-affarijiet b'mod sostenibbli.", "Minħabba f'hekk f'dan il-pajjiż għandna struttura biex nilqgħu għal din l-isfida li bażikament hija komposta kif normalment ikunu komposti l-Ministeri l-oħra.", "Fil-fatt fid-dekasteru tiegħi għandi direttorat ikkappeġġat minn persuna ta' ċerta ħila u allura għandi dipartiment li jikkonċerna s-sostenibilità.", "Id-diffikultà tas-sostenibilità hi li fil-politika laterali ma nistax niddeċiedi kollox jien.", "Jien nista' niddeċiedi kollox għal dak li għandu x'jaqsam mal-Ministeru tiegħi però rrid inwassal il-messaġġ lil dekasteri oħra u nimponi ċerti deċiżjonijiet fuq Ministeri oħra.", "Pereżempju għada se jkolli press conference, li m'iniex se nagħti dettalji dwarha, fuq dokument dwar sostenibilità, li se jaffettwa d-dekasteri kollha tal-pajjiż.", "Mela biex jien nimplimenta politika rrid nimplimenta din it-tip ta' politika, imbagħad għandi mekkaniżmu li għadu ġdid u li diġà qed jagħti l-frott.", "Dan huwa wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Ewropa fejn għandna liġi li tittratta s-sostenibilità fil-pajjiż, li huwa tajjeb, u din il-liġi bażikament tikkrea żewġ strutturi.", "Jien ħadt ħsieb li nassigura li dan il-Guardian imexxi, u ninsab kuntent ħafna bil-komponiment tal-Guardian kif inhu llum.", "Din mhijiex xi ħaġa faċli għax hawnhekk you are treading in new areas u mhijiex xi ħaġa li ilha teżisti ħafna.", "Min imexxi l-Guardian for Future Generations irid ikollu ċertu kuraġġ għax mhuwiex faċli li tara kif se tmexxi dan il-konċett 'il quddiem u żżomm f'moħħok is-17-il miżura li rridu nimplimentaw mill-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk irrid insellem liċ-Chairperson Maurice Mizzi għall-inizjattivi li qed jieħu, u nirringrazzjah pubblikament għall-kritika kostruttiva li jagħmel lili.", "Meta appuntajt il-guardianship għamiltha ċara li qed nagħmel guardian u qed nappunta tim li huwa high profile għax nemmen fl-awtonomija tagħhom u nieħu gost biha meta ssir kritika kostruttiva.", "Se jkolli ngħid li l-Guardian ma qagħadx lura milli jagħmel ċerta kritika, anke fil-konfront tiegħi, u din ħadtha bħala xi ħaġa pożittiva għax hu qiegħed hemm ukoll biex iżomm il-brejkijiet fuqi u fuq il-Gvern.", "Għalhekk naħseb li bil-mod il-mod qiegħed isib l-għeruq tiegħu.", "Il-liġi li qed nitkellmu fuqha llum titkellem fuq il-kreazzjoni ta' network, li huwa importanti, għax kif spjegajt fil-bidu jrid ikollok network mal-Ministeri l-oħra kollha, – din għadni qed nibniha bil-mod il-mod – mas-sħab soċjali u mal-individwi.", "Għalkemm wieħed qed jgħid li din hija liġi żgħira u sempliċi, meta ġejna biex inħaddmuha sibt li mingħajrha ma nistax inħaddem in-network.", "Hawn irrid nirringrazzja lill-Oppożizzjoni u lill-kelliem ewlieni tan-naħa l-oħra talli qed jivvotaw favur din il-liġi li forsi meta tagħtiha l-ewwel daqqa t'għajn tgħid li mhijiex daqstant importanti, però għalija hija importanti għax ma nistax immexxi n-network mingħajrha.", "Jien kont iltqajt ma' diffikultajiet kbar biex inħaddem din in-network li hija komposta minn diversi Ministeri għax meta jkollok daqstant nies involuti, huwa diffiċli li tmexxi 'l quddiem.", "Kif spjegajt, kelli l-istess esperjenza meta ġejt biex nimplimenta l-politika integrali marittima, fejn sibt bord ma jispiċċa qatt u ma stajtx naħdem.", "Fil-fatt biex stajt immexxi 'l quddiem għamilt timijiet iżgħar u kif spjegajt, għandna politika integrali marittima approvata mill-Kabinett u mill-Gvern Malti.", "L-istess in-network; jekk ma jkollix il-potenzjal u l-possibbiltà bil-liġi li nikkrea kumitati – dawn mhux se nappuntahom jien imma jappuntawhom huma - biex ikunu jistgħu jiffokaw fuq affarijiet differenti, ma naħsibx li tkun tista' taħdem.", "Il-liġi kienet tajba, u m'iniex niftaħar li għamilnieha aħna, għax sibnieha hemm minn Gvern Nazzjonalista.", "Lanqas qed nikkritika l-liġi kif saret għax kull liġi jkollha t-teething troubles tagħha u trid tistudjaha.", "Wara kollox nothing is cast in stone u l-iżbalji jsiru, imma rridu nitgħallmu mill-esperjenzi li ngħaddu minnhom u nirranġaw fuqhom.", "Ħadd ma twieled ġenju.", "Jiena writt din il-liġi u l-Guardian sibtu tajjeb ħafna, ħlief ir-rappreżentanza tiegħu, għax ridt li minbarra li jkolli rappreżentant tal-ENGOs ikolli rappreżentant tal-NGOs ukoll.", "Kif spjegajt, hawn m'aħniex qed nitkellmu biss fuq l-ambjent u allura qbilna li jkollna rappreżentant tal-NGOs b'mod ġenerali u kelli bżonn dan it-tip ta' fine-tuning biex immexxi 'l quddiem.", "Biex nitkellem ċar u tond, din mhijiex xi ħaġa faċli, għax ikolli meetings kontra meetings for the way foward u nixtieq li fix-xhur li ġejjin nirristruttura ftit in-network ħalli naraw ir-riżultati minn dan il-lat ukoll.", "Issa se nirreferi ftit għall-kritika li saritli u se nibda minn dak li qal l-Onor.", "Se nsemmi punt li ma nafx jekk għamlux hu jew xi kelliem ieħor, biex inkun onest, għax jien ktibt il-punt u jista' jkun li sar mill-Onor.", "Frederick Azzopardi jew mill-Onor.", "Toni Bezzina.", "Ingħad li hija għarukaża li n-naħa ta' Birżebbuġa hemm id-duħħan u hemm it-tniġġis tal-arja u dan l-istat ta' fatt ġie kkomparat ma' kif kien ikun meta kien hemm il-makkinarju li jipproduċi l-elettriku.", "Però hawnhekk jien irrid nagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 7809 fejn ġie spjegajt li meta l-allegazzjoni li hemm dan it-tniġġis ġiet a konoxxenza tiegħi bħala Ministru u tal-ERA, saru t-testijiet mir-regolatur u rriżulta b'mod ċar u lampanti li attwalment hemmhekk hemm fabbrika, li ma niftakarx eżatt ta' xiex inhi, li d-duħħan li tiġġenera huwa steam u ma qed iħalli l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent jew fuq il-ħajja tan-nies.", "Għalhekk naħseb li dik il-kritika kienet inġusta għax diġà ngħatat risposta ċara kristall fuq x'kien dak id-duħħan.", "Ir-rimarki li għamel l-Onor.", "Jason Azzopardi mhux se nirrispondihom u dan mhux b'nuqqas ta' lealtà jew b'nuqqas ta' rispett imma għax waqt id-dibattitu stess kelli l-opportunità li nagħmel numru ta' points of order u rrispondejtu dak il-ħin.", "Għalhekk issa se nagħmel xi rimarki biex nirrispondi xi punti li qajjem l-Onor.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia qal li l-ambjent qed ikun sinifikanti ħafna f'dan il-Parlament u jien qed inressaq ħafna liġijiet – fil-fatt għamilna emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, emendajna l-Kostituzzjoni, waqqafna Ambjent Malta, illum għandna din il-liġi fuq is-sostenibilità u hemm ħafna liġijiet oħrajn - imma skont hu, fis-sustanza ma qed isir xejn.", "L-ewwel nett, m'għandux raġun, u se nispjega għalfejn, però se nfakkru x'inhi l-funzjoni tagħna l-Ministri.", "Aħna l-Ministri, aktar minn managers, aħna policymakers.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu policies u biex nagħmlu liġijiet għall-amministrazzjoni tajba tal-pajjiż.", "Nilqgħu l-isfidi biex ikollna viżjonijiet u mmexxu dawk il-viżjonijiet, li mbagħad jimplimentawhom il-ħaddiema taċ-Ċivil u l-aġenziji governattivi.", "Huwa impossibbli għall-Ministru li jkun general manager, chief executive, membru parlamentari u policymaker all in one.", "Wieħed irid jiddetermina fil-Kostituzzjoni u fil-prassi tas-sistemi tad-demokrazija parlamentari x'inhu r-rwol ta' ministru u x'inhu r-rwol ta' membru tal-Eżekuttiv.", "L-Eżekuttiv qiegħed hemmhekk biex jiggwida lill-pajjiż u allura jinkombi fuqi li niġi quddiem dan il-Parlament u nintroduċi liġijiet u policies għall-benessere tal-pajjiż.", "Dawn l-erba' liġijiet li semmejna hawnhekk huma tajbin ħafna tant li ma ġewx ikkritikati mill-Oppożizzjoni u ġew milqugħa minnha imma l-Onor.", "Azzopardi qed jgħid li mhumiex imlaħħma u huwa hawnhekk fejn il-kritika mhijiex korretta.", "Ħalli nibdew bl-aktar waħda li tista' tidher li hija valida, li hija l-emenda għall-Kostituzzjoni.", "Din kienet viżjoni tiegħi personali, li kont iddiskutejtha mal-Prim Ministru qabel l-elezzjoni ġenerali u għidtlu li rrid indaħħal klawsola fil-manifest elettorali fejn nintrabtu li ndaħħlu l-ambjent fil-Kostituzzjoni, għax minn hemm trid tibda.", "F'Malta għandna lista ta' prinċipji li huma sagri u kull liġi sussegwenti, kull azzjoni li nieħdu u kull viżjoni li jkollna huma kkondizzjonati minn dak li hemm fil-Kostituzzjoni.", "Meta ddaħħal xi ħaġa fil-Kostituzzjoni tkun diġà qiegħed tindika lill-Istat Malti li jrid jipprijoritizza dak is-suġġett għax inkella l-politiku jkun qed imur kontra l-ġurament tiegħu.", "Meta aħna nsiru ministri u deputati parlamentari nieħdu l-ġurament li rridu noperaw fl-ambitu tal-Kostituzzjoni.", "Mela l-fatt li għandek dan il-prinċipju sottoskritt fil-Kostituzzjoni diġà huwa biżżejjed għax qed ipoġġi obbligu morali u legali fuq il-politiku li jimxi f'dik id-direzzjoni, imbagħad sta għall-poplu li jiġġudika.", "Jekk jien ħadt ġurament u għandi n-norma ta' liġi suprema li tgħidli li rrid nimxi f'dik id-direzzjoni u ma nimxix fiha, għandi x'nirrispondi lejn il-pubbliku inġenerali u lejn din il-Kamra.", "Hawnhekk l-Oppożizzjoni vvotat favur.", "Jien naqbel mal-kritika li saret mill-Onor.", "Godfrey Farrugia u mill-Onor.", "Jason Azzopardi li mhuwiex biżżejjed li telenka l-prinċipji imma hawnhekk jien wegħedt xi ħaġa oħra.", "Jien wegħedt li in segwitu tal-emendi li għamilt fil-Kostituzzjoni, bħala Ministru għall-Ambjent jien marbut li nlaħħam.", "U kif se nlaħħam?", "L-ewwel nett, bdejt billi żidt l-infurzar.", "Meta dħalt f'dan il-Ministeru ma sibtx direttorat tal-infurzar imma sibt qafas legiżlattiv batut ħafna għal dak li huwa deterrent għar-reati u l-kontravenzjonijiet ambjentali.", "Allura x'għamilt?", "Illeġiżlajt biex saħħaħt il-qafas tad-deterrent billi żidt il-pieni, żidt il-poteri tal-qrati, għamilt liġi biex nipproteġi s-siġar, eċċ. Wegħedt – u hekk se nagħmel - li nagħmel a Circular Economy Act li se tkun l-unika fl-Ewropa, jew forsi nkunu wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Ewropa li għandhom liġi bħal din.", "B'dan il-mod inressaq lill-pajjiż lejn l-ekonomija ċirkulari u minn dik il-liġi nwelled liġijiet oħrajn biex inkompli nsaħħaħ l-aspett ta' infurzar fil-pajjiż.", "Dan xorta mhuwiex biżżejjed u jien nemmen – din ngħidha b'kuraġġ allavolja mhuwiex faċli li tgħidhom dawn l-affarijiet – fil-parteċipazzjoni mhux biss tal-ENGOs imma tal-poplu inġenerali fl-infurzar tal-liġijiet ambjentali.", "Din hija viżjoni u ħolma tiegħi għax jien nemmen ħafna fl-NGOs.", "Jien sirt viċin ħafna tal-NGOs meta kont responsabbli mill-kultura, għax sibthom verament entużjasti, irendu u jsarrfu.", "Meta ħadt ir-responsabilità tal-ambjent sibt NGOs daqstant tajbin, li mill-esperjenza tiegħi sibthom ġenwini, sibthom isarrfu, naħdem magħhom bil-qalb kollha u anke meta jikkritikawni nieħu gost bihom.", "Allura jien irrid nagħti s-setgħa lill-NGOs mhux biss biex jipprotestaw, jagħtu l-ideat, jagħtuni l-opinjonijiet tagħhom, jagħmlu rapporti eċċ. imma rrid ninvolvihom fl-infurzar ukoll.", "Qed ngħid dan biex inkompli nuri kif se nlaħħam dan il-konċett fil-Kostituzzjoni.", "Jien tajt deadline lill-avukati tal-Ministeru tiegħi biex ikolli abbozz ta' liġi ħalli għall-ewwel darba jkollna qorti tal-ambjent.", "Fl-Ewropa llum kullimkien hemm qorti tal-ambjent.", "Hemm assoċjazzjoni tal-imħallfin tal-qorti tal-ambjent u hemm konvenzjonijiet Ewropej li fi ftit kliem jgħidu li rridu nagħtu aktar aċċess lill-individwu li jmur il-qorti biex jinforza prinċipji ambjentali.", "Il-Qorti Ewropea bdiet tħaddan il-konċetti tal-ambjent b'mod indirett allavolja dan mhuwiex dritt taħt il-European Convention of Human Rights.", "Jien għandi lista sħiħa ta' kawżi u ta' sentenzi fejn b'mod indirett il-Qorti Ewropea bdiet tħaddan prinċipji ambjentali.", "Hemm moviment qawwi biex l-ambjent jidħol fit-trattat konvenzjonali tal-Unjoni Ewropea u eventwalment fil-Convention of European Human Rights u allura jien irrid nimxi lejn dik id-direzzjoni.", "Dan l-aħħar kien hemm konvenzjoni tal-imħallfin tal-ambjent li għaliha mar l-Imħallef Giovanni Grixtiv - u nsellimlu minn hawnhekk - li mhuwiex imħallef tal-ambjent, għaliex aħna m'għandniex imħallef tal-ambjent.", "Issa jien se nipproduċi b'mod innovattiv il-konċett ta' qorti tal-ambjent.", "Però dan mhuwiex biżżejjed u allura biex inkompli nlaħħam il-Kostituzzjoni x'se nagħmel?", "Se nagħti l-actio popularis li nibdew indaħħlu dan il-konċett bil-mod il-mod, biex jekk l-ENGOs jaraw xi ħaġa illegali jkunu jistgħu jieħdu azzjoni diretta huma stess u ma joqogħdux jiddependu mill-awtoritajiet regolatorji jew mill-Gvern biex jieħdu azzjoni.", "Jekk il-gvern, hu min hu, jien inkluż, jew l-awtoritajiet regolatorji tal-Gvern, taħt dan il-Gvern jew taħt gvern ieħor, għal xi raġuni jew oħra ma jmexxux, dawn irid ikollhom id-dritt li jirrikorru b'mod dirett quddiem qorti biex tagħti l-provvedimenti neċessarji.", "Hemm il-public domain areas li huma żoni li għandna nagħtuhom dan id-dritt tal-actio popularis - forsi aktar tard ikun hemm skeda li jdaħħalha l-Ministru - pereżempju f'siti ta' Natura 2000.", "Jien nemmen li f'ċerti żoni sensittivi, mhux kullimkien, għandu jkollna l-actio popularis.", "Mela altru li ma daħħalniex din il-klawsola għalxejn, għax kollox isir bil-mod kif għandu jsir, ħaġa ssegwi lill-oħra.", "Kien hemm kumment interessanti ħafna tal-Onor.", "Godfrey Farrugia fuq l-iSPED.", "Kif tafu, l-iSPED hija l-policy li trid issir fuq l-ippjanar u li għandha tagħlaq fl-2020.", "Qabel konna naraw biss dak li huwa feasible u jekk fil-mument ikun feasible li nibnu skola kull sena, allura nibnu skola kull sena, anke jekk ikollna nieħdu art ODZ.", "Mela jekk ikollna skola li tkun spiċċat, ngħidu: U iva, itlaqha hemm, abbandunaha u nagħmlu oħra.", "Għadu feasible li nagħmlu hekk jew aħjar nirranġaw dik l-iskola?", "Huwa aktar feasible li tibni skola oħra għax tonfoq inqas flus u tagħmilha aktar moderna però huwa aktar sostenibbli li tirranġa skola antika u abbandunata not to gobble up ODZ land.", "Hu qal li ladarba llum qed nagħtu importanza lil dak li huwa sostenibbli, il-kelma \"feasible\" mhijiex ideali u minflokha għandna nużaw \"feasible and sustainable\".", "Ikolli ngħid li naqbel miegħu, għax meta ssir kritika kostruttiva li tagħmel sens, jien nitgħallem minnha u nipparteċipa.", "Bħala ERA qed nipparteċipaw fit-tħejjija tal-iSPED u nista' nserraħlu rasu li se nagħti direzzjoni kemm lill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll lill-ERA li meta nitkellmu fuq feasibility, għandha tiġi interpretata fl-ambitu tal-fatt li Malta rratifikat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq dak li huwa sostenibbli, jiġifieri għandna obbligu mhux biss nazzjonali imma internazzjonali li mmexxu b'mod sostenibbli.", "Illum jien personalment responsabbli wkoll għal dak li huwa sostenibbli għax qabel forsi d-dekasteru ma kienx kompost b'dan il-mod.", "Għalhekk jien għandi l-obbligu li meta niġi nara x'inhu feasible, mhux biss irid ikun feasible, imma jrid ikun feasible fl-ambitu ta' dak li huwa sostenibbli.", "Naqbel ukoll li at one point in time il-wording għandu jinbidel u jien se nagħmel lobbying favur li jsir tibdil f'dak il-wording.", "Issa se niġi għall-kwestjoni li l-ERA qiegħda hemmhekk qisha kelb bla snien.", "Li wieħed jikkritika lill-ERA li forsi għad m'għandhiex biżżejjed muscle biex timponi r-rieda jew il-parir tagħha fuq kwestjonijiet ambjentali għal dak li għandu x'jaqsam ma' ppjanar, hija kritika li naċċettaha, fis-sens li għandna naraw kif inkomplu nsaħħu l-ERA.", "Però li tiġi tgħid li l-ERA hija bla snien mhuwiex aċċettabbli għax hija kritika esaġerata u ma tirrispekkjax il-verità.", "L-ewwel nett, il-funzjoni tal-ERA mhijiex marbuta biss ma' dak li huwa ippjanar għax dak huwa parti żgħira mill-funzjoni tagħha.", "Filwaqt li qabel l-ippjanar u l-permessi għall-iżvilupp kien jaqa' kollu taħt l-ippjanar, issa hemm l-ERA li għandha wkoll ċerti kontrolli jiġifieri diġà għamilna pass 'il quddiem.", "Kien ikun ħażin li kieku m'għamilniex pass 'il quddiem għax illum għandna entità li hija watchdog fuq watchdog ieħor.", "Qabel il-qasam tal-ippjanar bażikament kien jagħmel dak li jrid; illum irid joqgħod aktar attent.", "Però l-ERA għandha poteri oħra.", "Il-Bambin jaf kemm għandha xogħol!", "Pereżempju din għandha responsabilità fuq il-bijodiversità, permitting, operators licencing, management plans ta' siti ta' Natura 2000, kontrolli fuq l-arja u infurzar jiġifieri li tiġi tgħid li l-ERA hija bla snien huwa redikolu!", "Anzi jekk tara l-poter li għandha l-ERA b'mod ġenerali u tara l-poter li għandha l-Awtorità tal-Ippjanar issib li l-ERA għandha iżjed poter għax tkopri suġġetti aktar vasti.", "L-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-limitazzjonijiet tagħha.", "Tkellmu wkoll fuq il-veto.", "Illum ħadt pjaċir naqra r-rapport tal-awditur dwar l-ambjent għax huwa rapport li jikkritika fejn għandu jikkritika, ma jikkritikax bil-goff u minbarra li jikkritika, jagħti l-alternattivi.", "Fil-fatt l-awditur għalhekk qiegħed hemm; biex jikkritika.", "Kieku qiegħed hemm biex ifaħħar biss m'għandniex bżonn awditur.", "Naħseb li dan ir-rapport sar kif għandu jsir.", "Dan ir-rapport sar fuq l-iState of the Environment Report li ħejjejna bħala ERA u li se ngħid żewġ kelmiet żgħar fuqu.", "Dan ħareġ b'idea tajba għax meta niġu biex nagħtu l-permessi, almenu fl-ODZ, minflok ma jkun hemm ir-rapport tal-PA u parir żgħir tal-ERA, bl-objection or no objection tagħha bħala konsulta, għalfejn ma jkunx hemm rapport komplut mill-PA u rapport komplut mill-ERA, imbagħad min għandu jiddeċiedi jara ż-żewġ verżjonijiet?", "Ħafna drabi jkunu l-istess, u jekk ma jkunux, ikollok fair play.", "Din l-attitudni hija aħjar milli tagħmel il-veto għax huwa perikoluż li tagħti veto fl-ambjent b'mod daqshekk drammatiku, almenu f'dan l-istadju, għax at the end of the day hija l-PA li trid tapprova l-permessi biex aħna nagħmlu l-iżvilupp, inkella l-PA tispiċċa bla snien.", "La trid li jkollok PA bla snien u lanqas trid li jkollok ERA bla snien, imma trid tasal f'kontrobilanċ u naħseb li din l-idea li qajjem viva voce llum il-Kummissarju għall-Ambjent għoġbitni, però jien dejjem ngħid li l-kritika li ssir li l-ERA hemm bżonn ikollha aktar poteri u aktar influwenza f'deċiżjonijiet li jsiru fl-aspetti naturali tal-pajjiż, naċċettaha.", "Rigward il-kritika li saret fil-konfront tiegħi, jien inwiegħed li nissielet u nressaq il-vuċi tiegħi u ta' kulħadd biex fi kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kapital naturali tal-pajjiż, l-ERA nkomplu nżidulha s-snien u s-saħħa għax hekk jimxu l-affarijiet.", "Intqal ukoll kemm huwa importanti li fil-qasam tal-ambjent ikollna strateġija nazzjonali bħal masterplan eċċ. L-ewwel nett, irrid ngħid li se jkollna żewġ masterplans u mhux wieħed.", "L-Onor.", "Farrugia qal li l-Partit Demokratiku kellu masterplan li ġie mniedi fl-2017 u ngħidilhom prosit għax fil-limitazzjonijiet tagħhom irnexxielhom jagħmlu masterplan, imma ovvjament il-masterplan li qed nagħmlu aħna huwa more far-reaching għax huwa tal-Gvern, u l-Gvern għandu l-mezzi, allaħares le!", "Għandna l-istrutturi u qed naħdmu fuqhom, imma kif qed naħdmuhom?", "Bil-liġi obbligati li nagħmlu State of the Environment Report li ġie ppreżentat u se jkollna konferenza fuqu, u qed jiġi dibattitut kif jgħidu fil-liġi ad unguem quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp ikkappeġġjat mill-Onor.", "Qed ikun hemm ħafna interess f'dan il-Kumitat u kuntent ħafna li nattendi għal-laqgħat.", "Qed ikun hemm konkorrenza u attendenza liema bħalha anke mill-Oppożizzjoni, inkluż mill-Partit Demokratiku, li huwa tajjeb.", "L-ewwel ressaqna x'sibna għax biex tkun tista' tagħmel pjan għall-quddiem, trid tgħid x'sibt billi jkollok id-data u jsiru l-istudji u l-konsultazzjonijiet.", "Dan ir-rapport has been long time coming għax ma sarx qisni qed niddetta xi ittra bonarja fl-uffiċċju.", "Dan ir-rapport dam is-snin jitħejja u sfortunatament ma jasalx sal-2018 imma jasal sal-2016, però għandna l-materjal għas-sentejn l-oħra wkoll.", "Bażikament issa li nafu fejn qegħdin, bħala Gvern, bħala ERA u bħala Ministeru ntrabatna li, abbażi ta' dak ir-rapport u affarijiet oħra, nibdew inħejju masterplan ħolistiku għall-ambjent inġenerali.", "L-ISPEAKER: Ikkonkludi, għax skada l-ħin.", "JOSÈ HERRERA: Iva, se nikkonkludi, mhux se ndum ħafna.", "Ambjent Malta għandha Bord tal-Gvernaturi u l-ewwel mandat li tajt liċ-Chairperson, is-Sur Borg Manchè u lill-membri kien li jekk jista' jkun, sa sena jlestuli pjan ħolistiku, din id-darba għal dak li huwa Ambjent Malta għall-quddiem.", "Dan għamluh għax nemmnu u nifhmu li s-sostenibilità tfisser li rridu nħarsu 'l quddiem.", "Ir-rapporti li qed nagħmlu, anke dwar is-sostenibilità, mhumiex biss għal ħames snin jew għal għaxar snin.", "Fid-dokument dwar is-sostenibilità li esebixxejt illum, li se nitkellmu fuqu wkoll, qed inħarsu lejn l-2050.", "Dik hija d-direzzjoni politika għax is-sostenibilità ssarraf għal uliedna u għal ulied uliedna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. com.", "L-ISPEAKER: Issa nitlob lill-Ministru Josè Herrera biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, 17 Black huwa l-isem tal-akbar skandlu li se jibqa' jissemma għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Dan huwa l-isem tal-kumpanija reġistrata f'Dubai li għandha kont fin-Noor Bank f'Dubai.", "17 Black hija kumpanija li kif żvelaw Reuters u t-Times of Malta ftit tal-jiem ilu, hija proprjetà ta' Yorgen Fenech, is-CEO tat-Tumas Group f'Malta, li kif jaf kulħadd huwa involut direttament fil-proġett tal-power station il-ġdida.", "Dan il-proġett ma bediex illum imma beda fl-2013 u kien il-bażi prinċipali tal-wegħdiet elettorali kollha li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat f'dik l-elezzjoni.", "Yorgen Fenech mhux biss huwa involut f'Tumas Group imma kien il-factotum biex dan il-proġett ikun jista' jitwettaq.", "Diversi emails li ġew żvelati anke mill-midja internazzjonali juru kif Yorgen Fenech kien hands-on fil-proġett tal-bini tal-power station il-ġdida.", "Hu kien jintervjeni personalment biex isiru l-affarijiet u biex fejn ikun hemm xi diffikultajiet, jiġbed l-ispaga ta' dak u tal-ieħor biex l-affarijiet ikunu jistgħu jimxu.", "Ħafna jistaqsu min hemm wara l-bini tal-power station il-ġdida u min huma n-nies fin-negozju li nvolvew ruħhom f'dan il-proġett.", "Bażikament hemm tliet kumpaniji.", "Waħda jisimha Siemens Project Ventures GmbH, li hija l-kumpanija internazzjonali Siemens; l-oħra hija s-SOCAR Trading, dik li suppost kellha tagħtina l-gass imma gass m'għandhiex u kellha tmur tixtrih mingħand ix-Shell; u l-oħra hija l-kumpanija Maltija GEM Holdings Limited.", "Kull waħda minn dawn it-tliet kumpaniji għandha terz min-negozju tal-power station.", "Mela l-unika kumpanija Maltija li għandha sehem mill-power station hija dan il-grupp ta' kumpaniji li jismu GEM Holdings Limited, li hija fformata minn erba' kumpaniji differenti li huma kollha Maltin u li kollha huma ta' sidien Maltin magħrufin.", "Dawn se nsemmihom biex wieħed jifhem x'inhuma.", "L-ewwel kumpanija hija Tumas Energy Limited li jekk wieħed ifittex isib li wieħed mis-sidien tagħha, permezz ta' kumpaniji oħra, huwa l-persuna li semmejt qabel jiġifieri Yorgen Fenech.", "It-tieni kumpanija hija Gasan Enterprises Limited, li kif jaf kulħadd hija tal-familja Gasan li għandhom diversi interessi kummerċjali f'pajjiżna.", "It-tielet kumpanija hija CP Holdings Limited li jidhirli hija ta' Paul Apap Bologna.", "Ir-raba' kumpanija hija New Energy Supply Limited.", "Din ir-raba' kumpanija hija l-inqas waħda li għandha sehem f'GEM Holdings Limited.", "Fil-fatt għandha 98 sehem minn 1,200, jiġifieri għandha madwar 8% tal-ishma kollha tal-kumpaniji Maltin li għandhom sehem mill-power station u New Energy Supply Limited li mhi ta' ħadd ħlief ta' Yorgen Fenech personalment u mhux bi sħab ma' xi kumpanija oħra.", "Meta tħares lejn dawn il-kumpaniji ma tridx tkun xi espert tal-finanzi biex tirrealizza li Yorgen Fenech għandu sehem fil-power station minn żewġ aspetti; min-naħa ta' Tumas Energy Limited tal-familja tiegħu u minn New Energy Supply Limited, din id-darba waħdu.", "Hawnhekk jibdew iqumu l-mistoqsijiet.", "Ma nagħmlux mod li Yorgen Fenech qed iżomm dawn it-8% mill-ishma tal-kumpanija GEM Holdings Limited f'isem ħaddieħor?", "Ma nagħmlux mod li dawn it-8% mill-kumpanija GEM Holdings Limited huma xi forma ta' commission għall-korruzzjoni mill-proġett tal-power station?", "Dan huwa wieħed mill-punti li s'issa la għadu ġie indirizzat fid-dibattitu pubbliku dwar dan l-iskandlu kollu u lanqas għadu ġie investigat mill-awtoritajiet.", "Fil-kontest ta' dak li ġie żvelat dwar 17 Black l-awtoritajiet ma jistgħux jaħarbu aktar minnu u jridu jibdew jaraw is-set-up tal-kumpaniji Maltin, bħal kif tqassmu l-ishma, mingħand min għaddew, kif żviluppa l-interess f'dan il-proġett, kif intlaħaq il-ftehim dwar min għandu jkollu tant ishma f'dan il-proġett, għalfejn hemm Yorgen Fenech fil-kumpanija Tumas Energy Limited imma mbagħad l-istess individwu għandu interess ukoll fil-kumpanija li waqqaf waħdu New Energy Supply Limited u għalfejn hemm il-kumpanija SOCAR Trading involuta fil-proġett tal-bini ta' power station li taħdem bil-gass meta hi m'għandhiex gass u kellha tixtrih mingħand ħaddieħor.", "Dawn huma mistoqsijiet li suppost l-awtoritajiet ta' pajjiż serju, bħalma nistenna u nippretendi li jkun pajjiżna, għandhom jinvestigaw.", "Se nispjega wkoll x'għamlet il-kumpanija 17 Black.", "Din il-kumpanija, li rċeviet madwar USD1.6 miljun fil-kont tagħha f'Dubai ma kenitx teżisti sa ftit tas-snin ilu.", "17 Black twaqqfet minn Yorgen Fenech u f'daqqa waħda, din li m'għandhiex negozji ma' ħaddieħor, mhux biss nafu li għaddewlha USD1.6 miljun imma li saħansitra €1.1 miljun kienu ġejjin mill-kumpanija Mayor Trans reġistrata f'Seychelles.", "Forsi din il-kumpanija ftit issemmiet fid-diskussjoni li qamet fil-pajjiż.", "Allura dawn il-€1.1 miljun minn fejn ġew u ta' min hi din il-kumpanija?", "Minn investigazzjonijiet li għamlu ġurnalisti internazzjonali u anke Maltin, imma mhux mill-awtoritajiet Maltin, irriżulta li l-kumpanija Mayor Trans irreġistrata fis-Seychelles hija ta' individwu mill-Azerbaijan, Rufat Baratzada, li qabel ma ħarġet din l-istorja ħadd ma kien jaf min hu.", "Imbagħad il-ġurnalisti bdew jistaqsu minn fejn tfaċċa u kif f'daqqa waħda kellu €1.1 miljun mis-Seychelles meta dan qiegħed l-Ażerbajġan u għandu kumpanija jisimha Mayor Trans li qiegħda fis-Seychelles, imbagħad se jibgħat il-flus mis-Seychelles għal Dubai.", "Meta l-ġurnalisti sabu min hu dan Rufat Baratzada u saru jafu fejn joqgħod sabu dar modesta li ma tiswiex il-miljuni u sabu li dan fil-verità jaħdem bħala security guard u allura jqumu aktar suspetti.", "Għalija huwa ċar li Rufat Baratzada, li għandu l-kumpanija Mayor Trans u li bagħat €1.1 miljun mill-kumpanija tiegħu lill-kumpanija 17 Black, kien qed jagħmel il-ħasil ta' flus f'isem xi ħaddieħor li probabbilment huwa wkoll mill-Azerbaijan, imma mhux biss.", "Dik hija l-ewwel parti mill-jigsaw puzzle biex tipprova tifhem x'tip ta' aġir kienet qed twettaq 17 Black.", "F'Lulju tal-2015 - jiġifieri qegħdin nitkellmu ferm qabel ma faqqa' l-iskandlu tal-Panama Papers, ferm qabel ma kellha tissejjaħ elezzjoni ġenerali u ferm qabel ma sirna nafu ta' min hi 17 Black - kumpanija din id-darba reġistrata f'Malta li jisimha Orion Engineering Limited ħallset €161,000 lill-kumpanija 17 Black.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma hemm id-dokumenti ppubblikati minn ġurnalisti internazzjonali li juru li f'Lulju 2015 din il-kumpanija għaddiet €161,000 lill-kumpanija 17 Black.", "Issa Orion Engineering Limited hija ta' xi ħadd Malti li jismu Mario Pullicino.", "Lil dan ħadd ma kien jafu lanqas però mbagħad wieħed beda jfittex u skopra li Mario Pullicino mhu ħadd ħlief l-aġent lokali tat-tanker tal-gass li l-Gvern Laburista ddeċieda li jpoġġi fil-Port ta' Marsaxlokk biex tkun tista' titħaddem il-power station il-ġdida.", "Mela allura hemm il-provi li l-kumpanija 17 Black għandha x'taqsam direttament mal-proġett tal-power station u kienet qed tintuża biex tirċievi u tibgħat flus li għandhom x'jaqsmu mal-power station, imma mhux biss.", "Kieku waqafna s'hemm, wieħed forsi kien ikollu ftit dubju dwar min hu involut mill-Gvern Malti.", "Ftit tax-xhur ilu skoprejna li ż-żewġ kumpaniji sigrieti li kellhom Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi, jiġifieri Hearnville u Tillgate, li issa saru famużi mad-dinja kollha, iddikjaraw – għax naturalment f'pajjiżi serji, meta tiftaħ kumpanija u tkun trid tiftaħ kontijiet il-bank, trid tindika lill-bank għalfejn se tiftaħ il-kont, il-flus li se tqiegħed fih minn fejn ikunu ġejjin u kemm beħsiebek tqiegħed flus, minħabba ċerti restrizzjonijiet u kif suppost isir - li kienu qegħdin jippjanaw li jirċievu €150,000 fix-xahar kull wieħed mill-kumpanija 17 Black.", "Dan qaluh minn jeddhom jiġifieri ħadd ma ġegħelhom u ħadd m'għamlilhom pistola ma' rashom u qalilhom li jridu jgħidu hekk.", "Mela għandna kumpanija f'Dubai, li hija 17 Black, li kienet se tibgħat €150,000 lil kull waħda mill-kumpaniji tal-Onor.", "Konrad Mizzi u Keith Schembri, it-tnejn reġistrati l-Panama.", "Ħalli nagħmilha ċara, iż-żewġ kumpaniji reġistrati l-Panama ma sirniex nafu bihom għax Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi niżżluha fid-dikjarazzjoni tal-assi li jippreżentaw lilek kull sena, Sur President, imma sirna nafu bihom għax kien hemm leak ta' ammont enormi ta' data mill-kumpanija Mossack Fonseca.", "L-Onor.", "Konrad Mizzi u Keith Schembri qatt ma mmaġinaw li se jkun hemm dan l-iskandlu internazzjonali, dan il-kxif enormi ta' dettalji ta' data mill-kumpanija li kienet qed taqdihom.", "Dawn ma setgħux ikunu jafu.", "Fil-fatt meta Daphne Caruana Galizia tat ħjiel li hemm rabta bejn l-Onor.", "Konrad Mizzi, il-Panama u New Zealand, għax l-Onor.", "Konrad Mizzi kellu t-trusts fi New Zealand, l-Onor.", "Konrad Mizzi ppanikkja u beda jipprova jagħtina biċċiet mill-verità biex taparsi qed jgħid l-affarijiet kif inhuma, fosthom li m'għandux x'jaħbi, li qed ikun onest ma' kulħadd u li qed jiddikjara kollox.", "Beda jagħtina biċċa, biċċa.", "L-ewwel qalilna li din mhi xejn u li qed jagħmel set-up biex jieħu ħsieb l-affarijiet tiegħu, imbagħad qalilna li għandu dar f'Malta u dar f'Londra u jrid iqegħidhom x'imkien biex ikunu safe.", "Ara jekk ikollok dar f'Malta u dar f'Londra hux se tqegħedhom fi trust fi New Zealand u f'kumpanija fil-Panama!", "Jekk għandek dar f'Malta u dar f'Londra, id-dar ta' Malta żżommha fuq xi kumpanija f'Malta jew fuqek personali, speċjalment jekk ikollok id-dejn fuqha.", "Biss, biss, jekk ikollok l-ipoteki fuq id-dar, bank Malti żgur li mhux se jaċċetta li taqbad id-dar tiegħek u tagħmilha proprjetà ta' trust fi New Zealand, għax il-bank għandu interess li meta jiġi biex jiġbor il-flus, jekk ma tasalx, ikollu d-dritt li jbigħ id-dar, jagħmilha subbasta u jġib il-flus minn hemmhekk.", "Fil-fatt meta l-Onor.", "Konrad Mizzi beda jgħid li jrid trust fi New Zealand u kumpanija l-Panama għad-dar, m'emmnu ħadd għax kien qed jigdeb.", "Ma jistax ikun li tonfoq eluf kbar ta' flus u tmur għand professjonisti li jżommu s-sigrieti biex tqiegħed id-dar tiegħek f'Malta u d-dar tiegħek f'Londra fi trust hemmhekk.", "Mhux hekk biss, għax sa meta ħarġet l-aħbar li Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi kienu se jirċievu €150,000 fix-xahar - li jiġu €5,000 kuljum kull wieħed - għall-kumpaniji Hearnville u Tillgate mill-kumpanija 17 Black, diġà kien beda ġej is-suspett, għax Keith Schembri huwa involut fin-negozju, imma skont il-Prim Ministru m'għandu x'jaqsam xejn man-negozju, u l-Onor.", "Konrad Mizzi huwa Ministru, u kif nafu ladarba tkun Ministru ma tistax tipparteċipa fin-negozju.", "Anzi bħala Ministru tkun obbligat li tiddedika l-ħin u l-enerġija kollha tiegħek biex taqdi r-rwol tiegħek ta' Ministru skont dak li jkun fdalek il-Prim Ministru.", "Għalhekk ma tistax tivvinta f'daqqa waħda li tibda tagħmel negozju ta' riċiklaġġ, kif beda jsemmi, u negozju tal-gaming, imbagħad beda jsemmi affarijiet oħra.", "Mela filli qegħdin nitkellmu dwar id-dar u filli bdejna nitkellmu dwar in-negozji l-oħra!", "Hemmhekk ħareġ ċar li sa dak il-livell żgur li kienu qegħdin jagħmlu xi ħaġa illegali, xi ħaġa irregolari, xi ħaġa fil-forma ta' korruzzjoni, imma mhux hekk biss.", "Kieku waqafna s'hemm, min ma jridx jemmen lill-Onor.", "Konrad Mizzi u lil Keith Schembri forsi seta' jaħseb li kellu xi forma ta' raġun imma meta ħarġet l-aħbar ta' min hi l-kumpanija 17 Black, iċ-ċirku ngħaqad kompletament għax huwa fatt magħruf f'Malta, fost in-nies tal-industrija u fost dawk li xi darba missew man-negozju f'Malta, li l-power station il-ġdida hija frott il-ħidma u l-insistenza ta' Yorgen Fenech.", "Yorgen Fenech instema' diversi drabi jgħid f'postijiet differenti u jiftaħar li dan huwa l-proġett li qed jimbotta hu, u ltaqa' diversi drabi ma' nies biex jurihom x'qed jagħmel.", "Yorgen Fenech tkellem f'postijiet, pubbliċi u mhumiex, b'mod li wera li għandu d-deal lesta.", "Yorgen Fenech, immedjatament wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013, għamel minn kollox biex iwassal il-messaġġ li d-deal tal-power station il-ġdida qiegħda f'idejh u f'idejh biss, mentri din ma kienx qed jagħmilha għalih biss imma kien qed jagħmilha wkoll għal Keith Schembri u għall-Onor.", "Konrad Mizzi, u meta ġie ffaċċjat fuq il-kalkoli dwar il-power station il-ġdida u kif jista' jkun li għamilha, Yorgen Fenech ma kienx kapaċi jispjega.", "Meta kien hemm nies li staqsewh kif jaf li din se tkun tiegħu, u li se jaqla' l-flus minnha, Yorgen Fenech serrħilhom moħħhom personalment u insista li din hija d-deal tiegħu, u naf x'qed ngħid.", "Allura llum għalhekk qegħdin f'din is-sitwazzjoni; għax din kienet ħadma mill-bidu nett, kif ngħidu bil-Malti, u din il-ħadma ma bdietx wara l-elezzjoni tal-2013 imma bdiet ħafna xhur qabel l-elezzjoni tal-2013 u qed tpoġġi lill-Prim Ministru f'pożizzjoni li ma jistax jiċċaqlaq.", "Sur President, mill-aġir tiegħu l-Prim Ministru jidher li kien jaf b'dan kollu u meta ġie ffaċċjat l-ewwel darba bl-iskandlu tal-Panama, beda jipprova jindika li m'għandu x'jaqsam xejn.", "Hu kien għamel diskorsi fejn qal li jekk tinstab xi ħaġa li hu jew ħaddieħor għandu x'jaqsam fiha, jeskludi lilu nnifsu minn dawk in-nies.", "Għamel ukoll diskorsi fejn qal li l-Onor.", "Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom iġorru r-responsabbiltà tagħhom u ta x'jifhem li ladarba jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien se jwarrab lill-Onor.", "Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, meta fil-verità l-unika ħaġa li kkonċeda kienet li l-Onor.", "Konrad Mizzi ma baqax Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.", "Għalhekk is-suspett baqa' jikber għax meta l-Prim Ministru kellu l-opportunità ta' rebħa elettorali kbira u ġie biex jagħżel il-Kabinett il-ġdid tiegħu, qabad lill-Onor.", "Konrad Mizzi u reġa' għamlu Ministru u gglorifikah u fis-segretarjat privat tiegħu qabad lil Keith Schembri u reġa' għamlu Chief of Staff.", "F'dan it-trio tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri hemm xi ħaġa li torbothom flimkien tant li wieħed ma jistax jeħles mill-ieħor.", "Il-Prim Ministru poġġa lilu nnifsu f'sitwazzjoni li rrenda ruħu ostaġġ tiegħu nnifsu u tas-sitwazzjoni li ħoloq hu nnifsu, għax fl-aħħar mill-aħħar, ngħidu x'ngħidu, l-għażla li l-Onor.", "Konrad Mizzi jkun Ministru ma ħadhiex il-poplu Malti u l-għażla li ċ-Chief of Staff ikun Keith Schembri ma ħadhiex il-poplu Malti, imma ddeċidihom il-Prim Ministru.", "Dawk l-għażliet huma l-prerogattiva tal-Prim Ministru, ma ndaħallu ħadd fihom.", "Meta l-Prim Ministru ġie biex jagħmel dawk l-għażliet ma kien taħt l-influwenza ta' ħadd u allura fil-mument li għamilhom beda jassumi r-responsabbiltà kollha tagħhom, bit-tajjeb li jistgħu jagħmlu imma wkoll bil-ħażin.", "U jekk jirriżulta li hu kien jaf bil-ħażin, kif jidher li qed jirriżulta llum, li hu kellu sehem fih u li saħansitra ħatar lil dawn il-persuni biex ikun jista' jsir dak il-ħażin bħala parti minn pjan, f'dak il-każ il-pożizzjoni tal-Prim Ministru ma tibqax aktar tenibbli, għax meta n-nies iħarsu lejh jistennew li hu jkun il-garanzija personali tagħhom li m'hemmx każijiet ta' korruzzjoni, li m'hemmx abbuż min-naħa tal-Gvern, li m'hemmx trattati marbuta ma' wegħdiet li saru qabel l-elezzjoni, li m'hemmx flus għaddejjin minn taħt u li m'hemmx Ministri li għandhom sigrieti bħal kumpaniji fil-Panama.", "Għalhekk jien ngħid li llum il-ġurnata fil-pajjiż hawn kunsens mhux dikjarat, għax naturalment ħafna nies jibżgħu jgħidu li l-Prim Ministru issa wasal f'salib it-toroq.", "Issa jew jaqbad it-triq u jipprova jiddrittaha ftit billi għall-inqas ikeċċi lill-Onor.", "Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, jew inkella jaqbad it-triq labranzetta magħhom u meta jegħrqu huma, jegħreq huwa wkoll.", "Dik hija l-għażla li għandu l-Prim Ministru.", "Issa jew jurina li hu his own man u jiddeċiedi hu jew inkella jurina u jikkonfermalna li hu ostaġġ ta' tnejn min-nies oħra.", "Illum is-sitwazzjoni hi li fil-pajjiż kulħadd huwa konxju li hemm xi ħaġa ħażina.", "In-nies ma jaqblux fuq l-ammont tal-ħażin, għandhom dubju fuq kemm hija gravi s-sitwazzjoni.", "Li hemm xi ħaġa ħażina anke n-nies li jemmnu b'għajnejhom magħluqa fil-Gvern preżenti jgħiduhielek.", "Għalhekk l-appell tiegħi lill-Prim Ministru hu: Tkomplix għaddej f'din it-triq.", "Jekk trid, għad għandek iċ-ċans li turi lill-poplu Malti u Għawdxi li ma kellekx x'taqsam f'dan it-taħwid kollu.", "Ħu d-deċiżjoni t-tajba llum qabel għada.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.22 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn f'Jannar li għadda ħarġet sejħa għall-court experts u sal-lum dawk li applikaw, għadhom ma semgħu xejn?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li dawk il-persuni li wieġbu għas-sejħa ġie nnotat l-interess tagħhom, intalbu mid-Dipartiment tal-Ġustizzja sabiex jipprovdu l-formola tad-due diligence u l-warrant jew kwalifika relattiva għall-qasam li fih urew interess li jservu bħala esperti u dokumentazzjoni oħra u ġew inklużi fir-reġistru tal-esperti miżmum mill-istess Dipartiment li hu disponibbli għall-membri tal-Ġudikatura.", "Dawn il-persuni jiġu nnotifikati biss jekk u meta ġudikant jaħtarhom bħala esperti f'xi kawża quddiemu.", "Ovvjament mhux kull persuna li wriet interess li sservi ta' espert fil-Qrati neċessarjament tinħatar espert għaliex, kif jaf tajjeb l-Onor.", "Interpellant, huwa fid-diskrezzjoni tal-ġudikant li jiddeċiedi skont il-każ quddiemu jekk jaħtarx espert jew le, u f'każ li jkun hemm il-ħtieġa li jinħatar espert, min jinħatar.", "ESTRADIZZJONI - TALBIET PENDENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn talbiet pendenti għall-estradizzjoni minn Malta?", "Mil-liema pajjiżi ġejjin?", "F'kull każ kemm ilha li saret it-talba?", "F'kull każ x'inhi n-natura tal-akkuża jew akkużi kontra l-persuni li għalihom qed tintalab l-estradizzjoni?", "F'kull każ x'inhi n-nazzjonalità tal-persuna li tagħha qed tintalab l-estradizzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li sat-12 ta Novembru 2018, fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma kienx hemm talbiet pendenti għall-estradizzjoni minn Malta.", "ESTRADIZZJONI - TALBIET PENDENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn talbiet pendenti għall-estradizzjoni minn Malta?", "Mil-liema pajjiżi ġejjin?", "F'kull każ kemm ilha li saret it-talba?", "F'kull każ x'inhi n-natura tal-akkuża jew akkużi kontra l-persuni li għalihom qed tintalab l-estradizzjoni?", "F'kull każ x'inhi n-nazzjonalità tal-persuna li tagħha qed tintalab l-estradizzjoni?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lil-Ministeru konċernat.", "ESTRADIZZJONI - TALBIET PENDENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn talbiet pendenti għall-estradizzjoni minn Malta?", "Mil-liema pajjiżi ġejjin?", "F'kull każ kemm ilha li saret it-talba?", "F'kull każ x'inhi n-natura tal-akkuża jew akkużi kontra l-persuni li għalihom qed tintalab l-estradizzjoni?", "F'kull każ x'inhi n-nazzjonalità tal-persuna li tagħha qed tintalab l-estradizzjoni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li peress li d-dettalji mitluba mill-Onor.", "Membru jistgħu possibilment jippreġudikaw l-operat tal-pulizija u awtoritajiet oħra fix-xogħol tagħhom ta' estradizzjoni, l-informazzjoni kif mitluba minnu ma tistax tingħata bid-dettalji mitluba kollha.", "Informat iżda li bħalissa hemm disa' każi ta' estradizzjoni pendenti li qed jiġu indirizzati mill-Pulizija bl-assistenza tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Każ minnhom diġà qiegħed quddiem il-Qrati Maltin.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – PUBBLIĊITÀ FIL-MIDJA SOĊJALI - INFIQ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2158 u 248 u jgħid kemm nefaq flus l-uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ammonti ma jinkludux il-kampanji pubbliċitarji fuq social media marbuta mal-promozzjoni tal-kanzunetti Maltin rispettivi li jidħlu fil-Eurovision Song Contest.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - ĦADDIEMA - XOGĦOL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2190 u 273 u jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "QORTI KRIMINALI - RIKORSI GĦAT-TĦASSIR JEW BDIL TA' DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-MAĠISTRATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat fil-Qorti Kriminali għat-tħassir jew bdil ta' deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati biex il-Pulizija tiġi ordnata tmexxi l-proċedura meħtieġa skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rikorsi ġew ippreżentati mill-Avukat Ġenerali u kemm mill-persuna li tkun ippreżentat ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Maġistrati?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda mill-Qorti Kriminali?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rikorsi li ġew ippreżentati mill-2013 sal-lum fil-Qorti Kriminali skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) huwa kif muri fit-tabella ta' hawn taħt:", "KORP TAL-PULIZIJA – FACIAL RECOGNITION SOFTWARE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija għandux fil-pussess tiegħu jew għandux aċċess għal facial recognition software?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta ġie akkwistat l-imsemmi software u f'liema ċirkostanzi u postijiet sar u/jew qed isir użu minnu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba kwestjoni ta' sigurtà, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta' Malta għandhomx fil-pussess tagħhom jew għandhomx aċċess għal facial recognition software?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta ġie akkwistat l-imsemmi software u f'liema ċirkostanzi u postijiet sar u/jew qed isir użu minnu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba kwistjoni ta' sigurtà, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Servizzi Korrettivi ta' pajjiżna għandhomx fil-pussess tagħhom jew għandhomx aċċess għal facial recognition software?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta ġie akkwistat l-imsemmi software u f'liema ċirkostanzi u postijiet sar u/jew qed isir użu minnu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba kwestjoni ta' sigurtà, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Servizz tas-Sigurtà għandux fil-pussess tiegħu jew għandux aċċess għal facial recognition software?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta ġie akkwistat l-imsemmi software u f'liema ċirkostanzi u postijiet sar u/jew qed isir użu minnu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba kwestjoni ta' sigurtà, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "ARABJA SAWDIJA - STQARRIJIET U RAPPREŻENTAZZJONIJIET DWAR QTIL TA' ĠURNALIST", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid xi stqarrijiet u rappreżentazzjonijiet għamel il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ f'isem il-Gvern Malti dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi, liema qtil seħħ fil-bini tal-Konsulat Ġenerali tar-Renju tal-Arabja Sawdija f'Istanbul nhar it-2 ta' Ottubru 2018?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-imsemmija stqarrijiet u rappreżentazzjonijiet?", "CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7490.", "FGURA HOUSING ESTATE – DJAR MIKRIJA MILL-GVERN – ĦSARAT STRUTTURALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta' abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b'titolu ta' kera fil-Housing Estate tal-Fgura li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorità tad-Djar, fil-Fgura, hija kif ġej;", "- għaxar każijiet fejn tlestew it-tiswijiet li kien hemm bżonn li jsiru;", "- seba' każijiet fejn qed isiru x-xogħlijiet bħalissa; u", "- 11-il każ li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-persuni li ħallsu biex daħlu jaraw id-Domus Romana ġewwa r-Rabat Malta tul is-snin 2016, 2017 u sa issa fis-sena 2018 u jista' jindika jekk kemm-il darba kienx hemm viżti ta' tfal tal-iskola?", "Jekk iva, kemm marru?", "Dawn ġew minn skejjel primarji jew sekondarji?", "Jista' jindika wkoll jekk ittdeħdux inizjattivi ġodda?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li bejn l-2016, l-2017, u Jannar sa Settembru tal-2018, in-numru ta' persuni li ħallsu biex żaru d-Domus Romana kien ta' 29,039, 31,187 u 26,147 rispettivament.", "Intant jien informat li bejn l-2016 u l-2017 ma kenitx tinżamm statistika preċiża ta' kemm studenti żaru dan is-sit.", "Madankollu din is-sistema ġiet modifikata matul din is-sena u b'hekk jidher li minn Jannar sa Settembru 2018 żaru dan is-sit 435 student minn skejjel primarji/sekondarji u 11-il student post-sekondarji.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant ukoll li 130 student attendew għat-thematic events ġewwa d-Domus Romana.", "Ninsab informat ukoll li mill-2016 'il quddiem ġie maħdum programm tematiku li huwa adattat għas-seba' sena u huwa marbut mal-curriculum tal-istorja ta' dik is-sena.", "Dan jinkludi treasure hunt u hands on activity li għandha x'taqsam mal-mosaic u re-enactment tal-każ Caius Verres.", "QORTI - PERSUNI MRESSQA AKKUŻATI B'REATI KRIMINALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul is-sena 2017 u jista' jinforma b'liema reati ġew akkużati?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li matul is-sena 2017 tressqu 1,204 persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b'reati kriminali (kumpilazzjonijiet).", "Informat li kien hemm firxa wiesgħa tat-tip ta' reati li bihom ġew akkużati dawn il-persuni li fost oħrajn kienu jinkludu:", "- omiċidji", "- attentat ta' omiċidji", "- reati relatati ma' serq", "- riċettazzjoni", "- offiżi volontarji u involontarji fuq il-persuna", "- vjolenza jew reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi", "- korruzzjoni ta' minuri", "- użura", "- ħsarat volontarji", "- reati relatati ma' ħsarat fil-proprjetà", "- abbandun ta' minuri", "- reati relatati ma' frodi", "- reati relatati ma' drogi", "- pussess ta' armi", "- trattament mhux xieraq fuq annimali", "- użu ħażin ta' mezzi ta' telekomunikazzjoni", "- miżapproprijazzjoni", "- ħasil ta' flus", "- reati oħra ekonomiċi", "- falsifikar ta' flus", "- offiżi relatati ma' immigrazzjoni illegali ta' persuni", "- falsifikazzjoni ta' dokumenti", "- reati relatati ma' sigurtà fuq ix-xogħol", "- prostituzzjoni", "- żamma ta' burdell", "- ġuramenti foloz", "- fabbrikazzjoni ta' evidenza falza", "- reati ta' atti sesswali ma' minorenni u reati oħra provduti mill-Kodiċi Kriminali jew liġijiet speċifici oħra.", "F'ħafna mill-kumpilazzjonijiet il-persuni akkużati jitressqu fuq aktar minn reat wieħed.", "NISA FID-DINJA TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni tas- sess femminil li bdew jaħdmu fis-sena 2017?", "Kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew impjegati full-time u kemm ġew impjegati part-time?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u Diċembru 2017, fuq bażi ta' full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:", "TRIQ LI MINN ĦAŻ-ŻABBAR TAGĦTI GĦAŻ-ŻEJTUN – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet it-triq li qed issir minn Ħaż-Żabbar saż-Żejtun?", "Jista' jgħid kemm intefaq fiha sa issa u kemm huwa previst li ser jintefaq?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7233 f'seduta 145.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – IMPJEGATI B'KUNTRATT DEFINITTIV", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv sal-aħħar tas-sena 2017?", "Jista' jindika kemm kuntratti hemm li huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena, u kemm aktar?", "Jista' jindika kemm persuni kienu tas-sess maskil u kemm tas-sess femminil?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2017, kien hemm 83 persuna li kellhom kuntratt ta' xogħol definittiv fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Fost dawn kien hemm 46 li kellhom kuntratt minn sena sa sena filwaqt li 37 kellhom kuntratt ta' tliet snin.", "Fost il-persuni kollha li kellhom kuntratt definittiv, kien hemm 21 persuna tas-sess femminil u 62 tas- sess maskil.", "Fi ħdan l-Ambaxxati ta' Malta kien hemm 65 persuna li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv.", "Kien hemm kuntratt wieħed ta' sitt xhur għal sitt xhur (kuntratt ta' sitt xhur u wara jsir indefinit), kif ukoll 61 kuntratt validu għal sena li jiġġedded kull sena.", "Kien hemm ukoll żewġ kuntratti validi għal sentejn li jiġġeddu kull sentejn, u kuntratt wieħed li kien għal sena u ma jiġġeddidx.", "Minn dawn kien hemm 51 persuna tas-sess femminil u 14 tas-sess maskil.", "Ġewwa Trade Malta kien hemm żewġ impjegati fuq kuntratt tax-xogħol definittiv għal perjodu ta' tliet snin.", "Dawn kienu persuna tas-sess maskil u persuna tas-sess femminil.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – RAMEL U ŻRAR LI NTUŻA MID-DIRETTORATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm u x'tip ta' ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u sena b'sena fuq dan il-materjal?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "ADMINISTRATIVE REVIEW TRIBUNAL – ŻMIEN MEĦUD BIEX JITTIEĦDU DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja taż-żmien biex jiġu deċiżi każijiet mill-Administrative Review Tribunal fl-oqsma ta' appelli mid-deċiżjonijiet meħuda mir-regolaturi fis-settur tal-enerġija u ilma (Regulator for Energy and Water Services) u fis-settur tal-Komunikazzjoni (Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni) għas-snin 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI: Tabella A li tindika l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-snin 2015, 2016 u 2017 kif ukoll Tabella B li tindika informazzjoni identika għas-snin 2010, 2011 u 2012 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-Onor.", "Interpellant ghalhekk jista' jinnota li l-effiċjenza fir-rigward tal-Administrative Review Tribunal irreġistrat titjib sinifikanti, kemm fejn tidħol il-clearance rate kif ukoll id-disposition time, meta kkumparata ma' statistika identika miġbura fis-snin ta' qabel l-2013 u ċjoè żmien Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Interpellant ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-effiċjenza tal-Administrative Review Tribunal, b'mod ġenerali, turi li mill-2014, il-clearance rate tal-istess Tribunal kienet dejjem teċċedi l-100% u għalhekk tindika b'mod ċar kristall l-impenn ta' dan il-Gvern li jtejjeb l-effiċjenza billi jiġu riżolti aktar każijiet.", "Dan l-impenn jidher ukoll fl-2017 bi clearance rate globali ta' 147%.", "QORTI TAL-APPELL - APPELLI MINN DEĊIŻJONIJIET TAL-ADMINISTRATIVE REVIEW TRIBUNAL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għas-snin 2015, 2016 u 2017 kemm kienet il-medja taż-żmien biex jiġu deċiżi każijiet mill-Qorti tal-Appell (Inferjuri) għal dawk li huma appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal?", "OWEN BONNICI: Tabella A li tindika l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant għas-snin 2015, 2016 u 2017 kif ukoll Tabella B li tindika informazzjoni identika għas-snin 2010, 2011 u 2012 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-Onor.", "Interpellant għalhekk jista' jinnota li l-effiċjenza fir-rigward tal-Qorti tal-Appell (Inferjuri) għal dawk li huma appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal irreġistrat titjib sinifikanti, kemm fejn tidħol il-clearance rate kif ukoll id-disposition time, meta kkomparata ma' statistika identika miġbura fis-snin ta' qabel l-2013 u ċjoè żmien Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PROPRJETÀ MIKRIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm proprjetajiet mikrija mill-Ministeru għal Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar?", "Tista' tgħid f'liema raħal jinsabu dawn il-proprjetajiet u għal-liema raġuni nkrew, kif ukoll għal kemm-il sena nkrew u kemm hu l-ħlas għal kull proprjetà, sena b'sena?", "Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinkrew iktar binjiet f'Għawdex u għal-liema raġuni?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fiż-żewġ tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – SOTTOMISSJONIJIET MILL-PUBBLIKU GĦAL PJAN LOKALI GĦAL GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-gżira ta' Għawdex, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali għal Għawdex?", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant japprezza li din id-domanda titlob ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk qed nitolbu aktar ħin biex tinġabar tali informazzjoni.", "GĦAWDEX - SKEJJEL TAL-ISTAT –MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' interventi infrastrutturali u ta' manutenzjoni saru matul is-sajf 2018 ġewwa l-Iskejjel tal-Istat f'Għawdex u f'liema skejjel u kemm kienet in-nefqa fuq kull skola?", "Kemm-il tender inħareġ għal dan it-tip ta' xogħol, kemm ġew awarded, lil min ingħataw, u min kienu l-periti inkarigati fuq dawn ix-xogħlijiet u kif ġew magħżula?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat mid-Dipartiment Strateġija u Sapport li l-programm ta' xogħlijiet ġewwa l-Iskejjel tal-Istat f'Għawdex kien kif muri fiż-żewġ tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "TRASPORT PUBBLIKU – SERVIZZ TAL-KAROZZA TAL-LINJA X2", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li t-trasport pubbliku magħruf bħala X2, tieqaf fuq l-istage li hemm f'Luqa Road, magħruf bħala tax-Xintill (hemm żewġ stages faċċata ta' xulxin)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rotta X2 hija waħda mir-rotot Express liema rotta tgħaqqad il-lokalitajiet ta' Tas-Sliema u San Ġiljan mal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta via l-Isptar Mater Dei, Raħal Ġdid u Santa Luċija.", "Sabiex iħaffu fit-traġitt tagħhom, rotot ta' dan it-tip ma jiqfux fuq kull bus stop.", "Informat ukoll li fil-każ ta' din ir-rotta l-eqreb bus stop fl-istess akwati li fuqu tieqaf ir-rotta X2 huwa dak li jġib l-isem \"Nazzarenu\" u li qiegħed madwar 200 metru 'l boghod.", "MEDIĊINA ARIPROZALE - KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-pilloli Ariprozale 10mg, li skont il-Professur ilu li applika xahrejn u għadu bla risposta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qed jiġi segwit."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181121_171d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2285 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2300 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat f'Lulju 2015 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' kollaborazzjoni li ġie ffirmat nhar is-16 ta' April 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2017 u kemm sa issa fis-sena 2018?", "Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta' abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b'titolu ta' kera fil-Housing Estates ta' Santa Luċija li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta' sess femminil li bdew jaħdmu tul din sena 2018?", "Jista' jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew impjegati bħala full-time u kemm bħala part-time?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u tul din is-sena, sal-aħħar ta' Ottubru 2018 u jista' jindika kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7313 u ċjoè: Jista' l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġja tnax-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżisteni ta' Pick up u Drop off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-20 ta' Lulju 2018, il-Ministeru tiegħu ħareġ sejħa għall-kwotazzjonijiet fuq il-Gazzetta tal-Gvern biex jiġu ingaġġati Security Guards tal-kuntrattur biex jipprovdu back up għal uffiċjali tal-MTA ġewwa Kemmuna?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti a bażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsmuma sena b'sena?", "X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta' Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:", "a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s'issa?;", "b. Għal liema okkażjonijiet saru?;", "c. Fejn qed jitwaħħlu?", "Liema huma l-postijiet speċifiċi?;", "d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;", "e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;", "f. X'armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;", "g. Wara li jiżżarmaw, x'qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u", "h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-roundabouts u x'inhu l-grad tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Culture Unit, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum?", "Xi grad huma u x'titlu għandhom dawn il-ħaddiema?", "Fil-każ ta' ħaddiema li daħlu ġodda, tista' l-Ministru tgħid meta ġew ippubblikati s-sejħiet għalihom?", "Tista' tgħid ukoll mil-liema post qed jaqdu dmirijiethom dawn il-ħaddiema?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jaħdem ma' entitajiet jew kumpaniji privati bil-għan li jinstabu jew jinbnew djar għall-anzjani f'Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv f'liema lokalitajiet f'Għawdex qed isir dan?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'tiswijiet fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ tista' tgħid liema kien il-vapur li fuqu saret it-tiswija?", "Fiex kienet tikkonsisti t-tiswija, lil min kienet ikkummissjonata t-tiswija u kemm kienet l-ispiża għal kull tiswija li saret?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff fl-Accreditation Unit fi ħdan id-DQSE?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' min huma dawn il-membri u x'esperjenza għandhom fil-qasam edukattiv?", "Kemm għallmu snin fi skejjel full-time jew part-time?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Accreditation Unit fi ħdan id-DQSE?", "Minn dawn kemm minnhom huma ta' edukaturi li ġejjin mis-settur tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta fil-Ministeru jidħol ilment fuq għalliem?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati supply teachers f'kull settur u f'liema suġġetti mill-bidu ta' din is-sena skolastika?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi, Malta għandha ftehim sabiex isiru adozzjonijiet minn persuni Maltin?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità tal-Gudja?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità ta' Raħal il-Ġdid?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol ta' għoti mill-ġdid ta' wiċċ ta' tarmak f'Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta?", "Peress li f'din it-triq hemm problema kbira li kull meta tagħmel ix-xita, l-ilma jlaħħaq mal-bankina, jista' jieħu ħsieb u jara li jsir xogħol ta' bini ta' culverts ġodda f'partijiet mill-istess triq li fil-preżent ma hemmx water culverts biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ilma tax-xita?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għall-kumpens li tħallas lill-vittmi tal-inċident \"Paqpaqli għall-Istrina\", jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma globali li tħallset mingħajr ma jgħid lil min tħallset?", "Billi dawn huma flus il-poplu, jaħsibx li l-poplu għandu dritt ikun jaf kemm kienet is-somma mħallsa?", "Jista' jgħid jekk jaqbilx li l-poplu għandu kull dritt ikun infurmat kemm hi s-somma globali li tħallset mit-taxxi tal-poplu stess?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li kellhom flushom il-Bical hux se jitħallsu l-kumplament ta' flushom kif kienu ġew imwiegħda?", "Jekk iva meta?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min ipprepara l-istimi għax-xogħlijiet ta' toroq li se jsiru minn Infrastruttura Malta, jekk hux mill-impjegati ta' Infrastruttura Malta, mill-impjegati ta' xi Dipartiment tal-Gvern jew jekk inqabdux konsulenti privati?", "Jekk saru minn konsulenti privati, jista' jgħid jekk inħarġitx xi sejħa għall-offerti jew ingħataw direct order u kemm tħallsu dawn il-konsulenti privati biex għamlu dawn l-istimi?", "Min huma dawn il-konsulenti privati?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord ta' Infrastruttura Malta u f'liema kariga?", "Kemm qed jitħallas kull membru ta' dan il-bord?", "X'perkaċċi għandu kull membru tal-bord?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li skont l-Att li waqqaf l-Aġenzija Infrastruttura Malta, kull membru magħżul mill-Ministru stess kellha tkun persuna li hi kkwalifikata minħabba l-esperjenza li għandha u l-kapaċitajiet li wriet fi kwistjonijiet relatati mal-funzjoni tal-Aġenzija Infrastruttura Malta, u ċjoè mal-bini ta' toroq, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid kull membru li hemm fil-bord ta' din l-Aġenzija:", "a. xi kwalifiki akkademiċi għandu fix-xjenza tal-bini ta' toroq?", "Kemm ilu/ilha li ottjena/ottjeniet dawn il-kwalifiki?;", "b. għandux/għandhiex xi forma ta' Masters Degree fir-Road Engineering?", "Kemm ilu/ilha li ottjena/ottjeniet dan il-Masters Degree u minn liema Università ġie maħruġ?;", "c. x'esperjenza prattika fuq bini ta' toroq għandu/għandha u għal kemm-il sena?", "Minn fejn ġab/ġabet din l-esperjenza, minn xogħol mal-Gvern/Awtorità tal-Gvern jew mill-privat?", "Xi proġetti ta' toroq għamel/għamlet u x'tip ta' proġetti huma: proġetti maġġuri, xogħlijiet ta' toroq arterjali jew distributorji, xogħlijiet ta' toroq residenzjali jew xogħlijiet ta' toroq residenzjali?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu r-rotot tal-Air Malta lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, pajjiż b'pajjiż u sena b'sena, fis-snin 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk sarx studju dwar il-vijabilità ta' dawn ir-rotot qabel tnedew mill-Air Malta?", "Jista' jgħid jekk hux qed isir profitt mill-Air Malta fuq kull rotta li tnediet?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fuq ir-rotot lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, il-persentaġġ ta' profitt li kienet tuża bħala prassi l-Air Malta fl-2016 inżammx mil-linja tal-ajru Air Malta tul l-2017 u l-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati fl-Air Malta fuq bażi part-time fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'liema dipartiment tal-Air Malta?", "Kemm żdiedet l-ispiża għall-Air Malta, sena b'sena, biex ġew ingaġġati dawn l-impjegati fuq bażi part-time?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-settlement li tħallas u/jew qed jiġi propost li jitħallas lill-vittmi tal-inċident \"Paqpaqli għall-Istrina\" inkluż kemm minn dan is-settlement qed jitħallas mill-assiguratur taħt il-polza tal-assigurazzjoni f'isem il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) u kemm qed jitħallas mill-gvern?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-polza tal-assigurazzjoni għall-avveniment \"Paqpaqli għall-Istrina\" kenitx f'isem il-MCCFF jew f'isem entità governattiva?", "Jekk il-polza ħarġet f'isem Ministeru, aġenzija jew entità oħra governattiva, jista' jagħti d-dettalji ta' min kien l-assiguratur u l-premium li kien imħallas?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Nirreferi għall-applikazzjoni 6031/18 li tirreferi 'Application processing is currently suspended at the perit's request' u minkejja hekk ix-xogħol għaddej xorta waħda.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet humiex regolari jew qed isiru biex jakkomodaw l-applikant li talab għal change of use?", "Jista' jgħid jekk Transport Malta kkonfermatx li qed twettaq dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid jekk għandhomx PA permit?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għat-tniġġis fl-arja minħabba duħħan iswed li qed isir minn ċmieni ta' ċertu fabbriki li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament u li l-makkinarju tagħhom jaħdem bil-lejl, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar ċmieni ta' din ix-xorta?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-użu tal-E10 jistax inaqqas l-emissjonijiet sa 10%, minbarra li jnaqqas il-prezz tal-fuel?", "Jista' jispjega x'sar minnha s-Sitt Skeda tal-Avviż Legali 68 tal-2011, dwar il-kontenut minimu ta' biofuel bħala perċentwali tal-petroleum?", "Jista' jgħid jekk din is-sena wasalniex biex ikollna 8.5% ta' biofuel fil-petrol, skont l-iSkeda?", "Jista' jgħid x'qed jistena l-gvern biex iħalli l-importazzjoni u l-użu tal-ethanol imħallat mal-petrol (10%) magħruf bħala E10?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġi installat lift fl-iSchool of Art?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7838, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li s'issa nġabru minn dawk il-kumpaniji li mhumiex jonoraw il-kwota ta' 2%?", "Liema huma dawn il-kumpaniji?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7878, jista' l-Ministru jgħid jekk Djar Residenzjali oħra (bħal id-Dar tal-Providenza u Dar il-Wens) għandhomx leader u staff professjonali li jgħinu lir-residenti jamministraw il-flus tagħhom (40%) wara li jitnaqqsu l-ammont tal-flus dovuti lil Għaqdiet mhux Governattivi li qed jagħtu dan is-servizz?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni b'diżabilità, jew min jieħu ħsiebhom, jiġux eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li l-impjieg tagħhom twaqqaf għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq f'dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet kontra dawk l-1,963 ħaddiem barrani li kienu qed jaħdmu bla permess matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "X'azzjoni ttieħdet ukoll għal dawk is-sidien li kienu qed iħaddmuhom bla permess?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament liema każ marbut mas-sigurtà soċjali fejn qiegħda tallega li s-Sigurtà Soċjali bagħtulha żewġ ċekkijiet iżda hi qatt ma rċeviet xejn?", "Jista' jara li ssir investigazzjoni dwar min sarraf dawn iċ-ċekkijiet?", "MOZZJONIJIET", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ONOR.", "Illi t-terminu ta' xahar kif indikat fis-subartikolu (3) tal-artikolu 57 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap 549), li matulu għandu jiġi ttrattat mill-Kamra r-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent għas-sena 2018 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-24 ta' Ottubru 2018, jiġi estiż b'xahrejn", "IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Logħob, Kap. 583.\"", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi -Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "23 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru 2018 fil-11.00am filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru 2018, fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 62 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 61 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 27 ta' Novembru 2018 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza dwar it-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea anke fid-dawl tal-Laqgħa Speċjali tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Novembru 2018 dwar Art.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Novembru, 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sinjura Mary Scicluna għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Joseph Theuma għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għal Qatar.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Dionisio Vella għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Afrika t'Isfel.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina ta' Dr Joshua Ellul għall-ħatra ta' non-executive Chair tal-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Is-Sotto Kumitat dwar id-Dijabete fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 fl-4:30 pm filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Diskussjoni.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni u approvazzjoni tal-ħatra tal-Kummissarju għat-Tfal;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 4 ta' Diċembru 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar il-waste to energy.", "23 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181126_172a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tnejn, 26 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 171, li saret fil-21 ta' Novembru, 2018 ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nixtieq ninforma lill-Kamra li wara li l-ġimgħa l-oħra s-Sedja tat ruling fuq talba tal-Onor.", "Glenn Bedingifield, irċeviet korrespondenza mingħand l-avukat ta' \"theshiftnews.com\" li se nqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Se nqiegħed ukoll kopja tar-risposta li bagħat l-Iskrivan tal-Kamra f'isem is-Sedja datata llum, 26 ta' Novembru, 2018.", "Nixtieq ngħid sempliċement li s-Sedja bl-ebda mod ma tagħti ruling biex b'xi mod trażżan il-libertà tal-espressjoni ta' xi ħadd.", "Wieħed irid jifhem li s-Sedja hija marbuta mar-regolamenti, u għalhekk trid tassigura li r-rapportaġġ fuq dak li jingħad fil-Parlament ikun korrett, fidil u bilanċjat.", "Dan dejjem huwa neċessarju f'demokrazija parlamentari li tirrispetta lilha nnifisha.", "Għalhekk mhuwiex permessibbli li rapport dwar dak li jkun intqal fil-Parlament ma jkunx jirrifletti dak li effettivament ikun intqal.", "B'daqshekk żgur li mhuwiex il-każ li aħna, minn hawnhekk, qed inrażżnu l-libertà tal-espressjoni, anzi hawn nista' nagħmel riferenza anke għas-sentenza tal-European Court of Justice ta' Strasbourg, li proprju tgħid illi dak li jingħad fil-Parlament għandu jiġi rrapportat b'mod preċiż.", "Issa nħalli f'idejn \"theshiftnews.com\" biex jara r-risposta tiegħi u mbagħad naraw x'se jiġri wara.", "Nirringrazzjakom.", "Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-korrispondenza datata 21 u 26 ta' Novembru 2018 li għaddiet bejn l-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra u r-rappreżentant legali ta' \"theshiftnews.com\" dwar ruling mogħti mis-Sedja fl-20 ta' Novembru 2018 fuq talba tal-Onor.", "\"Report by the Auditor General on the Workings of Local Government - Public Accounts 2017\" datat Novembru 2018, maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - BILLBOARD ADVERTISING", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2285 u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informata li l-informazzjoni mitluba relatata mal-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant u li għaddew taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Ġunju 2017 'l hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, f'wieħed mill-ġurnali tal-Ħadd li għadda kien hemm Membru ta' din il-Kamra li għamel riferenza għall-proċess tal-Vot 16 li mexxiet is-Sedja fejn għall-ewwel darba din il-Kamra tat id-dritt lil żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena li jivvotaw.", "Madankollu l-kritika kienet li mhu qed isir xejn, jew inkella mhux qed isir biżżejjed sabiex iż-żgħażagħ jiġu mgħallma u ppreparati jiddeċiedu anke dwar il-vot tagħhom.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tinforma lill-Kamra dwar dan u dwar ix-xogħol li qed isir f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor .Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Fil-fatt, Sur President, jiena wkoll qrajt l-artiklu li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor.", "Interpellant, u mingħajr ma ninstema' li qed inkun fuq id-difiża, irrid ngħid li filwaqt li għandi rispett kbir lejn il-kollega tiegħi l-Onor.", "Ryan Callus, li f'dan l-artiklu qal li l-Gvern ma għamel xejn biex jeduka liż-żgħażagħ tagħna fuq il-Vot 16, huwa importanti li almenu nkunu qed ngħixu fuq l-istess pjaneta!", "Qed ngħid dan għax sfortunatament jidher li l-Onor.", "Callus mhuwiex konxju tal-ħidma tajba u importanti li qed issir mill-Aġenzija Żgħażagħ, fost l-oħrajn.", "Jien informata li hekk kif f'din il-Kamra ttieħed vot unanimu fuq il-Vot 16, l-Aġenzija Żgħażagħ kompliet bil-ħidma tagħha f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt wara sejħa li ħarġet għall-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex, prattikament 1,513-il student minn Form 3, Form 4 u Form 5 diġà għamlu l-ewwel ċiklu ta' taħriġ tagħhom f'dan ir-rigward.", "Ta' min jgħid li b'dan it-taħriġ li qed jingħataw iż-żgħażagħ aħna qed nippjanaw li sal-ewwel xahar tal-2019 b'kollox se jkollna kważi 2,600 żagħżugħ u żagħżugħa li l-età tagħhom qed tqarreb l-età li wieħed jista' jivvota li se jkunu missew ma' dan it-tip ta' taħriġ.", "Għalhekk onestament inħoss li filwaqt li huwa tajjeb li nikkritikaw lil xulxin, mill-banda l-oħra nixtieq li nkunu ġusti ma' xulxin.", "Din il-liġi għaddiet minn din il-Kamra biss ftit tax-xhur ilu, u aħna ma qgħadniex nistennew li tibda sena skolastika oħra biex nibdew l-ewwel taħriġ.", "Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema tal-Aġenzija Żgħażagħ għax-xogħol li qed jagħmlu f'dan ir-rigward fejn, kif għedt diġà, prattikament diġà ppreparaw lil 1,500 student u studenta fuq il-mekkaniżmi tas-sistema elettorali tagħna, fuq xi jfisser li wieħed jivvota u fuq kif għandu jivvota.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, bħalma kullħadd jaf, huwa ppjanat li f'Mejju li ġej l-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet lokali u għall-Parlament Ewropew isir b'mod elettroniku.", "Għalhekk jien xtaqt nistaqsi lill-Prim Ministru jekk din il-bidla għal sistema elettronika kellhiex xi effett fuq il-budget tal-Uffiċċju Elettorali u wkoll kif se jitqassam dan il-budget.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Jiena informata li dak huwa proċess awtonomu u indipendenti minn dak li għaddej bħalissa.", "Ta' min jgħid ukoll li hija l-Kummissjoni Elettorali li qiegħda tieħu ħsieb dan il-proċess.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq issa nirriferi lis-Segretarju Parlamentari għall-biċċa xogħol li kemm-il darba smajna li qed taħdem fuqha u li verament nistenna bil-ħerqa li nibdew naraw l-ewwel riżultati ta' dan ix-xogħol f'din il-Kamra.", "Qed nirriferi għat-tagħlim edukattiv li hemm bżonn jingħata dwar l-użu tal-kannabis.", "Is-Segretarju Parlamentari qalet kemm-il darba li għandna naddottaw il-proċess ta' harm reduction biex naslu fejn irridu naslu.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tispjega lill-Kamra fejn tixtieq tasal permezz ta' dan il-proċess għal min forsi għadu ma fehemx għaliex għandu jittieħed dan l-approach?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Fil-fatt din it-tweġiba rripetejtha ad nauseam!", "Kif diġà spjegajt kemm-il darba kemm f'din il-Kamra kif ukoll f'diversi intervisti, il-prinċipju tat-tluq tagħna f'dan ir-rigward għandu jkun li m'hemm xejn rikreattiv b'rabta mad-drogi.", "Huwa importanti li dan il-punt jasal bl-aktar mod ċar.", "Nifhmu li għal xi raġuni jew oħra, parti sostanzjali mill-popolazzjoni tagħna diġà qed tagħmel użu mill-kannabis, u minnha nnifisha l-frażi \"harm reduction\" qed tispjega li dan il-mekkaniżmu jrid jimmitiga l-ħsara li qed issir.", "Naħseb li kull Membru ta' din il-Kamra li ġej mill-professjoni medika jaqbel mal-punt kardinali li d-droga ma tista' qatt tagħmel ġid imma tagħmel biss ħsara.", "Madankollu f'dan il-pajjiż għandna sitwazzjoni fejn żgħażagħ, adulti u oħrajn qegħdin jiltaqgħu mat-traffikanti fit-toroq tagħna biex jixtru l-kannabis għall-użu personali tagħhom.", "Issa l-għan ta' dan il-mekkaniżmu huwa li l-ewwel nett tinqata' t-tranżazzjoni mat-traffikant u t-tieni nett li jiġu mħarrxa l-penali għal min jinqabad jittraffika d-droga.", "Bħalma hemm persuni li fil-weekend jieħdu flixkun birra, hemm oħrajn li jgħidulek illi xi kultant - mhux b'mod regolari - ipejpu joint.", "Għalhekk aħna qed ngħidu li l-mekkaniżmu għandu jkun tali li persuna li tkun qed tabbuża minn dawn is-sustanzi tkun irreġistrata u riferuta mit-tabib tal-familja tagħha għax dan ikun jaf il-medical history ta' dik il-persuna u tal-familja tagħha.", "B'hekk jekk, pereżempju, it-tabib ikun jaf li fil-familja ta' din il-persuna hemm każijiet ta' skiżofrenija, huwa jkun obbligat li jiġbed l-attenzjoni għal dan għax meta dik il-persuna tagħmel użu mill-kannabis ikollha ċans akbar li timmanifestalha l-istess kondizzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz ta' dan il-mekkaniżmu jkollna traceability ta' minn fejn tkun ġejja d-droga.", "Tkellimna ma' users li jgħidulek li l-biżgħa tagħhom hi li ħafna drabi l-kannabis li qegħdin jixtru mingħand it-traffikanti tkun imħallta bi kwalunkwe tip ta' prodott li wieħed jista' jimmaġina.", "Pereżempju, ġieli l-kannabis titħallat saħansitra mal-ħġieġ biex il-piż tagħha jkun itqal.", "Għalhekk, Sur President, il-pedament ta' dak li rridu ngħaddu minnu fl-2019 għandu jkun imsejjes fuq kampanja edukattiva b'saħħitha ma' wliedna u fuq l-Icelandic Model, mekkaniżmu li ddaħħal u li rnexxa f'pajjiżi li kellhom problemi marbuta ma' sustanzi differenti.", "Aħna rridu naraw li t-tfal tagħna jirnexxu fl-isport, fl-arti u fil-kultura, u dan kollu huwa minsuġ f'Baġit li nvesta b'mod b'saħħtu proprju f'dan is-settur.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, tista' s-Segretarju Parlamentari tagħtina xi ftit aktar informazzjoni dwar kif l-Aġenzija Żgħażagħ qed tipprepara lil dawk iż-żagħżagħ li se jivvotaw għall-ewwel darba?", "Pereżempju, dan l-eżerċizzju ta' preparazzjoni ġie inkluż fil-kurrikulu u qed jingħata biss fl-iskejjel jew anke barra mill-iskejjel?", "U x'manpower hemm deployed biex jagħti dawn is-servizzi?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Fil-fatt proprju l-ġimgħa li għaddiet kont qed nitkellem ma' rappreżentanti tal-Aġenzija Żgħażagħ u dawn tawna update kif ukoll snapshots ta' x'qed jiġi diskuss maż-żgħażagħ.", "Kif għedt diġà, hekk kif għaddiet il-liġi fil-Parlament, l-Aġenzija Żgħażagħ ħarġet sejħa lill-iskejjel u b'kollox kien hemm total ta' 15-il skola li wrew interess li jipparteċipaw f'dan li-mekkaniżmu.", "Il-lectures kienu varji.", "Pereżempju, fl-ewwel seminar saret panel discussion, u fuq dan il-panel kien hemm l-istudenti li assorbew l-implikazzjonijiet ta' x'jiġri f'kontest ta' elezzjoni ġenerali kif ukoll x'inhuma d-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' kull ċittadin.", "Imbagħad qed isiru wkoll workshops li jgħinu lill-istudenti jesploraw u jifhmu aħjar il-proċess li nsegwu aħna biex ngħaddu liġi.", "Issa ejjew inkunu onesti magħna nfusna.", "Pereżempju, jien ħriġt fl-aħħar ħin għall-kampanja elettorali, ma kellix idea fiex jikkonsisti dan il-proċess.", "Forsi n-nuqqas ta' tagħrif minnu nnifsu jwassal biex numru ta' żgħażagħ joqogħdu lura milli jipparteċipaw.", "Għalhekk jien naħseb li l-fatt li qed nagħtu liż-żgħażagħ l-opportunità li jifhmu l-proċess elettorali kollu minn età daqstant bikrija qed ngħinuhom jifhmu wkoll illi l-vot ma jfissirx sempliċement li dakinhar tal-elezzjoni tmur tagħti l-one, it-two, it-three.", "Ta' min jgħid li f'dawn il-workshops iż-żgħażagħ jiddiskutu wkoll temi oħra li huma ta' interess għalihom.", "Imbagħad it-tieni seminar jidħol f'fażi kompletament differenti għax tiġi spjegata s-sistema li biha jsiru l-elezzjonijiet, jiġi spjegat il-proċess elettorali u jsir ukoll simulation exercise fejn, kif spjegawli, l-istudenti jintalbu jħejju manifest bil-għan li jiġu eletti f'general council u japprovaw il-kandidati permezz ta' vot.", "Nerġa' ngħid li s'issa hemm 15-il skola li qegħdin jipparteċipaw u b'kollox kellna 1,513-il student li ħadu dan l-ewwel taħriġ.", "Imbagħad kien hemm seba' skejjel li applikaw għall-Voting Voices Responsible Choices Programme u hemmhekk kien hemm 1,082 student ieħor li ħadu dan it-taħriġ.", "Jiġifieri b'kollox, sal-aħħar ta' Jannar 2019, se jkun hemm total ta' 2,595 student li għamlu dan il-programm.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, il-ġimgħa l-oħra, bi qbil maż-żewġ naħat tal-Kamra, għaddejna mill-istadju tat-Tieni Qari Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu issa n-notification of birth ma baqgħetx issir biss fil-Public Registry l-Belt, imma anke fl-Isptar Mater Dei.", "Fil-fatt jien informat li din il-bidla kienet verament ta' suċċess għax permezz tagħha hekk kif koppja jkollha wild, tkun tista' tagħmel in-notifika ta' dan il-wild dak il-ħin.", "Issa din in-notifika se tibda tkun tista' ssir anke b'mod elettroniku għax fid-dinja tal-lum, fejn qed nagħtu dejjem aktar kumdità lill-individwu permezz ta' numru akbar ta' servizzi elettroniċi, 'l hemmhekk irridu mmorru.", "Li xtaqt nistaqsi jien huwa jekk is-Segretarju Parlamentari tħossx li s-servizzi l-oħra kollha li għandhom x'jaqsmu mar-Reġistru Pubbliku għandhom ikunu jistgħu jingħataw b'mod elettroniku wkoll.", "Pereżempju, ikun aktar konvenjenti għall-individwu li jkun jista' jordna anke ċertifikat tal-mewt b'mod elettroniku, u tkun ħaġa ideali li minflok ma wieħed joqgħod kull darba jinqala' u jmur ir-Reġistru Pubbliku għal dawn iċ-ċertifikati, wieħed ikun jista' jordnahom permezz tal-internet.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, għalija s-sitwazzjoni ideali tkun li kull ċittadin ikun jista' jordna dawn iċ-ċertifikati u s-servizzi li għandu bżonn mill-kumdità tad-dar tiegħu.", "Diġà hemm diversi servizzi li qed jingħataw b'mod tajjeb ħafna permezz tal-e-ID, imma rridu nkomplu nimbottaw aktar.", "Sfortunatament għadna bil-mentalità li biex tingħata ċerti servizzi trid bilfors tmur f'uffiċċju, u għalkemm jeżisti l-email, xorta waħda għad hemm frazzjoni mill-popolazzjoni li tkun trid tingħata dawn it-tip ta' servizzi wiċċ imb wiċċ.", "Il-ġimgħa l-oħra fil-Parlament iddibattejna proprju dwar dan, u l-Onor.", "Godfrey Farrugia spjega b'mod tajjeb ħafna li allaħares naslu fil-punt li naqtgħu l-kuntatt dirett maċ-ċittadin ħesrem.", "Jiena nifhem li dejjem se jibqa' jkollok dak il-persentaġġ tal-popolazzjoni li jippreferi li jingħata s-servizz li jkun irid wiċċ imb wiċċ, però huwa fatt li dak li għamilna matul it-12-il xahar li għaddew kien pass importanti.", "Dan għaliex konna għadna fis-sitwazzjoni kważi redikola li meta titwieled tarbija fl-Isptar Mater Dei nobbligaw lil ġenitur minnhom jew, f'każ ta' koppja li mhijiex miżżewġa, liż-żewġ ġenituri biex imorru jirreġistraw lit-tarbija tagħhom il-Belt.", "Kulħadd jaf is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' parkeġġ fil-Belt, u nafu wkoll bil-konsegwenzi li qed tħalli l-pollution tal-vetturi fuq il-binja storika tal-Belt Valletta, għax kif jgħidulna l-esperti stess, minħabba li aħna mdawrin bil-baħar, il-pollution qed twassal għall-erosion tal-ġebla b'rata aktar mgħaġġla, u għalhekk il-Gvern huwa impenjat biex jara li nnaqqsu l-bżonn li n-nies joqogħdu jmorru l-Belt biex jingħataw dawn is-servizzi meta dan jista' jsir b'mod ħafna aktar faċli.", "Kif għedt diġà, il-bidla li għamilna dan l-aħħar kienet ta' suċċess għax madwar 90% tat-trabi li qed jitwieldu fl-Isptar Mater Dei qed jiġu reġistrati hemmhekk, u issa l-mira tagħna hi li l-imwiet kollha jibdew jiġu reġistrati fid-djar tal-anzjani, kemm f'dawk privati kif ukoll f'dawk tal-gvern.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, il-mistoqsija oriġinali, jiġifieri l-mistoqsija parlamentari 5361, li kienet indirizzata lill-Prim Ministru, li jinsab preżenti f'din il-Kamra, kienet tgħid hekk:", "\"Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2285 u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?\"", "Issa skont l-informazzjoni li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra uffiċjalment ftit tal-ħin ilu bħala risposta għal din il-mistoqsija parlamentari, l-unika entità li taqa' taħt il-Prim Ministru hija l-Malta Council for Science and Technology (MCST).", "Għalhekk, Prim Ministru, ippermettili nistaqsik jekk il-fatt li ġiet elenkata entità waħda biss li taqa' taħtek sarx bi żvista jew inkella b'intenzjoni.", "Jien qed nifhem li dan kien żball għax ma naħsibx li l-MCST hija l-unika entità li taqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru!", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, filwaqt li napprezza l-mistoqsija supplimentari tal-Onor.", "Cutajar, madwar 20 minuta ilu jiena għedt ċar u tond - u se nirripetiha biex żgur ma jkollniex dubji fuqha - illi:", "\"Ninsab informata li l-informazzjoni mitluba relatata mal-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant u li għaddew taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Ġunju 2017 'l hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.\".", "M'għandix problema biex dak li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra naqsmu mal-pubbliku għax wara kollox aħna qegħdin hawnhekk f'xandira diretta u trasparenti.", "Jekk sar billboard mill-MCST u dan ġie jammonta għal €9,600, aħna poġġejna fuq il-Mejda tal-Kamra proprju dik l-informazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Din hi t-tweġiba!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jekk jogħġbok, tkellem fil-qosor ħalli mmorru għal mistoqsija oħra.", "ROBERT CUTAJAR: Il-mistoqsija parlamentari oriġinali kienet qed tistaqsi lill-Prim Ministru biex \"jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqgħu taħtu fuq billboard advertising minn Marzu 2013 …\" u mhux biss kemm intnefqu flus mill-MCST.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari fehmet il-mistoqsija, tatek ir-risposta u m'għandhiex aktar xi żżid!", "(Interruzzjonijiet) Kif għedt diġà, m'hemmx aktar dibattitu fuq dan il-punt.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fost ir-responsabbiltajiet li għandha s-Segretarju Parlamentari, hija għandha r-responsabbiltà tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati.", "Jien niftakar żmien fejn kienu jkellmuni kostitwenti u jgħiduli li kienu qed idumu ħafna biex jinqdew minn dan id-Dipartiment u l-membri tal-istaff kienu jgħidulhom li dan il-proċess kien qed idum - għax ovvjament il-membri tal-istaff riedu jipprovdu raġuni - minħabba li kien hemm ħafna backlog.", "Matul dawn l-aħħar ftit snin jidher li dan il-backlog naqas ħafna u llum il-kostitwenti tagħna stess qed jgħidulna li dan il-proċess mhux qed idum daqs qabel.", "Għalhekk tista' s-Segretarju Parlamentari tinforma lill-Kamra jekk naqasx verament il-backlog qawwi li kien hemm, minkejja li, kif smajna fil-midja, filwaqt li qabel kien hemm ħafna persuni li kienu jagħmlu biss il-passaport Ingliż, illum minħabba Brexit għandhom kull interess li japplikaw għall-passaport Malti wkoll, dejjem jekk ikunu intitolati għalih?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Jiena m'iniex se nkun ipokrita u ngħid li s-sitwazzjoni li kien hemm mhux veru eżistiet għax fil-verità meta dħalna in office sena ilu, l-akbar uġigħ ta' ras li kelli ma kenitx minħabba li kelli għaxar riformi quddiemi, imma kienet proprju kif se nġibu in line il-backlogs li kienu qed jakkumulaw.", "Naħseb li kull ċittadin Malti u Għawdxi għandu dritt jistenna minna proċess li jimxi b'time-frames li jagħmlu sens.", "Niddejjaq ngħid dawn l-affarijiet, imma l-verità hi li sa ftit tax-xhur ilu jiena iffirmajt files taċ-ċittadinanza li jmorru lura għal żmien l-Eks Viċi Prim Ministru Tonio Borg.", "Għalija dawn huma affarijiet li ma jagħmlux sens, anzi huma affarijiet oxxeni, però jiena dejjem emmint li billi noqogħdu nibku fuq dak li sar m'aħniex se nsolvu l-affarijiet.", "Għalhekk jiena tajt direzzjoni ċara lill-istaff ta' Identity Malta li jridu jieħdu stock tas-sitwazzjoni li kien hemm u li f'time-frame li jagħmel sens - u mhux ta' iġri u ġerri għax in-numru ta' files pendenti li kien hemm kienu jammontaw għal eluf - ta' 12-il xahar iridu jiġu in order.", "Bi pjaċir ngħid li proprju matul dawn l-aħħar ġimgħat konna qegħdin f'sitwazzjoni fejn minn meta persuna tapplika għaċ-ċittadinanza sa ma l-file tagħha jgħaddi mill-iscreening u mid-due diligence tal-Pulizija, tas-Secret Service eċċ. dan iċ-ċiklu jieħu sa massimu ta' sena.", "Fil-fatt illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn applikazzjoni li daħlet f'Marzu li għadda ġiet ffirmata ftit tal-jiem ilu, jiġifieri bħalissa dan il-proċess qed jieħu anqas mit-time-frame ta' sena.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: It-tweġiba li tat is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Julia Farrugia Portelli ftit tal-minuti ilu qed tinkwetani bis-serjetà u bl-aktar mod sinċier.", "Hija qalet li jekk, pereżempju, xi ħadd ikun ibati mill-kondizzjoni tal-iskiżofrenija, dan jista' jmur għand it-tabib tiegħu u jagħmillu preskrizzjoni għall-kannabis.", "Issa hawnhekk irridu noqogħdu ftit attenti biex naraw x'aħna ngħidu għax minn studju xjentifiku li sar mill-Professur Anton Grech hawn Malta, irriżulta - ħu paċenzja, Onor. Farrugia Portelli, għax naħseb li smajtek sew, u inti hekk għedt! - li hemm korrelazzjoni bejn l-użu tal-kannabis u l-iżvilupp tal-iskiżofrenija.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-Amerka sar studju indipendenti minn dak li għamel Dr Anton Grech, u mingħajr ma dawn kienu miftiehma waslu għall-istess konklużjoni, jiġifieri li hemm korrelazzjoni bejn l-użu tal-kannabis f'età żgħira u l-iżvilupp tal-iskiżofrenija.", "Għalhekk irridu noqogħdu attenti meta nagħmlu statements bħal dawn għax ir-riċerka turi proprjament il-kontra ta' dak li qalet is-Segretarju Parlamentari.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, jien nixtieq li xħin il-kollega tiegħi l-Onor.", "Mario Galea joħroġ minn din il-Kamra jmur bl-akbar responsabbiltà jisma' r-recording!", "Jiena għedt dak li għadek kemm għedt inti, jiġifieri li l-issue tal-kannabis tant hija serja li ma rridux nagħtu l-impressjoni li kulħadd … U qed nara nies min-naħa tiegħek stess li qed juru li fehmu x'għedt jien!", "L-issue tal-kannabis tant hija delikata li f'din il-Kamra rridu nkunu magħqudin u mhux niskorjaw punti politiċi għax nafu li hemm barra hemm persentaġġ qawwi tal-popolazzjoni li jridu jagħmlu użu mill-kannabis.", "Onor. Mario Galea, jiena għedt - u din toħroġ anke mill-istakeholders meetings li għamilna anke, fost l-oħrajn, mal-psikjatra li rriferejt għalih inti - li huwa importanti li fi kwalunkwe mekkaniżmu li nintroduċu, it-tabib tal-familja …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, bħala persuna li nbati bid-depression jien nieħu għalija meta s-Segretarju Parlamentari tgħidli li qed niskorja xi punti politiċi.", "Jien ngħid pubblikament li nbati b'kondizzjoni ta' saħħa mentali, u allura l-inqas wieħed li għandu interess li jagħmel punti politiċi fuq dan is-suġġett hawn ġew huwa jien għax jien klijent u pazjent!", "L-ISPEAKER: Onor. Galea, dan mhuwiex point of order, imma stajt tagħmel dan il-point of clarification bil-permess tas-Segretarju Parlamentari.", "Is-Segretarju Parlamentari.", "Jekk jogħġbok wieġeb fil-qosor ħalli nimxu.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Onor. Mario Galea, dak li għedt inti huwa l-verità, u aħna qbilna ħafna fuq dan, tant li l-ewwel jiena kont qed nagħmel l-istess argument!", "It-tobba u l-psikjatri li kellimna qalulna li huwa importanti li l-mekkaniżmu jkollu fih il-konċett ta' tabib, anzi mbagħad kienu qalulna li aħjar ikunu tnejn minflok wieħed.", "Huma qalulna li għandu jkun it-tabib li jirriferi lill-pazjent għall-mekkaniżmu li bih ikun jista' jixtri l-kannabis għax ir-riċerka turi li, pereżempju, jekk xi ħadd mill-users ikollu history ta' skiżofrenija fil-familja tiegħu, l-użu tal-kannabis jista' joħroġ proprju dik il-kondizzjoni.", "Għalhekk, Onor. Mario Galea, qed ngħidu l-istess ħaġa u m'hemmx għalfejn noħolqu polemika fuqha din għax żgur li jiena m'għedtx dak li ħsibtni li għedt.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Nixtieq nagħmel mistoqsija lis-Segretarju Parlamentari dwar l-istess suġġett.", "Riċentement jien ingħatajt x'nifhem li l-proċess ta' konsultazzjoni fuq din il-materja kien se jittawwal aktar proprju minħabba li l-biċċa l-kbira tal-istakeholders indikaw li huma kontra l-legalizzazzjoni tal-użu tal-kannabis.", "Madankollu, minn dak li qalet is-Segretarju Parlamentari donnu jidher li l-Gvern iddeċieda li jipproċedi bil-proċess biex idaħħal din il-legalizzazzjoni.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tikkjarifika jekk il-Gvern iddeċidiex fuq kif se jimxi minn issa 'l quddiem jew inkella jekk il-konsultazzjoni għadhiex miftuħa?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Jekk jogħġbok agħti t-tweġiba tiegħek fil-qosor għax skada l-ħin.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Iva, il-proċess se jibqa għaddej.", "Kif diġà għedt kemm-il darba f'din il-Kamra, issa l-pass li jmiss huwa li fl-2019 nagħmlu kampanja b'saħħitha dwar l-użu tal-kannabis u dwar id-detriment li din tħalli fuq l-adolexxenti u ż-żgħażagħ, speċjalment meta dawn ikun għad għandhom anqas minn 21 sena.", "M'hemmx dubju li f'din il-Kamra hemm bżonn li jsir dibattitu ċar dwar kif l-użu tal-kannabis jaffettwa … Pereżempju, jekk tkun qed tieħu l-kannabis, inti ma tistax tmur issuq krejn fil-Freeport; inkella min se jerfa' r-responsabbiltà?", "Sfortunatament bħalissa f'dik is-sitwazzjoni qegħdin, u għalhekk dan id-dibattitu jrid isir, u jrid isir fost il-pubbliku, irrispettivament mid-direzzjoni li tieħu r-riforma.", "Ta' min jgħid ukoll li l-istakeholder meetings kienu u għadhom għaddejjin, irrispettivament mill-kampanja edukattiva li trid issir.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 394 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar eżenzjoni mit-taxxa tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar;", "Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għas-sena 2017; u", "Tagħrif dwar in-nefqa f'riklamar fuq is-sit soċjali Facebook mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7521.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 389 tal2018 – Ordni tal-2018 li jemenda l-Ewwel Skeda li tinsab mal-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 390 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tielet, ir-Raba' u l-Ħames Skedi li jinsabu mal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa; u", "Tagħrif dwar in-nefqa f'riklamar fuq is-sit soċjali Facebook mid-dekasteru li għalih hu responsabbli d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7522.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa f'riklamar fuq is-sit soċjali Facebook mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7523;", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 392 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Moviment ta' Armi tan-Nar u Munizzjon fi Stati Membri u provvedimenti oħra;", "Avviż Legali Nru 393 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw l-Iskedi I, II u III tal-Att dwar l-Armi;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 395 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Żoni Pedonali fil-Belt Valletta;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar impjegati mal-Gozo Culture Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7843; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 396 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Tkomplija tal-Kirja (Kriterji ta' Test tal-Mezzi) (Emenda Nru 2).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 391 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar drittijiet għall-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li l-Grupp ta' Ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' nhar l-Erbgħa, 21 ta' Novembru 2018 fejn ġew ikkonsidrati ż-żewġ proposti leġiżlattivi indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u rriżulta li kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità:", "għamel skrutinju u għadda għaxar proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, nixtieq naġġorna lil din il-Kamra bl-iżviluppi li seħħew fil-Kunsill Ewropew li tlaqqa' b'urġenza lbieraħ il-Ħadd, 25 ta' Novembru 2018 dwar l-Arranġament tat-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Infakkar li dawn in-negozjati li wassluna sal-bieraħ skattaw fl-2017 waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.", "Dak iż-żmien kien ġie appuntat bħala Negozjatur Ewlieni f'isem l-Unjoni Ewropea Michel Barnier.", "Xtaqt nibda billi nfaħħar lil Michel Barnier li ħdimna mill-qrib miegħu waqt il-Presidenza Maltija dwar dan il-proċess.", "Is-serjetà li biha tmexxa dan il-proċess delikat mit-team ta' Barnier flimkien ma' team ta' negozjaturi mir-Renju Unit huwa wieħed ta' min ifaħħru.", "Kien proċess li dam kważi sentejn fuq livelli tekniċi u politiċi, biex jiġi negozjat l-Arranġament tat-Tluq (Withdrawal Agreement) u Dikjarazzjoni Politika dwar il-qafas tar-Relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.", "Il-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew tal-bieraħ approvat l-Arranġament tat-Tluq kif negozjat bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "F'dan l-Arranġament qbilna li dan id-dokument bi Trattat legalment jorbot liż-żewġ naħat ladarba jiġi ratifikat.", "Dan l-Arranġament jispeċifika s-separazzjoni bejn iż-żewġ naħat f'oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni.", "F'dawn in-negozjati Malta pparteċipat fid-diskussjonijiet biex tiġi mfassla l-pożizzjoni tal-Unjoni u biex tassigura li l-interessi nazzjonali jiġu salvagwardati.", "Fil-fatt l-Arranġament jinkludi proviżjonijiet dwar:", "i. Drittijiet taċ-ċittadini li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fit-Trattati u l-Acquis ta' moviment ħieles.", "Dan se jagħti protezzjoni lill-Maltin fir-Renju Unit u viċiversa.", "Fil-prattika dan se jkun ifisser li dawk il-Maltin li se jkunu qed jgħixu fir-Renju Unit sal-aħħar tal-perjodu tat-tranżizzjoni se jkollhom l-istess drittijiet li gawdew minnhom sa issa.", "Perjodu tranżitorju li jiggarantixxi li r-Renju Unit jibqa' japplika l-liġijiet kollha tal-Unjoni mill-inqas sal-aħħar tal-2020.", "Dan il-perjodu, li jista' jiġġedded b'sena jew tnejn oħra, jagħti ċertezza li mhu se jkun hemm l-ebda bidla fir-regolamenti sakemm tiġi konkluża r-relazzjoni futura.", "Ftehim dwar il-kontribuzzjonijiet tar-Renju Unit għal dan il-perjodu u li jaċċertana li l-ebda pajjiż mhu se jkun qed jagħmel tajjeb għal dan il-proċess.", "Dan il-Kunsill Ewropew approva wkoll dikjarazzjoni politika dwar il-qafas tar-Relazzjoni Futura tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-aspirazzjonijiet taż-żewġ naħat f'dak li għandu x'jaqsam ma':", "a) relazzjonijiet kummerċjali, li jinkludu avjazzjoni, servizzi finanzjarji u prodotti; u", "b) relazzjoni f'oqsma bħas-sigurtà u d-difiża.", "Din id-dikjarazzjoni hi waħda li hi wiesgħa ħafna u li d-dettalji tagħha għad iridu jiġu negozjati matul il-perjodu ta' tranżizzjoni.", "Issa dan kollu irid jiġi ratifikat mill-Parlament tar-Renju Unit u jiġi approvat mill-Parlament Ewropew.", "Sakemm dan iseħħ jibqgħu għaddejjin il-preparamenti għal sitwazzjoni fejn f'Marzu 2019, ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni mingħajr ftehim.", "Nerġa' ngħid, kif għedt drabi oħra, li l-ftehim dwar l-arranġament li qbilna dwaru lbieraħ ma hijiex sitwazzjoni ideali – anzi hija sitwazzjoni ta' diqa għalina li mar-Renju Unit dejjem sibna ħajt ta' kenn.", "Minkejja li assigurajna li ċ-ċittadini Maltin ma jitilfu l-ebda drittijiet u ssalvagwardjajna l-interess tal-Maltin fir-Renju Unit, nemmen li se nitilfu sieħeb strateġiku importanti madwar il-mejda tan-negozjati tal-Unjoni.", "Madankollu nemmen ukoll li l-interessi tagħna, flimkien ma' pajjiżi oħrajn, se nibqgħu nħarsuhom biex dejjem inġibu l-aqwa interess ta' pajjiżna qabel kollox.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, qabelxejn nixtieq ningħaqad mal-Prim Ministru u nesprimi d-diqa tiegħi għall-fatt li r-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea, imma naturalment għandhom kull dritt li jiddeċiedu hekk, u aħna nirrispettaw dik id-deċiżjoni.", "Fl-istess ħin nistqarr mill-bidu nett li l-Partit Nazzjonalista jaqbel mal-qbil li ntlaħaq bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Renju Unit.", "Naqblu kemm mal-ftehim mal-ħruġ ta' aktar minn 500 paġna li hemm, li huwa test legali, kif ukoll mad-dikjarazzjoni politika miftiehma bejn it-tnejn dwar il-ġejjieni tar-relazzjonijiet li jeżistu.", "Nifhmu li l-Gvern tar-Renju Unit fadallu ħafna x'jiddiskuti u x'jikkonvinċi lill-Parlament tiegħu stess, u għalhekk nawgura li finalment il-Parlament tar-Renju Unit, hekk imsejjaħ House of Commons, jirratifika dan il-pakkett ta' ftehim.", "Jidher però li għad hemm possibbiltà li l-House of Commons jirriġetta dawn iż-żewġ dokumenti, u allura f'dan il-każ tikber il-possibbiltà li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ebda ftehim.", "F'dan il-każ is-sitwazzjoni jkollha riperkussjonijiet serji, kemm fuq l-ekonomija tar-Renju Unit kif ukoll fuq pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandhom kummerċ sostanzjali mar-Renju Unit, fosthom Malta.", "Hemm pajjiżi oħra, bħall-Olanda, l-Irlanda, il-Belġju u Franza, li possibbilment jintlaqtu aktar minn Malta.", "Madankollu aħna xorta waħda għandna nkunu preparati għal din l-eventwalità, li tista' sseħħ fil-31 ta' Marzu tas-sena d-dieħla.", "Peress li fadal biss erba' xhur, huwa sewwa u xieraq li niddiskutu f'dan il-Parlament bl-akbar responsabbiltà, kjarezza u focus.", "Aħna bħala Oppożizzjoni tlabna biex niddiskutu dan is-suġġett u napprezza li t-talbiet tagħna dejjem ġew milqugħa miċ-Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Onor.", "Edward Zammit Lewis kif ukoll mill-Ministru Helena Dalli u l-Ministru Carmelo Abela.", "Sur President, aħna bħala Partit Nazzjonalista qegħdin insegwu l-iżviluppi dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mill-qrib ħafna.", "Jidher li l-vot tal-House of Commons dwar dan il-ftehim se jkun bejn it-12 u l-15 ta' Diċembru li ġej.", "Dan huwa vot li jħoll u jorbot.", "Jekk il-House of Commons ma tapprovax dan il-ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jkun hawn aktar inċertezza, u l-inċertezza hija l-għadu tan-negozju.", "L-aktar li nara sfidi għal Malta u l-Maltin huwa fil-qasam tal-kummerċ bejn Malta u r-Renju Unit, fil-qasam tad-drittijiet tal-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit kif ukoll fir-rigward ta' dawk il-Brittaniċi li jgħixu f'Malta, li mhumiex ftit.", "F'dan is-sens nilqa' l-miżura li vara dan il-Gvern fil-Baġit li għadda li tingħata għotja ta' €4,000 lin-negozji Maltin biex jieħdu pariri dwar il-Brexit.", "Nispera li dak li qal il-Prim Ministru fl-aħħar stqarrija tiegħu dwar il-bidliet fid-Dipartiment tad-Dwana huwa minnu għax id-dewmien fid-Dwana, anke fil-każ tal-ħruġ tar-Renju Unit, ifisser spejjeż żejda kbar għall-importaturi u l-esportaturi Maltin.", "Minn hawn nixtieq insellem lill-ħaddiema tad-Dwana li m'għandix dubju li kapaċi jegħlbu din l-isfida.", "Rigward id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit ninsab imħasseb tassew.", "Ċertament hemm sentiment fuq iż-żewġ naħat tal-fliegu Ingliż li dan il-ftehim kien xi forma ta' kastig mill-Unjoni Ewropea fuq ir-Renju Unit.", "Dan huwa sentiment li jien ma naqbilx miegħu għax trid tkun membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea biex tgawdi mill-benefiċċji kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Però kif għedt diġà, hemm numru ta' Ingliżi u ta' Ewropej, fosthom il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, li jaħsbu li l-Unjoni Ewropea ħadet ħafna u tat ftit lir-Renju Unit.", "Hemm nies fil-Parlament tar-Renju Unit li qed jaħsbu saħansitra li dan il-ftehim qiegħed jumilja lir-Renju Unit, u allura naħseb li jekk il-Parlament tar-Renju Unit jirriġetta dan il-ftehim, nistgħu niġu f'sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit joħroġ mingħajr ftehim u possibbilment ikollok gvern differenti minn dak li hemm illum bil-konsegwenza li ma jiggarantix id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin u Ewropej fir-Renju Unit.", "Ma nixtieqx nallarma lin-nies, però nixtieq nipprepara lin-nies għal kull eventwalità.", "Huwa d-dmir tagħna li nagħmlu dan u lesti li nikkooperaw bis-sħiħ mal-Gvern f'dan ir-rigward, partikolarment fir-rigward taċ-ċittadini tagħna.", "Qabel ma nikkonkludi nixtieq insemmi s-servizzi finanzjarji għax naħseb li f'dan il-qasam Malta tista' tara opportunitajiet u mhux effetti negattivi.", "Jien fhimt lill-Prim Ministru - u sa ċertu punt naqbel miegħu - meta huwa qal li r-Renju Unit kien wieħed minn dawk li jiddefendi l-pożizzjoni ta' Malta, partikolarment fl-attakki li qed isiru fuq is-sistema tat-taxxa tagħna, u l-Oppożizzjoni se tkun bi ħġarha wara l-Gvern fuq din il-ħaġa, kif dejjem għamlet, biex nipproteġu s-sistema finanzjarja u fiskali tagħna bl-aktar mod b'saħħtu.", "Xejn għadu ma ġie deċiż f'dan il-qasam u kulma hemm hija dikjarazzjoni politika bla ebda obbligi legali, però jista' jkun li bil-mudell tal-ekwivalenza f'dan il-qasam tgawdi l-industrija ta' Malta.", "Filwaqt li aħna nixtiequ li r-Renju Unit ikompli jistagħna anke wara l-ħruġ tiegħu, għandu jkollna moħħna hemm biex, pereżempju, ngħinu lill-kumpanija City of London, li hija kumpanija tal-assigurazzjoni, tiftaħ kumpaniji f'Malta u minflok ma tirriloka jkun hemm dak li jissejjaħ \"colocation\".", "Sur President, bdejt l-istqarrija tiegħi b'nota ta' niket u se nikkonkludi b'nota ta' niket, għax lil hinn mill-effetti ekonomiċi fuq iż-żewġ naħat tal-fliegu Ingliż, xi kultant jien nara l-id tal-istorja fuq spallejn il-Prim Ministru Theresa May.", "Jidhirli li jekk kien hemm dibattitu aktar storiku minn dan fil-House of Commons mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn, kien proprju dak li daħħal lir-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea fl-1973.", "Illum fir-Renju Unit qed naraw dibattitu li reġa' qajjem l-ispettru tal-indipendenza tal-Iskozja, tal-inkwiet fl-Irlanda ta' Fuq u tal-post li għandu r-Renju Unit fid-dinja globali.", "Naħseb li l-obbligu tagħna l-Maltin huwa li nħarsu l-interessi tagħna, imma kif għedt diġà, aħna nixtiequ li r-Renju Unit ikompli jistagħna anke wara l-Brexit.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, mill-Brexit Malta se tiggwadanja minn opportunitajiet u minn inizjattivi ġodda.", "Se nirriferi għal dawk il-pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari għal Iżrael.", "Nafu li Iżrael għandu ħafna start-ups u normalment juża lis-City of London.", "Għaldaqstant nixtieq nistaqsi lill-Gvern x'qed jagħmel biex Malta tattira dawn l-istart-ups bil-għan li nkabbru s-swieq u l-ekonomija Maltija.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet fil-qosor.", "L-ewwel nett, ġaladarba qed nitkellmu dwar id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin fir-Renju Unit, huwa tajjeb li nikkonsidraw anke sitwazzjoni - u din hija sitwazzjoni li hija possibbli li sseħħ - fejn ikollna Brexit mhux ordnat, jiġifieri a no-deal scenario.", "Jista' jkun ukoll li jkollna gvern jew prim ministru differenti.", "L-aħħar darba l-Prim Ministru Joseph Muscat aċċertana li l-Gvern Ingliż preżenti jixtieq jikkopera kemm jista' jkun kemm fir-rigward tad-drittijiet tal-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit kif ukoll fir-rigward tal-Brittaniċi li jgħixu f'Malta, imma f'xenarju bħal dak li qed insemmi u li jista' jseħħ biss minn hawn u erba' xhur oħra, x'jista' jagħmel il-Prim Ministru biex jassigura li għall-inqas ikollna ftehim bilaterali mal-gvern tar-Renju Unit?", "Issa nixtieq nagħmel mistoqsija rigward l-ekwivalenza, li jistgħu jirrisponduha l-Prim Ministru, il-Ministru Helena Dalli jew is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri, li bħalissa mhuwiex preżenti.", "Donnha l-Unjoni Ewropea ħadet ir-rotta tal-mudell tal-ekwivalenza fuq is-settur finanzjarju, u jidher li l-Prim Ministru Theresa May aċċettat dan il-mudell.", "Il-Prim Ministru ta' Malta jaħseb li dan huwa tajjeb minħabba li bis-saħħa t'hekk, jista' jkun hemm xi opportunitajiet anke għall-operaturi tas-servizzi finanzjarji f'Malta?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: L-ewwel nett, Sur President, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-istqarrija tiegħu.", "Peress li issa r-Renju Unit mhuwiex se jikkontribwixxi fil-multi-annual financial framework tal-2021-2027, nixtieq li l-Prim Ministru jgħidilna x'impatt dan se jħalli fuq l-Unjoni Ewropea u anke fuq Malta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, waqt li qed isiru dawn id-diskussjonijiet qamu security issues li għalkemm mhumiex ġodda, dawn aggravaw meta kien hemm iż-żieda fl-aggressjoni min-naħa tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna.", "Hemm ukoll ir-rattling of sabres fil-konfront tal-Italja u l-budget li ma jridux iċedu.", "Kif qed jinħass dan kollu waqt dawn id-diskussjonijiet u kif qed jiġu indirizzati dawn is-security issues fuq barra?", "Nixtieq nistaqsi wkoll kif l-Unjoni Ewropea - jew aħjar dak li baqa' mill-Unjoni Ewropea - tista' tkun aktar fiduċjuża li tibqa' blokka waħda u kif dan jista' jaffettwa lil Malta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, qabelxejn nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-ispjega li tana dwar ix-xogħol li għamel matul tmiem il-ġimgħa.", "Nixtieq biss nagħmel żewġ mistoqsijiet partikolari.", "Il-Prim Ministru semma l-avjazzjoni, settur li ovvjament jinteressana, kemm għar-relazzjonijiet bilaterali li għandna mar-Renju Unit kif ukoll minħabba l-aspett turistiku peress li mill-anqas seba' airlines li jaħdmu bejn Malta u l-Ingilterra jġibulna n-numri turistiċi mir-Renju Unit matul is-sajf, però wisq aktar matul ix-xitwa.", "Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru kienx hemm diskussjonijiet dwar jekk ir-Renju Unit hijiex se tibqa' tagħmel parti mis-Single European Sky policy, fejn bażikament hemm suq liberalizzat u aħna żgur li nieħdu mir-Renju Unit vantaġġ ekonomiku evidenti.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Prim Ministru ġietx stabbilita xi struttura rigward relazzjoni f'ċerti oqsma, bħal ngħidu aħna fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża.", "L-Unjoni Ewropea tmexxi 'l quddiem il-Permanent Structured Cooperation (PESCO) fejn tidħol id-difiża.", "Huwa dak il-mudell li qed inħarsu lejh jew inkella qed inħarsu lejn mudell aktar bilaterali bir-Renju Unit fuq naħa u l-Unjoni Ewropea fuq in-naħa l-oħra?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Prim Ministru biex jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nixtieq nibda dan l-intervent billi nagħmel konsiderazzjoni politika u kważi personali, ċjoè li għalkemm naħseb li f'din il-Kamra hawn unanimità fis-sens illi ħadd minna ma jaqbel mal-proċess tal-Brexit jew inkella mad-deċiżjoni li ħa l-poplu tar-Renju Unit b'mod antonomu u sovran, aħna naċċettaw dik id-deċiżjoni.", "Jien għall-inqas nixtieq insellem personalment lill-Prim Ministru Theresa May għall-mod kif mexxiet in-negozjati u għar-resilience politika kbira tagħha għax dak li qed tipprova tagħmel mhijiex biċċa xogħol faċli.", "Minkejja li dan il-proċess ilu għaddej sentejn, għadu fil-bidu tiegħu u għalhekk nixtieq insellem lil din il-mara li tagħti eżempju lil ħafna għall-mod ta' kif tmexxi l-aġenda tagħha.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan ma jfissirx li jien naqbel ma' dak li qed tagħmel u tgħid, imma xtaqt nuri l-ammirazzjoni tiegħi għar-resilience kbira tagħha.", "Naħseb li punt li ma ssemmiex illum u li għalija huwa mill-aktar importanti hu li lbieraħ intlaħaq qbil madwar il-mejda tal-Kunsill Ewropew li filwaqt li min-naħa Ewropea x-xogħol sar, li l-ftehim għal dak li għandu x'jaqsam mat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ġie nnegozjat, u li issa sta totalment għall-Parlament Ingliż li jieħu d-deċiżjoni sa nofs ix-xahar id-dieħel, m'hemm l-ebda tip ta' ftehim li jista' jkun aħjar mill-ftehim preżenti, u dan għaż-żewġ naħat.", "Kif qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, m'hemm l-ebda ftehim ieħor li huwa possibbli.", "Dan il-messaġġ ħareġ b'mod ċar waqt il-laqgħa li kellna u ħareġ aktar ċar wara, fejn il-mexxejja tal-laqgħa, jiġifieri kemm il-President Donald Tusk kif ukoll il-President Juncker, iddikjaraw li this is not only the best deal possible, but this is the only deal possible.", "Sentenza bħal din titfa' r-responsabbiltà fuq il-Parlament Ingliż illi huwa jista' jiddeċiedi fl-awtonomija u fis-sovranità tiegħu, imma mbagħad hemm the day after, jiġifieri mbagħad wieħed irid jara x'se jkun qed jiġri.", "Issa \"the day after\" jista' jew ikun ifisser li jiġi approvat dan id-deal u nibdew immorru għal ħruġ ordnat tar-Renju Unit, jew inkella jkun ifisser li jiġi rifjutat.", "Hemmhekk ikun hemm konsegwenzi politiċi, u sakemm ma jkunx hemm xi talba differenti min-naħa tal-Gvern Ingliż, l-aktar konsegwenza politika diretta tkun li jkun hemm a clear-cut Brexit, jiġifieri a no deal scenario.", "Jien m'iniex se noqgħod nispekola x'possibbiltajiet għandha quddiemha l-Prim Ministru tar-Renju Unit f'dak ir-rigward, imma l-messaġġ min-naħa tal-Kunsill Ewropew huwa ċar.", "Naħseb ukoll li mhijiex kumbinazzjoni li l-vot fil-Parlament Ingliż se jittieħed ġurnata, jumejn jew massimu ta' tlett ijiem qabel il-Kunsill Ewropew li jmiss.", "Fil-fatt il-Kunsill Ewropew li jmiss se jitlaqqa' fit-13 u l-14 ta' Diċembru filwaqt li l-vot fil-Parlament Ingliż se jittieħed bejn l-10 u t-12 ta' Diċembru, u naħseb li dak se jkun mument importanti ieħor.", "Sur President, dan iwassalni għall-punt li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni rigward it-tħejjijiet għal no-deal scenario.", "F'każ li dan il-ftehim ikun rifjutat, wieħed jieqaf hemm, u dan huwa punt importanti ħafna.", "It-tħejjijiet f'dan ir-rigward min-naħa Ewropea, fejn allura joħorġu tħejjijiet nazzjonali, għaddejjin u baqgħu għaddejjin, u lbieraħ dawn ma twaqqfux, anzi lbieraħ kien hemm mandat biex l-Istati Membri xorta jibqgħu għaddejjin b'dawn it-tip ta' preparamenti.", "Kif qal tajjeb il-Kap tal-Oppożizzjoni, waħda mill-issues ewlenin hawnhekk tkun dik li għandha x'taqsam mal-fruntieri, b'mod partikolari d-Dwana, kemm fir-rigward tal-ivvjaġġar tal-persuni kif ukoll fir-rigward ta' prodotti u affarijiet oħra.", "Nerġa' ngħid li jien ninsab sodisfatt ħafna bil-livell ta' tħejjijiet li għaddejjin kemm min-naħa tal-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll min-naħa tad-Dipartiment tad-Dwana, li jaqa' taħt dan il-Ministeru.", "Fil-fatt bħalissa d-Dipartiment tad-Dwana għaddej minn proċess ta' modernizzar sinifikanti, mhux biss għaliex qed jipprepara għal Brexit ordnata u għal Brexit mhux ordnata, imma kif stajna ninnotaw matul dawn l-aħħar xhur, il-qabdiet ta' droga, fost l-oħrajn, li saru f'postijiet differenti fil-portijiet tagħna kienu riżultat dirett ta' mmodernizzar fid-Dipartiment tad-Dwana.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk minn hawn nixtieq nirringrazzja lit-tmexxija ta' dan il-Dipartiment għax verament qed jimpressjonaw bil-mod kif qed jimmodernizzaw dan il-qasam bil-ħaddiema kollha involuti.", "L-Onor.", "David Stellini staqsew kif aħna qed nitħejjew sabiex dejjem nieħdu l-aħjar vantaġġi.", "Kif jafu ż-żewġ Deputati, aħna għandna task force li hija ffokata fuq dan il-qasam taħt it-tmexxija tal-mibgħut speċjali tiegħi l-Ambaxxatur Joseph Zammit Tabona b'rappreżentanza wiesgħa ħafna li qed tħares lejn swieq differenti.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia semma lil Iżrael.", "Fil-verità aħna qed niffokaw fuq pajjiżi terzi li għandhom preżenza fir-Renju Unit u li jistgħu jużaw lil pajjiżna bħala alternattiva - li mhux bilfors tkun totali imma tista' tkun parzjali, il-famuża colocation - għall-preżenza tagħhom fis-City of London.", "Din wasslet biex jien personalment ukoll kelli numru sostanzjali ta' laqgħat ma' numru kbir ta' investituri f'dan ir-rigward, u wieħed mill-pajjiżi li mmarkajna li minn hemmhekk qed jiġi ammont sostanzjali ta' interess huwa l-Indja, b'mod partikolari l-komunità Indjana fir-Renju Unit, li tħoss ukoll ċerta appartenenza ma' Malta.", "Irrid ngħid li sar progress kbir f'dan il-qasam, u hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha involuti, fosthom is-sehem kbir u importanti li kellha l-Malta Enterprise f'dan ir-rigward.", "L-Onor.", "Stellini semma wkoll il-punt dwar l-ekwivalenza.", "Naħseb li l-Onor.", "Stellini fehem sewwa li għal dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi finanzjarji, dan huwa ftehim li fl-opinjoni tiegħi jibbenefikaw minnu ż-żewġ naħat.", "Jista' jkun li forsi min mhuwiex daqstant intiż fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jgħidlek li jkun jaqbel għal pajjiżna li r-Renju Unit ikun cut off the system għax jirraġuna - fil-fehma tiegħi b'mod żbaljat, u l-Unjoni Ewropea hija tal-istess fehma tiegħi - li jekk naqtgħu lill-Ingilterra mis-sistema Ewropea, l-investiment tas-servizzi finanzjarji li hemm f'Londra b'xi mod jew ieħor jiġi trasferit awtomatikament ġewwa l-Unjoni Ewropea.", "L-affarijiet ma jaħdmux b'dan il-mod, anke għaliex minnha nnifisha s-City of London għandha infrastruttura deċennali li fiha għandha ċerta robustezza li allura tagħmilha impossibbli li jiġri hekk.", "Fil-verità mhu fl-interess ta' ħadd li jiġri hekk lanqas, anke għaliex il-belt ta' Londra u l-iStock Exchange ta' Londra huma l-unika alternattiva li hemm illum il-ġurnata għall-iStock Exchange ta' New York.", "Anke jekk wieħed jara l-initial public offering (IPO) internazzjonali, jasal għal dan.", "Għalhekk fil-fehma tiegħi l-punt tal-ekwivalenza ġie nnegozjat b'mod tajjeb ħafna, u dan kien proprju dak li xtaq il-qasam tas-servizzi finanzjarji tal-Ingilterra, li sa ċertu punt ir-Renju Unit ikun a policy-taker u mhux a policy-maker fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Naħseb li l-Unjoni Ewropea għamlet gwadann kbir mid-deċiżjoni li ttieħdet li jkun hemm allinjament u ekwivalenza bejn iż-żewġ naħat u mhux jitilqu għal rashom bil-possibbiltà li jkunu aktar kompetittivi milli nkunu aħna.", "Il-punt li dejjem għamilna aħna bħala pajjiż dejjem kien li mhux nipprovaw nitfgħu lir-Renju Unit 'il barra bl-idea li mbagħad il-kumpaniji jiġu Malta, għax jekk nitfgħu sistema bħal dik 'il barra u mbagħad huma jagħmlu ċerti bidliet li l-Unjoni Ewropea ma tkunx lesta li tagħmel jew tagħmilhom wara numru ta' snin, nistgħu nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn huma jsiru aktar attraenti minna.", "Għalhekk nerġa' ngħid li jien nemmen illi l-ftehim li sar kien tajjeb ħafna.", "L-Onor.", "Marlene Farrugia tkellmet dwar l-inċertezzi li hemm bħalissa madwar id-dinja, fost l-oħrajn fl-Ewropa, b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża.", "Dan huwa qasam li huwa a no-brainer, għax fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża huwa fl-interess ta' kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jkollna l-aqwa relazzjonijiet mar-Renju Unit.", "Mhuwiex xi sigriet li l-kapaċitajiet u l-ħiliet militari ta' difiża u ta' sigurtà fir-Renju Unit are second to none!", "Huwa fl-interess ta' kull pajjiż u anke tal-Unjoni Ewropea - u dan nirrikonoxxuh kollha kemm aħna mingħajr ma noqogħdu nipprovaw induru mal-lewża - li jkun hemm exchange of information.", "L-Onor.", "Farrugia staqsiet jekk dan hux se jsir fil-qasam bilaterali jew le.", "Filwaqt li fil-qasam bilaterali jibqa' jkun hemm relazzjonijiet, aħna li nixtiequ huwa li jkun hemm djalogu strutturat fuq ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea proprju f'dan il-qasam tas-sigurtà u tad-difiża.", "Irridu niftakru wkoll li r-Renju Unit jibqa' wieħed miż-żewġ pajjiżi Ewropej li huwa membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.", "Il-Membri l-oħra Ewropej li jservu minn żmien għal ieħor jiġu eletti għal perjodi qosra, kif se tkun qiegħda tipprova tagħmel Malta fl-2022, imma miIl-bqija hemm biss żewġ pajjiżi Ewropej li huma membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, Franza u r-Renju Unit.", "Għalhekk ma nistgħux nippretendu li dan mhux se jħalli impatt kbir fuq is-sigurtà Ewropea.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li jkun hemm dawn ir-relazzjonijiet.", "Dan iġibni għall-mistoqsijiet li għamel l-Onor.", "Nibda biex ngħid li hu għandu raġun għax l-issue tal-avjazzjoni flimkien ma' dik tat-trasport inġenerali kienet waħda mill-iktar issues jaħarqu, peress li fil-verità jekk inkunu f'sitwazzjoni ta' a no-deal Brexit, dak ikun wieħed mill-oqsma fejn ikollna kaos totali mil-lum għal għada.", "Il-ftehim jiggarantixxi li l-issue tal-avjazzjoni tibqa' parti mis-sistema, u dan ikun jaqbel għal kulħadd.", "Sur President, punt li ma ssemmiex s'issa huwa li t-teknikalitajiet li ġew innegozjati s'issa b'mod tajjeb ħafna - u rrid ngħid li dawn in-negozjati kienu pjuttost diffiċli - mhuma kważi xejn ħdejn it-teknikalitajiet li se jkun hemm bżonn illi wieħed jidħol fihom fir-relazzjonijiet futuri.", "Dawn se jkunu negozjati diffiċli, u qed ngħid li se jkunu diffiċli mhux għax se jkun hemm xi ġlied imma għax hemm punti tekniċi li mhumiex straightforward.", "Inti trid tiggarantixxi dejjem a level playing field bejn iż-żewġ naħat.", "Imbagħad issues li għalkemm forsi għal ħafna jistgħu jidhru periferali, huma kwestjonijiet storiċi nazzjonali kbar għal ħafna pajjiżi.", "Hawnhekk se nsemmi qasam wieħed biss, il-qasam tas-sajd.", "Sur President, il-kwestjoni tas-sajd u tal-aċċess tat-trawlers tas-sajd f'ibħra differenti hija issue li tiddomina u li dejjem iddominat kwalunkwe diskussjoni li kien hemm fuq l-issue ta' Brexit - kif tista' tikkonferma wkoll il-Ministru Dalli - u dan mhux biss min-naħa ta' Spanja u tal-Ingilterra imma wkoll min-naħa ta' pajjiżi varji fejn hemm interessi sostanzjali.", "Sur President, jien nixtieq nikkonkludi billi nirringrazzja lill-Ministru Dalli, lill-predeċessur tagħha l-Eks Deputat Prim Ministru Louis Grech u lin-nies kollha li kienu involuti u li huma involuti f'dan il-qasam, għax huma dejjem ħadu interess partikolari biex iġibu l-aħjar interess għal pajjiżna, kif għamlu l-Onor.", "Borg u l-Onor.", "Farrugia, li jsegwu dan il-qasam mill-qrib.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lir-rappreżentanti permanenti tagħna; kellna lill-Ambaxxatriċi Marlene Bonnici u issa l-Ambaxxatur Daniel Azzopardi, bit-tim ta' tekniċi tagħhom.", "Din mhijiex biċċa xogħol faċli; filwaqt li aħna tajna l-go-ahead lil Michel Barnier u lit-tim tiegħu biex jinnegozjaw f'isimna, aħna l-ħin kollu jkollna mistoqsijiet speċifiċi ħafna li rridu nirreaġixxu għalihom, u nista' ngħid li dawn il-persuni għamlu biċċa xogħol tajba ħafna għax dejjem kellhom reazzjoni fil-ħin, b'mod studjat u b'feedback minuzjuż.", "Xi kultant wieħed jibda jiskanta kif aħna bħala pajjiż għandna l-capability li nidħlu f'daqstant dettall ta' ċerti direttivi u oqsma ta' analiżi minuzjuża.", "Dan iħalli impatt tajjeb ħafna.", "Sur President, il-messaġġ aħħari tiegħi se nindirizzah liċ-ċittadini Maltin li qed jgħixu fir-Renju Unit.", "Liċ-ċittadini Maltin li qed jgħixu fir-Renju Unit jien ngħidilhom żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett li f'dan il-ftehim id-drittijiet tagħhom u tal-familji tagħhom huma protetti.", "Aħna ninsabu sodisfatti li d-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li qegħdin fir-Renju Unit jew li se jibbażaw ruħhom hemmhekk sal-2020 mhumiex mittiefsa, u l-proċeduri burokratiċi li jista' jkun hemm fuq reġistrazzjoni u affarijiet oħra se jkunu mill-anqas possibbli.", "It-tieni ħaġa, jien nixtieq inserraħ moħħ iċ-ċittadini Maltin li qegħdin fir-Renju Unit li fl-agħar ipoteżi li dan il-ftehim ikun rifjutat u li naslu with a series of events għal Marzu li ġej b'dan ix-xenarju - issa hawn m'iniex se noqgħod nispekola x'jista' jiġri aktar - aħna m'aħniex se nkunu qed nabbandunawhom billi nitilquhom għal riħhom bħallikieku ma ġara xejn.", "Jien nemmen li l-eluf ta' Maltin li hemm jgħixu fir-Renju Unit se jsibu kemm il-koperazzjoni tal-Gvern kif ukoll ta' din il-Kamra b'mod komplet.", "Li ma nixtieqx li nagħmlu issa hu li ninfaxxaw rasna qabel ma naqsmuha għax nemmen li dik hi l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu.", "M'iniex qed ngħid li m'għandniex nippreparaw - għax għandna nippreparaw dejjem - imma m'għandniex ninfaxxaw rasna qabel ma naqsmuha u ma għandniex nipprovaw nimmaġinaw xenarji ta' apokalissi, għax dawn lanqas mhuma fl-interess tar-Renju Unit stess.", "Jien ċert li l-ebda poplu mhu se jwaqqa' l-ġebla fuq saqajh billi jgħid li mill-għada li pajjiż jitlaq mill-Unjoni Ewropea kull min m'għandux iċ-ċittadinanza ta' dak il-pajjiż għandu jitlaq 'il barra, għax inkella mbagħad min se jmexxi l-isptarijiet?", "U min se jgħallem lit-tfal fl-iskejjel?", "Jekk naslu għal dik is-sitwazzjoni, se jkun hemm mod kif ngħinu, u lill-Maltin irrid nerġa' ngħidilhom li żgur mhumiex se jkunu abbandunati.", "Bl-istess mod nixtieq nagħti assigurazzjoni liċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu f'pajjiżna.", "Jien nixtieq li pajjiżna jkun wieħed mill-aktar, jekk mhux l-aktar pajjiż British-friendly f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċittadini Ingliżi wara Brexit.", "Jekk Brexit iseħħ, l-eluf ta' ċittadini Ingliżi li jgħixu f'pajjiżna se jibqgħu jħossuhom daqslikieku ġejjin minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-verità lilna ma tagħmlilna differenza xejn jekk dawn humiex mill-Unjoni Ewropea jew le, u kemm dawk li jaħdmu f'pajjiżna kif ukoll dawk li huma pensjonanti u ġew jirtiraw hawnhekk se jibqgħu jħossuhom milqugħa f'pajjiżna.", "Jien nista' ngħidilhom li b'dan il-ftehim id-drittijiet tagħhom hawn Malta huma assigurati filwaqt li l-proċeduri burokratiċi li qed nużaw huma miftehmin mal-Gvern Ingliż.", "Fil-fatt, qabel ma introduċejna dawn il-proċeduri, minbarra l-pariri li ħadna min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea - għax dawn se jkunu proċeduri EU-wide li jista' jintroduċihom bilateralment jew unilateralment pajjiż partikolari - aħna ħadna wkoll il-fehma tal-Gvern Ingliż dwar it-tip ta' proċeduri li għandna nużaw.", "Mhuwiex sigriet li fil-verità we were toying with the idea li filwaqt li l-ftehim jagħtina l-jedd li aħna ma nirreġistrawx liċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu f'Malta biex ma nagħmlulhomx burokrazija żejda, wara li tkellimna mal-Gvern Ingliż wasalna għal ftehim li nirreġistraw dawn il-persuni, bl-argument ikun li ladarba tkun reġistrat, ikollok aktar ċertezza legali.", "Liċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu f'Malta jien ngħidilhom ukoll li żgur li, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, lanqas f'każ ta' a no-deal scenario m'hemm il-ħsieb li dan il-Gvern jordna t-tkeċċija ta' nies minn pajjiżna minħabba li m'għadhomx ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Anzi aħna rridu li anke f'każ ta' a no-deal scenario, jekk Alla jrid nitkellmu u niftiehmu mal-Gvern Ingliż biex il-persuni Ingliżi li jgħixu hawn Malta jibqgħu jgħixu hawn Malta.", "Niftakru li għandna mijiet ta' mixed families li rridu nħarsu d-drittijiet tagħhom ukoll.", "Għalhekk dawn il-persuni se jibqgħu jgħixu hawn Malta, u jekk ikun hemm xi proċeduri, dawn ikunu biss proċeduri burokratiċi li ma jkunu jwasslu għall-ebda bidla fit-tip ta' ħajja li jgħixu dawn il-persuni.", "Fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk aħna qed nitkellmu dwar persuni, u l-commitment tagħna huwa kemm mal-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit kif ukoll mal-Brittaniċi li jgħixu f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "MOZZJONIJIET", "TAL-ARTIKOLU 57 TAL-ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT", "Illi t-terminu ta' xahar kif indikat fis-subartikolu (3) tal-artikolu 57 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap 549), li matulu għandu jiġi ttrattat mill-Kamra r-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent għas-sena 2018 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-24 ta' Ottubru 2018 jiġi estiż b'xahrejn.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-LOGĦOB", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Logħob, Kap. 583\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Logħob, Kap. 583\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA LIĠIJIET KRIMINALI DWAR", "IT-TERRORIŻMU", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 u l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità, Kap. 539, sabiex jittrasponi d-Direttiva 2017/541/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/GAI\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "OWEN BONNICI: Sur President, nixtieq nibda dan l-intervent tiegħi billi nagħmel aċċenn għal xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn mat-terroriżmu, anzi hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Din hija l-ewwel opportunità li għandi b'mod pubbliku biex nifraħ liċ-ċkejkna Ela li, kif nafu, ilbieraħ ħadet sehem fil-Junior Eurovision 2018 fejn tat prestazzjoni tajba ħafna u anke kisbet riżultat pożittiv għal pajjiżna.", "Fil-fatt ir-riżultat tagħha ngħaqad f'kullana ta' riżultati pożittivi li kisbu diversi tfal Maltin għal dak li huwa l-Junior Eurovision.", "Jien informat li Ela se tirritorna f'pajjiżna fis-7.30 p.m., jiġifieri minn hawn u kwarta oħra, u jien se mmur biex nilqagħha għal ftit mumenti u mbagħad niġi lura l-Parlament biex insegwi d-dibattitu kif ukoll il-kummenti u l-osservazzjonijiet ta' sħabi l-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Intant ngħaddi għal-liġi dwar it-terroriżmu.", "L-għan ewlieni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li jittrasponi fil-liġi Maltija d-Direttiva 2017/541/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, liema Direttiva tissostitwixxi wkoll id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI.", "Aħna qegħdin nimplimentaw din id-Direttiva mhux biss bħala obbligu imma għax nemmnu li huwa importanti ħafna li l-istatut tagħna jkun aġġornat kif xieraq.", "Ta' min jgħid li din id-Direttiva mhux biss għandha l-għan li taġġorna l-qafas legali tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra atti ta' terroriżmu u attivitajiet terroristiċi, iżda għandha wkoll l-għan li tiżgura dispożizzjonijiet addizzjonali li jirregolaw miżuri speċifiċi ta' appoġġ maħsuba biex jingħataw lill-vittmi tat-terroriżmu.", "Aħna nafu li, sfortunatament, f'diversi pajjiżi Ewropej seħħew attakki terroristiċi, u kull darba aħna bħala pajjiż ingħaqadna f'turija ta' solidarjetà man-nies li sofrew dawn l-attakki.", "Għalhekk fuq livell ta' ġustizzja Ewropea aħna l-Ministri tal-Ġustizzja fl-Ewropa qbilna li għandna nkomplu nirfinaw u ntejbu l-provvedimenti dwar ir-reati eżistenti li hemm fil-liġijiet tagħna.", "L-ewwel reat eżistenti li fuqu se nkomplu nirfinaw huwa dak tal-provokazzjoni pubblika marbuta m'attivitajiet terroristiċi.", "Permezz ta' din l-emenda se jkun reat għal kull min xjentement jipproduċi pubblikament il-kummissjoni ta' attivitajiet terroristiċi b'kull mezz, inkluż online jew offline distribution ta' messaġġi, bl-intenzjoni li, direttament jew indirettament, jinċita t-twettiq ta' reat terroristiku.", "F'dan il-kontest, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jipprovdi wkoll li bl-għan li tiġi żgurata t-tneħħija jew l-imblokkar immedjat ta' kontenut online li jikkostitwixxi provokazzjoni pubblika biex jitwettqu attivitajiet terroristiċi, id-dispożizzjoni tal-Kapitlu 9 tal-Liġijiet ta' Malta dwar il-poter tal-Pulizija għal qbid, żamma u ħruġ ta' mandati tapplika wkoll, u allura hawnhekk aħna qegħdin insaħħu id il-Pulizija bil-għan li din tiġġieled it-terroriżmu.", "L-Abbozz ta' Liġi għandu wkoll l-għan li jirfina u jikkwalifika aktar ir-reat diġà eżistenti ta' vvjaġġar għal skop ta' terroriżmu, u allura permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun reat li wieħed jivvjaġġa jew jipprova jivvjaġġa ġewwa jew barra l-Unjoni Ewropea direttament jew billi jgħaddi minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għall-iskop ta' twettiq, ippjanar, tħejjija jew parteċipazzjoni f'attivitajiet terroristiċi.", "Barra minn hekk, dan l-Abbozz ta' Liġi se jikkriminalizza wkoll it-taħriġ jew istruzzjonijiet minn persuni fit-teħid jew fl-użu ta' esplussivi, armi tan-nar jew armi oħra, sustanzi noċivi jew perikolużi jew inkella metodi oħra li jistgħu jwasslu għall-kummissjoni ta' attivitajiet terroristiċi.", "Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u l-penali se jiġu rfinuti aktar.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi għandu wkoll l-għan li jagħmel tliet affarijiet sussidjarji jew sekondarji.", "L-ewwel nett b'dan l-Abbozz ta' Liġi qed naġġornaw l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità.", "Permezz ta' dan l-aġġornament, il-vittmi tat-terroriżmu għandhom ukoll bħala minimu jingħataw trattament mediku skont sistema nazzjonali u miżuri ta' protezzjoni, b'attenzjoni partikolari għal riskju ta' intimidazzjoni u ritaljazzjoni.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jipprovdi wkoll illi l-vittmi tat-terroriżmu jingħataw is-servizzi ta' appoġġ stabbiliti f'Kapitlu 539 tal-Liġijiet ta' Malta, anke jekk ir-reat inkwistjoni jkun sar fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa sinjal ċar tas-solidarjetà li aħna l-Ewropej nuru bejnietna għal min minn sħabna fl-Ewropa għadda minn xi reat terroristiku.", "Fl-aħħar nett l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jintroduċi emenda għal Artiklu 27A tal-Att kontra Money Laundering, li mhuwiex relatat mad-Direttiva li semmejt qabel iżda jiżgura li Artiklu 56 tar-raba' Anti-Money Laundering Directive jiġi rifless b'mod inekwivoku fil-liġijiet tagħna biex b'hekk ma jkun hemm l-ebda ekwivoku dwar jekk aħna implimentajniex dan l-artiklu tajjeb jew le.", "Din l-emenda tistabbilixxi l-karatteristiċi ġenerali li s-sistemi wżati mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) għandhom ikollhom meta dawn jiskambjaw l-informazzjoni ma' FIAUs oħra biex ikunu salvagwardati l-integrità u l-konfidenzjalità tal-informazzjoni hekk kif skambjata.", "Dan għaliex l-FIAUs joperaw f'kontest ta' konfidenzjalità u ta' segretezza, u għalhekk huwa importanti - fil-fatt anke d-Direttiva Ewropea trid hekk - li l-informazzjoni bejn l-FIAU f'Malta u FIAUs oħra fl-Ewropa tkun marbuta bil-konfidenzjalità.", "Jien nawgura li jkollna diskussjoni interessanti u pożittiva dwar dan l-Abbozz ta' Liġi sabiex inkomplu ningħaqdu ma' sensiela ta' pajjiżi Ewropej oħrajn li jew diġà aġġornaw il-liġijiet tagħhom jew inkella qegħdin jaġġornawhom biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva li għandha l-għan li tkompli tiġġieled it-terroriżmu fl-Ewropa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, illum qegħdin hawn biex niddiskutu Abbozz ta' Liġi li qed jittrasponi, jiġifieri qed idaħħal fil-liġi ta' Malta, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Ewropea 2017/541/UE bil-għan li b'hekk tissaħħaħ il-ġlieda tagħna kontra t-terroriżmu.", "Ovvjament l-Oppożizzjoni taqbel ma' dan l-Abbozz ta' Liġi li qed jemenda Kapitlu 9, jiġifieri l-Kodiċi Kriminali; Kapitlu 373, jiġifieri l-Att kontra Money Laundering, u Kapitlu 539, jiġifieri l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità, li se nitkellem dwaru iżjed fid-dettall aktar tard.", "L-ewwel nett ħalli nispjega min jistgħu jkunu l-vittmi tal-kriminalità.", "Għal kull reat li jsir, għal kull liġi li tinkiser u għal kull att kriminali li jitwettaq dejjem ikun hemm vittma.", "L-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità jgħid illi:", "persuna fiżika …\"", "- jiġifieri mhux kumpanija, għax hawn min jaħseb li l-kumpaniji huma wkoll persuni fiżiċi -", "\"… li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;\".", "Ta' min jgħid li l-Att kontra Money Laundering jispjega xi tfisser il-frażi \"ħasil tal-flus\", għax bil-kelma \"ħasil\" wieħed jifhem li tkun qed issir xi ħaġa tajba li għandha x'taqsam mal-indafa u mat-trasparenza.", "Fil-fatt l-Att kontra Money Laundering jgħid hekk:", "il-konversjoni jew trasferiment ta' proprjetà meta wieħed ikun jaf jew jissuspetta …\"", "- jiġifieri m'hemmx għalfejn ikun ċert -", "\"… li dik il-proprjetà tkun direttament jew indirettament inkisbet minn, jew mir-rikavat ta', attività kriminali jew minn att jew atti ta' parteċipazzjoni f'attività kriminali, għall-iskop ta' jew skopijiet ta' ħabi jew wiri ħaġa b'oħra …\"", "- jiġifieri qisha gidba, biex tgħatti jew ma turix -", "\"… tal-oriġini tal-proprjetà jew ta' għoti ta' għajnuna lil xi persuna jew persuni involuti jew konċernati f'attività kriminali;\".", "Dan ifisser li m'hemmx għalfejn tkun inti l-kriminal imma tista' tkun qed tgħin lil xi kriminal biex titqies ħati ta' ħasil ta' flus.", "Imbagħad il-liġi tkompli tgħid li \"money laundering\" tfisser ukoll:", "\"(ii) il-ħabi jew wiri ħaġa b'oħra tal-veri xorta, provenjenza, lok, dispożizzjoni, moviment ta' jeddijiet rigward, fi jew fuq proprjetà, meta wieħed ikun jaf jew jissuspetta li dik il-proprjetà tkun inkisbet direttament jew indirettament minn attività kriminali …\".", "Jiġifieri anke l-fatt li tkun qed taħbi xi ħaġa biex ma tidhirx jew tagħmel xi ħaġa biex dak li huwa ħażin ma turihx, ukoll huwa meqjus bħala ħasil ta' flus u ovvjament huwa illegali u kriminali.", "Il-frażi \"money laundering\" tfisser ukoll:", "\"(iii) l-akkwist, pussess jew użu ta' proprjetà meta wieħed ikun jaf jew jissuspetta li l-istess proprjetà tkun inkisbet jew oriġinat direttament jew indirettament minn attività kriminali jew minn att jew atti ta' parteċipazzjoni f'attività kriminali;", "(iv) ir-ritenzjoni …\"", "- jiġifieri ż-żamma -", "\"… mingħajr skuża raġonevoli ta' proprjetà meta wieħed ikun jaf jew jissuspetta li l-istess proprjetà tkun inkisbet jew oriġinat direttament jew indirettament minn attività kriminali jew minn att jew atti ta' parteċipazzjoni f'attività kriminali;\".", "Punt importanti hu li meta nitħaddtu fuq ħasil ta' flus, m'hemmx għalfejn jirnexxilek taħsel il-flus imma anke jekk tipprova taħsel il-flus ukoll tkun qed tikser il-liġi.", "Din il-liġi qed tagħtina wkoll id-definizzjoni ta' \"proprjetà\" għax bi \"proprjetà\" aħna nifhmu xi dar, xi palazz, xi garaxx jew inkella xi maisonette.", "Fil-fatt dan mhuwiex il-każ għax \"proprjetà\" tista' tfisser ukoll \"flus\", kemm jekk dawn ikunu valuta legali f'Malta kif ukoll jekk ma jkunux.", "Jiġifieri dawn m'hemmx għalfejn ikunu ewro imma jistgħu jkunu flus barranin, dollari jew inkella, pereżempju, xi flus ġo kontijiet bankarji barranin li ma jiħdux l-ewro.", "Ta' min jgħid li \"proprjetà\" tista' tfisser anke bills, titoli, bonds, dokumenti negozjabbli jew kull dokument li jista' jkun negozjabbli, jiġifieri m'hemmx għalfejn il-flus innifishom imma anke d-dokumenti u l-agreements li bihom jistgħu jissarrfu fi flus.", "Din id-definizzjoni tkompli tgħid li \"proprjetà\" tista' tfisser ukoll:", "\"(b) flus kontanti jew depożiti jew kontijiet ta' flus ma' xi bank, istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni oħra kif jista' jiġi preskritt li jmexxu jew ikunu mexxew il-kummerċ tagħhom f'Malta;\".", "Mela għal dak li għandu x'jaqsam ma' money laundering il-liġi tagħna tieħu ħsieb li mhux biss il-proprjetà jew il-flus imma anke dak li jista' jissarraf fi flus, il-kontijiet f'Malta u l-kontijiet barra minn Malta, jekk jintużaw b'dan il-mod, ikun qed jiġi kommess reat jew ksur ta' liġi bil-konsegwenza li jkun hemm il-vittmi ta' reat u ta' kriminalità.", "Sur President, xi Jsir biex ikun hemm il-ħasil ta' flus?", "X'għandek bżonn biex taħsel il-flus?", "Għax biex taħsel il-flus, dawk il-flus ma jridux ikunu nodfa imma jridu jkunu maħmuġin.", "Dawn il-flus ma jridux ikunu ġew mis-salarju tal-impjieg tiegħek jew inkella mill-profitt li tkun għamlet il-kumpanija tiegħek, imma jridu jkunu flus maħmuġin.", "Pereżempju, jista' jkun illi dawn ikunu ġew mit-traffikar tad-droga.", "Mela f'dan il-każ inti tkun għamilt reat għax tkun ittraffikajt id-droga, u mbagħad jekk inti tpoġġi dawk il-flus f'xi kont bankarju - jekk il-bank jaċċettahom għax normalment il-banek ma jaċċettawx dawn il-flus - f'dak il-każ inti tkun wettaqt reat ieħor ta' ħasil ta' flus.", "Il-flus li wieħed jagħmel meta jittraffika l-persuni wkoll huwa eżempju ieħor ta' ħasil ta' flus għax f'dak il-każ inti tkun qed tagħmel negozju illegali.", "L-istess nistgħu ngħidu għal meta wieħed jevadi t-taxxa billi jiftaħ kontijiet anke barra pajjiżna jew iwaqqaf kumpaniji bl-iskop li ma jħallasx taxxa fuq dak li jaqla' minn dawk il-kumpaniji.", "Wieħed jista' jinstab ħati ta' ħasil ta' flus anke meta jagħmel atti ta' korruzzjoni.", "Ħafna drabi l-kelma \"korruzzjoni\" tissemma biss fil-qasam politiku, u għalhekk ikun hawn min jaħseb li l-korruzzjoni hija xi ħaġa tal-politiċi għax huma jisimgħu lill-politiċi biss jgħajru lil xulxin biha.", "Il-korruzzjoni hija illegali, hija reat, hija kriminalità, u allura mbagħad anke l-flus li joħorġu mill-korruzzjoni jikkostitwixxu ħasil tal-flus, jiġifieri l-money laundering.", "Mela allura inti xi trid tagħmel biex twettaq money laundering jew tippjana biex twettqu?", "Irid ikun hemm, pereżempju, xi kuntratt kbir li jiswa miljuni ta' ewro u inti tkun trid tieħu xi ħaġa minnu meta mhux suppost tieħu xi ħaġa minn dak il-kuntratt.", "Tkun qed twettaq money laundering meta f'dak il-każ tibda tippjana biex tara kif se ddaħħal dawk il-flus.", "Inti mhux se ddaħħal dawn il-flus ġo xi basket jew ġo xi borża sewda tal-iskart mill-ħafna li għandna jiġru fit-toroq, imma trid xi kont bankarju.", "F'dan il-każ inti twaqqaf kumpanija barra minn Malta u probabbilment tieħu ħsieb li twaqqaf din il-kumpanija ġo xi pajjiż li ma jistaqsix għall-accounts, ma jistaqsix biex jagħtu rendikont u lanqas biss jistaqsi min huma s-sidien ta' dawn il-kumpaniji, bħal Panama pereżempju, li ma jistaqsu xejn!", "Normalment meta tiftaħ kont bankarju tkun trid tgħidilhom minn fejn ġejjin il-flus, jekk hux mis-salarju, jekk hux minn xi bejgħ ta' proprjetà jew inkella minħabba li tkun irċevejt xi flus mingħand xi kumpaniji.", "Pereżempju, jekk inti jkollok kumpanija jew tnejn il-Panama, li waħda minnhom ikun jisimha Hearnville u l-oħra Tillgate, inti trid tgħid minn fejn se ddaħħal il-flus għax naturalment jekk inti tiftaħ kont bilfors li tkun se ddaħħal il-flus fih!", "Sur President, biex infiehmu x'inhu \"ħasil ta' flus\" aħna nagħtu eżempju ta' dawn iż-żewġ kumpaniji li nfetħu minn Ministru li bħalissa m'għadux magħna fil-Kamra, il-Ministru Konrad Mizzi, għax normalment huwa mhux biss jaħrab mill-midja imma anke minn kwalunkwe kritika li ssir kontra tiegħu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Inti twaqqaf kumpanija fejn tgħid li l-flus li se ddaħħal f'dak il-kont m'intix se taqlagħhom mis-salarju li jagħtik il-Parlament, mis-salarju ta' xi ħadd li jiġi minnek jew inkella minn xi proprjetà li għandek f'Londra, imma se taqlagħhom mingħand kumpanija li jisimha 17 Black!", "U hekk ġie ddikjarat!", "Fetaħ dan il-kont u ddikjara li se jdaħħal il-flus minn din il-kumpanija.", "U mhux ftit kien se jdaħħal flus minn din il-kumpanija għax biex jinfetaħ kont fejn mar jiftħu l-Ministru Mizzi bilfors li kellu jirċievi ħafna flus għax inkella ma jiftħuhulux!", "F'Malta biex tiftaħ kont mal-bank ma tantx trid tħallas flus, anzi ma trid tħallas xejn, imma f'dawn il-pajjiżi, bħall-Panama, trid tħallas l-eluf biex tiftaħ kont bankarju, u jekk tasal biex tħallas l-eluf biex tkun tista' tiftaħ kont dan ikun ifisser li mhux eluf tkun se ddaħħal imma eluf, għexieren ta' eluf, mijiet ta' eluf u miljuni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) €150,000 fix-xahar, jiġifieri €5,000 kuljum!", "Mhux €2.33 fil-ġimgħa imma €5,000 kuljum!", "Hekk qal il-Ministru li se jdaħħal!", "Issa aħna, Sur President, ma konniex nafu x'tagħmel din il-kumpanija jew inkella ta' min hi, u allura wieħed kien jistaqsi: Min jaf jekk forsi din il-kumpanija kenitx ta' xi benefattur jew ta' xi ħadd li jiġi mill-Ministru mill-bogħod, li forsi dan fettillu jagħmel testment biex jekk jiġi nieqes iħallilu xi ħaġa ħalli jkun jista' jistrieħ fuqha?!", "Imma issa nafu ta' min hi din il-kumpanija u, oħroġ il-għaġeb, din il-kumpanija hija ta' xi ħadd li huwa wkoll involut għax huwa wieħed mis-sidien tal-power station li saret ġewwa pajjiżna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Gvern qalilna li jrid jonfoq il-miljuni biex iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Ejjew inkomplu naqraw l-Att dwar Money Laundering, fejn s'issa rajna li biex inti tkun ħati ta' reat ta' ħasil ta' flus m'hemmx għalfejn tirċievi imma huwa biżżejjed illi tagħmel tentattiv biex tirċievi flus jew depożiti f'kontijiet minn xi ħaġa li inti mhux suppost tieħu minnha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sur President, jekk f'pajjiżna hawn eżempju wieħed ċar ta' ħasil ta' flus, dan huwa l-ħasil ta' flus li qed jagħmel - u mhux ipprova jagħmel - il-Ministru Konrad Mizzi, jiġifieri huwa diġà kiser il-liġi!", "Għalhekk issa huwa ċar li l-Ministru Konrad Mizzi, li ħareġ bl-għajta ta' \"shame on you\", did not shame himself but he shamed our country!", "He shamed lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk bl-aktar mod ċar, bl-aktar mod iffokat u bl-akbar responsabbiltà aħna nesiġu li l-pożizzjoni tal-Ministru Mizzi mhijiex aktar tenibbli!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Ministru Konrad Mizzi għandu jirriżenja, u għandu jirriżenja llum għax għal kull ġurnata li tgħaddi u hu jibqa' hemmhekk, xi ħadd qed iħallas għal din il-kriminalità, anzi xi ħadd huwa \"vittma\", kif jgħid il-Kodiċi Kriminali!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U min hu dan ix-xi ħadd?", "\"Persuna fiżika li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;\".", "X'qed naraw jiġri ġewwa pajjiżna?", "Qed naraw awtorità wara l-oħra tagħmel kundanni fuq pajjiżna u tagħmel kundanni fuq l-istat li dan il-Gvern ġab lil pajjiżna fih!", "Ħalli nibda nikkwota mal-ewwel, u nispera li l-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi jservini għax f'dan il-każ tkun taf biss meta se tibda imma ma tkunx taf meta se tispiċċa!", "Qabelxejn irrid ngħid li kull dokument li se nagħmel riferenza għalih se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-Maltin u l-Għawdxin ikunu jafu min huma l-vittmi ta' din il-kriminalità.", "Meta tinsteraqlek xi ħaġa mid-dar, il-vittma tkun int. Meta tinsteraqlek xi ħaġa minn ġol-handbag, il-vittma tkun int. Meta jinsterqu l-miljuni mill-Kaxxa ta' pajjiżna, il-vittmi tkunu intom li qed tisimgħuna, anzi l-vittmi jkunu l-Maltin u l-Għawdxin kollha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-vittmi huma dawk kollha li sofrew telf finanzjarju minħabba l-aġir tal-Ministru Konrad Mizzi!", "Fl-14 ta' Novembru tal-2017 ir-Reuters - jiġifieri mhux in-Nazzjon jew il-Mument imma r-Reuters! - qalet hekk:", "Jiġifieri issa l-ħasil tal-flus u l-qtil f'Malta mhumiex sfida għal pajjiżna imma issa huma sfida għall-Unjoni Ewropea!", "Ir-Reuters irrapportat kif, wara tħassib serju, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni Ewropea biex issir investigazzjoni dwar il-mod kif Malta taderixxi mar-rule of law.", "Dan huwa l-ewwel dokument li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din is-sena, eżattament fil-25 ta' Frar, 2018, it-Times of Malta kitbet artiklu intitolat:", "F'dan l-artiklu hija tirrapporta kif waqt konferenza organizzata mill-Malta Institute of Accountants fi Frar li għadda, l-Eks Direttur tal-FIAU Manfred Galdes qal dak li hu ċar għal ħafna, ċjoè li Malta qed tagħti sinjali ripetuti li reati finanzjarji gravi mhumiex qed jiġu investigati u kkastigati.", "Kull ma ħa ħin il-Ministru biex jispjegalna dan l-Abbozz ta' Liġi kienu sitt minuti bl-arloġġ!", "L-FIAU hija dik l-istituzzjoni tal-gvern li xogħolha hu li tħares u mbagħad tiżen ir-rapporti u tmexxi lil dawk li jiksru l-liġi fuq ħasil ta' flus b'mod li jaslu quddiem il-ġustizzja.", "Madankollu, minkejja li dak li qed jagħmel din il-kundanna lill-Gvern preżenti huwa l-Eks Direttur tal-FIAU, il-Gvern qed jibqa' ma jagħmel xejn.", "Dan huwa t-tieni dokument li se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, Sur President.", "Fl-24 ta' Mejju 2018 fit-timesofmalta.com deher artiklu intitolat:", "Hija tirrapporta kif waqt smigħ fl-Istati Uniti ntqal li l-flus biex twaqqaf il-Bank Pilatus ġew minn attivitajiet kriminali fil-Venezwela.", "Dan id-dokument se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll filwaqt li se nispjega u nfakkar ftit x'inhu dan il-Bank Pilatus.", "Aktar kmieni jien spjegajt li biex inti tagħmel attività kriminali għandek bżonn bank, u ovvjament jekk tmur għand il-banek Maltin il-kbar li huma serji u dawn jirrealizzaw, imqar mad-daqqa t'għajn, li l-flus ikunu ġejjin minn xi sors kriminali u suspettuż, huma mhux se jiftħuhulek il-kont!", "Araw jekk hawnx min mar b'€5,000, b'€6,000 jew €7000 cash biex jiftaħ kont jew iqiegħed dawn il-flus fih u ma staqsewhx biżibilju ta' mistoqsijiet!", "Aħseb u ara jekk tmur bil-mijiet ta' eluf kull xahar kemm se jistaqsuk aktar!", "Però mhux id-depożiti li rċieva l-Pilatus Bank biss kienu maħmuġin, imma anke l-flus li kien hemm bżonn biex jitwaqqaf il-bank innifsu.", "Jiġifieri dan il-Gvern mhux bank li jaċċetta l-flejjes maħmuġin ġab f'pajjiżna imma ġab bank li biex twieled intuża kapital maħmuġ!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U għalfejn qed ngħid li dan il-Gvern ġab lil dan il-bank?", "Mela l-banek iġibuhom il-gvernijiet?!", "Mela l-banek iġibuhom il-ministri?!", "Mela l-banek iġibuhom xi nies li għandhom il-poter?", "Fil-każ tal-bank Pilatus, il-ftit klijenti li kellu fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu jew uffiċjali tal-gvern, jew kienu qrib il-Gvern jew kienu relatati ma' Kastilja, u lkoll kienu għaddejjin minn taħt il-konsulent ta' Kastilja li għandu saħansitra l-uffiċċju tiegħu ġewwa Kastilja, Brian Tonna ta' Nexia BT!", "Dan hu n-negozju li jġib dan il-Gvern ġewwa pajjiżna!", "Fil-11 ta' Lulju, 2018 ir-Reuters - issa għal min ma jafx, ir-Reuters hija l-akbar aġenzija tal-aħbarijiet fid-dinja - reġgħet qalet hekk fuq Malta:", "u hawnhekk tirrapporta kif l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) sabet nuqqasijiet ġenerali u sistematiċi fl-applikazzjonijiet tad-Direttiva dwar il-ħasil tal-flus.", "L-EBA hija dik l-istituzzjoni li tieħu ħsieb - hija l-watchdog - il-banek kollha li hemm fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "Xogħol l-EBA huwa li tara li kull stat membru tal-UE qed jagħmel minn kollox biex ma jkunx hemm ħasil ta' flus.", "Dawn qalu li n-nuqqasijiet mhumiex qegħdin f'settur wieħed biss imma qegħdin kullimkien u huma nuqqasijiet sistematiċi, jiġifieri dawn in-nuqqasijiet mhumiex qegħdin kullimkien u saru darba biss jew inkella qegħdin kullimkien u saru darbtejn biss imma qegħdin kullimkien u qed isiru l-ħin kollu!", "Il-Ministru Scicluna, li wkoll qed niskanta kif mhux qiegħed hawn illum, tafu x'qalilna u x'għamel dwar dan ir-rapport tal-EBA?", "Qal li qed jaqbdu magħna għax Malta hija żgħira, u m'għamel assolutament xejn la biex jissalvagwardja r-reputazzjoni ta' pajjiżna, la biex jieħu ħsieb li nosservaw il-liġi u lanqas biex jara li l-ħasil tal-flus f'pajjiżna jieqaf!", "Fid-19 ta' Lulju 2018 l-independent.com.mt irrapportat hekk:", "Hawnhekk ġie rrapportat li l-Unjoni Ewropea tat xahrejn ċans lill-Gvern Malti biex idaħħal fis-seħħ ir-Raba' Direttiva Ewropea kontra l-Ħasil tal-Flus, imma l-Gvern Malti mhux talli kien qed jinjora dawn il-liġijiet u mhux talli ma kienx qed jagħmel minn kollox biex jara li l-liġi tiġi osservata, talli lanqas biss indenja ruħu jara li jdaħħal il-liġi Ewropea u li din issir parti mil-liġijiet ta' pajjiżna, kif inhu obbligat li jagħmel!", "Però, Sur President, mhux fil-gazzetti biss rajna dawn it-tip t'artikli imma anke f'portals li s-soltu ma jirrapportawx wisq affarijiet politiċi imma jirrapportaw affarijiet oħra.", "Fil-fatt f'Awwissu 2018 Lovin Malta qalet hekk:", "Hawnhekk ikkwotat uffiċjali tal-Gvern Amerikan.", "Fil-fatt dan il-portal irrapporta kif il-President tal-Venezuela u persuni fil-familja tiegħu … Għax, pereżempju, meta introduċejna l-iskema tal-passaporti, aħna mhux biss lis-sinjur il-kbir li għandu ħafna flus nistiednu imma lilu, lill-mara, lit-tfal u lill-familja kollha tiegħu!", "Għalhekk dan tħajjar u kien se jġib lejn pajjiżna l-flus tiegħu u tal-familja tiegħu biex iwettqu l-ħasil tal-flus f'pajjiżna!", "Fit-8 ta' Settembru 2018, li kienet festa pubblika - lanqas ġurnata ta' mistrieħ ma ħallejna! - it-timesofmalta.com irrapportat li:", "- għax imbagħad mhux skandlu wieħed beda jkollna, u dawn l-iskandli lanqas ma bdew isiru b'mod sistematiku, imma beda jkollna sensiela ta' skandli -", "Dan il-portal jirrapporta wkoll li l-Kummissjoni Ewropea trid kordinazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet li qegħdin hemm biex jiġġieldu l-ħasil ta' flus wara li l-EBA ikkritikat is-superviżjoni li wettqet l-FIAU fuq il-Bank Pilatus li ġab il-Gvern Laburista tal-Onor.", "Sur President, il-Gvern tal-Labour ħareġ bl-unika sistema ta' kif nattiraw il-flus lejn pajjiżna u ġabilna f'Malta l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, li hi skema tal-mistħija.", "Ma kellhomx x'jikkreaw, ma kellhomx ideat, ma kellhomx xi jbigħu u allura ttantaw ibigħu dak li lilna jagħmilna Maltin, l-identità tagħna, in-nazzjonalità tagħna u l-passaporti tagħna!", "Fil-25 ta' Settembru 2018 l-EUobserver - għax kulħadd qed jgħid bina f'Malta, barra minn Malta, fil-gazzetti, rapporteurs, portals, awtoritajiet, eċċetra, kulħadd jgħid bina! - qalet hekk:", "Dan il-portal irrapporta kif Russu b'passaport Malti - allura dan huwa Malti bħali, bħalek, bħalkom u bħal dawk li qed jisimgħuna, bid-differenza li għandu xi naqra aktar flus minna! - … Naturalment meta dawn isibu pajjiż li jilqagħhom bil-flus maħmuġin, mhux wieħed imur f'dak il-pajjiż imma jibdew jitħajru wieħed wara l-ieħor għax jgħidulek: Dawk għalihom kollox jgħaddi u xejn mhu xejn.", "Allura nistennew li dawn jibqgħu ġejjin għax il-ħabs mhux sejrin!", "Dan ir-Russu b'passaport Malti nstab li huwa parti minn racket internazzjonali li jammonta għal €10 miljun!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Li kieku jaħasra l-Gvern qabad u ħataf dawn il-flus kollha, kieku lit-3,200 applikant li hemm fuq il-waiting list tal-Housing Authority, l-Onor.", "Joseph Muscat mhux appartament kull wieħed kien jagħtihom imma villa!", "Issa se naqleb għall-istazzjonijiet tat-television, u hawnhekk m'iniex se nikkwota lil TVM imma lill-BBC - jien ninsab ċert li kulħadd jaf li dan huwa stazzjon televiżiv mill-aktar serju – fejn fis-7 ta' Ottubru 2018, waqt dokumentarju dwar Malta fil-Mediterran, Simon Reeve irrapporta li:", "jiġifieri llum Malta qed tiffjorixxi,", "Il-BBC, li kien minn dejjem ifaħħar lil Malta u li kien minn dejjem vetrina ta' dak li l-Maltin u l-Għawdxin kapaċi jagħmlu, qed jgħid li sirna \"a home\", jiġifieri l-bejta li tilqa' lil dawk li jaħslu l-flus u jorganizzaw il-kriminalità.", "M'għandix il-filmat ta' dan id-dokumentarju imma għandi d-dokument li qed jirrapporta xi ntqal f'dan id-dokumentarju, u fl-aħħar tad-diskors tiegħi se npoġġi dan id-dokument flimkien mad-dokumenti kollha li qed nirriferi għalihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fis-6 ta' Novembru ta' din is-sena t-Times of Malta qalet hekk:", "Fil-fatt hawnhekk naraw li wara studju nazzjonali li sar, jirriżulta li Malta tinsab f'high risk li tintuża għal ħasil ta' flus u medium risk għal finanzjament tat-terroriżmu, li qed niddiskutu fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum.", "Għal min ma jafx, fi studji bħal dawn ikun hemm il-low risk, il-medium risk u l-high risk, u fil-każ tagħna anke f'dak li hu finanzjament tat-terroriżmu, mhux m'għandna riskju xejn jew għandna low risk imma għandna medium risk!", "Dan kollu x'qed jgħidilna, Sur President?", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar il-piena tat-terroriżmu.", "Issa kull min jismagħna d-dar jgħidlek li t-terroriżmu huwa reat serju u huwa forma ta' kriminalità kbira.", "Ikun hemm min jgħidlek saħansitra li jekk jaqbad terrorist jitfgħu għomru l-ħabs u jarmi ċ-ċavetta!", "Ta' min jgħid li dan l-Abbozz ta' Liġi jispeċifika li f'każ ta' atti ta' terroriżmu hemm pieni ta' bejn 15 u 30 sena, u biex nuri kemm hi serja wkoll il-kwestjoni tal-ħasil tal-flus irrid ngħid li fuq ħasil ta' flus hemm 18-il sena ħabs u €2.5 miljun multi.", "Daqshekk huwa serju każ ta' ħasil ta' flus!", "Qed nispjega dan kollu għax forsi ħafna nies ma jintebħux kemm dawn ir-reati li qed isiru huma serji.", "Fil-fatt, anke meta jkun hemm biss it-tentattiv dan l-Abbozz ta' Liġi jgħid li għandu jkun hemm konsegwenza għal dak li qed isir.", "Sur President, fil-bidu tad-diskors tiegħi jien semmejt il-kumpaniji ta' ħasil ta' flus li qed jitwaqqfu f'pajjiżna.", "Tkellimt dwar il-kumpanija 17 Black u issa se mmur ftit lura għal-liġi li għandna għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħasil tal-flus.", "Huwa tajjeb li naraw kif taħdem din il-liġi għax mhux billi jkollok liġi, mhux billi jkollok liġi tajba, u mhux billi jkollok l-emendi għal-liġi biex tagħmilha aħjar, l-ewwel trid tara jekk l-istituzzjonijiet humiex qed jaħdmu, kif qed jaħdmu, min qed imexxihom u jekk dawk il-persuni li qed imexxuhom humiex qed jagħmlu xogħolhom skont il-liġi.", "Fil-fatt meta wieħed jibda jaqra l-paragrafi tal-liġi wieħed wara l-ieħor jinduna li kollox jiddependi mill-Avukat Ġenerali.", "Pereżempju, artiklu minnhom jgħid li huwa biss meta l-Avukat Ġenerali jkun ordna li l-persuna akkużata tiġi ġġudikata fil-Qorti Kriminali li jsir hekk.", "Artiklu ieħor jgħid li minkejja li l-Avukat Ġenerali jkun ta ordni skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi … U jgħid kif għandu jimxi l-Avukat Ġenerali.", "Il-liġi tgħid ukoll li l-Qorti tal-Maġistrati kompetenti tipproċessa reat ta' money laundering taħt din il-liġi skont dak li jiġi ordnat mill-Avukat Ġenerali.", "Mela hawnhekk għal darba, tnejn, tlieta, huwa l-Avukat Ġenerali li jħoll u jorbot!", "Issa min hu dan l-Avukat Ġenerali?", "Huwa l-istess persuna li sa dalgħodu stess jien mort il-Qorti minħabba fih għax qed jirrifjuta li jagħtina r-rapport sħiħ tal-Egrant!", "Hu qal ukoll għalfejn ma jridx jagħtihuli.", "Qal li ma jridx jagħtihuli biex ma nitkellimx fuqu għax jien m'iniex se nħallih fil-kexxun!", "Ara s-Sur Kurt Farrugia, li dalgħodu tela' jixhed il-Qorti, dak qal li ħallieh fil-kexxun!", "L-Avukat Ġenerali qal li hu ma tax ordni biex dan ir-rapport ma jiġix ippubblikat, il-Prim Ministru qal li hu jrid jippubblika dan ir-rapport u dalgħodu s-Sur Kurt Farrugia qal, bil-ġurament, li xogħlu huwa li jmexxi l-aġenda politika tal-Gvern!", "Mela lis-Sur Kurt Farrugia qed tħallsu inti, Sur President, qed inħallsu jien, qed iħallsuh sħabi u qed tħallsuh intom li qed tisimgħuna!", "Aħna qed inħallsu lis-Sur Kurt Farrugia biex, kif qal hu stess meta kien qed jixhed bil-ġurament, imexxi l-politika tal-Gvern!", "Meta saret l-istqarrija tal-Prim Ministru kmieni l-Ħadd filgħodu, is-Sur Kurt Farrugia mar fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, tah ir-rapport sħiħ tal-Egrant u sal-lum għadu maqful fil-kexxun!", "Mela dak li hu mħallas mill-bwiet tagħna l-Maltin u l-Għawdxin biex jagħmel il-propaganda politika tal-Gvern qara dak ir-rapport, u filwaqt li l-Prim Ministru qallu biex jippubblikah u l-Avukat Ġenerali ma qallux biex ma jippubblikahx, hu qaflu u qed jgħid li ma ddiskutieh ma' ħadd, li ma ppubblikahx u li mhuwiex qed jużah għal skopijiet politiċi!", "Hekk kif aħna wrejna li l-Prim Ministru mhuwiex qed jgħid il-verità u mhux qiegħed jitwemmen, hekk ukoll lanqas is-Sur Kurt Farrugia mhu qed jgħid il-verità u ma qed jemmnu ħadd!", "Sur President, jekk is-Sur Farrugia qara dak ir-rapport, allura hu uża dak ir-rapport b'mod politiku, u llum f'pajjiżna ta' kuljum qed iseħħ żbilanċ politiku!", "Imma hawnhekk, Sur President, wieħed jistaqsi: In-nies x'jimpurtahom minn dan kollu?", "Dan kif qed jaffettwahom lin-nies?", "Il-fatt li ngħalaq il-Bank Pilatus, in-nies … Anzi hawn irrid niskuża xi ftit ruħi għax il-Bank Pilatus mhux ingħalaq imma wara kważi sentejn sħaħ li l-Oppożizzjoni ilha tinsisti li għandu jingħalaq, kellha tkun ordni mill-EBA lill-MFSA biex tneħħilu l-liċenzja!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hawnhekk nistħajjel li n-nies qed jgħiduli li huwa tajjeb li għalqu l-Bank Pilatus għax issa dawk li kienu qed jikkommettu l-illegalità ħadu li ħaqqhom.", "Imma fis-Satabank mhux hekk ġara, Sur President!", "Fis-Satabank hemm eluf ta' ħaddiema li għandhom salarju, u l-uniku salarju li għandhom mhumiex qed jeħduh għax la l-Gvern u lanqas l-istituzzjonijiet m'għamlu xogħolhom!", "Il-Ministru għall-Finanzi, li kien imwiddeb biex jagħmel xogħlu sew, baqa' jirrifjuta li jagħmel xogħlu sew!", "U allura x'ġara f'dawn iċ-ċirkostanzi?", "Kellna nies li meta tkellmu ma' tal-gazzetti qalulhom: Kellna nieklu dak li baqa' fil-friġġ, u llum li dak li kien baqa' fil-friġġ spiċċa, qegħdin nieklu ħobż u ġobon!", "Mela llum nistgħu ngħidu li għandna sitwazzjoni fejn il-Membri tal-Gvern qed jieħdu x-xampanja u l-frawli filwaqt li l-ħaddiema li kellhom l-accounts mas-Satabank qed jieklu l-ħobż u l-ġobon!", "Ta' min jgħid ukoll li l-World Bank, fi studju li għamel biex jara kemm hu faċli li tagħmel il-business f'Malta, sab li Malta mhijiex l-aqwa fl-Ewropa imma l-agħar pajjiż fl-Ewropa kollha, b'mod partikolari meta n-negozji jiġu biex jissellfu l-flus.", "Mela għax il-banek lokali tagħna ma qdewx lil min kellu l-flus maħmuġin u ried jaħsilhom, il-Gvern ġabilhom lil Pilatus Bank, imma dawk l-4,000 negozjanti żgħar li fallew, li aħna rridu nitkellmu dwarhom imma għall-Prim Ministru ma jfissru xejn, minħabba l-ħasil tal-flus, minħabba l-kriminalità, minħabba l-korruzzjoni u minħabba dak li l-Gvern ġab lil pajjiżna fih, illum dawn ma jistgħux jissellfu l-flus mingħand il-banek, għax imbagħad mal-ħażin jeħel it-tajjeb!", "Għalhekk illum il-World Bank - u hawnhekk irrid nagħmilha ċara li dan hu l-Bank Dinji u mhux il-bank ta' wara l-kantuniera, mhuwiex xi bank żgħir Malti jew Pilatus Bank! - qed ipoġġi lil Malta l-agħar fl-Ewropa meta n-negozjanti jiġu biex jissellfu l-flus.", "Sur President, għal min ma jafx tajjeb nispjega li l-aġenzija Standards & Poor's mhijiex xi aġenzija tal-fqar imma hija aġenzija li tieħu ħsieb tiżen dawk l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mar-ratings, mal-flus, mal-banek u mal-istituzzjonijiet, u fil-fatt anke din l-aġenzija naqqset il-fiduċja tagħha fil-banek Maltin.", "Hija ma naqqsitx il-fiduċja tagħha fin-negozju Malti, fil-ħaddiema beżlin tagħna jew inkella fl-intrapriżi tagħna, imma naqqset il-fiduċja tagħha fil-banek Maltin minħabba li l-Gvern ma ħax ħsieb ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Dan ix-xahar it-timesofmalta.com kixfet kif l-awtoritajiet Maltin stess, fin-national risk assessment ta' Malta dwar il-ħasil ta' flus, jikkonkludu li Malta għandha riskju għoli ta' ħasil ta' flus, jiġifieri issa huwa l-Gvern stess li qed jgħid illi għandna riskju għoli ta' ħasil ta' flus.", "Dan xi jfisser?", "Hawnhekk qed niftakar f'dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji u li jikkontribwixxu bil-bosta biex ikollna mpjiegi tajbin f'pajjiżna għaż-żgħażagħ tagħna.", "Dawn jipprovaw iġibu f'pajjiżna mpjiegi tajbin u mhux prekarjat, mhux impjiegi li joffru l-minimum wage jew iċ-cheap labour li jrid dan il-Gvern, imma mpjiegi li jmexxu liż-żgħażagħ 'il quddiem f'ħajjithom.", "Dawn xogħolhom huwa li jmorru barra pajjiżna u jagħmlu promozzjoni li f'Malta għandna t-tali liġijiet, li f'Malta għandna t-tali opportunitajiet u li f'Malta għandna t-tali oqsma li wieħed jista' jinvesti fihom.", "Fil-fatt għal 25 sena sħaħ dawn il-professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji rnexxielhom iġibu f'pajjiżna investituri serji u jkabbru l-qasam tax-xogħol tant li llum hemm eluf ta' ħaddiema li jiddependu minn dan is-settur.", "Sal-ġimgħa li għaddiet stess dawn marru Ruma fejn kien hemm preżenti 100 persuna jaħdmu f'dan is-settur u persuna Maltija li qed tagħmel il-preżentazzjoni u dawn, wieħed wara l-ieħor, qalu lill-persuna Maltija li huma Malta ma jiġux għax Malta hija ċentru tal-ħasil tal-flus!", "Dan mhux qed jiġri fis-settur tas-servizzi finanzjarji biss, Sur President.", "Lili jkellmuni negozjanti li ilhom snin twal jirrappreżentaw kumpaniji serji f'oqsma differenti tan-negozju, inkluż fil-farmaċewtika, fis-servizzi tas-saħħa u fl-avjazzjoni, u għax dawn ikunu kumpaniji ġganti għandhom sistemi fil-kumpaniji tagħhom stess li jiżnu l-country risk għax ma jkunux iridu lil min jirrappreżenta isimhom f'pajjiż li huwa maħmuġ.", "Issa aħna kif nafu li pajjiżna huwa maħmuġ, u dawn kif jafu li pajjiżna huwa maħmuġ?", "Mhux għax qed isegwu s-sistema l-ġdida tagħna għar-riċiklaġġ tal-iskart u qed jaraw kemm għandna boroż suwed fit-triq!", "Mhux għalhekk aħna biss the dirty men of Europe!", "Lanqas għaliex hemm xi ħadd min-naħa tal-Oppożizzjoni li qed jagħmel ħsara lil pajjiżna, imma għax hemm l-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD), entità mondjali li ilha s-snin tara min huma l-pajjiżi nodfa, jiġifieri fuq il-white list - dawk li huma nodfa, anzi bojod karti - il-pajjiżi l-griżi - jiġifieri dawk li qegħdin fuq il-lista l-griża, li mhumiex nodfa tazza imma li jekk ibiddlu xi affarijiet jiġu tajjeb - u l-pajjiżi s-suwed, jiġifieri dawk li qegħdin fuq il-black list, fejn ikun hemm il-ħmieġ u l-gvern ma jkun irid jagħmel xejn biex inaddaf dak il-ħmieġ!", "Taħt il-gvernijiet Nazzjonalisti Malta kienet on the white list, jiġifieri fuq il-lista tal-pajjiżi li huma nodfa tazza.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Taħt dan il-Gvern, matul dawn l-aħħar ġimgħat l-OECD poġġiet lil Malta fuq il-black list!", "F'25 sena sħaħ, gvern wara ieħor, ħaddiem wara ieħor, intrapriża wara oħra, flimkien mas-servizzi finanzjarji u n-negozji tagħna għamlu minn kollox biex jgħollu r-reputazzjoni ta' pajjiżna, tant li konna sirna ċentru ta' eċċellenza, imma dan il-Gvern mhux biss irnexxielu jdgħajjef din ir-reputazzjoni li kellna, imma rnexxielu jkissirha u jherriha!", "Biżżejjed ngħid li mil-lista l-bajda tefagħna fuq il-lista s-sewda!", "Madankollu, aħna m'aħniex qed nallarmaw lin-nies.", "Bħala Oppożizzjoni se nibqgħu niġġieldu biex nipprovaw intejbu, nirranġaw u nagħmlu dak kollu li nistgħu għal pajjiżna, imma dak li nagħmlu aħna mhuwiex biżżejjed, u jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat mhuwiex se juri li jrid inaddaf isem pajjiżna, ir-reputazzjoni tagħna se tibqa' sejra lura.", "L-Onor.", "Joseph Muscat kien qal li qed jistenna l-eżitu tal-inkjesta qabel ma jiddeċiedi dwar id-destin ta' Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.", "Dak iż-żmien li qal hekk, aħna konna nafu b'inkjesta waħda biss, inkjesta li l-Prim Ministru Joseph Muscat mhux jistenniha kien imma jagħmel minn kollox biex iwaqqafha!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk dakinhar l-Onor.", "Joseph Muscat ma qalx il-verità!", "Meta l-midja kienet irrapportat li s-sid ta' 17 Black kien jifforma parti mill-consortium tal-power station li l-Gvern intrabat li jixtri l-enerġija mingħandu għal 18-il sena sħaħ, l-Onor.", "Joseph Muscat qal li ma jistax jara rabta bejn dawn l-avvenimenti.", "Anke hawnhekk, l-Onor.", "Joseph Muscat ma qalx il-verità!", "Meta ġie mistoqsi jekk kienx iġegħelhom jirriżenjaw li kieku kellu jinstab xi ħaġa fil-konfront tagħhom, l-Onor.", "Joseph Muscat wieġeb li hu kien lest jirriżenja biss li kieku nstabet xi ħaġa fil-konfront tiegħu.", "Però aħna nafu li qabel huwa kien qal bil-maqlub għax kien qal illi li kieku hemm inkjesta fuq Keith Schembri, dan kien ikollu jitlaq.", "Dan ifisser li lanqas hawn, l-Onor.", "Joseph Muscat ma kien qed jgħid il-verità!", "Imma, Sur President, naħseb l-isbaħ waħda hi meta l-Onor.", "Joseph Muscat ġie fil-Parlament - mhux meta għamilna d-dibattitu dwar 17 Black wara r-ruling tas-Sinjorija tiegħek, imma wara li jien, ġimgħa wara, għamiltlu mistoqsijiet diretti li hu ma riedx iwieġeb u weġibhom il-Ministru Owen Bonnici minfloku - u qalilna: \"Iva\"!", "Kellu karta lesta quddiemu, qabadha f'idejh għax qal li kien ippreparat għal din id-domanda, u qalilna li fuq 17 Black għaddejja inkjesta mill-Maġistrat Charmaine Galea.", "Li kieku ma staqsejniehx aħna lill-Prim Ministru, ma kien se jgħid xejn!", "Li kieku ma staqsejniehx aħna lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma kien se jgħid xejn lanqas u kien se jibqa' jaħbi l-fatti mill-poplu Malti u Għawdxi!", "Però mbagħad meta staqsewh il-ġurnalisti, l-Onor.", "Joseph Muscat qalilna: \"Imma jien kif nista' nkun naf kontra min hi l-inkjesta?", "Dawk huma affarijiet tal-istituzzjonijiet u tal-Pulizija, u jien ma nkunx nafhom dawn l-affarijiet\"!", "Madankollu huwa kien jaf li l-inkjesta mhijiex kontra Keith Schembri, jiġifieri għal darb'oħra hawnhekk l-Onor.", "Joseph Muscat ma qalx il-verità!", "Qalilna li l-inkjesta hija kontra kumpanija.", "Allura kien hemm ġurnalist u qallu: Jiġifieri lill-kumpanija se titfgħu l-ħabs?!", "U jien nistaqsi lill-Prim Ministru, ħalli naraw kemm qed jgħid il-verità: Meta l-Kummissarju tal-Pulizija jew il-Maġistrat se jibdew jistaqsu minn fejn ġew il-€150,000, lil min se jistaqsu?", "Se jistaqsu lill-kumpanija?", "Meta se jibdew jistaqsu lis-17 Black meta twaqqfet din il-kumpanija, lil min se jistaqsu, lill-kumpanija?!", "Meta l-Kummissarju tal-Pulizija se jdaħħal lil xi ħadd fil-kamra u jgħidlu \"Poġġi bilqiegħda hemm għax inti qed tieħu l-flus mingħand il-Maltin u l-Għawdxin!\", lil min se jqiegħed fuq dak is-siġġu?", "Meta l-Kummissarju tal-Pulizija se jara min naqas, min ħasel il-flus, min ħadilna, min qed joħdilna jew min ried joħdilna €5,000 kuljum, lil min se jistaqsi?", "Lil min se jqiegħed fuq is-siġġu l-Kummissarju tal-Pulizija?", "Naħseb li huwa ċar daqs il-kristall li għal darb'oħra l-Onor.", "Joseph Muscat mhuwiex qed jgħid il-verità tant li issa mhu qiegħed jemmnu ħadd!", "Sur President, jien xtaqt li l-intervent tiegħi llejla jkun dwar dak li pajjiżna jista' jagħmel biex il-ħsara li saret tibda tittaffa u bil-mod il-mod nibdew nirrestawraw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, però sfortunatament għandna Prim Ministru u għandna Ministri tal-Gvern li filwaqt li ħalfu bil-ġurament tagħhom li se jiddefendu l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin, fil-verità huma kollha kemm huma jridu jiddefendu biss l-interessi tal-Ministru Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri!", "Dan qed jiswina qares għax għal dan kollu qegħdin inħallsu aħna.", "Jien nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi nagħmel stedina.", "Ejjew niddibattu l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum u nivvotaw ilkoll flimkien favur tiegħu, imma nistieden lil kull wieħed u waħda mir-rappreżentanti tal-Gvern biex jaraw jekk iridux verament jaqdu lil dawk li tawhom il-fiduċja, iridux ikunu leali lejn dawk li vvotawlhom, iridux ikunu leali lejn il-kostitwenti tagħhom, jiġifieri lejn dawk li poġġewhom fuq dan is-siġġu Parlamentari, jew inkella jridux jibqgħu jgħattu, jaħbu u jassistu lil min qed jibqa' jagħmel ta' kuljum il-ħasil tal-flus, li f'pajjiżna hija meqjusa bħala kriminalità u li hija xi ħaġa ta' detriment għalina lkoll.", "Fl-aħħar nett, Sur President, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li għamilt riferenza għalihom matul id-diskors tiegħi:", "Kopja ta' artiklu li deher fil-15 ta' Frar 2018 fuq is-sit elettroniku www.timesofmalta.com intitolat \"Getting tough on money laundering\";", "Kopja ta' artiklu li deher fl-24 ta' Mejju 2018 fuq is-sit elettroniku www.timesofmalta.com intitolat \"Money used to set up Pilatus Bank from 'criminal proceeds'\";", "Kopja ta' artiklu li deher fil-11 ta' Lulju 2018 fuq is-sit elettroniku www.reuters.com intitolat \"EU watchdog criticizes Malta for anti-money laundering shortcomings\";", "Kopja ta' artiklu ta' Johnathan Cilia li deher fuq is-sit elettroniku www.lovinmalta.com intitolat \"Malta Is Part Of A Scheme By Venezuelan President Maduro To Launder $1 Billion, US Officials Say\";", "Kopja ta' artiklu li deher fit-8 ta' Settembru 2018 fuq is-sit elettroniku www.timesofmalta.com intitolat \"EU looks to crack down on money laundering\";", "Kopja ta' artiklu li deher fil-25 ta' Settembru 2018 fuq is-sit elettroniku www.eurobserver.com intitolat \"Russian with Malta passport in money-laundering probe\";", "Kopja ta' artiklu li deher fis 7 ta' Ottubru 2018 fuq is-sit elettroniku www.bbc.co.uk intitolat \"Mediterranean with Simon Reeve\"; u", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor Stefan Zrinzo Azzoparid.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inkun nista' nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess biex id-diskussjoni tkun interrotta għal ħin qasir sakemm jiġi rrapportat progress fil-Kumitat Permanenti?", "Il-permess ingħata.", "Fit-8.14 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali - Abbozz Nru 62 - ġie approvat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA LIĠIJIET KRIMINALI DWAR", "IT-TERRORIŻMU (KONTINWAZZJONI)", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni wara li kienet ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, qabelxejn nixtieq nirringrazzja kemm lill-Ministru Owen Bonnici kif ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni għad-dibattitu li fetħu dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, li at face value jidher li hu Abbozz ta' Liġi bħal ħafna li ngħaddu minn dan il-Parlament, jiġifieri li huwa sempliċement traspożizzjoni ta' strumenti leġiżlattivi mill-istituzzjonijiet Ewropej għal-liġijiet tagħna.", "Però fil-verità dan l-Abbozz ta' Liġi għandu importanza partikolari għall-fatt li lil hinn milli jitkellem dwar it-terroriżmu, jitkellem ukoll dwar kif pajjiż stat membru għandu jkun mogħni bl-aħjar miżuri, bl-aħjar liġijiet u bl-aħjar strutturi biex ikun jista' jiġġieled it-terroriżmu u dak li jkun qed jiffinanzja t-terroriżmu, jiġifieri l-ħasil tal-flus.", "Dan għaliex inti ma jistax ikollok terroriżmu organizzat jekk ma jkollokx ukoll strutturi ta' ħasil ta' flus.", "Il-ħasil tal-flus huwa suġġett importanti għal pajjiżna għax billi Malta hija ġurisdizzjoni importanti kemm għas-servizzi finanzjarji kif ukoll għal servizzi ta' remote gaming, li huma wkoll marbutin mas-servizzi finanzjarji, huwa importanti li pajjiżna dejjem ikollu strutturi sodi, l-aħħar teknoloġija u l-aħħar miżuri biex ikun jista' jiġġieled il-ħasil ta' flus bl-aħjar mod.", "Għalhekk jien se niddedika l-ewwel parti tal-intervent tiegħi billi nitkellem dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, u għalkemm ma kontx imħejji, se niddedika t-tieni parti tad-diskors tiegħi billi nwieġeb għal kull punt li qajjem il-Kap tal-Oppożizzjoni wieħed wieħed u għal kull punt li huwa għażel li ma jsemmix fid-diskors tiegħu, li jien smajt b'tant attenzjoni.", "Nibda biex ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi jikkriminalizza erba' attivitajiet importanti biex ikun jista' jiġġieled it-terroriżmu.", "Tajjeb nispjega li l-organizzazzjonijiet tat-terroriżmu jkunu organizzati ħafna u għalkemm ikun hemm ħafna nies li ma jkunux jifformaw direttament parti mill-kriminalità organizzata, dawn bil-modi diretti u indiretti tagħhom ikunu qegħdin jgħinu lil dawn l-istrutturi terroristiċi jibqgħu hemm u jiffjorixxu.", "Issa hawnhekk jien m'iniex se noqgħod indur l-emendi kollha waħda waħda, għax dan l-Abbozz ta' Liġi huwa traspożizzjoni, jiġifieri dak li qed ibiddel ġie mixtarr sew, l-istituzzjonijiet kollha Ewropej qablu ma' dawn l-emendi, pajjiżna kkommetta ruħu li jaqbel magħhom ukoll, u allura issa jridu jiġu implimentati.", "Però apparti minn hekk, nistgħu ngħidu li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa wieħed pożittiv għax qed isaħħaħ il-ġlieda tagħna kontra l-ħasil tal-flus.", "Għalhekk din mhijiex xi inizjattiva li ħadna aħna għal rasna, imma kif semma l-Kap tal-Oppożizzjoni - ma nafx jekk hux b'mod dispreġġjattiv - kien \"il-Gvern tal-Labour\" - u aħna tant kburin bil-\"Gvern tal-Labour\"! - li mill-2013 'l hawn daħħal diversi miżuri u ħafna strutturi kontra l-ħasil ta' flus, kif se nispjega b'mod mill-aktar metodiku aktar 'il quddiem.", "Sinjura President, l-ewwel punt li nixtieq insemmi dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa li dan ikkriminalizza l-ivvjaġġar minn post għall-ieħor ta' dawn l-attivitajiet.", "Kif kont qed ngħid, kemm il-gruppi terroristiċi kif ukoll il-ħasil tal-flus saru aktar organizzati tant li ħafna minnhom saru transborder, jiġifieri jkun hemm ftehim bejn nies ta' nazzjonalitajiet differenti fi stati membri differenti, u allura l-approċċ għandu jkun fuq livell ta' Unjoni Ewropea aktar milli fuq livell ta' stat membru għal rasu.", "Wieħed irid jara wkoll - u din hija sfida għaż-żona Schengen, li trid li l-ivvjaġġar ikun aktar iffaċilitat - kif dawn qed jivvjaġġaw minn stat membru għal ieħor u anke kif qed joħorġu mill-Unjoni Ewropea u jerġgħu jidħlu.", "It-tieni punt li rrid nagħmel huwa li permezz ta' emendi li qed isiru fil-Kodiċi Kriminali, Kapitlu 9 tal-Liġijiet ta' Malta, jekk ikun hemm aġenzija tal-ivvjaġġar li tkun taf jew messha kienet taf li qed tgħin lil gruppi terroristiċi jew inkella lil terroristiċi individwali dwar kif għandhom jivvjaġġaw, din ukoll tkun meqjusa bħala attività kriminali.", "Qed nagħmel dan il-punt partikolarment biex naraw safejn waslet din id-direttiva li tiġġieled it-terroriżmu.", "It-tielet punt li nixtieq nagħmel jirrigwarda t-taħriġ tat-terroristi.", "Dawn il-persuni jkunu mħarrġin, u dawn mhux bilfors biex jiġġieldu l-battalji, però jkunu mħarrġin fi speċjalizzazzjonijiet partikolari bħal, ngħidu aħna, fl-isplużivi, u allura jkollok nies tekniċi li jkunu qegħdin jgħinuhom u li ma jkunux neċessarjament terroristi huma wkoll.", "Dawn il-persuni jkunu sempliċement esperti fil-qasam tagħhom, imma l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jgħid li jekk dawn kienu jafu jew messhom kienu jafu li qed jgħinu lil dawn it-terroristi, huma wkoll iridu jiġu indagati u sussegwentement akkużati b'reati kriminali ħorox u b'pieni għoljin.", "L-aħħar punt li rrid nitkellem fuqu u li huwa importanti hu dak tal-providing or collecting funds.", "Hemm organizzazzjonijiet terroristiċi li tant ikunu avvanzati, li jew ikun hemm il-finanzjament tal-banek fin-nofs jew inkella jiġu mgħoddija flus minn banek li, at face value, ikunu leċti.", "Imma jekk min kien qed jiffinanzja kien jaf jew messu kien jaf x'qed jagħmel, dan ukoll jiġi meqjus b'mod indirett bħallikieku jifforma parti minn organizzazzjoni terroristika u jkun ħati ta' delitt kriminali.", "L-istess nistgħu ngħidu għal min jiġbor il-fondi.", "Pereżempju, bħalissa qed jiġuni f'moħħi n-nutara pubbliċi li jagħmlu kuntratti fuq proprjetà immobbli.", "Jekk dawn kienu jafu jew setgħu kienu jafu b'dawn l-attivitajiet, f'dan il-każ l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed ipoġġilhom responsabbiltajiet oħra ma' dawk li diġà għandhom in-nutara pubbliċi, liema responsabbiltajiet – u hekk għandu jkun - joħorġu mir-regoli tal-money laundering.", "Pereżempju, huma għandhom a reporting obligation u għandhom ir-responsabbiltà li jagħmlu ċertu skrutinju.", "U jekk ma jeżerċitawx din id-diliġenza jew saħansitra jkunu parti minn dawn l-istrutturi terroristiċi, dawn ukoll jistgħu jkunu ħatja ta' reati kriminali.", "Sur President, meta tkun qed tilleġiżla f'dan l-ambitu hija xi ħaġa verament faċli li tagħti dejjem aktar poteri lill-gvern u lill-awtoritajiet bl-iskuża li b'hekk inkunu nistgħu niġġieldu aktar it-terroriżmu jew il-ħasil ta' flus.", "Madankollu, fuq in-naħa l-oħra tal-munita hemm il-libertajiet fundamentali tal-bniedem, jiġifieri filwaqt li inti trid issaħħaħ id il-gvern biex jiġġieled il-money laundering u t-terroriżmu, min-naħa l-oħra għandek ċerti prinċipji li huma sagrosanti.", "Pereżempju, uħud minn dawn il-prinċipji jirrigwardaw xi jsir fl-interrogatorju meta persuna tkun qed tiġi interrogata mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn hija għandha dritt għal avukat u għandha wkoll id-dritt kostituzzjonali sagrosant li waqt l-interrogatorju tibqa' siekta.", "Hemm saħansitra drittijiet li jirrigwardaw il-mod kif isir l-arrest.", "Is-Sedja ħadmet f'dawn l-oqsma u taf aktar minni li dawn id-drittijiet jifformaw parti mill-kultura legali u mill-iżvilupp kostituzzjonali tagħna, jiġifieri fl-istess ħin irridu noqogħdu attenti li nissalvagwardaw id-drittijiet tal-individwu.", "Punt importanti ieħor tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jirrigwarda l-vittmi ta' dawn l-atti ta' kriminalità, u dan mhux biex nagħtuhom xi kumpens, bħal fil-każ ta' xi ħadd li daħal b'karozza fuq persuna.", "Bħalissa qed jiġini f'moħħi dak li seħħ f'Pariġi.", "Il-vittmi ta' dawn l-atti terroristiċi jkunu jikkonsistu f'massa ta' nies li ħafna minnhom ma jiġux milqutin direttament minn dawn l-atti, imma jkollhom bżonn għajnuna psikjatrika jew għajnuna psikoloġika.", "Għalhekk din it-traspożizzjoni qed tara wkoll li jingħata dan it-trattament mediku, li mhux neċessarjament ikun jikkonsisti f'għoti ta' pilloli b'xejn imma jista' jkun jikkonsisti fi trattament mediku aktar sofistikat, u huwa għalhekk li din it-traspożizzjoni hija meqjusa bħala waħda pożittiva.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi jinqalgħu wkoll sitwazzjonijiet oħra bħal, pereżempju, meta jiġu biex jitressqu persuni terroristi quddiem il-qorti.", "F'dan il-każ trid tiġi kkonsidrata l-protezzjoni tax-xhieda, li jkunu vittmi wkoll, kontra nies bħal dawn li jkunu ta' ċertu periklu.", "Hawnhekk wieħed jista' jargumenta li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa traspożizzjoni u allura l-Gvern bilfors kellu jressqu, imma f'dan l-istadju rrid nieħu l-okkażjoni biex ngħid li dan ma sarx b'kumbinazzjoni.", "Dan l-aħħar saret xi ħaġa trendy li kulħadd jargumenta li l-Gvern mhux qed jiġġieled il-ħasil tal-flus jew li qabel konna fuq il-white list u issa ġejna fuq il-black list!", "Ejjew inpoġġu l-affarijiet fil-perspettiva tagħhom.", "Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus qiegħda magħna għax aħna għandna industriji li huma propensi li jintlaqtu minn dawn ir-riskji, u allura rridu ndaħħlu miżuri f'dan ir-rigward.", "Imma allura aħna ma daħħalniehomx dawn il-miżuri?!", "Hawnhekk jien se nagħti eżempji konkreti, u se nsemmi t-tliet miżuri li ħa l-Ministeru għall-Finanzi.", "Pereżempu, l-FIAU u l-MFSA għamlu memorandum of understanding (MOU) - ta' min jgħid li dan meta l-MFSA hija awtorità regolatorja indipendenti u l-FIAU hija stabbilita b'liġi differenti u għandha l-indipendenza tagħha - biex ikun hemm exchange of information u sharing of best practices li ġiet stabbilita b'emenda li jidhirli saret permezz ta' Att Nru XXIII tas-sena l-oħra, fejn fost affarijiet oħra hemmhekk għandek in-National Coordinating Council.", "Il-Ministeru għall-Finanzi hawnhekk qed jgħid li hawn ħafna entitajiet, fosthom il-Malta Gaming Authority u s-Sanctions Monitoring Board.", "Ma ninsewx li dan tal-aħħar huwa bord li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ biex jara x'sanzjonijiet ġejjin mit-Treasury Amerikan, mill-Unjoni Ewropea u mill-United Nations filwaqt li jassigura li dawn is-sanzjonijiet qegħdin jiġu implimentati f'pajjiżna, u jiġu implimentati mhux fuq il-karta imma billi l-banek tagħna, anke dawk barranin, josservaw dak li jkun qed jiġri.", "Issa hawnhekk id-domanda tiġi waħedha: Allura jekk il-Gvern ma jagħmel xejn għax ikun qed isegwi l-proċeduri, bħal fil-każ ta' Pilatus Bank …", "Qalulna li Pilatus Bank ingħalaq għax tkellmet l-Oppożizzjoni, u kellna saħansitra dibattiti fejn qalu li dan il-bank imissu ngħalaq mill-ewwel.", "Bħallikieku l-banek huma xi ħwienet tal-pastizzi li tista' tniżżlilhom ix-shutters kif ġieb u laħaq!", "Jien nappella lill-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni biex meta jagħmlu l-interventi tagħhom juru ftit aktar serjetà!", "Mela bank jista' jingħalaq mil-lum għal għada?!", "Allura għax ikun hemm suspett fuq każ ta' money laundering, il-banek jistgħu jgħidu lil dawk li jkunu ddepożitaw flushom hemmhekk in good faith li qabdu u għalqu?!", "Ċertament li l-liġijiet tagħna qatt, lanqas meta kien hemm l-Oppożizzjoni fil-Gvern … U għamlet sew dak iż-żmien li implimentathom b'serjetà.", "Bir-rispett kollu, imma ħafna mil-liġijiet li għandna llum fejn tidħol l-MFSA jew inkella fejn jidħol il-provisional administrator …", "Għax inti tista' ddaħħal ditta ta' awdituri jew persuna li teħodlok over biex tmexxi l-bank hi ħalli tassigura li anke jekk il-bank ikun se jagħlaq, dan jagħlaq bi protezzjoni ta' interessi differenti, anke biex tiġi evitata l-legal responsibility.", "Għalhekk l-MFSA ma tistax tagħti liċenzja lil bank u mbagħad l-għada taqbad u tagħlaq dak il-bank!", "Dawn x'affarijiet huma?!", "Għal dawn it-tip ta' ċirkostanzi hemm proċeduri li jridu jiġu segwiti.", "Jien ħadt pjaċir nisma' lill-Kap tal-Oppożizzjoni jitmasħan, u kien pjuttost fuq tiegħu meta tkellem, però huwa l-ewwel semmielna l-Pilatus Bank u mbagħad semmielna s-Satabank, u hawnhekk naraw li mal-Oppożizzjoni dejjem taqlagħha, għax fil-każ ta' Pilatus Bank qalulna li m'għamilna xejn u fil-każ l-ieħor qalulna li għamilna ħafna, jiġifieri għalihom dawn m'hemmx triq tan-nofs!", "Jien m'għandix dubju li għalkemm il-każ tas-Satabank huwa każ diffiċli, anke dak il-każ qed jittieħed bis-serjetà.", "Mela l-Gvern jieħu pjaċir li hemm investituri barranin li fetħu l-kontijiet ma' dan il-bank f'industriji importanti bħalma hija r-remote gaming u fl-istess ħin qed jittieħdu dawn il-passi?", "Imma hekk hemm bżonn!", "Dik hi s-serjetà tat-tmexxija anke fl-MFSA, u minn hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lill-Prof.", "Mamo u lis-Sur Joseph Cuschieri filwaqt li nirringrazzjahom għax-xogħol importanti li jagħmlu.", "Ma rridx ninsa nsemmi wkoll lill-Eks Chairman Prof. Bannister, li kien il-pijunier ta' dan ix-xogħol u li kien ġie appuntat taħt Gvern Nazzjonalista.", "Allura għax dan ġie appuntat taħt Gvern Nazzjonalista, b'daqshekk ifisser li r-regoli li applika kienu ħżiena?", "Ara l-Kap tal-Oppożizzjoni ma semmiex in-Nemea Bank, u jien għalhekk l-ewwel għedtilkom li se nirriferi wkoll għal affarijiet li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma semmiex.", "X'għandu dan in-Nemea Bank biex ħadd mill-Oppożizzjoni ma jsemmih, bħallikieku dan qisu s-sigriet ta' Fatima?!", "Kif ħadd ma jsemmih in-Nemea Bank?", "Min kienu d-diretturi tan-Nemea Bank?", "F'dan il-każ l-istess ġara, bir-rispett kollu.", "Kien hemm problema u bdiet tiġi indirizzata fil-bank.", "U sar sew anke f'dak il-każ, għax inti ma tistax tgħid li f'każ wieħed sar sew, fil-każ l-ieħor għamilna ħafna, f'każ ieħor m'għamilna xejn u l-każ l-ieħor ma ssemmihx!", "Il-memorja m'għandhiex tkun selettiva, Sur President, u f'kull każ ittieħdu l-passi neċessarji b'kawtela.", "Dik hija ġurisdizzjoni serja!", "Ġurisdizzjoni serja mhijiex dik li naqbdu u ngħaġġlu jew dik li naqbdu u nagħlqu l-banek!", "Le, dik mhijiex ġurisdizzjoni serja fejn hemm is-saltna tad-dritt!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna: Għax hekk jagħmel \"il-Gvern tal-Labour\"!", "Issa kif għedt diġà, din tal-Gvern tal-Labour jien ma nafx jekk qalhiex b'mod dispreġjattiv, imma li nista' ngħid jien huwa li jien kburi li kont parti mill-Gvern tal-Labour u li llum jien Deputat f'din il-Kamra f'isem il-Partit Laburista.", "Jien kburi għax fejn jidħol il-ħasil tal-flus, Sur President, aħna neħħejna l-preskrizzjoni minn fuq il-politiċi!", "Forsi hawn min mhuwiex qed jieħu pjaċir biha din, imma ma ġara xejn, għax dan l-aħħar smajna ħafna investigazzjonijiet li ma konniex nafu bihom u li ġew fid-dominju pubbliku matul dawn l-aħħar jiem.", "Ara lil dawk il-Kap tal-Oppożizzjoni ma semmihomx għax għalih il-Membri ta' din in-naħa biss għandhom jirriżenjaw!", "Però nerġa' ngħid illi jien kburi li f'din il-Kamra jien nappoġġja lill-Gvern tal-Labour, u se nkompli ngħid għalfejn.", "Pereżempju, jien ma nixbax insemmi l-liġi tal-finanzjament tal-partiti.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra mhux raqdu fuqha imma naħseb li kienu dormant daqs l-orsijiet tal-Alaska fuqha!", "Il-Group of States against Corruption (GRECO) kienet ilha s-snin tiġbdilna l-attenzjoni li għad m'għandniex liġi dwar il-finanzjament tal-partiti u li għadna bid-donations anonimi.", "Għal snin sħaħ konna nibagħtu draft, sakemm ħareġ l-eks deputat Dr Franco Debono jgħidilhom li dak mhuwiex id-draft!", "Allura wieħed kif jista' jeħodhom bis-serjetà lill-Membri tal-Oppożizzjoni li huma kapaċi jressqu abbozz ta' liġi sew meta dawn lanqas biss qablu fuq id-draft li bagħtu lill-GRECO?!", "Dawn bagħtu draft lill-GRECO u d-Deputat li kien ħatar il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013 lanqas biss kien jaf li bagħtu din id-draft, biex taraw x'kordinament u x'affjatament inkredibbli kellhom!", "Imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni semma x-xhieda li ta s-Sur Kurt Farrugia fil-qorti dalgħodu, li jien nixtieq insellimlu u nirringrazzjah minn hawnhekk għax-xogħol li jagħmel.", "Sfortunatament ma kellix il-privileġġ li nkun preżenti fil-Qorti dalgħodu, imma qrajt ir-rapporti online u dawn ma semmewx nofs l-affarijiet li l-Kap tal-Oppożizzjoni semma li qal is-Sur Farrugia fix-xhieda li ta.", "Imma l-isbaħ waħda hi li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ jikkritika wkoll il-fatt li s-Sur Kurt Farrugia jmexxi l-aġenda tal-Gvern.", "Imma dan bis-serjetà!?", "Jiġifieri l-Kap tal-Oppożizzjoni jippretendi li persuna li n-nomenklatura tagħha hi dik ta' Head of Communications of the Government of Malta and Spokesperson ma jmexxix l-aġenda tal-Gvern?!", "Mela l-aġenda ta' min se jmexxi dan, Sur President?", "L-aġenda tiegħu?!", "Bir-rispett kollu, imma l-Kap tal-Oppożizzjoni bis-serjetà jiġi jgħidilna dawn l-affarijiet?!", "Jiġifieri dan qed jgħid li s-Sur Gordon Pisani, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk u nirringrazzjah għax-xogħol li għamel għall-pajjiż, ma kienx imexxi l-aġenda tal-Amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Gonzi dak iż-żmien?!", "Allura x'ried jgħidilna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li s-Sur Gordon Pisani fi żmien l-amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Gonzi kien qed imexxi l-aġenda tal-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, jiġifieri tal-Onor.", "Jew fhimtu ħażin jien jew inkella din hija xi ħaġa li ma titwemminx, Sur President!", "Il-medjokrità tal-argumenti li joħroġ bihom il-Kap tal-Oppożizzjoni hija tal-biża'!", "Iva, is-Sur Kurt Farrugia jmexxi l-aġenda tal-Prim Ministru u tal-Gvern ta' Malta.", "Mela ta' min tridu jmexxi?!", "Aħna ma niddejqux ngħidu li dak huwa xogħol is-Sur Kurt Farrugia fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru!", "Mela bir-rispett kollu, dawn l-affarijiet jagħmlu sens?", "Imbagħad, Sur President, il-Kap tal-Oppożizzjoni kkritika wkoll il-fatt li l-liġi ssemmi lill-Avukat Ġenerali.", "Imma din mhijiex xi ħaġa ovvja?!", "Bir-rispett kollu, anke l-Kodiċi Kriminali hekk jagħmel.", "Il-liġi lil min trid issemmi?", "Mhux lill-figura tal-Avukat Ġenerali?!", "Issa ma jogħġobhomx l-Avukat Ġenerali!", "L-Avukat Ġenerali li għandna llum, li nixtieq insellimlu minn hawnhekk għax-xogħol li jagħmel filwaqt li nawguralu fejqan ta' malajr, huwa l-istess Avukat Ġenerali li kien hemm qabel is-sena 2013!", "U l-liġi lil min trid issemmi, mhux il-figura tal-Avukat Ġenerali?!", "Bir-rispett kollu, imma mhux hu l-prosekutur tal-gvern?!", "Jekk ma nirrispettawx dawn il-prinċipji li ilhom magħna għexieren ta' snin, allura ma nafx x'rule of law qatt tgħallimna u għexna!", "Sur President, il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna wkoll li taħt il-Gvern tal-Labour - għax kif għedt diġà, hu hekk jirriferi għalih lill-Partit Laburista, u aħna ma niddejqu xejn nindirizzawh b'dan il-mod ukoll, anzi aħna kburin bil-Gvern tal-Labour! - ikun hemm iċ-cheap labour u kulħadd jaħdem bil-minimum wage.", "Mela nsieha l-miżura li tħabbret fl-aħħar Baġit?", "L-ewwel nett dan mhu veru xejn.", "Jien ma ġibtx statistika miegħi, imma jekk wieħed jara l-istatistika jsib li huwa biss persentaġġ żgħir ħafna tan-nies li jaħdmu bil-minimum wage.", "Mhux ovvju li aħna rridu niġġieldu l-prekarjat?!", "Mela l-prekarjat hija xi ħaġa faċli?!", "U nagħmlu r-regolamenti u xorta jsibulna tieqa jew ventilatur minn fejn jgħaddu!", "Għaddejna ħafna miżuri, imma xorta waħda għad baqa' xi jsir.", "Jew inkella, kif jiġi jgħajjarna biċ-cheap labour meta fl-aħħar Baġit għamilna miżura li tgħid li min ikun fuq il-minimum wage jista' jagħmel sena waħda biss fuq il-minimum wage?!", "Anke fuq il-bejgħ tal-passaporti, l-istess.", "Għadni ma nistax nifhem x'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista f'dan ir-rigward.", "Jidher li llum il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem fis-sens illi huwa kontra l-bejgħ tal-passaporti.", "Proprjament huma jsejħulu \"bejgħ tal-passaporti\" imma fil-verità dan huwa an individual investor programme (IIP).", "Fil-fatt nixtieq li forsi anke l-kelliema tal-Oppożizzjoni li se jitkellmu warajja jilluminawna dwar jekk il-Partit Nazzjonalista għandux xi pożizzjoni uffiċjali dwar dan l-IIP, għax jien li naf hu li l-aktar nies u l-aktar uffiċjali ta' l-aktar ditti legali li jippromwovu dak li huma jsejħulu bħala \"l-bejgħ tal-passaporti\" ma tantx ikunu fuq quddiem fil-meetings tal-Partit Laburista, Sur President!", "Malta żgħira u n-nies magħrufa!", "Issa mhux jiġi jgħidli: Mhux jien imma l-partner tal-law firm!", "Ejjew inkunu serji għax jekk se nibqgħu sejrin hekk, allura niġu bil-listi tal-ismijiet ta' min hu involut f'dan l-IIP, li jippromwovuh kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna!", "Il-pożizzjoni tagħna hija magħrufa.", "L-IIP li tnieda fl-2014 - u jien kelli l-privileġġ li nkun involut, flimkien ma' oħrajn, fl-abbozzar tal-avviżi legali fl-2013 u 2014 - huwa wieħed mill-aktar affarijiet li kienu suċċess kbir.", "Dan il-programm, li ġie ċċertifikat mill-Kummissjoni Ewropea, ġab dħul kbir lil pajjiżna tant li se jwassal għal proġett ta' €50 miljun għal housing soċjali min-National Development and Social Fund.", "Hawn min jitbissem meta nitkellmu dwar il-housing.", "Ara aħna ma nitbissmux għax dawn huma affarijiet serji, speċjalment meta niftakru fil-listi bla qies li ħallielna l-Gvern Nazzjonalista fil-housing!", "Imma ma ġara xejn, aħna qegħdin fil-Gvern u solvejna ħafna mill-problemi li ħallielna l-Gvern Nazzjonalista.", "Lill-Kap tal-Oppożizzjoni jien ngħidlu: Taf x'inhi l-blacklist?", "Ir-rigal li ħalla l-Gvern Nazzjonalista tal-2012 lill-ġenerazzjonijiet li jmiss, rigal sabiħ ħafna ta' €250 miljun, l-akbar defiċit li qatt kellna fl-istorja!", "Jekk il-Gvern Nazzjonalista ried jagħmel storja, huwa għamilha fl-2012 b'€250 miljun dejn!", "Fi 15-il sena d-dejn taħt il-Partit Nazzjonalista żdied minn 51% għal 71% tal-ekonomija.", "Dan ifisser li dan id-dejn iridu jiffinanzjawh uliedna u wlied uliedna b'miżuri li ma jkunx jista' jieħu l-gvern fil-baġits, kif qed nesperjenzaw issa, u dak li qed naraw illum, bħal childcare b'xejn, inwork benefits, żieda fil-pensjonijiet għal darba, tnejn, tlieta u flus allokati biex jiġu ratifikati l-inġustizzji, m'għandniex neħduh for granted.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li huwa jitkellem man-nies li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Aħna nitkellmu man-nies ukoll, għax bil-mod kif jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni qisu jagħtik l-impressjoni li hu biss imur jitkellem man-nies u li lilu biss jafu n-nies!", "Aħna nitkellmu man-nies ukoll, u n-nies jgħidulna kemm sejrin tajjeb.", "Però huma nkwetati bir-rapporti li jsiru barra?", "Dażgur!", "Anke jien inkwetat!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li għalkemm suppost il-Gvern ikun jaf x'inkjesti jkunu għaddejjin, il-Ministru Owen Bonnici ma tax din l-informazzjoni.", "Ejjew inħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu!", "L-inkjesti ma jsirux fil-Parlament imma jsiru mill-maġistrati, u dan kollu juri d-differenza f'dak li qed naraw illum.", "Illum għandna Prim Ministru li huwa ffokat fuq ix-xogħol.", "Fl-fatt għadu ġej mill-Kunsill Ewropew fejn hemmhekk qata' figura tajba għax wera li aħna nafu x'qed jiġri u li lilna dejjem issibna minn ta' quddiem biex ngħinu lill-Unjoni Ewropea fl-approach tagħha mar-Renju Unit għax dak jaffettwa lin-nies.", "Imbagħad min-naħa l-oħra għandna Kap tal-Oppożizzjoni li darba smajtu jgħid li jrid jinfatam mill-irbit tal-passat u jrid biss il-preżent.", "Issa meta jien nisma' lill-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem, ma tantx narah li nfatam mill-passat, anzi narah marbut mal-passat.", "Hu qalilna li jrid jinfatam mill-karru tal-passat, u jien narah marbut ma' dan il-karru, però mhux marbut mal-kontroll tal-karru.", "Fil-fatt jien lill-Kap tal-Oppożizzjoni narah marbut minn saqajh bil-ħabel mal-karru, qisu fil-film klassiku u famuż Ben Hur!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, qed nitbissem bl-aħħar anoloġija li uża l-Onor.", "Edward Zammit Lewis għax biha wera drammatiċità kbira u fakkarna f'film drammatiku għall-aħħar!", "Fil-fatt m'għandix dubju li dik l-immaġni se tibqa' mwaħħla f'moħħna kollha kemm aħna.", "Imma qabel ma nibda d-diskors tiegħi nixtieq ngħid li llum ilbist il-kulur oranġjo simbolikament biex nuri li jiena kontra l-vjolenza fuq in-nisa, fuq il-bniet u kontra kwalunkwe vjolenza abbażi tal-ġeneru, u hawnhekk nixtieq ningħaqad ma' dawk kollha li f'dawn il-ġranet qegħdin jgħaddu dan l-istess messaġġ.", "Illum quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li qed jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, u l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373.", "M'iniex se nidħol fid-dettall għax għadu kemm għamel diskors tajjeb ħafna l-Kap tal-Oppożizzjoni li fih spjega fid-dettall x'qed jagħmel dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Però rrid ngħid li l-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma sabiex issir it-traspożizzjoni ta' Direttiva tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri bħalma ġara diversi drabi f'dan il-Parlament minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, qiegħda tiddaħħal f'pajjiżna liġi Ewropea kważi kważi eżatt kif inhi għajr xi bidliet żgħar 'l hemm u 'l hawn.", "Jien ġietni kurżità li nindaga ftit fuq din id-Direttiva, li hija datata 15 ta' Marzu 2017, u sibt li artiklu 28 ta' din id-Direttiva proprju jgħid li l-istati membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva - taf sa meta, Sur President? - sat-8 ta' Settembru 2018!", "Mela għal darb'oħra reġa' għandna Direttiva oħra tal-Unjoni Ewropea li qegħdin indaħħluha tard, u qed nuża l-frażi \"għal darb'oħra\" għax din mhijiex l-ewwel darba li ġrat.", "Fil-fatt nixtieq infakkar li proprju ftit tax-xhur ilu ġrat l-istess ħaġa fuq l-Att dwar il-Protezzjoni tas-Sikurezza Nukleari u r-Radjazzjoni, u ġrat kważi l-istess ħaġa wkoll fuq il-liġi tal-General Data Protection Regulation (GDPR).", "Fil-fatt, Sur President, tajjeb infakkar lis-Sedja li f'dak il-każ id-Direttiva kienet daħlet fil-25 ta' Mejju, u fl-24 ta' Mejju aħna konna gass mal-pjanċa biex għaddejnieha mill-istadji kollha!", "Xi ħaġa oħra importanti li ninnotaw hija li f'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin naddottaw Direttiva li qed tgħidilna li qiegħda tistabbilixxi regoli minimi rigward id-definizzjoni ta' \"reati kriminali\".", "Mela bażikament din id-Direttiva qed tgħidilna li l-minimu li għandna nagħmlu huwa dak li hemm imsemmi f'dik id-Direttiva.", "Għal darb'oħra hawn m'iniex se nidħol fid-dettall għax il-Kap tal-Oppożizzjoni diġà tkellem b'mod dettaljat ħafna meta beda jitkellem fuq dak li d-Direttiva ssejjaħ bħala \"fondi\" u l-liġi tagħna ssejjaħ bħala \"proprjetà\".", "Fil-fatt jien naħseb li l-kelma \"proprjetà\" hija aktar addattata għax biha nistgħu ma nkunux qed nirriferu biss għall-proprjetà imma wkoll għal assi ta' kull tip, kemm tanġibbli, kemm intanġibbli, kemm mobbli u oħrajn, u bħalma spjega l-Kap tal-Oppożizzjoni, tista' tkun qed tirriferi wkoll għal forom differenti ta' flus.", "Madankollu, Sur President, illum jien xtaqt inħares lejn aspett daqsxejn differenti, u għal mument meta l-Onor.", "Zammit Lewis semma l-libertajiet fundamentali tal-bniedem waqt id-diskors tiegħu, li jien qgħadt insegwi b'attenzjoni kbira, ħsibt li kien se jidħol fl-istess ħsieb li għandi jien illum.", "Bħalma taf inti, Sur President, jien għadni ġejja minn Brussell fejn attendejt għal żewġ konferenzi f'ġurnata waħda.", "Fil-fatt dawn iż-żewġ konferenzi kienu marbutin mas-70 sena anniversarju mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u waħda mill-affarijiet li laqtitni kienet li proprju matul din il-ġurnata kellna kelliema li m'għamlux biss rabta ma' dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem imma anke ma' dak li għandu x'jaqsam ma' ksur ta' liġijiet.", "Pereżempju, fost affarijiet oħra ssemma l-ħasil tal-flus, u allura naħseb li huwa xieraq li nagħmlu din ir-rabta aħna wkoll.", "Hawnhekk nixtieq nirriferi għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni meta aċċenna għall-aspett ta' meta l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jitkellem fuq il-vittmi.", "Meta nitkellmu fuq il-ħasil tal-flus u fuq it-terroriżmu u nirriferu għall-vittmi, nafu eżattament min huma dawn il-vittmi?", "L-Onor.", "Zammit Lewis għandu raġun għax, kif qal hu, meta tiddiskuti t-terroriżmu ħafna drabi tkun qed tiddiskuti sitwazzjonijiet transnazzjonali li jkollhom importanza fuq livell Ewropew.", "Direttiva oħra li hija marbuta intrinsikament ma' din id-Direttiva li qed indaħħlu llum u li huwa importanti ħafna li niftakru fiha fis-sitwazzjoni li jinsab fiha pajjiżna llum hija dik tal-20 ta' Mejju 2015.", "Ta' min jgħid li din id-Direttiva (UE) 2015/849 hija marbuta kompletament mal-ħasil tal-flus u naħseb li hija direttiva interessanti ħafna.", "Fil-fatt din tgħid li l-fluss ta' flus illeċiti jistgħu jagħmlu ħsara lill-integrità, lill-istabilità u lir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju filwaqt li jheddu s-suq intern tal-UE kif ukoll l-iżvilupp internazzjonali.", "Din id-Direttiva tkompli tgħid li l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jibqgħu problemi sinifikanti u għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-UE.", "Tgħid ukoll li minbarra l-iżvilupp interjuri tal-applikazzjoni tal-liġi kriminali fil-livell tal-UE, prevenzjoni li tkun immirata u proporzjonata fl-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta' ħasil ta' flus u finanzjament tat-terroriżmu hija responsabbiltà li tista' tipproduċi riżultati komplementari.", "Issa naturalment hawnhekk l-UE mhijiex qed tirriferi biss għaliha nnifisha imma qed tirriferi għal kull stat membru u qed tidħol b'mod dettaljat ħafna fuq il-ħsara li jista' jġib ir-reat tal-ħasil ta' flus.", "Issa jiena, Sur President, matul l-intervent tiegħi nixtieq niġbed l-attenzjoni taċ-ċittadin għall-ħsara li tista' ssirlu.", "Jekk forsi għad hawn min għadu jiġih dubju dwar jekk għandniex inkunu parti mill-Unjoni Ewropea, jien ngħid li allaħares ma konniex għax kieku llum m'aħniex qed indaħħlu l-obbligi permezz ta' dawn id-Direttivi tal-UE.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni diġà daħal fid-dettall fl-istorja tas-17 Black, jiġifieri fis-sitwazzjoni tal-id il-leminija u l-id ix-xellugija tal-Prim Ministru, u għalhekk m'iniex se noqgħod nidħol fiha jiena wkoll.", "Però immaġinaw li kieku qegħdin fl-istess sitwazzjoni li qegħdin fiha llum u ma kellniex l-obbligu li ndaħħlu d-Direttiva tal-UE li qed indaħħlu llum.", "Kieku nini nini kien ikollna din it-tip ta' Direttiva li qed indaħħlu hawnhekk illum!", "Issa ħalli nerġa' lura għad-Direttiva prinċipali li għandna quddiemna.", "L-ewwel artiklu tagħha qed ifakkarna fil-valuri intrinsiċi tal-UE għax qed jgħidilna li l-UE hija msejsa fuq il-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, jiġifieri fuq il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.", "Mela anke meta nitkellmu fuq ħasil ta' flus, l-istess Unjoni Ewropea, fil-quċċata tal-ħsieb tagħha, f'Direttiva bħal din qiegħda tgħidilna li huma dawn il-valuri fundamentali li qegħdin imexxuna biex ngħaddu dawn id-Direttivi.", "Sur President, rigward il-konferenzi li attendejt u li għamilt riferenza għalihom aktar kmieni rrid ngħid li fihom ipparteċipaw kelliema importanti ħafna, speċjalment fit-tieni sessjoni li saret waranofsinhar, li kienet il-high-level conference.", "Għal din il-konferenza kien hem, fost l-oħrajn Antonio Tajani, Federica Mogherini, ir-rappreżentanta tan-Nazzjonijiet Uniti Michelle Bachelet kif ukoll il-prosekutur ġenerali tal-International Criminal Court Fatou Bensouda.", "Lili personalment laqatni ħafna d-diskors tal-Ombudsman Ewropew, Emily O'Reilly, li fost affarijiet oħra qalet li għalkemm illum inħarsu lejn id-dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem minn lenti daqsxejn differenti, id-drittijiet baqgħu l-istess.", "Fil-fatt hi qalet hekk:", "Imbagħad kompliet tgħid hekk, u din se norbotha mas-sitwazzjoni ta' pajjiżna:", "U hawnhekk hija qalet xi ħaġa importanti ħafna:", "Hawnhekk qed twissi lil min ma jagħtix kas lill-Ombudsman.", "Jiġifieri Emily O'Reilly qiegħda tgħid li f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' trasparenza, ta' ħasil ta' flus u ta' korruzzjoni, huma ċ-ċittadini li jbatu, u fil-fatt fid-Direttiva ċ-ċittadini f'dan il-każ qed jiġu meqjusa bħala vittmi, għax meta jsir abbuż ta' dan it-tip liċ-ċittadini jkunu qed jinkisrulhom id-drittijiet fundamentali tagħhom.", "Jekk flus il-poplu ma jmorrux għat-tkattir tal-ġid komuni, tinħoloq diżugwaljanza gravi, u allura min għandu jkompli jiffanga u jistagħna filwaqt li min m'għandux jibqa' jittewweb!", "Ftit ilu jien u l-Onor.", "Bartolo bdejna nitbissmu għax f'daqqa waħda l-Onor.", "Zammit Lewis qalilna li issa hemm il-flus grazzi għall-bejgħ tal-passaporti.", "Jiena qed nieħu gost li anke hu żelaq u qalha din.", "Imbagħad wara li qalha xi tliet darbiet - din qalha qabel ma qal dik ta' Ben Hur! - ikkoreġa ruħu, imma l-verità hi li hu stess qed jammetti li huma ma kellhom l-ebda pjan biex jieħdu ħsieb lil min hu batut u li l-unika soluzzjoni li kellhom kienet il-bejgħ tal-passaporti!", "Madankollu biex nibqa' fuq l-issue tad-drittijiet taċ-ċittadini tagħna, se norbot dak li qalet l-Ombudsman Ewropea ma' dak li qal l-Ombudsman Malti.", "Quddiemi għandi artiklu mill-ġurnal The Malta Independent tal-Erbgħa, 6 ta' Ġunju, li aktar tard se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn intqal hekk:", "Issa l-Ombudsman jaqa' taħt dan il-Parlament, u fir-rapport tiegħu tal-2017 kien qal ħafna affarijiet.", "Pereżempju, fost affarijiet oħra, l-Ombudsman kien qal li filwaqt li huwa importanti li ndaħħlu liġijiet u riformi, dan mhuwiex biżżejjed.", "Dan japplika għal dak li għandna quddiemna llum, Sur President.", "Fil-fatt huwa jgħid - m'għandix għalfejn inpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra għax diġà tpoġġa - dawn il-preċiżi kelmiet:", "- u hawnhekk għandna twissija serja mill-Ombudsman -", "Imbagħad aktar 'l isfel, l-Ombudsman ikompli jgħid hekk fir-rapport tiegħu:", "Dan huwa kliem iebes ħafna min-naħa tal-Ombudsman.", "Ikompli jgħid:", "Nerġa' ngħid li dak li qed jgħid l-Ombudsman hu li huwa tajjeb ħafna li qed indaħħlu dawn id-Direttivi, u allaħares le, imma issa meta jgħaddu dawn id-Direttivi - u l-Kap tal-Oppożizzjoni diġà qal f'isimna li aħna naqblu magħhom - fil-fatt x'se jiġri?", "Se jibqgħu jiġu osservati?", "Għax f'dak il-każ, aħna diġà nafu li dawn id-Direttivi qed jinkisru, u din hija xi ħaġa serja ħafna.", "Illum diġà ma kellniex serħan il-moħħ min-naħa tal-Gvern.", "Fil-fatt, kif aċċenna l-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministru Konrad Mizzi ma kienx qiegħed hawnhekk u mbagħad daħal biex ikun preżenti u telaq 'il barra, għax huwa jaf li dak kollu li qiegħed jingħad hawn ġew jolqot lilu direttament, imma agħar minn hekk jolqot liċ-ċittadin.", "Qabel nikkonkludi nixtieq ngħid li l-Ombudsman semma b'mod ċar in-nuqqas ta' trasparenza u informazzjoni min-naħa tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali marbuta mal-promotions fl-Armata.", "Semma wkoll dak li iilu jiġbed l-attenzjoni fuqha l-Kummissarju għas-Saħħa fuq il-ftehim tal-Ministeru għas-Saħħa mal-kumpanija Vitals Healthcare, liema kumpanija l-Kap tal-Oppożizzjoni ħadha l-qorti u kummissarji differenti għejjew jiġbdu l-attenzjoni ta' Ministeri differenti biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kenux huma li ħolqu.", "Fl-aħħar nett, Sur President, se nikkwota kelliem ieħor li kien preżenti għal dawn il-konferenzi li attendejt jien.", "Qed nirriferi għal Stavros Lambrinidis - il-Ministru Dalli taf perfettament għal min qed ngħid - li huwa l-iSpecial Representative for Human Rights min-naħa tal-Unjoni Ewropea, u dan qal hekk:", "Sur President, nixtieq nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed id-dokumenti li għamilt riferenza għalihom matul id-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-pemess ingħata.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fis-6 ta' Ġunju 2018 fuq is-sit elettroniku intitolat \"Ombudsman warns of government's negative approach to disclosing vital information\".", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 27 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u t-Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI: Sur President, ilbieraħ kien il-Jum Internazzjonali kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u, kif nafu lkoll, dan il-jum ikun imfakkar min-Nazzjonijiet Magħquda u minn ħafna pajjiżi fid-dinja.", "Aħna hawn Malta qegħdin nużaw it-tag line li \"Is-skiet mhuwiex risposta … Irrapporta l-abbuż\".", "Nafu li sfortunatament din hija realtà li ma tantx tiġi rapportata, u dan nafuh għax jiġu nisa jkellmuna u jgħidulna li jibżgħu jmorru jirrapportaw.", "Għalhekk l-istatistika li għandna hija biss ħjiel ta' din il-pjaga jew ta' dan il-kankru li għandna fis-soċjetà tagħna.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li din il-pjaga ma teżistix fis-soċjetà tagħna biss, u fil-fatt in-Nazzjonijiet Magħquda jagħmlu ħafna xogħol f'dan il-qasam għax din il-problema hija mifruxa madwar id-dinja u hija waħda mill-aktar problemi li ma jiġux irrapportati.", "Fil-fatt huwa proprju għalhekk li għal din is-sena qed nużaw it-tag line: \"Is-skiet mhuwiex risposta … Irrapporta l-abbuż\".", "Ta' min jgħid li kull sena bħal dan iż-żmien issir kampanja internazzjonali ta' 16-il ġurnata min-naħa tan-Nazzjonijiet Uniti li idealment jagħmilha kull pajjiż biex niġbdu aktar attenzjoni fuq din ir-realtà.", "Fil-fatt dawn is-16-il jum bdew ilbieraħ, fil-25 ta' Novembru, jiġifieri eżattament f'għeluq il-Jum Internazzjonali kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u jispiċċaw fl-10 ta' Diċembru, jiġifieri fil-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Ovvjament dan it-time-frame ta' 16-il jum ġie stabbilit simbolikament għax fir-realtà l-ġlieda tagħna kontra l-vjolenza fuq in-nisa jew kontra d-drittijiet tal-bniedem m'għandhiex skadenza u rridu nagħmluha f'kull jum tas-sena.", "Forsi hawnhekk wieħed jista' jgħidli li mhux in-nisa biss jistgħu jkunu vittmi ta' vjolenza imma anke l-irġiel, u dan huwa veru, imma kif nafu, il-maġġoranza l-kbira tal-vittmi jkunu nisa.", "Il-Gvern huwa fid-dmir li jmexxi din il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u li jqajjem aktar għarfien dwar l-isforzi kollettivi li qed isiru biex dan is-settur jimxi 'l quddiem, u aħna hekk għamilna matul dawn l-aħħar xhur meta għaddejna mill-Parlament l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika biex permezz tiegħu stajna nittrasponu l-Konvenzjoni ta' Istanbul b'mod sħiħ u effettiv.", "Kif jafu l-Membri ta' din il-Kamra, din il-Konvenzjoni kienet ġiet iffirmata, imbagħad ġiet ratifikata u wara ridna li l-liġi tagħna tkun tirrifletti din il-Konvenzjoni.", "Għalhekk għamilna l-emendi neċessarji għal-liġi tagħna biex din tiġi in line mal-Konvenzjoni li rratifkajna.", "Irrid insemmi wkoll li aħna ma ħdimniex għal pajjiżna biss f'dan il-qasam imma ħadna ħsieb ukoll li waqt il-Presidenza Maltija tkun l-istess Unjoni Ewropea li tagħmel l-ewwel pass u tiffirma din il-Konvenzjoni, kif fil-fatt għamlet.", "Sur President, ta' min ifakkar li ma kienx pass faċli li nressqu l-liġi f'dan il-Parlament.", "Iffaċċjajna Parlament maqsum b'diversi Membri tal-Oppożizzjoni jivvotaw kontra l-Abbozz ta' Liġi li kien qed jittrasponi din l-imsemmija Konvenzjoni.", "Dan kien ta' dispjaċir kbir għalija għax aħna xtaqna li bħala Membri ta' din il-Kamra nibagħtu messaġġ b'saħħtu kontra dan il-kankru tas-soċjetà li jaffettwa tant familji u jagħmel tant ħsara lis-soċjetà, però dan ma kellux ikun.", "Madankollu, minkejja din ir-reżistenza, irnexxielna nfasslu liġi li rdoppjat il-pieni għal reati ta' vjolenza abbażi ta' ġeneru u żiedet il-protezzjoni għall-vittmi billi tat għodda aktar b'saħħitna lill-forzi tal-ordni.", "Fil-fatt nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex inħeġġeġ lill-forzi tal-ordni jagħmlu użu tajjeb minn din l-għodda legali li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Ir-realtà hi li l-liġi Maltija tisboq ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, u dan huwa eżempju ċar tal-impenn tal-Gvern f'dan ir-rigward.", "Fl-istess waqt aħna ħadna ħsieb insaħħu r-riżorsi u nwessgħu l-mandat tal-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru, għax filwaqt li huwa tajjeb u importanti li ngħaddu l-liġijiet u nġibuhom in line mal-Konvenzjoni, imbagħad ridna naraw li jkollna l-istrutturi u l-istrateġiji neċessarji biex naħdmu fil-konkret, għax jien nixtieq li jekk ma jirnexxilniex neliminaw din il-problema għalkollox, almenu ntaffuha kemm jista' jkun.", "Sur President, jien naħseb li r-reżistenza li sibna min-naħa tal-Kamra tar-Rappreżentanti kienet sintomu tal-isfidi li għandna quddiemna biex inbiddlu l-mentalità u nkattru kultura ta' zero tolerance għal kwalunkwe tip ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru.", "M'għandix dubju li l-kampanja edukattiva li varajna nhar il-Ġimgħa - għax peress li l-25 ta' Novembru din is-sena kien jaħbat il-Ħadd, aħna varajna dawn l-attivitajiet nhar il-Ġimgħa - kienet pass importanti fid-direzzjoni li nbiddlu l-kultura b'tali mod li nibnu soċjetà li taborri l-vjolenza.", "Dan kollu għamilnieh pari passu mal-ewwel strateġija komprensiva li nidejna sena ilu - għax kif għedt diġà, billi tagħmel il-liġi ma jfissirx li xogħlok huwa lest - biex bħala Gvern, flimkien mal-entitajiet konċernati u s-soċjetà ċivili, niġbdu ħabel wieħed u niffokaw l-enerġija tagħna ħalli naħdmu kontra din il-pjaga soċjali li taffettwa lil tant persuni, fil-maġġoranza tagħhom nisa.", "Irid ikun hemm sinerġija sħiħa bejn l-istakeholders li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Aħna rridu li kull mn jaħdem f'dan il-qasam, sew jekk inhu pulizija, sew inhu uffiċjal li jaħdem fl-qasam tas-saħħa, sew jekk inhu social worker, kulħadd ikun jaf xi tgħid il-liġi ħalli kulħadd ikun jista' jaħdem flimkien.", "Dan apparti t-taħriġ li tajna lill-Pulizija u lill-ġudikatura għax dan huwa settur li qatt ma tista' tgħid li qed tagħmel biżżejjed fih.", "U nerġa' ngħid li l-istatistika li għandna hija ta' dak li jiġi rrapportat, għax f'dan il-każ aħna nużaw l-anoloġija ta' \"the tip of the iceberg\".", "Meta tara iceberg inti tkun qed tara biss il-parti ta' fuq u l-massa ta' silġ li tkun qiegħda taħt il-baħar ma tkunx qed taraha, eżattament bħall-problema li qed nitkellem fuqha llejla.", "Ta' min jgħid li waħda minn kull tliet nisa fl-Ewropa tesperjenza vjolenza fiżika jew sesswali.", "Fl-Ewropa wkoll 18-il mara jinqatlu kuljum fejn 12 minnhom jinqatlu minn persuni li għandhom jew kellhom relazzjoni intima magħhom jew inkella minn xi membru ieħor tal-familja.", "Madwar 3,500 persuna fl-Ewropa jinqatlu kawża ta' vjolenza intima u 90% ta' dawn il-vittmi huma nisa, filwaqt li 38% tal-omiċidji fuq in-nisa madwar id-dinja jseħħu mis-sieħeb intimu tagħhom.", "In-Nazzjonijiet Magħquda tistma li 600 miljun mara jgħixu f'pajjiżi fejn il-vjolenza domestika mhijiex meqjusa bħala reat kriminali.", "Jien u naqra din l-istatistika qed niftakar li sa ftit snin ilu f'pajjiżna stess kienu jgħidu li dak li jiġri mill-bieb tad-dar 'il ġewwa m'għandu ħadd jindaħal fih u jekk ma jagħmilx rapport xi ħadd li jgħix f'dik id-dar, il-Pulizija ma kenitx tkun tista' tieħu azzjoni.", "Jiġifieri sa ċertu punt anke f'pajjiżna kien hawn il-mentalità li l-vjolenza domestika mhijiex reat kriminali għax konna nemmnu li dak li jiġri mill-bieb 'il ġewwa mhu affari ta' ħadd.", "Fil-fatt kien biss madwar 30 sena jew 40 sena ilu li bdejna nħarsu lejn din il-problema b'mod li din il-problema hija tas-soċjetà kollha u mhux ta' min qiegħed mill-bieb 'il ġewwa biss.", "Madanakollu, sfortunatament, kif joħroġ mill-istatistika stess, sa llum għad hawn mijiet ta' miljuni ta' nisa li qegħdin jgħixu f'realtajiet fejn dak li jiġri mill-bieb tad-dar 'il ġewwa mhuwiex meqjus bħala reat kriminali.", "F'Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin inqatlu 15-il mara kawża ta' vjolenza f'relazzjoni intima jew minn membri oħra tal-familja u 54% tan-nisa li xi darba jew oħra sofrew minn xi forma ta' vjolenza domestika ma fittxewx għajnuna.", "Imbagħad aħna nkunu nafu b'dawn il-każi biss minħabba li, kif għedt diġà, il-ħin kollu naħdmu f'dan is-settur, u ġieli niltaqgħu ma' każijiet ta' vittmi li jgħidulna li beżgħu jitkellmu.", "Naturalment il-konsegwenzi tal-vjolenza domestika huma ferm aktar negattivi fuq dawk in-nisa li għandhom dħul baxx jew fuq dawk li jaħdmu d-dar biss, li ħafna drabi ma jkollhom l-ebda għażla oħra għajr li jibqgħu f'dik ir-relazzjoni abbużiva jew inkella li jaħarbu minn djarhom u jfittxu kenn f'xi xelter.", "Ovvjament dan ikun kastig doppju għax minbarra li dik il-mara tkun vittma ta' vjolenza, imbagħad tispiċċa wkoll vittma ta' homelessness minħabba li tkun telqet mid-dar b'ta' fuqha senduqha, probabbilment b'xi żewġt itfal jew tlieta magħha.", "Huwa għalhekk, Sur President, li kemm matul il-Leġiżlatura preċedenti kif ukoll matul il-Leġiżlatura preżenti aħna sħaqna u ħdimna ħafna fuq l-indipendenza finanzjarja tan-nisa.", "Fl-fatt in-nisa li jaħdmu bi qligħ żdiedu minn 47% fl-2014 għal 60% din is-sena.", "Naturalment din l-indipendenza finanzjarja għandha bżonn ukoll is-sapport mill-istrutturi li qegħdin nibnu f'dan il-pajjiż.", "L-ewwel fattur għal din iż-żieda fin-numru ta' nisa li jaħdmu bi qligħ kien għaliex aħna ħloqna l-impjiegi, u t-tieni nett għax għamilna ċerti strutturi, bħaċ-childcare, bla ħlas.", "Qabel kien hemm nisa li kienu jaqtgħu qalbhom joħorġu jaħdmu proprju minħabba li mbagħad ikunu jridu joqogħdu jħallsu għaċ-childcare, għax naturalment mhux kulħadd għandu lin-nanna jew liz-zija li tista' teħdilhom ħsieb lit-tfal.", "Aħna rajna li l-aktar problema li kienet qed iżżomm lin-nisa milli joħorġu jaħdmu kienet dik li m'għandhomx fejn iħallu t-tfal, u għalhekk mhux biss tajna sussidju imma saħansitra ħadna miżura li permezz tagħha dawk in-nisa li joħorġu jaħdmu jew jistudjaw ma jkollhom bżonn iħallsu xejn biex sadanittant ikun hemm min jeħdilhom ħsieb it-tfal.", "Issa naturalment hawn jiena m'iniex qed ngħid li min jaħdem ma jistax ikun vittma ta' vjolenza domestika wkoll, però naturalment jekk inti tkun kapaċi tmantni lilek innifsek u forsi anke lit-tfal tiegħek ikun aktar faċli għalik li titlaq minn relazzjoni abbużiva, filwaqt li jekk biex tgħix inti u tmantni lil uliedek tkun tiddependi minn min ikun qed jabbużak, ma jkollokx għażla għajr li tibqa' f'dik ir-relazzjoni.", "X''għamilna iżjed aħna għall-vittmi tal-vjolenza domestika, li ħafna drabi jkollhom imorru joqogħdu f'shelter?", "Ġaladarba qed insemmi x-shelters, qabelxejn nixtieq nirringrazzja lil min jaħdem f'dawn ix-shelters għax-xogħol kbir li jagħmlu, però minkejja l-imħabba kollha li l-vittmi ta' vjolenza domestika u t-tfal tagħhom isibu f'dawn ix-shelters, xorta waħda mhijiex xi ħaġa ideali li wara li inti tkun ġejt ivvittimizzat, tkun trid titlaq minn darek bit-tfal u teħodhom f'ambjent ieħor, forsi anke x'imkien 'il bogħod mill-iskola li jkunu qed jattendu, bil-konsegwenza li jkollok saħansitra tbiddlilhom l-iskola.", "Dan ma jagħmel ġid lil ħadd, u għalhekk fil-liġi l-ġdida l-Pulizija ngħatat l-għodda meħtieġa biex, minflok, tiżgombra lill-aggressur.", "Ma kenitx xi ħaġa ġusta u tajba li wara li wieħed ikun wettaq vjolenza fuq ħaddieħor u l-vittma titlaq bit-tfal b'kollox minħabba li tkun qed tibża' minnu, imbagħad l-aggressur jispiċċa bid-dar għalih waħdu.", "Sur President, aħna dejjem ngħidu wkoll li f'dawn il-każijiet anke l-aggressur għandu bżonn l-għajnuna għax mhijiex xi ħaġa aċċettata fis-soċjetà li biex wieħed jargumenta u jieħu r-raġun irid bilfors jirrikorri għall-vjolenza.", "Jekk aħna ma nagħtux għajnuna u trattament lill-aggressur, wara li l-mara tiegħu titlaq, dan se jidħol f'relazzjoni oħra u jerġa' jibda biċ-ċiklu tal-vjolenza.", "Għalhekk dan huwa kollu parti mill-proċess li rridu ngħaddu minnu biex kemm jista' jkun innaqqsu din il-problema.", "Issa, kif dejjem ngħid, il-liġi weħidha mhijiex biżżejjed, u allura pajjiżna qiegħed jipparteċipa b'mod attiv fil-kampanja internazzjonali ta' 16-il jum li ssir kull sena kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.", "Ta' min jgħid li din il-kampanja hija mifruxa fuq diversi mezzi biex tilħaq kemm jista' jkun persuni u tgawdi l-appoġġ sħiħ tal-Ministeru tagħna permezz ta' politika komprensiva u inizjattivi speċifiċi.", "Pereżempju, matul dawn is-16-il jum il-footballers tat-timijiet tal-premier league qegħdin jilbsu T-shirt bil-kliem \"Is-skiet mhuwiex risposta … Irrapporta l-abbuż\".", "Għażilna proprju l-football wara li tkellimna mal-Malta Football Association (MFA) għar-raġuni li ħafna drabi, għalkemm hawn footballers nisa li huma tajbin ħafna, il-football huwa aktar assoċjat mal-irġiel u għalhekk ħsibna li b'hekk se nilħqu aktar irġiel.", "Ta' min jgħid li matul dawn is-16-il ġurnata, qabel ma tibda l-logħba dawn il-footballers qed iżommu wkoll banner biex jiġbdu l-attenzjoni għal din ir-realtà.", "In-Nazzjonijiet Uniti ħadet anke ħsieb biex matul dawn is-16-il ġurnata tniedi kampanja bl-isem \"Orange the World\" u kull filgħaxija matul din il-kampanja l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza qiegħed jinxtegħel kulur oranġjo għar-raġuni li dan huwa l-kulur li qed nużaw matul din il-kampanja.", "Tul dawn is-16-il ġurnata se jitwaħħlu wkoll numru ta' billboards li se jwasslu dan il-messaġġ, apparti minn kampanji oħra li se jsiru fuq il-ġurnali u fuq it-television biex niġbdu l-attenzjoni kemm jista' jkun dwar din ir-realtà.", "Irrid insemmi wkoll li nhar il-Ġimgħa indirizzajt konferenza dwar il-proġett tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni, li jismu Full Cooperation: Zero Violence.", "Dan il-proġett żviluppa programmi ta' taħriġ għall-professjonisti li jaħdmu mal-vittmi ta' vjolenza abbażi ta' ġeneru għax, kif semmejt qabel, il-professjonisti wkoll iridu jiġu mħarrġa biex ikunu jafu x'tgħid il-liġi f'dan ir-rigward, kif huma se jużaw dik il-liġi u wkoll kif se jikkoperaw bejniethom.", "Ta' min jgħid ukoll li bħalissa l-istess direttorat għaddej b'kampanja oħra li jisimha \"Breaking the Cycle of Violence\" biex jidentifika u jindirizza attitudnijiet u mġiba aggressiva fil-konfront ta' nisa f'minoranzi, fosthom nisa b'diżabilità u immigranti nisa, biex b'hekk inkunu qed nilħqu lil dawn il-persuni wkoll.", "Aħna nixtiequ nagħmlu wkoll sejħa għall-irġiel kollha biex ikunu solidali man-nisa ħalli dawn igawdu d-dritt li jgħixu ħajja sigura u dinjituża.", "B'daqshekk ma naħsibx li qegħdin nitolbu ħafna għax kull persuna għandha tgħix ħajjitha b'mod li jkollna s-serħan tal-moħħ li tista' tgħix ħajjitha b'dinjità.", "Dalgħodu attendejt seminar tal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) bl-isem \"From Victims to Activists\", u matul dan is-seminar tkellmu tliet survivors li llum saru attivisti.", "Meta tisma' persuni bħal dawn jitkellmu ssir taf minn xiex ikollhom jgħaddu dawn in-nisa u tibda tirrealizza li fil-ħajja ħadd m'għandu jbati b'dan il-mod.", "Li tkun qed tbati minħabba xi ħaġa li ġiet fuqek mingħajr ma ħadd kellu kontroll fuqha huwa mod, imma li tgħix ħajja miżera sempliċement għaliex ħaddieħor ikun qed jagħmillek ħajtek hekk, dik m'għandha qatt tkun aċċettata.", "Ta' min isemmi li n-Nazzjonijiet Magħquda għandha wkoll il-hashtag \"#Hear Me too\"; \"#Isma' Lili Wkoll\" bil-għan li tħeġġeġ lill-vittmi jitkellmu għax meta jkunu huma stess li jitkellmu, aħna nkunu nistgħu nifhmuhom aktar, u ovvjament imbagħad dan se jgħinna fil-policy-making tagħna minħabba li nkunu nistgħu naħdmu fuq l-esperjenzi ta' dawn in-nisa.", "Nerġa' ngħid li jiena kull darba nsemmi lin-nisa għar-raġuni li l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi ta' vjolenza jkunu nisa, però nafu wkoll li hemm irġiel li huma vittmi ta' vjolenza, u hawn irrid infakkar li meta nsemmu l-vjolenza m'aħniex qed nirriferu biss għal dik fiżika imma wkoll għal dik psikoloġika jew finanzjarja.", "Sur President, meta nkunu qed nitkellmu fuq vjolenza fiżika ħafna drabi nirriferu għan-nisa għas-sempliċi raġuni li peress li l-maġġoranza l-kbira tal-irġiel huma aktar b'saħħithom min-nisa, ħafna drabi l-vittmi ta' vjolenza fiżika jkunu nisa.", "Madankollu, kull forma ta' vjolenza hija ħażina, kemm jekk din issir fuq in-nisa, kemm jekk issir fuq l-irġiel, kemm jekk issir fuq it-tfal kif ukoll jekk issir fuq l-anzjani.", "Għalhekk aħna rridu nkomplu naħdmu u nitkellmu biex forsi xi darba neliminaw dan il-kankru tas-soċjetà għalkollox, u dan mhux biss matul il-kampanja ta' 16-il jum li semmejt jew inkella fil-Jum Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, imma matul is-sena kollha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 27 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Helena Dalli.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IL-KONVENZJONI TA' OVIEDO", "L-ONOR.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li Malta għadha ma ffirmatx jew irratifikat il-Konvenzjoni f'dan il-qasam.", "Ta' min jgħid li preżentament il-Gvern qiegħed jaħdem fuq it-twaqqif tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li se tkun qed taqa' taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Parlament.", "Il-Gvern għaddej ukoll bl-abbozzar ta' liġi komprensiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza konformi mal-Prinċipji ta' Pariġi dwar dan il-qasam.", "Tajjeb nirrimarka wkoll li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ma ħadet l-ebda azzjoni biex b'xi mod tiġi rratifikata din il-Konvenzjoni.", "IL-KONVENZJONI TA' OVIEDO", "L-ONOR.", "HELENA DALLI: Matul dawn l-aħħar ħames snin ġew ratifikati numru ta' konvenzjonijiet internazzjonali u reġjonali tad-dirttijiet tal-bniedem min-naħa tal-Gvern Malti.", "Il-Gvern Nazzjonalista ma ffirmax din il-Konvenzjoni u allura wisq inqas irratifikaha.", "Il-Gvern Laburista madankollu se jkun qed jistudja mill-viċin din il-Konvenzjoni sabiex f'każ ta' nuqqas ta' impediment jersaq lejn ir-ratifika tal-Konvenzjoni.", "Inżid li preżentament il-Gvern qiegħed jaħdem fuq it-twaqqif tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li se tkun qed taqa' taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Parlament.", "Din il-kummissjoni se tkun konformi mal-Prinċipji ta' Pariġi dwar dan il-qasam.", "IL-KONVENZJONI TA' OVIEDO", "L-ONOR.", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5435.", "IL-KONVENZJONI TA' OVIEDO", "L-ONOR.", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – REKLAMAR FUQ IT-TELEVIŻJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2300 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MEMORANDUM OF UNDERSTANDING IFFIRMAT BEJN IL-GVERN MALTI U KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat f'Lulju 2015 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "FTEHIM TA' KOLLABORAZZJONI BEJN IL-GVERN MALTI U KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' kollaborazzjoni li ġie ffirmat nhar is-16 ta' April 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "MEMORANDUM OF UNDERSTANDING IFFIRMAT BEJN IL-GVERN MALTI U KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "JOSEPH MUSCAT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għall-perjodu bejn Ġunju 2017 u Mejju 2018 l-informazzjoni mitluba ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2405.", "Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba relatata mal-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor.", "Interpellant u li għaddew taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Ġunju 2018 'l hawn tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PERSUNI LI APPLIKAW GĦALL-GĦAJNUNA SOĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2017 u kemm sa issa fis-sena 2018?", "Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li applikaw sabiex jingħataw l-Għajnuna Soċjali (SA), Għajnuna għad-Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali għall-ommijiet singoli (SUP), Għajnuna Soċjali għal dawk li jgawdu Protezzjoni Sussidjarja (SUA) u Għajnuna Soċjali lil min ikun qed jattendi Programm ta' rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga jew alkoħol (DAD) matul l-2017 kien ta' 2,052 persuna, filwaqt li matul l-2018, sal-ġurnata preżenti kien ta' 1,510 persuni.", "Mill-banda l-oħra n-numru ta' persuni li kienu jirċievu l-istess benefiċċji msemmija u ma baqgħux, matul is-sena 2017 kien jammonta għal 3,133 persuna, filwaqt li matul din is-sena sal-lum, kien hemm 2,981 persuna.", "SANTA LUĊIJA: DJAR MIKRIJA MILL-GVERN – ĦSARAT STRUTTURALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta' abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b'titolu ta' kera fil-Housing Estates ta' Santa Luċija li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018 dwar ħsarat strutturali fi djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorità tad-Djar f'Santa Luċija hija kif ġej:", "- 33 każ fejn tlestew it-tiswijiet li kien hemm bżonn li jsiru;", "- 4 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa;", "- 37 każ fejn it-tiswijiet li qed isiru bħalissa huma parti minn proġett sħiħ ta' tiswijiet u tisbiħ fil-blokok sħaħ;", "- u 25 każ li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar.", "NISA FID-DINJA TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta' sess femminil li bdew jaħdmu tul din sena 2018?", "Jista' jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew impjegati bħala full-time u kemm bħala part-time?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta' nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u Ġunju 2018, fuq bażi ta' full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u tul din is-sena, sal-aħħar ta' Ottubru 2018 u jista' jindika kemm kienu nisa u kemm irġiel?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "FGURA: TRASPORT TAL-ISKEJJEL – PICK UP U DROP OFF POINTS", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7313 u ċjoè: Jista' l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġġja 12-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżistenti ta' Pick up u Drop off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-7 ta' Novembru 2018, Seduta 165.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-20 ta' Lulju 2018, il-Ministeru tiegħu ħareġ sejħa għall-kwotazzjonijiet fuq il-Gazzetta tal-Gvern biex jiġu ingaġġati Security Guards tal-kuntrattur biex jipprovdu back-up għal uffiċjali tal-MTA ġewwa Kemmuna?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li fl-eqqel tas-sajf numru sostanzjali ta' nies iżuru l-gżira ta' Kemmuna, inħass il-bżonn li tinħareġ sejħa biex ikun hemm security guards fuq il-post sabiex jieħdu ħsieb li tinżamm il-bonordni u jassiguraw li l-post jinżamm nadif.", "Fis-sejħa kien hemm indikat ċar li dawn is-security guards huma rikjesti li jaħdmu bejn is-sitta ta' filgħaxija u nofsillejl, u jistgħu jintalbu wkoll li jagħtu assistenza lill-Uffiċjali tal-Infurzar tal-MTA.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – FILES JEW DOKUMENTI DISTRUTTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti abbażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsmuma sena b'sena?", "X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - ROUNDABOUTS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta' Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:", "a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s'issa?", "b. Għal liema okkażjonijiet saru?", "c. Fejn qed jitwaħħlu?", "Liema huma l-postijiet speċifiċi?", "d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?", "e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?", "f. X'armar hu previst għall-kumplament tas-sena?", "g. Wara li jiżżarmaw, x'qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?", "h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-roundabouts u x'inhu l-grad tagħhom?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Culture Unit, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum?", "Xi grad huma u x'titlu għandhom dawn il-ħaddiema?", "Fil-każ ta' ħaddiema li daħlu ġodda, tista' l-Ministru tgħid meta ġew ippubblikati s-sejħiet għalihom?", "Tista' tgħid ukoll mil-liema post qed jaqdu dmirijiethom dawn il-ħaddiema?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti", "GĦAWDEX: DJAR GĦALL-ANZJANI - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jaħdem ma' entitajiet jew kumpaniji privati bil-għan li jinstabu jew jinbnew djar għall-anzjani f'Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv f'liema lokalitajiet f'Għawdex qed isir dan?", "Interpellant li skont il-manifest elettorali hemm mira ta' 500 sodda u għal dan il-għan għaddejjin diversi taħditiet kemm mad-Djoċesi t'Għawdex kif ukoll mas-settur privat.", "GOZO CHANNEL – TISWIJIET FUQ VAPURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża f'tiswijiet fuq il-vapuri tal-Gozo Channel minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ tista' tgħid liema kien il-vapur li fuqu saret it-tiswija?", "Fiex kienet tikkonsisti t-tiswija, lil min kienet ikkummissjonata t-tiswija u kemm kienet l-ispiża għal kull tiswija li saret?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff fl-Accreditation Unit fi ħdan id-DQSE?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' min huma dawn il-membri u x'esperjenza għandhom fil-qasam edukattiv?", "Kemm għallmu snin fi skejjel full-time jew part-time?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li fl-Accreditation Unit hemm 11-il membru kif ġej:", "Assistenti Diretturi - 2", "Uffiċjali Edukattivi - 3", "Uffiċjali fil-grad rispettiv - 4", "Bl-eċċezzjoni tal-iskrivana li qabel kienet taqdi dmirha fi skola, u ta' wieħed mill-uffiċjali fil-grad rispettiv, l-esperjenza tvarja minn tmexxija fil-qasam edukattiv, liċenzjar ta' istituzzjonijiet edukattivi, akkreditar ta' programmi edukattivi u tagħlim formali u non-formali.", "L-uffiċjali kkonċernati għandhom snin varji ta' esperjenza fit-tagħlim.", "DQSE: ACCREDITATION UNIT – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Accreditation Unit fi ħdan id-DQSE?", "Minn dawn, kemm minnhom huma ta' edukaturi li ġejjin mis-settur tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet pendenti jammontaw għal 256.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-applikazzjoni tal-individwu ma tkunx marbuta ma' settur partikolari.", "ILMENTI FUQ GĦALLIEMA - PROĊEDURA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta fil-Ministeru jidħol ilment fuq għalliem?", "Interpellant li meta jidħol ilment fuq għalliem, il-Customer Care tal-MEDE jgħaddih lid-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Edukattivi u jiġi kkupjat lill-Prinċipal tal-Kulleġġ kif ukoll il-Kap tal-Iskola konċernat fejn jgħallem dan l-għalliem.", "Imbagħad, il-Prinċipal tal-Kulleġġ jitkellem mal-Kap tal-iskola u jiddiskutu l-każ partikulari fejn tinġabar l-evidenza u l-interventi li setgħu saru sadanittant.", "Wara dan, il-Kap tal-iskola jitkellem mal-għalliem fil-preżenza ta' Assistent Kap jew Kap tad-Dipartiment tas-Suġġett fejn flimkien jifhmu s-sitwazzjoni u jippjanaw kif se tingħata l-assistenza u wkoll kif l-għalliem se jirrimedja t-tagħlim tiegħu.", "Il-Kap tad-Dipartiment u/jew l-Uffiċjal Edukattiv tas-Suġġett jew l-Area jkomplu jsegwu lill-għalliem flimkien mal-Kap u s-Senior Management Team tal-iskola.", "INGAĠĠ TA' SUPPLY TEACHERS", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati supply teachers f'kull settur u f'liema suġġetti mill-bidu ta' din is-sena skolastika?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-għadd ta' Supply Teachers impjegati mill-bidu ta' din is-sena skolastika huwa ta' 216 kif muri fit-tabella t'hawn taħt maqsuma skont is-suġġett:", "ADOZZJONIJIET - FAMILJI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi Malta għandha ftehim sabiex isiru adozzjonijiet minn persuni Maltin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa Malta għandha ftehim mas-Slovakkja, l-Albanija, il-Vjetnam u l-Kambodja.", "Barra minn hekk, ġenituri prospettivi jistgħu jaddottaw ukoll mill-Indja, il-Portugall, il-Bulgarija, il-Latvja, il-Polonja, iċ-Ċili, il-Kolombja u l-Moldova, minkejja li ma għandniex ftehim ma' dawn il-pajjiżi.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent Transport Malta qiegħda tinstalla numru ta' bus shelters ġodda f'diversi lokalitajiet madwar Malta.", "Infurmat li sal-aħħar tas-sena jkunu twaħħlu madwar 30 bus shelter ġodda.", "Infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda fil-proċess li tagħti importanza fl-ippjanar tal-installazzjonijiet tal-bus shelters il-ġodda għas-sena d-dieħla kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex.", "SANTA LUĊIJA – BUS SHELTERS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7891 tal-istess seduta.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità tal-Gudja?", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7891 tal-istess seduta.", "RAĦAL IL-ĠDID – BUS SHELTERS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir bdil jew installazzjonijiet ġodda ta' bus shelters ġewwa l-lokalità ta' Raħal il-Ġdid?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7891 tal-istess seduta.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti li jattendu l-Iskejjel Primarji tal-Fgura (Fgura A u Fgura B), maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "IL-MOSTA: TRIQ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU - TARMAK", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol ta' għoti mill-ġdid ta' wiċċ ta' tarmak fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta?", "Peress li f'din it-triq hemm problema kbira li kull meta tagħmel ix-xita, l-ilma jlaħħaq mal-bankina, jista' jieħu ħsieb u jara li jsir xogħol ta' bini ta' culverts ġodda f'partijiet mill-istess triq fejn fil-preżent m'hemmx water culverts biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ilma tax-xita?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt fil-ġimgħat li għaddew din l-aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġà ħabbret l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla.", "Sejħiet oħra għax-xogħol meħtieġ għall-bini ta' aktar toroq madwar il-pajjiż se jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati, direttament.", "INĊIDENT TA' \"PAQPAQLI GĦALL-ISTRINA\" – ĦLAS LILL-VITTMI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għall-kumpens li tħallas lill-vittmi tal-inċident \"Paqpaqli għall-Istrina\", jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma globali li tħallset mingħajr ma jgħid lil min tħallset?", "Billi dawn huma flus il-poplu, jaħsibx li l-poplu għandu dritt ikun jaf kemm kienet is-somma mħallsa?", "Jista' jgħid jekk jaqbilx li l-poplu għandu kull dritt ikun infurmat kemm hi s-somma globali li tħallset mit-taxxi tal-poplu stess?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li l-Gvern għadda lill-Community Chest Fund l-ammont ta' €3.6 miljun sabiex jingħata l-kumpens miftiehem mal-vittmi tal-inċident, għaddejjin negozjati sabiex tiġi rkuprata parti mis-somma mħallsa mill-kumpannija tal-assikurazzjoni u għalhekk is-somma finali għadha mhix magħrufa.", "BICAL - ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li kellhom flushom il-BICAL hux se jitħallsu l-kumplament ta' flushom kif kienu ġew imwiegħda?", "Jekk iva, meta?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qabel ma jiġu riżolti d-diversi kawżi li hemm miftuħa quddiem il-Qrati, ma jista' jsir l-ebda ħlas lil dawk li kellhom flushom investiti fil-BICAL.", "INFRASTRUTTURA MALTA – STIMI TA' XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min ipprepara l-istimi għax-xogħlijiet ta' toroq li se jsiru minn Infrastruttura Malta, jekk hux mill-impjegati ta' Infrastruttura Malta, mill-impjegati ta' xi Dipartiment tal-Gvern jew jekk tqabbdux konsulenti privati?", "Jekk saru minn konsulenti privati, jista' jgħid jekk inħarġitx xi sejħa għall-offerti jew ingħataw direct order, u kemm tħallsu dawn il-konsulenti privati biex għamlu dawn l-istimi?", "Min huma dawn il-konsulenti privati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord ta' Infrastruttura Malta u f'liema kariga?", "Kemm qed jitħallas kull membru ta' dan il-bord?", "X'perkaċċi għandu kull membru tal-bord?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA - MEMBRI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li skont l-Att li waqqaf l-Aġenzija Infrastruttura Malta, kull membru magħżul mill-Ministru stess kellha tkun persuna li hi kkwalifikata minħabba l-esperjenza li għandha u l-kapaċitajiet li wriet fi kwistjonijiet relatati mal-funzjoni tal-Aġenzija Infrastruttura Malta, u ċjoè mal-bini ta' toroq, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid kull membru li hemm fil-bord ta' din l-Aġenzija:", "a. Xi kwalifiki akkademiċi għandu fix-xjenza tal-bini ta' toroq?", "Kemm ilu/ilha li ottjena/ottjeniet dawn il-kwalifiki?", "b. Għandux/għandhiex xi forma ta' Masters Degree fir-road engineering?", "Kemm ilu/ilha li ottjena/ottjeniet dan il-Masters Degree u minn liema Università ġie maħruġ?", "c. X'esperjenza prattika fuq bini ta' toroq għandu/għandha u għal kemm-il sena?", "d. Minn fejn ġab/ġabet din l-esperjenza, minn xogħol mal-Gvern/Awtorità tal-Gvern jew mill-privat?", "Xi proġetti ta' toroq għamel/għamlet u x'tip ta' proġetti huma: proġetti maġġuri, xogħlijiet ta' toroq arterjali jew distributorji, xogħlijiet ta' toroq residenzjali jew xogħlijiet ta' toroq residenzjali?", "IAN BORG: Filwaqt li l-Gvern jilqa' l-interess li l-Oppożizzjoni qed turi f'Infrastructure Malta ftit xhur biss wara li vvotat kontra t-twaqqif tagħha f'din il-Kamra, hija ħasra li jidher li l-istess Oppożizzjoni għadha ma fehmet xejn dwar l-għan ta' din l-entità.", "Infrastructure Malta mhijiex xi kumitat tekniku jew kuntrattur tat-toroq.", "Din l-aġenzija għandha quddiemha missjoni importanti, li twettaq l-impenn tal-Gvern li permezz ta' investiment bla preċedent pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l fuq fil-kwalità tal-infrastruttura ta' pajjiżna, infrastruttura li tolqot direttament u b'mod kontinwu s-setturi kollha tas-soċjetà u tal-ekonomija.", "L-iżvilupp tal-infrastruttura m'għandux jitqies biss mil-lenti tal-ħiliet tekniċi meħtieġa biex tibni triq.", "L-infrastruttura ta' pajjiż hija sistema ħajja li teħtieġ is-sehem ta' ħafna oqsma differenti.", "Il-Bord ta' Infrastructure Malta jinkludi taħlita ta' rappreżentanti ta' oqsma soċjali, kummerċjali u tekniċi li lkoll huma marbuta mal-infrastruttura tat-trasport f'pajjiżna.", "Dawn jinkludu l-kunsilli lokali, in-negozju, l-inġinerija, l-arkitettura u oħrajn.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu r-rotot tal-Air Malta lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, pajjiż b'pajjiż u sena b'sena, fis-snin 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk sarx studju dwar il-vijabilità ta' dawn ir-rotot qabel tnedew mill-Air Malta?", "Jista' jgħid jekk hux qed isir profitt mill-Air Malta fuq kull rotta li tnediet?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan huwa t-tibdil fil-frekwenza tar-rotot għad-destinazzjonijiet imsemmija:", "L-Air Malta tagħmel l-istudji dwar il-vijabbiltà qabel tniedi kwalukwe rotta.", "AIR MALTA: ROTOT – PERSENTAĠĠ TA' PROFITT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk fuq ir-rotot lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, il-persentaġġ ta' profitt li kienet tuża bħala prassi l-Air Malta fl-2016 inżammx mil-linja tal-ajru Air Malta tul l-2017 u l-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati fl-Air Malta fuq bażi part-time fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'liema dipartiment tal-Air Malta?", "Kemm żdiedet l-ispiża għall-Air Malta, sena b'sena, biex ġew ingaġġati dawn l-impjegati fuq bażi part-time?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "INĊIDENT \"PAQPAQLI GĦALL-ISTRINA\" – SETTLEMENT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-settlement li tħallas u/jew qed jiġi propost li jitħallas lill-vittmi tal-inċident \"Paqpaqli għall-Istrina\" inkluż kemm minn dan is-settlement qed jitħallas mill-assiguratur taħt il-polza tal-assigurazzjoni f'isem il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) u kemm qed jitħallas mill-gvern?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 7909.", "PAQPALI GĦALL-ISTRINA – POLZA TAL-ASSIGURAZZJONI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-polza tal-assigurazzjoni għall-avveniment \"Paqpaqli għall-Istrina\" kenitx f'isem il-MCCFF jew f'isem entità governattiva?", "Jekk il-polza ħarġet f'isem Ministeru, aġenzija jew entità oħra governattiva, jista' jagħti d-dettalji ta' min kien l-assiguratur u l-premium li kien imħallas?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi ma kienx involut la fl-organizzazzjoni tal-avveniment u lanqas fix-xiri tal-polza.", "APPLIKAZZJONI GĦAL XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Nirreferi għall-applikazzjoni 6031/18 li tirreferi 'Application processing is currently suspended at the perit's request' u minkejja hekk ix-xogħol għaddej xorta waħda.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet humiex regolari jew hux qed isiru biex jakkomodaw lill-applikant li talab għal change of use?", "Jista' jgħid jekk Transport Malta kkonfermatx li qed twettaq dan ix-xogħol?", "Jista' jgħid jekk għandhomx PA permit?", "IAN BORG: Ninsab Infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar tikkonferma li x-xogħlijiet fuq it-triq ma jirrikjedux permess mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar peress li dawn huma eżentati skont Klassi 3 tal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 552.08).", "Nixtieq inżid li m'hemm l-ebda xogħlijiet għaddejjin fuq dan il-PA6031/18.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li huwa minnu li Transport Malta ħarġet permess RWP1-1528/18 għal xogħol fi Triq bla isem fi Triq Mikielanġ Borg, San Ġiljan.", "Dan il-permess ikopri xogħol fit-triq, u l-applikazzjoni min-naħa tal-kuntrattur kienet għal:", "Għaldaqstant, il-permess ta' Transport Malta ma jkoprix ix-xogħol li huwa msemmi f'applikazzjoni PA6031/18 li qed jitlob \"To construct reservoir and pump room\".", "Ix-xogħol li qed isir f'dan is-sit mhux qed isir minn Transport Malta.", "TNIĠĠIS FL-ARJA KAWŻAT MINN FABBRIKI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tniġġis fl-arja minħabba duħħan iswed li qed isir minn ċmieni ta' ċerti fabbriki li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament u li l-makkinarju tagħhom jaħdem bil-lejl, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar ċmieni ta' din ix-xorta?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm m'hemmx obbligu bil-liġi, il-fabbrika inkwistjoni ssottomettiet applikazzjoni għall-permess ambjentali lill-ERA.", "Irid jiġi ssollevat ukoll li minn jeddu, l-operatur iwettaq moniteraġġ tal-emissjonijiet tal-arja regolarment.", "Fl-aħħar spezzjoni li saret mill-Awtorità flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali ftit xhur ilu ġie ikkonfermat li d-daħna bajda li kienet ħierga miċ-ċmieni kienet fil-fatt fwar.", "Hemm miżuri diġà installati sabiex jiffiltraw l-arja u l-Awtorità tinsab informata li miżuri oħra mistennija jiġu installati sal-aħħar tal-2018.", "Jekk l-Interpellant ikollu xi informazzjoni dwar emissjonijiet li jikkawżaw tħassib, l-aħjar li jirraporta minnufih lill-Awtorità fuq in-numru 22923500.", "UŻU TAL-E10", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-użu tal-E10 jistax inaqqas l-emissjonijiet sa 10% minbarra li jnaqqas il-prezz tal-fuel?", "Jista' jispjega x'sar minnha s-Sitt Skeda tal-Avviż Legali 68 tal-2011 dwar il-kontenut minimu ta' biofuel bħala perċentwali tal-petroleum?", "Jista' jgħid jekk din is-sena wasalniex biex ikollna 8.5% ta' biofuel fil-petrol, skont l-Iskeda?", "Jista' jgħid x'qed jistenna l-gvern biex iħalli l-importazzjoni u l-użu tal-ethanol imħallat mal-petrol (10%) magħruf bħala E10?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li s-Sitt Skeda tal-Avviż Legali 68 tal-2011 qiegħda tiġi osservata minn kull importatur li jpoġġi fis-suq Malti tal-karburanti għall-użu fit-trasport.", "Il-perċentwali ta' biofuel huwa kkalkulat fuq it-total tal-karburanti kollha użati fit-trasport, kemm petrol kif ukoll diesel.", "Il-perċentwali ta' 7.5% għas-sena 2017 intlaħaq u l-ammont neċessarju ta' biofuel ġie kollu mħallat mad-diesel.", "L-ammont għas-sena 2018 jiġi kkalkulat meta tagħlaq is-sena.", "Is-suq tal-biofuels huwa liberalizzat u ma teżisti l-ebda restrizzjoni għar-rigward tal-importazzjoni tiegħu, salv it-tħaris tal-istandards tekniċi obbligatorji u rilevanti.", "SKOLA TAL-ARTI – LIFT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġi installat lift fl-Iskola tal-Arti?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KUMPANIJI LI MA JĦADDMUX PERSUNI B'DIŻABILITÀ – FLUS MIĠBURA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7838, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li s'issa nġabru minn dawk il-kumpaniji li mhumiex jonoraw il-kwota ta' 2%?", "Liema huma dawn il-kumpaniji?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus s'issa nġabar l-ammont ta' €2,492,800 li jinkludi kontribuzzjonijiet tal-2015, 2016 u 2017.", "Minħabba li data fuq kumpaniji hija ta' natura sensittiva, l-ismijiet mhumiex se jingħataw.", "Mill-kumpaniji li ma kenux konformi mal-liġi tal-kwota ta' 2%, il-maġġoranza tagħhom ġejjin mill-industrija G (Wholesale & Retail Trade; Repair of Motor Vehicles and Motorcycles).", "DJAR RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7878, jista' l-Ministru jgħid jekk djar residenzjali oħra (bħal id-Dar tal-Providenza u Dar il-Wens) għandhomx leader u staff professjonali li jgħinu lir-residenti jamministraw il-flus tagħhom (40%) wara li jitnaqqsu l-ammont tal-flus dovuti lill-Għaqdiet mhux Governattivi li qed jagħtu dan is-servizz?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija Sapport ma tidħolx fl-amministrazzjoni tal-flus (40%) tal-persuni b'diżabilità li jgħixu f'residenzi mmexxija minn għaqdiet mhux governattivi.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ – EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA' LIĊENZJA TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni b'diżabilità, jew min jieħu ħsiebhom, jiġux eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija Sapport tmexxi skema fejn persuna b'diżabilità u/jew familjari tagħha jistgħu japplikaw għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali fuq il-ħlas tal-liċenzja tat-triq.", "Dan jiddependi minn numru ta' kundizzjonijiet li l-applikant irid jissodisfa sabiex ikun eliġibbli għal dan is-sussidju/din l-eżenzjoni.", "NEGOZJI LI GĦALQU – ĦADDIEMA LI SPIĊĊAW BLA IMPJIEG", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li l-impjieg tagħhom twaqqaf għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq f'dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta' persuni li l-impjieg tagħhom twaqqaf f'dawn l-aħħar tliet snin għax ir-raġuni tal-formola ta' tmiem tal-impjieg tagħhom kienet tgħid li s-sid għalaq jew il-kumpanija għalqet, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet kontra dawk l-1,963 ħaddiem barrani li kienu qed jaħdmu bla permess matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?", "X'azzjoni ttieħdet ukoll fil-konfront ta' dawk is-sidien li kienu qed iħaddmuhom bla permess?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi relattiva li tirregola l-ħidma tal-ispettorat ta' Jobsplus titfa' r-responsabbiltà tal-impjieg fuq min iħaddem u mhux fuq il-ħaddiem.", "L-informazzjoni kollha relatata ma' infrazzjoni tinsab f'Att Numru XXXIX tal-2018, Employment and Training Services Act.", "ĊEKKIJIET TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, liema każ marbut mas-sigurtà soċjali fejn qiegħda tallega li s-Sigurtà Soċjali bagħtulha żewġ ċekkijiet iżda hi qatt ma rċeviet xejn?", "Jista' jara li ssir investigazzjoni dwar min sarraf dawn iċ-ċekkijiet?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-records tad-Dipartiment juru li l-persuna msemmija ilha mis-sena 2005 tirċievi l-pagamenti dovuti lilha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dirett fil-kont bankarju tagħha.", "Għaldaqstant ma jistax ikun illi ntbagħtu żewġ ċekkijiet li ssarrfu minn terzi persuni."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181126_172d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 27 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 27 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 27 ta' Novembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 172, li saret fis-26 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TWESSIGĦ TA' TOROQ", "L-ONOR.", "Edwin Vassallo) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ħlas li sar mill-Ministeru rispettiv għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq li għaddej f'pajjiżna, fejn dan il-proġett ta' twessigħ ta' toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li qed ikunu parti minn dan il-proġett?", "Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta' triq?", "Jista' jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b'direct order jew kienx magħżul b'tender?", "Jista' jgħid ukoll għal kull parti ta' triq li hija parti minn dan il-proġett ta' twessigħ, għal liema toroq kien hemm permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u għal liema toroq sar ix-xogħol ta' twessigħ bla permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Peress li fil-perjodu msemmi saru diversi proġetti ta' titjib fit-toroq, ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jispeċifika liema proġett qed issir referenza għalih.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, bħala ċittadin li ngħix fin-naħa ta' isfel ta' Malta ovvjament qed jaffettwani ħafna l-proġett tal-Marsa u verament nixtieq narah jitlesta.", "Ninnota li x-xogħol għaddej b'ritmu mgħaġġel u bl-inqas inkonvenjent possibbli.", "Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra fiex wasal dan il-proġett u x'inhi l-fażi li jmiss?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Kelli diversi opportunitajiet f'din il-Kamra sabiex nispjega l-progress li qed isir fuq dan l-akbar proġett infrastrutturali li għaddej bħalissa fit-toroq ta' pajjiżna.", "Wieħed jista' kważi jgħid li issa t-tieni fażi waslet fit-tmiem tagħha.", "Fil-fatt qed naħdmu sabiex fil-ġranet u s-sigħat li ġejjin din tkun konkluża u għandi skedati sessjonijiet fejn ninfurmaw lill-midja on site dwar l-andament ta' dan il-proġett.", "Sussegwentement tibda t-tielet fażi li forsi hija l-aktar waħda eċitanti u interessanti għax fiha se jsiru seba' strutturi ta' flyovers li jeliminaw darba għal dejjem it-traffic lights quddiem iċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "Fit-tieni fażi żidna l-capacity ta' Triq Aldo Moro minn sitt korsiji - tlieta f'kull direzzjoni - għal għaxar korsiji, sitta direzzjoni lejn il-Belt u erba' direzzjoni lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż.", "Għamilna wkoll numru ta' interventi infrastrutturali li ma jidhrux, fosthom mina taħt il-wiċċ tat-triq biex ngħaddu s-servizzi tal-elettriku u tal-ilma f'kull range, kif ukoll għamilna spazji aħjar għall-karozzi li jipprovdu servizz ta' trasport pubbliku.", "Għalkemm ix-xogħol qed jintensifika jidher li t-traffic management ta' Infrastructure Malta mhux qiegħed ifixkel l-andament tat-traffiku.", "Ovvjament dan huwa proġett li f'nofsu saru interventi oħra, u hawn qed nirreferi għall-Marsa/Hamrun bypass li saret matul ix-xhur tas-sajf, kif ukoll għat-tunnels ta' Santa Luċija li se jkunu qed isiru aktar 'il quddiem.", "F'dan il-proġett qegħdin on time u kif għedt, it-tielet fażi tista' tibda fil-ġimgħat li ġejjin.", "F'dik it-tielet fażi n-nies se jkunu jistgħu japprezzaw l-istrutturi ġodda li se nkunu qed intellgħu fiż-żona fejn qabel kienu l-fabbriki li issa ġew rilokati Ħal Far.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, peress li l-Ministru Borg huwa l-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet, in vista tad-data breach li kien hemm fid-Dipartiment tal-Artijiet nhar il-ġimgħa li għaddiet, jista' jgħid jekk jaqbilx, u jekk tax il-kunsens, li data privata, inkluż applikazzjonijiet ta' eluf ta' ċittadini, tiġi maħżuna f'survey ta' kumpanija privata minflok tal-MITA meta l-Gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin investa miljuni ta' ewro fil-MITA?", "Lest li joffri apoloġija lil dawk l-eluf li d-dettalji tagħhom spiċċaw imxandra mal-erbat irjiħat tad-dinja?", "L-ISPEAKER: Ministru, din il-mistoqsija m'għandhiex x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali, però nħalli f'idejk jekk tirrispondix jew le.", "IAN BORG: M'għandix problema, Sur President.", "L-Onor.", "Interpellant ukoll kien responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet u fi żmienu altru milli d-data kienet titperreċ!", "Fi żmienu d-data kienet tiġi mistura!", "Kienu żmenijiet fejn l-iżviluppaturi u n-nies li riedu jakkwistaw art tal-poplu kienu jfesfsu f'widnejn il-ministru minflok japplikaw onlajn!", "Fil-fatt l-Onor.", "Interpellant illum qed jagħmel ħiltu kollha biex jgħatti xturu, anke issa li għaddejja ħidma parlamentari f'kumitati permanenti sabiex tiskrutinizza tali xogħol.", "Dak li ġara l-Awtorità tal-Artijiet qed tieħdu b'serjetà kbira.", "Hemm parametri u qafas legali li fihom qiegħda taġixxi u apparti milli tinvestiga, qiegħda wkoll tinvolvi lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.", "Naħseb li nkun imprudenti jekk nitkellem f'dan l-istadju dwar il-ħidma li għaddejja jew b'xi mod jew ieħor nippreġudika dak li ġara.", "Bla dubju ta' xejn, irridu nkomplu naħdmu sabiex l-Awtorità tal-Artijiet tkun aktar effiċjenti.", "Jien irrid nara lil din l-Awtorità toffri ċerti servizzi lill-poplu fi żmenijiet raġjonevoli.", "Qed ngħid dan għax l-Awtorità tal-Artijiet għadha qed taħdem fuq skemi li ħarġu fis-sena 2000, jiġifieri 18-il sena ilu!", "Għandna nies li qed jistennew li nimplimentaw miżuri li ilhom imwiegħda, bħall-fidi ta' ċnus li għalqu reċentement jew li se jagħlqu fl-immedjat.", "Qed nirreferi dejjem għal dawk residenzjali.", "Għandna mbagħad l-impenn ambizzjuż li nippermettu t-trasferiment ta' kirjiet agrikoli bejn il-bdiewa li jaħdmu l-istess raba'.", "Dan apparti milli rridu niddiskutu dwar il-proprjetà battala li qiegħda fi prime sites, liema proprjetà l-Gvern mhux qiegħed jagħmel l-aħjar użu minnha.", "Dik hija d-diskussjoni li rrid nara dwar l-artijiet!", "Nerġa' ngħid, dak li ġara wieħed għandu jieħdu bis-serjetà u infurmat li l-Awtorità qiegħda tieħdu bis-serjetà.", "Nittama li ma ddumx ma tiġi konkluża l-investigazzjoni kif ukoll il-ħidma mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.", "Inżid ngħid li, kif stipulat fil-liġi, l-istess Kummissarju rċieva l-preliminary notification report mill-Awtorità fiż-żmien preskritt.", "Jekk mhux sejjer żball, il-perjodu stabbilit fil-liġi huwa ta' 72 siegħa.", "Barra minn hekk, infurmat li dan is-sit għadu jrid jitla' onlajn iżda l-Awtorità se tibqa' tistenna d-direzzjoni tal-Kummissarju.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Nirreferi lill-Ministru għal mistoqsija parlamentari 6735 li kont għamiltlu dwar il-bypass tal-Mellieħa u testijiet fuq il-kwalità u t-tqegħid tat-tarmak.", "Il-Ministru kien wieġeb li qed isiru testijiet oħra relatati ma' din l-istess bypass.", "Għaldaqstant nixtieq nistaqsih jekk minn dak iż-żmien sal-lum kienx hemm xi żviluppi f'dan ir-rigward.", "Jekk kien hemm, nitolbu jaġġorna lil din il-Kamra.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant tal-mistoqsija tiegħu.", "L-Onor.", "Chris Said kien staqsieni dwar l-istess suġġett fil-mistoqsija parlamentari 7847, li qiegħed inweġibha proprju llum.", "Għaldaqstant nista' nikkonferma li minn testijiet li għamlet Infrastructure Malta – dawn it-testijiet din l-aġenzija tagħmilhom b'mod regolari għal kull proġett – irriżulta li ċerti partijiet tal-bypass tal-Mellieħa ma laħqux il-kwalità mixtieqa mill-Gvern u mill-istess Infrastructure Malta.", "Għalhekk il-kuntrattur, a spejjeż tiegħu, se jkun qiegħed jagħmel resurfacing ta' dawk iż-żoni.", "Dan huwa l-mod li aħna rridu nkomplu naħdmu bih.", "M'aħniex se nippermettu li b'xi mod tiġi kompromessa l-kwalità li naħdmu biha.", "M'iniex se nħalli li x-xogħol li qed nagħmlu bħala Gvern, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun, ikun soġġett għal kwalità inferjuri.", "Anzi jien dejjem nesiġi li t-twaqqif ta' Infrastructure Malta u d-delega tar-responsabbiltà minn Transport Malta u l-kunsill lokali għal Infrastructure Malta trid iġġib magħha titjib fil-kwalità.", "Konferma ta' dan kienet din id-deċiżjoni.", "Allura iva, Onor. Bartolo, nikkonfermalek li parti mill-bypass tal-Mellieħa m'għaddietx mit-test u se jerġa' jagħmilha l-kuntrattur a spejjeż tiegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Naħseb li l-bypass tal-Mellieħa kollha ma kellhiex tgħaddi mit-test!", "L-istess il-policy dwar iż-żona Ta' Masrija, il-Mellieħa!", "Ftit tal-ħin ilu l-Ministru qal li qabel kien ikun hemm it-tfesfis f'widnejn il-ministru u kienu jinbidlu l-affarijiet.", "Għaldaqstant ngħidlu storja dwar lukanda fil-Mellieħa li se tkun qed togħla bi tliet sulari!", "Din il-lukanda qiegħda f'żona fejn jista' jkun hemm restrizzjonijiet għall-permess li jinbnew tliet sulari oħra.", "Qed nirreferi għal-lukanda Panorama, li hemm rapport dwarha fil-ġurnal Times of Malta tal-lum.", "Jista' allura l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar l-Ippjanar hux qed tħares b'mod favorevoli li tapprova dan il-permess?", "Hemm xi direzzjoni min-naħa tiegħu jew min-naħa tal-Gvern li wieħed għandu jirrispetta x-xenarju ta' dik iż-żona, bil-karatteristiċi kollha tal-lokalità tal-Mellieħa li din fiha?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Nippreferi noqgħod fuq l-esperti ta' Infrastructure Malta milli fuq l-Onor.", "Interpellant, li kkundanna t-toroq tal-Mellieħa għal single lanes, bil-problemi kollha li din id-deċiżjoni ħolqot għan-nies li jridu jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex, meta hu kien sindku tal-lokalità!", "Nistiednu jgħid lil din il-Kamra, jew lill-istess entitajiet li hu mar jiġri quddiemhom sabiex jitlob investigazzjoni fuq l-allegazzjonijiet li reġa' għamel illum, min tkellem ma' liema ministru!", "Dawk kienu deċiżjonijiet li ttieħdu f'leġiżlatura preċedenti, għalkemm m'għandix dubju mill-integrità tal-predeċessuri tiegħi li ħadmu sabiex jaraw kif id-dekasteru li kien fdat lilhom ikun gvernat bl-aħjar mod possibbli.", "Rigward xi jkun rapportat fil-gazzetti, jien ma noqgħodx nispekula u niġi hawnhekk sabiex inwieġeb b'mod spekulattiv.", "Naħseb li l-Onor Interpellant għandu jagħmel mistoqsija bil-planning applicaton rispettiva.", "Ovvjament ma naħsibx li l-Parlament għandu jippreġudika d-determinazzjoni ta' applikazzjoni li tkun għadha pendenti għal deċiżjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar, anke jekk huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Interpellant, bħala ċittadin u bħala Deputat, għamel l-oġġezzjonijiet tiegħu għall-applikazzjoni tas-Sinjuri Borg li dehret fil-gazzetta u li huwa għadu kemm għamel referenza għaliha.", "Nittama wkoll li segwieha bħala objector din l-applikazzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Naħseb il-kollega jiftakar x'kien isir fi żmien l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.", "Kienet ingħatat ċerta direzzjoni u allura forsi qed jippretendi li aħna nimxu bl-istess mod!", "Li nixtieq nistaqsi dwaru però jirrigwarda l-Baġit.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk għandux xi feedback dwar id-diversi miżuri relatati mat-trasport li tħabbru fil-Baġit?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: F'dan il-Baġit aħna mhux biss komplejna nibnu fuq il-miżuri pożittivi li nidejna fil-Baġit tas-sena li għaddiet però nidejna miżuri oħra ġodda li komplew itejbu dak li qed nagħmlu f'dan il-qasam.", "Pereżempju kellna l-miżura pożittiva li permezz tagħha, sa Ottubru ta' din is-sena, 22,000 żagħżugħ u żagħżugħa użaw it-trasport pubbliku b'xejn.", "F'dan il-Baġit din il-miżura rajna li nestenduha għal żgħażagħ li għalqu l-14-il sena u dawk li huma studenti full-time, anke jekk għandhom aktar minn 20 sena.", "Qed naħdmu wkoll mal-Kummissarjat responsabbli mill-persuni b'abbiltajiet differenti sabiex naraw kif dawn il-persuni jkunu jistgħu jibbenefikaw minn trasport pubbliku b'xejn.", "Dan in line mal-viżjoni li tkellem dwarha l-Prim Ministru li nkomplu nwessgħu t-trasport pubbliku b'xejn, liema viżjoni tista' twassal biex inkomplu nnaqqsu l-vetturi mit-toroq.", "Nidejna wkoll numru ta' inizjattivi oħrajn, bħall-inizjattivi sabiex ninċentivaw ix-xiri ta' mezzi alternattivi ta' trasport, kemm jekk huma roti kif ukoll jekk huma muturi żgħar.", "Qed ninvestu u se nkomplu ninvestu fuq l-infrastruttura marittima sabiex ikollna aktar landing facilities.", "Tajjeb nirrimarka li fl-2012 kellna 66,000 passiġġiera li għażlu li jivvjaġġaw bejn il-Kottonera, il-Belt u Tas-Sliema permezz tal-ferries.", "Is-sena l-oħra dawn żdiedu għal 1.3 miljun.", "Għalhekk, kif ħabbarna fil-Baġit, se nżidu l-landing facilities.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nixtieq insellem lil anzjana ta' 95 sena li xtaqet issegwi l-Parlament u ġiet hawnhekk.", "Grazzi talli ħadt l-interess li tiġi ssegwi s-seduta parlamentari.", "Nawguralek u jalla jkollna l-età tiegħek u nibqgħu nsegwu x'inhu jiġri fil-Parlament.", "Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jekk tippermettuli qabelxejn nixtieq nirringrazzja jien ukoll lis-Sinjura li ġiet issegwi din is-seduta u jalla jkun hawn ħafna aktar nies bħalha li jiġu jsegwuna waqt li nkunu għaddejjin bix-xogħol parlamentari.", "Li xtaqt nistaqsi huwa jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu l-bus lanes għall-karozzi tal-linja, speċjalment fejn ikun hemm xogħlijiet ta' twessigħ ta' toroq.", "Hemm ċans li jiġu inklużi bicycle lanes?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Id-diskussjonijiet f'dan ir-rigward bejn ir-regolatur u l-operatur dejjem għaddejjin.", "M'iniex f'pożizzjoni li nispeċifika fejn se jkunu qegħdin jiżdiedu jew jekk hux se jkunu qegħdin jiżdiedu bus lanes.", "Li nista' ngħid huwa li meta tkellimt mal-operatur kont sodisfatt mit-titjib fl-infrastruttura li qiegħed isir.", "Issa però rridu nkomplu naħdmu fuq dak li għandu x'jaqsam ma' mmaniġġar tat-traffiku fejn ikun qed isir ix-xogħol għaliex dik ħafna drabi jkollna noħoloqu divergences fir-rotot tat-trasport pubbliku.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' faċilitajiet għal min juża r-roti, iva, il-bicycle lanes qed ninkluduhom dejjem jekk ikun possibbli.", "Irridu nifhmu però li l-ispazju u t-toroq ta' pajjiżna ma jippermettux li jsiru kullimkien.", "Din hawn min togħġbu u hawn min ma togħġbux, però dawk huma l-fatti.", "Jien ma nistax inwiegħed li kullimkien se jirnexxilna ndaħħlu bicycle lanes meta kulħadd jaf li f'ċerti żoni tal-pajjiż huwa aktar diffiċli li jsir dan minn oħrajn.", "La saritli din il-mistoqsija nieħu l-okkażjoni u nsemmi n-numru ta' interventi permezz ta' pontijiet li se tkun qiegħda tagħmel Infrastructure Malta, liema pontijiet se jkunu qed iżidu l-possibbiltà li wieħed jimxi jew juża r-rota.", "Ħabbarna dak fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal-Luqa, li bħalissa qed jintuża ħafna iżjed minħabba li temporanjament hemm l-ITS.", "Ħabbarna wkoll dak ta' Blata l-Bajda, inti u ħiereġ mill-Belt, fejn hemmhekk bus stop li huwa utlizzat ħafna, tant li kull meta tgħaddi minn hemmhekk issib it-traffic lights ħomor għaliex n-nies jkunu jridu jinżlu mill-Ħamrun għall-Blata l-Bajda u jibdlu l-karozza tal-linja.", "Għal dan il-pont ħarġet is-sejħa għall-offerti sabiex ikollna crossing li jippermetti aċċess dejjem mingħajr ma jwaqqaf it-traffiku.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, tkellimna ħafna dwar it-toroq tal-Marsa u anke dwar il-biċċa bejn Santa Venera u l-Ħamrun però ovvjament in-nies jinteressahom aktar mit-triq ta' quddiemhom, jiġifieri t-toroq residenzjali.", "Issa dan l-aħħar issemmew numru ta' toroq residenzjali li se jingħataw prijorità minn Infrastructure Malta.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?", "Dawn it-toroq se jibdew isiru issa?", "Filwaqt li tajjeb li nagħmlu dawn it-toroq, li minnhom jgħaddi ammont ta' traffiku, tajjeb ukoll li ma nħallux barra dawk il-persuni li ilhom minsija għal tant snin minħabba li t-triq ta' quddiemhom qatt ma saret jew inkella qiegħda fi stat ħażin ħafna minħabba li l-kunsilli ma kienx ikollhom baġit biżżejjed sabiex jagħmlu dawn it-toroq.", "Ovvjament dawn jixtiequ li t-triq tagħhom issir ukoll.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "Camilleri, aħna ħriġna l-ewwel sejħa għall-ewwel 120 triq b'investiment ta' madwar €50 miljun u ninsab informat li l-proċess ta' evalwazzjoni tal-offerti li daħlu għadu għaddej.", "L-offerenti kienu fil-pubbliku.", "Issa qed tinkiteb it-tieni u t-tielet lista, bil-prijorità tingħata lil dawk il-160 triq li qatt ma ngħatalhom wiċċ.", "In-nies li jgħixu f'dawn it-toroq fix-xhur tas-sajf isibu ħafna trab għaliex it-triq tkun niexfa u fix-xhur tax-xitwa jsibu t-tajn għaliex it-triq tkun imċafalsa bl-ilma.", "Naħseb li pajjiż li sejjer daqstant tajjeb ekonomikament, pajjiż li jaspira li jkollu l-aħjar infrastruttura, ma setax ikollu partit aħjar fil-gvern!", "Aħna ngħatajna l-mandat biex bħala Gvern ninvestu mingħajr preċedent ħalli mhux biss ngħinu lil-lokalitajiet imma anke naraw kif l-infrastruttura tkun il-mutur ekonomiku li jkompli jsostni t-tkabbir u r-riżultati pożittivi li għandna.", "Dawn ir-riżultati pożittivi ma ġewx minħabba l-infrastruttura tajba tagħna imma minkejja l-infrastruttura li kellna.", "It-tieni lista se toħroġ minn hawn u ftit żmien ieħor u kull kuntrattur li jkun irid jinvesti f'dawn ix-xogħlijiet se jingħata ċans li jagħmel dan.", "Jien nittama li jkollna players oħrajn internazzjonali sabiex inkomplu nżidu l-capacity ħalli niżguraw li x-xogħol ambizzjuż li għandna quddiemna jkun jista' jsir fiż-żmien relattivament qasir ta' seba' snin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, il-Ministru ħarab kompletament mil-mistoqsija li għamiltlu u ma weġibx bl-aħjar mod dwar kif wieħed seta' jindirizza dak li ġara mhux ftit snin ilu, imma l-ġimgħa li għaddiet under his watch.", "Huwa daqshekk diffiċli biex toffri apoloġija?", "B'daqshekk ma tinfluwenzax l-investigazzjoni jew l-inkjesta li għaddejja!", "It-tieni, għaliex data personali nżammet f'server ta' kumpanija privata?", "Il-Ministru kien jaf b'dan?", "B'daqshekk ukoll mhuwiex se jinfluwenza l-investigazzjoni.", "It-tielet, il-Ministru jaqbel mad-definizzjoni perversa l-ġdida li ngħatat mill-Awtorità għal \"subject to public inspection\".", "L-Awtorità qalet li ġaladarba l-pubbliku ta l-kunsens tiegħu, allura d-data privata tiegħu se tkun subject to public inspection, li tfisser li d-data tiegħu se tkun imperrċa fuq il-google biex kulħadd ikun jista' jara d-dettalji personali u l-korrispondenza!", "Jaqbel il-Ministru ma' din id-definizzjoni ta' \"subject to public inspection\"?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Naħseb li l-poplu jkun jixtieq li jkun hemm aktar trasparenza u spezzjonijiet pubbliċi fuq skandli li seħħew fid-Dipartiment tal-Artijiet, inkluż dawk tal-Löwenbrau, tal-Fekruna u ta' Spinola.", "Dak huwa l-mod li bih aħna ridna ninqatgħu mill-passat.", "Nerġa' ngħid, m'iniex qiegħed hawnhekk biex ninfluwenza jew nippreġudika investigazzjoni li qed issir b'ħidma u koperazzjoni sħiħa mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.", "L-Awtorità qiegħda tieħu dan il-każ b'serjetà kbira.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Il-Ministru għamel referenza għall-pontijiet li se jsiru f'diversi toroq.", "Jista' jgħid jekk dawn il-pontijiet hux se jkollhom lift?", "Jekk iva, meta toħroġ it-tender se jkun hemm maintenance agreement biex dawn il-liftijiet ikunu spezzjonati b'mod regolari u nieħdu ħsieb li jkunu qed jaħdmu?", "Dan biex ma jiġrix bħalma ġara fil-każ tal-pont ta' Ħal Qormi.", "Rigward it-tender biex isiru ċerti toroq bi spiża ta' €50 miljun, jista' l-Ministru jikkonferma li l-maġġor parti ta' dawn it-toroq se jinbidlilhom il-wiċċ u mhux se jsiru mill-ġdid?", "Jista' jgħid jekk fost dawk it-toroq li se jsiru mill-ġdid hemmx ammont sostanzjali ta' toroq arterjali u distributorji?", "Jiġifieri jista' jikkonferma li bis-€700 miljun li se jinvesti l-Gvern f'seba' snin mhux se jsiru toroq residenzjali biss iżda se jsir ukoll xogħol fuq toroq arterjali u distributorji?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Ma naħsibx li aħna qatt għedna li s-€700 miljun huma esklussivament għat-toroq residenzjali.", "B'€700 miljun se jkollna biżżejjed riżorsi biex nindirizzaw l-infrastruttura li għandha bżonn xogħol fuqha.", "Rigward is-sejħiet li ħarġu nikkonferma li kien hemm taħlita ta' toroq, jiġifieri hemm toroq residenzjali, toroq li saru, toroq li qatt ma saru, toroq arterjali u toroq distributorji.", "Rigward x'tip ta' intervent se jsir f'kull triq se nkun sinċier u ngħid li m'iniex intiż f'teknikalitajiet bħal dawn però nimmaġina li hemm taħlita u hemm toroq li għandhom bżonn jinbidlulhom is-servizzi, il-bankini u l-uċuħ tagħhom, u hemm oħrajn li għandu bżonn jinbidlilhom biss il-wiċċ.", "Rigward l-ewwel mistoqsija, dak huwa kumment tajjeb ħafna.", "Jien qed nifhem li se jkunu aċċessibbli permezz ta' lift li jkun jiffunzjona tajjeb.", "Jekk le, inkun l-ewwel wieħed li niġbed l-attenzjoni lil Infrastructure Malta.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 401 tal2018 – Ordni tal-2018 li jwaqqaf l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq ġurnali stampati u diġitali mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5646.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq Facebook mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7526.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet li saru lil avukati għal xogħol legali mogħti mill-Awtorità tal-Artijiet fl-2017 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5478.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-ammont ta' alka li nġabret mill-bajjiet f'Għawdex, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7846;", "f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 397 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Psychological Studies – M.Sc. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà;", "Avviż Legali Nru 398 tal-2018 – Ir-Regolamenti tal-2018 tal-Kors għall-Grad ta' Master of Science in Surgical Skills – M.Sc. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;", "Avviż Legali Nru 399 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in Human Rights Law and Practice – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Avviż Legali Nru 400 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Music – M.Mus. - taħt il-patroċinju tal-Iskola tal-Arti Performattiva;", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq Facebook mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7524;", "Tagħrif dwar l-użu ta' family friendly measures fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7848;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq Twitter, Facebook u social media oħra mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5569; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Memorandum of Understanding bejn Malta u ċ-Ċina ffirmat fil-5 ta' Novembru 2018 taħt il-qafas tal-One Belt One Road Initiative, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7941.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA LIĠIJIET KRIMINALI DWAR", "IT-TERRORIŻMU", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Novembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, qabel l-elezzjoni tal-2013 kienu saru diversi punti li kienu validi u interessanti u bla dubju ta' xejn, il-poplu Malti kien beda jgħarbel il-proposti kollha, kien beda jisma' u ħareġ jivvota.", "Ir-riżultat kien dak li kien.", "Dak iż-żmien esponenti tal-Partit Laburista kien bdew iressqu proposti li jġegħluk taħseb li din l-art se tieħu r-ruħ imma esponent partikolari kellu ħolma ta' Malta oħra.", "Dan ħassu kunfidenti dwar il-futur tal-pajjiż tagħna u kien jitkellem dwar bidliet legali, dwar futur li jgħaqqadna, dwar li nkunu progressivi, dwar li nkunu moderati u liberali u saħansitra dwar li nkunu l-aqwa fl-Ewropa.", "Kważi kważi dak iż-żmien dan il-protagonista kien jgħid li kellu rabja anke għall-istituzzjonijiet.", "Dan kellu ħolma ta' forza pożittiva u dan il-protagonista ħadem biex jibni l-fiduċja f'pajjiżna u fiduċja fih bħala persuna, b'mod li l-elettorat Malti jara fih il-bniedem li bis-saħħa tiegħu Malta se twarrad fjuri sbieħ.", "F'kelma waħda, bdejna naraw diversi slogans politiċi li, fl-opinjoni tiegħi, kienu jagħmlu sens, għax jien dak li huwa abjad ngħid li huwa abjad, u dak li huwa iswed ngħid li huwa iswed.", "Bla dubju ta' xejn dan il-protagonista ħadem għal ġenerazzjoni rebbieħa.", "Dan is-slogan konna nisimgħuh kontinwament, bħalma fil-mument qegħdin nisimgħu li dan huwa Gvern li jisma' u bħalma fil-mument qegħdin nisimgħu li għandna surplus f'pajjiżna.", "Din nisimgħuha kontinwament.", "Nisimgħu wkoll li għandna suq eċċezzjonali.", "Dan il-protagonista u sħabu emmnu li Malta se tkun meħlusa minn kull irbit.", "Fid-diskors tiegħu kien jgħid ukoll li ried ifittex l-iżgħar fost iż-żgħar, jew l-iċken fost l-iċken.", "Ried stat li jgħin l-individwi, b'mod speċjali dawk li jkunu għaddejjin minn problemi soċjali u problemi ta' faqar.", "Ried stat li jmexxi lill-individwu 'l quddiem u mhux ikissru bi prezzijiet ogħla u forsi anke kontijiet li ma jagħmlux sens.", "Ried stat responsabbli u li jpoġġi l-flus fil-bwiet tan-nies.", "Dan il-protagonista mill-Partit Laburista ħolom li jgħin u mhux jagħfas.", "Ma riedx jifga l-proprjetà ta' dak li jkun bil-bini u ried li verament uliedna jgawdu kampanja u arja li tassew u fil-veru sens tal-kelma għandhom dritt għaliha u għandhom bżonnha.", "Dawn huma l-affarijiet li konna nisimgħu dak iż-żmien u m'għandix dubju li wara 25 sena ta' Gvern Nazzjonalista, l-elettorat stagħġeb meta sema' dawn it-tip ta' diskorsi.", "Dan il-protagonista kien għamel ukoll madwar erba' snin fl-oppożizzjoni u bla dubju ta' xejn ħadem biex fil-veru sens tal-kelma, ikollna ġenerazzjoni ġdida u jkun hawn tassew dak l-għatx għat-tiġdid.", "Mhux biss kellu ambizzjoni għal ġenerazzjoni ġdida imma ried li verament ipoġġi saqajh mal-art u jaħdem fuqha.", "Sa hawnhekk ma jien qed nara xejn ħażin.", "Però huwa ried ukoll li jitwemmen u kulħadd emmnu.", "Fil-fatt, tant emmnuh li r-riżultat tal-elezzjoni tal-2013 kulħadd jaf x'kien.", "Kien riżultat li prattikament jaqtagħlek nifsek għax rebaħ b'maġġoranza ta' 36,000!", "L-istess fl-elezzjoni ta' wara għax rebaħ b'maġġoranza ta' 40,000.", "Fost affarijiet oħra, dan il-protagonista kien spiss jikkwota lil Dr Eddie Fenech Adami u kien jgħid li min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott.", "Il-protagonista tal-Partit Laburista kien tkellem ħafna anke qabel l-elezzjoni tal-2013 dwar il-korruzzjoni politika.", "Kien jagħmel diskorsi li jqanqlu lil min iħobb iż-żgħir, il-fqir, lil min iħobb lid-diversi nies differenti u lil min iħobb lil dawk li baqgħu lura fis-soċjetà.", "Kien jgħid ukoll li huwa jaċċetta anke lil min ikun ġej minn partit differenti minn tiegħu.", "Kien jgħidilna li l-korruzzjoni tisraq liż-żgħir, u jien naqbel miegħu.", "Imbagħad kien jgħidilna li l-korruzzjoni teqred anke lill-middle class u lill-kbir li hu onest u jaħdem u jħallas it-taxxi għax il-korruzzjoni hija bħas-susa, taqbad miegħek u teqirdek.", "Meta dan il-protagonista kien Kap tal-Oppożizzjoni ried iwaqqaf lil min jixtri lill-politiċi u lil min jaħseb li bil-flus tista' tixtri lil kulħadd u li l-flus huma aktar b'saħħithom mill-ġustizzja.", "Dak iż-żmien dan il-protagonista ma ridniex nagħlqu għajnejna u kien ippreżenta proposti konkreti.", "Fil-fatt, min ra l-manifest elettorali ta' dak iż-żmien tal-Partit Laburista, u kull min segwa l-kampanja fina u tajba li kienet saret qabel l-2013, jaf li dan il-protagonista kellu pożizzjoni ċara u soda.", "Fost l-oħrajn kienet soda anke fejn tidħol il-korruzzjoni politika.", "Kien jgħid li f'dawk iż-żmenijiet kienu qed isiru ħafna ħniżrijiet u biex jeqred dan kollu ried l-appoġġ ta' kulħadd.", "Kien ħabbat il-bieb ta' kulħadd u niftakar li kien anke mar għand negozjanti, trade unions u saħansitra tkellem ma' esponenti tal-Knisja ta' Malta.", "Dik kienet kampanja ta' kap ta' partit li kien ilu snin twal fl-oppożizzjoni.", "Kien hemm bidla fil-kap u dan ra n-nies x'jeħtieġu, ra n-nies x'kien qiegħed iweġġagħhom u kien jgħidilna li l-verità hi li min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott.", "Imbagħad kien jiftaħar ukoll li l-ewwel sfida li kellu fl-ewwel erba' snin ta' tmexxija tiegħu kienet li jgħaqqad il-fazzjonijiet li kellu fil-Partit Laburista.", "Din hija xi ħaġa ta' min nerġgħu nfakkruha għaliex fiż-żmien meta Joseph Muscat kien laħaq Kap, fil-Partit Laburista kien hemm diversi fazzjonijiet.", "Sinjura President, jien kont seminarista u jekk kien jinbidel isqof jew kappillan ukoll kien ikun hemm xi kwestjonijiet, aħseb u ara f'partit politiku.", "Aħna wkoll fil-Partit Nazzjonalista kien hemm mumenti fejn għaddejna minn dawn is-sitwazzjonijiet.", "Xi ħaġa interessanti li għamel Joseph Muscat kienet li dan beda jgħaqqad il-fazzjonijiet flimkien biex ovvjament iżomm lil kulħadd kuntent, u hekk għandu jkun.", "Sa ċertu punt hawn irnexxielu u l-idea li tikkomunika b'mod soċjali mad-deputati kollha tiegħek u anke toħroġ magħhom b'mod soċjali, f'ambjent li mhuwiex politiku, hija xi ħaġa tajba u xi ħaġa li kull kap għandu jagħmilha.", "Huwa tajjeb li inti tara d-deputati tiegħek eżattament x'jixtiequ u ma jixtiqux.", "Din kienet mossa tajba ta' Joseph Muscat, u biha rnexxielu jġib lil kulħadd taħtu.", "Inżommok happy imma qies li ma titniffisx!", "Irnexxielu jżomm spalla ma' spalla anke ma' min kien jimmilita kontra l-Partit Laburista dak iż-żmien.", "Persuni li saħansitra qatt ma kienu fil-politika wkoll ressaqhom lejn il-Partit Laburista.", "Jien xtaqt li nkun dubbiena biex nara x'kien jingħad f'dawn il-laqgħat!", "Smajna diversi kummenti dwar x'kien jintqal fir-raba' sular però m'iniex beħsiebni nidħol fihom għaliex bla dubju ta' xejn, m'iniex interessat.", "Ngħid biss li l-Prim Ministru Joseph Muscat wiret sistema li prattikament ħarbatha, u addio dak id-diskors li smajna qabel l-elezzjoni, dak id-diskors sabiħ u tajjeb, diskors li tista' tgħid li kien fih valuri purament insara.", "Kienu diskorsi li liċ-ċittadin kienu jġiegħluh jaħseb li verament se nkunu gżira ta' Alice in Wonderland, gżira fejn jiffjorixxu fjuri minn dawk is-sbieħ!", "Minkejja dan kollu, filwaqt li Joseph Muscat kien qed jieħu l-ġurament diġà kienu bdew il-pjanijiet biex l-għada jinfetħu l-kontijiet fil-Panama.", "Wara l-ġurament jien u ommi konna ġejna mistiedna għand komunità ta' patrijiet u niftakar patri xwejjaħ kien qalli frażi li tant kienet tatni x'nomgħod u nixtarr.", "Huwa kien qalli: Kun fid-dinja imma oqgħod attent li din id-dinja ma teħodlokx rasek, ma tgħerrilekx il-fwied bl-ikel, bix-xorb żejjed u bis-sokor; tħallix dawn l-eċċessi jmewtulek qalbek.", "Ovvjament kien qed jikkwota silta mill-Bibbja u meta wieħed jistudja din is-silta jsib li tirreferi għall-korruzzjoni għaliex il-korruzzjoni verament tkissrek, teqirdek u tmewwitlek qalbek.", "Bażikament dan kien parir biex ma naqax fin-nassa tal-korruzzjoni, parir biex ikolli għajnejja dejjem miftuħa, mhux biss biex nifhem is-sinjali taż-żmenijiet imma biex inkun konxju minni nnifsi u ma nsirx ilsir ta' xi vizzju jew inkella agħar minn hekk, korrott.", "It-tama ta' politiku tiddependi mir-rieda tiegħu u kemm iżomm sod, mill-volontà li jkun viġilanti fuqu nniffsu, minn kemm iħobb bis-serjetà l-ambjent ta' madwaru u milli ma jibżax ixandar il-verità.", "Trid tkun tħobb anke lin-nies ta' madwarek u n-nies ma tarahomx flus jew vot ġo garzella.", "Mhux għax inti għamiltilhom pjaċir, titlobhom dik ix-xi ħaġa lura għaliex inti qiegħed fuq dak is-siġġu.", "Dik l-awtorità ngħatat lilek mill-poplu demokratiku.", "Wara kollox meta tieħu l-ġurament inti tgħid li inti se taqdi d-dmir tiegħek bl-onestà kollha.", "Jien din il-ħaġa nieħu gost ngħidha, ma nibżax ngħidha u nista' ngħidha b'wiċċi minn quddiem.", "Sfortunatament, il-politika f'pajjiżna tħammġet u allura kulħadd tefa' lil kulħadd fl-istess keffa.", "Il-politika tidher imdensa u nkallata.", "L-akbar suċċess li jista' jagħmel pajjiżna jkun kieku jirnexxilu jnaddaf ismu.", "Malta tħammġet bit-tip ta' stejjer li nisimgħu waħda wara l-oħra u nafu kemm hawn stejjer.", "Malta tħammġet u biex dan il-ħmieġ ngħattuh, nippontaw subgħajna lejn dak u lejn l-ieħor u ngħidu li l-Oppożizzjoni hija negattiva u li l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista qegħdin joħorġu jxandru kontra Malta.", "Ejjew inkunu aħna, kull wieħed u waħda minna, li neqirdu dan u mhux inkunu parteċipi f'ħafna u ħafna skandli.", "Min qiegħed ibill subgħajh għandu jiftakar l-ewwel nett fir-reputazzjoni ta' pajjiżu.", "Għandu jiftakar ukoll f'dawk in-nies li mhumiex ilaħħqu, f'dawk il-bnedmin li qegħdin jorqdu fil-garaxxijiet.", "Dan kif semmejt fil-bidu u kif issemma anke fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li Joseph Muscat tant kien jiftaħar bih qabel l-elezzjoni tal-2013: min jidħol fil-korruzzjoni jkun qed jeqred liż-żgħir, lill-iċken u lill-fqir.", "X'futur qed nipproponu għal pajjiżna?", "Xi prinċipji u valuri qegħdin inwasslu aħna fil-pubbliku?", "Hawnhekk qed inkun pulit, Sur President, biex ma nimbarazzax lil dawk l-awturi li ħadu sehem f'dawn l-iskandli, però b'dan il-ħmieġ u l-korruzzjoni n-nies hemm barra jgħidulek: Dawn iħawwdu huma li huma l-awtorità, allura għalfejn m'għandix inħawwad jien ukoll!", "Dan apparti li qed inwasslu messaġġ li ma jagħmilx unur lil pajjiżna.", "Jonathan Benton, l-eks kap tal-unit dwar il-korruzzjoni internazzjonali tal-Aġenzija kontra l-Kriminalità, kien qal li fl-aħħar snin Malta saret fost il-ftit pajjiżi Ewropej li spikkaw fil-livelli għolja ta' tixħim u ħasil ta' flus minn attivitajiet illegali.", "Kien saħansitra qal lill-Gvern Ingliż li għandu jikkonsidra r-relazzjonijiet politiċi ma' Malta minħabba l-korruzzjoni.", "Personalment ma naħsibx li Benton kien qiegħed jesaġera.", "Min jinxtara għad jasal f'punt li saħansitra jispiċċa jixtri lilu nnifsu, ċjoè jixtri lil dak li jkun inxtara.", "Mhux l-istess ġara għas-Sinjura Caruana Galizia.", "Kulħadd jaf li l-assassinju tagħha kien qtil politiku.", "Din il-mara kienet f'periklu u ma kienx hemm l-iskrutinju meħtieġ biex tkun protetta mill-istituzzjonijiet tal-istat.", "Din hija mara li investigat il-kollass tal-istituzzjonijiet f'pajjiżna u ġiet assassinata biex vuċi essenzjali tintilef.", "Din hija theddida oħra għad-demokrazija.", "Sinjura President, ma nistgħux nibqgħu nittolleraw il-kollass tal-istituzzjonijiet.", "Il-Gvern jibbaża wkoll il-politika tiegħu fuq ekonomija li tiddependi mill-bejgħ tal-passaporti u minn interessi ekonomiċi li n-nies hemm barra qed tiddubita dwarhom għaliex huma dubjużi, b'mod partikolari l-ħtif ta' setturi bħal dawk tal-enerġija, tas-saħħa u tal-kostruzzjoni, fost oħrajn.", "Pajjiżna saħansitra spiċċa elenkat f'rapporti internazzjonali bħala ċentru ta' traffikar tal-bnedmin u huwa involut fi skandli internazzjonali.", "Il-ħasil tal-flus, il-kriminalità organizzata u l-konnessjonijiet ma' gvernijiet korrotti xejn ma jagħmlu ġieħ lil dan il-pajjiż.", "Jien għadni nasal mill-Portugall, fejn attendejt konferenza tal-European People's Party (EPP), u rrid ngħid li meta tippreżenta s-suġġett tiegħek u tgħidilhom li inti Membru Parlamentari minn Malta, il-Membri Parlamentari tal-pajjiżi l-oħra jibdew jistaqsuk: Imma x'inhi din is-sitwazzjoni f'Malta tal-każ Daphne Caruana Galizia?", "X'inhi din il-korruzzjoni kollha li bla dubju ta' xejn għolliet rasha f'pajjiżkom?", "X'inhu dan il-ħasil tal-flus?", "Jibdew qishom jassoċjaw lilek ma' dan kollu u prattikament tispiċċa tistħi!", "Il-politiċi barranin għandhom għajnejhom miftuħa fuq pajjiżna; għandhom għajnejhom miftuħa fuq Gvern li ħataf l-istituzzjonijiet li suppost huma indipendenti biex jimlihom b'nies li l-iskop ewlieni tagħhom hu li jaqdu l-interessi tal-oligarkija li tmexxi l-Partit Laburista.", "Sadanittant il-Gvern Laburista adatta politika li tisseduċi lil bosta votanti permezz ta' korruzzjoni u pjaċiri, anke jekk din tkun ta' dannu soċjali jew ambjentali.", "Dan hu Gvern li jippreferi jara n-nies imorru fil-customer care tal-kwartieri fil-Mile End jitolbu l-pjaċiri milli ċittadini edukati li m'għandhomx bżonn lill-politiku biex jimxi 'l quddiem!", "Din hija xi ħaġa li tnikkitna.", "Huwa għalhekk li Yana Mintoff, bint il-Perit Dominku Mintoff, tathom l-aqwa ċertifikat li jixirqilhom bħala Partit Laburista.", "Meta tkellmet dwar ċerti aspetti soċjali u dwar White Paper partikolari qalet li dan huwa Gvern bla ruħ soċjali, Gvern mingħajr leġittimità morali, Gvern li jpoġġi l-alla tal-flus qabel id-dinjità umana.", "Qabel l-2013 il-Partit Laburista kien fuq nett fejn jidħlu l-islogans politiċi u n-nies emmnitu.", "Però min ma messux parti mill-kejk - għax il-bniedem jibqa' bniedem - issa qed joqmos u allura bis-sistema li għandna f'pajjiżna qisek jekk inti ma jmissekx parti minn dan il-kejk, tgħolli l-vuċi biex jisimgħek kulħadd, anke jekk forsi familja ġejja minn twemmin li llum forsi m'għadux daqshekk popolari.", "Sur President, nagħlaq billi nappella lill-poplu tagħna biex ma jibqax iħares imma jieħu azzjoni għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd irid iwieġeb u jagħti kont ta' għemilu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, illum għandna quddiemna Abbozz ta' Liġi li se jkun qiegħed jemenda l-Kodiċi Kriminali, l-Att kontra Money Laundering u l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità u fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel ftit riflessjonijiet fuq suġġett li għal diversi raġunijiet ħżiena bħalissa jinstab fuq fomm kulħadd.", "Qabelxejn nixtieq nagħmel referenza għall-Manifest Elettorali 2013 tal-partit li dak iż-żmien kien fl-oppożizzjoni, partit li ovvjament kien qiegħed jaspira li jieħu t-tmexxija ta' pajjiżna f'idejh.", "Fis-sezzjoni 18 ta' dan il-manifest elettorali, bis-sottotitolu \"Demokrazija u Trasparenza\", il-Prim Ministru li għandna llum, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, kien qal hekk:", "\"Nemmnu f'politika u politiċi ta' responsabilità u kontabilità.", "Politiċi li jirrispondu għal għemilhom u li jaraw li għemilhom ikun trasparenti.\"", "Dik kienet dikjarazzjoni ġejja minn fomm dak li kellu jkun il-Prim Ministru ta' Malta u allura kienet dikjarazzjoni ta' ċertu piż għall-elettorat, tant li l-elettorat fdah u tellgħu t-taraġ ta' Kastilja bħala Prim Ministru ta' Malta.", "Dan għaliex min kellu jgħidilna li wara biss tlett ijiem minn meta l-Onor.", "Joseph Muscat mar il-Palazz tal-President biex jieħu l-ġurament tal-ħatra ta' Prim Ministru ta' Malta, f'Kastilja kienet diġà qed tinħema xibka ta' ħmieġ li f'perjodu ta' ħames snin kienet se tħammrilna wiċċna mad-dinja kollha!", "Fl-istess manifest elettorali l-Prim Ministru Joseph Muscat kien wegħedna wkoll li kellu roadmap ċara ta' fejn irid jasal, però taf x'kienet din ir-roadmap, Sur President?", "Din ir-roadmap kienet ħafna kumpaniji sigrieti u deals li ma jagħmlux ġieħ lil pajjiżna.", "Dawn kienu ilhom jinħmew sa minn meta l-Prim Ministru Muscat u sħabu kienu għadhom fl-Oppożizzjoni.", "Din ir-roadmap kienet l-ossessjoni ta' dan il-Gvern.", "Akkost ta' kollox ried jibni power station ġdida, li hemm dubji kbar kemm fil-fatt pajjiżna kellu bżonnha.", "Il-borma kompliet titħawwad meta ftit ġranet ilu sirna nafu li s-sid tal-kumpanija misterjuża 17 Black huwa wkoll direttur ta' kumpanija li hija parti mill-consortium li ntgħażel biex jibni l-istess power station u jħaddimha.", "Mingħajr ma trid, tibda tinkwieta u taħseb ħażin, aktar u aktar meta ssir taf li l-aktar żewġ persuni qrib il-Prim Ministru ddikjaraw, permezz tal-accountants tagħhom, li kienu se jibdew jirċievu €5,000 fil-ġimgħa, li jiġu €150,000 fis-sena.", "Dawn iddikjaraw li kienu se jirċievu total ta' kważi €3 miljun kull wieħed minn flus il-poplu għall-perjodu kollu tal-kuntratt mal-ElectroGas.", "Huwa għalhekk li nhar il-Ħadd il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Adrian Delia, staqsa min hu l-Prim Ministru ta' Malta, jekk huwiex l-Onor.", "Joseph Muscat jew inkella ċ-Chief of Staff tiegħu!", "Naħseb li t-taxpayer Malti, sew jekk Laburist, sew jekk Nazzjonalist u sew jekk ta' xi twemmin politiku ieħor, għandu dritt għal risposta.", "U r-risposta trid tkun ċara, diretta u bla kantunieri.", "Min hu l-veru Prim Ministru ta' Malta?", "Għalkemm prima facia jidher li l-Prim Ministru ta' Malta hu l-Onor.", "Joseph Muscat, jibqa' dubju min fil-fatt qed jagħti l-ordnijiet ġo Kastilja u min qiegħed preżentament imexxi lil dan il-pajjiż.", "Joseph Muscat kien qalilna wkoll hekk:", "\"Kull kumpanija internazzjonali li tkun trid tidħol għal kuntratti jew tenders Governattivi trid tiddikjara jekk tkunx ġiet blacklisted jew instabet ħatja ta' korruzzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Bank Dinji, l-Unjoni Ewropea u l-Bank għall-Investiment Ewropew, jew minn xi ġurisdizzjoni ta' xi pajjiżi ieħor.\"", "Nistaqsi lill-Prim Ministru: Possibbli ma kellekx xi dubju li kumpanija bħas-SOCAR, li hija mdaħħla fid-deal tal-power station il-ġdida u li hija kumpanija statali tal-Ażerbajġan, pajjiż li hu magħruf għan-nuqqas ta' trasparenza, mhijiex se tikkomprometti waħda mill-wegħdiet prinċipali tal-manifest elettorali tiegħek stess?!", "Xi due diligence sar fuq din il-kumpanija biex tara jekk id-deals li tagħmel għandhomx xamma ta' korruzzjoni?", "Possibbli m'għorkitekx għajnejk minn din il-kumpanija?!", "Deal ieħor jinten minn rasu sa saqajh ma' din il-kumpanija huwa dak tax-xiri tal-gass mill-Enemalta.", "Dan id-deal sar wara żjara minn wara dahar kulħadd li l-Prim Ministru, flimkien maċ-Chief of Staff tiegħu u l-Ministru favorit tiegħu, għamel fl-Ażerbajġan.", "Din iż-żjara saret mingħajr ma ħadu magħhom l-ebda uffiċjal miċ-Ċivil, jew mill-Enemalta, jew forsi xi ġurnalist kif iħobbu jagħmlu f'ċerti żjarat.", "Żjara sigrieta li saret magħrufa biss għax kixifha l-ġurnal The Sunday Times.", "Il-problema hi li din il-kumpanija ma tissuplixxix LNG iżda tixtrih mingħand il-kumpanija Shell.", "Wara xi żmien sirna nafu li s-SOCAR qiegħda taqla' madwar €32 miljun fis-sena bħala intermedjarju biex jinxtara l-LNG mingħand ix-Shell.", "Mela kieku l-Gvern Malti ħadem fl-interess ta' pajjiżna u xtara direttament mingħand ix-Shell, kieku pajjiżna kien jiffranka madwar €32 miljun fis-sena jew inkella jekk tieħu l-perjodu kollu tal-ftehim li l-Gvern għamel mal-ElectroGas għall-power station il-ġdida, kieku kien jiffranka madwar €576 miljun.", "Dawn l-ispejjeż żejda qed nagħmlu tajjeb għalihom jien, int, Sur President, u kull min qiegħed jismagħna meta nimlew il-karozza bl-ogħla prezz tal-petrol u d-dijsil li hawn fl-Ewropa.", "Deal ieħor jinten jirrigwarda l-ġenerazzjoni tad-dawl.", "Il-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat iddeċieda li jixtri d-dawl kollu li tipproduċi l-power station il-ġdida f'Marsaxlokk għal 18-il sena sħaħ.", "Għandna jew m'għandniex bżonnu, dan id-dawl irridu bilfors inħallsu għalih għaliex dan il-Gvern intrabat li jixtri mingħand din il-kumpanija l-produzzjoni tal-elettriku kollha, bi spiża li jaf tkun żejda.", "Dan ifisser li l-Gvern se jixtri l-elettriku bi prezz li huwa d-doppju ta' dak li qed inħallsu biex jinxtara d-dawl bl-interconnector.", "Mela t-taxpayer Malti u Għawdxi se jispiċċa jħallas id-doppju tal-prezz għall-elettriku mit-taxxa tiegħu.", "Dawn huma flus li setgħu jintużaw għal diversi affarijiet oħra ta' bżonn.", "Imbagħad xi ngħidu għall-garanzija bankarja mill-Gvern ta' €360 miljun għall-power station?", "Li kieku m'għamilniex din il-garanzija bankarja mit-taxxi tagħna, kieku din il-power station ma kenitx issir.", "Ta' min isemmi li fis-sejħa oriġinali qatt ma kien hemm imsemmi li din il-garanzija bankarja kien se jagħmel tajjeb għaliha l-Gvern.", "Għalhekk ditti oħrajn li setgħu jittenderjaw għal din il-power station kienu żvantaġġjati, b'detriment għal pajjiżna għax seta' kien hemm ditti oħrajn li setgħu jissottomettu offerta aktar vantaġġjuża.", "Imbagħad hemm l-iskandlu taż-Żonqor.", "Spekulatur ta' art Ġordaniż ingħata art pubblika bix-xejn, bl-iskop li jibni skola faċċata tal-baħar u jagħmel irmiġġi għad-dgħajjes.", "Barra li dan hu skandlu fih innifsu, huwa wkoll skandaluż li l-Gvern inqeda bl-edukazzjoni biex jagħti art fi prime location bis-soldi.", "Imbagħad hemm id-deal tal-Cafè Premier.", "F'dan il-każ il-Gvern ta aktar minn €4 miljun mit-taxxi tagħna lis-sidien ta' dan in-negozju, li kien iltaqa' magħhom qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u kompla jiltaqa' magħhom wara l-istess elezzjoni.", "Dan mingħajr ma kien hemm preżenti xi ħadd miċ-Ċivil, jew inkella xi ħadd mid-Dipartiment tal-Artijiet, jew xi ħadd mid-Dipartiment tal-Finanzi.", "Hemm ukoll l-iskandlu tal-privatizzazzjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi: l-Isptar Karin Grech; l-Isptar Sir Paul Boffa; u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, li ngħataw lil kumpanija barranija li ma kellha l-ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa.", "Qed nirreferi għall-kumpanija Vitals.", "Dan il-ftehim sar mingħajr l-ebda diskussjoni u konsultazzjoni ma' ħadd.", "Aktar ma bdew ħerġin dettalji, aktar beda jfeġġ li dan kien skandlu ieħor minn ta' dan il-Gvern, bil-Gvern jispiċċa jistqarr li kienu se jitħallsu madwar €55 miljun fis-sena għal 30 sena jew inkella madwar €1,650 miljun mit-taxxi tagħna.", "Huwa għalhekk li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Adrian Delia, wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' jiġġieled sabiex it-tliet sptarijiet li l-Gvern ta lill-Vitals jerġgħu jingħataw lura lin-nies.", "Jekk taqbad isemmi l-iskandli sfortuntament ma tispiċċa qatt.", "Pereżempju hemm ukoll l-iskandli li jirrigwardaw il-ħruġ ta' ammonti kbar ta' visas mediċi lil persuni barranin, l-aktar Libjani li kien hemm allegazzjoni li anke ntalbu jħallsu xi flus biex inħarġitilhom il-visa.", "U xi ngħidu għall-ħruġ ta' 14,000 visa oħra u permessi ta' residenzi lil-Libjani?", "Dan hu dell tqil u ikrah fuq l-aġenzija Identity Malta kif ukoll fuq pajjiżna.", "Kien hemm ukoll skandlu ieħor li jirrigwarda l-ħruġ tal-visas, din id-darba ta' 7,000 visa lill-Alġerini maħruġin mill-Konsolat ġdid li dan il-Gvern fetaħ fl-Alġerija.", "Dan barra numru konsiderevoli ta' Alġerini li minn Marzu 2014 'il quddiem ingħataw il-visa biex setgħu jidħlu f'Malta wara arranġamenti biex jiġu Malta daqslikieku se jitgħallmu l-Ingliż f'waħda mill-iskejjel privati li joffru dan is-servizz.", "Imbagħad hemm l-iskandlu tal-Australia Hall.", "Dan hu skandlu minn ta' \"Malta Tagħna Lkoll għal-Labour biss\"!", "L-Onor.", "Joseph Muscat dak iż-żmien kien il-Ministru responsabbli mill-artijiet u konsegwentement kien ta lill-Partit tiegħu stess €10 miljun minn ħwejjeġ il-poplu.", "Dan għaliex tah l-Australia Hall, proprjetà li qabel kienet tagħna lkoll u issa ġiet tal-Labour biss.", "Li kieku l-Gvern kien aktar għaqli u trasparenti f'għemilu, kieku konna niffrankaw minn tal-inqas €600 miljun.", "Min jaf x'konna nagħmlu bihom dawn il-flus!", "Biss biss jekk wieħed jirreferi għall-Manifest Elettorali 2013 tal-Partit Laburista wkoll jinduna li kienu jitwettqu diversi wegħdi minnu li kieku ġew iffrankati dawk il-flus.", "Kieku dawn il-flus kienu jitqassmu b'mod ġust fost il-poplu kollu, però ċ-ċirkostanzi huma differenti.", "Uħud minn dawn il-wegħdi kienu li jekk inti ħaddiem, ikollok xogħol li jixraqlek.", "Dan hu li wegħedna l-Partit Laburista fl-2013 però x'inhu llum dan ix-xogħol li jixraqlek?", "Li biex ħaddiem jifdallu l-flus biex jiekol irid jorqod f'garaxx?!", "Li biex ikollu saqaf deċenti fuq rasu jrid jibqa' bil-ġuħ?!", "Kienu wegħduna wkoll li jekk inti anzjan ikollok is-serħan il-moħħ.", "X'serħan il-moħħ hu dan li biex ilaħħqu bil-pensjoni l-anzjani tagħna jridu jiddeċiedu jekk jixtrux il-mediċini jew jibqgħux bil-ġuħ?!", "Kienu qalulna wkoll li se jagħtu prijorità lill-problema tat-traffiku però t-traffiku f'pajjiżna aktar żdied għaliex in-numru ta' vetturi fit-toroq tagħna qed jiżdied b'madwar 1,250 karozza fix-xahar.", "Konsegwenza ta' hekk, illum qed nibilgħu madwar 12% aktar dħaħen tal-karozzi minn tliet snin ilu.", "Dan apparti li n-nies qed jonfqu aktar flus fuq il-fuel, speċjalment meta jkunu mwaħħlin fit-traffiku.", "In-nies minflok joqogħdu d-dar mal-familja għax jaslu d-dar f'ħin diċenti, jew minflok joqogħdu fuq ix-xogħol jagħmlu xi siegħa overtime, qed jispiċċaw jaħlu ħafna ħin fit-traffiku jipprovaw jaslu d-dar tagħhom.", "Kienu qalulna wkoll li se jtejbu s-servizz tat-trasport pubbliku.", "Kulħadd jaf f'liema sitwazzjoni jinsab it-trasport pubbliku llum f'pajjiżna!", "Il-ħinijiet tat-traġitti ġieli jinbidlu mingħajr l-ebda preavviż, hemm passiġġieri li qed idumu siegħa jew aktar jistennew il-karozza tal-linja, hemm vjaġġi li mhux qed isiru u qisu ma ġara xejn, il-persuni li jużaw il-wheelchair jew motorised scooter m'għandhomx garanzija li jistgħu jitilgħu l-karozza tal-linja, għandna karozzi tal-linja li huma żgħar u allura fir-rush hour jispiċċaw joħorġu mill-venda mimlijin daqs bajda bil-konsegwenza li diversi nies li jkunu jridu jmorru għax-xogħol jibqgħu l-art u hemm diversi problemi oħra.", "U jekk iċċempel u tilmenta tibqa' bla risposta!", "Barra minn hekk, il-Maltin ma jridux jaħdmu mal-kumpanija li tipprovdi s-servizz tat-trasport pubbliku bħala xufiera għaliex din tiħallas biċ-ċiċri għal xogħol stressanti bħal dak.", "Ara l-kumpanija Spanjola, dik marret tajjeb mal-Partit Laburista għax żidilha s-sussidju b'ħames darbiet, jiġifieri minn €6 miljun għal €30 miljun!", "Imbagħad fl-elezzjoni ġenerali li għadha kemm għaddiet jiġi l-Prim Ministru Joseph Muscat jgħidilna li dan hu l-aqwa żmien!", "L-aqwa żmien għal min?", "Għal dawk l-anzjani li l-pensjoni ma sservihomx minn xahar għal ieħor?", "Għal dawk li m'għandhomx saqaf fuq rashom u li filgħaxija jkollhom jorqdu fuq xi bank f'xi ġnien pubbliku?", "Għal dawk li l-paga ma sservihomx sal-aħħar tax-xahar u jkollhom jiddejnu ma' tal-grocer biex jitimgħu lil uliedhom?", "Għal min irid jaħdem xi tnejn jew tliet impjiegi biex ilaħħaq mal-bżonnijiet ta' familtu?", "Mhux ta' b'xejn li qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħoloq moviment; kien ħoloq moviment għaliex kien jaf li l-partit immexxi minnu ma kienx għadu l-partit tal-ħaddiema.", "Agħar minn hekk, dan il-Gvern, minflok ġie elett biex iservi u jirrappreżenta lill-poplu spiċċa jisserva hu mill-istat u jirrappreżenta l-interessi kummerċjali ta' dawk tal-qalba minflok tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Sfortunatament dan il-Gvern m'għandux is-soluzzjoni għall-problemi li qed jitfaċċaw f'pajjiżna, bħan-nuqqas ta' housing, faqar dejjem jiżdied, anzjani ma jlaħħqux mal-ħajja, traffiku kullimkien, trasport pubbliku ineżistenti, istituzzjonijiet li jinsabu fi kriżi, l-oqsma finanzjarji ta' pajjiżna li għandhom diffikultajiet kbar ta' kredibilità, sparpaljar ta' finanzi tal-pajjiż u diversi problemi oħra.", "Dan għaliex il-Gvern aktar moħħu biex jiddefendi l-iskandi li saru tul dawn l-aħħar sitt snin milli biex jara li l-ġid tal-pajjiż jinqasam b'mod ġust u ugwali bejn iċ-ċittadini kollha.", "Sur President, il-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni qiegħed jaħdem bla heda biex jiskrutinja lill-Gvern ħalli x-xejriet ħżiena li jinsab fihom pajjiżna jinbidlu f'xejriet tajbin u dawn in-nuqqasijiet ferm kbar f'pajjiż daqshekk żgħir jibdew jiġu indirizzati b'mod serju.", "Jien nappella minn qalbi lill-Gvern biex ma nkomplux nilagħabu mal-ħobża ta' kuljum taċ-ċittadini tagħna.", "Ejja ma nitilfux il-kredibilità ta' pajjiżna.", "Ejja flimkien inreġġgħu lil pajjiżna fuq ir-rotta t-tajba.", "Ejja nħallu lil uliedna u ulied uliedna pajjiż aħjar u mhux agħar milli sibna aħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, il-ħasil tal-flus huwa att kriminali u nista' ngħid li n-nies li jaħdmu fin-negozju u li jħallsu t-taxxi, il-liċenzji u l-bolla jinsabu inkwetati.", "Il-ħasil tal-flus huwa parti mill-ekonomija s-sewda.", "Sfortunatament, Malta qed tissemma darba wara l-oħra fil-programm Reporter li jixxandar fuq l-istazzjoni televiżiv Rai Tre u issa anke ħareġ ktieb Carlo Bonini, ippubblikat minn Feltrinelli, li hija publishing house serja, fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u fuq is-sitwazzjoni ta' Malta.", "Dan il-ktieb jista' jinxtara onlajn.", "L-istazzjon Retequattro nhar il-Ġimgħa se jerġa' jxandar xi ħaġa oħra wkoll b'rabta ma' dan.", "Il-flus maħsula huma flus li wieħed ipoġġi fil-but u ma jiddikjarahomx għal fini ta' taxxa.", "Dan huwa ħażin, avolja xi nies jgħidu li dan huwa tajjeb għall-ekonomija jekk il-flus maħsula jkunu f'ammonti żgħar.", "Normalment però jkun hemm involuti somom kbar.", "Il-ħasil ta' flus huwa industrija maħmuġa u huwa reat li jsir b'mod premeditat u iżjed ma jkun hemm ħasil ta' flus, iżjed issir ħsara.", "Mela fuq naħa hemm il-ħasil tal-flus u fuq in-naħa l-oħra hemm in-negozji li jekk ma jħallsux il-VAT, jew jekk ma jeħdux il-VAT refunds fil-ħin, jispiċċaw jissallbu, u kellna 4,000 kumpanija li fil-fatt kellhom jagħlqu, imma kif jgħidu l-Ingliżi, who cares?!", "Inżid ngħid li wara kull kumpanija involuta fil-ħasil tal-flus irid ikun hemm the ultimate beneficiary owner (UBO) għaliex il-kumpanija ma tistax tonfoq il-flus hi imma trid tonfoqhom persuna.", "Ngħid ukoll li huwa diffiċli biex dawn jonfquhom għaliex biex inti taħsel il-flus huwa expensive.", "Għalhekk għedt li s-somom ġeneralment ikunu kbar.", "Illum jien lil Malta qed naraha li saret washing machine u forsi bl-istess prezz qed inkunu tumble dryer ukoll!", "Anzi jista' jkun li t-tkabbir ekonomiku jinkludi parti minn dawn il-flus maħmuġin!", "Hemm nies u kumpaniji li jistgħu jaħslu l-flus, probabbilment anke f'Malta, f'forom differenti u setturi differenti.", "Pereżempju ġieli tara kumpaniji, barra minn Malta u anke f'Malta, li jikbru fi żmien qasir.", "Dawn jista' jkun li jkunu qed idaħħlu fis-sistema flus maħmuġin sabiex jieħdu l-VAT fuqhom u fl-istess ħin iħallsu l-income tax u allura jinħaslu.", "B'dan il-mod wieħed forsi jieħu n-nofs tal-flus li jkollu imma jekk l-ammonti jkunu kbar, vale la pena li jagħmel hekk!", "Jista' jkun ukoll li ċerti kumpaniji saħansitra jirnexxilhom jinfiltraw fl-istock exchanges.", "Din hija sitwazzjoni kumplessa ħafna u tinvolvi wkoll nies li jiftħu kumpaniji sigrieti, bħal dawk li ġew leaked fil-Panama Papers.", "Dawn b'ċikka sirna nafu bihom u s-sabiħa hi li ħadd ma mar ifittxhom.", "Dan huma nies importanti, bħal presidenti.", "It-targets ta' dawn il-leakages huma big fish fid-dinja.", "Fl-Ewropa, pereżempju, kien hemm prim ministri u ministri ta' gvernijiet li kellhom jirriżenjaw sempliċement għaliex isimhom kien fuq dik il-lista għaliex irraġunaw li l-intenzjoni li jpoġġu flus mhux iddikjarati f'kontijiet sigrieti, flus li forsi serqu mingħand il-poplu u li ma ħallsux it-taxxa fuqhom, hemm kienet.", "Issa jista' jkun li n-nies jgħidu: Imma lili x'jimpurtani!", "Dan se jbiddilli ħajti?!", "Le, ma jbiddillekx ħajtek għax inti xorta trid tħallas il-bolla u t-taxxa imma ħaddieħor qiegħed jistagħna.", "Apparti li effettivament kieku ma kienx għal dawk il-kuntratti li swew il-miljuni forsi ż-żejt kien jorħos ftit ieħor.", "Forsi minflok €2.33, inti li qed tismagħna kont tieħu ftit iżjed.", "Issa hawn qed nitkellmu fuq flus li nafu bihom imma min jaf x'hemm li ma nafux bihom!", "Dawn il-flus li nstabu huma kollha jew jonqos?", "Forsi jonqos u allura inti, Sur Ċittadin, stajt mort aħjar.", "Taqbel li Malta għandu jkollha isem ħażin?", "Dan norbtu mal-bejgħ tal-passaport Malti lil nies li llum jissejħu Maltin daqsi u daqsek.", "Meta nitkellmu dwar kuntratti kbar li huma importanti għall-ħasil tal-flus wieħed malajr jiġih f'moħħu l-kuntratt tal-Vitals.", "Mhux ta' b'xejn li bqajna bla kopja ta' dan il-kuntratt għax li tawna kellu ħafna mħassar.", "U mhux ta' b'xejn li qed terġa' ssir diskussjoni fuq dak il-kuntratt.", "Forsi għalhekk inġiebet l-American University of Malta li bilkemm għandha studenti biex tgħaqqad tim tal-futbol!", "Qalulna li din hija investiment kbir.", "L-aqwa li l-investiment ikun kbir!", "L-aqwa li ma nkunux nafu n-nies.", "L-aqwa li ma nkunux nafu fejn sejrin il-flus.", "L-aqwa li ma nkunux nafu min hu l-UBO.", "Irrid infakkar li fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista domna erba' snin nitkellmu fil-Parlament fuq iż-żieda taxxabbli ta' €500 fil-ġimgħa sakemm ma l-flus kienu ġew mogħtija lura minn tmien Ministri.", "Damu erba' xhur jagħmlu l-propaganda b'dawn il-famużi €500.", "Issa €500 komparati ma' dan li qiegħed jiġri huma peanuts, anzi inqas minn peanuts!", "Għamlu plejtu fuq l-arloġġ ta' €150 u issa hawn dan il-ħasil tal-flus kollu u dan il-ħabi kollu!", "Possibbli li Malta u Għawdex nieħdu gost b'dan kollu?", "Meta nsemmu r-reputazzjoni ta' pajjiżna forsi jiġina f'moħħna s-settur finanzjarju imma hemm ukoll is-settur tal-gaming u tal-lukandi li jgħixu biss fuq il-fama li għandha Malta.", "Hija ħasra li qed insiru hekk għax ma jistħoqqilniex.", "Issa jiġi s-settur tal-blockchain u tal-cryptocurrency u nibdew anke naqbżu l-banek.", "B'hekk, ikollna mudell ieħor għall-ħasil tal-flus għalkemm jingħad li l-flus tal-commissions diġà qed jgħaddu bħala cryptocurrency money.", "Jgħidulna li fl-isptar jonqos żewġ Magnetic Resonance Imaging (MRI) scanners li jiswew €2 miljun kull wieħed u għalhekk hemm in-nies fuq il-waiting list.", "Allura l-flus tal-money laundering il-Gvern ma setax jużahom biex jixtri dawn il-magni?", "Qed jingħataw appuntamenti fis-1.00 a.m. u fis-2.00 a.m. għal MRI jew CT Scan u allura forsi nkunu iżjed komdi jekk nixtru dawn iż-żewġ magni.", "Issa ħalliha li forsi xorta wieħed jista' jieħu xi commissions minnhom, imma almenu l-poplu jkun moqdi.", "Sur President, dan il-ħasil ta' flus jaffettwa lil kulħadd.", "Dan huwa ġid ġenerat għal Malta li ma jasalx lejn Malta.", "Sfortunatament għandna istituzzjonijiet li huma assenti, fosthom l-Avukat Ġenerali, il-Pulizija u l-FIAU.", "B'xi mod jew ieħor dawn kollha jinsabu siekta jew inkella jagħmlu xi ftit ħoss kultant.", "Għaldaqstant l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum mhuwiex biss traspożizzjoni ta' Direttiva tal-Unjoni Ewropea, xi ħaġa li qegħdin tard fiha għax suppost saret f'Settembru, imma huwa intiż ukoll biex f'Malta ssir xi ħaġa sew.", "Hawn Malta qed jiftħu negozji li ma nafux ta' min huma u jista' jkun li dawn ikollhom flus li jkunu jridu jaħslu.", "Issa peress li l-banek huma ebsin ħafna biex jiftħulek kont, speċjalment jekk tkun politically exposed person, u allura ġabu bank apposta!", "Kif għedt, il-ħasil tal-flus għandu bżonn outlets kbar u fil-fatt, fl-aħbarijiet tal-Italja qed nisimgħu stejjer dwar ħasil ta' flus li qed isir fil-casinos.", "Każ tipiku żgħir huwa dak ta' assistent li kellu l-Ministru Evarist Bartolo, li bena blokka flats.", "Jista' jkun li dan għamlu għax ġemma' l-paga?", "Sur President, jgħidu li tista' tħallas u tixtri bil-Bitcoin ukoll.", "Dan huwa metodu ġdid imma b'riskju kbir.", "Fil-fatt f'dawn il-ġranet fl-aħbarijiet intqal li l-Bitcoin waqgħet sew.", "Għal kull azzjon hemm vittma u f'dan il-każ il-vittmi min huma?", "Il-vittmi huma n-negozji ż-żgħar, medji u kbar li huma serji.", "Imbagħad hemm il-poplu, illi li kieku ma kienx għall-korruzzjoni kien imur aħjar.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, numru ta' kelliema min-naħa tal-Gvern qalu li aħna tal-Oppożizzjoni negattivi, u dan għaliex nitkellmu fuq dak li nkunu qegħdin naraw ħażin u fuq dak li anke barra minn Malta qegħdin jikkritikawna bih.", "Fl-opinjoni tiegħi, in-negattività mhux minn din in-naħa ġejja imma minn min qiegħed iħammeġ lil pajjiżna.", "Kif tista' tgħidli maħmuġ għax nitkellem fuq il-ħmieġ li qiegħed iħammeġ bih lil pajjiżna ħaddieħor?!", "Bil-fatti, Malta hija l-aktar pajjiż maħmuġ fl-Unjoni Ewropea.", "Dan tgħidulna l-Unjoni Ewropea stess.", "U kif qal l-Onor.", "Toni Bezzina, illum Malta hija l-aktar post maħmuġ fl-Unjoni Ewropea anke f'dik li hija arja, u tibqa' skantat meta taqra x'inhu wieħed mill-fatturi għaliex f'Malta żdied il-ħmieġ fl-arja.", "Skont rapport li ġie ppubblikat nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru:", "Qabel l-elezzjoni Joseph Muscat kien jgħid li jrid ineħħiha l-power station tal-BWSC għax għalih kien skandlu li din taħdem bil-heavy fuel oil, tant li kien isejħilha l-fabbrika tal-kanċer.", "Biss, biż-żewġ power stations li għamel hu u għaliex qiegħed juża aktar il-power stations u inqas l-interconnector, irriżulta li fl-2017 il-ħmieġ fl-arja minħabba l-emissjonijiet minn dawn iż-żewġ power stations żdied fuq l-2016!", "Mela ried dawn il-power stations biex inaddaf l-arja u spiċċa qed iħammiġha aktar!", "Sinjura President, Malta mhijiex biss l-aktar post ambjentalment maħmuġ fl-Unjoni Ewropea imma issa saret ukoll l-aktar post moralment maħmuġ.", "Meta jisimgħuk titkellem hekk jibdew jikkritikawk.", "U jien nistenna li jagħmlu hekk.", "L-Onor.", "Ivan Bartolo kien ħanin fid-diskors tiegħu u qal li kien qed ikun pulit biex ma jimbarazzax lil min wettaq il-ħażin.", "Imma min għamel il-ħażin mhuwiex bħall-Onor.", "Hemm Ministru min-naħa tal-Gvern li ma ddejjaq xejn jimbarazza lill-poplu Malti!", "Ma ddejjaqx jimbarazza lilu nnifsu u lill-Partit tiegħu.", "Anzi, qisu llum sar kulħadd bħalu u ħadd m'għadu jiddejjaq jimbarazza lill-poplu Malti.", "Xi ħadd qalli li dan il-Gvern qisu għar tal-ħallelin.", "Min jieħu pjaċir jisma' hekk fuq il-politika Maltija?", "Aħna niġu hawn u wkoll nieħdu arja maħmuġa.", "Meta titkellem faċċata tiegħek ġieli jkun hemm min jiddieħak bik.", "Litterlament taraha l-arroganza.", "Lanqas għad baqgħalhom żejt biex jistħu bil-ħażin li qed isir f'pajjiżna.", "Illum l-akbar sfida li għandu pajjiżna huwa l-futur u l-akbar liability li għandu dan il-pajjiż huwa l-preżent b'dan il-Gvern u b'dawn il-ftit Ministri li hawn quddiemi li lanqas huma kapaċi jħossuhom imbarazzati bil-ħmieġ li qiegħed jgħix fih il-poplu tagħna.", "Il-ħmieġ ambjentali huwa reali, m'għadux iktar fl-arja imma qiegħed fil-pulmun tagħna u as we live, we breathe cancer.", "Imma min jimpurtah, Sinjura President?", "(Interruzzjonijiet) Għalkemm hawn min ma jridx jismagħhom dawn l-affarijiet, il-fatti jitkellmu waħedhom.", "Il-flus deħlin mhux għand in-nies tafux, imma għand min bħalissa qiegħed jitkellem minn taħt l-ilsien għax kull backbencher li hawn qed jitħallas tliet pagi differenti.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: L-Onor.", "Edwin Vassallo qed jagħmel referenza għalija għax jien għedt xi ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Taf x'għedt jien?", "Li jekk se ssemmi l-ħmieġ allura għandek issemmi l-iskandlu taż-żejt.", "EDWIN VASSALLO: Jien ma semmejtux lil dan l-Onorevoli li qam.", "Jekk qam sinjal li ħa għalih għax induna li kien hu.", "U jekk hu hekk, allura nirringrazzjah talli għandu wiċċ jistħi.", "U jekk iridni nitkellem fuq l-iskandlu taż-żejt ngħidlu li issa huma qegħdin fil-gvern u huma radmuh l-iskandlu taż-żejt għaliex ma jsemmuhx!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fuq l-iskandlu taż-żejt riedu jkunu huma l-imħallfin meta kienu fl-oppożizzjoni.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nitlob li d-diskussjoni tkompli b'aktar kalma, Onor. Vassallo.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, dawn lilna jridu li nistħu?!", "Dawn lanqas għandhom wiċċ biex jistħu!", "Fuq l-iskandlu taż-żejt, Dr Lawrence Gonzi, dak iż-żmien Prim Ministru, kien mar mill-ewwel għand il-Pulizija u qiegħda on record li l-Kummissarju tal-Pulizija Rizzo qal li qatt ma kellu ndħil; on record li ttellgħu n-nies il-Qorti, u on record li aħna ma bżajniex.", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Issa agħlaq ħalqek!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, ikkontrolla lilek innifsek.", "Onor. Farrugia, għadni kemm ikkoreġejtu u rtira dak li għadu kemm qal.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, meta dawn kienu fl-oppożizzjoni pprovaw jagħmluha ta' pulizija, ta' mħallfin u ta' investigaturi, imbagħad telgħu fil-gvern u m'għamlu xejn!", "Fejn hu dan il-Gvern li ried iġib il-ġustizzja fl-iskandlu taż-żejt?", "L-iskandlu taż-żejt lilna ma jħammrilniex wiċċna għax aħna ħadna azzjoni mhux bħalhom.", "Mhux se se noqgħod insemmi l-iskandli kollha li saru fi żmien dan il-Gvern għax tkellem tajjeb fuqhom sieħbi l-Onor.", "Toni Bezzina, però rrid ngħid li l-Ministri kollha li kienu responsabbli mill-Pulizija llum donnu xi ħadd għalqilhom ħalqhom, għalqilhom għajnejhom, għalqilhom widnejhom u ġabhom il-pupazzi tiegħu.", "Din hi l-korruzzjoni f'dan il-pajjiż.", "Il-korruzzjoni ġabet lill-Gvern kollu pupazz.", "Kulħadd sar jibża' mill-verità.", "Mhux ta' b'xejn li l-Prim Ministru jdejquh il-ġurnalisti.", "Min iniggżek idejqek!", "Fil-fatt, kien qalilhom: Morru tkellmu waħedkom; morru isimgħu lilkom infuskom.", "Mela l-ewwel kellna l-Partit Laburista li sar moviment, dan il-moviment sar reġim u xi ħadd qalli li issa dan ir-reġim sar għar tal-ħallelin!", "Dik sabiħa!", "(Interruzzjonijiet) Però ħalli issa nagħti l-konfort lil min jaħseb li qed nitkellem fl-arja.", "Meta kien hemm konferenza ta' Ernst & Young u f'din il-konferenza kien hemm nies li kienu …(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, jekk jogħġbok, ma nibqgħux sejrin biha.", "L-Onor.", "Vassallo jkompli bid-diskors tiegħu.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, kieku l-Whip tal-Gvern jgħidli biex inħares fil-mera nbaxxi rasi għax għadu żagħżugħ, imma min qed jgħidli biex inħares fil-mera ma tantx għandu xi hairstyle aħjar minn tiegħi!", "Kont qed nitkellem dwar il-konferenza li kienu għamlu Ernst & Young fuq l-attractiveness survey.", "F'dan l-istħarriġ jingħad hekk:", "Mela fl-2016 dan il-Gvern kien laħaq il-quċċata tal-attractiveness għall-investituri barranin iżda fl-2017 din l-attractiveness beda jitlifha.", "Hawn mhux qed inkejjel Gvern Laburista ma' Gvern Nazzjonalista.", "Dan huwa l-istess Gvern!", "Minħabba l-istejjer tal-korruzzjoni Malta ma baqgħetx sabiħa u erbat ijiem oħra, minħabba l-ħmieġ fl-arja, lanqas għat-turisti mhu se tibqa' sabiħa.", "Fil-fatt, fil-ħarġa tal-MaltaToday tas-26 ta' Novembru deher rapport li jgħid hekk:", "Il-morsa tal-korruzzjoni bdiet tagħfas fuq dan il-pajjiż u m'għadhiex storja fl-ajru.", "M'għadhiex storja ta' Alice in Wonderland imma issa saret esperjenza li qegħdin jgħixuha nies bil-wiċċ uman.", "Fl-istess konferenza li rreferejt għaliha ġie ppreżentat ukoll rapport li jgħid hekk:", "L-investituri lilna l-politiċi qed jgħidulna: Get your house in order!", "Issa llum il-Gvern qed iressaq Abbozz ta' Liġi biex jittrasponi fil-liġijiet tagħna Direttiva tal-Unjoni Ewropea u dan qed jagħmlu xahrejn tard.", "Qed naqgħu lura biex nadottaw mekkaniżmu ħalli verament nuru li rridu li jkollna l-indafa f'dan il-pajjiż.", "Fit-tellieqa biex inħammġu dan il-pajjiż niġu l-ewwel imma biex innaddfu l-arja m'aħniex minn tal-ewwel!", "Niġi issa għall-Abbozz ta' Liġi nnifsu.", "Fi klawsola 14 qed jingħad hekk:", "\"(1) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt l-artikolu 16(1)(k)(i), il-Korp jista' jiskambja kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti fl-ipproċessar jew l-analisi ta' informazzjoni jew f'investigazzjonijiet …\"", "Hawnhekk qed ngħidu \"il-Korp jista' jiskambja\" imma jien ngħid li l-Korp u min imexxi l-Korp għandu u mhux jista' jiskambja.", "Dan il-Gvern li qed iressaq quddiem il-poplu dawn l-emendi għax talbitu jagħmel hekk l-Unjoni Ewropea, bħalma talbet lil pajjiżi oħrajn, għandu r-rieda li din l-għodda verament jużaha għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jgħixu Malta, huma min huma, Maltin jew barranin?", "Għandu r-rieda li juża din il-liġi jekk għadu jemmen fil-ġid komuni?", "L-Onor.", "Robert Arrigo għamel punt tajjeb dwar il-cryptocurrency.", "F'Malta t-tellieqa għandha tkun biex inkunu minn tal-ewwel fil-liġijiet ħalli nsaħħu dan is-settur daqshekk importanti fil-qasam finanzjarju u mhux biex bil-cryptocurrency jkollna mekkaniżmu fejn il-ħasil tal-flus jista' jsir b'aktar effiċjenza u b'aktar ħabi għax il-banek konvenzjonali ma jkunux jistgħu jindaħlu!", "Meta s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ressaq il-liġijiet f'dan ir-rigward ma kenitx tgħaddili minn moħħi li ngħid dan il-kliem imma llum sirt niddubita minn kollox f'dan il-pajjiż.", "Issa dan mhux il-Ministru għall-Finanzi, li kultant ma jkunx jaf x'inhu jiġri madwaru u jinħasad għax taxi driver xi mkien fis-South America jaf ukoll bl-istejjer tal-korruzzjoni!", "Illum tmur fejn tmur jistaqsuk dwar fejn hi l-Mafja u dwar il-ħasil tal-flus, tant li tibda tgħid: Dawn jafu l-aħbarijiet aktar milli nafhom jien!", "Illum hawn il-biżgħa li xħin niġu biex nitkellmu fuq il-cryptocurrency jgħidulna li m'għandniex arja nadifa.", "Il-korruzzjoni, kif qalu l-kelliema ta' qabli, m'għadhiex issue fl-arja.", "Illum saret xi ħaġa tanġibbli, saret relevanti, saret tmiss ħajjet in-nies.", "U ħalli ngħidilkom x'qed jgħidu fuq pajjiżna:", "Oqogħdu 'l bogħod minn Malta!", "Dan hu li qed jgħidu fuq dan il-pajjiż.", "Qegħdin inlaqqtuha minn kullimkien.", "Jekk jitkellmu fuq l-arja nadifa jgħidulna li għandna l-aktar arja maħmuġa u issa qed jgħidulna wkoll li aħna pajjiż li trid toqgħod attent u tibża' minnu!", "Fil-fatt, f'artiklu maħruġ mir-Reuters, intitolat 'ECB steps up checks of banks at high risk of laundering money' qed jingħad hekk:", "Għaliex m'għandniex nissemmew mal-aħjar?", "Għaliex għandna nissemmew mal-agħar?", "Għaliex għandna nissemmew ma' min qed iħammeġ minflok ma' min qed inaddaf?", "Għaliex dan il-Gvern għereq daqshekk fil-ħmieġ?", "Dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "Sinjura President, lill-Ministri li qed jipprovaw jirredikolawna ngħidilhom kif qalilhom tant tajjeb l-aħħar kelliemi min-naħa tal-Oppożizzjoni lbieraħ: Min jipprova jirredikolana, min jipprova jidħak bina, min jipprova jsikkitna jagħmel hekk għax għandu x'jaħbi u mhux għax ifuħ, jew għax nadif!", "Ilbieraħ l-Onor.", "Edward Zammit Lewis tkellem wara l-Kap tal-Oppożizzjoni u kważi daħak - għax saret l-ordni tal-ġurnata li jidħku bina – u rredikola l-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni semma l-black list.", "Ħalli ngħidlu x'qal il-ġurnal The Guardian fuq il-black list!", "Dan qal hekk:", "L-Onor.", "Zammit Lewis ilbieraħ staqsa wkoll x'inhi l-policy tal-Oppożizzjoni fuq il-bejgħ tal-passaporti.", "Infakkru li bħala Oppożizzjoni aħna konna ressaqna tliet emendi għal-liġi tal-bejgħ tal-passaporti u kien grazzi għalihom li l-Unjoni Ewropea aċċettat il-bejgħ tal-passaporti bħala skema!", "Minkejja dan, xorta għadha skema maħmuġa għax m'hemmx trasparenza fiha.", "It-tajjeb ħammġuh.", "M'hemmx trasparenza.", "Bħala Oppożizzjoni aħna dejjem tlabna t-trasparenza u mhux il-ħabi.", "Imma ħalli nkompli ngħidlu dwar il-blacklist, u nikkwota:", "Imbagħad jiġi l-Prim Ministru jiftaħar li huwa salesman tal-passaporti, ta' prodott difettuż, ta' prodott meqjus maħmuġ, ta' prodott meqjus perikoluż!", "Salesman tajjeb, imma ta' prodott li llum kulħadd għajnejh fuqu għax huwa prodott maħmuġ!", "Int tixtieq tbigħu prodott maħmuġ, Sinjura President?", "Tbigħu prodott perikoluż?", "X'jgħidulek jekk tbigħ prodott perikoluż jew maħmuġ?", "Xi jsejħulek jekk tbigħ prodott li jdejjaq lin-nies għax m'hemmx trasparenza fih?", "Mela aħna qegħdin nitkellmu fuq fatti.", "M'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi ħaġa fl-arja.", "Imbagħad hemm l-artiklu miktub minn Jacob Borg li deher fil-ġurnal The Times of Malta ta' nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018.", "F'dan l-artiklu nsibu hekk:", "Jien semmejtu kemm-il darba dan ir-rapport u reġa' semmieh ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Taf x'inhi s-sabiħa, Sinjura President?", "Taf x'jakkomodana bil-ħasil tal-flus?", "Taf x'jakkomodana meta nbigħu affarijiet li jidhru perikolużi f'għajnejn ħaddieħor?", "Taf x'jakkomodana bħala pajjiż meta jkollna x'naqsmu f'suq illeċtu?", "Biex nagħti eżempju sempliċi, dan qisu bniedem li jkollu ħanut u jiġi xi ħadd u jgħidlu: Għandi affarijiet misruqin, trid inbigħhomlok biex tbigħhom?", "Jekk tkun serju inti tgħidlu: Le, għax dwak misruqin u jekk inbigħhom inkun kompliċi miegħek.", "Però l-Gvern bħalissa mhux hekk qed jagħmel.", "Dan il-Gvern daħħal il-kultura ta' xejn mhu xejn biex il-poplu ma jkunx jista' jkejjel il-ħażen tiegħu.", "Ġab kollox xejn mhu xejn biex il-poplu jgħix kultura fejn jaħseb li ma baqax aktar ħażin ħalli l-ħażin li jagħmel ma jitkejjilx.", "Hekk sewwa!", "Dan il-Gvern sar komdu jagħmel il-flus minn negozju illeċitu.", "Ħadd min-naħa tal-Gvern ma qal li mhux veru li 1.4% tal-introjtu tal-Gvern Malti ġej minn dan is-suq maħmuġ.", "Xi ftit black economy f'kull pajjiż ikun hemm però sa 0.9% tal-GDP hu kkonsidrat bħala aċċettabbli.", "F'Malta dan qbiżnieh u qiegħed 1.4% tal-GDP.", "Sinjura President, fil-ħarġa tal-ġurnal The Times of Malta ta' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018, deher artiklu bit-titlu \"'Malta has become a crossroad of illegal trafficking' – Italian police\".", "Imbagħad ikun hawn min jiġi jgħid li l-kriminalità f'Malta naqset!", "Naqset imma għax il-Gvern irranġa l-metodu ta' kif isiru r-rapporti dwar il-pickpocketing u s-serq!", "Jiġu l-barranin u jgħidulna li l-kriminalità f'Malta hija organizzata.", "Aħna m'aħniex organizzati imma l-kriminalità f'Malta hija organizzata!", "Il-gideb iġib il-gideb, il-korruzzjoni ġġib aktar korruzzjoni u t-taħwid iġib aktar taħwid, u jiddispjaċini li f'dan il-pajjiż kellna naslu s'hawn, fejn għandna Gvern li l-valur tal-ġid komuni ġabu fix-xejn.", "L-importanti għalih x'qed idaħħal hu u x'qegħdin idaħħlu ta' madwaru.", "Liema kwalità ta' ħajja qegħdin ngħixu llum il-ġurnata bħala poplu, għal dan il-Gvern saret bla ebda relevanza.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sinjura President, illum qegħdin niddiskutu emendi għall-Att kontra Money Laundering.", "Il-ħasil ta' flus huwa reat serju u kriminali.", "Snin ilu dan il-Parlament diġà kien illeġiżla u rrikonoxxa dan l-aġir bħala att kriminali serju li għandu jiġi investigat mill-Pulizija, jitressaq quddiem il-Qorti u jkollu marbuta miegħu piena ta' ħabs.", "Saħansitra kien iddeċieda li għandu jkun hemm piena ta' ħabs mhux biss meta l-Qorti ssib lil dak li jkun ħati li wettaq money laundering imma anke jekk issibu ħati li sempliċement ipprova jaħsel il-flus.", "Dan il-Parlament tant jiddeplora dan l-att li mhux biss min ikun ħati ta' ħasil ta' flus jintbagħat il-ħabs, imma anke min jagħmel attentat biex jaħsel il-flus.", "Forsi jkun aħjar għal min qed isegwina li jifhem x'inhu l-ħasil tal-flus u għalfejn huwa aġir tant ħażin għas-soċjetà li jġorr piena ta' ħabs ta' numru sostanzjali ta' snin.", "Il-ħasil tal-flus jisraq madwar 5% tal-GDP globali kull sena, jiġifieri jisraq triljuni ta' flus mill-pajjiżi kollha kull sena.", "Bħal kull serq, u bħal kull frodi, il-ħasil tal-flus iħalli l-vittmi warajh.", "In-numru ta' vittmi mill-ħasil tal-flus huwa wieħed konsiderevoli u jista' jkollok vittmi diretti u vittmi indiretti għax ma jkunux involuti fl-aġir huma stess imma jiġu milquta mill-konsegwenzi li jinħolqu mill-persuni li jkunu qegħdin jaħslu l-flus maħmuġin.", "Hekk kif nużaw il-washing machine biex naħslu l-ħwejjeġ meta jkunu maħmuġa, bl-istess mod il-kriminali jsibu mezz kif jaħslu l-flus li huma maħmuġin.", "Dawn ikunu flus li ma jistgħux jinkixfu u min ikun involut jipprova jara kif iwassalhom fis-sistema tas-servizzi finanzjarji biex ikun jista' jużahom.", "Il-flus jissejħu maħmuġin għax ikunu akkwistati minn attivitajiet illegali u kriminali.", "L-akkwist ta' flus maħmuġa jħalli effett negattiv fuq is-soċjetà, fuq l-ekonomija u anke fuq is-sigurtà f'dik is-soċjetà.", "Dan għaliex il-flus maħmuġa jiġu akkwistati minn aġir kriminali, bħal pereżempju l-bejgħ tad-droga, it-tixħim u l-korruzzjoni, l-operat ta' negozji bla permessi u kontra l-liġi, jew l-operat ta' negozji barra l-parametri permessi mil-liġi.", "Il-flus maħmuġa huma flus li jiġu akkwistati bil-moħbi u dak li takkwista bil-moħbi fil-bidu żżommu f'kumpaniji jew fi strutturi sigrieti sabiex tipprova taħbi l-konnessjoni bejn dawk il-flus u ismek.", "Min għandu flus maħmuġin ma jistax jippermetti li l-pajjiż minn fejn ikun qiegħed jagħmel dawk il-flus jinduna bihom.", "Huwa għalhekk li flus maħmuġin jgħaddu minn u bejn kumpaniji sigrieti.", "Il-flus maħmuġin ikunu ġejjin minn aġir kriminali, fosthom il-bejgħ ta' droga u l-bejgħ ta' kwalunkwe oġġett fuq il-black market, inkluż bejgħ taż-żejt jew fuel akkwistat b'mod illegali.", "Il-flus maħmuġin jiġu wkoll minn tixħim u kummissjonijiet mhux legali mgħoddija minn persuni li jixtru lil min għandu l-poter sabiex jgħaddilhom xi kuntratt jew jagħtihom xi protezzjoni.", "Dawn ikollhom bżonn jaħslu l-flus għaliex ikunu pparteċipaw f'attività illegali, il-bqija ma jkollhomx għalfejn isibu mezzi kif jaħbu l-konnessjoni bejn isimhom u l-flus li jkunu akkwistaw.", "Kull ħaddiem li joħroġ jaqla' l-għajxien tiegħu b'mod legali ma jipprovax jaħbi l-konnessjoni bejn il-paga ta' xogħlu u ismu, anzi kull ħaddiem ikun kburi hekk kif tidħol il-paga fil-kont bankarju tiegħu.", "L-effetti ta' flus maħmuġa minn attivitajiet kriminali huma magħrufa mad-dinja kollha.", "Hemm relazzjoni bejn l-ammont ta' flus maħmuġa li jkun hemm f'pajjiż u r-rata ta' kriminalità li jkun hemm fl-istess pajjiż.", "Pereżempju f'pajjiż fejn huwa faċli biex issib id-droga jew oġġett illegali jkun hemm ukoll rata għolja ta' flus maħmuġa iżda bħal kull frodi, il-flus akkwistati minn aġir kriminali jħallu warajhom numru ta' vittmi.", "Jekk il-flus maħmuġa ġejjin mid-droga faċli nifhmu kemm iħallu vittmi diretti, bħal, pereżempju, dawk il-persuni li jidħlu fil-problema tal-vizzju tad-droga.", "Min-naħa l-oħra jekk il-flus maħmuġa jkunu ġejjin minn korruzzjoni jew minn frodi wkoll iħallu warajhom numru konsiderevoli ta' vittmi imma ħafna drabi dawn lanqas biss ikunu involuti f'dak l-aġir kriminali.", "Se nagħti eżempju li ssemma fil-ġurnal MaltaToday ta' nhar il-Ħadd.", "Ilna nisimgħu għal diversi ġranet id-diffikultajiet finanzjarji li għaddej minnhom kull min kellu kont fis-Satabank.", "Kellna familji li ma setgħux iħallsu għal trattamenti mediċi li kienu taħthom u oħrajn li ma setgħux jirċievu l-paga tagħhom u sfaw iltima minn flushom stess.", "Rajna wkoll kif kumpaniji ma setgħux iħallsu lill-ħaddiema tagħhom jew jgħaddu l-ħlasijiet lil dawk li pprovdewlhom servizzi.", "Għaliex?", "Għalfejn dawn il-ħaddiema u dawn il-familji qegħdin jiġu mċaħħda minn flushom?", "Skont il-ġurnal MaltaToday, dan kollu ġara għaliex xi ħadd kien irnexxielu jaħsel flus li kienu ġejjin minn attività illegali fis-Satabank.", "Familji onesti u ħaddiema li jaħdmu b'mod legali biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom spiċċaw mingħajr flushom għaliex xi ħadd li fetaħ kont bankarju fis-Satabank huwa suspettat li ddepożita flus maħmuġin!", "Il-flus maħmuġin, flus akkwistati minn attività kriminali bħal tixħim u kummissjonijiet illegali, iħallu warajhom effetti soċjali negattivi u jħallu warajhom il-vittmi, liema vittmi ħafna drabi jkunu familji onesti.", "Hemm imbagħad tip ta' vittmi oħrajn.", "Pereżempju inti topera negozju skont il-liġi, xi ħaddieħor jiftaħ l-istess negozju tiegħek iżda jopera bit-tixħim u mhux skont il-liġi.", "Mela lilek qed jisirqulek il-kompetizzjoni xierqa.", "Inti issa m'intix tikkompeti fuq il-kapaċità tiegħek fin-negozju u qiegħed fi żvantaġġ.", "Fil-fatt huwa magħruf li l-effett ekonomiku tal-ħasil tal-flus jinħass l-aktar min-negozji ż-żgħar għaliex huma jkunu qegħdin jikkompetu ma' min għandu inqas obbligi xi jġorr u ma' min qiegħed jabbuża.", "Kull studju li taqra dwar il-ħasil tal-flus jgħidlek li fejn ikun hemm il-ħasil ta' flus is-soċjetà tasal għall-kultura ta' xejn mhu xejn.", "Aktar minn hekk, f'pajjiżi bħal dawn il-kriminalità togħla u r-riżorsi tal-Pulizija ma jlaħħqux magħha, bil-konsegwenza li l-banek jispiċċaw jikkollassaw u jħallu familji onesti mingħajr aċċess għal flushom.", "Dawn l-istudji jgħidulna wkoll li min ikollu flus maħmuġin għaliex ġejjin minn attività kriminali bħall-korruzzjoni, tixħim jew kummissjonijiet illegali, ħafna drabi jiftaħ kumpaniji sigrieti f'ġurisdizzjonijiet bħal tal-Panama.", "L-istess studji jgħidulek li dawn l-istrutturi jinżammu sigrieti, jiġifieri dawk li jiftħu kumpaniji fil-Panama ma jkunux informaw lil pajjiżhom li għandhom dawk il-kumpaniji.", "Min ikun qiegħed idaħħal flus maħmuġin jipprova wkoll isib bank li jaċċettalu flusu ħalli jnaddafhom.", "Il-kriminali jnaddfu flushom billi jipprovaw jiftħu kontijiet bankarji ħalli b'hekk ikunu jistgħu jgħidu li flushom issa ġew vetted mill-bank.", "Meta jinfetħu kumpaniji li jinżammu sigrieti u meta jinfetħu dawn il-kontijiet bankarji, l-awtoritajiet jitolbuk dokumentazzjoni biex jaraw jekk intix xi każ li tqajjem suspett.", "Madanakollu mhux il-pajjiżi kollha jżommu standards għoljin f'dan ir-rigward u hemm pajjiżi li jieħdu riskji kbar.", "Pereżempju l-Panama huwa magħruf għall-ftuħ ta' kumpaniji li jirċievu flus maħmuġin.", "Filwaqt li dan il-Gvern qiegħed iressaq dawn l-emendi dwar il-ħasil tal-flus, l-istess Gvern qiegħed jaħbi lil żewġ persuni importanti tiegħu, u ċjoè lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, is-Sur Keith Schembri.", "Jien għadni kif għedt li l-Panama tintuża biex jinfetħu kumpaniji sigrieti li jirċievu flus minn attività kriminali u hekk jidher li kien il-ħsieb ta' dawn iż-żewġ persuni, li żgur se jitniżżlu fl-istorja politika ta' Malta bħala l-akbar żewġ imbruljuni tar-reat tal-money laundering!", "Id-dokumenti tagħhom stess jgħidu biċ-ċar li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama.", "Id-dokumenti jgħidu wkoll li wieħed minn dawk li l-poplu Malti se jkun qiegħed jixtri l-elettirku mingħandu għal 18-il sena se jkun l-akbar klijent tagħhom.", "Hekk jgħidu d-dokumenti tal-Onor.", "Mizzi u tas-Sur Schembri.", "Dan għaliex il-kumpanija 17 Black hija klijent tagħhom.", "Jgħidu wkoll li minn din il-kumpanija se jkunu qegħdin idaħħlu l-flus, flus li ħassew il-bżonn li jaħbu u li jieħdu 'l barra minn pajjiżhom.", "Mela filwaqt li dan il-Gvern illum qed jiġi hawnhekk jipproponi dawn l-emendi, probabbilment kontra qalbu u għaliex imposti mill-Unjoni Ewropea, qiegħed ukoll iżomm milli tibda kull investigazzjoni fuq l-aġir tal-Ministru Mizzi u tas-Sur Schembri.", "Dan huwa Gvern li vera kapaċi jidħak b'kulħadd iżda llum hemm dokumenti li jispjegaw b'mod ċar kif dawn it-tnejn għażlu li jaħbu flushom barra minn pajjiżna.", "Sinjura President, minħabba dawn it-tnejn pajjiżna tilef ir-reputazzjoni tajba li kellu.", "Il-Membri tal-Gvern kollha jġorru responsabbiltà kollettiva iżda minħabba l-aġir ta' dawn it-tnejn, hemm nies u familji onesti li qegħdin ibatu l-konsegwenzi, hekk kif qegħdin ibatu l-konsegwenzi l-klijenti tas-Satabank.", "Allura vera li dan il-Gvern m'għandux żejt f'wiċċu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jien diffiċli nispiċċa bla kliem imma wara li smajt ħafna mill-argumenti li saru bejn ilbieraħ u llum bqajt iċċassat!", "Jitkellmu qisu waslet l-aħħar tad-dinja, qisu f'Malta kollox huwa ħażin!", "Isemmu biss fejn qegħdin l-aħħar fl-istatistika Ewropea.", "Veru li hemm ċerti oqsma li fihom qegħdin l-aħħar fl-istatistika Ewropea però d-differenza ċara bejnna u n-naħa tal-Oppożizzjoni hi li aħna nirrikonoxxu u nammettu li hemm oqsma fejn fl-istatistika Ewropea qegħdin ma' ta' isfel.", "Imma mbagħad nieħdu pjaċir insemmu fejn qegħdin ma' ta' fuq ukoll.", "Aħna ma nsemmux biss l-affarijiet il-ħżiena.", "Mela m'hemmx fejn sejrin tajjeb f'dan il-pajjiż!", "Mela ma nitkellmux ma' istituzzjonijiet barranin!", "Fil-fatt kien hawn il-Venice Commission ukoll biex naraw kif nistgħu nkomplu ntejbu s-sistemi tal-governanza tagħna.", "Sur President, jien niskanta kif wasalna biex f'dan il-Parlament ikun hawn Membru tal-Oppożizzjoni li tgħajjar imbruljuni lill-membri tan-naħa tal-Gvern.", "Issa din jekk iddawwar għonqha u tħares fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni ssib deputati investigati mill-FIAU.", "Issib ukoll deputati investigati mill-Pulizija.", "Aħna qatt għajjarniehom imbruljuni lil dawn?", "Jekk tmur sa Brussell imbagħad issib deputat investigat mill-OLAF, li hija l-Aġenzija Ewropea li tinvestiga l-affarijiet finanzjarji.", "Aħna lil dan m'għajjarniehx imbruljun, anzi għedna li … (Interruzzjonijiet).", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Bedingfield.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Kien hemm ċaħda mill-OLAF u mhuwiex minnu li ġiet investigata l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Tista' tkompli bid-diskors tiegħek Onor. Bedingfield.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, dawn mhux firem foloz.", "Kien hemm allegazzjoni ġuramentata.", "Hawn mhux qed ngħidu li xi ħadd mar għand xi ħadd ieħor bil-moħbi, b'firem foloz u dokumenti foloz.", "Kien hemm dikjarazzjoni ġuramentata ta' persuna li kienet fdata sew mill-Partit Nazzjonalista għaliex kellha diversi karigi.", "(Interruzzjonijiet) Kien hawn xi ħadd allega li ħallasnieh aħna.", "Jien ma jidhirlix li rċieva xi flus.", "Ma nafx imma, għax lanqas magħna ma jitkellem!", "Dawn l-affarijiet kienu fil-ġurnali.", "Kompli bid-diskors tiegħek.", "GLENN BEDINGFIELD: Issa jekk dawn li jitkellmu dwar il-freedom of expression minn filgħodu sa billejl iridu jagħlqu ħalq il-ġurnali, allura storja oħra.", "Għax dawn hekk jagħmlu, jitkellmu dwar il-freedom of expression minn filgħodu sa billejl però l-freedom of expression fejn jaqbel lilhom biss!", "Jekk issir dikjarazzjoni ġuramentata ma jagħtuhiex piż!", "Jgħidu li dik għamilha għax ħallasnieh, jew għax għandu grudge, imma l-allegazzjoni xorta hemm qiegħda.", "Aħna dan m'għajjarniehx imbruljun.", "Imma l-Oppożizzjoni tuża kejl differenti.", "Ċerti organizzazzjonijiet jużaw kejl differenti skont min ikunu l-persuni.", "Jekk xi persuna minn din in-naħa tkun investigata kriminalment, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt!", "Issa nafu li hemm investigazzjoni kriminali għaddejja fuq esproprju ta' art meta kien hemm kollega tal-Oppożizzjoni responsabbli minn dipartiment imma dan ħadd ma talab ir-riżenja tiegħu.", "Ħadd ma qallu korrott.", "Ħadd ma mar iħabbat fuq sidru Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.", "Ħadd ma mar jagħmel konferenza tal-aħbarijiet.", "L-istess fuq l-Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Kien hemm inkjesta minn tlett imħallfin u r-rapport ta' din l-inkjesta ntbagħat kemm lill-Pulizija, biex jinvestigaw, kif ukoll lill-FIAU.", "Kif diġà ntqal, anke mill-kollegi tal-Oppożizzjoni, il-ħasil ta' flus li jkunu ġejjin mit-traffikar tad-droga huwa ħażin.", "Il-kumpanija li kienet investigata mill-awtoritajiet Olandiżi fuq ħasil ta' flus li kienu ġejjin mit-traffikar tad-droga kienet klijenta tiegħu mhux hu kien klijent tagħhom.", "Din l-investigazzjoni però waqfet ħesrem f'Malta dak iż-żmien u ħadd ma mar iħabbat fuq sidru l-Belt Valletta.", "Ħadd ma mar jitlob ir-riżenja ta' ħadd.", "Dan għaliex il-persuna involuta ma kenitx minn din in-naħa.", "Dan iġibni għall-prinċipju ġdid li l-Kap tal-Oppożizzjoni donnu pprova jdaħħal ilbieraħ meta tkellem: meta jkollok kumpanija investigata, kull min għandu relazzjoni magħha huwa ħati qabel tintemm l-investigazzjoni!", "F'dak il-każ, l-Onor.", "Jason Azzopardi huma ħatja.", "Però dawn ħadd ma talab ir-riżenja tagħhom.", "Ħadd ma semmiehom f'dan il-Parlament.", "Il-kelliema tal-Oppożizzjoni komdi bihom.", "Biex jippontaw subgħajhom lejna u jgħajruna korrotti, maħmuġin u imbruljuni iva, imma li sħabhom li jpoġġuhom bilqiegħda ħdejhom qed jiġu investigati ma jimpurtax.", "Ħafna mill-kelliema tkellmu fuq il-money laundering li ġej mis-settur tal-gaming.", "X'għaġeb!", "U dan meta kull ħin u kull mument jiftaħru li s-settur tal-gaming ġabuh huma f'Malta!", "Xi ħadd minnhom semma xi rapporti li dehru fil-ġurnal Times of Malta, inkluż rapport li deher fil-ħarġa tal-lum dwar 29 kumpanija, li waħda minnhom ingħalqet.", "Mela qiegħda tittieħed azzjoni!", "Għalhekk nistaqsi: Il-kumpaniji l-ħżiena f'dawn l-aħħar ħames snin biss ġew?", "Jiftaħru tant li ġabu s-settur tal-gaming f'Malta u jgħajruna li aħna ma ġibniex settur ekonomiċi ġodda!", "Ma nippretendix li ma jikkritikawx, imma talinqas ikunu onesti magħhom infushom u mal-poplu Malti.", "Nafu li diffiċli, għax l-onestà u l-Partit Nazzjonalista ma jmorrux flimkien.", "L-istess dwar l-Individual Investor Programme (IIP).", "Jgħidu mod u jagħmlu mod ieħor.", "Ħażin dan?", "Tajjeb?", "X'se jagħmlu huma f'din is-soċjetà li jgħidu li jridu li jimpurtaha minn kollox u minn kulħadd?", "Jagħmlu mod u jgħidu mod ieħor.", "Jgħidu li xi ħaġa hija ħażina, jikkritikawha, imbagħad issib li ħafna avukati involuti fil-Partit Nazzjonalista jbiegħu l-passaporti, biex nuża kliemhom stess għax l-IIP huma jirreferu għalih bħala bejgħ tal-passaporti.", "Imma allura jekk hu ħażin, għalfejn jieħdu sehem fih?", "Anzi, mhux talli jieħdu sehem fih, talli eks deputat ta' dan il-Parlament saħansitra ried idaħħalna l-Qorti għax ma ħadux hu l-kuntratt minflok Henley & Partners!", "Daqshekk jemmen fis-servizz tal-IIP!", "Jien nippretendi li meta jitkellmu, il-membri tal-Oppożizzjoni jkunu onesti magħhom infushom qabel ikunu onesti mal-poplu Malti u Għawdxi.", "Tan-naħa l-oħra jipprofessaw ukoll li huma l-allat tar-rule of law f'Malta.", "Dawn li r-rule of law suppost jirrispettawha minn filgħodu sa filgħaxija, billejl b'kollox, anke meta jkunu reqdin, iriduna nindaħlu fil-każ skandaluż tax-xiri taż-żejt.", "Rigward żejt jien m'għandix minn xiex nistħi għax kien dan il-Gvern li waqqaf l-użu tal-heavy fuel oil f'Malta.", "M'għandix għalfejn nistħi li jien parti minn dan il-Gvern li neħħa dik il-fabbrika tal-kanċer li kienet tuża l-aktar fuel li jħammeġ biex tagħtina l-elettriku.", "M'għandi xejn x'nistħi u ħadd minn din in-naħa m'għandu għalfejn jistħi li kien parti minn dik id-deċiżjoni.", "Wasalna biex ikollna arja nadifa?", "Nixtiequ li nkunu aħjar, imma nirrikonoxxu dan bħalma nirrikonoxxu li f'Malta hawn il-faqar u allura rridu naħdmu aktar.", "Dik hi d-differenza bejn din in-naħa u n-naħa tal-Oppożizzjoni; aħna nirrikonoxxu li għandna ċerti problemi u b'hekk nistgħu nindirizzawhom.", "Dwar l-iskandlu taż-żejt jiddispjaċini li ħadu daqshekk fit-tul.", "Nirrabja li kien hemm nies li tressqu l-Qorti u li llum għadhom bil-kawżi pendenti.", "Però ħadd minna, lanqas il-Ministru għall-Ġustizzja, ma jista' jaqbad it-telefon u jċempel lill-maġistrat jew l-imħallef u jistaqsi fiex waslu dawn il-kawżi.", "Mur ġibna nagħmlu hekk, nindaħlu lill-Qorti!", "Hekk kien hawn min qisu ssuġġerixxa llejla.", "Qalilna li m'għamilna xejn fuq dan il-każ.", "Ir-realtà hi li tressqu l-Qorti – u sewwa għamlu li ressquhom il-Qorti għax dan kien skandlu oxxen – wara li saru l-investigazzjonijiet u kien hemm provi biżżejjed biex jitressqu l-Qorti.", "Għalhekk saret l-investigazzjoni, biex jaraw jekk hemmx provi biżżejjed biex ikunu jistgħu jitressqu n-nies il-Qorti.", "Dawn tressqu l-Qorti u x'ġara mbagħad?", "Dawn in-nies, bid-drittijiet kollha li tagħtihom il-liġi, fetħu kawża kontra kawża fil-Qorti u dan il-proċess jew waqaf jew qed jieħu fit-tul.", "Jien anke għamilt mistoqsija parlamentari f'dan il-Parlament ftit tax-xhur ilu biex nara fiex waslu.", "Nixtieq nara li min għamel il-ħażin jieħu dak li ħaqqu.", "Nixtieq li dawn il-kawżi ma jibqgħux jitwalu aktar.", "Jiddispjaċini ngħid li kellna Prim Imħallef li kien jitkellem ħafna dwar ir-rule of law però ma kienx jitkellem dwar id-dewmien esaġerat fuq dawn il-każi.", "Issa probabbilment se jgħidu li qed nattakka l-Ġudikatura.", "Mela minn banda jriduna nindaħlu lill-Ġudikatura u mbagħad kif insemmu l-Ġudikatura jgħidu li qegħdin nattakkawha!", "Nafu x'kapaċi jagħmlu u fejn imorru biex jibqgħu jgħidu ċerti affarijiet li mhumiex veru.", "Il-poplu għandu għatx għall-ġustizzja f'kull każ fejn ikun hemm korruzzjoni u dan il-Prim Ministru qatt ma ħares lejn wiċċ ħadd meta ġie biex jieħu d-deċiżjonijiet.", "Il-membri tal-Oppożizzjoni jgħidu li qed jistennew l-investigazzjonijiet kollha.", "Imma x'qed jagħmel ħażin il-Prim Ministru billi jistenna l-eżitu tal-investigazzjonijiet li hemm biex jieħu deċiżjoni?", "Messna qgħadna fuq il-parir li tawna qabel l-elezzjoni u neħħejna lil Joseph Muscat minn Prim Ministru!", "Hekk kien imissna wkoll!", "Qabel l-elezzjoni qalulna biex inneħħu l-Prim Ministru jekk ma jridx jitlaq hu.", "Biex issa sirna nafu li ħarġu dokument li hu falz, b'firem falsifikati.", "Kulħadd jafha l-istorja tal-Egrant.", "(Interruzzjonijiet) Jiġifieri għandkom id-dubju jekk tlabtux ir-riżenja tal-Prim Ministru qabel l-elezzjoni?!", "L-ISPEAKER: Onor. Bedingfield, jekk jogħġbok kompli bid-diskors tiegħek.", "GLENN BEDINGFIELD: Iva, Sur President, imma donnu hawn min għandu dubju jekk hux veru ntalbet ir-riżenja tal-Prim Ministru.", "Dawn jekk titla' x-xemx filgħodu jew tagħmel ix-xita bħalissa, probabbilment jgħidu li huwa t-tort tal-Gvern u jitolbu r-riżenja ta' xi ħadd!", "Pereżempju lbieraħ seħħ inċident sfortunat, fejn waqgħet persuna, u kien hemm kandidat tal-Partit Nazzjonalista li waħħal fil-Gvern li seħħ dan l-inċident!", "Fejn nistgħu naslu aktar?!", "Il-Partit Laburista jeħel ta' kollox f'dan il-pajjiż, kemm meta jkun fil-gvern u anke meta jkun fl-oppożizzjoni, għaliex il-ġurnali jattakkaw lill-Partit Laburista anke meta jkun fl-Oppożizzjoni.", "Aħna konna fl-oppożizzjoni għal 25 sena u qatt m'għedna li nistħu li aħna Maltin.", "Smajtha llum, naħseb l-Onor.", "Le, jien ma nistħix li jien Malti, la stħajt taħt in-Nazzjonalisti u wisq inqas nistħi issa taħt il-Labour.", "Qatt m'għandek tistħi tgħid li inti Malti.", "Għandek tgħid fejn ma taqbilx, mela le, allaħares naqblu f'kollox.", "Hemm ħafna affarijiet li naqblu fuqhom f'dan il-Parlament imma hemm affarijiet oħrajn fejn hemm baħar jaqsam bejnietna.", "Xi ħadd semma n-negozji ż-żgħar u l-ħlasijiet tal-VAT.", "Sa ftit taż-żmien ilu negozji żgħar li kien ikollhom problemi mad-Dipartiment tal-VAT kienu jibagħtuhom il-ħabs.", "Mela mhux talli għollewlhom il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u tefgħu fuqhom balla spejjeż, talli ġabuhom f'pożizzjoni li jekk ma jkunux jistgħu jħallsu t-taxxi jibagħtuhom il-ħabs.", "Dak imisshom jgħidu dwar in-negozji ż-żgħar!", "Sur President, huwa kollox ward u żahar f'dan il-pajjiż illum?", "U ara kemm jgħidu li jiltaqgħu ma' nies li qed jgħixu fil-garaxxijiet, u jitkellmu qishom huma biss jiltaqgħu man-nies f'dan il-pajjiż, anke jien niltaqa' ma' nies li jgħixu fil-garaxxijiet.", "U jgħidu li jiltaqgħu ma' negozjanti, anke jien niltaqa' ma' negozjanti żgħar u kbar, imma jridu jirrikonoxxu li għandna sitwazzjoni ekonomika li qatt ma kien hawn bħalha.", "Ma nafx liema negozjant żgħir jew kbir jiltaqa' magħhom u jgħidilhom li m'hawnx xogħol fil-pajjiż.", "Anzi ħafna minnhom jgħidulek li Alla jbierek hawn pajjiż mifqugħ bix-xogħol.", "Għal min irid jaħdem illum hawn ix-xogħol.", "Din mhux qed ngħidha għax hawn il-Partit Laburista fil-gvern, imma huma inkredibbli ċerti kummenti u ċerti dikjarazzjonijiet li smajna llejla.", "Issa qabdu oħra.", "Qegħdin jgħidu li lill-Prim Ministru m'għadu jemmnu ħadd.", "Minn fejn iġibuhom dawn l-affarijiet?", "Kif jistgħu qatt jibnu relazzjoni onesta mal-poplu Malti?", "Dawn jgħidu hekk minkejja li fi stħarriġ tal-opinjoni pubblika kien hemm madwar 30% differenza bejn min jemmen lil Joseph Muscat u lil Adrian Delia.", "Mela l-poplu Malti ta vot ta' fiduċja darba wara l-oħra lil dan il-Prim Ministru, f'kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar, il-fiduċja li għandu l-Prim Ministru dejjem tiżboq bil-kbir il-fiduċja tan-nies fl-Oppożizzjoni u xorta jiġu jgħidulna li l-Prim Ministru m'għadu jemmnu ħadd!", "Imbagħad iridu min jemminhom meta jgħidu li jridu soċjetà li jimpurtaha!", "Kif jistgħu jitwemmnu li jimpurtahom minn kulħadd meta ġew f'dan il-Parlament jivvotaw kontra l-vittmi tal-vjolenza domestika li huma minoranza f'pajjiżna?", "Kif jistgħu jgħidu li jridu soċjetà li jimpurtaha minn kulħadd meta f'dan il-Parlament ġew jaqgħu u jqumu minn koppji li għandhom problemi ta' fertilità?", "Kif jistgħu jgħidu li huma jridu soċjetà li jimpurtaha minn kulħadd meta ma kinux favur il-libertajiet ċivili li tajna lil nies li għandhom orjentazzjonijiet sesswali differenti minn tal-maġġoranza?", "Saħansitra vvotaw kontra l-Baġit ta' din is-sena, li huwa l-aktar baġit soċjali li qatt kellna.", "Reġgħu vvotaw kontra baġit li se jkompli jagħti għajnuniet lil dawk li għandhom bżonn l-aktar għajnuna.", "Allura kif jistgħu jittieħdu bis-serjetà meta jgħidu mod imbagħad jagħmlu mod ieħor fil-qasam tal-korruzzjoni, fil-qasam soċjali, fil-qasam tal-libertajiet ċivili, fejn tidħol il-vjolenza domestika u f'ħafna affarijiet oħra?", "Jgħidu mod imbagħad jagħmlu mod ieħor.", "Sur President, il-ftit kelliema tal-Oppożizzjoni li tkellmu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi kienu negattivi.", "Ħadd minnhom ma tkellem dwar il-fatt li dan se jkompli jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus f'pajjiżna.", "Dak li għamel dan il-Gvern biex niġġieldu l-korruzzjoni l-ebda Gvern Nazzjonalista m'għamlu.", "Dak li għamel dan il-Gvern u dak li se jkun qed jagħmel fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus l-ebda Gvern ieħor ma għamlu.", "Qalu li l-poplu huwa vittma tal-korruzzjoni.", "Issa se jgħiduha din?", "Kien tant vittma l-poplu Malti u ġew jaqgħu u jqumu minnu meta kienu jiġu fil-Parlament u jivvotaw bil-qalb biex jgħollu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma!", "Hemmhekk kien vittma l-poplu!", "Kien vittma tal-arroganza tagħhom il-poplu!", "Anke l-Prim Ministru kien vittma; kien vittma tal-gideb tal-Oppożizzjoni.", "U hawn ħafna aktar nies li forsi l-każ tagħhom ma ġiex fil-pubbliku li kienu vittmi tal-gideb f'25 sena sħaħ li damu jiggvernaw.", "Illum aħna vittmi tas-suċċess tagħna stess, u meta qed ngħid \"tagħna\" mhux qed nirreferi għall-Gvern imma għall-pajjiż għax il-Gvern mhu xejn.", "Jekk qed jinħoloq ix-xogħol, dan qed joħolqu l-pajjiż.", "Jekk hawn l-ekonomija, din qed joħloqha l-pajjiż.", "Il-ġid mhux qed joħolqu l-Gvern.", "Il-Gvern jixpruna lill-pajjiż, imbagħad iħalli lill-pajjiż imexxi.", "Għalhekk aħna vittmi tas-suċċess tagħna.", "Illum wieħed mill-Membru tal-Oppożizzjoni talab lill-Ministru Ian Borg jagħmel apoloġija.", "Issa dawn qatt m'għamlu apoloġija għal xejn!", "Għamlu affarijiet tajbin meta kienu fil-gvern, mela le, u dawk l-affarijiet tajbin aħna rridu nkomplu nibnu fuqhom, imma għamlu ħniżrijiet ukoll.", "Kienu responsabbli għal ħafna skandli iżda xorta jibqgħu jiġu hawnhekk u bil-wiċċ tost kollu jippontaw subgħajhom lejna!", "Tista' ma taqbilx magħna, imma ma tistax tgħid li ma mexxejniex b'mod rett.", "Aħna noqogħdu fuq l-investigazzjonijiet li jkun hemm, imbagħad jiddeċiedi l-Prim Ministru wara.", "Dejjem hekk sar.", "Anke l-istess membri tal-Oppożizzjoni hekk iridu u hekk qegħdin jagħmlu u hekk hu sew.", "Sur President, nappella lin-naħa tal-Oppożizzjoni biex jipprovaw jibnu relazzjoni onesta mal-poplu Malti u mhux jgħidu li kollox huwa ikrah.", "Hawn affarijiet li mhumiex sbieħ fil-pajjiż, ibda minni l-ewwel wieħed, imma hawn affarijiet tajbin ukoll.", "Aħna onesti u għalhekk il-poplu għandu fiduċja f'dan il-partit, f'dan il-Gvern u f'dan il-Prim Ministru.", "Aħna ngħidu fejn niżbaljaw u nkunu dejjem onesti mal-poplu Malti.", "Bnejna miegħu relazzjoni onesta tul iż-żmien.", "Dak li ngħidu nagħmluh u dak li nwiegħdu nwettquh.", "Saħansitra wettaqna l-wegħdi li għamlet l-Oppożizzjoni stess, bħall-wegħda li se jnaqqsu l-income tax.", "Kien dan il-Gvern li niżżel l-income tax.", "L-istess il-liġi tal-whistleblower.", "Qalu li se jagħmluha imma baqgħu qatt ma daħħluha.", "Kien dan il-Gvern li daħħalha.", "Hemm ħafna affarijiet li pproponiehom il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern u qatt m'għamilhom.", "Tan-naħa l-oħra ma kellhomx ir-rieda politika li jagħmluhom u dan il-Gvern għandu r-rieda politika li jmexxi.", "Mhux jamministra, imma jmexxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-6.55 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, l-alla l-ġdid saru l-flus, u f'pajjiżna hawn bosta nies li għandhom rgħiba għall-flus, jew li għalihom xejn mhu xejn.", "Spiċċajna nissagrifikaw il-ħajja fuq l-artal tal-qligħ.", "Biżżejjed insemmi l-inċident ta' dak il-missier li tilef ħajtu waqt ħidmietu.", "Il-mewt tiegħu setgħet tkun evitata u din hija kundanna għalina wkoll.", "Ilkoll kemm aħna għandna responsabbiltà.", "Dan l-inċident huwa tal-waħx.", "Lil hinn mit-traskuraġni li wasslet għal din it-traġedja, hemm ukoll il-mod kif ċerta midja xandret il-video clip tal-inċident mingħajr ħsieb ta' xejn, basta jkunu minn tal-ewwel li jxandru l-istorja u jagħtuha xeħta sensazzjonali.", "Meta se nitgħallmu f'dan il-pajjiż biex inħarsu s-saħħa tal-ħaddiem fuq il-lant tax-xogħol?", "Nispera li tal-inqas min ġibed il-vidjo ċempel 112 qabel ma qabad il-mowbajl u beda jiġbed.", "Nittama li għamel hekk.", "Ninnota li f'dawn l-aħħar għaxar snin ir-rapporti dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol f'pajjiżna żdiedu ġmielhom.", "Issa rridu niftakru li minbarra dawk imniżżla fl-istatistika jkun hemm inċidenti li ma jiġux rapportati, jew għax forsi dak li jkun jibża' jew inkella għax ikun mingħajr ktieb tax-xogħol.", "L-istatistika tal-Eurostat turi li r-rata tal-imwiet f'Malta hija ta' tlieta għal kull 1,000 ħaddiem, meta l-medja hija ta' 1.8% għal kull 100,000 ħaddiem.", "Dan juri li għandna xi ħaġa ħażina.", "Għandna xi ħaġa – u qed ngħidha b'ċerta responsabilità bħala l-mexxej tal-Partit Demokratiku – li rridu nindirizzawha lkoll flimkien.", "Ħalli ndawwar il-lenti fuq l-Occupational Health & Safety Authority (OHSA).", "Nifhem li saru kambjamenti għall-aħjar però nagħmlu kemm nagħmlu qatt mhu biżżejjed.", "Ejjew niftakru li l-OHSA hija nieqsa mir-riżors uman, u hawnhekk fejn jidħol il-Gvern.", "Anke ċ-chairperson tal-OHSA stess, li huwa Membru ta' din il-Kamra, stqarr li n-numru ta' ħaddiema f'pajjiżna żdiedu u allura hemm bżonn inżidu anke n-numru ta' spetturi.", "Hemm ħaġa oħra li jien naraha t-tort tagħna wkoll.", "L-OHSA hija nieqsa mill-infurzar.", "Ngħiduha kif inhi, meta jkun hemm kontravvenzjoni tat-traffiku, gwardjan lokali jagħtik ċitazzjoni u jwaħħlek il-multa fuq il-post.", "L-ispettur tal-OHSA m'għandux dan il-jedd; irid itella' lill-imputat quddiem il-Qorti u l-kawża tispiċċa ddum biex tinqata'.", "Mhux hekk biss, imma dawn l-ispetturi jaħlu l-ħin il-Qorti meta suppost ikunu fuq il-lant tax-xogħol.", "Hemmhekk hija l-problema.", "Il-ftit spetturi li għandha l-OHSA jispiċċaw aktar iqattgħu ħin il-Qorti milli fuq il-lant tax-xogħol.", "Meta se nbiddlu dan l-operat?", "Meta se jkollna sistema li taħdem kif inhu mistenni?", "Dan ir-regolatur għandu jkollu wkoll l-obbligu li jilħaq kull saff u kull kategorija ta' ħaddiema.", "Ma naħsibx li dan qiegħed jagħmlu.", "Kieku m'għandniex ħaddiema li għadhom jaħdmu fuq il-pont meta kulħadd jaf li dan huwa irregolari.", "Kieku l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol kollha jilbsu l-ilbies protettiv.", "Jeħtieġ li jkun hawn aktar edukazzjoni u aktar empowerment.", "Irid ikun hemm approċċ proattiv.", "Is-siti tal-kostruzzjoni mhumiex kollha huma l-istess però hawn din l-attitudni fost l-iżviluppaturi li kollox jgħaddi.", "Barra minn hekk, jirraġunaw li l-ewwel huma u mbagħad huma.", "Me, myself and I u x'jimpurtani minn ħaddieħor!", "Dik hija l-attitudni, però mhux biss.", "Bosta ħaddiema barranin li mhumiex tas-sengħa jispiċċaw jaħdmu magħhom b'mod prekarju.", "Dik hija d-dinjità tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol?", "Lill-Malta Developers Association ngħidilhom: Tajjeb tagħmlu programm televiżiv biex tippromwovu l-edukazzjoni f'dan is-settur, imma hemm bżonn ukoll tħarsu lejn dawk li mhumiex membri tagħkom jew dawk li huma membri tagħkom u kultant imorru jieħdu falza stikka, u taraw li lkoll niġbdu ħabel wieħed.", "Dak li qed jiġri jirrifletti lilkom.", "Il-qligħ u l-flus qegħdin tispiċċaw iġġibuhom qabel is-saħħa tal-ħaddiem.", "Dak hu l-għajb, u dan ġej minn ċerti żviluppaturi.", "In-nies hemm barra qegħdin jarawkom qiskom the untouchables u kapaċi tagħmlu toroq fil-baħar!", "Hawnhekk nistaqsi: It-trade unions fejn huma f'dan kollu?", "X'qegħdin jagħmlu?", "Emminni, Sur President, illum lanqas naf ngħidlek x'inhu l-veru interess ta' wħud minnhom.", "Nisimgħu ukoll ħafna dwar ir-risk assessments fuq il-lant tax-xogħol u li l-Awtorità dwar l-Ippjanar teżerċita ċerta dixxiplina.", "Fil-fehma tiegħi, l-enforcement officers ta' din l-Awtorità, apparti li jwettqu l-obbligi tagħhom, meta jaraw affarijiet mhux kif suppost fejn jidħol il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem, għandhom jitkellmu ma' sħabhom tal-Ispettorat tal-OHSA.", "Jekk le, għall-inqas għandu jkollhom ċerti poteri minn dan l-aspett.", "It-team approach huwa importanti biex insolvu din il-problema u dan hu nieqes.", "Irrid nirreferi wkoll għall-attitudni ta' ċerti nies meta jseħħu l-inċidenti.", "Jgħidulek \"miskin korra\", jew \"miskin miet\", jew \"issa li hemm hemm\"!", "Araw il-midja soċjali.", "Dik hija l-attitudni.", "Issa li hemm hemm, m'hemmx x'tagħmel!", "Din l-attitudni, Sur President, ma narawhiex biss fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol imma narawha wkoll fl-inċidenti tat-traffiku.", "Taf x'jgħidulek?", "Din rajtha miktuba fil-midja soċjali: Why screw up someone's life?", "Hekk jgħidulek.", "Bħallikieku għall-Maltin ħaj ma' ħaj, mejjet ma' mejjet.", "Dak li huwa ħaj inkomplu, imma dak li huwa mejjet ejja ninsewh.", "Meta se nitgħallmu?", "Hemm bżonn azzjoni b'saħħitha.", "Jekk hemm bżonn anke naraw il-liġi tal-OHSA u nbiddluha mill-qiegħ biex żgur inħarsu s-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Sur President, fl-aħħar nett nixtieq nitkellem ftit fuq xi ħaġa oħra li ftit minn din il-Kamra se jitkellmu dwarha.", "Qed nirreferi għal dak is-suldat li tkeċċa mix-xogħol.", "Nifhem li ma felaħx ma jgħidx dak li hu u kixef l-għawwar dwar din ix-xatba li ma kellhiex ħajt.", "Nifhem li mhux dekor u rispett li jitkellem b'dak il-mod, anke lejn l-uniformi li jilbes, b'mod partikolari li jżeblaħ isem Alla.", "Għal dak l-għemil fuq il-lant tax-xogħol m'hemmx simpatija min-naħa tiegħi, imma ninnota ħaġa.", "Ilkoll kemm aħna responsabbli imma jidher li f'pajjiżna għandna sistema fejn is-saħħa tintuża kontra ż-żgħir u l-impunità tintuża favur il-kbir.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, se nitkellem dwar żewġ suġġetti li huma għal qalbi ferm u li bla dubju ta' xejn f'dawn il-ġranet se nkunu qegħdin nirriflettu dwarhom.", "Min jinnotani fil-Parlament jaf li jien kważi dejjem ikolli badge mwaħħla mal-pavru tiegħi li tfakkar f'kondizzjoni li tolqot lill-familja tiegħi b'mod dirett, ċjoè d-dijabete.", "Dan ix-xahar huwa ddedikat għad-dijabete u l-14 ta' Novembru huwa l-Jum Dinji kontra d-Dijabete.", "Sur President, b'sodisfazzjon ngħid li fuq il-parir li kont tajtni inti stess, jien kont tlabt lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa biex iwaqqaf sottokumitat biex ikun jista' jiffoka b'mod aktar permanenti fuq id-dijabete.", "Ninsab verament kuntenta li dan is-sottokumitat se jibda jiltaqa' minn għada u nirringrazzja lill-membri tal-Oppożizzjoni li tawni l-possibilità li nkun fuq dan il-kumitat flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Mario Galea, li huwa l-kelliem ewlieni għal dan is-settur.", "Jien ma nħobbx ninħeba wara subgħajja.", "Niddikjara mill-bidu nett li għandi interess personali minħabba li t-tifla tiegħi għandha din il-kondizzjoni u ngħid dan pubblikament, bil-permess tagħha wkoll, imma ngħid dan ħalli meta n-nies isegwu dak li se jkun qed jiġri f'dan il-kumitat ikunu jistgħu jifhmu wkoll għalfejn jien nitkellem b'ċertu passjoni.", "Dan speċjalment meta jkun hemm il-preżenza ta' ġenituri bħali li mhux għandhom tfajla jew ġuvni li għandhom din il-kondizzjoni, imma għandhom tfal ċkejknin ħafna.", "Dawn jien niltaqa' magħhom spiss għaliex aħna nifformaw parti mill-Assoċjazzjoni tad-Dijabete f'pajjiżna u għall-grazzja t'Alla din l-assoċjazzjoni, li hija attiva ħafna, turi solidarjetà kbira ma' nies li qegħdin iġarrbu għall-ewwel darba din il-kondizzjoni.", "Il-kondizzjoni li qed nitkellem dwarha jien hija d-Dijabete Type 1, li tolqot lit-tfal żgħar u liż-żgħażagħ.", "Però l-aktar dijabete komuni li għandna f'pajjiżna hija dik li tissejjaħ Type 2.", "Din tiġi minn stil ta' ħajja, mill-età, min-nuqqas ta' kura ta' ċerti sitwazzjonijiet imma anke għaliex tkun fil-ġenetika tiegħek.", "Kif diġà għedt, jien sodisfatta ħafna li fl-aħħar dan il-Parlament se jkollu dan is-sottokumitat.", "Bħalma taf inti, Sur President, kont ġejt nitolbok parir fuq kif għandna nagħmlu dan is-sottokumitat u konna fil-preżenza tal-Onor.", "Hawn irrid ngħid li dan is-sottokumitat se jkun qed isegwi ħidma li kienet straordinarja f'dan il-Parlament għaliex meta konna għadna fil-Parlament l-antik, l-Onor.", "Simon Busuttil kienet ġietu l-idea li jitwaqqaf kumitat li jkun fih membri miż-żewġ naħat tal-Kamra, imma kien kumitat li ma kienx imwaqqaf b'mod formali.", "Dak iż-żmien kien l-Onor.", "Godfrey Farrugia li mexxa dan il-kumitat b'mod abbli ħafna u konna għamilna ħafna ġid.", "Ikellmuni professjonisti u jgħiduli kemm konna għamilna ġid f'dak il-kumitat.", "Għaldaqstant l-ewwel ħaġa li nixtieq nawgura lill-kumitat li se jiltaqa' għada għall-ewwel darba hi li mhux biss jagħmel ġid daqskemm għamel l-ieħor, imma ħafna u ħafna aktar għaliex huwa kumitat bżonjuż immens.", "Għandu ħafna x'jagħmel dan il-kumitat.", "Ma rridx ninstema' qisu mhu qed jiġri xejn f'pajjiżna imma bħala omm nixtieq li pajjiżna jkun l-għira ta' ħaddieħor fil-kura tad-dijabete għax s'issa żgur li m'aħniex.", "Biex nagħti eżempju żgħir, it-tfal tagħna sa ftit snin ilu kienu għadhom jieħdu insulina li kienet antikwata.", "Konna ngħidu: Imma kif qegħdin jingħataw dik it-tip ta' insulina?", "Illum l-insulina li qegħdin jieħdu t-tfal tagħna diġà hemm insulina ħafna aħjar minnha.", "Jien, bħala omm, nixtieq l-aqwa għal binti, però din mhijiex il-prijorità bħalissa.", "Ġejt informata mill-President tal-Assoċjazzjoni tad-Dijabete, is-Sur Chris Delicata, li nsellimlu minn hawnhekk, li huma diġà avviċinaw lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u hu wegħedhom li l-Continuous Glucose Monitor (CGM) suppost se jidħol f'din il-leġiżlatura.", "Hawn se nispjega daqsxejn x'jiġri b'mod normali f'ġurnata ta' tfajla jew ġuvni li għandhom din il-kondizzjoni tad-dijabete.", "Prattikament dawn it-tfal jeħdulek madwar ħames jew sitt injezzjonijiet kuljum.", "Kull darba li jkunu se jittaqqbu jridu jiċċekkjaw id-demm tagħhom u allura dawn it-tfal litteralment lanqas għandhom sense of touch f'idejhom għaliex il-ħin kollu jridu jtaqqbu subgħajhom.", "Mhux qed ngħidu li din issir darba jew tnejn, qed ngħidu li ssir sitt darbiet kuljum jekk iridu jikkuraw lilhom infushom sew.", "Għaldaqstant l-ispeċjalisti, b'mod partikolari t-tobba li qegħdin jikkuraw lil dawn it-tfal u l-infermiera li jħobbuhom b'tant għożża u b'tant dedikazzjoni, qegħdin jinsistu fuq dan is-CGM.", "Dan huwa monitor sempliċi li jkun qiegħed imwaħħal mal-ġilda u jaqra l-livell taz-zokkor fid-demm mingħajr ma toqgħod tittaqqab kull darba.", "Kemm hi xi ħaġa sabiħa li niffrankawlhom daqsxejn żgħira mill-iskariġġ ta' kuljum!", "Bla dubju ta' xejn waħda mill-affarijiet li se nkun qed nipproponi lill-kumitat hija li naqbdu daqsxejn l-istrateġija li kienet bdiet fl-2016 u li se teħodna għall-2020 u naraw fiex wasalna u fejn sejrin u nagħtu rendikont.", "Semmejt it-Type 1 imma l-istess jista' jingħad rigward it-Type 2.", "Jien nikkorrispondi ma' diversi kollegi Membri Parlamentari minn parlamenti oħra dwar dan is-suġġett u nista' ngħid li kultant nissorprendi ruħi bis-servizzi li għandhom.", "Meta jkollok xi ħadd fil-Parlament li jkun involut direttament f'din il-kondizzjoni tiskanta xi privileġġ jinħoloq f'dak il-pajjiż.", "Pereżempju fir-Renju Unit il-Prim Ministru Theresa May ma taħbix li għandha din il-kondizzjoni u fil-fatt, jekk taraw ritratti tagħha liebsa għal xi okkażjoni speċjali, ħafna drabi taraw ċirku fuq idejha.", "Il-Prim Minitru Theresa May apposta ma tilbisx ilbiesi bi kmiem f'okkażjonijiet importanti biex turi lil kulħadd li hi għandha dak il-monitor u li jagħmel differenza kbira fil-ħajja tal-pazjenti.", "Jien nammira l-fatt li tagħmel dan il-punt b'mod kważi sfaċċat u nispera li jien ukoll inkompli b'dan it-tip ta' messaġġ.", "Assolutament m'għandniex nistħu u ninħbew.", "Id-dijabete hija kondizzjoni li tolqot aktar minn 10% tal-popolazzjoni tagħna u għandna l-obbligu mhux li noqogħdu nagħmlu biss l-affarijiet għall-voti imma li nagħmlu l-affarijiet għall-ġid tas-soċjetà f'dan il-Parlament.", "Ladarba qed nitkellem fuq il-ġid tas-soċjetà u fuq it-tfal, irrid ngħid li llum attendejt konferenza li jiddispjaċini ma stajtx noqgħod għaliha sal-aħħar, però din verament fetħitli moħħi dwar aspett ieħor li tant huwa sabiħ.", "Aħna xi kultant ma nirrealizzawx li bħala Parlament qegħdin nagħmlu pass verament sabiħ li nlaqqgħu l-Parlament tat-Tfal u l-Parlament taż-Żgħażagħ.", "Madanakollu naħseb li dan m'aħniex qegħdin nagħmluh biex nagħtuhom privileġġ imma għaliex l-artikolu 12 taċ-Charter of Children's Rights jgħid li t-tfal għandhom dritt isemmgħu leħinhom.", "L-adulti għandhom l-obbligu li jisimgħu leħen it-tfal u importanti ħafna li jeħduh bis-serjetà.", "Hawnhekk għandi dokument li m'għandix dubju li l-President's Foundation for the Wellbeing of Society se tibagħtu anke lill-Parlament.", "Huwa affaxxinanti l-fatt li bħalissa għaddejjin proġetti, anke bl-għajnuna tal-Kunsill tal-Ewropa, biex jinħoloq makkinarju ħalli jkun jista' jkejjel kemm verament fid-deċiżjonijiet politiċi, anke deċiżjonijiet fuq liġijiet, qegħdin ninvolvu lit-tfal u qegħdin verament nagħtu kashom.", "Nerġa' ngħid, l-artiklu 12 taċ-Charter of Children's Rights tan-Nazzjonijiet Uniti ipoġġilna dan l-obbligu.", "Dan mhux qed jgħidilna biex nagħmlulhom seduta fil-Parlament, fejn nagħmlu ftit ħin nisimgħuhom, u daqshekk.", "Mhux suppost nagħmlu hekk.", "Suppost qegħdin nagħtuhom widen u jkunu parti mill-konsultazzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li l-keynote speaker f'din il-konferenza kien il-Prof.", "Huwa għamel preżentazzjoni bit-tema 'Rethinking Children's Rights: From Resistance to agendas for change'.", "Prof. Jones għamel eżerċizzju affaxxinanti ma' żgħażagħ u tfal fl-Ingilterra, liema eżerċizzju rrepetieh ma' tfal Maltin, fejn sema' l-opinjonijiet tagħhom fuq suġġetti li tant huma adulti li lanqas jgħaddilek mill-kuritur ta' moħħok li dawn it-tfal iridu jiddiskutuhom.", "Eżempju wieħed huwa l-effett tal-qgħad fuq il-familja.", "Il-Professur sema' l-opinjonijiet tat-tfal dwar dan is-suġġett u l-mod kif jirrelatawh mal-ħajja tagħhom.", "Pereżempju jgħid kif jallaċċjaw familja li għandha problemi finanzjarji ma' bullying l-iskola għaliex it-tfal ma jkunux jistgħu jistiednu ħbieb tagħhom id-dar għax jistħu juruhom li huma m'għandhomx daqshekk affarijiet fid-dar tagħhom.", "Jew inkella għax il-ġenituri ma jkunux jistgħu jixtrulhom xi affarijiet, huma joqogħdu lura minn ċerti affarijiet u din tikkondizzjonahom fil-ħajja tagħhom.", "Fatt ieħor interessanti huwa li attendew ukoll żewġ rappreżentanti tal-Kunsill tal-Ewropa, Dr Anne Crowley u Ms Gerison Lansdown, li huma esperti f'dan il-qasam.", "Dawn ġew biex jispjegaw kif se taħdem l-għodda li biha se titkejjel il-parteċipazzjoni tat-tfal b'mod regolari.", "Xi ħaġa li ġibdu l-attenzjoni għaliha hija li meta nieħdu l-opinjoni tat-tfal, ħafna drabi nieħdu l-opinjoni ta' dawk li jkunu l-aktar avvanzati fl-iskola, jew ta' dawk li jkunu l-aktar kapaċi jitkellmu pubblikament u ma nisimgħux lil dawk li qegħdin lura jew lil dawk li l-aktar li għandna bżonn nisimgħu leħinhom", "Prof. Jones għamel eżerċizzju interessanti ħafna f'żoni ta' Leeds u ta' Liverpool u llum, fil-preżentazzjoni tiegħu, semmgħalna recordings ta' tfal li kienu involuti fil-proġetti tiegħu jitkellmu direttament fuq x'qegħdin jistennew minn dan il-proġett li qegħdin jaħdmu fuqu anke fl-Ingilterra.", "Nappella biex aħna wkoll nużaw din l-għodda li se tkun għad-dispożizzjoni tal-President's Foundation for the Wellbeing of Society.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem minn qalbi lil Dr Ruth Farrugia, li hija d-Direttur Ġenerali ta' din il-Fondazzjoni.", "Illum kumbinazzjoni kellimtha u ħeġġiġtha biex il-Fondazzjoni tagħmel preżentazzjonijiet lill-kumitati tal-Parlament.", "F'dan il-Parlament kemm-il darba nikkwotaw riċerka tal-Amerka u riċerka tal-Ingilterra.", "Però dawn qegħdin jagħmlu riċerka fuq Malta, diġà għandhom in-numri f'idejhom u jistgħu jgħidulna s-soċjetà tagħna fejn hi sejra.", "Imma kieku qatt nisma' lil xi ħadd jikkwotahom!", "Jien, l-ewwel waħda, ma nikkwotahomx.", "Allura naħseb li jkun tajjeb ħafna li dan il-Parlament jisma' aktar x'għandha xi tgħid din il-Fondazzjoni.", "Din il-Fondazzjoni qed tinvesti ħin u flus biex issir riċerka verament tajba u naħseb li dan l-għatx biex insiru nafu lis-soċjetà tagħna aħjar se jkun wieħed mil-legati importanti li l-President attwali tagħna se tħallilna.", "Naħseb dan huwa messaġġ importantissimu u mingħajr ma nirrepeti ruħi nħoss li verament dan għandna nagħmluh.", "Kif qiegħed hawnhekk l-Onor.", "Silvio Grixti, nixtieq nirringrazzjah talli bħala Chairperson tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, aċċetta t-talba tiegħi li nwaqqfu s-sottokumitat li semmejt dwar id-dijabete.", "Nispera li dan il-kumitat ma jattendux għalih biss il-ħames membri uffiċjali iżda jattendu għalih membri oħrajn, bħalma kien jiġri fil-passat, għaliex flimkien nistgħu noħolqu ħafna ġid.", "Hawnhekk nixtieq infakkar f'meta kienu jiġu ideat dwar kif se nġibu fondi mill-Unjoni Ewropea biex issir ċerta riċerka u mbagħad niskopru li din ir-riċerka kienet diġà bdiet issir u konna nisimgħu lill-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam, lill-familji u lill-persuni li għandhom il-kondizzjoni.", "Allura huwa importanti li f'dan il-Parlament niftħu aktar moħħna għal dak li nistgħu nassorbu.", "L-aħħar appell tiegħi huwa għal min qed isegwina.", "Bħalma taf inti, Sur President, ir-rwol li ġejt fdata bih bħala viċi tiegħek qed nieħu gost ħafna nagħmlu.", "Kull fejn immur qed nipprova nwassal il-messaġġ lin-nies hemm barra li dan il-Parlament huwa tagħhom.", "Inti ftaħt il-bibien biex isiru diversi wirjiet u attivitajiet f'dan il-Parlament, imma jien nixtieq li n-nies jagħmlu pass oltre.", "Nixtieq li jikkuntattjawna direttament u jgħidulna x'suġġetti għandna niddiskutu fuq livell ta' kumitat.", "Naħseb li n-nies iridu jifhmu ħafna u ħafna aktar li aħna hawn ġew qegħdin għas-servizz tagħhom.", "Meta n-nies hemm barra jifhmu dan, l-ewwel nett innaqqsu mis-sens ta' privileġġ li forsi xi wħud minna jista' jkun li għandna, għalkemm fil-fehma tiegħi dan ma jiswa assolutament xejn għaliex fl-aħħar mill-aħħar ilkoll kemm aħna niddependu fuq in-nies, u t-tieni, il-fatt li bħala Membri Parlamentari niddiskutu xi ħaġa li jixtiquna niddiskutu n-nies iġegħelna nħossuna utili.", "Nagħlaq billi nirringrazzja ħafna lilek, Sur President, tal-opportunitajiet li qed tagħtini fil-ħidma parlamentari.", "Għal darb'oħra nerġa' nagħmel appell biex min jixtieq li fil-kumitati tagħna niddiskutu ċerti kwestjonijiet, m'għandux jistħi imma għandu jikteb u għandu jagħmel l-appell.", "Ma ninsewx li issa għandna wkoll il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet.", "Jiġifieri hemm ħafna affarijiet x'wieħed jista' jagħmel.", "Kważi kważi l-Parlament illum jista' jmexxih il-poplu ħafna aktar milli jmexxuh il-Membri Parlamentari.", "Ovvjament jibqgħu r-regoli tal-Kamra li jmexxu l-affarijiet l-oħrajn kollha, jiġifieri ma naħsbux li se nillaxkaw u se nagħmlu dan il-Parlament xi każin jew xi klabb, però naħseb li l-messaġġ tiegħi nftiehem.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – XOGĦLIJIET LEGALI – ĦLAS LILL-AVUKATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm qegħdin jitħallsu individwalment l-avukati li lilhom ġie farmed out ix-xogħol legali tal-Awtorità tal-Artijiet għal kull xahar?", "Jista' jagħti l-ismijiet ta' dawn l-avukati u jagħti l-informazzjoni mitluba, xahar b'xahar għas-snin 2017 u 2018?​", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ MEZZI TAL-MIDJA SOĊJALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 245 u jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u midja soċjali oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2314 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON (Ministu għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ordna li tingħata s-Segretarju Parlamentari mill-ħatra ta' dan tal-aħħar lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u għal liema ammonti u għal liema raġunijiet, u d-data f'kull każ?", "Jista' f'kull każ jgħid għaliex is-Segretarju Parlamentari ma ordnax li tinħareġ sejħa pubblika?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Infurmat li s-Segretarju Parlamentari ma tax direct order lill-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għal xogħol f'entità pubblika partikolari, ġentilment nitolbu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4303.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – INFIQ FUQ REKLAMAR FIL-GAZZETTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2330 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ MALTIJA DWAR IL-LOGĦOB – KWALIFIKI AKKADEMIĊI TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, apparti d-diploma fil-food handling li għandu, bħala anti-money laundering officer fl-Awtorità Maltija dwar il-Logħob?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li l-individwu kkonċernat huwa kkwalifikat fi Project Management (Prince 2) u għandu wkoll Diploma f'Digital Marketing.", "Bħalissa huwa wkoll jinsab għaddej bl-istudji tiegħu f'Bachelors of Arts in Criminology mal-Università ta' Malta.", "Huwa għandu wkoll aktar minn tliet snin u nofs esperjenza fi ħdan l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti, kif se nsemmi:", "Tabella 'B' - Entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru ma kellhomx reklamar fuq Facebook fil-perjodu indikat fil-mistoqsija.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook hija skont is-segwenti tabella:", "L-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc u għall-Enemed Co. Ltd.", "Minħabba f'hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpaniji.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "HELENA DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5569.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa medja fix-xahar għal promozzjoni fuq il-midja soċjali mill-Ministeru u mill-entitajiet li jiffurmaw parti minnha hija ta' ftit inqas minn €20,000.", "Dan imur kważi kollu għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li tagħmel marketing biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għat-turisti.", "Din il-promozzjoni tinkludi wkoll l-ITS, li tippromwovi l-korsijiet/kurrikulu tagħha għal studenti ġodda u prospettivi; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-Malta Film Commission li jippromwovu l-faċilitajiet tagħhom fuq skopijiet kummerċjali; u l-Ministeru.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu indikat ma sarx reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, la minn dan il-Ministeru u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.", "GĦAWDEX – ĠBIR TA' ALKA MILL-BAJJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il tunnellata ta' alka nġabret mill-bajjiet ta' Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum?", "Mil-liema bajjiet inġabret din l-alka u kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u sena b'sena biex inġabret l-alka?", "Tista' tgħid ukoll xi jsir mill-alka wara li tinġabar?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX - TWESSIGĦ TA' TOROQ – ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ħlas li sar mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq ġewwa Għawdex, fejn dan il-proġett ta' twessigħ ta' toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li kienu u li qed ikunu parti minn dan il-proġett?", "Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta' triq?", "Jista' jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b'direct order jew kienx magħżul b'tender?", "IAN BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7812 fis-Seduta 170.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – DIPARTIMENTI U ENTITAJIET – PERSUNI LI BBENEFIKAW MINN MIŻURI FAMILY-FRIENDLY", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ, jista' jagħti s-sess tal-persuna kif ukoll l-età ta' kull uffiċjal?", "X'tip ta' miżuri kienu u f'liema grad huma l-uffiċjali li bbenefikaw minnhom?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li n-numru ta' uffiċjali fi ħdan id-Direttorati/Dipartiment tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly minn Marzu 2013 'l hawn, maqsuma sena b'sena, huwa kif muri fit-tabella li tinstab fl-aħħar ta' dan id-dokument.", "L-impjegati jinkludu kemm teaching grades kif ukoll gradi fis-servizz ġenerali.", "L-etajiet tal-impjegati jvarjaw kif ġej:", "Maternity/Parental Leave bejn 20 u 41 sena", "Reduced Hours bejn 32 u 61 sena", "Teleworking bejn 20 u 62 sena", "Flexi-Time bejn 20 u 61 sena", "Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "IL-MELLIEĦA – BYPASS – TESTIJIET U ĊERTIFIKAZZJONI TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li l-bypass tal-Mellieħa hija lesta u ilha xhur lesta, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' testijiet saru, minn min saru u min iċċertifika x-xogħol?", "Jista' jpoġġi kopja tat-testijiet u taċ-ċertifikazzjoni tax-xogħol fuq il-Mejda tal-Kamra, u jgħid x'kien l-eżitu tat-testijiet kollha li saru?", "Jista' jgħid ukoll jekk Infrastruttura Malta u l-Ministeru tiegħu humiex kuntenti bl-eżitu tat-testijiet u bil-kwalità tax-xogħol?", "IAN BORG: Hekk kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6735, it-testijiet tekniċi meħtieġa sabiex janalizzaw il-kwalità tax-xogħol fit-triq imsemmija twettqu u t-tagħrif miġbur qed jiġi pproċessat sabiex jiġu konklużi r-riżultati finali.", "It-testijiet imsemmija jsiru minn entitajiet indipendenti minn Transport Malta u Infrastruttura Malta.", "Filwaqt li r-rapporti finali għadhom qed jiġu ffinalizzati, mit-tagħrif tekniku disponibbli jidher li se jkun meħtieġ isiru xi tiswijiet sabiex it-triq tilħaq il-livelli ta' kwalità rikjesti minn Infrastruttura Malta.", "Minkejja li dawn in-nuqqasijiet m'għandhomx impatt fuq is-sigurtà ta' dawk li jużaw din it-triq, Infrastruttura Malta diġà tkellmet mal-kuntrattur konċernat sabiex jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji ħalli jintlaħqu l-livelli ta' kwalità mixtieqa.", "Infrastruttura Malta se tkompli taħdem sabiex ittejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "IL-MARSA – DEEP WATER QUAY – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijet li aktar minn 14-il xahar wara li nħarġet it-tender għal Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) fid-Deep Water Quay Marsa għadu ma sar xejn?", "F'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili minn Transport Malta, il-proċess tal-evalwazzjoni tat-tender CT2039/2017 twal minħabba diversi appelli li issa ntemmu wara l-aħħar deċizjoni tal-Bord tal-Appelli (PCRB).", "Il-perjodu tal-appell ingħalaq f'Ottubru.", "Issa qiegħed jiġi inizjat proċess ieħor ta' tender għal dan ix-xogħol.", "Hemm ippjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fit-tieni kwart ta' 2019, ċjoè wara li jiġu allokati l-fondi fl-2019 għal dan il-proġett u jintemm il-proċess tat-tender il-ġdid.", "GOZO SPORTS COMPLEX – PIXXINA – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid f'liema xahar tas-sena 2018 hu ppjanat li jibda x-xogħol ta' skavar għall-pixxina ġewwa ż-żona tal-Gozo Sports Complex?", "Tista' tgħid liema kuntrattur ħa dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa x-xogħol ta' skavar?", "Tista' tgħid x'sar minnu l-Public Private Partnership (PPP) li kien ġie ffirmat mill-Ministru ta' qabilha dwar dan il-proġett?", "Interpellant li l-proċess tat-tendering bħalissa qiegħed sospiż peress li ġiet sottomessa oġġezzjoni quddiem il-PCRB.", "Għaldaqstant ix-xogħol ta' skavar għall-pixxina ġewwa ż-żona tal-Gozo Sports Complex jibda ladarba jintemm dan il-proċess.", "RAĦAL IL-ĠDID – SKOLA PRIMARJA – STUDENTI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja ta' Raħal Ġdid maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti li jattendu l-Iskejjel Primarji ta' Raħal Ġdid (Paola A u Paola B), maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt:", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt:", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Iskola Primarja ta' Ħal Tarxien, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti li jattendu l-Iskola Primarja ta' Ħal Tarxien, maqsuma skont il-livell li jinsabu fih, huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt:", "ADOZZJONIJIET MINN PAJJIŻI ESTERNI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' kemm saru adozzjonijiet minn pajjiżi esterni mis-sena 2008 sal-lum, maqsuma sena b'sena, u skont il-pajjiż?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "ADOZZJONIJIET – PERSUNI LI GAWDEW MILL-GĦOTJA TA' €10,000", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm familji/persuni li gawdew mill-għotja ta' massimu ta' €10,000 għal adozzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi s'issa diġà kien hemm 29 koppja li bbenefikaw minn din l-għotja għal adozzjonijiet.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jkun restawrat is-swar li jħares lejn Triq Valperga l-Fgura, speċjalment il-parti ta' fejn hemm il-grawnd tal-futbol?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr bħalissa qiegħed iħejji pjanti dettaljati tal-kundizzjoni tas-swar ta' San Nikola, San Ġwann, u San Pawl li jagħmlu parti mis-swar li jdawru l-Kottonera, magħrufa bħala l-Cottonera Lines.", "Saret ukoll talba għal permess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Dan il-permess huwa mistenni li jkun approvat fil-bidu tal-2019.", "Huwa ppjanat li jinħargu l-ewwel tenders għal xogħol ta' restawr tal-faċċati tas-sur ta' San Ġwann li jidher minn Triq Valperga il-Fgura, u ċjoè s-swar biswit il-grawnd tal-Fgura, lejn nofs is-sena id-dieħla.", "Xogħlijiet oħra ta' restawr huma ppjanati ġewwa s-sur ta' San Ġwann u fuq is-swar ta' San Nikola u ta' San Pawl.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA – IMPJEGATI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Minn meta ġiet imwaqqfa l-Aġenzija Infrastruttura Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew impjegati magħha u li ma kenux impjegati tal-Gvern jew ma' Transport Malta?", "F'liema gradi ġew impjegati dawn il-persuni?", "Ħarġet call for application għal dawn l-impjiegi?", "Jekk saru l-interviews, minn min kien iffurmat il-bord tal-interviews?", "Xi kwalifiki kellu kull membru fil-bord tal-interviews relatati max-xogħol tal-Aġenzija Infrastruttura Malta?", "Minn min ħarġet l-ordni biex jiġu maħluqa dawn il-vacancies?", "IAN BORG: Fil-perjodu msemmi ġiet impjegata persuna waħda li ma kinitx diġà impjegata tal-Gvern, tal-entitajiet tiegħu, jew ta' Trasport Malta.", "Din il-persuna ġiet impjegata wara sejħa għall-applikazzjonijiet skont it-termini applikabbli.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA – KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Infrastruttura Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju, inkluż paga, allowances u perkaċċi oħra, li qiegħed jieħu l-Kap Eżekuttiv ta' Infrastruttura Malta?", "Jista' jgħid xi kwalifiki akkademiċi u kemm-il sena ta' esperjenza prattika għandu l-Kap Eżekuttiv ta' Infrastruttura Malta direttament relatati ma' bini ta' toroq?", "Jista' jgħid jekk ħarġitx call for application għall-kariga ta' Kap Eżekuttiv ta' Infrastruttura Malta?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kienu dawk il-persuni li applikaw għal din il-kariga?", "Jista' jpoġġi l-kuntratt ta' din il-persuna fuq il-Mejda tal-Kamra peress li din il-persuna qiegħda titħallas mit-taxxi tal-poplu?", "IAN BORG: Il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastruttura Malta huwa l-Inġ.", "Frederick Azzopardi, li kien diġà impjegat ma' entità governattiva fl-istess kariga qabel ma ntalab jiġi trasferit ma' din l-aġenzija ġdida, sabiex ikollha l-aħjar riżorsi ta' tmexxija biex twettaq l-impenn tagħha li fis-snin li ġejjin pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-trasport.", "L-Inġ.", "Azzopardi kien Uffiċjal Kap Eżekuttiv, jiġifieri l-istess kariga li għandu bħalissa, mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u mal-Enemalta plc.", "Ma' din tal-aħħar, f'din il-kariga u fil-kariga ta' Chairman huwa mexxa t-trasformazzjoni biex din il-kumpanija mhux biss biddlet snin twal ta' telf fi tliet snin konsekuttivi ta' profitti ta' miljuni ta' ewro, iżda wettqet ukoll fost l-akbar proġetti infrastrutturali fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li qatt saru f'pajjiżna.", "Fost dawn l-investimenti infrastrutturali kbar hemm investiment ta' madwar €100 miljun fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, bil-bini ta' ċentri tad-distribuzzjoni ġodda u mijiet ta' kilometri ta' cables tal-elettriku ta' vultaġġ għoli taħt l-art fit-toroq, it-twettiq tal-Malta-Italy Interconnector u ż-żarmar tal-power stations tal-heavy fuel oil tal-Marsa u Marsaxlokk.", "L-Inġ.", "Azzopardi kien ukoll chairman ta' żewġ entitajiet oħra tal-Gvern.", "Fis-snin ta' qabel, l-istess uffiċjal kap eżekuttiv ħadem ukoll bħala chief engineer fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura tal-Gvern, b'responsabbiltà ta' diversi proġetti infrastrutturali nazzjonali, u fejn ħadem ukoll mal-Onor.", "Interpellant għal diversi snin.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA – PROMOZZJONIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha mwaqqfa l-Aġenzija Infrastruttura Malta?", "Jista' jgħid ukoll kemm ħarġu promotions f'din l-Aġenzija u min ħa dawn il-promotions?", "F'liema gradi ħarġu dawn il-promotions?", "Min ħa promotion, jista' jgħid f'liema grad kien qabel ma ħa din il-promotion u f'liema grad qiegħed issa wara li ħa din il-promotion?", "Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm min ħa aktar minn promozzjoni waħda kemm ilha mwaqqfa din l-Aġenzija?", "IAN BORG: Fil-perjodu msemmi ma ngħatawx promozzjonjiet.", "Għalhekk, lanqas ma kien hemm min ħa aktar minn promozzjoni waħda.", "GROUND HANDLING – ĦADDIEMA FULL-TIME U PART-TIME", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati full-time u part-time fil-ground handling separatament, sena b'sena, fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "AIR MALTA – ĦADDIEMA FULL-TIME", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati fl-Air Malta fuq bażi full-time fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'liema dipartiment tal-Air Malta?", "Kemm żdiedet l-ispiża għall-Air Malta, sena b'sena, biex ġew ingaġġati dawn l-impjegati fuq bażi full-time?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "KUMMISSJONI EWROPEA – KORRISPONDENZA", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex korrispondenza mill-Kummisjoni Ewropea dwar l-Air Malta fis-snin 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jpoġġi l-istess korrispondenza u tweġibiet għaliha fuq il-Mejda tal-Kamra?", "(Din għandha tinkludi anke korrispondenza li rċevew Ministeri oħra u li ġew mgħoddija lill-Ministeru responsabbli politikament mil-linja tal-ajru l-Air Malta)", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern dejjem wieġeb kull mistoqsija mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Air Malta.", "Nikkonferma li m'hemm l-ebda mistoqsijiet pendenti.", "GĦAWDEX - XOGĦLIJIET FUQ KLINIKA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li x-xogħol fuq il-Klinika ta' Għawdex ilu wieqaf aktar minn sena u ċ-ċentru preżenti joffri lok li mhux idoneu, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-ħsieb u meta ser jitlesta x-xogħol?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qed jiġi ffinalizzat ix-xogħol preparatorju sabiex ikunu jistgħu jinħarġu l-permessi neċessarji mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "FTEHIM MALTA-ĊINA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ġdid fil-ftehim Malta-Ċina?", "Jista' jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-memorandum of understanding bejn Malta u ċ-Ċina taħt il-qafas tal-One Belt One Road Initiative, li ġie ffirmat f'Shanghai nhar il-5 ta' Novembru 2018, jipprovdi qafas bejn iż-żewġ pajjiżi biex isiru proġetti, investimenti u koperazzjoni f'oqsma bħall-kummerċ, is-servizzi finanzjarji u t-turiżmu.", "L-iskop tal-inizjattiva hu li tiġbor ftehimiet differenti u tipprovdi qafas li jagħti sinjal lill-kumpaniji Ċiniżi li għall-Gvern Ċiniż, Malta hi pajjiż tajjeb fejn isir investiment, b'rispett għar-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Malta hi fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li ċ-Ċina qed tiffirma magħhom dan it-tip ta' ftehim.", "Il-One Belt One Road Initiative hi inizjattiva ewlenija tal-President Ċiniż Xi Jinping u dan l-iffirmar jindika tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi fil-preżent kif ukoll fil-ġejjieni.", "Il-ftehim (memorandum of understanding) tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "LIMITI TAR-RABAT - TRIQ WIED RINI – PROPRJETÀ TAL-GVERN OKKUPATA MILL-PRIVAT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li l-bini tal-eks Telemalta Maltacom u Maritime Radio Station u Department of Civil Aviation wireless telegraphy station fi Triq Wied Rini bejn il-Baħrija u l-Imtaħleb (Kunċizzjoni) limiti tar-Rabat, li possibbilment huwa mogħti minn art tal-Gvern, inbnew xi għerejjex fil-perimetru u l-garaxxijiet ta' taħt it-triq huma okkupati wkoll, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-art ġietx mgħoddija lil terzi jew jekk ġietx okkupata?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet diġà għamlet l-ispezzjonijiet neċessarji fejn is-sezzjoni tal-infurzar waħħlet notifiki mal-proprjetajiet li potenzjalment qed jiġu okkupati mingħajr titlu.", "L-Awtorità se tkompli tieħu l-passi neċessarji fiż-żmien li ġej.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-swali li mhumiex speciality oriented għax huma mixed?", "Jista' jgħid x'se jsir bħala rimedju?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika għal liema sptar qed jirreferi.", "LISTA' TA' STENNIJA GĦAL KULL SPEĊJALITÀ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu ż-żmien li pazjent irid jistenna għal kull speċjalità?", "Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' pazjenti fil-lista ta' stennija għal kull speċjalità?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jispeċifika għal liema stennija qed jirreferi.", "MALTA ENTERPRISE – PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI - LETTER OF INTENT GĦALL-KUMPANIJI INTERESSATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta' dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw letter of intent mill-Malta Enterprise skont kif provdut f'Artikolu 4.", "(2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka, Kap. 578?", "F'kull każ, jista' jgħid ukoll fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Enterprise koperta bil-kunfidenzjalità imposta skont l-artikolu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta' Malta (Malta Enterprise Act) u l-artikolu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji li huma approvati għajr dawk li huma diġà pubbliċi, li jinkludu MGC Pharma; Affinity Energy & Health; Wayland; Aurora; Alvit LCS Pharma; Aphria u Columbia Care.", "MALTA INDUSTRIAL PARKS – PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI - ŻONI IDENTIFIKATI GĦAL AZJENDI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dawk iż-żoni li l-Malta Industrial Parks identifikat bħala żoni li fihom jistgħu jsiru l-faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejjin b'ħidma biex jiġu identifikati żoni/faċilitajiet għal dawn l-ażjendi.", "Il-probabbiltà hi li l-maġġor parti tagħhom ikunu bbażati f'Ħal Far.", "PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI - REGOLAMENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti li jirregolaw il-faċilitajiet li jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut fl-artikolu 11 tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka, Kap. 578?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li l-Malta Enterprise tagħmel due dilgence fuq l-applikazzjonijiet li tirċievi biex tassigura li l-proġetti approvati huma ta' kwalità, il-Medicines Authority hija responsabbli għar-regolamenti li jirregolaw dawn il-facilitajiet.", "AWTORITÀ TAL-MEDIĊINI –PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI - LIĊENZJI LIL KUMPANIJI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta' dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut fl-artikolu 4 (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka, Kap. 578?", "F'kull każ tista' tgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?", "HELENA DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "VALLETTA FC – ART BIEX JINBENA STADIUM U FAĊILITAJIET OĦRA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw art biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol bażiku relatat mal-allokazzjoni potenzjali tal-art sar.", "Il-Ministeri involuti bħalissa qed jaħdmu b'mod kollettiv sabiex jassiguraw l-aħjar prattiki kemm għall-użu tal-art kif ukoll għal-linji gwida ta' żvilupp relatat.", "GĦAQDIET SPORTIVI – KUNTRATTI / FTEHIM DWAR PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/memorandum of understanding li daħal fihom ma' għaqdiet sportivi fl-2017 u din is-sena biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ntalbu kopji tad-dokumentazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija mingħand SportMalta.", "Dan it-tagħrif ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.", "Tabella b'informazzjoni għall-mistoqsija parlamentari 7848"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181127_173d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hawn korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, il-Ministru Carmelo Abela jidher bħala assenti fuq il-Minuti.", "Dan kien żball min-naħa tiegħi li ma inkludejtux fil-lista minħabba li r-request kien daħal wara li bgħatt il-lista.", "Fil-fatt, għadni kemm bgħatt email ftit tal-minuti ilu biex ninforma lill-Kamra li lbieraħ u llum, il-Ministru Abela jinsab msiefer fuq xogħol tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mela ssir l-emenda neċessarja.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 173, li saret fis-27 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Komunikazzjoni li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman fit-28 ta' Novembru 2018 dwar każ ta' uffiċjal fil-Ministeru għas-Saħħa;", "Ir-rapport maħruġ mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru \"Governance – Action on the Parliamentary Ombudsman's Annual Report 2017\", datat Novembru 2018;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Alex Muscat u l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici fil-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni li nżammet ġewwa Vjenna fil-11 u t-12 ta' Ottubru 2018; u", "Kopja ta' korrispondenza li għaddiet f'Novembru 2018 bejn l-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra u r-rappreżentant legali ta' \"theshiftnews.com\" b'referenza għal ruling mogħti mis-Sedja fl-20 ta' Novembru 2018 fuq talba tal-Onor.", "Qed inpoġġi kopja ta' din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra, għaliex ir-referenza li saret mill-avukat ta' theshiftnews.com hija ħażina, għaliex mhux il-każ li hemm proċeduri quddiem il-Kamra, imma sempliċement kienet korrezzjoni li kellha ssir.", "Il-każ huwa magħluq għaliex ir-ruling ġie ppubblikat skont il-prassi tal-Kamra u skont il-prassi tal-kmamar kollha li jgawdu demokrazija fil-parlamenti kollha tal-Commonwealth.", "Is-Sedja hija kkonfortata wkoll minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Kif għedt, il-każ huwa magħluq, imma xorta qed inpoġġi din il-korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra għall-konsum ta' kulħadd.", "Inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Komunikazzjoni li s-Sedja rċeviet illum mingħand l-Ombudsman datata 28 ta' Novembru 2018 dwar il-każ ta' persuna fil-Ministeru tas-Saħħa.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – GĦAJNUNA LIL STABBILIMENT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm fondi, sponsorships jew għajnuna mod ieħor, ta l-Ministeru tiegħu, inkluż il-Malta Tourism Authority, lill-istabbilimenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-2013 'l hawn, maqsuma sena b'sena?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex) (f'isem il-Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tagħti support lil diversi attivitajiet skont il-kriterji stabbiliti minnha.", "L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, ġentilment nistaqsi lill-Ministru Caruana li qdiet id-dover tagħha u wieġbet għan-nom tal-Ministru Konrad Mizzi, jekk hemmx xi raġuni għaliex il-Ministru għat-Turiżmu, kull darba li jkollna mistoqsijiet parlamentari indirizzati lilu, qatt ma jkun fil-Kamra.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hux imsiefer fuq xogħol ministerjali?", "Jekk hu msiefer, wieħed jifhem l-assenza tiegħu, però, jien li ilni ftit tas-snin mhux ħażin fil-Kamra, niftakar li kull meta ma kienx ikun hawn Ministru fil-Kamra waqt il-ħinijiet tal-mistoqsijiet parlamentari, dak iż-żmien l-Oppożizzjoni Laburista kienet tqajjem pogrom!", "Qed nitkellem b'mod prudenti ħafna.", "L-ISPEAKER: Kif taf inti, li kont Ministru, Onor. Azzopardi, fil-Kamra hawn il-collective responsibility.", "Nistaqsi jekk hawnx xi spjegazzjoni, għaliex il-Ministru Mizzi huwa assenti.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, jien biex wasalt hawnhekk ilni sagħtejn ġejja, għax hemm ħafna traffiku!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, fil-qosor ħalli nimxu.", "JASON AZZOPARDI: Biex inkun leali, ma rridx ngħabbi lill-Ministru Caruana bir-responsabbiltà li twieġeb għal xi ħaġa li mhijiex informata biha.", "Però jista' xi ħadd min-naħa tal-Gvern jgħid jekk hemmx raġuni għalfejn il-Ministru Mizzi mhux hawnhekk?", "Jista' jirrispondini l-Whip tal-Gvern l-Onor.", "L-ISPEAKER: Onor. Jason Azzopardi, ma tistax tqajjem persuna biex tirrispondi, għax dak sta għas-Sedja.", "Nimxu għal-mistoqsija li jmiss.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – EVENT ORGANISATION FOR PROMOTIONAL AND COMMUNICATIONS RELATED EVENTS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2383 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.", "L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili bħal, pereżempju, kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Waħda mir-responsabbiltajiet tal-Ministru Bonnici li naf li hija verament għal qalbu hija l-kultura u anke l-attivitajiet marbuta mal-Valletta 2018.", "Issa kif deħlin għal żmien ta' festi, saret drawwa li fil-Belt Valletta jsiru diversi attivitajiet.", "Pereżempju, rajna għall-ewwel darba presepju li ttella' fi Pjazza Tritoni.", "Dawn huma attivitatjiet li jistgħu jgawdu minnhom il-familji Maltin u Għawdxin u li ħafna minnhom ikunu bla ħlas.", "Jista' l-Ministru jelenka x'attivitajiet se jkun hemm fil-ġranet li ġejjin?", "OWEN BONNICI: Irrid nibda billi ngħid mill-ewwel li dan ix-xogħol sar id f'id mal-Onor.", "Deo Debattista li apparti milli huwa l-persuna inkarigata mill-Valletta 2018, huwa wkoll iben il-Belt, maħbub ħafna fil-Belt Valletta u qalbu qiegħda mal-Belt.", "Dan jidher fl-entużjażmu li juri biex jittellgħu dan it-tip ta' attivitajiet.", "Pubblikament nirringrazzjah għax-xogħol li jagħmel fil-Belt Valletta.", "Kif nafu, l-istaġun tal-Milied huwa staġun speċjali, għaliex huwa perjodu fejn il-familji jidħlu fil-Belt Valletta u jaqsmu mumenti sbieħ flimkien.", "Kemm hu sabiħ li tara familji li kif joqrob il-Milied jieħdu l-leave mix-xogħol u meta t-tfal ikunu bil-vaganzi jgawdu dan il-ħin flimkien.", "Kultant, meta tikber, bla ma trid, tibda tiftakar fiż-żmien meta kont tifel u l-ġenituri kienu jeħduk il-Belt Valletta.", "Bl-istess mod, aħna rridu nagħtu memorji sbieħ lit-tfal tagħna billi jgawdu dan il-perjodu festiv tant sabiħ.", "Il-Belt Valletta mhijiex eċċezzjoni għall-bqija tal-lokalitajiet f'Malta u fiha wieħed jista' jgawdi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.", "Irrid insemmi tliet attivitajiet prinċipali.", "L-ewwel nett, insemmi l-presepju li inawgurajna ftit tal-jiem ilu hekk kif tidħol fi Pjazza Tritoni, li għalkemm huwa presepju żagħżugħ fiż-żmien, huwa rikk ħafna fl-istorja.", "Dan il-presepju ntrama fi tliet postijiet importanti, l-ewwel fil-pjazza ewlenija tal-Vatikan, imbagħad f'Betlehem fejn twieled Ġesu Bambin u din is-sena, li hi dedikata għall-Belt Valletta, qed jilqa' lin-nies huma hu deħlin fil-Belt.", "It-tieni avveniment huwa d-dawl li inawgurajna ftit tal-jiem ilu fit-toroq tal-Belt, li rrid ngħid li ntlaqa' tajjeb ħafna.", "Issa naf li kien hemm dibattiti għax min għoġbu u min m'għoġbux, imma nemmen li ħafna nies ħadu pjaċir ħafna b'dawn id-dawl, b'mod speċjali għaliex għall-ewwel darba ma żejjinniex biss Triq ir-Repubblika, imma żejjinna wkoll Triq Merkanti.", "Li hemm sabiħ f'dan kollu hu li kienet biċċa xogħol li ħdimnieha flimkien mal-komunità tan-negozju kemm ta' Triq ir-Repubblika kif ukoll ta' Triq Merkanti.", "It-tielet avveniment li m'għandix dubju li se jinżel tajjeb ħafna man-nies huwa l-festeġġjamenti ta' lejlet l-Ewwel tas-Sena li se jsiru fil-Belt Valletta.", "Meta jien kont tifel, niftakarni ngħid kemm nixtieq li xi darba fil-Belt kapitali tagħna nibdew niffesteġġjaw l-Ewwel tas-Sena bħall-festeġġjamenti li naraw fuq it-televiżjoni dak iż-żmien li jsiru f'Milan, Ruma u Londra.", "Bħali, ħafna oħrajn tal-ġenerazzjoni tiegħi, kellna din ix-xewqa li bħalma jsir barra, jibda jsir f'Malta ukoll.", "Illum ngħid li qed niċċelebraw aħjar minn barra minn Malta, għaliex għandna avvenimenti sbieħ li huma b'xejn għal kulħadd u t-temp dejjem jiffavorina, għax għalkemm tkun ftit kesħa u forsi ftit xita, it-temp f'Malta huwa fantastiku.", "Għalhekk nistieden lill-familji kollha biex lejlet l-Ewwel tas-Sena jiġu fi Pjazza San Ġorġ fejn se jkollna ċelebrazzjonijiet sbieħ ħafna.", "Il-lead singer se tkun Ira Losco li m'għandha bżonn l-ebda introduzzjoni.", "Nirringrazzja lil Ira u lit-tim tagħha li se jaħdmu f'kollaborazzjoni mal-Valletta 2018, l-MTA u diversi entitajiet oħrajn, anke mis-settur privat, biex inkunu nistgħu noffru lill-pubbliku ċelebrazzjonijiet sbieħ u b'xejn għal kulħadd.", "B'hekk il-familji jistgħu jikkreaw memorji sbieħ flimkien.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Naf li d-dewmien fil-Qrati qed jippreokkupa lil diversi nies, però naf ukoll li saru diversi inizjattivi min-naħa tal-Ministru biex tiżdied l-effiċjenza.", "Jista' l-Ministru jelabora dwar x'qiegħed isir min-naħa tal-Ministeru għall-Ġustizzja biex ikomplu jitħaffu l-proċeduri u jonqos id-dewmien?", "OWEN BONNICI: Kif dejjem ngħid, l-ikbar għadu tas-saltna tad-dritt huwa d-dewmien.", "Ara kemm isiru diskorsi, argumenti u dibattiti, kultant qliel!", "Din hija l-ikbar sfida: id-dewmien.", "Dan għaliex in-nies għandhom dritt jitolbu ġustizzja li ssir f'ħin spedit u raġonevoli sabiex il-ġustizzja li jirċievu tkun tagħmel sens.", "Inutli li jkollok sentenza perfetta u sublimi li tingħata tard għaliex, tajba kemm hi tajba, jekk tasal wara ħafna żmien, b'kull rispett, stajt ma tajt xejn.", "Hemmhekk ma tkunx qed issir ġustizzja, għax il-ġustizzja trid issir fil-ħin.", "Għalhekk din hija missjoni importanti ħafna ta' dan il-Gvern.", "Jien ħadt pjaċir ħafna meta nhar il-Ħadd li għadda qrajt il-credit rating li rċeviet Malta.", "Għal darba oħra, fis-settur ekonomiku, Malta uriet li miexja b'mod eċċellenti, għax dejjem qed inġibu riżultati tajbin ħafna.", "Dan meta sa ftit snin ilu konna nixxenqu li niksbu dawn ir-riżultati.", "Irrid ngħid ukoll li f'dan ir-rapport ta' credit rating kien hemm ukoll parti dwar il-qasam tal-ġustizzja.", "Għan-nom tan-nies kollha li jaħdmu fis-settur tal-ġustizzja, li huwa settur delikat u diffiċli, imma ta' sodisfazzjon kbir, ħadt pjaċir ħafna naqra li dan il-credit rating report jgħid b'mod ċar u tond li d-dewmien, speċjalment fil-kawżi ċivili, naqas b'mod konsiderevoli.", "Hawn infakkar li fl-aħħar justice scoreboard kien hemm indikat b'mod ċar li fir-rigward tal-clearance rate, jiġifieri r-rata ta' kemm jinqatgħu kawżi komparati ma' kemm jidħlu, fl-Ewropa kollha, pajjiżna ġie l-ewwel.", "Issa jekk hawn xi ħadd jaħseb li xi ħaġa bħal din tiġi b'kumbinazzjoni, waqgħet mis-sema, jew issir billi toqgħod bilqiegħda tikteb fil-gazzetta, naħseb li jkun qed jgħix f'realtà li mhijiex minnha.", "Dawn ir-riżultati jiġu għaliex ikollok pjan iffokat.", "F'dan kollu rrid infakkar li l-partner ewlieni f'din il-ħidma huwa organu li huwa indipendenti mill-Gvern.", "Dan mhuwiex organu bħal, pereżempju, il-kultura fejn hemm id-Direttur tal-Kultura li huwa obbligat jimplimenta l-politika tal-Gvern.", "Il-Qorti hija organu indipendenti mill-Gvern.", "Dan ifisser li rridu naħdmu flimkien.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell lill-mezzi tax-xandir.", "Qed ngħid dan għax irrid nieħu l-okkażjoni biex nagħmel referenza għal storja li rajt nhar il-Ħadd li għadda fl-ewwel paġna tat-Times of Malta.", "F'din l-istorja ġew ikkwotati analisti tas-settur legali, li ma qalux min huma, li wrew tħassib għaliex waħda mill-assistenti ġudizzjarji ta' maġistrata li qed tagħmel inkjesti li huma fil-kontroversja pubblika, taħdem fl-Uffiċċju ta' Dr Pawlu Lia.", "Jien ivverifikajt mal-amministrazzjoni tal-Qorti u ġejt informat li din l-assistent ġudizzjarju, li kull min hu avukat jaf li l-ispeċjalità tagħha hija ċ-Ċivil, tgħin lill-maġistrat fil-kawżi li għandha fil-Bord tal-Kera.", "Dan għaliex il-maġistrati f'Malta jisimgħu l-kawżi u jagħmlu wkoll l-inkjesti.", "F'dan il-każ, il-maġistrata li saret riferenza għaliha fl-istorja hija l-maġistrata li tisma' l-kawżi tal-Bord tal-Kera u din l-assistenta ġudizzjarja tgħinha f'dawn il-kawżi.", "Għalhekk nappella anke lill-mezzi tax-xandir biex jinformaw ruħhom qabel ma jiktbu dwar il-Ġudikatura, għaliex importanti li nieħdu ħsieb l-istituzzjonijiet tagħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Numru ta' snin ilu, il-Gvern kien ħabbar li se jitwaqqaf il-villaġġ tal-karnival.", "Normalment meta jasal il-karnival u jagħmel il-maltemp, nisimgħu ħafna dwar dan il-villaġġ, imma mbagħad donnu jerġa' jintesa kollox.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhi s-sitwazzjoni dwar il-villaġġ?", "F'liema stadju wasal u meta effettivament se jinfetaħ?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli tani l-opportunità li ninforma lill-Kamra dwar dan il-villaġġ.", "Is-settur kulturali huwa sabiħ, għaliex fih hemm diversi speċjalitajiet.", "Forsi waħda mill-aktar speċjalitajiet popolari hija l-karnival.", "Għadna kif għamilna referenza għall-Belt Valletta u jien, bħala persuna li ilni noqgħod il-Belt numru ta' snin, nista' nixhed li l-karnival huwa xi ħaġa li hija verament intrinsikament marbuta mad-dilettanti tal-karnival, speċjalment dawk Beltin.", "Ovvjament, hemm ukoll diversi rħula li għandhom nies li jifhmu sew fil-karnival.", "Għalhekk, aħna ridna li ntaffu b'mod qawwi d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom id-dilettanti tal-karnival, speċjalment fix-xahar ta' Frar, proprju ftit ġimgħat qabel dawn id-dilettanti juru quddiem kulħadd il-karrijiet tagħhom.", "Niftakar li meta konna għadna fl-Oppożizzjoni kont nakkumpanja lill-Prim Ministru, li dak iż-żmien kien Kap tal-Oppożizzjoni, u mmorru Sant'Iermu biex naraw il-karrijiet tal-karnival.", "Ġieli kien hemm drabi meta aħna u deħlin kienet tibda nieżla x-xita u r-riħ qawwi li jonfoħ bil-kemm ma jaqlibx lilek, aħseb u ara l-karrijiet!", "Dak iż-żmien konna għedna lid-dilettanti tal-karnival li aħna rridu noffrulhom soluzzjoni għal din id-diffikultà.", "Fil-fatt, mill-ewwel bdejna b'taħditiet man-nies li huma involuti f'dan il-qasam.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja ħafna lis-Sur Jason Busuttil li huwa l-kelliem tad-dilettanti tal-karnival li flimkien miegħu ħdimna mill-ewwel sabiex napplikaw għal fondi Ewropej.", "Irrid ngħid li aħna rbaħna d-dritt li nagħmlu proġett b'fondi Ewropej.", "Issa li tirbaħ id-dritt li tagħmel proġett b'fondi Ewropej għandu l-vantaġġi u l-isfidi tiegħu wkoll.", "L-ikbar vantaġġ huwa li inti tkun ċert li se jkollok ammont ta' kapital li bis-saħħa tiegħu tkun tista' tagħmel il-proġett.", "L-isfida hi li d-deadlines huma stretti ħafna u r-regoli tal-procurement huma riġidi immens.", "Meta nisimgħu fuq l-aħbarijiet li nfetaħ proġett b'fondi Ewropej bħal, pereżempju, l-mużew MUŻA li ftaħna ftit tal-ġimgħat ilu, dan ikun sar skont regoli stretti ħafna.", "F'dan il-każ, aħna identifikajna sit għal dan il-proġett li qiegħed f'Kordin.", "L-idea kienet li dan is-sit ikun viċin il-Belt Valletta.", "Inutli tagħmel villaġġ tal-karnival f'post li huwa 'l bogħod mill-Belt Valletta, meta l-karnival isir fil-Belt Valletta u trid tieħu l-karrijiet hemmhekk.", "Kif qed ngħid, ġie identifikat post u sar ħafna xogħol preparatorju li kull min jifhem jista' jagħti aktar dettall dwaru.", "Hawn irrid nirringrazzja minn qalbi lill-Ministru Joe Mizzi u l-Ministru Ian Borg li flimkien magħhom ftehemna dwar pjan li bih jiġu rilokati numru ta' ħaddiema mill-Garaxx tal-Gvern.", "Kull min jaħdem fil-Garaxx tal-Gvern jaf x'qed ngħid, għax aħna tlabniehom li, b'sagrifiċċju, joħorġu minn fejn qegħdin ħalli dik iż-żona tkun tista' tingħata għal dan il-proġett.", "Ninsab kuntent ħafna li l-proġett qiegħed on track u jalla fix-xhur li ġejjin in-nies jibdew jaraw b'għajnejhom dan il-proġett tiela'.", "L-għan tagħna hu li fl-aħħar inkunu nistgħu mmorru għand id-dilettanti tal-karnival u ngħidulhom li, kif wegħedniehom, qed nagħtuhom villaġġ tal-karnival skont l-aqwa livelli u standards Ewropej.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fir-rigward ta' reati li jaffettwaw kemm is-servizzi finanzjarji kif ukoll interessi finanzjarji oħrajn, jista' l-Ministru jgħid kif pajjiżna qiegħed jikkumbatti dawn ir-reati?", "X'beħsiebu jagħmel il-Gvern sabiex naraw li jkollna aktar miżuri u liġijiet li jikkumbattu dawn l-interessi?", "OWEN BONNICI: Dan huwa dibattitu pjuttost twil li jitkellem dwar diversi affarijiet, però nixtieq insemmi żewġ affarijiet li aħna wettaqna fl-aħħar xhur.", "L-ewwel nett, bħala Gvern, ħadna d-deċiżjoni li pajjiżna jissieħeb fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) li għandu l-għan li jiġġieled ir-reati li jmorru kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.", "Inċidentalment, ġejt informat li kien hemm sejħa sabiex timtela vakanza ta' uffiċjal tal-prosekutur pubbliku Ewropew, liema sejħa ġiet reklamata madwar l-Ewropa kollha.", "Naturalment, jien informajt lill-entitajiet relattivi li l-Ewropa trid timla l-pożizzjoni ta' prosekutur pubbliku Ewropej li jrid ikun xi ħadd li serva bħala mħallef jew bħala prosekutur f'pajjiżu u jrid ikun membru tal-Unjoni Ewropea.", "It-tieni miżura li ħadna kienet li bħala Gvern waqqafna l-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi, Asset Recovery Bureau.", "Bħala pajjiż kellna obbligu li nagħmlu dan bil-liġi Ewropea u nista' ngħid li waqqafna dan l-uffiċċju b'mod iffokat u spedit ħafna.", "Fil-fatt, f'temp ta' ftit xhur, illum għandna uffiċċju mmexxi minn direttur li huwa persuna tal-affari tiegħu ħafna, bi staff li tajnieh it-taħriġ u bord li huwa mmexxi minn eks imħallef tal-Qorti Superjuri.", "Illum Malta għandha Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi kif għandu jkun hemm f'kull pajjiż li fih hemm rispett b'saħħtu lejn is-saltna tad-dritt.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ONOR.BYRON CAMILLERI: Waħda mir-responsabbiltajiet tal-Ministru Bonnici hija d-Direttorat għat-Tindif u l-Manutenzjoni.", "Dan l-aħħar, kont għaddej mill-Belt u stajt nara l-ħaddiema ta' dan id-direttorat jaħdmu b'apparat aktar modern.", "Naf ukoll li nfetħet sezzjoni tal-manutenzjoni.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'qed isir u x'impenji ġodda hemm sabiex naraw manutenzjoni aħjar ta' pajjiżna?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija fid-dawl li anke kien hemm numru ta' proġetti kapitali fejn intnefqu l-flus, imma ma kienx hemm unit fi ħdan il-Gvern sabiex nieħdu ħsiebhom u ssir manutenzjoni kif suppost.", "X'qed isir sabiex naraw li nieħdu ħsieb il-manutenzjoni u ż-żamma ta' pajjiżna b'mod aħjar?", "OWEN BONNICI: Bħalma għedt diġà, ħafna mill-mertu huwa tal-Onor.", "Deo Debattista li daħal f'din l-isfida bir-ras.", "Nerġa ngħid li jien residenti l-Belt Valletta u naf x'jiġifieri toħroġ fit-triq u tara li ma tistax timxi minħabba l-ħmieġ li jinħoloq mill-attività kummerċjali.", "Għalhekk, anke bħala resident, nirringrazzja lill-Onor.", "Deo Debattista tal-impenn kbir tiegħu biex mill-ewwel ra kif għamel u daħal f'diskussjonijiet dwar it-tagħmir li għandu jintuża u l-ħinijiet li fihom għandu jsir it-tindif.", "Fil-fatt tfassal avviż legali u llum qed naraw id-differenza.", "Forsi wieħed jistaqsi: Wasalna?", "Ngħid li fadal biex naslu, imma żgur li hemm differenza fil-livell ta' ndafa fil-Belt Valletta minn mindu saret din il-bidla li mexxa tant tajjeb l-Onor.", "Irrid ngħid ukoll li parti mill-manutenzjoni qed issir ukoll fuq siti storiċi li hemm fil-Belt Valletta u f'postijiet oħrajn.", "Bl-emendi li se mmexxu 'l quddiem, se nkomplu nsaħħu l-poteri ta' Heritage Malta biex tieħu ħsieb anke l-Belt Valletta mil-lat patrimonjali.", "Bil-bidliet li se nagħmlu fil-liġi, Heritage Malta se tkun tista' tikkordina aħjar mad-Dipartiment tat-Tindif li jmexxi tant tajjeb l-Onor.", "Deo Debattista sabiex nieħdu ħsieb il-Belt Valletta mhux biss mil-lat ta' ndafa, imma anke mil-lat ta' manutenzjoni tal-ġawhar storiċi li hemm fiha.", "Nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tad-diversi entitajiet li tant jagħmlu xogħol siewi.", "Irrid ngħid li kburi ħafna bil-ħaddiema kemm ta' Heritage Malta, tas-Sovrintendenza, tad-Direttorat tar-Restawr kif ukoll tad-Dipartiment tat-Tindif u Manutenzjoni, li jikkollaboraw u jaħdmu flimkien.", "Meta jkun hemm problema jew sfida, kull ma tmur fin-nofs tkun telefonata, u f'temp ta' ftit minuti tara l-ħaddiema jikkomunikaw flimkien, iċemplu lil xulxin u jibagħtu l-emails sabiex il-problema tissolva kemm jista' jkun malajr.", "Nirringrazzjahom minn qalbi u nwiegħed li se nkomplu naħdmu biex intejbu l-manutenzjoni tal-wirt storiku u taż-żoni urbani fejn jgħixu n-nies.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' deċiżjonijiet fejn il-Qorti u l-Asset Recovery Bureau ffriżaw flejjes u/jew oġġetti minn wara Jannar 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7965.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq Facebook mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7534;", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-benefiċjarji taħt il-Business Enhance ERDF Grant Schemes, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7947;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' konvenji reġistrati bejn Jannar 2012 u Novembru 2018, flimkien mal-valur dikjarat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6346; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq Facebook mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, minn wara Ġunju 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7531.", "L-ISPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "INFORMAZZJONI LILL-KAMRA", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, ninforma lill-Kamra li fis-Seduta tal-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2018, li skont il-Mozzjoni ta' Proċedura nru 46 li għaddiet fis-Seduta 20 tad-19 ta' Lulju 2017, tmiss lill-Oppożizzjoni, se tiġi diskussa l-mozzjoni nru 179 dwar ħatra ta' bord ta' inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, bis-seduta tibda fl-4.00 p.m.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "PUNT IMQAJJEM MILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, għadha kif ġiet intavolata l-konklużjoni pjuttost imdaqqsa f'600 paġna tal-investigazzjoni dwar il-materji relatati mal-award tal-kuntratt tal-Electrogas Malta Ltd. mill-Enemalta Corporation.", "Nixtieq nistaqsi jekk il-Ministru għall-Enerġija għandux xi stqarrija ministerjali x'jagħmel.", "L-ISPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, irrid ngħid żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, il-Ministru għall-Enerġija jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Gvern.", "It-tieni nett, wieħed jistenna li l-ewwel jaqra r-rapport.", "Aħna ilna fil-pussess ta' dan id-dokument għal madwar 20 minuta.", "Minn x'ħin ġie intavolat, qiegħda ssir analiżi preliminari tiegħu.", "Nista' ngħid li ninsab sodisfatt ħafna b'dan ir-rapport li jikkonferma t-trasparenza tal-proċess.", "Hemm shortcomings li qegħdin jiġu rrimarkati.", "Hemm partijiet minn dan ir-rapport li ma naqblux teknikament magħhom, fosthom fejn ir-rapport jgħid li l-prezz tal-interconnector kien irħas minn dak tal-power station.", "Fil-fatt, se nkunu qegħdin nippubblikaw u nintavolaw rapporti dwar dan, għaliex ir-rapport qed jieħu perjodu partikolari fejn il-power station kienet qed taħdem b'open-cycle.", "Mill-bqija, se nkunu qegħdin nagħmlu l-analiżi tagħna pubblika fil-ħin li ġej hekk kif inkunu qegħdin nanalizzaw ir-rapport kollu kemm hu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Napprezza l-fatt li l-Prim Ministru ilu biss nofs siegħa fil-pussess ta' dan id-dokument.", "Però f'nofs siegħa l-Oppożizzjoni rrealizzat li dan id-dokument huwa kundanna assoluta għal dan il-kuntratt li kien mittiefes mill-ewwel ġurnata tiegħu.", "Nikkwota mis-sommarju, paragrafu 2.9 li prattikament jgħid …", "L-ISPEAKER: Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, tajtek il-kelma, però issa qegħdin out of order.", "ADRIAN DELIA: Sur President, il-Prim Ministru għamel spjega qasira.", "L-ISPEAKER: Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, kont inti li staqsejt għal stqarrija ministerjali.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, il-Prim Ministru wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan id-dokument u kif il-proċess kien wieħed li, kważi kważi, għandna biex niftaħru bih!", "Bil-maqlub, l-Oppożizzjoni qed tinnota li klawsola 2 fis-sommarju tgħid li mill-ewwel ġurnata, dan il-proċess ta' evalwazzjoni kien mittiefes.", "Ir-rapport qed jgħid li l-bidders ma ġewx ittrattati l-istess.", "(Interruzzjonijiet) Sur President, nitolbok tippermettili nagħmel dan il-punt.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Kap tal-Oppożizzjoni.", "Is-Sedja qed issegwi l-proċedura.", "ADRIAN DELIA: Kollox sew, proċeduralment nistaqsi jekk il-Prim Ministru jridx jagħmel stqarrija dwar is-sejbien fi klawsola 12.4 li tgħid li hemm differenza ta' €50.64 kull siegħa għal kull megawatt irħas kieku xtrajna l-elettriku mill-interconnector?", "Fuq kull sena, qegħdin nitħaddtu dwar miljuni ta' ewro misruqin minn bwiet in-nies!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "Jekk jogħġbok, fil-qosor, għax diġà qegħdin out of order.", "(Interruzzjonijiet) Iva, skont il-proċedura, qegħdin out of order.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, l-ewwel nett jiddispjaċini ngħid li mhux se noqgħod għal xi tip ta' azzjonijiet selettivi min-naħa tal-Oppożizzjoni, fejn jikkwotaw xi ħaġa u jgħiduli biex nikkummenta, qisna qegħdin għal xi interview!", "It-tieni nett, naqbel miegħek li qegħdin out of order.", "La l-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa mistoqsija speċifika, ngħidlu biex jaqra r-rapport kollu u se nieqaf hawnhekk.", "Ngħid biss li mill-analiżi li diġà għandi, ir-rapport tal-Awditur jgħid li minkejja x-shortcomings fil-proċess, fosthom dak li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni, anke jekk nieħdu konjizzjoni ta' dawn ix-shortcomings u li kieku ġew korretti, ir-riżultat kien ikun l-istess.", "Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, aqra sew ir-rapport!", "Dwar dak li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni u li għadni kif irreferejt għalih, nerġa' ngħid li l-informazzjoni hija sfortunatament skorretta, għax ir-rapport jieħu perjodu li fih il-power station kienet qed taħdem b'open-cycle skont il-ftehim li kien sar.", "Għas-sodisfazzjon tal-poplu, se nkunu qegħdin nippubblikaw l-ammonti li qegħdin inħallsu llum il-ġurnata, biex nuru kif l-elettriku mill-power station huwa irħas.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, mhux se niftaħ dibattitu.", "Il-Prim Ministru ħa minuta u nofs.", "Se nagħtik minuta u nofs u nimxu.", "Se nżommlok il-ħin.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, ninnota li f'nofs siegħa l-Prim Ministru ma kellux ċans jara d-dokument, imma mbagħad fiż-żewġ minuti li tkellimt jien, kellu ċans jara d-dokument u jwieġeb għal dak li għedt.", "Il-mistoqsija tiegħi hija: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jagħmel stqarrija?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex kuntent bil-fatt li minn bwiet il-Maltin u l-Għawdxin qegħdin jinsterqu aktar minn €50 għal kull megawatt, u ċjoè 'l fuq minn €3.9 miljun fis-sena mix-xiri tal-elettriku?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Diġà għamilt dan il-punt.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nixtieq nagħmel korrezzjoni, għax jista' jkun li ġejt miftiehem ħażin.", "Il-mozzjoni li se nkunu qegħdin niddiskutu fis-seduta tal-Oppożizzjoni hija nru 179 tal-5 ta' Ottubru, 2018 li kienet imressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, l-Onor.", "Karol Aquilina u minni, bħala Whip tal-Oppożizzjoni.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Kap. 363, biex jipprovdi sabiex persuni li għalqu sittax-il sena jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni ta' Assistent Kummissarju Elettorali waqt l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali\", Kap 363 biex jipprovdi sabiex persuni li jagħlqu 16-il sena jkunu jistgħu jwettqu funzjoni ta' assistenti kummissarji elettorali waqt elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-LIĠIJIET KRIMINALI DWAR", "IT-TERRORIŻMU", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Novembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, kif qed tara, hawn naqra kommozzjoni fil-Kamra, għax għadna kemm ingħatajna rapport ta' 600 paġna li mit-30 minuta li kellna biex narawh … (Interruzzjonijiet) Dan s'issa rajnieh!", "Inti rajtu tal-Egrant jew ħadt xi ritratt?!", "Jekk jogħġobkom, ma rridx cross debate.", "Onor. David Agius, tista' tkompli.", "DAVID AGIUS: Sur President, nixtieq li forsi jgħidli jekk jafx ta' min hi l-Egrant ladarba l-Onor.", "Il-Partit Laburista għadu ma ħareġ l-ebda dokument uffiċjali li l-Egrant mhijiex tiegħu.", "Nixtieq li joħorġu dikjarazzjoni dwar dan.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista l-Onor.", "David Agius qiegħed jagħmel allegazzjonijiet bla bażi.", "Jekk trid tagħmel mistoqsijiet, tista' tagħmel dan, però, kont attent ħafna għal dak li għadek kemm għedt.", "L-aħħar darba staqsejt, imma llum ma staqsejtx.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Agius qed ikun skorrett fi kliemu.", "Dan wara li l-Oppożizzjoni għaddiet lil dan il-pajjiż minn martirju biex imbagħad irriżulta li kien kollu gideb li kienu qed jgħidu hu u l-kollegi tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, dan id-diskors mhuwiex aċċettabbli!", "L-ISPEAKER: Onor. David Agius, fuq dan li għadu kemm irrefera għalih l-Onor.", "Byron Camilleri, għandek xi mistoqsija x'tagħmel?", "DAVID AGIUS: Il-mistoqsija hija ċara.", "Mill-aħħar darba li tkellimt f'din il-Kamra u staqsejt jekk l-Egrant hijiex tal-Partit Laburista, ma ħarġet l-ebda stqarrija min-naħa tal-Partit Laburista biex tgħid li mhijiex tiegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, is-CEO tal-Partit Laburista Dr Randolph Debattista kien ċar ħafna.", "Jekk trid, nista' npoġġi l-istqarrija fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Onor. Agius, kompli bid-diskors tiegħek.", "DAVID AGIUS: L-interruzzjonijiet li qed isiru min-naħa tal-membri tal-Gvern m'għandhom l-ebda valur.", "Jidher li kif raw dan id-dokument, ħasbuh tal-Egrant!", "Dan mhux id-dokument tal-Egrant!", "Il-mistoqsija tiegħi hija ċara: Jista' l-Partit Laburista jgħid jekk l-Egrant hijiex tiegħu jew le?", "Sal-lum, għadha ma ħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali bil-letterhead tal-Partit Laburista biex tgħid li l-Egrant mhijiex tal-Partit Laurista.", "Int kont fir-raba' sular tal-Partit Laburista, Sur President!", "Hawn xi ħadd li jista' jgħidilna jekk in-nies li jissemmew f'dan id-dokument kenux midħla tal-Partit Laburista?", "Jien ma nafx, għalhekk qed nistaqsi.", "Il-membri tal-Gvern malajr joħorġu jgħajruk jew jattakkawk meta tagħmel ċerti mistoqsijiet!", "Jien nerġa' ngħidilhom biex joħorġu stqarrija uffiċjali bil-letterhead tal-Partit Laburista, iffirmata mill-Kap tal-Partit, mill-Viċi Kap jew mis-Segretarju Informazzjoni tal-Partit Laburista, jgħidulna iswed fuq l-abjad li l-Egrant mhijiex tal-Partit Laburista.", "Sal-lum din l-istqarrija għadha ma ġietx għand il-poplu Malti.", "Illum għandna quddiemna rapport ta' 600 paġna li mill-ftit li analizzajt f'dawn it-30 minuta jidher li hu kundanna għal dak li sar fil-qasam tal-enerġija u l-power station.", "Fid-diskors tal-lum relatat mal-Att li għandna quddiemna, li hija emenda għall-Kodiċi Kriminali, tajjeb nitkellmu wkoll dwar il-ħasil ta' flus u kif ġraw l-affarijiet relatati mal-bini tal-power station u l-kuntratti li ngħataw lill-Electrogas.", "Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien xprun qawwi fejn jidħlu l-liġijiet dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus.", "Irrid infakkar li fl-1994 Gvern Nazzjonalista kien għadda mill-Parlament Malti l-Att kontra l-Ħasil tal-Flus.", "Dak kien bidu tajjeb ħafna biex jibda jissawwar kapitlu ieħor fil-liġi kriminali ta' pajjiżna.", "Però ma nistgħux nistrieħu biss fuq il-liġijiet ta' pajjiżna biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Matul iż-żmien, dan il-kapitlu ġie emendat kemm-il darba biex ikun jirrifletti l-iżviluppi u l-ħteġijiet ta' żmenijiet differenti.", "Xi drabi, għamilna dan ukoll biex jiġu trasposti ċerti direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Illum il-Gvern qed jemenda għal darba oħra l-Kodiċi Kriminali, b'Att kontra l-ħasil tal-flus u l-Att kontra l-Vittmi tal-Kriminalità.", "Dan qed isir bl-iskop waħdieni li pajjiżna jittrasponi d-direttiva tal-Unjoni Ewropea tal-2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "L-Oppożizzjoni m'għandhiex dubju li huwa importanti li nittrasponu l-liġijiet tal-UE fil-liġijiet Maltin, għax dan huwa obbligu tagħna bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, liema obbligu għandna nirrispettawh b'mod sħiħ.", "Però ma nistgħux nistennew biss id-direttivi tal-Unjoni Ewropea biex inkomplu ntejbu l-liġijiet ta' pajjiżna, speċjalment fejn tidħol il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.", "Minbarra dan, irridu naraw li pajjiżna jkollu l-għodod u r-riżorsi meħtieġa biex janalizza r-riskji li hemm fis-settur finanzjarju u f'setturi oħrajn.", "Irridu nikkonsidraw ukoll ir-riskji ġodda li qed iġibu magħhom il-flus virtwali.", "Il-kontest ta' din l-emenda li għandna quddiemna mhuwiex biss li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea bħalissa hija l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.", "Il-kontest mhuwiex biss minħabba l-attakki terroristiċi li ġraw fl-aħħar snin madwar l-Ewropa u fl-Ewropa, bħal fi Franza, fil-Belġju u fin-Norveġja.", "L-Unjoni Ewropea daħħlet fis-seħħ diversi regoli aktar stretti, pereżempju, fejn jidħlu l-armi tan-nar u l-kimiċi.", "Il-kontest mhuwiex biss li f'pajjiżna, Ministru ewlieni ta' dan il-Gvern u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jispiċċaw imxerrda mal-erbat irjieħ tad-dinja bl-iskandlu tal-Panama Papers!", "Il-kontest hu li l-Kummissjoni Ewropea tinsab imħassba dwar Malta fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Fil-fatt, fit-8 ta' Novembru, 2018, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet opinjoni li tħammar wiċċ pajjiżna biex titlob lill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) tieħu aktar miżuri ħalli Malta tkun konformi għalkollox mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Sur President, naħseb li importanti nanalizzaw dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea, fil-press release tat-8 ta' Novembru, 2018.", "Ladarba l-Kummissjoni Ewropea ħarġet din l-opinjoni fil-konfront ta' pajjiżna, bħala pajjiż irridu nindirizzaw dan it-tħassib u bħala poplu irridu nifhmu x'qiegħed jiġri madwarna.", "Irridu niftakru wkoll li dan seħħ wara li fil-11 ta' Lulju 2018, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ħarġet rakkomandazzjoni għall-FIAU b'rabta mas-superviżjoni li għamlet fil-Pilatus Bank.", "L-EBA qatt qabel ma kienet ħarġet rakkmandazzjoni bħal din minħabba xi ksur ta' liġi dwar il-ħasil tal-flus.", "Matul din l-investigazzjoni, l-EBA ġew f'pajjiżna, żaru l-istituzzjonijiet tagħna u sabu li l-FIAU qed tikser il-liġi ta' Unjoni Ewropea.", "Fil-11 ta' Lulju 2018, l-EBA tgħid u nikkwota:", "F'din ir-rakkmandazzjoni, l-EBA talbet lill-FIAU biex l-ewwel nett tuża metodoloġija aħjar li tevalwa r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.", "It-tieni nett, li tuża strateġija aktar b'saħħitha għall-moniteraġġ u superviżjoni billi tallinea riżorsi mar-riskju tal-ħasil tal-flus li joħolqu ċerti istituzzjonijiet.", "It-tielet, li tara li l-Awtorità tkun kapaċi tirreaġixxi fil-ħin meta jinstab xi nuqqas, fosthom billi tirrevedi l-proċeduri tas-sanzjonar tagħha.", "Ir-raba', li tiżgura li tieħu d-deċiżjonijiet raġunati u dokumentati kif suppost.", "Il-ħames, li tħaddem proċessi sistematiċi u dettaljati biex iżżomm ir-rekords dwar l-ispezzjonijiet li tagħmel.", "Sur President, ma nistgħux nibqgħu nistennew li l-Unjoni Ewropea tiġri wara pajjiżna biex nimplimentaw dawn it-tibdiliet.", "Bħala pajjiż, irridu naġixxu bis-serjetà.", "Però dan il-Gvern m'għandux il-kredenzjali biex iwettaq din il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.", "In-nies fit-triq ma temminx li l-Gvern għandu r-rieda li jaġixxi biex itejjeb is-sitwazzjoni.", "Il-flus maħsulin jagħtu nifs lill-kriminalità u l-evażjoni tat-taxxa, aħseb u ara meta l-ħasil tal-flus isir fil-kurituri tal-uffiċċji tal-Gvern!", "Għalhekk huwa importanti li kulħadd jinħasel minn dan il-ħmieġ li qegħdin naraw iseħħ quddiemna jum wara jum.", "Bħala poplu ninkwetaw meta naraw li l-ogħla uffiċjali ta' dan il-pajjiż ma jħallux l-affarijiet jimxu 'l quddiem biex tinħareġ l-informazzjoni u jkun hemm il-ġudizzju neċessarju.", "Anzi qed naraw li l-Gvern jagħmel minn kollox biex iwaqqaf dan il-proċess.", "Il-provi li ħarġu fil-midja fix-xhur li għaddew ġabu lil dan il-Gvern dahru mal-ħajt.", "Lil hinn mir-rebħiet elettorali, il-Prim Ministru llum huwa obbligat li jitlob r-riżenji ta' ċerti persuni madwaru, li l-pożizzjoni tagħhom m'għadhiex tenibbli għax tappnu bl-ikrah ir-reputazzjoni ta' pajjiżna fost l-investituri madwar id-dinja kollha.", "Bħala Oppożizzjoni xbajna nirrepetu din il-ħaġa, u mhux beħsiebna nieqfu qabel iż-żejt jitla' f'wiċċ l-ilma.", "Aħna rridu niftaħru bis-sewwa li jsir f'pajjiżna u mhux bil-ħażin.", "Ta' spiss tisimgħuni ngħid li dak li hu tajjeb, irridu ngħidulu tajjeb u naraw kif intejbuh, però dak li hu ħażin, irridu ngħidu li hu ħażin.", "Għalhekk, min-naħa tal-Gvern nistenna li fejn qed isir ħażin u qed nitilfu r-reputazzjoni ta' pajjiżna, jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji minnufih.", "Bħala Oppożizzjoni ma rridux li jkollna la partit politiku u lanqas nies fl-ogħla karigi f'dan il-pajjiż li ma jiċħdux allegazzjonijiet ċari bil-miktub ta' dak li jkun qed jiġri madwarna f'ċirkostanzi li kulħadd jaf x'inhuma.", "Bħala Oppożizzjoni, qed nitolbu lill-Ministru għall-Finanzi biex jinforma lil din il-Kamra fejn wasal il-proċess biex jitwaqqaf il-kumitat nazzjonali ta' kordinazzjoni dwar il-ġlieda kontra ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li ġie stabbilit b'liġi matul din is-sena.", "Irridu naraw li dan il-kumitat jiffunzjona u jissodisfa l-għanijiet li twaqqaf għalihom.", "Qed nistennew li l-Ministru għall-Finanzi jiġi f'dan il-Parlament b'rapport jew stqarrija ta' dak li qiegħed jagħmel il-Gvern biex dan il-kumitat jiffunzjona b'mod tajjeb.", "Bħala Oppożizzjoni rridu li f'dan il-pajjiż l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Ma nistgħux nistennew direttivi tal-Unjoni Ewropea biex nieħdu azzjoni!", "Hemm bżonn naraw li fl-FIAU jkollna s-serjetà ħalli ma nkomplux inkissru r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Hemm bżonn li ma' kull ġurnata li tgħaddi, nipprovaw nilqgħu għall-ħsara kbira li l-Gvern qed jagħmel lil pajjiżna.", "Jien ma nistax nifhem għaliex dan il-Prim Ministru qed iżomm dawn in-nies madwaru meta fil-konfront ta' ħaddieħor ħa azzjoni mill-ewwel.", "X'qiegħed iżomm lill-Prim Ministru milli jieħu azzjoni biex inaddaf isem pajjiżna?", "Jekk imbagħad ma jinstab xejn ħażin fil-konfront ta' dawn il-persuni, jista' jerġa' jpoġġihom madwaru kif għamel fil-konfornt ta' membri tal-Gvern oħrajn.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għamilha ċara kemm-il darba li l-pożizzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi m'għadhiex tenibbli u li għandu jirreżenja minnufih għax qiegħed iħammar wiċċ Malta.", "Sur President, meta qed niddiskutu dan l-Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali dwar il-ħasil tal-flus u l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità, tajjeb nifhmu x'qed jiġri madwarna u kif pajjiżi oħrajn qed iħarsu lejn pajjiżna.", "Dak li jiġri f'dan il-qasam jaffettwa lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Ta' min nistaqsu: X'kien jiġri b'dawk l-eluf ta' liri li kienu għaddejjin mill-korruzzjoni?", "Kemm pajjiżna seta' ffranka kieku ittieħdu deċiżjonijiet aħjar u mhux rajna flus li jmorru mingħand l-Enemalta għal għand l-Electrogas, għal għand is-SOCAR u għal għand ix-Shell, minflok ma marru mingħand l-Enemalta direttament għand ix-Shell?", "X'seta sar bil-flus li kieku qed nixtru l-elettriku b'€113-il miljun minflok b'€153 miljun?", "Fejn qed imorru dawn l-€40 miljun fis-sena?!", "S'issa għad ma kellniex tweġibiet min-naħa tal-Gvern.", "Però, illum, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur (NAO) tana rapport ta' 600 paġna li bħala Oppożizzjoni se nkunu qed nanalizzaw biex nagħtu b'mod dettaljat analiżi ta' dawn il-kuntratti tal-Electrogas mal-Enemalta.", "Tajjeb li naraw x'fih dan ir-rapport, fejn paragrafu wara l-ieħor, l-NAO sabet shortcomings u affarijiet li ma kellhomx isiru fil-kuntratti mal-Electrogas.", "Mhux ta' b'xejn li l-affarijiet jintnu!", "Mhux ta' b'xejn li waqt li l-Ministru kien qiegħed jieħu l-ġurament tal-ħatra kien moħħu biex jiftaħ il-kumpaniji barra minn pajjiżna!", "Mhux ta' b'xejn li qed nisimgħu dwar 17 Black, Tillgate, Hearnville u Egrant!", "Għalfejn dan kollu?", "Dan ma sarx min-Nazzjonalisti, imma sar min-nies midħla ta' dan il-Gvern u l-Partit Laburista.", "Jekk rridu nibżgħu għar-reputazzjoni ta' pajjiżna, min jagħmel il-ħażin irid jerfa' r-responsabbiltà ta' għemilu.", "Il-ħażin mhux min jgħid li hemm ħażin, imma min iwettqu!", "Anzi nkunu ħżiena jekk kemm-il darba nkunu nafu bil-ħażin u ma nikxfuhx.", "Ma nistgħux inħallu ċirkostanzi fejn flus maħmuġin jitnaddfu f'pajjiżna.", "Jekk irridu nkunu serji u nimxu 'l quddiem, irridu nieħdu l-azzjonijiet meħtieġa llum qabel għada.", "Sur President, ninsab ċert li min qiegħed jarana u jismagħna llejla jaf li dan hu l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta' pajjiżna.", "Meta n-nies se jifhmu eżattament x'fih dan ir-rapport, se jaraw il-mod ħażin li qed imexxi bih dan il-Gvern.", "Min qiegħed jgħix f'garaxx, illejla f'garaxx se jerġa' jorqod!", "Min għandu l-kera għolja, b'kera għolja se jibqa'!", "Min għandu problemi ta' housing, bil-problemi se jibqa'!", "Però lil dawn in-nies ngħidilhom li kieku din it-taxxa ta' korruzzjoni marret għall-housing jew biex il-kera tkun inqas u mhux ogħla, kieku ħajjithom kienet tkun aħjar!", "Kieku meta tmur titfa' l-petrol u d-diżil jew tixtri ċ-ċilindru tal-gass, il-prezzijiet setgħu kienu aħjar!", "Però l-Gvern uża dawn il-flus tal-korruzzjoni biex tħaxxnu l-bwiet tal-ftit!", "Bħala Oppożizzjoni rridu s-serjetà f'dan il-pajjiż.", "Fejn ma jkunx hemm korruzzjoni, in-nies tista' tgħix aħjar.", "Ċert li l-poplu Malti llum qed jifhem li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni qed ikun il-vuċi tiegħu.", "Qed nagħmlu dan għaliex qed inkunu man-nies u mhux tlajna fl-għoli fejn ma nintaħqux kif għamel ħaddieħor.", "Dan il-Gvern, illum, qiegħed jaqla' ċertifikat wieħed wara l-ieħor biex jagħmel l-affarijiet aħjar.", "Min illum qiegħed ibati l-faqar se jibqa' jbati l-faqar, għax dan il-Gvern mhuwiex qiegħed jeradika l-faqar kif kien wiegħed fil-programmi elettorali tiegħu.", "Jien ċert li m'hawnx biss nies ta' fehma waħda li qed jarawna u naf ukoll li hawn nies li jżommu l-programmi elettorali tal-Partit Laburista.", "Nistedinhom biex imorru jaraw il-programm elettorali tal-Partit Laburista fejn kellu jeradika l-faqar minn wiċċ pajjiżna.", "Illum il-Gvern jifraħ għax il-faqar finanzjarju żdied b'10,454, jiġifieri minn 61,689 għal 72,143.", "Jekk l-affarijiet isiru sew, anke n-negozji jmorru aħjar.", "Sfortunatament, illum Malta hija l-agħar fl-Ewropa biex tiftaħ negozju minħabba l-burokrazija.", "Illum aħna għandna nies li qed ibatu għax il-Gvern ma jridx jirranġa l-affarijiet.", "L-Oppożizzjoni qed ngħidulu li għandu problemi fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma l-Gvern ma jimpurtahx.", "Dan hu Gvern bla pjan biex jirranġa l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li 80% minnhom qed joħorġu bl-iżbalji, jiġifieri fihom is-serq u l-Prim Ministru jgħidilna li se jipprova jagħmel xi ħaġa s-sena d-dieħla.", "Sadanittant, in-nies qed tibqa' tbati għax qed nirċievu l-kontijiet għoljin.", "In-nies tħallas il-kontijiet lill-Arms Ltd u l-Arms Ltd tiġbor il-flus, b'ammont kbir minnhom li hu serq għax in-nies qed iħallsu aktar milli suppost.", "Dawk il-flus imorru għand l-Enemalta u l-Enemalta tagħti €153 miljun lill-Electrogas, li llum għandna rapport ta' 600 paġna mill-Awditur dwarha!", "Ejja niftakru li l-Electrogas m'għandiex gass u minflok tmur tixtrih mingħand ix-Shell, tixtrih mingħand is-SOCAR li hija tal-Azerbaijan.", "Is-SOCAR imbagħad tmur għand ix-Shell u għall-istess ammont, flok €153 miljun, tħallas €113-il miljun, jiġifieri €40 miljun differenza.", "Dawn il-€153 miljun fis-sena ġejjin mingħand kull wieħed u waħda minna meta nħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Sur President, illum ħadd min-naħa tal-Gvern m'għamilli point of order!", "Ħadd ma qalli li mhux qed ngħid il-verità.", "Min jaf fejn qed imorru dawn l-€40 miljun differenza?", "Nistaqsi: Forsi qed imorru f'xi kumpanija li jisimha 17 Black?", "In-Nexia BT qalulna li se jiftħu żewġ kumpaniji Hearnville u Tillgate li fihom se jidħlu flus minn 17 Black.", "Illum skoprejna li 17 Black hija ta' xi ħadd li huwa fl-Electrogas.", "Possibbli li dawn huma kollha kumbinazzjonijiet!", "Ħadd ma jagħmel point of order, għax il-verità u l-fatti li qed nesponu bħala Oppożizzjoni f'din il-Kamra ma jista' jmerihom ħadd!", "Għalhekk hemm bżonn li nkunu sodi f'dak li ngħidu u nagħmlu, għax ma rridux li dan il-pajjiż jibqa' miexi f'din is-sitwazzjoni.", "Aħna ċerti li fuq in-naħa tal-Gvern hemm nies onesti li ma jridux din it-tip ta' politika.", "Aħna ċerti li fuq in-naħa tal-Gvern hemm nies li jridu li din il-korruzzjoni f'pajjiżna tispiċċa u l-affarijiet isiru aħjar.", "Però jrid ikollok volontà qawwija, saħħa morali, valuri u prinċipji biex lil min qiegħed jagħmel ħażin, twaqqfu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-ħażin mhux qed isir għall-Partit Laburista biss imma għal pajjiżna.", "Però jidher li ħadd min-naħa tal-Gvern m'għandu l-fibra morali li jqum u jgħid fejn hemm ħażin.", "Sur President, tiftakar żmenijiet fil-passat fejn membri tal-Partit Laburista kienu jqumu u jammettu fejn hemm il-ħażin biex jirranġawh.", "Però, Alla jbierek, illum ħadd mill-Partit Laburista ma jrid jirranġa l-affarijiet.", "Min jaf għalfejn?", "Iż-żmien għad jagħtina parir!", "Ninsab ċert li hawn Maltin, inkluż Laburisti ġenwini, li ġejjin għand il-Partit Nazzjonalista, għax ma jifilħux jaraw aktar din it-tip ta' korruzzjoni u din l-omertà fejn ħadd mill-Partit Laburista ma jitkellem, imma jħallu kollux għaddej qisu xejn mhu xejn.", "Ara ħaddieħor, għax tkellem, tkeċċa!", "Tkeċċa mhux għax għamel xi korruzzjoni, mhux għax kellu xi kont fil-Panama, mhux għax kellu xi trust fi New Zealand u lanqas għax ħa xi €40 miljun, imma għax esprima l-opinjoni tiegħu.", "Kemm hu differenti l-Partit Laburista fejn irid u ma' min irid!", "Ara għan-nies, f'dan il-baġit, il-Gvern kellu €2.33, imma għal ħaddieħor deħlin fil-kont tiegħu €5,000 kuljum, li jiġu €35,000 fil-ġimgħa, €150,000 f'xahar u €1.8 miljun f'sena!", "Ħadd min-naħa tal-Gvern mhu jgħid li dan mhux veru!", "Ħadd min-naħa tal-Gvern mhu jmerini li dawn il-flus se jmorru fil-kumpaniji Hearnville u Tillgate li huma taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u ta' Ministru ta' dan il-Gvern!", "Sur President, din hi l-verità li qed ngħixu.", "Min, sfortuntament, illum qiegħed ibati se jibqa' jbati u jgħix fid-diffikultajiet, allavolja jaf li hemm din il-korruzzjoni kollha li minnha hemm min qiegħed igawdi, iħaxxen butu u jsuq karozzi lussużi!", "Għalhekk, bħala Oppożizzjoni, aħna favur li jkollna din it-tip ta' direttiva li tidħol fil-liġijiet tagħna.", "Aħna favur li jkollna pajjiż aktar serju fejn l-affarijiet isiru b'mod aħjar.", "Fis-sigħat li ġejjin, bħala Oppożizzjoni, se nkunu qegħdin nitkellmu ħafna aktar dwar fejn marru l-flus tan-nies, hekk kif se nkunu qed neżaminaw dan ir-rapport ta' 600 paġna mill-Awditur Ġenerali.", "Se naraw kif ingħataw il-kuntratti tal-Electrogas mill-Enemalta.", "Dawn huma pleasures yet to come, imma ċert li dawn il-pleasures mhumiex sbieħ la għal min għamilhom, la għal pajjiżna u lanqas għal kull wieħed u waħda minna li qed iħallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla biex ħaddieħor ikompli jgawdi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, bil-permess tal-Kamra, nixtieq nagħmel point of order bi tweġiba għall-mistoqsija li għamel l-Onor.", "David Agius fil-bidu tad-diskors tiegħu, meta staqsa dwar jekk Egrant hijiex tal-Partit Laburista.", "OWEN BONNICI: Bil-permess tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Ministru, dan mhuwiex point of order, għax fil-każ ikun hemm ksur fil-proċedura.", "Tista' tagħmel point of information.", "OWEN BONNICI: Sur President, għandek raġun.", "Se nagħmel point of information.", "L-Onor.", "Agius għamel mistoqsija li jien qatt ma smajtha qabel.", "Staqsa jekk Egrant hijiex tal-Partit Laburista.", "Naħseb li huwa fl-interess pubbliku li ngħid xi ħaġa dwar dan.", "Mhu se ngħaddi l-ebda kumment, imma se nikkwota minn żewġ paragrafi mill-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant li ġew ippubblikati mill-Avukat Ġenerali.", "Qed nirreferi għall-paragrafi 39 u 40.", "Paragrafu 39 jgħid hekk u nikkwota:", "\"Jirriżulta pprovat li Egrant Inc., Tillgate Inc. u Hearnville Inc. kienu kumpaniji bi struttura identika u li ġew imwaqqfa f'Lulju 2013 u li Brian Tonna kien l-UBO …\"", "\"… tagħhom.", "Egrant jirriżulta li ġiet stralċjata …\"", "- jiġifieri magħluqa -", "\"… fuq talba ta' Brian Tonna.", "L-istralċ ġie konkluż madwar ħmistax-il jum qabel ma ġie ppubblikat l-artiklu mertu għal din l-inkjesta.\",", "- jiġifieri l-artiklu tas-Sinjura Caruana Galizia.", "Paragrafu 40 jgħid hekk, u nikkwota:", "\"Jirriżulta wkoll li wara Ġunju 2015, it-tliet kumpaniji, Egrant Inc., Tillgate Inc. u Hearnville Inc. qabdu perkors differenti inkwantu waqt li Tillgate Inc. u Hearnville Inc. irriżulta li ġew akkwistati minn Keith Schembri u Konrad Mizzi u li f'Lulju 2015 dawn ikkostitwew ukoll it-Trusts Haast u Rotorua rispettivament u li magħhom dawn il-kumpaniji ġew imwaħħda, ma rriżultax ipprovat li ġiet kreata wkoll trust simili għal Egrant Inc. Inoltre, filwaqt li jirriżulta wkoll li minn Awwissu 2015 'il quddiem Karl Cini għamel diversi sforzi ma' Mossack Fonseca biex jinfetħu kontijiet bankarji għal Tillgate Inc. u Hearnville Inc. barra minn Malta, ebda tali tentattiv ma ġie pprovat li sar ukoll fil-konfront ta' Egrant Inc.\".", "Naħseb li din il-parti mill-konklużjonijiet tal-inkjesta twieġeb il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, dan il-Parlament qed jittratta l-Abbozz ta' Liġi nru.", "64 li essenzjalment qed jemenda tliet liġijiet li huma l-Kodiċi Kriminali, l-Att kontra l-Ħasil ta' flus u l-Att dwar il-Vittmi tar-Reati Kriminali.", "Dawn l-emendi juru l-importanza ta' tema bħal din u s-sensittività ta' dak li jrid jiġi rregolat b'rabta ma' attività terroristika jew attentat ta' attività terroristika jew/u ħasil ta' flus.", "Dan l-Abbozz huwa essenzjalment qasir, però jindika n-natura u jixhed il-mod ta' kif inhi strutturata din it-tema, li hija materja globalizzata, li qed tolqot attività madwar stati differenti.", "Din it-tema turi kif attività kriminali u dak li għandu x'jaqsam mal-attività ta' kriminalità organizzata dejjem għandhom il-mottiv tal-profitt u l-qligħ ta' flus.", "Però, l-attività ta' kriminalità organizzata twassal għall-vittmi li jistgħu jkunu vittmi direttament tar-reati, però anke vittmi kollettivi bħalma hija s-soċjetà inġenerali.", "Dan għaliex meta jkun hemm dawn it-tip ta' reati, is-soċjetà u l-komunità dejjem huma vittma ta' dak ir-reat jew dik l-attività kriminali.", "Għalhekk, bħala Oppożizzjoni aħna favur din il-liġi, mhux l-inqas għax din il-liġi qed tittrasponi direttiva tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.", "Nixtieq ukoll nieħu l-opportunità biex f'dan l-istadju ta' dibattitu nressaq numru ta' ħsebijiet marbutin prinċipalment mal-qasam tal-ħasil tal-flus li diġà tkellimt dwaru kemm-il darba.", "Illum nixtieq nerġa' nagħmel enfasi fuq aspetti ta' dan il-qasam, l-aktar kif il-ħasil ta' flus jaffettwa lis-soċjetà li ngħixu fiha.", "Ilbieraħ, l-Onor.", "Therese Comodini Cachia għamlet spjegazzjoni, fl-opinjoni tiegħi eċċellenti, ta' kif il-ħasil ta' flus jimpatta lill-individwi, lis-soċjetà u lill-komunità kollha.", "Għalhekk nixtieq nibni fuq numru ta' punti li l-Onor.", "Therese Comodini Cachia semmiet ilbieraħ u fuq punti li jien għamilt ftit tal-ġimgħat ilu meta konna qegħdin nitkellmu dwar l-Abbozz ta' Liġi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, fejn kienu qegħdin jiddaħħlu strutturi intiżi biex jiffaċilitaw il-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus.", "Qed ngħid dan għaliex nemmen li bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea u bħala pajjiż li, irrispettivament mill-kulur politiku tagħna, għandna għal qalbna il-ġid komuni, nemmen li aħna l-Membri Parlamentari għandna ħafna aktar x'nikkontribwixxu lejn din il-materja topika.", "Sur President, naħseb qatt daqs dawn l-aħħar snin ma ddiskutejna t-tema tal-ħasil ta' flus fuq livell ġenerali.", "Forsi qabel, il-ħasil tal-flus kien suġġett purament ristrett għal ċerti aspetti finanzjarji u legali, imma llum in-nies ta' spiss jitkellmu u jistaqsu x'inhu l-ħasil ta' flus.", "Xi kultant tibda tirrealizza wkoll li għalkemm kulħadd qed jitkellem dwar dan is-suġġett, mhux kulħadd jaf eżattament xi jfisser u li l-ħasil ta' flus mhuwiex xi ħaġa neċessarja marbuta mal-politiċi, imma huwa fenomenu li jmur ħafna lil hinn minn hekk.", "Fil-fatt, dan il-Parlament, f'numru ta' leġiżlaturi preċedenti, inkluż fl-aħħar leġiżlatura taħt is-Sedja tiegħek, Sur President, għadda numru ta' liġijiet biex jistabbilixxi l-ħasil ta' flus u attivitajiet relatati miegħu bħala reati kriminali serji u biex iħarrax il-pieni ta' dawn ir-reati b'mod sostanzjali.", "Fil-fatt, il-pieni marbutin mar-reati tal-ħasil ta' flus huma fost l-ogħla.", "Il-ħasil ta' flus huwa wieħed mill-ftit reati li għandu l-prova inversa fuq il-parti akkużata.", "Dan jitlob li l-leġiżlatur irid jieħu dan is-suġġett b'ħafna aktar importanza u serjetà.", "Dan għaliex, essenzjalment, il-leġiżlatur dejjem irid jevita li l-flus li persuna jew organizzazzjoni jagħmlu bħala qligħ mill-attività kriminali ma jispiċċawx ikunu flus li jistgħu jintużaw jew jitgawdew.", "Il-ħasil ta' flus huwa attività fejn ikollok flus li ġejjiin minn qligħ jew introjtu ta' attività kriminali, prinċiparjament ġejja minn kriminalità organizzata li tinkludi terroriżmu kif jispeċifika dan l-Att, però tinkludi wkoll traffikar tad-droga, traffikar tal-armi, tkraffikar tal-persuni, frodi u numru ta' reati serji oħrajn li l-profitt u r-rikavat li jkun qed jiġi ġġenerat jispiċċa jintuża fis-sistema ekonomika, finanzjarja u bankarja leġittima.", "B'hekk, dawn il-flus jispiċċaw jitgawdew minn min ikun qed jagħmel dik l-attività.", "Aktar minn hekk, dawn il-flus jispiċċaw jerġgħu jiġu wżati biex tiġi ġġenerata aktar attività kriminali.", "Hawnhekk għandek żewġ aspetti għaliex għandna nieħdu b'aktar serjetà dan ir-reat.", "L-ewwel nett ir-reat fih innifsu, però, aktar minn hekk, il-fatt li l-frott tar-reat qed jispiċċa jitgawda.", "Bl-istess mod kif aħna f'din il-liġi qegħdin nitkellmu dwar il-vittmi ta' dawn ir-reati, il-vittmi ta' dawn ir-reati jispiċċaw jassistu għat-tgawdija tal-qligħ minn dik l-attività kriminali.", "Naħseb li m'hemm xejn agħar minn ċirkostanza fejn vittma ta' attività kriminali tispiċċa tassisti u tkun spettatura ta' min qiegħed igawdi l-frott tal-qligħ mill-attività kriminali li hi tkun il-vittma tagħha.", "L-Interpol tiddefenixxi l-ħasil ta' flus bħala l-ossiġnu tal-kriminalità organizzata.", "Meta tieqaf u taħseb ftit tirrealizza għalfejn l-Unjoni Ewropea, il-pajjiżi żviluppati u anke pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw qegħdin kostantament iħarrxu l-ġlieda tagħhom kontra din l-attività.", "Il-leġiżlaturi, kemm f'din il-Kamra kif ukoll f'parlamenti oħrajn, huma xprunati li jaħdmu dejjem aktar biex isaħħu dan il-qafas ta' leġiżlazzjoni għar-raġuni li ma nistgħux nibqgħu ċassi quddiem il-ħsara li jagħmel il-ħasil ta' flus lis-soċjetà.", "Hawn min jgħidlek: B'daqshekk x'fiha?", "Minflok ma dawn il-flus marru xi mkien ieħor, qed jiġu maħsulin f'pajjiżna!", "Mhux aħjar jidħlu fl-ekonomija tagħna!", "Sfortunatament, dan huwa kliem li tisimgħu b'dieqa mingħand nies li suppost huma intelliġenti għax ħadu formazzjoni akkademika.", "Hawn tibda tirrealizza li qegħdin f'pajjiż fejn xejn m'għandu valur u kollox sar għandu prezz!", "La l-flus deħlin, jiġu minn fejn jiġu huwa sekondarju!", "Hawn forsi nista' ninstema' naive jew idealista, però nemmen li kull persuna li tikkandida ruħha għall-ħajja politika, aktar u aktar meta tidħol f'din il-Kamra tirrapreżenta lin-nies, għandha għal qalbha l-ġid komuni.", "Bħala membri ta' din il-Kamra, ħafna drabi nitkellmu minn ottika u perspettiva differenti u forsi kompletament opposta, iżda finalment inkunu qegħdin naħdmu għax irridu s-soċjetà tagħna timxi 'l quddiem.", "Għaldaqstant nemmen li għandna obbligu li f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż nibqgħu nisħqu fuq kemm il-ħasil ta' flus hu ħażin għas-soċjetà u x'impatt negattiv iħalli fuq is-soċjetà.", "Irridu nagħmlu minn kollox biex lill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna nagħtuhom il-qafas leġiżlattiv neċessarju, poteri, infrastruttura u l-faċilitajiet li hemm bżonn biex jaqdu l-ħidma tagħhom b'mod effettiv bil-għan li ma naqgħux lura fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus.", "Ħafna drabi, dan is-suġġett jiġi mgħerraq f'ħafna legaliżmi u diċitura legali.", "Għalhekk, illum nixtieq nieħu din l-opportunità biex għar-records ta' din il-Kamra u għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna nispjega kif il-ħasil ta' flus huwa ħażin għas-soċjetà u kif dan mhuwiex suġġett iżolat li jaffettwa biss lil min qiegħed fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew lill-Qrati, però jaffettwa lil kull wieħed u waħda minna.", "Wieħed jibda jifhem aħjar l-impatt ta' din l-attività kriminali meta jaħseb ftit fuq il-konsegwenzi tal-ħasil ta' flus fuq aspetti li ngħixu ta' kuljum.", "Meta organizzazzjoni kriminali jirnexxilha taħsel il-flus, dik l-organizzazzjoni tkun qed turi lil ħaddieħor li l-krimianlità trendi, dak li bl-Ingliż jgħidu crime pays.", "Meta għandek organizzazzjoni kriminali li jirnexxilha toħroġ flus mill-kriminalità organizzata u ddaħħalhom fis-sistema leġiżlattiva legali u tieħu l-frott mill-profitti ta' din l-attività, qed toħloq il-perċezzjoni li l-attività kriminali hija attività li finalment trendi u tħalli l-qligħ.", "Ladarba qed trendi, aktar organizzazzjonijiet u individwi se jitħajru biex jidħlu f'din l-attività.", "Għalhekk, aktar ma jkollok minn din l-attività f'pajjiż, aktar se jkollok l-impatt negattiv tar-reat innifsu u aktar se jkollok bżonn infurzar legali.", "Kif nafu, ir-riżorsi tal-istituzzjonijiet, fosthom tal-Pulizija u l-aġenziji li jiġġieldu l-ħasil tal-flus, bħall-FIAU f'pajjiżna, qatt mhuma biżżejjed.", "Barra minn hekk, dejjem se jkollok bżonn ta' aktar law enforcement biex min ikun se jitħajjar għal tali attività kriminali, jaqta' qalbu.", "Jekk ma jsirx dan, tinħoloq sitwazzjoni fejn min huwa leġittimu, jibda jħoss li dejjem qiegħed fi żvantaġġ.", "Se tiġi f'sitwazzjoni li se jkollok bżonn tiffinanzja aktar ir-riżorsi amministrattivi biex jinforzaw kontra dawn ir-reati, però fl-istess waqt se jkollok problema li t-taxpayer leġittimu li qed jiffinanzja din il-ħidma dejjem qed iħossu aktar fi żvantaġġ f'dan it-tip ta' ambjent.", "Hawn min qiegħed fin-negozju u jirraġuna li l-attività ta' ħasil ta' flus mhux qed tagħmillu xi differenza partikolari.", "Però, min jagħmel dan it-tip ta' argumentazzjoni ma jistax ikun aktar 'il bogħod mill-istampa reali.", "Dan għaliex il-ħasil ta' flus fid-dinja tal-kummerċ ma joħloqx aktar attività ekonomika, imma joħloq kompetizzjoni inġusta.", "L-ewwel impatt dirett tal-ħasil ta' flus fid-dinja kummerċjali hija l-kompetizzjoni inġusta.", "Dan għaliex jekk xi ħadd qed jikkompeti f'suq u l-kompetituri kummerċjali tiegħu mhumiex fid-dinamika ta' dak is-suq partikolari, jiġifieri l-prezz li bih jista' jbigħ, l-ispiża li jista' jikkontrolla u l-profitt li qed jagħmel huma totalment differenti, se jkun fi żvantaġġ minn min għandu attività li ġejja minn affarijiet esterni għax qed juża n-negozju biex jaħbi attività kriminali.", "Dan kollu jwassal għal kompetizzjoni inġusta, għax għandek sussidjar ta' operat li qed jikkompeti ma' ħaddieħor.", "Għada pitgħada dan se jwassal biex il-kumpanija leġittima, b'mod partikolari jekk il-kumpanija hija relattivament żgħira, se tispiċċa out of business, għax ħaddieħor jista' jħallas pagi aħjar minħabba l-introjtu li ma jiddependix mis-suq li qed jikkompeti fih mal-istess kumpanija.", "Għalhekk il-vuċi tagħna f'dan il-Parlament trid tkun komuni u bla ekwivoki kontra kull attività li hija marbuta mal-ħasil ta' flus.", "Aktar u aktar meta wieħed jirrealizza li l-attivitajiet ewlenin li minnhom jiġu l-flus li mbagħad iridu jgħaddu mill-proċess ta' ħasil ta' flus huma attivitajiet li joħloqu defiċit u huma l-għedewwa ewlenin tal-ġid komuni.", "Hawn insemmi, pereżempju, it-terroriżmu li tittratta din il-liġi, it-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-persuni u t-traffikar tal-armi, fost l-oħrajn.", "Issa aħna nafu li f'pajjiżna, skont ċifra stabbilita b'mod approssimattiv mill-NSO, l-ekonomija illegali f'dan il-pajjiż tmiss viċin it-€300 miljun.", "Osservaturi ekonomiċi jgħidu li dan huwa estimu konservattiv ħafna.", "Għaldaqstant wieħed tajjeb li jieqaf u jaħseb ftit li jekk se jkollna kultura ta' impunità fuq il-ħasil ta' flus, b'mod awtomatiku se tkun qiegħed taċċetta direttament it-traffikar ta' droga.", "Għalhekk, pajjiż wara l-ieħor, inkluż pajjiżna, qed iressqu dawn il-liġijiet b'mod regolari biex inkunu nistgħu nilleġiżlaw kontra l-ħasil tal-flus.", "Sur President, jien għandi oġġezzjoni kbira għal min jargumenta li l-ħasil ta' flus mhux neċessarjament huwa ħażin għall-ekonomija.", "Il-ħasil ta' flus huwa ħażin ħafna, għax iressaq lejn attività ekonomika li hija high risk u eventwalment iġib lill-ekonomija dipendenti minn din l-attività.", "Biex nagħmel anoloġija, ħafna drabi l-ħasil ta' flus huwa steroid li jaċċellera l-ekonomija in the short term, billi jibda joħloq spin offs fejn jibda jaqa' xi ftit frak li kulħadd jifraħ bih, però fi ftit żmien l-ekonomija tiġi dipendenti fuq dak l-isteroid u dik id-dipendenza tibda teqred lill-pajjiż ftit ftit.", "Imbagħad, kif rajna f'pajjiżi oħrajn, meta pajjiż jiddeċiedi li jieħu azzjoni, għax mhux lest jaċċetta aktar dak it-tip ta' tnaqqir tas-sistema tas-saħħa ekonomika u tal-ġid komuni, jibda jara l-ekonomija tiżżarma biċċa biċċa.", "Dak iwassal għaċ-ċiklu ta' problemi soċjali u ekonomiċi, fosthom telf ta' impjiegi u telf ta' kapital.", "L-impatti li wieħed bilfors ikollu jiffaċċja jkunu kbar kemm għall-preżent kif ukoll għal min jiġi warajna.", "F'pajjiżna, għandna indikaturi li juru tħassib dwar il-ħasil ta' flus.", "Lil hinn minn kemm ngħaddu liġijiet f'din il-Kamra, f'pajjiżna hawn dan iċ-ċertu tħassib.", "Hawn insemmi ċ-ċirkostanza reali ta' dak li qed jiġri fis-Satabank, fejn wieħed immedjatament jirrealizza kif il-ħasil ta' flus jimpatta fuq il-ħajja tan-nies.", "Nhar il-Ħadd li għadda, fil-faċċata ta' quddiem tal-ġurnal Malta Today, kien hemm artiklu miktub minn Matthew Vella intitolat \"FIAU found clients with suspected organised crime links\".", "Fost l-oħrajn, naqraw li dan il-bank:", "Hawn qed ngħidu li l-istituzzjonijiet għamlu xogħolhom billi aġixxew u ħolqu numru ta' konsegwenzi.", "Issa hawn min qed jargumenta li l-FIAU u l-MFSA, li hija r-regolatur, aġixxew b'mod qawwi.", "Jien ma naqbilx ma' dan ir-raġunament.", "Ejja niftakru li s'issa, ħamest ijiem wara, ma kienx hemm ċaħda ta' dak li rrapportat il-Malta Today.", "Għalhekk, wieħed jiġġustifika l-aġir li ħadet l-MFSA.", "Dak fisser li ħaddiema innoċenti li ma kellhom l-ebda tort f'dan il-proċess, spiċċaw qed jiffaċċjaw ħafna problemi.", "Insemmi l-iffriżar tal-kontijiet bankarji ta' negozji leġittimi li kellhom jiffaċċjaw dawn il-konsegwenzi u l-inċertezza li nħolqot għall-impjegati tal-istess bank.", "Meta tibda tara dawn il-konsegwenzi kollha, wieħed jasal biex jifhem aħjar kemm il-ħasil ta' flus jista' jħalli impatt fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħna.", "Sur President, nemmen li rridu naħdmu biex ikollna dejjem aktar attività leġiżlattiva b'saħħitha.", "Jien insegwi mill-qrib dan il-qasam u kemm-il darba għamilt mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru għall-Ġustizzja dwar xogħol relatat mal-aspett tal-iffriżar ta' assi u l-Asset Management Bureau.", "Nemmen li wasal iż-żmien li npoġġu flimkien bilqiegħda biex naraw kif nistgħu nsaħħu l-għodod li għandhom f'idejhom l-istituzzjonijiet tagħna ħalli jkunu jistgħu jħarrxu din il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus dejjem aktar.", "Nemmen li rridu nimxu b'kawtela kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspetti tal-cryptocurrency minħabba l-istejjer li qed joħorġu fuq ir-relazzjoni viċina bejn il-qasam tal-cryptocurrencies u l-ħasil ta' flus.", "Għalkemm pajjiżna għandu leġiżlazzjoni b'saħħitha, xorta nħoss li rridu naġixxu b'ħafna aktar kawtela.", "Finalment, nemmen li jekk rridu verament inħallu impatt pożittiv fuq is-soċjetà tagħna, irridu dejjem naraw kif nistgħu nilqgħu għall-impatt negattiv li din it-tip ta' attività tħalli fuq il-familji Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, illum, nixtieq inkompli fejn ħalla l-Onor.", "Glenn Bedingfield ilbieraħ, meta fl-aħħar tad-diskors tiegħu għamel appell lill-Oppożizzjoni u lill-Partit Nazzjonalista biex inkunu onesti magħna nfusna b'mod individwali, kif ukoll b'mod kollettiv bħala partit.", "L-Onor.", "Bedingfield appellalna wkoll biex insaħħu r-relazzjoni tagħna mal-Maltin u l-Għawdxin.", "F'dan id-diskors, nixtieq nagħfas fuq dawn iż-żewġ punti li nkunu onesti u nibnu relazzjoni tajba mal-kostitwenza tagħna, b'mod speċjali mal-komunità tan-negozju.", "Dan l-aħħar ġrali, bħalma jiġri lil kull deputat f'din il-Kamra, li niltaqgħu ma' ħafna nies fit-triq li jieqfu jkellmuk.", "Fil-każ tiegħi, ħafna drabi niltaqa' man-nies fuq il-vapur ta' Għawdex, fejn ħafna nies, inkluż negozjanti, jesprimu l-inkwiet, it-tħassib u l-frustrazzjoni tagħhom għas-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż.", "Ħafna jgħidulek li għalkemm hawn xogħol u l-ekonomija sejra tajba, is-sitwazzjoni xorta tirrabjahom u tiffrustrahom għax il-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri ma rriżenjawx.", "Nixtieq nitkellem dwar ir-relazzjoni tagħna man-negozju u l-ħasil ta' flus, ladarba qegħdin niddiskutu direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra t-terroriżmu li se ddaħħal emendi ġodda fil-liġi Maltija kontra l-ħasil ta' flus.", "Hawn qed nitkellem fuq tliet affarijiet differenti.", "L-ewwel, l-importanza li nkunu onesti, it-tieni, l-importanza li nsaħħu r-relazzjoni tagħna l-politiċi mal-kostitwenza tagħna, speċjalment man-negozji u l-banek, u t-tielet, fuq livell internazzjonali, li niġġieldu t-terroriżmu u l-ħasil ta' flus.", "Se nkun qed nitkellem dwar x'inhu l-ħasil ta' flus u għalfejn għandu daqshekk effetti negattivi fuq livell internazzjonali u nazzjonali.", "Fuq kollox, se nitkellem dwar l-effett tal-ħasil ta' flus fuq il-livell tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Naħseb li l-onestà hija importanti ħafna.", "Issa jien la jien qaddis u lanqas perfett, u kemm-il darba żbaljajt u tlabt maħfra.", "Il-verità hi li fil-ħajja dejjem nitgħallem, inkluż mill-mod ta' kif il-Gvern qed imexxi l-ekonomija.", "Bedingfield, huwa importanti li nkunu onesti u awtentiċi.", "Fil-fatt, anke fuq livell politiku, il-popolarità ta' partit u politiku tiżdied jekk tkun onest man-nies.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn mexxejja kbar fid-dinja, naraw li speċjalment dan l-aħħar, wara l-kriżi ekonomika, in-nies bdew jafdaw aktar lill-politiċi li huma awtentiċi.", "Wara l-kriżi ekonomika, in-nies tilfu l-fiduċja fl-awtoritajiet u f'ċerti politiċi u bdew jafdaw aktar politiċi li jgħiduha kif iħossuha.", "Fil-fatt, nista' nsemmi politiċi li mhux neċessarjament naqbel magħhom, bħal Nigel Farage fl-Ingilterra li se jġib il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Papa li naqbel ħafna miegħu, Donald Trump li ma tantx naqbel miegħu, Jeremy Corbyn li lanqas tant naqbel miegħu u Boris Johnson mill-partit konservattiv Ingliż.", "Dawn huma kollha politiċi li għandhom ċerta kariżma u awtentiċità, għax jgħiduha kif iħossuha.", "Din hija xi ħaġa importanti, għax b'hekk tibni relazzjoni tajba mal-kostitwenza, li tinkludi mhux biss il-familji, imma wkoll il-komunità tan-negozju.", "Qed insemmi l-komunità tan-negozju għax hemm bżonn ta' azzjoni kollettiva.", "Fil-fehma tiegħi, inutli tkun biss l-Oppożizzjoni li titkellem kontra l-korruzzjoni.", "L-istess, inutli titkellem biss is-soċjetà ċivili bħall-Occupy Justice u Repubblika li nsellmilhom u nirringrazzjahom tax-xogħol li qed jagħmlu.", "Din il-mixja għall-governanza tajba ma tistax tkun biss tal-Partit Nazzjonalista, tal-Partit Demokratiku u tas-soċjetà ċivili, għax m'aħniex se naslu.", "Qegħdin nagħmlu tajjeb li nagħmlu pressjoni kbira fuq il-Gvern, però magħna għandna bżonn il-komunità tan-negozju li hija influwenti ħafna mhux biss fil-politika tal-pajjiż, imma wkoll fid-diplomazija, id-direzzjoni ekonomika u l-kummerċ minn pajjiż għall-ieħor.", "Qed nitkellem fuq il-ħasil ta' flus mill-perspettiva tan-negozji u l-banek, għax Malta hija gżira insulari li minn dejjem kellha bżonn tal-importazzjoni u l-esportazzjoni.", "Malta għandha bżonn tal-investitur barrani li jiġi jinvesti f'Malta biex joħloq ix-xogħol.", "In-negozjanti Maltin għandhom bżonn joħorġu barra minn Malta u jinvestu f'pajjiżi oħrajn.", "Għalhekk, jien naqbel mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea għax illum qegħdin parti minn suq ħafna ikbar.", "L-ekonomija ta' Malta għandha bżonn li tkun miftuħa, għax ladarba aħna gżira insulari, għandna bżonn ta' impjiegi li jiġu permezz ta' oqsma ġodda u reputazzjoni tajba tal-pajjiż.", "Qed ngħid dan għaliex jekk inti Malti u trid tesporta lejn il-Ġermanja, fil-laqgħat li jkollok ma' dawn il-kumpaniji barranin, l-ewwel ħaġa li se jaraw hija r-reputazzjoni ħażina ta' Malta.", "Fil-fatt, fuq il-vapur ta'Għawdex iltqajt ma' persuna li tesporta lejn numru ta' pajjiżi Ewropej, inkluż ir-Renju Unit u l-Ġermanja li bdiet tkellimni dwar dan.", "Issa żgur li ma tistax tgħid li f'dan il-pajjiż kulħadd huwa Nazzjonalist u allura qed jitkellem mil-lenti politika.", "Jien, bħall-membri tal-Gvern, niltaqa' ma' nies ta' kull fehma politika, jiġifieri niltaqa' ma' Laburisti, ma' persuni li kienu Nazzjonalisti u issa qed jivvotaw lill-Partit Laburista u ma' Nazzjonalisti.", "F'kelma waħda, niltaqa' letteralment ma' kulħadd, fejn il-messaġġ ewlieni li ħafna nies jgħidulek hu li l-ekonomija sejra tajjeb u hawn ix-xogħol, imma inkwetati bir-reputazzjoni ta' Malta.", "Ħafna huma inkwetati b'mod partikolari bil-Panama Papers u bil-każ ta' 17 Black.", "Issa hawnhekk qed inkun sinċier kif talabni nagħmel l-Onor.", "Dan huwa textbook case ta' ħasil ta' flus!", "Meta qed ngħidu ħasil ta' flus, mhijiex xi ħaġa pożittiva.", "Il-kelma ħasil hija pożittiva, imma l-ħasil ta' flus isir għax il-flus ikunu maħmuġin u illegali, ngħidu aħna ġejjin mid-droga u mill-prostituzzjoni, fost attivitajiet oħrajn, u l-kriminal ikun irid jaħsilhom.", "II-ħasil tal-flus hija xi ħaġa negattiva ħafna li tħalli l-vittmi warajha, kif se nispjega f'dan id-diskors.", "Fil-fatt ilbieraħ dan il-punt ġie spjegat tajjeb ħafna wkoll mill-Onor.", "Meta jkollok sitwazzjoni bħal din, il-komunità tan-negozju toqmos.", "Ħafna drabi, meta nitkellem man-negozjanti, nistqsihom jekk hux qed iqajmu dan it-tħassib tagħhom, imma huma jgħiduli li ma tistax titkellem għax mill-ewwel tlaqqatha!", "Ħafna negozjanti jibżgħu jitkellmu, għax jekk ikun hemm tender tal-Gvern, jibżgħu li ma jeħduhx.", "Jien staqsejthom ukoll biex ladarba jibżgħu jitkellmu b'mod individwali, jistgħu jitkellmu b'mod kollettiv permezz tal-korpi kostitwiti.", "Però qaluli li lanqas jistgħu jagħmlu dan, għax l-ewwel wieħed li jerfa' subgħajh u jitkellem, ilaqqatha hu!", "Sur President, kif taf inti, ftit ilu kont is-South Africa fuq programm tal-Commonwealth u hemmhekk iltqajt ma' Prof. Trevor Fowler li kien politikant u sindku - hemmehekk isejħulu city manager - tal-belt Johannesburg, fejn kien ilu jiġġieled kontra l-apartheid minn żmien Nelson Mandela.", "Fil-fatt meta Nelson Mandela kien laħaq President tas-South Africa, hu kien Membru Parlamentari.", "Impressjonani ħafna meta qalilna li meta daħal għall-ewwel darba fil-Parlament sab ruħu bilqiegħda quddiem nies fuq in-naħa tal-Gvern li kien jaf li kienu qattiela.", "Qalilna wkoll li llum għandhom problema oħra ta' korruzzjoni.", "Issa dan ġej mill-partit African National Congress (ANC) li bħalissa hemm fil-Gvern, fejn sa ftit tax-xhur ilu kien għad hemm il-President Jacob Zuma.", "Prof. Trevor Fowler waqqaf kummissjoni interna fil-partit tiegħu stess li kien ilu għaddej minn snin sħaħ ta' allegazzjonijiet kbar ta' korruzzjoni, ħafna akbar minn ta' Malta.", "Hemmhekk kellek il-familja Indjana Gupta li bdiet tagħmel ħafna akkwisti fl-istat tas-South Africa u bdiet ixxaħħam lil membri għoljin ħafna fil-gvern tal-ANC.", "Fost l-esperjenzi li Prof. Trevor Fowler kien qed jaqsam magħna, qalilna li meta ħoloq din il-kummissjoni interna ta' etika fil-partit, li wasslet għal rapport, kien mument diffiċli ħafna.", "Issa hawn ma rridx inqabbel lis-South Africa ma' Malta, għax bħalissa s-South Africa għandha rata ta' qgħad ta' 40% li tiżdied għal 70% fost iż-żgħażagħ.", "Lanqas ma tista' tqabbel l-ekonomija tas-South Africa mal-ekonomija ta' Malta li sejra tajjeb minkejja li xorta għandna l-faqar.", "Però l-punt tiegħi hu li Prof. Trevor Fowler kellu l-kuraġġ li fir-rapport li tħejja mill-kummissjoni mwaqqfa minnu jgħid lill-President tal-pajjiż, jiġifieri lill-kap tiegħu stess, li hemm bżonn li jirriżenja.", "Meta staqsejtu jekk il-President irriżenjax wara li ħareġ ir-rapport, qalli li le għax ħadd ma ta kas tar-rapport.", "Qalli wkoll li saħansitra l-ħbieb tiegħu stess fil-partit tal-ANC ħaduha kontrih.", "Però mbagħad, meta beda jgħaddi ż-żmien u ġabu lill-komunità tan-negozju magħhom, inkluż il-community leaders, il-President Jacob Zuma rriżenja u laħħqu lil xi ħaddieħor.", "Dan għaliex il-komunità tan-negozju għandha influwenza kbira.", "F'Malta bħalissa n-negozju sejjer tajjeb u huwa għalhekk li l-komunità tan-negozju ssibha diffiċli li titkellem.", "Fil-fatt, meta tkellimt ma' negozjanti Maltin staqsejthom x'jagħmlu jekk jiġu f'sitwazzjoni fejn l-affarijiet imorru ħażin kif ġara, pereżempju, fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja fis-snin 90.", "Dak iż-żmien kien hemm il-Prim Ministru Valdis Dombrovskis li llum huwa Viċi Kummissarju u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u kellek bank kbir li kellu fergħat f'dawn it-tliet pajjiżi Baltiċi, fejn kien hemm suspett qawwi ta' ħasil ta' flus.", "Ġara li n-nies beżgħu li l-Gvern se jinvestiga lil dan il-bank u marru jiġru jiġbdu d-depożiti tagħhom, dak li jissejjaħ capital flight.", "Riżultat ta' dan kien hemm kriżi ekonomika enormi f'dawn il-pajjiżi, sal-punt li ħafna familji ġralhom bħall-klijenti tas-Satabank f'Malta, u spiċċaw bla flus biex jgħixu.", "Ovvjament dan wassal għal problemi soċjali kbar f'dawn il-pajjiżi.", "Issa meta staqsejt lin-negozjanti Maltin jekk jaħsbux li jista' jiġri xi ħaġa simili f'pajjiżna, qaluli li ma tistax tbassar il-futur, jista' jkun iva u jista' jkun le.", "Meta mbagħad staqsejthom x'jagħmlu jekk jiġri xi ħaġa hekk, huma ma kellhomx risposta, imma qaluli biss li jkollhom jiffaċċjaw il-konsegwenzi.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-komunità tan-negozju mhux minn dejjem kienet siekta.", "Pereżempju, illum, fl-ewwel paġna tal-gazzetta Malta Today naqraw hekk:", "Rappreżentanti tal-industrija tal-gaming f'Malta qed jitolbu lill-Gvern Malti biex ikollna standards ogħla tas-saltna tad-dritt.", "Il-Malta Today tgħidilna wkoll x'qal iċ-chairman tal-iGEN Enrico Bradamante, li huwa rappreżentant ta' numru ta' kumpaniji fis-settur tal-gaming, u tgħid hekk:", "Mela l-isforzi li għamel il-Gvern biex niġġieldu l-ħasil tal-flus mhumiex biżżejjed.", "Dan ifisser li s-sitwazzjoni f'Malta qed ikollha effetti negattivi, b'mod partikolari fuq is-settur tal-banek li huma ħolqa importantissima fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Il-banek għandhom obbligi kbar u onerużi minħabba l-liġijiet internazzjonali u l-liġijiet Ewropej, fosthom li jridu bilfors jirrapportaw kull suspett ta' ħasil ta' flus.", "Issa minħabba s-sitwazzjoni li għandna bħalissa f'Malta, il-banek qed ikunu ħafna aktar attenti biex ma jkunx hawn ħasil ta' flus u riċiklaġġ ta' flus maħmuġin.", "L-effett negattiv ta' dan kollu huwa li f'pajjiżna qed nidħlu f'sitwazzjoni fejn għandek banek li qed jirrifjutaw li jiftħu kontijiet bankarji għal kumpaniji, klijenti u investituri barranin li jiġu f'Malta.", "Hawn irridu noqogħdu attenti li ma niġux f'sitwazzjoni fejn ikollok investituri barranin li jitgerrxu jiġu Malta minħabba l-korruzzjoni u l-ħasil ta' flus u fl-istess ħin ikollok nies barranin li jiġu Malta proprju minħabba li hawn il-korruzzjoni u l-ħasil ta' flus.", "Kif qal l-Onor.", "Claudio Grech, irridu noqogħdu attenti li ma niġux f'sitwazzjoni fejn nattiraw investituri barranin li huma high risk, u mbagħad ingerrxu investituri li huma low risk għax huma aktar attenti u onesti minn oħrajn.", "Huwa tajjeb li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qed jipprova jattira nies barranin fin-negozju fl-oqsma tal-innovazzjoni, l-artificial intelligence, il-virtual currencies, il-blockchain u l-gaming, però aktar ma nġibu nies barranin, aktar irridu nibnu sistemi regolatorji u ta' infurzar biex noqogħdu attenti li nattiraw nies onesti u ġenwini u mhux nies kriminali.", "Meta f'pajjiżna għandna każ klassiku li tista' ssejjaħlu textbook case ta' ħasil ta' flus, bħal dak ta' 17 Black, fejn ir-responsabbiltà politika għadha ma tteħditx, qed inwasslu messaġġ negattiv lill-investituri barranin.", "Din mhijiex storja biss tat-Times of Malta, imma tal-aġenzija internazzjonali tal-aħbarijiet Reuters li tibgħat l-aħbarijiet lejn kull rokna tad-dinja.", "Il-messaġġ li qed jasal hu li pajjiżna mhuwiex kapaċi jieħu azzjoni f'każijiet ta' ħasil ta' flus fiċ-ċentru u l-qalba ta' dan il-Gvern.", "Dawn huma sinjali ħżiena ħafna li qed iħallu effett ħażin fuq id-dinja tan-negozju.", "Insemmi wkoll kif il-Kummissjoni Ewropea f'Marzu tal-2018 fil-country specific reports li kull stat membru huwa obbligat li jagħmel biex jagħti ħarsa lejn l-andament ekonomiku tiegħu, tgħid li l-ekonomija ta' Malta sejra tajjeb - għalkemm jien nemmen li għad fadal il-faqar li rridu nkomplu niġġilduh – u l-qgħad f'Malta huwa baxx, li hija xi ħaġa pożittiva.", "Però, il-Kummissjoni Ewropea li tinkludi lill-Kummissarju Malti Karmenu Vella, li nsellimlu minn hawnhekk għax-xogħol siewi li qed jagħmel fil-portafoll tiegħu, turi wkoll ċertu tħassib.", "Issa żgur li ma nistgħux ngħidu li l-Kummissjoni Ewropea hija influwenzata mill-Partit Nazzjonalista.", "Ngħid ukoll li l-investituri barranin jemmnu fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea.", "Fil-fatt, għalkemm joħorġu ħafna rapporti mill-Parlament Ewropew, ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea huwa l-aktar wieħed b'saħħtu.", "L-investituri barranin, qabel ma jmorru f'pajjiż, speċjalment tal-Unjoni Ewropea, jiċċekkjaw dan it-tip ta' rapport tal-Kummissjoni Ewropea.", "F'Marzu 2018, il-Kummissjoni Ewropea qalet li s-sistema tal-ġustizzja f'Malta għandha qed tiffaċċja sfidi kbar - ma qalitx sfidi, imma sfidi kbar - fir-rigward tal-ġlieda konta l-korruzzjoni.", "Qalet ukoll li huwa meħtieġ li jiġi żgurat ambjent ta' negozju ta' kwalità għolja.", "Dan ifisser li l-Kummissjoni Ewropea qed tgħaqqad il-ġlieda kontra l-korruzzjoni mal-ambjent tan-negozju f'Malta.", "Tgħid ukoll li n-nuqqasijiet li tiġi miġġielda l-korruzzjoni jistgħu jaffettwaw ħażin il-klima tan-negozju u l-investiment f'Malta.", "Dan ifisser li jista' jkun hemm effetti ħażin fuq l-impjiegi u l-futur tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.", "S'issa m'aħniex qegħdin naraw effetti negattivi, però qegħdin nilagħbu man-nar!", "Naħseb li peress li l-Prim Ministru ma talabx lill-Onor.", "Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff Keith Schembri jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jirriżenjaw, il-pajjiż qed jilgħab man-nar.", "Il-Kummissjoni Ewropea tgħid ukoll li l-effettività tal-isforzi ta' Malta biex tiġġieled il-korruzzjoni jeħtieġ li jitjiebu, speċjalment fir-rigward tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni.", "It-titjib tal-governanza f'Malta huwa kruċjali biex tinżamm ir-reputazzjoni u l-attrazzjoni ta' Malta bħala destinazzjoni tal-investiment internazzjonali.", "Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tkun aktar ċara minn hekk, fejn qed tgħidilna li l-korruzzjoni f'Malta jista' jkollha effetti negattivi fuq l-impjiegi tagħna l-Maltin.", "Meta nitkellmu dwar ir-reputazzjoni tal-pajjiż, mhijiex biss kwestjoni ta' ġieħ lil Malta jew kwestjoni ta' moralità, imma hija kwestjoni ta' impjiegi tal-Maltin.", "Il-Kummissjoni Ewropea, li għandha Viċi President li kien Prim Ministru ta' wieħed mill-pajjiżi Baltiċi li ffaċċja kriżi ekonomika qawwija minħabba l-ħasil ta' flus, taf li fl-aħħar mill-aħħar se jbatu l-familji u ż-żgħażagħ li jispiċċaw bla xogħol.", "Sinjura President, qabel nagħlaq, nixtieq insellem lill-President tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta, is-Sur Frank Farrugia li għalkemm qatt ma ltqajt miegħu, ammirajtu għall-kuraġġ li kellu meta proprju ftit tal-ġimgħat qabel l-elezzjoni ħareġ żewġ stqarrijiet.", "Minkejja li n-negozjanti f'Malta joqogħdu ħafna attenti biex ma jidħlux fil-qasam tal-politika, is-Sur Farrugia kellu l-kuraġġ joħroġ stqarrija fit-22 ta' Mejju, 2017 u oħra fis-26 ta' Mejju 2017 fejn qal:", "- l-aktar ħaġa li tobgħod il-komunità tal-kummerċ hija l-inċertezza -", "Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tinsab preokkupata dwar ir-reputazzjoni ta' Malta u li ċerti istituzzjonijiet mhux qegħdin jaħdmu kif suppost.", "Ftit tal-jiem qabel l-aħħar elezzjoni, is-Sur Farrugia qal ukoll li:", "Niftakru li kienu ġew leaked numru ta' files u għalhekk il-Kamra tal-Kummerċ sejħet għal task force biex jiġu investigati dawn il-files u jitranġaw l-affarijiet.", "Is-Sur Farrugia kien qal ukoll:", "Naqbel mas-Sur Farrugia mija fil-mija li f'dan il-pajjiż hemm bżonn li ningħaqdu fi front wieħed għall-governanza tajba.", "Dan intqal ukoll mill-Onor.", "Mario De Marco fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fejn qal li hemm bżonn ta' front magħqud f'din il-mixja għal aktar governanza tajba, għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet.", "Apparti s-soċjetà ċivili, il-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista, hemm bżonn ukoll tal-komunità tan-negozju, għaliex m'għandix dubju li l-Gvern jisma' mill-komunità tan-negozju.", "Ekonomija b'saħħitha u l-komunità tan-negozju huma essenzjali biex nibqgħu nkattru x-xogħol f'pajjiżna u f'kull pajjiż ieħor fid-dinja.", "Sinjura President, nixtieq nagħlaq b'numru ta' kummenti dwar din il-liġi li tifforma parti minn numru ta' miżuri ta' sigurtà tal-Unjoni Ewropea.", "Infakkar li l-Unjoni Ewropea ħarġet 25 miżura minkejja li s'issa sitt miżuri biss ġew addottati.", "L-Unjoni Ewropea rat numru ta' attakki terroristiċi fosthom fil-Belġju, Franza, id-Danimarka u l-Ġermanja, u għalhekk din id-direttiva ssaħħaħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu, però tidħol ukoll fl-aspett ta' ħasil tal-flus u tikkriminalizza l-iffinanzjar tat-terroriżmu.", "Normalment, l-iffinanzjar tat-terroriżmu jiġi minn flus maħmuġin li ġejjin minn attivitajiet bħad-droga u l-prostituzzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Stellini, nitolbok tikkonkludi għaliex skada l-ħin.", "DAVID STELLINI: Permezz ta' din il-liġi, sar reat kriminali li wieħed jivvjaġġa għal skopijiet terroristiċi, għal skopijiet ta' taħriġ għat-terroriżmu u għall-iffinanzjar tat-terroriżmu.", "Sinjura President, intenni l-punt prinċipali li l-komunità tan-negozju tipparteċipa f'din il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Nifhem li l-komunità tan-negozju għaddejja minn mument tajjeb ta' tkabbir ekonomiku, però n-nies fin-negozju huma business leaders, li jridu jagħtu eżempju.", "Kif jgħid il-Malti: L-eżempju jkaxkar!", "Importanti li l-komunità tan-negozju tħares 'il quddiem mhux biss għal dawn is-sentejn jew tlieta, imma tħares ukoll għall-futur ta' wliedna.", "Bħala pajjiż qegħdin nirriskjaw li nispiċċaw fi kriżi ekonomika jekk ma noqogħdux aktar attenti.", "Għaldaqstant huwa importanti li l-komunità tan-negozju tiġbed widnejn il-Gvern f'dan ir-rigward.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, kemm nixtieq li xi darba jkollna Gvern li joħroġ b'kontenut bħalma għandna f'din id-Direttiva u mhux idaħħal emenda fil-liġijiet tagħna għaliex id-Direttiva qed tobbligana nagħmlu hekk.", "Kieku jkun ħafna differenti!", "Kieku jkun Gvern proattiv li jkun qed jaħdem fl-interess ta' Malta u ta' dan il-qasam.", "Nifhem li aħna l-membri ta' din il-Kamra lkoll naqblu fuq ċerti punti f'din il-liġi, fosthom li l-att tat-terroriżmu huwa ksur tal-valuri universali tal-bniedem.", "Naqblu wkoll dwar il-valuri tad-dinjità, il-ħelsien, l-ugwaljanza u s-solidarjetà.", "Għalija, meta ma nħaddnux dawn il-valuri, inkunu anti-soċjali mal-massa.", "F'din il-Kamra naqblu wkoll li l-atti terroristiċi żdiedu f'dawn l-aħħar snin, tant li sar għandna terroristi li jżuru pajjiżi oħrajn proprju biex jagħmlu l-atti kriminali f'isem gruppi organizzati.", "Ir-raġuni hija biex ibeżżgħu u jkissru l-istabilità u s-sliem ta' dak il-pajjiż jew reġjun, b'mod partikolari fl-Unjoni Ewropea.", "Nifhem ukoll li bis-saħħa ta' din id-Direttiva l-istati kollha tal-Unjoni Ewropea se jkollhom qafas ta' liġi li huwa ugwali.", "Għalhekk bilfors se tiżdied il-koperazzjoni u tinxtered l-informazzjoni u l-evidenza bejn l-istati membri.", "Ngħid ukoll li min jinqabad jagħmel atti terroristiċi se jkollu l-istess trattament.", "Dan għaliex jekk aħna nemmnu fil-valur tad-dinjità tal-bniedem, irridu nirrispettaw id-dinjità ta' kulħadd.", "B'hekk, min iwettaq atti terroristiċi se jkollu l-istess trattament fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea minkejja li jkun wettaq dawn is-sagrileġġi.", "L-atti terroristiċi huma frott ta' ideoloġiji estremi u radikali li jmorru kontra n-natura tal-bniedem stess.", "Sintendi, dawn l-atti jridu l-finanzi u ġeneralment jużaw l-istess alleanzi u toroq ta' kriminalità internazzjonali organizzata.", "Huwa evidenti wkoll li dawn l-istess terroristi jużaw il-midja soċjali biex iħajru aktar membri u biex jiġbru l-fondi.", "Dawn l-emendi fil-liġi jħarsu lejn dawn l-oqsma kollha.", "Jien nemmen li din il-liġi hija pożittiva għax se tkompli ssaħħaħ il-liġijiet Maltin biex ikollna l-għodod meħtieġa ħalli neqirdu kemm il-ħasil tal-flus kif ukoll l-atti terroristiċi.", "Fuq kollox, hawn qegħdin nitkellmu fuq atti li huma maħmuġin.", "Jista' jkun li l-frażi \"ħasil tal-flus\" tinstema' li għandha konnotazzjoni pożittiva, imma wieħed irid jiftakar li hawn qed nitkellmu fuq ħmieġ u mhux tindif.", "Dawn il-flus qegħdin jinħaslu għaliex huma maħmuġin!", "Għalhekk liġijiet bħal din li jappoġġjaw din il-ġlieda terroristika u l-ħasil tal-flus huma tajbin ferm, imma l-forza tar-raġuni titlob aktar minn hekk.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jrid li jkollu wkoll is-serħan tal-moħħ li t-tkabbir ekonomiku tagħna jkun ħieles minn kull tip ta' flus maħmuġa, aktar u aktar flus li forsi intenzjonalment se jispiċċaw fi kriminalità organizzata jew atti terroristiċi.", "Sinjura President, kien proprju għalhekk li f'dawn l-aħħar erba' xhur il-Partit Demokratiku ressaq żewġ mozzjonijiet privati li l-oġġettiv tagħhom huwa l-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali internazzjonali u l-mixja favur governanza tajba.", "Waħda mill-mozzjonijiet titkellem dwar il-madwar li hemm 'il barra mit-territorju tal-baħar tagħna, biex bl-għajnuna tan-Nazzjonijiet Magħuqda titwaqqaf entità internazzjonali li tiġġieled il-kriminalità organizzata li tuża l-ibħra madwar Malta barra t-territorju tagħna, jiġifieri barra t-12-il kilometru mill-kosta tagħna.", "Din l-entità jkollha s-saħħa li tressaq lil dawk li jinqabdu f'tali reati kriminali.", "Għax ħafna drabi jiġri li meta naqbdu lil dawn il-kriminali organizzati jkun hemm diffikultà kbira biex jitressqu fil-Qrati Maltin jew fi qrati oħra ta' pajjiżi ġirien.", "Entità bħal din toffri soluzzjoni biex jinqabad il-kuntrabandu relatat mas-sajd, mad-droga u ż-żejt, fost affarijiet oħra.", "B'hekk, il-ħati jkun jista' jitressaq kif suppost quddiem il-ġustizzja.", "B'mod partikolari, hawn qed nirriferi għal Hurd's Bank li parti minnu huwa fit-territorju ta' Malta u parti oħra mhuwiex.", "Malta għandha interess kummerċjali f'din iż-żona u għandha wkoll interess li tipproteġi l-integrità tagħha billi tara li t-transazzjonjiet li jsiru bejn shift u ieħor ikunu legali u 'l bogħod minn attività kriminali.", "Bis-saħħa ta' din l-attività Malta ddaħħal ċertu revenue, imma kulħadd jaf li hemm ċerti irregolaritajiet li qegħdin iseħħu hemm barra u li huma 'l bogħod mill-id tal-ġustizzja u tal-investigazzjoni Maltija.", "Dawn l-irregolaritajiet qed iħammġu isem Malta.", "Bħala pajjiż, hemm bżonn li nnaddfu isem Malta.", "Bħala Partit Demokratiku ressaqna wkoll mozzjoni biex jitwaqqaf kumitat permanenti għas-sorveljanza tal-entitajiet regolatorji fis-settur finanzjarju tal-gaming.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-MFSA, l-FIAU u l-qasam tal-gaming innifsu.", "Dan huwa kumitat totalment differenti minn dak tal-ekonomija jew tal-Kontijiet Pubbliċi, għax jiffoka b'mod differenti għall-aħħar fuq dawn l-oqsma.", "Bis-saħħa ta' dan il-kumitat inkunu qegħdin noħolqu pjattaforma ġdida ta' skrutinju u konsultazzjoni fejn jistgħu jiġu ssuġġeriti jew aġġornati policies li jolqtu lil dan is-settur.", "Fil-fehma tiegħi, iż-żewġ mozzjonijiet jgħożżu żewġ prinċipji fundamentali, l-interess pubbliku fl-interess nazzjonali u l-isfidi kbar u varji li lkoll kemm aħna għandna biex negħlbu dawn l-interessi ta' terzi li jaraw kif se jiżgiċċaw mill-loopholes legali u jimxu b'mod illegali.", "Nifhem li b'dawn iż-żewġ mozzjonijiet inkunu qed nagħtu soluzzjoni biex it-theddida tal-kriminalità u l-ħasil tal-flus jitnaqqsu.", "B'hekk tinħoloq il-possibbiltà li t-theddid terroristiku f'pajjiżna u fi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea jonqos b'mod drastiku jew jisfaxxa.", "Sinjura President, meta kont żagħżugħ, niftakar li kien hemm ajruplan li kien niżel f'Malta u wara sploda b'bomba fuq Lockerbie.", "Kien intqal li l-bomba kienet tpoġġiet fuq l-ajruplan fl-ajruport ta' Malta u għal snin sħaħ isem Malta ssemma fil-ħażin u ċċappas.", "Kien mument fejn l-integrità tas-sigurtà ta' pajjiżna xxandret mal-erbat irjieħ tad-dinja.", "Bl-istess mod, l-istess jista' jerġa' jiġri jekk jirriżulta li flus li oriġinaw minn xi settur finanzjarju f'pajjiżna qed isostnu xi att terroristiku.", "Allaħares jiġri dan!", "Però ta' min jesprimi dan is-sentiment, mhux biex inbeżża', imma biex noqogħdu attenti, nipprevjenu u ma neħdux l-affarijiet for granted, għaliex faċli nitfixklu fihom.", "Ninnota wkoll li bħalissa, fil-qasam finanzjarju, pajjiżna ma tantx għaddej minn żmien tajjeb.", "Fil-fehma tiegħi nħoss li pajjiżna għaddej mill-agħar żmien b'dak li qed iseħħ madwarna, anke meta l-ekonomija għaddejja fl-aqwa żmien.", "Jidher li dan is-settur qiegħed jattira ċerti negozjanti u entitajiet ta' intrapriżi li ma tantx għandhom reputazzjoni tajba.", "Huwa minnu li bħala pajjiż għandna l-kostituzzjoni u liġijiet b'saħħithom, però għalija u għal ħafna membri oħrajn f'din il-Kamra mhux qed iħarsu biżżejjed il-governanza tajba.", "Għaldaqstant, l-istess liġijiet u l-Kostituzzjoni jridu jiġu msaħħa bis-saltna tad-dritt.", "Jista' jkollna wkoll strutturi ta' entitajiet b'aktar poter biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni.", "Inħoss li hemm dan in-nuqqas fil-liġi Maltija.", "Għalhekk, hemm bżonn li jkollna qafas legali li jmur oltre minn din id-Direttiva li għandha għanijiet ġenwieni u tajbin.", "Nixtieq li l-Gvern joħroġ b'emendi fil-liġijiet li jħarsu lejn aktar governanza tajba, isaħħu s-saltna tad-dritt u joħolqu struttura li verament tiġġieled il-kriminalità u l-korruzzjoni.", "Meta qed ngħid 'verament' irrid infisser mill-aspett legali u mhu qed nimplika bl-ebda mod li l-forzi tas-sigurtà mhux qegħdin jagħmlu xogħolhom.", "Però, sabiex il-forzi tas-sigurtà jagħmlu xogħolhom sew, apparti li m'għandux ikollhom indħil politiku, għandu jkollhom ukoll qafas legali li jagħtihom kull jedd li jinvestigaw.", "Bħalissa jiġini f'moħħi l-bżonn li jkollna prosekutur legali li jmur 'l hemm mill-id tal-Avukat Ġenerali.", "L-appell tiegħi huwa li hemm bżonn li jkollna r-rieda politika li naslu.", "Pajjiżna bħalissa dieħel f'avventuri ta' novità, bħall-oqsma tal-artificial intelligence u l-blockchain.", "Pajjiżi kbar qagħdu 'l bogħod minn dawn l-oqsma.", "Fil-fehma tiegħi, ma fiha xejn billi nipprovaw nidħlu f'dawn l-oqsma bis-saħħa tal-ħiliet tar-riżorsi umani tagħna, però ma rridux niżżattu żżejjed.", "Importanti li nkunu kawti u nħarsu l-interessi komuni u l-integrità ta' pajjiżna.", "L-ekonomija tista' tissaħħaħ, imma rridu noqogħdu attenti li ma tissaħħaħx b'affarijiet li ma jkunux korretti.", "Pajjiżna għandu bżonn integrità u l-personalità, għax hekk jistħoqqlu.", "F'Ħaż-Żebbug ngħidu: Skont l-għajta l-bejgħ!", "Forsi ngħaffġu ftit dan il-qawl, imma naħseb li għandu aktar sinifikat minn meta ngħidu: L-għajta nofs il-bejgħ!", "Dan għaliex skont l-isem tar-reklamar, għandek dik il-personalità li tagħtik identità u karatteristika.", "Tajjeb li jkollna ekonomija b'saħħitha, imma hemm bżonn li l-ekonomija tkun ibbażata fuq ħwejjeġ li jagħtu isem tajjeb lil għażiża Malta.", "L-antidote - li hija dik il-mediċina kontra l-ħsara ta' mediċina oħra, jiġifieri dik il-mediċina li tingħata minħabba xi side effects ta' mediċina oħra - ta' kull ħażen huwa l-prevenzjoni, billi nikkombattu kull radikaliżmu li jista' jwassalna għal atti terroristiċi.", "Ir-radikaliżmu huwa għajb u parti mill-ħażen li jista' jwassal lill-bniedem għal għemil li mhuwiex uman, li jmur kontra n-natura umana u li jagħmel ħsara lil ħaddieħor.", "Is-soċjetà li qegħdin ngħixu fiha, inkluż dik Maltija, hija multikulturali, fejn il-kulturi u l-attitudnijiet huma varji, għalkemm ilkoll ngħixu flimkien.", "Issa, biex ma jkunx hemm dik il-frammentazzjoni u sezzjonijiet li jgħixu maqtugħin minn xulxin fejn jikber iċ-ċans li jinbet u jiffjorixxi r-radikaliżmu, hemm bżonn tal-inklużjoni.", "Din hija l-politika li rridu nħaddnu bħala t-tarka kontra kull forma ta' ksur ta' liġi, inkluż it-terroriżmu.", "Sinjura President, nagħlaq dan id-diskors tiegħi bil-kelma 'inklużjoni'.", "Nerġa' nappella biex, b'responsabbiltà, inkomplu naħdmu b'risq aktar inklużjoni.", "Ninnota b'sodisfazzjon li l-Gvern qed iressaq diversi Abbozzi ta' Liġi, però ejja ma noqogħdux nistennew lill-Unjoni Ewropea biex insaħħu u nlaħħmu l-liġijiet tagħna.", "Ejja naħdmu favur aktar liġijiet li jiggarantixxu governanza tajba ħalli nissieltu l-korruzzjoni u l-kriminalità u nsaħħu aktar is-saltna tad-dritt.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RAPPORTAĠĠ FIL-MIDJA", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, bil-permess tal-Onor.", "Frederick Azzopardi, nixtieq inressaq punt ta' ordni.", "Qed jinformawni li fuq l-online media, One News bħalissa qed iġibu artiklu b'ritratt tiegħi intitolat: \"Jason Azzopardi jaħrab il-PAC\".", "L-istorja hija b'referenza għas-seduta tal-PAC li kien hemm illum waranofsinhar.", "L-artiklu qed jgħid li ġew ifittxuni, ma sabunix u jien ma mortx għas-seduta tal-PAC.", "Forsi m'għandhomx biex jimlew l-aħbarijiet!", "Sinjura President, nixtieqek tivverifika li jien ilni f'dan il-bini tal-Parlament mis-2.30 p.m. meta kont imħarrek biex nixhed.", "Hawn il-Marixxal li rani fil-Kamra tal-Oppożizzjoni.", "Fl-3.55 p.m. jien inżilt mill-Kamra tal-Oppożizzjoni għax fl-4.00 p.m. kelli l-ewwel mistoqsija parlamentari.", "Din hija xi ħaġa pubblika u kulħadd jista' jivverifikaha.", "Fl-4.10 p.m., waħda mill-istaff tal-Parlament, li qed nindikaha, ġiet tgħidli li qed iċempluli mill-kamra tal-PAC u għedtilha biex ġentilment twassal l-messaġġ li kont qed nagħmel il-mistoqsijiet parlamentari.", "Il-Whip tal-Oppożizzjoni informani li s-seduta kellha tispiċċa fl-4.20 p.m. Mela mhux veru li jien ħrabt mill-PAC!", "Nixtieq li dan il-gideb jiġi indirizzat.", "Hawn mhux qed inqajjem ksur ta' privileġġ, però ma nistax nippermetti li jintefa' dan il-ħmieġ, gideb u tgħawwiġ tal-verità!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, għall-fini ta' korrettezza, jien kont preżenti waqt il-Public Accounts Committee.", "Nista' ngħid li kif intemmet ix-xhieda tas-Sur Vella, il-PAC talab biex jiġi x-xhud li kien imissu jirrispondi, li kien l-Onor.", "Normalment ix-xhud ikun qiegħed on stand-by sabiex jiġi quddiem il-Kumitat meta msejjaħ.", "Effettivament, bħala kumitat, ġejna infurmati li l-Onor.", "Azzopardi ma kienx qiegħed jistenna barra u bdiet issir tfittxija għalih.", "Irriżulta li kien qiegħed fil-Kamra u r-risposta li ħa l-PAC f'dak il-waqt kienet li l-Onor.", "Azzopardi bħalissa ma setax jiġi quddiem il-Kumitat minħabba li kien qed jagħmel xi mistoqsijiet parlamentari.", "Wieħed jista' jiċċekkja wkoll dak li ntqal verbalment.", "Għall-fini ta' korrettezza, dan huwa dak li ġara waqt il-PAC.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ma nixtieqx li jinħoloq dibattitu.", "Onor. Jason Azzopardi, se nagħtik minuta biex tikkjarifika l-punt li trid tagħmel.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, mela qegħdin naqblu li meta jien ġejt imsejjaħ, kont qed nagħmel dmiri u ma kontx qed nilgħab il-lottu jew il-karti!", "Għalhekk ħadd ma jiġi jgħid mill-istazzjon diżonest tagħkom li jien ħrabt!", "Ma naħrab minn ħadd!", "M'għandix minn xiex naħrab!", "Onor. Muscat, inti taf li meta sejjaħtuli, jien kont f'din il-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Alex Muscat, jekk jogħġbok, agħmel l-aħħar kumment ħalli nkomplu bid-dibattitu.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, mhux se nidħol fil-każ ta' dak li ġie rrapportat fil-midja.", "Però nerġa' ngħid li meta l-PAC talab biex ix-xhud li jmiss jiġi quddiem il-Kumitat, ix-xhud ma kienx qiegħed hemmhekk.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se nkomplu bid-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZOPARDI: Sinjura President, qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li, kif inhu deskritt fl-introduzzjoni tiegħu, qed jemenda l-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) li huwa l-Att kontra l-Ħasil ta' Flus (Kap. 373) u l-Att dwar il-Vittmi ta' Kriminalità (Kap. 539) sabiex tiġi trasposta d-Direttiva tal-Unjoni Eworpea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u biex tissostitwixxi d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Eworpea.", "Il-ħasil tal-flus huwa ċaqliq ta' flus li ġejjin minn attivitajiet kriminali permezz ta' transazzjonijiet kumplessi.", "Dawn it-transazzjonijiet isiru sabiex l-oriġini vera tal-flus u sid il-flus jiġu mistura.", "Dan ir-reat huwa relattivament ġdid.", "Fil-fatt, f'pajjiżna, l-ewwel liġi f'dan ir-rigward saret fl-1994 meta twaqqaf Kapitlu 373, Att kontra l-Ħasil ta' Flus.", "Bis-saħħa ta' dan l-Att, il-korruzzjoni jew trasferiment ta' proprjetà li jkun mifhum jew issuspettat li tkun direttament jew indirettament miġjuba minn attività kriminali għal skop jew skopijiet ta' ħabi jew wiri ta' ħaġa b'oħra ta' oriġini ta' proprjetà jew ta' għoti ta' għajnuna lil xi persuna jew persuni involuti jew konċernati f'attività kriminali.", "Fid-dawl ta' dan ir-reat ġdid, fl-2001 twaqqfet il-Money Laundering Unit.", "Minn mindu ġiet stabbilita din l-Unit, kien hemm diversi każijiet fejn pulizija ġew mqabbda jieħdu passi kontra persuni suspettati b'attivitajiet kriminali u ħasil ta' flus.", "B'dispjaċir ngħid li dan l-aħħar hemm suspetti li din il-unit mhijiex tagħmel biżżejjed l-isforz tagħha għall-iskop li verament kienet mwaqqfa għailh.", "Qed ikun hemm suspetti li ċerti każi mhux qed jittieħdu bis-serjetà kif titlob il-liġi.", "Sinjura President, ħafna drabi l-Oppożizzjoni tiġi kkritikata li hi negattiva meta titkellem dwar il-korruzzjoni f'Malta.", "Però meta nagħmlu dan, inkunu qegħdin indirettament nitkellmu wkoll dwar aspetti oħrajn li huma konnessi mal-korruzzjoni bħal, pereżempju, il-bejgħ tal-passaporti.", "Meta aħna nagħmlu din il-kritika ma nkunux qed nikkritikaw biss il-mod kif qed titmexxa din l-iskema, imma wkoll aspetti oħrajn bħall-ħasil tal-flus.", "Dan mhux qed tgħidu biss l-Oppożizzjoni imma anke l-Unjoni Ewropea, li dan l-aħħar qalet li se tkun qed tissikka lill-gvernijiet ta' pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta u Ċipru, li joffru ċittadinanza lil persuni barra mill-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea se tara li jkun hemm stħarriġ ta' dawn l-attivitajiet kriminali, għax qed jikber it-tħassib dwar flus maħmuġin li ġejjin anke mir-Russja.", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja għall-Unjoni Ewropea, qalet li l-iskemi ta' bejgħ taċ-ċittadinanza fit-tmien membri stati se jkunu qed jgħaddu minn skrutinju qawwi bħala parti minn sforz kontra l-ħasil ta' flus u konnessjonijiet oħrajn.", "L-Unjoni Ewropea qed tesprimi l-fehma li fejn hemm dubji dwar minn fejn ġej il-ġid tal-applikanti għaċ-ċittadinanza, din għandha tkun miċħuda.", "Hawn saret referenza anke għal Malta.", "Věra Jourová wriet it-tħassib tagħha dwar minn fejn ikun ġej il-ġid ta' xi applikanti għaċ-ċittadinanza Maltija.", "Ma nistgħux ma nkunux konxji li l-kriminali ilhom jipprovaw jabbużaw mill-opportunitajiet li toffri d-dinja li, kull ma jmur, qed issir dejjem iżjed globalizzata.", "Dan jidher mit-3,600 organizzazzjoni kriminali li attwalment qed joperaw fl-Unjoni Ewropea.", "Hawn irrid insemmi wkoll aspett ieħor li l-importanza u l-effett tiegħu qed iħallu fuq il-ħasil tal-flus.", "Illum, it-teknoloġiji ġodda għamluha aktar faċli għall-kriminali li jaħslu l-flus minkejja d-direttivi tal-Unjoni Ewropea u l-isforzi li qed jagħmlu l-aġenziji għall-infurzar tal-liġi.", "Qed ngħid dan biex nuri l-importanza li l-Gvern jagħmel ħiltu kollha biex din il-liġi tkun inforzata.", "Barra l-fatt li l-ħasil tal-flus huwa att kriminali, dan jista' jwassal ukoll għal disprezz u inkwiet kbir fil-pajjiż.", "Il-ħasil ta' flus jista' jwassal għal nuqqas ta' investment fil-pajjiż.", "Meta investituri barranin ikunu interessati li jinvestu f'xi pajjiż, dawn dejjem jaraw li l-pajjiż ikunu ħieles minn ċerti reati bħall-ħasil ta' flus.", "Fi żmien meta aħna qegħdin nagħmlu minn kollox biex niġbdu l-investiment minn barra l-pajjiż, ma jistax ikun li nkomplu naraw li isem pajjiżna jiċċappas b'dawn ir-reati.", "Għalhekk hemm bżonn li l-Gvern jagħmel l-almu tiegħu kollu biex neqirdu darba għal dejjem, safejn hu possibbli, il-ħasil ta' flus.", "Nifhem li hemm każijiet fejn il-Gvern ma jkunx jista' jagħmel il-kontroll li jixtieq peress li dawn it-tipi ta' reati jkunu qegħdin joriġinaw minn pajjiżi oħrajn, però għandna ningħaqdu lkoll flimkien biex pajjiżna jeqred darba għal dejjem dan il-periklu li qed joħnoq ħafna partijiet fid-dinja.", "Sinjura President, dan ir-reat hu relatat ukoll mal-każ ta' immigranti illegali li jkunu qed jaqsmu l-Mediterran.", "Għaqdiet u nies barranin qegħdin jagħmlu użu mill-ħasil ta' flus biex ikunu jistgħu jġibu nies minn pajjiżi oħrajn lejn ix-xtut tal-pajjiżi fil-Mediterran, fosthom anke f'Malta.", "Għalhekk, l-appell aħħari tiegħi hu biex kemm jista' jkun, inkunu magħqudin flimkien biex niġġieldu dan ir-reat li qed ikollu effetti ħżiena madwar id-dinja.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, ninsab informat li l-Oppożizzjoni fadlilha aktar kelliema.", "Għalhekk nipproponi li nkomplu bid-diskussjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li ġej u issa ngħaddu għall-Aġġornament.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Hawn qbil?", "Fis-6.50 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Grazzi.", "Nistieden lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Diċembru, 2018 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, illejla nixtieq nagħmel ftit rimarki dwar ir-relazzjoni bejn it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol u r-relazzjoni li rridu nifformaw b'mod aħjar bejn l-attività ekonomika u l-komunitajiet ta' madwar dik l-attività ekonomika.", "Dan huwa l-Gvern tal-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku.", "Dan huwa l-Gvern li jġib l-investiment lejn pajjiżna.", "Dan huwa Gvern li sena wara l-oħra irreġistra suċċessi kbar ekonomiċi għal pajjiżna u għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Sabiex nagħmlu din l-attività ekonomika, wieħed jifhem li se jkollok attivitajiet varji madwar Malta u Għawdex li joħolqu l-postijiet tax-xogħol, però, uħud minn dawn l-attivitajiet jistgħu jikkawżaw inkonvenjent, bħal tniġġis, li jaffettwa negattivament lill-komunitajiet tal-madwar.", "Nafu li f'pajjiżna għandna attività marittima b'saħħitha ħafna, fil-portijiet ewlenin tagħna, fosthom fil-Port il-Kbir u fil-port f'Birzebbuga fejn għandna l-Freeport.", "Dawn iż-żewġ portijiet jilqgħu fihom diversi tipi ta' vapuri ta' daqsijiet differenti.", "Riċentement, fil-midja smajna dwar studji li jindikaw l-impatt li tħalli din l-attività marittima, speċjalment fejn jidħlu l-emissjonijiet.", "Hawn nixtieq nagħmel enfasi fuq il-Freeport fil-lokalità ta' Birżebbuga.", "Bħala rappreżentant ta' dan id-distrett, jien nirċievi lmenti kontinwi dwar ħsejjes li tikkawża l-attività f'dan il-port u anke tħassib dwar l-emissjonijiet li joħorġu mill-vapuri li jkunu fil-Freeport.", "Nixtieq nagħmel osservazzjoni oħra importanti li hija topika ħafna.", "F'dawn iż-żewġ portijiet għandna storja ta' power stations.", "Hawn insemmi l-power station tal-Marsa fil-Port il-Kbir li għal snin twal gvernijiet Nazzjonalisti kienu wiegħdu li se jagħlqu, imma kellu jkun dan il-Gvern, li fost il-bidliet importanti li wettaq, żamm mal-wegħda li jneħħi din il-power station mill-Marsa.", "Dan ħalla impatt pożittiv ħafna fuq il-komunità tal-Marsa kif ukoll fuq il-lokalitajiet tal-madwar.", "Kif jaf kulħadd, din kienet power station li tniġġes għax kienet tikkawża emissjonijiet kbar.", "Illum m'għandniex nitkellmu dwarhom għaliex din il-power station tneħħiet u qegħdin fil-fażi li nagħmlu riġenerazzjoni ta' din iż-żona fil-Marsa fejn kien hemm il-power station.", "Bl-istess mod, rajna bidla radikali li għamlet ġid kbir għall-komunitajiet ta' Birżebbuġa, Marsaxlokk u l-madwar fir-rigward tal-power station ta' Marsaxlokk, li sa ftit taż-żmien ilu kienet titħaddem bil-heavy fuel oil li hu l-aktar fuel li jniġġes.", "Gvern Nazzjonalista kien għamel għażla li jintuża dan l-aktar fuel li jniġġes.", "Fil-fatt, illum, dan reġa' ġie kkonfermat bir-rapport li ġie pubblikat mill-Awditur Ġenerali.", "Dan ir-rapport fakkarna li fi żmien Gvern Nazzjonalista, għall-power station tal-BWSC kien intgħażel l-aktar fuel li jniġġes, biex kellna litteralment fabbrika tal-kanċer għal dik in-naħa ta' pajjiżna.", "Infakkar ukoll li kienu saru saħansitra tibdiliet fil-liġijiet ambjentali ta' pajjiżna fejn jidħlu l-emissjonijiet.", "Dak iż-żmien, minflok ma saħħaħna l-liġijiet relatati mal-emissjonijiet, il-liġijiet inbidlu biex seta' jintuża l-aktar fuel li jniġġes!", "Hawnhekk irrid nieħu spunt anke minn dak li ħareġ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station il-ġdida.", "L-Awditur Ġenerali kkonferma kemm dan il-proċess kompetittiv għall-bini tal-power station kien wieħed ġust u trasparenti u kemm kien importanti li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jorħsu għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Din kienet verament bidla radikali li għamlet ġid kbir lill-pajjiż kollu, imma b'mod partikolari lin-naħa t'isfel ta' Malta li llum qed igawdu minn kwalità ta' arja aħjar.", "Biex niġi lura għall-punt li kont qiegħed nagħmel, illum, filwaqt li rajna dan it-titjib, bħall-għeluq tal-power station tal-Marsa, li fisser inqas emissjonijiet fil-Port il-Kbir, u bħall-power station li qed taħdem bil-gass u b'hekk naqsu l-emissjonijiet u għandna arja aktar nadifa, għandna realtà oħra minn din l-attività marittima fil-portijiet tagħna.", "Bħala Gvern, irridu naraw liema huma l-aħjar soluzzjonijiet biex innaqqsu d-diffikultajiet u l-inkonvenjent li din l-attività qed ikollha fuq il-komunitajiet tal-madwar.", "Nemmen li biex pajjiżna jkompli jirreġistra aktar avvanz, apparti li rridu nkomplu nsostnu t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol u naraw li jkollna investiment ġdid, irridu nifhmu aħjar ir-rabta bejn l-attività ekonomika u l-komunitajiet tal-madwar.", "Importanti li nsibu liema huma l-aħjar soluzzjonijiet biex dawn iż-żewġ oqsma jgħixu aħjar flimkien.", "F'pajjiż ċkejken bħal tagħna, wieħed jifhem li dejjem se jkollok xi forom ta' attivitajiiet li jikkompetu bejniethom.", "Għalhekk huwa fid-dover tagħna f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż li nqanqlu diskussjoni, biex imbagħad il-Gvern, permezz tal-istudji u l-analiżi min-nies tekniċi, naraw li jkun hemm implimentazzjoni ta' dawk l-ideat ġodda għal ċertu tibdil bl-għan li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Wara kollox, wieħed mill-obbligi ewlenin tagħna d-deputati li nirrappreżentaw lill-poplu Malti u Għawdxi hu li nassiguraw kwalità ta' ħajja dejjem aħjar għall-poplu tagħna.", "Dan l-aħħar saret referenza wkoll għal ċerti teknoloġiji li għandhom jiġu kkonsidrati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-ħsejjes fl-attività portwali.", "Waħda mid-diffikultajiet li l-attività fil-Freeport tikkawża lil ħafna nies hija proprju l-ħoss.", "Dan għaliex meta vapur jidħol fil-port, iħalli ċerti magni u makkinarju mixgħul biex ikollu l-ġenerazzjoni tal-elettriku.", "Dan jikkawża ċertu ħoss li ħafna drabi n-nies jilmentaw dwaru.", "Dan il-ħoss jiddependi wkoll fuq id-direzzjoni tar-riħ u skont it-tip ta' vapur, liema ħoss jikkawża inkonvenjent qawwi għar-residenti tal-madwar.", "Dan apparti l-kwestjoni ta' emissjonijiet, għax meta l-magni jkunu kontinwament mixgħula, ikun hemm aktar emissjonijiet.", "Hawn irrid insemmi wkoll direttiva li daħlet riċentement u li bdiet tindirizza din ir-realtà.", "Dan l-aħħar issemma li pajjiżna għandu bżonn jikkonsidra serjament li ssir bidla radikali li diġà ġiet introdotta f'portijiet oħra lil hinn minn xtutna.", "Hawn qed nirreferi għax-shore to ship energy, fejn meta vapur jidħol fil-port, minflok ma jibqa' jħaddem il-magni tiegħu, ikollu provvista adegwata ta' elettriku li tingħata mill-awtoritajiet portwali.", "B'hekk, il-vapur ikun jista' jitfi l-magni li jaħdmu bil-fuel.", "Hemm diversi vantaġġi meta titħaddem din is-sistema.", "Fil-fatt waqt li kont qiegħed nirriċerka biex nagħmel dawn il-kummenti qrajt li, pereżempju, f'Vancouver, il-Kanada, seħħet bidla importanti permezz ta' din it-tip ta' teknoloġija ġdida.", "Jidher li din il-bidla ġabet tnaqqis kemm fl-emissjonijiet kif ukoll fil-livell tal-ħsejjes.", "Irridu niftakru li ħafna drabi l-portijiet ikunu mdawra bl-ibliet fejn joqogħdu n-nies u għalhekk huwa importanti ħafna li nieħdu dawn it-tip ta' miżuri.", "Ovvjament dawn mhumiex miżuri li wieħed jista' jieħu mil-lum għal għada, u se nispjega għalfejn.", "Bħala pajjiż, għandna l-ikbar reġistru marittimu.", "Bħala ġżira, aħna mdawrin bil-baħar u għalhekk il-ħajja marittima hija parti mill-istorja u mill-ħajja tagħna l-Maltin.", "Naħseb li llum wasal iż-żmien li naraw kif se nressqu 'l quddiem proposti biex indaħħlu teknoloġiji ġodda.", "Ovvjament, irridu naraw x'tip ta' regolamentazzjoni hija meħtieġa fuq livell Ewropew u internazzjonali u x'tip ta' konvenzjonijiet u inizjattivi hemm bżonn biex nassiguraw li jkunu jistgħu jsiru dawn il-bidliet.", "Għalhekk inħeġġeġ li jkollna diskussjoni ħalli jkollna aktar informazzjoni mit-tekniċi li jindikawlna liema huma dawk il-passi li għandhom jittieħdu u x'diffikultajiet hemm biex issir din il-bidla.", "Nemmen li ladarba pajjiżi oħrajn imxew lejn din il-bidla, pajjiżna jista' jmur ukoll lejn din id-direzzjoni.", "Nifhem ukoll li ladarba l-vapuri jmorru minn port għall-ieħor, ma tistax tittieħed deċiżjoni unilaterali, fejn taqbad u tiddeċiedi, però nemmen li pajjiżna jista' jmexxi 'l quddiem din l-aġenda.", "Tajjeb li nsemmi d-direttiva li ddaħħlet riċentement biex illum, ġewwa l-portijiet, ma jistax jintuża ċertu fuel li jkollu a high sulphur content.", "Dan kien pass 'il quddiem li ġie xprunat mil-liġi tal-Unjoni Ewropea li qed tippromwovi inqas tniġġis fil-portijiet tal-istati membri.", "Bl-istess mod, fl-2017, pajjiżna għamel bidla importanti ħafna meta rratifika l-Ballast Water Management Convention li tirrigwarda t-tip ta' ilmijiet li jistgħu jintremew minn fuq il-vapuri meta jkunu fil-portijiet.", "Nemmen li b'rispett sħiħ lejn il-komunitajiet ta' Birżebbuġa u tal-lokalitajiet li jdawru l-Port l-Kbir, għandna nibdew niddiskutu dawn il-bidliet importanti.", "Sinjura President, biex nikkonkludi, f'dan ir-rigward jidher li hemm moviment sħiħ biex il-vapuri jmorru għall-użu tal-liquefied natural gas (LNG) li llum qegħdin nużawh fil-power station ta' Marsaxlokk.", "L-LNG ġab bidla radikali fil-qasam tal-enerġija elettrika f'pajjiżna, ta aktar arja nadifa għan-naħa t'isfel ta' Malta u issa qiegħed jiġi serjament ikkonsidrat u rrakkomandat biex jintuża fuq il-vapuri.", "Din hija bidla oħra importanti li nistgħu nimxu lejha.", "Nemmen li bħala pajjiż, b'rispett lejn il-poplu tagħna, speċjalment in-nies li jgħixu madwar il-portijiet ta' pajjiżna, b'rispett lejn titjib fil-kwalità tal-arja u anqas emissjonijiet u b'rispett lejn l-industrija marittima, għandna nimxu lejn bidliet kbar.", "Nemmen li dan il-Gvern jista' jkompli jaħdem fuq aktar bidliet.", "Dan huwa Gvern li lest li jagħmel il-bidla biex ikompli jiggarantixxi titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies, filwaqt li nkomplu niksbu suċċess ekonomiku.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, illum ma kontx beħsiebni nitkellem dwar dan is-suġġett, però ma nistax ma nitkellimx dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-proġett tal-power station.", "Ftit tal-ħin ilu kont qiegħda nsegwi konferenza stampa li ta l-Kap tal-Oppożizzjoni u fuq in-naħa tal-lemin tiegħu kien hemm l-Onor.", "Jason Azzopardi, li hu l-Eks Ministru tal-Artijiet.", "Ngħid id-dritt, tbissimt meta rajt lill-Onor.", "Azzopardi f'konferenza stampa li suppost kienet dwar it-trasparenza u r-rapporti tal-Awditur Ġenerali.", "Qed ngħid hekk, għax l-Onor.", "Jason Azzopardi għandu track record xejn sabiħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' trasparenza u f'diversi rapporti l-Awditur Ġenerali talbu kemm-il darba jerfa' r-responsabbiltà politika.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi mhuwiex kredibbli meta jitkellem dwar dak is-suġġett.", "Dan għaliex huwa magħruf sew għad-deals famużi li kien jagħmel meta kien Ministru tal-Artijiet, fosthom bil-moħbi tal-Kummissarju tal-Artijiet.", "Hawn insemmi, pereżempju, rapporti mill-Awditur Ġenerali li jitkellmu dwar indħil politiku u interventi diretti min-naħa tal-Onor.", "Insemmi, pereżempju, il-famużi encroachments li saru lejlet u dakinhar stess tal-elezzjoni ġenerali mid-Dipartiment tal-Artijiet li kien responsabbli minnu l-Onor.", "Insemmi l-iskandli tal-Fekruna u tal-Löwenbrau, fejn instab li kien hemm nuqqasijiet kbar ta' trasparenza fil-proċessi kollha tat-tenders li tellfu lil pajjiżna għexieren ta' eluf ta' ewro.", "Għalhekk, bir-rispett kollu, l-Onor.", "Jason Azzopardi mhuwiex kredibbli meta jkun f'konferenza stampa biex jitkellem fuq rapport dwar il-proġett tal-power station li, fl-opinjoni tiegħi u ta' ħafna, huwa pożittiv.", "Nixtieq niffoka proprju fuq numru ta' punti importanti li joħorġu minn dan ir-rapport li, għal darba oħra, juru l-gideb tal-Oppożizzjoni dwar dan il-proġett.", "Tajjeb li ngħid li sa mill-bidu li dan il-proġett tħabbar, l-Oppożizzjoni dejjem kienet kontra.", "Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, fl-opinjoni tiegħi, ifaħħar dan il-proċess u jikkonferma li kien proġett blueprint b'good practices f'dak li għandu x'jaqsam ma' fairness u trasparenza.", "Dan mhux qed ngħidu jien, imma joħroġ direttament mir-rapport tal-Awditur Ġenerali li mhux talli ma jikkonfermax l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni, iżda saħansitra jfaħħar dan il-proċess.", "L-Awditur Ġenerali diversi drabi qal li l-proċess innifsu kien wieħed kompetittiv u strutturat tajjeb ħafna, offra bażi soda għall-proċess serju u trasparenti.", "L-Awditur Ġenerali jirrimarka wkoll li din kienet waħda mill-ftit drabi li l-kuntratti kienu offruti lill-bidders kollha minn qabel bħala parti mit-tendering document.", "F'dan ir-rapport l-NAO jgħid ukoll li l-kriterji ta' evalwazzjoni kienu sodi, ċari, fair u oġġettivi u li mbagħad ikkontribwew għal trasparenza ferm akbar tul il-proċess kollu.", "Għalhekk, onestament, ma nafx kif il-Kap tal-Oppożizzjoni mar jagħmel konferenza stampa dwar dan ir-rapport li, jekk xejn, huwa ċertifikat ieħor pożittiv għall-mod li bih jaħdem dan il-Gvern!", "Pereżempju, l-NAO jsemmi wkoll kif evalwa fid-dettall il-mudell finanzjarju li ġie applikat fl-istadju nru 4 tal-evalwazzjoni finanzjarja, fejn mill-ġdid ifaħħar il-mudell użat u jgħid li kienet għodda tajba ħafna għall-evalwazzjoni finanzjarja tal-bids sottomessi.", "L-Awditur Ġenerali kkonferma l-preċiżjoni li mexa biha l-kumitat tal-evalwazzjoni.", "Dan ir-rapport jistona bil-kbir mal-allegazzjonijiet, diversi attakki u tfigħ ta' tajn bla qies li rajna, sa mill-ewwel ġurnata li tħabbar dan il-proġett.", "Dan ir-rapport huwa ċertifikat pożittiv u konferma ta' fiduċja għal dan il-proġett.", "Irrid infakkar li qabel dan ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, kellna diversi kliem ta' tifħir fir-rigward ta' dan il-proġett, fosthom pereżempju, mis-settur privat, minn diversi banek u anke mill-Kummissjoni Ewropea.", "Ħa nkun ċara fil-mod li nitkellem.", "Jien nirrikonoxxi li l-Awditur Ġenerali nnota ċerti shortcomings, dawk li jissejħu nuqqasijiet amministrattivi.", "Dawn ix-shorcomings ġew osservati, però kif qed ngħid, dawn kienu nuqqasijiet ta' natura amministrattiva.", "X'joħroġ minn dawn ix-shortcomings?", "Se nikkwota bl-Ingliż biex in-nies id-dar żgur jifhmuni sew.", "L-Awditur Ġenerali jgħid hekk:", "Hawnhekk, l-Awditur Ġenerali qed jgħid li minkejja n-nuqqasijiet amministrattivi li seta' kien hemm, dan bl-ebda mod ma seta' jbiddel l-għażla finali, li marret għall-Electrogas.", "Sinjura President, matul iż-żmien li jien kont sindku assistejt għal diversi proċessi ta' tenders, u nista' ngħid li dejjem se jkun hemm ċerti nuqqasijiet.", "Ovvjament, hemm diversi tipi ta' nuqqasijiet.", "Però mir-rapport tal-Awditur Ġenerali joħroġ ċar li dawn in-nuqqasijiet bl-ebda mod m'affettwaw l-għażla finali.", "Aħna Gvern li meta jkun hemm ċerti nuqqasijiet, nilqgħuhom b'umiltà, għax nifhmu li l-affarijiet forsi setgħu saru b'mod aħjar.", "Però, dawn huma shortcomings li huma aċċettabbli, għax persważa li ssibhom f'diversi tenders.", "Ħafna drabi, timxi kemm timxi bir-reqqa, anke f'tenders ta' portata ferm iżgħar, xorta jkollok ċerti nuqqasijiet, aħseb u ara fi proġett ta' portata daqshekk kbira.", "Nixtieq infakkar ukoll li apparti dan iċ-ċertifikat pożittiv mill-Awditur Ġenerali, kellna diversi nies ta' kalibru għoli, saħansitra mill-Unjoni Ewropea, li faħħru dan il-proġett.", "Insemmi, pereżempju, lill-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Margrethe Vestager li fir-rigward tal-proġett tal-power station qalet li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tneħħi kull dubju fuq dan il-proġett u tagħti ċertezza legali.", "Kellna wkoll lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans li huwa responsabbli mill-Energy Unit li fisser kif dan il-proġett kien ta' benefiċċju kbir għal Malta, tant li saħansitra ground-breaking u qal li għandu jservi ta' blueprint għal proġetti ta' enerġija oħrajn.", "L-istess proġett tal-power station kien imfaħħar ukoll mill-eks Prim Ministru tal-Polonja Jerzy Buzek, li waqt li kien Malta għall-kungress tal-PPE, aċċenna kemm dan il-proġett tal-power station huwa importanti għal Malta.", "Lil hinn minn dawn l-endorsements li saru mingħand nies li m'għandhom l-ebda affiljazzjoni politika ma' dan il-Gvern, kien hemm turija ta' fiduċja wkoll minn disa' banek ta' fama internazzjonali u minn żewġ istituzzjonijiet finanzjarji.", "Issa kull min hu fis-settur finanzjaru jaf kemm hu diffiċli li l-banek jiffinanzjaw proġetti ta' din in-natura, jekk ma jkollhomx serħan il-moħħ.", "F'dan il-każ, il-banek innotaw is-serjetà ta' dan il-proġett u għalhekk taw l-approvazzjoni tagħhom għal dan il-proġett.", "Lil hinn mill-punti tekniċi li ħarġu minn dan ir-rapport, il-konklużjonijiet huma li dan huwa proġett li biddel u ttrasforma lill-pajjiż.", "Ejja ma ninsewx li qabel l-2012, konna f'sitwazzjoni fejn kellna l-Enemalta falluta, b'dejn liema bħalu, u Gvern Nazzjonalista li kien jgħid li l-Enemalta tiswa biss €1.", "Dan il-Gvern lill-Enemalta minn kumpanija falluta ġabha fuq saqajha u llum il-ġurnata qiegħda tagħmel il-qligħ.", "Għalhekk tajjeb li nitilqu mill-punt li f'pajjiżna kellna lill-Enemalta falluta u l-ogħla kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dan huwa proġett li għalih ġibna investiment barrani kbir li ttrasforma lil dan il-pajjiż.", "Dan huwa proġett li permezz tiegħu tajna €80 miljun fil-bwiet tal-poplu Malti u Għawdxi billi tajna roħs ta' 25% fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Ejja niftakru li qabel l-elezzjoni tal-2013, il-Partit Nazzjonalista kien jgħidilna li dan ir-roħs ma kienx possibbli, avolja llum qed jgħidulna li se jraħħsuhom aktar!", "Apparti dan ir-roħs fil-kontijiet, il-proġett tal-power station fisser ukoll arja aktar nadifa.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien kuntent bl-għażla tal-heavy fuel oil.", "Hawn ta' min jistaqsi x'kienu l-iskopijiet ulterjuri għal din l-għażla meta l-Gvern Nazzjonalista kien biċ-ċans li jħaddem enerġija li tagħmel ferm inqas ħsara fuq l-ambjent u fuq il-bniedem.", "Dan il-Gvern mar għall-gass li mhux biss iniġġes inqas mill-heavy fuel oil u allura huwa ta' inqas ħsara għall-ambjent u għall-bneidem, imma huwa wkoll ferm irħas milli kieku bbażajna biss fuq l-enerġija li tiġi ġġenerata mill-interconnector.", "Finalment, iI-familji Maltin illum qegħdin jgħixu aħjar.", "Ejja nfakkru fil-pjaga li kellhom in-nies bil-kontijiet għoljin.", "Ilkoll niftakru li kont tmur tagħmel id-door to door visits fix-xitwa u ssib lin-nies bil-ġakketta fi djarhom, għax kienu jgħidulek li d-dawl huwa għoli wisq biex jixegħlu l-heater.", "Illum in-nies qegħdin jgħixu komdi u qed jibqgħalhom aktar flus fil-but.", "Hawn ma nistax ma nsemmix lin-negozji u 'l-intrapriżi li, grazzi għall-kontijiet irħas tad-dawl u l-ilma, qegħdin itejbu l-operat tagħhom.", "In-negozji llum saru aktar kompetittivi, jiġifieri jekk qabel kienu jaffordjaw iħaddmu tant nies, illum il-ġurnata kapaċi jħaddmu aktar nies, għax qed jonfqu inqas fil-kontijiet.", "B'mod indirett, il-proġett tal-power station wassal biex jonqos il-qgħad.", "Dan huwa punt li ma tantx nagħmluh, imma huwa importanti.", "Illum pajjiżna qiegħed jattira wkoll intrapriżi ġodda, għax il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma raġonevoli.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas, dan il-proġett ġab l-istabilità u s-serħan tal-moħħ.", "Illum il-familji Maltin u Għawdxin u n-negozji jafu x'inhu l-prezz tal-elettriku.", "Sinjura President, nagħlaq billi ngħid li nilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Awditur Ġenerali u nirringrazzjah tax-xogħol kbir li għamel u għall-mod prammatiku li bih mexxa l-investigazzjonijiet tiegħu.", "Żgur li dawn huma konklużjonijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mal-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali fuq il-proġett tal-BWSC li, infakkar, dak iż-żmien kien elenka oxxenitajiet kbar, fosthom kif f'nofs it-tendering process saru bidliet leġiżlattivi li materjalment affettwaw il-proċess tal-evalwazzjoni.", "Kienu saru wkoll bidliet oħra maġġuri fit-technical specifications abbażi ta' dawn il-bidliet leġiżlattivi li affettwaw direttament ir-ranking tal-bids sottomessi.", "Kien hemm ukoll devjazzjonijiet ċari mis-soluzzjonijiet mitluba oriġinarjament u diverġenzi mill-evalwazzjoni teknika u tal-konsulenti, kif ukoll konflitti ta' interess, fost taħwid ieħor.", "Ir-rapport li ħareħ dan l-aħħar, jekk xejn, joħloq distinzjoni ċara bejn kif isiru l-affarijiet taħt Gvern Nazzjonalista u kif isiru l-affarijiet taħt Gvern Laburista.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Diċembru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Owen Bonnici.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONVENJI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' konvenji li ġew irreġistrati kull sena għas-snin 2012 sa 2018, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "X'kien it-total tal-valur dikjarat tal-konvenji għal kull sena?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' konvenji li ġew irreġistrati kull sena u t-total tal-valur dikjarat bejn l-2012 u l-14 ta' Novembru 2018, sena b'sena, hu kif jingħad fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkata Dok A waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "CHAIRMAN TAL-AIRMALTA – SALARJI, PERKAĊĊI U PAKKETT FINANZJARJU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju, il-perkaċċi u l-pakkett finanzjarju taċ-Chairman tal-Airmalta?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "KUMMISSJONI EWROPEA – TWEĠIBA DWAR KAWŻI SLAPP", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Fid-dawl tar-risposta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea proprju llum għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, 13 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid jekk għadux isostni li l-emendi proposti minn din in-naħa biex jipproteġu lill-ġurnalisti Maltin minn kawżi SLAPP ma setgħux jiġu introdotti u, jekk le, meta biħsiebu l-Ministru jintroduċi l-emendi ħalli mill-aktar fis tingħata protezzjoni xierqa lill-media kif, del resto, ilu jgħid il-Gvern li għandu jkun hemm?", "OWEN BONNICI: Il-Gvern kien ħa l-pariri tiegħu sabiex janalizza l-emendi proposti u dan sabiex jara l-kompatibilità tal-istess kemm mal-obbligi kostituzzjonali kif ukoll mal-liġi Ewropea.", "Min analiżi tal-emendi jinżel biċ-ċar li dawn l-emendi jagħmlu interferenza mat-tħaddim tal-Brussels 1 recast Regulation.", "Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huwa prekluż milli jintroduċi liġijiet li jkunu f'kunflitt mal-Liġi Ewropea.", "Jingħad ukoll li l-provvedimenti li jaħseb għalihom il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta) diġà jipproteġu persuni li jkunu Malta u li jiġu mfittxa fi Qrati ta' stati barra l-Unjoni Ewropea fejn dawn il-persuni la jkunu residenti u lanqas domiċiljati fihom mill-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati ta' Stati terzi u dan meta tali persuni ma jkunux issottomettew ruħhom għall-ġurisdizzjoni ta' tali Qrati ta' Stati terzi.", "Jekk wieħed janalizza t-tweġiba tas-Sinjura Jourovà f'isem il-Kummissjoni Ewropea wieħed jasal għall-konklużjoni li dak li ntqal mill-istess Sinjura Jourovà kien li spjegat il-liġijiet viġenti tal-Unjoni Ewropea, liema tweġiba tirrifletti l-analiżi li kienet saret mill-esperti li taw il-parir lill-Gvern fuq l-emendi proposti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3076 u ċjoe: Jista' l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda ppuBblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations.", "MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI –INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Ministeru kif ukoll l-entità li taqa' taħtu ma nefqux flus f'reklami fuq Facebook.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li L-informazzjoni mitluba qiegħda tidher hawn taħt.", "In-nefqa ta' Transport Malta tkopri diversi kampanji, fosthom:", "*Minn Marzu 2013 sal-20 ta' Ottubru 2017 - il-figuri/nefqa diġà ngħatat f'mistoqsija parlamentari 252 f'Seduta 42. *Mill-21 ta' Ottubru 2017 sal-31 ta' Mejju 2018 il-figuri/nefqa diġà ngħatat f'mistoqsija parlamentari 2417 f'Seduta 127", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2419.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm sar investiment fil-Mużew MUŻA?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-investiment fil-Mużew MUŻA kien ta' €10 miljun u kien kofinanzjat minn fondi Ewropej.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-investiment li sar fil-Mużew MUŻA?", "OWEN BONNICI: Il-proġett MUŻA seta' jseħħ għaliex il-Gvern għaraf l-importanza ta' dan il-proġett li permezz tiegħu llum Malta għandha Mużew Nazzjonali tal-Arti li diġà ġibed l-attenzjoni ta' bosta organizzazzjonijiet internazzjonali li fih raw potenzjal għal mużew uniku tax-xorta tiegħu li jaspira li jilħaq firxa wiesgħa tal-komunità.", "L-investiment ta' €10 miljun minn fondi nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej kien jinkludi primarjament il-bini nnifsu fejn il-Berġa tal-Italja nbidlet minn waħda li tospita uffiċini għal waħda li issa tospita l-Mużew Nazzjonali li jħaddan l-aqwa tekonoloġiji u prattiċi fil-qasam tal-preservazzjoni tal-binja nnifisha kif ukoll fil-mod ta' kif il-kollezjoni qed tiġi ppreżentata lill-pubbliku.", "Il-bini, li għandu madwar 450 sena, illum il-ġurnata jinkludi numru ta' tibdiliet tekonoloġiċi li ġew introdotti wara r-rinovar estensiv sabiex dan il-post jagħti esperjenza varjata lil kull min iżuru.", "L-investiment kien jinkludi l-iddisinjar mill-ġdid tal-ispazju b'rispett lejn il-binja nnifisha.", "Permezz ta' hekk illum din l-binja hi waħda aċċessibbli għal kulħadd, sistemi ġodda ta' klimatizzazzjoni li jagħmlu użu minn teknoloġija environmentally friendly, xogħol strutturali li permezz tiegħu l-binja ngħatat lura s-saħħa strutturali kif ukoll xogħol estensiv fuq l-estetika tal-binja sabiex din toffri esperjenza unika lil kull min iżurha.", "Ta' min wieħed isemmi li dan il-post matul is-sekli kellu bosta użi differenti u għaldaqstant il-proġett ma setax jinjora dan l-aspett daqstant importanti u fil-fatt saret ħidma partikolari minn Heritage Malta sabiex jiġu enfasizzati u inkorporati elementi li ġew miżjuda matul is-sekli, elementi li għamlu l-bini u l-esperjenza tiegħu aktar unika.", "Kull saff kellu l-importanza tiegħu.", "Għaldaqstant ħadna ħsieb li l-pubbliku li jżur dan il-post ikollu l-aċċess jara u jifhem is-saffi differenti li jsawruh.", "Il-bini nnifsu għandu ħitan ħoxnin magħmulin mill-ġebla Maltija li diġà jagħmluh effiċjenti fl-użu tal-enerġija għax dawn il-ħitan ma jħallux is-sħana tidħol jew toħroġ faċilment.", "Il-bitħa ċentrali tipprovdi wkoll tibdil tal-arja naturali u anke dawl naturali mal-bini kollu.", "Il-biċċa l-kbira tal-aperturi oriġinali ġew restawrati, imbagħad ġew installati wkoll aperturi double-glazed fil-ħxuna interna tal-ħitan.", "Ġew magħmula wkoll aperturi apposta double-glazed magħmulin mill-injam.", "Ix-xogħlijiet bdew fl-2016 bir-restawr tal-partijiet ta' barra tal-Berġa sabiex fl-2017, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mxiet għal Smart City biex b'hekk seta' jibda r-restawr tal-binja nnifisha.", "L-iżvilupp tal-proġett MUŻA rrikjeda bosta ħiliet u snajja' differenti li flimkien ħadmu lejn ir-riżultat finali, fosthom riċerkaturi, periti, kuraturi, esperti fir-restawr ta' materjal storiku, esperti tal-kostruzzjoni, inġiniera mekkaniċi u elettriċi u oħrajn.", "Iżda sa minn qabel ma sar ix-xogħol fuq il-binja, fis-sena 2014 beda xogħol bla heda fuq ir-restawr tax-xogħlijiet tal-arti.", "Din kienet okkażjoni tad-deheb biex nagħtu ħarsa tajba lejn l-istat tal-kollezzjoni li kienet għall-wiri f'dak li kien il-Mużew Nazzjonali f'South Street.", "Saret riċerka intensiva biex intgħażlu x-xogħlijiet li qed jintwerew fil-MUŻA u liema kienu jeħtieġu restawr urġenti, kif ukoll biex jinħolqu l-aħjar faċilitajiet b'temperaturi kkontrollati għall-ħażna tax-xogħlijiet fir-riżerva li kellhom jintużaw f'sistema ta' rotazzjoni.", "Dan il-proċess ħoloq ukoll l-opportunità biex jiġu riveduti u mibdula ċerti attribuzzjonijiet skorretti, u riċerka ġdida tatna għarfien ġdid fuq il-kollezzjoni li f'xi każijiet wasslu għar-reviżjoni tal-pjanijiet tad-displays għall-MUŻA.", "Il-MUŻA se jħalli legat strutturali u kulturali importanti wara li tintemm Valletta 2018.", "HERITAGE MALTA – MUŻEWIJIET U SITI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-istudenti ser ikunu jistgħu jgawdu l-mużewijiet u s-siti ta' Heritage Malta bla ħlas, hekk kif tħabbar fil-Budget għas-sena 2019?", "Jista' jgħid kif ser titħaddem din is-sistema?", "OWEN BONNICI: Fi żmien qarib se jitħabbar il-mod kif se taħdem din is-sistema.", "PERSUNI LI GĦAMLU EMENDI F'ISIMHOM", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu emendi fl-isem tagħhom permezz tal-Formula V provduta f'Artikolu 278A(2) tal-Kodiċi Ċivili mis-sena 2010 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li għamlu emendi f'isimhom mill-2010 sal-lum huwa dan:", "2010 – l-ebda applikazzjoni", "2011 – l-ebda applikazzjoni", "2012 – l-ebda applikazzjoni", "2018 – 2,032 – sal-20 ta' Novembru 2018", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx investigati każijiet ta' internet throttling?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ma rċevietx ilmenti/każijiet f'dan ir-rigward.", "BREXIT - GĦAJNUNA LIN-NEGOZJI MALTIN", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex jiġu megħjuna negozji Maltin fir-rigward ta' Brexit?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Enterprise għadha kemm nediet l-iskema Get Ready.", "Din l-iskema toffri l-possibbiltà li negozji jqabbdu konsulenti biex jgħinuhom jippreparaw ruħhom għal kull evantwalità fir-rigward ta' Brexit.", "L-assistenza se tkun tikkonsisti f'cash grant sa massimu ta' €4,000 biex ikopru sa 50% mill-ispejjeż inkorporati.", "Din l-iskema se tibqa' miftuħa sal-31 ta' Jannar 2019.", "Barra minn hekk, hemm skemi oħra li intrapriżi jistgħu jibbenifikaw minnhom sabiex ikabbru s-swieq tagħhom.", "Dawn jinkludu Knowledge Transfer (re-training tal-impjegati), Cooperate for Growth (biex jattendu fieri u business meetings barra minn Malta) kif ukoll Enterprise Europe Network li tgħin biex kumpaniji jidħlu fi swieq ġodda.", "AĠENZIJA INFRASTRUTTURA MALTA – TRANSFERS", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Minn kemm ilha mwaqqfa l-Aġenzija Infrastruttura Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu transfers f'din l-Aġenzija jew mill-Aġenzija għall-Awtoritajiet/Dipartimenti tal-Gvern oħra?", "Mingħand min ħarġet din l-ordni u f'kull każ għal liema raġuni ħarġet l-ordni għal trasferiment?", "IAN BORG: Infrastruttura Malta hija entità ġdida li għadha kif twaqqfet u għaddejja bil-proċess sabiex tifforma l-istrutturi tagħha.", "Bdiet topera billi adottat l-istess sistemi u proċeduri li qabel kienu jintużaw fid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta' Transport Malta, hekk kif il-maġġoranza tal-impjegati tiegħu ngħaqdu mal-aġenzija ġdida.", "Bħalissa għaddej proċess sabiex it-tmexxija ta' din l-entità tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva ta' din l-entità ġdida.", "Kull tibdil li jsir jiġi determinat skont l-esiġenzi tax-xogħol u tal-objettivi strateġiċi ta' din l-istess aġenzija, sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi umani disponibbli u sabiex jintlaħaq l-għan aħħari li fis-snin li ġejjin, Infrastruttura Malta twettaq l-impenn nazzjonali tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal-lum u għall-ġejjieni.", "INFRASTRUTTURA MALTA – XOGĦLIJIET TA' TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jissorvelja x-xogħlijiet ta' toroq li bħalissa qed isiru minn Infrastruttura Malta?", "Dawn l-uffiċjali huma impjegati tal-Aġenzija Infrastruttura Malta jew persuni/kumpaniji privati?", "Jekk huma kumpaniji/persuni privati:", "a. kif ingħataw dan ix-xogħol mill-Aġenzija Infrastruttura Malta, b'direct order jew ħarġet tender;", "b. xi kwalifiki akkademiċi u kemm-il sena ta' esperjenza prattika għandu kull persuna/kumpanija privata li qiegħda tiġi ingaġġata mill-Gvern biex tissorvelja x-xogħol;", "c. kemm ilhom jagħtu servizz lil din l-Aġenzija u lil Transport Malta dawn il-persuni/kumpaniji privati u kemm tħallsu s'issa mill-ewwel ġurnata li ġew ingaġġati minn Infrastruttura Malta u/jew Transport Malta; u", "d. ipoġġi l-kuntratt tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra peress li dawn qed jitħallsu mit-taxxi tal-poplu?", "IAN BORG: Is-sorveljanza tax-xogħlijiet tal-proġetti ta' Infrastruttura Malta fit-toroq u f'infrastruttura oħra tat-trasport issir primarjament permezz ta' riżorsi interni tal-istess aġenzija.", "Minħabba li l-Aġenzija qed tagħmel ammont bla preċedent ta' proġetti sabiex twettaq l-impenn tal-Gvern li jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura tat-trasport ta' pajjiżna, ikun hemm każi fejn jinħatru wkoll periti li mhumiex impjegati tal-Aġenzija sabiex jgħinu fis-superviżjoni tax-xogħol.", "Dawn il-periti jkunu mhux biss kwalifikati, iżda jkollhom ukoll il-warrant uffiċjali li jawtorizzahom jipprattikaw il-professjoni tagħhom.", "Il-periti esterni li qed tuża Infrastruttura Malta sabiex jgħinu lill-periti impjegati fix-xogħol ta' superviżjoni u xogħlijiet oħra fit-toroq kienu jagħtu s-servizzi lid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta' Transport Malta qabel ma' dan ingħaqad ma' Infrastruttura Malta.", "Għal dawn ix-xogħlijiet, li jinkludu diversi proġetti, fosthom uħud mill-akbar proġetti li saru f'dawn l-aħħar xhur, Infrastruttura Malta u Transport Malta ħallsu total ta' €151,124.", "Fl-istess waqt, sabiex tkompli tiżgura l-kwalità tal-investimenti infrastrutturali tagħha, Infrastruttura Malta tikkummissjona wkoll testijiet tekniċi waqt u wara l-implimentazzjoni ta' kull proġett.", "Dawn it-testijiet isiru minn laboratorji akkreditati, fosthom dawk tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).", "Meta jinstab li x-xogħol ma jsirx skont il-kriterji u l-istandards stabbiliti li titlob Infrastruttura Malta, il-kuntratturi jitolbu jieħdu l-azzjoni neċessarja.", "Tagħrif relatat:", "INFRASTRUTTURA MALTA – KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ingaġġati magħha konsulenti Infrastruttura Malta?", "F'liema qasam qed/qiegħda jagħti/tagħti konsulenza kull konsulent li hemm ma' Infrastruttura Malta u kemm qiegħed jitħallas għal dan is-servizz?", "X'perkaċċi u allowances għandu/għandha kull konsulent ingaġġat ma' Infrastruttura Malta?", "Għal kemm tul ta' żmien ġie ffirmat kull kuntratt ma' kull konsulent?", "Peress li dawn qed jitħallsu mit-taxxi tal-poplu, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt ta' konsulenza bejn Infrastruttura Malta u kull konsulent?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "AIR MALTA - GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet għajnuna l-Air Malta mill-Awtorità għat-Turiżmu fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu ma tassistix lill-Air Malta.", "BAJJA TAL-BALLUTA – SAND REPLENISHING", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tas-sand replenishment fil-Bajja tal-Balluta?", "Jista' jgħid jekk kellux pariri kontra li jsir dan is-sand replenishment fil-Bajja tal-Balluta u minn min?", "KONRAD MIZZI: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7073, ninfurmah li l-Awtorità ma kellhiex pariri formali li kienu kontra li jsir dan is-sand replenishment.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid, abbażi tal-ftehim kollettiv li sar fuq direzzjoni politika mogħtija mill-Ministru stess, kemm żdiedu First Officers u Kaptana tal-Air Malta u fuq kemm medda ta' żmien fis-sena 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif ġew allokati t-13-il miljun ewro mill-fondi ta' SME Growth Grant Scheme?", "Tista' tgħid min huma l-kumpaniji/intrapriżi li bbenefikaw minn dan il-Fond u fuq xiex ibbenefikaw u kemm kien l-ammont fi flus li kull kumpanija u intrapriża ħadet?", "Tista' tgħid ukoll kemm minnhom kienu kumpaniji Maltin u kemm kienu kumpaniji Għawdxin?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant li tikkonċerna l-benefiċjarji tal-Business Enhance ERDF Grant Schemes tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Din l-informazzjoni qiegħda fuq din il-website: https://businessenhance.gov.mt/en/schemes/Pages/General-Information-.aspx", "S'issa hemm 209 proġett li bbenefikaw taħt dawn l-iskemi li 21 minnhom huma f'Għawdex.", "VALLETTA FC – PERMESSI GĦAL BINI TAL-ART GĦAL STADIUM U FAĊILITAJIET OĦRA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw il-permess biex fuq l-art li ngħatatilhom b'ċens biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom ikunu jistgħu jibdew tali proġett?", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant għandu jiġi infurmat li m'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar li tinvolvi bini ta' stadium u faċilitajiet oħra li jappartjenu lill-Valletta FC.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lista sħiħa ta' qabdiet ta' droga li għamlet il-Pulizija jew xi forza tal-Ordni oħra fl-2017 u fl-2018 (sad-data ta' din il-mistoqsija) u għal kull qabda jgħid meta saret, fiex kienet tikkonsisti d-droga u l-kwantitajiet rispettivi maqbuda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7169.", "IL-BELT – LISTA TA' PROĠETTI INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' proġetti infrastrutturali li saru fil-Belt Valletta b'risq ir-residenti Beltin bħala parti minn Valletta 2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li r-residenti tal-Belt, bħala parti minn Valletta 2018, gawdew minn dawn il-proġetti li ġejjin:", "- Uffiċini ġodda għall-Kunsill Lokali Valletta", "Pjazza Tritoni u r-restawr tat-Tritoni", "Il-ġnien Malti fil-Foss ta' San Ġakbu", "Ir-riġenerazzjoni ta' Strada Stretta", "Il-Valletta Design Cluster fil-Biċċerija l-antika (ongoing)", "Il-proġett MUŻA fil-Berġa tal-Italja", "Ir-restawr tal-Knisja tal-Ġiżwiti", "Ir-restawr ta' Palazzo Ferreria", "Ir-restawr tal-faċċata tas-Civil Service Sports Club", "Ir-riġenerazzjoni tas-suq l-antik.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li wettaq l-Asset Recovery Bureau fl-2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li matul l-2018, l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi (Asset Recovery Bureau) bena direttorat li hu responsabbli mill-operat, beda jħarreġ l-uffiċjali tiegħu u beda jopera fl-20 t'Awwissu 2018.", "Bejn l-20 ta' Awwissu sat-23 ta' Novembru 2018, kien hemm 14-il każ ġdid ta' ffriżar.", "ASSET RECOVERY BUREAU – PROĊEDURI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 638 u 2088, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom se jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċeduri li jelenkaw il-funzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jinsabu fl-Avviż Legali 357 tal-2015.", "LISTA TA' DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI - IFFRIŻAR TA' FLUS U OĠĠETTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes u/jew oġġetti bejn Jannar 2017 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b'sena?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dawn il-flejjes u/jew oġġetti u/jew assi oħra għadhomx iffriżati?", "OWEN BONNICI: Il-lista bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Infurmat li għas-sena 2017 kien hemm 39 każ li minnhom każ wieħed biss m'għadux fis-seħħ u għas-sena 2018 kien hemm 85 każ li kollha għadhom fis-seħħ.", "Intant, informat mill-Qorti t'Għawdex li fl-2017 u l-2018 ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes u/jew oġġetti."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181128_174d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 3 ta' Diċembru, 2018 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il near miss kien hemm bejn drones u ajruplani li kienu qed jagħmlu nżul jew take off fil-mitjar internazzjonali ta' Ħal Luqa f'dawn l-aħħar sentejn?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol jew servizz li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tat lill-MITA mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "X'kien il-valur tax-xogħol jew servizz u jekk ingħatax wara direct order jew le?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu għandhom impjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3085 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għamilx jew irċeviex rakkomandazzjoni biex Amery Street f'Tas-Sliema tissemma għal ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, it-triq li fiha trabbiet u għexet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna kienet jew għadha tinżamm detenuta f'kull wieħed mill-postijiet ta' detenzjoni li huma mniżżla fl-Iskeda tal-Ordni dwar Dikjarazzjoni ta' Postijiet ta' Detenzjoni (Leġislazzjoni Sussidjarja 217.03)?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità kienu jew huma l-imsemmija persuni u jindika r-raġuni għad-detenzjoni tagħhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm każini reġistrati fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija?", "Jista' jgħid f'liema lokalità kienu jinsabu l-imsemmija każini u għal liema skop (tal-banda, politiċi, sportivi eċċ.) huma l-imsemmija każini?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jekk kienx hemm każijiet li dwarhom il-Kummissarju tal-Pulizija ma rreġistrax każini għal xi waħda jew aktar mir-raġunijiet imniżżla fir-regolament 5 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' jindika x'kienet ir-raġuni jew raġunijiet għal kull darba li l-Kummissarju tal-Pulizija ma rreġistrax każin?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jekk kienx hemm każini li l-Kummissarju tal-Pulizija, bl-approvazzjoni tiegħu bħala Ministru, ordna l-għeluq ta' xi każin skont dak li jipprovdi r-regolament 9 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' jindika f'liema lokalità kienu jinsabu kull wieħed mill-każini li ġew ordnati jagħlqu u x'kienet ir-raġuni jew raġunijiet għall-ordni biex jingħalaq?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ordni ħareġ il-Kummissarju tal-Pulizija sabiex minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku jingħalaq każin għal xi żmien skont dak li jipprovdi r-regolament 11 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' jindika f'liema lokalità kien jinsab kull wieħed mill-każini li ġew ordnati jagħlqu u x'kienet ir-raġuni jew raġunijiet għall-ordni biex jingħalaq?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Kummissarju tal-Pulizija rrestrinġa s-sigħat li matulhom każin jista' jinżamm miftuħ sabiex jiġi evitat inkonvenjent għall-ġirien skont dak li jipprovdi r-regolament 12 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' jindika f'liema lokalità kien jinsab kull wieħed mill-każini li dwarhom il-Kummissarju tal-Pulizija rrestrinġa s-sigħat li matulhom jista' jinżamm miftuħ?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu topographical surveys tat-toroq li jkun se jsir xogħol fuqhom qabel ma jibda x-xogħol u jekk hux qegħdin jinħadmu l-formation levels ħalli t-toroq ma jiġux iżommu ilma tax-xita u jkollhom pendil adekwat biex l-ilma tax-xita ma jidħolx ġo proprjetajiet privati?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati fil-Foundation for Tourism Development Zones minn Lulju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin dawn l-impjegati?", "Jista' jgħid xi proċess ta' għażla ntuża, biex ġew impjegati dawn il-persuni?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-Kap Eżekuttiv għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol ta' asfaltar neċessarju viċin ir-roundabout fi Triq Hompesch, kantuniera ma' Triq is-Sur, il-Fgura, wara li parti mill-asfalt jidher li ċeda?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex investigat u x'passi se jittieħdu wara li jidher li sfrondat parti minn Triq il-Liedna kantuniera ma' Triq il-Ġiżi ġewwa l-Fgura, biswit sit li qed jinbena, u konsegwenza t'hekk anke intilfu diversi parkeġġi f'din it-triq?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Appoġġ u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Sedqa u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta' pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej:", "- Anqas minn €400 fix-xahar;", "- Bejn €401 u €500 fix-xahar;", "- Bejn €501 u €600 fix-xahar;", "- Bejn €601 u €700 fix-xahar;", "- Bejn €701 u €800 fix-xahar;", "- Bejn €801 u €900 fix-xahar;", "- Bejn €901 u €1,000 fix-xahar;", "- Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u", "- Aktar minn €1,101 fix-xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin:", "- Awditur Ġenerali", "- Segretarju Parlamentari", "- Segretarju Permanenti Ewlieni", "- Segretarju Permanenti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' IPOs li saru fil-Borża ta' Malta fl-aħħar għaxar snin u f'kull każ jgħid:", "- id-data tal-ħruġ;", "- kemm kien l-ammont ta' ishma maħruġa; u", "- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' Bond Issues li saru fil-Borża ta' Malta fl-aħħar għaxar snin u f'kull każ jgħid:", "- id-data tal-ħruġ;", "- kemm kien il-valur tal-Bonds maħruġa; u", "- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 lil hawn inkluda dan it-tnaqqis, fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat, il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 li hawn inkluda dan it-tnaqqis fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat, il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi, se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux ser jaraw żieda vera fil-pensjoni?", "Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux ser jaraw żieda vera fil-pensjoni?", "Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bl-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit u peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 lil hawn inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra, raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri short term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma' dawn il-pensjonanti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bl-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit u peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra, raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista' l-Ministru x'miżuri short term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma' dawn il-pensjonanti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fi ħdan il-Justice Unit, u x'inhu l-grad jew pożizzjoni ta' kull persuna?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima li l-gvern irid jippreżenta l-abbozz tiegħu lill-Kummisjoni Ewropea sal-aħħar ta' din is-sena?", "Jista' jagħti d-data meta se jippreżentah quddiem il-Parlament għad-diskussjoni?", "Jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra jew jagħti kopja tiegħu lill-Oppożizzjoni fil-ġurnata li jirrispondi din id-domanda?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern fejn tidħol l-enerġija rinnovabbli, biex nilħqu l-miri mfassla għall-2020?", "Jista' jgħid kemm huwa persważ il-Ministru li dawn il-miri se tilħaqhom Malta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-Gvern qed jalloka 40% inqas għall-enerġija fil-baġit għas-sena d-dieħla?", "Jista' jgħid kif dan it-tnaqqis jaqbel mal-miri tal-gvern u ma' dak li qed jippjana li jimplimenta f'dan il-qasam matul is-sena d-dieħla?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-partita baġitarja nru 5789 imsejħa 'Provision of spare capacity electricity'?", "Jista' jgħid l-allokazzjoni ta' €14-il miljun għal reserve capacity għalxiex intużat fil-passat jew ser tintuża?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Fejn jidħlu l-anomaliji li hemm fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, issa li l-Prim Ministru ammetta u ġie fi kliem l-Oppożizzjoni, u fuq ix-xandir nazzjonali ħabbar li s-sena d-dieħla din se tissolva, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-investigazzjoni li qed jagħmlu f'dan ir-rigward?", "Jista' jinfurmana jekk il-familji u n-negozji li qed jinsterqu humiex ser jiġu kkumpensati?", "Jekk iva, kif, kemm u meta?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jispjega l-ARMS x'qed jifhmu bi cumulative consumption per annum hekk kif miktuba fil-legal notice?", "Jista' jgħid ukoll meta tibda u tispiċċa s-sena, għal skop ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma, skont kif jikkalkulawha l-ARMS, jekk hux minn Jannar sa Diċembru, minn Jannar sa Jannar ta' wara, jew sempliċement 12-il xahar konsekuttiv?", "Jista' jgħid kif?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tas-site plan u kopja tal-pjanti ppreżentati mal-applikazzjoni li saret mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7436 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7209, jista' l-Ministru jgħid, fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq fejn tali proġetti bdew mill-Ministeru rispettiv (mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum);", "a. kemm-il biċċa raba' ġiet mittiefsa bħala numru f'kull triq li qed tiġi mwessgħa minn dan il-Ministeru;", "b. ma' min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba' li qed tiġi mittiefsa;", "c. jgħid x'kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens għal kull biċċa art li qed tiġi mittiefsa u meħuda bil-proġett ta' twessigħ ta' toroq li qed jagħmel dan il-Ministeru?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex f'Triq il-Biejda u Triq Mons. Edgar Salamone fil-Mosta fiż-żona magħrufa ta' Żokrija jara li jinbnew il-ħitan man-naħa tal-għelieqi f'toroq li meta nbnew dawn it-toroq qatt ma kienu nbnew il-ħitan li qed nitlob li jinbnew; l-aktar ħtieġa li qed tinħass mir-residenti tat-toroq rispettivi sabiex bil-ħitan jkunu formatti aħjar u jibqgħu miżmuma aktar indafa?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex f'Triq il-Biedja u Triq Mons. Edgar Salamone fil-Mosta fiż-żona magħrufa Ta' Żokrija, jinbnew il-ħitan ma' naħa tal-għelieqi f'toroq li meta twessgħu qatt ma kienu nbnew il-ħitan li kellhom?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għal rapporti ġurnalistiki fl-istampa Libjana u Maltija speċifikament fil-pubblikazzjoni Libyan Observer li jirreferu għal żjara tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi Tripli fejn introduċa lilu nnifsu bħala Projects Director fil-Ministeru għas-Saħħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk dan l-individwu huwiex impjegat mal-Ministeru tas-Saħħa bħala Projects Director?", "Jista' jgħid jekk dan l-individwu attendiex laqgħat fi Tripli mal-amministrazzjoni bbażata fil-Punent tal-Libja bħala Projects Co-Ordinator u jekk kenux diskussi temi ta' interess komuni bejn Malta u l-Libja waqt dawn il-laqgħat fis-settur tas-saħħa, hekk kif sostna dan l-istess individwu f'dawn l-istess rapporti li dehru fil-Libyan Observer?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għat-tfal li jbatu minn problemi psychosocial li jiġu minn barra xtutna taħt il-kustodja ta' diversi familji Maltin skont arranġamenti Ewropej, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar din l-iskema?", "Jsita' jgħid kemm hu n-numru ta' minuri li jiġu Malta?", "Jista' jgħid fuq liema kriterji jintgħażlu l-familji kustodji?", "Jista' jgħid x'moniteraġġ isir u minn min?", "Xi kwalifikazzjoni għandhom il-professjonisti li jieħdu ħsieb?", "Ġieli ġew tfal Malta taħt Article 56 Brussels 2 biss, mingħajr il-kunsens tal-Awtorità Maltija?", "Kemm ser joħroġ flus il-Gvern Malti apparti min-nefqa tal-Ewropa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għax-xogħol li qed jitwettaq fiċ-ċentru l-ġdid The Meeting Place tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-istima tal-proġett?", "Jista' jgħid kemm kienu l-fondi ERDF tiegħu?", "Kemm fil-fatt ser jintefaq?", "Jista' jgħid liema entità ħadet ħsieb ix-xogħol u min rebaħ din l-offerta?", "Jista' jgħid meta ser jitlesta?", "Min ser jieħu ħsieb l-operat ta' dan iċ-ċentru?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għal-Outline Development Permit ta' Triq Luret Cutajar Ħaż-Żebbuġ li ġie sottomess f'Ġunju 2018, liema sit hu madwar 5,294m kwadru li jidher li jikkonsisti f'disa' warehouses, u li din iż-żona hija mifnija bi problemi soċjali u kummerċjali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni u jekk humiex qed isiru xi azzjonijiet min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar meta nafu n-natura tal-art in kwistjoni u l-isfidi li għandha din iż-żona semi-industrijali?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għall-applikazzjoni PA 09506/18 dwar biex biċċa art protetta (għelieqi) magħrufa bħala \"Tal-Veccia\" biex tiġi żviluppata f'garaxxijiet, fejn din l-art għandha karattru pittoresk li jikkumplimenta mas-sbuħija ambjentali tal-bajja, liema żvilupp ser jirvina l-ambjent tal-kosta u jċaħħad lill-għadd ta' familji milli jgawdu l-bajja f'ambjent miftuħ, sigur u kwiet, kif ukoll għax din hi parti integrali mill-ambjent tal-bajja magħrufa bħala tal-Għar tal-Veccia li hija protetta bil-pjan lokali NWSP12, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar dan il-każ?", "Jista' jgħid jekk l-ERA oġġezzjonatx?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7560, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-talbiet għas-Servizz ta' Emerġenza 112 ma jiġux reġistrati tajjeb skont is-sejħa/talba tal-klijenti (eż: każijiet ta' suwiċidju, vjolenza domestika, eċċ) bħalma jsir fis-sejħiet li jsiru fis-Servizz tas-Supportline?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li, għalkemm il-Kunsill Lokali tal-Munxar ma' jsib l-ebda oġġezzjoni, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) rrifjutat li tagħti permess lill-applikanti mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-ftuħ ta' ħwienet li jbiegħu oġġetti ta' artiġjanat Malti fl-imħażen li hemm l-Inland Sea fil-Bajja tad-Dwejra, limiti ta' San Lawrenz, Għawdex u dan meta ngħataw permessi għal diversi attivitajiet kummerċjali fl-istess akkwati?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema għal Triq ix-Xatt fil-parti ta' bejn Triq Santa Rita u Triq Ċensu Xerri?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe pjanta relevanti li għandu fil-pussess tiegħu l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Wara l-Istqarrija Ministerjali li ndirizza l-Prim Ministru, dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, li sar nhar il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-impatt li qiegħed jistenna li jitħalla fuq Malta u l-Unjoni Ewropea, hekk kif ir-Renju Unit mhix mistennija li tikkontribwixxi fil-Multi Annual Financial Framework 2021-2027?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fi Triq l-Imġarr fin-Nadur għadu ma bediex u dan minkejja Press Conference li saret kważi tliet xhur ilu fejn tħabbar li kellu jibda x-xogħol?", "Tista' tgħid jekk sadanittant wara dik il-Press Conference ċedietx parti mit-triq imsemmija, peress li din hija magħluqa?", "Meta mistennija tinfetaħ għat-traffiku din it-triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda, vetturi ġodda u makkinarju ieħor mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum?", "Fil-każ ta' karozzi ġodda, x'kien il-mudell ta' kull karozza li nxtrat u kemm kienet tiswa kull karozza?", "Minn min intużat jew qed tintuża kull karozza minn dawk li nxtraw wara Marzu 2013?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5898 u ċjoè: Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f'Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018?", "Tista' tgħid kemm ingħataw Direct Orders għal din l-attività u lil min ingħataw, kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-Direct Orders?", "Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f'din l-attività saru wara talba għall-quotations u tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum?", "Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw fuq kull proġett?", "Tista' tgħid min kienet il-persuna li ordnat il-concrete mesh u rods fuq kull proġett u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati f'Għawdex, x'inhu l-grad tagħhom u f'liema taqsimiet huma stazzjonati?", "Jista' jgħid kemm hemm Għasses tal-Pulizija f'Għawdex u f'kemm-il għassa hemm sistema ta' computer konnessa mas-Sistema Ċentrali tal-Korp?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, mill-aħħar elezzjoni sal-lum, xi proġetti saru ta' twessigħ ta' toroq mill-Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħaddi l-informazzjoni dwar ix-xogħol li sar f'twessigħ ta' toroq f'Malta u f'Għawdex?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk huwiex maħsub li jinħarġu skemi biex is-sidien ta' djar residenzjali soġġetti għal ċens temporanju a favur il-Gvern jew lill-uffiċċju konġunt, ikunu jistgħu jifdu dan iċ-ċens?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq Mons. Spiru Penza f'Birżebbuġa hux se tkun qed tingħata wiċċ bl-asfalt u hemmx pjan sabiex din it-triq li sal-lum hija maqsuma f'żewġ partijiet, titniffed billi tkompli tinfetaħ kif inhu mfassal?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx ippjanati xogħlijiet fis-sistema tad-drenaġġ f'Birżebbuġa u meta dawn ix-xogħlijiet huma maħsuba li jinbdew?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta huwa mistenni li jsir ix-xogħol ippjanat fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Valletta Ħal Kirkop?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fiex wasal il-proċess għall-għoti ta' tenders in konnessjoni mal-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar dak li se jkun jikkonsisti fih il-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa kull immigrant irregolari li qiegħed f'Detention Centre lill-Gvern?", "Kemm huwa n-numru ta' immigranti irregolari f'dawn iċ-Ċentri?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u min jieħu ħsiebhom għandhomx is-servizz ta' one-stop-shop għas-servizzi kollha li jingħataw f'dan il-qasam?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-fuljett li ntbagħat lill-Kunsilli Lokali sabiex ikun aktar faċli għalihom li japplikaw għall-Fondi Ewropej?", "Liema huma dawk il-kunsilli lokali li f'dawn l-aħħar tliet snin ibbenefikaw minn Fondi Ewropej?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li sabu impjieg bl-għajnuna tal-Proġett LEAP f'dawn l-aħħar tliet snin?", "X'tip ta' xogħol instabilhom dawn il-persuni?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida li qed josservaw il-pulizija f'każijiet ta' vjolenza domestika?", "X'taħriġ qed jingħataw il-pulizija dwar il-vjolenza domestika?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu?", "Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7552, fejn il-Ministru kien mitlub biex jagħti tagħrif dwar liema kienu il-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul l-2017 u kif ukoll kien mitlub jgħid:", "a. liema mit-talbiet li saru fil-fatt ġew approvati;", "b. liema mill-proposti approvati fil-fatt saru; u", "c. liema kienu dawk li ma sarux u r-raġuni għaliex ma sarux?", "u fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru ta informazzjoni dwar liema proġetti kien għaddej xogħol fuqhom flimkien ma' lista tal-applikazzjonijiet sottomessi u lista oħra dwar l-applikazzjonijiet li ġew approvati, jista' l-Ministru jgħid:", "1. jekk ix-xogħol fuq il-proposti, li fit-tweġiba ngħad li kien għaddej xogħol fuqhom, jekk dan ix-xogħol tlestiex; u", "2. x'kienet ir-raġuni li wasslet biex it-18-il applikazzjoni l-oħra ma jiġux approvati?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 72 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "30 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 3 ta' Diċembru 2018 fis-6.30 pm filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 61 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 4 ta' Diċembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar il-waste to energy.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Rendikont tal-operat tal-Mekkaniżmu u tal-Faċilità għall-Istabilità Finanzjarja Ewropea.", "Preżentazzjoni mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018 fis-6:00 pm filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni ta' Minuti.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2018 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "30 ta' Novembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181203_175a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 3 ta' Diċembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 3 ta' Diċembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.03 p.m.", "It-Tnejn, 3 ta' Diċembru 2018", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Hemm korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nitlob il-permess tas-Sedja biex naġġornaw id-dibattitu tal-lum ħalli niddiskutu r-rapport tal-NAO.", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, qiegħed out of order.", "Dak narawh xħin niġu għall-Mozzjonijiet.", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħed ngħarraf lill-Membri kollha tal-Kamra li nixtieq …", "Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "(Onor. Membri: Le) Il-Minuti qed jiġu kkonfermati.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 174, li saret fit-28 ta' Novembru 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "(Interruzzjonijiet) Tajtek il-kelma, Onor. Farrugia.", "MARLENE FARRUGIA: Waqqafni l-Ministru.", "(Interruzzjonijiet) Għal min qed tirreferi?", "GODFREY FARRUGIA: Qiegħed jgħid: Ġejja tiegħek!", "L-ISPEAKER: Għal min qed tirreferi?", "GODFREY FARRUGIA: Għall-Ministru Cardona.", "L-ISPEAKER: Ministru Cardona, inti għidt xi diskors f'dan is-sens?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Politikament ġejja tagħha żgur.", "Mhux ovvja?", "Grazzi.", "M'hemmx theddid f'dak li qal.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, irrid nagħmel point of personal explanation.", "Nitolbok tiskużani għax forsi kont daqsxejn emozzjonat u nitlob skuża lill-kumplament tal-Membri tal-Kamra.", "Però rrid ngħid li aħna t-tnejn diġà ġejna mhedda fuq ħajjitna u l-kliem \"ġejja tiegħek\" li qed juża l-Ministru Cardona f'dan il-Parlament mhuwiex xieraq għal din il-Kamra!", "Mhux veru li dan huwa biss kumment politiku għax hemm affarijiet oħrajn.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Onor. Godfrey Farrugia, ħadt nota ta' dak li għedt inti, u lill-Ministru Cardona smajtu wkoll.", "Hu qed jgħid li fl-ebda mument ma qal dak li qal bħala theddida.", "Għalhekk l-istorja tieqaf hemmhekk.", "Inti taf x'jgħidu l-Ordnijiet Permanenti.", "Issa ngħaddu għall-Mistoqsijiet Parlamentari.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KONSULENTI INGAĠĠATI – ISMIJIET U ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li informazzjoni mitluba qiegħda hawn taħt:", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fid-dawl ta' dak li qed iwieġeb is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, nixtieq nagħmillu mistoqsija supplimentari fuq il-Kottonera, għax naf li hu ġej mill-Kottonera, u għaldaqstant hija għal qalbu.", "Dan l-aħħar ħarġet l-istrateġija għall-Kottonera fejn qed jiġi propost tibdil li għandu jsir fil-Kottonera.", "Huwa tajjeb li ngħidu li mill-2013 'l hawn sar ħafna progress fil-Kottonera.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jispjega x'sar?", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li aħna li twelidna u trabbejna fil-Kottonera, meta jsiru mistoqsijiet ta' dan it-tip nieħdu pjaċir nitkellmu fuqhom.", "Kif qal l-Onor.", "Interpellant, ftit tal-ġimgħat ilu ġiet varata għall-konsultazzjoni pubblika l-istrateġija għall-Kottonera, li jien kont preżenti għaliha flimkien mal-Onor.", "Glenn Bedingfield, li huwa l-kordinatur eżekuttiv ta' din l-istrateġija, il-Ministru Owen Bonnici u l-Ministru Ian Borg.", "Varajna għall-konsultazzjoni l-istrateġija għall-Kottonera bil-għan li nsebbħu din iż-żona ta' Malta – f'din l-istrateġija qed norbtu wkoll il-Kalkara – li għal għexieren ta' snin, biex ma ngħidx mijiet ta' snin, għaddiet minn ħafna diffikultajiet.", "Kif jaf kulħadd, din hija l-aktar parti ta' Malta li ntlaqtet matul il-gwerra u sfortunatament, minħabba t-tkissir li sofriet, wara l-gwerra ħafna mid-djar ma baqgħux ta' ċertu livell bil-konsegwenza li kien hemm residenzi fejn il-kera kienet baxxa u għalhekk bdiet tiġbed lejha nies li ma kenux joqogħdu hemm qabel il-gwerra.", "Illum, għall-grazzja t'Alla, in-naħat tal-Kottonera saru fost l-aktar imfittxija, għax qed jingħata qawmien mill-ġdid lil dawn l-inħawi u allura l-valur tal-proprjetà telgħin mhux ħażin.", "Ħafna nies li qabel qatt ma resqu lejn il-Kottonera, illum qed imorru hemmhekk mhux biss biex iżuruha iżda wkoll biex jagħmluha r-residenza tagħhom.", "Għalhekk iva, f'dawn in-naħat qed naraw qawmien mill-ġdid, però ma nistax ngħid li dan huwa biżżejjed.", "Jien ngħid li minkejja dak li sar tul is-snin - għax naħseb li jkun tajjeb li ngħid li x-xemx għal dawn in-naħat ma telgħetx mal-bidla fil-Gvern - dawn in-naħat raw ħafna żvilupp li però dejjem kien sparpaljat.", "Huwa veru li saret il-marina u fetħu r-ristoranti però l-aktar ħaġa li kienu jitolbu, dik li jkun hemm parkeġġ, baqgħet ma saritx.", "Għalhekk minkejja li l-marina u r-ristoranti taw ħajja ġdida lill-Kottonera sfortunatament dawn ħolqu problema ġdida mhux biss għal min iżur dawn in-naħat iżda wkoll għar-residenti.", "Taħt Gvern Nazzjonalista nfetħet ukoll residenza għall-anzjani, li dak iż-żmien naħseb li kienet waħda mill-isbaħ li kien hawn.", "Sar ukoll il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, li bħala Gvern se nkomplu ninvestu sabiex ikollu l-aqwa faċilitajiet.", "Fil-fatt is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħlijiet fuq l-ewwel indoor pool ta' daqs olimpiku f'pajjiżna.", "Kien sar ukoll ix-xogħol fuq il-Baċir Nru 1 u d-dawra tiegħu.", "Niftakar lil missieri l-ewwel wieħed dejjem joħlom li dan il-Baċir xi darba jingħalaq u jinbidel f'post li jista' jitgawda min-nies ta' dawn in-naħat.", "Dan il-proġett li kien sar fis-sena 2011 sfortunatament tħalla fi stat ta' telqa għal numru ta' snin u ħafna min-negozji li hemm hemmhekk għaddew minn żmenijiet diffiċli minħabba f'hekk, u addirittura kien hemm mara li tilfet ħajjitha.", "Mal-bidla fil-gvern, il-Ministru Joe Mizzi li dak iż-żmien kien responsabbli mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, mill-ewwel ġurnata ra li li dawn in-nies titneħħilhom it-tbatija li kienu għaddejjin minnha.", "Illum naħseb li għandna waħda mill-isbaħ mixjiet mad-dawra tal-baħar li jeżistu f'Malta, fejn titlaq mill-ponta tal-Isla, tgħaddi minn Bormla u tibqa' sejjer sal-Birgu.", "Sur President, naf li qed tagħmilli sinjal, imma jekk naqbad nitkellem fuq il-Kottonera, kif għidt, ma nkunx nista' nieqaf.", "Iva, f'dawn in-naħat sar ħafna investiment.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield qalli li l-konsultazzjoni għalqet fis-16 ta' Novembru u issa qed tinġabar l-informazzjoni li daħlet biex titressaq fil-Kabinett ħalli nimxu 'l quddiem sabiex din l-istrateġija, li fl-aħħar mill-aħħar fiha x-xewqat tan-nies li jgħixu f'dawn in-naħat, tkun tista' titpoġġa fil-prattika.", "Fil-Kottonera saru aktar affarijiet, fosthom il-ferry li jieħdok il-Belt, l-università l-ġdida u r-restawr tal-Forti Sant'Anġlu b'investiment kbir mill-Gvern permezz ta' fondi Ewropej.", "Fiż-żona tal-Kalkara nista' nsemmi Smart City u l-film facilities li għal numru ta' snin tħallew abbandunati.", "Naħseb li lkoll naqblu li dawn in-naħat jistħoqqilhom attenzjoni speċjali, u kien għalhekk li dan il-Gvern vara din l-istrateġija bl-għajnuna tal-Onor.", "Glenn Bedingfield; biex fiż-żmien li ġej ikomplu jgawdu mill-ġid li qed igawdi minnu pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, se nsemmi xi ħaġa li taqa' direttament taħt is-Segretarju Parlamentari.", "Dan l-aħħar l-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret skema ta' għajnuna finanzjarja lil dawk il-familji jew persuni li huma sidien ta' djar f'Marsamxett, il-Belt li għandhom il-gallariji.", "Għaldaqstant, permezz ta' fondi, din l-iskema qiegħda tgħin lil min jixtieq jirranġa dawn il-galleriji kif għamlu sidien ta' residenzi li qegħdin faċċata ta' dan il-Parlament.", "Naħseb li din tkun xi ħaġa ideali fl-inħawi tal-Kottonera li hija karatterizzata b'bini Malti, b'galleriji Maltin u b'bibien Maltin.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk hemmx xi pjanijiet f'dan ir-rigward mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "CHRIS AGIUS: Sur President, ftit tal-ġimgħat ilu, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia, varajna skema għar-restawr tal-galleriji, li din id-darba hija riżervata għall-parti t'isfel tal-Belt, in-naħa ta' Marsamxett.", "Din l-iskema hija mmirata biex din ix-xaqliba tal-Belt, li sfortunatament ma gawdietx żvilupp daqs il-partijiet l-oħra tal-Belt, tkun tista' tiġi riġenerata wkoll.", "Għalhekk, permezz ta' 80% ta' fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp reġjonali flimkien ma' 20% ta' fondi ġejjin mill-Awtorità tal-Ippjanar - hawnhekk qed nitkellmu fuq fond ta' €2 miljun - in-nies se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema biex jirranġaw il-galleriji.", "Huwa tajjeb li ngħid li din l-iskema tgħodd ukoll għal spejjeż relatati, ħlief għall-permessi li jista' jkun hemm bżonn mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Allura jekk biex tirranġa l-gallerija jkun hemm bżonn li jintrama scaffolding, l-ispejjeż se jkunu inklużi f'din l-iskema.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa jekk għandniex il-ħsieb li fil-futur qarib din l-iskema tkun mifruxa f'partijiet oħra ta' Malta.", "Hawn irrid infakkar li matul l-aħħar sentejn l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet żewġ skemi simili.", "L-ewwel skema li ħarġet fl-2017 kienet Irrestawra Darek, b'fond ta' €8 miljun, li mhijiex riservata għall-galleriji biss, iżda hija intiża biex min joqgħod f'urban conservation areas ikun jista' jibbenefika minn din l-għajnuna biex jirranġa l-faċċata tar-residenza tiegħu.", "Ovvjament, meta tkun qed tirranġa l-faċċata tar-residenza tiegħek, tista' tibbenefika wkoll biex tirranġa l-gallerija kif ukoll l-aperturi.", "Fi Frar tal-2018 l-Awtorità tal-Ippjanar reġgħet varat l-iskema Irrestawra Darek, fejn din id-darba l-fondi allokati għaliha, minn €8 miljun telgħu għal €10 miljun u din id-darba qed ngħidu li jistgħu jibbenefikaw minnha mhux residenzi biss iżda hemm parti mis-somma riżervata għall-NGOs, hemm parti riżervata għall-familji li fid-dar ikollhom lil xi ħadd bi bżonnijiet speċjali u hemm parti riżervata għal dawk il-persuni li għandhom 65 sena jew aktar.", "Din l-iskema nbelgħet fi ftit ġimgħat u qed inħarsu 'l quddiem biex meta l-Awtorità tal-Ippjanar tiġbor fondi minn skemi differenti li toħroġ minn żmien għal żmien, tkun tista' tiddedika l-flus għal dawn it-tip ta' skemi, li l-maġġoranza tagħhom jiġu mill-iskema ta' regolarizzazzjoni.", "Ħarġet skema oħra interessanti ħafna għall-kunsilli lokali, l-iskema Sebbaħ il-Lokal.", "Minkejja li hemm miljuni ta' ewro riżervati fil-fond għall-kunsilli lokali, hemm numru ta' kunsilli lokali li għandhom inqas minn €100,000 fid-Development Planning Fund.", "Għalhekk nappella lill-kunsilli lokali biex jersqu 'l quddiem ħalli l-fondi li hemm riżervati biex insebbħu l-ambjent u ntejbu l-ħajja tan-nies fil-lokalitajiet fejn jgħixu, jagħmlu użu minnhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, is-Segretarju Parlamentari ħa xi inizjattivi f'dawk li huma r-riżorsi umani tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Din hija xi ħaġa li hija importanti ħafna għax awtorità ma tistax tiffunzjona tajjeb jekk il-ħaddiema ma jkollhomx il-motivazzjoni rikjesta biex jagħmlu x-xogħol u jkun hemm investiment fil-kapital uman.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'inhuma dawn l-inizjattivi?", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li meta jkollok entità li tittratta lill-ħaddiema kif wieħed jixtieq li jiġi ttrattat, naħseb li jkollha l-aqwa riżultat.", "Għalhekk trid toħloq ambjent fejn il-ħaddiema li jkunu qed jagħtuk servizz jiġu rispettati u tipprova toħloq l-aħjar ambjent biex il-ħaddiema mhux biss ikollhom ambjent fiżiku mill-aqwa fil-post fejn jaħdmu iżda jkollhom kondizzjonijiet tax-xogħol aktar favorevoli.", "Naħseb li l-Awtorità tal-Ippjanar, matul l-aħħar xhur u snin, ħolqot ħafna inizjattivi biex il-ħaddiema possibbilment ikollhom trattament aħjar milli kellhom.", "Fost dawn insemmi l-ispecial leave għal dawk il-ħaddiema li jixtiequ jieħdu ħsieb uliedhom li jkunu għadhom żgħar, għal min ikollu l-ġenituri anzjani u jrid jieħu ħsiebhom kif ukoll għal xi koppji li sfortunatament ma jkollhomx tfal u jiddeċiedu li jaddottaw u allura f'dak il-perjodu jkollhom bżonn aktar leave.", "Qed jingħata wkoll leave speċjali għal dawk il-ħaddiema li jridu javvanzaw fil-karriera tagħhom u jkollhom bżonn aktar ħin sabiex jistudjaw.", "Hemm ukoll it-teleworking, ir-reduced hours u l-flexi time ħalli l-ħaddiema jingħataw il-possibilità li jkollhom bilanċ bejn il-post tax-xogħol u l-familja.", "Ftit tax-xhur ilu sar esperiment għall-ħaddiema tal-Awtorità tal-Ippjanar, li skont it-tmexxija tal-Awtorità rnexxa, u ninsab ċert li fiż-żmien li ġej se jkollna entitajiet oħra li jagħmlu bħalu.", "Dan huwa l-hot desking, fejn ikollok skrivaniji armati b'dak kollu li hemm bżonn.", "Peress li l-iskrivanija ma tkunx ta' xi ħadd personali, tkun tista' taħdem minn liema skrivanija trid, jew saħansitra tista' taħdem mill-kumdità tad-dar tiegħek.", "Permezz ta' dawn l-inizjattivi qed ikollna inqas karozzi fit-toroq bis-saħħa ta' dawk li jagħżlu li jaħdmu mill-kumdità ta' darhom u jagħtu l-istess servizz daqslikieku qegħdin l-uffiċċju anzi jien ngħid li kultant jagħtu ħafna aktar mill-kumdità ta' darhom milli mill-uffiċċju.", "L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ukoll skema ta' green transport, fejn lill-ħaddiema tagħha qiegħda toffrilhom trasport b'xejn u minflok ma joqgħodu jiġu bil-karozza tagħhom, qed ikun hemm mini van idur maż-żoni li jmissu ma' xulxin, jiġbor lin-nies u jwassalhom fuq il-post tax-xogħol.", "Ovvjament titħalla karozza għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema li jużaw it-trasport tal-Awtorità, biex jekk allaħares qatt xi ħaddiem jinqalagħlu bżonn li jmur id-dar malajr, ikunu jistgħu jwassluh biha.", "Qed jingħataw ukoll għajnuniet finanzjarji lil min jagħmel użu mis-servizz tal-ferry, li llum sar popolari ħafna kemm mill-Kottonera u anke minn Tas-Sliema.", "Dawn huma ftit mill-inizjattivi li qed twettaq l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Kif għedt, trid tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi umani u din l-Awtorità hekk qed tagħmel.", "Qed tagħti l-possibilità lill-ħaddiema tagħha li jagħtu l-aqwa servizz, però wieħed jista' jagħmel dan permezz tar-reduced hours, permezz tal-flexible hours u permezz tax-xogħol mid-dar.", "Naħseb li b'dan il-mod, fiż-żmien li ġej lill-ħaddiema se nagħtuhom kull possibilità li jaħdmu bl-aħjar mod li jistgħu u fl-istess ħin ikunu qed jagħtu l-aqwa servizz lil min jiġi bżonn is-servizzi tagħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jispjega lil din il-Kamra x'inhuma l-parametri biex membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar jitwassal Malta fuq private jet minn fejn ikun fuq vaganza minħabba xi applikazzjoni partikolari?", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li diġà ngħatat spjegazzjoni mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar dak li seħħ dakinhar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Is-Segretarju Parlamentari semma l-iskema Irrestawra Darek, li għenet ħafna familji fl-urban conservation areas jirrestawraw darhom.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna minn fejn ġejjin il-fondi għal din l-iskema; jekk humiex allokati lill-Awtorità tal-Ippjanar jew humiex ġejjin minn dħul ieħor?", "Interpellant matul l-aħħar sentejn l-Awtorità tal-Ippjanar kellha għad-dispożizzjoni tan-nies €18-il miljun permezz tal-iskema Irrestawra Darek.", "Imbagħad fl-2017 kellha €8 miljun u fl-2018 kellha €10 miljun.", "Kif għedt, l-€10 miljun ta' din is-sena nbellgħu fi ftit ġimgħat wara li ġiet varata l-iskema.", "Issa ħalli nispjega minn fejn ġejjin dawn il-flus.", "L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet skema ta' regolarizzazzjoni għal min kellu xi ħaġa li ma saritx kif suppost u ħolqitlu diffikultà.", "Pereżempju, tixtri dar li mingħalik kollox ikun sar skont il-permessi, imbagħad meta tiġi biex tbigħ id-dar, jew biex tieħu loan mill-bank, issib li għandek xi ħaġa li mhijiex skont il-permess oriġinali.", "Għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet din l-iskema biex dak li jkun ikun jista' jirregolarizza dak li ma sarx skont il-permess.", "L-ammont ta' fondi li nġabru matul l-aħħar snin kien konsiderevoli u l-Awtorità tal-Ippjanar, minħabba l-effiċjenza li għandha, użat dawn il-flus biex jerġgħu jingħataw lura lin-nies.", "Barra minn hekk, din l-Awtorità għandha Development Planning Fund li l-flus tiegħu jiġu meta jingħata permess għall-bini u jkun hemm nuqqas ta' parkeġġ.", "Huwa tajjeb li ngħid li kull meta jingħata permess għal xi binja jew għal blokka appartamenti, irid jiġi pprovdut parkeġġ għall-ammont ta' appartamenti li jkunu qed jinbnew u min ma jipprovdix dan il-parkeġġ, irid iħallas, imbagħad dawk il-flus ikunu disponibbli għall-kunsill lokali ta' fejn tkun saret il-binja.", "Għalhekk minbarra l-iskema Irrestawra Darek, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha aktar minn €20 miljun riżervati għall-kunsilli lokali.", "Dawn huma flus li daħlu mid-Development Planning Fund u hemm uħud mill-kunsilli lokali li għandhom ammonti kbar ta' flus riżervati biex fil-lokalità tagħhom isir it-titjib li hemm bżonn sabiex itejbu l-ambjent tan-nies li jgħixu hemmhekk.", "Sur President, l-appell tagħna huwa li l-kunsilli lokali jersqu 'l quddiem għax dawn il-flus qegħdin hemmhekk għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Lil dawk il-kunsilli lokali li sal-aħħar tal-2017 kellhom inqas minn €100,000 fid-Development Planning Fund, aħna għidnielhom li fejn m'hemmx bżonn żvilupp mhux tort tagħhom.", "Għalhekk se noħolqu fond ta' €50,000 għal dawk il-kunsilli lokali li għandhom inqas minn €100,000, biex ikunu jistgħu jsebbħu ġonna u żoni oħra ħalli dawn ikunu jistgħu jitgawdew min-nies tal-lokalità tagħhom.", "Mhux hekk biss, iżda jekk il-proġett li jressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, skont l-Awtorità, ikun proġett li jkun se joħloq ħafna ġid lil-lokalità, din tkun tista' żżid il-fondi biex il-proġett ikun jista' jsir.", "Fl-aħħar xhur rajna numru ta' proġetti f'lokalitajiet differenti li saru permezz ta' dan il-fond.", "Pereżempju l-ġnien li hemm faċċata tal-Isptar Boffa fil-Furjana se jiġi restawrat biex ikun jista' jitgawda aktar min-nies.", "Peress li dan il-Gvern iddeċieda li jagħmel it-toroq kollha, il-fond li qabel kienu japplikaw għalih biex jagħmlu toroq bit-tarmak fil-lokalità tagħhom, illum jista' jintuża għal affarijiet oħra.", "Għalhekk naħseb li l-kunsilli lokali jistgħu japprezzaw li l-flus li hemm riżervati fil-fond tagħhom, se jkunu jistgħu jużawhom biex itejbu l-lokalità tagħhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fuq il-midja tħabbar li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet qed taħdem biex ikollha uffiċċju f'Għawdex biex il-ħaddiema Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu minn hemmhekk.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid fiex wasal dan il-proġett?", "CHRIS AGIUS: L-Awtorità tal-Ippjanar ħasset li l-uffiċini li għandha f'Għawdex hemm bżonn li jingħataw attenzjoni speċjali u f'Awwissu li għadda ħarġet il-permessi biex il-binja li llum tintuża għal din l-Awtorità kważi tinbena mill-ġdid.", "Irrid ngħid li meta dan l-uffiċċju jkun lest, fiż-żmien li ġej ikun jista' jservi mhux biss il-bżonnijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar iżda wkoll tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.", "Naħseb li din il-binja se tkun l-ewwel eżempju ta' binja li se jkollha kollox maħdum biex ikollna l-aqwa effiċjenza fl-enerġija.", "Fil-fatt din se tkun l-ewwel binja nearly zero-energy u dak kollu li se jsir hemmhekk, bħal pannelli u twieqi, se jsir biex tiġi ffrankata l-enerġija u ssir inqas ħsara lill-ambjent.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xogħol mogħti lil kumpanija partikolari mill-Malta Information Technology Agency (MITA) minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6465.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders mogħtija mid-dekasteru li għalih hu responsabbli d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa matul l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6520.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta għas-sena 2017; u", "L-estimi finanzjarji tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd u n-nazzjonalità tal-persuni miżmuma f'kull post ta' detenzjoni minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7539; u", "Tagħrif dwar l-għadd u t-tip ta' każini reġistrati mal-Pulizija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7540.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar xiri ta' vetturi u makkinarju mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, minn wara Marzu 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8035;", "Tagħrif dwar użu ta' concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u d-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex matul l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8037;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 402 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Stocks tal-Gvern ta' Malta;", "Avviż Legali Nru 404 tal2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Fatturazzjoni elettronika fl-Akkwist Pubbliku;", "Tagħrif dwar Initial Public Offerings (IPOs) li saru fil-Borża ta' Malta fil-perjodu bejn l-2008 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7970;", "Tagħrif dwar bond issues li saru fil-Borża ta' Malta fil-perjodu bejn l-2008 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7971; u", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Numru 403 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kunsilli Lokali (Finanzi); u", "Kopja tal-pjanti ta' latrina u Tourist Information Office li l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema kien beħsiebu jibni fil-parti ta' Triq ix-Xatt bejn Triq Santa Rita u Triq Ċensu Xerri, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8032.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Kondoljanzi tat-Tabib Vincent Moran li ħalliena fl-20 ta' Novembru 2018.", "Ilkoll għandkom il-ktejjeb maħruġ apposta li fih l-ewwel diskors li għamel il-mibki Ċensu Moran fil-leġiżlatura tal-1962.", "CHRIS FEARNE: Sur President, kieku kelli memorja ta' tarbija, kieku lit-Tabib Ċensu Moran ilni nafu minn mindu kont tarbija.", "Dan għaliex Ċensu Moran kien it-tabib tal-familja tagħna.", "Apparti minn hekk, meta kont tifel konna noqogħdu Żabbar Road u huwa kien joqgħod kantuniera 'l bogħod minna, proprju fi Triq Schreiber, fejn il-Prim Ministru kellu l-uffiċċju li eventwalment kien iservi minnu bħala Membru Parlamentari Ewropew.", "Ċensu Moran kien it-tabib ta' Raħal Ġdid.", "Huwa kien iservi mid-dar tiegħu u niftakarni nidħol m'ommi fl-intrata tiegħu li dejjem kienet tkun invażata bin-nies.", "Fil-fatt is-salott tad-dar kienet il-klinika tiegħu.", "Apparti li kien it-tabib ta' Raħal Ġdid kien ukoll parti minn kull familja ta' Raħal Ġdid.", "Huwa kien maħbub u rispettat ħafna, u bir-raġun għax kien tabib tajjeb ħafna u kien tabib tal-qalb.", "Huwa mhux biss kien ifejqek mill-marda li jkollok - xi ħaġa li kien kapaċi ħafna jagħmilha - imma kien iħares lejk ukoll bħala individwu u kważi kważi bħala parti mill-familja tiegħu.", "Din il-karatteristika tiegħu n-nies ta' Raħal Ġdid kienu japprezzawha ħafna.", "L-ewwel memorja li għandi ta' Dr Moran hija ta' meta kelli madwar sitt snin.", "Niftakar li konna fil-klinika tiegħu u kien hemm ċertu għagħa għax kien għadu kemm ħareġ wieħed mingħandu u n-nies bdew jgħidu li dan kien imur spiss u Dr Moran qatt ma kien iżommlu flus.", "Hawnhekk qed nitkellem fuq xi 50 sena ilu, meta kien għad hemm nies li verament ma kenux jaffordjaw vista ta' tabib.", "Ċensu Moran lil dawn in-nies ma kienx jgħidilhom li se jarahom darba u daqshekk imma kien jarahom u jerġa' jarahom, anzi jekk ikun hemm bżonn kien saħansitra jgħidilhom biex jerġgħu jmorru l-għada allavolja ma kienx iżommilhom flus.", "Din il-ħaġa kien magħruf għaliha.", "Għalkemm lil Ċensu Moran nafu l-ewwel bħala tabib, meta twelidt jien huwa diġà kien Membru Parlamentari.", "Fil-fatt kien ilu Membru Parlamentari minn Frar tal-1962 u baqa' Membru sal-1996, sakemm waslet l-elezzjoni u ma kienx ikkontesta.", "Dan ifisser li kull darba li kkontesta, Ċensu Moran dejjem tela', u tela' bl-unuri u kien għażla normali għan-nies ta' Raħal Ġdid u għan-nies tar-Raba' Distrett għax ġieli kkontesta distretti oħrajn ukoll.", "Minbarra li Ċensu Moran kien it-tabib tiegħi u tal-familja tiegħi kont nafu wkoll għax kien Ministru tas-Saħħa meta jien kont student tal-Mediċina u meta eventwalment ilħaqt tabib.", "Ma nistax ngħid li ma kenux żmenijiet ta' kontroversja meta huwa kien Ministru tas-Saħħa però kull min ikun qiegħed iwettaq l-affarijiet u kull min ikun qiegħed ibiddel bilfors ikollu l-kontroversja.", "Jekk issemmili politiku li ma kellux kontroversja fit-terminu tiegħu ngħidlek li dak huwa politiku li m'għamel xejn u Ċensu Moran ċertament ma nistgħux ngħidu li kien politiku li m'għamel xejn, anzi għamel ħafna.", "Dak iż-żmien kien hemm kontroversji u kien hemm ukoll l-istrajk tal-1977 li baqa' jkarkar għal għaxar snin sħaħ però Ċensu Moran kien biddel is-sistema tas-saħħa ta' taħt fuq.", "Fil-fatt wieħed jista' jgħid li huwa l-missier tal-kura primarja f'pajjiżna.", "Huwa fetaħ ċentru tas-saħħa wieħed wara l-ieħor, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, u daħħal il-konċett li t-tabib tal-familja mhux neċessarjament ikun tabib privat imma wieħed jista' jinqeda wkoll mis-sistema tal-kura tal-Gvern, mhux biss fl-isptarijiet, imma anke fil-komunità.", "Ċensu Moran kien ukoll il-persuna li għarfet il-ħtieġa li fl-isptarijiet ikollna l-ispeċjalizzazzjoni fit-tfal u l-maternità.", "Fil-fatt l-Isptar Karin Grech oriġinarjament kien sptar tat-tfal u tal-maternità.", "Huwa kien ukoll il-persuna li magħha għal snin twal assoċjajna l-kura tas-saħħa fil-qasam politiku mediku.", "Jiġifieri għal snin twal, meta konna nsemmu l-ministeru tas-saħħa jew il-ministru tas-saħħa, f'moħħna kien jiġina Ċensu Moran.", "Mela Ċensu Moran, minbarra li għamel suċċess bħala tabib, għamel ukoll suċċess kbir bħala politiku.", "Kif għedt, huwa ġie elett f'kull elezzjoni li kkontesta u dejjem tela' bl-unuri.", "Aktar minn hekk, ħalla legat kbir warajh.", "Eventwalment erġajt bdejt niltaqa' ma' Ċensu Moran meta, ftit wara l-elezzjoni tal-2008, kont iddeċidejt li nikkontesta l-elezzjoni sussegwenti.", "Peress li huwa kien fl-istess distrett tiegħi kien jagħtini ħafna pariri u ideat siewja u bħalma hu dejjem kien il-persuna li nħares lejha fil-karriera tiegħi ta' tabib, sar ukoll il-persuna li kont u għadni nħares lejha fil-karriera politika tiegħi.", "Nista' ngħid li meta bdejt indur id-djar f'Raħal Ġdid, f'Ħal Tarxien u fil-madwar, għand kull min kont immur kulħadd kien isemmilek lil Ċensu Moran.", "Dan juri kemm kien maħbub, mhux biss bħala tabib imma anke bħala politiku, u naħseb li din l-imħabba li kellu għan-nies u li n-nies irreċiprokaw lejh hija l-aħjar ħaġa li tista' ssib f'politiku.", "Ara kemm nagħmlu affarijiet bħala politiċi u ara kemm nieħdu pjaċir bil-voti li nġibu jew bir-riżultati li jkollna fl-ekonomija u fl-affarijiet kollha li nagħmlu, naħseb li l-isbaħ ħaġa li jista' jkollu politiku huwa r-rispett għax dak la tista' tixtrih u lanqas tista' ġġibu bil-poter imma ġġibu biss għax in-nies jifhmu li dak li tkun qed tagħmel, tkun qed tagħmlu għall-ġid tagħhom, tkun qed tagħmlu b'imħabba u tkun qed tagħmlu għall-ġid tal-pajjiż.", "Naħseb li l-imħabba li wera Ċensu Moran lejn il-poplu u lejn il-pazjenti tiegħu ġiet irreċiprokata lilu tul ħajtu.", "Sakemm kien għadu jinżel il-Pjazza ta' Raħal Ġdid sa ftit tax-xhur ilu, dejjem kont tara n-nies jinġemgħu miegħu.", "Sa sentejn ilu huwa kien għadu attiv bħala tabib.", "Imma jekk qatt kien hemm bżonn xhieda ta' kemm kellu rispett lejh il-poplu tan-naħa ta' isfel ta' Malta, biex ma ngħidx ta' Malta kollha, żgur li huwa l-fatt li fil-funeral tiegħu kien hemm knisja mimlija nies.", "Issa l-Knisja ta' Raħal Ġdid mhijiex knisja żgħira, però kienet imballata bin-nies u kien hemm saħansitra nies bilwieqfa u barra fuq iz-zuntier.", "Naħseb li din hija xhieda tajba ta' kemm ħabbewh u għadhom iħobbuh il-klijenti tiegħu.", "Sur President, ma nistax ma ngħidx li kif bdiet tinxtered l-aħbar tat-telfa ta' Ċensu Moran mill-ewwel bdew jasluli messaġġi li jkun xieraq li ċ-ċentru tas-saħħa kbir u ġdid li se niftħu f'Raħal Ġdid insemmuh għalih u llum nista' ngħid li bħala Gvern, din it-talba tal-poplu, speċjalment tal-poplu ta' Raħal Ġdid, qed nilqgħuha u jekk Alla jrid ikollna Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran f'Raħal Ġdid!", "Nixtieq insellem lill-familjari tiegħu, fosthom lil Rose u lil Mary, kif ukoll lill-ħbieb u l-qraba kollha tiegħu.", "Nagħtihom il-kondoljanzi però ngħidilhom li l-memorja ta' Ċensu Moran se tibqa' ħajja mhux biss fiċ-ċentru tas-saħħa li se jkollna msemmi għalih, imma aktar u aktar fil-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sur President, f'isem l-Oppożizzjoni ningħaqad mad-Deputat Prim Ministru biex inwassal il-kondoljanzi lill-familjari tat-Tabib Vincent Moran, aktar magħruf bħala Ċensu Moran, tabib li kelli l-opportunità li niltaqa' miegħu diversi drabi.", "Fid-dinja tal-politika ma lħaqtux iżda fil-ħajja medika ltqajt miegħu diversi drabi, kemm f'konferenzi kif ukoll f'okkażjonijiet oħrajn.", "Kif spjega tajjeb id-Deputat Prim Ministru, Ċensu Moran kien tabib dedikat, maħbub u b'kuxjenza soċjali.", "Huwa kien iħares il-batut u mhux biss kien jagħti l-kura iżda kien jagħti wkoll fejqan soċjali lil dawk li verament kellhom bżonn.", "Fil-fatt naħseb li meta titkellem dwar Ċensu Moran tkun qed titkellem dwar tabib tal-familja li verament kien jaqdi d-dmir tiegħu kemm mill-aspett mediku kif ukoll mill-aspett soċjali.", "Għalija Ċensu Moran kien ta' eżempju.", "Jien ukoll tabib tal-familja u jien ukoll qiegħed fil-politika u allura għandi ż-żewġ faċċati li kellu hu u jkolli ngħid li meta jgħiduli li qisni t-Tabib Moran nieħu gost!", "Naturalment jien m'iniex mir-Raba' Distrett imma mit-Tieni Distrett però tassew nieħu gost li jqabbluni miegħu għax kien tabib li tassew jidħol fil-familja u jħares dawk il-bżonnijiet speċjali.", "Kif qal id-Deputat Prim Ministru, it-Tabib Ċensu Moran kien ukoll involut fl-iżvilupp taċ-ċentri tas-saħħa, li żgur taw spinta f'dik li hija kura primarja.", "Qabel ma kien hawn dawn iċ-ċentri tas-saħħa, it-tabib tal-familja privat kellu piż kbir għaliex ma kienx hemm aktar kliniċi fejn wieħed jista' jmur jekk jinqalagħlu xi ħaġa.", "Illum il-ġurnata nafu kemm qegħdin jagħmlu xogħol dawn iċ-ċentri tas-saħħa f'dak li huwa servizz ta' emerġenza u f'dik li hija kura wara l-ħin tal-uffiċċju u għalhekk ix-xogħol li għamel Ċensu Moran naħseb li kien żvilupp kbir f'dik li hija sistema tal-kura tas-saħħa primarja.", "Irrid ngħid li Ċensu Moran kellu wkoll karattru simpatiku u ċajtier.", "Kont tieħu pjaċir titkellem miegħu u nista' ngħid li kien tabib rispettat ħafna.", "Meta tiltaqa' ma' xi pazjenti minn tiegħu lkoll jitkellmu b'ton pożittiv dwaru.", "Barra minn hekk, naħseb li kien ukoll bniedem eżemplari bil-mod kif kien jaġixxi fil-ħajja professjonali tiegħu.", "Sur President, f'isem l-Oppożizzjoni nagħti l-kondoljanzi lill-familjari ta' Ċensu Moran, fosthom lil ħutu Mary u Rose, li żgur li wara l-mewt tal-mara tiegħu tawh l-għajnuna u l-appoġġ meħtieġa.", "Infakkar ukoll li Ċensu Moran kien ħabib kbir tal-Eks Membru Parlamentari Karl Chircop, li wkoll ħalliena.", "Huma t-tnejn kienu viċin ħafna ta' xulxin u Karl kien ħabib ħafna tiegħi.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li llum infakkru l-memorja ta' dawn iż-żewġ tobba li ħadmu f'dan il-Parlament għall-ġid komuni u jalla lkoll kemm aħna naħdmu fuq l-istess passi tagħhom.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, lil Dr Moran jien nafu bħala l-Ministru tiegħi meta kont tabib inservi mal-Gvern.", "Nafu wkoll bħala kollega fuq diversi bordijiet, bħala dak it-tabib li tani diversi pariri meta kont Ministru għas-Saħħa u bħala dak it-tabib li kien ikellimni ras imb ras meta kont Membru Parlamentari fil-leġiżlatura preċedenti.", "Jien mhux biss għandi rispett kbir lejn Dr Moran imma għalija huwa kien għalliem għax għallimni biex inqiegħed id-dinjità tal-pazjent l-ewwel u nġib il-pazjent qabli.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "Silvio Grixti li għalkemm huwa Membru Parlamentari, huwa wkoll membru tal-familja Moran.", "SILVIO GRIXTI: Sur President, nibda billi għan-nom tal-familja taz-Ziju Vince, jew kif kien u għadu magħruf, it-Tabib Moran, nirringrazzja lil kull min bagħat jew kien preżenti biex jagħtih l-aħħar tislima nhar il-Ħamis, 22 ta' Novembru 2018, fil-Knisja ta' Kristu Re, Raħal Ġdid.", "Nirringrazzja lilek, Sur President, lill-President tar-Repubblika, lill-Prim Ministru, lid-Deputat Prim Ministru, lil diversi Ministri, Membri Parlamentari u Eks Membri Parlamentari li bosta minnhom ħadmu qrib maz-Ziju Vince.", "Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lil diversi ċittadini li attendew għall-aħħar tislima u bosta oħrajn li bagħtu l-kondoljanzi tagħhom iżda ma setgħux jingħaqdu magħna minħabba età jew kondizzjonijiet fiżiċi u mard.", "Sur President, mingħajr ma nieħu ħafna mill-ħin prezzjuż ta' din il-Kamra, nemmen li nkun qed nonqos jekk ma nsellimx il-memorja tat-Tabib Ċensu Moran.", "Irrid nieħu wkoll l-opportunità u nsellem persuna li kienet dejjem warajh fil-ħidma politika tiegħu.", "Kif jgħid l-Ingliż, behind every successful man there is a strong woman, u minn hawnhekk insellem lil wisq maħbuba ziti, Maggy Moran, li issa nemmen li se tkun qed tgawdi mill-ġdid lir-raġel li ħadem għall-interess ta' pajjiżna sabiex illum Malta għadha tgawdi minn tant benefiċċji fil-qasam tas-saħħa.", "Nirringrazzja wkoll lil ħutu, iz-Zija Mary u z-Zija Rose, li fl-assenza ta' ziti għal 25 sena, dejjem kienu ta' sostenn għaz-Ziju Vince.", "Sur President, jien se nagħlaq dan id-diskors bi frażi żgħira li dejjem kien jgħidli z-Ziju Vince: \"Aħna l-politiċi qegħdin hemm biex inservu u biex ngħinu lill-proxxmu\".", "Għalhekk iddeċidejt li hu jkun dejjem il-punt ta' referenza tiegħi u b'hekk wasalt fejn ninsab illum.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ningħaqad mal-kelliema ta' qabli u nagħti l-kondoljanzi lill-familjari ta' Ċensu Moran.", "Meta kont għadni żgħir niftakar lil Maggy Moran iċċempel u tgħidilna bil-problemi li kien ikun hemm.", "Hija kienet attiva ħafna biex tara li r-raġel dejjem jirnexxi fix-xogħol tiegħu.", "L-ewwel darba li ltqajt ma' Ċensu Moran kont għadni tifel u kont ma' missieri, Alla jaħfirlu, li kellu spiżerija l-Imġarr.", "Niftakar li konna morna għandu ftit wara l-elezzjoni tal-1962 u niftakar li lil missieri qallu: \"George, jien wieħed mis-16\"!", "Dak iż-żmien Mintoff kien tella' 16-il Membru għaliex ovvjament kien hemm il-kwestjoni politika reliġjuża, meta jekk kont tivvota lill-Partit Laburista u tmut dak il-ħin, kont tmur l-infern!", "Nifakru jidħak u jgħidilna wkoll li dawn l-affarijiet jinbidlu.", "It-Tabib Ċensu Moran kien raġel twajjeb ħafna.", "Fil-fatt huwa mhux biss kien maħbub imma jien kont narah bħala raġel li diffiċli ħafna jkollok xi tgħid miegħu.", "Naħseb li l-aktar li ddeskrivieh tajjeb lil Ċensu Moran kien Victor Camilleri, l-editur tal-ġurnal Il-Mument.", "Nhar il-Ħadd li għadda dan kiteb artiklu fuqu u rrakkonta dwar meta kien iltaqa' miegħu u bil-mod kif spjega dak l-inkontru, ħareġ il-karattru dejjem korrett u l-mod kawtel li kien jimxi bih.", "Ovvjament Ċensu Moran kien baqa' attiv sal-aħħar.", "Fil-fatt sa ftit ilu kien għadu jattendi għal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni tal-Eks Membri Parlamentari u kien jieħu interess biex jara li l-kondizzjonijiet dejjem jitjiebu.", "Għaldaqstant jien ningħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra u nagħti l-kondoljanzi lill-familjari kollha tal-maħbub Tabib Ċensu Moran.", "Huwa ħalla legat kbir mhux biss fil-politika Maltija, imma anke fis-soċjetà Maltija.", "Nirringrazzjakom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ETIENNE GRECH (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali dwar il-possibilità ta' kremazzjoni f'pajjiżna, datat Mejju 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "L-Onor.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar seduta li saret nhar l-Erbgħa li għadda, inti Sur President, qegħidt fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport tal-Awditur Ġenerali rigward il-proġett tal-enerġija tal-Electrogas u f'dik is-seduta l-Kap tal-Oppożizzjoni talab li jkun hawn stqarrija ministerjali, minkejja li r-rapport kien ilu biss ftit minuti fuq il-Mejda tal-Kamra u għaldaqstant kien umanament impossibbli li xi ħadd jagħti risposta dwar rapport ta' 500 paġna fi ftit minuti.", "Illum hija s-seduta li kien imiss wara dik is-seduta u nifhem li kull Membru kellu ċ-ċans li jaqra dak ir-rapport.", "Għalhekk minn din in-naħa tal-Kamra qegħdin nipproponu li l-aġenda tal-lum tiġi mħassra u jkun hawn diskussjoni bla vot fuq ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali, bil-ftuħ u l-għeluq għan-naħa tal-Gvern.", "Ovvjament ma nistgħux ninvokaw artiklu 13 għax ma japplikax, madanakollu nifhem li jekk ikun hawn ftehim fil-Kamra, dan ikun jista' jsir.", "Għaldaqstant qed nistaqsi jekk hawnx ftehim biex f'din il-Kamra jsir dak li għedt jien.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, ovvjament jien kont diġà ppreparajt il-mozzjoni li trid tiġi ppreżentata taħt l-Ordni Permanenti Nru 13 imma jekk hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, nilqa' din l-opportunità li nidħlu fid-dettall ta' dan ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien ukoll naqbel li din għandha tkun materja ta' diskussjoni urġenti u qed nieħu pjaċir bin-knee-jerk reaction kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn ftehim biex ngħaddu għal din id-diskussjoni, bil-ħin tad-diskussjoni jkun sad-9.00 p.m., li jinqasam indaqs bejn iż-żewġ naħat, bil-ftuħ u l-għeluq ikun għall-kelliema tal-Gvern.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Din in-naħa tipproponi li naħa tiftaħ id-diskussjoni u naħa tagħlaqha.", "Jiddeċiedi l-Gvern, m'għandniex problema, imma fil-każ inressqu l-mozzjoni, ma ġara xejn.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, ħalli nimxu skont il-proċedura.", "It-talba kienet min-naħa tal-Gvern u kien hawn ftehim biex ngħaddu għad-diskussjoni.", "Ovvjament, dejjem hekk kienet il-proċedura u hekk għandha tkun, għax huwa skont l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra li nimxu hekk.", "Id-diskussjoni tinfetaħ min-naħa tal-Gvern u tiġi konkluża min-naħa tal-Gvern però l-ħin jinqasam indaqs.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: M'għandna l-ebda problema li jiftħu d-diskussjoni n-naħa tal-Oppożizzjoni u nagħlqu aħna.", "L-ISPEAKER: Hawn ftehim dwar dan?", "(Onor. Membri: Iva) Mela l-ftuħ ikun għan-naħa tal-Oppożizzjoni u l-għeluq isir min-naħa tal-Gvern.", "DISKUSSJONI MINGĦAJR VOT DWAR IR-RAPPORT MAĦRUĠ", "MILL-AWDITUR ĠENERALI \"AN INVESTIGATION OF MATTERS RELATING TO THE CONTRACTS AWARDED TO ELECTROGAS MALTA LTD BY ENEMALTA CORPORATION\"", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, jien se nibda nitkellem fuq numru ta' punti li qed jirriżultaw minn dan ir-rapport dettaljat ta' 593 paġna rigward dak li għandu x'jaqsam mal-proċess mill-bidu nett, jiġifieri minn meta ssejħu l-expressions of interest.", "Biex jifhimna kulħadd, meta toħroġ expression of interest il-Gvern jgħid li jixtieq jagħmel proġett u min ikollu interess fih, ikun jista' jgħidlu.", "F'dan il-każ kien hemm 19-il kumpanija li wrew interess.", "Sussegwentement raw min minnhom jista' jitfa' l-offerta b'mod aktar materjali u naqsu għal 11-il kumpanija.", "Is-sistema f'dak li huwa l-provvediment u l-proviżjoni ta' dak li għandu bżonn il-Gvern, sija jekk huma servizzi, sija jekk huma power stations u sija jekk huma prodotti, hu li l-proċess kollu jrid ikun trasparenti.", "Għandna r-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku u liġi li tirregola kif irid isir il-proċediment f'dawk li huma kuntratti.", "Meta jidħlu ċerti kuntratti partikolari, il-Gvern jista' jagħżel skont avviżi legali differenti li jaddotta proċeduri ad hoc, u l-Awditur Ġenerali kkummenta fuq dan ukoll.", "Matul il-proċess tal-għażla, l-interess tal-Gvern għandu jkun li lilna l-Maltin u l-Għawdxin jagħżlilna l-aqwa li għandna bżonn, idealment bl-aqwa prezz.", "Mela l-ewwel irridu nħarsu lejn dawk li jissejħu t-technicial specifications - meta nkunu qegħdin nitħaddtu dwar xi ħaġa teknika, irridu naraw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma dawk li għandna bżonn għall-ħteġijiet tal-pajjiż - imbagħad irridu naraw il-prezz li jkun se jiswa lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Il-Gvern iqabbad nies biex jaraw dan il-proċess u jassiguraw li min ikun qed jiddeċiedi u jevalwa - l-evaluation committees - jiddeċiedi fl-aqwa interess tal-pajjiż ħalli nipproduċu kemm jista' jkun enerġija bl-aqwa mod u bl-irħas prezz.", "B'hekk il-poplu Malti u Għawdxi kollu jkollu l-irħas prezz possibbli fuq medda ta' żmien.", "Mill-ewwel ġurnata dehret ċara l-intenzjoni ta' dan il-Gvern għax in-nies li ntgħażlu biex imexxu dan il-kumitat ma kienu ħadd għajr in-nies tan-Nexia BT, fosthom Brian Tonna.", "Ħalli nfakkar ftit min hu Brian Tonna biex lin-nies inġeddilhom il-memorja.", "Dan huwa l-istess accountant jew awditur li l-Ministru Konrad Mizzi ddelega biex jagħmillu kumpanija barra minn xtutna, fil-Panama, u biex jiddeċiedi min se jieħu, jibni u jagħti s-supply tal-enerġija fil-power station.", "Infakkar li dan sar 48 siegħa biss wara r-riżultat elettorali.", "Dawn l-għażliet, dan is-sejbien, dak li qal l-Awditur Ġenerali u mhux jien, insibuhom f'paragrafi 3.6.60, 3.6.46, 3.6.83 u 3.7.32.", "Dan huwa fatt. Id-ditta Olandiża DNV KEMA kienet il-konsulenta tal-Partit Laburista dwar il-proposta ewlenija tal-istess Partit dwar il-power station tal-gass u b'mod partikolari tal-Onor.", "Konrad Mizzi qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.", "Fil-fatt waħda mill-wegħdiet elettorali prinċipali, jekk mhux dik ewlenija, kienet proprju li l-Onor.", "Konrad Mizzi se jibnielna din il-power station meta kien Ministru responsabbli mill-enerġija, biex jieħu sehem ewlieni fil-proċess tal-għażla li fi tmiemu ntgħażel il-konsorzju Electrogas.", "Dan wassal għall-konklużjoni tal-NAO li tgħid hekk:", "Ħalli nfiehem x'ifissru dawn il-kliem kollha.", "Qabel l-elezzjoni tal-2013 il-konsulent ewlieni tal-Ministru Konrad Mizzi ngħata rwol … Dak li kienu qed jissuġġerixxu jew inkella l-għażla eventwali tal-power station kienet tixbah immens, kienet kważi identika, għal dak li l-Gvern Laburista kien ħabbar u pprometta, qisu għamel profezija li xi ħadd se jitfa' offerta ta' dak it-tip.", "Dan ma jgħidux il-Kap tal-Oppożizzjoni imma jgħidu l-Awditur Ġenerali f'paragrafi 3.6.46, 2.21, 3.6.20, 3.6.62, 3.7.26, 384 u 14.2.68.", "Dan, għal darb'oħra, huwa fatt.", "Sur President, fil-bidu nett tal-proċess kien hemm bidder li kien għamilha ċara li l-proġett ma seta' qatt ikun vijabbli mingħajr garanzija bankarja kbira mingħand il-Gvern għax meta tkun qed tipprepara x-xogħol, meta tkun qed tħejji l-offerta, meta tkun qed tippjana kif se tagħmel proġett ta' din il-portata, irid ikollok is-saħħa finanzjarja, irid ikollok fuqiex iddur u trid tagħti garanziji idonei.", "Kien hemm xi ħadd li kien interessat u ried jixħet l-offerta li qal li din ma tistax tinħadem għax il-kuntratturi li se jibnuha ma jistgħux ikunu serji jekk il-Gvern ma jagħmilx il-garanzija hu stess.", "L-Enemalta kienet ċaħdet dan l-argument u qalet li jista' jkun li jkun hemm xi ħadd li jidħol għal dan il-proġett u jwettqu mingħajr l-għajnuna tal-garanzija tal-Gvern.", "Imma xi rriżulta, Sur President?", "Irriżulta li wara li dak li kien ċar u ovvju għal min qiegħed fin-negozju, għal min ried joffri s-servizz imma nduna li ma setax jagħmel dan mingħajr garanzija tal-Gvern, il-Gvern ħareġ garanzija bankarja ta' €360 miljun.", "Dan inkwieta bil-kbir lill-Awditur Ġenerali.", "Dan mhux qed jgħidu l-Kap tal-Oppożizzjoni imma qed jgħidu r-rapport f'paragrafi 3.2.24, 6.3.8, 10.1.2, 10.1.5, 10.2.3, 14.2.40, 3.5.14.", "Dawn mhumiex siltiet minn xi vanġeli imma qegħdin ikkwotati bil-kapitlu, vers u klawsola fil-konklużjonijiet tal-Awditur.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura għal darb'oħra dan huwa fatt.", "Huwa interessanti li ftit wara li ġie mħabbar dan il-proġett, minbarra l-ftit minuti li l-Onor.", "Mizzi kien qalilna li qed jifraħ li dawn il-593 paġna ta' kundanna huma ċ-ċertifikat ta' best practice, il-Ministru Mizzi staħba għal ftit u minfloku ħarġu l-Onor.", "Mizzi biex jgħidulna li xi ħaġa importanti li ħarġet f'dan id-dokument kienet li ma kienx hemm two weights two measures, li kulħadd ġie trattat l-istess, li mxew ma' wieħed kif imxew mal-ieħor u li ma kienx hemm dak li jissejjaħ a dislevel playingfield.", "Però l-Awditur Ġeneral mhux hekk sab.", "Sur President, il-Gvern ħareġ bis-saħħa fuqha din għax qisha għall-inqas salvathom b'xi mod jew ieħor imma n-nies għandhom jisimgħu kemm dan il-Gvern mhux qed jgħid il-verità, kemm dan il-Gvern qed jinjora dak li hemm miktub kelma b'kelma fir-rapport.", "Fis-sommarju 2.9 jingħad hekk:", "- dan ifisser li l-ebda wieħed minn dawk li tefgħu t-tender ma kellu kollox sew -", "- jiġifieri ta' ċerta portata -", "Din il-klawsola waħedha qed tgħid li kien hemm min kien trattat mod u kien hemm min kien trattat mod ieħor.", "Kien hemm min kellu l-istess nuqqasijiet imma lil wieħed warrbuh u lill-ieħor żammewh.", "Kien hemm fejn applikaw il-liġi tal-annimali u kien hemm fejn applikaw il-liġi tal-allat.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Kien hemm min ma kellux miegħu lill-Gvern u kien hemm min kellu l-għajnuna kollha possibbli.", "Eżatt wara din il-klawsola – din ma setgħetx ħarbitlu lill-Gvern għax wara t-2.9 tiġi t-2.10 – hemm klawsola oħra li tgħid hekk:", "Illejla nixtieq nisma' mqar persuna waħda min-naħa tal-Gvern li forsi b'xi traduzzjoni ta' barra minn din id-dinja tfehemna kif dan il-kliem ċar daqs il-kristall jista' qatt ifisser li kulħadd ġie trattat l-istess.", "Għax hawnhekk qed jingħad li lil wieħed ittrattawh mod u lill-ieħor ittrattawh mod ieħor, lil wieħed għalqulu l-bieb u lill-ieħor għaddewh mit-tieqa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan hu li qed jgħid l-Awditur Ġenerali u dan huwa fatt.", "Paragrafu 2.13 - ma morniex 'il bogħod wisq - jgħid hekk:", "Hawnhekk qed jingħad li użaw riga differenti għall-istess żbalji u nuqqasijiet u għandna eżempju ħalli min ma jridx jifhem, jifhem b'dan l-eżempju:", "Jiġifieri kien hemm tlieta li ma kellhomx x'juru kif kienu se jaħdmu u ma kellhomx l-abilità li jirreferu għall-proġetti li kienu għamlu qabel.", "- jiġifieri qalulu li ladarba m'għandux esperjenza, mela għal barra -", "Hawnhekk irrid nistieden lil xi ħadd min-naħa tal-Gvern ifehemni kif jekk kien hemm tlieta li kellhom nuqqas ta' esperjenza, lil wieħed keċċewh u lit-tnejn l-oħra le.", "Dan, għal darb'oħra, huwa fatt. Mhux eżempju wieħed hemm fuq dak li l-Gvern qed jarah bħala ċertifikat tal-korrettezza fejn qed jgħid li mxew l-istess ma' kulħadd imma paragrafu 2.15 tal-konklużjonijiet tal-Awditur jgħid eżattament bil-maqlub:", "L-Awditur Ġenerali qed jgħid li waħda mill-aktar affarijiet li nkwetatu hi li kien hemm inkonsistenza fil-mod kif imxew ma' dawk in-nies li ssottomettew it-tender meta kienu qed jevalwawha.", "- filwaqt li huwa tajjeb li kien hemm min tneħħa għax ma kellux kollox sew -", "Għal darb'oħra dan huwa fatt u għal darb'oħra nistieden lil xi ħadd min-naħa tal-Gvern biex ifehemni kif qed jibqgħu jinsistu li kulħadd ġie ttrattat bl-istess mod.", "Issa dan fuq dak il-punt biss ta' kif ġew ittrattati b'mod differenti dawk li ssottomettew it-tenders.", "Fil-liġi tagħna, fil-ġurisprudenza tagħna, f'dak li titlob l-Unjoni Ewropea għall-mod kif isiru t-tenders, fuq hekk biss hemm ċertifikat li l-Gvern mexa ħażin.", "L-NAO jesprimi tħassib kbir dwar €20 miljun li kienu nieqsa fil-kalkolu tal-finanzjament fit-tul tal-proġett, xi ħaġa li turi kemm is-serjetà kienet titlob li l-għażla li saret ma kenitx korretta.", "Qed nirreferi għal paragrafu 3.7.11.", "Meta niġu għall-abilità tal-finanzjament instab li kien hemm nuqqas ta' €20 miljun biex juru li setgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti.", "L-Awditur qed jgħid li minkejja li kien hemm dan in-nuqqas u din id-diskrepanza fil-kalkolu, xorta tħallew jipproċedu.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed jgħidu l-Awditur Ġenerali u dan huwa fatt.", "L-NAO jesprimi tħassib serju għall-inklużjoni tas-SOCAR.", "Min hi, minn fejn ġiet u kif ġiet is-SOCAR?", "Din hija ditta minn pajjiż magħruf bħala li huwa l-ewwel fid-dinja f'dik li hija korruzzjoni u hawn qed nirreferi għall-Azerbaijan.", "Minn dawn il-kumpaniji kollha fid-dinja li huma lesti li joffru s-servizz - peress li ridna li nkunu l-aqwa fid-dinja u mhux biss fl-Ewropa - morna l-Azerbaijan, l-aktar pajjiż korrott fid-dinja, u għażilna s-SOCAR!", "Din kienet tifforma parti mill-konsorzju Electrogas meta kien ovvju li ma kellhiex qagħda finanzjarja tajba, u dan mhux qed ngħidu jien, Sur President.", "Tant ma kellhiex qagħda finanzjarja tajba li ħarġet mill-konsorzju ftit wara li ffirmaw il-kuntratt finali mal-Enemalta!", "Taf x'qal l-NAO?", "L-ewwel nett, qal li kienet kontra n-norma li min jissupplixxi l-fuel ikun lead partner.", "Meta tkun qed issir il-power station il-Gvern jitlob li jkun hemm wieħed li jkun hu li jmexxi l-grupp ta' kumpaniji, u l-NAO qed jgħid li mhijiex in-norma li jkun dak li jissupplixxi l-fuel, imma mbagħad qal li sfortunatament jew fortunatament, dan ma tantx kien se jkollu effett.", "Mela jekk ma kienx se jkollu effett, għalfejn intgħażel biex ikun il-lead partner?", "Jekk bit-tluq tas-SOCAR ma nbidel xejn, għalfejn daħħluha bħala lead partner?", "(Interruzzjonijiet) Skużawni, il-Gasol ridt ngħid.", "Issa ħalli niġi għal affarijiet oħrajn li joħorġu minn dan ir-rapport.", "L-NAO sab li l-Ministru Konrad Mizzi awtorizza lill-Enemalta - u rabat ukoll idejn il-Gvernijiet preċedenti u futuri - biex tixtri 85% tal-gass u l-elettriku kull sena mingħand l-Electrogas, irrespective of requirements, ħaġa li żgur li mhijiex aċċettabbli u li tmur kontra kull loġika.", "Jiġifieri dawn qed jipproduċu l-enerġija - u hemm power stations oħrajn kif ukoll l-interconnector - imma kemm jekk ikollna bżonnha u kemm jekk ma jkollniex bżonnha, aħna se nkunu mġegħlin inħallsu l-prezz ta' 85% tal-produzzjoni mill-Electrogas.", "Meta niġu għall-kalkolu – u hawn irrid ngħid li ħadt pjaċir ħafna li l-Prim Ministru qabel miegħi fil-kalkollu għax meta ġejna l-Parlament il-ġimgħa li għaddiet qisu ma kienx laħaq ikkalkola, imbagħad ħa ftit żmien u kkalkola u ħadem is-somma bin-numri li ħdimt jien – insibu li qed inħallsu €50 u fuqhom żejda għal kull siegħa Megawatt.", "Fil-fatt dan jingħad fir-rapport ukoll.", "Il-Prim Ministru qabad dik iċ-ċifra u għamilha għal 24 siegħa - u anke aħna hekk ħdimnieha, għal 24 siegħa - imbagħad għamilnieha għal 365 ġurnata u jien semmejt il-figura ta' €200 miljun.", "Il-Prim Ministru tana s-serħan tal-moħħ, tana l-konfort, ħareġ jifraħ u qalilna: Maltin u Għawdxin, mhux €200 miljun fis-sena qed nisirqukom imma €200 miljun kull sentejn.", "Hekk qalilna l-Prim Ministru, u naħseb li stenna li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jqumu bilwieqfa u jċapċpulu talli minflok fuq sena qed jeħdulna €200 miljun fuq sentejn!", "Bis-serjetà?!", "Aħna mhux m'għandniex l-istess kalkolu matematiku imma aħna qed nikkalkolaw il-capienza sħiħa u l-Prim Ministru qed jikkalkola dak li joħroġ minn dik il-power station.", "Għalhekk irridu naraw l-arranġamenti l-oħra, b'kemm qegħdin jinxtraw, għax aħna ma nemmnux il-kalkoli li għamel il-Gvern meta anke hawnhekk hawn diskrepanza ta' €200 miljun!", "Aħna ma nemmnux il-kalkoli tal-Gvern meta 80% tal-konsumaturi tagħna qed jinsterqu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma!", "Mela l-ewwel €100 miljun il-Prim Ministru diġà ammettihom, issa t-tieni €100 miljun irridu naraw minn fejn se nsolvuhom.", "Sur President, differenza waħda hemm; li nistgħu noqogħdu hawn niddibattu jekk humiex €200 miljun kull sena jew kull sentejn.", "Jekk nieħu żball matematiku jien nista' nirranġah imma issa l-Gvern irid jgħidilna dawk il-€100 miljun minn fejn se jġibhom lura għax hawn mhux fuq żball tal-matematika qegħdin nitkellmu imma qegħdin nitkellmu fuq serqa minn dak li ħiereġ mill-bwiet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu!", "L-NAO kellu tħassib serju dwar in-nuqqas tad-due diligence.", "Issa nispjega xi tfisser id-due diligence għax kullimkien qegħdin insibuha.", "F'kull settur li l-Gvern qed jieħu deċiżjonijiet kbar qegħdin neħlu fuq din id-due diligence.", "L-NAO kellu tħassib serju dwar in-nuqqas ta' due diligence suret in-nies sa mill-bidu nett tal-proċess, tant li kkritika bis-saħħa l-fatt li ċertu skrutinju sar permezz ta' sempliċi Google search fuq l-internet.", "Mela qegħdin nitħaddtu fuq kuntratt ta' mijiet ta' miljuni ta' ewro u l-Gvern qed iserrħilna moħħna li ċċekkja l-affarijiet fuq il-Google.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma jgħiduh klawsoli 3.7.10, 3.7.15, 14.2.9, 2.3.4, 2.4.4, 2.4.8, 2.4.16, 3.7.8 u 3.7.3.", "Due diligence huwa meta jkollok Ministru għall-Finanzi li jaċċetta li f'pajjiżna jiġi l-Pilatus Bank u ma jiċċekkjax jekk il-flus tiegħu kenux maħmuġin, jekk il-kapital tiegħu kienx maħmuġ!", "Dak ifisser li r-reputazzjoni ta' pajjiżna herrewha, kissruha, ġarrfuha u żebilħuha.", "Due diligence ifisser ir-rapporti li għamlet l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) li qed tgħid li fis-sistema bankarja x-xogħol mhux qed isir sew.", "Allura la d-due diligence tas-Satabank ma sarx sew eventwalment qed ibatu n-nies, il-klijenti, dawk li għandhom id-depożiti.", "Din mhijiex konklużjoni tiegħi imma tinsab fir-rapport u għal darb'oħra dan huwa fatt.", "L-istess Programme Review Board li għalih kien jattendi l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tiegħu, irrikonoxxa li l-għażla tat-tanker tal-gass ma kenitx l-aħjar għażla u l-istess esperti tekniċi tal-Enemalta qalu li l-għażla ta' power station fuq l-art kienet tkun ferm aħjar!", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed jgħidu l-Awditur Ġenerali fi klawsoli 3.10.7, 3.8.7 u 3.8.6.", "Fi klawsola partikolari sibna xi ħaġa interessanti ħafna u se naqra linja waħda biss li naħseb lanqas hemm għalfejn nispjegaha.", "Naħseb li m'hemmx għalfejn tkun espert, inġinier, matematiku jew professur biex tifhimha.", "Klawsola 2.4.3 tgħid li l-Electrogas ma kellha l-ebda esperjenza fis-settur tal-LNG.", "Għandi għalfejn inżid aktar ma' din?", "Issa ejja nifhmu x'sar mill-bidu nett.", "Mela kellna lill-Ministru Konrad Mizzi li qabbad lil Brian Tonna biex jagħżel min se jagħmel il-power station.", "Fl-istess ħin qabbad lil Brian Tonna biex jiftaħ kont għalih, għal sieħbu Keith Schembri u kumpanija oħra li l-Prim Ministru qalilna li mhijiex tiegħu.", "Brian Tonna li kellu jiddeċiedi min se jagħmel il-power station qalilna li hija tiegħu u bdew jagħmlu dawn l-istrutturi.", "Mela ejja nimmaġinaw ftit.", "Qed nitkellmu fuq tlieta min-nies - Keith Schembri, Brian Tonna u l-Onor.", "Konrad Mizzi - li Brian Tonna għamlilhom tliet kumpaniji.", "Il-Ministru qal lil Brian Tonna biex jiddeċiedi min se jibni din il-power station.", "U minn fejn se jiġu €150,000 fix-xahar?", "Dawn se jiġu minn kumpanija li jisimha 17 Black.", "Ta' min hi din il-kumpanija, Sur President?", "Din il-kumpanija hija ta' wieħed mis-sidien tal-power station.", "Din se nerġa' nirrepetiha ħalli dawk li qed jisimgħuna mid-dar ikunu jafu dawn il-fatti u mhux allegazzjonijiet.", "Dan huwa fatt, iswed fuq l-abjad, ta' tlieta min-nies li għandhom tliet kumpaniji, u wieħed minnhom, li għandu s-saħħa li jagħmel power station, qabbad lil sieħbu jiddeċiedi min jagħmilha.", "Dawn ifformaw tliet kumpaniji, kumpanija kellha tieħu l-power station u tiġi fformata kumpanija bl-isem ta' 17 Black.", "U dawn it-tliet kumpaniji kellhom jirċievu l-flus mill-kumpanija 17 Black.", "Mela tlieta fuq, il-power station fin-nofs u tliet accounts isfel.", "Dawn it-tlieta jiftħu l-vitien, il-power station tikkonverti l-gass f'enerġija jew inkella tieħu l-flus biex tgħaddihom għand ħaddieħor u l-€100 miljun jew €200 miljun fis-sena jħallsu għalihom dawk li qegħdin id-dar, dawk li qegħdin jisimgħuna, dawk li għandhom il-kontijiet għoljin u dawk li jridu jiddeċiedu min qed jgħid il-verità f'pajjiżna!", "Sur President, il-Gvern ma jistax jibqa' jitwemmen jekk il-ħażin jibqa' jgħidlu tajjeb.", "Il-Gvern ma jistax jitwemmen meta jgħidilna li €100 miljun fis-sena jisraqhom imma €200 miljun ma jisraqhomx!", "Naħseb li n-nies qed jindunaw, naħseb li n-nies qed jisimgħu, naħseb li n-nies qed jirrealizzaw li din il-power station ma kienet xejn ħlief magna li taħsel il-flus ħalli tnaddaf dak li l-Gvern ried jeħdilna minn bwietna.", "L-isbaħ u l-aħjar hija li dan ir-rapport, li huwa miktub bl-Ingliż, dakinhar kellna nofs siegħa biex naqrawh u ma laħaqx qrah kulħadd.", "Però issa kien hemm ftit ġranet.", "Il-Prim Ministru qrah u pprova jara kif iqis kliemu.", "Pereżempju qal li hemm xi nuqqasijiet mhux m'hemmx, hemm xi diskrepanzi mhux m'hemmx, hemm fejn seta' kien aħjar mhux m'hemmx, imma l-Ministru Konrad Mizzi qabad dan ir-rapport - issa jien m'għandix iċ-ċans u l-ħin biex naqralkom 593 paġna - u sejjaħlu ċertifikat ta' best practice!", "Jiġifieri dan qed jgħidilna li l-affarijiet ma setgħux saru aħjar.", "Qed jgħidilna li jekk serqu €200 miljun f'sentejn, fil-kuntratti li se jibqa' jagħmel se jerġa' jagħmel l-istess.", "Mela jekk hu naqas hawnhekk, se jerġa' jagħmel l-istess!", "(Onor. Membri: Hear, hear) U biex ikun żgur, il-Ministru Mizzi dan il-kuntratt iffirmah meta kien Ministru għat-Turiżmu, u biex jaċċerta li ma tinbidillux xi klawsola, minkejja li kien Ministru għat-Turiżmu, mar jiffirma dan il-kuntratt hu għax ħadd ma ried jeħodha r-responsabilità.", "Ħadd ma ried jerfagħha din.", "Ħadd min-naħa tal-Gvern ma ried jitfa' ismu fuq dan il-kuntratt moqżież.", "Sur President, jien se nagħlaq bi stedina.", "Min-naħa tal-Gvern dan ir-rapport qrawh u jien ċert li min-naħa tal-Gvern hemm nies serji wkoll u hemm min ma jaċċettax li l-affarijiet isiru b'dan il-mod.", "Ma nistgħux nibqgħu nħassru r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Ma jistax ikun li dak li hu ħażin nibqgħu ngħidulu tajjeb.", "Ma nistgħux nibqgħu ngħarrqu settur wara settur; is-settur tal-banek, is-settur tas-saħħa, is-settur tas-servizzi finanzjarji, is-settur tal-enerġija, is-settur tal-edukazzjoni, kuntratt wara l-ieħor intiżi biss biex jisirqu lill-Maltin u l-Għawdxin.", "Jien naħseb li fuq dan il-kuntratt id-dibattitu tal-lum m'għandux ikun l-għeluq imma naħseb li għandu jkun il-bidu ta' skrutinju veru, analisi vera u realizzazzjoni vera mill-poplu Malti u Għawdxi kollu, ta' fejn jista' jasal dan il-Gvern, għax meta taqra dan id-dokument u ssejjaħlu best practice, allura verament huwa l-każ li l-Ministru Konrad Mizzi għandu jerfa' r-responsabilità politika minnufih u ma jibqax jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "Il-Ministru Konrad Mizzi għandu jirriżenja minnufih u ma jibqax jgħarraq lil Malta, lill-Maltin u lill-Għawdxin.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, il-Kap tal-Oppożizzjoni għadu kemm għamlilna priedka dwar il-ħasil tal-flus.", "Ma naħsibx li hawn persuna aktar addattata f'dan il-Parlament biex titkellem dwar il-ħasil ta' flus mill-persuna li qed tiġi investigata dwar ħasil tal-flus!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Sur President, il-Prim Ministru għadu kemm iddikjara li jien qiegħed taħt investigazzjoni fuq ħasil ta' flus.", "Din għandu jissostanzjaha issa jew jirtiraha!", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Jien qed nikkwota l-mezzi tax-xandir tal-lbieraħ.", "Jekk irid jagħmel libell lill-ġurnal Times of Malta.", "(Interruzzjonijiet)", "JOSEPH MUSCAT: Jiddispjaċini imma jien irrid inkun naf il-point of order fuqiex inhu bbażat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ADRIAN DELIA: Il-Prim Ministru ma qalx x'qalet il-gazzetta u jekk hemm bżonn nisimgħu r-recording.", "Il-Prim Ministru verbatim qal li hemm investigazzjoni fuqi.", "Għalhekk din jew jissostanzjaha issa jew jirtiraha minnufih.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, il-Prim Ministru, wara li s-Sedja talbitu biex jara x'se jgħid, qal li qed jikkwota mill-gazzetta.", "Point of order huwa meta jkollna problema bil-proċedura fejn ikun hemm regolament li ma jkunx qed jiġi segwit.", "(Interruzzjonijiet) Le, mhux point of order.", "L-ispjegazzjoni saret lis-Sedja u s-Sedja hija kuntenta b'dak li qal il-Prim Ministru, li qed jikkwota minn gazzetta.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, irrid niċċara li qabel ma intervjena l-Kap tal-Oppożizzjoni, jien mill-ewwel għedt li kont qed nikkwota l-mezzi tax-xandir.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "JOSEPH MUSCAT: Jekk tridu noqogħdu nisimgħu, noqogħdu nisimgħu.", "Jien nistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jekk tbaqbaq daqshekk jagħmel libell lis-Sunday Times of Malta imbagħad naraw min qed jgħid il-verità!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jien m'għandix informazzjoni f'dan ir-rigward imma qed nikkwota l-mezzi tax-xandir.", "(Interruzzjonijiet) (Għajjat)", "L-ISPEAKER: Le, ħu paċenzja, m'għandekx il-kelma.", "Jekk jogħġobkom, hawnhekk min irid jgħajjat joħroġ 'il barra!", "Onor. David Agius, jekk jogħġbok, m'hemmx għajjat.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, jekk irid il-Prim Ministru jagħmilha hu dik id-dikjarazzjoni u l-libell nagħmlu lilu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nerġa' nirrepeti li skont dak li qed jgħidu l-mezzi tax-xandir, il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa investigat fuq ħasil ta' flus!", "Tana prietka dwar il-ħasil ta' flus!", "Kredibilità żero għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jitkellem fuq ħafna affarijiet, speċjalment fuq issue bħal din u speċjalment f'qasam bħalma hu dak tal-enerġija!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni wiret partit bla kredibilità ta' xejn fuq il-qasam tal-enerġija, aktar u aktar meta bir-reazzjoni għal dan ir-rapport min-naħa tal-NAO, l-Oppożizzjoni qed terġa' tegħreq fil-kredibilità dwar il-politika tal-enerġija.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-akbar proġett infrastrutturali b'innovazzjoni li sar f'pajjiżna sal-lum il-ġurnata u li sar fi żmien qasir ħafna.", "X'kienet il-kritika li konna ffaċċjati biha bħala Gvern f'dan ir-rigward, anke minn żmien meta konna għadna fl-Oppożizzjoni?", "L-ewwel nett, kienu jgħidulna li ma jistax ikun li jorħsu l-kontijiet.", "Meta konna ngħidu li se nraħħsu l-kontijiet kienu jgħidulna li ma jistax ikun li jorħsu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Anzi kienu jgħidulna li l-kontijiet irridu nidrawhom bil-għoli!", "Meta bdejna nitkellmu dwar il-qalba għall-gass qalulna li ma jistax ikun li naqilbu għall-gass anzi jekk naqilbu għall-gass niġu f'sitwazzjoni fejn jogħlew il-kontijiet.", "Imbagħad xħin bdejna nagħtu d-dettalji dwar il-proposta tagħna wasalna għal dawn ir-riżultati.", "Aħna ma ħlejniex ħames snin fl-Oppożizzjoni noqogħdu ngħidu fuq dak u fuq l-ieħor u nkunu distruttivi fuq dak u fuq l-ieħor imma l-ħin tagħna fl-Oppożizzjoni investejnieh biex ikollna proposta kredibbli.", "Illum nista' nfakkar kif kien hemm żmien kważi surreali li meta bdejna nagħtu d-dettalji tal-proposta tagħna kienu jiġu jgħidulna li m'hemmx vapuri biżżejjed jew li ma jeżistux vapuri li jistgħu jġorru dan it-tip ta' gass.", "Joħorġu esperti minn kullimkien, minn postijiet li ma niftakarhomx, jgħidulek li dan il-vapur ma jeżistix u l-vapur l-ieħor ma jeżistix.", "Mela filli kien impossibbli li ħaġa bħal din issir, filli issa qed jgħidulna li kollox kien miftiehem minn qabel.", "Tista' timmaġina!", "U hawnhekk tibda l-ewwel kontradizzjoni min-naħa tal-Oppożizzjoni u allura dawn għandhom ifehmuna ftit x'inhi l-issue, x'inhi l-kritika tagħkom, għax storikament kienu jgħidulna li din il-ħaġa ma tistax issir u issa qed jgħidulna li konna miftehmin minn qabel!", "U issa l-Kap tal-Oppożizzjoni qatta' l-ewwel parti tad-diskors tiegħu jgħid li l-ftehim, il-kuntratt u l-proċess kien ivvizzjat, fil-fehma tiegħu …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Mhux qed jitkellem fuq l-NAO Report!", "(Interruzzjonijiet) Hemm ruling fuq hekk.", "Ma se nħalli lil ħadd jgħolli jdejh biex jagħmel point of order biex jgħid xi ħaġa.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nieħu pjaċir nisma' lill-Onor.", "Farrugia li meta kien qed jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq affarijiet li assolutament m'għandhomx x'jaqsmu, ma qalet xejn, imma ma ġara xejn!", "L-ewwel parti tal-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet fuq dak li sejjaħ inkonsistenzi, fejn qalilna, Alla jbierek, li l-proċess biddilnieh matul il-proċess kollu.", "Jiġifieri dak li bdejna bih ma spiċċajniex bih imma biddilnieh on the way.", "It-tieni parti tal-kritika tiegħu kienet li konna miftehmin minn qabel.", "Skużi, Sur Kap tal-Oppożizzjoni, kieku konna miftehmin minn qabel, ma jkunx hemm lanqas bidla waħda fil-proċess kollu kemm hu.", "Din hija loġika ċara ħafna.", "Fil-verità, kif isir f'kull proċess simili u tant komplikat, ikun hemm evoluzzjoni matul iż-żmien.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qisu qed jilgħab it-tombla u beda jagħtina ħafna numri.", "Jien nerġa' ngħid li iva, kien hemm inkonsistenzi, u l-NAO jgħid li kien hemm l-inkonsistenzi.", "Taf x'ma kkwotax il-Kap tal-Oppożizzjoni?", "Ma kkwotax paragrafu partikolari minn dak kollu li qal l-NAO, li jgħid hekk:", "Jiġifieri minkejja dawn l-inkonsistenzi kollha - m'hemmx dubju li sħabi se jispjegawhom dawn, inkluż il-Ministru għall-Enerġija li dalwaqt ikun magħna għax qiegħed fuq impenji oħra tal-Gvern b'konnessjoni mal-interconnector - li ġew innotati min-naħa tal-NAO, l-ebda waħda minnhom ma kienet tbiddel ir-riżultat finali tal-proċess kollu kemm hu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Allura ma tistax tikkwota l-inkonsistenzi waħda waħda, imbagħad l-istatement li għamel l-NAO, li minkejja dan kollu ma kien jinbidel xejn, tħallih barra, għax fil-fehma tiegħi b'hekk tkun qed turi li jew ma fhimtx ir-rapport jew ma tridx li n-nies ikunu a konoxxenza ta' dan kollu!", "Ir-rapport tal-NAO jgħid li kien hemm koperazzjoni mill-Ministeri kollha kkonċernati, xi ħaġa li ma nistgħux ngħidu li kien ikun hemm qabel, u jien kburi li l-Ministeri u l-entitajiet kollha kkonċernati taw l-għajnuna tagħhom u wrew koperazzjoni għax kien proċess miftuħ fejn kien hemm livelli differenti.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li d-due diligence saret bil-Google search, li mhu veru xejn.", "Fil-fatt hemm miktub ċar u tond li l-ewwel parti tad-due diligence fl-ewwel fażi kienet open source, imbagħad intalbu l-financials u l-affarijiet kollha ta' kif issir.", "Hu qal li sibnieha fuq Google.", "Żgur mhux minn fuq il-Yellow Pages sibnieha din il-power station!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak li hu żgur hu li jrid ikollna miżura ta' konsistenza.", "Sar attakk għax wieħed mill-partners huwa kumpanija fl-Ażerbajan.", "Kif inkun l-Ewropa l-ġimgħa d-dieħla u jkun hemm hu ukoll, għandu jgħid lil sħabu l-Kanċillier Merkel u lil ħafna Prim Ministri tal-EPP biex iwaqqfu lill-Kummissjoni Ewropea … Anzi jgħidilhom biex iħollu l-ftehim li ftiehmu mal-Ażerbajġan!", "Għax l-Unjoni Ewropea għamlet ftehim ta' koperazzjoni strateġika mal-Ażerbajġan!", "Għidilhom li ma rriduhomx!", "Issa agħmel dikjarazzjoni li jekk tkun fil-gvern, tkun trid li l-Unjoni Ewropea tinħall minn dan il-ftehim!", "Hekk niġu għas-si u n-no, mhux billi nitkellmu hawnhekk.", "Mela sewwa, il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom ftehim ma' dan il-pajjiż, u aħna le Alla jbierek, għax hekk fettillu il-Kap tal-Oppożizjoni!", "Mhux hu fettillu hekk imma ġabuh li jgħid hekk illum.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna wkoll li l-Prim Ministru ammetta li mhux €200 miljun kien hemm imma €100 miljun.", "L-ewwel nett lill-Kap tal-Oppożizzjoni ngħidlu li fil-kalkolu li għamilt, kulma għamilt huwa li użajt calculator.", "Nieħu pjaċir li llum qal li ħa żball imma d-differenza mhux €100 miljun kienet imma €110 miljun jiġifieri nesa €10 miljun barra imma mhux dak hu l-punt.", "L-argument tiegħu mhuwiex korrett assolutament.", "Hawnhekk nidħlu għal dak li min-naħa tal-NAO – u dan ngħiduh b'mod rispettuż – hemm konklużjonijiet fuq il-parti tal-paragun mal-interconnector li fil-fehma tagħna mhumiex korretti.", "Biex nagħmlu l-affarijiet mill-aktar sempliċi, se nsemmi tliet punti bażiċi.", "Sar paragun tal-ispiża tal-power station ma' kemm jiġi jiswa l-prezz tal-elettriku bl-interconnector però ma ssemmietx il-Capex u l-ispiża kapitali tal-interconnector.", "Kif tista' tħalli €300 miljun barra?", "Ma jidhirlix li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel l-interconnector b'xejn.", "Ma jidhirlix li t-Taljani tawhulna b'xejn, imma ħallasna għalih, u allura kif tista' ma ddaħħalhomx fil-kalkolu?", "Anke kieku naċċettaw il-punt li nkunu sempliċement dipendenti minn sors wieħed ta' enerġija … Allaħares inkunu dipendenti fuq sors wieħed, għax fil-każ tal-interconnector niġu f'sitwazzjoni bħal dik li kellna ftit tal-ġimgħat ilu – issa dan hu kliem tal-politiċi, imma kliem jibqgħu, u ntqalu – meta d-Deputat Prim Ministru Taljan qalilna li jekk il-Maltin jitkessħu, jitfulna l-interconnector!", "Hekk irridu nġibuh il-pajjiż, dipendenti fuq ħaddieħor?!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna qed ngħidu li l-mix tal-enerġija li għandna llum hija bejn żewġ sorsi ewlenin, b'sorsi oħra sekondarji li jagħmlu lil pajjiżna t-tieni l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea kollha li mill-2013 sal-lum raħħas il-prezz tad-dawl u minn pajjiż li kellna t-tieni l-ogħla rata ta' prezz domestiku tad-dawl fl-Unjoni Ewropea, illum ġejna għall-medja Ewropea.", "Sur President, barra minn hekk, l-ammonti li semma l-NAO huma għall-perjodu inizjali li matulu l-power station kienet qed taħdem fuq open cycle jiġifieri ma kenitx taħdem b'mod effiċjenti għax kienet qisha qed taħdem bir-running in ta' magna.", "Irrid ngħid ukoll li l-prezzijiet ikkwotati ma jagħmlux differenza – sfortunatament dik il-parti tal-analisi aħna ma nistgħux naqblu magħha – bejn il-prezzijiet li jiġu ċċarġjati fl-4.00 a.m. u fit-8.00 p.m. Huwa inutli għalina li noqogħdu nixtru d-dawl fl-4.00 a.m. jekk in-nies ma jużawhx dak il-ħin.", "In-nies jixegħlu t-television, jixegħlu t-tubu biex ikunu jistgħu joqogħdu fil-kċina, jixegħlu l-forn elettriku, imma ma jixegħluhomx fit-3.00 a.m. u fl-4.00 a.m. Jixegħluhom fit-8.00 p.m., fil-ħinijiet li jinġabru d-dar.", "Għalxejn toqgħod tipparaguna li tista' tixtri d-dawl bl-irħis fl-4.00 a.m. Mela d-dawl se nqegħduh f'kaxxa?!", "Fil-fehma tagħna, dan huwa n-nuqqas li hemm f'dan ir-rapport.", "Barra minn hekk ma jagħtix konsiderazzjoni biżżejjed għad-direttivi Ewropej dwar redundancy.", "Fl-aħħar mill-aħħar irid ikollna fallback position.", "Aħna nemmnu li dak li qegħdin nagħmlu permezz ta' din il-power station kien l-aħjar għażla għax l-għażla l-oħra kienet li nżommu l-power station ta' Delimara, li taħdem bil-heavy fuel oil, miftuħa.", "Però aħna ma naċċettawx li f'pajjiżna nżommu power station li taħdem biż-żejt!", "Sur President, jien ngħid li dak kollu li smajna llum huwa sinjal li min-naħa tal-Oppożizzjoni għadhom qed jilagħbu mal-qasam tal-enerġija, fil-fehma tiegħi, b'mod dilettantesk, fejn qegħdin jissograw li jekk il-poplu xi darba jagħtihom il-fiduċja, jerġgħu jibdew jgħollu l-kontijiet.", "Għalhekk aħna kburin li tajna trasparenza sħiħa f'dak kollu li għamilna; biex ikun skrutinizzat.", "Nemmnu li hemm fejn nistgħu ntejbu imma nerġgħu ngħidu li r-rapport tal-Awditur jgħid li minkejja d-diskrepanzi kollha, fl-aħħar mill-aħħar l-għażla li saret mill-kumitat kienet l-għażla li kellha ssir.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, fis-seba' minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se niffoka biss fuq aspett wieħed; l-aspett tal-procurement, u se nirrelatah vis-à-vis t-tender process ta' dan il-proġett li jridu jgħaddu minnu n-negozjanti kollha, kemm dak in-negozjanti li jitfa' tender ta' €40,000 kif ukoll dak in-negozjant li jitfa' tender ta' €100,000 jiġifieri mhux biss dak in-negozjant li jitfa' tender ta' miljuni ta' ewro.", "Qabel ma nibda nispjega l-punti li rrid nagħmel, nixtieq infakkar lin-nies u neħodhom lura għas-sena 2013, meta l-Partit Laburista kien għadu fl-Oppożizzjoni, u fir-run-up tal-elezzjoni għamel il-kampanja tiegħu l-istess bħal tal-Partit Nazzjonalista.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista, bil-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, għażel lill-kandidat ġdid tiegħu Konrad Mizzi, li sa dakinhar la qatt kien ministru u lanqas deputat, biex fi kliem il-Prim Ministru stess, imexxi l-akbar proġett infrastrutturali tal-pajjiż.", "U tefa' lil Konrad Mizzi fuq quddiem; inċidentalment mhumiex hawn, la hu u lanqas il-Prim Ministru.", "Però fl-2013 il-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien għażel li ssir preżentazzjoni minn grupp ta' nies.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista ħejja din il-preżentazzjoni.", "Kulħadd jista' jarah il-logo tal-Partit Laburista, m'iniex qed nigdeb.", "Jekk wieħed jara din il-preżentazzjoni, isib li tissemma l-Kumpanija DNV KEMA.", "Dak iż-żmien, waqt il-kampanja elettorali tiegħu, il-Partit Laburista kiteb hekk:", "Mela dak iż-żmien, DNV KEMA kienu konsulenti tal-Partit Laburista dakinhar fl-Oppożizzjoni u ħadmu fuq l-għażla li qegħdin naraw illum.", "Issa ħalli mmorru aktar 'il quddiem.", "Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jgħidilna li wieħed mill-aġġudikanti li kien hemm biex jiġġudika dan il-proċess, kumbinazzjoni kien ukoll il-konsulent ta' DNV KEMA u kumbinazzjoni dan il-konsulent kien responsabbli mill-aspett kummerċjali tagħha.", "Kumbinazzjoni oħra hi li l-istess DNV KEMA ngħatat numru sabiħ f'valur ta' direct orders mill-Ministeru responsabbli mill-enerġija.", "Allura jien nistaqsi lil dak in-negozjant hemm barra li kuljum jara l-eWebsite ħalli jara x'tenders ħerġin u jħallas lill-impjegati tiegħu biex jagħmlu l-offerti għat-tenders: Inti għandek min jipproteġik fuq dawn l-evaluation committees?", "U nieqaf hemm.", "Ir-risposta jagħtuha n-negozjanti li ta' kull ġimgħa jagħmlu l-offerti għat-tenders.", "Issa se nagħmel punt pertinenti.", "L-elezzjoni għaddiet u marret, il-Ministri tal-Gvern ħadu l-ġurament, min kellu jiftaħ il-kontijiet fetaħhom ukoll, però taf x'inhu interessanti wkoll?", "Li fi żmien xahar mid-data tal-elezzjoni bdejna noħorġu t-tenders għal din il-famuża power station.", "Kemm hu effiċjenti dan il-Gvern fejn irid!", "Mela t-tender konna kapaċi noħorġuh f'xahar imma mbagħad fl-2015, minflok għamilna pressure fuq il-consortium ħalli jiddeliverja, kif miftiehem, ħallejnieh għaddej sal-2017.", "Però biex niffoka ftit fuq il-proċess tat-tendering ngħid li mhu minnu xejn li l-NAO jagħti ċertifikat.", "Kapitlu 2 huwa damning mill-bidu sal-aħħar.", "Ħalli ngħid x'qal l-Awditur Ġenerali fuq il-prinċipji tal-good governance.", "Fi klawsola 2.9 jgħidilna li ma kienx hemm uniformity of approach u ma' min kienu lenient u ma' min ma kenux.", "Klawsola 2.10 - din għandhom jisimgħuha n-negozjanti li ta' kull ġimgħa joffru t-tenders - tgħid hekk:", "Tajjeb!", "Mela kien hemm lista ta' 19-il bidder li kollha kellhom in-nuqqasijiet imma dawn kellhom in-nuqqasijiet u ħallejniehom jgħaddu filwaqt li oħrajn kellhom l-istess nuqqasijiet u ma ħallejniehomx jgħaddu.", "Nitlobhom jispjegawli wkoll kif l-evaluation committee stess qal li t-technical proposal ma kenitx korretta imma xorta ddeċidew li jħalluh jibqa' għaddej.", "Sur President, il-Prim Ministru qal li l-Uffiċċju tal-Awditur qal li dan huwa proċess ta' ċertifikat tajjeb għall-Gvern.", "Jien ngħidlu biex jaqra klawsola 12.6.5 għax l-Awditur qallu hekk:", "Għalija din is-sentenza tgħid kollox u twaqqa' dak kollu li għadu kif qal il-Prim Ministru.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, fl-2013 il-Prim Ministru nieda l-viżjoni tal-pajjiż għall-ekonomija, għall-ġustizzja soċjali u għat-tibdil li kien hemm bżonn li jsir fl-ekonomija.", "Dak iż-żmien il-bidla fis-settur tal-enerġija kienet parti mill-katina ta' tibdiliet li kellhom iseħħu fil-ħames snin ta' wara.", "Infakkar li l-poplu Malti u Għawdxi ta mandat b'saħħtu lil din il-viżjoni tal-enerġija, u nerġa' nikkontendi li t-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija kienet l-akbar trasformazzjoni li qatt saret fil-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam ma' state owned enterprises, meta minn kontijiet li kienu għolew b'70% fil-ħames snin ta' qabel, il-kontijiet ġew it-tieni l-orħos fl-Ewropa, u llum il-ġurnata huma 60% inqas minn dawk tal-medja Ewropea.", "Hawn ikun tajjeb li ngħid li mill-heavy fuel oil maħmuġ u l-mard li jikkaġuna, morna għal gass nadif; mill-power station tal-Marsa li tħammeġ illum morna għall-power station tal-Marsa li hija magħluqa u qegħdin nirriġenerawha; iċ-ċumnija li tħammeġ f'Delimara m'għadhiex hemm; minn Enemalta li tiswa €1, ta' terz tal-Enemalta ġibna €360 miljun investiment; filwaqt li d-Diviżjoni tal-Enemalta kienet titlef €100 miljun fis-sena, wara li raħħasna l-kontijiet bi €80 miljun, l-Enemalta ġiet taqla' €40 miljun; meta minn interconnector li lanqas kellu l-permessi, mhux biss ġibna l-permessi għalih, imma bnejnieh u filwaqt li qabel l-Enemalta kienet mażżra m'għonq il-poplu, illum hija mutur ekonomiku.", "Infakkar li f'Diċembru tal-2014 l-Enemalta ħallset €170 miljun dovuti f'sisa lill-Gvern, flus li ntnefqu f'aktar learning support assistants, f'aktar għalliema, f'aktar tobba, f'aktar infermiera u f'aktar public services li huma front line.", "Infakkar li minn country specific recommendations b'falliment wara l-ieħor mill-Partit Nazzjonalista ġejna għal credit rating upgrades wieħed wara ieħor mill-credit rating agencies.", "Infakkar li ġibna clearance tal-istate aid mill-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni Ewropea qalet li s-settur tal-enerġija ġie trasformat, li minn renewable energy li kien zero – kien hemm kuntratt biss wara l-elezzjoni li kien kważi ffirmat u li waqqafnieh aħna, ta' €0.23c, biex jixtru unit tal-elettriku – illum għandna settur vibranti.", "Hawn nistaqsi: X'żamm lill-Partit Nazzjonalista milli jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "X'żamm lill-Partit Nazzjonalista milli jagħlaq il-power station tal-Marsa?", "X'żamm lill-Partit Nazzjonalista milli jagħlaq Dellimara 1?", "X'żamm lill-Partit Nazzjonalista milli jibni l-interconnector?", "(Onor. Membri: Hear, hear) X'żamm lill-Partit Nazzjonalista milli jagħmel it-trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija u ma jattirax l-investiment fl-Enemalta?", "Dawn huma mistoqsijiet pertinenti, Sur President.", "Ikun tajjeb li nfakkar ukoll li f'din il-Kamra l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Energy Union, Sefcovic, iddeskriva dan il-proġett bħala best practice u mudell biex pajjiżi oħra jaddottawh.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Ministru.", "Ħudu paċenzja, imma jekk se jkun hawn l-istorbju se nieħu l-passi meħtieġa.", "Onor. Mizzi, kompli bid-diskors tiegħek b'mod seren.", "KONRAD MIZZI: Infakkar ukoll li l-Kummissarju Ewropew Margrethe Vestager ġiet hawn Malta u qalet li dan huwa proġett siewi għall-pajjiż.", "Qalet ukoll li wara li sar review mill-Ewropa dan il-proġett ta legal certainty li ħadd ma jista' jisfidah fl-Ewropa.", "Jien b'sodisfazzjon nilqa' review oħra mingħand l-NAO li wkoll inqisha pożittiva.", "Sur President, dan kien proġett kumpless li kien jinvolvi ppjanar, kompetizzjoni, ambjent, permessi, kuntratti, kostruzzjoni, finanzjament ta' 11-il bank u ovvjament il-kwestjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea.", "Jien nifhem li l-Awditur irrimarka fuq ċerti shortcomings bħalma jkun hemm f'kull proċess però nfakkar ukoll li fid-dokument tiegħu l-Awditur għamilha ċara għal darba, darbtejn, tliet darbiet, li dawn l-affarijiet ma kellhom l-ebda influwenza materjali fuq l-għażla finali tal-Electrogas.", "Jiġifieri finalment xorta kienet se tintgħażel l-Electrogas.", "Umilment ngħid li f'kull tender, anke tenders żgħar, ikun hemm ċerti kwestjonijiet.", "Infakkar ukoll li l-Awditur għamilha ċara li man-Nexia BT – kulħadd jaf kemm kienu jsemmuha din - ma kienx hemm konflitt ta' interess għax saru awdituri tal-GEM wara li ntemm il-proċess t'evalwazzjoni.", "X'differenza mill-conflicts of interest fi żmien il-BWSC meta l-avukati legali li kienu ilhom avukati tal-Enemalta għal 20 sena marru jassistu lir-rappreżentant Malti tal-BWSC!", "Sur President, semmew id-DNV KEMA li kienu konsulenti tal-Enemalta qabel l-elezzjoni tal-2013.", "Irrid infakkar li dan mhuwiex l-ewwel skrutinju ta' dan il-proġett imma t-tieni skrutinju.", "L-ewwel skrutinju kbir ta' dan il-proġett kien sar mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju Vestager qalet:", "Infakkar ukoll li l-istess qal Maros Sefcovic u l-istess qal Jerzy Buzek, l-Eks Prim Ministru tal-Polonja li kien ġabu l-Onor.", "Simon Busuttil għall-EPP Conference f'Malta.", "Dan kien ġie hemmhekk u faħħarna.", "Naħseb li d-due diligence li ma saritx kienet dik fuq l-Onor.", "Adrian Delia qabel ma sar mexxej tal-Oppożizzjoni!", "Infakkar ukoll li l-Awditur Ġenerali għamilha ċara li l-power station kellna bżonnha.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem saħaq li ma kellniex bżonn power station imma l-Awditur qalilna hekk, u nikkwota:", "L-Awditur qalilna li l-power station kellna bżonnha, inkella konna nibqgħu ndawru l-magni bil-heavy fuel oil tal-Marsa u Delimara.", "Dik hija r-realtà!", "Tkellimna fuq il-garanzija u s-security of supply.", "Il-garanzija kienet miżura temporanja li stajna għaddejna mingħajrha imma kien ikollna nistennew li l-Kummissjoni Ewropea tapprova l-proġett.", "Il-garanzija ħriġna minnha bla riskji u l-Electrogas ħallset €11-il miljun għaliha.", "Dan ifisser li b'dik il-garanzija bankarja ffinanzjajna skola ġdida oħra.", "Dik hija d-differenza, Sur President.", "Infakkar ukoll fl-argumenti dwar l-interconnector, fejn l-Awditur Ġenerali għamilha ċara li l-interconnector joffri riskji kbar għall-pajjiż jekk inkunu niddependu minnu biss, fosthom riskji ta' congestion fi Sqallija, restrizzjonijiet mill-Gvern Taljan, tiswijiet meta jkollna ħsarat fil-cable, u agħar minn hekk, kwestjonijiet politiċi jekk niġu f'sitwazzjoni fejn ikollna diżgwid mal-Italja.", "Immaġinaw jekk ikollna Gvern Taljan futur li jgħidilna: Isma', jew tagħmlu dak li ngħidilkom jien f'dak li għandu x'jaqsam mal-immigrazzjoni jew naqta' l-power supply!", "Ovvjament pajjiż ma jistax jaċċetta dawn it-tip ta' affarijiet għax il-pajjiż dejjem jiġi l-ewwel.", "Għalhekk jien intenni l-punti li qajjem il-Prim Ministru dwar l-interconnector u li fil-paragun bejn il-prezz tal-interconnector, id-Delimara 4 u l-impjanti tal-gass, l-Awditur ma ħarisx lejn il-fatt li għal perjodu kbir il-magni kienu qed iduru open cycle jiġifieri kien għadu ineffiċjenti, kif isir fil-fażi inizjali ta' kull proġett, imma llum il-ġurnata l-proġett huwa effiċjenti.", "Apparti minn dan kollu minn Awwissu sal-ġurnata tal-lum il-prezzijiet tad-dawl mill-interconnector żdiedu b'40%.", "It-tielet punt huwa li l-prezzijiet tal-interconnector ma qabbilhomx ma' dawk tas-suq imma ma' dawk li xtrat l-Enemalta.", "Huwa ovvju li l-Enemalta xtrat meta l-prezzijiet kienu rħas u mhux meta l-prezzijiet kienu għoljin.", "Ir-raba' punt fundamentali hu li ma nkludiex it-€300 miljun investiment li sar għall-cable u l-magni tad-distribuzzjoni tal-interconnector.", "Għalhekk huwa importanti li ngħid illi kieku ma nvestejniex f'dan il-proġett kieku llum il-ġurnata qegħdin niddibattu biex nerġgħu ngħollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma meta r-realtà hi li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma fost l-orħos fl-Ewropa!", "Sur President, il-bużżieqa tal-Partit Nazzjonalista nfaqgħet meta qalu li l-Electrogas kien a pre-electoral deal li mhu veru xejn.", "L-Awditur qal li ma kien hemm l-ebda evidenza ta' dan.", "L-Awditur semma li kien hemm diskussjonijiet mill-Partit Laburista ma' consortium ieħor li lanqas intgħażel, biex taraw kemm kien proċess trasparenti.", "X'differenza bejn il-proċess ta' Delimara 4 u t-tbażwir li kien hemm fl-impjant tal-BWSC meta saħansitra l-Awditur kien qal li kien hemm smoke ta' korruzzjoni!", "Din hija r-realtà u din hija d-differenza.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Infakkar li n-naħa tal-Gvern fadlilha 37 minuta u n-naħa tal-Oppożizzjoni fadlilha 15-il minuta.", "L-Onor.", "CHRIS FEARNE: Sur President, fit-30 ta' Lulju 2015, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) intalab jagħmel rapport dwar il-power station il-ġdida tal-gass.", "Fit-28 ta' Novembru 2018, tliet snin wara, dan ir-rapport tlesta u tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien se nikkwota kelma b'kelma mill-press release li ħareġ l-NAO ma' dan ir-rapport li tgħid hekk:", "\"Minkejja li l-Uffiċċju identifika punti ta' diverġenza fl-allokazzjoni tal-marki, dawn ma kellhom l-ebda effett fuq ir-riżultat finali.\"", "Jiġifieri minkejja li l-NAO, wara li għamel investigazzjoni ta' tliet snin, sab li kien hemm xi difetti fil-proċess tal-għażla tat-tenders għal min kien se jibni l-power station il-ġdida, dawn id-difetti ma kellhomx konsegwenza fuq ir-riżultat aħħari.", "F'kelma waħda dak li sar fil-proċess tat-tendering kien skont ir-regoli tal-procurement Ewropew.", "Irrid ngħid li aħna bħala pajjiż għandna l-istituzzjonijiet u nimxu magħhom.", "Għalhekk għandna l-istituzzjonijiet.", "Ikun hawn ħafna allegazzjonijiet u l-allegazzjonijiet ħadd ma jieħu pjaċir bihom.", "U meta jkun hemm l-allegazzjonjiet, tajjeb li wieħed jinvestigahom, però dawn għandhom jiġu investigati minn min hu inkarigat.", "Jiġifieri f'dan il-każ kienet ħaġa tajba li l-NAO investiga l-allegazzjoni, imma issa la ħareġ ir-rapport, wieħed irid joqgħod fuq dak li sab ir-rapport.", "Ir-rapport jgħid li minkejja li kien hemm xi diskrepanzi fl-allokazzjoni tal-marki, dawn ma kellhom l-ebda effett fuq ir-riżultat finali.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed jgħidu l-NAO.", "Il-Partit Nazzjonalista jħobb jagħmilha din; l-ewwel joqgħod jinċita li ssir il-logħba, biex kulħadd jilgħab, imbagħad meta jitlifha jgħid li l-logħba ma ntlagħbitx skont ir-regoli!", "Jekk hemm proċess li huwa maqbul minn kulħadd, dak tal-NAO, u l-NAO issa ħareġ b'riżultat li lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Oppożizzjoni mhux qed jogħġobhom ma noqogħdux nikkritikaw lill-NAO u ngħidu li l-proċess ma sarx kif suppost!", "Jekk sar, sar, u tridu tisimgħu … (Interruzzjonijiet) Ħalli ngħidilkom, għax l-Oppożizzjoni qed tgħid li mhux qed tieħu pjaċir b'dan il-kliem.", "Din hija kwestjoni ta' kredibilità.", "(Interruzzjonijiet) Ma jimpurtax, nieħu pjaċir.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, m'hemmx interruzzjonijiet.", "L-Onor.", "CHRIS FEARNE: Ħalli nispjega għalfejn qed ngħid li din hija kwestjoni ta' kredibilità.", "Xi ħmistax ilu - jalla jekk hux bħal-lum ħmistax - il-Kap tal-Oppożizzjoni talab li niddiskutu xi allegazzjonijiet u jien ilqajt dik it-talba u għidtlu biex ma niddiskutux biss l-allegazzjonijiet li qed isiru fuq naħa waħda tal-Kamra, imma niddiskutu l-allegazzjonijiet fuq iż-żewġ naħat, għax jekk trid tkun kredibbili, meta tkejjel lil ħaddieħor trid tuża l-istess riga biex tkejjel lilek innifsek.", "Dakinhar il-Kap tal-Oppożizzjoni ma riedx u qalli biex niddiskutu biss l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Gvern u ma niddiskutux l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Oppożizzjoni u miegħu.", "Il-kliem tiegħi donnu kien xi profezija għax ilbieraħ fil-ġurnal The Sunday Times of Malta kien hemm rapport fejn dan il-ġurnal kien qed jgħid, jew jinsinwa, jew jallega - fl-opinjoni tiegħi jgħid - li l-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jiġi mistħarreġ fuq ħasil ta' flus.", "Jien nisfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni, li ftit tal-minuti ilu għamel fuss fuqha din, biex jgħidilna jekk huwiex lest li jekk huwa veru li hu qiegħed jiġi investigat fuq ħasil ta' flus, jirriżenja, kif hu talab li jagħmel ħaddieħor.", "Jekk jgħid li huwa lest li jirriżenja jekk verament huwa l-każ li qed jiġi investigat fuq ħasil ta' flus, jibda jkun kredibbli.", "Jekk ma jgħidhiex mhuwiex kredibbli għax ma tistax titlob lil ħaddieħor jirriżenja talli qed ikun investigat, imbagħad inti ma tkunx lest li tirriżenja.", "La hu talab lil ħaddieħor jirriżenja - jien mhux qed ngħid li sar sew, la fuq naħa u lanqas fuq oħra, imma jekk isiru affarijiet ħżiena u jkun hemm l-allegazzjonijiet, ninvestigawhom dejjem - jgħidilna jekk hu jirriżenjax jekk jirriżulta li jkun qed jiġi investigat.", "S'issa ma jridx jgħidilna li hu lest li jirriżenja jekk l-investigazzjoni tkun fuqu.", "Jien kważi naraha ħasra li l-Onor.", "Simon Busuttil tneħħa minn kelliem tal-governanza mill-Kap tal-Oppożizzjoni għax kieku llum għadu kelliem tal-governanza kien ikollu ħafna fuqiex jitkellem u x'jinvestiga fil-bankijiet tiegħu stess!", "Sinjura President, fuq dan il-punt, bħall-allegazzjonijiet tal-ħasil tal-flus, dak li jgħodd għal naħa jrid jgħodd għan-naħa l-oħra, u l-istess meta niġu biex nikkwotaw mir-rapporti tal-NAO.", "Dan ma kienx l-ewwel rapport li ħareġ l-NAO fuq xogħol li sar minn xi ministeru jew minn xi ministru f'din il-Kamra.", "Nixtieq infakkar fir-rapport li ħareġ l-NAO fuq il-Bajja ta' Spinola.", "Għax jekk trid tkun kredibbili trid issemmi dak li ħareġ fuq din in-naħa tal-Kamra, u dak li ħareġ – qed nara lill-Onor.", "Azzopardi jitbissem għax jaf x'inhu ġej - fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Ħalli nikkwota xi ntqal fuq il-Bajja ta' Spinola, għax huma qishom iridu jikkwotaw:", "Onor. Azzopardi, min hu Minister MFCC?", "Huwa inti, Jason Azzopardi.", "Ara dik ma qalhiex il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Kieku ried ikun kredibbili kien jgħidilna fuq naħa u fuq oħra.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għoġbitu lill-Onor.", "Mela ħalli ngħidlu oħra.", "Ħalli ngħidlu x'qalu fuq l-art tal-Fekruna:", "Ara dik ma qalhilniex.", "Hemm oħra fuq l-encroachment u se nikkwotaha wkoll.", "Sur President, qed jgħiduli li sar il-ħin.", "Jien għandi ħafna iżjed xi ngħid fuq dan is-suġġett però l-punt hu li jekk trid tkun kredibbli, dak li tkejjel lil ħaddieħor bih, trid tkejjel lilek innifsek bih ukoll.", "Meta l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħidilna li huwa lest li jirriżenja jekk ikun qed jiġi investigat, aħna nibdew nemmnu dak li jgħid fuq ħaddieħor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Infakkar li l-Oppożizzjoni fadlilha 15-il minuta u l-Gvern fadallu 28 minuta.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, aħna naqblu mal-proġett iżda li nisirqu lill-poplu le.", "Ir-rapport tal-NAO iqanqal dubju dwar kemm il-kuntratt tal-bini u l-operat tal-power station tal-gass f'Delimara huwa nadif u kemm ingħata proċess trasparenti u għalhekk jixhed inkompetenza grassa.", "Ir-rapport jitlob li tintrefa' r-responsabilità politika minn din il-Kamra għal serious gross shortcomings.", "Iva, qegħdin naraw min-naħa tal-Gvern min qiegħed iħares lejn dan il-proċess bil-maqlub.", "Qabelxejn ninnota li fit-terms of reference tal-Awditur kien hemm żewġ punti importanti; li ma jkoprix l-investigazzjoni ta' xi ftehim li seta' sar bejn il-Partit Laburista u l-Electrogas qabel ma dan seħħ u li ma jkoprix ukoll l-investigazzjoni li l-Ministru Konrad Mizzi kellu ktieb offshore jew inkella kien hemm il-konnessjoni ta' 17 Black minħabba s-CEO tal-Electrogas.", "Għalhekk l-Awditur Ġenerali ma kellux remit biex jistħarreġ dwar korruzzjoni imma dwar l-inkompetenza tal-proċess innifsu.", "Ir-rapport juri li kien hemm inkonsistenza grassa fil-proċedura ta' kif saret l-għażla fl-expression of interest, kif saret id-due diligence b'mod partikolari fit-tieni stadju tal-evaluation process, min kienu n-nies li evalwaw il-proġett, u fuq kollox, is-sagrileġġ tal-għotja bankarja ta' garanzija ta' €432 miljun li kienet waħda riskjuża.", "Dawn huma flus il-poplu li l-Gvern uża daqslikieku wirithom hu biex ikopri self bankarju, issa mhux ta' kumpanija parastatali imma ta' kumpanija privata, ċjoè l-Electrogas.", "F'paragrafu 10.9.3 l-NAO qal li dan mhuwiex skont il-prassi.", "Qal ukoll li ħafna nuqqasijiet li saru fil-proċedura setgħu taw vantaġġ lill-Electrogas u għalhekk il-poplu ma ħax l-aħjar offerta.", "Dan semmieh l-NAO u dan ukoll huwa punt fattwali.", "Min qed iħallas għal dawn il-flus żejda?", "L-Onor.", "Konrad Mizzi għall-inkompetenza li kellu biex jara li dan il-kuntratt isir kif suppost, b'governanza tajba, jew il-poplu Malti u Għawdxi?", "Infakkar ukoll li jien, wara kollox, naqbel ma' dan il-proġett.", "Il-Partit Demokratiku jaqbel ma' dan il-proġett għax huwa tajjeb li jkollna Plan B u mhux l-interconnector biss iżda hemm differenza li għadu ħadd ma semmieha f'din il-Kamra; li l-interconnector huwa tal-poplu u l-Electrogas huwa tal-privat.", "Dik hija d-differenza!", "Għalhekk bid-differenza fil-prezz jagħmel sens li nużaw l-interconnector aktar mill-kumpanija Electrogas innifisha.", "Dan huwa l-punt kruċjali dwar l-investiment, biex ma nsemmux ukoll li għall-interconnector kellna wkoll il-fondi tal-Unjoni Ewropea, u dik tagħmel differenza, imma għandna Gvern li sallab lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha b'tariffi fissi li huma marbutin għal ħames snin sħaħ.", "Infakkar li qatt ma kien hemm offerta għat-tank tal-gass.", "Dan kien rigal ieħor li joħroġ minn klawsola oħra tal-istess kuntratt.", "Hemmhekk seta' kien hemm offerta oħra biex ikun hemm it-trasparenza, imma le, ma saritx.", "Għalhekk għandna nħarsu lejn l-affarijiet b'mod aktar ċar.", "Il-kuntratt ma jħarisx l-interessi komuni ta' Malta għax il-prezz tal-elettriku mill-interconnector huwa orħos minn dak tal-Electrogas.", "Huwa importanti li nħarsu dan l-aspett.", "Dan kollu juri inkompetenza grassa u bad governance.", "Mhux hekk biss; dan huwa Gvern li ma żammx mal-wegħda tal-manifest elettorali tal-2013 li kien qal u ftaħar - anke bija stess daħaq - li se jħares il-kontabilità, it-trasparenza u l-governanza tajba.", "Għalhekk għandha tintrefa' r-responsabilità politika min-naħa tal-Ministru Mizzi.", "Shame, ngħidlu jien.", "Din id-darba qed jismagħha minn din in-naħa tal-Kamra u mhux hu jgħidha lil din in-naħa.", "Shame talli daħaq bina, u daħaq bija wkoll.", "Tal-mistħija!", "Dan hu li jrid il-Gvern.", "Irid aktar mill-istess.", "Irid jgħid li hu Gvern kredibbli meta mhuwiex.", "L-Awditur tah ċertifikat dwar il-kredibilità u qallu li l-proċedura hija waħda inkompetenti grassa.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Infakkar li l-Oppożizzjoni fadlilha disa' minuti u l-Gvern fadallu 28 minuta.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sur President, għadni ma nafx jekk għandix nidħaq jew nibki wara li smajt id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni għax f'madwar 30 minuta tad-diskors tiegħu wriena li għadu lanqas biss jaf li l-power station tagħna qiegħda fuq l-art!", "Fil-fatt jien ktibt dak li qal ħalli żgur ma niżbaljax.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Awditur qal li l-għażla tal-power station fuq l-art kienet tkun l-aħjar għażla.", "Sur President, dawn huma affarijiet li tidħak meta tismagħhom!", "Irid jikkummenta u jikkritika mingħalih, u jaqleb ta' taħt fuq dak li qal l-Awditur Ġenerali, meta għadu lanqas kapaċi jagħmel id-distinzjoni bejn floating storage unit u power station.", "Għadu mingħalih – b'mod ċar ħafna dan – li l-floating storage unit hija l-power station.", "Ara naqra, Sur President, min irid li jittieħed bis-serjetà!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni f'diskors ta' kważi tliet kwarti ma qalilna xejn dwar il-konklużjoni aħħarija, li hija l-konklużjoni prinċipali tal-Awditur Ġenerali, li f'dan il-każ, f'dan it-tender, f'dan l-RFP (Request for Proposal), intgħażel il-bidder li kien ħaqqu.", "Dik il-konklużjoni ħarab milli jgħidha għax iġġib fix-xejn diskors ta' tliet kwarti li meta tagħsru ma toħroġ l-ebda sustanza minnu.", "L-istess Awditur Ġenerali, fil-konklużjoni tiegħu, iġib fix-xejn dak kollu li spjega llum il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jgħidx ukoll li l-Awditur Ġenerali jikkonferma u jġib fix-xejn l-allegazzjoni prinċipali tal-Oppożizzjoni, li f'dan il-każ kien hemm xi forma ta' korruzzjoni.", "Din jaħrab milli jgħidha l-Kap tal-Oppożizzjoni għax jaf li ġġib xhur ta' kritika tal-Oppożizzjoni fix-xejn.", "Ma jgħidx lanqas li l-konklużjoni tal-Awditur Ġenerali kienet li dan kien proċess trasparenti, li kien proċess ġust, u skont kliem l-Awditur Ġenerali kien proċess well structured u well documented.", "Dan mhux soltu nsibuh quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi li jien nagħmel parti minnu, u nfakkar li din kienet investigazzjoni mitluba mill-istess Kumitat fl-2015.", "Anzi s-soltu nsibu bil-kontra.", "F'każijiet bħal dawk ta' Spinola, tal-Löwenbrau u tal-Fekruna, fil-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali dejjem insibu fattur konsistenti f'kull każ, li huwa n-nuqqas ta' dokumentazzjoni.", "F'investigazzjonijiet li jirreferu għal każijiet li saru u li ġew indagati fi żmien l-Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista wieħed kien isib nuqqas ta' dokumentazzjoni u dan ma kienx isir b'kumbinazzjoni imma kien isir bl-iskop li wieħed ma jkunx jista' jagħmel audit trail, li wieħed ma jkunx jista' jsib dak li ġara u li wieħed ma jaqbadx irkaptu meta jiġi biex jinvestiga dak li jkun ġara.", "Sur President, f'dan il-każ ma ġarax l-istess għax l-Awditur Ġenerali tant sab fuqiex jikteb u tant jikkonferma kemm dan kien każ well documented, li saħansitra għamel rapport ta' 600 faċċata u kkummenta b'mod speċifiku li kien proċess well documented.", "F'każijiet bħal ta' Spinola, tal-Löwenbrau u tal-Fekruna, l-Awditur Ġenerali jasal għall-konklużjoni li ma kienx hemm governanza tajba imma f'dan il-każ bil-kontra.", "F'dan il-każ qed ifaħħar lill-Ministeri tal-koperazzjoni li wrew miegħu matul dan il-proċess.", "X'differenza minn dak li ġara fil-każ tal-BWSC, fejn rajna li waqt il-proċess tat-tender, il-Gvern ta' dakinhar ħass li kellu jibdel il-liġi billi jdaħħal avviż legali!", "Dakinhar il-Gvern kien daħħal l-avviż legali biex jippermetti l-użu tal-heavy fuel oil!", "Dak hu meta gvern verament jiġbed it-tapit minn taħt saqajn it-tenderers!", "Dak kien iż-żmien meta wieħed kien jibdel il-kondizzjonijiet tat-tender u meta mit-tieqa kien idaħħal avviż legali u jibdel il-kondizzjoni prinċipali tal-proċess, Sur President.", "Dan bħalma ġara fil-proċess li fih kien hemm parametri li jibdew mod, bħal fil-każ tal-BWSC, u jispiċċaw jinqalbu ta' taħt fuq b'liġi differenti.", "Fil-każ ta' dak li qed niddiskutu llum ukoll saret bidla fil-liġi waqt il-proċess imma din saret biex iddaħħal rimedju speċifiku ta' Bord tal-Appell biex kull wieħed minn dawk id-19-il tenderer ikollu d-dritt li jappella minn kull deċiżjoni tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni.", "Ħadd ma semmieha din.", "Ħadd ma semma li daħal Avviż Legali 155 tal-2013 li ta d-dritt lil kull tenderer li jappella quddiem bord.", "Mhux hekk biss, imma din il-liġi mhux biss tagħti dritt ta' appell quddiem bord imma tagħti dritt ta' appell quddiem l-ogħla qorti, il-Qorti tal-Appell, magħmula minn tliet imħallfin.", "Din ħadd ma semmieha lanqas; illi kull fażi ta' dan il-proċess, kull fażi tal-expression of interest, kull fażi tar-request for proposals, kull fażi tal-aġġudikazzjoni, kienet soġġetta għall-iskrutinju ta' tliet imħallfin.", "Ħadd ma qalha din.", "Sur President, l-aqwa konferma li ġġib fix-xejn kull kritika tal-Oppożizzjoni u turi li dan kien proċess ġust u trasparenti hija li ħadd minn dawk id-19-il tenderer ma ħass li kellu jmur jappella quddiem il-qorti.", "Ħadd m'appella minnhom jiġifieri minn 19-il tenderer - mela allura 19-il konsorzju u 19-il joint venture - li kellhom interess li jekk kien hemm xi ħaġa minn dak li qed jgħid l-Onor.", "Adrian Delia jappellaw quddiem il-Bord jew quddiem il-Qorti tal-Appell, ħadd m'għamel hekk.", "Konsorzju wieħed kien hemm li ħass li kellu jmur quddiem il-Bord tal-Appell u dan ċaħad l-appell tiegħu, u l-Awditur Ġenerali qabel mad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.", "Dak huwa l-mod reali, dak huwa l-mod korrett, dak huwa l-mod veru ta' kif seħħew l-affarijiet.", "Sur President, imbagħad komplew jinxteħtu l-allegazzjonijiet fuq Brian Tonna.", "Taf x'ma tgħidx in-naħa l-oħra?", "Ma tgħidx li f'dan il-proċess, f'din l-expression of interest u f'dan l-RFP, il-livell ta' skrutinju kien bla preċedent.", "Kien hemm l-evalwazzjoni fl-istadju tal-expression of interest fejn id-19-il bidder tniżżlu għal 12 imma mbagħad kien hemm livell ta' skrutinju bla preċedent fl-istadju tal-RFP, fejn mhux Kumitat wieħed ta' Evalwazzjoni kien hemm - għax in-naħa l-oħra qed tipprova titfa' l-imbekkata li kien hemm Kumitat ta' Evalwazzjoni wieħed immexxi minn Brian Tonna, li mhu minnu xejn – imma kien hemm ħames Kumitati ta' Evalwazzjoni u Brian Tonna kien fuq wieħed minnhom.", "L-Awditur Ġenerali jgħid ukoll li ma sab xejn x'jiċċensura fil-mod kif Brian Tonna mexxa l-eżerċizzju tiegħu.", "Mela Brian Tonna jmexxi stage 4 tal-evalwazzjoni u l-Awditur Ġenerali ma jsib xejn x'jiċċensura fil-mod kif ħadem Brian Tonna.", "Mela kellna ħames kumitat differenti, f'ħames stadji ta' evalwazzjoni, li fl-istadju tal-RFP m'appella ħadd minnhom!", "Għalhekk jien, bħala persuna li naħdem fil-qasam tal-public procurement, kif jaħdem ukoll l-Onor.", "Adrian Delia, ma naċċettax li dan kien proċess b'shortcomings u se nispjega għalfejn.", "F'kull proċess ta' public procurement se jkollok kumitat tal-għażla magħmul minn nies tekniċi, minn nies ta' ħila fil-qasam tagħhom, li se jaslu għal ċerti konklużjonijiet u min ma jaqbilx magħhom jista' jappella, jista' jikkontestahom.", "Dawn huma elementi ta' soġġettività li wieħed isib f'kull proċess, kif isir fil-qorti.", "Fil-fatt ħafna drabi l-ewwel qorti tiddeċiedi mod, imbagħad tmur quddiem il-Qorti tal-Appell u din tiddeċiedi b'mod differenti, għax fl-aħħar mill-aħħar dawn huma bnedmin li jista' jkollhom elementi ta' soġġettività differenti.", "Però huwa żgur li f'kull deċiżjoni, f'kull waqt, f'kull ħin u f'kull mument ta' kull deċiżjoni li ttieħdet mill-kumitati tal-għażla ma kien hemm l-ebda forma ta' nuqqas u l-ebda forma ta' skorrettezza.", "Għalija dan huwa tabilħaqq ċertifikat ieħor ta' korrettezza, ta' skrutinju u tal-aqwa livell f'dan il-proċess flimkien maċ-ċertifikati li tat il-Kummissjoni Ewropea.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, f'dan id-dibattitu l-Membri tan-naħa l-oħra ma semmewx ħafna affarijiet ta' importanza strateġika li ħarġu minn dan ir-rapport li għandu jħammar wiċċ il-Gvern dwar dan il-kuntratt ta' mijiet ta' miljuni ta' ewro, fosthom li l-Awditur Ġenerali jgħid li ma kienx hemm due diligence.", "L-Awditur Ġenerali jgħid:", "Kif twieġeb in-naħa l-oħra għal dan il-fatt?", "Hemm ukoll dan il-kumment:", "Kif twieġeb in-naħa l-oħra għal dan?", "Diversi drabi nsib dik il-frażi fejn l-Awditur Ġenerali effettivament jgħid - għax din hija importanti li nindirizzawha head-on – … Il-Prim Ministru kien qed iqarraq meta qal li l-Awditur Ġenerali qal li bejn l-Electrogas u min ġie t-tieni, l-Electrogas kienet l-aħjar u ntgħażlet l-aħjar!", "Li ma qalx il-Prim Ministru hu li mill-inqas hemm tliet darbiet fir-rapport – f'paġna 107, f'paġna 151 u f'paġna 469 - fejn l-Awditur Ġenerali jgħid li ma kienx hemm proċess kompetittiv biżżejjed peress li l-lasti ċċaqalqu biex jiġi aġevolat l-Electrogas.", "L-Electrogas kellu n-nuqqasijiet, bħal ħaddieħor li ġie eliminat, imma hu ma ġiex eliminat.", "L-Awditur Ġenerali jgħid:", "L-Awditur Ġenerali tliet darbiet jgħid din il-frażi jew kliem f'dan is-sens.", "Pereżempju, jgħid li fil-bidu kien hemm bidder li qal li dan il-proġett ma jistax isir jekk ma jkunx hemm garanzija bankarja suret in-nies, u l-Enemalta qaltlu li le, però matul il-proċess ċaqalqu l-lasta u lill-Electrogas ħarġulha garanzija bankarja ta' €360 miljun!", "Ma ninsewx, għax din ma qaluhiex tan-naħa l-oħra, li kumbinazzjoni – m'għandix dubju li hija kumbinazzjoni! – il-credit officer tal-business development tal-Bank of Valletta, Albert Frendo, li approva l-garanzija bankarja ta' €360 miljun – unheard of f'Malta – kien l-istess wieħed li approva r-referenza biex il-Ministru Konrad Mizzi jiftaħ kont bankarju fil-Panama.", "Kumbinazzjoni ovvjament!", "Sur President, peress li l-ħin hu li hu, u ma nistax intawwal iżżejjed, naħseb li huwa importanti ħafna li dan ir-rapport neħduh f'kontest.", "Dan ir-rapport ma tistax tieħdu b'mod iżolat minn dak li sirna nafu fuq 17 Black, grazzi għal Daphne Caruana Galizia.", "L-istorja ta' 17 Black għal Daphne Caruana Galizia kienet l-akbar storja ġurnalistika investigattiva li għamlet fil-karriera tagħha, ċertament fl-aħħar sentejn.", "Fl-istess kontest għandek kumpanija li fetħet f'Dubai għax il-Ministru Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru kienu qed jippjanaw, jew jikkonfoffaw, biex jixxaħħmu b'€5,000 kuljum, jiġifieri €150,000 fix-xahar.", "Fejn hija r-responsabilità politika?", "Hawn se nżid element ieħor.", "Dan ir-rapport ma nistgħux neħduh iżolat mill-fatt – which is in the public domain – li f'Marzu tal-2017 ġew leaked lil Daphne Caruana Galizia għexieren ta' eluf ta' emails tal-Electrogas, aktar minn 60,000 email, li meta jiġu eżaminati, wieħed isib li huwa ferm possibbli li fi ħdan dawk l-emails, min kien qiegħed jibbenefika finanzjarjament mill-korruzzjoni tal-kuntratt tal-Electrogas seta' possibilment, però mhux possibbiltà żgħira, kellu raġuni biex ikollu motiv li tiġi maqtula din il-ġurnalista għax din kienet l-akbar storja tagħha!", "Ħalli nagħti eżempju żgħir.", "Hawn qed niżvela email, minn dawn is-60,000 email u aktar li ġew leaked mis-servers tal-Electrogas lil Daphne Caruana Galizia, mibgħuta minn Catherine Halpin.", "Din tissemma f'artiklu ta' Jacob Borg fil-ġurnal Times of Malta ta' Mejju 2018 fejn emails konfidenzjali ta' Transport Malta ġew leaked lill-Electrogas mill-Ministru Konrad Mizzi, kontra kull proċedura ta' etika.", "Fl-aħħar ta' din l-email ta' Catherine Halpin mibgħuta lil Turab Musayev mill-Ażerbajġan - aktar tard se nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra - kien hemm il-pjan li bl-extra capacity tal-power station jagħmlu l-mining tal-Bitcoins.", "Tal-mistħija!", "Se naqra l-aħħar paragrafu u nieqaf hawn għax ma rridx nieħu ħin lill-Viċi Kap. Dan jgħid hekk:", "Din hija waħda mill-eluf kbar ta' emails li ġew leaked f'Marzu tal-2017 lil Daphne Caruana Galizia.", "Altru li l-persuni li kienu qed jibbenefikaw il-miljuni fil-but mit-tixħim kull sena bil-korruzzjoni kellhom il-motiv li jeliminaw lil dak il-ġurnalist li kien se jikxfilhom għawarhom b'dawn l-emails!", "Sur President, qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ emails li Turab Musayev ta' SOCAR Trading u Catherine Halpin tal-Electrogas bagħtu lil xulxin fil-25 ta' Awwissu 2017 u t-2 ta' Settembru 2017 fuq is-suġġett Bitcoin Mining Malta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, qed nitkellmu fuq rapport li ġie ppreżentat ftit tal-ġranet ilu mill-Awditur Ġenerali rigward il-mod kif pajjiżna għamel il-qalba għall-gass.", "Irridu niftakru - u inti taf tajjeb, Sur President, bħalma jafu l-Membri kollha ta' din il-Kamra - fiex kien pajjiżna ħames snin ilu.", "Ma rridux immorru ħafna snin 'il bogħod imma rridu mmorru lura biss ħames snin.", "Fl-2013 il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'pajjiżna kienet dipendenti għalkollox miż-żejt li jniġġes, il-heavy fuel oil.", "L-Enemalta, li minnha kienu jiddependu eluf ta' familji Maltin u Għawdxin, mhux se ngħid li kienet f'xifer il-falliment għax fil-verità kienet falluta!", "Dik hija s-sitwazzjoni li sibna f'pajjiżna.", "Niftakru lkoll li fl-2013 il-Partit Laburista kien għamilha ċara u tonda mal-poplu Malti li eleġġieh, li kellu programm u pjan differenti għall-mod kif niġġeneraw l-elettriku f'pajjiżna.", "Il-poplu Malti dik il-politika għażilha bi ħġaru u ftit aktar minn sena ilu reġa' kkonfermaha.", "Illum hemm politika ċara ta' dan il-Gvern u jekk wieħed jara r-rapport isib li din saħansitra qiegħda dokumentata hemmhekk.", "L-NAO kiteb li l-Enemalta, fil-kuntratt il-ġdid li permezz tiegħu nbniet il-power station li taħdem bil-gass, l-oġġettivi kienu erbgħa; li jitraħħsu l-kontijiet tal-enerġija għal kulħadd b'25%; li nilħqu stabbiltà fil-prezzijiet tal-kontijiet, u kulħadd jiftakar meta f'pajjiżna, prattikament kull xahar, il-kontijiet kienu jogħlew mentri issa ilna snin bil-kontijiet irħas u stabbli; li jkollna energy mix u ma nibqgħux niddependu minn sors wieħed ta' enerġija - ta' qabilna kienu jiddependu għalkollox mill-heavy fuel oil - kif ukoll, u għalija dan huwa punt importantissimu, li jitnaqqsu l-emissjonijiet.", "L-Awditur semmiehom dawn u kkonferma li dawn kienu l-oġġettivi.", "Jiġifieri r-rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma b'mod ċar il-politika li qed jaħdem fuqha dan il-Gvern.", "Allura għandna konferma, anke mill-Awditur, li l-fatt li llum qed niġġeneraw l-elettriku kollu permezz ta' energy mix aħjar u li qed nużaw il-gass mhux il-heavy fuel oil, ġab benefiċċji kbar għall-ambjent tagħna lkoll.", "Dik hija l-verità!", "Sur President, illum minbarra l-flus li ffrankaw il-familji Maltin u Għawdxin kollha, madwar €80 miljun fis-sena qed imorru lura fil-bwiet tan-nies.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, Sur President, dawk it-€80 miljun lill-familji Maltin u Għawdxin kien se jeħodhomlhom u aħna tajniehomlhom lura.", "Illum, f'temp ta' ħames snin, il-familji Maltin daħħlu madwar €400 miljun, u apparti minn hekk, naqqasna l-emissjonijiet b'mod drastiku.", "L-emissjonijiet mill-power stations tagħna naqsu b'50% u t-trab fl-ajru naqas b'90%.", "Sur President, se nuri żewġ ritratti - aktar tard dawn se nqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra – li juru fejn kienet Malta ħames snin ilu biss.", "Dawn juru ċmieni li llum m'għadhomx jeżistu u li effettivament kienu fabbrika tal-kanċer.", "Illum dawn huma xi ħaġa tal-passat però jidher li l-Partit Nazzjonalista hemmhekk irid jerġa' jeħodna.", "Imma l-poplu Malti ma jridx jerġa' jmur lura f'dawk iż-żmenijiet.", "Dawk il-power stations li tan-naħa l-oħra ħallewhom miftuħin għal 25 sena, aħna konna kapaċi nagħlquhom.", "Sur President, aħna m'aħniex se nħallu lill-Partit Nazzjonalista jreġġa' l-arloġġ lura.", "Jien nistaqsi: X'inhi l-politika tal-Partit Nazzjonalista?", "X'inhu dan l-interess kbir li nerġgħu mmorru lura biex nużaw iż-żejt?", "Għalfejn il-Partit Nazzjonalista jrid li nibqgħu nużaw il-heavy fuel oil?", "X'inhu dan l-interess kbir li ndawru l-arloġġ lura ħames snin u mmorru għaż-żmenijiet meta l-kontijiet kienu għoljin u meta fl-inħawi tal-Fgura u fin-naħa ta' isfel ta' pajjiżna kellhom il-problema tat-trab iswed?", "Ħdejja għandi l-Eks Sindku tal-Fgura, l-Onor.", "Byron Camilleri, li minjaf kemm-il familja ċemplitlu biex tgħidlu bil-problema tat-trab iswed.", "Illum din il-problema m'għadhiex teżisti.", "Sur President, il-ġimgħa li għaddiet kellna l-aktar konferenza importanti fuq l-ambjent f'dawn l-aħħar snin imma l-Oppożizzjoni rrifjutat li tipparteċipa.", "Mela dawn, li taħraqhom tant qalbhom għall-ambjent, lanqas biss indenjaw jipparteċipaw fl-iktar konferenza importanti fuq l-ambjent f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin!", "Jien se nsemmi rapport li llum ma ssemmiex u hawn qed nirreferi għall-iState of the Environment Report.", "Dan ir-rapport ħa seba' snin studji biex sar u l-ERA damet taħdem fuqu minn meta twaqqfet.", "Ħalli ngħid x'ħareġ minn dan ir-rapport.", "Dan ir-rapport tal-ERA jagħmilha ċara li dak li qabel kien jinkwieta lill-ERA fuq il-kwalità tal-arja minħabba l-power stations li kellna, dik tal-Marsa u Delimara 1 li dan il-Gvern għalaqhom, illum spiċċa.", "Sur President, nixtieq nirreferi għal paġna 19 ta' dan ir-rapport, il-parti marbuta mal-kwalità tal-arja, fejn hemm riferenza ċara għat-trabijiet li kienu jtiru fl-arja mill-power stations l-antiki illi kieku kien għall-Oppożizzjoni dawn għadhom jaħdmu sal-lum.", "Dan ir-rapport jgħid ċar u tond li bis-saħħa tat-teknoloġija l-ġdida li qed nużaw bil-gass, illum dawn it-trabijiet spiċċaw u l-familji kollha, mhux biss tal-Fgura imma ta' kullimkien, qed igawdu minn kwalità ta' arja aħjar.", "Dan bis-saħħa ta' dan il-proġett, li sal-lum l-Oppożizzjoni għadha ma tridux u għadha sal-lum titkellem kontrih!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-Oppożizzjoni ma tridx li jkollna kwalità ta' arja aħjar għalina, għal uliedna u għal ulied uliedna.", "X'interess hemm li akkost ta' kollox iridu jdawru l-arloġġ lura?", "Għalfejn iridu jmorru lura għall-heavy fuel oil?", "Għandhom jgħidulna għalfejn dan l-interess kollu.", "Sur President, issa se mmur lura għal paġna 24 ta' dan ir-rapport li titkellem fuq il-qabża ta' kwalità li għamel pajjiżna, fejn jingħad li l-qabża mill-użu tal-fossil fuel għal-liquified natural gas - l-LNG li qed nużaw illum - kienet qabża kbira ta' kwalità fl-arja ta' pajjiżna, però dan, konvenjentement l-Oppożizzjoni Nazzjonalista llum ma titkellimx fuqu.", "Dik hija d-differenza netta li teżisti bejn dawn iż-żewġ partiti.", "Mela għandek il-Partit Nazzjonalista li huwa ffissat - m'hemmx kelma oħra - biex nibqgħu niddependu miż-żejt – u jidher li hemm interess kbir li l-Partit Nazzjonalista jibqa' juża ż-żejt – u lil dan il-Gvern li l-poplu għażel b'mod ċar ħafna, li qed jaħdem b'enerġija nadifa li fissret kontijiet orħos għall-poplu Malti kollu kemm hu u għan-negozji kollha, kwalità ta' arja aħjar u prezzijiet stabbli li ma jilagħbux ta' kull xahar.", "Dan huwa Gvern li qed jiggarantixxi li bis-saħħa ta' din it-teknoloġija li qegħdin nużaw f'pajjiżna qed ngħixu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Sur President, il-poplu jaf fejn qiegħed ma' dan il-Gvern.", "Jaf li aħna tlajna b'mandat ċar u tond li rridu power station li taħdem bil-gass.", "Illum il-Ministru Joe Mizzi qed jaħdem mal-Italja biex nibnu pipeline tal-gass, sabiex inkomplu niggarantixxu aktar stabbiltà fil-prezzijiet mhux biss tal-gass imma anke tal-enerġija.", "Allura jien nistaqsi: X'inhu l-pjan tal-Partit Nazzjonalista u għalfejn akkost ta' kollox hemm dan l-interess li mmorru lura għaż-żmenijiet tat-trabijiet fl-arja u tal-heavy fuel oil?", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ALEX MUSCAT: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ ritratti li juru duħħan ħiereġ mill-power station tal-Marsa.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Infakkar li l-Oppożizzjoni fadlilha tliet minuti u l-Gvern fadallu għaxar minuti.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, naħseb li dan ir-rapport huwa verament ċertifikat li l-Gvern li għandna quddiemna llum huwa l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta' pajjiżna għax hemm min minflok ikun raġel u juri l-viżjoni li għandu għall-futur, jiddefendi l-indifensibbli.", "Jien jiddispjaċini għall-politiċi l-ġodda li qed jitkellmu b'dan il-mod għax dan huwa rapport li meta tarah issib li dawn fallew f'kull pass li għamlu.", "Pereżempju fid-due diligence m'għaddewx, fil-mod kif ittrattaw lill-kuntratturi m'għaddewx u fil-mod kif kellhom jibnu l-power station m'għaddewx.", "Dawn fallew f'kollox, imbagħad jiġu hawn jipprovaw jiddefendu l-indifensibbli.", "Issa dan ir-rapport ma jinkludix l-€14-il miljun – dwar dan l-Awditur Ġenerali għamel rapport ieħor - taż-żejt li xtraw mill-Ażerbajġan u l-€40 miljun xiri ta' gass.", "Ta' min jgħid li €153 miljun fis-sena mill-flus tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħna jmorru mingħand l-ARMS għal għand l-Enemalta għal għand l-Electrogas, imma Alla jbierek l-Electrogas tagħżel lis-SOCAR tal-Azerbaijan biex tmur għand ix-Shell u tixtri bil-€113-il miljun, €40 miljun differenza.", "Lil dawk li qegħdin jarawna nitlobhom jaraw x'kien jiġri mill-kontijiet tad-dawl tagħhom kieku dan il-Gvern raħħas il-kontijiet b'€40 miljun u b'€100 miljun oħra fis-sena f'dan il-kuntratt li għandna quddiemna.", "Quddiemi hawn il-Ministru Joe Mizzi li beħsiebu jagħlaq dan id-dibattitu.", "Jien nitħassru lill-Ministru Mizzi talli ddefenda lil sħabu għax lanqas biss kien hu, il-Ministru responsabbli mill-Enerġija, li ffirma dan il-kuntratt.", "Kellu jiffirmah l-istess Ministru Konrad Mizzi għax sħabu qalulu li hu jrid jiffirmah u mhux il-Ministru Joe Mizzi.", "Huwa veru li t-tnejn kunjomhom Mizzi imma lill-Ministru Joe Mizzi qalulu: Ersaq min-nofs li ma tmurx tħawdilna xi ħaġa u n-Nexia BT jitħawduk ma' xi ħaddieħor u jkollna d-diffikultajiet!", "Qalulu wkoll: Isma', tgħaġġilx fuq il-pipeline tal-gass, ħudha bil-mod, għax kuljum qed indaħħlu €5,000 għalina u €5,000 għal ħaddieħor.", "Din hija d-diffikultà li għandna llum, Sur President.", "Le, ma rridux immorru lejn il-passat imma rridu li jkollna arja nadifa.", "Imma aħna rridu arja nadifa mhux bil-korruzzjoni!", "Dawn naqsu f'każ wara każ, kif qalilhom l-Awditur Ġenerali f'600 paġna u f'paragrafu wara ieħor.", "Dawn naqsu meta daħħlu lin-Nexia BT, naqsu fil-proċeduri, naqsu fl-expression of interest, naqsu fil-garanzija bankarja u naqsu fit-trattament differenti bejn il-persuni.", "Fake government intom, dak li intom, imbagħad tiġu tbeżżgħuna li t-Taljani se jaqbdu u jitfulna s-switch!", "Fejn hi l-ħbiberija li għandkom mat-Taljani?", "Fejn hi l-ħbiberija li għandkom mal-Gvern Taljan?", "Fejn hi r-relazzjoni li għandna barra minn Malta?", "L-ISPEAKER: Skada l-ħin.", "DAVID AGIUS: Sur President, naf li l-ħin huwa limitat u se nagħlaq id-diskors tiegħi imma nwiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' jiddibatti.", "Dan tal-lum huwa biss il-bidu għax hemm ħafna affarijiet oħrajn x'joħorġu minn dan id-dokument u nwiegħdek, Sur President, li se ninvestigaw dokumenti oħrajn mal-poplu Malti u Għawdxi, għax aħna dak li hu tajjeb ngħidulu tajjeb, imma dak li hu ħażin ngħidulu ħażin u nibqgħu niġġieldu sakemm il-ħażin isir tajjeb.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa fadal għaxar minuti għall-Gvern.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, għandu jkun ħasibni Joe Mizzi tal-BWSC biex qal li warrbuni u staqsa fejn qiegħed.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni wkoll staqsa fejn hu l-Ministru Joe Mizzi.", "Joe Mizzi kien qed jagħmel xogħlu fl-interess tal-pajjiż barra minn Malta filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien qiegħed hawn Malta jipprova jagħmel ħsara lill-pajjiż.", "Bħal dak li qallu, jien kont naf meta r-Rapport tal-Awditur se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra biex inkun hawn!", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni qalu ċertu diskors biex ikunu qalu ħaġa, imma skużi, jien dejjem tkellimt b'mod fattwali hawnhekk u meta akkużajt lil xi ħadd fuq xi ħaġa, dejjem ġibt il-provi.", "Jien l-uniku membru parlamentari li ġejt f'dan il-Parlament bil-provi fuq korruzzjoni li kienet qed issir.", "Jiġifieri lili żgur li ħadd ma jista' jakkużani imma ma nistax ma nitkellimx meta qed jagħtu x'wieħed jifhem li dan il-Gvern ma raħħasx il-kontijiet, meta fil-fatt huwa l-kontra, u bil-provi.", "Jien dejjem kont fattwali u anke llum se nkun fattwali.", "Illum il-familji Maltin u Għawdxin għandhom ir-raba' l-orħos kontijiet fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u t-tieni l-orħos fiż-Żona Ewro.", "Fl-ewwel nofs ta' din is-sena l-prezz tal-elettriku għall-familji Maltin kien 60% inqas mill-medja tal-familji fiż-Żona Ewro.", "(Interruzzjonijiet) Dan mhux jien qed ngħidu, Sur President, imma l-Eurostat qed jikkonferma kemm naqas il-piż tal-kontijiet tal-elettriku.", "Dan huwa fattwali u m'iniex qed nivvinta biex nipprova nimpressjona b'affarijiet li ma jkunux veri, kif qed jagħmlu l-Membri tal-Oppożizzjoni meta qed jgħidu li l-kontijiet għolew.", "Insew li l-Gvern preċedenti kien għolla l-kontijiet tad-dawl kważi tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onorevoli, jekk jogħġbokom!", "Kulħadd tħalla jitkellem bil-kwiet.", "JOE MIZZI: L-istatistika turi li l-Gvern preżenti raħħas l-elettriku għall-familji b'medja ta' 23% meta fil-bqija tal-Unjoni Ewropea, fl-aħħar ħames snin, għola bi 2.5%.", "Huwa tajjeb li ngħid li b'dan ir-roħs pajjiżna rebaħ disa' postijiet fil-klassifika tal-orħos prezzijiet tal-elettriku fl-Ewropa.", "Dawn huma fatti, m'iniex qed nivvintahom jien.", "Jien hawn qiegħed nitkellem b'mod fattwali.", "Ara jekk ġiex xi ħadd min-naħa tal-Oppożizzjoni jitkellem b'mod fattwali hawnhekk!", "Dawn iċ-ċifri juru l-bidla pożittiva li qed isseħħ f'pajjiżna, Sur President.", "Id-differenza fil-politika tal-enerġija qed tħalli impatt qawwi fuq l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ir-roħs fil-prezz tal-elettriku huwa wieħed mill-kawżi ewlenin tat-tnaqqis tar-rata tal-inflazzjoni f'pajjiżna.", "Għalhekk huwa tajjeb li ngħid li wara li matul l-aħħar snin sar investiment kbir u għadu jsir, illum l-Enemalta għandha għad-dispożizzjoni tagħha taħlita tajba ta' sorsi ta' enerġija nadifa biex tlaħħaq mad-domanda tal-elettriku li dejjem qed tiżdied.", "Irrid ngħid ukoll li minħabba ż-żieda fid-domanda, li fl-aħħar sentejn meħudin flimkien żdiedet b'madwar 10%, il-kontribut ta' kull sors għad-dispożizzjoni tal-Enemalta huwa essenzjali.", "Sur President, filwaqt li għal raġunijiet ovvji m'għandhiex kontroll fuq il-ġenerazzjoni mill-pannelli fotovoltajiċi, l-Enemalta tixtri l-enerġija minn Delimara, u hawn se nispjega bil-fatti kemm huwa żbaljat min qed jgħid li qed nisirqu lill-poplu għax mill-interconnector jiġi irħas.", "L-Enemalta tixtri l-enerġija minn Delimara 4, minn Delimara 3 u mill-interconnector b'mod li kemm jista' jkun iżżomm l-ispiża globali tal-enerġija li tixtri baxxa.", "Issa filwaqt li l-prezz tal-enerġija minn Delimara 4 u Delimara 3 bejn wieħed u ieħor huwa stabbli, il-prezz tal-enerġija li tiġi importata mill-interconnector huwa varjabbli għax ġeneralment ikun relattivament baxx matul il-lejl u kmieni wara nofsinhar, imbagħad ikun relattivament għoli filgħodu u filgħaxija.", "Din ix-xejra tal-prezzijiet tal-interconnector hija simili għall-profile tad-domanda għall-elettriku ta' pajjiżna jiġifieri domanda baxxa bil-lejl u kmieni wara nofsinhar u domanda għolja filgħodu u filgħaxija.", "Għaldaqstant l-opportunità għall-Enemalta li timporta enerġija mill-interconnector bi prezz relattivament baxx hija limitata għax meta l-aktar li jkollha bżonn timporta mill-interconnector, jiġifieri filgħodu u filgħaxija, il-prezzijiet tal-interconnector ikunu l-aktar għoljin.", "Jiġifieri huwa ċar li meta jkollna domanda għolja l-prezzijiet tal-interconnector ikunu iktar għoljin filwaqt li meta d-domanda ma tkunx daqstant għolja jkunu irħas.", "Ħalli nagħti xi eżempji.", "Sur President, mill-bidu tas-sajf li għadda l-Enemalta rat żieda qawwija fil-prezzijiet tad-dawl tal-interconnector, liema prezzijiet f'ħafna ġranet kienu madwar id-doppju tal-prezz tal-enerġija minn Delimara 4.", "Kien hemm numru ta' fatturi internazzjonali li wasslu għal din iż-żieda fil-prezzijiet tal-interconnector, fosthom iż-żieda fid-domanda fl-Ewropa, it-twaqqif fit-tul aktar milli mistenni ta' stazzjonijiet nukleari, żieda qawwija fil-prezzijiet tal-carbon credits, livell baxx ta' ħażna tal-gass naturali, livelli baxxi ta' xmajjar li jaffettwaw ħażin l-operat tal-istazzjonijiet idroelettriċi, nuqqas ta' ġenerazzjoni mir-riħ u nuqqas ta' ġenerazzjoni mill-panelli fotovoltajiċi.", "Dawn il-fatturi kollha u oħrajn wasslu għal żieda drammatika fil-prezz tal-enerġija mill-interconnector.", "Dan li qed ngħid huwa fattwali u jixhduh il-figuri li għandha l-Enemalta.", "Pereżempju matul il-ġurnata tal-5 ta' Awwissu 2018, biex insemmi d-data eżatt, il-prezz tal-interconnector kien ilaħħaq sa €137 per Megawatt hour li jiġi kważi d-doppju tal-prezz tal-enerġija minn Delimara 4.", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn, li kienu frekwenti matul is-sajf li għadda, l-Enemalta kien ikollha tirrikorri għall-impjant t'emerġenza Delimara 2, li għalkemm huwa inqas effiċjenti, jiġġenera l-enerġija bi prezz inqas minn tal-interconnector.", "Il-prezzijiet għoljin tal-interconnector issoktaw anke wara s-sajf.", "Fil-fatt l-Enemalta ġiet informata minn sorsi internazzjonali li ta' min joqgħod fuqhom li l-prezz tal-enerġija mill-interconnector se jibqa' għoli.", "Waħda mir-raġunijiet prinċipali hi li l-prezz tal-carbon credits li l-kumpaniji tal-enerġija Ewropej iridu jħallsu għal kull tunnellata ta' carbon iġġenerat tela' minn madwar €5 kull tunnellata kif kien sal-aħħar tal-2017 għal madwar €20 kull tunnellata fil-preżent.", "Dawn l-ispejjeż ikunu riflessi direttament fil-prezz tal-ġenerazzjoni ta' kumpaniji tal-enerġija Ewropej u għaldaqstant fil-prezzijiet tal-interconnector.", "Fil-fatt, mill-figuri li għandha l-Enemalta, il-medja tal-prezzijiet tal- interconnector is-Sibt l-1 ta' Diċembru, jiġifieri jumejn ilu, kienet ta' €87 per Megawatt hour li hija ogħla mill-prezz tal-enerġiija minn Delimara 4.", "Filgħaxija, meta l-Enemalta l-aktar li jkollha bżonn timporta mill-interconnector minħabba d-domanda għolja f'dawn il-ħinijiet, il-prezzijiet ta' interconnector jitla' għal €107 per Megawatt hour, jiġifieri ferm ogħla mill-prezz tal-enerġija minn Delimara.", "Nista' ngħid li matul din is-sena l-Ministeru qed ikompli jaħdem bis-sħiħ biex pajjiżna jilħaq il-livell meħtieġ biex mhux biss inkomplu s-suċċess imma nkunu mudell eżemplari fl-Ewropa.", "Huwa ta' unur kbir li ngħid li d-diversi miżuri li antiċipajna fuq livell Ewropew, illum intlaħqu, filwaqt li għaddejjin b'ħidma sħiħa biex jintlaħqu l-miżuri li se jiġu implimentati.", "Dan kollu filwaqt li qed infasslu miżuri u pjanijiet ġodda għaż-żmien li ġej.", "Sur President, se ngħaddi biex ngħid kif kienet il-kontribuzzjoni ta' kull sors ta' enerġija għas-sena 2018.", "Fil-fatt kien hemm 0.6% mit-total minn Delimara 2, 15.6% minn Delimara 3, 52.3% mid-Delimara 4, 24.4% mill-interconnector u 7% mill-pannelli fotovoltajċi.", "Mela lil dawk li qalu li aħjar qegħdin bl-interconnector, ngħidilhom li meta qed nużaw l-enerġija minn Delimara, speċjalment minn Delimara 4, qed nuru kemm l-interconnector huwa għali.", "Għalhekk huwa żbaljat min qed jgħid li l-interconnector huwa irħas u li aħna qed nisirqu n-nies.", "Dawn huma fatti li ma jista' jmerihom ħadd.", "Irrid ngħid li aħna qegħdin naħsbu għaż-żmien li ġej.", "Peress li d-domanda fil-peak hours qed tiżdied, biex inlaħħqu, sa ħames snin oħra bilfors irridu nkunu għamilna xi ħaġa.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet konkluża.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, bil-permess tal-Kamra nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Abbozz Nru 61 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, it-Tlieta 4 ta' Diċembru, 2018 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, illejla nixtieq nitkellem ftit fuq ir-rispett u l-integrità ta' bnedmin li huma magħrufin mas-soċjetà tagħna, huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin.", "Lejn il-bnedmin li qegħdin fl-awtorità, huma min huma, anke jekk l-awtorità tagħhom hija mtappna jew imċappsa, għandu jkun hemm rispett fil-mod kif wieħed jaġixxi ma' dak li jkun.", "Sur President, jien dejjem tgħallimt li biex tħobb lil ħaddieħor l-ewwel trid tħobb lilek innifsek u allura llejla se nuża dan l-Aġġornament biex qabel il-punti li nixtieq inwassal nagħmel osservazzjoni.", "Jien inħoss li xi drabi jkun hemm kampanja fuq nies min-naħa tal-Oppożizzjoni li ma jixirqilhomx dak li jingħad fuqhom fuq mezzi tal-midja, b'mod speċjali minn dawk li jappoġġaw lill-Partit Laburista kif ukoll mill-ġurnal lokali li jippreżenta lilu nnifsu bħala ġurnal indipendenti ta' kuljum.", "Qed ngħid dan għaliex ċerti artikli li jkun hemm ikunu ffokati biex jattakkaw nies mill-Oppożizzjoni.", "Jien dan ma narahx ġust speċjalment meta tkun qed tagħmel xogħlok bl-aħjar mod li tista'.", "Ħadd ma twieled stilla, u f'din il-Kamra tar-Rappreżentanti kien hawn minn kollox, Sur President.", "Kien hawn għorrief, kien hawn stilel, kien hawn bnedmin kapaċissimi imma kien hawn ukoll nies tax-xogħol tal-idejn, kien hawn bajjada, u nsellmu lil kull wieħed u waħda minnhom.", "Allura meta jkun hemm stazzjon, ġurnal – din id-darba qed nirreferi għall-ġurnal u l-istazzjonijiet One tal-Partit Laburista – u anke preżentaturi li qishom qegħdin f'kampanja biex imaqdru u jżebilħu lil dak li jkun, din hija xi ħaġa li lili personalment iddejjaqni.", "Issa jien ma neħux għalija, xejn minn dan.", "Fil-fatt bħalissa qabdu mal-mistoqsijiet parlamentari tiegħi għax jien qed nistaqsi l-mistoqsijiet; lili n-nies iriduni nistaqsi u għalhekk dawn qegħdin jgħiru u jinħarqu daqshekk.", "Hemm ukoll il-mistoqsijiet tal-membri parlamentari l-oħrajn imma fit-tweġibiet li jagħtuna donnhom li jridu jgħidulna li ċerti affarijiet mhumiex affari tagħna.", "Bil-mod kif jiġu mwieġba ċerti mistoqsijiet parlamentari, naħseb li għada pitgħada dawn se jgħidulna biex ma nibqgħux nistaqsu għax mhux affari tagħna.", "X'jippretendu tal-One u n-nies li ġejjin mill-kamp tal-Partit Laburista, li jpinġuh bħala partit pożittiv?", "Mela ara kieku dan il-partit kien negattiv x'kien jagħmlilna għax qegħdin nagħmlu dmirna u qegħdin nistaqsu l-mistoqsijiet li qegħdin jistaqsu n-nies!", "Allaħares ikunu jafu s-sors minn fejn ġejjin dawn il-mistoqsijiet il-membri tal-Partit Laburista!", "Allura lil dawn in-nies ma nweġibhomx?", "Ma nressaqx il-mistoqsijiet li jagħmluli f'din il-Kamra, Sur President?", "Pereżempju, fost affarijiet oħrajn, is-Sur Manuel Cuschieri mar jgħid li biex tela' Ivan Bartolo jitla' kulħadd.", "Dan mhux jien smajtu għax jien ma nismax lil Manuel Cuschieri - għandi gosti aħjar - imma ċempluli nies u anzjani, anke Laburisti, biex jgħiduli.", "Niftakar li kien hemm żmien meta Manuel Cuschieri kien ġie pprojbit milli jagħmel il-programmi tiegħu fuq il-One Radio; issa mid-dehra qed jerġa' jagħmilhom u l-intenzjoni tiegħu hi li joskura lilna.", "Sur President, jien bniedem ta' integrità u għalhekk qed nagħmel dan il-punt, għax ma nħossx li għandna nipprovaw inżebilħu lil dak li jkun għax jitla' fil-Parlament.", "Il-poplu jagħżel.", "Allaħares tellagħni Manuel Cuschieri jew kull min jippreżenta xi programm fuq il-One!", "Il-poplu tellagħana, u jien meta ħadt il-ġurament, ħlift li se nkun tal-Maltin u l-Għawdxin kollha; m'għamiltx bħal ħaddieħor li bies dak il-kurċifiss u ġabu trietaq!", "Jien bistu biex inkun ta' ġid għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, Nazzjonalisti u Laburisti, anke għal min iħaddan twemmin differenti minn tiegħi jew minn tal-Partit Laburista.", "Sur President, tista' tistaqsi fid-distrett tiegħi u lil Malta kollha.", "Kull min jiġi għandi, nieħu dak il-każ u dik it-telefonata daqslikieku hija d-dinja, u hekk għandu jkun kull rappreżentant f'din il-Kamra.", "In-nies taf x'ma jridux, Sur President?", "In-nies ma jridux min jittradihom u mhux min jistaqsi mistoqsija parlamentari - skont tan-naħa l-oħra - banali!", "In-nies ma jridux min iwegħedhom dar jumejn qabel l-elezzjoni u jgħidulu: Nhar il-Ħadd se nirbħu u t-Tnejn ikollok dar tal-Housing.", "Dak li ma jridux in-nies hemm barra.", "In-nies taf x'ma jridux, Sur President?", "Ma jridux li min jitla' fil-Parlament mal-ewwel jibdel in-numru tal-mowbajl.", "In-nies taf x'ma jridux, Sur President?", "Ma jridux lil min juża l-politika biex jimla butu.", "Xi darba, Sur President, staqsini fejn tmur l-onorarja tiegħi, u ngħidlek fejn tmur.", "In-nies taf x'ma jridux, Sur President?", "Ma jridux lil min jidgħi bl-Imqaddes Alla f'din il-Kamra tar-Rappreżentanti!", "Dak hu li ma jridux in-nies hemm barra.", "Fuq dak għandhom jinkwetaw, mela fuq mistoqsija parlamentari, skont huma, banali u jibqgħu jattakkawni ġimgħa wara ġimgħa bħallikieku jien xi imbeċilli!", "Sur President, nerġa' ngħid li x-xejn aħjar minni, imma jien qiegħed hawn għax tellagħni l-poplu, u l-poplu jiġġudika, jekk Alla jrid, erba' snin oħra, tliet snin oħra, jew ma nafx kemm.", "Il-poplu jiddeċiedi u jiġġudika l-imġiba tiegħi u l-ħidma tiegħi.", "Sur President, jien qatt ma ħdimt biex niġi elett.", "Hemm pampaluni, avukati u x'naf jien, li ħarġu għall-elezzjoni darba, darbtejn, tlieta, erbgħa.", "Jien għamilt seba' xhur sindku u wara seba' xhur tlajt membru parlamentari mill-ewwel għax il-poplu emmen fija.", "In-nies ma jridux min jgħidilhom li se jaqdihom u jinjorahom.", "In-nies hemm barra ma jridux min jgħaddihom biż-żmien.", "In-nies ma jridux min jiċċappas fil-korruzzjoni.", "Fuq kollox, jistgħu jgħidu li jien injorant imma dwar korruzzjoni ma jistgħu jgħidu xejn fuqi għax jien subgħajja dritt.", "In-nies ma jridux min iħares lejn il-kuluri u min jaqdik għax inti ma' partit jew ma' ieħor.", "In-nies dak li ma jridux.", "In-nies iħarsu lejna bħala spalla, u jien dmiri nagħmlu.", "In-nies ma jridux li aħna nkunu moħħna fil-poter.", "Jekk tliet snin oħra, erba' snin oħra n-nies ma jagħżlunix, b'daqshekk xi jkun ġara?", "Jien nippreferi ġimgħa bilwieqfa milli għomri għarkuptejja.", "Jekk ma nkunx fil-Parlament nagħmel xi ħaġa oħra ta' ġid fis-soċjetà.", "Daqskemm hawn x'tista' tagħmel fis-soċjetà, hemm bżonn tkun fil-Parlament?!", "Is-Sur Cuschieri qal: Ma nafx, biex tela' Ivan Bartolo jitla' kulħadd.", "Però ma telax kulħadd, fosthom hu.", "Donnu li bl-imġiba tagħhom u b'din il-kampanja tagħhom, iridu jikkundizzjonawk.", "Jien qatt ma bsart x'kien se jiġri.", "Fl-2003 jien kont l-uniku wieħed li tkellimt fuq l-Unjoni Ewropea, minkejja li kont fil-Partit Laburista, għax jien dejjem għedt il-verità.", "Kien hemm sitt pampaluni fil-Partit Laburista li setgħu jqumu u jgħidu li konna favur l-Unjoni Ewropea imma ħadd minnhom ma qam għax beżgħu għas-siġġu.", "Xi wħud minnhom għadhom hawn fil-Kamra.", "Jien qatt ma bżajt, Sur President.", "Jien kull meta tkellimt, anke hawn fil-Parlament, fejn kien iswed għedt li hu iswed u fejn kien abjad għedt li hu abjad.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess faħħart lill-Onor.", "Alfred Sant fuq xi ħaġa li kien qal u li kien għamel, u nerġa' ngħidha llum, għax lili ħadd ma jagħlaqli ħalqi.", "Meta kont fil-Partit Laburista u kont nippreżenta programm tar-radju, meta semmejt lil Duminku Mintoff u s-servizzi soċjali, bagħtu għalija u qaluli biex ma nerġax insemmi lil Duminku Mintoff.", "Fil-Partit Nazzjonalista dan ma sibtux s'issa u jekk insibu naf x'għandi nagħmel u naf x'għandi ngħid.", "Mela jiġi s-Sur Manuel Cuschieri jgħid li jien ħażin?", "Xeba' jiġri warajja fl-1998 u fl-2003 biex noħroġ magħhom fl-elezzjonijiet tal-kunsill lokali?", "Jien ħriġt magħhom u tlajt bl-unuri kollha, u għamilt il-ħidma tiegħi fil-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Kien President tal-Partit Laburista dak iż-żmien.", "Sur President, jattakkawk għax jaraw dik ix-xi ħaġa fik li jridu jneżżgħuk minnha però jien naf x'qed nagħmel u qiegħed hawnhekk biex naħdem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari dwar Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, fost oħrajn, għaliex in-nies bdew jistaqsu x'inhu jsir u kif għadhom f'dak id-diżastru ladarba qiegħed isir ix-xogħol.", "Issa forsi jqum xi ħadd u jgħidli li Ġnien l-Għarusa tal-Mosta jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali imma ma naħsibx.", "Jien kont sindku meta saret il-konferenza stampa lejliet l-elezzjoni ġenerali li għaliha kien mistieden il-Ministru Josè Herrera, kif għandu jkun, u xi pampaluni u esponenti tal-Partit Laburista, però jien li kont sindku lanqas biss kont naf li saret il-konferenza stampa.", "Mela ma naħsibx li l-kunsill lokali għandu x'jaqsam!", "Jien ngħid li huwa l-poplu li jagħżel u jiġġudika.", "Hawn nixtieq insemmi wkoll dak li qegħdin iwasslu fil-ġurnali ċerti nies negattivi.", "Pereżempju, kull nhar ta' Ġimgħa fil-ġurnal indipendenti ta' kuljum l-orizzont, Alla jbierek, il-mistoqsijiet parlamentari li jsiru min-naħa tagħna huma kollha ħżiena u l-mistoqsijiet parlamentari li jsiru min-naħa l-oħra huma kollha tajbin.", "Allura meta tara dawn il-mutetti - hekk insejħilhom jien - tibda tgħid li dawn m'għadhomx kredibbli.", "Pereżempju fil-programmi tas-Sur Manuel Cuschieri tisma' ħafna negattività meta dan suppost qiegħed fl-aqwa żmien.", "Imissu jifraħ mal-Partit Laburista fuq l-istazzjon tal-Partit għall-\"ġid\" li qiegħed jara.", "Din il-ġimgħa ċempluli żewġ anzjani, wieħed minnhom Laburist u l-ieħor ħabib tiegħi mill-Mosta, u nsellimlu għax naf li jsegwi dan l-istazzjon, biex ikellmuni fuq dak li qiegħed isir.", "Sur President, jien kuntent li qiegħed f'Partit li qatt ma pprova jiddemoralizzani, u għidt x'għidt qatt ma bagħat għalija u qalli: Hemmhek x'għedt, jew x'inti tagħmel?", "Jien kuntent li qiegħed f'partit li jimpurtah verament mill-membri tas-soċjetà.", "Nerġa' ngħid jien kont naf x'qiegħed nagħmel meta bist il-Kurċifiss f'Ġunju 2017.", "Fit-tieni parti tal-Aġġornament xtaqt nagħmel osservazzjoni fuq dak li xtaqt nitkellem dwaru, mhux fuq is-sitwazzjoni tiegħi biss, imma anke ta' xi wħud minn sħabi, għax ħafna drabi jġibuk bħallikieku ma tistax titkellem, imma jien ma nibżax minnhom u llejla ridt nuża dan l-aġġornament biex inwassal il-messaġġ tiegħi fuq is-saħħa mentali.", "Sur President, fis-snin 90 kont naqra l-ġurnali lokali għax kont ninteressa ruħi.", "Niftakar li kien joħroġ magazine interessanti ħafna Il-Ġens li kien jittratta suġġetti soċjali varji, fosthom is-saħħa mentali, il-vjolenza domestika, u l-faqar.", "Dawn il-magazines kienu verament interessanti u jien kont mhux biss kont naqrahom, imma kont inżommhom u ngħożżhom.", "Fost oħrajn, kien hemm suġġett marbut mas-saħħa mentali, fejn wieħed seta' jirrealizza li dan il-magazine ta' xi 20 paġna, mhux biss kien utli, imma kien fih patafjun ta' informazzjoni ġejja mingħand l-esperti u mingħand nies li jkunu għaddew minn xi esperjenza ta' saħħa mentali, biex dak li jkun jifhem is-suġġett aħjar.", "Niftakar li dak iż-żmien kont ixxukjajt ruħi u baqgħet esperjenza ttimbrata f'moħħi, għall-fatt li meta bdejt naqraha ndunajt li għas-soċjetà Maltija, is-saħħa mentali kienet taboo.", "Fis-snin 90 jien kont żagħżugħ fl-aqwa tiegħi, bil-futur quddiemi u dejjem kelli f'moħħi l-aspett soċjali.", "Dak iż-żmien kelli l-ħsieb li nsir saċerdot, imma l-aspett soċjali kien xi ħaġa li kont tant inħobb.", "Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien u aktar ma bdejt nikber, aktar irrealizzajt kemm Il-Ġens fis-sena 1990 verament kellu raġun f'dak li qal fuq is-saħħa mentali.", "Allura huwa tajjeb li mbuttajna dan is-suġġett il quddiem, anke min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Però ħafna drabi abbandunajna ħafna mill-problemi serji f'dan is-settur.", "Ħa nsemmi każ ta' single mother li rrakkontatli l-esperjenza iebsa li kienet għaddejja minnha.", "Din l-omm kienet tieħu ħsieb lil binha bi problema severa ta' saħħa mentali li ma kien jikkomunika ma' ħadd u kienet iġġorr dan il-piż waħedha.", "Xi ġimagħtejn ilu kellli l-opportunità nżur din id-dar u tkellimt ma' din l-omm u peress li għandi ftit esperjenza ta' persuni b'diżabilità, stajt nara li dan it-tifel verament għandu diżabilità severa, tant li ma jikkomunika ma' ħadd.", "Dan ma joħroġ imkien, dejjem id-dar u allura m'għandux idea ta' flus.", "Hu jsofri minn ansjetà u kondizzjonijiet oħra b'mod esaġerat, Sur President.", "F'kelma waħda dan jiddependi biss mill-omm u allura bla dubju din l-omm trid tħalli ħajjitha fil-ġenb u tiffoka fuq binha.", "Fil-fatt lanqas biss tista' toħroġ taħdem bil-konsegwenza li ħafna drabi l-familja trid tkarkar saqajha biex titla' t-telgħa iebsa tal-ħajja.", "Kienu bosta l-ġenituri - din nismagħha fil-house visits u meta niltaqa' man-nies - li ferħu meta semgħu lill-Prim Ministru jgħid li se jagħti għajnuna lill-persuni b'diżabilità biex itaffu xi ftit mill-effetti tal-għoli tal-ħajja li qegħdin jiffaċċjaw.", "Però għal diversi ġenituri – dan huwa l-punt li xtaqt nagħmel fit-tieni parti ta' dan l-Aġġornament – din l-aħbar kienet ferħa bla temma għax wara li applikaw u mxew mal-proċeduri kollha, marru quddiem il-bord u f'żewġ minuti kellhom joqogħdu għall-ġudizzju tal-membri tiegħu.", "Jista' jkun li l-assessment li bagħtu lill-bord it-tabib jew il-psikjatra m'għoġobx biżżejjed lill-membri tal-bord għax f'żewġ minuti wieħed x'jista' jinnota fuq każijiet daqshekk sensittivi?", "Jien m'iniex se nibża' u mhux se niddejjaq nagħmel il-mistoqsijiet parlamentari.", "Mhux se niddejjaq jekk jipprovaw jiddemoralizzawna u sakemm inkun hawnhekk, sakemm idum il-mandat tiegħi u sakemm il-poplu jaċċettani, se nibqa' nagħmel id-domandi li jistaqsi l-poplu hemm barra.", "Jien ma se niddejjaq minn ħadd.", "F'isem dik l-omm jien se nistaqsi ċerti domandi.", "Jekk jistaqsuha binha huwiex kapaċi jitla' t-taraġ u tgħidilhom iva, dan ifisser li binha huwa tajjeb għax-xogħol u b'daqqa ta' pinna ma jeħux il-kumpens u s-servizz li jieħu ħaddieħor?", "Jien li nsegwi dawn il-każijiet, naf li kull każ huwa partikolari għax hemm min jgħix fuq siġġu tar-roti u kapaċi jmur jaħdem.", "Irridu naraw it-taqtigħ il-qalb ta' dawn il-ġenituri meta ma jingħataw l-ebda appoġġ u mhux billi noqogħdu npinġu li x-xemx telgħet fuq pajjiżna fl-2013 u mhux billi noqogħdu npinġu li qegħdin nagħmlu kollox għall-persuni b'diżabilità.", "Meta japplikaw għat-tieni darba għax ikunu semgħu li se tingħata miżura lil dawk l-individwi li għandhom diżabilità intellettwali jkunu jridu jimlew formola mill-ġdid u saħansitra jispiċċaw quddiem il-psikjatra b'ħafna ġiri 'l hemm u 'l hawn - trid tistaqsi lill-ġenituri biex jgħidulek dawn l-affarijiet - biex imbagħad wara xahar jistennew, isibu lill-istess membri tal-bord, l-istess xena ta' qabel u f'żewġ minuti, b'daqqa ta' pinna, iwaqqfu l-proċess ta' dawn il-ġenituri jew tas-single parents.", "Jien nixtieq nistaqsi jekk il-membri tal-bord humiex daqshekk intiżi fis-suġġett jew jekk jitpoġġewx nies fuq il-bordijiet biex l-id partiġjana tkun tista' tmexxihom minn imneħirhom.", "Lanqas biss jagħtuk ċans tispjegalhom u tgħaddilhom il-karti u l-assessment process għax ħafna drabi jeħilsu minnek wara żewġ minuti.", "Sur President, nisimgħu ħafna kliem sabiħ fuq it-televiżjoni, li din hija soċjetà inklużiva, imma mbagħad wara ħafna taqtigħ ta' qalb, ħafna ġenituri jibqgħu b'xiber imnieħer.", "Mela x'inhi din il-miżura tad-diżabilità severa?", "Min għandu dritt jeħodha?", "Din hija inġustizzja u allura jeħtieġ li nagħmlu dixxerniment dwar dan.", "Din l-inġustizzja qed tifni lil bosta ġenituri li għaddejjin minn taqtigħ ta' qalb kontinwu minħabba sitwazzjoni doloruża f'tant djar u aħna li suppost qegħdin inservu ta' spalla għal dawk is-single parents li Alla biss jaf minn xiex ikunu għaddejjin, il-Gvern iwarrabhom u ma jagħtix kashom.", "Sur President, irridu nagħmlu ħilitna biex noqtlu l-kultura tal-\"ewwel jien\", u naħdmu aktar fuq kultura solidali.", "Inħoss li f'dan is-settur bqajna lura, u mhux biss, imma warrabna fil-ġenb is-suġġett tas-saħħa mentali.", "Il-kultura tal-\"ewwel jien\" tibdilna f'Maltin bla ruħ u bla karattru, kultura li toqtol in-natural sabiħ li xi darba kellha Malta, il-kultura ta' Malta ħanina, għax l-egoiżmu jirrovinana, imarradna u joqtolna.", "Jekk illum tlifna dik il-libsa sabiħa li xi darba kellha Malta, aħseb u ara x'ġenerazzjoni iebsa u frustrata se jkollhom jaffaċċjaw uliedna u ulied uliedna, għax biex uliedna jagħmlu l-pass tagħhom, iridu jsegwu l-eżempju tal-kbar u l-eżempju tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet konċernati.", "Jien ma qed ngħid xejn ġdid għax fil-ġurnal Times of Malta tat-Tnejn, 6 ta' Novembru 2017 f'rapport intitolat Mental health patients need better environment - dan mhux qed ngħidu jien għax forsi Ivan Bartolo għal xi wħud ma jfisser xejn - il-Kummissarju tas-Saħħa, is-Sur John Cachia qal li f'Malta hawn individwi b'saħħa mentali li ma jistgħux jibqgħu jiddependu mill-motivazzjoni u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema u jbatu minħabba n-nuqqas t'investiment f'uħud mill-faċilitajiet.", "Qabelxejn għandna informazzjoni li hemm nuqqas ta' staff professjonali biex jgħinu lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali fl-isptarijiet u b'mod speċjali fil-komunitajiet.", "Dan l-aħħar din il-kwestjoni qamet waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali quddiem is-Sur John Cachia stess.", "X'qegħdin nagħmlu biex inħajru aktar infermiera biex jaħdmu f'dan il-qasam?", "Il-Kummissarju Cachia għamel sejħa biex issir bidla radikali fis-settur li qed insemmi jien, fejn saħaq dwar l-importanza taż-żamma tal-bnedmin bi sfida mentali fil-komunità.", "Il-kura fil-komunità tgħin ukoll biex innaqqsu l-uġigħ u s-swied ta' qalb ta' dawk l-individwi li jridu jibnu ġejjieni aħjar, wara kollox.", "Hawn irrid nifraħ lis-Sur Cachia għall-impenn tiegħu favur is-saħħa mentali f'pajjiżna u nappella lill-awtoritajiet, b'mod speċjali fl-Isptar Monte Carmeli, għat-tisħiħ tal-miżura tas-saħħa u s-sigurtà f'uħud mill-faċilitajiet.", "Naf li dejjem jibqa' xi jsir u qatt mhu biżżejjed u kif għidt fil-bidu, dan huwa settur delikat ħafna fejn inħoss li għandna ħafna x'nixtarru.", "Bosta individwi jżommu ġo fihom swied ta' qalb li ma jkunux jafu minn fejn ġej u jibqgħu jbatu fis-skiet.", "Sur President, irridu naraw eżattament x'qed isir biex dawn il-każijiet jiġu għall-attenzjoni tal-professjonisti.", "L-istigma fuq persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali għandha tkun diskussa fuq livell nazzjonali biex aktar bnedmin u aktar tfal, meta jfittxu l-għajnuna, isibu dik l-ispalla, isibu dik l-id tal-ħbiberija, u jgħidu: Din Malta solidali verament tatni wens.", "Kif hemm fl-Iskrittura, jgħidu: Il-Maltin u n-nies tal-gżira ġabu ruħhom magħna b'ospitalità liema bħalha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 4 ta' Diċembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MITJAR INTERNAZZJONALI TA' ĦAL-LUQA – NEAR MISSES BEJN DRONES U AJRUPLANI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il near miss kien hemm bejn drones u ajruplani li kienu qed jagħmlu inżul jew take-off fil-mitjar internazzjonali ta' Ħal-Luqa f'dawn l-aħħar sentejn?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-aħħar sentejn ġew irrapportati lill-pulizija żewġ każijiet ta' near miss min-naħa ta' Malta Air Traffic Services (MATS).", "Nitlob ukoll lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6666 li ngħatat fis-seduta 142.", "MITA - XOGĦOL MOGĦTI MINN KUMPANIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol jew servizz li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tat lil MITA mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "X'kien il-valur tax-xogħol jew servizz u jekk ingħatax wara direct order jew le?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR – IMPJEGATI LI KIENU IMPJEGATI MA' BANK", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu għandhom impjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi m'għandha impjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - IMPJEGATI LI KIENU IMPJEGATI MA' BANK", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?", "JOSEPH MUSCAT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3085 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b'xahar separatament?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 533 u addizzjonalment, l-informazzjoni ta' entitajiet u dipartimenti oħrajn kif mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "TAS-SLIEMA – AMERY STREET – PROPOSTA GĦAL TIBDIL FL-ISEM TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għamilx jew irċeviex rakkmandazzjoni biex Amery Street f'Tas-Sliema tissemma għall-ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "Din hija t-triq li fiha trabbiet u għexet il-ġurnalista.", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li l-Kumitat għat-Tismija ta' Toroq ma rċieva l-ebda proposta għal tibdil fl-isem tat-triq imsemmija f'Tas-Sliema.", "POSTIJIET TA' DETENZJONI – PERSUNI DETENUTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna kienet jew għadha tinżamm detenuta f'kull wieħed mill-postijiet ta' detenzjoni li huma mniżżla fl-Iskeda tal-Ordni dwar Dikjarazzjoni ta' Postijiet ta' Detenzjoni (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.03)?", "Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità kienu jew huma l-imsemmija persuni u jindika r-raġuni għad-detenzjoni tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-ammont ta' persuni li nżammu detenuti fil-postijiet ta' detenzjoni mniżżla fl-Iskeda tal-Ordni dwar Dikjarazzjoni ta' Postijiet ta' Detenzjoni sena b'sena mill-2013 sa Ottubru 2018 kien kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-istess tabella turi liema kienu ċ-ċentri li ntużaw f'dan il-perjodu kif ukoll tabelli li jindikaw in-nazzjonalitajiet tal-istess persuna.", "Informat li f'dan il-perjodu diversi minn dawn iċ-ċentri ma kenux intużaw jew waqfu milli jibqgħu jintużaw.", "Għal dak li jirrigwarda l-post ta' detenzjoni fid-Depot tal-Pulizija n-nazzjonalità ta' dawk involuti huma prattikament l-istess bħal dawk imsemmija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Kull każ ta' detenzjoni fil-postijiet imsemmija kien għal skopijiet ta' dak provdut fl-Att tal-Immigrazzjoni kif hu indikat ċar fl-artikolu 2 tal-istess Leġiżlazzjoni Sussidjarja.", "KAŻINI RREĠISTRATI MAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm każini reġistrati fl-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija?", "Jista' jgħid f'liema lokalità kienu jinsabu l-imsemmija każini u għal liema skop (tal-banda, politiċi, sportivi eċċ) huma l-imsemmija każini?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-figuri miżmuma mill-Pulizija dwar każini reġistrati huma dawk tas-sena kurrenti anke peress li l-ammonti ftit ivarjaw matul is-snin.", "Fil-fatt fl-aħħar ta' Ottubru 2018 kien hemm total ta' 404 każini rreġistrati mal-pulizija għal skopijiet diversi u fid-distretti diversi kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "KAŻINI MHUX IRREĠISTRATI MAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jekk kienx hemm każijiet li dwarhom il-Kummissarju tal-Pulizija ma rreġistrax każini għal xi waħda jew aktar mir-raġunijiet imniżżla fir-regolament 5 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' l-Ministru jindika x'kienet ir-raġuni jew raġunijiet għal kull darba li l-Kummissarju tal-Pulizija ma rreġistrax każin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li ma kienx hemm istanzi fejn fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm każijiet fejn il-Kummissarju tal-Pulizija ma rreġistrax każini minħabba xi raġunijiet imniżżla fir-regolament 5 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini, Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21.", "KAŻINI LI NGĦALQU MILL -PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, jekk kienx hemm każini li l-Kummissarju tal-Pulizija, bl-approvazzjoni tiegħu bħala Ministru, ordna l-għeluq ta' xi każin skont dak li jipprovdi r-regolament 9 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' l-Ministru jindika f'liema lokalità kienu jinsabu kull wieħed mill-każini li ġew ordnati jagħlqu u x'kienet ir-raġuni jew raġunijiet għall-ordni biex jingħalqu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li ma kienx hemm istanzi fejn fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant kien hemm każijiet fejn il-Kummissarju tal-Pulizija, bl-approvazzjoni tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, ordna l-għeluq ta' xi każin skont il-provvedimenti tar-regolament 9, tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini, Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21.", "KAŻINI LI NGĦALQU TEMPORANJAMENT MILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ordni ħareġ il-Kummissarju tal-Pulizija sabiex minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku jingħalaq każin għal xi żmien skont dak li jipprovdi r-regolament 11 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' l-Ministru jindika f'liema lokalità kien jinsab kull wieħed mill-każini li ġew ordnati jagħlqu u x'kienet ir-raġuni jew raġunijiet għall-ordni biex jingħalaq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li ma kienx hemm istanzi fejn fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant, kien hemm każijiet fejn il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ ordni sabiex minħabba raġunijiet ta' ordni pubbliku jingħalaq każin għal xi żmien skont il-provvedimenti tar-regolament 11 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini, Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21.", "KAŻINI – RESTRIZZJONIJIET FUQ ĦINIJIET TAL-FTUĦ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Kummissarju tal-Pulizija rrestrinġa s-sigħat li matulhom każin jista' jinżamm miftuħ sabiex jiġi evitat inkonvenjent għall-ġirien skont dak li jipprovdi r-regolament 12 tar-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' l-Ministru jindika f'liema lokalità kien jinsab kull wieħed mill-każini li dwarhom il-Kummissarju tal-Pulizija rrestrinġa s-sigħat li matulhom jista' jinżamm miftuħ?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li ma kienx hemm istanzi fejn fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant, kien hemm każijiet fejn il-Kummissarju tal-Pulizija rrestrinġa s-sigħat li matulhom każin jista' jinżamm miftuħ sakemm dan ma jkunx skont il-liġi.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jittieħdu topographical surveys tat-toroq li jkun se jsir xogħol fuqhom qabel ma jibda x-xogħol u jekk hux qegħdin jinħadmu l-formation levels ħalli t-toroq ma jiġux iżommu ilma tax-xita u jkollhom pendil adegwat biex l-ilma tax-xita ma jidħolx ġo proprjetajiet privati?", "IAN BORG: Meta tkun qed tippjana żviluppi infrastrutturali fit-toroq, Infrastruttura Malta twettaq l-istudji u t-tħejjijiet tekniċi kollha meħtieġa sabiex jiġi adottat l-aħjar disinn u pjanijiet għax-xogħol li jkun se jitwettaq.", "Minbarra l-aġġustamenti sabiex jevitaw diffikultajiet minħabba l-ilma tax-xita, il-proċess tal-ippjanar tekniku qabel il-bini ta' toroq ikun irid iqis il-kondizzjonijiet, bini u servizzi li jkun hemm taħt u madwar l-istess triq kif ukoll miżuri ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà ta' dawk kollha li jużaw it-toroq jew jgħixu u jaħdmu madwarhom.", "Il-livelli tat-toroq jiġu stabbiliti mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel ma jinbnew għall-ewwel darba.", "Dawn il-livelli jinkludu wkoll obbligi tekniċi fuq l-iżviluppaturi li jkunu se jibnu proprjetajiet mal-ġnub tal-istess toroq.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati fil-Foundation for Tourism Development Zones minn Lulju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-impjegati?", "Jista' jgħid xi proċess ta' għażla ntuża biex ġew impjegati dawn il-persuni?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Lulju 2017 'l hawn ġew impjegati erba' persuni mal-Fondazzjoni fuq kuntratt definit.", "Dawn ġejjin mil-lokalitajiet ta' Ħal Qormi, Marsaskala, Santa Luċija u Tas-Sliema.", "MTA – KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa r-responsabbiltà qed tkun assunta minn żewġ Deputy CEOs flimkien ma' Chairman.", "ĦAŻ-ŻABBAR - TRIQ HOMPESCH - ASFALTAR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol ta' asfaltar neċessarju viċin ir-roundabout fi Triq Hompesch, kantuniera ma' Triq is-Sur, il-Fgura, wara li parti mill-asfalt jidher li ċeda?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-entità kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta' din it-triq hija l-kunsill lokali tal-lokalità konċernata.", "Infrastruttura Malta informat lill-kunsill lokali konċernat sabiex iqisu dan l-ilment u jwettqu t-tiswijiet meħtieġa.", "Sadanittant Infrastruttura Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta' €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin gradwalment tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f'kull lokalità.", "Fil-fatt diġà tħabbru l-ewwel 120 mil-lista ta' toroq li se jkunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019.", "Aktar toroq li se jitranġaw fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "IL-FGURA - TRIQ IL-LIEDNA - PARTI TAT-TRIQ LI SFRONDAT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex investigat u x'passi se jittieħdu wara li jidher li sfrondat parti minn Triq il-Liedna kantuniera ma' Triq il-Ġiżi ġewwa l-Fgura, biswit sit li qed jinbena, u konsegwenza t'hekk anke intilfu diversi parkeġġi f'din it-triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-entità kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta' din it-triq hija l-kunsill lokali tal-lokalità konċernata.", "Infrastruttura Malta informat lill-kunsill lokali konċernat sabiex iqisu dan l-ilment u jieħdu l-passi għat-tiswijiet meħtieġa.", "Sadanittant, Infrastruttura Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta' €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin gradwalment tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f'kull lokalità.", "Fil-fatt diġà tħabbru l-ewwel 120 mil-lista ta' toroq li se jkunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019.", "Aktar toroq li se jitranġaw fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – COMPLEMENT TA' ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Appoġġ u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej:", "AĠENZIJA SEDQA – COMPLEMENT TA' ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Sedqa u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej:", "PENSJONIJIET MILL-ISTAT", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta' pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej:", "- Anqas minn €400 fix-xahar;", "- Bejn €401 u €500 fix-xahar;", "- Bejn €501 u €600 fix-xahar;", "- Bejn €601 u €700 fix-xahar;", "- Bejn €701 u €800 fix-xahar;", "- Bejn €801 u €900 fix-xahar;", "- Bejn €901 u €1,000 fix-xahar;", "- Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u", "- Aktar minn €1,101 fix-xahar?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "REMUNERAZZJONI, ALLOWANCES U BENEFIĊĊJI MARBUTIN MA' ĊERTI KARIGI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin:", "- Awditur Ġenerali", "- Segretarju Parlamentari", "- Segretarju Permanenti Ewlieni", "- Segretarju Permanenti?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' IPOs li saru fil-Borża ta' Malta fl-aħħar għaxar snin u f'kull każ jgħid:", "- id-data tal-ħruġ;", "- kemm kien l-ammont ta' ishma maħruġa; u", "- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' bond issues li saru fil-Borża ta' Malta fl-aħħar għaxar snin u f'kull każ jgħid:", "- id-data tal-ħruġ;", "- kemm kien il-valur tal-bonds maħruġa; u", "- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li fil-Baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-Servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull Baġit annwali mill-2008 lil hawn inkluda dan it-tnaqqis,fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-miżura tat-tnaqqis ta' €200 oħra mill-pensjoni tas-servizz kif imħabbra fil-Baġit għas-sena 2019 se tkun qiegħda tiġi implimentata fir-reviżjonijiet li se jsiru fl-2019 bl-istess mod li ġiet implimentata fis-snin l-imgħoddija.", "Ikun tajjeb li nippreċiża għall-fini ta' korrettezza li din il-miżura ma kenitx introdotta fl-2008 iżda f'dik is-sena kien tkompla l-proċess li kien ilu wieqaf għal 11-il sena, wara l-miżura estensiva li kienet tħabbret għall-pensjonanti tas-servizz f'Ottubru 1997 minn Gvern Laburista.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Peress li fil-Baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-Servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull Baġit annwali mill-2008 'l hawn inkluda dan it-tnaqqis fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li fil-Baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-Servizzi se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux se jaraw żieda vera fil-pensjoni?", "Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont id-Diskors tal-Baġit, iż-żieda ta' €11 fil-ġimgħa ma tirreferix għal miżura tal-€200.", "Fil-fatt din tirreferi għal miżura oħra, li bis-saħħa tagħha, ir-reviżjoni li ssir kull sena lil dawk li jilħqu l-età ta' 72 sena, minflok se tiġi injorata 50% tas-somma li kienu kkommutaw mill-ammont dovut lilhom bħala pensjoni oriġinali tas-servizz, issa se jibda jiġi injorat 75%.", "Bejn wieħed u ieħor madwar 7,500 pensjonant jirċievu pensjoni tas-Servizz minbarra l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali.", "Huwa stmat li bejn dawk li se jieħdu żieda bis-saħħa tal-€200 tnaqqis u dawk li se jkunu qed jibbenefikaw mill-miżura tal-75%, se jkunu qed jibbenefikaw madwar 5,500 pensjonant.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Peress li fil-Baġit li tħabbar għas-sena 2019 il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-Servizzi se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-Servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux se jaraw żieda vera fil-pensjoni?", "Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PENSJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li fil-Baġit li tħabbar għas-sena 2019 il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bil-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit; peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull Baġit annwali mill-2008 'l hawn inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-Ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri short-term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma' dawn il-pensjonanti?", "MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jispjega aħjar x'inhu l-punt li qed jipprova jagħmel b'din il-mistoqsija għaliex il-mistoqsija mhijiex ċara.", "Sadanittant kif diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 7973, għall-fini ta' korrettezza, il-miżura tal-pensjonanti tas-Servizz li tirrigwarda l-€200 ma kenitx introdotta fl-2008 iżda f'dik is-sena kien tkompla l-proċess li kien ilu wieqaf għal 11-il sena wara l-miżura estensiva li kienet tħabbret għall-pensjonanti tas-servizz f'Ottubru tal-1997 minn Gvern Laburista.", "PENSJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Peress li fil-Baġit li tħabbar għas-sena 2019 il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bil-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit; peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull Baġit annwali mill-2008 inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-Ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra, raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri short-term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma' dawn il-pensjonanti?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fi ħdan il-Justice Unit, u x'inhu l-grad jew pożizzjoni ta' kull persuna?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li fi ħdan il-Justice Unit hemm jaħdmu total ta' seba' persuni.", "Il-gradi tagħhom huma hekk kif ġej:", "PJAN NAZZJONALI DWAR L-ENERĠIJA U L-KLIMA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima li l-Gvern irid jippreżenta l-abbozz tiegħu lill-Kummisjoni Ewropea sal-aħħar ta' din is-sena?", "Jista' jagħti d-data meta se jippreżentah quddiem il-Parlament għad-diskussjoni?", "Jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra jew jagħti kopja tiegħu lill-Oppożizzjoni fil-ġurnata li jirrispondi din il-mistoqsija?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar tal-2019.", "Abbozz ta' dan il-pjan jinstab fi stadju avvanzat sabiex jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar tas-sena 2018 wara li jkun ġie approvat mill- Kabinett.", "Matul l-2019, wara li jiġi diskuss l-abbozz mal-Kummissjoni Ewropea, u jittieħed kont ta' konsultazzjoni pubblika u aktar informazzjoni minn studji kurrenti, jitqiegħed il-pjan fuq il-Mejda tal- Kamra.", "ENERĠIJA RINOVABBLI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern fejn tidħol l-enerġija rinovabbli, biex nilħqu l-miri mfassla għall-2020?", "Jista' jgħid kemm huwa persważ il-Ministru li dawn il-miri se tilħaqhom Malta?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sabiex jintlaħqu l-miri mfassla għall-2020 fejn tidħol l-enerġija rinovabbli, il-Gvern qiegħed jimplimenta bis-sħiħ in-National Renewable Energy Action Plan li ġie ppubblikat fl-2017 u li fost oħrajn jinkludi numru ta' inċentivi għall-istallazzjoni ta' sistemi fotovoltajiċi ta' daqs zgħir, medju u kbar (solar farms) kif ukoll għajnuna għal min jinvesti f'solar water heaters.", "Qiegħed jiġi wkoll assigurat li persentaġġ dejjem akbar mill-fuel ikun ġej minn sorsi rinovabbli.", "Il-Gvern huwa kommess li jkompli jimplimenta dawk il-miżuri kollha li jwasslu sabiex jintlaħqu l-miri tal-2020 bl-aktar mod effettiv.", "BAĠIT 2019 – ALLOKAZZJONI INQAS GĦALL-ENERĠIJA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-Gvern qed jalloka 40% inqas għall-enerġija fil-Baġit għas-sena d-dieħla?", "Jista' jgħid kif dan it-tnaqqis jaqbel mal-miri tal-Gvern u ma' dak li qed jippjana li jimplimenta f'dan il-qasam matul is-sena d-dieħla?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jindika l-voti speċifiċi fejn qiegħed jara li l-Gvern qed jalloka 40% inqas għall-enerġija fil-Baġit għas-sena d-dieħla u fl-istess ħin jirrelata l-mistoqsija tiegħu mal-fatt li semma l-miri tal-Gvern u dak li qed jippjana li jimplimenta f'dan il-qasam matul is-sena d-dieħla.", "BAĠIT 2019 - PROVISION OF SPARE CAPACITY ELECTRICITY", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-partita baġitarja numru 5789 imsejħa Provision of spare capacity electricity?", "Jista' jgħid l-allokazzjoni ta' €14-il miljun għal reserve capacity għalxiex intużat fil-passat jew se tintuża?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-parti baġitarja numru 5789 imsejħa \"Provision of Spare Capacity Electricty\" hija provvediment tal-Public Service Obligation (PSO), iffirmat bejn il-Gvern Malti u Enemalta plc fit-2 t'Ottubru 2014 bħala kumpens għal Enemalta plc b'risq iż-żamma ta' spare capacity fejn għandha x'taqsam il-ġenerazzjoni tal-elettriku.", "Din l-ispare capacity hija essenzjali sabiex l-Enemalta tkun tista' tkopri t-telf tas-sistemi ta' ġenerazzjoni li normalment ikunu qed joperaw kif ukoll hija neċessarja f'sitwazzjonijiet bħal total shutdown, sabiex il-provvista tal-elettriku tkun tista' terġa' tiġi stabbilita fl-iqsar żmien possibbli.", "ARMS - INVESTIGAZZJONI DWAR KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Fejn jidħlu l-anomaliji li hemm fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, issa li l-Prim Ministru ammetta u ġie fi kliem l-Oppożizzjoni, u fuq ix-xandir nazzjonali ħabbar li s-sena d-dieħla din se tissolva, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-investigazzjoni li qed jagħmlu f'dan ir-rigward?", "Jista' jinformana jekk il-familji u n-negozji li qed jinsterqu humiex se jiġu kkumpensati?", "Jekk iva, kif, kemm u meta?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din is-sistema li qed tintuża mill-ARMS ilha tintuża minn żmien l-Aministrazzjoni Nazzjonalista.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jallega li l-konsumaturi nsterqu, allura bl-istess argument tiegħu stess, fiż-żmien meta kien hemm Amministrazzjoni Nazzjonalista, li huwa stess kien jagħmel parti minnha, kien qed jassumi li l-konsumatrui kienu qed jinsterqu u baqa' ma tkellimx.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jispjega l-ARMS x'qed jifhmu bi cumulative consumption per annum hekk kif miktuba fil-legal notice?", "Jista' jgħid ukoll meta tibda u tispiċċa s-sena, għal skop ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma, skont kif jikkalkulawha l-ARMS, jekk hux minn Jannar sa Diċembru, minn Jannar sa Jannar ta' wara, jew sempliċement 12-il xahar konsekuttiv?", "Jista' jgħid kif?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta r-Regolatur dwar l-ilment imressaq mill-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward.", "GĦAWDEX – SMEs PARK", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tas-site plan u kopja tal-pjanti ppreżentati mal-applikazzjoni li saret mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Interpellant li se ssir preżentazzjoni pubblika tal-proġett skont kif skedat fil-pjan ta' ħidma tal-Ministeru.", "PROĠETTI TA' TWESSIGĦ TA' TOROQ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7436 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7209, jista' l-Ministru jgħid, fil-proġett ta' twessigħ ta' toroq fejn tali proġetti bdew mill-Ministeru rispettiv (mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum);", "a. kemm-il biċċa raba' ġiet mittiefsa bħala numru f'kull triq li qed tiġi mwessgħa minn dan il-Ministeru;", "b. ma' min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba' li qed tiġi mittiefsa;", "c. x'kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens għal kull biċċa art li qed tiġi mittiefsa u meħuda bil-proġett ta' twessigħ ta' toroq li qed jagħmel dan il-Ministeru?", "IAN BORG: Il-ħidma sabiex titjieb il-kwalità, l-effiċjenza, is-sostenibilità u s-sigurtà tat-toroq tiġi ppjanata bir-reqqa sabiex l-impatti fuq l-ambjent tal-inħawi jkunu mnaqqsa kemm jista' jkun.", "It-teħid ta' aktar art għall-użu tat-toroq jitqies biss meta d-disinn tat-triq eżistenti jkun jeħtiġilha tinbidel jew titwessa' sabiex tiżdied il-kapaċità u tilħaq il-ħteġijiet tal-lum u tal-futur, sabiex jonqsu r-riskji ta' aċċidenti jew sabiex jonqsu l-emissjonijiet tal-arja u l-istorbju kkawżati meta xi arterja ma tibqax tlaħħaq mad-domanda u jkun hemm problemi ta' konġestjoni.", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn, Infrastruttura Malta tikkonsulta l-awtoritajiet tal-ippjanar, tal-artijiet u tal-ambjent konċernati kif ukoll is-sidien tal-art meħtieġa jew l-inkwilini f'każ ta' artijiet tal-Gvern mikrija.", "Id-deċiżjoni dwar il-ħlas li jitħallas f'każ ta' esproprjazzjoni ta' art privata tittieħed mill-Awtorità tal-Artijiet.", "Fil-perjodu indikat, Transport Malta u Infrastruttura Malta kienu jeħtieġu li jiġu esproprjati xi artijiet jew li jiġu terminati kirjiet ta' artijiet diġà tal-Gvern u li seta' kellhom użu agrikolu f'dawn it-toroq li ġejjin.", "Tagħrif dwar kemm Transport Malta u Infrastruttura Malta se jħallsu għall-artijiet esproprijati jkun magħruf meta jintemmu l-proċeduri applikabbli mill-Awtorità tal-Artijiet.", "IL-MOSTA - ŻONA TAŻ-ŻOKRIJA - TRIQ IL-BIEDJA U TRIQ MONS.", "EDGAR SALAMONE - BINI TA' ĦITAN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fi Triq il-Biedja u fi Triq Mons. Edgar Salamone fil-Mosta, fiż-żona magħrufa bħala Ta' Żokrija, jara li jinbnew il-ħitan man-naħa tal-għelieqi?", "Dan għaliex meta nbnew dawn it-toroq qatt ma kienu nbnew il-ħitan li qed nitlob li jinbnew u r-residenti tat-toroq rispettivi qed iħossu l-ħtieġa li dawn il-ħitan ikunu fformati u jinżammu nodfa.", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-entità kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta' din it-triq hija l-kunsill lokali tal-lokalità konċernata.", "Infrastruttura Malta informat lill-kunsill lokali konċernat sabiex iqisu dan l-ilment u jikkonsidraw l-interventi meħtieġa.", "Sadanittant, Infrastruttura Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta' €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin gradwalment tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f'kull lokalità.", "Fil-fatt diġà tħabbru l-ewwel 120 mil-lista ta' toroq li se jkunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019.", "Aktar toroq li se jitranġaw fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "IL-MOSTA - ŻONA TAŻ-ŻOKRIJA - TRIQ IL-BIEDJA U TRIQ MONS.", "EDGAR SALAMONE - BINI TA' ĦITAN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fi Triq il-Biedja u fi Triq Mons. Edgar Salamone fil-Mosta fiż-żona magħrufa bħala Ta' Żokrija, jinbnew il-ħitan man-naħa tal-għelieqi f'toroq li meta twessgħu qatt ma kienu nbnew il-ħitan li kellhom?", "IAN BORG: Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8016 tal-istess seduta.", "LAQGĦAT FIL-LIBJA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għal rapporti ġurnalistiċi fl-istampa Libjana u Maltija speċifikament fil-pubblikazzjoni Libyan Observer li jirreferu għaż-żjara tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi Tripli fejn introduċa lilu nnifsu bħala Projects Director fil-Ministeru għas-Saħħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk dan l-individwu huwiex impjegat mal-Ministeru tas-Saħħa bħala Projects Director?", "Jista' jgħid jekk dan l-individwu attendiex laqgħat fi Tripli mal-amministrazzjoni bbażata fil-Punent tal-Libja bħala Projects Co-Ordinator u jekk kenux diskussi temi ta' interess komuni bejn Malta u l-Libja waqt dawn il-laqgħat fis-settur tas-saħħa, hekk kif sostna dan l-istess individwu f'dawn l-istess rapporti li dehru fil-Libyan Observer?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu msemmi minnu mhuwiex parti mis-segretarjat tal-Ministru għas-Saħħa u ma kienx qed jirrappreżenta l-Ministeru għas-Saħħa fi Tripli.", "TFAL BI PROBLEMI PSIKOSOĊJALI LI JIĠU MINN BARRA XTUTNA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tfal li jbatu minn problemi psikosoċjali li jiġu minn barra xtutna taħt il-kustodja ta' diversi familji Maltin skont arranġamenti Ewropej, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar din l-iskema?", "Jsita' jgħid kemm hu n-numru ta' minuri li jiġu Malta?", "Jista' jgħid fuq liema kriterji jintgħażlu l-familji kustodji?", "Jista' jgħid x'moniteraġġ isir u minn min?", "Xi kwalifiki għandhom il-professjonisti li jieħdu ħsieb?", "Ġieli ġew tfal Malta taħt Article 56 Brussels 2 biss, mingħajr il-kunsens tal-Awtorità Maltija?", "Kemm se joħroġ flus il-Gvern Malti apparti min-nefqa tal-Ewropa?", "MICHAEL FALZON: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-interventi jsiru taħt Artiklu 56 tar-Regolament Ewropew numru 2201/2003.", "Tajjeb li wieħed isemmi li dawn it-tfal imsemmija ma jkunux taħt il-kustodja ta' familji Maltin iżda jkunu mqiegħda ma' persuni identifikati mill-pajjiż minn fejn ikunu ġejjin it-tfal.", "Ta' min jinnota li jekk dawn il-kuraturi tat-tfal ikunu qed jaġixxu ta' foster carers, dawn iridu jkunu qed jimxu mal-Att tal-Fostering skont il-Liġijiet ta' Malta.", "Filwaqt li jekk dawn se jkunu qed joperaw bħala providituri tas-servizz, jiġu regolati u monitorati mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali.", "Barra minn dan, sa mit-twaqqif tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali kien hemm applikazzjoni waħda li ma ġietx aċċettata għax ma kenitx tissodisfa l-liġijiet lokali.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għax-xogħol li qed jitwettaq fiċ-ċentru l-ġdid The Meeting Place tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-istima tal-proġett?", "Jista' jgħid kemm kienu l-fondi ERDF tiegħu?", "Kemm fil-fatt se jintnefaq?", "Jista' jgħid liema entità ħadet ħsieb ix-xogħol u min rebaħ din l-offerta?", "Jista' jgħid meta se jitlesta?", "Min se jieħu ħsieb l-operat ta' dan iċ-ċentru?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istima tal-proġett skont l-applikazzjoni għall-fondi tal-ERDF kienet €846,186 (VAT eskluż).", "Matul l-implimentazzjoni tal-istess proġett, is-somma allokata għal dan il-proġett żdiedet għal €1,121,358 (VAT eskluż).", "Dan il-proġett jaqa' taħt il-Ministeru li jien responsabbli minnu.", "Ix-xogħol fuq dan il-proġett sar minn BAVA Holdings Ltd wara li ħarġet sejħa għall-offerti skont ir-regolamenti tal-procurement.", "Dan il-proġett qiegħed proprju fl-aħħar fażi tiegħu.", "It-tmexxija ta' dan iċ-Ċentru, wara li jkun inawgurat, se jkun f'idejn kumitat appuntat mill-Ministeru responsabbli, skont kif kien imfassal u elenkat fl-applikazzjoni li biha ġew miksuba l-fondi tal-ERDF.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – TRIQ LURET CUTAJAR – OUTLINE DEVELOPMENT PERMIT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għal-Outline Development Permit ta' Triq Luret Cutajar, Ħaż-Żebbuġ li ġie sottomess f'Ġunju 2018, liema sit hu madwar 5,294m kwadru li jidher li jikkonsisti f'disa' warehouses u li din iż-żona hija mifnija bi problemi soċjali u kummerċjali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni u jekk humiex qed isiru xi azzjonijiet min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar meta nafu n-natura tal-art inkwistjoni u l-isfidi li għandha din iż-żona semi-industrijali?", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant qiegħed jiġi informat li l-Outline Development Permit Application li qiegħed jagħmel referenza għaliha qiegħda fi stadju ta' konsultazzjoni.", "L-art inkwistjoni tinsab barra ż-żona tal-iżvilupp u għalhekk il-policies li jirregolaw it-tali żoni japplikaw.", "APPLIKAZZJONI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-applikazzjoni PA 09506/18 biex biċċa art protetta (għelieqi) magħrufa bħala Tal-Veċċa tiġi żviluppata f'garaxxijiet, fejn din l-art għandha karattru pittoresk li jikkumplimenta mas-sbuħija ambjentali tal-bajja, liema żvilupp se jirvina l-ambjent tal-kosta u jċaħħad lill-għadd ta' familji milli jgawdu l-bajja f'ambjent miftuħ, sigur u kwiet, kif ukoll għax din hija parti integrali mill-ambjent tal-bajja magħrufa bħala tal-Għar tal-Veċċa, li hija protetta bil-pjan lokali NWSP12, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar dan il-każ?", "Jista' jgħid jekk l-ERA oġġezzjonatx?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed toġġezzjona għall-iżvilupp kif propost u qed tirrakkmanda li l-iżvilupp ikun limitat għall-parti tas-sit li hija diġà mibnija.", "SERVIZZ TA' EMERĠENZA 112 - TALBIET", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7560, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-talbiet għas-Servizz ta' Emerġenza 112 ma jiġux reġistrati tajjeb skont is-sejħa/talba tal-klijenti (eż: każijiet ta' suwiċidju, vjolenza domestika, eċċ) bħalma jsir fis-sejħiet li jsiru fis-Servizz tas-Supportline?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li bħalissa minħabba restrizzjonijiet ta' klassifikazzjoni, skont it-tieni livell tal-unitajiet ta' Emerġenza (Protezzjoni Ċivili, Pulizija, Ambulanzi u l-Forzi Armati ta' Malta), is-Servizz ta' Emerġenza 112 ma jiġux reġistrati skont is-sejħa/talba tal-klijenti imma għal liema unità hija diretta.", "Interpellant li qed isiru arranġamenti biex sistemi li huma taħt il-kompetenza ta' kull entità tat-tieni livell ikunu integrati mas-sistema preżenti.", "DWEJRA GĦAWDEX – INLAND SEA - RIFJUT TA' PERMESSI GĦAL FTUĦ TA' ĦWIENET TAL-ARTIĠJANAT", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-Kunsill Lokali tal-Munxar ma jsib l-ebda oġġezzjoni, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) rrifjutat li tagħti permess lill-applikanti mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-ftuħ ta' ħwienet li jbigħu oġġetti ta' artiġjanat Malti fl-imħażen li hemm l-Inland Sea fil-bajja tad-Dwejra, limiti ta' San Lawrenz, Għawdex u dan meta ngħataw permessi għal diversi attivitajiet kummerċjali fl-istess akkwati?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma toħroġx permessi għal ħwienet li jbigħu s-souvenirs iżda hija konsultata mill-Awtorità tal-Ipjannar fuq applikazzjonijiet ta' żvilupp bħal ħafna stakeholders oħra.", "KUNSILL LOKALI TAS-SLIEMA – PJANIJIET GĦAL TRIQ IX-XATT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema għal Triq ix-Xatt fil-parti ta' bejn Triq Santa Rita u Triq Ċensu Xerri?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe pjanta relevanti li għandu fil-pussess tiegħu l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema li fl-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "Interpellant il-Kunsill Lokali għandu pjanijiet li tinbena latrina pubblika moderna, li magħha, jista' wkoll jiġi inkluż Tourist Information Office.", "Il-Kunsill Lokali diġà applika għal din il-latrina mal-Awtorità tal-Ippjanar skont PA 5017/18.", "Wara li jinħareg dan il-permess jinbeda l-proċess ta' akkwist ta' fondi u procurement.", "Il-pjanti relevanti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "LAQGĦA KUNSILL EWROPEW – MULTIANNUAL FINANCIAL FRAMEWORK 2021-2027 - IMPATT FUQ MALTA U L-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Wara l-Istqarrija Ministerjali li għamel il-Prim Ministru dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li sar nhar il-Ħadd, 25 ta' Novembru 2018, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-impatt li qiegħed jistenna li jitħalla fuq Malta u l-Unjoni Ewropea, hekk kif ir-Renju Unit mhijiex mistennija li tikkontribwixxi fil-Multiannual Financial Framework 2021-2027?", "JOSEPH MUSCAT: Wara t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea se titlef wieħed mill-akbar kontributuri għall-baġit Ewropew.", "Dan se jkun qed iħalli effett fuq il-Multiannual Financial Framework tal-2021-2027, li jrid jiffinanzja aktar prijoritajiet politiċi b'inqas flus.", "Madanakollu n-negozjati għadhom f'fażi bikrija u għalissa wieħed ma jistax jikkwantifika l-impatt eżatt li se jkun hemm fuq Malta.", "Il-Gvern se jibqa' jinsisti li l-fondi li tul dawn l-aħħar snin kienu kruċjali, bħal dawk ta' koeżjoni, għandhom jibqgħu jingħataw prijorità.", "IN-NADUR GĦAWDEX – TRIQ L-IMĠARR - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għaliex ix-xogħol fi Triq l-Imġarr fin-Nadur għadu ma bediex u dan minkejja press conference li saret kważi tliet xhur ilu fejn tħabbar li kellu jibda x-xogħol?", "Tista' tgħid jekk sadanittant wara dik il-press conference ċedietx parti mit-triq imsemmija peress li din hija magħluqa?", "Meta huwa mistenni li din it-triq tinfetaħ għat-traffiku?", "Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-rerouting tas-servizzi flimkien ma' aktar analisi fuq it-terren tat-triq u tal-madwar minħabba sfidi ġeoloġiċi li rriżultaw wara li sar l-ewwel coring fit-triq.", "Ix-xogħol ta' taħmil se jibda f'Diċembru.", "Dan huwa xogħol maġġuri u mhux sempliċement tqaxxir tal-wiċċ u asfaltar.", "Iridu jiġu indirizzati wkoll problemi li rriżultaw minħabba snin twal ta' nuqqas ta' azzjoni mill-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista u xogħol maġġuri f'din it-triq.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – XIRI TA' KAROZZI, VETTURI U MAKKINARJU ĠDID", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda, vetturi ġodda u makkinarju ieħor mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum?", "Fil-każ ta' karozzi ġodda, x'kien il-mudell ta' kull karozza li nxtrat u kemm kienet tiswa kull karozza?", "Minn min intużat jew qed tintuża kull karozza minn dawk li nxtraw wara Marzu 2013?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5898 u ċjoè: Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f'Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018?", "Tista' tgħid kemm ingħataw direct orders għal din l-attività u lil min ingħataw kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-direct orders?", "Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f'din l-attività saru wara talba għall-quotations?", "Tista' tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?", "Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5898.", "CONSTRUCTION AND MAINTENANCE UNIT U DIRETTORAT GĦALL-PROĠETTI U ŻVILUPP – UŻU TA CONCRETE MESH U RODS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw concrete mesh u rods mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum?", "Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw fuq kull proġett?", "Tista' tgħid min kienet il-persuna li ordnat il-concrete mesh u rods fuq kull proġett u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX - PULIZIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija stazzjonati f'Għawdex, x'inhu l-grad tagħhom u f'liema taqsimiet huma stazzjonati?", "Jista' jgħid kemm hemm għases tal-Pulizija f'Għawdex u f'kemm-il għassa hemm sistema ta' computer konnessa mas-Sistema Ċentrali tal-Korp?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li ġewwa Għawdex l-ammont ta' pulizija stazzjonati f'dan id-distrett huwa ta' 129 membru li huma mqassmin kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, li minbarra li turi x'inhu l-grad tagħhom turi wkoll it-taqsimiet fejn huma stazzjonati.", "Fizzjali : 3", "Maġġur : 1", "Surġenti : 18", "Kuntistabbli : 99", "Kuntistabbli ta' Riserva : 8", "Għawdex hemm 17-il għassa li huma fir-Rabat, l-Imġarr, ix-Xagħra, in-Nadur, Marsalforn, ix-Xewkija, l-Għarb, is-Sannat, ix-Xlendi, Kerċem, Għajnsielem, il-Qala, San Lawrenz, iż-Żebbuġ, Għasri, il-Munxar u waħda Kemmuna li tifforma parti minn dan id-distrett.", "Informat li fl-għases tar-Rabat, in-Nadur u l-Imġarr kif ukoll fil-Marina hemm is-sistema ta' computer konnessa mas-Sistema Ċentrali tal-Korp (NPS).", "Fir-Rabat is-sistema tinkludi l-uffiċini, il-garaxx tal-Pulizija u t-Taqsima Forensika.", "Qabel it-tmiem ta' din is-sena se jkun hemm is-sistema fl-għases ta' Marsalforn, ix-Xagħra, ix-Xlendi u x-Xewkija.", "Fil-bidu tas-sena 2019 se jkun hemm is-sistema fl-għassa ta' Kemmuna wkoll.", "TWESSIGĦ TA' TOROQ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, mill-aħħar elezzjoni sal-lum, xi proġetti saru ta' twessigħ ta' toroq mill-Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħaddi l-informazzjoni dwar ix-xogħol li sar fi twessigħ ta' toroq f'Malta u f'Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "SIDIEN TA' DJAR RESIDENZJALI – ĊENS TEMPORANJU", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk huwiex maħsub li jinħarġu skemi biex is-sidien ta' djar residenzjali soġġetti għal ċens temporanju favur il-Gvern jew l-Uffiċċju Konġunt ikunu jistgħu jifdu dan iċ-ċens?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern jibqa' dak li ngħinu kemm nistgħu persuni jsiru sidien ta' darhom.", "Filwaqt li diġà ninsabu avvanzati ferm biex dawk li jgħixu fi djar b'ċens li skada jew se jiskadi jkollhom is-serħan il-moħħ meħtieġ permezz ta' ħruġ ta' skema li tindirizza dan, l-Awtorità tal-Artijiet tinsab impenjata li tevalwa l-possibiltajiet kollha, inkluż l-impatt anke fuq is-suq tal-proprjetà u l-istock tal-proprjetà tal-Gvern, ġaladarba jinħarġu skemi li jagħtu l-opportunità tal-fidi ta' ċnus temporanji residenzjali.", "BIRŻEBBUĠA - TRIQ MONS.", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Triq Mons. Spiru Penza f'Birżebbuġa hux se tkun qed tingħata wiċċ bl-asfalt u hemmx pjan sabiex din it-triq li sal-lum hija maqsuma f'żewġ partijiet, titniffed billi tkompli tinfetaħ kif inhu mfassal?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastruttura Malta bdiet proġett biex tibni t-triq indikata, li partijiet minnha qatt ma kienu saru qabel, fil-ġimgħat li għaddew.", "Ix-xogħol li għaddej bħalissa jinkludi t-tqegħid ta' sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni taħt il-livell tat-triq, il-bini ta' bankini u t-tħaffir tal-materjal eżistenti sabiex jinbnew pedamenti ġodda u aktar b'saħħithom.", "Finalment, fuq dawn il-pedamenti, jitqiegħed il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt.", "Il-proġett jinkludi l-bini tal-partijiet tat-triq fejn diġà nbnew il-propjetajiet mal-ġnub tagħha.", "Infrastruttura Malta tkun tista' tkompli l-bini ta' din it-triq biex tinfed min-naħa għall-oħra meta l-art li fuqha huwa ppjanat li ssir tiġi żviluppata mis-sidien tagħha.", "Meta jsir dan l-iżvilupp is-sidien ikunu wkoll obbligati li jifformaw id-disinn tat-triq skont livelli u pjanti deċiżi mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Infrastruttura Malta se tkompli għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex gradwalment ittejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Din is-sena din l-aġenzija diġà qed tibni mill-ġdid għadd ta' toroq arterjali, residenzjali u rurali.", "Ftit tal-ġimgħat ilu tħabbru wkoll l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla bħala parti mill-impenn tal-Gvern li fis-snin li ġejjin ikollna qabża kbira 'l fuq fil-kwalità tat-toroq ta' pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "BIRŻEBBUĠA – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx ippjanati xogħlijiet fis-sistema tad-drenaġġ f'Birżebbuġa u meta dawn ix-xogħlijiet huma maħsuba li jinbdew?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm xogħlijiet ippjanati biex tittejjeb is-sistema tad-drenaġġ ġewwa Birżebbuġa, liema xogħlijiet diġà bdew fl-inħawi ta' Dawret il-Qalb Imqaddsa.", "B'din l-inizjattiva mhux biss se tissaħħaħ is-sistema biex tlaħħaq aħjar mat-tkabbir fl-ekonomija u popolazzjoni imma wkoll se taċċerta li l-ibħra fil-viċinanzi jkunu ta' kwalità eċċellenti u jitnaqqas ukoll l-influss tal-ilma baħar fis-sistema tad-drenaġġ.", "ĦAL KIRKOP – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta huwa mistenni li jsir ix-xogħol ippjanat fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Valletta, Ħal Kirkop?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol huwa maħsub li jsir matul is-sena d-dieħla.", "B'din l-inizjattiva se naċċertaw li s-sistema tad-drenaġġ se tkopri mat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż.", "WIED FULIJA – TENDERS MAL-PROĠETT", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fiex wasal il-proċess għall-għoti ta' tenders in konnessjoni mal-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess dwar l-għoti tat-tender għax-xogħlijiet ta' rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija qiegħed jiġi konkluż.", "It-tender ħareġ fuq is-suq fix-xhur li għaddew u l-evalwazzjoni tal-offerti ġiet konkluża.", "Bħalissa d-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed jiffinalizza l-kuntratt tax-xogħol sabiex ikun jista' jiġi ffirmat fil-ġranet li ġejjin.", "WIED FULIJA – PROĠETT TA' RIJABILITAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar dak li se jkun jikkonsisti fih il-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6810.", "IMMIGRANTI F'DETENTION CENTRE – SPIŻA TAL-GVERN", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswa lill-Gvern kull immigrant irregolari li qiegħed f'detention centre?", "Kemm huwa n-numru ta' immigranti irregolari f'dawn iċ-ċentri?", "MICHAEL FARRUGIA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża tal-Gvern għal kull immigrant irregolari li qiegħed f'detention centre hija kif tidher hawn taħt:", "Ikel* (Kolazzjon, Ikla ta' nofsinhar u Pranzu) Total €6.20", "Bżonnjiet sanitarji* (Sapun, karta iġenika eċċ) Total €2.24", "Total Finali €8.44/kull persuna kuljum", "Spejjeż oħra :", "· Servizzi tat-telefon (permezz ta' tessera)", "· Ilma u elettriku", "· Televiżjoni", "· Għamara (inklużi saqqijiet, imħaded, kutri, eċċ.)", "· Xogħol ta' manutenzjoni", "· Ħwejjeġ (inklużi deterġenti, eċċ…)", "· Trasport (inkluż manutenzjoni u fjuwil)", "· Impjegati (Uffiċjali biex jassistu u jeskortaw id-detenuti)", "· Servizzi Mediċi", "· Servizzi ta' infermieri", "· Servizzi ta' tindif", "· Tagħmir (CCTVs, Radju biex tikkomunika, boilers tal-ilma eċċ..)", "Kalkulazzjoni*:", "Ikel (Kolazzjon €1.48, Ikla ta' nofsinhar €1.83 u Pranzu €2.89) inkluż VAT", "· It-tender rigward l-ikel inħareġ fl-2008 u l-kuntratt ġie ffirmat fl-2010.", "· Bżonnijiet sanitarji (Sapun €0.60, Shampoo €1.50, Karta Iġenika €0.14) inkluż VAT", "Bħalissa ġewwa ċ-Ċentru ta' Detenzjoni f'Ħal Safi għandna 12-il detenut.", "SAĦĦA MENTALI – SERVIZZI FUQ BAŻI TA' ONE-STOP-SHOP", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u min jieħu ħsiebhom għandhomx is-servizz ta' one-stop-shop għas-servizzi kollha li jingħataw f'dan il-qasam?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm m'għandniex servizz ta' one-stop-shop preżentement, dan is-servizz qed jingħata minn ġewwa l-kliniċi tas-saħħa mentali li Mental Health Malta għandha fil-komunità fejn is-service user jiġi moqdi ħolistikament, eżempju jimtlew l-applikazzjonijiet kollha għal servizzi li hemm bħonn bħal POYC, Rehab Day Centres, Befriending Scheme, servizzi tal-fiżjoterapija u Occupational Therapy u saħansitra tingħata informazzjoni fejn wieħed jista' jieħu servizz ta' NGOs li jkun relatat ma' saħħa mentali.", "KUNSILLI LOKALI – APPLIKAZZJONI GĦAL FONDI EWROPEJ", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-fuljett li ntbagħat lill-kunsilli lokali sabiex ikun aktar faċli għalihom li japplikaw għal fondi Ewropej?", "Liema huma dawk il-kunsilli lokali li f'dawn l-aħħar tliet snin ibbenefikaw minn fondi Ewropej?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PROĠETT LEAP - IMPJIEGI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li sabu impjieg bl-għajnuna tal-Proġett LEAP f'dawn l-aħħar tliet snin?", "X'tip ta' xogħol instabilhom dawn il-persuni?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "VJOLENZA DOMESTIKA – TAĦRIĠ LILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida li qed josservaw il-pulizija f'każijiet ta' vjolenza domestika?", "X'taħriġ qed jingħataw il-pulizija dwar il-vjolenza domestika?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-linji gwida li qed josservaw il-pulizija f'każijiet ta' vjolenza domestika huma dawk li jingħataw lilhom minn żmien għal żmien permezz ta' ċirkolaritajiet interni.", "Dan ilu jsir għal aktar minn għaxar snin, bl-aħħar waħda maħruga fid-9 ta' Ottubru 2018.", "Minħabba s-sensittività ta' dawn il-każi u fl-interess tal-vittmi mhuwiex opportun li dawn ikunu ppubblikati.", "Informat illi l-pulizija qed jingħataw taħriġ dwar il-vjolenza domestika waqt il-kors ta' reklutaġġ tagħhom kif ukoll permezz ta' taħriġ speċifiku għall-Pulizija li diġà stazzjonati fid-distretti u xi sezzjonijiet oħra tal-Korp.", "It-taħriġ jinkludi struzzjonijiet minn uffiċjali tal-korp konxji ta' kif jittrattaw dawn ir-reati kif ukoll minn esperti fil-qasam relattiv mid-Dipartment tas-Saħħa.", "Dan it-taħriġ iwassal biex l-uffiċjali konċernati jkunu konxji tan-neċessitajiet tal-vittmi ta' reati ta' vjolenza domestika biex jittrattaw dawn il-każijiet bl-aħjar mod u jingħataw tagħrif dwar fejn u xħin l-assistenza ta' aġenziji professjonali għandha tintalab, fost proċessi oħra.", "ECO-TAX TAT-TURIŻMU", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu?", "Jista' jagħti breakdown tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta bdiet l-eco-tax tat-turiżmu s'issa nġabru €5,660,415.02.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni ma tinġabarx kif mitluba, jiġifieri, skont il-lokalitajiet.", "KUNSILLI LOKALI – SKEMA TA' RESTAWR MAĦRUĠA FL-2017", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7552, fejn il-Ministru kien mitlub biex jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul l-2017 u, kif ukoll kien mitlub, jgħid:", "a. liema mit-talbiet li saru fil-fatt ġew approvati;", "b. liema mill-proposti approvati fil-fatt saru; u", "c. liema kienu dawk li ma sarux u r-raġuni għaliex ma sarux,", "fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru ta informazzjoni dwar liema proġetti kien għaddej xogħol fuqhom flimkien ma' lista tal-applikazzjonijiet sottomessi u lista oħra dwar l-applikazzjonijiet li ġew approvati, jista' l-Ministru jgħid:", "1. jekk ix-xogħol fuq il-proposti, li fit-tweġiba ntqal li kien għaddej xogħol fuqhom, tlestiex; u", "2. x'kienet ir-raġuni li wasslet biex it-18-il applikazzjoni l-oħra ma jiġux approvati?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba li taġġorna anke l-informazzjoni li tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7552 tinsab hawn taħt.", "F'konformità mal-programm ta' xogħlijiet oriġinali, ix-xogħol fuq il-proġetti ta' Ħal Safi, tas-Siġġiewi u ta' Ħal Għargħur għadu għaddej.", "Mindu ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7552 inbeda wkoll ix-xogħol ta' restawr fuq in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu f'Raħal Ġdid kif ukoll inħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar għar-restawr tal-Ħajt tal-Matla fl-Imqabba.", "Dawn il-proġetti kollha huma mistennija li jitlestew fl-ewwel xhur tal-2019.", "Intant, kif anke spjegat fil-linji gwida li nħarġu lill-Kunsilli Lokali mas-sejħa tal-applikazzjoni, in-numru ta' proġetti li jintgħażlu ta' kull sena huwa impost min-numru ta' proġetti li d-Direttorat tar-Restawr ikun jista' jwettaq bir-riżorsi umani tiegħu."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181203_175d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il eluf ta' ewro f'danni ġie kkundannat il-Gvern Malti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'sentenzi ta' kundanna ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-liġijiet tal-kera, inkluż l-Att No. 23 tal-1979, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta' Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:", "a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s'issa?;", "b. Għal liema okkażjonijiet saru?;", "c. Fejn qed jitwaħħlu?", "Liema huma l-postijiet speċifiċi?;", "d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?;", "e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?;", "f. X'armar hu previst għall-kumplament tas-sena?;", "g. Wara li jiżżarmaw, x'qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u", "h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-roundabouts u x'inhu l-grad tagħhom?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid meta qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-estimi tal-emissjonijiet tal-karbonju kif mitlub mil-liġi (S.L 543.01 artiklu 7) mill-2015 'l hawn?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li ngħataw in konnessjoni max-shooting range l-ġdida f'Ta' Kandja, inkluż kull direct order għal site officer jew officers minn Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "Jista' f'kull każ jagħti l-ammont ta' ħlas involut, id-data ta' meta ngħatat id-direct order, u jekk ikun il-każ, għal kemm żmien kien ingħata (bħal fil-każ tas-site officer/s)?", "Jista' f'kull każ jgħid x'kien l-involviment tas-Segretarju Parlamentari għall-iSports, u f'kull każ jgħid min ordna kull direct order?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru għall-Ġustizzja jgħid liema huma dawk l-Imħallfin u l-Maġistrati li ser jirtiraw bl-età minn issa sal-2021?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3493 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 456, jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ġew blacklisted?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3495 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b'sena u x'tip ta' droga nstabet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti l-Awtorità tax-Xandir minn partiti politiċi dwar raportaġġ ħażin fuq il-PBS kull sena mill-2013 sal-lum, u jista' jaqsam il-lista partit, partit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li ffrekwentat każin li mhux reġistrat skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna kienet qed isservi sentenza ta' priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin dwar reati ta' prostituzzjoni jew li għalkemm is-sentenza li qed isservi kienet jew hija dwar reati oħra, l-istess persuna kellha x'taqsam mal-prostituzzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid is-sess u l-età ta' kull waħda mill-imsemmija persuni?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Qrati ta' Ġustizzja Kriminali ħarġu ordni li permezz tiegħu pprojbixxu l-pubblikazzjoni sa ma kawża tispiċċa, ta' kitba, stampata jew le, dwar reat li fuqu tkun miexja kawża jew dwar imputat jew akkużat skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema Qorti nħareġ kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet, jagħti d-data ta' meta nħareġ kull wieħed mill-ordnijiet u jindika wkoll kemm dam fis-seħħ kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ordni li nħareġ mill-Qrati ta' Ġustizzja Kriminali, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) u li skont l-istess artikolu għandu jkun iffirmat mir-reġistratur u mwaħħal fil-bieb tal-edifizzju li fih il-qorti toqgħod?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li kisret ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Pulizija għarrfet lill-qorti bi ksur ta' ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (3) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta l-Pulizija għarrfet lill-Qrati b'dan u jindika liema Qorti ġiet mgħarrfa b'hekk mill-Pulizija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' IPOs u Bond Issues fuq il-Pjattaforma Prospects li saru kemm ilha mwaqqfa u f'kull każ jgħid:", "- id-data tal-ħruġ;", "- kemm kien l-ammont ta' ishma/valur ta' bonds maħruġa; u", "- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu flus is-sena li għaddiet il-Kunsilli Lokali fuq tenders tal-iskart kif ukoll kemm ħallas kull kunsill lil Wasteserve biex jintrema l-iskart?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid min huwa ċ-Chief Executive Officer tal-ARMS bħalissa?", "Jista' jikkonferma li l-ex CEO tal-ARMS li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt il-ġdid tas-CEO l-ġdid u l-kuntratt tas-CEO ta' qablu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu wara li xhud bil-ġurament fil-Qorti, \"Cordina Darren kontra l-ARMS\" qal: \"Dan (b'referenza ċara għal uffiċjal tal-ARMS) kien qalilna mill-ewwel araw kemm tridu flus ħalli din il-kawża naqtgħulha rasha\"?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid fejn qed imorru l-flus li qed tiġbor l-ARMS?", "Jista' jgħid x'qed isir bihom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Issa li nistgħu nsegwu l-konsum tal-ilma siegħa b'siegħa, jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fejn jidħol il-ħela tal-ilma?", "Jista' l-Ministru jippreżenta lil din il-Kamra l-aħħar rendikont fejn jidħol il-moniteraġġ tal-ħela tal-ilma għall-unitajiet domestiċi f'Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jikkonferma li fit-toroq li qed tirranġa Transport Malta, qed jinbidlu l-mains tal-ilma u tad-dawl?", "Jista' jgħid jekk il-mains tbiddlux fil-bypass tal-Mellieħa meta kienet qed tiġi rranġata?", "Jista' jgħid jekk tbiddlux il-mains meta saret it-triq tal-Buskett?", "Jekk ma ġewx mibdula, għalfejn ma sarx hekk qabel ingħata t-tarmak?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-wegħda tal-Partit Laburista li l-wajers tad-dawl fit-toroq jingħaddu kollha minn taħt l-art?", "Jekk il-gvern se jimxi ma' din il-wegħda, fejn waslet il-ħidma?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' żgumbrament, quddiem il-Bord li jirregola l-kera?", "Jista' jgħid kemm intlaqgħu talbiet minn dawn il-każijiet u ġie ordnat l-iżgumbrament tal-inkwilin sena b'sena mill-2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm biss żewġ linji tat-telefon fis-Servizz Supportline u ta' spiss dawn il-linji jkunu okkupati meta s-Servizz ta' Emerġenza 112 tal-Pulizija għandhom 32 linja tat-telefon u rċevew 162,042 telefonati s-sena l-oħra?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm anzjani biex jidħlu f'xi Dar Residenzjali tal-Istat?", "Kemm kien hemm minn dawn l-anzjani li ilhom jistennew għal iktar minn sentejn, tliet snin u erba' snin?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1191, jista' l-Ministru jgħid xi twettaq mill-proġetti msemmija f'dawn il-komunitajiet sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Hemm xi proġetti maħsuba għas-sena d-dieħla biex jiġu implimentati mill-Kunsilli Lokali Żgħażagħ?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30961 tat-12-il leġislatura, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika tant importanti tan-numru ta' dawk it-tfal u żgħażagħ taħt l-età li għamlu rapport lill-Pulizija dwar vjolenza domestika li huma jew xi ħadd mill-familja tagħhom qed jgħaddu minnha?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Nirreferi għal gwida ta' direzzjoni ta' kif jinġabar l-iskart domestiku.", "Nifhem li l-NGO għamel traduzzjoni fi 11-il lingwa.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Ministeru biex ikollna traduzzjoni f'lingwi differenti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Nirreferi għal avviżi li qed jirreklamaw informazzjoni edukattiva u li jidhru b'mod elettroniku fit-toroq għall-attenzjoni tas-sewwieqa, imma qed ninnota li mhux dejjem qed jitħares l-Ilsien Malti, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid liema awtorità juża d-Dipartiment tat-Toroq biex jintuża Malti tajjeb?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati fil-Forzi Armati ta' Malta stazzjonati f'Għawdex?", "Jista' jgħid x'inhu l-grad tagħhom u f'liema taqsima huma stazzjonati?", "Jista' jgħid kemm hemm suldati Għawdxin stazzjonati f'Malta u f'liema taqsima huma stazzjonati dawn is-suldati Għawdxin?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara meta se jitlaħaq ftehim mad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei rigward l-istrike?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema fondi gawda l-Kunsill Lokali tal-Fgura minbarra dawk allokati lilu kull sena finanzjarja, sabiex jinbena u jitlesta ċ-Ċentru Ċiviku fi Triq Hompesch, Fgura?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm korrispondenza bejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura, il-Gvern u l-awtoritajiet oħra fejn intalbu laqgħat u għajnuna finanzjarja sabiex jiġi ffinanzjat iċ-Ċentru Ċiviku qabel Marzu tas-sena 2013?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-korrispondenza?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6482 u ċjoè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5123, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sit f'Ta' Masrija fil-Mellieħa (biswit il-bypass tal-Mellieħa) li jitrattaw l-applikazzjonijiet PC 62/16 u PC 25/17?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hiex qed tħares b'mod favorevoli l-applikazzjoni 10178/18 li tirrigwardja fost l-oħrajn żieda ta' tliet sulari oħra fuq li hemm għal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Mellieħa?", "(Applikazzjoni li jekk tiġi approvata se tkun tfisser aktar qerda tal-karatteristiċi uniċi tal-Mellieħa).", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Ġaladarba l-Ministru ma sab l-ebda oġġezzjoni li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti relatati mal-PC 46/13 (Żona Ta' Masrija/Bypass Mellieħa), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument simili għall-istess żona li però jġib in-numru PC 42/15?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm u fuq liema kienu l-proġetti (wieħed wieħed) li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel oġġezzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bejn Ġunju 2013 u Novembru 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati ma' kull forma ta' ftehim li sar bejn il-Gvern, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u xi entitajiet oħra relatati mal-binja devoluta tat-Torri l-Abjad bejn Ġunju 2008 u Novembru 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza relatata mal-applikazzjoni PA 5909/17 (applikazzjoni għall-bini ta' lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa) kif ukoll mas-sit inkwistjoni li saret jew/għaddiet mill-Kunsill Lokali u ma'/ jew xi entità governattiva bejn Jannar 2009 u Novembru 2018, liema sit kien jintuża bħala Park and Ride mill-Kunsill Lokali Mellieħi għal numru ta' snin bejn l-2009 u l-2013?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 72 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 61 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "3 ta' Diċembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 4 ta' Diċembru 2018 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar il-waste to energy.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Rendikont tal-operat tal-Mekkaniżmu u tal-Faċilità għall-Istabilità Finanzjarja Ewropea.", "Preżentazzjoni mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018 fis-6:00 pm filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Approvazzjoni ta' Minuti.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2018 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "3 ta' Diċembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181204_176a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 4 ta' Diċembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 175 li saret fit-3 ta' Diċembru 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nilqa' lil grupp ta' former members tal-Iskola St Dorothy's li ġew hawnhekk mal-Onor.", "Grazzi tal-preżenza tagħkom.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XL tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali dwar il-Kontijiet Pubbliċi għall-2017 magħmul mill-Awditur Ġenerali datat Diċembru 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM: KSUR TA' DRITTIJIET MIL-LIĠIJIET TAL-KERA - DANNI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm eluf ta' ewro f'danni ġie kundannat il-Gvern Malti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'sentenzi ta' kundanna ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-liġijiet tal-kera, inkluż l-Att No. 23 tal-1979, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din l-interpellanza?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2013 u Ottubru 2018 il-Gvern Malti ġie kkundannat is-somma totali ta' €1,100,200.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Waħda mir-responsabbiltajiet tal-Ministru li hija veru għal qalbu hija l-kultura f'pajjiżna.", "Rigward mużewijiet, naf li kellna proposta fl-aħħar Baġit sabiex anke l-istudenti tal-iskejjel ikunu jistgħu jattendu b'xejn fil-mużewijiet u s-siti kollha ta' Heritage Malta.", "X'qiegħed jagħmel il-Ministeru sabiex jara li dik il-proposta tidħol fis-seħħ u anke jsiru miżuri oħra sabiex nħajru lill-istudenti u liż-żgħażagħ tagħna jattendu u jitgħallmu f'dawn is-siti kollha ta' Heritage Malta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Aħna fis-settur kulturali għandna tliet għanijiet li qegħdin iffokati biex nilħquhom.", "L-ewwel għan huwa li nsaħħu l-kwalità tas-settur kulturali, it-tieni għan huwa li nkabbru l-opportunitajiet ta' xogħol għal nies li jaħdmu fis-settur kulturali għax il-kultura hija wkoll il-post tax-xogħol għal eluf ta' persuni f'pajjiżna, u t-tielet għan huwa li nkabbru l-udjenzi.", "Jien dejjem ngħid li inutli li jkollok – u se nuża eżempju bil-futbol – lil Cristiano Ronaldo u lil Lionel Messi jilagħbu fil-ground jekk ħadd ma jmur jara l-logħba tintlagħab.", "L-istess il-kultura, inutli nkabbru l-kwalità u nkabbru l-opportunitajiet jekk imbagħad ma jkunx hemm l-udjenzi li jikkonsmaw il-ġid kulturali.", "Forsi li għandha differenti l-kultura minn oqsma oħra hija li l-kultura hija importanti ħafna biex dak li jkun jgħix kwalità ta' ħajja aħjar.", "Inti ma tgħixx biss ħajja tajba għaliex ikollok xogħol tajjeb.", "Dak huwa importanti, imma tgħix ħajja tajba wkoll għax inti tikkonsma l-kultura.", "Il-kultura tagħmlek iktar kuntent u l-kuntentizza hija kruċjali fil-familji Maltin u Għawdxin.", "Mela l-istrateġija li għandna għandha dawn it-tliet miri, u l-mira li nkabbru l-udjenza hija waħda minn dawn it-tlieta.", "L-udjenzi tkabbarhom billi tipprova tinċentiva nies biex jikkonsmaw iktar il-kultura, u dan billi nħeġġu n-nies li waqt li jikkonsmaw il-kultura popolari, jippruvaw jikkonsmaw ukoll kultura iktar speċjalizzata.", "Dan irridu nagħmluh anke billi ninvestu fit-tfal.", "Għalija t-tfal jirrappreżentaw opportunità bla fruntieri ta' kif nistgħu nħeġġu iktar imħabba lejn il-kultura, u allura aħna għamilna żewġ miżuri flimkien ma sieħbi l-Onor.", "Evarist Bartolo li żgur m'għandi bżonn nikkonvinċi lil ħadd dwar kemm iħobb il-kultura u kemm huwa ta' għajnuna għal dan is-settur.", "Flimkien, iż-żewġ ministeri nidew żewġ inizjattivi li għandhom l-għan li jkabbru l-udjenzi billi nħeġġu 'l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar li jidħlu fid-dinja kulturali.", "Qabel ngħid x'inhuma dawn l-inizjattivi rrid nirringrazzja ukoll lill-Principal Permanent Secretary Mario Cutajar li huwa fan kbir tas-settur kulturali u lis-Sur Alfred Camilleri li huwa s-Segretarju Parmanenti fil-Ministeru għall-Finanzi li wkoll huwa fan kbir tas-settur kulturali.", "Allura meta tara li dawn in-nies kollha - qed nitkellmu essenzjalment dwar l-iktar nies li jokkupaw karigi importanti fil-Gvern - jħobbu daqstant il-kultura, bilfors li dan it-team effort imbagħad iwassal għar-riżultati.", "X'inhuma fil-qosor dawn iż-żewġ inizjattivi?", "L-ewwel inizjattiva li nidejna ftit tal-jiem ilu hija li t-tfal kollha li jmorru l-iskejjel kollha tal-Gvern, tal-Knisja jew indipendenti jkunu jistgħu jidħlu fis-siti kollha ta' Heritage Malta b'xejn fi kwalunkwe ġurnata tal-ġimgħa, inkluż is-Sibt u l-Ħadd, u jkunu jistgħu jieħdu magħhom żewġ adulti li jidħlu b'xejn ukoll.", "Ħloqna dan il-konċett ta' passaport fejn litteralment għal kull sit hemm paġna fil-passaport u jekk tmur f'dan is-sit jittimbrawhulek.", "B'hekk it-tfal stess jarawha bħala xi ħaġa divertenti.", "Imbagħad wara li tkun żort tant postijiet tingħata wkoll xi rigali u kotba informattivi ta' Heritage Malta.", "Hija xi ħaġa verament sabiħa, u jien li għandi tifla nista' nimmaġina kemm it-tfal se jieħdu gost b'dawn l-affarijiet.", "It-tieni inzijattiva hija dik li biha t-tfal kollha għandhom menù kulturali; għandhom 38 item minn fejn jagħżlu.", "Din qabel kienet għas-sekondarja biss imma issa estendejnieha għall-primarja u kindergarten.", "Hawn qisu għandek menù tal-ikel; tista' tagħżel pereżempju opera singing li tkun magħmula apposta għat-tfal.", "Aħna qbadna numru ta' persuni li qegħdin fil-qasam kulturali, u ħeġġiġniehom ifasslu prodott għat-tfal, u t-tfal tagħna jistgħu jagħżlu kwalunkwe wieħed minn dawn it-38 prodott u jmorru jarawh b'xejn flimkien mal-iskola tagħhom.", "Dawn huma inizjattivi maħsuba biex in-nies imorru u jikkonsmaw is-servizz kulturali.", "Fil-fatt fl-Imqabba lbieraħ il-Ministru Bartolo u jien, u kien hemm anke l-Onor.", "Clifton Grima, stajna nduqu ftit mill-prodotti.", "Pereżempju waħda minnhom kienet play fuq il-ħajja ta' Caravaggio, fejn xi ħadd ikun qiegħed taparsi jagħmel il-homework u jiġi Caravaggio.", "Insomma, tieħu gost u titgħallem.", "Jien inħeġġeġ lill-ġenituri u lil dawk kollha li jieħdu ħsieb it-tfal biex jibagħtuhom għal dawn l-attivitajiet li żgur se jkunu ta' għajnuna għalihom mhux illum biss, imma anke meta jikbru.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Għaxart ijiem ilu l-Ministru inawgura niċċa ta' Santa Katerina fiż-Żurrieq li ġiet verament sabiħa.", "Kif jaf daqsi, il-Ħames Distrett huwa mogħni b'dawn in-niċeċ imma hemm bosta minnhom li jeħtieġu restawr.", "Hemm xi pjan biex proprju dak li sar tant tajjeb fin-niċċa ta' Santa Katerina forsi jsir f'niċeċ oħra?", "OWEN BONNICI: Irrid nirringrazzja lill-Onor.", "Schiavone, għax naf kemm jgħin u jħobb il-wirt storiku; dejjem ikellimni fuq xi post jew ieħor.", "Verament nemmen li jekk nistgħu flimkien niġbdu ħabel wieħed, is-settur kulturali jimxi 'l quddiem.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Schiavone, aħna għadna kemm inawgurajna restawr ta' niċċa.", "Tgħidli: Restawr ta' niċċa in the grand scheme of things hija xi ħaġa żgħira.", "Veru, meta tara n-nefqa li saret issib li kienet nefqa minuri.", "Imma l-impatt li dan iħalli fuq il-komunità huwa kbir ħafna.", "Din l-esperjenza għexnieha ftit ilu meta inawgurajna l-istatwa ta' Santa Marija f'Ħal Għaxaq.", "L-istess, in-nies hemmhekk ħadu pjaċir immens għaliex iħossu li hija xi ħaġa tagħhom dik in-niċċa jew l-istatwa.", "Fil-fatt din hija t-tieni statwa li inawgurajna r-restawr tagħha fiż-Żurrieq, għax ftit ilu inawgurajna dik ta' San Mikiel, li lanqas kont tagħrfu imma llum ġie verament sabiħ.", "Hemm postijiet oħrajn li rridu nirrestawraw.", "X'se nagħmlu biex isir dan?", "Aħna nistiednu lill-kunsilli lokali sabiex jipproponu huma fejn jixtiequ li jsir restawr.", "Imbagħad għandna tim ta' esperti li jagħmlu shortlist tal-postijiet li għandhom jiġu restawrati.", "Fil-fatt din l-iskema hija fit-tielet sena tagħha u naħseb li hija skema li ħadmet.", "Pereżempju, kien il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar li ppropona li nirrestawraw il-bieb ta' Hompesch, inti u dieħel Ħaż-Zabbar.", "Tas-Sliema m'ilux ġie restawrat il-pont li wkoll kien sottomess mill-kunsill lokali ta' Tas-Sliema.", "Dawn huma affarijiet li jsiru kollha bil-ħaddiema tal-Gvern u nirringrazzja lit-tim ta' restawraturi li jagħmlu dan ix-xogħol u verament jagħmluh minn qalbhom.", "Jien kull jumejn iċempluli u jgħiduli: Mexjin Dott, daqt lesti, daqt nibdew l-oħra.", "Tieħu gost għax tara l-entużjazmu.", "Nixtieq nirringrazzjahom minn qalbi tax-xogħol kbir li jagħmlu għax għalkemm il-proġett ikun żgħir, l-impatt li jħalli jkun kbir ħafna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: It-terminu ta' Valletta 2018, jiġifieri l-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, issa riesaq fi tmiemu.", "X'se jiġri issa?", "Dan l-investiment kollu li sar fil-Belt Valletta se jintilef kollu?", "Se jibqa' jkun hemm xogħol fil-Belt kapitali tagħna?", "OWEN BONNICI: Kif ilna ngħidu, is-suċċess tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kulturali Ewropea ma jitkejjilx b'dak li sar matul din is-sena imma mil-legat u mill-wirt li ħallejna għas-snin li ġejjin.", "Kieku għamilna sena mimlija avvenimenti kulturali, imbagħad jasal l-1 ta' Jannar 2019 u nniżżlu s-separju, jien għalija kieku fallejna.", "Is-suċċess ta' Valletta 2018 huwa l-wirt li din is-sena ħalliet fuq il-Belt Valletta.", "Issa jekk hemm ħaġa li l-poplu Malti jaqbel dwarha hi li l-Belt Valletta rxuxtat.", "Kull fejn tmur kulħadd jgħidlek prosit għax il-Belt Valletta rxuxtat, kemm ħadet il-ħajja u kemm qamet fuq saqajha.", "Din hija kelma li qiegħda fuq fomm kulħadd.", "Hawn irrid nirringrazzja minn qalbi lis-Sur Jason Micallef tax-xogħol straordinarju li sar, lis-Sinjura Catherine Tabone u lin-nies kollha li ħadmu għaliex sar xogħol kbir ħafna biex lill-Belt Valletta nirxuxtawha u nġibuha fuq saqajha.", "Però issa, ladarba ġibnieha fuq saqajha, irridu nkomplu nżidu x-xogħol li qed nagħmlu.", "Issa l-Fondazzjoni Valletta 2018 se tinbidel u ssir Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta biex il-legat li ħloqna bis-saħħa ta' Valletta 2018 jitkompla għas-snin li ġej.", "Jekk matul il-Valletta 2018 ħloqna l-idea tal-Pageant of the Seas li tant irnexxiet u tant kienet sabiħa, fis-snin li ġejjin din tista' titkompla mill-Valletta Cultural Agency, li tagħti wkoll l-opportunità lill-Arts Council biex jiffoka iktar fuq l-irħula.", "Waqt li qabel l-Arts Council kien ikopri kemm il-Belt u kemm il-komunitajiet fl-irħula, issa bis-saħħa ta' din li qed nagħmlu nistgħu niffokaw ukoll fuq il-komunitajiet barra l-Belt Valletta.", "Jien nemmen li b'dan ix-xogħol se nkomplu mmexxu 'l quddiem il-Belt Valletta.", "Se nkomplu nniedu proġett wara l-ieħor għaliex aħna rridu li jkun hemm legat li jgawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin kollha, kemm dawk li joqogħdu l-Belt u kemm dawk li jidħlu l-Belt biex iżuruha u jgawduha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, iktar tard għandi mistoqsija, li żgur mhux se naslu għaliha, dwar kemm u min huma dawk l-imħallfin u l-maġistrati li se jirtiraw bl-età minn issa sa sentejn oħra u hawn lista ta' tmien ġudikanti, inkluż il-Prim Imħallef, li sal-2021 ikunu rtiraw bl-età.", "Qed nitkellmu fuq tmien ġudikanti.", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk fil-ġimgħat li ġejjin, partikolarment fix-xahrejn li ġejjin, hux se jkun hemm ħatriet ta' maġistrati jew imħallfin.", "Fi kwalunkwe każ, jekk fis-sentejn li ġejjin se jkunu qegħdin jirtiraw ammont sostanzjali, x'passi se jieħu?", "Meta hu ppjanat li jsiru l-ħatriet biex jimlew dawn il-vakanzi sabiex ikun hemm żmien biżżejjed biex l-imħallef jew il-maġistrat il-ġdid jipprepara ruħu qabel ma jimla l-vakanza tal-imħallef jew maġistrat li jkun qiegħed jirtira?", "OWEN BONNICI: Iva, għandu raġun l-Onor.", "Azzopardi li s-sistema trid tkun li mhux jirtira ġudikant u nħallu numru ta' xhur imbagħad nimlew il-vakanza, imma l-ġudikant jinħatar qabel sabiex meta mbagħad jirtira l-ġudikant dak li jkun jidħol fiż-żarbun tiegħu mingħajr ma jkun hemm ħela ta' ħin u skariġġ għall-pubbliku.", "Fil-fatt hekk għamilna.", "Issa meta tagħmel hekk tibda tirċievi domandi mingħand il-ġurnalisti – li qed jagħmlu xogħolhom, jiġifieri mhux qed nikkritikahom –dwar liema vakanza nħolqot biex ħtart dan il-ġudikant jew jekk dan kienx maħtur over and above.", "Trid tfehemhom li inti qed taħtar dan il-ġudikant biex meta jirtira l-ġudikant ta' wara jkun hemm proprju dan li qiegħed jgħid l-Onor.", "L-Imħallef Antonio Mizzi diġà rtira u aħna diġà konna ħsibna biex ikun hemm ir-replacement tiegħu fil-ħatriet.", "Kellna tliet imħallfin u tliet maġistrati ġodda li nħatru ftit tax-xhur ilu u hekk huwa l-mod ta' kif għandhom isiru l-affarijiet.", "Issa sintendi, tagħmel x'tagħmel, tiġi kkritikat.", "Inċidentalment dalgħodu f'The Times of Malta kien hemm kritika għaliex l-Asset Recovery Bureau dam sentejn u nofs ma jitlaq jiġri u jiffunzjona.", "Jekk tgħaġġel ħafna u taħtar in-nies b'mod dirett tiġi kkritikat għax qed taħtar in-nies b'mod dirett, jekk tagħmel sejħa pubblika u tagħti lil kulħadd id-dritt li jappella, id-dritt li japplika u dawn l-affarijiet kollha u tieħu ż-żmien, tiġi kkritikat għax ħadt iż-żmien.", "Jiena mdorri, għax din bħal tal-ġlekk, jekk tilbsu ħażin, jekk ma tilbsux ħażin ukoll, però essenzjalment aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu dak li huwa tajjeb!", "Dak li qiegħed jgħid l-Onor.", "Azzopardi huwa tajjeb, jiġifieri ġudikant għandu jinħatar minn qabel sabiex meta persuna tirtira jkun hemm diġà replacement lest hemmhekk.", "Irrid nieħu l-opportunità - u naħseb qed nitkellem għan-nom taż-żewġ naħat tal-Kamra - li nirringrazzja lill-ġudikanti kollha li se jirtiraw fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin.", "Naf li aħna ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li taw servizz eċċellenti lil pajjiżna.", "Li tkun ġudikant mhijiex faċli.", "Jien kultant inqabbel ġudikant ma' dik il-persuna li qiegħda fis-soċjetà però ma tistax titkellem, tista' titkellem biss bix-xogħol tagħha.", "Hija diffiċli, u aħna bħala deputati għandna l-obbligu li f'dak kollu li ngħidu u f'dak kollu li nagħmlu u f'dak kollu li ma ngħidux u f'dak kollu li ma nagħmlux, inżommu dejjem rispett lejn il-ġudikatura tagħna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Il-Ministru Bonnici għamel referenza għall-artiklu ta' The Times of Malta tal-lum u anke għall-Asset Recovery Bureau.", "Jista' jispjega lil din il-Kamra x'inhu r-rwol ta' dan l-Asset Recovery Bureau?", "Fir-rigward tal-kritika li kien hemm illum f'dak l-artiklu ta' The Times, jista' jispjega lill-Kamra x'kien jinvolvi s-set-up ta' dan l-uffiċċju u kif se jkun qed jaħdem minn issa 'l quddiem?", "OWEN BONNICI: Jien nitbissem ftit meta nara kritika għaliex hija xi ħaġa li damet ma saret!", "Il-ħbieb tagħna tal-Oppożizzjoni kellhom 25 sena biex jagħmlu l-affarijiet.", "Aħna għamilniehom u għamilniehom ftit ftit, gradwalment biex l-affarijiet isiru b'mod tajjeb u b'mod li jagħmel sens.", "L-Asset Recovery Bureau għandu obbligu serju ħafna li jrid jaċċerta li l-kriminalità doesn't pay.", "Jekk ikun hemm ħalliel li seraq €1 miljun mill-bank, inqabad, mar il-ħabs għamel għaxar snin u kif ħareġ mill-ħabs dawk il-€1 miljun għandu kienu u għandu baqgħu, essenzjalment inkunu qed ngħidu li b'dak li għamel vera mar il-ħabs, però spiċċa b'€1 miljun minn fuq għax dak li seraq baqa' għandu!", "Qed inġib dan l-eżempju sempliċi biex wieħed jifhimni.", "L-Asset Recovery Bureau għandu l-obbligu li dak il-€1 miljun jeħodhomlu għax inkella nispiċċaw li criminality pays.", "Dan ikun ħażin, għax criminality should never pay.", "Dak huwa l-obbligu tal-Asset Recovery Bureau.", "Issa l-obbligu li l-assi li jiġu mill-kriminalità jittieħdu ma twelidx meta tela' l-Labour fil-Gvern, imma ilu hemmhekk numru ta' snin kbar u għaldaqstant jien nistieden lill-Parlament li jkun onest miegħu nnifsu u jgħid li minkejja l-isforzi li setgħu saru qabel, il-progress li kien sar kien minimu.", "Nirringrazzjaw lil ħaddieħor tal-passi li laħaq għamel - għaliex kienu saru passi - imma issa dan il-Gvern kellu l-viżjoni li jaqbad il-barri minn qrunu u joħloq uffiċċju mix-xejn.", "Issa meta toħloq uffiċċju mix-xejn ifisser li apparti l-qafas legali tkun trid toħloq set-up amministrattiv.", "Għal dan il-għan daħħalna n-nies wara sejħiet pubbliċi, għamilna bord ta' għażla, kulħadd kellu d-dritt li jappella, ħtarna bord immexxi minn eks imħallef tal-Qrati Superjuri, l-Imħallef Joseph D. Camilleri, u bil-kritika kollha li kienet għaddejja fuq ir-rule of law ma tarax kelma waħda ta' kritika li l-proċess sar ħażin.", "Dak is-sabiħ!", "Mhux se tara kritika li l-proċess sar ħażin għaliex għamilna kollox kif trid il-liġi u kollox kif suppost.", "Issa jekk se tagħmel kollox kif suppost, kif għamilna, se tieħu l-ħin tiegħek.", "Imma jien nippreferi li f'xi ħaġa marbuta mal-ġustizzja u mal-asset recovery nimxi kollox kif suppost u nieħu l-ħin tiegħi u nkun naf li f'dak kollu li għamilt ħadd ma jista' jgħid li saret xi ħaġa ħażina.", "Issa l-bord twaqqaf, beda jiffunzjona, huwa in line mad-direttivi tal-UE u, kif intqal dalgħodu, beda jaħdem anke qabel iż-żjara tal-Moneyval.", "Jien ridt li meta jiġu l-Moneyval f'pajjiżna nlaqqagħhom mal-Asset Recovery Bureau biex jarawh jiffunzjona, u laħħaqna.", "Għamilna d-deadlines, irnexxielna u bdejna din it-triq.", "Issa se jirnexxilna nbiddlu l-kultura mil-lum għal għada?", "Jien naħseb li nkun qed nidħak bil-Parlament jekk ngħid li dak li ma sarx f'25 sena se jsir f'25 ġurnata, imma l-fatt li għandna l-Asset Recovery Bureau mwaqqaf bil-liġi, bis-sede tiegħu, bil-bord tiegħu, bl-impjegati tiegħu, bid-direttur tiegħu mħarrġin – għax ingħataw it-taħriġ kollu meħtieġ – u struwiti, jien naħseb li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Jien nistenna li dan il-bord ikompli jaħdem.", "Se jkun hemm diffikultajiet, se jkun hemm bżonn li nerġgħu niġu hawn u nemendaw il-liġi u ntejbu u nsaħħu, imma żgur li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Hawn nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-bord kollu, lill-Imħallef Camilleri u lin-nies kollha li jaħdmu fl-Asset Recovery Bureau u nħeġġiġhom biex ikomplu jagħmlu x-xogħol sabiex niġġieldu l-kriminalità u l-kriminalità organizzata.", "Mhuwiex bit-tpaċpiċ imma b'dawn l-affarijiet li ssaħħaħ r-rule of law!", "GĦAWDEX - ROUNDABOUTS", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fir-roundabouts ta' Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum:", "a. Kemm sar armar differenti tal-istess tip s'issa?", "b. Għal liema okkażjonijiet saru?", "ċ.", "Fejn qed jitwaħħlu?", "Liema huma l-postijiet speċifiċi?", "d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?", "e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?", "f. X'armar hu previst għall-kumplament tas-sena?", "g. Wara li jiżżarmaw, x'qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?", "h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar-roundabouts u x'inhu l-grad tagħhom?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal-Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: F'Malta qed naraw ħafna xogħol infrastrutturali fit-toroq.", "Jiena ma mmurx Għawdex kuljum però nifhem li Għawdex ukoll isir dan l-investiment.", "Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra liema xogħlijiet ta' toroq għaddejjin ġewwa l-gżira Għawdxija u anke x'xogħlijiet oħra mistennija jibdew fix-xhur u l-ġimgħat li ġejjin?", "JUSTYNE CARUANA: Kumbinazzjoni dalgħodu tellajt post fuq facebook u tajt lista twila ta' toroq.", "Li niftakar żgur hemm Triq il-Qortin, in-Nadur; Triq Għajn Hożna, Xagħra, sa Triq iż-Żebbuġ, parti minn Triq Żewwieqa u Triq Għajn Qatgħet u parti minn Triq Sannat li saru.", "Għandna wkoll toroq oħrajn li għaddej il-proċess.", "Għandek Triq il-Lunzjata ta' Kerċem, Triq il-Virtù l-Għarb, ta' Kassja, il-Qala, Triq il-Knisja, x-Xewkija, Triq 20 ta' Lulju, Sannat, Trejqet San Publju, Trejqet Dun Gużepp Cassar u Trejqet id-Dehra fl-Għasri.", "Dawk għaddejjin ukoll.", "Rigward Triq il-Mitħna, il-Qala u Triq Seguna fis-Sannat it-tender ġie awarded.", "L-istess Triq it-Tamal, Għasri, parti minn Triq il-Fanal, Triq Wileġ San Lawrenz, Triq id-Duluri, San Lawrenz u Triq Tumas Cassar, Għarb.", "Issa riċentement għamilna wkoll round mal-kunsilli lokali u tajniehom il-flus biex jibdew ix-xogħlijiet.", "Għandna Triq il-Provigarju, Għajnsielem, li t-tender għaliha ħareġ u qed jiġi evalwat, u fi Triq Wenzu Mintoff, Kerċem, se jibdew ix-xogħlijiet.", "Ħarġu t-tenders għal Triq il-Munxar, Triq Għajn Melles, Żebbuġ, Triq tal-Għajn, Fontana, Triq Gajdoru, Triq il-Komittiva u Triq tal-Masri, Xagħra.", "Ħerġin ukoll it-tenders għal Triq Ġojjin u Triq Summien, Kerċem.", "Imbagħad lestejna Triq Arċisqof Pietru Pace, il-parti tad-Dwejra li suppost saret minn fondi Ewropej imma baqgħet ma saritx, u għamilna wkoll il-crash barriers; għamilna parti minn Triq Sannat u Triq Għajn Qatgħet lesta wkoll.", "Bħalissa qed issir ukoll Triq Ħamrija fix-Xewkija, bdew ix-xogħlijiet ukoll u hemm it-testijiet għaddejjin fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur, Triq Gerxija, Sannat, u għandna ppjanati li jibdew - u għaddej l-ipproċessar tat-tenders - Triq Esopu, in-Nadur, Triq ta' Wara s-Sur, ir-Rabat, Triq l-Imgħallem ir-Rabat, it-tkomplija ta' triq bejn Sannat u r-Rabat, u t-tkomplija ta' Triq Żewwieqa, il-Qala.", "Qed niddiskutu mal-esperti ta' Infrastructure Malta dwar Triq Marsalforn u Triq ir-Rabat.", "Dik hija l-istess triq imma maqsuma f'darbtejn, u qegħdin jiġu finalizzati wkoll l-istudji dwar it-triq alternattiva li mill-Port tal-Imġarr tagħti għal Għajnsielem.", "Dak huwa proġett li huwa skedat għas-sena d-dieħla.", "Min qiegħed jaħseb li xogħlijiet f'Għawdex mhux qed isiru, nassigura lil kulħadd li qed nagħmlu ħafna xogħlijiet ta' toroq u qed isir ħafna investiment li minnu se jgawdu ħafna nies.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 407 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Grad ta' Master of Arts in Vocational Education – M.A. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 408 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Postgraduate Certificate in Developing the Educator – P.G. Cert. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 409 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Arts (Honours) in Facilitating Inclusive Education – B.A. (Hons) - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni; u", "Avviż Legali Nru 410 tal2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għad-Diploma in Wind Band Studies taħt il-patroċinju tal-Iskola tal-Arti Performattiva.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immanniġġar tal-Ilma.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma) Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ħames ċirkolarijiet tad-Dipartiment tal-Kuntratti Nri 08/2014, 09/2014, 12/2014, 16/2014 u 19/2017 li permezz tagħhom ġew blacklisted tliet kumpaniji, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6677;", "Tagħrif dwar id-data, l-ammont tal-ishma, il-valur tal-bonds u min kien l-istockbroker imqabbad fir-rigward tal-Initial Public Offerings (IPOs) u bond issues li dehru fuq il-pjattaforma Prospects minn kemm ilha mwaqqfa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7972;", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 405 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Pulizija;", "Avviż Legali Nru 406 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi għall-Armi;", "Tagħrif dwar każi ta' persuni li kienu qegħdin iservu sentenza ta' priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq reati relatati ma' prostituzzjoni, bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7546; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' paġna mis-sit elettroniku uffiċjali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar senjaletika direzzjonali u informattiva, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8030; u", "Kopja tal-Planning Control Officer's Report tal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar ta' Malta fir-rigward ta' applikazzjoni Nru PC 42/15 datata l-1 ta' Marzu 2016 dwar sit fil-Mellieħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8062.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħlasijiet li saru mill-kunsilli lokali lill-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart u lil Wasteserv matul l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7979;", "Tagħrif dwar każijiet ta' żgumbrament li kien hemm quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera f'Malta u f'Għawdex bejn l-2013 u d-29 ta' Novembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8018;", "Kopja ta' korrispondenza li għaddiet qabel l-2013 bejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura u l-awtoritajiet fejn intalbet għajnuna finanzjarja biex jitmexxa ċ-Ċentru Ċiviku, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8059;", "Lista ta' proġetti li dwarhom il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ressaq oġġezzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bejn Ġunju 2013 u Novembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8063;", "Kopja tal-ftehim ta' kiri datat Settembru 2009 bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u tal-ftehim datat 22 ta' Novembru 2016 bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u Din l-Art Ħelwa, fir-rigward tas-sit magħruf bħala t-Torri l-Abjad fil-limiti tal-Mellieħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8064; u", "Kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-awtoritajiet bejn Jannar 2009 u Novembru 2018 relatata mal-applikazzjoni PA 5909/17 dwar bini ta' lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8065.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kumitati Permanenti.", "L-ISPEAKER: Skont il-paragrafu 4 tal-artikolu 120 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra fil-laqgħa ta' għada, l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2018 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tkun qed tissostitwixxi lill-Onor.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-LIĠIJIET KRIMINALI DWAR IT-TERRORIŻMU", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-28 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, għandna quddiemna l-Abbozz ta' Liġi Nru 64 sabiex jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, l-Att kontra l-Money Laundering, Kap. 373 li huwa l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità u l-Kap.", "359 sabiex tiġi trasposta d-Direttiva Ewropea tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ħasil tal-flus.", "Nibda billi ngħid l-ovvju.", "Jiena membru ta' din il-Kamra, deputat fil-Parlament li l-proprja funzjoni tiegħu hija li jagħmel il-liġijiet ta' pajjiżna.", "Jiena wkoll avukat prattikanti, persuna li nħobb u studjajt il-liġi.", "Għalhekk żgur li mhux se nqum jiena u nitkellem kontra l-bżonn li pajjiżna jkollu l-iktar liġijiet b'saħħithom f'kull qasam, inkluż u fuq kollox, fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu.", "Żgur li mhux se nkun jien li nitkellem kontra s-saħħa tal-liġi u fuq il-bżonn li minn żmien għal żmien naġġornaw il-liġijiet tagħna ħalli nżommu mat-tibdil li jkun qiegħed iseħħ fis-soċjetà.", "Imma l-liġi hija fl-aħħar mill-aħħar biċċa karta sakemm ma tiġix applikata.", "Il-liġi hija tajba biss jekk l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna jpoġġuha fil-prattika.", "U fejn tidħol l-applikazzjoni tal-liġi, dan il-Gvern, speċjalment fil-qasam tal-ħasil tal-flus, falla bil-kbir.", "Għandna Gvern li wieħed jista' jsejjaħlu Dr Jekyll u Mr Hyde, Dr Jekyll meta jagħmel il-liġijiet u Mr Hyde meta jiġi biex japplikahom!", "Dan huwa l-Gvern li f'Mejju tal-2013 daħħal liġi biex ineħħi l-preskrizzjoni fuq il-korruzzjoni min-naħa tal-politiċi.", "Waqt li f'din il-Kamra konna qegħdin niddiskutu din il-liġi, waqt li l-membri tal-Gvern kienu qed jippontifikaw fuq kemm huma kontra l-korruzzjoni, waqt li l-Prim Ministru kien qiegħed jgħid li dan kien sinjal qawwi tas-serjetà kbira li l-Gvern kien qed jagħti lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, waqt li kien għaddej dan kollu, Ministru ewlieni tal-Gvern, Konrad Mizzi u l-id il-leminija tal-Prim Ministru Keith Schembri kienu qegħdin jiftħu kumpaniji sigrieti barra minn xtutna biex fihom jidħlu flus minn commissions.", "Minkejja l-pompożità kollha li ntweriet min-naħa tal-Gvern dakinhar, minkejja l-wegħdi tal-Prim Ministru, minkejja li Konrad Mizzi u Keith Schembri nqabdu li kellhom dawn il-kumpaniji u li dawn il-kumpaniji suppost kellhom idaħħlu mal-€150,000 fix-xahar minn kumpanija oħra 17 Black, dawn it-tnejn min-nies baqgħu jżommu posthom mal-Gvern.", "Minkejja li l-FIAU ilha snin li ressqet rapport dwar dawn l-abbużi, dawn it-tnejn min-nies mhux talli ma ġewx investigati bis-serjetà u pproċessati, talli għadhom iżommu posthom.", "Għalhekk, Sinjura President, dan huwa Gvern ta' Dr Jekyll u Mr Hyde.", "Huwa Gvern li jagħmel liġi iżda meta jiġi biex jimplimentaha, jinħeba, kif inħeba l-Kummissarju tal-Pulizija meta kellu jieħu azzjoni immedjata, u kif inħeba l-Avukat Ġenerali meta kellu jieħu azzjoni immedjata.", "Issa, kif jaf kull min huwa midħla tal-liġi, jekk l-azzjoni ma titteħidx mill-ewwel tkun qiegħed tpoġġi l-ġustizzja fil-periklu.", "Dan għaliex tkun qiegħed tagħti ċans lil min kiser il-liġi li jeqred u jaħbi jew saħansitra jbagħbas l-evidenza.", "Jista' jkollok l-aqwa liġijiet biex tiġġieled il-kriminalità, iżda jekk l-awtoritajiet ma japplikawhomx kif suppost, dawn il-liġijiet kollha li ngħaddu minn dan il-Parlament ikunu jfissru ftit li xejn.", "Sinjura President, dan it-tkaxkir tas-saqajn ma rajniehx biss fil-każ ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Kien hemm ukoll il-każ ta' Jimmy Magro, li għadu qiegħed jiġi investigat, u tal-prime canvasser tal-Ministru Evarist Bartolo.", "Anke f'dawn il-każijiet rajna 'l-awtoritajiet ikaxkru saqajhom.", "Rajna lill-Ministru Bartolo jitkellem fuq liġi għall-allat u liġi għall-animali biex imbagħad jivvota biex Konrad Mizzi jżomm postu.", "Verament każ ta' Gvern ta' Dr Jekyll u Mr Hyde!", "L-istess jingħad, jiddispjaċini ngħid, għall-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.", "Jien għedt kemm-il darba li huwa forsi wieħed mill-iżjed persuni fuq in-naħa tal-Gvern li huwa akkademikament u professjonalment ippreparat biex jifhem il-gravità u s-serjetà ta' dak li għaddej f'pajjiżna.", "Jekk hawn xi ħadd li għandu l-kapaċità biex jifhem l-intriċċi sħaħ tal-għanqbuta li nisġu Konrad Mizzi u Keith Schembri min-naħa tal-Gvern, dik il-persuna hija Edward Scicluna.", "Iżda meta l-ġimgħa l-oħra ġie mistoqsi biex jagħti l-kummenti tiegħu dwar l-aħbar li 17 Black hija kumpanija ta' membru tal-consortium li rebaħ il-kuntratt tal-power station, x'wieġeb il-Ministru Scicluna?", "M'għandux opinjoni!", "M'għandu l-ebda opinjoni dwar il-fatt li l-kollega tiegħu nqabad jiftaħ kumpanija sigrieta fil-Panama!", "M'għandu l-ebda opinjoni fuq il-fatt li din il-kumpanija ddikjarat hi stess li kienet se tirċievi €150,000 fix-xahar minn kumpanija oħra barranija sigrieta jisimha 17 Black.", "M'għandu l-ebda opinjoni fuq il-fatt li l-Ministru Konrad Mizzi kumbinazzjoni kien il-Ministru responsabbli għat-tħejjija tal-power station, u kumbinazzjoni sid il-kumpanija 17 Black li kienet se tħallas €150,000 lill-kumpanija tal-Ministru Mizzi hija kumpanija ta' wieħed mis-sidien tal-power station!", "Dan kollu l-Ministru tal-Finanzi tagħna m'għandu l-ebda opinjoni dwaru.", "Mr Hyde ieħor!", "Minn naħa jiskanta għaliex jidħol f'taxi fis-Sud Amerika u jkellmuh fuq il-korruzzjoni ta' pajjiżna, u min-naħa l-oħra jiġi hawn u jpoġġi spalla ma' spalla ma' kollega tiegħu li fuqu hemm, issa mhux dell ta' korruzzjoni, iżda ħemel ta' rapporti mibnija fuq provi ta' korruzzjoni.", "Dr Jekyll u Mr Hyde!", "Infakkar ukoll li l-FIAU ħejjiet numru ta' rapporti li kkonkludew li kien hemm suspetti raġonevoli qawwija ta' ħasil ta' flus b'involviment ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "L-aħħar rapport ġie ppreżentat mill-kollega u ħabib tiegħi l-Onor.", "Simon Busuttil, rapport li pponta lejn involviment tal-bank Pilatus, imma l-istituzzjonijiet li suppost ħadu azzjoni, li suppost applikaw il-liġijiet ta' pajjiżna, m'għamlu assolutament xejn.", "Anzi, agħar minn hekk, ittieħdet azzjoni kontra min għamel xogħlu fl-FIAU.", "Lil dik il-persuna li għamlet xogħolha keċċewha 'l barra, u allura jien bilfors nistaqsi: X'jiswa li niġu hawn f'dan il-Parlament biex nagħmlu l-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus?", "Kieku l-Gvern kien serju kontra l-korruzzjoni, kieku l-Gvern kien serju kontra l-ħasil tal-flus, kieku Konrad Mizzi u Keith Schembri ilhom li tilfu posthom.", "Kieku Joseph Muscat kien serju fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, kieku lit-tnejn li huma keċċiehom 'il barra mal-ewwel sinjali, u b'hekk kien jibgħat sinjal ċar lill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna li ħadd u ħadd mhu ogħla jew aqwa mil-liġi.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni unika u assurda f'pajjiż demokratiku fejn l-iktar persuna li għandha poter eżekuttiv wara l-Prim Ministru qed tiġi investigata jew suppost qed tiġi investigata fuq numru ta' reati serji marbuta mal-ħasil tal-flus.", "Din il-persuna li għandha influwenza qawwija f'kull livell tal-amministrazzjoni tħalliet hemm teżerċita influwenza, inkluż fuq istituzzjonijiet li suppost iridu jinvestigawha.", "Dan huwa ħażin fuq kull livell.", "Aħna li naħdmu fil-qasam tal-liġi dejjem ġejna mgħallma li l-ġustizzja mhux biss trid issir iżda trid tidher li qed issir, imma f'dawn il-każijiet li semmejt la qed issir ġustizzja u wisq inqas qed tidher li qed issir il-ġustizzja.", "Mhux ta' xejn li Transparency International tikkummenta hekk fuq pajjiżna, u nikkwota:", "Sabiħ li jkollok il-liġijiet, imma daqstant importanti li tapplika dawn il-liġijiet, Sinjura President.", "Imma dan huwa Gvern li għandu dottorat biex jagħmel il-liġijiet, imma mbagħad jinħeba meta jiġi biex jimplimentahom.", "Irrid infakkar li Transparency International ma kenitx l-unika organizzazzjoni li kkritikat bl-aħrax lil dan il-Gvern fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus.", "Wieħed mill-iżjed rapporti iebsa u kritiċi li rajna sar proprju mill-Awtorità Bankarja Ewropea li qalet li l-awtoritajiet Maltin ma ħadmux kif suppost biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus.", "Forsi tajjeb li nfakkar ukoll li l-Ministru responsabbli mill-awtoritajiet konċernati mhu ħadd ħlief il-Ministru mingħajr opinjoni, il-Ministru Edward Scicluna!", "Il-Ministru Scicluna jħobb jinħeba wara l-awtonomija ta' dawn l-istituzzjonijiet meta mistoqsi x'jaħseb fuq il-konklużjoni tar-rapporti li qiegħed nikkwota.", "Li ma jgħidx il-Ministru hu li llum kull awtorità tal-Gvern hija mimlija b'nies tal-qalba tal-Gvern li jimxu skont kif tinġibed l-ispaga.", "Hawn nerġa' nagħmel appell lill-Ministru Scicluna biex jgħid ċar u tond jekk hu kellux sehem fit-tkeċċija ta' Jonathan Ferris.", "Jien nistaqsi lill-Ministru Scicluna: Meta sar jaf li Jonathan Ferris kien se jitkeċċa mill-FIAU?", "Ġie kkonsultat qabel ma tkeċċa Jonathan Ferris mill-FIAU?", "Il-Ministru anke fuq dan il-punt qiegħed ikun Mr Hyde.", "Issa huwa ż-żmien li l-Ministru Scicluna u sħabu fil-Kabinett li huma kontra l-korruzzjoni, jekk huma kontra l-korruzzjoni, juru li huma kontra bis-serjetà u mhux biss bil-kliem.", "Jekk ma jagħmlux hekk, allura anke huma se jkunu magħrufa bħala membri tal-Gvern li pprovaw jaħbu l-ikbar skandlu politiku li qatt kellu pajjiżna.", "Dawn in-nies se jibqgħu magħrufa bħala l-Gvern ta' Mr Hyde li minkejja ħafna kliem sabiħ ħallew il-mostru tal-korruzzjoni jidħol u jagħmel ħerba f'kull livell tal-Gvern.", "Dawn in-nies se jibqgħu magħrufa li kien jinteressahom ħafna iżjed l-interess personali partiġjan tal-partit tagħhom milli l-interess ta' pajjiżna u taċ-ċittadini tagħna.", "Sinjura President, aħna se nibqgħu nsaħħu u nappoġġjaw it-tisħiħ tal-liġijiet ta' pajjiżna bl-isperanza li nassiguraw l-indipendenza u l-awtonomija tal-awtoritajiet tagħna.", "Ma rridu nħallu lil ħadd jaħseb li hu b'saħħtu wisq.", "Ejja jkollna liġi għal kulħadd u ma jkollniex l-allat 'il fuq mil-liġi.", "Biex dan iseħħ trid tintrefa' r-responsabbiltà politika minn kulħadd għaliex hekk biss nistgħu nuru li tassew l-awtoritajiet se jaħdmu bl-indipendenza tagħhom.", "Dan mhux qiegħed isir f'pajjiżna, mhux qiegħed isir b'dan il-Gvern ta' Dr Jekyll u Mr Hyde!", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Grazzi ħafna, Sinjura President.", "Kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Mario De Marco fid-diskors tant loġiku, luċidu u elokwenti li għadu kemm spiċċa issa - and I am not paying a compliment at the expense of truth, għax hekk hu (Onor. Membri: Hear, hear) - fakkarna fir-realtà surreali li qegħdin ngħixu f'dan il-pajjiż.", "Fakkarna fit-teatru tal-assurd li qegħdin ngħixu f'pajjiż ta' Gvern immexxi minn Prim Ministru li fil-kampanja elettorali tal-2013 kien juża ħafna l-frażi \"min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott\".", "Ħalli naraw ftit min lissen dawk il-kliem, skont dik id-definizzjoni tiegħu stess, huwiex korrott għax mhux jiġġieled il-korruzzjoni.", "Għandna sitwazzjoni, kif spjega tant tajjeb l-Onor.", "De Marco, ta' ħsara kbira li qed issir lil pajjiżna u lir-reputazzjoni ta' pajjiżna and we are sowing the seeds of a future whirlwind.", "Il-Malti jgħid li min jiżra' r-riħ jispiċċa biex jaħsad riefnu.", "Forsi mhux għada jew il-ġimgħa d-dieħla, imma l-effetti se jinħassu sena, sentejn, tliet snin oħra.", "Dan qiegħed jgħidu min jara fil-bogħod u jifhem fis-settur bankarju u finanzjarju irrispettivament mill-opinjoni politika tiegħu.", "U dawn l-effetti se jinħassu minħabba d-daqqa kbira lill-kredibilità ta' pajjiżna.", "F'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni xtaqt nagħmel elenku ta' fatti, lil hinn mill-kummentarju jew mill-interpretazzjoni, b'dati li jmorru lura għall-ewwel ġranet tal-amministrazzjoni Laburista ta' Marzu 2013.", "Jiena ġejt mgħallem u nemmen li fil-qalb, fil-kuxjenza ta' kull wieħed u waħda minna, hemm imnaqqxa liġi li tgħid li \"dak\" huwa sew u \"dak\" mhuwiex sew.", "Wara li se tisma' dawn il-fatti, partikolarment jekk inti vvotajt lill-Partit Laburista kif kellek kull dritt li tagħmel, taħseb li dawn il-fatti jindikaw Gvern immexxi minn persuna li temmen il-kliem \"min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott\"?", "Fit-13 ta' Marzu tal-2013 l-Onor.", "Konrad Mizzi ħa l-ġurament bħala Ministru tal-Enerġija u Keith Schembri ġie appuntat Chief of Staff tal-Prim Ministru.", "L-għada, fl-14 ta' Marzu, il-partner fis-soċjetà tal-awditjar Nexia BT Karl Cini bagħat email lis-soċjetà Mossack Fonseca fil-Panama biex jinbeda l-proċess biex jinfetħu kumpaniji fil-Panama u possibbilment trust.", "Din id-ditta Nexia BT hija proprjetà ta' Brian Tonna, persuna viċin ħafna l-Prim Ministru, viċin ħafna l-Partit Laburista, viċin ħafna l-Gvern u sa mill-bidu tal-amministrazzjoni beda jingħata ammont kbir ta' direct orders li jammontaw għal diversi mijiet ta' eluf ta' ewro u saħansitra kien maħtur fl-evaluation committee fuq il-proġett tal-power station ta' €400 miljun.", "Fil-21 ta' Marzu tal-2013 Karl Cini jerġa' jibgħat reminder lil Mossack Fonseca, kumpanija korrotta, kriminali, tal-Panama u jikkjarifika li l-benefiċjarju ta' waħda minn dawn il-kumpaniji \"ħa jkun individwu\" - mhux Nexia BT - u li d-dettalji tiegħu se jingħataw fuq Skype.", "Huwa talab ukoll biex isir il-persuna ta' kuntatt il-ġdid għal tliet kumpaniji oħra reġistrati fil-British Virgin Islands, li huma ta' Keith Schembri, Malcolm Scerri li jmexxi s-soċjetà Kasco f'isem l-istess Keith Schembri u s-Sur Adrian Hillman, u jitlob biex is-sidien jinħbew wara \"nominee shareholders\".", "Jinħbew wara nominee shareholders!", "Hekk jagħmel min jimxi sew, jaħbi?!", "Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kumpaniji jiġu mmarkati l-kaxxi li jgħidu no audit biex ma jsirx l-awditjar u total secrecy and confidentiality biex jinżammu f'segretezza u konfidenzjalità assoluta u biex l-informazzjoni ma tingħata lil ebda awtorità oħra, inkluż f'Malta.", "Hekk jagħmel min m'għandux x'jaħbi?", "Min m'għandux x'jaħbi jesiġi segretezza u li ma jiġux informti l-banek f'Malta?!", "Fl-istess ġimgħa Nexia BT irreġistrat kumpanija bl-isem Torbridge Services fil-British Virgin Islands.", "Fit-12 ta' April tal-2013 – u din id-deċiżjoni dejjem ngħidha u nibqa' ngħidha, kemm kienet kruċjali għall-Onor.", "Joseph Muscat li tittieħed – jitneħħa John Rizzo minn Kummissarju tal-Pulizija.", "F'Mejju tal-2013 Mossack Fonseca jwaqqfu l-uffiċċju tagħhom f'Malta, l-ishma huma mija fil-mija ta' Brian Tonna, u l-uffiċċju huwa konġunt mal-uffiċċju ta' Nexia BT f'San Ġwann.", "F'Ottubru 2013 SOCAR, il-kumpanija tal-enerġija tal-gvern tal-Ażerbajġan Gasol u grupp ta' investituri Maltin jirbħu l-kuntratt tal-power station il-ġdid tal-gass.", "F'Diċembru tal-2013, il-kumpanija li jopera taħtha l-Pilatus Bank tiġi reġistrata f'Malta.", "Fi Frar 2014 Torbridge Services tiġi trasferita mingħand Brian Tonna għal għand ċittadin Ċiniż, Cheng Chan, uffiċjal għoli fix-Shanghai Electric Power.", "Sinjura President, hawn nagħmel parenteżi żgħira fuq dan il-fatt.", "Meta jien u esponenti oħrajn tal-Partit Nazzjonalista, bħall-Onor.", "Simon Busuttil li dak iż-żmien kien Kap tal-Oppożizzjoni, u l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, f'Mejju tas-sena li għaddiet fil-kampanja elettorali għedna li dan kien vejikolu ta' ħasil tal-flus, il-Ministru Konrad Mizzi għamlilna libell.", "Infakkar li l-Ministru Konrad Mizzi s'issa ħarab, he chickened out, tliet darbiet minn dak il-libell biex ma joqgħodx fuq il-pedana tax-xhieda ħalli jsirulu l-mistoqsijiet.", "Fil-11 ta' Marzu, 2014 Shanghai Electric tiffirma l-ftehim mal-Ministru Mizzi f'isem il-Gvern Malti biex tixtri l-power station tal-BWSC għal €220 miljun u 33% tal-ishma tal-Enemalta għal €100 miljun.", "F'Diċembru tal-2014 il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi, Keith Schembri u s-Sur Kurt Farrugia jżuru l-Ażerbajġan għal laqgħat mal-President tal-Ażerbajġan.", "Għal din il-laqgħa ma attenda l-ebda ġurnalist Malti, l-ebda membru tal-korp diplomatiku u l-ebda membru tas-servizz pubbliku Malti.", "Fil-laqgħa ffirmaw ftehim ta' xiri ta' fuel mingħajr ħadd mill-kumitat tax-xiri tal-fuel ma kien preżenti.", "Il-poplu Malti sar jaf grazzi – u din ngħidha anke għax hija ta' umiljazzjoni – għall-midja tal-Ażerbajġan!", "Fi Frar tal-2015 ġie ppubblikat il-Kodiċi tal-Etika Ministerjali l-ġdid u tneħħa l-bżonn li ministru jiddikjara l-assi li jkunu f'isem martu jew żewġha skont il-każ.", "F'Marzu 2015 l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jippubblika rapport fuq il-hedging agreements tal-2014 u jikkritika lill-Ministru Konrad Mizzi għall-indħil ministerjali bla preċedent fix-xiri tal-fuel.", "L-Awditur Ġenerali kkonferma li bid-deċiżjoni u bl-indħil tiegħu l-Enemalta tilfet madwar €14-il miljun minn dan il-ftehim.", "Ix-xahar ta' wara, f'April 2015, il-Prim Ministru Muscat jerġa' jmur l-Ażerbajġan u għal darb'oħra l-ebda ġurnalist jew impjegat taċ-Ċivil ma jakkumpanjah.", "Hawnhekk irrid nagħmel parenteżi żgħira u ngħid li s-sena li għaddiet Ministru Ingliż kienet imġiegħla tirriżenja mill-Prim Ministru Theresa May għax marret Iżrael fuq xogħol uffiċjali tal-Gvern mingħajr ma informat lill-Cabinet Office.", "Din kellha tissejjaħ lura u kienet imġiegħla tirriżenja!", "F'Ġunju tal-2015 il-Ministru Konrad Mizzi ffirma statement lil Nexia BT li l-kumpanija Hearnville Inc se tieħu ħsieb tranżazzjonijiet tiegħu ffinanzjati minn \"assi personali u dħul min-negozju\" u li Hearnville \"għadha ma bdietx tinnegozja u eventwalment se tieħu flus mill-konsulenzi u senseriji\".", "Fit-22 ta' Lulju, 2015 il-kumpanija rreġistrata l-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi, Hearnville Inc, ġiet trasferita għal trust fin-New Zealand fl-istess jum li l-Gasol biegħet l-ishma tagħha fl-Electrogas lill-kumplament tal-partners tal-konsorzju għal somma mhux magħrufa, imma li skont ġurnal lokali, The Malta Independent, kienet ta' għexieren ta' miljuni ta' ewro.", "Hawn nagħmel parenteżi oħra.", "Fir-rapport tal-Awditur li ħareġ il-ġimgħa li għaddiet jingħad mill-inqas tliet darbiet li l-Gasol mhux talli kien azzjonist, partner, fil-konsorzju, imma kien lead partner.", "Ma kienx hemm bżonnu għax kellu pożizzjoni finanzjarja ħażina ħafna u setgħu jgħaddu mingħajru.", "Fil-fatt, kien prattikament fallut, imma xi ħadd kellu interess u dakinhar – u dan huwa fatt, jiġifieri mhux qed nagħti interpretazzjoni – li nbiegħu l-ishma, il-Ministru Mizzi ttrasferixxa l-kumpanija sigrieta tiegħu tal-Panama fi trust fi New Zealand.", "Dan huwa fatt mhux interpretazzjoni.", "Il-kumpanija li kienet proprjetarja tal-Gasol kumbinazzjoni hija klijenta tal-Mossack Fonseca, il-kumpanija korrotta tal-Panama!", "F'Awwissu 2015, il-Pilatus Bank, li sidu huwa Iranjan li qed jistenna li jgħaddi ġuri fl-Amerika fuq ħasil ta' flus ta' USD115-il miljun u qed jirriskja li jeħel piena ta' 100 sena priġunerija, ħa liċenzja biex jopera bħala bank f'Malta wara li rrifjutawh pajjiżi Ewropej.", "Fix-xahar ta' wara, Settembru, bdew jidhru l-emails li sirna nafu bihom aktar tard fil-Panama Papers, li minnhom ħareġ li Nexia BT għamlet ruxxmata tentattivi biex tiftaħ kontijiet f'postijiet differenti għal dawn it-tliet kumpaniji sigrieti.", "Fis-17 ta' Ottubru tal-2015, Karl Cini bagħat email lill-kumpanija Mossack Fonseca fil-Panama biex jispjega li l-kumpaniji msemmija tal-Onor.", "Konrad Mizzi u Keith Schembri se jintużaw għall-operazzjonijiet ta' \"riċiklaġġ u remote gaming\".", "Fis-26 ta' Novembru 2015, Nexia BT bagħtu email lil Mossack Fonseca jistaqsu fuq il-bżonn ta' depożitu ta' USD1 miljun li qed jitolbu l-banek.", "Hawn se nikkwota minn kliemu stess, kliemu miktub.", "Huma, jiġifieri Schembri u l-Onor.", "Mizzi, kienu qed jistaqsu fuq dan il-USD1 miljun u qalu hekk:", "\"Dan għall-ewwel depożitu biss?", "Hemm minimu li jridu jħallu fil-kont bħala running balance?\".", "Din hija miktuba bl-Ingliż u jiena qed nagħmel traduzzjoni għall-Malti.", "Fit-2 ta' Diċembru tal-2015, ftit ġranet wara, wara li l-bank fil-Panama jismu BSI Panama qallu f'email bil-miktub li d-depożitu jrid ikun ta' USD1 miljun fis-sena, Karl Cini ta' Nexia BT, għan-nom tagħhom, ikkonferma li ġab il-konferma ta' Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi biex jinfetħu dawn il-kontijiet għal \"dawk iż-żewġ kumpaniji fil-Panama\".", "Dan meta huwa fatt magħruf li l-introjtu fis-sena ta' ministru u ta' chief of staff mhuwiex ta' USD1 miljun fis-sena.", "Fl-10 ta' Diċembru 2015, Mossack Fonseca bagħtu email lil Nexia BT u qalilhom li sabu problema biex jiftħu l-kontijiet għax il-bank fejn kienu se jiftħu ġie mixtri minn bank ieħor li issa qed jitlob li s-sidien tal-kontijiet irid ikollhom visa tal-Panama.", "Ħamest ijiem wara, fil-15 ta' Diċembru tal-2015, Karl Cini bagħat lura li qed jiġbor l-informazzjoni neċessarja.", "U l-emails jieqfu hemm għax kien hemm il-hacking; daħlulhom fis-server ta' Mossack Fonseca.", "U mnalla, għax kieku ma sarx hekk, int u jien u eluf ta' nies madwar l-Ewropa, miljuni ta' nies madwar id-dinja, il-Maltin u l-Għawdxin, ma kenux ikunu jafu b'dan kollu.", "Dan kollu, li kien għall-Onor.", "Konrad Mizzi, baqa' mistur.", "Sirna nafu bih mhux għax għamlu konferenza stampa.", "Il-konferenza stampa biex iraħħas il-fuel b'2ċ għamilha, però għal dan kollu le, m'għamlux konferenza stampa!", "Ħbew, però x-xitan m'għandux ħalib u l-Bambin ried li kien hemm dan il-hacking u l-emails sirna nafu bihom.", "Fl-24 ta' Frar tal-2016, il-Ministru Konrad Mizzi ddikjara li hu fetaħ it-trust fi New Zealand biex teħodlu ħsieb l-affarijiet tal-familja, però ħeba l-fatt li din iżżomm kumpanija reġistrata fil-Panama.", "Tlett ijiem wara, fis-27 ta' Frar 2016, sirna nafu li Keith Schembri għandu l-istess struttura finanzjarja eżatta bħal tal-Ministru Konrad Mizzi, trust fi New Zealand, li taħbi fiha kumpanija reġistrata fil-Panama.", "Fil-11 ta' Marzu 2016 ġew fotografati f'Malta ħafna kaxxi b'karti mqattgħin jintremew mill-uffiċċju tan-Nexia BT u jinġabru mill-vannijiet tas-soċjetà Kasco.", "Fit-3 ta' April 2016, ftit ġimgħat wara li Daphne Caruana Galizia kienet żvelat l-eżistenza ta' dawn il-kumpaniji ta' Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi, ħarġu l-Panama Papers mill-ICIJ, grupp ta' ġurnalisti madwar l-Ewropa.", "Kien hemm leak ta' 11-il miljun dokument mis-servers tal-kumpanija tal-Panama.", "Fis-27 ta' April 2016, Michael Cassar irriżenja minn Kummissarju tal-Pulizija ftit sigħat wara li rċieva rapport tal-FIAU fuq dawn il-kumpaniji sigrieti.", "Fit-2 ta' Awissu 2016, irriżenja Manfred Galdes, il-kap tal-FIAU, li hija dak il-Unit li suppost jiġġieled il-ħasil ta' flus.", "Dawn huma fatti li ħadd ma jista' jmerihom.", "Ma tistax tmerihom għax ma tistax tmeri s-sewwa magħruf li qiegħed iswed fuq l-abjad!", "Dan kollu ġara u kien jaf bih il-Prim Ministru.", "Ma setax ma kienx jaf, għax jekk ma kienx jaf qabel, sar jaf wara.", "Dan hu l-Prim Ministru li fil-kampanja elettorali kien jgħid li min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott.", "Hawn litanija!", "Kieku qegħdin il-qorti ngħidulu att ta' akkuża, bill of indictment, damning, m'għandekx minn fejn toħroġ, dahrek mal-ħajt, checkmate.", "Ma tistax tmeri l-fatt li sa mill-ewwel sigħat kif ħadu l-ġurament, l-ewwel prijorità kienet kif se jixxaħħmu, jaħbu l-flus mill-korruzzjoni fil-kumpaniji sigrieti u b'dak li ħareġ xahar ilu dwar min hu s-sid ta' 17 Black u r-rabta mal-Electrogas, kif rajna fir-rapport tal-Awditur li ħareġ il-ġimgħa li għaddiet, l-affarijiet aktar bdew jagħmlu sens.", "Dan bħal jigsaw puzzle, bħal mużajk, biċċa waħedha forsi ma tagħmilx sens, biċċtejn forsi ma jagħmlux sens, imma meta bil-mod il-mod tifforma l-biċċiet kollha u tagħlaq l-inkwatru, l-istampa tkun ċara.", "Hija stampa ta' roadmap ċara sa minn qabel l-elezzjoni tal-2013 biex jixxaħħmu bil-flus tal-proġetti korrotti li huma ppjanaw fis-satra, fil-ħabi!", "Dan waqt li lilek kienu qegħdin jgħidulek x'għarukaża l-arloġġ tal-lira, waqt li lilek kienu qegħdin jgħidulek x'għarukaża l-€500 fil-ġimgħa!", "Issa l-€500 fil-ġimgħa ma kenux korruzzjoni, kienu onorarja, paga, salarju tal-Parlament.", "Kienet ikkomunikata b'mod żbaljat kemm trid, imma mhux korruzzjoni, ħlas ta' onorarja tal-Parlament.", "Tiftakru x'għamlu u kemm qattgħu xagħarhom u kemm kien hemm dmugħ tal-kukkudrilli!", "Tiftakru lill-Onor.", "Muscat taħt it-tinda fl-Imqabba fil-kampanja elettorali javża lill-kandidati kollha li min ħiereġ mal-Partit Laburista jkun jaf li jekk ħiereġ biex jagħmel il-flus, postu mhuwiex mal-Partit Laburista u għandu jħabbat bieb ieħor!", "Fl-istess waqt li kien qed jgħid dak il-kliem kien jaf li qegħdin jiġu ppjanati dawn l-affarijiet maħmuġa u li jintnu seba' pesti.", "Sinjura President, ġabu l-korruzzjoni ta' żmien Lorry Sant, Alla jaħfirlu, tidher dnub tal-abbatini!", "Raħal Ġdid, in-naħat tiegħi, hekk jgħidu, inkluż Laburisti moderati ġenwini.", "Hemm Laburisti li jgħidulek li dan mhuwiex il-Labour.", "Jiena tifel ta' ħaddiem tat-tarzna u kburi.", "Il-familja ta' missieri u tan-nies kollha li trabbejt magħhom kienu jbatu ħafna fis-sħana u fil-bard, Laburisti u Nazzjonalisti, u kellek il-Mintoffjani.", "Xi ħadd minnhom kien jaħseb, jikkonċepixxi, li se jkollok Gvern immexxi minn Prim Ministru Laburist li r-roadmap tagħhom kienet kif se jixxaħħmu?", "Xi ħadd illum jaħseb li min qal il-kliem \"min ma jiġġelidx il-korruzzjoni huwa korrott\" kien onest u kien ġenwin?", "Biex ma teħux passi trid tkun Prim Ministru jew kompromess, jew rikattat, jew mhedded jew qed taqsam magħhom!", "Imbagħad niġu llum niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi fuq il-ħasil tal-flus!", "Għalhekk l-Onor.", "Mario de Marco għandu raġun jgħid kemm hu faċli tagħmel il-liġijiet fuq il-karta imma mbagħad meta tiġi biex timplimentahom hija storja differenti.", "Hemm oċean jaqsam!", "Il-fatti ma tistax tmerihom.", "Is-sewwa magħruf ma jistax jiġi mmeri.", "Iddur iddur fuq il-bejt tal-kaċċatur, kif konna ngħidu dari, il-verità tibqa' waħda, li dawn huma fatti li ma jista' jmeriehom ħadd.", "B'liema wiċċ jiġi jagħtik €2.33?", "B'liema wiċċ jiġi l-Ministru għall-Finanzi jgħid li kien fit-taxi ma nafx f'liema pajjiż 'il bogħod minn hawn, fl-Amerika Latina, u jiskanta kif qed jistaqsuh fuq il-korruzzjoni f'Malta?", "Qalulna li t-tort huwa ta' min tkellem mal-ġurnalisti u mhux ta' min għamel dawn il-ħniżrijiet minn wara dahar kulħadd!", "Kieku ma kienx għall-Panama Papers, kieku ma kienx għal Daphne Caruana Galizia, dan kollu ma konniex inkunu nafuh.", "Ma konniex inkunu nafu bis-17 Black!", "Ma konniex inkunu nafu li hemm kumpanija reġistrata fid-Dubai biex fiha jdaħħlu dawk il-flus kollha.", "Taf x'inti tgħid, €5,000 kuljum?!", "Taf kemm trid taħdem u tbati, ħabib tiegħi, biex iddaħħal €5,000?", "Dan jammonta għal €150,000 fix-xahar!", "Hawn min qed jgħix f'garaxx.", "Hawn min ikun bil-ġlekk u l-ingravata u jkun batut.", "M'ilux kien hemm intervista, nies li ma tistennihiex li ma jaffordjawx il-mediċina u ma jaffordjawx il-kera.", "Din hija ġusta?", "Tista' tkun l-akbar Laburist, għax ma tistax taqbel ma' dawn l-affarijiet għax dawn l-affarijiet imorru kontra dak kollu li għandu jmexxi gvern, hu min hu l-gvern, li qiegħed hemmhekk biex iħares il-ġid komuni.", "Dawn mhux biex iħarsu l-ġid komuni telgħu.", "Dawn telgħu biex iħaxxnu bwiethom u minn fuq jgħidulek: Ara kemm qed nagħmlu sew, ċapċpulna għax dan l-aqwa żmien!", "Dażgur huwa l-aqwa żmien!", "Imma għal min hu korrott u jrid ikompli jikkorrompi ruħu bil-flus li suppost qegħdin imorru fil-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, fl-aħħar jiem kont qiegħed l-isptar fejn mort nara lil xi ħadd jiġi minni u kif ħriġt nisma' naqra ta' kommozzjoni.", "Kien hemm mara qiegħda tgħajjat għax qabdithom se jikklampjawlha l-karozza għax ovvjament ipparkjat ħażin quddiem l-isptar.", "Bdiet tgħajjat u tgħidilhom: Lili qegħdin taraw?", "Miegħi se taqbdu?", "Lili se timmultaw €60?", "Lil dawk il-korrotti ta' Kastilja ma tarawhomx?", "Spiċċaw li l-karozza ma kklampjawhilhiex.", "Kemm neħħewha tiġri l-clamp!", "U jien għedt, kos, apparti li kienet intelliġenti biżżejjed li ffrankat multa, din il-mara laqtet il-musmar fuq rasu għax din ħarġet bl-iżjed mod ċar l-inġustizzja li qegħdin ngħixu f'pajjiżna li l-liġi ma tgħoddx l-istess għal kulħadd.", "Lis-sinjura jikklampjawlha l-karozza, imma lill-Onor.", "Konrad Mizzi li nqabad se jdaħħal €5,000 kuljum m'għamlulu xejn. lċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li nqabad ukoll li se jdaħħal €5,000 kuljum, dak ma kklampjawhx, anzi għadu jmexxi l-pajjiż.", "Magħhom hemm il-Prim Ministru li ilu jaf b'dan kollu mill-inqas sentejn u nofs u baqa' ma għamel xejn.", "X'inġustizzja!", "L-inġustizzja jien ma nistax għaliha, u jekk hemm xi ħaġa - u ngħidha bl-ikbar serjetà – li lili mmotivatni nagħti servizz fil-politika hija din biex niġġieled l-inġustizzja għax l-inġustizzja ma niflaħhiex.", "Din il-mara ħarġet l-inġustizzja.", "Magħha se taqbdu?", "Il-liġi qiegħda tgħodd l-istess għal kulħadd?", "Kif jista' jkun li tikklampja karozza ta' sinjura li veru pparkjat ħażin imma mbagħad fuq ħaġa ferm aktar gravi li l-pajjiż kollu qiegħed jara jseħħ quddiem għajnejh, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, l-aktar Ministru importanti fil-Gvern tal-Onor.", "Konrad Mizzi, jinqabdu b'dan il-mod sfaċċat u din il-liġi ma tgħoddx għalihom!", "Illum qegħdin niddiskutu liġi biex nibdlu l-liġi dwar il-ħasil ta' flus.", "Tibda tgħid: Din bis-serjetà?", "Aħna qegħdin nemendaw il-liġi dwar il-ħasil ta' flus?", "Għalfejn qegħdin nagħmluha jekk diġà għandna liġi u lanqas qed japplikawha!", "Għandna liġi u qiegħda hemm fuq l-ixkaffa tiġbor it-trab għax Keith Schembri, peress li huwa ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru ma napplikawhiex għalih u l-Onor.", "Konrad Mizzi, peress li huwa l-Ministru favorit tal-Onor.", "Joseph Muscat, ma napplikawhiex għalih.", "Allura n-nies li qegħdin isegwuna bilfors jgħidu li huwa redikolu li qegħdin nitkellmu biex ibiddlu l-liġi dwar il-ħasil ta' flus meta l-liġi li diġà għandna, xi ħadd li jinqabad b'ħasil ta' flus u korruzzjoni titfgħu sa 18-il sena ħabs, imma ma jsir xejn?", "Għalfejn qed nagħmluha din il-liġi?", "Għall-gost, biex inkunu ġejna hawnhekk għaddejna ż-żmien?", "Liġijiet, iva, tajjeb li jkunu hemm, imma huwa kruċjali li l-liġijiet ikunu jgħoddu għal kulħadd.", "U dik hija l-ikbar inġustizzja li qiegħed jgħix pajjiżna llum, li bħala poplu għandna liġi li mhijiex qed tiġi applikata għal kulħadd.", "Illum id-dar irċevejt digriet tal-qorti li twassalli mill-Imħallef Giovanni Grixti li huwa l-imħallef il-ġdid li ġie assenjat mill-Prim Imħallef sabiex jiddeċiedi l-appell ta' Panama Papers, l-appell li bis-saħħa u bl-għajnuna tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Jason Azzopardi ili niġġieled sa minn Lulju tas-sena li għaddiet.", "Kif kulħadd jaf, jien ili minn Lulju tas-sena li għaddiet nitlob lill-qorti sabiex tinfetaħ inkjesta dwar Panama Papers.", "Il-Maġistrat laqa' t-talba biex tinfetaħ l-inkjesta għax il-fatti diġà kienu ċari f'Lulju tas-sena li għaddiet, aħseb u ara llum li sirna nafu fuq 17 Black, li sirna nafu fuq il-€5,000 kuljum, li sirna nafu fuq Yorgen Fenech li, jekk ma tridx, huwa s-sid ta' 17 Black.", "Dan l-Imħallef fid-digriet qed jgħid li issa huwa l-imħallef li se jiddeċiedi dan l-appell dwar Panama Papers.", "Id-digriet li kien ta s-sena li għaddiet l-ewwel maġistrat kien ġie appellat mill-Prim Ministru u sitta min-nies oħra, inkluż Keith Schembri u Konrad Mizzi.", "Dan ifisser li l-Prim Ministru ilu jaħdem, jistinka, jirreżisti, jopponi, joħloq ostaklu wara l-ieħor sabiex l-inkjesta li jiena ili nitlob biex tinfetaħ sa mis-sajf tas-sena li għaddiet, ma tibdiex.", "Fil-fatt, meta kienu appellaw, l-appell kien ġie quddiem l-Imħallef Antonio Mizzi.", "Jien kont oġġezzjonajt li jiddeċidieh l-Imħallef Antonio Mizzi peress li l-mara tiegħu hija membru parlamentari Ewropew Laburista u f'kemm ili ngħidlek domna sena niġġieldu fuq dan il-punt sakemm issa l-Imħallef Mizzi rtira xi ġimagħtejn ilu.", "Huwa għalhekk li l-appell issa għadda għand imħallef ġdid.", "Mhux se nidħol fil-mertu tal-kawża għax bl-ebda mod ma rrid ninstema' li qed nipprova ninfluwenza l-imħallef; xogħlu jagħmlu hu.", "Però ngħid din biss.", "Il-Prim Ministru għadu biċ-ċans li jekk hu bniedem tal-kelma, u meta mar jiffaċċja l-midja qalilhom: Jien?", "Iva, nieħu passi, kif tinqata' l-inkjesta tal-Panama Papers … Din hi l-inkjesta li tlabt jien.", "Din x'kontradizzjoni hi?!", "Jew inti qed tistenna l-inkjesta tinqata' jew inkella ma tridhiex tibda!", "Din kontradizzjoni!", "Qed ngħid dan hawnhekk illum għax għada hemm l-appell, u l-Prim Ministru għadu biċ-ċans li għada jmur quddiem l-imħallef jew jippreżenta nota permezz tal-avukat tiegħu u jgħid li se jirtira l-appell, biex juri l-irġulija tiegħu u jħalli l-inkjesta tibda - għax għadha lanqas bdiet - ħalli tkun tista' tispiċċa u b'hekk ikun jista' juri li verament he means what he says and he says what he means, juri li hu tal-kelma.", "B'dan il-mod meta lill-ġurnalisti u lill-poplu Malti jgħidilhom li jieħu passi meta jkollu r-riżultat tal-inkjesta, juri li mhux b'id waħda qed jagħmel mod u bl-id l-oħra qed jiġbed it-tapit minn taħt l-inkjesta.", "Għax dik pastażata.", "B'dan il-mod qed tidħak bin-nies u qed tinsulta l-intelliġenza tan-nies.", "Għalhekk qed ngħid li l-Prim Ministru għadu biċ-ċans li jirtira l-appell tiegħu.", "Mhux ovvja li kulħadd għandu d-dritt ta' appell.", "Imma l-Prim Ministru huwa wkoll prim ministru u l-Prim Ministru huwa wkoll l-ogħla bniedem fil-politika li għandu jibgħat messaġġ u jagħti eżempju li jrid jara din l-inkjesta ssir, li jrid jara din l-inkjesta tibda, li jrid jara din l-inkjesta tispiċċa biex imbagħad jieħu passi hekk kif tispiċċa l-inkjesta.", "Il-verità hi li hemm differenza kbira bejn il-kliem tal-Prim Ministru u l-azzjonijiet tiegħu.", "Bejn il-kliem tal-Prim Ministru u dak li jagħmel il-Prim Ministru hemm baħar jaqsam!", "Illum dan il-punt ħareġ bl-aktar mod ċar, però l-Prim Ministru għadu biċ-ċans.", "Infakkar li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ħaġa ta' gravità enormi, u inutli l-Prim Ministru jipprova jfarfar ir-responsabbiltà billi jipponta subgħajh lejn ħaddieħor u jgħid: Għax dak għamel hekk; għax mhux jien imma l-ieħor, u għax lil dak trid tistaqsi.", "Kultant meta nisma' lill-Prim Ministru ngħid li dan qed jagħmel bħat-tfal iż-żgħar.", "Meta tiffaċċjah b'xi ħaġa gravi bħal din jgħidlek: Għax ara x'qed jagħmel l-ieħor!", "Meta ommi kienet taqbadni f'xi ħaġa, kont nipprova naħrab minnha.", "Naħseb li kulħadd kien jagħmel hekk, imma dan huwa Prim Ministru, huwa l-ogħla bniedem fil-pajjiż, u għaldaqstant ma jistax iġib ruħu bħat-tfal iż-żgħar.", "Il-Prim Ministru ma jistax jinsulenta l-intelliġenza tan-nies għax in-nies intelliġenti u m'għandniex ninsulentaw l-intelliġenza tagħhom billi l-Prim Ministru jipprova jipponta u jfarfar minn fuqu.", "Le, għax inti l-Prim Ministru!", "Le, għax iċ-Chief of Staff huwa ċ-chief of staff tiegħek!", "Le, għax l-Onor.", "Konrad Mizzi huwa Ministru tiegħek!", "Għadu kemm daħal il-Prim Ministru u qed nieħu gost li se jkun qed jismagħni personalment.", "Prim Ministru, int mistenni tieħu azzjoni, int mistenni tara li l-inkjesta tibda biex tispiċċa u mhux tipprova timblukkaha.", "Il-fatti li għandna quddiemna huma fatti li ma jħallulekx dubju, però ejja nagħmlu differenza bejn ir-responsabbiltà politika u r-responsabbiltà legali jew kriminali.", "Ħa nfakkar li hemm differenza bejn it-tnejn.", "Responsabbiltà politika hija ġudizzju fuq l-imġiba tiegħek fil-politika.", "Inti tista' ma tkun ksirt l-ebda liġi, imma terfa' r-responsabbiltà politika, jew xi ħadd jista' jwarrbek għal responsabbiltà politika minkejja li ma tkunx ksirt liġi, imma għax l-imġiba tiegħek ma kenitx up to standard.", "Hawn se nagħti eżempju.", "Il-Ministru Emanuel Mallia kien tneħħa mill-kariga għax ix-xufier tiegħu kien spara fuq xi karozza, qalu li għamel warning shots, u fortunatament ma weġġa' ħadd.", "Il-ġudizzju politiku ta' kulħadd kien li din mhijiex imġiba politika tajba u li l-Ministru, għalkemm ma kienx hu li spara, kellu jerfa' r-responsabbiltà għal dak li għamel ix-xufier tiegħu.", "F'dak il-każ il-Prim Ministru kien għamel sew.", "Il-Prim Ministru kien l-istess wieħed, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien għadu fil-bidu tal-mandat tiegħu, anke jekk ħa azzjoni wara li konna ilna xahar nagħmlulu l-pressjoni.", "Ħalliha dik, imma kien għamel sew li lill-Onor.", "Emanuel Mallia kien qallu biex iwarrab, biex ma jibqax Ministru, għax irid jerfa' r-responsabbiltà politika.", "Mela qegħdin naraw li r-responsabbiltà politika hija xi ħaġa dwar l-imġiba tiegħek fil-politika, u jista' jkun int terfa' r-responsabbiltà politika anke jekk mhux int tkun ksirt il-liġi.", "Imma ħalli nagħti eżempju ieħor.", "Jiena lill-Prim Ministru ngħidlu li jrid jirriżenja talli ma neħħiex lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi.", "Għaliex ngħidlu hekk?", "Għax kiser il-liġi hu?", "Ngħidlu hekk għax huwa l-ġudizzju fuq l-imġiba politika tiegħu, u dik hija r-responsabbiltà politika.", "Iva, fil-fehma tiegħi mhux biss għandhom jitwarrbu Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi imma għandu jwarrab hu talli ma ħax passi għax l-imġiba tiegħu ma kenitx xierqa f'pajjiż li huwa demokrazija Ewropea.", "Imma dak ma jfissirx li kiser xi liġi.", "Mela dik hija r-responsabbiltà politika.", "Ir-responsabbiltà legali u kriminali hija differenti, meta xi ħadd ikun kiser liġi, u fil-każ ta' Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi għandna t-tnejn, għandna kemm ir-responsabbiltà politika u kemm ir-responsabbiltà kriminali u legali.", "Issa aħna qegħdin hawn biex nagħmlu l-ġudizzju politiku, għax aħna m'aħniex imħallfin.", "L-imħallef fuq Panama Papers se jiddeċiedi għada jew fil-jiem li ġejjin.", "Ix-xogħol legali jagħmlu l-imħallef, però jekk inti għandek fatti li jippontaw anke lejn responsabbiltà kriminali, lanqas responsabbiltà politika ma tara li tintrefa'?", "Dik hija s-sitwazzjoni li qegħdin fiha llum!", "Ħa nfakkar x'inhuma l-fatti ċarissimi u nasal biex nagħlaq.", "Konrad Mizzi nqabdu li għandhom kumpanija sigrieta fil-Panama.", "It-tieni, inqabdu li fihom se jdaħħlu €5,000 kuljum.", "It-tielet, sirna nafu li l-kumpanija li minnha se jdaħħlu €5,000 kuljum hija ta' sid il-power station.", "Ir-raba', issa sirna nafu wkoll fir-rapport tal-Awditur Ġenerali li biex nixtru l-elettriku mill-Electrogas qed inħallsu biz-zalza.", "Mela hemm hu x-xaħam minn fejn se jdaħħlu l-€5,000 kuljum fil-kont tagħhom!", "Jiena għadni ngħid ħaġa li diġà għedtha f'diskors il-ġimgħa li għaddiet, li dawn qbadniehom u allura ma setgħux jgħaddu mill-bieb, però l-Bambin biss jaf minn liema tieqa qegħdin jgħaddu!", "Dan qed ngħidu għax jiena ħadd ma jneħħihieli minn moħħi li jekk m'għaddewx mill-bieb biex jieħdu l-€5,000 kuljum, dawn għaddew mit-tieqa, u nittama li xi darba f'dan il-pajjiż għad naslu li ssir investigazzjoni serja sabiex il-verità tkun tista' toħroġ mhux biss fuq dawn il-fatti, li issa huma ċari għal kulħadd, imma anke fuq l-affarijiet li għadna ma nafux.", "Min għandu esperjenza ta' każi ta' korruzzjoni, Sur President - u ngħid din f'wiċċek għax naf li inti bniedem li fil-karriera politika tiegħek dejjem iġġelidt il-korruzzjoni u dejjem kellek għajnejk miftuħa għal dawn l-affarijiet - jaf li meta tinkixef biċċa jkun hemm baħar ta' korruzzjoni li tkun għadha ma nkixfitx.", "Dik hija l-biża' tiegħi, li sirna nafu b'din, imma għadna ma nafux bl-istampa kollha ta' min jaf x'għadda u min jaf x'inhu għaddej minn affarijiet oħra.", "L-Awditur Ġenerali tana rapport li ħareġ bl-aktar mod ċar il-ħniżrijiet li saru sabiex intgħażlet il-power station u min se jibnieha, sakemm inbniet.", "L-Awditur Ġenerali sab li l-prezz li aħna qegħdin inħallsu biex nixtru l-elettriku mill-Electrogas huwa kważi d-doppju tal-prezz li qed inħallsu biex nixtru mill-interconnector.", "Għaliex għandna nħallsu d-doppju għal xi ħaġa meta nistgħu nixtruha b'nofs prezz?", "Immaġina ftit fejn u għand min sejrin il-flus li qed joħorġu mill-Enemalta sabiex jinxtara dan l-elettriku!", "Min qed iħallasha lil Enemalta?", "Qed inħallsuha aħna permezz tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħna, li jfisser li dawn li telgħu bil-wegħda li jraħħsu l-kontijiet, taf x'għamlu?", "Raħħsu biċċa żgħira lill-konsumatur imma ħadu biċċa kbira fil-but tagħhom.", "Dak li ġara, u din il-korruzzjoni issa qiegħda fil-miftuħ.", "Sur President, fi Frar li għadda jiena kont għamilt mistoqsija parlamentari qabel ħarġet l-aħbar tal-€150,000 li ġejjin minn 17 Black fejn lill-Ministru Konrad Mizzi kont staqsejtu hekk:", "\"Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux rabta jew konnessjoni kemm diretta jew indiretta mal-kumpanija 17 Black?\".", "Taf x'kien weġibni l-Ministru Konrad Mizzi fi Frar?", "Kien qalli:", "\"Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħi\".", "Lanqas staħa!", "Ovvjament, 17 Black mhijiex fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu.", "Wara li ħarġet l-aħbar ta' 17 Black, erġajt għamiltlu l-mistoqsija u kont staqsejtu:", "\"Ladarba ġie żvelat li l-kumpanija reġistrata fid-Dubai kienet indikata bħala l-kumpanija li minnha inti se ġġib €150,000 fix-xahar, tista' tgħidilna issa x'rabta għandek ma' din il-kumpanija u min hu s-sid ta' din il-kumpanija?\".", "Taf x'għamel il-Ministru għal din il-mistoqsija?", "Irreferieni għall-ewwel risposta, jiġifieri \"Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħi\".", "Aħjar ma ngħid xejn!", "Jipprovaw jidħku bin-nies, imma issa nkixfu.", "Issa n-nies jafu li mhux biss xamma ta' korruzzjoni hemm imma hemm il-korruzzjoni li qiegħed jaraha kulħadd.", "Jonqos biss ħaġa waħda.", "Jonqos biss li l-liġi ta' pajjiżna tgħodd l-istess għal kulħadd.", "Jonqos biss li f'dan il-Parlament ma nagħmlux il-liġijiet għalxejn.", "Jonqos biss li f'dan il-Parlament ma nagħmlux il-liġijiet biex jibqgħu fuq il-karta.", "Jonqos biss li f'pajjiżna ssir ġustizzja.", "Jonqos biss li min inqabad f'korruzzjoni ċarissima bħaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru ewlieni tiegħu Konrad Mizzi, iħallsu għal għemilhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, qegħdin nitkellmu fuq liġi kontra l-ħasil tal-flus.", "Aħna, minn din in-naħa tal-Kamra, ninsabu kommessi fuq din il-liġi, u turija ta' dan huwa n-numru ta' kelliema li qegħdin jitkellmu fuq dan, b'kuntrast man-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Min-naħa l-oħra, jekk m'iniex sejjer żball, tkellmu biss tliet persuni u kważi kważi nifhem għalfejn in-naħa tal-Gvern ma tantx tkellmu fuq din il-liġi.", "Ma tantx tkellmu għax jistħu jitkellmu fuq liġi dwar il-ħasil tal-flus.", "Kont qed nitkellem mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Kristy Debono u staqsejtha minn fejn ġiet ikkonċepita din il-liġi, minn fejn bdiet.", "Qaltli li hija traspożizzjoni ta' direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Dan irridu ngħiduh għax forsi hawn min jaħseb li din hija xi inizjattiva tal-Gvern, li tant huwa kommess kontra l-ħasil tal-flus!", "Huwa tajjeb li nispjegaw lill-poplu Malti li din mhijiex inizjattiva tal-Gvern imma hija obbligu li ġej mis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, sħubija li aħna minn din in-naħa tal-Kamra dejjem konna konvinti minnha u mhux sirna konvinti wara li dħalna.", "Din il-liġi hija obbligu mis-sħubija tagħna f'din l-Unjoni, u direttiva bħal din li tkun ġiet konċepita fl-istituzzjonijiet Ewropej trid tiġi introdotta fil-liġijiet nazzjonali.", "Għalhekk qegħdin hawnhekk illum, għax bħala parti minn dan il-proċess legali dan il-Parlament irid jiddibatti, japprova u jivvota biex din id-Direttiva tiġi mdaħħla fil-liġijiet Maltin.", "Sur President, aħna diġà għandna liġijiet intenzjonati li jiġġieldu l-ħasil tal-flus, u din il-liġi se ssaħħaħ dawn il-provvedimenti.", "Imma l-problema li għandna hija, kif qal tajjeb qabli l-Onor.", "Mario De Marco, li jista' jkollok biżibilju ta' liġijiet, jista' jkollok bibbja liġijiet, imma jekk il-liġijiet ma jiġux rispettati, jekk il-liġijiet ma jiġux implimentati tramite l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, lanqas ikunu jiswew il-linka li biha nkitbu!", "Din hija l-problema li għandu bħalissa pajjiżna.", "Il-problema ta' pajjiżna hija li minkejja li għandna liġijiet intenzjonati li jiġġieldu l-ħasil tal-flus, minkejja li għandna istituzzjonijiet li suppost twaqqfu biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus, għandna sistema li kkrollat.", "Minkejja li għandna l-liġijiet, is-sistema mhijiex qed tagħmel dak li hu dmirha u tiġġieled il-ħasil tal-flus.", "Meta nitkellem fuq l-istituzzjonijiet, għal min qed nirreferi?", "Qed nirreferi għall-Pulizija, mhux il-pulizija li jkunu fl-għases imma l-pulizija ta' fuq, il-Kummissarju.", "Qed nirreferi għall-Unit li suppost jiġġieled il-ħasil tal-flus u jagħmel l-investigazzjonijiet, jiġifieri l-FIAU.", "Qed nitkellem fuq il-politiċi li meta jaraw li l-affarijiet sejrin ħażin, għandhom jieħdu azzjoni.", "Però donnu kulħadd kuntent bis-sitwazzjoni li ninsabu fiha.", "Min qed iħallas għal dan?", "Huwa l-poplu!", "Forsi bħalissa l-poplu jinsab medhi bl-ekonomija sejra tajjeb, però l-maġġoranza tal-poplu Malti għad irid jara l-ħsara li qed issir lil dan il-pajjiż u, aktar minn hekk, il-ħsara li qed issir lill-familja tiegħu.", "Diġà nafu li kien hemm min diġà ħass l-impatt ta' dawn l-istejjer ta' korruzzjoni li qed joħorġu f'pajjiżna.", "Ilbieraħ f'din il-Kamra kellna dibattitu dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-kuntratt li issa huwa ċar li kien jinten, jekk qatt xi darba kellna dubju, tal-għoti tal-bini u t-tħaddim tal-power station il-ġdida f'Delimara.", "Din, kif wieħed jista' jasal għall-konklużjoni, mhijiex magna li tiġġenera d-dawl biss imma hija magna li taħsel il-flus!", "L-Awditur Ġenerali għamilha ċara.", "Naturalment, il-Gvern hu espert fl-ispin politiku – u kważi kważi ngħir għalih għal din il-kapaċità – u din il-kundanna tal-Awditur Ġenerali dawwarha f'xi ħaġa li, speċjalment il-Prim Ministru, ipprova jpinġiha bħala pożittiva.", "Dan huwa dmirna hawnhekk illum li nitkellmu fuq il-liġi, però inutli nitkellmu fuq l-aspettattivi u l-provvedimenti tal-liġi, jekk dak li għandna diġà m'aħniex qegħdin nimplimentawh.", "Il-verità hija li hemm numru ta' skandli, fosthom tal-power station il-ġdida ta' Delimara li hija eżempju ċar tal-ħasil ta' flus li għandna f'pajjiżna, eżempju ċar ta' kemm għandna korruzzjoni rampanti f'dan il-pajjiż u eżempju ċar ta' kemm il-poplu Malti qiegħed ibati minn din is-sitwazzjoni.", "Qiegħed ibati għaliex bħalma smajna diġà, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u f'dan il-każ tad-dawl, huma ogħla milli suppost kienu proprju minħabba din il-korruzzjoni.", "Dan għax l-interconnector jagħtina provvista ta' dawl ħafna irħas, li tiswa n-nofs għal kull unit minn dak li qiegħed jiġi ġġenerat fil-power station l-ġdida ta' Delimara, imma aħna marbutin nixtru d-dawl mill-power station, din il-magna tal-ħasil tal-flus!", "Allura l-verità hi li n-nies qed jinsterqu minn dawn l-affarijiet li responsabbli għalihom uħud.", "Qed ngħid uħud għax ma rridx inpoġġi lil kulħadd min-naħa l-oħra fl-istess keffa.", "Jiena naf li hemm ministri serji u ministri li huma urtati.", "Din ma jgħiduhiex pubblikament, però tinduna anke minn kif jitkellmu.", "Jien ma nafx kif kellu l-wiċċ lbieraħ l-Onor.", "Konrad Mizzi jiġi hawn jitkellem u jiddibatti fuq din il-mozzjoni.", "Kieku kont minfloku kont nistħi wara l-rivelazzjonijiet li ħarġu Reuters!", "Issa Reuters mhijiex in-Nazzjon jew l-Orizzont.", "Reuters hija aġenzija ta' ġurnalisti internazzjonali li għandhom storja ta' rapportaġġ mill-iktar fidil li kixfet din ir-rabta li s'issa ma konniex nafu.", "Meta n-naħa tal-Gvern tispiċċa b'daharha mal-ħajt, ikollna Prim Ministru li jaħrab mid-domandi tal-ġurnalisti.", "Issa li l-midja kixfet l-investigazzjoni dwar 17 Black, huwa ċar li hemm ir-rabta bejn il-politiku u anke nies qrib il-politiċi.", "Qed nirreferi għal Konrad Mizzi u għaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.", "U x'jagħmel il-Gvern meta jkun dahru mal-ħajt?", "Idur fuq l-Oppożizzjoni u jibda jispara fuq affarijiet oħrajn fuq il-membri tal-Oppożizzjoni.", "Din hija ironija!", "Għalfejn?", "Għaliex irid infakkar li l-Onor.", "Chris Said kien ressaq mozzjoni li kienet tgħid u titlob lil din il-Kamra biex tagħti l-poteri fejn hemm bżonn biex dak li qalet il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia jiġi investigat.", "Din in-naħa tal-Kamra kienet ivvotat favur dik il-mozzjoni għax din in-naħa tal-Kamra, ibda mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-membri l-oħra, ma kellha l-ebda diffikultà li dak li qalet din il-ġurnalista jiġi investigat.", "In-naħa l-oħra, għax jibżgħu, għax għandhom il-faħam miblul, ivvotaw kontra li ssir din l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Li issa l-Gvern jipprova jirkeb dak il-karru biex taparsi jgħidilna li huwa paladin kontra l-korruzzjoni u kontra l-ħasil tal-flus mhi xejn ħlief daħka fil-wiċċ u spin politiku kif jaf jagħmel dan il-Gvern.", "Illum li għandna fatti ċari, u mhux allegazzjoni, fuq ir-rabta bejn min illum qiegħed imexxi u dik il-kumpanija li qed tħaddem din il-magna ta' ħasil ta' flus tal-power station ta' Delimara, m'hemmx dubju li l-pożizzjoni ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi m'għadhiex tenibbli jekk verament dan il-Gvern irid jemmen fir-responsabbiltà politika.", "Ġaladarba dawn iż-żewġ persuni m'għażlux li jerfgħu r-responsabbiltà politika huma, allura m'hemmx x'tagħmel, ikollu jidħol fiha l-Prim Ministru għax imbagħad taqa' fuqu r-responsabbiltà eżekuttiva maġġuri tal-Kabinett tiegħu.", "Dan ifisser li issa huwa l-Prim Ministru li qiegħed jonqos u qiegħed jiċċappas ma' dan il-ħasil tal-flus, u dan għaliex issa għandna fatti ċari, u min kellu jerfa' r-responsabbiltà ma refagħhiex u allura l-Prim Ministru issa jidħol in the picture.", "Kif qed ibatu l-familji Maltin minn din il-korruzzjoni u minn dan il-ħasil tal-flus?", "Il-verità hi li l-poplu Malti qiegħed jinsteraq €200 miljun.", "Din ma taffettwax lill-poplu tagħna?", "Taf x'konna nagħmlu b'€200 miljun?", "Kemm konna nibnu housing għal dawk it-3,200 li ilhom fuq il-lista u dejjem tiżdied taħt Gvern Soċjalista li mhu soċjalista xejn għaliex għadu lanqas bena appartament wieħed.", "B'dawn il-€200 miljun konna ngħinu lill-ħaddiema żgħażagħ biex jikru l-postijiet tagħhom u forsi jsiru s-sidien ta' darhom.", "Konna ngħinu lis-70,000 persuna li jinsabu fir-riskju ta' faqar jew qegħdin f'faqar finanzjarju.", "Din hija l-pjaga tal-ħasil tal-flus, u m'hemmx dubju li tajjeb li nivvutaw favur din il-liġi.", "Però fil-fond ta' qalbi nħoss li dan li qed nagħmlu hawn illum huwa sempliċement a show!", "Illum hawnhekk qed nagħmlu show; se napprovaw din il-liġi li mbagħad ma tiġix implimentata!", "Għalija personali ma tiswa assolutament xejn, għaliex jien irrid nara l-affarijiet jaħdmu, mhux taparsi ngħidu li se jaħdmu, meta diġà għandna l-intenzjoni li ma nħaddmuhomx.", "Sur President, apparti l-kwestjoni tal-power station rajna ftehim bażwi, ftehim jinten fil-bejgħ tal-isptarijiet tagħna lill- Vitals, li tajniehom l-isptarijiet tagħna u dawn ħarbu minn Malta b'€50 miljun.", "L-Università Amerikana hija another case in point.", "Tmur hemm forsi tara erba' studenti jieħdu l-lunch f'nofsinhar bejn lecture u ieħor!", "Jekk tgħoddhom forsi hemm ftit għexieren.", "Hemm l-€14-il miljun tal-hedgeing għax-xiri tal-fuel, deal ieħor jinten, biex ma nsemmix l-€40 miljun li xi ħadd ħa f'sena waħda bid-deal ħażin li sar mas-SOCAR għax-xiri tal-gass.", "Jekk verament il-Prim Ministru jrid jipproteġi u għandu għal qalbu r-reputazzjoni ta' Malta, mhux imur jattakka lill-membri parlamentari Ewropej Nazzjonalisti David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech u jgħid li huma tradituri tal-pajjiż.", "Traditur tal-pajjiż hu min gideb lill-poplu tagħna, traditur tal-pajjiż huwa min seraq lill-poplu tagħna, traditur tal-pajjiż hu min huwa korrott u min huwa involut fil-ħasil tal-flus.", "Dak huwa traditur tal-pajjiż, mela min imur isemma' leħnu barra minn Malta biex jitlob lill-istituzzjonijiet tagħna jaħdmu!", "Veru sirna pajjiż fejn il-ħażin sar tajjeb, u għalhekk jien qed nitkellem fuq din il-liġi llum, għaliex qed inħoss li qed nagħmlu l-affarijiet nofs kedda, taparsi qegħdin napprovaw din il-liġi meta naf li hawn dawn il-każijiet kollha li l-Gvern u l-istituzzjonijiet qegħdin jagħlqu għajnejhom għalihom!", "Illum il-ġurnata għandna min jgħid mod hawn ġew u min jgħid mod hemm barra.", "Għandna Prim Ministru li jgħid li huwa favur li jsiru l-investigazzjonijiet, meta kif qal il-kollega l-Onor.", "Simon Busuttil, hu għaddej minn martirju fil-qrati tagħna biex l-investigazzjoni li talab hu dwar il-Panama Papers fl-aħħar tibda.", "Il-Prim Ministru qal li hu m'għandu l-ebda diffikultà li jkun hawn investigazzjonijiet, imma dan mhux veru.", "Jekk inti m'għandek l-ebda diffikultà ma tmurx tiċċalinġja talba li saret fil-qorti għall-investigazzjoni fuq il-Panama Papers kontrik u kontra l-kollega tiegħek biex dik l-investigazzjoni ma tibdiex.", "Hawnhekk qed nidħku bin-nies, Sur President.", "Meta nara Prim Ministru li jgħid mod, imbagħad hu u sħabu jmorru l-qorti jiċċalinġjaw jew jiġġieldu biex din l-investigazzjoni ma tibdiex.", "Allura nasal biex nikkonkludi li dawn għandhom x'jaħbu.", "M'hemmx mod ieħor.", "Meta inti ma jkollokx x'taħbi tmur minn rajk għall-interrogazzjonijiet, tmur minn rajk bil-fatti la m'għandekx x'taħbi.", "Imma aħna għandna lill-Prim Ministru, lill-Ministru Konrad Mizzi u lil Keith Schembri li jmorru fil-qrati biex iżommu investigazzjoni dwar il-Panama Papers, dwar il-fatt li kellna żewġ persuni, wieħed minnhom politiku, li ħammrilna wċċna, li kien l-uniku Ministru tal-Unjoni Ewropea li kellu kumpanija sigrieta fil-Panama, u dan mhux talli ma rriżenjax talli tefa' dan id-dell ikrah fuq pajjiżna.", "Każ ieħor kien dak ta' Jimmy Magro.", "Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kienet qalet li hija moralment konvinta mill-intenzjonijiet li kellu Jimmy Magro.", "Din mhijiex kummissjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "Din hija Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku li xogħolha hu li tinvestiga każijiet ta' allegata korruzzjoni mwettqa fis-Servizz Pubbliku.", "Lil din il-Kummissjoni rriżultalha li Jimmy Magro, bħala wieħed mill-impjegati mqabbda minn dan il-Gvern - għax kien tal-qalba, mhux minħabba meritokrazija - kien talab flus biex hu jkun jista' jagħti tender lil xi ħadd.", "Taf kemm għadda żmien minn meta ħarġet din l-aħbar mill-Kummissjoni?", "Sentejn, u l-investigazzjoni għadha mhix konkluża!", "Allura jien kif nista' jkolli fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija meta din il-persuna, li l-Kummissjoni għamlitha ċara li hija moralment konvinta mill-intenzjonijiet ta' korruzzjoni li kellha, sal-lum għadha ma tteħditx azzjoni kontriha?", "Jien kif nista' nkun konvint li meta jkollna każ ieħor jaħraq il-Kummissarju mhux se jerġa' jmur jiekol il-fenek minflok imur jiġri biex jiġbor il-provi?", "Dan hekk kien għamel, ġie għal għajnu mis-sitwazzjoni!", "Allura tajjeb li jkollna dawn il-liġijiet.", "Jien għalija ma jiswa xejn!", "Kellna l-istituzzjonijiet Ewropej u dawk internazzjonali joħorġu sensiela ta' kundanni.", "Kristy Debono li taf ħafna iktar minni fuq dan is-suġġett, però fil-gazzetti u fil-ġurnali Ewropej issib kundanna waħda wara l-oħra mill-Awtorità Bankarja Ewropea li kienet qalet li hawn nuqqasijiet sistematiċi u ġenerali fuq il-ħasil ta' flus f'Malta.", "Din hi l-verità!", "B'għemilhom Konrad Mizzi u Keith Schembri għamlu ħsara kbira lil pajjiżna li qed twassal għal kriżi fis-sistema bankarja, sistema li n-naħa l-oħra jgħidulna li f'25 sena Gvern Nazzjonalista qatt m'għamel xejn fiha!", "Mela mhux hekk!", "Għax ix-xemx telgħet meta tela' l-Labour fl-2013!", "Qabel la kellna toroq, la kellna banek u lanqas kellna setturi oħrajn ekonomiċi!", "Kollox sar fi żmien il-Labour!", "Qabel ma ġara xejn!", "Ħalli ngħidlek x'sar fi żmien il-Labour.", "Fi żmien il-Labour kissirna r-reputazzjoni tagħna.", "Dak li sar!", "Kissirna dak li bnejna bi tbatija kbira, mhux in-Nazzjonalisti biss jew il-Laburisti biss, imma l-Maltin kollha.", "Dak li ġara fi żmien il-Labour!", "Dawn huma affarijiet serji li lili bħala Malti, bħala membru f'dan il-Parlament, iweġġgħuni ħafna.", "Kellna l-każ tas-Satabank u tal-Pilatus Bank, żewġ banek li ngħataw il-liċenzja taħt Gvern Laburista mill-2014 sal-lum.", "Kont tisma' b'dawn l-affarijiet taħt Gvern Nazzjonalista?", "Għalfejn?", "Għax l-istituzzjonijiet kienu mmexxijin kif suppost, ma kenux pupazzi kkontrollati mill-Ministri u ħallejniehom fil-libertà li jaraw huma liema huma l-banek serji.", "X'ġara?", "Nafu x'ġara!", "Sid Pilatus Bank qiegħed il-ħabs fl-Amerika u rigward Satabank għandna nies li kellhom il-flus fih u lanqas jistgħu jirtirawhom.", "Sfortunatament din hija r-realtà f'pajjiżna.", "Nittama li jasal mument isbaħ milli qegħdin fih f'dan il-pajjiż u nittama, għaliex ma naqta' qalbi qatt minn dan il-pajjiż, li għad jerġa' jasal żmien aħjar.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, kienu ħafna li bil-ħerqa talbuni biex nipprova nfehemhom aħjar x'qiegħed jiġri.", "Għaliex kif stqarru miegħi ħafna, jekk tisma' stazzjon tisma' mod, u fuq stazzjoni ieħor tisma' mod ieħor; dak li jkun ma jaqbadx art dwar x'qed jiġri rigward ħasil ta' flus, 17 Black u l-għoqda kollha kif timpatta fuq il-ħajja tal-poplu u tal-familji.", "Biex tifhmuni, inħeġġiġkom tiftakru li intom l-ewwel u qabel kollox Maltin u Għawdxin, kburin b'pajjiżkom u tixtiequ li tħallu pajjiż aħjar, pajjiż diċenti għal uliedkom u għal ulied uliedkom.", "Nitlobkom tinfatmu mill-ġibdiet kultant tribali politiċi tagħkom u żżommu f'moħħkom x'għamlu għalina missirijietna biex tawna l-pajjiż li għandna llum, biex tawna l-governanza Maltija u Għawdxija li tant iġġelidna għaliha, li għal ħafna u ħafna snin kienet governanza li, bit-tajjeb u l-ħażin tagħha, baqgħet sors ta' għajnuna, ta' faraġ u ta' tama għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nistgħu niktbu u ngħaddu liġijiet kemm tridu, però tafu daqsi li biex il-liġijiet ta' pajjiż jitħaddmu tajjeb u jagħtu r-riżultat meħtieġ irid ikun hemm ir-rieda ta' min imexxi.", "Tafu wkoll li llum il-ġurnata ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-liġijiet japplikaw għaż-żgħir, jintużaw biex ikissru liż-żgħir, l-inqas li għandu leħen, u jagħsru lil min l-iktar għandu bżonn l-għajnuna, filwaqt li l-kbir, min hu tal-klikka u oħrajn, jiżgiċċa minnhom.", "Fl-2013, wara żewġ kriżijiet finanzjarji Ewropej ħorox li baqgħu taħthom pajjiżi ferm u ferm iktar għonja minna, ġaladarba pajjiżna baqa' fil-wiċċ f'dak il-maltemp, kellu l-opportunità li jibni fuq l-ekonomija li kellu.", "Kellu l-opportunità jsaħħaħ it-tip ta' governanza, li jmexxi b'mod trasparenti, li jdaħħal il-kunċett ta' kemm inti kapaċi tistinka, kemm inti ħerqan biex tirnexxi.", "Fl-2013 aħna tellajna lill-Gvern Laburista biex jagħtina din l-opportunità.", "Imma x'ġara?", "Hawnhekk nitlob lil min qed jismagħna biex iħares daqsxejn lura biex tiftakru meta bdejna naraw mossi li bdew iħassbuna.", "Għal mument immaġinaw li aħna qatt ma sirna nafu bil-kontijiet tal-Panama li nfetħu minn Keith Schembri u Konrad Mizzi u dwar l-Egrant waqt li konna qegħdin nifirħu li rbaħna l-elezzjoni.", "Immaġinaw li ma nafux bihom dawk!", "Dawk tkellmu fuqhom sħabna u smajtu biżżejjed dwarhom!", "Ipprovaw ifhmu, u naf li bħali tistaqsu dwar dan li se ngħid.", "Il-pajjiż irnexxielu joħroġ minn żewġ kriżijiet finanzjarji mingħajr ma jbigħ l-akbar assi tiegħu u baqa' rajh f'idejh.", "Inti biex tgħid li inti rajk f'idejk irid ikollok kontroll reali fuq is-settur tal-enerġija tiegħek.", "Tkun rajk f'idejk meta inti għandek is-settur tas-saħħa tiegħek jew ikollok kontroll reali fuqu.", "Qed insemmi żewġ eżempji biex ma nikkumplikawx il-ħajja.", "Imma ġara li fi żmien meta, mhux Malta biss, imma pajjiżi Ewropej oħra bdew jieħdu r-ruħ għax l-Ewropa kollha ħarġet mill-kriżi finanzjarja, f'dan iż-żmien meta ż-żejt u miegħu l-gass raħsu mhux bin-nofs, mhux bit-terz imma saħansitra kien hemm żmien meta sar kwart tal-prezz li kien, spiċċajna begħna l-assi prinċipali tal-enerġija fil-pajjiż.", "Jiena qabel kont ngħid lin-Nazzjonalisti: Ma kellkomx il-ħila twarrbu lira ħalli lin-nies ma tagħtuhomx dak ix-xokk meta tgħollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?", "Minn dak iż-żmien iż-żejt u l-gass raħsu ħafna u għadhom irħas.", "M'għadux irħis daqs kwart, għadu rħis daqs nofs, imma minkejja dan kollu, Joseph Muscat u sħabu ddeċidew li jbigħu l-assi prinċipali tal-enerġija tal-pajjiż u li meta jiġu biex jibnu power station oħra, li kienet wegħda elettorali, għamlu kutrumbajsi mhux naqra fuqha!", "Mela ejja nimmaġinaw li l-Panama Papers qatt ma sirna nafu bihom.", "Tinsewx, dawn suppost ma nafux bihom aħna!", "Aħna sirna nafu bihom b'ċikka, għax kien hemm leak u ħarġu ċerti sigrieti li suppost kellhom jibqgħu mistura għomor!", "Imma xħin aħna bdejna nistaqsu għall-kuntratt u mhux jagħmlu bħalma għamlu n-Nazzjonalisti fil-kuntratt tal-BWSC li qalgħulna l-fwied biex tawna biċċa minnu, dawn mhux il-fwied qalgħulna imma tal-madwar ukoll!", "Meta fl-aħħar tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tax-Shanghai Electric u aktar tard tal-Electrogas, fejn kien jimporta, fejn kien jagħmel differenza, kien moħbi biex aħna ma nkunux nafu x'qiegħed jiġri fil-verità!", "Dan ma ġarax biss fil-każ ta' dak il-kuntratt imma kien hemm il-kuntratt ta' Henley & Partners.", "Jien niftakarni fil-grupp parlamentari nitolbu jippubblikah, la m'għandniex x'naħbu.", "Dak iż-żmien kien mingħalija li m'għandniex x'naħbu!", "Meta minn rapporti ta' gazzetti, aktar tard anke internazzjonali mhux Maltin biss, bdejna nsiru nafu xi nnegozjaw f'isimna dawk li aħna fdajna u tellajna, aħna bdejna ngħidu: Dawn lagħbuna, dawn inxtraw, dawn biegħu ġidna, għax kien hemm flus li qed jibdlu l-idejn.", "Dan id-dubju beda jissaħħaħ ma' kull kuntratt li għamel dan il-Gvern anke kieku ma konniex nafu li dawn kienu lestew il-karus ukoll!", "Naħseb li meta jara dan, wieħed jista' jifhem il-frustrazzjoni ta' dak il-missier, suldat li qabżitlu u ma felaħx iktar, meta ra li dik ix-xatba, li swiet fuq li swiet, ma saritx biex tagħti sigurtà lilu - għax ma kienx hemm ħajt – imma biex xi ħadd jieħu kuntratt.", "Ħaffu biex jagħmlu x-xatba!", "Għaliex jekk jingħata kuntratt li suppost jiswa €1 u inti tħallas €10, mela xi ħadd xi mkien x'aktarx ħa flus maħmuġa li mbagħad iridu jinħbew jew jitnaddfu.", "Ir-reazzjoni ta' dan is-suldat għal dik ix-xatba kienet ċara u hu seta' jfehemkom ħafna aħjar milli qed nipprova nfehemkom jien f'dan il-mument.", "Bħalma tistgħu tifhmu aktar il-karba ta' dik l-omm li għadha qed trabbi li ġiet diagnosed b'marda serja u xħin marret biex tistaqsi meta se jsiru t-testijiet biex imbagħad tieħu l-kura u forsi tara lil uliedha jikbru, qalulha xahrejn jew tliet xhur oħra.", "Qalulha: Ma nafux, issa ngħidulek!", "Il-mistoqsija ta' din il-mara u qrabatha hi: Ma qalulniex li aħna se nbigħu l-konċessjoni tal-isptarijiet biex inkunu aħjar, biex ikollna servizz aħjar u aktar mgħaġġel?", "Jekk jien m'iniex qiegħda ninqeda sew, u ħajti xorti qed tibqa' fil-periklu għax ma neħux kura fil-ħin, mela allura x'bigħuhom jagħmlu?", "X'inhi r-raġuni li bilfors riedu jbigħu dawn il-konċessjonijiet?", "X'inhi r-raġuni li dawn il-konċessjonijiet imbagħad bidlu l-idejn f'kemm ili ngħidlek, wara li ma nafx kemm-il miljun ħadu fil-ħemda tal-ġimgħa tal-Milied?", "Issa l-istess kuntratt qed jerġa' jiġi nnegozjat, għax naturalment id-Deputat Prim Ministru ma ħallihomx b'xejn u sewwa għamel.", "Dak hu li l-poplu qed jistaqsi!", "Meta jkun hemm korruzzjoni u jittieħdu flus min-nies li intom fdajtu biex iservukom ifisser li dawk in-nies li intom fdajtu nxtraw, mhumiex qed iservu lilkom imma qed iservu l-interessi ta' ħaddieħor biex huma jgawdu ma' dak il-ħaddieħor.", "Fl-2013 il-Gvern Laburista kellu s-saħħa u l-opportunità li jibni fuq dak il-ħafna u ħafna tajjeb li sar u seta' juża l-€1 biljun ta' fondi tal-UE biex ħadd minnkom li qed issegwuni bħalissa ma jispiċċa jinkwieta fuq li jinkwieta dwar kif se jwassal sal-aħħar tax-xahar.", "Billi jiġi l-Prim Ministru hawnhekk u jgħidilna li hemm surplus, intom tafu daqsi għax titkellmu miegħi, li s-surplus mhuwiex fil-but tagħkom!", "U l-mistoqsija allura bilfors tqum: Għalfejn l-Gvern Laburista biegħ l-assi prinċipali tal-pajjiż b'kuntratti oxxeni?", "Għalfejn rabat lill-poplu Malti u Għawdxi mal-kumpanija Electrogas li l-parteċipanti tagħha lanqas kellhom il-ħila jġibu assikurazzjoni għas-self tagħhom u kellna nassikurawhom aħna bi flusna?", "Dan biegħ l-Enemalta biex ineħħi l-assikurazzjoni tagħna, tal-poplu, li għamilna lil Enemalta li kienet tagħna, biex aħna mbagħad għamilna garanzija bħala poplu lill-kumpanija privata li l-profitt se tieħdu hi, mhux intom u lanqas uliedkom.", "Apparti din il-garanzija sfurzata, Gvern Laburista li tellajna għax nafdawh rabatna għal 18-il sena sħaħ li nixtru l-elettriku mingħand din il-kumpanija bilfors anke jekk hu ferm u ferm ogħla!", "Għamilna garanzija lil kumpanija li setgħet tixtri l-gass dirett mingħand ix-Shell biex tiffranka miljuni li kienet tagħtihomlna fi tnaqqis tal-valur tal-elettriku u, minflok, daħħlet fin-nofs lis-SOCAR li hija tal-istat tal-Ażerbajġan biex dawk il-flus imorru għand is-SOCAR u min hu sħab magħha.", "Dawn huma flus li jittieħdu mingħandkom u mingħand uliedkom.", "Illum fl-2018 ninsabu taħt Gvern Laburista li ċaħħadna mill-assi tagħna, ċaħħadna mis-settur tal-enerġija li m'għadux tagħna imma huwa taċ-Ċiniżi u tal-Ażerbajġani u n-nies l-oħra li għamlu l-consortium tal-Electrogas.", "Ċaħħadna mill-isptar ta' Għawdex, ċaħħadna mit-tmexxija u l-kontroll tal-isptarijiet tagħna, ċaħħadna minn bosta artijiet li setgħu jintużaw 'il quddiem minn uliedna jekk pajjiżna jsib ruħu f'saram, ċaħħadna mir-reputazzjoni li batejna tant biex bnejna imma, fuq kollox, ċaħħadna mis-serħan tal-moħħ f'pajjiżna.", "Dan hu Gvern li ċaħħadna mill-opportunità li naraw lil uliedna jirnexxu jekk jistinkaw, jirnexxu jekk ikunu kapaċi.", "Illum il-ġurnata dan il-Gvern ġab lill-pajjiż fi stat fejn il-liġijiet, kif diġà għedt, jgħoddu biss għal min jiddeċiedi hu.", "Sal-lum għadna stat demokratiku.", "Naf li intom tħossukom bla saħħa u bla poter, imma jiena ngħidilkom li m'intomx bla saħħa u bla poter.", "Is-saħħa u l-poter jibqgħu tagħkom, is-saħħa u l-poter jibqgħu fil-vot li intom tagħtu meta tiġi elezzjoni.", "Il-vot tagħkom se jfisser tridux tibqgħu taraw din it-tip ta' tmexxija, dawn it-tip ta' kuntratti moqżieża, tridux tibqgħu taraw lil pajjiżkom jiġi mibjugħ biċċa biċċa u mqassam lil erbgħa ta' ġewwa jew tridux li uliedkom u ulied uliedkom jirtu pajjiż ta' reputazzjoni tajba u pajjiż sinjur bħalma writna aħna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, bħala l-aħħar kelliema għall-Oppożizzjoni se nagħti overview ta' dak li diġà ntqal.", "Illum qegħdin fit-tielet seduta li qed niddiskutu l-Abbozz li permezz tiegħu qed jiġu emendati l-Kodiċi Kriminali, l-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Money Laundering u l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità.", "Qed jiġu wkoll trasposti direttivi tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill Ewropew dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Fl-ewwel parti tal-ħin allokat għalija se nagħti ħarsa teknika lejn x'inhu jipproponi dan l-Abbozz, imbagħad ngħaddi għall-kummenti politiċi vis-à-vis dan l-istess Abbozz.", "Fil-fatt permezz ta' dawn il-proposti li l-focus tagħhom huwa iktar fuq il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-vittmi tal-kriminalità, l-Unjoni Ewropea se tkun qiegħda ssaħħaħ il-liġi biex tipprevedi l-forom ġodda ta' terroriżmu.", "Dan l-Abbozz qiegħed ukoll iwessa' l-ispectrum tal-assi finanzjarji u qiegħed ukoll jinkludi d-data elettronika bħala proprjetà.", "Dan l-Abbozz qiegħed jipproponi li anke l-hacking, jiġifieri meta persuna tuża l-għarfien teknoloġiku tagħha u permezz ta' bugs jew inkella mezzi oħra tkun tista' tidħol f'sistemi ta' computers personali, f'sistemi ta' kumpaniji u f'sistemi ta' computers governattivi biex iġġib informazzjoni minnhom u mbagħad tuża tali informazzjoni għal skopijiet malafamanti, għal skopijiet ta' theddid u mitt ħaġa oħra, isir att ta' terrur.", "Jekk wieħed jiddeċiedi jew jhedded li se jagħmel hacking, huwa att ta' terrur.", "Proposta oħra tirrigwarda l-penali għal min jinqabad jipprovdi jew jassisti finanzjament ta' terroriżmu.", "Il-penali kif inhi bħalissa hija ta' massimu ta' 30 sena, però permezz ta' dan l-Abbozz qed jiġi ntrodott ukoll il-minimu, jiġifieri sentenza minima ta' 15-il sena bl-istess massimu ta' 30 sena.", "Qed jiġi wkoll propost li dawk li jassistu l-awtoritajiet biex jidentifikaw persuni li huma f'ċirku ta' terroriżmu jew inkella li jikxfu xi komplott ta' reat ta' terroristiku bħala whistleblower li jkun kompliċi allura titnaqqaslu l-piena tiegħu.", "Proposta oħra importanti imposta mill-Unjoni Ewropea hi li l-FIAU, l-aġenzija watchdog kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-kriminalità finanzjarja u anke l-finanzjament tat-terroriżmu se tkun fl-obbligu li tassigura li tuża secure channels fl-iskambju tal-informazzjoni kemm mal-awtoritajiet kif ukoll mal-aġenziji oħra tal-FIAU f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.", "Ryan Callus, permezz ta' dan l-Abbozz qed jiġu trasposti direttivi tal-Kunsill Ewropew, u għalkemm dan huwa tajjeb u pożittiv, fir-realtà Malta m'għandhiex għażla imma hija obbligata li timplimenta dawn l-emendi imposti fuqna mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt huma biss l-Irlanda u r-Renju Unit li jistgħu ma jadottawx dawn l-emendi anke jekk nemmen li dawn l-emendi proposti se jiġu adottati minnhom ukoll.", "Huwa tajjeb li aħna nadottaw dawn id-direttivi għaliex aħna bħala pajjiż irridu nibagħtu l-messaġġ ċar li aħna rridu niġġieldu kontra l-money laundering u nuru b'mod konkret li aħna verament committed li pajjiżna jerġa' jibda l-proċess ta' tindif ta' ismu.", "Naqblu wkoll li dan l-Att mhuwiex qiegħed jixpruna xi issues legali f'termini ta' libertajiet ċivili u drittijiet relatati, però rridu nagħtu l-akbar attenzjoni li ebda Gvern ma jitħalla jassumi l-poter li fil-prinċipju jkun qed jostakola l-konċett ta' checks and balances u l-proporzjonalità rispettiva.", "Għandna wkoll nassiguraw li l-implimentazzjoni amministrattiva tirrifletti verament dawn l-istess emendi li llum qegħdin niddiskutu u li se nkunu qegħdin nivvotaw favurhom.", "Id-direttiva qed testendi poteri lill-gvernijiet rispettivi u allura jeħtieġ li verament il-Gvern jimplimenta l-miżuri kollha amministrattivi neċessarji biex verament il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, kontra t-terroriżmu, kontra l-vittmi tal-kriminalità tkun effettiva u tinħass b'mod konkret.", "Jeħtieġ ukoll li nallokaw aktar riżorsi u miżuri tas-sigurtà għal kontra l-ħasil tal-flus.", "Però dawn biss, jekk ikunu iżolati, żgur mhumiex is-soluzzjoni.", "Il-focus għandu jkun biex titnaqqas it-theddida għal-livelli li huma maniġġibbli u li verament il-Gvern ikun iffokat li jiġġieled il-kriminalità.", "Kif għadni kif għedt, dawn id-direttivi aktar jirrigwardaw it-terroriżmu, huma proposti bażiċi li l-gvernijiet ta' pajjiżi tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea bħalma hija Malta jridu jimplimentaw.", "Però mbagħad kull gvern għandu l-prerogattiva li jimplimenta aktar miżuri effettivi, aktar miżuri bżonnjużi sabiex verament insaħħu dawn il-liġjiet.", "Hawnhekk il-Gvern kellu opportunità li jkun innovattiv u jimplimenta miżuri ġodda biex isaħħaħ u jwessa' din id-direttiva però, minflok, għażel li jżomm mal-bażiku, mal-bare minimum, hekk kif impost fuqna mill-Unjoni Ewropea.", "Aħna dan l-Abbozz se nkunu qegħdin nappoġġjawh imma xorta waħda nisħaq li din hija opportunità mitlufa għal pajjiżna għax il-Gvern seta' jagħmel ferm iktar, speċjalment mill-aspett tal-ħasil tal-flus.", "Sur President, huwa inutli li aħna niġu hawn u niddiskutu dawn it-transpositions meta r-realtà hemm barra hija tali li pajjiżna kuljum qiegħed jirriskja bis-serjetà wħud mis-setturi l-aktar importanti għalina li tant aħna niddependu fuqhom biex niggarantixxu s-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Nafu li aħna qegħdin under fire minħabba l-mod laxk ta' tmexxija li pajjiżna qiegħed jiġi proġettat bih.", "Meta nitkellmu dwar il-ħasil tal-flus, aħna nkunu qegħdin nitkellmu dwar il-proċess li wieħed inaddaf flus li jkun għamel minn proċessi illeċiti, minn proċessi kriminali, bħal tixħim, bħal korruzzjoni, bħal flejjes mhux dikjarati, bħal traffikar ta' droga, logħob illegali u ferm oħrajn.", "Dawn il-flus maħmuġin jiġu mbagħad introdotti f'sistemi finanzjarji li huma leċti f'banek fejn id-due diligence ikun fqir, fejn il-miżuri neċessarji tad-due diligence ma jiġux implimentati għal kulħadd f'pajjiżi fejn hemm ftuħ ta' kumpaniji kkumplikati u f'pajjiżi fejn huma magħrufin li jużaw il-konċett tal-ħabi.", "Dawn huma pajjiżi bħal Bahamas, bħal Cayman Islands, Dominican Republic, St Kitts and Nevis u anke l-Panama.", "Dawn huma pajjiżi magħrufa bħala money laundering havens, jiġifieri l-ġenna, il-post ideali, il-post opportun fejn wieħed jaħsel il-flus, u allura l-post ideali biex jattira flejjes maħmuġin u nies li mhumiex ta' kalibru, nies li aħna ma rriduhomx jiġru ma' saqajna.", "Bla dubju ta' xejn hawnhekk m'aħniex qegħdin insemmu pajjiżi ġganti f'dik li hija ekonomija bħal, pereżempju, l-Istati Uniti, il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit u pajjiżi oħra li jinsabu fil-listi l-bojod ta' fejn jidħol il-ħasil tal-flus, fejn tidħol is-sistema ta' taxxa u fejn tidħol id-due diligence.", "Pajjiżna huwa uniku f'dan l-aspett, li f'dawn l-aħħar għaxar snin kellu x-xorti u l-isfortuna li jkun fiż-żewġ listi.", "Għaxar snin ilu, meta l-aktar pajjiżi b'saħħithom, anke dawk li għadni kemm semmejt, kienu qegħdin jikkrollaw minħabba l-akbar kriżi ekonomika u finanzjarja, Malta kienet tissemma flimkien mal-Ġermanja li fl-Ewropa kien irnexxielhom ikunu, b'mod indipendenti, l-miracle economies!", "Din ma kenitx xi terminloġija li kien ivvinta l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi, ix-xandir lokali, Net TV jew inkella l-ġurnali ll-Mument jew In-Nazzjon, però pajjiżna kien qiegħed jiġi ammirat, rispettat u msemmi b'mod pożittiv mill-aktar aġenziji tal-aħbarijiet fid-dinja li għandhom kredibilità, anke dawk li jispeċjalizzaw f'aħbarijiet finanzjarji, bħal The Economist u aġenziji oħrajn bħal Reuters, BBC u CNBC.", "Fast forward sitt snin down the line u l-istess pajjiż, Malta, mill-miraklu ekonomiku mqabbel mal-Ġermanja, bdiet tiġi msemmija għall-mod suspettuż ta' kif qegħdin inbigħu l-passaport ta' pajjiżna, għall-mod laxk għall-aħħar kif qegħdin jiġu implimentati l-miżuri ta' due diligence u kif l-aktar awtoritajiet finanzjarji bħal MFSA, bħal FIAU u oħrajn qegħdin jitilfu, u issa tilfu kompletament, l-awtonomija tagħhom.", "Aħna allura f'liema lista rridu nkunu?", "Tagħmlilna differenza li nissemmew bħala miraklu ekonomiku taħt Gvern Nazzjonalista jew bħala pajjiż maħmuġ kif qiegħed jissemma issa!", "Issa hawn m'iniex qed nirreferi għal Malta li wkoll qed tissemma bħala 'the dirty man of Europe' f'dak li huwa riċiklaġġ, però meta sħabna l-Ewropej u madwar id-dinja jarawna bħala pajjiż li naċċettaw in-negozju maħmuġ, in-negozju korrott, in-negozju li huwa kriminali, hemmhekk qegħdin nibagħtu messaġġ li f'Malta huwa faċli li taħsel il-flus u li b'xi mod jew ieħor jinstabulek strutturi biex flusek jitnaddfu.", "Illum qegħdin inbeżżgħu lil kull min verament jixtieq jiġi f'pajjiżna biex jinvesti, biex ikabbar negozju nadif, iħaddem in-nies u jiskambja l-esperjenza tiegħu li għandu mar-riżors uman tagħna u jħalli l-expertise tiegħu permezz tan-negozju nadif u ta' kwalità, bħas-settur tas-servizzi finanzjarji, bħall-igaming, bħall-farmaċewtika, bħall-avjazzjoni u ħafna setturi oħrajn.", "Qegħdin naqtgħulhom qalbhom u dawn jispiċċaw jinvestu band'oħra.", "Ir-reputazzjoni li tant ilna nwissu li kienet fir-riskju li nitilfuha llum nistgħu ngħidu li verament tlifnieha u rridu nerġgħu nibdew mill-qiegħ biex forsi jirnexxilna nibdew il-proċess ta' restawr.", "Jekk nagħtu ħarsa biss lejn x'ġara f'din l-aħħar sena diġà nirrealizzaw xi ħsara massiċċa għamilna lir-reputazzjoni ta' pajjiżna meta proprju din kellha tkun sena mill-iktar kruċjali għax f'pajjiżna s-settur bankarju u l-istituzzjonijiet finanzjarji kellhom ikunu għaddejjin full swing sabiex jaraw li l-proċessi tagħhom ikunu up to scratch u preparati għall-Moneyval assessment.", "Sur President, jien ilni snin insemmi dan l-assessment, dan l-eżami tal-Moneyval, għaliex naf kemm hu kruċjali.", "Il-Moneyval huwa kumitat ta' esperti mwaqqaf mill-Kunsill tal-Ewropa li jevalwa l-miżuri kontra l-ħasil ta' flus ta' kull pajjiż membru, fosthom pajjiżna.", "F'Novembru tim ta' esperti ġew f'pajjiżna biex jevalwaw il-compliance tal-istituzzjonijiet u jaraw jekk r-regolaturi finanzjarji mhumiex in line mal-istandards prinċipali internazzjonali.", "Nittama li ngħaddu with flying colours, però r-realtà hi li ninsabu f'sitwazzjoni inkwetanti għax il-ġrajjiet li seħħew f'dawn l-aħħar snin irmew ir-reputazzjoni tajba li bena pajjiżna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji tul is-snin ta' gvernijiet Nazzjonalisti.", "Din il-qagħda qed tattakka b'mod dirett l-investiment tajjeb kollu li konna attirajna lejn pajjiżna kif ukoll il-mijiet u l-eluf ta' impjiegi li din l-industrija u dan is-settur qiegħed iħaddem f'pajjiżna.", "Però se nagħti ħarsa lejn dak li ġara f'din l-aħħar sena, jiġifieri wara li l-Gvern fl-2013 iddeċieda li jbigħ il-passaport ta' pajjiżna kontra kull parir mhux biss mill-Oppożizzjoni imma kontra kull parir ta' esperti finanzjarji oġġettivi; wara li fl-2014 l-MFSA tat il-liċenzja lil Pilatus Bank biex jopera suppost bħala bank kummerċjali nadif u li suppost sar id-due diligence fuqu, u wara li f'Mejju 2016 faqqa' l-iskandlu tal-Panama Papers.", "Hawnhekk se nagħti ħarsa lejn dak li ġara f'din l-aħħar sena wara li f'Mejju 2017 ir-rapport tal-BBC staqsa: \"Is Malta really Europe's pirate base for tax?\", u wara li f'Ottubru 2017 seħħ il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wara li kixfet ċrieki sħaħ ta' kriminalità, ta' korruzzjoni u ħafna oħrajn, fosthom ukoll tax evasion u anke kriminalità ta' drogi u kriminaliltà fin-negozju taż-żejt.", "Se nagħti ħarsa wkoll wara Diċembru 2017 meta kellna a close call, u li kieku mhux għall-attenzjoni ta' ċerti membri parlamentari Ewropej, kieku kienet tgħaddi l-proposta tas-Soċjalisti, u l-Parlament Ewropew kien jitfa' lil pajjiżna fil-lista s-sewda ta' tax haven.", "Malta kienet tiġi mniżżla iswed fuq l-abjad bħala ġenna għall-evażjoni tat-taxxa wara li bejn l-2016 u l-2017 l-NSO ħabbar li l-ekonomija sewda, l-undeclared economy f'pajjiżna kibret b'€40 miljun.", "Dawn kollha kienu aħbarijiet li xterdu madwar l-erbat irjieħ tad-dinja fuq livelli differenti.", "Bla dubju l-mewt ta' Daphne Caruana Galizia kienet l-aktar aħbar li xxokkjat lil kulħadd, li ġiet imxandra mal-aġenziji tad-dinja kollha, is-CNN, is-CNBC, The Guardian, il-Financial Times, l-Al Jazeera, il-BBC, l-iSky u minn kull aġenzija tal-aħbarijiet, u li kienet tefgħetna f'kategorija li ħadd qatt ma immaġina li pajjiżna se jispiċċa fiha.", "Però kien hemm aħbarijiet oħrajn li żebilħuna, fosthom dawk li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ taċ-ċittadinanza u l-Panama Papers b'mod partikolari.", "Hawn nistaqsi: X'tgħallimna minn dawn l-istejjer?", "Kif setgħet din is-sena l-2018 tagħlaq aħjar?", "X'irrimedjajna fuq dawn l-aħbarijiet?", "X'messaġġ ta' konvinzjoni bgħatna din is-sena li verament ridna nibdew il-proċess ta' tindif tar-reputazzjoni ta' pajjiżna?", "Fl-aħħar minuti li għandi se nuri ftit x'kienu l-main news items għal pajjiżna matul din is-sena, wara l-aktar sena sewda li kellna, jiġifieri s-sena li għaddiet.", "F'Marzu tal-2018 iċ-chairperson tal-Pilatus Bank Ali Sadr ġie arrestat mhux f'pajjiżna imma fl-Istati Uniti minħabba l-konnessjonijiet li għandu fuq ħasil tal-flus u frodi.", "L-MFSA damet xhur sakemm ħadet azzjoni.", "F'Mejju tal-2018 il-Ministru Edward Scicluna jirċievi twissija li pajjiżna se tkun blacklisted mill-OECD sakemm ma jiġux implimentati miżuri effettivi sabiex ikun hemm il-prevenzjoni tal-abbuż mill-bejgħ tal-passaporti, bejgħ li qed jesponina għall-ħasil tal-flus.", "X'azzjoni ttieħdet wara din it-twissija?", "Infakkar li l-OECD għal ħafna negozjanti u investituri serji hija l-benchmark ta' qabel ma wieħed jiġi jinvesti f'pajjiż.", "F'Lulju tal-2018, il-European Banking Authority tressaq rakkomandazzjonijiet lill-FIAU u lill-MFSA wara li dawn ġew investigati għall-mod kif aġixxew rigward Pilatus Bank.", "U l-konklużjoni tagħha tkun li kien hemm:", "F'Ottubru, l-agħar xahar ta' din is-sena, l-MEP Sven Giegold jhedded li jekk ma nurux bis-serjetà li aħna bħala pajjiż, bħala Gvern Laburista, kommess li jiġġieled il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, se jibda jikkampanja bis-serjetà sabiex il-bank HSBC jitlaq minn pajjiżna.", "Fl-istess xahar, Ottubru 2018 ikun hemm dokumentarju tal-BBC fejn jgħid:", "Fl-istess xahar ta' Ottubru ta' din is-sena, il-Kummissjoni Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja tordna stat membru li mhu ħadd ħlief pajjiżna biex isaħħaħ l-infurzar tar-regoli tal-money laundering wara l-iskandlu tal-Pilatus Bank u li poġġiet lil pajjiżna aktar fid-dawl ta' pajjiż laxk fid-due diligence u fejn hu faċli taħsel il-flus.", "Fl-istess xahar, Ottubru 2018 kellna s-saga ta' Satabank fejn twaqqaf l-operat minħabba allegazzjonijiet serjissimi ta' ħasil ta' flus, azzjoni li ħalliet lampa stampa eluf ta' klijenti li huma innoċenti, li għadhom hekk sallum.", "F'Novembru 2018 pajjiżna fil-fatt tniżżel fil-lista s-sewda minħabba li sirna pajjiż riskjuż għal money laundering wara li l-Ministru Edward Scicluna tal-Gvern Laburista injora t-twissijiet ta' sitt xhur ilu.", "Fl-istess xahar, Novembru 2018, Transparency International Global Witness ħarġet rapport li kkundannat bl-aħrax lil pajjiżna fuq l-iskema tal-passaporti li din qed tesponina għal riskji ta' money laundering.", "Fl-istess xahar, Novembru, wara investigazzjonijiet dwar każijiet ta' money laundering fuq Pilatus Bank, l-ECB twaqqaf il-liċenzja ta' Pilatus Bank.", "Dawn huma ftit mill-ħafna news items li kellna din is-sena u li ma ttieħdet l-ebda azzjoni dwarhom.", "Mhux ta' b'xejn li pajjiżna qed ikompli jiġi aktar fir-riskju li nitilfu negozju li verament irridu nattiraw lejn pajjiżna.", "Sur President, sfortuntament pajjiżna mhuwiex qiegħed jikkonvinċi bis-serjetà.", "Nisimgħu li rridu nikkoltivaw il-kultura ta' impunità kif nisimgħu diversi drabi, iżda qegħdin napprovaw l-aktar forma ta' inġustizzji fl-agħar tip tagħhom f'kull qasam ta' diversi setturi li hawn f'pajjiżna.", "Mhux se nidħol fid-dettall, lanqas fuq l-aħħar rapport tal-NAO dwar l-iskandlu tal-Electrogas għax m'għandix ħin, però jeħtieġ li pajjiżna jkun ferm aktar dixxiplinat.", "Dawn il-liġijiet verament huma tajbin, huma f'waqthom, però it is too little too late, huma verament laxki, huma biss il-bare minimum li qed timponi fuqna l-Unjoni Ewropea.", "Verament reġa' kellna opportunità fejn nibagħtu messaġġ ċar, però għal darba oħra, erġajna tlifnieha!", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-winding up.", "OWEN BONNICI: Grazzi ħafna, Sur President.", "Din kienet ir-raba' seduta li fiha ddiskutejna l-emendi li qegħdin jiddaħħlu fil-liġijiet tagħna li huma d-direttiva tal-UE kontra t-terroriżmu.", "Essenzjalment il-pakkett li ilna niddiskutu erba' seduti, mhux seduta jew tnejn, kien pakkett leġiżlattiv kontra t-terroriżmu.", "Issa jien qgħadt hawn l-erba' seduti kollha kemm huma, ma ċċaqlaqtx minuta minn din il-Kamra, u f'dawn l-erba' seduti fuq it-terroriżmu ma smajt xejn.", "Minflok, smajt ħafna dwar il-money laundering.", "Huwa importanti li niddiskutu s-suġġett tal-money laundering għaliex il-qasam tal-money laundering huwa relevanti fejn jidħlu l-liġijiet kemm Maltin u kemm Ewropej, imma l-focus kien kompletament attakk sħiħ fuq żewġ persuni li huma Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Fl-ewwel opportunità li għandi f'din is-seduta jien xtaqt – u din hija l-ewwel darba li għandi opportunità nagħmel hekk b'mod pubbliku - nifraħ lill-ħabiba tiegħi l-Onor.", "Miriam Dalli li hija membru tal-Parlament Ewropew talli ddaħħlet f'shortlist tal-magazine Politico dwar il-personaġġi li għandna naraw jew noqogħdu attenti għalihom is-sena li ġejja.", "Fil-fatt, Maltija bħali u bħalek, għandha l-unur li tgħid li ġiet mniżżla fost in-nies li għandna nosservaw għas-sena 2019 minn dan il-magazine.", "Jiena nifirħilha pubblikament, nirringrazzjaha tax-xogħol li għamlet, u rrid ngħid li dan li qed insemmi għandu relevanza ma' dak li kont qed ngħid qabel.", "Dak li jkun jistaqsi x'għandu x'jaqsam il-money laundering mar-rikonoxximent li ħadet l-Onor.", "Għandu x'jaqsam, għaliex l-Onor.", "Miriam Dalli uriet lill-pajjiż kollu, uriet lid-deputati Ewropej taż-żewġ naħat, b'mod partikolari tan-naħa l-oħra, dwar kif għandu jġib ruħu deputat parlamentari Ewropew li jħobb lil pajjiżu.", "Biex ħadd ma jifhimni ħażin, ħadd mhu qed jgħid li d-Deputati Ewropej u l-Oppożizzjoni m'għandhomx jikkritikaw lill-Gvern, imma meta tagħmel argumentazzjoni kontinwa waħda wara l-oħra, ripetuta, mingħajr ma tipproponi mqar suġġeriment jew proposta għal titjib fil-ħajja tan-nies, hemmhekk tkun qed tagħmel disservice.", "Is-servizz ikun qiegħed isir jekk il-politiċi jaħdmu sabiex jipproponu u jmexxu 'l quddiem affarijiet li jtejbu l-ħajja tan-nies, u hekk għamlet l-Onor.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa wieħed tekniku li diffiċli ħafna biex tfiehmu lin-nies hemm barra.", "Hija missjoni prattikament impossibbli biex tfiehem x'inhi l-Fourth Money Laundering Directive u x'se tagħmel u għaliex hemm bżonn nimplimentawha.", "Hija xi ħaġa teknika ħafna, però huwa biżżejjed li tgħid li din hija pass ieħor mill-ħidma tal-Gvern biex isaħħaħ il-liġijiet kontra t-terroriżmu u l-kriminalità.", "Ħaddieħor ipaċpaċ ħafna fuq ir-rule of law, aħna nsaħħu bil-fatti r-rule of law.", "Dik hija d-differenza bejn in-naħa l-oħra u dak li qed nagħmlu aħna.", "Issemmew kemm-il darba allegazzjonijiet dwar membri fil-Kabinett.", "Infakkar li għax Malta hawn ir-rule of law, kull allegazzjoni maġġuri tiġi investigata, kemm jekk issir kontra membri tal-Oppożizzjoni u kemm jekk issir kontra membri tal-Gvern.", "Kwalunkwe allegazzoni tiġi investigata.", "Ma tiġix investigata minn xi ħadd li huwa viċin il-Partit Laburista jew viċin il-Partit Nazzjonalista, imma tiġi investigata mill-ġudikatura.", "Għalhekk għandna rule of law li taħdem f'pajjiżna, għax kwalunkwe allegazzjoni maġġuri tiġi investigata, inkluż l-allegazzjonijiet li smajna f'dawn l-erba' seduti sħaħ.", "Jien smajt dak li qalu l-Onor.", "Kien hemm min ikkritika lill-Prim Ministru għax għamel użu minn provvediment tal-liġi li jagħtih dritt li jappella minn deċiżjoni li ddaħħal f'inkjesta li hu m'għandux x'jaqsam fiha, u kien hemm min ikkritikah fuq ħaġa u fuq oħra.", "Iktar ma nisma' din it-tip ta' kritika aktar ngħid: Kompli għid, għax hekk qed tikkonferma li kwalunkwe allegazzjoni, f'pajjiż fejn hawn ir-rule of law, tiġi investigata, u wara li jkun hemm il-fatti stabbiliti, imbagħad wieħed jieħu d-deċiżjonijiet jew jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "Bl-istess riga jien infakkar li sena u nofs ilu għaddejna mill-kwestjoni tal-Egrant.", "Kieku kellna noqogħdu fuq dak li nkiteb fil-gazzetti u online, kieku konna nagħmlu inġustizzja kbira ma' familja innoċenti.", "Infakkar li fil-każ tal-Egrant kellna familja innoċenti, li hija l-familja tal-Prim Ministru, li kien hemm dokumenti ffalsifikati kontra tagħha.", "Bir-riga tal-Oppożizzjoni, kif rajna l-istqarrijiet jew l-informazzjoni jew il-karti li llum nafu li huma foloz kontra l-Prim Ministru, aħna kellna nduru fuq il-Prim Ministru u ngħidulu biex jitlaq!", "Hekk hija l-ġustizzja?", "Jew il-ġustizzja titlob li inti tinvestiga b'mod awtonomu bil-ġudikatura, imbagħad wara tieħu d-deċiżjonijiet tiegħek?", "Jien naħseb li kull min jirraġuna jgħidlek li jien qed nitħaddet tajjeb.", "Inti tinvestiga u wara tieħu d-deċiżjonijiet opportuni.", "Jekk hemm ħaġa li lili ddejjaqni hija d-double standards.", "Jien din qatt ma flaħt għaliha, ma kontx niflaħ għaliha meta kont tifel, u ma niflaħx għaliha issa li m'għadnix tifel.", "Id-double standards, fejn hawn min jippretendi li hemm sett ta' regoli għal ħaddieħor, però fejn jidħol hu dawn l-istess regoli ma japplikawx.", "Jien taf fejn ma rajtx appell għal investigazzjoni?", "Aħna nafu li hemm żewġ allegazzjonijiet serjissimi fuq membri tal-Oppożizzjoni.", "Għandek allegazzjoni serja fil-konfront ta' David Casa fejn qed jiġi allegat li ffroda fondi Ewropej u kien fil-vizzju tad-droga.", "Biex ħadd ma jifhimni ħażin, jien l-ewwel wieħed ngħid li wieħed irid jgħin lil min qiegħed fil-vizzju tad-droga.", "Jien hekk kont ngħid, hekk ngħid illum u hekk se nibqa' ngħid, però hemm allegazzjoni li għandek MEP li ffroda fondi Ewropej u kien jagħmel attività illegali, u mbierek Alla ma nisimgħu xejn minn fomm dawn li jħabbtu fuq sidirhom li jħobbu r-rule of law!", "Jien kont nippretendi li l-Onor.", "Simon Busuttil, l-ewwel wieħed, imur jiġri għand il-maġistrat u jitlob li ssir inkjesta jekk tassew jemmen fir-rule of law.", "Imma forsi għall-Onor.", "Simon Busuttil hemm rule of law għan-naħa tal-Gvern u rule of law oħra għan-naħa tal-Oppożizzjoni!", "Hemm ukoll il-każ tal-Onor.", "Qrajna fil-gazzetti li sar rapport tal-FIAU li jimplika lill-Onor.", "Adrian Delia f'ħasil ta' flus inkonnessjoni ma' Soho.", "Hemmhekk kollox sew, hemmhekk ma ngħidu xejn!", "Hemmhekk ħadd ma jiġi hawn u jsabbat fuq sidru dwar kemm iħobb ir-rule of law!", "Hawn ukoll, sett ta' standards għal ħaddieħor, imma fejn jidħlu huma, hemmhekk le!", "Għal ħaddieħor l-ogħla livell ta' standard, imma għalihom xejn.", "Din id-doppia faccia, id-double standards, idejqu lin-nies.", "Jien nemmen li jekk hemm allegazzjoni maġġuri din għandha tiġi investigata, imbagħad wara li tiġi nvestigata wieħed ikun jista' jgħid li dak li ntqal fuq din il-persuna ma kienx minnu jew dak li ntqal fuq din il-persuna huwa minnu.", "Dik hi s-serjetà!", "Użajna erba' seduti nirrepetu l-istess ħaġa!", "Mhux aħjar nistennew l-eżitu tal-investigazzjonijiet, għax kieku mhux qed isiru investigazzjonijiet ġudizzjarji bħal fil-każ ta' David Casa u Adrian Delia… Safejn naf jien, jekk dak li kien hemm fil-gazzetti huwa minnu, hemm investigazzjoni mill-Pulizija fil-konfront ta' Adrian Delia.", "Però qed ngħid milli qrajt fil-gazzetti, għax il-fatti jien ma nafhomx.", "Kieku m'hemmx investigazzjoni ngħid li l-Oppożizzjoni għandha biċċa raġun, hemm allegazzjoni serja u m'hemmx investigazzjoni.", "Allura mhux aħjar inħallu l-investigazzjoni ssir!", "Qed ngħid xi ħaġa kbira?", "Inħallu l-investigazzjonijiet isiru u mbagħad wara li jsiru l-investigazzjonijiet wieħed jistabbilixxi l-fatti.", "Sur President, minkejja dak kollu li ntqal nirringrazzja xorta waħda lil min ikkontribwixxa f'dan id-dibattitu u nistenna li nkomplu nimplimentaw aktar liġijiet li jsaħħu r-rule of law f'pajjiżna.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 u l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità, Kap. 539, sabiex jittrasponi d-Direttiva 2017/541/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Owen Bonnici.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Hawn xi ftehim li jitressaq l-Aġġornament?", "(Onor. Membri: Iva) Nitlob lill-Ministru Bonnici sabiex iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-6.50 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018, fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u t-Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Kumitat Permanenti", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nixtieq li fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nitkellem dwar is-settur tad-diżabilità anke għax din il-ġimgħa hija ddedikata lil dan is-settur.", "Naħseb li ma nkun qed ngħid xejn li mhux minnu meta ngħid li dan il-Gvern wera sa mill-bidu nett impenn f'dan il-qasam.", "Huwa qasam għal qalbna, qasam li fuq kollox fih inħaddmu l-motto \"No decision for us without us\".", "Irridu naraw l-involviment ta' kull persuna li tagħmel parti mis-soċjetà tagħna.", "Nixtieq ukoll nirrimarka li lbieraħ, għall-ewwel darba, il-Gvern beda jaħdem mas-settur privat fejn jidħlu respite services għall-familjari ta' persuni b'diżabilità.", "S'issa x-xogħol kien isir jew mill-Gvern jew inkella mill-Gvern flimkien ma' NGOs.", "Dawn il-public private partnerships issa qed jibdew isiru anke mal-privat u fil-fatt għall-ewwel darba bħala Gvern qed naħdmu flimkien mas-settur privat fil-qasam tad-diżabilità proprju ma' Dar Apap Bologna fil-Mosta.", "Morna lil hinn mill-public social partnerships li l-Gvern ilu għal snin jagħmel mad-diversi NGOs, mhux biss f'dan il-qasam, li jaħdmu għall-ġdid soċjali.", "Hemm diversi public social partnerships, fosthom fil-qasam tal-kura tat-tfal, fil-qasam tal-kura għal problemi mentali, fil-qasam tad-diżabilità u wkoll diversi oħrajn.", "Nixtieq ngħid li b'dan il-ftehim li sar mal-privat se jiżdiedu 21 sodda għal servizz ta' respite fis-settur li għadni kif semmejt.", "Dan huwa investiment ta' madwar €1 miljun fis-sena li għandu jolqot mal-1,000 persuna b'diżabilità severa u sussegwentement mal-1,000 familja fis-sena.", "Punt li nixtieq naċċenna għalih hu li dan il-Gvern beda jinforza liġi li kienet ilha magħna għal xi 50 sena, jekk mhux iktar, imma li ma kenitx qed tiġi osservata.", "Qed nirreferi għal-liġi li tobbliga 'l-employers li jimpjegaw ċertu numru ta' ħaddiema li jkunu persuni b'diżabilità.", "Naħseb ilkoll naqblu li hija xi ħaġa pożittiva li, fejn hu possibbli, persuni b'diżabilità jkunu wkoll parti mid-dinja tax-xogħol u huma wkoll jikkontribwixxu għas-soċjetà nfisha kif ukoll għalihom stess.", "Ninnutaw li n-numru ta' persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol naqas b'120 mis-sena l-oħra.", "F'perjodu ta' sena, 120 persuna b'diżabilità daħlu fid-dinja tax-xogħol u bdew jikkontribwixxu għas-soċjetà, għall-ekonomija tal-pajjiż u għalihom infushom.", "Illum għandna total ta' madwar 288 persuna li għandhom diżabilità u li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol.", "Sur President, nixtieq ngħid li permezz tal-infurzar tal-liġi, fi tliet snin iddaħħlu €2.5 miljuni f'multi mħallsin minn dawk il-kumpaniji li ma laħqux in-numru ta' ħaddiema b'diżabilità li suppost jimpjegaw.", "Dawn il-fondi se jintużaw biex ikompli jinħoloq aktar xogħol għal persuni b'diżabilità.", "Kien dan il-Gvern li ra li din il-liġi tibda tiġi osservata, kien dan il-Gvern li għamel multi għal dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jilħqux in-numru ta' persuni b'diżabilità li suppost jimpjegaw magħhom u, fuq kollox, dawn il-multi qegħdin jiġu utilizzati għall-istess għan li hemm fil-liġi, jiġifieri li jinħoloq aktar xogħol għall-persuni b'diżabilità.", "Nixtieq ngħid ukoll li tul din il-leġiżlatura u l-leġiżlatura l-oħra nfetħu xejn anqas minn 11-il residenza għal persuni b'diżabilità fil-komunità.", "Dawn huma 11-il dar fejn persuni b'diżabilità jistgħu jgħixu f'dar normalissima flimkien ma' persuni oħrajn, imma jibqgħu fil-komunità.", "Hija xi ħaġa pożittiva, hija xi ħaġa li tifforma parti mill-wegħda ta' soċjetà ġusta li l-amministrazzjoni għamlet.", "Infakkar ukoll li fl-aħħar baġit reġa' ġie affermat mill-ġdid l-impenn li jingħata l-ekwivalenti tal-paga minima lil dawk il-persuni li għandhom diżabilità severa u li assolutament ma jistgħux jaħdmu.", "Aħna bħala Gvern għamilna commitment li dawk il-persuni li għandhom diżabilità severa u allura mhux possibbli għalihom li jidħlu fix-xogħol nagħtuhom allowance ekwivalenti għall-paga minima netta.", "Hija xi ħaġa li mxejna ħafna dwarha, u llum wasalna li minn Jannar li ġej il-pagament fil-ġimgħa ta' din l-għajnuna se jiżdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa.", "Wieħed irid ifakkar ukoll li fl-aħħar baġit rajna żieda oħra fl-allowance għal tfal b'diżabilità biex issa minn €20 fil-ġimgħa se tkun imħallsa r-rata ta' €25 fil-ġimgħa.", "Forsi jkun hemm min jgħid €5 fil-ġimgħa mhumiex affarijiet kbar, imma hawn qed nitkellmu fuq żieda ta' 25%.", "Infakkar ukoll li f'dan il-qasam dan il-Gvern fetaħ u wessa' l-Barthel Index li huwa index li jkejjel id-diżabiltà biex wieħed ikun jista' jikkwalifika għal ċertu allowances.", "Fil-fatt il-Barthel Index minn 1 to 4 ġie rdoppjat għal minn 1 to 8.", "Wieħed jifhem li dan il-Barthel Index mhuwiex is-soluzzjoni perfetta, għax hemm kwalitajiet ta' diżabilità, partikolarment dawk mentali, li ma jikkwalifikawx taħt il-Barthel Index imma li xorta jixraqilhom li jkunu megħjuna mis-soċjetà inġenerali.", "Qegħdin inħarsu lejn possibbiltà, u nenfasizza l-kelma \"possibbiltà\", li nużaw metodi oħra ta' assessment biex mhux noqogħdu biss fuq il-Barthel Index li jkejjel id-diżabilità fis-sens ta' mobilità, fis-sens fiżiku, imma ukoll nħarsu lejn għodda oħra ta' assessment li forsi nistgħu naraw li jwessgħu u jagħtu aktar għajnuna lil aktar nies li għandhom xi kondizzjoni ta' diżabilità.", "Irridu nħarsu lejn dan is-settur b'mod ħolistiku, b'mod li ninvolvu, b'mod li persuna b'diżabilità tħoss li m'għandha xejn anqas minn persuni oħra.", "Hawn irrid nassigura lil kulħadd li l-impenn tagħna f'dan il-qasam se jibqa' hemm u qed nħarsu lejn titjib li nistgħu nagħmlu.", "Bil-permess tiegħek, Sur President, nixtieq li fl-aħħar nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis li veru jaħdem minn qalbu mhux biss f'dan is-settur imma wkoll fis-settur tal-anzjani.", "Hija xi ħaġa li huwa jagħmel minn qalbu u jifhem personalment fiha.", "Dak huwa vantaġġ.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sur Oliver Scicluna li huwa l-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità.", "Ngħid b'sodisfazzjon li verament għandna komunikazzjoni tajba bejnietna u dejjem naraw kif naħdmu aktar u aktar flimkien biex intejbu s-sitwazzjoni ta' kulħadd.", "L-aħħar punt tiegħi huwa li nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur u li jagħtu l-kontribut tagħhom biex verament ikollna soċjetà ġusta ma' kulħadd.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru, 2018 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Owen Bonnici.", "Fis-7.04 pm il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EMISSJONIJIET TAL-KARBONJU - ESTIMI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid meta qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-estimi tal-emissjonijiet tal-karbonju kif mitlub mil-liġi (S.L 543.01 artiklu 7) mill-2015 'l hawn?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li huwa korrett meta jikkwota li jien għandi l-obbligu li nippreżenta l-figuri tal-inventarju fuq l-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra.", "Tajjeb li ninforma lill-Parlament li l-obbligu li Malta jkollha inventarju jmur lil hinn mill-obbligi nazzjonali għaliex dan huwa rikjest taħt il-Konvenzjoni tat-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) kif ukoll taħt obbligi mill-Unjoni Ewropea.", "L-informazzjoni li tiġi ġġenerata minn dan l-inventarju toħrog wara li jiġu segwiti linji gwida speċifiċi, liema linji huma applikabbli għall-pajjiżi kollha li huma Membri tal-Konvenzjoni f'Anness 1.", "Malta żammet ma' dawn l-obbligi u din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq is-siti relevanti.", "Malta bniet l-ewwel inventarju tagħha fl-2006, fejn minn dak iż-żmien 'l hawn ftit saru żviluppi sabiex dan jittejjeb minħabba nuqqas ta' riżorsi li ġew allokati tul iż-żmien.", "Madankollu, Malta fl-aħħar snin ħasbet sabiex ittejjeb dan l-inventarju u għalhekk fl-aħħar sentejn, Malta daħlet fi proġett bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "L-iskop ta' dan il-proġett huwa li ngħollu l-livell tal-inventarju u nsaħħu l-bażi li tintuża sabiex tiġi ġġenerata din l-infomazzjoni.", "Għaldaqstant, ħassejt li peress li din ir-reviżjoni għadha għaddejja, ma nippreżenta l-ebda figuri li huma bbażati fuq informazzjoni bażika ħafna u li nafu li tista' tinbidel meta jitlesta l-eżerċizzju tar-reviżjoni.", "Tajjeb li nenfasizza li l-infomazzjoni li toħroġ min dan l-inventarju hija importanti u kruċjali għall-iżvilupp tal-politika dwar it-tibdil fil-klima.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li ngħataw inkonnessjoni max-shooting range l-ġdida f'Ta' Kandja, inkluż kull direct order għal site officer jew officers minn Ġunju 2017 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "Jista' f'kull każ jagħti l-ammont ta' ħlas involut, id-data ta' meta ngħatat id-direct order, u jekk ikun il-każ, għal kemm żmien kien ingħata (bħal fil-każ tas-site officer/s)?", "Jista' f'kull każ jgħid x'kien l-involviment tas-Segretarju Parlamentari għall-Isports, u f'kull każ jgħid min ordna kull direct order?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3947.", "Dawn intalbu minn SportMalta u ngħataw l-approvazzjoni mill-Ministeru għall-Finanzi skont il-proċeduri finanzjarji stabbiliti.", "IMĦALLFIN U MAĠISTRATI LI SER JIRTIRAW BL-ETÀ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru għall-Ġustizzja jgħid liema huma dawk l-Imħallfin u l-Maġistrati li ser jirtiraw bl-età minn issa sal-2021?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella t'hawn taħt.", "PUBLIC PROCUREMENT - KUMPANIJI LI ĠEW BLACKLISTED FUQ IMPJIEG PREKARJU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3493 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 456, jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ġew blacklisted?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni tinstab fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Kuntratti: https://contracts.gov.mt/en/Circulars/Pages/Circulars.aspx, speċifikament iċ-ċirkularitajiet Nru 8/2014, 9/2014, 12/2014, 16/2014 u 19/2017 li kopja tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – SEJBA TA' DROGA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3495 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 453 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b'sena u x'tip ta' droga nstabet?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li fis-snin imsemmija kien hemm il-każijiet segwenti:", "Fis-sena 2015 kien hemm total ta' 26 każ li ġew irreferuti lill-Pulizija dwar sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin:", "22 każ b'sustanza suspettuża ta' lewn ħadrani;", "3 każijiet involvew sustanza suspettuża ta' lewn kannella;", "Każ wieħed ta' traċċi ta' sustanza suspettuża ta' frak ta' lewn kannella.", "Fis-sena 2016 kien hemm total ta' 42 każ li ġew riferuti lill-Pulizija dwar sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin:", "32 każ b'sustanza suspettuża ta' lewn ħadrani;", "3 każijiet involvew pilloli u methadone;", "6 każijiet involvew traċċi ta' droga fuq paraphernalia tad-droga bħal foil maħruq;", "Każ wieħed li Involva sustanza suspettuża ta' frak ta' lewn kannella.", "Fis-sena 2017 kien hemm total ta' 63 każ fejn ġiet mgħarrfa l-Pulizija fuq sustanzi suspettużi li nstabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin:", "57 każ b'sustanza suspettuża ta' lewn ħadrani;", "3 każijiet involvew sustanza suspettuża ta' lewn kannella;", "Każ wieħed ta' traċċi ta' sustanza suspettuża ta' lewn kannella fuq paraphernalia tad-droga bħal foil maħruq;", "2 każijiet involvew sustanza suspettuża ta' lewn bajdani.", "Minn dawn hemm 75 fejn għadu mistenni riżultat tal-eżamijiet fuq is-sustanza misjuba, u 44 każ fejn irriżulta li s-sustanza misjuba ma kenitx droga li dwarha setgħu jittieħdu passi.", "Kien hemm tliet każi fejn is-sustanza kienet eroina, żewġ każi fejn is-sustanza kienet eroina u kannabis, u żewġ każi ta' kannabis waħdu, każ wieħed fejn is-sustanza kienet methadone, każ wieħed ta' droga kokaina u żewġ każi ta' droga ecstasy.", "Sal-lum tressqu seba' persuni l-Qorti waqt li tlieta għadhom iridu jitressqu.", "Fuq każ li rriżulta li kienet droga, il-persuna suspettata mietet.", "Sal-lum tressqu ħames persuni l-Qorti, waqt li tnejn għad iridu jitressqu.", "Kien hemm każ ieħor fejn ma hemmx evidenza biex il-persuna suspettuża titressaq il-Qorti.", "AWTORITÀ TAX-XANDIR – RAPORTAĠĠ ĦAŻIN FUQ PBS MINN PARTITI POLITIĊI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti l-Awtorità tax-Xandir minn partiti politiċi dwar raportaġġ ħażin fuq il-PBS kull sena mill-2013 sal-lum, u jista' jaqsam il-lista partit partit?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li matul l-aħħar għaxar snin tressqu 37 ilment mill-partiti politiċi mal-Awtorià tax-Xandir dwar rapportaġġ ħazin fuq il-PBS.", "Il-Partit Laburista ressaq disa' lmenti bejn l-2008 u l-2012 u erba' lmenti bejn l-2013 u l-2018.", "Bejn l-2008 u l-2012 ingħata raġun fuq seba' lmenti.", "Ma ngħatax raġun fuq żewġ ilmenti.", "Bejn l-2013 u l-2018 ma ngħatax raġun fuq erba' lmenti.", "Il-Partit Nazzjonalista ma ressaq ebda lment bejn l-2008 u l-2012.", "Bejn l-2013 u l-2018 ressaq 18-il ilment li fuq 15 minnhom ma ngħatax raġun u fuq tlieta ngħata.", "L-Alternattiva Demokratika ressqet erba' lmenti bejn l-2008 u l-2012.", "Ma ngħatatx raġun fuq l-ebda wieħed minnhom.", "Bejn l-2013 u l-2018 ma ressqet l-ebda ilment.", "Il-Moviment Patrijotti Maltin ressaq żewġ ilmenti bejn l-2013 u l-2018.", "Ingħata raġun fuq wieħed waqt li ma ngħatax raġun fuq l-iehor.", "PERSUNI LI FFREKWENTW KAŻINI MHUX REĠISTRATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li ffrekwentat każin li mhux reġistrat skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini (Leġislazzjoni Sussidjarja 10.21)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant ma kienx hemm każijiet fejn xi persuna ġiet akkużata li ffrekwentat każin li mhux reġistrat skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Każini, Leġiżlazzjoni Sussidjarja 10.21.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PERSUNI LI QED ISERVU SENTENZA TA' PRIĠUNERIJA GĦAL REATI TA' PROSTITUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna kienet qed isservi sentenza ta' priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin dwar reati ta' prostituzzjoni jew li għalkemm is-sentenza li qed isservi kienet jew hija dwar reati oħra, l-istess persuna kellha x'taqsam mal-prostituzzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid is-sess u l-età ta' kull waħda mill-imsemmija persuni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont ta' priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li għandhom reati ta' prostituzzjoni u reati ta' qligħ mill-prostituzzjoni huwa kif indikat fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, sena b'sena mill-2013 sas-17 ta' Novembru 2018, l-età tal-persuni, kif ukoll is-sess tagħhom.", "QRATI TA' ĠUSTIZZJA KRIMINALI – PROJBIZZJONI TA' PUBBLIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI DWAR KAWŻI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Qrati tal-Ġustizzja Kriminali ħarġu ordni li permezz tiegħu pprojbixxew il-pubblikazzjoni sa ma kawża tispiċċa, ta' kitba, stampata jew le, dwar reat li fuqu tkun miexja kawża jew dwar imputat jew akkużat skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema Qorti nħareġ kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet, jagħti d-data ta' meta nħareġ kull wieħed mill-ordnijiet u jindika wkoll kemm dam fis-seħħ kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qrati ta' Malta u Għawdex ma tinżamm l-ebda statistika f'dan ir-rigward, għaliex meta toħroġ ordni ai termini tal-artikolu 517(1), din l-ordni tingħata dejjem wara li jkunu bdew il-proċeduri jew waqt l-andament tal-proċeduri u għaldaqstant ma jiġux imdaħħla fis-sistema.", "QRATI TAL-ĠUSTIZZJA KRIMINALI – ORDNIJIET MAĦRUĠA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ordni li nħareġ mill-Qrati tal-Ġustizzja Kriminali, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) u li skont l-istess artiklu għandu jkun iffirmat mir-reġistratur u mwaħħal fil-bieb tal-edifizzju li fih il-qorti toqgħod?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 7547.", "PERSUNI AKKUŻATI LI KISRU ORDNIJIET MAĦRUĠA MILL-QRATI TA' ĠURISDIZZJONI KRIMINALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li kisret ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 7547.", "QRATI TA' ĠURISDIZZJONI KRIMINALI – RAPPORTI TA' KSUR TA' ORDNIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Pulizija għarrfet lill-qorti bi ksur ta' ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li jipprovdi l-artikolu 517 (3) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta l-Pulizija għarrfet lill-Qrati b'dan u jindika liema Qorti ġiet mgħarrfa b'hekk mill-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor.", "Interpellant ma kienx hemm istanzi fejn li-Pulizija għarrfet lill-qorti bi ksur ta' ordni maħruġ mill-Qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali skont dak li provdut fl-artikolu 517(3) tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' IPOs u Bond Issues fuq il-Pjattaforma Prospects li saru kemm ilha mwaqqfa u f'kull każ jgħid:", "- id-data tal-ħruġ;", "- kemm kien l-ammont ta' ishma/valur ta' bonds maħruġa; u", "- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILLI LOKALI – TENDERS TAL-ISKART", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu flus is-sena li għaddiet il-kunsilli lokali fuq tenders tal-iskart kif ukoll kemm ħallas kull kunsill lil Wasteserv biex jintrema l-iskart?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni min-naħa tal-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid min huwa ċ-Chief Executive Officer tal-ARMS Ltd bħalissa?", "Jista' jikkonferma li l-eks CEO tal-ARMS li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt il-ġdid tas-CEO l-ġdid u l-kuntratt tas-CEO ta' qablu?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-CEO kurrenti tal-ARMS Ltd huwa s-Sur Silvio Scerri.", "Nikkonferma li l-eks CEO irriżenja mill-kariga.", "Fir-rigward tal-kuntratti tas-CEOs, dawn huma kollha simili u l-informazzjoni kontenuta fl-imsemmija kuntratti ma tistax tiġi żvelata u dan skont il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess kuntratt.", "Infakkar li l-ARMS Ltd hija kumpanija privata.", "ARMS LTD: KAWŻA L-QORTI – AZZJONI KONTRA XHUD", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu wara li xhud bil-ġurament fil-Qorti, \"Cordina Darren kontra l-ARMS\" qal: \"Dan (b'referenza ċara għal uffiċjal tal-ARMS) kien qalilna mill-ewwel araw kemm tridu flus ħalli din il-kawża naqtgħulha rasha\"?", "JOE MIZZI: Ninsab persważ li l-Onor.", "Interpellant jaf li hemm kawża li għadha sub judice.", "ARMS LTD – FLUS MIĠBURA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid fejn qed imorru l-flus li qed tiġbor l-ARMS Ltd?", "Jista' jgħid x'qed isir bihom?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-flus miġbura mill-kumpanija ARMS Ltd imorru għand l-Enemalta plc u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA – ĦELA TAL-ILMA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Issa li nistgħu nsegwu l-konsum tal-ilma siegħa b'siegħa, jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fejn jidħol il-ħela tal-ilma?", "Jista' l-Ministru jippreżenta lil din il-Kamra l-aħħar rendikont fejn jidħol il-moniteraġġ tal-ħela tal-ilma għall-unitajiet domestiċi f'Malta u Għawdex?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull ġimagħtejn toħroġ rapport mill-informazzjoni li qed tiġi trażmessa bl-ismart meters, li minnu kull inkwilin li jkollu ħela ta' ilma sostanzjali jiġi infurmat permezz ta' ittra li tintbagħat fl-indirzz li fuqu jkun reġistrat dak l-inkwilin biex jirċievi l-kontijiet.", "Apparti dan, il-Korporazzjoni għandha sistema online biex il-konsumaturi jaraw u jagħmlu monitoring tal-konsum tagħhom mill-kumdità ta' djarhom.", "Kuntrarju għal dak li insinwa l-Onor.", "Interpellant fil-Parlament fit-2 ta' Novembru 2018, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, fis-sena 2018 bagħtet rekord ta' ittri lill-klijenti tagħha minn meta dawn l-ittri bdew jintbagħtu fis-sena 2013.", "BDIL TAL-MAINS TAD-DAWL U L-ILMA FIT-TOROQ", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jikkonferma li fit-toroq li qed tirranġa Transport Malta, qed jinbidlu l-mains tal-ilma u tad-dawl?", "Jista' jgħid jekk il-mains tbiddlux fil-bypass tal-Mellieħa meta kienet qed tiġi rranġata?", "Jista' jgħid jekk tbiddlux il-mains meta saret it-triq tal-Buskett?", "Jekk ma ġewx mibdula, għalfejn ma sarx hekk qabel ingħata t-tarmak?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li kull meta jsir xogħol tat-toroq, l-entità Kkonċernata tiġi mogħtija bill of quantities (BOQ) ta' xogħol skont il-bżonn.", "Dan ix-xogħol isir mill-kuntrattur li jkun se jagħmel it-triq.", "Barra minn hekk, il-mains fil-bypass tal-Mellieħa nbidlu.", "WIRES TAD-DAWL MGĦODDIJA MINN TAĦT L-ART", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-wegħda tal-Partit Laburista li l-wajers tad-dawl fit-toroq jiġu mgħoddija kollha minn taħt l-art?", "Jekk il-gvern se jimxi ma' din il-wegħda, fejn waslet il-ħidma?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa l-Enemalta qed tagħmel numru ta' pilot projects f'dan ir-rigward.", "Fosthom għaddej ix-xogħol fiċ-Ċentru tal-Birgu, fid-daħla tal-Baħrija u f'numru ta' toroq ġewwa Ħad-Dingli.", "Il-pjan jinkludi wkoll diskussjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati biex f'xogħol ta' bini ġdid il-klijenti jippreparaw culverts minn fejn il-cables għas-servizz tal-elettriku jkunu jistgħu jiġu mgħoddija.", "Barra minn dan, l-Enemalta għaddejja b'xogħol estensiv biex sal-aħħar tas-sena 2019 jitneħħew il-pylons (arbli tat-33kV) li għad baqa' f'Malta fiż-żoni tal-Mellieħa, Vendome, Tarxien u Ħal-Far.", "Dan wara li ġew mpoġġija kilometri ta' cables ta' voltaġġ għoli minn taħt l-art.", "BORD LI JIRREGOLA L-KERA – KAŻIJIET TA' ŻGUMBRAMENT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' żgumbrament quddiem il-Bord li jirregola l-kera?", "Jista' jgħid kemm intlaqgħu talbiet minn dawn il-każijiet u ġie ordnat l-iżgumbrament tal-inkwilin sena b'sena mill-2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm biss żewġ linji tat-telefon fis-Servizz Supportline u ta' spiss dawn il-linji jkunu okkupati meta s-Servizz ta' Emerġenza 112 tal-Pulizija għandhom 32 linja tat-telefon u rċevew 162,042 telefonata s-sena l-oħra?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ż-żewġ servizzi mhumiex l-istess ħaġa.", "Is-servizz permezz tal-linja 179 huwa Support Line, jiġifieri mezz ta' kommunikazzjoni telefonika fil-qasam tal-għajnuna u solidarjetà soċjali.", "Minbarra dan, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) investiet u introduċiet sistema magħrufa bħala Call Centre Solution fl-2015.", "Din is-sistema hija kapaċi tieħu sitt telefonati f'daqqa jew aktar, skont il-ħtieġa.", "Jekk għal xi raġuni jew oħra l-linji jkunu okkupati, it-telefonati li jidħlu mil-linja tas-Support Line jiġu ridiretti fuq l-ewwel linja li s-sistema ssib disponibbli.", "Is-servizz tas-Support Line għandu wkoll linja diretta u mobile number għall-Pulizija sabiex jintuża f`każijiet urġenti.", "Dan bil-għan li f`sitwazzjonijiet meta l-linji tal-179 ikunu okkupati, il-Pulizija jkunu jistgħu jużaw din il-linja diretta jew mobile.", "Din is-sistema ilha titħaddem matul din is-sena u bl-introduzzjoni wkoll tas-servizz ta' ħaddiema soċjali wara l-ħinijiet tax-xogħol u fi tmien il-ġimgħa u festi pubbliċi, każijiet urġenti jkunu jistgħu jiġu megħjuna fi żmien raġonevoli.", "Fl-aħħar nett, tajjeb li nippreċiża li s-Support Line 179 ilu minn mindu twaqqaf 22 sena ilu jaħdem permezz tal-volontarjat.", "Fil-fatt huwa monument għall-ispirtu ta' altruwiżmu u volontarjat f'pajjiżna.", "Il-pjanijiet tal-management tal-FSWS huma li jingaġġa numru minimu ta' impjegati full-time biex jassigura li jkun hemm servizz kontinwu 24 siegħa kuljum, imma fl-istess ħin jibqa' jagħmel użu mill-voluntiera biex jibqa' jżomm u jseddaq l-ispirtu uniku ta' dan is-servizz.", "DJAR RESIDENZJALI TAL-ISTAT – LISTA TA' STENNIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f'xi dar residenzjali tal-Istat?", "Kemm kien hemm minn dawn l-anzjani li ilhom jistennew għal iktar minn sentejn, tliet snin u erba' snin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm 2,026 anzjan jistennew biex jidħlu f'xi dar residenzjali tal-Istat.", "Dawn applikaw kif ġej:", "Fl-2014 u qabel - 314", "KUNSILLI LOKALI ŻGĦAŻAGĦ – PROĠETTI FIL-KOMUNITAJIET", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1191, jista' l-Ministru jgħid xi twettaq mill-proġetti msemmija f'dawn il-komunitajiet sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Hemm xi proġetti maħsuba għas-sena d-dieħla biex jiġu implimentati mill-Kunsilli Lokali Żgħażagħ?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat minn Aġenzija Żgħażagħ li bl-eċċezzjoni tal-proġett tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ Marsaskala, il-proġetti kollha msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1191 mogħtija f'Ottubru 2017 ġew implimentati b'suċċess.", "Apparti li ntemm b'suċċess il-proġett tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ Naxxar, l-istess kunsill taż-żgħażagħ qed jimplimenta proġett ieħor bl-isem 'Aspetti tal-Ħajja Soċjali, Kulturali u Storika fin-Naxxar', video li se jkun ippreżentat lill-komunità tan-Naxxar f'Jum in-Naxxar ta' din is-sena, jiġifieri fil-11 ta' Diċembru 2018.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li Aġenzija Żgħażagħ qed tevalwa l-implimentazzjoni tal-proġett Kunsilli Lokali Żgħażagħ għas-sena d-dieħla.", "TFAL U ŻGĦAŻAGĦ TAĦT L-ETÀ LI JAGĦMLU RAPPORT LILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30961 tat-Tnax-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika tant importanti tan-numru ta' dawk it-tfal u żgħażagħ taħt l-età li għamlu rapport lill-Pulizija dwar vjolenza domestika li huma jew xi ħadd mill-familja tagħhom qed jgħaddu minnha?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li informazzjoni dwar l-ammont ta' tfal u żgħażagħ ta' taħt l-età li għamlu rapport mal-Pulizija dwar vjolenza domestika fuqhom jew membri tal-familja tagħhom ma tinżammx taħt forma ta' statistika peress li fis-sistema persuna li tagħmel rapport mal-Pulizija tkun imniżżla bħala 'Person Filing Report'.", "Din tista' tkun persuna li tagħmel rapport f'isem tali persuni taħt l-età, u għalhekk l-ammont estratt mis-sistema ma jkunx veritier.", "ĠBIR TA' SKART DOMESTIKU – LINJI GWIDA B'LINGWI DIFFERENTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Nirreferi għal gwida ta' direzzjoni ta' kif jinġabar l-iskart domestiku.", "Nifhem li l-NGO għamel traduzzjoni fi 11-il lingwa.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Ministeru biex ikollna traduzzjoni f'lingwi differenti?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se nkunu qegħdin nevalwaw il-possibbiltà li jiġi riprodott materjal relatat mal-ġbir ta' skart organiku f'numru ta' lingwi differenti.", "AVVIŻI B'MOD ELETTRONIKU FIT-TOROQ – UŻU TAL-LINGWA MALTIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Nirreferi għal avviżi li qed jirreklamaw informazzjoni edukattiva u li jidhru b'mod elettroniku fit-toroq għall-attenzjoni tas-sewwieqa, imma qed ninnota li mhux dejjem qed jitħares l-ilsien Malti; għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid liema awtorità juża d-Dipartiment tat-Toroq biex jintuża Malti tajjeb?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorità użata hija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.", "Saħansitra fil-paġna uffiċjali li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti hemm ukoll standardizzazzjoni għas-senjaletika direzzjonali u informattiva.", "FORZI ARMATI TA' MALTA – SULDATI STAZZJONATI F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati fil-Forzi Armati ta' Malta stazzjonati f'Għawdex?", "Jista' jgħid x'inhu l-grad tagħhom u f'liema taqsima huma stazzjonati?", "Jista' jgħid kemm hemm suldati Għawdxin stazzjonati f'Malta u f'liema taqsima huma stazzjonati dawn is-suldati Għawdxin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' suldati stazzjonati f'Għawdex huwa ta' 74.", "Dawn huma kollha stazzjonati fl-Iskwadra Marittima (G Command) u l-gradi tagħhom huwa kif jidher hawn taħt:", "Hemm 153 suldat Għawdxi stazzjonati f'Malta li huma mqassmin kif gej:", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara meta se jitlaħaq ftehim mad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei rigward l-istrike?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-taħditiet fuq ftehim settorali ġdid tad-dentistrija għadhom għaddejjin.", "KUNSILL LOKALI TAL-FGURA – ĊENTRU ĊIVIKU", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid minn liema fondi gawda l-Kunsill Lokali tal-Fgura minbarra dawk allokati lilu kull sena finanzjarja, sabiex jinbena u jitlesta ċ-Ċentru Ċiviku fi Triq Hompesch, Fgura?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika total ta' €300,000 mill-iskema tal-Proġetti Kapitali mnedija mill-Ministeru de quo.", "Dawn ingħataw f'żewġ għotjiet, waħda ta' €75,000 f'Novembru 2016 u l-kumplament f'Awwissu 2018.", "KUNSILL LOKALI TAL-FGURA – LAQGĦAT U GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm korrispondenza bejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura, il-Gvern u l-awtoritajiet oħra fejn intalbu laqgħat u għajnuna finanzjarja sabiex jiġi ffinanzjat iċ-Ċentru Ċiviku qabel Marzu tas-sena 2013?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-korrispondenza?", "OWEN BONNICI: Il-korrispondenza relatata tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MELLIEĦA: SIT F'TA' MASRIJA - DOKUMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6482 u ċjoè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5123, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sit f'Ta' Masrija fil-Mellieħa (biswit il-bypass tal-Mellieħa) li jitrattaw l-applikazzjonijiet PC 62/16 u PC 25/17?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6645 f'Seduta 137.", "IL-MELLIEĦA – APPLIKAZZJONI GĦAL TLIET SULARI GĦAL LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hiex qed tħares b'mod favorevoli lejn l-applikazzjoni 10178/18 li tirrigwardja fost l-oħrajn żieda ta' tliet sulari oħra fuq li hemm għal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Mellieħa?", "(Applikazzjoni li jekk tiġi approvata se tkun tfisser aktar qerda tal-karatteristiċi uniċi tal-Mellieħa).", "IAN BORG: L-applikazzjoni PA 10178/18 ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-21 ta' Novembru 2018.", "Dan ifisser li l-ewwel perjodu ta' 30 ġurnata, li jwassal għall-konklużjoni tal-ewwel fażi ta' konsultazzjoni u fl-istess ħin jagħti ċans għall-kummenti tal-pubbliku, jagħlaq fil-21 ta' Diċembru 2018.", "Id-Direttorat tal-Ippjanar, f'isem iċ-Chairperson Eżekuttiv, irid jifli l-każ sew wara li jkun ingħata ċans lill-entitajiet kollha li jagħtu sehemhom fid-deliberazzjoni ta' din l-applikazzjoni.", "Irid jieħu wkoll konjizzjoni tal-kummenti kollha li jistgħu jintbagħtu mill-pubbliku.", "Il-proċess jista' jinkuldi wkoll fażi fejn l-applikanti u l-periti jkollhom jissottomettu informazzjoni ulterjuri.", "Dan jista' jiskatta it-tieni fażi ta' konsultazzjoni.", "Meta l-proċess ikun sħiħ u komplut, id-Direttorat jikteb ir-rapport finali li jkun jinkludi rakkmandazzjoni sħiħa dwar il-każ.", "Ikun f'dan l-istadju li l-Awtorità jkollha l-fatti kollha neċessarji sabiex tkun tista' tiddelibera u tagħmel rakkmandazzjoni favur jew kontra dan il-proġett.", "Dan ir-rapport imsemmi għandu jitlesta u jintbagħat għand il-Kummissjoni għall-Ippjanar sa mhux aktar tard mill-11 ta' April 2019, sakemm ma jkunx hemm talba mill-perit sabiex jissospendi l-applikazzjoni.", "Għaldaqstant, id-Direttorat tal-Ippjanar iħoss illi f'dan l-istadju hekk bikri, mingħajr ma għandu l-evidenza, l-informazzjoni, u l-kummenti esterni kollha neċessarji sabiex ikun jista jagħti rakkmandazzjoni fuq il-proġett, mhux fil-pożizzjoni li jikteb ir-rapport finali.", "Min-naħa tagħha, l-Awtorità tal-Ippjanar, mingħajr dan ir-rapport, li bil-liġi trid tistenna qabel tieħu deċizjoni ben infurmata, tħoss li jkun prematur li tippronunċja ruħa favorevoli jew kontra dan il-proġett.", "Madankollu, mingħajr preġudizzju għal dak li jista' jirriżulta fir-rapport finali, u għad-deċiżjoni li għad trid tittieħed mill-Awtorità, id-Direttorat diġà ħa konjizzjoni tal-fatt li prima facie, il-proposta ta' żieda ulterjuri fl-għoli tal-bini ta' din il-lukanda partikolari ma tikkonformax mal-Policy bit-titolu Height Limitation Adjustment Policy for Hotels, approvata f'Ġunju tal-2014, u dan billi:", "a) Is-sit tal-lukanda jinsab fil-limiti taż-żona tal-iżvilupp, adjaċenti ma' żona rurali filwaqt li mhux f'żona turistika; u", "b) Is-sit jinsab ukoll fix-xifer tal-irdum tal-Mellieħa.", "Għaldaqstant, anke f'dan l-istadju hekk bikri, jidher ċar li din il-lukanda fuq dan is-sit partikolari ma tikkwalifikax bħala waħda minn dawk li tista' tisfrutta l-policy imsemmija hawn fuq sabiex tkabbar in-numru ta' kmamar billi tibni b'għoli li jeċċedi dak stipulat fil-pjan lokali.", "MELLIEĦA – TA' MASRIJA/BYPASS - DOKUMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Ġaladarba l-Ministru ma sab l-ebda oġġezzjoni li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti relatati mal-PC 46/13 (Żona Ta' Masrija/Bypass Mellieħa), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument simili għall-istess żona li però jġib in-numru PC 42/15?", "Interpellant li d-dokumenti mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA – OĠĠEZZJONIJIET FUQ PROĠETTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm u fuq liema proġetti (wieħed wieħed) il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel oġġezzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bejn Ġunju 2013 u Novembru 2018?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA – DOKUMENTI FUQ IL-BINJA DEVOLUTA TAT-TORRI L-ABJAD", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati ma' kull forma ta' ftehim li sar bejn il-Gvern, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u xi entitajiet oħra relatati mal-binja devoluta tat-Torri l-Abjad bejn Ġunju 2008 u Novembru 2018?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA – APPLIKAZZJONI GĦAL BINI TA' LUKANDA U APPARTAMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza relatata mal-applikazzjoni PA 5909/17 (applikazzjoni għall-bini ta' lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa) kif ukoll mas-sit inkwistjoni li saret, jew għaddiet mill-Kunsill Lokali u/jew ma' xi entità governattiva bejn Jannar 2009 u Novembru 2018, liema sit kien jintuża bħala park and ride mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għal numru ta' snin bejn l-2009 u l-2013?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181204_176d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 176, li saret fl-4 ta' Diċembru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "REĠISTRU TAL-QRATI – AIR-CONDITIONING", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fir-Reġistru tal-Qrati m'hemmx air-conditioning, fatt li qed iwassal biex diversi impjegati jilmentaw fil-beraħ, sal-lum stess?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-Reġistru tal-Qorti Superjuri diġà kien hemm sistema ta' arja kondizzjonata, liema sistema żviluppat ħsara li, fil-fatt ma kienx suġġerit li tiġi rranġata minħabba l-ispiża involuta.", "Għalhekk ittieħdu l-passi neċessarji li permezz tagħhom ġew stallati ħames cassette type air-conditioning units ġodda u nbeda proċess sabiex jiġu stallati tliet units oħrajn tal-istess tip.", "B'dawn tal-aħħar tkun tlestiet l-installazzjoni ta' sistema ta' arja kondizzjonata ġdida u aktar effiċjenti li tkopri r-Reġistru tal-Qrati Superjuri.", "HERMANN SCHIAVONE: Bħalma jaf tajjeb il-Ministru, għandna numru ta' tempji u siti madwar il-pajjiż li qegħdin esposti għall-elementi.", "Pereżempju, qed jiġuni f'rasi t-Tempji tal-Imnajdra, li għalkemm huma mgħottijin, però xorta hemm problemi minħabba li l-ġnub huma miftuħin, qegħdin ħdejn il-baħar, u allura jkunu esposti għall-elementi kollha.", "Heritage Malta għandha mod kif tagħmel monitoraġġ kontinwu tal-istat li jkunu fihom it-tempji?", "Qed isiru interventi fejn hemm bżonn biex naturalment inħarsu l-wirt storiku?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din il-mistoqsija, li hija mistoqsija pertinenti ħafna, għaliex aħna għandna obbligu li nieħdu ħsieb il-wirt storiku li hawn f'pajjiżna.", "Hemm fatturi li jeqirdu l-wirt storiku b'mod naturali, però hemm mezzi ta' kif nistgħu nnaqqsu l-effett ta' dan l-impatt negattiv fuq il-wirt storiku tagħna.", "Kif qal korrettement l-Onor.", "Interpellant, fuq it-tempji tal-Imnajdra hemm tinda li saret mill-Gvern preċedenti, li kienet deċiżjoni għaqlija u tajba.", "Personalment, meta rajt it-tinda l-ewwel darba, kont għedt: Hawn x'għamlu?", "Kemm ġie ikrah!", "Però fil-verità mbagħad tibda tapprezza li din it-tinda protettiva fuq it-tempji hija imbierka, għaliex tgħin ħafna biex titnaqqas l-erożjoni u biex ma ssirx ħsara fuq il-binja.", "Għalhekk, għalkemm jien wieħed minn dawk li fil-bidu t-tinda ma għoġbitnix, illum ngħid li allaħares m'hemmx dik it-tinda!", "Fil-fatt, għamilna tinda oħra fuq it-tempji ta' Ħal Tarxien.", "Kif saret it-tinda, bl-elevation, meta timxi madwar it-tempji ta' Ħal Tarxien ikun hemm partijiet fejn inti titla' t-taraġ, u allura tibda tara t-tempji taħtek, hemm partijiet fejn tarahom taħtek, hemm partijiet fejn inti tkun eye level mat-tempju, u allura naħseb li din sebbħet l-esperjenza fit-tempju ta' Ħal Tarxien.", "Naqbel mal-Onor.", "Interpellant li hemm bżonn li nieħdu ħsieb il-wirt storiku, anke permezz ta' dawn it-tined u permezz ta' materjal protettiv ieħor.", "Jien inserraħ ras il-Parlament li l-kuraturi ta' Heritage Malta jikkuraw il-wirt storiku daqslikieku huwa tagħhom!", "Naħseb li lanqas kieku kien tagħhom ma jikkurawh daqshekk!", "Anzi, normalment in-nuqqas ta' qbil li jkollna huwa għaliex forsi jinħass li jesaġeraw xi ftit, għaliex li kieku kien għalihom ma jsir xejn imkien!", "Mentri huwa importanti li żżomm it-tempji ħajjin, iddaħħal in-nies u jkun hemm l-attività.", "Jiġifieri jrid jinħoloq bilanċ.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' Heritage Malta li naf kemm qed jaħdmu f'dan ir-rigward.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, ilbieraħ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar diversi entitajiet u dipartimenti tal-Gvern.", "Fost l-oħrajn rajt xi kummenti fuq il-midja dwar il-Kunsill Malti għall-Arti.", "Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra, u anke jagħti tweġiba għal din il-kritika?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għal din il-mistoqsija.", "Ilbieraħ kien hemm rapport tal-Awditur Ġenerali li għamel analiżi tal-operat ta' numru ta' entitajiet, fosthom il-Kunsill Malti għall-Arti.", "Kien hemm punti ta' kritika dwar ċerti aspetti tal-operat tal-Kunsill Malti għall-Arti, speċjalment dak finanzjarju.", "Dawn is-siltiet ingħataw prominenza kbira fuq ċerta midja online.", "Issa jekk dik il-prominenza kinetx ftit imkabbra, fis-sens li jekk kinetx timmerita dik il-prominenza kollha, dik hija xi ħaġa li jarawha l-ġurnali, però bħala stat ta' fatt irrid ngħid xi ftit affarijiet.", "L-ewwel nett irrid nirringrazzja lill-Awditur Ġenerali tal-ħidma li għamel flimkien mall-Kunsill Malti għall-Arti.", "Li jsir awditjar hija xi ħaġa pożittiva u żgur li minn dan l-eżerċizzju joħroġ il-ġid, għaliex anke l-ħaddiema tal-Kunsill Malti għall-Arti jitgħallmu kif itejbu l-operat tagħhom.", "Irrid ngħid li safejn jien informat, l-awditjar mill-Awditur Ġenerali sar f'Lulju u minn Lulju sal-lum diġà ttieħdu passi rimedjali fuq numru ta' affarijiet.", "Il-Kunsill Malti għall-Arti ma qagħadx jistenna l-pubblikazzjoni tar-rapport sabiex itejjeb dak li għandu jtejjeb.", "Essenzjalment, tneħħi affarijiet ta' natura ordinarja li għandhom jitranġaw, u mhumiex essenzjalment kbar, irrid nikkummenta fuq żewġ punti, li naħseb li huma l-iktar importanti.", "L-ewwel nett, il-kritika li l-karti finanzjarji għas-sena 2016 u 2017 ma kenux lesti hija kritika ġustifikata, imma l-kritika l-oħra dwar id-direct orders, fil-fehma tiegħi, mhijiex ġustifikata.", "Se ngħaddi ftit kummenti fil-qosor dwar dawn iż-żewġ punti.", "Se nibda mill-kritika tal-Awditur Ġenerali li jidhirli li hija ġustifikata.", "Irid ikollok il-management accounts u jkollok id-dokumenti finanzjarji tas-snin ta' qabel approvati.", "Il-fatt li dawn ma kenux approvati mhijiex xi ħaġa tajba, imma hija xi ħaġa negattiva.", "Jien informat li d-dokumenti finanzjarji għas-sena 2016 se jkunu lesti sal-aħħar tas-sena, waqt li għas-sena 2017 se jkunu lesti sa April tal-2019.", "Ir-raġuni għalfejn kien hemm dan il-backlog hija li l-Kunsill Malti għall-Arti kiber fl-attività tiegħu.", "Biżżejjed insemmu li l-Kunsill Malti għall-Arti ħa ħsieb il-programm kulturali tal-Presidenza ta' Malta tal-Unjoni Ewropea.", "Kiber ix-xogħol, kibru l-inizjattivi, però sfortunatament in-nies li jaħdmu fis-settur tal-finanzi tal-Kunsill Malti għall-Arti ma kibirx.", "Meta nkun barra fit-toroq niltaqa' ma' negozjanti li jħaddmu nies u jgħiduli li huwa diffiċli ħafna li ssib nies li jaħdmu miegħek f'setturi tekniċi.", "Dik id-diffikultà ngħaddu minnha aħna wkoll.", "Anke l-Kunsill Malti għall-Arti jsib diffikultà jsib accountants u nies fil-finanzi biex jagħmlu dak ix-xogħol u allura x-xogħol kollu tal-pagamenti u l-awditjar intern irid isir mill-istess persuni.", "Jien ingħatajt l-informazzjoni li l-awditjar għall-2016 se jkun lest sal-aħħar tas-sena; tal-2016 se jkun lest, u sa April jew, l-iktar tard Mejju, tal-2019 se jkun lest l-awditjar tal-2017 ukoll.", "Allura dik il-kritika ġustifikata tal-Awditur Ġenerali se tkun saret riżoluzzjoni tagħha.", "Sinjura President, ngħaddi issa għall-kritika li, fil-fehma tiegħi, ma kinetx ġustifikata.", "Ma jfissirx li għax ma naqbilx għandi nuqqas ta' rispett lejn l-Awditur Ġenerali.", "Jien nirrispettah ħafna, però jien ma naqbilx miegħu fejn jidħol l-użu tad-direct orders fis-settur kulturali.", "Irrid nagħmel dikjarazzjoni u nispjega li fejn jidħol il-procurement ta' servizzi kulturali … Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq procurement ta' karozza, ta' photocopier, jew ta' servizz normali, imma qed nitkellmu dwar prodott jew servizz artistiku.", "Jekk jien għall-Arts Festival irrid lil xi ħadd partikolari, jien ma nistax noħroġ tender, imma bilfors irrid immur b'mod dirett għal dak ix-xi ħadd partikolari!", "Dan l-argument kien ġie diskuss fil-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi fil-Leġiżlatura li għaddiet, li kien presedut mill-eks Ministru Tonio Fenech, u fih kien hemm qbil li fejn jidħol artistic procurement ma tistax tuża l-metodu tat-tender!", "Jien ġibt ftit informazzjoni biex nispjega fil-qosor dan li qed ngħid.", "Pereżempju, Al Di Meola, li kull min jaf u jifhem fil-mużika jazz jaf li huwa wieħed mill-aqwa stilel fis-settur, inġieb għall-Jazz Festival u, fil-fatt, ta prestazzjoni fit-22 ta' Lulju tal-2017.", "Sewa l-flus biex ġie Al Di Meola.", "Jista' xi ħadd jispjegali kif jien lil Al Di Meola nista' nġibu b'tender?", "Bilfors b'direct order irrid inġibu!", "Bl-istess mod insemmi lil Puerto Flamenco, Royal Ballet of London, il-London Sinfonietta u s-servizzi li tana Austin Camilleri.", "Dawn huma affarijiet li bilfors iġġibhom b'mod dirett.", "Allura waqt li nifhem meta l-Awditur Ġenerali jgħid li kemm jista' jkun irridu mmorru għall-ħriġ ta' tenders, fejn jidħol artistic merit, jiddispjaċini, imma nistax naqbel li hemm mod ieħor ħlief b'mod dirett!", "Allura nissottometti li waqt li fuq il-punti l-oħrajn aġixxejna jew se naġixxu kif spjegajt, fuq dan il-punt jien nissuġġerixxi li jkun hemm daqsxejn żvilupp fil-ħsieb ta' kif inħarsu lejn dan l-aspett.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Il-Ministru għamel aċċenn għar-rapport tal-Awditur Ġenerali u l-kritika fuq l-użu tad-direct orders.", "Huwa semma l-artisti u l-kantanti, però l-Awditur Ġenerali mhux fuq artisti u kantanti tkellem, imma kkritika, pereżempju, id-direct order ta' €135,000 biex jiġi organizzat il-Malta Rock Festival.", "Ma naħsibx li l-Malta Rock Festival inqala' mil-lum għal għada, imma wieħed ikun jaf dwaru minn sena qabel.", "Allura jekk wieħed ikun jaf minn tant xhur qabel, għaliex ħafna minn dawn id-direct orders ma ħarġux f'forma ta' tender biex inti tagħti iktar ċans lil iktar players, partikolarment is-self-employed u n-negozji ż-żgħar?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din il-mistoqsija, li għalija hija leġittima.", "F'pajjiżna l-Kunsill Malti għall-Arti dejjem iffoka fuq ċertu stil ta' kultura, li normalment hija kultura li tolqot sezzjoni partikolari tal-poplu.", "Aħna għamilna sforz biex niftħu ftit il-bibien u nattiraw iktar udjenzi.", "Wieħed mill-mezzi huwa billi l-Kunsill Malti għall-Arti jagħmel ukoll kunċerti li jolqtu l-gosti ta' nies differenti, fosthom il-mużika rock.", "Il-Kunsill Malti għall-Arti jagħmel xogħol tajjeb ħafna, pereżempju fejn jidħol il-Jazz Festival, li huwa wirt ta' Dr Michael Frendo, li nsellimlu minn hawnhekk, għax bil-viżjoni tiegħu waqqaf il-Jazz Festival, u aħna komplejna nibnu fuq it-tajjeb li sibna; illum għandna Jazz Festival tal-aqwa livell.", "Però fejn tidħol il-mużika rock, il-Kunsill Malti għall-Arti kien assenti.", "Aħna dehrilna li rridu nagħmlu festival tal-mużika rock.", "Li kien sar fl-ewwel edizzjoni ta' dan il-festival huwa li sar ftehim mal-NnG Promotions, li hija kumpanija tal-affari tagħha ħafna - kull min jattendi dan iċ-ċirku ta' divertiment jaf x'qed ngħid - biex itellgħu sitt kunċerti rock għall-Malta Rock Festival bejn April u Novembru tal-2017 u jieħdu ħsieb ukoll l-ispejjeż tat-titjiriet u anke s-servizzi ta' marketing.", "Dan kien il-ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-NnG Promotions.", "Fil-fatt, bis-saħħa ta' dan il-ftehim ittellgħu sitt kunċerti rock.", "Nifhem dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant u, fil-fatt, jien ukoll tkellimt f'dak is-sens mal-Kunsill Malti għall-Arti u ġejt informat li fil-festivals futuri tar-rock, minflok ma se jintuża dan il-metodu, meta b'mod dirett inti tiftiehem ma' kamra ta' produzzjoni, se jkun hemm sejħa miftuħa biex kull min irid ikun jista' jipparteċipa u jtella' r-Rock Festival.", "Kif għedt, din kienet l-ewwel darba, jiġifieri tlaqna u bdejna.", "Dak kien l-ewwel pass u issa, jekk Alla jrid, se jkollna passi futuri u nkomplu ntejbu s-sistema tagħna tal-procurement.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, iktar kmieni ħadt gost nisma' lill-Ministru jitkellem dwar il-partimonju Malti u dak kollu li nsejħulu wirt, anke kulturali.", "Jista' l-Ministru jispjega b'liema mod jassistu lill-kunsilli lokali, anke permezz ta' skemi u miżuri, sabiex jagħmlu r-restawr fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom?", "OWEN BONNICI: Sinjura President, jiena naħseb li hija xorti sabiħa, jew deċiżjoni għaqlija, li l-kunsilli lokali u l-kultura qegħdin taħt l-istess Ministeru.", "Jien mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għandi relazzjoni eċċellenti, nimxu tajjeb ħafna flimkien, u flimkien ħdimna fuq żewġ proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-kunsilli lokali u l-kultura.", "L-ewwel wieħed huwa fejn għandu x'jaqsam il-wirt storiku, u t-tieni wieħed huwa fejn għandhom x'jaqsmu festivals li jittellgħu mill-kunsilli lokali, li normalment tkun ċelebrazzjoni tal-lokalità bħal, pereżempju, Żejt iż-Żejtun, Casal Fornaro, u oħrajn.", "Fir-rigward tal-wirt storiku rrid ngħid li qabel is-sistema kienet li l-gvern tal-ġurnata jagħżel hu fejn jirrestawra.", "Essenzjalment kien ikun il-ministru tal-ġurnata li jiddeċiedi fejn isir restawr.", "Aħna tliet snin ilu ħadna d-deċiżjoni li minflok ma nagħmlu hekk, nagħmlu stedina lill-kunsilli lokali u nitolbuhom jagħtuna suġġeriment fejn jixtiequ li aħna nirrestawraw.", "Normalment aħna nirrestawraw bejn erba' u ħames biċċiet storiċi.", "Mhux qed nitkellmu fuq affarijiet kbar ħafna.", "Pereżempju, il-bieb ta' DeRohan ta' Ħaż-Żebbuġ u l-bieb ta' Hompesch ta' Ħaż-Żabbar saru bis-saħħa ta' din l-iskema.", "Hemm diversi niċeċ li għamilna kif ukoll postijiet oħrajn.", "Minn din l-inizjattiva l-kunsilli jagħmlu sottomissjoni, imbagħad hemm kumitat tekniku li jagħżel l-aqwa suġġerimenti u skont ir-riżorsi li għandu d-Direttorat.", "Fil-fatt, ilbieraħ ħabbarna t-tielet sett, għax hija t-tielet sena, ta' postijiet li se jkun qed isir restawr fihom, li jvarjaw mill-Mellieħa sa Santa Venera, sa Birżebbuġa.", "Hemm diversi postijiet, u kemm jista' jkun nipprovaw li fejn sar restawr ma nerġgħux nirrepetu biex b'hekk kulħadd ikun imissu l-post tiegħu.", "Dak huwa fejn tidħol l-iskema tar-restawr.", "Fir-rigward tal-festivals kulturali hemm fondi apposta li permezz tagħhom aħna ngħinu lill-kunsilli lokali billi japplikaw għall-fondi u jtellgħu dawn il-festivals fl-irħula, li qishom bħan-Notte Bianca, però tal-lokalitajiet rispettivi.", "Mill-informazzjoni li għandi, u naħseb li s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis jaqbel miegħi, dawn huma mfittxija ħafna mill-pubbliku.", "Jien nixtieq li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar inkomplu ntellgħu Notte Bianca sabiħa fil-Belt, imma fl-istess waqt inkomplu ntejbu l-iljieli mdawla li jsiru fil-lokalitajiet, għax hemm ħafna potenzjal!", "Il-flus li jingħataw jintużaw tajjeb u jien kuntent immens bil-mod kif isiru.", "Meta ġejna għall-għażla tan-nies li jevalwaw, daħħalna wkoll nies minn Valletta 2018, mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, mill-Kunsill Malti għall-Arti u minn Festivals Malta, u naħseb li r-riżultat aħħari huwa wieħed tajjeb.", "Jien inħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex ikunu innovattivi, jipprovaw dejjem imexxu 'l quddiem il-lokal tagħhom u qatt ma għandhom jissottovalutaw kemm in-nies iħobbu jmorru fil-postijiet storiċi ta' raħal twelidhom jew ta' pajjiżhom.", "Pereżempju, l-Onor.", "Interpellant hija minn Ħal Qormi, fejn naf kemm hemm nies li huma kburin bil-lokalità tagħhom, u għandhom raġun għax Ħal Qormi huwa sabiħ ħafna, bi tradizzjonijiet tant sbieħ, speċjalment marbuta mal-ħobż u l-fran.", "Inċidentalment qed isir eżerċizzju intern ibbażat fuq sottomissjonijiet li jiġu mingħand in-nies dwar liema prodotti jew affarijiet Maltin għandna npoġġu fuq il-lista lokali biex nissottomettuha għal-lista tal-UNESCO.", "Mill-informazzjoni li għandi jidher li l-ftira Maltija qiegħda fuq quddiem nett!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "CHRIS SAID: Nispera li l-ftira Għawdxija wkoll tkun fuq il-lista tal-UNESCO!", "Però jien se mmur lura għall-mistoqsija oriġinali, li kienet fuq l-air-conditioning fir-Reġistru tal-Qorti.", "Ftit ilu l-President tal-Qorti, il-Prim Imħallef, ftit wara l-ħatra tiegħu żar il-Qorti ta' Għawdex u għamel rimarka wkoll dwar il-kondizzjonijiet li qed jaħdmu fihom il-ħaddiema fil-Qorti ta' Għawdex.", "Issa ilna sitt baġits konsekuttivi nisimgħu dwar il-bini ta' qorti ġdid f'Għawdex.", "Mill-informazzjoni li għandi, sal-lum għadha ma tpoġġietx ġebla waħda f'dan l-imbierek qorti ġdid li suppost se jinbena f'Għawdex.", "Dan minkejja li f'kull baġit kien hemm vot biex suppost jinbena dan il-qorti.", "Kif inhuwa involut il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali biex ikun hemm binja ġdida għall-qorti f'Għawdex?", "U x'qed isir wara r-rimarki li għadda l-President tal-Qrati tagħna, anke fuq il-kondizzjonijiet li qed jaħdmu fihom il-ħaddiema fil-Qorti ta' Għawdex?", "Sinjura President, iktar kmieni din is-sena dan il-Parlament approva emendi dwar il-format tal-qorti f'Għawdex, prattikament biex il-Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex, fejn tidħol il-Qorti Ċivili, jibda jiġi presedut minn imħallef minflok maġistrat, kif prattikament ilu jkun presedut għal madwar 300 sena.", "Minkejja li dawn l-emendi għaddew diversi xhur ilu, s'issa ma daħlux fis-seħħ.", "Meta huwa maħsub li bħala Ministru responsabbli se jdaħħal dawn l-emendi fis-seħħ?", "X'tibdil se jkun hemm fil-Qorti ta' Għawdex malli jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi?", "OWEN BONNICI: Sinjura Pesident, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għal din il-mistoqsija dwar Għawdex.", "L-Onor.", "Said tkellem ukoll dwar il-ftira Għawdxija, naf li hemm ftajjar tajbin ħafna f'Għawdex, in-Nadur b'mod speċjali!", "Ġietna sottomissjoni għal logħba Għawdxija 'Tal-Brilli' tal-Għarb.", "Jista' jkun li eventwalment xi darba … Aħna naturalment nimbottaw biex il-wirt Għawdxi jkun rikonoxxut, kif ukoll il-logħba partikolari 'Tal-Brilli' li tintlagħab f'Għawdex, li wkoll hemm il-possibbiltà li 'l quddiem tingħata rikonoxximent.", "Aħna se nibqgħu nimbottaw il-wirt storiku ta' Għawdex!", "Fir-rigward tal-Qorti ta' Għawdex jien naqbel mal-Onor.", "Interpellant li hemm bżonn li jkun hemm titjib, kemm mil-lat strutturali tal-binja nnifisha, speċjalment fejn jidħol l-ispazju, u anke l-istruttura legali tal-Qorti ta' Għawdex.", "Se nibda mill-ewwel waħda.", "Aħna, bħala Ministeru, nagħtu l-appoġġ kollu lill-Ministeru għal Għawdex meta titwaqqaf struttura ġdida, jiġifieri, il-binja.", "Aħna nistgħu nagħtu l-għarfien li għandu d-Dipartiment tal-Qrati f'Malta, bħalma għandu ta' Għawdex, sabiex kollox isir skont l-aħjar kriterji li tistenna fid-dinja tal-lum.", "Id-deċiżjoni dwar is-sit hija xi ħaġa li ovvjament iridu jeħduha l-Għawdxin; mhux se nkun jien minn Malta li nażżarda u niddeċiedi jien fejn issir qorti f'Għawdex.", "Qed ngħidha b'rispett lejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Irid isir kollox b'konsultazzjoni ma' sħabna l-Għawdxin.", "Li huwa żgur huwa li aħna dejjem inkunu disposti li nagħtu l-kontribut tagħna fejn tidħol is-sigurtà tal-ġudikanti, u anke dwar riżorsi li hemm bżonn għall-ħaddiema, aħna dejjem disposti li nitkellmu.", "Nemmen li b'dan il-partnership ikun jista' jkun hemm titjib f'dan il-kamp.", "Fir-rigward tal-idea li jkun hemm imħallef għal Għawdex, naqbel mal-Onor.", "Fil-fatt, dan il-Parlament għadda emendi sabiex għall-ewwel darba, naħseb f'200 sena, Għawdex ikollu mħallef li jippresiedi l-kawżi ċivili bħalma jiġri f'Malta.", "Sal-lum ma nifhimx ir-raġunament li f'Malta ċerti kawżi jismagħhom imħallef, però f'Għawdex l-istess kawżi eżatt jismagħhom maġistrat.", "Mhux għax il-maġistrati għandhom xi ħaġa inqas, għaliex jekk hemm ministru tal-ġustizzja li tella' maġistrati għal imħallfin, kont jien.", "Naħseb li bħala gvern, dan huwa wieħed mill-aktar gvernijiet li ta promozzjonijiet lil nies minn maġistrati għal imħallfin, u dan għaliex aħna għandna fiduċja fil-maġistrati.", "Però ma tagħmilx sens li l-istess kawża eżatt, f'Malta jismagħha mħallef u f'Għawdex jismagħha maġistrat!", "Naturalment, biex tagħmilha għandek – se nuża kelma mhux korretta – problema ta' diżeffiċjenza.", "Ma tridx tkun matematiku biex tirrealizza li jekk għall-istess kawżi eżatt se tagħmel imħallef over and above maġistrat, se jkun meħtieġ investiment ulterjuri.", "Però jien jidhirli li f'ġieħ is-saltna tad-dritt, meta inti tinvesti biex ikollok saltna tad-dritt aħjar, dak huwa investiment fis-sod!", "Naturalment, kif nafu, se jkun hemm ċerti skadenzi ta' maġistrati li llum jippresiedu l-Qorti t'Għawdex, għaliex dawn dalwaqt se jirtiraw u allura jien jidhirli li dawn id-deċiżjonijiet ta' kif u min jagħżel … Pereżempju, il-Prim Imħallef, u żgur li mhux jien, jagħżel min jippresiedi l-Qorti t'Għawdex, imma wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li anke kieku ma nagħmlu xejn, wieħed miż-żewġ maġistrati li jippresiedu l-Qorti ta' Għawdex dalwaqt jirtira.", "Jiġifieri anke li kieku ma kellna nagħmlu xejn, dak se jwassal għal bidla fil-personnel fil-ġudikatura għal Għawdex.", "Irrid nerġa' ngħid li mhux jien niddeċiedi min imur Għawdex, imma l-Prim Imħallef, però naħseb li mbagħad inkunu f'pożizzjoni fejn infasslu aħjar il-pjan gradwali li bih ikun hemm imħallef f'Għawdex.", "Ma rridux nagħmlu l-iżball li fetaħli għajnejja dwaru l-istess Onor. Interpellant waqt id-dibattitu parlamentari, meta qalli biex noqgħod attent li ma nispiċċawx f'sitwazzjoni fejn l-istess żewġ imħallfin jiddeċiedu kollox f'Għawdex!", "Dik ukoll ma jkunx ta' ġid.", "Kellu raġun!", "Kienet xi ħaġa li mhux m'okkorrietlix, però meta smajtha mingħand avukat prattikanti f'Għawdex tajtha iktar piż, u mort lura nkellem lill-kollegi li qed jgħinuni biex infasslu dan il-pjan sabiex naċċertaw li jkun hemm imħallfin u maġistrati għal Għawdex b'mod li mhux il-kawżi kollha jispiċċaw jinstemgħu mill-istess tnejn jew tliet persuni, għax dik ukoll mhijiex xi ħaġa li wieħed jixtieq.", "Biex inwieġeb lill-Onor.", "Interpellant irrid ngħid li aħna qed naħdmu fuqha din, u jekk Alla jrid fix-xhur li ġejjin din il-ħaġa, li naf li l-Għawdxin iriduha ħafna - u għandhom raġun - tkun tista' ssir realtà!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "OWEN BONNICI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar appelli kriminali pendenti quddiem imħallfin partikolari sedenti fil-Qorti tal-Appell Kriminali (Inferjuri), fit-30 ta' Novembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6737; u", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tax-Xandir għas-sena 2019, estimi riveduti għas-sena 2018 u rapport u stqarrijiet finanzjarji għas-sena 2017; u", "Kopja tal-linji gwida maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta (Malta Residence and Visa Programme), bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7754.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu 4 tal-Artiklu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018, tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Aaron Farrugia ssostitwixxa lill-Onor.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "L-Onor.", "PUNT IMQAJJEM MILL-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, nixtieq nitlob lill-Prim Ministru Joseph Muscat, preżenti hawnhekk, id-Deputat Prim Ministru, u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela, biex jagħmlu stqarrija urġenti dwar il-laqgħa bejn Neville Gafà, uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u Haitem Tajouri, li huwa kmandant tal-milizja Libjana tat-Tripoli Revolutionary Brigade.", "Ninnota dan b'mod partikolari fir-rapporti ġurnalistiċi li saru u …", "GODFREY FARRUGIA: Sentenza kulma se ngħid.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, il-ħin tal-Istqarrijiet Ministerjali mhuwiex il-ħin fejn deputat li ma jifformax parti mill-Eżekuttiv jagħmel diskors lill-Kamra.", "Għaldaqstant, id-diskors kollu tal-Onor.", "Għandu l-ħin tal-Aġġornament, għandu kwalunkwe ħin ieħor f'din il-Kamra biex jagħmel dan id-diskors tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nifhem li kien qed jagħmilli talba u allura nitolbok biex tikkonkludi Onor. Farrugia.", "GODFREY FARRUGIA: Li rrid inżid huwa li r-rapport tal-panel of experts …", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, irrid daqsxejn ġustifikazzjoni għalfejn għamel it-talba.", "Dak li qed nitlob.", "BYRON CAMILLERI: L-iStanding Orders imkien ma jippermettu li f'dan il-ħin xi ħadd jagħmel talba.", "Jekk fil-każ, xi ħadd jilluminani, għax imkien ma jipprovdu li xi ħadd jistaqsi … Lanqas jistaqsi, għax hawn qiegħed jagħmel diskors!", "Għandu l-ħin tiegħu sabiex jagħmlu u jagħmlu xħin irid!", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Hemm ir-regoli!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jien għadni kemm ikkonsultajt; jista' jagħmel talba, però se nitolbu biex jikkonkludiha, għax ma kkonkludiex.", "Ikkonkludi, jekk jogħġbok, Onor. Godfrey Farrugia.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, jien qed nitlob dan fir-rigward li r-rapport tal-panel of experts tan-Nazzjonijiet Uniti, li ġie ppubblikat f'Settembru tal-2018, jgħid li l-attivitajiet tal-milizja fil-Libja, inklużi dawk tal-brigata revoluzzjonali, intensifikaw, u dan qed jillimita l-iżvilupp politiku tal-Libja u, għaldaqstant, it-tranżizzjoni tal-Libja lejn id-demokrazija.", "Għalhekk jeħtieġ li l-Gvern Malti jwieġeb lill-poplu Malti u lill-komunità internazzjonali għall-interess tal-paċi u stabbiltà fil-Libja.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, naħseb li t-talba tiegħek għamiltha b'mod ċar.", "Ma nistax inħallik … Jista' jintefa l-mikrofonu tal-Onor.", "Nirringrazzjak, it-talba tiegħek għamiltha.", "Napprezza kieku ma kenitx daqshekk fit-tul.", "Issa, ovvjament, sta għan-naħa tal-Gvern.", "Jien m'għandi l-ebda awtorità biex nikkmanda lill-Gvern jagħmel stqarrija ministerjali.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji (Emenda Nru 2).", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "Is-Segretarju Parlametari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, dan l-Abbozz ta' Liġi, kif jgħid it-titolu stess, se jkun jemenda diversi liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi finanzjarji, li ħafna minnhom huma direttivi li jridu jiġu trasposti u allura l-liġijiet Maltin iridu jaddottaw …", "Għandkom kollega li qed jipprova jitkellem u diġà tfixkel darbtejn.", "Jekk jogħġobkom, jekk tridu titkellmu bejnietkom tistgħu toħorġu barra mill-Kamra u titkellmu hemmhekk!", "L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, kif kont qed ngħid, dan huwa Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet sabiex jiġu trasposti direttivi Ewropej għal-liġijiet Maltin, u allura qegħdin naraw li ġbarna dawn l-emendi f'Abbozz ta' Liġi wieħed, li mbagħad jiġu trasposti f'numru ta' liġijiet oħrajn.", "Meta nitkellmu fuq is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna dejjem insostnu li dan huwa sors importantissimu tal-ħolqien tal-impjiegi f'pajjiżna u fil-fatt, kif juru ċ-ċifri u statistika uffiċjali, wieħed minn kull €10 li jiġu ġenerati f'Malta jinħoloq grazzi għall-attività li għandha x'taqsam mas-servizzi finanzjarji.", "Dan mingħajr ma wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-effetti indiretti li ma jinqabdux minn din l-istatistika bħal, pereżempju, l-effett ekonomiku fuq il-human capital u għarfien tat-trawwim bħala taħriġ li jingħata lid-diversi ħaddiema f'dan is-settur.", "Dan is-suġġett ma ġiex mix-xejn.", "Dan huwa riżultat ta' ħafna xogħol li sar matul dawn l-aħħar 20 sena u huwa dovut prinċipalment għall-isforzi u intrapriża tas-settur privat, li kien għaraf li jkun proattiv u jattira attività ekonomika f'pajjiżna.", "Imma dan huwa dovut ukoll grazzi għall-ħidma diversa li saret minn diversi gvernijiet f'pajjiżna.", "Grazzi għal din il-ħidma stajna naraw li jissawru diversi liġijiet, kif ukoll l-istess liġijiet inbidlu matul iż-żmenijiet.", "Huwa tajjeb li ninnotaw li fuq dan is-settur dejjem kien hemm qbil u allura jiena nħares 'il quddiem sabiex dan il-qbil jibqa' għaddej u nneħħu l-politika partiġjana minn dan is-settur, għax l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li nibdew indaħħlu l-politika partiġjana f'dan is-settur.", "Hawn Malta nafu li l-politika hija s-suġġett tal-ġurnata, tidħol f'kull diskussjoni.", "Naħseb li l-politika, il-futbol u l-festi fis-sajf huma tliet affarijiet li verament isawru l-karattru ta' persuna u l-mod ta' kif tiżvolġi diskussjoni.", "Però naħseb li huwa tajjeb li meta nitkellmu f'din il-Kamra nħarsu lil hinn mill-gwadann politiku.", "Ikun hemm ħafna okkażjonijiet fejn wieħed jista' jitkellem, però fis-settur finanzjarju, speċjalment f'mumenti sensittivi bħalma huwa dan iż-żmien fl-Ewropa kollha, b'dak kollu li għaddej fl-Ewropa u fid-dinja, huwa importanti li wieħed iqis kull kelma li jgħid.", "Parti mit-tibdil sar għax il-leġiżlatur, jiġifieri aħna, il-Parlament, flimkien mal-Gvern tal-ġurnata, u anke mas-settur privat, antiċipa r-riformi li hemm bżonn isiru biex jaġġornaw maż-żmenijiet, u dawn saru.", "Fl-aħħar sena u nofs, bħala Gvern, għaddejna bosta emendi f'dan is-sens.", "Fil-fatt, minbarra li għamilna emendi fl-Att li jwaqqaf ir-Regolatur tas-Servizzi Finanzjarji - fil-fatt għamilna żewġ emendi - stajna naraw li għamilna wkoll diversi emendi oħrajn.", "L-Att li jemenda l-istruttura tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji sar biex inġeddu l-istrutturi amministrattivi tal-Awtorità, kif ukoll saħħaħna iżjed l-indipendenza tal-istess Awtorità.", "Aħna nisimgħu ħafna kritika li l-awtoritajiet mhumiex indipendenti, b'mod partikolari fuq is-settur finanzjarju, li minkejja li fuq il-liġi huma indipendenti, ma kenux indipendenti.", "Però huwa tajjeb li nifhmu wkoll li l-istess liġi li servietna għal 20 sena, kif kienet ukoll imwaqqfa mill-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien, il-liġi stess tal-Awtorità ma kinetx tagħmilha indipendenti.", "Il-fatt li kienet tiddependi mill-finanzjament tal-ministru tal-ġurnata inaqqsilha mill-indipendenza u s-saħħa tagħha!", "Dik hija xi ħaġa li biddel dan il-Gvern.", "Fil-fatt, biddilnieha ftit xhur ilu billi neħħejna l-poter minn taħt il-ministru responsabbli minn dan is-settur li jiffinanzja l-istess Awtorità.", "B'dan it-tibdil fil-liġi il-poter tajnieh lill-Parlament, u użajna l-mudell tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO), fejn il-finanzjament tal-Awtorità jiġi diskuss f'kumitat magħmul miż-żewġ naħat tal-Kamra u mhux mill-ministru.", "Qabel, il-ministru kien jiffirma u jgħid, pereżempju, li lill-Awtorità se jagħtiha €4 miljuni biex topera.", "Din inbidlet u fil-fatt, din is-sena, l-Awtorità talbet żieda ta' €12-il miljun.", "Huwa tajjeb li nifhmu li fil-verità, qabel, l-Awtorità dejjem kellha finanzjament u dejjem kienet tagħti lill-gvern, għaliex kellha r-Reġistru tal-Kumpaniji marbut magħha.", "Jien ħassejt li dan mhux mudell sostenibbli.", "Fil-fatt, ma hemm l-ebda pajjiż ieħor fl-Ewropa li juża dan il-mudell, u allura r-Reġistru tal-Kumpaniji nqata' u ġie awtorità separata, però tajna l-awtonomija u l-indipendenza lill-Awtorità biex tkun tista' tesegwixxi l-poter tagħha bħala regolatur.", "Fil-fatt, l-ammont ta' finanzjament li qed tingħata l-Awtorità huwa kważi d-doppju ta' dak li kien jingħata qabel.", "Nifhmu li qed isir ċertu investiment fl-istess Awtorità, fosthom mill-aspett teknoloġiku, proċeduri ġodda u impjegati ġodda.", "Jekk wieħed jidħol fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità jara numru sħiħ ta' impjegati li hemm mal-Awtorità.", "Sinjura President, sabiex l-Awtorità nagħmluha iktar indipendenti neħħejnieha mid-Directive 7, li biha biex awtorità timpjega persuna trid tara li jkollha l-human resources plan approvat minn qabel, ikollha l-finanzjament, tgħaddi mbagħad il-proċess rigoruż ħafna li jidħol taħt is-Segretarju Permanenti li japprova jew le skont l-approved human resources plan.", "Il-Kabinett iddeċieda li nneħħu l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji minn din id-Direttiva, jiġifieri issa biex l-Awtorita timpjega persuna, ma tridx tgħaddi minn dan il-proċess kollu, imma tara l-bżonnijiet tagħha u timpjega persuna li hi skont il-bżonn tagħha.", "Ħaġa li saret b'mod immedjat kienet li waqqafna Audit Committee, għax l-Awtorità ma kellhiex audit committee u allura fl-Awtorità għandek diversi stadji.", "Għandek l-Audit Committee, li jagħmel awditjar, fosthom tal-proċess u tal-finanzjament tal-istess Awtorità, għandek il-Bord li huwa indipendenti, kif kien minn dejjem, u mbagħad għandek non-executive Chair u executive CEO.", "Dan apparti li mbagħad l-istess Awtorità hija regolata minn istituzzjonijiet Ewropej, bħall-European Banking Authority (EBA), il-European Securities and Market Authority (ESMA), il-European Insurance and Occupational Pensions Authority (EIOPA) u ħafna awtoritajiet oħrajn, li kollha jirregolaw setturi partikolari li jaqgħu taħt l-istess Awtorità.", "Din hija parti mill-proċess sabiex nuru wkoll l-indipendenza kif qed issir u hija xi ħaġa li tevolvi.", "Pereżempju, meta riċentement kellna laqgħat mal-Moneyval u mal-FSAP (Financial Sector Assessment Programme) fejn konna qed naraw ukoll il-proċessi kollha tal-istess awtoritajiet, wieħed seta' flimkien magħhom jiddiskuti, nieħdu l-esperjenzi u nagħmlu peer reviews ta' pajjiżi oħrajn kif joperaw, u hemmhekk naraw li nimplimentaw l-aħjar sistemi possibbli fil-pajjiż tagħna.", "Anke fejn jidħol l-aspett ta' finanzjament, aħna qed niddiskutu wkoll il-cost recovery programme, li permezz tiegħu l-Awtorità, minkejja li tkun indipendenti, nassiguraw ukoll li jkun hemm il-valur għall-flus.", "Jiġifieri, mhux tiġi l-Awtorità tgħidli li, pereżempju, għandha bżonn €30 miljun, jew se tonfoq €30 miljun, imma jrid ikun hemm raġuni għaliex dawk it-€30 miljun għandha bżonnhom.", "Jekk għandha bżonn €30 miljun se tieħu €30 miljun, imma t-talba trid tkun appoġġjata b'raġuni!", "Ir-raġuni hija cost recovery method, li inti jkollok persentaġġ ta' dħul li jiddependi mill-industrija.", "L-industrija llum hija ħafna ikbar minn kif kienet għaxar snin ilu.", "Għaldaqstant, jekk għandek industrija ikbar, għandek bżonn regolatur ikbar li jirregola industrija ikbar.", "Dan joħroġ mill-parteċipanti li għandek fl-istess industrija.", "Allura, b'dan il-mudell li qed noħorġu, il-cost recovery method, jekk l-industrija tkun qed tikber, awtomatikament il-finanzjament li għandha bżonn l-Awtorità se jikber, imma se jikber paripassu mal-industrija!", "Allura dik hija l-ġustifikazzjoni għalfejn l-istess Awtorità jkollha bżonn iktar finanzjament.", "Dan dejjem jekk ma jkollokx xi spiżi one-offs, bħal xi investiment partikolari, imma mbagħad wieħed jara l-każ abbażi ta' każ każ.", "Dawn huma mudelli li daħħalniehom issa, f'dawn l-aħħar xhur.", "Jiġifieri huwa tajjeb li nikkritikaw, imma ilna nisimgħu ħafna kritika fuq is-saltna tad-dritt, awtoritajiet mhux indipendenti, però fir-realtà mbagħad proposti ma tantx smajna!", "Jien nieħu l-kritika tal-Oppożizzjoni, imma huwa tajjeb li ngħidu li meta konna nisimgħu ħafna kritika fuq l-awtoritajiet, l-awtoritajiet għadhom jimxu fuq l-istess liġijiet li għamlet l-Oppożizzjoni!", "Meta l-Oppożizzjoni tikkritika li awtorità mhijiex qed topera b'mod awtonomu għax il-liġi ma tippermettihiex, qed tikkritika x-xogħol li għamlet hi stess!", "Ejjew ngħidu li huwa veru li m'hemmx sistemi perfetti, m'hemm l-ebda sistema perfetta, imma jekk tikkritika, kun kostruttiv ukoll u għid fejn tikkritika u toffri s-soluzzjoni.", "Huwa d-dover tal-Gvern li joffri s-soluzzjonijiet.", "Dik nirrikonoxxuha, u hekk qed nagħmlu.", "Mhux qed ngħid li l-Oppożizzjoni għandha toffri s-soluzzjonijiet kollha, għaliex kieku hemm l-Oppożizzjoni fil-gvern u mhux aħna qegħdin fil-gvern!", "Però, l-poplu jafda iktar lilna biex inwettqu dawk il-bidliet u, fil-fatt, huma dawn il-bidliet li qed inwettqu.", "Huwa tajjeb li wieħed ikun jaf minn fejn qiegħed jitlaq ukoll.", "Minn barra regolatur b'saħħtu, is-sistema finanzjarja tirrikjedi wkoll li jkun hemm liġijiet li jagħtu ċertezza fir-rigward tal-ġerarkija tal-kredituri fil-każ ta' insolvenza.", "Hawnhekk qed nibdew ngħaddu l-ewwel wieħed.", "Dan huwa punt kruċjali, sabiex min jinvesti jkollu wkoll istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom il-mezzi li bihom jiġi faċilitat il-proċess tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni tal-kreditu.", "B'dan l-ispirtu qed naraw li jkun hemm it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda direttiva oħra.", "Mhux se noqgħod nidħol f'ħafna dettall fuq in-numri tad-direttivi għax hawn numru sostanzjali, hawn 'il fuq minn ħamsa.", "Naħseb li lkoll naqblu li meta jkun hemm direttivi Ewropej, id-diskussjonijiet ikunu f'livell tekniku, l-awtoritajiet ikollhom in-nies tekniċi tagħhom, u aħna ħafna drabi noqogħdu fuq dawn il-pariri.", "Din hija xi ħaġa li nirrikonoxxu, kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni, li dejjem qgħdna fuq il-parir tal-esperti, speċjalment fejn jidħlu d-direttivi Ewropej.", "Hemm numru ta' direttivi li jemendaw dawn il-liġijiet, fosthom Direttiva 2399 dwar l-insolvency, id-Direttiva 59 tal-2014, kif ukoll l-emendi proposti tal-artiklu 29A tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, Kap. 371.", "Dan, kif inħobb ngħidlu jien, huwa ħafna kliem tal-avukati, u nippreferi nitkellem daqsxejn iktar fis-sustanza u nħalli l-aspett legali għall-avukati.", "F'din il-Kamra hawn ħafna avukati u naħseb li żgur jieħdu pjaċir jiftħu iktar fuq dan l-aspett.", "Però huwa tajjeb li mbagħad naraw ir-riżultat, x'effett joħroġ minn dik il-liġi fuq l-industrija.", "Jien nippreferi nitkellem fuq dak l-aspett li bih intejbu, pereżempju, ir-riżolvibilità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.", "Skont l-oġġettivi tat-total loss absorbing capacity tal-Financial Stability Board, hekk imsejjaħ il-minimum requirement for own funds and eligible funds, nistgħu naraw li d-Direttiva tal-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek iħallu lok lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni biex jagħmlu kapitalizzazzjoni ta' strumenti ta' dejn ordinarju u mhux assigurat.", "Hemmhekk imbagħad nibdew naraw anke l-implimentazzjoni b'mod fattwali f'dan is-settur.", "Apparti minn hekk, bl-emenda proposta, il-Fond ta' Riżoluzzjoni se jingħata grad ogħla minn dak li għandu llum minħabba l-fatt li attwalment dan il-fond għandu grad paripassu ma' krediti oħrajn.", "Allura qed jiġi propost li l-Fond ta' Riżoluzzjoni għandu jkollu dan il-grad, li mbagħad ikopri wkoll dawk id-depożitanti li jiġu koperti u l-iskema tal-kumpens, id-Depositors Compensation Scheme.", "Din l-emenda se tagħti lill-Fond ta' Riżoluzzjoni grad ogħla minn kredituri oħrajn, imma grad inqas minn kredituri li d-drittijiet tagħhom huma garantiti permezz ta' xi privileġġ jew ipoteka u skont il-liġi Maltija applikabbli dak iż-żmien.", "Din il-ġerarkija ta' kreditu mbagħad se tkun qiegħda tagħti iktar ċertezza fis-servizzi finanzjarji.", "Dawn l-emendi li qed jiġu proposti se jkunu wkoll qed jagħtu ċertezza legali ikbar f'każijiet li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom il-liċenzja tagħhom irtirata.", "Fil-fatt, artiklu 15 tal-Att dwar is-Servizzi ta' Investiment qed jiġi emendat sabiex jiġi ċċarat li kull direttiva mogħtija kif stipulata f'dan l-Artiklu, għandha kemm il-darba l-awtorità kompetenti ma tordnax xorta oħra, tibqa' tapplika wkoll meta d-detentur tal-liċenzja, għal kwalunkwe raġuni, itemm li jibqa' jkollu liċenzja mogħtija taħt dan l-Att.", "Fl-aħħar nett nixtieq nerġa' nfakkar li s-suċċess tas-servizzi finanzjarji jiddependi ħafna milli jkollna leġiżlazzjoni f'pajjiżna li timxi paripassu ma' diversi direttivi li jkunu għaddejjin fuq livell Ewropew.", "Għaldaqstant naħseb li huwa importanti li, speċjalment fil-każ tar-reputazzjoni ta' pajjiżna, ikun hemm sforz kollettiv.", "Nerġa' ngħid, kummenti politiċi jkunu hemmhekk, isiru u jmorru, però ejjew niftakru li l-ħsara li ssir wara kumment politiku meta jkun fuq pajjiżna … Jien dejjem ngħid li meta inti tobżoq fis-sema, se jerġa' jiġi f'wiċċek!", "Ejjew naraw x'inhu għaddej fuq livell Ewropew.", "Jien persważ li ħafna mill-kummenti tal-Oppożizzjoni – jalla sejjer żbaljat – se jkunu fuq suġġetti oħrajn, imma mhux eżatt fuq il-liġi li qed niddiskutu llum!", "Sinjura President, ejjew naraw x'qed jiġri f'pajjiżi oħrajn u kif qed iġġib ruħha l-Oppożizzjoni ta' dawk il-pajjiżi.", "Jekk wieħed iħares lejn diversi skandli li saru fuq livell Ewropew, minkejja li, pereżempju, għandek pajjiżi li għandhom kważi 100 membru parlamentari Ewropew, ma tismax membru wieħed li jitlob investigazzjoni fuq dak il-pajjiż, iżda jaraw li b'diskussjoni jindirizzaw dawn l-affarijiet b'mod serju, fl-interess ta' dak il-pajjiż.", "Jien hekk nistenna wkoll mill-Oppożizzjoni!", "Mhux jien, imma naħseb li l-poplu Malti qed jistenna li jekk l-affarijiet qed jinbidlu, inkomplu niddiskutu.", "Dan huwa l-mod kif wieħed għandu jiddiskuti, però ejjew inżommu f'moħħna li kull kelma li ngħidu tista' tiġi interpretata mod ieħor, anke barra l-pajjiż, speċjalment minn dawk li għandhom interess li jinterpretawha mod ieħor!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, bl-Abbozz ta' Liġi li għadu kif ressaq is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri se jiġu emendati tliet Atti, jiġifieri l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, l-Att dwar is-Servizzi ta' Investiment u l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju.", "Kif normalment nagħmel, se nalloka l-ewwel parti tad-diskors tiegħi għall-analiżi teknika ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, imbagħad nanalizza s-sitwazzjoni tas-servizzi finanzjari minn aspett iktar miftuħ.", "Dawn il-proposti, li l-għan tagħhom huwa li jsaħħu dan is-settur, huma emendi li huma verament straightforward, m'għandhom l-ebda kontroversja, u bażikament huma traspożizzjonijiet imposti fuqna mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma traspożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew biex jemendaw id-Direttiva eżistenti dwar il-klassifikazzjoni ta' strumenti ta' debitu mhux assigurati, jiġifieri l-unsecured debts, fil-Liġi dwar l-Insolvenza.", "Preżentement hemm anomaliji f'liġijiet rispettivi, li qed joħolqu wkoll ċerti inċertezzi għall-issuing institutions u investituri.", "Allura l-operat ta' dawn, speċjalment fejn jidħol il-cross-border bejn pajjiż u ieħor, bejn istituzzjonijiet ta' pajjiż u ieħor, qed ikun iktar diffiċli.", "Allura permezz ta' dawn l-emendi qegħdin niffaċilitaw iktar dan il-proċess.", "B'hekk, permezz ta' din id-direttiva li, kif diġà għedt, hija imposta fuqna mill-Unjoni Ewropea, qed jinħoloq ukoll approċċ komuni bejn il-kredituri tal-banek tal-pajjiżi membri u qed ikun hemm iktar ċertezza legali f'każijiet ta' riżoluzzjonijiet.", "Permezz ta' din id-direttiva qed tinħoloq iktar armonizzazzjoni, anke fir-ranking, fi proċeduri normali ta' każijiet ta' insolvenza u claims li ma jkunux assigurati.", "Allura dawn jirriżultaw minn strument ta' dejn, id-debt instruments.", "Dawn it-traspożizzjonijiet, kif diġà għedt, qed jiġu proposti li jsiru fi tliet liġijiet.", "L-emendi fl-Att tas-Swieq Finanzjarji fil-fatt huma sempliċi ħafna peress li hija emenda fid-definizzjoni, li tirrifletti d-Direttiva proposta, u allura hija ċara u ma għandna l-ebda problema biha.", "Fl-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment ukoll qed tiġi proposta l-inklużjoni fid-definizzjoni biex tiġi iktar armonizzata mad-direttiva, u proposti oħrajn, li permezz tagħhom l-awtoritajiet ikunu jistgħu jinforzaw id-direttivi, anke fil-konfront tad-detentur tal-liċenzja, jekk dan ikun waqqaf il-liċenzja eżistenti.", "L-awtoritajiet ukoll qed jingħatalhom iktar poter oltre milli jieħdu biss il-kontroll tad-detentur tal-liċenzja, però jkunu jistgħu jieħdu azzjoni neċessarja għall-istess detentur tal-liċenzja f'każ ta' insolvenza.", "L-Awtorità se jingħatalha wkoll id-dritt li topera skont l-Att dwar il-Kumpaniji u tipproċedi wkoll bil-qorti fil-konfront tal-entità rispettiva.", "L-istess fir-rigward tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju.", "Permezz ta' dawn it-traspożizzjonijiet imressqin quddiemna, illum l-awtoritajiet finanzjarji jkunu jistgħu jinforzaw id-direttivi rispettivi f'dan ir-rigward.", "Bla dubju ta' xejn, aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni se nkunu qed nappoġġjaw din id-direttiva hekk kif inhi imposta mill-Unjoni Ewropea.", "Però t-tibdil fil-poter tal-awtorità kompetenti, li hija l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, huwa fid-diskrezzjoni tal-Gvern.", "Għalhekk f'dan il-każ nittama li t-twessigħ tal-poteri tal-Awtorità jkun rifless ukoll fl-implimentazzjoni amministrattiva, jiġifieri tkun iktar effettiva throughout.", "Sinjura President, naqblu li dan l-Att huwa pożittiv u permezz tiegħu ssir iktar armonizzazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-awtoritajiet l-oħra konċernati u anke dawk cross-border.", "Allura għandna nassiguraw li l-implimentazzjoni amminstrattiva tirrrifletti verament dawn l-emendi, peress li d-direttiva qed testendi l-poter lill-Awtorità, u għalhekk jeħtieġ li verament jiġu implimentati l-miżuri amministrattivi neċessarji kollha biex it-tibdil ikun iktar effettiv u jinħass b'mod konkret.", "Naqblu wkoll li ma hemm l-ebda teknikalitijiet kontroversjali jew li aħna qed insibu xi oġġezzjoni dwarhom u allura, kif diġà għedt, se nkunu qed nappoġġjaw dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Però, għal darb'oħra rrid nirrimarka li jkun inutli li niġu hawn niddiskutu dawn t-traspożizzjonijiet li huma straightforward, li huma imposti fuqna mill-Unjoni Ewropea għal iktar armonizzazzjoni u effiċjenza, meta nafu li f'pajjiżna qed ngħixu realtà li dak kollu li ħdimna għalih f'dawn l-aħħar 20 sena fis-servizzi finanzjarji … Kif spjega wkoll tajjeb is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, dan huwa settur kbir u li kompla jikber, settur li huwa importanti ħafna, però li verament qisna m'aħniex qegħdin nirrealizzaw kemm huwa faċli li nitilfuh!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq settur l-iktar importanti, li verament huwa pilastru għall-ekonomija ta' pajjiżna, li f'dawn l-aħħar snin serraħna fuqu bħala kontributur ewlieni fit-tkabbir ekonomiku tagħna, li jħalli l-valur miżjud, li għandu ripple effect fuq l-ekonomija, iħaddem eluf ta' familji Maltin u Għawdxin, u li baqa' jikber b'rata sostenibbli.", "Però hija ħasra li l-ikbar problema li għandna quddiemna la huma t-traspożizzjonijiet, la huma t-teknikalitajiet legali, imma hija r-reputazzjoni ta' pajjiżna, speċjalment f'dan ir-rigward, li donnu qegħdin nipprovaw naħbuha, però issa kibret tant li, tipprova kemm tipprova taħbiha, issa ntilef il-kontroll assolut.", "Il-ġimgħa li għaddiet u anke lbieraħ tkellimna fuq Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu ġew trasposti, bħal-lum, skont kif impost mill-Unjoni Ewropea, l-Att dwar il-Kodiċi Kriminali, l-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil ta' Flus, l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità u l-Att dwar it-Terroriżmu.", "Kollha huma liġijiet importanti, imma l-Gvern iddeċieda li jaddotta biss il-bare minimum, il-proposti bażiċi, li imponiet l-Unjoni Ewropea fuqna biex issaħħaħ dawn il-liġijiet.", "Però speċjalment fejn jidħol il-ħasil ta' flus, għandna bżonn naddottaw reviżjoni sħiħa biex verament nerġgħu nibdew nieħdu n-nifs f'dan is-settur.", "Sinjura President, ejja naqblu li nistgħu ndumu nipprovaw insibu skużi dwar l-akbar theddida għas-settur tas-servizzi finanzjarji, jekk ma naqblux li llum l-akbar theddida hija r-reputazzjoni tal-pajjiz, l-aktar għall-mod kif pajjiżna qiegħed jipproġetta lilu nnifsu, li għandna proċeduri ta' due diligence mhux skont il-liġi, iżda fil-prattika, minn uħud, li tant huma laxki, li donnu qed nibżgħu li tintrefa' r-responsabbiltà li pajjiżna sar assoċjat mal-ħasil tal-flus u n-nuqqas ċar ta' impenn fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Verament din saret l-ikbar għadu għal dan is-settur.", "Kriminal juża l-proċess tal-ħasil tal-flus biex inaddaf flus li jkun għamel minn attivitajiet illeċiti, illegali, attivitajiet kriminali, bħal tixħim, korruzzjoni, flejjes mhux dikjarati, traffikar tad-droga, logħob illegali, u oħrajn.", "Dawn il-kriminali jsibu wens f'istituzzjonijet jew f'sistemi finanzjarji li on paper huma leċti, legali u regolati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji jew minn istituzzjonijiet oħrajn.", "Però li huwa żgur hu li fuq dawn il-kriminali ma jkunx sar id-due diligence kif għandu jkun, kif isir fuq persuna oħra li sempliċiment tkun tixtieq tiftaħ kont bankarju.", "Lil din il-persuna, lil dan il-kriminal, idaħħlulu l-flus tiegħu f'sistema li tkun leċita u allura flusu jkunu tnaddfu u saru legali.", "Dan jista' jkun permezz ta' bank, kif rajna wkoll każijiet, jew permezz ta' strutturi finanzjarji, li anke jkunu kkomplikati, kif smajna kemm-il darba.", "Normalment dawn isiru isiru f'pajjiżi li huma magħrufa bħala ferm tolleranti għall-ħasil tal-flus, pajjiżi li huma money laundering tax havens, ġenna għal kriminali, il-post ideali fejn wieħed ikollu l-opportunità li jaħsel flusu.", "Dawn il-pajjiżi ovvjament huma msemmijin mal-kriminal maħmuġ, mal-investituri, ma' dawk li mhumiex ta' kalibru, dawk li aħna ma neħdux gost nassoċjaw lilna magħhom.", "Dawn huma pajjiżi li stati membri fl-Unjoni Ewropea ma jkunux iridu fiċ-ċirku tal-kontinent Ewropew, fosthom pajjiżi bħal St Kitts and Nevis, il-Bahamas, id-Dominican Republic, il-Cayman Islands u l-Panama.", "Għaxar snin ilu pajjiżna kien jiġi mqabbel ma' pajjiżi serji.", "Fl-eqqel tal-kriżi ekonomika, dak iż-żmien taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, aġenziji tal-aħbarijiet bħal Bloomberg qabblu lil Malta ma' forza ekonomika, il-Ġermanja, u sejħulna \"a miracle economy\".", "Illum x'inhuma t-titli li qed jagħtu lil pajjiżna?", "Xahrejn ilu, dokumentarju tal-BBC għamel dikjarazzjoni fuq Malta.", "Dan kien xahar biss qabel l-eżami tal-Moneyval, li huwa eżami mill-aktar kruċjali, li fih kumitat ta' esperti mwaqqaf mill-Kunsill Ewropew jevalwa l-miżuri ta' kontra l-ħasil tal-flus ta' kull pajjiż membru, fosthom pajjiżna, u jara humiex konformi mal-istandards prinċipali internazzjonali tal-ħasil ta' flus.", "Dan sar f'pajjiżna x-xahar li għadda.", "Allura hawnhekk nistaqsi jekk għadniex ingawdu r-rispett ta' sħabna l-Ewropej, bħall-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit, u tal-investitur serju.", "Kellna raġun meta fl-2013 esperti finanzjarji oġġettivi u indipendenti, kif ukoll aħna tal-Oppożizzjoni, tkellimna kontra l-bejgħ tal-passaporti u kif din l-iskema ġiet imħaddma?", "Aħna għedna li din se tkun l-ewwel pass tar-rovina tar-reputazzjoni tagħna.", "Nafu x'ġara wara dan, meta l-Gvern baqa' għaddej u lilna ma tax kasna.", "Isimna bħala pajjiż beda jiġi mxandar mill-aġenziji tal-aħbarijiet kollha madwar l-erbat irjieħ tad-dinja, bħas-CNN, CNBC, Bloomberg, Financial Times, BBC, Sky u oħrajn.", "F'Mejju tal-2018 il-Ministru Edward Scicluna rċieva twissija li pajjiżna se jkun inkluż fil-lista s-sewda mill-OECD, sakemm ma jiġux implimentati miżuri effettivi sabiex ikun hemm prevenzjoni tal-abbuż fuq ir-riskju tal-bejgħ tal-passaporti, li lilna qed jesponina għall-ħasil tal-flus.", "Din it-twissija ttieħdet bis-serjeta?", "Ittieħdet azzjoni?", "Ma jidhirx, għaliex ħames xhur wara, proprju xahrejn ilu, f'Ottubru tal-2018, pajjiżna fil-fatt tniżżel fil-lista s-sewda minħabba li sirna pajjiż riskjuż għall-ħasil ta' flus.", "Din mhijiex aħbar min-Net News, jew minn NetFm, mhijiex aħbar li qed inxandruha aħna tal-Oppożizzjoni, però huma aħbarijiet li tista' tfittixhom fuq Google u tarahom fuq is-siti elettroniċi ta' aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali li huma ta' ċerta kredibbiltà.", "Allura aħna nitkellmu fuq servizzi finanzjarji, nitkellmu dwar kemm aħna kommessi li nsaħħu dan is-settur, però fil-verità naħsbu li dan it-tip ta' aħbarijiet, ta' fatti, li qegħdin fil-lista s-sewda tal-OECD - li huma fatt, mhux aħbar jew allegazzjoni, mhumiex qlajja' - qegħdin jgħinu lis-settur tas-servizzi finanzjarji, li tant huwa kritiku?", "Nafu li ħafna investituri serji jużaw ir-rapport tal-OECD bħala l-benchmark tagħhom.", "Meta dawn jiġu biex jagħżlu bejn pajjiż u ieħor fejn se jinvestu, dawn jużaw ċertu benchmark, ċerti pubblikazzjonijiet u ċerti awtoritajiet, bħall-OECD, biex jaraw Malta u pajjiżi oħrajn f'liema pożizzjoni huma ranked.", "L-OECD tippubblika outlooks fuq il-pajjiżi f'oqsma importanti, bħal tax compliance, skambju ta' informazzjoni u money laundering.", "L-analiżi tagħhom tkun waħda oġġettiva u kredibbli, u tista' tkun ferm damning jekk pajjiżna jkun imniżżel fil-lista s-sewda.", "Il-messaġġ ikun biex ma jersqux lejn dan il-pajjiż!", "Allura jiena ngħid li kellna raġun meta aħna u esperti finanzjarji, li mhumiex politiċi, wissejna kontra l-mod kif tħaddmet l-iskema tal-passaporti għax, fil-fatt, ix-xahar li għadda anke Transparency International and Global Witness 2018 ħarġu rapport li fih ikkundannaw lil pajjiżna fuq l-iskema tal-passaporti li qed tesponina għal riskji ta' ħasil ta' flus.", "Sinjura President, is-settur bankarju jien ngħid li huwa l-aktar settur li bħalissa għandu sfidi kbar.", "Nafu li s-servizzi bankarji mhumiex qegħdin ilaħħqu mad-domanda.", "Dak huwa fatt. Nafu li bħalissa hemm nuqqas ta' servizzi bankarji.", "Filwaqt li napprezza li kien hemm tisħiħ fl-implimentazzjoni ta' miżuri regolatorji u compliance checks, però, minkejja dan, qed ikun hemm sfidi kbar u massiċċi biex is-settur bankarju jibqa' sostenibbli u adegwat biex ilaħħaq mad-domanda tal-popolazzjoni ta' pajjiżna.", "Pereżempju, l-aċċess għall-finanzi, l-aċċess għal self ta' flus, qed isir kważi impossibbli, u allura pajjiżna qed jitlef wisq mill-kompetittività tiegħu, kemm biex jattira investiment dirett barrani, kif ukoll għall-investitur Malti biex jinvesti jew ikabbar in-negozju tiegħu.", "Kull meta kellna dibattitu fuq dan is-suġġett dejjem ħtaft l-opportunità biex insemmi wkoll kriżi, sfida ewlenija, li dwarha wkoll ma tantx qed naraw xaqq ta' dawl.", "Qed nirreferi għall-correspondent banking.", "Nafu li kull ma jmur qed isir aktar diffiċli biex nattiraw correspondent banks biex joffru s-servizzi tagħhom lil banek lokali.", "Bħalissa qegħdin litteralment trying to make ends meet, però mingħajr ma nallarma lil ħadd irrid ngħid li qegħdin f'riskju kbir li naslu f'punt fejn nidħlu fil-kriżi li ma jkollniex banek li jassistu banek lokali biex isiru transazzjonijiet f'muniti li mhumiex ewro, b'mod partikolari, id-dollaru Amerikan.", "Dwar dan is-suġġett, aħna tal-Oppożizzjoni ġbidna kemm-il darba l-attenzjoni tal-Gvern dwar id-diffikultajiet li qed jiffaċċja s-settur bankarju lokali fir-relazzjonijiet tiegħu mal-correspondent banks u dwar id-diffikultajiet li l-banek lokali qegħdin jiffaċċjaw biex jibdew, jew saħansitra jżommu relazzjoni tagħhom, ma' correspondent banks.", "Irrid nagħmilha ċara li din il-problema, li ma taffettwax biss lil pajjizna, bdiet primarjament wara l-krizi finanzjarja internazzjonali u wasslet għall-implimentazzjoni ta' legiżlazzjonijiet internazzjonali aktar rigorużi dwar il-prattiċi bankarji kontra l-ħasil tal-flus.", "Però, iċ-ċokon ta' pajjiżna fih innifsu jwassal għall-fatt li l-profitti li jkollhom il-correspondent banks min-negozju ma' pajjiżna huwa limitat ħafna biex jikkontribwixxi għall-isfidi sabiex inżommu relazzjoni mal-correspondent banks eżistenti u biex nattiraw correspondent banks oħrajn biex joperaw ma' banek f'pajjiżna.", "Biss iċ-ċokon ta' pajjiżna dejjem kien dak li hu, u allura din żgur li mhix sfida ġdida.", "Minħabba l-fatt li r-regolaturi finanzjarji internazzjonali jesiġu mill-correspondent banks li jagħmlu due diligence kontinwu u rigoruż fuq il-pajjiż u l-banek ta' dak il-pajjiż li jkunu qegħdin jikkorrispondu magħhom, u minħabba li normalment il-correspondent bank jorbot fuq id-due diligence li l-banek lokali jagħmlu fuq kull transazzjoni li ssir, dan kollu qiegħed ipoġġi l-prattiċi kontra l-ħasil tal-flus tal-banek lokali inkwestjoni bħala prijorità ewlenija.", "Għalhekk, rapporti dwar prattiċi laxki, jew saħansitra prattiċi ħżiena, ipoġġu lill-banek lokali f'qagħda ferm aktar kritika u dgħajfa biex jinnegozjaw ma' correspondent banks internazzjonali stabbiliti u ta' reputazzjoni li sal-lum dejjem kellna negozju magħhom.", "Konsegwentement, ir-reputazzjoni finanzjarja ta' Malta fuq il-laxkezza fejn jidħol ħasil ta' flus u t-tolleranza tal-Gvern ta' pajjiżna f'dan ir-rigward żgur li kompliet ittellef il-ħidma tas-settur bankarju biex jikseb relazzjonijiet ġodda jew iżomm ir-relazzjoni eżistenti ma' correspondent banks.", "Il-fatt li Malta ġiet elenkata fil-lista s-sewda tal-OECD, il-waqgħa sostanzjali fir-rating ta' Standard and Poors fuq is-sistema finanzjarja inġenerali u f'wieħed mill-banek lokali ta' pajjiżna, il-fatt li anke l-World Economic Forum ukoll niżżel 'l isfel l-istandards bankarji tagħna b'mod allarmanti, u l-fatt li qed niġu ttimbrati kontinwament bħala tax haven u money laundering haven, żgur li qed ikompli jtellef l-isforzi ta' pajjiżna biex iżomm jew joħloq relazzjonijiet ġodda ma' correspondent banks.", "Però, il-correspondent banks huma meħtieġa kemm biex isiru tranżazzjonijiet kummerċjali ma' kumpaniji internazzjonali kif ukoll biex iservu ta' dollar clearing banks, peress li d-dollaru Amerikan huwa l-aktar munita li biha jsiru tranżazzjonijiet internazzjonali.", "Ir-rwol tal-correspondent banks għaldaqstant huwa kruċjali sabiex isiru ħafna tranżazzjonijiet ma' kumpaniji barranin u tranżazzjonijiet bid-dollaru, li bihom saħansitra jitħallsu kumpaniji lokali jew kumpaniji bbażati f'pajjiżna għas-serivizzi li joffru jew li jieħdu minn kumpaniji madwar id-dinja.", "Għalhekk, dan is-suġġett żgur li jeħtieġ li l-Gvern jindirizzah kemm jista' jkun malajr u b'azzjoni konkreta, għaliex l-isfida tar-reputazzjoni ta' pajjizna żgur qiegħda ddgħajjef l-abbiltà ta' pajjizna li jsaħħaħ ir-relazzjoni tal-banek tagħna ma' correspondent banks.", "Sinjura President, sfida oħra għas-settur bankarju hija proprju l-fatt li sar kważi impossibli li kumpaniji jiftħu kont bankarju, speċjalment għal persuni barranin!", "Żgur li d-due diligence huwa bżonnjuż, żgur li naqblu mal-approċċ kawt li qiegħed jaddotta s-settur bankarju, iżda ma nistgħux nagħlqu l-bibien, noqtlu l-proċess bankarju, għaliex mal-ħażin qiegħed jeħel it-tajjeb!", "Għalhekk, jiena qed ngħid li huwa inutli li llum niġu hawn u niddiskutu u nressqu proposti u nappoġġjaw lill-Gvern fuq frameworks leġiżlattivi, bħal tal-blockchain.", "Però ma nistgħux nieħdu l-potenzjal ta' setturi innovattivi, bħall-FinTech, u lanqas tas-settur finanzjarju tradizzjonali, meta r-reputazzjoni u l-attrazzjoni tas-settur bankarju qed ikunu l-ħin kollu imminati u qed jiġu mhedda.", "Is-setturi finanzjarji, bħall-FinTech, is-servizzi finanzjarji inġenerali tan-negozju jiddependu b'mod dirett fuq l-approċċ kawt, però flessibbli u kompetittiv, tas-settur bankarju.", "Bħalissa żgur li dan l-effett mhuwiex qiegħed jinħass.", "Ftit tal-ġimgħat ilu kont indirizzajt konferenza, fejn ikkwotajt silta mir-rapport ta' MaltaProfile, u se nikkwotaha hawnhekk.", "Dan iddeskriva lis-settur bankarju tagħna bħala:", "Dan ir-rapport jgħid ukoll:", "Huwa fatt li neħtieġu aktar banek ġewwa pajjiżna, u żgur li ma nifilħux li jingħalqu l-banek.", "Il-provvista tas-servizzi bankarji qed jixxottaw minflok ma huma jiżdiedu, allura jeħtieġ li tiżdied il-kompetizzjoni għaliex inkella mhux nilħqu saturation point, jiġifieri, mhux nilħqu punt fejn ma nkunux nistgħu nikbru aktar, imma nispiċċaw nilħqu punt fejn niċkienu b'rata mgħaġġla aktar milli naħsbu!", "Il-fatt li qed issir daqshekk diffiċli biex wieħed jiftaħ kont bankarju, flimkien mar-reputazzjoni ħażina li ħadna f'dawn l-aħħar erba' snin u d-diversi każijiet ta' ħasil ta' flus, qed jeqred is-suċċess ta' dan is-settur.", "Naf, onestament, kemm is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jaħdem biex nagħmlu suċċess f'dan is-settur.", "Naf kemm il-ħaddiema tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji jaħdmu u, fuq kollox, il-practioners, l-esperti f'dan il-qasam, però wisq nibża' li dan hu kollu xogħol down the drain, għaliex għandna mażżra m'għonqna, li jekk mhux se niġġildulha, is-sitwazzjoni se tmur mill-ħażin għall-agħar!", "Sinjura President, ma nistax ma nagħmilx referenza għal żewġ banek li kienu kontroversjali immens, speċjalment din is-sena, u li l-ħsara li għamlulna fuq dan is-settur kienet tremenda, jien ngħid to a point of no return!", "Qed nirreferi għall-Pilatus Bank u Satabank.", "Dawn huma żewġ banek li dgħajfu ferm is-settur bankarju, l-isem ta' pajjiżna u li grazzi għall-assoċjazzjoni tagħhom mal-ħasil ta' flus, isem pajjiżna spiċċa wkoll għal darb'oħra mżeblaħ mill-aġenziji tal-aħbarjiet li għandhom reputazzjoni tajba, bħal Bloomberg, CNBC, CNN, Financial Times, BBC, kif ukoll siti tal-online gaming li huma l-iktar influwenti man-nies u mal-industrija tar-remote gaming.", "Se nibda minn Pilatus Bank.", "Kif nafu, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji tat il-liċenzja lil Pilatus Bank fl-2014, tatu l-green light biex suppost jopera bħala bank kummerċjali, leġittimu, b'intenzjonijiet tajbin.", "Nafu li pajjiżna mess il-qiegħ f'Ottubru tal-2017, meta seħħ il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li kienet strumentali meta kixfet uħud mill-akbar skandli tal-Panama Papers, ta' Pilatus Bank, ċrieki ta' kriminalità u ħasil ta' flus.", "Ċifri uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ħarġu fl-aħħar tal-2017 juru li matul is-sena, l-undeclared economy, jiġifieri l-ekonomija s-sewda, żdiedet b'€40 miljun.", "Din xprunat lill-Membri Parlamentari Ewropej Soċjalisti biex iressqu mozzjoni biex pajjiżna blacklisted bħala tax haven fil-lista uffiċjali tal-Parlament Ewropew.", "Dawn riedu jniżżluna bħala tax haven, ġenna għall-evażjoni tat-taxxa, però nirringrazzjaw lil Alla li kien vot li s-Soċjalisti tilfuh bi żbrixx, għax kien hemm ftit mill-membri parlamentari Ewropej li kienu astjenew minn dan il-vot!", "Din is-sena, is-sena tal-assessjar mill-Moneyval, wieħed kien qed jistenna li tal-anqas pajjiżna jieħu aktar bis-serjetà l-kriżi li għandna bħala pajjiż, li ħa l-isem ta' money laundering tax haven u li huwa wisq laxk biex jiġġieled din il-ġlieda.", "Però ma kienx il-każ!", "Minkejja li bħala Oppożizzjoni tkellimna fuq li tkellimna dwar il-Bank Pilatus, kellhom ikunu l-Amerikani li jarrestaw liċ-chairman ta' Pilatus Bank f'Marzu tal-2018 minħabba konnessjonijiet ovvji li kellu fuq il-ħasil ta' flus u frodi.", "Però, minkejja dan, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji damet xhur sakemm ħadet l-iċken azzjoni.", "Allura hawnhekk jien nistaqsi jekk kienx hemm riperkussjonijiet dwar dan.", "Ovvjament kien hemm!", "F'Lulju tal-2018 l-Awtorità Bankarja Ewropea ressqet rakkmandazzjonijiet lill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u 'l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji wara li nvestigat kif dawn aġixxew rigward il-Bank Pilatus.", "Din qalet li sabet 'general and systematic shortcomings' fil-mod kif l-FIAU applikat id-direttivi tal-ħasil ta' flus fuq il-Bank Pilatus.", "Dan wassal biex f'Ottubru tal-2018, il-Membru Parlamentari Ewropew Sven Giegold hedded li jekk ma nurux bis-serjetà li aħna kommessi li niġġieldu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, se jibda kampanja sabiex il-Bank HSBC jitlaq minn pajjiżna u allura tista' tgħid li verament jikkrolla l-pajjiż.", "Fl-istess xahar il-Kummissjoni Ewropea, għall-ewwel darba fl-istorja, ordnat lil stat membru, f'dan il-każ pajjiżna, biex isaħħaħ l-infurzar tar-regoli tal-ħasil ta' flus wara l-iskandlu tal-Bank Pilatus.", "Dan poġġa lil pajjiżna aktar f'dawl ħażin bħala pajjiż laxk fid-due diligence u fejn hu faċli li taħsel il-flus.", "Fil-5 ta' Novembru tal-2018, wara l-investigazzjoni dwar każijiet ta' ħasil ta' flus fuq il-Bank Pilatus, grazzi għall-intervent tal-ECB, twaqqfet il-liċenzja tal-Bank Pilatus.", "Però jien nemmen li hemm barra, min-nies li jsegwuna, m'hemmx wieħed li huwa wieħed li jemmen li din m'għamlitx ħsara tremenda lil dan is-settur u lil isem pajjiżna!", "Ma nemminx li hemm wieħed li huwa wieħed li qed ikun verament onest li ma jemminx li l-Gvern messu ħa azzjonijiet immedjati u konkreti biex dan l-iskandlu ma jikbirx daqstant!", "Jien nemmen li, fil-verità, fil-qiegħ u fil-fond ta' qalbu, kulħadd jemmen li l-fatt li l-Gvern baqa' passiv, il-fatt li beża' jieħu azzjoni, żgur li kompla poġġa s-sitwazzjoni tagħna f'livell ferm iktar kritiku, u għalhekk qegħdin fejn qegħdin illum!", "Jien nħoss, Sinjura President, li ħadd ma jemmen li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u l-Financial Intelligence Analysis Unit ma misshomx tħallew jaħdmu mingħajr indħil u b'mod awtonomu.", "Il-ħaddiema tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u tal-Financial Intelligence Analysis Unit jixirqilhom ferm aħjar!", "Taf x'jgħidu l-ħaddiema f'dan is-settur, min għandu kumpanija, min imexxi istituzzjonijiet finanzjarji?", "Il-ħaddiema tal-istituzzjonijiet bankarji, bħal managers jew dawk li għandhom kumpanija żgħira fis-servizzi finanzjarji, fosthom tal-gaming, jgħidulek li huwa inġust li huma serji u qegħdin jinvestu flejjes kbar biex jirristrutturaw l-operat tagħhom u jsaħħu l-proċeduri ta' kontra l-ħasil tal-flus bi spejjeż kbar – u naf x'qed ngħid – sfidi u inkonvenjent, u t-taħriġ tal-istaff, mhux biss għalihom, iżda anke għall-klijenti tagħhom, għax dawn jesiġu wkoll li l-klijenti tagħhom jimxu f'konformità mal-proċeduri tal-ħasil ta' flus, specjalment fis-settur bankarju u tal-gaming, biex jibqgħu konformi mad-direttivi Ewropej, però mbagħad pajjiżna jibqa' taħt skrutinju kbir, għax huwa ċar li l-Gvern ma jridx ibill subgħajh fl-ilma imbierek, ma jridx jibgħat messagg ċar li jrid jiġġieled din il-ġlieda bil-fatti, u bl-ebda mod ma jrid jibda l-ewwel passi biex jirrestawra r-reputazzjoni tal-pajjiż u jnaddaf l-istituzzjonijiet.", "Allura x'inhu jiġri?", "Waqt li hemm il-kunsens politiku li naħdmu flimkien biex naraw lil dan is-settur ikompli jikber u jissaħħaħ, li jkompli jixprunana u nħarsu 'l quddiem biex inkunu aktar innovattivi - u lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri għedtlu kemm-il darba, anke l-liġijiet tal-virtual financial assets kienu tajbin, u aħna kkoperajna - però mbagħad tiġi aġenzija bħal Bloomberg, li qed tanalizza l-liġijiet tal-blockchain u tal-virtual financial assets, u tagħtina dan iċ-ċertifikat:", "Din hija inġustizzja kbira għal dawk kollha li verament qed jaħdmu f'dan is-settur, li qed jinvestu ħinhom u flushom biex jaraw dan is-settur ikompli jitjieb, li jaħtfu kull opportunità u jkunu prime movers f'setturi innovattivi, però mbagħad ikollna dan iċ-ċertifikat.", "Ma ngħidx li huwa ċertifikat inġust, anzi huwa ċertifikat li verament qiegħed jirrifletti r-realtà.", "Dawn li qed insemmi llum huma biss ftit mill-estratti li sibt u li qrajt, però niggarantilkom li dawn mhumiex estratti minn ġurnali lokali, imma huma aħbarijiet ta' aġenziji influwenti madwar id-dinja, speċjalment fejn jidħlu l-aħbarijiet finanzjarji.", "Il-messaġġ huwa wieħed ċar.", "Jekk inti investitur serju, għandek kumpanija serja, li qabel Malta kienet tħajrek biex tinvesti, illum Malta saret post riskjuż u ma tistax tafdaha biex effettivament u b'mod diliġenti tawtorizza u tirregola n-negozju u l-operat tradizzjonali, aħseb u ara operat innovattiv u riskjuż bħat-teknoloġija tal-blockchain.", "Però r-reputazzjoni ta' pajjiżna ma tħassritx biss bil-mod kif bdejna nbigħu ċ-ċittadinanza, minħabba l-Panama Papers, wara l-iskandlu tal-Pilatus Bank, jew minħabba l-fatt li l-FIAU għamlet xhur twal mingħajr direttur ġenerali.", "Ir-reputazzjoni tagħna tħassret l-iktar, Sinjura President, bil-mod kif il-Gvern ħataf l-awtoritajiet finanzjarji u ma ħallihomx jaħdmu kif jixtiequ!", "Tħassret l-iktar minħabba l-mod inattiv, rieqed u skandaluż kif il-Gvern qiegħed jagħżel li jkun spettatur u mhux protagonist fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus, bl-aħħar skandlu jkun dak ta' Satabank.", "Il-Bank Pilatus u Satabank għandhom diversi elementi simili, ċjoè l-konnessjonijiet ta' ħasil ta' flus, due diligence suspettuż u tkaxkir tas-saqajn mill-awtoritajiet.", "Fil-każ tal-Bank Pilatus, it-tkaxkir tas-saqajn żejjed mill-awtoritajiet wassal għal dannu kbir għar-reputazzjoni tas-settur bankarju.", "Dan wara li aħna tal-Oppożizzjoni konna ilna xhur sħaħ ngħidu li l-liċenzja kellha tiġi revokata u l-Bank Pilatus ma kellux jibqa' jopera biex ma tkomplix issir aktar ħsara lil dan is-settur, lill-professjonisti u lill-eluf ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Però anke dwar Satabank, aħna sħaqna biex l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji tikkomunika b'mod aktar effettiv mal-klijenti tagħha.", "Minkejja li aħna nirrikonoxxu li għamlet l-ewwel pass meta ħabbret li se tibda tirrilaxxa d-depożiti fuq ċerti kondizzjonijiet, fosthom tal-klijenti preżenti jew dawk li jiftħu kont bankarju ieħor, il-verità hija ferm differenti!", "Il-klijenti ta' Satabank li jixtiequ jiftħu kont bankarju ieħor qegħdin isibuha impossibbli!", "U dan mhux klijient wieħed jew tnejn, però across the board.", "Dan apparti l-fatt li diversi klijenti li diġà għandhom kont bankarju għad m'għandhomx aċċess għad-depożiti tagħhom ma' Satabank.", "Dan qiegħed iwassal biex eluf ta' familji waslu fit-tielet xaħar tagħhom u għadhom ma rċevewx il-paga, jew għaliex min iħaddem għandu l-kont bankarju tiegħu ma' Satabank, jew għax huma għandhom id-depożiti tagħhom hemmhekk.", "Persuni li l-uniku kont bankarju tagħhom hu ma' Satabank m'għandhomx aċċess għall-kont bankarju tagħhom u diversi kumpaniji jinsabu ġġammjati fl-operat tagħhom!", "Dan mhux biss qiegħed iwassal għal sofferenza inġusta u inkonvenjent finanzjarju, però anke fil-każ ta' investiment dirett barrani huwa wieħed mill-agħar reklami perikolużi li pajjiżna jista' qatt jgħaddi minnu.", "Sinjura President, għalhekk jeħtieg li l-Awtoritajiet joffru soluzzjonijiet tanġibbli għal dawn in-nies u kumpaniji.", "Nappella għal kuntatt dirett aktar effettiv u bis-sens bejn il-klijienti u r-rappreżentanti tal-bank u tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji sabiex dawn ma jibqgħux fil-għama.", "Qed ikellmuni diversi persuni individwalment però kollha qegħdin jaqblu li ċ-channel of communication huwa kumpless, qisu xi treasure hunt that leads to nowhere, jibagħtuk għand l-Awditur li ġie appuntat biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-way forward tal-kriżi ta' Satabank, mill-bini ta' Satabank jibagħtuhom l-Awtorità, u dawn qed jibqgħu jduru, iduru, iduru, ċirku sħiħ, però ma jaslu imkien!", "Din qiegħda tweġġa'!", "Din hija inġustizzja, qiegħda tkun frustranti għal dawk l-eluf ta' klijenti li m'għamlu xejn ħażin però qegħdin ibatu għall-iżbalji ta' ħaddieħor!", "Dawn qegħdin jintbagħtu kull post, però jafu li kull bieb jinsab magħluq!", "Irridu nifhmu li bl-aġir tal-Awtorità u tal-Gvern, minħabba t-tkaxkir tas-saqajn, mijiet ta' negozji qed isofru, qed jiġu distrutti.", "Hemm negozji li diġà fallew u għalqu!", "Irridu nifhmu li hemm mijiet ta' impjegati li ilhom tliet xhur ma jirċievu l-pagi tagħhom!", "Irridu nifhmu li hemm min ma jistax iħallas il-kirjiet tal-akkomodazzjoni tiegħu għaliex l-uniku kont bankarju tiegħu huwa ma' Satabank!", "Irridu nifhmu li ma hemm l-ebda trasparenza jew kontabbiltà fejn sejra din is-saga sħiħa ta' Satabank!", "Irridu nifhmu li l-maġġorparti assoluta tal-klijenti ta' dan il-bank ma għamlu l-ebda att kriminali, ma serqux, ma ħaslux flus, imma llum ngħidu li l-uniku żball huwa li investew ġo pajjiżna!", "Irridu nifhmu li dawn ma jistgħux jiġu trattati ta' kriminali għaliex sempliċement emmnu l-propaganda tal-pajjiż, li l-awtoritajiet huma awtonomi, l-awtoritajiet iħalluk taħdem, li tirreġistra, tilliċenzja u tinvesti f'bank li huwa reġistrat u liċenzjat ma' awtorità leġittima, u allura għandek moħħok mistrieħ li għandek flusek fis-sod!", "Sinjura President, jeħtieġ li jiġi ċċarat, b'mod konkret, b'data, meta dawn il-klijenti se jkollhom aċċess għal flushom.", "Jeħtieġ li jkun hemm xi tip ta' timeline ta' kif se jimxu l-affarijiet.", "Ma nistgħux nibqgħu fl-għama u ħadd ma jaf fejn sejra din l-istorja.", "Hawnhekk irrid nistaqsi min se jikkompensa lil dawn il-persuni għat-telf li qed isofru u għar-reputazzjoni ħazina li ħadet kumpanija innoċenti li bħalissa ma tistax toffri s-servizzi tagħha, kellha tagħlaq il-bibien, tilfet il-goodwill ta' dawn il-kumpaniji għalxejn, jew li letteralment fallew il-kumpanija u n-negozju tagħhom.", "X'qed isir minn dawk li bħalissa mhux qed iħallsu l-kirjiet tal-akkomodazzjoni tagħhom?", "Nixtieq inkun naf x'qed isir mill-Gvern u mill-awtoritajiet, u jekk twaqqafx xi action group immedjat dwar min ma jistax lanqas jixtri l-bżonnijiet bażiċi tiegħu, għaliex l-uniku kont bankarju tiegħu huwa ma' Satabank.", "Kif qed jiġu megħjuna dawn?", "Forsi minħabba s-segriet professjonali, għalkemm ma nifhimx għaliex, ma qalulniex.", "Però hemm xi skemi ta' dawn in-nies, ta' dawn il-kumpaniji li jeħtiġilhom xi tip ta' bridge loan biex forsi jkomplu għaddejjin bir-ritmu tal-operat tagħhom minflok ma kollox jaqa' u jieqaf ħesrem?", "Ir-realtà ta' kif inhuma l-affarijiet hija waħda, li s-sitwazzjoni ta' Satabank bħalissa hija inaċċettabbli!", "Il-messaġġ li qiegħed jintbagħat huwa biex wieħed ma jinvestix Malta, anzi, jekk għandek negozju tiegħek Malta, aħrab minn Malta u ħu n-negozju tiegħek miegħek!", "Dan għaliex, trid jew ma tridx, dawn il-kumpaniji ġew vittimizzati għalxejn, għaliex sinċerament emmnu u fdaw fl-awtoritajiet ta' pajjiżna, u llum qed isofru waħedhom, kollha individwalment, però mingħajr għajnuna ta' ħadd u ta' xejn!", "Irridu jew ma rridux, aħna ma neħdux gost, però rridu ngħidu li dawn ġustament qegħdin jagħmlu reklam ħażin lil pajjiżna.", "Rapport li deher fuq il-ġurnal The Times of Malta kien jgħid hekk:", "Lil dawk li qed isegwuna ngħidilhom jipprovaw jaħsbu ftit meta wieħed għandu negozju kemm jinvesti u jonfoq flus biex jirreklama l-prodott tiegħu għal ftit eluf ta' persuni, aħseb u ara kemm tkun il-ħsara meta jkun hemm reklam ħażin li jlaħħaq ħames miljun persuna!", "Sinjura President, ipprova aħseb kemm l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu trid tħallas iktar reklami biex tpatti għal reklam ħażin bħal dan li qed jgħidlek biex ma tersaqx lejn Malta!", "Aħbar li dehret f'Novembru kienet tgħid hekk:", "L-istess f'Ottubru, aħbar oħra kienet tgħid hekk:", "Dawn huma kollha aħbarijiet li mhux qed jilħqu lilna biss, mhux qed jilħqu biss lil dawk li bħalissa qed isofru b'mod personali, però qegħdin jagħmlu ħsara irreparabbli lil pajjiżna!", "Proprju l-ġimgħa li għaddiet, fuq sit elettroniku rinomat ferm mal-kumpaniji tal-gaming, kien hemm ukoll artiklu li kien jgħid:", "Ovvjament ir-reklam wieħed jista' jasal għalih!", "Allura l-messaġġ huwa wieħed.", "Jien nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri tad-diskors tiegħu.", "Tieħu gost tisma' dwar il-kobor ta' dan is-settur, però iktar tweġġa' meta tirrealizza kemm aħna esposti u kemm huwa verament realistiku li nistgħu nitilfu dan kollu f'ħakka t'għajn!", "Tweġġa' tisma' li dan is-settur tant huwa kbir, però r-rieda ta' dan il-Gvern biex jipproteġih hija ineżistenti!", "F'dan is-settur ir-reputazzjoni hija kollox, però ċ-ċavetta hija msadda, iċ-ċavetta hija maħmuġa, iċ-ċarvetta armejnieha!", "Allura t-twissija li r-reputazzjoni ta' pajjiżna is going to the dogs, li kemm-il darba għednieha u l-Membri tan-naħa tal-Gvern kienu jgħajruna u jgħidulna li qed inkunu negattivi u qed inkunu pessimisti, issa saret realtà!", "Ħadd ma jista' jmeri dan il-fatt, u dan mhux għax aħna profeti imma għax il-Gvern għażel li jinjora the writing on the wall!", "Sinjura President, inħoss li verament qegħdin f'sitwazzjoni fejn qegħdin nirriskjaw dak kollu li bnejna, dak kollu li ħdimna għalih u dak li tant familji f'dan is-settur jiddependu minnu.", "Iżda dan il-Gvern qed juri li huwa kompletament diżinteressat li jagħmel xi ħaga.", "Li niddiskutu t-traspożizzjonijiet huwa importanti imma huwa inutli li jkollok traspożizzjonijiet u qafas li jkunu tajbin filwaqt li r-reputazzjoni tal-pajjiż tkun imkissra.", "Għaldaqstant inħoss li jkun għalxejn li niġu hawn fil-Parlament jekk mhux se jittieħdu azzjonijiet konkreti mill-Gvern biex insalvaw dan is-settur.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, illum tlabt li nitkellem biex anke jien nagħti vuċi lil ħafna nies li bħalissa m'għandhomx vuċi u qegħdin ibatu ħafna.", "Qed nirreferi għan-nies li huma depożitaturi, għandhom il-flus f'Satabank, bank li bħalissa jinsab iġġammjat fl-operat tiegħu.", "Permezz tad-diskors tiegħi, kif għamlet il-kelliema ta' qabli, jien ukoll nixtieq nagħti vuċi lil dawn in-nies li bħalissa m'għandomx vuċi, qegħdin ibatu ħafna u huma każ klassiku ta' kif mal-ħażin jeħel it-tajjeb.", "Dak hu l-każ Satabank.", "X'inhu eżattament il-każ Satabank?", "Lili avviċinawni, kif nimmaġina li avviċinaw lil numru ta' deputati oħrajn, xi klijenti li għandhom flushom iddepożitati ma' Satabank, u meta jkellmuk tinduna bis-sens ta' disperazzjoni li għandhom fuq dak li ġara.", "X'ġara?", "Dawn għandhom il-flus il-bank, f'daqqa waħda jisimgħu li l-operat tal-bank ġie ffriżat u l-flus tagħhom ma jistgħux imissuhom.", "Il-kontijiet tagħhom fil-bank huma ffriżati, ma jistgħux jużaw il-flus tagħhom stess, qishom għandhom mandat ta' sekwestru.", "Immaġina ftit kif tista' tgħix u kif tista' tgħajjex il-familja tiegħek jekk flusek ikunu ġġammjati!", "Illum ħafna nies lanqas flus kontanti ma jkollhom fuqhom għax jiddependu dejjem mill-flus li ħerġin direttament mill-bank.", "Jekk il-bank huwa ffriżat, iġġammjat, allura l-kont tiegħek huma ġġammjat ukoll u inti ma tista' tagħmel assolutament xejn.", "Kien hemm wieħed barrani li qalli li ġie Malta għax Malta ġiet riklamata bħala post fejn jistgħu jinvestu.", "Dan fetaħ kumpanija żgħira hawnhekk fis-settur tat-telekomunikazzjoni, kien sejjer tajjeb u kien sodisfatt, imma qal li għamel żball wieħed fatali, u ċjoè li fetaħ kont ma' Satabank.", "Il-mument li f'nofs Ottubru l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ħabbret li waqaf l-operat ta' Satabank, dan iġġammjawlu l-kontijiet tiegħu.", "Allura n-negozju tiegħu waqaf kompletament, ma jistax jirtira flus, ma jistax iħallas lin-nies li għandu jagħtihom il-flus, ma jistax iħallas lin-nies li jaħdmu miegħu, in-negozju huwa kompletament iġġammjat.", "Dan qed jiddispra u qed jipprova jdur u jagħqad biex jara kif jista' jsolvi din is-sitwazzjoni li spiċċa fiha, u qed idur fuq l-awtoritajiet Maltin u mhux qed jingħata sodisfazzjon.", "Dan qed iħoss li bl-aġir tagħha l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji waqqfitlu n-negozju għax iffriżatlu l-aċċess għall-flus tiegħu, qed jitlob l-informazzjoni u ħadd ma jagħtihielu.", "Kif qalet il-kelliema ta' qabli, tmur għand l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, jibagħtuk għand l-awditur li qabbdet l-Awtorità stess, l-awditur jibagħtek għand Satabank u Satabank jerġa' jibagħtek għandhom!", "U nduru dawra durella u ħadd ma jagħtih tweġiba, u l-flus tiegħu ġġammjati, u għadda xahar, xahrejn u qegħdin fit-tielet xahar!", "X'se jagħmlu dawn in-nies?", "Jista' xi ħadd jgħinhom?", "Jista' l-Gvern jaġixxi b'mod ieħor?", "Din hija sitwazzjoni ta' disperazzjoni.", "Din hija sitwazzjoni li ma tistax tibqa' hekk.", "Dawn in-nies iħossuhom li qegħdin jiġu trattati daqslikieku għamlu xi reat kriminali.", "Skużi, x'għamlu ħażin għax fetħu kont bankarju f'Satabank?", "Għaliex qegħdin jiġu trattati daqslikieku għamlu xi reat kriminali?", "Jekk Satabank twaqqaf għax kien hemm problemi fih, hemm għalfejn mal-ħażin jeħel it-tajjeb?", "Dawk huma l-mistoqsijiet li dawn in-nies qegħdin jistaqsu!", "Ladarba n-negozju tagħhom issa huwa ġġammjat, min se jagħmel tajjeb għad-dannu, għall-ħsara li qegħdin isofru?", "Min se jagħmel tajjeb għan-negozju li dawn qegħdin jitilfu?", "Min se jagħmel tajjeb għad-diżastru li għandhom, għax in-negozju, li kien il-ħolma tagħhom, issa sfronda?", "Min se jagħmel tajjeb għal dan kollu?", "L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ħabbret li se tippermetti li jibdew jiġu rilaxxati l-flus bil-mod.", "Kemm tiflaħ tistenna qabel tegħreq?", "Issa għadda żmien!", "Għaliex dan id-dewmien kollu?", "Meta l-flus tiegħek ikunu ffriżati, kull siegħa tagħmillek differenza, għax kuljum trid tpoġġi l-ikel fuq il-mejda biex inti u l-familja tiegħek jieklu, għax inti kuljum trid tmur tixtri l-ikel, kuljum għandek bżonn il-flus, u allura kull ġurnata li tgħaddi qed tikber id-disperazzjoni ta' dawn in-nies.", "Jekk wieħed iħares lejn il-mod kif ġiet irrapportata din l-istorja anke fuq il-ġurnali tinduna mill-ewwel li dak li qed jiġri huwa xokkanti u li hemm bżonn li lil dawn in-nies ngħinuhom.", "Pereżempju, f'nofs Ottubru il-ġurnal The Times of Malta irrapporta hekk:", "Rapport ieħor jgħid:", "Rapport ieħor jgħid:", "Jiġifieri bil-qatra l-qatra qegħdin joħorġu l-flus, u klijent ta' Satabank qal hekk:", "Dik hija s-sitwazzjoni li qegħdin fiha dawn in-nies.", "Anke l-GRTU qalet:", "Immaġina ftit, inti ċċempel għas-sodisfazzjon biex tara x'ġara mill-flus tiegħek fil-bank u t-telefonata tiegħek iweġibha xi ħadd mill-Bulgarija.", "Aħjar ma ngħid xejn!", "U n-nies jiddispraw.", "U llum, kif semmiet ukoll il-kelliema ta' qabli l-Onor.", "Debono, rajna wkoll rapport fuq is-sit elettroniku timesofmalta.com li kien jgħid:", "Dan bil-konsegwenza tar-reklam ħażin enormi li qed isir għal pajjiżna.", "Minn fejn se taqbad tibda fuq problema ta' din il-gravità?", "Dawn in-nies qed iħossu li huma m'għamlu xejn ħażin, imma għax għamel xi ħaġa ħażina dan il-bank - mid-dehra, għax huma ma jafux x'inhi – spiċċaw weħlu huma miegħu!", "M'iniex qed ngħid li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji m'għandha tagħmel xejn, anzi għandha tagħmel aktar, anzi kaxkret saqajha, bħalma għamlet fil-każ ta' Pilaltus Bank, imma meta tieħu azzjoni, ma tistax tmur minn estrem għal ieħor.", "Meta tieħu azzjoni trid tieħu azzjoni bil-għaqal u trid tara li mal-ħażin ma jeħilx it-tajjeb.", "Meta tieħu azzjoni trid tara li ma teħux azzjoni sproporzjonata li biha mal-ħażin se jeħel it-tajjeb.", "Dan huwa l-messaġġ li qegħdin nipprovaw inwasslu aħna.", "L-awtoritajiet f'pajjiżna għandhom responsabbiltà f'din il-biċċa, mhux m'għandhomx, u ħa npoġġi ftit mistoqsijiet dwar x'tip ta' responsabbiltà għandhom.", "Pereżempju, għaliex ingħata liċenzja Satabank?", "Ladarba kien hemm dubji mill-bidu nett fuq dan il-bank, għaliex ingħata liċenzja biex jopera hawn Malta?", "Ladarba fuq dan il-bank kienet magħrufa l-istorja, li qabel sidu kien il-Lussemburgu u hemmhekk ma tantx kienu jħarsu lejh b'mod tajjeb, għaliex telaq mil-Lussemburgu u aċċettajnieh aħna, jekk kien hemm dubji fuqu?", "Għaliex esponejna lil pajjiżna għal bank ieħor - għax dan mhux l-uniku wieħed - dubjuż minħabba li ma sarx screening serju mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji qabel ingħatat il-liċenzja?", "Kieku l-affarijiet saru sew mill-ewwel, kieku dawn il-problemi ma kenux jinħolqu.", "Jiġifieri issa ma tiġix l-Awtorità u tgħidilna kemm kienet brava, kemm għamlu tajjeb għax issa waqqfu lil Satabank.", "L-ewwel nett, trid toqgħod attent kif twaqqfu biex ma tweġġax lil dawk in-nies kollha.", "Trid tieħu azzjoni, iva, imma tieħu azzjoni bil-għaqal!", "Imma qabel tieħu azzjoni trid tmur lura fil-bidu biex tara li jekk xi ħadd m'għandux jingħata liċenzja, ma jingħatax liċenzja.", "Għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li jiġu ffriżati l-assi kollha tal-bank, inklużi d-depożiti kollha tal-klijenti kollha tal-bank?", "Din id-deċiżjoni kienet proporzjonata jew kienet deċiżjoni sproporzjonata?", "Ma setgħetx tittieħed deċiżjoni li biha ma jiġux iffriżati l-flus ta' klijenti innoċenti?", "In-nies innoċenti x'għandhom x'jaqsmu ma' min mhuwiex innoċenti?", "X'se jagħmlu n-negozji li għandhom flushom iffriżati f'dan il-bank?", "X'se jagħmlu l-familji li għandhom flushom iffriżati f'dan il-bank?", "Kif u meta se jieħdu flushom lura?", "Għaliex kellhom iħallsu huma, li m'għamlu xejn ħażin, għan-nuqqasijiet ta' ħaddieħor?", "X'jiġifieri li xi ħadd innoċenti jispiċċa jħallas il-prezz minħabba n-nuqqasijiet ta' ħaddieħor?", "Dawn huma l-affarijiet li t-tmexxija ħażina ta' pajjiżna taħt dan il-Gvern qiegħda twassalna fihom, li mal-ħażin jispiċċa jeħel it-tajjeb, li minħabba n-nuqqasijiet tal-kbir jispiċċa jweġġa' ż-żgħir.", "Min se jsewwi din il-ħsara kollha li qiegħda ssir?", "Nixtieq infakkar li din ta' Satabank mhijiex xi ħaġa li qed issir \"hekk\", f'vakum!", "Mhijiex storja li qegħdin nisimgħuha daqslikieku ġrat l-ewwel darba.", "Mhijiex!", "Irridu niftakru li ta' Satabank hija storja li qed tiġri f'pajjiż fejn issa kull min ilu jgħix għal dawn l-aħħar sentejn sa ħames snin jaf li l-affarijiet żviluppaw b'ċertu mod.", "Qed ngħixu f'pajjiż fejn mhux biss kellna dan l-inċident ta' Satabank, imma qed ngħixu f'pajjiż fejn diġà kellna xogħfa, għax għadna kemm għaddejna mill-esperjenza qarsa tal-Bank Pilatus.", "Allura, minn din l-esperjenza tal-Bank Pilatus ma tgħallimniex?", "Il-kuntest li din ta' Satabank qed tiġri fih tkompli żżid il-pressjoni u r-responsabbiltà fuq il-Gvern għax dan mhuwiex l-uniku każ, għax kellna każijiet oħrajn, fosthom kellna l-każ tal-Bank Pilatus.", "Sinjura President, irrid infakkar li fil-każ tal-Bank Pilatus, il-liċenzja ngħatat b'mod irresponsabbli mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, u skont rapport tal-FIAU, il-liċenzja tiegħu ngħatat wara pressjoni miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru!", "Jiġifieri, mhux biss ingħatat liċenzja lill-Bank Pilatus, u llum nafu xi żball fatali kien, imma ngħatat liċenzja wara pressjoni miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.", "Irridu niftakru fil-ksur sfaċċat tal-liġijiet Maltin dwar il-ħasil ta' flus mill-Bank Pilatus, li mhumiex biss liġijiet Maltin, imma huma liġijiet Ewropej ukoll.", "Irridu niftakru, għax dan huwa l-kontest ta' Satabank.", "Il-kontest, l-istorja usa', huwa l-Bank Pilatus ukoll, u rridu niftakru n-nuqqasijiet tal-awtoritajiet hemmhekk, kemm tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, li damet mill-inqas sentejn biex tiċċaqlaq, u anke tal-FIAU, li saħansitra nstab ħati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) li kiser il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar ħasil ta' flus, u dan għax ma implimentahomx, ma inforzahomx b'mod effettiv.", "Għalhekk, irridu niftakru fid-deċiżjoni tal-EBA, li l-FIAU kisret il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħasil ta' flus, u rridu niftakru fid-deċiżjoni tal-EBA anke fuq l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, li filwaqt li qalet li ma kisritx il-liġi Ewropea, xorta qalet li kellha bosta nuqqasijiet f'dak li għandu xjaqsam mal-inforzar tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħasil ta' flus u dwar superviżjoni.", "Irridu niftakru wkoll fid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li tiġi rtirata l-liċenzja tal-Bank Pilatus u, fuq kollox, irridu niftakru fil-ħsara kbira li ħalla warajh dan l-episodju ikrah tal-Bank Pilatus, ħsara li setgħet ġiet evitata.", "Illum kont qed naqra l-European Law Blog dwar il-liġi Ewropea, li nista' npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra jekk jinteressak taqrah.", "Fih, professur qiegħed jagħmel analiżi tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħasil ta' flus u semma anke l-liġijet tal-whistleblower.", "Dan juża lil Malta bħala eżempju.", "Dan mhux professur Malti, imma barrani, u qed jgħid kif Malta hija case study, każ ta' kif nistgħu naraw eżatt kif fuq livell nazzjonali l-liġi tal-Unjoni Ewropea fuq il-ħasil ta' flus mhijiex qed tiġi inforzata sew.", "Dan huwa l-European Law Blog!", "Allura tibda tgħid: Possibbli f'din is-sitwazzjoni ġabuna?!", "Dan huwa l-kuntest li qegħdin ngħixu fih.", "Issa jqumu l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari hawnhekk u qisu xejn mhu xejn, u jgħidu kemm sejrin tajjeb, u lanqas isemmuhom dawn l-affarijiet, u jgħidu li aħna negattivi għax insemmuhom!", "Imma din hija r-realtà, li mhux biss qegħdin insemmuha hawnhekk, mhux biss qed tissemma fil-European Law Blog, imma l-aktar ħaġa importanti, u għalhekk qomt nitkellem, hija li qed tweġġa' liż-żgħir.", "Mhux sew li għall-ħażin tagħhom ibati ż-żgħir.", "Mhux sew li għall-ħmieġ ta' dawk li għalqu għajnejhom għalih, speċjalment tal-Bank Pilatus, ibatu depożituri li l-uniku żball li għamlu huwa li fetħu kont.", "Dak żball?", "Dak reat kriminali li tiftaħ kont il-bank?", "Din hija sitwazzjoni li n-nuqqasijiet li kellna f'pajjiżna, in-nuqqas ta' serjetà fit-tmexxija, wassluna għaliha.", "Aħna ilna navżaw li hemm affarijiet li mhumiex mexjin sew.", "Fil-bidu daħku bina, irredikolawna.", "Wara qalu li aħna qed ngħidu hekk biex nagħmlu ħsara lill-pajjiż, imma issa qegħdin naraw li dak li aħna ilna nwissu dwaru mhux biss huwa minnu, mhux biss huwa realtà, imma hija realtà li llum qed narawha aħna, qed jarawha huma, anke jekk ma jammettuhiex, u qed jaraha kulħadd, inkluż fuq livell ta' barra minn Malta u fuq livell ta' Unjoni Ewropea.", "Imma l-aktar importanti huwa li din hija realtà li qegħdin jarawha, qegħdin iħossuha u qegħdin jgħixuha dawk in-nies li poġġew flushom f'Satabank u llum spiċċaw f'din is-sitwazzjoni.", "L-appell tiegħi huwa li lil dawn in-nies ngħinuhom, li b'mod immedjat lil dawn in-nies ma nħalluhomx jegħrqu.", "Biżżejjed saret ħsara fuq ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "L-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li lil dawn in-nies ma nħalluhomx jegħrqu.", "Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti.", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, dan huwa settur li huwa l-ħobż ta' ħafna Maltin u Għawdxin, u mhux biss ta' dawk li jaħdmu direttament fis-settur, bħal dawk li jaħdmu fl-asset management, jew dawk li huma accountants, jew dawk li jaħdmu fl-istocks and shares, jew fil-ħafna servizzi oħra li jaqgħu direttament taħt dan is-settur, imma dawk li jbigħu l-proprjetà, dawk li jiżviluppaw il-proprjetà, dawk li jagħtu servizzi edukattivi u dawk li jagħtu servizzi ta' saħħa.", "Dan huwa settur li hemm bżonn li nsostnuh u hemm bżonn li nsaħħuh.", "Illum is-Segretarju Parlamentari, li rrid nirringrazzjah tad-diskors tiegħu u tax-xogħol tiegħu u ta' dawk kollha li qegħdin jikkontribbwixxu f'dan is-settur, ġie quddiemna biex nagħmlu traspożizzjoni ta' emendi għal-liġi, kif titlobna l-Unjoni Ewropea.", "U hija ħaġa tajba, però, bħalma dejjem ngħid, jista' jkollok l-aqwa liġijiet, imma jekk ma jkollokx ir-rieda biex dawk il-liġijiet ikunu jistgħu jaħdmu u jagħtu frott - u f'dan il-każ trid toħloq klima politika, klima soċjali, klima ta' rule of law fil-pajjiż, fejn dawk il-liġijiet ikunu jistgħu jaħdmu u jagħtu l-frott - jekk ma jkunx hekk, qisek qed twaħħal twieqi ġodda f'dar tinħaraq, minflok ma titfi n-nar!", "Nistgħu ndumu ngħidu ħafna xorti, imma kollha kemm aħna jkollna nammettu li r-reputazzjoni ta' pajjiżna ħadet daqqa ta' ħarta kbira b'dak li l-Gvern għamel, b'dak li m'għamilx, u ħadet daqqa ta' ħarta ikbar meta ġurnalista li kienet qed tinvestiga, fost affarijiet oħrajn, il-money laundering u xi intriċċi oħrajn li jolqtu b'mod dirett dan is-settur, inqatlet!", "In-naħa tal-Gvern jistgħu jiġu jgħidulna ħafna affarijiet x'għandna nagħmlu bħala Oppożizzjoni, imma jafu daqsi li aħna nistgħu ngħidu ħafna affarijiet, imma sta għalihom biex jerġgħu jagħtu spinta 'l quddiem ir-reputazzjoni ta' Malta billi jieħdu l-passi neċessarji fis-saffi tal-Gvern tagħhom u fl-istituzzjonijiet kollha tagħhom, fir-rieda tagħhom, li anke fil-konfront ta' dak il-qtil makabru jħallu investigazzjoni pubblika sseħħ, għax il-kredibilità u s-sejretà hekk jitolbu.", "Dan ħalli nagħtu ċans li l-investituri barranin u lokali li beda jiġihom id-dubju jekk Malta għadhiex dik il-ġurisdizzjoni serja u responsabbli, li hija sigura biżżejjed biex tilqa' l-investiment tagħhom, tixtieqx fil-verità terġa' taqbad it-triq it-tajba.", "Il-miżuri u l-passi li jridu jittieħdu jrid jeħodhom il-Gvern.", "Huwa inutli li nilleġiżlaw u ngħidu li aħna konformi mal-Unjoni Ewropea u mal-qaddisin kollha, għax kif qal tajjeb dak li kiteb fuq dak l-EU blog, l-importanti mhux kemm tikteb liġijiet, imma kemm inti fil-verità trid tara l-ispirtu ta' dik il-liġi, u mhux il-liġi biss, tirrenja f'pajjiżek.", "Naħseb li lkoll rajna dawk l-istudenti kollha jifirħu.", "Min jaf kemm ġew ħdejna, għannquna u qagħdu jieħdu ritratti magħna.", "Ma nafx intom xi tħossu, imma jien, iktar kemm rajthom jiġru warajna u jifirħu bina, iktar inħoss ir-responsabbiltà fuq spallejja biex lil dawn niggarantilhom mhux biss ix-xogħol, imma li jkunu jistgħu jgħixu sew f'pajjiżhom.", "Biex nagħmlu dan m'hemmx triqat oħra minn fejn ngħaddu, imma li bħala pajjiż magħqud inreġġgħu lura l-ħsara li għamilna u nibnu fuq il-ħafna tajjeb li żviluppa u kiber f'dan is-settur minn meta nbeda mill-2002 'l hawn.", "Kull investitur li jiġi hawn, anke dak lokali, għax illum jeżistu alternattivi biex tinvesti kullimkien, irid serħan il-moħħ.", "L-ikbar serħan il-moħħ għal kull min qed ifittex biex jinvesti, apparti milli jkollok pajjiż immexxi tajjeb, regolat kif suppost b'regoli li jitħaddmu u jaħdmu, trid ukoll tgħix f'pajjiż, speċjalment jekk inti tkun ġej minn barra u se tissetilja Malta għall-ewwel darba biex topera f'dan is-settur, fejn anke s-servizzi l-oħrajn ta' madwarek juru u jitħaddmu b'ċerta serjetà.", "Sinjura President, qegħdin f'punt, b'dispjaċir kbir ngħid, fejn qegħdin naraw l-Ingliżi jitqabdu bejniethom, sal-lum stess, fil-Parlament tagħhom.", "Dan għax il-poplu ddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea.", "Qed nirreferi għal Brexit.", "U jiena nemmen li din kienet u għadha opportunità kbira għal Malta, magħrufa, anke s'issa, mal-erbat irjieħ tad-dinja għall-kwalità tal-ħajja li tista' toffri biex tiġbed investiment li jitlaq minn Londra għal hawnhekk.", "Naf li apparti mit-task force li ħatar il-Gvern, intom qed tirsistu biex iġġibu l-investiment, u ta' dan nirringrazzjawkom.", "Però tagħmlu x'tagħmlu intom, jiddeċiedi l-aġir tal-Gvern jekk aħna nintgħażlux minn investituri potenzjali u jekk dawn l-investituri li diġà jeżistu ġo pajjiżna jkomplux ikabbru l-investiment tagħhom.", "Huwa l-Gvern li jrid jieħu miżuri sempliċi - li jafu x'inhuma, li xbajna ngħidulu dwarhom, mhux aħna biss - biex inaddaf il-wiċċ tal-Gvern u juri li mhux lest jaċċetta ċertu aġir li huwa aċċettabbli f'banana republic!", "Jekk aħna se nipproġettaw ruħna bħala banana republic, banana investors se nġibu hawnhekk, bħalma ġara fil-każ tas-Satabank, jiddispjaċini ngħid!", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi kif bdejt, li hemm il-ħobża ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin jiddependu minn dan is-settur.", "U intom li qegħdin issegwuni taħsbux li trid tkun tittrejdja fuq l-istock exchange jew fil-blockchain biex tkun involut.", "Diġà spjegajtilkom li r-raminifikazzjonijiet ta' dan is-settur kbir imorru ħafna lil hinn minn dak li tistgħu timmaġinaw.", "Jekk jien immur innaddaf uffiċċju fejn isiru t-tranżazzjonijiet, jien niddependi fuq dak is-settur.", "Jekk il-ħafna nies li jiġu hawn biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom f'dak is-servizz għandhom bżonn jaqilgħu sinna, se jmorru għand id-dentist.", "Mela dak is-servizz innifsu mhuwiex servizz maqtugħ minnkom, jekk intom lanqas il-bank ma tmorru, imma żżommuhom taħt il-maduma.", "Dak huwa servizz li jolqot lill-Maltin u l-Għawdxin kollha u ma nistgħux naffordjaw assolutament li bħala Parlament, bħala politiċi, bħala rappreżentanti tal-poplu ma ningħaqdux flimkien biex insalvaw dan is-settur u biex inkunu aħna, bħalma mill-2002 'l hawn ġrejna b'kulħadd fih u lħaqna l-quċċata ta' reputazzjoni impekkabbli li kellna fl-2013, nagħmlu hekk billi nnaddfu l-ħsara li saret, nibnu fuq dak il-ħafna tajjeb, u jekk aħna issa se nkomplu nidħlu f'setturi oħrajn bħall-blockchain, FinTech, u oħrajn, inkunu minn ta' quddiem fir-reputazzjoni, fil-kwalità, u fl-integrità u mhux fil-ħmieġ.", "Sinjura President, bħala poplu diġà pprovajna li nistgħu nagħmlu hekk, irnexxejna, u jekk nagħmlu moħħna hemm u kulħadd jagħmel dak li hemm bżonn jagħmel, u ma jagħmilx dak li mhux suppost jagħmel, nemmen li anke dan is-settur jista' jkun settur li jkompli jagħti xogħol aħjar lit-tfal tagħna u, jekk Alla jrid, lit-tfal tat-tfal tagħna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, jien nixtieq niġbed erba' punti ta' konklużjoni mill-kelliema li għadna kemm smajna issa, l-Onor.", "Li jkollna d-direttivi u nagħmlu t-traspożizzjoni tagħhom fil-liġi Maltija huwa tajjeb, imma ikun ferm u ferm aħjar kieku tiġi min-naħa tal-Gvern minflok nistennew dawn id-direttivi.", "U qiegħed ngħid hekk għaliex ir-realtà llum turi li f'dan is-settur ekonomiku, finanzjarju, bankarju, m'għandniex is-serħan tal-moħħ kif suppost.", "B'xi mod jew ieħor, issa f'din l-aħħar sena kellna tliet banek li ġew affettwati.", "Dan ifisser li hemm bżonn iktar u iktar skrutinju min-naħa tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex dak li huwa sew isir f'waqtu, imma aktar milli f'waqtu, bħala regolatur toqgħod 'il bogħod mill-id politika.", "U qed ngħid hekk għax kmieni din is-sena, f'din l-istess Kamra, għaddejna wkoll liġi, li din id-darba għamilnieha aħna u ma kenitx direttiva tal-Unjoni Ewropea, imma kienet liġi ġejja min-naħa tal-Gvern.", "Imma x'kien fiha din il-liġi xħin tagħsarha?", "U għaddiet minn hawn f'rekord ta' 41 minuta!", "Tant riedu jagħlquha malajr, li ħadna erba' minuti mill-Aġġornament, wara li spiċċa l-Parlament fid-9.00 p.m., biex nagħlquha!", "X'ħadna minnha?", "Inbidel iċ-chairperson tal-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u nħatar ukoll is-CEO, li jinħatar skont min jidhirlu l-Prim Ministru, mingħajr sejħa pubblika.", "Ma qiegħed innaqqas xejn mill-mertu tas-CEO preżenti, imma qiegħed ngħid li kif inhi s-sistema tal-ħatra, hija waħda li mhijiex ġusta, li ma tagħtix dik il-kredibbiltà lill-istituzzjoni bħall-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.", "Le, m'għandux ikun hekk, meta mbagħad għandek bord ta' gvernaturi li huwa maħtur mill-istess Prim Ministru.", "Għaldaqstant, li jkollok regolatur li huwa indipendenti u awtonomu, u jidher b'dak il-mod, huwa importanti.", "Huwa importanti għax iserraħ moħħ in-nies, dawk l-investituri kbar jew ċkejknin - jista' jkun Ċikku tat-triq - li flushom huma fejn suppost u għaldaqstant għandhom garanzija mhux biss biex jieħdu dak l-investiment tagħhom, imma anke jeħduhom lura jekk ikun hemm bżonn.", "Ħaġa oħra li kienet laqtitni m'ilux fl-aħbarijiet hija kif il-Ministru għall-Finanzi, l-Onor.", "Scicluna, farfar mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u qal li ma jridhiex iktar fid-dekasteru tiegħu u talab li jeħodha l-Prim Ministru.", "U nistgħu nirrealizzaw għalfejn il-Ministru Scicluna ma ridiex illum l-ġurnata!", "Għax kien jaf x'ġej!", "Ikun jaf x'ġej qabel inkunu nafu aħna u l-poplu!", "U l-istorja tal-Bank Pilatus għalija hija storja traġika, għalkemm hija skandlu li jwaqqa' l-art wiċċ Malta!", "Hija tal-mistħija, imma hija traġika.", "Għaliex?", "Min qiegħed ibati?", "Qegħdin ibatu l-Maltin u l-Għawdxin kollha mir-reputazzjoni li huma ħadu permezz ta' dan il-bank, li mhux biss ma sarx due diligence tiegħu għall-mod kif twaqqaf f'Malta, imma kellha tkun investigazzjoni barranija, dik Amerikana, biex twassal għall-għeluq tiegħu.", "L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji lanqas kellha d-diċenza li tagħlqu hi minn jeddha fiż-żmien li kien suppost!", "Issa kellna l-każ tal-bank l-ieħor, Satabank, li kulħadd jaf x'inhuma l-kredenzjali tiegħu, u eluf ta' Maltin u Għawdxin spiċċaw daharhom mal-ħajt għal darb'oħra, għax l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, bħala regolatur, ma ħarsitx l-interessi tas-settur ekonomiku tagħna u l-interessi ta' min jinvesti fil-bank innifsu.", "Il-każ tat-tielet bank mhux se nidħol fih għax salvah il-Gvern permezz tal-flus li ħareġ min-naħa tal-IIP u xtara l-assi hu.", "Imma minn dan l-iskandlu jien x'nitgħallem?", "U x'inhi r-responsabbiltà tagħna hawnhekk?", "Għaldaqstant nippretendi li jitħejjew liġijiet minn dik in-naħa u mit-tekniċi.", "U lill-politiċi sħabi nħeġġiġhom biex lit-tekniċi jisimgħuhom, u jien magħhom, għax it-tekniċi jgħidulna kliem siewi.", "Għandna bżonn li jkollna superviżjoni tas-sistema bankarja tal-ġlekkijiet!", "Hux iriduna nilbsu l-ġlekkijiet fil-Parlament?!", "Trid tkun tal-ġlekkijiet, trid tkun sistema bankarja li kapaċi xxammar il-kmiem, tkun saqajha mal-art u rasha fuq għonqha!", "Ma nistgħux ngħidu li hi hekk b'dak li seħħ.", "Allura, iva, għandna sistema mġarrfa, mhix tajba; b'xi mod hemm xi ħaġa ħażina fir-rubini u l-mod kif qiegħda taħdem.", "Għandna responsabbiltà!", "Nafu wkoll bil-problema tal-ħasil tal-flus, il-flus maħmuġin.", "Il-ħmieġ ħmieġ iġib!", "Il-ħmieġ idewwidna!", "M'għandniex bżonn investituri li għandhom fama tal-ħmieġ.", "Malta hemm bżonn titnaddaf minn dawn in-nies.", "Nitlob lill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex twarrabhom.", "L-ekonomija tagħna nistgħu nsaħħuha, imma mhux b'dan il-mod.", "Le, mhux b'dan il-mod.", "Imma l-istorja traġika – miskina - tal-Bank Pilatus ukoll għallmitna żewġ affarijiet mill-aspett politiku soċjali.", "Għallmitna kif il-whistleblowers jiġu trattati.", "Kellna waħda u kien hemm ieħor ukoll.", "Mhux biss il-mod kif jiġu ttrattati Malta, u jibqgħu jiġru warajhom anke jekk imorru fl-erbat irjieħ tad-dinja, huma fejn huma, imma li l-Att dwar il-Whistleblower tal-Unjoni Ewropa huwa wieħed dgħajjef.", "U aħna, bħala Partit Demokratiku, għamilna s-sottomissjonijiet dwar dan, u jien kburi li bħala t-tielet vuċi fil-Parlament aħna konna l-uniku partit minn hawnhekk li għamilna s-sottomissjonijiet dwaru biex b'hekk ikollna standardisation mal-pajjiżi kollha dwar dan.", "Imma l-istorja tal-Bank Pilatus għallmitna ħaġa oħra.", "Nafu xi ġralha l-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, li tefgħet il-lenti anke fuq il-Bank Pilatus, bħalma għamlet fuq 17 Black ukoll u oħrajn.", "Nafu xi ġralha eżatt!", "Allura nafu li hemm l-id twila ta' nies li mhumiex denji tal-umanità, għax dawn ipprovaw jeħilsu minn dik il-persuna li pprovat iġġib is-sewwa.", "Però dawn iż-żewġ każijiet, tal-Pilatus Bank u tas-Satabank, għallmuna ħaġa oħra wkoll, ta' Satabank iktar minn ta' Pilatus Bank, u ċjoè l-protezzjoni tal-klijent, il-konsumatur tal-bank.", "Xi protezzjoni qegħdin nagħtu lill-konsumatur Malti?", "Mhux f'dan is-settur biss, imma fi kwalunkwe settur.", "Lanqas irrid nidħol fuq is-settur li għandu x'jaqsam mal-iktar ħaġa bżonjuża, l-ikel u s-serħan tal-moħħ ta' dak li qegħdin nieklu.", "Imma fuq dan is-settur tal-protezzjoni tal-klijent, meta jsiru dawn l-affarijiet u bank ifalli - u f'din id-direttiva hemm referenza għas-solvency ta' banek - min se jagħmel tajjeb għal dik il-persuna li, minn hawn u minn hemm, bl-għaraq ta' ġbinha, tkun warrbet xi sold biex għada pitgħada sserraħ fuqu?", "Din il-persuna, għax fdat lill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, li bħala regolatur tħares l-interessi tagħha u l-interessi ta' Malta, għax mingħaliha li għandha moħħha mistrieh, tispiċċa bi flusha jogħsfru!", "Dawn il-mistoqsijiet jien għamilthom hawnhekk permezz ta' mistoqsijiet parlamentari f'Jannar tal-2017.", "Weġbuni u serrħuli rasi fuq Satabank meta kien hemm xamma dwaru fil-kurituri ta' ċerti dipartimenti.", "Għamilt mistoqsija hawnhekk, u bil-mod li rrispondewni ħsibt li kollox huwa ward u żahar.", "Il-mistoqsija li għamilt qabel, kumbinazzjoni xi għaxart ijiem jew ħmistax qabel ma l-Awtorità għalqet Satabank, ingħatat tweġiba li fiha faċċata, meta s-soltu t-tweġiba tkun ta' erba' linji, u fiha huwa elenkat il-metodu ta' monitoraġġ li suppost għandu jsir.", "Qisu bi preparazzjoni għal dak li ġej!", "Aħna tal-Partit Demokratiku morna pass ieħor ukoll f'din il-Kamra għax aħna nemmnu li apparti l-kritika kostruttiva, li forsi kultant anke tinstema' b'ton politiku, hemm bżonn li noffru soluzzjonijiet, għax nemmnu f'governanza tajba, nemmnu fir-reputazzjoni ta' Malta, nemmnu fil-Maltin u l-Għawdxin kollha kemm aħna.", "Aħna għamilna s-suġġerimenti tagħna, u dwar dan nixtieq nappella lis-Segretarju Parlamentari, li naf kemm hu bieżel minn dan l-aspett, naf li huwa suġġett għal qalbu ħafna.", "Lis-Segretarju Parlamentari nafu student l-Università jħabrek biex jidħol f'din id-dixxiplina u f'dan il-qasam, u nawguralu iktar suċċess bħala Segretarju Parlamentari u bħala politiku għall-futur.", "Aħna tfajna livell ta' skrutinju ieħor, iċ-checks and balances, li f'pajjiżna huma bżonn.", "Jista' jkun hemm id moħbija ta' xi ħadd fil-politika li mingħajr ma jrid jindaħal lir-regolatur.", "U dawn l-istejjer nafuhom.", "Allura biex ikollna checks and balances siewja, aħna ssuġġerejna li jinħoloq kumitat permanenti f'din il-Kamra, li mhux biss jiskrutinja, imma anke jissuġġerixxi policies, anke jkun hemm konsultazzjonijiet pubbliċi ma' nies li jifhmu, mhux bilfors Maltin, anke internazzjonali, f'dan il-qasam tant importanti tal-ekonomija u l-finanzi.", "Dan il-kumitat permanenti, apparti li jħares lejn l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji bħala qasam, iħares ukoll lejn l-FIAU u jħares ukoll lejn l-igaming.", "Dan ikun kumitat differenti mill-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jew minn dak ekonomiku għax jitfa' l-lenti fuq is-settur finanzjarju.", "Għandna ħafna biex niftaħru.", "Is-settur finanzjarju huwa xi ħaġa li twaqqaf fuq saqajh qabel l-2013, jiġifieri qabel ma jien dħalt fil-politika f'isem il-Partit Laburista, u aħna għedna li f'dan is-settur, apparti li se nħarsu lejn il-kontabbiltà, it-trasparenza u l-governanza tajba - u qed nikkwota l-manifest elettorali tal-2013 - aħna se naraw x'inhu tajjeb f'dan is-settur, nibnu fuqu, u dak li hem ħażin inwarrbuh.", "U warrabnieh ingħid, għax kellna żewġ liċenzji ta' żewġ banek li ġew irtirati mhux biss minħabba l-mod li bih ġew affettwati l-investituri, imma wkoll għax ħammġu isem Malta f'dan is-settur finanzjarju.", "Għalhekk, dan huwa l-appell tiegħi, li jien nistenna li bħalma aħna, partit ċkejken f'dan il-Parlament, għamilna suġġeriment li huwa fuq livell parlamentari fl-ogħla istituzzjoni tal-Parlament biex noħolqu livell ta' skrutinju ieħor u suġġerimenti minn dak l-aspett, il-Gvern joħroġ b'ideat friski u moderni li jħarsu l-interessi ta' Malta biex b'hekk dan is-settur finanzjarju nerġgħu nwaqqfuh fuq saqajh.", "Imma mhux hekk biss, naraw kif lil dan is-settur se ngħadduh mill-magna tal-ħasil stess biex innaddfuh biex b'hekk aħna nerġgħu nibnu dik ir-reputazzjoni li darba kellna f'dan is-settur.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, nirringrazzjak tal-opportunità sabiex nitkellem dwar dan l-Abbozz ta' Liġi tassew importanti.", "Nixtieq bil-permess tal-Kamra nagħmel numru ta' riflessjonijiet dwar dak li qiegħed jiġi propost hawnhekk mis-Segretarju Parlamentari kif ukoll dwar is-suġġett inġenerali.", "L-ewwel nett hija tajba, m'hemmx dubju, bħala linja ta' prinċipju, li wieħed jissoda iktar dan is-settur.", "Ovvjament, bħal kwalunkwe settur ieħor, ladarba taqbad il-mixja għal għonq it-triq issib li trid tagħmel liġijiet biex tkun tista' tirranġa, tikkoreġi, iżżid u ssaħħaħ il-qafas tiegħu.", "M'hemmx dubju li dan huwa settur vitali għal pajjiżna.", "Dan huwa settur li ġie identifikat u koltivat b'intelliġenza u llum qegħdin nieħdu l-frott tiegħu.", "L-għan prinċipali għandu jkun dejjem li f'ebda mument ma nitilfu l-vantaġġi li jagħti lill-ekonomija ta' pajjiżna, mhux biss f'termini ta' flus, imma fir-reputazzjoni u fil-portafoll sħiħ ta' pajjiż li, minkejja ċ-ċokon tiegħu, hu kapaċi jagħmel avvanzi 'l quddiem kemm fil-vuċi kif ukoll fir-reputazzjoni tiegħu bħala pajjiż.", "Meta bħala politiku jew bħala Malti ssiefer f'pajjiżi oħra u n-nies jistaqsuk dwar is-sigriet tal-ekonomija ta' pajjiżna, ikun żball jekk ma ssemmix dan is-settur partikolari.", "Dan huwa settur li jagħmilna kburin u għalhekk irridu nieħdu ħsieb li nipproteġuh.", "Ilum il-ġurnata għandna numru ta' nuqqasijiet f'dan is-settur u dwarhom diġà tkellmu diversi kelliema qabli, u minnhom jien se nislet din ir-riflessjoni.", "Aħna, b'dawn il-liġijiet qed nindirizzaw il-problemi li qed naraw illum, mhux f'termini ta' crisis management imma f'kontest ta' dak li attwalment għaddej bħalissa fis-suq ta' dan is-settur.", "Jew inkella bdejna proċess li permezz tiegħu se nibdew inħarsu 'l quddiem biex naffrontaw l-isfidi ġodda li dan is-settur partikolari se jġib miegħu?", "Ftit ġimgħat ilu fil-Parlament konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-blockchain li fortunatament ġie fis-seħħ u diġà qiegħed jaħdem.", "Ħafna minna qed nagħmlu reklam għal pajjiżna dwar dan il-fatt, qed nagħmlu reklam barra dwar kemm hi ħaġa tajba li għandna r-regolamentazzjoni u li ż-żewġ naħat tal-Kamra qablu fuq tliet abbozzi ta' liġi li huma innovattivi.", "Però dan huwa settur li għalih, bħal kull dielja li tagħmel għeneb tajjeb, jasal ukoll il-mument meta wara ż-żabra z-zkuk tiegħu jkunu jridu jiġu kkurati, hekk ukoll dan is-settur irid jingħata l-art fertili biex għada pitgħada jkun jista' jkompli jagħtu l-frott.", "F'dan il-kontest, nagħmel din ir-riflessjoni.", "Aħna, b'dan l-Abbozz ta' Liġi, qegħdin inwieġbu għar-realtà ta' dak li qed titlob mingħandna l-Unjoni Ewropea.", "Però aħna, bħala pajjiż, f'dan l-Abbozz ta' Liġi, jew f'abbozzi ta' liġi oħrajn, qegħdin naħsbu għal dak li dan is-settur partikolari se jkollu bżonn fil-futur?", "Dan jitlob riflessjoni kbira.", "Hawn min isuġġerixxa kumitat parlamentari, li jista' jkun soluzzjoni, però jistgħu jkunu soluzzjoni kumitati interni - kif naħseb li hemm - li fihom ikun hemm membri mill-kamp politiku.", "U qed ngħid dan, għax minkejja d-difetti kollha li jsibulna, imnalla hawn il-politiċi f'pajjiżna!", "Xtaqt nagħmel din ir-riflessjoni għax xi drabi nħoss li jkun hemm denigrazzjoni tal-membru parlamentari, li l-membru parlamentari mhux persuna tajba fis-soċjetà, mhuwiex bniedem onest fis-soċjetà, li mhux bniedem li qiegħed jissagrifika ħafna mill-ħin tiegħu fis-soċjetà.", "Però dawk li qegħdin hawn ġew jafu li ħafna mill-ġid li sar f'pajjiżna sar mertu tas-sagrifiċċji kbar li saru minn deputati li hawn illum u minn deputati li kien hawn qabilna.", "Għandi quddiemi diversi membri parlamentari li ddedikaw ħajjithom sabiex imexxu 'l quddiem setturi varji fil-pajjiż.", "Filwaqt li ħaddieħor, bir-rispett kollu lejh, kien qiegħed jaħdem fil-professjoni partikolari tiegħu u jaħseb fl-affarijiet partikolari tiegħu, hawn ġew kien hawn kwantità kbira ta' nies jaħsbu u jaraw kif jistgħu jżidu iktar il-ġid ekonomiku tal-pajjiż u jżidu iktar il-ġid partikolari tad-diversi operaturi li hawn f'Malta.", "Sinjura President, ippermettili ngħid li mhux biss kultant aħna l-politiċi niġu denigrati, imma lanqas jiġi rapportat dak li ngħidu f'din il-Kamra.", "Aħna ma nippretendux li Malta tieqaf biex toqgħod tismagħna però ma nippretendux lanqas li għax-xogħol kbir li jsir hawn ġew minn diversi membri parlamentari, flok ningħataw il-kredtu ta' dak li nagħmlu, niġu denigrati!", "U ċerti drabi jkun hawn ukoll membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra li jidħlu f'din il-logħba, li jipparteċipaw fil-propaganda li ssir barra, li n-nies tal-politika, għax mhumiex teknokratiċi, allura mhumiex tajbin!", "Imnalla hawn il-politiċi, għax il-politiċi jagħmluha man-nies, u l-politiċi jagħmluha ma' dawk li huma isfel u dawk li huma fuq.", "U dawk li huma isfel iħossu ċerti weġgħat mod u dawk li huma fuq iħossu weġgħat differenti, bil-bilanċ li min hu isfel għandu bżonn lil ħafna nies biex jaqbżu għalih!", "Din hija xi ħaġa li nħoss li hemm bżonn tinżamm f'ras il-membri parlamentari kollha tagħna.", "Aħna hawnhekk qegħdin għas-servizz tal-poplu u verament nagħmlu s-servizz għall-poplu u verament nagħmlu s-sagrifiċċji għall-poplu.", "Dan huwa punt li għandu jsir, speċjalment f'dawn il-liġijiet.", "Huwa minnu li ħafna drabi jiġu diversi proposti li jsiru minn ħafna nies mill-aspett tekniku, u dawn fihom valur kbir li ma rridx inċekknu.", "Però huwa l-politiku li jħares lejn id-diversi dispożizzjonijiet u jara kemm-il darba dawk id-dispożizzjonijiet finalment humiex se jirnexxu, mhux biss fis-settur partikolari, imma għall-ġid jew le tal-poplu Malti.", "U minkejja li din hija liġi dwar is-settur finanzjarju u tidher li qisha magħmula għal dawk li għandhom il-flus jew li se jagħmlu l-flus, jew dawk biss li jridu jinvestu l-flus, hija liġi wkoll li trid tindirizza l-aspetti soċjali u tħares id-dimensjonijiet tal-ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "Qed ngħid dan għax huwa vitali li Abbozz ta' Liġi bħal dan m'għandux biss ikun xprunat mill-Unjoni Ewropea.", "B'daqshekk ma rridx inċekken la 'l-Unjoni Ewropea u lanqas ix-xogħol li pajjiżna jagħmel ġewwa l-Unjoni Ewropea, imma nippretendi li f'dan il-mument partikolari tal-istorja, apparti dak li d-direttiva tal-Unjoni Ewropea qiegħda tgħid x'għandu jsir, aħna għandna nżidu numru ta' dispożizzjonijiet li jagħtu iktar saħħa lil dan is-settur partikolari.", "Ninkwieta ruħi meta niġi hawn u nara li l-maġġorparti tal-emendi huma biss traspożizzjoni.", "Ma rridx inċekken ix-xogħol li sar meta qed ngħid \"biss\", għax trid ix-xogħol biex tittrasponi dak li qed tgħid l-Unjoni Ewropea fil-liġijiet nazzjonali tagħna, imma kont nippretendi li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi naħtfu l-okkażjoni biex nintroduċu dispożizzjonijiet b'dimensjoni futura.", "U f'dan ir-rigward hemm bżonn li naħsbu iktar għal dak li ġara.", "Dak li ġara ġara, seħħ quddiemna.", "Aħna bħala Oppożizzjoni kkritikajna lill-Gvern, u kkritikajna lill-Gvern f'sens tajjeb, f'sens onest, fis-sens li jrid joqgħod attent għax dan il-ġojjell, din il-ħaġa daqshekk importanti għal pajjiżna tista' tmur lura, tista' tintilef.", "U aħna niddejqu li l-Gvern flok jabbraċċja dak li ngħidu u jieħu passi fuqu, qisu joqgħod iktar lura u jiddefendi dak li m'għandux jiġi difiż.", "Fl-opinjoni tagħna, dan huwa żball għax il-poplu jimmerita li jkollna dan is-settur mill-ifjen, mill-aqwa.", "Meta nkunu barra minn Malta – bħala Membri Parlamentari kemm minn din in-naħa kif ukoll min-naħa l-oħra jkollna diversi opportunitajiet li nattendu fora barra minn Malta – rridu nkunu f'pożizzjoni li nistgħu nirribattu għal kwalunkwe kritika li ssirilna.", "Kull fejn tmur isemmulek ċerti affarijiet u nassigura lill-Kamra li aħna, jien inkluż, nagħmlu ħilitna kollha biex niddefendu r-reputazzjoni ta' pajjiżna, għax aħna nifhmu li m'għandniex nagħmlu l-iżball li nċekknu lilna nfusna biex ħaddieħor jieħu dak li hu tagħna.", "Aħna, bħala poplu, irridu nassiguraw dejjem iktar li s-settur finanzjarju tagħna jibqa' sod u jibqa' jippompja tajjeb il-flus fejn għandu.", "Wara li għedt dan, irrid ngħid ukoll li hawn numru ta' punti fil-liġi li jimmeritaw attenzjoni.", "Apparti mill-fatt li bħala leġiżlatur naħseb li dan l-Abbozz ta' Liġi sar l-ewwel bil-lingwa Ingliża, imbagħad inqaleb għal-lingwa Maltija, jien nixtieq nistaqsi jekk il-mekkaniżmi li qed jidħlu hawnhekk humiex mekkaniżmi li attwalment se jagħtu l-effettività.", "Qed ngħid dan biex meta s-Segretarju Parlamentari jkollu l-opportunità li jagħmel ir-replika tiegħu, ikun jista' jwieġeb fuqha.", "Pereżempju, fi klawsola 11 li temenda artikolu 29, qegħdin nagħmlu emenda li fiha qegħdin indaħħlu din il-proviso - se naqrah bl-Ingliż għax naħseb li bl-Ingliż ġie drafted - li jgħid hekk:", "Qed nara wkoll din il-linja ta' kawtela fil-paragrafu (ċ) li qed jintroduċi żewġ subartikoli ġodda wara s-subartikolu 9, u qed jingħad hekk:", "Il-mistoqsija tiegħi hija din: Is-sitwazzjoni f'pajjiżna ma ġietx minħabba kawtela, jew għax il-liġi kawtela, imma l-passi tal-Gvern u l-passi tal-istituzzjonijiet kienu ta' kawtela kbira!", "Il-kritika kienet biex jieħdu passi, u aħna bħala Oppożizzjoni, kif ukoll diversi nies minn istituzzjonijiet finanzjarji, li għedna li qed idumu biex jieħdu passi kontra banek jew ċerti istituzzjonijiet.", "Allura hawn iktar rajt il-bżonn li wieħed jieħu d-deċiżjonijiet b'iktar ħeffa, milli li wieħed jidħol f'toroq li bihom minflok qed naraw ħeffa, qed naraw kawtela!", "Il-kawtela hija tajba, li wieħed jingħata l-opportunità biex iwieġeb hija tajba, imma li wieħed joħloq struttura daqshekk ikkomplikata għall-affarijiet, ma nasħsibx!", "Mela l-ewwel nett \"for the purpose of dissolution and winding up\", trid tagħmel il-konsulenza mal-Bank Ċentrali.", "Tgħidli: Hija xi ħaġa ħażina?", "Le, huwa tajjeb, però qed nara dan il-proviso bħala tqil ħafna.", "Għar-rigward tal-kwestjoni tal-Att dwar il-Kumpaniji rrid ngħid li dik diġà qiegħda fil-liġi.", "Jien ma naħsibx li għandna xi bank jew xi istituzzjoni tas-servizzi finanzjarji li mhijiex kumpanija!", "Jien ma naħsibx li għandna lil xi ħadd li qiegħed jagħmel il-kummerċ waħdu u allura għandna l-problema ta' kif se nsolvu x-xoljiment tiegħu għax ma nistgħux napplikaw il-liġi dwar il-kumpaniji.", "Qed ngħid dan mhux biex niddenegra dan il-provvediment.", "Jekk iħossu li din hija neċessarja, idaħħluha.", "Jekk hija neċessarja biex iddaħħal il-fiduċja, idaħħluha, però naħseb li r-realtà kienet il-ħin biex wieħed jieħu deċiżjoni; dak li kien diġà qiegħed juri bħala li hu żbaljat ried tweġiba b'mod iktar spedit.", "U dik it-tweġiba damet biex tiġi, u l-kritika ta' diversi nies kienet li damet biex tiġi.", "Wara li saret il-kritika, kellha tkun istituzzjoni barranija li ħadet il-passi biex aħna ħadna passi!", "Ried ikun il-Bank Ċentrali Ewropew biex aħna ħadna passi!", "Meta jkollok sitwazzjoni fejn għandek settur li m'intix kapaċi tirregolah jew, biex inkun iktar preċiż, fejn hemm il-perċezzjoni li inti m'intix kapaċi tirregolah, dik tqiegħdek f'pożizzjoni żbaljata.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li għandna nissodaw dan is-servizz, naqblu li għandna neliminaw in-nies li ma jagħmlux ix-xogħol tagħhom tajjeb, u naqblu li d-deċiżjonijiet jittieħdu f'waqthom, mingħajr dewmien mhux ġustifikat.", "Forsi tgħidli: Għandi nieħu deċiżjoni inġusta?", "Le, m'għandekx tieħu deċiżjoni inġusta, imma meta l-affarijiet qed juruk minn kullimkien u għandek sinjali minn kullimkien li s-sitwazzjoni hija gravi, inti jrid ikollok l-għodda, il-mezzi li bihom tista' tintervjeni malajr.", "U dik hija ż-żabra li wieħed ikollu bżonn!", "Iż-żabra ssir mill-bidwi billi jaqbad l-imqass u jaqta' mill-ewwel, għax jekk ma jaqtax jaf li se tiġri iktar ħsara, se tintilef iktar enerġija, u se tmur f'direzzjoni li ma tridx.", "Għaldaqstant naħseb li għandna niżguraw li l-mekkaniżmi maħsuba f'dan l-Abbozz ta' Liġi jitħaddmu b'mod effettiv.", "Rajt ukoll klawsola 10 li temenda l-famuż artiklu 4B tal-Att prinċipali.", "Hawn ukoll qed jiddaħħlu żewġ provisos oħrajn, li huma verament interessanti u nittama li huma provisos li għandhom naqra melħ Malti fihom!", "Hawn qed ngħidu hekk:", "Issa dawn huma poteri ġodda, anzi ngħid li huma poteri magħmula bi ħsieb tajjeb u fid-direzzjoni t-tajba, però ejjew inkunu ċerti minnhom f'dan is-sens.", "Jiġifieri jien għandi istituzzjoni li kellha persuna ġuridika - għax din hija istituzzjoni li għandha persuna ġuridika - li hija rappreżentanta li tista' taħdem fil-liġi tagħna, li għandha d-drittijiet u l-obbligi tagħha skont x'jiġi stabbilit mil-liġi jew skont x'jiġi deċiż mill-qrati tagħna.", "Issa meta inti qed twaqqafha, qed titterminaha, qed tiddeċiedi li din m'għadhiex tista' topera, allura l-persuna ġuridika ġiet f'pożizzjoni ta' inoperabbiltà, tilfet l-aspett legali tagħha, issa ġiet maqtugħa barra, ġiet newtralizzata.", "Aħna fil-liġi ngħidu li inti tista' tmut mewta naturali jew tista' tmut ċivilment.", "Hawn din l-istituzzjoni qed tinqatel ċivilment.", "Allura jien nistaqsi: Istituzzjoni li nqatlet ċivilment u allura ma tistax tibqa' tiffunzjona, waqfet tiffunzjona, kif tista' legalment tibqa' tgħidilha li jista' jkollok direttivi li jibqgħu joperaw fuqha?!", "Il-liġi hekk tgħid, sakemm m'hemmx xi ħaġa li mhux qed nara:", "Jiġifieri wieħed joħroġ id-direttivi għal istituzzjoni li ma tistax tkompli topera jew m'għadhiex tkompli topera!", "U naħseb li hawn, bl-intenzjonijiet tajba, wieħed irid jara jekk il-poteri li aħna qegħdin nagħtu f'din il-liġi finalment humiex poteri li aħna nistgħu nħaddmu, jew humiex poteri li xi ħadd jista' jikkontestahomlna.", "Dawn parti mill-proċess li kull leġiżlatur irid jagħmel, u napprezza, għax mhux faċli.", "Imma wieħed irid iqiegħed lilu nnifsu fil-pożizzjoni ta' xi ħadd li se jikkontestalu dak li huwa qiegħed joħroġ u jistaqsi lilu nnifsu jekk hux qed jagħtih sitwazzjoni fejn jista' jagħmel claim kontra tiegħu għax ħa miżuri li huma taħt il-liġi, però li huma kontra l-liġi, fis-sens li ma jistax jagħmel xi ħaġa kontra xi ħaġa li ma teżistix!", "Imma apparti dik, ċertament nittama li s-Segretarju Parlamentari japprezza li dak li qed ngħidu hawn hija kritika intenzjonata biss biex l-affarijiet isiru sewwa u kemm jista' jkun dak li qegħdin naraw hawnhekk wieħed ikun jista' jara li jsir kif għandu jsir.", "Dan iktar u iktar jekk rajt u fhimt tajjeb klawsola 7 li temenda artiklu 15A tal-Att prinċipali - issa mhux tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, imma tal-Att dwar l-Investimenti tas-Servizzi - fejn hemm preċiżament hekk:", "\"(i) minflok il-kliem, \"minn xi persuna oħra, inkluża r-rappreżentanza legali u ġudizzjarja ta' dik il-persuna legali\" għandhom jidħlu l-kliem, \"minn xi persuna oħra, inkluż għall-fini tax-xoljiment u stralċjar tad-detentur ta' liċenza kif ukoll ir-rappreżentanza legali u ġudizzjarja ta' dik il-persuna legali\"\".", "Jien qiegħed nara li filwaqt li f'liġi qegħdin nipprovaw inkopru din is-sitwazzjoni, fil-liġi l-oħra m'aħniex qed inkopruha.", "Terġa' u tgħid, qed inżidu dan il-proviso li jgħid hekk:", "\"Iżda l-persuna kompetenti m'għandha tieħu ebda deċiżjoni għall-fini tax-xoljiment u stralċjar tad-detentur tal-liċenzja, kemm-il darba l-awtorità kompetenti ma toħroġx direttiva f'dak is-sens, kif hemm fl-artikolu 15, u kull direttiva bħal dik jista' jkun fiha dawk l-istruzzjonijiet, liġijiet u kondizzjonijiet hekk kif l-awtorità kompetenti tista' tqis li jkunu meħtieġa …\".", "Jien qed nagħmel il-punt tiegħi biex inkun għamiltu, imbagħad inħalli f'idejn it-tekniċi.", "Aħna b'liema poteri qegħdin nissodaw lis-settur?", "Hemm poteri li qegħdin isiru f'liġi imma mhux qed isiru f'liġi oħra?", "Hemm poteri li se jindirizzaw sitwazzjoni f'liġi però se jiġu f'konflitt meta jiġu applikati f'liġi l-oħra?", "Din hija xi ħaġa li tridu taraw sabiex wieħed ikun jista' jimxi 'l quddiem.", "Jien naħseb li din hija liġi tajba li se tkompli tmexxina 'l quddiem.", "Sinjura President, nixtieq nagħmel l-aħħar riflessjoni fil-ħin li għad fadalli.", "Irridu naqtgħuha darba għal dejjem li ngħidu li l-Oppożizzjoni timxi kontra l-interessi nazzjonali.", "Irridu naqtgħuha darba għal dejjem li ngħidu li t-tarbija li aħna wellidna rridu noqtluha aħna stess!", "Din bħal ta' Salamun, il-vera omm lit-tarbija tridha tissoda!", "Aħna ħadna ħsieb li nġibu dawn l-ideat fil-Parlament, sibna l-appoġġ tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, però aħna ġustament inħossuna li aħna l-ġenituri naturali legali ta' dan is-settur.", "Jista' xi ħadd jiġih f'moħħu li aħna nkunu kontra din il-liġi?!", "Jista' xi ħadd jiġih f'moħħu li aħna bħala rappreżentanti tal-poplu nieħdu passi kontra s-servizzi finanzjarji?", "Ma nafx jekk hemmx bżonn li nibdew nirrekordjaw dak li ngħidu barra.", "Meta aħna nkunu barra minn Malta, aħna nkunu difensuri feroċi ta' pajjiżna u tal-qasam tas-servizzi finanzjarji u nsibu u nagħmlu kull argument biex ngħidu li l-affarijiet huma tajbin.", "Imma mbagħad nippretendu li x-xogħol isir sewwa.", "U x-xogħol hemm bżonn li jsir sewwa.", "Hemm urġenza!", "Qegħdin inwieġbu għaliha din l-urġenża?", "Nistgħu nwieġbu aħjar għaliha din l-urġenza?", "Jien ngħid li iva.", "U dan mingħajr ma nċekken ix-xogħol li qiegħed isir.", "Jiena nifhem lis-Segretarju Parlamentari għax jien kelli l-pożizzjoni tiegħu u nifhem perfettament id-diffikultajiet.", "Huwa sewwa li qed iressaq dawn il-liġijiet, għandu jressaq kemm jiflaħ liġijiet biex isiru t-tibdiliet, għax bil-liġijiet isiru t-tibdiliet, u aħna rridu naċċettaw li ma nistgħux, f'ebda mument, la Gvern u lanqas Oppożizzjoni, inħallu f'idejn is-suq isuq!", "Is-suq ċerti drabi jsuq f'direzzjoni tajba, però ħafna drabi, jekk ma jkunx hemm il-kontroll tal-liġijiet li aħna nagħmlu, isuq f'direzzjonijiet li m'għandux isuq.", "Allura l-leġiżlazzjoni hija neċessarja.", "Ilum iktar ma taqra, anke ġurnali ta' barra fuq dan is-settur u fuq setturi oħrajn, jaqblu perfettament li r-regolamentazzjoni trid issir b'attenzjoni.", "M'għandniex noħonqu, imma trid issir biex tipproteġi.", "Imbagħad gżira bħal tagħna, li qiegħda tikkombatti l-ħin kollu u tikkompeti ma' role players qawwija ħafna, bilfors li jrid ikollha liġijiet tajbin u intelliġenti.", "Dan huwa settur għal qalbna ħafna bħala Oppożizzjoni, huwa settur li aħna niddefendu b'determinazzjoni kbira u huwa settur li aħna wkoll nifhmu fih.", "Min jaħseb li hawn ġew l-Oppożizzjoni, għax toqgħod bi kwietha u mhux kull membru jitkellem, ifisser li aħna ma nifhmux fil-liġijiet li jsiru jew li aħna membri parlamentari li m'għandniex konoxxenza tal-affarijiet, qiegħed jiżbalja!", "Hawn ġew m'aħniex teknokratiċi, imma aħna politiċi, nies li nifhmu fir-realtà, f'dak li qiegħed isir u kapaċi nwieġbu għar-realtà.", "U ħadd ma jista' jgħid li aħna ma konniex inħarsu u ma ħarisniex 'l quddiem biex nagħmlu ġid lil pajjiżna fil-mument opportun.", "U meta titkellem barra u tgħid x'għamilna, kulħadd jirrikonoxxi li pajjiżna ħa deċiżjonijiet tajbin.", "Sinjura President, filwaqt li nassigurak bis-sapport tagħna fil-ħidma u x-xogħol f'kull qasam ta' dan il-Parlament inħoss u nsostni li pajjiżna jixraqlu li jimxi iktar 'il quddiem u jimmerita li jkollu mekkaniżmi li jiffaċilitaw intervent tempestiv, sod u effettiv biex jitwaqqfu l-abbużi f'dan is-settur partikolari, li ż-żewġ naħat tal-Kamra ċertament huma kontra tagħhom u ma jixtiequ qatt li jseħħu f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu issa għall-Aġġornament.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jinħatar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Tielet Qari; u", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u t-Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Kumitat Permanenti.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, ilbieraħ f'dan il-Parlament, kif ukoll f'numru ta' seduti oħrajn, smajt kelliema min-naħa tal-Gvern, li ovvjament nifhem li tkellmu kif qablilhom meta rreferew għall-power station il-ġdida tal-Electrogas.", "Din id-darba mhux se nkun qed nitkellem rigward il-ħmieġ tal-Electrogas f'dak li huwa finanzjament, f'dawk li huma kuntratti, f'dak li rrefera għalih l-Awditur Ġenerali, però se nirreferi għal dak li huwa forsi kemmxejn ftit iktar attwali, iktar relevanti, iktar iħossuh in-nies, u ċjoè dak li huwa effett fl-arja ta' dawn il-power stations, fosthom dik tal-Electrogas.", "Se nirreferi immedjatament għall-inkwinament, għall-ħmieġ fl-arja, għall-emissjonijiet, għall-effett ta' din il-power station u l-power station seħbitha, li issa ġiet ukoll taħdem bil-gass.", "Dawn huma żewġ power stations li mhux veru naqqsu l-emissjonijiet minn kemm kellna qabel, imma issa għandna problema li taħt dan il-Gvern stess, dawn il-power stations żiedu l-emissjonijiet fl-arja.", "Allura jien naħseb li rridu noqogħdu attenti kif nitkellmu mal-poplu tagħna.", "Nistgħu immeru s-sewwa magħruf, nistgħu l-kwadru ngħidulu tond, jista' jqum inġinier u jipprova biex jogħġob lill-Gvern jgħid mod ieħor, jista' jqum membru parlamentari min-naħa tal-Gvern u jgħid dak li jaqbillu jgħid biex ibigħ l-aġenda tal-Gvern.", "Nifhem dan kollu, però jien f'idejja għandi rapport tal-ġurnal The Times of Malta, li urejtu kemm-il darba.", "Imma niddejjaq nara li tiġi f'dan il-Parlament, titkellem fuq problema tant attwali, fuq sitwazzjoni tant diżastruża, riżultat ta' deċiżjonijiet li qiegħed jieħu dan il-Gvern u, kif inħobb ngħid is-soltu, nispiċċa nitkellem f'kamra waħdi; ħlief jien, inti u l-iskrivani tal-Kamra, m'hawn l-ebda ministru jidħak f'wiċċi.", "Għaliex huwa l-ħin tal-Aġġornament, u nifhem dan!", "Darba minnhom kont qed nitkellem fuq dawn ir-realtajiet u kellna lill-istess Ministru għall-Ambjent li spiċċa jidħak f'wiċċi!", "Dan għax għal dan il-Gvern il-problemi tan-nies u x'jipperikola l-ħajja tagħhom spiċċa irrilevanti.", "Għalhekk la jmeruk, la jwaqqfuk u lanqas jiċħdu, għax il-fatti spiċċaw irrilevanti!", "Taf meta jispiċċaw mhux irrilevanti imma rilevanti?", "Meta jkunu jridu jmeru l-fatti!", "Qed ngħid li huma fatti għaliex nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru tal-2018 il-ġurnal The Times of Malta ippubblika artiklu rigward dak li ntqal mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li hija l-entità tal-Gvern Malti li toħroġ l-istatistika.", "Issa l-istatistika hija fatt, mhux xi opinjoni politika ta' Edwin Vassallo jew ta' Adrian Delia jew ta' xi ministru.", "Huwa fatt dak li qed jgħid l-NSO u jien la se ngħid kelma iżjed u lanqas inqas.", "Dan il-ġurnal ikkwota l-NSO u qal:", "L-emissjonijiet tal-power stations żdiedu s-sena l-oħra hekk kif l-impjant il-ġdid tal-gass kien inawgurat u beda jaħdem.", "Temminha, Sinjura President?", "Ilbieraħ kien hawn l-Onor.", "Alex Muscat li lill-Onor.", "David Agius - it-tnejn ħbieb tiegħi - beda jgħidlu: Imma intom xi tridu, għalfejn tridu terġgħu tmorru lura qiskom daqslikieku għad-diesel, għal fuel li jħammeġ l-arja?", "U jien ġejt apposta biex nirrispondi llum u ma nħallix li jgħaddu 24 siegħa!", "Għall-grazzja t'Alla kelli din l-opportunità, għaliex ma flaħtx nisma' lil min jgħid li bil-power plant il-ġdid tal-gass tnaqqsu l-emissjonijiet.", "L-NSO qed jgħid il-kontra!", "Mhux se npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra għax min irid jidħol ifittex fuq google isib dan l-artiklu li kien ippubblikat nhar it-Tnejn, 8 ta' Ottubru, 2018.", "Qiegħed fid-dominju pubbliku.", "Qed naqra xi ħaġa li hija pubblika.", "L-NSO ikompli jgħid:", "L-NSO qed jgħid li l-interconnector kien iktar użat fl-2016 milli fl-2017.", "Ħalli naqra għall-fini tan-nies li qegħdin isegwuna biex ikunu jafu l-fatti u mhux opinjoni politika.", "Mela l-istatistika maħruġa mill-NSO qiegħda turi li l-emissjonijiet mill-power plant sources żdiedu b'25.3% fuq dawk tal-2016.", "Issa jien mhux se mmur lura, kif għamel il-Prim Ministru għaxar snin ilu.", "Jien nipprova nqabbel gvern ma' gvern, sena b'sena taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat, minn wara l-aħħar elezzjoni sal-lum, like with like taħt dan il-Gvern, bid-deċiżjonijiet li ħa dan il-Gvern.", "Se nkun qed naqra bl-eżatt:", "L-emissjonijiet naqsu bin-nofs fl-2015 meta l-power station tal-Marsa kienet magħluqa.", "Għax inqabblu sena ma' sena.", "Din kienet is-sena meta l-interconnector kien ikkumissjonat.", "Imbagħad reġa' kellna tnaqqis.", "Hawnhekk qed infaħħar lill-Gvern, però dalwaqt mhux se nkompli!", "Imbagħad ikompli jgħid hekk:", "L-emissjonijiet, l-arja kompliet tnaddfet fl-2016.", "L-ewwel sena sħiħa mingħajr il-power station tal-Marsa.", "Però ara issa x'inhu ġej, x'qalilna l-NSO, għaliex il-gvern ma baqax sejjer - ħa ngħid inkun oġġettiv - bit-tajjeb li kien qed jagħmel:", "Mela qabel ma kellna l-power station il-ġdida taħdem, kellna tnaqqis fl-emissjonijiet, tnaqqis fil-ħmieġ li joħroġ fl-arja dovut għall-power stations, u allura meta ma kellniex il-power station il-ġdida taħdem kellna arja nadifa iktar u l-NSO jgħidilna: \"But the C02 equivalent emissions than rose again in 2017, the year when the new gas power station was inaugurated\".", "Mela l-power station il-ġdida issa qed idur magħha d-dubbien, kif jgħid il-Malti.", "Id-dubbien idur mal-ħmar il-magħkus!", "Ħalli niddevja ftit minn fuq l-ambjent.", "Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali jgħidilna kemm ġiet ikkonċepita f'sitwazzjoni maħmuġa din il-power station, għaliex skont l-Awditur Ġenerali d-deal, l-għażla, kienet kważi diġà ffissata qabel ma kien hemm is-sejħa għal offerti, għat-tenders.", "L-Onor.", "Karol Aquilina għamel stqarrija hawnhekk f'Aġġornament, bħalma qed nagħmel jien, li fiha kważi wera b'evidenza li min bena din il-power station kien diġà qed jgħid qabel l-elezzjoni li l-għażla kienet diġà lesta.", "Kellna lil dak li llum huwa Prim Ministru, l-Onor.", "Joseph Muscat, li meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni kien jikkritika l-BWSC - u mhux se nidħol fil-merti kellux raġun jew le - għaliex kienet għadha bil-heavy fuel oil u kien qed isejħilha fabbrika tal-kanċer.", "L-Onor.", "Toni Bezzina, lin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta – li nsellimlu, ġej minn dawk l-inħawi, qiegħed hawnhekk - kien qiegħed jgħidilhom li hu kien se jnaddfilhom l-arja, u llum jiena għandi din l-istatistika maħruġa mill-NSO li qed tgħid li li meta xegħelna l-power station il-ġdida li kellha tnaddaf l-arja, illum l-emissjonijiet żdiedu minflok naqsu!", "Il-ġurnal The Times of Malta kompla jirrapporta hekk:", "- jiġifieri dik il-BWSC li mbagħad ħaduha ċ-Ċiniżi għaliex kienet ħażina, imma ħaduha skont Joseph Muscat, u bidluhom għall-gass –", "Mela fl-2016 il-Gvern xtara iktar elettriku mill-interconnector għaliex l-interconnector huwa nadif u ma jħallix emissjonijiet fl-arja, però meta fl-2017 bdew jintużaw id-D3, jiġifieri l-BWSC li issa ġiet ikkonvertita għall-gass ħalli ma taħdimx iżjed bil-heavy fuel oil u ma tibqax il-fabbrika tal-kanċer, u l-Electrogas, li kellha tkun ukoll mill-ewwel bil-gass biex ma tkunx fabbrika tal-kanċer, u għaliex imbagħad fl-2017 ħadmu iktar dawn iż-żewġ power stations u l-Gvern uża inqas l-interconnector, spiċċajna li kellna \"power station emissions increase last year as gas plant was inaugurated\"!", "Sinjura President, qed nieħu fit-tul u nitkellem bl-iktar mod sempliċi biex min irid, jisma' l-fatti.", "Jiena ma qed naħrab minn xejn u mhux qed nagħti l-opinjoni politika tiegħi, imma qed ngħid il-fatti kif inhuma, u la jista' jiġi deputat u la jista' jiġi l-Ministru Joe Mizzi, u la jista' jiġi xi inġinier jipprova jagħti spjegazzjoni u jagħti l-kulur lil dawn il-kliem miktubin iswed fuq l-abjad, għaliex il-fatti jibqgħu fatti, u jekk tħares fuq il-paġna ta' wara tal-istess artiklu tibda tara \"emissions from power plant by year\".", "Fl-2012 kienu għoljin l-emissjonijiet, 2057 kilo tons CO2 equivalent.", "Imbagħad fl-2013 naqsu għal 1695 kilo tons, fl-2014 reġgħu naqsu ftit ieħor għal 1657 kilo tons, fl-2015 naqsu għal 887 kilo tons, fl-2016 naqsu għal 578 kilo tons – bravi – u fl-2017 xegħelna l-power stations il-ġodda, għamilna inqas użu, xtrajna inqas elettriku mill-interconnector u minn 578 kilo tons tlajna għal 724 kilo tons.", "Min irid, jista' jikkritika!", "Issa l-opinjoni politika jista' jagħtiha min irid.", "Il-fatt hu li għaliex kien hemm min forsi qabillu juża inqas l-interconnector - għaliex jidher li m'hemmx commissions fuq l-interconnector, imma forsi fuq ix-xiri tal-gass hemm xi ħaġa li tista' tidħol - allura użajna iktar il-power stations il-ġodda, inqas l-interconnector u l-arja ħammiġnieha.", "Dawn huma l-fatti!", "Imbagħad taf xi jfisser dan kollu?", "Għaliex il-korruzzjoni sar għandha wiċċ?!", "U meta qed ngħid \"il-korruzzjoni\", ma nkunx qed nirreferi biss għal min qed jitħallas u min mhux qed jitħallas, imma aktar għall-mentalità ta' dan il-Gvern kif jaħdem, kif jasal biex jiddeċiedi u jieħu d-deċiżjonijiet, fejn iqabbel u kif jaqbillu!", "Għaliex kellna naslu f'ċirkostanza f'dan il-pajjiż fejn għandna tant min huwa attent fuq fejn jaqbillu, u hu personali, però mbagħad fejn jaqbel lill-poplu Malti, donnu ambjentalment m'għandniex min jagħti kas?", "Dan l-argument għamiltu meta konna qegħdin ngħaddu t-tweġiba tagħna għad-Diskors tal-Baġit fuq il-Ministeru għall-Ambjent.", "Mela mhux tal-mistħija li toħroġ l-istatistika li \"Malta records the EU highest carbon dioxide emissions increase\"?!", "Mhux tal-mistħija li Malta taħt dan il-Gvern, illum aħna l-iktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa?!", "Huwa maħmuġ ambjentalment fl-Ewropa, u naħseb li huwa maħmuġ fl-Ewropa l-iktar xħin tara ċerta statistika u kif qed iħarsu lejna l-Bank Ċentrali Ewropew u istituzzjonijiet oħrajn, kif intqal illum, moralment, anke għall-fama li qegħdin nieħdu rigward il-korruzzjoni!", "Dawn huma fatti!", "Dan issa qed iħallas għalih il-poplu Malti!", "Sinjura President, li kieku dak li jsir hawn ġewwa jibqa' bejn dawn l-erba' ħitan, tgħid fiha u ma fihiex.", "Li kieku l-effetti tad-deċiżjonijiet tal-Gvern u r-riperkussjonijiet tagħhom jibqgħu bejn dawn l-erba' ħitan, kieku jiena m'għandix għaliex nitkellem, għax ibatihom min jeħodhom u tieqaf hemm.", "Imma li r-riperkussjonijiet, l-effetti u l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-Gvern isofruhom in-nies mhux sewwa, u ma tistax tkun membru parlamentari u tkun ħalqek magħluq quddiem dawn in-nies!", "Jien niltaqa' ma' nies li jgħiduli: \"Imma xi ħneżrijiet għandna f'dan il-pajjiż?", "F'liema ħmieġ waqajna f'dan il-pajjiż?\"", "U irrispettivament jekk humiex Nazzjonalisti jew Laburisti, iżda l-Laburisti jgħiduhielek inkiss inkiss, bil-kemm kemm niftiehmu!", "Id-deċiżjonijiet tal-gvern għandhom impatt fuq in-nies.", "Ara x'inhu l-impatt fuq in-nies, għaliex issa l-korruzzjoni, l-effett tagħha u l-mentalità ta' xejn mhu xejn, il-mentalità li l-ħażin nagħmluh tajjeb, il-mentalità ta' fejn jaqblilna nqabblu, qiegħda twassal biex issa qegħdin ibatu n-nies.", "M'għadhiex il-korruzzjoni fl-arja, ma jmissha ħadd!!", "Il-korruzzjoni m'għadhiex kif kien jgħid xi darba l-Ispeaker Anglu Farrugia, fil-laqgħat tar-raba' sular!", "Issa l-laqgħat m'għadhomx fir-raba' sular!", "L-effett ta' dak li kien jiġi deċiż fir-raba' sular issa qiegħed f'imnifsejna, qiegħed fil-pulmun tagħna, issa qiegħed fil-bwiet tagħna!", "Hemm min jitħallas bil-mijiet tal-miljuni, hemm min bilkemm ilaħħaq mal-ġurnata!", "Hemm min kapaċi jgħix, lanqas nistgħu ngħidu f'arja nadifa, għaliex l-arja nadifa mhi mkien f'Malta riżultat tal-politika ta' dan il-Gvern, riżultat tax-xejn mhu xejn, ta' jien ma jimpurtanix min-nies!", "Ir-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent jgħid:", "Iva din ma ddejjaq lil ħadd?!", "Dan ikompli jgħid hekk:", "Jiġifieri t-tfal li qegħdin fil-klassijiet tagħna qrib toroq ewlenin qegħdin jieħdu arja maħmuġa, arja li ma tistax tgħidilha tajba.", "Iva din ma ddejjaq lil ħadd?!", "L-ikbar ħmieġ li għandna f'dan il-pajjiż taf x'inhu?", "Fejn għandna min jaħseb li sakemm il-gvern jagħmel li jrid u lili jħallini nagħmel li rrid, ma fiha xejn, il-gvern jista' jibqa' għaddej, l-importanti li jħallini nagħmel li rrid!", "Il-gvern jagħmel li jrid, anke jekk ma tħallihx, imma qed jaffettwak.", "Ma tistax tgħid li sakemm il-gvern jagħmel li jrid u lili jħallini nagħmel li rrid, jista' jibqa' jagħmel li jrid.", "Kulħadd jgħidha kemm irid, imma mhux hekk il-fatt.", "Il-fatt hu li għandek it-tfal tiegħek l-iskola, inklużi aħna, aħna u sejrin għax-xogħol, qegħdin nieħdu arja maħmuġa u ħadd mhu qed jipprova jnaddafha.", "Darba ma konniex l-iktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa, darba konna pajjiż nadif fl-Ewropa, illum ġejna l-iktar pajjiż maħmuġ fl-Ewropa!", "L-aħħar li rrid insemmi huwa l-editorjal tal-ġurnal The Malta Independent tal-Ġimgħa 9 ta' Novembru, bit-titolu \"Air pollution, a silent but effective killer\".", "Min jimpurtah f'dan il-pajjiż?", "Fi Franza n-nies ħarġu jipprotestaw, semmgħu leħinhom u l-Gvern kellu jdur.", "Malta mhux il-prezz, il-prezz m'għollihulniex, għalkemm qegħdin inħallsu għalih mingħajr ma nafu.", "Però tafu x'inhi s-sitwazzjoni?", "Dan l-editorjal jgħid ukoll:", "Il-pesta ta' dan il-qattiel silenzjuż, it-tniġġis, l-arja maħmuġa!", "Dan huwa l-editorjal tal-ġurnal The Malta Independent, m'iniex qed naqra xi ħaġa li ġejja minn moħħi.", "Għalhekk qed nuża u ġibt l-evidenza fuq xiex qed nitkellem u użajt kemm-il darba dan l-argument u se nibqa' nużah sakemm forsi xi ħadd jipprova jifhem f'liema sitwazzjoni qegħdin.", "Mela minħabba l-arja maħmuġa tagħna – l-Onor.", "Toni Bezzina qiegħed hawn, Sinjura President inti qiegħda hawn, u l-uffiċjali ta' din il-Kamra qegħdin hawn - fl-2016 mietu 270.", "Jiena wkoll lanqas nemminha daqstant faċilment, imma l-European Environment Agency tgħidilna:", "U jekk xi ħadd irid ikompli jaqra iktar, jista' jaqra l-aħħar rapport tal-President ta' Malta fil-konferenza dwar l-environment, health and wellbeing, li jkompli jitkellem rigward l-effett tat-tniġġis fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-bniedem.", "Dan huwa l-qofol ta' kollox!", "Xi ħadd, biex iqabbel fejn jaqbillu, xi ħadd, biex minflok lira jieħu tnejn, xi ħadd, li llum għandna l-fatti li kien lest li jdaħħal €5,000 kuljum, li kieku ma nkixfux il-Panama Papers, dawn il-€5,000 deħlin kuljum u lanqas nafu li deħlin, delitt maħdum perfett li sfratta! €5,000 kuljum!", "U taf x'inhu l-prezz ta' dak kollu li semmejt illum, għal min jimpurtah?", "Sinjura President, se nagħlaq id-diskors tiegħi b'argument li ftit ilu għamlu wkoll l-Onor.", "Jason Azzopardi, imma ħa nagħmlu jien ukoll l-istess argument.", "Tnejn min-nies, fis-sempliċità tagħhom, qaluli: \"Li kieku inti jkollok €5,000 deħlin kuljum u xi ħadd jisfrattahomlok, ma ttajrux mas-smewwiet?!", "Min qalhieli qalha bi kliem iktar delikat, jew sofistikat!!", "Minflok il-kelma smewwiet semmieli xi ħaġa oħra!", "Imma jiena qed nagħmilha bil-pulit.", "In-nies hemm barra qegħdin jgħidu ħafna xorti.", "In-nies hemm barra qegħdin jifhmu x'inhu jiġri u qegħdin jaħsbu.", "Però n-nies hemm barra, minħabba l-kapriċċi ta' ftit nies, qegħdin ibatu, l-ambjent sejjer lura għaliex xi ħadd ma jimpurtahx min-nies.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata aktar kmieni.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Court Attorneys bħalissa, u rispettivament ma' liema membru tal-Ġudikatura huma assenjati?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bħalissa hemm impjegati 20 Court Attorney li huma adsdetti ma' 20 Imħallef.", "L-ismijiet ta' dawn il-persuni mhux se jingħataw fit-tweġiba minħabba li din hija data personali skont it-tifsira fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679.", "Madankollu, jien dispost li nagħti lista tal-ismijiet lill-Onor.", "QORTI TAL-APPELL KRIMINALI – KAWŻI PENDENTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti llum quddiem is-Sinjuri Imħallfin li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, sedenti fil-Qorti tal-Appell Kriminali (Inferjuri)?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ilha pendenti kull kawża fil-Qorti tal-Appell Kriminali?", "Jista' jagħti d-dati għal meta ġew differiti għas-sentenza dawk il-kawżili jinsabu differiti għas-sentenza?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba skont l-ordni ta' kif ingħataw id-dettalji tal-Imħallfin tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ĦAL QORMI – PERSUNI BARRANIN F'RAZZETT TAL-BAQAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: In vista tal-iżgumbrament li l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet ftit jiem ilu ta' iktar minn 100 persuna barranija minn razzett tal-baqar f'Ħal Qormi, filwaqt li hu tajjeb li jsiru azzjonijiet ta' infurzar, jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn il-Gvern ma rax u ppjanax minn qabel l-azzjoni msemmija, biex wara l-iżgumbrament dawn il-persuni kien ikollhom saqaf fuq rashom, u mhux spiċċaw bla post fejn jorqdu (uħud minnhom anke spiċċaw jorqdu fuq pallets tal-injam f'għalqa)?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawn il-persuni għandhomx ikunu stmati aħjar?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "RAĦAL ĠDID: PJAZZA PRINĊIPALI – ILMA FIL-FUNTANI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn m'hemmx ilma fil-funtani fil-pjazza prinċipali ta' Raħal Ġdid wara l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-pjazza l-ġdida?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li kien għad hemm xi xogħlijiet żgħar x'jitlestew biex il-funtani jkunu kollha funzjonanti.", "Infurmat li fil-ġranet li ġejjin għandu jitlesta x-xogħol kollu mill-kuntrattur, inkluż dak li għandu x'jaqsam mal-funtana.", "RAĦAL ĠDID: PJAZZA PRINĊIPALI – ILMA FIL-FUNTANI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid għalfejn m'hemmx ilma fil-funtani fil-pjazza prinċipali ta' Raħal Ġdid, wara l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-pjazza l-ġdida?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija l-Ministeru konċernat.", "AVUKAT ĠENERALI – ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ĊENSURA ĠURNALISTIKA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern iressaq quddiem il-Kamra abbozz ta' liġi biex kif indika l-Avukat Ġenerali, il-leġiżlatur \"[…] jiċċensura hu b'mod formali dak li sal-lum fir-relm tal-etika ġurnalistika hu l-awtoċensura\" u skont kif l-istess Avukat Ġenerali ġie kkwotat li ssottometta lill-Qorti mill-gazzetta Kullħadd ta' nhar il-Ħadd, 28 ta' Ottubru 2018?", "Membru il-kliem li huwa ċċita ttieħed minn sottomissjoni li saret quddiem Qorti u mhux minn xi stqarrija uffiċjali tal-Avukat Ġenerali, dan, f'kawża fejn qamet kwistjoni partikolari dwar possibbli intraċċ fil-proċess ġudizzjarju permezz tal-użu tal-media.", "Il-Gvern f'dan l-istadju ma għandux il-ħsieb li jressaq abbozz ta' liġi bħal dak indikat fid-domanda u jqis li dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu regolati mill-qrati skont il-fatti partikolari li jkollhom quddiemhom.", "Naturalment huwa dejjem pożittiv li jkun hawn diskussjoni dwar il-ħtieġa ta' bilanċ xieraq bejn id-dritt tal-media li tinforma lill-pubbliku, id-dritt tas-smigħ xieraq u l-ħtiega li l-Qrati jitħallew jiddeċiedu f'ambjent ta' imparzjalità u ta' rispett lejn l-awtorità u l-funzjoni tagħhom.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR – SPIŻA TAS-SERVIZZ TAL-MOBILE TAL-MINISTRU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "AĠENZIJA DWAR VISA U RESIDENZA F'MALTA - LINJI GWIDA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AĠENZIJA VISA U RESIDENZA F'MALTA - FORMOLI TA' APPLIKAZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formoli tal-applikazzjonijiet kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7754.", "AZZJONISTI U ULTIMATE BENEFICIAL OWNERS TA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament?", "JOSEPH MUSCAT: L-Onor.", "Membru għandu jkun informat li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba mhuwiex fil-poter tal-Eżekuttiv.", "AZZJONISTI U ULTIMATE BENEFICIAL OWNERS TA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: BIEB TA' DE ROHAN – TAPPIERI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jikkonferma li f'Ħaż-Żebbuġ, ħdejn il-Bieb ta' de Rohan, fejn dan l-aħħar twessgħet it-triq, it-tappieri tad-drenaġġ diġà qed jinżlu?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ŻIEDA TAL-POPOLAZZJONI – PJAN GĦAS-SERVIZZI TAD-DAWL, ILMA U DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Issa li l-gvern beħsiebu jżid il-popolazzjoni tal-pajjiż bl-eluf fis-snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid xi pjan fit-tul għandu l-Gvern biex is-servizzi ewlenin tal-ilma, id-dawl, id-drenaġġ u l-bqija jkunu jifilħu għad-domanda li se tiżdied bil-qawwi?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Enemalta kontinwament tissorvelja l-andament ekonomiku kif ukoll iż-żieda fil-konsum u għalhekk tippjana u timplimenta proġetti u inizjattivi fl-oqsma kollha li hija responsabbli minnhom biex tilħaq mad-domanda dejjem tiżdied tal-klijenti u wkoll biex ittejjeb is-servizz fir-rigward ta' kwalità, sigurtà u affidabilità.", "L-Enemalta għandha proġetti u regolarment taġġorna pjanijiet li jindirizzaw, fost l-oħrajn, provvista ta' enerġija, distribution centres, substations u tqegħid ta' cables ġodda.", "Biex il-Gvern jiżgura li l-infrastruttura tad-drenaġġ u l-ilma tlaħħaq mad-domanda taż-żieda fil-popolazzjoni, qed isiru xogħlijiet estensivi mal-pajjiż kollu.", "Bi proġett kbir li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel bħalissa u li jaqbeż il-€130 miljun ko-finanzjajt mill-Unjoni Ewropea, se jsiru tibdiliet kbar fil-mod kif topera is-sistema tad-drenaġġ u l-ilma, liema xogħol jinkludi mina minn Pembroke għal Ta' Qali, li se twassal l-ilma tar-reverse osmosis għal ġibjuni maġġuri minn pajpijiet b'dijametru ta' 1.2 metri, tkabbir ta' mejnijiet tad-drenaġġ il-Marsa, bini ta' impjant ta' Reverse Osmosis ġdid f'Għawdex, tibdil ta' kważi 100km ta' mejnijiet tal-ilma u drenaġġ ma' Malta kollha u saħansitra tisħiħ fil-produzzjoni tal-ilma u trattament tad-drenaġġ.", "Il-pjan hu li b'din l-inizjattiva, is-sistemi tal-Korporazzjoni jkunu ppreparati għal-tkabbir sas-sena 2050.", "TNAQQIS TAL-ABBUŻ TAL-ILMA TAL-PJAN", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex jonqos l-abbuż tal-ilma tal-pjan?", "Filwaqt li konxji li r-Regolatur qed isib bosta diffikultajiet biex iwettaq il-ħidma tiegħu, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex niżguraw li ma jittellax ilma tal-pjan minn sorsi mhux awtorizzati?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor Interpellent li għalkemm mhux kompitu tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li tirregola l-ilma tal-pjan, qed isiru ħafna xogħlijiet li jissalvagwardaw dan ir-riżors.", "Id-drenaġġ minflok qed jintrema fil-baħar, qiegħed jiddawwar fi new water u jitqassam għal użu sekondarju.", "B'din l-inizjattiva, l-użu tal-ilma tal-pjan huwa maħsub li jonqos għax qed nipprovdu ilma alternattiv.", "Ta' min jgħid ukoll li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma installat meters mal-boreholes irreġistrati ħalli tibni stampa ċara ta' kif l-ilma tal-pjan qed jiġi utilizzat kemm mill-istess Korporazzjoni kif ukoll mill-privat.", "Proġett ieħor kbir li qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kofinanzjat mill-fondi Ewropej hu maħsub li jnaqqas l-użu tal-ilma tal-pjan u jiżdied l-ilma tar-Reverse Osmosis filwaqt li ntejbu l-kwalità tal-ilma tax-xorb.", "Dawn l-inizjattivi huma kollha indirizzati biex itejbu dan ir-riżors naturali.", "ENEMALTA, ARMS LTD U KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA – PAGI TAL-OGĦLA KARIGI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fl-ogħla karigi tal-Enemalta, tal-ARMS u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li ngħataw żieda fil-paga tagħhom minn meta hu sar Ministru għall-Enerġija?", "Jista' jgħid kemm hi din iż-żieda, minn meta bdiet tingħatalhom, u kemm hija l-paga gross attwali tagħhom?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-perjodu msemmi f'din l-Interpellanza sal-lum, ħadd mill-persuni fl-ogħla karigi tal-Enemalta plc, tal-ARMS Ltd u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma ngħata żieda fil-paga tagħhom.", "PJAN GĦAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu fejn jidħol id-drenaġġ għas-snin li ġejjin u fit-tul?", "Fejn hemm sistemi antiki, bħal f'ċerti nħawi ta' San Pawl il-Baħar fejn qed ifur id-drenaġġ fit-triq, x'qed jagħmel il-Ministru jew x'beħsiebu jagħmel dwar dan?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma qed tagħmel ħafna xogħol fis-sistema tad-drenaġġ ta' Malta kollha.", "Bi proġett kbir li jaqbeż il-€130 miljun kofinanzjat mill-fondi Ewropej, qed isir xogħol ta' tkabbir fis-sistemi tad-drenaġġ maġġuri ħalli jiżguraw li ż-żieda fil-volum tkun koperta.", "Il-pjan jinkludi mhux biss tkabbir ta' mains u pompi, iżda wkoll titjib fl-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ biex jakkomodaw it-tkabbir previst sas-sena 2050.", "BENEFIĊĊJU TAL-ENERĠIJA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kull meta jingħata l-benefiċċju tal-enerġija u lil min qed jingħata?", "Min meta beda jingħata?", "Minn meta beda jingħata sal-lum, kemm kienet it-totalità ta' flus li ngħataw kull xahar f'benefiċċji tal-enerġija?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – APPLIKAZZJONI GĦAL BINI TA' LUKANDA U APPARTAMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hiex qed tħares b'mod favorevoli l-applikazzjoni PA 5909/17 li tikkonsisti f'bini ta' lukanda b'għoli ta' tmien sulari flimkien ma' numru ta' appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar b'referenza għall-applikazzjoni PA5909/17, l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tistenna sottomissjonijiet rikjesti biex b'hekk tkun tista' tingħalaq l-aħħar fażi tal-konsultazzjoni.", "L-art inkwistjoni tinsab f'żona residenzjali kif ukoll f'lokalità turistika, u għaldaqstant policies li jirregolaw it-tali żoni japplikaw."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181205_177d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadu ma ġiex ippubblikat (fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza) l-Avviż Legali li jipprovdi għat-twaqqif tat-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "Jaf il-Ministru li l-amministrazzjoni tal-Qrati għandha struzzjonijiet biex ma jkunux appuntati appelli quddiem din it-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "Jekk il-backlog ta' kawżi fil-Qorti tal-Appell kulħadd jaf li hu problema, għaliex dan id-dewmien biex jiġi ppubblikat dan l-Avviż Legali li l-amministrazzjoni tal-Qorti qed tinsisti għalih?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "It will also manage natural heritage and implement environmental initiatives…\", u peress li sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza ma jidhirx li ġie ppubblikat l-Avviż Legali li jwaqqaf Ambjent Malta, kif tgħid il-Liġi għal kull Awtorità/Aġenzija, jista' l-Ministru:", "a. jispjega kif u b'liema jedd titwaqqaf Awtorità/Aġenzija mingħajr is-saħħa tal-Liġi li twaqqafha, bżonnjuża u siewja kemm trid;", "b. jagħti spjegazzjoni peress li sakemm ma jiġix ippubblikat dan l-Avviż Legali, Ambjent Malta m'għandha ebda mandat legali u kull azzjoni li qed tagħmel huwa ultra vires;", "c. jekk kienx infurmat fit-3 ta' Awwissu 2018 meta hu tkellem dwar Ambjent Malta, li f'għajnejn il-Liġi din kienet fatat u non entity għax ma kinetx imwaqqfa b'Liġi;", "d. jagħti l-ismijiet tal-persuni li huma inkariga biex iwaqqfu Ambjent Malta u meta tahom dan l-inkarigu;", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn, fit-twaqqif ta' Ambjent Malta, id-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qatt ma ġie kkonsultat jew involut?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka kemm inġabru kampjuni ta' oriġini veġetali biex jiġu ttestjati għar-residwi ta' pestiċidi u kontaminanti oħra matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka liema kienu r-residwi ta' pestiċidi li nstabu f'kampjuni ta' oriġini veġetali li nġabru kemm li jeċċedu u kif ukoll dawk li ġew kwantifikati li fihom residwi taħt il-Maximum Residue Level, il-ħaxix jew frott li nstabu fih dawn ir-residwi, u l-pajjiż tal-oriġini tal-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka liema residwi ta' pestiċidi nstabu f'oriġini veġetali, x'kien il-livell tagħhom, f'liema tip ta' ħxejjex, frott, ċereali jew prodotti oħra nstabu, x'kien il-Maximum Residue Level għal kull residwu partikolari, x'kien il-Limit of Detection ta' kull metodu utilizzat għal kull residwu, u x'kien il-Level of Uncertainty ta' kull riżultat pożittiv għall-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7383 waqt is-seduta ta' nhar it-2 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?", "Jista' l-Ministru, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm tħallas l-istess individwu għas-servizzi tiegħu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru f'Villa Francia f'Ħal Lija mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time f'Villa Francia f'Ħal Lija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern hu obbligat li jagħmel skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (5) (d) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) biex jiġu stabbiliti l-finanzjament tal-aġenzija kif ukoll il-ħidmiet li għandhom jiġu indirizzati u miksubin minnha?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar 12-il xahar, kemm-il miżura ta' verifika ttieħdu fuq kontijiet tal-enerġija, partikolarment tal-ilma, li jkunu qed jirreġistraw \"zero\" għal-ammont ta' ġranet?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiddlu mains tal-ilma f'dawn l-aħħar 12-il xahar, u kemm kienet l-ispiża?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti l-MCAST li qed isegwu taħriġ fil-plumbing u li huma marbuta mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)?", "Jista' jgħid jekk in-numru ta' studenti indikati humiex biżżejjed jew le għall-ħtiġijiet futuri fis-settur tal-ilma?", "Kemm qed jingħata taħriġ lill-plumbers preżenti fil-WSC?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġabu plumbers minn barra l-pajjiż biex jikkumplimentaw dawk eżistenti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau mill-1 ta' Jannar 2017 'il hawn maqsuma xahar b'xahar u jgħid x'użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7965, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' konfiska li semma fit-tweġiba u li m'għadhomx fis-seħħ (39 fl-2017) irriżultaw f'konfiska ta' assi u fiex kienu jikkonsistu dawn il-konfiski?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7964, jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha kkonfiskati mill-Istat b'rabta ma' reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7957, tista' l-Ministru tikkonferma li hi responsabbli mill-Awtorità tal-Mediċini?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalxiex l-Iżvezja ddeċidiet li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b'effett mill-1 ta' Jannar 2019?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern biex jindirizza d-deċiżjoni tal-Iżvezja li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b'effett mill-1 ta' Jannar 2019?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sodod/postijiet li l-Gvern ingħataw lilu minn Għaqdiet Mhux Governattivi (bħal Dar il-Wens u d-Dar tal-Provvidenza) sabiex jintużaw mill-anzjani u persuni b'diżabilità?", "Fejn huma allokati dawn il-postijiet?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx is-Servizz tal-Ispettorat/Regolatur sabiex, minn żmien għal żmien, jinvestiga jekk it-tmexxija tad-Djar tal-Anzjani u tal-Persuni b'Diżabilità humiex jitmexxew skont l-Istandards Nazzjonali?", "Jekk iva, kemm iż-żjara għamel ir-Regolatur f'dawn l-aħħar tliet snin u fejn saru dawn iż-żjarat?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid id-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b'Diżabilità għandhomx kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta' dawn id-Djar?", "Jekk iva, x'inhu l-irwol ta' dan il-kumitat konsultattiv u kemm-il darba ltaqa' matul dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b'Diżabilità li għandhom is-servizz ta' kustodju sabiex jitkellem f'isimhom fejn ikun meħtieġ?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra d-dokument importanti tat-Trattament ta' kull resident fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b'Diżabilità?", "X'ikun hemm inkluż f'dan id-dokument ta' trattament?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta' housing u sfidi oħra soċjali fosthom iċ-cheque tar-relief?", "Jista' jara li jsir rapport mis-social worker dwar dan il-każ?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-sejħa li kienet ħarġet biex jimtela l-post ta' Konsulent Psikjatriku fil-Mental Health Crisis Intervention ġiet irtirata jew inkella ma ġietx ipproċessata?", "Jaħsibx li meta r-rata ta' emerġenzi psikjatriċi fosthom każijiet ta' suwiċidju qed jiżdiedu, din il-kariga hija importanti?", "Hemm il-ħsieb li jerġa' jiġi mwaqqaf il-Mental Health Crisis Intervention Team li ġie żarmat meta kien qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna?", "Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jew meta, il-Port Ħieles ser jinstalla x-shore to vessel supply tal-enerġija għal vapuri sabiex tibda tiġi mmitigata l-problema ta' ħsejjes enormi li qed ikunu ġġenerati minħabba l-ġeneraturi u li minħabba fihom ir-residenti ta' Birżebbuġa qed ibatu ħafna?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm art okkupata minn fabbriki f'Ħal Far?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm art li hija meqjusa bħala industrial area f'Ħal Far?", "Jista' jindika permezz ta' pjanti, liema art hija meqjusa industrijali, liema art hija vakanti u liema art hija okkupata b'fabbriki?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kif ġie ristrutturat dak li kien id-Direttorat Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex?", "Liema taqsimiet u dipartiment kienu jaqgħu taħt dan id-Direttorat u issa taħt liema direttorat ġew?", "Min huma d-diretturi li ġew appuntati wara r-ristrutturar?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Minsitru tgħid x'kienet ir-raġuni li ġew mibdula s-serraturi ta' bibien li jagħtu għal ċertu dipartimenti ewlenin fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat ir-rapport dwar ir-rispons li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċeviet kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7092?", "Jekk ir-rapport ġie ppubblikat, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "U jekk ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat, jista' jgħid meta ser jiġi ppubblikat?", "Jista' jpoġġi kopji tad-diversi risposti li saru fir-rigward tal-konsultazzjoni inkwistjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7092 fejn il-Ministru għamel referenza għal 'żviluppi ġurisdizzjonali riċenti ħafna', jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn l-iżviluppi u x'inhu l-impatt tagħhom fir-rigward tat-tibdil li qed jiġi kkontemplat fil-liġi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi ppubblikat l-abbozz ta' liġi li dwaru saret konsultazzjoni pubblika f'Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għal Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, tenut kont ukoll tal-fatt li għaddew iżjed minn sentejn u nofs mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents, u li fl-interval tul dan iż-żmien kollu d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi'ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) effettivament ma jistax jimponi sanzjonijiet qabel ma tinbidel il-liġi?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li għalihom Infrastruttura Malta hija responsabbli għall-manutenzjoni ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22577 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal referenza preliminary (preliminary references) mill-Qrati Maltin għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju 2004 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq se jkunu qegħdin isiru mill-Aġenzija Insfrastruttura Malta matul is-sena 2019 fil-lokalità tal-Imqabba?", "MOZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ADRIAN DELIA, L-ONOR.", "KAROL AQUILINA U L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR jipproponu:", "Peress li nhar it-Tnejn, 16 ta' Ottubru 2017 ġiet assassinata bl-aktar mod brutali l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u dan huwa minnu nnifsu theddida mill-aktar gravi għad-dritt ta' kull ċittadin għal-libertà ta' espressjoni, għal-libertà tal-istampa, għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u għat-tħaddim tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna;", "Peress li rapport f'ġurnali lokali u internazzjonali taw informazzjoni dwar il-qrubija ta' membri tal-Kabinett tal-Ministri sew mal-akkużati bl-assassinju kif ukoll ma' dawk li qed jinvestigawh u l-ġustizzja mhux biss trid issir iżda trid tidher li qed issir;", "Peress li l-Qorti Kostituzzjonali kkundannat lill-Gvern għall-mod kif tmexxiet l-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bl-involviment tad-Deputat Kummissarju li jiġi r-raġel tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor.", "Justyne Caruana, liema involviment wassal għall-ksur tal-indipendenza u imparzjalità meħtieġa f'investigazzjoni dwar telf ta' ħajja, u saħansitra ordnat it-tneħħija tad-Deputat Kummissarju mit-tkomplija tal-investigazzjoni; u", "Peress li saru numru ta' talbiet għal inkjesta pubblika prinċipalment mill-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, dwar l-aġir jew nuqqasijiet tal-awtoritajiet ta' pajjiżna dwar dan l-assassinju;", "Għalhekk din il-Kamra taqbel u tirriżolvi li:", "Ittenni l-kundanna tagħha għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Għandu jkun hemm minnufih talba għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija u minflokhom jinħatru persuni oħrajn li jkollhom id-dmir li minnufih jinvestigaw b'imparzjalità sabiex il-mandanti ta' dan l-omiċidju politiku jinqabdu.", "Il-Prim Ministru għandu jaħtar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta) u li jkun għal kollox indipendenti mill-Korp tal-Pulizija u mill-Gvern, sabiex jeżamina:", "Jekk l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux jafu, jew kellhomx ikunu konxji ta' riskju reali u immedjat għall-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia;", "Jekk il-miżuri li ħadu l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux adegwati biex jipproteġu l-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia minn dak ir-riskju; u", "X'miżuri għandu jieħu pajjiżna biex l-awtoritajiet jimpedixxu milli jiġu assassinati ġurnalisti oħra u attivisti kontra l-korruzzjoni u dan billi jiġu identifikati dawk ir-riżorsi, policies, liġijiet u regolamenti li l-Parlament u l-Gvern għandhom idaħħlu fis-seħħ biex jiżguraw li f'pajjiżna l-ġurnalisti jkollhom protezzjoni effettiva fil-qadi ta' dmirijithom fit-tfittxija għall-verità u biex jassiguraw ukoll libertà tal-istampa u d-dritt għal-libertà ta' espressjoni effettiv għal kull ċittadin.", "Il-Bord ta' Inkjesta għandu jkun kompost minn dak in-numru ta' persuni magħrufa għall-integrità u l-onestà tagħhom, b'wieħed minnhom iservi bħala Chairman, maħtura mill-Prim Ministru wara riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li jkollha favur tagħha l-voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Kamra.", "Il-Bord ta' Inkjesta għandu jkollu dawk il-mezzi, ir-riżorsi u s-sostenn loġistiku li fil-fehma tal-istess Bord ta' Inkjesta jkunu meħtieġa sabiex iwettaq l-inkarigu mogħti lilu.", "Il-Bord ta' Inkjesta għandu jippreżenta r-rapport tiegħu lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati fl-istess ħin u mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-lum u r-rapport għandu jiġi ppubblikat minnufih u b'mod sħiħ mill-Iskrivan tal-Kamra.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 72 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 61 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "5 ta' Diċembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 10 ta' Diċembru, 2018 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni ġenerali dwar il-waste to energy.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA", "Is-Sotto Kumitat dwar id-Dijabete fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa, se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018 fis-6:30 pm filKamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Il-Perspettiva min-naħa tal-Pazjent fuq il-Kura tad-Dijabete.", "Diskussjoni mas-Sur Chris Delicata, President tal-Għaqda Maltija Kontra d-Dijabete.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni u approvazzjoni tar-rapport maħruġ mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Rapport dwar l-Abbozz tas-Samaritan it-Tajjeb;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 64 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "5 ta' Diċembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181206_178a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "Il-Ħamis, 6 ta' Diċembru 2018", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Hawn xi korrezzjonijiet għall-Minuti?", "L-Onor.", "Julia Farrugia Portelli u l-Onor.", "Robert Abela jidhru assenti mill-Minuti imma lbieraħ kienu fil-Kumitat Permanenti għall-Kontijiet Pubbliċi u għalhekk ma'għandhomx jidhru bħala assenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Għadni kemm ġejt informata li l-Kumitat Permanenti għall-Kontijiet Pubbliċi spiċċa fit-3.00 p.m. u għalhekk, filwaqt li ma jeħlux multa, kienu assenti mis-seduta parlamentari.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 177, li saret fil-5 ta' Diċembru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "QORTI TAL-APPELL - AVVIŻ LEGALI DWAR IT-TWAQQIF TAT-TIELET SEZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn għadu ma ġiex ippubblikat (fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza) l-Avviż Legali li jipprovdi għat-twaqqif tat-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "Jaf il-Ministru li l-amministrazzjoni tal-Qrati għandha struzzjonijiet biex ma jkunux appuntati appelli quddiem din it-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "Jekk il-backlog ta' kawżi fil-Qorti tal-Appell kulħadd jaf li huwa problema, għaliex dan id-dewmien biex jiġi ppubblikat dan l-Avviż Legali li l-amministrazzjoni tal-Qorti qed tinsisti għalih?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi r-Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli dwar id-Distribuzzjoni ta' Kawżi fil-Qorti tal-Appell li jipprovdu għad-distribuzzjoni ta' kawżi quddiem l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Sezzjonijiet tal-Qorti tal-Appell ġew ippubblikati fil-25 ta' Settembru 2018 permezz tal-Avviż Legali 301 tal-2018.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Illum fil-ġurnal Times of Malta kien hemm artiklu dwar xi kuntratt li ħa s-Sur Brian Tonna li jmexxi n-Nexia BT mill-Ministeru għall-Ġustizzja u tpinġiet stampa pjuttost allarmanti.", "Jista' l-Ministru jispjega b'mod ċar lil din il-Kamra kif ingħata dan il-kuntratt?", "OWEN BONNICI: Kull Ministru jkollu bżonn il-konsulenzi tekniċi biex imexxi 'l quddiem il-proġetti tiegħu.", "Biex jifhimni kulħadd, hemm sistema fejn kull Ministru jista' jaħtar numru żgħir ta' konsulenti, jidhirli erbgħa full-time, sabiex jagħtuh pariri dwar materji ta' natura teknika.", "Ovvjament mhuwiex il-Ministru li jiddeċiedi kemm tqum il-konsulenza bħala ħlas imma hemm sistema li kull Ministru jrid jimxi magħha.", "Din hija sistema li ntużat fi żmien Gvern Nazzjonalista jiġifieri dawk id-Deputati li kienu Ministri fi żmien l-amministrazzjoni ta' Dr Lawrence Gonzi jafu x'qed ngħid u għadha hekk sal-lum.", "Bħala Ministru, jien kont ħadt deċiżjoni li nagħti waħda minn dawn il-konsulenzi lis-Sur Brian Tonna kif intqal korrettement mit-Times of Malta.", "L-għan tal-konsulenza kien sabiex is-Sur Brian Tonna, bħala espert finanzjarju u accountant, jgħinna fir-rigward tal-ERDF (European Regional Development Fund).", "Bħala Ministeru ridna napplikaw għal numru kbir ta' fondi Ewropej biex nimlew l-infrastruttura kulturali.", "Fil-fatt irnexxielna nagħmlu dan wara ħafna xogħol u ftit tal-ġranet ilu għadna kemm ftaħna l-MUŻA, b'fondi Ewropej ta' €10 miljun, liema proġett ma kienx ikun possibbli mingħajr dawn il-fondi.", "Bħall-MUŻA hemm sensiela ta' proġetti oħrajn.", "Ix-xogħol tas-Sur Tonna kien proprju din l-għanjuna teknika biex inġibu dawn il-fondi Ewropej.", "Issa jien ma nistax nifhem għaliex it-Times of Malta jew min ried imexxi 'l quddiem din l-istorja ħass il-bżonn li jippubblika dan l-artiklu meta jien kont weġibt mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor.", "Jason Azzopardi fis-26 ta' April, 2016, fejn kien staqsieni - kif inhu d-dover tiegħu - hekk:", "\"Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24,874 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet, konsulenti, rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum?", "- qed jirreferi għas-Sur Brian Tonna –", "\"Għal kull każ ta' xogħol, konsulenza, rapport imqabbad, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa, meta ngħata, jekk ingħatax permess ta' tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol, konsulenza, rapport rispettiv?\"", "Fit-2 ta' Mejju 2016 jien kont weġibt hekk:", "\"Ninsab informat li l-individwu, li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, ġie maħtur bħala advisor …\"", "- mela mhux position of trust imma wieħed minn dawk l-erba' advisors li kull Ministru għandu jaħtar -", "\"… tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fit-19 ta' Awwissu, 2014, b'pakkett ta' remunerazzjoni kif jidher hawn taħt:", "Salarju - Skala 3\"", "- kulħadd jaf kemm hu s-salarju fi skala 3, jiġifieri ma ħbejt xejn –", "Kif kont diġà spjegajt f'mistoqsija parlamentari 17751 …\"", "- f'dik il-mistoqsija parlamentari hemm isem is-Sur Tonna, jiġifieri kulħadd kien jaf għal min qiegħed nirreferi -", "\"… ir-rwol tal-individwu msemmi mill-Onor.", "Interpellant hu li jagħti pariri professjonali fuq affarijiet finanzjarji u assistenza teknika fuq proġetti ERDF.", "Dan huwa rwol importanti ħafna in vista tal-fatt li l-fondi tal-UE huwa sors finanzjarju kruċjali għat-twettiq ta' proġetti kapitali f'pajjiżna.\"", "Ladarba jien il-Ministru responsabbli mill-kultura huwa ovvju li …\"", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru, nitolbok tikkonkludi.", "OWEN BONNICI: L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa li fit-Times of Malta kien hemm twist li ma kenitx fir-Reuters għax dawn iżommu mal-fatti.", "Essenzjalment it-Times of Malta rrepetiet storja li kienet ħarġet f'mistoqsija parlamentari tliet snin ilu però dak iż-żmien ħadd ma rrapportaha.", "It-Times of Malta pprovat torbot din il-konsulenza mal-fatt li kien hemm inkjesta maġisterjali li għadha pendenti, liema inkjesta tikkonċerna lis-Sur Brian Tonna.", "Issa jien ipprovajt inġib ftit id-dati biex kulħadd jifhem fuqiex qiegħed nitkellem.", "Jien ħtart lis-Sur Brian Tonna bħala konsulent full-time fl-2014 li mbagħad qaleb part-time.", "Fis-26 ta' April 2017 l-Onor.", "Simon Busuttil kien ressaq quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja allegazzjonijiet dwar kickbacks relatati mal-IIP, fejn issemma s-Sur Brian Tonna.", "Fit-2 ta' Mejju 2017 kien ġie xolt il-Parlament u l-inkjesta quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras bdiet fl-10 ta' Mejju 2017 meta kien fadal biss ftit jiem biex immorru għal elezzjoni ġenerali fit-3 ta' Ġunju 2017.", "It-Times of Malta pprovaw jagħtu twist li l-Ministru tal-Ġustizzja, għarukaża, żamm konsulent li kien involut f'allegazzjonijiet li kienu qed jiġu indagati mill-Maġistrat inkwerenti.", "Qed nagħti dawn il-fatti għaliex xi kultant in-nies, fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, jinsew dawn id-dettalji.", "Però l-fatti huma li meta bdiet l-inkjesta diġà kien xolja l-Parlament u kien fadal biss ftit jiem għall-elezzjoni ġenerali.", "Wara l-elezzjoni ġenerali jien irritornajt fil-Parlament, erġajt ġejt assenjat l-istess portafoll u mbagħad ħadt id-deċiżjoni li naħtar konsulenti differenti milli kelli qabel.", "Naħseb li b'hekk qed nagħti spjegazzjoni ċara għall-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Biex nirrepeti fil-qosor; l-ewwel nett jien imxejt skont il-pakkett finanzjarju li huwa allokat lill-Ministri.", "M'għamilt xejn ġdid imma utilizzajt sistema li kien hemm diġà fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti.", "It-tieni nett, l-istorja li ħarġet illum it-Times of Malta kien hemm diġà risposta għaliha f'mistoqsija parlamentari li saret tliet snin ilu u għalhekk m'hemm xejn ġdid.", "It-tielet, m'hemmx konnessjoni bejn id-deċiżjoni tiegħi … (Interruzzjonijiet) L-istejjer online jagħmlu ġranet jidhru, mhux ftit minuti!", "Kulħadd għandu d-dritt jissalvagwarda r-reputazzjoni tiegħu.", "M'hemm ebda konnessjoni bejn l-inkjesta maġisterjali li tinvolvi allegatament lis-Sur Tonna u l-konsulenza li semmejt qabel dwar affarijiet tekniċi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Jista' l-Ministru jispjega jekk jagħmilx sens li jagħti direct order lis-Sur Brian Tonna għas-somma ta' bejn wieħed u ieħor €55,000 fis-sena u s-Sur Brian Tonna jiddelega lil ħaddieħor però l-Ministru xorta waħda jagħtih expertise allowance li jżommha hu?", "Jekk il-Ministru ta lis-Sur Brian Tonna expertise allowance ta' madwar €20,000 fis-sena, kif ippermetta li dan jgħaddi l-konsulenza li qiegħed jitħallas għaliha b'direct order ta' madwar €55,000 lil terzi persuni?", "OWEN BONNICI: L-Onor.", "Interpellant qiegħed jinsisti li juża l-frażi \"direct order\".", "Se nirrepeti għax milli jidher l-Onor.", "Bħala Eks Ministru l-Onor.", "Interpellant jaf li kull Ministru jista' jaħtar erba' konsulenti.", "Fl-2014, jien kont iddeċidejt li naħtar lis-Sur Tonna biex jassistini fuq fondi Ewropej, magħrufa bħala ERDF funds u l-applikazzjonijiet relatati għal proġetti kulturali.", "Is-Sur Tonna kien naturalment responsabbli minn din il-konsulenza.", "Ir-relazzjoni kuntrattwali tiegħi mas-Sur Tonna kienet tirrigwarda ħidma fuq livell tekniku li kienet issir minn tim ta' nies li jaħdmu mas-Sur Tonna.", "Jien għandi lista ta' ismijiet li lest li ngħaddi privatament lill-Onor.", "Interpellant imma ma nħossx li għandi nsemmi l-ismijiet pubblikament.", "Dawn huma nies tekniċi li jaħdmu mas-Sur Tonna fuq livell tekniku jiġifieri l-laqgħat ma kenux isiru miegħi.", "Li naf hu li bis-saħħa ta' din il-ħidma u ħafna xogħol ta' nies oħrajn, bħala Gvern irnexxielna nirbħu d-dritt ta' għajnuna mill-fondi Ewropej għal numru ta' proġetti kapitali li pajjiżna kien ilu jixxennaq għalihom, fosthom il-MICAS, il-MUŻA, ir-restawr tal-Palazz tal-President u l-villaġġ tal-Karnival.", "Dawn huma kollha proġetti li aħna rnexxielna nagħmlu għax konna bil-għaqal u ħdimna b'mod tajjeb ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li l-Onor.", "Interpellant semma kemm-il darba ċ-ċifra ta' €55,000.", "Miegħi għandi mistoqsija parlamentari li kien wieġeb l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi għall-mistoqsija li saritlu mill-Onor.", "Anthony Agius Decelis li fiha kien talbu lista tal-konsulenti maħturin minn kull ministeru.", "Essenzjalment, jekk l-Onor.", "Interpellant għandu problema għaliex fl-2014 jien ħtart lis-Sur Brian Tonna l-ewwel konsulent full-time u mbagħad konsulent part-time għall-ammonti li semma hu, għandu jsib problema wkoll bil-konsulenzi li kienu jingħataw minn Gvern Nazzjonalista.", "Insemmi pereżempju legal advisor fil-Ministeru tal-Finanzi li kien jieħu €34,000 u allowance ta' €4,000 fis-sena.", "Insemmi advisor fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kien ingħata konsulenza għal €42,782, mhux għal sena, imma għal għaxar snin.", "Interpellant jista' jara din il-mistoqsija parlamentari ħalli jifhem aħjar dak li qed ngħid dwar il-konsulenzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Bil-permess ġentili tal-Ministru, peress li qed jgħinni nifhem, għax nammetti li jien indum ftit biex nifhem, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-konsulenti li għadu kif semma ħadux €800,000 f'konsulenzi fi żmien Gvern Nazzjonalista?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Peress li l-Onor.", "Interpellant għandu din id-diffikultà li jdum ma jifhem, biex ngħinu jifhem aħjar, nirreferih għal kif kien imexxi hu l-Ministeru responsabbli mill-Artijiet, fejn skont rapporti fil-gazzetti dwar l-operat tal-Onor.", "Interpellant meta kien Ministru, kellna nies li allegatament marru minn fuq ħafna aktar minn €800,000!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, il-kunsilli lokali għandhom għal qalbhom il-libreriji pubbliċi.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw iżjed għajnuna biex il-libreriji pubbliċi jkunu ta' kwalità aħjar għall-komunitajiet tagħna?", "OWEN BONNICI: Naħseb li l-libreriji pubbliċi għandhom potenzjal qawwi fil-lokalitajiet tagħna li sfortunatament m'aħniex qegħdin nutilizzawh biżżejjed.", "L-idea hi li fl-irħula tagħna jkun hemm libreriji fejn il-familji jkunu jistgħu jqattgħu żmien mal-għeżież tagħhom flimkien.", "Naħseb li din hija opportunità li forsi għadna m'aħniex nużawha biżżejjed.", "Fil-fatt, fuq idea tal-Onor.", "Silvio Parnis, ħloqna fond fejn stedinna lill-kunsilli lokali kollha li jixtiequ jipparteċipaw sabiex iressqu 'l quddiem l-interess tagħhom u flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsill Lokali u l-kunsilli lokali nfushom, se nżidu l-għajnuna finanzjarja għal dawn il-libreriji pubbliċi.", "Irrid ngħid li kien hemm turnout qawwi, jidhirli ta' 42 kunsill lokali, li aċċettaw li jipparteċipaw f'dan il-fond.", "Minn hawn nistieden lill-kunsilli lokali biex jagħmlu użu minn din l-opportunità.", "Forsi huwa minnu li lill-kunsilli lokali n-nies iressqulhom ilmenti li huma aktar relatati mal-infrastruttura, bħat-toroq, u ftit li xejn nisimgħu dwar il-libreriji pubbliċi.", "Però, meta toqgħod tirrifletti, tagħraf li l-librerija hija opportunità sabiħa biex il-familji jikkreaw memorji sbieħ flimkien.", "Naħseb li l-kunsilli lokali għandhom obbligu li jgħinu sabiex il-familji jikkreaw dawn il-memorji sbieħ.", "Nemmen li meta t-tfal jikbru, mhux se jiftakru fit-triq ġdida li tkun saret, imma se jiftakru f'dik il-kwarta jew nofs siegħa li fiha jkunu qraw ktieb mal-ġenituri jew man-nanniet tagħhom.", "Din hija xi ħaġa sabiħa fuq livell kulturali.", "Għalhekk nixtieq ħafna li l-kunsilli lokali jinvestu aktar biex il-familji jkollhom fejn iqattgħu mumenti sbieħ flimkien għall-ġid ta' uliedna u ulied uliedna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, infakkar lill-Ministru li two wrongs don't make a right!", "Jekk ħaddieħor żbalja, aħna suppost tlajna fil-gvern biex dawk l-iżbalji ma nirrepetuhomx.", "Fl-2013/2014 ħareġ l-iskandlu tal-Panama Papers fejn kien involut Mossack Fonseca li l-prinċipal tiegħu f'Malta huwa s-Sur Brian Tonna.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk bħala l-Ministru għall-Ġustizzja ħassux skomdu li minn tant nies li jistgħu joffru dak is-servizz li hu kien qed ifittex, hu ħatar proprju lis-Sur Tonna?", "Anke jekk is-Sur Tonna kien għadu legalment korrett, nafu kif ġie kklassifikat Mossack Fonseca fuq livell internazzjonali u kif kien hemm diversi nies fl-ogħla karigi li rriżenjaw.", "Naħseb li pajjiżna jixraqlu aħjar.", "Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra għaliex xorta waħda żamm lis-Sur Tonna u m'għażilx lil ħaddieħor?", "OWEN BONNICI: Dan huwa dibattitu li jittratta r-rwol tal-accountants fil-ħidma tagħhom.", "Nifhem li meta jkun hemm accountancy firms li jipprovdu servizzi finanzjarji, ikun hemm minnhom li ġieli jidħlu fi kwestjonijiet li jispiċċaw fl-analisi kurrenti u jkun hemm dibattiti dwarhom.", "Hawnhekk il-kwestjoni tittratta accountant li fl-2014, fl-2015 u fl-2016 offra servizz lill-Ministeru tagħna.", "Is-servizz li ngħata kien tajjeb u legalment is-Sur Tonna kellu l-kwalifiki kollha biex iservi ta' accountant.", "Safejn naf jien, anke meta tfaċċaw stejjer dwar is-Sur Brian Tonna, qatt ma ttieħdu xi passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu jew tal-accountancy firm tiegħu.", "Li naf huwa li bil-ħidma li saret bejn it-tekniċi tiegħu u t-tekniċi tagħna stajna niffaċilitaw ħidma li biha l-Ministeru responsabbli mill-Kultura se jkun qiegħed f'pożizzjoni biex għall-ewwel darba jwettaq tant proġetti.", "Issa nifhem li forsi dan li qed ngħid mhuwiex attraenti daqskemm huma attraenti ċerti stejjer.", "Però bħala l-Ministru responsabbli mill-Kultura, ir-responsabbiltà tiegħi hija li nara li jimtela dan il-vojt fl-infrastruttura kulturali li ilna ħafna snin nixxennqu għaliha.", "Nerġa' ngħid li bis-saħħa tal-applikazzjonijiet li għamilna wara ħafna xogħol diffiċli u tajjeb li sar, irnexxielna nakkwistaw l-għoti ta' fondi Ewropej mill-ERDF fuq disa' proġetti, li se naraw li jitwettqu matul din il-leġiżlatura.", "Onestament naħseb li ngħatajna valur għall-flus li ħallasna f'konsulenzi.", "Issa huwa veru li meta taħtar accountant bħala konsulent, dawn jitħallsu sew bħall-professjonisti kollha, però fl-aħħar mill-aħħar, bis-saħħa ta' dan ix-xogħol u ta' ħidma ta' ħafna nies oħrajn, inkluż ħaddiema tal-Gvern li rrid nirringrazzjahom minn hawn, irnexxielna niksbu dawn il-fondi mill-ERDF biex isiru dawn il-proġetti kulturali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Dan l-aħħar rajna t-tnedija ta' Kor Malta li kienet wegħda elettorali u li l-Ministru tant ħadem sabiex titwettaq.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhu r-rwol eżatt ta' dan il-kor u kif se jkun jaħdem fiż-żmien li ġej?", "OWEN BONNICI: Kor Malta hija ħolqa oħra f'din il-kullana ta' affarijiet li s-settur kulturali kien ilu nieqes minnhom.", "Mingħajr ma nweġġa' lil ħadd għax nifhem li l-amministrazzjonijiet tal-Eks Prim Ministri Dom Mintoff, Gorg Borg Olivier, Eddie Fenech Adami, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant kellhom prijoritajiet oħrajn li joħolqu x-xogħol, iqajmu lill-pajjiż fuq saqajh u jiftħu l-ekonomija, sfortunatament, waqt li pajjiżi oħrajn fl-Ewropa kellhom infrastruttura kulturali sa minn snin ilu, pajjiżna kien nieqes minn infrastruttura kulturali, li minn ċerti aspetti għad trid timtela.", "Hemm infrastruttura fiżika, bħal pereżempju l-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA) u hemm infrastruttura li mhijiex fiżika, bħal pereżempju kor nazzjonali.", "Biex ninftiehem aħjar, bħalma llum ħadd ma jimmaġina li ma jkollniex orkestra nazzjonali, li inċidentalment bħalissa qed tiċċelebra l-anniversarju tagħha u qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna barra minn Malta, illum ma nimmaġinawx li ma jkollniex dance company nazzjonali, kor nazzjonali u kumpanija tat-teatru nazzjonali, anke jekk għal ħafna snin dawn kienu nieqsa.", "Issa forsi hawn min jgħidlek li dawn huma affarijiet żejda.", "Però fid-dinja tal-lum ma tistax tippreżenta ruħek bħala pajjiż avvanzat jekk ma jkollokx affarijiet nazzjonali, bħal kor nazzjonali, li bihom tkun tista' tesporta dak li huwa Malti barra mill-pajjiż u tħajjar aktar nies kulturali, ekonomiċi u oħrajn jiġu f'pajjiżna.", "L-iskop tagħna kien li nimlew dan il-vojt permezz ta' Kor Malta li rrid ngħid li kellu debutt tajjeb ħafna fil-Katidral Anglikan fil-Belt u b'kunċert ieħor fis-Siġġiewi.", "Aħna rridu li Kor Malta jkun preżenti wkoll fil-komunitajiet tagħna.", "Jien kuntent ħafna li nifforma parti minn Gvern li meta nressqu 'l quddiem dawn il-proposti, ningħataw l-għajnuna finanzjarja meħtieġa.", "Li kieku ma kienx għall-viżjoni kemm tal-Prim Ministru kif ukoll tal-Ministru għall-Finanzi, żgur li dawn l-inizjattivi ma jsirux.", "Dan il-Gvern jemmen fil-kultura b'mod sħiħ orizzontali, għaliex b'hekk, nistgħu nimlew dan il-vojt li kellna għal ħafna snin fis-settur kulturali.", "Nemmen li għaxar snin, 20 sena, 25 sena u 30 sena oħra, ta' warajna, se jħarsu lura lejn dan ix-xogħol li qed nagħmlu u jgħidu li kien hemm grupp ta' nies b'viżjoni biex iwettqu dak li kien hemm bżonn fis-settur kulturali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sinjura President, f'isem il-Ministru għat-Turiżmu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-kuntratt standard li fuqu jiġu formulati kuntratti ta' persons of trust ingaġġati fuq bażi part-time, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7830.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-iStrategic Plan and Income and Expenditure Statement għas-sena 2019 tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-riżultati għas-snin bejn l-2013 u l-2018 dwar residwi ta' pestiċidi li nstabu f'oriġini veġitali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6815.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "Joe Mizzi.", "MOZZJONIJIET", "JOE MIZZI: Sinjura President, nitlob il-permess biex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "Il-permess ingħata.", "SOSTITUZZJONI TAL-PRESIDENT FUQ IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "JOE MIZZI: Sinjura President, f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nipproponi:", "\"Illi l-Kamra tirriżolvi li għall-konsiderazzjoni tal-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Montenegro mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, l-Onor.", "Robert Abela se jissostitwixxi lill-Onor.", "Din is-sostituzzjoni tapplika fil-proċess kollu ta' skrutinju ta' din in-nomina.\"", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "MOZZJONI TAL-OPPOŻIZZJONI SABIEX JINĦATAR BORD TA' INKJESTA DWAR L-ASSASSINJU TAL-ĠURNALISTA DAPHNE CARUANA GALIZIA", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, f'isem il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-Onor.", "Robert Cutajar, nipproponi illi:", "Peress li nhar it-Tnejn, 16 ta' Ottubru 2017, ġiet assassinata bl-aktar mod brutali l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u dan huwa minnu nnifsu theddida mill-aktar gravi għad-dritt ta' kull ċittadin għal-libertà ta' espressjoni, għal-libertà tal-istampa, għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u għat-tħaddim tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna;", "Peress li rapport f'ġurnali lokali u internazzjonali taw informazzjoni dwar il-qrubija ta' membri tal-Kabinett tal-Ministri sew mal-akkużati bl-assassinju kif ukoll ma' dawk li qed jinvestigawh u l-ġustizzja mhux biss trid issir iżda trid tidher li qed issir;", "Peress li l-Qorti Kostituzzjonali kkundannat lill-Gvern għall-mod kif tmexxiet l-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bl-involviment tad-Deputat Kummissarju li jiġi r-raġel tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor.", "Justyne Caruana, liema involviment wassal għall-ksur tal-indipendenza u imparzjalità meħtieġa f'investigazzjoni dwar telf ta' ħajja, u saħansitra ordnat it-tneħħija tad-Deputat Kummissarju mit-tkomplija tal-investigazzjoni; u", "Peress li saru numru ta' talbiet għal inkjesta pubblika prinċipalment mill-familja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, dwar l-aġir jew nuqqasijiet tal-awtoritajiet ta' pajjiżna dwar dan l-assassinju;", "Għalhekk din il-Kamra taqbel u tirriżolvi li:", "Ittenni l-kundanna tagħha għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Għandu jkun hemm minnufih talba għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija u minflokhom jinħatru persuni oħrajn li jkollhom id-dmir li minnufih jinvestigaw b'imparzjalità sabiex il-mandanti ta' dan l-omiċidju politiku jinqabdu.", "Il-Prim Ministru għandu jaħtar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta) u li jkun għalkollox indipendenti mill-Korp tal-Pulizija u mill-Gvern, sabiex jeżamina:", "Jekk l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux jafu, jew kellhomx ikunu konxji ta' riskju reali u immedjat għall-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia;", "Jekk il-miżuri li ħadu l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux adegwati biex jipproteġu l-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia minn dak ir-riskju; u", "X'miżuri għandu jieħu pajjiżna biex l-awtoritajiet jimpedixxu milli jiġu assassinati ġurnalisti oħrajn u attivisti kontra l-korruzzjoni u dan billi jiġu identifikati dawk ir-riżorsi, policies, liġijiet u regolamenti li l-Parlament u l-Gvern għandhom idaħħlu fis-seħħ biex jiżguraw li f'pajjiżna l-ġurnalisti jkollhom protezzjoni effettiva fil-qadi ta' dmirijithom fit-tfittxija għall-verità u biex jassiguraw ukoll libertà tal-istampa u d-dritt għal-libertà ta' espressjoni effettiv għal kull ċittadin.", "Il-Bord ta' Inkjesta għandu jkun kompost minn dak in-numru ta' persuni magħrufa għall-integrità u l-onestà tagħhom, b'wieħed minnhom iservi bħala Chairman, maħtura mill-Prim Ministru wara riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li jkollha favur tagħha l-voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Kamra.", "Il-Bord ta' Inkjesta għandu jkollu dawk il-mezzi, ir-riżorsi u s-sostenn loġistiku li fil-fehma tal-istess Bord ta' Inkjesta jkunu meħtieġa sabiex iwettaq l-inkarigu mogħti lilu.", "Il-Bord ta' Inkjesta għandu jippreżenta r-rapport tiegħu lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati fl-istess ħin u mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-lum u r-rapport għandu jiġi ppubblikat minnufih u b'mod sħiħ mill-Iskrivan tal-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Id-diskussjoni fuq din il-Mozzjoni għandha tieħu sas-7.00 p.m., bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni bil-ftuħ u l-għeluq għall-Oppożizzjoni.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sinjura President, se nagħmel point of explanation peress li jien qed nissemma espliċitament f'din il-Mozzjoni, mhux biss b'ismi imma wkoll fil-kapaċità tiegħi bħala Ministru għal Għawdex.", "Qed nitlob li nassenta ruħi minn din il-Kamra waqt id-dibattitu u dan għaż-żewġ raġunijiet segwenti.", "L-ewwel nett, irrid inħalli l-proċess demokratiku għaddej bla xkiel ta' xejn fejn kulħadd ikun jista' jesprimi ruħu kif jixtieq fil-parametri u r-regoli ta' din il-Kamra.", "It-tieni, biex inkun nista' mmur id-dar nikkonforta lil uliedi.", "Dan għaliex, għal din l-aħħar sena, uliedi kienu taħt il-protezzjoni tal-pulizija minħabba l-attenzjoni li ntefgħet fuq il-familja tiegħi inkonnessjoni ma' dan il-każ, liema każ, minbarra x-xogħol ta' żewġi, aħna totalment estranji għalih.", "Minkejja dan, xorta waħda, bħala familja qed inħallsu prezz, speċjalment uliedi li ma jistgħux jifhmu għaliex bħala familja, qed niġu ttrattati b'dan il-mod negattiv, minkejja li jien u żewġi naħdmu bla heda għall-ġid tal-pajjiż u tal-poplu tagħna fir-rwoli rispettivi u distinti tagħna.", "Nerġa' nenfasizza li naħdmu fir-rwoli rispettivi u distinti tagħna.", "Għalhekk jien irrid nikkonforta u nassigura lil uliedi li missierhom wettaq dmiru b'ħila kbira u b'lealtà assoluta lejn il-ġurament marbut ma' xogħlu u li ħidmietu wasslet għar-riżultat li l-ebda investigazzjoni kriminali f'pajjiżna qatt ma rat.", "Irrid nassigura lil uliedi li, kemm jien kif ukoll missierhom, aħna assolutament leali lejn il-ġuramenti rispettivi li ħadna.", "Aħna dejjem konna korretti u retti fit-twettiq ta' dmirijietna u li minkejja li ismi u isem żewġi llum se jiġu ripetutament imsemmi f'dan id-dibattitu, la jien u lanqas żewġi m'għamilna xejn li jista' jħammrilna wiċċna u li b'xi mod jimpinġi fuq l-integrità tagħna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, hija ħasra li l-Qorti Kostituzzjonali qalet mod ieħor imma ħalli ma nibdiex minn dak il-punt.", "Il-Mozzjoni li għandna quddiemna llum f'din il-Kamra hija mozzjoni li f'pajjiż tassew demokratiku u fejn l-istituzzjonijiet tiegħu jaħdmu ma jkunx hemm bżonn li titressaq.", "F'pajjiż fejn tirrenja d-demokrazija ma jkunx hemm bżonn li deputat jew Oppożizzjoni sħiħa jressqu mozzjoni biex issir inkjesta pubblika għax ikunu l-istituzzjonijiet infushom li jistabilixxu inkjesta pubblika bħalma qed titlob il-familja Caruana Galizia wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Għalhekk bir-raġun li issa, li għaddiet aktar minn sena, il-familja Caruana Galizia u l-Oppożizzjoni qed ninsistu li l-Gvern, il-Prim Ministru, jaħtar inkjesta pubblika kif għandu l-poter li jagħmel, kif se nispjega aktar 'il quddiem, biex naraw jekk dan l-omiċidju setax jiġi evitat.", "Irrid infakkar li l-familja Caruana Galizia ħadet din il-kwestjoni b'serjetà kbira tant li inkarigat avukati Ingliżi li huma speċjalizzati fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem biex jidħlu aktar fil-mertu ta' din il-kwestjoni.", "Fil-fatt dawn l-avukati, għal tliet darbiet wara xulxin, poġġew iswed fuq l-abjad ir-raġunijiet għalfejn il-Gvern għandu l-obbligu li jistitwixxi inkjesta pubblika biex jiġi determinat jekk setax jiġi evitat l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Ovvjament, dan mhux b'kapriċċ, imma biex ikun hemm ħarsien tad-dritt tal-ħajja kif protett bl-artiklu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea.", "Il-Gvern wieġeb għall-ewwel żewġ talbiet billi qagħad idur mal-lewża u rrifjuta li jistabbilixxi inkjesta pubblika.", "Fit-30 ta' Novembru 2017, il-familja Caruana Galizia ppubblikat it-tielet parir legali tal-avukati Ingliżi li fih jerġgħu jtennu s-sejħa tal-familja biex ikun hemm inkjesta pubblika dwar jekk l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia setax jiġi evitat.", "Miegħi għandi kopja ta' dan il-parir legali li se nkun qed nitlob il-permess biex inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "F'dan il-parir legali hemm l-ispjegazzjonijiet kollha ta' x'inhu l-obbligu tal-Istat biex jipproteġi l-ħajja, x'inhu l-obbligu tal-Istat li jinvestiga u x'kien l-obbligu tal-Istat biex jiżgura li ma jkunx hemm lok li ġurnalista oħra tiġi maqtula b'mod mill-aktar brutali kif sar fuq Daphne Caruana Galizia.", "Fid-dawl tat-tieni opinjoni legali li ngħatat, l-Oppożizzjoni ħasset li għandha tagħmel tagħha s-sejħa tal-familja Caruana Galizia u tippreżenta din it-talba fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Fil-fatt irrid nenfasizza li din il-Mozzjoni hija ffokata esklużivament fuq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Bħala Oppożizzjoni ħassejna li ladarba l-Prim Ministru ma jridx jagħmel dak li suppost huwa obbligat li jagħmel bil-liġi minħabba l-kariga tiegħu, għandha tkun din il-Kamra li tordnalu jagħmel dak li hu fid-dmir li jagħmel.", "Sinjura President, se nuża dan l-intervent tiegħi biex nispjega fil-qosor il-punti ta' din il-Mozzjoni.", "L-ewwel nett, qed intennu l-kundanna għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Naħseb li dwar dan il-punt f'din il-Kamra għandu jkun hawn qbil unanimu.", "Ma jidhirlix li dan mhuwiex il-każ u għalhekk mhux se nelabora ħafna dwar dan il-punt.", "Ngħid biss li mhuwiex biżżejjed li ntennu l-kundanna bil-fomm imma rridu naġixxu.", "Qed ngħid dan għax jirriżulta li f'din il-Kamra hawn qasma totali, fejn in-naħa tal-Oppożizzjoni rridu nagħmlu xi ħaġa b'rabta ma' dik il-kundanna għall-mewt ta' Daphne Caruana Galizia u n-naħa tal-Gvern ma trid tagħmel xejn, kif qed jirriżulta anke minn dak li kiteb l-Avukat Ġenerali, fir-rigward ta' inkjesta pubblika.", "It-tieni punt, li m'iniex se nelabora ħafna dwaru għax se jkun hemm kelliema oħra li se jitkellmu dwar dan, jirrigwarda r-riżenja tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija għal raġunijiet li huma magħrufa diġà pubblikament.", "F'dan il-pajjiż ħadd ma qed iġorr ir-responsabbiltà għal dak li ġara u jidher li l-Gvern huwa komdu li din is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi.", "It-tielet u l-aktar punt importanti huwa l-ordni li din il-Kamra trid tagħti lill-Prim Ministru biex jaħtar bord ta' inkjesta.", "F'pajjiżna għandna liġi li tirregola kif isiru l-inkjesti.", "Hawn qed nirreferi għall-Att dwar l-Inkjesti, Kap. 273, li ilu fil-liġi tagħna għal dawn l-aħħar 41 sena u probabbilment, jekk wieħed ifittex ftit, isib li kien hemm xi liġi oħra simili għal dan l-Att.", "Suppost m'hemmx bżonn li dan il-Parlament jiddeċiedi li ssir inkjesta.", "Dan għaliex suppost Prim Ministru, jew Ministru serju, jiddeċiedu huma stess li jagħmlu inkjesta meta jaraw sitwazzjonijiet li jimmeritaw inkjesta.", "Fil-fatt, ftit tal-ġimgħat ilu, jien għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari lil kull Ministru b'mod separat dwar x'inkjesti ġew maħtura minnu.", "Fil-fatt il-Ministri kollha wieġbu għal din il-mistoqsija; kien hemm xi wieħed jew tnejn li qalu li ma ħatru l-ebda inkjesta, però l-kumplament kollha qalu li taħt ir-responsabbiltà tagħhom, ħatru numru ta' inkjesti, anke dwar affarijiet ħafna inqas sensittivi mill-assassinju ta' ġurnalista.", "Kien hemm min ħatar inkjesti fuq ħruq, serq, allegazzjoni li Ministru uża xi ħaddiem wara l-ħin tax-xogħol jew qabbdu jagħmel xi tinda xi mkien, imġiba skorretta ta' xi ħadd jew konflitti ta' interess.", "Però l-Prim Ministru baqa' ma jridx jagħmel inkjesta dwar l-assassinju ta' din il-ġurnalista.", "(Interruzzjonijiet) Jidher li l-Ministru għall-Ġustizzja għandu diffikultà biex jifhem xi tfisser li ssir inkjesta.", "Dan il-pajjiż għandu għalfejn jinkwieta li għandu Ministru għall-Ġustizzja li ma jifhimx jew ma jridx jifhem il-fatt li artiklu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea jagħmilha ċara li l-Istat għandu obbligu li jinvestiga l-qtil ta' persuna u jinvestiga wkoll in-nuqqasijiet tal-Istat li jwasslu għall-qtil ta' dik il-persuna.", "Allaħares ikollna Ministru għall-Ġustizzja li jabdika minn dak ir-rwol!", "Suppost għandna Ministru għall-Ġustizzja li jdur fuq il-Prim Ministru u jgħidlu li l-familja Caruana Galizia għandha raġun!", "Minflok, il-Ministru għall-Ġustizzja qiegħed jipprova jiżżufjetta bis-sitwazzjoni.", "Ta' dan iġorr ir-responsabbiltà fuq il-kuxjenza tiegħu u mbagħad naraw il-konsegwenza ta' dan aktar 'il quddiem.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, jien ma qed niżżufjetta b'xejn u b'ħadd!", "Jekk tellift lill-Onor.", "Aquilina nirtira dak li għamilt.", "Però jien għedtlu biss biex ma jgħidx li m'hemmx inkjesta għax fil-verità hemm inkjesta maġisterjali għaddejja.", "Però lili ma jistax jgħidli li żżufjettajt b'xi ħadd għax mhuwiex il-każ.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Onor. Karol Aquilina tista' tkompli bid-diskors.", "KAROL AQUILINA: Ladarba l-Ministru Bonnici mhux qiegħed jiżżufjetta għandu jaċċetta din il-Mozzjoni u jivvota favur u mhux itellef id-diskorsi ta' ħaddieħor!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-poplu Malti huwa għatxan li jkun jaf x'inhuma ċ-ċirkostanzi li l-Istat ippermetta li jiżviluppaw biex tinqatel ġurnalista f'pajjiżna.", "Hawn mhux qed nitkellmu dwar ċirkostanzi li ġie komess xi reat trivjali jew żgħir li ma jaffettwa lil ħadd.", "Ejja niftakru li dan kien l-aktar reat gravi, sensazzjonali u oxxen li kellna probabbilment f'dawn l-aħħar 30 sena f'pajjiżna.", "Għalhekk nistenna li lil hinn mill-investigazzjoni kriminali, li kienet meħtieġa u hemm proċess li huwa indipendenti totalment mill-Gvern, il-Gvern għandu responsabbiltà oltre minn hekk.", "Il-Gvern għandu responsabbiltà li jaħtar investigazzjoni biex jiġi stabbilit dak li ma tistax tasal għalih b'investigazzjoni kriminali, kif inhu l-obbligu tiegħu.", "Il-Gvern għandu l-għodda legali, fosthom l-Att dwar l-Inkjesti, li jagħti l-poter lill-Prim Ministru li jaħtar inkjesta.", "Fil-fatt lanqas hemm għalfejn jiltaqa' l-Parlament.", "Aħna qed niltaqgħu llum għaliex il-Prim Ministru qed iwebbes rasu u jirrifjuta li jaħtar tali inkjesta.", "Sinjura President, se nispjega x'inhuma l-punti li rridu li din l-inkjesta tistabbilixxi.", "L-ewwel nett, l-inkjesta għandha tistabbilixxi jekk l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux jafu jew kellhomx ikunu konxji tar-riskju reali u immedjat għall-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "It-tieni punt, l-inkjesta għandha tistabbilixxi jekk il-miżuri li ħadu l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux adegwati.", "Jista' jkun li għandna sitwazzjoni f'pajjiżna, fejn kriminali magħrufa, li f'ħin minnhom skoprejna li kienu saħansitra qed jiġu interċetatti mis-Servizzi tas-Sigurtà, jiġru wara ġurnalista u ħadd ma jinduna li kienu se jagħmlu attentat fuqha?", "Possibbli se naċċettaw sitwazzjoni fejn is-Servizzi tas-Sigurtà tagħna suppost qegħdin jiġru wara kriminal magħruf, li qed jippjana biex jesegwixxi assassinju u ma jinduna ħadd?", "Possibbli din hija sitwazzjoni aċċettabbli għall-Gvern?", "Għalhekk hemm bżonn ta' din l-inkjesta; biex il-ħabi dwar x'kien qiegħed isir fil-jiem, ġimgħat u xhur qabel l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jkun magħruf pubblikament u ma jerġax jirrepeti ruħu!", "It-tielet punt li għandha tistabbilixxi l-inkjesta huwa dwar x'għandu jagħmel pajjiżna quddiem din is-sitwazzjoni.", "X'liġijiet hemm bżonn inbiddlu jew x'policies hemm bżonn naddottaw biex ma jkunx aktar possibbli li jsir qtil bħal dan, mhux biss tal-ġurnalisti, imma ta' kull min jitkellem u jaġixxi kontra l-abbużi, il-korruzzjoni, affarijiet mhux xierqa u governanza ħażina, fost l-oħrajn?", "X'hemm li rridu nbiddlu fis-sistema tagħna biex naraw li jkun hemm protezzjoni sħiħa?", "Ir-raba' punt tal-mozzjoni jitkellem dwar kif għandha tinħatar din l-inkjesta.", "Bħala Oppożizzjoni qegħdin ninsistu li biex din l-inkjesta tkun tassew tajba, għandha tkun magħmula minn nies magħrufin għall-integrità u l-onestà tagħhom.", "Aħna qed inħallu f'idejn il-Prim Ministru biex jirrakkommanda l-persuni fuq din l-inkjesta hu - fosthom iċ-chairman - minn fost nies li huma kompetenti għal dan il-mestier.", "Aħna ma rridux nagħżlu n-nies aħna, bħala Oppożizzjoni, imma qegħdin ngħidu li l-Prim Ministru jipproponi l-persuni hu, kif għandu d-dritt li jagħmel bl-Att dwar l-Inkjesti.", "Qed ngħidu wkoll li biex ikun hemm salvagwardja li l-persuni maħtura biex jagħmlu din l-inkjesta jkunu tassew ta' integrità, onestà u li jagħmlu xogħolhom tajjeb, għandu jkun hawn l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament bħalma jsir għall-karigi Kostituzzjonali importanti f'pajjiżna.", "F'dak il-każ, jekk tgħaddi din il-Mozzjoni, il-Prim Ministru jrid jipproponi mozzjoni oħra f'din il-Kamra li fiha jitlob l-approvazzjoni tal-Kamra biex dawn il-persuni, wieħed bħala chairman u l-membri, ikunu maħturin mill-Kamra b'vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi.", "Il-ħames punt hu li dan il-Bord ta' Inkjesta ma jkollux idejh marbuta b'xi mod jew ieħor imma jkollu aċċess għal kollox, inkluż ir-riżorsi meħtieġa.", "Aħna qegħdin ngħidu li din il-Kamra għandha tiddeċiedi f'dan il-każ u mhux ikollha jdejha marbuta għax il-Gvern ma jridx jagħti aċċess għal ċerti affarijiet jew appoġġ loġistiku għall-inkjesta.", "Is-sitt punt, li fl-opinjoni tiegħi huwa importanti ħafna, huwa dwar x'se jsir ladarba tiġi konkluża din l-inkjesta.", "L-ewwel nett, qegħdin ngħidu li din l-inkjesta m'għandhiex tibda u ma nkunux nafu meta se tispiċċa.", "Aħna qegħdin nipproponu li din l-inkjesta għandha tibda u tispiċċa fi żmien sitt xhur, li fl-opinjoni tagħna, huwa żmien raġunevoli li għandu jiġi stabbilit bl-approvazzjoni ta' din il-Kamra.", "B'hekk ma jkollniex inkjesta li ddum is-snin u ma nkunux nafu meta se jkollha l-konklużjoni tagħha.", "It-tieni, li r-rapport m'għandux jingħata lill-Gvern imma għandu jingħata lil min qed jaħtar din l-inkjesta, jiġifieri lil din il-Kamra.", "Qegħdin nagħmluha ċara li r-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u għandu jiġi ppubblikat minnufih mill-Iskrivan tal-Kamra.", "Qegħdin ngħidu dan għaliex għandna esperjenza riċenti ħafna ta' inkjesta magħmula mill-Maġistrat u ta' inkjesti oħrajn, li l-Gvern żamm imsakkrin.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għall-konklużjoniiet tal-inkjesti imma għall-inkjesti sħaħ.", "Bħala Oppożizzjoni jidhrilna li f'din is-sitwazzjoni għandu jkun il-poplu Malti u Għawdxi kollu, mhux l-Oppożizzjoni jew il-Gvern waħdu, li jaqra din l-inkjesta, jifhem x'qed tgħid u mbagħad wara jkun hemm id-dibattitu pubbliku u l-pressjoni pubblika biex isiru l-bidliet neċessarji.", "Aħna ma rridux li din l-inkjesta tissakkar f'xi kexxun imma rriduha li tkun ippubblikata mill-ewwel.", "Sinjura President, din il-mozzjoni, fl-opinjoni tiegħi, għandha ssib l-appoġġ unanimu ta' din il-Kamra.", "Dan għaliex ma jistax ikun li f'din il-Kamra jkollna Membri li ma jridux li ssir magħrufa l-verità.", "Huwa ċar għal min isegwi l-andament politiku, li fost in-naħa tal-Gvern hemm biża' kbir li toħroġ il-verità.", "Għalhekk nappella lin-naħa tal-Gvern li jappoġġjaw din il-mozzjoni u jagħmluha tagħhom biex b'hekk nistabbilixxu l-verità kollha.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nitlob il-permess biex inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Opinjoni datata t-30 ta' Novembru 2018 magħmula minn Bhatt Murphy Solicitors, avukati tal-familja Caruana Galizia, dwar inkjesta pubblika fuq il-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, l-Oppożizzjoni għandha ħafna difetti, inkluż nuqqas ta' kredibilità, wisq aktar fuq din it-tip ta' Mozzjoni li ppreżentat illum lil din il-Kamra.", "Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien wieħed makabru li xxokkja lill-pajjiż u li jien nikkundanna bil-qawwa kollha.", "Però f'dan il-pajjiż għandna s-saltna tad-dritt u diversi organi tal-Istat li jiffunzjonaw b'mod tajjeb li jistħoqqilhom il-fiduċja tagħna.", "Insemmi, pereżempju, lill-Maġistrat li qed jinvestiga, lill-Pulizija u lill-investigaturi lokali u barranin li grazzi għal xogħolhom kellna r-riżultati għaliex, kif nafu, hemm tliet persuni li jinsabu taħt att ta' akkuża.", "Permezz ta' din il-Mozzjoni l-Oppożizzjoni qed titlob inkjesta oħra dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Qed ngħid inkjesta oħra għaliex diġà hemm inkjesta maġisterjali f'dan ir-rigward li għadha għaddejja minkejja li hemm tliet persuni li tpoġġew taħt att ta' akkuża.", "Il-Qorti ħasset li l-inkjesta għandha tibqa' għaddejja bix-xogħol tagħha ta' investigazzjoni.", "Dan minbarra l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, anke megħjuna mill-Europol, li għenu biex ingħataw dawn ir-riżultati, liema investigazzjonijiet għadhom għaddejjin ukoll.", "Hawn se nkun ċar ħafna.", "L-inkjesta jeħtieġ li ssir.", "Din mhijiex kwestjoni ta' jekk imma ta' meta, kif qal diversi drabi l-Prim Ministru meta mistoqsi mill-midja.", "Però hemm differenza kbira bejn kif din in-naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni nħarsu lejn l-investigazzjonijiet u s-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "L-Oppożizzjoni trid li jkun il-politiku li jindaħal fl-investigazzjonijiet imma bħala Gvern aħna rridu li jkunu l-istituzzjonijiet li jagħmlu l-investigazzjonijiet.", "L-Oppożizzjoni trid li nkunu aħna l-Membri Parlamentari li nagħżlu l-investigaturi daqslikieku hawnhekk qegħdin f'xi ħanut tal-ħelu tal-kwart fejn nagħżlu dak li jogħġobna mis-saltna tad-dritt!", "L-Onor.", "Karol Aquilina għadu kif qalilna li f'din il-Kamra għandna nivvotaw biex nagħżlu, pereżempju, min se jpoġġi fuq dan il-bord li jkun qed jinvestiga.", "Għal din in-naħa din mhijiex sitwazzjoni aċċettabbli!", "Bħalissa hemm maġistrat li huwa indipendenti u imparzjali li qed jinvestiga.", "Żgur li aħna l-politiċi m'aħniex indipendenti u imparzjali.", "Għaldaqstant jidher biċ-ċar li l-Oppożizzjoni lanqas biss għandha fiduċja fis-sistema ġudizzjarja tagħna ladarba għoġobha tressaq din il-Mozzjoni quddiem din il-Kamra.", "Sinjura President, irrid nistaqsi: Għaliex din l-insistenza kollha min-naħa tal-Oppożizzjoni biex ikun involut il-politiku f'din l-investigazzjoni?", "Ejja nħallu 'l-istituzzjonijiet jaħdmu!", "Ejja nassistu, nagħtu fiduċja u nkomplu ngħinu biex l-istituzzjonijiet ikomplu jagħtu riżultati konkreti bħalma diġà taw, imbagħad wara li jkollna r-riżultati, immorru għal inkjesta simili għal dik li qed tintalab illejla.", "Din il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni hija każ ċar ta' xi ħadd li jrid ipoġġi l-karru qabel iż-żiemel!", "Fl-aħħar jiem ħareġ rapport tal-MEPs li tkellmu ma' diversi uffiċjali involuti f'dan il-każ, inkluż mal-Prim Imħallef u mal-Europol.", "Meta wieħed jaqra r-rapport - m'hemmx it-traskrizzjoni eżatta però jista' jittieħed il-ġist - isib li l-Prim Imħallef qal li kellu r-riżervi dwar inkjesta pubblika dwar dan il-qtil speċjalment meta hawn inkjesta maġisterjali għaddejja.", "Kif għedt, il-Qorti ħasset li din l-inkjesta għandha tibqa' għaddejja minkejja li hemm tliet persuni li tqiegħdu taħt att ta' akkuża.", "L-istess il-Europol li qed tassisti f'dawn l-investigazzjonijiet.", "Din kienet skjetta ħafna meta tkellmet dwar dawn l-investigazzjonijiet u għamlitha ċara li f'Malta sabet l-assistenza li talbet u l-kooperazzjoni hija waħda tajba.", "Din hija sitwazzjoni totalment differenti minn dik li qed tipprova tpinġi l-Oppożizzjoni.", "Din il-mozzjoni hija sinonima mal-attitudni tal-Oppożizzjoni u mal-aġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu għaliex sa mill-bidu nett l-Oppożizzjoni pprovat tfixkel u timmina dawn l-investigazzjonijiet.", "Sa mill-bidu nett u llum stess permezz ta' din il-Mozzjoni, l-Oppożizzjoni pprovat tagħti xejra politika lil dawn l-investigazzjonijiet, biex mingħaliha, tirbaħ xi ftit punti politiċi.", "Biss kollox jindika li punti politiċi mhu qed tirbaħ xejn!", "Kien hemm Membri tal-Oppożizzjoni li ġew akkużati sfaċċattament li bl-aġir tagħhom u b'dak li jgħidu, speċjalment f'din il-Kamra, qegħdin jimminaw l-investigazzjonijiet.", "Ikun tajjeb li nfakkru ftit x'kien qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, li huwa wieħed mill-firmatarji ta' din il-Mozzjoni, fit-3 ta' Diċembru tas-sena l-oħra, proprju bħal dan iż-żmien sena, meta kien fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja.", "Dakinhar, ġurnata biss qabel il-Pulizija għamlu l-arresti, tgħidx kemm ftaħar fil-każin Nazzjonalista li l-Pulizija lanqas biss kienet riesqa viċin biex issolvi dan il-każ.", "Fil-fatt il-Malta Today tat-3 ta' Diċembru 2017 kienet irrapportat hekk:", "Issa jien ipprovajt insib kif NET News irrapportat dan id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni imma meta għamilt Google search skantajt kif dan ir-rapportaġġ ma sibtux.", "Ma nafx jekk neħħewhx jew le imma żgur li għamluha diffiċli ħafna biex issibu!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-istess bħall-Kap tal-Oppożizzjoni ta' qablu, għandu għan ewlieni li jimmina l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Iżda l-istituzzjonijiet qed iwieġbu għal dan l-aġir bix-xogħol tagħhom għaliex diġà rajna r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet.", "Irrid ngħid li kien hemm ukoll l-Onor.", "Jason Azzopardi li fil-Parlament għamel ċerti allegazzjonijiet fil-konfront ta' investigatur ewlieni li huwa rispettat minn kulħadd.", "Hawn qed nirreferi għall-Ispettur Keith Arnaud li ħass il-bżonn li joħroġ iwieġeb fuq il-midja soċjali għal dawn l-allegazzjonijiet.", "Huwa importanti ħafna li nifhmu l-gravità tal-allegazzonijiet li ġejjin minn Deputat tal-Oppożizzjoni.", "Inkredibbli kif ċerti statements isiru xorta meta min jgħidhom jaf li l-fatti mhumiex dawk.", "Ħasra li l-aġenda mhijiex ta' kulħadd l-istess!", "Għalhekk nasal nemmen li l-Oppożizzjoni qajla jimpurtaha xi ħsara tista' toħloq bi kliem żejjed li jingħad.", "Kif jista' xi ħadd jgħaddilu mill-garigori ta' moħħu li jgħid li xi ħadd jażżarda jippermetti li tisplodi bomba u toqtol persuna!", "Dan il-kliem mhux qed ngħiduh aħna l-Membri tal-Gvern imma qed jgħidu investigatur ewlieni li ħass il-bżonn li joħroġ fuq il-midja soċjali u jirrispondi għad-dikjarazzjonijiet li ntqalu bil-privileġġ parlamentari f'din il-Kamra.", "X'għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni quddiem dan kollu?", "M'għamel proprju xejn!", "L-Ispettur Arnaud jiddikjara hekk fuq il-midja soċjali:", "L-Ispettur Arnaud qed jappella biex ma ndaħħlux il-politika f'investigazzjonijiet daqshekk sensittivi.", "Dan huwa dak li qed titlob l-Oppożizzjoni llum meta trid iddaħħal deċiżjonijiet tal-politiċi f'investigazzjonijiet daqshekk sensittivi.", "Għaldaqstant jidher biċ-ċar li l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni hija waħda; dik li l-investigazzjonijiet ma jkunux konklużi, kif jixtieq kulħadd.", "Permezz ta' dawn id-dikjarazzjonijiet l-Oppożizzjoni qed turi li trid ittellef dawn l-investigazzjonijiet.", "X'ironija li l-istess Kap tal-Oppożizzjoni ilu għal din l-aħħar sena jinjora talbiet biex ikun hemm inkjesta dwaru, kif għamel il-Prim Ministru, fejn imbagħad ħareġ ċar li kien hemm dokumenti li ġew iffalsifikati.", "Dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni saru u għad hemm allegazzjonijiet koroh.", "Issa għax il-ġurnal Times of Malta ta' nhar il-Ħadd li għadda ppubblika storja li hemm investigazzjoni mill-Pulizija dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni beda jattakka lill-ġurnal u lill-Pulizija.", "Sinjura President, l-aġenda tagħna l-Membri Parlamentari ta' din il-Kamra għandha tkun l-istess; dik li toħroġ il-verità u li jkun hemm aktar riżultati konkreti dwar dan il-każ.", "Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni hija waħda minn diversi azzjonijiet biex jimminaw lil din l-investigazzjoni li sa mill-bidu nett ma wrewx fiduċja fiha u pprovaw jagħtuha xejra politika.", "Ejja nagħtu appoġġ sħiħ u bla riżervi lill-awtoritajiet ġudizzjarji tagħna, fosthom dawk legali, il-Forzi tal-Ordni u s-servizzi tas-sigurtà għax-xogħol li wettqu u għadhom qegħdin iwettqu.", "Din in-naħa tal-Kamra mhijiex teskludi li jkun hemm investigazzjoni simili għal dik proposta llum però kollox irid isir f'ħinu u f'waqtu.", "Ir-rwol tal-politiku mhuwiex li jinvestiga.", "L-investigazzjonijiet jagħmluhom l-istituzzjonijiet u mbagħad, wara li l-istituzzjonijiet jikkonkludu xogħolhom, jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ġejt informata li se titressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "Il-permess ingħata.", "Fil-5.08 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta sabiex titressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "MOZZJONI SABIEX L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD, VIĊI PRESIDENT TAL-KUMITATI, IKUN JISTA' JIPPRESIEDI PARTI MIS-SEDUTA TA' DAKINHAR", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sinjura President, f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nipproponi illi:", "skont l-Ordni Permanenti 151, l-Onor.", "Glenn Bedingfield jippresiedi l-Kamra fil-perjodu li matulu d-Deputy Speaker, l-Onor.", "Claudette Buttigieg, tagħmel id-diskors tagħha fis-seduta tal-lum, il-Ħamis 6 ta' Diċembru 2018, fuq il-Mozzjoni Nru 179, u dan ukoll billi l-Ispeaker huwa msiefer fuq xogħol parlamentari.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI TAL-OPPOŻIZZJONI SABIEX JINĦATAR BORD TA' INKJESTA DWAR L-ASSASSINJU TAL-ĠURNALISTA DAPHNE CARUANA GALIZIA – KONTINWAZZJONI", "zmozzjoni li kienet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER (Onor. Glenn Bedingfield): Aktar rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, meta sħabi ta' din in-naħa tal-Kamra talbuni biex nieħu ftit minuti u nitkellem dwar din il-mozzjoni ħassejt li għandi nagħmel dan, għaliex b'mod regolari, jien tkellimt f'din il-Kamra dwar l-assassinju makabru ta' Daphne Caruana Galizia.", "Illum ma ġejtx hawnhekk biex nipponta s-swaba' lejn xi ħadd imma biex nagħmel appell qasir u ġenwin lill-Membri kollha ta' din il-Kamra.", "Naħseb li dak li qiegħda titlob il-familja Caruana Galizia u dak li qiegħda tressaq illum l-Oppożizzjoni huwa appell ġenwin biex verament nagħtu lura l-fiduċja lin-nies u mhux lilna nfusna.", "Naħseb li llum il-ġurnata n-nies hemm barra qegħdin jaqtgħu qalbhom kompletament minna r-rappreżentanti f'din il-Kamra.", "Naħseb li n-nies xebgħu jarawna nitgħajru, nippontaw is-swaba' lejn xulxin u naġixxu b'mod li fil-fehma tiegħi, kultant huwa pwerili.", "Hawn mhu qed nipponta subgħajja lejn ħadd għaliex meta tipponta saba' lejn ħaddieħor ikollok erba' swaba' jippontaw lejk.", "Però naħseb li f'din il-Kamra qegħdin niżbaljaw ħafna bl-aġir tagħna u għalhekk din tista' tkun l-ewwel okkażjoni biex nibdew nuru lill-poplu li aħna verament Membri Parlamentari denji u maturi.", "Sur President, miż-żewġ diskorsi ta' qabli diġà bdejt nieħu idea skomda ta' fejn sejra din id-diskussjoni.", "Irrid ngħid li naqbel mal-Onor.", "Karol Aquilina meta qal li f'demokrazija normali, mozzjoni bħal din tal-lum ma kienx ikollha għalfejn titressaq.", "Dan għaliex hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li f'demokrazija, wara assassinju makabru u brutali ta' ġurnalista – hawn mhux qed nirreferi speċifikament għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia imma seta' kien l-assassinju ta' kwalunkwe ġurnalist ieħor li jappoġġja lil \"X\", \"Y\" jew \"Z\" under our watch għaliex bħala Parlament għandna responsabbiltà kbira – jintalbu l-inkjesti.", "Illum għandna din l-opportunità li nagħtu messaġġ ċar li aħna jimpurtana.", "Huwa proprju għalhekk li ridt nieħu dawn il-ftit minuti biex nagħmel dan l-appell.", "Kif kont qed ngħid, f'demokrazija normali l-Parlament ma jressaqx mozzjoni bħal din.", "Dan għaliex ikun hemm proċess naturali fejn min ikollu r-rwol tat-tmexxija tal-pajjiż jieħu pass kbir lura – f'ċerti pajjiżi rajna anke riżenji - mhux għax ikun ħati, mhux għax ikun hu l-mandant u lanqas għax ikun ċappas idejh bid-demm ta' dik il-persuna imma għax f'demokrazija normali hekk huwa mitlub minnu.", "Il-poplu jtellgħek għal ċerti raġunijiet fosthom biex tiggarantixxi s-sigurtà fil-pajjiż u jekk jinħoloq dubju jekk tistax tiggarantixxi l-ħajja u l-vuċi tad-demokrazija, li hija l-pilastru ewlieni rrappreżentat mill-ġurnalisti, mela allura jintalbu r-riżenji.", "Kif nafu, f'pajjiżna, dan ma sarx!", "Jidher li f'dan id-dibattitu se jqum il-battibekk tekniku dwar jekk din hijiex inkjesta maġisterjali jew hijiex inkjesta pubblika.", "L-Onor.", "Karol Aquilina għadu kif qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bit-talba tal-avukati li qabbdet il-familja Caruana Galizia dwar it-talba għall-inkjesta pubblika.", "F'dan id-dokument li kelli l-opportunità li narah, hemm affarijiet interessanti ferm.", "Fost affarijiet oħra, f'paġna 13, artiklu 3(15) jgħid hekk:", "Jekk verament irridu nipproteġu d-demokrazija f'pajjiżna u jekk verament għandna r-rieda, għandna nuru lin-nies hemm barra li qed isir minn kollox biex dan il-każ jissolva.", "Min qiegħed fil-pożizzjoni li jrid juri li verament qed jagħmel minn kollox, għandu jkun hu minn tal-ewwel li jqum f'din il-Kamra u jgħid li huwa favur din il-Mozzjoni.", "L-assurdità tal-argument li għadu kemm għamel l-Onor.", "Byron Camilleri huwa inkwetanti, meta qal li l-Oppożizzjoni, b'din il-mozzjoni, qiegħda turi kemm trid tfixkel.", "L-Onor.", "Byron Camilleri qal ukoll li bħala Oppożizzjoni rridu npoġġu l-karru qabel iż-żiemel però li jgħid li b'din il-mozzjoni l-Oppożizzjoni qed tfixkel hija assurdità kbira!", "Mingħajr ma ntawwal nixtieq nagħmel appell sinċier.", "Ejja ngħaddu messaġġ ċar lin-nies hemm barra.", "Ejja niftakru li lin-nies qegħdin inxebbgħuhom bl-attitudni pwerili tagħna.", "In-nies qegħdin jarawna bħala membri bla sinsla, li nfettqu fuq il-ħmerijiet u ma nindirizzawx dak li hu ta' sustanza.", "Għandna opportunità to prove them wrong.", "Ejja verament ningħaqdu u ngħidu li din l-inkjesta pubblika għandha ssir kif talbet il-familja Caruana Galizia u mhux għalhekk biss, imma għax hekk huwa sew li jsir.", "Nirringrazzjak.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, għadni kif smajt id-diskors tiegħek fejn appellajt għall-maturità u għedt li l-Oppożizzjoni m'għandha l-ebda intenzjoni li tfixkel.", "Jiena wkoll nappella għall-maturità u biex ma jsirux statements bl-addoċċ li jistgħu jfixklu l-kors tal-ġustizzja.", "Kieku l-Oppożizzjoni ma tridx tfixkel ma tagħmilx ħafna mid-diskorsi u mill-allegazzjonijiet li jsiru kontinwament, saħansitra f'dan il-Parlament.", "Illum kien hawn min qal li dan il-Gvern qisu mhux qed jinvestiga l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, meta fil-fatt, hemm investigazzjoni għaddejja u kif nafu, tressqu tliet persuni quddiem il-Qorti.", "Aktar minn hekk, dan il-Gvern, bħall-poplu Malti u Għawdxi kollu, jixtieq jara li ssir ġustizzja billi jinqabdu anke l-mandanti ta' dan id-delitt.", "Naħseb li kien ikun aħjar li minflok niddiskutu din il-mozzjoni llejla nħallu lill-investigaturi u lill-maġistrat inkwerenti jagħmlu xogħolhom bis-serenità kollha mingħajr indħil u d-diskorsi politiċi li qed nagħmlu f'din il-Kamra.", "Il-Membri ta' din in-naħa tal-Kamra għandna fiduċja fl-istituzzjonijiet u għalhekk inħalluhom jaħdmu.", "L-implikazzjoni ta' din il-mozzjoni hi li l-Oppożizzjoni m'għandhiex fiduċja fil-maġistrat inkwerenti li qed imexxi l-inkjesta.", "Dan huwa l-messaġġ li nieħu meta nkun iffaċċjat b'mozzjoni tal-Oppożizzjoni li titlob li ssir inkjesta oħra paripassu mal-inkjesta li diġà hemm għaddejja bħalissa.", "Fil-fehma tiegħi, din il-mozzjoni hija opportuniżmu politiku minn min, għall-iskopijiet tiegħu, ma jafdax lill-istituzzjonijiet jew inkella jrid jagħżel.", "Ilkoll rajna lill-Oppożizzjoni trid tagħżel lill-pulizija li jinvestigaw għax jekk ikun hemm xi ħadd li jiġi minn xi ħadd mill-Partit Laburista huwa ħażin imma jekk ikun hemm xi ħadd li jiġi minn xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista huwa tajjeb!", "L-istess fejn tidħol il-Ġudikatura; jekk ġudikant ikun jiġi minn xi ħadd midħla tal-Partit Nazzjonalisti jew ikunu ħatruh in-Nazzjonalisti jkun tajjeb u jekk ġudikant jinħatar mill-Partit Laburista jew inkella madwar 30 sena ilu, kien ikkontesta mal-Partit Laburista, dak il-ġudikant ma jkunx tajjeb!", "Huwa proprju hemmhekk fejn inkunu pwerili, meta nagħmlu argumenti li jagħmlu l-ħsara.", "Min jagħmel dawn l-argumenti mhux qed ikun onest mal-poplu Malti.", "Onestament ma nafx jekk aħniex legalment korretti meta qed tintalab li ssir inkjesta waqt li hemm għaddejja inkjesta oħra.", "Forsi sħabi l-avukati jistgħu jitkellmu aktar dwar dan.", "Fil-fehma tiegħi, jekk f'dan il-Parlament nivvotaw biex issir inkjesta oħra ma' dak li diġà hemm se nkunu qegħdin infixklu l-inkjesta li għaddejja bħalissa.", "Jew forsi hawn min għandu interess li jfixkel l-investigazzjonijiet u l-inkjesta li għaddejjin bħalissa?", "Jew forsi hawn min ma jixtieqx jara dan il-każ solvut għall-iskopijiet politiċi tiegħu?", "Kultant hekk jgħaddili minn rasi meta jsiru ħafna statements u jkun hemm indħil lill-ġudikatura fl-investigazzjoni.", "Jista' jkun li hawn min għandu interess politiku biex dan il-każ ma jissolviex ħalli jibqa' jikkritika lill-Gvern.", "Forsi għalhekk hawn min qed jipprova jfixkel il-ġustizzja?", "Din in-naħa tal-Kamra trid li dan il-każ, bħal kull każ ieħor, ikun solvut.", "Għalhekk mhu se nħallu lil ħadd jindaħal biex ifixkel il-proċess ġudizzjarju.", "Huwa għalhekk ukoll li ma naqblux ma' din il-Mozzjoni ppreżentata mill-Oppożizzjoni.", "Sinjura President, din il-Mozzjoni qed titlob biex issir inkjesta dwar jekk kienx hemm protezzjoni adegwata.", "Kif nafu, huma ħafna li jkollhom theddid, inkluż jien li sal-ġurnata tal-lum, ikolli theddid b'mod regolari.", "Issa hawn wieħed jistaqsi: Jekk xi ħadd jirrifjuta li jingħata l-protezzjoni tal-Pulizija xorta għandna nibagħtu lill-pulizija jsusu wara daru u wara l-passi tiegħu?", "Għandna nagħtuh protezzjoni biex imbagħad niġu f'dan il-Parlament u ngħidu li ġejna fi stat polizjesk għax il-Gvern ikun qed jibgħat il-pulizija wara bieb in-nies li ma jridux il-protezzjoni, biex ikun jaf x'inhuma jagħmlu?", "Ħafna drabi, jekk tagħmel xi ħaġa, tiġi kkritikat li tkun għamiltha u jekk ma tagħmel xejn tiġi kkritikat li ma tkun għamilt xejn!", "Hawnhekk toħroġ l-ipokrezija li qed nara jien min-naħa tal-Oppożizzjoni li jużaw kejl differenti f'kollox, inkluż fl-għażla ta' min għandu jiġġudika jew jinvestiga każ.", "L-Oppożizzjoni qed tuża kejl differenti fejn jidħlu l-politiċi u qed titlob ukoll li xi ħadd jerfa' r-responsabbiltà politika dwar dan il-qtil.", "Għalhekk nistaqsi: Meta jkollok Kap tal-Oppożizzjoni li qed jiġi investigat, m'għandux jerfa' r-responsabbiltà politika?", "L-Oppożizzjoni qed tgħidilna li kull min ikun investigat għandu jerfa' r-responsabbiltà politika minbarra l-Kap tal-Oppożizzjoni jew il-kollegi tiegħu.", "Qed tgħidilna wkoll li fir-rigward ta' kull min hu investigat għandha tittieħed azzjoni kontra tiegħu, minbarra l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-kollegi tiegħu.", "Issa, fil-verità, l-investigazzjoni li għaddejja fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni hija aktar serja u gravi għaliex skont il-ġurnal Times of Malta huwa nnifsu huwa s-suġġett tal-investigazzjoni.", "Il-kont bankarju li qed ikun investigat mhuwiex ta' xi kumpanija imma huwa l-kont personali tal-Kap tal-Oppożizzjoni li bil-wiċċ tost kollu jitkellem u jattakka investigazzjonijiet li hemm fir-rigward ta' esponenti tal-Gvern, anke jekk dawn mhumiex investigati direttament.", "Minn dak li qrajt jidher li jekk hawn xi ħadd li huwa investigat direttament huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu.", "Dawn huma raġunamenti ta' min m'għandux nitfa kredibilità!", "Inutli niġu f'din il-Kamra nagħmlu appelli biex ma nkunux pwerili fl-argumentazzjoni tagħna meta fil-fatt ċerti Membri tal-Oppożizzjoni mhumiex qegħdin inkunu onesti man-nies hemm barra.", "Għandna Membri tal-Oppożizzjoni li saħansitra qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni li l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia lanqas biss qed ikun investigat meta kulħadd jaf li hemm investigazzjoni għaddejja.", "Ma kien hemm l-ebda każ ieħor fejn il-Gvern Malti offra reward ta' €1 miljun biex min għandu l-informazzjoni jersaq 'il quddiem.", "L-Oppożizzjoni qed tipprova tagħti l-impressjoni li dan il-Gvern ma jridx isolvi dan il-każ meta l-Gvern diġà għamilha ċara kemm-il darba li lest li jkompli jinvestiga.", "Il-Gvern qatt ma qal li ma jridx jagħmel inkjesta oħra.", "Din hija invenzjoni tal-Oppożizzjoni!", "Il-Gvern qal li jekk ikun hemm ħtieġa li ssir inkjesta oħra, din għandha ssir, però qabel, għandha tintemm l-inkjesta li għaddejja bħalissa.", "Smajna lill-Membri tal-Oppożizzjoni jgħidu li l-investigazzjoni ilha għaddejja sitt xhur.", "Jiġifieri issa se nindaħlu lill-Maġistratura kemm trid iddum tinvestiga?", "Jaqaw dan huwa xi prinċipju ġdid?", "Infakkar li kien hemm każijiet fejn esponenti ewlenin tal-Amministrazzjoni preċedenti riedu saħansitra jbiddlu s-sistema tal-ġurija għax kien hemm ġuri fil-Qorti, fejn id-deċiżjoni tal-ġurati m'għoġbitx lill-Gvern tal-ġurnata.", "Dan il-każ niftakru ċar u fih kien hemm l-Onor.", "Emanuel Mallia bħala avukat difensur.", "Il-Gvern ta' dakinhar ried ibiddel is-sistema tal-ġurija għax il-verdett finali li waslu għalih id-disà ġurati m'għoġbux!", "Sinjura President, illum għandna Membri tal-Oppożizzjoni li ma jridux iħallu lill-Maġistratura tinvestiga u jridu jipprovaw jillimitaw l-investigazzjoni għal sitt xhur.", "Issa jien wieħed minn dawk li ngerger u nilmenta għall-fatt li, pereżempju, l-iskandlu taż-żejt qed jieħu ħafna fit-tul biex isir il-proċess fil-Qorti imma nirrispetta l-proċess ġudizzjarju.", "Fil-każ tal-iskandlu taż-żejt nemmen li għandha ssir ġustizzja mal-poplu Malti li nsteraq miljuni fuq miljuni ta' ewro.", "Però, bl-ebda mod, jien jew xi ħadd minn din in-naħa tal-Kamra ma jgħaddilu minn rasu li għandna mmorru fuq il-ġudikanti u ngħidulhom li għandhom numru ta' xhur biex jaqtgħu dan il-każ.", "Sinjura President, aħna ma nistgħux naqblu ma' mozzjoni bħal din.", "Bħala Gvern għandna fiduċja fl-istituzzjonijiet u nemmnu li għandna nħallu l-investigazzjonijiet meħtieġa jsiru, imbagħad naraw jekk hemmx lok li ssir inkjesta oħra b'rispett lejn il-ġustizzja u għall-ebda interess politiku ieħor.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, meta nisma' kelliema min-naħa tal-Gvern jattakkaw lid-Deputati tan-naħa tal-Oppożizzjoni biex jiddefendu l-irresponsabbiltà u n-nuqqas tal-kredibilità tagħhom, ngħid li verament in-naħa tal-Gvern hija daharha mal-ħajt.", "Kieku ma kienx hekk, kieku jkomplu jitkellmu dwar argumenti biex jissostanzjaw il-pożizzjoni tagħhom u mhux jgħajru ħalliel lil min qed jgħidlhom li huma ħallelin.", "Dik hija logħba tat-tfal iż-żgħar li ma twassalna mkien meta nagħmu l-kontijiet mal-poplu tagħna!", "Jien ninsab persważ illi kieku f'dan il-Parlament minfok il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia hawn persuna oħra, hi min hi, kieku l-Gvern jara kif se jressaq akkużi bħalma qed iressaq illum dwar l-Onor.", "Jekk ma tkunx ħaġa, se tkun oħra, għax aħna lkoll kemm aħna għandna l-bagalja tagħna li fiha xi kantuniera bi ftit ħwejjeġ maħmuġin.", "Għalhekk nemmen li l-poplu tagħna jistenna dibattitu serju meta qegħdin nittrattaw każ serju ta' din il-kwalità.", "Fil-fatt ħadt pjaċir nisma' lill-Onor.", "Karol Aquilina jiftaħ dan id-dibattitu billi jispjega għalfejn l-Oppożizzjoni qed tressaq din il-Mozzjoni.", "Min-naħa l-oħra, għall-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Glenn Bedingfield li fiha staqsa jekk hawnx min għandu interess biex jara li l-każ ma jkunx solvut, jien bl-umiltà kollha nissellef l-istess mistoqsija u npoġġiha fuq in-naħa tal-Gvern, speċjalment meta nara kif in-naħa tal-Gvern qed iġġib ruħha.", "Il-Mozzjoni tgħid li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata bl-aktar mod brutali.", "Dan il-qtil ma kienx sempliċement qtil għalkemm lill-Gvern dan il-qtil jimbarazzah u jpoġġih f'pożizzjoni skomda u allura ħareġ jgħid mill-ewwel li kollox kien business as usual.", "Il-Gvern qed jgħid li hemm l-investigazzjonijiet normali għaddejjin.", "Dan ir-raġunament jagħtina x'nifhmu li għal dan il-Gvern il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia huwa bħal kull qtil ieħor.", "Però, għan-naħa tal-Oppożizzjoni, dan il-qtil mhuwiex bħal kwalunkwe qtil ieħor.", "Il-Gvern qed jirraġuna b'dan il-mod biex jiddefendi lilu nnifsu u mhux lir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Ejja ma ninsewx min kienet din l-omm ġurnalista.", "Din kienet mara li bl-għajnuna ta' aġenzija oħra tal-aħbarijiet, kixfet min f'dan il-pajjiż kellu l-kontijiet bankarji fil-Panama.", "Din il-mara kixfet l-akbar skandlu politiku li qatt kellna fl-istorja politika ta' pajjiżna u li s'issa ħadd ma ħa r-responsabbiltà politika tiegħu.", "Din il-mara kixfet tliet kontijiet sigrieti, li tnejn nafu ta' min huma u ma ntrefgħet l-ebda responsabbiltà politika tagħhom, u t-tielet kont il-Prim Ministru jaf ta' min hu għax fil-Qorti qal li mhuwiex tiegħu imma mhux qed jgħidilna ta' min hu lanqas.", "Din il-mara kixfet kontijiet sigrieti li fihom kienu se jidħlu €5,000 kuljum!", "Dan mhuwiex każ fejn - kif qed isostnu l-Membri tal-Gvern - tħalli sempliċement l-istituzzjonijiet jaħdmu.", "F'din il-Mozzjoni l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-ġustizzja trid issir u trid tidher li qed issir.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Karol Aquilina, li kieku għandna l-istituzzjonijiet jaħdmu kif suppost, m'għandniex għalfejn inressqu din il-Mozzjoni.", "Qegħdin inressqu din il-Mozzjoni għax xi ħadd mhux qed iwettaq dmiru!", "Permezz ta' din il-Mozzjoni qegħdin nitolbu li ssir inkjesta indipendenti biex dak li mhux qed isir min-naħa tal-Gvern, isir.", "Din hija d-differenza kollha!", "Illum, aktar minn qatt qabel, qegħdin nindunaw li dan il-qtil ta' Daphne Caruna Galizia ħalla impatt u riperkussjonijiet kbar.", "Għal dan il-pajjiż mhuwiex business as usual!", "Daphne Caruana Galizia, kontroversjali kemm kienet kontroversjali, ħadd ma kellu d-dritt li jieħu d-deċiżjoni li joqtolha.", "Ejja niftakru li għalkemm għandna tliet persuni akkużati, min verament qatel lil Daphne għadu mhuwiex akkużat quddiem il-Qorti.", "It-tieni punt li rrid nagħmel hu li bħalissa fil-pajjiż, l-akbar problema li għandna hi li min hu fl-attività kummerċjali, fil-gaming u fil-qasam finanzjarju qed jgħid lill-Gvern biex inaddaf ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "It-tielet punt huwa li r-reputazzjoni ta' pajjiżna bdiet titħammeġ minn meta l-istejjer tal-ħasil ta' flus, speċjalment bil-ftuħ ta' dawk il-kontijiet sigrieti, bdew iduru u jitfgħu l-attenzjoni fuq Malta.", "Is-CNN tirrapporta fuq il-Prim Ministru u Malta kif ġej:", "Dan il-każ jeħtieġ li jiġi solvut għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel biex issir ġustizzja ma' din l-omm ġurnalista u mal-familja tagħha.", "It-tieni biex nuru li f'dan il-pajjiż għandna s-serjetà.", "It-tielet biex tintrefa' r-responsabbiltà politika li l-aktar li qed tiġi miċħuda bħalissa u r-raba' biex innaddfu r-reputazzjoni tal-pajjiż u npoġġu lil pajjiżna fid-direzzjoni tas-serjetà.", "Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, dan il-pajjiż beda t-triq biex jintilef.", "Ejja naraw li nerġgħu nsibu t-triq kif jixraqlu pajjiż demokratikament serju.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi ngħid li jien, bħal sħabi fuq in-naħa tal-Gvern, għandi fiduċja sħiħa fl-istituzzjonijiet u fl-awtoritajiet kollha ta' pajjiżna, inkluż il-Qrati.", "Huwa proprju għalhekk li nemmnu li għandna nħallu lill-awtoritajiet tagħna jaħdmu b'serenità u bil-libertà kollha, mingħajr l-ebda pressjoni politika jew pressjoni oħra esterna.", "Bħala Gvern, minn dejjem għedna, li ma neskludux li jkun hemm inkjesta pubblika.", "Għalhekk ma nistax nifhem għaliex l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li dan il-Gvern qiegħed jipprova joħloq xi xkiel.", "Dan huwa Gvern li joqgħod fuq il-pariri legali li jingħata u l-parir legali li qiegħed jingħatalna huwa li m'għandux ikun hemm inkjesta pubblika, bħalma tixtieq l-Oppożizzjoni, in parallel mal-investigazzjoni kriminali li hemm għaddejja dwar il-qtil makabru ta' Daphne Caruana Galizia.", "Kif qal l-Onor.", "Sinjura President, bħala Membri Parlamentari kont nistenna li sa mill-ewwel ġurnata minn meta seħħ dan id-delitt, ningħaqdu bħala katina u ponn wieħed, għall-inqas fuq dan il-każ, biex tassew nassiguraw li ssir ġustizzja u ma nxekklux il-proċess tal-ġustizzja.", "Sfortunatament, b'dispjaċir ikolli ngħid li l-Oppożizzjoni ma kenitx ponn wieħed mal-Gvern u, agħar minn hekk, qed tuża dan id-delitt biex tattakka u tgħajjar lill-Gvern.", "Smajna akkużi assurdi li lanqas biss irrid nirrepetihom f'din il-Kamra.", "Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia huwa delitt li xxokkja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Irrispettivament mit-twemmin politiku tal-persuna, ħadd ma jixraqlu jmut bħalma mietet Daphne Caruana Galizia.", "Naħseb li lkoll qegħdin naqblu dwar dan.", "Irrispettivament minn liema lenti n-nies kienu jħarsu lejha, jekk hux mil-lenti ta' dawk li kienu jarawha bħala gossiper li tidħol fl-affarijiet personali, li tattakka u tgħajjar tfal u nies li mhumiex fil-politika, inkluż nies li huma mejtin, jew inkella hux mil-lenti ta' dawk li kienu jarawha bħala l-aqwa ġurnalista investigattiva li kellna f'pajjiżna, bħala Gvern, b'mod ċar u ferm, nikkundannaw bis-saħħa kollha lil min wettaq dan id-delitt makabru.", "Però, onestament, meta nara din il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ma nistax nifhem jekk hux kulħadd irid li ssir ġustizzja.", "Qed ngħid dan b'responsabbiltà kbira.", "Hawn min bħal donnu li f'din il-kwestjoni kollha jinteressah biss li jiskorja punti poitiċi b'detriment għall-investigazzjoni kriminali li għaddejja bħalissa u li qiegħda tħalli l-frott.", "Sinjura President, jien għadni relattivament żagħżugħa fl-età però rrid ngħid li qatt daqs din id-darba ma niftakar li kellna investigazzjoni li ħalliet ir-riżultati.", "F'pajjiżna kellna diversi każijiet, inkluż każijiet fejn nies tilfu ħajjithom b'bomba, imma sfortunatament, ma kellniex ir-riżultati pożittivi li kellna s'issa mill-investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Rajna Gvern determinat li jsolvi dan il-każ tant li rajna l-involviment tal-istituzzjonijiet barranin, fosthom l-FBI, espertii forensiċi Olandiżi u l-Europol, li huma lkoll istituzzjonijiet u awtoritajiet li jgawdu reputazzjoni tajba fuq livell globali u l-Pulizija Maltija li flimkien, fi żmien spedit, ressqu tliet persuni quddiem il-Qrati tagħna.", "Aktar minn hekk, minn dak li qrajt fil-midja jidher li ninsabu viċin biex il-moħħ jew l-imħuħ li kienu wara dan id-delitt, jinqabdu.", "Għalhekk ikolli nistaqsi: Ġaladarba huwa evidenti li l-ħidma ta' dawn in-nies kollha qiegħda tħalli l-frott, għaliex irridu nkunu aħna l-politiċi li nindaħlu u nipprovaw inxekklu jew saħansitra, nippreġudikaw ix-xogħol tajjeb li qiegħed isir mill-istituzzjonijiet tagħna?", "Bħala Deputat min-naħa tal-Gvern nappella biex inħallu l-investigazzjonijiet jaħdmu.", "Ejja ningħaqdu u nagħtu fiduċja lill-istituzzjonijiet tagħna għaliex dawn għandhom bżonn is-sapport tagħna l-politiċi.", "Jien u sħabi rridu naraw li ssir ġustizzja.", "Però dan ma jfissirx li noqogħdu nindaħlu u niddeffsu bħala politiċi imma għandna nħallu l-istituzzjonijiet tagħna jaħdmu.", "Bħala Gvern qegħdin nipprovdu r-riżorsi u l-għodda neċessarja biex verament issir ġustizzja.", "Kif diġà għedt, ma neskludux li eventwalment ikun hemm inkjesta pubblika, iżda għaliex proprju nemmnu li l-investigazzjoni kriminali li għaddejja se tħalli aktar frott, se nħalluha għaddejja mingħajr ma noħolqu l-ebda xkiel.", "Sinjura President, aħna rridu naraw li ssir ġustizzja.", "Hawn irrid ningħaqad mal-interventi li għamilt inti aktar kmieni llum biex aħna stess li qegħdin fil-politika nirrispettaw lil xulxin fil-kliem li nużaw biex nitkellmu ma' xulxin u biex fid-dibattiti tagħna ma naqgħux f'livelli assurdi fejn saħansitra ngħajru b'mod personali.", "M'għandniex nippermettu akkużi insensati bħalma rajna wara li seħħ dan id-delitt.", "Niftakar ċar li fil-bidu ta' din il-leġiżlatura kont inkun ixxokkjata nisma' l-attakki tal-Oppożizzjoni, donnhom kienu qegħdin jimplikaw li kien il-Gvern li qatel lil Daphne Caruana Galizia!", "Ejja nżommu dibattitu denju u ma naqgħux f'dawn it-tip ta' attakki u akkużi serji.", "Bejnietna għandu jkun hawn kritika, anke jekk ma tkunx kostruttiva, iżda m'għandux ikun hawn mibegħda, ħdura jew tgħajjir li, kif għedt inti, Sinjura President, ma jagħmilniex denji ta' Membri Parlamentari.", "Jiddispjaċini ngħid li sforz din iċ-ċerta mibegħda u ħdura, kien hawn min saħansitra wasal biex jikkawża ħsara irreparabbli lil pajjiżna.", "Hawnhekk ma naqbilx mal-Onor.", "Edwin Vassallo meta qal li dan il-Gvern tappan ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Ir-reputazzjoni ta' pajjiżna ġiet imtappna mill-Oppożizzjoni bl-alleati tagħhom, il-Membri Parlamentari Ewropej, inkluż Ewro Parlamentari oħrajn, li kienu jieħdu pjaċir jintużaw biex joqogħdu jgħajru lil pajjiżna u jgħidu li l-awtoritajiet f'pajjiżna ma jaħdmux.", "Imbagħad kien hawn min ħa għalih għaliex jien għamilt paragun bejn il-kompetenza tal-awtoritajiet tagħna u tal-awtoritajiet tagħhom f'pajjiżhom.", "Sinjura President, se nagħlaq fuq nota pożittiva.", "Pajjiżna, minkejja l-ħmieġ u t-tajn kollu li jintefa', baqa' miexi 'l quddiem b'aktar progress.", "Din il-ġimgħa stess rajna tkabbir ekonomiku ta' 7.5%.", "F'liema pajjiż fejn m'hemmx is-saltna tad-dritt l-ekonomija tikber b'dan il-mod?", "F'liema pajjiż fejn m'hemmx fiduċja fl-istituzzjonijiet, jinkiseb surplus?", "F'liema pajjiż demokratiku jinkiseb dak li kiseb pajjiżna fuq livell soċjali u ekonomiku kieku għandna poplu li ma jgħixx fil-libertà u fis-serenità?", "Dan mhux qed ngħidu jien bħala Deputat tal-Gvern imma qed jingħad mill-Unjoni Ewropea li qed tikkonferma l-progress li pajjiżna qiegħed jagħmel kuljum.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet wara li żvelat l-involviment ta' uffiċjali għolja tal-Gvern fil-Panama Papers u waqt li kienet qiegħda tinvestiga allegazzjonijiet serji ħafna ta' involviment ta' uffiċjali fil-ħasil tal-flus.", "Bħala Oppożizzjoni, għandna fiduċja fl-istituzzjonijiet, imma m'għandniex fiduċja fl-indħil tal-Gvern fl-istituzzjonijiet.", "Ma nafx għalfejn in-naħa tal-Gvern qiegħda tħallat il-ħass mal-gass meta tgħid li jekk ikun hemm investigazzjoni pubblika, din se xxekkel l-investigazzjoni kriminali.", "Kif jista' jgħaddilhom minn rashom dan ir-raġunament?", "Investigazzjoni pubblika hija dritt mhux biss tal-qraba ta' Daphne Caruana Galizia, imma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu li għandu dritt li jara li l-ġustizzja qed issir u trid tidher li qed issir.", "Daphne Caruana Galizia nqatlet meta f'pajjiżna, sfortunatament, inħolqot klima politika taħt Gvern imsejjaħ Laburista imma mhuwiex laburista, fejn jidher li qed tirrenja l-impunità.", "Pajjiżna għad għandu ġrieħi kbar tal-qtil ta' Karin Grech u Raymond Caruana li kienu traġedji kompletament differenti mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dawn kienu traġedji li seħħew fi klima politika differenti.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nitolbu lill-Istat jerfa' r-responsabbiltà.", "L-Istat għandu jassessja lilu nnifsu għall-kompetenza tiegħu permezz tal-liġi u l-istituzzjonijiet mhux mittiefsa biex noħolqu ambjent fejn reati bħal dawn ma jerġgħux iseħħu, u jekk allaħares qatt iseħħu, ikollna l-għodda biex nittrattawhom b'mod li l-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' jserraħ rasu.", "Għaldaqstant il-Partit Demokratiku qed jagħżel li jressaq emenda ppreżentata minni għall-mozzjoni Nru 179.", "\"A\" Din il-Kamra tirriżolvi li l-Mozzjoni 179 tiġi emendata b'dan il-mod:", "Illi l-kliem kollu minn \"Peress\" fl-ewwel linja sa \"Kamra\" fl-aħħar linja (inkluż) għandu jiġi ingassat u minflok jiddaħħal:", "\"Peress li nhar it-28 ta' Diċembru 1977 inqatlet Karin Grech b'ittra bomba li kienet indirizzata lil missierha Prof. Edwin Grech, liema ittra bomba ntbagħtet matul l-istrajk tat-tobba u liema delitt ġie deskritt mill-Arċisqof ta' dak iż-żmien, Mikiel Gonzi, bħala l-ewwel attakk terroristiku f'Malta;", "Peress li fil-5 ta' Diċembru 1986 inqatel Raymond Caruana wara drive by shooting fuq il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja u li dan id-delitt seħħ matul il-perjodu ta' taqlib politiku kbir f'Malta;", "Peress li nhar it-Tnejn, 16 ta' Ottubru 2017 ġiet assassinata bl-aktar mod brutali l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u dan huwa minnu nnifsu theddida mill-aktar gravi għad-dritt ta' kull ċittadin għal-libertà tal-espressjoni, għal-libertà tal-istampa, għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u għat-tħaddim tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna,", "Peress li f'kull wieħed minn dawn it-tliet każijiet jidher ċar li l-awtoritajiet kienu fid-dmir li jipproteġu ħajjet kull vittma, dan skont Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani, liema konvenzjoni Malta hija firmatarja tagħha;", "Illi għandha tinħatar kummissjoni verament indipendenti mill-politika, il-Gvern lokali, l-Oppożizzjoni u l-pulizija Maltija, liema kummissjoni għandha ġġib l-isem ta' Kummissjoni Verità u Ġustizzja u titwaqqaf;", "Illi l-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja għandha:", "tinvestiga ċ-ċirkostanzi tal-assassinju ta' Kariun Grech, Raymond Caruana u Daphne Caruana Galizia; \"", "- qed ngħidu dan mingħajr preġudizzju ; nifhmu li r-riżorsi ta' kull inkjesta u investigazzjoni għandhom jintużaw fejn hu l-aktar effettiv, imma xorta għandna nistabbilixxu l-bżonn illi dan isir -", "\"2. tidditermina jekk l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux jafu, jew kellhomx ikunu konxji ta' riskju reali u immedjat għal ħajjet Prof. Edwin Grech u familtu, Raymond Caruana u l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u jekk il-miżuri li ħadu l-awtoritajiet f'kull wieħed minn dawn il-każijiet kenux adegwati biex jipproteġu ħajjet il-vittmi u qrabathom;", "teżamina jekk kienx hemm responsabbiltà tal-Istat (kemm jekk intenzjonata kif ukoll jekk b'negliġenza) li jevita dawn id-delitti u jipproteġi ħajjet il-vittmi;", "tikkonsidra jekk id-drittijiet umani tal-vittmi ta' dawn id-delitti u qrabathom ġewx miċħuda; u", "tagħmel rakkomandazzjonijiet għal miżuri sabiex issaħħaħ l-ambjent politiku Malti u l-libertà tal-espressjoni, inkluż il-protezzjoni ġurnalistika, fosthom, policies, liġijiet u regolamenti u b'hekk jiġi impedit li jinqatlu aktar ċittadini.", "Illi l-Kumissjoni għall-Verità u Ġustizzja għandha tkun preseduta minn president permanenti, liema president għandha tkun l-istess persuna li tokkupa l-kariga ta' Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Illi l-president tal-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja għandu jkollu s-setgħa jwaqqaf bord jew bordijiet ta' inkjesta li jaħdmu sabiex jilħqu l-għanijiet tal-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja, liema bordijiet għandhom ikunu komposti minn individwi li huma ta' esperjenza pprovata fil-qasam tad-drittijiet umani u li ma jkollhom ebda konnessjoni mal-Gvern kurrenti jew dawk preċedenti, il-politika Maltija u l-pulizija Maltija.", "Illi l-president tal-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja għandu jfassal terms of reference għall-operat tal-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja, liema terms of reference għandhom jitfasslu wara konsultazzjoni mal-kumitat li jirrappreżenta l-interessi tal-vittmi, kompost minn rappreżentanti tal-qraba ta' kull vittma (tliet rappreżentanti b'kollox) u kumitat legali kompost minn tliet membri li jkunu l-Prim Imħallef u ż-żewġ l-aktar imħallfin anzjani.", "Illi l-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja għandu jkollha dawk il-mezzi, ir-riżorsi u s-sostenn loġistiku li fil-fehma tal-istess Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja jkunu meħtieġa sabiex twettaq l-inkarigu mogħti lilha.", "Illi l-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja għandu jkollha s-setgħa li tordna li xhieda jixhdu quddiem il-bordijiet imwaqqfa minnha.", "Illi l-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja għandha tipprepara rapport differenti fuq kull vittma dwar is-sejbien tagħha dwar il-vittma rilevanti.", "Għalhekk din il-Kamra taqbel u tirriżolvi li:", "Ittenni l-kundanna tagħha għall-qtil ta' Karen Grech, Raymond Caruana u Daphne Caruana Galizia;", "Tibda l-preparamenti neċessarji sabiex titwaqqaf il-Kummissjoni għall-Verità u Ġustizzja;", "Tagħti l-permess li jitressaq abbozz ta' liġi sabiex isiru l-emendi hawn annessi fl-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta) skont kif anness ma' din il-mozzjoni;", "Tqis li tali abbozz ta' liġi għandu jiġi kkonsidrat bħala ta' natura urġenti u speċjali, għalhekk għandu jitqies f'seduta waħda.\".", "Sinjura President, issa nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Draft ta' Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Inkjesti, Kap. 273.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, l-ewwel nett, irrid nirringrazzja lill-kelliema kollha ta' qabli għall-kontribut f'dan id-dibattitu.", "Dan huwa suġġett importanti mhux biss minn ottika legali u lokali però anke għaliex pajjiżi oħrajn qed iħarsu lejna u jaraw li pajjiżna jirrispetta s-saltna tad-dritt.", "Sinjura President, irrid nibda billi ngħid li lili jweġġgħuni kummenti mill-Membri ta' din il-Kamra li jgħidu li m'hawnx interess li l-affarijiet jimxu u li l-istituzzjonijiet imexxu l-investigazzjonijiet tagħhom.", "Kif jista' jingħad dan meta kien hemm il-konservazzjoni tal-evidenza, hemm għaddejja inkjesta maġisterjali u hemm kumpilazzjoni ta' tlieta min-nies?", "Ovvjament il-proċess irid jieħu l-kors tiegħu.", "Issa hawn irrid ngħid li s-saltna tad-dritt trid tapplika dejjem.", "Id-drittijiet proċedurali u ta' difiża ta' dawn it-tliet persuni jridu jiġi mħarsa wkoll.", "Wieħed ma jistax jagħmel inkjesta pubblika għax hemm is-saltna tad-dritt.", "Dawk huma opinjonijiet.", "Is-saltna tad-dritt tfisser li l-istituzzjonijiet jirrispondu għal dak li ġara.", "M'hemmx dubju li l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia weġġa' u kien xokkanti għal kulħadd u għaż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Indipendentement mill-fatt jekk din il-ġurnalista tkellmitx, ikkritikatx jew saħansitra weġġgħetx lil xi persuni, dak li seħħ huwa inaċċettabbli fis-soċjetà tagħna.", "Però aħna rridu nitilqu mill-punt li ngħidu li f'Malta l-istituzzjonijiet ma jaħdmux meta hemm inkjesta maġisterjali għaddejja?", "L-Onor.", "Marlene Farrugia qaltilna li qed titlob inkjesta lil hinn mill-politiċi u l-politika.", "Mela l-inkjesta maġisterjali x'inhi?", "Jiġifieri qed ngħidu li l-maġistrat inkwerenti għandu xi pressjoni politika?", "Qed ngħidu li l-maġistratura u l-ġudikatura tagħna mhux qed jagħmlu xogħolhom tajjeb?", "Issa lil hinn mill-politika u mill-fatt li kulħadd għandu dritt għall-opinjoni rridu napprezzaw li fi żmien rekord tressqu tlieta min-nies il-Qorti.", "Dan huwa punt li ħadd ma semmieh!", "Forsi qed ninsew malajr!", "Ħafna qed jinsew ukoll li l-inkjesta għadha teknikament miftuħa u l-Maġistrat Neville Camilleri għadu għaddej bl-investigazzjonijiet.", "Għalkemm hemm proċediment penali u kawża kriminali għaddejjin, il-maġistrat żamm l-inkjesta miftuħa.", "F'soċjetà demokratika hekk jimxu l-affarijiet!", "Ma naħsibx li rridu nibagħtu sinjal hemm barra jew anke barra l-pajjiż li l-istituzzjonijiet f'pajjiżna ma jaħdmux u li qisu mhux qed issir inkjesta!", "Ejja nibagħtu messaġġ li aħna jimpurtana li dan id-delitt, bħal kull delitt, jiġi solvut.", "Ejja nibagħtu messaġġ li bħala pajjiż, nipproteġu d-dritt tal-ħajja u lil kull persuna f'Malta u f'Għawdex.", "Ħadd ma semma l-ittra bil-parir li bagħat l-Avukat Ġenerali fil-5 ta' Ottubru 2018.", "Din l-ittra qiegħda fid-dominju pubbliku u fil-fatt jien niżżiltha minn fuq l-internet ma' artiklu f'gazzetta bl-Ingliż.", "L-Onor.", "Karol Aquilina qal li l-Avukat Ġenerali qed idur mal-lewża.", "Dan huwa parir ta' madwar seba' faċċati fejn l-Avukat Ġenerali jgħid li f'dan l-istadju m'għandhiex issir inkjesta pubblika għal raġunijiet legali.", "Jien naqbel ma' din il-pożizzjoni.", "Kif ħadd mill-Oppożizzjoni ma semma dan il-parir tal-Avukat Ġenerali, li jikkwota t-textbook Beer fuq inkjesti pubbliċi li jġib l-eżempju tas-sentenza Mousa v Secretary of State for Defence fl-English Divisional Court (2010)?", "Issa jekk il-Membri tal-Oppożizzjoni jifhmu aktar minn dan il-ġurista eminenti li tkellem, ma nafx!", "Qed ngħid dan għax meta jitkellmu l-Membri tal-Oppożizzjoni taħseb li huma biss jifhmu fil-liġi!", "Dan il-parir qed jgħid li qabel ma ssir inkjesta pubblika hemm bżonn li nħallu l-inkjesta maġisterjali għaddejja u wara naraw jekk l-inkjesta li qed issir u li qed tiġbor l-evidenza tiddeterminax li għandha ssir inkjesta pubblika bil-mansjonijiet u l-parametri tagħha.", "Dan il-parir qed jgħid li għandek tikkonserva l-provi għal kull inkjesta sussegwenti.", "Dan huwa dak li qed jagħmel l-Istat illum!", "Hemm inkjesta għaddejja u tressqu n-nies il-Qorti.", "Dan huwa l-mod kif taħdem id-demokrazija.", "La l-Prim Ministru u ħadd min-naħa tal-Gvern qatt ma qal li m'għandhiex issir inkjesta pubblika.", "Aħna qed ngħidu li għandna nħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu u jekk f'xi mument jiġi ddeterminat li għandha ssir inkjesta pubblika, din issir ukoll.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo staqsa x'inhu t-test tal-poplu tagħna.", "Sar delitt, mar il-Maġistrat inkwerenti li investiga, tressqu n-nies il-Qorti u l-inkjesta baqgħet miftuħa.", "Dak hu t-test li jara l-poplu.", "Issa ovvjament, minbarra din l-inkjesta, il-poplu jibqa' għaddej b'ħajtu wkoll.", "L-Oppożizzjoni, bir-rispett kollu, urew konfużjoni totali fil-ħsieb.", "L-Onor.", "Karol Aquilina semmielna l-artiklu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea qisu hu biss jaf b'din il-Konvenzjoni!", "Kemm hu bravu!", "Dan l-artiklu 2 isemmi l-positive obligations tal-Istat fosthom li l-Istat irid jissalvagwarda d-dritt tal-ħajja.", "U jien nistaqsi: Qed ngħidu li f'pajjiżna m'hawnx salvagwardji?", "Qed ngħidu li f'pajjiżna m'għandniex Kodiċi Kriminali?", "Qed ngħidu li m'għandniex pulizija u maġistrati inkwerenti?", "Qed ngħidu li m'għandniex Kostituzzjoni li tissalvagwarda d-drittijiet fundamentali?", "Qed ngħidu li f'pajjiżna ma jkollniex sentenzi li jinqatgħu kontra l-Gvern u l-Gvern jimplimentahom?", "Dan hu dak li qed jipprova jgħid l-Onor.", "Biex nagħtih eżempju wieħed se nsemmi l-famuż każ fejn fil-leġiżlatura li għaddiet il-Qorti Kostituzzjonali tat żewġ siġġijiet lill-Oppożizzjoni.", "F'dan il-każ is-sentenza nqatgħet kontra l-Gvern imma l-Gvern implimentaha.", "Dak hu pajjiż fejn l-istituzzjonijiet jaħdmu.", "Issemma wkoll li l-Istat seta' kien jaf b'dan id-delitt u b'xi mod seta' jipprevenih.", "Ara veru flimkien kollox possibbli!", "S'issa jien ma rajtx prova fid-dominju pubbliku li turi li xi ħadd seta' kien jaf li b'xi mod kien se jitwettaq dan id-delitt u ma pprevenihx.", "Minn fejn toħroġ din?", "Kif għedt, artiklu 2 isemmi l-positive obligation ta' kull pajjiż li huwa firmatarju tal-Konvenzjoni Ewropea inkluż li fil-pajjiż ikollok proċeduri li jiggarantixxu li jsiru l-inkjesti.", "Ejja niftakru li l-aktar li sofrew huma l-familjari tal-vittma.", "Irridu ngħidu wkoll li l-familjari kellhom aċċess għall-Qrati u saru rikorsi li ġew milqugħa għax f'pajjiżna għandna istituzzjonijiet li jaħdmu.", "Sinjura President, jien irrid nagħlaq billi nagħmel appell biex inkunu prudenti f'dak li ngħidu.", "Ejja niftakru li l-inkjesti jaffettwaw is-saltna tad-dritt, l-investor confidence f'pajjiżna u l-finanzi pubbliċi.", "L-Onor.", "Vassallo qalilna li t-theddida tal-ħasil tal-flus bdiet meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern fl-2013.", "Ejja nkunu realistiċi.", "Ċerti industriji f'pajjiżna għandhom exposure ta' riskju ta' ħasil tal-flus.", "X'nagħmlu?", "Żgur li ma nistgħux immorru għall-għażla li nneħħuhom.", "Pereżempju hawnhekk nista' nsemmi s-servizzi finanzjarji u r-remote gaming li nbdew b'mod tant tajjeb minn Gvern Nazzjonalista.", "Aħna qed ngħidu li rridu nissalvagwardaw aktar l-interessi ta' pajjiżna, irridu li jkollna aktar strutturi u an EU approach għaliex ħafna mill-kriminalità u mill-ħasil tal-flus huwa transborder.", "Ejja ma nibagħtux xi tip ta' sinjal li f'pajjiżna ma tirrenjax is-saltna tad-dritt!", "Minn hawnhekk irrid nappella speċjalment lill-Membri Parlamentari Ewropej li forsi bħalissa moħħhom fil-kampanja elettorali u wieħed irid jidher aktar mill-ieħor, biex niġbdu ħabel wieħed.", "Il-ħabel wieħed huwa li Malta għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, kull delitt ta' omiċidju huwa gravi u miegħu jġib nixxiegħa ta' emozzjonijiet fuq kull min ikun involut.", "Kull delitt ta' omiċidju premeditat iġib aktar emozzjonijiet ta' kull forma fuq dawk li jkunu involuti.", "Delitt ta' omiċidju premeditat ta' ġurnalista investigattiva jġib mhux biss ħafna emozzjonjiet u ma jaffettwax biss lill-familja immedjata ta' dik il-ġurnalista, iżda jferi u jixxokkja soċjetà sħiħa li tkun ġiet imċaħħda minn persuna li tkun qed taħdem biex tiskopri l-verità fuq affarijiet ta' interess pubbliku.", "Xbajt, għajjejt u ninsab verament iddiżgustat bl-ispin, bil-qerq u bit-tagħwiġ tal-fatti min-naħa tal-Gvern.", "Bir-rispett kollu, dawn kemm ħasbu li l-Oppożizzjoni jew in-nies hemm barra huma mzazen!", "Kif jistgħu jġibu l-argument li hemm inkjesta maġisterjali għaddejja u allura l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni għal inkjesta pubblika m'għandhiex tintlaqa'!", "Għal darba, darbtejn, tlieta, nirrepeti li inkjesta maġisterjali hija inkjesta li ssir fis-sigriet u fis-skiet.", "Ħadd ma jkun jaf x'qiegħed isir, lanqas meta tingħalaq, ħlief l-Avukat Ġenerali.", "Min-naħa l-oħra, inkjesta pubblika kif qed titlob l-Oppożizzjoni, min-natura tagħha hija pubblika.", "Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia u tant organizzazzjonijiet ġurnalistiċi madwar l-Ewropa qed jitolbu għal inkjesta pubblika li ma tkunx sigrieta bħal inkjesta maġisterjali.", "Inkjesta pubblika tmur lil hinn mir-remit ta' inkjesta maġisterjali.", "In-naħa tal-Gvern ma jistgħux jibqgħu jigdbu fuq dan il-fatt!", "Pereżempju, inkjesta maġisterjali ma tidħolx fil-mottiv u ma tidħolx fil-fatt jekk il-pulizija kellhomx biżżejjed riżorsi.", "Inkjesta maġisterjali, hu min hu l-maġistrat li jkun qed jagħmilha, ma tidħolx fil-mertu jekk l-awtoritajiet tal-pajjiż kenux jafu li kien hemm omiċidju qiegħed jinħema, partikolarment f'ċerti bnadi.", "Inkjesta maġisterjali tmur lil hinn minn dan ir-remit.", "Hija inkjesta pubblika mwaqqfa skont il-liġi kif qed titlob l-Oppożizzjoni u kif ilha titlob mill-ewwel ġurnata l-familja ta' Daphne Caruana Galizia li tidħol f'ċertu dettall.", "Però huwa evidentement ċar li l-Gvern ma jridx li toħroġ il-verità.", "Sal-lejla stess, Membri tal-Gvern qed jixħtu d-dubju jekk l-Oppożizzjoni u l-qraba tal-familja jridux li ssir ġustizzja.", "Għandhom il-wiċċ jgħidu li għandna nkunu ponn magħqud meta uffiċjali għolja f'Kastilja jkollhom l-ardir u t-tqalligħ - allaħares kienet ommi - li jiktbu fuq Facebook, bil-beneplaċitu tal-Prim Ministru, u jinsinwaw li t-tifel ta' Daphne Caruana Galizia kien involut fl-omiċidju ta' ommu!", "Dawn huma fatti strambi imma veri!", "Fit-13 ta' April 2018, communication aide tal-Prim Ministru jikteb u jgħid li l-karozza tħalliet barra f'nofs id-drive-in minkejja l-krib li l-protezzjoni ma ngħatatx.", "Smajtu xi ċensura għal dan il-kliem mill-Prim Ministru?", "Fil-blog ta' wieħed mid-Deputati tal-faċċata kemm-il darba qrajna insinwazzjonijiet li aħjar nistaqsu lill-editur tal-ġurnal The Guardian dwar min kienet il-persuna li ħalliet il-karozza pparkjata barra lejlet li nqatlet Daphne Caruana Galizia.", "Ilbieraħ imbagħad, jixhed iben Daphne Caruana Galizia b'mod mill-aktar ammirevoli u b'dinjità li wħud minnha hawn ġew lanqas biss noħolmu li nersqu nitfa lejha.", "Sinjura President, il-Membri tan-naħa tal-Gvern jgħidu li ħadu dan il-każ bis-serjetà.", "Irrid ngħid li l-memorial ta' din il-ġurnalista fil-Belt ġie żbarazzat 190 darba.", "Dan huwa l-Gvern li għandu din il-ħerqa li jiġġieled il-verità!", "Miegħi għandi artiklu miktub mill-ġurnalista Naomi Klein xahar ilu li jgħid hekk:", "Sinjura President, bil-wiċċ tost kollu jgħidu li huma vuċi waħda magħna!", "Xahar ilu Kastilja kienet il-moħħ wara spin biex toħroġ storja malizzjuża intitolata \"Daphne murder mastermind suspects identified\".", "Huwa evidentement ċar li din l-istorja ħarġet minn Kastilja.", "Fil-fatt din l-istorja qatt ma ġiet miċħuda minn Kastilja bid-differenza għal stejjer oħrajn li ġew miċħuda mill-ewwel.", "Biex tkompli tagħqad, il-Ministru għall-Intern Malti mar fuq il-midja, għal ġieħna barranija, u qal li l-arresti ta' dawk illi kienu l-moħħ wara l-omiċidju kienu fil-viċin ħafna.", "Trid tkun kretin, imbeċilli, injorant u inkompetenti biex bħala Ministru għall-Intern tmur tagħti intervista lill-ġurnalisti, partikolarment dawk barranin, u tikxef idejk x'qegħdin jagħmlu l-forzi tal-ordni taħt ir-responsabbiltà tiegħek!", "Jekk dan mhuwiex każ ta' inkompetenza, huwa każ ta' ħażen malizzjuż biex ikunu qegħdin jiġu avżati u informati terzi.", "Kif jgħid il-Malti, bniedem avżat huwa nofsu armat!", "Fl-interess ta' min kien il-fatt illi l-imħuħ wara dan l-omiċidju – qed ngħid imħuħ għax ma kienx hemm moħħ wieħed imma kien hemm diversi saffi ta' mħuħ - ikunu informati u avzati fejn waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija?", "Dan huwa għajb!", "Dan ma jurix buona volontà imma juri malafede mill-aktar lampanti.", "Mhux ta' b'xejn li n-naħa tal-Gvern ma jridux jaqblu ma' din il-mozzjoni għax kieku din il-mozzjoni tiġi approvata, issir inkjesta kif suppost skont l-Inquiries Act.", "Il-Gvern waqqaf inkjesta biex jara għalfejn kien hemm il-ħosba fi sptar lokali imma ma jridx jagħmel inkjesta pubblika dwar dan il-qtil, inkjesta li tasal għall-verità !", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sinjura President, għal darb'oħra qed naraw mozzjoni negattiva minn sensiela ta' mozzjonijiet negattivi min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jiddispjaċini ngħid dan imma f'sena u nofs f'din il-leġiżlatura l-Oppożizzjoni ma ressqet l-ebda mozzjoni bi skop pożittiv u li toħloq dibattitu kostruttiv f'din il-Kamra.", "Mhux qed ngħid li l-Oppożizzjoni għandha tressaq mozzjoni li bilfors kulħadd irid jaqbel magħha però mozzjoni li toħloq dibattitu san.", "Bil-maqlub, f'din l-aħħar sena u nofs, ħlief djalettika dwar korruzzjoni, negattiviżmu, inkjesti u riżenji ma smajniex.", "Qed ngħid dan mhux għax bħala Gvern qed niddejqu niddibattu din il-mozzjoni però naħseb li n-nies hemm barra jridu jisimgħu affarijiet differenti.", "In-nies iridu jisimgħu dwar il-pjanijiet tal-Oppożizzjoni għall-futur ta' dan il-pajjiż, tal-poplu tagħna u ta' wliedna.", "Iridu jisimgħu dak li l-Oppożizzjoni qed taspira għall-futur biex bħala pajjiż inwettqu l-ħolm ta' kull wieħed u waħda minna.", "Nerġa' ngħid li bħala Gvern ma niddejqux niddibattu dawn it-temi però ma jistax ikun li jkollok Oppożizzjoni li darba wara l-oħra, tressaq dawn it-tip ta' mozzjonijiet.", "Sinjura President, għadna kif smajna lill-Onor.", "Jason Azzopardi juża diversi titoli, fosthom ta' imbeċilli.", "Jien ma nħobbx nuża dak l-istil partikolarment meta qed nitkellem fuq kollegi tiegħi fil-Parlament.", "Lanqas ma se noqgħod nikkompara d-dinjità ta' wħud mill-Membri f'din il-Kamra ma' tat-tifel ta' Daphne Caruana Galizia, kif għadu kif għamel l-Onor.", "Ma naħsibx li dawn il-paraguni għandhom isiru f'din Kamra.", "Però se nidħol fil-kontenut tal-mozzjoni.", "L-Oppożizzjoni tgħid li temmen - fil-verità ma temminx - fil-konċett tas-saltna tad-dritt.", "Għalhekk ikun tajjeb li nispjegaw x'inhi s-saltna tad-dritt.", "Dan l-aħħar smajna lil ħafna nies jitkellmu dwar dan il-konċett forsi mingħajr ma jafu verament xi jfisser.", "Is-saltna tad-dritt tfisser li jkollok qafas ta' regoli u liġijiet li jgħoddu bl-istess mod għal kulħadd.", "Element fundamentali tas-saltna tad-dritt huwa r-rispett lejn il-liġi.", "Kif jista' jkollok rispett lejn il-liġi meta l-Oppożizzjoni, fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, qed tressaq mozzjoni illegali?", "Din il-mozzjoni hija kontra l-liġi u se nispjega għaliex.", "Kif jista' jkollok Oppożizzjoni li tikteb mozzjoni bħal din, meta l-bażi tagħha hija l-illegalità u l-ksur tal-liġi?", "L-Onor.", "Azzopardi għadu kemm ikkonfermali kemm din il-mozzjoni hija kontra l-liġi u konfuża meta fid-diskors tiegħu qal x'inhi inkjesta pubblika.", "Din il-mozzjoni per se mhijiex qed titlob inkjesta pubblika.", "Possibbli anke b'dan il-mod iridu jiżvijaw lin-nies hemm barra?", "L-Onor.", "Azzopardi għadu kif tenna l-fehma tiegħu li din il-Kamra għandha tivvota favur il-mozzjoni biex issir inkjesta pubblika.", "Però fil-mozzjoni li tressqet, l-Oppożizzjoni mhux qed titlob dan!", "Taf l-Oppożizzjoni li fil-mozzjoni qed titlob li ssir inkjesta parlamentari?", "Dak huwa l-kontenut tal-mozzjoni.", "Din hija inkjesta ppastardjata għax qed titlob taħlita bejn inkjesta taħt l-Inquiries Act u inkjesta pubblika li f'25 sena fil-poter, Gvern Nazzjonalista qatt ma ħoloq qafas legali biex jirregolaha.", "L-Oppożizzjoni qed titlob inkjesta pubblika li fis-saltna tad-dritt u fil-qafas tal-liġijiet tagħna, f'25 sena fil-gvern, qatt ma ħasbet għaliha.", "Però jidher li issa l-Oppożizzjoni hija anzjuża u ħerqana ħafna għal din l-inkjesta pubblika!", "Kif qed ngħid, l-Oppożizzjoni qed titlob taħlita bejn inkjesta taħt l-Inquiries Act li hija regolata fil-liġi tagħna, imbagħad qed iżżid biċċa biex ikun hemm inkjesta pubblika u qed iżżid ukoll it-tielet element importanti li ma spjegajtux, anzi qed toqgħod 'il bogħod ħafna minnu.", "Fil-mozzjoni l-Oppożizzjoni qed tgħid b'mod fin ħafna li qed titlob inkjesta parlamentari u qed tgħid li għandu jinħatar bord ta' inkjesta taħt l-Inquiries Act b'żewġ terzi tal-Parlament.", "Jidher li ma jaqblilhomx jaqraw sew x'qed tgħid il-mozzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit, Onor. Abela.", "L-Onor.", "Abela ma jafx jaqra imma l-mozzjoni tgħid ċar u tond li qed titlob inkjesta pubblika skont l-Att dwar l-Inkjesti.", "Onor. Abela, tista' tkompli.", "ROBERT ABELA: Huwa proprju għalhekk li din hija inkjesta ppastardjata għaliex tgħid li trid inkjesta skont l-Att dwar l-Inkjesti u mbagħad taqleb ta' taħt fuq dak li jgħid l-Att dwar l-Inkjesti fil-liġi tagħna.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li trid li naħtru inkjesta taħt l-Att dwar l-Inkjesti imma naqilbu ta' taħt fuq min jaħar il-bord għal din l-inkjesta.", "Fil-fatt qed tgħid li l-bord għandu jinħatar mill-Parlament u jirrapporta lill-Parlament.", "Mela sewwa, l-Oppożizzjoni trid inkjesta parlamentari u trid taqleb ta' taħt fuq il-prinċipju bażiku li jirregola lil dan il-Parlament biex iġġib lil dan il-Parlament investigatur.", "Din hija l-oxxenità f'din il-mozzjoni li hija irregolari għall-aħħar!", "Sinjura President, jgħid x'jgħid kulħadd, jien nibqa' nsostni, kif għedt diġà, li l-Oppożizzjoni għandna skop wieħed biss; dak li timmina l-proċess kontra t-tliet akkużati.", "Dik hija l-vera raġuni għalfejn l-Oppożizzjoni qed terġa' tressaq mozzjoni simili.", "L-Oppożizzjoni trid investigazzjoni li fiha jinstemgħu x-xhieda fil-miftuħ, anke jekk taf sew li l-konsegwenza ta' dak li qed titlob se jwassal għal tfixkil fil-proċess li għaddej kontra t-tliet akkużati.", "Fil-mument li se jkollok żewġ proċeduri għaddejjin flimkien, bi proċedura għaddejja quddiem il-Qorti u mbagħad inkjesta parlamentari, huwa ovvju li l-ewwel proċess se jkun imminat.", "Kieku jsir hekk, l-ewwel kawża kostituzzjonali jagħmluha t-tliet akkużati għaliex jgħidu li l-każ tagħhom qed jiġi ppreġudikat u imminat.", "Għalhekk nibqa' nsostni li l-Oppożizzjoni trid twassal għal-liberatorja tat-tliet akkużati.", "Ir-raġuni wara dan ma nafx x'inhi u ma nifhimhiex però għedt dan f'dibattitu preċedenti u nibqa' nsostnih.", "(Interruzzjonijiet)", "Onor. Azzopardi, hija tal-mistħija kif inti qed iġġib informazzjoni mingħand l-uffiċjal prosekutur fil-kappell tiegħek ta' avukat difensur tal-vittma u tużaha fil-Parlament!", "Sinjura President, mhuwiex aċċettabbli li Membru jilbes il-kappell ta' avukat difensur f'kawża, iġib informazzjoni li tkun magħrufa biss lill-prosekuzzjoni u lill-avukati tad-difiża u tal-vittma u jużaha ġewwa dan il-Parlament.", "Dawn huma affarijiet li fis-saltna tad-dritt ma jagħmlux sens, ma jeżistux u huma inaċċettabbli!", "Però, sfortunatament, dawn huma affarijiet li qed isiru kemm-il darba minn Membri tal-Oppożizzjoni f'din il-Kamra!", "L-appell tiegħi huwa li għandna nħallu l-istituzzjonijiet li qegħdin jiffunzjonaw u jagħtu r-riżultati jaħdmu.", "F'dan il-każ kellna l-Korp tal-Pulizija li għamel xogħol tajjeb ħafna li wassal għall-arrest ta' tliet persuni li tressqu quddiem il-Qorti.", "Hemm ukoll l-istituzzjoni tal-Qorti li qed tagħmel xogħolha b'inkjesta maġisterjali li għadha għaddejja u waslet fl-istadju tal-Qorti li nsejħulha l-istruttorja jiġifieri fejn qed jinstemgħu l-provi rigward dawn it-tliet akkużati.", "Mela għaliex hawn din l-insistenza li nkissru u nfarrku l-ħidma ta' dawn l-istituzzjonijiet?", "Għaliex l-Oppożizzjoni qed titlob li naqilgħu l-każ minn quddiem l-istituzzjonijiet li skont is-saltna tad-dritt, għandhom jisimgħu l-każ, u nġibu investigazzjoni fil-Parlament?", "Dawn huma affarijiet bla loġika u li meta tiddiskutihom ma jagħmlu l-ebda sens.", "Il-konklużjoni wara dan kollu ma tħallili l-ebda dubju dwar l-għan veru li trid tasal għalih l-Oppożizzjoni.", "Kieku l-Oppożizzjoni verament temmen fis-saltna tad-dritt, ma timminax il-ħidma tal-istituzzjonijiet tagħna, imma tħallihom jaqdu l-funzjoni tagħhom, kif qed jagħmlu tant tajjeb.", "Sinjura President, jien nappella biex bħala Parlament inħallu 'l-istituzzjonijiet tagħna jwettqu l-ħidma tagħhom u biex ma nagħmlu xejn li bih nistgħu nippreġudikaw każ delikat bħal dan li jinsab pendenti quddiem il-Qorti.", "Jekk verament nemmnu li għandha toħroġ il-verità u min kien responsabbli għal dan id-delitt iħallas ta' għemilu, ejja nħallu 'l-istituzzjonijiet tagħna jagħmlu xogħolhom bis-serenità u ma nidħlux fil-ħidma tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, l-ewwel nett irrid ningħaqad ma' dawk kollha li diġà tkellmu f'din il-Kamra u qalu kemm hija xi ħaġa ta' dispjaċir u diffiċli li titkellem dwar persuna li nqatlet.", "Kull omiċidju, speċjalment omiċidju barbaru bħal dan, huwa affront lejn is-sistema tagħna tal-ġustizzja u lejn is-soċjetà kollha.", "Għalhekk ningħaqad ma' dawk kollha li esprimew sentimenti ta' rabja għall-fatt li ċittadina Maltija, bħali u bħalek, omm ta' familja nqatlet b'mod brutali.", "Persważ li qed nitkellem għan-nom ta' kulħadd f'din il-Kamra meta ngħid li dan it-tip ta' aġir huwa kompletament inaċċettabbli!", "Aħna għandna soċjetà li tirrispetta s-saltna tad-dritt u atti barbari bħal dawn assolutament mhumiex ittollerati.", "It-tieni messaġġ li rrid ngħaddi huwa messaġġ ta' ringrazzjament lejn il-forzi kollha tal-ordni, inkluż il-pulizija u l-ġudikatura ta' pajjiżna li qed jaqdu d-doveri tagħhom bl-aħjar mod.", "Insemmi b'mod partikolari dawk il-persuni li huma fuq quddiem biex dan il-każ jiġi solvut.", "Jien kburi bl-investigaturi li ressqu lil dawn it-tliet persuni akkużati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, mingħajr ma ddejqu jagħmlu x-xogħol tagħhom, anke jekk probabbilment jafu li qed jipperikolaw il-ħajja tagħhom stess.", "Is-soċjetà hija grata lejn il-pulizija, il-prosekuturi u l-ġudikatura ta' pajjiżna.", "Għalhekk ningħaqad miegħek, Sinjura President, meta tkellimt aktar kmieni dwar il-bżonn li nkunu level-headed fid-diskors tagħna f'din il-Kamra.", "Nixtieq nagħmel appell minn qalbi li f'dak kollu li ngħidu u nagħmlu, niftakru li l-persuni li jinvestigaw, jagħmlu l-prosekuzzjonijiet u jiġġudikaw dan il-każ huma nies li kollha għandhom familja u kollha qegħdin jirriskjaw il-ħajja tagħhom.", "Wara kollox, qegħdin imexxu 'l quddiem każ jaħraq ħafna fejn fin-nofs hemm persuni li huma akkużati b'affarijiet serji ħafna.", "Fil-pożizzjoni tiegħi ta' Ministru għall-Ġustizzja tifhmuni li rrid noqgħod attent ħafna f'dak kollu li ngħid dwar każijiet li huma għaddejjin.", "Għalhekk se nieqaf hawnhekk fuq dan il-punt.", "Persważ li din il-Kamra tapprezza l-bżonn li nirrispettaw lill-investigaturi, 'il-prosekuturi u 'l-ġudikanti ta' pajjiżna.", "Illum f'din il-Kamra ltqajna biex niddiskutu mozzjoni tal-Oppożizzjoni.", "Hawn irrid nagħmel l-ewwel punt tiegħi.", "Kien hemm min qal li f'pajjiż fejn hemm is-saltna tad-dritt ma jkunx hemm bżonn li jsiru dawn it-tip ta' diskussjonijiet.", "Però waqt li napprezza dawn it-tip ta' diskussjonijiet, anke dwar suġġetti delikati, irrid infakkar li din id-diskussjoni qed issir għaliex il-Gvern, fil-bidu nett tal-leġiżlatura, ressaq mozzjoni ta' proċedura biex ikun hawn ġranet mogħtija lill-Oppożizzjoni biex niddiskutu materji mressqa mill-Oppożizzjoni.", "Meta jien kont fl-Oppożizzjoni ma kellix din il-possibbiltà.", "Dak iż-żmien, meta konna fl-Oppożizzjoni … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, ħallu lill-Ministru jkompli bid-diskors tiegħu.", "OWEN BONNICI: Meta aħna konna fl-Oppożizzjoni kien hemm mozzjonijiet imressqa minna li matul leġiżlatura sħiħa ma kenux jiġu diskussi.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli, jien qgħadt nisma' lil kulħadd u b'eċċezzjoni ta' wieħed, ma interrompejt lil ħadd.", "Qed ngħid dan biex nuri d-differenza bejn il-mozzjoni ta' proċedura li kienet issir qabel u dik li għamilna aħna.", "Dan juri li dan il-Parlament qed jevolvi.", "Huwa tajjeb li ngħatat aktar possibbiltà lill-Oppożizzjoni b'seduta fejn jistgħu jiddiskutu dak li jixtiequ huma.", "Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Niġu issa għall-mozzjoni li qed niddiskutu llum.", "Jien m'iniex se nagħmel diskors politiku imma se nibbaża d-diskors tiegħi fuq il-fatti.", "Kien hemm min qal f'dan il-Parlament li saru inkjesti amministrattivi – mhux pubbliċi - fuq affarijiet ħafna inqas importanti u fuq dan il-każ tant importanti mhux qed tintlaqa' t-talba għal inkjesta pubblika b'mod immedjat.", "Irrid inwieġeb għal dan il-punt għaliex naħseb li kien l-aktar punt mid-diskussjoni li smajt li għandu jkollu tweġiba.", "L-ewwel nett, jien stess ġieli tlabt għal inkjesta amministrattiva.", "Pereżempju, darba kelli każ fejn persuna bdiet tagħti x'tifhem li qed titkellem f'isem il-Gvern fuq xi ħaġa purament kulturali.", "Insejt il-fatti kollha kif kienu però f'mistoqsija parlamentari kont spjegajt ir-raġuni għalfejn intalbet inkjesta amministrattiva.", "Għal inkjesta bil-maġistrat irid ikollok fatti li jwasslu għal reat ta' tliet snin priġunerija jew aktar.", "Mela jekk għandek quddiemek kwestjoni fejn dak li sar ma jattirax piena ta' priġunerija ta' aktar minn tliet snin, il-każ ma jinkwadrax taħt inkjesta tal-maġistrat.", "Normalment, Ministru jew persuna li jkollha kariga pubblika ta' tmexxija u tkun trid tinvestiga każ, jekk tara li l-każ ma jaqax taħt inkjesta maġisterjali, taħtar inkjesta amministrattiva.", "Jekk naraw il-każijiet kollha li semmiet l-Oppożizzjoni nsibu li ħafna minnhom huma każijiet simili.", "Pereżempju hawnhekk nixtieq insemmi l-każ ta' meta kellna l-inċident ta' dawk iż-żgħażagħ li weġġgħu f'Paceville meta waqa' t-taraġ tal-istabbiliment li kienu fih.", "L-ewwel ħaġa li konna għamilna fil-Parlament kienet stqarrija ministerjali u wara kellna dibattitu san ħafna dwar dan l-inċident sfortunat.", "Dakinhar kien hemm min staqsieni jekk konniex se nagħmlu inkjesta amministrattiva.", "Jien kont weġibt li l-parir legali li kellna bħala Gvern kien li ladarba kien hemm inkjesta kriminali għaddejja bil-maġistrat u r-reat kien wieħed li jattira aktar minn tliet snin priġunerija, inkjesta amministrattiva in parallel ma tkunx ta' ġid imma tkun ta' ħsara għall-proċess ġudizzjarju.", "Din il-linja tal-ħsieb bqajna nużawha f'kull każ li kellna.", "Insemmi wkoll il-każ ta' Paqpaqli fejn weġġgħu ħafna nies.", "Dakinhar m'għamilniex inkjesta pubblika imma għamilna inkjesta maġisterjali b'effett immedjat.", "Din mhijiex xi ħaġa li vvintajt jien imma hija proċedura kostanti li dejjem imxejna biha.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit.", "Nifhem li jekk nagħmlu riċerka jista' jkun li nsibu każi li tmexxew mod ieħor però l-linja ċara li adoperaw iż-żewġ Gvernijiet kienet li fejn ikun hemm inkjesta tal-maġistrat ma ssirx inkjesta amministrattiva.", "Fuq dan il-każ, minbarra l-omiċidju barbaru ta' Daphne Caruana Galizia, l-Oppożizzjoni qed titlob li għandu jiġi investigat jekk il-forzi tal-ordni kenux jafu li kienet se tinqatel il-ġurnalista u m'għamlu xejn biex jipprevjenu milli jseħħ dan l-omiċidju.", "Għalija din hija akkuża serjissima!", "Abbażi ta' dan il-punt, il-Membri tal-Oppożizzjoni qed jitolbu li ssir inkjesta amministrattiva għax l-inkjesta maġisterjali ma tistax tidħol f'dan il-punt.", "Jien ma naqbilx ma' dan għax l-inkjesta maġisterjali tista' tidħol f'dan il-punt ukoll.", "Sinjura President, biex nagħlaq, nerġa' ngħid li bħala Gvern qed ngħidu li din l-inkjesta pubblika m'għandhiex issir in parallel ma' inkjesta maġisterjali imma jekk dan ikun meħtieġ, issir wara li tintemm l-inkjesta maġisterjali.", "Issa se nipproponi emenda għall-Mozzjoni li għandna quddiemna.", "\"Illi Mozzjoni numru 179 ippreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni, mill-Onor.", "Karol Aquilina u mill-Onor.", "Robert Cutajar għandha tiġi emenda kif ġej:", "It-tieni u t-tielet paragrafi tal-mozzjoni kif preżentata għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'dan li ġej:", "\"Peress li l-Gvern u l-istituzzjonijiet investigattivi, tas-sigurtà, tal-prosekuzzjoni u Ġudizzjarji ta' pajjiżna għamlu u għadhom qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex il-każ jiġi solvut u prosegwit b'suċċess skont il-liġi u skont il-prinċipji tas-saltna tad-dritt;", "Peress illi l-Gvern ma baqax lura milli jinvolvi wkoll lill-forzi tal-pulizija internazzjonali u barranin fl-investigazzjoni u ddedika r-riżorsi kollha li hemm bżonn għall-investigazzjoni;", "Peress li bħala riżultat tal-investigazzjonijiet estensivi u metikolużi li saru, sa xahrejn wara l-qtil kienu diġà tressqu tliet persuni quddiem il-qorti akkużati bit-twettiq tar-reat u l-Qorti ddeċidiet li hemm provi biżżejjed biex jitqiegħdu taħt Att ta' Akkuża;", "Peress li l-investigazzjoni tal-każ qiegħda tkompli, huwa importanti li din titħalla tipproteġi skont il-liġi u ma tiġix żvijata.\"", "Fir-raba' paragrafu tal-mozzjoni kif ippreżentata l-kliem \"Peress li\" għandu jiġi sostitwit bil-kliem \"Peress li minkejja dan\";", "Minnufih wara r-raba' paragrafu tal-mozzjoni kif ippreżentata għandu jiżdied dan li ġej:", "\"Peress li din il-Kamra tinnota r-rieda espressa mill-Prim Ministru li anke jsejjaħ inkjesta ulterjuri dwar jekk il-qtil setax jiġi evitat hekk kif mitlub mill-familja tal-vittma, liema aspett però wieħed ma jistax jeskludi li qigħed ukoll mistħarreġ bħala parti mill-investigazzjoni Maġisterjali kurrenti; u", "Peress li din il-Kamra taqbel li m'għandhiex tiġi eskluża l-possibbiltà ta' investigazzjonijiet oħra bħal dawk proposti, iżda l-Gvern xorta jibqa' jġorr l-obbligu li jiżen sew kull suġġeriment li jsir mill-perspettiva tal-valur miżjud tiegħu u jqis sew jekk l-implimentazzjoni ta' dak is-suġġeriment f'xi żmien partikolari tkunx tgħin jew tfixkel l-investigazzjoni ewlenija tar-reat illi hija dik kondotta mill-Maġistrat Inkwerenti;\";", "Illi fil-parti riżoluttiva u konklussiva tal-mozzjoni, il-parti mill-paragrafu 2 sal-aħħar tal-paragrafu tal-mozzjoni (it-tnejn inklużi) għandha tiġi mħassra u sostitwita b'dan li ġej:", "Tafferma l-importanza tal-irwol tal- midja f'soċjetà demokratika fir-rispett ukoll tal-obbligi u tar-responsabbiltajiet illi l-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni jġib miegħu u tinnota b'approvazzjoni diversi passi leġiżlattivi pożittivi meħuda minn din il-Kamra f'dawn l-aħħar snin biex jisaħħaħ l-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni fil-forom kollha tiegħu, inklużi fost l-oħrajn dik politika, ġurnalistika, letterarja u artistika;", "Tagħti l-appoġġ sħiħ u bla riservi tagħha lill-awtoritajiet ġudizzjarji, legali, tal-forzi tal-ordni u tas-sigurtà għax-xogħol li wettqu u li għadhom qed iwettqu in relazzjoni mal-imsemmi delitt;", "Ittenni l-appoġġ sħiħ tagħha għad-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern li tqis bis-sħiħ kull proposta li tista' tiswa s-suċċess tal-investigazzjoni u għat-tisħiħ tal-Istat tad-dritt b'mod iżda li ma joħloqx intralċ fil-prosegwiment tal-investigazzjoni, u tal-prosekuzzjoni ta' rati skont is-sistemi legali diġà stabbiliti f'Malta.\"", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "Infakkrek li għandek 27 minuta.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, se nibda b'kumment żgħir fuq dak li għadu kif qal il-Ministru għall-Ġustizzja.", "Dan għamel kull tentattiv possibbli biex isikket l-espressjoni ħielsa ta' dawk li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili f'pajjiżna.", "Ipprova jagħmel dan billi jrażżan b'kull pretest u skuża possibbli li seta' jsib.", "Dan huwa verament każ li m'aħniex qed ngħixu f'pajjiż normali.", "Nixtieq nagħmel kumment ukoll fuq il-mozzjoni fejn jidher li l-Ministru għall-Ġustizzja, li normalment għandu r-rispett kollu tiegħi għall-mod elokwenti kif jesponi l-argumenti tiegħu, sofra in extremis biex jaqra din il-mozzjoni.", "B'xi mod il-Ministru għall-Ġustizzja pprova jċekken u jdgħajjef dak li huwa ċar kristall fil-mozzjoni ppreżentata mill-Oppożizzjoni.", "X'inhu l-kontest ta' din il-mozzjoni?", "Jien se naqra l-ewwel paragrafu ħalli ma nagħmlux bħal dak li qiegħed jagħmel il-Gvern li qed jintilef fuq kollox ħlief f'dak li l-Kamra pproponiet li tiddiskuti.", "L-ewwel paragrafu jgħid li:", "\"Nhar it-Tnejn, 16 ta' Ottubru, 2017 ġiet assassinata bl-aktar mod burtali l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u dan huwa minnu nnifsu theddida mill-aktar gravi għad-dritt ta' kull ċittadin għal-libertà ta' espressjoni, għal-libertà tal-istampa, għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u għat-tħaddim tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna.\"", "Il-ħajja ta' kull persuna hija prezzjuża.", "L-Oppożizzjoni temmen li l-ħajja tibda mill-konċepiment u tibqa' għaddejja sat-tmiem naturali tagħha u għandha tiġi sostnuta tul il-medda kollha tal-età tal-persuna.", "L-Oppożizzjoni temmen fid-dritt sagrosant tal-ħajja.", "Hawn irrid nerġa' nirriafferma li hawn qed nitkellmu fuq persuna umana, omm, mart u fuq kollox, waħda minn fostna l-Maltin u l-Għawdxin.", "Fuq hekk biss irridu nagħtu rendikont għal dak li huwa l-preġju u l-valur tal-ħajja nnifisha.", "Għalhekk, fl-ebda ċirkostanza u taħt l-ebda tip ta' motivazzjoni mhu aċċettabbli jew skużabbli, bl-akbar tiġbid tal-immaġinazzjoni, li persuna, tgħid x'tgħid jew tagħmel x'tagħmel, b'xi mod, tista' tiġi mrażżna jew maqtula.", "F'dan il-każ, il-personaġġ ta' Daphne Caruana Galizia jirrappreżenta mhux biss lill-persuna nnifisha imma wkoll il-libertà tal-espressjoni ħielsa li f'pajjiż demokratiku u normali, inti tista' titkellem u tesprimi l-opinjoni tiegħek.", "F'pajjiż demokratiku normali tista' titkellem fl-isfera pubblika, politika jew le, bil-libertà kollha u bil-protezzjoni tal-Gvern, tal-Istat u tal-istituzzjonijiet, inkluż il-pulizija li jaqblu jew ma jaqblux ma' dak li tkun qed tgħid, iridu jipproteġuk b'kull mod.", "Dan huwa prinċipju li forsi xi minn daqqiet ninsewh!", "Ħafna drabi min jaqbel magħna - aħna min aħna, hux Gvern, Oppożizzjoni jew persuni fil-ħajja pubblika - għandu dritt li jitkellem u jingħata l-pubbliċità imma min ma jaqbilx magħna rridu nsibu mod kif inrażżnuh u nsikktuh.", "F'soċjetà demokratika dan mhuwiex aċċettabbli.", "Issa se nagħmel referenza qasira ħafna għal dak li n-naħa tal-Gvern bdiet bih fil-bidu ta' dan id-dibattitu.", "Qed nirreferi għal dak li qalet l-Onor.", "Justyne Caruana li għandi kull rispett lejha u kull simpatija lejn il-familja tagħha.", "Meta tkun fil-politika, l-attakki personali fuq il-familja u fuq it-tfal iġibu sofferenza kbira u jien ma nsib l-ebda skuża għal tali aġir.", "L-Onor.", "Justyne Caruana bħal donnha qalet li dan huwa xi attakk fuq il-familja tagħha.", "Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni ma tattakkax il-persuna jew il-familja imma tikkwota kelma b'kelma dak li l-Qorti Kostituzzjonali tagħna ppreseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, qalet fil-5 ta' Ottubru 2018, f'kawża li l-eredi tal-familja Daphne Caruana Galizia għamlu kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u d-Deputat Kummissarju tal-Pulizija.", "Se nikkwota verbatim x'qalet il-Qorti:", "\"Fid-dawl tal-premess …\"", "– jiġifieri ta' dak li l-Qorti semgħet –", "\"… din il-Qorti tosserva li bil-preżenza tad-Deputat Kummissarju fl-investigazzjoni sabiex jiġi identifikat il-mandant jew mandanti tal-assassinju, il-fatturi fuq indikati jistgħu raġunevolment, f'moħħ iċ-ċittadin, jagħtu lok għal dubju serju dwar jekk l-investigazzjoni saritx b'mod imparzjali u b'mod sħiħ.", "Din il-konsiderazzjoni tassumi aktar qawwa jekk l-investigazzjoni fir-rigward ikollha eżitu negattiv fis-sens li l-mandant jibqa' ma jiġix identifikat.", "Dan iġib miegħu konsegwenzi u kritika negattiva kemm fir-rigward tal-eredi tal-vittma li jħossuhom li ġew ittraduti mill-istituzzjonijiet kompetenti, kemm fir-rigward tar-reputazzjoni ta' pajjiżna tenut kont tal-fatt notorju li dan il-qtil ta' ġurnalista jqajjem furur negattiv fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' Malta, kemm fir-rigward taċ-ċittadin ordinarju li eżitu negattiv jista' jiġġenera fih element ta' rabja u ta' sfiduċja fl-istituzzjonijiet kif ukoll fl-istess Deputat Kummissarju u martu li tenut kont l-investigazzjonijiet kellha eżitu negattiv jibqgħu jġorru magħhom f'għajnejn iċ-ċittadin id-dubju li l-investigazzjoni ma saritx bil-għaqal u b'mod imparzjali, integru u sħiħ.", "U dan minkejja li in effetti, l-investigazzjoni tkun saret b'dak il-mod.\"", "L-argumenti kollha li ġabet in-naħa tal-Gvern illejla jispiċċaw fix-xejn b'din is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Whip tal-Gvern ipprova jpinġi l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni b'tali mod li aħna qed ngħidu li jrid ikun il-politiku u l-Gvern li jiddeċiedu minflok il-Qrati.", "Din hija s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li hija l-ogħla Qorti ta' pajjiżna, li ftit tal-ġimgħat ilu tkellment b'mod ċar u inekwivoku.", "Liema liġi qed nikkwotaw f'din il-mozzjoni?", "L-Oppożizzjoni m'għandha l-ebda intenzjoni li turi xi disprezz lejn l-istituzzjonijiet billi ddgħajjifhom jew tkasbarhom imma li tużahom b'mod tajjeb.", "Fit-tieni parti tal-Mozzjoni tagħna qed nikkwotaw Kapitlu 273 tal-liġijiet ta' pajjiżna.", "Dan mhuwiex xi kapitlu li vvintajnieh aħna għal din il-mozzjoni imma jeżisti fl-istruttura tal-ġustizzja tal-Qrati tagħna.", "Aħna mhux qed nipprovaw ninterpretaw jew nivvintaw xi liġi skont il-każ jew il-bżonn.", "L-Att dwar l-Inkjesti jgħid li:", "\"Dan l-Att japplika għal kull Bord maħtur jew awtorizzat b'xi liġi, jew taħtha, magħdud dan l-Att, biex imexxi inkjesta jew inkjesti dwar xi ħaġa minn dan li ġej:\"", "- il-liġi titkellem b'mod strutturat. –", "\"l-imġiba ta' uffiċjali pubblici, jew ta' uffiċjali jew impjegati ta' korp imwaqqaf b'liġi, …\"", "- pereżempju l-Korp tal-Pulizija -", "\"…. jew ta' kull wieħed jew iżjed minn dawk l-uffiċjali pubbliċi jew uffiċjali jew impjegati;", "- u allura xi membri ta' dak il-Korp -", "\"l-imġiba u t-tmexxija ta' kull dipartiment tal-Gvern jew ta' kull korp imwaqqaf b'liġi;", "kull ħaġa li taqa' taħt il-funzjonijiet jew ir-responsabbiltà ta' xi dipartiment jew korp bħal dawk, jew xort'oħra li għandha x'taqsam jew tolqot servizz tal-gvern.\"", "Dan juri li kuntrarjament għal dak li qed jipprova jgħid il-Gvern, din il-parti tal-liġi biss turi li l-Mozzjoni li qed nipproponu bħala Oppożizzjoni tikkwota l-liġi b'mod preċiż biex nagħtu l-ġustizzja, is-sens ta' verità u ta' dak li huwa sewwa lin-nies.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Fl-aħħar mill-aħħar in-nies għandha d-dritt li tkun taf.", "Il-liġi tkompli tgħid li:", "\"… u b'mod partikolari …\"", "- jiġifieri din il-liġi hija maħsuba b'mod partikolari għal dan li ġej:-", "\"iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta' dak li ntqal qabel,\"", "- jiġifieri mhux qed teskludihom -", "\"… dan l-Att għandu japplika għal kull Bord jew awtorità oħra, li teżerċita s-setgħat ta' dixxiplina dwar uffiċjali pubbliċi skont l-artikolu 110 u l-artikolu 121 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u kull regolamenti magħmula bis-saħħa tagħhom.\".", "Meta naqraw il-mozzjoni tagħna naraw li din qiegħda tuża struttura eżistenti u għalhekk l-argumenti kollha li smajna llejla min-naħa tal-Gvern m'għandhom l-ebda sustanza, saħħa jew raġuni, ħlief li joskuraw u jostru l-verità.", "(Onor. Membri: Hear, hear) In-naħa tal-Gvern qed tgħid li ladarba hemm inkjesta, ejja nuru l-fiduċja fil-proċeduri.", "Bħala Oppożizzjoni, f'dan l-istadju, bl-ebda mod m'aħna qed nitolbu li ssir inkjesta oħra dwar is-sejbien tal-mandanti.", "Mela meta l-esponenti tal-Gvern jgħidulna li dak li qed nitolbu bħala Oppożizzjoni f'din il-mozzjoni diġà qiegħed isir, mhumiex qed jgħidu l-verità.", "Meta jgħidu dan ikunu qed jidħku bin-nies!", "Dan qed isir għax, kif għedt diversi drabi, inkluż fil-bidu ta' dan id-diskors, m'aħniex qed ngħixu f'pajjiż normali.", "F'pajjiż normali ma jinqatilx min jesprimi l-opinjoni tiegħu.", "F'pajjiż normali l-ġurnalisti ma jiġux imsikkta billi jinqatlu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aktar minn hekk, jekk jiġri hekk, f'pajjiż normali fl-Unjoni Ewropea, bħas-Slovakkja, jirriżenja l-Prim Ministru, is-Segretarju tas-Sigurtà tal-Istat tas-Slovakkja, iċ-chief advisor tal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Intern u l-Ministru għall-Kultura li b'kumbinazzjoni, f'pajjiżna huwa l-istess wieħed.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan huwa dak li jiġri f'pajjiż normali fejn issaltan id-demokrazija imma pajjiżna mhuwiex normali.", "Għalhekk għandha tkun l-Oppożizzjoni li titkellem għas-sewwa, għall-verità u għat-tiftix ta' dak li hu tajjeb.", "L-Oppożizzjoni qed tressaq din il-mozzjoni fil-Parlament għax in-nies għandhom dritt ikunu jafu x'ġara, kif se nispjega.", "Il-Gvern, minflok jopponi jew jemenda din il-Mozzjoni, għandu obbligu aktar mill-Oppożizzjoni li jħares dak li qed titlob din l-istess mozzjoni.", "Issa se nidħol fid-dettall tal-mozzjoni li tgħid hekk:", "\"Ittenni l-kundanna tagħha għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.\"", "Qisu qed jinbet il-ħsieb u l-argument li min ma kienx jaqbel ma' din il-ġurnalista jew lil min ikkritikat, b'xi mod, għandu xi jedd jew xi interess li jiskuża jew jaħfer il-qtil tagħha.", "Dan mhuwiex aċċettabbli!", "Hemm prinċipju bażilari: li għandi l-obbligu li niġġieled sal-aħħar nifs għad-dritt ta' kulħadd, anke ta'min ma jaqbilx miegħi, li jgħid li jrid!", "It-tieni parti tal-mozzjoni tgħid li:", "\"Għandu jkun hemm minnufih talba għar-rizenja tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija u minflokhom jinħatru persuni oħrajn li jkollhom id-dmir li minnufih jinvestigaw b'imparzjalità sabiex il-mandanti ta' dan l-omiċidju politiku jinqabdu.\"", "In-naħa tal-Gvern, għal darb'oħra, ipprovat tagħmel referenza anke għad-diskors tiegħi, u qalet li l-pulizija għadha 'l bogħod u mbagħad inqabad min allegatament kien involut fl-assassinju.", "Hawnhekk qed nitħaddtu fuq il-mandanti u l-moħħ wara d-delitt.", "Hawnhekk qed nitħaddtu mhux fuq l-idejn li wettqu dan il-qtil imma fuq min ried li jwettaq dan l-assassinju.", "Bħala Oppożizzjoni tlabna r-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali minnufih u fiż-żmien li għadda - kull ġurnata, kull ġimgħa, kull xahar – kellna ċ-ċertezza u l-konfort li kemm il-Kummissarju kif ukoll l-Avukat Ġenerali mhuma xejn għajr għodda fqira u fjakka f'idejn l-Gvern biex jużahom kif u meta jrid hu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-Gvern qed juża dawn l-istituzzjonijiet billi jrażżanhom milli jabdikaw mill-obbligu tagħhom li jħarsu lil dawk li huma fis-sew u jressqu lil dawk li huma fil-ħażin.", "Sinjura President, ftit ġranet ilu, fl-anniversarju tal-qtil ta' Raymond Caruana, kelli okkażjoni nitħaddet dwar il-fatt li sal-lum għadna ma nafux min effettivament wettaq dak id-delitt makabru u faħxi.", "Bl-istess mod huwa delitt makabru wkoll dak ta' Karin Grech.", "Però għedt ukoll li taħt Gvern Soċjalista kien hemm ċertu ambjent u atmosfera ta' impunità.", "Meta inti tgħix taħt Gvern li jippermetti li l-ħażin ma jkollux konsegwenza anzi li l-ħażin jgħidlu tajjeb u jiskużah u meta l-kultura ta' xejn mhu xejn tiġi promulgata, jistgħu jseħħu ċerti affarijiet.", "Dan għaliex kull min ikun fil-ħażin jaħseb li dak li jagħmel mhu se jkollu l-ebda konsegwenza.", "Dan hu dak li qiegħed jagħmel dan il-Gvern!", "Dan hu dak li huwa ħati tiegħu dan il-Gvern li ħoloq ambjent ta' impunità li min jagħmel il-ħażin jaf, jemmen u għandu l-konfort li mhux se jħallas għalih!", "Min jagħmel atti kriminali, anke jekk huwa parti mill-Gvern, jaf li mhu se jħallas l-ebda konsegwenza anke meta l-fatti jkunu ċari u magħrufa.", "It-tielet parti tal-Mozzjoni titlob li:", "\"ll-Prim Ministru għandu jaħtar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta) u li jkun għalkollox indipendenti mill-Korp tal-Pulizija u mill-Gvern.\"", "Għalfejn qed ngħidu li l-Bord għandu jkun indipendenti mill-Korp tal-Pulizija u mill-Gvern?", "Għax bħala Oppożizzjoni m'għadx għandna fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għax il-Maltin u l-Għawdxin m'għadx għandhom fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija meta jaraw sitwazzjoni fejn quddiem fatti u rapporti ċari, filwaqt li kull persuna raġunevoli tipproċedi u tmexxi b'investigazzjoni, il-Kummissarju tagħna jibqa' lura u jabdika mir-responsabilità tiegħu.", "Barra minn hekk l-Avukat Ġenerali mhux biss qed jabdika minn dmiru imma qed jiddikjara bil-ġurament li minflok jipproteġi l-Kostituzzjoni jrid irażżan l-Oppożizzjoni ħalli din ma titkellimx!", "(Onor. Membri: Hear, hear) L-Avukat Ġenerali għandu rapporti li jgħaddihom lill-Gvern imma lill-Oppożizzjoni ma jridx jagħtihomlha.", "Aktar minn hekk qed jgħid li ma jridx jagħti dawn ir-rapporti lill-Oppożizzjoni għax inkella l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem u ma jħallihx fil-kexxun!", "Dak hu l-aġir tal-Avukat Ġenerali!", "Huwa propjru għalhekk li qed nitolbu li jkun hemm xi ħadd indipendenti u awtonomu.", "Permezz ta' din il-Mozzjoni qed nitolbu li jiġi investigat jekk l-awtoritajiet ta' pajjiżna kenux jafu jew kellhomx ikunu konxji ta' riskju reali u immedjat għall-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Aħna m'aħniex qed nistaqsu li għandha terġa' ssir inkjesta bħal dik li tinsab għaddejja bħalissa.", "Jgħid x'jgħid il-Gvern, il-kliem bil-Malti kulħadd jaf jaqrah!", "Qed nistaqsu wkoll x'miżuri ħadu l-awtoritajiet biex jevitaw dan id-delitt.", "Sal-lum l-iskuża kienet li Daphne Caruana Galizia nnifisha ma xtaqitx din il-protezzjoni.", "Mela jekk xi ħadd ma jridx protezzjoni, l-awtoritajiet ma jipproteġuhx!", "L-Istat għandu d-dmir li jipproteġi lil kull ċittadin Malti.", "Hemm istanzi fejn anke jekk trid tieħu ħajtek b'idejk, l-awtorijitajiet iridu jiġu biex iwaqqfuk milli tagħmel dan.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija qed jgħidilna li min qiegħed f'periklu, ma jsalvahx għax ma jridx hu.", "Ejja ma ndaħħkux lin-nies!", "Ejja nkunu serji!", "Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Gvern kellhom l-obbligu li jipproteġu l-ħajja ta' xi ħadd li kien ċar li kien qiegħed f'periklu ta' ħajja u mewt.", "Aħna qed nitkellmu dwar x'miżuri għandu jieħu pajjiżna biex l-awtoritajiet jimpedixxu milli jiġu assassinati ġurnalisti oħrajn u attivisti kontra l-korruzzjoni.", "Ejja nidentifikaw riżorsi, policies u liġijiet ħalli każijiet bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom!", "L-unika ġustizzja li nistgħu nagħmlu ma' Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha hi li nipprovaw insibu l-mandanti, li l-proċess ġudizzjarju jimxi b'mod tajjeb, li nfittxu l-verità u li nipproteġu minn issa lil nies oħrajn.", "Possibbli lanqas ma' dan ma jaqbel il-Gvern?", "Il-Gvern qiegħed jgħidilna li wara li ma rax li tintrefa' r-responsabilità politika, irid li każijiet bħal dawn jerġgħu jseħħu?", "F'pajjiż normali tintrefa' r-responsabilità u jiġi assigurat li reati bħal dawn me jerġgħux isiru.", "L-aħħar parti hija dwar il-metodoloġija li għandha tintuża għal din l-investigazzjoni u ċjoè li dan il-bord ta' inkjesta jkun kompost minn numru ta' persuni magħrufa għall-integrità tagħhom, b'wieħed minnhom ikun iċ-chairman maħtur mill-Prim Ministru u bil-kunsens ta' żewġ terzi tal-Membri tal-Kamra, u li dawn ikollhom ir-riżorsi kollha possibbli u li jkun hemm żmien limitat sakemm din l-inkjesta għandha tkun lesta.", "Ma' liema minn dawn il-punti mhux qiegħed jaqbel il-Gvern?", "Forsi l-Gvern irid jiddeċiedi kollox waħdu?", "Forsi jrid li l-membri tal-Bord ikunu nies maħturin minnu biss?", "Forsi jrid li ma jkunux persuni ta' integrità?", "Forsi jrid li jibqa' jostor il-verità mill-poplu?", "Sur President, l-Oppożizzjoni għamlet minn kollox biex tressaq din il-mozzjoni quddiem din il-Kamra.", "Kif qalu Membri oħrajn ta' din in-naħa, din il-mozzjoni ma tittrattax biss persuna Maltija li ġiet maqtula imma hija wkoll leħen għat-tiftix ta' dak li wieħed jista' jagħmel f'pajjiż demokratiku.", "L-Oppożizzjoni trid tkun taf jekk dak il-leħen setax jibqa' jitkellem, jgħajjat u jidwi.", "Huwa ċar li l-Gvern dejjem ried isikket il-verità u jwaqqaf l-espressjoni ħielsa.", "Però indipendentement minn jekk il-Gvern jivvotax favur jew kontra din il-mozzjoni, l-Oppożizzjoni se tibqa' titkellem għas-sewwa, se tibqa' tgħid dak li hu minnu, se tibqa' tkun il-leħen tan-nies u se tibqa' tkun il-leħen li dejjem ifittex u jrendi l-ġustizzja f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija l-ewwel emenda, emenda \"A\" mressqa mill-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Qed tintalab votazzjoni.", "Skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, din il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018, meta se jittieħdu voti konsegwenzjali oħra li jista' jkun hemm.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018, fis-6.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Tielet Qari;", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jinħatar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia - votazzjonijiet;", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "RODERICK GALDES: Sinjura President, f'dan l-Aġġornament irrid naqsam ma' din il-Kamra dak kollu li għaddej fil-ħidma tas-segretarjat tiegħi.", "Matul ix-xhur li għaddew is-Segretarjat għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda White Paper dwar is-suq tal-kera.", "Nista' ngħid li din il-White Paper kienet studju intensiv u riċerkat fuq diversi xhur u dan sar għall-ewwel darba fil-qasam tad-djar f'pajjiżna.", "L-għan kien li naraw kif dan is-suq sensittiv jista' jiffunzjona taħt regolamenti u liġijiet ġodda li għandu bżonn pajjiżna biex jindirizza l-problemi u l-issues ta' soċjetà emerġenti u li qed tinbidel.", "F'dawn il-ġimgħat li għaddew urejna biċ-ċar li bħala Gvern konna sensittivi għall-isfidi li qed jiffaċċjaw in-nies u ninsabu determinati li nindirizzaw dawn l-isfidi b'mod effettiv.", "Bħala Gvern qed nuru li qed niġġestixxu s-suċċess ta' dan il-pajjiż bil-għaqal.", "Fil-fatt ħassejna li din il-White Paper kienet kruċjali u għalhekk morna għall-konsultazzjoni wiesgħa, fejn smajna, tkellimna u issa qed naġixxu fuq ir-rispons li jagħtuna n-nies.", "M'hemmx dubju li meta tara r-rispons li ħadna għal din il-White Paper tinduna kemm dan kien studju bbażat fuq ir-riċerka.", "Fil-fatt ma qgħadniex fuq il-perċezzjonijiet tan-nies jew fuq diskors mingħajr ebda kalkolu u informazzjoni riċerkata imma assigurajna li nġibu informazzjoni preċiża billi għamilna surveys, għamilna focus groups neċessarji u kkonsultajna l-istatistika.", "Ridna li għall-ewwel darba jkollna studju serju fuq is-suq tal-kera waqt li rajna kif qed jinbidlu l-elementi soċjali f'pajjiżna.", "Sa mill-ewwel ġurnata għażilna li mmorru għal studju li jkun research based.", "Fil-fatt ħadna aktar żmien għax ma ridniex li jkollna studju nofs leħja.", "Ridna li jkollna studju li jintlaqa' tajjeb, li jkun riċerkat u li jixpruna diskussjoni.", "Dan għaliex, fuq kollox, qed nitkellmu fuq l-investiment u fuq il-ħajja soċjali ta' ħafna Maltin u Għawdxin.", "Però konna nkunu irresponsabbli kieku aġixxejna mingħajr ma konna nkunu informati sew.", "Għalhekk, bħala Segretarju Parlamentari, insistejt li għall-ewwel darba, ikollna l-informazzjoni kollha u li l-informazzjoni miġbura ma tibqax biss għand il-Gvern imma naqsmuha man-nies.", "Nemmnu li n-nies għandhom ikunu informati dwar il-qasam tad-djar li hu qasam daqshekk importanti għalina l-Maltin.", "Kif nafu, f'Malta, madwar 80% tan-nies huma sidien ta' darhom.", "Għalhekk, meta qegħdin nitkellmu fuq studju estensiv bħal dan, qed nitkellmu fuq studju li qed jaffettwa l-investiment ta' ħafna familji Maltin u Għawdxin.", "Matul dan l-istudju ma nsejna qatt li m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq djar u bini iżda fuq nies li investew flushom f'dan is-suq u nies oħrajn li jiddependu minn dan is-suq biex ikollhom saqaf fuq rashom.", "Qabel ma ħriġna dan l-istudju konna ltqajna ma' madwar 400 persuna minn 35 entità u kumpaniji.", "Għamilna dan biex inkunu f'pożizzjoni li noffru soluzzjonijiet realistiċi għas-suq tal-kera billi nagħmlu policy informata u mhux ġo vakum ta' informazzjoni.", "Kien hemm min staqsiena kif se mmissu l-qasam tal-kera li huwa daqshekk sensittiv.", "Kien hemm min beżżagħna b'din l-issue anke politikament.", "Mhuwiex sigriet li bosta gvernijiet żammew 'il bogħod minn din l-issue delikata.", "L-effetti ta' interventi minn gvernijiet passati għadhom jinħassu sal-lum.", "Fil-passat ittieħdu deċiżjonijiet li ma kenux feliċi u li għadna nħossu l-effett tagħhom sal-lum.", "Però min aħna llum biex nikkritikaw id-deċiżjonijiet li ħadu l-partiti politiċi u l-gvernijiet ta' dak iż-żmien għaċ-ċirkostanzi ta' dakinhar?", "Illum qed ngħixu f'ċirkostanzi differenti u għalhekk ma nistgħux inqabblu lil Malta ta' wara l-gwerra li kienet nofsha distrutta, mimlija faqar u soċjetà pjuttost magħluqa mal-lum.", "Illum qegħdin nitkellmu f'kontest totalment differenti.", "Għalhekk il-miżuri ta' kontroll assolut li forsi kienu jagħmlu sens dak iż-żmien, ċertament li m'għadhomx jagħmlu sens fis-soċjetà libera li qegħdin ngħixu fiha llum u meta, kif għedt, 80% tal-poplu Malti huwa sid ta' daru.", "Però jibqa' l-fatt li għad hemm bżonn l-intervent tal-Istat.", "Bħala Gvern għadna qed nilqgħu l-feedback mingħand in-nies kif għamilna matul il-ġranet ta' konsultazzjoni pubblika.", "Nista' ngħid li bqajt impressjonat bl-ammont ta' rispons pożittiv u proposti mingħand in-nies u l-istakeholders prinċipali li tkellimna magħhom matul il-konsultazzjoni pubblika.", "Bil-White Paper urejna li nistgħu noffru mudell li jaħdem illum u jibqa' relevanti għaż-żmien li ġej.", "Fil-viżjoni tagħna għandna għanijiet ċari.", "Matul ix-xhur li għaddew, kienu bosta, anke Membri f'din il-Kamra, li qaluli li forsi qed inkun ottimist iżżejjed f'suq daqshekk sensittiv.", "Però, mal-pubblikazzjoni tal-White Paper, l-istess nies bdew jagħrfu l-viżjoni ta' dan il-Gvern għal dan is-settur.", "Għalhekk, f'dan l-Aġġornament, se nispjega għalfejn jien ottimist bil-miżuri li pproponejna u b'dak li qed jiġi diskuss f'din il-White Paper.", "Grazzi għar-rispons li ħadna sa mill-ewwel ġurnata u grazzi għar-riċerka u l-konsultazzjoni bla preċedent li saret f'dan is-settur, illum nafu eżattament fejn irridu mmorru.", "Is-suq tal-kera m'għandux bżonn bakketta maġika iżda għandu bżonn l-istabilità, il-fiduċja, il-prevedibilità u l-professjonaliżmu tas-suq.", "L-ewwel prijorità hija li jkun hemm suq stabbli u li joffri serħan il-moħħ mhux biss lill-inkwilini imma wkoll lis-sidien li jridu jkattru l-investiment tagħhom.", "Is-suq tal-lum mhuwiex ideali.", "Illum, minkejja li hawn suq liberalizzat kompletament, hemm liġi tal-ġungla!", "Bosta familji li jikru qed jgħixu fil-biża' li jkollhom iġorru minn raħal għal ieħor kull ftit xhur.", "Hemm żidiet li mhumiex stipulati, nuqqas ta' kuntratti reġistrati u nuqqas ta' trasparenza.", "Għalhekk l-ewwel pass li għandna nagħmlu huwa li nistabilizzaw is-suq biex b'hekk inkunu nistgħu nħarsu fil-futur.", "Hemm bżonn ta' stabilità għal min il-kera toffrilu l-unika alternattiva ta' dar għall-familja.", "Hemm bżonn ta' stabilità għal min investa flusu.", "Għalhekk irridu nippjanaw fit-tul permezz ta' policy adegwata biex l-Istat ikun jista' jgħin u jkattar l-inċentivi eżistenti.", "B'hekk inkunu fost l-aqwa fl-Ewropa anke fis-settur tal-qasam tad-djar.", "Meta wieħed jara dak li qed jiġri f'pajjiżna, anke l-inċentivi li l-Gvern diġà ta minkejja li sal-lum, is-suq mhuwiex regolarizzat, wieħed jinduna li Malta hija l-aktar pajjiż attraenti għal investiment fil-qasam tal-proprjetà.", "Għal min għandu proprjetà, dan huwa l-mument li jikriha, għax is-suq huwa ideali.", "Huwa importanti wkoll li dan is-suq ikun professjonalizzat, fejn kulħadd ikun jaf id-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu, b'unit speċjalizzat fl-Awtorità tad-Djar li jkun mgħammar b'riżorsi meħtieġa.", "Hemm bżonn li jkollna inventarju u protezzjoni tad-depożitu relevanti marbut mal-kera.", "Hemm bżonn ta' soluzzjoni biex titħaffef il-proċedura fejn hemm tilwim żgħir.", "Hemm bżonn li nnaqqsu l-kawżi ta' tilwim li hemm fil-Qorti bejn is-sidien u l-inkwilini.", "Hemm bżonn li jkollna żgumbramenti aktar effiċjenti b'inqas burokrazija mill-Qorti għall-każijiet li huma straightforward u li m'għandhomx għalfejn itawlu ħafna.", "Hemm bżonn ukoll li bħala pajjiż ikollna l-prevedibilità biex inkunu nafu x'kirjiet hemm ta' durata minima u li jkun hemm perjodu ta' avviż għall-inkwilini u għas-sidien infushom qabel ma l-proprjetjekk il-proprjetà tkun vakata jew le.", "Irridu naraw li jkun hemm żidiet li jkunu miftiehma minn qabel bejn iż-żewġ naħat.", "Mhijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jindaħal fil-prezzijiet li jkunu maħduma u maqbula bejn l-inkwilini u s-sidien fil-każijiet partikolari.", "Però kulħadd igawdi minn ippjanar aħjar, kemm tal-infiq kif ukoll tad-dħul.", "B'hekk biss, bħala Gvern, nistgħu nkomplu mmexxu 'l quddiem il-fiduċja fis-settur tal-proprjetà.", "L-importanti hu li jkun hemm fiduċja anke fir-relazzjoni bejn l-inkwilin u s-sid, aktar trasparenza u inqas lok ta' abbuż.", "L-inkwilini għandu jkollhom aċċessibilità għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jingħataw l-informazzjoni tal-konsum li jkunu qegħdin jaħlu fid-djar tagħhom.", "Ir-rispons li rċevejna juri li kulħadd japprezza aktar trasparenza biex is-suq jaħdem fl-interessi ta' kulħadd.", "Nerġa' ngħid li m'aħniex se nindaħlu fuq il-prezz li jiġi maqbul bejn is-sid u l-inkwilin f'dak li għandu x'jaqsam mal-kirjiet.", "Gvernijiet preċedenti pprovaw isolvu l-problema billi ffissaw prezzijiet artifiċjali tal-kera.", "Ir-riżultat fuq medda ta' snin kien li tnaffar l-interess tas-sidien u s-suq baqa' paralizzat għal snin twal, tant li prattikament konna qtilna s-suq tal-kera.", "Bħala Gvern nemmnu f'suq ħieles li jista' jirregolarizza ruħu taħt parametri u regolamenti ċari u b'hekk ikun hawn aktar kompetizzjoni ġusta u xierqa bejn il-partijiet kollha involuti.", "Nemmnu li biex nistabilizzaw is-settur, mhuwiex bżonjuż li nordnaw lil sid il-proprjetà kemm għandu jkun il-prezz.", "Minflok, issa, min jikri se jkun eliġibbli għal sussidju ħafna aktar b'saħħtu li se jingħata f'forma ta' benefiċċju għall-kera.", "Dan għandu jagħmel id-differenza lill-familji li jikru.", "Però biex il-Gvern jippjana kemm irid ikun il-benefiċċju li jinkoraġġixxi l-kera u biex l-inkwilini jidħlu fil-kera mingħajr il-problemi li għandhom bħalissa, imma b'aktar serħan il-moħħ, għandu jkollna ippjanar neċessarju min-naħa tal-Istat biex inkunu nafu l-bżonnijiet finanzjarji li għandu pajjiżna.", "Ir-reazzjoni pożittiva li rċevejna minn dawk kollha involuti fis-settur ma kenitx b'kumbinazzjoni imma kienet frott ta' din il-viżjoni ċara u l-konsultazzjoni wiesgħa li għamilna, inkluż mal-Oppożizzjoni.", "Huwa importanti li ngħid dan għax aħna ridna li jkollna l-parteċipazzjoni ta' kulħadd.", "Anke issa, wara li ntemmet il-konsultazzjoni pubblika, beħsiebna niltaqgħu mal-Oppożizzjoni ħalli nkomplu niddiskutu.", "Dan għaliex nemmnu li din ir-riforma għandha tinvolvi lil kulħadd, inkluż il-Membri tal-Partit Demokratiku.", "Iltqajna wkoll ma' sensiela ta' entitajiet li nista' nsemmi wħud minnhom, bħall-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, il-President ta' Malta, it-trade unions fosthom il-General Workers' Union, l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, il-Caritas, kumpaniji li jħaddmu ammont kbir ta' ħaddiema bħall-Medavia, Lufthansa u kumpaniji oħrajn, l-akbar 15-il operatur tal-gaming f'Malta li għandhom ukoll parti sostanzjali minn dan is-suq tal-kera, l-Alleanza kontra l-Faqar, Graffitti, 18-il NGO l-aġenti tal-proprjetà fosthom aġenti kbar f'dan is-suq, il-Guardian of Future Generations u l-Malta Tenant Support Group.", "Il-lista ta' kumpaniji, entitjaiet u NGOs li tkellmu magħna f'dan ir-rigward hija pjuttost twila.", "Bħala Gvern qegħdin nipproponu mudell flessibbli li mhuwiex framework aljen.", "L-għan tagħna huwa li l-best practice issir l-ordni tal-ġurnata biex inkunu pajjiż li jkompli jimmodernizza ruħu f'dan il-qasam.", "Bħal kull pajjiż fl-Ewropa li għandu regolamenti sodi f'dan is-settur, aħna wkoll irridu li jkollna regolamenti ċari fil-qasam tal-kera li hemm marbut miegħu eluf ta' proprjetajiet.", "Sinjura President, konvint li qegħdin nagħmlu pass kbir 'il quddiem permezz ta' din ir-riforma.", "Ejja niftakru li qegħdin nitkellmu fuq djar li huma investiment tal-familji, imma fl-istess ħin, qegħdin nitkellmu fuq nies li jgħixu f'dawn id-djar.", "L-appell tiegħi huwa biex inkomplu niddiskutu.", "Ejja niġbdu ħabel wieħed biex f'qasir żmien, nibdew naraw il-frott ta' din ir-riforma fejn nagħtu serħan il-moħħ lin-nies, speċjalment lil dawk li qegħdin jikru bħalissa.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "It will also manage natural heritage and implement environmental initiatives…\", u peress li sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza ma jidhirx li ġie ppubblikat l-Avviż Legali li jwaqqaf Ambjent Malta, kif tgħid il-Liġi għal kull Awtorità/Aġenzija, jista' l-Ministru:", "a. jispjega kif u b'liema jedd titwaqqaf Awtorità/Aġenzija mingħajr is-saħħa tal-Liġi li twaqqafha, bżonjuża u siewja kemm trid;", "b. jagħti spjegazzjoni peress li sakemm ma jiġix ippubblikat dan l-Avviż Legali, Ambjent Malta m'għandha ebda mandat legali u kull azzjoni li qed tagħmel huwa ultra vires;", "c. jekk kienx informat fit-3 ta' Awwissu 2018 meta hu tkellem dwar Ambjent Malta, li f'għajnejn il-Liġi din kienet fatat u non entity għax ma kenitx imwaqqfa b'Liġi;", "d. jagħti l-ismijiet tal-persuni li huma inkarigati biex iwaqqfu Ambjent Malta u meta tahom dan l-inkarigu;", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Ambjent Malta ġiet imwaqqfa fit-3 ta' Awwissu 2018 minn dak li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Din twaqqfet bħala direttorat ġenerali fis-servizz pubbliku u mhux bħala aġenzija jew awtorità.", "Għaldaqstant m'hemmx bżonn ta' Avviż Legali għat-twaqqif tagħha għaliex hija ggvernata mill-Kostituzzjoni u l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Għalhekk kull azzjoni li ħadet Ambjent Malta hija skont il-liġi u ma ħadet l-ebda azzjoni ultra vires.", "Is-Sur Herman Galea ġie appuntat Direttur Ġenerali ta' Ambjent Malta fit-13 ta' Ġunju 2018 bl-inkarigu amministrattiv li jwaqqaf dan id-Dipartiment.", "Is-Sur Galea huwa assistit mis-Sur Francis Farrugia li ġie appuntat Direttur (Operations) fl-20 ta' Lulju 2018 flimkien ma' Direttur (Embellishment) li s'issa għadu mhuwiex maħtur.", "Ġie maħtur Board of Governors biex jgħin u jassisti lill-Ministru biex jipprovdi d-direzzjoni li għandu jieħu l-istess Dipartiment fl-immaniġġar tal-wirt u kapital naturali Malti.", "AMBJENT MALTA - DIRETTORAT GĦALL-AMBJENT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fit-twaqqif ta' Ambjent Malta, id-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qatt ma ġie kkonsultat jew involut?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kemm id-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti kif ukoll is-Segretarju Permanenti kienu involuti bis-sħiħ fit-twaqqif ta' Ambjent Malta.", "KAMPJUNI TA' ORIĠINI VEĠETALI – ITTESTJAR TA' RESIDWI TA' PESTIĊIDI U KONTAMINANTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka kemm inġabru kampjuni ta' oriġini veġetali biex jiġu ttestjati għar-residwi ta' pestiċidi u kontaminanti oħra matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka liema kienu r-residwi ta' pestiċidi li nstabu f'kampjuni ta' oriġini veġetali li nġabru, kemm li jeċċedu kif ukoll dawk li ġew kwantifikati, li fihom residwi taħt il-Maximum Residue Level, il-ħaxix jew frott li nstabu fih dawn ir-residwi u l-pajjiż tal-oriġini tal-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Ir-riżultati tas-snin 2018, 2017, 2016, 2015, 2014 u 2013 li juru liema residwi ta' pestiċidi nstabu f'oriġini veġetali, x'kien il-livell tagħhom, f'liema tip ta' ħxejjex, frott, ċereali jew prodotti oħra nstabu, x'kien il-Maximum Residue Level għal kull residwu partikolari, x'kien il-Limit of Detection ta' kull metodu utilizzat għal kull residwu u x'kien il-Level of Uncertainty ta' kull riżultat pożittiv għall-kampjuni tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI F'ORIĠINI VEĠETALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka liema residwi ta' pestiċidi nstabu f'oriġini veġetali, x'kien il-livell tagħhom, f'liema tip ta' ħxejjex, frott, ċereali jew prodotti oħra nstabu, x'kien il-Maximum Residue Level għal kull residwu partikolari, x'kien il-Limit of Detection ta' kull metodu utilizzat għal kull residwu u x'kien il-Level of Uncertainty ta' kull riżultat pożittiv għall-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 6815.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – SERVIZZI TA' KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7383 waqt is-seduta ta' nhar it-2 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm tħallas l-istess individwu għas-servizzi tiegħu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Kopja ta' kuntratt standard li fuqu jiġu fformulati kuntratti ta' persuni ingaġġati fuq bażi part-time tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "ĦAL-LIJA – VILLA FRANCIA - ATTIVITAJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru f'Villa Francia f'Ħal-Lija mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u r-rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Għall-perjodu Marzu 2013 sa Lulju 2016, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 7100, 15056, 22882 u 26757 tat-12-il Legiżlatura.", "Minn Lulju 2016 sal-lum, kif kien jiġri qabel l-2013, kien hemm 29 okkażjoni bi spiża medja ta' €939 għal kull okkazjoni, fejn jien u l-mara tiegħi kellna impenji uffiċjali f'Villa Francia li kienu jinkludu fost oħrajn attivitajiet b'rabta ma' żjarat f'pajjiżna minn delegazzjonijiet għolja barranin, riċevimenti għas-soċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi u attivitajiet fl-okkażjoni tal-festa ta' Ħal-Lija u fl-okkażjoni tal-Milied.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li meta qabel l-2013, Deputati tal-Oppożizzjoni talbu informazzjoni dwar Villa Francia, il-Prim Ministru ta' dakinhar kien wieġeb li l-informazzjoni mitluba kienet tirrikjedi ħafna xogħol u ma ngħatatx (mistoqsija parlamentari 26428 - Seduta 373 – 11-il Leġiżlatura).", "Minn informazzjoni li nstabet jirriżulta li bejn l-2009 u l-2012 kien hemm 38 attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra li saru f'Villa Francia bi spiża medja ta' €998 għal kull okka\\joni.", "ĦAL-LIJA – VILLA FRANCIA - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time f'Villa Francia f'Ħal-Lija?", "JOSEPH MUSCAT: F'Villa Francia hemm jaħdmu tliet persuni, wieħed full-time u tnejn part-time, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dawn huma l-istess persuni li jaħdmu fil-Palazz tal-Girgenti.", "SIĠĠIEWI - PALAZZ TAL-GIRGENTI - ATTIVITAJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u r-rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?", "JOSEPH MUSCAT: Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li kif kien jiġri qabel l-2013, wara l-2013 ukoll, jien u l-mara tiegħi kellna impenji uffiċjali fil-Palazz tal-Girgenti li kienu jinkludu fost oħrajn attivitajiet b'rabta ma' żjarat f'pajjiżna minn delegazzjonijiet għolja barranin, riċevimenti għas-soċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi, attivitajiet fl-okkażjoni tal-fieri li jsiru fis-sajf u l-kunċert Classics Under the Stars.", "L-aħħar żewġ impenji bdew ikunu organizzati qabel l-2013.", "Minn Marzu 2013 sal-lum kien hemm 43 attività li jaqgħu fil-kategoriji msemmija mill-Onor.", "Interpellant fil-Palazz tal-Girgenti bi spiża medja ta' €1,712 għal kull attività.", "Minn informazzjoni li nstabet jirriżulta li bejn Marzu 2008 u tmiem l-2012 kien hemm 63 attività fil-Palazz tal-Girgenti bi spiża medja ta' €1,732 għal kull attività.", "SIĠĠIEWI – PALAZZ TAL-GIRGENTI - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi?", "JOSEPH MUSCAT: Fil-Palazz tal-Girgenti hemm jaħdmu tliet persuni, wieħed full-time u tnejn part-time, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Dawn huma l-istess persuni li jaħdmu f'Villa Francia.", "UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI - FTEHIM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern hu obbligat li jagħmel skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (5) (d) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) biex jiġu stabbiliti l-finanzjament tal-aġenzija kif ukoll il-ħidmiet li għandhom jiġu indirizzati u miksubin minnha?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KONTIJIET TAL-ENERĠIJA – MIŻURI TA' VERIFIKA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar 12-il xahar, kemm-il miżura ta' verifika ttieħdu fuq kontijiet tal-enerġija, partikolarment tal-ilma, li jkunu qed jirreġistraw \"zero\" għal-ammont ta' ġranet?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li f'dawn l-aħħar 12-il xahar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet 8,940 intervent fuq meters li kellhom xi forma ta' problema bil-konsum.", "BDIL TAL-MAINS TAL-ILMA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbidlu mains tal-ilma f'dawn l-aħħar 12-il xahar u kemm kienet l-ispiża?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "MCAST – STUDENTI LI QED ISEGWU TAĦRIĠ FIL-PLUMBING", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti l-MCAST bħalissa li qed isegwu taħriġ fil-plumbing u li huma marbuta mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)?", "Jista' jgħid jekk in-numru ta' studenti indikati humiex biżżejjed jew le għall-ħteġijiet futuri fis-settur tal-ilma?", "Kemm qed jingħata taħriġ lill-plumbers preżenti fil-WSC?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġabu plumbers minn barra l-pajjiż biex jikkumplimentaw dawk eżistenti?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m'għandhiex studenti tal-MCAST li qed isegwu taħriġ fil-plumbing marbuta magħha.", "Il-plumbers impjegati mal-Korporazzjoni kollha jingħataw taħriġ skont ir-rekwiżiti ta' fejn ikunu qed joperaw.", "Għall-futur qarib il-Korporazzjoni m'għandhiex ħsieb li jinġiebu plumbers minn barra l-pajjiż biex jikkumplimentaw dawk eżistenti.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħadmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau mill-1 ta' Jannar 2017 'il hawn maqsuma xahar b'xahar u jgħid x'użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "LISTA TA' DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI - IFFRIŻAR TA' FLUS U OĠĠETTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7965, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' konfiska li semma fit-tweġiba u li m'għadhomx fis-seħħ (39 fl-2017) irriżultaw f'konfiska ta' assi u fiex kienu jikkonsistu dawn il-konfiski?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PROĊEDURI U/JEW LINJI GWIDA LI PERMEZZ TAGĦHOM SE JIDDETERMINAW KIF JINTUŻAW L-ASSI LI JIĠU KKONFISKATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7964, jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha kkonfiskati mill-Istat b'rabta ma' reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITÀ TAL-MEDIĊINI - RESPONSABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7957, tista' l-Ministru tikkonferma li hi responsabbli mill-Awtorità tal-Mediċini?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tal-Mediċini taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-Isvezja ddeċidiet li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b'effett mill-1 ta' Jannar 2019?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern Svediż, bħal pajjiżna, qiegħed jallinja r-regoli Svediżi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Evitar tat-Taxxa jew kif ġeneralment tissejjaħ l-ATAD (Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164).", "Dawn il-bidliet huma proposti sabiex jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 2019.", "Skont ir-regoli CFC (Controlled Foreign Corporation) li ġew proposti mill-Gvern Svediż, il-Gvern Svediż se jkabbar in-numru ta' pajjiżi fejn il-kumpaniji tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għat-tassazzjoni Svediża f'livell ta' azzjonist.", "Huwa importanti li jiġi rrilevat li Malta ma tpoġġietx fuq xi blacklist u għalhekk li tkun barra mill-whitelist ifisser li l-kumpaniji Maltin se jkunu aktar suxxettibbli għal skrutinju mill-awtoritajiet tat-taxxa Svediża.", "Ngħarraf ukoll li l-Gvern Svediż ma kkonsultax ma' pajjiżna qabel ma ppubblika dawn il-proposti speċjalment fl-isfond meta wieħed jikkonsidra l-fundamental freedoms stabbiliti u li r-reġim tat-taxxa tagħna huwa wieħed approvat mill-Unjoni Ewropea.", "Ngħarraf ukoll li billi bħalissa l-Gvern Svediż huwa caretaker government, il-laqgħa proposta mal-Ministru tal-Finanzi Svediż qed tiġi posposta temporanjament.", "Minħabba n-natura tal-proposta fejn l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom diskrezzjoni wiesgħa fl-iskrutinju tagħhom fuq il-kumpaniji Maltin b'shareholding Svediż, l-impatt ta' tali miżura mhux possibbli li jiġi kkalkulat.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern biex jindirizza d-deċiżjoni tal-Isvezja li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b'effett mill-1 ta' Jannar, 2019?", "EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8071.", "NGOs – SODOD/POSTIJIET GĦALL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sodod/postijiet li l-Gvern ingħataw lilu minn Għaqdiet Mhux Governattivi (bħal Dar il-Wens u d-Dar tal-Providenza) sabiex jintużaw mill-anzjani u persuni b'diżabilità?", "Fejn huma allokati dawn il-postijiet?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li 112–il persuna b'diżabilità qegħdin joqogħdu fi djar immexxija minn għaqdiet non-governattivi imħallsa mill-Gvern, kif ġej:", "Dar il-Wens, Kalkara (Fondazzjoni Wens)", "Dar l-Abilità, Kalkara (Fondazzjoni Wens)", "Dar Merħba, Fgura (Fondazzjoni Wens)", "Dar Nazareth, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth)", "Dar Jean Varnier, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth)", "Dar l-Arċipriet De Gabriele, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth)", "Dar Arka, Għajnsielem, Għawdex (Fondazzjoni Arka)", "Dar il-Ġublew tal-Ħniena, Għajnsielem, Għawdex (Fondazzjoni Arka)", "Dar Shalom, Żurrieq (Dar tal-Providenza)", "Dar Pirotta, B'Kara (Dar tal-Providenza)", "Dar l-Akwarell, Qawra (Dar tal-Providenza)", "SERVIZZ TAL-ISPETTORAT/REGOLATUR – INVESTIGAZZJONI FUQ DJAR TAL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx is-Servizz tal-Ispettorat/Regolatur sabiex minn żmien għal żmien jinvestiga jekk it-tmexxija tad-Djar tal-Anzjani u tal-Persuni b'Diżabilità humiex jitmexxew skont l-Istandards Nazzjonali?", "Jekk iva, kemm-il żjara għamel ir-Regolatur f'dawn l-aħħar tliet snin u fejn saru dawn iż-żjarat?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Socjali, skont l-Att Numru XV tal- 2018.", "Bit-twaqqif ta' din l-Awtorità l-Gvern se jfittex li jmexxi 'l quddiem u jistabbilixxi r-regolamentazzjoni tas-servizzi ta' wens soċjali, mogħtija minn aġenziji jew entitajiet pubbliċi u dawk privati jew minn kull entità jew persuna oħra.", "Permezz tal-Awtorità l-Gvern se jaħdem sabiex, fost oħrajn:", "- jistabbilixxi standards regolatorji għal servizzi ta' wens soċjali;", "- jgħin lill-provdituri ta' servizzi sabiex jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja;", "- jinforza l-istandards u l-kondizzjonijiet stipulati fil-liċenzji mogħtija mill-Awtorità lill-provdituri ta' servizz.", "B'mod ekwu u ugwali l-Awtorità se tkun qed issegwi, teżamina u tinforza l-operat kollu li jinvolvi l-għoti ta' servizzi ta' wens soċjali mill-imsemmija provdituri ta' servizz ta' wens soċjali.", "Dan kollu se jsir permezz ta' djalogu u konsultazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati sabiex il-proċess tar-regolamentazzjoni jkun wieħed kostruttiv.", "Barra minn hekk l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Socjali bħalissa għaddejja wkoll minn żmien ta' transizzjoni bejn l-istess Awtorità u l-Health Care Standards Directorate, sabiex l-Awtorità tkun ir-regolatur fil-qasam tal-anzjani.", "Din it-transizzjoni hija mbassra li tiġi konkluża sal-aħħar ta' din is-sena.", "Għaldaqstant bħalissa s-settur tal-anzjani għadu jiġi regolat mill-Health Care Standards Directorate.", "Miż-żmien li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Socjali (minn Mejju) sal-4 ta' Diċembru tal-2018 saru 44 żjara ta' spezzjoni f'residenzi għal persuni b'diżabilità, kif qed ikun spjegat fit-tabella, kif ġej:", "Qabel ma ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Socjali f'Mejju, iż-żjarat ta' spezzjonijiet kienu jsiru mid-Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali kif spjegat fiż-żewġ tabelli t'hawn taħt:", "DJAR TAL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ – KUMITAT KONSULTATTIV", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b'Diżabilità għandhomx kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta' dawn id-djar?", "Jekk iva, x'inhu rwol ta' dan il-kumitat konsultattiv u kemm-il darba ltaqa' matul dawn l-aħħar tliet snin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-djar kollha tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kollha għandhom kumitat konsultattiv għall-anzjani.", "Dan il-kumitat konsultattiv huwa wkoll wieħed mill-obbligi kuntrattwali f'kuntratti ta' xiri ta' sodod mill-privat.", "Dan il-kumitat huwa mmexxi mill-anzjani stess, bl-assistenza tal-istaff tad-djar rispettivi jew ħaddiema soċjali u ġeneralment jiltaqa' darba fix-xahar.", "L-irwol tal-kumitat konsultattiv huwa li jservi ta' fora biex l-anzjani jiddiskutu affarijiet kurrenti li jikkonċernaw id-djar u jressqu rakkmandazzjonijiet lill-management tad-djar u lid-Dipartiment.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li persuni b'diżabilità li jiġu riferuti lejn is-servizzi tal-Aġenzija Sapport, inkluż servizzi residenzjali, isirilhom assessjar minn ħaddiema soċjali, fejn jiġu analizzati u diskussi x-xewqat u l-bżonnijiet tal-persuna, sabiex jiġi żgurat li jingħata l-aħjar servizz possibbli.", "Dan minbarra li ladarba persuna b'diżabilità tibda tibbenefika mis-servizz, din tibqa' tiġi segwita b'mod regolari minn diversi professjonisti u l-familjari, fejn dawn ikunu involuti, sabiex ikun assigurat li l-bżonnijiet tal-persuna jkunu qed jiġu milħuqa.", "Dan il-moniteraġġ isir b'mod regolari u mhux permezz ta' struttura ta' laqgħat kollettivi ma' klijenti oħra imma laqgħat individwali, hekk kif kull individwu għandu bżonnijiet differenti.", "Dawn il-laqgħat isiru darba fil-ġimgħa.", "Kull servizz huwa mmexxi minn tim ta' professjonisti li jkunu disponibbli li jitkellmu mal-klijenti skont u meta tinqala' l-ħtieġa.", "DJAR TAL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ – RESIDENTI LI GĦANDHOM SERVIZZ TA' KUSTODJU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b'Diżabilità li għandhom is-servizz ta' kustodju sabiex jitkellem f'isimhom fejn ikun meħtieġ?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m'għandux servizz ta' kustodju.", "Ġentilment ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent hemm 11-il persuna b'diżabilità li bħalissa huma residenti f'xi waħda mid-djar għal persuni b'diżabilità, mmexxija mill-Aġenzija Sapport, li għandhom kustodju legali.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li mhux kull persuna b'diżabilità residenti fid-djar immexxija mill-Aġenzija Sapport għandha bżonn kustodju legali.", "DJAR TAL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ – DOKUMENTI TAT-TRATTAMENT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra d-dokument importanti tat-trattament ta' kull resident fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b'Diżabilità?", "Xi jkun hemm inkluż f'dan id-dokument ta' trattament?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jikkjarifika u jispeċifika għal liema dokumenti qiegħed jirreferi.", "HOUSING SOĊJALI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta' housing u sfidi oħra soċjali fosthom iċ-cheque tar-relief?", "Jista' jara li jsir rapport mis-social worker dwar dan il-każ?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa bħal kull każ ieħor.", "SAĦĦA MENTALI - CRISIS INTERVENTION TEAM – KONSULENT PSIKJATRIKU", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-sejħa li kienet ħarġet biex jimtela l-post ta' konsulent psikjatriku fil-Mental Health Crisis Intervention Team ġiet irtirata jew inkella ma ġietx ipproċessata?", "Jaħseb li meta r-rata ta' emerġenzi psikjatriċi, fosthom każijiet ta' suwiċidju qed jiżdiedu, din il-kariga hija importanti?", "Hemm il-ħsieb li jerġa' jiġi mwaqqaf il-Mental Health Crisis Intervention Team li ġie żarmat meta kien qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna?", "Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fiż-żmien li kienet ħarġet is-sejħa fl-2014 kien ġie deċiż li s-sejħa għal konsulent psikjatriku ma jkunx għal xogħol komunitarju esklużivament imma jkun jinkludi wkoll xi xogħol ibbażat fl-isptar.", "Infakkru li waqt konferenza nazzjonali fl-5 ta' Diċembru tnediet il-konsultazzjoni pubblika dwar Strateġija Nazzjonali tas-Saħħa 2020-2030 u hija din l-istrateġija li se tkun qed tippjana l-iżvilupp għall-kura u prevenzjoni tas-saħħa mentali f'Malta u Għawdex inkluż ukoll fil-komunità.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk jew meta l-Port Ħieles se jinstalla x-shore to vessel supply tal-enerġija għal vapuri sabiex tibda tiġi mmitigata l-problema ta' ħsejjes enormi li qed ikunu ġġenerati minħabba l-ġeneraturi u li minħabba fihom ir-residenti ta' Birżebbuġa qed ibatu ħafna?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.", "ĦAL FAR – ART OKKUPATA MINN FABBRIKI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm art okkupata minn fabbriki f'Ħal Far?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm art li hija meqjusa bħala industrial area f'Ħal Far?", "Jista' jindika, permezz ta' pjanti, liema art hija meqjusa industrijali, liema art hija vakanti u liema art hija okkupata b'fabbriki?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "DIRETTORAT PROĠETTI U ŻVILUPP - RESTAWR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kif ġie ristrutturat dak li kien id-Direttorat Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex?", "Liema taqsimiet u dipartiment kienu jaqgħu taħt dan id-Direttorat u issa taħt liema direttorat ġew?", "Min huma d-diretturi li ġew appuntati wara r-ristrutturar?", "Interpellant li l-Ministeru kkummissjona lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru.", "Kull tibdil huwa marbut ma' dan l-eżerċizzju.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – BDIL TA' SERRATURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li ġew mibdula s-serraturi ta' bibien li jagħtu għal ċerti dipartimenti ewlenin fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex?", "Interpellant li in vista tal-proċess u proġett tar-retrofitting tal-Ministeru għal Għawdex se jinbidel kollox.", "B'hekk se jkollna uffiċini ġodda, moderni u energy efficient.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat ir-rapport dwar ir-rispons li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċeviet kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7092?", "Jekk ir-rapport ġie ppubblikat, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "U jekk ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat, jista' jgħid meta se jiġi ppubblikat?", "Jista' jpoġġi kopji tad-diversi risposti li saru fir-rigward tal-konsultazzjoni inkwistjoni?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ŻVILUPPI ĠURISDIZZJONALI - RISPONS GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7092 fejn il-Ministru għamel referenza għal \"żviluppi ġurisdizzjonali riċenti ħafna\", jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn l-iżviluppi u x'inhu l-impatt tagħhom fir-rigward tat-tibdil li qed jiġi kkontemplat fil-liġi?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI – PUBBLIKAZZJONI TAL-ABBOZZ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat l-abbozz ta' liġi li dwaru saret konsultazzjoni pubblika f'Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għal Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, tenut kont ukoll tal-fatt li għaddew iżjed minn sentejn u nofs mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents, u li fl-intervall, tul dan iż-żmien kollu, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) effettivament ma jistax jimponi sanzjonijiet qabel ma tinbidel il-liġi?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "INFRASTRUTTURA MALTA – TOROQ GĦALL-MANUTENZJONI F'RAĦAL ĠDID", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li għalihom Infrastruttura Malta hija responsabbli għall-manutenzjoni ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-toroq indikati huma:", "Vjal Santa Luċija", "Triq Il-Perit Dom Mintoff", "Triq Għajn Dwieli", "Triq Ħal Luqa", "Triq li tagħti għal Ras Ħanżir", "QORTI EWROPEA TAL-ĠUSTIZZJA – PRELIMINARY RULING", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22577 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal referenza preliminary (preliminary references) mill-Qrati Maltin għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju 2004 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li fil-Qorti ta' Malta mill-1 ta' Mejju 2004 sat-3 ta' Diċembru 2018 saru tliet Referenzi Preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-Qrati Maltin.", "Dawn huma s-segwenti:", "Referenza Preliminari magħmula mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża AJD Tuna Ltd vs Direttur tal-Agrikoltura u s-Sajd et rigward il-validità u l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 u l-validita` tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002.", "Din ir-Referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fis-17 ta' Ġunju 2009.", "Referenza Preliminari magħmula mill-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Vodafone Malta Ltd et vs L-Avukat Ġenerali et rigward Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.", "Din ir-referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fl-10 ta' Frar 2012.", "Referenza Preliminari magħmula mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża Malta Dental Technologists Association et vs Superintendent tas-Saħħa Pubblika et rigward id-Direttiva 2005/36/KE, rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, tekniki dentali, kondizzjonijiet ta' eżerċizzju tal-professjoni fl-Istat Membru ospitanti, rekwiżit li tabib dentist ikun obbligatorjament intermedjarju, applikazzjoni ta' dan ir-rekwiżit fir-rigward tat-tekniki dentali kliniċi li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-Istat Membru ta' oriġini u l-artikolu 49 TFUE.", "Din ir-referenza waslet quddiem il-Qorti Ewropea fid-29 ta' Frar 2016.", "Sadanittant jien informat li fil-Qorti ta' Għawdex ma saret ebda talba għal referenza preliminary (preliminary references) mill-Qrati f'Għawdex għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Mejju 2004 sal-lum.", "INFRASTRUTTURA MALTA - L-IMQABBA - TOROQ", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq se jkunu qegħdin isiru mill-Aġenzija Insfrastruttura Malta matul is-sena 2019 fil-lokalità tal-Imqabba?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-Aġenzija Infrastruttura Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt aktar kmieni din is-sena din l-Aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġà ħabbret l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla.", "F'din l-ewwel lista hemm Triq il-Konvoj ta' Santa Marija u Triq Ġdida fi Triq Innoċenzju, fl-Imqabba.", "Sejħiet għal offerti oħra għall-bini ta' aktar toroq fl-2019 se jitħabbru fiż-żmien li ġej."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181206_178d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni t-talba tal-Onor.", "Ryan Callus sabiex jiġi reġistrat bħala preżenti fil-Minuti tas-Seduta 164 tas-7 ta' Novembru 2018, u wara li eżaminat il-filmat tal-istess seduta, irriżulta li dan il-Membru għandu jidher preżenti.", "Għaldaqstant is-Sedja ordnat li ssir il-korrezzjoni relattiva fil-minuti tas-Seduta msemmija.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 178, li saret fis-6 ta' Diċembru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tas-Sedja fis-Sessjoni Annwali tal-2018 tal-Konferenza Parlamentari dwar il-WTO, li ġiet organizzata mill-Inter-Parliamentary Union (IPU) u l-Parlament Ewropew, fil-Kwartieri Ġenerali tal-IPU f'Ġinevra fis-6 u s-7 ta' Diċembru 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI – LABORATORJI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' analiżi ta' residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018) (f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): L-informazzjoni qed tinġabar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, f'din il-Kamra konna approvajna l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għall-Użu Mediċinali.", "Peress li s-Segretarju Parlamentari kien involut f'dik il-liġi, jista' jaġġorna lill-Kamra u jgħid fiex wasalna u anke x'tip ta' mediċina hawn fis-suq għall-pazjenti Maltin?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant tal-mistoqsija tiegħu.", "Irrid ngħid li qed nagħmlu avvanzi kbar, anke għaliex issa għandna linji gwida speċifiċi ta' kif nirregolaw dan il-qasam.", "Barra minn hekk, għaxart ijiem ilu ospitajna l-Medical Cannabis World Forum, li kien suċċess kbir għaliex intwera ħafna interess kbir livell internazzjonali.", "Hemmhekk aħna ppruvajna npoġġu lilna nfusna bħala leaders f'din il-ħaġa.", "Dan għaliex għalkemm il-liġi tagħna hija forsi xi ftit ċkejkna, meta konfrontata ma' ta' pajjiżi akbar minna hija aktar to the point u aktar serja.", "U qed nażżarda ngħid li hija aktar serja għas-sempliċi raġuni li għamilna distinzjoni kbira bejn dak li huwa mediċinali u dak li huwa rikreattiv.", "Fis-suq diġà hawn disponibbli minn dawn il-mediċinali u hawn anke spiżeriji disponibbli.", "Ovvjament hemm aktar prodotti li se jiġu introdotti fis-suq, però biex wieħed jixtrihom irid dejjem il-preskrizzjoni ta' tabib li jħossu kompetenti fil-qasam.", "Mhijiex xi ħaġa ta' kwalifika jew le, imma jrid iħossu kompetenti fil-qasam.", "Din il-preskrizzjoni mbagħad trid tgħaddi minn idejn is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika biex tagħmel l-ivvettjar tagħha u tara jekk dak li qed jiġi preskritt huwiex ideali u konformi mal-istess liġi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, il-kannabis għall-użu mediċinali hija żvilupp pjuttost ġdid fil-qasam tal-mediċina u allura t-tobba u l-infermiera tagħna ftit studjaw dwarha.", "Jista' allura s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk jaqbilx li għandu jingħata taħriġ lit-tobba, lill-infermiera u forsi anke lill-ispiżjara, dwar l-użu u dwar l-effetti kollaterali tagħha?", "Din hija xi ħaġa li ilni ninsisti fuqha.", "Kif jaf is-Segretarju Parlamentari, li huwa tabib, huwa importanti u għandna obbligu li nfiehmu lill-pazjenti x'inhuma l-effetti kollaterali u x'inhuwa l-użu ta' dawn it-tip ta' mediċinali.", "B'hekk, wieħed ikun aktar konformi mat-trattament li jingħata.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, jeħtieġ li jkun hawn aktar għarfien fost il-professjonisti biex in return dawn ikunu jistgħu jfiehmu lill-pazjenti tagħhom.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, naqbel mal-Onor.", "Fil-fatt diġà organizzajna lectures f'dan ir-rigward, però dawn mhumiex biżżejjed.", "Il-ġimgħa l-oħra kellna l-Malta Medical School Conference, li attendew għaliha numru kbir ta' professjonisti u studenti u hemmhekk innotajna li għalkemm kien hemm concomittant lectures, għal-lecture dwar il-kannabis mediċinali kellna attendenza numeruża ħafna.", "L-ewwel nett, kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Interpellant, din hija xi ħaġa ġdida.", "Fil-fatt, m'aħniex se nieqfu hemm għax waqt l-istess produzzjoni se nkunu qed ninvestu kemm fir-riċerka kif ukoll fid-data collection sabiex inkunu aktar fi stat li nistgħu nidentifikaw l-użu tagħha.", "Barra minn hekk, qegħdin fi ftehim u f'komunikazzjoni mal-Awtorità tal-Mediċini tal-Olanda u tal-Iżrael sabiex inkomplu nitgħallmu fuq din il-mediċina li, sfortunatament, bdiet fuq sieq ħażina.", "Sintendi l-fama tagħha għall-użu rikreattiv ippreċedietha però aħna qed nagħtu prova li apparti l-użu rikreattiv, li aħna m'għandna x'naqsmu xejn miegħu, din il-pjanta għandha l-aspett mediku tagħna.", "Dan wieħed jista' jikkomparah mal-każ tal-morfina, imma bil-maqlub.", "Il-morfina bdiet bħala xi ħaġa medika iżda, sfortunatament, spiċċat abbużata.", "Din bdiet bil-kontra u għalhekk qed nipprovaw inneħħulha din l-istigma u fl-istess ħin nuru li hija mediċina li tista' tintuża għal skopijiet mediċinali wkoll.", "Rigward is-sigurtà, ma rridx ninftiehem ħażin imma din hija pjuttost sigura jekk tintuża kif suppost.", "Dan bħal kull mediċina oħra.", "Għalhekk kienet importanti r-regolazzjoni tagħha u għalhekk enfasizzajna li jekk il-labelling jgħidlek mod, dan għandu jkun konformi ma' dak li ssib ġol-bott.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Jista' s-Segretarju Parlamentari jirrapporta lil din il-Kamra x'kien l-eżitu taż-żjara li għamel din il-ġimgħa ġewwa l-Albanija?", "Xi frott ħareġ minn din iż-żjara?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "DEO DEBATTISTA: Meta morna l-Albanija, fil-bidu ta' din il-ġimgħa, iffirmajna memorandum of understanding mal-awtorità responsabbli mill-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur tal-Albanija, li hija l-ekwivalenti tal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) tagħna.", "Dawn għadhom fil-fażi li qed jorganizzaw il-qafas legali.", "Fil-fatt, iltqajna mal-Prof.", "Juliana Latifi, li se tkun l-ewwel chairperson tal-awtorità responsabbli mill-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur ta' hemmhekk.", "Il-Prof.", "Latifi tgħallem il-liġi u kienet ukoll maġistrat.", "Inzertajna wkoll li konna l-ewwel delegazzjoni li marret l-Albanija eżatt wara li ġiet aċċettata l-proposta li jerġgħu jiftħu n-negozjati biex l-Albanija tidħol fl-Unjoni Ewropea u allura ħadu aktar gost bina.", "L-iskop ta' din iż-żjara kien li naqsmu magħhom l-esperjenza tagħna f'dik li hija liġi dwar il-kompetizzjoni u l-konsumatur.", "Tajniehom ukoll il-possibbiltà li niskambjaw dokumenti li mhumiex kunfidenzjali.", "Barra minn hekk, offrejnielhom li naqsmu magħhom l-expertise tagħna f'dan il-qasam filwaqt li offrejnielhom li jekk ikollhom xi ekonomisti jew nies gradwati fl-ekonomija, dawn jistgħu jiġu jaħdmu magħna fuq sistema ta' fellowship, jieħdu s-salarju u jkunu jistgħu jagħmlu wkoll dottorat jew ikomplu jispeċjalizzaw.", "Ħafna minnhom jitkellmu sew bil-lingwa Ingliża u allura m'għandux ikun hemm diffikultajiet.", "Sur President, għal din iż-żjara akkumpanjani l-Onor.", "Clayton Bartolo, li kien importanti, anke biex saret il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Iltqajna wkoll mal-Ispeaker tal-Kamra tal-Albanija.", "Fil-fatt, sella għalik, Sur President, u deher li jafek sew.", "Imbagħad iltqajna mar-Rettur tal-Albanian University, li hija tabiba, u wrejna x-xewqa li jekk ikun hemm speċjalisti jew inkella farmaċisti li jridu jiġu jaħdmu mal-Awtorità dwar il-Mediċini u ndaħħluhom fis-sistema tal-fellowship, dawn huma more than welcome.", "Dawn jistgħu anke jagħmlu dottorat fil-farmaċija.", "Iltqajna wkoll mal-Kummissarju tad-Data Protection li għamel analiżi fl-eventwalità li jiġi ffirmat memorandum of understanding f'dan il-qasam.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: L-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għall-Użu Mediċinali ilu li daħal fis-seħħ minn Marzu 2018.", "Dik hija xi ħaġa tajba u jien nemmen ħafna fiha.", "Issa s-Segretarju Parlamentari rrefera għall-kompetenza tat-tabib u l-Onor.", "Galea rrefera għall-importanza tal-continuing medical education (CME) u għaldaqstant jien se nirreferi għat-therapeutic cannabis practice, minn fejn joħorġu r-riskji, il-benefiċċji u l-linji gwida.", "Nifhem li minkejja li għaddew dawn ix-xhur kollha għad għandna nuqqas ta' għażla f'dik li hija kannabis mediċinali, speċjalment meta wieħed iqis ir-ratios tas-CBD u t-THC.", "Fil-fatt, ir-ratios li għandna bħalissa huma fl-estrem tar-range, jiġifieri 1:20 jew 1:22 u fl-ebda linji gwida ma nsibu li dawn għandhom ikunu inqas minn 1:15.", "Jiġifieri għandna prodott li huwa aktar psychotropic milli wieħed jistenna.", "Issa meta tabib jippreskrivi l-mediċina tal-kannabis, dejjem jibda in a step-up approach.", "Għalhekk, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'qed isir min-naħa tal-Awtorità dwar il-Mediċini biex mill-aktar fis jiddaħħlu mediċini li huma aktar prattiċi biex jintużaw mill-pazjenti skont l-indikazzjonijiet li jkollhom bżonn? lssa ilna minn Marzu nistennew.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "DEO DEBATTISTA: Aħna nafu b'din id-diffikultà.", "Fil-fatt, permezz tal-Intelligence and Access Unit li għandna fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini, qed naraw swieq li jistgħu jipprovdulna dawn il-preċentwali differenti.", "Biss, wieħed irid ikun ċert li dak li jiġi offrut veru jkun ġol-bott, biex inpoġġiha fi kliem sempliċi.", "Bħall-Onor.", "Interpellant, jien ukoll nemmen li ma jistax ikun li jkollok extremes ta' trattament, jiġifieri a very low dose jew a very high dose.", "Dak l-aspett qed nikkunsidrawh.", "Diġà daħħalna erba' prodotti fis-suq u hemm oħrajn in the pipeline.", "Barra minn hekk, ħarġet letter of intent għal għaxar kumpaniji biex jibdew joperaw minn Malta.", "Ovvjament billi ħarġet letter of intent ma jfissirx li dawn awtomatikament se jkollhom il-liċenzja biex jipproduċu, però se jkollhom il-permess biex jagħmlu s-setup tagħhom, imbagħad l-Awtorità dwar il-Mediċini tirregola biex naraw li jkunu konformi mal-Good Manufacturing Practices (GMPs).", "Għal diversi raġunijiet u s-serħan il-moħħ tal-pazjent kif ukoll għall-użu tajjeb tat-tabib huwa importanti li l-medical cannabis tiġi fuq l-istess livell bħal kull mediċina oħra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jista' s-Segretarju Parlamentari jagħtina aktar informazzjoni dwar il-lista twila mhux ħażin ta' mediċini li raħsu, inkluż matul din is-sena?", "Naf li hija xi ħaġa li ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku inġenerali u naf li anke hemm pjanijiet min-naħa tiegħu biex ikomplu jorħsu iżjed mediċini.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, kemm ilna fil-gvern, ċjoè mill-2013 sal-lum, raħħasna l-mediċini diversi drabi.", "Biss biss diġà raħħasniehom darbtejn f'din il-leġiżlatura.", "Raħħasna diversi tipi ta' mediċini, fosthom mediċini li jintużaw għall-kura ta' mard mentali, kif ukoll diversi mediċini li għandhom x'jaqsmu ma' kundizzjonijiet bħall-osteoporosis, problemi tal-istonku u mediċini li jintużaw għall-asthma.", "Bi pjaċir ngħid li raħħasna wkoll l-Augmentin b'25%.", "Dan huwa antibiotic li jintuża ħafna.", "Sintendi mhuwiex l-iskop li dan jintuża aktar.", "Bħal fil-każ ta' kull prodott ieħor, inti traħħas mediċina mhux biex din tintuża aktar jew tiġi abbużata iżda biex tkun aktar aċċessibbli.", "Il-prezz ġieli jkun projbittiv għal ċertu nies u speċjalment fejn jidħol mard kroniku jsibuha iebsa li jibqgħu jixtru l-mediċini.", "Fil-fatt, minn studji li saru barra minn Malta rriżulta li sfortunatament, terz tal-pazjenti, għal xi raġuni jew għax forsi jidhirilhom hekk jew għal raġuni finanzjarja, jagħżlu li ma jeħdux il-mediċini.", "Dan kollu qed nagħmluh permezz tal-Access and Intelligence Unit u l-iskop huwa li flimkien mal-istakeholders, mal-importaturi u ma' dawk li jipproduċu, naraw x'inhija l-aħjar mediċina li hawn fis-suq u nġibu prezzijiet orħos sabiex ikollna mediċini aktar aċċessibbli għall-pazjent.", "Fl-istess ħin intoduċejna wkoll mediċini ġeneriċi.", "Dawn ikunu identiċi għall-mediċini normali però jkunu manufatturati minn kumpaniji oħra.", "Allura peress li jkun hemm dan il-prezz kompettitiv, jgħin.", "Barra li l-generic huwa tajjeb daqs l-originator, għandek prezzijiet aħjar u aktar aċċessibbli.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, peress li l-Awtorità dwar il-Mediċini taqa' taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari, jista' jgħid x'tip ta' inizjattivi tieħu din l-Awtorità?", "Qed nistaqsi għaliex ftit li xejn nisimgħu dwar l-inizjattivi xjentifiċi, inkluż fuq il-midja.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "DEO DEBATTISTA: Biex inkompli fuq il-medical cannabis ngħid li parti mill-profitt li nagħmlu minn fuq kull prodott tal-medical cannabis se tmur biex tkompli ssir ir-riċerka fl-istess qasam.", "Apparti minn hekk, ilkoll nafu bil-problema globali li teżisti fuq l-apparat mediku minħabba ċ-ċertifikazzjoni tiegħu kif ukoll l-użu tiegħu u allura se nwaqqfu unit li tirregola dan l-apparat.", "Hawnhekk qed nirreferi għal apparat mediku li jintuża fil-kura tal-pazjent, bħal stands u valves, liema apparat s'issa kien f'idejn l-MCCAA, li b'kumbinazzjoni qiegħda taħt ir-responsabbiltà tiegħi wkoll.", "L-MCCAA kienet tivvaluta kwalità partikolari ta' dan l-appart mediku.", "Bl-introduzzjoni ta' din il-unit però se nkunu qed naraw l-apparat mediku kollu sabiex il-pazjent jonqoslu r-riskju ta' kumplikazzjonijiet minn dan l-apparat.", "Tgħidli: Allura bħalissa l-pazjent qiegħed f'riskju?", "Le, mhuwiex, però l-problema hija li dan huwa liċenzjat f'pajjiż Ewropew, bir-riżultat li ġieli jista' jkollok, anke kif rajna mir-rapporti, użu erratiku.", "L-iskop tagħna allura huwa li nistabbilixxu, bħalma qed nistabbilixxu fil-medical cannabis, awtorità serja li barra minn Malta jkun hemm min isegwiha.", "B'hekk, inkunu leaders f'dan il-qasam ukoll.", "Sur President, qed nagħmlu wkoll studju fuq adult stem cells.", "Bħalissa għandna spiżjara li qed tagħmel dottorat f'dan il-qasam.", "Dawn huma stem cells li jittieħdu minn pazjenti adulti u li mbagħad jistgħu jintużaw fuq l-istess pazjent li jkollu problemi f'diversi oqsma.", "Il-konċett ta' adult stem cells huwa kompletament differenti minn dak ta' embryo stem cells.", "Dawn l-adult stem cells jistgħu jittieħdu miż-żaqq tal-individwu u mbagħad, permezz ta' proċessi xjentifiċi, jintużaw fuq l-istess pazjent biex isewwu l-ħsara li jkollu xi mkien ieħor.", "Barra minn hekk, qed nagħmlu wkoll aktar studji fuq mard rari, u hawnhekk ukoll għandna spiżjara li qed tagħmel dottorat f'dan il-qasam, kif ukoll fuq potential carcinogens.", "Qed nagħmlu l-istess proċess tal-Valsartan sabiex l-Awtorità dwar il-Mediċini tkompli tikber u tagħmel ġid lill-pazjent Malti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, is-Segretarju Parlamentari huwa wkoll responsabbli mill-cleansing.", "Filwaqt li napprezza ħafna x-xogħol li qed jagħmel, għaliex verament qed naraw xogħol tajjeb u anke xogħol immedjat, irrid ngħid li f'dan il-pajjiż għandna problema għax xi kultant nagħmlu proġetti li mbagħad naqgħu lura fil-manutenzjoni tagħhom.", "Dan l-aħħar kont il-Belt u rajt ħaddiema li jaqgħu taħt is-Segretarjat tiegħu qed jagħmlu manutenzjoni b'mod aktar professjonali milli konna imdorrijin biha.", "Jista' allura jgħid x'investiment qed isir f'dan is-settur?", "Hemm xi ħsieb li d-dipartiment konċernat ikompli jissaħħaħ sabiex naraw aktar manutenzjoni f'dan il-pajjiż?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "DEO DEBATTISTA: Sfortunatament kienet tendenza għal snin twal, minn kull amministrazzjoni, li nagħmlu proġetti kbar u l-follow-up tagħhom imbagħad ikun skars.", "Qisu konna narawha bħala ħela ta' flus li inti tinvesti fil-manutenzjoni.", "Fil-fatt, għandna ħafna proġetti f'Malta li jekk ma nsegwuhomx, se nitilfuhom.", "Għalhekk, il-Cleansing Division issa se twaqqaf maintenance division bl-iskop li tieħu ħsieb tikkura proġetti li saru minn Transport Malta bħal, pereżempju, il-proġetti tal-Pjazza Tritoni, tal-Pjazza ta' Kastilja u tal-Valletta Ditch.", "Irrid ngħid però li l-iskop ta' din il-maintenance division mhux se jkun li tara l-ħsara li saret tissewwa biss imma li tkun ukoll proattiva u tkompli ttejjeb dak li jkun diġà sar.", "Rigward il-Belt Valletta, din is-sena l-Ministru għall-Finanzi għoġbu jagħtina €200,000 għall-manutenzjoni tal-Belt Valletta.", "Ta' dan nirringrazzjah.", "Sintendi issa se nagħmlu qafas ta' ħaddiema sabiex naraw li dawn il-€200,000 nonfquhom kollha u forsi s-sena d-dieħla jagħtina aktar!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, peress li r-Renju Unit jista' jkun li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, u jista' jkun li joħroġ bi ftehim jew mingħajr ftehim, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid kif qed tipprepara ruħha l-Awtorità dwar il-Mediċini għal kull eventwalità?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, malli sirna nafu bil-Brexit u l-possibbiltajiet u l-konsegwenzi tagħha, mill-ewwel kellna taħdidiet mal-awtoritajiet Ingliżi kif ukoll mal-Kummissjoni għar-rigward tal-Awtorità dwar il-Mediċini.", "Pereżempju mal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) itqajt darbtejn, l-ewwel darba f'Settembru tal-2017, u dakinhar l-atmosfera kienet kalma ħafna, u t-tieni darba xahar ilu ġewwa Canary Wharf però did-darba kienu daqsxejn aktar eċitati.", "Fl-istess ħin iltqajt ma' Sir Michael Rawlins u ma' Dr Ian Hudson u nista' ngħid li kont qisni qed niltaqa' mas-sewwieqa tal-Maclaren għax li tiltaqa' magħhom hija xi ħaġa kbira ħafna.", "B'riżultat ta' dawn il-laqgħat, fil-possibbiltà ta' Brexit aħna diġà qed nantiċipaw x'jista' jsir.", "Aktar minn hekk, kemm bħala pajjiż kif ukoll bħala Unjoni Ewropea għandna ftehim mar-Renju Unit, s'issa verbali, għax la aħna u lanqas l-Unjoni Ewropea mhu se nħallu l-pazjenti Maltin mingħajr mediċini.", "Il-fatt li aħna nitkellmu l-lingwa Ingliża jgħinna wkoll.", "Fil-fatt konna qed nikkonsidraw il-possibbiltà li nimportaw mediċini mill-Irlanda biex nipprovaw inkunu pass ftit aktar 'il quddiem.", "Biss kien hemm reazzjoni fl-Irlanda, mhux fil-konfront tagħna iżda aktar fil-konfront tal-pazjenti Irlandiżi, u jista' jkun li jogħlew il-prezzijiet.", "Minkejja dan, żgur, u għandna wkoll il-barka tal-Ingliżi, li mhux se nħallu 'l-pazjenti tagħna mingħajr mediċini.", "Dan apparti l-fatt li aħna membri tal-Commonwealth u f'każ li Brexit isseħħ, l-Ingliżi qed jarawna bħala l-pont bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ingilterra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali għas-sena 2017 tal-Kumitat tas-Sigurtà skont l-artikolu 14(4) tal-Att dwar is-Servizz tas-Sigurtà (Kap. 391), flimkien ma' Dikjarazzjoni tal-Prim Ministru skont l-artikolu 14(5) tal-istess Att;", "Tagħrif dwar bordijiet ta' inkjesta maħtura mill-Prim Ministru skont l-Att dwar l-Inkjesti minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7857; u", "Tagħrif dwar pagamenti li saru lil persuna partikolari mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7859.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' kuntratti ta' bejgħ ta' proprjetà li saru bejn Jannar 2014 u Diċembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8076.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pesticide Maximum Residue Level – Annual Monitoring Program Implementation mill-Marketing Surveillane Directorate fi ħdan l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6821;", "Ir-riżultati għas-sena 2018 dwar residwi ta' pestiċidi li nstabu f'oriġini veġitali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6822;", "Kopja tal-Kodiċi ta' Etika għall-Avukati u l-Prokuraturi Legali u tal-Kodiċi ta' Etika għall-Avukati u Prokuraturi Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Jannar 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7837; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar użu ta' bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex minn wara Jannar 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8119.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar avviżi ta' infurzar maħruġa mill-Aworità tal-Ippjanar fuq siti u binjiet fil-Belt Valletta minn wara Jannar 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8077; u", "Tagħrif dwar avviżi ta' infurzar maħruġa mill-Aworità tal-Ippjanar fuq siti u binjiet fil-Marsa minn wara Jannar 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8078.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Nirringrazzjak.", "Sur President, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8105, niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li l-Ministru rrefera għal dokument li mhuwiex anness.", "Aħna dejjem kellna l-prassi li jkollna d-dokumenti annessi.", "L-ISPEAKER: Kollox sew, se nieħu ħsieb.", "DAVID AGIUS: Grazzi.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum, it-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018, tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, l-Onor.", "Robert Cutajar se jkun qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT (President tal- Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp): Sur President, nippreżenta l-minuti konfermati tal-laqgħat numri 9 sa 12 tal-istess Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li nżammu bejn it-28 ta' Mejju 2018 u l-21 ta' Novembru 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-5 ta' Diċembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi saret fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa u llum se nkun qiegħed nagħmel il-winding up.", "Tkellmu ħafna kelliema tal-Oppożizzjoni però d-diskorsi tagħhom ma tantx kellhom x'jaqsmu ma' dan l-Abbozz ta' Liġi imma aktar kienu marbutin mal-kantaliena li ilha għaddejja biha l-Oppożizzjoni tul dawn l-aħħar xhur.", "Għaldaqstant nixtieq nirrispondi fil-qosor numru ta' punti politiċi li saru, u se nagħmel dan fil-qosor għax finalment din it-tip ta' diskussjoni ma tittrattax dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fost l-oħrajn saru punti fuq l-Individual Investors Program (IIP), li l-Oppożizzjoni ssejjaħlu l-programm ta' bejgħ taċ-ċittadinanza.", "L-argumentazzjoni tal-Oppożizzjoni kienet li għandna nneħħuh, għalkemm jien għadni sal-lum ma nafx x'inhija l-pożizzjoni uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista fuq dan il-programm!", "Jekk xejn iridu jiddeċiedu jekk humiex favur jew kontra dan il-programm u jekk jitilgħu fil-gvern hux se jneħħuh jew le!", "Biex lill-membri tal-Oppożizzjoni nibdew neħduhom bis-serjetà meta jikkritikaw dan il-programm l-ewwel ħaġa li jridu jagħmlu hija li jgħidu lill-ħafna avukati li għandhom jimmilitaw fil-Partit Nazzjonalista biex jieqfu jippromwovuh, jipparteċipaw fih u jieqfu jieħdu l-kummissjonijiet minn fuqu!", "Ma jistax ikollok esponenti, membri u deputati tal-Partit Nazzjonalista li għall-konvenjenza jikkritikaw dan il-programm u mbagħad hemm barra jmorru jiġru biex, fi kliemhom, ibigħu l-passaporti!", "Jekk inti qed tieħu l-kummissjonijiet minn dan il-bejgħ tal-passaporti, kif qed tiddiskrivih l-Oppożizzjoni, imbagħad ma tistax tiġi hawnhekk u titkellem kontrih.", "Naħseb li l-Oppożizzjoni trid tagħmel eżami tal-kuxjenza u tara eżattament xi trid.", "Jew se tikkritika għax temmen verament dak li qed tikkritika, u allura hemmhekk wieħed jista' jibda jeħodha bis-serjetà, jew inkella se tibqa' titkellem għall-konvenjenza u għall-gallarija u mbagħad minn wara tagħmel mod ieħor.", "Fuq dan jien se nieqaf hawn biex ma nkunx parteċipi f'dan il-faċċjoliżmu.", "Sur President, saret ukoll kritika minn diversi esponenti tal-Oppożizzjoni fuq il-kwestjoni tas-Satabank.", "Din tkellem dwarha b'mod prominenti ħafna l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Simon Busuttil, li kien hawn u xtaqt li baqa' ftit aktar biex jismagħni nirrispondi b'mod dirett id-diskors li għamel nhar l-Erbgħa.", "L-ewwel nett huwa semma l-mijiet ta' ħaddiema li qal li qed isofru l-konsegwenzi ta' dak li ġara fis-Satabank.", "Jien naħseb li ma jafx x'qed jgħid.", "Jien iltqajt mal-ħaddiema kollha tas-Satabank u m'hemmx mijiet imma hemm 43 biex inkunu eżatti!", "Ma nafx għal liema mijiet ta' ħaddiema kien qed jirreferi!", "Forsi kien qed jitkellem fuq il-ħaddiema ta' xi bank ieħor, imma żgur mhux tas-Satabank.", "Jien iltqajt personalment magħhom, ma qgħadtx inġibha fil-midja għax ma naħsibx li hija kwestjoni ta' midja, imma nikkonferma li ltqajt mal-ħaddiema kollha tas-Satabank.", "Barra minn hekk, kien hemm diversi miżuri li ttieħdu fis-Satabank u dawn il-miżuri l-Gvern ma kienx parteċipi fihom għax, bħalma nafu, l-MFSA hija indipendenti u hija hi li tieħu d-deċiżjonijiet f'dan is-sens.", "Imbagħad ovvjament għal kull deċiżjoni hemm ir-responsabilità li trid tinġarr.", "Ma nistgħux nipprietkaw fuq l-indipendenza tal-awtoritajiet imbagħad meta l-awtoritajiet jieħdu azzjoni niġu hawnhekk u ngħidu lill-Gvern biex jintervjeni fuq dik l-azzjoni.", "Jew se nħalluhom jaħdmu b'mod indipendenti jew inkella se nagħmlu l-indipendenza à la carte u niddeċiedu fejn il-Gvern għandu jintervjeni u fejn le.", "Aħna nemmnu fl-awtoritajiet u nafdawhom u għad-deċiżjonijiet li jieħdu għandhom responsabbiltà xi jġorru.", "Hawnhekk tajjeb li nsemmi fejn il-Gvern intervjena.", "Pereżempju kif semmejna m'ilux, nidejna dak li ngħidulu hardship fund.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni, li hemm numru ta' kumpaniji li ma jistgħux iħallsu lill-ħaddiema, mhuma veru xejn.", "Dawn jew ma jafux x'qed jiġri jew inkella qed jigbdu biex jipprovaw jiġbdu l-attenzjoni tal-midja.", "Fil-fatt, ma nistax nifhem kif gazzetta partikolari qalet li hemm numru ta' ħaddiema li qed ibatu minħabba dak li ġara għax mhux qed jitħallsu l-pagi meta jumejn qabel din l-istess gazzetta ppubblikat press release tal-Gvern fejn ħabbar dan il-hardship fund bl-iskop li jintuża minn dawk il-kumpaniji li għandhom il-kont tagħhom iffriżat biex ikunu jistgħu jħallsu l-pagi tal-ħaddiema u anke xi ħlasijiet eċċezzjonali.", "Nerġa' ngħid, dawn jew ma jkunux jafu x'qed jgħidu jew inkella jkollhom aġenda oħra u allura jkunu jridu jħawdu l-imħuħ.", "Din it-tip ta' kritika, fl-opinjoni tiegħi, hija moqżieża għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet sensittivi.", "Ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni tgħid li trid l-awtoritajiet jintervjenu u mbagħad għax jintervjenu tgħid li l-Gvern imissu jitnervjeni biex iwaqqafhom biex ma jibqgħux jintervjenu!", "Dan huwa taħwid tal-moħħ li f'dan is-settur ma jagħmilx wisq ġid.", "Jien nitkellem ma' ħafna esponenti f'dan is-settur u l-maġġoranza assoluta tagħhom mhumiex xi partitarji jew persuni li jappoġġaw lill-Partit Laburista, però lkoll jgħidulek li jinsabu diżgustati bil-mod kif il-Partit Nazzjonalista qed iġib ruħu f'dan is-settur.", "Jien infurmat ukoll li l-istess stakeholders bagħtu kemm-il darba messaġġi lill-Partit Nazzjonalista u lil diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista jwissuhom bil-periklu tat-triq li qed jaqbdu u jippruvaw jiftħulhom għajnejhom.", "Dan nafu għax ikellmuni ċar u tond u jgħiduli li huma jappartjenu lill-Partit Nazzjonalista u allura jkellmuhom b'kunfidenza.", "Dawn jgħidulhom: Tibqgħux sejrin f'din it-triq, ħadd mhuwa qed iċapċpilkom, u taħsbux li intom qegħdin tintgħoġbu għaliex tipprovaw timxu b'dan il-mod.", "Min jobżoq fis-sema jiġih f'wiċċu.", "Il-kelliema tal-Oppożizzjoni semmew kemm-il darba l-Pilatus Bank u l-kwestjoni tas-Satabank.", "L-ewwel nett irrid ngħid li dan l-aħħar kien hemm tliet każijiet ta' azzjoni diretta fuq banek però b'mod konvenjenti, il-bank l-ieħor l-Oppożizzjoni ma ssemmihx għax wieħed mid-diretturi tiegħu huwa Eks Mexxej tal-Partit Nazzjonalista!", "L-istess ma kinux semmew il-każ ta' bank ieħor privat li kien involut fih esponent tal-Partit Nazzjonalista u l-każijiet li kienu involuti fihom familjari u attivisti tal-Partit Nazzjonalista, l-istess attivisti li jmorru jħabbtu fuq sidirhom fuq il-kwestjoni tal-governanza tajba u fuq il-kwestjoni tal-ħasil tal-flus.", "Imma allura se noqogħdu naqbdu dik it-triq aħna?", "Le, għaliex l-interess ta' dan il-Gvern huwa s-settur finanzjarju.", "Forsi dan huwa argument li nitkellmu fuqu darb'oħra però rrid ngħid li ma nistgħux nikkritikaw fejn jaqblilna biss.", "Għandna nkunu sinċiera fi-kritika tagħna.", "Wara kollox jien mhux qed ngħid li kollox hu perfett.", "Sur President, kien hemm ukoll l-intervent tal-Onor.", "Jien tlabt opinjoni fuq dak li qal u fil-fatt nitlob lill-Whip tal-Oppożizzjoni biex jinnominah bħala membru fl-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi sabiex flimkien naraw li tiġi indirizzata l-kritika kostruttiva li għamel u jekk hemm bżonn anke tiġi ċċarata.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li, b'mod sinċier, għamel kritika kostruttiva.", "Din se nindirizzawha u jekk ikun hemm bżonn, nirranġaw, però mbagħad kritika falsa ta' xi wħud ma tappartjenix għal din id-diskussjoni u jien mhux se nkun parteċipi fiha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-LOGĦOB", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Logħob, Kap. 583\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, dan huwa Abbozz ta' Liġi qasir li fih żewġ emendi żgħar għall-Att dwar il-Logħob.", "Kif anke tkellimt mal-Oppożizzjoni, m'iniex se nitkellem fit-tul dwaru.", "Ftit tax-xhur ilu f'dan il-Parlament għaddejna liġi li permezz tagħha aġġornajna diversi liġijiet li jittrattaw is-settur tal-logħob u amalgamajniehom f'liġi waħda, prinċipalment fl-Att dwar il-Logħob, Kap. 583.", "Dan l-Att kien ħadilna ftit żmien mhux ħażin.", "Iddiskutejna ħafna u kulħadd ta l-kontirbut tiegħu, inkluż l-Oppożizzjoni, li rrid nirringrazzjaha għax kienet qablet miegħu u b'hekk għadda mil-Parlament b'mod unanimu.", "Kien Att li kien mistenni ħafna wkoll mill-industrija tal-logħob.", "Minkejja dan, komplejna d-diskussjonijiet anke wara li daħal fis-seħħ u rajna li kien hemm liċenzja partikolari ta' settur partikolari li anke l-industrija nnifisha ħasset li kellha bżonn li tidħol b'mod aktar soft.", "Għaldaqstant l-iskop prinċipali ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li jemenda l-Att dwar il-Logħob il-ġdid biex liċenzja partikolari ta' operat żgħir fi ħdan is-settur tal-gaming ma tidħolx fis-seħħ mill-1 ta' Jannar bħall-kumplament.", "Dan biex ikun hemm a smooth transition mil-liġijiet kif kienu qabel għal din il-liġi l-ġdida.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri li ressaq dan l-Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu se jiġi emendat l-Att dwar il-Logħob li konna ddiskutejna fit-tul ftit tax-xhur ilu.", "B'dak l-Att konna biddilna mill-qiegħ żewġ Atti prinċipali, preċiżament l-Att dwar il-Logħob preċedenti u l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor.", "Illum qed niddiskutu Abbozz ta' Liġi li fih emenda sabiex tiġi armonizzata t-transizzjoni bejn il-framework legali preċedenti u dak li ġie ppreżentat quddiemna proprju ftit tax-xhur ilu.", "Il-Gvern dakinhar kien sab il-koperazzjoni tagħna, konna ressaqna proposti, iddiskutejna u approvajna dak l-Att.", "Suġġetti bħall-gaming u s-servizzi finanzjarji dejjem ikun hemm kunsens politiku dwarhom, u dejjem inħarsu lejhom b'mod mill-aktar oġġettiv, u dejjem nippruvaw ma ndawruhomx f'ballun politiku.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi wkoll ma qed nara l-ebda punti ta' kontroversja u allura l-Oppożizzjoni se tkun qed tappoġġja l-emendi proposti.", "Kif dejjem ngħid, Sur President, is-settur tal-gaming huwa strumentali għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Huwa settur li jikkontribwixxi mhux biss għall-value added ta' pajjiżna iżda anke għall-ħolqien ta' impjiegi tal-ogħla kwalità.", "Dan is-settur huwa wkoll id-driving force ewlenija għal numru kbir ta' servizzi anċillari li sal-lum għadhom irendu, jikbru u jdawru r-rota ekonomika b'mod b'saħħtu u sostenibbli.", "Is-settur tal-gaming, bħas-settur diġitali kollu, huwa settur mill-aktar dinamiku li biex ikompli jikber u jixpruna opportunitajiet ġodda jeħtieġ li nibqgħu naġġornawh il-ħin kollu.", "Is-settur tal-gaming jikkontribwixxi għal aktar minn 19% tal-valur miżjud globali ta' pajjiżna, is-servizzi professjonali jikkontribwixxu għal madwar 17%, il-financial and insurance activities jikkontribwixxu għal madwar 8.5% filwaqt li s-settur tal-ICT jikkontribwixxi għal madwar 4% oħra.", "Jekk tgħodd dawn flimkien tista' tgħid li l-ekonomija diġitali tikkontribwixxi għal kważi nofs il-valur miżjud globali ta' pajjiżna.", "Jekk wieħed imbagħad iħares lejn is-settur tal-gaming minn aspett ta' tkabbir ekonomiku annwali jsib li dan kien fost l-aktar setturi li kkontribwixxew għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Fil-fatt is-settur li l-aktar ikkontribwixxa għat-tkabbir ekonomiku fl-2018 kien is-settur tal-kostruzzjoni u eżatt warajh ġie s-settur tal-gaming b'10.7%.", "Mill-aspett ta' tkabbir fin-numru ta' impjiegi, is-settur tal-gaming waħdu, li jimpjega madwar 9,000 persuna b'mod dirett, kien wieħed mill-aktar setturi, jekk mhux l-aktar, li rreġistra tkabbir minn dan l-aspett ukoll.", "Sur President, ilkoll naqblu li huwa settur kruċjali u li jħalli a ripple effect fuq l-ekonomija tagħna.", "Dan is-settur għandu impatt dirett fuq diversi oqsma.", "Pereżempju minn jaf kemm-il darba nitkellmu ma' sidien ta' ristoranti li jgħidulek li allaħares ma kienx għas-settur tal-gaming għaliex il-ħaddiema li jimpjega huma l-aktar persuni li jmorru jieħdu lunch kuljum u m'hemmx weekends u lanqas l-effett staġjonali.", "Jgħidulek li kważi kważi jiddependu fuq dawn in-nies biex iżommulhom is-sostenibbiltà tal-operat u r-ristorant jibqa' għaddej.", "Dan qed ngħidu biex nifhmu kemm huwa kbir dan is-settur, u nifhmu wkoll li ma dan is-settur ma jgawdix biss il-ħaddiem li jaħdem f'xi kumpanija tal-gaming jew inkella li jipprovdi servizz b'mod dirett lil dan is-settur, però jgawdu minn dan is-settur diversi setturi oħrajn.", "Dawn jinkludu s-sid u l-ħaddiema tar-ristoranti, ħaddiema fir-real estate, persuni li jaħdmu fil-qasam tat-trasport, ix-xufiera tat-taxis, il-cleaning services u r-retail inġenerali.", "Dan huwa t-trickle-down effect tas-settur tal-gaming, ċjoè l-impatt pożittiv minn fuq għal isfel, u allura huwa importantissimu li nieħdu ħsiebu u naraw li ma jkunx espost għal riskji perikolużi.", "Jien għandi l-esperjenza opposta tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Lili jkellmuni ħafna stakeholders li jgħiduli li jeħtieġ li huma wkoll jibqgħu jsemmgħu leħinhom permezz tal-pjattaformi li għandhom fl-ogħla organu tal-pajjiż, li hu l-Parlament, biex iwissu l-Gvern kemm verament qegħdin nilagħbu b'dan is-settur meta ma nimpenjawx ruħna kif meħtieġ biex verament niġġieldu għar-reputazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Jekk allaħares qatt dan is-settur jiġi espost għal riskji bla bżonn, it-trickle-down effect li semmejt jista' jaħdem kompletament bil-kuntrarju, b'mod negattiv.", "Hawn żgur m'iniex nirreferi għall-mod kif imexxi dan is-settur is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, jew l-Eks Ministru Emmanuel Mallia, li tant mexxa dan is-settur b'mod abbli, però qed nirreferi għar-riskju li qed jitpoġġa fih permezz tar-reputazzjoni tal-pajjiż.", "Irridu nammettu li r-reputazzjoni tal-pajjiż hija ċ-ċavetta għas-suċċess li għandna fis-servizz finanzjarji u jekk mhux se nkunu kommessi serjament biex nerġgħu nirrestawrawha, se nkunu qed inpoġġu f'riskju dan is-settur u r-riperkussjonijiet ma jkunux sbieħ.", "Nafu li s-suċċess f'dan is-settur, bħal dak tas-servizzi finanzjarji, kien għaliex kellna qafas legali b'saħħtu u tajjeb.", "Kellna wkoll is-sistema fiskali li dejjem kienet vantaġġjuża u kompetittiva.", "Nafu wkoll li s-suċċess li ksibna f'dawn l-aħħar 15-il sena f'dan is-settur poġġiena taħt ir-radar u poġġiena wkoll f'kompetizzjoni ma' sħabna l-Ewropej.", "Fil-fatt, ilna ħafna għaddejjin niffaċċjaw sfidi kbar minħabba li pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropea qed jagħmlu l-isforzi tagħhom kollha sabiex nimplimentaw sistema fiskali armonizzata.", "Mhux hekk biss, issa nafu li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tiddiskuti l-possibbiltà li tintaxxa d-digital turnover ta' kumpaniji kbar.", "M'għandix għalfejn nidħol fid-dettall, però ngħid biss li tkun xi ħaġa katastrofika jekk nitilfu l-indipendenza fiskali li għandna f'dan is-settur u fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Nerġa' nikkonferma li f'din il-ġlieda biex inżommu l-indipendenza fiskali għal dawn is-setturi, se nkunu four-square mal-Gvern, però l-Gvern jeħtieġ li jkun four-square magħna u mal-istakeholders ta' dan is-settur biex jiġġieled verament l-akbar sfida li għandna li hi dik li nibdew nirrestawraw ir-reputazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "B'hekk, ikollna bargaining power ferm aħjar meta niġu biex nikkonvinċu lil sħana l-Ewropej li aħna jeħtieġ li nżommu l-indipendenza fiskali f'dan is-settur.", "Dan huwa ta' inkwiet għall-istakeholders u allura żgur li aħna fl-obbligu li nitkellmu dwar dan l-inkwiet ewlieni f'dan is-settur u l-isfidi ewlenin li għandna quddiemna.", "Sur President, f'April tal-2018 il-Kap tal-Oppożizzjoni kien l-ewwel wieħed li qal fil-pubbliku li s-settur tal-gaming qiegħed iħoss l-ewwel sfidi fil-kompetittività tiegħu, inkluż biex iħaddem lill-impjegati tiegħu, speċjalment dawk barranin.", "Dan is-settur qed iħoss sfida kbira minħabba l-mod kif qed jogħlew il-prezzijiet tal-kiri tal-proprjetà.", "Dan kien fl-24 ta' April.", "Dak iż-żmien il-Kap tal-Oppożizzjoni ma sabx reazzjoni mingħand il-Gvern però f'dawn l-aħħar ġimgħat din il-problema kienet fil-headlines ta' diversi gazzetti minħabba li qed issir aktar intensiva.", "Jien la se nissuġġerixxi li jkun hemm kontrolli fejn jidħol is-settur tal-kirjiet u lanqas se nissuġġerixxi li s-sidien m'għandhomx jaħtfu din l-opportunità ekonomika u finanzjarja vantaġġjuża biex kemm jista' jkun ikabbru l-profitti tagħhom, però for God's sake, jeħtieġ li jkun hemm pjan ta' emerġenza, u dan mhux biss mill-aspett tas-settur tal-gaming li qed iħoss li qed jitlef il-kompetittività.", "Diġà bdew jinħassu l-effetti għax fejn qabel dan is-settur kien jiftaħar li għandu pagi kompetittivi u pagi vantaġġjużi, illum il-pagi qed jitilfu mill-kompetittività għaliex qed jitnaqqru aktar u aktar meta wieħed jiġi biex iħallas il-kirjiet li tant għolew.", "Sur President, jeħtieġ li jkun hemm pjan ta' emerġenza anke minn aspett soċjali f'ġieħ il-familji li joqogħdu f'postijet mikrija.", "Issa jekk in-naħa tal-Gvern jgħixu f'realtà differenti ma nafx, però jien kuljum niltaqa' ma' xi ħadd li jgħidli li għandu familja, ilu jgħix fil-proprjetà tiegħu numru ta' snin però sid il-kera, li wara kollox għandu kull dritt, qallu li jew jgħollilu l-kera jew inkella jiżgombra sal-aħħar tas-sena biex jieħu l-proprjetà lura.", "Sal-lum ma hemm l-ebda pjan ta' emerġenza għal dawn il-familji.", "Mill-aspett ta' kompetittività u sostenibbiltà ta' dan is-settur jeħtieġ li din il-problema tiġi indirizzata.", "Naf li l-Malta Developers Association (MDA) ħarġet bi proposti fejn mingħajr ma jkun hemm kontrolli, ikun hemm inċentivi biex sidien il-kera joffru kuntratti aktar long-term.", "B'hekk, ikun hemm aktar stabbilità, kemm għall-familji Maltin kif ukoll għall-barranin li jgħixu u ġew jaħdmu ġewwa pajjiżna.", "Lil dawn tal-aħħar l-ewwel ngħadduhom minn proċess twil sabiex jingħatalhom il-permess biex jaħdmu f'Malta, imbagħad għandhom l-akbar tumbling block biex jinfetħilhom kont bankarju, imbagħad qed jaraw kemm qed tkun verament għolja l-ħajja tagħna bħala cost of living minħabba l-kirjiet.", "Allura iva, din qed issir ta' theddida wkoll għal dan is-settur u nispera li s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qed jieħdu dawn il-conerns mhux bħala kritika lilu jew lill-Gvern, però bħala concerns li għandna niddiskutuhom għaliex verament iż-żewġ naħat irridu li din l-industrija tal-logħob tkompli tibqa' leader għas-snin li ġejjin.", "Is-Segretarju Parlamentari jrid jammetti li s-settur tal-logħob kien l-aktar settur li ntlaqat mis-saga tas-Satabank.", "Fil-fatt kien hemm diversi artikli fuq il-gazzetti indipendenti fejn ingħad li dan is-settur ġie milqut mill-mod kif il-Gvern jew l-awtoritajiet finanzjarji indirizzaw il-problema tas-Satabank.", "Pereżempju deher artiklu fuq il-ġurnal Times of Malta fit-30 ta' Novembru 2018 li huwa intitolat 'Malta getting a bad reputation, gaming executives warn'.", "Mela l-istakeholders ta' dan is-settur mhux talli jridu li aħna, l-membri tal-Oppożizzjoni, nitkellmu għalihom però qed imorru huma stess għand il-gazzetti sabiex il-messaġġ dwar kemm is-settur jinsab f'qagħda inkwetanti verament jasal għand dan il-Gvern.", "Ma ngħidx li hija qagħda kritika, però lkoll irridu li dan is-settur ikompli jikber u jkun sostenibbli.", "Għalhekk, jeħtieġ li niġġieldu dawn l-isfidi għal dan is-settur.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Malta Gaming Authority (MGA) għax-xogħol li jsir.", "Din l-Awtorità rnexxielha tkompli taħdem mingħajr ma tidħol f'kontroversji żejda.", "Nemmen li hija Awtorità li taħdem b'mod effiċjenti, li hija Awtorità effettiva u reattiva anke meta jkun hemm inċidenti ta' kumpaniji jew ikun hemm prattiċi ħżiena fl-operat tagħhom.", "Hija Awtorità li għadha għaddejja b'ritmu tajjeb ħafna u nawguralha aktar suċċess.", "Sur President, l-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar il-kunsens politiku u l-għaqda bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern anke f'dan is-settur.", "Ilna ħames snin taħt Gvern Laburista però anke f'attivitajiet u konferenzi annwali tas-settur tal-logħob, l-Oppożizzjoni, sena wara sena, qed tkun kompletament ineżistenti għax qatt ma tkun mistiedna biex tipparteċipa.", "Fl-attivitajiet u l-konferenzi tas-settur tas-servizzi finanzjarji l-Oppożizzjoni dejjem ikollha rwol prinċipali għaliex ikunu organizzati mill-industrija, però fil-qasam tal-logħob qatt ma kellna stedina, lanqas biex nindirizzawh jew nipparteċipaw fis-SiGMA.", "Minkejja li din il-konferenza hija organizzata mill-privat, nafu li din tiġi ffinanzjata b'mod sinifikanti mill-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet l-Ministeri tal-Gvern.", "Jekk verament il-Gvern irid li l-Oppożizzjoni tkompli timxi id f'id miegħu għall-ġid tal-industrija, anke hu jrid jagħmel passi min-naħa tiegħu.", "B'hekk, il-messaġġ hemm barra jkun li l-Gvern u l-Oppożizzjoni f'dawn is-setturi jimxu bil-kunsens politiku u nuru li anke fejn jidħlu konferenzi importanti u ta' skala nazzjonali, il-preżenza u l-parteċipazzjoni tal-Oppożizzjoni hija meħtieġa.", "Mela l-Oppożizzjoni pparteċipat b'mod pożittiv, għaddiet il-proposti tagħha u vvotat favur il-Virtual Financial Assets Act u favur il-liġijiet tal-blockchain, imbagħad fid-Delta Summit, li ġie organizzat ftit tal-ġimgħat wara, kienet kompletament injorata!", "Għaldaqstant inħoss li l-Gvern għandu jieħu nota ta' dan jekk verament irid dan is-settur ikompli jaħdem bil-koperazzjoni tal-istakeholders kollha involuti, inkluż, u b'mod partikolari, tal-Oppożizzjoni li kienet hi li welldet dan is-settur.", "Aħna rridu li din l-industrija tkompli tikber, tkompli tagħti r-riżultati u tkompli tikseb iċ-ċifri li kisbet sal-lum.", "Jien nemmen li s-settur tal-gaming huwa settur sensittiv u reattiv għal diversi fatturi fl-ekonomija tal-pajjiż u allura rridu nagħtu kas meta jkollok persuni li jokkupaw l-ogħla karigi li qed juru l-inkwiet tagħhom dwar il-prezzijiet għolja tal-kirjiet, dwar ir-reputazzjoni tal-pajjiż u dwar il-fatt li l-Gvern litteralment kien falliment fil-mod ta' kif indirizza l-kriżi tas-Satabank.", "Mhux qed insemmiha biex inħammeġ l-affarijiet imma sabiex aħna wkoll niftħu għajnejn il-Gvern jekk forsi mhux qed jieħu l-messaġġ tal-industrija u tal-istakeholders.", "Irrid nikkwota wkoll aktar artikli.", "Pereżempju f'artiklu partikolari ntqal hekk:", "Dan żgur li mhux aħna qed ngħiduh imma qed tgħidu l-industrija.", "Imma ħalli nikkwota aktar:", "Dan tal-aħħar huwa titolu ta' artiklu li deher fuq il-ġurnal Times of Malta nhar il-5 ta' Diċembru.", "Jien nikkommetti ruħi li bħal dejjem, inkompli nkun il-vuċi tas-settur tal-logħob u nara wkoll li dan is-settur ikompli jikber b'mod sostenibbli u serju, però l-Gvern jeħtieġ li jkun aktar realistiku.", "Jeħtieġ li jħares ukoll lejn is-sitwazzjoni ta' pajjiżna b'mod aktar miftuħ.", "Huwa tajjeb li niddiskutu l-micro perspective ta' dan is-settur, però lkoll nafu li dan is-settur ma jiddependix biss minn emendi fil-liġi iżda jiddependi wkoll mill-mod ta' kif aħna nipproġettaw lilna nfusna u mill-bargaining power li se jkollna mal-Unjoni Ewropea meta għadna għaddejjin bil-ġlied tagħna, speċjalment fejn tidħol l-armonizzazzjoni fiskali u indipendenti għas-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Sur President, niggarantixxi lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri li se jsib l-appoġġ u l-koperazzjoni tagħna, kif dejjem sab.", "Nirringrazzjah ta' kemm jiddiskuti b'mod verament ġust fuq dan is-settur.", "Fil-fatt, għalhekk għedt kemm hija xi ħaġa kontradittorja li mbagħad fl-akbar konferenza fis-settur tal-logħob, li hija sponsored mill-Gvern, l-Oppożizzjoni tiġi kompletament injorata.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, smajt b'attenzjoni kemm lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri kif ukoll lill-Onor.", "Kristy Debono u naqbel ma' ħafna mill-affarijiet li qal is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri kif ukoll ma' dak li qalet l-Onor.", "Huma tkellmu fuq realtajiet li ma tistax ma titkellimx dwarhom.", "Jekk tkun politiku responsabbli ma tistax tinjorahom u jien għalhekk ngħid li l-aġġettivi li uża s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri fil-konfront tal-kritika tal-Oppożizzjoni mhux kollha kienu f'waqthom.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex wieħed kontroversjali.", "Wara kollox kif diġà ntqal tajjeb ħafna mill-Onor.", "Kristy Debono, bħala Oppożizzjoni aħna tassew jimpurtana milli dan is-settur ikompli jirnexxi, però daqstant ieħor jimpurtana li bl-ebda mod ma npoġġuh f'periklu jew li nippreġudikawh.", "Meta kont qed nisma' lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jitkellem bdejt narah bħala Segretarju Parlamentari li jrid jaħdem imma l-ambjent u l-arja li qed jaħdem fihom huma tqal wisq u qisu dik l-arja mhijiex l-arja li jrid lill-istess settur jieħu n-nifs minnha.", "Ovvjament ma jistax jammetti.", "Nifhem u mhux se nistennih jammetti, però għandna realtajiet li ma nistgħux naħarbuhom.", "Is-sena li ġejja jien ngħid li se tkun sfida kbira għal pajjiżna, mhux biss għax għandu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-Membri Parlamentari Ewropej, imma anke f'dawk li huma s-setturi tal-logħob u tas-servizzi finanzjarji.", "Xi kultant nitlob lil Alla l-Imbierek li nkun żbaljat, imma għalija s-sena li ġejja tista' tkun make or break għal dan is-settur.", "Dawn is-sinjali mhux aħna tal-Oppożizzjoni biss qed narawhom iżda qed jarawhom ukoll, u jitkellmu dwarhom fil-miftuħ, nies mis-settur innifsu.", "Dawn l-istess nies qegħdin jitkellmu mal-Gvern u qed jitkellmu mal-poplu Malti.", "Fil-fatt, fil-ġurnal Times of Malta deher artiklu fejn ingħad hekk: \"Malta getting a bad reputation, gaming executives warn\".", "Sur President, ma nistgħux ma nitkellmux fuq din l-aktar problema akuta u terribbli li qed niffaċċjaw bħala pajjiż.", "Dan is-settur lili jinteressani mhux bil-mod kif jinteressa lill-Onor.", "Kristy Debono imma jinteressani għax jien il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-self-employed.", "Hawnhekk irrid nirreferi għal rapport li deher fuq il-ġurnal MaltaToday ftit tal-ġranet ilu, proprju fid-9 ta' Diċembru, bit-titolu 'Malta, bringing iGaming and sunshine together.'", "Dan jgħid hekk:", "Araw fuq xiex qed nitkellmu!", "Immaġinaw allaħares qatt xi ħaġa tmur ħażina f'dan is-settur!", "Dan ikompli jgħid hekk:", "Aħna rridu li dawn jibqgħu jgħidu li Malta hija d-dar tagħhom, anzi rridu nżidu magħhom, però skont it-Times of Malta, meta jitkellmu dawn in-nies qed jgħidu li \"the government was not doing enough to combat the bad reputation Malta was getting\".", "Għaldaqstant is-Segretarju Parlamentari ma jistax jgħidilna negattivi jekk niġu hawn u nirreferu għal din il-verità.", "Din hija l-verità u mhux xi ħaġa li qed ngħiduha aħna.", "Aħna ġejna hawnhekk nitkellmu fuq l-uġigħ ta' dawn in-nies.", "Ir-reputazzjoni ta' pajjiżna mhija tajba xejn.", "Il-Ministru għall-Finanzi saħansitra qalilna li tela' f'taxi f'xi pajjiż fl-Amerka ta' Isfel u x-xufier staqsieh dwar il-korruzzjoni li għandna f'Malta!", "Il-Prim Ministru mbagħad kien hemm min qallu shame on you!", "U qalulu hekk meta mar jitkellem mas-Soċjalisti, ċjoè fil-klabb tiegħu.", "Kien hemm min qallu li r-reputazzjoni ta' pajjiżna qiegħda titqal u kif qalet tajjeb ħafna l-Onor.", "Kristy Debono, l-akbar attentat kontra tagħna huwa mill-Unjoni Ewropea, li qed tipprova tagħmel l-armonizzazzjoni tal-inċentivi tat-taxxa.", "Jekk isir hekk, nitilfu l-benefiċċju li jiġu jfittxu dawn il-kumpaniji ġewwa pajjiżna.", "Sur President, x'qiegħed iġiegħel lill-pajjiżi Ewropej jitfgħu l-attenzjoni fuq Malta biex jieħdu raġun u jippruvaw iwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa?", "Il-kaos tal-korruzzjoni li għandna fil-preżent!", "Meta nitkellmu dwar dawn l-oqsma ma nistgħux ma nitkellmux dwar dawn il-problemi.", "Il-Gvern ma jistax jibqa' ċass quddiem din l-enigma li ħoloq huwa stess.", "Għandna sitwazzjoni ta' paniku fir-rigward tar-reputazzjoni.", "Kelma oħra għal \"reputazzjoni\" hija \"fama\" u l-Malti jgħid: Agħtini l-fama u itfagħni l-baħar!", "Ejjew noqogħdu attenti jekk verament jimpurtana milli nsalvaw dan is-settur.", "Dan il-Gvern, speċjalment il-Prim Ministru, ma jistax jibqa' indifferenti għal dak li qed jintqal minn dan is-settur.", "Il-European Economic Forum kien bassar li fis-snin 2018, 2019 u 2020 il-GDP ta' pajjiżna se jonqos.", "Fil-fatt f'artiklu li deher fit-Times of Malta fit-8 ta' Novembru 2018, intitolat 'Strong GDP growth set to continue', jingħad li sena wara sena l-GDP se jkompli jikber però b'rata inqas.", "Hija ħasra li fl-2017 il-GDP kiber b'6.7%, fl-2018 huwa mbassar li se jkun kiber b'5.4%, fl-2019 huwa imbassar li se jkun kiber b'4.9% u fl-2020 huwa mbassar li se jkun kiber b'4.4%.", "Xi ħaġa trid issir!", "Dan is-settur ma jistax jiffaċċja s-sena li se tibda bil-paniku li ninsabu fih.", "Dan iwassalni għal punt ieħor.", "Ma jistax ikun li nibqgħu ma nsirux nafu ta' min hija l-Egrant.", "Jekk irridu nibdew innaddfu r-reputazzjoni ta' pajjiżna, il-fatti jridu jiġu magħrufa.", "Jekk l-Egrant mhijiex tal-Prim Ministru, allura l-Prim Ministru għandu jgħid ta' min hi.", "Il-Prim Ministru jrid ukoll jara li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri jerfgħu r-responsabbiltà politika tagħhom.", "Jekk m'aħniex se nibdew naraw li bis-serjetà nnaddfu r-reputazzjoni ta' pajjiżna u fejn għandna mbenġel nirranġawh, allura se nibqgħu nbatu u se npoġġu f'riskju dan is-settur li jimpjega madwar 9,000 ruħ u jiġġenera madwar €700 miljun fis-sena għall-kapriċċ tal-ftit!", "Il-Gvern irid jara wkoll li l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jerfgħu r-responsabbiltà politika tagħhom.", "Ma jistax jibqa' jkollna istituzzjonijiet li suppost huma indipendenti iżda l-indipendenza tagħhom hija shady ħafna bil-mod ta' kif joperaw.", "Trid tibda wkoll investigazzjoni indipendenti biex jinstab min ħallas għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Ma jistax ikun li nibqgħu ngħixu f'dawn ir-realtajiet u naħsbu li Malta tista' timxi pass ieħor 'il quddiem.", "Irridu naraw li istituzzjonijiet bħall-MFSA, l-FIAU, il-Pulizija u istituzzjonijiet oħrajn, jibdew bis-serjetà jiffunzjonaw indipendentement mill-interessi tal-Gvern u ma jibqgħux ikunu awtoritajiet li jimpurtahom aktar li jiddefendu l-interessi tal-Gvern milli li jiddefendu l-interessi tal-poplu.", "Irid ukoll jinqata' l-vizzju ta' dan il-Gvern li jagħti d-direct orders b'mod mill-aktar arroganti u goff u li jmur kontra kull regolament tal-public procurement u tal-Unjoni Ewropea.", "Qed isiru l-ħniżrijiet.", "Barra minn hekk, jeħtieġ li tkun solvuta l-konfużjoni maħluqa mir-realtà tal-kumpanija 17 Black.", "It-tmien punt hu li l-banek li huma ta' periklu għall-account holders ikunu mogħtija direzzjoni biex fil-ġejjieni ma jibqax ikollna banek bħalma kienu l-Pilatus Bank u s-Satabank.", "Ma jistax jibqa' jkollna banek simili.", "Aktar minn hekk, ma jistax ikollna aktar account holders li jiġrilhom bħalma ġaralhom tas-Satabank.", "Dawn huma Maltin u nies li qed jaħdmu f'Malta u anke jekk huma barranin, dawn għandhom l-għajxien tagħhom f'Malta u rridu nittrattawhom b'dinjità.", "Pajjiżna ma jistax jibqa' jiġi mgħoddi biż-żmien għall-kapriċċ ta' erba' persuni li moħħhom fil-flus.", "Il-ġustizzja, minflok ma narawha ssir u tidher li qed issir, qed narawha ssir kif iridha ssir il-Gvern biex jgħatti xturu.", "Sur President, dan is-settur qed jokrob bil-ħniena biex il-Gvern jara x'jista' jagħmel biex inaddaf ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Nerġa' nikkwota: \"Malta getting a bad reputation, gaming executives warn.\"", "M'iniex qed nikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni jew xi deputat min-naħa tal-Oppożizzjoni imma artiklu fit-Times of Malta.", "In-naħa tal-Gvern kulħadd jipprova jagħmel kulma jista' u kemm jiflaħ biex din ir-reputazzjoni minflok innaddfuha verament inkasbruha.", "Jekk irridu nnaddfu lil pajjiżna mill-fama ħażina u maħmuġa li għandu, dan il-Gvern ma jistax jibqa' jpoġġi lilu nnifsu 'l fuq mill-interessi tal-poplu tagħna.", "Irridu nieqfu naċċettaw il-kultura ta' xejn mhu xejn u l-kultura tal-impunità!", "Qed jiġu nies f'Malta li jaħsbu li għax huma ħbieb tal-Gvern, dak li jagħmlu ħażin mhuwiex aktar ħażin.", "L-indifferenza li għandna f'pajjiżna lejn dak li huwa ħażin tant saret kbira li meta titkellem bil-mod kif qed nitkellem jien tispiċċa qisek qed titkellem waħdek.", "Ir-rispett lejn x'inhuwa sewwa f'pajjiżna qed jintilef u mhux sew li l-poplu Malti jibqa' jħallas l-ispiża tal-korruzzjoni.", "Ilbieraħ ħareġ li 'Corruption costs Malta taxpayers €725m annually, say the European Greens'. €725 miljun minn ħalq uliedna, minn ħalq dawk li ma jifilħux jgħixu ħajja deċenti, minn ħalq dawk li l-paga minima żdiditilhom b'€2.33 meta hawnhekk hawn min jiekol b'għaxart iħluq!", "X'ma jkunx hawn Membri Parlamentari min-naħa tal-Gvern li jiddefendu l-Gvern!", "Mhux bilfors meta l-paga tagħhom tkun magħmula minn erba' ħlasijiet differenti!", "Sur President, f'artiklu ieħor li deher fil-ġurnal Times of Malta nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru, jingħad hekk:", "Mela issa għandna wkoll iż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet, u dan l-argument qed jagħmluh l-istess persuni li huma fis-settur u li qed jgħidu li r-reputazzjoni ta' pajjiżna mhijiex qed tagħmlilhom ġid.", "Jekk nies li jaqilgħu paga mhux ħażin qed igergru fuq dawn il-kirjiet, mela x'għandu jagħmel dak li mhux jaqlagħha tajjeb u l-kirjiet għoljin qed jagħmlulu ħajtu miżerja?!", "Jekk igerger min qed jaqla' paga tajba mela x'messu jagħmel pensjonant li bilkemm ilaħħaq, jew raġel tal-familja li jrid jagħmel xogħol part-time u trid taħdem il-mara wkoll biex ilaħħqu?!", "Dawn x'qed jgħidu rigward il-prezziijiet tal-kirjiet u tal-proprjetà f'dan il-pajjiż?", "Ma nistgħux nibqgħu aktar bil-babaw tal-korruzzjoni jiġri wara dan il-Gvern!", "Ftit tal-ġranet ilu l-Prim Ministru mar jitkellem fil-familja Soċjalista tiegħu u xħin qam jitkellem kollega minn tiegħu bdiet tgħajjat: Shame on you!", "Din hija r-realtà, però qed ngħixu fi żmien fejn il-Gvern ma jimpurtahx minn dawn iċ-ċirkostanzi, ma jimpurtahx minn dawn in-nies li qed jitkellmu fuq kif qed taffettwahom ħażin ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, li kuljum qed titħammeġ ftit aktar mill-ġurnata ta' qabel!", "Kulħadd jimpurtah biss kemm qed jimpala flus fil-but u x'jista' jieħu minn din il-baqra li jisimha 'Gvern ta' Malta'!", "Il-korruzzjoni bdiet meta bdiet il-mentalità ta' xejn mhuwa xejn, u meta s-sens ta' differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin għal dan il-Gvern spiċċa.", "Issa din il-mentalità nfirxet fost il-poplu Malti għax in-nies bdew jaraw dak li qegħdin jagħmlu l-kbarat u bdew jagħmluh huma wkoll.", "Il-babaw tal-Gvern issa spiċċa d-dell maħmuġ tal-istess Gvern!", "U l-ħuta minn rasha tinten.", "Jista' jkun li għandna Gvern li ma jagħtix kas din ir-realtà, u jista' jkun li għandna Gvern li jibqa' jorqod komdu, però għandna min huwa f'dan is-settur li mhux rieqed komdu.", "B'din ir-realtà qed nagħlqu l-kontijiet ta' din is-sena u b'din ir-realtà se niftħu l-kontijiet tal-2019.", "U din ir-realtà ma fihiex surplus!", "Din ir-realtà fiha l-ħmieġ ambjentali u morali li spiċċa qed jgħix fih il-poplu tagħna.", "Iva, għal min kapaċi jaraha, dan il-pajjiż qiegħed fi kriżi.", "Min huwa sejjer tajjeb u għandu butu mimli bil-flus din il-kriżi ma jarahiex.", "Min sejjer tajjeb x'jimpurtah min-nies hemm li mhumiex sejrin tajjeb?!", "Sur President, darba l-Gvern kien qal li huwa Gvern li jisma', però huwa Gvern li jisma' fejn jaqbillu u lil min jaqbillu.", "Lil dan is-settur meta jitkellem mhux qed jisimgħu!", "Ma' min ma jaqbilx, dan il-Gvern jew jagħtih transfer jew joqgħod jiżżufjetta bih.", "Il-Gvern jista' jkun indifferenti, u l-Gvern jibqa' Gvern, però bħala poplu we are running out of time.", "Inkunu foloz meta noqogħdu nifirħu bis-surplus u ninsew id-defiċit morali li għandna.", "Il-futur tad-demokrazija f'pajjiżna, minħabba din il-falsità, tinsab f'salib it-toroq.", "Il-kwalità tal-ħajja ta' ħafna familji, ta' ħafna anzjani u ta' ħafna żgħażagħ wkoll qiegħda f'salib it-toroq.", "Meta l-Prim Ministru mar jindirizza lin-Nazzjonijiet Magħquda, is-CCN l-ewwel faħħruh għad-diskors elokwenti li għamel dwar il-mod kif il-pajjiżi jaħdmu ma' xulxin, imbagħad tawna daqqa tas-sikkina fina fina u minħabba l-qtil ta' ġurnalista qalulna hekk:", "F'artiklu li deher fit-Times of Malta nhar l-Erbgħa, 10 ta' Ottubru 2018, jingħad hekk:", "Imbagħad f'artiklu ieħor tat-Times of Malta, din id-darba ta' nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018, jingħad hekk:", "Minkejja dan, kollox qed jibqa' għaddej qisu xejn mhu xejn, u s-Segretarju Parlamentari tkellem daqslikieku kollox miexi sew!", "Dawn il-fatturi qegħdin jherru mhux biss lil dan is-settur iżda lis-soċjetà kollha, imma għall-Gvern ma jimporta xejn!", "F'rapport dwar il-konferenza ta' Ernst & Young jingħad hekk:", "Hawn xi ħadd li jimpurtah minn din ir-realtà, jew għax għandna Gvern komdu, kulħadd jaħseb li l-poplu tagħna huwa komdu?!", "Fl-istess rapport jingħad ukoll hekk:", "L-affarijiet qegħdin jitherrew quddiem għajnejna u minflok xi ħadd jinkwieta, kulħadd qed jibqa' indifferenti għall-aħħar!", "Imma ħalli nkompli nikkwota.", "F'rapport tal-ġurnal Reuters jingħad hekk, u hawnhekk Malta tissemma mad-Danimarka u l-Latvja:", "Fil-ġurnal The Guardian imbagħad ġie rrapportat hekk:", "Dawn qalu hekk:", "Sur President, irridu naraw kif se nġibu aktar negozji f'Malta.", "Il-Gvern jeħtieġ jara kif se jagħmel suċċess minn dan is-settur u mhux b'id waħda jaħdem għall-ġid tas-settur u bl-id l-oħra jara kif se jħammeġ l-ambjent li jridu jgħixu fih dawn in-nies!", "Għalija s-sena li ġejja, minħabba dak kollu li qegħdin ibassru n-nies li huma involuti f'dan is-settur, tista' tkun make or break, però ovvjament naf li qed nitkellem ma' Gvern li la jrid jisma' u lanqas ma jrid jara imma jikkummenta biss fuq dak li jaqbillu!", "Jalla jien żbaljat, iżda jekk m'iniex, se jkollna diżastru ikrah.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex wieħed kontroversjali.", "Ovvjament jien ħadt nota tal-argumenti li saru u se nirrispondihom u allura naħseb aktar se nispiċċa nitkellem fuq argumenti politiċi milli fuq l-Abbozz ta' Liġi nnifsu.", "Edwin Vassallo beda jikkwota ċifri li juru li t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna se jkun qed jiċkien.", "Qal li kien qed jikkwota xi ċifri li ħarġu f'Settembru imma jien sinċerament ma nafx minn fejn sabhom għax l-aħħar ċifra li ġiet ippubblikata l-ġimgħa l-oħra turi li t-tkabbir ekonomiku kien ta' 7.5%, erba' darbiet tal-medja Ewropea.", "Aktar minn hekk, it-tkabbir ekonomiku li għandna huwa sostenibbli u kwalunkwe aġenzija internazzjonali tfaħħar il-politika ekonomika ta' dan il-Gvern.", "Ovvjament huwa dmir u dover tal-Oppożizzjoni li tikkrika lill-Gvern, jiġifieri bl-ebda mod ma jien qed ngħidlu biex ma jikkritikax, però ejja nkunu fattwali wkoll.", "Li wieħed ikompli għaddej bl-istess kantaliena ta' din l-aħħar sena nifhimha, imma li jikkritika lil dan il-Gvern fuq it-tkabbir ekonomiku hija xi ħaġa surreali għall-aħħar.", "Jekk ikun hawn kritika li żgur li ma nistax naċċetta lejn dan il-Gvern, mingħajr suppervja, hija fuq it-tkabbir ekonomiku.", "Mingħand min se nieħu l-lezzjoni fuq it-tkabbir ekonomiku?", "Mingħand min poġġa lil dan il-pajjiż fl-excessive deficit procedure?!", "Mingħand min poġġa lil dan il-pajjiż f'depressjoni ekonomika?", "Jew mingħand min taħtu kien hemm l-akbar rata ta' qgħad li kien hawn f'dan il-pajjiż?", "Aħna vera Gvern li jisma' però mbagħad nisimgħu dak li jkun jagħmel sens!", "Lili jgħiduli li għalhekk għandna żewġ widnejn; biex nisimgħu minn waħda, imbagħad il-moħħ li jevalwa, u dak li mhux tajjeb inħalluh għaddej mill-oħra!", "Ċerta kritika kemm jista' jkun jien nipprova neħodha f'dan is-sens.", "Sur President, ovvjament irrid nirringrazzja lill-Oppożizzjoni u b'mod partikolari lill-Onor.", "Kristy Debono li, kif qalet hi stess, aħna nikkomunikaw fuq diversi abbozzi ta' liġi.", "Nitkellmu flimkien u hija tikkritikani wkoll.", "Meta nressqilha xi abbozz ta' liġi hija tgħidli fuq xiex ma jkunux se jaqblu u anke tagħtini r-raġunijiet.", "Dejjem kien hemm kritika ġusta min-naħa tagħha.", "Wara kollox huwa dover tal-Oppożizzjoni li tikkritika, u jien fl-ebda ħin ma għedt li l-Oppożizzjoni m'għandhiex titkellem!", "Anzi, fid-diskors tiegħi dwar l-Abbozz ta' Liġi li ddiskutejna qabel dan jien faħħart lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li għamel kritika kostruttiva, u anke stedintu biex ikun preżenti fl-istadju ta' Kumitat sabiex naraw jekk hemmx bżonn nagħmlu xi emendi.", "Issir kritika tajba, però ovvjament issir ukoll kritika li hija tal-qtugħ ta' nifs.", "Ma tistax tibqa' għaddej sena sħiħa bl-istess tip ta' argumenti meta l-figuri u r-realtà jkunu qed juru mod ieħor!", "Ma tistax tgħid li l-industrija tal-logħob għandha l-problemi dwar pajjiżna u toqgħod tipprova tbeżża' li s-sena d-dieħla se tkun make or break!", "Taf x'naf, Sur President, fuq is-sena d-dieħla u l-industrija tal-logħob?", "Li fl-2019 se nħabbru l-isem ta' kumpanija enormi li se tkun qed topera minn ġewwa pajjiżna!", "Dak hu li se jkun qed jiġri s-sena d-dieħla!", "Is-settur tal-logħob huwa importanti għalina u se nkomplu nsaħħuh.", "U dak li qed nagħmlu b'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-liġi li għaddejna, u li kien hemm qbil fuqha, qed naraw li nkomplu nsaħħuha u nagħmluha future-proof.", "Sur President, l-industriji tas-servizzi finanzjarji, l-industriji tal-logħob u l-ekonomija diġitali inġenerali huma importanti ħafna għal dan il-Gvern.", "Diġà ttieħdu diversi inizjattivi favur dawn l-industriji u se jibqgħu jittieħdu.", "Issa jien inħares 'il quddiem sabiex is-sena d-dieħla, b'mod fattwali, inħabbru diversi strateġiji innovattivi sabiex naraw li jkomplu jiffjorixxu setturi li huma konnessi b'mod indirett ma' setturi diġà eżistenti.", "Dan se nagħmluh biex ikollna ekonomija aktar reżiljenti għal shocks.", "B'hekk, meta l-ekonomija internazzjonali tkun fil-proċess ta' downturn, aħna nkunu diġà bnejna biżżejjed cushion sabiex nilqgħu għal dik id-daqqa.", "Jien ma faddali xejn aktar xi nżid ħlief li nerġa' nirringrazzja lil kull min ta kontribut fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, inkluż il-kelliema tal-Oppożizzjoni, li nirringrazzjahom talli qegħdin jaqblu wkoll ma' din l-emenda.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nitlob il-permess sabiex il-Kamra tgħaddi għall-istadju ta' Kumitat tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-LOGĦOB", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield, Viċi President tal-Kumitati, ippresieda.", "Klawsoli 2, 3, 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista` jkun hemm bżonn.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista` jkun hemm bżonn.", "Fit-7.45 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497, biex jafferma l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika bħala strument għall-ġid komuni, biex jipprovdi għall-applikazzjonji ta' dawk il-valuri fis-settur pubbliku kollu, biex jipprovdi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tiegħu, u biex jaħseb għal materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn jew li huma anċillari għalihom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ONOR.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, illum għandna quddiemna Abbozz ta' Liġi li se jkun qiegħed jemenda u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika għaliex matul dawn l-aħħar snin inħasset il-ħtieġa li jsiru numru ta' tibdiliet.", "Qabel ma ngħaddi għad-diskors xtaqt inrodd ħajr lis-Sur Mario Cutajar, Segretarju Permanenti Ewlieni.", "Is-Sur Cutajar, flimkien mat-tim tiegħu, kien ilu għal diversi xhur jaħdem b'mod effettiv ħafna ma' numru ta' stakeholders differenti.", "Flimkien kellna diskussjoni li involviet diversi strutturi fiċ-Ċivil imma wkoll saffi differenti ta' nies li, b'xi mod jew ieħor, kellhom kontribut validu x'jagħtu f'dan il-proċess ta' diskussjoni.", "Huwa interessanti, fost l-oħrajn, li l-proċess ħa fi ħdanu wkoll dak li jaħsbu nies li b'xi mod jew ieħor missew ma' dan is-suġġett, fosthom akkademiċi u avukati.", "Fil-fatt, jidhirli li kien hemm tliet avukati li għamlu teżijiet b'rabta ma' dan is-suġġett u allura setgħu jkunu involuti f'working groups biex jagħtu l-feedback tagħhom b'rabta mal-emendi li se nitkellmu dwarhom fil-ħin li ġej.", "Sur President, mi t-titolu ta' dan l-Att tibda taħseb li dan huwa suġġett kumpless u li mhux neċessarjament kull wieħed u waħda minna jaf sentenza b'sentenza x'jirrikjedi l-Att innifsu.", "L-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika sar liġi fl-2009 u jistabbilixxi l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika.", "Fih hemm inkluż kodiċi ta' etika għall-impjegati pubbliċi, jiġifieri l-uffiċjali pubbliċi u l-impjegati f'entitajiet governattivi.", "Dan l-Att jirregola kemm is-servizz pubbliku kif ukoll is-settur pubbliku f'sens aktar wiesa', imma qabel ma nsemmi l-bidliet waħda waħda u nispjega għaliex hemm bżonn li dawn jidħlu fis-seħħ, nixtieq nagħmel preambolu dwar id-distinzjoni bejn is-servizz pubbliku u l-bqija tas-settur pubbliku.", "L-amministrazzjoni pubblika f'Malta hija mibnija fuq id-distinzjoni bejn is-servizz pubbliku u l-bqija tas-settur pubbliku li tirrifletti d-distinzjoni bejn il-Gvern u l-entitajiet li huma tal-Gvern iżda mhumiex parti mill-Gvern.", "Tajjeb ngħid li fil-liġi jeżisti l-konċett ta' personalità legali, jiġifieri organizzazzjoni li titqies bħala persuna li tista' titħarrek, tista' tiġi mħarrka, tista' tagħmel kuntratti, tista' tixtri u tbigħ proprjetà, u tista' timpjega n-nies magħha.", "Issa f'Malta l-Gvern jitqies li għandu personalità legali waħda u allura l-Ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern m'għandhomx il-personalità legali separata tagħhom.", "Fil-fatt, il-liġi tgħid li kap ta' dipartiment jista' jiġi mħarrek f'kawża fejn ma jidhirx bħala rappreżentant tad-dipartiment tiegħu iżda bħala rappreżentant tal-Gvern f'dak li għandu x'jaqsam mad-dipartiment.", "Dan ifisser li l-Gvern huwa employer wieħed u huwa proprju għalhekk li l-impjegati fil-Ministeri u d-dipartimenti jisejħu impjegati tal-Gvern.", "Min-naħa l-oħra, is-servizz pubbliku huwa s-servizz tal-Gvern f'kariga ċivili u ħafna minn dawn l-entitajiet tal-Gvern għandhom personalità legali għalihom.", "Din il-personalità legali tingħata bil-liġi jew inkella b'dokumenti notarili, bħal fil-każ tal-fondazzjonijiet tal-Gvern.", "Meta entità tingħata personalità legali tibqa' entità tal-Gvern iżda ma tkunx parti integrali mill-Gvern kif inhuma l-Ministeri u d-dipartimenti.", "Entità li għandha personalità legali tkun hi l-employer tal-ħaddiema tagħha sakemm dawn ma jkunux impjegati tal-Gvern li ġew assenjati mal-istess entità.", "Għalhekk, f'dan il-kuntest, l-entitajiet huma meqjusa bħala parti mis-settur ċivili iżda mhux mis-settur pubbliku.", "Niġi issa għall-bidliet li qed nipproponu f'dan l-Abbozz ta' Liġi li għandhom x'jaqsmu mas-servizz pubbliku.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni, it-tmexxija u l-ħatriet fis-servizz pubbliku.", "Dan jirrikonoxxi l-Ministeri bħala organizzazzjonijiet għalihom minkejja li m'għandhomx personalità legali.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jirregola wkoll id-dipartimenti tal-Gvern u jelenkahom fi skeda.", "Barra minn hekk, jistabbilixxi r-rwoli tas-Segretarju Prinċipali Ewlieni, tas-Segretarji Permanenti u tal-Kapijiet ta' Dipartimenti.", "Jistabbilixxi wkoll struttura magħrufa bħala s-Servizz Eżekuttiv Anzjan.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi fih ukoll dispożizzjonijiet dwar il-ħatriet u dwar il-prinċipju tal-mertu.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-bqija tas-settur pubbliku, l-Abbozz ta' Liġi jaħseb għall-ħolqien ta' aġenziji tal-Gvern.", "Dawn huma organizzazzjonijiet li jistgħu jitwaqqfu mingħajr il-ħtieġa ta' liġi ġdida iżda huma xorta waħda regolati bil-liġi, anke jekk b'mod differenti minn kif isiru l-fondazzjonijiet.", "L-Abbozz ta' Liġi jaħseb ukoll għat-twaqqif ta' Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu li x-xogħol tagħha se jkun li tiżgura li l-ħatriet f'aġenziji u entitajiet oħra tal-Gvern ikunu skont il-mertu.", "Din il-funzjoni tikkorrispondi ma' dik tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li hija mwaqqfa mill-Kostituzzjoni u żżomm taħt għajnejha l-ħatriet fis-Servizz Pubbliku.", "Il-Kostituzzjoni fiha anomalija fis-sens li toħloq mekkaniżmu biex tħares il-prinċipju tal-mertu fis-servizz pubbliku iżda ma tagħmilx l-istess fil-każ tal-entitajiet fis-settur pubbliku.", "Għaldaqstant dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipprova jimla dan il-vojt, tant li jaħseb biex il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku stess tassumi l-irwol tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu.", "Sfortunatament, id-dispożizzjonijiet relevanti qatt ma nġabu fis-seħħ u kif se jiġi spjegat aktar 'il quddiem, hemm dubji dwar kemm fil-fatt jistgħu jinġabu fis-seħħ kif inhuma llum.", "Sur President, għalfejn jinħass il-bżonn ta' bidla u l-ħtieġa ta' liġi ġdida?", "L-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika issa ilu disa' snin li għadda mill-Parlament u allura hemm lok għal tibdil sostanzjali fih sabiex jiġu indirizzati żviluppi li saru u nuqqasijiet li tfaċċaw matul is-snin.", "B'mod partikolari, l-Att jistabbilixxi l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika u jinkludi kodiċi ta' etika għall-impjegati pubbliċi.", "Però jeħtieġ li l-valuri u l-kodiċi jiġu integrati aħjar ma' xulxin.", "Hemm bżonn ukoll li tiġi indirizzata l-kwestjoni tar-revolving doors.", "Min ġej mis-settur privat żgur li dan is-suġġett huwa familjari għalih.", "Kwestjoni marbuta ma' dawn hija l-ħtieġa ta' bażi legali għall-miżuri li Malta hija obbligata tieħu skont il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-korruzzjoni.", "Fl-2015 kienu saru regolamenti ġodda dwar ħatriet fis-servizz pubbliku mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku taħt l-artikolu 121 tal-Kostituzzjoni.", "Dawn ir-regolamenti jkopru l-istess territorju tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika fir-rigward tal-ħatriet fis-servizz pubbliku.", "Barra minn hekk, u kif diġà għedt, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika li jittrattaw il-mertu u l-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu qatt ma ġew fis-seħħ.", "Hemm saħansitra dubju dwar jekk dawn id-dispożizzjonijiet humiex konformi mal-Kostituzzjoni.", "Fil-fatt, il-parir legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa li kummissjoni kostituzzjonali bħall-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku ma tistax tingħata funzjonijiet ġodda permezz ta' liġi ordinarja, sakemm il-Kostituzzjoni stess ma tippermettix li dan isir.", "Għalhekk, hemm bżonn li din il-kwestjoni tiġi indirizzata sabiex jissaħħaħ il-prinċipju tal-mertu fil-ħatriet fis-settur pubbliku.", "Inħasset ukoll il-ħtieġa li s-servizz pubbliku jissaħħaħ biex jiġi żgurat li l-ogħla uffiċjali pubbliċi jkunu jistgħu jissodisfaw l-irwol assenjat lilhom mill-Gvern.", "Inħass li jkun aħjar li ssir liġi ġdida minflok ma nemendaw l-Att preżenti biċċa biċċa.", "Minkejja dan, mhijiex l-intenzjoni li dak li sar fil-passat jinħatt kollu, anzi ħafna mid-dispożizzjonijiet tal-Att preżenti qed jidhru f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Irrid ngħid ukoll xi ħaġa dwar il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.", "Kmieni din is-sena l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika kien ġie emendat permezz tal-Att Nru II tal-2018 sabiex jinħoloq kumitat parlamentari dwar il-ħatriet pubbliċi bil-għan li ċerti ħatriet pubbliċi jsiru wara smigħ quddiem dan il-kumitat.", "Dawn id-dispożizzjonijiet qed jinżammu fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u tħallew eżatt kif kienu qabel.", "Ħalli nsemmi l-bidliet ewlenin li qed nipproponu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ewwel nett iffokajna fuq il-valuri tal-amministrazzjoni pubblika u l-kodiċi ta' etika.", "Għalkemm l-Att preżenti sar liġi fl-2009, jiġifieri disa' snin ilu, il-kodiċi ta' etika li huwa inkorporat fih imur lura għall-1994.", "Apparti milli dan mhuwiex integrat b'mod tajjeb mal-valuri tal-amministrazzjoni pubblika li huma stabbiliti fl-artikolu 4 tal-istess Att, dawn il-valuri huma maħsuba bħala dmirijiet.", "Fil-fatt dan l-artikolu 4 jgħid hekk:", "\"Id-dipartimenti, l-aġenziji u l-entitajiet tal-Gvern għandhom ikunu regolati bil-valuri inerenti fid-dmirijiet hawn taħt imsemmija.\"", "Dan hu lingwaġġ kumplikat u bla bżonn.", "Għaldaqstant l-Abbozz ta' Liġi se jkun qiegħed jistabbilixxi valuri li huma xierqa għal amministrazzjoni pubblika moderna.", "Dawn huma l-integrità, ir-rispett, il-lealtà, il-fiduċja, il-kwalità u l-kontabbiltà.", "Jinkludi fih ukoll kodiċi ta' etika rivedut li jelabora dwar kif kull wieħed minn dawn is-sitt valuri li semmejna għandhom jiġu interpretati b'mod prattiku u fil-prattika.", "L-istess bħall-kodiċi preżenti, il-kodiċi ta' etika rivedut se japplika sew għall-impjegati tal-Gvern kif ukoll għall-impjegati tal-entitajiet tal-Gvern.", "Se japplika wkoll għal dawk li huma ingaġġati fuq bażi ta' fiduċja, ċjoè persons of trust, kif ukoll għal membri ta' bordijiet, inkluż diretturi ta' entitajiet tal-Gvern.", "Dawn s'issa kellhom kodiċi għalihom li, kif nafu, m'għandux bażi legali.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi ħadna wkoll inkonsiderazzjoni l-postijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li jitqiesu bħala li huma postijiet ta' riskju għoli mill-aspett etiku.", "Fil-każ ta' dawn il-karigi l-osservanza tal-kodiċi ta' etika hija partikolarment importanti, l-ewwel nett għaliex uffiċjal f'xi waħda minn dawn il-karigi jista' jsib min jagħmillu pressjoni, jew inkella joffrilu inċentivi, biex ma jagħmilx xogħlu sew u t-tieni, minħabba l-konsegwenzi li jistgħu jinqalgħu jekk l-uffiċjal ma jagħmilx xogħlu sew.", "Fil-fatt, fis-subklawsola (4) ta' klawsola 4 qed ngħidu li s-Segretarju Permanenti Ewlieni għandu s-setgħa li joħroġ salvagwardji permezz ta' direttivi biex jiżgura li min jokkupa dawn il-karigi jimxi mal-kodiċi ta' etika.", "Dawn id-direttivi jistgħu, pereżempju, jesiġu li jsir taħriġ partikolari jew inkella li jkun hemm ċaqliq minn kariga għal oħra kull tant żmien.", "Wara kollox Malta hija obbligata li tieħu miżuri simili skont il-Konvenzjoni kontra l-Korruzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Dawn il-karigi huma elenkati fis-Sitt Skeda ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Niġi issa għall-konċett ta' revolving doors, li jirreferi għal sitwazzjoni fejn uffiċjal pubbliku, minħabba xogħlu, jiġi f'kuntatt ma' intrapriża privata, imbagħad dan jitlaq mill-impjieg pubbliku tiegħu u jsib impjieg mal-istess intrapriża privata.", "Dan joħloq kunflitt ta' interess ċar għaliex l-intrapriża jista' jkun li tkun offrietlu dak l-impjieg waqt li kien għadu fl-impjieg pubbliku bil-għan li jaġevolaha.", "Il-liġi kif inhi bħalissa ma tindirizzax din il-kwestjoni imma fiha biss dispożizzjoni li tgħid li persuna li tirriżenja mill-impjieg pubbliku tibqa' meqjusa bħala impjegat pubbliku għal tliet snin.", "Dan ifisser li matul dan il-perjodu l-persuna, b'mod teoretiku, tibqa' marbuta bil-kodiċi ta' etika.", "Min-naħa l-oħra l-esperjenza turina li din id-dispożizzjoni mhijiex effettiva.", "L-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu llum jaħseb biex kull min jokkupa karigi partikolari fl-amministrazzjoni pubblika jintrabat biex sa sentejn wara li jitlaq minn impjieg pubbliku ma jaċċettax impjieg jew xi forma oħra ta' xogħol mingħand entità privata li jkun ittratta magħha fil-ħames snin ta' qabel ma jkun telaq mill-impjieg pubbliku.", "Din ir-rabta se tieħu l-forma ta' dikjarazzjoni li tkun iffirmata mill-uffiċjal bħala parti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-kariga tiegħu.", "Dan il-provvediment se jitħaddem billi se jiġi mwaqqaf bord apposta biex jidentifika l-karigi fejn tkun trid issir din id-dikjarazzjoni.", "Jekk uffiċjal marbut b'din id-dikjarazzjoni jiksirha wara li jitlaq mill-impjieg pubbliku, dan jista' jeħel piena ta' ħlas ta' tliet snin paga.", "Dan ifisser li l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex qed joħloq reat kriminali.", "Il-penali tieħu l-forma ta' dejn li joħroġ mill-obbligi kuntrattwali tal-eks uffiċjal u jkun irid jinġabar mill-Gvern permezz ta' kawża ċivili jekk l-eks uffiċjal ma jonorax l-obbligu tiegħu.", "Dawn huma miżuri li diġà qed jintużaw f'pajjiżi oħra.", "Hemm imbagħad pajjiżi li saħansitra kienu aktar ħarxa fil-mod ta' kif ħarsu lejn dan il-konċett u daħħlu penali kriminali għal min jikser ir-regoli dwar revolving doors.", "Pereżempju fl-Irlanda wieħed jista' jeħel multa ta' €2,500 u sentejn ħabs mentri fi Franza l-penali jitilgħu sa €200,000 u tliet snin priġunerija.", "Il-kwestjoni ta' revolving doors qajmet tħassib f'diversi pajjiżi, kif ukoll tħassib min-naħa ta' organizzazzjonijiet bħal Transparency International u allura nemmen li wasal iż-żmien li tkun indirizzata f'pajjiżna wkoll.", "Sur President, nixtieq nirreferi għall-korpi speċjalizzati.", "L-Abbozz ta' Liġi jagħti s-setgħa lill-Prim Ministru biex iwaqqaf korpi speċjalizzati li jiġu elenkati fit-Tielet Skeda.", "Dawn huma organizzazzjonijiet li ma jistgħu jilbsu ebda waħda mill-ilbiesi organizzattivi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-amministrazzjoni pubblika Maltija, bħal pereżempju l-Privatisation Unit.", "L-Abbozz ta' Liġi jippermetti li jinħolqu units temporanji, skont il-bżonn, u b'hekk iwitti t-triq biex l-amministrazzjoni pubblika ssir aktar flessibbli.", "Hemm imbagħad il-konċett ta' eliġibilità għal pożizzjonijiet ta' Kap. L-artikolu 9(4) tal-Att preżenti jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-eliġibilità għal karigi ta' kap ta' dipartiment u jgħid li uffiċjal isir eleġibbli għal ħatra bħala kap ta' dipartiment jew skont il-grad tiegħu jew għax ikun ilu sitt snin fis-Servizz Eżekuttiv Anzjan.", "L-esperjenza tul dawn l-aħħar snin uriet li r-rabta bejn il-ħatriet ta' kapijiet ta' dipartimenti u s-Servizz Eżekuttiv Anzjan m'għandhiex tinżamm.", "L-idea wara s-Servizz Eżekuttiv Anzjan kienet li min jilħaq kariga ta' senior manager jiġi identifikat bħala tali, kien x'kien qabel laħaq f'dan il-livell.", "Seta' kien għalliem, seta' kien infermier, seta' kien perit eċċ. Bħala senior manager, dan jassumi ċerti obbligi, fosthom li jagħti sehem fit-tmexxija tad-dipartiment tiegħu.", "Biex dan il-konċett jibqa' prattiku u jirnexxi, is-Servizz Eżekuttiv Anzjan m'għandux jitħalla jikber wisq.", "Mill-banda l-oħra, in-numru ta' impjegati eliġibbli għal karigi ta' kap ta' dipartiment kiber matul is-snin, kif għandu jkun, però s-Servizz Eżekuttiv Anzjan kiber miegħu billi t-tnejn kienu marbutin ma' xulxin, sakemm il-valur ta' dan il-konċett intilef.", "Barra minn hekk, l-eliġibilità għal karigi ta' kap ta' dipartiment diġà hija regolata bl-artikolu 92(4) tal-Kostituzzjoni.", "Dan l-artikolu huwa meqjus biżżejjed fih innifsu u għalhekk, l-artikolu 9(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika se jkun qed jitneħħa permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, xtaqt nagħmel issa referenza għall-argument tat-tisħiħ ta' tmexxija fis-servizz pubbliku.", "L-Abbozz ta' Liġi jinkorpora fih emendi għall-artikolu 92 u 94 tal-Kostituzzjoni li jitkellmu dwar karigi għolja fis-servizz pubbliku.", "Iż-żewġ artikoli jistgħu jiġu emendati b'maġġoranza sempliċi tal-Membri tal-Parlament.", "L-artikolu 92 tal-Kostituzzjoni jsemmi l-karigi ta' Segretarju Permanenti u Kap ta' Dipartiment.", "L-artikolu 94 imbagħad isemmi l-kariga ta' Segretarju tal-Kabinett.", "Fil-Kostituzzjoni però ma tissemmiex il-kariga ta' Segretarju Permanenti Ewlieni.", "Dan għaliex din il-kariga ġiet introdotta għall-ewwel darba fis-sena 2004 u ngħatat bażi legali wara ħames snin permezz tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Din il-kariga tinkorpora r-rwol ta' kap tas-servizz pubbliku, rwol li għandu storja ferm itwal, u allura huwa xieraq li l-kariga ta' Segretarju Permanenti Ewlieni tingħata bażi kostituzzjonali.", "Għaldaqstant l-emendi għall-artikolu 92 tal-Kostituzzjoni se jagħtu bażi kostituzzjonali lil din il-kariga filwaqt li jippermettu li d-dmirijiet ta' din il-kariga jiġu mfissra b'Att tal-Parlament.", "L-emendi jaħsbu biex is-Segretarju Permanenti Ewlieni jinħatar bl-istess mod bħalma jinħatar Segretarju Permanenti, jiġifieri mill-President fuq parir tal-Prim Ministru, wara konsultazzjoni li ssir bejn il-Prim Ministru u l-Public Service Commission (PSC).", "Sussegwentement, l-emendi għall-artikolu 94 tal-Kostituzzjoni jaħsbu biex is-Segretarju Permanenti Ewlieni jassumi r-rwol ta' Segretarju għall-Kabinett sakemm il-Prim Ministru ma jaħtarx persuna separata fil-pożizzjoni l-aħħar imsemmija.", "L-emendi jirriflettu l-fatt li l-irwoli ta' Segretarju Permanenti Ewlieni u Segretarju għall-Kabinett ilhom abbinati flimkien mill-2006 iżda jħallu lok biex gvern futur jerġa' jisseparahom jekk ikun jixtieq jagħmel hekk.", "X'inhuma d-dmirijiet tas-Segretarji Permanenti?", "Segretarju permanenti għandu żewġ rwoli importanti: li jissorvelja d-dipartimenti, l-aġenziji u l-entitajiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu; u huwa wkoll il-kap amministrattiv tal-Ministeru.", "L-Att preżenti jispeċifika x'inhuma d-dmirijiet u s-setgħat tas-Segretarji Permanenti fl-irwol tagħhom ta' superviżuri ta' dipartimenti u entitajiet iżda ma jgħid xejn dwar ir-rwol tagħhom bħala kapijiet amministrattivi tal-Ministeri.", "Għaldaqstant dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qiegħed jindirizza din il-kwestjoni billi jagħti setgħat lis-Segretarji Permanenti fir-rigward tal-Ministeri li huma ekwivalenti għal dawk ta' kapijiet ta' dipartimenti.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jvesti wkoll f'Segretarju Permanenti r-rappreżentanza ġuridika tal-Gvern fi ħwejjeġ li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu.", "Dan ir-rwol jikkorrispondi ma' dak ta' kapijiet taħt l-artikolu 181B tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi se joħloq is-Servizz Eżekuttiv Ogħla li huwa maħsub biex jieħu post is-Servizz Eżekuttiv Anzjan.", "Għar-raġunijiet imsemmija qabel, is-Servizz Eżekuttiv Ogħla jiġbor fih numru iżgħar ta' uffiċjali f'karigi ta' senior management.", "Is-Servizz Eżekuttiv Ogħla se jkun iffokat fuq il-Ministeri individwali minflok fuq is-servizz pubbliku kollu kemm hu.", "It-titolu tas-servizz qed jinbidel biex jirrifletti dawn id-differenzi, li għandhom iwasslu biex il-konċett ta' servizz eżekuttiv ikun prattiku u jirnexxi.", "L-istess bħas-Servizz Eżekuttiv Anzjan, is-Servizz Eżekuttiv Ogħla se japplika għas-settur tas-servizz pubbliku u mhux għas-settur pubbliku f'sens aktar wiesa'.", "Għalhekk se jiġbor fih lill-impjegati tal-Gvern biss u mhux impjegati ta' aġenziji u entitajiet.", "Sur President, l-Att preżenti fih diversi dispożizzjonijiet dwar il-ħatriet fis-servizz pubbliku.", "Fost affarijiet oħra jgħid li Kap ta' Dipartiment jista' jaħtar in-nies biex jimla pożizzjonijiet fid-dipartiment tiegħu.", "Jgħid ukoll li qabel jagħmel ħatra, il-Kap tad-Dipartiment għandu jirreklama l-pożizzjoni u jaħtar ukoll bord tal-għażla.", "Dawn il-materji jaqgħu taħt il-PSC, li hija entità indipendenti mwaqqfa mill-Kostituzzjoni biex tħares il-prinċipju tal-mertu fis-servizz pubbliku.", "Il-Kostituzzjoni tagħti wkoll is-setgħa lil din il-Kummissjoni li toħroġ ir-regolamenti hi, bil-kunsens tal-Prim Ministru, biex tirregola x-xogħol tagħha.", "Għalhekk, ikun aktar xieraq li ħatriet fis-servizz pubbliku jiġu regolati mir-regolamenti maħruġa mill-Kummissjoni.", "Fil-fatt hekk sar fl-2015.", "Fl-2015 il-PSC kienet ħarġet regolamenti li jirregolaw il-proċess tal-ħatriet fis-servizz pubbliku mill-bidu sal-aħħar.", "Jinkorporaw ukoll definizzjoni dettaljata tal-prinċipju tal-mertu u fihom diversi salvagwardji biex iħarsuh.", "Ir-regolamenti jgħidu, fost l-oħrajn, li l-bord tal-għażla huwa indipendenti.", "Bħala regola ġenerali, bord tal-għażla ma jistax ikun fih membru ta' sergretarjat ta' Ministru jew kandidat f'elezzjoni, anke jekk dan ikun impjegat tal-Gvern.", "Dawn ir-regolamenti jagħtu wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tisma' lmenti dwar il-proċess tal-għażla jew li tinvestigah minn rajha.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tħassar ir-riżultat u tordna li l-proċess tal-għażla jerġa' jsir.", "Il-Kummissjoni tista' saħansitra tirrevoka ħatriet jekk issir taf li l-proċess ma mexiex skont il-mertu.", "Dawn ir-regolamenti huma biżżejjed u m'hemmx bżonn li anke l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jirregola l-ħatriet fis-settur pubbliku.", "Għalhekk, id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Att tħallew barra minn dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fil-fatt, filwaqt li l-Att preżenti fih 51 artiklu, l-Abbozz ta' Liġi fih 39 klawsola jekk wieħed ma jgħoddx id-dispożizzjonijiet tranżitorji u l-emendi konsegwenzjali.", "L-Abbozz ta' Liġi jħalli barra wkoll skeda li tinsab fl-Att preżenti u li telenka l-gradi kollha fis-servizz pubbliku.", "Il-gradi se jibdew jiġu stabbiliti wara diskussjoni u negozjati mal-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Gvern u għalhekk, m'hemmx bżonn li jiġu stabbiliti fil-liġi wkoll.", "Sur President, l-Att preżenti jwaqqaf il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu biex tissorvelja l-ħatriet fl-entitajiet li mhumiex parti mis-servizz pubbliku u tassenja dan ir-rwol lill-PSC.", "Madanakollu l-parir legali li ngħatajna jindika li korp kostituzzjonali, bħall-PSC, ma jistax jiġi mogħti funzjonijiet permezz ta' liġi ordinarja, sakemm il-Kostituzzjoni stess ma tippermettix li dan isir.", "Issa l-Kostituzzjoni tgħid li l-Awtorità dwar ix-Xandir tista' tingħata funzjonijiet permezz ta' liġi ordinarja iżda ma tgħid xejn simili fuq il-PSC.", "Veru li idealment ikun hemm korp wieħed li jħares il-prinċipju tal-mertu fl-amministrazzjoni pubblika kollha, iżda dan jista' jsir biss permezz ta' riforma kostituzzjonali.", "Għaldaqstant l-Abbozz ta' Liġi jaħseb għat-twaqqif ta' kummissjoni separata għall-ħarsien tal-mertu u jgħid li din għandha tkun magħmula minn ħames membri li jinħatru bl-istess mod li jinħatru l-membri tal-PSC, jiġifieri mill-President li jaġixxi skont il-parir mogħti mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni li tkun saret mal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Ir-rwol tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu jibqa' dak li tivverifika l-ħatriet ta' impjegati f'aġenziji u entitajiet governattivi biex tiżgura li dawn ikunu saru skont il-prinċipju tal-mertu.", "L-Abbozz ta' Liġi qiegħed ukoll jagħti s-setgħa lill-Prim Ministru li jagħmel regolamenti dwar il-proċeduri li għandha ssegwi l-Kummissjoni.", "Tajjeb ngħid li l-Att preżenti jaħseb għat-twaqqif ta' aġenziji tal-Gvern.", "Issa l-kelma \"aġenzija\" ġieli tintuża biex tfisser l-entitajiet kollha tal-Gvern, iżda l-Att juża din il-kelma f'sens aktar speċifiku, ċjoè biex jirreferi għal dawk l-entitajiet li jinħolqu taħt l-Att stess u huma regolati fid-dettall minnu.", "Biss, hemm liġijiet oħra li jwaqqfu entitajiet imsejħa \"aġenziji\" u l-Att jiġbor taħtu dawn ukoll, bil-kwalifika li jekk ikun hemm kunflitt bejn l-Att u l-liġi l-oħra li titwaqqaf l-aġenzija, tipprevali l-liġi l-oħra.", "Madanakollu mhuwiex ideali li korp ikun regolat minn aktar minn liġi waħda.", "Għal din ir-raġuni, l-Abbozz ta' Liġi ġie rivedut fuq is-suppożizzjoni li l-aġenziji kollha se jiġu stabbiliti taħtu stess u ma jirregolax aġenziji mwaqqfa taħt liġijiet oħra.", "Fir-rigward tat-tmexxija finanzjarja tal-aġenziji, b'mod ġenerali jeżistu żewġ reġimi fl-amministrazzjoni pubblika Maltija.", "Id-dipartimenti tal-Gvern jaqgħu taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika u allura jekk jiġġeneraw xi dħul, ma jistgħux iżommuh iżda jmur fil-Fond Konsolidat.", "Bl-istess mod imbagħad l-infiq tagħhom joħroġ kollu mill-Fond Konsolidat skont il-baġit li jkun approvat.", "Il-kontijiet tad-dipartimenti jiġu verifikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Mill-banda l-oħra, entitajiet governattivi ma jaqgħux taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika.", "Dan ifisser li jistgħu jiftħu kontijiet bankarji u jżommu d-dħul li jiġġeneraw.", "Huwa biss id-dħul li jibqa' ma jintefaqx li jmur fil-Fond Konsolidat però bħala regola ġenerali, l-entitajiet huma obbligati jqabbdu awdituri privati u jippubblikaw kontijiet verifikati.", "Fir-rigward tal-aġenziji, l-Att preżenti jeħtieġ li l-aġenziji kollha, jiġifieri kemm dawk li għandhom dħul kif ukoll dawk li m'għandhomx, iqabbdu awdituri privati u jippubblikaw kontijiet li jkunu verifikati.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi però japplika dan ir-rekwiżit b'mod selettiv.", "Il-ħsieb huwa li l-maġġoranza tal-aġenziji li jaqgħu taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika jiġu trattati bħad-dipartimenti tal-Gvern.", "B'hekk, jiġi evitat il-bżonn li l-aġenziji inkwestjoni jqabbdu awdituri privati.", "Din hija miżura ta' simplifikazzjoni li ma tneħħi xejn mit-trasparenza u l-kontabbiltà finanzjarja għaliex l-aġenziji xorta se jibqgħu jiġu awditjati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.", "Min-naħa l-oħra, l-aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom kompletament jew parzjalment mid-dħul tagħhom stess, jistgħu jinħarġu minn taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, u allura jibdew joperaw bħal entitajiet oħra tal-Gvern.", "Dan ifisser li jkunu jistgħu jżommu d-dħul li jiġġeneraw filwaqt li jkunu obbligati li jippubbikaw kontijiet verifikati.", "B'hekk, tiżdied il-flessibbiltà tal-mudell tal-aġenzij għaliex jiġi japplika għal firxa wiesgħa ta' funzjonijiet pubbliċi, minn dawk purament amministrattivi sa dawk li jinvolvu operat fuq linji kummerċjali.", "Rigward is-superviżjoni ta' entitajiet governattivi minn Segretarji Permanenti, l-Att preżenti jaħseb biex is-Segretarji Permanenti jissorveljaw mhux biss dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, iżda anke entitajiet oħra.", "Madanakollu l-istess Att jippermetti lis-Segretarji Permanenti joħorġu direttivi lill-entitajiet biss jekk il-Ministri jiddelegawlhom formalment setgħat għal dan il-għan.", "Din hija restrizzjoni mhux meħtieġa fuq l-irwol tas-Segretarji Permanenti.", "Ġaladarba huma jaġixxu taħt id-direzzjoni tal-Ministri, huma mistennija li jżommu kontroll amministrattiv effettiv fuq entitajiet f'isem il-Gvern.", "Għalhekk, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nkunu qed neliminaw din il-ħtieġa ta' delega formali ta' setgħat.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi fih ukoll emenda għall-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "L-iskop huwa li din l-Ordinanza tkun applikabbli għal kull uffiċjal pubbliku li għamel is-servizz tiegħu bħala Segretarju Permanenti Ewlieni jew bħala Segretarju Parlamentari jew bħala Segretatarju tal-Kabinett jew bħala Segretarju għall-Kabinett jew bħala Awditur Ġenerali jew bħala Viċi Awditur Ġenerali jew bħala Ombudsman għal perjodu rispettiv sħiħ.", "Dawn il-ħatriet isiru għal żmien definit.", "Pereżempju Segretarju Permanenti jinħatar għal tliet snin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum mhuwiex xi liġi ġdida iżda huwa kitba mill-ġdid ta' liġi li daħlet fis-seħħ fis-sena 2010.", "Fl-istess ħin dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jipproponi numru ta' bidliet imma qabelxejn irrid nagħmel ftit kritika għall-mod ta' kif ġie ppreżentat.", "F'dan il-Parlament għandna l-prassi li meta niġu biex nemendaw liġi, għal raġunijiet ovvji ma naqbdux il-liġi li jkollna fis-seħħ u nerġgħu niktbuha mill-ġdid kollha kemm hi.", "Meta inti għandek liġi u tiġi preżentat b'Abbozz ta' Liġi li jikteb l-istess liġi kollha mill-ġdid, diffiċli tifhem it-tibdiliet li jkunu qed isiru u allura f'din il-Kamra għandna l-prassi li l-Abbozzi ta' Liġi, sakemm ma jkunux qegħdin iħassru liġi sħiħa, jemendaw kull artiklu tal-liġi b'mod separat.", "Dik hija l-prassi li nsegwu f'kull liġi li nagħmlu.", "Għal xi raġuni li s'issa ma nistax nifhem, hawn għandna Abbozz ta' Liġi li prattikament iħassar il-liġi li kellna u jerġa' jiktibha mill-ġdid.", "Jien dortu kelma b'kelma u pereżempju qed jinbidlu affarijiet li huma kwestjoni ta' stil.", "Pereżempju qed jintuża ċertu kliem Rumanz, li allura fis-sistema legali tagħna huwa aktar faċli li wieħed jinterpretah, imma hemm ukoll ċertu kliem li aktar 'il quddiem, u anke fl-istadju ta' Kumitat, se niġbed l-attenzjoni għalih għaliex legalment ma jagħmilx sens u joħloq konfużjoni aktar milli ċertezza.", "Hemm ukoll żbalji f'dan l-Abbozz ta' Liġi li huma kbar u dawn ukoll se niġbed l-attenzjoni għalihom.", "Però nibqa' ma nistax nifhem l-atteġjament li ttieħed f'dan l-Abbozz ta' Liġi; qabdu artikolu sħiħ u biddlu l-kliem bi kliem li jfisser l-istess.", "Ma nistax nifhem dan l-istil, imma nispera li se jkun f'din il-liġi biss.", "Jekk l-emendi tal-liġijiet se jibdew isiru b'dan il-mod, se jkollna konfużjoni kbira.", "Sur President, jekk ikolli niġbed ġudizzju fuq din il-liġi ngħid mingħajr tlaqliq li din għandha intenzjoni waħda u ċara: li żżid il-kontroll mill-Prim Ministru u li tagħti setgħat akbar lil dawk il-magħżulin tal-Gvern.", "Se nagħmel analiżi kritika tal-aktar bidliet importanti għax tant hemm bidliet f'din il-liġi li huwa impossibbli li f'dan id-diskors nispjegahom kollha.", "Fl-istadju ta' Kumitat se nidħol aktar fid-dettall, però għalissa se nagħmel analiżi kritika biex wieħed jifhem x'inhuma l-aktar bidliet perikolużi u x'inhuma l-aktar bidliet li se jaffettwaw l-amministrazzjoni pubblika, liema bidliet il-ħaddiema taċ-Ċivil u dawk tas-settur pubbliku jridu joqogħdu attenti għalihom u jifhmu x'inhuma.", "Din il-liġi ma kien hemm ebda tħabbira dwarha.", "Is-soltu meta l-Gvern ikun se jagħmel xi liġi, jew jagħmel konferenza tal-aħbarijiet jew jorganizza xi seminar.", "Rigward din il-liġi però ma ħarġet l-ebda stqarrija ta' dan it-tip.", "L-ewwel stqarrija pubblika li kien hemm dwar din il-liġi ma kenitx min-naħa tal-Gvern imma kienet min-naħa tal-Forum Unions Maltin li kkritikawha b'mod aħrax u insistew li jkun hemm laqgħa urġenti mas-Segretarju Permanenti Ewlieni, li nirringrazzjah talli qiegħed preżenti hawnhekk biex isegwi dan id-dibattitu.", "Wieħed mill-ewwel jibda jissuspetta ftit ħażin meta jara li din il-liġi ġiet quddiemna mingħajr ebda spjegazzjoni pubblika tal-intenzjoni li għandu l-Gvern.", "Fil-fatt, ninnota li l-unika intervent li kien hemm dwar din il-liġi kienet intervista li għamel is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, fuq One Television.", "Kienet intervista qasira ma' Karl Stagno Navarra li fiha qal bejn wieħed u ieħor x'inhuma l-punti ewlenin.", "Jiġifieri ma daħalx fid-dettall imma semma biss il-headlines ta' din il-liġi.", "Apparti din, ma kien hemm assolutament ebda stqarrija.", "Jien rajtha ftit stramba li fuq Abbozz ta' Liġi ta' din il-portata l-Gvern ma qal assolutament xejn.", "Għalhekk, għamilt ftit telefonati u staqsejt jekk kienx hemm xi diskussjoni mal-Unions, jew ma' persuni involuti, jew ma' entitajiet oħra u rriżulta li effettivament il-Gvern dwar din il-liġi ma kkonsulta ma' ħadd.", "L-agħar ħaġa hija li ma kkonsulta assolutament xejn mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, ċjoè mal-Unions.", "Sur President, id-diffikultà kbira li għandha quddiemha din il-Kamra hija li qed niddiskutu liġi li dwarha ma sarx dak il-proċess li kellu jsir biex waslet s'hawn din il-liġi, jiġifieri l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika, li anke jaffettwa ftehimiet kollettivi li hemm fis-seħħ mal-ħaddiema taċ-Ċivil.", "Għandna sitwazzjoni li fil-Parlament qed tiġi diskussa liġi – u din aktarx tgħaddi għax naturalment il-Gvern għandu l-maġġoranza – li m'għaddietx mill-proċess ta' konsultazzjoni pubblika li aħna mdorrijin nagħmlu meta nkunu se nbiddlu liġi li taffettwa daqshekk ammont kbir ta' nies, li f'dan il-każ huma l-ħaddiema tas-servizz pubbliku.", "Allura kif għedt, se nipprova nuża dan il-ħin tiegħi biex nagħmel analiżi kritika ta' din il-liġi, b'mod li niftaħ għajnejn dawk kollha li jistgħu jiġu affettwati bil-bidliet li hemm.", "Għal dan il-għan, se nsemmi biss ftit punti li se nidħol fihom fid-dettall.", "L-ewwel nett is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tatna x'nifhmu li b'dan l-Abbozz ta' Liġi qisna qed niddefinixxu għall-ewwel darba l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika.", "Bir-rispett kollu, dan mhuwiex il-każ.", "Fil-liġi preżenti, li daħlet fis-seħħ fl-2010, diġà hemm x'inhuma l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika u huma mniżżlin b'mod ċar.", "U huma mniżżlin mhux f'xi lista bi ftit kliem imma hemm paragrafi sħaħ u hemm kuntest ta' xi jfissru dawn il-valuri.", "Pereżempju s-subartikolu (1) tal-artikolu 4 jgħid hekk:", "\"(1) Id-dipartimenti, l-aġenziji u l-entitajiet tal-Gvern għandhom ikunu regolati bil-valuri inerenti fid-dmirijiet hawn taħt imsemmija, u l-impjegati pubbliċi għandhom:", "(a) jeżerċitaw kull setgħa mogħtija lilhom bil-liġi, u jagħtu servizzi lill-pubbliku, b'korteżija, malajr u b'imparzjalità.\".", "Dak huwa eżempju ta' wieħed mill-valuri tal-amministrazzjoni pubblika mniżżla fil-liġi preżenti.", "Fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna però l-Gvern għażel li minflok ma jħalli din it-tip ta' spjegazzjoni tal-valuri tal-amministrazzjoni pubblika, jagħtina lista ta' kliem u mhux lista ta' valuri!", "Dawn insibuhom fil-klawsola 4 u l-ewwel kelma li għandna fil-lista hija din:", "Kelma waħedha!", "\"(b) ir-rispett\".", "Ir-rispett lejn xiex?", "\"(ċ) il-lealtà\".", "Skużi, il-lealtà lejn min u lejn xiex?!", "Li niktbu kelma waħda ma jgħinx biex ikun hemm ċarezza u ċertezza dwar xi jrid ifisser il-leġiżlatur u allura huwa faċli ħafna li jkun hemm interpretazzjoni skorretta.", "Il-leġiżlatur irid jagħti kuntest.", "Inti ma tistax tikteb kelma waħda biss mingħajr ma tifformula kif għandha tiġi implimentata dik il-kelma.", "Naħseb li hemm qbil dwar x'għandhom ikunu l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika u għalhekk nappella lill-Gvern biex dawn jiktibhom f'kuntest ħalli l-ħaddiema taċ-Ċivil u anke ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, ikunu jafu x'għandhom jistennew mill-amministrazzjoni pubblika.", "Interessanti wkoll li minħabba l-mod kif ġie miktub dan l-Abbozz ta' Liġi tneħħew xi wħud mill-valuri li kienu fis-seħħ s'issa.", "Fosthom hemm li wieħed jevita d-diskriminazzjoni u li jkun imparzjali.", "Dawn iż-żewġ valuri jidher li tneħħew.", "Jekk tneħħew bi żball jien m'għandix diffikultà li wieħed jagħmel emendi fl-istadju ta' Kumitat u jerġgħu jiġu inklużi, però jekk tneħħew b'deċiżjoni, nappella lis-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli biex tispjega għalfejn tneħħew u għalfejn tneħħew mill-kuntest li kienu.", "X'aktarx li l-aktar bidla sinifikanti li qed jipproponi dan l-Abbozz ta' Liġi tittratta l-kwestjoni tar-revolving doors, kif anke semmiet is-Segretarju Parlamentari.", "Dan mhuwiex konċett ġdid.", "Forsi fis-settur pubbliku huwa konċett ftit ġdid imma kull min miss mas-settur privat jirrealizza li dan il-konċett ilu applikat f'pajjiżna għal numru ta' snin.", "Il-Qrati ta' pajjiżna kellhom numru ta' każijiet li fihom ħadu deċiżjonijiet dwar il-validità jew le ta' klawsoli f'kuntratti ta' impjegati u tajjeb nispjega ftit x'inhuwa dan il-konċett biex wieħed ikun jista' japprezza sew kif il-bidla li qed ikollna f'din il-liġi se taffettwa lill-ħaddiema tal-amministrazzjoni pubblika.", "Se nieħu eżempju ta' persuna li hija impjegata bħala general manager f'kumpanija privata li timporta u tbigħ makkinarju.", "Din il-persuna fil-kuntratt tagħha għandha miktub li ladarba tispiċċa mix-xogħol bi kwalunkwe mod, jiġifieri kemm jekk titkeċċa, kemm jekk tirriżenja kif ukoll jekk tirtira, għal perjodu ta' ħames snin wara, la tista', pereżempju, tibda negozju fl-istess settur u lanqas tista' tipprova tiġbed klijenti tal-kumpanija li kienet taħdem magħha u tipprova tagħmilhom klijenti tagħha.", "Jiġifieri jkun hemm klawsola fil-kuntratt li tgħid li dan ma jistax isir u dan l-obbligu jibqa' jgħodd anke wara li l-bqija tal-kuntratt, li jkun fih klawsoli oħra fosthom il-kundizzjonijiet tal-impjieg, il-paga u l-allowances, ma jibqax jgħodd.", "Jekk jirriżulta li din il-persuna bdiet negozju ieħor u bdiet tieħu l-klijentela ta' dik il-kumpanija, jew tavviċina klijentela ta' dik il-kumpanija jew tidħol f'kompetizzjoni magħha, hemmhekk tiskatta kwestjoni ta' penali ta' €20,000, pereżempju, jew ta' €50,000.", "Qiegħed insemmi dawn iċ-ċifri għaliex f'pajjiżna diġà kellna każ kbir li jinvolvi s-settur privat, li effettivament kien l-eżempju li għadni kif tajt.", "Il-Qrati tagħna għamluha ċara li dawk it-tip ta' kundizzjonijiet huma illegali.", "Mhux il-qrati tal-ewwel istanza biss, imma anke l-Qorti tal-Appell għamlitha ċara li dawk il-klawsoli huma in restraint of trade, jiġifieri qed ixekklulek mid-dritt tiegħek li tidħol fin-negozju u teżerċita n-negozju tiegħek jew li taħdem b'ċertu mod.", "Dan huwa l-kuntest li fih wieħed għandu jikkonsidra dan il-konċett ġdid tar-revolving doors.", "Issa hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar is-settur privat imma qed nitkellmu dwar is-settur pubbliku, jiġifieri funzjonijiet li fil-pajjiż ma jista' jaqdihom ħadd ħlief l-Istat u l-Gvern.", "Għalhekk l-istruttura tal-Gvern hija mibnija b'mod li huwa ma jistax jagħti ċerti affarijiet lill-privat biex jagħmilhom hu imma jollu kontroll fuqhom bl-għodda organizzattiva tiegħu.", "Illum il-ġurnata hija ċara li fejn jidħol il-Gvern, hemm ċertu allowance ta' wieħed x'jista' jimponi bħala protezzjoni għall-ġid komuni tas-soċjetà.", "Pereżempju fejn tidħol il-protezzjoni tal-erarju, jiġifieri li wieħed jiġbor il-flus mit-taxxi, il-qrati tagħna, u anke l-qrati Ewropej, jagħmlu distinzjoni bejn wieħed x'jista' jimponi bħala interessi fis-settur privat u x'interessi jista' jimponi l-Gvern fuq il-flus li għandu jieħu hu.", "Wieħed irid jagħmel din id-distinzjoni.", "Sal-lum, il-konċett ta' revolving doors prattikament kien jeżisti biss fis-settur privat u f'kuntratti ta' ċerti individwi li jaħdmu mal-Gvern f'postijiet partikolari.", "Madanakollu m'hemmx liġi li tirregola dan kollu.", "Jiġiferi sal-lum, dan kien biss obbligu kuntrattwali u mhux obbligu li jirriżulta mil-liġi.", "B'dan l-Abbozz ta' Liġi li qegħdin ngħidu huwa li se jibda jkollna kategorija sħiħa ta' persuni li jaħdmu mal-Gvern li se jkunu obbligati li jagħmlu dikjarazzjoni li biha jintrabtu li għal perjodu ta' sentejn minn meta jispiċċaw mix-xogħol, jirtiraw, jitkeċċew, jew jirriżenjaw, ma jistgħux jaħdmu ma' xi ħadd li fil-ħames snin ta' qabel ikunu għamlu kummerċ miegħu.", "Ejja nieħdu perit li jaħdem bħala case officer tal-MEPA.", "Jekk dan il-case officer jagħmel screening ta' applikazzjonijiet ta' kuntratturi, meta jirtira dan ma jistax imur jaħdem ma' kuntratturi li jkun għamlilhom dak l-iscreening fil-ħames snin preċedenti.", "Ikun projbit milli jagħmel hekk.", "Nista' nsemmi wkoll l-eżempju ta' xi ħadd li jaħdem bħala spettur tal-VAT u li jagħmel spezzjonijiet fi ħwienet u jekk jirriżultalu li jkun hemm xi ħaġa ħażina, dak li jkun jittella' l-qorti.", "Jekk dak l-ispettur jirriżenja, jitkeċċa mix-xogħol jew jirtira mix-xogħol, fis-sentejn ta' wara ma jistax imur jaħdem ma' dak il-ħanut, jew ikollu relazzjoni ta' profitt ma' dak il-ħanut, jew jipprovdi servizz lil dak il-ħanut.", "Sur President, huwa minnu li din hija sitwazzjoni li jeħtieġ li tiġi regolata.", "M'hemmx dubju dwar dan.", "Hemm kwestjoni ta' kunflitti ta' interess.", "Hemm kwestjoni fejn pajjiż irid ikun moħħu mistrieħ li m'għandux nies fdati b'awtorità pubblika li huma fil-but ta' ħaddieħor u allura ma naħsibx li hemm diffikultà li ngħidu li din hija materja li trid tiġi regolata.", "L-Abbozz ta' Liġi jgħid ukoll li dan l-obbligu tad-dikjarazzjoni se jkun impost fuq min qiegħed jaħdem ma' awtorità regolatorja jew li għandha funzjoni ta' spettorat.", "Jagħmilha ċara li din id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala kundizzjoni tal-impjieg fil-post u saħansitra tibqa' attivata anke jekk huwa jimxi minn post għall-ieħor mal-Gvern stess.", "Ejja nieħdu persuna li kienet taħdem mad-Dipartiment tal-VAT u marret taħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa imma tagħmel funzjoni differenti.", "Dak l-obbligu xorta jibqa' jgħodd.", "Hemm ukoll penali li mhumiex żgħar għax huma l-ekwivalenti għal salarju ta' tliet snin, li naturalment jammontaw għal ħafna flus.", "Fil-fatt, bil-mod kif inhija miktuba l-liġi mhux qed tgħid li wieħed jista' jagħti sa massimu ta' tliet snin paga imma qed tgħid li min jinqabad jagħmel hekk jeħel tliet snin paga.", "Ma nafx jekk hux bi żvista jew le, imma hija miktuba ċara li l-penali għandhom ikunu ekwivalenti għal salarju ta' tliet snin.", "Kif diġà għedt, din se tapplika għal min huwa f'pożizzjoni ta' awtorità regolatorja u ta' spettorat.", "Se jkun hemm ukoll bord li se jissorvelja l-proċess kollu.", "Dan il-bord se jkollu l-funzjoni li jara għal min tapplika u tgħodd din il-kundizzjoni ġdida fl-impjieg tiegħu u se jkollu l-obbligu wkoll li jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha.", "Li ma naqbilx assolutament miegħu huwa li dan il-bord se jkun kollu maħtur mill-Ministru.", "Mhux qed ngħid li l-Ministru m'għandux ikollu dritt li jaħtar lil min irid hu u lil min huwa tal-fiduċja għalih, però fi kwestjoni daqshekk sensittiva, kwestjoni li hija ġdida fil-konċetti li aħna naddottaw fl-amministrazzjoni pubblika, naħseb li l-Gvern seta' jintroduċi element ta' rappreżentanza biex ikun żgurat li dan il-mekkaniżmu jitħaddem b'mod ġust u ekwu.", "Għalhekk, nixtieq nissuġġerixxi li ndaħħlu element ta' rappreżentanza min-naħa tal-ħaddiema tal-amminstrazzjoni pubblika.", "Wara kollox ma naħsibx li hawnhekk qed nitkellmu dwar xi ħaġa li b'xi mod tista' taffettwa l-implimentazzjoni ta' dan il-konċett, anzi pjuttost qed nagħtu mod kif dan il-konċett jiġi implimentat b'mod ekwu u ġust.", "Allura rrid nagħmel dan l-appell biex ikun hemm din il-konsiderazzjoni.", "Il-kwestjoni tar-revolving doors hija kwestjoni serja li kien wasal iż-żmien li tiġi indirizzata.", "Filwaqt li l-konċett huwa tajjeb, il-mod li bih qed tiġi indirizzata, b'din it-tip ta' impożizzjoni, naħseb li huwa għalkollox żbaljat.", "Jien ma jidhirlix li wieħed jista' jaqbad u jbiddel il-kundizzjonijiet tal-impjieg ta' persuna kif ġieb u laħaq, mingħajr ma jagħti kas il-ftehim kollettiv li diġà hemm, u mingħajr ma jisma' l-Unions x'għandhom xi jgħidu.", "Jien sinċerament nappella lill-Gvern biex jagħmel dan.", "Il-Gvern għadu fiċ-ċans li jiddiskuti dan il-konċett u l-implimentazzjoni tiegħu mar-rappreżentanti tal-ħaddiema biex flimkien jipprovaw isibu mod kif filwaqt li nilħqu l-għan li għandna f'din il-liġi, kulħadd ikun ċert minn dak li qed jiġi propost u kif se jiġi implimentat.", "Sur President, fil-kwestjoni tar-revolving doors ġieli tissemma wkoll il-kwestjoni tal-kumpens.", "Ladarba inti qed tirristrinġi persuna milli taħdem, inti qed taffettwa l-progression tal-karriera tagħha u qed tillimitaha.", "Pajjiżna huwa pajjiż relattivament żgħir.", "Għaldaqstant inħobbu nħeġġu li wieħed jiċċaqlaq minn impjieg għall-ieħor.", "Għalhekk, klawsola bħal din żgur se taffettwa b'mod negattiv li wieħed jimxi mis-settur pubbliku għas-settur privat u li jkun jista' javvanza fil-karriera tiegħu.", "Din hija kwestjoni li wieħed irid jindirizzaha u m'għandix dubju li l-unions se jqajmuha wkoll.", "Hemm ukoll element li kont nistenna li nara fi klawsola bħal din imma ma rajtux.", "Jeżisti wkoll il-konċett li meta wieħed ikun obbligat b'dikjarazzjoni bħalma hemm imniżżla f'dan l-Abbozz ta' Liġi, ikollu l-possibbiltà li jkun jista', minn jeddu, imur quddiem il-bord li jirregola din il-materja.", "Qed ngħid \"minn jeddu\" għal raġuni sempliċi.", "Ejja ngħidu li hemm persuna li taqa' fil-kategorija li hija regolata b'din il-klawsola u din qed tippjana li sitt xhur oħra tirriżenja minn mal-Gvern u tibda karriera fil-privat.", "Naturalment din taf li din id-dikjarazzjoni kienet parti mill-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħha, u taf ukoll li hemm dan il-bord, però mhijiex ċerta jekk hux se tkun qed tikser dak l-obbligu jew le.", "Din il-persuna jidħlilha dubju jekk effettivament hijiex qed tesponi lilha nnifisha għall-penali li jammontaw għal tliet snin salarju, u allura toħloq problema kbira għaliha stess.", "Jien naħseb li jkun utli li wieħed jikkonsidra li l-ħaddiema taċ-Ċivil li għalihom tkun tapplika din il-klawsola jingħataw il-fakultà li jmorru quddiem il-bord minn jeddhom, jispjegaw lill-bord x'beħsiebhom jagħmlu fil-karriera u l-bord jiggwidahom x'għandhom jagħmlu.", "Hemmhekk il-bord ikun jista' jiggwida lil dak li jkun dwar jekk hux se jinkorri l-penali jew le.", "Qed ngħid dan biex inneħħu l-element diskrezzjonali ta' dan il-bord u nevitaw sitwazzjonijiet fejn persuna titlaq mix-xogħol, mingħaliha sejra taħdem xi mkien fil-privat u tkun tista' tagħmel xogħolha kif suppost u minflok issib ruħha ffaċċjata b'akkuża li qed tikser il-liġi f'dan ir-rigward.", "Allura rrid nipproponi hawnhekk, imbagħad fi stadju ta' Kumitat inressaq emenda f'dan is-sens, li jkun hemm il-fakultà li l-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika jkunu jistgħu minn jeddhom imorru għand dan il-bord.", "Xi ħadd għarrafni wkoll li r-raġuni għalfejn il-Gvern qiegħed iressaq din l-emenda hija li sar xi rapport mill-GRECO (Group of States against Corruption) tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Informat li l-Gvern ġibed l-attenzjoni li f'xi wieħed mir-rapporti tal-GRECO dwar pajjiżna jissemma l-bżonn li jiddaħħal il-konċett tar-revolving doors.", "Jien iċċekkjajt ftit il-Fourth Evaluation Round tal-GRECO.", "Dan huwa l-aħħar rapport tagħhom u kien ġie ppubblikat f'Marzu 2017.", "Dan huwa dokument pubbliku u wieħed jista' jsibu fuq l-internet.", "Huwa veru li f'dan ir-rapport jissemma l-konċett tar-revolving doors, però dan ma jissemmiex fir-rigward tal-ħaddiema tal-amministrazzjoni pubblika jew taċ-Ċivil.", "Li jgħid dan ir-rapport huwa li hemm bżonn li jiddaħħal il-konċett ta' revolving doors fil-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri, tas-Segretarji Parlamentari u tal-Membri Parlamentari.", "Mela għandna sitwazzjoni fejn suppost minħabba r-rapport tal-GRECO qed nikkunsidraw li nemendaw il-Kodiċi ta' Etika tal-Membri Parlamentari biex indaħħlu l-konċett ta' revolving doors u minflok qed nibdew minn fuq, qed nibdew minn isfel nett.", "Qed naqilbu d-dinja ta' taħt fuq!", "Fl-opinjoni tiegħi, il-mod kif ġiet ippreżentata din il-klawsola huwa skorrett.", "L-ewwel m'għandna nibdew huwa minn dawk fl-ogħla livell!", "Jekk il-konċett ta' revolving doors ma jkunx japplika għall-Ministri, jew għas-Segretarji Parlamentari, jew għad-Deputati, jew għas-Segretarju Permanenti Ewlieni, jew għas-Segretarji Permanenti, imbagħad kif nippretendu li jkun japplika għal min qiegħed fl-aktar livelli baxxi tal-istruttura taċ-ċivil?!", "Niġi issa għall-kodiċi ta' etika.", "L-amministrazzjoni pubblika diġà għandha kodiċi ta' etika, jiġifieri dan mhuwiex xi ħaġa ġdida.", "Li forsi wieħed jista' jikkonsidra li jbiddel huwa l-poter tal-Prim Ministru waħdu li jbiddel dan il-kodiċi ta' etika.", "Fl-opinjoni tiegħi, wieħed għandu jikkonsidra li jdaħħal il-konċett ta' konsultazzjoni għax tibdil fil-kodiċi ta' etika effettivament ifisser tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.", "L-istess għal dak li jirrigwarda t-tibdil fil-kundizzjonijiet differenti fl-istess gradi.", "Hawnhekk jidħol prinċipju li qatt ma għandu jiġi miksur, ċjoè l-prinċipju tal-equal pay for equal jobs, li naħseb li huwa prinċipju li l-Gvern huwa marbut miegħu.", "Allura wieħed irid joqgħod attent li fit-tibdil li jagħmel fil-kundizzjonijiet biex ma jinkisirx dan il-prinċipju.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi jissemmew diversi drabi l-postijiet ta' riskju għoli imma mbagħad qisu m'hemmx definizzjoni ċara ta' x'inhuma dawn u x'jinvolvu.", "Qed noħolqu kategorija ġdida u mbagħad hemm nies li fil-lista li tagħti l-liġi ma jissemmewx.", "Pereżempju la jissemma s-Segretarju Permanenti Ewlieni, la jissemmew is-Segretarji Permanenti u lanqas ma jissemmew il-persuni kollha ta' fiduċja li jaħdmu fis-segretarjati.", "(Interruzzjonijiet) Qed ninnota lis-Segretarju Permanenti Ewlieni jidħak u jiċċaċċra!", "Minn hawnhekk qed narah jidħak!", "Qiegħed faċċata tiegħi eżatt!", "Interessanti li dawn il-pożizzjonijiet li għadni kif semmejt mhumiex high risk.", "Jekk mhux high risk is-Segretarju Permanenti Ewlieni u s-Segretarji Permanenti kollha, allura min huwa high risk?!", "Imbagħad f'dan l-Abbozz ta' Liġi għandna lista li fiha jissemmew uffiċjali li ma nistax nifhem kif jista' wieħed jikkonsidrahom bħala high risk jekk ma jikkunsidrax lill-oħrajn.", "Fosthom hemm l-Uffiċjal Eżekuttiv ta' Heritage Malta, skrivani fil-qasam tad-dfin fil-Ministeru għas-Saħħa u l-uffiċjal tekniku fl-Uffiċċju Konġunt.", "Hawnhekk il-Gvern irid jiċċara ftit x'inhija l-intenzjoni li joħloq din il-kategorija high risk.", "Żgur li din mhijiex kwestjoni ta' taħriġ u kundizzjonijiet differenti, kif intqal.", "Niġi issa għall-kwestjoni tad-direzzjonijiet mogħtija b'mod verbali.", "Fil-kodiċi ta' etika jissemma għall-ewwel darba l-konċett li impjegat taċ-Ċivil jista' jingħata u għandu obbligu jsegwi direzzjoni leġittima mogħtija lilu bil-miktub jew bil-fomm mis-superjuri tiegħu.", "Dan huwa konċett perikoluż immens.", "Aħna mdorrijin li fejn tidħol l-istruttura taċ-Ċivil, l-affarijiet jiġu rreġistrati u kif jaf kulħadd, ma tistax tirreġistra deċiżjoni mogħtija bil-fomm.", "Allura din hija xi ħaġa perikoluża ħafna li wieħed irid joqgħod attent kif jimplimentaha.", "Filwaqt li wieħed jifhem li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn jingħataw ordnijiet bil-fomm, għandu jkun hemm mekkaniżmu biex jipproteġi lill-ħaddiema tal-Gvern meta jiddeċiedu li jsegwu ordnijiet li jingħataw lilhom.", "L-ewwel nett jista' jkun li l-ordni ma tkunx leġittima u inti tkun qed issegwi ordni li mhux leġittima.", "It-tieni, peress li l-ordni tingħata bil-fomm m'għandekx garanzija li din se tiġi kkonfermata.", "Forsi direttur jagħti ordni bil-fomm li wieħed għandu jagħmel mod u ħames minuti wara jibgħatlu bil-miktub li għandu jagħmel mod ieħor.", "L-ordni li tkun ingħatat qabel tkun laħqet saret u allura tinħoloq din il-konfużjoni.", "Għalhekk, fl-interess tal-ħaddiema tal-ammistrazzjoni pubblika, naħseb li l-Gvern għandu jikkunsidra emenda għal din il-parti tal-kodiċi ta' etika biex ikun żgurat li dawn l-ordnijiet li jingħataw bil-fomm ikunu reġistrati u ċċarati.", "Finalment hemm il-kwestjoni tal-pensjonijiet.", "Infakkar li ftit tax-xhur ilu dan il-Parlament kellu quddiemu Abbozz ta' Liġi biex jingħata d-dritt ta' pensjoni differenti lil Membri ta' din il-Kamra li jkunu għamlu leġiżlatura waħda biss.", "F'dak l-Abbozz ta' Liġi kien hemm ukoll klawsola li għalkemm naf x'kienet tfisser fir-rigward tal-Membri ta' din il-Kamra, mhux se nipprova ninterpretaha.", "Għaldaqstant nixtieq nitlob lis-Segretarju Parlamentari biex tispjega għalfejn il-Gvern qed iressaq din il-klawsola biex jagħti trattament differenti lis-Segretarju Permanenti Ewlieni, lis-Segretarji Permanenti kollha, lill-Ombudsman, lill-Awditur Ġenerali u lill-Viċi Awditur Ġenerali.", "L-Awditur Ġenerali, il-Viċi Awditur Ġenerali u l-Ombudsman nista' npoġġihom daqsxejn fil-ġenb għax huma uffiċjali ta' din il-Kamra, imma s-Segretarju Permanenti Ewlieni u s-Segretarji Permanenti kollha huma parti mill-istruttura taċ-Ċivil!", "Allura kif f'din il-klawsola qed nittrattaw lil dawn b'mod, għax huma magħżulin mill-Gvern, imbagħad lill-bqija tal-ħaddiema kollha taċ-Ċivil nittrattawhom b'mod differenti?", "Hemm dan l-element ta' diskriminazzjoni li jien assolutament ma nistax nifhem kif sab ruħu f'dan l-Abbozz ta' Liġi, ħlief forsi għaliex il-Gvern irid jagħmel xi forma ta' influwenza fuq min qiegħed f'dawn il-karigi billi jdendlilhom il-karrotta!", "Nerġa' ngħid, nixtieq li s-Segretarju Parlamentari tiċċara eżatt x'inhi l-intenzjoni tal-Gvern bl-inklużjoni ta' din il-klawsola f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, fl-aħħar nett nitlob il-permess biex inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "KAROL AQUILINA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Fourth Evaluation Round tal-Compliance Report fuq Malta dwar il-prevenzjoni ta' korruzzjoni fir-rigward tal-membri tal-parlament, imħallfin u prosekuturi adottat mill-GRECO fl-24 ta' Marzu 2017.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli biex, jekk jogħġobha, tipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar żieda ta' trattati u konvenzjonijiet mal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, Kap. 234.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tielet Qari;", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jinħatar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia – Votazzjonijiet; u", "Estimi Ġenerali 2019 – Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, warajja f'dan l-Aġġornament se titkellem l-Onor.", "Claudette Buttigieg dwar id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "70 sena wara din qed tfakkarna kemm għad fadlilna x'naqdfu f'dan ir-rigward.", "F'din id-dikjarazzjoni fost l-oħrajn tissemma d-dinjità tal-bniedem.", "Jien naħseb li fejn tidħol is-solitudni u d-dinjità tal-bniedem f'dan il-pajjiż fadlilna ħafna u ħafna x'nagħmlu.", "Kif jaf kulħadd, imxejna 'l quddiem f'diversi oqsma soċjali, u dan grazzi għall-għaqal ta' min mexxiena tul is-snin, però fejn jidħol il-bniedem fil-kwadru ħolistiku tiegħu jien inħoss li bqajna lura u hemm diversi liġijiet li ma ġewx aġġornati tul iż-żmien.", "Naħseb li rridu nbiddlu l-mindset tal-bniedem.", "Qed nirreferi għall-bniedem b'mod ħolistiku.", "F'dawn iż-żminijiet b'mod partikolari, xi wħud jaħsbu aktar minn oħrajn f'min jinsab waħdu, f'min qed ibati, f'dak il-marid li meta kien b'saħħtu kien jieħu ħsieb lil kulħadd u issa spiċċa marid hu u abbandunat minn kulħadd.", "F'dan ir-rigward jien inħoss li s-soċjetà tagħna u d-dinja falliet bil-kbir.", "Issib ġenituri li kellhom preżenza qawwija u importanti f'ħajjet uliedhom imma llum abbandunawhom għalkollox.", "Dan l-aħħar raġel li mititlu martu stqarr miegħi li kien żball li qassam il-wirt li kellu fost uliedu.", "Huwa qalli li fil-Milied, meta l-maġġoranza tan-nies ikunu mal-familjari tagħhom, huwa jispiċċa waħdu fil-kumpanija tar-radju.", "Stejjer bħal dawn iġegħluk tirrealizza kemm l-istint matern, li dejjem qiegħed hemm, sfortunatament ma jiġix apprezzat, anzi kultant jiġi mneħħi u mneżża' minn ħajjet dak li jkun b'mod totali.", "Hemm barra hemm persuni li jmutu waħedhom u nsibuhom wara jumejn.", "Il-ġirien jibdew jistaqsu x'sar minnu t-tali, imbagħad niskopru li t-tali miet waħdu.", "Hemm barra hemm bosta nies jgħumu f'baħar ta' solitudni minħabba l-abbandun.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Adrian Delia, talli meta sar Kap tal-Oppożizzjoni u beda jbiddel id-dekasteri tagħna, lili ħallieni kelliem ewlieni dwar l-akkomodazzjoni soċjali, l-esklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar però żiedli wkoll is-solitudni.", "Lili poġġieni bħala kelliem għas-solitudni u ħassejtni onorat ta' dan.", "F'dan ir-rigward għandna ħafna fuq xiex ngħidu u nitkellmu, u hemm bżonn li s-soċjetà tagħna tagħmel ħafna għan-nies li jgħixu fis-solitudni.", "Illum waranofsinhar kellimni missier ieħor.", "Dan għedtlu li bil-permess tiegħu se nsemmi t-telefonata li kellna.", "Tkellimna fuq l-abbandun ta' dan il-missier u tkellimna fuq wirt.", "Qabel kien hemm dik li konna nsejħulha l-liġi tal-leġġittima u llum din qed insejħulha l-porzjoni riżervata.", "L-abbandun li poġġew fuqu dan il-missier ma jaqax f'waħda mis-seba' kriterji koperti b'din il-liġi.", "Din il-liġi tgħid li l-wirt jista' jiġi miċħud lill-ulied jekk kemm-il darba dan il-missier safa vittma ta' dawn l-ulied, bħal pereżempju sawtuh, jew inkella dan il-missier kien il-ħabs u t-tfal ma marrux iżuruh.", "Madanakollu naħseb li nistgħu ngħidu l-istess ħaġa jekk dan il-missier qiegħed maqful f'daru u ħadd minn uliedu ma jmur jarah.", "Sur President, l-abbandun huwa allarmanti u qed jikber fostna.", "Fl-artikli tiegħi u meta nkun mistieden f'xi seminar jew f'xi attività f'isem l-Oppożizzjoni dejjem ngħid li għandna nagħmlu xi ħaġa dwar dan.", "Irridu nħobbu aktar fis-saram, fir-risq ħażin, fit-tbatija u fl-abbandun.", "Meta bniedem jgħaddi minn abbandun ikun jaf xi jfisser.", "Jekk le, dan huwa bħad-demm li jgħajjat fuqna u demm li jgħajjat fuq is-soċjetà tagħna.", "Jien inħoss li dan id-demm iġib anke saħta fuqna u fuq pajjiżna.", "Qisu jagħmilna bħal ċimiterju abbandunat u kiesaħ.", "Allura ejjew inżidu l-kura li ttaffi dan l-uġigħ li forsi ma jidhirx għax huwa uġigħ psikoloġiku.", "Fil-gazzetti lokali dehru xi artikli li kienu interessanti għaliex jitkellmu dwar dan it-tip ta' abbandun.", "Pereżempju s-Sibt li għadda kien hemm artiklu fit-Times of Malta li jitkellem fuq is-solitudni ta' nies li jżuru s-shelter homes.", "Imbagħad fil-ġurnal Illum tal-bieraħ ġie rapportat li Dar Papa Franġisku titma' madwar 40 persuna kuljum.", "Qrajt ukoll artiklu interessanti ħafna miktub minn Yendrick Cioffi li jgħid hekk:", "\"Il-familja hija s-soluzzjoni għal ħafna mir-realtajiet li qed jesperjenzaw il-klijenti tagħna.", "Persuna kulma tkun trid huwa taptipa fuq spallitha, jew persuna oħra li tpoġġi u tismagħha.\"", "Kien hemm imbagħad artiklu ieħor interessanti fuq it-Torċa tal-bieraħ, il-Ħadd, miktub minn Carmen Cachia dwar raġel jgħix f'dgħajsa għax ma felaħx iħallas il-kera.", "Kif għedt, ejjew inżidu l-kura li ttaffi uġigħ li forsi ma jidhirx għax huwa uġigħ psikoloġiku.", "Is-soċjetà għandha żżid il-miżuri ta' wens u sedqa biex ħadd ma jħossu abbandunat, ħadd ma jħossu mwarrab, jew inkella ħadd ma jgħidlek: Jien neżisti għax hawn il-wisa'!", "Din nismagħha kemm-il darba.", "Sibt anke nies li jħossuhom piż għal ħaddieħor.Irridu mill-ġdid nibnu lil Malta b'wiċċ ta' ħniena.", "Sur President, ma rridux ninsew ix-xogħol utli li qed jagħmlu l-carers, is-social workers u kull min jaħdem fil-qasam soċjali, inkluż il-volontiera kollha li b'xi mod jaħdmu f'dan it-tip ta' xogħol.", "Jien nemmen li dawn in-nies ħafna drabi ma jmorrux għall-paga biss.", "Allaħares tmur għall-paga biss.", "Kien hemm żmien meta anke jien ħdimt fil-qasam soċjali u naf li l-paga hija verament miżera, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li dak li jkun ikun qiegħed jissogra ħajtu.", "Pereżempju jekk tkun tagħmel supervised access visits, fejn tkun għassa ma' tfal fil-proprjetà tal-ġenituri tagħhom, ovvjament ma jarawkx ħelu.", "Il-mod ta' kif jitħallsu hija xi ħaġa tal-mistħija.", "Irridu nagħmlu l-kuraġġ lil kull min jaħdem fil-qasam soċjali billi anke l-paga tagħhom tkun xierqa u kif suppost.", "Għandna wkoll nies li l-ambjent tax-xogħol u s-solitudni jsiru parti minnhom.", "Fil-fatt, wieħed minn kull ħames ħaddiema jispiċċaw isofru minn depressjoni.", "Normalment min iħaddem ma jindunax b'dan l-individwu.", "Mill-banda l-oħra, l-impjegat ma jammettix li għandu din it-tip ta' sfida.", "Allura kif se nittrattaw din l-isfida?", "Mhux sew li min iħaddem ifarfar din ir-responsabbiltà u jibgħat lill-persuna 'l hemm bħallikieku hu m'għandux x'jaqsam.", "L-impjegat, minbarra s-sick leave, għandu jkollu d-dritt li jingħata l-kura u wara li jidħol lura mis-sick leave għandu jkun hemm tranżizzjoni u anke jmur għal diversi programmi, inkluż programm ta' well-being bil-għan li jnaqqas l-istress.", "Ejjew naħdmu biex ħadd ma jagħlaq ix-shutter.", "Ejjew naħdmu biex f'pajjiżna jerġa' jibda jkollna l-kultura sabiħa li xi darba kellna, dik li ma nagħlqux il-qalb tagħna.", "Ħafna drabi aħna naħsbu għalkollox, niffukaw fuq kemm hawn surplus u ġid però ma niffukawx fuq min m'għandux mejda fuq xiex jiekol.", "Huwa ħażin li nkunu soċjetà fejn l-egoiżmu u l-konsumiżmu jsir l-ordni tal-ġurnata, u ħafna drabi din hi l-impressjoni li qed nagħtu.", "Din b'kumbinazzjoni qrajtha llum f'artiklu li kitbet l-Onor.", "Maria Deguara f'ġurnal lokali.", "Illum jgħidu li t-teknoloġija solviet is-solitudni permezz ta' Facebook.", "Meta tibgħat messaġġ qisek mingħalik qiegħed ma' xi ħadd.", "Meta tikkomunika ma' xi ħadd qisek qed tnaqqar xi ħaġa tal-ikel, però meta tiekol fuq mejda faċċata ta' xi ħadd, wiċċ imb wiċċ, qisek qed tiekol l-aqwa ikla!", "Naħseb li dak huwa l-messaġġ tagħna f'dan ir-rigward.", "Sur President, kull wieħed u waħda minna jrid jagħmel eżami tal-kuxjenza u jgħid: Jien x'qed nagħmel quddiem dan l-abbandun ta' ħafna nies u quddiem din l-esklużjoni soċjali?", "Dan huwa rwol li għandu jieħdu f'idejh l-istat però aħna wkoll parti mill-Istat u għalhekk, kull wieħed u waħda minna jrid jistaqsi din id-domanda.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, bħal-lum 70 sena ġiet ippubblikata d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Nammetti li dan huwa dokument sabiħ però nistaqsi lili nnifsi kemm verament nafu x'fih.", "Bħalma taf inti, Sur President, dan id-dokument jorbot lil kull min iffirmah li jipproteġi d-drittijiet li hemm imsemmija fih u jiggarantihom, però mgħandux obbligu ta' rabta per se għax huwa dikjarazzjoni.", "Pajjiżna wkoll huwa firmatarju ta' din id-Dikjarazzjoni u allura pajjiżna jitqies bħala wieħed minn dawk il-pajjiżi li qegħdin isegwu dawn id-drittijiet.", "Għaldaqstant illum xtaqt niġbed l-attenzjoni għal uħud minn dawn id-drittijiet li naħseb li ninsew li huma parti minn din id-Dikjarazzjoni, u ninsew li għandna dritt għalihom kif ukoll l-obbligu li niggarantixxuhom lil ħaddieħor!", "Qabel ma nidħol fihom però nixtieq infakkar li l-ewwel sentenza fil-preambolu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tgħid hekk:", "Mela waħda mill-ewwel kelmiet li nsibu f'din id-Dikjarazzjoni hija l-kelma \"dinjità\".", "Qed ngħid dan għaliex ħafna drabi nħarsu lejn id-drittijiet tal-bniedem bħala liġi, jiġifieri nħarsu lejn l-affarijiet b'mod legali.", "Din id-Dikjarazzjoni tant importanti, illum, 10 ta' Diċembru, tagħlaq 70 sena.", "Tajjeb infakkar li 70 sena ilu d-dinja kienet għadha ħierġa mit-Tieni Gwerra Dinjija, u allura kienet għadha ħierġa mill-akbar attroċitajiet li qatt rat.", "Għaldaqstant kienu ngħaqdu flimkien nies li ħassew li ma jistax ikun li l-bniedem jerġa' jitfa' lilu nnifsu f'dak l-istat.", "Imma ħalli naraw x'jgħid l-ewwel artiklu.", "Sfortunatament, aħna nħobbu naqraw l-ewwel sentenza u ngħidu li dak huwa l-ewwel artiklu imma fil-fatt dik tkun biss l-ewwel sentenza tal-ewwel artiklu.", "Mela l-ewwel sentenza tal-ewwel artiklu tgħid hekk:", "Din tfisser li aħna kollha mwielda ħielsa u indaqs fid-dinjità u d-drittijiet.", "Però dik hija biss l-ewwel sentenza tal-ewwel artiklu, għax l-artiklu jkompli hekk:", "Aħna għandna l-għarfien u għandna l-kuxjenza u allura dan id-dokument fuq id-drittijiet tal-bniedem ma nistgħux inħarsu lejh sempliċement mil-lenti ta' jekk ksirniex l-aspett legali jew le.", "Għandna kuxjenza biex naraw x'qed nagħmlu u biex, kif jgħid l-ewwel artiklu:", "Hawnhekk għandna l-idea li aħna aħwa.", "Irridu nkunu ċerti mhux biss li d-drittijiet tagħna mhumiex jinkisru, imma li d-drittijiet ta' ħaddieħor ukoll ma jinkisrux bl-għemil tagħna stess jew, bħalma kien qed jgħid ftit tal-ħin ilu l-Onor.", "Bartolo, bin-nuqqas ta' kuxjenza tagħna stess.", "Huwa semma diversi drittijiet li fil-fatt qegħdin parti minn din id-Dikjarazzjoni tant importanti.", "It-tieni artiklu jiffoka fuq il-fatt li m'għandux ikun hemm distinzjoni abbażi ta' razza, ta' kulur, ta' sess, ta' reliġjon, ta' lingwa eċċ. Imbagħad għandna t-tielet artiklu, li naħseb huwa wieħed mill-isbaħ.", "Dan jgħidilna li kulħadd għandu dritt għall-ħajja, għal-libertà u għall-protezzjoni.", "Naħseb li dak huwa wieħed mill-iqsar artikli u wieħed mill-isbaħ, però kemm huwa diffiċli li nonorawh kompletament?", "Id-dritt għall-ħajja naħseb li llum il-ġurnata huwa sfida kbira f'soċjetà li qiegħda tara biss il-flus.", "Dan iwassalni għar-raba' artiklu li jorbot mal-aspett tal-flus.", "Forsi 70 sena ilu meta kont titkellem fuq skjavitù wieħed kien aktar iħares lejn l-iskjavitù fil-veru sens tiegħu.", "Madanakollu r-raba' artiklu ma jitkellimx biss fuq l-iskjavitù imma jitkellem ukoll fuq min qiegħed f'dak li bl-Ingliż jissejjaħ 'servitude'.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq traffikar ta' persuni.", "Forsi min qed isegwi bħalissa jgħid: Imma pajjiżna fiex jidħol?", "Pajjiżna qed jissemma ħafna f'dak li għandu x'jaqsam ma' traffikar ta' persuni.", "Biss biss fl-aħħar rapport fuq it-traffikar ta' persuni li ħareġ mill-Istati Uniti pajjiżna jissemma anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' traffikar ta' persuni internament.", "Fuq dan diġà tkellimt f'din il-Kamra meta tkellimt speċifikament fuq traffikar ta' nisa barranin li wħud minnhom ġew mingħalihom biex jagħmlu tip ta' xogħol u spiċċaw jaħdmu f'gentlemen clubs ġewwa pajjiżna.", "Dawn qed jiġu traffikati minn klabb għall-ieħor, ipartuhom, jixtruhom u għandhom prezz għal dak li jagħmlu.", "Dawn ma jżommuhomx f'dawn il-gentlemen clubs għal aktar minn ammont ta' xhur biex il-klijenti ma jintrabtux magħhom.", "Dan iwassalni għall-ħames artiklu li jgħid li ħadd m'għandu jiġi torturat jew jiġi trattat b'mod inuman jew degradanti.", "Id-dinjità tissemma l-ħin kollu u f'kull artiklu.", "Is-sitt artiklu jgħidilna li aħna kollha ndaqs quddiem il-liġi.", "Is-seba' artiklu jagħmel enfasi fuq kemm verament il-liġi għandha tapplika għal kulħadd u li din id-Dikjarazzjoni għandha tapplika għal kulħadd.", "Fejn ma tapplikax, hemm l-artiklu numru tmienja li jgħidilna li kulħadd għandu dritt għal \"rimedju effettiv\".", "Dawn iż-żewġ kelmiet huma kbar ħafna.", "Jien nista' ngħidlek li forsi żbaljajt miegħek, imma b'liema mod se nagħtik rimedju?", "Forsi f'għajnejn il-liġi r-rimedju jista' jkun anke rimedju finanzjarju però hemm ħafna nies li mhux il-flus ikunu jridu imma li jerġgħu jirbħu lura d-dinjità tagħhom.", "Id-disa' artiklu jgħidilna li ħadd ma jista' jiġi arrestat b'mod arbitrarju jew jinżamm f'detenzjoni jew fl-eżilju.", "L-għaxar artiklu mbagħad jgħid li kulħadd għandu dritt għal \"public hearing\", ċjoè li jiġi ġudikat b'mod pubbliku u trasparenti, u hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq it-trasparenza.", "F'isem il-Partit Nazzjonalista llum jien ħriġt stqarrija għal din l-okkażjoni, bit-titolu 'Il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' governanza tajba huma ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem'.", "Dan mhux qed ngħidu jien; l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem jagħmilha ċara li l-korruzzjoni, fejn il-ftit jiffangaw minn fuq dahar il-ħafna, u n-nuqqas ta' governanza tajba, fejn tirrenja n-nuqqas ta' trasparenza, huma ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għaliex stat li jkun mifni b'dawn il-pjagi ma jistax jiggarantixxi d-drittijiet tal-aktar membri vulnerabbli li huwa suppost qiegħed jindokra.", "Nerġa' mmur lura għal artiklu 10, li jgħid li kulħadd għandu dritt għal smigħ xieraq.", "B'rabta ma' dan, artiklu 11 jgħidilna li rridu nassumu li kulħadd huwa innoċenti sakemm il-provi jwasslu għal mod ieħor.", "Sur President, naf li s-suġġett tal-istatelessness huwa suġġett li jogħġbok ħafna u artiklu 15 jgħid li kulħadd għandu dritt li jappartjeni għal stat, jew għal nazzjonalità.", "Dan l-aħħar smajt diskussjoni fuq dan is-suġġett u kważi kważi din id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem qiegħda tiggarantixxi d-drittijiet għal min huwa ċittadin.", "Għaliex min m'għandux stat u ma jappartjenix għal stat, min se jkun qiegħed jiggarantilu dawn id-drittijiet kollha?", "L-artiklu 17 jorbot ma' realta kbira.", "Dan jgħid li kulħadd għandu dritt għall-proprjetà tiegħu.", "Illum dan id-dritt min qiegħed jiggarantixxih?", "Irridu noqogħdu attenti ħafna.", "Għalina l-Maltin sa ftit ilu d-dritt tal-proprjetà kien ifisser li jkollok darek iżda llum il-ġurnata lanqas tikri ma tista' għaliex il-prezzijiet tal-kirjiet huma għoljin ħafna.", "L-artiklu 18 imbagħad ifakkarna li għandna l-libertà li naħsbu kif irridu, u għal darb'oħra terġa' tissemma d-dinjità, filwaqt li l-artiklu 19 jfakkarna li għandna wkoll il-libertà tal-espressjoni u l-artiklu 21 jorbot dan ma' din il-Kamra u jgħid li kull wieħed u waħda minna għandu dritt li jkun parti minn gvern.", "Hemm ukoll spjegazzjoni ta' kif dan jista' jseħħ.", "Mhux bilfors li kulħadd ikun parti mit-tmexxija tal-pajjiż b'mod dirett, imma l-fatt li aħna f'din il-Kamra għandna l-unur u l-privileġġ li nirrappreżentaw lin-nies, huwa dritt li ġie mogħti lilna għaliex għandna garanzija ta' elezzjonijiet ħielsa.", "L-artiklu 23 ukoll qed jiġi daqsxejn mhedded, mhux biss għaliex jitkellem fuq id-dritt għax-xogħol – f'pajjiżna llum il-ġurnata nistgħu ngħidu li pjuttost qed jiġri bil-kontra għax ma nistgħux insibu ħaddiema – imma għaliex jitkellem ukoll dwar il-free choice of employment.", "Jitkellem ukoll fuq \"just and favourable conditions\", jiġifieri li wieħed ikollu kundizzjonijiet tajbin.", "Fost affarijiet oħra, ma rridux ninsew id-dritt li inti titħallas tajjeb.", "Fil-fatt, l-artiklu 23.3 jgħid hekk:", "Dan jgħidilna li anke fil-kuntest tal-bniedem bħala parti minn familja, wieħed irid jgħix b'dinjità.", "Jiġifieri l-kelma \"dinjità\" tissemma ħafna u ħafna drabi.", "L-artiklu 24 ifakkarna li għandna wkoll dritt għall-mistrieħ, u jgħid:", "Hawnhekk nistaqsi: Min ma jistax ilaħħaq b'paga waħda u jrid jagħmel it-tieni impjieg jekk mhux it-tielet wieħed ukoll, xħin qed jistrieħ?", "Xħin qed ikollu ċans għall-familja?", "L-Onor.", "Bartolo żgur li se jieħu pjaċir bl-artiklu 25 għaliex prattikament jitkellem fuq id-dritt li inti jkollok dar dinjituża.", "Infakkar li hemm ukoll id-drittijiet marbutin mal-edukazzjoni u xi ħaġa li ninsewha ħafna nsibuha fl-artiklu 27.", "Qed nirreferi għad-dritt għall-kultura, id-dritt li inti tipparteċipa fil-kultura ta' pajjiżek, id-dritt li inti tkun awtur u li ħadd ma jista' jmisslek dawk id-drittijiet.", "L-aħħar tliet artikli prattikament jiġbru flimkien il-mod ta' kif din id-Dikjarazzjoni tista' tiggarantixxi dawn id-drittijiet kollha.", "Sur President, din id-Dikjarazzjoni saret 70 sena ilu però m'għandix dubju li għadha sfida kbira llum u se tibqa' sfida kbira fis-snin li ġejjin.", "Ma rridux ninsew il-kuntest li nkitbet fih din id-Dikjarazzjoni u li din hija Dikjarazzjoni ħajja.", "Allura ejja ma naqtgħux qalbna u nħarsu biss lejn dawk li huma sfidi negattivi.", "Ejja naraw fejn wasalna, imma ma ninsewx l-aktar żewġ kelmiet li jissemmew f'din id-Dikjarazzjoni: \"dinjità\" u \"kuxjenza\".", "Mingħajr dinjità u kuxjenza aħna ma nistgħux niġġieldu għad-drittijiet tagħna u lanqas ma nistgħu niggarantixxu d-drittijiet ta' ħaddieħor.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI – KAMPJUNI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta' dawn il-laboratorji?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni qed tinġabar.", "KAMPJUN TA' ORIĠINI VEĠETALI – TESTIJIET GĦAR-RESIDWI TA' PESTIĊIDI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk meta jiġi pprelevat kampjun ta' oriġini veġetali mingħand sid jew entità biex jiġi ttestjat għar-residwi tal-pestiċidi, dak is-sid hux qed jingħata dokument jew notifika tan-natura u kwantità ta' kampjun li ġie pprelevat?", "Is-sid jew produttur qed jiġi infurmat x'kien l-eżitu tar-riżultat ta' analiżi ta' kull kampjun li qed jiġi pprelevat mingħandu?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li sid il-prodott jingħata kopja ta' rċevuta uffiċjali tal-Awtorità li jkun fiha informazzjoni tan-natura u kwantità approssimattiva tal-prodott li jkun prelevat.", "Infurmat ukoll li s-sid jirċievi ittra bir-riżultat ta' jekk il-kampjun instablux livelli għoljin jew le ta' pesticidi wara li l-Awtorità tirċievi r-riżultat.", "TRAĊĊABILITÀ TAL-PRODOTT – KAMPJUNI PRELEVATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex meta jiġi prelevat kampjun tiġi aċċertata t-traċċabilità tal-prodott li minnu jkunu qed jiġu prelevati l-kampjuni?", "Jista' jikkonferma jekk hijiex ukoll qed tintuża sistema ta' double coding biex tassigura li min ikun qed jagħmel l-analiżi ma jkunx jaf l-identità tal-produttur?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li kull kampjun li jiġi pprelevat jiġi mpoġġi f'boroż ġodda tal-plastik u ssiġillat permezz ta' siġill b'numru uniku quddiem sid il-prodott stess.", "Dan in-numru jitniżżel ukoll fuq l-irċevuta relevanti għal dak il-prodott.", "Kull korrispondenza mal-laboratorju, inkluż ir-riżultat, rigward il-prodott elevat tirreferi biss għal dan in-numru uniku sabiex tkun żgurata il-kunfidenzjalità ta' sid il-prodott.", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI – KAMPJUNI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka x'inhi l-proċedura stabbilita ta' meta jinġabar kampjun ta' oriġini veġetali biex jiġi ttestjat għar-residwi tal-pestiċidi?", "Kemm jinżammu numru ta' kampjuni biex ikun iggarantit li f'każ ta' appell mingħand is-sid tal-prodott li jkunu rriżultaw li fihom ir-residwi ta' pestiċidi jistgħu jiġu kkonfermati?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li kampjuni jittieħdu tlieta ta' bejn wieħed u ieħor kilo-il wieħed li jiġu ssiġillati individwalment u jingħtaw numru uniku.", "Żewg kampjuni jinżammu mill-uffiċjali tal-Awtorità ġewwa freezer apposta sakemm ikun hemm bżonn, filwaqt li wieħed jingħata lura lis-sid tal-prodott issiġillat sabiex iżommu fil-freezer sakemm joħroġ ir-riżultat.", "Wieħed miz-żewġ kampjuni li jinżammu mill-uffiċjali tal-Awtorità jintbagħat il-laboratorju sabiex ikun ittestjat filwat li l-ieħor jibqa' fil-freezer tal-Awtorità sakemm joħroġ ir-riżultat jew sakemm il-każ jintemm mill-Qorti.", "Id-dokument bi proċedura SP-TRD-902 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI – KAMPJUNI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jelenka meta kienu d-dati ta' meta nġabru l-kampjuni biex jiġu ttestjati għar-residwi ta' pestiċidi ta' oriġini veġetali matul is-sena 2017 sal-ġurnata tal-lum u kif ukoll id-dati ta' meta r-riżultati ta' kull kampjun ġew f'idejn l-awtoritajiet kompetenti għal kull kampjun li ġie pprelevat?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 6815.", "Sadanittant ir-riżultati aġġornati tas-sena 2018 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI – ORDNIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il ordni ta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (3) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jagħti d-data u dwar xiex kien kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li ma jidhirx li qatt ingħatat ordni bħal dik imsemmija fid-domanda.", "Il-poter li jingħataw tali ordnijiet huwa wieħed ta' riżerva u eċċezzjonali li jinstab f'numru ta' liġijiet li waqqfu korporazzjonijiet pubbliċi bejn wieħed u ieħor f'dawn l-aħħar 20 sena.", "AVUKAT ĠENERALI – VALURI TA' SERVIZZ U KODIĊIJIET TA' ETIKA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe valuri ta' servizz u Kodiċijiet ta' Etika li skont l-artikolu 3 (6) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) jistgħu jiġu abbozzati mill-Avukat Ġenerali bi ftehim miegħu bħala l-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7494 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Prim Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BANK ĊENTRALI TA' MALTA – GVERNATUR U DEPUTATI GVERNATURI – LAQGĦAT MA' BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur flimkien ma' wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat ma' uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, ħaddiema, diretturi jew azzjonisti tal-bank li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħat, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat u x'kien l-iskop ta' dawn il-laqgħat?", "Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva, x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħa, min talab li ssir il-laqgħa u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa ma saritx?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvernaturi rispettivi (2013 - 2018), la waħedhom u lanqas mad-Deputati Gvernaturi, ma kellhom talbiet għal laqgħat ma' uffiċjali jew rappreżentanti oħra tal-bank li dwaru saret din il-mistoqsija.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2016 mill-Isptar Mater Dei sar pagament ta' €46 permezz tal-bank imsemmi minnu għal rimbors ta' depożitu fuq krozzi filwaqt li fl-2018 mis-Central Procurement and Supplies Unit saru diversi pagamenti permezz ta' dan il-bank għal xiri ta' mediċina, konsulenzi u korsijiet.", "It-total ta' dawn il-pagamenti kien €71,682.51.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe impact assessment li sar mill-Gvern fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Iżvezja li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b'effett mill-1 ta' Jannar 2019?", "EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 8071.", "KUMPANIJI LIKWIDATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b'xahar?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn dan il-qasam.", "KONVENJI TA' PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konvenji ta' proprjetà, xahar b'xahar, minn Jannar 2014 sal-lum?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 6346.", "KUNTRATTI TA' BEJGĦ TA' PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' proprjetà, xahar b'xahar, minn Jannar 2014 sal-lum?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' kuntratti ta' bejgħ ta' proprjetà li ġew reġistrati xahar b'xahar minn Jannar 2014 sal-lum hu kif se jingħad fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – SITI/BINJIET FIL-BELT – AVVIŻI TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti/binjiet fil-Belt Valletta fejn l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet avviż ta' infurzar mill-1 ta' Jannar 2017 sal-lum?", "Għal kull każ jista' l-Ministru jagħti:", "· id-dettalji ta' fejn jinstab is-sit fejn hemm l-avviż ta' infurzar;", "· it-tip ta' użu tas-sit/bini;", "· ir-raġuni tal-infurzar;", "· id-data meta nħarġet l-ordni tal-infurzar;", "· jekk l-ordni ta' infurzar għadhiex fis-seħħ illum; u", "· jekk itteħditx azzjoni mill-Awtorità dwar il-każ?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokument mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – SITI/BINJIET FIL-MARSA – AVVIŻI TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti/binjiet fil-Marsa fejn l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet avviż ta' infurzar mill-1 ta' Jannar 2017 sal-lum?", "Għal kull każ jista' l-Ministru jagħti:", "· id-dettalji ta' fejn jinstab is-sit fejn hemm l-avviż ta' infurzar;", "· it-tip ta' użu tas-sit/bini;", "· ir-raġuni tal-infurzar;", "· id-data meta nħarġet l-ordni tal-infurzar;", "· jekk l-ordni ta' infurzar għadhiex fis-seħħ illum; u", "· jekk itteħditx azzjoni mill-Awtorità dwar il-każ?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokument mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar applikazzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali?", "Jista' jsir rapport mis-social worker dwar dan il-każ partikolari?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal kull każ ieħor.", "PENSJONIJIET TAS-SERVIZZ - KALKOLI U TNAQQIS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7976 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux ser jaraw żieda vera fil-pensjoni?", "Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 7975.", "PENSJONIJIET TAS-SERVIZZ - KALKOLI U TNAQQIS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7974 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 li hawn inkluda dan it-tnaqqis fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li fil-passat il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7973.", "KALKOLI TAL-PENSJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7978 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bil-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit, u peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-Ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena, u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri short term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma' dawn il-pensjonanti?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 7977.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-geo-blocking li daħal fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2018, u tenut kont li minkejja l-mistoqsijiet parlamentari 5837 u 7777 ma ġiex żvelat liema awtorità pubblika f'Malta hija l-awtorità kompetenti għall-infurzar ta' dan ir-regolament, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jsiru lmenti jekk ikun hemm ksur tar-Regolament dwar il-geo-blocking?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "IL-MOSTA – ŻONA TAŻ-ŻOKRIJA - BINI TA' ĦITAN fi TRIQ IL-BIEDJA U TRIQ MONS.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8016, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtorità kompetenti għall-bini ta' ħitan fi Triq il-Biedja u Triq Mons. Edgar Salamone huma l-kunsill lokali tal-lokal, meta dawn il-ħitan kellhom jinbnew meta nfetħu t-toroq rispettivi u meta fil-fatt kien qed jinbena l-qasam tal-bini li hemm fiż-Żokrija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "SKEJJEL – TENDERS GĦAL PRINTERS", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti u/jew tenders li ngħataw fl-aħħar sentejn sabiex jitqassmu printers fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex?", "Jista' jikkonferma l-fatt li l-iskejjel għandhom istruzzjonijiet sabiex jieħdu printers biss mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni għall-amministrazzjoni tal-iskola?", "Jista' jgħid lil min ingħata dan il-kuntratt u/jew tender u meta ħarġet is-sejħa u kif ġie mogħti u għal kemm-il sena?", "Fuq liema kriterji ntgħażlet kumpanija partikolari sabiex tkun l-uniku waħda li tipprovdi dan is-servizz?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma l-Onor.", "It-tender ingħalaq fl-20 ta' Marzu 2018 u ġie mħabbar ir-rebbieħ fis-16 ta' Lulju 2018.", "Il-proċeduri u kriterji tal-għażla huma kollha mniżżla f'dan id-dokument pubbliku msemmi.", "VAT REFUND – KUMPANIJI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li suppost jirċievu l-VAT refund kull tliet xhur però ilhom aktar minn ħames xhur ma jirċievu tali refunds?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-kumpaniji għadhom ma rċevewx il-VAT refund?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' kumpaniji li ilhom aktar minn ħames xhur li ma rċevewx refund tal-VAT, skont kif stipulat fil-liġi, huma ta' 118.", "Ir-raġunijiet għaliex ma tħallsux huma:", "Għax dawn il-kumpaniji naqsu li jibagħtu d-denunzja kif stipulat fil-liġi; jew", "Naqsu li jibagħtu d-dikjarazzjoni tal-Income Tax; jew", "Parti mir-refund hi marbuta ma' mandat ta' qbid mill-Qorti; jew", "Hemm il-ħtieġa ta' aktar verifiki ulterjuri tal-ammont mitlub f'refund.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istat tal-Iskola Primarja tal-Imsida?", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għal mistoqsija parlamentari 8108.", "IMSIDA – SKOLA PRIMARJA – TLESTIJA TAL-MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Peress li din hi t-tieni sena skolastika li l-istudenti tal-primarja Misidjana qed ikollhom jirrikorru għal skola oħra barra mil-lokalità, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Iskola Primarja tal-Imsida tkun lesta minn xogħol ta' manutenzjoni, hekk kif kien ġie mwiegħed, biex tilqa' l-istudenti Misidjani?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni għall-iżvilupp mill-ġdid tal-Iskola Primarja fl-Imsida qiegħda quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar.", "L-Awtorità skedat il-binja eżistenti u l-proġett jinżamm pendenti sakemm jinstema' l-appell li ressqet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS).", "ISTALLAZZJONI TA' LIFT FI BLOKKA – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara meta se jitkompla x-xogħol ta' istallazzjoni ta' lift fi blokka li tlestiet peress li x-xogħol fuq il-lift waqaf?", "F'din il-blokka hemm persuna b'diżabilità; id-dettalji tal-persuna qed jingħataw separatament,.", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ imsemmi qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal kull każ ieħor.", "KAWŻI MAQTUGĦA – APPELLI KRIMINALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi ta' appelli kriminali mill-1 ta' Lulju 2018 sal-lum u dan b'mod individwali minn kull ġudikant?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li n-numru ta' appelli kriminali maqtugħa fil-Qorti ta' Malta u Għawdex mill-1 ta' Lulju, 2018 sal-5 ta' Diċembru, 2018 (l-ammont jinkludu numru ta' kawżi deċiżi, ċeduti, deżerti) huma s-segwenti:", "L-Imħallef Antonio Mizzi: 141", "L-Imħallef Giovanni Grixti: 58", "L-Imħallef Edwina Grima: 31", "L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera: 133", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant illi l-imħallfin imsemmija, apparti l-Appelli Kriminali (Inferjuri) huma assenjati xogħol ieħor.", "Naturalment dan ma japplikax fil-konfront tal-Imħallef Mizzi għaliex irtira bl-età.", "Għalhekk apparti l-Appelli Kriminali (Inferjuri):", "i. L-Imħallef Giovanni Grixti jieħu nofs il-Ġurijiet u jagħmel l-Għassa;", "L-Imħallef Edwina Grima tifforma parti mill-kompożizzjoni tal-Appelli Kriminali (Superjuri) u tagħmel l-Ghassa;", "L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera tieħu nofs il-Ġurijiet u tagħmel l-Għassa.", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet sabiex jara li jħajjar aktar persuni jidħlu għall-kors fil-Probation Services ġewwa l-Università ta' Malta?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tal-Probation u Parole (DPP) ħadem sabiex jiġi stabbilit in-numru ta' vacancies li għandu bżonn sabiex ikun jista' jaħdem u jwettaq id-dmirijiet tiegħu ta' mmaniġġjar u superviżjoni ta' offenders fil-komunità.", "Tul dawn l-aħħar snin id-DPP impenja ruħu sabiex ħareġ numru ta' sejħiet bil-għan li jinstabu kandidati idonei biex iwettqu xogħol ta' probation u parole.", "Fost dawn is-sejħiet insibu s-sejħa ta' applikazzjoni ta' Trainee Probation Officers.", "Sabiex il-kors tal-Università jkun aktar appellabbli u attraenti, f'Mejju 2017 id-DPP ħa l-inizjattiva flimkien mal-Università ta' Malta biex il-kandidati magħżula ngħataw salarju bħala ħaddiema tal-gvern u fl-istess ħin bdew u temmew il-kors universitarju li jwassal għal livell ta' Masters in Probation Services.", "Dan wassal biex wara li temmew b'suċċess il-kors ta' taħriġ, ġew promossi bħala Uffiċjal tal-Probation fi ħdan id-Dipartiment imsemmi.", "Din l-inizjattiva għenet lill-persuna magħżula biex filwaqt li qiegħda ssegwi kors l-Università, qiegħda f'impjieg b'salarju u tkun aktar ippreparata għad-dinja tax-xogħol speċjalizzat li dan id-Dipartiment jirrikjedi.", "Ma' dan inżid ngħid li fil-futur qarib se jitjieb il-pakkett finanzjarju tal-ħaddiema li jaqgħu fil-Probation Class u b'riżultat ta' dan, kull min japplika l-Università għal kors ta' Masters in Probation Services jaf li se jkun qed japplika għal impjieg b'kundizzjonjiet aktar favorevoli.", "EKS DETENUTI – PJANIJIET BIEX JERĠGĦU JINTEGRAW FIS-SOĊJETÀ", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jara li eks detenuti li jkunu għadhom kif spiċċaw jiskontaw sentenza ta' priġunerija jsibu dik l-għajnuna neċessarja sabiex jerġgħu jintegraw ruħhom lura fis-soċjetà?", "Peress li hu fatt magħruf li diversi drabi eks detenut jispiċċa iżolat/waħdu jiġġerra barra mingħajr saqaf fuq rasu u mingħajr għaxja ta' lejla, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex jitwaqqfu dawk l-istrutturi neċessarji sabiex eks detenuti jiġu segwiti u megħjuna sabiex jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara li jkunu ħallsu d-dejn tagħhom lejn is-soċjetà?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sa mill-bidu tas-sentenza l-priġunier jibda jiġi megħjun minn tim multidixxiplinarju ta' professjonisti sabiex ikunu identifikati l-fatturi li jeħtieġ ikun megħjun fihom.", "Apparti dan, kull priġunier li jkun wasal li jtemm is-sentenza, minn xhur qabel, jiġi mitkellem sabiex ikun esplorat jekk hemmx il-bżonn li jkun assistit għal impjieg jew akkomodazzjoni.", "Teżisti kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Faċilità u entitajiet bħal Jobsplus u LEAP.", "Isiru diversi referrals mit-tim multidixxiplinarju tal-Faċilità lil dawn l-entitajiet sabiex jassistu f'każ li l-priġunier jeħtieġ assistenza għal wara li jtemm is-sentenza u għaldaqstant l-għajnuna ta' dawn l-entitajiet tkun diġà bdiet minn meta l-priġunier ikun għadu jiskonta s-sentenza.", "Teżisti wkoll kollaborazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, fejn is-social workers tal-Faċilità jirreferu immedjatament, anke fil-bidu tas-sentenza, kull priġunier li jkun se jiffaċċja problemi ta' akkomdazzjoni u jikkomunikaw mas-social workers tal-Awtorità tad-Djar, fejn dawn tal-aħħar iżuru l-Faċilità u jkellmu lill-priġuniera fuq bażi regolari.", "Hemm ukoll il-programm tal-Fondazzjoni RISE fejn kull sena numru ta' priġunieri jsegwu programm ta' rintegrazzjoni fis-soċjetà b'mod gradwali, liema programm qed juri li hu wieħed ta' suċċess.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar xi pjanijiet fil-futur biex jitwaqqfu strutturi sabiex eks detenuti jkunu segwiti u megħjuna biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara li jkunu ħallsu d-dejn tagħhom lejn is-soċjetà għadhom jiġu diskussa mal-Board of Governors.", "AWTORITÀ TAL-AMBJENT U R-RIŻORSI – ĦAL FAR – DUĦĦAN ABJAD", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7809, jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra, f'każijiet ta' rapporti dwar duħħan bħal dawn, x'tip ta' spezzjonijiet jew eżamijiet isiru min-naħa tal-Awtorità kompetenti?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "ĦAL FAR – PROĠETTI TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx ippjanati proġetti ta' afforestazzjoni f'Ħal Far?", "Interpellant li preżentement għaddej stħarriġ biex nidentifikaw żona fil-limiti ta' Ħal Far fejn jista' jsir intervent ta' afforestazzjoni li tkun miftuħa għal pubbliku.", "Dan l-istħarriġ qed jara wkoll it-titoli tal-art u jekk hemmx xi pjanijiet li jsiru xi proġetti f'din iż-żona.", "BIRŻEBBUĠA – PARK NATURALI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk tlestewx il-pjanijiet għal park naturali f'Wied Dalam jew f'xi żona oħra f'Birżebbuġa?", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum?", "Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw bricks fuq kull proġett?", "Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-bricks u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw soft stones (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum?", "Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stones (kantun) fuq kull proġett?", "Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stones (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li jintuża dan l-ammont?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "ATTIVITAJIET KULTURALI F'GĦAWDEX – ĦADDIEMA TAL-GVERN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-Gvern u mill-privat biex jagħmlu xogħol in konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, għal kull attività separatament u maqsuma sena b'sena?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – XOGĦLIJIET GĦAL AĊĊESSBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'kull uffiċċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, inkluż għal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew nuqqas ta' dawl mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "DIPARTIMENTI, AWTORITAJIET, AĠENZIJI U ENTITAJIET GOVERNATTIVI – ĦADDIEMA GĦAWDXIN LI JAĦDMU MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid preżentament dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181210_179d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 11 ta' Diċembru, 2018 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura u l-policy stabbilita ta' meta jinstab riżultat pożittiv ta' residwi fi prodotti ta' oriġini veġetali?", "Jista' jgħid x'isir f'xenarji differenti inkluż dik ta' sejħa lura tal-prodott?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka l-proċedura stabbilita biex jinġabru kampjuni biex jiġu ttestjati għall-preżenza ta' residwi ta' pestiċidi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iStandard Operating Procedures li qed jiġu segwiti f'dan ir-rigward?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' jelenka l-proċedura, kif ukoll l-apparat li qed jiġi wżat biex jiġi aċċertat li kull kampjun pprelevat biex jiġi analizzat għall-preżenza ta' residwi tal-pestiċidi, huwa rappreżentattiv skont l-ammont tal-lott jew kunsinja partikolari ta' produttur?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu proċeduri kemm amminsitrattivi kif ukoll kriminali fil-konfront ta' persuni dwar użu ta' pestiċidi, ittikettjar ta' pestiċidi, u kummerċ jew traffikar ta' pestiċidi mhux skont il-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena skont in-natura tal-każ?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq distributuri ta' pestiċidi u kemm instabu pestiċidi mhux reġistrati jew mhux konformi mal-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka x'miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li d-distributuri tal-pestiċidi jbiegħu biss pestiċidi lill-persuni li jkunu kwalifikati fl-użu tal-pestiċidi jew li jkunu attendew kors rikonoxxut ta' kif għandhom jiġu applikati korrettement dawn il-pestiċidi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li parti mill-akkwati tal-Għar ta' Calypso ġewwa x-Xagħra ngħalqu għall-pubbliku?", "Kemm ilhom li ngħalqu u x'azzjoni qed jieħu l-Ministeru biex jerġgħu jinfetħu mill-aktar fis possibbli?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' dredging u xogħol ieħor ġewwa l-Port tal-Imġarr Għawdex għadu ma bedix?", "F'liema xahar u f'liema sena hu ppjanat li jibda u jitlesta dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum kemm kien hemm ħaddiema mid-diversi Direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li jagħmlu xogħol ta' cleaning u manutenzjoni ġewwa l-areas tax-Xlendi, Marsalforn, Ramla, Dwejra u Ħondoq ir-Rummien, x'inhu il-grad tagħhom u dawn il-ħaddiema taħt min huma responsabbli?", "Tista' tgħid ukoll x'ħinijet u ġranet jaħdmu dawn il-ħaddiema?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx Skrivana, Executive Officers, Assistant Principles u Principles li jaħdmu ġewwa Kemmuna u jekk iva kemm hu n-numru?", "X'tip ta' xogħol klerikali jagħmlu, fejn huma dawn l-uffiċini ġewwa Kemmuna u kif inhuma attrezzati?", "X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom fix-xitwa u fis-sajf u meta jkun il-maltemp fejn jirrapportaw għax-xogħol?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u taħt liema Direttorat jaqgħu?", "Min hu responsabbli għal dawn il-ħaddiema?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' Airfield ġewwa Għawdex?", "Fiex waslu l-preparamenti biex jitwettaq dan il-proġett?", "Meta hu mistenni li jibda jintuża?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar xhur u eżattament minn Ġunju 2018 sal-lum sarux xi xogħlijiet fl-Iskola Primarja tan-Nadur mill-Foundation for Tomorrow's School (FTS) u dan peress li hemm partijiet minn din l-iskola li jinsabu fi stat ħażin ħafna?", "Jista' jgħid jekk il-periti tal-FTS lestewx ir-rapporti li kellhom ilestu fl-aħħar xhur u jekk iva jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'passi se jittieħdu f'din l-iskola sal-aħħar tas-sena skolastika kurrenti u matul is-sajf li ġej?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin:", "- Awditur Ġenerali", "- Segretarju Parlamentari", "- Segretarju Permanenti Ewlieni", "- Segretarju Permanenti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7968 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta' pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej:", "- Anqas minn €400 fix-xahar;", "- Bejn €401 u €500 fix-xahar;", "- Bejn €501 u €600 fix-xahar;", "- Bejn €601 u €700 fix-xahar;", "- Bejn €701 u €800 fix-xahar;", "- Bejn €801 u €900 fix-xahar;", "- Bejn €901 u €1,000 fix-xahar;", "- Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u", "- Aktar minn €1,101 fix-xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7959 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma' għaqdiet sportivi fl-2017 u din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' kull applikazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni responsabbli skont l-Avviż Legali rispettiv, b'rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi?", "Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid:", "a. min applika;", "b. fejn huwa s-sit li fuqu qed issir l-applikazzjoni u x'daqs fih il-footprint tas-sit;", "c. fiex tikkonsisti l-applikazzjoni u jekk tikkonsisti fi żvilupp kemm se jiġi żviluppat spazju f'termini ta' metri kwadri;", "d. jekk il-Kummissjoni responsabbli approvatx il-proposta, għadhiex qed tevalwa jew irrifjutathiex; u", "e. f'każ li ġiet approvata, x'inhuma l-kundizzjonijiet ewlenin tal-kuntratt?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7959, jista' l-Ministru jikkonferma li s-sit li qed jirreferi għalih fit-tweġiba, huwa dak li Valletta FC preżentement għandhom il-kuntratt ta' ċens fuqu fil-lokalità ta' Ħal Farruġ?", "Jekk iva, jista' jagħti rendikont aktar dettaljat ta' x'sar fil-ħidma li qed jirreferi għaliha fl-istess tweġiba?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm trusts jew kumpaniji nominee li l-Ultimate Beneficial Owners (UBO) tagħhom huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba suppost jingħata l-ħalib fl-iskejjel primarji?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jivverifika kemm-il darba f'ġimgħa qed jingħata ħalib fl-iskola primarja ta' Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "Jekk iva, jista' jgħid x'inhu xogħlu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, fis-Segretarjat jew f'xi dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabilità tiegħu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat mal-Ministeru għas-Saħħa, fis-Segretarjat jew f'xi dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabilità tiegħu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali li jagħmlu xogħol ta' infurzar fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid, fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), kemm qed jiswa l-Uffiċċju taċ-Chairman, inkluż l-onorarja, il-car allowance u ż-żewġ persons of trust għal kull sena?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm membri fil-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "Kemm qed jitħallas kull membru fis-sena u kemm qed jiswa l-Bord tal-OHSA kull sena fit-total?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li għadu ma tax il-flus stipulati għas-sena akkademika 2018-2019 lill-Academic Work Resource Fund (AWRF)?", "Kif jispjega li ħalla l-akkademiċi bla riżorsi ta' fondi?", "Kemm u meta se jingħataw dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-istores tal-Forzi Armati ta' Malta kienx hemm dejjem stock għall-membri tagħha, u jekk iva kemm kien hemm bħala bilanċi fl-aħħar ta' kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, dawn l-imsemmija oġġetti:t", "- Flokkijiet ta' taħt; u", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti l-ħsibijiet tiegħu dwar l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u għaldaqstant jgħid jekk hijiex skont il-policies li jirregolaw l-ippjanar fiż-żona?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa x-xatba li tagħti għar-ranges tal-isparar tal-Forzi Armati ta' Malta?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm dejjem stock, u jekk iva, kemm kellu fl-istores tal-Forzi Armati ta' Malta għall-membri tagħha, bħala bilanċi fl-aħħar tas-sena għal dawn l-aħħar tliet snin, ingwanti taċ-ċerimonjal?", "MOZZJONJIET", "Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, l-Onor.", "Ian Borg, jipproponi:", "Billi permezz tal-artikolu 375 (1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Kap. 234 tal-Liġijiet ta' Malta), għall-għanijiet tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304 tal-Liġijiet ta' Malta), il-Gvern ta' Malta għandu s-setgħa li jirratifika, jew li jaċċedi għat-trattati jew konvenzjonijiet (inklużi protokolli, annessi u appendiċi relattivi) li jirreferu għall-bastimenti merkantili elenkati fis-subartikolu (2) tal-artikolu 375;", "Billi hemm il-ħtieġa illi l-Gvern ta' Malta jirratifika jew jaċċedi għal numru ta' trattati jew konvenzjonijiet (inklużi protokolli, annessi u appendiċi relattivi) li jirreferu għall-bastimenti merkantili u li mhumiex imsemmija fis-subartikolu (2) tal-artikolu 375;", "Billi s-subartikolu (4) tal-artikolu 375 jipprovdi illi \"Il-Kamra tar-Rappreżentanti tista' b'riżoluzzjoni żżid mal-lista ta' trattati jew konvenzjonijiet fis-subartikolu (2)\";", "Billi t-trattati u 1-konvenzjonijiet li mhumiex imsemmija fis-subartikolu (2) tal-artikolu 375 huma s-segwenti:", "(l) Konvenzjoni Internazzjonali ta' Hong Kong dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares 1-Ambjent, iffirmata f'Hong Kong fil-15 ta' Mejju, 2009;", "Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għall-Ħsara li għandha x'taqsam mal-Ġarr bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u Noċivi, 1996 iffirmat f'Londra fit-30 ta' April 2010;", "Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa, għall-Baħħara fuq Bċejjeċ tas-Sajd, iffirmata f'Londra fis-7 ta' Lulju 1995;", "Ftehim dwar il-Ħtiġiet Speċifiċi ta' Stabbilità għal Bastimenti ro-ro li jwettqu vjaġġi internazzjonali skedati regolari bejn u lejn portijiet magħżula fil-Majjistral tal-Ewropa u 1-Baħar Baltiku ffirmat fi Stokkolma fis-27-28 ta' Frar, 1996;", "Konvenzjoni dwar l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Satelliti Mobbli, iffirmata f'Londra fit-3 ta' Settembru 1976;", "Protokoll tal-1996 għall-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni ta' Tniġġis Marittimu permezz ta' Rimi ta' Skart u Materja Oħra tal-1972, iffirmat f'Londra fis-7 ta' Novembru, 1996;", "Ftehim ta' Cape Town tal-2012 dwar l-implementazzjoni tal-provvedimenti tal-Protokoll ta' Torremolinos tal-1993 dwar il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Torremolinos tal-1977 għas-Sigurtà ta' Bċejjeċ tas-Sajd, iffirmat f'Cape Town fil-11 ta' Ottubru 2012.", "Il-Kamra tirriżolvi li tawtorizza li minnufih wara s-subartikolu (2) (kk) tal-artikolu 375 tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, Kap. 234, tiżdied il-lista ta' trattati u konvenzjonijiet li tinkludi t-trattati u konvenzjonijiet fuq imsemmija illi fl-imsemmija lista għandhom ikunu numerati minn (ll) sa (rr) rispettivament skont kif muri fil-lista annessa ma' din ir-Riżoluzzjoni.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 72 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Logħob – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari (Kont.) - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 61 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċju u Notifika b'mezzi Elettroniċi) – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta' Proċessi Amministrattivi.", "Mozzjoni 179 tal-Oppożizzjoni sabiex jinħatar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia - Votazzjonijiet", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru; Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018", "10 ta' Diċembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018, fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 64 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018, fil-5.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 59 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 57 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' Diċembru, 2018 fil-5:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Trasferiment ta' art lill-International Hotel Investiments (IHI) p.l.c.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni u approvazzjoni tar-rapport maħruġ mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali intitolat \"Rapport dwar l-Abbozz tas-Samaritan it-Tajjeb;", "Affarijiet Oħra.", "10 ta' Diċembru 2018 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181211_180a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 11 ta' Diċembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 179, li saret fl-10 ta' Diċembru 2018, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Rosianne Cutajar u l-Onor.", "Mario Galea fil-139th Inter-Parliamentary Union General Assembly Meeting, li nżammet f'Ġinevra bejn l-14 u t-18 ta' Ottubru 2018.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "RESIDWI FI PRODOTTI TA' ORIĠINI VEĠETALI - RIŻULTATI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura u l-policy stabbilita ta' meta jinstab riżultat pożittiv ta' residwi fi prodotti ta' oriġini veġetali?", "Jista' jgħid x'isir f'xenarji differenti, inkluż dik ta' sejħa lura tal-prodott?", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018) (f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jista' jkun hemm tliet xenarji wara li joħroġ riżultat ta' pestiċidi fil-kampjuni ta' oriġini veġetali.", "Dawn huma:", "Residwu ta' pestiċidi awtorizzat f'ammont inqas mill-MRL.", "F'dan il-każ ma tittieħed l-ebda azzjoni minbarra li s-sid tal-prodott ikun informat b'dan ir-riżultat.", "Residwu ta' pestiċidi awtorizzat f'ammont aktar mill-MRL.", "F'dan il-każ il-produttur jiġi mgħarraf bir-riżultat u li se jittieħdu passi legali kontra tiegħu u sabiex ma jpoġġix il-prodott affettwat fuq is-suq.", "F'dan il-każ ukoll il-Ministeru tal-Agrikoltura jkun informat sabiex jieħu l-passi skont il-liġi sabiex il-kumplament tal-ħsad tal-prodott konċernat għall-kumplament tal-istaġun ma jkunx jista' jitpoġġa fuq is-suq.", "Jibdew proċeduri legali kontra dak il-produttur konċernat.", "Residwu ta' pestiċidi li jkun mal-limitu tal-MRL (within the uncertainty limit).", "Għalkemm ma tittieħed l-ebda azzjoni legali, is-sid tal-prodott jiġi mgħarraf bir-riżultat u jiġi ordnat sabiex ma jpoġġix il-prodott affettwat fuq is-suq.", "F'dan il-każ ukoll il-Ministeru tal-Agrikoltura jkun informat sabiex jieħu l-passi skont il-liġi sabiex il-prodott ma jkunx jista' jitpoġġa fuq is-suq.", "Dan biex ikun protett aħjar il-konsumatur (precautionary principle).", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar smajna li kien hemm xi prodott lokali li sfortunatament m'għaddiex minn dawn it-testijiet.", "Proprjament fiex jikkonsisti l-proċess li bih jintgħażlu l-prodotti li jiġu ttestjati u b'liema kriterji jiġu eżaminati l-produtturi?", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jagħti overview lill-Kamra dwar dan il-proċess kollu?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Fil-fatt, Sur President, ilbieraħ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mistoqsija parlamentari simili għax kienet tirrigwarda liema prodotti jiġu ttestjati u kif dawn il-prodotti jiġu magħżula.", "Sintendi hawnhekk aħna m'aħniex qed nitkellmu biss fuq il-prodotti lokali għax anke prodotti importati jiġu analizzati.", "M'hemmx proporzjon speċifiku li jiġi analizzat u dan aktar isir b'mod aberrant.", "Li nista' ngħid lill-Onor.", "Interpellant huwa li skont il-figuri li ngħataw ilbieraħ, mill-179 kampjun li ħadna fl-2018, 105 kienu prodotti lokali filwaqt li 74 kienu prodotti importati.", "Hawnhekk ta' min ifakkar ukoll li ċerti prodotti li jiġu mis-suq barrani diġà jkunu ġew iċċertifikati, speċjalment jekk dawn ikunu ġejjin minn xi pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, u allura f'dan il-każ aħna marbutin bil-liġi biex nużaw il-values li jkunu ġew stabbiliti minn pajjiżi oħra.", "Madankollu jkun hemm każi fejn ikun hemm bżonn li ssir verifika.", "Dan apparti li, naturalment, aħna nanalizzaw ukoll dawk il-prodotti li jkunu għadhom ma ġewx iċċertifikati.", "Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni anke fuq dak li huwa organiku u dak li mhuwiex.", "Fil-fatt jekk prodott organiku jkun ġie analizzat u nstab li m'għandu l-ebda pestiċida, dan irid jiġi mniżżel bħala 100% organic għax hemm kriterju li jgħid li għalkemm prodott ikun organiku, xorta waħda jistgħu jintużaw ċerti pestiċidi fuqu u huwa biss meta jiġi mniżżel 100% organic li ma jkunu ntużaw l-ebda pestiċidi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, peress li rajt li l-Membri tal-Oppożizzjoni huma interessati ferm fis-suġġett tal-pestiċidi, jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk hux minn dejjem kien hemm il-prassi li jsiru dawn ir-riċerki fuq l-użu tal-pestiċidi?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk isirux testijiet simili fuq prodotti li jiġu minn barra minn Malta?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, kif diġà għedt, dan l-ittestjar isir ukoll fuq prodotti importati.", "Fil-fatt tajjeb nibda billi ngħid li l-pestiċidi ilhom jintużaw minn eluf ta' snin qabel Kristu.", "Biss biss il-kubrit ilu jintuża minn żmien il-Mesopotamia.", "Sa żminijiet riċenti l-kubrit kien għadu jintuża, imma mhux fuq il-prodotti veġetali li jiġu kkonsmati.", "Pereżempju, meta kien ikollok xi warda li kont tkun trid tibża' għaliha, kont tuża l-kubrit!", "Imbagħad wara l-kubrit kien jintuża wkoll il-merkurju, iċ-ċomb, l-arseniku, eċċetra.", "Fil-fatt, sal-ħamsinijiet dawn kienu għadhom jintużaw.", "Pereżempju, l-arseniku kien jintuża bħala rejuvenating medicine qabel ma ġew ivvintati l-antibijotiċi, u anke l-merkurju.", "Iċ-ċomb biss le.", "Imbagħad wara l-ħamsinijiet daħal fis-sistema d-dichlorodiphenyltrichloroethane (DDT), imma f'daqqa waħda abbandunajnieh għax kien qed jagħmel ħażin liċ-ċikli elementari kollha, sakemm finalment ġew skoperti dawn il-ħafna mijiet, biex ma ngħidx eluf, ta' kimiċi li jintużaw bħala pestiċidi.", "Issa wieħed irid jgħid li llum jeżistu diversi tipi ta' pestiċidi għax, pereżempju, hemm l-insecticides, l-herbicides, il-fungicides, l-algaecides, il-bactericides u oħrajn.", "Kif għedt diġà, hemm lista sħiħa minnhom li jintużaw b'modi differenti u skont il-prodott.", "Pereżempju, jekk inti tkun trid li l-frott ma jimmoffax, trid tesponih aktar għall-fungicide ħalli jżomm aktar, ma tattakkahx il-moffa u jibqa' tajjeb sakemm jiġi esportat u kkonsmat.", "L-MRL huwa l-minimum residual li hu permess bil-liġi.", "Dawn ikunu n-normal values li tagħtina l-Kummissjoni Ewropea wara riċerka li ssir.", "Jiġifieri dan mhuwiex xi każ fejn wieħed jivvinta dawn il-valuri hu.", "Imbagħad jagħtuk il-plus u l-minus ta' kemm il-minimum residual jista' jvarja biex dan ma jkunx ta' ħsara għall-bniedem jew għal min se jikkonsmah.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, is-Segretarju Parlamentari semma dawk il-prodotti tal-ħaxix li jissejħu organiċi, li f'pajjiżna qed isiru dejjem aktar popolari, għalkemm normalment bħala prezz ikunu daqsxejn aktar għoljin.", "Xi kultant wieħed jidħollu wkoll daqsxejn id-dubju dwar jekk dawn il-prodotti jkunux verament organiċi jew le għax hawn min jargumenta li fi gżira bħal Malta, li hija daqstant żgħira, huwa diffiċli ħafna li jkollok prodott li huwa verament organiku.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk f'Malta jsirux dawn it-tip ta' testijiet u hijiex l-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) li tiċċertifika prodott bħala organiku.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Il-prodotti organiċi wkoll jiġu analizzati minna, iżda ħafna drabi, speċjalment dawk li jiġu minn barra minn xtutna, jiġu biċ-ċertifikat lest.", "Issa sakemm ma jidħlilniex dubju fuq dak iċ-ċertifikat, ma nerġgħux nirrepetu l-istess test għax aħna fiduċjużi li min ikun ħareġ dan iċ-ċertifikat ikun għamel dan in buona fede.", "Madankollu, jekk ikollna konsumatur li jibda jiddubita jekk prodott huwiex verament 100% organiku jew inkella huwiex organiku within stipulated criteria, allura bla dubju aħna nagħmlu l-ittestjar fuq dak il-prodott.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nistaqsi jekk meta jiġu importati f'pajjiżna prodotti li jkunu mmarkati bħala organiċi, dawn jiġux ittestjati hawn Malta jew inkella jekk aħna nagħrfux dak iċ-ċertifikat li jkun ġie minn barra.", "Nixtieq inkun naf ukoll liema huma dawk il-pajjiżi li aħna nagħrfu ċ-ċertifikat tagħhom, jekk humiex biss dawk il-pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea bħalna jew inkella nagħrfux anke ċ-ċertifikat ta' dawk il-pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Is-sampling li nagħmlu aħna nibagħtuh barra f'laboratorji akkreditati mill-Unjoni Ewropea.", "Dak li jiġi mill-Unjoni Ewropea u jkun iċċertifikat ukoll jiġi aċċettat filwaqt li dawk il-prodotti li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea jsirilhom random sampling għax naturalment ma nistgħux nittestjaw il-prodotti kollha li jiġu f'pajjiżna.", "Fil-fatt proprjament aħna nagħmlu random sampling tal-prodotti kollha li jiġu minn barra minn xtutna, u mhux ta' dawk li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea biss, bħalma wara kollox nagħmlu random sampling tal-prodotti li jiġu manifatturati lokalment.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, l-MCCAA m'għandhiex biss ir-rwol li tittestja l-pestiċidi jew il-prodotti organiċi li huma marbuta mal-ikel li nieklu, imma għandha wkoll ir-rwol li tittestja affarijiet oħra bħal, ngħidu aħna, il-konkos jew l-asfalt li jkunu se jintużaw biex issir xi triq ġdida.", "Għalhekk nixtieq inkun naf x'tip ta' testijiet tagħmel l-MCCAA kif ukoll jekk dawn it-testijiet isirux f'Malta jew f'xi pajjiż ieħor.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, minbarra l-laboratorju tal-metroloġija li għandna ġewwa Kordin, liema laboratorju huwa akkreditat u jagħmel standardisation tal-kejl kollu li nużaw f'Malta, għandna wkoll laboratorji oħrajn ġol-Mosta fejn issir analiżi dwar medical gases, bħal ossiġnu jew tipi oħra ta' gassijiet li jiġu wżati fl-isptarijiet tagħna, kemm f'dawk tal-gvern kif ukoll f'dawk privati.", "Barra minn hekk, kif qal tajjeb l-Onor.", "Interpellant, għandna wkoll il-laboratorju tal-kostruzzjoni, fejn jiġu analizzati l-konkos, il-madum, l-asfaltar u materjal ieħor biex nassiguraw li l-kwalità ta' dan il-materjal hija skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-liġi.", "Ta' min jgħid ukoll li anke l-ħwejjeġ li jintużaw għas-sigurtà u l-ġugarelli jaqgħu taħt dan l-iskrutinju biex jiġi assigurat li dawn huma sikuri u huma konformi mal-liġijiet Ewropej.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Is-Segretarju Parlamentari għadu kif semma l-ġugarelli.", "Dan l-aħħar jiena segwejt anke kampanji internazzjonali li jisħqu kemm huwa importanti li kull tip ta' ġugarell li jilagħbu bih it-tfal ikun iċċekkjat mill-awtoritajiet konċernati, fil-każ tagħna min-naħa tal-MCCAA.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jitkellem aktar fid-dettall dwar dan is-suġġett li jolqot mill-viċin lill-familji Maltin u Għawdxin kollha li għandhom it-tfal?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, l-aktar li nagħmlu aħna huwa macro-examination, jiġifieri naraw jekk, pereżempju, il-ġugarelli humiex konformi mal-liġijiet Ewropej.", "Niċċekkjaw anke l-labelling tal-prodott għax dan jista' jkollu biċċiet żgħar li jkunu ta' periklu għat-tfal.", "Din is-sena kkonċentrajna b'mod partikolari fuq id-dwal tal-Milied biex naraw li dawn għandhom l-ispecifications neċessarji, speċjalment dawk id-dwal li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea, biex nassiguraw li dawn il-prodotti huma sikuri.", "Fil-fatt aħna ninkoraġġixxu wkoll lin-nies biex jaqraw l-ispeċifikazzjonijiet li jkun hemm fuq il-labelling ħalli jassiguraw li dawn huma konformi ma' dawk tal-Unjoni Ewropea.", "Ta' min jgħid li aħna nagħmlu analiżi anke ta' dawk il-prodotti li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex inkunu ċerti li l-prodott ikun jaqbel mal-labelling tiegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSANNE CUTAJAR: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari fuq nota totalment differenti.", "Din is-sena waslet fi tmiemha, kif dalwaqt tasal fi tmiemha wkoll il-Valletta 2018.", "Naf li bħalissa hemm diversi preparamenti għaddejjin biex il-legat ta' Valletta 2018 jitkompla.", "Nixtieq li s-Segretarju Parlamentari jagħtina aktar informazzjoni dwar dan kif ukoll dwar il-proġetti li hemm ippjanati.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Din is-sena kienet sena mimlija ħafna.", "Fil-fatt konna ilna nippreparaw għal din is-sena sa mill-2011, jiġifieri sa minn meta saret il-bid, għax wieħed ma jridx jinsa li l-bid kienet saret minn Amministrazzjoni preċedenti, li nixtieq nirringrazzjahom minn hawnhekk għax kienet idea brillanti.", "Ta' min ifakkar li minn meta pajjiżna rebaħ dan il-bid fl-2011 u minn meta ġiet imwaqqfa l-Valletta 2018 Foundation fl-2013 aħna ma ħarisniex lura.", "Wieħed jista' jgħid, anke mill-istatistika, li l-Valletta 2018 kienet suċċess, kemm mill-aspett ta' attivitajiet fejn organizzajna 'l fuq minn 400 attività madwar Malta u Għawdex, kemm mil-lat ta' dawk l-attivitajiet li għamilna barra minn xtutna, li wkoll kienu parti mill-Valletta 2018, kif ukoll mil-lat ta' investiment qawwi li sar ta' madwar €60 miljun li kompla biddel lill-Belt Valletta.", "Il-Belt Valletta ilha għaddejja minn dan il-proċess, u infatti wieħed minn dawn il-proċessi huwa l-bini li ninsabu fih, li wkoll sar jifforma parti mis-sbuħija tal-Belt Valletta.", "Madanakollu, Sur President, wara din l-esperjenza aħna ma jidhrilniex li għandna nieqfu hawnhekk.", "Infatti waqqafna l-Valletta Cultural Agency proprju biex nikkonċentraw aktar fuq l-aspett kulturali tal-belt kapitali tagħna.", "Għal dik li hija l-infrastruttura tal-Belt Valletta hemm responsabbli l-Ministeru li jien nagħmel parti minnu kif ukoll Heritage Malta, li se jaraw li nibqgħu nħarsu dan il-wirt li għandna fil-Belt Valletta, li huwa wkoll sit tal-United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization (UNESCO).", "Aħna qed nawguraw li b'dak li li għamilna u b'dak li se nagħmlu għall-Belt Valletta dan ma jkunx it-tmiem ta' sena kulturali imma jkun għadu biss il-bidu ta' ġejjieni sabiħ.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'tip ta' lmenti qed jidħlu fil-customer care tal-Cleansing Department?", "Jiena bħala eks sindku nitkellem ma' sindki oħrajn ukoll, u dawn jgħiduli li kemm ilu mwaqqaf il-customer care tal-Cleansing Department, numru kbir ta' lmenti qed jonqsu milli jidħlu direttament għand il-kunsilli lokali.", "Nixtieq inkun naf ukoll x'qed isir biex jiġi promoss dan is-servizz u b'hekk aktar ċittadini jkunu jistgħu jċemplu direttament lill-Cleansing Department.", "Jiena ċerta li dan id-Dipartiment qed jieħu azzjoni fuq l-ilmenti li jirċievi.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Aħna evalwajna s-sitwazzjoni u minn dak li rajna rrealizzajna li l-kunsilli lokali ma jistgħux ilaħħqu waħedhom, u dan għaliex il-popolazzjoni ta' Malta kibret, in-numru ta' turisti li jżuru Malta kiber u għalhekk id-demand kibret ukoll, bħalma b'mod naturali kiber anke l-ammont ta' skart li jiġi prodott.", "Aħna, flimkien mal-kunsilli lokali u mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil ifl-Klima, nieħdu ħsieb nassiguraw li nżommu lil Malta nadifa kemm jista' jkun, jiġifieri għalina mhuwiex biżżejjed li Malta tkun nadifa imma rriduha wkoll tidher tajba.", "Bħalissa dan il-Ministeru għaddej bil-proġett \"Sort It Out\" bil-għan li nedukaw lin-nies f'dan ir-rigward u b'hekk ikollna waste management aħjar.", "Wieħed irid ifakkar li dan il-proġett inbeda riċentement.", "L-Iżvizzera ilhom mit-tmeninijet iħaddmu din is-sistema ta' separazzjoni tal-iskart.", "Madankollu aħna m'aħniex l-aħħar pajjiż fl-Ewropa li bdejna dan il-proġett għax hemm pajjiżi oħrajn li għadhom qed jibdew iħaddmu din is-sistema, però mingħajr ma trid tħares lejjn pajjiżi bħall-Iżvizzera u l-Iżvezja li mxew tant 'il quddiem f'dan il-qasam.", "Pereżempju, fl-Iżvizzera biex tidħol taħdem mal-Cleansing Department trid tagħmel kors u mhux sempliċement toħroġ call for applications u japplika kull min ikun interessat.", "Jien naħseb li aħna hemm irridu naslu.", "Dan bħal meta tidħol taħdem bħala security guard; f'dan il-każ ma tistax taqbad u tmur toqgħod għassa ma' bieb iżda qabel ma tibda taħdem f'dan il-qasam trid iġġib il-liċenzja.", "Għalhekk jien naħseb li 'l quddiem irridu naslu biex min jidħol jaħdem mal-Cleansing Department għall-inqas qabel irid jagħmel kors sabiex b'hekk ikollu idea ċara ta' x'inhu mistenni minnu.", "Imbagħad il-Maintenance Division hija strutturata b'mod differenti għax biex tidħol taħdem f'din id-diviżjoni trid tkun bniedem tas-sengħa.", "Jekk bniedem ikun tas-sengħa, jiġifieri, ngħidu aħna, ikun jifhem fl-elettriku, ikun jaf jiwweldja jew inkella jkollu s-sengħa ta' mastrudaxxa, dan għandu post mal-Maintenance Division.", "Fil-fatt issa ġaladarba twaqqfet din id-Diviżjoni se noħorġu sejħa biex indaħħlu nies tas-sengħa ma' din id-Diviżjoni li għandhom jgħinuna nżommu lil Malta aktar nadifa u tidher aħjar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija pjuttost sempliċi.", "Qed nisma' lis-Segretarju Parlamentari jitkellem fuq dan is-suġġett li hu verament interessanti u li bħalissa hawn Malta hu topiku ħafna għax in-nisa tad-dar qed jitkellmu l-ħin kollu fuq liema affarijiet għandhom idaħħlu f'liema borża u f'liema ġurnata għandhom joħorġuha.", "Għalhekk jista' s-Segretarju Parlamentari jinforma lill-Kamra x'diskussjonijiet qed isiru bejn is-Segretarjat Parlamentari tiegħu, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima dwar din il-ħaġa?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax illum għandna wkoll sitwazzjoni fejn hemm numru ta' boroż li qabel kienu jinġabru kuljum u li llum qed jitħallew mitluqin fit-toroq tagħna.", "Bħalissa qed tipprevali wkoll sitwazzjoni - sakemm m'iniex qed nosserva ħażin jien - fejn qed jiġu mormija numru ta' boroż f'postijiet fejn m'għandhomx jintremew.", "Nixtieq li s-Segretarju Parlamentari jgħidilna jekk il-Ministeru għas-Saħħa huwiex qed jikkollabora mas-Segretarjat Parlamentari tiegħu fuq din il-ħaġa u humiex qed isiru diskussjonijiet f'dan ir-rigward, għax dan huwa importanti għall-pajjiż.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, mingħajr ma għandi intenzjoni li nweġġa' lil ħadd, huwa fatt li qabel il-Cleansing Department kien parti minn ministeru li kulħadd kien jistħi jgħid li jaħdem fih.", "Ma rridx ninstema' li qed niftaħar, imma matul din l-Amministrazzjoni ħloqna aktar awareness f'dan ir-rigward bir-riżultat li llum kulħadd sar jitkellem aktar fuq l-indafa pubblika.", "Għal dak li għandu x'jaqsam ma' public health, dażgur li dejjem insibu kull kollaborazzjoni min-naħa tal-Ministeru għas-Saħħa!", "Jien ma noqgħodx indejjaq lill-Ministru għas-Saħħa imma nitkellem mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, u mbagħad jekk ikollna xi diffikultajiet li, pereżempju, ikollhom x'jaqsmu ma' rodent control, f'dak il-każ jieħu ħsieb kollox il-Ministeru għas-Saħħa.", "Madankollu, il-qasam tal-cleansing jaqa' taħt ir-remit tas-Segretarjat Parlamentari tiegħi filwaqt li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima jieħu ħsieb il-waste management.", "Il-ġbir isir min-naħa tagħna jew inkella minn entitajiet privati, imbagħad dawn imorru l-Wasteserv u hemmhekk isir is-sorting.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, bil-permess tas-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien li qed nistaqsi huwa jekk twaqqafx xi kumitat jew xi struttura oħra għal dan il-għan.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Aħna ma qgħadniex inwaqqfu entitajiet oħra imma nikkomunikaw ħafna bejnietna.", "Pereżempju, qabel ma l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima beda jħaddem din is-sistema l-ġdida tas-separazzjoni tal-iskart kellna diversi taħdidiet sabiex naraw kif se nindirizzawha.", "L-Onor.", "Interpellant għandu raġun għax qabel ma ġiet introdotta din is-sistema ta' sorting konna litteralment niġbru kollox, imma l-għan ewlieni tas-sorting out huwa li nilħqu l-miri tal-Unjoni Ewropea dwar waste management.", "Bħalissa qegħdin fi probation period sabiex in-nies jilħqu jidraw din is-sistema.", "Qabel jiena semmejt lill-Iżvizzera, u fil-fatt meta dan il-pajjiż introduċa s-sistema ta' sorting out fit-tmeninijiet, wara li għadda l-probation period huwa għamel ħames snin sħaħ jagħti l-multi, u l-multi kienu kbar.", "Issa jien, bħall-kollegi tiegħi l-Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, qed nittama li n-nies jilħqu jidraw din is-sistema u ma jkollniex għalfejn naslu biex nagħtu multi kbar.", "Wara kollox mhuwiex l-iskop tagħna li nagħtu l-multi.", "L-iskop tagħna hu li n-nies jitgħallmu u jsiru jafu kif jisseparaw u jimmaniġġjaw l-iskart b'mod intelliġenti, imma mbagħad bilfors li trid tagħmel deterrent.", "Dan bħal meta introduċejna l-obbligu li s-sewwieqa u l-passiġġieri jilbsu s-seat belt.", "Bilfors kellna nagħmlu deterrent għax minkejja li konna għamilna kampanji sħaħ ta' edukazzjoni fuq l-importanza tas-seat belt, xorta waħda kien hawn min kien għadu ma jilbisx is-seat belt.", "Għalhekk l-istess se nagħmlu fejn jidħol l-immanniġġjar tal-iskart biex b'hekk neħilsu mill-iskart.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSANNE CUTAJAR: Jista' s-Segretarju Parlamentari jinforma lill-Kamra x'kien l-eżitu tal-konsultazzjoni li naf li ġiet varata dwar il-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart fil-Belt Valletta?", "Kif nafu, fil-Belt Valletta joperaw mijiet ta' ristoranti u hemm ukoll numru żgħir ta' residenti.", "Naf li din kienet issue importanti għalihom u qajmuha diversi drabi.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk minn wara din il-konsultazzjoni tteħditx xi azzjoni fuq dak li ħareġ mill-istess konsultazzjoni.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "DEO DEBATTISTA: Din il-konsultazzjoni ilha li spiċċat, u fil-fatt wara li din il-konsultazzjoni spiċċat, aħna konna emendajna l-Litter Act, li jaqa' taħt il-Ministeru għas-Saħħa.", "Ta' min ifakkar li meta emendajna din il-liġi bdilna l-ħinijiet u bdilna wkoll il-qisien tat-trakkijiet tal-iskart li jidħlu fil-belt kapitali tagħna għax ħassejna li dawn huma aktar ideali għall-Belt Valletta.", "Illum m'għadniex naraw jidħlu fil-Belt Valletta trakkijiet kbar tal-iskart imma qed jidħlu trakkijiet żgħar li la jniġġsu l-ambjent u lanqas jagħsru ż-żibel waqt li jkunu l-Belt.", "Permezz tal-emendi li daħħalna, għamilnieha mandatorja li l-catering outlets jobdu l-liġi.", "Ir-residenti tal-Belt mill-ewwel draw il-ħinijiet il-ġodda li fihom qed jinġabar l-iskart.", "Xi kultant jista' jkun li qed jitgerfxu xi ftit b'din is-sistema l-ġdida tas-separazzjoni tal-iskart minħabba li tesiġi xi ftit attenzjoni.", "Fil-fatt, ngħid il-verità, anke jien u l-mara noqogħdu attenti x'nitfgħu fil-boroż differenti.", "Imma kif għedt diġà, issa permezz ta' dawn l-emendi qed nagħmluha mandatorja li l-catering outlets jisseparaw l-iskart kif suppost.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 416 tal-2018 - Ordni tal-2018 li jemenda t-Tieni Skeda tal-Att għat-Twaqqif tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni;", "Avviż Legali Nru 420 tal-2018 - Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat tar-Radjokomunikazzjoni); u", "Il-Ħames Rapport Annwali dwar lIndividual Investor Programme (IIP) talGvern ta' Malta maħruġ f'Novembru 2018 għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2017 u t-30 ta' Ġunju 2018, millUffiċċju tarRegolatur tal-istess programm, skont l-Artikolu 25 talAtt dwar iċĊittadinanza Maltija, Kap. 188;", "Tagħrif dwar ir-remunerazzjoni u benefiċċji marbutin mal-ogħla karigi tal-Istat, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8130; u", "f'isem l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 421 tal-2018 - L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Postgraduate Certificate in Teaching Maltese as a Foreign Language – P.G. Cert. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 422 tal-2018 - L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Advocacy – M.Adv. – u għall-Grad ta' Master of Notarial Studies – M.Not.St. -taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Liġi;", "Avviż Legali Nru 423 tal-2018 - L-Ordinamenti tal-2018 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għall-Grad ta' Bachelor of Fine Arts (Honours) – BFA (Hons) - in Digital Arts - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien;", "Avviż Legali Nru 424 tal-2018 – L-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti tal-2008 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. – għall-Grad ta' Doctor of Philosophy – Ph.D. - taħt il-patroċinju taċ-Ċentru għall-Edukazzjoni u Riċerka Ambjentali;", "Avviż Legali Nru 425 tal-2018 – Ir-Regolamenti tal-2018 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad ta' Doctor of Medicine and Surgery - M.D.;", "Avviż Legali Nru 426 tal-2018 – Ir-Regolamenti tal-2018 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-2014 għall-Għażla tal-Applikanti għad-Dħul fil-Kors għall-Grad ta' Master of Dental Surgery – M.D.S.; u", "Kopja tal-kuntratti li l-Kunsill Malti għall-Isport għamel mal-Valletta United Waterpolo Club, Marsa Football Club u l-Birżebbuġa Foundation, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8132.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 411 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jimplimentaw id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea kontra l-Evitar tat-Taxxa;", "Avviż Legali Nru 412 tal-2018 - Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Donazzjonijiet ta' Valuri Negozjabbli u Proprjetà Immobbli li Tintuża għan-Negozju (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 413 tal-2018 - Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq Trasferimenti (Eżenzjoni Nru 2);", "Avviż Legali Nru 414 tal-2018 - Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Akkwist tat-Tieni Proprjetà Immobbli għal Skop ta' Residenza Unika (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 415 tal-2018 - Ordni tal-2018 li jemenda l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa għall-Finijiet tal-Artikolu 23 (Emenda Nru 2); u", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa tal-Uffiċċju taċ-Chairman tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8142;", "Tagħrif dwar l-għadd ta' membri fuq il-bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-ħlas tagħhom, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8143;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 419 tal 2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar id-Drittijiet li jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern (Emenda Nru 3);", "f'isem il-Ministru għal Għawdex nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar l-għadd, il-grad u x-xogħol tal-ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li jagħmlu xogħol ta' tindif u manutenzjoni f'diversi lokalitajiet f'Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8126; u", "f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 418 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Raba' Skeda li tinsab mal-Att dwar il-Logħob.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "PUNT IMQAJJEM MILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, matul il-jiem u l-ħinijiet li għaddew ħarġet informazzjoni ġdida fuq il-mezzi tal-midja dwar is-saga ta' Neville Gafà, li kien, sakemm m'għadux ukoll, fl-eżekuttiv tal-Partit Laburista.", "Huwa kellu wkoll kuntratt mal-Fondazzjoni tas-Servizzi Mediċi, imma minn dak li smajna dalgħodu jidher li dan ġie tterminat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa l-Onor.", "Chris Fearne, li qiegħed hawnhekk preżenti.", "Neville Gafà kien jaħdem ukoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jieħu ħsieb il-customer care, fejn nimmaġina li għadu jaħdem.", "Għalhekk nixtieq inkun naf jekk id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa l-Onor.", "Chris Fearne għandux xi stqarrija ministerjali x'jagħmel fir-rigward ta' din it-terminazzjoni.", "Dan anke fid-dawl tal-fatt li din il-persuna kienet fuq il-mezzi tal-midja, anke fuq il-mezzi tal-midja internazzjonali, u qed iġġarraf ir-reputazzjoni ta' pajjiżna f'settur tant delikat.", "L-ISPEAKER: Ħalli nistaqsi jekk hijiex se ssir stqarrija ministerjali u nieqfu hemmhekk.", "(Interruzzjonijiet) Fil-fatt ninsab informat li mhijiex se ssir stqarrija ministerjali.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Jekk jogħġbok tkellem fil-qosor għax qiegħed out of order.", "ADRIAN DELIA: Sur President, tajjeb infakkar li matul dawn l-aħħar ġranet ħarġet ukoll informazzjoni sensittiva ħafna dwar il-pożizzjoni tal-Gvern, li jidher li ma ħariġx visas għan-nies li kellhom jixhdu f'każ ikkonċernat ta' Neville Gafà …", "ADRIAN DELIA: … u allura nixtieq nistaqsi jekk humiex se jsiru stqarrijiet ministerjali rigward il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, rigward il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Diġà għedtlek li m'hawnx stqarrijiet ministerjali, u għalhekk m'hemmx x'tiddiskuti.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Delia, agħmel il-mistoqsija u mhux tagħmel statements!", "ADRIAN DELIA: Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru Joseph Muscat jekk għandux stqarrija ministerjali hu fid-dawl illi qal li x-xogħol ta' Neville Gafà huwa xogħol tajjeb u importanti!", "L-ISPEAKER: Onor. Delia, nerġa' ngħidlek li qiegħed kompletament out of order!", "M'hawnx stqarrijiet ministerjali!", "L-Onor.", "(Interruzzjonijiet) Jien immexxiha s-seduta!", "Ir-risposta diġà tajtha, li m'hawnx stqarrijiet ministerjali!", "(Interruzzjonijiet) Onor. David Agius, inutli tipprova tagħmel pressjoni għax l-Ordnijiet Permanenti huma ċari.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nixtieq infakkar lil din il-Kamra li din hija t-tieni darba f'anqas minn ġimgħa li tlabna biex issir stqarrija ministerjali fuq dan is-suġġett.", "L-ISPEAKER: Grazzi, imma anke inti qiegħed kompletament out of order!", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR ŻIEDA TA' TRATTATI U KONVENZJONIJIET MAL-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, KAP.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, nipproponi li:", "Billi permezz tal-artikolu 375 (1) tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Kap. 234 tal-Liġijiet ta' Malta), għall-għanijiet tal-Att dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304 tal-Liġijiet ta' Malta), il-Gvern ta' Malta għandu s-setgħa li jirratifika, jew li jaċċedi għat-trattati jew konvenzjonijiet (inklużi protokolli, annessi u appendiċi relattivi) li jirriferu għall-bastimenti merkantili elenkati fis-subartikolu (2) tal-artikolu 375;", "Billi hemm il-ħtieġa illi l-Gvern ta' Malta jirratifika jew jaċċedi għal numru ta' trattati jew konvenzjonijiet (inklużi protokolli, annessi u appendiċi relattivi) li jirriferu għall-bastimenti merkantili u li mhumiex imsemmija fis-subartikolu (2) tal-artikolu 375;", "Billi s-subartikolu (4) tal-artikolu 375 jipprovdi illi \"Il-Kamra tar-Rappreżentanti tista' b'riżoluzzjoni żżid mal-lista ta' trattati jew konvenzjonijiet fis-subartikolu (2)\";", "Billi t-trattati u l-konvenzjonijiet li mhumiex imsemmija fis-subartikolu (2) tal-artikolu 375 huma s-segwenti:", "(1) Konvenzjoni Internazzjonali ta' Hong Kong dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares 1-Ambjent, iffirmata f'Hong Kong fil-15 ta' Mejju, 2009;", "(2) Protokoll tal-2010 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà u l-Kumpens għall-Ħsara li għandha x'taqsam mal-Ġarr bil-Baħar ta' Sustanzi Perikolużi u Noċivi, 1996 iffirmat f'Londra fit-30 ta' April 2010;", "(3) Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa, għall-Baħħara fuq Bċejjeċ tas-Sajd, iffirmata f'Londra fis-7 ta' Lulju 1995;", "(4) Ftehim dwar il-Ħtiġiet Speċifiċi ta' Stabbilità għal Bastimenti ro-ro li jwettqu vjaġġi internazzjonali skedati regolari bejn u lejn portijiet magħżula fil-Majjistral tal-Ewropa u l-Baħar Baltiku ffirmat fi Stokkolma fis-27-28 ta' Frar, 1996;", "(5) Konvenzjoni dwar l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Satelliti Mobbli, iffirmata f'Londra fit-3 ta' Settembru 1976;", "(6) Protokoll tal-1996 għall-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni ta' Tniġġis Marittimu permezz ta' Rimi ta' Skart u Materja Oħra tal-1972, iffirmat f'Londra fis-7 ta' Novembru, 1996;", "(7) Ftehim ta' Cape Town tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tal-provvedimenti tal-Protokoll ta' Torremolinos tal-1993 dwar il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Torremolinos tal-1977 għas-Sigurtà ta' Bċejjeċ tas-Sajd, iffirmat f'Cape Town fil-11 ta' Ottubru 2012.", "Il-Kamra tirriżolvi li tawtorizza li minnufih wara s-subartikolu (2) (kk) tal-artikolu 375 tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, Kap. 234, tiżdied il-lista ta' trattati u konvenzjonijiet li tinkludi t-trattati u konvenzjonijiet fuq imsemmija illi fl-imsemmija lista għandhom ikunu numerati minn (ll) sa (rr) rispettivament skont kif muri fil-lista annessa ma' din ir-Riżoluzzjoni.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Michael Falzon.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex titressaq mozzjoni li ma tidhirx fuq l-aġenda.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "GĦALL-PROTOKOLL DWAR", "IL-ĠESTJONI INTEGRATA", "TAŻ-ŻONA KOSTALI", "FIL-MEDITERRAN", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nipproponi li:", "Malta għandha tirratifika l-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran li jifforma parti mill-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran u jispjega l-motivi.", "Peress li Malta rratifikat kemm il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran kif ukoll ħamsa (5) mis-seba' (7) Protokolli marbuta magħha;", "Peress li l-Unjoni Ewropea rratifikat dan il-Protokoll fit-13 ta' Settembru 2010 u għaldaqstant torbot l-Istati Membri biex jimxu mal-istess miri, prinċipji u obbligi;", "Peress li b'konsegwenza tar-ratifika mill-Unjoni Ewropea, dan il-Protokoll daħal fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 2011;", "Peress li ħafna mill-miri, prinċipji u obbligi fil-Protokoll huma komplementari ma' oħrajn simili li diġà qegħdin fis-seħħ, kemm Mediterranji, Ewropej u nazzjonali, f'diversi oqsma bħall-ippjanar, il-ħarsien tal-ambjent, u l-ġestjoni t'art pubblika, fost l-oħrajn;", "Għalhekk issa din il-Kamra tirriżolvi li tapprova r-Ratifika ta' Malta għall-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran li jifforma parti mill-qafas leġiżlattiv tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Michael Falzon.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-LOGĦOB", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Logħob, Kap. 583\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Se npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Logħob, Kap. 583\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-mill-10 ta' Diċembru 2018.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, nibda biex ngħid li l-iskop tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa li jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "Il-fatt li s-servizz pubbliku huwa l-qalba tal-amministrazzjoni tal-pajjiż u allura jrid ikun mgħammar biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-oqsma kollha tas-soċjetà ma nistgħux ma naqblux miegħu.", "Dan għax nemmnu li l-ħarsien u l-promozzjoni tal-ġid komuni għandu jkun il-qofol tar-raġuni għall-eżistenza tal-amministrazzjoni pubblika.", "Kull impjegat fis-settur pubbliku hu mistenni jwettaq dan bi tħaddim ta' sensiela ta' valuri li jinkludu servizz imparzjali, kontabbli, effiċjenti u kompetenti fil-ħarsien tal-liġi u fis-servizz tas-soċjetà inġenerali.", "Meta nitkellmu dwar is-servizz pubbliku, dan id-diskors m'għandux ikun limitat biss biex jesprimi s-sodisfazzjon tal-Gvern għas-sitwazzjoni preżenti f'dan il-qasam.", "Huwa importanti ħafna li dan id-diskors iħares ukoll lejn minn fejn telqet ir-riforma fis-servizz pubbliku, liema riforma bdiet fl-1990.", "Ma nistgħux ninjoraw il-fatt li 28 sena ilu nbdiet riforma fl-istrutturi u fis-sistemi tas-servizz pubbliku, servizz li dak iż-żmien kien deskritt bħala wieħed demotivat, mingħajr tmexxija effettiva u mifni b'esperjenzi diffiċli.", "Dan li qegħdin niddiskutu llum huwa r-raba' fażi fil-proċess ta' riforma fis-servizz pubbliku.", "L-ewwel fażi, li kif għedt diġà bdiet fl-1990, kienet intiża sabiex titnaqqas il-burokrazija u sabiex is-servizz ma jibqax fl-istat statiku li kien.", "Dak iż-żmien inħass il-bżonn li dan is-servizz ikun iżjed dinamiku, iżjed effiċjenti u iżjed magħġun biex jaqdi lin-nies.", "Għal dan il-għan il-Gvern ta' dak iż-żmien ikkonċentra fuq is-sistemi interni tat-tmexxija tad-dipartimenti tal-gvern.", "Biex jintlaħaq dan il-għan, kienet ġiet introdotta sistema ta' ppjanar ta' xogħol fit-tul, jiġifieri mhux biss xogħol sena b'sena.", "Sar ukoll ristrutturar fil-proċess tal-promozzjonijiet biex min hu kapaċi javvanza, speċjalment fil-gradi ta' fuq.", "Sar investiment qawwi fl-informatika u l-ħatriet maniġerjali bdew isiru b'kuntratti għal tliet snin.", "It-tieni fażi tar-riforma fis-servizz pubbliku nbniet fuq il-kisbiet tal-ewwel fażi, iżda issa l-enfasi kienet fuq miżuri li jwasslu għal riżultati li seta' jarahom u jgawdihom kulħadd.", "Dawn ir-riformi wasslu biex ħafna dipartimenti tejbu s-servizz billi ntrabtu pubblikament li jilħqu miri ta' kwalità.", "Bis-sistema ta' gvern elettroniku, il-pubbliku beda jinqeda mill-kumdità ta' daru u permezz tal-Public Private Partnership (PPPs) il-ħaddiema tal-gvern bdew jiġu utilizzati b'mod iżjed produttiv.", "Dan wassal biex fl-2008 għaddiet il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, liġi li wkoll kienet imressqa minn gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.", "Dakinhar kienet saret konsultazzjoni pubblika mal-entitajiet kollha kkonċernati fuq White Paper dwar dan is-suġġett, imma jiddispjaċini ngħid li kontra kull stennija minn dawk kollha involuti, xi ħaġa daqstant importanti ma saritx qabel ma ġie ppreżentat dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Att tal-2008 li ġie approvat wara din il-konsultazzjoni fela sew is-suġġerimenti kollha kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet li l-iżviluppi ġodda kienu ġabu magħhom, speċjalment bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika għadda minn dan il-Parlament fi Frar tal-2009, u minn dakinhar 'l hawn beda jiġi fis-seħħ gradwalment.", "Sur President, minkejja dan l-aġġornament, servizz bħalma hu s-servizz pubbliku jeħtieġ li jtejjeb il-kapaċità tiegħu kontinwament sabiex jiffunzjona skont il-bżonnijiet tal-ġurnata u skont l-aspettattivi tal-pubbliku.", "Minkejja d-deċentralizzazzjoni li seħħet fis-servizz pubbliku matul is-snin, jien nifhem li xorta waħda jkun hemm il-bżonn li dan jibqa' jiġi aġġornat, liema aġġornament għandu jagħmel enfasi fuq diversi aspetti, fosthom fuq dak li għandu x'jaqsam mal-performance management.", "Dan jirrikjedi li jitwaqqfu mekkaniżmi sabiex il-kordinament bejn l-entitajiet pubbliċi, il-ministri u d-dipartimenti li jaqgħu taħthom jissaħħaħ.", "Għaldaqstant bidliet fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jkunu intiżi biex itejbu l-effiċjenza fl-operat tal-gvern kif ukoll il-kontabbiltà fl-għoti tas-servizzi mill-uffiċjali pubbliċi.", "Niġi issa biex nagħti ħarsa lejn xi bidliet li hemm proposti fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, u se nibda proprju minn klawsola 5.", "Din il-klawsola qed tipproponi li dawk l-impjegati pubbliċi li jkollhom post li jinvolvi funzjonijiet regolatorji u ta' spettorat ikunu meħtieġa li jintrabtu b'dikjarazzjoni li ma jkollhomx relazzjoni ta' profitt għal perjodu li ma jkunx aktar minn dak ta' sentejn minn wara li jirriżenjaw, jirtiraw jew jitterminaw l-impjieg pubbliku tagħhom ma' xi intrapriża privata jew inkella ma' xi korp mhux governattiv li miegħu jkunu ttrattaw matul perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin minnufih qabel it-terminazzjoni tal-impjieg tagħhom.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jispeċifika wkoll il-penali li tkun tapplika jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jiġux osservati, liema penali tkun ekwivalenti għal salarju ta' tliet snin.", "Filwaqt li mad-daqqa t'għajn din tidher li hi miżura tajba, fl-istess waqt nibża' li din tista' toħloq problemi lil ċerti kategoriji ta' mpjegati.", "Bħala eżempju qed jiġu f'moħħi l-periti u l-planners li jaħdmu fl-Awtorità tal-Ippjanar.", "Impjegati oħra li jistgħu jiġu affettwati huma l-professjonisti fis-saħħa ambjentali, bħall-environmental health inspectors.", "Hawnhekk tqum il-mistoqsija: Dawn se jispiċċaw f'sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom għal sentejn sħaħ?", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn il-professjonisti qed jiġu mċaħħda mill-job mobility għax professjonisti li jkunu f'ċerti pożizzjoni bħal dak ta' regolatur jew dak ta' spettorat tista' tgħid li jkunu missew ma' kulħadd minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Ma nafx jekk dawn iċ-ċirkostanzi ġewx ikkonsidrati u, jekk ġew ikkonsidrati, jien nistaqsi hux se jkun hemm xi tip ta' għajnuna finanzjarja għal dawn il-professjonisti li kienu se jiċċaqilqu minn mas-servizz pubbliku jew minn ma' xi entità governattiva.", "Bidla oħra li qed issir f'dan l-Abbozz ta' Liġi qed issir permezz ta' subklawsola (4) ta' klawsola 4, li tagħmel riferenza għas-Sitt Skeda u li telenka dawk il-postijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li minħabba fin-natura tar-rwol u r-responsabbiltajiet tagħhom jitqiesu bħala li huma postijiet ta' riskju għoli.", "F'din is-subklawsola hemm ukoll proviso li jgħid hekk:", "\"Iżda s-Segretarju Permanenti Ewlieni jista' joħroġ direttivi li jkunu applikabbli għal postijiet hekk identifikati.\".", "Minkejja dan, l-Abbozz ta' Liġi jagħmel riferenza għal relazzjoni ta' profitt u ma jispeċifikax jekk tali relazzjoni tinkludix ukoll il-karigi ta' direttur amministrattur għall-fini ta' klawsola 5.", "Xi ħaġa oħra ġdida li qed tiddaħħal permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna tinsab fi klawsola 9, li qed tipproponi li l-Prim Ministru jista', b'ordni fil-Gazzetta tal-Gvern, jemenda t-Tielet Skeda sabiex jistabbilixxi korpi speċjalizzati u jiddetermina l-funzjoni tagħhom li għandha tiġi eżegwita f'perjodu definit.", "Din il-klawsola qed tipproponi wkoll li għandu jkun il-Prim Ministru li jiddetermina l-pożizzjoni li taħtha l-kap tal-korp jiġi maħtur.", "Imbagħad f'subklawsola (2) tal-istess klawsola qed jiġi speċifikat ukoll li l-kap tal-korp għandu jirrapporta lis-superjur dirett tiegħu u/jew lis-segretarju permanenti.", "Barra minn hekk l-impjegati kollha fi ħdan il-korpi speċjalizzati għandhom ikunu regolati bil-valur tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-kodiċi tal-etika stabbilita bl-Att prinċipali.", "Hawn irid jiġi nnotat li l-uniku korp speċjalizzat li huwa mniżżel fit-Tielet Skeda huwa l-Privatisation Unit, li issa ilu mwaqqaf għal diversi snin.", "Minkejja li l-Abbozz ta' Liġi jipproponi t-twaqqif ta' dawn il-korpi speċjalizzati, bl-ebda mod ma jispeċifika f'liema oqsma hu maħsub li jistgħu jitwaqqfu t-tali korpi.", "Barra minn hekk, filwaqt li klawsola 25 tispeċifika d-dispożizzjonijiet tat-titolu dwar il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu u li dawn għandhom japplikaw biss għall-aġenziji u għall-entitajiet tal-gvern, din il-klawsola ma tagħmel l-ebda riferenza għall-korpi speċjalizzati.", "Għalhekk hawn tqum il-mistoqsija ta' jekk dawn il-korpi speċjalizzati humiex se jiġu eżentati mill-iskrutinju tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu.", "Sur President, klawsola 31 tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna tipproponi li kull aġenzija għandha tkun regolata bid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika, iżda fl-istess waqt tgħid li l-Prim Ministru jista', wara konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli għall-Finanzi, jiddeċiedi li jeżenta aġenzija mid-dispożizzjoni tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika.", "Jingħad ukoll li għandhom japplikaw xi dispożizzjonijiet għal dawk li jiġu eżentati.", "Ma nistgħux ninjoraw il-fatt li sabiex l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jassigura li kull aġenzija tirrispondi għall-isfidi ta' governanza, huwa importanti li kull aġenzija tkun regolata mingħajr eċċezzjoni bid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika.", "Barra minn hekk, wieħed jista' jinnota li xi materji li huma mniżżlin fl-Att eżistenti jew inbidlu, jew tnaqqritilhom l-importanza, jew inkella saħansitra ma tniżżlux f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Hawnhekk irrid ngħid li klawsola 4 ssemmi dawk il-valuri tal-amministrazzjoni pubblika li l-impjegati pubbliċi għandhom iħarsu u jippromwovu fit-twettiq ta' dmirijiethom, valuri li jinkludu l-integrità, ir-rispett, il-lealtà, il-fiduċja, il-kwalità u l-kontabbiltà.", "Xi ħaġa li tissorprendik hi kif l-imparzjalità u l-evitar tad-diskriminazzjoni tneħħew minn din il-lista ta' valuri.", "Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ valuri tal-aħħar huma speċifikati f'subartiklu (1) ta' artiklu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u f'artiklu 10 tal-Ewwel Skeda tal-istess Att iżda nerġa' ngħid li dawn ma jidhrux fil-lista tal-valuri li qed jiġu proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ma nistgħux ma nirrikonoxxux li dawn iż-żewġ valuri huma inerenti fid-dmirjiet ta' kull uffiċjal pubbliku, irrispettivament mill-grad tiegħu jew tagħha, u għaldaqstant għandhom jiġu mħarsa kontinwament.", "Dawn is-sitt valuri proposti huma riprodotti fis-sezzjoni intitolata \"Il-Valuri ta' Impjegati Pubbliċi u Membri ta' Bordijiet\" fil-Kodiċi ta' Etika dwar l-impjegati pubbliċi u l-membri tal-bordijiet, li tinsab fl-Ewwel Skeda ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Però f'dan il-Kodiċi ta' Etika d-dmir li l-uffiċjali pubbliċi \"ma jimxux bil-favuri jew bin-nepotiżmu\" u li jagħtu \"Trattament Xieraq u Ġust\", kif inhu msemmi fl-Ewwel Skeda tal-Att eżistenti ma jissemmewx f'dan l-Abbozz ta' Liġi għajr għal riferenzi qosra f'sezzjoni intitolata \"Raġuni Fundamentali\" taħt l-Ewwel Skeda u f'artiklu 13 (b) tal-istess Skeda.", "Għalhekk huwa importanti li dan l-Abbozz ta' Liġi jisħaq fuq dawn iż-żewġ aspetti li huma kardinali sabiex l-uffiċjali pubbliċi jilħqu l-prinċipji ta' ġustizzja naturali fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.", "Sur President, klawsola 19 tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna tipproponi t-twaqqif ta' Servizz Eżekuttiv Ogħla fi ħdan kull ministeru li jkollu bħala kap lis-segretarju permanenti.", "Kif jingħad fl-Abbozz ta' Liġi, dan is-Servizz Eżekuttiv Ogħla se jkun magħmul mill-kapijiet ta' dipartimenti elenkati fit-Tieni Skeda, minn diretturi ġenerali, minn detenturi ta' pożizzjonijiet ekwivalenti li s-segretarju permanenti jista' jindika fi ħdan kull ministeru u minn persuni li jkunu nkarigati bir-responsabbiltà primarja għal xi waħda mill-funzjonijiet bħal mhuma l-immaniġġjar ta' servizzi korporattivi, l-iżvilupp ta' policy, l-issorveljar tal-implimentazzjoni u l-immaniġġjar tal-informazzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li uffiċjali f'ministeru li jkunu membri tas-Servizz Eżekuttiv Ogħla għandhom jikkostitwixxu l-grupp anzjan tat-tmexxija ta' dak il-ministeru.", "Wieħed jista' faċilment jinnota li dan is-Servizz Eżekuttiv Ogħla mhu xejn ħlief is-Servizz Eżekuttiv Anzjan li hu msemmi f'artiklu 19 tal-Att eżistenti.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi wkoll jekk l-uffiċjali kollha li huma kklassifikati bħala category \"A\" officers, li huma minn skala 5 'l fuq u li huma mpjegati f'ministeri partikolari humiex se jkunu parti minn dan is-Servizz Eżekuttiv Ogħla.", "Barra minn hekk, jidher li dan is-Servizz Eżekuttiv Ogħla xorta mhux se jkun forum li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Sur President, klawsola 21 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi tipproponi li:", "\"Il-Ministru responsabbli għall-amministrazzjoni pubblika jista', wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru, b'Ordni fil-Gazzetta, …\",", "jiġifieri fil-Gazzetta tal-Gvern,", "\"… jistabbilixxi, jabolixxi jew jagħti titoli ġodda lill-gradi u l-istrutturi fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika.\".", "Hawnhekk irrid ngħid li s'issa dejjem inżammet il-prassi li kuntrarju għall-pożizzjonijiet, il-gradi fl-amministrazzjoni pubblika jiġu stabbiliti wara konsultazzjoni u ftehim mal-unions.", "Però dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipproponi li tali azzjoni tittieħed mit-tali ministru mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-unions.", "F'Taqsima III tal-Abbozz ta' Liġi, eżattament taħt Titolu I, insibu li dan qed jipproponi t-twaqqif ta' \"Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu, Aġenziji u Entitajiet tal-Gvern\".", "Wieħed irid jirrikonoxxi l-fatt li din il-kummissjoni hija msemmija wkoll fl-Att attwali, iżda dan l-artiklu baqa' ma daħalx fis-seħħ.", "Imbagħad klawsola 23 qed tispeċifika l-funzjonijiet ta' din il-kummissjoni.", "Wieħed jinnota li dawn il-funzjonijiet huma simili għal dawk li jinsabu f'artiklu 33 tal-Att prinċipali bid-differenza li filwaqt li l-kummissjoni m'għandhiex tisma' jew tinvestiga lmenti fuq ħwejjeġ li huma assenjati esklużivament minn xi liġi oħra lil xi korp ieħor jew xi tribunal industrijali msemmi fl-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, f'dan il-każ l-Abbozz ta' Liġi ma jagħtix lill-kummissjoni l-poter li ssegwi deċiżjonijiet jew rimedji tat-Tribunal Industrijali bil-ħsieb li tieħu azzjoni ta' rimedju addizzjonali, bħalma wara kollox kien jipproponi l-Att eżistenti.", "Huwa importanti ħafna li din il-kummissjoni tassigura li l-mertu jkun il-prinċipju fundamentali f'deċiżjonijiet ta' ħatriet fl-amministrazzjoni pubblika.", "Sur President, subklawsola (2) ta' klawsola 22 tal-Abbozz ta' Liġi tgħidilna li:", "\"Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jinħatru mill-President li jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru mogħti wara li jkun ikkonsulta mal-Kap tal-Oppożizzjoni.\".", "Minkejja dan, il-Kamra għandha tikkonsidra jekk din il-kummissjoni għandhiex tkun magħmula minn numru indaqs ta' membri maħtura direttament mill-gvern u mill-oppożizzjoni filwaqt li ċ-chairperson ikun maħtur mill-gvern.", "Subklawsola (3) ta' klawsola 28 tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna hija riprodotta kelma b'kelma minn subartiklu (3) t'artiklu 38 tal-Att eżistenti bid-differenza li din is-subklawsola qed tħalli barra l-frażi li tgħid:", "\"Is-Segretarju Permanenti Ewlieni għandu jfittex li jinkwadra d-direttivi tiegħu fl-aħjar interess tal-konsumatur …\"", "li qiegħda mniżżla fl-Att attwali.", "Hawnhekk wieħed jistaqsi: Għalfejn tħalliet barra din il-frażi partikolari minn dan l-artiklu meta l-amministrazzjoni pubblika għandha tkun intiża sabiex kemm jista' jkun tħares l-interess tal-konsumatur?", "Irrid ngħid ukoll li għalkemm klawsola 39 tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna hija riprodotta kelma b'kelma minn artiklu 49 tal-Att attwali, tħalla barra paragrafu (ċ) ta' dan l-artiklu, li jikkonċerna l-mod li bih għandu jsir l-akkwist ta' servizzi u oġġetti mill-aġenziji u l-entitajiet tal-gvern.", "Sur President, bħala Oppożizzjoni aħna nemmnu f'servizz pubbliku li tassew iservi lill-poplu.", "Irridu servizz pubbliku li jkun aktar trasparenti, kontabbli, effiċjenti, b'value for money u flessibbli.", "Fuq kollox irridu li kull min jaħdem fis-settur pubbliku jkun tassew qiegħed hemmhekk għas-servizz tal-poplu kollu.", "Fl-aħħar nett wieħed jispera li l-bidliet fl-Att eżistenti ma jkunux sempliċement bidliet kożmetiċi iżda jkunu jipprovdu l-ingredjenti neċessarji għal servizz aktar effiċjenti, aktar trasparenti u aktar kontabbli, kemm fl-operat kif ukoll fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dan.", "Gvernijiet differenti jista' jkollhom policies, prijoritajiet u programmi differenti, iżda dan m'għandux jimpinġi fuq il-mod ta' kif jitmexxa s-servizz pubbliku.", "Mhuwiex assolutament aċċettabbli li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed tiġi addottata politika li taħtar b'mod dirett persuni biex jamministraw taqsimiet tad-dipartimenti jew awtoritajiet oħra bl-iskuża li l-policies tal-Gvern iridu jiġu mwettqa.", "Ħatriet bħal dawn spiss ma jkunux limitati biss għall-ogħla karigi fl-amministrazzjoni pubblika iżda wkoll għal karigi inferjuri.", "Dawn qed iwasslu għal sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' trasparenza u għal diffikultajiet ta' kontabbiltà.", "Dan proprju għaliex dawn il-ħatriet qed isiru b'mod dirett mingħajr l-ebda sejħa għall-applikazzjonijiet b'kondizzjonijiet ta' servizz li mhux dejjem ikunu magħrufa u li jkunu 'l barra għalkollox mill-proċeduri stabbiliti għall-ingaġġ ta' persuni fis-servizz pubbliku kif jidhru fil-Kostituzzjoni, f'liġijiet u f'regolamenti oħra applikabbli fil-każ.", "Meta ħatriet fis-servizz pubbliku jimtlew direttament mingħajr ma tintuża l-proċedura stabbilita f'artiklu 110 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, tali prattika żgur li tiddemoralizza lill-uffiċjali pubbliċi li jkunu qed jaqdu dmirhom lealment.", "Huwa inaċċettabbli li nibqgħu nisimgħu bi stejjer ta' mpjegati kkwalifikati li ma jingħatawx promozzjonijiet bl-iskuża li huma Għawdxin, li huma nisa jew saħansitra li għadhom żgħar fl-età.", "Dawn mhuma xejn ħlief skużi biex niġġustifikaw promozzjonijiet li jeħduhom individwi partikolari mingħajr ma jkun ħaqqhom.", "Malta hi żgħira wisq biex tkun tista' taffordja li fis-servizz pubbliku nies ta' partit politiku jew ieħor jkunu mbarrati milli jokkupaw ċerti pożizzjonijiet minħabba t-twemmin politiku tagħhom jew saħansitra minħabba t-twemmin apolitiku tagħhom.", "Jekk se naqbdu t-triq li biex tokkupa kariga pubblika jrid ikollok it-tessera tal-partit fil-Gvern inkunu qbadna triq diżastruża li żgur ikollha konsegwenzi negattivi fuq il-futur tal-pajjiż.", "Huwa inutli li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jitkellem ħafna dwar il-valuri jekk imbagħad ma jiġix assigurat li kull sistema ta' ngaġġ fis-servizz pubbliku, kemm f'dak li hu servizz ċivili fis-sens tradizzjonali tal-kelma kif ukoll fis-servizz tal-awtoritajiet pubbliċi, ma tkunx trasparenti għalkollox u soġġetta għal regoli ċari.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "GLENN BEDINGFIELD: Nitlob il-permess tal-Kamra għal sospensjoni tad-diskussjoni sabiex inkun nista' nirrapporta progress mill-Kumitat Permanenti li tiegħu jien il-President.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fil-5.15 p.m. bil-permess tal-Kamra, id-diskussjoni ġiet interrotta.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu - Abbozz Nru 64 - għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA – TIENI QARI (KONT.)", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, jien naħseb li kien tajjeb li ħarisna mill-ġdid lejn l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u nkiteb mill-ġdid Abbozz ta' Liġi għalih, liema Abbozz ta' Liġi jħares b'lenti aktar iffokata fuq ix-xenarju li għandna llum f'dak li għandu x'jaqsam ma' amministrazzjoni pubblika.", "Ix-xenarju li għandna llum huwa li l-ministeru jagħmel il-policy-making tiegħu, jimxi skont il-manifest elettorali, u allura skont id-direzzjoni politika tal-ġurnata, imma mbagħad il-ministeru għandu jieqaf hemm.", "Min-naħa tagħha l-amministrazzjoni pubblika, li għandha tingħata r-riżorsi neċessarji biex taħdem, trid timplimenta l-policy tal-gvern tal-ġurnata skont skeda, skont time-scale ukoll, imma mingħajr indħil politiku.", "Fil-fatt nixtieq nenfasizza l-frażi li għadni kemm għedt, \"mingħajr indħil politiku\", għax milli bdejt nara matul dawn l-aħħar snin u anke qabel il-Leġiżlatura tal-2013, l-indħil politiku minn Leġiżlatura għall-oħra qiegħed dejjem jiżdied.", "Biex inkompli ma' dak li kont qed ngħid, l-implimentazzjoni mill-aspett ta' amministrazzjoni pubblika għandu jkun wieħed li jkun fidil għad-direzzjoni politika filwaqt li jħares ukoll il-ġid komuni.", "Sur President, aħna nafu li fl-amministrazzjoni pubblika għandek is-servizz pubbliku, li huwa ċ-Ċivil, u għandek is-settur pubbliku.", "Nafu wkoll li l-enfasi, b'mod partikolari ta' dan il-Gvern, hija dik li jitfa' aktar piż fuq is-settur pubbliku u fuq il-konsulenzi.", "Issa jekk dan huwiex tajjeb jew le għad irridu naraw, imma fil-fehma tiegħi qegħdin inwarrbu liċ-Ċivil u minflok qegħdin nitfgħu l-piż fuq is-settur pubbliku għax il-Gvern qed ikun jista' jimraħ aħjar minn dan l-aspett milli mis-servizz pubbliku nnifsu.", "Xi darba kien hemm żmien fejn min kien jaħdem fiċ-Ċivil kien iħossu kburi li qiegħed jagħti dan is-servizz għax kien jaf li kien qiegħed iservi lill-poplu u lil Malta, u filwaqt li kien qiegħed iservi lill-poplu u lil Malta f'isem il-gvern tal-ġurnata, fl-istess ħin kien distakkat minnu.", "Madankollu jien ma nħossx li qegħdin f'dik is-sitwazzjoni preżentement.", "Jidher li l-Gvern qiegħed jitlef il-fiduċja fiċ-Ċivil u qiegħed jitfa' iktar il-piż fuq is-settur pubbliku, u għaldaqstant fuq l-aġenziji u anke fuq il-konsulenzi.", "Sur President, qabel ma niġi għall-punt kruċjali tad-diskors tiegħi nixtieq insemmi żewġ affarijiet li jien xtaqt li daħlu fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u għalhekk inħoss li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa nieqes minn dan l-aspett.", "Tradizzjonalment, wara kull elezzjoni ġenerali l-prassi politika hija li l-Prim Ministru jaħtar bord ta' inġustizzji li jiġi appuntat b'mod politiku, u dan il-bord jidħol fil-każijiet li jqajmu n-nies, b'mod partikolari fis-sezzjoni amministrattiva, biex jara jekk ikunux saru inġustizzji jew le.", "Issa wieħed jista' jobsor kif jinħatar dan il-bord jekk dan jiġi appuntat b'mod politiku!", "Għalhekk kienet tkun xi ħaġa sabiħa li kieku dan l-istess bord ta' inġustizzji kien jifforma parti integrali minn dan l-Att li qegħdin niddiskutu llum.", "Daqstant ieħor kienet tkun xi ħaġa sabiħa li kull segretarju permanenti ta' kull ministeru jkun kontabbli meta jiġi għall-finanzi ġaladarba l-gvern huwa l-personalità legali f'isem is-settur pubbliku.", "Għada se nieħdu l-vot fuq il-Baġit.", "Kemm tkun ħaġa sabiħa li kieku dan l-Abbozz ta' Liġi joħloq il-kontabbiltà billi s-segretarju permanenti jkun kontabbli għall-immaniġġjar tal-finanzi tad-dipartimenti li hu jirrappreżenta u għaldaqstant ikun hemm regoli li jiddeterminaw dawn il-funzjonijiet!", "Dawn huma żewġ osservazzjonijiet żgħar li jien innotajt li ma jissemmewx f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jitkellem dwar il-valuri u dwar il-Kodiċi ta' Etika.", "Kemm huma sbieħ il-valuri tal-integrità, tar-rispett, tal-lealtà, tal-fiduċja, tal-kwalità u tal-kontabbiltà.", "Huma sbieħ meta tismagħhom, u huma sbieħ aktar u aktar jekk ikunu l-għemil proprju!", "Għaldaqstant meta l-qofol tal-amministrazzjoni pubblika huwa l-ġid komuni, it-trasparenza, il-kontabbiltà, li tara lil kulħadd b'mod ugwali, li tħares lejn il-Maltin u l-Għawdxin kollha bl-istess mod, huma min huma, u għandhom dritt jisservew, mela iva, dawn il-valuri jgħoddu ħafna.", "Imma dawn l-istess valuri jissemmew ukoll f'liġi oħra fejn il-kejl mhuwiex għal kulħadd l-istess imma hemm two weights and two measures.", "Mela għal dak li għandu x'jaqsam maċ-Ċivil qed ngħidu li jekk wieħed ma josservax dawn il-valuri, ikun hemm ċertu element ta' dixxiplina, u hekk għandu jkun, għax jien nemmen li hekk trid timxi kwalunkwe liġi serja.", "Imma hawnhekk irrid infakkar lil din il-Kamra wkoll li m'ilux wisq għaddejna liġi li hija simili għal dawk li huma valuri u prinċipji.", "Qiegħed nirriferi għall-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "U tafu ta' min hi din il-ħajja pubblika?", "Tagħna l-Membri Parlamentari, u dawn l-istandards jaqgħu taħt kummissarju li jaqa' taħt din il-Kamra.", "Ejjew inqabblu dawn iż-żewġ liġijiet għal dak l-impjegat li huwa fiċ-Ċivil u għal min hu rappreżentant tal-poplu, biex ma nidħolx f'affarijiet oħrajn.", "Għandek liġi tal-amministrazzjoni pubblika li tħares il-ġid komuni bis-snien u għandek liġi tal-istandards fil-ħajja pubblika, jiġifieri tar-rappreżentanti tal-poplu b'kummissarju u b'kumitat bla snien, li jiddetermina kollox kif jaqbel lill-Gvern.", "Fuq naħa jissemmew ir-revolving doors, jiġifieri fejn ikollok persuna li jista' jkollha konflitt ta' interess, għax waqt li tkun qiegħda tirrappreżenta l-amministrazzjoni pubblika, tkun qiegħda tagħmel xogħol ma' terzi, liema xogħol jista' jkun jaqbel għall-interessi tagħha jew inkella għall-interessi ta' butha.", "Ta' min ifakkar li f'dan il-każ hemm ukoll it-time-frames ta' sentejn u ħames snin fejn wieħed lanqas biss jista' jingaġġa ruħu ma' terzi.", "Madankollu mbagħad fuq in-naħa l-oħra, jiġifieri mil-lat ta' standards fil-ħajja pubblika, fejn hu l-lobbyist register?", "Għandna liġi li suppost qed tħares l-interessi tal-integrità, ir-rispett, il-lealtà, il-fiduċja, il-kwalità u l-kontabbiltà tar-rappreżentanti tal-poplu filwaqt li mbagħad aħna qed inħalluhom jagħmlu li jridu meta jiġu għal-lobbying man-negozjanti.", "U nafu x'hawn f'din il-Kamra, b'mod partikolari fiż-żewġ partiti l-kbar, meta niġu għal-lobbying, kif nafu wkoll li dan m'għandux ikun!", "Għalhekk il-mod kif qed inħarsu lejn l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika huwa differenti mill-mod kif inħarsu lejn l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u dan il-kuntrast li qiegħed noħloq huwa importanti.", "Fil-fatt jien għalhekk għedt aktar kmieni li fil-każ tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika l-kejl mhuwiex l-istess imma hemm two weights and two measures!", "Sur President, hawnhekk qed ngħidu li d-dixxiplina għaċ-Ċivil hija mod filwaqt li d-dixxiplina għal persuna pubblika, li suppost tħares l-interessi komuni daqskemm tħarishom dik tal-amministrazzjoni pubblika, ma teżistix!", "Anzi, mhux hekk biss; dixxiplina minnhom hija inforzata, kif għandu jkun, għax qed ngħidu li jista' jitwaqqaf anke bord ta' dixxiplina, filwaqt li fil-każ tar-rappreżentanti tal-poplu, meta dawn ikunu qegħdin jagħmlu lobbying b'konflitt ta' interess, il-lobbyist register lanqas biss jeżisti!", "Issa naħseb li kulħadd jaf li dan il-lobbyist register għandu dejjem ikun hemm biex jekk l-interess tat-tali persuna jkun għat-tali azjenda jew entità, inti jkollok għażla jekk tiltaqax ma' dik il-persuna jew le.", "Jista' jkun li t-tali persuna ma jkollhiex f'moħħha l-interessi tal-pajjiż imma jkollha f'moħħha interessi oħra bħal, pereżempju, l-interessi ta' xi entità, u allura bil-gwida tal-lobbyist register - u anke mingħajr din il-gwida, għax Malta hija ċkejkna u kulħadd ikun jaf ma' min qed jiltaqa'! - aħna hawn preżenti f'din il-Kamra għandu jkollna r-responsabbiltà li nħarsu dawn il-valuri kif suppost.", "Għaldaqstant, Sur President, jien nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi b'dan il-ħsieb.", "Jien qiegħed nitlob għal darb'oħra lill-Gvern biex kif mexa mal-amministrazzjoni pubblika, mas-settur pubbliku u mas-settur ċivili, hekk ukoll għandu jimxi magħna għax aħna hawnhekk m'aħniex xi allat differenti.", "Aħna lkoll l-istess, aħna lkoll ugwali, u iva, il-kontabbiltà, it-trasparenza u l-ugwaljanza għandhom jgħoddu wkoll għalina.", "Għalhekk l-appell li qed nagħmel jien min-naħa tiegħi huwa biex dak li nkiteb fir-rigward tal-amministrazzjoni pubblika jiġi segwit ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-istandards fil-ħajja pubblika.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, matul l-intervent tiegħi nixtieq nieħu ftit tal-ħin biex nagħmel numru ta' osservazzjonijiet żgħar dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum.", "L-ewwel nett irrid ngħid li l-Oppożizzjoni hija pożittiva u mhijiex negattiva dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bażikament dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jaqbad dak li kien hemm diġà żviluppat u implimentat fl-2009 u qiegħed iżid xi affarijiet oħra miegħu, però ninnota b'sodisfazzjon li ħafna minn dak li hemm fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna diġà kien qiegħed fil-liġi preċedenti.", "Huwa importanti li kull stat ikollu servizz pubbliku organizzat u ppreparat li jkollu dejjem viżjoni waħda quddiemu, dik li semma tajjeb ħafna l-kollega tiegħi l-Onor.", "Frederick Azzopardi, jiġifieri li jkun qiegħed hemmhekk għas-servizz tal-poplu.", "Għalkemm aħna hawnhekk qed inħarsu wkoll lejn l-organizzazzjoni interna tas-servizz pubbliku, il-viżjoni esterna tas-servizz pubbliku trid tkun waħda li tkun f'pożizzjoni aħjar li tagħti għajnuna lill-poplu inġenerali, jiġifieri kemm lil dawk li huma edukati ħafna kif ukoll lil dawk li huma anqas edukati.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li min ikun qiegħed imexxi liċ-Ċivil, l-ewwel u qabel kollox jassigura li meta l-poplu jmur fid-dipartimenti tal-gvern, dan jinqeda.", "Naħseb li hawnhekk, Sur President, għandna nħarsu lejn tliet punti importanti, lejn il-kwalità, lejn il-veloċità u lejn il-ġustizzja.", "Ħalli nibdew bil-kwalità fis-servizz li wieħed jagħti, jiġifieri li meta wieħed imur ikellem lil xi ħadd f'xi dipartiment, huwa jiġi rispettat u jiġi mogħti wkoll id-dinjità billi jingħata spjegazzjoni xierqa.", "Ħafna drabi għad hemm ċerti mentalitajiet antiki li ċ-Ċivil iħares lejn il-pubbliku b'mod li jindika li mhuwiex jifhem biżżejjed li huwa qiegħed għas-servizz tiegħu.", "Għalhekk il-kwalità tal-impjegati taċ-Ċivil hija essenzjali.", "Kull min jistudja l-istorja jaf li ċ-ċiviltà tikber jew tispiċċa skont kemm is-servizz pubbliku jkollu nies ta' kwalità.", "Fil-fatt wieħed mill-ġuristi kbar ta' żmien l-Imperu Ruman, Ulpiano, jgħid preċiżament hekk:", "\"Fiċ-Ċivil għandu jkollna aktar nies li huma mgħallma l-liġi għax bil-preżenza tagħhom fiċ-Ċivil, is-servizz tal-Istat Ruman jikber fil-konfront tal-poplu.\".", "Għalhekk l-ewwel għan irid ikun preċiżament il-kwalità u r-rispett lejn in-nies.", "Xi drabi għadni nisma' stejjer ta' nies li, tajjeb jew ħażin, ma jħossuhomx stmati minn min ikunu marru biex jieħdu s-servizz mingħandu f'xi dipartiment tal-gvern.", "Fortunatament dawn mhumiex fil-maġġoranza u huma fil-minoranza, però naħseb li lkoll kemm aħna rridu nieħdu ħsieb li s-sustanza tal-kwalità fiċ-Ċivil tikber kontinwament.", "Iċ-Ċivil huwa kompost minn ħafna nies, u allura element essenzjali li jrid ikollu min jaħdem fiċ-Ċivil huwa li jkun kapaċi jsolvi problema u mhux jikkrea problema jew addirittura jsir problema huwa stess għan-nies li jiġu għandu.", "Hija xi ħaġa essenzjali għaċ-Ċivil li meta wieħed jirrikorri għandu biex jitlob l-għajnuna, dik l-għajnuna tingħatalu, jew almenu tingħatalu direzzjoni jew spjegazzjoni preċiża għaliex ma jkunx intitolat għal ċertu servizz jew għal ċerta talba li jkun għamel.", "Naturalment din hija xi ħaġa li tirrikjedi preparazzjoni, paċenzja u attenzjoni, però huwa essenzjali li llum is-soċjetà tagħna jkollha servizz pubbliku li jkun ippreparat u li jiġi mħarreġ kontinwament.", "Wieħed jifhem ukoll li meta mpjegat taċ-Ċivil ikun qiegħed iqatta' l-maġġoranza tal-ħin tal-ġurnata jisma' l-ilmenti tal-poplu, xi ftit jew wisq huwa jrabbi ċerta qoxra, imma wieħed irid jattakka dik il-qoxra kemm jista' jkun ħalli l-kwalità tas-servizz pubbliku tkun dejjem aħjar.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Frederick Azzopardi semma s-service charters, u fil-fatt dawk kienu u għadhom għodda essenzjali fil-proċess tagħna biex nagħtu lill-poplu Ċivil aħjar.", "Dan il-punt proprju jwassalni għall-punt tal-veloċità.", "Sfortunatament illum għadna f'sitwazzjoni fejn numru ta' dipartimenti jew inkella numru ta' setturi jbatu biex jagħtu risposta f'ċertu time-frame, mhux neċessarjament malajr.", "F'diversi stati oħrajn hemm protokoll li bih meta inti tagħmel talba lil xi dipartiment, id-dipartiment jgħidlek minnufih min hu l-uffiċjal li qiegħed jieħu ħsieb il-każ tiegħek.", "Dan barra li jkun hemm żmien partikolari stabbilit li fih inti għandek tirċievi risposta, u trid tingħata spjegazzjoni għal dik ir-risposta, sew jekk dik ir-risposta tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva.", "Jiddispjaċini ngħid li llum il-ġurnata għad għandna ħafna każi fejn ċittadini jibagħtu email jew jiktbu ittra lil xi dipartiment partikolari, u dawn idumu biex jieħdu risposta.", "Din hija xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi fil-mument attwali għandna nnaqqsuha drastikament.", "M'għandux ikun li membri tal-pubbliku jitolbu risposti fuq ċerti affarijiet u jibqgħu ma jiħdux risposti bil-konsegwenza li jħossu li t-talbiet tagħhom ikunu qed imorru f'xi bir tas-skieken.", "Dan ma jiġrix fil-maġġoranza tal-każi, però għadu jiġri, u jien naħseb li llum il-ġurnata, bl-apparat elettroniku u bl-iżvilupp kollu li għamilna, għandna ndaħħlu protokoll f'kull dipartiment biex wieħed ma jibqax jirċievi biss l-acknowledgements tradizzjonali taż-żminijiet l-antiki - meta jirċevihom! - imma jirċievi wkoll risposta malajr kemm jista' jkun.", "It-tielet punt huwa dak tal-ġustizzja, jiġifieri li min ikun qiegħed jitlob rimedju jew xi ħaġa liċ-Ċivil, jingħata risposta motivata abbażi tal-ġustizzja, u dan huwa kriterju importanti li jrid imexxina 'l quddiem.", "Infakkar li wieħed mill-kriterji tal-arbitru tas-servizzi soċjali huwa li dan jiddeċiedi l-affarijiet abbażi tal-ġustizzja u tal-ekwità.", "Sfortunatament dawn iż-żewġ kriterji mhumiex meħuda inkonsiderazzjoni biżżejjed fil-proċess li wieħed irid jagħmel biex jimxi 'l quddiem, u allura jien nittama li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum se jċaqlaq 'il quddiem u se jagħti dimensjoni, impetu u forza akbar sabiex is-servizz pubbliku ta' pajjiżna jerġa' jagħmel qabża oħra fis-servizz li hu jagħti lill-poplu.", "Sal-lum għad hawn ħafna nies li jew jirċievu ittri li ma jifhmuhomx, jew jirċievu ittri li fihom ma jkunx hemm spjegazzjoni tajba jew inkella ma jirċivux risposti għat-talbiet leġittimi tagħhom, u allura huwa essenzjali, anzi jien ngħid li huwa determinanti, li min imexxi ċ-Ċivil mhux biss iħalli l-impronta tiegħu imma jkun qiegħed jagħti pass ieħor 'il quddiem f'din it-tastiera importanti tat-tmexxija tal-pajjiż.", "Jien rajt numru ta' principal permanent secretaries li ħadmu b'dedikazzjoni u b'attenzjoni u li ċertament għamlu l-parti tagħhom biex imexxu liċ-Ċivil 'il quddiem.", "Nittama biss illi l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jgħin sabiex din il-ħaġa titwettaq u l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Huwa fl-interess ta' din in-naħa tal-Kamra li ċ-Ċivil jingħata l-għodda biex jimxi 'l quddiem, u allura hemm bżonn li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jiġi implimentat b'mod sħiħ u b'mod intelliġenti.", "Jien ħadt pjaċir li reġgħet daħlet il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu, Aġenziji u Entitajiet tal-Gvern għax din hija kummissjoni importanti.", "Issa hemm bżonn li din tibda titħaddem b'mod tajjeb sabiex wieħed ikun jista' jieħu l-benefiċċju li jkollu organizzazzjoni interna li tkun qiegħda tara x'inhu jagħmel u x'mhuwiex jagħmel kull impjegat taċ-Ċivil.", "Madankollu nammetti li dejjaqni l-fatt li issa qed indaħħlu l-konċett li jista' jkun hemm ordnijiet li ma jkunux miktuba fiċ-Ċivil.", "Kemm jista' jkun fiċ-Ċivil l-ordnijiet għandhom ikunu bil-miktub.", "Dan għaliex meta l-ordnijiet isiru bil-miktub, dawn jiġu segwiti ferm aħjar minn meta jsiru b'mod verbali għax filwaqt li meta ordni ssir bil-miktub, din tkun aktar preċiża u tkun qed tagħti direzzjoni, hemm it-tendenza li meta ordni ssir b'mod verbali, din ittir mar-riħ.", "Għalhekk jien naħseb li fi stadju ta' kumitat, ma' dak li qegħdin ngħidu f'paragrafu (e) t'artiklu 14 tal-Code of Ethics for Public Employees and Board Members, fejn qed ngħidu:", "għandna nżidu wkoll li meta dawn id-direzzjonijiet leġittimi jkunu verbali, wara ċertu żmien għandhom jiġu tradotti bil-miktub.", "Huwa vitali għaċ-Ċivil li jkun hemm a chain of command għax minbarra l-fatt li wieħed mhux dejjem jista' joqgħod fuq il-memorja, huwa fatt ukoll li meta tgħid xi ħaġa bil-fomm wieħed jista' jifhmek mod ieħor.", "Inkwetajt ftit ukoll fuq żewġ affarijiet li nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari għalihom.", "L-ewwel nett qed nirriferi għall-emenda li qegħdin nintroduċu għal artiklu 94 tal-Kostituzzjoni.", "Bażikament din il-klawsola qed tipprova ddaħħal il-konċett li l-principal permanent secretary għandu jkun the most senior public officer and shall act as Secretary to the Cabinet.", "Jien naħseb li dan huwa konċett li qatt ma ġie mħaddem fis-sens li kien hemm gvernijiet li ħassew li għandhom jaraw min kien l-aktar senior u kien hemm gvernijiet oħra li ħassew li għandhom jaraw lil min huma jistgħu jagħtu l-akbar fiduċja.", "Issa kif inhi qiegħda l-Kostituzzjoni llum, din diġà qed tgħid l-istess affarijiet li qed jgħid dan l-Abbozz ta' Liġi għax artiklu 94 tal-Kostituzzjoni jgħid li:", "\"Għandu jkun hemm Segretarju tal-Kabinett li għandu jkun uffiċjal pubbliku hekk nominat mill-Prim Ministru.\",", "mentri subartiklu (1) t'artiklu 94 tal-Kostituzzjoni kif propost fi klawsola 41 jgħid li:", "\"Is-Segretarju Permanenti Ewlieni jkun l-iktar uffiċjal pubbliku anzjan u għandu jaġixxi bħala Segretarju għall-Kabinett:", "Iżda l-Prim Ministru jista' jaħtar persuna differenti biex taġixxi bħala Segretarju għall-Kabinett, u f'dan il-każ is-Segretarju għall-Kabinett għandu jinħatar bl-istess mod bħal Segretarju Permanenti …\".", "Jien ngħid li l-liġi kif inhi qiegħda tajba għax diġà qiegħda f'pożizzjoni li tagħti lill-Gvern il-fakultà li jagħżel il-persuna li jrid bħala Segretarju għall-Kabinett.", "Imbagħad wieħed jista' jikkonsidra dawk is-sitwazzjonijiet fejn jista' jkun hemm vacuum.", "Pereżempju, jista' jkun li s-Segretarju Permanenti jirriżenja, jintalab jirtira jew jiġrilu xi ħaġa u jkun hemm perjodu ta' żmien li fih il-gvern ikun għadu ma ħatarx lil xi ħadd biex jieħu over.", "F'dak il-każ ikun tajjeb jekk wieħed jgħid li meta ma jkunx hemm Segretarju Permanenti maħtur mill-Prim Ministru u l-pożizzjoni tkun vakanti, għal dak il-perjodu temporanju u tranżitorju jkopri dik il-pożizzjoni l-ogħla wieħed fiċ-Ċivil.", "Madanakollu qatt ma kellna problemi bil-mod kif inhi l-Kostituzzjoni llum għax din dejjem ħadmet.", "Qatt ma kellna komplikazzjonijiet jew xi kriżi kostituzzjonali dwar jekk il-Prim Ministru għandux, jew inkella kif il-Prim Ministru għandu, jaħtar a principal permanent secretary.", "Għall-kuntrarju, fiċ-Ċivil ġieli kellna sitwazzjonijiet ta' xi żewġ impjegati jew tlieta li kollha ppretendew li huma the most senior public officers.", "Għalhekk jien naħseb li aħjar nindirizzaw din is-sitwazzjoni minflok ma nagħmlu emenda kostituzzjonali għal xi ħaġa li ħadmet.", "Kull Prim Ministru u kull gvern li kellna ħatar Segretarju Permanenti Ewlieni bla problemi ta' xejn, u għalhekk ikun aħjar jekk ma nbagħbsux din il-proċedura bil-konsegwenza li mbagħad jibdew jinqalgħu l-komplikazzjonijiet.", "Punt ieħor li nkwetani u jidhirli li għandna nħarsu lejh ftit aktar fid-dettall huwa d-dispożizzjoni tranżitorja li hemm fi klawsola 43 għax m'iniex konvint biżżejjed illi l-ħatriet, l-għażliet, id-drittijiet u dak kollu li kien stabbilit taħt il-liġi prinċipali humiex se jibqgħu protetti kollha b'din il-liġi.", "Kemm jista' jkun huma ġew koperti, però onestament ma ħassejtnix sodisfatt biżżejjed b'dan l-Abbozz ta' Liġi għar-rigward tal-kwestjoni tat-temporary provisions.", "Punt li nħoss li għandi nressaq għall-attenzjoni tal-Principal Permanent Secretary ġaladarba huwa jinsab preżenti hawnhekk isegwi dan id-dibattitu parlamentari – u sewwa qiegħed jagħmel - huwa dwar dawk il-membri tal-Ċivil li jsirulhom mandati ta' sekwestru fuq is-salarju tagħhom.", "Kien hemm żewġ każijiet fejn jien sibt li n-nies li kienu soġġetti għal dawn il-mandati ta' sekwestru ma sabux lid-dipartimenti partikolari ppreparati biex isiru d-depożiti ta' flus li kienu qed jiġu miżmuma mis-salarji tagħhom fil-qorti, u għalhekk jien nappella lill-Principal Permanent Secretary preżenti biex meta jirritorna lura fuq il-post tax-xogħol tiegħu f'Kastilja jara sewwa sew x'inhi s-sitwazzjoni u jara wkoll li jkun hemm forma ta' protokoll għad-diversi ħaddiema li jsibu lilhom infushom f'sitwazzjonijiet ta' mandati ta' sekwestru minħabba kwestjonijiet ta' manteniment, minħabba kwestjonijiet ta' debiti u minħabba diversi raġunijiet oħra.", "Qed nagħmel dan l-appell minħabba li hemm diversi sitwazzjonijiet ta' nies fejn parti mis-salarju tagħhom jinżamm, jiġi akkumulat, dik il-parti tas-salarju tibqa' ma tiġix iddepożitata l-qorti u mbagħad b'konsegwenza ta' dan, min ikun qiegħed jitlob li jitħallas mingħandhom jara li l-flus ma jkunux ġew iddepożitati l-qorti u allura jibqa' ma jneħħix dak il-mandat ta' sekwestru.", "Fi kliem sempliċi, minkejja li wieħed ikun qed jitteħidlu mis-salarju tiegħu dak li ħaddieħor ikun qed jitlob mingħandu, il-mandat ta' sekwestru kontra tiegħu xorta jibqa' effettiv bil-konsegwenza li dan l-individwu ma jkunx jista' jirċievi s-salarju kollu kemm hu.", "Ovvjament, Sur President, din in-naħa tħoss li kull pass li jsir biex jissoda ċ-Ċivil huwa pass tajjeb.", "Aħna l-Membri ta' din in-naħa tal-Kamra nafu x'jiġifieri li tkun taħdem maċ-Ċivil, u hawnhekk ma nistax ma ngħaddix rimarka.", "L-esperjenza tiegħi bħala Ministru kienet pożittiva ħafna maċ-Ċivil.", "Iċ-Ċivil ta' pajjiżna huwa mimli b'nies tajbin, b'nies ta' esperjenza u b'nies li huma leali kemm lejn il-gvern tal-ġurnata, kemm lejn il-poplu kif ukoll lejn min ikun qed imexxi l-pajjiż.", "Fil-fatt, il-lealtà ta' diversi nies li qegħdin fis-servizz pubbliku taraha meta l-gvern joħroġ bi proposta, huma jkun jidhrilhom li hija diffiċli biex titwettaq jew inkella jaraw li hemm numru ta' problemi fiha u allura huma stess jiġbdu l-attenzjoni għal dan filwaqt li jippreparaw il-pożizzjonijiet u r-rapporti partikolari biex kemm jista' jkun il-gvern tal-ġurnata, ikun min ikun, jiġi protett fl-affarijiet tiegħu.", "Għalhekk jien nista' ngħid li l-maġġoranza kbira tal-ħaddiema fiċ-Ċivil huma nies tal-affari tagħhom li huma leali lejn il-gvern tal-ġurnata, u l-intenzjoni prinċipali tagħhom hija dik li jservu sew fil-pożizzjoni li għandhom.", "Id-diffikultà tiegħi hi li l-Istat mhux dejjem jirrikonoxxi l-lealtà ta' kull min ikun leali lejh.", "Jien personalment rajt sitwazzjonijiet fejn numru ta' persuni dejjem kienu leali u servew lill-Istat, u mbagħad l-Istat ma tahomx il-mertu li huma ħaqqhom jew addirittura twarrbu mhux għax m'għamlux dmirhom, mhux għax ma kenux kapaċi u mhux għax ma servewx, imma għax ħaddieħor kellu intenzjonijiet differenti fil-konfront tagħhom.", "Għalhekk, Sur President, iċ-Ċivil irid jassigura li jibqa' għaddej b'mod tajjeb u jassigura wkoll - se jkolli nuża din il-kelma - il-purità tiegħu, fis-sens illi jrid jassigura li ladarba n-nies li qegħdin fiċ-Ċivil jaħdmu mal-gvern tal-ġurnata, huma mhu se jiġrilhom xejn, anzi għall-kuntrarju se jiġu mogħtija l-mertu u rispettati minn kwalunkwe ministru li jiġi fid-dipartiment partikolari għal dak li kienu kapaċi jagħmlu taħt kull gvern partikolari.", "F'dan il-pajjiż hemm stejjer kbar ta' nies fiċ-Ċivil li għamlu ħafna xogħol tajjeb, però dan mhux dejjem joħroġ barra, anzi ħafna drabi ma narawhx ħiereġ barra.", "Hawnhekk jien nappella lis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex jassigura dawn il-linji gwida fil-ħidma futura tiegħu għax il-moral fiċ-Ċivil jogħla dejjem aktar meta ċ-Ċivil iħoss li hemm din l-istruttura ta' mertu u ta' rikonoxximent tal-mertu tielgħa 'l fuq.", "Mill-esperjenza tiegħi nista' ngħid li ċ-Ċivil jaf min huma r-role players tiegħu, jaf il-kwalitajiet ta' kull persuna li taħdem fiċ-Ċivil u jaf ukoll li kull persuna li taħdem fiċ-Ċivil għandha l-abbiltajiet u l-kapaċitajiet tagħha, imma mbagħad sta għall-gvern tal-ġurnata li jagħmel użu tajjeb min-nies li għandu fit-tim tiegħu.", "Iċ-Ċivil huwa tim kbir, u huwa essenzjali li wieħed jara fejn l-aħjar għandhom jintlagħbu n-nies biex wieħed jieħu l-aħjar li jista' mingħandhom.", "B'mod ġenerali wieħed ma jistax ikun kontra dan l-Abbozz ta' Liġi, però ovvjament naħseb li fi stadju ta' kumitat l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq numru ta' suġġerimenti u proposti lill-Gvern.", "Li nispera huwa li issa l-Gvern jaċċetta t-tibdil jew il-modifiki li hemm bżonn isiru għax l-Oppożizzjoni qed tagħmel dawn is-suġġerimenti abbażi tal-onestà u tal-għan tagħha li fil-pajjiż ikun hawn l-aqwa amministrazzjoni possibbli.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Julia Farrugia Portelli biex tagħmel il-winding up.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi): L-ewwel nett, Sur President, nixtieq nirringrazzja lis-Sedja u lil kull min ipparteċipa fid-dibattitu li kellna fil-Parlament biex niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Imma l-Membri tal-Oppożizzjoni verament ħelwin!", "Naħseb li din id-darba Santa Klaws ġie xi ftit kmieni għall-Milied għax dan diġà ta lil żewġ kelliema li smajna bejn ilbieraħ u llum photocopier kull wieħed!", "Qed ngħid dan għax kumbinazzjoni kien hawn żewġ kelliema li għamlu copy and paste tal-Minuti li kien hemm waqt laqgħa bejn il-Forum!", "Mank almenu ndenjajna ruħna nbiddlu l-karigi li ntużaw bħala eżempju waqt it-taħdidiet!", "Imma ħalli nkun xi ftit aktar pożittiva u nibda proprju billi nirrispondi għar-rimarki li għamel l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li ħadt pjaċir li fejn kien hemm bżonn għamel il-kritika b'mod kostruttiv u rrikonoxxa wkoll il-pass tajjeb li ttieħed li tiġi mwaqqfa l-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Mertu, Aġenziji u Entitajiet tal-Gvern.", "Għall-inqas kellna kelliem li semma dak li f'għajnejh deher li huwa pożittiv, u nixtieq li kif għadu hawnhekk ngħidlu li aħna ħadna nota ta' argument li semma proprju ftit tal-minuti ilu …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, is-Segretarju Parlamentari qed tallega li aħna kellna xi laqgħa ma' xi union.", "Jien min-naħa tiegħi niżguraha li ma tkellimt u ma kelli l-ebda laqgħa ma' xi union, u għalhekk nitlobha tirtira dak li qalet.", "L-ISPEAKER: Inti għamilt il-pożizzjoni tiegħek ċara, Onor. Azzopardi.", "Onor. Farrugia Portelli, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġobkom tagħmlux battibekki!", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, jien kont qed nirringrazzja lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li għamel argument validu ħafna.", "Fil-fatt is-Segretarju Permanenti Ewlieni informani li ttieħdet nota ta' punt partikolari li għamel l-Onor.", "Mifsud Bonnici u proprju fil-ġimgħat li ġejjin se jsiru l-ħidmiet neċessarji sabiex jiġi assigurat li din l-anomalija tiġi kkoreġuta.", "Qed nirriferi għar-rimarka li għamel l-Onor.", "Mifsud Bonnici fejn qal li llum għandna numru ta' ħaddiema taċ-Ċivil li jew għax ikollhom xi kawża ta' manteniment jew inkella għax ikollhom kwestjonijiet oħra relatati ma' sekwestru, jitnaqqsulhom il-flus mis-salarju tagħhom u dawn il-flus ma jiġux iddepożitati fil-qorti.", "Din hija xi ħaġa li għandha tibda ssir u jiena ġejt aċċertata li se jiddaħħlu fis-seħħ il-mekkaniżmi neċessarji biex dan jibda jsir.", "Issa se nirriferi wkoll għad-diskorsi li saru lbieraħ.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Aquilina qalilna li hawnhekk għandna sitwazzjoni li l-Parlament qatt ma kellu bħalha qabel għax normalment isiru l-emendi u dawn jiddaħħlu fil-liġi waħda waħda u mhux isir abbozz ta' liġi ġdid.", "Dwar jekk kellhomx jiġu ppreżentati emendi għal-liġi eżistenti minflok ma sar abbozz ta' liġi ġdid jiena se nirriferi għal diversi każijiet oħra fejn liġi ġiet sostitwita b'abbozz ta' liġi ġdid.", "Jiena personalment ma niftakarx dawn il-każijiet għax dawn ma sarux fi żmienna imma nzertaw saru fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, però jekk l-Onor.", "Aquilina ma jiftakarhomx se nfakkarhomlu.", "Ħalli naraw liema kienu.", "Għandek l-Att dwar is-Saħħa Mentali tal-2012, li ssostitwixxa l-Att dwar is-Saħħa Mentali tal-1976, għandek l-Att dwar il-Libreriji Maltin, li ssostitwixxa l-Ordinanza dwar il-Bibljoteki Pubbliċi, Kap 92, għandek l-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport f'Malta, li ssostitwixxa att ieħor dwar l-Awtorità tat-Trasport f'pajjiżna u għandek ukoll l-Att tal-2005 dwar Arkivji Nazzjonali, li sostitwixxa, u mhux emenda, l-Att dwar l-Arkivji Nazzjonali, Kap. 339.", "Dan il-kelliem ikkontradixxa wkoll lilu nnifsu għax l-ewwel qal li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum mhu qed jagħmel l-ebda tibdil u mbagħad sekonda wara qalilna li tant hemm tibdil f'dan l-Abbozz ta' Liġi li dawn iridu jiġu trattati fi stadju ta' kumitat.", "Għall-inqas għandna niddeċiedu jekk hux \"vi\" jew \"va\" u mhux noqogħdu nilagħbu għall-gallarija!", "Sur President, intqal ukoll li ma saritx konsultazzjoni.", "Xi kultant jien ma nafx f'liema pjaneta nkunu biex kien hemm min qalilna li dan l-Abbozz ta' Liġi nżamm mistur u li ma saret l-ebda konsultazzjoni fuqu!", "Ftit tal-ġimgħat ilu, jiġifieri mhux xi seklu ilu, kellna lill-Prim Ministru li minn ftit bankijiet 'il bogħod minn fejn qiegħda bħalissa jiena f'din il-Kamra qalilna li se jsir dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jiġifieri min qal hawnhekk li dan l-Abbozz ta' Liġi nżamm mistur diġà beda bl-ewwel falza stikka!", "Saret ukoll konsultazzjoni waqt konferenza annwali tas-Servizz Pubbliku li matulha sar saħansitra workshop fejn dan l-Abbozz ta' Liġi ġie diskuss fid-dettall.", "Issa jekk il-Membri tal-Oppożizzjoni ma segwewx l-aħbarijiet jew inkella ma ġewx informati b'dak li għaddej, dik allura hija kwestjoni differenti!", "Saru wkoll diversi konsultazzjonjiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika fuq oqsma speċifiċi skont il-każ u saru anke diskussjonijiet li diġà rriferejt għalihom fid-diskors tiegħi tal-bieraħ - u ma nixtieqx noqgħod nirripeti dak li għedt diġà - fejn kellek stakeholders akkademiċi differenti, fosthom avukati, li għamlu teżijiet b'rabta ma' dan is-suġġett u li kollha kienu involuti f'workshops apposta.", "Issa jekk wieħed imur lura għal meta sar l-Att preżenti jsib li dan ġie ppreżentat fil-Parlament darbtejn, fl-2007 u wara l-elezzjoni ġenerali tal-2008, u dan sar mingħajr konsultazzjonijiet mal-pubbliku.", "Għalhekk jekk qed ngħidu li ma saritx konsultazzjoni pubblika, xi ħaġa li jien qed nirribattiha, irrid nirrimarka li diġà kien hemm preċedent għal dan mill-Gvern ta' qabilna.", "Nixtieq issa nirriferi għall-valuri u għall-Kodiċi ta' Etika.", "Intqal illi l-valuri fl-Abbozz ta' Liġi tnaqqsu jew inkella qalulna li dawn ġew imdgħajfa għax ġew ippreżentati b'kelma waħda.", "Mhux talli dan mhuwiex il-każ, Sur President, iżda talli dawn ġew imsaħħa permezz ta' Kodiċi ta' Etika li huwa aktar ċar u li, kuntrarjament għal dak li ntqal mill-kelliema tal-Oppożizzjoni, jaħseb biex jevita d-diskriminazzjoni u jsostni l-imparzjalità.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Karol Aqulina staqsiena lejn min hu indirizzat il-valur tal-fiduċja li qed jissemma f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Bir-rispett kollu, tgħid mhuwiex indirizzat lejn il-ħajbu l-valur tal-fiduċja!", "U tgħid mhux kif ipprovajt tinsinwa, Onor. Aquilina, fejn qisna qed inżommu lill-ħaddiema biċ-ċinġa biex naċċertaw irwieħna li l-fiduċja u l-lealtà tagħhom tkun lejn il-politikant?!", "Naħseb illi kieku l-Onor.", "Karol Aquilina għamel ftit homework kien jinduna li l-valuri li huma msemmija fi klawsola 4 huma msejsa fuq sitt kelmiet partikolari li rriferejna għalihom ilbieraħ, li huma l-integrità, ir-rispett, il-lealtà, il-fiduċja, il-kwalità u l-kontabbiltà.", "Dawn għandhom jinqraw flimkien mal-Kodiċi ta' Etika li hemm fl-Ewwel Skeda.", "Biex nagħmilhielu aktar faċli u jsibha malajr, lill-Onor.", "Karol Aquilina ngħidlu li f'paragrafu (ċ) t'artiklu 9 tal-Ewwel Skeda, taħt il-valur tal-integrità, insibu li l-impjegati pubbliċi u l-membri tal-bordijiet għandhom:", "\"jagħmlu użu minn awtorità uffiċjali, informazzjoni jew riżorsi sabiex jilħqu l-miri tagħhom u jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom b'mod ġust, imparzjali u b'ekwità; …\"", "Il-Kodiċi ta' Etika, taħt il-valur tar-rispett, ikompli jgħidilna wkoll li l-impjegati pubbliċi u l-membri tal-bordijiet għandhom:", "\"…jevitaw diskriminazzjoni jew fastidju fi kwalunkwe forma, diretta jew indiretta;\".", "Carmelo Mifsud Bonnici, li qalilna li d-diskriminazzjoni sparixxiet, ngħidlu li din il-kwotazzjoni ħadha minn paragrafu (b) t'artiklu 13 tal-Ewwel Skeda, fejn allura hawnhekk qed naċċertah li d-diskriminazzjoni ma sparixxiet xejn u għadha hawnhekk.", "Paragrafu (d) t'artiklu 16 tal-Kodiċi ta' Etika, taħt il-valur tal-fiduċja, jgħidilna wkoll li l-impjegati pubbliċi u l-membri tal-bordijiet għandhom:", "\"ikunu newtrali fil-konfront ta' politika partiġġjana …\".", "Issa ħalli nitkellem dwar ir-revolving doors.", "L-ewwel nett irrid ngħid li ħadt gost li għalkemm is-suġġett li ddibattejna bejn ilbieraħ u llum huwa tqil u kkomplikat, anke għaliex it-terminoloġija li ntużat tul is-snin kienet waħda komplikata, kien hemm numru ta' ħaddiema li fil-kuntatt dirett li kellhom magħna kkummentawlna anke permezz ta' facebook u tal-emails kemm kien tajjeb dak il-punt li tkellimna fuqu fil-Parlament dwar ir-revolving doors.", "Min ġej mis-settur privat jgħidlek li hija xi ħaġa normali li din il-klawsola tintuża fil-kuntratti.", "M'iniex se nsemmi ismijiet ta' kumpaniji internazzjonali, imma snin twal ilu segwejna każijiet u kawżi kbar li kien hemm barra minn Malta ta' kumpanija ta' xarba partikolari - u hawn mhu se nsemmi l-ebda ismijiet - li kellha klawsola li tgħid li wara li ħaddiem jispiċċa jaħdem ma' dik il-kumpanija, ma jistax imur jaħdem ma' kumpanija oħra fl-istess linja minħabba li b'hekk ikun qed ipoġġi l-kumpanija li kien jaħdem magħha oriġinarjament f'periklu peress li hu jkun jista' juża l-informazzjoni li jkollu għall-iżvantaġġ tal-istess kumpanija li jkun impjegat magħha.", "Dwar dan il-punt l-Onor.", "Karol Aquilina semma każ ta' restraint of trade u mhux każ ta' konflitt ta' interess jew ta' dawk ir-riskji li fl-Abbozz ta' Liġi qed jiġu indirizzati permezz tar-revolving doors.", "Infatti ġurisprudenza fil-Qrati Maltin turi l-kuntrarju ta' dak li ntqal ilbieraħ.", "Il-kwestjoni ta' kuntratt ta' mpjieg ta' persuna mpjegata fis-settur privat fejn il-kuntratt kellu fih klawsola li nkorporat dik li hija magħrufa bħala \"a revolving door policy\" ġiet ikkonsidrata mill-Qorti tal-Appell riċentement, u l-Qorti tal-Appell sabet li tali klawsola ma tkunx waħda li xxekkel lill-impjegat fil-ħajja tal-ħidma tiegħu meta tali klawsola tkun għal perjodu limitat ta' żmien u meta din ir-restrizzjoni tkun limitata biss għall-klijenti tal-prinċipal.", "Ta' min jgħid, Sur President, li din l-analiżi saret fis-sentenza bl-ismijiet Mark Bugeja vs Mellyora Grech, li ġiet deċiża mill-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) - Appell Ċivili Nru 144/2011 - fis-27 ta' Mejju, 2015.", "Il-kwestjoni li kellha quddiemha l-Qorti kienet dwar klawsola fil-kuntratt ta' mpjieg li biha l-impjegata ma setgħetx timpjega ruħha ma' klijenti ta' ditta appellanti fit-terminu ta' sentejn mid-data ta' terminazzjoni tal-impjieg tagħha.", "Ta' min jgħid li wara t-terminazzjoni tal-impjieg tagħha, Mellyora Grech impjegat ruħha mal-Malta Financial Services Authority (MFSA), li kienet klijent tad-ditta appellanti.", "Il-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta, permezz tas-sentenza li tat fl-20 ta' Ġunju tal-2012, iddeċidiet li din il-klawsola tmur kontra l-public policy u li kienet għalhekk klawsola illeċita u mingħajr validità.", "Madanakollu l-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) ma qablitx mar-raġunament tal-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta, u dan peress li l-Qorti tal-Appell kienet tal-fehma li din il-klawsola ma kenitx waħda in restraint of trade iżda kienet kondizzjoni raġonevoli u r-restrizzjoni kienet għal żmien limitat.", "Il-Qorti tal-Appell osservat ukoll li din il-klawsola ġiet aċċettata mill-impjegata b'mod volontarju.", "Il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) daħlet saħansitra fl-eżami tar-raġuni għaliex jiddaħħlu dawn it-tip ta' klawsoli fil-kuntratt ta' mpjieg u osservat li tali klawsola hija ntiża sabiex tiskoraġġixxi mpjegat milli hekk kif iwaqqaf l-impjieg tiegħu jsib xogħol ma' klijenti ta' min qed iħaddmu llum, liema klijenti jistgħu jkunu wkoll kompetituri ta' min qed iħaddmu, bir-riskju li l-impjegat jgħaddi informazzjoni sensittiva.", "Fil-fatt il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) għamlitha ċara li tali klawsola mhijiex restrizzjoni totali tal-kapaċità lavorattiva tal-impjegat, iżda hija limitata inkonfront tal-klijenti tal-prinċipal bil-konsegwenza li l-impjegat jista' jew jaħdem għal rasu jew inkella ma' kompetitur tal-prinċipal tiegħu.", "Lanqas l-ammont ta' danni li għalihom taħseb il-klawsola fil-kuntratt ta' mpjieg ma ġew ikkonsidrati bħala irraġonevoli.", "Din tar-revolving doors, Sinjura President, mhijiex xi ħaġa li qed nivvintawha aħna.", "Proprju lbieraħ diġà għamilna riferenza f'din il-Kamra għal dan fejn tajna anke eżempji, u huwa tajjeb li nerġgħu nsemmu għall-benefiċċju ta' min qed isegwina mid-dar x'mekkaniżmi għandhom pajjiżi oħra.", "Fil-fatt dawn il-mekkaniżmi huma ħafna aktar ħorox minn dak li qed nipproponu aħna permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Pereżempju, fl-Irlanda persuni li xi darba kienu jokkupaw karigi għolja partikolari ma jistgħux, għal perjodu ta' sena wara li jispiċċaw mill-impjieg pubbliku, jagħmlu lobbying ma' dipartimenti li kienu jaħdmu fihom sa sena qabel.", "Ta' min jgħid li ħaddiem fis-servizz pubbliku li jikser din ir-regola jista' jeħel sa €2,500 multa u sentejn ħabs.", "Fis-Slovenja persuni li kienu jokkupaw karigi partikolari ma jistgħux, għal perjodu ta' sentejn wara li jispiċċaw mill-impjieg pubbliku, jikkuntattjaw lid-dipartiment li kienu jaħdmu fih f'isem entitajiet privati.", "Fil-Bulgarija persuni f'karigi pubbliċi ma jistgħux, sa sena wara li jispiċċaw mill-kariga, ikunu partners, diretturi jew inkella jkollhom ishma f'kumpanija li bħala parti mix-xogħol tagħhom kienu jidderiġuha, jikkontrollawha jew jikkonkludu kuntratti magħha.", "Jekk dawn il-persuni kienu involuti f'xi istituzzjoni li timmaniġġja fondi Ewropej, huma ma jistgħux jirrappreżentaw persuni li huma involuti fil-proċeduri quddiem dik l-istituzzjoni, u min jikser din ir-regola ma jitħalliex jerġa' jassumi kariga pubblika għal perjodu ta' 12-il xahar.", "L-Awstralja u l-Kanada għandhom regoli simili wkoll.", "Fi Franza, li huwa pajjiż pjuttost viċin tagħna, uffiċjali pubbliċi li parti minn xogħolhom kienet li jissorveljaw, jikkontrollaw, jikkonkludu kuntratti ma' entitajiet privati jew inkella jagħtu pariri fuq entitajiet privati ma jistgħux jaċċettaw impjieg ma' dawn l-istess entitajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li jitilqu mill-kariga pubblika tagħhom.", "Min jikser din ir-regola jista' jeħel sa tliet snin ħabs u €200,000 multa.", "Naħseb hawnhekk, Sur President, nistgħu naraw is-serjetà li dħalna biha fuq din il-liġi u nirrealizzaw li l-istampa reali hi kompletament differenti mid-dubji li pprovaw jiżirgħu l-kelliema tan-naħa l-oħra.", "Jidhirli li anke llum l-Onor.", "Frederick Azzopardi qal li hemm sitwazzjonijiet fejn il-ħatriet isiru bla ebda sejħa u min jinħatar jitqiegħed biex imexxi xi sezzjoni jew dipartiment.", "Din hija gidba, Sur President, u jiena nitolbu jissostanzja l-argument tiegħu billi jekk għandu xi informazzjoni ta' dan it-tip jgħaddihielna ħalli nkunu nistgħu nagħtuh tweġiba uffiċjali!", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi qalilna wkoll li hemm diskriminazzjoni fil-mod kif in-nisa jingħataw karigi fiċ-Ċivil.", "Dan mhuwiex veru u din hija gidba oħra, għaliex in-nisa f'pajjiżna huma bejn wieħed u ieħor 1% anqas mil-livell li huwa milħuq fuq livell Ewropew ta' nisa li jokkupaw karigi għolja fiċ-Ċivil!", "Jiena nixtieq intemm hawnhekk l-argumentazzjoni tal-Gvern b'rabta ma' dan is-suġġett.", "Irrid nirringrazzja b'mod ġenwin lil kull min ikkontribwixxa f'dan il-proċess, fosthom lill-kelliema tal-Oppożizzjoni.", "Issa l-pass li jmiss huwa li waqt li nkunu qegħdin fi stadju ta' Kumitat ngħarblu dan l-Abbozz ta' Liġi aktar fid-dettall ħalli fejn hemm bżonn norqmu u ntejbu anke dak li hemm miktub.", "Dan aħna nagħmluh bil-qalb għax wara kollox aħna qegħdin hawnhekk biex naħdmu.", "Nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-ħaddiema kollha taċ-Ċivil li fl-istrutturi differenti tagħhom tul dawn l-aħħar xhur taw il-kontribut tagħhom f'dan il-proċess.", "Nirringrazzja wkoll lis-Segretarju Permanenti Ewlieni flimkien mal-Permanent Secretary Joyce Dimech, li t-tnejn li huma għamlu xogħol tajjeb ħafna proprju biex stajna naslu fejn wasalna f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497, biex jafferma l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika bħala strument għall-ġid komuni, biex jipprovdi għall-applikazzjonji ta' dawk il-valuri fis-settur pubbliku kollu, biex jipprovdi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tiegħu, u biex jaħseb għal materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn jew li huma anċillari għalihom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Din id-Division għandha tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018, skont il-ftehim milħuq.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fid-dawl li llum hija l-aħħar seduta qabel dik ta' għada, li fil-maġġoranza tagħha se tkun allokata għal diversi voti, nipproponi li ma nibdewx dibattitu fuq xi abbozz ta' liġi ġdid u għaldaqstant nipproponi li ngħaddu mill-ewwel għall-Aġġornament.", "Għaldaqstant nipproponi wkoll li l-Kamra tiġi sospiża għal ftit minuti.", "L-ISPEAKER: Hawn qbil biex isir hekk?", "(Onor. Membri: Iva) Mela l-Kamra se tiġi sospiża għal ftit minuti.", "Fis-6.14 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.44 p.m.", "L-ISPEAKER: L-Onor Stefan Zrinzo Azzopardi.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, bil-permess tal-Kamra nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) - Abbozz Nru 59 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn qbil biex jitressaq l-Aġġornament immedjatament u li l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx?", "Fis-6.46 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin, li jitressaq l-Aġġornament u li l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx..", "L-ISPEAKER: Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi) - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) –Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tieni Qari -Votazzjoni;", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jinħatar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia – Votazzjonijiet;", "Estimi Ġenerali 2019 - Kumitat ta' Provvista:", "Votazzjonijiet fuq l-emendi u l-voti mressqa taħt kull Ministeru;", "Approprjazzjoni għas-sena 2019 u Tieni Approprjazzjoni għas-sena 2018;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018, fl-4.00p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi.", "Fis-6.47 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "STANDARD OPERATING PROCEDURES – RESIDWI TA' PESTIĊIDI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka l-proċedura stabbilita biex jinġabru kampjuni biex jiġu ttestjati għal preżenza ta' residwi ta' pestiċidi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iStandard Operating Procedures li qed jiġu segwiti f'dan ir-rigward?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 6821.", "RESIDWI TAL-PESTIĊIDI – APPARAT U PROĊEDURA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' jelenka l-proċedura, kif ukoll l-apparat li qed jiġi wżat biex jiġi aċċertat li kull kampjun ipprelevat biex jiġi analizzat għall-preżenza ta' residwi tal-pestiċidi huwa rappreżentattiv skont l-ammont tal-lott jew kunsinja partikolari ta' produttur?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li ma jintużax apparat sabiex jinġabru l-kampjuni.", "Il-kampjun li jintuża huwa skont Subsidiary Legislation 430.04 European Community Methods Of Sampling For Official Control Of Pesticide Residues In And On Products Of Plant And Animal Origin Regulations.", "UŻU TA' PESTIĊIDI – PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI/KRIMINALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu proċeduri kemm amministrattivi kif ukoll kriminali fil-konfront ta' persuni dwar użu ta' pestiċidi, ittikkettjar ta' pestiċidi u kummerċ jew traffikar ta' pestiċidi mhux skont il-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena skont in-natura tal-każ?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt.", "· Proċeduri amministrattivi – Il-pitkalija jiġu avżati kull darba li kien hemm każ ta' frott jew ħaxix li eċċeda l-MRL.", "2013 - 3 każijiet", "2015 - każ wieħed", "2017 - 7 każijiet", "2018 - 4 każijiet", "· Proċeduri kriminali –", "2013 - 3 każijiet ta' frott u ħaxix li eċċedew l-MRL", "2014 - 12-il każ ta' frott u ħaxix li eċċedew l-MRL", "1 każ ta' mportazzjoni ta' prodott mhux reġistrat", "2015 - każ wieħed ta' frott u ħaxix li eċċeda l-MRL", "2016 - 12-il każ ta' frott u ħaxix li eċċeda l-MRL", "2017 - 7 każijiet ta' frott u ħaxix li eċċedew l-MRL", "2018 - 4 każijiet ta' frott u ħaxix li eċċedew l-MRL (sa 30 ta' Novembru 2018)", "SPEZZJONIJIET FUQ DISTRIBUTURI TA' PESTIĊIDI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq distributuri ta' pestiċidi u kemm instabu pestiċidi mhux reġistrati jew mhux konformi mal-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt.", "BEJGĦ TA' PESTIĊIDI - DISTRIBUTURI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka x'miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li d-distributuri tal-pestiċidi jbigħu biss pestiċidi lill-persuni li jkunu kwalifikati fl-użu tal-pestiċidi jew li jkunu attendew kors rikonoxxut ta' kif għandhom jiġu applikati korrettement dawn il-pestiċidi?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa hemm 'il fuq minn 3,513 utent professjonali li attendew taħriġ fuq 'Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi'.", "Avviż Legali jitlob li utenti professjonali jridu jattendu dan it-taħriġ u li l-Awtorità timplimenta din is-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-utenti professjonali wara li dawn tal-aħħar jattendu tali taħriġ b'suċċess.", "Qed tiġi kkunsidrata ukoll emenda ġdida għal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwali biex id-distributuri jiżguraw li l-utenti professjonali tal-pestiċidi jippreżentaw iċ-ċertifikat maħruġ mill-Awtorità qabel ix-xiri, kif wkoll li l-utenti professjonali jkunu legalment obbligati li jippreżentaw dan iċ-ċertifikat.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - TRASFERIMENTI /PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum, mill-Ministeru u d-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħtu, sar ħlas ta' pagi ta' persuna waħda f'kont fil-bank li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, kif ġej:", "Rigward l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, ħlief għal entità waħda li l-informazzjoni dwarha qed tingħata fil-paragrafu li jmiss, ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti f'kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament.", "L-unika entità li mill-2013 sal-lum għamlet trasferimenti lejn kontijiet bankarji ta' oriġini fil-bank indikat mill-Onor.", "Interpellant kienet l-Università ta' Malta li għamlet tliet trasferimenti, kollha fl-aħħar sena.", "Il-pagamenti kollha kienu għal servizzi jew oġġetti li nxtraw mingħand entitajiet.", "L-ammonti tat-tliet tranżazzjonijiet kienu €5,097.60, €152.22 u €29.50.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninsab infurmat li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti mill-Ministeru tiegħi u l-entitajiet mis-sena 2013 sal-lum fir-rigward tal-bank imsemmi.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti lill-bank imsemmi fil-perjodu konċernat.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma għamlu ebda trasferimenti u/jew pagamenti lill-bank imsemmi fil-mistoqsija.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti f'kontijiet li jinsabu fil-bank imsemmi.", "IX-XAGĦRA: L-GĦAR TA' CALYPSO – GĦELUQ TA' AKKWATI GĦALL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li parti mill-akkwati tal-Għar ta' Calypso ġewwa x-Xagħra ngħalqu għall-pubbliku?", "Kemm ilhom li ngħalqu u x'azzjoni qed jieħu l-Ministeru biex jerġgħu jinfetħu mill-aktar fis possibbli?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-parti ngħalqet sabiex jitnaqqas l-aċċess għal din parti mill-pubbliku inġenerali u għalhekk titnaqqas il-possibbiltà ta' iktar ħsarat lis-sit filwaqt li tassigura li l-veduta minn dan il-post tibqa' titgawda.", "Bħalissa għaddejjin 3D scanning tas-sit u tal-għar biex, flimkien ma' studji oħra, tiġi ddeterminata l-aħjar triq li għandu jieħu l-Ministeru sabiex jiġu kkonsolidati l-għar u s-sit tal-madwar.", "L-IMĠARR GĦAWDEX - XOGĦLIJIET TA' DREDGING FUQ IL-PORT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' dredging u xogħol ieħor ġewwa l-Port tal-Imġarr Għawdex għadu ma bedix?", "F'liema xahar u f'liema sena hu ppjanat li jibda u jitlesta dan ix-xogħol?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma' jien infurmat, Infrastruttura Malta se tibda x-xogħol indikat, li jinkludi dredging, bini ta' mollijiet ġodda u tibdil tal-pontoons eżistenti b'oħrajn ġodda, fit-tieni kwart tas-sena 2019, hekk kif jintemmu l-proċessi tal-għażla tal-kuntratturi meħtieġa, wara li nħarġu sejħiet għall-offerti, u l-appelli relatati li hemm jew jista' jkun hemm.", "IX-XLENDI, MARSALFORN, RAMLA, DWEJRA U ĦONDOQ IR-RUMMIEN – ĦADDIEMA LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' CLEANING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum kemm kien hemm ħaddiema mid-diversi Direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li jagħmlu xogħol ta' cleaning u manutenzjoni ġewwa l-areas tax-Xlendi, Marsalforn, Ramla, Dwejra u Ħondoq ir-Rummien, x'inhu il-grad tagħhom u dawn il-ħaddiema taħt min huma responsabbli?", "Tista' tgħid ukoll x'ħinijet u ġranet jaħdmu dawn il-ħaddiema?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KEMMUNA – ĦADDIEMA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx Skrivana, Executive Officers, Assistant Principals u Principals li jaħdmu ġewwa Kemmuna u jekk iva kemm hu n-numru?", "X'tip ta' xogħol klerikali jagħmlu, fejn huma dawn l-uffiċini ġewwa Kemmuna u kif inhuma attrezzati?", "X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom fix-xitwa u fis-sajf u meta jkun il-maltemp fejn jirrapportaw għax-xogħol?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u taħt liema Direttorat jaqgħu?", "Min hu responsabbli għal dawn il-ħaddiema?", "Interpellant li fil-gradi msemmija l-Ministeru għandu uffiċjal wieħed li qed jagħmel superviżjoni f'Kemmuna kuljum mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.00 a.m u s-2.00 p.m. Bħala uffiċċju hu juża l-kamra li hemm fil-Blue Lagoon u jissorvelja u jintervjeni skont l-esiġenza tas-servizz mitlub minnu.", "Dan l-uffiċjal jirrapporta lill-uffiċċju tal-Intervention Team li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru.", "Kull meta t-temp ma jippermettix, hu jirrapporta l-Uffiċċju tal-Intervention Team f'Għawdex.", "GĦAWDEX – PROĠETT TA' AIRFIELD", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' Airfield ġewwa Għawdex?", "Fiex waslu l-preparamenti biex jitwettaq dan il-proġett?", "Meta hu mistenni li jibda jintuża?", "Interpellant li qegħdin f'taħditiet avvanzati flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu dwar il-possibbiltà ta' servizz bil-ħelikopter bejn iż-żewġ gżejjer.", "SKOLA PRIMARJA TAN-NADUR: FTS - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar xhur u eżattament minn Ġunju 2018 sal-lum sarux xi xogħlijiet fl-Iskola Primarja tan-Nadur mill-Foundation for Tomorrow's School (FTS) u dan peress li hemm partijiet minn din l-iskola li jinsabu fi stat ħażin ħafna?", "Jista' jgħid jekk il-periti tal-FTS lestewx ir-rapporti li kellhom ilestu fl-aħħar xhur u, jekk iva, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid x'passi se jittieħdu f'din l-iskola sal-aħħar tas-sena skolastika kurrenti u matul is-sajf li ġej?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qegħdin isiru l-preparamenti sabiex tinħareġ it-talba permezz tad-Dynamic Purchasing System biex Perit ikun inkarigat biex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.", "Għalkemm il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada m'għamlet l-ebda xogħlijiet fl-Iskola Primarja tan-Nadur, saru xogħlijiet ta' manutenzjoni f'din l-iskola kif muri fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7820.", "KARIGI – REMUNERAZZJONI, ALLOWANCES U BENEFIĊĊJI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin:", "- Awditur Ġenerali", "- Segretarju Parlamentari", "- Segretarju Permanenti Ewlieni; u", "- Segretarju Permanenti?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PENSJONIJIET MILL-ISTAT", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7968 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta' pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej:", "- Anqas minn €400 fix-xahar;", "- Bejn €401 u €500 fix-xahar;", "- Bejn €501 u €600 fix-xahar;", "- Bejn €601 u €700 fix-xahar;", "- Bejn €701 u €800 fix-xahar;", "- Bejn €801 u €900 fix-xahar;", "- Bejn €901 u €1,000 fix-xahar;", "- Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u", "- Aktar minn €1,101 fix-xahar?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "GĦAQDIET SPORTIVI – TRASFERIMENT TA' ART/PROPRJETÀ MILL-GVERN", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7959 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma' għaqdiet sportivi fl-2017 u din is-sena?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat minn SportMalta li l-kuntratti li saru fl-2017 u 2018 huma s-segwenti:", "Birżebbuġa Foundation.", "Dawn il-kuntratti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-FAĊILITAJIET SPORTIVI - APPLIKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' kull applikazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni responsabbli skont l-Avviż Legali rispettiv, b'rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi?", "Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid:", "a. min applika;", "b. fejn huwa s-sit li fuqu qed issir l-applikazzjoni u x'daqs fih il-footprint tas-sit;", "c. fiex tikkonsisti l-applikazzjoni u jekk tikkonsisti fi żvilupp kemm se jiġi żviluppat spazju f'termini ta' metri kwadri;", "d. jekk il-Kummissjoni responsabbli approvatx il-proposta, għadhiex qed tevalwa jew irrifjutathiex; u", "e. f'każ li ġiet approvata, x'inhuma l-kundizzjonijiet ewlenin tal-kuntratt?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni tal-Faċilitajiet Sportivi Kummerċjali, wara talba minn diversi għaqdiet sportivi għal direzzjoni dwar jekk proġett jistax ikun vijabbli jew le, ħolqot sistema ta' pre-applications li permezz tagħha dawn l-għaqdiet, b'nefqa minima, jingħataw risposta prima facie dwar jekk proġett huwiex sportivament u kummerċjalment vijabbli jew le.", "Il-Kummissjoni s'issa rċeviet tmien pre-applications (sebgħa minn klabbs tal-futbol u waħda minn assoċjazzjoni nazzjonali) u bħalissa qiegħda tikkonsulta kemm mal-għaqdiet rispettivi kif ukoll mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità dwar l-Artijiet il-vijabilità ta' dawn il-proġetti.", "Kif ikun konkluż dan il-proċess, jekk il-Kummissjoni tagħti approvazzjoni prima facie għall-proġett, l-għaqda sportiva kkonċernata tkun tista' tgħaddi sabiex tagħmel l-applikazzjoni skont il-lġi, u ċjoè r-Regolamenti għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi.", "S'issa l-Kummissjoni approvat prima facie, pre-application waħda, u ċjoè dik ippreżentata minn Sliema Wanderers FC, u bħalissa qed tistenna lill-klabb jippreżenta l-applikazzjoni proprja.", "GĦAQDIET SPORTIVI – TRASFERIMENT TA' ART/PROPRJETÀ MILL-GVERN LILL-VALLETTA FC", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7959, jista' l-Ministru jikkonferma li s-sit li qed jirreferi għalih fit-tweġiba huwa dak li Valletta FC preżentement għandhom il-kuntratt ta' ċens fuqu fil-lokalità ta' Ħal Farruġ?", "Jekk iva, jista' jagħti rendikont aktar dettaljat ta' x'sar fil-ħidma li qed jirreferi għaliha fl-istess tweġiba?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-art li saret riferenza għaliha fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7958 (mhux 7959 kif erronjament indikat fil-mistoqsija) mhijiex l-art ta' Ħal Farruġ.", "MFSA: KUMPANIJI - UBOs", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm trusts jew kumpaniji nominee li l-Ultimate Beneficial Owners (UBOs) tagħhom huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)?", "JOSEPH MUSCAT: In-numru ta' kumpaniji li l-ishma tagħhom, jew parti mill-ishma tagħhom, huma miżmumin minn kumpaniji liċenzjati f'Malta bħala fiduċjarji (trustees/nominees) u li dwarhom ġew sottomessi in-notifiki tal-Ultimate Beneficial Owners jammontaw għal 1,430.", "SKEJJEL PRIMARJI - GĦOTI TA' ĦALIB", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba suppost jingħata l-ħalib fl-iskejjel primarji?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull skola primarja tingħata ħalib darba fil-ġimgħa.", "RAĦAL ĠDID: SKOLA PRIMARJA - GĦOTI TA' ĦALIB", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jivverifika kemm-il darba f'ġimgħa qed jingħata ħalib fl-iskola primarja ta' Raħal Ġdid?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull skola, inkluż iż-żewġ skejjel A u B tar-Raħal Ġdid, jieħdu ħalib darba fil-ġimgħa bħal kull skola primarja oħra.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - IMPJEGAT", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "Jekk iva, jista' jgħid x'inhu xogħlu?", "JOSEPH MUSCAT: L-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament mhuwiex impjegat mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - IMPJEGAT", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, fis-Segretarjat jew f'xi dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - IMPJEGAT", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat mal-Ministeru għas-Saħħa, fis-Segretarjat jew f'xi dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu msemmi minnu mhuwiex parti mis-segretarjat tal-Ministru għas-Saħħa.", "OHSA: UFFIĊJALI – XOGĦOL TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali li jagħmlu xogħol ta' infurzar fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "HELENA DALLI: Infurmata li bħalissa fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) hemm 16-il persuna li jwettqu spezzjonijiet u xogħol ta' nfurzar b'rutina.", "OHSA – SPIŻA TAL-UFFIĊĊJU TAĊ-CHAIRMAN", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid, fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), kemm qed jiswa l-Uffiċċju taċ-Chairman, inkluż l-onorarja, il-car allowance u ż-żewġ persons of trust għal kull sena?", "HELENA DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm membri fil-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "Kemm qed jitħallas kull membru fis-sena u kemm qed jiswa l-Bord tal-OHSA kull sena fit-total?", "HELENA DALLI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li għadu ma tax il-flus stipulati għas-sena akkademika 2018-2019 lill-Academic Work Resource Fund (AWRF)?", "Kif jispjega li ħalla l-akkademiċi bla riżorsi ta' fondi?", "Kemm u meta se jingħataw dawn il-fondi?", "EVARIST BARTOLO: Rigward din il-mistoqsija parlamentari, irid jiġi ppreċiżat li dawn ir-riżorsi ma jingħatawx mill-Ministru iżda huma parti mill-baġit tal-Università u jingħataw mill-Università fil-ħin approprijat.", "Infurmat li bħal snin oħra passati din l-allokazzjoni ġiet mogħtija fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru, din is-sena preċiżament fis-7 ta' Diċembru, lil dawk li kienu mxew kif suppost mar-regoli, inkluż li ssottomettew ir-rapport tagħhom fil-ħin u għamlu użu mir-rizorsi skont ir-regoli.", "FORZI ARMATI TA' MALTA – STOCK TA' FLOKKIJIET TA' TAĦT U KALZETTI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-istores tal-Forzi Armati ta' Malta kienx hemm dejjem stock għall-membri tagħha u, jekk iva, kemm kien hemm bħala bilanċi fl-aħħar ta' kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, dawn l-imsemmija oġġetti:", "- flokkijiet ta' taħt; u", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu msemmi flokkijiet u l-kalzetti kienu disponibbli.", "L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena, fil-perjodu msemmi, huwa kif ġej:", "Flokkijiet", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1963", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 3990", "L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-11 ta' Settembru, 2018 – total 3656", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1592", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 488", "L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-1 ta' Novembru, 2018 – total 654", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 918", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 284", "L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-27 ta' Novembru, 2018 - total 378", "APPLIKAZZJONI GĦALL-IPPJANAR FIŻ-ŻONA", "L-ONOR.", "SILVIO GRIXTI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti l-ħsibijiet tiegħu dwar l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u għaldaqstant jgħid jekk hijiex skont il-policies li jirregolaw l-ippjanar fiż-żona?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-Applikazzjoni PA 9516/18 ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fis-7 ta' Novembru, 2018.", "Dan ifisser illi l-ewwel perjodu ta' 30 ġurnata, li jwassal għall-konklużjoni tal-ewwel fażi ta' konsultazzjoni u fl-istess ħin jagħti ċans għall-kummenti tal-pubbliku, għalaq fis-7 ta' Dicembru, 2018.", "Id-Direttorat tal-Ippjanar, f'isem ic-Chairperson Eżekuttiv, irid jifli l-każ sew issa li ngħata ċans lill-entitajiet kollha li jagħtu sehemhom fid-deliberazzjoni ta' din l-applikazzjoni.", "Irid jieħu wkoll konjizzjoni tal-kummenti kollha li ntbagħtu mill-pubbliku.", "Dawn kienu numerużi, aktar minn 1,700.", "Il-proċess jista' jinkludi wkoll fażi fejn l-applikanti u l-periti jkollhom jissottomettu informazzjoni ulterjuri.", "Dan jista' jiskatta t-tieni fażi ta' konsultazzjoni.", "Meta l-proċess ikun sħiħ u komplut, id-Direttorat jikteb ir-rapport finali li jkun jinkludi rakkmandazzjoni sħiħa dwar il-każ.", "Ikun f'dan l-istadju li l-Awtorità jkollha l-fatti kollha neċessarji sabiex tkun tista' tiddelibera u tagħmel rakkmandazzjoni favur jew kontra dan il-proġett.", "Dan ir-rapport imsemmi għandu jitlesta u jintbagħat għand il-Kummissjoni għall-Ippjanar sa mhux aktar tard mill-25 ta' Frar 2019, sakemm ma jkunx hemm talba mill-perit sabiex jissospendi l-applikazzjoni.", "Il-Ministru, minn naħa tiegħu, jista' biss jiżgura ruħu mill-fatt li l-proċess isir tajjeb u bis-sħiħ, u jieħu konjizzjoni tal-eżitu tal-proċess meta tittieħed deċiżjoni mill-Awtorità, u dan billi josserva u jirrispetta l-awtonomija assoluta li għandha din l-istess Awtorità.", "Madankollu, mingħajr preġudizzju għal dak li jista' jirriżulta fir-rapport finali, u għad-deċiżjoni li għad trid tittieħed mill-Awtorità, il-Ministru diġà ħa konjizzjoni tal-fatt li prima facie, il-proposta ta' żieda ulterjuri fl-għoli tal-bini eżistenti jista' jkollha mpatti negattivi fuq dan il-bini storiku u fuq l-\"Area of High Landscape Value\" illi fiha tinstab is-Saqqajja.", "Għaldaqstant, anke f'dan l-istadju hekk bikri, jidher ċar li din l-applikazzjoni sabiex jiżdied l-għoli tal-binja eżistenti ma tikkwalifikax bħala waħda minn dawk li tista' tisfrutta l-policy imsemmija hawn fuq.", "FORZI ARMATI TA' MALTA - SPIŻA TA' XATBA GĦAR-RANGES TAL-ISPARAR", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa x-xatba li tagħti għar-ranges tal-isparar tal-Forzi Armati ta' Malta?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tliet xatbiet ġew installati fir-ranges ta' Pembroke.", "It-tlieta kienu manifatturati u installati mill-FAM.", "B'kollox, it-tliet xatbiet swew lill-FAM €1642.", "FORZI ARMATI TA' MALTA - INGWANTI TAĊ-ĊERIMONJAL", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm dejjem stock u, jekk iva, kemm kellu fl-istores tal-Forzi Armati ta' Malta għall-membri tagħha, bħala bilanċi fl-aħħar tas-sena għal dawn l-aħħar tliet snin, ingwanti taċ-ċerimonjal?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu msemmi, ingwanti taċ-ċerimonjal kienu disponibbli.", "L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena fil-perjodu msemmi huwa kif ġej:", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1", "L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 32", "L-istokk skont l-aħħar stocktake fit-8 ta' Novembru 2018 – total 71"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181211_180d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 180, li saret fil-11 ta' Diċembru 2018, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UŻU TA' PESTIĊIDI - KORSIJIET", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka kemm ingħataw korsijiet lill-bdiewa dwar l-użu ta' pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018) (f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li total ta' 66 kors ġew mogħtija lil persuni li jużaw pestiċidi fil-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom.", "UŻU TA' PESTIĊIDI – SPEZZJONIJIET GĦAL GOOD AGRICULTURAL PRACTICE", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka kemm saru spezzjonijiet relatati mal-good agricultural practice dwar l-użu ta' pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "Kemm instabu bdiewa mhux konformi mal-liġijiet u x'kienu n-natura tal-irregolaritajiet?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tali spezzjonijiet ma jsirux mill-Ministeru responsabbli għall-agrikoltura imma mir-regolatur li hija l-MCCAA (Malta Competition and Consumer Affairs Authority), u għalhekk it-talba għad-dettalji ta' dawn l-ispezzjonijiet għandha tiġi indirizzata lill-Ministru responsabbli.", "Id-Direttorat għad-Diversifikazzjoni u Kompetittività fil-biedja li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali huwa responsabbli mill-Uffiċċju tal-Extension Services li joffri assistenza lill-bdiewa fuq diversi teknikalitajiet fosthom fuq l-użu korrett tal-pestiċidi.", "Matul is-sena 2019 huwa ppjanat li ssir kampanja edukattiva għall-bdiewa li se tinvolvi numru ta' żjarat għand bdiewa diversi u workshops/seminars.", "Dan id-Direttorat qiegħed ukoll fil-proċess li jirrivedi l-kodiċi ta' prattiċi tajbin fil-biedja (code of good agricultural practices) u bħalissa qed issir konsultazzjoni ma' diversi entitajiet fosthom mal-MCCAA u mad-dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika sabiex dan il-kodiċi jiġi rivedut biex jirrifletti regolamenti li setgħu ġew riveduti f'dawn l-aħħar snin.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, illum rajna li ġiet iffirmata memorandum of understanding (MOU) bejn is-settur privat u l-Gvern dwar il-beverage container refund scheme, inizjattiva li kien qed jippresiediha l-Prim Ministru flimkien mal-Ministru Josè Herrera.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex tikkonsisti din l-iskema u x'se jkun qed ifisser dan l-MOU għal pajjiżna?", "JOSÈ HERRERA: Il-ftehim li ffirmajna dalgħodu dwar il-beverage container refund scheme huwa importanti ħafna, l-ewwel nett għaliex huwa ħolqa f'katina ta' inizjattivi li qed jieħu l-Ministeru tiegħi u t-tieni nett għaliex l-iskop aħħari ta' dan kollu huwa li navviċinaw lejn ekonomija ċirkolari fejn l-iskart inqisuh bħala riżors u mhux aktar lejn ekonomija lineari fejn l-iskart inqisuh bħala skart.", "Ta' min jgħid li dan il-ftehim mhuwiex se jitmexxa mill-Gvern imma se jitmexxa mill-GRTU (General Retailers' Trade Union), miċ-Chamber of Commerce u mill-imprendituri, mill-produtturi, mill-importaturi u mir-retailers kollha li b'xi mod jew ieħor huma involuti f'dan is-settur.", "L-idea hi li l-beverage container refund scheme tiġi fis-seħħ sas-sena 2019.", "Din l-iskema hija ibbażata fuq il-konċett ta' producer responsibility u l-organizzazzjoni li se tmexxi din l-inizjattiva 'l quddiem se tmexxiha mingħajr ħlas.", "Fil-fatt illum ħadt gost ninnota li l-produtturi u n-nies involuti fil-materja għarfu r-responsabbiltà tagħhom u kkollaboraw mal-Gvern b'mod sħiħ, u ta' dan jien nirringrazzjahom għax ma tistax tmexxi proġett bħal dan jekk ma tinvolvix fil-proġett lil kull min għandu x'jaqsam mal-materja.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar l-ispezzjonijiet li suppost isiru minn uffiċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru fuq prodotti tal-agrikoltura li jiġu minn barra minn Malta, speċjalment jekk dawn jiġu bil-Catamaran.", "Mill-aħħar informazzjoni li kien ta l-Ministru jidher li bir-raġuni - jew bl-iskuża - tal-freedom of entry of goods ma kienx hemm xi interess partikolari biex isiru dawn l-ispezzjonijiet.", "Il-Ministru ma jaħsibx li hekk kif issir spezzjoni fuq dawk il-prodotti agrikoli li jidħlu fil-Pitkalija għar-residwi li jistgħu jħallu l-pestiċidi, għandu jsir l-istess fuq dawk il-prodotti tal-agrikoltura li jkunu ġejjin minn Sqallija bil-Catamaran, u dan għall-benefiċċju tal-konsumatur Malti?", "JOSÈ HERRERA: L-MCCAA hija responsabbli fuq din il-kwestjoni b'mod dirett u għalhekk jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq jagħmel xi osservazzjonijiet f'dan ir-rigward, jista' jagħmilhom lilha.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, bil-permess tal-Ministru.", "DEO DEBATTISTA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-ispezzjonijiet isiru.", "Jidhirli li din il-mistoqsija diġà saret din il-ġimgħa, mingħalija nhar it-Tnejn li għaddew.", "Qed nirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 6814, fejn jien irrispondejt li dawn l-ispezzjonjiet qed isiru u tajt ukoll tabella dwar kif isir is-sampling.", "Fil-fatt fl-2018 ġew assessjat 105 prodotti lokali u ġew importati 74 jiġifieri s'issa din is-sena b'kollox ittieħed 179 sample.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien rajt b'interess u b'sodisfazzjon ir-reklam li kien qiegħed jagħmel il-Plant Health Directorate fuq il-prodotti taċ-ċitru.", "Safejn naf jien dan id-direttorat huwa responsabbli minnu l-Ministru Josè Herrera.", "Jien rajt dan ir-reklam fuq vettura tat-trasport pubbliku li fih jingħad li min ikun se jimporta xi prodotti taċ-ċitru għandu jara li jirreġistra l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti qabel ma jimportahom.", "(Interruzzjonijiet) Mela teżisti sistema fuq il-mard.", "(Interruzzjonijiet) Le, ma jimpurtax!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Vassallo, jekk jogħġbok, ejja għad-domanda.", "EDWIN VASSALLO: Se nagħmel mistoqsija supplimentari.", "Sur President, teżisti tip ta' sorveljanza li hija meħtieġa tramite l-leġiżlazzjoni tal-Plant Health Directorate.", "Issa jien naf li, pereżempju, ma tingħatax informazzjoni dwar il- prodotti li jiġu importati f'Malta bil-Catamaran.", "Għalhekk jien qed nistaqsi x'sorveljanza suppost qed issir min-naħa tal-Plant Health Directorate biex jiġi assigurat li dak li qed jiġi importat lejn Malta mhuwiex qed ikun ta' periklu għall-konsumatur meta l-istess Plant Health Directorate għamel reklam biex min ikun se jimporta xi prodotti taċ-ċitru lejn Malta jirreġistrahom.", "Jien ma nistax nifhem kif imbagħad mhu qed isir xejn biex at point of entry jsiru l-ispezzjonijiet fuq dawk il-prodotti li l-Plant Health Directorate stess għamel reklam biex jappella lill-pubbliku jirreġistrahom qabel ma jimportahom f'pajjiżna!", "JOSÈ HERRERA: Sur President, minbarra li qabel ma jiġu importati dawn il-prodotti jkunu ċċertifikati esternament mir-regolatur tal-pajjiż minn fejn ikunu qegħdin jiġu esportati, hemm ħafna informazzjoni li tikkonċerna l-kwestjoni tal-pestiċidi li ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Fil-fatt jien naħseb li jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet supplimentari dwar dan is-suġġett ikun aħjar jekk jagħmilhom wara li jien inwieġeb għad-domandi li saruli dwar l-istess suġġett, liema risposti jinsabu quddiemi, għax jista' jkun li l-Onor.", "Interpellant jagħmel l-istess domandi li jien għandi quddiemi hawnhekk u ma nixtieqx li ġaladarba diġà għandi tweġibiet li saru bil-miktub inwieġeb għall-istess mistoqsijiet b'mod supplimentari.", "Issa hawnhekk jien ma rridx ninftiehem li qed ngħid li l-Onor.", "Interpellant m'għandux dritt jagħmel il-mistoqsijiet li qed jagħmel imma qiegħed sempliċement ngħid li naħseb li jkun aktar f'loku jekk dawn il-mistoqsijiet isiru wara li jien inwieġeb mistoqsijiet oħrajn li għandi dwar l-istess suġġett.", "L-ISPEAKER: Onor. Vassallo, għandek xi mistoqsija supplimentari oħra?", "Però ma tistax terġa' tirrepeti l-istess mistoqsija li għamilt diġà.", "EDWIN VASSALLO: Minjaf kemm-il darba saru mistoqsijiet supplimentari min-naħa tal-Gvern li kienu kompletament out of order!", "Jien nixtieq risposta għall-mistoqsija li għamilt lill-Ministru konċernat fuq xi ħaġa li wara kollox hija fl-interess tal-konsumatur, u l-Ministru ma jistax joqgħod ma jirrispondix!", "L-ISPEAKER: Jekk il-mistoqsija supplimentari ma jkollhiex x'taqsam mal-mistoqsija parlamentari oriġinali, il-Ministru għandu dritt jgħidlek biex tagħmel dik il-mistoqsija bil-miktub.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, minbarra l-iskema li jien għamilt aċċenn lill-Ministru għaliha aktar kmieni, din il-ġimgħa tnediet skema oħra fejn is-sajjieda qed jiġu mħeġġa jiġbru l-plastik mill-baħar.", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jispjega kif se tkun qed taħdem din l-iskema kif ukoll jgħidilna x'benefiċċji se nkunu qegħdin nieħdu minnha bħala pajjiż fil-qasam marittimu?", "JOSÈ HERRERA: Jien u l-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, li huwa responsabbli mis-sajd, nidejna skema ġdida bl-isem Marine Litter Recovery Scheme.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Din il-mistoqsija supplimentari mhijiex rilevanti għax m'għandhiex x'taqsam mas-suġġett tal-mistoqsija parlamentari oriġinali!", "L-ISPEAKER: Kompli bir-risposta tiegħek, Ministru!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Vassallo, jekk il-Ministru jagħżel li jirrispondi jirrispondi imma jekk il-Ministru jagħżel li ma jirrispondix … (Interruzzjonijiet) Hemm ħemel ta' rulings li jikkonċernaw proprju dan l-aspett, u dawn ir-rulings mhumiex tiegħi biss imma anke ta' oħrajn.", "Ministru, jekk jogħġbok, kompli bir-risposta tiegħek.", "JOSÈ HERRERA: Sur President, kont qed ngħid li lbieraħ nidejna skema ġdida bl-isem Marine Litter Recovery Scheme.", "Kif jaf kulħadd, waħda mill-akbar problemi li qed tiffaċċja mhux biss Malta jew l-Ewropa imma d-dinja kollha hija t-tniġġis tal-ibħra u tal-oċeani tagħna mill-plastik u allura dan il-Gvern huwa impenjat serjament biex jipprova jindirizza din il-problema.", "Naħseb li m'għandix għalfejn noqgħod nirrepeti kemm-il miżura u kemm-il inizjattiva qed jieħu dan il-Gvern f'dan ir-rigward.", "Miżura oħra li ħa l-Ministeru tiegħi u s-Segretarjat Parlamentari tal-Onor.", "Clint Camilleri hija dik li ninvolvu anke lis-sajjieda f'dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Għaliex?", "Għax is-sajjieda huma the main players għal dak li għandu x'jaqsam mal-preżervazzjoni tal-ambjent marittimu u allura aħna ddeċidejna li nniedu skema u nallokaw ċertu ammont ta' flus biex dawk is-sajjieda li jkaxkru u allura jkollhom ammont konsiderevoli ta' plastik, minflok ma jerġgħu jitfgħuh lura fil-baħar, iġibu lura dak il-plastik li huma jaqbdu flimkien mal-ħut u skont il-volum ta' plastik li huma jġibu, naturalment aħna nikkumpensawhom.", "Ta' min jgħid li għandna 'l fuq minn disa' sajjieda li jaħdmu bit-trawlers illi daħlu għal din l-iskema.", "Għandna wkoll aktar flus allokati biex ikollna skemi oħrajn u għalhekk nixtieq li matul ix-xhur li ġejjin nieħdu aktar inizjattivi f'dan is-sens.", "Inizjattiva oħra li ta' min isemmi f'dan ir-rigward hija l-inizjattiva li qed jieħu d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura fuq direzzjoni tiegħi biex nipprovaw inbiddlu l-mudell ta' kif aħna nistadu għal-lampuki.", "Kif kulħadd jaf, is-sajda tradizzjonali u nazzjonali f'Malta hija dik għal-lampuki.", "Hemm mijiet ta' sajjieda li jmorru għas-sajda tal-lampuki, u dawn jużaw iċ-ċimi, li huma kollha magħmulin mill-plastik.", "Għalhekk bħalissa qed isiru xi testijiet biex naraw jekk minflok nibqgħu nużaw il-plastik għas-sajda tal-lampuki jkunx tajjeb li nużaw materjal biodegradable.", "Jidher li hemm alternattivi għall-plastik, u għalhekk matul ix-xhur li ġejjin jien se nkun qed nieħu inizjattiva oħra sabiex is-sajd tal-lampuki ma jibqax isir permezz tal-plastik.", "PREŻENZA TA' PESTIĊIDI U KONTAMINATI OĦRA FIL-WATER TABLE U FL-AKWIFERI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk qattx saru studji ambjentali jew testijiet ta' pestiċidi u kontaminati oħra li jistgħu jkunu preżenti fl-ilma tal-water table u tal-akwiferi f'Malta u f'Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-istudji u x'kien l-eżitu tagħhom?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "BDIEWA – MIŻURI GĦALL-PESTIĊIDI", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka x'miżuri qed jittieħdu biex jiġi aċċertat li l-bdiewa jirrispettaw il-perjodu ta' distakk meta jittrattaw il-frott u l-ħxejjex bil-pestiċidi qabel ma dawn jitpoġġew fuq is-suq?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm diversi miżuri li qed jittieħdu sabiex jiġi aċċertat li l-bdiewa jirrispettaw il-perjodu ta' distakk meta jittrattaw il-ħxejjex u l-frott bil-pestiċidi qabel ma dawn jitpoġġew fis-suq.", "L-Awtorità kompetenti, li hija l-MCCAA, tagħmel spezzjonijiet regolari fuq biegħa li tidħol fil-Pitkalija u jittieħdu kampjuni tal-frott u l-ħaxix sabiex dawn jiġu analizzati għal MRLs (maximum residue limits).", "Jekk jinstabu traċċi għoljin ta' residwi, il-bidwi jiġi mmultat u ma jitħalliex ikompli jpoġġi fis-suq il-prodotti mill-għelieqi tiegħu.", "Barra minn hekk, l-amministrazzjoni tal-Pitkalija tissospendi lil dawk il-bdiewa li jinstabu li jkunu għamlu użu eċċessiv ta' pestiċidi milli jdaħħlu l-prodotti tagħhom ġewwa l-Pitkalija sa tmiem l-istaġun.", "L-uffiċċju tal-extension services jassisti wkoll lil dawk il-bdiewa kollha li jitolbu xi parir dwar l-użu korrett tal-pestiċidi.", "Barra minn hekk, fl-2019 dan l-uffiċċju se jenfasizza fuq pariri dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.", "Dan se jsir waqt sensiela ta' żjarat għand bdiewa differenti u laqgħat apposta.", "Il-kodiċi ta' prattiċi tajba għall-bdiewa qed jiġi rivedut biex jinkludi miżuri li jħeġġu bdiewa josservaw sew l-istruzzjonijiet u d-dożi tal-pestiċidi li jkunu se jużaw.", "Dan il-kodiċi ta' prattiċi tajba, għalkemm huma volontarji, se jkun qed jiġi disseminat lill-bdiewa waqt l-attivitajiet tal-extension services.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija lill-Ministru dwar suġġett differenti imma li huwa importanti wkoll.", "Matul il-ġimgħat li għaddew tlesta x-xogħol tal-Waste Management Committee li appunta l-Ministru Josè Herrera, kumitat li l-Oppożizzjoni abdikat minnu.", "Nitlob lill-Ministru jgħidilna fiex waslet illum l-ERA (Environment and Resources Authority) fuq l-istudji li qed tagħmel f'dan il-proġett u għadx hemm lok li mhux il-poplu biss ikun ikkonsultat imma possibbilment anke l-Oppożizzjoni tipparteċipa f'dan il-proċess.", "JOSÈ HERRERA: Nibda biex ngħid li għad hemm lok li ssir konsultazzjoni mal-pubbliku inġenerali.", "Bażikament, kif spjegajt anke waqt il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp ippresedut mill-Onor.", "Interpellant, irriżulta li hemm rakkmandazzjoni fuq numru ta' siti.", "Dawn qegħdin online jiġifieri wieħed jista' jidħol u jara eżattament x'qed jiġi rrakkmandat, u huwa importanti li jsiru wkoll sottomissjonijiet ta' min hu interessat.", "L-ERA qed tagħmel l-istudji tagħha u bħalissa wasalna fi stadju fejn qed isiru l-applikazzjonijiet biex immexxu l-viżjoni tagħna 'l quddiem ħalli jkollna a waste-to-energy plant.", "Però naturalment qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet mir-regolatur, dak li qed jiġi suġġerit qiegħed jiġi available għall-pubbliku, li għandu sal-aħħar ta' Jannar biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari li hija relatata mal-mistoqsija parlamentari oriġinali tal-Onor.", "Jason Azzopardi li kienet tittratta dwar il-bdiewa.", "Fil-fatt l-Onor.", "Jason Azzopardi għamel dik il-mistoqsija parlamentari għax meta l-prodotti jkunu qed jiġu ċċekkjati, dan ikun qed isir fl-interess tas-saħħa tal-konsumatur.", "Għaldaqstant il-Plant Health Directorate għandu missjoni speċifika li jissorvelja anke dawk il-prodotti agrikoli li jkunu at point of entry.", "Għalhekk jista' almenu l-Ministru jgħidilna kif il-Ministeru tiegħu jista' jtejjeb din is-sorveljanza, li llum hija kważi ineżistenti, biex inserrħu moħħ il-konsumatur li l-Ministeru jimpurtah li dak li qed jiġi mdaħħal f'dan il-pajjiż at point of entry huwa ta' kwalità aċċettabbli u mhux inferjuri għall-prodotti lokali li jiddaħħlu fil-Pitkalija?", "JOSÈ HERRERA: Kif diġà spjegajt, l-MCCAA hija r-regolatur f'din il-materja, imma kif japprezza l-Onor.", "Interpellant u kif kien u għadu jiġri fid-dinja kollha, kull pajjiż jiddependi fuq ir-regolatur ta' pajjiż ieħor fis-sens li jekk jien se nimporta prodott minn pajjiż ieħor, bħal pereżempju mill-Italja, ma nistax naqbad u ndaħħal prodott mingħajr ma dan il-prodott ikun iċċertifikat.", "Għalhekk meta jiddaħħal prodott f'pajjiżna, dan diġà jkun ġie ċċertifikat a priori u dan huwa in linea ma' dak li huwa permessibbli, u b'hekk tkun diġà saret din it-tip t'aċċertazzjoni.", "Terġa' meta mbagħad il-prodott jasal il-Pitkalija jerġgħu jsiru testijiet oħra biex wieħed jara jekk dak il-prodott huwiex tajjeb għall-konsum jew le.", "Issa jien naf li fid-dinja f'kollox hemm lok għal titjib u jien qiegħed biss ngħid x'inhi l-prassi tal-lum, jiġifieri huwa inutli li l-Onor.", "Interpellant jibqa' jissikkani.", "Illum il-prassi hi li dawk il-prodotti li ġejjin minn barra huma ċċertifikati minn barra.", "Naħsbu li pajjiżna għandu għal xiex jiddubita miċ-ċertifikazzjoni ta' pajjiżi oħrajn, speċjalment jekk prodott ikun ġej mill-Ewropa?!", "X'tip ta' pestiċidi jistgħu jew ma jistgħux jintużaw, dik mhijiex xi ħaġa li taqa' taħt il-kompetenza ta' pajjiż partikolari imma hija xi ħaġa li tiġi deċiża kollettivament bejn il-pajjiżi kollha Ewropej.", "Meta riedu jittieħdu ċerti pożizzjonijiet, bħal pereżempju fuq l-użu tal-glyphosate, ta' pestiċidi u ta' erbiċidi oħra, Malta ħadet pożizzjoni ċara li hija kontra ċerti prodotti.", "Hemm min ivvota favur dan il-prinċipju u hemm min ivvota kontra, però at the end of the day dak huwa t-tip ta' skrutinju li jsir.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'għajnuna jagħti l-Ministeru tiegħu lil diversi NGOs li jkunu qegħdin jagħmlu attivitajiet b'risq l-ambjent, fosthom anke xi tindif?", "JOSÈ HERRERA: Sur President, ma tistax tmexxi l-politika ambjentali tiegħek 'il quddiem mingħajr ma ġġib on board l-ENGOs u l-NGOs għax dawn għandhom a pivotal role fil-ħidma ambjentali.", "Irrid ngħid li aħna, bħala Ministeru, nagħtu diversi għajnuniet f'dan ir-rigward.", "L-ewwel nett jien irrid ninvolvi lill-NGOs b'mod dirett.", "Tant hu hekk li sa ftit tal-ġimgħat ilu l-Parlament approva qafas leġiżlattiv fejn issa anke jien, bħall-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, għandi l-poter li nagħmel kuntratti u atti ta' kurazija lill-NGOs jiġifieri kif jiġri fil-qasam tal-kultura, issa jien nista' nagħti titlu ta' guardianship lil ENGO bil-proċedura li teżisti f'dan ir-rigward.", "It-tieni nett aħna, bħala Ministeru, ngħinu lill-ENGOs anke permezz ta' fondi.", "Fil-fatt in-numru ta' skemi li permezz tagħhom il-Ministeru qiegħed jagħti għajnuna finanzjarja lill-NGOs qiegħed dejjem jiżdied.", "Ta' min jgħid li l-proċedura biex NGO tingħata din l-għajnuna hi li meta NGO ikollha viżjoni ta' proġett, din tapplika għall-fondi, imbagħad aħna bħala Ministeru nagħmlu l-evalwazzjoni tagħna u jekk jidher li dak il-proġett jimmerita li jingħata l-għajnuna, aħna ngħinuh finanzjarjament.", "Apparti minn hekk għandna numru ta' management agreements ma' diversi ENGOs li qed jiġġestixxu numru ta' siti.", "L-idea hi li nkomplu nsaħħu l-poter tal-NGOs billi bil-mod il-mod, meta niġu biex indaħħlu l-konċett ta' qorti ambjentali, indaħħlu wkoll il-konċett tal-actio popularis u b'ċerta kawtela u f'ċerti istanzi lill-ENGOs nagħtuhom ukoll id-dritt li jekk dawn jaraw li hemm xi illegalitajiet, jieħdu l-każ quddiem il-qrati tagħna.", "L-idea hi li nkattru u nsaħħu l-partnership li aħna għandna ma' dawn l-ENGOs.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, il-Plant Health Directorate qed jagħmel reklami fejn qed jappella lil min ikun se jimporta jew idaħħal f'Malta xi prodotti tal-ħaxix u tal-frott mill-Italja u minn Sqallija biex jirreġistra dak li jkun se jimporta.", "Allura l-Ministru possibbli ma jinteressahx u ma jiċċekkjax biex jara li jekk kemm-il darba jkun qed jidħol xi frott jew ħaxix minn Sqallija, dan jiġi rreġistrat?", "Qed nistaqsi dan għax l-impressjoni li qed jagħti l-Ministru mit-tweġibiet tiegħu hi li għandna nserrħu moħħna li kulma qed jiddaħħal Malta huwa reġistrat.", "Il-Ministru huwa interessat li jara li l-Ministeru tiegħu jikkonforma mal-liġi f'dan ir-rigward?", "U ġaladarba huwa responsabbli milli jagħmel sorveljanza tal-prodotti li jkunu qed jiġu importati f'pajjiżna, il-Ministru qiegħed jagħmilha din is-sorveljanza jew le?", "JOSÈ HERRERA: L-ewwel nett meta inti tkun qed topera qafas regolatorju trid tmexxi bl-aħjar practice u trid tmexxi wkoll fit-termini u fl-ispazju li jagħtik il-qafas leġiżlattiv Ewropew.", "Pereżempju, jien ma nistax naqbad, inwaqqaf kull trakk li jidħol hawn Malta minn Sqallija u nieħu sampling tal-prodotti li dan ikun fih jew inkella nissekwestralu l-prodott li jkun qed iġorr għax inkella nkun qed immur kontra l-prassi tal-free trade li hemm bejn il-pajjiżi Ewropej, u nista' nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-maġġoranza assoluta ta' dawn it-tip ta' prodotti jiġu mill-Unjoni Ewropea.", "Issa jekk din hijiex il-prassi ideali jew le, dik hija xi ħaġa li tista' tiġi dibattuta.", "L-Onor.", "Interpellant qed jassumi li mhuwiex qed isir sampling.", "Fil-fatt jekk l-Onor.", "Interpellant jistaqsini jsirx sampling, darb'oħra jien nista' niġi hawn flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri u nindikawlek l-istanzi ta' meta sar sampling.", "Sampling jista' jsir imma jien ma nistax inwaqqaf kull container li jidħol f'Malta!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Helena Dalli.", "TQEGĦID TA' KARTI", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ispiża f'salarji tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, inklużi arretrati, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8144.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 430 tal2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti kontra Money Laundering u Finanzjar ta' Terroriżmu;", "Tagħrif dwar sejħiet għall-offerti permezz tal-Accelerated Open Procedure ppubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'isem l-awtoritajiet kontraenti li l-valur tagħhom ma kienx jaqbeż l-€144,000, minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8150.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 427 tal2018 – Ordni tal-2018 għat-Twaqqif tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta;", "Avviż Legali Nru 429 tal2018 – Appliances Burning Gaseous Fuels Regulations, 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd, il-grad, il-korsijiet li qed jiġu segwiti u kemm ilhom maċ-Ċivil il-ħaddiema fil-Ministeru għal Għawdex li kienu fuq xogħol ta' restawr, minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8149.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Addendum datat Ottubru 2018 għar-rapport annwali li l-Awtorità għall-Ippjanar kienet issottomettiet f'Settembru 2017 fir-rigward ta' Siti Nominati biex jiġu dikjarati bħala Dominju Pubbliku (Public Domain) skont Amenda Nru 3 tal-2016 għall-Kodiċi Ċivili.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Kumitati Permanenti u nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, bħala President tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, nippreżenta l-Minuti konfermati tal-laqgħat minn Nru 3 sa Nru 7 tal-istess Kumitat li nżammu bejn is-6 ta' Marzu u t-2 ta' Ottubru 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li l-Grupp ta' Ħidma fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Diċembru 2018, fejn ġew ikkonsidrati l-erba' proposti leġiżlattivi indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u rriżulta li kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità:", "Il-Kumitat għamel skrutinju u għadda wkoll 18-il proposta leġiżlattiva u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea:", "Fl-aħħar nett nippreżenta l-Minuti kkonfermati tal-laqgħat minn Nru 6 sa Nru 9 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej li nżammu bejn it-22 ta' Marzu u s-6 ta' Novembru 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Sur President, nippreżenta l-Minuti kkonfermati tal-laqgħat minn Nru 1 sa Nru 15 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali li nżammu bejn id-9 ta' Awwissu 2017 u t-28 ta' Novembru 2018, u nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali (Tas-Samaritan it-Tajjeb) - Abbozz Nru 47 - datat Novembru 2018, maħruġ mill-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nippreżenta l-Minuti kkonfermati tal-laqgħat minn Nru 40 sa Nru 44 tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi li nżammu bejn it-23 ta' Ottubru u t-3 ta' Novembru 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nippreżenta l-Minuti kkonfermati tal-laqgħat minn Nru 8 sa Nru 10 tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt li nżammu bejn it-2 ta' Lulju u l-5 ta' Novembru 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex titressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "IL-KUMITAT GĦALL-ISTANDARDS", "FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Illi l-Kamra tad-Deputati,", "wara li rat Artikolu 26 (1) tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika li jaħtar il-Kumitat Permanenti għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika:", "taħtar bħala Chairman ta' dan il-Kumitat lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati,", "bħala Membri nominati mill-Prim Ministru taħtar lil:", "L-Onor.", "L-Onor.", "u bħala Membri nominati mill-Kap tal-Oppożizzjoni taħtar lil:", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "LIĠIJIET KRIMINALI DWAR", "IT-TERRORIŻMU", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 u l-Att dwar Vittmi tal-Kriminalità, Kap. 539, sabiex jittrasponi d-Direttiva 2017/541/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (RILOKAZZJONI TA' UFFIĊĊJI U NOTIFIKA B'MEZZI ELETTRONIĊI)", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi Ċivili, Kap. 16 u l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, Kap. 56, sabiex jipprovdi għall-possibbiltà ta' rilokazzjoni tal-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku f'Malta u Għawdex\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'Mezzi Elettroniċi) ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2) ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "L-ISPEAKER: Se ngħaddi għall-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497, biex jafferma l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika bħala strument għall-ġid komuni, biex jipprovdi għall-applikazzjonji ta' dawk il-valuri fis-settur pubbliku kollu, biex jipprovdi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tiegħu, u biex jaħseb għal materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn jew li huma anċillari għalihom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Din id-Division se tittieħed issa stess skont ftehim milħuq.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MOZZJONI 179 TAL-OPPOŻIZZJONI", "SABIEX JINĦATAR BORD TA'", "INKJESTA DWAR L-ASSASSINJU", "TAL-ĠURNALISTA DAPHNE", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, qabel ma nieħdu l-vot fuq din il-Mozzjoni nixtieq nagħmel kjarifika dwar il-pożizzjoni tal-vot min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Kif taf din il-Kamra, il-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni ressaq Mozzjoni għal inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għaliex aħna ħassejna li din kienet materja urġenti li l-Prim Ministru kien qed jirrifjuta li jieħu azzjoni dwarha.", "Issa l-emenda li ressqet l-Onor.", "Marlene Farrugia tneħħi għalkollox dawn iż-żewġ punti importanti mill-Mozzjoni tagħna, u ċjoè t-talba għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija u li l-Prim Ministru jiġi ordnat minn din il-Kamra stess biex jaħtar Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kif spjegat fl-imsemmija Mozzjoni tagħna.", "Għalhekk f'dawn iċ-ċirkostanzi aħna l-Membri eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista ma nistgħux nivvotaw favur l-emenda kif imressqa mill-Onor.", "Madanakollu rrid nagħmilha ċara f'isem l-Oppożizzjoni li aħna ma nsibu l-ebda diffikultà li l-emenda kif imressqa mill-Onor.", "Marlene Farrugia tiġi ppreżentata bħala Private Members Bill sabiex din tiġi diskussa f'seduta allokata għall-Oppożizzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jekk jogħġbok agħmel l-intervent tiegħek fil-qosor ħalli mmorru għall-vot.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, din il-Mozzjoni kienet opportunità biex nirrikonċiljaw il-bżonn li jinħass fil-pajjiż li inkjesti li jittrattaw dawn it-tip ta' delitti jkunu 'l bogħod mis-swaba' ta' kull gvern, hu min hu, u jkunu indipendenti mill-mod kif dak il-gvern, ikun min ikun, jittratta dawn il-kwestjonijiet.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi. il-mistoqsija hija l-emenda \"A\" mressqa fis-Seduta 178 tas-6 ta' Diċembru 2018 mill-Onor.", "Marlene Farrugia għall-Mozzjoni Nru 179 dwar ħatra ta' Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "L-ISPEAKER: Din id-division se tittieħed issa stess skont ftehim milħuq.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda \"A\" m'għaddietx.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" imressqa fis-Seduta 178 tas-6 ta' Diċembru 2018 mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici għall-Mozzjoni Nru 179 dwar ħatra ta' Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "L-ISPEAKER: Din id-division se tittieħed issa stess skont ftehim milħuq.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda \"B\" għaddiet.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni dwar ħatra ta' Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kif emendata.", "Il-mozzjoni, kif emendata, għaddiet.", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "VOTAZZJONIJIET", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "(Ikompli mis-7 ta' Novembru, 2018)", "VOTI TAL-MINISTERU GĦALL", "ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-voti tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li d-diskussjoni dwarhom saret fil-31 ta' Ottubru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda proposta għall-Vot 32 - Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, imressqa mill-Onor.", "Robert Cutajar fis-Seduta Nru 151 tal-31 ta' Ottubru 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din id-division se tittieħed issa stess skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 32 - MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €74,622,323 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 32 – Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 32 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 33 – ĠUDIZZJARJU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €13,367,312 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 33 – Ġudizzjarju, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 33 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €50,702,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 34 – Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 34 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT XII – MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €23,798,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XII – Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din id-division se tittieħed issa stess skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XII għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU", "GĦALL-FINANZI", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu għall-voti tal-Ministeru għall-Finanzi li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta tal-31 ta' Ottubru 2018.", "Il-mistoqsija hi l-emenda proposta għall-Vot 18 - Ministeru għall-Finanzi, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din id-division se tittieħed issa stess skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 18 – MINISTERU GĦALL-FINANZI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €177,093,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 18 – Ministeru għall-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Din id-division se tittieħed issa stess skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 18 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,719,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 19 – Politika Ekonomika, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 19 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sinjura President, se nressaq din l-emenda:", "VOT 20 – TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €25,854,000 kif indikata fir-Riżoluzzjoni mressqa għal Vot 20 – Teżor, u kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019, tiġi taqra €25,504,000.", "IĊ-CHAIRPERSON: Min jissekonda?", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sinjura President, din l-emenda hija meħtieġa sabiex jiġu allokati fondi lill-Uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika, liema allokazzjoni issa se tiġi tidher fid-dokument Financial Estimates Final.", "Din l-allokazzjoni ma setgħetx tiddaħħal fid-Draft Financial Estimates li ġew ippreżentati mal-Baġit tat-22 ta' Ottubru peress li l-ħatra ta' kummissarju kienet ġiet approvata mill-Kamra b'mod unanimu aktar tard fl-istess xahar, liema approvazzjoni issa wittiet it-triq biex il-Kummissarju ngħata l-ġurament tal-ħatra fit-12 ta' Novembru, 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Il-mistoqsija hijal-emenda kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "L-emenda għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 20 – TEŻOR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €25,504,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 20 – Teżor, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 20, kif emendata, għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €16,199,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 22 – Kummissarju tat-Taxxi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 22 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €12,178,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 – Dwana, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 23 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,857,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 – Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 24 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT IX – MINISTERU GĦALL-FINANZI – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €43,326,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IX – Ministeru għall-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Division.", "Din id-division se tittieħed issa stess skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IX għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU", "GĦALL-EKONOMIJA,", "L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI", "Ż-ŻGĦAR", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 153 tal-31 ta' Ottubru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 11 – Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 11 – MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €20,911,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 11 – Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 11 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 12 – KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,796,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 12 – Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 12 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT V – MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €36,445,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot V – Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot V għaddiet.", "VOTI TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 154 tal-1 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 5 – Uffiċċju tal-Prim Ministru, imressqa mill-Onor.", "Kristy Debono fis-Seduta Nru 154 tal-1 ta' Novembru, 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 5 – UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €62,497,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 5 – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 5 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 1 – UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €5,308,182 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 1 – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 1 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,367,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 6 – Informazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 6 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 7 – STAMPERIJA TAL-GVERN", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,541,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 7 – Stamperija tal-Gvern, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 7 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 8 – UFFIĊĊJU ELETTORALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €7,255,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 8 – Uffiċċju Elettorali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 8 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 9 – KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €611,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 9 – Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 9 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT I – UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT –", "KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €675,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, nitlob li t-talba għal din il-votazzjoni tiġi rtirata.", "IĊ-CHAIRPERSON: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: M'għandniex oġġezzjoni.", "IĊ-CHAIRPERSON: Grazzi.", "Se nerġa' nqiegħed il-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi:", "VOT I – UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT –", "KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €675,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot I – Uffiċċju tal-President, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot I għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT III – UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €45,838,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot III – Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot III għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU", "GĦAT-TURIŻMU", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għat-Turiżmu li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 155 tal-1 ta' Novembru 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 25 – Ministeru għat-Turiżmu, imressqa mill-Onor.", "Robert Arrigo fis-Seduta Nru 155 tal-1 ta' Novembru, 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 25 – MINISTERU GĦAT-TURIŻMU", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €110,164,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 – Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 25 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT X – MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €28,160,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot X – Ministeru għat-Turiżmu, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot X għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 156 tat-2 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 26 – Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, imressqa mill-Onor.", "Beppe Fenech Adami fis-Seduta Nru 156 tat-2 ta' Novembru 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 26 – MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €15,130,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 – Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 26 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €56,204,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 – Forzi Armati ta' Malta, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 27 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €69,349,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 – Pulizija, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 28 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €14,409,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 – Servizzi Korrettivi, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 29 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,264,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 30 – Probation u Parole, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 30 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 31 – PROTEZZJONI ĊIVILI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €6,624,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 31 – Protezzjoni Ċivili, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 31 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT XI – MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €37,064,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XI – Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XI għaddiet.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U", "L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 157 tat-2 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 15 – Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 15 – MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €89,310,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 15 – Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 15 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT VII – MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €34,390,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VII – Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot VII għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU", "GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U", "PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 158 tat-2 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 37 – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 37 – MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €34,875,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 37 – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 37 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIV – MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €2,780,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIV – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XIV għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 159 tal-5 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 13 – Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, imressqa mill-Onor.", "Clyde Puli fis-Seduta Nru 159 tal-5 ta' Novembru, 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 13 – MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €307,689,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 13 – Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 13 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €282,947,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 14 - Edukazzjoni, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 14 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT VI – MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €84,335,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VI – Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot VI għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Minħabba ħsara teknika li nqalgħet, il-Kumitat qed jiġi sospiż.", "Fis-6.09 p.m. il-Kumitat ġie sospiż minħabba ħsara teknika u rriżuma fis-6.19 p.m..", "VOTI TAL-MINISTERU", "GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U", "L-UGWALJANZA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Sedutra Nru 160 tal-5 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 16 – Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 16 – MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €23,779,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 16 – Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 16 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 17 – RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TAL-IMPJIEG", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €1,529,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 17 – Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 17 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT VIII – MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €62,397,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot VIII – Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot VIII għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU", "GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP", "SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 160 tal-5 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 35 – Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 35 – MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €85,942,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 35 – Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 35 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €15,398,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 36 – Ambjent Malta, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 36 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT XIII – MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €66,460,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XIII – Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XIII għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għas-Saħħa li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 162 tas-6 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 10 – Ministeru għas-Saħħa, imressqa mill-Onor.", "Stephen Spiteri fis-Seduta Nru 162 tas-6 ta' Novembru, 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 10 – MINISTERU GĦAS-SAĦĦA", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €637,002,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 10 – Ministeru għas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 10 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT IV – MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €48,806,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV – Ministeru għas-Saħħa, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IV għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 163 tas-6 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 38 – Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, imressqa mill-Onor.", "Toni Bezzina.", "IĊ-CHAIRPERSON: Qed tintalab division.", "Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 38 – MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €93,569,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 38 – Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 38 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT XV – MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €121,485,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XV – Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XV għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddi issa biex inqiegħed il-mistoqsija fuq il-voti tal-Ministeru għal Għawdex li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 164 tas-7 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 39 – Ministeru għal Għawdex, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 39 – MINISTERU GĦAL GĦAWDEX", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €43,959,137 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 39 – Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 39 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT XVI – MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €12,796,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XVI – Ministeru għal Għawdex, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XVI għaddiet.", "VOTI TAL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI", "IĊ-CHAIRPERSON: Ngħaddu issa għall-voti tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali li d-diskussjoni dwarhom saret fis-Seduta Nru 165 tas-7 ta' Novembru, 2018.", "Il-mistoqsija hija l-emenda għall-Vot 40 – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, imressqa mill-Onor.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 40 – MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ", "SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €95,790,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 40 – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 40 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 41 – POLITIKA SOĊJALI", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €352,711,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 41 – Politika Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 41 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 43 – PENSJONIJIET", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €2,364,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 43 – Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 43 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT 44 – ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €144,276,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 44 – Anzjani u Kura fil-Komunità, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 44 għaddiet.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi:", "VOT XVII – MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – KAPITAL", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn €22,763,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot XVII – Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kif dettaljata fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2019.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot XVII għaddiet.", "Fis-6.55 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapportat li r-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 1, 5, 6, 7, 8, 9 u I u III tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 10 u IV tal-Ministeru għas-Saħħa; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 11, 12 u V tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 13, 14 u VI tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 15 u VII tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 16, 17 u VIII tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 18, 19, 20, 22, 23, 24 u IX tal-Ministeru għall-Finanzi; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 25 u X tal-Ministeru għat-Turiżmu; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 26, 27, 28, 29, 30, 31 u XI tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 32, 33, 34 u XII tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 35, 36 u XIII tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 37 u XIV tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 38 u XV tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali; ir-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 39 u XVI tal-Ministeru għal Għawdex u r-Riżoluzzjonijiet taħt il-Voti 40, 41, 43, 44 u XVII tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ġew approvati mill-Kumitat ta' Provvista.", "ESTIMI ĠENERALI 2019", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA", "L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT", "U LI JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI", "DWAR L-APPROPRJAZZJONI –", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Finanzi.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn tliet biljuni, sitt mija u tletin miljun, tliet mija disgħa u għoxrin elf u disa' mija u erbgħa u ħamsin euro (€3,630,329,954) li tirrappreżenta l-ammont kollu tar-Riżoluzzjonijiet approvati mill-Kumitat ta' Provvista, kif dettaljati fl-Abbozz tal-Estimi Ġenerali 2019 taħt il-Voti 1, 5 sa 20, 22 sa 41, 43, 44 u I, III sa XVII tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat; u", "Illi l-Ministru għall-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni li tawtorizza l-għoti mill-Fond Konsolidat u li jitressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni skont l-Ordni Permanenti Nru 82, kif imressqa mill-Ministru għall-Finanzi.", "L-ISPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2019 tqies li nqara l-Ewwel Darba skont l-Ordni Permanenti Nru 82.", "Kopja ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kienet tqassmet lill-Onor.", "Membri waqt is-seduta tal-11 ta' Diċembru 2018.", "L-ISPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-Kamra tgħaddi għax-xogħol li baqa' dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2019.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-APPROPRJAZZJONI (2019)", "L-ISPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni skont l-Ordni Permanenti Nru 82 u aktar minn stadju wieħed jista' jittieħed fl-istess seduta, bis-saħħa tal-Mozzjoni Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "Il-Ministru għall-Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tliet biljuni, sitt mija u tletin miljun, tliet mija disgħa u għoxrin elf u disa' mija u erbgħa u ħamsin Euro (€3,630,329,954) għas-servizz tas-sena finanzjarja 2019\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (2019).", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "Klawsola 2 u l-Iskeda, Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "EDWARD SCICLUNA: Nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija u jagħmel ir-rinumerazzjoni li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija u jagħmel ir-rinumerazzjoni li jista' jkun hemm bżonn.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapportat l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (2019) mgħoddi mingħajr emendi.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna, jekk jogħġbu, iressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-Approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn tliet biljuni, sitt mija u tletin miljun, tliet mija disgħa u għoxrin elf, disa' mija u erbgħa u ħamsin Euro (€3,630,329,954) għas-servizz tas-sena finanzjarja 2019\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 2019 ikun moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR", "GĦALL-KONSIDERAZZJONI", "TAL-ESTIMI SUPPLIMENTARI", "GĦAS-SENA 2018", "L-ISPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, il-Kamra issa tgħaddi għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Supplimentari għas-sena 2018 fl-istadji kollha tagħhom.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "Il-President tirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u sitta u tmenin miljun Euro (€486,000,000) għas-servizz tas-sena finanzjarja 2018 kif dettaljati fl-Iskedi hawn mehmuża.", "Il-President tirrakkomanda wkoll l-Att ta' Approprjazzjoni meħtieġ.", "11 ta' Diċembru 2018", "Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni tal-Estimi Supplimentari għas-sena 2018, kif dettaljati fl-Iskeda mehmuża.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Finanzi.", "Il-mozzjoni għaddiet.", "Kopja tal-Iskedi msemmijin fil-Mozzjoni kienet diġà tqassmet lill-Onorevoli Membri waqt is-seduta tal-11 ta' Diċembru 2018.", "SUPPLIMENTARI GĦAS-SENA 2018", "(RIŻOLUZZJONI DWAR L-ISKEDI)", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sinjura President, inressaq din ir-Riżoluzzjoni:", "Illi somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u sitta u tmenin miljun Euro (€486,000,000) għas-servizz tas-sena finanzjarja 2018 addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljati fl-Iskedi annessi għas-sena finanzjarja 2018.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru għall-Finanzi.", "IĊ-CHAIRPERSON: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet.", "Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapportat ir-Riżoluzzjoni mgħoddija mill-Kumitat.", "RIŻOLUZZJONI LI TAWTORIZZA", "L-GĦOTI MILL-FOND KONSOLIDAT", "U LI JITRESSAQ L-ABBOZZ TA' LIĠI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "Illi s-somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u sitta u tmenin miljun Euro (€486,000,000) addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi mogħtija għan-nefqa mill-Fond Konsolidat taħt il-Voti speċifikati fl-Iskedi approvati mill-Kumitat ta' Provvista; u", "Illi l-Ministru għall-Finanzi jressaq l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2018).", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija r-Riżoluzzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Finanzi.", "L-ISPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Ir-Riżoluzzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi tqies li nqara l-Ewwel Darba skont l-Ordni Permanenti Nru 82.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IT-TIENI", "L-ISPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni u aktar minn stadju wieħed jista' jittieħed fl-istess seduta bis-saħħa tal-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u sitta u tmenin miljun Euro għas-servizz tas-sena finanzjarja 2018\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2018) ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2018) ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg, President tal-Kumitat, tippresiedi.", "Klawsola 2 u l-Ewwel Skeda, Klawsola 3 u t-Tieni Skeda, Klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "EDWARD SCICLUNA: Sinjura President, nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "IĊ-CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-7.11 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapportat l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2018).", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: Skont il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 181 tas-17 ta' Ottubru 2018, din id-division se tittieħed issa stess.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "Skont ftehim milħuq, il-Kamra għaddiet għall-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Carmelo Abela, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019, fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "Sur President, peress li din hija l-aħħar seduta tas-sena 2018, f'isem il-Gvern, u persważ li anke f'isem in-naħa tal-Oppożizzjoni, nixtieq nirringrazzja lilek, għad-direzzjoni u għall-mod li bih tmexxi lil din il-Kamra; lid-Deputy Speaker li meta ma tkunx preżenti inti tkun qiegħda tippresiedi din il-Kamra hi, u lill-istaff kollu tal-Parlament, hu x'inhu x-xogħol tagħhom, immexxijin b'mod tant tajjeb mill-Iskrivan tal-Kamra.", "Element importanti huwa s-sigurtà ta' din il-Kamra u allura nixtieq nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija li jaraw li l-Membri Parlamentari kollha jkunu mħarsa bl-aħjar mod possibbli.", "Jien wieħed mill-Membri li forsi ma tantx inkun f'din il-Kamra għal raġunijiet ta' xogħol barra minn Malta però rrid ngħid li huwa importanti ħafna li nżommu dejjem f'moħħna li f'din il-Kamra għandu jkollna interess wieħed komuni, ċjoè l-interess nazzjonali.", "L-interess nazzjonali f'din il-Kamra rriżu nżommuh quddiem għajnejna dejjem u l-ħin kollu.", "Li jkollna opinjonijiet differenti hija xi ħaġa importanti u b'saħħitha f'demokrazija li tkun qed taħdem.", "Jien ma nista' qatt nikkundanna lil xi ħadd li jkollu opinjoni differenti minn tiegħi, però tkun xi tkun l-opinjoni tagħna jew il-pożizzjoni li nieħdu dwar xi liġi jew oħra, huwa importanti ħafna li nżommu dejjem quddiem għajnejna l-interess nazzjonali.", "Dan għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Huwa importanti wkoll li dak li nkunu qegħdin nagħmlu, nagħmluh għax verament nemmnu fih u għax verament nemmnu li hemm bżonn ikun hemm ideat u konfrontazzjoni tal-ideat u xejn aktar.", "Naħseb li f'demokrazija b'saħħitha, kif għandna f'dan il-pajjiż, din hija xi ħaġa importanti li għandna ngħożżuha u nibżgħu għaliha u sta għalina d-Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra li nagħmlu dan.", "Sur President, jien inħares 'il quddiem għal sena ġdida u nittama li nkunu nistgħu nqattgħu aktar ħin mal-familjari tagħna, li huma l-aktar nies li jissapportjawna u li jissaportuna għax ħafna drabi nkunu assenti.", "Sfortunatament hawn persuni li forsi ma jistgħux jagħmlu dan u allura lil dawn il-persuni għandna nibqgħu nżommuhom quddiem għajnejna.", "Bħal dejjem, nittamaw li s-sena l-ġdida tkun dejjem aħjar mis-sena li tkun se tintemm.", "Naturalment il-ħidma tal-Gvern dejjem tibqa' għaddejja però l-ħidma parlamentari se tieqaf għal perjodu qasir sal-14 ta' Jannar.", "Għaldaqstant inħares 'il quddiem biex meta nirreżumu l-ħidma tagħna fis-sena 2019, inkomplu naħdmu għall-ġid ta' pajjiżna.", "Grazzi u nawgura l-festi t-tajba lil kulħadd.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, nissekonda dak kollu li qal il-kollega tiegħi u bħalu nirringrazzja lilek, lid-Deputy Speaker, lill-istaff tal-Parlament u lill-Pulizija.", "Kemm jien kif ukoll il-Ministru Abela konna Whips u għaldaqstant inżid nirringrazzja wkoll lill-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra, l-Onor.", "Byron Camilleri u l-Onor.", "Robert Cutajar, għax-xogħol li qegħdin jagħmlu.", "Nixtieq nagħmel kelmtejn f'isem l-Oppożizzjoni u f'isem il-Membri tal-Partit Demokratiku, l-Onor.", "Marlene Farrugia, u nawgura xewqat sbieħ lil kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra kif ukoll lill-familji tagħna.", "F'dan iż-żmien ta' festi ma jistax jonqos li nipprovaw inqattgħu ħafna aktar ħin mal-familja però ċertament li l-bidla fil-ħinijiet tal-Parlament għenet ukoll biex inkunu naqra aktar mal-familji tagħna.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-midja.", "Kultant naħseb li lill-membri tal-midja nagħtuhom naqra xogħol mhux ħażin x'jagħmlu għaliex dawn minbarra li jirrapportaw dak li jkun qiegħed jiġri f'din il-Kamra, jirrapportaw ukoll dwar il-laqgħat tal-Kumitati Parlamentari.", "Illum kif tgħid xi ħaġa fil-Parlament tiġi rrapportata mill-ewwel fuq il-midja soċjali u anke fuq il-midja onlajn.", "Għaldaqstant nirringrazzja lill-ġurnalisti u lill-media houses għax-xogħol tajjeb li qegħdin jagħmlu, anke għaliex mingħajrhom aħna ma nkunux nistgħu nwasslu l-messaġġ tagħna.", "Sur President, inħares 'il quddiem biex flimkien miegħek, mal-istaff u mal-kollegi kollha s-sena 2019 tkun sena mimlija xogħol bħalma naħseb kienet din is-sena.", "Min-naħa tagħna żgur li se jibqgħu għaddejjin il-mistoqsijiet parlamentari, żgur li se nibqgħu naraw li dan il-Parlament ikun aktar effiċjenti, anke fil-ħidma tiegħu, u żgur li se nibqgħu nikkoperaw għaliex ovvjament irridu naraw li dan il-pajjiż jibqa' miexi 'l quddiem.", "Aktar minn hekk, irridu naraw li jkollna relazzjoni tajba bejnietna u li nattakkaw l-ideat imma qatt lill-persuni.", "Dan huwa l-messaġġ li nixtieq inwassal.", "Tajjeb li nħabbtu l-ideat, tajjeb li ma naqblux u nipproponu affarijiet differenti minn xulxin, imma qatt m'għandna ninżlu fil-livell personali u nattakkaw il-persuna personalment.", "Għaldaqstant naħseb li fis-sena 2019, bid-diskorsi tagħna u bil-mod kif inġibu ruħna f'din il-Kamra, għandna nkunu ta' eżempju għall-poplu Malti u Għawdxi.", "F'isem l-Oppożizzjoni nawgura Milied ħieni u s-sena t-tajba lill-poplu Malti u Għawdxi.", "L-ISPEAKER: Jien ningħaqad mal-ħsebijiet li għaddew il-Ministru Carmelo Abela u l-Onor.", "Jien inħossni grat ħafna għax-xogħol li jsir hawnhekk.", "Anzi ngħid li hawnhekk nagħmlu l-mirakli mhux xogħol biss!", "Hawnhekk bl-istaff li jaħdem bla heda jsiru l-mirakli.", "Hawnhekk qisna familja waħda u x-xogħol tant isir b'mod magħqud li joħroġ xogħol tajjeb ħafna u ta' dan nirringrazzja lill-istaff kollu.", "Nirringrazzja wkoll lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li jagħmlu xogħol importanti mhux biss waqt is-seduti tal-Parlament imma anke meta ma jkunx hawn seduti.", "Dawn jieħdu ħsieb jipproteġu l-binja tal-Parlament u l-periferija l-ħin kollu.", "Naċċertakom li jkun hemm ħafna affarijiet li ma jkunux fil-pubbliku u li jsiru ħafna investigazzjonijiet biex nipproteġu l-binja u nipprevjenu r-reati.", "Kif qal tant tajjeb l-Onor.", "Agius jeħtieġ li nifhmu aktar lil xulxin u ma nattakkawx il-persuna.", "Jeħtieġ li l-istampa wkoll tifhmu dan u tifhem aktar ix-xogħol tal-Parlament għax ġieli jkun hemm okkażjonijiet fejn ma tifhimx eżattament xi jsir fil-Parlament, anzi ġieli jsiru kummenti li kważi ma jagħmlux sens.", "Nirringrazzjahom għax-xogħol li jagħmlu imma fl-istess ħin ikun tajjeb li jifhmu aħjar dak li qed isir.", "Nawgura Milied ħieni u sena tajba lil kulħadd.", "F'dan il-perjodu tal-Milied huwa importanti li ningħaqdu mal-familji tagħna u mal-maħbubin tagħna.", "Jalla s-sena d-dieħla tkun aħjar minn din is-sena, anke fil-komportament ta' kull wieħed u waħda minna.", "Nirringrazzjakom.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għat-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019, fis-6.00 p.m. b'aġenda li tiġi komunikata aktar 'il quddiem.", "Fis-7.22 p.m. ilKamra aġġornat skont ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET", "ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UŻU TA' PESTIĊIDI – KORSIJIET LILL-BDIEWA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka kemm ingħataw korsijiet lill-bdiewa dwar l-użu ta' pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa tali korsijiet ma jingħatawx mill-Gvern imma mill-privat, min-nies kompetenti u ċċertifikati mill-MCCAA.", "PRODOTTI FIS-SUQ – RESIDWI TA' PESTIĊIDI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka kemm ġew imsejħa lura minn fuq is-suq, prodotti primarji alimentari li kienu kkontaminati minn residwi ta' pestiċidi matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b'sena u kif ukoll jelenka x'kienu l-prodotti u minn liema tipi ta' residwi ta' pestidiċi kienu kkontaminati?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 ta' Novembru 2018.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħti mis-sena 2013 sal-1 ta' Diċembru 2018.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - TRASFERIMENTI/ PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti fil-bank li qed jirreferi għalih.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTURTTURA U PROĠETTI KAPITALI - TRASFERIMENTI/", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7871, skont ma jien informat mir-records tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum, l-uniċi pagamenti li saru lill-bank imsemmi saru fir-rigward ta' spezzjonijiet li ngħataw lit-Taqsima Marittima u qed jidhru hawn taħt:", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari?", "Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti mill-Ministeru għal Għawdex u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-Bank imsemmi f'dil-mistoqsija parlamentari.", "OHSA – SPIŻA RIKORRENTI F'SALARJI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "Kemm hi l-ispiża rikorrenti f'salarji għall-2018?", "Kemm minn din l-ispiża huma arretrati li jridu jitħallsu skont il-collective agreement?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sal-aħħar ta' Novembru 2018, l-Awtorità kellha staff ta' 29 impjegat imħallsa direttament minnha.", "Dan l-ammont ma jinkludix tliet persuni assenjati mill-ERL u ieħor mill-RSL u lanqas żewġ persons of trust tal-Uffiċċju taċ-Chairperson.", "Il-lista tal-ispiża rikorrenti f'salarji għall-2018 skont il-Management Accounts ta' Ottubru 2018 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid jekk u meta l-collective agreement tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ġie ffirmat?", "HELENA DALLI: Jien informata li l-ftehim kollettiv ġie ffirmat fis-16 ta' Ottubru, 2018.", "OHSA – REKLUTAĠĠ TA' ĦADDIEMA ĠODDA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid meta sar l-aħħar reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "Hemm sejħiet miftuħa f'dan ir-rigward?", "Hemm ħsieb li l-OHSA timpjega ħaddiema ġodda biex jiżdied in-numru ta' ħaddiema li tant għandha bżonn din l-Awtorità importanti f'pajjiżna?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) sar fi tmiem l-2016.", "Fl-2017 l-Awtorità rnexxielha tingaġġa s-servizzi ta' Inġinier fuq l-Elettriku, Environment & Safety Management Coordinator u Assistent Prinċipal fil-grad klerikali.", "Dawn it-tliet ħaddiema tal-Eks Enemalta ġew sekondati mill-Energy Resources Ltd (ERL).", "M'hemm ebda sejħa miftuħa iżda l-Awtorità għadha kif ħejjiet l-abbozz finali ta' Pjan Strateġiku għar-Riżorsi Umani mifrux fuq tliet snin, liema dokument jinsab quddiem il-Bord għad-diskussjoni.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm flus allokati għat-taħriġ tal-ħaddiema tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?", "Huwa minnu li l-ammont allokat huwa ta' €1,000 fis-sena li fil-fatt ifisser €29 kull impjegat?", "HELENA DALLI: Jien informata li l-€1,000 msemmija ma jinkludux il-fond għall-Continuing Professional Development għall-impjegati tal-OHSA li ġie miftiehem lejn tmiem din is-sena u li permezz tiegħu hemm allokat fond sa €6,000 fis-sena għal dawk il-ħaddiema li jagħżlu li jkomplu jistudjaw f'oqsma relatati max-xogħol tagħhom.", "Iċ-ċifra tal-€1,000 ma tinkludix lanqas opportunitajiet għal taħriġ intern li jingħata b'mod regolari fuq temi varji fosthom proċeduri ta' inforzar, taħriġ legali, temi tekniċi, ħiliet klerikali u amministrattivi kif ukoll taħrig li jingħata barra minn Malta, fosthom dak offrut taħt il-kappa tas-Senior Labour Inspectors Committee (SLIC), fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.", "L-OHSA hija attiva ħafna f'attivitajiet oħra tal-iSLIC foshom parteċipazzjoni regolari fi skambji ma' spettorati oħra Ewropej, u li fihom ħaddiema tal-OHSA jirċievu taħriġ barra minn Malta.", "Kien hemm okkażjonijiet ukoll li spettorati Ewropej bagħtu spetturi minn tagħhom f'Malta għal qsim ta' esperjenzi u taħriġ hawn Malta mal-ispetturi tal-OHSA.", "L-OHSA tipparteċipa wkoll f'konferenzi organizzati f'pajjiżna minn entitajiet oħra.", "Numru ta' ħaddiema jipparteċipaw attivament f'konferenzi internazzjonali, f'working groups kif ukoll f'numru ta' laqgħat ta' expert groups varji fuq materji tekniċi.", "Minbarra dawn, l-OHSA tipparteċipa fil-pjattaforma tal-iSLIC magħrufa bħala KSS (Knowledge Sharing Site) u li biha l-ispetturi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol madwar l-Ewropa jaqsmu bejniethom informazzjoni fuq aspetti varji marbuta mal-infurzar tad-direttivi Ewropej kif ukoll l-isfidi li l-infurzar joffri lill-istess aġenziji.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' RESTAWR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta' restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?", "Tista' tgħid kemm ilu jaħdem maċ-Ċivil kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?", "Tista' tgħid ukoll x'korsijiet intbagħtu jagħmlu fir-restawr dawn il-ħaddiema sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2016 kien hemm tmien ħaddiema jagħmlu xogħol ta' restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex filwaqt li mis-sena 2017 sal-lum żdiedu magħhom 13-il ħaddiem taċ-Ċivil kif ukoll 17-il ħaddiem tal-Community Scheme.", "Għas-sena 2019 għad ma ġiex iffissat programm ta' taħriġ.", "L-informazzjoni mitluba dwar dawn il-ħaddiema hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' Accelerated Open Procedure sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "F'kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x' kienet ir-raġuni li ħarġu b'dan il-mod?", "Kemm kien il-valur ta' kull tender?", "Jista' jgħid taħt liema ministeru, entità, aġenzija jew awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward is-sejħiet għall-offerti ppubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti għan-nom ta' awtoritajiet kontraenti varji, fejn l-estimu tal-valur involut ikun daqs jew aktar minn €144,000 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Ta' min jinnota li t-terminu accelerated open procedure kien introdott permezz tal-avviż legali 352/2016 li daħal fis-seħħ fit-28 t'Ottubru 2016.", "Approvazzjoni sabiex tintuża din il-proċedura għal xiri pubbliku fejn l-estimu tal-valur involut ikun daqs jew aktar minn €144,000, tingħata mid-Direttur tal-Kuntratti hekk kif stipulat fis-sotto-regolament 116(3) tal-imsemmija Regolamenti għax-Xiri Pubbliku.", "TAQSIMA TAR-RESTAWR - PROĠETTI TA' RESTAWR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ta' restawr hemm ippjanati li jsiru mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr matul is-sena 2019?", "Tista' tgħid f'liema lokalitajiet jinsabu dawn is-siti li se jiġu restawrati u kemm hu maħsub li jiswa kull proġett?", "Interpellant li r-restawr li hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2019 huwa dak fil-Learning Hub f'Għajnsielem u fil-Fanal tal-Ġordan.", "Dan ix-xogħol qed isir bil-ħaddiema tal-Gvern.", "Flimkien ma' dan ix-xogħol hemm ukoll dak relatat mal-iskema tar-restawr li huma l-Monument ta' Mro Vincenzo Caruana fis-Sannat, l-istatwa tal-Madonna tar-Ramla, niċċa fi Triq Salvinu Gambin fl-Għasri, il-Village Cross Monument, fiż-Żebbuġ u n-niċċa tal-Madonna ta' Loretu fir-Rabat.", "Issa ħarġet ukoll it-tieni sejħa.", "Hemm ukoll ix-xogħol li qed isir ma' Wirt Għawdex li jkopri r-restawr tal-Barrakka fir-Rabat, Għawdex u restawr tax-shelters tal-gwerra li jinsabu fiċ-Ċittadella.", "Qed jiġi wkoll maqbul il-kumplament tal-programm ta' restawr għall-2019.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA - PROĠETTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru u x'kien il-valur tagħhom fi flus matul is-sena 2018 ġewwa Għawdex mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, x'tip ta' proġetti hemm ippjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex u x'inhu l-valur fi flus ta' kull wieħed minn dawn il-proġetti?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Ninsab informat li din l-informazzjoni qed tinġabar.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ħaddiem/ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' security guards ġewwa s-siti magħrufin bħala Tal-Ħofra u l-eks fabbrika tal-Ħalib fix-Xewkija Għawdex fejn bħalissa għaddej xogħol ta' kostruzzjoni b'fondi tal-Unjoni Ewropea?", "X'ħinijiet jaħdmu dawn is-securities?", "Ma' min huma impjegati?", "Kif intgħażlu biex jagħmlu dan ix-xogħol u fejn ħarġet is-sejħa?", "X'kienet tirrikjedi s-sejħa?", "Minn liema lokalità huma l-persuni magħżula?", "Kemm ilhom jagħmlu dan ix-xogħol f'dawn iż-żewġ siti fix-Xewkija Għawdex u min qed iħallas għal dawn il-ħaddiema?", "X'kienu r-raġunijiet għalfejn ġew imqabbda dawn is-securities?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor Interpellant li dawn iż-żewġ proġetti għadhom fi stadju ta' kostruzzjoni.", "Il-pussess tas-siti partikolari kif ukoll is-sigurtà u xogħlijiet pertinenti huma fir-responsabiltà tal-kuntratturi rispettivi u dan sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.", "Għaldaqstant l-MIP kif ukoll il-Ministeru ma jimpjegaw l-ebda ħaddiem/ħaddiema sabiex jagħmlu xogħol ta' security guards f'dan ir-rigward.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – SOCIAL ASSISTANTS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum, kemm ġew impjegati social assistants fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?", "Taħt liema Direttorat jifformaw parti kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?", "Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum, preċiżament bejn April u Mejju tal-2017, ġew impjegati sitt social assistants fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.", "Dawn jifformaw parti mid-Direttorat tal-Customer Services.", "AWTORITÀ TAL-MEDIĊINI – LIĊENZJI GĦAL KUMPANIJI GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7957 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta' dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f'artiklu 4 (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka, Kap. 578?", "F'kull każ jista' jgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-Malta Enterprise ħarġet għaxar letters of intent (LOIs).", "Il-pass li jmiss għal dawk li għandhom LOI huwa li japplikaw mal-Awtorità dwar il-Mediċini biex tinħareġ il-liċenzja wara li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti skont il-liġi.", "ASSET RECOVERY BUREAU - PROĊEDURI DWAR L-UŻU TA' ASSI LI JIĠU KKONFISKATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8069 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7964, jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha kkonfiskati mill-Istat b'rabta ma' reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi (Asset Recovery Bureau) għandu l-obbligu li fuq ordni tal-Qorti jħejji eżerċizzju sabiex jiġu identifikati u intraċċati l-assi tal-akkużat u wara li tingħata s-sentenza u tkun ordnata l-konfiska, l-istess uffiċċju jiddisponi minn dawn l-assi favur il-Gvern ta' Malta jiġifieri l-flejjes jiġu depożitati fil-Fond Konsolidat.", "Fuq livell nazzjonali l-Gvern jalloka diversi fondi u joħroġ diversi skemi ta' sapport finanzjarju lill-NGOs u fost dawn insibu dawk li jaħdmu fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga.", "DEĊIŻJONIJIET TAL-QORTI – IFFRIŻAR U KONFISKA TA' FLUS U OĠĠETTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8068 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7965, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' konfiska li semma fit-tweġiba u li m'għadhomx fis-seħħ (39 fl-2017) irriżultaw f'konfiska ta' assi u fiex kienu jikkonsistu dawn il-konfiski?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li mid-39 freezing order li nħargu fis-sena 2017, skont kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 7965, erbgħa m'għadhomx fis-seħħ.", "a. Fi tnejn minnhom, fejn l-akkużati kienu persuni ta' nazzjonalità barranija, għalkemm il-Qorti ordnat il-konfiska, fir-rapport tal-assi ma rriżultax li kien hemm assi x'jiġu kkonfiskati.", "b. Kien hemm ordni ta' konfiska oħra fejn l-ammont ta' €36,500 ġie kkonfiskat.", "c. Kien hemm ukoll freezing order waħda li ġiet ikkanċellata u konsegwentement konfiska ma ġietx ordnata.", "Mill-kumplament tal-freezing orders li huma 35, il-proċeduri għadhom pendenti u għaldaqstant għad m'hemmx konfiski ordnati.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8067 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau mill-1 ta' Jannar 2017 'il hawn maqsuma xahar b'xahar u jgħid x'użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Qorti ta' Malta", "L-Asset Recovery Bureau kkonfiskat ukoll vettura li għadha soġġetta għall-appell.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8087 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jew meta l-Port Ħieles se jinstalla x-shore to vessel supply tal-enerġija għal vapuri sabiex tibda tiġi mmitigata l-problema ta' ħsejjes enormi li qed ikunu ġġenerati minħabba l-ġeneraturi u li minħabba fihom ir-residenti ta' Birżebbuġa qed ibatu ħafna?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern u l-Ministeru għat-Turiżmu permezz tal-Malta Freeport Corporation u l-ERA b'mod kostanti baqa' jagħmel moniteraġġ fuq il-Malta Freeport Terminals.", "Saru studji u rapporti li minnhom ħareġ x'miżuri trid taddotta l-Malta Freeport Terminals sabiex tiġi mitigata din il-problema.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li:", "· tnaqqas il-ħoss tas-sistemi tal-alarms mal-krejnijiet li jimxu bir-roti (RTGs) skont l-istandard EN I20 7731;", "· ġiet installata s-sistema crane slow down feature s'issa f'65% tal-quay cranes biex ma jkunx hemm tiżbita finali meta l-container jitniżżel fuq it-trakk;", "· din is-sena nġiebu seba' krejnijiet RTG ġodda li għandhom sistema ta' white noise biex b'hekk jonqsu l-ħsejjes waqt li jkunu qed jgħabbu jew iħottu l-containers;", "· saru xogħlijiet fuq 107,000sqm ta' toroq fiż-żona tal-Freeport;", "· Għadu għaddej tibdil ta' uċuħ tat-toroq li kienet magħmula minn cobbled blocks u li issa qed jingħataw it-tarmak.", "Inbidlet ukoll art li kienet miksija bil-pjanċi tal-ħadid fejn flokhom ingħata l-konkrit;", "· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta u l-Malta Freeport Terminal dwar attività ta' refuelling ta' vapuri sabiex ma jsirx daqq ta' ħornijiet mill-vapuri;", "· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta, Infrastruttura Malta u l-Korporazzjoni sabiex is-South Road tingħata t-tarmak.", "Minn din it-triq jgħaddu madwar 310 vettura kuljum;", "· Il-Malta Freeport Terminals kontinwament tagħmel upgrades fl-apparat li tuża sabiex tnaqqas l-istorbju;", "· Il-Malta Freeport Terminals intrabtet ukoll li tagħmel tisbiħ tal-ġnien ta' Birżebbuġa maġenb Triq San Patrizju.", "Dan se jieħu inkonsiderazzjoni ppjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport;", "· L-Awtorità tal-Freeport se tiffinanzja multistorey car park li se jkun għall-użu tar-residenti ta' Birżebbuġa.", "SPTAR MATER DEI U SIR ANTHONY MAMO ONCOLOGY CENTRE – OPERATURI TAL-PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-operatur/i u/jew kuntrattur/i li llum qed joperaw il-parkeġġi bi ħlas tal-Isptar Mater Dei u ta' Sir Anthony Mamo Oncology Centre?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-operaturi privati tal-parkeġġi tal-Isptar Mater Dei huma KIS Services Ltd.", "SPTAR MATER DEI U SIR ANTHONY MAMO ONCOLOGY CENTRE – OPERATURI TAL-PARKEĠĠ - KUNTRATT", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-kuntratti/ftehim li hemm illum fis-seħħ tal-operat tal-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u ta' Sir Anthony Mamo Oncology Centre?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7029.", "BIRŻEBBUĠA - ĦUT MEJJET F'WIĊĊ IL-BAĦAR", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li matul ix-Xatt ta' Birżebbuga qed jintlemaħ ammont sostanzjali ta' mulett mejjet f'wiċċ il-baħar?", "Jista' jgħid x'inhu s-sors tal-problema u jekk hux qed isir xi ħaġa biex din il-problema tiġi mistħarrġa u solvuta?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tajt struzzjonijiet lill-ERA sabiex jinvestigaw is-sors tal-problema."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20181212_181d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 14 ta' Jannar, 2019 fis-6:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm iddaħħlu persuni fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew l-Isptar isofru minn intossikazzjoni akuta jew kronika minħabba li kienu esposti għall-pestiċidi inkluż residwi ta' pestiċidi preżenti fl-ikel matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b'sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm ġew imsejħa lura minn fuq is-suq prodotti alimentari li kienu kkontaminati minn residwi ta' pestiċidi matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b'sena, kif ukoll jelenka x'kienu l-prodotti u minn liema tipi ta' residwi ta' pestiċidi kienu kkontaminati?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid wara li fl-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab infirex in-nar, x'miżuri qed jittieħdu biex isir moniteraġġ ambjentali inkluż moniteraġġ tal-emissjoniet kif ukoll ta' kontaminazzjoni tal-madwar fosthom għal dioxins, polychlorinated biphenyl (PCB), Dioxin-like PCBs, polycyclic aromatic hydrocarbon (PAH), sulphur dioxide, nitrogen oxide, carbon monoxide, carbon dioxide, hydrogen chloride, ċomb, arseniku, kadmju, merkurjuu persistent organic pollutants (POPs) oħra?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk iż-żona tal-baħar viċin Triq il-Kosta fis-Salini, il-Qawra, u Baħar iċ-Ċagħaq hijiex tajba għall-għawm wara nar li nfirex fil-Faċilità tat-Trattament tal-Iskart fil-Magħtab?", "Sar moniteraġġ tal-kwalità tal-ilma għal kontaminazzjoni u għal liema tip ta' kontaminanti?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jispjega dettaljatament it-taħriġ li jingħata, u minn min, u kull meta, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija dwar crowd control?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittri uffiċjali li l-Awtorità tal-Artijiet ippreżentat fil-Qorti biex jintemmu l-qbiela tal-art milquta bil-proġett tat-twessigħ tat-triq f'Tal-Balal?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7506 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7508 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ ta' dixxiplina fil-konfront ta' ħaddiem tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li nhar il-21 ta' April 2017 aggredixxa ġurnalist tat-Times of Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xorta oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,?", "Jista' jgħid, kemm tħallas għas-servizzi tiegħu l-individwu msemmi, sena b'sena,?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet ippreżentata lill-Qrati jew awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda mill-Qrati jew awtoritajiet ta' pajjiżna, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għadu ma sar ebda tip ta' xogħol ta' emerġenza f'parti mill-ħajt tat-triq tal-Bajja tax-Xwejni peress li jinsab fi stat ħażin ħafna u ta' periklu kbir għan-nies u turisti li jiffrekwentaw din il-bajja matul is-sena?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fl-immedjat, x'azzjoni qed tieħu rigward Triq Marga u Triq Għajn Damma, fix-Xagħra, Għawdex peress li dawn qed iċċedu u hemm periklu għan-nies, sewwieqa u għal bdiewa li għandom l-għelieqi fl-inħawi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Malta Industrial Parks, fis-6 ta' Diċembru 2018 ħarġet tender għal skavar fi plot 039 f'Ħal Far Industrial Estate?", "Jista' jagħti aktar dettalji fuq dan il-proġett u min ħa jiffinanzja l-proġett kollu fuq din l-art?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar, mis-sena 2013 sal-lum, kemm kien hemm membri attivi li jħallsu l-miżata fi ħdan il-Gozo Sports Complex?", "X'nazzjonalità huma u x'etajiet għandhom?", "X'kien l-ammont ta' flus li nġabru sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum u għalxiex intużaw dawn il-flus miġbura mill-miżati tal-Gozo Sports Complex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Malta Investments ġewwa Għawdex sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati li ser isiru matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'films/produzzjonijiet ġodda nġibdu ġewwa Għawdex u x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Għawdxija matul is-sena 2017 u 2018 u x'produzzjonijiet/films hemm ippjanati li jinġibdu ġewwa Għawdex matul is-sena 2019 u kemm hu l-valur fi flus ta' dawn il-produzzjonijiet/films?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dettalji ta' kif ingħataw l-kuntratti/ftehim li hemm illum fis-seħħ tal-operat tal-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew clamped vetturi fil-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre minn Jannar 2018 sal-lum u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8071, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex l-uniku pajjiż Membru Stat tal-Unjoni Ewropea li tneħħa kompletament mill-Whitelist (jiġifieri lanqas fil-Whitelist b'eċċezzjonijiet kif hemm pajjiżi oħra)?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tad-ditta u tal-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-Malta India Film Festival?", "Fuq liema bażi ntgħażel dan l-individwu/ditta sabiex imexxi workshop dwar l-inċentivi f'Malta fil-qasam tal-films?", "X'esperjenza għandha fil-qasam tal-films?", "Saret sejħa jew kompetizzjoni biex tintgħażel qabel sar dan l-avveniment?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid hux ser imur Marrakesh il-Marokk bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2018 u jekk hux ser jiffirma l-UN Global Compact for Migration Document?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għall-UN Global Compact for Migration Document, minkejja li dan id-dokument fil-preżent għadu mhux legally binding, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux biħsiebu joqgħod għall-klawsoli kollha tad-dokument?", "Hemm minnhom li l-gvern oġġezzjona għalihom u għaldaqstant mhux ser jirratifikahom?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min jixtri u jħallas għall-karozzi tal-linja l-ġodda li jintużaw għat-trasport pubbliku?", "Jista' jgħid x'monitoraġġ tagħmel Transport Malta dwar il-Health and Safety Standards biex jitħarrsu l-passiġġieri?", "Għandha dritt Transport Malta iġġiegħel lill-kumpanija tixtri karozzi tal-linja?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Peress li qed ikun hemm perjodi fejn qed ikun hemm skarsezza ta' ħrieqi għall-adulti f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid x'rimedji qed jittieħdu biex dan ma jerġax iseħħ?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni f'post privat ġewwa Ta' Qali, fejn ġie nnotat li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni immedjata, jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fuq sid il-post?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8022 dwar l-Outline Development Plan li qed isir f'art ODZ fi Triq Luret Cutajar Ħaż-Żebbuġ, fejn qed jiġi nnotat li qed isir change of use f'art agrikola b'rimi ta' skart u karozzi abbandunati biex l-art tidher żdingata, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'enforcement sar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati li kienu resqu għall-aħħar eżami li sar għall-post ta' Messaġġier Anzjan fis-Settur Pubbliku?", "Jista' jgħid:", "a) kemm minnhom għaddew?", "b) kemm kienu dawk li diġà ġew appuntati f'dan il-grad?", "c) sa meta hu validu r-riżultat? u", "d) jekk hemmx il-ħsieb li dawk kollha li għaddew, jiġu appuntati sa meta jiskadi ż-żmien tar-riżultat?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-preżent, jeżistu postijiet fil-grad ta' Messaġġier Anzjan f'kull Dipartiment tal-Gvern separatament?", "Jista' jgħid ukoll:", "a) jekk hemmx postijiet vakanti f'dan il-grad f'kull dipartiment? u", "b) jekk fl-affermattiv jgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet għal din il-vakanza?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-inċident li ġara fid-9 ta' Lulju 2018 fir-Rabat, Għawdex għal ħabta tal-10.30pm fit-Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex waqt tiġrija ta' żwiemel eċċ, meta numru ta' persuni li kienu jaraw it-tiġrija sofrew diversi feriti, u wieħed minnhom saħansitra ġarrab feriti gravi meta żiemel li kien qiegħed jinstaq fl-istess tiġrija, daħal adirittura għal fuq in-nies li kienu qed jaraw l-istess tiġrija mal-ħajt fuq il-bankina?", "X'inhi r-raġuni li ma saritx inkjesta maġisterjali, aktar u aktar meta persuna li kienet tara l-istess tiġrija sofriet feriti gravi per durata biż-żiemel jitla' saħansitra għal fuqha?", "F'liema stadju waslu dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru?", "Meta se jiġu konklużi dawn l-investigazzjonijiet biex l-allegat ħati jew ħatjin, speċjalment min naqas milli jipprovdu sistema ta' sigurtà għall-persuni li kienu qed jaraw l-istess tiġrija, jiffaċċja proċess kriminali?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti elenku tad-diversi għajnuniet offruta bħala sussidju tal-kera?", "Min jista' japplika/jgawdi minn dan is-sussidju?", "X'tip ta' dokumentazzjoni jeħtieġ li tiġi pprovduta?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' għajnuna li tingħata fil-forma ta' in work benefits?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' għajnuna li tingħata fil-forma ta' children's allowance?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' jgħid jekk hemmx ippjanat restawr mal-Knisja ta' Santa Ubaldesca f'Raħal il-Ġdid?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8074 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7632, jista' l-Ministru jagħti elenku tal-esperti li kienu mqabbdin mill-Maġistrat fi kwalunkwe punt tal-Inkjesta Maġisterjali?", "Kien hemm persuni oħra, apparti dawn l-esperti, li kellhom aċċess għall-indaġni Maġisterjali in toto jew in parte?", "Jekk iva, min kienu u għal liema skop?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 8168, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u ċjoè jekk il-Port Ħieles hux se jistalla x-shoreto vesselsupply?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8083, jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra u jagħti l-mediċini lir-residenti tad-Djar Residenzjali, jekk hux infermiera kwalifikati jew le?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3748, 1367, 296, 18274 u 20780 tat-12-ilLeġiżlatura fejn matul dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi dejjem kellna l-konferma mill-Gvern li l-proġett ta' quddiem il-knisja se jsir skont kif ippjanat u mwiegħed mill-Gvern Laburista, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern se jmur lura minn kelmtu u se jabbanduna l-proġett tal-bandli ta' Ġnien Karin Grech għax issa nduna li m'hemmx biżżejjed flus allokati għall-familji u t-tfal tal-lokalità ta' San Ġwann?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3748, 1367, 296, 18274 u 20780 tat-12-ilLeġiżlatura fejn matul dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi dejjem kellna l-konferma mill-Gvern li l-proġett ta' quddiem il-knisja se jsir skont kif ippjanat u mwiegħed mill-Gvern Laburista, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern se jmur lura minn kelmtu u se jabbanduna l-proġett tal-bandli ta' Ġnien Karin Grech għax issa nduna li m'hemmx biżżejjed flus allokati għall-familji u t-tfal tal-lokalità ta' San Ġwann?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għall-aħbar li kienet irrapportata fis-7 ta' Diċembru fuq l-istazzjon Nazzjonali, bl-isem 'Bdiewa Melliħin jitolbu l-għajnuna biex jitneħħew fdalijiet ta' blata kbira', jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti konċernati humiex se jkunu qed jagħtu l-għajnuna mitluba mill-bdiewa Melliħin konċernati sabiex jitneħħew fdalijiet ta' blata li waqgħet fiż-żona magħrufa bħala l-Wied ta' Ġnien Ingraw fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami jew filmati kummerċjali li ġew imwaqqfa jew mitluba li jiġu emendati mill-Awtorità tax-Xandir, mis-sena 2008 sas-sena 2018 maqsuma sena b'sena?", "Jista' jagħti elenku ta' dawn?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B referenza għall-mistoqsija parlamentari 7874, jista' l-Ministru ġentilment jara li jiġu finalizzati l-preparamenti meħtieġa biex titħallas il-familja li kienet ittiħdilha proprjetà mill-Gvern u din Il-familja rebħet kawża u appell fil-qorti fejn il-qorti iddeċidiet fiż-żewġ stanzi li din il-familja għandha tibgħata kumpens li ġie stabbilit mill-qorti?", "Jista' ġentilment jara li tiġi onorata d-deċiżjoni tal-Qorti mingħajr aktar dewmien fid-dawl tal-prinċipju legali li justice delayed is justice denied?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-qtar tal-għajnejn Trusopt Brendit m'għadux fil-lista tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6468 u 3535, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-Uffiċċju Konġunt hux se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li fetħet din l-iskema, kien fl-2013, taħt Gvern Nazzjonalista?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għal dak li kien ġie rrapportat fl-artiklu bit-titlu 'Malta Islamic Finance Association backed by Maltese Government' li deher on-line fil-ġurnal 'Independent' datat 26 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru minn dakinhar sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi?", "Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jipprovdi l-kuntratti ta' dawk kollha li jokkupaw il-binja taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta?", "Jista' jagħti informazzjoni tal-obbligi li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet, kif ukoll tal-okkupanti tal-istess binja, fejn tidħol il-manutenzjoni tal-uffiċini, il-partijiet komuni u tal-faċċata?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6720 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se toħroġ l-iskema ta' regolarizzar fil-bini tad-djar, liema bini u rranġar fid-dar bla permess fil-hamlets?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li s-sidien tal-art li ġiet esroprijata (dettalji dwarha qed jingħataw separatament ) jiġu kkumpensati mill-Awtorità tal-Artijiet u dan meta il-kumpens dovut ilu li nħadem mis-17 ta' Settembru 2013 u huma kienu ġew diġà infurmata dwar l-ammont lilhom dovut bl-imgħaxijiet?", "X'inhu jżomm li dawn jiġu mħallsa dak li legalment huwa lilhom dovut?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jara u jaċċerta li l-post li se jintuża bħala estensjoni għall-annex għall-Iskola Primarja tal-Mellieha (fil-kumpless tal-faċilità sportiva li jinsab metri bogħod mill-iskola) huwiex wieħed aċċettabbli u li jilħaq il-livelli kollha xierqa u bla perikli fejn tidħol saħħa u sigurtà kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema (dawn jinkludu fost l-oħrajn użu ta' faċilitajiet sanitarji, ventilazzjoni adegwata fil-kmamar li se jintużaw bħala klassijiet, kif ukoll turġien wieqfa u dojoq)?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu għal tfal/studenti bi problemi ta' mobilità li se jkunu qed jattendu fil-parti li se tkun qed tintuża bħala annex għall-Iskola Primarja tal-Mellieħa fil-ġimgħat li ġejjin (il-parti li tinsab fil-kumpless sportiv)?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' għalliema fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "11 ta' Jannar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it- Tlieta, 15 ta' Jannar 2019, fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli - Abbozz Nru 57 - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 63 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Prim Ministru.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 fis-2:30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Jannar 2019 fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Karl Izzo għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Montenegro.", "11 ta' Jannar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190114_182a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.", "It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 181, li saret fit-12 ta' Diċembru 2018, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President għoġobha tagħha l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru XLI tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar il-Logħob;", "Att Nru XLII tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda Liġijiet Kriminali dwar it-Terroriżmu;", "Att Nru XLIII tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi);", "Att Nru XLIV tal-2018 - Att tal-2018 li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Emenda Nru 2);", "Att Nru XLV tal-2018 - Att tal-2018 dwar l-Approprjazzjoni (2019); u", "Att Nru XLVI tal-2018 - Att tal-2018 dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2018).", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KAŻIJIET TA' PERSUNI AFFETTWATI MINN PESTIĊIDI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm iddaħħlu persuni fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew l-Isptar isofru minn intossikazzjoni akuta jew kronika minħabba li kienu esposti għall-pestiċidi, inkluż residwi ta' pestiċidi preżenti fl-ikel matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b'sena?", "Sur President, ġentilment nixtieq ninformak ukoll li għandi mistoqsija supplimentari wara li tingħata t-tweġiba.", "Nirringrazzjak.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tan-National Hospitals Information System (NHIS) jirriżulta li n-numru ta' każijiet li ddaħħlu fl-isptarijiet f'Malta u Għawdex jsofru minn intossikazzjoni akuta jew kronika minħabba li kienu esposti għall-pestiċidi bejn l-2013 u l-2017, huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:", "Dawn il-każijiet kienu estratti mill-kodiċi ICD-10 kif ġej:", "T60 Effett tossiku tal-pestiċidi.", "X48 Avvelenament aċċidentali minn u esponiment għall-pestiċidi.", "X68 Avvelenament intenzjonat minn u esponiment għall-pestiċidi.", "Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux lil dawk il-pazjenti li jiġu invistati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jidhirli li lbieraħ fil-ġurnali ġie rrapportat li fil-qasam tas-saħħa se jkun hemm l-involviment tar-Royal College tar-Renju Unit.", "Jista' l-Ministru jispjega x'se jkun l-involviment ta' dan il-kulleġġ?", "Hemm aktar kulleġġi barranin u internazzjonali li wrew l-interess jew diġà bdew jaħdmu ġewwa pajjiżna, sabiex joffru dan is-servizz fil-qasam tas-saħħa?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Sur President, il-kulleġġ li qed jirreferi għalih l-Onor.", "F'pajjiżna, għal ħafna snin, is-sistema ta' edukazzjoni medika kienet ibbażata fuq is-sistema tar-Renju Unit.", "Ħafna minna jiggradwaw bħala tobba mill-Università ta' Malta u llum hawn anke l-faċilità li wieħed jista' jidħol fl-Iskola Medika ta' Barts ġewwa pajjiżna, però wara li jiggradwaw ħafna mit-tobba jkunu jridu jkomplu jagħmlu l-ispeċjalizzazzjoni biex isiru min kirurgu, min tabib tal-għajnejn, min tabib tal-widnejn, min ġinekologu, min pedjatra u min tabib tal-familja fost l-oħrajn.", "Waħda mis-sistemi ta' kif wieħed jispeċjalizza hija billi jagħmel l-eżamijiet, isir membru u mbagħad fellow ta' wieħed minn dawn ir-Royal Colleges li huma istituzzjonijiet fir-Renju Unit li jagħtu l-ispeċjalizzazzjoni lit-tobba.", "F'dawn l-aħħar sentejn, anke b'ħidma li saret min-naħa tagħna bħala Gvern u min-naħa tal-kollegi tagħna fil-Post Graduate Medical Centre, numru minn dawn il-kulleġġi li joffru t-tagħlim u jagħmlu l-eżamijiet biex tobba jispeċjalizzaw u li s'issa dejjem kienu fl-Ingilterra, l-Iskozja jew l-Irlanda, bdew joffru korsijiet u jagħmlu l-eżamijiet ġewwa Malta.", "Ovvjament, dan huwa sinjal ta' kemm il-livell tal-mediċina u t-tagħlim mediku għola ġewwa pajjiżna.", "Hemm numru ta' kulleġġi, fosthom ir-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists li f'Ġunju se jibda jagħmel l-eżamijiet għat-tobba Maltin li jixtiequ jispeċjalizzaw fil-ġinekoloġija, u anke għal tobba barranin li jiġu Malta biex jispeċjalizzaw u jagħmlu l-eżamijiet ġewwa pajjiżna.", "Pajjiżna, minn pajjiż li sa ftit snin ilu kien jitlef it-tobba għax it-tobba Maltin li kienu jiggradwaw kienu jimorru jispeċjalizzaw barra l-pajjiż u ħafna minnhom ma jiġux lura, illum sar pajjiż li qed jara tobba Maltin jispeċjalizzaw f'pajjiżna u qed jattira tobba barranin li jiġu jispeċjalizzaw f'pajjiżna wkoll, b'uħud minnhom jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom lill-Maltin u l-Għawdxin.", "Dan huwa possibbli peress li r-Royal Colleges tas-surgeons, tal-physicians u tal-għajnejn, fost l-oħrajn, mill-Irlanda, l-Iskozja u l-Ingilterra qed joffru din l-ispeċjalizzazzjoni f'pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li dan huwa sinjal sod ta' kemm is-sistema tas-saħħa Maltija hija b'saħħitha, tant li qed tattira dawn il-kulleġġi ta' fama mondjali li jiġu jagħmlu l-korsijiet u l-eżamijiet tagħhom f'Malta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, l-ewwel nett, f'din l-ewwel seduta tas-sena l-ġdida, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lis-Sedja, lill-istaff tiegħek u lill-kollegi kollha taż-żewġ naħat tal-Kamra, is-sena t-tajba.", "Fl-aħħar tas-sena l-oħra, infetħet il-poliklinika ta' Ħal Kirkop.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk minn dakinhar sal-lum żdiedx l-apparat, partikolarment l-x-ray machine, li mill-ewwel konna ġbidna l-attenzjoni li kienet nieqsa?", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-andament ta' din il-poliklinika?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Sur President, nirreċiproka l-awgurju tal-ewwel sena, għax din hija l-ewwel seduta li qed niltaqgħu f'din is-sena ġdida.", "Irrid ngħid li din hija seduta storika, għax hija l-aħħar seduta li hija skedata li se tibda fis-6.00 p.m. u tispiċċa fid-9.30 p.m. Minn għada, is-seduti kollha parlamentari se jibdew mill-4.00 p.m. sas-7.00 p.m., imbagħad se jkun hemm l-aġġornament sas-7.30 p.m. Għalhekk, din mhux biss hija l-ewwel seduta tas-sena, imma wkoll seduta storika, għax hija l-aħħar seduta li qiegħda tiltaqa' f'dawn il-ħinijiet.", "Meta niġu għall-kura primarja, iċ-ċentri tas-saħħa tagħna huma parti mis-sistema tal-Gvern biex nagħtu servizz fil-komunità.", "Naturalment, magħhom hemm it-tobba tal-familja, li huma s-sinsla tas-sistema tas-saħħa ta' pajjiżna, il-bereġ fejn qed nagħmlu sforz kbir anke ma' numru ta' kunsilli lokali biex nirranġaw il-bereġ tagħna u nista' ngħid li fl-2018 sar ħafna xogħol li se jkompli fl-2019 u ċ-ċentri tas-saħħa.", "Jidhirli li l-berġa li jmiss tinfetaħ u tgħaddi lill-kunsill lokali fil-ġimgħat li ġejjin hija l-berġa' f'Tal-Pietà.", "Interpellant, f'Settembru 2018 ftaħna ċentru tas-saħħa ġdid ġewwa Ħal Kirkop, wara nuqqas kbir ta' snin mingħajr ma jinfetħu ċentri tas-saħħa.", "Illum kont qed nitkellem mal-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana, li qaltli li matul din il-ġimgħa se jibda x-xogħol fuq il-faċċata ta' barra ta' ċentru tas-saħħa ġdid li se jkollna ġewwa r-Rabat f'Għawdex.", "Il-ħsieb hu li lejn l-aħħar kwart ta' din is-sena jkollna ċentru tas-saħħa ġdid fjamant u kbir ġewwa r-Rabat Għawdex biex il-pazjenti Għawdxin ikollhom servizz denju ta' kura primarja fil-qalba ta' Għawdex.", "Sur President, nista' ngħid li f'Ħal Kirkop is-servizz intlaqa' tajjeb ħafna.", "M'għandix il-figuri eżatti, però naf li fl-ewwel xahar kien hemm medja ta' 200 pazjent li kien qed jiffrekwenta dan iċ-ċentru tas-saħħa kuljum.", "Nimmaġina li issa n-numru kompla jiżdied.", "F'dan iċ-ċentru tas-saħħa mhux biss qed nagħtu servizz ta' tabib tal-familja, imma wkoll numru ta' servizzi oħrajn, fosthom servizz ta' saħħa mentali fil-komunità, servizz għall-pazjenti li jkollhom bżonn jarahom speċjalista tad-dijabete, servizz tal-ortopedija, tal-għajnejn u numru ta' servizzi oħrajn.", "Mhux iċ-ċentri tas-saħħa kollha għandhom x-ray machine.", "F'Ħal Kirkop m'hemmx x-ray machine, però waħda mill-affarijiet li ħadna ħsieb meta fassalna ċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Kirkop kienet li jista' jkun il-każ li jekk 'il quddiem naraw li għandna aktar riżorsi biex inħaddmu anke x-ray machine, inkunu nistgħu nagħmlu dan ukoll.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Naf li d-Deputat Prim Minstru ħadem ħafna sabiex f'pajjiżna jkollna l-ewwel klinika għall-persuni transgender fejn fl-aħħar ġimgħat ġew riferuti 35 persuna għal din il-klinika.", "Għall-benefiċċju ta' min qed isegwina, jista' l-Ministru jgħidilna x'tip ta' servizzi toffri din il-klinika?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Is-sena l-oħra, jidhirli bejn Marzu u April 2018, konna nidejna strateġija u pjan għall-konsultazzjoni dwar kif nistgħu noffru servizzi speċifiċi li jaqdu l-bżonnijiet mediċi għall-persuni li huma trans.", "Ma jfissirx li persuni li huma trans ma kellhomx aċċess għas-servizzi mediċi li jkollhom il-persuni l-oħra kollha.", "Huwa ovvju li kulħadd ġewwa pajjiżna għandu aċċess għas-servizzi mediċi kollha, hija x'inhija l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.", "Fil-fatt waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn ridna nbiddlu l-Liġi tal-IVF kienet li kien hemm sezzjoni tal-poplu tagħna li ma setax jaċċessa s-servizz mediku tal-IVF minħabba l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.", "Bħala Gvern emendajna l-liġi u llum il-persuni kollha, hija x'inhija l-orjentazzjoni sesswali u l-ġeneru tagħhom, jistgħu jaċċessaw is-sistemi tas-saħħa f'pajjiżna mingħajr ħlas.", "Però persuni trans jista' jkollhom ħtiġijiet mediċi li persuni li mhumiex transesswali ma jkollhomx, fosthom, pereżempju, il-bżonn ta' counselling, il-bżonn li jiġu eżaminati minn tim multidixxiplinarju, il-bżonn li jkollhom aċċess għall-mediċini ormonali, il-bżonn li jkollhom aċċess għal ċerti forom ta' kirurġija u servizzi oħrajn, bħalma huma speech therapy.", "Fl-aħħar ġimgħat, wara li kienet għalqet il-konsultazzjoni, nidejna pjan defenittiv għas-servizzi mediċi għal nies transesswali.", "Fil-fatt, ftaħna klinika fl-Imtarfa biex tkun 'il barra mill-Isptar Mater Dei, fejn tim multidixxiplinarju magħmul minn endokronoloġista, plastic surgeon, ġinekologu, uroloġist, infermiera, speech and language pathologist, occupational therapist, psikologu u family therapist jistgħu jagħtu pariri lill-persuni li jkollhom bżonn is-servizz tagħhom.", "S'issa, kif qalet l-Onor.", "Interpellant, kellna 'l fuq minn 35 persuna li ġew referuti għal dan is-servizz.", "Persuna tista' tiġi referuta għal dan is-servizz mit-tabib tal-familja tagħha, minn speċjalista tal-isptar, minn psikologu jew minn social worker.", "Dan ifisser li mhux neċessarjament li persuna tiġi riferuta minn tabib, għax jista' jkun li persuna transesswali ma tkunx qed tagħmel kuntatt inizjali ma' tabib.", "Għalhekk, social worker jista' jirreferi lill-persuna, speċjalment għall-counselling jew għal pariri oħra ġewwa din il-klinika.", "S'issa, din il-klinika ilha taħdem għal madwar tmien ġimgħat u jidher li s-servizzi ntlaqgħu tajjeb ħafna.", "B'hekk imlejna n-nuqqas li kien hemm fis-sistema tas-saħħa tagħna, biex illum il-persuni kollha ġewwa Malta u Għawdex verament għandhom aċċess għal servizzi eċċellenti tas-saħħa mingħajr l-ebda diskriminazzjoni.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tal-proċeduri legali f'arbitraġġ li l-Gvern kellu mas-soċjetà Skanska?", "Rigward Raħal Ġdid, il-ġimgħa li għaddiet kont fl-akkwati ta' Pace Grasso u stajt nara li jidher li se jibda x-xogħol f'din l-akkwata.", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet u kif jantiċipa li se jiżviluppaw?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Bħalma jaf l-Onor.", "Interpellant u bħalma taf din il-Kamra u l-pajjiż kollu, il-binja tal-Isptar Mater Dei sfortunatament hija binja difettuża fuq tliet binarji.", "L-ewwel, il-konkrit tagħha mhuwiex tal-livell li suppost kellu jkun biex iservi l-ammont ta' snin li suppost kien mibni għalih.", "Biex nagħti idea, jekk kien maħsub li se jservina għal 50 sena, fil-verità se jservina għal 30 sena.", "It-tieni, il-bini huwa difettuż u ma nistgħux nibnu fuqu għax litteralment ma jiflaħx li ntellgħu sulari oħra fuqu, meta nafu li għandna bżonn ta' iktar spazju f'dan l-isptar li nbena żgħir.", "It-tielet, il-binja suppost li nbniet biex tkun tiflaħ għal terremot ta' ċertu livell, però nafu li jekk ikollna terremot qawwi, partijiet mill-isptar ma jkunux jistgħu jintużaw.", "Dan ifisser li l-uniku sptar ġewwa Malta f'każ ta' terremot, fejn l-aktar li jkollok bżonn sptar, se jkollu problema.", "Aħna nafu li din mhijiex xi ħaġa aċċettabbli u għalhekk mill-ewwel bdejna negozjati ma' Skanska, li kienet il-kumpanija inkarigata mid-disinn u mill-bini ta' dan l-isptar.", "Mill-ewwel kellna l-problema tal-waiver li kien ta Gvern preċedenti, fejn kien qal li, jiġri x'jiġri, minn hemm 'il quddiem, Skanska mhijiex responsabbli.", "Bħala Gvern, aħna m'aċċettajniex dak l-argument u ftaħna kawża fl-arbitraġġ.", "Bħalissa, hemm diskussjonijiet għaddejjin bejn in-naħa tal-Gvern u Skanska fuq numru ta' proċeduri.", "Ovvjament, hemm l-avukati involuti fiha.", "F'dan l-istadju, aktar milli ngħid li l-kwestjoni tal-arbitraġġ infetħet, ma nixtieqx nidħol f'iżjed dettalji għax jidhirli li nkun qed nippreġudika l-pożizzjoni tal-Gvern u dan la jagħmel ġid lilna u lanqas lil min jiġi warajna.", "Fir-rigward taċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid Vincent Moran li se jkollna f'Raħal Ġdid, bi pjaċir nista' ngħid li t-tender il-kbir tad-disinn u l-bini ngħata s-sena li għaddiet u jidhirli li din il-ġimgħa stess il-kuntrattur se jieħu pussess tas-sit.", "Jidhirli wkoll li l-ġimgħa li għaddiet, l-aħħar inkwilini li kien hemm fil-bar ħarġu, biex issa s-sit ingħata lill-kuntrattur.", "Qed isir xogħol fuq id-disinni biex imbagħad ikun hemm qbil aħħari mal-Foundation for Medical Services (FMS).", "Diġà ġie ingaġġat project management team u qegħdin fil-proċess li joħorġu t-tenders għall-għamara, l-apparat u l-IT.", "Għalhekk, bi pjaċir nista' ngħid li l-proċess biex ikollna ċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran f'Raħal Ġdid miexi ġmielu u jidhirli li fix-xhur li ġejjin se nibdew naraw l-ewwel xogħlijiet isiru.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod l-innovazzjoni teknoloġika qiegħda tgħin lill-qasam tas-saħħa f'pajjiżna?", "Hemm xi ħsieb li l-innovazzjoni teknoloġika tiġi inkorporata fis-swali u t-teatri tal-isptarijiet tagħna?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Sur President, illum it-teknoloġija saret parti mill-kura tas-saħħa.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Prim Ministru u jien kellna l-opportunità li mmorru ninawguraw żewġ swali ġodda tal-kardjoloġija.", "Sa 30 sena ilu, jekk kien jagħtik attakk tal-qalb, kienu jagħtuk il-valium, toqgħod għaxart ijiem ġos-sodda u forsi jiġi l-qassis jitlob ħdejk!", "Però llum, bit-teknoloġija li għandna nistgħu naraw saħansitra ġewwa l-vini ta' qalbek, mingħajr lanqas biss nagħmlulek inċiżjoni.", "B'apparat apposta, jekk ikun hemm xi vina misduda, nistgħu niftħuha.", "Illum it-teknoloġija daħlet b'mod qawwi u hija parti essenzjali mill-kura tas-saħħa.", "Illum kważi ħadd ma jmur l-isptar u ma jitteħidlux MRI.", "Fejn ħames snin ilu, konna nagħmlu 8,000 MRI fis-sena, illum qed nagħmlu madwar 40,000 u huwa proġettat li se nkunu qed nagħmlu sa 60,000 u 70,000 MRI fis-snin li ġejjin.", "Fil-fatt għandna t-tielet magna tal-MRI ordnata u se tkun installata din is-sena.", "Se noħorġu wkoll talba biex inkunu nistgħu nixtru servizz mill-privat ta' MRI li hu l-aktar MRI avvanzat.", "F'dawn l-aħħar ġranet tkellimna wkoll fuq ir-robotika.", "Fil-fatt, nixtieq insemmi żewġ istanzi fejn diġà bdejna nattwaw servizz ta' robotika ġewwa l-isptar Mater Dei.", "L-ewwel proġett huwa l-proġett ta' robotika fl-imħażen u fl-ispiżeriji.", "Hemmhekk diġà ġie aġġudikat u ngħata t-tender.", "Din is-sena se jiġu installati numru ta' robots fis-swali, fl-iżpiżeriji u fl-imħażen ta' Mater Dei u se jkun hemm it-taħriġ tal-infermiera u tobba biex fi żmien sentejn jibda l-proċess u fi żmien tliet snin ikollna l-i sptar kollu taħt dan il-proċess.", "Dan ifisser li meta tabib qed jara pazjent ħdejn is-sodda tiegħu, minflok jikteb mediċina u l-għada jtellgħuhielu fis-sala biex prattikament il-pazjent jibda jieħu l-mediċina mill-għada, minn fuq it-tablet, it-tabib jordna l-mediċina dak il-ħin stess, din l-ordni tmur fl-imħażen tal-ispiżerija, ir-robot jaqra x'ikun ordna t-tabib, jagħżel il-mediċini bid-doża eżatta, jibgħatha għand il-pazjent b'numru ta' pajpijiet li għandna apposta li jwasslu mill-ispiżerija għal kull sala, u fi żmien tliet minuti din il-mediċina tkun qiegħda għand il-pazjent bil-barcode biex l-infermier ikun jista' jaqra l-barcode tal-mediċina u tal-pazjent, u biex ikun jaf li l-pazjent jieħu d-doża eżatta, x'ħin ħadha u kemm ħa, fost dettalji oħrajn.", "B'hekk, f'temp ta' tliet minuti, il-pazjent se jkun qed jieħu d-doża ta' mediċina li għandu bżonn.", "Illum nista' ngħid ukoll li jumejn oħra se tagħlaq ir-request for proposal għal robots li se jkollna fis-swali tal-operazzjonijiet, biex naraw min huwa interessat li jissuplixxina b'robots biex jgħinu lill-kirurgu fl-operazzjoni.", "Dan ma jfissirx li pazjent se jkun qed jiġi operat minn robot, imma jfisser li l-ispeċjalista, it-tabib jew il-kirurgu minflok ikun assistit minn persuna oħra li forsi ma jkunx daqshekk preċiż, għax wara ċertu ħin, ikun għejja jew ma jkunx jista' jidħol fid-dettall daqskemm jista' r-robot, se jkollu robot li qed jassistih.", "B'hekk, l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru b'ħafna iżjed preċiżjoni u b'riżultati aħjar.", "Hawnhekk mhux qed nivvintaw ir-rota, għax diġà hemm ftit ċentri madwar id-dinja li għandhom is-servizz ta' robot.", "Fil-fatt, bħala pajjiż, diġà nibagħtu pazjenti Maltin lejn dawn l-isptarijiet biex isiru numru ta' operazzjonijiet fuqhom, anke permezz ta' robots.", "Issa se naraw li nġibu dan is-servizz tar-robotika f'pajjiżna, biex b'hekk il-kirurgi jkunu jistgħu jagħmlu operazzjonijiet iżjed delikati, dettaljati u b'riżultati aħjar għall-pazjenti tagħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Bħalissa, fuq il-portal shiftnews.com hemm storja ta' kif il-Vitals Global Healthcare (VGH) biegħet lil Steward Health Care (SHC) tliet sptarijiet għall-valur ta' €1 biss, però mbagħad, b'kumbinazzjoni, hemm stejjer ukoll dwar kumpaniji f'Dubai li rċevew il-miljuni dwar trasferimenti ta' flus.", "Naf li dan mhux xogħol il-Ministru Fearne, imma huwa xogħol il-preċedessur tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi.", "Però jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Ministeru tiegħu huwiex qed jieħu nota ta' dawn l-istejjer li għaddejjin?", "Jidhirlu l-Ministru li għandha ssir investigazzjoni dwar dawn il-materji?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: L-ewwel nett, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-rapporti li qed jikkwota minnhom sabiex inkunu nistgħu naraw eżatt fuq xiex qed jitkellem.", "Però nista' ngħid li minn Frar sal-lum, SHC diġà investew 'il fuq minn €20 miljun fl-isptarijiet tagħna!", "Ftit tal-ġranet ilu, il-Prim Ministru u jien kellna l-opportunità li nżuru Għawdex biex niftħu l-iskola tal-anatomija.", "Jien li għamilt 30 sena naħdem ta' tabib kemm f'Malta kif ukoll f'numru ta' sptarijiet fl-Ewropa, ħafna minnhom fl-Ingilterra, nista' ngħid li ċentru tal-anatomija bħalma għandna ġewwa Għawdex ma rajt imkien!", "In-nies li jaħdmu ma' Barts ġewwa Għawdex qed jgħidulna li qatt ma raw u immaġinaw li jista' jkollna ċentru ta' dan il-livell.", "Ċertament li dan huwa wieħed mill-aqwa ċentri tal-anatomija li jeżistu fid-dinja!", "Dan huwa l-livell li aħna kuntenti bih u b'xejn inqas!", "Mal-investiment li sar fl-iskola tal-anatomija, qed isir investiment qawwi wkoll ġol-iskola medika ta' Barts.", "Interpellant imur mawra sa Għawdex u jara dak li sa ftit ġimgħat ilu kienu jgħidulna li hija toqba; illum hemm skola medika b'erba' sulari, lesta biex tilqa' ġo fiha pazjenti.", "Għall-Oppożizzjoni, din kienet ħolma!", "Fil-ġimgħat li ġejjin, la dan ix-xogħol ikun lest, se jibda x-xogħol fuq l-isptar t'Għawdex, li Gvern Nazzjonalista ħalla bħala mandra!", "L-affarijiet li rajna meta morna Għawdex madwar sitt snin ilu kienu tal-biża'!", "Issa se jkollna l-Isptar t'Għawdex u l-Isptar San Luqa tal-aqwa livell, bħalma għandna ċentru tal-anatomija li huwa tal-aqwa livell mondjali!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħed ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 448 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kumitat għat-Trattament Mediċinali Eċċezzjonali; u", "Tagħrif dwar il-moniteraġġ ta' pestiċidi li sar mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali minn wara Jannar 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6836.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 1 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 biex jemendew l-Ordinamenti tal-2010 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' International Master of Arts in Conflict Resolution and Mediterranean Security – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Mediterranean Academy of Diplomatic Studies.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 439 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Payslip Dettaljata;", "Avviż Legali Nru 440 tal-2018 – Ordni ta' Standard Nazzjonali tal-2018 li jemenda l-Ordni ta' Standard Nazzjonali tal-2018 dwar il-Leave Annwali;", "Avviż Legali Nru 441 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar Standard Nazzjonali tal-Inqas Paga Nazzjonali;", "Avviż Legali Nru 443 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar Standard Nazzjonali ta' Żieda fil-Paga għall-Impjegati; u", "Avviż Legali Nru 444 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 433 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tal-Ordni tal-2018 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (Ir-Repubblika tal-Botswana) (A.L. 193 tal-2018) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap.123);", "Avviż Legali Nru 434 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw it-Tmien Skeda li tinsab mal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;", "Avviż Legali Nru 435 tal-2018 – Ordni tal-2018 dwar Dikjarazzjoni ta' Vaganzi tal-Banek; u", "L-Estimi Finanzjarji għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 2 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta' Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx).", "F'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 438 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern;", "Avviż Legali Nru 442 tal-2018 – Merchant Shipping (Ship Recycling) Regulations, 2018;", "Avviż Legali Nru 447 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Liċenzi għas-Sewqan ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3);", "Avviż Legali Nru 3 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Limiti ta' Responsabbiltà;", "Tagħrif dwar bordijiet ta' inkjesta maħtura mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273) bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7911.", "F'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabelli li juru l-għadd ta' membri attivi fil-Gozo Sports Complex, kemm minnhom kienu Għawdxin, Maltin u barranin, il-flus miġbura f'miżati u kif intużaw fis-snin bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8167.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 432 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar il-Preżentata ta' Atti permezz ta' Mekkaniżmu Elettroniku fil-Bord tal-Arbitraġġ dwar Artijiet;", "Avviż Legali Nru 436 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu Permess mill-Kunsill Lokali (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 437 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Metodu ta' Notifika tal-Atti Ġudizzjarji (Emenda Nru 2);", "K.L.B.L Nru 39/01/2019 - Bye-Laws tal-2019 dwar l-Użu ta' Faċilitajiet (Kunsill Lokali Mosta);", "Rapporti awditjati u l-istqarrijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2017 tal-kunsilli lokali kollha ħlief tal-lokalità tal-Belt Valletta;", "Ir-rapport awditjat u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2017;", "Ir-rapporti awditjati u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Kumitati Reġjonali ta' Tramuntana, Nofsinhar, Xlokk u Ċentrali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2017;", "Ir-rapporti awditjati u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Kunsilli Lokali ta' Ħal Għaxaq u tal-Kalkara għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2016;", "Ir-rapporti awditjati u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Kumitat Reġjonali ta' Għawdex għas-snin finanzjarji li għalqu fil-31 ta' Diċembru 2015 u fil-31 ta' Diċembru 2016; u", "Ir-rapporti awditjati u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Belt Valletta għas-snin finanzjarji li għalqu fil-31 ta' Diċembru 2015 u fil-31 ta' Diċembru 2016.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 445 tal-2018 – Regolamenti tal-2018 dwar Standards Soċjali Regolatorji fuq l-Adozzjoni tat-Tfal;", "Avviż Legali Nru 446 tal-2018 – Avviż ta' bidu fis-seħħ li jistabbilixxi l-1 ta' Jannar 2019 bħala d-data li fiha d-dispożizzjonijiet tal-artikoli 20, 31 u 32 tal-Att tal-2018 dwar l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (Att Nru XV tal-2018); u", "Tagħrif dwar l-Iskema ta' Sussidju fuq il-Kera f'Residenzi Privati (PRS) 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8200.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħat tal-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tissostitwixxi lill-Onor.", "Robert Abela, u waqt il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l-Onor.", "Byron Camilleri se jissostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, bħala President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks, Abbozz Nru 60 għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "L-ISPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, nixtieq naġġorna lil din il-Kamra dwar il-kwestjoni li nħolqot fl-aħħar ġimgħat fil-każ ta' grupp ta' 49 immigrant li ġew interċettati minn żewġ bastimenti ta' għaqdiet mhux governattivi li jagħmlu operazzjoni ta' tiftix u salvataġġ fil-Mediterran.", "Ħa nibda mill-ewwel punt kardinali f'dan il-każ: Malta ma kellha l-ebda rwol fil-ħin meta dawn l-immigranti nġabru mill-ibħra territorjali Libjani.", "Fiż-żewġ każijiet, il-bastimenti tal-NGOs Seawatch 3 u Albrecht Penck ġabru immigranti qrib il-kosta Libjana.", "Fl-aħħar ta' din l-istqarrija se nkun qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-mappa ta' minn fejn saru dawn iż-żewġ interċettazzjonijiet.", "Fuq dan m'hemmx dubji u saħansitra l-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li Malta ma kellha l-ebda responsabbiltà fit-tiftix u s-salvataġġ ta' dawn l-immigranti.", "L-eqreb portijiet fil-ħin tal-interċetazzjoni, apparti l-Libja, kienu t-Tuneżija u l-Italja.", "Kemm is-Seawatch 3 u anke Albrecht Penck talbu lill-Italja biex jidħlu u ġew rifjutati.", "B'hekk qabdu u resqu minn rajhom lejn Malta.", "Sa dan il-punt kienu qed ibaħħru fis-Search and Rescue Region ta' Malta, imma barra l-ibħra territorjali tagħna.", "Lanqas f'dan il-mument ma kellna xi responsabbiltà ħlief jekk jinqala' xi ħaġa lill-bastimenti.", "B'hekk, xħin qam il-baħar u talbu kenn fl-ibħra territorjali Maltin, ma kellniex triq oħra – u hekk kellu jsir – ħlief li noffrulhom kenn.", "Għamilnieha ċara li konna qed noffru biss kenn mill-baħar u mhux li jidħlu f'Malta.", "Intant, bqajna ninsistu li dawn il-bastimenti ma jidħlux Malta u għamilnieha ċara li l-immigranti mhumiex responsabbiltà ta' Malta.", "Għamilnieha ċara anke mal-Kummissjoni Ewropea li fehmet is-sitwazzjoni u bdiet taħdem fuq soluzzjoni Ewropea.", "Fakkarna lill-Kummissjoni Ewropea żewġ affarijiet kruċjali: l-ewwel nett li dawn il-persuni mhux responsabbiltà ta' Malta.", "It-tieni nett: li fl-aħħar jiem konna għamilna xogħol kbir fl-ibħra meta salvajna, permezz tal-Forzi Armati ta' Malta, 249 persuna minn għarqa ċerta u dan għamilnieh għax aħna żammejna mar-responsabbiltajiet legali tagħna.", "Ma garrejniex u ma tlabniex għajnuna ta' ħadd għax kienu każijiet ċari ta' responsabbiltà Maltija.", "L-argument tagħna kien li ħadd minn dawn id-49 persuna, li kienu fuq iż-żewġ bastimenti tal-NGOs ma jibqgħu Malta.", "Kif ukoll tlabna li bħala ġest lejn l-isforzi ta' Malta, tlabna li l-pajjiżi li jidħlu f'dan l-isforz ta' rilokazzjoni għandhom jieħdu ammont ta' immigranti mill-249 persuna li salvajna fl-aħħar jiem.", "L-argument li għamilna kien illi ma jagħmel l-ebda sens li l-mekkaniżmu ta' solidarjetà jintuża f'każ meta xi Membru Stat jiddeċiedi li jikser ir-regoli u jirrifjuta li joffri port, filwaqt li min jagħmel dmiru mingħajr daqq ta' trombi jiġi injorat.", "Spjegajna li dan kien ifisser li l-Unjoni Ewropea u dawk l-Istati Membri li joffru soluzzjoni jkunu wkoll qed jibagħtu sinjal żbaljat politiku, legali u morali.", "Sadanittant, ma injorajniex l-aspett uman.", "Bqajna nsegwu s-sitwazzjoni abbord u offrejna li jekk ikun hemm bżonn ta' għajnuna, noffruha permezz ta' evakwazzjoni medika.", "Fl-ebda ħin ma ntalbet din l-għajnuna medika.", "Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, aktar bdejna nagħmlu pressjoni biex pajjiżi jikkommettu ruħhom.", "Finalment, il-Kumissjoni Ewropea waslet biex tmien pajjiżi Ewropej, minbarra Malta, jagħtu sinjal ċar ta' solidarjetà.", "Il-Ġermanja, Franza, il-Portugall, l-Irlanda, ir-Rumanija, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Italja u l-għada, anke s-Slovenja, offrew li jidħlu f'dan il-mekkaniżmu.", "Minħabba l-messaġġi kontrastanti li kienu qed jintbagħtu minn ċerti pajjiżi, tlabna li l-commitment isir bil-kitba.", "Dan ġara mill-pajjiżi kollha li semmejt.", "Ta' dan nixtieq nirringrazzja f'isem il-Gvern u f'ismi personali lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, lill-Kummissaru Dimitri Avramopolous responsabbli minn dan il-qasam u s-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea Martin Selmayer.", "L-intervent tagħhom kien strumentali.", "Huwa ta' konfort għalina li l-Kummissjoni Ewropea turi li tifhem is-sitwazzjoni tagħna.", "Nirringrazzja wkoll lill-pajjiżi li taw sinjal, anke jekk żgħir ħafna, ta' solidarjetà Ewropea.", "Finalment, tajna kenn lil dawn il-persuni li qattgħu jiem sħaħ fuq il-baħar.", "Iżda ħadd mid-49 fuq Seawatch 3 u Albrecht Penck mhu se jibqa' Malta.", "Ma' dawn se jkun hemm 171 persuna minn 249 li kienu responsabbiltà ta' Malta li se jkunu rilokati lejn pajjiżi Ewropej oħrajn.", "44 minnhom li huma mill-Bangladesh se jirritornaw lura pajjiżhom bl-għajnuna tal-European Asylum Support Office (EASO).", "Fil-proċess, intortament - u jien ngħid inġustament - bdiet tintefa' pressjoni kbira fuq Malta li ma kellha l-ebda responsabbiltà f'dan il-każ.", "Għalhekk, fil-pożizzjoni tiegħi, ridt nibbilanċja sitwazzjoni delikata ħafna fejn mil-lat uman kont konxju ħafna, bħalma naħseb ikun konxju kull bniedem, li kien hemm tfal, ommijiet u missirijiet bejn sema u ilma, jaraw l-art u ma jistgħux jidħlu, f'kondizzonijiet tat-temp xejn sbieħ.", "Min-naħa l-oħra, bħala Prim Ministru, ridt assigurazzjonijiet li ħadd ma jippretendi li għax il-portijiet madwarna magħluqin, Malta se tiftaħ il-portijiet tagħha beraħ għal kulħadd.", "Din hija kwestjoni ta' sigurtà nazzjonali u interess nazzjonali.", "Akkont kollox, Malta setgħet baqgħet b'249 immigrant li salvajna bir-resposabbiltà kollha u stajna spiċċajna b'49 oħra li ma kenux responsabbiltà ta' Malta, jiġifieri kważi 300 immigrant f'Malta.", "Minflok, għax imxejna b'serjetà, urejna li m'aħniex pajjiż li kulħadd jista' jagħmel li jrid bih, iżda fl-istess ħin, bħala pajjiż ħanin, se nibqgħu responsabbli min-numru ferm anqas.", "Biex ma jirriżultawx sitwazzjonijiet anomali bħal dawn, kulħadd għandu jimxi mar-regoli internazzjonali.", "Kulħadd, inkluż l-għaqdiet nongovernattivi li jiddeċiedu li jagħmlu operazzjonijiet ta' salvataġġ fil-Mediterran.", "Kieku ridt inkun popolari ma' naħa jew oħra, kelli żewġ options: jew naqbdu u ndaħħlu mingħajr assigurazzjonijiet mingħand ħadd u jkollna l-komunità internazzjonali u l-NGOs f'Malta jċapċpuli.", "Jew inkella kont niddeċiedi li nagħlaq lil Malta u ma jidħlux dawn l-immigranti, ikunu xi jkunu l-konsegwenzi.", "Għażilt li nerfa' din ir-responsabbiltà u għedt li nistenna ċerti assigurazzjonijiet u turija ta' solidarjetà ma' Malta, fl-istess waqt li ma nipperikolawx il-ħajja tal-immigranti fuq dawn iż-żewġ vapuri.", "Mhi faċli xejn li jkollok din ir-responsabbiltà.", "Imma jien qiegħed hawn biex nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess nazzjonali u fl-interess tal-ħajja umana.", "Nixtieq nesprimi wkoll turija ta' apprezzament lill-Oppożizzjoni li matul din is-saga għarfet l-interess nazzjonali.", "Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Żewġ mapep li juru l-pożizzjoni taż-żewġ bastimenti, MV Seawatch 3 u MV Albrecht Penck, ta' għaqdiet non-governattivi meta ġabru lill-grupp ta' 49 immigranti fil-Baħar Mediterran.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-istqarrija tal-Prim Ministru ħadet tmien minuti.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, mhu faċli xejn li jkun hemm pożizzjonijiet fejn it-tħaris tar-regoli internazzjonali jġibu f'bilanċ it-tħaris tal-interess nazzjonali u l-valur tal-ħajja li huwa valur lil hinn minn kull valur ieħor.", "Nirringrazzja lill-Prim Ministru li kull meta staqsejt, u anke meta ma staqsejtx, żammni informat b'dak li kien għaddej.", "Jien urejt preokkupazzjoni partikoalri fuq il-ħamest itfal li kienu qegħdin f'periklu kostanti u nista' ngħid li sibt il-konfort tal-informazzjoni kontinwa u r-riassigurazzjoni li pajjiżna kien qed jagħmel dak kollu possibbli fil-konfront ta' dawn l-immigranti kollha, għax apparti t-tfal, kulħadd huwa uman u l-ħajja m'għandhiex età.", "Min-naħa tiegħi, nixtieq nagħmel kritika kostruttiva fil-konfront tal-perjodi biex jittieħdu ċerti pożizzjonijiet ta' stand-offs minn pajjiżi qribna, liema perjodi mhumiex biss fil-kontroll ta' pajjiżna.", "Nistaqsi lill-Prim Ministru jekk huwiex antiċipat jew ippjanat li jsiru laqgħat, partikolarment mal-Prim Ministru Taljan.", "Nixtieq ukoll ningħaqad mal-Prim Ministru fir-ringrazzjament lejn l-entitajiet u l-personaġġi mill-Unjoni Ewropea li għenu biex tinstab soluzzjoni għal din il-kwestjoni.", "Naf li kemm il-Prim Ministru kif ukoll jien, f'diversi okkażjonijiet li kelli, għamilna pressjoni biex l-Unjoni Ewropea tintervjeni b'mod aktar immedjat u dirett u li tressaq 'il quddiem fuq l-aġenda Ewropea din is-sitwazzjoni partikolari fil-Mediterran, li mhijiex kwestjoni ta' Malta biss.", "Sfortunatament, ladarba dawn it-traġitti qed isiru issa fix-xitwa, nantiċipaw li fix-xhur tas-sajf, meta t-temp jippermetti, se jkun hemm aktar immigranti li jbaħħru lejn l-Ewropa, speċjalment ladarba s-sitwazzjoni fil-pajjiżi fl-Afrika, bħall-Libja, ma jidhirx li s'issa ġiet stabbilizzata.", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk meta l-Prim Ministru ltaqa' mal-Prim Ministru tal-Libja ġietx diskussa s-sitwazzjoni fil-Libja, li hu pajjiż qarib tagħna u jekk hemmx prospetti ta' xi tip ta' intervent li jimmitiga l-influss ta' persuni li jkunu qegħdin jitilqu mil-Libja.", "Nixtieq nistaqsi wkoll dwar jekk kienx hemm żviluppi dwar il-kondizzjoni taċ-ċittadini barranin f'pajjiżna li diġà kellna okkażjoni li nikkummentaw dwarha fil-passat.", "Naf li kien hemm diversi tweġibiet dwar dan, imma forsi l-Prim Ministru jista' jagħtina aktar dettalji.", "Nagħlaq billi ngħid li kif diġà kelli l-okkażjoni ngħid pubblikament, il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni se tkun li tħares l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-pajjiż, it-territorju nazzjonali u s-sigurtà ta' pajjiżna.", "Se nibqgħu ninsistu li l-ħajja tiġi l-ewwel u qabel kollox u l-umanità li rridu nuru f'dawn iċ-ċirkostanzi tkun ta' eżempju li jkaxkar aktar milli obbligu li rridu nsegwu.", "L-unika preokkupazzjoni li m'għandix kjarezza fuqha hija r-rwol tal-NGOs.", "Bħala fatt, b'mod statistiku, jirriżulta li l-intervent tal-NGOs, partikolarment lil hinn mill-ibħra territorjali Libjani, salva eluf ta' ħajjiet ta' persuni.", "Hawnhekk bl-ebda mod ma qed ngħid li dawn għandna naċċettawhom f'pajjiżna.", "Naqbel mal-pożizzjoni li kulħadd huwa taħt il-liġi u jrid josserva l-liġi, inkluż l-NGOs u l-mod kif joperaw.", "Naħseb li jrid ikun hemm aktar kjarezza f'dan ir-rigward u bħala pajjiż irridu nagħmlu dak kollu possibbli biex ikun hemm aktar għarfien u reġistrazzjoni ta' din il-kwestjoni, anke min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "B'mod aktar wiesa', irridu naraw li l-liġi internazzjonali tiġi segwita fl-operat ta' dawn l-NGOs, huma min huma, inkluż biex dawk li verament qegħdin jagħmlu minn kollox biex isalvaw il-ħajjiet, jitħallew joperaw b'mod legali u dawk li ma jkunux qed isegwu l-liġi jitressqu taħt il-madmad tal-liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki jew mistoqsijiet?", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Prim Ministru.", "Naqbel perfettament mal-mod t' kif il-Gvern qed imexxi u jimmaniġġja dawn il-kriżijiet, però naħseb li l-Gvern jista' jieħu approċċ aktar Ewropew.", "Pereżempju, f'Lulju li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet press release fuq control centres u disembarkation platforms.", "Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jekk il-Gvern Malti jaqbilx ma' din il-press release u ma' dan l-approċċ aktar Ewropew, jiġifieri inqas ad hoc.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, jien ukoll inħoss li l-linja li ħa l-Gvern f'dan il-każ kienet linja legalment korretta, però hemm żewġ affarijiet li jinkwetawni.", "L-ewwel nett, kif nafu, f'dan il-każ kien hemm involuti t-tfal.", "Għalkemm id-dgħajsa kienet fil-kenn fl-ibħra Maltin, jibqa' l-fatt li allaħares ġrat xi ħaġa.", "Meta tqis li kien hemm it-tfal f'din id-dgħajsa, wieħed jinkwieta li forsi ma konniex qegħdin nibagħtu sinjal umanitarju biżżejjed, għall-inqas fil-konfront ta' dawn it-tfal.", "Filwaqt li forsi legalment wieħed ikun korrett, fil-ħajja m'hemmx biss il-liġi, imma hemm ukoll il-mod kif tapplika l-liġi.", "Jidhirlux il-Prim Ministru li kien ikun ġest umanitarju li kieku għall-inqas ġab f'Malta lil dawk it-tfal u lill-familjari immedjati tagħhom biex jibgħat sinjal li pajjiżna huwa pajjiż umanitarju?", "It-tieni, nixtieq nagħmel rimarka fuq l-NGOs.", "Filwaqt li nirrepeti li l-Gvern jidher li huwa korrett fil-mod kif qed jittratta din il-kwestjoni, ma jħossx li ladarba, kif qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, dawn l-NGOs qed isalvaw ħajjet in-nies, l-approċċ tal-Gvern huwa kemmxejn goff wisq fil-konfront tagħhom?", "Nixtieq li l-Prim Ministru jagħti aktar dettalji dwar l-approċċ ta' pajjiżna fir-rigward ta' dawn it-tfal u l-NGOs.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar rimarki jew mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jagħmel ir-rimarki konklużivi tiegħu.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Membri li ħadu sehem billi staqsew il-mistoqsijiet li se nipprova nindirizzahom kollha.", "L-ewwel nett, fir-rigward tad-diskussjonijiet mal-ġirien tagħna, nista' ngħid li minkejja dak kollu li jingħad u l-impressjoni li tista' tingħata, żgur li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Italja huma relazzjonijiet tajbin.", "Bħala Gvern u min-naħa tiegħi bħala Prim Ministru, żgur li fid-diskors li nużaw, minkejja l-provokazzjoni li jista' jkun hemm minn elementi fi ħdan il-Gvern Taljan, mhux se nipprovaw nippożizzjonaw ruħna b'mod li qisu hemm xi tip ta' gwerra bejn Malta u l-Italja.", "Anzi nista' ngħid - u nirrapporta minn dak li jgħiduli l-Ministri fil-Kabinett li jkollhom diskussjonijiet mal-counterparts tagħhom - li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat huma kordjalissimi.", "Min-naħa tiegħi, nista' ngħid li mal-Prim Ministru Taljan Conte qed nibnu relazzjoni tajba.", "Naħseb li l-mod li aġixxa bih f'din il-kwestjoni kien korrett ħafna.", "Naħseb li f'din il-kwestjoni tal-immigrazzjoni rridu nużaw il-poter tal-persważjoni u nibqa' ngħid li Malta u l-Italja jinsabu b'mod naturali fuq l-istess paġna u ma jagħmilx sens li nkunu mod ieħor.", "Għalhekk, filwaqt li forsi aħna privileġġjati li nsegwu l-politika Taljana mill-mezzi tax-xandir Taljan u nifhmu aktar minn ħaddieħor in-nuances li jkunu qegħdin jingħadu fl-Italja, min ikun qed jgħidhom, kif u għaliex, ma naħsibx li għandna ninġarru minn din it-tip ta' narrattiva.", "Nerġa' ngħid li r-relazzjonijiet bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Taljan u bejn il-poplu Malti u l-poplu Taljan huma tajbin ħafna, u filwaqt li hemm diffikultajiet u ma nistgħux indaħħlu rasna fir-ramel, ma rridux inħallu dawn id-diffikultajiet jiżgwidaw it-tajjeb li hemm bejn iż-żewġ naħat.", "Il-ġimgħa li għaddiet, kelli laqgħa ta' sagħtejn mal-Prim Ministru Libjan, liema laqgħa naħseb li kienet waħda mill-aktar kostruttivi li kellna fl-aħħar xhur.", "Id-delegazzjoni Libjana ġiet f'pajjiżna b'sinjal b'saħħtu ħafna li jixtiequ li f'dan il-mument diffiċli għal-Libja, Malta ma tibqax gallarija.", "Ma jixtiqux li fir-rigward ta' kwestjonijiet bħalma huma n-negozju, il-Maltin iħallu l-Libja, għax bħalissa hemm ambjent diffiċli.", "Ma jixtiqux li ħaddieħor jieħu l-lead u aħna, bħala pajjiż, qisna nipprovaw noqogħdu pass lura.", "Anzi l-Prim Ministru Libjan ta sinjal b'saħħtu ħafna li jixtieq li Malta tkun minn ta' quddiem f'żewġ deċiżjonijiet kbar li jridu jittieħdu u li qegħdin naħdmu dwarhom.", "L-ewwel deċiżjoni li hija l-aktar kruċjali, hija l-bidu mill-ġdid ta' titjiriet bi skeda bejn iż-żewġ kapitali.", "F'dan ir-rigward, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Air Malta għaddejjin b'ħidma intensiva biex naraw li l-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti sabiex jibdew dawn it-titjiriet.", "Ovvjament, bħala pajjiż irridu nassiguraw kwestjonijiet ta' sigurtà u li għandhom x'jaqsmu mal-assigurazzjoni, fost ħafna affarijiet oħrajn.", "Irridu naraw ukoll kif il-ftuħ ta' din ir-rotta, li ninsabu impenjati li nagħmluha, tkun feasible u it doesn't jeopardise l-kumpanija nazzjonali tal-ajru, anzi jkun valur miżjud kbir għall-Air Malta.", "Ninsabu għaddejjin b'taħditiet li bdew ftit tal-ġimgħat ilu u nista' ngħid li huma mexjin fid-direzzjoni t-tajba.", "It-tieni deċiżjoni importanti li ħadna u li issa hija kwestjoni ta' meta, hija biex niftħu mill-ġdid l-ambaxxata Maltija fi Tripli.", "Il-binja fejn hemm l-Ambaxxata Maltija fit-Tripli llum m'għadhiex feasible għar-raġunijiet ta' sigurtà ovvji.", "Il-binja li hija proprjetà tal-Gvern Malti hija mdawra b'binjiet li jagħmluhiex post ta' sigurtà, anke f'sitwazzjoni fejn hemm sigurtà għolja fi Tripli.", "Hawn mhux qegħdin ngħidu li se nneħħu jew inbigħu din il-binja, imma qed ngħidu li hemm bżonn ta' ambaxxata oħra, għall-inqas b'mod temporanju.", "Fil-fatt, diġà identifikajna post fejn din l-ambaxxata tista' tkun rilokata.", "Naħseb li l-ħatra u l-aċċettazzjoni miż-żewġ gvernijiet ta' ambaxxatur Malti u ambaxxatur Libjan kienet punt importanti ħafna.", "Mill-ġdid, kif inkunu sodisfatti bi qbil mal-ambaxxatur mil-lat ta' sigurtà, l-ambaxxata se tinfetaħ.", "Id-deċiżjoni politika ttieħdet u issa hija kwestjoni ta' meta se tkun qed issir.", "Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet jitfgħuna fuq quddiem nett fir-relazzjoni tagħna mal-Libja biex in-negozju, speċjalment dak Malti fil-Libja, jieħu mbottatura kbira 'l quddiem.", "Bħala Gvern, ninsabu impenjati li nkomplu b'din il-ħidma.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin jista' jgħid li jien kont diġà ħadt id-deċiżjoni li tinfetaħ l-ambaxxata u, fil-fatt, kellna anke data ta' meta se tinfetaħ.", "Però, fil-ġurnata li ħadna dik id-deċiżjoni kien hemm splużjoni qawwija ħafna fi Tripli li minnha nnifisha, bagħtitna lura to the drawing board.", "Dan għaliex aħna kien mingħalina li għamilna ċerta analiżi però, fil-verità, din ma kenitx kompluta.", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn hemm diversi caveats li jridu jittieħdu inkonsiderazzjoni.", "Fil-laqgħa mal-Prim Ministru Libjan, irrid ngħid li semmejtlu żewġ affarijiet fir-rigward tal-immigrazzjoni.", "L-ewwel punt, li bħala pajjiż ninsabu sodisfatti ħafna bl-operat tal-coastguard Libjana.", "Illum il-ġurnata il-coastguard Libjana hija prattikament iffinanzjata mill-Unjoni Eworpea u mħarrġa minn pajjiżi individwali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Italja u l-Olanda li qegħdin jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna.", "Il-UNHCR ħarġet statistika li turi li madwar 14,000 persuna ġew salvati f'sitt xhur min-naħa tal-coastguard Libjana.", "Issa, ladarba għandna coastguard Libjana li qiegħda tiġi ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea biex topera, trid titħalla taħdem.", "Nasal għal dan il-punt minn hawn u ftit ieħor.", "It-tieni punt li semmejt lill-Prim Ministru Libjan huwa li mingħajr ma noqogħdu nidħlu fil-merti etiċi u morali tas-sitwazzjoni fil-Libja, huwa ċar li l-kondizzjonijiet tal-immigranti li jkunu qegħdin jinżammu f'ċentri ta' detenzjoni jew mod ieħor fil-Libja jridu jitjiebu b'mod drastiku.", "Għedtlu wkoll li l-Kummissjoni Ewropea u entitajiet internazzjonali ġieli jkunu kritiċi - kultant bir-raġun - tal-kondizzjonijiet li Malta, il-Ġermanja, l-Italja u l-Greċja qegħdin inżommu fihom lill-immigranti.", "Għedtlu dan il-kliem biex mhux qisna qed nipprietkaw li aħna perfetti u l-Libja mhijiex.", "Għandna dawn il-problemi u sfidi, però huwa ċar li l-Libja needs to step up fir-rigward tal-kondizzjonijiet u d-drittijiet umani f'dawn il-postijiet.", "Dan kien punt ċar li għamilt lill-Prim Ministru Libjan.", "Niġi issa għall-kwestjoni tal-NGOs li ssemmiet f'din il-Kamra.", "Bħala Gvern, irrid nagħmilha ċara li m'għandna l-ebda tip ta' problema li l-NGOs jgħinu fis-salvataġġ tal-persuni.", "Aħna m'aħniex kontra li l-NGOs ikunu qegħdin hemmhekk biex jissupplimentaw ix-xogħol li jsir mill-Forzi Armati ta' Malta.", "Però, aħna qed nadvokaw li kulħadd irid jimxi mar-regoli.", "Forsi se ninstema' kontroversjali, imma numru ta' kwestjonijiet inħolqu għax ikollok kwestjoni ta' interċettazzjoni ta' persuni li mhux bilfors ikunu qegħdin f'sitwazzjoni prekarja u li jkunu se joħorġu għalihom il-coastguard Libjan għax ikunu fis-sovranità u l-ibħra tagħhom biex joperaw.", "Il-coastguard Libjan jgħidlek li jkun qed jikkordina biex joħroġ għall-immigranti, imma jkollhom bħal tellieqa kontra l-ħin min-naħa ta' NGOs li biex jagħmlu punt politiku, li jista' jkun validissimu, jaslu qabel il-coastguard Libjana.", "Hemmhekk tinħoloq sitwazzjoni fejn l-NGO jgħidu li mhux se jeħduhom il-Libja għax ma jafdawx is-sitwazzjoni fil-Libja, imbagħad jgħidu li se jidħlu l-Italja, imma t-Taljani jgħidulhom le għax marru hemm bi ksur tal-ordnijiet u jagħlqulhom il-portijiet.", "Dan iwassal biex jiġu lejn Malta fejn tinħoloq kwestjoni għax ma ġewx osservati r-regolamenti u r-regoli, li qegħdin hemm għal kulħadd.", "Kif diġà għedt, aħna salvajna 250 persuna, mingħajr ma qgħadna ngħidu jekk huwiex ġust jew le li nsalvawhom aħna.", "Bħala pajjiż, dejjem insegwu r-regoli internazzjonali u għalhekk salvajna lil dawn il-persuni u daħħalniehom fil-pajjiż.", "Però ma nistgħux niġu f'sitwazzjoni li jkollok pożizzjoni ta' kważi tiġrija fl-ibħra Libjani!", "Hemm bżonn li kulħadd isegwi r-regoli.", "Forsi jkun hawn min jgħidli: Hemm ħafna NGOs li jaħdmu b'dan il-mod?", "Naħseb li l-maġġoranza tal-NGOs ma joperawx b'dan il-mod, imma hemm numru li mhux qed isegwu r-regoli.", "Jekk hemm xi ħadd li qed jegħreq u bħala NGO qiegħed eqreb u mort biex issalvah, m'għandi l-ebda kwestjoni dwar dan, anzi f'dak il-każ, l-NGO ħaqqha kull rikonoxximent.", "Però rajna informazzjoni online, jiġifieri kienet fid-dominju pubbliku, dwar kif isiru ċerti affarijiet.", "Kien hemm bastiment ta' NGO fil-Mediterran li poġġa fuq Facebook u Twitter il-coordinates tiegħu u jgħid li mhu impenjat fl-ebda tip ta' salvataġġ, però jgħid il-post fejn qiegħed.", "F'daqqa waħda tara fuq ir-radar dgħajsa tat-traffikanti ħierġa li qed tmur direttament fuq il-vapur tal-NGO.", "Issa jkun hemm min jagħmel conspiracy theory u jgħidlek li t-tnejn huma miftehmin, u li din hija parti minn organizzazzjoni kriminali.", "Dik hija a conspiracy theory li jien ma naqbilx magħha!", "Però llum il-ġurnata kulħadd juża l-midja soċjali u għalhekk għandek persuni fil-Libja li jkunu qed isegwu kollox, jaraw il-pożizzjoni tal-NGOs u jimmiraw għalihom.", "Għalija, din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli, għax f'dan il-każ mhijiex kwestjoni fejn qed issalva nies mill-periklu tal-mewt, imma qed toħloq sitwazzjoni li naħseb ħadd ma jista' jaqbel magħha.", "Forsi din hija verità skomda li ngħidu, imma rridu nispjegaw is-sitwazzjoni għaliex xi kultant inkunu kritiċi ta' wħud mill-NGOs.", "Nemmnu li hemm bżonn ta' sistema ta' governanza sħiħa, mhux biss mill-istati membri, imma wkoll mill-għaqdiet mhux governattivi.", "Nerġa' ngħid li jekk kulħadd isegwi r-regoli, bħala pajjiż, m'għandna l-ebda tip ta' issue f'dan ir-rigward.", "Fuq il-punt jekk il-Gvern Malti setax għamel xi ġest umanitarju aktar kmieni fir-rigward tat-tfal u l-ġenituri tagħhom, iva, stajna għamilna dan.", "Fil-verità, nassigura lil din il-Kamra li f'kull ħin u f'kull mumemt, l-inkwiet at the back of my mind dejjem ikun li tista' tiġri xi ħaġa li forsi ma tkunx qed tara u jmut xi ħadd.", "Fl-aħħar mill-aħħar, bħala Prim Ministru, jien responsabbli ta' kull deċiżjoni li jieħu l-pajjiż, għax dik hija l-ħajja ta' min jokkupa dan is-siġġu.", "Li nista' ngħid huwa li jien kont qed niġi assigurat mill-awtoritajiet tagħna li kienu f'kuntatt kontinwu dwar is-sitwazzjoni abbord il-vapur sal-mument li daħħalna lil dawn il-persuni fil-port li ma kien hemm l-ebda tip ta' periklu imminenti.", "Fil-fatt, staqsejna u rajna wkoll jekk kienx hemm bżonn ta' evakwazzjoni medika li semma l-Onor.", "Membru, u kieku dan kien il-każ, din kienet se tingħata.", "Fir-rigward tal-punt jekk Malta taqbilx mal-proposta ta' controlled centres u disembarkation centre, jien għad irrid insib lil xi ħadd li jfehemni x'inhu controlled centre.", "Qed ngħid dan mingħajr ma nkun ironiku.", "Però, jien għadni ma fhimtx jekk controlled centre hux isem ieħor għal ċentru ta' detenzjoni jew jekk din hijiex kwestjoni ta' loġistika.", "Meta tkellimt mal-Olanda li huwa l-pajjiż li ħareġ b'dan il-kontest bqajt ma sibtx x'inhi dik id-definizzjoni eżatta.", "Għalhekk, ma nistax ngħid jekk naqbilx jew le ma' dan il-konċett għax mhux ċar x'inhuma r-responsabbiltajiet marbuta miegħu.", "Jien ma naqbilx li Malta ssir il-Lampedusa l-ġdida.", "Bħala Gvern ma naqblux ma' xi sistema fejn Malta tispiċċa t-target għat-traffikanti li, wara kollox, imexxu din l-operazzjoni.", "Ma rridux li jkun hemm xi sistema Ewropea li tirrikonoxxi lil Malta bħala disembarkation centre jew punt ta' attrazzjoni għal dan l-operat.", "Parti mid-deċiżjonijiet li ħadna fl-aħħar jiem u n-negozjar li għamilna kien biex nibagħtu sinjal hemm barra, mhux biss lill-istati membri l-oħra biss, imma anke lill-kriminali li jmexxu dan it-tip ta' racket, li Malta mhux se taqbad u ċċedi.", "Mhux se naċċettaw sitwazzjoni fejn l-immigranti jintbagħtu lejn Malta u mbagħad, b'xi mod jew ieħor, pajjiżna jsib is-soluzzjoni.", "Bħala pajjiż ridna nibagħtu dan it-tip ta' sinjal.", "Mill-ġdid, din hija kwestjoni xejn faċli, fejn hemm a very fine line.", "Ma naħsibx li hemm soluzzjoni tajba u oħra ħażina, però nassigura lil din il-Kamra li se nkompli naħdem flimkien mal-Membri kollha tal-Gvern fl-aħjar interess għall-pajjiż.", "Nerġa' nirringrazzja lill-Oppożizzjoni għall-attitudni li ħadet f'din il-kwestjoni.", "Nemmen li jekk inkomplu nimxu flimkien b'dan il-mod nistgħu nġibu l-aħjar tip ta' soluzzjonijiet għal pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET", "TAL-PULIZIJA (KAP.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10).", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR", "IL-PROFESSJONI MEDIKA U", "L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA U", "L-ORDINANZA DWAR IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u Professjonijiet li Għandhom X'jaqsmu Magħha u l-Ordinanza Dwar il-Mediċini Perikolużi\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "CHRIS FEARNE: Sur President, din l-emenda għal dawn iż-żewġ liġijiet, jiġifieri l-Att li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li Għandhom X'jaqsmu Magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi għandha l-għan li ssaħħaħ idejn il-forzi tal-ordni meta jiġu għall-ħarsien tas-saħħa ta' wliedna f'dak li għandu x'jaqsam ma' abbuż ta' mediċini u drogi, speċjalment dawk il-mediċini msejħin drogi sintetiċi.", "Ħa nagħti daqsxejn background fil-qosor dwar din l-emenda, li jidhirli li għandha ssib l-appoġġ unanimu ta' din il-Kamra għax, fuq kollox, qegħdin nemendaw il-liġi biex insaħħu idejn il-forzi tal-ordni.", "F'pajjiżna, bħall-kumplament tal-pajjiżi Ewropej u bħal ħafna pajjiżi fid-dinja, sustanza, hi x'inhi, tista' tkun iċċertifikata u reġistrata bħala mediċina u għalhekk tkun tista' tiġi importata u mqassma jew mibjugħa fil-pajjiż.", "Ovvjament, il-mediċina hija regolata mill-Awtorità tal-Mediċini u trid tiġi manifatturata taħt ċerti standards, fejn wieħed ikun jaf eżatt id-doża li fiha u l-prorjetajiet kimiċi tagħha kollha.", "F'dan il-każ, is-sustanza tkun mediċina, għax hija iċċertifikata mill-Awtorità tal-Mediċini u għandha l-liċenzja mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika biex tkun tista' tiġi importata u mibjugħa jew imqassma f'Malta.", "Hemm mediċini li għandhom proprjetajiet differenti, bħal proprjetajiet narkotiċi jew psikotropiċi, jiġifieri mediċini li jistgħu jagħmlu xi tibdil u alterazzjoni fil-mod ta' kif persuna taġixxi u taħseb fl-istat mentali tagħha.", "Dawk huma blokk ta' sustanzi li aħna nafuhom u nirregolawhom bħala mediċini.", "Imbagħad għandna sustanzi oħrajn li jista' jkollhom effett fuq l-istat mentali ta' persuna, bħalma hija kafeina li tinstab fil-kafè, fit-te u f'ħafna xarbiet, fost prodotti oħrajn.", "Dawn is-sustanzi huma regolati f'pajjiżna bħala foodstuffs.", "Issa f'Malta għandna l-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) li hija l-awtorità li tirregola l-istandards ta' affarijiet li jistgħu jiġu importati u jinbiegħu bħala sustanzi ta' ikel ikklassifikati bħala foodstuffs.", "Għalhekk, kull min hu ġenwin u jrid jimporta mediċina jew sustanza oħra li tista' tiġi kkonsmata bħala forma ta' ikel, xorb, jew forma oħra, irid japplika għal-liċenzja jew taħt forma ta' mediċina jew taħt forma ta' sustanza tal-ikel.", "Din hija sistema li ilha taħdem b'dan il-mod u bħala Gvern nixtiequ li tkompli taħdem.", "Però, jeżistu sustanzi oħrajn li la huma mediċini u lanqas huma kklassifikati bħala foodstuffs, imma huma sustanzi ta' abbuż bħal, pereżempju, il-kokaina, li huma illegali li jiġu importati, miżmuma, mibjugħin jew ittraffikati b'xi mod f'pajjiżna.", "Għal dawn it-tip ta' sustanzi hemm ir-regolamenti, il-liġijiet u l-penali.", "Il-Pulizija tagħmel xogħolha biex tara li dawn is-sustanzi ma jkunux importati, ittraffikati u prevalenti f'pajjiżna biex b'hekk inkunu qegħdin inħarsu s-saħħa tal-poplu tagħna, inkluż ta' wliedna li jistgħu jaqgħu vittma ta' min hu bla skrupli.", "Kif nafu, f'dawn l-aħħar snin u xhur, rajna suċċessi kbar tal-Pulizija fil-ħidma tagħha biex tintervjeni ħalli dawn is-sustanzi ma jiġux importati u ttraffikati f'pajjiżna.", "Dawn huma drogi li kienu se jispiċċaw għand iż-żgħażagħ tagħna.", "Mela qed ngħidu li għandna sustanzi li huma regolati bħala mediċini u sustanzi li huma regolati bħala ikel u anke dawn jistgħu jkollhom effett narkotiku ġej, pereżempju, mill-kafeina.", "Din il-kategorija tinkludi wkoll l-alkoħol u t-tabakk li għandhom ir-regoli għalihom u kollha jkunu reġistrati u jeħtieġu liċenzja għall-importazzjoni u t-tqassim tagħhom.", "Imbagħad, hemm dik il-kategorija ta' sustanzi li huma illegali u jagħmlu ħsara lill-persuna.", "F'dan il-każ, il-Pulizija taġixxi biex twaqqafhom milli jiġu importati, imqassma, ittraffikati u kkonsmati f'pajjiżna.", "Sfortunatament, f'dawn l-aħħar snin tfaċċa fenomenu ġdid.", "Hawn qed nitkellem dwar traffikanti bla skruplu li qegħdin jaqbdu prodotti li jixbhu lil dawn il-mediċini jew sustanzi ta' ikel, imma huma klassifikati bħala sustanzi illegali.", "Issa, pajjiżna għandu skeda li ilha ġejja mill-1961 fejn hemm elenkat dawk is-sustanzi li huma ta' ħsara għall-bniedem u li mhumiex mediċina jew regolati bħala sustanza ta' ikel u allura, il-Pulizija taġixxi biex twaqqafhom milli jidħlu f'pajjiżna, jitqassmu, jiġu ttraffikati u kkonsmati.", "Sfortunatament f'dawn l-aħħar snin tfaċċaw nies bla skruplu li bdew jipproduċu drogi sintetiċi li għalkemm l-effett tagħhom jixbah lil dal tal-kokaina, il-kannabis u sustanzi oħrajn li huma illegali, peress li jkun hemm xi tibdil żgħir fis-sustanza, il-Pulizija qed tiltaqa' ma' ċerti diffikultajiet.", "Meta l-Pulizija tiġi biex taġixxi u twaqqaf milli dawn is-sustanzi jiġu importati u kkonsmati u tressaq lil xi ħadd il-Qorti li għandu fil-pussess tiegħu dawn is-sustanzi sintetiċi li jagħmlu ħsara kbira liż-żgħażagħ tagħna, hemm din id-diffikultà li għax dawn is-sustanzi mhumiex elenkati fl-iskeda li għandna tas-sustanzi li huma illegali, il-Pulizija ma tistax tipproċedi kontra min ikun abbuża b'dan il-mod.", "Hawn qed ngħidu li kellna organizzazzjonijiet kriminali li fuq bażi kontinwa kienu qed jipproduċu sustanzi ġodda b'tibdil żgħir fihom, fejn l-effett fuq iż-żgħażagħ huwa l-istess jew saħansitra agħar, imma għax il-molekola tkun ftit differenti, meta l-Pulizija jiġu biex jaġixxu, isibu li ma jistgħux għax dawn is-sustanzi mhumiex elenkati fl-iskeda ta' sustanzi li huma illegali.", "Pereżempju, xi sentejn ilu, f'pajjiżna u mad-dinja kollha, tfaċċat dik li ħafna nies jafuha bħala flakka.", "Il-flakka hija sustanza sintetika li tixbah id-drogi illegali u li min jeħodha jista' jara l-anġli jiżfnu, imma ħafna drabi jista' jkollu wkoll effetti kbar u serji fuq saħħtu, li anke wasslu għall-imwiet.", "Issa aħna nifhmu li bħala pajjiż m'għandniex inħallu l-flakka tkun importata, ittraffikata, imqassma u kkonsmata biex issir din il-ħsara liż-żgħażagħ u liċ-ċittadini tagħna.", "Però, għax kien hemm tibdil żgħir fl-għamla tagħha u ma kenitx fl-iskeda ta' sustanzi li huma illegali, il-Pulizija, għal numru ta' ġimgħat, ma setgħux jaġixxu anke jekk jaqbdu lil xi ħadd bil-flakka f'idu.", "Bħala Gvern, aġixxejna malajr u fl-2017 daħħalna avviżż legali fejn il-flakka kienet ikklassifikata bħala sustanza illegali li ma tistax tiġi mportata, ikkonsmata u ttraffikata u daħħalnieha fl-iskeda tas-sustanzi li huma illegali.", "Issa, bħall-flakka, joħorġu sustanzi ġodda kull ġimgħa, jiġifieri inti taqbad is-sustanzi li jkun hemm fis-suq u tagħmilhom illegali biex il-Pulizija tkun tista' taġixxi, imma l-ġimgħa ta' wara, dawn l-għaqdiet kriminali joħroġu b'sustanza ġdida.", "Ir-realtà hi li sakemm tkun taf x'hemm fis-suq u teżaminah, jgħaddi l-avviż legali u jidħol fis-seħħ, xi kultant jilħqu jgħaddu l-ġimgħat jew ix-xhur, u jkollna ż-żgħażagħ li qegħdin jaqgħu vittma ta' din il-kriminalità.", "Is-sena li għaddiet daħħalna seba' avviżi legali, kważi wieħed kull sitt jew seba' ġimgħat, fejn kull darba naraw x'hemm fis-suq, naqbdu tlieta jew ħames sustanzi li jkunu għadhom kemm ħarġu fis-suq u nagħmluhom illegali biex il-Pulizija jkunu jistgħu jaġixxu.", "Però, dakinhar li nkunu daħħalna l-avviż legali, jibdew ħerġin sustanzi ġodda li ma jkunux fuq l-iskeda.", "Kif il-kriminali jaraw avviż legali jaqilbu mill-ewwel fuq sustanza oħra biex dejjem jibqa' għaddej it-traffikar ta' dawn is-sustanzi llegali.", "Ovvjament sakemm nanalizzaw x'inhu jiġri u nerġgħu noħorġu avviż legali, ikunu għaddew ftit ġimgħat u jkollna aktar żgħażagħ li qegħdin jaqgħu vittma ta' dawn in-nies bla skruplu.", "Mela hemm din il-proċedura kontinwa, fejn aħna niġru wara sustanzi illegali ġodda, nagħmlu l-liġijiet biex inwaqqfuhom u kull darba toħroġ sustanza ġdida, bir-riżultat li meta l-Pulizija jaqbduhom, sakemm din is-sustanza ma tkunx fuq l-iskeda, ma jistgħu jagħmlu xejn.", "Ħafna drabi l-Pulizija ttellagħhom il-Qorti u l-Qorti tilliberahom.", "Din l-emenda li qegħdin nipproponu llum se tibdel dan kollu.", "Din l-emenda se tagħmel din il-proċedura tassattiva, għax s'issa ma kenitx fil-liġi, għalkemm is-sena l-oħra konna qed nagħmluha kull sitt ġimgħat.", "Permezz ta' din l-emenda, kull sustanza ġdida li nindunaw biha fis-suq fi żmien sitt xhur trid tiġi elenkata fl-iskeda ta' dawk il-mediċini li huma illegali, ħalli l-Pulizija jkunu jistgħu jaġixxu.", "Però sitt xhur huwa perjodu wisq twil u għalhekk qegħdin ngħidu li kif tgħaddi din l-emenda, kull sustanza li nafu li mhijiex mediċina u li mhijiex irreġistrata bħala ikel, imma li jista' jkollha effett narkotiku jew psikotropiku, anke jekk mhijiex fl-iskeda, se tkun illegali u l-Pulizija jistgħu jaġixxu mill-ewwel.", "Qed ngħidu wkoll li sa sitt xhur, jew ħafna drabi qabel, kull sustanza illegali trid tiddaħħal fl-iskeda u sadanittant, matul dan il-perjodu, kull sustanza, anke jekk mhijiex qiegħda fl-iskeda, li mhijiex irreġistrata bħala mediċina jew bħala ikel u li jista' jkollha effett ħażin fuq iċ-ċittadini, se tkun illegali u l-Pulizija jistgħu jaġixxu kontra min idaħħal, jittraffika, ibigħ jew juża dik is-sustanza, daqslikieku qiegħda fuq l-iskeda.", "Sinjura President, dan ifisser li ladarba tgħaddi din il-liġi – u qed nifhem li se jkun hawn qbil dwar din il-liġi u se tgħaddi – se nkunu qegħdin insaħħu l-pożizzjoni tal-Pulizija biex dawn il-kriminali jitressqu quddiem il-ġustizzja.", "Kif għedt, kull darba li ndaħħlu sustanza ġdida fl-iskeda ta' sustanzi illegali, il-kriminali joħroġu b'sustanza ġdida u kull darba noqogħdu niġru warajhom, jgħaddu l-ġimgħat bejn avviż legali u ieħor, imma dejjem għandhom xi jbigħu mingħajr biża' li l-Pulizija jistgħu jagħmlulhom xi ħaġa.", "Issa, permezz ta' din l-emenda, din is-sitwazzjoni se tispiċċa darba għal dejjem!", "Kif sustanza tispiċċa fis-suq, minn dakinhar stess se tkun illegali sakemm mhijiex mediċina jew sustanza ta' ikel.", "Dan ifisser li se nkunu qegħdin nipproteġu aktar liċ-ċittadini u liż-żgħażagħ tagħna kontra dawn in-nies bla skruplu li qegħdin jirrovinaw is-saħħa ta' ħafna nies.", "Jekk tkellem lit-tobba tal-psikjatrija jgħidulek kemm jaraw problemi ta' saħħa mentali li ħafna minnhom huma relatati ma' abbuż ta' droga.", "Id-droga hi fuq l-iskedi u mhijiex dejjem ħażina.", "Però, fir-rigward ta' sustanzi illegali, il-Pulizija jistgħu jaġixxu mill-ewwel.", "Hawn irrid nirringrazzja u nifraħ lill-Korp tal-Pulizija u l-forzi tal-ordni li f'dawn l-aħħar xhur kellhom riżultati b'saħħithom ħafna fejn jidħol il-kontroll tad-drogi illegali f'pajjiżna.", "Però, issa b'din l-emenda se nkunu qegħdin insaħħu aktar idejn il-Pulizija u s-saħħa ta' wliedna u ċ-ċittadini tagħna, għax jekk xi ħadd jipprova jdaħħal sustanza li mhijiex fuq l-iskeda f'pajjiżna, ikun fejn ikun fl-Ewropa, se tkun illegali u allura l-Pulizija jistgħu jaġixxu u jieħdu passi kontra l-kriminali tad-droga, daqslikieku dik is-sustanza qiegħda diġà elenkata fl-iskeda.", "Sinjura President, din l-emenda se tkun qiegħda tagħti daqqa qawwija lit-traffikanti tad-droga f'pajjiżna u għalhekk nifhem li din hija miżura importanti ħafna favur il-forzi tal-ordni f'pajjiżna u, fuq kollox, favur is-saħħa taż-żgħażagħ tagħna.", "Kif diġà għedt, qed nistenna li jkun hawn appoġġ sħiħ minn din il-Kamra biex ngħaddu din l-emenda kemm jista' jkun malajr ħalli nkunu nistgħu nħarsu s-saħħa taċ-ċittadini tagħna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sinjura President, nibda billi ngħid li bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa naqbel mad-Deputat Prim Ministru li din l-emenda se toffri aktar sigurtà f'pajjiżna u se tnaqqas l-abbuż ta' sustanzi li pajjiżna kontinwament qed jesperjenza.", "Għalhekk, l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur din l-emenda fil-liġi ħalli f'pajjiżna tirrenja aktar is-saħħa u nevitaw il-ħsara li ssir fis-soċjetà bl-abbuż tad-drogi u sustanzi illeċiti.", "Dan l-Abbozz se jkun qiegħed jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet relatati Magħha, Kap. 31, u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, Kap. 101 sabiex tiġi implimentata d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea tal-2017.", "Tajjeb ngħid li dawn l-emendi qegħdin ikunu xprunati minn Direttiva tal-Unjoni Ewropea li qed tħeġġeġ lill-pajjiżi membri biex jallinjaw ruħhom ma' din id-Direttiva.", "Wara li saru studji u riċerki dwar l-abbuż bid-drogi sintetiċi, l-Unjoni Ewropea ħarġet din id-Direttiva.", "Dawn id-drogi mhumiex mediċina, jiġifieri ma jintużawx biex professjonist jgħin, ifejjaq u jtejjeb is-saħħa tal-pazjent għall-aħjar, iżda huma sustanzi li jagħmlu ħsara kbira kemm lil min qed jabbuża, kif ukoll lis-soċjetà inġenerali.", "Hawn irrid insemmi ż-żieda qawwija ta' persuni li qegħdin jidħlu fl-Isptar Monte Carmeli jsofru mill-effett ta' dawn is-sustanzi.", "Dan qed iwassal biex ħafna drabi jkun hemm overload tas-sodod f'dawn l-isptarijiet, b'konsegwenza li tista' titnaqqar jew titnaqqas il-kwalità tas-servizz għal pazjenti oħrajn li forsi jeħtieġu kura u attenzjoni aktar mill-qrib.", "Meta wieħed iħares lejn l-għan ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li se jkun qed jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika jsib li qegħdin niffokaw fuq id-definizzjoni tad-droga biex tkun tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u tħassar id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-2005.", "B'hekk, min għandu intenzjoni ħażina u skop kriminali u jrid jagħmel negozju minn fuq dahar ħaddieħor, anke jekk se jagħmel ħsara lill-persuni li jabbużaw minn dawn is-sustanzi, se jsib liġijiet aktar b'saħħithom.", "Permezz ta' dawn l-emendi se jkollna aktar kontrolli u sigurtà kontra dawk li jridu joħolqu tensjoni fis-soċjetà ta' pajjiżna, speċjalment fost iż-żgħażagħ tagħna.", "Il-Pulizija u l-Qrati se jkollhom aktar għodda biex tkun tista' tittieħed azzjoni immedjata kontra kull abbuż b'sustanzi llegali.", "Irrid ngħid li meta wieħed iħares lejn il-mediċini narkotiċi jew psikoattivi li jaħdmu fuq is-sistema nervuża u fuq il-moħħ, wieħed isib mediċini li għandhom użu tajjeb u bżonjuż.", "Bħala tabib, fil-professjoni tiegħi jien nuża dawn il-mediċini b'għan tajjeb, biex nagħmel il-ġid, pereżempju, biex ngħin persuni li qegħdin ibatu b'ansjetà, minn insomnja – jiġifieri diffikultà biex wieħed jorqod - problemi fil-burdata u fl-azzjonijiet tagħhom, fost l-oħrajn.", "Fil-fatt, fil-professjoni medika għandna regolamenti ċari marbutin bi preskrizzjoni partikolari, dik li nafuha bħala l-karta l-ħadra.", "Il-professjonisti huma obbligati li jiktbu numru ta' mediċini, b'mod partikolari dawk narkotiċi jew psikoattivi, fuq din il-karta l-ħadra u b'hekk hemm element ta' kontroll.", "Fil-fatt hemm control card li wieħed jużaha biex jikteb dawn il-mediċini li l-permess tagħha jinħareġ mis-Superintendent tas-Saħħa.", "Dan ifisser li hemm ċerta regola dwar kif wieħed għandu juża dawn il-mediċini biex nevitaw abbuż minn pazjenti li forsi jkunu jridu jużaw doża akbar ta' dawn il-mediċini.", "Fl-istess ħin qegħdin nirregolaw il-professjoni medika meta tiġi biex tagħmel preskrizzjoni ta' dawn il-mediċini.", "Kif nafu, l-abbuż ta' dawn il-mediċini jista' joħloq ċerti diffikultajiet, fosthom dipendenza, morbidità, jiġifieri ħsara lill-ġisem u overdose li tista' twassal ukoll għall-mortalità.", "Hawn irrid nirrimarka li f'pajjiżna, issa li minn dan il-Parlament għaddejna l-liġi għall-użu mediċinali ta' prodotti mill-kannabis, dawn il-prodotti qegħdin ikunu regolati wkoll b'din il-control card u l-karta l-ħadra li ilna nużaw għal snin twal.", "B'hekk il-professjoni medika tista' tagħmel preskrizzjoni għal dawn is-sustanzi u mediċini li jwasslu għal għajnuna medika għal min jeħtieġ.", "Meta nħarsu lejn il-mod kif din il-liġi se tkun emendata, naraw li qegħdin niftħu d-definizzjoni tal-kelma \"droga\" biex tkun tinkludi mediċini u sustanzi li xi drabi jkunu ta' natura sintetika.", "B'hekk, id-definizzjoni se tkun wiesgħa biżżejjed biex tinkludi dawn id-drogi u sustanzi li huma maħluqin litteralment għall-abbuż, biex jintużaw b'mod illeċitu u kriminali.", "Dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda, li ħafna drabi jimitaw l-effetti ta' drogi li diġà huma eżistenti fis-suq, fosthom il-kokaina, il-kannabis, l-eroina u mediċini oħrajn, bħall-amphetamine li hija mediċina li nużaw fil-qasam tas-saħħa, qegħdin jintużaw bħala party drugs.", "Issa, il-kelma \"party\" ma naħsibx li hija wisq flokha meta nafu li kellna diversi mwiet b'riżultat ta' abbuż minn dawn is-sustanzi.", "Hawn żgħażagħ li fl-aħjar età tagħhom, jinsabu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli wara abbuż ta' dawn is-sustanzi.", "Hawn diversi problemi soċjali li qegħdin jinħolqu bl-abbuż ta' dawn is-sustanzi.", "Hawn żgħażagħ li tilfu l-interess fil-ħajja, tilfu l-ħbieb u m'għadux jinteressahom ix-xogħol.", "Huwa għalhekk li qed inressqu dawn l-emendi fil-liġi, għaliex bħala membri ta' dan il-Parlament obbligati li naħdmu biex ikollna soċjetà b'saħħitha anke minn dan il-lat.", "Meta qegħdin naraw li għandna sustanzi li huma skedati skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u qed ikun hemm sustanzi oħrajn li qegħdin jinfirxu b'mod rapidu, speċjalment f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, inkluż f'Malta, għandu jkollna sistemi biex innaqqsu r-riskji gravi għas-saħħa pubblika li, kif semmejt, jistgħu jwasslu għal tant diffikultajiet, inkluż fil-qasam soċjali.", "Dan huwa l-għan ta' dawn l-emendi f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kif spjega l-Ministru għas-Saħħa, dawn l-emendi se jgħinu biex innaqqsu jew inwaqqfu t-traffikar ta' dawn is-sustanzi u l-involviment ta' organizzazzjonijiet kriminali li ħafna drabi huma underground u jaħdmu b'mod kontinwu biex jimminaċċjaw dak li nkunu qegħdin infasslu fil-liġijiet tal-pajjiż.", "Ħafna drabi jiġri li llum taqbad sustanza sintetika li tagħraf li hija perikoluża u li ġejja mid-dinja tal-kriminalità, għalhekk tiskedaha, imma l-pitgħada toħroġlok droga oħra sintetika li ma tkunx skedata.", "F'dak il-każ, s'issa, ma hemmx il-faċilità bil-liġi li l-forzi tal-ordni jistgħu jressqu lil dawk li qegħdin jabbużaw u dawk li qegħdin jittraffikaw jew huma involuti f'dan iċ-ċirku.", "Huwa proprju għalhekk li dawn l-emendi huma bżonnjużi u għandhom jiddaħħlu fil-liġi b'mod immedjat.", "Bħala Parlament se nkunu qegħdin nivvotaw b'mod unanimu favur dawn l-emendi biex mill-aktar fis jiddaħħlu fil-liġijiet tal-pajjiż.", "Nerġa' ngħid li l-għan huwa li nnaqqsu l-użu ta' dawn is-sustanzi u l-abbużi kriminali.", "Sinjura President, hija ħasra li tara dawn l-affarijiet iseħħu quddiem għajnejk u ma tiħux azzjoni.", "Huwa għalhekk li bħala Parlament qegħdin nieħdu din l-azzjoni ispirati mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Dan l-abbuż qed jitwettaq anke f'pajjiżna.", "Fil-fatt, dan l-aħħar, fl-aħbarijiet smajna li l-użu tas-sustanzi f'pajjiżna, speċjalment il-kokaina, qed jiżdied b'mod allarmanti fl-istrati kollha tas-soċjetà tagħna.", "L-għan ta' dawn l-emendi huwa li jkun hawn aktar kontroll kontra l-abbuż, kif ukoll li nagħtu aktar poteri lil dawk li qegħdin jaħdmu f'dan il-qasam tal-abbuż tad-droga.", "Is-sustanzi psikoattivi ġodda, inkluż fid-definizzjoni ta' droga, se jkunu koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Kriminali tal-Unjoni Ewropea dwar it-Traffikar tad-Drogi Illeċiti.", "Kif spjegajt, dawn huma drogi li ġejjin minn attività kriminali u qegħdin jintużaw għal skop biex jagħmlu l-ħsara kemm fis-saħħa tal-individwu kif ukoll ħsara lis-soċjetà b'mod inġenerali.", "Dan se jgħin ukoll biex il-qafas legali tal-Unjoni Ewropea jkun konformi u jiġi ċċarat, hekk li l-istess dispożizzjonijiet tal-Liġi Kriminali japplikaw għas-sustanzi koperti mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u għas-sustanzi psikoattivi ġodda.", "Kif spjegajt, dawn huma sustanzi sintetiċi li qegħdin jinħadmu bla kontroll ta' kwalità biex jiġu ttraffikati mingħajr l-ebda skruplu kontra l-ħsara li tista' ssir, inkluż mortalità għal dawk li qegħdin jabbużaw minnhom.", "Għaldaqstant inħasset l-importanza u l-bżonn li jkun hemm skambjar ta' informazzjoni bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex tinstab it-trend ta' kif qed jintużaw dawn is-sustanzi u biex jinstab aktar malajr x'hemm fis-suq.", "Din 'l-intelliġenza' li hemm f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea tista' tagħti aktar għajnuna lil pajjiżna.", "Kif għedt, l-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Liġi Kriminali biex ikun hemm firxa aktar wiesgħa tad-definizzjoni tad-droga illeċta.", "B'hekk inkunu nistgħu ninkludu dawn is-sustanzi li sal-lum il-ġurnata għadhom mhumiex skedati fuq reġistru jew forsi għad ma nafux bihom jew ma qbadniex eżattament x'inhuma.", "Dawn l-emendi se jkunu qed isaħħu l-ħidma tal-forzi tal-ordni li se jkunu jistgħu jieħdu azzjoni meħtieġa mill-ewwel, u mhux ikun hemm window period ta' xhur fejn wieħed ma jistax jaġixxi b'detriment li ssir aktar ħsara.", "Irrid nenfasizza li f'pajjiżna l-abbuż tad-droga huwa realtà.", "Għalhekk, hemm bżonn li nkomplu naħdmu, anke fil-qafas edukattiv biex inwasslu messaġġ kontra l-abbuż tad-droga kemm jista' jkun kmieni liż-żgħażagħ u lill-adoloxxenti tagħna.", "Irridu nwasslu messaġġ b'saħħtu li l-abbuż tad-droga jġib biss qerda, ħsara u tant diffikultajiet, fosthom ta' saħħa, finanzjarji u soċjali.", "Ħafna drabi, jekk ikollok ċerti problemi, minflok jiċkienu, ikomplu jikbru.", "Għalhekk irridu ninvestu fl-edukazzjoni fl-iskejjel u l-kulleġġi tagħna, kemm privati kif ukoll dawk tal-Istat biex inwasslu messaġġ wieħed, li d-droga toqtlok, ma tħallikx tgħix b'saħħtek, iġġibek f'sitwazzjoni fejn ma tirraġunax, titlef is-sensi tiegħek, tibda timmaġina, tibda tisma' l-ħsejjes u tara l-affarijiet, u minflok tqum filgħodu u tkun kuntent b'ħajtek, tibda tagħli li sebaħ.", "F'isem l-Oppożizzjoni, irrid inwassal messaġġ li b'dak li qegħdin nagħmlu f'din il-Kamra b'mod unanimu, fejn qegħdin nimxu fuq Direttiva tal-Unjoni Ewropea, b'unjoni bejn il-pajjiżi membri biex niġġieldu din il-kriminalità, qed noħolqu struttura biex nassiguraw li f'pajjiżna jkollna sistema legali aħjar li tista' toffri protezzjoni lill-ordni tal-liġi u lill-Qrati tagħna biex jiġġieldu lil dan l-abbuż u l-ħsara li jġib miegħu.", "B'hekk, bħala pajjiż, qed niġġieldu l-abbuż tad-droga, anke permezz tal-ogħla istituzzjoni, li huwa dan il-Parlament.", "Irrid ngħid li ħadt gost nitkellem ma' membri fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar dan l-Abbozz; rajna li hawn qbil unanimu fl-ideat tagħna, biex dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ.", "Imbagħad, fi Stadju ta' Kumitat wara dan id-dibattitu, jekk ikun hemm bżonn, nirfinaw xi dettalji ħalli nassiguraw li ma jaqbżilna xejn fil-ġlieda tagħna kontra l-abbuż tad-drogi.", "Sinjura President, irridu nkomplu nsaħħu s-sistema ta' kura għal min jabbuża mid-droga.", "Ejja niftakru li ħafna drabi dawn huma vittmi li daħlu f'ċirku vizzjuż u għalhekk ma jkunx ġust li nitkellmu biss fuq il-ħsara u l-kriminalità assoċjata mad-droga u ninsew il-vittmi tad-droga li jsibu ruħhom f'mina mingħajr tmiem, b'konsegwenzi ta' saħħa u konsegwenzi oħra soċjali għalihom u anke għall-familji tagħhom.", "Ejja nkomplu nsaħħu l-istruttura ta' prevenzjoni li nemmen li għandha tkun il-pilastru ewlieni, mil-lat edukattiv.", "Ejja nkomplu nsaħħu wkoll il-kura tal-vittmi li jinsabu fl-isptarijiet mentali tagħna.", "Ejja naraw li s-swali fl-Isptar Monte Carmeli jkunu attrezzati biex jieħdu ħsieb lil dawk li qegħdin isofru mill-vizzju tad-droga.", "Ejja nieħdu ħsieb li dawk li jmorru l-Isptar Mater Dei għall-kura jsibu s-sapport adegwat, anke jekk jidħlu mid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Ejja ngħinu lill-NGOs li qegħdin jaħdmu fil-kamp soċjali fost dawk li waqgħu f'dan il-vizzju.", "Ejja nkomplu nsaħħu u nagħtu l-għodda lil dawk li huma qrib dawn il-vittmi, inkluż lill-familji tagħhom.", "B'hekk inkunu qegħdin nolqtu dan is-suġġett minn diversi angoli, kemm f'dik li hija prevenzjoni, kemm f'dak li huwa abbuż, kif ukoll f'dik li hija kura u attenzjoni meħtieġa.", "Sinjura President, nikkonkludi billi ngħid li bħala kelliem għas-saħħa f'isem l-Oppożizzjoni ninsab sodisfatt li qegħdin nemendaw din il-liġi biex tkun aktar b'saħħitha, tgħin biex jitnaqqas l-abbuż u, in the long-term, nassiguraw li f'pajjiżna jkollna soċjetà aktar b'saħħitha u qasam tas-saħħa li joffri aktar sigurtà u effiċjenza fil-kura ta' dawk li jaqgħu fil-vizzju tad-droga.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, huwa ta' pjaċir għalija li nara li ż-żewġ naħat tal-Kamra qed jaqblu ma' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jien persuna li ilni naħdem fil-qasam tal-politika soċjali għal snin twal u nista' ngħid li rajt ħafna bidliet fil-liġijiet li għandhom x'jaqsmu mas-settur tad-droga.", "Rajt ukoll numru ta' statistiċi li filwaqt li wieħed jifhem li dawn huma riżultat ta' riċerka li tkun qiegħda ssir, huwa importanti li wieħed jagħmel evalwazzjoni tagħhom.", "Importanti li nħarsu lejn ir-riċerka mhux biss dwar dawk il-persuni li issa kibru u għandhom ċerta età, imma anke dwar it-tendenzi li qegħdin jiżviluppaw fost it-tfal tagħna.", "Pereżempju, riċerka skont il-European School Survey Project on Alcohol and Drugs (ESPAD) tagħti rendikont tat-tendenzi fost l-istudenti li qegħdin fl-aħħar tas-sena sekondarja, inkluż tendenzi relatati mad-droga, biex jiġi identifikat jekk dawn it-tendenzi hux qed jonqsu jew jiżdiedu.", "Niftakar li l-aħħar rapport li ġie f'idejja kien juri b'mod ċar li filwaqt li għal ċerta droga, fosthom l-eroina u l-kokaina, wieħed seta' jara ċertu tnaqqis, ma kienx l-istess fejn tidħol il-kannabis, fejn l-użu żdied.", "Apparti minn hekk, wieħed irid isemmi wkoll vizzji oħrajn, fosthom id-droga u x-xorb li ħafna drabi ninjorawhom, imma joffru wkoll ċerta sfida u perikli, anke jekk ma tantx nitkellmu dwarhom.", "Naħseb li huwa importanti li meta nitkellmu dwar dan is-settur, nagħmlu dan b'moħħ miftuħ.", "Ħafna drabi, meta titkellem ma' numru ta' persuni, dawn iħarsu lejn il-vittmi tad-droga b'mod negattiv u jgħidulek li dawn għandek taqbadhom u titfagħhom il-ħabs.", "Fir-realtà, kien għalhekk li madwar erba' snin ilu, f'dan il-Parlament konna ddibattejna l-konċett li wieħed jingħata trattament minflok jintefa' l-ħabs.", "Qabel ma għaddejna din il-liġi, Maġistrat kien marbut li, anke għal ammonti żgħar ta' droga għall-użu personali, jibgħat lill-persuna l-ħabs.", "Però l-maġistratura nnifisha bdiet tħares b'lenti differenti lejn dawn il-vittmi tad-droga u, eventwalment, il-liġijiet ta' pajjiżna ġew emendati biex jinbidel il-mod kif l-Istat iħares lejn il-vittmi tad-droga, li għandhom bżonn aktar li jingħataw it-trattament meħtieġ milli jintefgħu l-ħabs.", "Matul iż-żmien iddiskutejt, anke barra minn pajjiżna, ma' diversi entitajiet u gvernijiet ta' pajjiżi oħrajn dwar il-mod kif nistgħu nbiddlu l-konċett.", "S'issa, il-konċett legali hu li jekk għandek sustanza, sakemm mhijiex fl-iskeda ta' mediċini illeċiti, din tista' tinbiegħ.", "Issa dan kien qed jagħti opportunità lis-settur tal-kriminalità fl-isfera tad-droga li jbiddel daqsxejn il-kimika f'dik il-mediċina partikolari, u b'bidliet żgħar 'l hemm u 'l hawn, issir mediċina kompletament differenti u tissejjaħ b'isem differenti minn dawk id-drogi li qegħdin fl-iskeda, biex ma tibqax aktar illegali.", "Mhux qed ngħid li ssir legali, imma ma tkunx illegali.", "Bit-tibdil li kien qiegħed isir fil-kimika ta' dawn is-sustanzi, kienet qed tinħoloq mediċina perikoluża daqs, u ħafna drabi aktar, minn dawk is-sustanzi li kienu qegħdin fl-iskeda bħala mediċini illeċti u illegali.", "Ħafna drabi, dawn is-sustanzi kienu jiġu interċettati, imma minkejja dan, xorta ma setgħux jittieħdu l-passi neċessarji kontra l-persuni li jkollhom dawn il-mediċini fuqhom, li jkunu qed jipprovaw ibigħuha jew li jipprovaw idaħħluha f'istituzzjonijiet li mhux suppost jiddaħħlu mediċini illeċti fihom.", "Sinjura President, se nsemmi postijiet partikolari biex nuri li din hija sitwazzjoni reali f'pajjiżna.", "Ejja nieħdu, pereżempju, x'jiġri fil-ħabs prinċipali tagħna, fejn waħda mill-affarijiet li identifikajna matul iż-żmien kienet li qed jiddaħħlu ċerti sustanzi.", "Kemm qabel, imma b'mod partikolari wara, il-bidla fl-amministrazzjoni, bdejna naqbdu aktar nies li kienu qegħdin jipprovaw idaħħlu sustanzi fil-ħabs.", "Dawn kienu qed jinqabdu qabel ma jidħlu fil-ħabs u mhux wara.", "Jalla bit-teknoloġija li se nkunu qegħdin indaħħlu fil-ġimgħat li ġejjin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin neliminaw kull possibbiltà li tiddaħħal droga fil-ħabs.", "Fil-fatt se ndaħħlu sistemi fejn permezz ta' scanners, wieħed se jkun jista' jara xi jkollha l-persuna fil-kavitajiet tagħhha, bħal fl-istonku jekk tkun belgħet xi kapsoli.", "Dan l-iċċekkjar se jsir fuq kull persuna, mill-ogħla wieħed sal-iċken wieħed, inkluż jien bħala l-Ministru responsabbli, inkluż id-Direttur Ġenerali, il-ħaddiema, il-qraba u l-inmates stess meta joħorġu u jidħlu mill-Faċilità.", "Kulħadd irid jgħaddi mill-iscanners biex inkunu ċerti li d-droga tkun ikkontrollata u affarijiet li huma illeċiti ma jkunux qegħdin jiddaħħlu fil-Faċilità.", "Bl-istess mod, se jkun hemm X-ray machines li jassessjaw l-affarijiet, inkluż l-ikel, li jkunu qed jiddaħħlu fil-Faċilità biex naqbdu kull oġġett illeċitu li jkun se jiddaħħal fil-Faċilità.", "Irrid ngħid li sal-lum, minħabba li hawn ħafna mediċina sintetika li mhijiex fl-iskeda, jiġri li meta ndaħħluha fl-iskeda kważi kull sitt xhur, il-kriminali jkunu diġà għamlu pass wieħed jew tnejn qabel dak li nkunu qegħdin nagħmlu bħala Gvern u jkunu qegħdin jimportaw mediċina li tkun għadha kif ġiet manifatturata b'kimika mibdula b'mod verament żgħir, biex tiġi mediċina kompletament ġdida.", "Permezz tal-Abbozz ta' Liġi li qegħdin inressqu, din is-sitwazzjoni se tkun qed tispiċċa, għax biddilna l-konċett kollu.", "Sal-lum, il-konċett kien li kull droga hija legali sakemm mhijiex illegali.", "Issa, permezz ta' din il-liġi, kull droga hija illegali sakemm mhijiex qiegħda mniżżla bħala mediċina li hija legali, liċenzjata li tista' tintuża, tinbiegħ u tingħata lill-individwu biex ikun jista' jeħodha.", "B'hekk qed nagħlqu tieqa, ventilatur jew bieb, fejn konna qegħdin nagħtu l-possibbiltà li wieħed jittraffika d-droga u ma tistax tieħu passi kontrih.", "Ħafna drabi, il-Pulizija kienu jispiċċaw f'pożizzjoni fejn ma jistgħux jieħdu l-passi meħtieġa.", "Ġibt l-eżempju tal-ħabs, għax dan huwa post klassiku fejn wieħed jipprova jdaħħal droga sintetika biex min qiegħed jipprova jdaħħalha, żgur ma jkunux jistgħu jittieħdu passi kontrih.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qiegħed jibdel kompletament il-mod kif naħdmu.", "Kif spjegajt, il-persuni li jipprovaw idaħħlu affarijiet illeċti, se jittieħdu passi kontra tagħhom biex nassiguraw li l-kriminalità tad-dħul tad-droga fil-Faċililtà tinqata' darba għal dejjem.", "Se ngħid xi ħaġa oħra dwar il-Faċilità Korrettiva u nagħlaq fuq din l-issue ħalli ndur għal affarijiet oħrajn.", "Sal-lum, fil-mod kif nittrattaw lir-residenti tal-Faċilità, qisna qed neħduha for granted li fil-ħabs hemm id-droga.", "Din hija xi ħaġa li tweġġagħni, aktar u aktar meta r-residenti jintbagħtu għall-kura.", "Hawnhekk irrid insellem lill-Caritas u lill-OASI li qed jagħmlu xogħol kbir u li naħdmu magħhom fir-riabilitazzjoni tal-persuni li jkunu waqgħu fil-vizzju tad-droga.", "Ħafna drabi, sal-lum, konna qed nibagħtu lill-inmates bil-vizzju tad-droga biex jirriabilitaw ruħhom mill-vizzju tad-droga lejn l-aħħar tas-sentenza.", "Il-proċedura kienet li l-persuna mhux tirriabilitaha kif tidħol fil-Faċilità mal-ewwel ġimgħat ħalli żżommha u taċċerta ruħek illi din ma tersaqx lejn id-droga imma kienet kompletament bil-kontra.", "Issa, dan il-mod ta' ħsieb qed jinbidel kompletament.", "Sal-lum, bħal konna qed naċċettaw li hemm d-droga ġewwa l-ħabs, imbagħad lejn l-aħħar tas-sentenza, il-persuna tingħata r-riabilitazzjoni qabel toħroġ fil-komunità.", "Dan huwa konċett kompletament ħażin u għal din ir-raġuni, il-pjan fix-xhur li ġejjin hu li kull inmate li jidħol fil-Faċilità jrid jingħata pjan ta' kif jimxi 'l quddiem fir-riabilitazzjoni tiegħu.", "L-ewwel parti tal-pjan hi li jekk għandu l-vizzju tad-droga, mill-ewwel jingħata l-possibbiltà ta' riabilitazzjoni.", "B'hekk, waqt li qegħdin nagħlqu d-dħul ta' affarijiet illeċti ġewwa l-ħabs, inkunu diġà qegħdin nassiguraw li l-persuna li għandu l-vizzju mhux jitħalla jgħaddi mill-effetti ta' withdrawals u problemi oħrajn, imma nagħtuh iċ-ċans li jqum fuq saqajh u r-riabilitazzjoni mid-droga tkun fil-bidu li jidħol iservi s-sentenza tiegħu fil-Faċilità.", "Qed ngħid dan biex nuri li hemm istanzi fejn il-kriminal huwa qabel l-awtoritajiet.", "Hemm qraba, ħbieb u individwi li jipprovaw idaħħlu d-droga fil-Faċilità, imma issa li se jkollna l-apparat, l-awtoritajiet se jkunu aktar effiċjenti.", "B'din il-liġi se nkunu nistgħu nieħdu l-passi mill-ewwel u mhux jaqbżulna ċerti każijiet għax is-sustanzi mhumiex parti mil-lista mniżżla fl-iskeda li għandna fil-liġijiet tal-lum.", "Naħseb tajjeb li ngħid li barra minn Malta kien hemm eluf ta' persuni mietu b'riżultat ta' sustanzi relatati ma' overdose.", "Pereżempju, fl-Amerika, is-sena li għaddiet kien hemm 50,000 imwiet relatati ma' overdose, b'ħafna minnhom kienu kawża ta' oppjati sintetiċi relatati mal-anfetamina.", "Nafu li diversi strati vulnerabbli tas-soċjetà, speċjalment żgħażagħ, spiċċaw esposti għal dan it-tip ta' riskju.", "Irrid nirrikonoxxi wkoll li tul il-Presidenza ta' Malta tal-Unjoni Ewropea tressqu 'l quddiem definizzjonijiet ġodda fejn jidħlu sustanzi psikoattivi.", "Fil-fatt, dawk il-bidliet qegħdin jiddaħħlu bħala parti minn din il-liġi.", "Jien kont ressaqt ukoll proposti abbażi tal-liġi li nbiddlu dan il-konċett kollu li kull oġġett huwa illegali sakemm mhux legali.", "Imbagħad rajna wkoll kif liġijiet li konna qed inressqu min-naħa tal-Ministeru għall-Intern u mill-Ministeru għas-Saħħa ngħaqqduhom flimkien biex nibdlu Kapitlu 31 ħalli jkollna liġi waħda li tkun effettiva u mhux ħafna liġijiet differenti.", "Hawnhekk irrid insellem lill-Korp tal-Pulizija li jagħmel xogħol bla heda, flimkien mas-Servizzi tas-Sigurtà, mad-Dwana u bl-għajnuna ta' diversi entitajiet oħrajn lokalment u barra minn Malta, fil-ġlieda kontra d-dħul tad-droga ġewwa pajjiżna u kontra li d-droga tgħaddi minn pajjiżna.", "Jekk tippermettili, irrid insemmi ftit statistika relatata mad-droga li ġiet maqbuda f'pajjiżna matul is-sena li għaddiet.", "Nista' ngħid li kellna rekord fil-ġlieda kontra d-droga u l-kriminalità organizzata lokalment u internazzjonalment.", "Bejn il-qbid tad-droga mid-Dwana ta' Malta u l-ġlieda li l-Pulizija qiegħda tagħmel kontra t-traffikar tad-droga ġewwa pajjiżna, qed nitkellmu dwar ammonti sostanzjali.", "Pereżempju, matul is-sena li għaddiet, id-Dwana ta' Malta u l-Pulizija qabdu aktar minn 187 kilo droga kokaina u aktar minn 4.8 kilo droga eroina.", "Fir-rigward tar-raża tal-kannabis, inqabdu 15,366 kilo li fil-maġġorparti tagħhom inqabdu mid-Dwana ta' Malta li kienu in transit minn pajjiż barrani għal pajjiż barrani ieħor.", "Bil-faċilitajiet u t-teknoloġija, id-Dwana rnexxielhom jidentifikaw u jinterċettaw din id-droga.", "Minn din id-droga li kienet sekwestrata mid-Dwana ta' Malta, 15-il tunnellata ma kenux għal pajjiżna.", "Fir-rigward tal-pjanta kannabis, kollha jew parti minnha, inqabdu 594 kilo, li 150 kilo minnhom inqabdu mid-Dwana.", "Hawn qed nitkellmu fuq għexieren ta' miljuni!", "Fir-rigward ta' droga li kienet in transit minn pajjiż għall-ieħor, l-ammonti kienu sostanzjali ħafna.", "Id-Dwana ta' Malta qabdu 184 kilo kokaina, li huwa ammont sostanzjali.", "Inqabdu wkoll 22 gramma crack kokaina, 400 pillola tal-ecstasy, 115 joints tal-pjanta kannabis, 50 ml żejt tal-kannabis, 2 pjanti tal-kannabis, 97 gramma MDA powder, 88 pillola LSD, 24 gramma ketamina, 20 gramma magic mushroom, 3.5 gramma amfetamina u 20 gramma droga sintetika mhix skedata.", "Fl-2018 kienu 483 persuna li ġew imressqa quddiem it-tribunal tal-Qorti dwar id-droga.", "Kien hemm 22 persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fuq pussess ta' droga li ma jaqgħux taħt il-Kapitlu 537 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Kien hemm persuna waħda li tressqet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati Għawdex fuq pussess ta' droga li ma jaqgħux taħt il-Kapitlu 537 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Irrid insemmi li tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, anke wara ċerta riċerka li konna qegħdin nagħmlu, ġiet imsaħħa s-sezzjoni tad-droga.", "Irrid ngħid li f'Għawdex ma kienx hemm sezzjoni relatata mad-droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, imma kienu jaħdmu mill-għassa tal-Belt Victoria.", "Issa d-Drug Squad għandhom skwadra speċjali għal Għawdex u l-persuni jinbidlu skont iċ-ċirkostanzi u l-bżonn, ħalli nkunu aktar effettivi.", "Fil-fatt, fl-aħħar ftit ġimgħat diġà kellna erba' suċċessi ġewwa Għawdex fejn inqabdet droga differenti.", "Hawn irrid nirringrazzja lis-sezzjoni u lill-persuni responsabbli mid-diviżjoni ta' kontra d-droga fil-Korp tal-Pulizija għall-impenn tagħhom u għad-diversi rakkmandazzjonijiet li jagħmlu fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga ġewwa pajjiżna li qed twassal għal aktar suċċessi, bħalma kellna lbieraħ filgħaxija ġewwa l-Marsa.", "Irrid ngħid li x-xogħol ta' din l-iskwadra mhux faċli.", "Ħafna drabi, il-postijiet fejn jiġu ttraffikati d-drogi huma perikolużi.", "Il-membri f'din l-iskwadra spjegawli ċerti ċirkostanzi li jsibu ruħhom fihom, meta jsibu t-traffikanti red handed u jkunu jridu jieħdu l-passi kontra tagħhom.", "Minn hawn irrid insellem lilhom u lill-familji tagħhom għall-periklu serju li jaħdmu fih.", "Nafu li llum il-ġurnata, it-traffikanti, speċjalment f'postijiet li huma magħrufa għat-traffikar, ikunu ppreparati sew biex jeqirdu d-droga f'każ li jinnotaw li se jkunu attakkati.", "Apparti li l-persuni fl-akkwati jkollhom l-informazzjoni biex jekk jidentifikaw xi karozzi mhux tas-soltu jieħdu l-passi mill-ewwel biex jeqirdu d-droga li huma jkollhom.", "Ħafna drabi jkollhom containers tal-aċtu biex jekk jindunaw b'xi moviment min-naħa tal-Pulizija, jaqbdu d-droga u jarmuha fl-aċtu biex jeqirdu kull traċċi li jista' jkun hemm fuq il-post.", "Ovvjament, dejjem ikun hemm kordinazzjoni sħiħa biex jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji kollha.", "Irrid ngħid ukoll li ċerti inizjattivi li jittieħdu ma jkunux xi show għall-Pulizija biex jinġibdu l-filmati u jittieħdu r-ritratti, imma jsiru għax verament ikun hemm periklu ċar għal persuni li jkunu qed jipproteġu s-soċjetà tagħna.", "Se ngħaddi għal ftit statistika għall-interess pubbliku.", "Matul l-2018, kien hemm total ta' 506 persuni li ġew imressqa fuq pussess sempliċi tad-droga kemm fit-Tribunal u fil-Qorti tal-Maġistrati.", "Kien hemm 109 persuni li ġew imressqa fuq traffikar u pussess aggravat ta' droga.", "Kien hemm sitt persuni li ġew imressqa fuq akkużi oħrajn.", "Kien hemm 676 persuni li ġew arrestati u eventwalment kien hemm 531 persuna misjuba ħatja.", "B'kollox saru 191 tfittxija.", "Dan ix-xogħol mhux se jieqaf hawnhekk, imma se jkompli għaddej.", "Se jkollna teknoloġiji ġodda li se jkunu qegħdin jiddaħħlu ġewwa pajjiżna biex isaħħu l-ġlieda kontra d-droga u kontra l-kriminalità organizzata.", "Napprezza l-fatt li anke l-Oppożizzjoni qed tagħti s-sapport tagħha għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Huwa ferm importanti li fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkunu magħqudin flimkien ħalli nkunu solidali mal-korpi dixxiplinati fil-ħidma tagħhom li, kif għedt, mhijiex ħidma daqshekk faċli.", "Għal darba oħra, nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi għax-xogħol li qegħdin jagħmlu d-diversi entitajiet differenti tal-korpi dixxiplinati u rrid nirringrazzja lill-NGOs li qed jagħmlu xogħol imprezzabbli fil-ġlieda kontra d-droga mill-att ta' edukazzjoni, li hu importanti ħafna.", "Però, l-edukazzjoni fl-iskejjel biss mhijiex biżżejjed.", "L-edukazzjoni fid-djar hija ta' importanza kbira, speċjalment meta nafu li l-peer pressure tista' tkun kbira u t-tentazzjonijiet huma ħafna.", "Għalhekk huwa importanti li apparti li nedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna, irridu nedukaw ukoll lill-familjari.", "B'hekk, jekk il-ġenituri jindunaw li l-imġiba ta' wliedhom tkun differenti jew jekk jaraw li xi affarijiet qed jonqsu mid-dar u f'daqqa waħda m'hemmx spjegazzjoni għal dan, huwa importanti li jiġbdu l-attenzjoni tal-professjonisti li kapaċi jagħtuhom il-pariri neċessarji.", "B'hekk inkunu qegħdin ngħinu lil dawk li waqgħu vittmi tad-droga kmieni u mhux meta l-affarijiet ikunu avvanzaw.", "Huwa importanti li nneħħu ċerti konċetti żbaljati u ma nipprovawx inwasslu messaġġi li mhumiex reali li jwasslu għal min jidħak bina u jeħodna biċ-ċajt.", "Fl-istess ħin, irridu nispjegaw ukoll il-periklu tat-teħid ta' ċerti drogi u s-sewqan taħt l-influwenza tad-droga.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja lill-Kamra kollha għall-fatt li jidher li hawn qbil unanimu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sur President, qabel nibda, nixtieq nagħti l-isbaħ xewqat għas-sena l-ġdida lilek, lid-Deputy Speaker, lill-membri f'din il-Kamra u lit-telespettaturi Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Illum, qed niddiskutu Abbozz ta' Liġi li qed jimplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex id-definizzjoni tad-droga tiġi estiża biex tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda fuq is-suq u li tħassar id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-2005.", "Dan l-Att għandu żewġ għanijiet, l-ewwel wieħed biex bħala pajjiż, kif ukoll bħala professjoni medika Maltija, iġġibna konformi mal-liġijiet fil-pajjiżi Ewropej oħra bħalna.", "It-tieni għan huwa dak li waqt li nkomplu nipprovdu l-aħjar u l-aktar mediċini ġodda għall-kura lill-pazjenti morda tagħna, niżguraw li neliminaw safejn nistgħu l-abbuż minn kull użu ħażin ta' sustanzi psikotropiċi.", "Tul dawn l-aħħar 50 sena l-mediċina għamlet skoperti kbar fejn tidħol il-kura tal-mard.", "Kif nafu, ġew skoperti mezzi ta' kif nistgħu nipprevjenu l-mard permezz ta' tilqim li wassal biex jiġu evitati mijiet ta' eluf ta' mwiet, speċjalment fejn jidħlu t-tfal żgħar.", "Sa ftit żmien wara t-tieni gwerra dinjija, ir-rata ta' mwiet fit-tfal taħt il-ħames snin kienet tkexkxek.", "Jgħiduli li f'dawk iż-żmenijiet kienu komuni ħafna funerali bi twiebet bojod merfugħin minn tfal abbatini.", "Matul dak iż-żmien, kważi kull familja numeruża għaddiet minn dan id-dulur.", "Minkejja li n-numru ta' tfal f'kull familja kien kbir komparat mal-lum, ftit li xejn kienu jwasslu lil uliedhom kollha sal-adoloxxenza, l-aktar minħabba l-mard tal-imsaren.", "Maż-żmien, l-edukazzjoni wasslet biex sirna aktar konxji dwar dawk il-fatturi ġenetiċi, ambjentali u oħrajn dovuti għall-abbuż fl-istil tal-ħajja li ngħixu, li jwassluna biex nimirdu.", "Bħala poplu, sirna aktar konxji dwar ir-responsabbiltajiet li kull wieħed u waħda minna għandu jerfa' favur il-protezzjoni ta' saħħtu.", "Dan l-għarfien wassalna biex, fost l-oħrajn, stajna nniedu kampanji aggressivi ta' tagħrif dwar kif għandna nieħdu ħsieb aħjar ta' saħħitna.", "Barra minn hekk, ma ninsewx l-iskoperti ta' modilitajiet ġodda ta' investigazzjoni li ssarrfu biex il-professjoni medika saret aktar kapaċi tidentifika l-mard minn kmieni u b'hekk tikkurah aħjar.", "Saru skoperti dwar kif jittieħed jew jiġi trasmess ċertu mard u kif nistgħu nipprevenuh qabel ma jitfaċċa.", "Bil-mod il-mod, tbegħedna minn sistema ta' mediċina kurattiva favur waħda preventiva.", "Dan kollu ma jfissirx li rbaħna l-ġlieda kontra l-mard li jaħkimna.", "Però, irridu nirrikonoxxu l-fatt li qridna minn pajjiżna mard bħal deni rqiq, il-polio u l-ġidri, u naqqasna l-inċidenza tat-tuberkolożi, tat-tetnu u difteria, fost l-oħrajn.", "Dan huwa kollu mertu ta' Gvern wara l-ieħor li taw importanza lill-iżvilupp tas-servizzi tas-saħħa ġewwa Malta.", "L-istil tal-ħajja li ngħixu jġegħelna nitbiegħdu minn ikel ġenwin u naturali għal wieħed artifiċjali u proċessat.", "Għażilna teknoloġija li wasslitna għal ħajja aktar sedentarja li ġabet splużjoni fl-inċidenza tad-dijabete fid-dinja żviluppata kollha.", "Lokalment sirna fost l-aktar popolazzjoni b'piż eċċessiv.", "Qed jiżdied mard fostna bħall-AIDS, kaġun ta' stil ta' ħajja fejn kulħadd donnu lest jieħu dejjem aktar riskju basta jħossu padrun tiegħu nnifsu u ta' għemilu.", "Dan kollu nsejħulu progress!", "Dan huwa l-istess progress li wassal biex jibdel l-istil tal-ħajja li ngħixu u li qed jikkaġuna tip ta' mard ġdid minħabba l-ħajja mgħaġġla u l-istress li ġġib magħha.", "Tant inbdilna sforz tal-hekk imsejjaħ progress, li fil-kamp mediku l-akbar theddida fil-futur mhux se tkun ġejja mid-dijabete jew minn mard kardjovaskulari bħall-pressjoni jew xaħam fid-demm, imma l-akbar theddida għal saħħitna hija prevista li se tiġi miż-żieda qawwija fl-inċidenza ta' mard mentali u dipressjoni, primarjament ikkawżata mill-ħajja mgħaġġla li qegħdin ngħixu fiha.", "Biex nittrattaw dan il-mard, ħafna drabi, jeħtieġ li nużaw mediċini li fihom issib komponenti li għandhom effetti sedattivi, narkotiċi u psikotropiċi.", "Meta dawn il-mediċini jintużaw b'mod tajjeb, jikkontrollaw mard bħal dipressjoni u mard mentali ieħor.", "Però, meta jintużaw b'mod ħażin u abbużiv, iwasslu biex persuna tħossha ferħana u tinsa d-dwejjaq u l-problemi li tkun għaddejja minnhom għal ftit ħin.", "Fi ftit kliem, dawn is-sustanzi jbegħduk mir-realtà tal-ħajja billi jnessuk għal ftit tal-ħin l-għawġ li jkollok.", "Wara li jgħaddi l-effett ta' tali abbuż, il-problemi mhux biss jibqgħu hemm, imma jiżdiedu għax il-persuna tispiċċa f'ċirku vizzjuż ta' abbuż, bil-problemi kollha li tali ċirkostanzi jġibu magħhom.", "Il-problema reali hi li ħafna minn dawn il-mediċini, jekk jiġu abbużati, jistgħu jwasslu għal dipendenza patoloġika.", "Bl-avvanz tal-mediċina u farmakoloġija, dawn il-prodotti llum jistgħu jinħadmu sintetikament.", "Dan qed iwassal biex insibuhom fis-suq b'mod aktar faċli.", "Bħall-prodott oriġinali, dawn għandhom l-istess effett narkotiku u psikotropiku.", "Ħafna minn dawn il-prodotti jifformaw il-parti l-kbira tal-konsum tad-drogi illeċti.", "Huwa hawn fejn jidħol il-bżonn ta' dan l-Att li għandna quddiemna llum biex waqt li niżguraw li l-pazjenti tagħna jkollhom l-aħjar kura, nagħmlu minn kollox biex naraw li l-mediċini psikotropiċi jaslu biss għand min għandu verament bżonnhom u b'mod ikkontrollat.", "Dan jagħmel sens l-aktar għaliex, kif nafu, tgħallimna mill-iżbalji li għamilna żmien ilu u li għadna qegħdin insofru l-konsegwenzi ta' dawk id-deċiżjonijiet sal-lum.", "Mingħajr ma ndunajna fil-waqt, fallejna milli nikkontrollaw l-aktar żewġ drogi addettivi u li llum saru jikkawżaw ħsara enormi.", "Hawn qed nirreferi għas-sigaretti u x-xorb alkoħoliku.", "Kien biss wara ħafna żmien li pprovajna nikkontrollawhom billi għaddejna leġiżlazzjonijiet li ma jippermettux l-użu tagħhom taħt ċerta età u f'numru ta' postijiet pubbliċi.", "Dawn iż-żewġ sustanzi legali jwasslu biex iħajru liż-żgħażagħ jesperimentaw b'sustanzi oħrajn li meta jkunu wżati bl-addoċċ, iwasslu għal ħsara soċjali, fiżika kif ukoll mentali fuq min jużahom u fuq il-familji tagħhom.", "Illum il-ġurnata għandna theddida ġdida fejn jidħlu l-akkwisti tal-mediċini jew aħjar sustanzi li jwasslu għal ħsara kbira.", "Dan huwa wkoll riżultat tal-hekk imsejjaħ progress.", "Hawn qed nirreferi għad-drawwa l-ġdida fejn persuna tista' tixtri mediċini minn fuq l-internet fil-privatezza ta' darha u timpurtahom ġewwa pajjiżna.", "Fil-verità hemm diġà ċertu kontroll biex mediċina jew kwalunkwe sustanza li tintuża għall-użu mediku tidħol bil-posta.", "Il-problema li qed niffaċċjaw hi li l-liġijiet fis-seħħ jikkontrollaw l-importazzjoni tal-mediċini skont il-kompożizzjoni u l-ingredjenti li jkollhom u jekk dawn humiex inklużi fuq il-lista ta' mediċini li jistgħu jiġu importati.", "Kif semmejt qabel, ir-rata ta' prodotti ġodda fis-suq kibret ħafna.", "Min sal-lum ried idur mal-liġi seta' jbigħ prodotti b'ingredjenti sintetiċi li minkejja li għandhom l-istess effetti psikotropiċi, għandhom formula ta' kimika differenti u b'hekk seta' jiskappa l-kontroll.", "Huwa hawn fejn din l-emenda li għandna quddiemna tagħmel ħafna sens, għax qed tagħmilha aktar diffiċli li jiġu importati tali prodotti illegalment li jispiċċaw fis-suq u f'idejn dawk l-aktar suxxettibbli.", "Din l-emenda se twassal biex ikollna aktar kontroll fuq l-importazzjoni ta' prodotti mediċinali.", "Fi ftit kliem, illum ġew żviluppati ingredjenti ġodda li isimhom ma jidhirx fuq il-lista eżistenti, però li għandhom l-istess effett psikotropiku u jwasslu għal vizzju daqs dak, jekk mhux akbar, tal-prodotti oriġinali u speċifikati fil-listi eżistenti.", "Fid-dinja li qed ngħixu llum, is-sustanzi psikoattivi tant żdiedu f'taħlitiet varjati, li apparti s-sustanzi puri, dejjem qed jitfasslu prodotti sintetiċi li jikkawżaw l-istess effett tal-prodott oriġinali, jekk mhux aktar.", "Peress li dawn il-prodotti jiġu maħduma artifiċjalment, il-prezz ikun fil-biċċa l-kbira ferm inqas mis-sustanza pura.", "Issa kif nafu, meta prodott jitbaxxa fil-prezz, ikun aktar faċli li jiġi akkwistat.", "Għalkemm il-kumpaniji farmaċewtiċi jipproduċu mediċina ġdida biex itejbu s-saħħa ta' min għandu bżonnha, il-mutur li jinċentiva lil dawn il-kumpaniji biex jagħmlu r-riċerka huwa primarjament il-profitt, jiġfieri dak li jagħmlu qligħ sostanzjali.", "Fattur ieħor importanti tal-produzzjoni hu l-fatt li numru ta' sustanzi, hekk msejħa drogi sintetiċi, illum faċilment jistgħu jinħadmu minn kull min għandu edukazzjoni u taħriġ fil-farmaċewtika.", "Peress li l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' sustanzi psikotropiċi huwa wieħed żgħir meta mqabbel mal-qligħ, tikber it-tentazzjoni li jipproduċu dawn il-prodotti bi kwantitajiet kbar u għal skopjiet żbaljati.", "Dawn huma r-raġunijiet primarji għaliex illum il-ġurnata għandna numru ta' individwi li saru jiddependu mid-droga.", "In-numru ta' sejbiet mill-forzi tal-ordni jixhdu kemm din il-pjaga kibret f'pajjiżna.", "Bħala pajjiż ma nistgħux nittamaw li neqirduha għalkollox, għaliex hemm numru ta' fatturi li m'għandniex kontroll fuqhom.", "Sal-lum, l-użu ta' dawn is-sustanzi għal skopijiet ta' divertiment, ħlief f'ammonti żgħar u għall-użu personali, huwa illegali.", "Huwa xogħol l-awtoritajiet responsabbli għaż-żamma tal-ordni li jagħmlu l-almu tagħhom biex ixejnu kemm l-importazzjoni kif ukoll l-użu illegali tagħhom.", "Minn hawn, għal darba oħra rrid nirringrazzja lil dawk kollha involuti fil-ħidma kontra d-droga għas-suċċessi kbar li kellhom is-sena l-oħra f'dak li għandu x'jaqsam mal-konfiska ta' ammonti kbar ta' droga importata illegalment ġo pajjiżna.", "Prosit tassew, għax b'dawn is-sejbiet, l-awtoritajiet qegħdin jissalvagwardjaw lil uliedna mill-użu tad-droga li hija waħda mill-ikbar pjagi ta' żmienna, mhux biss f'pajjiżna, imma wkoll mad-dinja kollha.", "Min-naħa l-oħra, il-kwantitajiet maqbuda, anke fil-forma ta' pilloli, jirriflettu kemm hi mifruxa u kbira din il-problema f'pajjiżna.", "F'dan il-Parlament saru diskussjonijiet twal fuq il-benefiċċji kif ukoll fuq l-effetti koroh ta' sustanzi psikotropiċi meta dawn jiġu abbużati.", "Irridu nammettu li l-effetti tajba li jingħad li dawn is-sustanzi għandhom medikament mhux kollha ġew ipprovati xjentifikament.", "Però, personalment, xorta waħda tkellimt f'dan il-Parlament u għedt li jekk hemm faxxa ta' nies li jħossu li s-sustanza psikoattiva tista' tgħinhom u tnaqqsilhom it-tbatija tagħhom, dejjem bil-parir mediku, għandu jkollhom aċċess għaliha b'mod ikkontrollat u bi prezz ġust u raġonevoli biex kulħadd ikun jista' jibbenefika minnha.", "Kien għalhekk li kull meta tkellimt fuq dan il-qasam, dejjem qbilt u approvajt l-użu mediċinali kkontrollat ta' dawn is-sustanzi.", "Bħala Oppożizzjoni ma qbilniex mal-kultivazzjoni legali tal-kannabis ġewwa pajjiżna meta konna mwiegħda li kellna nimportaw il-prodott lest.", "Nistgħu ngħidu li l-preskrizzjoni ta' mediċini b'effett psikotropiku min-naħa tal-professjoni medika hija kkontrollata sew.", "Forsi ftit jafu li f'pajjiżna mhux kull tabib ikkwalifikat u reġistrat jista' jippreskrivi kull mediċina jew sustanza li għandha effetti psikotropiċi.", "Jeżistu mediċini, bħall-morfina, fejn tabib jeħtieġlu jġib permess speċjali mid-Diviżjoni tas-Saħħa biex ikun jista' jagħmel il-preskrizzjoni tagħha.", "L-għan hu biex dejjem ikun hemm kontroll aħjar u titnaqqas il-possibbiltà ta' abbuż.", "Is-sistema preżenti hija waħda li fl-istess ħin toffri serħan tal-moħħ li ma jkunx hemm abbuż mill-professjoni medika.", "Meta tabib jidhirlu li għall-ewwel darba pazjent ikun jeħtieġlu jieħu sustanza psikotropika bħala parti mill-kura, jista' jippreskrivi ammont jew kwantità żgħira ta' ftit ġranet, sakemm japplikalu għall-permess biex ikun jista' jixtri din il-mediċina aktar fit-tul.", "Tali permessi jingħataw fuq bażi individwali.", "Barra minn hekk, il-liġi titlob li meta t-tabib jippreskrivi dawn il-mediċini b'urġenza u f'ammont żgħir għal ġimgħa jeħtieġ li javża lid-Dipartment tas-Saħħa fi żmien 24 siegħa li jkun ħareġ tali riċetta.", "Mhux biss, imma din ir-riċetta trid tinħareġ fuq il-karta l-ħadra u meta l-pazjent imur fl-ispiżerija biex jixtriha, l-ispiżjar iżommha, jirreġistra l-karta tal-identità tal-pazjent u jikteb l-ammont mixtri fuq reġistru apposta li regolarment jiġi spezzjonat mid-Dipartiment.", "Wara ftit jiem, il-pazjent jirċievi l-permess fuq l-hekk imsejħa control card li jkun validu għal massimu ta' sena.", "Meta l-pazjent jirċievi l-permess meħtieġ, irid jerġa' jmur għand it-tabib biex ikompli joħroġlu l-ammonti li għandu bżonn sa massimu ta' xahar.", "Din il-proċedura tirrepeti ruħha xahar wara xahar, dejjem sakemm it-tabib jidhirlu li l-pazjent għad għandu bżonn il-mediċina preskritta.", "Kull xahar, it-tabib irid joħroġ riċetta ħadra u jiffirma fuq il-control card tal-pazjent id-data, id-doża u l-ammont preskritt.", "Il-pazjent jista' jmur jimla dawn ir-riċetti ta' kull xahar għand it-tobba tal-Gvern, però billi t-tobba tal-Gvern ma jkunux jafu lill-pazjenti u jekk verament għandhomx bżonn dawn il-mediċini jew le, jitolbu li jkollhom informazzjoni bil-miktub mingħand it-tabib tal-familja tal-pazjent qabel ma jkunu jistgħu jirrepetu dawn ir-riċetti.", "Minkejja dan il-kontroll strett, xorta waħda dejjem se ssib persuni li jipprovaw jabbużaw mis-sistema billi jduru numru ta' tobba fejn jitolbuhom riċetta urġenti.", "Il-moniteraġġ tas-sistema li teżisti jippermetti li l-awtoritajiet jidentifikaw mill-ewwel lil dawn il-persuni u li jinformaw lit-tobba kollha ta' Malta u Għawdex b'mod kunfidenzjali bl-isem u d-dettalji tal-persuna li tun qiegħda tabbuża.", "L-esperjenza għallmitna li dawn il-persuni ma jagħmlux hekk għax ikollhom bżonn il-mediċina għalihom infushom, imma fil-maġġorparti tagħhom ikunu jridu jiksbu dawn is-sustanzi biex ibigħuhom fuq il-black market.", "Kif diġà spjegajt, dawn it-tip ta' mediċinali psikoattivi żdiedu fis-suq għal numru ta' raġunijiet.", "Nirrepeti li l-għan wara din il-leġiżlazzjoni huwa wieħed tajjeb, għax waqt li nipprovdu u niffaċilitaw l-użu ta' mediċinali ġodda għal min verament għandu bżonnhom, se neliminaw safejn nistgħu l-abbuż tagħhom.", "Għaldaqsant, naqblu dwar il-ħtieġa li jsiru emendi fil-liġi biex niffaċilitaw iż-żieda ta' mediċini psikoattivi ġodda mal-lista ta' mediċini preżenti li jistgħu jiġu preskritti legalment lil dawk il-pazjenti li jeħtiġuhom u, fl-istess ħin, nikkontrollaw safejn hu possibbli s-sustanzi illeċti li jidħlu f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO GRIXTI: Sur President, nixtieq ningħaqad mal-kollegi tiegħi u nagħti l-awgurju lis-Sedja, lil din il-Kamra u lit-telespettaturi li jkunu qegħdin jarawna f'dan il-ħin.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum se jddaħħal fis-seħħ direttiva tal-Unjoni Ewropea, imma għandha wkoll importanza speċjali fil-ġlieda ta' pajjiżna kontra l-użu illeċtu ta' sustanzi perikolużi li nafu xi ħsara kbira jagħmlu lis-soċjetà tagħna u lill-popli madwar id-dinja kollha.", "B'dawn l-emendi se nkunu qegħdin nemendaw l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u anke l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi ħalli d-Direttiva Ewropea 2103 tal-2017 tal-Parlament Ewropew u dik tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Novembru, 2017 isiru parti integrali mil-liġijiet tagħna.", "B'dawn l-emendi se tkun qiegħda tinbidel id-definizzjoni ta' x'inhi droga, ħalli minn issa 'l quddiem tkun tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda jew dawk li f'ħafna każi huma magħrufa bħala drogi sintetiċi.", "Biex nifhmu aħjar dwar xiex qed nitkellmu, tajjeb li nispjega kif wasalna għal dawn id-direttivi.", "Dawk imsejħa new psychoactive substances (NPS) li dwarhom qed nilleġiżlaw f'din il-Kamra huma drogi li ma jaqgħux fl-elenku tad-droga tal-Konvenzjonijiet tal-Ġnus Maqgħuda dwar il-kontroll tat-tixrid tad-drogi tal-1961 u l-1971, liema drogi madankollu xorta waħda huma ta' periklu kbir għas-saħħa pubblika.", "Ħafna minn dawn id-drogi li huma msejħa psikoattivi jinbiegħu bħala sostitut legali għal drogi li huma illegali bħall-kannabis, eroina, kokaina, id-drogi kklassifikati bħala benzodiazepines u anke l-amphetamines.", "Bil-globalizzazzjoni fil-kummerċ dinji u fil-każ ta' Malta bil-ftuħ tal-fruntieri mal-Unjoni Ewropea u l-moviment ħieles tal-persuni u l-kummerċ, il-provvista ta' dawn id-drogi psikoattivi splodiet mhux biss fl-Ewropa imma fid-dinja kollha.", "Ma' din iż-żieda fil-provvista ta' dawn id-drogi żdiedu wkoll ħafna problemi ta' saħħa b'riżultat tal-użu ta' dawn is-sustanzi.", "L-Unjoni Ewropea għandha sistema ta' moniteraġġ partikolari dwar it-tixrid tad-drogi kollha fl-Ewropa applikata mill-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (EMCDDA) li issa ilu għal bosta snin isegwi l-iżviluppi kollha dwar il-vizzju tad-droga fil-kontinent tagħna u lil hinn minnu.", "Dan iċ-Ċentru Ewropew jistma li fl-aħħar 20 sena, fis-suq tad-drogi Ewropej tfaċċaw madwar 670 sustanza ġdida psikoattiva u li 90% minnhom bdew jinbiegħu fis-suq Ewropej fl-aħħar għaxar snin.", "Dan iċ-Ċentru Ewropew qed jgħid li minkejja li l-miżuri li ttieħdu minn diversi pajjiżi kontra l-bejgħ ta' dawn id-drogi ġodda bdew jagħtu xi riżultati, l-Ewropa qed tiffaċċja sfidi ġodda f'dan il-qasam.", "Minbarra l-fatt li ċerti sustanzi li minnhom jinħadmu drogi sintetiċi jinsabu fi ħwienet u tista' tixtrihom anke online, teżisti lista ta' madwar 180 synthetic cannabinoid receptor agonist u 28 fentanyls li huma ta' periklu kbir għas-saħħa tal-bniedem.", "Minn żmien għal żmien jitfaċċaw fis-suq ukoll drogi sintetiċi maħduma minn dawn is-sustanzi li joħolqu bħal splużjoni fl-użu tagħhom, ovvjament b'periklu kbir għas-saħħa ta' min ikun qiegħed jabbuża minnhom.", "Fid-dawl ta' dan kollu, iċ-Ċentru Ewropew qiegħed jaħdem fuq tliet binarji ewlenin biex jiġġieled lil din il-pjaga tas-soċjetà tagħna.", "L-ewwel għan tal-ħidma tiegħu huwa l-early warning system għal dak li jkun qed jiġri fis-suq tad-droga Ewropew.", "L-EMCDDA jieħu ħsieb li mal-ewwel informazzjoni li tasallu, jinforma lill-gvernijiet Ewropej kollha ħalli min-naħa tagħhom jieħdu l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jilqgħu għal dan it-tixrid.", "It-tieni, dan iċ-Ċentru Ewropew għandu wkoll sistema ta' risk assessment ta' dak li jkun għaddej u t-tielet, jirrakkomanda huwa stess x'miżuri ta' kontroll għandhom jittieħdu fl-Ewropa kollha biex fl-iqsar żmien possibbli l-pajjiżi rispettivi jirrispondu għat-theddida li jkunu qed jiffaċċjaw mit-tixrid ta' dawn is-sustanzi.", "Sur President, id-Direttiva Ewropea li qed indaħħlu fil-liġijiet tagħna tkompli ssaħħaħ din l-early warning system għaliex permezz tagħha issa hemm obbligu legali li kull informazzjoni minn kull pajjiż Ewropew dwar sustanzi ġodda li jitfaċċaw fis-suq trid tgħaddi għand dan iċ-Ċentru u titqassam fost il-pajjiżi membri kollha.", "Ta' min jinnota li bis-saħħa tal-early warning system li kienet qed taħdem saħansitra qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva Ewropea fl-2016, dan iċ-Ċentru sar jaf b'mhux inqas minn 66 droga ġdid ta' tip psikoattiva.", "Fost dawn, kien hemm 24 sustanza ġdida fil-kategorija ta' fentanyls li min hu midħla ta' dan il-qasam jaf li doża tassew żgħira tagħha tista' ġġib tossiċità li tkun ta' theddida għall-ħajja.", "Fil-fatt, dan iċ-Ċentru rrapporta żieda sostanzjali fl-għadd ta' mwiet fl-Ewropa li ġew ikkaġunati mill-użu ħażin tad-drogi li kien fihom din is-sustanza.", "Id-Direttiva Ewropea ġdida hija bbażata fuq id-direttiva ta' qabel li kienet stabbiliet regoli komuni minimi dwar id-definizzjoni ta' reati u anke dwar il-pieni għat-traffikar tad-droga ħalli jiġi evitat li jinqalgħu problemi fil-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.", "Bis-saħħa tad-Direttiva Ewropea l-ġdida, minn issa 'l quddiem, anke f'pajjiżna, kwalunkwe sustanza elenkata fl-anness tad-Direttiva l-ġdida li tinkludi s-sustanzi li mhumiex inklużi fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda dwar id-drogi lleċiti, issa se titqies bħala waħda li tista' toħloq riskji għas-saħħa pubblika u, fejn ikun applikabbli, riskji gravi soċjali fuq livell tal-Unjoni Ewropea u li għaldaqstant ikunu meqjusa fid-definizzjoni tad-droga.", "Dan ifisser li l-użu, il-bejgħ jew it-traffikar ta' dawn is-sustanzi psikoattivi jibda jġorr miegħu dawk il-pieni kollha li bħalissa japplikaw għall-atti kriminali li fil-liġijiet tagħna jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' użu illeċitu jew traffikar ta' droga.", "Minħabba li d-Direttiva Ewropea ġdida tobbliga lill-istati membri jgħaddu informazzjoni dwar dawn is-sustanzi lill-awtoritajiet Ewropej, min-naħa tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ntrabtet li kull meta tirċievi rapporti dwar xi sustanza ġdida li tkun daħlet fis-suq u li tkun qed tikkaġuna ħsara lis-soċjetà, trid immedjatament taddotta dak kollu meħtieġ biex is-sustanza tkun iddikjarata illegali minnufih.", "Fil-konsiderazzjoni ta' dan kollu, il-Kummissjoni Ewropea tkun qiegħda tqis f'kull każ partikolari jekk il-ħsara fil-livell soċjali kkawżata mis-sustanza psikoattiva ġdida lill-individwi u lis-soċjetà hijiex gravi u, b'mod partikolari, jekk l-impatt tas-sustanza fuq l-ordni pubblika huwiex tali li jfixkel l-istess ordni fis-soċjetà.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tara wkoll jekk is-sustanza tkunx qed iġġib imġiba vjolenti jew antisoċjali, attivitajiet kriminali, inkluż kriminalità organizzata jew jekk it-tixrid ta' din is-sustanza psikoattiva ġdida jkunx qed iġib xi profitti llegali sinifikanti.", "Fl-aħħar nett, id-Direttiva Ewropea ġdida qed tħalli f'idejn il-pajjiżi membri kollha biex huma wkoll idaħħlu fis-seħħ kwalunkwe miżura nazzjonali ta' kontroll li jqisu xierqa ħalli jitrażżan kemm jista' jkun l-użu u t-tixrid ta' dawn id-drogi sintetiċi jew psikoattivi ġodda.", "Sur President, jista' jkun li din kienet spjegazzjoni xi ftit teknika ta' din il-liġi li għandna quddiemna, iżda ridt nagħti stampa fil-qosor tal-importanza tagħha.", "L-ISPEAKER: Onor. Grixti, sar il-ħin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Silvio Grixti jibqa' in possession.", "Grazzi.", "Ngħaddu għall-Aġġornament.", "L-Onor.", "Fid-9.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, nipproponi l-Aġġornamnet tal-Kamra għal għada it-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet dwar Ħarsien Soċjali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar Liġijiet tal-Pulizija – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-lżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru. 2) – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – it-Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet, Riforma dwar il-Pensjonijiet – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, f'dan l-ewwel diskors tiegħi għal din is-sena, jien ukoll nibda billi nawgura lill-poplu Malti u Għawdxi sena mimlija ġid, hena u fuq kollox, saħħa.", "Nawgura wkoll lil din il-Kamra, lill-membri tal-Oppożizzjoni kif ukoll lill-membri tal-Gvern li jkollna sena ta' ħidma b'risq il-ġid komuni u l-poplu Malti u Għawdxi.", "Huwa l-obbligu tagħna l-membri ta' din il-Kamra li nitkellmu anke dwar l-issues iż-żgħar li jaffettwaw il-ħajja tan-nies.", "Huwa tajjeb li niddiskutu, nikkritikaw u fejn hemm il-bżonn, li naqblu, però għandna l-obbligu wkoll li nressqu 'l quddiem f'din il-Kamra l-issues iż-żgħar tan-nies li nirrappreżentaw.", "Kull deputat jirrappreżenta distrett u fil-fehma tiegħi għandna l-obbligu u d-dover li kultant żmien, nirriflettu fuq fejn jinsabu r-residenti li tawna dan is-siġġu biex nirrappreżentawhom f'din il-Kamra.", "Pereżempju, jien tlajt mit-12-il distrett u għalhekk għandi l-obbligu li nsegwi dak li jkun għaddej f'dan id-distrett.", "Id-distrett tiegħi jinkorpora l-Mellieħa, il-Manikata, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba, Burmarrad, is-Salini u n-Naxxar.", "Huwa l-obbligu tiegħi li ma nħallix il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena jaljenawna meta jkunu għaddejjin numru ta' manuvri li jistgħu jħallu effett ħażin fuq il-poplu Malti, inkluż fuq il-kostitwenti li jien nirrappreżenta f'din il-Kamra.", "Sur President, ippermettili nibda biex nitkellem dwar il-lokalità tan-Naxxar.", "Fiż-żona magħrufa bħala t-Trade Fair Grounds fin-Naxxar hemm proġett partikolari għal 500 appartament u binjiet oħrajn li l-applikazzjoni tiegħu tinsab quddiem l-awtoritajiet ikkonċernati, però s'issa għadu ħadd ma serraħ ras il-komunità Naxxarija dwar l-impatt tat-traffiku u l-impatt soċjali.", "Għalhekk huwa l-obbligu tiegħi li nerġa' nitlob lill-awtoritajiet ikkonċernati biex iħarsu l-interess tar-residenti u tal-karatteristiċi ta' din il-lokalità.", "Nibqa' ninsisti li għandu jsir social impact assessment, għaliex meta inti għandek binja li se jkun fiha 'l fuq minn 500 appartament, bilfors li se tkun qed tbiddel il-mod ta' kif qed jgħixu dawn ir-residenti sal-lum.", "Tajjeb li jkun hemm l-iżvilupp, però importanti wkoll li nsibu bilanċ.", "Irridu naraw li l-iżviluppi li għaddejjin bħalissa bl-addoċċ f'pajjiżna jkunu verament sostenibbli f'dak li għandu x'jaqsam mal-futur tat-tradizzjonijiet u l-karatteristiċi tal-ibliet u l-irħula tagħna.", "Irrid nerġa' nixgħel bozza biex inkun ċert li l-Gvern ikun jaf x'inhu għaddej f'din il-lokalità.", "L-awtoritajiet huma obbligati li jaraw li l-interess tar-residenti ma jiġix injorat u mormi.", "Irrid ngħid li filwaqt li hemm din l-applikazzjoni għal dan l-iżvilupp kbir, ma smajna xejn aktar dwar il-grawnd tal-futbol fin-Naxxar, li suppost kellu jsir f'żona li hi ftit passi bogħod minn fejn se jinbena dan il-proġett.", "Taħt l-amministrazzjoni tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, f'Ottubru tal-2012, dan il-Parlament kien għadda avviż legali biex din l-art tintuża għal faċilitajiet sportivi, xi ħaġa li r-residenti tan-Naxxar għandhom dritt għaliha.", "Gvern Nazzjonalista kien qed jittama li din il-ħolma tal-poplu Naxxari titwettaq.", "Dan kien se jkun grawnd tal-futbol li jintuża mit-tfal u ż-żgħażagħ Naxxarin li, fost l-oħrajn, jifformaw parti mill-klabb ta' Naxxar Lions.", "Issa għaddew sitt snin u l-komunità Naxxarija għadha qed tistenna dan il-kumpless sportiv li kien se jinbena fuq art li kienet tliet darbiet akbar.", "Hija ħasra li llum in-Naxxar hija forsi l-unika lokalità f'pajjiżna li m'għandiex faċilità sportiva adegwata.", "Hawn qed nitkellmu fuq klabb tal-premier li, bħall-klabb ta' Valletta, għadhom bla grawnd fejn jistgħu jippratikaw l-isport favorit tagħhom.", "Hemm kuntrast kbir fil-mod ta' kif jimxu ċerti applikazzjonijiet.", "Filwaqt li, fejn irid, dan il-Gvern iħaffef l-applikazzjonijiet kemm jiflaħ, għal proġetti li jolqtu l-ġid komuni u l-interess tal-komunitajiet il-Gvern jibqa' jkaxkar saqajh.", "Nerġa' ngħid li sitt snin ilu dan il-Parlament għadda avviż legali biex tittieħed din l-art għal dan il-proġett sportiv.", "Kien hemm kuntratt iffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Isports u l-Klabb Naxxari, li kien irrappreżentat mill-uffiċjali ewlenin ta' dakinhar, fosthom il-President u s-Segretarju li kienu waslu fi qbil li jieħdu dik l-art.", "Dakinhar il-Malta Football Association kienet diġà kkommettiet is-somma ta' 'l fuq minn €400,000 biex tgħin lill-klabb Naxxari jwettaq il-ħolma tiegħu.", "Nittama li dan il-Gvern jgħin bis-serjetà lill-klabb Naxxari biex dak li kien diġà mogħti lilhom, narawh isir realtà.", "Niġi issa għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar għax għandi l-obbligu li nitkellem f'isem dawn ir-residenti wkoll.", "Sur President, nistiednek tgħaddi mit-triq li tagħti mix-Xemxija għal San Pawl il-Baħar u tibki bl-istat li tinsab fih din it-triq.", "Filwaqt li l-Gvern ipprova jgħidilna li wettaq proġett fil-parti tax-Xemxija, ma kellux il-ħila li jibqa' għaddej bit-tarmak fuq it-triq kollha, imma għamel biss partijiet bit-tarmak.", "L-aqwa żmien, u l-Gvern qed jixxaħħaħ biex nagħmlu t-triq li jgħaddu minnha eluf ta' nies kuljum, fosthom l-Għawdxin, il-Maltin u t-turisti li jkunu se jiffrekwentaw iż-żona tal-Mellieħa jew sejrin lejn jew ġejjin minn Għawdex!", "Niftaħru li kellna eluf ta' Maltin li marru Għawdex fi żmien il-Milied, imbagħad nixxaħħu fuq it-tarmak!", "Naħseb li bħali għaddejtu minn din it-triq li qed insemmi!", "Hawn irrid insemmi triq oħra fejn hemm il-pont tal-Mistra, fejn intefqu viċin il-€100,000.", "Dan meta llum nistgħu nikkonfermaw li x-xogħol ma sarx sew b'mod li jista' jiggarantixxi serħan il-moħħ.", "Infakkar li filwaqt li kellna Ministru li fl-amministrazzjoni preċedenti qalilna li m'hemmx urġenza biex isir ix-xogħol fuq il-pont tal-Mistra, matul din il-Leġiżlatura rajna li x-xogħol sar, u anke jekk dam għaddej ġimgħat, ix-xogħol ma sarx sew.", "Pereżempju, quddiem l-uniku bus stop li hemm fuq dan il-pont, toqgħod ġemgħa ilma u povru min ikun qiegħed jistenna hemmhekk, speċjalment meta, bħal-lum, tagħmel ix-xita.", "Ikollok turisti li jmorru mixja lejn l-Imġiebaħ jew Selmun u meta jkunu qed jistennew tal-linja fuq dan il-bus stop, jinħaslu bl-ilma għaliex ix-xogħol ma sarx kif suppost.", "Ta' min jistaqsi jekk ix-xogħol ġiex iċċertifikat mill-esperti.", "Wieħed jista' jgħaddi minn fuq dan il-pont tal-Mistra u jikkonferma dan li qed ngħid.", "Ix-xogħol sar b'ħafna pompa, u għalhekk wieħed kien jistenna li se jsir skont il-livelli li titlob is-sengħa tax-xogħol.", "Insemmi wkoll il-bankina li tgħaddi minn fuq l-istess pont, bankina li minn fuqha ma tgħaddix koppja b'pushchair.", "Meta saret il-bankina u sar barrier, ma ħadniex inkonsiderazzjoni li jista' jkun hemm nies bi problema ta' mobilità għax ma tħalliex biżżejjed spazju bejn il-barrier u ċ-ċint li hemm fuq il-pont.", "Dawn huma punti żgħar li jaffettwaw lin-nies.", "Għalhekk nappella lill-Gvern biex meta jagħmel biċċa xogħol, jara li ssir sew!", "Ejja ma ninsulentawx l-intelliġenza tan-nies!", "Dan l-aħħar reġa' feġġ il-proġett tal-Mistra, fuq iż-żona fejn qabel kien hemm Mistra Village, proprju ftit passi bogħod mill-pont tal-Mistra.", "Minn hawn irrid niddikjara li jien se nkun qed nitkellem f'isem ir-residenti u f'isem min għandu għal qalbu l-ambjent ta' pajjiżna.", "Jien m'għandi l-ebda sarima ma' ħalqi u għalhekk mhux se niġi hawn u niddefendi l-ebda proġett jekk ma jkunx qed jissalvagwardja l-ambjent ta' madwarna.", "Kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra ninsabu obbligati li naraw li nħallu l-ambjent ta' pajjiżna aħjar milli sibnieh, għaliex fil-futur irridu nagħtu kont lill-ġenerazzjoni ta' warajna.", "Filwaqt li hu tajjeb li jsiru proġetti, nappella biex ma nitħanżrux!", "Ejja nsibu bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent, għaliex hekk huwa sewwa u hekk jixirqilha din id-daqsxejn ta' gżira f'nofs il-Mediterran.", "Irrid insemmi wkoll li San Pawl il-Baħar għaddej minn theddida.", "Hawnhekk insellem lill-Kap u lill-għalliema li jaħdmu fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar fejn hemm numru ta' problemi.", "Illum, San Pawl il-Baħar hija l-ikbar lokalità f'pajjiżna.", "Għalhekk nappella lill-Gvern biex iwettaq il-pjan li kien hemm fl-amministrazzjoni Nazzjonalista li tinbena skola ġdida għal din iż-żona.", "Dan il-Gvern stess wiegħed il-bini ta' din l-iskola f'diversi baġits u għalhekk nistaqsi: X'qed nistennew biex tinbena din l-iskola ġdida?", "Nafu wkoll bl-impatt qawwi li qed tħalli din il-mewġa ta' popolazzjoni dejjem tikber f'San Pawl il-Baħar.", "Hemm bżonn li naraw li fil-qasam edukattiv, li huwa wieħed mill-aktar oqsma importanti f'pajjiżna, it-tfal tagħna u l-għalliema jkollhom skola adegwata għaż-żmien tal-lum.", "Ladarba l-Gvern qed jgħidilna li qed ngħixu fl-aqwa żmien u għandna l-aqwa ekonomija, mela ejja nsibu l-fondi adegwati biex malajr kemm jista' jkun tinbena din l-iskola li tant għandha bżonnha l-komunità ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba.", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-Mellieħa li fl-aħħar snin rajnieha għaddejja minn daqqa wara l-oħra.", "Jididspjaċini li hawn se nkun kritiku mhux biss lejn il-Gvern imma anke lejn il-kunsill lokali ta' din il-lokalità li fl-aħħar sitt snin seta' għamel ħafna aktar biex jiddefendi l-interessi tal-poplu Mellieħi.", "Fir-rigward ta' diversi proġetti fil-Mellieħa, il-Kunsill Lokali jew kien kompliċi fl-isfreġju li sar jew qagħad sieket.", "Insemmmi, pereżempju, id-daħla tal-Mellieħa fejn fl-aħħar ġranet rajna din l-art partikolari li qiegħda ħdejn ir-roundabout kif tasal fil-Mellieħa, titnaddaf, u hawn xegħlet bozza!", "Jien tkellimt f'din il-Kamra u staqsejt jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li jħalli binja ta' tmien sulari li tinkludi lukanda tinbena fuq din l-art, bl-iskuża li qed induru mal-policies li hemm.", "Dan il-Gvern qed jaġixxi b'mod irresponsabbli.", "L-Awtorità tal-Ippjanar, b'mod irresponsabbli, biddlet il-policy biex ħalliet binja ta' tmien sulari titla' ftit 'il bogħod minn din l-art.", "Illum qegħdin naraw nies li m'għandhomx għal qalbhom l-ambjent u ma jinteressahomx mill-interess tal-ġid komuni.", "Għalhekk qed nistaqsi lill-Gvern jekk it-tindif li sar fuq din l-art ifissirx li se nibqgħu għaddejjin b'dan il-proġett!", "Proprju hawn li nikkritika lill-Kunsill Lokali, għax issa inutli li joġġezzjona.", "Il-Kunsill Lokali kellu dik l-art b'titlu ta' encroachment.", "Huwa minnu li m'hemm l-ebda saħħa b'dan it-titlu, però meta jien kont sindku ta' din il-lokalità, matul l-amministrazzjoni immexxija mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, sal-2013, kellna pjanijiet oħrajn għal din l-art.", "Dakinhar kellna proġett sostenibbli għall-komunità, għall-għaqdiet volontarji u għal niċċa ġdida ta' turiżmu sportiv.", "Però, matul dawn l-aħħar snin, kellna kunsill lokali mmexxi minn maġġoranza Laburista li baqa' sieket, ċass u rieqed, u ħalla tinħareġ tender għal din l-art!", "Dan wassal biex illum hemm applikazzjoni biex tinbena binja ta' madwar 120 appartament u lukanda ta' madwar tmien sulari.", "Għidli inti li qed issegwina fil-kumdità ta' darek, irrispettivament jekk toqgħodx il-Mellieħa jew le, jekk huwiex aċċettabbli li fid-daħla tal-Mellieħa, li sa ftit ilu konna niftaħru bil-ġmiel naturali tagħha, issib quddiemek mostru ta' bini!", "Biżżejjed illum għandna mostru ta' bini fil-bypass tal-Mellieħa, fuq art li nsterqet minn parti mill-bypass, bir-riżultat li llum qed ikollna inċidenti b'mod regolari!", "Dan sar għaliex il-Gvern ma rax l-interess tal-ġid komuni.", "Il-bypass kellha tibqa' kif kienet bl-istess wisa' u mhux noħolqu triq biex nakkomodaw lil ftit!", "Sur President, jiena ma niddejjaqx li niġi hawn u nitkellem b'responsabbiltà, għax għandi l-obbligu li nkun il-vuċi u t-tarka ta' min afdali dan is-siġġu f'din il-Kamra.", "Forsi mhux kulħadd jarani sabiħ, imma ma jimpurtax!", "Fid-dinja, aktar u aktar fil-politika, ma tista' togħġob lil Alla u lix-xitan!", "Fil-politika trid tipprova tgħin biex jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet.", "Għalhekk nerġa' nikkritika lill-Kunsill Lokali li ħalla waħda mill-ftit artijiet fil-Mellieħa tingħata għal dan il-proġett ta' aktar bini, meta stajna nibnu proġett kapitali li jrendi għall-komunità tal-Mellieħa kif kienu l-pjanijiet sal-2013.", "Però, kif għedt, il-Kunsill Lokali ddeċieda li jagħlaq għajnejh biex illum, meta huwa tard wisq, qed imur joġġezzjona għal din il-binja.", "Irrid nistaqsi: Hemm bżonn li fil-Mellieħa jkollna 120 appartament ieħor?", "Din hija art li kienet tal-poplu u li ngħatat b'tender - irrelevanti kemm ħareġ flus min ħa t-tender - għal dan il-proġett, meta din il-biċċa art setgħet intużat b'mod aħjar.", "Sur President, illum hemm dubji mhux żgħar ukoll dwar il-policy li qed tiġi attwata.", "Għaldaqstant nittama li tal-inqas, wara din il-pastażata li saret, l-Awtorità tal-Ippjanar tirrikonoxxi li dak li sar ma kienx fl-aħjar interess tal-ambjent fil-Mellieħa.", "Ta' dan nibqa' nitfa' t-tort fuq il-Kunsill Lokali li seta' għamel aktar.", "Illum, fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari tkellimt dwar l-iskola primarja tal-Mellieħa.", "Filwaqt li nirrikonoxxi li wara li tkellimt f'din il-Kamra, il-pjanti nbidlu biex fuq l-art li għandna biswit l-iskola, fejn se ssir l-estensjoni, għandu jsir parkeġġ li ma jkunx ta' żewġ sulari, irrid infakkar li qabel l-aħħar elezzjoni, min jgħix f'din iż-żona u forsi kien fl-inħawi fejn hemm il-kunsill lokali jew l-uffiċċju tal-posta, ra żewġ billboards, wieħed fi Triq Qasam Barrani u l-ieħor fi Triq il-Mitħna l-Ġdida, li kienu juru li dik iż-żona partikolari ma kenitx se tiġi immassimizzata fl-interess tal-lokalità.", "Però, wara laqgħa li kelli mal-Ministru Evarist Bartolo, il-Ministru rrikonoxxa li għandna nagħmlu użu bl-aħjar mod minn dik iż-żona u qabel mal-ħsebijiet li qsamt miegħu u mal-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta' Għada.", "Irrid nirrikonoxxi wkoll li l-Kunsill Lokali qed jappoġġja s-suġġerimenti tiegħi.", "Però jiddispjaċini ngħid li filwaqt li nirrikonoxxi li ngħatajt widen mill-Ministru li l-aħjar parti ta' din iż-żona għandha tintuża bl-aħjar mod possibbli, jibqa' l-fatt li qegħdin sitt snin tard!", "Il-popolazzjoni tal-Mellieħa kompliet tikber u llum m'għandniex spazju fil-binja eżistenti.", "Għaliex stennejna sitt snin biex daħħalna l-pjanijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?", "Illum qed ikollna nagħmlu użu minn annex ta' faċilità sportiva li tinsab ftit metri 'l bogħod.", "Qed nitkellem dwar dan għax kellmuni l-ġenituri u għalliema li wrew ukoll it-tħassib tagħhom.", "Jien għamilt mistoqsijiet lill-Ministru Evarist Bartolo biex iserraħ ras il-ġenituri.", "Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin se jidħlu aktar tfal f'dan l-annex, għaliex tajjeb nispjega li filwaqt li joħorġu ammont ta' tfal kull sena meta jispiċċaw il-primarja, jidħlu aktar tfal fil-kinder.", "Il-Gvern ma kellux viżjoni għal din is-sitwazzjoni.", "Din il-binja kellha ssir qabel u mhux illum.", "Irridu nistennew tal-inqas sentejn oħra biex naraw li din il-binja tiġi approvata u tibda tilqa' fiha l-ewwel studenti.", "Illum għandna l-annex li huwa parti mill-grawnd tal-futbol tal-Mellieħa.", "Jien kellmuni ġenituri li wrew it-tħassib tagħhom jekk hemmx arja u ventilazzjoni tajba u adegwata għat-tfal tagħna, jekk it-turġien ta' din iż-żona partikolari humiex skont ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà għall-ġid tat-tfal u tal-għalliema, u jekk il-faċilitajiet sanitarji humiex adegwati għat-tfal tal-kinder jew le.", "Staqsejt ukoll jekk hemmx għalliema biżżejjed f'din l-iskola.", "Irrid nirrikonoxxi li l-Ministru rrisponda għal dawn il-mistoqsijiet u fit-tweġiba tiegħu qal li fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà sar risk assessment minn uffiċjali tas-saħħa u s-sigurtà fejn saru numru ta' rakkmandazzjonijiet li se jkunu qed jiġu implimentati qabel jibda jintuża l-post.", "Il-ħsieb hu li aktar 'il quddiem jerġa' jsir risk assessment biex jikkonferma dan.", "Hekk huwa meħtieġ li jsir, però wieħed jittama li x-xogħol isir malajr kemm jista' jkun, għaliex fadal biss ftit ġimgħat biex immissu x-xahar ta' Frar, meta jkun hemm tfal ġodda li deħlin l-iskola.", "Nawgura li l-Gvern jagħti kas tal-aktar affarijiet bażiċi li hemm bżonn f'kull lokalità, inkluż l-iskejjel.", "Ejja nkomplu bil-pjanijiet li kellna matul amministrazzjonijiet Nazzjonalista fejn kienet tinbena skola fis-sena.", "Għaliex dan il-Gvern rema dan il-pjan?", "Huwa minnu li qed isir xogħol ta' manutenzjoni u tisbiħ, però dan mhuwiex biżżejjed!", "Il-popolazzjoni tagħna qegħda tikber f'kull belt u raħal.", "Għalhekk huwa importanti li kif qed titlob l-Oppożizzjoni, permezz tal-kunsilli lokali u bl-għajnuna mill-Gvern ċentrali, għandu jsir social impact assessment f'kull lokalità biex nieħdu ritratt ta' fejn sejrin il-lokalitajiet tagħna.", "Apparti mill-fatt li ftit qed nibnu skejjel ġodda, irridu naraw jekk l-iskejjel li qegħdin nibnu jew nirranġaw hux se jkunu qed ilaħħqu mad-domanda, mhux biss għas-sena d-dieħla, imma għall-ħames u l-għaxar snin li ġejjin.", "Dik hija l-viżjoni tal-Oppożizzjoni.", "Nittama li l-Gvern qed jagħmel dan l-eżerċizzju.", "F'San Pawl il-Baħar u fil-Mellieħa qegħdin tard wisq, u nispera li ma nkunux tard ukoll fin-Naxxar!", "Żieda ta' 500 appartament se ġġib magħha żieda fil-popolazzjoni li se jkollha wkoll impatt fuq l-iskola primarja tan-Naxxar.", "Għalhekk irridu naraw li filwaqt li jinħarġu l-permessi għall-bini, isiru wkoll l-istudji neċessarji biex naraw l-effett ta' żieda fil-popolazzjoni u l-effett fuq il-ftit ambjent li fadlilna.", "Sur President, nixtieq insemmi żewġ issues oħrajn dwar il-Mellieħa.", "Jien tlabt kemm-il darba lill-Ministru Konrad Mizzi biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati mal-istudji li suppost saru dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira.", "Mill-informazzjoni li għandi jidher li l-NGOs li jmissu mal-ambjent qegħdin jixegħlu bozza ħamra dwar dan il-proġett li ħolom bih il-Ministru Konrad Mizzi.", "Jidher li l-Ministru m'għamilx il-pjanijiet tiegħu meħtieġa qabel mar u xandar li se jagħmel dan il-proġett.", "Nistaqsi wkoll: Għaliex l-istess Ministru qed ikaxkar saqajh fuq il-proġett tal-eks lukanda ta' Selmun?", "Għaliex il-Ministru qed iħalli l-Palazz ta' Selmun, li huwa parti mill-patrimonju tal-poplu Malti, ikompli jiddeterjora?", "X'għandu f'moħħu dan il-Gvern għal din iż-żona fil-Mellieħa?", "Għaliex il-Gvern ma kompliex bil-pjanijiet li kien hemm snin ilu dwar din il-lukanda?", "Għaliex il-Palazz ta' Selmun ma jerġax jingħata lill-poplu Malti biex ikun attrazzjoni mal-kumplament ta' Selmun?", "Sal-2013, il-Kunsill Lokali Mellieħi kien ippjana li dik iż-żona partikolari tintuża biex tattira niċeċ ta' turiżmu relatat mal-qasam ambjentali, reliġjuż u storiku.", "Il-Mellieħa, li tinkorpora magħha l-Aħrax, Selmun u l-Manikata, tista' tikkontribwixxi ħafna għal dawn in-niċeċ ta' turiżmu.", "Dawn iż-żewġ proġetti qed iqajmu dubji kbar!", "Għaliex hemm din in-nuqqas ta' trasparenza min-naħa tal-Gvern?", "X'inhu għaddej dwar il-Palazz ta' Selmun u l-eks lukanda ta' Selmun?", "X'qed jaħmi l-Gvern dwar il-Bajja tal-Għadira?", "Għaliex il-Ministru ma jridx ipoġġi l-istudji li qed jgħid li għamel fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Filwaqt li f'dan il-pajjiż huwa tajjeb li nibqgħu nitkellmu li qed ngħixu fl-aqwa żmien, irrid nistaqsi lir-residenti tat-12-il distrett, jien inkluż, jekk hux veru li qed ngħixu fl-aqwa żmien fejn jidħol l-ambjent, il-wirt storiku u r-rispett lejn il-ġid komuni.", "Ir-risposta nħalliha f'idejn min qiegħed isegwina.", "Però, min-naħa tiegħi ma niddejjaqx ngħid b'responsabbiltà li dan mhux l-aqwa żmien għal-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Barħar, għax sfortunatament fl-aħħar snin morna l-baħar.", "F'dawn il-lokalitajiet li jifformaw it-12-il distrett qed naraw sfreġju ambjentali u sfreġju fil-binjiet storiċi.", "Nittama, Sur President, li l-poplu Malti jirrikonoxxi li aħna għandna l-obbligu li nipproteġu dak li ħallewlna missirijietna għal min se jiġi warajna.", "Meta qed naraw l-ambjent u l-bini storiku f'din iż-żona jiġi mnaqqar u mkasbar, we have to stand up to be counted.", "Ejja nitkellmu u nappellaw lill-Gvern li aħna għandna għal qalbna l-ambjent ta' madwarna!", "Ejja nuru dan mhux biss bil-kliem imma bil-fatti, ħalli nagħmlu d-differenza!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta 15 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "Fid-9.27 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PRODOTTI MSEJĦA LURA MIS-SUQ MINĦABBA KONTAMINAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm ġew imsejħa lura minn fuq is-suq prodotti alimentari li kienu kkontaminati minn residwi ta' pestiċidi matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b'sena, kif ukoll jelenka x'kienu l-prodotti u minn liema tipi ta' residwi ta' pestiċidi kienu kkontaminati?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali mhuwiex l-Awtorità Kompetenti primarja għall-moniteraġġ ta' pestiċidi, il-lista ta' moniteraġġ li sar mill-istess imsemmi Direttorat tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ma' dan, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex għall-informazzjoni addizzjonali jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "WASTESERV – IMPJANT TAL-MAGĦTAB – MONITERAĠĠ AMBJENTALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid wara li fl-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab infirex in-nar, x'miżuri qed jittieħdu biex isir moniteraġġ ambjentali, inkluż moniteraġġ tal-emissjoniet kif ukoll ta' kontaminazzjoni tal-madwar, fosthom għal dioxins, polychlorinated biphenyl (PCB), Dioxin-like PCBs, polycyclic aromatic hydrocarbon (PAH), sulphur dioxide, nitrogen oxide, carbon monoxide, carbon dioxide, hydrogen chloride, ċomb, arseniku, kadmju, merkurju u persistent organic pollutants (POPs) oħra?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-moniteraġġ tal-kumpless ambjentali jitwettaq fuq frekwenza trimestrali/biannwali/annwali skont il-permess tal-IPPC.", "SALINI, IL-QAWRA, U BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ: TRIQ IL-KOSTA – GĦAWM", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk iż-żona tal-baħar viċin Triq il-Kosta fis-Salini, il-Qawra, u Baħar iċ-Ċagħaq hijiex tajba għall-għawm wara nar li nfirex fil-Faċilità tat-Trattament tal-Iskart fil-Magħtab?", "Sar moniteraġġ tal-kwalità tal-ilma għal kontaminazzjoni u għal liema tip ta' kontaminanti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar monitoraġġ tal-ilma baħar fiż-żoni ta' Baħar iċ-Ċagħaq, bin-numru tas-Sit B01 kif ukoll fiż-żona ta' quddiem is-Salini Resort, bin-numru tas-sit C32, l-aħħar li sar kien fit-tielet ġimgħa t'Ottubru peress li l-istaġun uffiċjali tal-għawm kien jispiċċa fil-21 t'Ottubru, 2018.", "Kemm is-sit B01 kif ukoll is-sit C32 ikkwalifikaw bħala eċċellenti u dan wara li jkunu ġew ittestjati għall-parametri mikrobioloġiċi hekk kif rikjest fir-Regolamenti dwar il-ManiġġJar tal-Kwalità tal-Ilma tajjeb għall-Għawm.", "KORP TAL-PULIZIJA – TAĦRIĠ FUQ CROWD CONTROL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega dettaljatament it-taħriġ li jingħata, u minn min, u kull meta, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija dwar crowd control?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li taħriġ fuq crowd control qed jingħata f'forma ta' teorija kif ukoll prattika fuq diversi modules.", "It-taħriġ lill-units partikolari jingħata taħt l-awspiċi tal-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati u jitmexxa mill-instructors tal-istess Akkademja kif ukoll minn żewġ instructors in-house.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – ITTRI UFFIĊJALI FUQ QBIELA TA' ART", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittri uffiċjali li l-Awtorità tal-Artijiet ippreżentat fil-Qorti biex jintemmu l-qbiela tal-art milquta bil-proġett tat-twessigħ tat-triq f'Tal-Balal?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Gvern b'rispett sħiħ lejn il-liġijiet tal-pajjiż u d-diversi oqsma rispettivi għandu programm ċar u pjan fit-tul sabiex jindirizza l-infrastruttura fuq it-toroq ta' pajjiżna.", "Apparti l-interventi fuq l-uċuħ tat-toroq, fosthom residenzjali, qed issir ħidma kontinwa sabiex jiġu indirizzati numru ta' bottlenecks fuq toroq arterjali u distributorji.", "Dan huwa l-każ ukoll fuq it-Triq tal-Balal.", "Infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet u Infrastruttura Malta kif ir-regolamenti u liġijiet li japplikaw fil-każ ta' esproprji qed ikunu rispettati fl-intier tagħhom.", "Dan jinvolvi l-approvazzjoni tal-istimi tal-periti fir-rigward tal-kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati, terminazzjoni ta' qbiela fejn applikabbli u l-pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern.", "Infurmat li dan huwa proċess li jinsab għaddej.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ – TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kif ukoll id-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu, qatt ma għamlu xi trasferimenti u/jew pagamenti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b'mod separat.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7506 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il bord ta' inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokumenti mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – ĦATRA TA' BORDIJIET TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7508 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA - KAŻ TA' DIXXIPLINA TA' ĦADDIEM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ ta' dixxiplina fil-konfront ta' ħaddiem tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li nhar il-21 ta' April 2017 aggredixxa ġurnalist tat-Times of Malta?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Peress li l-uffiċjal inkarigat m'għadux mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m'għandix informazzjoni dwar it-tip ta' dixxiplina li ttieħdet.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KUNTRATT TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xorta oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid, kemm tħallas għas-servizzi tiegħu l-individwu msemmi, sena b'sena?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-individwu msemmi ġie mħallas is-somma ta' €1,770 sa ma tiġi mwieġba din il-mistoqsija.", "Dan l-ammont jinkludi l-VAT.", "L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet ippreżentata lill-Qrati jew awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda mill-Qrati jew awtoritajiet ta' pajjiżna, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nattira l-attenzjoni għall-fatt li l-mistoqsija mhijiex ċara għal jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jirreferi għar-rikjesti mibgħuta lill-Emirati Għarab Magħquda mill-Awtoritajiet ta' Malta jew viċiversa.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara d-domanda.", "IL-BAJJA TAX-XWEJNI – XOGĦOL TA' EMERĠENZA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għadu ma sar ebda tip ta' xogħol ta' emerġenza f'parti mill-ħajt tat-triq tal-Bajja tax-Xwejni peress li jinsab fi stat ħażin ħafna u ta' periklu kbir għan-nies u turisti li jiffrekwentaw din il-bajja matul is-sena?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa ġiet ippubblikata.", "Il-ħruġ tat-tender kien meħtieġ minħabba li l-ħsara hija pjuttost estensiva.", "IX-XAGĦRA – AZZJONIJIET FI TRIQ MARGA U TRIQ GĦAJN DAMM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fl-immedjat, x'azzjoni qed tieħu rigward Triq Marga u Triq Għajn Damma, fix-Xagħra, Għawdex peress li dawn qed iċedu u hemm periklu għan-nies, sewwieqa u għal bdiewa li għandom l-għelieqi fl-inħawi?", "Interpellant li d-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp beda ħidma estensiva fejn qed jindirizza toroq bħal dawn u anke oħrajn li jinsabu fi stat agħar, li għal snin twal qatt ma saret manutenzjoni fuqhom.", "ĦAL FAR INDUSTRIAL ESTATE - TENDER TA' SKAVAR FI PLOT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Malta Industrial Parks, fis-6 ta' Diċembru 2018 ħarġet tender għal skavar fi plot 039 f'Ħal Far Industrial Estate?", "Jista' jagħti aktar dettalji fuq dan il-proġett u min se jiffinanzja l-proġett kollu fuq din l-art?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-proġett jirrigwarda plot HHF 039 li ħa tiġi diviża fi skema ta' plots iżgħar sabiex dawn jiġu eventwalment żviluppati mill-fondi tal-inkwilini.", "Għaldaqstant, it-tender li nħareġ mill-MIP jirrigwarda l-preparamenti għall-infrastruttura komuni u ċjoè, site clearance sal-livelli tat-triq, service ducts, bankini u toroq komuni.", "GOZO SPORTS COMPLEX - ĦLAS TA' MIŻATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar, mis-sena 2013 sal-lum, kemm kien hemm membri attivi li jħallsu l-miżata fi ħdan il-Gozo Sports Complex?", "X'nazzjonalità huma u x'etajiet għandhom?", "X'kien l-ammont ta' flus li nġabru sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum u għalxiex intużaw dawn il-flus miġbura mill-miżati tal-Gozo Sports Complex?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MALTA INVESTMENTS - PROĠETTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Malta Investments ġewwa Għawdex sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati li ser isiru matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jiċċara sew għal liema entità qed jirreferi fil-mistoqsija.", "GĦAWDEX – FILMS/PRODUZZJONIJIET ĠODDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'films/produzzjonijiet ġodda nġibdu ġewwa Għawdex u x'impatt ħallew fuq l-ekonomija Għawdxija matul is-sena 2017 u 2018 u xi produzzjonijiet/films hemm ippjanati li jinġibdu ġewwa Għawdex matul is-sena 2019 u kemm hu l-valur fi flus ta' dawn il-produzzjonijiet/films?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-sena 2017 inġibdet il-produzzjoni Head ġewwa San Lawrenz u fis-sena 2018 inġibdet il-produzzjoni One Breath ġewwa r-Ramla l-Ħamra, id-Dwejra u x-Xatt l-Aħmar.", "Għas-sena 2019, il-Kummissjoni tal-Films għaddejja b'diskussjonijiet ma' producers u studios barranin sabiex dawn jiġu jiffilmjaw f'pajjiżna, inkluż f'Għawdex.", "SPTAR MATER DEI U SIR ANTHONY MAMO ONCOLOGY CENTRE – OPERATURI TAL-PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dettalji ta' kif ingħataw l-kuntratti/ftehim li hemm illum fis-seħħ tal-operat tal-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt li hemm illum fis-seħħ tal-operat tal-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre ngħata permezz ta' sejħa għall-offerti.", "SPTAR MATER DEI U SIR ANTHONY MAMO ONCOLOGY CENTRE: PARKEĠĠ – KAROZZI CLAMPED", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew clamped vetturi fil-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre minn Jannar 2018 sal-lum u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' vetturi clamped fil-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre minn Jannar 2018 sal-aħħar ta' Diċembru kien kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8071, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex l-uniku pajjiż Membru Stat tal-Unjoni Ewropea li tneħħa kompletament mill-Whitelist (jiġifieri lanqas fil-Whitelist b'eċċezzjonijiet kif qegħdin pajjiżi oħra)?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha dwar Malta ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8071.", "L-interess tal-Ministeru hu ta' pajjiżna u se naraw li dawn l-interessi jiġu mħarsa f'diskussjonijiet li se jsiru fil-ħin opportun.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tad-ditta u tal-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fil-Malta India Film Festival?", "Fuq liema bażi ntgħażel dan l-individwu/ditta sabiex imexxi workshop dwar l-inċentivi f'Malta fil-qasam tal-films?", "X'esperjenza għandu/ha fil-qasam tal-films?", "Saret sejħa jew kompetizzjoni biex j/tintgħażel qabel sar dan l-avveniment?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta India Film Festival ġie organizzat minn kumpanija privata u mhux mill-Ministeru.", "UN GLOBAL COMPACT FOR MIGRATION – LAQGĦA GĦALL-IFFIRMAR TAD-DOKUMENT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid hux ser imur Marrakesh il-Marokk bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2018 u jekk hux ser jiffirma l-UN Global Compact for Migration Document?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif inhu magħruf pubblikament Malta kienet rappreżentata mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin għal-laqgħa li qed jirreferi għaliha.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għall-UN Global Compact for Migration Document, minkejja li dan id-dokument fil-preżent għadu mhux legally binding, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux biħsiebu joqgħod għall-klawsoli kollha tad-dokument?", "Hemm minnhom li l-gvern oġġezzjona għalihom u għaldaqstant mhux ser jirratifikahom?", "CARMELO ABELA: Tajjeb wieħed jinnota li d-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati dwar il-Global Compact kienet maqbula unanimament bejn il-pajjiżi kollha fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda ta' sentejn ilu ġewwa New York.", "Tul dawn is-sentejn, il-pajjiżi kollha tad-dinja għajr wieħed innegozjaw fuq livell tekniku dwar abbozz komuni li ġie maqbul minn kulħadd.", "Dan id-dokument li ġie ppreżentat mill-Assemblea fil-laqgħa ta' Marrakesh mhux vinkolanti u allura mhux kwistjoni ta' xi ratifika kif qed isostni l-Onor.", "Nixtieq niċċara wkoll li f'Marrakesh dan ġie adottat u mhux iffirmat, u qed nenfasizza dan għax l-abozz kien diġà maqbul bejn il-pajjiżi kollha tad-dinja għajr wieħed kif semmejt iktar 'il fuq fin-negozjati ġewwa New York.", "Tajjeb insemmu li f'Marrakesh, 164 pajjiż kienu preżenti fil-konferenza li addottat il-Global Compact, u fid-19 ta' Diċembru fi New York ittieħed vot fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fuq riżoluzzjoni dwar il-Compact li għadda b'152 vot favur, ħames voti kontra u 12-il astensjoni.", "Il-migrazzjoni hija sfida globali u għalhekk trid tittieħed azzjoni globali biex tindirizzaha.", "Dan huwa l-ħsieb ewlieni wara dan il-Compact.", "Malta pparteċipajna b'mod attiv fin-negozjati sabiex jiġi mħares l-interess nazzjonali.", "Malta u l-Unjoni kienu prekursur ta' dan il-Ftehim meta f'Novembru tal-2015 sar il-Valletta Summit fuq il-migrazzjoni.", "Hemmhekk iddikjarajna li l-migrazzjoni kienet sfida komuni u li kien jeħtiġilha soluzzjonijiet komuni.", "Il-Compact iħaddan l-istess prinċipji, iżda fuq livell globali.", "Huwa stat ta' fatt li f'dinja globalizzata huwa fl-interess ta' kull pajjiż li sfidi li pajjiż ikun qed jaffaċċja mill-viċinat jindirizzhom flimkien mal-pajjiżi sieħba sabiex is-soluzzjoni tkun waħda li tagħti l-frott.", "Il-pajjiżi waħedhom ftit jistgħu jagħmlu jekk mhux maqgħudin ma' oħrajn.", "Aħna ngħidu li rigward il-migrazzjoni ftit jista' jsir jekk pajjiżi msejħa tal-oriġini, tat-transitu u ta' destinazzjoni ma jaħdmux flimkien.", "Ta' min jgħid li fost il-23 proposta fil-Compact, uħud minnhom diġà qed jiġu implimentati bħala riżultat tal-liġi Ewropea (Acquis).", "Malta se tieħu kull opportunità sabiex taħdem u tippromwovi dawk l-inizjattivi dwar l-implimentazzjoni tal-proposti fejn jaqbel l-interess nazzjonali.", "XIRI TA' KAROZZI TAL-LINJA LI JINTUŻAW GĦAT-TRASPORT PUBBLIKU", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min jixtri u jħallas għall-karozzi tal-linja l-ġodda li jintużaw għat-trasport pubbliku?", "Jista' jgħid x'monitoraġġ tagħmel Transport Malta dwar il-Health and Safety Standards biex jitħarsu l-passiġġieri?", "Għandha dritt Transport Malta iġġiegħel lill-kumpanija tixtri karozzi tal-linja?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-karozzi tal-linja li jinxtraw mill-operatur privat tat-trasport pubbliku sabiex tiġi mġedda l-flotta tal-karozzi tal-linja jiġu mixtrija u mħallsa mill-istess operatur, jiġifieri Malta Public Transport Services Limited", "Ta' kuljum uffiċjali ta' Transport Malta jwettqu spezzjonijiet fuq il-vetturi li jkunu qegħdin joperaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda.", "Bħala parti mill-ispezzjonijiet li jsiru hemm dawk li jirrigwardaw is-saħħa u s-sigurtà kif ukoll fuq obbligi kuntrattwali oħra.", "F'każi fejn, bi qbil bejn l-Awtorità tat-Trasport u l-operatur privat tat-trasport pubbliku, tinħass il-ħtieġa li jiġu introdotti rotot ġodda jew inkella tiżdied il-frekwenza fuq xi rotot, liema tibdil ikun jesiġi li l-flotta tal-karozzi tal-linja tiżdied, f'każi bħal dawn l-operatur jiġi kkumpensat skont il-provvedimenti li hemm fil-kuntratt.", "GĦAWDEX – SKARSEZZA TA' ĦRIEQI GĦALL-ADULTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li qed ikun hemm perjodi fejn qed ikun hemm skarsezza ta' ħrieqi għall-adulti f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid x'rimedji qed jittieħdu biex dan ma jerġax iseħħ?", "Interpellant li d-Direttorat tal-Customer Services ma rċieva l-ebda ilment dwar dan.", "Jekk l-Interpellant għandu xi informazzjoni, jista' jgħaddiha b'mod kunfidenzjali ħalli tkun tista' tiġi indirizzata.", "TA' QALI - RIMI TA' SKART TAL-KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni f'post privat ġewwa Ta' Qali, fejn ġie nnotat li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni immedjata, jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fuq sid il-post?", "IAN BORG: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif qed jgħid hu stess, dan is-sit ġie milqut b'żewġ azzjonijiet ta' infurzar, bl-aħħar waħda nħarġet f'nofs is-sena 2018.", "Tajjeb li jkun infurmat ukoll li kif id-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar daħlitlu l-informazjoni li kien hemm abbuż permezz ta' tfigħ ta' materjal inert, mill-ewwel ġew issiġillati l-aċċessi permezz ta' blokok tal-konkrit.", "Mhux biss, iżda qed isiru l-arranġamenti biex jiġu installati cameras tas-sigurtà fuq il-post biex ikun hemm sorveljanza kontinwa.", "L-Awtorità għadha qiegħda tinvestiga l-każ biex tistabbilixxi min kienet il-persuna li tefgħet tali materjal.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ LURET CUTAJAR – OUTLINE DEVELOPMENT PLAN", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8022 dwar l-Outline Development Plan li qed isir f'art ODZ fi Triq Luret Cutajar Ħaż-Żebbuġ, fejn qed jiġi nnotat li qed isir bdil fl-użu f'art agrikola b'rimi ta' skart u karozzi abbandunati biex l-art tidher żdingata, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid x'infurzar sar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, wara spezzjoni li saret minn uffiċjali tad-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma jirriżultax li fuq is-sit imsemmi qed isir xi tip ta' bdil fl-użu minn dak oriġinali.", "POST TA' MESSAĠĠIER ANZJAN", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati li kienu resqu għall-aħħar eżami li sar għall-post ta' Messaġġier Anzjan fis-Settur Pubbliku?", "Jista' jgħid:", "a) kemm minnhom għaddew?", "b) kemm kienu dawk li diġà ġew appuntati f'dan il-grad?", "c) sa meta hu validu r-riżultat? u", "d) jekk hemmx il-ħsieb li dawk kollha li għaddew jiġu appuntati sa meta jiskadi ż-żmien tar-riżultat?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li n-numru ta' applikanti li resqu għall-eżami tal-post ta' Messaġġier Anzjan fis-Settur Pubbliku kien ta' 21 li minn dawn għaddew 20.", "Ġew appuntati 14.", "Ir-riżultat skada.", "Il-vakanzi jimtlew skont il-ħtieġa tas-Servizz Pubbliku.", "POST TA' MESSAĠĠIER ANZJAN", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-preżent jeżistu postijiet fil-grad ta' Messaġġier Anzjan f'kull Dipartiment tal-Gvern separatament?", "Jista' jgħid ukoll:", "a) jekk hemmx postijiet vakanti f'dan il-grad f'kull dipartiment? u", "b) jekk fl-affermattiv jgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet għal din il-vakanza?", "JOSEPH MUSCAT: Anness hawn taħt jinsab it-tagħrif mitlub:", "Fil-preżent, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru m'hemmx vakanzi ta' Messaġġier Anzjan.", "GĦAWDEX: TRIQ FORTUNATO MIZZI - INĊIDENT", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-inċident li ġara fid-9 ta' Lulju 2018 fir-Rabat, Għawdex għal ħabta tal-10.30 p.m. fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex waqt tiġrija ta' żwiemel, eċċetra, meta numru ta' persuni li kienu jaraw it-tiġrija sofrew diversi feriti, u wieħed minnhom saħansitra ġarrab feriti gravi meta żiemel li kien qiegħed jinstaq fl-istess tiġrija daħal addirittura għal fuq in-nies li kienu qed jaraw l-istess tiġrija mal-ħajt fuq il-bankina, x'inhi r-raġuni li ma saritx inkjesta maġisterjali, aktar u aktar meta persuna li kienet tara l-istess tiġrija sofriet feriti gravi per durata biż-żiemel jitla' saħansitra għal fuqha?", "F'liema stadju waslu dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru?", "Meta se jiġu konklużi dawn l-investigazzjonijiet biex l-allegat ħati jew ħatjin, speċjalment min naqas milli jipprovdi sistema ta' sigurtà għall-persuni li kienu qed jaraw l-istess tiġrija, jiffaċċja proċess kriminali?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ġew konklużi u huwa mistenni li persuna titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin b'akkużi relatati ma' feriti fuq persuni.", "AWTORITÀ TAD-DJAR - SUSSIDJU TAL-KERA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti elenku tad-diversi għajnuniet offruti bħala sussidju tal-kera?", "Min jista' japplika/jgawdi minn dan is-sussidju?", "X'tip ta' dokumentazzjoni jeħtieġ li tiġi pprovduta?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2017 l-Awtorità tad-Djar varat skema li permezz tagħha inkwilini f'postijiet residenzjali mikrija mill-privat jistgħu jibbenefikaw minn sussidju li jlaħħaq sa massimu ta' €2,000 fis-sena.", "Meta persuna tissottometti applikazzjoni għas-sussidju tal-kera jkunu mitluba dawn id-dokumenti:", "· Kopja tal-Karta tal-Identità valida ta' kull applikant u tal-ulied li jgħixu miegħu li għandhom taħt it-tmintax-il sena;", "· F'każ ta' persuna separata/divorzjata/annullata, għandha tipprovdi kopja tad-deċiżjoni finali tal-Qorti kompetenti li tippronunzja l-firda jew kopja tal-att pubbliku li jagħti effett lill-firda bil-kunsens tal-miżżewġin jew żewġ persuni imsieħba f'unjoni ċivili bl-awtorità tal-qorti kompetenti;", "· F'każ ta' applikant bona fide de facto separat għandhom jinġiebu dawk il-provi dokumentati jew provi ta' xorta oħra li jippruvaw il-pożizzjoni tagħhom bħala persuni bona fide de facto separati.", "L-Awtorità jkollha d-diskrezzjoni sabiex tiddeciedi jekk il-prova ta' separazzjoni de facto ġietx attenuta;", "· FS3 tal-applikant tas-sena preċedenti.", "F'każ ta' applikant pensjonant, ikun mitlub jipproduċi dokument li juri l-ammont kollu ta' pensjoni, u f'każ ta'applikant self-employed, ikun mitlub Profit and Loss Account/Income Statement iffirmat minnu u Balance Sheet/Statement of Financial Position jekk applikabbli flimkien ma' kopja tal-Formola tat-Taxxa tas-sena kalendarja preċedenti d-data tal-applikazzjoni jekk applikabbli;", "· Kuntratt tal-kera u ktieb tal-kera jew kuntratt ta' enfitewsi tar-residenza tal-applikant u kopja tal-aħħar irċevuta;", "· Kopja tal-karta tal-identità speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, f'każ li l-applikant jew xi ħadd minn uliedu li jgħixu miegħu għandu diżabilità;", "· F'każ li l-applikant qiegħed jagħmel fostering tat-tfal, kien huwa/hija stess fostered, kien jgħix f'istituzzjoni, temm programm ta' riabilitazzjoni, jew ħareġ mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, għandhom jipproduċu dokument uffiċjali li jindika dan;", "· Work Book Entries aġġornat maħruġ mill-Jobsplus (Sezzjoni Work Book) ta' kull applikant;", "Id-dokument li jinkludi d-dettalji u l-kriterja tal-eliġibbiltà tas-sussidju tal-kera tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Kif tħabbar fil-Baġit għall-2019, is-sussidju fuq il-kera se jkun qiegħed jinbidel sabiex ikun qiegħed jiġi kkunsidrat mhux biss id-dħul gross tal-familja iżda anke n-nefqa tagħhom fuq il-kera.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' għajnuna li tingħata fil-forma ta' in-work benefits?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-benfiċċju tal-In-Work jingħata lil tliet kategoriji differenti ta' benefiċjarji li għandhom tfal taħt it-23 sena u li għadhom jgħixu fl-istess dar.", "Dawn il-kategoriji huma koppji fejn it-tnejn ikunu jaħdmu, fejn xi ħadd biss mill-koppja jkun f'impjieg, kif ukoll lill-persuni waħedhom li jkunu jaħdmu.", "Ir-rati tal-In-Work Benefit huma mqassmin skont id-dħul nett mill-impjieg li jkollhom il-benefiċjarji.", "Fil-każ ta' koppja fejn it-tnejn jaħdmu, irid ikollhom dħul nett bejniethom ta' bejn l-€10,000 u l-€24,630 fis-sena, fejn xi ħadd minnhom għall-inqas ikollu jew ikollha dħul ta' aktar minn €3,000 fis-sena.", "Ir-rata massima li tista' titħallas hija dik ta' €1,300 fis-sena għal kull wild għal min għandu dħul nett minn impjieg ta' bejn €12,530 u €17,729.", "Din il-kategorija fejn il-koppja qegħdin it-tnejn f'impjieg kellhom żieda massima ta' €100 fis-sena għal kull wild.", "Diversi rati oħra huma applikabbli għal dħul li mhuwiex f'din il-faxxa.", "Fil-każ ta' koppja fejn xi ħadd minnhom biss jaħdem, id-dħul nett irid ikun bejn €6,600 u €17,130, fejn l-ogħla rata hi ta' €550 għal min għandu d-dħul nett ta' bejn is-€6,600 u l-€10,130.", "Din il-kategorija ta' persuni kellhom żieda massima ta' €100 fis-sena għal kull wild.", "Hawnhekk ukoll hemm rati oħra applikabbli għal min għandu dħul ta' aktar minn €10,131 iżda li ma jeċċedix is-€17,130.", "Fil-każ fejn persuna waħedha li hija f'imjieg u għandha dħul nett ta' bejn €6,600 u €17,130 bi tfal taħt it-23 sena li joqogħdu fl-istess dar, din ukoll hija intitolata għall-In-Work Benefit.", "Ir-rata massima li tista' titħallas hija ta' €1,350 fis-sena għal kull wild għal min għandu dħul nett ta' bejn €8,830 u €9,729.", "Din ir-rata tiżdied bi €80 oħra fis-sena għall-ewwel wild eleġibbli.", "Din il-kategorija ta' benefiċjarji kellhom żieda massima ta' €100 fis-sena għal kull wild.", "Diversi rati oħra huma applikabbli għal dħul li mhuwiex f'din il-faxxa.", "Biex persuna jew persuni jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju jridu japplikaw fuq formola apposta li tinkiseb mill-uffiċċji distrettwali jew inkella minn fuq il-website u jkunu jridu jippreżentaw dokument uffiċjali (FS3 jew Profit and Loss Account) tad-dħul li kellhom matul is-sena ta' qabel.", "Il-pagamenti għal din is-sena jibdew joħorġu f'April, kull tliet xhur b'lura.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' għajnuna li tingħata fil-forma ta' allowance tat-tfal?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-allowance tat-tfal tingħata lill-ġenituri li għandhom tfal taħt is-16-il sena u li għandhom il-kura u l-kustodja tagħhom.", "Sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-allowance tat-tfal, it-twelid tal-wild irid ikun reġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta.", "Fejn il-familja għandha dħul nett ta' aktar minn €25,045 fis-sena, ir-rata applikabbli hija dik minima, li hija ta' €8.66 fil-ġimgħa, filwaqt li r-rata massima li tista' titħallas hija dik ta' €24.08 fil-ġimgħa għal min għandu dħul nett daqs il-Paga Minima Nazzjonali.", "Id-dħul li jiġi kkalkulat għall-allowance tat-tfal, mhuwiex biss id-dħul li ġej mill-impjieg biss iżda d-dħul kollu li jista' jkollha dik il-familja.", "Għal min għandu rata ta' aktar minn dik minima, fl-2019 l-allowance tat-tfal żdiedet minn 6% għal 6.5% tad-differenza bejn id-dħul massimu applikabbli ta' €25,045 u d-dħul nett li l-familja kellha.", "Bħalissa, id-dħul li jiġi kkalkolat huwa dak tas-sena 2017.", "Għal min, skont il-komputazzjoni li ssir, ir-rata tiġi anqas minn dik minima, ir-rata li titħallas lil individwu/familja, tkun ir-rata minima stabbilita.", "Ir-rata massima din is-sena żdiedet minn €22.23 għal €24.08 fil-ġimgħa.", "Meta tarbija tiġi reġistrata, jibda l-proċess biex isir il-pagament, fejn l-ewwel titħallas ir-rata minima applikabbli jekk il-ġenituri ma jkunux diġà qed jirċievu l-allowance tat-tfal u tintbagħat notifika biex jekk id-dħul ta' dik il-familja jkun anqas minn €25,045, għandha issir applikazzjoni u jintbagħtu d-dokumenti meħtieġa biex, jekk ikun il-każ, tiżdied ir-rata applikabbli.", "Jekk il-ġenituri jkunu qegħdin diġà jirċievu rata ta' allowance skont id-dħul nett tagħhom, allura l-pagament tal-wild il-ġdid isir skont dik ir-rata mingħajr il-ħtieġa ta' applikazzjoni.", "Wieħed irid ifakkar li kull tibdil fiċ-ċirkostanzi għandu jiġi kkomunikat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi żmien sitt xhur, inkella tista' tintilef parti mill-allowance dovuta.", "RAĦAL IL-ĠDID: KNISJA TA' SANTA UBALDESCA - RESTAWR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' jgħid jekk hemmx ippjanat restawr tal-Knisja ta' Santa Ubaldesca f'Raħal il-Ġdid?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-preżent id-Direttorat tar-Restawr m'għandux ippjanat xogħol ta' restawr għall-knisja ta' Santa Ubaldeska.", "Intant nfurmat mill-Kunsill Lokali Paola li din l-Knisja mhix proprjetà tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant ma għandu l-ebda jedd fuqha.", "KUMPANIJI LIKWIDATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8074 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b'xahar?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "SPIŻA TA' INKJESTA MAĠISTERJALI U SEDUTI TAL-QORTI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7632, jista' l-Ministru jagħti elenku tal-esperti li kienu mqabbdin mill-Maġistrat fi kwalunkwe punt tal-Inkjesta Maġisterjali?", "Kien hemm persuni oħra, apparti dawn l-esperti, li kellhom aċċess għall-indaġni Maġisterjali in toto jew in parte?", "Jekk iva, min kienu u għal liema skop?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li d-Dipartiment tal-Qrati ma jkunx informat bl-esperti li jitqabbdu mill-maġistrati fl-inkjesta u lanqas ikun infurmat jekk ikunx hemm persuni oħra li qed jgħinu lill-Maġistrat fl-inkjesta.", "L-esperti li sal-lum ippreżentaw vouchers għal ħlas inkonnessjoni mal-inkjesta jammontaw għal 29 u huma kif muri fil-lista ta' hawn taħt:", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 8168, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u ċjoè jekk il-Port Ħieles hux se jistalla x-shore to vessel supply?", "KONRAD MIZZI: Ġejt informat li l-Malta Freeport Corporation qed taġġorna ruħha fuq żviluppi li jista' jkun hemm fuq ix-shore to vessel supply permezz tal-MedPorts Association li tagħha hija membru.", "DJAR TAL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ –AMMINISTRAZZJONI TA' MEDIĊINI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8083, jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra u jagħti l-mediċini lir-residenti tad-Djar Residenzjali, jekk hux infermiera kwalifikati jew le?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-amministrazzjoni u l-għoti tal-mediċini fid-djar residenzjali għall-anzjani kif ukoll ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul isir minn infermiera kwalifikati.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-mediċina li tingħata fid-djar residenzjali għal persuni b'diżabilità tal-Aġenzija Sapport tiġi amministrata minn Support Workers illi jaħdmu fl-istess residenzi.", "Din il-mediċina tiġi ppreparata minn farmaċisti kwalifikati skont il-preskrizzjoni tal-psikjatra jew it-tabib.", "SAN ĠWANN: ĠNIEN KARIN GRECH – PROĠETT TA' BANDLI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3748, 1367, 296, 18274 u 20780 tat-12-il Leġiżlatura fejn matul dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi dejjem kellna l-konferma mill-Gvern li l-proġett ta' quddiem il-knisja se jsir skont kif ippjanat u mwiegħed mill-Gvern Laburista, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern se jmur lura minn kelmtu u se jabbanduna l-proġett tal-bandli ta' Ġnien Karin Grech għax issa nduna li m'hemmx biżżejjed flus allokati għall-familji u t-tfal tal-lokalità ta' San Ġwann?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat, dan il-proġett għadu maħsub li jiġi implimentat skont id-disinji approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Filwaqt li l-ħtieġa ta' dan il-proġett hija rikonoxxuta, qegħdin isiru taħditiet bejn Ministeri rispettivi biex dan il-proġett jiġi mwettaq bl-aħjar mod għall-ġid tal-lokalità u r-residenti tagħha.", "SAN ĠWANN: ĠNIEN KARIN GRECH – PROĠETT TA' BANDLI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3748, 1367, 296, 18274 u 20780 tat-12-il Leġiżlatura fejn matul dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi dejjem kellna l-konferma mill-Gvern li l-proġett ta' quddiem il-knisja se jsir skont kif ippjanat u mwiegħed mill-Gvern Laburista, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern se jmur lura minn kelmtu u se jabbanduna l-proġett tal-bandli ta' Ġnien Karin Grech għax issa nduna li m'hemmx biżżejjed flus allokati għall-familji u t-tfal tal-lokalità ta' San Ġwann?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.", "IL-MELLIEĦA: WIED TA' ĠNIEN INGRAW – FDALIJIET TA' BLATA KBIRA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-aħbar li kienet irrapportata fis-7 ta' Diċembru fuq l-istazzjon nazzjonali, bl-isem 'Bdiewa Melliħin jitolbu l-għajnuna biex jitneħħew fdalijiet ta' blata kbira', jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti konċernati humiex se jkunu qed jagħtu l-għajnuna mitluba mill-bdiewa Melliħin konċernati sabiex jitneħħew fdalijiet ta' blata li waqgħet fiż-żona magħrufa bħala l-Wied ta' Ġnien Ingraw fil-Mellieħa?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tajt struzzjonijiet lill-Ambjent Malta li peress li ġie impattat perkors ta' ilma naturali li jintuża għall-biedja, għandha tara kif tista' tgħin biex tkun riżolta din il-problema.", "AWTORITÀ TAX-XANDIR – REKLAMI JEW FILMATI KUMMERĊJALI MWAQQFA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami jew filmati kummerċjali li ġew imwaqqfa jew mitluba li jiġu emendati mill-Awtorità tax-Xandir, mis-sena 2008 sas-sena 2018 maqsuma sena b'sena?", "Jista' jagħti elenku ta' dawn?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li kien hemm żewġ istanzi fejn reklami jew filmati kummerċjali ġew imwaqqfa jew mitluba li jiġu emendati mill-Awtorità tax-Xandir.", "Hawn taħt hawn tabella b'informazzjoni dettaljata.", "IŻ-ŻEJTUN: TRIQ SAN DUMINKU – ART TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B referenza għall-mistoqsija parlamentari 7874, jista' l-Ministru ġentilment jara li jiġu finalizzati l-preparamenti meħtieġa biex titħallas il-familja li kienet itteħditilha proprjetà mill-Gvern u din il-familja rebħet kawża u appell fil-qorti fejn il-qorti iddeċidiet fiż-żewġ stanzi li din il-familja għandha tingħata kumpens li ġie stabbilit mill-qorti?", "Jista' ġentilment jara li tiġi onorata d-deċiżjoni tal-Qorti mingħajr aktar dewmien fid-dawl tal-prinċipju legali li justice delayed is justice denied?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Artijiet talbet dokumenti ulterjuri sabiex tkompli bl-ivvettjar abbażi tal-istess dokumenti sabiex isir il-kuntratt li permezz tiegħu jkun jista' jingħata l-kumpens xieraq.", "MEDIĊINA TRUSOPT BRENDIT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa:", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-qtar tal-għajnejn Trusopt Brendit m'għadux fil-lista tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Trusopt hija ditta partikolari ta' dorzolamide li ġieli tinxtara skont it-tender.", "Id-dipartiment jixtri il-mediċini bl-isem ġeneriku, f'dan il-każ dorzolamide jew brinzolamide eye drops.", "UFFIĊĊJU KONĠUNT – SKEMA TA' FIDI TA' ĊENS", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6468 u 3535, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-Uffiċċju Konġunt hux se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li fetħet din l-iskema kien fl-2013 taħt Gvern Nazzjonalista?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern jibqa' dak li ngħinu kemm nistgħu persuni jsiru sidien ta' darhom.", "Ninsabu avvanzati ferm biex dawk li jgħixu fi djar b'ċens li skada jew se jiskadi jkollhom is-serħan il-moħħ meħtieġ permezz ta' ħruġ ta' skema li tindirizza dan.", "Għall-fini ta' korrettezza, l-aħħar skema ta' fidi ta' ċnus, kienet inħarġet fl-2012.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għal dak li kien ġie rrapportat fl-artiklu bit-titlu Malta Islamic Finance Association backed by Maltese Government li deher on-line fil-ġurnal The Malta Independent datat 26 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi saru minn dakinhar sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MFSA – APPLIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI ISLAMIĊI", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi?", "Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "ĊENTRU ĊIVIKU TAL-MOSTA – KUNTRATTI TA' DAWK LI JOKKUPAW IL-BINJA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jipprovdi l-kuntratti ta' dawk kollha li jokkupaw il-binja taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta?", "Jista' jagħti informazzjoni tal-obbligi li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet, kif ukoll tal-okkupanti tal-istess binja, fejn tidħol il-manutenzjoni tal-uffiċini, il-partijiet komuni u tal-faċċata?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Bħalissa d-Dipartiment tal-Artijiet qed jagħmel eżerċizzju biex jaġġorna r-rekords kollha.", "SKEMA TA' REGOLARIZZAR FIL-BINI TAD-DAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6720 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se toħroġ l-iskema ta' regolarizzar fil-bini tad-djar, liema bini u rranġar fid-dar bla permess fil-hamlets?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għal xi skemi simili li saru fil-passat jew jekk hux qed jissuġġerixxi skema ġdida għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li s-sidien tal-art li ġiet esproprjata (dettalji dwarha qed jingħataw separatament) jiġu kkumpensati mill-Awtorità tal-Artijiet, u dan meta il-kumpens dovut ilu li nħadem mis-17 ta' Settembru 2013 u huma kienu ġew diġà infurmati dwar l-ammont lilhom dovut bl-imgħaxijiet?", "X'inhu jżomm li dawn jiġu mħallsa dak li legalment huwa lilhom dovut?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat, dan il-każ għadu qed jiġi diskuss internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet.", "SKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEĦA – ANNEX", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jara u jaċċerta li l-post li se jintuża bħala estensjoni għall-annex għall-Iskola Primarja tal-Mellieha (fil-kumpless tal-faċilità sportiva li jinsab metri bogħod mill-iskola) huwiex wieħed aċċettabbli u li jilħaq il-livelli kollha xierqa u bla perikli fejn tidħol saħħa u sigurtà kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema (dawn jinkludu fost l-oħrajn użu ta' faċilitajiet sanitarji, ventilazzjoni adegwata fil-kmamar li se jintużaw bħala klassijiet kif ukoll turġien wieqfa u dojoq)?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf l-Onor.", "Interpellant li rigward saħħa u sigurtà sar risk assessment minn uffiċjal tas-Saħħa u s-Sigurtà fejn saru numru ta' rakkomandazzjonijiet.", "Ir-rakkomandazzjonijiet magħmula se jkunu implimentati qabel jintuża l-post, u wara jsir risk assessment ieħor li jikkonferma dan.", "SKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEĦA – MIŻURI GĦAL STUDENTI BI PROBLEMI TA' MOBILITÀ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu għal tfal/studenti bi problemi ta' mobilità li se jkunu qed jattendu fil-parti li se tkun qed tintuża bħala annex għall-Iskola Primarja tal-Mellieħa fil-ġimgħat li ġejjin (il-parti li tinsab fil-kumpless sportiv)?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-amministrazzjoni tal-iskola tiżgura li t-tfal/studenti kollha bi problemi ta' mobilità li jattendu l-iskola Primarja tal-Mellieħa jkollhom aċċess għaż-żoni meħtieġa għat-tagħlim tagħhom billi jintużaw żoni aċċessibbli eżistenti.", "SKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEĦA – NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' għalliema fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda nuqqas ta' għalliema fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190114_182d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 182, li saret fl-14 ta' Jannar 2019, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar talbiet għal investigazzjoni pendenti quddiem l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika; u", "Ir-rapport tad-delegazzjoni magħmula mill-Onor.", "Toni Bezzina u l-Onor.", "Aaron Farrugia li ħadu sehem f'konferenza f'Moska fl-10 ta' Diċembru 2018 dwar ir-Rwol tal-Parlamenti fid-Dinja tal-lum fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill tal-Parlament Federali tal-Federazzjoni Russa.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid b'liema dritt hu jawtorizza lil Transport Malta tagħmel, kif għamlet reċentement f'tal-Balal, esproprji de facto, jew l-esproprji ta' art privata li saru qabel ma ġie ppubblikat l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern kif tgħid il-liġi?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 f'Seduta 182.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, bil-permess tal-Ministru, li wieġeb f'isem il-Ministru msiefer, nixtieq nagħmel mistoqsija lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Awtorità tal-Artijiet.", "Il-Ministru għat-Trasport hawnhekk irreferieni għal tweġiba li ngħatat fis-seduta tal-bieraħ, liema tweġiba fil-fatt ma twieġeb xejn mid-domanda dwar għaliex u b'liema dritt Infrastructure Malta qabditha donnha drawwa, kif anke ġie rappurtat f'diversi ġurnali lokali, inkluż fil-ġurnal Times of Malta tat-3 ta' Ottubru 2018 b'rapport fuq xogħlijiet f'Tal-Balal, li tagħmel xogħol mingħajr permess.", "Apparti li huwa ħażin, b'dan l-aġir qed tibgħat messaġġ li ċ-ċittadin jista' ma josservax il-liġi għaliex might is right.", "Is-Segretarju Parlamentari huwa konxju ta' dawn ir-rapporti li kien hemm fil-gazzetti?", "Huwa konxju ta' dawn l-ordnijiet?", "Jekk iva, għaliex ingħatat din l-ordni jew direttiva li ejja nagħmlu li għandna nagħmlu mbagħad wara napplikaw għall-permess?!", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ewwel nett ma naħsibx li dak li qed jgħid l-Onor.", "Interpellant huwa l-każ.", "Barra minn hekk, jekk qed jirreferi għall-esproprjazzjoni tal-art, hemm mistoqsija tiegħu stess li se tiġi mwieġba fis-seduta tal-lum.", "Fil-fatt, l-ewwel sitt mistoqsijiet huma fuq l-istess suġġett.", "It-tweġiba li ngħatat ilbieraħ mill-Ministru tagħmel referenza għal xogħol li qed isir fi Triq il-Balal u naħseb ilkoll kemm aħna naqblu li x-xogħol li qed isir minn Infrastructure Malta u mill-Ministeru responsabbli mit-trasport qed isir bl-iskop li ntejbu s-sistema tat-traffiku f'pajjiżna.", "Dan it-tip ta' xogħol li qed isir f'diversi toroq, fosthom fi Triq tal-Balal, ta' min ifaħħru.", "Għandna ammont ta' karozzi fit-toroq tagħna u allura hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha li qed jitwessgħu t-toroq li fihom karreġġjata waħda biss fuq naħa u waħda fuq oħra, speċjalment f'żoni fejn nafu li t-trasport huwa pjuttost massiċċ, inkluż f'din iż-żona tat-Triq tal-Balal.", "Dan huwa proġett b'investiment ta' €4 miljun li ma jinvolvix biss it-twessigħ tat-triq biex tiġi b'karreġġjata doppja fuq kull naħa, iżda jinvolvi wkoll l-istallazzjoni ta' servizzi li huma adattati għaż-żmien tal-lum.", "Pereżempju l-lampi tat-toroq qed isiru b'bozoz LED għax ċertament huwa importanti li wieħed jimxi lejn din is-sistema f'dak li għandu x'jaqsam mal-elettriku fit-toroq tagħna.", "Naħseb li qabel ma jkun hemm xi kritika jew oħra, tajjeb li naraw x'inhuwa l-iskop ta' dan it-tip ta' xogħol.", "F'Malta diġà rajna t-traffiku jimxi aħjar f'diversi toroq li saru.", "Issolviet kompletament il-problema?", "L-impenn tal-Gvern huwa li l-ewwel nett nirranġaw it-toroq kollha f'pajjiżna.", "Naħseb li qatt ma kien hemm dan l-impenn minn xi amministrazzjoni, kienet min kienet, li tagħmel dan l-investiment massiċċ fl-infrastruttura tat-toroq tagħna.", "Naħseb li x-xogħol li Infrastructure Malta qed twettaq flimkien mal-Ministeru kkonċernat huwa xi ħaġa li din il-Kamra għandha tapprezza.", "Allura huwa importanti li nsemmu l-iskop ta' dan il-proġett.", "Mill-bqija, rigward il-mistoqsija supplimentari tal-Onor.", "Interpellant ngħid li anke llum stess hemm sensiela ta' mistoqsijiet li ġew imwieġba, inkuż fuq il-qbiela.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja lill-Ministru Carmelo Abela però nistqarr li fid-dlam kont u fid-dlam bqajt għax it-tweġiba tiegħu ma twieġeb xejn mill-punti li għamilt!", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq l-utilità jew le.", "Il-mistoqsija tiegħi ma kenitx fuq jekk ix-xogħol kienx bżonjuż jew le, imma fuq jekk il-Gvern huwiex ġustifikat li jieħu l-liġi f'idejh.", "Iċ-ċittadin meta jieħu l-liġi f'idejh jitressaq il-qorti!", "Allura l-Gvern għandu jibgħat messaġġ li might is not right!", "Fl-ebda tweġiba li ngħatatli ma għandi t-tweġiba li ridt.", "B'liema dritt l-Awtorità tal-Artijiet tidħol fi proprjetà privata mingħajr ma l-qbiela jkunu terminati skont il-liġi u mingħajr ma jintbagħtu ittri uffiċjali skont il-liġi?", "Il-Gvern suppost qed imexxi bl-eżempju.", "Dak huwa l-punt tal-mistoqsija tiegħi.", "Jien hawnhekk għandi artiklu tat-Times of Malta tat-3 ta' Ottubru u nikkwota:", "Aktar 'il quddiem dan l-artiklu jgħid hekk:", "Jekk dan l-artiklu qed jigdeb, għidli mod ieħor, però jekk inhu minnu, b'dan kollu erġajna lura għas-snin tmenin, meta l-Gvern kien jaqbad u jidħol bil-gaffa u jibda x-xogħlijiet mingħajr permess, kif ġara fil-ġnien ta' Wied Blandun, Raħal Ġdid.", "B'liema dritt il-Gvern beda x-xogħol mingħajr ma applika minn qabel bħalma jagħmlu ċ-ċittadini normali?!", "CARMELO ABELA: Sur President, it-tweġiba għall-mistoqsija oriġinali rreferiet lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 u tajjeb li nikkwotaha sabiex kulħadd ikun jaf xi tgħid dik it-tweġiba li ngħatat fis-seduta tal-bieraħ.", "Se nikkwota l-aħħar parti li tgħid hekk:", "\"Infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet u Infrastructure Malta li r-regolamenti u liġijiet li japplikaw fil-każ ta' esproprji qed ikunu rispettati fl-intier tagħhom.", "Dan jinvolvi l-approvazzjoni tal-istimi tal-periti fir-rigward tal-kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati, terminazzjoni ta' qbiela fejn applikabbli u l-pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern.", "Infurmat li dan huwa proċess li jinsab għaddej.\"", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant hawnhekk għandu tweġiba.", "Ir-risposta li tajt illum qed tagħmel referenza għaliha wara li kellna aktar mistoqsijiet fuq dan is-suġġett.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, bil-permess tal-Ministru, fil-vesti tiegħi bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet ngħid li meta Transport Malta mxiet kif imxiet, effettivament għamlet espropju de facto qabel ma l-Awtorità tal-Artijiet tat il-kunsens tagħha.", "U ġaladarba hawn is-Segretarju Parlamentari Chris Agius nitolbu jgħid jekk iħossx li meta sar l-esproprju de facto kienx effettivament qed jorbot idejn l-Awtorità tal-Artijiet jew le peress li x-xogħol kien diġà sar.", "L-Onor.", "Chris Agius, fil-kapaċità tiegħu ta' Segretarju Parlamentari, kellu xi lmenti kif kelli jien minn nies li l-proprjetà hija tagħhom, franka, u l-Gvern qabad u daħal mingħajr ma dawn qatt kienu jafu?", "Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius iħoss li jdejn l-Awtorità kienu marbuta peress li Transport Malta qabdet u daħlet?", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, nixtieq nirrispondi lill-Onor.", "Interpellant li qal li huwa r-rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq l-Awtorità tal-Artijiet u allura naħseb li konxju aktar minn ħafna minna xi jkun qed jiġri waqt il-laqgħat tal-Bord tal-istess Awtorità.", "Naħseb li jaf li dan l-aħħar kien hemm talbiet, kemm minn Infrastructure Malta kif ukoll minn Transport Malta, sabiex jittieħdu artijiet sabiex isir dan l-iżvilupp li qed isemmi.", "Bħalu, jew forsi aktar minnu, jien nirċievi numru ta' emails kif ukoll ilmenti, però fuq il-każijiet li semma, sal-lum għadni ma rċevejt l-ebda lment.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant irċieva dawn l-ilmenti, jista' jgħaddihom lili biex nivverifikahom, jekk mhux diġà vverifikahom dhuwa stess ladarba għandu aċċess bħala membru tal-bord tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Jekk irid nista' nivverifikahom jien ukoll u ngħaddilu l-informazzjoni mitluba.", "TAL-BALAL - TWESSIGĦ TAT-TRIQ – ESPROPRJAZZJONI TA' ART PRIVATA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm bejn l-Awtorità tal-Artijiet u s-sidien tal-artijiet privati li tteħditilhom l-art f'Tal-Balal biex isir it-twessigħ tat-triq?", "Jista' wkoll jagħti d-data ta' dawn il-laqgħat?", "CARMELO ABELA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 f'Seduta 182.", "TAL-BALAL - KUMPENS GĦALL-ART ESPROPRJATA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati li ġew esproprjati bil-proġett tat-twessigħ tat-triq f'Tal-Balal, u jistax jagħti d-data ta' meta saret din l-istima mill-periti mqabbda mill-Awtorità tal-Artijiet?", "CARMELO ABELA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma l-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 f'Seduta 182.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, it-tweġiba hija identika għal dik taż-żewġ mistoqsijiet ta' qabel!", "Il-Ministru qed jevita l-mistoqsija!", "Jien hawnhekk staqsejt kemm-il laqgħa kien hemm bejn l-Awtorità u s-sidien tal-artijiet.", "It-tweġiba ma tgħid xejn.", "Jien staqsejt kemm huwa l-ammont ta' kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet li ġew espropjati lilhom f'Tal-Balal u l-istess, it-tweġiba ma tgħid xejn!", "Tlabt ukoll biex il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri uffiċjali li suppost ikunu preżentati fil-qorti qabel ma jibdew ix-xogħlijiet biex tintemm il-qbiela u fil-fatt dan ma ġarax!", "It-tweġiba ma tgħid xejn!", "X'inhi r-raġuni li l-Ministru għat-Trasport evita għal darba, dartejn, tlieta li jagħti din l-informazzjoni li hija jew iswed jew abjad?", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ewwel nett ninnota li t-tweġiba li ngħatat ilbieraħ qed tagħmilha ċara li dan il-Gvern, b'rispett sħiħ lejn il-liġijiet tal-pajjiż u diversi oqsma rispettivi, għandu fil-programm tiegħu li jtejjeb l-infrastuttura ta' pajjiżna fir-rigward ta' toroq.", "U din hija xi ħaġa tajba li qed issir u li għandha ssib l-appoġġ ta' din il-Kamra.", "It-tieni, tajjeb ninnotaw li dak li qed isir, qed isir b'rispett sħiħ lejn il-liġijiet tal-pajjiż.", "Tajjeb ninnotaw ukoll li dan il-proċess għadu għaddej.", "Dan qalitu t-tweġiba tal-bieraħ, li l-proċess għadu għaddej.", "Allura jfisser li għad hemm ħwejjeġ marbuta ma' dan l-iżvilupp f'Tal-Balal fejn il-proċess tagħhom mhuwiex konkluż mija fil-mija u allura d-diskussjonijiet u t-taħdidiet għadhom għaddejjin f'dan ir-rigward.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, ġaladarba l-Ministru qed jgħid li x-xogħlijiet qed isiru b'rispett sħiħ tal-liġijiet, jaf li l-liġi tal-artijiet ġiet emendata fl-2005 u tgħid li huwa obbligu tad-Dipartiment tal-Artijiet li qabel ma jesproprja u qabel ma jibdew ix-xogħlijiet, irid jagħmel stima u jiddepożita fil-kont tal-bank is-somma li għaliha jkun qiegħed jistma dik l-art li tkun se tiġi espropjata?", "Fil-każ tat-Triq Tal-Balal għandna sitwazzjoni fejn wara diversi xhur din l-informazzjoni ma tridx tingħata mill-Gvern, irrelevanti minn jekk hux Infrastructure Malta jew il-Ministeru.", "Mhux veru qed jiġu segwiti l-liġijiet għax kieku veru li qed jiġu segwiti l-liġijiet, kieku kien jiġi ppubblikat l-ammont ta' kumpens li ġie offrut.", "F'dan il-każ, il-Ministeru li għalih mhuwiex responsabbli l-Ministru li qed iwieġeb, biex inkun ġust miegħu, qabad u ħa l-liġi b'idejn u ma mexiex skont il-liġi.", "Hawnhekk qed nidħku bin-nies.", "L-ISPEAKER: Din hija repetizzjoni ta' mistoqsija li diġà saret għal darba darbtejn.", "Għandek xi żżid mar-risposta Ministru?", "CARMELO ABELA: Sur President, nirreferih għat-tweġiba tal-bieraħ li qed tagħmilha ċara li dak li qed jgħid mhuwiex minnu.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hu awtorizzax il-prassi jew proċedura ġdida li l-entitajiet li jaqgħu taħtu jibdew jesproprjaw de facto l-art tal-privat mingħajr ma tiġi obduta l-liġi li tirregola tali teħid?", "CARMELO ABELA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant kif f'pajjiż li jħaddem u jirrispetta s-saltna tad-dritt, jien dejjem nesiġi li kulħadd, inkluż entitajiet u awtoritajiet Governattivi, isegwi l-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw – xejn inqas f'każ ta' espropji kif jien infurmat li dejjem sar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, għandi nifhem li meta l-Ministru qed jgħid li l-Gvern jirrispetta s-saltna tad-dritt qed jirreferi għar-rule of law u mhux għar-rule by law, li hemm differenza magna bejniethom!", "Jekk inhu hekk, allura l-Gvern suppost m'għandux diffikultà jippubblika l-ittri uffiċjali li suppost ġew preżentati fil-qorti qabel ma beda x-xogħol f'Tal-Balal.", "Ħa nkun ċar: L-ittri uffiċjali li jkunu ppreżentati fil-qorti huma dokumenti pubbliċi u anke jkunu onlajn, jiġifieri mhux qed nistaqsi għal informazzjoni privata.", "Biex inkun ċar.", "Mhux qed nitlob għal affarijiet sigrieti jew kunfidenzjali.", "Madanakollu dawn ma ġewx preżentati.", "Il-Ministru infurmat għaliex dan ma sarx?", "CARMELO ABELA: M'għandix din l-informazzjoni.", "TAL-BALAL - TWESSIGĦ TAT-TRIQ – TERMINAZZJONI TAL-QBIELA FUQ ART ESPROPRJATA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta ġew terminati l-qbiela tal-artijiet f'Tal-Balal da parti tal-Awtorità tal-Artijiet, bid-dati preċiżi għal kull terminazzjoni?", "CARMELO ABELA (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 f'Seduta 182.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Jista' l-Ministru jagħtina garanzija li dawk il-bdiewa li tilfu l-qbiela tagħhom minħabba t-twessigħ ta' dawn it-toroq se jingħataw artijiet argikoli oħrajn?", "S'issa din id-diskussjoni ma saret imkien, la fl-Awtorità u lanqas fil-pubbliku.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bdiewa ġenwini li tilfu l-qbiela tagħhom minħabba dan it-twessigħ ta' toroq humiex se jingħataw artijiet oħra?", "CHRIS AGIUS: Il-prassi dejjem kienet li l-Awtorità tal-Artijiet tikkonsulta ma' min ikunu itteħdulu l-artijiet u jekk hemm il-possibbiltà li jingħata post alternattiv, jingħata post alternattiv.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "RYAN CALLUS: Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius huwa konxju li dawn id-diskussjonijiet ma sarux mill-Awtorità?", "Jekk jikkonferma li ma sarux, jew jaħseb li ma sarux, jista' jagħti istruzzjonijiet lill-Awtorità biex tara li dawn il-bdiewa jkun jista' jkollhom għelieqi oħra?", "CHRIS AGIUS: Le, m'iniex konxju jekk sarux diskussjonijiet jew le.", "Interpellant huwa f'pożizzjoni li jgħidilna hu jekk dawn sarux jew le bħala membru tal-bord tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Madanakollu jien se nitkellem maċ-Chairperson kif ukoll mat-tmexxija tal-istess Awtorità u se nistaqsi jekk tali diskussjonijiet sarux.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Ġaladarba wieġeb is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fir-rigward tal-Awtorità tal-Artijiet, jista' jgħid fiex waslet l-investigazzjoni biex wieħed jistabbilixxi l-kaġun tad-data leak li kien hemm f'din l-Awtorità ftit tal-ġimgħat ilu, fejn ġew affettwati eluf ta' nies?", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Interpellant, li għal numru ta' snin kien fil-pożizzjoni li ninsab fiha jien, japprezza l-fatt li matul dawn l-aħħar snin u xhur sar żvilupp fl-Awtorità tal-Artijiet sabiex ikun hemm aktar trasparenza u kontabilità f'dak li jsir ħalli sitwazzjonijiet li seħħew fil-passat possibbilment ma jerġgħux jiġru.", "Fost l-affarijiet li saru nsemmi li qabel ċerti każijiet riedu jgħaddu minn manglu sabiex jiġu deċiżi mentri llum jgħaddu quddiem bord u fost il-membri ta' dan il-bord hemm rappreżentant tal-Oppożizzjoni.", "Għamilna wkoll sit elettroniku u f'dan is-sit elettroniku setgħu jsiru kull tip ta' applikazzjonijiet mal-Awtorità.", "Għal numru ta' ġimgħat dan kien qed jaħdem imma sfortunatament, seħħ dak l-inċident li qed isemmi l-Onor.", "Ovvjament saru l-investigazzjonijiet.", "Qed isiru wkoll ix-xogħlijiet neċessarji biex dan is-sit jerġa' jitla' onlajn sabiex kif kien qed isir fl-aħħar xhur, kull min irid jagħmel xi talba quddiem l-Awtorità tal-Artijiet, ikun jista' jagħmel dan mill-kumdità ta' daru.", "Dan huwa proċess mill-aktar trasparenti li qed iseħħ grazzi għall-bidliet neċessarji li għamilna fil-liġi.", "Sfortunatament, tul is-snin kellna ħafna każijiet li ħolqu ħafna suspetti imma llum nistgħu niftaħru li għandna liġi li mhux biss hija aktar trasparenti, imma hija aktar ġusta ma' kull min jagħmel applikazzjoni.", "Huwa veru li kellna dan l-inċident sfortunat, u qed issir l-investigazzjoni neċessarja, imma naħseb li tajjeb napprezzaw li dak li seħħ matul dan l-aħħar xahar kien sabiex il-poplu jinqeda aħjar.", "Quddiem l-Awtorità għandna każijiet li jmorru lura għal għexieren ta' snin.", "B'din is-sistema l-ġdida li l-Awtorità varat, kull talba li ssir lill-Awtorità tingħata risposta fi żmien aktar aċċettabbli.", "Fiż-żmien li ġej l-istess sit elettroniku se jibda jaħdem b'aktar preċiżjoni sabiex it-talbiet li jersqu quddiem l-Awtorità jkunu jistgħu jingħataw risposti fi żmien aċċettabbli.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, f'dawn l-aħħar ftit snin kien hemm l-iskema ta' regolarizzazzjoni biex residenzi li nbnew ammont ta' snin ilu, wieħed ikun jista' jirregolarizzahom fil-każ li jkun sar xi tibdil.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid jekk din l-iskema hux se tkun estiża għall-2019?", "X'qed isir mill-fondi li qed jinġabru meta wieħed jirregolarizza parti mir-residenza tiegħu?", "Interpellant qed jirreferi għal skema tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Kemm ilna fil-gvern, solvejna numru ta' diffikultajiet li kienu qed jgħaddu minnhom ħafna familji meta jiġu biex jissellfu fuq il-proprjetà tagħhom jew saħasitra biex ibigħuha minħabba xi bidliet li ma jkunux jidhru fil-pjanti oriġinali approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar ħriġna skema sabiex kull min ikollu xi difett żgħir skont il-pjanti, ikun jista' jirregolarizza din il-problema.", "Ovvjament ta' kull ħaġa mhux tajba jkun hemm miżata li trid titħallas u bil-flus li nġabru l-Awtorità tal-Ippjanar ħolqot numru ta' skemi differenti, fosthom l-iskema Irrestawra Darek, skema popolari ħafna li din is-sena reġgħet ħarġet għat-tieni sena.", "L-ewwel sena kien hemm iddedikati €8 miljun u din is-sena ddedikajna €10 miljuni għal din l-iskema.", "Aktar minn hekk, fl-ewwel sena kienet biss għall-faċċati ta' residenzi.", "Din is-sena, minbarra faċċati ta' residenzi din l-iskema ġiet estiża wkoll għall-NGOs kif ukoll għal dawk li għandhom aktar minn 65 sena, kif ukoll għal dawk il-persuni bi bżonnijiet speċjali fid-djar tagħhom.", "Din l-iskema tant kienet popolari li nbelgħet fi ftit ġimgħat.", "Issa nħarsu 'l quddiem biex ir-residenti fil-lokalitajiet differenti tagħna jkomplu jgawdu minn dawn l-iskemi.", "Parti oħra mis-somma qiegħda tintuża sabiex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu jsebbħu l-lokal tagħhom.", "Qed nirreferi għall-iskema Sebbaħ il-Lokal Tiegħek, fejn dawk il-kunsilli lokali li m'għandhomx aktar minn €100,000 fil-fond għall-ippjanar ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-somma ta' €50,000 sabiex isebbħu l-lokal tagħhom.", "Dawn huma skemi interessanti ħafna u qed jintgħoġbu kemm mir-residenti kif ukoll mill-kunsilli lokali.", "Hemm ukoll skema b'għexieren ta' miljuni ta' ewro riżervata għall-kunsilli lokali, li hija l-iskema tad-Development Planning Fund.", "Minn hawn inħeġġeġ lill-kunsilli lokali sabiex jagħmlu użu minn dawn il-flus.", "Hemmhekk hemm aktar minn €20 miljun riżervati għall-kunsilli lokali.", "Huma ftit il-kunsilli lokali li qed jersqu 'l quddiem sabiex jibbenefikaw minnhom.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat kellna numru ta' proġetti interessanti mill-kunsilli lokali.", "L-aktar wieħed reċenti huwa dak tar-restawr tal-Ġnien Sir Paul Boffa mill-Kunsill Lokali tal-Floriana.", "L-iskop huwa li jagħmluh aktar attraenti għar-residenti tagħhom.", "Il-fondi li jinġabru minn dak li jidħol f'lokalità jkun riżervat għall-kunsill lokali li qed jirrappreżenta dik il-lokalità.", "Għalhekk, aħna nappellaw sabiex il-kunsilli lokali jagħmlu użu minn dawn il-fondi.", "Dawn l-iskemi qegħdin hemm sabiex itejbu l-lokalitajiet tagħna, sabiex il-lokalitajiet tagħna nagħmluhom aktar aċċessibbli, sabiex ir-residenti tagħna jkunu jistgħu jgawdu aktar il-lokal tagħhom.", "Nerġa' ngħid, hemm fond sostanzjali ta' aktar minn €20 miljun li qiegħed hemm jistenna sabiex il-kunsilli lokali tagħna jagħmlu użu minnu.", "Hawn huwa l-għaqal tal-Awtorità tal-Ippjanar!", "Qed nitkellmu fuq Awtorità li sa ftit snin ilu kienet tiddependi mill-flus li jgħaddilha l-Gvern.", "Illum, bil-għaqal tagħha, saret waħda mill-aktar awtoritajiet effiċjenti u kontabbli.", "Il-flus li qed tiġbor qed tgħaddihom lura lir-residenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 4 tal2019 – Ordni tal-2019 li jwaqqaf l-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministu għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar il-miżuri li twettqu jew kienu se jitwettqu sabiex jintlaħqu l-miri tas-sitt dimensjonijiet indirizzati mill-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali 2014-2024, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8337.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR", "IL-PROFESSJONI MEDIKA U", "L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA U L-ORDINANZA DWAR", "IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-14 ta' Jannar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Insejjaħ lill-Onor.", "Silvio Grixti li kien baqa' in possession.", "SILVIO GRIXTI: Sur President, fis-seduta tal-bieraħ bdejt l-intervent tiegħi dwar l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jittrasponi Direttiva tal-Unjoni Ewropea sabiex fid-definizzjoni \"droga\" jiġu inklużi s-sustanzi psikoattivi li jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa jew fil-livell soċjali simili u li mhumiex koperti bil-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972, jew bil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971.", "Dan ifisser li l-użu, il-bejgħ u t-traffikar ta' dawn is-sustanzi psikoattivi jibda jammonta għal att kriminali.", "Irrid ngħid ukoll li din id-Direttiva tobbliga lill-istati membri jgħaddu informazzjoni dwar dawn is-sustanzi lill-awtoritajiet Ewropej.", "Fl-istess ħin il-Kummissjoni Ewropea ntrabtet li kull meta hi tirċievi rapporti dwar xi sustanza ġdida li tkun daħlet fis-suq u li tkun qed tikkaġuna ħsara lis-soċjetà, hi trid tagħmel dak kollu meħtieġ biex is-sustanza tkun dikjarata illegali minnufih.", "F'kull każ partikolari, il-Kummissjon Ewropea tqis jekk il-ħsara fil-livell soċjali kkawżata minn sustanza psikoattiva ġdida lill-individwi u lis-soċjetà hijiex gravi.", "B'mod partikolari tqis ukoll l-impatt li jista' jkollha sustanza fuq l-ordni pubblika, jiġifieri tkunx tali li tfixkel l-istess ordni fis-soċjetà.", "Tara wkoll jekk tkunx qed iġġib imġiba vjolenti jew anti-soċjali, attivitajiet kriminali, inklużi kriminalità organizzata, jew jekk it-tixrid ta' din is-sustanza psikoattiva ġdida jkunx qed iġib xi profitti illegali sinifikanti.", "Din id-Direttiva fl-aħħar nett tagħti l-possibbiltà lill-pajjiżi membri kollha biex idaħħlu fis-seħħ kwalunkwe miżura ta' kontroll fuq livell nazzjonali li jqisu xierqa sabiex jitrażżan kemm jista' jkun l-użu u t-tixrid ta' dawn id-drogi sintetiċi jew psikoattivi ġodda.", "Sur President, tajt spjegazzjoni ftit teknika ta' dan l-Abbozz ta' Liġi imma bażikament l-importanza ta' dan l-Abbozz ta' Liġi toħroġ mill-fatt li bih nistgħu ngħidu li qed inwessgħu sew id-definizzjoni ta' 'drogi illegali' sabiex ninkludu d-drogi psikoattivi ġodda.", "Qegħdin nenfasizzaw ukoll il-ħtieġa ta' kollaborazzjoni sħiħa fuq livell Ewropew biex il-ġlieda kontra l-vizzju misħut tad-droga fis-soċjetà tagħna kontinwament tkompli tissaħħaħ.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, għandna quddiemna Abbozz ta' Liġi bl-iskop li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, Kap. 31, u l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap. 101, sabiex tiġi implimentata d-Direttiva 2017/2103 (UE).", "Din hija Direttiva intiża sabiex id-definizzjoni 'droga' tkun tinkludi wkoll sostanzi psikoattivi ġodda.", "Din id-Direttiva tħassar ukoll id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-2005.", "M'għandix dubju li l-bosta individwi u organizzazzjonijiet impenjati u dedikati li jaħdmu f'dan il-qasam se jaqblu ma' dawn il-miżuri hekk kif preżentati f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Filwaqt li m'għandu jkun hemm ebda oġġezzjoni għal dan l-Abbozz ta' Liġi, mill-banda l-oħra nħoss li din id-diskussjoni għandha tixprunana biex nagħmlu diskussjoni ġenerali dwar il-politika nazzjonali dwar id-droga.", "Nibda billi ngħid li l-liġi ewlenija li tittratta l-pussess tad-droga hawn f'Malta hija l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap. 101, tal-1 ta' Settembru 1939.", "Naturalment minn dak iż-żmien ġiet emendata diversi drabi, però l-għan tagħha jibqa' li temenda u tikkonsolida l-liġijiet dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-manifattura, il-bejgħ u l-użu ta' loppju u ta' mediċini oħra perikolużi.", "Din il-liġi tkopri diversi suġġetti li jinkludu t-tipi differenti ta' sustanzi narkotiċi li jaqgħu taħtha, il-pieni minimi u massimi għall-pussess sempliċi, jiġifieri pussess għall-użu personali, u l-pieni minimi u massimi għall-pussess kwalifikat, jiġifieri mhux għall-użu personali.", "Il-liġi tkopri wkoll il-kultivazzjoni u l-produzzjoni ta' dawn is-sustanzi.", "Sur President, huwa importanti li t-tema tad-droga tkun fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali.", "Il-kwestjoni tal-abbuż tad-droga għandha tiġi indirizzata b'mod komprensiv permezz ta' approċċ li juża metodi differenti.", "Pereżempju għandha tingħata aktar importanza lir-riċerka f'dan il-qasam u għandha ssir riċerka fejn jingħata aktar widen lil esperjenzi reali tan-nies li huma dipendenti fuq id-droga għax minn dawn l-esperjenzi nistgħu nitgħallmu ħafna.", "Meta dawn l-esperjenzi joħorġu aktar fil-beraħ ġeneralment jirriżulta li s-sustanzi tal-alkoħol u d-droga mhumiex il-problema iżda huma biss sintomi li jikxfu l-problemi tal-individwu.", "Għaldaqstant ma nistgħux ninjoraw il-fatt li huwa l-bniedem li jabbuża li għandu l-problema.", "Huwa fatt ukoll li l-abbuż tad-droga u l-alkoħol jaħdem b'mod awtodistruttiv u anti-soċjali, speċjalment fejn hemm pedamenti ta' trobbija difettuża fit-tfulija.", "Pedamenti foloz fit-trobbija maż-żmien iġibu l-problemi għax l-individwu ma jimmaturax f'persuna adulta trankwilla.", "Barra minn hekk, ma rridux ninjoraw il-fatt li qegħdin f'perjodu ta' transizzjoni fejn qed issir bidla fil-kultura u l-mentalità.", "Hawn mentalità li ċertu tip ta' nies biss jistgħu jmissu mad-droga.", "L-esperjenza għallmitna li l-vizzju tad-droga m'għandux limitu ta' età.", "Kulħadd jista' jispiċċa fil-vizzju tad-droga.", "Għandna żgħażagħ ta' bejn it-13-il sena u l-15-il sena li diġà qegħdin jagħmlu użu mill-ħaxixa regolarment apparti mix-xorb alkoħoliku.", "Dan l-aħħar qed nassistu għal problema oħra li hija relatata mal-użu tad-droga.", "Qed nirreferi għall-mentalità li d-drogi ma jagħmlux ħsara u li dawn jistgħu jiġu użati b'mod rikreattiv.", "Din saret bħal epidemija li bil-mod qed tisraq il-pjaċir sempliċi tal-ħajja.", "Hemm ukoll il-problema tad-drogi sintetiċi li qed jidħlu f'Malta u li l-effetti tagħhom għadhom mhumiex magħrufa.", "Fil-fatt, fl-aħħar snin kważi kull ġimgħa nstabet droga sintetika ġdida fis-suq.", "Tant hu hekk li ħafna nies ikun mingħalihom qed jixtru xi droga pura imma fir-realtà jkunu qed jixtru drogi sintetiċi li kapaċi jkunu ħafna aktar perikolużi.", "Dan għandu jwassal biex l-isforzi kollha tagħna jkunu diretti lejn għan wieħed, dak li noffru l-protezzjoni kollha u ngħinu lil dawk li jkunu sofrew mill-ħsara kbira li jġib miegħu l-abbuż tad-droga fis-soċjetà tagħna.", "L-abbuż tad-droga huwa kwestjoni komplessa u teħtieġ input strateġiku u integrat mis-setturi varji involuti bħalma huma l-awtoritajiet tas-saħħa, il-ġudikatura, il-leġiżlaturi, l-awtoritajiet tal-infurzar u s-settur volontarju.", "F'Malta diġà għandna struttura ta' kordinazzjoni u kollaborazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija dwar id-droga, madanakollu mal-medda taż-żmien din l-istruttura saret teħtieġ l-element addizzjonali ta' unità ġdida li tikkordina u timplimenta l-politika dwar id-droga f'ċerti aspetti filwaqt li f'każijiet oħra, ir-rwol u l-pożizzjonijiet tal-organizzazzjonijiet eżistenti jridu jiġu kjarifikati jew imsaħħa.", "L-istess meta niġu għall-qafas legali u ġudizzjarju ta' pajjiżna.", "Wara kollox dan huwa l-ħsieb wara dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kif diġà semmejt, il-qafas ewlieni tal-liġi Maltija marbuta mal-użu u l-abbuż tas-sustanzi huwa kostitwit mill-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha kif ukoll mill-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "Dawn iż-żewġ Atti u liġijiet sussidjarji oħra maħruġa taħthom jindirizzaw diversi aspetti marbuta mad-droga, inkluż il-bejgħ, il-kisba, il-pussess u l-użu tad-droga speċifikata.", "Jistabbilixxi wkoll il-penali li jistgħu jiġu imposti kontra persuni misjuba ħatja ta' reat.", "Il-fatti juruna li ħafna persuni, għalkemm mhux qed jagħmlu użu mill-eroina, qegħdin jużaw drogi oħra.", "Fil-fatt, daħlet sew l-ideoloġija li m'hemm l-ebda problema jew diffikultà li wieħed juża d-droga sakemm wieħed ma jagħmilx użu mill-eroina.", "Din l-ideoloġija qed tikkawża ħerba sħiħa fis-soċjetà tagħna.", "Aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed ikun hemm każijiet ta' dipendenza fuq sustanzi oħra u mhux fuq l-eroina.", "Donnu li l-pubbliku b'mod ġenerali jibża' mill-eroina u mill-konsegwenzi tagħha imma ma nistgħux ngħidu l-istess għal drogi oħra bħall-kannabis, il-kokaina, id-drogi sintetiċi u l-alkoħol.", "Dawn ir-riflessjonijiet li aċċennajt għalihom nemmen li għandhom jixprunawna biex naħdmu aktar ħalli kemm jista' jkun intaffu l-vizzju tad-droga u l-problemi qerrieda li ġġib magħha, problemi li jekk ma nikkontrollawhomx, pajjiżna se jbati minn konsegwenzi koroh fil-futur.", "Waqt li kont qed nipprepara għal dan l-intervent innotajt li f'dan il-qasam hemm ċertu nuqqasijiet li hemm bżonn jiġu indirizzati.", "Pereżempju nemmen li hemm bżonn ta' aktar tixrid ta' informazzjoni dwar id-drogi, speċjalment id-drogi ġodda li ħerġin fis-suq.", "L-informazzjoni li għandna għandha tkun indirizzata lill-ġenituri, lill-iskejjel kif ukoll fuq livell nazzjonali.", "Il-ġenituri u kull min jieħu ħsieb it-tfal għandhom bżonn li jkollhom il-faċilità u qafas legali fejn huma jistgħu jittestjaw sustanzi suspettużi li t-tfal li qed jieħdu ħsieb jista' jkollhom fil-pussess tagħhom.", "Il-ġenituri għandu jkollhom aktar servizzi ta' sapport u inkoraġġiment.", "F'pajjiżna għandna bżonn ta' aktar servizzi għal perusni taħt it-18-il sena, inkluż programmi ta' riabilitazzjoni.", "Persuni li jinqabdu bil-pussess tad-droga għandhom jintbagħtu f'wieħed miċ-ċentri tad-droga biex jingħataw servizz ta' għarfien qasir dwar l-abbuż tad-droga u l-effett immedjat u fit-tul tal-użu tad-droga.", "Billi f'pajjiżna t-tfal ta' taħt l-14-il sena mhumiex legalment responsabbli, xi wħud minnhom qed jispiċċaw vittmi ta' persuni kriminali li jabbużaw minn dawn it-tfal billi jħajruhom u jisfruttawhom biex jittraffikaw id-droga.", "Għandu jkun hemm pieni ħorox għal min jabbuża minn minuri b'dan il-mod.", "L-adolexxenti tagħna għandhom bżonn aktar spazji sani, kemm f'temrini fiżiċi kif ukoll f'termini ta' opportunitajiet ta' divertiment u kreattività.", "Dawn l-ispazji għandhom ikunu kontrollati biex jipproteġu lill-minuri.", "Is-suġġett ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u t-traffikar tad-droga għandu jkollhom post aktar prominenti fl-aġenda nazzjonali.", "Biex ikomplu jiżdiedu l-konoxxenza u l-kordinazzjoni fuq bażi nazzjonali hemm bżonn ta' laqgħat kontinwi bejn il-partijiet kollha interessati fil-prevenzjoni, fil-kura u fiż-żamma tal-liġi kontra d-droga.", "Hemm bżonn ukoll li l-pajjiż jistaqsi għaliex hawn din l-imbottatura favur id-droga fil-livelli kollha tas-soċjetà.", "Il-pajjiż għandu bżonn ikun jaf il-veri motivi wara dan il-moviment.", "Hemm bżonn ukoll ta' taħriġ għall-professjonisti kollha, speċjalment dawk li jiltaqgħu ma' każijiet ta' vizzji akuta ta' droga u/jew alkoħol.", "Bl-istess mod hemm bżonn ta' taħriġ għal ċerti individwi, inkluż dawk li jinforzaw il-liġi, dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u dawk li jaħdmu fil-qasam tad-divertiment.", "Sur President, nemmen li inizjattivi bħal dan l-Abbozz ta' Liġi u inizjattivi oħra jistgħu jħallu effett pożittiv u jistgħu jwassluna fid-direzzjoni t-tajba biex neliminaw kemm jista' jkun l-isfidi tal-ġejjieni.", "L-iskop aħħari wara dawn l-inizjattivi għandu jkun li jkollna għarfien aħjar tas-sitwazzjoni sabiex finalment inkunu f'pożizzjoni li nassiguraw li filwaqt li t-traffikanti tad-droga jħallsu l-aktar prezz għoli ta' għemilhom, il-vittmi jingħataw kull opportunità sabiex jirriabilitaw ruħhom u jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li jitlaq mill-punt li jimplimenta direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Din id-direttiva qiegħda tpoġġi fil-kuntest legali Ewropew il-ħtieġa li jkun hemm definizzjonijiet ċari u li jkunu jorbtu lill-istati membri kollha fuq fenomenu li huwa importanti ħafna li wieħed iħares lejh mhux biss bħala l-problema imma bħala realtà li minn żmien għal żmien tieħu żvolta differenti.", "Kif jindikaw id-dokumenti tad-direttiva, l-abbuż tad-droga huwa realtà li minn żmien għal żmien tieħu żvolta differenti, b'mod partikolari llum li qegħdin ikunu disponibbli għall-abbuż drogi sintetiċi li li jagħmlu ferm aktar ħsara mid-drogi li wieħed kien jara qabel.", "Għalhekk nemmen li nkunu daqsxejn limitati jekk inħarsu lejn din ir-realtà mil-lat ta' prosekuzzjoni biss, ċjoè mil-lat ta' liġi kriminali.", "Ir-realtà tad-droga nemmen li wieħed irid iħares lejha minn tliet aspetti.", "L-ewwel nett irridu nħarsu lejha mill-aspett ta' saħħa pubblika.", "Fil-fatt din id-direttiva tagħmel enfasi fuq il-kwestjonijiet ta' saħħa pubblika li dawn ir-realtajiet ipoġġu quddiemna.", "It-tieni, irridu nħarsu lejha mill-aspett soċjali u t-tielet, irridu nħarsu lejha mill-aspett legali u ta' prosekuzzjoni biex insaħħu l-ġlieda kontra t-traffikanti tad-droga, jiġifieri kontra dawk li ma jiddejqux ibigħu l-mewt.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin niġġieldu wkoll lil dawk li qegħdin joħolqu s-sustanzi li bihom ikunu qegħdin ibigħu l-mewt.", "Qed ngħid \"joħolqu\" għax ir-realtà tad-droga sintetika hi li min joħloqha qiegħed f'kompetizzjoni mal-liġi, fis-sens li l-liġi tagħmel elenku ta' sustanzi psikotropiċi li huma illeċiti u fil-laboratorju dan jara kif ibiddel dawk is-sustanzi b'tali mod li ladarba sustanza ma tkunx imsemmiija fil-liġi, allura ma tkunx illeċita.", "Din hija r-realtà u meta jiġri hekk il-konsegwenza tkun li min mhux qed jiddejjaq li jbigħ dik is-sustanza, il-mewt, min mhux qed jiddejjaq li jbigħ il-ħsara liż-żgħażagħ u lis-soċjetà, ikun jista' jeħlisha ħafif.", "B'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin naraw li nbiddlu din ir-realtà għax fl-aħħar mill-aħħar il-leġiżlatur għandu l-obbligu li joħloq il-protezzjoni u jħares dawk it-tliet aspetti li semmejt fir-realtà tad-droga, jiġifieri l-aspett tas-saħħa pubblika, l-aspett soċjali kif ukoll l-aspett tad-dritt kriminali.", "Huwa importanti li l-ewwel u qabel kollox nagħtu l-protezzjoni biex ma jkollniex sustanzi li jikkawżaw diffikultajiet fis-saħħa pubblika.", "Meta wieħed jitkellem ma' nies li jaħdmu fil-qasam tal-psikjatrija jirrealizza li waħda mill-kawżi l-kbar li jwasslu biex żgħażagħ u nies oħrajn ikollhom bżonn l-għajnuna medika hija l-abbuż minn sustanzi.", "Sfortunatament, l-abbuż insibuh l-aktar f'żgħażagħ ta' età żgħira li jkunu missew ma' dawn it-tip ta' sustanzi sintetiċi li għandhom effett verament ikrah u devastanti u allura hemm bżonn li nieħdu kull pass possibbli biex insaħħu l-liġi ħalli nkomplu fil-ġlieda tagħna biex nipproteġu lil min jista' jaqa' u jabbuża minn dawn is-sustanzi.", "Wara kollox hawnhekk qegħdin nittrattaw ma' persuni li jifformaw parti minn familji li ħafna drabi diġà jkunu għaddejjin minn diffikultajiet u jispiċċaw jidħlu f'aktar diffikultajiet minħabba l-abbuż tad-droga.", "Meta nitkellmu dwar l-abbuż tad-droga ma nistgħux inħarsu biss lejn l-aspett li wieħed uża sustanza u allura kiser il-liġi u allura l-importanti huwa li ntellgħuh il-qorti u nwaħħluh il-ħabs.", "Ma nistgħux inħarsu lejn din il-problema b'dak il-mod.", "U hawn tajjeb li nfakkru li fl-2015 dan il-Gvern għamel bidla importanti ħafna permezz tal-Att Nru I tal-2015 għax permezz tiegħu bdejna nimxu lejn il-konċett ta' trattament minflok priġunerija.", "Il-ħsieb huwa li nagħtu sostenn lil min jaqa' vittma tad-droga u jkun għaddej minn diffikultajiet.", "Niġi għall-aspett soċjali.", "Jeħtieġ li jsir aktar xogħol ta' prevenzjoni u aktar xogħol biex lil min jaqa' fil-vizzju tad-droga nagħtuh possibbiltà akbar ta' rijabilitazzjoni bl-aktar mod wiesa' billi nagħtuh sostenn ħalli jinqala' minn dik il-problema.", "Għandna nagħtu l-għajnuna u s-sapport kollu bħala soċjetà biex dak li jkun ifiq minn dik ir-realtà li jkun għaddejja minnha.", "Imbagħad ovvjament wieħed ma jistax ma jsemmix l-aspett ta' prosekuzzjoni għaliex jekk aħna rridu nkomplu nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra d-droga, bilfors irridu mmorru għal mezzi differenti.", "F'dan il-każ diġa għandna liġi li hija b'saħħitha fil-konfront ta' drogi li wieħed kien isib qabel ma bdew joħorġu fis-suq id-drogi sintetiċi u allura issa rridu naraw li jkollna aktar għodod legali biex niġġieldu r-realtà ta' dawn id-drogi sintetiċi wkoll.", "B'sodisfazzjon ngħid li permezz tad-direttiva tal-Unjoni Ewropea li se tiġi trasposta permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed indaħħlu definizzjonijiet ġodda li bihom mhux biss qegħdin insaħħu l-ġlieda kontra d-droga f'pajjiżna għax se jkollna aktar saħħa li niġġieldu u nipproteġu lis-soċjetà, imma din il-ġlieda issa qiegħda tiegħu żvolta fi ħdan l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Madanakollu nemmen li wasal żmien li nagħmlu pass oltre meta nħarsu lejn il-liġijiet li jirregolaw il-kwestjonijiet tal-abbuż tad-droga.", "Huwa importanti li ngħaddu din il-liġi minn dan il-Parlament biex inżidu l-għodod ħalli niġġieldu l-abbuż u t-traffikar tad-drogi sintetiċi imma aktar minn hekk, naħseb li wasal iż-żmien li nħarsu lejn il-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan is-settur u nikkonsolidawhom f'liġi waħda.", "Bħalissa għandna diversi liġijiet li jirregolaw id-droga, fosthom l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Att tal-2015 dwar Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija).", "Jien nemmen li wasal iż-żmien li naraw kif dawn il-liġijiet kollha jiġu kodifikati f'Att wieħed li jirregola din ir-realtà tad-droga.", "Importanti li naħdmu f'din id-direzzjoni mill-aktar fis possibbli u qiegħed ngħid dan biex ikollna l-aħjar għodda biex niġġieldu din ir-realtà tad-droga u nkomplu nħarsu b'mod kompassjonali lejn min jaqa' għaliha.", "Sur President, dawn il-liġijiet hemm bżonn li nġedduhom u naġġornawhom skont ir-realtajiet kollha li qiegħda toffri s-soċjetà tagħna.", "Filwaqt li nkomplu ninvestu f'dawk l-istrutturi kollha li huma relatati kemm ma' prevenzjoni kif ukoll ma' rijabilitazzjoni għal min jaqa' fil-vizzju tad-droga, jien ngħid li wasal iż-żmien li naraw kif nikkodifikaw dawn il-liġijiet, avolja mhix xi ħaġa faċli minħabba d-diversi sfumaturi fil-qasam legali.", "Nemmen li għandu jkollna liġijiet li jilħqu t-tliet għanijiet li semmejt, jiġifieri liġijiet li jindirizzaw ir-realtà tad-droga mil-lat ta' saħħa pubblika, li jindirizzaw ir-realtà tad-droga mil-lat soċjali u li jagħtuna l-aħjar għodod biex niġġieldu lil dawk kollha li ma jiddejqux jittraffikaw il-mewt.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, napprezza ħafna u nagħmel tiegħi ħafna mid-diskors tal-kollega l-Onor.", "Kien diskors li, fl-opinjoni tiegħi, jirrifletti dak li verament hemm bżonn f'dan is-settur u jirrifletti wkoll sentiment f'din il-Kamra li ħafna drabi forsi jintilef hemm barra.", "Qed nirreferi għas-sentiment li jgħaqqadna meta niġu għall-affarijiet li verament huma importanti u li għandhom relevanza kbira għall-futur tas-soċjetà ta' pajjiżna.", "Għalhekk l-Oppożizzjoni mhux biss hija favur din il-liġi però hija favur b'saħħa dawn l-emendi.", "Dawn huma emendi żgħar però se jġibu titjib sostanzjali f'dak li għandna llum fil-kuntest tar-realtajiet ġodda li qed niffaċċjaw.", "Dan huwa suġġett li huwa viċin ħafna kemm is-settur li nsegwi jien, jiġifieri s-settur soċjali, kif ukoll kull settur li għamilt interventi dwaru.", "F'dawn l-aħħar sentejn għamilt diversi mistoqsijiet u anke tkellimt ma' Ministri tal-Gvern dwar din il-materja għaliex kont nara l-bżonn li nersqu lejn dan il-mudell biex jiġu trattati aħjar l-aspetti varji tad-droga sintetika.", "Fl-2013, ftit wara li kont elett għall-ewwel darba bħala Membru ta' din il-Kamra, kont ktibt artiklu fuq it-Times of Malta dwar il-fenomenu li kien qiegħed jaħkem id-dinja tad-droga sintetika.", "Dan huwa fenomenu li fl-aħħar snin sploda u sfortunatament, l-imwiet fuq skala internazzjonali komplew jiżdiedu b'rata xokkanti.", "Hemm pajjiżi fid-dinja, uħud mhux 'il bogħod minna, li llum iqisu t-tixrid tad-droga sintetika bħala epidemija.", "Kif semma tajjeb ħafna l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi, din it-tip ta' droga għandha impatt enormi fuq is-saħħa pubblika.", "Ħames snin u nofs ilu kont ktibt artiklu fejn kont tkellimt dwar droga li kienet qed titfaċċa fis-suq, droga relattivament ġdida, droga li ssir f'laboratorju.", "Fl-Amerika din kienet tissejjaħ bl-istreet name 'Molly' u kienet qed tintuża fil-parties.", "Din kienet qed tinbiegħ bi prezz verament baxx u verament aċċessibbli u kienet qed tieħu ħajja wara oħra ta' żgħażagħ li kienu joħorġu mid-djar tal-ġenituri tagħhom biex jiddevertu fl-iprem taż-żgħożija tagħhom u jispiċċaw ma kienu jirritornaw qatt lura.", "Kif spjegaw tajjeb il-Ministru u l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa traspożizzjoni ta' direttiva tal-Unjoni Ewropea li għaddiet f'Novembru tal-2017 u li d-deadline tagħha kien it-23 ta' Novembru 2018.", "Għaldaqstant permezz ta' dan l-istess Abbozz ta' Liġi se nkunu qegħdin nemendaw żewġ liġijiet li jirregolaw is-settur tad-drogi għaliex kif qal tajjeb l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi, wasal iż-żmien li nħarsu lejn is-sustanzi psikoattivi ġodda wkoll, ċjoè d-drogi sintetiċi.", "Dawn it-tip ta' drogi hawn min isejħilhom 'legal highs' u fil-bidu li ħarġu kien hawn min sejħilhom 'designer drugs'.", "Designer drugs mhux għax għandhom xi ħaġa ta' designer imma għaliex isiru b'mod artifiċjali f'laboratorji u jkunu magħmulin minn kimiċi differenti.", "Din id-direttiva daħlet għaliex fl-2005 fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea kien iddaħħal mekkaniżmu biex meta titfaċċa xi droga ġdida fis-suq, din tiġi kodifikata u tidħol fil-liġijiet tal-pajjiżi differenti.", "Madanakollu l-pass mgħaġġel li bih kienu qegħdin ifeġġu fis-swieq dawn it-tip ta' drogi, aktar u aktar minħabba l-mod ta' kif permezz tal-internet u permezz ta' dak li jissejjaħ 'darknet' beda jsir it-tixrid ta' dawn is-sustanzi, l-Unjoni Ewropea rrealizzat li dan il-mekkaniżmu kien slow wisq.", "Kien mekkaniżmu burokratiku, komplikat u kien qed jesponi lis-soċjetajiet diversi fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea għal sitwazzjoni fejn it-tiġrija ma' min qiegħed jipproduċi din id-droga bi spejjeż verament żgħar u bi ftit logħob fil-kompożizzjoni kimika kienet tiġrija li ma setgħet tintrebaħ qatt.", "Il-pass li bih joħorġu dawn it-tip ta' sustanzi kien pass mgħaġġel ħafna u kellek sustanzi li l-impatt psikoattiv tagħhom kien kostantement qed jikber.", "Dan apparti l-pass mgħaġġel li bih bdew jidħlu fis-suq u allura kien hemm bżonn ta' rispons li fuq skala Ewropea sar permezz ta' direttiva u fil-liġi tagħna permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddibattu.", "Sur President, se nirreferi għall-esperjenza tar-Renju Unit.", "Fl-2016, ir-Renju Unit kien daħħal liġi simili u reġa' emenda dik il-liġi s-sena l-oħra.", "Jiġifieri dak li qed nipprovaw nagħmlu hawnhekk diġà jinsab fil-liġi tar-Renju Unit.", "Issa huma għandhom mekkaniżmu daqsxejn differenti minn tagħna għaliex is-sustanzi jitpoġġew fi klassifiki differenti però l-iskop huwa l-istess, ċjoè dak li jekk ikun hemm sustanza li għadha mhijiex kodifikata u għandha xi forma ta' effett psikoattiv, jiġifieri effett fuq il-moħħ jew fuq is-sistema nervuża tal-individwu, dik awtomatikament tiġi meqjusa bħala sustanza illegali.", "Aħna naqblu ma' dan il-mekkaniżmu u nemmnu li huwa pass fid-direzzjoni t-tajba però dan ma jfissirx li se nkunu solvejna l-problema reali.", "Nemmen li l-problema ewlenija hija problema ta' komunikazzjoni u ta' edukazzjoni.", "Fil-fatt wara li lbieraħ il-Ministru ressaq dan l-Abbozz ta' Liġi u l-Oppożizzjoni rrispondiet b'appoġġ, kont nistenna aktar coverage għaliex dan jittratta materja sensittiva ħafna u li qed tolqot il-futur tal-ġenerazzjonijiet tagħna.", "M'aħniex qed inbiddlu xi ħaġa żgħira.", "Veru li dan huwa Abbozz ta' Liġi qasir però l-impatt ta' dak li qed inbiddlu bih mhuwiex żgħir, aktar u aktar meta tqis għal xiex qegħdin iwasslu dawn it-tip ta' drogi.", "Hawnhekk xtaqt nagħmel parentesi żgħira u ngħid x'inhuma dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda, jiġifieri d-drogi sintetiċi, għaliex kultant wieħed ftit japprezza ladarba ma tkunx il-familja tiegħu li għaddiet jew tkun għaddejja minn din il-ġerħa.", "Apparti dawn, ftit hawn min japprezza dawn is-sustanzi x'inhuma u għaliex l-istati membri tal-Unjoni Ewropea qegħdin nieħdu dan il-pass.", "Jekk ma tkunx rajt b'għajnejk, jew jekk ma tkunx esperjenzajt il-weġgħa ta' familja li jkollha xi ħadd mill-membri tagħha li jabbuża mid-droga jew agħar u agħar jabbuża minn droga sintetika, huwa diffiċli li tifhem.", "Tista' tidħol fuq l-internet u tara, imma ftit huma dawk li jifhmu l-weġgħa li tara persuna u ma tagħrafhiex aktar, jew li tara żagħżugħ li jkun l-Università, ikollu ċ-ċirku tal-ħbieb tiegħu, forsi jkun sportiv u dan f'daqqa waħda ma tagħrfux.", "L-Ingliżi jgħidulek he's a shadow of himself, u ftit huma dawk li jistgħu verament jifhmu l-uġigħ li jgħaddu minnu dawn il-familji.", "Dawn id-drogi sintetiċi huma magħmulin biex jikkopjaw l-effetti fuq il-moħħ u fuq il-ġisem tad-drogi tradizzjonali bid-differenza li dawn l-effetti jiġu multiplikati, jiġifieri l-effett kemm immedjat kif ukoll fit-tul huwa ħafna akbar.", "Fl-istess ħin il-cost jitniżżel bix-xejn.", "Mela immaġina ftit l-impatt soċjali ta' dak li qed nitkellmu dwaru.", "Aċċessibbiltà ta' prezz akbar u ħsara akbar fuq il-persuna!", "Immaġinaw ftit!", "Il-persuni li jagħmlu dawn id-drogi sintetiċi jqisu lilhom infushom bħala persuni intelliġenti u allura jbigħuhom bħala inċens, plant food jew bath salts u ġeneralment it-tabella ewlenija tkun tgħid 'Not for human consumption'.", "Ovvjament meta xi ħaġa ma tkunx for human consumption diġà qed tindika n-natura ta' dak il-prodott.", "Kif spjega tajjeb il-Ministru, matul is-sena joħroġ avviż legali biex jikkodifika dawn is-sustanzi u jiddaħħlu fil-liġi.", "Li qed jiġri, però, huwa li kif stat jikkodifika sustanza, min ikun qiegħed jipproduċiha jbiddlilha ftit il-kompożizzjoni tagħha fil-laboratorju u joħroġ oħra u dik il-kompożizzjoni ġdida teknikament tiġi legali.", "Allura b'dan l-Abbozz ta' Liġi nittama li din il-loophole se nibdew nagħlquha.", "Meta tfittex fuq dawn it-tip ta' sustanzi ssib li t-targets ewlenin huma ż-żgħażagħ.", "Dan għandu jkun dak li jgħaqqadna.", "Jekk tara kif jinbigħu dawn it-tip ta' sustanzi, inkluż l-ismijiet tagħhom, huwa evidenti li dawn jimmiraw liż-żgħażagħ u lil min ikun fi problemi soċjali u allura jkollu disposable income relattivament żgħir u allura jkun qed ifittex li jkollu aċċess għal dawn is-sustanzi bi prezz relattivament mormi.", "Dawn jimmiraw għall-persuni vulnerabbli, inkluż l-immigranti irregolari li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet.", "Dawn jiġu sfruttati billi jinbigħulhom dawn is-sustanzi.", "Mir-riċerka jirriżulta li hemm tliet tipi ta' dawn is-sustanzi.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fit-teknikalità għax ma naħsibx li dan hu l-lok, però rrid ngħid li lkoll jagħmlu livelli ta' ħsara għolja differenti u jiggarantulek ħaġa waħda, jiggarantulek mija fil-mija addictiveness.", "Jiġifieri jekk droga oħra xi darba jkollok ċans li tirkupra minnha, din it-tip ta' droga tiggarantilek li se twaħħlek hemm għal dejjem.", "Fil-fatt, meta taqra fuq l-esperjenzi tan-nies ssib li d-dipendenza hija prattikament garantita għaliex l-individwu jiġi essenzjalment brainwashed.", "Meta titkellem ma' familji jgħidulek jien kelli żagħżugħ kien sejjer tajjeb l-Università u f'daqqa waħda dan sar qisu zombie.", "Araw naqra fiex jista' jasal il-bniedem!", "Bħalissa fil-Kamra hawn żewġ tobba li jistgħu jgħidu ħafna aħjar minni x'inhuma l-konsegwenzi għax ikunu raw il-każijiet mil-lat mediku.", "Il-paranoja, l-alluċinazzjonijiet, l-aġitazzjoni, id-dipressjoni u l-psikożi li joħolqu dawn it-tip ta' sustanzi ma tispiċċa qatt.", "Dawn apparti l-imġiba stramba u anti-soċjali u l-fissazzjonijiet li joħolqu, fejn persuna tħossha l-ħin kollu taħt theddida jew f'riskju.", "Ovvjament din taf tkun ta' riskju għal ħaddieħor ukoll, b'mod partikolari fejn ikollok is-sewqan taħt l-effetti ta' dawn is-sustanzi li kif ilkoll nafu, huwa diffiċli ħafna biex dawn jiġu maqbuda mill-istrumenti li għandna llum.", "Hemmhekk tibda tara l-importanza ta' dan li qegħdin niddiskutu biex nilleġiżlaw dwaru.", "F'parti partikolari tal-Ingilterra matul dawn l-aħħar ftit ġimgħat l-awtoritajiet soċjali u dawk tas-saħħa qalu ċar u tond li għandhom epidemija ta' dawn is-sustanzi, b'mod partikolari ta' żewġ sustanzi li waħda minnhom tissejjaħ 'spice'.", "Minħabba li huma finanzjarjament aċċessibbli għax jiswew madwar £3, dawn qegħdin joħolqu kaos soċjali sħiħ f'din il-parti tal-Ingilterra.", "Issa ejja ma ninsewx li l-Ingilterra għaddiet din il-leġiżlazzjoni fl-2016.", "Qed ngħid dan għaliex irridu nkunu viġilanti aħna stess qabel ħaddieħor u aktar minn ħaddieħor f'din il-Kamra li nirrealizzaw li l-liġi waħedha mhijiex is-soluzzjoni aħħarija.", "Irridu nagħmlu aktar u naħdmu aktar u nirrealizzaw u nifhmu li l-problema tmur lil hinn mil-leġiżlazzjoni.", "Nemmen li dan huwa element importanti ħafna.", "Irrid ngħid li jien ħadt pjaċir ħafna nisma' d-diskorsi kollha li kien hawn s'issa għax ilkoll naqblu dwar kemm id-droga hija ħażina għas-soċjetà.", "Xi ħaġa li teqred jew tagħmel persuni skjavi tagħha ma tistax tkun tajba.", "Jien nemmen li, iebsa kemm hi iebsa, xi ħaġa li hi ħażina m'għandek qatt tipprova tagħmel kompromess magħha.", "Ma tista' qatt taqta' qalbek għax jekk naqtgħu qalbna aħna hawn ġew ma nafx min aktar jista' jkun hemm li se jipprova jerfa' s-salib ta' din il-ġlieda.", "Jien għalhekk tajt dak il-background kollu fuq dak li qegħdin nitkellmu dwaru għaliex nemmen li din il-Kamra għandha obbligu enormi lejn is-soċjetà f'din iċ-ċirkostanza partikolari.", "Iż-żewġ naħat ngħidu li aħna favur il-ħajja mingħajr ebda kompromess però dan irridu nuruh ukoll fl-aġir tagħna u fil-leġiżlazzjoni li nressqu f'din il-Kamra.", "Għalhekk qed nieħu pjaċir li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin naqblu fuq leġiżlazzjoni ta' dan it-tip għaliex id-droga fl-ebda ċirkostanza ma tista' tkun tajba u m'għandna qatt nibagħtu l-messaġġ hemm barra li d-droga tista' b'xi mod tkun xi ħaġa aċċessibbli.", "Pajjiżna, bħal pajjiżi oħra, però pajjiżna pajjiż żgħir u issa għandna wkoll ħafna influwenzi internazzjonali, għandu l-problemi tiegħu f'dan il-qasam.", "L-istatistika kulħadd jaraha.", "Nimmaġina li l-Gvern għandu ħafna aktar minn dik li hija disponibbli għalina, però meta titkellem mal-professjonisti u b'mod partikolari meta tmur fid-djar tan-nies tara li m'hemmx sinjuri jew foqra, jew min joqgħod naħa jew min joqgħod oħra, imma across society hemm problema kbira tad-droga, problema li ma tfaċċatx illum imma problema li ilha tevolvi matul is-snin.", "Is-sena li għaddiet kellna laqgħa konġunta bejn il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u dakinhar kien ġie jkellimna l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr Cachia, li nsellimlu minn hawnhekk.", "Huwa kien kien qalilna li 80% tal-acute psychiatric admissions ta' dawk bejn it-18-il sena u l-44 sena kienu marbutin direttament jew indirettament ma' abbuż ta' sustanzi.", "Din l-istatistika mhix bandiera ħamra però hija allarm ta' fejn riesqa s-soċjetà tagħna.", "Kif nafu, fl-aħħar xhur il-Pulizija rnexxielha tagħmel qabdiet kbar ta' droga li kienet destinata għal pajjiżna.", "Hawn insellem lil kull min kien involut għaliex dawn in-nies jirriskjaw ħajjithom mill-bidu sal-aħħar.", "Dawn il-kwantitajiet enormi ta' drogi li nqabdu kienu destinati għas-suq lokali u dan jurik minnu nnifsu d-daqs tas-suq li hawn għal dawn is-sustanzi.", "Minnu nnifsu dan il-qbid jurik id-domanda enormi li hawn għal dawn is-sustanzi.", "Hawnhekk fejn naqbel ħafna ma' dak li qal l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi li ma nistgħux inħarsu sempliċement lejn biċċa waħda biss tal-liġi.", "Għandna bżonn li kollettivament naraw it-trends fejn sejrin f'dan il-qasam biex ikollna l-aħjar leġiżlazzjoni u biex ikollna l-aħjar strutturi sabiex inkunu nistgħu nindirizzaw, għall-inqas mill-qafas legali, dawn it-trends bl-aktar mod effettiv.", "Dan iwassalni għal punt ieħor.", "Qed jinħolqu drogi ġodda biex jissodisfaw il-bidliet fit-trends soċjoekonomiċi.", "Meta toħloq droga ta' dan it-tip u toħloq kondizzjonijiet marbutin magħha, tkun qiegħed tiġbed domanda ġdida, jiġifieri tkun qiegħed tolqot aspett ġdid biex ikollok klijentela ġdida mqabbda aktar fuq droga ħafna aktar b'saħħitha.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, l-ewwel risposta trid tkun risposta politika, risposta li turi l-politiċi x'għandhom f'qalbhom u kif dak li nressqu huwa fl-aqwa interess tal-ġid komuni.", "Jien għalhekk kont u għadni kritiku għall-aħħar ta' dak li kien qiegħed jiġi propost rigward il-kannabis.", "Illum rajt artikli oħrajn li inkwetawni immens dwar dik li qed tissejjaħ il-legalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu rikreattiv.", "Lili xi ħadd għad irid jispjegali x'jista' jkun fiha rikreazzjonali d-droga, però fid-dibattiti u l-laqgħat li kont preżenti għalihom, inkluż dawk li saru taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta, nista' ngħid li l-għaqdiet kollha konna vuċi waħda li ma taqbilx ma' dan it-tip ta' użu, għajr dawk il-gruppi li ovvjament qegħdin jadvokaw biex din issir legali, li nifhem ukoll dak li qegħdin jipprovaw jgħidu.", "Għall-bidu l-użu tal-kannabis sejjaħnielu \"recreational\", imbagħad għedna li dan huwa \"harm reduction\".", "Illum kien hemm artiklu li jgħid li meta wieħed jixtriha mit-triq il-kannabis ikun qisu qed jilgħab ir-russian roulette u allura s-soluzzjoni hi li tiġi legalizzata biex wieħed żgur ikollu aċċess għaliha din id-droga.", "Jien ma naqbel assolutament xejn ma' dan l-approċċ.", "Għalija dan huwa approċċ li, sfortunatament, jekk jersaq hawnhekk se jibgħat messaġġ li d-droga hija xi ħaġa aċċettabbli.", "Jien nemmen li aħna għandna dmir li nagħżlu bejn is-sinjali li rridu nibagħtu.", "Illum b'din il-leġiżlazzjoni qegħdin nibagħtu sinjal li ma rridux nikkompromettu, ma rridux inħallu exit roots biex xi ħadd jagħmel il-flus minn fuq il-miżerja ta' ħaddieħor.", "Għalhekk nappella lil sħabi kollha ta' din il-Kamra, lil hinn mill-kulur politiku tagħna għaliex din żgur li mhijiex kwestjoni ta' kulur politiku, biex naraw x'sinjali qegħdin nibagħtu lejn is-soċjetà tagħna.", "Nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nappella biex din id-diskussjoni ma tiqafx hawnhekk.", "F'dan il-Parlament għandna diversi kumitati u nemmen li wasal iż-żmien li, b'mod partikolari fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, ikollna dibattitu mal-istakeholders kollha fuq is-sitwazzjoni tal-abbuż tad-droga f'pajjiżna.", "F'dan il-Parlament ftit tax-xhur ilu kellna sessjoni interessantissima; l-Ispeaker flimkien mal-Ministru responsabbli għall-politika soċjali rnexxielhom jġibu f'din il-Kamra fiżikament l-istakeholders ewlenin marbutin mal-problema tad-droga u f'dik is-sessjoni smajna esperjenzi reali ta' min qiegħed fil-frontline u jiffaċċja ta' kuljum il-problemi soċjali li qegħdin jinħolqu.", "Nemmen però li wasalna fil-punt li jkollna diskussjoni li tidħol aktar fid-dettall f'dan il-Parlament.", "Aktar minn hekk, irridu nħarsu lejn x'inhi r-root cause ta' din il-problema.", "Ilkoll naqblu li din mhijiex xi ħaġa li wieħed jiskartaha.", "Ilkoll kemm aħna politiċi favur il-ħajja u għalhekk nemmen li dan il-qbil irridu nittraduċuh f'politika li qatt ma tasal biex tagħmel kompromess ma' dak li hu ħażin.", "Sinjura President, finalment nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku www.timesofmalta.com intitolat 'Time to kick Molly in teeth' fit-13 ta' Settembru 2013.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018): Sinjura President, l-għan prinċipali ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha kif ukoll l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi biex id-definizzjoni tal-kelma \"droga\" tkun tinkludi wkoll is-sustanzi psikoattivi ġodda, jiġifieri dawk il-mediċini jew kimiċi li b'xi mod jistgħu jaffettwaw il-moħħ b'mod negattiv.", "Dawn it-tip ta' mediċini mhux jagħmluk aktar bravu iżda jneħħulek mill-kapaċitajiet mentali tiegħek.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħda wkoll tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017.", "Dan għaliex dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda, ċjoè s-sustanzi li l-aktar li jaffettwaw il-moħħ, mhumiex elenkati fil-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972, jew bil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971", "X'kien l-iskop prinċipali li jsir dan it-tibdil fid-definizzjoni ta' \"droga\" fil-liġi mill-Parlament Ewropew?", "L-iskop prinċipali kien li l-Ewropa tkun tista' tirrispondi malajr għat-theddid kif ukoll għas-saħħa pubblika u s-sigurtà mis-sustanzi psikoattivi ġodda li llum tant huma komuni li l-maġġoranza tagħhom qegħdin jiġu abbużati fit-toroq tagħna, partikolarment f'dawn l-imberkin parties.", "Dawn mhumiex il-parties kif nafuhom tradizzjonalment imma fihom ikun hemm ġemgħa kbira ta' żgħażagħ li waqt li jkunu qegħdin jiddevertu, sfortunatament, jintroduċulhom dawn is-sustanzi biex ikompli jkollhom buzz.", "Għall-inqas dak huwa l-messaġġ għax fil-verità, dawn jieħdu aktar pjaċir skont il-peer pressure aktar milli dak li fil-fatt li jiġri.", "Xi jkunu dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda jew kif inhuma magħrufin internazzjonalment, in-New Psychoactive Substances (NPS)?", "Dawn is-sustanzi ħafna drabi jkunu sintetiċi, jiġifieri magħmulin f'laboratorju, u mhux estratt ta' xi ħaġa naturali.", "Dawn jiġu manifatturati bil-għan li jimitaw l-effetti tad-drogi illeċiti diġà eżistenti, bħall-kannabis, il-kokaina u l-ecstasy, imma bl-iskop ukoll li min jinqabad bihom ma jkunx qiegħed jikser il-liġi għax dawn is-sustanzi ma jkunux elenkati fil-liġijiet tagħna.", "Dan għaliex fil-liġijiet tagħna għandna elenku ta' x'inhu illegali u allura meta dawn joħolqu prodotti li ma jkunux elenkati, ikunu qed iduru mal-liġi.", "Dawn id-drogi sintetiċi ġodda huma magħrufa b'numru ta' ismijiet oħrajn, fosthom imluħa tal-banju, trab tax-xadini u inċens erbali u kif anke qal il-kollega l-Onor.", "Claudio Grech, ħafna drabi dawn ikunu mmarkati bil-kliem 'Mhux għall-konsum tal-bniedem'.", "Però, minkejja din in-nota dawn xorta qegħdin jiġu kkonsmati aktar miż-żgħażagħ tagħna f'dawn il-famużi parties.", "Sfortunatament jista' jkun ukoll li qegħdin jiġu kkonsmati anke fil-ħabsijiet tagħna biex permezz ta' dawn is-sustanzi, il-ħabsin iħossu l-istess effett jew effett akbar milli kienu jħossu mid-drogi li huma kkontrollati bil-liġi.", "Ħafna drabi nirreferu għal dawn is-sustanzi psikoattivi bħala ġodda imma l-kelma \"ġodda\" ma tkunx neċessarjament qed tirreferi għal meta dawn is-sustanzi jkunu ġew ivvintati.", "Qed ngħid hekk għaliex xi wħud minnhom ġew sintetizzati saħansitra 50 sena ilu imma bdew jiġu abbużati reċentement u allura jiġu meqjusin bħala ġodda.", "Jiġifieri hemm minnhom li ilhom jeżistu tul ta' żmien imma issa donnu għamilna din l-iskoperta ġdida li dawn għandhom effett psikotropiku u psikoattiv.", "Dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda saru fenomenu globali għax aktar minn 110 pajjiż mir-reġjuni kollha tad-dinja rrapportaw xi wieħed jew aktar minn dawn is-sustanzi.", "Biss biss ġiet irrapportata lill-United Nations Office for Drugs and Crime aktar minn 800 sustanza minn gvernijiet, laboratorji u organizzazzjonijiet internazzjonali permezz tal-early warning system dwar dawn is-sustanzi.", "Ħafna mis-sustanzi psikoattivi ġodda li hawn fis-suq għandhom effetti simili għal sustanzi li huma taħt kontroll internazzjonali bħall-kannabis, il-kokaina, l-eroina, l-LSD, l-MDMA, l-ecstasy jew il-methamphetamine.", "B'differenza mill-manifattura tal-eroina u tal-kokaina, il-manifattura tad-drogi sintetiċi mhijiex ġeografikament ristretta minħabba li l-proċess ta' dawn ma jinvolvix estrazzjoni tas-sustanzi psikoattivi mill-pjanti li jridu jiġu kultivati f'ċerti kondizzjonijiet biex jikbru għax dawn jiġu prodotti fil-laboratorju.", "Is-suq tad-drogi sintetiċi huwa suq kumplikat mill-fatt li l-informazzjoni dwar il-manifattura ta' dawn id-drogi hija limitata u għalhekk, huwa diffiċli li jkun stmat kemm minn dawn id-drogi psikoattivi ġodda jkunu qegħdin jiġu manifatturati madwar id-dinja.", "In-numru eżatt m'għandniex idea x'inhu u naħseb lanqas għandna idea tal-problema kemm hi kbira.", "Madanakollu l-informazzjoni li għandna mill-qbid u l-użu ta' dawn is-sustanzi tindika li l-provvista ta' dawn is-sustanzi, sfortunatament, qiegħda dejjem tiżdied.", "Jekk wieħed iħares lejn is-sustanzi psikoattivi ġodda li ġew irrapportati jinnota li l-maġġoranza ta' dawn kienu stimulanti li jġiegħlu l-moħħ jgħaġġel jew addirittura jġiegħlu l-ġisem jgħaġġel.", "Dawn kienu segwiti mill-cannabinoids, ċjoè sustanzi li l-effett tagħhom jixbah dak tal-kannabis però jkun ħafna akbar.", "Dawn huma l-istess bħall-mediċini hallucinogenic li b'riżultat tagħhom tibda tara jew tisma' affarijiet li jkunu ineżistenti.", "Dawn is-sustanzi ġodda jistgħu jsiru sintetiċi u jiġu b'qawwa akbar minn dik tas-sustanzi magħrufin fil-preżent.", "Jiġifieri jkollok il-materja prima li tkun id-droga oriġinali, imbagħad jiġu ssintetizzati minnhom dawn id-drogi l-ġodda.", "Il-metodu ta' sintetizzar huwa komunement użat meta wieħed ikun irid iżid il-qawwa tal-prodott bħalma jsir, pereżempju, fil-mediċina bl-isteroids.", "Fil-mediċina biex inżidu l-qawwa tal-isteroids inżidulhom xi ħaġa ħalli dawn ikunu jew longer acting jew inkella jeħlu at the side fejn iridu jagħmlu l-aktar effett.", "Allura meta wieħed ikun irid steroids b'effetti akbar iwaħħal, pereżempju, l-fluorine mal-molekula waqt is-sinteżi u b'hekk jiġi steroid ħafna aktar fluorinated.", "F'dawn il-każi l-fluroine jankra l-molekula aħjar ma' dak li fil-farmakoloġija nsejħulu 'receptor', allura awtomatikament meta żżid dan il-fluorine, dawn it-tip ta' drogi jkollhom effett ħafna aktar b'saħħtu għax idumu at the side fejn jagħmlu l-effett.", "Barra minn hekk, iddum aktar biex teħles minnhom u l-istess qiegħed isir fis-sintetizzar ta' dawn is-sustanzi ġodda.", "Eżempju ieħor huwa dak tal-amphetamine.", "Meta fil-molekula tagħha jiġi miżjud il-fluorine, l-amphetamine issir ħafna aktar b'saħħitha bir-riżultat li l-effetti tagħha jimmultiplikaw.", "Barra minn hekk, peress li tkun inbidlet il-molekula u għalhekk ma tibqax l-istess molekula kif elenkata sal-lum fil-liġi, din is-sustanza, għalkemm aktar qawwija, ma tkunx illegali.", "Hawn hi l-ironija kollha!", "Mela tiġi prodotta sustanza ħafna aktar qawwija u li tista' tagħmel ħafna aktar ħsara iżda sfortunatament, kif inhi l-liġi s'issa mingħajr din l-emenda, din ma tkunx illegali.", "Fil-fatt, kellna każi fejn min inqabad b'dawn is-sustanzi ma setax jiġi kundannat fil-qorti.", "Sur President, il-liġi l-ġdida se tindirizza din is-sitwazzjoni.", "Din il-loophole, li permezz tagħha wieħed seta' jipproduċi droga qawwija ħafna u ma tkunx illegali, se nagħlquha.", "Dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda ilhom li dehru fl-Ewropa u kien għalhekk li l-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction (EMCDDA) u l-Interpol, bl-appoġġ tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, tal-aġenziji Ewropej tal-mediċini kif ukoll tal-Kummissjoni Ewropea, ilhom jaħdmu flimkien mill-1997 biex jimmonitorjaw dawn id-drogi psikoattivi ġodda u d-diffużjoni tagħhom fix-xena tad-droga Ewropea.", "L-ewwel qafas leġiżlattiv Ewropew kien sar bejn l-1997 u l-2005 u kien ippermetta lill-membri msieħba jiżviluppaw sistema magħrufa bħala Early Warning System.", "Dan kien sar bl-iskop li jiġu monitored s-sustanzi psikoattivi ġodda li minn żmien għal żmien kienu jiġu abbużati kif ukoll biex ikun hemm struttura f'kull stat membru li twettaq valutazzjoni xjentifika tar-riskjii ta' dawn is-sustanzi li lkoll jista' jkollhom il-kawżi tagħhom.", "Malta wkoll qiegħda tagħti s-sehem tagħha f'din l-istruttura Ewropea.", "Fil-fatt, fl-2005 f'Malta u fl-Ewropa kienet ġiet identifikata għall-ewwel darba sustanza psikoattiva ġdida li kienet ġiet irrapportata lill-EMCDDA.", "Din kienet instabet f'pilloli li kienu qegħdin jinbiegħu b'abbuż bħala ecstasy hawn Malta biex jintużaw waqt dawn il-famużi parties.", "Sustanza psikoattiva oħra li kienet daħlet f'Malta kienet magħrufa bħala Benzylpiperazine (BZP) u din kienet iddaħħlet fl-2006 u warajha fl-2008 kienet daħlet is-sustanza psikoattiva metachlorophenylpiperazine (MCPP).", "Dawn iż-żewġ sustanzi psikoattivi kienu ddaħħlu f'Malta f'forma ta' pilloli tal-ecstasy bl-iskop li jintużaw fil-parties minflok il-pilloli tal-ecstasy u li sa dak iż-żmien kien ikollhom fihom is-sustanza MDMA jew kif inhi magħrufa kimikament 3,4-methylenedioxyamphetamine.", "Biss bejn il-pilloli tal-ecstasy li kien fihom is-sustanzi tal-BZP jew l-MCPP u l-MDMA kien hemm differenza kbira, mhux tant fl-effett tagħhom imma f'dik li hija legalità għax jekk dak iż-żmien kont tinqabad bil-pilloli tal-ecstasy li jkun fihom l-MDMA kont tkun qiegħed tikser il-liġijiet tad-droga tagħna u jekk kont tinqabad bil-pilloli tal-ecstasy li kien ikun fihom is-sustanzi BZP jew MCPP ma kont teħel xejn.", "Wara dawn iż-żewġ sustanzi psikoattivi ġodda, jiġifieri l-BZP u l-MCPP li t-tnejn huma stimulanti bħall-MDMA, fl-2010 kienet daħlet is-sustanza psikoattiva Meow Meow jew kif inhi magħrufa kimikament, 4-methyl methcathinone.", "Il-Meow Meow ukoll hija stimulanti u tintuża l-aktar waqt il-parties.", "Il-ħsieb wara l-bejgħ tas-sustanzi tal-BZP, l-MCPP u l-Meow Meow kien dak li waqt li jiġi bypassed il-kontroll leġiżlattiv, jiġi wkoll sfruttat il-marketing globali li kien qiegħed u għadu jsir permezz ta' web networks u b'hekk jiżdied il-bejgħ ta' dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda.", "Illum dawn is-sustanzi BZP u MCPP kif ukoll il-Meow Meow huma kkontrollati bil-liġijiet tad-drogi tagħna.", "Bil-bejgħ ta' dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda ma naqsux il-problemi ta' saħħa li s-side effects ta' dawn is-sustanzi kienu qegħdin jikkawżaw.", "Ta' spiss l-użu ta' dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda jkun marbut ma' problemi ta' saħħa lil hinn minn dawk mentali.", "Is-side effects li jiġu kkawżati minn dawn is-sustanzi b'mod ġenerali jvarjaw minn aċċessjonijiet għal aġitazzjonijiet sa aggressjonijiet u psikożi akuta.", "Ħafna drabi saħansitra kienet tiżviluppa dipendenza għal dawn is-sustanzi.", "Xi drabi l-persuni li jkunu ħadu dawn is-sustanzi jispiċċaw l-isptar b'intossikazzjonijiet severi.", "Aktar minn hekk, it-tagħrif fuq it-toxicity u l-potenzjal karċenoġeniku li jista' jkun hemm għal dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda mhuwiex magħruf jew huwa hu magħruf b'mod limitat.", "L-istess jista' jingħad dwar l-effett jew ir-riskji avversi fit-tul ta' dawn is-sustanzi.", "Mela minbarra l-effett li għandhom, ħafna minnhom lanqas nafu eżattament x'long term effects iħallu.", "Barra dan, anke l-purità u l-kompożizzjoni ta' ħafna minn dawn il-prodotti li jkun fihom dawn is-sustanzi ma tkunx magħrufa u għalhekk ipoġġu 'l-persuna f'riskju għoli ħafna.", "Dan jixhdu d-dħul ta' dawn il-persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u l-imwiet li seħħew f'ċerti pajjiżi li ħafna drabi jkun assoċjat mal-użu ta' sustanzi differenti li jkunu ġew meħuda waqt parties jew inkella f'xi ċirkostanzi differenti.", "Min jaħdem fil-qasam tas-saħħa jista' jifhem kemm hu diffiċli li tittratta kwalunkwe każ li jkun jinvolvi t-tossiċità ta' mediċini magħrufa u studjati, aħseb u ara meta tiġi biex tittratta t-toxic effects ikkawżati minn dawn is-sustanzi sintetiċi mhux magħrufa.", "Il-fatt li dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jinxtraw minn fuq l-internet, fejn qegħdin jinbiegħu bl-isem kimiku tagħhom jew b'isem falz bħala drogi legali u ħafna drabi bi prezz baxx, jagħmilhom sustanzi popolari u perikolużi ħafna għas-saħħa pubblika.", "Kien għalhekk li fl-istrateġija dwar id-drogi għall-2013-2020 l-Unjoni Ewropea identifikat bħala prijorità li tindirizza t-tixrid rapidu ta' sustanzi psikoattivi ġodda, inkluż it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea.", "U kien għalhekk li saret din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li l-mekkaniżmu ġdid ikun jista' jippermetti reazzjoni aktar effettiva u effiċjenti għal dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda li qegħdin jidhru fis-suq Ewropew bla preċedent u qegħdin joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza pubblika.", "L-EMCDDA qiegħed jimmonitorja aktar minn 670 new psychoactive substances (NPS) li dehru fis-suq tad-droga fl-Ewropa fl-aħħar 20 sena u li kważi 90% tagħhom, sfortunatament, dehru fl-aħħar għaxar snin.", "Dan jinkludi l-monitoraġġ ta' numru dejjem jikber ta' sustanzi psikoattivi b'effetti qawwija ħafna li jinkludu 179 direvattivi tal-cannabinoids u 28 direvattivi ta' fentanyl li jistgħu joħolqu riskju għoli ta' avvelenament għall-persuni li jieħdu dawn is-sustanzi.", "Sur President, bis-saħħa tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea li se tiġi implimentata permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi s-sustanzi psikoattivi ġodda se jkunu jistgħu jiġu projbiti aktar malajr fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u għalhekk, il-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkastigati b'pieni simili għal drogi illeċiti oħra.", "Għaldaqstant bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi Malta, flimkien mal-Ewropa, se tkun tista' tirrispondi malajr għat-theddid li sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu jikkawżaw għas-saħħa tal-pubbliku f'Malta.", "Permezz ta' dawn l-emendi se nkunu qegħdin dejjem innaqqsu r-riskju li dawn jiġu abbużati u, kif jgħidu bl-Ingliż, jiġu traffikati scot-free.", "B'hekk, nagħlqu aktar biex kemm iż-żgħażagħ tagħna kif ukoll min b'xi mod jista' jiġi f'kuntatt ma' dawn it-tip ta' drogi jkun aktar protett.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex nirrapporta dwar xogħol tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Abbozz Nru 57 – għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR", "IL-PROFESSJONI MEDIKA U", "L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA U L-ORDINANZA DWAR MEDIĊINI PERIKOLUŻI – KONTINWAZZJONI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nkunu qegħdin nittrasponu fil-liġijiet nazzjonali direttiva tal-Unjoni Ewropea li se twessa' d-definizzjoni ta' \"droga psikotropika\".", "Naħseb l-għan tagħna f'din il-Kamra huwa li ntejbu l-kwalità tal-ħajja u permezz ta' definizzjoni hekk wiesgħa se nkunu qegħdin inħarsu aktar is-saħħa tal-bniedem.", "Għalhekk tajjeb li nibda billi nispjega x'inhuma d-drogi psikotropiċi.", "Il-mediċina psikotropika hija mediċina li taffettwa 'l-moħħ tal-bniedem u għalhekk taffettwa kif wieħed jaħseb, kif iħossu, l-emozzjonijiet tiegħu, għemilu u anke l-perċezzjoni tiegħu ta' dak li huwa reali u dak li mhuwiex.", "Hija sustanza li meta tintuża tajjeb fl-aspett mediku, tgħin lil bosta pazjenti li jbatu minn diżordni mentali, imma jekk tiġi abbużata u użata mhux skont il-liġi u b'mod li ma tħarisx is-saħħa tal-bniedem, din ikollha effetti detrimentali fuq is-saħħa u fuq il-kuntentizza ta' dak li jkun.", "Mill-aspett mediku m'għandniex problema bil-mod kif tintuża din it-tip ta' mediċina fil-kamp psikjatriku għax hemm responsabbiltà min-naħa tal-professjonist, il-psikjatra, it-tabib tal-familja u r-relazzjoni li dan ikollu mal-pazjent.", "Jiġifieri mill-aspett ta' użu għal skop mediku m'hemm biża' ta' xejn.", "Mill-banda l-oħra, illum ngħixu f'soċjetà fejn xejn mhu xejn u fejn id-droga hija brand u minħabba l-attitudni kif ngħixu f'dinja aktar progressiva u aktar żviluppata, li tkun parti mill-brand tal-mument titqies bħala xi ħaġa tajba.", "L-isfortuna hi li hawn Malta, minbarra li qiegħda tintuża waqt partying, għax jien aktar insejjaħlu \"partying\" milli \"parties\", qiegħda tintuża wkoll fis-solitudni tad-dar minn persuni li jsibu żvog billi jużaw droga psikotropika b'mod mhux kif suppost għax mhux taħt gwida professjonali.", "Mill-esperjenza naf li għalkemm id-droga l-aktar taffettwa liż-żgħażagħ għax ikunu għaddejjin minn fażi ta' peer pressures u ta' esperimentazzjoni u avventuri, din taffettwa wkoll persentaġġ mhux żgħir ta' nies li qabżu saħansitra t-30 sena.", "Naf ukoll li waqt it-trobbija taż-żgħażagħ, u hawn qed nirreferi b'mod partikolari għal dawk taħt is-16-il sena u bejn is-16-il sena u s-17-il sena, hemm erba' sfidi li qed jolqtu lis-soċjetà Maltija.", "Waħda minnhom hija l-abbuż tad-droga u hawnhekk ninkludi x-xorb għax għalkemm huwa xi ħaġa legali, għalija x-xorb huwa droga wkoll.", "Dan biex ma nsemmix is-sigaretti.", "Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi l-aktar ħsara li ssir fuq il-bniedem ġejja mis-sigaretti u x-xorb.", "Imma ħalli nkompli nitkellem fuq id-droga psikotropika.", "It-tieni sfida hija li ħafna żgħażagħ qegħdin jitilqu mill-iskola qabel ma jkollhom iċ-ċertifikati neċessarji u għalhekk qed ikollna l-ischool non-achievers.", "It-tielet sfida hija l-problema tas-sesswalità u s-sess.", "Ir-raba' sfida mbagħad hija l-problema tal-gender roles.", "Dawn huma l-akbar erba' sfidi li qiegħda tesperjenza s-soċjetà Maltija bħalissa fejn tidħol it-trobbija taż-żgħażagħ.", "F'dan id-dibattitu kien hawn min qal li għandna liġi li mill-aspett ta' droga hija frammentata u mifruxa mal-erbat irjieħ tal-liġijiet kollha u għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jkollna Att wieħed.", "Jien naqbel ma' dan imma aktar mil-liġi, ejjew nitfgħu ħarsitna fuq l-istrutturi li jimplimentaw dawn il-liġijiet biex is-saħħa tal-bniedem u s-saħħa pubblika jkunu mħarsa.", "Meta jiġu użati mhux kif suppost, dawn id-drogi psikotropiċi jaffettwaw is-saħħa u l-aspett soċjali mill-aspett komunitarju u anke mill-aspett ta' familja.", "Fil-fatt, naf familji sħaħ li tfarrku minħabba l-użu ħażin ta' din id-droga psikotropika.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li l-Eżekuttiv jibda jħares lejn l-istrutturi fil-qasam tad-droga mhux from an all-in government approach imma hemm bżonn li l-istrutturi kollha jingħaqdu taħt ministeru wieħed.", "Ma jistax jibqa' jkollna dan it-tifrik tas-servizzi.", "Hemm servizzi li jingħataw minn strutturi fil-qasam tas-saħħa u oħrajn fil-qasam tal-politika soċjali u jien naħseb li minflok għandu jkollna struttura waħda li tagħti servizz.", "Hemm bżonn ikollna wkoll aktar public social partnerships f'dan ir-rigward u mhux public private partnerships biss fis-saħħa pubblika.", "Hawnhekk nixtieq insellem lill-NGOs kif ukoll lil dawk li mhumiex NGOs bħal xi strutturi li għandha l-Knisja.", "Bħalissa qiegħed niftakar fil-Caritas.", "Apparti milli nagħmlu qafas legali wieħed hemm bżonn li nagħmlu wkoll qafas wieħed ta' kif il-pazjent u l-familja tiegħu jirċievu l-kura u s-servizzi meħtieġa biex jerġgħu jorjentaw ruħhom fis-soċjetà tagħna u biex jerġgħu jibdew jgħixu ħajja nobbli u dinjituża.", "Jien naħseb li wasal iż-żmien li nieħdu responsabbiltà politika fuq din.", "Responsabbiltajiet politiċi hemm ħafna x'nistgħu nieħdu, b'mod partikolari meta niġu biex inħarsu s-saħħa u d-dinjità tal-bniedem.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq nies vulnerabbli u hemm bżonn li jkollna l-qafas neċessarju biex dawn in-nies li jużaw mediċina psikotropika mhux kif suppost għax mhiijiex indikata b'mod professjonali għalihom, ma jispiċċaw qatt jitħalltu ma' pazjenti li għandhom diżordni mentali.", "Dawn m'għandhomx jingħataw il-kura fl-istess swali ta' dawk il-pazjenti għax huma totalment differenti u jirrikjedu kura totalment differenti u jirrikjedu wkoll stima u b'hekk, jerġgħu jiġu integrati fis-soċjetà bi clinical pathway li hija totalment differenti minn dik ta' pazjenti b'diżordni mentali.", "Rigward ir-responsabbiltà politka rrid ngħid li apparti mill-aspett ta' trattament u kura, dan il-Gvern jidher li għandu l-ħsieb li jagħmel legali l-użu tal-kannabis b'mod rikreattiv.", "Ejja nkunu iżjed kawteli!", "Ejja naraw ix-xenarju kif inhu.", "Ejja nanalizzaw is-sitwazzjoni.", "Jekk veru hemm l-għajta biex jiddaħħal l-użu rikreattiv tal-kannabis, dan iż-żmien huwa ż-żmien opportun li dan jidħol?", "Ejja nkunu responsabbli!", "Jekk huwa veru li l-Gvern għandu l-ħsieb li jillegalizza t-teħid tal-kannabis b'mod rikreattiv, ejja nagħmlu dan b'mod li l-qafas innifsu jissaħħaħ.", "Ejja nagħmluh aktar robust għax is-servizz li qegħdin nagħtu lil ħutna l-pazjenti li jbatu minħabba dan l-abbuż mhuwiex tajjeb u mhux qiegħed iqarribhom għal dak li aħna lkoll f'din il-Kamra nixtiequ.", "Irrid insemmi wkoll l-edukazzjoni li naħseb hija l-qofol f'dan kollu u allura rridu naħsbu dwarha.", "L-edukazzjoni m'għandhiex tkun biss fi ċkunitna waqt il-lezzjonijiet tal-Personal, Social and Career Development (PSCD), li suppost issa ġie strutturat ħafna aħjar fl-iskejjel sekondarji, imma aktar minn hekk, l-edukazzjoni trid tkun kontinwa u għandha wkoll tilħaq l-iskejjel post-sekondarji u l-Università biex iż-żgħażagħ ikunu infurmati sew b'dak li jkun qiegħed iseħħ.", "Sur President, għalkemm din il-liġi hija tajba, nappella biex inħarsu lejn l-istrutturi li jeżistu.", "Ejja nħabbtu l-bieb tal-Ministeru tas-Solidarjetà Soċjali u tal-Ministeru tas-Saħħa biex flimkien jaraw kif se jżewġu s-servizzi pubbliċi li jeżistu f'servizz wieħed integrat.", "Dan is-servizz għal dan il-grupp ta' pazjenti li huma tant vulnerabbli għandu jiġi integrat taħt ministeru wieħed ħalli jkollu kaptan wieħed u mhux żewġ kaptani.", "B'żewġ kaptani m'aħniex qegħdin immexxu dik is-sistema b'mod li dawn il-pazjenti jkollhom dak is-suċċess li aħna f'din il-Kamra nixtiequ, jiġifieri li jkun hemm kwalità tal-ħajja aħjar għal kull ċittadin Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sur President, aħna qed naqblu ma' din il-liġi li qed issir b'direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "M'iniex se nirrepeti u nerġa' ngħid x'inhu l-għan tagħha għax diġà spjegawh b'mod tajjeb il-kelliema ta' qabli.", "Li rrid ngħid huwa li dawn is-synthetic drugs, li jissejħu wkoll party drugs, leisure drugs jew designer drugs, huma komposti minn taħlita ta' kimiċi li huma prodotti mill-bniedem u mhux minn ingredjenti naturali.", "Huwa importanti li dan il-messaġġ jasal hemm barra.", "L-ingredjenti li jkun fihom dan it-tip ta' drogi jiġu mibdula kontinwament.", "Dan isir biex min jagħmilhom dejjem jipprova jkun kemm jista' jkun pass qabel il-liġi u b'hekk jevita li jiġu klassifikati fil-lista tad-drogi illeċiti u perikolużi, u allura illegali.", "Għalhekk min jagħmilhom jipprova dejjem ibiddel l-ingredjenti.", "Saħansitra kien hawn synthetic drugs, jew leisure drugs jew party drugs, li fihom sabu anke traċċi ta' velenu tal-ġrieden.", "Imbagħad dawn jinbiegħu lin-nies u jiġu kkonsmati.", "Malli l-leġiżlatur jinduna xi jkun fihom dawn id-designer drugs, ix-xjentisti bla ruħ li jagħmluhom ikunu pronti jbiddlu l-ingredjenti tagħhom biex skont il-liġijiet tal-pajjiżi ma jkunux klassifikati bħala illegali jew bħala drogi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem.", "Dan joffri sfidi legali għaliex kif tista' tressaq persuna l-qorti fuq pussess jew traffikar ta' droga meta dik id-droga ma tkunx reġistrata bħala illeċita f'pajjiżek?", "Dawn it-tip ta' drogi joffru wkoll sfidi lit-tim mediku meta dak li jkun ikkonsmahom jispiċċa l-Emerġenza għax ikollu bżonn il-kura, xi ħaġa li tiġri ta' spiss.", "Qed ngħid li joffru sfidi għaliex it-tim mediku lanqas ikun jaf ma' liema ingredjenti qiegħed iħabbat wiċċu.", "Kif qal l-Onor.", "Deo Debattista, diġà huwa diffiċli li inti tindirizza t-toxic effect tad-drogi li taf x'inhuma, aħseb u ara meta t-toxic effect ikun ġej minn drogi li lanqas taf x'inhuma l-ingredjenti tagħhom għax, kif għedt, l-ingredjenti f'dawn id-drogi jinbidlu kontinwament.", "Issa b'din il-liġi se nkunu qed nagħtu daqqa ta' ħarta kbira lit-traffikanti tad-drogi.", "Dawn id-drogi sintetiċi jinxtraw minn fuq l-internet u oħrajn jiddaħħlu f'pajjiżna mit-traffikanti tad-droga, kif jiddaħħlu wara kollox f'kull pajjiż ieħor.", "L-abbuż tad-droga hija problema kbira u qerrieda li llum ħakmet lid-dinja kollha u din il-liġi li qed ngħaddu hija mmirata li tagħti daqqa kbira lit-traffikanti tad-droga li jġibu din il-qerda f'pajjiżna.", "Dawn is-synthetic drugs jew designer drugs jistgħu jidħlu wkoll f'forma ta' plant food jew bath salts u saħansitra bħala kimika reklamata biex tnaddaf il-ġojjelli.", "Dawn ikollhom fuqhom 'Not for human consumption' u jsir hekk biex jevitaw ir-regoli tas-saħħa.", "Tajjeb nenfasizza hawnhekk li min qiegħed jabbuża minn din id-droga qiegħed jieħu droga li m'għaddietx mill-proċess rigoruż u metikoluż tar-regolamentazzjoni kif is-soltu jsir f'każ ta' mediċina biex tiġi ċċertifikata bħala sigura u legali.", "Dawn huma drogi qerrieda li ma ġewx ittestjati fuq il-bniedem, jiġifieri min qiegħed jabbuża minnhom, li sfortunatament mhumiex ftit, qed jabbuża minn droga li hu stess ma jafx x'effetti se tħalli fuq is-saħħa mentali u fiżika tiegħu.", "Ħalli nagħti eżempju; fl-Amerika biss, bejn l-2009 u l-2014, ġew identifikati madwar 300 designer drug ġdida, ħafna minnhom manifatturati fiċ-Ċina.", "Però din hija riċerka tal-2014 u allura llum, erba' snin wara, dan in-numru huwa akbar.", "L-Onor.", "Debattista mbagħad semma l-figura ta' 800 u jien inżid ngħid li mill-istess riċerka li għadni kif ikkwotajt irriżulta li fis-swieq Ewropej, f'dawn l-aħħar għaxar snin kien hawn aktar minn 650 synthetic drug ġdida u l-kelma proprja li użaw kienet \"flooded\"!", "Din hija statistika tal-2014.", "Illum mhux qed nitkellmu fuq 650 designer drugs imma min jaf kemm il-mijiet aktar daħlu fl-Ewropa, inkluż f'Malta.", "Numru mhux żgħir minn dawn it-tip ta' drogi qerrieda għadna s'issa ma nafux x'kimika fihom u allura għadna ma nafux eżatt x'effetti qerrieda jħallu fuq il-bniedem.", "Pereżempju, waħda mill-problemi hija s-synthetic marijuana li hija intiża biex tkun party drug jew leisure drug.", "Ħafna drabi din tintuża waqt il-parties jew waqt il-marċi tal-festi.", "Din mhi marijuana xejn imma hija taħlita ta' herbs u spices li jiġu sprayed b'kimika tossika li tistimula t-tetrahydrocannabinol (THC) li huwa l-ingredjent prinċipali fil-marijuana.", "Dan jixbah ħafna lill-cannabinoid, kimika naturali li tinstab f'ġisimna.", "Mela dawn is-synthetic drugs jipprovaw iqarrqu bil-moħħ tagħna billi jagħtuh kimika li tixbah lil din il-kimika naturali li tinstab f'ġisimna imma fir-realtà din tkun kimika tossika u differenti għalkollox.", "Din it-tip ta' marijuana sintetika mhija marijuana xejn, kif diġà għedt, u hija ferm aktar tossika u perikoluża għall-bniedem.", "Ta' min jgħid ukoll li d-drogi sintetiċi li qed jiġu prodotti bħall-iSpice, il-K2 u hemm lista sħiħa, uħud minnhom semmihom l-Onor.", "Debattista, huma b'mod falz immarkati bħala siguri, naturali u legali imma fil-verità la huma siguri, la huma naturali u wisq anqas legali!", "Fil-verità min qiegħed jabbuża minn dawn id-drogi sintetiċi qed jikkonsma droga perikoluża li la jaf x'fiha u wisq anqas x'effetti qerrieda tista' tħalli fuq is-saħħa tiegħu, kemm short-term kif ukoll long-term.", "Ma ninsewx li x-xjentisti li jipproduċu dawn id-designer drugs huma kriminali għax ma jimpurtahom xejn mill-qerda li qed jikkawżaw lil miljuni ta' persuni madwar id-dinja li jikkonsmawhom, ħafna minnhom żgħażagħ.", "Dawn jimpurtahom biss mill-bagatella flus li jkunu qed jagħmlu.", "Ta' min jgħid li din il-marijuana sintetika, li mhi marijuana xejn, għandha l-apparenza ta' ħaxix niexef u tinbiegħ fil-forma ta' inċens, jew bħala pot pourri, imbagħad tinbaram f'sigarett u tkun tista' tpejpu.", "Din tiġi fil-forma likwida wkoll li jista' jiġi evaporat u inhaled.", "Biex anke n-nies li jabbużaw minnhom ikunu jafu x'ihuma l-effetti ta' dawn id-drogi, importanti li jasal il-messaġġ permezz tal-midja dwar kemm huma tal-waħx u devastanti l-effetti ta' dawn id-drogi, kemm fuq il-moħħ kif ukoll fuq il-ġisem.", "Jien se nsemmi biss uħud mill-effetti short-term għax dawn id-drogi tant huma ġodda li għadna lanqas nafu biżżejjed dwar il-long-term effects fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Fost l-oħrajn hemm l-effett tal-unresponsiveness, tal-loss of consciousness u tal-konfużjoni mentali fejn wieħed jitlef is-sens tal-ħin u la jkun jaf jekk hux billejl jew binhar, u lanqas ikun jaf fejn qiegħed u x'ħin hu.", "Effetti oħra huma ansjetà qawwija, attakki qawwija ta' paniku u paranoja severa fejn dak li jkun jibda jaħseb li kulħadd kontrih, jew li se joqtluh, jew li hemm xi nies qed jiġru warajh meta fil-fatt dan ikun biss side effect ta' dawn id-drogi.", "L-effetti jinkludu wkoll dipressjoni u alluċinazzjonijiet, jiġifieri li tisma', tara jew timmaġina affarijiet li fir-realtà ma jeżistux.", "Inti tibda tisma' lħna jew tara affarijiet li inti tkun qed tarahom u tismagħhom ta' vera imma fir-realtà dawn ma jkunux jeżistu.", "Il-psikożi huwa mard mentali sever li jaqtgħek totalment mir-realtà ta' madwarek, ipoġġik f'riskju għoli ta' suwiċidju u jagħmlek aggressiv.", "Saħansitra kien hawn nies mhux kriminali, nies li jkollhom kondotta nadifa imma għax abbużaw minn dawn id-drogi, tant inbidlilhom il-karattru tagħhom li spiċċaw qatlu lil xi ħadd.", "Ovvjament l-omiċidju jkun irriżulta minn side effect tad-droga li jkunu ħadu.", "Immaġina persuna b'kondotta tajba tispiċċa tagħmel suwiċidju jew omiċidju għax tkun qed tabbuża minn dawn id-drogi.", "L-effetti fuq is-saħħa fiżika min-naħa l-oħra jinkludu vomiting u nausea li jistgħu jwasslu għal dehydration, excessive sweating, li wkoll iwassal għal dehydration, spasms li huma movimenti spażmatiċi tal-ġisem li ma jkollokx kontroll fuqhom, ħsara fil-kliewi u saħansitra kidney failure, pressjoni għolja, hypertension, nuqqas ta' demm lejn il-qalb, coronary ischemia, attakki tal-qalb, convulsion, aċċessjonijiet u anke puplesija.", "Min jieħu din id-droga ħafna drabi jeħodha għax jaħseb li se jħossu aħjar jew biex jaħrab minn problemi li jista' jkollu però, sfortunatament, din id-droga tispiċċa hija l-problema u dak li jkun, ikun qiegħed litteralment jilgħab russian roulette b'ħajtu; jagħmel revolver b'bullet waħda, jagħfas it-trigger u jittama li l-bullet ma tkunx fil-parti tal-barrel li jkun imiss.", "Ir-realtà hi li għand xi wħud tasal il-bullet.", "Qabel ma nagħlaq irrid nagħmel appell.", "Ara ma nagħtux l-impressjoni żbaljata li għalkemm qed nagħtu daqqa ta' ħarta lit-traffikanti tad-droga b'din il-liġi, se nsolvu l-problema tat-traffikar tad-droga.", "Din mhijiex se tissolva minkejja kull sforz u intenzjonijiet tajba mill-Gvern, mill-Oppożizzjoni u mill-Pulizija għaliex tant hemm flus involuti li se tibqa' ssib nies li jirriskjaw biex iġibu d-droga.", "Madanakollu nemmen li b'din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea li qed indaħħlu fis-seħħ bis-serjetà se nagħtu daqqa' ta' ħarta lit-traffikanti ta' dawn id-drogi sintetiċi.", "Sur President, nagħlaq b'testimonjanza ta' żagħżugħ Amerikan li abbuża bid-droga sintetika waqt party.", "Din ħadtha mill-fuljett onlajn pubblikat mill-Foundation for a Drug-Free World (FDFW) f'Los Angeles.", "Se nikkwota eżattament x'qal, però tradott għall-Malti:", "\"Meta ġejt f'sensija sibt ruħi l-isptar marbut bil-manetti mas-sodda tal-isptar.", "Kelli d-drip u ħafna apparat mediku ieħor imqabbad miegħi.", "Kien hemm numru ta' pulizija miegħi.", "Qaluli li kont f'qagħda kritika u kont fit-taqsima tal-kura intensiva.", "Meta staqsejt lill-pulizija għaliex kont manettjat mas-sodda l-pulizija li kien hemm miegħi ħallewli l-manetti u qaluli li tant kont aggressiv li meta nurse ġie biex jagħtini injezzjoni kont pront tajtu daqqa ta' ponn u middejtu mal-art.", "Kellhom jissejħu huma, il-pulizija, biex irażżnuni.", "Għedtilhom li minn dan kollu jien ma niftakar xejn.", "Wara ftit ġie mgħajjat il-Professur li kien qed jikkurani.", "Staqsieni jekk jien nemminx b'Alla.", "Jien weġibtu li kont ateu imma għedtlu wkoll li wara li s-synthetic drug li kont ħadt f'party bdiet taħdem fuqi bdejt inħoss nifsi maqtugħ u bdejt inbati ħafna biex nieħu n-nifs.", "Kont għarqan xraba u kelli uġigħ kbir insapportabbli f'sidri.", "Ħassejtni mwerwer għax ħassejtni se mmut u ma nafx kif dak il-ħin bdejt nitlob lil Alla li jien qatt ma emmint fih u tlabt lil Alla biex ikollu ħniena minni u jżommni ħaj.", "Il-Professur kien pront ħares lejja u weġibni u qalli: Ġuvnott jien mil-lat mediku m'għandix spjegazzjoni kif irnexxielek tibqa' ħaj.", "Aħjar tibda temmen f'Alla għax Alla sema' talbek u huwa b'miraklu li għadek ħaj.", "Alla żammek ħaj mhux jien.\"", "Naħseb quddiem din it-testimonjanza qawwija nħoss li kull kumment ieħor min-naħa tiegħi huwa żejjed.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Sur President, jien m'għandi l-ebda dubju li l-Gvern Laburista mhux se joqgħod lura milli jemenda liġijiet bl-iskop ewlieni li dawn ikunu konformi ma' dawk ta' pajjiżi oħra fl-Ewropa.", "Fil-fatt dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżempju minnhom għaliex qiegħed jittrasponi Direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament sħabi li tkellmu qabli diġà ddeskrivew fid-dettall ir-raġunijiet għaliex dan għandu jsir.", "Il-Partit Laburista kien minn ta' quddiem mhux biss biex iressaq liġijiet li jagħtu aktar drittijiet liċ-ċittadin fil-qasam tas-saħħa imma anke biex iċ-ċittadini u l-familji Maltin u Għawdxin jipprovdilhom l-aħjar servizz possibbli mingħajr ma jħallsu għalih.", "Il-qasam tas-saħħa huwa prova ċara ta' kemm dan il-Gvern jaħseb f'kulħadd, mill-kbir saż-żgħir.", "Hawnhekk ta' min ifakkar li kien Gvern Laburista li fis-snin sebgħin għamel l-iskema tas-saħħa b'xejn għal kulħadd meta l-mediċina ta' dak iż-żmien kienet ferm differenti minn dik tal-lum.", "Ilbieraħ kont qed nisma' lill-Ministru għas-Saħħa mhux biss isemmi l-kwestjoni tal-konkos ħażin li sar l-Isptar Mater Dei bih, imma anke ż-żieda fin-numru ta' MRIs li qed isiru.", "Fil-fatt, jekk ħames snin ilu kienu jsiru għaxra kuljum, illum isiru mija!", "U jekk bypasses għax snin ilu kien isir ċertu ammont, illum isiru aktar.", "L-istess l-angioplast, il-molol u dawn l-affarijiet.", "Illum il-mediċina hija waħda teknoloġika ħafna.", "Illum il-mediċina hija xi ħaġa li fiha ħafna speċjalitajiet differenti u fiha wkoll teamwork qawwi bejn il-kura primarja, il-kura sekondarja u dik terzjarja.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll il-liġi tal-IVF li ġiet approvata xi xhur ilu.", "Dawn l-emendi wasslu biex din is-sena tkun waħda speċjali għal numru ta' koppji għax se jkollhom ħolma li se ssir realtà billi issa se jkollhom dak li ma setgħux iġibu u li kienu jixtiequ jġibu imma ma kienx jirnexxielhom minħabba problemi fin-natura.", "Din kienet xi ħaġa sabiħa u xi ħaġa li għandha tkun apprezzata u mfaħħra minn kulħadd.", "Se tkun sena speċjali għalihom għaliex dawn min jaf kemm kienu ilhom jixtiequ t-tfal u ma jkollhomx.", "Fil-fatt, fil-ġranet li għaddew iltqajt ma' koppja li qaluli ċar u tond li l-Milied tagħhom kien wieħed speċjali għax issa qegħdin jistennew tarbija ġdida.", "Nisa li ma setgħux joħorġu tqal issa qed joħorġu tqal.", "Sur President, f'dawn l-aħħar ħames snin inħolqu wkoll diversi kliniċi speċjalizzati, fosthom it-Transgender Clinic, il-Fertility Clinic u l-Fibromyalgia Clinic.", "It-tabib tal-familja llum jista' jirreferi lil dak li jkun għal dawn il-kliniċi biex ikun jista' jieħu kura aktar speċjalizzata u ovvjament b'xejn.", "Il-qasam tas-saħħa huwa prijorità mhux biss bil-kliem kif kien għal ħaddieħor imma anke bil-fatti.", "Għal ħaddieħor ftit li xejn kien jimporta.", "Ftit kien jimporta jekk dawk intitolati għall-mediċini b'xejn ma kinux isibu dawk il-mediċini.", "Ftit kien jimpurtahom li dawn imorru fl-ispiżeriji jew fiċ-ċentri tas-saħħa u jgħidulhom li t-tali mediċina hija out of stock.", "Għal ħaddieħor la l-piżelli xi darba jew oħra jkunu out of stock, ma kien jimporta xejn li l-mediċini jkunu out of stock ukoll!", "Illum qajla tisma' b'mediċini out of stock.", "Forsi tisma' lment darba f'mitt qamar, u dan mhux għax il-mediċini jkunu out of stock imma għaliex ikun hemm xi problema ta' trasport bejn is-CPSU f'San Ġwann u l-ispiżeriji tal-għażla tiegħek.", "Il-Gvern Laburista jaħsibha mod ieħor u sa mill-ewwel ġurnata li ngħata r-responsabbiltà tat-tmexxija ta' dan il-pajjiż beda jaħseb biex il-problema ta' mediċini out of stock tiġi solvuta.", "Irnexxielu bħalma rnexxa f'ħafna affarijiet oħra, tant li llum il-mediċini out of stock huma xi ħaġa tal-imgħoddi!", "Illum aktar nitkellmu fuq affarijiet ġodda bħar-robotic surgery u n-nurse robot li tqassam il-mediċini biex neliminaw l-iżball uman u għaldaqstant ikun hemm aktar effiċjenza fil-qasam tal-mediċina u fil-kura medika, grazzi għal din l-intelliġenza artifiċjali.", "L-istess nista' ngħid għall-istennija għall-operazzjonijiet tal-kataretti.", "Fi żmien il-Gvern Nazzjonalista kont trid tistenna mal-erba' snin jekk mhux aktar.", "Naf b'każ ta' raġel anzjan li meta bagħtu għalih biex issirlu l-operazzjoni kien diġà ħalla din id-dinja, u dan ma kienx każ uniku.", "Dan il-każ seħħ xi tmienja jew disa' snin ilu.", "Illum mod ieħor.", "Illum tistenna madwar erba' xhur jew sitt xhur u anke inqas biex tagħmel l-operazzjoni tal-kataretti.", "Dan jgħodd ukoll għal operazzjonijiet oħra.", "Illum il-waiting time tal-operazzjonijiet naqas għalkemm xorta għadhom javviċinawna nies biex nissollevawlhom aktar din l-istennija.", "Fil-fatt, ġiet għandi persuna li għandha operazzjoni tliet ġimgħat oħra u staqsietni nistax ngħinha biex issirilha qabel għax tinsab muġugħa.", "Mela qabel wieħed kien jistenna sitt snin u issa tliet ġimgħat imma xorta hawn min qed jistaqsi biex nipprovaw nagħmlulhom l-operazzjonijiet aktar kmieni minn tliet ġimgħat.", "Kważi kważi sirna li fl-isptar tal-Gvern operazzjoni ssirlek qabel ma kieku tmur fi sptar privat.", "Prova oħra ta' kemm dan il-Gvern Laburista jaħseb f'kulħadd hija l-ftuħ ta' klinika speċjalizzata għal persuni transgender fl-Imtarfa f'Novembru li għadda.", "Fil-ftit ġimgħat li ilha miftuħa din il-klinika diġà għamlu użu mis-servizzi tagħha 30 persuna.", "Ma tridx tkun għaref wisq biex tkun taf li dawn il-persuni jeħtieġu kura speċjalizzata.", "Il-persuni transgender ikollhom bżonn ċerti trattament ormonali biex jirregolaw il-hormones tagħhom però biex tagħmlilhom b'xejn trattament ormonali l-ewwel trid tagħraf il-problema.", "Issa aħna diġà għamilna pass ta' ġgant billi ftaħna din il-klinika minn fejn qed jingħataw servizzi u terapija bla ħlas minn tim multidixxiplinarju, inkluż konsultazzjoni, pilloli tal-ormoni kif ukoll pariri minn psikologi.", "Issa l-pass li jmiss huwa li nkomplu naħdmu biex ċerti mediċini li jkollhom bżonn jiddaħħlu fl-iskeda tal-Kartuna s-Safra u jibdew jingħataw b'xejn.", "Huwa fatt magħruf li meta persuni transgender jieħdu l-kura medika ta' spiss jiltaqgħu ma' diskriminazzjoni jew injoranza.", "Għalhekk huwa importanti li dawn in-nies isibu lil min jagħtihom l-appoġġ u s-solidarjetà li jeħtieġu, anke billi jiżdied it-taħriġ għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u dawk li jistgħu jagħtuhom l-għajnuna li jkollhom bżonn.", "Jien konvint li l-ftuħ ta' din il-klinika huwa biss il-bidu f'dan il-qasam.", "Konvint li l-Gvern Laburista se jkompli jsaħħaħ dan il-qasam b'aktar investiment u b'aktar servizzi.", "Fil-qasam tas-saħħa inġenerali l-Gvern jaħseb mhux biss fil-pazjenti imma anke fil-qraba tagħhom.", "Pass għaqli, u bla dubju apprezzat, kienu l-faċilitajiet li qed jiġu offruti lill-qraba tal-pazjenti li jkunu qegħdin jingħataw il-kura fl-ITU.", "Ħafna drabi dawn iqattgħu sigħat sħaħ viċin il-pazjenti u kienu jispiċċaw jongħosu fuq xi siġġu għax lanqas kellhom imkien fejn jistgħu jserrħu ftit rashom.", "Grazzi għall-faċilitajiet ipprovduti però, illum dawn il-qraba għandhom fejn jistrieħu waqt li jkunu qed ifittxu li jqattgħu kemm jista' jkun ħin ħdejn il-pazjent.", "Forsi dan huwa pass żgħir, imma żgur li huwa pass ġgantesk għal dawn in-nies.", "Sur President, m'hemmx dubju li l-għan tal-Gvern Laburista huwa li pajjiżna joffri servizzi tas-saħħa eċċellenti li jkunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Ovvjament irridu nimxu pass wara pass, imma l-passi li mexjin bihom huma passi ġganteski u passi mgħaġġlin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, m'iniex se nkun tekniku bħalma kienu t-tobba li tkellmu qabli iżda se nkun politiku.", "Qabelxejn, però, irrid nirringrazzja lill-Unjoni Ewropea li waslet għal din id-Direttiva li turi li fil-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea, bħal f'Malta, hemm problema ta' drogi u hemm supply ta' sustanzi differenti li jintużaw għal finijiet ta' rikreazzjoni, liema sustanzi jħallu effetti koroh u anke jwasslu għal imwiet.", "Il-kriminalità organizzata kontinwament tara kif tkun innovattiva ħalli tpoġġi fis-suq sustanzi li ma jkunux meqjusa bħala illegali u allura min jinqabad bihom ma jkunux jistgħu jittieħdu passi kontrih.", "Dan għaliex, kif qal tajjeb ilbieraħ il-Ministru Michael Farrugia, li huwa responsabbli mill-Pulizija, biex il-Pulizija ttella' n-nies il-qorti, kemm jekk kienu qegħdin jinnegozjaw kif ukoll jekk kienu qegħdin jissupplixxu, is-sustanza trid tkun inkluża fil-lista li hemm fil-liġi ta' sustanzi li huma meqjusa bħala perikolużi għall-ħajja u allura huma illegali.", "Permezz ta' din id-Direttiva se jkun hawn armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea sabiex il-korpi tal-pulizija tal-istati kollha jkollhom leġiżlazzjoni komuni u uniformi.", "L-Unjoni Ewropea ma baqgħetx indifferenti għall-problema tad-droga u waslet għal din id-Direttiva li kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni qed jaqblu magħha u żgur li lkoll naqblu li nkunu qegħdin niddefendu l-ħajja meta nivvutaw favur tagħha.", "Fil-fatt kulħadd qal kemm hija importanti din il-leġiżlazzjoni, però ħalli npoġġi idi mill-ewwel fuq il-ferita u ma noqgħodx indur mal-lewża.", "Il-Membri kollha, inkluż il-Membri tal-Gvern, stqarrew li d-droga hija perikoluża u li d-droga toqtol.", "Kollha kemm huma għamlu argumenti b'saħħithom u wrew kemm għandhom għarfien wiesa' ta' kemm is-suq huwa b'saħħtu.", "Fil-fatt ilbieraħ il-Ministru Michael Farrugia qal li s-suq tad-droga, skont hu, jitla' għal għexieren ta' miljuni ta' ewro.", "Qal ukoll kemm id-Drug Squad issibha diffiċli biex taqbad lil min ikun qiegħed jittraffika.", "Għaldaqstant nixtieq nirringrazzja lill-Pulizija, lid-Dwana, lid-Drug Squad u lil numru ta' NGOs, fosthom il-Caritas, li jaħdmu kontra l-kultura tad-droga.", "Madanakollu huwa inutli li jkollna dan l-għarfien b'saħħtu fil-Parlament u mbagħad fuq is-sit tal-Lovin Malta niskopru li l-Gvern qiegħed iħejji biex iressaq liġi ħalli jillegalizza l-kannabis għall-użu rikreattiv!", "L-argumenti li ntqalu llum min-naħa tal-Membri Parlamentari tal-Gvern kważi kważi huma self-defeating.", "Ma tistax minn naħa tgħidli kemm hija perikoluża d-droga jew kemm toqtol, jew tkun Segretarju Parlamentari min-naħa tal-Gvern li tagħmel lecture fuq is-sustanzi perikolużi u turi kemm għandek għarfien importanti ta' kemm hija perikoluża d-droga, jew tkun il-Ministru responsabbli mill-Pulizija li turi kemm inti sensittiv għall-ġlieda kontra d-droga, u mbagħad il-poplu Malti jaqra fuq il-Lovin Malta li għandna min qiegħed jinsisti mal-Gvern biex jillegalizza l-kannabis għall-użu rikreattiv u l-Gvern din jeħodha inkonsiderazzjoni fir-regħba għall-voti u għal popoliżmu mill-aktar fqir għax jaf li hawn żgħażagħ li togħġobhom id-droga!", "Mela f'dan id-dibattitu qisna l-missier responsabbli li jieħu ħsieb uliedu u jgħid li d-droga hija ħażina, imbagħad meta niġu għad-dibattitu biex nilleġiżlaw id-droga għall-użu rikreattiv ma nibqgħux dan il-missier li qiegħed jinstema' jitkellem illum!", "Imbagħad inbiddlu l-maskra minħabba r-regħba għall-voti taż-żgħażagħ li jmorru parties fejn ikun hemm id-droga għall-bejgħ!", "X'kontradizzjoni, Sur President!", "Jien naqbel mad-diskors li qiegħed jingħad illum u nifraħ lil kull Deputat min-naħa tal-Gvern għal kif tkellem fuq kemm id-droga hija ħażina u x'impenn għandu l-Gvern fil-ġlieda kontra d-droga.", "Imma hija kontradizzjoni li bħalissa l-Gvern qiegħed jipprepara biex jillegalizza droga rikreazzjonali.", "Se jilleġiżla biex jogħġob lin-nies!", "Mela min-naħa ngħidu li aħna Gvern responsabbli u qegħdin nilleġiżlaw biex ikollna leġiżlazzjoni b'saħħitha kontra l-kriminalità organizzata li qed tmexxi d-droga u biex ninżlu b'forza qawwija fuq min qiegħed jissupplixxi d-droga liż-żgħażagħ tagħna però fl-istess ħin fl-istrutturi tal-Gvern qed tinħema leġiżlazzjoni li tillegalizza d-droga għall-użu rikreattiv!", "Sur President, fil-festi l-bejjiegħa tal-qubbajt jagħtuk sample żgħir biex inti dduqu ħalli mbagħad minn biċċa żgħira tixtri l-biċċa l-kbira.", "U meta tmur xi mkien u jkun hemm xi ħadd idewqek ftit inbid f'tazza żgħira, dan jagħmel hekk biex inti mbagħad tixtri l-flixkun.", "Ladarba ż-żagħżugħ jibda jduq id-droga u togħġbu, dan jidħol fil-mentalità tal-użu tad-droga għall-użu rikreattiv u eventwalment jispiċċa maqbud fis-sisema.", "Xħin tiġi addicted għall-qubbajt imbagħad ma tkunx trid aktar il-biċċa ż-żgħira tal-qubbajt imma tkun trid il-biċċa l-kbira.", "U dak li se nkunu qegħdin nagħmlu jekk nillegalizzaw id-droga għall-użu rikreattiv.", "Id-diskors kollu ta' dan id-dibattitu, fejn urejna kemm aħna konxji li d-droga toqtol, se narmuh u nġibuh fix-xejn.", "Skont il-Ministru Michael Farrugia li huwa responsabbli mill-Pulizija, is-suq tad-droga f'Malta jlaħħaq l-għexieren tal-miljuni ta' ewro u bil-legalizzazzjoni tad-droga għall-użu rikreattiv se nkunu qegħdin inpaxxu lil dan is-suq tal-kriminalità organizzata.", "Bl-iskużi kollha qaddisa mis-sema 'l isfel liż-żgħażagħ tagħna se noffrulhom l-opportunità li jieħdu d-droga b'mod rikreattiv, u dan meta aħna l-politiċi responsabbli mill-ħajja!", "X'responsabbli mill-ħajja!", "Aħna jimpuratana biss li nkunu fil-gvern!", "Aħna jimpurtana biss li nirbħu l-voti u mela responsabbli mill-ħajja!", "Aħna politiċi tad-doppia faccia llum nitkellmu kemm aħna responsabbli mill-ħajja u għada ngħaddu liġi biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jibdew iduqu d-droga għall-użu rikreattiv.", "Bħallikieku s-sustanza li qed nirreferu għaliha f'din il-liġi llum mhux ukoll għall-użu rikreattiv!", "Araw il-politiku kemm jista jaqa' fil-baxx u kemm ma jistax jaqa' f'aktar ħmieġ minħabba r-regħba għall-poter akkost ta' kollox.", "Tant jaqa' fil-baxx li l-ħajja tal-bniedem iġibha tapit li jgħaddi minn fuqu, l-importanti li jitla' fuq dak is-siġġu biex wieħed jissejjaħ prim ministru, l-ieħor jissejjaħ ministru u l-ieħor jissejjaħ segretarju parlamentari!", "L-importanti li nkunu fil-gvern għax fil-gvern hemm il-pappa.", "Din it-tentazzjoni tista' tkun fuq in-naħa tal-membri tal-Oppożizzjoni wkoll, biex ma neskludix li jkun hawn nies min-naħa tal-Oppożizzjoni li biex jirbħu l-gvern ukoll jaqgħu fin-nassa ta' din ir-regħba.", "Din ir-regħba tal-politiċi hija droga wkoll għax tant wieħed ikun irid jasal fejn jixtieq jasal, li jipprova joffri liż-żgħażagħ tiegħu anke l-mewt!", "Din hija r-realtà.", "Qegħdin fis-sitwazzjoni li kif qrajna llum fl-artiklu tal-Lovin Malta, għandna min qed jipprova jasal ħalli jdewwaq is-sabiħ ta' dak li mbagħad il-Gvern jipprova jgħaddi b'liġi.", "Dan huwa Gvern intelliġenti.", "Din bħal tal-abort; il-Gvern jgħidlek li ma jridx joqtol liż-żgħażagħ tagħna bid-droga u mbagħad iġib l-argument li jidher li hawn il-ħtieġa tagħha għax hawn sustanzi mhux nodfa u jekk liż-żgħażagħ tagħna nagħtuhom sustanzi nodfa, inkunu qegħdin nieħdu ħsiebhom!", "Ir-realtà hi li liż-żgħażagħ inkunu qegħdin noqtluhom xorta waħda.", "Sur President, jien se nivvota favur il-liġi tal-lum għax hija fit-triq il-ġusta u rridu nneħħu mit-toroq tagħna kull sustanza li toqtol.", "Ejjew ikollna miktub x'inhuma dawn is-sustanzi illegali sabiex iż-żgħażagħ tagħna ma jiġux offruti dawk is-sustanzi u jekk jiġu offruti aħna nkunu nistgħu nipproċedu bil-qorti.", "Hawnhekk irrid niġbed l-attenzjoni għal artiklu li deher fil-ġurnal Times of Malta nhar l-Erbgħa, 2 ta' Jannar 2019, miktub mill-ġurnalist Ivan Martin bit-titolu 'Boom in cocaine use in Malta'.", "Jien qed nitlob lil xi ħadd f'dan il-pajjiż jinkwieta.", "Aħna nafu fejn ikunu ż-żgħażagħ tagħna u nafu fejn ikun hemm il-bejgħ tad-droga.", "Ejjew ma nkunux kuntenti bil-ftit li qegħdin nagħmlu.", "Ejjew il-ftit ma narawhx ħafna.", "Il-Ministru lbieraħ qal li s-suq tad-droga jlaħħaq l-għexieren tal-miljuni ta' ewro.", "Sur President, mas-suq tad-droga jmur is-suq tal-prostituzzjoni, is-suq tal-użura, is-suq tal-ħasil tal-flus u s-suq tat-traffikar tan-nies.", "Mela ejja jkollna kultura f'dan il-Parlament li aħna jimpurtana mill-valur tal-ħajja.", "Ejjew ma nibqgħux niddisprezzaw il-valur tal-ħajja tal-bniedem.", "Ejjew ngħollu l-valur tal-ħajja u mhux inħarbtuh quddiem ir-regħba tal-politika tagħna bħalma ħarbatna l-ambjent.", "Ejjew mhux illum nitkellmu mod u għada nkunu lesti biex nitkellmu mod ieħor.", "Fil-ġurnal Times of Malta tat-Tlieta, 6 ta' Novembru, 2018, deher artiklu ieħor, din id-darba miktub minn Jacob Borg, fejn intqal hekk:", "Dan ifisser li n-negozju illeċitu f'pajjiżna jammonta għal 1.4% tal-GDP filwaqt li bil-mafja kollha li għandhom pajjiżi oħra hemmhekk in-negozju illeċitu jammonta għal 0.9% tal-GDP.", "Aħna qegħdin ngħaddu lil kull pajjiż ieħor fil-ħażen, fil-kriminalità organizzata.", "Jien ngħid le għal-laissez-faire ta' dan il-Gvern quddiem il-mafja li għandna f'pajjiżna.", "Dan il-Gvern m'għandux jiġi hawnhekk jirreċta u jgħid li qiegħed jiġġieled id-droga meta għada pitgħada jrid iqassam iċ-ċejċa liż-żgħażagħ tagħna biex jirbaħ il-vot billi jilleġiżla favur il-mewt.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "Fis-7.03 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLIFTON GRIMA: Sur President, dan huwa l-ewwel Aġġornament li qed nieħu minn mindu bdejna r-rutina li l-Parlament jibda dejjem fl-4.00 p.m. Forsi dan huwa dettall żgħir però jindika l-fatt li pajjiżna b'mod gradwali qiegħed dejjem jevolvi u jinbidel.", "Jien inħossni obbligat li nitkellem dwar il-ħidma importanti li qed issir f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur edukattiv ta' pajjiżna u ġaladarba qiegħed nitkellem b'mod pubbliku, kif diġà kelli l-okkażjoni nagħmel għal darba, tnejn, tlieta u kif ma niddejjaq qatt nagħmel, nixtieq insellem lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor jagħtu kontribut, żgħir kemm hu żgħir.", "L-edukaturi jaqdu rwol u funzjoni importanti ħafna f'pajjiżna u tista' tgħid jibnu l-pedamenti tas-soċjetà tagħna.", "Dan għaliex l-edukaturi jqattgħu sigħat twal ma' uliedna u allura għandhom rwol importanti u ċentrali fl-iżvilupp tagħhom u jkun inutili li noqogħdu nagħmlu ħafna dokumenti jekk wieħed ma jagħrafx kemm huwa importanti r-rwol tal-edukatur fl-edukazzjoni ta' uliedna.", "Irrid ngħid li f'pajjiżna tassew ixxurtjati li għandna Ministru li mhux biss jaħdem għall-ġid tal-edukazzjoni, iżda jħossha bħala vokazzjoni tiegħu li jrawwem sens li l-edukazzjoni tiġi dejjem l-ewwel u qabel kollox.", "Ilbieraħ kelli x-xorti nkun mal-Ministru Evarist Bartolo u anke mal-Ministru Ian Borg biex inniedu l-iskema Bus 20+, skema li forsi ma ngħatatx l-attenzjoni mistħoqqa.", "Forsi mal-ewwel daqqa t'għajn jaf tidher li din hija xi ħaġa żgħira però jien ċert li din se tkun inizjattiva li tista' tgħid se tolqot lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Qed ngħid hekk minħabba l-fatt li issa ż-żgħażagħ li għandhom bejn 14-il sena u 20 sena se jkunu jistgħu jużaw it-trasport pubbliku bla ħlas.", "Dan ifisser li dawn iż-żgħażagħ se jkollhom opportunità akbar biex jużaw it-trasport pubbliku u eventwalment dan għandu jissarraf f'inqas karozzi fit-toroq tagħna kif ukoll inqas problemi marbutin mal-istess karozzi fit-toroq, fosthom it-tniġġis, il-problemi ta' parkeġġ u t-traffiku li jkun hemm fil-peak hours.", "Mhux hekk biss, ilbieraħ ħabbarna li anke l-istudenti li jistudjaw fuq bażi full-time se jikkwalifikaw biex jużaw it-trasport pubbliku bla ħlas.", "Naħseb li din hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha.", "Għaldaqstant nirringrazzja minn qalbi lil dawk kollha involuti.", "Bil-mod il-mod, b'pass gradwali iżda li ma jieqaf qatt u dejjem isir fil-mument opportun, qed nibdlu l-mentalità f'pajjiżna li kulħadd irid juża l-karozza privata u jekk jista' jkun jipparkja wara l-bieb eżatti fejn irid imur!", "B'din l-iskema qed inħajru lil dak li jkun juża t-trasport pubbliku bil-benefiċċji kollha li dan iġib miegħu.", "Semmejt iż-żgħażagħ li għandhom bejn l-14-il sena u l-20 sena kif ukoll l-istudenti full-time.", "Tajjeb ngħid li numru kbir minn dawn il-persuni li se jibbenefikaw għadhom studenti u allura b'mod fattwali qegħdin nagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom għax qegħdin jiffrankaw l-ispejjeż marbutin mat-trasport f'età fejn minħabba l-istudju, id-dħul tagħhom ikun limitat.", "B'dan il-mod qed nevitaw ukoll li jkunu ta' piż fuq il-familjari tagħhom.", "Sur President, bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti u naħseb li dan l-eżerċizzju jkompli jikkonferma kemm aħna Gvern tal-fatti u tal-kliem biss.", "Aħna Gvern li bil-fatti naraw li nagħmlu differenza fil-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Ġaladarba qiegħed nitkellem dwar din l-iskema marbuta mat-trasport li jużaw iż-żgħażagħ u l-istudenti tagħna, ma nistax ma nsemmix il-fatt li f'Settembru li għadda f'pajjiżna introduċejna t-trasport b'xejn għall-istudenti kollha li skont il-liġijiet ta' pajjiżna jridu jattendu istituzzjoni edukattiva jew oħra.", "Nixtieq inwassal messaġġ anke billi ngħaddi figuri li juru l-importanza ta' din l-inizjattiva.", "Meta wieħed jitkellem dwar din is-sistema tat-trasport, wieħed irid iħares lejn l-istudenti tal-iskejjel tal-istat, lejn l-istudenti tal-iskejjel indipendenti u lejn l-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Knisja; in-numri mhumiex żgħar.", "Biżżejjed ngħid li l-ammont ta' studenti li jattendu l-iskejjel tal-istat u li qegħdin jibbenefikaw mit-trasport provdut huwa ta' 14,500 student.", "Fil-każ tal-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u indipendenti, dawn jammontaw għal total ta' 13,500 student.", "Mela b'kollox għandna 28,000 student li qegħdin jibbenefikaw minn din l-iskema.", "Dan ifisser li għandna eluf ta' familji li qegħdin jiffrankaw mijiet ta' ewro f'miżati marbutin mat-trasport.", "Ifisser ukoll li b'mod dirett il-Gvern qed jara li dawn il-familji jibqgħalhom aktar flus fil-but u allura b'mod naturali jkunu jistgħu jużaw dawn il-flus biex itejbu l-livell tal-għajxien tagħhom.", "Din hija operazzjoni massiva.", "In-numri qegħdin hemmhekk, iswed fuq l-abjad, u kif jgħid il-Malti, in-numri ma jmerihom ħadd.", "Allura biex insemmi ftit numri nista' ngħid li l-operaturi tat-trasport li għandhom kuntratt biex jieħdu ħsieb it-trasport tal-iskejjel tal-istat huma tmienja, sitta bbażati f'Malta u tnejn ibbażati f'Għawdex, filwaqt li l-operaturi li għandhom kuntratti biex jieħdu ħsieb l-iskejjel li mhumiex tal-istat jammontaw għal 169 f'Malta u disa' oħra f'Għawdex.", "Mela wieħed jista' jimmaġina x-xogħol kbir ta' kordinament li jsir biex nassiguraw li dan is-servizz ikun wieħed ta' suċċess.", "Dawn l-operaturi kollha jwasslu lil dawn it-28,000 student lejn l-iskejjel tagħna permezz ta' aktar minn 1,100 vettura u dan kollu huwa ta' benefiċċju għall-istudenti u għall-familji tagħna għax aħna verament jimpurtana mill-familji tagħna.", "Sur President, aħna perfetti?", "Le, m'aħniex perfetti.", "Għandna nuqqasijiet?", "Iva, mela m'għandniex nuqqasijiet!", "Fil-fatt, f'dan l-istadju għandna madwar 275 student li jattendu skejjel mhux tal-istat li għadhom mingħajr dan is-servizz.", "Għalkemm huwa ħafna iżgħar minn dak li kien fix-xhur li għaddew, dan in-numru jibqa' hemmhekk u sakemm ikun hemm student wieħed li m'għandux dan l-arranġament tat-trasport, aħna rridu nkomplu naħdmu biex nassiguraw li naslu fejn għandna naslu.", "Irrid ukoll nagħmel referenza għat-twaqqif tal-one-stop shop fil-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "Din il-ġimgħa kelli x-xorti li flimkien mal-Ministru u mas-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, inniedu dan il-one-stop shop li jinkorpora fih aktar minn 50 servizz differenti.", "Hawnhekk għal darb'oħra l-Gvern qiegħed ikun sensittiv billi jassigura li nevitaw skariġġ liċ-ċittadini tagħna meta jiġu biex jagħmlu mistoqsija jew jagħmlu użu minn servizzi pubbliċi.", "Illum il-ġurnata kulħadd jaf li s-servizzi fis-settur pubbliku żdiedu b'rata enormi u dan huwa sintomu tas-suċċess u tal-espansjoni li qed jikseb pajjiżna.", "Għaldaqstant dan il-one-stop shop jinkorpora fih numru ta' servizzi marbutin mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, liema servizzi huma mmirati lejn is-settur tat-tagħlim bħal, pereżempju, l-Iskolasajf u l-Erasmus.", "F'dan il-post jiġu megħjuna individwi b'mod dirett biex jibbenefikaw minn xi servizz jew inkella biex jiksbu informazzjoni.", "Sur President, dawn huma biss ftit mill-inizjattivi li jittieħdu fil-Ministeru li permezz tagħhom nassiguraw li s-servizz liċ-ċittadin ikun l-aqwa servizz possibbli.", "Kieku kelli nagħmel lista tal-inizjattivi marbutin mal-Ministeru għall-Edukazzjoni nassigurak li dan l-aġġornament ma jservinix u nkun irrid numru ta' seduti biex inkopri s-servizzi kollha!", "Dan qed ngħidu mhux biex niftaħar iżda biex wieħed jagħraf in-numru kbir ta' servizzi li qegħdin jingħataw u b'mod għaqli u konsistenti jkompli jibni fuq it-tajjeb li diġà hemm.", "Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm ukoll iż-żieda ta' €100 lill-istudenti li jieħdu l-istipendju.", "Dan ifisser li dan il-Gvern li kien jiġi attakkat li b'xi mod jew ieħor se jneħħi l-istipendji, mhux talli żamm l-istipendji, u mhux talli sena wara l-oħra żidhom l-istipendji, talli issa qegħdin nagħtu injezzjoni diretta fil-kontijiet tal-istudenti tagħna, u dan għal darb'oħra għall-benefiċċju tal-istess studenti.", "Sur President, huwa importanti li min jaħdem f'dan is-settur iżomm f'moħħu li dan huwa settur essenzjali għall-pajjiż.", "Dan huwa settur li taħdem fih għax għandek il-vokazzjoni li tara li t-tfal tagħna jiżviluppaw b'mod sħiħ biex flimkien inħejju lil pajjiżna għall-futur, futur li persważ li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se nkomplu nikkonfermaw li se jkun wieħed pożittiv.", "Dan għax it-tfal tagħna llum huma l-aqwa tama għall-futur mill-aqwa għal pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Sur President, kieku xi ħadd jgħidli biex niddeskrivi lil dan il-Gvern f'kelma waħda t-tweġiba tiegħi tkun: Kuraġġjuż.", "Dan huwa Gvern kuraġġjuż għaliex jiddeċiedi u ma joqgħodx ikaxkar saqajh bħalma għamlu l-Gvernijiet Nazzjonalisti għal 25 sena sħaħ.", "Fi żmien il-Gvernijiet Nazzjonalisti kien hawn ħafna tkaxkir tas-saqajn li wassal biex l-ekonomija ġġammjat.", "Bid-deċiżjonijiet għaqlin li għamel dan il-Gvern però l-ekonomija ffjorixxiet u minħabba li ffjorixxiet, ovvjament ibbenefikaw setturi oħra, inkluż is-setturi tal-edukazzjoni, tal-infrastruttura, tas-servizzi soċjali u ħafna setturi oħra li jgawdi minnhom il-poplu Malti.", "F'dan il-Parlament approvajna wkoll diversi liġijiet li sa ftit tas-snin ilu lanqas biss konna noħolmu li għad jiddaħħlu f'pajjiżna, fosthom il-liġijiet li jolqtu lill-persuni LGBTI u l-liġi tal-IVF.", "Dan apparti mix-xogħol li għamilna mil-lat ta' Eżekuttiv, Ministri u Segretarju Parlamentari kif ukoll ix-xogħol siewi li għamilna fil-Parlament sabiex daħħalna liġijiet ġodda li bihom biddilna x-xenarju li kellna f'Malta u Għawdex għal ħafna nies.", "Dan speċjalment fid-drittijiet tal-minoranzi.", "Huwa Gvern kuraġġjuż ukoll għax jidħol għal proġetti kbar.", "Huwa kuraġġjuż mhux biss mil-lat ta' xogħlijiet li jkun irid jagħmel imma anke għaliex dawn jiswew miljuni kbar ta' ewro.", "Ovvjament il-Gvern għandu minn fejn jiffinanzjahom għaliex għandu surplus - għax aħna rnexxielna nneħħu d-dejn li kien jagħmel kull sena l-pajjiż.", "Dan id-dejn qabel kien qed ixekkel l-ekonomija għax il-gvern ma kienx qed ikollu flus biex jonfoq kuntrarju għal-lum.", "Fil-leġiżlatura preċedenti dan il-Gvern kellu l-kuraġġ jidħol għall-proġett tal-Kappara, bdieh u lestih, u bħalissa jinsab għaddej ġmielu wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali li qatt saru f'pajjiżna, liema proġett jinkludi seba' flyovers.", "Din mhux ċajta, Sur President.", "Qed nirreferi għall-proġett tal-Marsa u l-inħawi tal-madwar.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nifraħ lill-aġenzija Infrastruttura Malta li waqqaf dan il-Gvern għall-mod organizzat li bih qiegħda tmexxi x-xogħol sabiex toħloq l-inqas inkonvenjent lin-nies.", "Jien ġejt hawnhekk minn dawk in-naħat u ma weħiltx fit-traffiku.", "Biex inkun preċiż, weħilt darba, minħabba li qalbu t-traffic lights, imma kienet darba biss.", "Il-kumplament ma sibtx problemi biex naqsam min-naħa ta' Isfel ta' Malta għall-Belt Valletta.", "Aħna konna qegħdin nibżgħu li għal ħafna xhur, jekk mhux għal snin, konna se ndumu ħinijiet twal imwaħħlin fit-traffiku imma dan ma kienx il-każ.", "Ovvjament mhux qed ngħid li jekk wieħed se jbiddel xi ħaġa kbira ta' infrastruttura mhux se jkun hemm inkonvenjent, imma paragun mal-kobor ta' dan il-proġett l-inkonvenjent jidher li huwa aċċettabbli, speċjalment meta wieħed iqis li permezz ta' dan il-proġett se jkollna l-benefiċċju importanti li tissolva l-problema tat-traffiku fin-naħa ta' Isfel ta' Malta.", "Qegħdin isiru wkoll proġetti ta' twessigħ ta' toroq.", "In-Nazzjonalisti jgħidu li billi twessa' t-toroq mhux se ssolvi l-problema tat-traffiku.", "Dan mhu minnu xejn għaliex jekk twessa' triq tkun tista tagħmel it-tidal lanes li huma famużi madwar id-dinja kollha u li jiġu aġġustati skont minn fejn ikun ġej l-aktar it-traffiku.", "Din hija prova ċara li aktar ma tagħmel it-toroq b'saħħithom u ta' kwalità tajba, u aktar ma jkunu wesgħin, aktar issolvi l-problema tat-traffiku.", "Irrid infakkar ukoll li wegħda ewlenija fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista tal-aħħar elezzjoni ġenerali kienet li fi żmien seba' snin it-toroq kollha ta' pajjiżna se jinbidlu u jingħataw surface aċċettabbli.", "Minħabba l-professjoni tiegħi kif ukoll minħabba l-impenn politiku, jien inżur diversi lokalitajiet, fosthom iż-Żejtun u l-Fgura.", "Meta kont ngħaddi mit-Triq taċ-Ċawsli kont irrid noqgħod inserrep 'l hemm u 'l hawn biex nevita l-ħofor kbar li kien hemm.", "Illum din it-triq qiegħda terġa' tinbena mill-ġdid u nofsha lesta.", "Jien diġà għaddejt minnha u nista' ngħid li ġiet verament lixxa u sabiħa.", "Din kienet triq li bażikament kienet mibnija fuq il-ħamrija.", "Wieħed irid jara li meta jibni triq jagħmilha sew.", "Huwa veru li ddum aktar u tonfoq aktar imma trid tneħħi l-ħamrija kollha, tagħmel is-servizzi fil-ġnub, tagħmel il-bicycle lanes u trid taħseb f'kulħadd fejn jidħlu proġetti ta' infrastruttura.", "L-infrastruttura mhijiex biss it-toroq u wieħed ma jistax ma jsemmix, pereżempju, l-investiment kbir li qed isir fil-qasam tal-housing soċjali.", "Il-Gvern bħalissa qiegħed jaħdem fuq żewġ proġetti kbar ta' bini ta' units ġodda għall-familji fil-bżonn.", "B'kollox se jinbnew madwar 1,000 unit tal-Gvern.", "L-ewwel proġett huwa l-bini ta' aktar minn 600 appartament bl-għajnuna tal-Bank tal-Investiment Ewropew u l-Bank tal-Iżvilupp fil-Kunsill Ewropew.", "Dan il-proġett huwa mqassam fuq 16-il sit madwar Malta.", "Informat li f'numru sostanzjali ta' siti diġà tlesta x-xogħol ta' skavar u bħalissa għaddej ix-xogħol ta' tendering għall-bini ta' dawn l-appartamenti biex ovvjament tissolva l-problema tal-housing.", "Il-White Paper li qed issir bi preparazzjoni għal-liġi tal-kera hija pass ieħor importanti.", "Proġett ieħor b'investiment ta' €50 miljun, liema finanzjament ġej mill-Fond Konsolidat tal-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment, jikkonsisti fil-bini ta' 500 appartament ieħor.", "Dawn l-appartamenti se jkunu mibnija skont il-bżonn tas-suq u se jkunu mgħammra b'sistemi energy saving biex jikkumplimentaw il-politika ambjentali tal-Gvern.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li l-Baġit ta' din is-sena huwa konferma oħra ta' kemm is-settur tal-housing soċjali huwa prijorità għal dan il-Gvern hekk kif il-Gvern alloka €13.5 miljun għalih.", "Dan ifisser żieda ta' €4.4 miljun fuq il-baġit tas-sena ta' qabel.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.29 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – ESPROPRJAZZJONI TAL-ARTIJIET PRIVATA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviżi li l-Awtorità tal-Artijiet ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern biex tavża li kienet qed tesproprja l-artijiet privati f'Tal-Balal qabel il-bidu tal-proġett reċenti tat-twessigħ tat-triq?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 f'Seduta 182.", "REPUBBLIKA TAL-PANAMA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet ippreżentata lill-Qrati jew awtoritajiet tar-Repubblika tal-Panama mill-Qrati jew awtoritajiet ta' pajjiżna, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nattira l-attenzjoni għall-fatt li l-mistoqsija mhijiex ċara għal jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jirreferi għar-rikjesti mibgħuta lir-Repubblika tal-Panama mill-awtoritajiet ta' Malta jew viċi versa.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara d-domanda.", "RENJU TAL-BELĠJU – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet ippreżentata lill-Qrati jew awtoritajiet tar-Renju tal-Belġju mill-Qrati jew awtoritajiet ta' pajjiżna, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nattira l-attenzjoni għall-fatt li l-mistoqsija mhijiex ċara għal jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jirreferi għar-rikjesti mibgħuta lir-Renju tal-Belġju mill-Awtoritajiet ta' Malta jew viċi versa.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara d-domanda.", "REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet ippreżentata lill-Qrati jew awtoritajiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-Qrati jew awtoritajiet ta' pajjiżna, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nattira l-attenzjoni għall-fatt li l-mistoqsija mhijiex ċara għal jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jirreferi għar-rikjesti mibgħuta lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-awtoritajiet ta' Malta jew viċi versa.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara d-domanda.", "L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet ippreżentata lill-Qrati jew awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika mill-Qrati jew awtoritajiet ta' pajjiżna, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nattira l-attenzjoni għall-fatt li l-mistoqsija mhijiex ċara għal jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jirreferi għar-rikjesti mibgħuta lill-Istati Uniti tal-Amerika mill-awtoritajiet ta' Malta jew viċi versa.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara d-domanda.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ukoll minn liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu?", "Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif spjegat fi tweġibiet preċedenti, in-numru ta' studenti li għadhom mingħajr is-servizz ta' trasport b'xejn jiġi aġġornat kontinwament.", "Infurmat li sal-bieraħ kien hemm 258 student li għad għandhom it-talba għal servizz ta' trasport b'xejn pendenti.", "L-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u Indipendenti u li għadhom fuq il-pending list huma minn lokalitajiet varji.", "Il-Ministeru jibqa' impenjat sabiex dawn l-istudenti jsibu trasport.", "KONVENJI DWAR BEJGĦ JEW TRASFERIMENT TA' PROPRJETÀ IMMOBBLI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji dwar bejgħ jew trasferiment ta' proprjetà immobbli jew ta' xi dritt reali fuq proprjetà immobbli u għal kull sena jindika l-ammont li tħallas bħala taxxa proviżorja u l-valur totali tal-proprjetà, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 6346.", "It-taxxa provviżorja tammonta għal 1% tal-valur dikjarat.", "PROJECTS MALTA LTD – PROĠETTI GĦAL GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Projects Malta Ltd ġewwa Għawdex sena b'sena minn kemm ilha kostitwita Projects Malta sal-lum?", "Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati li jsiru minn Projects Malta matul is-sena 2019 f'Għawdex?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5051.", "Projects Malta Ltd qed tevalwa wkoll il-possibbiltà li twettaq proġett għall-komunità Għawdxija.", "Fil-frattemp il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi qiegħda tikkollabora mal-Ministeru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tax-Xlendi u titjib fuq il-bajjiet.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX – MASTERPLAN GĦALL-PJAZZA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-master plan għall-Pjazza tax-Xagħra li kellu jsir mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra?", "Meta hu ppjanat li jitlesta u jibda jitħaddem dan il-master plan għall-Pjazza tax-Xagħra?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra qiegħed fil-fażi preparatorja biex jagħmel din il-konsultazzjoni pubblika dwar il-master plan tal-pjazza tax-Xagħra Għawdex.", "PROĠETT TAL-WHITE ROCKS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-proġett tal-White Rocks li diversi xhur ilu ġie deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż?", "Jista' jgħid fiex wasal il-proċess biex isir dan il-proġett?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett tal-White Rocks Malta wasal fi stadju avvanzat ta' negozjati.", "Wieħed għandu jifhem li dan il-proġett huwa ta' natura kumplessa u jeħtieġ li n-negozjati jsiru bir-reqqa u b'mod komprensiv qabel ma jkun jista' jkun hemm ftehim.", "XEWKIJA GĦAWDEX – TRIQ SANNAT – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex issir it-tieni parti ta' Triq Sannat, Xewkija?", "Inħarġu t-tenders u ġew awarded?", "Min hu l-perit inkarigat minn din it-triq, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa?", "Tista' tgħid min ipprepara l-Bill of Quantities għal din it-triq?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender ġiet evalwata u eventwalment ġiet sottomessa oġġezzjoni għar-riżultat u bħalissa għaddej il-proċess relattiv.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – RAPPORT TA' RISTRUTTURAR – GĦAŻLA TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kif intgħażel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jagħmel rapport ta' ristrutturar fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?", "Kemm-il siegħa xogħol ħadem sa issa fuq dan ir-ristrutturar u kemm qed jitħallas għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm tħallas sa issa?", "Tista' tgħid x'ġie implimentat sa issa minn dak li ppropona dan l-individwu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?", "Interpellant li dan l-individwu ħadem bħala Policy Consultant fl-iStrategic and Priorities Unit tal-Ministeru għal Għawdex mit-3 ta' Lulju 2017 sal-31 ta' Mejju 2018.", "Skont il-kuntratt hu kien jaħdem fuq bażi part-time, ġimgħa ta' 20 siegħa.", "F'dan il-perjodu tħallas total ta' €22,853.20.", "Dan il-konsulent għamel rakkomandazzjonijiet dwar l-istrutturar tal-Ministeru li qed jiġu evalwati biex jittwetqu flimkien ma' xogħol ieħor marbut mal-irwol ta' Policy Consultant.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-proposti tal-Unjoni Ewropea għal Direttiva dwar Representative Actions for Collective Redress fid-dawl tal-liġi Maltija dwar l-istess suġġett kif provdut fl-Att Dwar Proċedimenti Kollettivi, Kap. 520?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proposta li għadha qiegħda tiġi diskussa għandha l-għan li tipproponi mekkaniżmu għal proċedimenti kollettivi effettivi li jistgħu jittieħdu f'setturi ekonomiċi diversi u li tkopri kemm il-ksur domestiku kif ukoll il-ksur transfruntier.", "Mill-bidu nett tan-negozjati, Malta laqgħet l-għanijiet tan-New Deal for Consumers – pakkett ta' proposti leġiżlattivi li jinkludi l-proposta għal direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, waqt li dejjem saħqet li għandu jiġi żgurat il-bilanċ proprju u ġust bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-interessi tan-negozji.", "Dan fid-dawl tal-Att dwar Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520 tal-Liġijiet ta' Malta), li permezz tiegħu l-individwi li jkunu batew jew qegħdin ibatu ħsara u li t-talbiet tagħhom joriġinaw minn kwistjoni komuni jistgħu jfittxu rimedju kollettivament, permezz ta' azzjoni waħda li tiġi istitwita b'rikors ġuramentat u mressqa mir-rappreżentant tal-klassi.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' misleading advertisements riċevuti mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) matul is-sena 2018?", "Kemm minn dawn ittieħdet azzjoni dwarhom?", "Jista' jagħti elenku ta' tipi ta' misleading advertisement li ttieħdet deċiżjoni dwarhom?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-2018 kien hemm sitt rapporti li kienu direttament relatati ma' misleading advertisements fejn ittieħdet jew qed tittieħed azzjoni fuqhom kollha.", "Dawn kienu relatati ma' reklamar ta' offerti fejn hemm żmien limitat minn meta jew sakemm konsumatur seta' jutilizzahom, liema żmien ma kienx ċar fir-reklam, reklamar fuq prodotti li ma jkollhomx l-ispeċifikazzjonijiet kollha rreklamati u offerti jew servizzi reklamati mhux onorati.", "IL-FGURA – TRIQ VALPERGA – DAĦLA GĦAL WIED BLANDUN", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7795, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?", "JOSÈ HERRERA (Minstru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellenat li x-xogħlijiet ġewwa Triq Valpegra, fid-daħla ta' Wied Blandun, huma lesti u l-pubbliku jista' juża l-passaġġ mill-ġdid.", "KIRI TA' PROPRJETÀ RESIDENZJALI - GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna hija provduta lil min jikri proprjetà residenzjali?", "Jista' jagħti informazzjoni dettaljata għal kull tip ta' għajnuna?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "ISMIJIET POPOLARI TA' SUBIEN FL-2018", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-aktar tliet ismijiet popolari ta' subien matul is-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Infurmat li l-aktar tliet ismijiet popolari ta' subien matul is-sena 2018 kienu Noah, Luca u Liam.", "ISMIJIET POPOLARI TA' BNIET FL-2018", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-aktar tliet ismijiet popolari ta' bniet matul is-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Infurmat li l-aktar tliet ismijiet popolari tal-bniet matul is-sena 2018 kienu Emma, Mia u Valentina.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid xi programmi jeżistu fil-qasam edukattiv sabiex jintlaħqu dawk l-istudenti li jinsabu f'riskju tal-faqar?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena skolastika 2016/2017 inħoloq fond immirat sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' studenti f'diffikultà, f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali.", "L-għan ta' dan il-fond mhuwiex biss biex jassisti lill-istudenti hawn fuq imsemmija fejn jidħol l-għajxien materjali iżda wkoll f'oqsma bħal kultura u sport.", "Għaldaqstant il-benefiċjarji ta' dan il-fond huma l-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji statali kollha u li għandhom età bejn it-tliet snin u s-16-il sena.", "Permezz tad-diversi inizjattivi meħuda matul dawn l-aħħar tliet snin ittejbet l-esperjenza edukattiva ta' diversi studenti li ġejjin minn sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi diffiċli.", "L-istudenti f'din l-iskema qed jibbenefikaw minn:", "· Għotja ta' lunch bnin kuljum b'xejn;", "· Għotja sabiex jinxtraw l-uniformijiet;", "· Għoti ta' stationery neċessarju;", "· Fotokopji b'xejn;", "· Ħlas ta' ħruġ edukattiv organizzat mill-iskejjel;", "· Ħlas tal-miżati għall-attivitajiet ekstrakurrikulari organizzati mill-FES jew SportMalta; u", "· Għoti ta' kotba għall-qari lill-istudenti f'età bikrija sabiex tissaħħaħ il-ħajra għall-qari.", "Mis-sena skolastika 2016/2017 sal-lum tqassmu madwar 1,200 ktieb lil 580 tifel u tifla f'familji vulnerabbli.", "Matul is-sena 2019 din l-iskema se tkompli titħaddem fl-aħjar interess tat-tfal eliġibbli.", "Is-Servizz ta' Ħidma Soċjali fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta' Sapport għall-Iskejjel jaħdem ma' studenti li jfallu l-iskola.", "Fost dawn ikun hemm studenti li huma f'riskju ta' faqar.", "Il-ħaddiema soċjali jassistu lil dawn l-istudenti u 'l-familji tagħhom b'kollaborazzjoni ma' servizzi oħra fi ħdan u barra d-direttorati edukattivi.", "ĠBIR TA' ARRETRATI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu l-Gvern jieħu flus is-sena l-oħra mill-arretrati?", "Minn min għandu jiġbor dawn l-arretrati?", "Kemm ġabar is-settur pubbliku f'arretrati s-sena l-oħra?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara għal liema tip ta' arretrati qed jirreferi.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – INFORMAZZJONI MAĦRUĠA BIL-MALTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592 bid-data tas-26 ta' Ġunju, 2018, tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti 'Society's Concern' u 'Who is Who'?", "Jekk iva, tista' tpoġġi kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Infurmata li d-dokument 'Society's Concern' ġie tradott għall-Malti u preżentement qed jiġi rivedut qabel jiġi stampat fil-ġimgħat li ġejjin.", "Id-dokument 'Who is Who' qiegħed preżentament fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti.", "DJAR TAL-ANZJANI U PERSUNI B'DIŻABILITÀ – KUMITAT KONSULTATTIV", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8081, jista' l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru l-monitoraġġi/laqgħat regolari kull ġimgħa mill-ħaddiema soċjali flimkien mal-familjari ta' kull persuna b'diżabilità li qed tirċievi xi servizz tal-Aġenzija Sapport?", "Jekk le, għaliex?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-laqgħat u l-monitoraġġi jsiru b'mod regolari mill-ħaddiema soċjali kif ukoll mill-professjonisti skont il-bżonn.", "Il-provvediment u l-frekwenza tal-laqgħat ivarjaw skont il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – OPEN DAYS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm-il Open Day saru matul dawn l-aħħar tliet snin fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u fejn ġew organizzati dawn l-Open Days u meta saru sabiex, b'mod speċjali, iħajru aktar persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali jattendu dawn iċ-Ċentri?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba raġunijiet ta' protezzjoni tad-data u sabiex tiġi mħarsa l-privatezza tal-klijenti ma jsirux Open Days fiċ-Ċentri għall-kura tas-saħħa mentali.", "Madanakollu persuna li jkollha bżonn tattendi għal programmi ta' rijabilitazzjoni speċjalizzati fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum tista' tiġi riferuta mill-psikjatra tagħha.", "POLITIKA STRATEĠIKA NAZZJONALI GĦAT-TNAQQIS FIL-FAQAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika l-inizjattivi jew proġetti ġodda kollha li jindirizzaw il-91 azzjoni ta' policy li huma rakkomandati fil-Politika Strateġika Nazzjonali għat-Tnaqqis fil-Faqar għas-snin bejn 2014 u l-2024?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "It-tabella turi n-numru kbir ta' miżuri li ġew jew għadhom qed jiġu mwettqa, sabiex jintlaħqu l-miri tas-sitt dimensjonijiet li tindirizza l-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali (2014-2024).", "Il-lista li tispeċifika dawn il-miżuri tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "B'wiċċi minn quddiem ngħid li dan il-Gvern, li jien kburi li nifforma parti minnu, bil-fatti qed juri r-ruħ soċjali tiegħu u l-impenn li għandu sabiex ikun eradikat il-faqar minn pajjiżna."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190115_183d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 16 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 183, li saret fil-15 ta' Jannar 2019, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 25 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar attendenza tal-Membri Parlamentari matul l-2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TAL-BALAL - TRANSPORT MALTA –PERMESSI GĦAL XOGĦLIJIET TA' TWESSIGĦ TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn Transport Malta m'applikatx lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tkun tista' tingħata l-permess għax-xogħol qabel sar tali xogħol tat-twessigħ tat-triq f'Tal-Balal dan l-aħħar?", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà) (f'isem il-Ministru għat-Trasport): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6873 f'Seduta182.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ftit ilu tħabbret skema fejn is-sidien tad-djar fil-Belt Valletta setgħu jirrestawraw il-gallariji u l-bibien tad-djar tagħhom.", "Kif nafu, fil-Belt hawn ħafna gallariji tradizzjonali, li huma ferm popolari ma' min iżur xtutna.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid kif marret din l-iskema u jagħti informazzjoni ta' kemm saru applikazzjonijiet u kemm minnhom jistgħu jgawdu minn din l-iskema?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jestendu din l-iskema f'lokalitajiet oħra?", "Għax hemm diversi lokalitajiet, speċjalment fil-Kottonera, fejn hemm ħafna proprjetajiet li għandhom gallariji tradizzjonali Maltin u bibien Maltin.", "Dan l-aħħar f'ġurnal rajt artiklu interessanti ħafna fuq l-antiporti u għidt forsi jkun hemm xi skema biex l-antiporti tradizzjonali li hawn f'pajjiżna ma jintilfux.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Camilleri qiegħed jirreferi għal skema li ħarġet ftit tax-xhur ilu mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, li flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar ħarġu skema għar-restawr ta' gallariji fin-naħa ta' Marsamxett, il-Belt.", "Kulħadd huwa konxju li n-naħa ta' Marsamxett ma gawdietx daqskemm gawdew partijiet oħra tal-Belt mir-riġenerazzjoni li saret f'din in-naħa ta' Malta.", "Din l-iskema, li kienet qed issir bi 80% ta' fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea u 20% mill-Awtorità tal-Ippjanar, għamlitha possibbli biex ir-residenzi f'din l-akkwata tal-Belt sal-aħħar ta' dan ix-xahar japplikaw biex jirrestawraw il-gallariji tagħhom, kemm tradizzjonali kif ukoll dawk miftuħa.", "Minn din l-iskema huma esklużi l-uffiċini, il-bini kummerċjali u binjiet li għandhom x'jaqsmu mal-Knisja.", "Din l-iskema qed tagħmilha possibbli biex dak li jkun jibbenefika minn grant ta' €8,000 biex jirranġa l-gallarija, u mhux iktar minn €500 għal spejjeż ta' periti u spejjeż oħra relatati.", "Hemm fond ta' €2 miljuni li minnu jistgħu jibbenefikaw residenzi min-naħa t'isfel tal-Belt.", "Hija x-xewqa tagħna li jibbenefikaw aktar lokalitajiet.", "Fil-fatt l-Onor.", "Emanuel Mallia staqsieni għalfejn mhux il-Belt kollha tista' tibbenefika, u għandu raġun, però din il-parti tal-Belt hija l-iktar parti li kienet ilha tistenna li tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha, u għalhekk bdejna minnha.", "Irrid ngħid li komplementari għal din l-iskema, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha numru ta' skemi oħra, fosthom l-iskema Irrestawra Darek li b'fond ta' €10 miljuni tagħmilha possibbli li residenti f'urban conservation areas japplikaw mhux biss biex jirranġaw il-faċċati tad-djar tagħhom, iżda wkoll l-aperturi u l-gallariji.", "Aħna nħarsu 'l quddiem biex il-fondi li tiġbor l-Awtorità tal-Ippjanar imorru lura għand il-poplu bi skemi simili għal dawk li semmejt.", "Jien qed nittama li dawn l-iskemi jgawdu minnhom lokalitaijiet bħall-Kottonera, fejn għandna ħafna binjiet antiki li llum qed jiġu riġenerati, u kulħadd jaf xi spiża trid sabiex tirranġa dawn il-gallariji tradizzjonali.", "Allura se nkomplu bid-diskussjonijiet biex naraw li jkun hemm fondi aċċessibbli biex skemi simili għal din tar-restawr ta' gallariji jiġu estiżi għal lokalitajiet oħra f'Malta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, m'iniex se nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari fuq l-istess suġġett, għax il-mistoqsija hija ugwali għal dik li saret ilbieraħ, fejn staqsejt fuq ix-xogħol li qed isir bla permess ġo tal-Balal.", "Illum xtaqt nistaqsih - m'għandix dubju li hu infurmat u jinsab f'pożizzjoni li jwieġeb - domanda ta' interess nazzjonali fuq l-Awtorità tal-Ippjanar.", "M'iniex se nistaqsih fuq id-data leak, li hu każ li għaddejja investigazzjoni dwaru, għax jekk nagħmel hekk se jgħidli li għaddejja investigazzjoni.", "Jien nixtieq li jserrħilna moħħna li kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità mill-2017 sal-lum, jiġifieri sentejn, l-ebda data tal-Awtorità ma nżammet fuq servers ta' kumpaniji privati, partikolarment barra minn Malta, iżda nżammet dejjem fuq servers tal-MITA f'Malta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb l-Onor.", "Azzopardi jaf iktar minni li dak li qed jgħid hu huwa parti mill-investigazzjoni u allura m'għandix xi nżid ma' dak li għidt ilbieraħ.", "L-ISPEAKER: L-Onor Alex Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ALEX MUSCAT: Wara li saru proġetti ta' restawr fil-Belt u fil-Kottonera, kemm ilu responsabbli l-Onor.", "Agius bħala Segretarju Parlamentari u anke qabel, saru numru ta' proġetti oħra ta' restawr fuq is-swar.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid fiex waslu dawn il-proġetti ta' restawr u jekk hemmx ippjanati iktar proġetti ta' restawr fuq is-swar tal-Kottonera?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Apparti li dan hu qasam li parzjalment jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħi, jolqotni wkoll għax qed nitkellmu fuq iż-żona li niġi minnha u li nirrappreżenta, il-Kottonera.", "Matul l-aħħar snin fil-Kottonera seħħ żvilupp ġdid u riġenerazzjoni sħiħa, mhux taħt dan il-Gvern biss, imma anke taħt gvernijiet preċedenti.", "Wara r-restawr li sar fis-swar tal-Birgu, aħna komplejna b'restawr li llum jikkomplementah fis-swar u l-binja ta' Sant'Anġlu, li llum reġa' ġie fl-aqwa tiegħu.", "Naħseb li min qatt ma żar Sant'Anġlu, illum għandu l-okkażjoni li jżur din il-fortifikazzjoni li rnexxielha ssalva miż-żewġ gwerer, u grazzi għal dan ir-restawr erġajna poġġejnieha fuq il-mappa.", "Dan l-aħħar ħarġet ukoll skema biex l-istudenti flimkien ma' żewġ anzjani jkunu jistgħu jżuru dawn is-siti storiċi li fil-Kottonera hemm ħafna minnhom.", "Minbarra Sant'Anġlu, sar restawr ukoll tas-swar tal-Isla, inkluż il-ġonna tal-Gardjola.", "Dawn huma proġetti li jkomplu jagħtu aktar valur lil dawn l-inħawi ta' Malta, li għal ħafna snin kienu minsija.", "Matul l-aħħar ġranet - din tellajtha wkoll fuq il-Facebook page - l-Awtorità tal-Ippjanar approvat xogħlijiet li se jsiru fiż-żmien li ġej fuq mitħna li qiegħda fi Triq San Ġwann, li hija waħda minn żewġ imtieħen li baqgħu jeżistu f'Bormla u li sfortuntament jinsabu fi stat tal-biki.", "Nirringrazzjaw lill-Bambin li għadhom jeżistu, għax minħabba l-istat li jinsabu fih, minn jum għall-ieħor konna qed nistennew li jaqgħu.", "Hemm mitħna oħra f'Bormla, fi Triq Santa Margerita, li nittama li fiż-żmien li ġej ukoll ikollha l-permessi approvati biex isirilha x-xogħol neċessarju.", "Fil-ġranet li għaddew l-Awtorità tal-Ippjanar approvat li jsir restawr fuq is-swar ta' San Pawl u ta' San Ġwann.", "Tajjeb ngħidu li fil-Kottonera hemm linja twila ta' swar li sfortunatament għal ħafna snin tħallew fi stat ta' abbandun.", "Naħseb li l-ħolma ta' kull min ġej minn dawk in-naħat, kif ukoll ta' ħafna storiċi, hija li dawn is-swar xi darba jkunu fi stat aħjar sabiex jitgawdew mill-poplu.", "Il-Kottonera hi mimlija bibien; naħseb li l-iktar bieb popolari huwa l-Bieb ta' Santa Liena, però hemm numru ta' bibien oħra li kienu jagħmlu parti minn swar li llum ġew abbandunati u jinsabu fi stat urġenti li jiġu restawrati, filwaqt li hemm oħrajn li qegħdin f'encroachment u qed jintużaw minn terzi.", "Aħna qed naħdmu biex is-swar tal-Kottonera jingħataw id-dehra li tistħoqqilhom.", "Bħalissa għaddej ix-xogħol biex fiż-żmien li ġej l-arloġġ storiku tal-Isla, li għan-nies ta' dawk in-naħat huwa punt ta' referenza, jingħata l-attenzjoni li jistħoqqlu.", "Post li kontinwament qed ikollna appelli biex jiġi rrestawrat huwa l-Forti Ricasoli, li għal numru ta' snin tħalla fi stat ta' abbandun.", "Naħseb li hemm bżonn tingħata attenzjoni immedjata biex dan il-ġojjell storiku nkunu nistgħu nsalvawh.", "Naħseb li kulħadd huwa konxju tal-ispejjeż kbar li wieħed irid biex jirrestawra fortizzi ta' dan it-tip li jkunu tħallew jiddegradaw.", "Però għandna nagħmlu sforz bħala pajjiż biex dawn ir-rikkezzi li ġew mgħoddija lilna mingħand dawk li ġew qabilna nkunu nistgħu nsalvawhom għaż-żmien li ġej.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Jista' s-Segretarju Parlamentari jispjega x'inhi l-policy għall-bdil ta' qbiela bejn persuni tal-istess familja?", "Kif jaf is-Segretarju Parlamentari, ilbieraħ kellimtu dwar każ partikolari ta' persuna li mietet u xtaqt inkun naf jekk il-Gvern għandux ħsieb li ssir xi ħaġa biex f'każijiet bħal dawn, l-armel ikun intitolat li tinqaleb il-qbiela fuqu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li dan hu wieħed minn ħafna każijiet pendenti li għandha l-Awtorità tal-Artijiet ta' qbiela li jkun hemm talba mingħand l-ulied jew il-familjari sabiex iddur fuqhom.", "Għamilna xhur ta' studju, u l-ġimgħa l-oħra ħareġ avviż legali ġdid dwar kif tiġi trasferita l-qbiela.", "Fejn tidħol il-qbiela, ma nistax immur jien u nitlob biex il-qbiela tal-ħabib tiegħi iddur fuqi, għax naf li hemm numru ta' kondizzjonijiet.", "Allura nixtieq inkun naf x'jirrikjedi biex il-qbiela ddur fuq ħaddieħor, kif ukoll binjiet li jagħmlu parti mill-istess art agrikola.", "Aħna rridu li nsalvaw u nikkonsolidaw l-art agrikola.", "Dan hu l-iskop tal-avviż legali li għamilna flimkien mal-Ministru Herrera u l-Onor.", "Clint Camilleri, kif ukoll li nagħmluha possibbli li bdiewa part-time u full-time ikunu jistgħu jieħdu artijiet mingħand bdiewa oħra.", "Fl-istess avviż legali qed nagħmluha wkoll aktar faċli li studenti li jkunu studjaw u ggradwaw fil-qasam tal-agrikoltura jkunu jistgħu jmorru għand l-Awtorità tal-Artijiet u jitolbu art biex ikunu jistgħu jużawha għall-professjoni tagħhom.", "Naħseb li permezz ta' dan l-avviż legali li għamilna bl-appoġġ ta' nies li ġejjin mill-qasam tal-agrikoltura, se nkunu qegħdin insolvu ħafna problemi li ilhom għaddejjin is-snin, inkluż dak li tkellimna fuqu lbieraħ jien u l-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, waħda mir-responsabbiltajiet tas-Segretarju Parlamentari hi r-Reġistru tal-Artijiet, li ftit tal-ġimgħat jew xhur ilu kien tħabbar li se jsir aġenzija li se tkun qed taħdem b'mod differenti.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid fiex wasal dan il-proċess u x'se jkun hemm differenti fil-ħidma ta' din l-aġenzija ladarba tkun qed tiffunzjona?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Ir-Reġistru tal-Artijiet hija entità oħra li naħseb ħafna minna, inkluż jien, sa ftit ilu ma konniex nafu x'inhi l-importanza tagħha u x'differenza hemm bejn ir-Reġistru tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Artijiet.", "Naħseb li hemm ħafna nies hemm barra li jaħsbu li hija l-istess ħaġa, però hemm differenza kbira bejniethom, u allaħares ma kienx hekk.", "Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa post fejn imorru n-nutara, li huma l-klijenti ewlenin ta' dan il-post.", "Bħalissa qegħdin inħarsu lejn sistema li permezz tagħha n-nutara jkunu jistgħu jagħmlu t-talbiet tagħhom mill-uffiċċju tagħhom.", "Nixtiequ naslu f'sitwazzjoni fejn in-nutara ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jidħlu l-Belt biex jagħmlu r-riċerki u jirreġistraw kuntratti ta' proprjetà.", "Biex naslu għal din is-sitwazzjoni hemm bżonn li tiġi aġġornata s-sistema tal-informatika li hemm illum fir-Reġistru tal-Artijiet, għax in-nies li jaħdmu hemm dejjem jilmentaw li waslet biex tikkrolla, u kultant jintilfu xi pjanti.", "Illum, grazzi għall-fondi Ewropej ġejjin mill-Converge Project, ir-Reġistru tal-Artijiet, li llum sar aġenzija – fil-fatt, ilbieraħ ġie ppubblikat avviż legali li jgħid li r-Reġistru tal-Artijiet issa se jsir aġenzija – għandu fond ta' €5 miljun li permezz tiegħu ħarġu t-tenders u qegħdin jiġu aġġudikati sabiex ikollna sistema tal-informatika mill-iktar moderna u aktar sigura li permezz tagħha, meta tibda taħdem, in-nutara u l-periti ma jkollhomx għalfejn jersqu aktar lejn dan l-uffiċċju.", "Fl-istess waqt qed naraw li, ħaġa tal-iskantament, f'Malta għandna mhux iktar minn 25% tal-proprjetà reġistrata; la tibda taħdem din is-sistema rridu naraw li partijiet oħra ta' Malta jidħlu f'registration area.", "B'hekk ikun possibbli - anzi tkun kważi obbligatorja għax dak li jkun ikun jaqbillu - li kull min għandu proprjetà u kull min jixtri proprjetà, jirreġistra dik il-proprjetà.", "Però ma nistgħux niftħu registration areas madwar Malta kollha qabel ma jkollna din is-sistema in place.", "Ix-xogħol għaddej u aħna ħerqana biex fiż-żmien li ġej invaraw dan il-proġett ħalli eventwalment - jien ngħid sa mhux iktar tard minn sentejn oħra - jitlesta.", "Ħaġa oħra li qed jagħmel ir-Reġistru tal-Artijiet hija d-diġitalizzazzjoni ta' miljuni ta' dokumenti li għadhom hard copy, kif qed tagħmel ukoll l-Awtorità tal-Artijiet.", "Illum kull dokument li jidħol qed jiġi diġitalizzat mill-ewwel, kif qed isir ukoll fil-każ ta' xogħol li sar snin ilu.", "Jekk m'iniex sejjer żball, hemm xogħol lest li jmur lura mill-2013 sal-2016, fejn kull dokument li daħal f'dawn is-snin ġie diġitalizzat, bil-ħsieb li finalment id-dokumenti kollha jkunu diġitalizzati.", "Hemm il-ħsieb ukoll li s-sistema tal-informatika li qed insemmi, tkun konformi mas-sistema tal-blockchain li se jkun hawn f'pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' s-Segretarju Parlamentari jiċċara xi ħaġa dwar l-avviż legali li daħal fis-seħħ ilbieraħ dwar it-trasferiment ta' qbiela, u jgħid jekk ikun hemm bidwi li jkun wasal fl-età tal-irtirar ikunx jista' jaqbad u jaqleb il-qbiela fuq bidwi ieħor li jkun full-time jew part-time, waqt li jkun għadu ħaj?", "Jekk ikun hemm żewġ bdiewa li jkunu jixtiequ jagħmlu konsolidament tal-art tagħhom, biex jekk ikollhom xi raba' mifruxin ikunu jistgħu jiġbruhom, jistgħu jaqilbu l-qbiela tar-raba' bejniethom?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Hawnhekk qed jgħiduli li jrid jitlob parir legali, u naħseb li l-liġi l-avukati jispjegawha aħjar.", "L-avviż legali li ġie pubblikat il-ġimgħa l-oħra ħdimna ħafna fuqu, u naħseb li hu spjegat bl-aktar mod ċar.", "Dan jippermetti li meta bidwi jkun se jirtira, ikun jista' jittrasferixxi l-qbiela tiegħu fuq bidwi ieħor, dejjem jekk dan ikun irreġistrat bħala part-time farmer jew full-time farmer.", "Jekk ikun hemm qbil bejn il-bdiewa li għalqa tiġi viċin l-oħra, dan se jiġi permess ukoll, basta jkun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.", "Bezzina, għax jien u hu nitkellmu ħafna dwar dan il-qasam, jien ġej minn żona fejn ma tantx hemm nies li għandhom dawn l-interessi, però ninsab konvint li fil-lokalitajiet li jirrappreżenta hu hemm ħafna minnhom u ninsab ċert li permezz ta' dan l-avviż legali ħafna minnhom se jkunu jistgħu jsolvu d-diffikultajiet li kellhom.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha fond li qabel kien jismu Urban Improvement Fund.", "Il-membri ta' din il-Kamra li kienu sindki żgur jafu bih, għax ħafna drabi kien il-mod kif inġibu fondi għal-lokalitajiet rispettivi tagħna.", "Illum dan jismu Development Planning Fund.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid min jista' japplika għal dan il-fond?", "Fil-verità dan il-fond mhuwiex għall-kunsilli lokali biss, iżda minn dak li niftakar, l-għaqdiet volontarji wkoll jistgħu japplikaw għalih permezz tal-kunsill lokali.", "Il-Gvern ukoll jista' jibbenefika minnu biex jagħmel proġetti f'xi lokalità, għax dawn il-fondi jkunu mmirati għal dik il-lokalità partikolari.", "Il-bdil tal-isem għal Development Planning Fund sar minħabba li kien hemm bdil fir-regoli biex ikun jista' jirċievi aktar applikazzjonijiet u jkunu jistgħu jgawdu aktar lokalitajiet.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'tip ta' proġetti jaqgħu taħt dan il-fond u kif wieħed jista' jagħmel biex japplika għalih?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li l-Onor.", "Camilleri qed isemmi dan il-fond għax sa ftit snin ilu kien Sindku tal-Fgura, u hemmhekk kellhom binja li kemm hu, kemm is-sindki ta' qablu, kif ukoll is-sindku ta' warajh min jaf kemm tħabtu biex din il-ħolma għan-nies tal-Fgura fl-aħħar issir realtà.", "Fil-Kunsill Lokali tal-Fgura, l-Onor.", "Byron Camilleri, Pierre Dalli li hu s-sindku li ġie warajh, u nies oħra li jiffurmaw parti mill-kunsill, għamlu pressjoni biex jibbenefikaw minn dan il-fond.", "Dan il-fond qiegħed hemm biex jibbenefikaw minnu kunsilli lokali u NGOs, u l-Kunsill Lokali tal-Fgura ħa din l-opportunità u applika biex iċ-Ċentru Ċiviku li minnu jopera l-kunsill lokali tal-Fgura jkun jista' jibbenefika minn dawn il-fondi biex fl-aħħar tkun tista' titlesta din il-binja.", "Il-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika minn €600,000 u llum għandhom uffiċċju li naħseb huwa l-għira tal-kunsilli lokali kollha, li minnu jagħtu servizzi aktar mifruxa lill-komunità.", "Ilbieraħ din semmejtha wkoll u l-appell tiegħi hu biex, issa li għamilnieha aktar faċli, ikun hemm iktar kunsilli lokali li jersqu 'l quddiem biex jibbenefikaw minn dan il-fond li jaqbeż il-€25 miljun.", "Mhux hekk biss, niftakar li l-ewwel żewġ attivitajiet li attendejt għalihom wara li ngħatajt ir-responsabbiltà li għandi llum, kienu meta morna l-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn, li kien ibbenefika minn dan il-fond sabiex jirranġa t-triq, u l-Kunsill Lokali tal-Fgura.", "Filwaqt li qabel il-kunsilli lokali kienu japplikaw għall-fondi tad-Development Planning Fund biex jirranġaw xi toroq, illum dawk il-flus se jibqgħulhom hemm biex jagħmlu proġetti oħra.", "Dan għax il-Gvern, bi pjan strutturat, għandu proġett sabiex isiru t-toroq kollha ta' Malta fuq perjodu ta' snin.", "Il-Kunsill Lokali tal-Furjana se jieħu €400,000 minn dan il-fond biex itejjeb id-dehra ta' Ġnien Sir Paul Boffa, li fih se jitpoġġew ukoll cctv cameras, dawl ġdid energy saving, gym u bandli ġodda għat-tfal.", "Hemm lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex li bbenefikaw minnu minn dan il-fond.", "Il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn, li ftit xhur qabel kien ħa fondi biex jirranġa triq, illum, għax jaf li t-toroq tal-lokalità tiegħu se jsiru mill-Gvern ċentrali, ibbenefika minn dan il-fond u ħa €155,000 biex jirranġa l-playing ground tat-tfal ħalli titgawda aktar mil-lokalità.", "B'dan il-mod, il-flus li tiġbor l-Awtorità tal-Ippjanar qed terġa' tagħtihom lura lill-komunità.", "Id-Development Planning Fund qed jiġi mill-flus li jkunu nġabru, li 70% minnhom qed jiġu minn dak li tiġbor l-Awtorità meta ssir xi binja u ma jkunx hemm biżżejjed parking spaces, u 20% oħra qed jiġu mill-iskema tar-regolarizzazzjoni li erġajna ġeddidnieha mingħajr ma żidna l-penali.", "Kif diġà semmejt, mill-iskema ta' regolarizzazzjoni qed niġbru fondi għall-iskema Irrestawra Darek.", "Kif għedt, din l-Awtorità llum saret self-sufficient u ma tmurx għand il-Gvern għall-fondi, anzi addirittura qed tgħaddi flus fil-Fond Konsolidat u l-flus li jibqgħalha tagħtihom lura lill-komunità.", "L-ISPEAKER: Ikkonkludi għax skada l-ħin.", "CHRIS AGIUS: L-Awtorità tal-Ippjanar matul l-aħħar snin imxiet 'il quddiem u saret eżempju għal kull awtorità oħra, għax saret Awtorità effiċjenti u qed tagħti ħafna lura lir-residenti.", "L-ISPEAKER: Sar il-ħin.", "Niġu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru tal-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit f'Malta dwar it-traffikar tal-persuni ffirmat fil-5 ta' Diċembru 2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8182.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Exemption Order Nru IR140/2017 maħruġa fid-19 ta' Diċembru 2018 sabiex in-National Alliance for Rare Diseases Support - Malta tkun eżenti mill-ħlas tax-taxxa fuq l-income, skont l-artikolu 12(2) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123;", "Tabella li turi l-għadd ta' estensjonijiet ta' konvenji jew ta' dritt reali fuq proprjetà immobbli li l-Kummissarju tat-Taxxi kien notifikat bihom fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7989; u", "Tabella li turi l-għadd ta' talbiet li saru għal ħlas lura ta' taxxa mħallsa proviżorjament fuq reġistrar ta' estensjonijiet ta' konvenji jew ta' dritt reali fuq proprjetà immobbli, kemm minnhom tħallsu u l-ammont tagħhom fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7990.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa u l-kuntratturi fir-rigward taż-żewġ White Flags li saru ġewwa żewġ bajjiet f'Għawdex, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8223.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI DWAR ĦATRA TEMPORANJA TA' MEMBRI", "TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-MEDITERRAN (PAM)", "Illi b'referenza għall-Mozzjoni 32 mgħoddija mill-Kamra tad-Deputati fil-11 ta' Lulju 2017, u sussegwentement emendata fl-1 ta' Ottubru 2018, li taħtar id-Delegazzjoni tal-Parlament Malti għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, il-Kamra tirriżolvi li għat-13-il Sessjoni Plenarja ta' din l-Assemblea li se tinżamm ġewwa Belgrade fis-Serbja fil-21 u 22 ta' Frar 2019, l-Onor.", "Ryan Callus jissostitwixxu lill-Onor.", "Robert Cutajar, rispettivament.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR", "IL-PROFESSJONI MEDIKA U", "L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA U L-ORDINANZA DWAR", "IL-MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-15 ta' Jannar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "(Onor. Membri: No) La m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru biex jagħmel il-winding up.", "CHRIS FEARNE: Sur President, bi pjaċir ninnota li dawn l-emendi qanqlu dibattitu b'saħħtu f'din il-Kamra.", "Filwaqt li nirringrazzja lill-membri kollha li pparteċipaw f'dan id-dibattitu, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni, ninnota wkoll li b'mod ġenerali kien hawn qbil bejn iż-żewġ naħat dwar l-importanza li dawn l-emendi jgħaddu f'dan il-mument.", "Kif kellna l-opportunità li niddiskutu f'dawn il-jumejn, dawn l-emendi se jkunu qegħdin jagħtu aktar saħħa lill-forzi tal-ordni, bħad-Dwana, il-Pulizija, u aġenziji relatati mal-ġlieda kontra d-droga f'pajjiżna.", "Aħna nafu li f'pajjiżna hemm numru ta' sustanzi li huma illegali u l-Pulizija tagħmel ħidma tajba ħafna biex twaqqaf it-traffikar u l-użu tagħhom, però nafu li l-għaqdiet kriminali barra l-pajjiż, fuq skala industrijali, kull ġimgħa joħorġu sustanzi ġodda li huma magħrufin bħala drogi sintetiċi, biex jipprovaw iduru mal-liġi u jittraffikaw sustanzi li jagħmlu ħsara liċ-ċittadini, speċjalment liż-żgħażagħ, b'mod li peress li ma jkunux fuq l-iskeda tas-sustanzi illegali magħrufa, il-Pulizija ma jkunux jistgħu jieħdu azzjoni kontrihom.", "Huwa stmat li jkun hawn bejn sustanza u żewġ sustanzi ġodda ta' dan it-tip fil-ġimgħa, u dan anke f'pajjiżna.", "Jiġifieri d-Dipartiment tas-Saħħa, flimkien mal-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta' Malta, b'mod kontinwu jagħmlu moniteraġġ ta' dak li jkun qiegħed jinbiegħ fis-suq, ta' dak li jiġi traffikat u dak li llum wieħed jista' jakkwista online, sfortuntament.", "Biex dawk is-sustanzi ġodda li jkunu qegħdin joħorġu ma jispiċċawx għand iż-żgħażagħ tagħna, kull erba' jew sitt ġimgħat noħorġu avviżi legali ġodda biex nagħmluhom illegali biex il-Pulizija jkunu jistgħu jieħdu azzjoni.", "Fil-fatt is-sena l-oħra għamilna seba' avviżi legali, biex kull darba naraw x'hemm fis-suq u nagħmluh illegali, imma minn meta dawn joħorġu fis-suq u jibdew jitqassmu fost iż-żgħażagħ sa meta jirnexxilna nanalizzawhom u eventwalment noħorġu l-avviż legali, ġieli jilħqu jgħaddu ġimgħat li matulhom tilħaq issir ħsara lit-tfal tagħna.", "Nerġa' ngħid li fis-suq tagħna jidhru minn sustanza sa tnejn sintetiċi ġodda fil-ġimgħa.", "Naturalment, aħna nagħmlu l-almu tagħna biex dawn nagħmluhom illegali mal-ewwel possibbiltà li jkollna, imma ħafna drabi jgħaddi ż-żmien u kif nagħmlu xi sustanzi ġodda illegali, joħorġu xi tnejn jew tlieta oħra; dejjem għaddejjin minn dan iċ-ċirku, mhux Malta biss, imma d-dinja kollha.", "Il-ħsara ta' dawn is-sustanzi ġodda kultant tista' tkun aktar minn dik ta' sustanzi li diġà huma illegali, għax filwaqt li dawk li huma illegali ħafna drabi nkunu nafu x'jistgħu jagħmlu lill-persuna li tużahom, is-sustanzi sintetiċi l-ġodda ħafna drabi lanqas min ikun qed jeħodhom ma jkun jaf x'periklu fihom.", "Fil-fatt rajna traġedji ta' persuni li baqgħu b'kondizzjonijiet kroniċi mentali u fiżiċi, kif ukoll imwiet.", "Għalhekk huma importanti dawn l-emendi, għax issa kull sustanza li jista' jkollha effett fuq l-istat mentali tal-individwu, awtomatikement se nagħmluha illegali li tidħol, tintuża, jew li tiġi traffikata f'Malta.", "B'hekk dawn l-emendi se jkunu qegħdin isaħħu jdejn il-forzi tal-ordni, tad-Dwana u tal-Pulizija, biex ma jkun hemm l-ebda mod kif xi ħadd jista' jittraffika, ibigħ jew juża dawn is-sustanzi minn mindu jkunu ġew manifatturati sakemm aħna nagħmlu l-analiżi u npoġġuhom fuq l-iskeda tad-droga illegali.", "Allura mill-ewwel ġurnata li joħorġu dawn is-sustanzi, dawn l-emendi se jagħmluha illegali li jiġu traffikati jew użati f'pajjiżna.", "Dan ifisser li se nkunu qegħdin neliminaw dan il-perjodu ta' ftit ġimgħat, bejn meta joħorġu fis-suq u meta jitniżżlu fuq l-iskeda.", "Għalhekk l-ewwel nett se nipproteġu lil uliedna, u se naqtgħu l-inċentiv ta' min qiegħed jipproduċi dawn is-sustanzi ġodda, li l-inċentiv tagħhom hu li jipproduċihom biex ikun pass 'il quddiem mill-forzi tal-ordni, għax issa mill-ewwel ġurnata li joħorġu fis-suq, dawn se jsiru illegali.", "Allura l-inċentiv ta' dawn l-organizzazzjonijiet kriminali se nkunu qegħdin naqtgħuh.", "Sur President, jien nifhem li tagħmel sustanza fuq l-iskeda ta' sustanzi illegali huwa pass importanti.", "Kif diġà semmejna f'dawn it-tlett ijiem ta' dibattitu, dan se jkun qiegħed isaħħaħ idejn il-forzi tal-ordni, però waħdu mhuwiex biżżejjed.", "Aħna nafu li għandna ħafna sustanzi bħal, pereżempju, il-kokaina, li hija illegali u xorta għad hawn l-użu tagħha.", "Allura, filwaqt li dan il-pass irridu neħduh, għax huwa pass importanti ħafna, miegħu qegħdin nieħdu passi oħrajn.", "Huwa importanti ħafna li mhux biss nilleġiżlaw biex nagħmlu dawn is-sustanzi illegali, kif ingħad anke f'din il-Kamra, imma rridu ninforzaw – issa nitkellem fuq dawn l-affarijiet – nedukaw u ngħinu, billi nagħtu l-appoġġ u r-riabilitazzjoni li min ikun waqa' għall-użu ta' dawn is-sustanzi.", "Irrid nibda billi nifraħ lill-Korp tal-Pulizija u lill-Uffiċjali tad-Dwana għax-xogħol kbir li sar speċjalment f'dawn l-aħħar sentejn, tlieta, fil-ġlieda kontra s-sustanzi illegali.", "Ilbiraħtlula l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kellu ċans jispjega dwar l-ammonti kbar ta' drogi li nqabdu mill-Uffiċjali tad-Dwana u mill-Korp tal-Pulizija, li ħafna minnhom ma kenux intenzjonati għal Malta, imma li kienu għaddejjin minn Malta biex imorru f'pajjiżi oħrajn.", "Issa dawn l-emendi se jkunu qegħdin isaħħu jdejn il-Pulizija biex ikomplu jagħmlu dan ix-xogħol u jkomplu jżidu s-suċċessi tagħhom biex jeqirdu lit-traffikanti tad-droga.", "Minn hawnhekk, f'ismi u f'isem il-Gvern - u jien ċert f'isem il-Kamra kollha - irrid nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija, lill-uffiċjali tad-Dwana u lill-forzi tal-ordni tax-xogħol li għamlu f'dan ir-rigward, għax fl-aħħar mill-aħħar qegħdin jissalvagwardaw is-saħħa ta' uliedna u tas-soċjetà tagħna.", "Miżura importanti għandha tkun dik tal-edukazzjoni.", "Isir ħafna xogħol mill-għalliema fl-iskejjel u mill-aġenziji tas-servizzi soċjali f'pajjiżna, u fix-xhur li ġejjin se nkunu qegħdin nieħdu inizjattiva mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali - minn hawn irrid nirringrazzja lill-President ta' din l-Assoċjazzjoni, is-Sur Mario Fava - biex flimkien mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, mal-Ministru Owen Bonnici u mad-Dipartiment tas-Saħħa, speċjalment mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, ninżlu għand il-kunsilli lokali fl-ibliet u l-irħula tagħna biex, fost affarijiet oħrajn, nagħmlu programmi ta' edukazzjoni dwar l-abbuż tad-droga, fosthom kif wieħed jagħraf jekk ikollu xi qarib li jkun għaddej minn din il-problema.", "Jekk ikun hemm problema, l-agħar ħaġa li tista' tagħmel hi li ma tindunax biha jew tinjoraha.", "Huwa importanti li wieħed jinduna biex ikun jista' jfittex l-għajnuna kemm jista' jkun kmieni dwar l-effetti ħżiena li jista' jkollhom dawn id-drogi fuqna u fuq uliedna.", "La tgħaddi din il-liġi, dawn se jkunu kollha illegali, imma nerġa' ngħid li l-fatt biss li nagħmluhom illegali mhuwiex biżżejjed.", "Trid issir enfasi wkoll fuq il-metodi ta' għarfien u tas-servizzi li diġà jeżistu fil-pajjiż biex lil min ikollu dawn il-problemi nkunu nistgħu ngħinuh.", "L-edukazzjoni hija importanti u għalhekk se nkunu qegħdin ninżlu fil-livell ta' kunsilli lokali biex flimkien mas-sindki u l-kunsilliera nipprovdu r-riżorsi ħalli nkunu nistgħu nqajmu aktar kuxjenza, nagħtu aktar tagħlim u għarfien ta' din il-problema u ta' kif wieħed jista' jfittex l-għajnuna biex joħroġ minn dan il-vizzju.", "Irridu nammettu li teżisti l-problema ta' abbuż mid-drogi u minn sustanzi illegali, għax jekk indaħħlu rasna fir-ramel u ngħidu li m'hawnx, inkunu qegħdin nagħmlu ħażin.", "B'hekk inkunu nistgħu noffru għajnuna lil dawk il-persuni, mhux biss żagħżagħ imma ħafna minnhom żagħżagħ, li sfortunatament ikunu waqgħu f'dan il-vizzju.", "Illum teżisti għajnuna professjonali mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, mill-Knisja, li minn hawnhekk irridu nirringrazzjawha, minn numru ta' NGOs li jagħtu servizz fil-komunità - u minn hawnhekk aħna nirringrazzjawhom u nwegħduhom l-appoġġ tagħna - kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa, speċjalment id-Dipartiment tas-Saħħa Mentali.", "Fl-aħħar snin ftaħna żewġ dual diagnosis units għal dawk il-persuni li jkollhom problema ta' abbuż mid-droga u problemi mentali, li xi drabi jmorru flimkien, għax hemm persuni li meta jkunu qegħdin jabbużaw mid-droga din taffettwalhom is-saħħa mentali tagħhom.", "Għalhekk ftaħna units għall-irġiel u għan-nisa li qegħdin joffru dan is-servizz.", "Sfortunament, ħafna drabi s-servizzi li qegħdin nagħtu jkunu mimlijin bi klijenti li għandhom din it-tip ta' problema u allura huwa parti mill-pjan tal-istrateġija nazzjonali għas-saħħa mentali għall-għaxar snin li ġejjin li, hekk kif inkunu qegħdin nagħmlu l-iscoping ta' parti mill-Isptar Monte Carmeli – għax kif diġà għidna qegħdin nagħmlu rinovazzjoni, flimkien ma' riorganizzazzjoni u scoping tiegħu – parti minnu tibda tintuża bħala Substance Abuse Treatment Unit (SATU).", "Dan il-kunċett ġdid diġà qiegħed fil-pjan tar-rescoping ta' dan l-isptar, imbagħad kif ikollna l-isptar tal-kura mentali l-ġdid li se jkun fuq il-campus tal-Isptar Mater Dei, is-SATU jkun jista' jimxi għal dan l-isptar akut ġdid.", "Sur President, huwa fatt li l-emendi li qegħdin nagħmlu llum, u li jien qed nistenna li se jkun hawn vot unanimu favurihom, se jkunu qegħdin isaħħu jdejn il-Korp tal-Pulizija u l-Uffiċjali tad-Dwana u se jkunu qegħdin jagħtu aktar serħan il-moħħ lilna kollha, speċjalment aħna li għandna ż-żgħażagħ, għax nafu li mhux se tibqa' tkun xi ħaġa faċli li wieħed jikseb dawn is-sustanzi mill-internet kif kien isir meta ma kenux illegali, għax issa se jibdew isiru illegali mill-ewwel awtomatikament.", "Apparti li qegħdin indaħħlu dawn l-emendi, se nkunu qegħdin nagħmlu qafas madwarhom kemm ta' enforcement, kemm ta' edukazzjoni, kif ukoll ta' appoġġ u riabilitazzjoni.", "Sur President, nagħlaq billi nerġa' nirringrazzja lil kull min ħa parti f'dan id-dibattitu tal-kontribut li ta.", "Nirringrazzja wkoll lill-forzi tal-ordni, lill-Pulizija, id-Dwana, l-Armata u kull min hu involut f'dan is-settur.", "Nirringrazzja lis-social workers li jagħmlu ħafna xogħol ma' persuni li għandhom dawn il-problemi u lill-NGOs li jaħdmu mal-persuni li għandhom il-problema tal-abbuż tad-droga.", "Nirringrazzja wkoll lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali, tax-xogħol kbir li jagħmlu, u minn hawnhekk f'ismi u f'isem il-Gvern nirringrazzjahom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, Kap. 31, u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, Kap 101, sabiex tiġi implimentata d-Direttiva tal-2017/2103 tal-Unjoni Ewropea\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Chris Fearne.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR", "IL-PATRIMONJU KULTURALI", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-messaġġ:", "Il-President, wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445, biex jirregola aħjar il-professjoni tal-konservazzjoni-restorazzjoni u ta' fornituri oħrajn ta' servizzi kulturali, u biex jagħmel provvedimenti fir-rigward tal-patrimonju kulturali ta' taħt l-ilma u għal għanijiet konnessi mal-kwestjonijiet imsemmija\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "21 ta' Novembru 2018", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445, biex jirregola aħjar il-professjoni tal-konservazzjoni-restorazzjoni u ta' fornituri oħrajn ta' servizzi kulturali, u biex jagħmel provvedimenti fir-rigward tal-patrimonju kulturali ta' taħt l-ilma u għal għanijiet konnessi mal-kwestjonijiet imsemmija\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, huwa verament pjaċir tiegħi li nippilota dan l-Abbozz ta' Liġi li qed iressaq emendi biex inkomplu nipproteġu wieħed mill-iktar affarijiet sbieħ li għandna f'pajjiżna, il-wirt storiku.", "Dawn huma emendi għal-liġi li nista' niftaħar li gvern wara l-ieħor ra kif għamel biex ikompli jtejjibha, amministrazzjoni wara l-oħra.", "Irrid mill-ewwel infaħħar ix-xogħol enormi li kien sar minn gvernijiet Laburisti ta' żmien il-Perit Mintoff, meta kien hemm id-Dipartiment tal-Mużewijiet.", "Spiss niltaqa' ma' nies li kienu jaħdmu f'dak id-Dipartiment u jirrakkontawli l-ħafna xogħol li għamlu bil-ftit riżorsi li kellhom.", "Irrid infaħħar ukoll id-deċiżjoni li kien ħa l-eks Ministru Louis Galea meta rriforma mill-qiegħ il-Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali, u mid-Dipartiment tal-Mużewijiet ħoloq dawk l-organi li llum nistgħu ngħidu li rnexxew bil-kbir, fosthom Heritage Malta, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u id-Direttorat tar-Restawr.", "Issa wasalna għall-pass li jmiss u m'għandix dubju li se jgħaddi ż-żmien u ta' warajna se jħarsu lura u jgħidu li l-Parlamentari tal-Leġiżlatura li bdiet fl-2017 komplew jibnu fuq il-qafas leġiżlattiv tajjeb ħafna li ħallewlhom ta' qabilhom.", "Dawk ta' qabilna tawna qafas leġiżlattiv tajjeb ħafna u sabiħ immens.", "Il-liġi tieħu pjaċir taqraha, u m'għandix dubju li lil ta' warajna se nkunu qed ngħaddulhom liġi ħafna aħjar milli writna.", "Essenzjalment, dan li qiegħed nippreżenta llum huwa eżerċizzju li ħa s-snin biex sar.", "Niftakar li l-ewwel darba li bdejna naħdmu fuq din il-liġi kien ftit wara nofs il-leġiżlatura li għaddiet u llum qegħdin nersqu lejn nofs din il-leġiżlatura.", "Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq proċess li ħa tlieta, erba' snin, u ħa dan il-perjodu kollu għax ridna nkunu ċerti li l-emendi li nagħmlu f'dan l-Abbozz ta' Liġi, they withstand the test of time u ma jkunux emendi li jservu mil-lum għal għada.", "Aħna rridu li dawn ikunu emendi li jservuna għal ġenerazzjoni li fiha l-qafas tal-patrimonju kulturali, u jekk qabel minħabba l-ftit riżorsi li kien hemm, u ma nagħti tort lil ħadd, dan kien jiġi relegat bħala qasam li meta ma nitkellmux fuq affarijiet oħra nitkellmu fuqu, illum l-patrimonju kulturali u l-kultura kollha kemm hi saru prijorità nazzjonali.", "Illum titkellem ma' min titkellem u tmur fejn tmur, għalkemm ġieli ssib xi eċċezzjonijiet, ħafna min-nies jgħidulek kemm huma kburin bil-wirt storiku u bil-kultura ta' pajjiżna, u li għalihom dawn huma importanti daqs l-aqwa diskussjoni dwar affarijiet li jolqtu lin-nies fil-laħam il-ħaj ta' kuljum.", "Għalhekk irrid nirringrazzja lin-nies kollha li kkontribwew biex għamilna dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Hemm elenku sħiħ, u kultant tibża' ssemmi n-nies għax tista' tħalli lil xi ħadd barra, però, jekk tippermettuli, nixtieq insemmi persuna waħda.", "Qed nirreferi għas-Sur Mario Cutajar li mhux biss huwa l-Principal Permanent Secretary, imma wkoll id-Direttur Eżekuttiv fuq il-Bord ta' Heritage Malta.", "Mas-Sur Cutajar ħdimna id f'id u ħdimna tajjeb ħafna biex nagħmlu sinerġija li twassal biex il-ħafna ideat tajbin li kienu jiġuna minn żmien għal żmien sabiex intejbu l-liġi nagħmluhom realtà.", "Kif diġà għidt, dawn huma emendi għal-liġi li kienet saret fl-2002 u semmejt lill-eks Ministru Louis Galea.", "L-Att tal-2002 bidel kompletament il-liġi dwar il-protezzjoni tal-antikitajiet, l-Antiquities Protection Act, għamel riforma mill-qiegħ u tana liġi li servietna tajjeb għal dawn l-aħħar 20 sena, però issa jekk irridu nagħmlu l-pass li jmiss, irridu ntejbu l-liġi li hemm llum.", "Biex nispjega aħjar x'se nagħmlu, huwa tajjeb li nispjega x'għandna llum, għax ikun inutli li nispjega x'se nagħmlu jekk dak li għandna ma nispjegahx tajjeb.", "Se nibda bis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li hu r-regolatur tas-settur kulturali, jiġifieri jidħol kull fejn hemm bżonn deċiżjoni regolatorja.", "Pereżempju, jekk fil-gazzetti naraw li se jsir xi żvilupp, is-Sovrintendent joġġezzjona jew jaqbel.", "Jekk joġġezzjona jċapċpulu u jekk jaqbel jikkritikawh.", "Issa ġieli jkollhom raġun u ġieli ma jkollhomx, għax is-Sovrintendent is-Sur Joe Magro Conti u n-nies tiegħu, li minn hawnhekk insellmilhom, jagħmlu dak kollu possibbli biex jissalvagwardaw il-wirt storiku, filwaqt li ma jxekklux l-iżvilupp.", "Allura nixtieq nirringrazzjah tax-xogħol li qiegħed jagħmel u, kif għidt qabel, meta jfaħħruh naqbel magħhom li għandhom ifaħħruh, imma meta jikkritikawh, inħoss li l-kritika li ssir tkun inġusta, għax fil-fehma tiegħi s-Sovrintendenza qed toħloq bilanċ tajjeb bejn il-bżonn li niżviluppaw dan il-pajjiż, u fl-istess waqt nieħdu ħsieb il-wirt storiku.", "It-tieni entità hija Heritage Malta, li forsi hija l-iktar entità popolari u li tagħmel ħafna ġid.", "Naħseb li n-nies hemm barra jafu x'inhi Heritage Malta u għandhom biżżejjed informazzjoni dwarha.", "It-tielet entità li għandna fil-liġi hija ċ-Ċentru Malti għar-Restawr.", "Dan kellu jservi bħala ċentru li jieħu ħsieb ir-restawr, imma fil-verità llum dak ix-xogħol qed jagħmlu d-Direttorat tar-Restawr b'mod tajjeb ħafna u b'mod li jagħmel sens.", "Hemm ukoll il-Kumitat tal-Garanzija, li l-iskop tiegħu huwa ta' stakeholder management and stakeholder cooperation, fejn l-istakeholders kollha jaħdmu flimkien u jagħtu parir lill-Gvern dwar il-patrimonju kulturali.", "Diġà għidt li l-Liġi tal-2002 kienet pass importanti u se nerġa' nfaħħar il-viżjoni ta' liġi li tatna 16 jew 20 sena ta' xogħol tajjeb ħafna, però issa hemm bżonn inbiddlu u ntejbu.", "Wara dawn iż-żewġ ġenerazzjonijiet ta' esperjenza, nistgħu nkomplu ntejbu u fejn hemm bżonn inbiddlu nbiddlu, u fejn hemm bżonn insaħħu nsaħħu.", "Qabel l-2013 kienu saru sforzi biex fil-Parlament jitressqu emendi għall-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.", "Ninsab informat li kienu saru Abbozzi ta' Liġi li però qatt ma raw id-dawl tax-xemx.", "Jista' jkun li l-leġiżlatura ta' qabel kellha prijoritajiet oħrajn, jew jista' jkun li ma kienx hemm qbil dwar xi emendi, però dan kien proċess li nbeda u ma ntemmx.", "Kif diġà għidt, fl-2014 inħasset il-ħtieġa li nagħtu enerġija lil dan il-proċess, u llum, wara diversi konsultazzjonijiet vasti fejn tkellimna ma' kulħadd, qegħdin fl-2019 u nistgħu niddibattu dan l-Abbozz ta' Liġi fl-istadju tat-Tieni Qari.", "Is-sabiħ ta' dan l-Abbozz ta' Liġi hu li jitkellem dwar sfidi u aspetti li fl-2002 lanqas biss konna noħolmu li se niddiskutuhom.", "Fil-fehma tiegħi, dawn jagħtu soluzzjonijiet importanti ħafna li mhux biss jilqgħu għall-preżent, imma jantiċipaw il-futur.", "Hemm xi ftit ċirkostazi li juru li l-liġi ta' qabel ma servitniex tajjeb, u aħna se nsolvu dik il-problema.", "Pereżempju, hemm il-kwestjoni tal-warrants għar-restawraturi.", "Naf li hemm ħafna restawraturi li jixtiequ jingħataw warrant, u l-liġi tal-2002 kienet ipprovdiet li jkun hemm bord li jagħti l-warrant lir-restawraturi, però kienet tgħid li fost il-membri tal-bord għandu jkun hemm xi ħadd li għandu l-warrant ta' restawratur.", "Allura ġejna f'sitwazzjoni impossibbli; ladarba f'Malta ma kien għad hawn ħadd li għandu din il-warrant għax ma kenitx għadha teżisti, allura l-liġi ma setgħetx titħaddem.", "Mela meta saret il-liġi fl-2002 ħolqu bord li jagħti l-warrants lir-restawraturi, imma kien hemm indikat li fuqu għandu jkun hemm xi ħadd li għandu l-warrant ta' restawratur, imma peress li riedet tingħata l-ewwel warrant biex ikun hemm dan il-membru, dan il-bord qatt ma seta' jitħaddem skont il-liġi.", "Issa bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nsolvu darba għal dejjem din il-mankanza li kien hemm fil-liġi tal-2002, li altrimenti kienet liġi tajba, u jien diġà faħħartha.", "Il-liġi li qegħdin nipproponu se tbiddel il-mod kif irid ikun kompost il-bord, biex nilqgħu għal din id-diffikultà.", "Qeħdin naraw ukoll li jkun hemm standard ogħla fil-professjoni tal-konservazzjoni u r-restawr, kif ukoll li fejn tidħol il-professjoni tar-restawraturi jkun hemm aktar għarfien tal-wirt kulturali bis-segwenti affarijiet.", "L-ewwel nett, biex tkun restawratur irid ikun hemm titjib drastiku fil-kwalifika meħtieġa u li biex tapplika għall-warrant fil-qasam tar-restawr u l-konservazzjoni jrid ikollok prova ta' livell ta' preparazzjoni li tassigura l-ħarsien tal-wirt storiku.", "Ma nistgħux inħarsu lejn dan is-settur mingħajr ma nirrikonoxxu l-fatt li għandu jkun hemm ċirkostanzi li jagħtu lok li, pereżempju, min ilu restawratur għal ħafna snin u qatt ma kellu warrant u m'għandux kwalifiki biex japplika għall-warrant, il-liġi tipprovdi li għal perjodu ristrett ikun hemm a grandfathering clause li permezz tagħha min mhuwiex ikkwalifikat akkademikament u ilu jaħdem ta' restawratur, xorta jkun jista' japplika.", "Din il-ħaġa qegħdin nilqgħu għaliha, u din hi eċċezzjoni li ssibha f'ħafna liġijiet, anke f'liġijiet mediċi.", "Meta daħlet l-ispeċjalizzazzjoni, dawn kienu pprovdew grandfathering clause, li tagħmel sens, għax inkella tkun qed toħloq inġustizzja.", "Altrimenti, tneħħi dik l-eċċezzjoni, se nibdew paġna ġdida fejn se jkollna restawraturi mħarrġin, tal-aqwa kwalifiki u tal-aqwa livell.", "Qegħdin nintroduċu wkoll il-konċett ta' reġistrazzjoni ta' heritage skills, fejn tkun tista' turi li għandek heritage skill regolat bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Qegħdin inwessgħu x-xogħlijiet varji li jeħtieġ il-qasam tal-protezzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali.", "Ir-restawraturi jagħmlu xogħol importanti ħafna fil-protezzjoni tal-wirt storiku, però mhux huma biss jipproteġu l-wirt storiku.", "Jien inzertajt għandi mħabba lejn ix-xogħol li jagħmlu s-soċjetajiet mużikali fl-irħula.", "Dawn apparti li jgħallmu l-mużika fl-irħula, jagħmlu xogħol importanti ieħor bħal jiġbru l-flus u jħallsu, jirranġaw xi statwa, u jinvestu f'xi biċċa arti.", "Dawn huma kollha affarijiet li jsiru fl-irħula, u tiġix tgħidli li l-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur, għalkemm ma jkunux restawraturi, ma jgħinux għall-protezzjoni tal-wirt storiku.", "Allura se nagħtu l-possibbiltà li dawn ikollhom heritage skill certificate li juri li għandhom sengħa f'dak is-settur partikolari.", "Pereżempju, il-marmisti - f'Malta m'għandniex ħafna marmisti, tgħoddhom fuq id waħda - għalkemm mhumiex restawraturi, tiġix tgħidli li ma jipproteġux il-wirt storiku.", "Allura m'għandniex nagħtuhom ċertifikat li juri l-ħila li għandhom?", "Inċidentalment, irrid nirringrazzja lill-ftit marmisti li fadlilna, talli kull meta jkollna bżonnhom bħala Gvern, dejjem insibuhom ta' għajnuna u kultant jissagrifikaw ix-xogħol privat li jkollhom u jwarrbuh fil-ġenb, għax tant iħobbu x-xogħol tagħhom li kuntenti jitilfu l-flus u jagħmlu xogħol li l-Istat jitlobhom jagħmlu f'ċerti postijiet, imbagħad ikunu jistgħu jgħidu: Jien ħadt ħsieb il-component tal-proġett tal-Palazz.", "Din hija xi ħaġa sabiħa, għax turi l-amorproprju.", "Aħna rridu niżguraw l-ogħla standard anke fl-oqsma li ma jaqgħux taħt ir-restawr u li għandhom snajja' oħrajn.", "Aħna nemmnu li dan se jkun xprun importanti biex ċerti snajja' li qed jintilfu, inkunu nistgħu nagħtuhom il-ħajja mill-ġdid.", "Jien naf ħafna żgħażagħ li dak li jaraw b'għajnejhom jagħmluh idejhom.", "Il-familja tiegħi mimlija b'nies bħal dawn, imma jien inzertajt l-oppost ta' dan li semmejt, imma naf kemm hawn nies u żgħażagħ li huma tajbin fis-snajja' u dak li jaraw kapaċi jagħmluh.", "Għalhekk inħeġġeġ lil dawn iż-żgħażagħ li b'din iċ-ċertifikazzjoni se nkomplu nagħtuhom opportunità li jagħmlu karriera mis-sengħa tagħhom.", "Ġieli jiġi xi ħadd u jgħidli, pereżempju, li jaf jaħdem fl-injam u jaf jagħmel il-lavur u jurini r-ritratti, imbagħad meta nistaqsih għalfejn ma jmurx l-MCAST biex iġib kwalifika, jgħidli li jaqta' qalbu.", "Imma b'din naħseb li se jkollu inċentiv ieħor li jekk iġib dik il-kwalifika jaf li se jkollu ċ-ċertifikat ta' dan il-bord li jkompli jirrendih speċjalizzat f'dak is-settur.", "Xogħol hawn kemm trid.", "Ix-xogħol ta' restawr ifur qiegħed.", "Kull fejn iddur ħlief nies li jgħidulek li ma jistgħux isibu ħaddiema, ma tarax, anke fir-restawr.", "Naħseb li kollha titkellmu man-nies u tafu x'qed ngħid, allura din se tgħin biex aktar żgħażagħ joħolqu karrieri ġodda.", "Il-bord tal-warrants se jara wkoll ilmenti ta' natura etika.", "Aħna qegħdin ngħidu li jekk ir-restawratur se jkollu professjoni, awtomatikament se jġib il-bżonn li jkun hemm kodiċi ta' etika, u fejn ikun hemm nuqqas ta' etika, xi ħadd irid jiddeċiedi.", "Pereżempju, l-avukati għandhom il-Kamra tal-Avukati li tiddeċiedi kwestjonijiet ta' etika, l-istess il-periti u n-nutara, allura anke r-restawraturi għandu jkollhom bord li jiddeċiedi kwestjonijiet ta' etika.", "Għalhekk ħloqna mekkaniżmu – ħalli għalina l-avukati biex nipprovaw noħolqu l-mekkaniżmi! – li jiggarantixxi kemm jista' jkun fair hearing bid-dritt ta' appell mid-deċiżjonijiet tal-bord.", "Qegħdin nirrikonoxxu wkoll diversi entitajiet u assoċjazzjonijiet ta' konservaturi u restawraturi biex ikun hemm aktar komunikazzjoni bejn il-bord u min jipprattika l-professjoni.", "Hawnhekk irrid ngħid li l-assoċjazzjoni li tiġbor ir-restawraturi hija magħmula minn nies ta' rispett enormi.", "Jien għandi rispett kbir lejn din l-assoċjazzjoni, u minn hawnhekk insellmilhom kollha.", "Ma nsemmix lil dak u lill-ieħor għax żgur ninsa lil xi ħadd u jkun inġust jekk nagħmel hekk, imma rrid nirringrazzjahom kollha għax huma nies ta' kortesija kbira, edukatissimi u jagħmlu l-punt tagħhom bl-aktar mod kostruttiv.", "Jien nixtieq li nkomplu għaddejjin bid-diskussjoni mal-assoċjazzjoni li tiġbor ir-restawraturi.", "Huwa veru li hemm vantaġġ li wħud minn dawn il-membri huma impjegati ta' Heritage Malta, allura naħdmu magħhom b'mod kontinwu, però xorta nixtieq li l-bord u din l-assoċjazzjoni jkomplu jkabbru r-relazzjoni diġà eċċellenti li hemm preżentement.", "It-tieni innovazzjoni hija l-wirt kulturali li jinsab taħt il-baħar, u hawnhekk dħalna f'dinja spettakolari.", "Pajjiżna għandu ġawhar kbar fuq l-art u għandu aktar ġawhar taħt il-baħar.", "Kull min hu appassjonat għall-baħar jaf x'qed ngħid.", "Lili jgħallmuni n-nies li fis-sajf għandhom il-possibbiltà li jgħoddsu taħt il-baħar, min biċ-ċilindri u min bla ċilindri, jesploraw din id-dinja oħra.", "Kulħadd jgħidlek li kif tinżel taħt il-baħar, qisek dħalt f'dinja ġdida u Malta verament għandna rikkezzi kbar taħt il-baħar.", "Dan hu sforz li pajjiżna huwa gżira, li minnu nnifsu diġà jagħmlek rikk fejn tidħol il-kosta u taħt il-baħar, imma aħna gżira fl-aktar reġjun sabiħ fid-dinja; huwa eċitanti għax jiltaqgħu flimkien iż-żewġ kontinenti.", "Jekk taqra l-istorja tad-dinja ssib li l-aqwa nies missew ma' dan il-baħar li ngħixu fih.", "Aħna m'aħniex gżira f'nofs oċean li qatt ma jissemma mkien, imma aħna gżira f'nofs il-baħar Mediterran kollu storja.", "Jekk taqra l-istorja tad-dinja, il-ħin kollu ssib referenza għall-Mediterran għax fih saru l-aqwa battalji u b'xi mod l-aqwa nies kellhom x'jaqsmu mal-Mediterran.", "Issa aħna qegħdin proprju f'nofs dan ir-reġjun eċitanti.", "Meta jkollok dan il-wirt kulturali taħt il-baħar, ma tistax ma tipprovdix ad hoc għalih, biex bħalma għandek unit għar-restawr u bħalma għandek is-Sovrintendenza, ikollok entità taħdem speċifikament fuq il-wirt taħt il-baħar.", "Għalija llum qed inwelldu xi ħaġa li għada pitgħada se tikber b'mod li llum ma nimmaġinawx is-suċċess li se jkollha, li jkollok entità li tieħu ħsieb il-wirt kulturali ta' taħt il-baħar.", "Dan hu kapitlu li qed jinkiteb mill-ġdid biex nipprovdu għalih u għax-xogħol li rridu nagħmlu fil-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Issa biex tagħmel xi ħaġa mill-ġdid, trid tibda mid-definizzjoni ta' x'inhu wirt kulturali taħt il-baħar.", "Allura qed nispjegaw x'inhu dan il-wirt kulturali taħt il-baħar u qed nispeċifikaw min għandu l-obbligu jagħmel xiex.", "Pereżempju, jekk tinstab xi ħaġa ta' valur kulturali fil-baħar, hemm obbligu ta' rapportar.", "Dan qed jiftaħ ferita kbira, għax il-Bambin biss jaf kemm kien hemm affarijiet sbieħ u prezzjużi mil-lat patrimonjali taħt il-baħar.", "Jien nisma' stejjer, bħalma jisma' kulħadd, fejn jgħidulek li fi żmien il-bużnannu – biex ma nsemmix dan iż-żmien – kienu jgħoddsu għal \"hekk\" u jsibu \"hekk\" u jbigħuhom 'l hawn u 'l hemm.", "Il-Bambin biss jaf, u naħseb li sħabi l-Għawdxin jistgħu jirrakkontaw iktar mill-Maltin ir-rikkezzi kbar li jkun hemm taħt wiċċ il-baħar.", "Issa se jkun hemm obbligu ta' rapportaġġ tal-affarijiet li jinstabu taħt il-baħar.", "Forsi tgħidli li mbilli issa hemm l-obbligu ta' rapportaġġ, min ma jridx jirrapporta mhux se jirrapporta.", "Aħseb u ara jekk ma jkunx hemm l-obbligu!", "Irridu nibdew minn xi mkien u rridu nkabbru l-kuxjenza dwar il-bżonn, anke bħala pajjiż, li jekk insiru nafu b'affarijiet ta' valur li hemm taħt il-baħar, anke jekk ikunu affarijiet żgħar, nistgħu nagħmlu d-differenza.", "Jekk tippermettuli nagħmel aneddotu żgħir.", "Nhar il-Ħadd mort flimkien ma' numru ta' residenti minn Ħal Safi biex naraw l-affarijiet li nstabu wara proġett li kien hemm minn kumpanija tal-avjazzjoni f'Ħal Safi li applikat għall-permess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha.", "Is-Sovrintendent ordna li jkun hemm moniteraġġ, għax din hija żona sensittiva b'mod arkeoloġiku, u f'dan il-moniteraġġ instabu biċċiet żgħar ta' fuħħar, id-daqs ta' munita ta' €2 li ġieli meta tagħmilhom flimkien ikun hemm forma aktar ċara, però fil-maġġoranza huma affarijiet żgħar.", "Tgħidli: Prosit, billi nstabu biċċiet ta' fuħħar?", "Dawn qegħdin għall-wiri fil-Mużew tal-Arkeoloġija.", "Nhar il-Ħadd li għadda, ma' numru ta' residenti minn Ħal Safi stess, ħadt gost nisma' lil Dr Nathaniel Cutajar, li kulħadd jaf kemm huwa struwit f'dan is-settur, jgħid li din il-biċċa farka tefgħet dawl fuq perjodu tal-Medjuevu li Malta ma nafu xejn, jew nafu ftit, dwaru, għax biex tkun taf dwar l-istdorja ta' pajjiżek, trid taqra r-referenzi li hemm u tara l-oġġetti li ssib.", "Issa referenzi dwar Malta fi żmien il-Medjuevu m'hemm prattikament xejn, allura rridu noqogħdu fuq dak li nsibu.", "Bis-saħħa ta' dawn l-affarijiet u oħrajn li nstabu, pereżempju, fl-Imdina, stajna nidentifikaw li f'Malta, anke fiż-żoni rurali, kienu jużaw fuħħar li żgur ma kienx jiġi prodott Malta, imma kien jiġi prodott barra minn Malta, inkluż f'żoni li mingħalina li dak iż-żmien kienu l-għadu tal-Maltin, jiġifieri fiż-żoni tan-naħa ta' fuq tal-Afrika, fejn fil-Medjuevu nafu li kien hemm żewġ fazzjonijiet prinċipali ewlenin, apparti s-sitwazzjoni tal-Biżantini u dik li llum nafuha bħala Sqallija.", "Mela f'Malta nsibu dan il-fuħħar li kien isir minn dawk li mingħalina kienu l-għadu tal-Maltin, allura huwa ovvju li kien ikun hemm kummerċ kbir għaddej bejn popli differenti.", "Għalfejn kienu jiġu Malta dak iż-żmien biex ibigħu l-fuħħar?", "In-negozjanti ma kellhomx interess li jiġu Malta jekk mhux għax kien jaqblilhom jiġu jbigħu hawn Malta, imma probabbilment kellhom aċċess għal prodotti oħrajn li jiġu minn ambjenti differenti tar-reġjun tal-Mediterran.", "Dan fuq affarijiet żgħar, aħseb u ara affarijiet kbar kemm jagħmlu differenza għall-identità straordinarja li għandu dan il-pajjiż.", "It-tielet ħaġa li se ndaħħlu bis-saħħa ta' dawn l-emendi hi li biex tagħmel esplorazzjoni u biex tirkupra r-relitti – din hi traduzzjoni tal-kelma relics – trid il-permess tas-Sovrintendent.", "Hawnhekk se nirregolaw xi ħaġa li sal-lum ma kenitx regolata, li biex tagħmel esplorazzjoni u rkuprar ta' relitti fil-baħar, trid permess mis-Sovrintendent.", "Issa dan ifisser li s-Sovrintendent ma jistax idum ad aeternum biex jiddeċiedi.", "Qed nagħmilha ċara minn issa li aħna rridu nkunu ċerti li mil-lat burokratiku nagħmlu dak kollu meħtieġ sabiex ikun hemm effikaċja u prattiċità f'dan l-aspett.", "Qed jingħata wkoll poter lis-Sovrintendent sabiex jiġu stabbiliti żoni ta' protezzjoni fil-baħar.", "Aħna nafu li għandna diversi liġijiet li jagħtu poteri ta' protezzjoni fuq l-art, imma issa se nagħtu poter ġdid ta' protezzjoni taħt il-baħar minħabba kwestjonijiet ta' wirt storiku, filwaqt li se jkun assigurat il-kontroll tal-aċċessibilità u l-promozzjoni tal-wirt, din id-darba min-naħa ta' Heritage Malta.", "Il-ħtieġa li jiġi permess l-irkuprar u mbagħad il-konservazzjoni u l-esebizzjoni tal-wirt kulturali fil-baħar qed tiġi promossa ħalli dan jiġi gawdut minn udjenzi Maltin, kif ukoll internazzjonali.", "M'għandix dubju li dan il-unit se jagħmel xogħol importanti ħafna.", "Hawn nista' nħabbar li ddeċidejt li din ir-responsabbiltà, dan l-oneru, nagħtih lill-Prof.", "Timmy Gambin, li kulħadd jaf il-ħiliet akkademiċi straordinarji li għandu.", "Huwa bniedem rispettat minn kulħadd u huwa professur ta' fama mhux biss Maltija, imma testendi 'l barra minn xtutna fejn jidħol il-wirt kulturali taħt il-baħar.", "Nirringrazzjah talli aċċetta li jgħin lill-pajjiż - dan mhux qed igħin lill-Gvern jew lill-Oppożizzjoni - biex din it-tarbija titwieled, titlaq tiġri u f'kemm ilni ngħidlek tkompli tiffjorixxi u tmur 'il quddiem.", "Fejn jidħol il-wirt kulturali, ma jistax ikun li jkollok qasam daqshekk eċitanti u dinamiku jekk ma jkollokx strateġija u politika li tagħmel sens u li tkun aġġornata kontinwament.", "Jien naħseb li sar ħafna xogħol, però rridu nammettu li l-pubbliku inġenerali għadu ma jafx fuq ponot subgħajh l-entitajiet relattivi u x-xogħol li jagħmlu.", "Allura ta' spiss ikellmuni nies li jkunu qegħdin jistennew clearance mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jħalltu s-Sovrintendenza ma' Heritage Malta.", "Dik fiha nnifisha hi turija li rridu nagħmlu iktar biex nikkomunikaw ix-xogħol li tagħmel kull entità.", "Mela rridu niddeċiedu min se jkun responsabbli għat-tixrid tal-informazzjoni u l-għarfien dwar ix-xogħol kulturali.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed nipproponu li Heritage Malta tkun l-entità li wieħed jikkonsulta fuq bżonnijiet relatati ma' konsultazzjoni u restawr, kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku bil-funzjonijiet diversi.", "Hija se tkun dik li tagħti pariri lill-Gvern rigward best practices fil-konservazzjoni tal-kollezzjonijiet nazzjonali.", "Sal-lum dawn il-funzjonijiet donnhom huma dispersi, għax m'hemmx sit għalihom.", "Dan bħal ta' Pirandello, qisu għandek il-karattri qegħdin jiġru ma' kullimkien ifittxu awtur.", "Hekk ukoll dan l-aspett.", "Irridu sid għal din il-mansjoni, u se tkun proprju Heritage Malta li se ngħabbuha b'iktar responsabbiltà għax nafu li it will deliver.", "Kieku m'għandniex fiduċja f'min imexxi Heritage Malta konna nimxu differenti, imma għax għandna fiduċja fiha qegħdin nikkonsolidaw dawn id-doveri ġodda fuq Heritage Malta.", "Hemm grupp ta' emendi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-operat ta' entitajiet governattivi u NGOs li għandhom funzjoni importanti f'dan il-qasam.", "Qegħdin naraw li f'dak li llum forsi huwa burokratiku, nipprovaw inneħħu min-nofs ħafna affarijiet li diversi entitajiet jipprotestaw regolarment dwarhom.", "Jidhirli li dawn l-affarijiet se jiffaċilitaw l-operat tal-entitajiet u tal-NGOs.", "Hemm punt dwar ir-right of preference li forsi ma jitkellimx kulħadd dwaru, imma meta jolqtok, tgħid aħħ!", "Kif nafu, l-Istat għandu dritt tar-right of preference, jiġifieri għandu d-dritt li jaqbeż il-kju fejn jirrigwarda rkant ta' artefatti u biċċiet tal-arti.", "Fejn ikun hemm irkant ta' artefatti u biċċiet tal-arti, l-Istat għandu d-dritt li joffri l-offerta daqs kemm ikun se jinbiegħ lil Tizju u jixtri l-prodott jew l-artefatt hu.", "Aħna, bħala Gvern, nixtru diversi artefatti.", "Pereżempju, jekk tmur il-MUŻA tara l-artefatti ta' Sciortino li wħud minnhom bħal, pereżempju x-xogħol magħruf bħala Speed, xtrajniehom b'dan il-mod.", "Meta tixtri b'dan il-mod, tkun qed tixtri b'mod dirett.", "Ara kemm jikkritikaw id-direct orders, imma b'direct order trid tixtri dawn l-affarijiet.", "Tkun qed tixtri billi simbolikament tagħti daqqa ta' spalla lill-privat li jkun għamel l-offerta qablek.", "Hawn min jiddejjaq u nifhimha li dak li jkun ma jeħux pjaċir, imma għandi nifhem li naqblu li għall-ġid tal-pajjiż, hekk għandu jkun.", "Issa biex inkomplu nipperfezzjonaw dan il-kamp, qegħdin nagħtu l-obbligu lil Heritage Malta wara li tikkonsulta s-Sovrintendenza biex tkun is-sid ta' din il-mansjoni.", "Qabel, dan kienet tagħmlu s-Sovrintendenza, issa qed inneħħu dak id-dritt mingħand is-Sovrintendenza u nagħtuh lil Heritage Malta, għax is-Sovrintendenza matul is-snin żviluppat f'oqsma oħrajn li hemm bżonn li tiffoka iktar fuqhom.", "B'dan il-mod se nkunu qegħdin nagħmlu ħafna ġid.", "Heritage Malta se tingħata l-ewwel preferenza fuq artefatti, kemm dawk li ġew skoperti, kif ukoll dawk li huma fil-pussess tal-Gvern u huma ta' importanza kulturali.", "Il-liġi qed tieħu ħsieb li dawn is-siti, anke immobbli, ikunu jistgħu jingħataw lil Heritage Malta taħt kondizzjonijiet li jaċċertaw iż-żamma bl-aħjar mod ta' dawn is-siti, kemm mobbli u kemm immobbli.", "B'dan il-mod qegħdin inneħħu l-piż minn fuq is-Sovrintendenza u b'hekk tkun tista' tiffoka iktar fuq regolamentazzjoni.", "Kull min iltaqa' magħna fl-aħħar xhur jaf li żgur kien hemm qbil fuq il-bżonn li lis-Sovrintendenza nneħħulha ħafna obbligi minn fuqha, għax tant hi mgħobbija b'funzjonijiet oħra li qed tlaħħaq magħhom b'diffikultà.", "B'dan il-mod Heritage Malta tkun tista' tiffoka fuq u tispeċjalizza f'dawn l-obbligi ġodda li qed nitfgħu fuq spallejn din l-entità li rnexxiet, u naħseb li llum kulħadd jaqbel li hija waħda mill-aħjar entitatjiet li għandna bħala Gvern.", "Hemm ukoll ilment ieħor li ta' spiss jissemma, dwar l-aċċess għar-rapport tal-iskavi.", "Mela kull min huwa arkeologu, l-ewwel ħaġa li jgħidlek minflok bonġu, tkun: Trid issir xi ħaġa; ma jistax ikun li biex nara r-rapport tal-iskavi rrid nagħraq l-għaraq tad-demm!", "Meta sirt naf biha din, jien ukoll ma stajtx nifhem għalfejn kienet daqshekk diffiċli li wieħed ikollu aċċess biex jaqra r-rapporti li tagħmel is-Sovrintendenza, jew in-nies inkarigati minnha, dwar l-iskavi li jsiru.", "Pereżempju, ftit ilu semmejt il-fuħħar.", "Għalfejn m'għandix dritt immur nara r-rapport fi żmien xieraq u raġonevoli?", "B'din il-liġi imponejna li s-Sovrintendenza jrid ikollha terminu ta' tliet snin li fihom tikkonkludi r-rapport.", "Issa jkun hemm min jgħidlek li tliet snin huma ħafna, imma aħna għidna li se nibdew bi tliet snin u b'hekk il-poplu hemm barra jaf, speċjalment l-akkademiċi, l-arkeologi u n-nies li jieħdu gost jistħarrġu u jaqraw dwar is-siti, li fi żmien tliet snin se jkollhom id-dritt jaqraw ir-rapporti tal-iskavi.", "Wara li jitlesta dan ir-rapport, il-materjal kollu li jkun skavat jgħaddi għand Heritage Malta.", "Mela se nagħtu poter ieħor ġdid lil Heritage Malta li wara li jitlesta r-rapport, il-materjal kollu jgħaddi għandha u jkun jifforma parti mill-kollezzjoni nazzjonali.", "Ejja nkunu ċari u onesti magħna nfusna.", "Il-kollezzjoni nazzjonali tal-iskavi li jsiru paripassu mal-iżvilupp li jkun għaddej fil-pajjiż għandha problema akuta ta' aċċessibilità.", "Irrid niftakar kemm kienu l-okkażjonijiet li fihom l-affarijiet li nstabu jkunu aċċessibbli.", "Mela żviluppatur irid jara jekk is-Sovrintendent jaqbilx mal-iżvilupp, imbagħad is-Sovrintendent normalment jimponilu monitor, imbagħad il-monitor irid jagħmel ix-xogħol u jekk ikun hemm dewmien se jsofrih l-iżviluppatur.", "La dan qed nagħmluh għall-ġid tal-wirt storiku, is-soċjetà m'għandhiex ikollha d-dritt li taċċedi l-wirt storiku li jinstab?", "Jew se jibqa' kollox fid-dinja tal-akkademiċi?", "Aħna ma rriduhiex din il-ħaġa.", "Jien irrid inkisser dan il-ħajt li hemm f'dan is-settur bejn id-dinja akkademika u l-familji fid-djar tagħhom, għax il-wirt storiku mhuwiex proprjetà tal-akkademiċi.", "Lill-akkademiċi nsellmilhom u nirringrazzjahom tax-xogħol kbir li jagħmlu.", "Jekk ikolli nsemmi wieħed, insemmi lis-Sur Stephen Spiteri, li jagħmillek l-isbaħ kotba dwar il-fortifikazzjonijiet ta' pajjiżna u jifhem b'mod li jbellhek.", "Jekk tagħmel nofs siegħa titkellem miegħu, titgħallem daqslikieku qed tisma' lill-aqwa lecturer fl-Università.", "Stephen irnexxa għax jesebixxi x-xogħol tiegħu, jippubblika l-kotba, u hu aċċessibbli.", "Aħna hekk irridu, li jkollna dawn it-tip ta' akkademiċi li jiftħu l-bibien għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Inkella, minn naħa waħda se nibqgħu nitolbu l-ikbar serjetà fejn jidħol il-wirt storiku għax irridu nipproteġuh - u hekk għandu jkun – imam mbagħad min-naħa l-oħra l-pubbliku ma jarax dak li qed nipproteġu.", "Hemmhekk se jkun hemm a mismatch li tweġġa', u tweġġa' lil kulħadd.", "Għax li tipproteġi l-wirt storiku huwa tajjeb, u li kulħadd jagħmel naqra sagrifiċċju biex nipproteġu l-wirt storiku tifhimha, għax dan hu proprjetà tal-poplu kollu, imma mbagħad il-poplu jrid ikollu aċċess għalih.", "Għalhekk qegħdin ngħidu lil Heritage Malta biex tieħu dan il-poter ġdid u dan id-dover ġdid li tkun hi li ddaħħal dawn l-affarijiet fil-kollezzjoni nazzjonali u turihom lin-nies, bħalma qed nagħmlu fil-Mużew tal-Arkeoloġija fejn id-dħul huwa b'xejn u qiegħed fil-pjan terran, jiġifieri la hemm problema ta' taraġ u m'hemm problema ta' xejn.", "Hemmhekk tista' tmur, tieħu lit-tfal u 'l-familja u tara dawn l-affarijiet.", "Aħna rridu iktar minn dawn l-affarijiet.", "Fl-istess waqt, neħħejna numru ta' poteri mis-Sovrintendenza biex tagħmilhom Heritage Malta b'iktar effikaċja.", "Imbagħad qegħdin insaħħu u nwessgħu l-poteri tas-Sovrintendent fejn tidħol, pereżempju, importazzjoni ta' oġġetti patrimonjali, moniteraġġ u infurzar biex inkunu ċerti li nipproteġu l-wirt storiku.", "L-ikbar sfida hija meta jsir żvilupp, bħal meta jgħaddu t-toroq u jibnu l-iskejjel.", "Ħafna drabi n-nies meta ssemmi l-kelma \"żvilupp\" imorru għal kuntrattur li jibni xi blokka flats.", "Dak huwa żvilupp, però daqstant ieħor huwa żvilupp jekk tibni skola, tibni sptar jew tgħaddi triq, għalkemm hemm bżonn li jsiru t-toroq u huwa importanti li jsiru.", "Dan il-Gvern qed jagħmel ħafna toroq u nifraħlu għax-xogħol li qed isir.", "Imma s-Sovrintendent għandu l-obbligu li jagħmel ix-xogħol bl-istess ħeffa li qed isiru t-toroq.", "Ma jistax ikollok waħda tgħaġġel u l-oħra miexja bil-mod.", "It-tnejn iridu jaħdmu flimkien u jimxu bi speditezza biex nagħtu servizz aħjar lill-pubbliku.", "F'kull żvilupp, is-Sovrintendent għandu jkollu l-poteri kollha biex jieħu ħsieb il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Għalhekk qed ngħid li l-iżvilupp mhuwiex biss il-blokka flats ta' ħames sulari.", "Dak huwa żvilupp, imma huwa żvilupp ukoll kull żvilupp ieħor li jsir, inkluż żvilupp li aħna narawh bżonjuż u importanti ħafna.", "Dan irid ikompli, u huwa obbligu tas-Sovrintendenza li tgħin fix-xogħol li għandu jsir.", "Nerġa' nirringrazzja lil kulħadd tal-koperazzjoni li qed tintwera.", "Sabiex jiġi spjegat aħjar u jiġu regolarizzati l-imsieħba, is-Sovrintendent se jkollu l-poter li jakkredita entitajiet li jippromwovu u jipproteġu l-wirt kulturali.", "Aħna rridu li din tkun familja kbira ta' nies li jgħinu fis-settur kulturali u tal-patrimonju, għax il-Gvern waħdu ma jista' jagħmel xejn.", "Allaħares ma jkunux l-NGOs, l-akkademiċi u n-nies li jħobbu dan is-settur.", "Għalhekk irridu li jkun hemm is-serjetà, bl-akkreditazzjoni ta' nies li huma msieħba f'dan is-settur u jaħdmu flimkien, ħalli nkomplu nipproteġu l-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Se jkun hemm ukoll reġistru tal-NGOs u l-entitajiet li joperaw f'dan is-settur.", "Huwa tajjeb li wieħed ma jiqafx hawnhekk; irridu naħsbu wkoll għall-provvedimenti li hemm bżonn biex l-aspetti operattivi jaħdmu f'ambjent aħjar.", "Allura rridu niżguraw, pereżempju, li fejn jidħol l-inventarju nazzjonali komuni, nimxu 'l quddiem, u din il-liġi qed toħloq il-bażi għal dan.", "Irridu niżguraw li l-wirt kulturali jkun parti mid-dinja diġitali, u hawnhekk ukoll qegħdin nippromwovu dan kollu.", "Irridu niżguraw li d-dimensjoni xjentifika tal-konservazzjoni tiġi pprattikata billi jintużaw sistemi bi standards għoljin.", "Hawnhekk qegħdin nippromwovu dan kollu.", "Irridu niżguraw li nagħtu stimolu biex jiġu ppubblikati riċerki kull fejn hu legalment possibbli, li jkun hemm rappreżentazzjoni sħiħa tal-imsieħba fil-Kumitat tal-Garanzija, u li jittejbu s-sistemi fejn jidħlu suspension notices, protection orders u guardianship deeds.", "Dawn huma kollha affarijiet li dan l-Abbozz ta' Liġi, li hu wieħed b'saħħtu ħafna, se jkompli jmexxi 'l quddiem.", "Sur President, biex nirrikapitula, fil-bidu nett bdejt billi għidt li x-xemx mhijex se titla' hekk kif jgħaddi dan l-Abbozz ta' Liġi fejn jidħol il-kamp tal-patrimonju storiku.", "Assolutament mhuwiex il-każ, għax aħna qed nibnu fuq it-tajjeb li għamlu l-gvernijiet ta' qabel, kemm gvernijiet Laburisti u kemm gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista, li t-tnejn ħadmu biex il-qasam tal-wirt patrimonjali jimxi 'l quddiem.", "Fil-fehma tiegħi, id-differenza fil-ġenerazzjoni li qed ngħixu hi li qatt daqs illum fl-istorja ta' pajjiżna ma kibret l-imħabba lejn il-wirt storiku, dak li jagħmilna pajjiż u dak li jagħmilna stat.", "Fil-fehma tiegħi, qatt fl-istorja riċenti ta' pajjiżna ma saru inizjattivi biex il-wirt storiku ta' pajjiżna jkun aċċessibbli għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Nixtieq nagħlaq b'aneddotu żgħir.", "L-isbaħ ferħa li jistgħu jagħtuk in-nies hija meta tkun qed tiltaqa' mal-persuni li normalment ma tassoċjahomx mal-qasam tal-patrimonju kulturali u jgħidulek li laqathom xi kwadru milli hemm il-MUŻA, u jsemmulek liema hu.", "Meta tistaqsihom x'kien li marru l-MUŻA, jgħidulek li t-tifel għandu l-Heritage Passport u hu stess riedhom jeħduh jara l-MUŻA.", "Pereżempju, tiltaqa' ma' nies li jgħidulek li daħlu għall-ewwel darba fil-Mużew tal-Arkeoloġija jew f'siti bħal Sant'Iermu u Sant'Anġlu.", "U iktar ma tiltaqa' ma' nies li jgħidulek hekk, iktar tapprezza li l-qasam tal-patrimonju storiku sar parti integrali mill-mod kif naħdmu.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex prodott ta' ministeru wieħed, imma tal-Gvern kollu.", "Diġà għedt li naħseb li m'hawn l-ebda Ministru li qatt ma kellu x'jaqsam mal-ħarsien tal-patrimonju storiku, għax kull żvilupp li jsir iwassal għall-protezzjoni tiegħu.", "Allura meta tara dawn is-saffi kollha ta' ħidma, fosthom l-aċċessibbiltà għall-mużewijiet u għas-siti storiċi, u tara li bis-saħħa tal-inizjattivi li għamilna, in-nies qed japprezzaw iktar, tirrealizza li f'dan il-pajjiż hawn enerġija, fil-fehma tiegħi, bla preċedent.", "Qatt ma niftakar – din qed ngħidha bl-ikbar onestà – mument fl-istorja ta' pajjiżna fejn il-patrimonju storiku u l-kultura kollha kemm hi kienu prijorità għal ammont kbir ta' nies li għalihom hija x-xogħol tagħhom, il-karriera tagħhom, l-imħabba tagħhom u l-post li fih jiddedikaw ħafna u ħafna ħin.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja minn qalbi lil kull min diġà wera l-interess li jitkellem f'dan id-dibattitu.", "Jien se nkun qed insegwi kull kumment li jsir f'din il-Kamra.", "Għandi nifhem, jew għall-inqas nittama, li d-dibattitu jkun wieħed kostruttiv, għax naħseb li n-nies dak qed jistennew minna, dibattitu kostruttiv sabiex f'din il-liġi, jekk hemm xi aspetti li rridu nkomplu ntejbu, intejbuhom.", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nisimgħu lill-Membri kollha tal-Kamra, però m'għandix dubju li x-xogħol li sar minn ħafna nies, minn ħafna esperti u mill-istakeholders biex fasslu dan il-pakkett ta' emendi se jwassal biex il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna jingħata iktar importanza u jkun iktar aċċessibbli għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li ressaq il-Gvern sabiex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, biex nirregolaw aħjar il-professjoni tal-konservazzjoni u r-restawrazzjoni ta' fornituri u ta' servizzi oħrajn kulturali, u biex nagħmlu provvediment fir-rigward tal-patrimonju kulturali ta' taħt l-ilma.", "Jien kont qed nisma' lill-Ministru li fetaħ id-diskors tiegħu billi rringrazzja u rrikonoxxa l-ħidma li saret fi żmien il-Perit Mintoff u fi żmien l-Eks Ministru Louis Galea.", "Irrid ningħaqad miegħu biex nirrikonoxxi l-ħidma li saret minn dawn iż-żewġ persuni, però ma nistax ninsa 20 sena ta' ħidma li fihom spikkaw l-aspett u l-interess li wieħed jirrikonoxxi, jipproteġi u jerġa' jagħti l-ħajja lill-patrimonju kulturali tal-Belt.", "Hawnhekk allura rrid nirrikonoxxi l-ħidma u l-viżjoni tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u nirringrazzja lill-Onor.", "Mario De Marco, għax mingħajru ma kienx ikollna s-Sena Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "Nista' ngħid mill-ewwel li l-Ministru qed jgħid li dan huwa l-pass li jmiss, u l-messaġġ tiegħu huwa li dan seta' jkun, jew anzi kellu jkun il-pass li jmiss.", "Dan il-messaġġ jien ħadtu wara l-konsultazzjoni wiesgħa li għamilt ma' ħafna minn dawk il-professjonisti li l-Ministru stess irrefera għalihom bħala professjonisti li jaħdmu fis-settur tal-kultura, professjonisti li studjaw, professjonisti li għandhom is-sengħa u li għandhom ħafna esperjenza f'dan is-settur.", "Nista' ngħid mill-ewwel li hemm partijiet mill-Abbozz li huma tajbin, imma hemm oħrajn li huma ħżiena.", "Hemm partijiet li jagħtu għarfien regolatorju li huwa meħtieġ, bħal fil-konfront tal-patrimonju kulturali ta' taħt l-ilma, u bħall-emendi li saru biex il-konservaturi u r-restawraturi jiġu rikonoxxuti bħala professjonisti bil-warrant.", "Iżda mbagħad hemm partijiet oħra li kien ikun aħjar kieku l-Gvern baqa' lura milli jakkwista kontroll assolut fuqhom.", "Hawn qed nirreferi, pereżempju, għas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u l-qasam tar-relazzjoni u r-rikonoxximent tal-parteċipazzjoni tal-NGOs f'dan is-settur.", "Kif se nispjega fid-diskors tiegħi, il-proposti mressqa mill-Gvern, fl-assjem tagħhom jirriflettu politika mimlija kontradizzjonijiet.", "Il-politika tal-Gvern fil-qasam tal-kultura hi mimlija kontradizzjonijiet a skapitu tas-settur kulturali u għall-benefiċċju tal-interessi personali tal-ftit.", "Filwaqt li l-Gvern qed jiġi f'dan il-Parlament jgħid kemm huwa kburi bis-settur tal-kultura f'Malta u kemm huwa seren bl-opportunitajiet li qed joħloq f'dan is-settur, insibu nuqqas ta' fiduċja fil-professjonisti li jaħdmu f'dan is-settur.", "Il-messaġġ li wieħed jieħu hekk kif jaqra dan l-Abbozz hu li l-emendi fl-istrutturi li qegħdin jiġu proposti saħanistra jmorru kontra dawk il-mudelli ta' governanza parteċipatorja li l-Unjoni Ewropea tinsisti fuqhom fis-settur tal-kultura, u li l-professjonisti fis-settur Malti jippretendu u jitolbu.", "Ir-reazzjoni li ħadt mingħand persuna li taħdem fis-settur kulturali Malti rigward dan l-Abbozz kienet li l-Gvern rema l-prinċipju tal-arm's length u mar għal complete takeover tal-entitajiet.", "Naħseb li wieħed mill-akbar difetti tal-emendi proposti hu li dan l-Abbozz ma jagħmel xejn biex isaħħaħ dik l-entità li tissejjaħ is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Fil-fatt, wara li smajt id-diskors tal-Ministru Bonnici, ħassejt li qisna qegħdin ngħixu f'realtajiet differenti.", "Qed nagħmel dawn il-kummenti wara li ddiskutejt dan l-Abbozz ma' ħafna persuni li jaħdmu u jeżerċitaw professjonijiet f'dan is-settur.", "Is-Sovrintendenza hija dik l-entità pubblika li r-rwol tagħha primarjament hu li tipproteġi l-patrimonju kulturali.", "Din hija entità li parti kbira mill-obbligi tagħha huma li tiddefendi u tara li jkun protett il-patrimonju kulturali, pereżempju mis-saħħa omnipotenti tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Il-kompożizzjoni tal-kumitati li qiegħed jissuġġerixxi l-Gvern tesponi nuqqas ta' bilanċ bejn il-poter ta' dak li jipproteġi l-patrimonju kulturali u dak li lest jiksi lil pajjiżna bil-konkos!", "Jiġifieri wara li dan il-Gvern dgħajjef il-protezzjoni tal-ambjent fil-konfront tal-interessi tal-iżvilupp meta kien bidel l-istruttura ta' dik li kienet magħrufa bħala l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ambjent, illum qiegħed ipoġġi l-interessi tal-patrimonju kulturali bħala sekondarji għal dawk tal-iżvilupp.", "Minflok ma ħa l-opportunità li jġib bilanċ bejn l-għarfien u l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u l-interessi tal-iżvilupp, qiegħed jieħu ċans biex jagħti l-aħħar daqqa lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Jekk inħarsu lejn il-Kumitat tal-Garanzija li qed jiġi emendat bi klawsola 11 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi nsibu li l-kompożizzjoni ta' dan il-kumitat mhi xejn favur il-ħarsien tal-patrimonju kulturali.", "Il-Gvern qiegħed jagħmel Kumitat tal-Garanzija fejn l-azzjoni tas-Sovrintendent hi taħt il-kontroll ta' stakeholders oħra li l-obbligi tagħhom huma konfliġġenti mal-obbligi ta' protezzjoni tal-patrimonju kulturali.", "Apparti minn hekk, disa' membri minn kumitat ta' 13-il membru huma maħtura direttament mill-Gvern.", "Meta tara li fil-Kumitat tal-Garanzija hemm żewġ membri li jieħdu posthom ex officio, li huma ċ-Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar u ċ-Chairperson tal-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA), filwaqt li fl-ERA m'hemmx rappreżentant mill-qasam tal-patrimonju kulturali u lanqas hemm fil-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, dik hija indikazzjoni ċara ta' kemm il-ħarsien tal-patrimonju kulturali fil-konfront tal-iżvilupp qed jingħata t-tieni post.", "Dan ikompli juri kemm dan il-Gvern qed idgħajjef is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Kieku kellna naraw ir-rappreżentanza tas-Sovrintendenza fil-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar nirrealizzaw li s-Sovrintendent mhux biss mhuwiex membru ta' dan il-Kunsill, iżda jissejjaħ biss biex jipparteċipa bħala osservatur meta l-Kunsill ikun qed jikkonsidra skedar jew ordnijiet ta' konservazzjoni, u meta jissejjaħ biex jipparteċipa jkun kompletament waħdu f'dan il-Kunsill, billi minn kompożizzjoni ta' seba' membri, ħamsa huma espliċitament mill-Awtorità tal-Ippjanar u m'hemm xejn li jirrikjedi li wieħed mill-membri ta' dan il-Kunsill almenu jkollu expertise f'materji ta' patrimonju kulturali.", "Biex ngħid hekk, dan il-Gvern juża s-Sovrintendenza fuq dawn il-kumitati biex ikun jista' jgħid li qed jitfa' l-obbligi għall-ħarsien tal-patrimonju kulturali fuq is-Sovrintendent, filwaqt li qiegħed dejjem idgħajfu u jherrilu l-poteri tiegħu.", "Meta tara l-artikli tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali ssib li s-Sovrintendent jista' jissospendi xogħlijiet u joħroġ ordnijiet ta' konservazzjoni, imma mbagħad issib li din hija wkoll responsabbiltà tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jiġifieri dik l-Awtorità li l-għan primarju tagħha huwa l-ħarsien tal-patrimonju kulturali hija sottomessa għal dik l-awtorità li l-għan primarju tagħha huwa l-iżvilupp.", "F'dan is-settur hemm professjonisti li jistaqsu jekk dan huwiex każ ta' żewġ entitajiet li jistgħu jieħdu l-istess azzjoni, jew li l-Awtorità tal-Ippjanar tirbaħ fuq is-Sovrintendenza.", "Nirreferi wkoll għal sitwazzjoni oħra fejn dan il-Gvern, filwaqt li qed jiġi hawn jiftaħar kemm għandu għal qalbu l-kultura, qiegħed dejjem jidfen is-Sovrintendenza.", "Hawn qed nirreferi għall-fatt li l-iskedar ta' proprjetà għal raġunijiet ta' patrimonju kulturali jsir mill-Awtorità tal-Ippjanar u mhux mis-Sovrintendenza.", "Mela skont artiklu 57 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, il-listi ta' żoni ta' sbuħija naturali li għandhom jiġu kkonsidrati mill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar jiġu kkompilati mill-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent, iżda ironikament, il-listi dwar skedar ta' proprjetà għal raġunijiet ta' patrimonju kulturali se jiġu mħejjija mill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar stess.", "X'inhu l-expertise tal-membri ta' dan il-kunsill eżekuttiv li jwassalhom biex jagħrfu liema huma dawk il-proprjetajiet li jixirqilhom ikunu skedati għal skopijiet ta' patrimonju kulturali?", "Il-Gvern, biex ikompli jidfen il-binjiet ta' valur kulturali, f'dan l-Abbozz ta' Liġi qed jiddefenixxi binja skedata bħalma hi definita fl-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, għax għal dan il-Gvern m'hemmx bilanċ xieraq bejn il-ħarsien u t-tgawdija tal-patrimonju kulturali u l-iżvilupp.", "Dan il-Gvern ma jridx jagħti ċans lill-patrimonju kulturali, u b'dan l-Abbozz ta' Liġi se jkompli jħaffef it-telf ta' binjiet ta' valur ta' wirt kulturali għax mhuwiex jilħaq il-bilanċ meħtieġ bejn l-interess tal-iżvilupp, l-ambjent u l-patrimonju kulturali nnifsu.", "Naf żgur li l-Gvern bħali jirrikonoxxi li s-Sovrintendenza għandha responsabbiltà kbira u unika fir-rigward tal-patrimonju kulturali tagħna, kemm bħala pajjiż kif ukoll bħala ppoplu, iżda jidher ċar li l-Gvern u l-Oppożizzjoni ma jaqblux dwar il-valur u r-rikonoxximent li jistħoqqlu l-patrimonju kulturali.", "Il-Gvern qed jagħti valur żgħir wisq lill-patrimonju kulturali, tant li qed jitlef l-opportunità li jsaħħaħ is-Sovrintendenza.", "Nistieden lill-Gvern biex verament jagħti valur ikbar u aktar importanza lill-wirt kulturali u jibda juri dan billi minflok ma jkompli jmewwet is-Sovrintendenza, jassiguraha billi jagħtiha ferm aktar mir-riżorsi li teħtieġ, inkluż il-poter legali biex tkun tista' twaqqaf xogħol b'effettività u effiċjenza.", "Dan il-Gvern għandu jassigura li hekk kif ħoloq monstru bl-Awtorità tal-Ippjanar, ikollna struttura dwar il-wirt kulturali li tkun bis-snien u b'saħħitha, ħalli almenu fil-poteri u fl-istatus tagħha tkun simili għal dik li għandna fl-ERA, apparti li tkun tiffoka fuq il-patrimonju kulturali.", "Dan il-Gvern ġab is-Sovrintendenza f'pożizzjoni li ma tistax tagħmel xogħolha, u permezz ta' dan l-Abbozz qed jassigura li jkompli jdgħajjifha.", "Jiġifieri għandna uffiċċju mogħni b'nies kapaċi u li jifhmu fis-settur, u għandna uffiċċju mmexxi minn persuni bħas-Sur Joe Magro Conti li għandhom esperjenza vasta li l-wirt kutlurali Malti jista' jgawdi minnha.", "Iżda dan il-Gvern, Sur President, qed iġib il-ħidma tagħhom fix-xejn, għax id-deċiżjoni tas-Sovrintendent ma torbot lil ħadd.", "Dan il-Gvern qed iqiegħed lis-Sovrintendent f'kumitati fejn m'għandu l-ebda effett.", "Jien ngħid li l-ewwel pass li ttieħed kontra s-Sovrintendenza mill-Gvern kien wara d-demerger tal-MEPA, fejn dgħajjifha billi għabbieha bix-xogħol u ħallieha mingħajr riżorsi.", "Issa b'dan l-Abbozz qed jassigura li minflok jieħu l-opportunità li jagħtiha s-snien u s-saħħa, is-Sovrintendenza qed titqiegħed f'pożizzjoni aktar prekarja.", "Jidher li għal dan il-Gvern l-iżvilupp jiġi l-ewwel.", "Ladarba se nemendaw l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali u kif qal il-Ministru se nemendaw ukoll ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tas-Sovrintendenza, għalfejn ma neħdux din l-opportunità u nagħtu r-rikonoxximent li hemm bżonn lill-wirt kulturali tagħna billi nagħrfu nsibu t-triq kif nipproteġuh, iżda wkoll ingawduh qabel ma nitilfuh darba għal dejjem fl-attakk sfrenat li għaddej f'pajjiżna, fejn il-wirt kulturali m'għadux prijorità?", "Dan il-Parlament għandu jagħti messaġġ lis-soċjetà li b'mod ċar juri apprezzament reali lill-wirt kulturali tagħna, u konsegwentement insaħħu s-Sovrintendenza billi nagħtuha vuċi soda fejn il-konklużjonijiet tagħha jiġu rispettati mill-Awtorità tal-Ippjanar u tingħata r-riżorsi kollha li teħtieġ.", "Minflok, jidher li l-Gvern se jibqa' jirrifjuta li jagħmel dan l-investiment politiku u finanzjarju.", "Jien, bħall-Ministru, niltaqa' ma' familji u mmur inżur il-mużewijiet u nieħu gost nara l-fdalijiet li nsibu f'ħafna żoni f'Malta, però tkun qed tħares il-wirt u l-patrimonju kulturali mhux sempliċement billi tkisser u mbagħad tiġbor il-fdalijiet li tkun sibt biex tippreżentahom u tesibihom fil-Mużew.", "Li tħares il-wirt kulturali u l-patrimonju kulturali Malti jfisser li tagħraf tgħix skont dak il-wirt u patrimonju kulturali Malti u turi rispett lejh.", "Hemm ħafna mistoqsijiet oħra li jqumu meta wieħed jaqra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Irrid, pereżempju, nistaqsi dwar il-Cultural Heritage Fund.", "Dan huwa fond li jien narah importanti, però huwa importanti jekk irridu nippermettu li l-entitajiet ikunu jistgħu jħarsu l-patrimonju kulturali b'mod effettiv.", "Allura nitlob lill-Ministru jgħid minn fejn se jiġu l-fondi għall-Cultural Heritage Fund, kemm se jkun hemm, kif se jiġu regolati, u kif se jkun regolat l-użu xieraq tagħhom.", "Nixtieq ukoll kjarifika dwar il-konsegwenzi tat-tneħħija tal-Bord tal-Appell.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed jitneħħa l-Bord tal-Appell li kien responsabbli biex jiddeċiedi dwar kwestjonijiet ta' patrimonju kulturali.", "Issa minfloku wieħed jista' jmur quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.", "Ħalli nagħmilha ċara.", "Jien nifhem li anke mil-leġiżlatura ta' qabel kien hemm id-direzzjoni li kemm jista' jkun niġbru deċiżjonijiet dwar proċeduri amministrattivi taħt it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva, u minn hawnhekk nirrikonoxxi l-ħidma siewja u effettiva li saret minn dan it-Tribunal matul dawn is-snin.", "Iżda nistaqsi: Issa li wieħed jiftaħ proċeduri quddiem dan it-Tribunal li r-rwol tiegħu hu li jara jekk il-proċedura u l-amministrazzjoni li wasslet għal deċiżjoni kenitx korretta, dan ifisser li ma jistgħux isiru aktar proċeduri abbażi ta' sottomissjonijiet ta' sustanza, sottomissjonijiet dwar mertu li jirrigwarda u argumenti li jirrelataw ma' kwestjonijiet ta' patrimonju kulturali?", "Naħseb li l-Gvern għandu jitlob il-parir tal-Avukat Ġenerali fuq din il-kwestjoni.", "Ma rridx li jkun dan il-Parlament li f'din il-leġiżlatura jneħħi l-aċċess għall-proċedura li tippermetti sottomissjonijiet ta' sustanza relatati mal-materja tal-patrimonju kulturali, jew b'xi mod inaqqsu l-possibbiltà ta' aċċess għal din it-tip ta' proċedura ta' appell.", "Irrid nirrikonoxxi wkoll il-ħidma li qed tiġi proposta fir-rigward tal-warrants tar- restawraturi u l-konservaturi.", "Ilha s-snin issir ħidma biex il-professjoni ta' restawraturi tingħata rikonoxximent formali u biex insibu struttura li taħdem b'mod effettiv għall-għoti tal-warrant lir-restawraturi.", "Mhuwiex faċli li tirregola professjoni li tkun ilha li bdiet tiġi prattikata bħala sengħa u wara tiżviluppa bħala speċjalizzazzjoni u professjoni.", "F'dan il-qasam żgur li għandna bżonn il-ħiliet ta' kull persuna li tagħti servizz kulturali u għandna bżonn nassiguraw ruħna li min jingħata l-inkarigu biex iwettaq restawr ikun kapaċi jagħmel dak ir-restawr.", "Matul is-sena li għaddiet rajna kif ħajt li jifforma parti minn binja ta' valur kulturali kbir fil-Palazz tal-President waqa' ftit wara li kien restawrat.", "F'dan is-settur, fejn l-oġġett li għandu bżonn restawr jista' jkun ukoll tal-privat, wieħed għandu bżonn sistema li tindika l-ħiliet tal-persuna li toffri servizzi ta' restawr u servizzi kulturali.", "Il-warrant għandu jiċċertifika lis-sidien tal-oġġetti li jkollhom bżonn xi restawr u jagħti garanzija lill-poplu meta r-restawr isir fuq oġġetti pubbliċi li dak ix-xogħol qed isir minn min hu kapaċi u li mhux se jwassal għal ħsara fuq dak l-oġġett, iżda li r-restawr qed isir biex l-oġġett jitgawda.", "Għalhekk nawgura li l-istruttura emendata għall-għoti tal-warrants tkun effettiva u tagħti rikonoxximent u fiduċja pubblika lil dawk li jixirqilhom.", "Huwa ta' tħassib għar-restawraturi – dan huwa ħsieb li esprimew miegħi diversi restawraturi – kif fil-professjoni tagħhom qed jintalbu li jwettqu 100 siegħa ta' żvilupp professjonali kontinwu kull sena.", "Dan ir-rekwiżit huwa ferm aktar milli jiġi rikjest fil-każ ta' professjonijiet oħra.", "Jien u dawn ir-restawraturi naqblu li jkun hemm sigħat ta' formazzjoni professjonali ta' kull sena għall-persuna li jkollha dan il-warrant, però flimkien qegħdin nistaqsu għalfejn għal din il-professjoni l-Gvern qed jitlob ferm aktar sigħat ta' taħriġ professjonali ta' kull sena, aktar milli qatt talab għal professjonijiet oħra.", "Naħseb li l-Ministru għandu jagħtihom risposta dwar dan.", "Niġi issa biex nitkellem fuq il-pożizzjoni tal-NGOs.", "Jiddispjaċini ngħid li jidher li l-Onor.", "Bonnici għandu allerġija għall-NGOs u għall-pressure groups mhux biss fil-qasam tal-ġustizzja u tal-libertà tal-espressjoni, imma issa anke fil-qasam tal-kultura.", "Il-Minisru Bonnici jrid li kull assoċjazzjoni ta' persuni li jingħaqdu bil-għan li jippromwovu l-patrimonju kulturali tirreġistra mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u ma tibqax biss pressure group.", "S'hemmhekk forsi naslu li naqblu, imma mbagħad, biex dik l-assoċjazzjoni ssemma' leħenha dwar il-patrimonju kulturali, trid titlob il-permess tal-Ministru Bonnici.", "U wara li dan iberikha, tkun tista' tapplika għall-akkreditazzjoni fir-reġistru ta' għaqdiet f'dan is-settur.", "Mela NGO li taħdem biex tippromwovi l-patrimonju kulturali trid tissottometti lilha nfisha għall-kontroll assolut tal-Ministru qabel ma jkollha ċans tiftaħ ħalqha u titkellem mal-Kumitat ta' Garanzija!", "Qegħdin f'sitwazzjoni li tfakkarni meta l-istess Ministru Bonnici ried li kull min jikteb fuq il-midja soċjali jirreġistra, però fil-każ ta' dawn l-għaqdiet, mhux biss iridu jiġu akkreditati u jirreġistraw biex ikunu jistgħu jiltaqgħu mal-Kumitat ta' Garanzija, iżda biex jagħmlu dan kollu jridu l-barka tal-Ministru!", "Il-Ministru Owen Bonnici qed jiġi hawn jgħidilna li biex tagħti l-kuntratti lil dak u lill-ieħor bilfors ikollok tuża d-direct orders.", "Għadu kemm semma eżempju għalfejn bilfors ikollok tuża d-direct orders fis-settur tal-kultura.", "Hu qalilna li jekk il-Gvern jidħol f'auction u jieħu artefatt hu, minflok ma jixtrih il-privat, dik il-ħaġa bilfors b'direct order trid tagħmilha.", "S'hemmhekk naqbel miegħu, però nitlob lill-Ministru Bonnici jiġi f'dan il-Parlament u jispjegalna jekk kienx meħtieġ bl-aktar mod assolut li l-Kunsill tal-Arti joħroġ direct order biex jingaġġa messaġġier xufier!", "Jgħidilna wkoll jekk kienx meħtieġ għal skopijiet ta' kultura li dak l-istess Kunsill tal-Arti jingaġġa lil sindku partikolari, mis-sindki kollha ta' Malta u Għawdex, biex jagħtih pariri fuq kif jista' jiżviluppa l-arti mal-kunsilli lokali.", "Hemm lista sħiħa, u dawn diġà ġew imsemmija mill-Awditur Ġenerali!", "Allura meta niġu hawn u nużaw il-patrimonju kulturali biex mingħalina ngħattu xturna fuq id-direct orders li l-entitajiet governattivi jixtiequ jagħtu fis-settur tal-kultura, forsi jkun aħjar li l-Gvern jiġi hawn jispjegalna u jġegħelna nifhmu x'kienet il-ħtieġa kulturali u artistika għad-direct orders li ngħataw f'dan is-settur kulturali biex jiġi ngaġġat messaġġier xufier!", "Fuq in-naħa l-oħra qed jingħad li NGO li għandha għal qalbha l-patrimonju kulturali, tingħata l-possibbiltà li ssemma' leħenha mal-Kumitat ta' Garanzija biss jekk tingħata l-barka tal-Ministru li twassalha għall-akkreditazzjoni.", "Taħsibx li wara dan il-kontroll assolut se jkollok xi aċċess liberu għall-Kumitat ta' Garanzija!", "Wara dan kollu, se jkun hemm biss il-possibbiltà li tiġi mistieden biex tipparteċipa f'konsultazzjoni li l-Kumitat m'għandux għalfejn isejjaħ għal aktar minn darba kull erba' xhur.", "Mhux jilħaq jintilef dak il-patrimonju kulturali li dik l-għaqda jew dik l-assoċjazzjoni tkun trid issalva!", "Kieku qed jissuġġerixxi li jkun hemm proċedura serja biex għaqda tiġi fdata bil-kura ta' xi parti mill-patrimkonju kulturali, forsi kont nifhem l-animu tal-Gvern, iżda hawn qegħdin nitkellmu fuq il-barka diretta tal-Ministru biex tkun fuq il-lista tal-mistednin tal-Kumitat ta' Garanzija meta jsiru l-laqgħat ta' konsultazzjoni, li jistgħu jsiru biss darba kull erba' xhur.", "Niġi issa biex ngħaddi l-kummenti tiegħi dwar il-protezzjoni u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar.", "Huwa pass tajjeb li l-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar jieħu r-rikonoxximent regolatorju li jistħoqqlu bħala parti importanti mill-patrimonju Malti, u jieħu dan ir-rikonoxximent b'mod speċifiku.", "Dan ma jfissirx li qatt ma tajna kas, jew qatt ma kkonsidrajna bħala parti mill-patrimonju Malti dak kollu li jinsab taħt l-ilma.", "Anzi, dak kollu li seħħ fl-ibħra tagħna u madwarna sawwar l-istorja li seħħet fuq artna, sawwar l-arti u l-kultura, u ħalla f'qiegħ il-baħar parti integrali mill-istorja tagħna.", "Pereżempju, meta f'pajjiżina nfakkru d-dħul tal-convoy ta' Santa Marija, li salva lill-poplu Malti u sostnieh fil-ġlieda tiegħu, ma nkunux qegħdin infakkru biss f'dak li seħħ f'qiegħ il-baħar, imma nkunu qegħdin infakkru kif dak l-avveniment storiku sawwar u sar parti integrali mill-kultura u mill-patrimonju kulturali Malti.", "L-istorja tagħna hi mimlija attakki, kombattimenti u avvenimenti li seħħew fl-ibħra ta' madwarna.", "Dawn il-ġrajjiet sawru l-istorja tal-poplu tagħna, iżda żgur li ħallew patrimonju kulturali dwar il-ħajja fuq il-baħar li forsi tinsab taħt il-baħar.", "Il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Kulturali ta' taħt l-Ilma hija ta' importanza għall-gżejjer tagħna u għall-istorja tagħna.", "Din il-Konvenzjoni tgħinna nagħrfu l-identità tagħna billi nirrikonoxxu u napprezzaw il-patrimonju ta' taħt il-baħar.", "Forsi din il-Konvenzjoni saħansitra għenet lil min kien qed jikteb dan il-kapitlu tal-Abbozz ta' Liġi li qed jiġi ppreżentat mill-Gvern.", "Din il-Konvenzjoni, flimkien mal-Liġi tal-Baħar tista' tgħinna ħafna fil-kura tal-patrimonju kulturali li għandna taħt l-ilma.", "Meta wieħed jara d-definizzjoni ta' underwater cultural heritage, huwa ċar li din il-Konvenzjoni influwenzat lil min kiteb dan l-Abbozz ta' Liġi, iżda rrid nistaqsi jekk ikkonsidrajniex li nirratifikaw din il-Konvenzjoni.", "Nawgura li tkompli tiżdied ir-riċerka fuq il-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar biex inkomplu nsaħħu l-għarfien tal-istorja tagħna li sawret l-identità tagħna.", "Fuq dan il-punt irrid intenni l-apprezzament u r-rikonoxximent tiegħi li jixirqu ħafna lill-Università ta' Malta u lis-Sovrintendenza għall-proġett ta' stħarriġ dwar l-ibħra territorjali Maltin kollha li qegħdin iwettqu b'kollaborazzjoni bjeniethom.", "Huwa tajjeb, u l-Oppożizzjoni qed taqbel, li għandna nagħtu rikonoxximent formali u legali lill-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar, iżda nittama li fejn ikun hemm konflitt bejn in-negozju u l-protezzjoni ta' wirt kulturali, jirbaħ il-wirt kulturali.", "Huwa ironiku, pereżempju, kif fl-istess żmien li l-Gvern qed iressaq din il-proposta dwar il-patrimonju f'qiegħ il-baħar, qed jipproponi r-reklamazzjoni tal-art u jikkonċedi drittijiet għar-reklamazzjoni tal-art saħansitra qabel ma jidħol fis-seħħ dan l-Abbozz.", "X'jiswa li fil-liġi jkollna kollox sabiħ u noqogħdu ninħlew fil-liġijiet, biex imbagħad naġixxu b'mod kemmxejn konfliġġenti?", "L-ambjent, l-iżvilupp u l-patrimonju kulturali, huma marbuta flimkien.", "Kif naġixxu fuq l-ambjent u l-iżvilupp irid ikun konsonanti ma' dak li rridu fir-rigward tal-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar.", "Għalhekk, hekk kif il-Gvern iddeċieda li jibda jippermetti proġetti ta' reklamazzjoni tal-art, nistaqsi liema studji saru, fiex kienu jikkonsistu, u jekk kenux jinkludu konsiderazzjonijiet ta' patrimonju kulturali.", "Biex nipproteġu l-patrimonju kulturali fuq l-art u taħt il-baħar irridu nirrikonoxxu u nagħrfu l-ambjent naturali ta' pajjiżna.", "Jekk m'aħniex se nieħdu ħsieb l-ambjent naturali tagħna, inkunu qegħdin nidfnu u mhux nirrikonoxxu dak il-patrimonju kulturali li għandna fit-territorju fiżiku u fl-ibħra tagħna.", "Irridu nirrikonoxxu l-ambjent kulturali, l-istorja tagħna, l-importanza ta' binjiet storiċi u binjiet li għandhom valur kulturali kbir, kif irridu nirrikonoxxu wkoll spazji li sawru l-patrimonju kulturali tagħna.", "Irridu nassiguraw ruħna li ma nifgħux l-ispazji ta' valur kulturali u ma nidfnux dak li sawwar l-identità tagħna, u f'dan kollu rridu b'xi mod nagħrfu noħolqu ħolqa oħra fil-katina tal-identità tagħna.", "Il-patrimonju kulturali ma jiġix protett billi nwaħħlu plakka minflok binja li tkun ġiet żarmata.", "Il-wirt kulturali ma jfissirx biss l-oġġett, il-binja jew il-fdalijiet, għalhekk m'iniex se nitkellem fuq il-preservazzjoni passiva tal-wirt kulturali.", "Nippreferi nitkellem fuq it-tgawdija attiva tal-wirt kulturali f'ambjent li ma jfarrakx u ma jnessiniex is-sinifikat ta' dan il-wirt.", "It-tgawdija tal-patrimonju kulturali ma sseħħx, pereżempju, billi timla l-Belt Valletta b'kafeteriji, lukandi u negozji oħra bla karattru, b'tali mod li l-unika ħaġa li jibqa' minn dak il-patrimonju kulturali huwa l-bini antik bħala sfond għal dan il-konsum.", "It-tgawdija tal-patrimonju kulturali ma sseħħx, pereżempju, b'sensiela ta' street parties f'din il-Belt kapitali mimlija wirt kulturali jew bid-daqq tad-diska Baby Shark f'lejlet l-Ewwel tas-Sena!", "Allura kif nippretendu li niġu hawnhekk u ngħidu li bnejna wirt kulturali u ħallejna legat minn Valletta 18, li suppost kienet il-quċċata tat-tgawdija tal-wirt kulturali tagħna?", "Street party, tagħmlu fejn tagħmlu, anke jekk tagħmlu bl-aktar binja ta' preġju bħala sfond, jibqa' dejjem street party.", "Party jitgawda, imma b'daqshekk ma tistax tgħid li hu parti mill-wirt kulturali, jew il-quċċata tal-wirt kulturali; tajjeb kemm ikun tajjeb, jibqa' dejjem dak li hu.", "Sfortunatament, f'sena li fiha suppost iċċelebrajna l-quċċata tal-wirt kulturali ta' Malta, jidher li aktar iċċelebrajna l-kontroversji u l-istreet parties li għażel Jason Micallef milli ċċelebrajna l-artisti, l-arti, l-arkitettura, it-teatru, il-letteratura u l-iżvilupp soċjali Malti.", "Il-liġi li qed tiġi proposta, sfortunatament, ma tagħmel xejn partikolari biex twassal biex jiġu organizzati d-diversi entitajiet fil-qasam tal-patrimonju kulturali b'tali mod li jwittu t-triq għall-ħolqien ta' legat għat-tgawdija ta' dan il-patrimonju.", "Meta tinduna li f'dan il-pajjiż il-mużewijiet huma kkontrollati minn entità ċentrali, minflok ma kull wieħed ġie fdat f'idejn kuratur, tinduna li l-patrimonju kulturali qiegħed hemm biex tpoġġih fuq xkaffa, biex taqta' ż-żigarella meta tirrestawrah, jew biex tixtri xi nkwatru bil-moħbi!", "Din hi attitudni li turi nuqqas ta' viżjoni fit-twettiq tat-tgawdija, fir-rikonoxximent, u fl-iżvilupp ta' legati tal-patrimonju kulturali.", "B'din l-attitudni se nkomplu naraw wirjiet ta' oġġetti li jifformaw parti mill-wirt kulturali, imma din mhijiex se twassalna biex nilħqu dak il-livell ta' tgawdija tal-istess patrimonju li tippermetti u ġġib magħha żvilupp soċjali u kulturali, liema żvilupp isir b'mod parteċipatorju u inklużiv.", "Pereżempju, kif jista' jkollok mużew li l-kunċett tiegħu huwa preċiżament li jibda jsawwar żvilupp soċjali u kulturali u tgawdija ħajja tal-patrimonju, meta mbagħad tinduna li l-kuratur għandu ftit li xejn - jew jien ngħid l-ebda - diskrezzjoni fit-tmexxija ta' dak il-mużew jew saħansitra fil-ħolqien tal-programm ta' dak il-mużew?", "Kif nistgħu nibqgħu nonqsu milli nafdaw kuraturi bravi u professjonali u nibqgħu nżommuhom lura milli jfasslu u jwettqu programm kulturali għall-mużew li huma jmexxu, programm li jressaq il-patrimonju aktar qrib in-nies u b'hekk isawwar żvilupp soċjali u kulturali?", "F'dan il-qasam irridu nagħrfu u nirrikonoxxu li għandna nagħtu lill-kuraturi bravi li għandna fil-mużewijiet a sense of belonging akbar u nippermettulhom ambjent li fih huma stess jibnu l-programm ta' attivitajiet f'dak il-mużew.", "B'hekk nibdew ingawdu verament il-patrimonju kulturali b'mod aktar attiv u interattiv, biex nużaw il-patrimonju kulturali b'mod li jista' jsawwar u jwassal għal żvilupp soċjali u kulturali.", "Sur President, jiddispjaċini li fl-Abbozz ta' Liġi mressaq mill-Gvern ma jidhirx li hemm proposti li jistgħu jsawru din it-tip ta' tgawdija attiva tal-patrimonju kulturali tagħna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "OWEN BONNICI: Sur President, għandi point of order.", "Comodini Cachia semmiet il-kwestjoni tar-reġistrazzjoni tal-NGOs.", "Biex ħadd ma jaħseb li l-Gvern irid jindaħal jew jagħmel xi big brother, irrid nispjega li l-idea hi li Heritage Malta se jkollha l-poter tamministra proprjetà ta' wirt storiku u tista' tidħol f'partnership agreements ma' NGOs biex jamministraw proprjetà tal-Gvern.", "Min se jamministra proprjetà tal-Gvern se jkollu bżonn il-go-ahead tal-Eżekuttiv, għax finalment il-Gvern huwa responabbli għal dik il-proprjetà.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Tista' dejjem tagħmel dawn ir-rimarki fil-winding up.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, se nieħu ftit minuti biex nikkummenta fuq dan is-settur.", "Jien nemmen li dan huwa Abbozz ta' Liġi importanti ħafna u li huwa f'waqtu.", "F'pajjiżna għaddejjin diversi inizjattivi, allura bħalissa hemm dak il-momentum ottimali ħafna biex dan is-settur inkomplu mmexxuh 'il quddiem.", "Mhux b'inqas, għaddejja ħidma kbira mill-Ministru Bonnici biex imexxi dan is-settur 'il quddiem, għax kif diġà intqal - u tajjeb li hawn qbil dwar dan - il-patrimonju kulturali mhux biss aħna mdawrin bih għax għandna x-xorti li f'pajjiżna għandna ħafna wirt kulturali, mhuwiex biss attrazzjoni, imma huwa dik ix-xi ħaġa intrinsika li ssawwar l-identità tagħna bħala poplu u bħala pajjiż.", "F'dan il-kuntest irrid ngħid li l-gżira Għawdxija hija għanja fl-istorja, fil-kultura u fil-patrimonju, għalhekk bħala Ministeru għal Għawdex ilqajna dan l-Abbozz ta' Liġi b'mod pożittiv ħafna.", "Fil-ħin li għandi se nieħu l-opportunità biex ngħid x'qed jiġri f'Għawdex u xi sfidi għandna.", "Ċertament li sfida li għandna, li qed tinħass fuq bażi nazzjonali u li ġiet indirizzata waqt dan id-dibattitu, hija r-riżors uman.", "Nafu li għandna riżors uman tajjeb ħafna f'pajjiżna li għandu diversi ħiliet, imma meta tiġi għal-livelli professjonali m'għandniex dak il-volum.", "Dan qed jirrifletti ruħu fl-operat tas-Sovrintendenza, li llum il-ġurnata huwa kruċjali ħafna, speċjalment fid-diversi proġetti tal-Gvern li għaddejjin bħalissa.", "Ngħid għalija, qed nikkollabora tajjeb ħafna mas-Sur Magro Conti u t-tim tiegħu, li qed insibuhom effikaċi ħafna.", "Huma qed jikkollaboraw ħafna magħna u qed jifhmu li ċertu xogħol irid isir mingħajr dewmien, allura nħoss li għandi nirringrazzjahom u nħeġġeġ lill-Ministru biex ikompli jagħtihom ir-riżorsi meħtieġa biex ix-xogħol ikompli għaddej.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se jagħti portata wkoll lill-professjoni li hi relatata mal-konservazzjoni, allura se jkun ta' xprun u ta' inċentiv biex dak li jkun ikompli f'din it-triq.", "Fl-intervent tiegħu, il-Ministru semma l-marmisti.", "Fil-Ministeru għal Għawdex għandna marmista – insellimlu minn hawnhekk – li għalkemm il-grad tiegħu fil-ġerarkija taċ-Ċivil mhuwiex ta' marmista, jagħmel dan ix-xogħol.", "Fil-fatt, bħala Ministeru, qegħdin fil-fażi li nagħmlu ristrutturar tad-Direttorat tal-Proġetti, fejn se jkun hemm direttorat strettament iddedikat għall-manutenzjoni u r-restorazzjoni.", "Irrid nirringrazzja lill-ħaddiema li għandna, li huma bravi ħafna, li marru ħadu taħriġ professjonali, u allura jidħlu tajjeb ħafna fil-kuntest ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u għandhom il-prospetti li javvanzaw f'dan is-settur.", "Il-wirt kulturali, bla dubju ta' xejn, huwa l-kontributur ewlieni għas-settur tat-turiżmu f'Għawdex.", "Skont l-istatistika u skont stħarriġ li sar, ħafna mit-turisti li jżuru Għawdex jagħżlu lil Għawdex biex igawdu l-istorja u l-wirt li għandna.", "Irrid ngħid ukoll li fl-aħħar xhur il-proġett taċ-Ċittadella ġie nnominat għal diversi awards, fosthom ir-Regiostars Awards, fejn mar tajjeb ħafna bħala proġett, u kieku konna magħqudin aktar bħala poplu u appoġġjajna aktar dan il-proġett, probabbilment konna nieħdu dan l-award.", "Għaldaqstant, inħeġġeġ li fil-kunest ta' dan id-dibattitu li qed isir, meta jkun hemm inizjattivi bħal dawn inkunu aktar parteċipi u naħdmu flimkien.", "Il-Ministru Bonnici semma l-ħidma tal-NGOs.", "Irrid ngħid li f'Għawdex l-NGOs huma ħabrieka u ħawtiela ħafna.", "F'dan is-settur partikolari rrid insellem lill-NGO Wirt Għawdex, li hija waħda mill-aktar NGOs attivi.", "Dawn l-NGOs jivvalorizzaw il-wirt ta' Għawdex u kontinwament għaddejjin b'diversi proġetti.", "Irrid ngħid li bħala Ministeru għal Għawdex nistrieħu ħafna fuqhom biex nieħdu inizjattivi u nagħmlu proġetti flimkien.", "Fil-fatt, is-sena l-oħra ġew restawrati x-shelters tal-gwerra u l-Barrakka tal-Palju li tinsab fi Triq ir-Repubblika.", "Matul din is-sena għandna diversi proġetti u inizjattivi, fosthom l-istudju li se nkunu qegħdin nagħmlu flimkien magħhom dwar il-Polverista tal-Forti Chambray u se jkunu qegħdin jagħmlu xi xogħlijiet fil-binja fejn hemm l-Università.", "Fil-passat, Wirt Għawdex irrestawrat il-binja fejn illum hemm il-Ministeru, u bis-saħħa tagħhom ġew restawrati diversi niċeċ, monumenti u torrijiet kostali.", "Fil-fatt, matul is-sajf mort rajt it-Torri ta' Mġarr ix-Xini, fejn apparti t-tisbiħ, għamlu biċċa xogħol, fl-opinjoni tiegħi, sabiħa immens fejn jidħlu d-dwal, u din il-ħidma tagħhom napprezzaha u nivvalorizzaha.", "Aħna, bħala Ministeru, għaddejjin b'diversi xogħlijiet ta' restawr.", "Fil-fatt, fil-Baġit mhux li għadda imma ta' qabel, konna semmejna l-Fanal tal-Ġordan, li bħalissa wkoll għaddej minn proċess ta' restawr.", "Għal darb'oħra rrid insellem lill-ħaddiema li qegħdin ta' kuljum jaħdmu f'elementi avversi, għax dan il-Fanal qiegħed 'il fuq u huwa espost għal ċerti elementi, allura nifhem u napprezza li qegħdin jaħdmu f'kondizzjonijiet li xejn ma huma faċli.", "Irrid insellem ukoll lid-Direttorat Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru, li nieda skema ta' restawr.", "Ħafna drabi jkollok żoni fejn ikun jeħtieġ intervent, però r-riżorsi ma jkunux jippermettu li tagħmlu in a timely manner.", "Allura jkun hemm il-ħtieġa li ssir skema ħalli jkunu jistgħu jsiru diversi nterventi fl-istess ħin, li permezz tagħha tkun tista' tinvolvi wkoll lill-kunsilli lokali.", "Din l-iskema hija indirizzata lejn il-kunsilli lokali u matul l-2018 ġew magħżula sitt siti storiċi biex isir intervent fuqhom u sar ir-restawr.", "Din is-sena wkoll ġiet varata skema, però rrid ngħid li din id-darba minflok sitt proposti kellna disgħa, allura fuq medda ta' sentejn se nkunu rrestawrajna 15-il sit storiku.", "Bħalissa għaddejja ħidma flimkien ma' Heritage Malta fuq il-Mużew t'Għawdex.", "Dan huwa proġett sabiħ u ambizzjuż ħafna, li bħala Ministeru dħalna għalih b'serjetà kbira.", "It-tenders ħarġu kollha, ix-xogħol beda, u dan ifisser li Għawdex se jkun mogħni bi proġett ieħor importanti, li mhux se jkun mużew komuni.", "Min se jiġi jżur il-Mużew t'Għawdex, apparti li se jkollu esperjenza multisensorjali, għax dan il-mużew se jkun mogħni b'apparat speċjalizzat, se jingħata tagħrif dwar Għawdex għax meta tidħol f'dan il-mużew, tagħmel mixja matul iż-żmenijiet b'diversi aspetti u karatteristiċi tipiċi li għandna f'Għawdex.", "Irrid nirringrazzja lil Heritage Malta talli qed jgħinuna fl-istoryline.", "Apparti minn hekk, fejn jidħol ix-xiri ta' artefatti u xiri ta' pitturi, qed nistrieħu fuq il-parir espert ta' Heritage Malta.", "Bħala Ministeru għandna fond biex jinxtraw il-pitturi u l-artefatti, imma huma Heritage Malta li fil-kuntest tal-istoryline li qed jgħinuna nibnu, qed jissuġġerulna x'nixtru, qed jipparteċipaw fl-irkanti f'isimna, u ta' dan nirringrazzjahom.", "Kif għidt, dan huwa proġett ambizzjuż li se narawh jinfetaħ fl-2020.", "Proġett interessanti ieħor ta' restawr li għaddej bħalissa huwa dak tal-Mitħna tax-Xewkija.", "Hawn qed nitkellmu fuq mitħna li għandha mijiet ta' snin u bħalissa għaddej ix-xogħol fuqha minn tim ta' professjonisti biex il-makkinarju, li huwa skedat - dan huwa antikissmu, għax hu ta' żmien il-Kavallieri - jerġa' jibda jiffunzjona.", "Se jkollna ambjenti mġedda u restawrati fejn wieħed jista' jiġi mal-familja u jesperjenza ambjent kulturali sabiħ immens.", "Għaddej ukoll il-proġett ta' Għar Calypso, li wkoll huwa sit prominenti fl-istorja Għawdxija.", "Qed nitkellmu mal-Università ta' Malta biex flimkien magħhom inkunu nistgħu nagħmlu dan il-proġett ambizzjuż.", "Hemm ukoll il-proġett tal-akkwedott.", "L-ewwel fażi ta' dan ir-restawr saret mir-restawraturi li għandna fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, però issa jmiss il-fażijiet l-oħra.", "Fil-fatt diġà tħejjiet l-applikazzjoni u ġiet sottomessa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, biex apparti li jinbnew dawk il-loġoġ li ġġarrfu matul is-snin, huwa ppjanat li ssir sistema ta' dawl biex dan is-sit ikun imdawwal.", "Se jinbena passaġġ madwar l-akkwedott li se jkun fih l-ispjegazzjonijiet biex min imur hemm jieħu din l-esperjenza.", "Xi ħaġa li qed nieħu gost biha f'dan l-Abbozz ta' Liġi hija l-fatt li qed jipprovdi għall-patrimonju kulturali ta' taħt l-ilma.", "Kif intqal tajjeb, l-ibħra tagħna huma mogħnija bir-rikkezzi.", "Il-Baħar Mediterran huwa l-benniena tal-Mediterran u kieku l-artefatti li kellna fl-ibħra tagħna ma tteħdux matul is-snin, min jaf kemm għandna rikkezzi oħra x'nistgħu nesebixxu, però għaddej proġett sabiħ ħafna.", "Jien ta' spiss nikkomunika ma' Prof. Gambin, għax għandna proġett sabiħ għaddej flimkien u qed nikkollaboraw bis-sħiħ mat-tim tiegħu, għax Prof. Gambin għaddej b'riċerka fuq ix-Xini ta' żmien il-Feniċi li hemm f'qiegħ il-baħar ftit 'il barra mix-Xlendi.", "Għaddej ix-xogħol flimkien ma' tim ta' esperti u professjonisti biex jesploraw iż-żona u qed itellgħu wkoll minn taħt il-baħar anfori u biċċiet oħrajn li kienu mertu ta' esibizzjoni li saret fil-Parlament Ewropew fi Brussell, u fix-xhur li għaddew saret oħra f'Għawdex.", "Dan huwa xini ta' madwar 50 pied li jmur lura għal madwar is-sena 700 qabel Kristu u jinsab mgħarraq f'fond ta' 120 metru taħt il-baħar.", "Din hi skoperta storika importanti ħafna mhux biss għal Għawdex u għal Malta, imma fuq livell internazzjonali.", "Bħala Ministeru qegħdin niffinanzjaw dawn l-ispedizzjonijiet biex it-tim ta' Prof. Timmy Gambin fl-Università, minn sena għal oħra jkun jista' jagħti r-riżultati.", "Ovvjament, Prof. Gambin għandu xewqa oħra, u flimkien mal-Ministru Bonnici rridu naraw kif dan ix-xini eventwalment jittella' u jiġi mqiegħed f'post adattat, fejn ikun jista' jitgawda u permezz tiegħu nkunu nistgħu nkomplu nagħmlu isem għal pajjiżna.", "Dan jorbot ukoll mal-fatt li f'Għawdex għandna diversi siti oħrajn li, sfortunatament, ma ngħatawx l-attenzjoni meħtieġa matul is-snin, fosthom l-istazzjon tal-pompa, il-binja Rumana li għandna fir-Ramla, il-kamra tal-boiler fi Mġarr ix-Xini, il-forn il-qadim f'Kemmuna u l-Kumpless tas-Santwarju tal-Puniċi f'Ta' Kerċem.", "Dawn huma siti storiċi importanti li ftit nafu dwarhom u li matul is-snin, nerġa' ngħid, ma ngħatawx importanza.", "Kien għalhekk li għaddejna avviż legali minn dan il-Parlament li permezz tiegħu ħloqna d-Dwejra Opportunity Fund, li kien imsemmi fil-manifest elettorali li jrid ibiddel it-telfa tat-Tieqa tad-Dwejra f'opporutnità.", "Essenzjalment, dan il-fond qed jinkoraġġixxi l-crowdfunding u l-Gvern impenja ruħu li ta' kull sena, jekk il-fond ikollu ammont ta' flus, hu joħroġ daqstant ieħor.", "Jiġifieri jekk il-fond jiġġenera €50,000, il-Gvern joħroġ €50,000 oħra u jkollna €100,000 x'nonfqu fuq dawn il-proġetti.", "Il-proġetti ppjanati permezz tad-Dwjera Opportunity Fund huma proġetti ta' riċerka biex inkunu nistgħu nġibu aktar informazzjoni u nkomplu niskopru fuq dawn is-siti, fejn eventwlament se jsiru interventi u eżerċizzi ta' restawr.", "Se jkun hemm proġetti li permezz tagħhom se nagħtu aktar informazzjoni, se jkun hemm strutturi li jikkomplimentaw, biex meta dak li jkun imur hemmhekk ikun qed jitgħallem, u fl-istess ħin dawn is-siti jiġu protetti.", "Nemmen li hemm ħafna x'jista' jsir bil-fondi tad-Dwjera Opportunity Fund, li għalkemm għadu fl-infanzja tiegħu diġà daħlu xi donazzjonijiet.", "Apparti minn dan il-fond, qed nitkellmu wkoll fuq fond għar-restawr tal-patrimonju f'Għawdex, li eventwlament irid jiġi kkomplementat b'fond ieħor għar-restawr tal-monumenti lokali.", "Dawn huma żewġ proġetti li qed nitkellmu fuqhom u li nixtieq narahom iseħħu, għax biex isiru dawn it-tip ta' interventi trid il-flus, però ma nixtieqx li tkun xi ħaġa sporadika, fejn tiġri xi ħaġa one fine day u mmorru nagħmlu l-intervent, imma trid tkun xi ħaġa organizzata u strutturata, biex kull sena jkollna programm ta' ħidma, bħalma qegħdin nagħmlu flimkien ma' Wirt Għawdex.", "Għal darb'oħra, nerġa' nirringrazzja u nifraħ lill-Ministru talli qed ikompli jkattar l-għarfien dwar il-ħarsien tal-wirt storiku u dwar id-diversi inizjattivi li qegħdin jittieħdu biex il-kultura f'pajjiżna ssir aktar aċċessibbli għal kulħadd, independentement mill-età u mill-ħiliet ta' dak li jkun.", "Fix-xhur li għaddew, meta kont fil-Ministeru l-ieħor, konna kkollaborajna ma' Heritage Malta biex nagħmlu s-siti storiċi aktar aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl, għall-persuni neqsin mis-smigħ, u l-isfida li mhijiex żgħira fejn tidħol l-aċċessibbiltà fiżika, għax fejn jidħlu s-siti storiċi, nafu li hemm sfidi u konna tkellimna mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità biex intejbu dejjem iktar il-faċilitajiet.", "Huwa fatt li bħala pajjiż għandna x-xorti li minkejja ċ-ċokon tagħna għandna wirt daqstant kbir.", "Il-ħasra hi li ħafna drabi ma napprezzawx u nieħdu l-affarijiet for granted.", "Nappella għal aktar edukazzjoni u aktar għarfien, biex mhux biss ingawdu u nivvalorizzaw dak li għandna, imma nassiguraw li ngħadduh lil ta' warajna b'ħafna iktar kuxjenza milli forsi għaddewh lilna ta' qabilna.", "Nirringrazzja l-ħidma tas-Sovrintendenza, tal-ħaddiema tiegħu u ta' Heritage Malta, u lil dawk kollha li huma involuti f'dan is-settur.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, qegħdin nitkellmu fuq il-kultura.", "Għalija, kull pajjiż jintgħaraf minn ieħor minħabba tliet oqsma, li huma l-lingwa, il-kultura li fiha jidħol il-partimonju, u l-ġens.", "Allura, hawn qegħdin nitkellmu fuq l-identità tagħna lkoll, tal-poplu Malti u Għawdxi.", "F'din il-Kamra meta nitkellmu ta' spiss insemmu l-kelma \"korruzzjoni\" u l-mod kif il-liġi, b'mod partikolari l-Kostituzzjoni, m'għandhiex għodda biex tissorvelja, trażżan u twiddeb lill-uffiċjali pubbliċi li jonqsu, li jistgħu jkunu anke Membri Parlamentari, għax m'hemmx mekkaniżmu ta' checks and balances u m'hemmx separazzjoni ta' poter li għandu s-snien.", "Hemm ħaġa oħra li tħassibni dwar il-kelma \"korruzzjoni\", u hawn qiegħed nirreferi għall-korruzzjoni tal-identità tradizzjonali.", "Din hija sfera ġdida li qed taħkem lil Malta minħabba t-tibdil b'mod rapidu li qiegħed isir f'soċjetà li qed tinbidel, il-korruzzjoni tal-identità tradizzjonali Maltija.", "Ma rridx ninstema' b'mod negattiv, imma nitwaħħax meta madwari f'ħakka t'għajn, mil-lejl għan-nhar u ġieli bl-approvazzjoni ta' ċerti entitajiet li jirriflettu l-politika tal-Gvern, jinbidlu l-affarijiet b'tali mod u manjiera li dan il-wirt, din l-identità tradizzjonali Maltija, tgħib.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għall-ġmiel naturali u karatteristiku ta' pajjiżna u dak t'Għawdex, imma wkoll għall-kultura nnifisha u għall-wirt arkitettoniku tagħna.", "Sintendi, m'iniex se nitkellem dwar il-patrimonju tal-ġmiel naturali, li kulħadd jaf kif naħsibha dwaru, iżda se nirreferi għall-kullana kulturali li wiret kull ċittadin Malti u Għawdxi.", "L-Abbozz ta' Liġi dwar il-Patrimonju Kulturali jiddetta obbligi u dmirijiet li aħna għandna nimpromwovu, nipproteġu, noħolqu aċċess għalih u nirriċerkaw.", "F'dan l-Abbozz, dan narawh il-ħin kollu, u narawh mingħajr l-indħil tal-Ministru tal-ġurnata.", "Huma dawn l-affarijiet li jiddefinixxuna u jagħrfuna bħala nazzjon u bħala ċittadini ta' dan l-Istat.", "Għalhekk, din l-istess liġi tħares ukoll lejn is-Sovrintendenza, lejn il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tal-patrimonju Malti.", "Fil-fatt, f'dan l-istess Abbozz naraw li l-patrimonju kulturali jinkludi informazzjoni relevanti għall-patrimonju Malti u l-kultura intanġibbli, fost oħrajn, fid-definizzjoni tal-liġi nnifisha.", "Huwa proprju għalhekk li qed nisħaq li minkejja li naqbel, bejn wieħed u ieħor, mal-mod kif il-kontenut ta' dan l-Abbozz ġie magħġun, għalkemm għandi xi riservi u se nsemmi fejn, hemm xi ħaġa nieqsa meta niġu biex nippromwovu, inħarsu, u nirriċerkaw dik li tissejjaħ collective memory.", "Jiġifieri l-memorja ta' snin twal kif għexna ħajjitna, kbirna u wasalna fejn aħna llum.", "Illum qegħdin ngħixu fi żmien ta' soċjetà mibdula, fejn xejn mhu xejn u fejn l-orgolju li inti Malti u li inti Għawdxi, qiegħed jogħsfor.", "Għalhekk, il-memorja kollettiva hija importanti immens, għax din tkabbar is-sens ċiviku u tkabbar ukoll il-pussess li aħna ċittadini denji ta' dan il-pajjiż.", "Hija l-kultura li fl-aħħar mill-aħħar se tgħaqqadna bħala poplu kosmopolitan, anke jekk ikun hemm ċittadini Maltin li ma jafux jitkellmu bil-lingwa Maltija, jew inkella mhumiex ta' ġens Malti – u llum qegħdin ngħixu f'din is-soċjetà – allura hija l-memorja kollettiva li se tgħaqqad dan il-ġens multikulturali u għalhekk kosmopolitan.", "Għal mument irrid nieqaf fuq niċċa tal-kultura, li hija Għawdex.", "Għalija Għawdex hija niċċa kulturali totalment differenti mill-aspett Malti.", "Meta nitkellmu fuq il-kultura, mingħajr ma rridu ngħidu li people make places, u huma n-nies li, apparti milli jagħmlu l-post, jgħożżu, ikabbru, u jħaddnu l-kultura.", "Għalhekk, jekk Għawdex jibqa' ħaj, il-memorja kollettiva tradizzjonali t'Għawdex tibqa' ħajja.", "Imma x'qiegħed jiġri f'Għawdex?", "F'Għawdex nafu li għandna sfidi kbar li jitolbu miżuri drastiċi u inizjattivi soċjali, għax is-sens komunitarju Għawdxi mhux talli qiegħed jonqos, talli m'hemmx nies li jżommuh ħaj.", "Għalhekk, il-Ministeru responsabbli mill-Kultura għandu ferm iktar obbligi biex iħares dan u biex fil-politika tiegħu l-Gvern, meta jiġi għal whole-of-Government approach, din tissieħeb anke ma' inizjattivi soċjali li jħarsu l-popolazzjoni Għawdxija tibqa' hemm għax Għawdex għandu l-identità tiegħu.", "Għawdex huwa ferm differenti minn Malta, għalhekk għandna ħafna x'nistgħu ngħożżu f'din il-gżira.", "Fuq kollox, meta nitkellmu fuq dan l-aspett ta' memorja kollettiva, nappella lill-Ministru biex jirriċerka dan is-suġġett, għax naf li minn meta laħaq Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, il-kultura kważi qiegħda ssir favorita tiegħu iktar mill-ġustizzja.", "Jekk dan nuruh b'mod ċar u speċifiku f'dan l-Abbozz ta' Liġi jkun tajjeb u għad għandna ċans li ndaħħluh fiha.", "Qed nitkellem b'mod kostruttiv, għax qegħdin fl-istadju tat-Tieni Qari u għandna ċans li fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, jekk irridu nistgħu ndaħħluh fid-definizzjoni tal-kultura nnifisha u ngħidu fejn għandna naslu.", "Sintendi l-liġi hija tajba, imma 'l hinn mil-liġi rridu nħarsu lejn il-mod kif qegħdin nimplimentaw dak li huwa għażiż għalina wkoll f'din il-Kamra.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru għal Għawdex tirreferi għall-mużewijiet u għall-mod kif qed ikun hemm iktar esperjenza interattiva, imma irridu niftakru li 'l hinn mill-element ta' prodott turistiku, għandna nindirizzaw is-siti storiċi u l-mużewijiet mhux biss bħala wirt tagħna, imma bħala li hu ta' kull wieħed minna, u għalhekk bħala ċittadini tal-Istat għandna d-dover li nħarsuh.", "Hawn, forsi mingħajr ma rrid, ikolli nikkritika u ninstema' negattiv meta nħares lejn dak li se jiġi emendat permezz ta' dan l-Abbozz.", "Meta ħarist lejn il-Liġi prinċipali, l-id tal-politiku, l-id tal-Ministru, ftit jew xejn kienet imsemmija, filwaqt li issa bl-emendi, il-poter tal-Ministru - hu min hu l-Ministru, mhux qiegħed nirreferi għall-Ministru Bonnici – se jiżdied.", "Dan huwa timbru li għalija, meta tiġi għall-kultura, huwa ħażin.", "Il-kultura ma titlobx il-barka tal-Ministru!", "Il-kultura m'għandha qatt tiġi hijacked mill-Eżekuttiv – għall-inqas dik hi l-impressjoni li qed tingħata.", "Il-kultura għandha titmexxa mill-poplu stess, għax hu stess li jagħmilha, sintendi bit-tmexxija esperta ta' nies professjonali f'dan il-qasam, li qed nieħu pjaċir li dan l-Abbozz ta' Liġi qed jirrikonoxxihom, imma l-ownership tal-kultura huwa kull ċittadin, u din il-ħaġa trid toħroġ sew.", "Nieħu pjaċir ninnota l-mod kif f'dan l-Abbozz ta' Liġi, din se tinfirex għall-ibħra tagħna permezz tal-proġetti li qegħdin jissemmew u għax b'mod legali qegħdin nagħtu protezzjoni u se nikkonservaw, se nirriċerkaw iktar - wara kollox, dawn huma l-għanijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi - il-kultura Maltija u Għawdxija fl-ibħra territorjali tagħna.", "Jien għamilt diversi mistoqsijiet parlamentari lill-Ministru, u dejjem sħaqt fuq ir-riżorsi tal- finanzi, it-teknoloġija, u dawk umani, u l-Ministru rrispondieni li dawn se jiżdiedu u li hemm pjan strutturat bil-mod kif iridu jiżdiedu.", "Hawn nixtieq nappella li dawn iridu jiżdiedu b'mod ferm iktar mgħaġġel minħabba l-bidla li qiegħda ssir fis-soċjetà li għandna llum.", "Naf li dan ma jiddependix biss mill-Ministru, imma jiddependi wkoll minn kemm jallokalu finanzi għal dan il-Ministru għall-Finanzi.", "Għalhekk nappella biex min-naħa tal-Finanzi, jagħtu iktar importanza lejn dan ir-riżors tas-Sovrintendenza biex b'hekk ikollu l-għodda u l-mezzi biex iwassal leħnu, u anke għemilu.", "Sintendi, apparti r-riżorsi hemm l-istrutturar u hemm il-proċessi.", "Hawnhekk hawn bżonn shake-up, għax għandna Sovrintendenza ġdida u nixtieq li min-naħa tagħhom iħarsu lejn il-proċess kif jistgħu jiffaċilitaw biex jaslu li jsemmgħu leħinhom f'entitajiet oħra, b'mod partikolari fl-Awtorità tal-Ippjanar.", "Illum il-ġurnata nafu biċ-ċar li l-kultura Maltija, anke mill-aspett arkitettoniku, qiegħda tgħib minn wiċċ artna.", "Sintendi, xorta hemm lil min nirringrazzjaw.", "Fuq kollox, apparti milli nirringrazzja lill-kuraturi, lin-nies professjonali u lill-uffiċjali li jaħdmu bil-qalb f'dan il-qafas, nixtieq nirringrazzja lill-NGOs.", "Hawn ħafna NGOs li żammew ħajjin il-kultura soċjali u l-memorji soċjali, fosthom nista' nsemmi - l-ikbar għalija - il-każini tal-baned, tal-armar u l-entitajiet fejn hemm il-fabbriki tan-nar.", "Dawn żammew il-memorja kollettiva tal-kultura ħajja mingħajr indħil u mingħajr imbuttar mill-ebda gvern tal-ġurnata, u hemmhekk joħroġ eżempju ċar ta' ownership li ċ-ċittadin għandu jkollu biex dak li jidentifikana f'qasam nazzjonali, jitwettaq.", "Sur President, b'dan il-punt u b'mod pożittiv ta' ringrazzjament, nixtieq nagħlaq il-ħsebijiet tiegħi dwar dan is-suġġett u nħeġġeġ - naf li l-Ministru ħa nota tagħha - biex nindagaw iktar fuq il-memorja kollettiva li tagħrafna bħala Malta tagħna lkoll.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin għall-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2019 fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nhar il-Ħadd li għadda fuq il-paġna ta' wara tal-ġurnal The Sunday Times of Malta deher dan ir-ritratt.", "Naf li hawnhekk m'hawnx id-direttur li jista' jiffoka, imma min għandu l-ġurnal ikun jista' jarah.", "F'dan l-artiklu intitolat \"Local pig farmers facing the chop\", naraw ritratt tal-majjali sejrin għall-qatla.", "Però d-diskors tiegħi mhux se jkun fuq il-majjal, imma fuq is-settur tar-raħħala li jrabbu l-majjal għall-konsum tagħna, għax fil-verità sħabna r-raħħala Maltin sejrin għall-qatla!", "Qed ngħid hekk għax dan is-settur qiegħed imut u din is-sitwazzjoni xejn mhi komda għal min qiegħed jgħix f'din is-sitwazzjoni.", "Nirringrazzja lil dan il-ġurnal talli tella' din il-problema għall-attenzjoni nazzjonali, għalkemm jien ġieli tkellimt dwarha f'dan il-Parlament.", "F'dan l-artiklu, dan il-ġurnalist qal hekk:", "Jien ġieli kkwotajthom lir-raħħala meta jgħiduli li minn hawn u ftit ieħor mhux se jibqgħu jeżistu, għax qegħdin imutu ftit ftit.", "Dawn huma nies li għexu għomorhom kollu mal-familji tagħhom f'negozju li wirtuh minn ġenerazzjoni għall-oħra u qdew lil dan il-poplu Malti billi ssupplixxewh bil-laħam frisk tal-majjal.", "Però llum il-ġurnata b'dak li qiegħed jiġri minħabba l-kompetizzjoni fis-suq u iżjed u iżjed minħabba l-indifferenza tal-Gvern għal din il-problema, jien nemmen li wasalna fi stat ta' emerġenza.", "Din il-frażi jużawha meta jkun hawn xi terremot, u allaħares qatt ikollok numru ta' mwiet u jkollok numru ta' setturi li tista' tgħid ikunu fi stat ta' emerġenza.", "Meta darba rreferejt b'dan il-mod għas-settur tal-biedja, li wkoll jinsab f'din il-pożizzjoni, kien hemm wieħed li qalli li kont qed ngħaġġibha meta għidt li konna fi stat ta' emerġenza u kważi beda jirredikolani.", "In-nies jisimgħuna, forsi naħsbu li ma jisimgħuniex, imma jisimgħuna.", "Hawn, iżjed milli fuq is-settur tal-biedja, jien qed nitkellem fuq il-bnedmin għax min illum għandu 50 sena, jiġifieri daqsi, minn hawn u ftit snin oħra t-tfal tiegħu mhux se jkomplu jaħdmu fil-mestier tiegħu.", "Meta jispiċċaw l-1,000 bidwi li għad fadal full-time, jiġifieri minn hawn u ftit tas-snin oħra li tgħoddhom fuq idejn waħda, uliedhom mhux se jkomplu b'dan ix-xogħol full-time għax mhuwiex sostenibbli.", "Bl-Ingliż jgħidu li mhuwiex worth it, għax ma taqlax il-ħobża ta' kuljum.", "Ftit ilu, numru kbir mis-settur tal-bdiewa - issa dawn ftit jiltaqgħu, u ftit jiftiehmu, minkejja li hemm numru ta' koperattivi - għamlu sforz u ltaqgħu flimkien biex jispjegaw lill-poplu Malti u lill-awtoritajiet ikkonċernati f'liema sitwazzjoni qegħdin.", "Dan kien l-aħħar sforz biex forsi l-awtoritajiet, fosthom il-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura, li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Ambjent, kif ukoll il-Gvern kollu, jipprovaw joħolqu rimedju għal din is-sitwazzjoni prekarja.", "Issa jew isir l-aħħar sforz u ninġabru, imma jekk jibqa' ma jsir xejn, sa ftit snin oħra ma jkollniex prodotti friski ta' ħaxix u frott li jidħol il-Pitkalija u li tista' tgħid li hu Malti.", "Kulħadd qed jagħlaq għajnejh, għax xorta waħda qed isibu x'jieklu.", "Il-frott u l-ħaxix qed isibuh xorta waħda, għax qed jiġi importat.", "Għalhekk, ħafna mill-konsumaturi u min-nies li qegħdin fl-awtoritajiet qed jiġu jaqgħu u jqumu – dik hija l-kelma, Sur President – minn dan il-periklu, għax fl-aħħar mill-aħħar xorta hemm provvista ta' ħaxix u ta' frott.", "Ta' xejn nisimgħu fuq numru ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni lill-esperti jitkellmu fuq il-benna, it-tjieba u l-ġenwinità tal-prodott Malti, li meta jiġi biex jikkompeti mal-prodott barrani, wieħed isib li l-prodott li jiġi importat mhuwiex tal-istess togħma u ġenwinità bħall-prodott Malti, imma jekk titkellem bħalma qed nitkellem jien, bilkemm ma jirredikolawkx!", "Dalgħodu ċempilli xi ħadd u kważi ħatafni talli lbieraħ fil-Parlament għidt li tkun attitudni maħmuġa meta dan il-Parlament jipprova jilleġiżla d-droga għall-fini rikreattiva.", "Jirredikolawk għax ma jaqblux miegħek u jipprovaw imeruk fuq dak li hu s-sewwa magħruf, u għax ma jkunx jaqblilhom, għalihom tibqa' fuq il-paġna l-ħażina tal-istorja!", "Mela, meta qed nitkellem fuq il-provvista ta' frott u ħaxix frisk, min jaf kemm hawn nies li qed jiġu jaqgħu u jqumu għax xorta waħda qegħdin isibu x'jixtru.", "Illum ħadd ma jimpurtah mill-frisk.", "Il-mara tad-dar ma tridx toqgħod tqaxxar il-patata, imma tipprova tixtriha lesta fil-boroż, għax huwa eħfef u ma tridx ħafna ħin biex issajjarha.", "Ġejna ma jimpurtana minn xejn u din l-attitudni qed iġġib f'riskju l-ħobża ta' kuljum ta' numru ta' familji.", "Dan li qed ngħid tant huwa veru li fl-aħħar Baġit il-Gvern ma ddejjaqx li f'paragrafu qasir li fih ġie biex jittratta l-bdiewa, qal li l-impatt tal-biedja f'Malta huwa kważi insinifikanti lejn it-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, lejn il-GDP, lejn il-kejk tal-ġid.", "Qalilhom li huma kważi insinifikanti!", "M'hemmx kelma oħra bħala Gvern xi tgħid biex tgħid lil xi ħadd li kważi ma jimpurtakx minnu, għax jibqa' jeżisti jew ma jibqax jeżisti, m'għandux kontribut lejn it-tkattir tal-ġid f'dan il-pajjiż!", "Hawn jien qiegħed nitkellem f'isem 1,000 familja, imma l-Gvern ma jimpurtahx.", "Qed nitkellem f'isem in-nazzjon Malti li fi żmien numru żgħir ta' snin jista' jkun li l-ħawħa Maltija, il-patata Maltija u l-frott Malti li jidħol fil-pitkalija, ma jsibx jixtrihom iktar.", "Ninsab persważ li se jkun hawn min jgħidli: X'jimpurtani milli qed tgħid.", "Jien immur is-supermarket, immur għand tal-grocer jew għand il-convenience shop u nixtri l-borża tal-friża!", "Għall-bżonnijiet tas-saħħa tagħna u ta' uliedna, m'hemm xejn aħjar minn dak li hu frisk, imma ma jimpurtaniex x'qegħdin nitilfu!", "Ħalli nerġa' mmur lura għar-raħħala li qegħdin ikabbru l-majjal.", "Għada pitgħada dawn in-nies se jintilfu u se jkollhom jagħlqu l-irziezet tagħhom għar-raġuni li llum jekk nitlob statistika ta' kemm qiegħed jinqatel majjal fil-Biċċerija, l-istatistika se tkun tajba u l-majjal se jibqa' jinqatel, imma kif tkellmu l-produtturi u r-raħħala tagħna, illum il-kompetizzjoni li hawn fis-suq u t-traħħis tal-prezzijiet jitolbu li ssib minn fejn tixtri l-irħas, u minħabba dan, qiegħed jinġieb majjal minn barra minn Malta li mbagħad jitrabba ftit ieħor u jintbagħat għall-qatla.", "Majjal imwieled u mrobbi barra minn pajjiżna qed jinqatel Malta u jinbiegħ bħala prodott Malti!", "Il-kompetizzjoni ma tistax iżżommha, ma tista' tgħid xejn, u m'iniex ngħid li l-Gvern qed ibagħbas mal-kompetizzjoni, però qed nitlob lill-Gvern jieħu bis-serjetà l-fatt li aħna ma nistgħux nitilfu l-provvista tal-prodotti lokali, għax jekk jiġri hekk nibdew niddependu biss mill-importazzjoni, u meta pajjiżna jiġi jiddependi biss mill-importazzjoni, kif qalulna l-bdiewa, niġu niddependu mill-kwalità, mill-prezz u mill-frekwenza ta' dak li jiġi importat.", "Issa din mhijiex sigurtà ta' provvista, u għalhekk nitlob lill-Gvern biex ma jibqax indifferenti, ma jibqax ma jimpurtahx.", "Lill-poplu Malti u lil min jimpurtah ngħidlu li ma nistgħux niġu naqgħu u nqumu minn problema ta' din il-kwalità, għax l-indifferenza tal-Gvern u tal-poplu tista' ġġibna f'sitwazzjoni imbarazzanti.", "Fis-sajf li għadda kellna sitwazzjoni fejn il-provvista tal-ħalib frisk kważi ma bdietx tlaħħaq mad-domanda li kellha l-koperattiva li tissupplixxi l-ħalib frisk f'dan il-pajjiż, il-Benna.", "Aħna għandna prodott ta' ħalib frisk mill-itjeb li hawn fl-Ewropa, tant li meta dħalna fl-Unjoni Ewropea – dak iż-żmien kont għadni Segretarju Parlamentari - f'daqqa waħda l-ixkafef tas-supermarkets u tal-ħwienet tagħna mtlew bi prodotti ta' ħalib differenti, però they gave up, għax l-importazzjoni kellha ċċedi quddiem il-benna tal-Benna!", "Kellha ċċedi quddiem il-provvista tal-ħalib frisk ta' Malta, però s-sajf li għadda, minħabba żieda fil-popolazzjoni u żieda fin-numru ta' turisti u oħrajn, id-domanda għall-provvista tal-ħalib frisk tant żdiedet li bilkemm laħħqet.", "Mela qegħdin f'sitwazzjoni li jekk ma ngħinux bis-serjetà lir-raħħala li jrabbu l-baqar għall-ħalib, nistgħu niġu f'riskju li anke l-provvista tal-ħalib frisk tiġi mhedda.", "S'issa għad mhijiex, imma tista' tiġi mhedda, għax meta wieħed bl-iskuża tal-kompetizzjoni jipprova jfittex ħalib irħas, ir-raħħal Malti jkun qed jiġi mhedded, għax jew ikollu jnaqqas il-prezz, jew in-nies imorru jixtru l-ħalib minn xi mkien ieħor.", "Ejjew noqogħdu attenti!", "S'issa għadna ma wasalniex f'dak l-istadju, però ma baqgħalniex ħafna biex naslu s'hemm, u jekk jiġri hekk inkunu qegħdin nirrovinaw dak li sal-lum nemmnu li huwa tajjeb.", "Illum għandna ħafna nies morda, jew ma jifilħux bl-influwenza, u jekk nitilfu n-naħla Maltija nkunu qed nheddu l-għasel pur ta' Malta.", "In-naħla Maltija hija mhedda wkoll, imma dawn is-sitwazzjonijiet forsi huma pettegolezzi, forsi huma affarijiet żgħar, għax illum il-ġurnata kważi ħadd ma jimpurtah minn xejn.", "Il-kelliem ta' qabli, meta tkellem fuq il-kultura qal li qegħdin ngħixu f'soċjetà fejn xejn mhu xejn, imma f'din is-soċjetà fejn xejn mhu xejn, mhux biss il-kultura qegħdin nitilfu, imma anke l-importanza ta' dawn is-setturi!", "Jien niftakar meta fl-aħbarijiet kien inħoloq plejtu għax konna qegħdin nitilfu l-industrija tat-tessuti.", "Ipprovajna nsalvawha, imma ma salvajnihiex għax ma bqajniex kompetittivi minħabba li kien hemm pajjiżi oħra li kienu rħas u l-industrija tat-tessuti li kien hawn f'Malta marret taħdem hemmhekk, għax il-ħaddiem kien jitħallas irħas.", "Min qiegħed jiġi Malta, qed jagħmel dan għax qiegħed isib sitwazzjoni rħas minn pajjiżi oħra.", "Però ħbieb tiegħi, se naslu f'ċirkostanza fejn jista' jiġrilna l-istess jekk nitilfu s-setturi li qed nitkellem dwarhom.", "Għalhekk nitlob lill-Gvern, lill-Ministru, jew lis-Segretarju Parlamentari jiġi fil-Parlament u jirrapporta x'ħidma qed issir biex insalvaw lir-raħħala li jrabbu u li jissuplixxuna bil-provvista tal-majjal frisk, u x'qed isir biex insalvaw il-bdiewa Maltin.", "Mhux jiġu bl-iskużi ta' x'għamilna aħna meta dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Issa dan il-Gvern ilu sitt snin fil-gvern, allura m'hemmx iktar skużi ta' x'għamilna aħna meta konna fil-gvern.", "Stajna għamilna t-tajjeb kollu jew il-ħażin kollu, għax issa l-importanti hu x'se jagħmel hu!", "Dak li għamilna aħna m'għadux jgħodd, allura l-Gvern x'inhu jagħmel biex jgħin lil dawn in-nies?", "Jekk skont hu, aħna għamilna l-ħażin kollu li stajna nagħmlu, hu x'qed jagħmel biex jgħin lil dawn in-nies?", "Se nagħmel l-aħħar argument u nieqaf.", "Meta darba waqt il-mistoqsijiet parlamentari ġejna biex nitkellmu fuq x'tip ta' spezzjonijiet qiegħed jagħmel dan il-Gvern fuq l-importazzjoni, il-Ministru Herrera qalli li moħħu mistrieħ, għax ladarba tkun ġejja mill-Unjoni Ewropea, kollox huwa sew u jidħol come what may.", "Sqallija hija parti mill-Unjoni Ewropea, imma mur daħħal fi Sqallija prodott agrikolu Malti ħalli tara jekk hemmx il-prinċipju ta' kulħadd jagħmel li jrid bħalma hawn f'Malta!", "Mur ara jekk fi Sqallija jaċċettawx l-istess Catamaran mgħobbi bil-majjal Malti, kif aħna naċċettaw b'idejna miftuħin kull ma jidħol minn Sqallija u minn pajjiżi oħra!", "Mur ibgħat prodott tal-ħaxix u pprova għaddih minn port fi Sqallija, li wkoll qiegħda fl-Unjoni Ewropea.", "Araw jekk fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jsirux spezzjonijiet apposta biex jiżguraw is-saħħa tal-konsumatur tagħhom u biex jiżguraw li ma jidħolx mard, imma f'pajjiżna la mill-mard li jista' jidħol ma jimpurtana u lanqas mis-saħħa tal-konsumatur!", "Jekk inti importatur daħħal u jekk għandek il-manifattura li qiegħda f'periklu ma jimpurtaniex!", "Jien il-kelliem responsabbli mis-settur tan-negozji ż-żgħar u mill-importazzjoni, allura ninsisti li rridu nsibu bilanċ biex nagħmlu t-tajjeb.", "Ma nistax niftaħ il-bieb u nħalli kollox dieħel, jew niftaħ il-bibien kollha u ma jimpurtanix x'jiġri għax hekk huwa s-suq.", "Is-suq isuq, imma jrid il-bilanċ!", "Il-Gvern qiegħed hemm biex isib il-bilanċ.", "Il-Gvern qiegħed hemm biex juża l-liġijiet.", "Il-Gvern qiegħed hemm biex jipproteġi, u fejn ifalli s-suq jgħinu, ħalli mhux biss ma jkollniex nies li jitilfu l-ħobża ta' kuljum, imma bħala poplu – u dan l-iżjed li jiswa – ma nitilfux il-provvista tal-ħaxix frisk u tal-majjal frisk li għandna u li nafu kemm hu tajjeb.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.", "Fis-7.21 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU TAL-BORD MIĠJUB MALTA FUQ PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta kien li huwa sar jaf li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li l-ġimgħa li għaddiet inġabet Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta' Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f'Pembroke?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jiena sirt naf l-Erbgħa 26 ta' Settembru 2018, meta Newsbook għamlu l-mistoqsijiet lill-Awtorità tal-Ippjanar fuq il-każ u l-istess Awtorità infurmat lill-ispokesperson tal-Ministeru dwar il-każ.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f'din id-deċizjoni, u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU TAL-BORD MIĠJUB MALTA FUQ PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta kien li huwa ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar il-ġimgħa li għaddiet tinġieb Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta' Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f'Pembroke?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien fl-ebda ħin ma tajt approvazzjoni, anzi ntenni għal darb'oħra li jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f'din id-deċizjoni, u kif diġà esprimejt fil-pubbliku, jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU TAL-BORD MIĠJUB MALTA FUQ PRIVATE JET - SPIŻA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi/kienet l-ispiża għall-użu ta' private jet biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar il-ġimgħa li għaddiet inġabet Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta' Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f'Pembroke?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 7090 tas-Seduta 142 u 7222 tas-Seduta 144 rispettivament.", "Il-PA hija awtorità indipendenti u awtonoma.", "Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f'din id-deċizjoni, u kif diġà esprimejt fil-pubbliku, jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU TAL-BORD MIĠJUB MALTA FUQ PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, li talbet li tinġieb Malta fuq private jet biex tattendi għas-seduta tal-Bord tal-PA tal-20 ta' Settembru 2018 dwar il-proġett ta' Pembroke?", "Jekk ma kenitx hi li għamlet tali talba, jista' jgħid meta u min ikkuntattjaha, sija mis-Segretarjat tiegħu kif ukoll mill-amministrazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar biex hija tinġieb Malta b'private jet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt ma sar kuntant minni personali jew mis-Segretarjat tiegħi mal-persuna msemmija anke għaliex qatt ma konna nafu b'dan il-każ mill-bidu nett.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f'din id-deċizjoni, u kif diġà esprimejt fil-pubbliku, jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "ESTENSJONIJIET TA' PERJODU TA' VALIDITÀ TA' KONVENJU TA' BEJGĦ JEW TRASFERIMENT TA' PROPRJETÀ IMMOBBLI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il estensjoni tal-perjodu ta' validità ta' konvenju ta' bejgħ jew trasferiment ta' proprjetà immobbli jew ta' xi dritt reali fuq proprjetà immobbli, ġew notifikati lill-Kummissarju tat-Taxxi, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUMMISSARJU TAT-TAXXI – ĦLAS LURA TA' TAXXA MĦALLSA FUQ KONVENJI TA' BEJGĦ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret lill-Kummissarju tat-Taxxi għall-ħlas lura ta' taxxa mħallsa proviżorjament wara li jkun ġie reġistrat konvenju ta' bejgħ jew trasferiment ta' proprjetà immobbli jew ta' xi dritt reali fuq proprjetà immobbli, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet kienu minħabba li l-konvenju kien skada u kemm kienu minħabba li l-partijiet ikunu qablu li jxolju l-obbligazzjoni ta' bejniethom?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont totali ta' taxxa mħallsa proviżorjament li ġie mħallas lura sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KORREZZJONIJIET TA' KONVENJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet biex isiru korrezzjonijiet ta' konvenji, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-rekords ta' korrezzjonijiet ta' konvenji bdew jinzammu minn Lulju 2016.", "It-talbiet li saru hu kif jidher fit-tabella mehmuża hawn taħt.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR – SPIŻA TAS-SERVIZZ TAL-MOBILE TAL-MINISTRU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7680 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI - FTEHIM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7835 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern hu obbligat li jagħmel skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (5) (d) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) biex jiġu stabbiliti l-finanzjament tal-aġenzija kif ukoll il-ħidmiet li għandhom jiġu indirizzati u miksubin minnha?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-mument qiegħed jiġi nnegozjat ftehim ġdid, liema negozjati jinsabu fil-fażi finali tagħhom.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar il-5 ta' Diċembru 2018 mill-Gvern Malti u mill-Gvern tar-Renju Unit dwar it-traffikar ta' persuni?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab informat li d-dokument huwa pubbliku. https://reforms.gov.mt/en/Documents/MOUs/MOU_British_High_Commission.pdf.", "Kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "FIAU – BAĠIT SUPPLIMENTARI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid id-disa' miljun ewro approvati fl-estimi supplimentari għas-sena 2018 għall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fiex ġew utilizzati u jagħti dettalji dwar kull nefqa?", "Jista' jgħid kif il-baġit oriġinali kif approvat minn din il-Kamra għall-FIAU kien €1.6 miljun u dan f'sena sploda għal iżjed minn sitt darbiet għal €10.6 miljuni?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-FIAU talbet għal baġit addizzjonali matul is-sena 2018 minħabba dawn ir-raġunijiet:", "· Titjib fil-kontrolli tas-sigurtà ġewwa l-FIAU, kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni kunfidenzjali, il-bini tal-FIAU, u anke s-sigurtà tal-impjegati tal-FIAU;", "· Żieda ta' riżorsi umani u tibdil ieħor magħmul skont il-Pjan tar-Riżorsi Umani, kif ukoll", "· Ingaġġ ta' \"International Skilled Persons\" sabiex jassistu 'l-FIAU fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' superviżjoni ta' Money Laundering u Financing of Terrorism, għajnuna fil-pjan ta' ħidma tal-FIAU, assistenza fil-preparamenti tal-Moneyval u reviews oħra, eċċ.", "Dan kollu sar sabiex l-FIAU timplimenta r-riformi u r-rakkmandazzjonijiet neċessarji sabiex jissaħħaħ l-operat tagħha u anke sabiex jintlaħqu l-obligazzjonijiet istituzzjonali kurrenti u futuri tagħha.", "L-FIAU tixtieq tinforma li ma tistax tagħti iktar dettalji dwar ix-xogħol li sar minħabba l-obbligi ta' kunfidenzjalità li joħorġu minn Kap. 373 tal-liġijiet ta' Malta.", "MALTA ENTERPRISE – INVESTMENT INCENTIVES (SUBVENTION) – BAĠIT SUPPLIMENTARI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid fiex ġew minfuqa l-€31 miljun li ġew approvati fl-estimi supplimentari għas-sena 2018 bħala fondi addizzjonali għall-Malta Enterprise taħt Investment Incentives (Subvention)?", "Kif jista' l-Ministru jispjega li l-ammont approvat għal dan il-għan fil-budget għas-sena 2018 kien ta' €16-il miljun u ntalbet u ġiet approvata żieda ta' kważi d-doppju bħala fondi addizzjonali għal dan l-iskop?", "Jista' jagħti rendikont fejn intefqu dawn il-€31 miljun?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont li qiegħed jirreferi għalih huma fondi approvati taħt l-iskemi varji li tħaddan il-Malta Enterprise.", "Dawn l-iskemi jgħinu intrapriżi jistabbilixxu f'Malta, ikabbru, jinvestu u jinnovaw fl-operat tagħhom.", "Din iż-żieda kien hemm bżonnha biex tingħata assistenza fuq diversi investimenti minn kumpaniji ġodda u stabbiliti, kif ukoll biex tiġi onorata assistenza approvata fi snin ta' qabel.", "Iż-żieda kien hemm bżonnha wkoll minħabba li diversi kumpaniji aċċelleraw il-proġetti ta' nvestiment li kienu ppjanati fuq medda itwal ta' snin.", "GĦAWDEX: IX-XAGĦRA – PARK TAL-FAMILJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jiftaħ il-park tal-familja li qed isir fis-sit fejn qabel kien hemm il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk għax-xogħol li kien fadal isir, reġgħux ħarġu t-tenders mill-ġdid?", "Ġew awarded?", "Meta ser jibda x-xogħol li fadallu jsir?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender għax-xogħlijiet neċessarji biex jinfetaħ għall-pubbliku fejn qabel kienet il-miżbla f'Tal-Qortin, Għawdex mistenni li jerġa' joħroġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-ewwel kwart tas-sena.", "Ix-xogħol ikun jista' jibda wara li jiġi iffirmat kuntratt ma' kuntrattur.", "Dan kemm-il darba jkun hemm min jagħti offerta tajba biex isir ix-xogħol meħtieġ.", "GĦAWDEX: BAJJIET – WHITE FLAGS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat ta' xi ntnefaq, xi tħallas u min kienu l-benefiċċjarji għaż-żewġ White Flags għaż-żewġ bajjiet ġewwa Għawdex?", "Tista' tgħid min approva dawn il-ħlasijiet?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' Negotiated Procedure u x'tip ta' Negotiated Procedure kienu, u dan sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "F'kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b'dan il-mod?", "Kemm kien il-valur ta' kull tender?", "Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "GĦAWDEX: IX-XEWKIJA, TRIQ IL-ĦAMRIJA – TRAFFIC MANAGEMENT PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-Traffic Management Plan imħejji mill-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija Għawdex u dak imħejji mill-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol fi Triq l-Imġarr fin-Nadur?", "Tista' tikkonferma li dan it-Traffic Management Plan qed jiġi segwit u mwettaq?", "Interpellant li t-Traffic Management Plans huma approvati u qed jiġu mwettqa mill-kuntrattur skont direzzjonijiet mogħtija minn Transport Malta."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190116_184d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min kien l-interlokutur tal-Awtorità tal-Ippjanar mas-sid/rappreżentant tal-kumpanija tal-private jet li bih il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, inġabet Malta fl-20 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid ukoll meta eżattament kien li sar il-kuntatt biex ġie ordnat il-private jet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ordnax li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, tirrifondi l-ħlas li sar biex hija tinġab Malta bi private jet fl-20 ta' Settembru 2018?", "Jekk ma għamilx din l-ordni, jista' jgħid għalfejn?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwa qattx għamel użu minn xi private jet proprjetà tal-istess proprjetarju tal-private jet li ntuża biex tinġab membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u ċjoè l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "Jekk iva, meta u għal liema skop?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba huwa għamel użu minn xi private jet fl-aħħar leġiżlatura u f'din il-leġiżlatura?", "X'kienet l-ispiża kull darba u x'kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kif qed isir it-tqassim tal-bins fir-residenzi, minn min, u kif intgħażlu, qabel ma tiġi fis-seħħ l-iskema ta' ġbir ta' skart separat fil-31 ta' Ottubru li ġej?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jispjega għalfejn wara biss ħames xhur mill-inawgurazzjoni tal-pavimentar tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid, diġà hemm parti mill-art pavimentata fil-kantuniera ta' Triq Ninu Cremona mal-pjazza, li sfrundat bil-konsegwenza li issa tqegħdet pjanċa tal-ħadid li qed tagħmel storbju sħiħ kull meta tgħaddi vettura minn fuqha bil-konsegwenza li mhux qed jitħallew jorqdu r-residenti tal-viċin?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra min għamel xogħol daqstant dilettantesk u ħażin?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati persuni neqsin, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid l-età u s-sess tal-persuni li ġew irrapurtati neqsin?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuna baqgħu ma nstabux?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hija ingaġġata bħala Projects Director fi ħdan is-Segretarjat tiegħu bħala Deputat Prim Ministru?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti, ittri u/jew dokumenti oħra kollha li ntbagħtu mill-Gvern Malti lill-Group of States against Corruption (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropea mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li fih Imħallef li jkun qagħad f'kawża rrakkomanda lill-President ta' Malta li persuna kkundannata tingħata maħfra jew tnaqqis tal-piena skont dak li jipprovdi l-artikolu 494 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid dwar liema reati kienu jirreferu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, f'kemm il-każ ingħatat maħfra u f'kemm il-każ ingħata tnaqqis tal-piena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt Valletta mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid ukoll f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li titħallas lill-Gvern kull sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7861 u jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha dwar il-kiri ta' vetturi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħtha li saru mill-bidu tas-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid ukoll minn liema kumpanija jew individwi ġew mikrija, u jekk il-kirja f'kull każ saritx wara sejħa għall-offerti, sejħa għal kwotazzjonijiet jew b'direct order?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor stampat fid-djar mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Tista' tagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta' karta ntużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjali li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor?", "Jekk b'mezz ieħor kif tqassam u kemm sewa t-tqassim ta' kull fuljett jew materjal li ntbagħat, sew jekk bil-posta jew b'xi mezz ieħor?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7692 u tgħid fiex kien jikkonsisti t-tieni mandat u fuq xiex sar, rigward Triq ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra?", "X'sar mill-Ministeru għal Għawdex?", "Jekk kien hemm deċiżjoni mill-Qorti, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tad-deċiżjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk le, tista' tgħid xi ftehim sar?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-Gvern fl-Uffiċċju tal-Artijiet f'Għawdex?", "Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela?", "Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid mill-€140 miljun ta' investiment fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea mħabbra f'konferenza tal-aħbarijiet li saret minn esponenti tal-Gvern nhar is-Sibt 11 ta' Novembru, kemm minnhom se jintużaw fuq toroq jew proġetti f'Għawdex?", "Tista' tagħti lista ta' toroq f'Għawdex li se jsiru b'dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7815 u tgħid kemm u x'tip ta' ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u tgħid ukoll fuq kull proġett/biċċa xogħol min kienet il-persuna li ordnat ir-ramel jew żrar u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u sena b'sena fuq dan il-materjal?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta' pazjenti skont kull kategorija ta' intervent mediku?", "Jista' jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perjodi li ġejjin:", "a) anqas minn tliet xhur;", "b) bejn 3 u sitt xhur;", "c) bejn 7 u 12-il xahar;", "d) bejn 13 u 24 xahar;", "e) bejn 25 u 36 xahar; u", "f) aktar minn 36 xahar?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help?", "Kemm ra każijiet ġodda l-bord matul is-sena 2018 u kemm minnhom ingħataw is-servizz?", "Kemm ġew miċħuda s-servizz?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta' kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali?", "Jista' jippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn blokok ta' flats tal-Gvern (dawk li jaqgħu taħt il-pussess tal-Awtorità tad-Djar), lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm hemm appartamenti f'sular tal-blokok?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li waslet sabiex kien hemm applikazzjonijiet għall-fondi li damu mas-sena u nofs u anke għal sentejn, sakemm ġew trattati?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nbidlu l-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba ma' residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "Jista' jgħid illum x'inhi l-iskeda tal-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba ma' residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'euros) li kienu dovuti għall-bdiewa u r-raħħala u spiċċaw intużaw għat-toroq għas-snin 2016 u 2017?", "Tista' tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'euros) li ttieħdu mill-bdiewa u r-raħħala u kemm kienu l-ammonti ta' bdiewa u raħħala li bbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tal-biedja?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'euros) li kienu dovuti għas-sajjieda u spiċċaw intużaw f'xi qasam ieħor għas-snin 2016 u 2017?", "Tista' tgħid il-fondi li kienu dovuti għas-sajjieda u tali fondi ma ngħatawx, f'liema oqsma ntefqu?", "Tista' tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'euros) li ttieħdu mis-sajjieda u kemm kien l-ammont ta' sajjieda li bbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam rispettiv?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li tappiera fi Triq Lewis Wettinger (Mellieħa bypass) issirilha l-manutenzjoni meħtieġa, sabiex jieqaf l-inkonvenjent li qed toħloq lir-residenti tal-madwar?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-parti tat-triq (viċin il-bus stop) fuq il-Pont tal-Mistra li qed iżżomm l-ilma tax-xita, bil-konsegwenza li qed jinħoloq inkonvenjent għax-xufiera li jgħaddu minnha kif ukoll lil dawk il-persuni li jkunu qed jistennew is-servizz tat-trasport pubbliku, isirilha l-manutenzjoni meħtieġa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-applikazzjoni (PA 05985/09) għall-permess ta' kamra tan-nar fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika fiex wasal il-proċess tal-applikazzjoni (PA 5909/17) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar b'rabta mal-binja ta' lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa preċiżament bejn Triq in-Nases u Triq il-Fortizza?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-talba għall-għoli/sulari tal-lukanda u l-appartamenti li tagħhom hemm l-applikazzjoni (PA 5909/17) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar liema binja tinsab bejn Triq in-Nases u Triq il-Fortizza?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk b'rabta mal-applikazzjoni PA 5909/17 (lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa) hux se jkun hemm talba mill-awtoritajiet konċernati sabiex isiru studji dwar l-impatti soċjali u dak tat-traffiku fil-lokalità tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu trasferiment tal-valur tal-pensjoni tagħhom mis-sistema tas-Sigurtà Soċjali Maltija għal dawk l-istituzzjonijiet Ewropej (transfer out) u viċi-versa (transfer in) skont l-Avviżi Legali 17 u 120 tal-2012?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet għadhom pendenti, sena b'sena mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8212, jista' l-Ministru jgħid jekk sakemm Malta Freeport Corporation taġġorna ruħha fuq l-iżviluppi tax-shore to vessel supply u l-istallazzjoni tagħha fil-Port Ħieles, hux jikkunsidra li jwaqqaf l-operat tal-Freeport matul is-sigħat tal-lejl sabiex il-poplu ta' Birżebbuġa jkun jista' jorqod bil-kwiet?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet li diġà bdew fuq Triq tal-Ġebel u Triq San Patrizju f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju għat-Tfal investigatx artiklu li xxandar fuq is-sit \"lovinmalta.com\" https://lovinmalta.com/news/news-video/watch-7-total-wtf-moments-from-this-new-maltese-modelling-tv-show u sussegwentament il-programm li xxandar fuq l-istazzjon Net tv bl-isem ta' 'Akila' fejn waqt l-istess programm żewġ tfajliet minuri, li skont l-istess artiklu għandhom tlettax u ħmistax-il sena, ġew mistoqsija jekk kenux lesti jieħdu ritratti lebsin 'lingerie'?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tax-Xandir investigatx artiklu li xxandar fuq is-sit \"lovinmalta.com\" https://lovinmalta.com/news/news-video/watch-7-total-wtf-moments-from-this-new-maltese-modelling-tv-show u sussegwentament il-programm li xxandar fuq l-istazzjon Net tv bl-isem ta' 'Akila' fejn waqt l-istess programm, żewġ tfajliet minuri, li skont l-istess artiklu għandhom tlettax u ħmistax-il sena, ġew mistoqsija jekk kenux lesti jieħdu ritratti lebsin 'lingerie'?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ddettaljata ta' kuntatti (flimkien mal-email address tagħhom) li huma responsabbli mill-entitajiet, dipartimenti, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji hemm indikati għall-anzjani u għal min jieħu ħsiebhom skont l-aħħar Budget?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti fid-Djar tal-Anzjani li ressqu xi ilmenti?", "Fuqiex kienu dawn l-ilmenti?", "F'liema Dar Residenzjali saru dawn l-ilmenti matul is-snin 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata n-nefqa ta' sodda għal kull lejl fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat jinsabu l-anzjani li huma residenti fi Djar Residenzjali tal-Gvern?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jindika kemm ġew irrapurtati lill-pulizija, każijiet ta' abbuż fuq l-anzjani fis-sena 2017 u 2018?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 57 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "18 ta' Jannar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Jannar 2019 fit-3.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler.", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 22 ta' Jannar 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti.", "Smigħ fir-rigward tan-nomina tas-Sur Karl Izzo għall-ħatra ta' Ambaxxatur ta' Malta mhux residenti għall-Montenegro.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Jannar 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Abbozz Nru 63 - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi – (Kont.).", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2019, fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Laqgħa fuq il-prijoritajiet u skambju ta' veduti fuq policies tal-Istati Uniti mas-Sur Mark Schapiro, Chargé d'Affaires a.i. u s-Sinj.", "Marjorie Christian mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "Diskussjoni skont Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Iżvizzera, dwar il-European Satellite Navigation Programmes.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 4 Frar 2019 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Trasferiment ta' art lill-International Hotel Investiments (IHI) plc (Kont.).", "18 ta' Jannar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190121_185a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 184, li saret fis-16 ta' Jannar 2019, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 26 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar talbiet għal investigazzjoni quddiem il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika; u", "Rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Alex Muscat u l-Onor.", "Therese Comodini Cachia fl-Inter-Parliamentary Committee Meeting on European Cultural Heritage li nżamm fi Brussell fid-19 u l-20 ta' Novembru 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU TAL-BORD MIĠJUB MALTA FUQ PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min kien l-interlokutur tal-Awtorità tal-Ippjanar mas-sid/rappreżentant tal-kumpanija tal-private jet li bih il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, inġabet Malta fl-20 ta' Settembru 2018?", "Jista' jgħid ukoll meta eżattament kien li sar il-kuntatt biex ġie ordnat il-private jet?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm ebda interlokotur filwaqt li nitolbu jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 7090 tas-seduta 142.", "L-Awtorità tal-Ippjanar hija awtorità indipendenti u awtonoma.", "Jien la kont informat u lanqas kelli sehem f'din id-deċizjoni, u kif diġà esprimejt fil-pubbliku, jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet dwar it-trasport pubbliku li bla dubju ta' xejn, imqabbel ma' ftit tas-snin ilu, avvanza ħafna 'l quddiem, però għad fadal fejn nistgħu ntejbu.", "Mill-istatistika jidher li aktar persuni qed jaqbdu t-trasport pubbliku.", "L-ewwel mistoqsija hija dwar il-Fgura li hija l-lokalità li ġej minna jien fejn ikolli ħafna ilmenti, anke jekk dan l-aħħar naqsu xi ftit.", "Kif jaf il-Ministru - għax ġieli jirċievi xi emails fejn inkun ikkuppjat jien ukoll – minħabba li fil-Fgura m'hemmx rotta li titlaq minn din il-lokalità, meta x-xarabank tasal il-Fgura, ħafna drabi, tkun mimlija, speċjalment fil-ħinijiet ta' bejn is-7.00 a.m. u t-8.30 a.m. u bejn l-4.00 p.m. u l-5.30 p.m., li huma l-ħinijiet tax-xogħol.", "Dan qed iwassal biex in-nies li jirkbu mill-Fgura jibqgħu bilwieqfa għax ix-xarabank tkun tliet kwarti mimlija.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm rotta li titlaq mill-Fgura jew minn lokalitajiet bħal Ħaż-Żabbar sabiex meta tgħaddi mill-Fgura, ix-xarabank ma tkunx mimlija u n-nies tkun tista' toqgħod bilqiegħda?", "It-tieni, ilbieraħ, il-Prim Ministru qal li jispera li naslu fi żmien meta t-trasport pubbliku jkun b'xejn għal kulħadd.", "Nafu li diġà hemm diversi persuni li jaqbdu t-trasport pubbliku b'xejn.", "Jista' l-Ministru jgħid meta nistgħu naslu għal dan iż-żmien?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Kif qal l-Onor.", "Interpellant, kemm-il darba jkollna komunikati u korrispondenzi min-nies, inkluż dawk li jgħixu fil-Fgura li hija l-kostitwenza tiegħu u li naf li tinteressah b'mod partikolari.", "Għalhekk ikun tajjeb li nagħti ftit overview fejn konna, fejn wasalna u fejn nixtiequ mmorru.", "Qabelxejn, jekk wieħed jikkumpara n-numru ta' nies li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku jsib li lura fl-2011 il-figura kienet ta' 33 miljun.", "Hawn ikun tajjeb li ngħid li kull vjaġġ li persuna tagħmel, jgħodd bħala passiġġier wieħed, jiġifieri jekk persuna tivvjaġġa darbtejn f'ġurnata tkun meqjusa bħala żewġ passiġġieri.", "Is-sena li għaddiet inkiser rekord ieħor ta' nies li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku.", "Fil-fatt is-sena li għaddiet għalqet bi 53,400,000 passiġġier.", "X'differenza minn 33 miljun għal 53 miljun!", "Dan juri li aktar nies qed jagħmlu użu mit-trasport pubbliku anke grazzi għar-riformi li daħħalna fil-leġiżlatura li għaddiet.", "Minn hawnhekk nerġa' nsellem, kif għamilt diversi drabi, lill-predeċessur tiegħi l-Ministru Joe Mizzi li ħadem sabiex flimkien mal-lokalitajiet, jinstabu l-aħjar rotot skont il-ħteġijiet tar-residenti ħalli n-nies jerġa' jkollhom fiduċja fit-trasport pubbliku.", "Fl-istess ħin nixtieq nissottolinja dak li qal fil-bidu tal-mistoqsija l-Onor.", "Interpellant, li għad fadal ħafna xi jsir.", "Niżbaljaw jekk ma naħdmux u kull darba ma nfakkrux li fadal ħafna xi jsir.", "Jien għadni nirċievi korrispondenzi u emails dwar kif is-servizz tat-trasport pubbliku jista' jkompli jtejjeb l-effiċjenza fis-servizz tiegħu.", "Bħala Gvern aħna konxji minn dan kollu u l-awtorità regolatorja, Transport Malta, qed taħdem sabiex tkompli ttejjeb dan is-servizz.", "Irrid ngħid ukoll li dawn il-figuri jfissru żieda ta' 61.3% fl-għadd ta' dawk li wżaw it-trasport pubbliku s-sena l-oħra komparat ma' dawk li wżawh wara r-riforma tal-Arriva lura fl-2011.", "Apparti minn hekk, meta wieħed jara kemm saru vjaġġi kull passiġġier kuljum is-sena li għaddiet, isib li kien hemm 150,000 vjaġġ kull ġurnata komparat mad-90,000 vjaġġ kull passiġġier kuljum fl-2011.", "Ikun interessanti wkoll li ninforma lil din il-Kamra li 81% tan-nies li wżaw is-servizz tat-trasport pubbliku s-sena li għaddiet għamlu dan permezz ta' Tallinja Card.", "Tallinja Card kienet introdotta minn Gvern Laburista u qed tgħin sabiex il-klijenti jużaw it-trasport pubbliku bl-aktar mod effiċjenti, partikolarment minħabba l-mod kif iħallsu għas-servizz li jkun pre-paid, anke biex iħallsu għas-servizz tal-ferries.", "Rigward il-Fgura rrid ngħid li din hija waħda mil-lokalitajiet li tinsab bejn belt u oħra.", "Kif nafu, is-suċċess iġib ukoll sfidi ġodda.", "Kif qal l-Onor.", "Interpellant, mill-Fgura jgħaddu vetturi li jkunu diġà mimlija b'tali mod li l-passiġġieri jkollhom joqogħdu bilwieqfa.", "Għalhekk bħalissa qiegħed isir eżerċizzju sabiex naraw kif nistgħu nkomplu nżidu l-capacity, inkluż f'din il-lokalità.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Nixtieq nagħmel mistoqsija lill-Ministru peress li l-ġimgħa li għaddiet kien imsiefer fuq xogħol ministerjali.", "Il-mistoqsija tiegħi tirrigwarda l-ġarr ta' membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar bi private jet għal seduta li saret ftit tax-xhur ilu.", "Il-Ministru, f'diversi tweġibiet li ta mhux biss illum, qal li ma kienx informat, ma kellux sehem u lanqas qabel ma' din id-deċiżjoni.", "Għaldaqstant il-mistoqsija tiegħi hija: Where do we go from here?", "Fejn hi l-accountability?", "Se nħallu kollox jgħaddi qisu ma kien xejn għaliex il-Ministru ma kienx informat u ma kellux sehem f'din id-deċiżjoni?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Kemm jien u fuq kollox il-Prim Ministru diġà kkummentajna f'dan ir-rigward.", "Kien hemm dikjarazzjonijiet ukoll mit-tmexxija tal-istess Awtorità tal-Ippjanar.", "Naħseb li huwa importanti li l-politiku ma jintervjenix fil-ħidma amministrattiva tal-Awtorità, issa li kien hemm ukoll ħsibijiet espressi minn min huwa politikament responsabbli.", "Inħarsu 'l quddiem u nfakkru li din l-Awtorità, mill-aspett amministrattiv u mill-aspett ta' finanzi, kull sena, kienet tiġi titlob il-flus sabiex titħaddem u titmexxa.", "Illum, meta dan il-Parlament jagħmel il-budgeting tiegħu għall-pajjiż, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tikkontribwixxi għaliex qiegħda tagħmel il-qligħ u l-flus jintużaw f'oqsma oħra skont kif jitqassam il-Fond Konsolidat.", "Għalhekk inħarsu 'l quddiem sabiex inkomplu naraw li jittieħdu deċiżjonijiet sani li jkunu jagħmlu sens.", "Kien hemm istituzzjonijiet oħra indipendenti li dan l-aħħar ippronunzjaw ruħhom u wieħed jieħu nota ta' dan.", "Irrid ngħid li din kienet deċiżjoni ħażina, li jien ma qbiltx magħha, però jkun tajjeb li ngħid ukoll li l-Onor.", "Interpellant mhuwiex estranju għall-użu ta' private jets.", "Ma nixtieqx noqgħod niġi hawnhekk u nagħti informazzjoni f'dak ir-rigward.", "Però rridu napprezzaw li fil-passat kien hemm ukoll politiċi li f'ċirkostanzi normali setgħu jsiefru permezz tal-linja tal-ajru tagħna imma għażlu li jsiefru fuq private jet.", "Ovvjament ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant jista' jqum u jgħid li ma kienx jaqbel mal-mod kif ivvjaġġa hu stess fil-passat.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, irrid nagħmel personal clarification għax dak li għadu kif qal il-Ministru mhuwiex minnu.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, minn fost id-diversi proġetti li qed jaħdem fuqhom il-Ministru jinteressani partikolarment is-central link project.", "Jien noqgħod Ħal Qormi u għalhekk konxja tal-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi miż-żona ċentrali, fosthom mill-Imrieħel, Ħal Qormi u l-lokalitajiet tal-madwar.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq dan il-proġett u x'impatt huwa mistenni li jħalli hekk kif jitwettaq?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Dan huwa proġett li dan il-Gvern ħadem ħafna fuqu matul l-aħħar sena sabiex dak li ma sarx għal għexieren ta' snin, jitwettaq minn dan il-Gvern.", "Matul amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, Ministru wara l-ieħor, baqa' jirreżisti li jsir proġett li kien ilu fil-pjanijiet sa mis-snin tmenin u li kien reġa' ġie kkonfermat fil-pjanijiet lokali tal-2006.", "Però Gvern Nazzjonalista baqa' jwebbes rasu sabiex dan il-proġett ma jsirx b'detriment għall-kumplament tal-popolazzjoni ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan, l-Iklin, Ħal Lija, il-Mosta u dawk min-naħa ta' fuq ta' Malta, bħall-Imġarr, l-Imtarfa, ir-Rabat u Ħad-Dingli.", "Imbagħad hemm Birkirkara li hija l-akbar lokalità u li tilqa' ammont kbir ta' traffiku għaliex f'Ħ'Attard dejjem kien hemm bottleneck.", "Issa, kif jaf kulħadd, dejjem kellna ħafna esponenti ċjoè r-residenti tat-triq ikkonċernata, esponenti min-naħa tal-Oppożizzjoni u anke NGOs li twieldu biex jopponu dan il-proġett!", "Aħna kkonsultajna kemm-il darba, biddilna l-pjanti u issa qed inħarsu 'l quddiem sabiex l-istudju ambjentali jikkonferma kemm dan il-proġett huwa meħtieġ.", "Ovvjament imbagħad nistennew l-eżitu tal-Awtorità tal-Ippjanar u wara jinbeda x-xogħol.", "Dan huwa Gvern li jrid iwettaq l-affarijiet!", "Jien irrid nara li dan il-proġett jinbeda ħalli jkun qiegħed jindirizza bottleneck importanti fiċ-ċentru tal-pajjiż.", "L-istudju ambjentali jitkellem ukoll dwar il-kwalità tal-arja u dwar x'jiġri kemm-il darba l-proġett ma jsirx u jitħalla fuq l-ixkaffa.", "Għalhekk forsi l-kritika ta' dawk li ma jriduniex nagħmlu dan il-proġett hija proprju intenzjonata sabiex twassal lill-pajjiż f'dik iċ-ċirkostanza; li jkollok gridlock fiċ-ċentru ta' Malta.", "Din hija xi ħaġa li bħala Gvern ma rriduhiex.", "Bħala Gvern irridu nindirizzaw il-konġestjoni tat-traffiku u rridu nkomplu naħdmu sabiex in-nies jivvjaġġaw bl-aktar mod effiċjenti u mhux nibqgħu nitfgħu l-problema taħt it-tapit.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, jidher li l-pajjiż għandu strajk imdendel fuq rasu min-naħa tal-fuel stations.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex parti mit-taħditiet u jekk dan l-istrajk jistax jiġi evitat?", "Jista l-Prim Ministru jew il-Ministru responsabbli jagħti aktar informazzjoni lil din il-Kamra f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sur President, jien inwieġeb mistoqsijiet supplimentari fuq mistoqsija relatata mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Però nista' ngħid li bħala Ministeru m'aħniex involuti f'dawk id-diskussjonijiet għaliex huma relatati mas-settur tal-enerġija.", "Konvint li jkun hemm l-okkażjoni fejn il-Ministru għall-Enerġija jkun jista' jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Onor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, irrid nirreferi lill-Ministru għall-mistoqsija preċedenti dwar il-proġett importanti tas-central link.", "Nixtieq nagħmel mistoqsija aktar speċifika.", "Jista' l-Ministru jgħid kif dan il-proġett se jgħin biex residenti fiż-żona ta' Ħal Balzan, Ħal Lija, Birkirkara u l-Imrieħel tittaffielhom il-problema tat-traffiku minn ġol-lokalità tagħhom għax jibdew jintużaw toroq arterjali?", "Ma ninsewx li ħafna minn dawn il-lokalitajiet antiki għandhom l-infrastruttura tagħhom fl-urban conservation area u allura qajla tista' titranġa.", "Għalhekk dan il-proġett kif se jgħin biex noħorġu t-traffiku mill-qalba ta' dawn il-lokalitajiet għal toroq arterjali?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Din hija mistoqsija pertinenti.", "Konvint li l-Onor.", "Interpellant u l-familja tiegħu, li wħud minnhom iservu fil-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, jiltaqgħu ma' dawn l-isfidi.", "Din hija l-karba tar-residenti għal għexieren ta' snin fil-lokalità ta' Ħ'Attard.", "L-Onor.", "Interpellant għamel referenza wkoll għar-residenti ta' Ħal Balzan u Birkirkara.", "Ovvjament, meta l-poplu jkun qiegħed jivvjaġġa, dejjem jipprova jsib l-aktar toroq li huma konvenjenti fejn hemm l-inqas traffiku possibbli.", "Proprju minħabba l-bottleneck li hemm f'Ħ'Attard, hemm numru ta' nies li jagħżlu toroq sekondarji li huma intiżi biex ikunu residenzjali fil-qalba ta' dawn l-irħula u l-ibliet imma li qed jispiċċaw mis-6.30 a.m. sad-9.00 a.m. b'serbut ta' karozzi għaddej minn ġo fihom.", "Dan għaliex il-proġett ta' Ħ'Attard qatt ma sar!", "Għalhekk m'għandi l-ebda dubju li dan il-proġett se jkun qiegħed itaffi mill-piż tat-traffiku fil-qalba ta' dawn l-irħula u l-ibliet.", "Issa hawnhekk wieħed jista' jargumenta li l-karozzi li bħalissa jgħaddu minn ġo nofs dawn il-lokalitajiet se jibdew jgħaddu mill-bypass ta' Ħ'Attard.", "Ir-risposta hija li dejjem hekk kien ippjanat li jsir.", "Dan il-Parlament, taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista, għal darba, darbtejn, tlieta, ikkonferma dan permezz tal-pjanijiet lokali.", "Issa wara li dawn il-pjanijiet ġew riveduti u mibdula, nixtieq inkun naf x'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni llum fuq dan il-proġett.", "Jien ma niddejjaqx imwieġeb il-mistoqsijiet imma l-poplu qed jistaqsi wkoll dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' partit li huwa rrappreżentat fit-tmexxija ta' ħafna minn dawn il-lokalitajiet fiċ-ċentru tal-pajjiż u li qed jirreżistu l-progress skont l-istess pjanijiet lokali li Gvern Nazzjonalista lleġiżla fl-2006.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Peress li l-Ministru qal li jien użajt private jet, ikun tajjeb li jkun jaf li l-unika darba li jien użajt private jet bħala Ministru, l-ispejjeż kienu kollha koperti u mħallsa mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-każ tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid jekk il-flus tħallsux mill-Unjoni Ewropea jew mill-fondi Maltin?", "It-tieni mistoqsija: Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx, u għaliex, data ta' mijiet ta' Maltin ma nżammitx fuq is-server tal-MITA imma nżammet fuq servers ta' kumpanija privata barra minn Malta fl-aħħar 18-il xahar?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma' dan u għaliex ġara dan?", "L-ISPEAKER: Il-Minsitru Ian Borg.", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant għamel numru ta' mistoqsijiet li jkun tajjeb li jagħmilhom bil-miktub ħalli nkun nista' nwieġbu.", "Rigward l-użu tal-private jets ngħidlu li l-ebda żball jew xi ħaġa ħażina ma tiġi kkoreġuta b'xi ħaġa ħażina oħra.", "Kemm jien kif ukoll il-Prim Ministru diġà ddikjarajna kemm-il darba fil-pubbliku li ma qbilniex ma' tali deċiżjoni.", "L-Onor.", "Interpellant għoġbu jiġi lura għas-suġġett u jargumenta li dawk il-flus kienu mħallsa lura.", "Però jkun tajjeb li l-poplu jkun informat li mill-Ministri kollha li Malta kellha fil-pożizzjoni rispettiva, kien proprju l-Onor.", "Interpellant innifsu u l-Eks Ministru Tonio Fenech li dak iż-żmien kienu jivvjaġġaw bil-private jets u mhux bil-linja nazzjonali jew b'linja oħra kummerċjali.", "Jikkonferma l-Onor.", "Azzopardi li fl-10 ta' Novembru 2010 …", "L-ISPEAKER: Ministru, inti ma tistax tistaqsi imma għandek biss twieġeb.", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant għoġbu jivvjaġġa bil-private jet għall-Kunsill dwar il-Kompetittività tal-Unjoni Ewropea fl-10 ta' Novembru tal-2010, fit-30 ta' Mejju 2011, fis-27 ta' Ġunju 2011 u fil-5 ta' Diċembru 2011 b'valur ta' €80,386.73.", "L-argument tal-Onor.", "Interpellant huwa li dawn il-flus tħallsu minn fondi Ewropej bħallikieku l-fondi Ewropej mhux iċ-ċittadini Ewropej, inkluż il-Maltin, jikkontribwixxu għalihom!", "Din hija r-risposta tiegħi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Bħal ħafna Membri ta' din il-Kamra, jien ġej min-naħa t'isfel ta' Malta u għalhekk jinteressani ħafna l-proġett tal-Marsa li miexi ġmielu.", "Wieħed jinnota b'sodisfazzjon il-mod pożittiv li bih miexi.", "Taqta' ġurnata waħda, ma niftakar qatt li nħoloq xi traffiku bla bżonn anzi pjuttost li t-traffiku qed jimxi aħjar minn qabel beda l-proġett.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra fiex wasal dan il-proġett u x'inhuma l-passi li jmiss?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Il-proġett tal-Marsa huwa importanti immens.", "Is-sindku ta' Raħal Ġdid dejjem ifakkarni li parti sew minn din iż-żona tagħmel ma' Raħal Ġdid u mhux mal-Marsa.", "Però żgur li dan il-proġett se jgħin lin-naħa t'isfel ta' Malta li se tieħu r-ruħ għax ħafna mir-residenti jgħaddu minn din iż-żona.", "Infakkar li lura fl-1997 il-Partit Laburista fil-gvern kien installa s-sistema tat-traffic lights li m'hemmx dubju li għenet ħafna.", "Però llum din is-sistema ma tlaħħaqx mal-volum ta' karozzi li jgħaddu minn din iż-żona.", "Infakkar li dan huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt se jkun sar fil-pajjiż u li s'issa jinsab miexi b'ritmu tajjeb, skont it-timelines u l-baġit.", "Fil-fatt issa dħalna fit-tielet fażi ta' dan il-proġett.", "Fl-ewwel fażi rajna t-twaqqigħ tal-istrutturi tal-fabbriki, liema fabbriki ġew rilokati u inawgurati fl-industrial estate ta' Ħal Far.", "Fit-tieni fażi nbniet mill-ġdid Triq Aldo Moro fejn issa hemm għaxar korsiji li se jkunu qed jippermettu d-dħul u l-ħruġ għal fuq is-seba' fly overs u strutturi li se jkunu qed jinbnew.", "Bħalissa għaddejjin bit-tielet fażi; qed jiġi llivellat iċ-ċentru fejn kien hemm il-fabbriki.", "Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew jinbnew is-saqajn ta' dawn l-istrutturi.", "Għedna wkoll li l-ewwel pont li se jitla' huwa dak li jieħdok minn Triq Aldo Moro għal Triq Garibaldi, bl-oħrajn isegwu minn żmien għal ieħor.", "Naħseb li t-traffic arrangements li qed isiru qegħdin jgħinu lil dawk li jivvjaġġaw biex ikollhom l-inqas inkonvenjent possibbli.", "Ma jfissirx li minn żmien għal ieħor ma jkunx hemm ċerti sigħat jew ġranet li fihom id-devjazzjonijiet joħolqu frustrazzjoni u stennija, però issa qed nistenna li dan il-proġett jidħol f'fażi interessanti u jkun qiegħed jikkontribwixxi mhux biss għall-mod ta' kif jivvjaġġaw in-nies, imma anke għall-ekonomija tal-pajjiż.", "Kif nafu, il-ħin mitluf fit-traffiku jfisser li nkunu inqas kompetittivi u inqas effiċjenti, bir-riżultat li l-ekonomija tkun qiegħda titlef mill-produttività tal-pajjiż.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Bħalissa għaddej xogħol ħdejn il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett li qiegħed isir fid-dawra ta' Birżebbuġa, fiż-żona magħrufa bħala San Ġorġ, hux se jittratta wkoll il-problema tal-għargħar li tolqot lil dik iż-żona?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest dan il-proġett?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jikkumpatini li mhux kull triq naf l-isem tagħha u l-progress li jkun għaddej.", "L-Onor.", "Interpellant huwa wieħed mill-aktar li jagħmel mistoqsijiet u naf kemm jinteressah il-Ħames Distrett.", "Fil-fatt kemm-il darba nwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari li jagħmel.", "Nista' niċċekkja għada u nagħtih risposta wiċċ imb'wiċċ jew inkella nitolbu jagħmilli mistoqsija parlamentari.", "Ħsibt li kien qed jirreferi għal risposta li approvajt illum u li se tingħata fis-seduta t'għada.", "Jekk dan mhux il-każ, nitolbu jagħmel mistoqsija bil-miktub ħalli jkun jista' jinforma lill-kostitwenti tiegħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Proġett kbir ieħor ta' dan il-Gvern huwa proprju l-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, liema proġett ilu jiġi mwiegħed minn qabel ma twelidt jien u li issa qegħdin naraw b'mod konkret li qabad miexi b'ritmu mgħaġġel.", "Jista' l-Ministru jispjega ftit fiex wasalna rigward dan il-proġett?", "Naf li fi ftit tax-xhur oħra ħerġin anke xi tenders dwar dan il-proġett.", "Jista' l-Ministru jaċċenna għal xi studji li saru b'rabta ma' dan il-proġett daqstant ambizzjuż?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Ikun tajjeb li nfakkar li dan il-proġett kien imniżżel fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li kiseb maġġoranza qawwija sabiex jiggverna u għalhekk hemm mandat sabiex dan il-proġett isir.", "L-istudju għal dan il-proġett kien beda fi żmien li l-Onor.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nistudjaw u ngħaddu lill-poplu Għawdxi biż-żmien!", "L-istudji saru, anke jekk fadal oħrajn li għad iridu jsiru.", "Ovvjament hemm ħafna affarijiet pożittivi u anke xi impatti li dan il-proġett jista' jkollu.", "Bla dubju ta' xejn, kull studju li kien hemm s'issa wera li n-nies iriduh, anke jekk wieħed irid jieħu konsiderazzjonijiet oħrajn.", "Żgur li hemm benefiċċju kbir għall-gżira Għawdxija u għall-Għawdxin.", "Bħala Gvern ħriġna l-ewwel sejħa ta' project management fejn kien hemm numru ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi fuq dan il-bid.", "Ħriġna n-notifika fl-Official Journal tal-Unjoni Ewropea fi żmien sitt xhur u se nkunu qegħdin nippubblikaw is-sejħa internazzjonali sabiex wieħed jiddisinja, jibni u jagħmel il-manutenzjoni ta' dan il-proġett.", "Il-ħsieb tagħna huwa li minn żmien għal ieħor inkomplu naġġornaw lill-Kamra u lill-poplu dwar dan il-proġett.", "Tajjeb li forsi anke l-Oppożizzjoni tippronunzja ruħha dwar il-pożizzjoni tagħha fuq dan il-proġett, għax s'issa għandna skiet perfett min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 6 tal-2019 - Ordni tal-2019 għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; u", "Avviż Legali Nru 8 tal-2019 - Ordni tal-2019 li jemenda l-Att dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' persuni f'top management u headship positions fid-dekasteru li għalih hu responsabbli d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8387.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar persuni rrapportati nieqsa fis-snin bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8183.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 7 tal-2019 - Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Immaniġġar tal-Iskart (Landfills).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar proprjetajiet tal-Gvern fil-Belt Valletta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8187.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kiri ta' vetturi fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, fis-snin bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8226;", "Tagħrif dwar materjal stampat imqassam fid-djar f'Għawdex bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8227;", "Kopja tad-digriet mogħti mill-Qorti dwar talba tar-rikorrenti tat-8 ta' Novembru 2018 għall-ħruġ ta' mandat ta' inibizzjoni fir-rigward ta' Triq il-Ġorf, ix-Xagħra, Għawdex, datat 4 ta' Diċembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8279; u", "Lista ta' toroq li se jsiru b'fondi tal-Unjoni Ewropea, taħt il-Proġett Għawdex Toroq fil-Lokalità Tiegħek – Ftehim mal-Kunsilli Lokali 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8281.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-16 ta' Jannar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, meta bdiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi segwejt partikolarment l-ispjegazzjoni li ta l-Ministru Owen Bonnici, fejn qal li l-ħsieb hu li nkomplu nsaħħu id l-awtoritajiet f'pajjiżna li jħarsu l-patrimonju nazzjonali.", "Poplu mingħajr għarfien tal-istorja u tal-patrimonju nazzjonali tiegħu qisu siġra mingħajr għeruq.", "Il-patrimonju huwa l-għeruq tagħna l-poplu Malti li evolva matul iż-żmenijiet.", "Il-patrimonju jagħmilna dak li aħna llum.", "Illum għandna pajjiż li qiegħed jagħti kas il-kultura u l-patrimonju nazzjonali.", "Sfortunatament, Gvernijiet tal-passat ma tawx daqstant importanza lil dan is-settur.", "Meta qed ngħid Gvernijiet tal-passat mhux qed nirreferi għall-Gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti imma għall-Gvernijiet tas-snin tmenin, sebgħin u sittin li kellhom prijoritajiet oħrajn aktar milli jikkuraw il-patrimonju nazzjonali tagħna.", "Kif nafu, pajjiżna spiċċa b'ħafna postijiet li huma dilapidati u fortizzi li qegħdin f'idejn il-privat fejn hemm min spiċċa jagħmel il-madum jew il-konkos fihom.", "Dawn kienu deċiżjonijiet żbaljati li nixtieq nara li jkunu rranġati.", "Rigward il-mużewijiet irrid infaħħar id-deċiżjoni li ttieħdet biex ikun rinovat il-Mużew Marittimu fil-Birgu kif tħabbar il-ġimgħa li għaddiet.", "Dan ir-restawr se jkun qiegħed isir b'investiment ta' €2 miljun.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jittratta proprju l-qasam marittimu tal-patrimonju nazzjonali tagħna għax qed joħloq istituzzjoni apposta li tħares il-patrimonju nazzjonali ta' taħt il-baħar.", "Kif nafu, taħt il-baħar Mediterran li jdawwar lil Malta hemm dinja oħra li ilha teżisti għal eluf jew miljuni ta' snin fejn minjaf kemm għaddew nies u x'ħallew warajhom matul is-snin.", "Issa wasal iż-żmien li nibdew nagħtu kas dak li għandna taħt l-baħar tagħna wkoll.", "Madwar 18-il sena ilu, fis-sena 2000, kelli esperjenza li nintervista lill-Professur Timmy Gambin li huwa meqjus bħala wieħed mill-persuni awtorevoli f'dan il-qasam.", "Niftakar li kont intervistajtu fuq l-iskavi li kienu qegħdin isiru f'Dockyard Creek jiġifieri bejn Bormla, l-Isla u l-Birgu u fejn kienu ttellgħu artifatti li kienu jmorru lura għal żmien il-Kavallieri, qabel il-wasla tal-Kavallieri u żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Irrid ngħid li waqt li kont qed nagħmel ir-riċerka għal dan id-diskors sibt teżi li kienet saret minn student tal-liġi lura fl-2009, illum Dr Ivan Tabone.", "It-teżi ġġib it-titlu: Maltese Legislation Protecting Underwater Cultural Heritage, li nista' nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din hija teżi mill-aktar interessanti li qrajt ħafna minnha għaliex fiha ħafna informazzjoni u wħud mill-proposti li fiha u li jirrigwardaw il-patrimonju nazzjonali ta' qiegħ il-baħar ġew inkorporati f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Wara kollox, aħna għandna l-obbligu kostituzzjonali li nħarsu l-patrimonju nazzjonali tagħna.", "Artiklu 9 tal-Kostituzzjoni jgħid:", "Bħala stat Malti għandna l-obbligu kostituzzjonali li nipproteġu l-patrimonju tagħna.", "Hawn mhux se nuża terminoloġiji ta' Gvern jew Oppożizzjoni imma qed nitkellem dwar il-pajjiż kollu.", "Hemm ħafna affarijiet fejn ma naqblux, imma għall-inqas, ejja naqblu fuq il-ħarsien tal-patrimonju nazzjonali li la hu tal-Gvern u lanqas tal-Oppożizzjoni, imma huwa tal-Istat Malti u għalhekk huwa dmirna li nħarsuh, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern.", "Hawn irrid infaħħar it-twaqqif ta' Heritage Malta u s-Sovrintendenza li kienu deċiżjonijiet f'waqthom fid-direzzjoni t-tajba.", "Fil-fehma tiegħi, irridu nkomplu nsaħħu lil dawn l-awtoritajiet billi nagħtuhom aktar riżorsi u għodda.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jagħmel proprju dan però jien nixtieq li jsir ħafna aktar minn hekk.", "Pereżempju, jien jidhirli li għandu jkollna inventarju nazzjonali tal-patrimonju nazzjonali tagħna inkluż il-binjiet storiċi.", "Qed ngħid dan għaliex uħud minnhom illum qegħdin f'idejn il-Gvern imma wħud għaddew għand il-privat.", "Għalhekk naħseb li jkun tajjeb li l-Gvern ikollu inventarju tal-patrimonju nazzjonali li għandna f'pajjiżna.", "Jiddispjaċini nara binjiet li jitħallew fi stat ħażin.", "Min-naħa l-oħra nieħu gost nara binjiet li ngħataw lill-privat u li ġew żviluppati u jinsabu miżmuma tajjeb ħafna.", "Pereżempju, hawnhekk nista' nsemmi l-Forti tar-Rinella li huwa mmexxi mill-Fondazzjoni Wirt Artna li tieħu ħsieb postijiet oħrajn, bħall-mużewijiet tal-gwerra.", "Dawn huma postijiet li qed jagħtu xi ħaġa lura lil Malta għaliex huma attrazzjoni turistika kbira.", "Naħseb li hija idea tajba li jkollna inventarju nazzjonali tal-patrimonju nazzjonali ħalli nkunu nafu eżattament x'għandna u l-binjiet storiċi jkunu miżmuma f'reġistru li jinkludi min għandu t-titolu fuqhom.", "Sur President, is-sena li għaddiet il-Forti Rinella rebħet premju internazzjonali bħala waħda mill-fortizzi li tattira l-aktar nies lejha.", "Ftit 'il bogħod hemm il-Fortizza Ricasoli li hija l-ħolma tiegħi li xi darba tiġi restawrata.", "Hemm ħafna binjiet storiċi oħrajn imma ovvjament jien midħla l-aktar ta' dawk li jinsabu fil-Kottonera.", "Max-xatt tal-Birgu hemm il-Mużew Marittimu li b'deċiżjoni għaqlija se jsirlu l-facelift li tixraqlu però hemm ukoll binjiet oħrajn li ngħataw lill-privat wara l-elezzjoni tal-1998, bħala parti mill-proġett tal-Kottonera, li qed jitħallew jitmermru.", "Insemmi fost l-oħrajn, Scamp Palace li qiegħed jiġġarraf u li partijiet minnu huma bla saqaf u baqa' biss il-faċċata li qiegħda titmermer u li se taqa' dalwaqt.", "Għalhekk minn hawnhekk inħeġġeġ lill-Gvern sabiex jintervjeni f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Tnejn mill-awtoritajiet li jistgħu jintervjenu f'każ bħal dan huma s-Sovrintendenza, għaliex Scamp Palace huwa parti mill-patrimonju nazzjonali, u l-Awtorità tal-Artijiet li finalment hija s-sid tal-proprjetajiet kollha li għandu l-Gvern.", "Għalhekk ikun tajjeb li dawn iż-żewġ awtoritajiet jiltaqgħu flimkien, jifformaw kumitat jew task force u jiddiskutu biex jaraw li fir-rigward ta' binjiet bħal Scamp Palace u oħrajn li ngħataw lill-privat bl-iskop li jkunu rranġati u jsir investiment fihom, il-privat qiegħed jimxi mal-kondizzjonijiet li ntrabat bihom.", "Pereżempju minkejja li Scamp Palace ilu f'idejn il-privat aktar minn 20 sena, ma sar xejn u qiegħed f'sitwazzjoni ferm agħar minn meta ngħata lill-privat.", "Mill-ftit esperjenza diretta li kelli mal-awtoritajiet nista' ngħid li meta l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet jitkellmu flimkien, dejjem jista' joħroġ il-ġid.", "Qed ngħid mill-esperjenza diretta għaliex bħala Fondazzjoni Kottonera tkellimna mal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) u ffokajna fuq ċerti żoni fejn hemm bżonn li jsir ix-xogħol.", "Waħda minn dawn iż-żoni hija proprju d-daħla tal-Isla fejn hemm il-Forti San Mikiel.", "Il-GHRC diġà bdiet tagħmel ix-xogħol preparatorju ħalli fix-xhur li ġejjin jibda xogħol ta' tisbiħ kif ukoll biex il-Fortizza San Mikiel tinfetaħ għall-pubbliku għall-ewwel darba.", "Se jsir ir-restawr tas-sur tad-daħla tal-Isla, għall-ewwel darba se jsir belveder fuq l-istess sur u se titranġa u jsir tisbiħ taż-żona inġenerali, inkluż il-parkeġġ fil-pjazza li jidhirli jisimha Misraħ Gorg Mitrovic.", "Barra minn hekk se jsir ir-restawr tal-bieb tal-Isla u r-restawr tal-arloġġ storiku li hemm f'din il-lokalità.", "Irrid infakkar li s'issa l-Fortizza San Mikiel kienet dejjem magħluqa u partijiet minnha kienu żdingati.", "Però, kif għedt, meta jkollok istituzzjonijiet governattivi li jitkellmu ma' xulxin, xi ħaġa ta' ġid joħroġ dejjem.", "Għalhekk nerġa' ninsisti li għandha tinħoloq koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ħalli jaraw fejn hemm dawn il-binjiet li qegħdin jaqgħu biċċiet, għand min qegħdin u jekk qegħdin għand il-privat, naraw li l-privat iżomm mal-kondizzjonijiet stipulati.", "Kif nafu, meta l-Gvern jagħti binja lill-privat jorbtu b'numru ta' kondizzjonijiet u meta l-binjiet ikunu tal-Gvern, il-Gvern jara x'jista'jagħmel biex jagħmel użu aħjar minnhom.", "Hemm ukoll proġetti oħrajn li qegħdin isiru fil-Kottonera.", "Fil-fatt din il-ġimgħa stess beda proċess ta' konsultazzjoni biex naraw x'inhuma l-ħsibijiet u l-opinjonijiet tan-nies u tal-assoċjazzjonjiet involuti fil-Kalkara għall-proġett tal-promenade f'din il-lokalità.", "Hawn irrid nirringrazzja lill-GHRC, lill-kunsill lokali u lil dawk kollha li huma involuti f'dan il-proċess ta' konsultazzjoni għall-koperazzjoni tagħhom bl-għan li jkollna xatt wieħed li jgħaqqad il-parti storika tal-Birgu, fejn hemm Triq Sally Port, magħrufa bħala tat-Toqba, liema triq trid tinbena mill-ġdid, max-xatt tal-Kalkara.", "B'hekk ikollna promenade mal-kosta tal-Kottonera li jkun jista' jitgawda minn kulħadd.", "Però biex dan isir irridu nkunu aħna bħala stat li nieħdu ħsieb dan il-patrimonju nazzjonali kbir li għandna.", "Fil-Kottonera aħna ffortunati li għandna ħafna binjiet storiċi.", "Jidhirli li x-xogħlijiet diġà jinsabu għaddejjin.", "Kif għedt, hemm l-investiment fuq il-Mużew Marittimu, kellna l-investiment f'Sant'Anġlu u investimenti oħrajn anke fil-Belt Valletta.", "Sur President, f'dan il-qasam, tagħmel kemm tagħmel investiment u restawr, qatt ma tkun qiegħed tagħmel biżżejjed.", "Però ninsab sodisfatt bix-xogħol tajjeb li qed isir mill-Ministru Owen Bonnici u l-awtoritajiet kompetenti.", "Ġaladarba teżisti r-rieda, għandi l-konfort li l-affarijiet mhux se jibqgħu kif inhuma llum.", "Nagħlaq billi nifraħ lill-Ministru Owen Bonnici ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li nqisu importanti immens għal pajjiżna.", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' teżi intitolata \"Maltese Legislation Protecting Underwater Cultural Heritage\" magħmula mill-istudent tal-liġi Ivan Tabone bħala parti minn degree fil-Liġi, fl-Università ta' Malta, datata Mejju 2009.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, huwa tajjeb li minn żmien għal żmien din il-Kamra tħares lejn il-qasam kulturali f'pajjiżna biex tara ftit kif mexjin, fejn sejrin tajjeb, fejn sejrin inqas tajjeb u flimkien nipprovaw inkomplu nsaħħu d-diversi oqsma tal-ambjent kulturali f'pajjiżna.", "F'din il-liġi se nitkellmu b'mod partikolari fuq żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett se nitkellmu fuq il-warrant li se jingħata lir-restawraturi.", "Naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu dan.", "Niftakar li madwar erba' snin ilu, meta ħadt il-portfolio tal-kultura għan-naħa tal-Oppożizzjoni, waħda mill-ewwel affarijiet li kont tkellimt fuqha kienet proprju li hemm bżonn li dawn ir-restawraturi li qed jagħmlu ġid enormi lil pajjiżna bix-xogħol, bl-istudju u bit-talenti tagħhom, jiġu mogħtija dan il-warrant, mhux biss għax xtaquh imma għax verament hekk ħaqqhom.", "Naħseb li llum qed nagħmlu pass tajjeb li qed nirrikonoxxu din il-ħidma importanti.", "Issa rrid ngħid li l-fatt li dawn il-persuni se jkollhom rikonoxximent professjonali ma jfissirx li se jibdew jagħmlu xogħolhom aħjar għaliex dejjem kienu jaħdmu b'mod brillanti imma qed nagħtuhom l-istatus professjonali li ħaqqhom.", "Comodini Cachia, bħala Oppożizzjoni, aħna naqblu mal-għoti ta' dan il-warrant, u anke mal-mod kif se jiddaħħal.", "Waħda mid-diskussjonijiet li kien ikollna kienet tirrigwarda lill-persuni li huma aktar avvanzati fl-età u jekk hux sew li ġġegħelhom jerġgħu jistudjaw meta huma għandhom l-esperjenza.", "Tkellimna ħafna drabi, anke f'din il-Kamra, fuq il-famuża grandfather clause fejn persuni li ilhom stabbiliti f'dan il-qasam jieħdu dan il-warrant, waqt li persuni li jkunu għadhom qegħdin jibdew il-karriera tagħhom iridu jgħaddu mit-taħriġ neċessarju sabiex jieħdu dan il-warrant.", "L-Onor.", "Comodini Cachia tkellmet fuq is-sigħat li r-restawraturi jridu jagħmlu fejn jidħol l-ongoing professional education u staqsiet għalfejn is-sigħat huma daqshekk twal.", "Nittama li l-Ministru jagħti aktar spjegazzjoni fuq din il-kwestjoni meta jagħmel il-winding up.", "Bħala Oppożizzjoni m'għandna l-ebda problema li jkun hemm continuous education imma rridu naraw li din il-professjoni tkun regolata kif inhuma regolati professjonijiet oħrajn.", "Aħna minn din in-naħa tal-Kamra ninsabu sodisfatti li wasalna biex nagħtu l-warrant lil dawn il-persuni għax hekk ħaqqhom.", "Rigward ir-restawr, huwa tajjeb li din il-Kamra tieħu stock tas-sitwazzjoni.", "Kif qal l-Onor.", "Bedingfield, fis-snin sebgħin u tmenin dan il-pajjiż ma kienx jagħti kas tar-restawr u tal-wirt kulturali għax kien hemm prijoritajiet oħrajn.", "Però mbagħad fis-snin disgħin f'pajjiżna bdejna ndaħħlu sens ta' kultura u ta' pride fil-wirt kulturali tagħna.", "Naħseb li l-akbar rekord li għamilna f'dan il-qasam kien fl-aħħar tas-snin 2008, 2009 u 2010 meta anke b'fondi mill-Unjoni Ewropea sar xogħol enormi ta' restawr fuq il-wirt kulturali tagħna.", "Niftakar żmenijiet fejn ħafna postijiet f'Malta kienu mgħottijin bl-iscaffolding għaliex kien qiegħed isir diversi restawr, inkluż ta' bereġ, tas-swar u ta' tant postijiet storiċi.", "Forsi wieħed mill-kummenti li rrid ngħaddi hu li dan ir-ritmu donnu naqas.", "Għalkemm sar ħafna restawr f'pajjiżna għad fadal ħafna x'nirrestawraw.", "Waħda mill-akbar sfidi li għandna bħala pajjiż żgħir b'riżorsi limitati hija li għandna wirt kulturali rikk immens li jeħtieġ investiment qawwi biex tieħu ħsiebu.", "Però naħseb li jekk inżommu mar-ritmu li kellna, fejn sena wara sena rrestawrajna tant binjiet storiċi naslu f'mument fejn naraw il-ħolma tagħna titwettaq u kull wirt kulturali jkun restawrat biex jerġa' jingħata l-glorja tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ir-responsabbiltà tagħna hija li ngħaddu dan il-wirt kulturali aħjar milli sibnieh lill-ġenerazzjoni ta' warajna.", "Illum issemma l-wirt kulturali ta' taħt il-baħar li huwa rikk ħafna.", "Bla dubju, kulħadd jaqbel li daqskemm għandna wirt kulturali fuq l-art, għandna taħt il-baħar.", "Għalhekk hija r-responsabbiltà tagħna li nieħdu ħsiebu, anke għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Huwa tajjeb li minn issa 'l quddiem nibdew nieħdu ħsieb dan il-wirt aktar bis-serjetà u naraw li ma jsirx abbuż permezz ta' regolamenti ġodda.", "Konvint kif inhuma konvinti ħafna nies hemm barra, li hemm ċertu abbuż, inkluż serq ta' affarijiet ta' wirt kulturali minn taħt il-baħar li jittieħdu minn individwi għalihom infushom.", "Naħseb li huwa tajjeb li kif qed nagħmlu sforz biex nieħdu ħsieb il-wirt kulturali fuq l-art, nagħmlu l-istess sforz biex nipporteġu dak li hemm taħt il-baħar.", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-kultura nixtieq ngħaddi żewġ kummenti.", "L-ewwel nett, huwa tajjeb li qed indaħħlu dawn ir-regoli u li qed ngħidu li se nieħdu dan il-commitment sabiex nieħdu ħsieb il-wirt kulturali tagħna però l-verità hi li rridu ninvestu ħafna aktar riżorsi f'dan il-qasam.", "Naf li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha sfidi enormi.", "L-Onor.", "Comodini Cachia tkellmet fuq il-fatt li qed innaqqsu, mhux inżidu, is-saħħa ta' din l-entità, però jibqa' l-fatt li għandha responsabilitajiet kbar.", "Għalhekk irridu naraw li nżidu r-riżorsi, b'mod partikolari riżorsi umani u riżorsi finanzjarji.", "Hawn nixtieq nieħu l-opportunità biex jekk hemm nies li qegħdin jisimgħuna hemm barra, speċjalment żgħażagħ, jikkonsidraw li jibdew karriera f'dan il-qasam.", "Qed ngħid dan għax forsi karriera fil-qasam tar-restawr u l-ħarsien tal-wirt kulturali ma tantx tkun fil-ħsieb ta' ħafna żgħażagħ.", "Ħafna drabi jaħsbu f'karrieri oħrajn tradizzjonali, bħal karrieri fl-IT u fis-servizzi finanzjarji, imma ftit jaħsbu f'karriera fir-restawr.", "Jien kelli l-opportunità li niltaqa' u nara lil dawn in-nies jaħdmu f'dan il-qasam u nista' ngħid li bqajt impressjonat bit-talent, bil-passjoni u bid-dedikazzjoni tagħhom.", "Ir-riżultati li jiksbu meta jkunu qegħdin jirrestawraw biċċa arti jimmeraviljawk.", "Ħafna drabi meta tistaqsihom minn fejn iġibu din il-passjoni u dedikazzjoni, ir-risposta tkun dejjem l-istess: li x-xogħol tagħhom jagħtihom sodisfazzjon kbir.", "Għalhekk jekk hawn żgħażagħ li qegħdin isegwu dan id-dibattitu, ninkoraġġihom li jikkonsidraw karriera fil-protezzjoni tal-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "Bħala pajjiż, imbagħad għandna d-dmir li naraw li nħarrġu lil dawn iż-żgħażagħ bl-aħjar mod possibbli.", "Kif għedt, aħna għandna r-responsabbiltà li nħallu wirt kulturali aħjar minn kif sibnieh.", "Naħseb li x-xogħol li sar fis-snin li għaddew jawgura tajjeb.", "Nawgura li nkomplu nieħdu ħsieb il-protezzjoni tal-wirt kulturali ta' pajjiżna bis-serjetà ħalli forsi nkunu l-ewwel ġenerazzjoni fost ħafna li verament inkunu ħallejna xi ħaġa aħjar għall-ġenerazzjoni ta' warajna.", "L-appell tiegħi lill-Gvern huwa li nżidu r-riżorsi fl-isferi kollha, b'mod partikolari lis-Sovrintendenza li għandha responsabilitajiet kbar u li se jkomplu jiżdiedu.", "Naf li s-Sovrintendenza tieħu x-xogħol tagħha bis-serjetà u għandha nies professjonali li jaħdmu kontinwament biex jipproteġu l-wirt kulturali tagħna.", "Però ħafna drabi x-xogħol tant huwa kbir li jkun impossibbli li jidħlu f'kull mertu u għalhekk, sfortunatament, xi kultant ikollhom jieħdu ċerti shortcuts.", "Naħseb li bħala pajjiż għandna d-dmir li nsaħħu r-riżorsi ta' din l-istituzzjoni.", "Nixtieq insellem ukoll lill-NGOs kollha b'uħud minnhom li għandhom storja twila.", "Xogħol dawn l-NGOs dejjem kien li jipproteġu l-wirt kulturali ta' pajjiżna anke fi żmenijiet fejn il-Gvernijiet ma kenux jieħdu dan il-qasam bis-serjetà.", "Naħseb li l-politiċi ħadu l-eżempju mill-NGOs u fehmu r-responsabbiltà tagħhom lejn il-wirt kulturali wara li kienu qed jaraw ċerti NGOs jaħdmu u jiksbu r-riżultati.", "Għalhekk, bħala politiċi, għandna nagħtu r-riżorsi kollha possibbli, ovvjament fil-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna, biex dawn l-NGOs ikomplu għaddejjin b'din il-ħidma importanti.", "Il-Gvern għandu r-responsabilità li jipproteġi l-wirt kulturali imma l-NGOs qegħdin jissupplimentaw b'mod brillanti r-restawr u l-immaniġġjar ta' diversi siti storiċi.", "L-inqas li nistgħu nagħmlu huwa li nagħtuhom ir-riżorsi meħtieġa biex ikomplu jaħdmu għall-ġid ta' dan il-qasam.", "L-aħħar punt huwa dan.", "Issa li għaddew ftit ġimgħat mit-tmiem tas-sena li fiha l-Belt Valletta kienet il-belt kapitali tal-kultura Ewropea, naħseb li jkun tajjeb li f'din il-Kamra, u anke hekk barra, ikollna diskussjoni dwar x'kien il-legat ta' Valletta 2018.", "Kif nafu, matul is-sena li għaddiet kellna ħafna attivitajiet tal-massa u għal xi żmien irnexxielna nibnu hype madwar attivitajiet kulturali, però issa li Valletta 2018 ġiet fi tmiemha niddubita kemm irnexxielna nħallu l-legat li forsi wieħed stenna.", "Niftakar li fis-snin ta' preparazzjoni lejn Valletta 2018, wieħed mill-għanijiet kruċjali kien li nżidu l-apprezzament kulturali fost il-poplu Malti billi aktar nies jieħdu sehem f'attivitajiet kulturali, teatrali, tal-arti u esibizzjonijiet, fost l-oħrajn.", "Però b'diqa jkolli ngħid li issa li Valletta 2018 għaddiet, bħal donnu għadda kollox u erġajna lura għal dak li kien qabel l-2018.", "Huwa veru li nfetaħ il-mużew MUŻA u żewġ postijiet oħrajn imma naħseb li pajjiżna m'għamilx l-avvanz mixtieq fejn jidħol l-apprezzament kulturali.", "Jista' jkun li nies li jifhmu aktar minni fil-kultura jgħiduli li dan mhux il-każ.", "Għalhekk naħseb li għandha ssir din id-diskussjoni ħalli naraw x'ġid ħareġ minn Valletta 2018 u x'nistgħu nkomplu nagħmlu fis-snin li ġejjin biex inkattru dan l-għarfien kulturali.", "Huwa minnu li Valletta 2018 għenet fil-marketing ta' pajjiżna u m'għandix dubju li ammont ta' turisti żaru pajjiżna minħabba li Valletta kienet il-belt kapitali tal-kultura, imma hawnhekk qed nitkellem fuqna l-Maltin u l-Għawdxin.", "Naħseb li jkun tajjeb li aħna l-politiċi, in-nies involuti fil-kultura u anke dawk li mhumiex imma għandhom interess f'dan il-qasam, neżaminaw x'ħadna u x'nistgħu nagħmlu biex inkomplu nieħdu aktar minn Valletta 2018.", "Naħseb li jekk nagħmlu hekk nassiguraw li Valletta 2018 tkun ħalliet il-legat li konna noħolmu meta konna qegħdin nippreparaw għal din is-sena importanti għal Malta.", "Rigward dan l-Abbozz ta' Liġi m'hemmx dubju li wieħed jaqbel miegħu speċjalment fejn jidħlu l-warrants, l-apprezzament u l-protezzjoni tal-wirt kulturali ta' taħt il-baħar.", "Jien se nagħlaq b'żewġ messaġġi prinċipali.", "L-ewwel nett, ejja naraw li nkomplu nżidu r-riżorsi lill-istituzzjonijiet f'dan il-qasam, lis-Sovrintendenza u lill-NGOs, sabiex ikomplu jipproteġu l-wirt kulturali ta' pajjiżna.", "It-tieni, kif għedt, huwa importanti li npoġġu bilqiegħda u naraw x'legat nistgħu nkomplu nieħdu minn Valletta 2018.", "B'hekk il-poplu Malti jkun jista' japprezza l-kultura ta' pajjiżna ferm aktar.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Issa nistieden lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, irrid nibda billi nirringrazzja lill-kelliema kollha li pparteċipaw f'dan id-dibatittu.", "Meta tqis l-interventi li saru ssib li kien dibattitu pożittiv li minnu ħareġ il-ġid.", "Ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Karl Gouder li ngħaqad miegħi fit-tifħir li għamilt fil-bidu tad-dibattitu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi għan-nies li jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Kif qal l-Onor.", "Gouder, dawn huma nies tal-affari tagħhom u għalhekk nixtieq nissottolinja l-fatt li ż-żewġ naħat tal-Kamra japprezzaw il-ħidma tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Bl-istess mod, jekk toqgħod tiżen u tara d-diskussjonijiet kollha li kellna f'dan il-Parlament dwar dan l-Abbozz ta' Liġi ssib li kien hemm referenza kontinwa għas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.", "Huwa importanti li nispjegaw lin-nies min hi din l-entità.", "Sovrintendenza hija kelma tqila anke biex tgħidha u fil-fatt ħafna nies jirreferu għas-Sovrintendenza bħala \"tal-Heritage\".", "Fil-verità x-xogħol tas-Sovrintendenza huwa li jiġi mħares il-patrimonju kulturali meta jkun hemm żvilupp.", "Issa dan ma jfissirx li żvilupp huwa meta kuntrattur iwaqqa' dar u jibniha blokk appartamenti imma jista' jkun bini ta' triq, skola, sptar u fabbrika, fost l-oħrajn.", "Ix-xogħol tas-Sovrintendent huwa li meta jkun hemm dawn l-iżviluppi jara li l-patrimonju jiġi mħares.", "Sur President, hawnhekk ikun tajjeb li nispjega kif taħdem is-sistema biex niċċara ħafna ineżattezzi li ntqalu.", "Hawn mhux qed nirreferi għall-Onor.", "Karl Gouder imma għall-Onor.", "Therese Comodini Cachia li sfortunatament naħseb li għadha ma fehmet xejn minn dak li qed jiġri f'dan is-settur.", "Bir-riforma li qed nagħmlu dan il-Gvern iddeċieda li l-applikazzjonijiet għall-permessi kollha jmorru quddiem is-Sovrintendent.", "Tajjeb li nifhmu dan il-punt speċjalment il-Membri tal-Oppożizzjoni li qalu diskors li ma kienx minnu.", "Comodini Cachia qalet li dan il-Gvern dgħajjef is-Sovrintendenza kienet qed tgħid ħmerija!", "Dan għaliex, kif qed ngħid, filwaqt li qabel l-Awtorità tal-Ippjanar kienet tiddeċiedi hi liema applikazzjoni tmur quddiem is-Sovrintendent u allura seta' kien hemm il-perċezzjoni – mhux qed ngħid li dan kien il-każ – li applikazzjoni tintbagħat u oħra ma tintbagħatx, dan il-Gvern ħa d-deċiżjoni kuraġġuża li kull applikazzjoni tmur għand is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.", "Issa kieku tgħid li bħalissa x-xogħol fil-bini qed jonqos u l-Gvern ħa l-opportunità li kif qegħdin kwieti, kull applikazzjoni tmur quddiem is-Sovrintendent, forsi tasal tifhem dan il-punt imma kif nafu dan mhuwiex il-każ.", "Illum ir-rota ekonomika qed iddur b'mod rekord, hawn tkabbir ekonomiku bla preċedent u l-ġid li qed jinħoloq qatt ma rajna bħalu.", "Dawn huma fatti li jirrikonoxxuhom iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Għalhekk ma nistax nifhem il-kritika ta' xi kelliema tal-Oppożizzjoni li l-Gvern irid idgħajjef lis-Sovrintendent għax iddeċieda li kull applikazzjoni tmur quddiemu meta hawn dan il-ġid kollu li qed jiġi kkreat, hawn splużjoni ta' applikazzjonijiet, hawn ix-xogħol u hawn il-ġid u l-flus fl-idejn.", "Jien inħalli fil-ġudizzju ta' min qed isegwina biex jara jekk fil-fehma tiegħu, bħala Gvern, hux qegħdin innaqqsu jew insaħħu l-importanza tas-Sovrintendent meta qed ngħidu li l-applikazzjonijiet kollha jridu jmorru quddiemu minflok inħallu sitwazzjoni fejn kienet tagħżel l-Awtorità tal-Ippjanar liema applikazzjoni tintbagħat u liema le.", "Irrid ngħid ukoll li l-fatt li kull applikazzjoni qed tmur quddiem is-Sovrintendent ħoloq sfida unika fis-settur kulturali li hija bla preċedent fl-istorja ta' pajjiżna.", "Dan għaliex l-ammont ta' applikazzjonijiet sploda proprju għax hawn il-ġid u l-ekonomija qed iddur b'ritmu mgħaġġel.", "Ejja niftakru li l-Gvern qed jibni dawn it-toroq kolha, il-Ministru għall-Edukazzjoni qed jibni skola wara l-oħra u t-turiżmu żdied b'figuri rekord tant li l-lukandiera qed ikabbru l-lukandi tagħhom.", "Proprju għalhekk li għandna din l-isfida.", "Sur President, huwa faċli li toqgħod bilqiegħda u tikkritika.", "Dik hija l-eħfef ħaġa.", "Meta l-kritika tkun pożittiva tieħu gost għax joħroġ il-ġid minnha imma kien hemm kritika mill-Oppożizzjoni li kienet negattiva.", "Kif nafu, dan il-Gvern ħatar lis-Sur Joe Magro Conti fil-kariga ta' Sovrintendent.", "Is-Sur Magro Conti jgawdi l-fiduċja ta' kulħadd f'dan is-settur.", "F'dan id-dibattitu smajna kliem bħal li l-Gvern qiegħed fil-but tal-iżviluppaturi imma ħadd ma kkritika l-ħatra tas-Sur Joe Magro Conti li saret minn dan il-Gvern.", "Is-Sur Joe Magro Conti huwa bniedem ta' integrità u serjetà, prattiku, jifhem sew fis-settur, ħadem taħt iż-żewġ Gvernijiet u tieħu gost tkellmu għax titgħallem mingħandu.", "Mal-ħatra tas-Sur Joe Magro Conti ddeċidejna li rridu nirriformaw mill-qiegħ is-Sovrintendenza.", "Għalhekk għamilna proċess ta' ingaġġ ta' nies u f'sena waħda daħħalna 13-il gradwat fil-qasam tal-arkeoloġija jew setturi simili.", "Meta tlajna fil-gvern, niddubita jekk kienx hemm 13-il ħaddiem b'kollox!", "Issa huwa ovvju li dawn it-13-il ruħ li kollha ħerġin mill-Università, ma nistgħux nagħtuhom ix-xogħol mill-ewwel, imma rridu nħarrġuhom.", "Għalhekk sabiex inkunu ċerti li x-xogħol ikompli għaddej ġmielu, bl-għajnuna tal-Ministru Ian Borg, is-Sur Magro Conti identifika tlieta min-nies li kienu jaħdmu fil-Heritage Advisory Unit u fl-Awtorità tal-Ippjanar, biex jagħmlu dan it-taħriġ.", "Dawn huma nies ta' integrità fil-qasam tal-heritage u min jifhem fis-settur, jaf għal min qed nirreferi.", "Ma nixtieqx insemmihom personalment imma huma tlieta min-nies integri u serji.", "Bi ftehim, dawn it-tlieta min-nies li għandhom esperjenza kbira, bdew jaħdmu fis-Sovrintendenza.", "Mela f'sena waħda, dan il-Gvern li suppost irid idgħajjef is-Sovrintendenza, daħħal 13-il gradwat ġdid, ġab fis-Sovrintendenza tliet persuni ta' esperjenza kbira fis-settur kulturali u għandu Sovrintendent li jfaħħru kulħadd.", "Dan huwa dak li qed jagħmel dan il-Gvern li skont l-Oppożizzjoni irid idgħajjef is-Sovrintendenza!", "Bir-riforma li għamilna fl-aħħar leġiżlatura s-Sovrintendent għandu l-aħħar kelma fejn jidħol żvilupp li jolqot lis-settur patrimonjali.", "Mhuwiex veru li l-Awtorità tal-Ippjanar tista' taqbeż lis-Sovrintendent!", "Mhuwiex veru li jekk is-Sovrintendent jgħid le, l-Awtorità tal-Ippjanar tista' tgħaddi minn fuqu romblu!", "L-Awtorità tal-Ippjanar tikkonsulta dejjem mas-Sovrintendent u s-Sovrintendent jagħti l-fehma tiegħu, però l-poteri tas-Sovrintendent huma ċari.", "Kellna każijiet, kemm taħt dan il-Gvern kif ukoll taħt il-Gvern preċedenti, fejn kemm is-Sovrintendent li għandna llum kif ukoll Dr Tony Pace li nsellimlu minn hawnhekk, ġieli użaw il-poter residwu li jipproteġi dak li ngħidulu the power of the state, jiġifieri l-wirt patrimonjali.", "Mela kif l-Oppożizzjoni qed tgħid li dan il-Gvern irid idgħajjef is-Sovrintendenza?!", "Issa jien nifhem x'inhu l-ħsieb wara din il-kritika għax jien għandi subgħajja fuq il-polz tan-nies, kuntrarjament għal uħud mill-kelliema tal-Oppożizzjoni.", "Illum kull min irid jiżivluppa f'ċerti żoni jeħtieġ jimxi ma' regoli stretti, inkluż li jġib monitor fuq is-sit.", "Nerġa' ngħid li żviluppatur mhuwiex neċessarjament dak li għandu dar f'raħal, qed iwaqqagħha u se jtella' appartamenti minfloka, imma hemm ukoll żvilupp fuq skala nazzjonali.", "Issa hawn huwa importanti li jintlaħaq bilanċ bejn l-iżvilupp u l-protezzjoni tar-raħal.", "Meta ħafna nies raw din il-bidla fejn is-Sovrintendent issaħħaħ bla preċedent, bdew iħossuhom imdejqin.", "Dan mhux għax ma jħobbux il-patrimonju storiku imma għax hawn ħafna xogħol u meta qed japplikaw għall-permess, is-Sovrintendent qed iġegħelhom iġibu monitor.", "Monitor huwa professjonist, bħalma huwa avukat, perit jew kirurgu, li jaħdem għal rasu fil-privat.", "Meta jkun hemm applikazzjoni fuq sit ta' valur kulturali, pereżempju fir-Rabat jew l-Imdina, is-Sovrintendent se jordna li jinġieb monitor biex isegwi x-xogħlijiet li jkunu għaddejjin.", "Irrid ngħid li n-nies tas-Sovrintendenza jafu t-toroq kollha f'Malta bl-amment u għandhom tagħrif xjentifiku miksub matul il-ħidma tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li monitors m'hawnx miljuni.", "Fil-fatt jien kemm-il darba tkellimt ma' xi periti f'din il-Kamra dwar dan u dejjem qaluli li għandhom problema bin-nuqqas ta' monitors li hawn.", "Ovvjament bħala pajjiż ma nistgħux nimpurtaw ħaddiema f'dan il-qasam minn barra għax dawn mhumiex esperti fuq is-siti Maltin.", "Nistgħu forsi nħarrġuhom imma fil-frattemp ma nistax inħalli n-nies jistennew!", "Din hija sfida reali li għandna f'dan il-qasam.", "Hawn irrid ningħaqad mal-Onor.", "Gouder li ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jistudjaw u jiggradwaw f'dan is-settur.", "Illum hawn xogħol bl-għama f'dan il-qasam u kull perit li huwa serju jgħidlek li xogħol għall-monitors hawn kemm trid.", "Irrid ngħid li xi tliet xhur ilu, f'diskussjoni oħra, xi Membri tal-Oppożizzjoni, ġenwinament u mhux b'sens ħażin, qaluli biex nerġa' nreġġa' l-affarijiet lura kif kienu u minflok kull applikazzjoni tmur għand is-Sovrintendent, tiddeċiedi l-Awtorità tal-Ippjanar liema applikazzjoni tibgħat lis-Sovrintendent jew le.", "Ir-raġuni li taw kienet proprju għax m'hawnx biżżejjed monitors u hawn id-dewmien.", "Kieku nieħu dan il-parir, hemmhekk inkun qed indgħajjef lis-Sovrintendenza!", "Sur President, it-triq 'il quddiem hija li l-ewwel nett nifhmu eżattament x'inhuma l-fatti u mhux nisparaw from the hip u ngħidu li l-Gvern qed idgħajjef is-Sovrintendenza.", "It-tieni, irridu nkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta' min jinvesti f'pajjiżna.", "Naf li s-Sovrintendenza hija sensittiva minn dan il-lat.", "It-tielet, irridu naqblu li nipproteġu l-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Naf li ħafna żviluppaturi huma konxji mill-wirt storiku.", "Dalgħodu ċempilli żviluppatur kbir li hawn f'pajjiżna u qalli li kien qed iċempilli biex jgħidli grazzi.", "Għedtlu li s-soltu aktar iċempluli biex jikkritikaw is-sistema.", "Però dan l-iżviluppatur qalli li minn erba' xhur 'il hawn, l-affarijiet fis-Sovrintendenza bdew iqumu fuq tagħhom.", "Issa hawn mhux qed ngħid li wasalna imma qed ngħid li bdejna nqumu fuq saqajna.", "Bl-ingaġġi li diġà għandna approvati se nkomplu nżidu gradwati ġodda biex jaħdmu fis-Sovrintendenza.", "M'għandix dubju li se niġu f'punt li gradwati oħrajn jidħlu jaħdmu mas-Sovrintendneza, forsi wħud minnhom jitilqu u jsiru monitors u b'hekk inkunu qed noħolqu għerf ġdid f'dan il-pajjiż ta' professjonisti fil-qasam tal-protezzjoni tar-restawr li jilħaq id-domanda li għandna.", "Nerġa' nirringrazzja minn qalbi lis-Sovrintendent u qed nibgħat messaġġ ċar li l-Gvern mhux se jieqaf milli jkompli jaħdem biex nipproteġu l-wirt storiku imma fl-istess waqt irridu nżewġu l-ħtieġa li jkun hemm żvilupp sostenibbli.", "Issa jien bl-ebda mod ma se niġi hawn u ngħid li Malta għandha tibqa' presepju.", "Fl-opinjoni tiegħi, għandu jkun hemm protezzjoni tal-wirt storiku u fl-istess waqt nassiguraw żvilupp sostenibbli.", "Ma jistax ikollok waħda mingħajr l-oħra!", "Irrid insemmi stejjer ta' suċċess fejn irnexxielna nilħqu dan il-bilanċ.", "Pereżempju, meta kienet qed tinbena l-iskola ta' Ħal Kirkop riċentement, kienu nstabu fdalijiet storiċi u dawn ġew inkorporati fil-proġett.", "Inti u miexi fl-iskola, tara ħġieġa taħtek u minnha tara l-fdalijiet storiċi li nstabu.", "Dak huwa s-sabiħ tax-xogħol tas-Sovrintendenza.", "B'hekk ipproteġejna l-wirt storiku u fl-istess waqt l-iżvilupp baqa' għaddej.", "Hekk irridu nkomplu naħdmu!", "Issa forsi jkun hawn min jgħidli: Huwa faċli li ssib bilanċ bejn l-iżvilupp u l-protezzjoni tal-wirt storiku?", "Dażgur li mhuwiex faċli!", "Bħall-Membri fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra jiġu jkellmuni ħafna nies.", "Fost l-oħrajn, avviċinani bniedem li għandu kantina storika ta' żmien l-Ordni, irid jisfrondaha u s-Sovrintendenza qed qaltlu li ma jistax.", "Dan it-tali ma jistax jifhem din id-deċiżjoni għax irid ikisser din il-kantina bilfors!", "Hawn nies li jinteressahom biss minn ħwejjiġhom imma fortunatament il-maġġoranza tan-nies jinteressahom il-patrimonju storiku ta' pajjiżna.", "Għalhekk aħna rridu nkomplu nedukaw sabiex intejbu dan is-settur.", "Sur President, issemma wkoll il-warrant tar-restawraturi.", "Fl-aħħar, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, se nsolvu problema li nħolqot b'oversight ta' min għamel il-liġi l-ewwel darba fl-2002.", "Fil-bidu jien faħħart il-liġi tal-2002 li kienet liġi tajba imma xi ħadd għamel żball għax ħoloq ċertu inkonvenjent fejn jidħlu l-warrants.", "Issa jien mgħallem li min hu uman jagħmel l-iżbalji, bħalma nagħmel jien ukoll.", "F'dan il-każ, ta' qabilna għamlu żball li vvintaw bord ta' restawraturi u biex wieħed ikun membru fil-bord irid ikollu l-warrant, meta f'pajjiżna dan il-warrant qatt ma ħareġ.", "B'hekk ġejna f'sitwazzjoni li dan il-bord qatt ma seta' jiffunzjona għax qatt ma kien hemm xi ħadd li għandu l-warrant minn Malta.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nsolvu din l-anomalija darba għal dejjem.", "Issa kien hemm Membri mill-Oppożizzjoni li qaluli li l-ammont ta' sigħat li jridu jagħmlu r-restawraturi f'taħriġ kull sena huwa esaġerat.", "Irrid ngħid ukoll li l-għaqda tar-restawraturi kitbitli u qaltli l-istess ħaġa; probabbilment kitbet lili u kitbet ukoll lill-Oppożizzjoni.", "Jien m'għandix diffikultà li n-numru ta' sigħat jonqos.", "Jien imxejt fuq il-parir tal-esperti imma qed ngħid li jekk hemm din ix-xewqa u jekk il-Parlament jaqbel, m'għandi l-ebda diffikultà li s-sigħat li jridu jitħarrġu fihom ir-restawraturi biex ikomplu jżommu l-warrant bħala continuous professional education jonqsu.", "Ovvjament l-ammont ta' sigħat irid ikun raġunevoli u fl-istadju ta' Kumitat se nkun qed inressaq emenda biex nirrifletti din it-talba.", "Intqal ukoll li xogħol is-Sovrintendenza m'għandux jieqaf fuq l-applikazzjonijiet biss imma għandu jkun hemm aktar ħidma minn din l-entità.", "Però jien m'iniex se niġi hawn u ngħid li s-Sovrintendenza tiflaħ tagħmel affarijiet oħrajn, jekk dan mhux il-każ.", "Is-Sovrintendneza trid tiffoka fuq il-proċess ta' applikazzjonijiet u d-doveri l-oħra msemmija fil-liġi.", "Pereżempju, l-Onor.", "Glenn Bedingfield qal li jixtieq li xi darba nirrestawraw Forti Ricasoli, fost postijiet oħrajn.", "Jien ma nistax nippretendi li dak ix-xogħol isir mis-Sovrintendenza imma se jkun qed isir minn Heritage Malta jew mid-Direttorat għar-Restawr.", "F'din il-liġi qegħdin innaqqsu ċerti doveri mis-Sovrintendenza u nagħtuhom lil Heritage Malta waqt li l-poteri tas-Sovrintendenza li tipproteġi l-patrimonju storiku jibqgħu mhux mittiefsa, anzi aħna żidniehom.", "Nemmen li Heritage Malta tant kibret fl-aħħar snin li bilkemm tingħaraf.", "Bħalissa kulħadd qed jagħmel it-10-year challenge, li jien nibża' nagħmilha għax naħseb lanqas ningħaraf!", "Bl-istess mod, Heritage Malta lanqas tintgħaraf minn għaxar snin ilu.", "Hawnhekk irrid insellem lill-ħaddiema kollha ta' Heritage Malta u lid-Direttorat għar-Restawr għall-ħidma tagħhom.", "Sur President, issemmew żewġ punti oħrajn.", "L-ewwel nett, issemma l-legat ta' Valletta 2018.", "Ma nafx kif daħlet Valletta 2018 f'dan id-dibattitu għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-patrimonju storiku imma nifhem li l-patrimonju storiku u l-kultura huma aħwa tal-istess omm.", "L-Onor.", "Gouder, b'mod pożittiv, staqsa x'legat ħareġ minn Valletta 2018.", "Fil-fehma tiegħi, l-isbaħ legat ma kenux l-400 attività li ttellgħu, inkluż il-festivals li saru jew l-eluf ta' nies li żaru l-Belt Valletta, imma kien il-fatt li erġajna rxuxtajna l-Belt Valletta mill-ġdid.", "Ħarsu lejn il-Belt Valletta llum u ftakru kif kienet ħamsa jew għaxar snin ilu!", "Jien niftakar li meta kont tifel żgħir kont tibża' tgħaddi mit-toroq tal-Belt kif kienu jsiru l-5.00 p.m. Illum, tmur xħin tmur, tara l-ħwienet mimlijin bl-attività u tant żgħażagħ u anzjani jieħdu gost fil-belt kapitali tagħna.", "Il-Belt Valletta lanqas kważi tagħrafha minn kif kienet!", "Allura dan mhuwiex legat ta' Valletta 2018?", "Hawn xi ħadd jaħseb li dan ir-rinaxximent tal-Belt Valletta sar waħdu, mingħajr ma għamilna xejn?", "Ma tantx isiru affarijiet jekk ma tagħmel xejn!", "Il-Belt Valletta twieldet mill-ġdid għax kien hemm Gvern li investa fiha.", "Kif għedt kemm-il darba, Valletta 2018 hija frott ta' viżjoni tal-Gvern ta' qabilna imma ġiet implimentata minn dan il-Gvern u għalhekk jien kuntent ngħid li Valletta 2018 hija frott ta' kulħadd.", "Ma naħsibx li hemm kontroversja dwar dan, għax kulħadd, kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti, ried li l-Belt terġa' tieħu l-ħajja, kif fil-fatt ġara.", "Jekk tara l-postijiet ewlenin fil-Belt Valletta ssib li investejna €2 miljun fit-Teatru Manoel, tajna facelift lill-MITP li verament ġie sabiħ u lit-teatru black box fil-binja tal-Università l-antika, għamilna l-Funtana tat-Tritoni u rrestawrajna l-faċċati tal-palazzi ewlenin, fost l-oħrajn.", "Issemma wkoll il-MUŻA.", "Irrid infakkar li fil-MUŻA sar investiment ta' €10 miljun.", "Allura għall-Oppożizzjoni dan ma jfisser xejn?", "Illum għandna mużew tal-arti li huwa uniku fid-dinja għax huwa mużew tal-komunità.", "Dażgur li Valletta 2018 ħalliet il-legat tagħha!", "Irrid nagħmel referenza wkoll għad-diskors li għamlet l-Onor.", "Therese Comodini Cachia li għoġobha taqbad artiklu mill-ġurnal The Times of Malta miktub minn Ivan Camilleri u tirriproduċih f'din il-Kamra.", "L-Onor.", "Comodini Cachia qalet li hija għarukaża li l-Ministru ta xi direct orders.", "Lili d-double standards ma jogħġbunix u għalhekk huwa tajjeb li nfakkar li l-Onor.", "Comodini Cachia, meta kienet avukat, ingħatat direct order mill-PBS.", "Tant id-direct orders huma ħżiena li l-Onor.", "Comodini Cachia stess kellha direct order mill-PBS!", "L-ISPEAKER: Ministru, ippermettili ftit, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, irrid nagħmel referenza għal dawk id-direct orders li jien għamilt referenza għalihom fid-diskors tiegħi.", "Fl-introduzzjoni tiegħu l-Ministru qal li d-direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru fil-qasam tal-kultura saru għax in-neċessità hekk kienet titlob.", "Jien staqsejtu biex jirrispondi dwar direct order li saret għal xufier/messaġġier.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ministru, tista' tkompli.", "Infakkrek li baqagħlek minuta.", "OWEN BONNICI: Sur President, jien ħsibt li l-Onor.", "Comodini Cachia kienet se tgħid li mhux veru li kienet tirċievi direct orders, għax jekk direct order huwa ħażin, allura huwa ħażin dejjem!", "Ma tistax targumenta li jekk tirċievih inti huwa tajjeb imma jekk jirċievih ħaddieħor huwa ħażin!", "Fil-qasam tal-arti, kull ministru li jkun responsabbli għall-kultura juża d-direct orders.", "Ma jistax ikun li jkun hawn ministru għall-kultura, Laburist jew Nazzjonalist, li ma jużax id-direct orders!", "Dan għaliex jekk, pereżempju, jien irrid nagħmel kunċert ta' Ira Losco, ma nistax nagħmel tender u ngħid li min huwa Ira Losco jew jixbahha, jista' jitfa' t-tender!", "Huwa ovvju li rrid immur fuq Ira Losco u ngħidilha biex tagħmel kunċert b'direct order!", "Trid tkun professur biex tifhem xi ħaġa daqshekk sempliċi?!", "Issa jekk tara l-lista ta' direct orders fis-settur kulturali se ssib li 95% jew aktar ingħataw on artistic merit.", "Imbagħad, darba kultant, ikollok bżonn tuża direct order biex tingaġġa servizz.", "Ħalli nagħti eżempju sabiex in-nies jifhmuni.", "Jekk il-Kunsill għall-Arti se jbajjad il-binja, hemm żewġ għażliet.", "L-ewwel, jekk l-ammont huwa kbir, joħroġ tender u kulħadd jifta' l-offerta, u min ikun l-aqwa jieħu l-kuntratt.", "It-tieni, jekk l-ammont huwa żgħir, iġġib il-kwotazzjonijiet u timxi b'mod dirett.", "F'dan il-każ, minħabba raġunijiet umanitarji – mhux se ngħid aktar, imma min jaħdem fil-Kunsill għall-Arti jaf x'qed ngħid – kien hemm bżonn li timtela vakanza, li ġiet għal għarrieda, b'mod dirett għal numru xhur.", "F'dan il-każ ma stajniex nistennew li jkun hemm il-proċess ta' ingaġġ li fih japplika kulħadd għax il-vakanza riedet timtela malajr.", "Però din kienet eċċezzjoni.", "Allura x-xogħol kollu kulturali se narmuh mit-tieqa għax il-Ministru għall-Kultura approva direct order ta' ftit eluf għal numru ta' xhur għal servizz ta' ġarr ta' affarijiet?!", "Sur President, jien nappella lil uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni biex fil-kritika tagħhom ikunu kostruttivi.", "Nerġa' ngħid li ħadt gost nisma' lill-Onor.", "Gouder li kien kritiku f'ċertu punt imma dan għamlu b'mod kostruttiv.", "Nappella biex inżommu din l-atmosfera ta' kostruttività favur il-kultura u l-patrimonju Malti!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "OWEN BONNICI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq il-mozzjoni ħalli dan l-Abbozz ta' Liġi, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, jiġi ttrattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Owen Bonnici.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "IL-ĦARSIEN SOĊJALI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda diversi liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali, u sabiex jistabbilixxi u jinnomina l-ħatra tad-direttur responsabbli għall-Ħarsien Soċjali u sabiex jagħmel dispożizzjonijiet anċillari u konsegwenzjali għalihom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "MICHAEL FALZON: Sur President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa konsegwenza ta' Att ieħor li din il-Kamra approvat fl-2018.", "Hawn qed nirreferi għall-Att li permezz tiegħu twaqqfet Awtorità li l-għan ewlieni tagħha hu li tirregola l-provvediment ta' ħarsien soċjali, kif għandu jkun liċenzjat min se jipprovdi xi servizz ta' ħarsien soċjali, kif jiġġeddu l-liċenzji u l-aktar ħaġa importanti, li jiġu stabbiliti standards nazzjonali għad-diversi kategoriji ta' servizzi soċjali li nipprovdu bħala pajjiż.", "L-Abbozz ta' Liġi tal-lum għandu l-iskop li jemenda diversi liġijiet li jitkellmu dwar ħarsien soċjali, bl-iskop li l-ewwel nett jiġi stabbilit u determinat id-direttur responsabbli għall-ħarsien soċjali li se jkun il-focal point tas-servizzi soċjali kif ukoll biex l-Awtorità ssir awtorità ċentrali mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam ma' adozzjonijiet imma eventwalment, anke għas-servizzi soċjali oħrajn li nipprovdu.", "Din hija Awtorità li twaqqfet minflok id-Direttorat ta' Standards ta' Servizzi Soċjali (DSWS).", "Huwa importanti li wieħed jinnota li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna se jemenda diversi liġijiet fosthom Regolamenti dwar l-Adozzjoni kif ukoll ordnijiet ta' ħarsien tat-tfal u żgħażagħ taħt it-18-il sena.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se jsir it-tibdil neċessarju f'dawn iż-żewġ liġijiet; il-liġi li titkellem dwar l-adozzjoni tat-tfal u l-liġi li tipprovdi għal care orders.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhux biss se jkun qiegħed iwaqqaf l-awtorità ċentrali minflok id-Dipartiment għall-Ħarsien Soċjali imma qed inħarsu wkoll li nirrikonoxxu lid-Direttur ta' din l-Awtorità bħala l-persuna responsabbli mill-istandards.", "Fl-istess ħin, bi qbil man-naħa tal-Oppożizzjoni, se nħarsu lejn liġijiet oħrajn biex naġġornawhom mal-provvediment tal-liġi ta' Mejju 2018, fejn waqqafna l-Awtorità l-ġdida li għandha f'idejha l-ħarsien tal-istandards.", "Sur President, f'dak li għandu x'jaqsam ma' servizzi soċjali, il-funzjonijiet regolatorji se jmorru għand awtorità waħda.", "Kif forsi hawn min jaf, sal-lum, id-djar tal-anzjani kienu jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa.", "Bl-Awtorità l-ġdida, dawn se jiġu inkorporati taħtha.", "Fi stadju ta' Kumitat, wara li nkunu għaddejna dan l-Abbozz ta' Liġi kif ippreżentat f'din il-Kamra, hemm erba' Atti oħrajn li nistgħu nittrattaw.", "Dawn huma l-Att dwar is-Sekwestru u l-Kustodja ta' Minuri; l-Att dwar il-Ħarsien tat-Tfal (Konvenzjoni tal-AJA), Kapitlu 507; l-Ordni dwar l-Obbligi Internazzjonali ta' Manteniment, li għal xi raġuni għadha taqa' taħt il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Att dwar l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, Kapitlu 582.", "Naħseb li huwa tajjeb li ninnotaw ukoll li fl-ewwel stadju hemm proposti sabiex nemendaw dawn l-erba' liġijiet biex jaqgħu taħt il-kappa tal-liġi dwar l-istandards, anke jekk uħud minnhom fil-futur jistgħu jinqalgħu minn taħt id-dekasteru ta' din l-Awtorità u jmorru taħt responsabilità oħra.", "Sur President, kif għedt diġà, din hija bidla neċessarja li hija purament proċedurali.", "Hawn bl-ebda mod ma qed nitkellmu dwar dak li huwa kontenut u materja jew proċedura ta' sustanza imma qed nitkellmu biss fuq dak li huwa tibdil neċessarju bħala konsegwenza tal-liġi li għaddejna fl-2018.", "B'dawn il-proposti se nemendaw żewġ affarijiet u se jkun hemm żewġ effetti ta' din il-liġi; l-ewwel nett li l-Awtorità ċentrali kif ukoll id-Direttur għall-Ħarsien Soċjali jkunu l-persuna u l-Awtorità responsabbli fejn jidħlu l-provvediment ta' servizzi soċjali u t-tieni nett, qed naraw li dawk l-istandards mhux biss ikunu maqbula u maħruġa b'pubblikazzjoni, kif qed isir, imma għandhom jiġu wkoll imwettqa.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nispjega x'sar fir-rigward tal-Awtorità l-ġdida li minħabba t-twaqqif tagħha qed ikollna nbiddlu dawn id-diversi liġijiet.", "Bħala Gvern għandna l-intenzjoni li nistabilixxu standards regolatorji tas-servizzi ta' wens soċjali għax f'uħud minnhom m'hemmx gwidi ċari.", "Għalhekk irridu naraw li dawn ir-regolamenti jkunu jgħoddu għal kulħadd jiġifieri għal kull entità u kull persuna.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħin lill-provdituri tas-servizzi sabiex huma stess ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja.", "Fl-istess ħin irridu naraw li jkun hemm l-infurzar tal-istandards u l-kondizzjonijiet li jkunu stipulati fil-liċenzji li toħroġ l-istess Awtorità.", "Din l-Awtorità għandu jkollha l-għan li tara li tinvolvi magħha l-provdituri.", "Hawn, nieħu pjaċir nirrimarka li fir-rigward tal-qasam soċjali qed nipporvaw nagħmlu l-affarijiet b'kunsens.", "Wara kollox, dan huwa qasam li jolqot lil kulħadd.", "Qed nitkellmu fuq soċjetà waħda li kollha kemm aħna nifformaw parti minnha.", "Għalhekk qed nagħmlu djalogu u konsultazzjoni ma' kull min huwa interessat.", "Waħda mill-affarijiet li rnexxielha tagħmel din l-Awtorità fiż-żmien qasir li ilha mwaqqfa hi li qed tiddjaloga ma' kulħadd biex naraw kif se nkomplu ntejbu dan il-qasam.", "Fir-rigward tal-adozzjonijiet għandna pjattaforma li fuqha hemm kulħadd; hemm l-Awtorità regolatorja, l-aġenziji tal-adozzjonijiet u l-istakeholders kollha.", "Din hija xi ħaġa li tagħtik pjaċir.", "Nista' ngħid li bdejna konsultazzjoni wiesgħa fejn mhux biss nisimgħu imma wkoll nattwaw is-suġġerimenti pożittivi.", "Nieħu pjaċir li qed nagħmlu dan it-tibdil b'konsultazzjoni bejn il-partijiet kollha għax irridu naraw li kwalunkwe proċess ikollu għan wieħed.", "Fir-rigward tas-servizzi soċjali rridu naraw li jkun hemm provdituri ta' servizzi liċenzjati, li l-kondizzjonijiet stabbiliti jkunu għal kulħadd u li min hu soġġett għar-regolamenti jkun jaf x'inhuma eżattament, biex ma nispiċċawx nagħtu xi sorpriża lil xi ħadd.", "L-għan tagħna hu li nkomplu nimxu b'konsultazzjoni.", "Bħala Awtorità nieħu pjaċir nirrimarka li filwaqt li qabel konna nitkellmu fuq standards nazzjonali għal standards soċjali u regolatorji, issa se nibdew nitkellmu fuq standards leġiżlattivi.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li diġà qed naħdmu fuqha.", "Diġà ġew konklużi l-istandards fil-qasam tad-diżabilità u tal-adozzjoni u issa qed naħdmu fuq standard ieħor li qiegħed għall-konsultazzjoni.", "Jekk Alla jrid, il-ħsieb tagħna hu li jkollna l-istandards kollha li jolqtu d-diversi servizzi soċjali u li jkollhom is-saħħa ta' regolament leġiżlattiv.", "Nista' ngħid li t-twaqqif tal-pjattaforma tal-kollaborazzjoni għall-adozzjoni kien veru esperiment li rnexxa.", "Illum nieħu pjaċir nirrimarka li l-aġenziji tal-adozzjoni jħossuhom komdi mal-Awtorità u kif għedt, kull deċiżjoni qed issir b'konsultazzjoni.", "Għaddejja konsultazzjoni pubblika ta' standards soċjali fejn jidħlu servizzi tar-residenti għal persuni b'diżabilità u konsultazzjoni pubblika oħra rigward is-servizzi tar-respite għall-persuni b'diżabilità.", "Nidejna wkoll l-istandards soċjali regolatorji tal-adozzjoni.", "Minn Mejju 'l hawn għandna konsultazzjoni konkluża li kienet ħarġet għall-konsultazzjoni f'Novembru 2017 u għandna żewġ konsultazzjonijiet miftuħin fil-qasam tad-diżabilità.", "Nixtieq nassigura lil kulħadd li kwalunkwe abbozz ta' liġi li se jressaq dan il-Ministeru fejn jidħlu servizzi soċjali se jkun qed isir b'konsultazzjoni mal-istakeholders kollha.", "Issa kif nafu huwa impossibbli li togħġob lil kulħadd f'kollox imma għall-inqas se nkunu qed nisimgħu u nagħtu kas ta' xulxin.", "Ovvjament, imbagħad, ċerti deċiżjonijiet iridu jittieħdu mill-Eżekuttiv.", "Kif għedt, dan l-Abbozz ta' Liġi jemenda l-Att dwar l-adozzjonijiet u l-qasam tas-servizzi soċjali.", "Konvint li dawn l-emendi se jiksbu qbil anke mill-Oppożizzjoni.", "Hawnhekk irrid nieħu din l-opportunità biex ngħid li wara konsultazzjoni pubblika u mal-istakeholders, wasalna biex f'din il-Kamra nibdew niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li jirrigwarda l-ħarsien tal-minuri u tfal.", "L-għan tagħna huwa li fejn jidħlu servizzi soċjali, is-service provider ikun jaf x'inhu mistenni minnu biex jipprovdi servizz ta' kwalità lill-anzjani, persuni b'diżabilità u oħrajn.", "L-ewwel u qabel kollox qed inħarsu l-interess ta' min qed jingħata dak is-servizz.", "Enfasi kbira se tkun fir-rigward ta' servizz għal dik li hija l-protezzjoni tat-tfal.", "Sur President, kif għedt, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa proċedurali.", "Hawnhekk mhux qed inbiddlu s-sustanza ta' xi liġi imma minflok id-Department for Social Welfare Standards (DSWS) se jkollna l-Awtorità, u d-Direttur tagħha se jkun il-focal point bħalma kien qabel.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, l-ewwel nett irrid nibda billi nirringrazzja lill-Ministru għall-introduzzjoni tiegħu għal dan l-Abbozz ta' Liġi li huwa relattivament qasir.", "Quddiemna għandna provvedimenti ta' implimentazzjoni marbutin ma' liġi li kienet għaddiet fl-2018 u hawn qed nirreferi għal Kapitlu 582.", "Dakinhar, bħala Oppożizzjoni, konna pparteċipajna b'mod attiv fil-proċess leġiżlattiv u b'sodisfazzjon ngħid li l-Gvern kien aċċetta sensiela ta' emendi li konna ressaqna fi stadju ta' Kumitat biex finalment għaddejna liġi aħjar.", "Dik il-liġi issa se tippermetti lill-Awtorità li twaqqfet biex tkun effettiva b'mod prattiku u se tirregola attivitajiet u servizzi li jingħataw lil persuni vulnerabbli.", "Ma ninsewx li meta bħala Parlament nilleġiżlaw dwar organizzazzjoni, bħal din l-Awtorità biex tirregola l-istandards tal-entitajiet li jipprovdu s-servizzi, fl-aħħar mill-aħħar, wara dawk is-servizzi hemm il-klijenti, li ħafna drabi mhumiex hemmhekk b'għażla tagħhom imma qegħdin hemmhekk minħabba ċirkostanzi soċjali.", "Fil-maġġoranza tal-każijiet il-persuni li jużaw dawn is-servizzi jkunu persuni vulnerabbli li m'għandhomx min jaqbeż għalihom jew m'għandhomx il-ħila li jirrappreżentaw lilhom infushom.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, l-oneru tal-ħidma ta' din l-Awtorità jmur oltre minn dak li jagħmlu awtoritajiet oħrajn għaliex qiegħda tirregola u tistabilixxi l-istandards u qed tara li dawn jiġu adegwatament infurzati.", "B'hekk il-persuni vulnerabbli jingħataw servizzi li jirriflettu l-valuri soċjali ta' dan il-pajjiż fil-limitazzjonijiet finanzjarji li wieħed jista' jipprovdi.", "Sur President, bħala Oppożizzjoni, b'sodisfazzjon ninnotaw li l-Gvern kien aċċetta l-emendi li konna ressaqna u issa nawguraw li ladarba din l-Awtorità titwaqqaf u ddaħħal l-istrutturi tagħha, il-Gvern jagħtiha l-għodda neċessarja biex tkun tista' taħdem b'mod effettiv.", "Jekk l-Awtorità se tkun sempliċement awtorità fuq il-karta u l-kapaċitajiet tagħha jibqgħu teoretiċi, l-Awtorità ma tkunx qed trendi valur miżjud f'dan il-proċess kif mixtieq.", "Kif diġà kkomunikajt mal-Ministru, l-Oppożizzjoni hija favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nixtieq nirreleva wkoll punt pożittiv ta' kif il-Gvern qed jaħdem f'dan il-qasam għax nemmen li jkun tajjeb li nirrimarkaw dak li jsir b'mod tajjeb u m'għandniex nikkritikaw biss.", "Kif kelli l-opportunità li nistqarr f'din il-Kamra, il-Ministru Michael Falzon qed jadotta mekkaniżmu modern ta' kif trid issir il-politika għax dan qed jgħaddi l-abbozzi ta' liġi lill-Oppożizzjoni minn qabel u mhux issibhom ma' wiċċek mingħajr ma tkun taf x'qed jiġri.", "Nemmen li din hija riflessjoni ta' kif aħna, f'dan il-Parlament, irridu nibdew nagħmlu l-politika fl-interess tal-poplu tagħna.", "Ladarba qed nitkellmu fuq il-qasam soċjali nixtieq nieħu din l-opportunità biex nelenka xi ftit osservazzjonijiet politiċi li nixtieq inwassal lill-Ministru li forsi jkollu ċ-ċans jikkummenta dwarhom fil-winding up.", "Kif għedt, dwar din il-liġi m'hemmx lok għall-kontroversja però nixtieq inqajjem numru ta' punti dwar dan is-settur, b'mod partikolari dwar il-politika marbuta mat-tfal u mal-familja.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' policy nilqgħu l-fatt li ċ-Child Protection Act se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, kif għadu kif semma l-Ministru.", "Bħala Oppożizzjoni, diġà kellna l-opportunità li naraw dan l-Abbozz ta' Liġi f'diversi stadji tiegħu.", "Ninsab informat ukoll minn diversi stakeholders bil-konsultazzjoni li għamel dan il-Gvern dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Minn hawn, nikkommetti ruħi li bħala Oppożizzjoni se nkunu qegħdin nipparteċipaw b'mod sħiħ u proattiv f'dan il-proċess leġiżlattiv.", "Infakkar li dwar din il-liġi kellna numru ta' verżjonijiet li ilhom ġejjin mill-2013.", "Fil-leġiżlatura preċedenti l-Onor.", "Robert Cutajar kien ressaq b'mod assidwu diversi rappreżentazzjonijiet tal-Oppożizzjoni.", "Għalhekk nittama li issa jkollna liġi maqbula bejn kulħadd u bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Kif spjega tajjeb il-Ministru u kif l-Oppożizzjoni ilha tgħid waqt diskussjonijiet fuq leġiżlazzjonijiet oħrajn, l-interess suprem tat-tfal għandu dejjem jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Sfortunatament kellna liġijiet oħrajn f'dan il-Parlament fejn l-interess tat-tfal mhux neċessarjament tpoġġa bħala prijorità.", "Però hawnhekk qed nilqa' b'sodisfazzjon li dan l-interess suprem tat-tfal qed jiġi inkorporat f'din il-liġi.", "Jien nemmen li dan għandu jkun il-prinċipju ewlieni f'din it-tip ta' liġi u f'kull forma ta' politika li niddiskutu b'rabta mal-familja u mat-tfal.", "Għaldaqstant, bħala Oppożizzjoni, qed nilqgħu din l-aħbar li għadu kif semma l-Ministru u jien inwiegħdu li bħala Oppożizzjoni se nipparteċipaw b'mod proattiv u spalla ma' spalla miegħu, biex din il-liġi tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.", "Marbut ma' dan nixtieq ukoll li jkollna aġġornament min-naħa tal-Ministru dwar x'sar mill-eżitu tal-inkjesta tal-Imħallef Michael Mallia.", "Essenzjalment din l-inkjesta kienet intalbet fuq insistenza tal-Onor.", "Robert Cutajar f'din il-Kamra.", "Minn meta ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta sal-lum ftit li xejn smajna x'seħħ bħala follow-up eżekuttiv u amministrattiv ta' dik il-liġi.", "Bħala Oppożizzjoni, f'konferenza tal-aħbarijiet konna tlabna li jkollna dibattitu f'din il-Kamra fuq dik l-inkjesta.", "Ir-rapport tal-inkjesta kien fih ħafna xogħol u nemmen li din il-Kamra m'għamiltx ġustizzja ma' dak ir-rapport!", "Ir-rapport kien fih diversi aspetti imma b'maturità politika konna qbilna li jiġu ppubblikati biss il-konklużjonijiet tiegħu.", "Bħala Oppożizzjoni, inħossu li ġaladarba l-konklużjonijiet ġew ippubblikati, il-Gvern kellu jagħti widen għall-Oppożizzjoni u minn rajh iressaq dibattitu mingħajr vot f'din il-Kamra fuq dawn il-konklużjonijiet tar-rapport.", "Hawn qed nitkellmu dwar il-ħajja ta' persuni vulnerabbli u l-futur ta' tfal li ġejjin minn backgrounds vulnerabbli.", "L-inqas ħaġa li setgħet tagħmel din il-Kamra kienet li tiddiskuti dak ir-rapport.", "Bħala Oppożizzjoni ma kellna l-ebda interess li noqogħdu nippuntaw subgħajna fuq ir-rapport imma kellna l-interess naraw kif ċerti materji jistgħu jiġu rranġati u mtejba.", "Għalhekk nappella lill-Gvern biex meta jsiru dawn it-tip ta' inkjesti, inġibuhom quddiem din il-Kamra għad-diskussjoni, biex naraw kif l-affarijiet waslu s'hemm, x'ġara u x'sar mil-lat Eżekuttiv biex dak li sar, jitranġa u ma jerġax jirrepeti ruħu!", "Sur President, hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u nsellem lill-persuni involuti fil-fostering, fosthom lill-ġenituri u lill-carers li jidħlu għal din ir-responsabilità.", "Sfortunatament dawn il-persuni mhumiex apprezzati biżżejjed.", "Fuq livell politiku, nitkellmu fuq elf ħaġa però sfortunatament ninsew ix-xogħol siewi u imprezzabbli li qed jagħmlu dawn il-foster carers li jidħlu għal responsabilità u piż fuq il-familja tagħhom.", "Ħafna drabi din id-deċiżjoni ma tkunx waħda faċli għax dawn in-nies ikunu jridu jiffaċċjaw diffikultajiet enormi.", "Però l-agħar ħaġa hija li jkun hawn min forsi jipprova jimplika li l-foster carers qed jagħmlu dan għal xi forma ta' ħlas jew remunerazzjoni finanzjarja.", "Jien tkellimt ma' foster parents li ħafna minnhom nafhom u dejjem jibqgħu jimpressjonawni għall-qalb kbira li għandhom meta jidħlu għal din ir-responsabilità.", "Jien inqis li min jadotta t-tfal ikun qed jagħmel ġest uman imprezzabbli però min isir foster parent ikun qed jagħmel ġest ikbar, għaliex ħafna drabi, dawn il-persuni jkunu jafu li fl-aħħar ta' dak il-proċess, it-tfal mhux neċessarjament se jibqgħu fil-familja tagħhom.", "Għalhekk nemmen li għandna napprezzaw ix-xogħol li jagħmlu dawn in-nies u fl-ebda istanza m'għandna b'xi mod nipprovaw nekwiparaw il-kontribut li jagħmlu biex jieħdu xi forma ta' benefiċċju.", "Sur President, issa nixtieq nerġa' nissolleva punt li qajjimtu kemm-il darba f'din il-Kamra, anke permezz ta' diversi mistoqsijiet lill-Ministru Falzon, fuq l-inkjesta marbuta mat-tifla Niġerjana Victoria, li bħal-lum sena, kienet tilfet ħajjitha.", "Konna ġejna informati li l-inkjesta tal-Imħallef Sciberras tlestiet però ma ġietx ippubblikata għax jidher li l-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja.", "Għaddiet sena minn meta tifla ta' seba' snin mietet f'istituzzjoni u sal-lum, fuq livell politiku, għadna ma kellniex il-lok li niddiskutu x'ġara f'dan il-każ, jekk dak li ġara kienx evitabbli u jekk itteħdux il-miżuri kollha biex dak li ġara jkun evitat.", "Kien x'kien il-background ta' din il-familja, inħoss li ġaladarba saret l-inkjesta, għandna nagħmlu dan id-dibattitu, jekk xejn, b'rispett lejn il-ħajja li ntilfet.", "Sur President, meta ngħidu li aħna pro-life ma nistgħux nieqfu biss fuq il-pożizzjoni li lkoll naqblu li ma jiddaħħalx l-abort f'pajjiżna.", "Meta tifla ta' seba' snin titlef ħajjitha f'istituzzjoni għandu jkollna l-kuraġġ, id-determinazzjoni u r-responsabilità li niflu sew dak li jkun ġara u naraw li jkunu ttieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex qatt ma jerġa' jkollna traġedja jew ċirkostanza bħal oħra dik.", "Infakkar li issa għaddiet sena minn mindu din it-tifla Niġerjana, sfortunatament, kienet mietet.", "Hawn nixtieq nitkellem ukoll fuq il-politika dwar tfal ta' immigranti f'pajjiżna.", "Jien insegwi mill-qrib, anke b'mod personali, dan il-qasam u nista' nara kemm hija diffiċli l-ħajja ta' dawn it-tfal fis-sistema lokali tagħna.", "Nista' ngħid li fir-rigward tal-politika ta' integrazzjoni ta' dawn it-tfal, għadna lura u rridu naħdmu ħafna aktar.", "Aktar milli nitkellmu dwar dan il-qasam, hemm bżonn li ngħaddu għall-prattika bi sforz addizzjonali biex indaħħlu din il-politika li tirrigwarda lil dawn it-tfal ta' immigranti.", "Bħala Oppożizzjoni nemmnu li rridu nagħtu ħarsa dettaljata lejn l-aspetti kollha tal-politika dwar it-tfal.", "Nemmen li qegħdin fi żmien fejn għandna ħafna sfidi quddiemna.", "Waħda mill-isfidi l-kbar li tkellimna ħafna dwarha bħala Oppożizzjoni, hija l-problema tal-bullying u kif it-tfal tagħna huma esposti għal materji u aspetti differenti, fid-dinja fiżika u virtwali li qed ngħixu fiha llum.", "Dan il-bullying qed iwassal għal diversi problemi oħrajn meta dawn it-tfal jibdew jikbru.", "Meta nkun qed nitkellem maż-żgħażagħ li jkunu għaddejjin minn problema ta' droga, nista' ngħid li statistikament, disgħa minn għaxra jgħidulek li resqu lejn id-droga minħabba l-fenomenu tal-bullying.", "Ħafna drabi dawn iż-żgħażagħ ikunu jridu joħolqu faċċata ġdida li jistgħu jtellgħuha biss billi jibdew jabbużaw mid-droga.", "Għall-grazzja t'Alla, f'dan is-settur għandna qbil fuq livell politiku u dan jawgura tajjeb.", "Forsi għandna metodi differenti ta' kif inħarsu lejn il-politika però m'għandix dubju li l-għan huwa wieħed komuni.", "Għalhekk ladarba l-għan huwa wieħed komuni m'għandniex nibżgħu niffaċċjaw dawn ir-realtajiet għaliex jekk nibżgħu niffaċċjawhom aħna, immaġina kemm se jiffaċċjawhom il-persuni hemm barra!", "Sur President, jien ma nemminx li l-politika tat-tfal għandha tkun politika fejn nillegalizzaw id-droga.", "Jien tkellimt kemm-il darba dwar dan l-aspett u nibqa' nitkellem għaliex fil-fehma tiegħi, dan ikun żball fundamentali enormi.", "Meta qed nagħmlu l-politika tat-tfal, irridu naraw pereżempju, kif se ninvestu aktar fl-isport sabiex inbegħduhom mhux biss mid-droga imma anke mill-vizzji eżistenti li huma legalizzati, bħall-alkoħol u t-titjip.", "Nerġa' ngħid li ma naħsibx li l-politika tat-tfal għandha tinkludi legalizzazzjoni tad-droga.", "Possibbli dan huwa l-futur li rridu nagħtu lit-tfal tagħna?", "Fil-fehma tiegħi, nagħmlu hekk meta nkunu qtajna qalbna kompletament.", "Il-politika tat-tfal trid tkun politika mibnija fuq it-tama u mhux politika fejn sempliċement naqtgħu qalbna jew nirraġunaw b'mod li kulħadd qed jieħu d-droga.", "Ejja ma nħarsux lejn soluzzjoni fejn nibdew nagħmlu l-flus u ndaħħlu t-taxxa mill-abbuż tad-droga!", "Nemmen li rridu nħarsu aktar lejn politika ta' kuraġġ u tama, fejn nirrikonoxxu l-problemi u niffaċċjawhom u mhux inbaxxu rasna għal min irid jikkapitalizza mill-ħsara u t-tbatija li ġġib magħha d-droga, speċjalment fil-familji milquta.", "Meta jien nara żgħażagħ u tfal li lejn l-aħħar tal-adolexxenza tagħhom ikunu milqutin mill-problema tad-droga, li ħafna drabi twassal għall-użura u self fuq l-idejn, nara futur misruq!", "Bħala politiċi għandna responsabilità u obbligu kbir li nitkellmu aktar fuq dawn l-affarijiet, fejn inwarrbu dak li jifridna u nargumentaw fuqu, biex niffokaw fuq dawn il-materji li qed jifnu lis-soċjetà tagħna!", "Naħlu ħafna ħin f'dawn l-istituzzjonijiet niddiskutu, niddibattu u nargumentaw fuq affarijiet frivoli, meta hawn din it-tbatija kbira, bir-riżultat li hawn min irid jikkapitalizza minn fuq il-miżerja ta' ħaddieħor!", "Għalhekk nappella biex nużaw l-istituzzjonijiet u l-kumitati parlamentari ħalli niddiskutuhom dawn l-aspetti.", "Hawnhekk nixtieq nesprimi l-apprezzament tal-Oppożizzjoni lejn is-Sedja u lejn il-Ministru għall-attività li kienet saret aktar kmieni fl-2018, fejn f'dan il-Parlament irnexxielna nġibu l-istakeholders kollha li jmissu mal-problema tad-droga.", "Fil-fehma tiegħi, dakinhar, urejna fejn iħabbat il-polz tal-istakeholders u tas-soċjetà fuq din il-materja.", "Jekk kien hemm messaġġ wieħed komuni li ħareġ dakinhar kien li s-soċjetà ċivili, l-għaqdiet mhux governattivi u kull min jaħdem f'dan il-qasam, huwa kontra l-legalizzazzjoni tad-droga f'pajjiżna!", "Sur President, biex nerġa' mmur lura għall-politika tat-tfal ngħid li jien nemmen li meta din niddiskutuha, irridu nibdew niddiskutu wkoll id-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf, li sfortunatament, huma taħt attakk madwar id-dinja kollha.", "Għall-grazzja t'Alla, f'dan il-pajjiż, għadna unanimi fir-rieda li ma ndaħħlux l-abort f'pajjiżna però żgur li rridu nħarsu aktar lejn x'inhuma dawk ir-raġunijiet u l-kawżi li jistgħu jwasslu lill-mara biex tersaq lejn dan il-pass tant diffiċli.", "Nemmen li għadna mhux qed nagħmlu biżżejjed biex nagħtu l-appoġġ lin-nisa li jkollhom tqala mhux mixtieqa.", "Nemmen li għalkemm qegħdin fl-2019, is-soċjetà għadha tħares lejn dawn in-nisa b'ċertu preġudizzju.", "Nemmen li għandna ndaħħlu aktar servizzi ta' appoġġ lil dawn l-ommijiet prospettivi, biex inkunu nistgħu ngħinuhom fit-traġitt li jkollhom quddiemhom.", "Żgur li bil-preġudizzju ma tasal imkien!", "Żgur li billi sempliċement tgħid lil dawn in-nisa li l-pajjiż ma jaqbilx mal-abort, xorta se jkunu f'diffikultajiet kbar.", "Għalhekk nemmen li fi żmien fejn kontinwament niftaħru li l-ekonomija hija daqshekk b'saħħitha u li l-ġid ħiereġ minn kull fejn iddawwar wiċċek, dan il-pajjiż għandu jagħmel sforz akbar biex jagħti aktar appoġġ lin-nisa li jkunu għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet.", "Ma' dawn il-ħsebijiet nixtieq norbot it-tielet settur tant importanti li huwa dak tal-volontarjat.", "F'dan il-qasam, ta' min jirrikonoxxi numru ta' ftehimiet li għamel il-Gvern ma' għaqdiet volontarji però hemm ħafna aktar x'nistgħu nagħmlu biex nindirizzaw l-isfidi li għandna fis-soċjetà.", "Għadni kif semmejt il-problemi li jiffaċċjaw nisa li jkollhom tqala mhux mixtieqa u organizzazzjoni partikolari li tgħin lil dawn il-persuni.", "Però nistgħu nagħmlu ħafna aktar biex ngħinu lil dawk l-organizzazzjonijiet li jgħinu b'mod partikolari lill-familji bit-tfal li jkunu ġejjin minn backgrounds soċjali b'ċerti problemi.", "Nistgħu nappellaw biex ikun hawn aktar twaqqif ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Hawnhekk nixtieq nappella lill-Ministru biex jinkoraġġixxi lill-Kabinett jerġa' jressaq l-Abbozz ta' Liġi marbut mal-intrapriża soċjali f'dan il-Parlament.", "Għandna bżonn kbir li nsaħħu t-tielet settur tal-volontarjat!", "Għandna bżonn kbir li nagħtu vejjikolu lil ħafna żgħażagħ li joħorġu mill-Università u li l-profitt jew il-flus mhumiex il-motivazzjoni tagħhom!", "Jien niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ li fortunatament, meta jlestu mill-istudji fl-Università, uħud minnhom anke fil-livell postgraduate, l-għan tagħhom ma jkunx li jidħlu f'organizzazzjoni biex sempliċement jagħmlu ħafna flus però dawn ikollhom ix-xewqa li jagħmlu xi ħaġa għal kawża ġusta.", "Ovvjament dawn ikollhom paga tajba għax l-organizzazzjoni tkun qed taħdem fuq binarju kummerċjali però l-profitt li tagħmel dik l-organizzazzjoni jerġa' jiġi investit fil-funzjoni nobbli li tkun qed twettaq l-istess organizzazzjoni.", "L-intrapriża soċjali hija xi ħaġa sabiħa immens!", "Sfortunatament, fl-2019, f'dan il-pajjiż lanqas biss għad għandna qafas leġiżlattiv biex jirregola l-intrapriża soċjali.", "Għalhekk nappella lill-Ministru biex iressaq dan l-abbozz ta' liġi għad-diskussjoni.", "Fl-aħħar leġiżlatura l-Ministru responsabbli mill-ekonomija kien ressaq Abbozz ta' Liġi bażiku, li kien a starting point, però mbagħad ma kienx laħaq ġie diskuss għax kien ġie xolt il-Parlament.", "Nemmen li l-paradigm shift li jista' jsir f'dan il-pajjiż fil-qasam soċjali huwa purament billi nersqu aktar lejn l-intrapiża soċjali.", "Jekk se nibqgħu sempliċement nistennew li kollox isir mill-Gvern, indubjament, mhux se nkunu nistgħu nwasslu biżżejjed servizzi fil-grass roots tas-soċjetà, fejn hemm il-problemi u nkunu qed intellfu opportunità lil dawn iż-żgħażagħ li jkollhom din il-viżjoni li dak li tgħallmu jrenduh f'ambitu kummerċjali, fejn il-profitt jerġa' jintefa' fil-grassroots tas-soċjetà.", "F'dinja li saret tant materjalistika, fejn kollox hu disposable u jista' jintrema' bla valur ta' xejn, hija xi ħaġa sabiħa ħafna li jkollok din it-tip ta' attività ekonomika ġdida.", "Għalhekk nappella lill-Ministru Falzon biex jimbotta din l-inizjattiva għax hemm bżonn li l-ekonomija u l-ġid tal-pajjiż jibdew jitkejlu b'mod differenti.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kemm-il darba tkellem dwar dan il-konċett.", "Nemmen li anke hawn, għandna bżonn nagħmlu sforz kollettiv biex nibdew inħarsu lejn metodi ġodda ta' kif jitkejjel il-ġid f'pajjiżna, ta' kif inħarsu lejn il-benchmarks ta' kif ngħixu, ta' kif naġixxu bħala soċjetà u ta' kif is-soċjetà tista' tgħaqqad lilha innifisha billi tgħin lil min jaqa' lura.", "Bħalissa kif jaf kulħadd għadu kif beda d-Davos World Economic Forum 2019, li jekk niftakar tajjeb, qed jiltaqa' għall-ħames jew għas-sitt sena konsekuttiva.", "Dan huwa moviment qawwi biex id-dinja kollha tibda tadotta metodi differenti ta' kif tkejjel il-ġid.", "Il-ġid ma tkejlux sempliċement bil-GDP jew bil-persentaġġi.", "Il-persentaġġi dejjem jagħtuk the law of averages.", "Jekk għandek bniedem li jaqla' €2 miljun u huwa inkluż fl-equation ma' 100 persuna oħra li jaqilgħu €7,000 bejniethom, il-medja se tkun mijiet ta' eluf.", "Il-law of averages ma tapplikax fis-soċjetà li ngħixu fiha llum!", "Forsi kienet tapplika qabel imma m'għadhiex tapplika llum.", "Nemmen li għandna nibdew inkejlu l-ġid tal-pajjiż mhux sempliċement bil-GDP u ċ-ċifri imma bil-mod ta' kif qed jgħix il-poplu tagħna.", "Aktar minn hekk, irridu ndaħħlu fl-equation lil dawk li huma huwa l-aktar vulnerabbli, għaliex kif dejjem sħaqt, min huwa b'saħħtu għandu l-flus u l-aċċess għall-assi u proprjetà, kapaċi jfendi għal rasu, però min m'għandux dawn ir-riżorsi, dejjem se jibqa' jkollu bżonn l-għajnuna tal-Istat.", "Sur President, nagħlaq billi nappella lill-Gvern u lill-Ministru Falzon biex nesploraw dawn l-oqsma ġodda, biex ma nkunux sempliċement caretakers ta' pajjiżna.", "Aħna niġu eletti f'din il-Kamra u wara ftit żmien, nispiċċaw u jiġu eletti oħrajn flokna.", "Għalhekk nixtieq li flimkien inħallu legat li biddilna l-mod ta' kif inħarsu lejn il-qasam soċjali f'pajjiżna.", "Sur President, nerġa' nirringrazzja lilek u lill-Ministru Falzon għax-xogħol li qed jagħmel f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, inħossni obbligat li nibda billi nirringrazzja lill-Onor.", "Claudio Grech li mill-Oppożizzjoni qed jagħti kontribut enormi lejn dan is-settur.", "Il-valuri tal-Onor.", "Grech jispikkaw fuq affarijiet oħrajn.", "Bl-istess mod irrid nirrikonoxxi l-ħidma li qed issir mill-Ministru Falzon b'tant kuxjenza fil-qasam soċjali.", "Ovvjament ma nistgħux ngħidu li wasalna għax għad fadlilna ħafna aktar x'nagħmlu però l-fatt li hemm ir-rieda tajba u r-rispett miż-żewġ naħat jawgura tajjeb għal dan il-qasam tant importanti f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Grech semma l-mod differenti li qed juża l-Ministru Falzon biex jikkomunika mal-Oppożizzjoni.", "Jien immur pass oltre u nirrikonoxxi wkoll il-fatt li l-Ministru avviċina anke lili għall-fatt li kont ħdimt fuq iċ-Child Protection Act matul l-aħħar erba' snin.", "Minkejja li m'għadnix responsabbli minn dan il-qasam, il-Ministru ħass li għandu jitkellem miegħi wkoll wara li għamel kuntatt mal-Onor.", "Sur President, irrid ngħid li bħala Oppożizzjoni, għal numru ta' snin, konna kritiċi lejn l-Amministrazzjoni preċedenti, għaliex ħalliet erba' snin biex ressqet abbozz ta' liġi daqstant importanti li kien jittratta l-ħarsien tat-tfal.", "Ngħid ukoll li dakinhar, bħala Oppożizzjoni, konna ressaqna 23 emenda li prattikament, l-ebda waħda minnhom ma ġiet milqugħa mill-Amministrazzjoni preċedenti.", "Però l-Ministru Falzon, b'responsabbiltà, reġa' talab li dawk l-istess emendi jiġu kkonsidrati.", "Dawk kienu emendi li l-Oppożizzjoni ressqet f'din il-Kamra wara xhur ta' konsultazzjoni mal-istakeholders kollha involuti fil-qasam dwar il-ħarsien tat-tfal.", "Jien qed nagħmel riferenza għall-fostering u l-adozzjonijiet, fost l-oħrajn.", "Sur President, ippermettili biex f'isem l-Oppożizzjoni nagħti l-kondoljanzi lill-familja Rolè għall-mewt ta' missier John Rolè, li huwa meqjus bħala l-pijunier fil-ħidma fil-qasam tal-foster care f'pajjiżna.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u jekk Alla jrid, kif elenka l-Ministru u anke l-Onor.", "Grech, fil-ġimgħat li ġejjin, se nkunu qegħdin nerġgħu nressqu fuq l-aġenda ta' din il-Kamra l-interess tat-tfal, kif inhu xieraq.", "Kif qal l-Onor.", "Grech, irridu naraw li l-interess tat-tfal jiġi dejjem l-ewwel u qabel kollox.", "Sur President, irrid nagħmel aċċenn ukoll għar-rapport ta' inkjesta li saret mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia li kelli l-okkażjoni nitkellem dwaru mal-Ministru Falzon.", "Kif taf inti, Sur President, waqt il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, għal darba, darbtejn, tlieta, jien tlabt biex il-Gvern isib seduta biex nittrattaw dan ir-rapport li tana ħafna x'nomogħdu.", "Dan ir-rapport ġie ppreżentat f'din il-Kamra fit-8 ta' Frar 2018, wara insistenza min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nirrikonoxxi wkoll il-fatt li l-Ministru Falzon għamel il-parti tiegħu biex dan id-dokument jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif qal l-Onor.", "Claudio Grech, nappella lil din il-Kamra għal diskussjoni dwar dan ir-rapport li dam ftit mhux ħażin biex jitlesta.", "Dan ir-rapport jinkludi punti fejn jinġibdu l-widnejn ta' ċerti entitajiet għax l-interess tat-tfal mhux dejjem tpoġġa l-ewwel u qabel kollox.", "Nittama li dan l-appell jintlaqa', mhux għall-Oppożizzjoni, imma għaliex irridu ngħaddu messaġġ li f'din il-Kamra qed nattwaw bis-serjetà dak li nemmnu fih.", "Ejja naraw li npoġġu l-interess tat-tfal fuq quddiem ta' kull deċiżjoni li nieħdu.", "Sur President, hawn irrid nagħmel kritika lill-Gvern li f'karigi daqstant delikati li jmissu mal-faxxa tal-aktar nies vulnerabbli f'pajjiżna, forsi mhux dejjem konna sensittivi biex nagħżlu l-aktar nies kompetenti li kellhom it-taħriġ u l-esperjenza f'dan il-qasam partikolari.", "Mhux se noqgħod insemmi l-ismijiet f'din il-Kamra però kellna ċirkostanzi fejn il-Gvern ħalla l-aspett politiku jirbaħ fuq deċiżjonijiet li seta' ħa b'mod ieħor fl-interess tar-rispett veru u proprju li jixraq lil dan is-settur.", "Fl-aħħar xhur erġajna rajna li kien hemm pożizzjonijiet li setgħu mtlew b'aktar għaqal, min-nies li għandhom l-esperjenza, il-vokazzjoni u l-amorproprju biex jaħdmu f'qasam daqstant vulnerabbli.", "Dan huwa qasam li jmiss ma' persuni li ġejjin mill-faxxa l-aktar vulnerabbli.", "Għalhekk meta qed nitkellmu fuq dawn il-persuni li jinkludu wkoll lit-tfal u lill-anzjani, irridu naraw li npoġġu nies kompetenti fil-postijiet fejn iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Ejja nserrħu ras in-nies li din il-Kamra qed tilleġiżla liġijiet li jagħmlu ġieħ lilna u lill-ġenerazzjonijiet futuri.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni, ix-shadow minister responsabbli spjega kif se nkunu qed nikkontribwixxu mhux biss lejn dan l-Abbozz ta' Liġi imma lejn kull abbozz ta' liġi li jittratta dan il-qasam.", "Kif qal l-Onor.", "Grech, kien hemm numru ta' emendi li tressqu mill-Oppożizzjoni f'abbozz ta' liġi riċenti.", "Għalhekk ikun tajjeb li nirrikonoxxu li l-Oppożizzjoni mhijiex negattiva għax dan huwa kumment li jweġġagħni.", "Ikun hawn min jikkritikana li stajna konna inqas kritiċi fuq ċerti suġġetti, però żgur li f'dan il-qasam tajna l-kontribut tagħna meta morna fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u ressaqna diversi emendi.", "Hekk se nkomplu nagħmlu għaliex dan huwa d-dover tagħna.", "Naħseb li anke l-Ministru qiegħed jirrikonoxxi dan is-sehem tal-Oppożizzjoni.", "Irrid ngħid ukoll li s-sehem tal-Ministru Falzon qiegħed jiġi rikonoxxut mhux biss mill-Oppożizzjoni imma anke mill-istakeholders f'dan il-qasam Dan huwa suġġett għal qalbi u għalkemm m'għadnix shadow minister tiegħu, bqajt f'kuntatt man-nies li jaħdmu f'dan il-qasam tal-ħarsien tat-tfal.", "Dan l-aħħar iltqajt ma' diversi stakeholders u nista' ngħid li n-nies hemm barra qed jirrikonoxxu li kien hemm bidla fl-approċċ lejn dawn in-nies vulnerabbli.", "Illum, hemm aktar rispett.", "L-Onor.", "Grech għamel aċċenn ukoll għal kumment li kien weġġa' lil ħafna nies.", "Madwar erba' snin ilu, f'intervista fuq il-midja, esponent ewlieni min-naħa tal-Gvern kien qal li l-foster carers qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol f'pajjiżna sempliċement għaliex qed jaraw il-flus.", "Dakinhar ħafna nies involuti f'dan il-qasam, inkluż l-Oppożizzjoni, konna tlabna biex dak il-kumment jiġi rtirat.", "Aħna nirrikonoxxu dak li qegħdin jagħmlu l-foster carers f'pajjiżna.", "Jien ngħid li aktar milli nużaw it-terminu foster carers nistgħu nużaw it-terminu foster parents għaliex dawn qegħdin jagħtu l-istess imħabba, ħin u impenn li kull ġenitur ieħor jagħti lill-familja tiegħu.", "Għalhekk naħseb li huwa obbligu tagħna li nirrikonoxxu l-ħidma ta' dawn in-nies.", "Hawnhekk irrid insemmi wkoll lis-social workers li jistħoqqilhom kull rispett għall-ħidma tagħhom f'dan il-qasam.", "Bħala Oppożizzjoni nappellaw għal aktar rispett min-naħa tal-Gvern u tal-entitajiet tal-Gvern lejn dawn il-professjonisti.", "Aħna rridu li s-social workers ikunu komdi fuq il-post tax-xogħol, fejn iħossuhom li qed jiġu rispettati, għaliex b'hekk biss jistgħu jagħtu l-aqwa fil-ħidma tagħhom, wara tant sagrifiċċju biex waslu s'hawn.", "Ejja nirrikonoxxu li f'pajjiżna għandna nuqqas ta' social workers.", "Għalhekk irridu naraw li bil-fatti nimpenjaw ruħna biex inkomplu nsostnu dan il-qasam.", "Hawn irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li bħala Oppożizzjoni tlabna li niltaqgħu direttament mal-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-qasam soċjali għandu jibda jingħata prijorità mill-kunsilli lokali biex nibdew nifhmu aħjar dak li jiġri mill-għatba 'l ġewwa fost dawk li huma l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.", "Nemmnu li l-kunsilli lokali jistgħu jikkontribwixxu aktar fil-qasam soċjali.", "Jekk irridu li verament nagħmlu qabża fil-ħidma tal-kunsilli lokali, irridu naraw li l-qasam soċjali jibda jingħata aktar prijorità.", "Irrid nirrimarka wkoll li l-ġimgħa li għaddiet kelli laqgħa mal-Onor.", "Silvio Parnis fejn ftehemna li meta nkunu qegħdin inressqu l-aħħar dokument relatat mar-riforma tal-kunsilli lokali, il-qasam soċjali jingħata prijorità assoluta.", "B'hekk ma nkunux qed nistennew lill-Gvern biex jieħu l-azzjonijiet li jolqtu l-aktar lill-faxxa vulnerabbli imma l-kunsilli lokali jixprunaw ħidma li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Rigward il-qasam tal-anzjani nista' ngħid li llum għaddejt numru ta' mistoqsijiet relatati mal-istandards tas-servizzi li jingħataw l-anzjani f'pajjiżna.", "Matul il-leġiżlatura li għaddiet domna niddiskutu dan il-qasam mhux ħażin u bħala Oppożizzjoni konna ressaqna numru ta' proposti dwar l-istandards fid-djar tal-anzjani, anke jekk il-Gvern ftit kien ta kashom.", "Għall-Oppożizzjoni kien punt kardinali li l-istandards minimi nazzjonali għad-djar tal-anzjani jiġu applikati wkoll fir-Residenza San Vinċenz de Paul.", "Fil-fatt għamilt numru ta' mistoqsijiet dwar dan lill-Ministru u nittama li fil-ġranet li ġejjin ikolli risposta.", "Fil-leġiżlatura l-oħra ma konniex qbilna dwar numru ta' emendi mressqin mill-Oppożizzjoni imma nittama li l-Ministru juri rieda tajba, kif wera meta ġejna biex niddiskutu ċ-Child Protection Act u jisma' x'għandha xi tgħid l-Oppożizzjoni.", "Aħna investejna ħafna ħin biex ħriġna b'numru ta' proposti, imma fil-leġiżlatura li għaddiet, l-għajta tagħna kienet bħal ħanqa fid-deżert.", "Għalhekk huwa importanti li l-Gvern jinkludi wkoll il-kontribut tal-Oppożizzjoni ħalli jkollna l-aħjar liġi fejn jidħlu l-istandards tad-djar tal-anzjani.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dak li nilleġiżlaw dwaru llum se jitgawda minn ġenerazzjonijiet futuri.", "Huwa tajjeb li naraw li l-istandards jiġu attwati fid-djar tal-anzjani kollha f'pajjiżna, però għall-Oppożizzjoni jibqa' punt kardinali li San Vinċenz de Paul jidħol f'dan il-qafas ukoll.", "Nittama li l-Ministru jasal biex jifhem l-importanza ta' dak li qed nipproponu.", "Sur President, biex nagħlaq, nerġa' nikkonferma li din in-naħa tal-Kamra se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi, kif għamlet prattikament f'kull abbozz ta' liġi relatat mal-qasam soċjali.", "Bħala Oppożizzjoni rridu nagħtu l-kontibut tagħna.", "F'dan id-dibattitu ssemmew diversi punti u għalhekk irrid nieħu din l-okkażjoni biex nagħmel appell ġenwin.", "F'dan il-pajjiż għad għandna valuri li jiddistingwuna min-nazzjonijiet l-oħra.", "Amministrazzjoni waħda wara l-oħra dejjem saħħet il-qasam soċjali.", "Però kellna mumenti fejn il-valur tal-ħajja seta' ma ngħatax il-prijorità mixtieqa.", "Għalhekk irrid nappella lill-Ministru Falzon, li nqisu bħala persuna li jħaddan il-valuri, biex matul din il-leġiżlatura ma nersqux lejn id-dħul tal-abort f'pajjiżna.", "Hemm barra ħafna nies qed jitkellmu dwar dan imma l-Gvern għadu ma serraħx ras in-nies.", "Nittama li din l-Amministrazzjoni ma tkunx qed tbexxaq il-bieb biex jidħol l-abort f'pajjiżna.", "Nittama li dan ma jsirx matul it-terminu tal-Ministru Falzon.", "Ejja niftakru li ta' qabilna dejjem raw li l-abort ma jidħolx f'pajjiżna.", "Naħseb li m'għandniex għalfejn nistħu ngħidu li aħna favur il-ħajja bil-fatti, mill-bidu tal-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha.", "Minn din in-naħa tal-Kamra se nibqgħu nagħmlu dak li n-nies hemm barra jistennew minna, jiġifieri li nibqgħu niddefendu l-ħajja fuq l-art, fuq il-baħar u qabel it-twelid, kif inhu l-obbligu tagħna.", "Ejja nibqgħu nindukraw il-valuri li sawru lilna bħala pajjiż u ma narawx li b'xi mod, jiġu kkalpestati.", "Rigward is-Central Authority rrid ngħid – hawnhekk irrid insellem lil kull min b'xi mod imiss ma' dan il-qasam – li matul is-snin din l-Awtorità kellna nuqqas ta' riżorsi u għalhekk batiet biex ħadmet.", "Huwa importanti li nilleġiżlaw però rridu naraw ukoll li din l-Awtorità jkollha l-għodda meħtieġa biex tkun tista' tiffunzjona, inkluż nies kompetenti, li verament ikunu denji għall-karigi rispettivi tagħhom.", "Hemm bżonn li jkollna nies imħarrġa biex jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Sur President, jien nappella biex meta din il-liġi tidħol fis-seħħ, nerġgħu niftħu d-dibattitu b'rabta maċ-Child Protection Act.", "Kif qal l-Onor.", "Grech, l-Oppożizzjoni se tkun qed tikkontribwixxi, kif inhu l-obbligu tagħna.", "Ninsab konvint li l-Ministru se jkun qed jagħti kas tal-kontribut ta' din in-naħa tal-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fid-dawl tal-fatt li l-Oppożizzjoni jonqosha kelliem wieħed, nistgħu naġġornaw id-diskussjoni għal għada biex isir l-intervent minn dan il-kelliem u mbagħad isir l-għeluq mill-Ministru.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Onor. Robert Cutajar, tikkonferma li hawn dan l-arranġament?", "ROBERT CUTAJAR: Iva nikkonferma imma jista' jkun li jkollna żewġ kelliema u mhux wieħed.", "L-ISPEAKER: Hawn qbil dwar dan l-arranġament?", "(Onor. Membri: Iva) Ladarba hawn dan il-ftehim, insejjaħ lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.52 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 22 ta' Jannar, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar Liġijiet tal-Pulizija – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, Emenda Nru. 2 – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – it-Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – it-Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sur President, nibda billi nirringrazzja lill-Ministru Michael Falzon għall-mod li qed jaħdem bih biex bħala tim wieħed naħdmu b'risq il-qasam soċjali.", "Il-ħidma tagħna taffettwa lil diversi nies b'mod dirett, kemm fil-qasam tal-anzjanità attiva kif ukoll fil-qasam tad-diżabilità.", "Qed jirnexxilna niksbu riżultati tajbin għax qed naħdmu b'mod seren u b'konvinzjoni.", "Meta titkellem man-nies dawn jgħidulek grazzi għal dan ix-xogħol li qegħdin nagħmlu u hemm tibda tirrikonoxxi r-riżultati miksuba.", "Il-ħidma tagħna hija bbażata fuq manifest elettorali li l-poplu approva b'maġġoranza ta' aktar minn 40,000 ruħ fl-aħħar elezzjoni.", "Għalhekk, b'kuxjenza, qed nipprovaw nagħmlu ħilitna kollha biex immexxu lill-poplu tagħna 'l quddiem.", "Waħda mill-aktar affarijiet li kienet tinkwetana kienet li kellna persentaġġ kbir ta' anzjani li kienu qegħdin jgħixu fil-faqar.", "Sitt snin ilu, meta tlajna fil-gvern, sibna sitwazzjoni fejn Gvern Nazzjonalista ma kienx jaċċetta li numru kbir ta' anzjani kienu jgħixu fil-faqar anzi kien jgħidilna li din kienet perċezzjoni.", "Ara kif tista' ssolvi l-problema jekk lanqas biss tirrikonoxxiha!", "Però bħala Gvern mill-ewwel rajna li kien hemm din il-problema ta' nies li kellhom dħul limitat u għalhekk bdejna nindirizzawha.", "Jekk in-nies ma jkollhomx flus fil-but dawn se jkunu neqsin minn ħafna affarijiet bażiċi u l-istandard of living tagħhom ikun baxx.", "Il-kwalità tal-ħajja ma tkunx adegwata jekk in-nies ma jkollhomx dħul biżżejjed.", "Għalhekk, bħala Gvern, bdejna naħdmu fuq il-famuża road map li l-Prim Ministru dejjem tkellem fuqha.", "L-Oppożizzjoni kienet tiddubita minn din ir-road map imma llum qed jaraw kif b'pass wara l-ieħor dan il-pjan beda jitwettaq.", "L-affarijiet trid taħdem għalihom għax ma jaqgħux mis-sema!", "F'dinja globalizzata fejn il-kompetizzjoni hija, ħafna drabi, kontinwa u diretta bejn il-pajjiżi kollha, mhijiex b'kumbinazzjoni li pajjiżna beda jikseb suċċess.", "Bis-saħħa tal-Prim Ministru u tat-tim fil-Kabinett, bdejna nibnu ekonomija b'saħħitha.", "Dan għaliex, kif jgħid il-Malti: Bla flus la tgħannaq u lanqas tbus!", "Gvern ma jistax jagħmel riformi biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies jekk ma jaħdimx biex ikun hawn ekonomiija b'saħħitha.", "Illum dan il-Gvern Laburista qed iqassam il-ġid li rnexxielna niġġeneraw fil-pajjiż.", "Sur President, meta tlajna fil-gvern sibna sitwazzjoni li ma kienet feliċi xejn.", "Niftakar li kont immur għand in-nies, bħalma kien jagħmel il-Prim Ministru u ħafna minn sħabi, u fix-xitwa kont insibhom kesħin silġ, bi gwardarobba ħwejjeġ fuqhom, għaliex ma kenux jaffordjaw li jixegħlu l-heater, anke fi ġranet ta' kesħa kbira.", "Meta konna nitkellmu dwar dan il-faqar Gvern Nazzjonalista kien jgħidilna li l-faqar kien perċezzjoni.", "Però bħala Gvern aħna rajna li meta bniedem ma jaffordjax jixgħel il-heater fix-xitwa meta t-temperatura ġieli tinżel għal madwar 7 gradi Celcius huwa tip ta' faqar.", "Illum inħarsu lura u nirringrazzjaw lil Alla u lill-Prim Ministru li għar-raba' sena konsekuttiva, lill-anzjani tajniehom żieda fil-pensjonijiet.", "L-aktar ħaġa faċli għalina l-politikanti hija li noqogħdu nparlaw għax kif nafu l-paroli huwa b'xejn u kulħadd jista' jgħid ħafna affarijiet sbieħ.", "Il-ħaġa diffiċli hi li twettaq dak li twiegħed biex in-nies ikollhom il-flus fil-but.", "Illum, b'ġustizzja soċjali, qed inqassmu l-flus iġġenerati minn ekonomija b'saħħitha biex ngħinu lil dawk l-aktar li għandhom bżonn.", "Bla dubju ta' xejn, aħna rajna li l-aktar nies li għandhom bżonn l-għajnuna huma l-pensjonanti tagħna u għalhekk tajniehom erba' żidiet fil-pensjoni tagħhom u se nkomplu nagħmlu dan, għaliex nafu li ħafna drabi, il-pensjoni hija l-uniku dħul tagħhom.", "Inutli noqogħdu nagħmlu ħafna diskorsi sbieħ u nawgurawlhom ħafna affarijiet jekk imbagħad ma nsostnuhomx finanzjarjament.", "Irrid infakkar li Gvern Nazzjonalista kien iffriża l-pensjonijiet għal 25 sena sħaħ.", "Irrid infakkar li Gvern Nazzjonalista, bil-moħbi, kien ta żieda lil kull wieħed u waħda minnhom ta' €500 fil-ġimgħa meta lill-pensjonanti tagħna kienu tahom madwar €1 biss żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Bħala Gvern, aħna morna oltre minn hekk.", "Illum, statistikament, qegħdin naraw li ħafna mill-anzjani tagħna m'għadhomx fir-riskju tal-faqar għaliex tajniehom żieda għal erba' snin konsekuttivi u għamilna affarijiet oħrajn li kellhom impatt pożittiv fuqhom.", "Fost id-deċiżjonijiet li ħadna, l-Onor Deo Debattista u l-Ministru Helena Dalli qablu u ħadmu b'mod konsistenti biex iraħħsu l-prezzijiet tal-mediċini.", "Meta traħħas il-pilloli lil dik il-parti mill-popolazzjoni li l-aktar li tużahom, din se jkollha aktar flus fil-but.", "Jien tkellimt kemm-il darba dwar din il-problema f'din il-Kamra.", "Id-Deputat Prim Ministru sab sitwazzjoni fejn ġieli kellna 140 tip ta' pilloli out of stock li wħud minnhom kienu jdumu out of stock għal xi għaxar xhur!", "Ommi, l-ewwel waħda, bħal missieri u l-kunjata, kienu jmorru għand il-professur jew għand it-tabib u jgħidulu bil-problema.", "Pereżempju ommi tieħu l-pilloli tal-pressjoni u jekk ma teħodhomx, titlgħalha l-pressjoni bir-riskju li tagħtiha stroke.", "Bħal ommi kien hemm ħafna anzjani li kellhom din il-problema.", "Għalhekk, meta Gvern Laburista solva din il-problema, għen b'mod indirett lil dawn l-anzjani.", "Bil-miżuri li ħa d-Deputat Prim Ministru, il-problema tal-pilloli out of stock spiċċat.", "Illum il-ġurnata allaħares ikun hemm pillola waħda out of stock għax iġibuha front page fil-gazzetti!", "Sur President, l-effett tal-pilloli out of stock kien li jigdem biċċa diretta mill-pensjoni tal-anzjani.", "Bħal ommi, kien hawn ħafna anzjani oħrajn li kellhom jixtru minn buthom il-pilloli li kienu jkunu out of stock u li suppost kien jipprovdilhom il-Gvern.", "Illum sirna nafu x'kienet ir-raġuni tal-pilloli out of stock.", "Gvern Nazzjonalista kellu balla dejn ma' min kien jimporta l-pilloli.", "Mela hawn xi aġent li jkollok tagħtih il-miljuni u jibqa' jissellef mill-bank bl-imgħaxijiet biex il-Gvern ikollu l-pilloli xi jqassam?", "Din kienet l-istorja kollha!", "Imbagħad dan il-Gvern ħallas id-dejn mal-aġenti u ma kellniex aktar problemi.", "Din kienet waħda mill-aktar affarijiet importanti li għamilna matul din il-leġiżlatura bl-għaqal tal-Prim Ministru li rnexxielu jikseb surplus u jdawwar l-ekonomija bla preċedent.", "Niftakru Gvern Nazzjonalista jgħidilna li fl-Ewropa kollha hemm il-maltemp u allura ma nistgħux nippretendu li f'pajjiżna ma jkunx hawn maltemp.", "Kienu jsemmulna ċifri ta' żgħażagħ bla xogħol fi Spanja, fl-Italja u fil-Ġermanja u kienu jgħidulna biex ma nippretendux li aħna se mmorru tajjeb.", "Illum, bil-għaqal u l-ħidma tal-Prim Ministru, irnexxielna ndawru r-rotta kompletament.", "Illum l-anzjani għandhom aktar flus fil-but għaliex meta jkun imisshom jieħdu l-pilloli, imorru bil-karti fl-ispiżerija u jingħataw il-pilloli li għandhom bżonn.", "Dan il-Gvern daħħal miżuri oħrajn biex l-anzjani jkollhom aktar flus fil-but.", "Fost l-oħrajn, insemmi l-iskemi li permezz tagħhom, l-anzjani jistgħu jinvestu u jieħdu imgħaxijiet akbar milli jekk jinvestu f'bank.", "Permezz tal-Ministru għall-Finanzi, ħriġna dawn l-iskemi li qegħdin jgħinu biex iħallu aktar flus fil-but ta' dawk li jinvestu fihom.", "Din hija għajnuna addizzjonali oħra.", "Barra minn hekk, ħadna deċiżjoni li sa dħul ta' €13,000, ħadd ma jħallas taxxa.", "Jekk m'iniex sejjer żball, qabel, ma kienx hemm ħlas ta' taxxa għal min kellu dħul ta' ftit aktar minn €10,000.", "Dan il-Gvern għolla s-ceiling u allura anke hawn, l-anzjani qed jibqgħalhom aktar flus fil-bwiet tagħhom.", "Insemmi wkoll it-traħħis fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u b'hekk tfajna €80 miljun fil-bwiet tal-poplu għal sena wara l-oħra, li qabel kienu jinġabru mill-Gvern.", "Dan kollu għen biex titjieb il-kwalità tal-anzjani tagħna.", "L-aħħar statistika li ħarġet mhijiex snapshot ta' x'inhu jiġri fis-soċjetà tagħna llum għaliex hija statistika ta' madwar sena u nofs ilu, però qed turi li din il-politika tal-Gvern qed tħalli l-frott tagħha.", "Aħna rridu li l-anzjani tagħna jgawdu kwalità għolja tal-ħajja ma' uliedhom u man-neputijiet tagħhom mingħajr sagrifiċċji żejda.", "Bħala Gvern ħadna d-deċiżjoni li nneħħu l-qasam tal-anzjani minn mal-qasam tas-saħħa u ninkluduh mal-Ministeru għall-Familja għaliex ma ridniex li meta l-poplu jitkellem fuq l-anzjani, jaħseb biss f'dawk il-problemi mediċi li wieħed jista' jkollu meta jilħaq ċerta età.", "Aħna ridna li l-poplu jaħseb fuq anzjani attivi li jipparteċipaw fil-kunsilli lokali, fil-każini tal-banda, fil-każini tal-futbol, fil-każini tal-politika u fis-soċjetà Maltija b'mod ġenerali.", "Aħna ridna li ċ-ċentru ta' ħajjet l-anzjani jkun iffokat fuq il-ħidma tagħhom fil-qasam kulturali, edukattiv u soċjali.", "Il-poplu jiftakar li meta l-qasam tas-saħħa kellu taħtu l-qasam tal-anzjani u Gvern Nazzjonalista kien qed jibni l-Isptar Mater Dei, il-qasam tal-anzjani spiċċa kważi bla baġit.", "Niftakru li l-ewwel l-Isptar Mater Dei kellu jinbena bi €80 miljun u mbagħad Gvern Nazzjonalista tilef ir-rotta u spiċċa nefaq kważi €500 miljun, bir-riżultat li bħal vacuum cleaner, inġibed il-baġit kollu li kien hemm għall-anzjani u l-kura primarja.", "Dan wassal biex ma sar l-ebda investiment fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fil-kura primarja.", "Għall-kuntrarju, dan il-Gvern qed jinvesti miljuni kbar f'dawn l-oqsma.", "Hawn bi pjaċir insemmi li s-sena li għaddiet ftaħna l-ewwel parti tal-proġett fl-aktar parti antika tar-Residenza San Vinċenz de Paul, l-RB1 u l-RB2, b'investiment ta' kważi €7 miljun.", "Ftit tal-ġranet ilu inawgurajna l-bidu tal-proċess għat-tieni parti ta' blokka RB2 fejn se ninvestu kważi €9 miljun oħra.", "Apparti minn dan, ftaħna 14-il sala b'investiment ta' €1 miljun kull waħda.", "Għamilna Dipartiment tal-Fiżjoterapija ġdid, diversi swali ġodda u kċina ġdida b'investiment ta' €4 miljun.", "L-għan hu li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies li jiġu bżonn dawn is-servizzi.", "Is-sena li għaddiet rajna x'inhi s-sitwazzjoni u sibna li l-anzjani tagħna rriduhom jgħixu fil-komunità bl-akbar dinjità, biex ikomplu jgawdu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Nemmnu li meta l-anzjani jitolbuna dawn is-servizzi jrid jibqa' jkollhom kwalità għolja ta' ħajja, fejn jgħixu b'dinjità u jibqgħu jgawdu dak kollu li kellhom meta kienu jgħixu fl-irħula u fl-ibliet tagħna.", "Sur President, biex nikkonkludi rrid infakkar li ħames snin ilu l-Membri tal-Oppożizzjoni li dakinhar kienu fil-gvern kienu jiftaħru li Gvern Nazzjonalista kien għamel l-akbar baġit għall-anzjani ta' €50 miljun.", "Illum il-ġurnata, wara li qtajna d-dejn li għamlu għal tliet leġiżlaturi wara xulxin, irnexxielna niksbu surplus mingħajr ma żidna t-taxxi.", "Illum għandna baġit ta' €145 miljun iddedikat għall-anzjani tagħna fejn inbierku kull ewro li qed nivvotaw għal dan il-qasam.", "B'dawn il-flus qed inħallsu l-kontijiet ta' meta nixtru s-sodod mill-privat, biex inżommu d-djar tal-anzjani tagħna u biex nagħtu servizzi fil-komunità.", "Dan minbarra ż-żieda fil-pensjonijiet, il-pilloli li m'għadhomx out of stock u tant servizzi oħra.", "Dan kollu huwa frott ħidma ta' Gvern magħqud ponn wieħed, b'eżekuttiv u grupp parlamentari b'saħħtu, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO GRIXTI: Sur President, f'dan l-Aġġornament beħsiebni nitkellem dwar diversi punti, inkluż diversi nuqqasijiet u problemi li jolqtu kemm lill-kostitwenti tiegħi tat-Tielet Distrett Elettorali kif ukoll lill-Maltin u l-Għawdxin b'mod ġenerali.", "Nixtieq nibda nitkellem ftit dwar il-qasam tas-saħħa li jien ġej minnu.", "Nibda biex insemmi n-nuqqas ta' użu massimu tal-bereġ tal-Gvern.", "Huwa evidenti li l-bereġ tal-Gvern imferrxin madwar il-pajjiż kollu mhumiex qegħdin jintużaw bl-aktar mod effikaċi u effiċjenti.", "Jiddispjaċini ngħid li f'ħafna każijiet il-bereġ tal-Gvern jagħlqu fl-10.30 a.m. jew l-iżjed f'12.00 p.m. meta jiftħu.", "Fil-fehma tiegħi, din hija ħasra għax dawn huma riżorsi li jistgħu jintużaw b'aktar effiċjenza għall-ġid tal-marid.", "Nemmen li għandu jitkompla l-progamm ta' tisbiħ u ameljorament tal-bereġ kollha madwar Malta u Għawdex li l-Gvern diġà beda u barra minn hekk dawn għandhom jibdew jintużaw aktar għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Hija ħasra li, pereżempju l-berġa taż-Żejtun, li hu raħal twelidi, kważi kuljum tagħlaq fl-10.30 a.m., ħlief darba fil-ġimgħa, nhar ta' Tnejn, meta ddum miftuħa sas-12.45 p.m. Nemmen li wara li l-Gvern ilesti l-programm ta' immodernizzar u ameljorament ta' dawn il-bereġ u wara li jsir ir-reklutaġġ ta' professjonisti mħarrġa, nistgħu nibdew nutilizzawhom b'mod aktar effikaċi.", "Pereżempju nistgħu nużaw dawn il-bereġ biex nibdew naqdu liċ-ċittadini billi naraw li jinżammu fihom – ovvjament darba jew darbtejn fil-ġimgħa, skont ir-riżorsi disponibbli u skont roster maqbul ma' kull min hu involut - kliniċi tad-dijabete, tal-podjatrija u tal-fiżjoterapija.", "B'hekk, minbarra li nkunu qegħdin naqdu aħjar lill-pazjenti tagħna, inkunu qed niffrankaw liċ-ċittadini tagħna l-iskariġġ tal-ivvjaġġar lejn ċentri tas-saħħa jew sptarijiet oħra 'l barra mil-lokalità tagħhom biex jieħdu s-servizz li jkollhom bżonn.", "Dan jista' jgħin biex indirettament innaqqsu l-problema tal-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq tagħna.", "Ladarba qed nitkellem dwar il-qasam tas-saħħa nixtieq nagħmel suġġeriment żgħir lill-Ministru Chris Fearne rigward kif jistgħu jiġu megħjuna persuni u familji li jkollhom jixtru ċertu ammont ta' mediċini kull xahar.", "Hawn qed nirreferi għall-mediċini li ma jiġux ipprovduti b'xejn mill-Gvern taħt ix-Schedule V. Din hija proposta sempliċi fejn tiddaħħal sistema biex kull pazjent ikollu means test u jiġi pprovdut b'forma ta' smart card li tkun tista' tiġi utilizzata biss sabiex, kif għedt, jinxtraw dawk il-mediċini li ma jiġux ipprovduti mingħajr ħlas mill-Istat taħt ix-Schedule V. Din l-ismart card għandha tkun ittoppjata mill-Gvern kull xahar sa ċertu massimu ta' ammont ta' Ewro, fejn il-pazjent ikun jista' jixtri biha matul ix-xahar.", "Dawk il-ġenituri li jkollhom it-tfal żgħar li jiddependu minnhom għandu jkollhom ċertu ammont ta' top-up fuq din l-ismart card.", "Sur President, huwa veru li kull xahar il-Gvern jagħti ammont sostanzjali ta' mediċini b'xejn u huwa veru wkoll li kien dan il-Gvern li żied b'mod sostanzjali l-mediċini li qabel ma kenux jidhru fuq ix-Schedule 5.", "Hawnhekk ta' min isemmi diversi mediċini tal-kanċer li qabel ma kenux disponibbli b'xejn fuq ix-Schedule 5 u li issa huma disponibbli.", "Barra minn hekk, tajjeb li nsemmi li fl-aħħar baġit il-Gvern ħabbar li se jitwaqqaf kumitat jew panel sabiex jevalwa t-talbiet għall-għoti ta' mediċini b'xejn minn pazjenti li jsofru minn mard rari.", "Ta' min isemmi wkoll li matul dawn l-aħħar ħames snin dan il-Gvern ħabbar kemm-il darba roħs f'diversi mediċini.", "Dan huwa kollu tajjeb u ta' ġid għall-pazjenti tagħna.", "Però huwa minnu wkoll li hawn ħafna nies li jkollhom bżonn diversi mediċini ta' kull xahar li mhumiex disponibbli fuq ix-Schedule 5.", "Irridu nammettu li dawn il-persuni jonfqu somma konsiderevoli ta' flus kull xahar sabiex jixtru dawn il-mediċni li jkollhom bżonn.", "Huwa fatt magħruf ukoll li huwa impossibbli li l-Gvern jipprovdi l-mediċni kollha li għandhom bżonn il-pazjenti Maltin u Għawdxin, għalkemm nemmen li l-Gvern għandu jibqa' kommess li jkompli jaħdem sabiex isaħħaħ is-sistema tal-għoti tal-mediċini b'xejn taħt ix-Schedule 5.", "Nemmen li bis-sistema li pproponejt inkunu qegħdin ngħinu lil aktar pazjenti biex ilaħħqu mal-ispejjeż li huma assoċjati mal-kura tas-saħħa tagħhom u tal-membri tal-familja tagħhom.", "Issa nixtieq nitkellem ukoll dwar l-ambjent.", "Hija ħaġa naturali li poplu li jibda jgħix ekonomikament u finanzjarjament aħjar jibda jixxennaq sabiex jibda jgħix f'ambjent aktar nadif, b'arja inqas imniġġsa u b'ġonna u pjazez pubbliċi miżmuma ħafna aħjar.", "Filwaqt li dan huwa ta' importanza vitali għal saħħet il-poplu tagħna, huwa bżonjuż ukoll għall-prodott turistiku li noffru lil mijiet ta' eluf ta' turisti li jiġu jżuruna kull sena.", "Nifhem li f'dawn l-aħħar ħames snin sar progress kbir f'dawn id-diversi friegħi tal-ambjent.", "Pass kbir 'il quddiem kien l-għeluq għalkollox u ż-żarmar tal-power station tal-Marsa li kienet ilha tnitten u tħammeġ lin-naħa t'isfel ta' Malta u lilna r-residenti għal snin twal.", "Pass ieħor importanti 'l quddiem kien il-qalba tal-power station ta' Delimara mill-heavy fuel oil li kien qed ikun ta' detriment għas-saħħa tagħna r-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta għall-gass naturali.", "Ir-residenti żgur li huma grati lejn dan il-Gvern għal din il-bidla.", "Però, kif diġà għedt, issa jeħtieġ li nibdew naraw li jkollna ħafna aktar ġonna pubbliċi.", "Wasal iż-żmien li l-kunsilli lokali verament ikollhom l-għodda u l-finanzi neċessarji f'idejhom biex il-ġonna eżistenti u dawk li qed jiġu ppjanati, jinżammu fi stat tajjeb ta' manteniment.", "Uliedna u wlied uliedna jixirqilhom li nħallulhom pajjiż ħafna aħjar milli sibnieh aħna.", "Sur President, nemmen li jekk dawn il-ftit kummenti, osservazzjonijiet u suġġerimenti li jolqtu kemm lill-kostitwenti tiegħi tat-Tielet Distrett kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi b'mod ġenerali, jittieħdu inkonsiderazzjoni u jitpoġġew fil-prattika, inkunu qed inkomplu ntejbu l-ħajja ta' bosta Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 22 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.22 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – MEMBRU TAL-BORD MIĠJUB MALTA BI PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ordnax li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, tirrifondi l-ħlas li sar biex hija tinġab Malta bi private jet fl-20 ta' Settembru 2018?", "Jekk m'għamilx din l-ordni, jista' jgħid għalfejn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif digà spjegajt kemm-il darba, din id-deċiżjoni amministrattiva kienet fil-parametri legali tal-Kap Eżekuttiv f'awtorità indipendenti u awtonoma.", "Jien la kont informat u lanqas kelli sehem f'din id-deċizjoni, u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "UŻU TA' PRIVATE JET MILL-MINISTRU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hu qattx għamel użu minn xi private jet proprjetà tal-istess proprjetarju tal-private jet li ntuża biex tinġab membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u ċjoè l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "Jekk iva, meta u għal liema skop?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt m'għamilt użu.", "Irrid inżid li jien bħala Ministru la kont informat u lanqas kelli sehem f'din id-deċizjoni, u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma' din id-deċiżjoni.", "Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.", "UŻU TA' PRIVATE JET MILL-MINISTRU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba huwa għamel użu minn xi private jet fl-aħħar leġiżlatura u f'din il-leġiżlatura?", "X'kienet l-ispiża kull darba u x'kienet id-destinazzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt m'għamilt użu għajr matul ix-xhur tal-Presidenza meta akkumpanjajt lill-Prim Ministru fuq Tour De Capitals.", "KONTENITURI GĦALL-ISKART ORGANIKU", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kif qed isir it-tqassim tal-bins fir-residenzi, minn min, u kif intgħażlu, qabel ma tiġi fis-seħħ l-iskema ta' ġbir ta' skart separat fil-31 ta' Ottubru li ġej?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tqassim tal-kontenituri tal-iskart organiku sar minn kuntrattur wara sejħa pubblika.", "Il-kuntrattur magħżul kien REACTILAB Ltd.", "Dawn il-kontenituri tqassmu kemm bieb bieb kif ukoll minn postijiet fissi ta' distribuzzjoni.", "RAĦAL ĠDID – PAVIMENTAR TAL-PJAZZA – ĦSARA FIL-KANTUNIERA MA' TRIQ NINU CREMONA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn wara biss ħames xhur mill-inawgurazzjoni tal-pavimentar tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid, diġà hemm parti mill-art pavimentata fil-kantuniera ta' Triq Ninu Cremona mal-pjazza, li sfrondat bil-konsegwenza li issa tqiegħdet pjanċa tal-ħadid li qed tagħmel storbju sħiħ kull meta tgħaddi vettura minn fuqha bil-konsegwenza li mhux qed jitħallew jorqdu r-residenti tal-viċin?", "Jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra min għamel xogħol daqstant dilettantesk u ħażin?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien informat li l-ħsara li sofriet l-art fil-Pjazza Antoine De Paul kantuniera ma' Triq Ninu Cremona ġiet ikkawżata minn trakkijiet kbar li jgħaddu mill-istess pjazza allavolja hemm tabelli li jindikaw li dawn it-tip ta' vetturi mhux permess li jgħaddu.", "Madanakollu, appena s-Segretarjat responsabbli mill-proġett induna bil-ħsara, mill-ewwel inġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur li immedjatament dan sewwa l-ħsara a spejjeż tiegħu.", "Inżid ngħid li wara intervent ta' dan il-Ministeru, għall-ewwel darba ngħataw fondi fil-vot tal-kunsilli lokali sabiex jagħmlu tajjeb għal proġetti kapitali magħmula mill-Gvern ċentrali.", "Dan għaliex sal-lum il-kunsilli lokali ma kellhomx vot għal dan il-għan.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati persuni neqsin, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid l-età u s-sess tal-persuni li ġew irrapportati neqsin?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni baqgħu ma nstabux?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "SEGRETARJAT TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA –INGAĠĠ TA' PROJECTS DIRECTOR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hija ingaġġata bħala Projects Director fi ħdan is-Segretarjat tiegħu bħala Deputat Prim Ministru?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8140.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti, ittri u/jew dokumenti oħra kollha li ntbagħtu mill-Gvern Malti lill-Group of States against Corruption (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull korrispondenza bejn il-Gvern u l-GRECO fl-istadju qabel ma joħrog ir-rapport hija konfidenzjali.", "Sabiex jiġi ppubblikat u jiġi reż pubbliku r-rapport finali magħmul mill-GRECO fil-konfront ta' stat jirrikjedi l-kunsens tal-Istat ikkonċernat.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li fih Imħallef li jkun qagħad f'kawża irrakkomanda lill-President ta' Malta li persuna kkundannata tingħata maħfra jew tnaqqis tal-piena skont dak li jipprovdi l-artikolu 494 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid dwar liema reati kienu jirreferu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, f'kemm-il każ ingħatat maħfra u f'kemm-il każ ingħata tnaqqis tal-piena?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li kien hemm każ wieħed fejn Imħallef irrakkomanda lill-President ta' Malta li persuna kkundannata tingħata maħfra jew tnaqqis tal-piena skont dak li jipprovdi l-artikolu 494 tal-Kodici Kriminali (Kap. 9 tal-Ligijiet ta' Malta).", "Informat li dan ma kienx l-ewwel każ ta' din ix-xorta fl-istorja legali riċenti ta' pajjiżna.", "BELT VALLETTA - PROPRJETAJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt Valletta mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid ukoll f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li titħallas lill-Gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tal-Artijiet, li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR - TRASFERIMENTI/PAGAMENTI F'BANK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7861 u jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saru pagamenti mill-Malta Enterprise f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament.", "Dawn kienu relatati ma' pagamenti lill-benefiċċjarji ta' assistenza minn skemi amministrati mill-Korporazzjoni u dawn jammontaw għal €194,098.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – KIRI TA' VETTURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha dwar il-kiri ta' vetturi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħtha li saru mill-bidu tas-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid ukoll minn liema kumpanija jew individwi ġew mikrija, u jekk il-kirja f'kull każ saritx wara sejħa għall-offerti, sejħa għal kwotazzjonijiet jew b'direct order?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor stampat fid-djar mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Tista' tagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta' karta ntużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjal li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor?", "Jekk b'mezz ieħor, kif tqassam u kemm sewa t-tqassim ta' kull fuljett jew materjal li ntbagħat, sew jekk bil-posta jew b'xi mezz ieħor?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX – TRIQ TA' ĠORF - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7692 u tgħid fiex kien jikkonsisti t-tieni mandat u fuq xiex sar rigward Triq Ta' Ġorf ġewwa x-Xagħra?", "X'sar mill-Ministeru għal Għawdex?", "Jekk kien hemm deċiżjoni mill-Qorti, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tad-deċiżjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk le, tista' tgħid xi ftehim sar?", "Interpellant li d-digriet mogħti mill-Qorti (Dok 'A') tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX - UFFIĊĊJU TAL-ARTIJIET – BDIEWA LI QED IĦALLSU L-QBIELA TAR-RABA'", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-Gvern fl-Uffiċċju tal-Artijiet f'Għawdex?", "Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela?", "Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Artijiet, li l-klijenti tal-istess Awtorità għandhom il-faċilità li jħallsu l-kontijiet tagħhom fl-uffiċini ta' din l-Awtorità ġewwa Malta u Għawdex, fil-kunsilli lokali, online jew permezz ta' transazzjoni bankarja.", "L-Awtorità tal-Artijiet ma jkollhiex informazzjoni dwar jekk il-bdiewa li jħallsu l-qbiela humiex part-time jew full-time.", "Lista li turi n-numru ta' bdiewa f'kull lokalità fejn qed jitħallsu l-qbiela tidher hawn taħt:", "GĦAWDEX – FONDI GĦAT-TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-€140 miljun ta' investiment fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea mħabbra f'konferenza tal-aħbarijiet li saret minn esponenti tal-Gvern nhar is-Sibt, 11 ta' Novembru, se jintużaw fuq toroq jew proġetti f'Għawdex?", "Tista' tagħti lista ta' toroq f'Għawdex li se jsiru b'dawn il-fondi?", "Interpellant li f'Għawdex hemm programm estensiv ta' toroq.", "Il-lista ta' dawn it-toroq tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – RAMEL U ŻRAR UŻAT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7815 u tgħid kemm u x'tip ta' ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u tgħid ukoll fuq kull proġett/biċċa xogħol min kienet il-persuna li ordnat ir-ramel jew żrar u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u sena b'sena fuq dan il-materjal?", "Interpellant li għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7815.", "STENNIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta' pazjenti skont kull kategorija ta' intervent mediku?", "Jista' jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perjodi li ġejjin:", "a) inqas minn tliet xhur;", "b) bejn tlieta u sitt xhur;", "c) bejn sebgħa u 12-il xahar;", "d) bejn 13 u 24 xahar;", "e) bejn 25 u 36 xahar; u", "f) aktar minn 36 xahar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help?", "Kemm ra każijiet ġodda l-bord matul is-sena 2018 u kemm minnhom ingħataw is-servizz?", "Kemm ġew miċħuda s-servizz?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta' kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali?", "Jista' jippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "POSTIJIET TAL-GVERN/AWTORITÀ TAD-DJAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn blokok ta' appartamenti tal-Gvern (dawk li jaqgħu taħt il-pussess tal-Awtorità tad-Djar), lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex?", "Kemm hemm appartamenti f'sular tal-blokok?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' blokok tal-Gvern/Awtorità tad-Djar f'Malta u f'Għawdex huwa ta' 1,172, b'total ta' 7,636 appartament.", "It-tabella t'hawn taħt tindika l-lokalitajiet u n-numu ta' blokok madwar Malta u Għawdex:", "PERSUNI LI ĦADMU F'DIPARTIMENT TAL-GVERN QABEL L-1979 – GĦOTJA TA' DARBA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-FONDI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet sabiex kien hemm applikazzjonijiet għall-fondi li damu mas-sena u nofs u anke sentejn sakemm ġew ittrattati?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – ĦINIJIET TAL-VIŻTI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nbidlu l-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba ma' residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "Jista' jgħid illum x'inhi l-iskeda tal-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba ma' residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm ebda bidliet fil-ħinijiet tal-viżitaturi tal-qraba mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "L-iskeda tal-ħinijiet tal-viżti hija kif ġej:", "L-ewwel viżta ta' filgħodu tibda mid-9.00 a.m. sal-9.45 a.m., it-tieni viżta tkun mill-10.00 a.m. sal-10.45 a.m. u t-tielet viżta tkun mill-11.00 a.m. sa 11.45 a.m.", "Waranofsinhar il-viżti jkunu mis-2.00 p.m. sat-2.45 p.m., it-tieni viżta tkun mit-3.00 p.m. sal-3.45 p.m. u l-aħħar viżta tkun mill-4.00 p.m. sal-4.45 p.m. Dawn il-viżti jkunu hekk kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd.", "BDIEWA U RAĦĦALA - FONDI EWROPEJ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'Ewro) li kienu dovuti għall-bdiewa u r-raħħala u spiċċaw intużaw għat-toroq għas-snin 2016 u 2017?", "Tista' tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'Ewro) li ttieħdu mill-bdiewa u r-raħħala u kemm kienu l-ammonti ta' bdiewa u raħħala li bbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tal-biedja?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "SAJJIEDA – FONDI EWROPEJ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'Ewro) li kienu dovuti għas-sajjieda u spiċċaw intużaw f'xi qasam ieħor għas-snin 2016 u 2017?", "Tista' tgħid il-fondi li kienu dovuti għas-sajjieda u tali fondi ma ngħatawx, f'liema oqsma ntnefqu?", "Tista' tgħid kemm kien l-ammont ta' fondi (valur f'Ewro) li ttieħdu mis-sajjieda u kemm kien l-ammont ta' sajjieda li bbenefikaw mill-fondi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam rispettiv?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "IL-MELLIEĦA – TRIQ LEWIS WETTINGER – MANUTENZJONI FUQ TAPPIERA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li tappiera fi Triq Lewis Wettinger (Mellieħa bypass) issirilha l-manutenzjoni meħtieġa, sabiex jieqaf l-inkonvenjent li qed toħloq lir-residenti tal-madwar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastruttura Malta qed titkellem mal-entitajiet tas-servizzi li jinqdew bl-infrastruttura indikata biex jaċċessaw in-networks tagħhom taħt it-triq indikata, ħalli jirranġaw din id-diffikultà mill-aktar fis.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet b'xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "IL-PONT TAL-MISTRA – PARTI TAT-TRIQ LI QED IŻŻOMM L-ILMA TAX-XITA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li l-parti tat-triq (viċin il-bus stop) fuq il-Pont tal-Mistra li qed iżżomm l-ilma tax-xita, bil-konsegwenza li qed jinħoloq inkonvenjent għax-xufiera li jgħaddu minnha kif ukoll għal dawk il-persuni li jkunu qed jistennew is-servizz tat-trasport pubbliku, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pont indikat kien ilu fi stat ta' telqa mingħajr ebda tiswijiet jew manutenzjoni għal għexieren ta' snin.", "Is-sena li għaddiet id-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta' Transport Malta u eventwalment Infrastructure Malta wettqu studji tekniċi dwar il-qagħda ta' din l-infrastruttura u eventwalment lestew ukoll xogħlijiet estensivi ta' tiswija u tisħiħ biex il-pont ma jibqax f'periklu li jiġġarraf.", "Bħala parti minn ħidma separata biex jitjiebu t-toroq li jagħtu għax-xtajtiet u għaż-żoni turistiċi, qabel is-sajf li għadda sar ukoll xogħol ta' tiswijiet u manutenzjoni biex titjieb il-kwalità tat-triq li għaddejja minn fuqu kif ukoll tat-Telgħa tax-Xemxija u t-Telgħa ta' Selmun.", "Id-diffikultà indikata ta' ilma tax-xita li jinġabar fl-inħawi tal-istess pont, ġiet identifikata s-sena li għaddiet u dalwaqt se jibdew xogħlijiet biex tinbena sistema ġdida ta' kanali u spralli għall-ġbir tal-ilma li jaqa' fuq wiċċ it-triq.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet b'xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "IL-MELLIEĦA –APPLIKAZZJONI GĦAL KAMRA TAN-NAR", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-applikazzjoni (PA 05985/09) għall-permess ta' kamra tan-nar fil-Mellieħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni tal-kamra tan-nar tal-Mellieħa ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni tal-Bord tal-Ippjanar fil-15 ta' Jannar 2019.", "L-applikazzjoni se tinstema' quddiem il-Bord ta' Appell dwar l-Ippjanar fil-11 ta' Lulju 2019, għall-kontinwazzjoni.", "IL-MELLIEĦA - APPLIKAZZJONI GĦAL BINI TA' LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika fiex wasal il-proċess tal-applikazzjoni (PA 5909/17) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar b'rabta mal-binja ta' lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa preċiżament bejn Triq in-Nases u Triq il-Fortizza?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, b'referenza għall-applikazzjoni PA5909/17, l-istess Awtorità qiegħda tistenna aktar dettalji fil-forma ta' visuals biex b'hekk ikun jista' jsir studju komplut tal-impatt viżwali, li hija l-aħħar fażi tal-proċess.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – TALBA GĦAL GĦOLI U SULARI TA' LUKANDA U APPARTAMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-talba għall-għoli/sulari tal-lukanda u l-appartamenti li tagħhom hemm l-applikazzjoni (PA 5909/17) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar liema binja tinsab bejn Triq in-Nases u Triq il-Fortizza?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, it-talba għall-għoli /sulari fl-applikazzjoni (PA5909/17) hija dik kif se jiġi spjegat:", "Residenzjali", "Għoli ta' bejn 16.3 metru mill-aktar parti għolja tat-triq u 17.7 metru mill-aktar parti baxxa tat- triq.", "Għoli ta' 25.75 metru mill-aktar parti għolja tat- triq.", "IL-MELLIEĦA – APPLIKAZZJONI GĦAL BINI TA' LUKANDA U APPARTAMENTI – STUDJU DWAR IMPATTI SOĊJALI U TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk b'rabta mal-applikazzjoni PA 5909/17 (lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa) hux se jkun hemm talba mill-awtoritajiet ikkonċernati sabiex isiru studji dwar l-impatti soċjali u dak tat-traffiku fil-lokalità tal-Mellieħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni (PA5909/17) qiegħda fuq art li tinsab f'żona residenzjali kif ukoll f'lokalità turistika.", "Għaldaqstant policies li jirregolaw it-tali żoni japplikaw.", "Jirriżulta li l-iżvilupp kif propost ikkwalifika għal studju dwar l-impatt tat-traffiku liema studju ġie analizzat u konkluż mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll mill-Awtorità tat- Trasport, fejn tal-aħħar taw l-approvazzjoni tagħhom soġġett għal numru ta' kondizzjonijiet.", "F'dak li huwa studju dwar l-impatt soċjali jidher ċar li n-natura tal-proġett ma tikkwalifikax għal dan.", "SIGURTA SOĊJALI – TALBIET GĦAL TRASFERIMENT TAL-VALUR TAL-PENSJONI MINN/LEJN ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu trasferiment tal-valur tal-pensjoni tagħhom mis-sistema tas-Sigurtà Soċjali Maltija għal dawk l-istituzzjonijiet Ewropej (transfer out) u viċeversa (transfer in) skont l-Avviżi Legali 17 u 120 tal-2012?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet għadhom pendenti, sena b'sena, mill-2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella kif ġej:", "Il-proċess ta' transfer in mhuwiex applikabbli taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali ta' Malta peress li tali skema hija bbażata fuq il-prinċipju ta' Pay As You Go u għaldaqstant mhuwiex possibbli li jiddaħħlu kontribuzzjonijiet minn sorsi oħra.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8212, jista' l-Ministru jgħid jekk sakemm Malta Freeport Corporation taġġorna ruħha fuq l-iżviluppi tax-shore to vessel supply u l-istallazzjoni tagħha fil-Port Ħieles, jikkonsidra li jwaqqaf l-operat tal-Freeport matul is-sigħat tal-lejl sabiex il-poplu ta' Birżebbuġa jkun jista' jorqod bil-kwiet?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Ministeru, flimkien mal-imsieħba kollha, jinsab impenjat bis-sħiħ sabiex jimminimizza u jekk huwa possibbli jelimina, kwalunkwe inkonvenjent li l-operat tal-Port Ħieles jista' jikkawża.", "Ittieħdu diversi miżuri u qegħdin fil-proċess li jiġu implimentati diversi miżuri sabiex il-ħsejjes li jistgħu jiġu kkawżati mill-operat tal-Port Ħieles jiġu mnaqqsa, liema miżuri jinkludu:", "· tnaqqas il-ħoss tas-sistemi tal-alarms mal-krejnijiet li jimxu bir-roti (RTG's) skont l-istandard EN I20 7731;", "· ġiet installata s-sistema crane slow down feature s'issa f'65% tal-quay cranes biex ma jkunx hemm tisbita finali meta l-container jitniżżel fuq it-trakk;", "· din is-sena nġiebu seba' krejnijiet RTG ġodda li għandhom sistema ta' white noise biex b'hekk jonqsu l-ħsejjes waqt li jkunu qed jgħabbu jew iħottu l-containers.", "Tmienja oħra se jiġu installati sa Marzu.", "Il-50 krejn eżistenti se jiġu retrofitted biex inaqqsu l-inkonvenjent tal-istorbju;", "· saru xogħlijiet fuq 107,000 metru kwadru ta' toroq fiż-żona tal-Freeport;", "· għaddej tibdil ta' uċuħ tat-toroq li kienu magħmula minn cobbled blocks u li issa qed jingħataw it-tarmak.", "Inbidlet ukoll art li kienet miksija bil-pjanċi tal-ħadid fejn flokhom ingħata l-konkrit;", "· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta u l-Malta Freeport Terminal dwar attività ta' refuelling ta' vapuri sabiex ma jsirx daqq ta' ħornijiet mill-vapuri;", "· Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Korporazzjoni sabiex is-South Road tingħata t-tarmak.", "Minn din it-triq jgħaddu madwar 310 vetturi kuljum.", "Il-Port Ħieles mhuwiex biss mezz li jiffaċilita t-trasport ta' prodotti iżda huwa element kruċjali fl-ekonomija Maltija.", "Huwa biżżejjed li jingħad li matul is-sena li għaddiet il-Port Ħieles Malti kien it-tielet l-aktar port attiv fil-Mediterran.", "Dan magħdud mal-fatt li l-akbar operatur fi ħdan l-istess port, Malta Freeport Terminals Limited, jikkontribwixxi għal 2.1% tal-ekonomija Maltija, u dan mingħajr ma nsemmu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fl-istess port, grazzi għal din l-attività.", "Il-Gvern se jkompli jaħdem biex jimplimenta x-short, il-medium u l-long term plan biex jitnaqqsu l-ħsejjes ġejjin mill-Port Ħieles.", "Ta' min isemmi wkoll li l-Ministeru qiegħed ifassal proġett għar-riġenerazzjoni ta' Birżebbuġa.", "BIRŻEBBUĠA – TRIQ TAL-ĠEBEL U TRIQ SAN PATRIZJU - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet li diġà bdew fuq Triq tal-Ġebel u Triq San Patrizju f'Birżebbuġa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet f'parti minn Triq San Patrizju saru minn entità li taqa' taħt Ministeru ieħor, b'rabta ma' sistemi tal-elettriku.", "Il-kumplament tat-triq mistennija titlesta wara li jsir proġett separat minn entitajiet oħra tal-Gvern u li se jinvolvi l-bdil u t-tisħiħ ta' servizzi tad-drenaġġ u tal-ilma taħt il-livell tat-triq.", "L-ewwel parti ta' Triq tal-Ġebel, li tgħaddi minn żoni qalb l-għelieqi, inbniet mill-ġdid bħala parti minn proġett ta' Infrastructure Malta b'fondi tal-Unjoni Ewropea għat-titjib fit-toroq rurali ta' Malta.", "Il-parti l-oħra ta' Triq il-Ġebel li fiha hemm bini residenzjali, se tinbena mill-ġdid dalwaqt.", "Fil-fatt din it-triq hija fil-lista tal-ewwel 120 mit-toroq li Infrastructure Malta se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun tal-Gvern, biex fis-snin li ġejjin intejbu l-kwalità tat-toroq residenzjali ta' pajjiżna.", "PROGRAMM FUQ STAZZJON TELEVIŻIV – INVESTIGAZZJONI MILL-KUMMISSARJU GĦAT-TFAL", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju għat-Tfal investigatx artiklu li xxandar fuq is-sit lovinmalta.com u sussegwentement il-programm li xxandar fuq l-istazzjon Net TV bl-isem ta' \"Akila\" fejn waqt l-istess programm żewġ tfajliet minuri, li skont l-istess artiklu għandhom 13 u 15-il sena, ġew mistoqsija jekk kenux lesti jieħdu ritratti lebsin lingerie? https://lovinmalta.com/news/news-video/watch-7-total-wtf-moments-from-this-new-maltese-modelling-tv-show", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissarju għat-Tfal ġiet ikkuntattjata minn individwu kif ukoll mill-Awtorità tax-Xandir dwar il-programm \"Akila\" li qed isir aċċenn għalih.", "Il-Kummissarju wriet it-tħassib tagħha dwar ċerti kummenti li għamel membru tal-panel fuq dan il-programm.", "Il-Kummissarju ma qablitx ukoll mal-mod kif qed isir il-programm, b'mod partikolari minħabba l-firxa wiesgħa tal-etajiet tal-parteċipanti.", "L-Uffiċċju se jkompli jsegwi dan il-programm u jkompli jiddiskuti mal-Awtorità tax-Xandir fl-aħjar interess tat-tfal.", "PROGRAMM FUQ STAZZJON TELEVIŻIV – INVESTIGAZZJONI INVESTIGAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAX-XANDIR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tax-Xandir investigatx artiklu li xxandar fuq is-sit \"lovinmalta.com\" u sussegwentement il-programm li xxandar fuq l-istazzjon Net TV bl-isem ta' \"Akila\" fejn waqt l-istess programm, żewġ tfajliet minuri, li skont l-istess artiklu għandhom 13 u 15-il sena, ġew mistoqsija jekk kenux lesti jieħdu ritratti lebsin lingerie? https://lovinmalta.com/news/news-video/watch-7-total-wtf-moments-from-this-new-maltese-modelling-tv-show", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-Awtorità tax-Xandir qiegħda tevalwa l-każ indikat mill-Onor.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - LISTA TA' KUNTATTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta' kuntatti (flimkien mal-email address tagħhom) li huma responsabbli mill-entitajiet, dipartimenti, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "BAĠIT 2019 – BENEFIĊĊJI GĦALL-ANZJANI U MIN JIEĦU ĦSIEBHOM", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji hemm indikati għall-anzjani u għal min jieħu ħsiebhom skont l-aħħar Baġit?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "DJAR TAL-ANZJANI - ILMENTI MIR-RESIDENTI U L-QRABA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti fid-Djar tal-Anzjani li ressqu xi ilmenti?", "Fuqiex kienu dawn l-ilmenti?", "F'liema djar residenzjali saru dawn l-ilmenti matul is-snin 2017 u 2018?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - SPIŻA TA' SODDA GĦAL KULL LEJL", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata n-nefqa ta' sodda għal kull lejl fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ANZJANI FI DJAR RESIDENZJALI TAL-GVERN", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat jinsabu l-anzjani li huma residenti fi Djar Residenzjali tal-Gvern?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-anzjani li huma residenti fi djar tal-anzjani tal-Gvern jinsabu fi stat tajjeb.", "KAŻIJIET IRRAPPORTATI TA' ABBUŻ FUQ ANZJANI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika kemm ġew irrapportati lill-pulizija każijiet ta' abbuż fuq l-anzjani fis-sena 2017 u 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija r-rapporti huma bbażati fuq it-tip ta' reati kriminali mwettqa, li f'dan il-każ ikopru persuni ta' età ta' 60 sena jew aktar u li huma rreġistrati bħala vittmi ta' reati fil-kategoriji kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt.", "Informat li xi rapporti jistgħu jinkludi aktar minn persuna waħda u persuna anzjana, għalkemm imniżżla bħala vittma f'rapport, ma tkunx dik li kienet fil-mira diretta tal-aggressur.", "Rapporti li jinvolvu vittma/i ta' età 60 sena jew aktar huma:"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190121_185d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 22 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 22 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 22 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 185, li saret fit-22 ta' Jannar 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RAĦAL ĠDID – FUNTANI FIL-PJAZZA", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ħames xhur mill-inawgurazzjoni tal-Pjazza f'Raħal Ġdid il-funtana ta' quddiem il-Każin Laburista għadha bla ilma u fejn suppost isiru erba' funtani quddiem il-Knisja Kristu Re għad hemm koċċ żrar?", "Skont il-programme of works tal-proġett (qed nassumi li kien hemm programm), sa meta kellhom ikunu qed jaħdmu?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li l-funtani ta' quddiem il-Każin Laburista u l-funtani ta' quddiem il-knisja ġew stallati u ż-żrar tneħħa.", "Saru wkoll xi provi tal-funtani jaħdmu, fadal xi ftit interventi tekniċi fejn jidħol l-apparat elettroniku biex il-funtani jkun jistgħu jibqgħu jaħdmu għat-tul taż-żmien.", "L-esperti tekniċi qed jaħdmu biex dawn il-funtani jibdew jaħdmu malajr kemm jista' jkun.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: S'issa fl-2019 ftit kellna seduti parlamentari u għad ma kellix iċ-ċans nistaqsi lill-Ministru dwar ir-rapport tal-Venice Commission li ħareġ waqt li konna bil-ferjat tal-Milied.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'inhuma r-reazzjonijiet tiegħu għal dan ir-rapport?", "U x'tibdil jista' jwassal mill-istess rapport?", "OWEN BONNICI: Qed nieħu gost li l-Onor.", "Camilleri għamilli din il-mistoqsija għaliex huwa avukat tal-affari tiegħu ħafna u diġà kellna l-opportunità nitkellmu dwar punti li kien hemm f'dan ir-rapport.", "Nixtieq nitfa' kollox f'kuntest u xtaqt ukoll nieħu l-opportunità biex niċċara żewġ ineżattezzi li kien hemm f'xi sezzjonijiet tal-midja.", "Ħalli nibda bl-ewwel pass, għaliex il-Gvern ħa d-deċiżjoni li jitlob parir tal-Kummissjoni ta' Venezja, u ngħid x'inhi l-Kummissjoni ta' Venezja.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja hija magħmula minn grupp ta' esperti tal-affari tagħhom ħafna, li meta jagħtu parir ikun parir b'saħħtu immens.", "Fil-fatt, il-Kummissjoni ta' Venezja hija organu tal-Kunsill tal-Ewropa, u jitolbu pariri lill-Kummissjoni ta' Venezja mhux biss l-Ewropej imma anke pajjiżi barra mill-Ewropa.", "Tant hija b'saħħitha l-Kummissjoni ta' Venezja, tant fiha nies bravi, tajbin u intelliġenti li hija sors ta' parir b'saħħtu ħafna fuq affarijiet legali.", "Meta kellna laqgħa mal-Kumitat tal-Parlament Ewropew f'Malta, li għaliha konna preżenti jiena, l-Onor.", "Chris Fearne, u jidhirli li kien hemm ukoll il-Ministru għall-Finanzi, il-Parlament Ewropew, permezz ta' select committee tiegħu, waqt li konna qed nitkellmu dwar ir-rule of law, dwar l-iżviluppi tal-liġi f'Malta, il-Ministru Sophie in 't Veld staqsietni jekk nikkonsidrax li nagħmlu referenza għall-Venice Commission biex din tieħu x-ray tal-qafas legali Malti u naraw x'rakkomandazzjonijiet toħroġ bihom il-Venice Commission għal titjib fis-sistema Maltija.", "Jien għedtilha li aħna bħala Gvern tlajna bil-wegħda li nirriformaw is-sistema legali tagħna, għamilna ħafna, u għedtilha x'għamilna.", "Kulħadd jaf x'għamilna, imma fadal xi jsir.", "Allura għedtilha li t-tweġiba għal dak li kienet qed tgħid kienet iva.", "Jien tkellimt mal-Prim Ministru li mill-ewwel qalli li jaqbel ma' din il-pożizzjoni u immedjatament jien ktibt lill-Kummissarju ta' Venezja, fejn tlabtha tagħmel analiżi tas-sistema legali Maltija u x'rakkomandazzjonijiet tħoss li għandha tagħmel.", "Issa jien naf li kien hemm organu tal-Kunsill tal-Ewropa, li fih hemm Deputat Olandiż kunjomu Omtzigt li wkoll għamel talba lill-Kummissjoni ta' Venezja biex issir analiżi tas-sistema Maltija, u effettivament it-talba tal-Gvern Malti u t-talba tal-Onor.", "Omtzigt kienu essenzjament viċin ħafna.", "Kien hemm min interpreta dan bħala li aħna ktibna għaliex kiteb l-Onor.", "Aħna konna ktibna minħabba l-fatt li għadni kif spjegajt issa, u cjoè, għax kien hemm proposta tal-Parlament Ewropew innifsu, speċifikament mill-Onor.", "Il-fatt li kemm il-Gvern Malti kif ukoll organu tal-Kunsill tal-Ewropa it-tnejn qablu li għandhom jirreferu, dik fil-fehma tiegħi hija xi ħaġa pożittiva.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja ġiet Malta, iltqajna mal-Kummissjoni ta' Venezja, huma ltaqgħu ma' min riedu, aħna ffaċilitajna l-loġistika u jien informat li l-laqgħa kienet waħda pożittiva.", "Huma żammew kelmthom u f'temp ta' ftit ġimgħat ippreparaw rapport, li hu rapport pjuttost pożittiv.", "Jien ukoll kelli opportunità li nitla' Venezja, fejn hemmhekk ipparteċipajt fil-plenarja ftit jiem qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport u tajt il-feedback tiegħi, iktar biex nikkoreġi xi ineżattezzi żgħar fattwali - mhux fil-liġi, għax fil-liġi naqlgħalhom il-kappell - u r-rapport ħareġ.", "Hawnhekk irrid nikkoreġi ineżattezza oħra.", "Jien għedt li kien hemm żewġ ineżattezzi, l-ewwel waħda din li semmejt u t-tieni ineżattezza hija li kien hemm min qal li jien bħala Ministru diġà kont ħtart il-Kummissjoni Bonello biex tagħmel ir-riformi u issa għandi l-Kummissjoni ta' Venezja li qed tgħid dak li qalet il-Kummissjoni Bonello.", "Irrid nikkoreġi din l-ineżattezza għaliex il-Kummissjoni Bonello kienet għamlet 450 proposta għal titjib legali b'mod wiesa'.", "Pereżempju, kienet ipproponiet li jekk xi ħadd jagħmel kawża u l-avukat bi żball jagħmilha quddiem il-qorti l-ħażina, ma jkunx hemm il-ħtieġa li dik il-kawża trid terġa' tinbeda mill-bidu, imma l-qorti l-ħażina tkun trid tibgħatha quddiem il-qorti t-tajba.", "Din kienet waħda mill-450 proposta li aħna addottajna u għamilna.", "Qalulna, pereżempju, biex immexxu għal speċjalizzazzjoni u aħna għamilna - waħda mill-450 proposta - il-Qorti tal-Kummerċ mill-ġdid.", "Mela r-rapport Bonello ma kienx rapport dwar tibdil kostituzzjonali, kien rapport wiesa' ħafna u kien fih ukoll proposti għal tibdil kostituzzjonali, li għamilna minnhom bħal, pereżempju, li bejn it-twiddiba u t-tneħħija permezz ta' impeachment fejn tidħol il-ġudikatura, ikun hemm it-triq tan-nofs, li wettaqnieha b'riforma li dwarha kien hemm il-qbil bejn iż-żewġ naħat, jiġifieri li jkun hemm titjib fil-kondizzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Imħallfin.", "Fil-fatt dwar dan illum weġibt mistoqsija parlamentari u tajt id-dettalji kollha.", "Dik hija proposta tal-Kummissjoni Bonello li aħna wettaqnieha.", "Allura r-rapport tal-Kummissjoni Bonello jinkludi proposti kemm ta' natura kostituzzjonali u kemm ta' natura proċedurali ordinarja, li aħna ħafna minnhom għamilniehom.", "Forsi tistaqsuni jekk għamilnihomx kollha l-450 proposta.", "Le, m'għamilniex l-450 proposti kollha, għamilna ħafna minnhom u fadal ħafna xi jsir.", "Jien kuntent li fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja u r-rapport ta' Bonello hemm punti li jikkonverġu.", "Hemm punti li ma jikkonverġux, però, hu x'inhu, jien jidhirli li r-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja huwa rapport pożittiv u diġà konna on record, kemm il-Prim Ministru u kemm jien, li b'mod ġenerali, naqblu mal-proposti li hemm.", "Jien kuntent ukoll li anke l-Oppożizzjoni qalet li taqbel b'mod ġenerali mal-proposti li hemm.", "Issa, kif jaf il-poplu kollu, bħalissa ż-żewġ naħat tal-Kamra qed niltaqgħu f'dik li jgħidulha l-Konvenzjoni Kostituzzjonali, li hija chaired mill-President ta' Malta.", "Jien m'iniex se niżvela x'qiegħed jingħad, għaliex aħna tajna kelma lil xulxin li naħdmu b'konfidenzjalità sabiex naslu għal tibdil kostituzzjonali, però naħseb li ħadd ma jista' jlumni jew jgħid li qed nagħmel ħażin jekk ngħid li s'issa t-taħditiet huma pożittivi ħafna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: L-ewwel nett, għall-korrettezza rrid ngħid li t-talba biex isir rapport tal-Kummissjoni Venezja saret mill-Kunsill tal-Ewropa u mbagħad tlett ijiem wara, kif ra hekk, il-Gvern għamel talba hu ukoll.", "Dik għall-korrettezza, kif hemm miktub fir-Rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja.", "Il-mistoqsija tiegħi dwar dan is-suġġett lill-Ministru hija b'referenza għal dak li qal fuq ġurnal ta' nhar il-Ħadd li għadda, fejn qal li ser tinbidel is-sistema ta' kif jinħatru l-membri tal-ġudikatura, u naturalment qal dan anke minħabba dak li qal ir-rapport ta' Venezja.", "U din hija ħaġa tajba.", "Allura l-mistoqsija tiegħi hija din: Jista' l-Ministru jikkonferma ma' din il-Kamra jekk hux lest jieqaf milli jagħmel ħatriet ġodda fil-ġudikatura sakemm tinbidel is-sistema sabiex jiżgura tassew l-indipendenza tal-ġudikatura kif qed titlob il-Kummissjoni ta' Venezja?", "Nirringrazzjak.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Busuttil tal-mistoqsija għax hija mistoqsija pertinenti.", "Ħalli nibda bl-ewwel punt u nerġa' nisħaq fuq il-fatti kif ġraw.", "L-Onor.", "Busuttil qed jgħid li l-ittra tiegħi ntbagħtet tlett ijiem wara l-ittra tal-Onor.", "Jien mhux qed ngħid li d-dati mhumiex dawk indikati.", "Li qed ngħid huwa li aħna bgħatna l-ittra wara laqgħa li kellna - għaliha kien hemm preżenti wkoll l-Onor.", "Chris Fearne - li saret qabel ma ntbagħtu l-ittri, kemm minni u kemm mill-Onor.", "Omtzigt, u aħna, wara dak is-suġġeriment tal-Onor.", "Sophie in 't Veld, bgħatna biex ikun hemm il-parir.", "Issa jien mhux se noqgħod nidħol fuq min bagħat l-ewwel, dan mhux logħob tat-tfal, imma bħala stat ta' fatt, il-proposta tal-Onor. in 't Veld saret meta kellna l-laqgħa tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew f'Malta, li ġiet qabel kollox, qabel dan kollu li qed ngħidu.", "Allura nassigura lil din il-Kamra bil-fatti kif ġraw, u dan jistgħu jikkonfermawh ukoll l-Onor.", "Scicluna, kif ukoll l-Onor.", "Roberta Metsola, li jidhirli li wkoll kienet f'dik il-laqgħa.", "Dawn huma fatti li faċilment wieħed jista' jasal għalihom.", "Però għall-mument ħa nwarrab dan il-punt, li huwa pjuttost sekondarju, u mmur għall-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant dwar il-proposta tal-Kummissjoni ta' Venezja fuq il-bidla fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti.", "Irrid nispjega xi pproponiet il-Kummissjoni ta' Venezja.", "Mela rrid nfakkar li qabel l-2015/16 is-sistema f'pajjiżna li ġiet utilizzata għal mijiet ta' snin, kemm minn gvernijiet Nazzjonalisti u kemm minn gvernijiet Laburisti, kienet li l-Prim Ministru u l-kabinett tal-ġurnata jaħtru bħala mħallef jew magistrat lil min iridu, basta jkollhom 12-il sena jew seba' snin rispettivament esperjenza legali u karattru tajjeb.", "Kien hemm żmien li lanqas dik ma kien hemm, kien hemm żmien fis-sistema legali tagħna li lanqas it-12-il sena u seba' snin ma kien hemm, imbagħad dik iddaħħlet wara.", "B'riforma li għamilna fl-2016, li attirat il-qbil tal-Parlament kollu - din mhix xi ħaġa li għamel il-Gvern waħdu għax ma setax jagħmilha, ried il-qbil taż-żewġ naħat - għamilna sistema li permezz tagħha ħtarna kumitat li huwa magħmul mill-Prim Imħallef, mill-President tal-Kamra tal-Avukati, mill-Avukat Ġenerali, mill-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, kollha nies awtonomi.", "Jiġifieri hemmhekk la hemm rappreżentanti tal-gvern, la hemm rappreżentanti tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista, ta' ħadd; nies indipendenti u awtonomi biss.", "Imbagħad dan il-kumitat jirċievi espressjoni ta' interess minn min irid jilħaq fil-ġudikatura, isir shortlisting, imbagħad l-Eżekuttiv ikun jista' jagħżel biss minn min għadda għal fuq ix-shortlist.", "U x-shortlist issir skont kriterji ta' eleġibbiltà u mertu.", "Ġew anke ppubblikati linji gwida ta' x'inhu mertu, għax kien hemm avukati magħrufin li huma eliġibbli biex isiru ġudikanti imma m'għaddewx għax-shortlist fuq kwestjonijiet ta' mertu.", "Aħna mbagħad nagħżlu biss minn dik ix-shortlist.", "Dwar dan il-Kummissjoni ta' Venezja qalet li kien pass pożittiv imma qalet li trid iktar, aħseb u ara kieku m'għamilniex din ir-riforma x'kienet tgħid.", "Il-proposta tal-Kummissjoni ta' Venezja hi li l-kumitat tal-għażla tal-ġudikanti jitwessa' biex ikun hemm fih membri tal-ġudikatura, kemm imħallfin u kemm magistrati, minn kull sfera u jkun fih ukoll nies pajżana, jiġifieri nies li mhumiex ġudikanti.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja pproponiet li l-politiku joħroġ 'il barra mix-xena kompletament, u għalhekk jien għaddejt dak il-kumment.", "Issa l-Kummissjoni qalet x'inhu l-prinċipju ġenerali; kif nafu mbagħad the devil lies in the detail!", "Issa xogħolna hu li noqogħdu bilqiegħda u b'mod attent, iż-żewġ naħat tal-Kamra nippreparaw abbozz ta' liġi li jirrifletti dak li qalet il-Kummissjoni ta' Venezja u jagħmel fill in the blanks, għax il-Kummissjoni tgħidlek li għandu jkun hemm taħlita ta' ġudikanti u nies mhux ġudikanti.", "Imma min?", "U min se jaħtarhom?", "Min se jagħżilhom?", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li rridu nagħmlu.", "Jien nixtieq li nagħmlu biċċa xogħol tajba għax dan li qed nagħmlu se jservina għal numru ta' ġenerazzjonijiet.", "Issa l-mistoqsija hi jekk sakemm isir dan kollu għandhomx jinħatru membri ġodda tal-ġudikatura.", "Jien nitfagħha mod ieħor.", "Jekk jien għandi ġudikanti li se jispiċċaw, u fil-fatt din is-sena hemm tliet ġudikanti li se jispiċċaw, allura sakemm isir dan ix-xogħol kollu jibqgħu l-vacancies li jekk ma timlihomx jiġi kkawżat dewmien li jbatu minnu ċ-ċittadini?", "Jien smajt ħafna kliem fuq ir-rule of law, imma għalija l-iktar prinċipju kardinali tar-rule of law, li ma tantx smajt dwaru, huwa fuq il-bżonn li l-ġustizzja ssir u ssir fil-ħin.", "Issa ma naħsibx li ma tantx smajt dwaru għax tant għamilna titjib, li din id-diffikultà spiċċat kompletament!", "Għamilna titjib u fadal xi jsir.", "Sinjura President, għalija li l-ġustizzja ssir fil-ħin hija importanti ħafna u jekk ikun hemm vakanzi u ma jimtlewx qed ngħidu li se jiġi kkreat il-backlog, ser jerġa' jkun hemm id-dewmien u ser jerġa' jkun hemm iċ-ċittadin li jbati.", "Allura t-tweġiba tiegħi għal dak li qal l-Onor.", "Interpellant hija li meta jkun hemm il-vakanzi dawn iridu jimtlew u s-serħan il-moħħ tiegħi hu li bis-sistema li għamilna fl-2016 l-Eżekuttiv diġà naqqas ħafna mill-poteri li kellu għax jista' jappunta biss mix-shortlist, li hija sistema li ħadmet, però kif diġà spjegajt, il-Kummissjoni ta' Venezja se tipproponi tibdil.", "Għalina l-ewwel prinċipju kardinali huwa li l-ġustizzja ssir u ssir fil-ħin.", "Ġustizzja li tiġi servuta tard hija inġustizzja, allura rridu nagħmlu dak kollu meħtieġ biex il-proċessi jkunu spediti, il-backlogs jonqsu u nkomplu mmexxu 'l quddiem ir-riformi fil-ġustizzja.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Grazzi ta' din l-opportunità.", "Il-mistoqsija tiegħi lill-Ministru Bonnici hija dwar il-punt tal-ispeċjalizzazzjoni tal-qrati li fil-fatt semmieha f'wieħed mill-interventi tiegħu.", "Dan huwa proċess li naf li nbeda, u hemm qrati partikolari, sezzjonijiet tal-Prim Awla, li qed jisimgħu kawżi fuq dritt marittimu, fuq id-dritt tas-soċjetajiet tal-kumpaniji, kif ukoll fuq appelli fejn jidħlu tenders u public procurement.", "Dawn huma importanti għaliex jagħtu iktar ċertezza legali u jkun hemm żvilupp ta' case law.", "Dawn huwa importanti wkoll għall-investituri li jiġu f'pajjiżna, li jkun hemm ċerta ċertezza u, kif qal tajjeb il-Ministru, ċertezza f'ċerti time-frames, għaliex kif jgħidu justice delayed is justice denied.", "Fiex wasal dan il-proġett tal-ispeċjalizzazzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Gvern hux se jmexxi 'l quddiem?", "U x'miżuri konkreti hemm biex dan il-proċess ta' speċjalizzazzjoni, li għalija huwa pożittiv, jitkompla?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Zammit Lewis tal-mistoqsija tiegħu.", "Dan huwa aspett importanti tal-kwalità fil-qasam tal-ġustizzja.", "Ir-riforma li qegħdin nagħmlu għandha tliet saqajn.", "L-ewwel binarju huwa li l-kawżi jiġu spediti iktar u li d-dewmien fil-qorti jonqos.", "It-tieni li dan isir mhux a skapitu tal-kwalità.", "It-tielet huwa li nsaħħu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura.", "U dak li semma l-Onor.", "Zammit Lewis, li huwa avukat tal-affari tiegħu immens u nieħu gost niddiskuti miegħu għax jagħtini ħafna pariri tajbin, huwa li l-kwalità hija kruċjali fejn jidħol is-settur ġudizzjarju.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel żewġ punti fil-qosor.", "L-ewwel nett, biex inti tikseb il-kwalità huwa importanti li jkun hemm żieda fl-ammont ta' ġudikanti.", "Huwa inutli li inti titlob li jkollok il-kwalità jekk ma taspirax li żżid in-numru ta' ġudikanti.", "Pereżempju, aħna għandna wegħda li nagħmlu prim'awla għall-Qorti ta' Għawdex.", "Biex tagħmel prim'awla għall-Qorti ta' Għawdex, biex ikollok sezzjoni tal-prim'awla speċjalizzata fuq Għawdex, bilfors trid tkabbar in-numru ta' ġudikanti, mhux sempliċement tissostitwixxi lil min jirtira, imma tkabbar l-ammont ta' ġudikanti.", "U min jifhem u jmur il-Qorti ta' Għawdex jaf għaliex qiegħed nitkellem hekk.", "It-tieni punt huwa li bdejna bl-ispeċjalizzazzjoni u rridu nkomplu.", "Kemm ħadt gost illum li ħabbarna t-twaqqif ta' panel fil-Qorti Amministrattiva li jispeċjalizza fuq il-gaming u fuq l-innovazzjoni diġitali.", "Immaġina ftit, fil-Qorti Amministrattiva mil-lum għandna sezzjoni, panel, li jispeċjalizza fil-gaming u fl-innovazzjoni diġitali.", "Għaliex tista' tagħmel l-isbaħ liġi biex tattira x-xogħol f'dan il-kamp, tagħmel liġi li biha tattira xogħol ġdid fil-kamp tal-innovazzjoni diġitali, imma jekk dawn il-kumpaniji jkollhom kwestjoni u jmorru l-qorti u jdumu għaxar snin biex dik il-kwestjoni tiġi solvuta, huma se jagħmlulek reklam ħażin lejn il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżna.", "Jien kuntent u kburi li għamilna żewġ speċjalizzazzjonijiet oħrajn, bħalma jien kburi li wellidna mill-ġdid is-sezzjoni l-ġdida tal-kummerċ u qisu ma ġara xejn.", "Tant daħħalnieha mingħajr skossi u mingħajr terremoti, li din is-sistema diġà ndrat u l-avukati kummerċjali li jkellmuni kollha jgħiduli prosit għall-biċċa xogħol tajba li għamilna.", "Issa din mhix xi ħaġa li ser issibha fl-aħbarijiet ta' kuljum għax hija xi ħaġa teknika, li the man in the street ma tantx jesprimi kritika dwarha.", "Però huwa importanti li jkollok sezzjoni tal-Qorti tal-Kummerċ speċjalizzata fejn tidħol insolvency u bankruptcy ta' kumpaniji, li mbagħad issib u tara li bis-saħħa tagħha pajjiżna qed ikompli jispeċjalizza.", "Zammit Lewis għandu raġun, it-triq 'il quddiem hija l-ispeċjalizzazzjoni.", "L-ispeċjalizzazzjoni tiswa l-flus, tiswa l-investiment, però jien jidhirli li l-ammont ta' investiment li titfa' biex ikollok qrati aktar speċjalizzati se jroddlok il-frott ħafna u ħafna iktar mill-ammont ta' flus li tkun investejt għaliex ikollok ekonomija aħjar, ikollok sistema ta' ġustizzja mhux biss iktar effiċjenti, imma li tifhem is-sensittivitajiet ta' dak is-settur partikolari.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 9 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw it-Tieni Skeda li tinsab mal-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva;", "Avviż Legali Nru 10 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Twaqqif ta' Elenki fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva; u", "Kopja tal-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u tal-Maġistrati datat 16 ta' Lulju 2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8238.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar attivitajiet kulturali organizzati f'Għawdex fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8285;", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tabella li turi l-ispiża fuq riċevimenti u affarijiet simili minn entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, fil-perjodu bejn l-2008 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 7428;", "f'isem il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar proġetti li saru f'Għawdex mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2018 u dawk ippjanati li jsiru fl-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8287;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' dikjarazzjonijiet li saru lill-Kontrollur tad-Dwana minn persuni li kienu deħlin jew ħerġin minn Malta, li kienu qed iġorru somma ta' valur ta' €10,000 jew aktar, fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8239;", "Tabella li turi l-għadd ta' każijiet u l-ammont ta' flus maqbuda mill-Kontrollur tad-Dwana li ma ġewx dikjarati minn persuni li kienu deħlin jew ħerġin minn Malta, fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8240;", "Tagħrif dwar sejħiet għal xiri li saru permezz tad-Dynamic Purchase System, fil-perijodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8286;", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar persuni akkużati fil-Qorti li għamlu dikjarazzjoni falza jew li ma ddikjarawx li kienu qed iġorru flus meta kienu deħlin jew ħerġin minn Malta, fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8241; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja tas-sottomissjonijiet li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-gżira ta' Għawdex, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret bejn Lulju u Settembru 2013 dwar il-Pjan Lokali għal Għawdex, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8283.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "INFORMAZZJONI LILL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sur President, b'referenza għall-ftehim li kien hemm fis-Seduta 171 tal-21 ta' Novembru 2018 dwar it-terminu ta' żmien kif elenkat fil-parti li titkellem dwar private members' motions fil-Mozzjoni ta' Proċedura Nru 46, nixtieq ninformak u ninforma lill-Kamra li l-Gvern se jutilizza s-seduta tal-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019, għal xogħol tal-Gvern, wara li ma ħax seduta tal-Ħamis fix-xahar ta' Diċembru.", "Din is-seduta tkun tibda fl-4.00 p.m.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "IL-ĦARSIEN SOĊJALI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-21 ta' Jannar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nieħu pjaċir ninnota li għal darb'oħra fil-bidu ta' din il-leġiżlatura, biex ngħid hekk, għandna tibdil f'dak li konna tkellimna dwaru fl-aħħar tal-leġiżlatura l-oħra, b'tali mod li se nsaħħu l-abbozz ta' liġi.", "Dan huwa tajjeb.", "Ilkoll nafu li d-drittijiet tat-tfal huma ferm imħarsa u huma għal qalbna lkoll fuq skala nazzjonali, kemm għaż-żewġ naħat tal-Kamra, kif ukoll saħansitra għall-Presidenza innifisha.", "Huma diversi d-diskussjonijiet li jqumu, imma hemm ħaġa li ddejjaqni immens, u ninduna, b'mod partikolari mill-esperjenza tiegħi bħala tabib, li m'għandniex qafas legali min-naħa tal-Kummissarju għat-Tfal biex jiddefendi każijiet ta' tfal abbażi individwali.", "U se nqabbel.", "Pereżempju, il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għandu l-poter li jinvestiga fuq pazjent individwali li jbati b'diżordni mentali, għalkemm ma naqbilx li mbagħad ir-rapport tiegħu jmur fil-kexxun tal-Ministru u jibqa' hem.", "Imma investigazzjoni ssir.", "U mhux talli ssir investigazzjoni, talli jkun hemm ukoll il-mod kif isir rimedju.", "Fil-każ tat-tfal, l-aktar dawk li huma vulnerabbli fost il-vulnerabbli, il-Kummissarju tat-Tfal m'għandux id-dritt li jinvestiga tifel jew tifla individwali biex jassigura li dak it-tifel jew tifla jkollhom id-drittijiet tagħhom.", "Niddejjaq immense li jkolli ngħid dan, għax tafu kemm għadda żmien mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet Tat-tfal li kienet approvat il-Ġnus Maqgħuda?", "Għaddew 30 sena u minn dan l-aspett għadna fil-Medju Evu!", "Dan għax minkejja li l-Kummissarju għat-Tfal tista' tħares lit-tfal fuq skala nazzjonali, meta niġu għan-nitty gritty, għall-qofol b'mod individwali, m'hemmx snien, m'għandniex protezzjoni.", "U se nsemmi każ partikolari fejn jidħol il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "Hawn qed nitkellem fuq tfal li huma iktar vulnerabbli, għalkemm il-qasam tat-tfal huwa diġà vulnerabbli fih innifsu.", "Se nitkellem fuq sistema burokratika li għandna.", "U kemm niftaħru bis-simplifikazzjoni, imma meta niġu għal ċerti drittijiet, is-simplifikazzjoni ma teżistix, ma twassalx!", "Mhux se nitkellem fuq każ li huwa sitwazzjoni rari, anzi jien mill-esperjenza tiegħi ta' tabib nista' ngħid li huwa wieħed li ta' spiss niltaqa' miegħu.", "Pereżempju, tifla ċkejkna ta' erba' snin tiġi mċaħħda milli tmur l-iskola tal-lokalità fejn qiegħda toqgħod man-nanna, li hija omm ommha.", "Din ġabritha minn żwieġ imfarrak, fejn il-kustodju huwa l-missier għax l-omm abbandunat lit-tifla tagħha.", "Missier din it-tifla joqgħod ġo lokalità oħra u ma jridx jew m'għandux il-ħin biex jieħu ħsieb lil din it-tifla mil-lat ta' edukazzjoni.", "Imorru għand il-kap tal-iskola ta' din il-lokalità partikolari u tiġi rifjutata għax il-lokalità fuq l-indirizz tal-missier hija differenti mil-lokalità tan-nanna.", "Inċempel anke jien l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal biex jipprova jipproteġi lit-tifla, ħaġa li għamiltha kemm-il darba għal tfal oħrajn, u jgħidulek li ma jistgħux, m'għandhomx il-jedd, m'għandhomx il-qafas legali.", "Li rridu nagħmlu forsi bi pjaċir, bil-bonsens, imma d-Dipartiment għall-Edukazzjoni jidhirlu mod ieħor … Għax sal-lum stess qal li din it-tifla ma tistax tmur f'dik l-iskola partikolari!", "Din hija r-realtà fejn aħna rridu verament, mhux inħennu, imma nagħmlu dik il-politika li verament hija tan-nies.", "It-tfal għandhom dritt li jkunu protetti, il-Gvern għandu obbligu u dmir li jara li jkunu protetti.", "It-tfal għandhom dritt juru fehmithom ma' min jixtiequ jkunu u juru l-għożża tagħhom, l-imħabba.", "It-tfal, issa fuq kollox, għandhom dritt li jkollhom aċċess għall-iskejjel pubbliċi b'xejn, li jkollhom aċċess għas-sistema tas-saħħa.", "Imma forsi tistaqsuni għalfejn għandu jkun hekk.", "L-eċċezzjonijiet għandhom jeżistu.", "Għalkemm ikun hemm il-linji gwida, għandu jkun hemm ukoll il-prassi li biha dawn l-eċċezzjonijiet wieħed jista' jieħu ħsiebhom.", "Jien naf kemm is-social workers iħabirku minn dan l-aspett, imma jsibu l-bibien magħluqa, għax ir-regola hija hekk!", "Qisna għandna surmastijiet li jimxu mal-pitazz, qishom il-ħmir, ma jiġġudikawx b'moħħhom u jaraw li dik it-tifla, dak it-tifel, qegħdin jiċċaħħdu mill-edukazzjoni tagħhom.", "Kull dritt ta' talba titlob azzjoni, u dan huwa nuqqas għaliex il-Kummissarju għat-Tfal m'għandux il-mezzi biex jaħdem.", "Dik it-tifla hija ċittadina Maltija daqs kull tifel u tifla tal-età tagħha li jmorru l-iskola, u għandha dritt tmur l-iskola.", "Staqsejtha jekk tixtieqx tmur l-iskola u qaltli li tixtieq ħafna għax tixtieq tmur tilgħab mat-tfal u tixtieq tmur l-iskola għand l-għalliema.", "U din hija mċaħħda milli tmur minħabba li l-lokalità mhijiex il-waħda ġusta.", "Dan m'għandux ikun.", "Is-sistema burokratika għandha ssolvi każijiet bħal dawn f'ħakka t'għajn, mhux anke l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jeħel!", "L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jeħel!", "X'irridu aktar?", "Lil min irridu nkellmu?", "Immur jien inkellem lill-Ministru għas-Saħħa?", "Immur jien inkellem lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali biex forsi ma neħlux?", "Le, il-Kummissarju għat-Tfal għandu jkollu l-istess jeddijiet bħalma għandu, pereżempju, il-Kummissarju li jħares lill-persuni b'diżordni mentali.", "Għandu bżonn ikollu l-għodda.", "Malta kienet waħda mill-160 pajjiż li rratifikaw il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal 30 sena ilu, imma sal-lum għadna f'dan il-limbu!", "Safejn naf jien, l-Istati Uniti kien l-uniku pajjiż li naqas li jirratifikah.", "Il-Gvern, bħalma diġà għedt, għandu l-jedd u d-dmir li jħares id-dinjità u l-benesseri ta' kull tifel u tifla, la hemm l-edukazzjoni b'xejn, la hemm is-saħħa b'xejn.", "Huwa tajjeb li jkollna liġijiet bħal dawn, huwa tajjeb li nirristrutturaw biex inħarsu l-aspett ħolistiku tat-tfal, imma hemm bżonn li l-Kummissarju għat-Tfal ikollu l-mezzi u l-miżuri legali biex ikun parti, anzi sieħeb, mill-politika nazzjonali dwar id-drittijiet tat-tfal, li qiegħed joffri tant tajjeb il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Għalhekk l-appell tiegħi lill-Ministru, li naf li għandu l-qasam tat-tfal għal qalbu u qed jirsisti minn dan l-aspett, huwa wieħed, li din il-liġi tagħti l-poter li l-Kummissarju għat-Tfal iħares id-drittijiet tat-tfal anke b'mod individwali.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, għandna quddiemna Abbozz ta' Liġi li l-għanijiet u r-raġunijiet tiegħu huma sabiex tiġi stabbilita l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali bħala l-awtorità ġenerali ġdida dwar addozzjoni u ħarsien tat-tfal u żgħażagħ.", "Fuq kollox, aħna, bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li qed naqblu ma' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Minn dan l-Abbozz ta' Liġi jirriżulta li f'kull tema elenkata l-inklużjoni soċjali hija fattur komuni, aspett li ma tistax ma taqbilx miegħu.", "Għalhekk ma nistgħux ma naqblux mal-Abbozz ta' Liġi kif ippreżentat.", "Ħafna esperti fil-qasam soċjali jiddeskrivu l-inklużjoni soċjali bħala proċess fejn isir sforz sabiex kull persuna, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tagħha, tagħraf il-potenzjal li tilħaq il-milja ta' ħajjitha.", "Jingħad ukoll li sabiex jintlaħaq dan l-għan, ix-xogħol u d-dħul finanzjarju huma neċessarji, iżda mhux biżżejjed.", "Soċjetà inklużiva hija kkaratterizzata minn element qawwi kontra l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni, jiġifieri li jkun hemm bilanċ bejn id-drittijiet u r-responsabbiltajiet, empowerment u koeżjoni soċjali.", "U proprju dan is-suġġett dwar is-soċjetà inklużiva jwassalni biex nittratta l-problema tal-faqar f'pajjiżna.", "M'hemmx dubju li din il-problema hija waħda komplessa u anke hija forma ta' diskriminazzjoni.", "M'hemmx dubju li din il-problema qed tinħass minn numru ta' familji Maltin.", "F'Malta m'għandniex faqar assolut, fejn persuni qed imutu bil-ġuħ jew m'għandhomx flus, iżda b'mod xjentifiku nafu li persuni qed jgħixu f'faqar relattiv.", "Is-Soċjologu u Professur fil-Politika Soċjali Peter Townsend jiddeskrivi b'mod sempliċi l-faqar relattiv bħala persuni, familji u gruppi li m'għandhomx ir-riżorsi sabiex jieklu, jipparteċipaw f'attivitajiet u jgħixu f'livell ta' għejxien li ħaddieħor fis-soċjetà jagħmlu b'mod normali.", "Esperti oħrajn jiddeskrivu l-faqar relattiv bħala meta familja ma tlaħħaqx mal-ħajja u tinħoloq ċirkostanza li tissejjaħ degradazzjoni ekonomika.", "F'Malta jeżistu eluf ta' persuni - jingħad li hemm madwar 70,000 - li l-mezzi ekonomiċi tagħhom mhux qegħdin iservuhom sabiex ilaħħqu mal-ħajja ta' kuljum, biex jixtru ikel jew ħwejjeġ u jkollhom ħajja soċjali normali ta' kuljum u attiva.", "Il-kejl ta' kif jiġi kkwantifikat il-faqar f'Malta huwa l-istess bħal dak tal-Eurostat, fejn ix-xjentisti soċjali jidentifikaw il-medja tad-disposable income li għandhom il-familji.", "Id-disposable income jindika l-flus li qed jibqa' għand il-familja sabiex jixtru u jfaddlu wara li tinqata' t-taxxa.", "Anzi, ix-xjentisti jmorru pass oltre u jżidu l-medja għal 60%.", "Fi kliem sempliċi, meta familja jibqgħalha anqas minn 60% tal-medja, il-familja tkun qed titħabat biex tlaħħaq mal-ħajja.", "F'pajjiżna għandna bżonn ta' aktar għarfien fuq liema tbatijiet qed jgħaddu minnhom il-familji li jgħixu fil-faqar relattiv u l-fatturi ewlenin li jwasslu għal dawn iċ-ċirkostanzi.", "Huwa importanti ħafna li meta nitkellmu dwar il-faqar, it-tfal għandhom ikunu prijorità.", "Il-politika soċjali tal-istat trid tgħin aktar lil dawn il-familji, b'attenzjoni partikolari lejn il-ħteġijiet tat-tfal, għaliex huwa evidenti li l-faqar jintiret.", "Jingħad li madwar 20% tat-tfal Maltin qed jgħixu l-faqar relattiv bla ħtija.", "Studji juru biċ-ċar li t-tfal li jitilgħu f'dan il-faqar imorru ħażin fl-iskola, ikollhom kwalità ta' saħħa mhix tajba u ma jipperteċipawx fil-ħajja soċjali.", "Kif nafu, f'dawn l-aħħar snin, kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni xprunaw il-pajjiż sabiex idur lejn ekonomija tal-għerf u l-manifattura tal-valur miżjud, fejn ir-riżorsa umana hija l-iktar ħaġa indispensabbli.", "Dan ifisser li ma nistgħux nippermettu li dan in-numru pjuttost kbir ta' tfal f'Malta jibqgħu mingħajr il-ħiliet bażiċi sabiex isibu xogħol produttiv għax b'hekk jibqgħu esklużi mis-soċjetà tagħna jew jinqabdu fil-poverty trap.", "Tfal li ġejjin minn sfond familjari ta' faqar u diżimpjieg sistematiku jkunu iktar vulnerabbli u inqas suxxettibbli biex isibu x-xogħol.", "Ma nistgħux ninjoraw il-fatt li l-faqar hu diskriminazzjoni, speċjalment meta dan ikun esperjenzat bla ħtija mit-tfal.", "Fuq kollox, ma rridux ninsew li anke t-tfal foqra huma bravi u għandhom moħħ biex jaħsbu.", "Minn studji li saru barra minn Malta nstab li dawn it-tfal għandhom potenzjal daqs ħaddieħor u b'daqsxejn attenzjoni jistgħu joħorġu mill-faqar interġenerazzjonali.", "Il-faqar relattiv jintiret u allura rridu ngħinu lil dawn it-tfal b'kull mod possibbli sabiex joħorġu minn din il-kultura.", "Għalhekk hemm bżonn li jsir dak kollu possibbli sabiex kull persuna li qed tesperjenza l-faqar, bl-għajnuna u s-sapport tal-istat u tas-soċjetà, tagħraf issir aktar reżiljenti u ttejjeb l-għejxien tagħha.", "Sur President, bla dubju, żwieġ b'saħħtu jnaqqas aktar iċ-ċans ta' faqar relattiv.", "Il-familja hija l-ewwel komunità ta' persuni li b'imħabba, rispett u solidarjetà jaqsmu kollox bejniethom, minn ikel sa ħwejjeġ u akkomodazzjoni.", "Il-familja hija komunità ta' persuni li jipprovdu l-kura fit-tul u kura informali, it-trobbija u l-protezzjoni tat-tfal, jagħmlu xogħol domestiku u jqattgħu ħin ta' divertiment u mistrieħ flimkien.", "Teżisti t-tendenza li l-kwalità ta' kif il-ġenituri f'faqar relattiv irabbu t-tfal tagħhom tkun waħda fqira.", "Jirriżulta wkoll li f'dawn il-familji jkun hemm aktar ġlied familjari minħabba n-nuqqas ta' żvog u attivitajiet soċjali.", "Ma nistgħux ninjoraw il-fatt li t-tisħiħ tal-familja jnaqqas l-faqar.", "It-tisħiħ tal-familja hu intrinsikament marbut mat-tisħiħ tas-soċjetà, u għaldaqstant ħidma maħsuba biex tnaqqas il-faqar fil-pajjiż.", "Illum f'pajjiżna qed naraw żieda fil-problemi soċjali kaġun tal-falliment ta' familji.", "Din hija xi ħaġa reali, bħalma huma reali wkoll l-effetti ħżiena ta' dawn il-fallimenti fuq it-tfal bla ħtija.", "Ħafna esperti jirrikonoxxu l-familja bħala kapital soċjali u istituzzjoni li ma tistax tiġi privatizzata għaliex il-familja hija ta' sostenn għall-ġid komuni.", "Is-soċjetà tħallas prezz qares kull darba li familja titkisser.", "Perżempju, jirriżulta bl-aktar mod ċar li l-ebda terapija ma tista' ġġib lura l-impatt tas-separazzjoni fuq it-tfal.", "L-effetti ħżiena fuq it-tfal bla ħtija jinkludu ċans ta' aktar mard u aktar faqar, tfal li ma jirnexxux fl-iskola, kriminalità u aktar vizzji.", "L-istat jispiċċa jħallas għal din l-instabbiltà fis-soċjetà.", "Dawn iċ-ċirkostanzi għandhom iwassluna biex serjament nesploraw modi ġodda ta' politika nazzjonali favur it-tisħiħ tal-familja.", "Dan biss jista' jwassal biex ikollna effett pożittiv fuq is-soċjetà b'mod ġenerali.", "Sur President, dawn mhumiex l-uniċi problemi li t-tfal qed jesperjenzaw, u dan mingħajr ma jkollhom l-ebda ħtija.", "Ilna għal dawn l-aħħar snin naraw studji u riċerki li juru kif it-tfal, familji b'ġenitur wieħed, b'mod speċjali familji mingħajr il-preżenza tal-missier, qed jirriżulta li jista' jkollhom riskju ogħla ta' problemi fis-saħħa emozzjonali u psikoloġika, imorru ħażin fl-iskola, jistgħu jbatu l-faqar relattiv, ikollhom imġiba diffiċli u problemi ta' natura soċjali u esklużjoni soċjali.", "Iż-żieda ta' familji mingħajr missier qed tkun attribwita għal ħafna fatturi ewlenin, fosthom is-separazzjoni, id-divorzju, tfal barra miż-żwieġ, koppji li ma jiżżewġux jew li jiddeċiedu li jikkoabitaw.", "Madankollu, hi x'inhi r-relazzjoni bejn l-omm u l-missier, ir-rwol tal-missier huwa uniku u kull inizjattiva għandha tkun maħsuba biex tippreserva r-rwol tal-missier u tippromwovi l-preżenza u l-ħajja attiva tiegħu mal-ulied u l-familja.", "B'hekk biss it-tfal ikollhom trobbija ideali u tiġi mnaqqsa t-tbatija ta' meta l-missier ma jkunx preżenti f'ħajjet it-tfal.", "Hemm problema oħra fejn f'każijiet ta' separazzjoni t-tfal jispiċċaw vittmi ta' tbatija.", "Jeżistu sitwazzjonijiet fil-ħajja miżżewġa fejn koppji, minħabba raġunijiet diversi, ma jibqgħux flimkien u jiddeċiedu li jisseparaw.", "F'ċirkostanzi bħal dawn qed ikollna każijiet fejn sfortuntament l-omm tagħmel ħafna xkiel sabiex ir-raġel ma jarax it-tfal.", "Niltaqgħu ma' sitwazzjonijiet fejn tinfetaħ kawża l-qorti u jingħad li kien hemm abbuż sesswali, u mbagħad jirriżulta li ma kien hemm xejn minn dan kollu.", "Jiġifieri tant tidħol pika fin-nofs, li meta nitkellmu fuq separazzjoni ċivili, wieħed irid joqgħod attent, għax mhux in-nies kollha jkunu daqshekk ċivili.", "Ħafna nies ċivili joqogħdu madwar mejda u jagħmlu separazzjoni bonarja, imma mbagħad hawn nies oħrajn li r-rabja tant tegħlibhom li ma jimpurtahomx fuq kemm se jagħmlu ħsara lit-tfal u ma jikkonsidrawx l-impatt ta' dan kollu.", "Naturalment l-impatt ma jkunx wieħed immedjat, imma huwa xi ħaġa dejjiema fil-ħajja tat-tfal, impatt li bl-ebda terapija ma tista' treġġgħu lura.", "Fil-fatt diġà bdejna naraw tfal li llum kibru u għandhom dawn id-diffikultajiet psikoloġi.", "Fis-separazzjoni r-responsabbiltà tal-Qorti m'għandhiex tispiċċa hekk kif koppja tissepara.", "Dawn il-każi għandhom jiġu segwiti biex jaraw x'qiegħed jiġri fir-realtà f'dawn il-familji li jkunu qed jisseparaw, jiġifieri kemm ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri lejn it-tfal kif ukoll ir-responsabbiltajiet tat-tfal lejn il-ġenituri.", "Dan mhux għax koppja sseparat u spiċċaw il-proċeduri, jingħalaq il-kapitlu!", "Fil-fatt wara li ħafna separazzjonijiet jiġu finalizzati, jibqgħu jinqalgħu problemi li konsegwenza tagħhom il-koppja terġa' tispiċċa l-qorti.", "U hawn iqumu ħafna mistoqsijiet.", "X'qed jiġri minn dawn it-tfal?", "X'qed jiġri minn dawn il-ġenituri?", "L-omm tista' tgħid li l-missier mhux qed jagħti kashom u tagħmel rikors il-qorti.", "Imma hemm verità f'din jew le?", "Dawn huma l-problemi li qed jinqalgħu, li mbagħad it-tfal jintefgħu għal riħhom u ma jkollhomx vuċi, bil-konsegwenza li xi wħud imbagħad jaslu biex jagħmlu atti kriminali għar-raġuni li dawn mhumiex qegħdin jiġu segwiti.", "L-omm tmur għaliha u l-missier imur għalih għax iridu d-drittijiet tagħhom u t-tfal ma jagħti kashom ħadd.", "Qed niltaqgħu ma' realtajiet oħrajn.", "Hemm koppji fejn l-omm u l-missier qed jiġġieldu għax iridu t-tfal, u hemm koppji li qed jiġġieldu għax ma jridux it-tfal!", "Din hija problema meta la l-omm u lanqas il-missier ma jkunu jridu t-tfal għax jarawhom bħala xkiel.", "Sfortunatament, din it-tendenza qed narawha tikber anke fost in-nisa, meta qabel din kienet persistenti fost l-irġiel.", "Ċirkostanzi bħal dawn huma trawma kbira għal dawn it-tfal li jħossu li ma jridhom ħadd.", "Għalhekk huwa fatt li meta koppji jkunu għaddejjin minn separazzjoni legali, it-tfal tagħhom jistgħu jbatu ħafna.", "Minħabba l-egoiżmu tal-kbar fil-qorti, it-tfal jispiċċaw ibatu ħafna.", "Għalhekk għandu jsir kull sforz ħalli koppji fi kriżi ta' separazzjoni jingħataw is-sapport kollu neċessarju ħalli jifhmu x'inhuma l-konsegwenzi tas-separazzjoni fuq it-tfal bla ħtija.", "Jeħtieġ li qabel ma jibdew proċeduri legali, jingħataw terapija kemm bħala koppji kif ukoll bħala familja bil-ħsieb li din twassal għal medjazzjoni u mġiba responsabbli mill-ġenituri tul is-separazzjoni u wara.", "Il-ġenituri li jkunu għaddejjin minn din ir-realtà għandhom jingħataw kull informazzjoni u taħriġ, fosthom dwar l-importanza tal-ħin mat-tfal.", "L-aċċess għat-tfal għandu jkun eżerċitat mil-ġenituri b'mod ugwali.", "Iridu jitwarrbu ir-rabja, l-għira u l-egoiżmu u jinżamm l-interess tat-tfal bħala prijorità ewlenija.", "Sur President, se nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li f'pajjiżna kienet ilha tinħass il-ħtieġa ta' liġi li titkellem dwar l-interessi u d-drittijiet tat-tfal.", "Kellna liġi li kulma kienet tgħid kien li l-interessi tat-tfal għandhom jipprevalu, però ma kenitx tidħol fid-dettall ta' kif id-drittijiet tat-tfal f'diversi ċirkostanzi għandhom jiġu mħarsa.", "Wieħed jawgura li dan l-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu jwitti t-triq biex finalment f'pajjiżna jkollna liġi li tirregola d-drittijiet u l-interessi tat-tfal fiċ-ċirkostanzi kollha minn qabel it-twelid tagħhom sakemm ikollhom 18-il sena.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, smajt id-dibattitu kollu u se nagħmel referenza għal xi affarijiet li ssemmew mill-Onor.", "Fost l-affarijiet li ssemmew nibda billi nsemmi l-foster carers.", "Kien hawn min irrimarka li foster carer ma jagħmilx caring għall-flus, imma jagħmilha b'dedikazzjoni u, jien ngħid, anke b'imħabba.", "Ma nistax naqbel aktar minn hekk u nixtieq infakkar li dan il-Gvern fil-Baġit, mhux li għadda, imma ta' qablu, ta żieda fil-foster care allowance mhux ta' 5%, mhux ta' 10%, imma ta' 40%.", "Il-foster care allowance kienet €70 fil-ġimgħa u issa telgħet għal €100.", "Qed nitkellmu fuq żieda ta' 40%.", "Nieħu pjaċir nirrimarka wkoll li llum - mhux qed ngħid li qabel ma kenitx - hemm relazzjoni tajba ħafna mal-Għaqda tal-Foster Carers u din se tkun it-tieni sena li ġejt mistieden biex immur il-laqgħa annwali tagħhom, xi ħaġa li nieħu pjaċir nagħmilha.", "L-Onor.", "Claudio Grech semma wkoll it-tfal tal-immigranti, jew dawk li nsejħulhom unaccompanied minors.", "Ma rridx nantiċipa dak li se jsir aktar tard din il-ġimgħa, imma nixtieq inserraħ l-imħuħ li - l-Onor.", "Farrugia semma l-vulnerabbli fost il-vulnerabbli - l-liġi l-ġdida li qed nipproponu għad-diskussjoni l-ġimgħa d-dieħla jekk Alla jrid, f'ċerti istanzi tkopri proprju dawn il-każi tal-vulnerabbli fost il-vulnerabbli.", "Se jkun hemm okkażjoni fejn f'każi bħal dawn il-minuri, minħabba l-protezzjoni kollha l-oħra li tagħtih il-liġi, ikollu dritt ukoll għal dak li qed jissejjaħ a special guardian, li jkun qiegħed hemm, apparti l-istruttura kollha tal-liġi li żgur tipproteġih, biex inkopru lill-vulnerabbli fost il-vunerabbli.", "Il-liġi se tipprovdi għal dawn in-nies li għandhom bżonn l-għajnuna.", "L-Onor.", "Claudio Grech semma wkoll il-problema li għandna - ejjew ma naħbux affarijiet - f'dak li għandu x'jaqsam mal-abbuż mid-droga.", "Hija xi ħaġa reali, xi ħaġa li teżisti fost l-adulti, imma ejjew ma naħarbux mill-verità u nammettu li għandna wkoll każi fejn sfortunatament minuri, jiġifieri dawk ta' inqas minn 18-il sena, ikunu ilhom tliet snin jew erba' snin jieħdu droga.", "Dawn ikunu litteralment addicted u għalhekk ikun hemm ħafna konsegwenzi.", "Hawnhekk għal dak li qal l-Onor.", "Claudio Grech u anke fi spirtu usa' rrid nirrimarka li dan il-Gvern, bi ftehim mal-Caritas, u nieħu pjaċir ngħid li bi ftehim ukoll ma' għaqdiet oħrajn volontarji - dan huwa settur li għandna naħdmu fih flimkien - fil-fatt se jinbena ċentru apposta għar-riabilitazzjoni mid-droga għall-minuri.", "Dan huwa ċentru li x-xogħol fuqu diġà beda, miexi b'ritmu tajjeb u wieħed jawgura li nlestuh kemm jista' jkun malajr.", "Naħseb li aktar milli wieħed jitkellem fuq problemi, għandna nitkellmu wkoll fuq is-soluzzjonijiet.", "Nieħu pjaċir nirrimarka wkoll li anke fil-vot finanzjarju li ngħata lill-Ministeru tiegħi hemm ammont speċifiku għal dan il-għan.", "Nirringrazzja lill-Ministeru għall-Finanzi u lil kull min kien involut mhux biss talli tawna l-flus, imma li dawn il-flus qegħdin speċifikament dedikati għal dak il-proġett.", "Dan huwa proġett bħal ta' San Blas, is-Sedqa u l-OASI, li kienu u għadhom ta' suċċess.", "Li wieħed jipprevjeni huwa dejjem aħjar, imma għall-inqas jekk il-bniedem qiegħed fi problema għandna nkunu aħna li ngħinuh.", "Ilbieraħ kemm l-Onor.", "Robert Cutajar esprimew is-suspett tagħhom li l-abort, b'xi mod jew ieħor, qiegħed fuq l-aġenda ta' dan il-Gvern, qiegħed fuq l-aġenda tal-Partit Laburista.", "Nixtieq nassigura kemm lill-Onor.", "Robert Cutajar, kif ukoll lill-Onor.", "Claudio Grech li l-abort mhuwiex fuq l-aġenda ta' dan il-Gvern.", "Nagħmilha ċara u nirrepetiha li l-abort mhuwiex fuq l-aġenda ta' dan il-Gvern.", "Hija xi ħaġa li wieħed jifhem li jitkellem fuqha, imma huwa sabiħ li wieħed iserraħ l-imħuħ ukoll.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Robert Cutajar semma wkoll il-public social partnerships li jsiru ma' għaqdiet volontarji, fosthom Caritas, għaqdiet tal-Knisja u NGOs fejn naħdmu flimkien fil-qasam soċjali.", "Għalhekk jissejħu public social partnerships.", "Nieħu pjaċir nirrimarka li din is-sena dan il-vot ingħata żieda ta' €2.5 miljun, li hija żieda sostanzjali ta' 25% fuq l-€10 miljun li kien hemm ivvotati qabel.", "Dan huwa ftehim li ovvjament ivarja skont l-iskopijiet li teżisti għalihom dik l-NGO, dik l-għaqda tal-Knisja u anke dik l-għaqda privata.", "Nieħu pjaċir nirrimarka li, pereżempju, din is-sena, għall-ewwel darba, jien u l-kollega u ħabib tiegħi l-Onor.", "Anthony Agius Decelis qed naħdmu flimkien mal-privat u qed noffru s-servizz tar-respite li qed jipprovdi l-privat.", "Sur President, tqajjem punt ieħor dwar kif jitkejjel il-ġid.", "B'xi mod irridu nagħmlu statistika jew kejl.", "Li nista' ngħid huwa - u din irrimarka dwarha l-Onor.", "Frederick Azzopardi - li l-kejl li nużaw f'pajjiżna huwa l-istess kejl li jintuża ħafna internazzjonalment u jintuża wkoll fl-Unjoni Ewropea.", "Hija xi ħaġa inevitabbli li inti jkollok xi forma ta' kejl, bħalma fil-każ tat-tul naraw bniedem kemm fih metri.", "Dan huwa kejl li rridu nagħmluh.", "Bi pjaċir irrid ngħid li qed jirnexxielna nolqtu n-nies, u dawn huma żewġ dikjarazzjonijiet li nieħu pjaċir nagħmilhom, għax fl-aħħar mill-aħħar qegħdin fil-politika biex nagħmlu xi ħaġa ta' ġid lill-pajjiż, lis-soċjetà tagħna li nagħmlu parti minnha.", "F'dawk li huma at risk of poverty or social exclusion (AROPE) jiġifieri persuni li huma f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali, minn 99,000 fl-2013, rajna tnaqqis għal 82,000 skont l-aħħar statistika.", "Inkwantu għan-nies li qegħdin fil-measurement, fl-istastitika jew fil-klassifika – għidlu li trid – bħalma huma dawk il-persuni li għandhom severe material deprivation, jiġifieri għandhom deprivazzjoni materjali li hija meqjusa bħala waħda serja u mhux waħda leġġera – din tiġi stabbilita minn disa' affarijiet u jekk persuna ma tkunx kapaċi tilħaq erba' minnhom, fosthom pereżempju, safra mal-familja, titqies bħala severe material deprivation - hawnhekk is-suċċess fil-qasam soċjali ta' dan il-Gvern bqajna għaddejjin bih.", "Din ma ngħidhiex bi ftaħir għax dan m'għamiltux jien, imma għamlu l-Ministru Michael Farrugia li kien qabli, kif ukoll l-Eċċellenza Tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca.", "F'din il-kategorija nieħu pjaċir nirrimarka li rnexxielna nniżżlu n-numru minn 39,000 għal 14,000.", "Jekk xi ħadd jistaqsini jekk iniex kuntent b'14,000, jiena ngħid li m'iniex u rridu naħdmu iktar biex innaqqsuh, imma ta' min jgħid li hawnhekk rajna titjib sostanzjali.", "Anke fejn jidħlu t-tfal – xi ħaġa li semma wkoll l-Onor.", "Frederick Azzopardi – dik il-faxxa qed jirnexxilna nilħquha.", "Fejn qabel konna qegħdin nitkellmu dwar 4,000 tifel f'dik il-kategorija, illum qegħdin nitkellmu dwar 2,000, jiġifieri tnaqqis bin-nofs.", "Din hija xi ħaġa li rridu nibqgħu ninsistu dwarha, ħadd mhu qed jgħid li lħaqna l-utopja tal-ġenna, imma għall-inqas mexjin b'pass tajjeb.", "L-Onor.", "Robert Cutajar semma abbozz ta' liġi li jitkellem dwar l-intrapriża soċjali u anke appella lil din in-naħa tal-Kamra biex naraw jekk nistgħux nagħtuh il-ħajja u naraw jekk nistgħux inbiddlu.", "Nixtieq niddikjara pubblikament li m'għandi ebda diffikultà li niltaqa' mal-Onor.", "Robert Cutajar, jew kwalunkwe persuna oħra.", "Mhux dejjem jirnexxilek tiltaqa' ma' kulħadd għax 24 siegħa fiha l-ġurnata, inkluż għalija, imma żgur li jekk hemm xi ħaġa li nistgħu ntejbu fil-qasam soċjali permezz ta' diskussjonijiet, dan il-Minsteru huwa dispost li jagħmilha.", "Punt li ssemma mill-Onor.", "Robert Cutajar kif ukoll mill-Onor.", "Claudio Grech kien dwar żewġ inkjesti partikolari.", "Cutajar qed narah jitbissem ftit, forsi kien qed jaħseb li se naqbiżha u mhux se nsemmiha!", "Ħadt nota tal-punti li semma kulħadd.", "Nerġa' ngħid dak li għedt, l-inkjesti huma disponibbli u jekk xi ħadd min-naħa tal-Oppożizzjoni jixtieq jara l-inkjesta sħiħa m'għandniex problema.", "Waħda minnhom, safejn naf jien, ġiet ukoll ippreżentata.", "M'għandix l-iċken problema dwar dan.", "Biss, ovvjament, irrid ngħid li kien bi qbil bejn iż-żewġ naħat li ċerti affarijiet ma nagħmluhomx pubbliċi, għax f'pajjiż bħal tagħna ma jkunx daqshekk diffiċli, partikolarment f'każ minnhom, li wieħed jidentifika min seta' kien involut.", "Nerġa' ngħid li m'għandi problema jekk xi ħadd ikun jixtieq jara l-verżjoni sħiħa.", "Dik il-fakultà kienet u għadha miftuħa u tibqa' hemmhekk.", "Nixtieq ngħaddi wkoll għal xi punti oħrajn li qajjem l-Onor.", "Robert Cutajar dwar foster carers li aċċennajt għalihom.", "Tkellem ukoll fuq in-nuqqas ta' social workers, li hija realtà, mhux f'pajjiżna biss, imma sfortunatament mal-Ewropa u tista' tgħid mad-dinja kollha.", "L-ammont ta' studenti li qegħdin imorru għall-karriera ta' social workers mhuwiex biżżejjed biex inlaħħqu mas-servizzi li pajjiżna jrid jipprovdi.", "Huwa inutli ngħidu li m'għandniex.", "Nista' ngħid li ltqajt magħhom, għandna djalogu tajjeb u qed ngħinu lil xulxin, imma din hija r-realtà.", "Issemmew ukoll il-kondizzjonijiet.", "Mingħajr ma nidħol f'dettalji nixtieq ngħid, u ngħidha bi pjaċir, li mhux biss qegħdin inħarsu lejn it-titjib tal-kondizzjonijiet, imma kellna wkoll titjib.", "Nirreferi għall-aħħar ftehim li kien hemm bejn l-Aġenzija Appoġġ u l-UĦM, fejn kien hemm titjib sostanzjali fil-kondizzjonijiet.", "Ilkoll kemm aħna rridu nipprovaw inħajru iktar nies jidħlu għal din il-vokazzjoni.", "L-Onor.", "Robert Cutajar semma wkoll l-istandards fejn jidħlu l-anzjani.", "Mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena – u kien preċiżament il-punt li għamel l-Onor.", "Robert Cutajar – l-istandards kollha fejn jidħlu servizzi soċjali ġew taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità.", "Jiġifieri, fejn qabel l-istandards tad-djar tal-anzjani kienu taħt ir-responsabbiltà tas-Saħħa u oħrajn kienu taħt id-DSWS, mill-1 ta' Jannar l-Awtorità l-ġdida assumiet ir-responsabbiltà tas-servizzi soċjali kollha.", "Kumment f'waqtu tal-Onor.", "Cutajar kien: Imma issa x'se nagħmlu?", "Se nagħmlu standards għal kulħadd minbarra dak li jipprovdi l-Gvern?", "Le, nassigurah li mhux hekk; fejn jidħlu d-djar tal-anzjani se nagħmlu standards għal kulħadd.", "Hawnhekk nixtieq ukoll ninforma lill-Kamra li mhux talli mhux se naħarbu milli nagħmlu standards għal dawk li huma istituzzjonijiet tal-Gvern, anzi se nibdew, jekk Alla jrid, nitkellmu mar-Residenza San Vinċenz de Paul, li huwa l-ikbar istituzzjni f'dan il-qasam f'pajjiżna – prattikament qed nitkellmu dwar raħal żgħir – u nibdew verament.", "Charity begins at home, mhux nipprietkaw x'se nagħmlu lil ħaddieħor u aħna nibqgħu nħarsu ċassi!", "Naħseb li hekk koprejt ħafna, jekk mhux il-punti kollha li għamlu l-Onor.", "Dwar dak li qal l-Onor.", "Godfrey Farrugia li semma, fost l-oħrajn, il-punt li għandna naħsbu fil-vulnerabbli fost il-vulnerabbli, irrid ngħid li naqbel miegħu mija fil-mija, u dik hija xi ħaġa li dwarha qed inħarsu 'l quddiem, anke permezz tal-liġi l-ġdida li se nippubblikaw fil-jiem li ġejjin.", "Dwar il-liġi l-ġdida nixtieq ngħid xi ħaġa fil-qosor ħafna.", "Il-kelliema kollha aċċennaw għaliha.", "Forsi jkun hemm min jistaqsi liema verżjoni.", "Jekk m'iniex sejjer żball, din staqsieha l-Onor.", "Robert Cutajar, li qal li kellna xi verżjoni, imbagħad verżjoni u verżjoni!", "Din ma kenitx kwestjoni li l-liġi li għaddiet kien fiha xi affarijiet li ġew maqbużin, jew xi affarijiet negattivi, imma li ġara kien li kien hemm żviluppi b'diversi kawżi li laħqu nqatgħu fil-perjodu li fih għaddiet dik il-liġi.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem lill-kollegi tiegħi l-Ministru Michael Farrugia u l-Eċċellenza Tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca li ħadmu bis-sħiħ biex stajna naslu għal din il-liġi.", "Il-liġi għamilnieha bi ftehim ma' kulħadd.", "Irrid nagħmilha ċara li l-liġi mhijiex se tikkuntenta lil kulħadd u jien l-ewwel wieħed m'iniex Father Christmas u ma nistax nikkuntenta lil kulħadd.", "Qatt ma tista' tikkuntenta lil kulħadd.", "Il-liġi li se nipproponu hija liġi li għaddiet minn proċess ta' konsultazzjoni pubblika darbtejn; anke wara li għamilna l-Ewwel Qari u wkoll għamilna konsultazzjoni mal-istakeholders.", "Hemm ħafna punti f'din l-istess liġi li għamilniehom b'konsultazzjoni.", "Ma niddejjaq xejn ngħid li din mhijiex xi ħaġa cast in stone; se niddiskutuha f'din il-Kamra u żgur li bħala Gvern m'aħna se nsibu l-ebda diffikultà li fejn nistgħu ntejbu, intejbu.", "Se nagħmluha flimkien b'diskussjoni, imma dispost għall-aħħar li fejn ikun hemm suġġerimenti li permezz tagħhom nistgħu ntejbu l-ħajja tan-nies, tfal u mhumiex, jien lest li nilqagħhom.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia qisu għamilli shopping list twila llum!", "Huwa semma l-Liġi tal-Kummissarju tat-Tfal u, korrettement, irrimarka wkoll dwar il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda (UNCRC) li, kif qal tajjeb, bħala pajjiż ilna li rratifikajnieha 30 sena u għadha mhijiex parti integrali mil-leġiżlazzjoni Maltija.", "Dik hija l-verità.", "Li nista' ngħid hu li fejn tidħol il-liġi l-ġdida, li kulħadd qisu għandu ċerta ħerqa li niddiskutuha, qgħadna attenti li l-prinċipji li hemm f'dik il-Konvenzjoni jkunu riflessi fil-liġi li qegħdin nipproponu.", "Jiġifieri l-liġi tal-UNCRC attwalment hija konvenzjoni internazzjonali u bbażajna ħafna mill-provvedimenti li hemm fuq dik il-konvenzjoni u fuq oħrajn.", "Mingħajr ma ngħid sigrieti, ngħid biss li hemm impenn ċar fil-liġi, xi ħaġa li qabel wieħed kien forsi jiddiskutiha fl-interess ta' min se jittieħdu d-deċiżjonijiet, issa it's black on white, miktuba ad litteram, li f'kull deċiżjoni li tittieħed, l-interess tat-tfal jiġi l-ewwel.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia semma realtajiet li qegħdin niffaċċjaw, li t-tfal kultant jispiċċaw pedina bejn il-ġenituri, li jispiċċaw jirrikattaw lil xulxin.", "Din mhux biss qegħdin ngħiduha, imma qegħdin nisħquha fil-liġi, li tkun ċara u tonda li l-ewwel interess f'kull deċiżjoni li tittieħed fejn jaffettwa lilhom, ikunu l-bżonnijiet tagħhom li jiġu kkonsidrati l-ewwel.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi semma wkoll il-kwestjoni tal-faqar, li diġà aċċennajt għaliha, fejn jidħol l-AROPE, ir-riskju tal-faqar, kif ukoll is-severe material deprivation.", "Nixtieq nirrimarka dwar punt tajjeb immens, li l-edukazzjoni hija essenzjali biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies, biex il-ġenerazzjoni tagħna u ta' warajna jiżviluppaw, mhux f'sens ta' żvilupp fiżiku, imma li jkunu ċittadini bi kwalità ta' ħajja aħjar.", "Din hija essenzjali.", "Ma rridx immur 'il bogħod biex ngħidha.", "Jien, l-ewwel wieħed, tifel ta' ħaddiem, missieri mar tliet snin skola, ommi marret ftit skola.", "Dak iż-żmien, jiġifieri qed nitkellem dwar kważi 90 sena ilu, dik kienet il- prassi, imma għax il-ġenituri tiegħi kienu jemmnu fl-edukazzjoni, għamilt pass 'il quddiem.", "U hawnhekk naqbel mal-Onor.", "Frederick Azzopardi li din irridu verament naħdmu għaliha.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi semma wkoll ir-realtajiet soċjali.", "Din hija xi ħaġa li mhux bħala politiku biss, imma anke bħala ċittadin, naħseb li lkoll irridu nirrikonoxxu, li għandna realtajiet soċjali, għandna familji differenti, familji forsi f'numru ikbar li jisseparaw, familji li jiddivorzjaw, u dawn minnhom infushom joħolqu ċertu strain fuq is-soċjetà.", "U mhux qed nitkellem dwar l-aspett finanzjarju, anzi kważi tabbuża tgħid li l-aspett finanzjarju wieħed għandu jħares lejh l-aħħar u mhux l-ewwel.", "Imma dik hija xi ħaġa li rridu naħdmu fuqha, u mhux naħdmu bħala Gvern jew bħala leġiżlaturi, imma rridu naħdmu għaliha bis-serjetà.", "Nixtieq ukoll niġbed l-attenzjoni li minn din il-liġi proposta, minflok iddiskutejna l-Abbozz ta' Liġi, li huwa biss proċedurali, spiċċajna nitkellmu ħafna dwar dak li huwa sostantiv.", "U għaliex le!", "Hawnhekk qegħdin naħdmu bis-sħiħ, pleġġ li għamilna fil-manifest elettorali, li l-ebda tifel jew tifla ma jkun f'severe material deprivation, u jekk għandu tal-inqas wieħed mill-ġenituri jaħdem full-time, irridu naħdmu u qegħdin naħdmu biex nilħquha.", "Dawn irnexxielna nnaqqsuhom b'50% f'perjodu ta' madwar ħames snin, imma rridu nkomplu b'impenn, kif impenjajna ruħna, li nibqgħu nħarsu li dik inneħħuha.", "Fl-aħħar nett namplifika dwar il-punti li għamlu sħabi u forsi ngħid xi ħaġa żgħira dwar il-liġi li għandna quddiemna.", "Nispera li ma nsejt il-punti ta' ħadd.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi li nieħu pjaċir nirrimarka li minbarra li l-Oppożizzjoni diġà ddikjaraw li se jivvotaw favur, nerġa' ngħid li anke dwar din m'għandi l-ebda diffikultà li ntejbu fejn hemm bżonn, verament b'sens ta' rispett lejn xulxin.", "Nixtieq ngħid li permezz tal-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali u l-Att li daħal fis-seħħ is-sena li għaddiet qegħdin infittxu li mmexxu 'l quddiem u nistabbilixxu regolamentazzjoni tas-servizzi kollha ta' wens soċjali, sew dawk mogħtija minn aġenziji, sew dawk mogħtija minn entitajiet pubbliċi, kif ukoll minn kull entità oħra, anke jekk hi tal-privat.", "Se nimxu biex nistabbilixxu dawn l-istandards, se mmorru minn dak li huwa standard li forsi jkun hemm min jgħidlek li huwa pie in the sky, imma se naraw ukoll li ċerti standards, ċerti prinċipji, ikollhom ukoll is-saħħa leġiżlattiva.", "Irridu naraw li kull min jagħti dan is-servizz ikun servizz li verament jixraq lill-familji, lit-tfal u lill-persuni b'diżabilità.", "Fil-qosor ħafna rrid ngħid ukoll li din l-istess Awtorità diġà għamlet diversi passi.", "Kien hemm ukoll awtorità li waqqafna b'konsensus f'din il-Kamra.", "Nerġa' ngħid li l-kwestjoni hi li r-regolamentazzjoni tkun imħarsa bi standards leġiżlattivi.", "Fl-aħħar nett, nixtieq insemmi biss ftit mill-kisbiet prinċipali li għamlet l-Awtorità fil-qasam soċjali.", "Waħda mill-iktar affarijiet li rrimarkajt dwarha, jekk niftakar sew, fl-introduzzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi hi li waqqafna pjattaforma ta' kollaborazzjoni fejn jidħlu addozzjonijiet, fejn l-istakeholders kollha jistgħu jiltaqgħu on an even footing biex jitkellmu flimkien.", "Tieħu pjaċir tara l-aġenziji kollha ta' adozzjoni f'pajjiżna jitkellmu flimkien u jitkellmu anke magħna, li għandna d-dover li nagħtu ċerta direzzjoni soċjali.", "L-istess Awtorità għaddejja b'konsultazzjoni pubblika dwar servizzi ta' residenzi għall-persuni b'diżabilità, konsultazzjoni pubblika dwar standards regolatorji fis-servizzi tar-respite għall-persuni b'diżabilità, ikkonkludejna l-istandards soċjali regolatorji tal-adozzjoni, u bi pjaċir ninnota li anke ftaħna pajjiż ġdid, il-Bulgarija, matul is-sena li għaddiet.", "Dan il-qasam huwa tant emozzjonali għan-nies.", "Trid tiltaqa' magħhom biex verament tapprezza l-emozzjoni li jkollu dak li jkun!", "Is-sena li għaddiet, grazzi għall-ħidma ta' ħafna nies, kellna rekord f'numru ta' adozzjonijiet li ġew konklużi.", "Fil-fatt kellna 49.", "Qegħdin nagħmlu affarijiet oħrajn, bħalma huma linji gwida.", "Qegħdin nittamaw li jkollna strateġija nazzjonali fuq diversi oqsma tal-wens soċjali u naraw kif nibqgħu nimbottaw 'il quddiem diversi regoli.", "Imma l-iktar ħaġa importanti hi li dawk ir-regoli jiġu rispettati.", "Kif għedt, anke fil-qasam tad-diżabilità rajna t-tnedija ta' żewġ standards għall-konsultazzjoni pubblika.", "Qegħdin ukoll niffokaw fuq il-bżonnijiet tal-utent - għax il-kelma \"klijent\" forsi kultant ma tkunx daqshekk f'waqtha – li qed jagħmel użu minn dak is-servizz soċjali, u din hija xi ħaġa li qegħdin nagħtuha ċerta prijorità bħala Gvern.", "Huwa fatt li għandna impenn soċjali qawwi.", "F'dan il-kuntest ngħid biss li terz mill-ispiża kollha ta' dan il-pajjiż tgħaddi mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Nieħu pjaċir nirrimarka wkoll li minbarra li rnexxielna nonfqu l-flus - xi ħaġa li l-Awtorità rnexxielha tagħmel u qed ikollha rwol ċentrali fiha – irnexxielna wkoll naraw li we get value for money.", "U dik hija xi ħaġa li l-Awtorità ċentrali se taħdem biex titwettaq.", "Sur President, se nikkonkludi d-diskors tiegħi bl-aħħar żewġ kummenti.", "L-ewwel nett, nirringrazzja minn hawnhekk lil kull min ta sehmu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li, kif għedt, huwa wieħed proċedurali, li permezz tiegħu qegħdin nibdlu żewġ liġijiet u nersqu biex nibdlu oħrajn ħalli nġibuhom konformi mal-awtorità l-ġdida.", "Nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Jiena nħares 'il quddiem b'ottimiżmu.", "L-ispirtu li jeżisti bejnietna, għall-inqas fuq il-qasam soċjali, għandna nsaħħuh u nirregolawh anke aħjar.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali sabiex jistabbilixxi u jinnomina l-ħatra ta' Direttur responsabbli għall-Ħarsien Soċjali u sabiex jagħmel dispożizzjonijiet anċillari u konsegwenzjali għalihom\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "ll-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI TAL-2018 LI JEMENDA L-KODIĊI DWAR", "IL-LIĠIJIET TAL-PULIZIJA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi sempliċi ħafna li bażikament jirrifletti x-xogħol li bdejna nagħmlu dwar responsabbiltajiet li jaqgħu taħt il-Korp tal-Pulizija.", "Sal-lum il-ġurnata nafu li l-Korp tal-Pulizija, speċjalment l-uffiċini tiegħu, għandhom numru ta' responsabbiltajiet.", "Meta wieħed jara kif evolvew l-affarijiet isib li dak li kien jgħodd ilbieraħ m'għadux bilfors jgħodd illum, jew inkella għandek strutturi li matul iż-żmien żviluppaw.", "Pereżempju, jekk inti għandekx tmur għand il-Pulizija biex tagħmel it-talba biex tagħmel l-imwejjed u s-siġġijiet barra, jew inkella għandekx entità li qed tinkorpora diversi entitajiet differenti, li inti tmur mill-ewwel f'dak il-one-stop shop u wieħed ma joqgħodx jiġri minn dipartiment għall-ieħor biex jitlob permess.", "Għalhekk, meta qegħdin nagħmlu dawn l-evalwazzjonijiet qegħdin nidentifikaw numru ta' servizzi li jagħti l-Korp tal-Pulizija li nħossu li għadda żmienhom u li wasal iż-żmien li nbiddlu l-mod kif jaħdmu.", "Id-Dipartiment tas-Saħħa huwa dak id-dipartiment li taħtu taqa' r-responsabbiltà taċ-ċimiterji.", "Qabel, persuna jew inkella rappreżentant jew kummissjonant kien ried imur l-għassa biex jirrapporta li se ssir difna biex dik id-difna ġġib l-awtorizzazzjoni tal-Pulizija biex ikun jista' jinfetaħ il-qabar ħalli persuna tindifen, hekk ukoll jekk persuna familjari tiddeċiedi li trid tiftaħ qabar biex tnaddfu, jew għal raġuni jew oħra, riedet bilfors tmur għand il-Pulizija biex titlob il-permess.", "Issa biex ma nidduplikawx ħafna mix-xogħlijiet, qegħdin ngħidu li t-talba trid issir lid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Jekk imbagħad ikun hemm xi kwestjoni relatata ma' investigazzjonijiet min-naħa tal-qrati, jinqala' xi każ u jinħass il-bżonn li dak il-qabar irid jinfetaħ minħabba xi investigazzjonijiet oltre li jridu jsiru, hemmhekk imbagħad il-qrati flimkien mal-Pulizija jagħmlu t-talba lid-Dipartiment tas-Saħħa biex il-qabar ikun jista' jinfetaħ.", "B'hekk inkunu qegħdin insolvu parti minn pressjoni ta' xogħol li mhijiex teknikament responsabbiltà tal-Pulizija.", "Imma l-liġijiet tagħna huma dawk li huma, huma liġijiet li ilhom hemmhekk għal għexieren ta' snin, u għalkemm inbidlu l-affarijiet u nbidlu ċ-ċirkostanzi, għadna mwikkijin b'liġijiet u proċeduri antiki.", "Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet iltqajt ma' diversi uffiċjali tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li magħhom iddiskutejt dawk id-diversi liġijiet li huma eżistenti, u qegħdin naraw jekk għandhomx jibqgħu responsabbiltà tal-Pulizija u fil-każ għaliex, jew jekk għandhomx jgħaddu għand dipartimenti, awtoritatjiet jew entitajiet oħrajn li jkollhom ir-responsabbiltà tal-liċenzjar, permessi u affarijiet oħra.", "Eventwalment irridu nwasslu li l-Pulizija tkun qiegħda hemmhekk biex tagħmel xogħol relatat mad-dmirijiet u responsabbiltajiet tal-Pulizija u mhux biex jagħmlu xogħol li huwa relatat mal-kunsilli lokali, mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, mad-Dipartiment tal-Infrastruttura fuq għeluq ta' toroq u xogħol ieħor.", "Irridu naraw jekk għandux ikollok permess tal-Pulizija biex ikollok imwejjed u siġġijiet.", "U allura qegħdin nittamaw li 'l quddiem inressqu liġi komprensiva li tirregola x-xogħlijiet tal-Pulizija biex, wara li niftiehmu mal-awtoritajiet, mal-entitajiet, mad-dipartimenti li jieħdu r-responsabbiltà ta' dak il-liċenzjar u permessi, li eventwalment jiġu trasferiti għar-responsabbiltà tagħhom.", "Irrid ngħid li waħda mill-affarijiet li issa se nkunu qegħdin nikkomplementaw ma' din il-bidla fix-xogħol hija l-mod kif se jkun imqassam ix-xogħol fil-komunità fejn jidħol il-Korp tal-Pulizija.", "Diġà konna tkellimna fuq il-prinċipju - allura qed inlestu l-qafas għal dan - li l-Pulizija, apparti li jkollha l-Kwartieri Ġenerali fejn ikun hemm ir-responsabbiltà tal-entitajiet li jkunu speċjalizzati, taqsam ix-xogħol fil-komunità fuq erba' reġjuni prinċipali, fejn kull reġjun ikun immexxi minn hub li jkun forma ta' mini headquarters u jkollu l-ispeċjalizzazzjonijiet tiegħu, anke invista tat-tibdil li għaddej fis-soċjetà.", "Pereżempju, waħda minnhom - forsi mhix daqshekk faċli - hija li f'kull għassa jkun hemm kamra fejn persuna li għaddejja minn vjolenza domestika tkun tista' tiddaħħal, jitkellmu magħha u anke jagħtuha parir.", "Aħna qed ngħidu li jkollna erba' hubs u mini hub li fih ikun hemm ċerti speċjalizzazzjonijiet li tiltaqa' magħhom fil-komunità.", "Allura f'kull hub ikun hemm numru ta' uffiċjali li jkunu mħarrġa u speċjalizzati f'ċertu xogħol u jkun hemm persuni, 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa li jkunu ppreparati biex ikunu jistgħu jittrattaw ma' każijiet ta' vjolenza domestika u jagħtu dawk il-pariri u jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jgħinu lil dawn il-persuni.", "Sur President, irrid nirringrazzja lill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u anke l-Appoġġ tas-sapport li jagħtu lill-Korp tal-Pulizija f'każijiet li jikkonċernaw vjolenza domestika.", "Minbarra t-taħriġ li diġà qed jingħataw - u t-taħriġ qed ikompli għaddej - irridu naraw li jkun hemm taħriġ iktar intensiv biex ikollna persuni li jkunu aktar speċjalizzati f'dan it-tip ta' xogħol b'mod li jkunu jistgħu jilqgħu persuni li jkunu għaddejjin minn vjolenza domestika u anke jagħtuhom pariri.", "Semmejt dan is-settur minħabba li huwa settur sensittiv u għaliex sfortunatament il-livell ta' kriminalità relatata miegħu ma tantx qiegħda tinżel.", "Fil-fatt qed ninnotaw li huwa wieħed mis-setturi li ma rajniex titjib fih matul dawn l-aħħar sentejn.", "Kif se naraw meta nkunu qegħdin inħabbru b'mod pubbliku r-rapport tal-aħħar tas-sena dwar il-kriminalità f'pajjiżna, filwaqt li għat-tieni sena konsekuttiva, minkejja ż-żieda fil-popolazzjoni, minkejja rekord wara l-ieħor fit-turiżmu, minkejja li l-popolazzjoni, il-familji Maltin u l-ekonomija Maltija huma aktar affluenti, u allura wieħed jistenna li l-kriminalità tiżdied, din fil-fatt reġgħet niżlet b'mod sostanzjali.", "Dan jagħti l-possibbiltà li nkunu nistgħu nikkonċentraw fuq setturi li nsibuhom iktar bħala target policing, li attwalment qed ninnotaw li jew baqgħu l-istess, jew inkella żdiedu.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn il-kriminalità relatata mal-frodi insibu li din qed tiżdied.", "Matul din is-sena tajna spinta lis-settur tal-economic crime billi rdoppjajna n-numru ta' investigaturi li se jkunu responsabbli minn dan is-settur.", "Diġà qed nagħmlu preparamenti biex nerġgħu nżidu n-numru ta' spetturi, in-numru ta' investigaturi li jaħdmu f'dan is-settur.", "Dan għaliex nemmnu li, l-ewwel nett, għandek is-settur finanzjarju li qed jikber, fosthom il-gaming, u t-tieni, jekk il-pajjiż se jinvesti fis-settur finanzjarju, iktar ikun hemm ċans li jkollok kriminalità relatata mas-settur finanzjarju.", "Allura inti trid tintensifika u ssaħħaħ aktar l-id investigattiva biex tara u tagħmel evalwazzjoni ta' dawk l-affarijiet.", "Hekk ukoll fejn jidħlu l-frodi.", "Hemmhekk identifikajna li kien hemm problema u dan minkejja li, kif diġa għedt, l-ekonomija kompliet tissaħħaħ.", "Allura f'ċerti setturi hemm iktar ċans li tiżdied dik il-kriminalità, minkejja li l-kriminalità inġenerali qiegħda tonqos.", "Hawnhekk ir-responsabbiltà tal-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija hi li jidentifikaw fejn hemm il-problema u jaraw xi jrid isir biex din tiġi indirizzata.", "Hekk ukoll fejn jidħol il-pickpocketing ġewwa pajjiżna.", "Identifikajna x'kienet il-problema, rajna x'jista' jsir u x'nuqqasijiet kien hemm fil-Korp tal-Pulizija biex jindirizza dan il-fenomenu li kien qiegħed jiżdied, sibna s-soluzzjoni u t-teknika kif nistgħu nimplimentawha, użajna t-teknoloġija tal-informatika biex iktar inkunu nistgħu nagħmlu target policing, beda jsir it-target policing u llum nista' ngħid li l-kriminalità organizzata f'dan is-settur tal-pickpocketing naqset drastikament.", "Fil-maġġorparti nstab li dawn kienu persuni barranin, li wħud minnhom irnexxielna narrestawhom u l-bqija gerrixniehom milli jersqu iktar lejn pajjiżna.", "Dan huwa l-mod kif irrid naħdmu.", "Irridu nagħmlu analiżi tar-rapporti li joħorġu u li qegħdin hemmhekk mhux biex fl-aħħar tas-sena nippubblikawhom.", "Ir-rapporti qegħdin hemmhekk biex issir evalwazzjoni kontinwa, xahar wieħed wara l-ieħor u mbagħad nieħdu dik l-azzjoni kollha neċessarja ħalli nkomplu nipproteġu liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin mill-effetti tal-kriminalità organizzata.", "Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata qed tissokta, u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija tax-xogħol kontinwu li jagħmlu b'periklu għalihom, inklużi l-familjarji tagħhom li, minkejja li mhumiex fil-Korp tal-Pulizija, naf kemm minnhom ikunu mhedda.", "Dan għaliex, pereżempju, ir-raġel tagħhom, missierhom jew xi membru tal-familja jkun qiegħed jagħmel xogħlu.", "Din hija xi ħaġa persistenti u rridu nuru solidarjetà mal-membri tal-Korp tal-Pulizija, mill-ogħla wieħed sal-iċken wieħed, mingħajr ma nżebilħu lil ħadd minnhom.", "Il-martirju li jgħaddu minnu dawn il-membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità hija waħda kontinwa u ma nistgħu qatt u fl-ebda ħin naslu li nżebilħu lil xi ħadd minnhom.", "Meta żżeblaħ lil wieħed minnhom tkun qed iżżeblaħ lill-Korp tal-Pulizija kollu.", "Jien nieħu pjaċir meta jiġi xi ħadd, mhux min-naħa tal-Gvern biss, imma anke min-naħa tal-Oppożizzjoni – mhux se nsemmi ismijiet - u jindikali ċerta kriminalità li tkun għaddejja.", "Dawn il-persuni jafu li kull darba li għaddewli kull informazzjoni – anke jekk ikunu persuni mill-pubbliku inġenerali - dejjem ħadt azzjoni billi għaddejt l-informazzjoni lill-Korp tal-Pulizija biex jagħmel l-investigazzonijiet tiegħu u jattakka fil-ħin opportun miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Hemmhekk wieħed jara s-serjetà.", "Hemm żewġ affarijiet li jiena qiegħed ninsisti fuqhom mal-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.", "Pereżempju llum stess, Membru tal-Oppożizzjoni ġie jkellimni u qalli li qed jinnota li qed ikun hemm iktar roadblocks f'diversi ħinijiet tal-ġurnata, speċjalment filgħaxijiet.", "Dawn qed isiru b'mod regolari.", "Irrid ngħid li fil-perjodu tal-aħħar tas-sena, fil-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, dak li kien irrapportat kien biss dak li sar min-naħa ta' sezzjoni waħda tal-Korp tal-Pulizija.", "In-numru ta' persuni li twaqqfu mill-pulizija tad-distretti li jagħmlu r-roadblocks kien ferm u ferm ikbar minn dak li fil-fatt issemma fil-midja.", "Dawn saru biex wieħed jara li ma jkunx hemm każijiet ta' inċidenti relatati maż-żmenijiet tal-festi.", "Naħseb li kulħadd jirrikonoxxi li matul il-festi ma kellniex imwiet.", "Ma nistgħux ngħidu li mexa kollox perfett, għaliex kellna persuna li fil-fatt inqabdet b'ammont rekord ta' alkoħol ġewwa fiha.", "Din il-persuna xxokkjat lil kulħadd bil-livell għoli ta' alkoħol li kellha waqt li kienet qed issuq karozza.", "Nittamaw li jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji ma' kull min jabbuża.", "Dan juri li jekk aħna nkunu iktar fit-triq, iktar hemm ċans li jkollna riżultati.", "Naf li mhijiex l-ewwel darba li jkun hemm ċerta kritika, pereżempju għaliex l-għases ma jkunux il-ħin kollu miftuħin.", "Ċerti għases ikunu miftuħin iktar minn oħrajn, hemm uħud, li huma prinċipali, li jkunu miftuħin dejjem, imma dawk l-għases li huma ta' żona żgħira ħafna mhux dejjem ikunu miftuħin u ġieli jkunu wkoll magħluqin għal ħinijiet sostanzjali.", "Dwar dan jien iddiskutejt mal-uffiċjali tal-pulizija u hemm żewġ affarijiet li rrid ngħid.", "Ir-riżultati li qed ikollna fil-ġlieda kontra l-kriminalità juru kemm huwa iktar meħtieġ li l-pulizija jkunu barra.", "Iktar qabel semmejt il-ġlieda kontra l-pickpocketing, u se nagħti eżempju żgħir.", "Waħda mill-affarijiet li saru kienet li l-Assistenti Kummissarji responsabbli minn ċerti reġjuni ftiehmu mal-membri tagħhom li minflok jirrapportaw għax-xogħol bl-uniformi jirrapportaw għax-xogħol pajżana u kienu qed iduru u jimirħu fit-toroq biex jidentifikaw dawk iż-żoni li kienu taħt attakk, u jidentifikaw il-persuna jew persuni li fil-fatt kienu qed iwettqu dak il-pickpocketing.", "Jekk kont tarahom għaddejjin fit-triq ma kontx tinduna li għandek pulizija fit-triq għaliex kien mingħajr uniformi, u allura n-nies jgħidulek li pulizija fit-triq mhumiex qed jaraw.", "Nafu li l-Belt, pereżempju, kien hemm numru ta' pulizija li kienu qed iduru pajżana, li kienu qed jimirħu, jitilgħu fuq tal-linja u jmorru minn post għal ieħor, b'riżultat li identifikaw persuna li kienet qiegħda tagħmel pickpocketing.", "Dawn komplew isegwu lil din il-persuna, li mbagħad wasslithom għal klikka sħiħa ta' xi 12-il ruħ, grupp sħiħ li flimkien mal-familja, mat-tfal tagħhom, kienu qegħdin iżuru Malta għal ħmistax, tliet ġimgħat.", "Qabel waslu biex iħallu pajjiżna, il-Pulizija rrejdjawhom u qabdu dak kollu li fil-fatt kienu serqu.", "Dak ir-riżultat ġie ripetut għal darba, darbtejn, tlieta.", "Il-kelma ġriet mhux biss f'pajjiżna, imma anke qalb dawk li huma involuti fil-kriminalità organizzata internazzjonali rigward il-pickpocketing, u hemmhekk bdejna naraw ċerti riżultati.", "Imma xorta waħda jiena nemmen li għandna nżidu dak il-visible policing, jiġifieri pulizija li jkunu fit-toroq, mhux biss billi jgħaddu bil-karozza, imma li jimxu fit-toroq u jduru t-toroq, għaliex dak jagħtihom opportunità li jiltaqgħu man-nies, isiru jafuhom, ikollhom aktar il-fiduċja tan-nies, u n-nies stess ikunu lesti li jgħaddu ċerta informazzjoni li huma jista' jkollhom lill-Pulizija.", "Hekk ukoll, min-naħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Intern, qegħdin nitkellmu ħafna fuq il-community policing.", "Naħseb li dan huwa pass 'il quddiem.", "Identifikajna persuna barranija li ħadmet f'dan is-settur u li għandha xi familjari hawn Malta, u qed nipprovaw nimpjegawha ħalli tibda tgħin b'mod speċjalizzat lill-Korp tal-Pulizija fil-community policing.", "Sa ċertu punt dan diġà jsir, imma hekk inkunu nistgħu nsaħħuh ħafna aktar, ikun iktar kordinat u nkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Dan ikompli jgħinna fil-ġlieda kontra l-kriminalità u anke biex inkomplu nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex innaqqsu r-rata ta' kriminalità ġewwa pajjiżna.", "Sinjura President, ix-xogħol huwa kontinwu, iżda ħafna drabi l-investiment li jsir f'riżorsi u tagħmir ma nkunux nistgħu nippubliċizzawh għal raġunijiet ovvji.", "Il-Korp tal-Pulizija qed jinvesti miljuni kbar, parti minnhom b'fondi tal-Unjoni Ewropea, imma minħabba raġunijiet ta' sigurtà, la mmorru naqtgħu żigarelli, la nieħdu ritratti u lanqas nagħmlu ċelebrazzjonijiet biex nuru t-tisħiħ fit-teknoloġija li l-Korp tal-Pulizija qiegħed ikollu!", "Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li qed nagħmlu investiment kbir fejn jidħlu vetturi tal-Korp tal-Pulizija.", "Ftit ġimgħat ilu allokajna numru ta' karozzi għad-distretti u bħalissa għaddej ukoll il-proċess ta' tender għal 50 vettura oħra għall-Korp tal-Pulizija.", "Għada se nallokaw madwar 15-il-mutur ġdid u anke diversi inġenji oħrajn għall-Korp tal-Pulizija biex ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu.", "Il-Korp tal-Pulizija ma jistax jimxi waħdu u għalhekk huwa importanti li mhux biss tasal intelliġenza għand il-Korp tal-Pulizija mis-Servizz tas-Sigurtà, imma l-intelliġenza trid tasal ukoll mingħand l-individwi.", "Hemmhekk wieħed jara l-importanza li jkun hemm fiduċja fil-Korp tal-Pulizija.", "Hawnhekk irrid insellem lis-Surġent Simon Schembri, li spiċċa s-simbolu tal-Korp tal-Pulizija, is-simbolu tal-periklu li jgħaddi minnu l-Korp tal-Pulizija, is-simbolu tas-sapport u tbatija anke psikoloġika li għaddiet minnu l-familja tiegħu minħabba l-periklu li jaħdem fih il-Korp tal-Pulizija.", "Għalhekk jiena fil-bidu semmejt il-familja għaliex il-familja tal-membri tal-Korp tal-Pulizija tgħaddi minn tbatijiet daqskemm jgħaddi l-istess membru tal-Korp.", "Kwalunkwe theddid għall-ħajja tal-membri tal-Korp tal-Pulizija jfisser ukoll theddid għal dik il-familja, apparti l-effett psikoloġiku minħabba li l-biża' tagħhom hi li dak il-membru ħareġ mid-dar u ma jafux jekk hux se jidħol lura.", "Hemm xi ħaġa li lili dejjem tolqotni, it-talba li nagħmlu f'diversi attivitajiet, li fiha nitolbu lill-Mulej biex iħares il-membri tal-Korp tal-Pulizija biex wara l-ġurnata tax-xogħol jirritornaw qawwijin u sħaħ għand il-familji tagħhom.", "Naħseb li dik it-talba hija vera sabiħa għaliex fiha mhux biss titlob għall-persuna li jasal qawwi u sħiħ, imma anke għall-familjari tiegħu, li bl-arloġġ f'idejhom jistennew lil dak il-membru tal-familja biex wara li jasal lura d-dar qawwi u sħiħ, ikollu l-ħin tal-mistrieħ tiegħu wkoll.", "Bħalma kont qiegħed ngħid, hemm ukoll il-fatt li l-informazzjoni tasal.", "Allura l-istrateġija se tkun abbinata iktar fuq target policing.", "Qed inħarrġu lin-nies biex ikunu jistgħu jagħmlu analiżi ta' informazzjoni u dettalji li jkunu qed jidħlu mill-investigazzjonijiet, biex imbagħad dik l-analiżi tista' twassal biex tiġi indirizzata u meqruda ċerta kriminalità organizzata li tkun qed isseħħ ġewwa pajjiżna.", "Fir-rigward tal-ġlieda kontra d-droga nista' ngħid li s-sena li għaddiet kellna rekord fil-ġlieda kontra l-kriminalità relatata mad-droga.", "Xi ftit jiem ilu kont qiegħed nagħti elenku sħiħ tad-droga li nqabdet, kemm min-naħa tad-Dwana kif ukoll min-naħa tal-Korp tal-Pulizija.", "Ħafna minn din id-droga ma kenitx għas-suq lokali u parti minnha kienet għaddejja mill-Freeport ta' Malta fi triqitha minn pajjiż għal ieħor.", "Hawnhekk irrid insellem lill-membri tad-Dwana għas-suċċessi li kellhom fid-diversi qabdiet, li bihom kissru ċ-ċrieki li mhumiex relatati ma' Malta, imma ċrieki internazzjonali oħrajn relatati ma' pajjiżi oħrajn.", "Nirringrazzjahom tax-xogħol kontinwu ta' evalwazzjoni li qegħdin jagħmlu biex ikissru ċerta kriminalità organizzata, mhux biss fejn tidħol id-droga, imma anke f'diversi setturi oħrajn.", "Irrid nieħu din l-opportunità biex nirringrazzjahom ukoll għall-mod kif qed naħdmu flimkien.", "Hawnhekk tidher l-importanza li l-korpi dixxiplinati differenti jaħdmu kontinwament bħala tim wieħed u mhux kulħadd jaħdem għal rasu.", "Dan iwassal biex b'mod kordinat ċertu ammont ta' droga li qed tkun importata permezz ta' diversi dgħajjes minn Sqallija tkun tista' tiġi interċettata.", "Nafu li t-tattiċi jinbidlu, dawk li kienu jsiru lbieraħ jinbidlu l-għada, u allura wieħed irid iżomm f'moħħu li l-affarijiet mhux dejjem isiru bl-istess mod.", "Għalhekk huwa importanti li l-Pulizija u l-korpi dixxiplinati jkollhom l-apparat u l-istrumenti kollha neċessarji biex ikunu jistgħu jieħdu l-azzjoni fil-ħin opportun.", "Sinjura President, se nieqaf hawnhekk fuq dak li għaddej fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.", "Nistenna li se jkun hemm kritika anke lejn il-Korp tal-Pulizija u nittama li l-kritika tkun waħda ġusta u pożittiva, u ma nisimgħux kritika negattiva sempliċement biex inkunu kkritikajna.", "Nittama li 'l quddiem ikolli l-opportunità li naġġornakom dwar xi żviluppi fil-Korp tal-Pulizija.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sinjura President, illum għandna liġi qasira ħafna li bażikament qiegħda temenda żewġ klawsoli tal-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija.", "Dan il-Kodiċi, fost affarijiet oħrajn, għandu artikli li jirregolaw iċ-ċimiterji tagħna.", "Fil-Kodiċi dwar il-Pulizija nsibu sezzjonijiet, artikli tal-liġi, li jitkellmu fuq x'inhu ċimiterju, x'obbligi hemm fuq ċimiterji fosthom, pereżempju, li ma jistax ikollok ċimiterju f'distanza ta' inqas minn 183 metru minn abitazzjoni, ħlief f'eċċezzjonijiet li jkunu ġustifikati.", "Hemm l-obbligu li jkollok ħitan madwar iċ-ċimiterji.", "Hemm klawsoli tal-liġi li min-natura tagħhom jindikaw li l-liġi Maltija tħares lejn iċ-ċimiterji mhux bħal post kwalunkwe imma post li jixraqlu ċerta protezzjoni.", "Pereżempju, il-liġi tagħna tgħid speċifikament li ma jistax isir logħob ta' sport ġewwa ċimiterju u li ma tistax tiddistruġġi oġġetti li jkun hemm fiċ-ċimiterji.", "Sal-lum il-liġi kienet tgħid li ma jistax jindifen xi ħadd mingħajr il-permess tal-Pulizija u li ħadd ma jista' jaqla' mejjet minn ġewwa l-qabar mingħajr il-permess tal-Pulizija.", "U kif qal il-Ministru, l-Abbozz ta' Liġi li għandna llum qiegħed ineħħi dan il-poter, li forsi huwa inutli, u li sal-lum huwa vestit fil-Pulizija, u bir-raġun qiegħed jipproponi li jgħaddi dan il-poter lill-awtoritajiet sanitarji.", "Dan għaliex, naturalment, il-kwestjonijiet ta' kif tidfen, lil min tidfen, fejn tidfen, meta tidfen u min għandu dritt li jaqla' lil xi ħadd mill-qabar fihom diversi konsiderazzjonijiet, però żgur li hemm konsiderazzjonijiet sanitarji.", "Allura jagħmel sew dan l-Abbozz ta' Liġi li jneħħi dan il-poter minn idejn il-Pulizija, poter li ilu hemm għexieren ta' snin - bħal dak li qallu, il-Pulizija m'għandhiex xogħol iktar importanti x'tagħmel! - u jgħaddih f'idejn l-awtorità tas-saħħa għaliex, kif għedt, din hija materja li tikkonċerna primarjament is-saħħa.", "Għaldaqstant, min-naħa tal-Oppożizzjoni aħna ma nistgħux ma naqblux u allura lill-Ministru ngħidlu li hawnhekk qed inkun pożittiv; l-Oppożizzjoni se tkun pożittiva, u qiegħda taqbel li biex taqla' lil xi ħadd mill-qabar u biex tidfen trid il-permess tal-awtorità sanitarja.", "Din hija proposta pożittiva li l-Oppożizzjoni taqbel magħha.", "Nixtieq li ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-oqbra, fuq iċ-ċimiterji, nirreferi għas-sitwazzjoni taċ-ċimiterji Maltin ukoll u niffoka daqsxejn fuq iċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "L-ewwel nett, x'inhu ċ-Ċimiterju tal-Addolorata?", "Iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, barra li huwa l-ikbar ċimiterju f'Malta, barra li llum huwa stmat li hemm midfuna fih mijiet ta' eluf ta' persuni, huwa ċimiterju li fin-natura tiegħu huwa monument, huwa parti mill-wirt nazzjonali Malti u huwa post li jixraqlu l-ikbar rispett.", "Fil-fatt, il-liġi stess tipprovdi li dan iċ-ċimiterju mhuwiex bħal kwalunkwe post ieħor u jixraqlu rispett għax huwa ġojjell arkitettoniku f'pajjiżna.", "Huwa ċimiterju li sar taħt id-direzzjoni tal-Perit Emanuele Luigi Galizia, li kien perit prim li għex bejn l-1830 u l-1907, perit li fassal iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u l-kappella maestuża ta' dan il-post.", "Qed ngħid hekk għax, sfortunatament - u hawnhekk ma rridx inkun partiġjan, ma rridx inkun politiku – forsi tul is-snin m'għarafniex napprezzaw dan il-ġojjell li għandna.", "Huwa biżżejjed li ngħid li l-perit li fassal dan iċ-ċimiterju huwa l-istess perit li fassal monumenti kbar, wirt kbir fuq livell arkitettoniku f'Malta.", "Il-Perit Emanuele Luigi Galizia, li forsi ftit semgħu bih, ħejja l-pjanti taċ-Ċimiterju ta' Braxia, tal-Knisja tal-Karmelitani tal-Balluta, tal-Knisja ta' Lourdes f'Għawdex, tal-Polverista tar-Rinella, taċ-Ċimiterju tat-Torok fil-Marsa, ta' Victoria Gate, ta' Villa Alhambra f'Tas-Sliema u tal-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema.", "Dan huwa perit ġgant fl-istorja ta' dan il-pajjiż, pajjiż li pproduċa nies ġenji, nies bravissimi tul is-snin, iżda sfortunatament tul is-snin ma apprezzajniex biżżejjed dak li għandna.", "Sinjura President, tajjeb li bħala anedottu ngħid li għalkemm dan iċ-ċimiterju kien ġie inawgurat fl-1869, effettivament l-ewwel difna li saret fih kienet saret fl-1872 u kienet persuna bl-isem ta' Anna Magro min-Naxxar, skont ma fittixt jien, u allura mid-distrett tiegħek, Sinjura President.", "Jiġifieri, l-ewwel persuna li hemm rekordjat li ndifnet f'dan iċ-ċimiterju hija persuna min-Naxxar li ġiet midfuna tliet snin wara li kien infetaħ dan iċ-ċimiterju.", "Qed ngħid hekk għax, kif kont qed ngħid, bħala fatt naħseb li tul is-snin m'apprezzajniex biżżejjed il-valur u s-santità ta' dan il-post u tul is-snin dan il-post tħalla jiddekadi u kien hemm degredazzjoni totali ta' dan il-post.", "Is-sitwazzjoni llum għadha waħda li mhijiex feliċi.", "Sfortunatament, bħal ħafna min-nies, ikolli okkażjonijiet immur fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, u ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li għad hemm problemi ta' aċċess, problemi ta' passaġġi li jagħmluha diffiċli biex timxi fihom.", "U ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li jekk inti tkun persuna ta' ċerta età, bħali, li jkollok bżonn tistrieħ, m'għandekx fejn tistrieħ, u jekk tinqabad fix-xita m'għandekx fejn tistkenn, u allura hemm bżonn ta' manutenzjoni b'mod urġenti f'dan iċ-ċimiterju.", "Dan qed ngħidu għax naf li l-Gvern – u għamel sew – ftit taż-żmien ilu daħal fi ftehim ma' kumpanija privata biex jibda dan il-proċess ta' manutenzjoni u estensjoni tal-istess ċimiterju.", "Meta nitkellmu fuq manutenzjoni u estensjoni, l-appell tiegħi huwa wieħed, biex ma nagħmlux l-isfreġji ambjentali, arkitettoniċi li forsi qegħdin nagħmlu f'żoni oħrajn f'pajjiżna.", "Ara ma nagħmlux xi żball anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-estetika taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "F'dak il-post hemm bżonn li jkun hemm estensjoni, però anke d-disinn tiegħu huwa tali li kollox jikkulmina fil-kappella fil-għoli.", "Għaldaqstant l-appell tiegħi huwa li meta jiġu biex jippjanaw, jippjanaw b'rispett lejn l-istil taċ-ċimiterju li għandna.", "Bir-rispett kollu lejn ċimiterji oħrajn, iċ-Ċimiterju tal-Addolorata mhuwiex ċimiterju kwalunkwe.", "Nerġa' ngħid, huwa ġojjell, huwa wirt nazzjonali, u allura meta niġu biex nagħmlu manutenzjoni, meta niġu biex nagħmlu t-tiswijiet, mill-inqas ħaġa bħall-pavimentar li għandu ċertu stil, sar-restawr tal-kappella fuq l-għolja, irridu nkunu ċerti li nagħmlu l-affarijiet b'mod professjonali, inqabbdu l-aħjar nies u nirrispettaw il-post li, kif kont qed ngħid, huwa post partikolari.", "It-tieni punt li rrid nagħmel huwa fuq il-kwestjoni tad-dfin.", "Għadu kemm informani l-Whip li fil-ġimgħat li ġejjin il-Parlament se jkun qed jiddiskuti modi alternattivi ta' kif nidfnu.", "S'issa, f'dan il-pajjiż, tajjeb jew ħażin, għandna sistema waħda ta' dfin.", "Bażikament għandna l-istandard form.", "Jekk intix miljunarju, jekk intix bniedem tat-triq jew tgħix fil-palazzi, fl-aħħar mill-aħħar il-ġustizzja divina pprovdiet li lkoll kemm aħna rridu mmutu, u f'dan il-pajjiż, s'issa, għadna nipprovdu l-istess sistema ta' dfin, jiġifieri jpoġġuk f'tebut, iniżżluk f'qabar u jidfnuk.", "Però l-verità hija li llum, fid-dinja li ngħixu fiha, żviluppaw modi oħrajn ta' dfin u allura fil-ġimgħat li ġejjin dan il-Parlament se jkollu quddiemu Private Member's Bill, li jien informat li tressaq minn Membru Parlamentari min-naħa tal-Gvern.", "Dan il-Private Member's Bill se jkun qed jintroduċi għall-ewwel darba l-possibbiltà tal-kremazzjoni, jiġifieri, li minflok tindifen, permezz ta' inċineratur issir irmied - trab kont u trab terġa' ssir! - u jsir dan il-mod ta' dfin.", "Fid-dinja li ngħixu fiha llum hemm diversi modi ta' dfin u f'pajjiżi bħall-Amerika jeżistu sistemi ta' ffriżar u oħrajn li jipprovdu kremazzjoni mhux bl-inċineratur, imma bil-likwidi, u min għandu ħafna flus jista' jirranġa li partijiet minnu jintbagħtu b'satellita fl-ispazju!", "Però f'dan il-pajjiż wasal il-mument li nitkellmu fuq dfin alternattiv, dak ta' kremazzjoni.", "Tajjeb ngħid li mill-ftit riċerka li għamilt – u kkoreġuni jekk jien żbaljat – jirriżulta li anke fuq livell morali llum it-tagħlim nisrani, it-tagħlim tal-Knisja mexa ħafna 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-mod ta' dfin.", "Nifhem li sa ftit taż-żmien ilu t-tagħlim nisrani, li għal uħud jista' jkun il-boxxla ta' kif jirregola ruħu f'ħajtu, u jista' jkun li mhux ħażin li jagħmel hekk, il-kremazzjoni kienet a no-no għan-naħa tal-Knisja.", "Illum nifhem li f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspett morali ta' dan il-mod ta' dfin, żgur li għal ħafna Maltin dik il-barriera nqabżet, u allura d-diskussjoni li għandu jkollna hawnhekk għandha tkun fuq x'inhuma l-implikazzjonijiet, ir-regolamentazzjoni li għandu jkun hemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-kremazzjoni, il-konsiderazzjonijiet tal-aspetti kollha, inkluż l-aspett ambjentali.", "M'aħniex qegħdin nivvintaw ir-rota!", "Naħseb li aħna l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għad m'għandux il-kremazzjoni.", "Jiġifieri meta jkollna din l-imbierka kremazzjoni m'għandniex għalfejn nivvintaw ir-rota għaliex diġà jeżistu standards, liġijiet u regolamenti li ċertament jirregolaw din il-materja.", "Sinjura President, qegħdin nitkellmu fuq ċimiterji u jien nixtieq li llum nitkellem fuq ċimiterju ieħor, jiġifieri fuq iċ-ċimiterju li sar il-baħar Mediterran madwarna.", "Ġimgħa u nofs ilu ġejna f'dan il-Parlament, u għamel sew il-Prim Ministru li ġie hawn, spjegalna u tana rakkont dettaljat tat-traġedja ta' numru ta' immigranti li għamlu ġranet sħaħ maqbudin fil-baħar imqalleb barra minn xtutna.", "Dan sakemm żblokkat is-sitwazzjoni u sar ftehim biex dawn ir-refuġjati, dawn l-umani, dawn in-nies, jiġu mqassma bejn tmien pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.", "Però minn dakinhar sal-lum, ġrat traġedja oħra għax fil-ġranet li għaddew għerqu 170 persuna.", "Waqt li aħna konna għaddejjin minn dan il-bard, fejn kellna l-avviżi ta' kulħadd biex noqogħdu ġewwa, biex inżommu ruħna sħan u biex l-anzjani ma joħorġux u jixegħlu l-heaters għax ġejja mewġa ta' kesħa, fil-Mediterran, jiġifieri l-baħar li naraw b'għajnejna u mmissu b'idejna, li ngħumu fih, li naqilgħu l-għejxien tagħna minnu, mietu 170 persuna!", "Ċimiterju, u ma smajna xejn!", "Donnu meta nħallu nies għal ġimagħtejn sħaħ fil-kesħa u nużawhom kważi bħala pawns biex nikkonvinċu lil sħabna pajjiżi Ewropej oħrajn biex jieħdu lil dawn u oħrajn magħhom, ikollna stqarrija tal-Prim Ministru - u jagħmel sew li jagħmel hekk - però l-ġimgħa l-oħra meta għerqu u mietu 170 persuna f'dan iċ-ċimiterju, li huwa l-Mediterran, ma nisimgħu xejn!", "La kellna stqarrijiet ta' solidarjetà, la stqarrijiet ta' inkwiet, la stqarrijiet biex aħna l-pajjiżi nitkellmu bejnietna u naraw x'ġara u kif mietu 170 ruħ; ma kellna xejn minn dan il-ġimgħa l-oħra!", "Għerqu 170 ruħ!", "Li smajna mbagħad huwa li kien hemm dgħajjes oħrajn, u dawn la kienu responsabbiltà ta' Malta, la kienu responsabbiltà tal-Italja u ma kienu responsabbiltà tal-ebda pajjiż ieħor, u dawn in-nies li kienu fuq id-dgħajjes, għax kienu għadhom fl-ibħra Libjani, issa ġew pushed back mill-flotta Libjana u ma nafux x'sar minnhom.", "Min isegwi l-aħbarijiet, min isegwi dawn it-traġedji, illum sar jaf li dawn in-nies, li aħna serraħna l-kuxjenza tagħna u bgħatniehom lura l-Libja, huma nies li ma jridux jgħixu l-Libja, li ma nafux x'sar minnhom il-Libja, li probabbilment qegħdin fl-infern fil-Libja.", "U qisu xejn mhu xejn!", "Jien ninkwieta fuq livell politiku, imma filwaqt li hemm livell politiku u hemm soluzzjonijiet li għandhom ikunu politiċi, jien ninkwieta wkoll għall-mod kif sirna immuni, donnu ma jixxokkjana xejn.", "Bħal donnu jekk jegħreq kelb ġo għadira ċ-Chadwick Lakes jagħmel l-aħbar, però li għerqu 170 ruħ il-ġimgħa l-oħra, mhux tliet snin ilu, ħames snin ilu, mhux elfejn sena ilu fi żmien San Pawl, imam l-ġimgħa l-oħra, fl-ibħra tagħna, qisu ma ġara xejn!", "Naħseb li din hi t-traġedja li qegħdin ngħixu fiha llum, li tlifna kull sens ta' umanità, li problema ma tibqax tagħna għax ma narawhiex fl-aħbar fuq it-televiżjoni, għax tgħabba biha xi ħadd, u niġu kważi naqgħu u nqumu b'mod ġenerali fuq traġedja bħal din!", "Sinjura President, jien ninkwieta għax minn kif żvolġew l-affarijiet fix-xhur li għaddew donna issa qtajna qalbna li tkun l-Unjoni Ewropea li tindirizza b'mod sħiħ, bħala Unjoni Ewropea waħda, il-materja tal-immigrazzjoni.", "Dan il-pajjiż għal numru ta' snin, prattikament għal ħames snin sħaħ, esperjenza sitwazzjoni fejn ma kenux qegħdin jiġu ħafna immigranti f'pajjiżna.", "Mhuwiex sigriet anzi huwa evidenti li meta fl-Italja bħala Prim Ministru kien hemm Matteo Renzi, kien sar ftehim, mhux bejn stat u stat, imma bejn Prim Ministru u Prim Ministru.", "Permezz tiegħu, għal diversi snin, l-Italja ġiet mifqugħa - kellna l-fenomenu ta' Lampedusa fl-aħħar erba' snin - bl-immigranti, filwaqt li f'Malta mhux ma ġew xejn, imma huwa fatt li n-numri kienu żgħar ħafna.", "Dan kien evidenti għal kulħadd, u konna kważi niftaħru li għandna lill-ħabib tagħna Renzi li lest li tagħna jeħodhom hu!", "Il-verità hi li l-politiċi, kollha kemm aħna m'aħniex hawn għal dejjem; il-gvernijiet jinbidlu, il-prim ministri jinbidlu u allura kull ftehim li jkun sar biss abbażi ta' ħbiberija, kull ftehim li jkun sar abbażi ta' tête à tête, wieħed mal-ieħor … Ma nafux x'kien l-arranġament, imma malli spiċċa Renzi beda ġej id-dulluvju li kellna qabel u iżjed!", "Però s-sitwazzjoni hija agħar, għax b'konsegwenza ta' dak li ġie miftiehem bejn dawn iż-żewġ persuni, fl-Italja twieled moviment b'saħħtu, moviment tal-lemin estrem li llum għandu saħħa politika kbira fl-Italja u qegħdin naraw il-konsegwenzi.", "Allura l-appell tiegħi meta nitkellmu fuq l-immigrazzjoni huwa li rridu nerġgħu mmorru back to the drawing board.", "Jien ma naħsibx li s-soluzzjoni, lanqas fl-immedjat, m'għandha tkun li nagħmlu ftehim ta' pajjiż ieħor - wieħed mal-ieħor - għax illum ġejna f'sitwazzjoni li għandna l-kontra ta' dak li ilna ngħidu s-snin, ta' dak li kont naħseb li għandna l-qbil fuqu.", "Għal snin twal miż-żewġ naħat tal-Kamra konna ngħidu li l-problema tal-immigrazzjoni hija problema tal-Unjoni Ewropea kollha.", "Hija l-problema ta' Malta daqskemm hija l-problema tal-pajjiżi Nordiċi.", "Il-problema tal-immigrant fl-Italja hija problema kbira daqskemm hija problema għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Illum donnu dak il-prinċipju m'għadniex inħambqu fuqu biżżejjed, donnu dak il-prinċipju m'għandniex insammru fuqu biżżejjed u sirna, ma ngħidx nifirħu, imma nikkonslaw, sirna naċċettaw li l-kwestjoni tal-immigrazzjoni tiġi indirizzata short-term billi nagħmlu ftehim bejn pajjiż u ieħor minflok nibqgħu ninsistu għal soluzzjoni fuq livell sħiħ ta' Unjoni Ewropea.", "Dak huwa t-tieni punt li xtaqt nagħmel.", "It-tielet punt li nixtieq nagħmel illejla huwa kemm hu sew li għandna Gvern li qiegħed jaħseb biex ikollna fejn noqogħdu wara li mmutu.", "Fil-ġranet li għaddew ġie rrapportat li l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan huwa gvern li jaħseb f'kulħadd, jaħseb fik ukoll wara mewtek u issa beda l-proċess biex ikun hemm 1,400 qabar ġdid ġewwa l-Addolorata.", "Dan huwa tajjeb, u jista' jkun li fil-passat inqasna għax għal numru ta' snin numru ta' persuni għamlu konvenji li qatt ma ttrasformaw ruħhom f'kuntratti.", "Huwa tajjeb li l-Gvern issa jidher li wasal fi stadju li jibda jikkonkludi l-kuntratti għall-bejgħ ta' oqbra ġodda fil-plots il-ġodda ġewwa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "Naf li lill-gvern dawn iqumulu l-flus, però l-appell tiegħi huwa - u huwa appell sinċier - li għalkemm huwa tajjeb li nipprovdu numru ta' oqbra ġodda, huwa tajjeb ukoll li ma nisfruttawx sitwazzjoni ta' skarsezza billi nagħmlu dawn bi prezzijiet projbittivi għal dawn l-oqbra li ħerġin għall-bejgħ.", "Fil-professjoni tiegħi tiskanta kemm jiġu nies fuq il-kwestjoni ta' proprjetà u tinduna kemm qabar għandu valur għal ċerti nies u kemm hawn nies, fosthom anzjani, li jgħidulek li għandhom problema għax m'għandhomx fejn jindifnu, jew li hemm kwestjoni fuq il-qabar tal-familja.", "Però kont qed ngħid kemm huwa tajjeb li jkollok gvern li jaħsiblek għal akkomodazzjoni għal wara li tmut.", "Imma ara x'kuntrast – u naħseb li din hija riflessjoni li tajjeb li nagħmlu – għax filwaqt li dan huwa Gvern li jaħsiblek għal fejn titpoġġa wara li tmut, dan huwa l-istess Gvern li issa daħal fis-sitt sena tiegħu u għadu ma beniex unit wieħed għall-akkomodazzjoni soċjali.", "F'dan il-pajjiż tal-aqwa żmien għad għandna problema reali ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Minkejja l-ftaħir kollu u minkejja l-proġetti kollha, il-Gvern qed ikaxkar saqajh u mhuwiex qiegħed jindirizza din il-problema ta' akkomodazzjoni soċjali, li għandha diversi faċċati.", "Pereżempju, hemm ir-realtà ta' nies fil-faqar, nies li m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "Aħna li nemmnu f'soċjetà li jimpurtaha, aħna li nemmnu f'soċjetà li tieħu ħsieb l-iktar dgħajfa, ninnotaw b'rabja li dan huwa Gvern li ma kompliex fuq il-passi ta' Gvern Nazzjonalista fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Illum għandna r-realtà ta' nies li diġà m'għandhomx saqaf fuq rashom u din hija realtà li se tkompli tikber.", "Huwa fatt li bil-ġid li ħolqu ċerti setturi f'dan il-pajjiż, partikolarment f'ċerti oqsma ekonomiċi bħall-gaming u s-servizzi finanzjarji, inħoloq suq ta' kiri tal-proprjetà u llum il-prezzijiet ta' diversi proprjetajiet, anke fl-irħula u fl-iktar postijiet fejn kont taħseb li stajt tikri bl-irħis, għolew.", "X'inhi s-soluzzjoni?", "Il-prinċipju naħseb li huwa sempliċi ħafna.", "Aħna nifirħu u naqblu li jkun hawn min ikollu dħul addizzjonali.", "Jien nieħu gost meta tiġi familja u tgħidli li għandha appartament li qiegħda tikrih lil koppja Ingliża jew Ġermaniża u li mal-paga tagħhom illum għandhom bejn €400 u €600 oħra fix-xahar bħala kera.", "Dan huwa tajjeb ħafna, hija xi ħaġa pożittiva li ddawwar ir-rota u ttejjeb il-qagħda finanzjarja ta' ħafna familji.", "Però f'kull ħaġa jkollok id-diżgrazzjati, li f'dan il-każ huwa dak il-faxx tas-soċjetà li m'għandux flus biex jixtri, m'għandux dħul biżżejjed biex jiddejjen mill-bank, għax hemm barra m'hemmx proprjetà li jaffordja jixtri, u llum għandna sitwazzjoni fejn m'hemmx proprjetà li jaffordja jikri.", "Allura r-responsabbiltà f'dan kollu taqa' fuq xi ħadd, u dan ix-xi ħadd huwa l-Gvern.", "Sfortuntament irrid nirrimarka li dan huwa Gvern li falla bl-iktar mod assolut f'dak li għandu x'jaqsam mal-akkomodazzjoni soċjali.", "Se nagħmel ir-raba' punt tiegħi dwar argument li għamel il-Ministru Farrugia, li naħseb li huwa argument tajjeb, dwar kemm huwa tajjeb li lill-pulizija nneħħulhom mill-funzjonijiet tagħhom aspetti li lum m'għadux jagħmel sens li jkunu taħt il-poter tagħhom biex ikunu jistgħu jikkonċentraw iktar fuq il-ġlieda kontra l-kriminalità.", "Il-Ministru qal sew u naqbel miegħu perfettament.", "Il-Ministru huwa korrett meta qed jgħid li l-funzjoni primarja tal-Pulizija hija li jinżamm il-bonordni, li tiġi osservata l-liġi u li tiġi miġġielda l-kriminalità.", "Allura jien ningħaqad mal-Ministru biex insellem lil dawk il-pulizija li ta' kuljum iqumu u jagħmlu xogħolhom.", "Jien naqbel mal-Ministru u jien ukoll nestendi s-solidarjetà tiegħi mal-membri tal-Pulizija, għax naf li l-pulizija jgħaddu minn mumenti diffiċli ħafna.", "Jien naf u nemmen li llum qegħdin ngħixu f'dinja fejn il-pulizija meta jiġu biex jagħmlu xogħolhom xi drabi jisfaw mhedda huma u jisfaw mhedda l-familji u n-nies li huma viċin tagħhom.", "Għalhekk jien naqbel ma' dak li qal il-Ministru.", "Sinjura President, naqbel ukoll li l-Pulizija, anke f'każijiet riċenti, għamlet suċċessi kbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-qbid ta' konsenji tad-droga.", "Jien naħseb li l-poplu Malti jifraħ meta jara pulizija fuq xogħolhom - m'għandix dubju li jagħmluh b'periklu kbir għal ħajjithom – u jagħmlu qabdiet kbar ta' droga.", "Jien dan l-argument diġà għamiltu: huwa evidenti, anke għall-iktar nies li mhumiex familjari mas-suġġett, li dawn il-qabdiet tad-droga, dawn it-tunnellati u l-mijiet ta' kilos, 50 kilo, 100 kilo u 900 kilo, jindikaw xi ħaġa oħra wkoll.", "Sfortunatament dawn jindikaw – din hija xi ħaġa kważi tal-biża' - li Malta saret ċentru, parti mis-circuit tat-traffikar tad-droga fuq livell kbir, fuq livell organizzat, fuq livell multimiljunarju, bejn pajjiż u ieħor.", "Illum għandna qabdiet li juru li bilfors li Malta saret ċentru - jien użajt l-espressjoni maħżen – tad-droga - lil hemm u lil hawn mal-erbat irjieħ tal-Mediterran.", "U allura, filwaqt li nifraħ lill-Pulizija u filwaqt li m'għandix dubju li qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqbdu lil min qiegħed jittraffika d-droga b'mod daqshekk massiċċ, jien ninkwieta u nispera li l-Ministru u n-nies tiegħu jinkwetaw bħali, għax huwa evidenti li Malta saret ċentru fit-trasport u t-traffikar tad-droga fuq livell enormi.", "Il-Ministru qal li l-pulizija jagħmlu xogħolhom ta' kuljum.", "Nerġa' ngħid, jien naqbel mal-Ministru li l-pulizija jagħmlu xogħolhom ta' kuljum u l-iktar ħaġa importanti hija li l-pulizija – u m'għandix dubju li hekk jagħmlu l-maġġorparti tagħhom – meta jiġu biex jagħmlu xogħolhom jiftakru li l-lealtà tagħhom mhijiex lejn il-ministru jew xi gvern jew xi partit partikolari, imma l-lealtà tagħhom hija lejn il-ġurament li ħadu, li jħarsu liċ-ċittadin onest f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriminalità.", "Il-Ministru semma d-diversi suċċessi li saru, fosthom f'dak li għandu x'jaqsam ma' pickpocketing u ma' reati partikolari.", "Però jien naħseb li, sfortuntament, illum għandna sitwazzjoni - konna naħsbu li kien għadda dak iż-żmien - fejn donnu hemm il-fattizzi kollha li juru li hemm reat, hemm il-kriminalità u hemm element ta' korruzzjoni, u għal xi raġuni, l-ebda pulizija sal-lum – għall-inqas safejn nafu aħna - ma jieħu l-briga kif inhu obbligat jagħmel, li jinvestiga dawn il-każijiet.", "Qed ngħid hekk għax donnu hawn l-impressjoni li jekk pulizija ma jingħatax ordni mill-Kummissarju tal-Pulizija, allura dak il-pulizija m'għandux obbligu jinvestiga ċerti allegazzjonijiet jew ċerti provi li jkollhom.", "Donnu hawn l-impressjoni li kollox jiddependi fuq x'jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija.", "Però rrid infakkar bl-iktar mod ġenwin lill-Kummissarju, lill-Assistenti Kummissarji, lis-supretendenti, lill-ispetturi u 'l-ogħla ranks tal-Pulizija, li meta jkollok każijiet ta' reati, kif jagħmlu fil-maġġorparti tar-reati, ma joqgħodx jintalab il-permess ta' dak u ta' l-ieħor biex jiġi investigat xi każ partikolari.", "Sinjura President, qed ngħid hekk għaliex fil-ġranet li għaddew, waqt li forsi l-poplu Malti kien medhi bi stejjer oħrajn, kellna l-istorja tal-kobba mħabbla tal-mod kif inbiegħu l-isptarijiet tagħna.", "Din hija kobba mħabbla li jien m'għandi ebda dubju li inti m'intix involut fiha.", "Hija kobba mħabbla li inti u l-maġġorparti ta' sħabek ma kellhom ebda konoxxenza ta' din il-ħadma - għax m'hemmx kelma oħra - ta' kif inbiegħu, jew aħjar, insterqu, tliet sptarijiet lill-poplu Malti.", "Din hija ħadma li għandha, fil-fehma tiegħi, il-fattizzi kollha ta' tixħim, ta' korruzzjoni u ta' insider trading.", "Jekk taqbad il-Kodiċi Kriminali tagħna tara li din il-ħadma ticks the boxes ta' tant reati oħrajn.", "Hija ħadma li l-Gvern qabad u ta lil dik li tissejjaħ il-Vitals Global Health Care tliet sptarijiet Maltin.", "Dan il-pajjiż, għall-ewwel darba fl-istorja riċenti tiegħu, m'għandux sptar pubbliku ġewwa Għawdex.", "Il-Gvern ta' Joseph Muscat, permezz tal-Ministru Konrad Mizzi, ta l-Isptar ta' Għawdex lill-kumpanija Vitals Global Health Care, li qatt ma kienet operat sptar sa dakinhar.", "Il-Gvern ta' Joseph Muscat, permezz tal-id tiegħu Konrad Mizzi, ta l-Isptar Karin Grech lil din il-kumpanija.", "L-istess Gvern, l-istess persuna, l-istess Ministru Konrad Mizzi, ta wkoll l-Isptar St Luke's lil din il-kumpanija.", "Lil min qiegħed jismagħna jien irridu jifhem li meta qed ngħid \"ta\", lil din il-kumpanija taha kuntratt ta' €7 biljuni fuq perjodu ta' 99 sena.", "Lil dawn in-nies, li qatt ma operaw sptar, tajniehom kuntratt ta' €70 miljun fis-sena, tajniehom kuntratt ta' €188,000 kuljum!", "Dan il-poplu Malti, li fil-ġranet li għaddew – u jagħmel sew – qala' fwiedu biex ġabar €7 miljun fl-Istrina, tajjeb li jkun jaf li l-Gvern ta b'€70 miljun fis-sena lill-kumpanija Vitals Global Health Care, biex illum, sena u nofs, sentejn wara, din il-kumpanija ħarbet 'l hemm.", "Konna lħaqna tajniehom iktar minn €50 miljun!", "Ma hemm xejn li jiġġustifika l-€50 miljun li tajniehom!", "Dawn kellhom jibnu sptar ġdid f'Għawdex u dan l-isptar ma bnewhx u dabbru rashom 'l hemm.", "Kellhom jimmodernizzaw l-Isptar St Luke's u l-Isptar Karen Grech u flok immodernizzawhom ħatfu €50 miljun u telqu 'l hemm.", "U qisu ma ġara xejn!", "Dan huwa Gvern li għalih business as usual.", "Huwa inkredibbli kif jipprova jipperswadi lil min isegwi li din kienet biċċa negozju tajba, li kienet biċċa negozju li ma tintinx, li kienet biċċa negozju li m'għandhiex il-fattizzi kollha ta' tixħim u korruzzjoni, li tagħti tliet sptarijiet lil kumpanija li qatt ma ħadmet fl-isptarijiet; li lil din il-kumpanija nagħtuha €50 miljun biex tagħmel ma nafx kemm-il ħaġa, u minn dak kollu m'għamlet xejn u telqet, ħarbet, sparixxiet, ħarġet mix-xena!", "Dak fih innifsu jimmerita wkoll investigazzjoni mill-Pulizija.", "Però mhux hekk biss, għax fil-ġranet li għaddew komplejna niskopru iktar fuq din il-ħadma li kellna.", "Kellna ħadma wkoll għaliex meta dawn telqu, taf kemm bigħuhom it-tliet sptarijiet li tajniehom?", "Mela tajniehom €50 miljun, jiġifieri daħħlu €50 miljun fil-but, dabbru rashom u ħelsu mill-isptarijiet, u taf x'għamlu?", "Issa sirna nafu li għamlu kuntratt u t-tliet sptarijiet, jiġifieri l-Isptar Karin Grech, l-Isptar St Luke's u l-Isptar ta' Għawdex, dawn il-ħallelin – għax m'hemmx kelma oħra għalihom - ittrasferewhom għall-valur ta' €1, ħaqq pastizz tal-irkotta!", "Daqshekk!", "F'din l-assurdità wasalna f'dan il-pajjiż!", "Fil-ġranet li għaddew kellna ġurnalisti li kixfu kif f'dan il-pajjiż ġew trasferiti tliet sptarijiet.", "Minn hawn irrid insellmilhom, b'mod partikolari lill-ġurnalisti ta' The Shift News.", "Dawn mhux tliet pjanti jew tliet ritratti ttrasferew; naħseb li tliet ritratti tal-isptarijiet iqumu iktar minn €1!", "Jekk nieħu ritratt tat-tliet sptarijiet u nbigħhomlhom probabbilment jagħtuni iktar minn €1!", "Dan mhux ritratt!", "Dawn huma tliet sptarijiet; dawk il-binjiet kbar tawhomlhom għal €1 biss!", "U f'dan il-pajjiż, fejn għandu jkollna korp tal-pulizija li jiġġieled il-kriminalità, dwar dan ma nisimgħu xejn!", "Meta l-ġimgħa l-oħra qomt hawnhekk u lill-Prim Ministru u lill-Ministru tas-Saħħa staqsejthom jekk dawn l-istejjer jinkwetawhomx, isegwuhomx u jekk hux qed jagħmlu xi ħaġa fuqhom, iddieħku bina u żebilħuna!", "Għax issa hekk; issa fl-aqwa żmien, issa meta għandna s-saħħa, meta jqum xi ħadd mill-Oppożizzjoni ….", "U jien ngħid, ġustament, li aħna nirrappreżentaw lil xi ħadd, forsi ma nirrappreżentawx il-maġġoranza f'dan il-pajjiż, però nirrappreżentaw żgur faxxa ta' nies li għad baqgħalhom sens ta' diċenza, li inti tkun hawn u tispjega kif tliet sptarijiet bgħeniehom b'€1!", "U mbagħad jien, min-naħa tal-Oppożizzjoni, nipprova nistaqsi jekk dan hux veru, li dawn it-tliet sptarijiet inbiegħu għal €1.", "Ara taħsbu li jiċħdu, la jgħidu li inti qed tivvinta, ma jgħidu xejn!", "Jikkonfermaw u jgħidulek: \"Xi trid tgħid biha?", "X'hemm ħażin?\"", "X'hemm ħażin?!", "Wasalna fi stat f'dan il-pajjiż li meta inti tistaqsi bl-iktar mod ġenwin … Naħseb li din hija mistoqsija leġittima ħafna.", "Jekk xi ħadd jgħidlek li nbiegħu tliet sptarijiet b'€1, l-iktar ħaġa li tippretendi mill-membru parlamentari li jirrappreżentak fil-Parlament hija li jqum u jistaqsi kif dawn biegħu tliet sptarijiet għal €1!", "Imma ara taħseb li jqumu u jikkoreġuk, jew jgħidu li mhux veru, jew jgħidulek li qed tgħid il-ħmerijiet.", "Dawn jgħidulek: \"Veru.", "Allura xi trid tgħid?!\"", "Aħna fil-gvern u aħna nagħmlu li rridu!", "Din hi l-attitudni ta' dan il-Gvern!", "U hemm aspetti oħrajn.", "Il-ħadma hija inkreddibli!", "Dawn tajniehom tliet sptarijiet, ħadu €50 miljun, taparsi bigħuhom €1, imbagħad marru oltre minn hekk.", "X'għamlu qabel ma ħarġu mix-xena?", "Xtraw, għamlu kuntratti ma' kumpaniji li jissupplixxu l-mediċini u t-tagħmir mediku.", "Jiġifieri hemm kumpaniji li dawn t-tliet sptarijiet jixtru mingħandhom, bħal faxex, mediċina, apparat u tagħmir, fost affarijiet oħrajn, u x'għamlu dawn l-imbruljuni, dawn il-ħallelin?", "Dawn għamlu ftehim mal-kumpanija Technoline u ntrabtu li nixtru l-prodotti mingħandha u nagħtuha tender, kuntratt ta' miljuni għal diversi snin.", "Tibda tgħid: \"Ara x'kummiedja din!", "Dawn minflok japplikaw il-public procurement regulations u t-tender procedures u jfittxu l-aħjar prezzijiet, dawn li suppost huma kumpanija private u allura għandu jkollhom mod ġdid kif jagħmlu l-affarijiet, għamlu kuntratt ma' din il-kumpanija Technoline.", "Tibda tistaqsi: X'inhu jiġri?", "Dawn jintrabtu, ma joqogħdux ifittxu l-irħas, x'jaqblilhom u ma jaqblilhomx!", "Ma tarax, għalqu kuntratt mat-Technoline!", "U tibda tgħid li dan ma jagħmilx sens.", "Però issa nafu għalfejn jagħmel ħafna sens, għaliex dawn wara li għamlu l-kuntratt mat-Technoline, għamlu biċċa xogħol u xtraw l-ishma tat-Technoline, u t-Technoline saret tagħhom!", "Mela huma ħarġu mix-xena tal-isptar, però ħallew l-isptarijiet tagħna mwaħħlin bil-piż ta' kuntratt ma' kumpanija li, bil-moħbi, minn wara dahar kulħadd, xtrat l-ishma tagħhom!", "X'ħażen, jaqq!!", "Kemm trid tkun malinn, kemm irid ikollok a warped mind biex tfassal pjan bħal dan, biex l-ewwel tieħu €50 miljun, imbagħad tbigħhom b'€1 u titlaq mix-xena u wara li ddabbar rasek tibqa' taqla' l-eluf b'kuntratt li rbattna bih!", "Dan huwa textbook case tat-taħwid u tgerfix, il-korruzzjoni u l-kriminalità li sfortunatament ħakmet ċerti setturi f'dan il-Gvern.", "Meta qed ngħid \"dan il-Gvern\" mhux qiegħed nirreferi għall-Ministru jew għal ħafna minn sħabu li qegħdin ġewwa din il-Kamra.", "Però, ilkoll kemm aħna għandna r-responsabbiltà u lkoll kemm aħna rridu naraw għalfejn ma nipprovawx nagħmlu l-affarijiet sew f'dan il-pajjiż.", "Għalfejn storja kbira bħal din, li ħarġu l-ġurnalisti wara li għamlu ħafna u ħafna riċerka, inħalluha tgħaddi u qisu ma ġara xejn?", "Nerġa' ngħid li dan il-ftehim għandu l-fattizzi kollha, l-ingredjenti kollha ta' dawk iż-żewġ persuni, li jien ngħid u nibqa' ngħidha, li huma mażżra inutli ma' għonq il-Gvern ta' pajjiżna llum, Konrad Mizzi u Keith Schembri.", "Dwar dawn iż-żewġ persuni hemm stejjer u dettalji f'dawn ir-rapporti li qegħdin jgħidu li x-share transfer ta' dawn il-kumpaniji saru fuq ordni minn Kastilja, saru laqgħat f'Kastilja lejlet ix-share transfer u saru b'insistenza ta' Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.", "Sur President, f'pajjiż normali, f'pajjiż fejn id-demokrazija tiffunzjona, f'pajjiż ċivilizzat Ewropew, jekk ikollok allegazzjoni bid-dettalji bħal din, li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru ġiegħel li jsir share transfer, ma jiġux injorati u l-affarijiet jiġu ċċarati.", "Iżebilħuna, jgħajruna, jhedduna u jipprovaw idawru l-kanuni fuqna, jagħmlu minn kollox biex huma jibqgħu hemm.", "Kif qal il-kollega tiegħi l-Onor.", "Tant hemm miljuni involuti li issa s-survival sar biss kwestjoni ta' flus!", "Tant hemm intriċċi, tant hemm kuntratti maħmuġin, li llum lanqas għad hemm ir-rieda politika li jiġu indirizzati dawn l-affarijiet.", "U allura għalhekk huwa fejn forsi jidħlu wkoll il-Pulizija.", "F'dawn id-dokumenti li ħarġu ssemma kif, pereżempju, ġew trasferiti miljuni f'kontijiet ta' kumpaniji fid-Dubai.", "Kumbinazzjoni li f'dan il-pajjiż għandna din is-sitwazzjoni?!", "Nasal biex nagħlaq u ngħid li aħna bħala Oppożizzjoni se nivvotaw favur dan l-Abbozz ta' Liġi għaliex aħna rridu li l-pulizija jikkonċentraw fuq xogħolhom, irridu li l-pulizija, kif jagħmlu l-maġġorparti tagħhom, jibqgħu leali lejn il-ġurament li ħadu, ma jħarsu lejn wiċċ ħadd biex għall-ġid ta' kulħadd - mhux tan-naħa tal-Gvern jew tan-naħa tal-Oppożizzjoni - min jagħmel il-ħażin jieħu dak li ħaqqu u min huwa ċittadin onest iħoss il-konfort li huwa protett mill-Korp tal-Pulizija.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Michael Farrugia jressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija: Pajjiżna qiegħed jagħmel biżżejjed għal dawk li għaddejjin mill-isfida tal-marda tal-kanċer?", "Jien nieħu l-opportunità biex qabel xejn insemmi diversi entitajiet li qegħdin jagħmlu diversi kampanji ta' għarfien dwar il-kura tal-kanċer, fost l-oħrajn, il-Pink October f'Ottubru, il-kura tal-prostata tar-raġel f'Novembru, issa dalwaqt wasal l-4 ta' Frar meta jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Kanċer, u allura hemmhekk wieħed isir jaf aktar u jkollu aktar informazzjoni u r-riċerka fuq din l-isfida.", "Fid-dinja madwar 1,000,007 persuni fis-sena jsibu li għandhom il-marda tal-kanċer.", "Jekk naraw pajjiżna, huwa tajjeb li ngħidu li f'sena 2,000 persuna tiskopri li għandha l-marda tal-kanċer.", "Huwa tajjeb ukoll li ngħidu li, skont riċerka, f'sena jkun hemm madwar 900 mewt li huma marbuta mal-kanċer f'Malta.", "Din hija statistika allarmanti u inkwetanti u aħna rridu ninvestu aktar fir-riċerka biex ikollna aktar tagħrif dwar dan.", "Fil-fatt, fil-Parlament Ewropew jingħad li rridu nirdoppjaw il-fondi għar-riċerka fuq il-kanċer, b'mod speċjali fuq it-tfal tagħna.", "Ta' min insemmi wkoll dawk l-individwi, NGOs, dawk l-għaqdiet, u anke persuni fis-skiet, li jaħdmu biex jiġġieldu lil dan l-għadu komuni.", "Huwa tajjeb li anke l-gvern lil dawn l-NGOs isostnihom b'aktar finanzi biex issir aktar riċerka biex ikollna aktar għarfien.", "Hawnhekk irrid nieħu l-opportunità biex insellem, fost l-oħrajn, lil Europa Donna, Karl Vella Foundation, Action for Breast Cancer, Hospice Malta u Puttinu Cares u nirringrazzjahom tax-xogħol eċċezzjonali li jagħmlu.", "Allura jeħtieġ li l-Gvern jinvesti aktar f'dan ir-rigward sabiex jiġu skoperti aktar soluzzjonijiet.", "Sfortunatament, skont statistika li ħarġet dan l-aħħar fl-Unjoni Ewropa naraw b'mod ċar li Malta tinstab fost l-aħħar pajjiżi fejn jidħol l-investiment għar-riċerka.", "Pajjiżna waħdu ma jistax isib is-soluzzjoni, iżda aħna, kif dejjem ngħidu, flimkien ma' pajjiżi oħrajn nistgħu ngħinu biex ikun hemm dik is-soluzzjoni.", "Hemm ħafna x'isir u l-gvern hemm bżonn li jifhem bis-serjetà anke lil dawk il-ħaddiema li taħkimhom din l-isfida tal-marda tal-kanċer.", "Illum, fil-familji tagħna, qisu kulħadd ikollu dik il-persuna partikolari li jkollha din l-isfida tal-kanċer.", "Meta wieħed jirċievi l-aħbar kerha u iebsa li ħakmitu din il-marda, irid jibda triq twila, hemm proċess li mhux faċli.", "Ħafna drabi l-proċess iwasslek lejn it-triq tad-diżintigrazzjoni.", "Hawn min jibqa' sejjer id-dinja l-oħra wara xi xhur, però hemm dawk li forsi l-ħajja titbissmilhom u jibqgħu għaddejjin b'ħajjithom.", "Min ikun impjegat mal-partikular ibati f'dan ir-rigward, kif sejjer nispjega, u dan minħabba li m'hemm ebda ftehim mal-unions.", "Dan li se nsemmi llum jien diġà kkomunikajt dwaru mal-Ministru Michael Farrugia u mas-Segretarju Permanenti, is-Sur Mark Mousu, li nsellimlu minn hawnhekk.", "Nixtieq nagħmel punt dwar il-leave u s-sick leave kif stabbilit mil-liġi u nagħlaq b'dan.", "Dan sabiex, jekk Alla jrid, forsi anke bħala Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ikun jista' jmexxi sabiex dawn il-bnedmin ikollhom inqas tbatija.", "Se nsemmi każ ta' persuna li kitbitli u qaltli li wara testijiet li sarulha, it-tobba ddeċidew li jmorru għal operazzjoni.", "Kif taf inti, il-proċess huwa wieħed iebes, li jinkludi CT Scans, Pet Scans u radjoterapija, sakemm wieħed jasal għall-operazzjoni.", "Bejn il-pre-op, l-operazzjoni u l-irkupru din il-persuna eżawriet is-sick leave intitolat lilha, u dan mhux għax trid hi, u ħadd ma jridu dan, però l-leave full-pay u anke dak half-pay awtomatikament spiċċawlha.", "Wara, din il-persuna kellha tibda l-kimoterapija, jiġifieri 12-il sessjoni ta' tlett ijiem kull darba fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija u bla dubju ta' xejn il-leave u l-half pay dejjem beda jonqos.", "Il-liġi tgħid li għall-ewwel tlett ijiem is-Sigurtà Soċjali ma tħallsekx, anke jekk tkun fuq ordni tat-tabib.", "Jiena nittama li qed inwassal il-komunikazzjoni tiegħi b'mod ċar u tajjeb.", "Allura din il-liġi jeħtieġ li naħsbu fuqha għaliex qed issir inġustizzja kbira mal-marid.", "Persuna li qiegħda l-isptar qed tiġi mċaħħda mill-ewwel tliet ijiem tal-benefiċċju tal-mard.", "Din il-persuna rreferiet il-każ anke lill-Prinċipal tagħha, li taha raġun u qalilha li dan il-każ mhux sejjer jispiċċa fuq l-ixkaffa, però ma sema' xejn aktar.", "Allura din il-persuna kitbet ukoll lill-Prim Ministru Joseph Muscat, li weġibha li din il-kwestjoni se tiġi indirizzata fil-Baġit li jmiss.", "Hawn kien qed jirreferi għall-Baġit tal-2019, dak li għadu kif għadda, però l-Baġit ġie u għadda, iżda ma nstema' xejn dwar dan.", "Din il-persuna għal dawn it-tnax-il sessjoni ta' tlett ijiem ta' kimoterapija li semmejt aktar kmieni f'dan l-Aġġornament tilfet 36 ġurnata.", "Dan filwaqt li kienet l-Isptar taħt għajnejn it-tobba, anke jekk hemm iċ-ċertifikati tas-sick leave, li għadhom għand il-persuna li qed nirreferi għaliha.", "Minbarra l-każ ta' din il-persuna li semmejt, hemm dawk li jmorru d-Daycare jew il-Casualty għal intervent qasir.", "Sur President, se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li jien inħalli f'idejn il-Gvern biex jibda proċess ta' din il-liġi u sabiex din il-liġi tiġi ġustifikata.", "Issa bil-fatti rridu nuru anke mal-marid li dan huwa Gvern li jisma', li dan huwa Gvern ta' kulħadd.", "F'\"l-aqwa żmien\" nippretendi li jittieħdu passi biex issir ġustizzja ma' dawk li t-triq tagħhom hija l-aħħar erba' kelmiet ta' ħajjithom u sabiex issir il-ġustizzja magħhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, qabel ma nibda d-diskors tiegħi irrid insellem lill-Onor.", "Ivan Bartolo li għadu kemm għamel dan id-diskors, li fuq diversi livelli u għal diversi raġunijiet naf li ġie mill-qalb minħabba s-sitwazzjoni xejn faċli li membru tal-familja tiegħu għaddej minnha bħalissa.", "L-ISPEAKER: Ningħaqad miegħek u nżommu fit-talb tagħna lill-familja Bartolo.", "JASON AZZOPARDI: F'dan l-Aġġornament qed nipproponi li jkollna maġistrat li l-uffiċċju tiegħu jitwaqqaf b'liġi ad hoc, li jkun magħżul mill-President tar-Repubblika u li xogħlu jkun biss li jinvestiga, jiġġieled u jmexxi hu stess prosekuzzjoni, allura kawżi eventwali, ta' korruzzjoni.", "Dan ikollu l-jedd u s-saħħa li jibda l-investigazzjonijiet hu minn jeddu u jkollu l-istaff tiegħu li jagħżel huwa stess.", "Jiena nemmen li wasal iż-żmien għal special inquiring magistrate for cases of corruption.", "Dan għaliex huwa ċar, kif anke wera l-Prim Imħallef Emeritus DeGataeno ftit jiem ilu, li kif inhi l-liġi tagħna – u kull avukat li jaħdem fil-Kriminal dan jafu – il-maġistrat inkwerenti jiddependi/ tiddependi, skont il-każ, mill-Pulizija.", "Fost dmirijiet oħrajn, dawn iridu jlaħħqu mal-volum ta' mijiet ta' inkjesti, mijiet ta' kawżi tad-distretti, kumpilazzjonijiet u jkunu tal-għassa.", "U wasalt nimmatura dan il-ħsieb, u naħseb li huwa ċar daqs il-kristall li għandna bżonn dan il-maġistrat inkwerenti u ma nibqgħux niddependu iktar fuq il-Pulizija biex jagħmlu xi ħaġa, għax huwa evidenti li l-Kummissarju huwa fil-but tal-Onor.", "Joseph Muscat u ma jridx jinvestiga.", "Dan meta issa komplew joħorġu rivelazzjonijiet xokkanti minn The Shift News, li jistorduk fil-gravità tagħhom, dwar il-kuntratt korrott ta' Vitals Global Health Care, kuntratt ta' €2 biljuni, kuntratt li ma jistax ma jwassalx għal investigazzjoni kirminali.", "Se ngħid fuq fuq kif ġraw il-fatti.", "Fis-27 ta' Marzu tal-2015, il-Gvern Malti, permezz ta' Projects Malta, taħt ir-responsabbiltà politika tal-Ministru Konrad Mizzi, ħarġet request for proposal (RFP) għall-privatizzazzjoni ta' dawn it-tliet sptarijiet.", "F'Ġunju tal-2015, Vitals Global Health Care ġiet magħżula bħala ċ-chosen bidder mill-Gvern Malti.", "Filwaqt li kienu tlieta l-bidders, inkluża l-Vitals Global Health Care, kien hemm diversi persuni u imprendituri lokali li ġabru l-RFP, però ma tefgħux il-bid għaliex kien umanament impossibbli għalihom li jistudjaw il-bid, jaħdmu fuqha, isibu partners barranin, jiksbu impenn bankarju għall-bid bond u impenn ta' finanzjament minn banek u jippreżentaw l-offerta tagħhom fiż-żmien qasir immens li kien ingħata għal proġett ta' mijiet ta' miljuni ta' ewro, u cjoè, inqas minn tliet xhur.", "Fit-30 ta' Novembru tal-2015 ġie ffirmat kuntratt bejn il-Gvern Malti u s-soċjetajiet Vitals Global Health Care, Vitals Global Assets u Vitals Global Health Care Management.", "Il-Gvern Malti kien irrappreżentat mill-Ministru Konrad Mizzi u dawn kienu rrappreżentati minn Ram Tumuluri, b'dawn il-kumpaniji lkoll reġistrati ġewwa Crossbow House, 78, Cospicua Road, Paola għal services concession agreement.", "Dakinhar, fit-30 ta' Novembru 2015 ġie ffirmat ukoll kuntratt tal-health services delivery agreement bejn il-Gvern Malti – m'hemmx għalfejn ngħidu, Konrad Mizzi - u s-soċjetà Vitals Global Health Care, irrappreżentata minn Ram Tumuluri, ukoll reġistrata ġewwa Crossbow House, 78, Cospicua Road, Paola.", "Fit-22 ta' Marzu 2016 ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-Gvern Malti, permezz tal-Malta Industrial Parks u l-Kummissarju tal-Artijiet, u l-Vital Global Health Care, li permezz tiegħu din is-soċjetà ngħatat konċessjoni b'ċens ta' 30 sena għall-Isptar Karin Grech, dak ta' Għawdex u dak ta' San Luqa, b'kuntratt ta' 'l fuq minn €2 biljuni.", "Huwa magħruf li Vitals Global Health Care ma kellha u m'għandha ebda esperjenza mkien fid-dinja fil-qasam tas-saħħa.", "Kien biss wara li kopja tal-kuntratt ġiet imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra li l-Gvern ta d-dritt lil Vitals Global Health Care li, at the sole discretion of the guarantee, iġeddu ċ-ċens għal 99 sena.", "Ma ninsewx li f'Marzu 2014 il-Ministru Konrad Mizzi nħatar Ministru responsabbli mis-saħħa flok il-Ministru Godfrey Farrugia.", "Fid-9 ta' Ottubru tal-2014 ġiet reġistrata s-soċjetà Pivot Holdings Limited, b'wieħed mis-sidien ikun ċertu Shawkat Ali Gafur, bil-passaport nru 617268, ċittadin Pakistani li għandu konnessjonijiet kbar u mill-viċin mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Pivot Holdings Ltd ġiet reġistrata fl-istess indirizz ġewwa Crossbow House, Triq Bormla, Raħal Ġdid, fejn hemm ukoll reġistrata Blue Stone Investments Malta Ltd, li hija l-parent company tal-Vitals Global Health Care.", "Blue Stone Investment Malta Ltd, minn meta ġiet inkorporata fl-2014 sal-lum, qatt ma ppreżentat l-audited accounts kif inhi obbligata li tagħmel skont il-liġi tal-kumpaniji.", "Jirriżulta wkoll li ċertu Ali Shawkat Assad irċieva għexieren ta' eluf ta' ewro f'pagamenti fil-kont bankarju tas-soċjetà li fiha huwa azzjonist ewlieni, Planet Core Ltd, fil-Bank Pilatus.", "Dan il-kont bankarju nfetaħ fl-istess żmien meta l-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Konrad Mizzi, kien f'negozjati ma' Vitals Global Health Care u dawn il-pagamenti li saru kienu inkonessjoni mal-hekk imsejħa \"consultancy commissions u allowances\".", "Fl-10 ta' Ottubru tal-2014 ġie ffirmat memorandum of understanding sigriet bejn din is-soċjetà, fost oħrajn, Mark Pawley u l-Gvern Malti, rappreżentat mill-Ministru Chris Cardona, proprju dwar il-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet pubbliċi hawn fuq imsemmija u konċessjoni b'ċens, li kellha tingħata favur din is-soċjetà mill-gvern ftit wara.", "Fit-23 ta' Novembru 2014 l-investituri barranin Gupta AGM Incorporated, Ram Tumuluri u Mark Pawley ffirmaw memorandum of understanding ieħor bejniethom, li kien jinkludi dettalji speċifiċi ta' dak li kellu jkun, u li fil-fatt kien, fih l-RFP li l-Ministru Mizzi ppubblika f'Marzu tal-2015, jiġifieri tliet xhur wara.", "Fost dettalji oħrajn, dan il-memorandum of understanding tat-23 ta' Novembru 2014 ta' bejn dawn l-investituri kellu referenza għall-għan tagħhom, li Vitals Global Health Care kellha tieħu f'idejha t-tmexxija tal-isptar ta' Għawdex, b'dettalji ta' numru ta' sodod imsemmija.", "Pereżempju, 210 sodda fl-isptar ta' Għawdex, biex jibnu sptar ta' 200 sodda fl-Isptar St Luke's, jibnu 200 bed assisted living facility fl-istess binja, eċċetra.", "Kumbinazzjoni laqtu l-likk, tliet xhur qabel kienu jafu x'ħiereġ!", "Sittax-il jum biss wara dan il-memorandum of understanding ġiet reġistrata kumpanija, Blue Stone Investments Malta Ltd, b'Ram Tumuluri u Mark Pawley bħala diretturi.", "Is-sid ta' din is-soċjetà kienet, u hija, Blue Stone Special Situation 4 Ltd, reġistrata fil-British Virgin Islands.", "Terġa', min-naħa tagħha din is-soċjetà fil-British Virgin Islands hija proprjetà ta' Asia Hasimaw Investments Ltd, ukoll reġistrata fil-British Virgin Islands.", "Dan għaliex Shawkat Assad akkwista terz tal-ishma, 33%, f'Pivot Holdings Ltd f'Marzu tal-2015, li huwa l-istess xahar li Projects Malta, taħt id-direzzjoni ministerjali tal-Ministru Konrad Mizzi, ħarġet l-RFP.", "Fi Frar tal-2015, jiġifieri xahrejn qabel ma ħareġ l-RFP, Vitals Global Health Care kienet diġà bdiet tirreklama dettalji ta' dak li kellu jkun, u fil-fatt kien, fih l-RFP.", "Matul dan l-perjodu, is-CEO ta' Vitals Global Health Care, l-Amerikan Armin Ernst, bil-passaport nru 463649409 u bl-indirizz Fisher Avenue, Brooklyn, Massachusettes, ġie impjegat minn Steward Healthcare fl-istess ħin.", "F'Settembru tal-2015 il-Ministru Mizzi ftiehem ma' Vitals Global Health Care biex din tibda titħallas €70 miljun fis-sena, il-pagi tal-impjegati tat-tliet sptarijiet imsemmija, €1,200,000 għall-iskola medika f'Għawdex u €1 miljun fis-sena għal servizz ta' fire ambulance.", "F'Mejju tal-2016 il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ppubblikat due diligence report - li kien inżamm sigriet – li kien jikkundanna lil Vitals Global Health Care, liema rapport kien tħejja mis-soċjetà ta' konsulenza ewlenija, fuq inkarigu ta' wieħed mill-klijenti potenzjali ta' Vitals Global Health Care.", "Ir-rapport jgħid li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kien ħobża u sikkina ma' Rum Tumuluri u Shawkat Ali Chaudry, deskritt bħala konsulent tal-Prim Ministru u iktar tard żvelat li kien wieħed mill-investituri fil-Vitals Global Helth Care sa minn tmiem l-2013.", "Skont dan ir-rapport ta' due diligence, Keith Schembri kien wiegħed lill-kumpanija ta' kuntratturi Indjani Shapoorji Pallonji u Global Healthcare li tinstab fl-Emirati Għarab Magħquda, li huma kienu jirbħu l-proġett għall-privatizzazzjoni tal-isptarijiet jekk huma jaħdmu ma' Rum Tumuluri u Shawkat Ali Abdul Kafur Chaudry.", "Iż-żewġ kumpaniji aċċettaw wara żjara f'Dubai minn \"a very senior former Maltese Minister\", li kien l-eks ministru John Dalli, li dak iż-żmien kumbinazzjoni kien ukoll il-konsulent tal-Prim Ministru fuq il-qasam tas-saħħa!", "Bejn l-2009 u l-2011 dan l-istess Shawkat Assad kien azzjonist ewlieni fis-soċjetà CIC Ltd flimkien mal-eks ministru John Dalli.", "Kemm John Dalli, Blue Stone Investments Ltd u persuni oħrajn involuti fil-kuntratt ta' Vitals Global Health Care u investituri tal-VGH kumbinazzjoni lkoll kellhom kontijiet bankarji f'Satabank!", "Fis-16 ta' Awwissu 2016 Vitals Global Health Care ffirmat memorandum of understanding sigriet mal-Gvern tal-Montenegro, xahrejn qabel il-Ministru tas-Saħħa tal-Montenegro ħabbar li l-Gvern tal-Montenegro kien f'negozjati biex jagħti private public partnership lil Vitals Global Healtch Care biex imexxu l-isptarijiet fil-Montenegro għal 30 sena, b'investiment ta' €375 miljun.", "Skont artiklu ppubblikat fil-ġurnal Times of Malta f'Lulju tal-2017, Vitals Global Health Care kienet iffirmat kuntratt ta' esklużività għall-medical supplies tat-tliet sptarijiet imsemmija mas-soċjetà Technoline Ltd.", "Il-kompetituri ta' Technoline Ltd spiċċaw ikollhom jitfgħu l-offerti tagħhom għall-medical supplies għat-tliet sptarijiet lill-kompetitur dirett tagħhom!", "Is-soċjetà Technoline Ltd kienet inxtrat mis-Sales and Marketing Manager Ivan Vassallo, li huwa mażun u persuna li kulħadd jaf fid-dinja tal-kummerċ, li ma kellux il-€5 miljun biex xtara t-Technoline; dawn ġew minn terz, u dan ftit qabel ma ffirma dan il-kuntratt, kontra kull regola ta' kompetizzjoni ġusta, mal-Vitals Global Health Care.", "F'Jannar tal-2018 is-sit elettroniku ta' The Shift News żvela dokumenti minn mandat ta' inibizzjoni li Ashok Rattehalli, tabib Indjan u wieħed mill-investituri tal-proġett sa mill-bidunett, kien ippreżenta f'Diċembru tal-2017 fil-Qorti ta' Malta kontra Bluestone Investments Malta Ltd fejn minn dawn id-dokumenti joħroġ ċar li Ram Tumuluri u oħrajn kienu jafu bid-dettalji tal-RFP qabel ma dan kien ippubblikat fl-2015.", "Minn dawn id-dokumenti fil-Qorti ta' Malta, wieħed mill-investituri bikrija ta' Ashok Rattehalli juri li tard bil-lejl fl-20 ta' Diċembru 2017 kien hemm laqgħa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiġi finalizzat it-trasferiment lil Steward Global Healthcare u għal din il-laqgħa kienu preżenti il-Ministru Konrad Mizzi, Keith Schembri u Ram Tumuluri.", "F'Jannar tal-2018, grazzi għal artiklu li deher fuq is-sit elettroniku ta' The Shift News, sar magħruf il-memorandum of understanding li kien ġie ffirmat fl-2014 minn grupp ta' persuni barranin, fosthom Ram Tumuluri u Mark Pawley, mal-Gvern Malti irrappreżentat mill-Ministru Chris Cardona.", "Jiġifieri dan sar ħames xhur qabel ma ħarġet ir-request for proposal target.", "Dawn il-persuni kienu jikkomponu 70% tal-proprjetà tas-soċjetà Vitals Global Health Care.", "Min jippossedi l-kumplament tat-30% ma nafux.", "Jiġifieri, fi ftit kliem, il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar iffirma ftehim ma' soċjetà li għandha terz tas-sidien tagħha moħbija, għal kuntratt ta' 'l fuq minn €2 biljuni li ġie ffirmat fl-2016.", "Nafu wkoll li f'Jannar tal-2018 is-sit elettroniku ta' Lovin Malta wera kif id-Direttur tas-soċjetà Technoline, Yaser Ali Badar, huwa reġistrat li jirrisjedi fl-istess indirizz tal-appartament ta' Shaukat Ali Chaudry f'Tignè.", "Din hija turija ċara ta' kollużjoni bejn Vitals Global Health Care u Technoline.", "Fil-21 ta' Frar tal-2018, fuq NET TV, it-Tabib Josie Muscat, Direttur tal-Isptar St James, iddikjara li l-Gvern Malti minn wara dahar il-Parlament kien iggarantixxa lill-Vitals Global Healthcare minimu ta' €72 miljun fis-sena.", "Dan peress li kien intrabat li kull ġimgħa jgħaddi lill-Vitals Global Health Care €6 miljuni.", "Huwa reġa' tenna li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ordna lill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna joħroġ side letters lill-Vitals Global Health Care biex dawn jitħallsu iktar miljuni minn dak miftiehem fil-kuntratt.", "It-Tabib Josie Muscat iddikjara li Ram Tumuluri u wħud mill-investituri l-oħrajn ta' Vitals Global Health Care kienu fetħu uffiċċju fl-Isvizzera.", "Huwa qal li jaf li l-miljuni tal-Vitals Global Health Care intużaw biex fetħu klinika fil-belt ta' Zurich.", "Ftit ġranet ilu The Shift News ħarġu iktar rivelazzjonijiet xokkanti, tad-dardir, li jistorduk fil-gravità tagħhom, fuq dan il-kuntratt korrott, li m'għandux limitu fir-regħba ta' korruzzjoni li hemm warajh.", "Biex jiżguraw monopolju ta' provvista ta' oġġetti mediċi, kien hemm ditta jisimha Mtrace plc, li magħha saret l-istess ħaġa, l-istess metodu, biex ikollhom markup, jiġifieri profitti, ta' 25%, u dan fuq mediċini tal-kanċer!", "Ftit minuti ilu l-Onor.", "Ivan Bartolo għadu kemm għamel diskors dwar il-problema, il-pjaga diffiċli tal-kanċer.", "Naħseb li m'hawn ħadd li ma tilifx lil xi ħadd fil-familja tiegħu bil-marda tal-kanċer.", "Pereżempju, jien meta kelli 15-il sena tlift lil ommi bil-marda tal-kanċer, u missieri ta' 62 sena miet bil-kanċer.", "Kull wieħed u waħda minna għadda minn din it-trepassjoni.", "Il-marda tal-kanċer hija kiefra u iebsa.", "Dawn riedu jagħmlu l-qligħ u jistagħnew minn fuq il-mediċina tal-kanċer!", "Vitals Global Health Care użat flus it-taxpayer Malti biex tixtri ditti li jassiguraw profitti m'ogħla s-sema u jkollhom l-esklużività; ħniżrija tal-Ministru Konrad Mizzi li issa l-Ministru Chris Fearne qed iħabbat wiċċu magħha.", "The Shift News żvelaw li Steward Healthcare xtraw Vitals Global Health Care għal €1 biss, però rċevew €70 miljun kull sena, jiġifieri €188,000 kuljum.", "Mela int forsi ma tlaħħaqx sal-aħħar tal-ġimgħa, għax forsi għandek €900 kera fix-xahar u allura ma tlaħħaqx, u dawn biex jistagħnew, tliet maħmuġin li m'hemmx aġġettivi biżżejjed biex tiddeskrivihom, għal 99 sena se jagħmlu €7,000 miljun qligħ, għal sidien li mhumiex magħrufa.", "Din il-ġimgħa, grazzi għal The Shift News, sirna nafu li €1,400,000 spiċċaw f'kumpanija sigrieta f'Dubaj u €1,800,000 ngħataw lil individwu li ma konniex nafu bih.", "Kellu raġun Ranier Fsadni ta' The Shift News jumejn ilu jgħid \"Chronicle of a grab foretold\".", "Kif jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, kuntratt iddisinjat sa mill-bidu nett biex ifalli, maħdum bizzilla.", "Sur President, dan kollu ma konniex inkunu nafuh kieku mhux għall-midja indipendenti, li minn hawn insellmilhom u nirringrazzjahom.", "Il-fatti hawn fuq imsemmija jagħtu lok biex, fost l-oħrajn, Konrad Mizzi, Chris Cardona, Edward Scicluna, Ram Tumuluri, Mark Pawley, Shawkat Ali Gafur, Armin Ernst u Ivan Vassallo huma kompliċi f'korruzzjoni, frodi, ksur tas-sigriet professjonali, falliment doluż, trading in influence u konġura kriminali.", "Altru li għandna bżonn maġistrat inkwerenti bis-setgħa unika, speċifika, li jikkonċentra, imexxi u jinvestiga l-każijiet ta' korruzzjoni minn jeddu.", "U m'hemmx għalfejn ikollu rapporti għaliex qegħdin nassistu għal takeover, hijack tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna minn mafja korrotta, minn xibka korrotta, minn qarnita korrotta, li bħalha qatt ma rajna f'pajjiżna u li l-prezz tal-konsegwenzi tagħha se nħallsuh fis-snin li ġejjin aħna lkoll li m'għandna x'naqsmu xejn ma' dan il-ħmieġ organizzat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAĦAL ĠDID – FUNTANI FIL-PJAZZA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ħames xhur mill-inawgurazzjoni tal-Pjazza f'Raħal Ġdid, il-funtana ta' quddiem il-Każin Laburista għadha bla ilma u fejn suppost isiru erba' funtani quddiem il-Knisja Kristu Re għad hemm koċċ żrar?", "Skont il-programme of works tal-proġett (qed nassumi li kien hemm programm) sa meta kellhom ikunu qed jaħdmu?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-funtani ta' quddiem il-Każin Laburista u l-funtani ta' quddiem l-knisja ġew installati u ż-żrar tneħħa.", "Saru ukoll xi provi tal-funtani jaħdmu, fadal xi ftit interventi tekniċi fejn jidħol l-apparat elettroniku biex il-funtani jkun jistgħu jibqgħu jaħdmu għal tul ta' żmien.", "L-esperti tekniċi qed jaħdmu biex dawn il-funtani jibdew jaħdmu malajr kemm jista' jkun.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – INVOLVIMENT FI TRASFERIMENT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid s'issa x'kien l-involviment (jekk kien hemm) tal-Awtorità tal-Artijiet fit-trasferiment li sar il-ġimgħa li għaddiet għal iktar minn €11-il miljun ta' ċens temporanju (li d-dirett dominju tiegħu huwa f'isem il-Kummissarju tal-Artijiet) tas-sit li fuqu hemm it-Tigullio f'San Ġiljan?", "Fl-istess waqt, jista' jgħid x'kien (jekk kien hemm) l-involviment tal-Awtorità tal-Ippjanar biex is-sit se jiġi żviluppat fi blokka ta' appartamenti għolja iktar minn disa' sulari?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kinitx involuta u m'għandhiex informazzjoni fuq trasferiment ta' ċens temporanju għal iktar minn €11-il miljun li qed jiġi msemmi li sar fir-rigward tas-sit li fuqu hemm it-Tigullio f'San Ġiljan.", "Nitlob lill-Interpellant li jekk għandu iktar informazzjoni, jgħaddiha lill-Awtorità sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "ŻONA TAT-TIEQA TA' WIED IL-MIELAĦ – SIT TA' NATURA 2000", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4094, u peress li l-mistoqsija tiegħi kienet saret fit-12 ta' Frar 2018, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-ERA biex iż-żona ta' Wied il-Mielaħ f'Għawdex tkun iddikjarata sit ta' Natura 2000?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess għaddej mill-ERA, li qiegħda taħdem fuq ir-rapporti tekniċi li jridu jsiru sabiex is-sit ikun jista' jiġi nnominat bħala sit Natura 2000.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4309 u ċjoè: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KONSULENTI INGAĠĠATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4313 u ċjoè: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, hija kif murija fit-tabella segwenti.", "Nixtieq inżid ukoll li informazzjoni ulterjuri diġà ngħatat kif imsemmija hawn taħt.", "*Minn Ġunju 2017 sas-16 ta' Frar 2018 - il-figuri diġà ngħataw fil-mistoqsija parlamentari 1092 f'Seduta 91.", "*Mis-17 ta' Frar 2018 – 30 ta' Settembru 2018- il-figuri diġà ngħataw fil-mistoqsija parlamentari 4313 f'Seduta 175.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - FESTINI, PARTIES, RIĊEVIMENTI, IKLIET U XIRI TA' ALKOĦOL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4375 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba li tkopri s-snin mill-2008 sal-2018, entità b'entità tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "IIP - SOTTOMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar il-Programm ta' Investitur Individwali bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba se tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.", "IMĦALLFIN U MAĠISTRATI – FTEHIM ĠDID TA' SALARJI U PERKAĊĊI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim il-ġdid dwar is-salarju u l-perkaċċi tal-Imħallfin u l-Maġistrati?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-ftehim jittratta pilastru fundamentali tad-demokrazija tagħna u jkompli jsaħħaħ l-indipendenza tal-Ġudikatura ta' pajjiżna.", "Infakkar li kienu saru rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti għal titjib tal-kundizzjonijiet tal-Ġudikatura min-naħa tal-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja, magħrufa aħjar bħala l-Kummissjoni Bonello.", "Fil-fatt il-Kummissjoni Bonello fir-rapport tagħha tindika b'mod ċar u inekwivoku, f'miżura 45, il-ħtieġa u n-neċessità li s-salarji tal-Ġudikanti \"jiżdiedu b'mod li jirriflettu salarji u pensjonijiet ta' ġudikanti Ewropej.\"", "L-istess Kummissjoni tikkwalifika dan l-argument u tisħaq li \"Dan qed jingħad għax billi jiġu offruti salarji u pensjonijiet baxxi, mhux se jikkonkorru l-aħjar elementi fl-avukatura għall-ħatra, u l-għażla konsegwenzjali se tispiċċa limitata b'dan il-mod.", "Jekk ma jingħatax pakkett finanzjarju adegwat jaf ikun hemm persuni li għalkemm għandhom il-kwalifiki kollha neċessarji sabiex iservu fuq il-bank tal-ġudikatura, ma jkunux disposti li jikkunsidraw jesprimu interess għall-ħatra ta' ġudikant.", "Dan huwa fattur kruċjali biex din ir-riforma titwettaq b'suċċess.\".", "Dan is-sentiment kien ukoll rifless u ċentrali fid-diskors ewlieni tal-Prim Imħallef Emeritus, l-Onor.", "Dr Silvio Camilleri, fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-sena forensi, fit-3 ta' Ottubru tal-2011, fejn saħansitra, f'dan ir-rigward, il-gazzetta The Times of Malta ikkwotatu jgħid:", "Fl-istess okkażjoni u fuq l-istess binarji, l-avukat Dr Reuben Balzan, li dak iż-żmien kien iservi bħala President tal-Kamra tal-Avukati, kien ikkwotat jgħid mill-ġurnal MaltaToday li:", "F'dan il-kuntest, nieħu l-opportunità sabiex infakkar lill-Onor.", "Interpellant li lura fis-sena 2011, u ċjoè taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista, il-membri tal-ġudikatura kienu ddeċidew li jibbojkottjaw għadd ta' avvenimenti nazzjonali u dan b'rabta mal-ilmenti tagħhom fir-rigward tas-salarji tagħhom li ċertament kienu jeħtieġu jiżdiedu.", "Irrid ngħid li fi żmien Amministrazzjoni preċedenti kien sar titjib fil-kundizzjonijiet tal-ġudikanti iżda però l-Assoċjazzjoni tal-Ġudikanti ħasset li ma kienx biżżejjed.", "Għaldaqstant dan il-Gvern ħass li kellu jaġixxi bi ftehim ġdid li mhux biss jirrifletti aħjar ix-xogħol li jwettqu l-ġudikanti iżda wkoll jagħti serħan il-moħħ minn kwalsijasi vertenza li jista' jkun hemm bejn il-ġudikanti u l-Gvern f'dan ir-rigward.", "Il-ftehim il-ġdid li jikkonċerna s-salarji tal-Imħallfin u l-Maġistrati kif ukoll il-ftehim li kien sar għal titjib fil-kundizzjonijiet minn amministrazzjoni preċedenti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2819 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 187 tal-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2019.)", "DWANA – KAŻIJIET TA' PERSUNI DEĦLIN/ĦERĠIN MINN MALTA B'€10,000 JEW AKTAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna li kienet dieħla jew ħierġa minn Malta, jew li kienet għaddejja fi transitu minn Malta ddikjarat lill-Kontrollur tad-Dwana li kienet qiegħda ġġorr somma ta' valur ta' €10,000 jew aktar?", "Jista' jgħid minn liema pajjiż kienu ġejjin jew sejrin l-imsemmija persuni u kemm kien il-valur li ġie ddikjarat minnhom lill-Kontrollur tad-Dwana?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm qabad flus il-Kontrollur tad-Dwana liema flus ma ġewx iddikjarati minn persuni li kienu deħlin jew ħerġin minn Malta, jew li kienu għaddejjin fi transitu minn Malta?", "Jista' jgħid f'kemm-il każ ġie maqbud l-ammont kollu minħabba li l-flus kienu indiviżibbli?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiż kienu ġejjin jew sejrin il-persuni li mingħandhom ġew maqbuda l-flus?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "QORTI - PERSUNI AKKUŻATI LI GĦAMLU DIKJARAZZJONI FALZA DWAR FLUS DEĦLIN/ĦERĠIN MINN MALTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti li għamlet dikjarazzjoni falza jew li m'għamlitx id-dikjarazzjoni dwar flus meta l-istess persuna kienet dieħla jew ħierġa minn Malta, jew meta kienet għaddejja fi transitu minn Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid in-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm il-każ il-Qorti ordnat il-konfiska tal-flus li ma ġewx iddikjarati favur il-Gvern ta' Malta?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn is-sena 2013 u s-sena 2018 kien hemm 22 każ fejn persuni ġew akkużati fil-Qorti li għamlu dikjarazzjoni falza jew li m'għamlux id-dikjarazzjoni dwar flus meta dawn kienu deħlin, ħerġin jew għaddejja fi tranżitu minn Malta.", "Minn dawn, każ wieħed irrigwarda żewġ persuni.", "In-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Din it-tabella tinkludi wkoll il-pieni relattivi, fejn il-każ ġie deċiż, kif ukoll l-ammont ta' flus konfiskati.", "Hemm tliet każi fejn il-proċeduri għadhom pendenti u każ wieħed fejn il-persuna ġiet illiberata.", "QORTI - PERSUNI AKKUŻATI LI GĦAMLU DIKJARAZZJONI FALZA DWAR FLUS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti li għamlet dikjarazzjoni falza jew li m'għamlitx id-dikjarazzjoni dwar flus meta l-istess persuna kienet dieħla jew ħierġa minn Malta, jew meta kienet għaddejja fi transitu minn Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid in-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il każ il-Qorti ordnat il-konfiska tal-flus li ma ġewx iddikjarati favur il-Gvern ta' Malta?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li fil-Qorti ta' Malta ma tinżammx statistika fir-rigward ta' persuni li jiġu akkużati fil-Qorti li għamlu dikjarazzjoni falza jew li m'għamlux id-dikjarazzjoni dwar flus meta l-istess persuni jkunu deħlin jew ħerġin minn Malta.", "Mill-2013 sad-9 ta' Jannar 2019, fil-Qorti ta' Malta kien hemm 11-il każ fejn il-Qorti ordnat il-konfiska tal-flus favur il-Gvern meta l-akkuża kienet \"dikjarazzjoni falza\" jew \"m'għamlitx dikjarazzjoni dwar flus\".", "Matul l-istess perjodu fil-Qorti ta' Għawdex ma kien hemm l-ebda każ.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PJAN LOKALI GĦAL GĦAWDEX -SOTTOMISSJONIJIET MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7819 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-gżira ta' Għawdex, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali għal Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokumenti mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – FILES JEW DOKUMENTI DISTRUTTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7822 u tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti abbażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?", "Interpellant li għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 7822.", "ATTIVITAJIET KULTURALI F'GĦAWDEX – ĦADDIEMA TAL-GVERN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8121 u tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex u kemm ġew inkarigati, kemm ħaddiema tal-Gvern kif ukoll mill-privat, biex għamlu xogħol inkonnessjoni ma' dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, għal kull attività separatament u maqsuma sena b'sena?", "Interpellant li l-attivitajiet kulturali f'Għawdex huma mniżżla fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Fejn kien possibbli, f'dawn l-attivitajiet intużaw ħaddiema tal-Gvern.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet permezz tad-Dynamic Purchase System sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "F'kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b'dan il-mod?", "Kemm kien il-valur ta' kull sejħa?", "Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn is-sejħiet permezz tad-Dynamic Purchase System u fiex kienu jikkonsistu dawn is-sejħiet?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm sejħa waħda li saret permezz tad-Dynamic Purchase System, liema sejħa saret f'Awwissu 2018.", "Aktar dettalji jidhru fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA - PROĠETTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8152 u jgħid xi proġetti saru u x'kien il-valur tagħhom fi flus matul is-sena 2018 ġewwa Għawdex mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u x'tip ta' proġetti hemm ippjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex u x'inhu l-valur fi flus ta' kull wieħed minn dawn il-proġetti?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "DIPARTIMENTI, AWTORITAJIET, AĠENZIJI U ENTITAJIET GOVERNATTIVI – ĦADDIEMA GĦAWDXIN LI JAĦDMU MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8123 u jgħid kemm kien hemm u preżentament kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid preżentament dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu?", "JOSEPH MUSCAT: Qed nipprovdi t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Għall-informazzjoni dwar l-entitajiet li ma jaqgħux taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati.", "TRIQ LI MIX-XEMXIJA TAGĦTI GĦAL SAN PAWL IL-BAĦAR - MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li t-triq li tagħti mix-Xemxija għal San Pawl il-Baħar issirilha l-manutenzjoni meħtieġa, peress li qed tkun irrappurtata b'mod regolari inkonvenjenza lis-sewwieqa li jagħmlu użu minn din it-triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li partijiet sostanzjali mit-triq indikata diġà sarulhom tiswijiet estensivi qabel is-sajf 2018.", "Infrastruttura Malta se tkompli t-tiswijiet ta' din it-triq fiż-żmien li ġej.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet b'xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq San Pawl fin-Naxxar hijiex se ssir speed camera?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid fuq liema raġunijiet/studji din se ssir u jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali Naxxari ġiex ikkonsultat?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux se jkun hemm speed camera fi triq San Pawl, in-Naxxar, u għalhekk ma kienx ikkonsultat il-Kunsill Lokali.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INSPECTORS DWAR ABBUŻI MINN IMPJEGATI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu inspectors sabiex jinvestigaw lid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jekk hux qed isiru abbużi waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom?", "Kemm-il spezzjoni saret f'dawn l-aħħar sentejn sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u fejn saru dawn l-ispezzjonijiet?", "X'passi ttieħdu kontra dawk l-impjegati li għamlu xi abbuż bħal meta jitilqu mix-xogħol mingħajr awtorizzazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li filwaqt li d-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali m'għandhomx spetturi li jissorveljaw l-abbuż mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, kull dipartiment u entità li taqa' taħt dan il-Ministeru, jaħdem/taħdem qrib tal-impjegati sabiex ikun żgurat li kull servizz li jingħata jkun mhux biss wieħed ta' livell, imma wkoll mogħti fil-ħin, b'dedikazzjoni u attenzjoni.", "Kull Direttur u Kap Eżekuttiv għandhu/għandha r-responsabbiltà u d-dover b'mod regolari li jassiguraw li l-impjegati taħt ir-responsabbiltà tagħhom jagħmlu dmirhom u f'konformità mal-policies, regolamenti, direttivi u ftehim kolletiv tas-Servizz Pubbliku jew tal-awtorità/entità kkonċernata.", "F'każijiet fejn jiġi ppruvat li jkun hemm abbuż, is-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani tara li tieħu azzjoni ta' dixxiplina jew ta' twiddiba skont il-każ rispettiv.", "Filwaqt li l-Ministeru jħaddan il-policy tat-teleworking u flexibile hours, kull sezzjoni tara li jkun hemm ħinijiet stabbiliti fejn il-ħaddiem huwa obbligat li jwieġeb kull korrispondenza li tintbagħatlu.", "L-attendenza u l-ħinijiet jinżammu taħt skrutinju mill-kapijiet u assistenti kapijiet, waqt illi jiġu infurmati fil-ħin jekk xi ħadd mill-ħaddiema jirrapporta li jkun marid.", "L-użu tat-teknoloġija waqt il-ħinijiet tax-xogħol ukoll tiġi sorveljata sabiex ma jkunx hemm telf ta' ħin mill-impjegati fuq il-midja soċjali.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ - EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA' LIĊENZJA TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7950, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet li l-Aġenzija Sapport tanalizza sabiex l-applikant jissodisfa l-kriterji biex ikun eliġibbli għall-eżenzjoni mill-ħlas ta' liċenzja tat-triq għall-persuni b'diżabilità jew min jieħu ħsiebhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kundizzjonijiet jikkonsistu f'dawn il-kriterji:", "- Il-vettura trid tkun fuq isem u misjuqa mill-persuna b'diżabilità", "- Il-vettura trid tkun fuq isem il-persuna b'diżabilità, iżda d-diżabilità li jkollha ma tippermettix li l-vettura tinsaq mill-istess persuna (din tapplika kemm għall-karozzi standard kif ukoll awtomatiċi)", "- Il-vettura hija fuq isem il-ġenituri, ulied, aħwa, mara/raġel tal-persuna b'diżabilità u li jkunu jgħixu fl-istess residenza tal-persuna b'diżabilità.", "(Dan il-kriterju japplika biss għall-vetturi awtomatiċi.", "L-unika eċċezzjoni tapplika fejn hemm bżonn ta' vettura aċċessibbli għal siġġu tar-roti)", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li meta persuna tkun inħolqitilha diżabilità wara l-età ta' 65 sena u tkun issuq il-vettura tagħha stess, hija tkun eliġibbli għal din l-iskema wkoll.", "Madankollu, meta persuna tkun inħolqitilha diżabilità wara l-età ta' 65 sena iżda li ma tkunx issuq il-vettura hija stess, ikunu eliġibbli biss għal din l-iskema jekk il-vettura li tkun fuq isem xi membru tal-familja, trid tkun aċċessibbli għal min juża s-siġġu tar-roti.", "PROGRAMM LEAP - PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7649, jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret mill-Programm LEAP fuq it-800 profil tal-familji/individwi vulnerabbli li għandhom xi forma ta' diżabilità sabiex jingħataw l-għajnuna konkreta biex joħorġu mill-faxxa tal-faqar?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-eżerċizzju ta' profiling ta' individwi li għandhom xi forma ta' diżabilità kien sar fl-2015 meta l-programm LEAP kien għadu proġett ikkofinanzjat minn Fondi Ewropej.", "Dak iż-żmien, l-Aġenzija SAPPORT kienet parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS).", "Dawk li sarilhom il-profil kienu ġew riferuti lill-istess Aġenzija SAPPORT u bdew jingħataw l-għajnuna.", "Fil-fatt, l-istess ġbir ta' profiling ta' dawn l-individwi sar b'kollaborazzjoni bejn il-ħaddiema tal-LEAP, l-istess Aġenzija SAPPORT u l-ħaddiema ta' Jobsplus, wara li dawn ingħataw taħriġ speċifiku dwar kif tinġabar l-informazzjoni u kif jirreferu lill-klijenti għas-servizzi li l-aktar li jistgħu jkunu ta' għajnuna għalihom.", "Bit-twaqqif tal-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) kif ukoll permezz tal-iskema Job Enhancing Skills Scheme (JESS) mill-Aġenzija SAPPORT, persuni b'diżabilità li kellhom bżonn taħriġ speċifiku bdew jiġu megħjuna skont l-bżonnijiet tagħhom.", "Iċ-ċentri LEAP ħadmu wkoll ma' numru ta' persuni b'diżabilità sabiex ifittxu impjieg f'ħidma ma' Jobsplus, entitajiet privati, kif ukoll ma' entitajiet pubbliċi, sabiex persuni b'diżabilità setgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Il-proġett INK qiegħed ikompli fuq din l-ħidma sabiex aktar persuni b'diżabilità jiġu assistiti b'mod professjonali minn ħaddiema mħarrġa, liema ħidma qiegħda tkompli twassal għal mobilità soċjali u integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà tagħna.", "CHARTER GĦAĊ-ĊITTADINI FIL-QORTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk ġiex ippubblikat is-Citizens' Charter u, jekk iva, ipoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 7663.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li gawdew mill-iskema ta' childcare bla ħlas matul is-sena 2018?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' tfal li gawdew mill-iskema ta' childcare bla ħlas matul is-sena 2018 kien ta' 6,737.", "NISA TA' NAZZJONALITÀ MALTIJA LI ĦADMU BI QLIGĦ", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa ta' nazzjonalità Maltija li ħadmu bi qligħ matul is-sena 2018?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' nisa ta' nazzjonalità Maltija li kienu jaħdmu fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom sal-aħħar ta' Lulju 2018 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta' 80,642.", "ŻWIĠIJIET F'MALTA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew żwiġijiet ġewwa Malta matul is-sena 2018?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu bejn koppji ta' sess differenti u kemm minnhom kienu bejn koppji tal-istess sess?", "JOSEPH MUSCAT: Fis-sena 2018 seħħew 2,552 żwiġijiet f'Malta.", "Peress li mill-1 ta' Settembru 2017 ġiet fis-seħħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika rigward il-ġeneru.", "UNJONI ĊIVILI F'MALTA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew unjonijiet ċivili ġewwa Malta matul is-sena 2018?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu bejn koppji ta' sess differenti u kemm minnhom kienu bejn koppji tal-istess sess?", "JOSEPH MUSCAT: Fis-sena 2018 kien hemm erba' unjonijiet ċivili ġewwa Malta.", "Kien hemm koppja waħda ta' sess differenti u t-tliet koppji l-oħra kienu tal-istess sess.", "ŻWIĠIJIET FUQ OPRI TAL-BAĦAR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew żwiġijiet fuq opri tal-baħar inkluż cruiseliners matul is-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Infurmat li kien hemm 1,303 żwiġijiet li seħħew fuq opri tal-baħar inkluż cruiseliners matul is-sena 2018.", "(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2817 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 187 tal-Erbgħa 23 ta' Jannar 2019.)", "ŻWIĠIJIET BARRA MINN MALTA FEJN WAĦDA MILL-PERSUNI TKUN TA' NAZZJONALITÀ MALTIJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet mar-Reġistru Pubbliku li seħħew barra l-pajjiż fejn waħda mill-partijiet tkun ta' nazzjonalità Maltija matul is-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Infurmat li kien hemm 1,303 żwiġijiet li seħħew fuq opri tal-baħar inkluż cruiseliners matul is-sena 2018.", "(Korrezzjoni: Ara Dokument PL4706 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 318, nhar it-Tnejn, 20 ta' April 2020)", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Prim Ministru: B'referenza għal dak illi kien ġie rrappurtat fil-midja f'Ġunju 2018 dwar Islamic Finance", "(http://www.independent.com.mt/articles/2018-06-26/local-news/Malta-Islamic-Finance-Association-backed-by-Maltese-Government-6736192499), jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm minn dakinhar sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ġejt informat li ma kienx hemm żviluppi.", "ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI ISLAMIĊI – APPLIKAZZJONIJIET MAL-MFSA", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi?", "Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li ma daħlu ebda applikazzjonijiet.", "Fil-preżent qed isir xogħol biex, fost oħrajn, is-sistema Maltija tilqa' aħjar għal dawn it-tipi ta' strumenti.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jiġi stmat (estimu, anke jekk mhux preċiż) il-valur tax-xogħol u l-materjal neċessarju biex terġa' tinbena Marsalforn 2 Arm Breakwater?", "Interpellant li ġew ippubblikati żewg tenders għall-istudji meħtieġa li minnhom jiddependi l-andament tal-proġett.", "Il-Breakwater ta' Marsalforn hija wegħda elettorali li l-Ministeru determinat li jwettaq.", "RABAT GĦAWDEX – LAMPI TAT-TRIQ MITFIJA", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Peress li fi Triq ir-Repubblika, Rabat Għawdex hemm numru ta' lampi u bozoz maqtugħin jew li mhumiex jinxtegħlu, tista' l-Ministru tara illi tittieħed l-azzjoni meħtiega u jinxtegħlu minnufih biex jiġi eliminat kull inkonvenjent u periklu?", "Interpellant li d-dwal tal-imsemmija triq (u anke parti minn Triq l-Imġarr) għadhom taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190122_186d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 23 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 186, li saret fit-22 ta' Jannar 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET -", "TWEĠIBIET ORALI", "BAĠIT 2019 - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kif, kemm u lil min jew lil liema midja saret l-ispiża tal-kampanja pubbliċitarja tal-Baġit 2019?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali) (f'isem il-Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat li ħa ħsieb tal-kampanja pubbliċitarja tal-Baġit 2019.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, nixtieq nitlob lill-Ministru Owen Bonnici biex jidderiġini ftit.", "Jien ġenwinament assumejt li l-kampanja pubbliċitarja tal-Baġit hija mansjoni tal-Ministru għall-Finanzi imma fir-risposta tiegħu l-Ministru għall-Finanzi qed jgħidli biex nagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat u mhux lilu.", "Jista' l-Ministru Owen Bonnici jgħinni ftit u jgħidli min hu l-Ministru kkonċernat f'dan il-każ?", "OWEN BONNICI: Jien qed nifhem li kien hemm xi Ministeru ieħor li kien inkarigat minn din il-kampanja pubbliċitarja.", "Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jirriferi għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra għax dawn jipprovdu għal ċirkostanza bħal din fejn ikun hemm dubju dwar min hu l-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INFIQ FUQ FESTINI, IKLIET U XIRI TA' ALKOĦOL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4382 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u affarijiet simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, matul dawn l-aħħar xhur qed naraw lill-qorti tispeċjalizza, anke permezz tat-twaqqif tal-Qorti tal-Kummerċ, f'dak li għandu x'jaqsam ma' backlog.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jkun hemm aktar speċjalizzazzjoni f'dan ir-rigward, anke sabiex naraw il-funzjoni tal-qorti dejjem titjieb?", "OWEN BONNICI: Sinjura President, fil-fatt lill-Onor.", "Interpellant nixtieq nirringrazzjah għax il-mistoqsija supplimentari li għadu kif għamel tinteressa lill-pubbliku inġenerali minħabba li tolqot aspett partikolari importanti ħafna mis-settur tal-ġustizzja.", "Kif dejjem ngħid, aħna għandna tliet miri fejn tidħol ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja; l-ewwel nett dik li nsaħħu l-ispeditezza tal-kawżi, it-tieni nett li dan ma jsirx a skapitu tal-kwalità - anzi aħna rridu nsaħħu l-kwalità - u t-tielet mira hi dik li nsaħħu l-indipendenza istituzzjonali lill-ġudikanti tagħna.", "L-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għat-tieni mira tagħna fejn tidħol ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja, ċjoè l-kwalità.", "Aħna nemmnu li meta xi ħaġa tiġi speċjalizzata jkun qed jittieħed pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Jien nixtieq infaħħar il-fatt li meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern sar pass lejn l-ispeċjalizzazzjoni meta twaqqfet il-Qorti tal-Familja.", "Forsi wieħed ma jaqbilx mal-metodu, imma jien inħobb inħares lejn il-pożittiv u ngħid li l-fatt li nħolqot il-Qorti tal-Familja u aħna komplejna nibnu fuq dik id-deċiżjoni tajba, kienet deċiżjoni f'waqtha.", "Issa aħna komplejna nispeċjalizzaw billi ħloqna l-Qorti tal-Kummerċ, li llum qed tisma' każijiet li jolqtu l-bankarotta u l-insolvenza ta' soċjetajiet kummerċjali.", "Ta' min jgħid li aħna waqqafna wkoll diversi panels speċjalizzati fit-Tribunal Amministrattiv, jiġifieri f'dawk il-kawżi li permezz tagħhom iċ-ċittadin ifittex lill-gvern jew lill-awtoritajiet.", "Pereżempju, wieħed mill-panels speċjalizzati li għandna llum huwa dak fejn jidħol il-gaming u l-innovazzjoni.", "L-Onor.", "Interpellant staqsieni fejn irridu mmorru fil-futur.", "Fil-futur żgur li jrid ikollna prim'awla bi speċjalizzazzjoni fuq Għawdex.", "Aħna wegħedna li se nagħmlu dan, għalina din il-wegħda hija importanti ħafna u fil-fatt l-istrutturi legali diġà qegħdin in place.", "Kulma jonqos biex ikollna qorti għal Għawdex huwa li jkollna kollox ippreparat amministrattivament.", "Speċjalizzazzjoni oħra li qed nagħmlu u li hija wegħda elettorali oħra hija dik li għandha x'taqsam mar-reati ambjentali.", "Il-kollega tiegħi li jinsab preżenti hawnhekk, il-Ministru Herrera, jemmen ħafna f'dan il-proċess, u għalhekk bħalissa ninsabu għaddejjin b'ħidma tajba ħafna flimkien sabiex anke f'dan il-qasam inkunu qed immexxu din l-ispeċjalizzazzjoni 'l quddiem b'mod li jagħmel sens.", "Ovvjament, Sinjura President, l-ispeċjalizzazzjoni tiswa l-flus.", "Illum bejn wieħed u ieħor fil-Qorti Ċivili hemm madwar 9,500 kawża.", "Issa jekk dawn ikollok tiddividihom bejn l-imħallfin li għandna tkun taf kemm iridu jisimgħu però jekk se tispeċjalizza se jkollok imħallef li se jisma' ftit inqas kawżi minn sħabu jiġifieri din tħares lejha kif tħares lejha se ssib li bilfors trid iżżid in-numru tal-ġudikanti.", "Naturalment imbagħad ħaġa taqla' lill-oħra u aktar ma żżid in-numru ta' ġudikanti aktar se tkabbar in-nefqa tal-qrati tagħna.", "Però f'dak il-każ jien imbierek kull ċenteżmu u nemmen li f'pajjiżna m'hawn ħadd li jgħid illi l-ispeċjalizzazzjoni hija ħażina.", "L-ispeċjalizzazzjoni hija tajba u jien nixtieq nirringrazzja lill-ġudikanti kollha li meta nitfgħulhom din l-isfida tal-ispeċjalizzazzjoni quddiemhom, dawn iqumu għall-okkażjoni u mhux talli jispeċjalizzaw imma jsiru esperti tajbin ħafna tas-setturi li jkunu qed jisimgħu.", "Fil-fatt biżżejjed ngħid li meta dawn jispeċjalizzaw, waqt li jkunu qed jisimgħu kawża minn fuq it-tribuna, jibdew jissuġġerixxu tibdil legali dak il-ħin.", "Tant hu hekk illi mhux l-ewwel darba li ġie avukat fuqi u qalli li qabel ma l-imħallef qara s-sentenza, issuġġerixxa liema partijiet tal-liġi għandhom jinbidlu u naħseb li din hija xi ħaġa tajba ħafna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, fil-Qorti tal-Maġistrati, li hija l-qorti tal-ġudikatura kriminali, qed ngħixu r-realtà fejn uħud mill-maġistrati, fuq kawża tad-distrett, idumu jaqraw is-sentenza 50 minuta, bħalma ġara dalgħodu stess.", "Issa aħna nafu li fis-seduti tad-distrett ikun hemm ħafna u ħafna nies jistennew u nafu wkoll li qrati oħrajn jaqraw biss il-parti t'isfel tas-sentenza, dik li aħna l-avukati nsejħu d-decide, jiġifieri l-konklużjoni.", "Għalhekk nixtieq nissuġġerixxi lill-Ministru li jikkonsidra li jagħmel emenda li tkun għall-qrati tal-ġudikatura kriminali jew għal appelli kriminali inferjuri - għax din m'għandhiex tkun għall-appelli kriminali superjuri - bil-għan illi l-maġistrat ikun jista' jaqra d-decide biss.", "B'dan il-mod f'awla partikolari u f'kawżi partikolari nkunu qed niffrankaw ħafna u ħafna ħin - imbagħad ngħid lill-Ministru għal min qed nirreferi, imma mhux hawnhekk - li jista' jkun dedikat biex jinqatgħu kawżi oħrajn.", "Qed nagħmel dan is-suġġeriment għax meta jkollok seduta fejn sentenza ta' distrett fuq ragion fattasi ddum tinqara 50 minuta u din tkun qed tikkawża ċertu inkonvenjent.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lill-Onor.", "Interpellant għas-suġġeriment li qed jagħmel għax bla dubju ta' xejn huwa suġġeriment validu li għad irrid nistudjah u nara x'inhuma l-fatti tal-każ li qed jirreferi għalih.", "Nibda biex ngħid li meta nitkellem ma' sħabi l-ministri tal-ġustizzja Ewropej kif ukoll mill-esperjenzi li issa qed ikolli f'dawk li huma sentenzi minn barra minn Malta meta b'xi mod Malta tkun involuta f'qorti barranija, Malta donnha hija waħda mill-ftit pajjiżi fejn il-ġudikanti tagħna għadhom iridu jagħtu sentenzi twal.", "Issa hawn m'iniex qed nirreferi għal kawżi serji għax dik wieħed jifhimha imma qed nirreferi għal dawk li huma kawżi żgħar.", "Pereżempju, bla dubju ma se ninsa qatt dakinhar li kelli l-pjaċir niltaqa' ma' professur mill-Awstralja, li sirt nafu f'Marlborough House meta kellna laqgħa tal-istati tal-Commonwealth.", "Huwa kien baqa' mistagħġeb meta għedtlu li fejn jidħlu mandati ta' inibizzjoni, saħansitra meta jkun hemm kwestjoni ta' mandat ta' inibizzjoni li jintlaqa' proviżorjament, il-ġudikanti tagħna jagħmlu seduta - li hija xi ħaġa normali li ssir anke barra minn Malta - però mbagħad jagħtu sentenza fit-tul.", "Dik hija xi ħaġa li huma ma jifhmuhiex bħalma ma jifhmux illi s-sentenza tingħata dak il-ħin, li jien personalment aktar naraha ta' vantaġġ.", "Hawn ġurisdizzjonijiet li l-ewwel jgħidulek jekk irbaħtx jew tliftx il-kawża u mbagħad is-sentenza jagħtuhielek xi għaxart ijiem wara, li għalija hija xi ħaġa inaċċettabbli.", "Dan huwa fatt għax qaluhuli ċittadini jew soċjetajiet Maltin li kienu involuti f'dawn it-tip ta' kawżi.", "Xi kultant aħna naħsbu li s-sistema ġuridika ta' pajjiżi oħra hija perfetta filwaqt li s-sistema ġuridika ta' Malta hija mimlija difetti, però jien nista' nassigurakom li meta tibda tgħix dawn ir-realtajiet tirrealizza li dan mhuwiex il-każ.", "Jien naħseb li huwa kruċjali li sentenza tingħata dak il-ħin, anzi dak għalija huwa prinċipju inderogabbli u fl-opinjoni tiegħi huwa inaċċettabbli li mmorru lura minnu.", "Fil-fatt hawnhekk ta' min jgħid li dawk il-maġistrati, fil-qrati tal-maġistrati, li aċċettaw li jaħdmu bis-sistema tal-IT il-ġdida qed jagħtu s-sentenza dak il-ħin.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lill-Maġistrat Depasquale, li meta jkun hemm xi ħaġa ġdida, hu dejjem ikun lest li jkun it-testing ground biex naraw kif immorru!", "Fil-fatt jekk tmur quddiem il-Maġistrat Depasquale, dan jistampalek is-sentenza u jagħtihielek dak il-ħin, anke fil-kawżi sommarji u f'dawk tad-distrett.", "Hemm oħrajn li m'aċċettawx li jużaw din is-sistema u jien nappellalhom biex jużawha.", "Veru li fil-bidu se jieħdu ftit tal-ħin għax iridu jdaħħlu r-reati kollha immaġinabbli fid-dinja, imma mbagħad ġaladarba jlestu dik il-biċċa xogħol, kollox huwa aktar faċli.", "Mela fi ftit kliem jien qed ngħid li l-fatt illi s-sentenza tingħata dak il-ħin huwa prinċipju li m'għandniex immorru lura minnu.", "Però mbagħad min-naħa l-oħra jien naħseb li huwa importanti ħafna li s-sentenzi jkunu in breve.", "Kelli diskussjonijiet f'dan ir-rigward anke mal-ġudikanti tat-Tribunal għal Talbiet żgħar.", "Pereżempju, hemm ġudikanta li hija brava ħafna u li jien għandi fiduċja kbira fiha, li hija rinomata għall-fatt li fuq kawża ta' €500 tagħti sentenzi ta' xi 20 faċċata!", "F'dan il-każ jien nippreferi li s-sentenza tkun ta' faċċata waħda u li tingħata qabel għax wara kollox hawnhekk qed nitkellmu fuq talbiet żgħar.", "Għalhekk jien nappella biex kemm jista' jkun il-ġudikanti tagħna, speċjalment fejn jidħlu kawżi li huma inqas importanti, … Issa jien naf li xi kultant huwa diffiċli li tikklassifika kawża inqas importanti minn oħra għax ġieli jkun hemm każijiet fejn, minkejja li l-kawża tkun tirrigwarda xi passaġġ ġo għalqa, għall-partijiet dik il-kawża tkun l-aktar ħaġa importanti fid-dinja, jiġifieri aħna nafuha din il-ħaġa wkoll.", "Però naħseb li għandna nħallu kollox fil-ġudizzju tal-ġudikanti tagħna u għal darb'oħra nappellalhom biex meta jagħtu s-sentenzi jkunu in breve għax xi kultant l'ottimo è il nemico del buono, u meta jkun hemm sentenzi twal jingħata lok biex jinħolqu diversi inkonvenjenzi speċjalment fil-kawżi sommarji.", "Għaldaqstant ninforma lill-Onor.", "Interpellant li se niċċekkja biex nara x'kien il-każ ta' dalgħodu.", "Jien se mmur mill-ewwel f'ras il-għajn u nara daqsxejn x'inhi s-sitwazzjoni f'dan ir-rigward.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, issa li daħlet fis-seħħ ir-riforma ta' dawk li qabel kienu jissejħu \"gwardjani lokali\" u llum qed jissejħu \"uffiċjali tal-komunità\", jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra jekk itteħdux xi miżuri riċentement biex dawn l-uffiċjali jkollhom kondizzjonijiet tax-xogħol aħjar u b'hekk ikunu jistgħu jaqdu dmirhom aħjar?", "Interpellant għamilli mistoqsija supplimentari importanti ħafna għax tirrigwarda l-uffiċjali tal-komunità, li huma responsabbli mill-inforzar fl-ibliet u fl-irħula tagħna.", "F'pajjiżna għandna diversi entitajiet li huma responsabbli mill-inforzar, fosthom il-Pulizija; il-Forzi Armati, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' affarijiet marittimi u poteri oħra speċjali; l-uffiċjali ta' Transport Malta, li huma responsabbli mit-toroq prinċipali, milli jidderieġu t-traffiku u anke fejn hemm bżonn jagħtu pieni u għandna wkoll l-uffiċjali tal-komunità, li qabel konna nsejħulhom wardens jew gwardjani lokali li għandhom ir-rwol li jrregolaw lill-komunità tagħna.", "Kull min għandu esperjenza ta' ħidma f'komunità billi mqar serva bħala kunsillier jew president ta' banda f'lokal jista' jimmaġina kemm ix-xogħol ta' uffiċjal tal-komunità huwa delikat għax trid toqgħod attent ħafna biex tara meta għandek tieħu passi u meta le.", "Huwa importanti li ninforzaw il-liġi però rridu ninforzaw il-liġi b'mod li jagħmel sens.", "Hawnhekk nista' nsemmi l-eżempju klassiku ta' żewġ ġirien li joqogħdu fi sqaq u li dawn snin ilu għamlu ftehim bejniethom li meta jmorru lura d-dar wara ġurnata xogħol jipparkjaw il-karozza tagħhom wara xulxin.", "Issa nistgħu naħsbu kif jeħduha dawn iż-żewġ ġirien meta wara li dan il-ftehim kien ilu jaħdem għal ħafna snin, f'daqqa waħda jiġi gwardjan lokali u jagħtihom ċitazzjoni kull wieħed!", "Però ġaladarba l-uffiċjali tal-komunità għandhom xogħol daqstant delikat għandu jkollhom ukoll kondizzjonijiet ta' xogħol li jixirqulhom.", "Fil-fatt l-ewwel ħaġa li għamilna aħna biex intejbu l-kondizzjonijiet tal-uffiċjali tal-komunità hi li wegħedna li dawn ma jibqgħux jaqgħu taħt is-settur privat għax il-missjoni tas-settur privat ġustament hi dik li jagħmel il-profitt.", "Għalhekk aħna poġġejna lill-uffiċjali tal-komunità taħt aġenzija governattiva li hija l-Local Enforcement System Agency (LESA), li hija closed department, jiġifieri dawk li jidħlu jaħdmu mal-LESA jridu jibqgħu jaħdmu fil-LESA u ma jistgħux imorru jaħdmu f'xi dipartiment ieħor.", "Din kienet xi ħaġa li aħna tajna l-kelma li se nagħmluha, u għax tajna l-kelma li se nagħmluha, għamilnieha.", "Fil-fatt f'Mejju ta' din is-sena l-uffiċjali tal-komunità kollha ġew imniżżla fuq il-kotba tal-aġenzija LESA.", "Issa t-tieni pass huwa li jkun hemm titjib anke fil-kondizzjonijiet finanzjarji ta' dawn l-uffiċjali.", "Naf li bħalissa għaddejjin taħditiet bejn il-union li tirrappreżenta lill-uffiċjali tal-komunità u l-aġenzija LESA f'dan ir-rigward, u jien informat li t-taħditiet sejrin tajjeb.", "Nawgura li jintlaħaq ftehim li jkun jixraq lill-uffiċjali tal-komunità llum qabel għada.", "Però x-xogħol mhuwiex biss il-paga.", "Il-paga hija importanti imma mhijiex kollox u hemm aktar minn hekk.", "Pereżempju, f'dan l-isforz li qed nagħmlu biex nirriformaw il-kondizzjonijiet tal-uffiċjali tal-komunità mill-ewwel ħadna deċiżjoni li nagħmlu rebranding anke fejn tidħol l-uniformi tagħhom biex b'hekk nibdew paġna ġdida.", "Ta' min isemmi li ftaħna wkoll sede ġdida tal-LESA.", "Fil-fatt il-Prim Ministru inawgura din is-sede ftit ilu.", "Fil-fehma tiegħi, din is-sede hija aħjar minn dik li kien hemm qabel għax ġiet magħmula kif suppost b'tagħmir tal-aqwa livell.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-uffiċjali tal-komunità.", "Il-verità hi li sal-lum meta wieħed jara warden jieħu qatgħa f'imsarnu imma jien nawgura li permezz tal-ħidma li qed nagħmlu jiġi bridged il-bilanċ importanti li għandu jkun hemm bejn li nżommu s-serjetà fil-lokalitajiet - għax allaħares inħallu ġungla fl-irħula tagħna - u li dan isir b'ċerta sensibbiltà u bonsens biex b'hekk anke meta xi ħadd jingħata ċitazzjoni, ikun jista' jifhem aktar li żbalja.", "Jien nemmen li l-bonsens għandu jirrenja f'dawk il-każijiet fejn ma jkunx hemm kawża tajba biżżejjed biex wieħed jeħel ċitazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, kemm il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kif ukoll Heritage Malta jinvestu ħafna fuq proġetti kulturali ġodda.", "Eżempju klassiku huwa l-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA), wieħed mill-isbaħ proġetti kulturali li saru matul dawn l-aħħar żmenijiet.", "Però jeħtieġ li nieħdu ħsieb ukoll dak li ħallewlna missirijietna billi nieħdu ħsieb nirrestawrawh u nirriżervawh.", "Għalhekk jien nistaqsi lill-Ministru x'qed jagħmlu l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u anke Heritage Malta biex jassiguraw li dak li ħallewlna ta' qabilna jkun restawrat u riżervat biex mhux biss ikun jista' jitgawda minna iżda anke min-nies ta' għada?", "OWEN BONNICI: Sinjura President, għalkemm huwa veru li d-daqs ta' pajjiżna huwa żgħir, dan qiegħed fiċ-ċentru tal-aktar reġjun eċitanti li qatt kien hemm fl-istorja tal-bniedem.", "Malta mhijiex xi gżira li qiegħda f'nofs id-deżert tas-Saħara - qed insemmi dan id-deżert simbolikament, biex wieħed jifhimni, għax fil-verità ma jistax ikollok gżira f'nofs is-Saħara - imma hija gżira li qiegħda f'nofs l-iżjed reġjun li fih twieldu l-aktar persuni li biddlu l-istorja tad-dinja kif nafuha.", "Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn dawk in-nies li biddlu l-istorja tad-dinja kif nafuha jsib li dawn jew twieldu f'dan ir-reġjun jew qattgħu żmien importanti f'dan ir-reġjun jew inkella kellhom kuntatt mal-Ewropa t'Isfel u ma' dawn in-naħat.", "Issa pajjiżna għandu x-xorti li qiegħed f'nofs dan ir-reġjun tant sabiħ u tant eċitanti, u minħabba l-fatt li pajjiżna jinsab f'dan ir-reġjun, huwa mogħni b'wirt storiku inestimabbli.", "Xi kultant jien noqgħod naħseb u ngħid bejni u bejn ruħi illi li kieku żammejna l-wirt storiku kollu li kellna u li kieku l-forzi esteri ma serquniex matul iż-żmien li fih ħakmu lil pajjiżna, kieku min jaf kemm kien ikollna aktar wirt storiku!", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li żort xi post partikolari u juruni disinn ta' kif inhu maħsub li kien dak il-post qabel ma ġiet xi forza partikolari u serqet l-affarijiet minn dak il-post.", "Għalhekk, Sinjura President, ġaladarba pajjiżna huwa mogħni bil-wirt storiku, aħna obbligati li nieħdu ħsiebu.", "Pereżempju, ftit tal-jiem ilu jien u l-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia inawgurajna proġett li bis-saħħa tiegħu rnexxielna nirbħu €2 miljun fondi tan-Norveġja.", "Fil-fatt f'dan il-proġett se nirrestawraw dawk il-partijiet mill-Mużew Marittimu tal-Birgu li s'issa għadhom fi stat ħażin jew inkella għadhom fi stat li mhux ta' min jippreżentahom quddiem in-nies.", "Ta' min jgħid li bis-saħħa ta' dan il-proġett se nkabbru l-Mużew Marittimu b'terz.", "Immaġinaw; bis-saħħa tal-fondi li ngħatajna llum il-Mużew Marittimu li għandna qisu se jikber b'terz!", "Se nagħmlu madwar 2,000 artefatt, li se jiġu kollha digitized, sabiex b'hekk inkunu nistgħu nagħtu esperjenza aħjar.", "Sinjura President, dan huwa biss proġett wieħed mill-aktar proġetti riċenti li għamilna, u ovvjament beħsiebna nagħmlu aktar u aktar proġetti, kemm fejn jidħol restawr ta' postijiet importanti, kemm fejn jidħlu mużewijiet, li se nkomplu ninvestu fihom, kif ukoll fejn jidħlu l-istrutturi legali.", "Kif nafu, bħalissa f'dan il-Parlament qegħdin niddiskutu liġi ġdida dwar il-patrimonju kulturali, u nemmen li dan kollu se jkompli juri l-importanza li qegħdin nagħtu lill-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Finalment il-wirt storiku mhuwiex biss opportunità biex inti tiftaħar b'dak li għandek f'pajjiżek - jiġifieri hawnhekk jien m'iniex qed nitkellem b'sens nazzjonalista dejjaq, fejn inti tiftaħar b'dak li għandek f'pajjiżek - imma dan il-wirt storiku enormi li għandna huwa xi ħaġa li jrendi lil Malta differenti, partikolari u post speċjali.", "Mhux l-ewwel darba li kienu qed isiru x-xogħlijiet f'xi triq u l-uffiċjali tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali jagħmlu moniteraġġ fejn jinformawni li sabu biċċa fuħħar minn żmien il-Medju Evu!", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn, xi kultant jien f'qalbi nibda nimmaġina illi kieku din il-biċċa fuħħar instabet l-Amerka, ara x'kienu jagħmlu l-Amerikani!", "Issa hawnhekk jien qed insemmi ħmerija imma aħna tant għandna wirt storiku enormi li meta ġieli sibna fuħħar minn żmien il-Medju Evu u analizzawh sabu li dan kien ġej min-naħa ta' fuq tal-Afrika, li llum nafuha bħala t-Tuneżija, jiġifieri proprju minn dik il-parti li suppost fi żmien il-Medju Evu kienet l-għadu tal-Maltin, u madanakollu għal xi raġuni jew oħra l-Maltin xorta kienu jixtru dawn il-prodotti!", "Huwa biżżejjed li toqgħod taħseb biss f'dawn l-affarijiet biex tirrealizza kemm hija rikka l-istorja ta' Malta!", "Huwa ovvju li fi żmien l-antenati tagħna kien hawn ċentru ta' kummerċ enormi f'pajjiżna għax biex, pereżempju, iċ-ċaqquf tat-Tuneżija nstab Ħal Safi - ma nstabx l-Imdina dan - dan ifisser li anke fl-antik pajjiżna kien post fejn il-kummerċ kien kbir ħafna.", "Xi rrid ngħid b'dan kollu, Sinjura President?", "Irrid ngħid li pajjiżna verament għandu biex jiftaħar f'dak li għandu x'jaqsam ma' wirt storiku, u allura ejjew inkomplu niftaħru b'dak li għandna, ejjew inkomplu ninvestu fih, ejjew inkomplu nibżgħu għalih u ejjew inkomplu nuru kemm Malta hija verament gżira li għandha verament biex tiftaħar b'dak li għandha.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - FESTINI, PARTIES, RIĊEVIMENTI, IKLIET U XIRI TA' ALKOĦOL - NEFQA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4383 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kull entità li għaliha hu responsabbli f'festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta' alkoħol u affarijiet simili mill-2013, sena b'sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal il-proġett li kien issemma fil-Baġit għas-sena 2018 relatat mar-riġenerazzjoni ta' Ġnien l-Għarusa tal-Mosta li jinsab fit-tarf tal-Mosta?", "JOSÈ HERRERA: Sinjura President, nixtieq ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta jinsabu fi stadju avvanzat.", "Fil-fatt diġà saru ħafna xogħlijiet f'dan il-ġnien tant li jien informat li sas-sajf li ġej ix-xogħlijiet li aħna mpenjajna ruħna li nwettqu tramite Ambjent Malta se jkunu lesti.", "Ta' min isemmi li fost ix-xogħlijiet li saru, sar pavimentar mill-ġdid u sar ukoll xogħol ta' afforestazzjoni f'parti minn żona li kienet ġiet degradata.", "Għal xi raġuni jew oħra, f'parti mill-area li kienet diġà ġiet afforestata, is-siġar kienu naqsu u għalhekk meta kien se jsir il-grawnd tal-futbol ta' Marsaskala aħna qlajna madwar 900 siġra taż-żebbuġ minn hemmhekk u ħawwilniehom fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta fejn bi pjaċir ninnota li dawn kważi kollha salvaw għajr għal xi waħdiet 'l hawn u 'l hinn.", "Żidna wkoll xi siġar oħra, li huma kollha siġar indiġeni, jiġifieri siġar Maltin.", "Ta' min jgħid li anke dak l-ispeċi ta' teatru Grieg li hemm ħdejn l-MCAST qed jiġi riabilitat, u qed tiġi rranġata wkoll it-toilet system t'hemmhekk.", "Bażikament nisperaw li sas-sajf li ġej il-ġnien kollu se jiġi riprestinat sal-livell li aħna wegħedna li nagħmluh.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 8401 li ngħatat fis-seduta 186 tat-22 ta' Jannar 2019 dwar l-għadd ta' żweġijiet li saru fuq opri tal-baħar, inkluż cruise liners, matul l-2018; u", "Tagħrif dwar direct orders mogħtija mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru fil-perjodu bejn l-2014 u l-2017, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 7673.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għattweġiba talmistoqsija parlamentari numru 8238 li ngħatat fisseduta 186 tat22 ta' Jannar 2019 dwar il-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u tal-Maġistrati; u", "Kopja tar-rispons tal-Gvern għall-konsultazzjoni pubblika li saret b'referenza għal emendi fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379, u fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, dwar l-estensjoni tal-kompetenzi tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ), datat 16 ta' Novembru 2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8290.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, aktar kmieni llum indirizzajt konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja li matulha tajt dettalji dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern Malti b'rabta mal-iżviluppi fuq Brexit, l-impatt fuq il-Maltin u l-Għawdxin, kemm dawk li jgħixu barra iżda anke fuqna li ngħixu f'Malta.", "Irrid nibda biex ngħid, kif kien imħabbar diġà xhur ilu, li ftit wara li ħareġ ir-riżultat tar-referendum dwar jekk ir-Renju Unit għandux joħroġ jew le mill-Unjoni Ewropea, f'Malta konna bdejna nħejju għal kull eventwalità, iżda minn Ġunju 2016 'l hawn, dakinhar tar-referendum, il-probabbiltà ta' no-deal Brexit issa kibret.", "Sinjura President, aħna rridu li jkollna relazzjonijiet mill-aqwa u b'saħħithom mar-Renju Unit, mhux biss minħabba r-rabtiet storiċi u kulturali, mhux biss għax ir-Renju Unit huwa wieħed mill-akbar partners fuq livell Ewropew, iżda anke għax ix-xenarju ta' no-deal Brexit joffri sfidi.", "Malta hija u se tkun l-aktar pajjiż UK-friendly fl-Unjoni Ewropea kollha, għaċ-ċittadini u n-negozji Brittaniċi.", "Dan ngħidu mingħajr tlaqliq.", "Bħala pajjiż aħna naqblu mal-bqija tal-Unjoni Ewropea u mal-Presidenti Tusk u Juncker li l-ftehim li ġie milħuq mar-Renju Unit m'għandux jerġa' jinfetaħ.", "Fl-istess ħin nibqgħu realistiċi u prattiċi biex permezz ta' kjarifiki, jekk jista' jkun, tiġi evitata l-possibbiltà ta' no-deal.", "In-negozjati bejn il-pajjiżi Ewropej u r-Renju Unit kienu twal ħafna u dan il-ftehim kien wieħed bilanċjat, fejn filwaqt li pprovda serħan il-moħħ għaċ-ċittadini u n-negozji, irrispetta l-prinċipji fundamentali taż-żewġ naħat, tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "Dan il-ftehim jipproteġi s-suq waħdieni, għandu proviżjonijiet legali fuq il-fruntiera tal-Irlanda li jidħlu fis-seħħ biss jekk soluzzjoni alternattiva ma tinstabx u jinkludi perjodu ta' transizzjoni.", "Il-House of Commons ħasbitha b'mod differenti imma dik hi kwistjoni ta' opinjoni tagħhom.", "Aħna għadna konvinti li ċ-ċittadini m'għandhomx isiru għodda f'idejn min qed jinnegozja.", "Sinjura President, għal dawn l-aħħar xhur il-Gvern kien qed jaħdem fuq pjan fi kwalunkwe eventwalità, inkluż il-possibbiltà li jkollna tluq tar-Renju Unit mingħajr ftehim.", "Ilbieraħ il-Kabinett iltaqa' u ddiskuta fid-dettall l-impatt li no-deal scenario jħalli fuq pajjiżna u l-pjanijiet li konna qed inħejju.", "Qed isiru 36 tħejjija differenti, action points, minn 13-il Ministeru.", "Hemm għaxar effetti minn no-deal li jolqtu aktar minn Ministeru wieħed f'daqqa.", "Instabu wkoll 15-il effett li jridu jiġu indirizzati mill-Unjoni Ewropea minħabba li huma kompetenza tagħha.", "Għandna 82 liġi li se jintlaqtu minn Brexit speċjalment in a no-deal scenario.", "Ftit minn dawn il-preparamenti qed isiru fuq livell nazzjonali u hemm oħrajn li qed isiru fuq livell Ewropew bi pjani ta' kontinġenza li qed isiru fuq livell li jolqot diversi pajjiżi.", "Fuq livell Ewropew il-preparamenti jittrattaw oqsma fejn l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva jew għandha kompetenza li tinqasam mal-istati membri.", "Fuq dan il-livell Malta qed tikkontribwixxi b'mod kostruttiv f'diskussjonijiet fil-Kunsill tal-Ministri u bordijiet oħra preparatorji.", "Il-Kummissjoni pproponiet numru ta' strumenti legali f'numru ta' oqsma f'każ ta' no-deal scenario.", "Dawn il-proposti tressqu 'l quddiem f'dawk l-oqsma li kienu neċessarji biex itaffu l-konsegwenzi ta' no-deal scenario.", "Hemm oqsma li huma sensittivi ħafna għal pajjiżna, fosthom il-leġiżlazzjoni proposta fuq servizzi u sigurtà tal-ajru, l-użu tal-viża għal ivvjaġġar lejn ir-Renju Unit, is-servizzi finanzjarji, diskussjonijiet fuq kummerċ u oħrajn, bħal kwistjonijiet fejn tidħol id-dwana u l-ħarsien tal-klima.", "Sinjura President, irid insemmi issa t-tħejjijiet li qed isiru fuq livell nazzjonali f'każ ta' no-deal.", "F'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet taċ-ċittadini, ħadna nota tal-offerta tal-Prim Ministru Theresa May biex ir-residenti Ewropej fir-Renju Unit sa Marzu 2019 japplikaw għal settled/pre-settled status.", "Ingħata wkoll perjodu ieħor lil hinn minn dan il-perjodu, sal-2020, li ssir sistema b'dikjarazzjoni fejn iċ-ċittadini, permezz ta' proċess, ikunu jistgħu jkomplu jgawdu l-istess drittijiet, li tinżamm is-sistema tal-pensjonijiet Ingliżi u li tkompli r-riunifikazzjoni tal-familji fejn possibbli għal dawk li huma residenti sa Marzu 2019 u anke sal-aħħar tal-2022.", "Fir-rigward ta' Malta, ċittadini tar-Renju Unit li huma residenti Malta jew li se jkunu residenti ta' Malta sad-29 ta' Marzu 2019 - hawnhekk qed nitkellmu fuq a no-deal scenario - se jkunu jridu japplikaw għal dokument ġdid ta' residenza, dokument li jirrifletti l-fatt li dawn iċ-ċittadini m'għadhomx ċittadini tal-Unjoni Ewropea iżda li għandhom kategorija speċjali.", "Għaliex?", "Għaliex se jkunu ġew Malta bħala ċittadini Ewropej u mbagħad fuq għażla ta' pajjiżhom, ma baqgħux ċittadini tal-Unjoni Ewropea imma jkollhom ċerti drittijiet li aħna rridu li jibqgħu jżommu.", "Bħala sinjal politiku b'saħħtu ddeċidejna li dan id-dokument ikun validu għal għaxar snin sabiex ikun hemm serħan il-moħħ, u dan ikun jista' jiġġedded ukoll.", "Se nagħtu wkoll waiver fuq il-miżati biex iċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu Malta jaqilbu d-dokumenti tagħhom u se naraw li jkun hemm l-inqas burokrazija possibbli.", "Dan id-dokument se jkun b'xejn għaliex dan se jkun neċessarju għaċ-ċittadini mhux minħabba xi ħaġa li għamlu huma u allura ma ħassejniex li għandna nitfgħu xi tip ta' piż fuqhom.", "Se naraw li l-ħaddiema mir-Renju Unit ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol filwaqt li l-istudenti jitħallew ikomplu l-istudji tagħhom f'Malta.", "Min ikun ekonomikament indipendenti u min għandu diġà status ta' residenza permanenti se jkun jista' jibqa' jgħix Malta, jekk għandu polza tal-assikurazzjoni tas-saħħa u biżżejjed fondi biex jgħix.", "Identity Malta se tipprovdi aktar dettalji lill-komunità ta' persuni mir-Renju Unit fiż-żmien li ġej filwaqt li se nirreċiprokaw l-offerta li għamel ir-Renju Unit lil ċittadini Ewropej li joqogħdu fir-Renju Unit u lil dawk mir-Renju Unit li joqogħdu Malta.", "Residenti tar-Renju Unit li jiġu biex jgħixu f'pajjiżna wara d-29 ta' Marzu 2019 se jinħarġilhom dokument ta' residenza validu għal għaxar snin ukoll, però se jkun hemm regoli differenti, simili għal dawk li japplikaw għal ċittadini ta' pajjiżi oħra.", "Iżda hawn irrid nagħmilha ċara li, kemm bħala Gvern u kemm bħala pajjiż, irridu li ċittadini mir-Renju Unit ikomplu jirrisjedu f'pajjiżna u jħossuhom at home f'pajjiżna.", "Dan kollu għandu jagħti sinjal politiku ċar ta' serħan il-moħħ lil ċittadini Brittaniċi f'Malta.", "Sinjura President, f'dak li għandu x'jaqsam ma' votazzjoni, bħala Kabinett ħadna d-deċiżjoni li f'każ ta' no-deal nissottomettu emenda f'dan il-Parlament biex ċittadini tar-Renju Unit li jinsabu f'pajjiżna jkunu jistgħu jibqgħu jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali skont ftehim li kien hemm qabel ma Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea.", "Punt importanti ieħor huwa l-qasam tas-saħħa, fejn se nżommu relazzjonijiet b'saħħithom fl-aħjar interess tal-pazjenti.", "Il-Konvenzjoni tal-Kura tas-Saħħa ffirmata bejn Malta u r-Renju Unit fl-1975 se tibqa' applikabbli.", "Din il-Konvenzjoni kemm f'pajjiżna kif ukoll fir-Renju Unit tintuża ta' kuljum fil-prattika.", "Is-servizz tas-saħħa f'pajjiżna jirrikjedi l-użu ta' diversi professjonisti mir-Renju Unit.", "Se jibda x-xogħol biex il-Kunsill tal-Mediċina jaħseb f'fast track system biex jirreġistra professjoni mir-Renju Unit.", "Għaldaqstant f'każ ta' taħriġ li jsir fir-Renju Unit lil tobba Maltin, il-Kummissjoni Ewropea informatna li nistgħu nżommu l-arranġament bilaterali eżistenti li għandna mar-Renju Unit filwaqt li f'każ ta' deal, kien hemm ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tat-tobba fiż-żewġ pajjiżi b'mod reċiproku.", "F'każ ta' no-deal, min-naħa tagħna qed nuru l-preferenza li dan ir-rikonoxximent ta' kwalifiki bejn iż-żewġ pajjiżi jibqa' xorta waħda.", "F'dak li jirrigwarda l-importazzjoni ta' mediċini min-naħa tal-Gvern, għal dawn l-aħħar xhur kien għaddej proċess min-naħa tal-Gvern fejn qed jiġu identifikati mediċini u sorsi alternattivi minn barra r-Renju Unit.", "Dan ifisser li qed naraw liema mediċini l-Gvern qed jixtri mir-Renju Unit, insibu sorsi alternattivi għal dawk il-mediċini, kif ukoll nagħmlu stockpiling, jiġifieri nixtru kemm jista' jkun minn qabel b'mod li loġistikament jagħmel sens - għax naturalment il-mediċini għandhom data ta' skadenza u allura ma tistax tixtri għal ħafna snin - ħalli kemm jista' jkun ma jkollniex mediċini out of stock u wkoll ma jkunx hemm varjazzjonijiet sostanzjali fil-prezz.", "Għaliex?", "Għax jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn kumpaniji mir-Renju Unit li għal raġunijiet varji ma jkunux iridu jbigħu barra mir-Renju Unit, fost oħrajn biex ma jkunx hemm problemi ta' skarsezza fir-Renju Unit stess.", "Temporanjament, biex jiġu evitati problemi, il-Ministeru qiegħed jakkwista direttament hu xi pilloli, jew jinnegozja biex jakkwista xi mediċini.", "Filwaqt li ma nistgħux nikkontrollaw b'mod dirett, qegħdin ukoll, permezz tal-Malta Medicines Authority, ninċentivaw lis-settur privat biex jieħu dawn il-miżuri.", "Ilhom għaddejjin taħditiet għal xhur sħaħ, u kien hemm aġenti li ħadu miżuri filwaqt li kien hemm aġenti li forsi bdew jaħsbu ftit tard u aħna qed inħeġġuhom, anke permezz ta' dawn l-istqarrijiet, biex jieħdu l-miżuri kollha neċessarji.", "Post sensittiv ieħor huwa l-Ajruport li, kif wieħed jistenna, se jkun affettwat minn xenarju ta' no-deal, hekk kif se jkun hemm aktar titjiriet ġejjin u sejrin lejn pajjiż li mhux se jkun fl-Unjoni Ewropea u għalhekk ikun hemm bżonn ta' aktar border checks.", "Qed naraw sitwazzjoni ta' korsiji għal ċittadini Ingliżi u oħrajn li tkun differenti minn dik ta' Third Country Nationals.", "Dwar id-Dwana, f'każ ta' no-deal, il-kodiċi tal-Unjoni Ewropea japplika mill-ewwel u għaldaqstant irid ikun hemm ir-riżorsi kollha adegwati mid-Dwana.", "Meta wieħed iqis l-influss ta' containers, parcels u allura n-numru ta' dikjarazzjonijiet neċessarji marbuta magħhom, kien hemm bżonn li jsir audit tas-sistema tal-IT u dwar l-adegwatezza tas-sistemi tad-Dwana.", "Fil-fatt ħareġ li fir-rigward taż-żieda fil-load tad-dikjarazzjonijiet - jekk m'iniex sejjer żball, 6,000 fil-ġimgħa; tajt il-figura eżatta aktar kmieni llum waranofsinhar - is-sistemi tal-IT tagħna tiflaħhom u d-Dwana għandha l-contingency plans in place.", "Irrid infakkar ukoll li f'dak li għandu x'jaqsam mal-assistenza lin-negozji, diġà konna ħabbarna li l-Gvern se jassisti lin-negozji, fosthom billi jingħataw sa massimu ta' €4,000 biex isir assessjar fuq kif jiġu mitigati l-konsegwenzi ta' Brexit.", "Fl-aħħar nett irrid nirringrazzja lil kull min għen f'dan il-proċess, mhux biss lill-kollegi fil-Kabinett, iżda wkoll lis-Segretarju Permanenti Ewlieni u liċ-Ċivil kollu.", "Se nibqgħu għaddejjin bid-diskussjonijiet u se nibqgħu nżommu lill-Kamra aġġornata.", "Fuq kollox se nkunu qed inniedu helpline minn nhar it-Tnejn li ġej sabiex kull min ikollu xi forma ta' mistoqsija, tkun tista' tingħata l-għajnuna.", "Ovvjament l-għajnuna tista' tingħata b'mod li ma tistax issir spekulazzjoni.", "Aħna ma nistgħux inbassru x'se jagħmel il-Gvern Ingliż u mhuwiex xogħli li noqgħod nispekula hawnhekk.", "Nittama li dan ix-xogħol kollu li qed nagħmlu jkun xogħol għalxejn għax ikun hemm sitwazzjoni ta' deal u allura dak kollu li qegħdin ngħidu jkun overtaken by the situation li jkun hemm ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Però hawnhekk aħna qegħdin nuru biċ-ċar li qed naħsbu fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx; mingħajr ma nallarmaw lil ħadd, nagħtu indikazzjoni fejn jistgħu jkunu l-punti l-aktar diffikultużi u nuru li hemm pjani li qegħdin in place.", "Ovvjament wieħed irid japprezza wkoll li rridu noqogħdu attenti li ma npoġġux il-karettun qabel iż-żiemel.", "Fil-każ tagħna ma nistgħux nesponu ruħna għal affarijiet żejda b'mod li nkunu qed nippreġudikaw il-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "Dak li għedna llum kien immirat l-aktar għal żewġ udjenzi; l-ewwel għaċ-ċittadini Maltin, kemm dawk li jgħixu fl-Ingilterra kif ukoll dawk f'Malta, biex ikollhom moħħhom mistrieħ li l-Gvern qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji - il-ġimgħa d-dieħla jew ta' wara se jkollna żjara mill-Kummissjoni Ewropea li prattikament se tkun qed tagħmel audit ta' dawn il-preparamenti, li jien fiduċjuż ħafna fihom - u t-tieni udjenza hija dik ta' ċittadini Ingliżi f'pajjiżna li, rightly so, kienu qegħdin isiru pjuttost nervużi dwar x'jista' jsir minnhom.", "Permezz ta' dan kollu qed ngħidulhom li, anke fl-agħar ipotesi, is-sitwazzjoni tagħhom f'pajjiżna tibqa' assigurata.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se niġbed l-attenzjoni tal-Kamra dwar il-proċedura li se nimxu biha issa.", "L-ewwel kelliem, li f'dan il-każ huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, għandu massimu ta' għaxar minuti filwaqt li l-kelliema kollha li se jitkellmu warajh għandhom massimu ta' tliet minuti kull wieħed.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, l-ewwel nett nibda biex ngħid li aħna, bħala Oppożizzjoni, naqblu mal-ftehim li kien intlaħaq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, dak magħruf bħala l-Withdrawal Agreement.", "Naqblu wkoll mal-political declaration u għandna fiduċja sħiħa fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea dwar dan is-suġġett.", "Aħna qegħdin insegwu mill-qrib ħafna dak li qed jiġri f'Londra, b'mod partikolari fil-House of Commons, u l-ewwel preokkupazzjoni tagħna hija fuq id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit, fuq in-negozjanti Maltin li b'xi mod in-negozju tagħhom huwa involut mar-Renju Unit u viċeversa.", "Aħna qed nippreokkupaw irwieħna wkoll fuq il-Brittaniċi li jgħixu f'Malta f'każ ta' ħruġ mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta' Marzu li ġej.", "Naturalment aħna m'għandna l-ebda kontroll fuq dak li qed jiġri fir-Renju Unit u rrid ngħid li jista' jkun hemm ukoll it-tielet għażla għaċ-ċittadini tar-Renju Unit; illi dawn b'xi mod jew ieħor jiddeċiedu li jagħmlu referendum ieħor u allura lanqas biss joħorġu mill-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk għalkemm il-pożizzjoni tagħna hija aktar remota, trid tibda tħares ukoll lejn dik l-eventwalità.", "Sinjura President, aħna nilqgħu l-informazzjoni li qed jagħtina l-Prim Ministru.", "Nixtieq biss li forsi l-Prim Ministru aktar tard jispjegalna liema passi minn dawk li semma huma direzzjonijiet u liema huma commitments li jista' jagħti l-Gvern.", "Aħna naqblu mar-rieda politika li teżisti f'dan il-pajjiż miż-żewġ naħat tal-Kamra, u jkun x'ikun il-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Malta se tibqa' taħdem qatigħ biex iżżomm relazzjonijiet mill-aktar b'saħħithom u dejjiema mar-Renju Unit, anke minħabba l-fatt li aħna napprezzaw kemm il-volum u l-valur tan-negozjati li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll ir-relazzjonijiet storiċi li sawruna.", "Dan huwa impenn li aħna l-Membri tal-Oppożizzjoni niggarantuh, ikun x'ikun il-ftehim li jsir bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Sinjura President, matul l-intervent tiegħi nixtieq inkun ċar daqs il-kristall ukoll.", "Aħna naqblu mal-miżura li ħabbar il-Prim Ministru llum; dik li jagħti permess ta' residenza lill-Brittaniċi li diġà jgħixu f'Malta, liema permess ta' residenza jkun validu għal għaxar snin.", "Madanakollu rridu nikkonfermaw li xejn minn dan ma jkun qiegħed, b'xi mod jew ieħor, jonqos xi tip ta' regolamentazzjoni Ewropea, sabiex b'hekk inkunu qed nissalvagwardaw il-pożizzjoni tagħna wkoll.", "Jekk qed nifhem tajjeb, dan il-permess ta' residenza se jkun itwal minn kwalunkwe permess ta' residenza oħra, se jkun jista' jiġġedded u mhu se jiġi impost l-ebda ħlas għall-applikazzjoni tal-permess.", "Jekk m'iniex qed nifhem tajjeb nixtieq kjarifika.", "Jekk l-Unjoni Ewropea tħallina nagħmlu dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, aħna naqblu magħhom perfettament, anke fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Prim Ministru Theresa May li tneħħi l-miżata ta' Stg65 biex iċ-ċittadini Ewropej japplikaw għal settled status fir-Renju Unit.", "Issa jkun tajjeb jekk il-Gvern Malti jagħmel pressjoni fuq il-Gvern tar-Renju Unit biex idaħħal l-istess miżura ta' għaxar snin residenza fir-Renju Unit għall-Maltin f'każ ta' Brexit mhux ordnat.", "Sinjura President, aħna nosservaw il-pożizzjoni li ħa dan il-Gvern fuq din il-kwistjoni, kemm issa kif ukoll meta kellu f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Minkejja dan, aħna xorta għandna numru ta' mistoqsijiet li jidhrilna li jirrigwardaw issues li jridu jiġu indirizzati, bħal pereżempju l-inizjattivi ta' negozju li ħa l-Gvern fit-tħejjija tal-Brexit, li safejn naf jien kienu indirizzati lejn id-direzzjoni li dawk il-kumpaniji li għandhom il-bażi tagħhom fl-Ingilterra ma jitilqux minn kollox u għalkollox mill-Ingilterra imma jkollhom struttura f'Malta li mbagħad permezz tagħha jkollhom a foothold f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern spjega li hu kien diġà ħa diversi inizjattivi f'pajjiżi partikolari, fosthom fl-Indja, fil-Ġappun u fl-Istati Uniti - fil-fatt naħseb li l-Prim Ministru semma dawn il-pajjiżi anke dalgħodu waqt il-konferenza stampa - u għalhekk nixtiequ jgħidilna jekk dawn l-inizjattivi li konna qed naħdmu fuqhom irridux nindirizzawhom, irridux inbiddlu d-direzzjoni tagħna fuqhom jew inkella rridux nabbandunawhom.", "Jekk m'iniex sejjer żball dalgħodu l-Prim Ministru semma wkoll il-kumpaniji li qed nattiraw lejn pajjiżna.", "Dwar dan ma nafx jekk daħalx f'aktar dettall band'oħra, imma hawnhekk ċertament li le.", "Waqt li kont qed nisma' lill-Prim Ministru dalgħodu, sfortunatament qrajt li kien hemm kumpaniji kbar, bħall-P&O Ferries, li huma ġganti fis-settur marittimu, li m'għażlux il-bandiera Maltija u minflok għażlu li jirreġistraw il-flotta tagħhom f'Ċipru.", "Is-settur marittimu Malti huwa settur importanti ħafna għalina, anke għaliex il-vantaġġi li għandna f'dan is-settur huma evidenti.", "Biżżejjed ngħid li nikklassifikaw fost l-aqwa ħamsa f'dak li għandu x'jaqsam mas-saħħa tal-bandiera tagħna, anke bil-volum li nirreġistraw, u allura nixtieq nistaqsi jekk din il-parti tan-negozju tagħna hijiex qed tiġi salvagwardata kif ukoll jekk il-Gvern għandux xi ħsebijiet dwar dan.", "Issa nixtieq nirreferi għal statement partikolari li għamel il-Prim Ministru u li jien ma nistax ma naqbilx miegħu b'mod komplet.", "Aħna wkoll assolutament ma rridux li ċ-ċittadini jsiru għodda f'idejn min qed jinnegozja.", "Naħseb li din hija prijorità assoluta però ħafna drabi anke l-inċertezza fiha nnifisha - partikolament meta konna qegħdin xahrejn biss lil hinn minn dan is-suppost ħruġ ordnat - tikkawża sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini jistgħu jħossuhom li saru għodda f'idejn min qed jinnegozja.", "Pereżempju, hawnhekk ta' min isemmi b'mod partikolari lil dawk l-istudenti li qed jistudjaw fir-Renju Unit u lil dawk il-ħaddiema li n-negozju tagħhom huwa involut b'xi mod jew ieħor mar-Renju Unit għax dawn ma jkunux għamlu l-pjani tagħhom għal xahrejn jew għal sitt xhur imma jkunu ppjanaw aktar fit-tul.", "Għalhekk hawn jien nistaqsi jekk minbarra s-servizzi ta' informazzjoni li qed isemmi l-Gvern ħax ħsieb jidentifika l-aktar punti li qed jinkwetawhom u x'qed nagħmlu biex nindirizzawhom bħala pajjiż.", "Sinjura President, innotajt li l-Prim Ministru daħal fid-dettall mhux ħażin dwar is-settur tal-mediċina u tal-farmaċewtika.", "Hawnhekk għandi żewġ osservazzjonijiet x'nagħmel.", "Rigward il-mediċina, nixtieq inkun naf jekk aħniex qegħdin nitkellmu biss fuq dawk li huma indikati bħala mediċini alternattivi fl-industrija tal-generics jew tal-originator.", "Nafu li f'pajjiżna diġà għandna sitwazzjoni fejn jekk min huwa intitolat għal ċerti mediċini ma jingħatax l-originator drug u jingħata l-generic drug, jaf ikun hemm il-problemi.", "Għalhekk jien nistaqsi lill-Prim Ministru jekk din il-problema hijiex qed tiġi indirizzata.", "Rigward l-istockpiling li semma l-Prim Ministru, nixtieq nistaqsi jekk sarx xi eżerċizzju fuq it-tenders li huma diġà eżistenti, kemm fuq dawk li l-Gvern diġà qed jordna mingħandhom kif ukoll fuq dawk li huma marbutin b'ċerti ftehimiet li bihom l-istockpiling per se ma jkunx permess.", "Minħabba l-mod kif joħorġu t-tenders, jista' jkun hemm ukoll xi problemi bid-dati tal-iskadenzi fil-bidu li jingħata t-tender u allura nixtieq nistaqsi jekk dan huwiex se joħloq problemi tattiċi.", "Biex nikkonkludi rrid ngħid li l-aktar ħaġa preokkupanti hawnhekk mhijiex jekk il-preparazzjonijiet li għamilna f'dawn iċ-ċirkostanzi għamilniehomx b'mod komprensiv imma kif dan kollu qed jiġi komunikat.", "Filwaqt li napprezza l-isforzi li qed jagħmel il-Gvern, nixtieq inkun naf x'inhuma l-mezzi ta' komunikazzjoni li qed jintużaw, għajr għal dawk li l-Gvern ħabbar pubblikament, biex nilħqu lil dawk in-nies li għandhom interess dirett.", "Fi kliem ieħor, x'inhuma l-mezzi li qed nużaw biex lill-istudenti, lil dawk li jaħdmu fil-qasam tal-farmaċewtika, lil dawk li jaħdmu fil-qasam tal-industrija u lil dawk li jaħdmu fl-ajruporti mhux biss nipprovaw inweġbuhom imma nagħtuhom ukoll is-serħan u l-konfort tal-kontinwità?", "Ma ninsewx li hemm trading routes li ilhom hemm għal diversi snin.", "L-akbar għadu tan-negozju huwa l-inċertezza.", "Issa naturalment mhuwiex tort tal-Gvern Malti li l-inċertezza hija dik li hi, imma s-sistemi huma diġà in place biex inkunu nistgħu nirreaġixxu bi speditezza u allura nkunu nistgħu nagħtu serħan il-moħħ.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, lill-Prim Ministru nixtieq nagħmillu tliet mistoqsijiet fuq tliet suġġetti differenti biex b'hekk inkunu nistgħu nserrħu moħħ in-nies hemm barra.", "Hemm xi ftehim għal dawk il-kunsilli lokali jew NGOs li għandhom commitments finanzjarji bi programmi tal-Unjoni Ewropea u li għandhom partners li ġejjin mir-Renju Unit?", "Qed nistaqsi dan għax kif nafu, hemm kunsilli lokali u NGOs li bħalissa huma committed b'xi programmi tal-Unjoni Ewropea li għadhom ma ġewx konklużi u għalhekk dawn għandhom bżonn xi ftit serħan il-moħħ.", "Sinjura President, il-Prim Ministru aċċenna wkoll għall-fatt li hemm il-ħsieb illi ċ-ċittadini Brittaniċi li qed jgħixu f'Malta jibqagħlhom id-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, però jien nixtieq nistaqsih jekk dawn jistgħux jipparteċipaw bħala kandidati għall-kunsilli lokali.", "Fl-aħħar nett nixtieq nistaqsi jekk sarx xi ftehim dwar dawk il-mijiet jew eluf ta' studenti u ħaddiema Maltin li preżentement qegħdin jistudjaw jew jaħdmu l-Ingilterra biex b'hekk inkunu nistgħu nagħtuhom xi ftit serħan il-moħħ.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, l-ewwel mistoqsija li għandi għall-Prim Ministru hija din.", "Fin-nuqqas tal-pressjoni tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, x'se tkun il-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-bargaining power li għandna bħalissa biex twaqqaf l-isforzi tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari tal-Kummissarju Moscovici, għal miżuri ta' aktar armonizzazzjoni fejn jidħol is-settur tal-Fintech, tas-servizzi finanzjarji, tal-gaming u għall-implimentazzjoni ta' taxxa fuq l-ekonomija diġitali?", "F'każ li dan isir, il-Gvern qed jikkonsidra l-użu tal-veto sabiex dan ma jseħħx?", "Niġi issa għal mistoqsija oħra li aċċenna għaliha anke l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Nafu li fis-settur tal-gaming, tal-Fintech u tas-servizzi finanzjarji għandna kumpaniji li huma liċenzjati f'Malta, imma l-mother companies tagħhom jinsabu fir-Renju Unit jew inkella hemm xi co-location services.", "F'dan il-każ, x'impatt qed naraw li se jkun hemm fuq dawn il-kumpaniji?", "Saru xi taħditiet ma' dawn il-kumpaniji u wieħed x'qed ibassar li se jkun il-futur ta' dawn il-kumpaniji u tal-industrija inġenerali?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, l-ewwel nett nibda biex nirringrazzja lill-Prim Ministru għal dak li għamel waranofsinhar u għal dak li qed jagħmel f'din il-Kamra biex iserraħ moħħ il-Maltin f'Malta, il-Maltin fir-Renju Unit kif ukoll l-akbar komunità li għandna f'pajjiżna, li huma n-nies mir-Renju Unit.", "L-ewwel mistoqsija tiegħi tirrigwarda l-intitolar tas-social security payments.", "L-Unjoni Ewropea titkellem dwar social security coordination ibbażata fuq dak li fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea jsejħulu \"the principle of good administration\", jiġifieri li tapplika biss liġi waħda ta' stat membru u mhux jibdew japplikaw liġijiet differenti bil-konsegwenza li jispiċċa jkun hemm konfużjoni sħiħa fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet li dawn jagħmlu.", "Kif nafu, huwa importanti li jkun hemm kontinwità fil-kontribuzzjonijiet li wieħed jagħmel matul il-ħajja tax-xogħol tiegħu, u dan huwa possibbli li jseħħ anke billi l-kontribuzzjonijiet li jsiru f'pajjiż jiġu jgħoddu fi stat membru ieħor biex b'hekk dak li jkun jirċievi l-kontribuzzjoni sħiħa fl-istat li jirtira fih.", "Issa jista' jkun li sitwazzjoni bħal din għadha fluwida, u jien napprezza dak li qed jagħmlu l-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru Helena Dalli, li f'dan il-mument tant kritiku ta' inċertezza li huma m'għandhomx kontroll fuqu, qed jibdew jagħtu anke ċertu serħan il-moħħ safejn jistgħu.", "Imma x'se tkun il-pożizzjoni għal dak li huwa intitolar tas-social security payments tal-Maltin fir-Renju Unit u tan-nies mir-Renju Unit li qegħdin jgħixu f'Malta?", "Niġi issa għat-tieni mistoqsija li għandi.", "Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet contingency action plan f'ċerti setturi, jiġifieri fi kliem aktar sempliċi ma qagħditx tistenna li jkun hemm no-deal imma f'ċerti setturi qed tieħu ċerta contingency.", "Din hija riflessa fi press release li ħarġet fid-19 ta' Diċembru li għadda fejn il-Kummissjoni Ewropea, permezz ta' regolamenti speċifiċi f'setturi varji, bdiet tidħol biex tipprovdi l-miżuri neċessarji f'ċerti setturi.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: X'inhi l-intenzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?", "Huwa talab lill-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm contingency plan għal dawk is-setturi partikolari li huma sensittivi għalina?", "Sinjura President, fit-23 t'Ottubru tas-sena l-oħra l-Prim Ministru, rightly so, ġie rrapportat li qal f'din il-Kamra li l-likelihood hija li f'każ ta' no-deal ikun hemm aktar ftehim ta' livell bilaterali.", "Issa jien nixtieq nistaqsi jekk hawnhekk il-Prim Ministru kienx qed jirriferi għall-ftehim bilaterali li, pereżempju, għandna fis-settur tas-saħħa, li sar qabel l-addozzjoni tal-acquis communautaire, jiġifieri qabel l-2004, jew inkella kienx qed jirreferi għal xi ftehim bilaterali ieħor, bħal pereżempju għal xi ftehim bilaterali li sar fis-settur tat-turiżmu li nistgħu nagħmlu 'l quddiem, dejjem f'setturi li mhumiex ta' kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni Ewropea għax ovvjament f'dak il-każ il-Kummissjoni Ewropea tinnegozja hi għan-nom tal-istati membri.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, jien ukoll għandi tliet mistoqsijiet x'nagħmel lill-Prim Ministru.", "L-ewwel nett, jekk fhimtu sew, il-Prim Ministru semma li l-Gvern qed jistudja l-possibilità li jagħmel lanes speċjali għall-Ingliżi li jgħaddu mill-ajruport ta' Malta.", "Għalhekk l-ewwel mistoqsija tiegħi hija din: Allura l-Gvern qiegħed jistudja jekk hux se jkun hemm reċiproċità f'dan ir-rigward, jiġifieri li anke l-Maltin li jużaw ajruporti fir-Renju Unit ikolhom l-istess trattament, kif nimmaġina li għandu jkollhom anke ċittadini oħra tal-Unjoni Ewropea?", "Naħseb li ħafna Maltin għadhom jiftakru li qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, biex tidħol fir-Renju Unit, bħal ngħidu aħna Heathrow, kont tkun trid toqgħod tistenna wara kju enormi u mbagħad kont tiġi mistoqsi ħafna mistoqsijiet.", "Għalhekk wieħed jippretendi li jekk hemm il-ħsieb li nagħtu trattament preferenzjali lill-Ingliżi meta dawn jaslu fl-ajruport ta' Malta, dan għandna nagħmluh biss jekk anke l-Maltin jingħataw l-istess trattament fl-ajruporti tal-Ingilterra.", "It-tieni mistoqsija tiegħi hija din: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-lingwa Ingliża hijiex se tibqa' l-lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea?", "Dan huwa importanti għall-Maltin u għall-Irlandiżi meta tqis li għal dawn iż-żewġ pajjiżi, l-Ingliż huwa l-lingwa uffiċjali li biha jistgħu jikkomunikaw mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħar nett nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru x'se tkun il-pożizzjoni tal-Gvern Malti jekk ir-Renju Unit jitlob li d-data tad-29 ta' Marzu tiġi estiża, jiġifieri ssir estensjoni tal-artiklu 50.", "Nafu li l-pajjiżi kollha jkunu jridu jaqblu b'unanimità jekk kemm-il darba ssir din it-talba, u allura nixtieq inkun naf xi tkun il-pożizzjoni tal-Gvern Malti jekk ir-Renju Unit jitlob li minflok joħroġ fid-29 ta' Marzu joħroġ f'data aktar tard.", "U l-Prim Ministru jħoss li din it-tip ta' talba għall-estensjoni tista' ssir fiċ-ċirkostanzi preżenti meta wieħed isegwi dak li qed jiġri fil-House of Commons?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sinjura President, naf li s-sitwazzjoni preżenti hija fluwida u vaga, imma jien nistaqsi: L-Ingliżi li jiġu għal btala se jkollhom bżonn il-viża biex jidħlu?", "U jekk fl-affermattiv, jista' jkun hemm xi mekkaniżmu sabiex il-proċess tal-viża jsir b'mod aktar spedit?", "Ma rridux ninsew li s-suq Ingliż jiġġenera 40% mis-suq tagħna, jiġifieri hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq xi grupp miċ-Ċina, mill-Brażil jew mill-Indja li ġew biex jistudjaw l-Ingliż, għalkemm naturalment dawn huma welcome ukoll.", "Illum l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom l-open skies.", "Issa jekk ir-Renju Unit joħroġ milll-Unjoni Ewropea, dan ma jibqax ikollu aktar open skies.", "Allura f'dak il-każ aħna nkunu nistgħu nagħmlu flights daqshom u huma jkunu jistgħu jagħmlu flights daqsna?", "U jekk l-ajruplan ikun Ingliż, se jkun hemm xi restrizzjonijiet fit-titjiriet?", "Jien naħseb li dawn huma affarijiet li għandna naħsbu fuqhom.", "Lill-Prim Ministru nixtieq nagħmillu wkoll din il-mistoqsija: Jekk ir-Renju Unit jestendi ż-żmien li fih jibqa' fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern se jkompli jaħdem biex jekk kemm-il darba tiġi ffissata d-data li fiha r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea - għalkemm jien naħseb li din id-deċiżjoni se tkun marbuta ma' xi elezzjoni - aħna nkunu ppreparati għal din iċ-ċirkostanza?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax għandi l-impressjoni li Ċipru kienet xi ftit iżjed proattiva.", "Issa ma nafx jekk iniex korrett jew le però din hija l-impressjoni tiegħi.", "Ovvjament, Sinjura President, jekk l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea, il-flus mill-Ewropa jonqsu.", "Għalhekk jien nistaqsi: Il-kontribuzzjoni tagħha jista' jkollha effetti fuq Malta, u jekk iva, kemm jista' jkun kbir dan l-effett?", "U jekk ikun hemm xi stat membru ieħor li jrid joħroġ mill-Unjoni Ewropea permezz ta' referendum jew le, din se tkun it-template għal xi ħaġa oħra?", "Jien naħseb illi biex tgħin finanzjarjament lil xi negozju żgħir, is-somma ta' €4,000 hija baxxa u bażikament hija biss il-paga ta' ftit xhur.", "Għalhekk naħseb li jkun importanti li din is-somma togħla iżjed.", "Ma nafx jekk din hijiex se tinħadem skont in-nies li negozjant iħaddem, skont jekk huwiex self-employed jew inkella hux skont l-exports li għandu.", "Jien naħseb li anke l-investituri u l-iżviluppaturi għandu jkolhom xi forma ta' għajnuna għax jekk illum dawn qed jibnu jew qed jinvestu fi blokok jew fi proprjetajiet biex jiġu l-ħaddiema jaħdmu f'pajjiżna, għada pitgħada jistgħu jsibu ruħhom lampa stampa.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet żgħar lill-Prim Ministru.", "Fl-istqarrija tiegħu l-Prim Ministru qalilna li l-Konvenzjoni tal-Kura tas-Saħħa ffirmata bejn Malta u l-Ingilterra fl-1975 se tibqa' applikabbli.", "Biex inkunu ċari, il-kura li tista' tibda tingħata mill-isptarijiet Ingliżi fil-futur se tkun inkluża, jiġifieri jekk hemm xi ħaġa li s'issa l-pazjenti Maltin mhumiex qed imorru l-Ingilterra għaliha, fil-futur nistgħu nassiguraw li l-pazjenti Maltin se jingħataw l-aqwa kura tas-saħħa anke fir-Renju Unit?", "It-tieni mistoqsija li għandi tirrigwarda l-istudenti Maltin fl-universitajiet tal-Ingilterra.", "Hemm mijiet, jekk mhux eluf, ta' studenti Maltin u Għawdxin li jixtiequ jistudjaw fl-Ingilterra.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid li l-miżati applikabbli għall-istudenti li huma third country nationals fir-Renju Unit huma ferm ogħla minn dawk tal-istudenti Ingliżi u dawk tal-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk il-Gvern Malti qed jaħseb biex isir xi ftehim bilaterali bil-għan li l-miżati tal-Maltin ikunu ridotti, anke peress li aħna nagħmlu parti mill-Commonwealth?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela ġaladarba m'hawnx rimarki, nistieden lil-Prim Ministru biex jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "JOSEPH MUSCAT: L-ewwel nett, Sinjura President, nixtieq nirringrazzja lill-kollegi tiegħi għall-mistoqsijiet tagħhom.", "Fil-bidu ta' dan l-intervent se nkun qed nagħmel xi punti ta' riaffermazzjoni.", "Nibda biex ngħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni fehem tajjeb li aħna qegħdin noffru a ten-year residence permit li se jkun b'xejn, bla ebda spiża, u r-rationale għal dan huwa li dak li jkun mhuwiex qed jibdel l-istatus tiegħu b'għażla tiegħu jew b'xi kapriċċ imma l-istatus tiegħu qed jinbidel minħabba ċirkostanzi li hu m'għandux kontroll fuqhom.", "Għahekk aħna qegħdin ngħidu li filwaqt li f'dan il-każ ikun hemm bżonn ta' xi tip ta' dokumentazzjoni għax irid ikun hemm ċertifikat ta' din il-bidla fl-istatus, il-fatt li dan ikun qed jingħata b'xejn ikun qed jagħti sinjal ta' stabbiltà għaż-żmien li ġej.", "Rigward il-punt li ssemma dwar co-location, irrid ngħid li fil-verità wieħed mil-lati pożittivi hu - għax bħal f'kull ħaġa oħa, fil-każ ta' no-deal hemm il-lat pożittiv u hemm il-lat negattiv, u fil-fatt aktar tard jien se nsemmi l-lat negattiv - li kif ġara dan kollu, aħna ħassejna u rajna ferm aktar interess f'pajjiżna milli kien hemm qabel għas-sempliċi raġuni li dawk il-kumpaniji li forsi kienu qed jaħsbu li se jkun hemm xi tip ta' ftehim - li fl-aħħar mill-aħħar għadu possibbli - bdew jaħsbu b'mod aktar veloċi għal sitwazzjoni ta' post alternattiv fejn joperaw mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt wieħed jista' jara dan l-effett pożittiv anke minn statistika across the board fuq ir-requests li kellna fl-ekonomija tagħna.", "Nista' ngħid ukoll li l-feedback inizjali li kellna għall-offerta tagħna ta' residence permit ta' għaxar snin kien li dan għamel effett pożittiv anke fuq dawk il-kumpaniji li jimpjegaw persuni Ingliżi li jistgħu jirrilokaw lejn pajjiżna għax iħossu li dan it-tip ta' status jagħtihom ċertezza fit-tul u għalhekk jistgħu jħarsu lejn pajjiżna b'mod aktar pożittiv.", "Fil-verità m'aħniex waħedna f'din il-logħba għax din hija logħba internazzjonali li qed jieħdu sehem fiha ħafna pajjiżi.", "Pereżempju, Ċipru rreġistrat kumpanija tal-vapuri f'pajjiżna u minbarra l-fatt li ftit tal-ġimgħat ilu ġie mħabbar li Bet365 se tespandi l-operazzjonijiet tagħha f'pajjiżna u xi ġimagħtejn ilu ġie mħabbar li 888 Holdings se tapplika għal liċenzja tal-gaming f'pajjiżna, illum il-kumpanija William Hill għamlet acquisition li permezz tagħha issa għandha foothold f'pajjiżna, biex b'hekk nistgħu ngħidu li llum il-players kollha internazzjonali fil-qasam tal-gaming għandhom post f'pajjiżna.", "Ovvjament imbagħad se jibqgħu jqumu l-kwestjonijiet dwar l-ispazju li għandna biex jiġu akkomodati dawn il-kumpaniji, il-kirjiet u kwestjonijiet oħra, imma naħseb li jkollna problema jekk ngħidu li ma rridux aktar investiment għax ma rridux li jkollna dawn il-kwestjonijiet.", "Issemma punt tajjeb ħafna dwar il-mod kif se nikkomunikaw.", "Issa din hemm ironija kbira fiha għax fil-verità nistgħu nikkomunikaw u nidentifikaw liċ-ċittadini Brittaniċi f'pajjiżna ferm aħjar miċ-ċittadini Maltin fir-Renju Unit, u dan għal raġunijiet ovvji.", "Għaliex?", "Għax iċ-ċittadini Brittaniċi f'pajjiżna se jiġu biex jirreġistraw għandna, u allura aħna nkunu nafu x'work permits għandhom, min huma, fejn qed joqogħdu u x'qegħdin jagħmlu.", "Fil-fatt għandna 13,000 ċittadin Brittaniku f'pajjiżna li 5,000 minnhom jaħdmu filwaqt li l-oħrajn huma pensjonanti, u dawn nistgħu nidentifikawhom bl-isem u bil-kunjom.", "Madanakollu fil-każ taċ-ċittadini Maltin, minħabba l-freedom of movement, il-privacy u minħabba affarijiet oħra, li minnhom infushom huma tajbin, aħna ma nistgħux ngħidu b'eżattezza kemm hemm Maltin li qegħdin jaħdmu fir-Renju Unit u kemm hemm minnhom li qed jistudjaw.", "Li nistgħu ngħidu biss huwa kemm hemm minnhom li qed nisponsorjawhom aħna permezz ta' scholarships, kemm hemm minnhom li they are making themselves known to the Maltese High Commission u kemm hemm minnhom li aħna qed nibagħtulhom il-pensjoni.", "Għalhekk waħda mill-affarijiet li se nkunu qegħdin nagħmlu permezz ta' helpline li se jiġi mniedi nhar it-Tnejn, liema servizz se jiġi estiż anke bis-saħħa ta' \"gov.mt\" hija li se nħeġġu lill-Maltin li qegħdin fir-Renju Unit biex jirreġistraw mal-Kummissjoni Għolja Maltija ħalli aħna nkunu nistgħu nsegwu l-każijiet tagħhom.", "Ovvjament huma se jkunu fil-libertà sħiħa li jiddeċiedu jekk jirreġistrawx mal-Kummissjoni Għolja Maltija jew le, imma din tgħin sabiex inkunu nistgħu nsegwu lil dawn il-persuni, il-problemi tagħhom u s-sitwazzjonijiet tagħhom aktar mill-viċin.", "Fir-rigward tal-mediċini u tal-qasam tas-saħħa, peress li dan huwa suġġett vast u delikat ħafna mbagħad se nitlob lid-Deputat Prim Ministru biex jitkellem dwar il-preparazzjonijiet estensivi li għamel id-Dipartiment tas-Saħħa flimkien mas-Segretarju Parlamentari tal-Onor.", "Deo Debattista u t-tim tiegħu fil-Malta Medicines Authority (MMA) biex ikunu ppreparati għal kwalunkwe xenarju.", "Rigward il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Zammit Lewis dwar il-pensjonijiet irrid ngħid li iva, se jkun hemm portabbiltà ta' pensjonijiet, u aħna qed naraw li f'kull ċirkostanza, anke permezz ta' ftehim eżistenti u permezz ta' a pre-accession agreement … Jien għandi wkoll il-kelma tal-Prim Ministru Ingliż, li kienet aware ħafna tas-sitwazzjoni, u m'għandi għalfejn niddubita fl-ebda ħin mill-kelma li tat, anke għaliex id-direzzjoni politika li tat hi diġà ġiet imdaħħla fs-sistema, u għalhekk iva, din il-portabbiltà se tibqa' għall-pensjonanti anke f'każ ta' no-deal.", "Issa ħalli niġi għall-mistoqsijiet li għamilli l-Onor.", "L-ewwel nett huwa staqsa jekk il-persuni Brittaniċi li qed jgħixu f'pajjiżna jistgħux joħorġu bħala kandidati.", "Iva, dawn jistgħu joħorġu wkoll bħala kandidati, anke għax prattikament qed nerġgħu ndaħħlu fis-seħħ ftehim li kien hemm qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea, liema ftehim kien jagħti dan id-dritt, kif għandhom id-dritt ċittadini Maltin li joħorġu kandidati fuq livell lokali fir-Renju Unit.", "Irrid infakkar li ċ-ċittadini Maltin u ċ-ċittadini Ċiprijotti, bħala ċittadini tal-Commonwealth, huma l-uniċi żewġ ċittadinanzi Ewropej li għandhom id-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet ġenerali, u fil-fatt iċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit ivvotaw anke fir-referendum tal-Brexit.", "Rigward finanzjament, nista' nassigura li f'dan il-perjodu ta' financial perspectives mhu se jkun hemm l-ebda tip ta' bidla jew riperkussjoni fuq persuni jew entitajiet li qegħdin igawdu minn fondi Ewropej, lanqas f'każ ta' no-deal.", "Fil-fatt jekk ikun hemm no-deal se jiġru żewġ affarijiet f'dawn il-financial perspectives li jagħlqu fl-2020.", "L-ewwel nett mhux se jibqa' jingħata refund lir-Renju Unit.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar no-deal xi jfisser?", "No-deal ifisser li r-Renju Unit joħroġ mingħajr settlement, jiġifieri joħroġ mingħajr ma jħallas id-dues tiegħu u mingħajr ma l-accounts jingħalqu kif suppost għax wieħed ikun qabad u ħareġ.", "Minn naħa waħda dan ifisser li mhux se jkun hemm ir-rebate min-naħa ta' Malta, li bħal pajjiżi oħra kienet tikkontribwixxi għar-rebate li l-Unjoni Ewropea kienet tagħti kull sena lir-Renju Unit u min-naħa l-oħra se jitlaq mill-ewwel kontributur qabel il-financial perspectives li jmiss.", "Huwa kkalkolat li l-impatt finanzjarju min-naħa ta' Malta f'każ ta' no-deal huwa dak ta' €6 miljun fis-sena.", "Dan ifisser li għas-sentejn li ġejjin Malta jkollha tħallas €6 miljun aktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontribuzzjonijiet fil-Baġit tal-Unjoni Ewropea, li bejn wieħed u ieħor huwa nett tas-€6 miljun li niffrankaw u €12-il miljun aktar bħala dues li jkollna nagħtu.", "Aħna għamilna budgeting ta' dan kollu wkoll bħala kontinġenza biex naraw li l-affarijiet isiru bis-serjetà, u naħseb li l-fatt li qed nagħtu din il-figura, li hija speċifika ħafna, juri l-livell ta' xogħol li qed isir.", "Nerġa' ngħid li jien nittama li jkun hemm deal, u ngħid ukoll li dak kollu dwar deal u no-deal ma nistgħux inħalluh fuq termini ta' flus finanzjarji b'dan il-mod biss għax min-naħa l-oħra, kif għedt qabel, ironikament in-no-deal qed iwassal għal aktar investiment lejn pajjiżna.", "Il-lat negattiv li semmejt qabel huwa li f'każ ta' no-deal, il-kontribuzzjonijiet Ewropej għas-sentejn li jmiss jiżdidulna b'€6 miljun fis-sena.", "L-Onor.", "Busuttil staqsa dwar il-kwestjoni tal-korsiji.", "Nibda biex ngħid li aħna m'aħniex l-uniku pajjiż li qegħdin nagħmlu din il-biċċa xogħol fuq il-korsiji.", "S'issa kien hemm il-Portugall ukoll li ħabbar li se jkunu qegħdin jagħmlu dedicated lanes għaċ-ċittadini Ingliżi.", "L-Ingliżi għadhom ma ħabbrux pjanijiet, imma jien qed nifhem li jista' jkun hemm il-ħsieb li jkun hemm dedicated lanes għaċ-ċittadini tal-Commonwealth, u f'dak il-każ aħna nkunu nikkwalifikaw għalihom.", "Li hu żgur huwa li in vista tal-fatt li pajjiżna jiddependi ħafna fuq is-suq Ingliż, li toffri korsiji speċifiċi liċ-ċittadini Ingliżi tal-European Free Trade Association (EFTA) u tal-European Economic Area (EEA) tkun qed tagħti sinjal tajjeb ħafna politikament u tkun qed tgħin anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-marketing f'dan il-perjodu.", "Aħna ilna għal dawn l-aħħar tmien xhur għaddejjin b'eżerċizzju ta' kontinġenza li issa qed naraw il-frott tiegħu fil-qasam tat-turiżmu.", "F'każ ta' no-deal qegħdin nantiċipaw żewġ affarijiet li huma pjuttost ovvji fil-qasam tat-turiżmu; l-ewwel nett it-tnaqqis tal-consumer confidence fl-Ingilterra, u b'mod naturali meta jonqos il-consumer confidence l-ewwel li jonqos huwa t-travel for pleasure, jiġifieri n-numru ta' nies li jmorru għall-vaganzi hemmhekk.", "Għalhekk aħna, li qegħdin nimmiraw li din is-sena jkollna tliet miljun turist u li ħafna minnhom ikunu Ingliżi, bdejna nippjanaw mis-sena li għaddiet - u qed inkunu targeted ħafna f'dan ir-rigward - li f'każ ta' no-deal, dak in-no-deal ma jfissirx li l-arrivals jonqsu b'mod drastiku, anzi kemm jista' jkun jiġu kkumpensati.", "Dan qed ngħidu biex nuri li quddiemna għandna sfida, u l-isfida mhijiex żgħira, imma jien nemmen li aħna se nkunu qed nirbħuha.", "It-tieni sfida li m'għandniex kontroll fuqha hija l-kwestjoni ta' cost-competitiveness, u nittama li m'għandux ikun il-Gvern biss li jħares lejn din il-kwestjoni imma anke s-settur privat.", "F'każ ta' no-deal ma tridx tkun xi bravu biex tbassar li se jkun hemm riperkussjoni ġdida fuq il-kambju tal-isterlina fis-swieq internazzjonali għax jekk il-valur tal-isterlina jitbaxxa, awtomatikament dan ikun ifisser li l-vaganzi barra r-Renju Unit se jsiru aktar expensive.", "Għalhekk aħna min-naħa tagħna rridu nkunu lesti - u qegħdin inkunu lesti - b'ċerti miżuri ħalli kemm jista' jkun nipprovaw nimmitigaw dik id-daqqa kemm għall-immedjat - u fil-fatt ħafna tour operators diġà huma hedged f'ċertu sens għall-immedjat - imma wkoll għall-istaġun ta' wara u anke ta' wara dak.", "Huwa importanti li ngħid ukoll li ġie kkonfermat li l-lingwa Ingliża se tibqa' l-lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt il-kwestjoni f'dan ir-rigward mhijiex jekk il-lingwa Ingliża hijiex se tibqa' l-lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea imma min se jħallas għaliha.", "Fil-bidu nett kien hemm xi ħadd bravu li ppropona li jħallsu għaliha dawk il-pajjiżi li l-lingwa uffiċjali tagħhom hija l-Ingliż, proposta li kieku ġiet attwata kienet titfa' piż straordinarju fuq pajjiżna u fuq l-Irlanda fost l-oħrajn.", "Kieku nistgħu mhux inġibu miljuni mill-Unjoni Ewropea!", "Fortunatament din il-proposta ma ġietx attwata, u l-mod kif se jiġi ffinanzjat dan kollu mhuwiex se jitfa' piż fuq pajjiżna, anke għax fil-verità din hija l-lingwa franka tal-lum il-ġurnata.", "Rigward il-mistoqsija li saritli dwar l-estensjoni rrid ngħid li jekk ikun hemm talba għall-estensjoni - u hawnhekk irrid inżomm mal-linja maqbula mill-Kunsill Ewropew, jiġifieri m'iniex se noqgħod nidħol fil-mertu u nispekola dwar jekk hux se jkun hemm estensjoni jew le - pajjiżna se jgħid \"iva\", u dan għar-raġuni li f'sitwazzjoni fejn jintalab li jkun hemm aktar żmien, mhux għan-negozjati imma biex l-Ingliżi get their house in order instead of crashing out with a no-deal, għalija huwa ċar li rridu nagħtu aktar żmien f'dan ir-rigward.", "Nerġa' ngħid li f'każ ta' talba għal estensjoni, pajjiżna se jgħid \"iva\" mhux biex jerġgħu jinfetħu n-negozjati imma biex id-deċiżjoni min-naħa tar-Renju Unit tkun aktar ċara.", "Ovvjament hemm red line - u dan ir-red line la qed nagħmlu jien u lanqas xi ħaddieħor politiku - għax din l-estensjoni ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar ġimgħa ta' Mejju.", "Fil-fatt safejn naf jien l-interpretazzjoni li għandhom is-servizzi legali tal-istituzzjonijiet kollha Ewropej hija li jekk kemm-il darba l-estensjoni tmur lil hinn mill-aħħar ta' Mejju, dan ikun ifisser li r-Renju Unit ikollu bilfors jorganizza l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Kien hemm idea teoretika li f'dak il-każ, il-Membri Parlamentari Ewropej preżenti tar-Renju Unit jistgħu jibqgħu f'posthom bħala osservaturi mingħajr id-dritt tal-vot, imma l-interpretazzjoni li għandhom l-istituzzjonijiet, u żgur li għandna aħna, hija li din hija xi ħaġa li tista' tikser it-trattati kif inhuma, u allura m'hemmx lok li l-estensjoni tkun itwal minn xahar u nofs jew xahrejn għax inkella jistgħu jiddaħħlu kwestjonijiet konfliġġenti, dejjem sakemm ma jkunx hemm qbil sui generis li dan kollu jista' jiġi sorvolat.", "Niġi issa għall-punt li għamlet l-Onor.", "Kristy Debono fir-rigward tal-armonizzazzjoni fil-qasam tat-taxxa.", "Huwa ċar li l-Gvern Malti qed jitlef l-alleat prinċipali f'dan il-qasam, imma aħna m'aħniex l-uniku pajjiż li qed jiġrilna hekk.", "Forsi xi kultant meta nsemmu dan il-qasam naħsbu li aħna waħedna jew li forsi hemm xi pajjiż ieħor biss li jaqbel magħna, imma fil-fatt hemm a substantial minority of member states li jemmnu dak li nemmnu aħna, ċjoè li dawn id-deċiżjonijiet għandhom jibdew jittieħdu fuq livell ta' kapitali.", "Nibda biex insemmi lilna nfusna, lill-Olanda, lill-Irlanda, lil Ċipru, lill-Belġju u pajjiżi oħra relattivament żgħar, fosthom il-Baltiċi, li jemmnu bħalna.", "Kien hemm numru ta' pajjiżi li, bħal Malta, kienu komdi jħallu lin-nies tar-Renju Unit jiġġieldu l-ġlieda tagħhom taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet, però llum huwa ċar li rridu nitkellmu aktar, irridu nkunu aktar skjetti u rridu nkunu aktar proattivi f'dan il-qasam kif ukoll f'ħafna oqsma oħra.", "L-Onor.", "Robert Arrigo staqsieni jekk hux se jkun hemm bżonn visas issa li r-Renju Unit ħiereġ mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt din hija waħda mill-affarijiet li qed jiġu deċiżi fuq livell ta' Unjoni Ewropea peress li hija kompetenza Ewropea.", "Wieħed jista' jantiċipa li għandu mnejn ikun hemm bżonn ta' visas, imma dan jiddependi ħafna anke mill-attitudni li se jieħu l-Gvern Ingliż.", "Kif qed nifhem jien, din il-visa tista' tieħu forma ta' an electronic application li tkun aktar xi ħaġa ta' formalità biex tidħol fis-sistema Ewropea, imma jien nifhem li din il-possibbiltà teżisti.", "Biex ikollok din l-ispeċi ta' visa, ma tkunx trid toqgħod tibgħat il-passaport eċċ., bħal meta tmur f'xi pajjiż Asjatiku, imma aktar se tkun tixbah an online form.", "Naturalment din xorta hija forma ta' burokrazija imma jista' jkun hemm dak il-bżonn.", "Irrid ngħid ukoll li din mhijiex xi ħaġa li taqa' direttament taħt il-kompetenza tagħna imma hemm l-interphase Ewropea, kif hemm l-interphase Ewropea anke fir-rigward tal-open skies għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għall-ajruplani u l-linji tal-ajru minn pajjiż għal ieħor, bħal ngħidu aħna, mir-Renju Unit għal Malta.", "L-Onor.", "Robert Arrigo qalilna li ċ-Ċiprijotti kienu aktar proattivi.", "Aħna għażilna li l-mod kif nitkellmu u naġixxu jkun aktar pronounced u mingħajr ħafna daqq ta' trombi, u naħseb li wasalna.", "Ċipru għandu l-karatteristika - li jien la se nsejħilha vantaġġ u lanqas żvantaġġ - li mhuwiex qiegħed f'Schengen, u filwaqt li hija xi ħaġa ovvja li hemm żvantaġġi kbar meta ma tkunx f'Schengen, min-naħa l-oħra f'ċerti każijiet, bħal f'dan il-każ, fuq dak li għandu x'jaqsam ma' visas tkun tista' tieħu ċerti deċiżjonijiet mingħajr restrizzjonijiet Ewropej.", "Min-naħa l-oħra, jekk xi darba tkun ħadt visa Maltija, dan ifisser li tkun ħadt visa għaż-żona Schengen kollha kemm hi, jiġifieri it's a double-edged sword li qed tagħti aktar flessibbiltà fuq naħa waħda, imma l-prodott mhuwiex l-istess.", "Rigward dak li staqsa l-Onor.", "Schiavone, naħseb li s-sore point il-kbir huwa l-miżati tal-istudenti.", "Fil-fatt din hija xi ħaġa li se nkunu qegħdin nagħtuha prijorità kbira f'każ ta' no-deal għax aħna, bir-rabtiet li għandna bħala ċittadini Maltin u ċittadini tal-Commonwealth, irid ikollna xi tip ta' ftehim mar-Renju Unit biex nassiguraw li ma jintefax xi piż sproporzjonat fuq l-istudenti tagħna li jkunu jridu jistudjaw fir-Renju Unit.", "Nifhem ukoll, almenu mid-diskussjonijiet li kelli ma' numru ta' rappreżentanti ta' istituzzjonijiet edukattivi Ingliżi dwar dan, li anke min-naħa Ingliża m'hemmx dik il-willingness li jaqbdu u jgħollu l-miżati għaċ-ċittadini Ewropej.", "Ovvjament ma nistax nispekola għax din mhijiex xi deċiżjoni tiegħi, imma anke mill-mod kif qed jitkellmu r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet edukattivi Ingliżi, qed nifhem li jista' jkun hemm sinjal ta' opening f'dak ir-rigward.", "Fl-aħħar nett, Sinjura President, nixtieq nirringrazzja lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza kif ukoll lit-tim tagħha għax flimkien ikkoordinaw dan l-eżerċizzju b'mod tajjeb ħafna.", "Jien nittama li dan ikun l-akbar eżerċizzju li qatt inkunu għamilna għalxejn minħabba li jintlaħaq ftehim, imma dan huwa eżerċizzju tajjeb ħafna u naħseb li r-rendikont li tajna llum jista' jserraħ moħħ ħafna nies.", "Issa nħalli f'idejn id-Deputat Prim Ministru biex jagħti spjegazzjoni aktar dettaljata fuq il-qasam tal-mediċina għax naħseb li dan huwa punt delikat ħafna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sinjura President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema kollha taċ-Ċivil għax qattajna ġimgħat sħaħ naħdmu fuq din il-kwestjoni ta' Brexit minħabba li ħadna r-riperkussjonijiet li jista' jkun hemm b'serjetà kbira, speċjalment jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "Però fuq il-qasam tas-saħħa nixtieq insemmi lil numru ta' nies b'isimhom għax naħseb li l-kontribut li dawn taw permezz ta' sigħat twal ta' xogħol huwa imprezzabbli.", "Ta' min ikun jaf li n-nies li mexxew dan il-proċess kienu s-Segretarju Permanenti s-Sur Joseph Rapa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, il-Kap tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) li huwa Mr Karl Farrugia, it-tabiba u konsulent tas-saħħa pubblika Dr Natasha Azzopardi Muscat u l-Professur Serracino Inglott, li huwa l-Kap tal-Awtorità tal-Mediċini.", "Naħseb li huwa xieraq li nirrikonoxxu x-xogħol kbir li għamlu dawn il-persuni biex kemm jista' jkun inkunu nistgħu nbiegħdu l-isfidi li għandna f'dan is-settur.", "Biex inwieġeb il-mistoqsijiet li saru minn diversi Membri Parlamentari se naqsam it-tweġiba tiegħi fi tliet partijiet; l-ewwel parti għandha x'taqsam mat-taħriġ tat-tobba, it-tieni parti għandha x'taqsam mas-servizzi għall-pazjenti Maltin u Għawdxin u t-tielet parti għandha x'taqsam max-xiri ta' prodotti mediċinali, speċjalment ta' mediċini.", "Għal dak li hu taħriġ, hemm numru ta' aspetti li ħdimna fuqhom u li jidher li għandna soluzzjoni għalihom.", "L-ewwel nett għal dak li għandu x'jaqsam ma' undergraduates, jiġifieri studenti tal-mediċina li qed jistudjaw biex isiru tobba, paradossikament is-sitwazzjoni ta' no-deal Brexit ġabet il-fatt li f'pajjiżna għandna lil Barts aktar xi ħaġa pożittiva milli diġà hi.", "Fil-fatt illum Queen Mary University of London tgħidilna kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni ta' Barts li tkun preżenti kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex għax issa jekk ikun hemm no-deal, Barts se jibqa' jkollha campus f'pajjiż Ewropew, u dan ifisser li b'kollaborazzjoni ma' istituzzjonijiet oħrajn Maltin, inkluż mal-Università ta' Malta, jista' jkun hemm aċċess anke għall-fondi kbar li jeżistu fir-riċerka medika li sal-lum l-universitajiet, partikolarment universitajiet bħal Barts, diġà jaċċessaw.", "F'każ ta' no-deal, Barts fir-Renju Unit se jkunu qegħdin jitilfuhom dawn il-fondi, imma issa għax Barts se jkunu f'pajjiżna se jkollhom aċċess għal dawn il-fondi xorta waħda, u din hija xi ħaġa li tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' Barts f'pajjiżna.", "It-tieni punt li rrid nagħmel jirrigwarda t-taħriġ tal-post-graduates, jiġifieri t-taħriġ tat-tobba Maltin wara li dawn jiggradwaw.", "Bħalissa f'pajjiżna hemm żewġ tipi ta' arranġamenti f'dan ir-rigward.", "L-ewwel arranġament għandu x'jaqsam mal-foundation school, fejn kif wieħed jiggradwa bħala tabib jagħmel sentejn jaħdem u jitħarreġ fis-sistema tas-saħħa tal-gvern biex jikseb l-esperjenza b'mod strutturat ħalli mbagħad ikun jista' jikseb il-warrant mill-Kunsill Mediku Malti.", "Ta' min jgħid li din il-foundation school hija branka tal-foundation school Ingliża, u dan ifisser li tobba li jiggradwaw l-Ingilterra jistgħu jagħmlu l-foundation course f'Malta u viċeversa.", "Ovvjament huwa ta' benefiċċju għat-tobba Maltin li jagħmlu l-foundation course fir-Renju Unit u li jibqgħu jaħdmu fir-Renju Unit, u bi pjaċir nista' ngħid li matul dawn l-aħħar xhur ilħaqna ftehim mal-foundation school Ingliża biex il-foundation school li hawn f'Malta tibqa' topera, u allura t-tobba Maltin ikunu jistgħu jagħmlu l-foundation course u mbagħad ikunu eliġibbli li jsibu impjieg fir-Renju Unit bħala tobba.", "It-tielet punt huwa li għandna numru sostanzjali ta' tobba Maltin li wara li jispiċċaw il-foundation years tagħhom, imorru jitħarrġu b'mod speċjalizzat fir-Renju Unit, kif wara kollox għamilt jien snin ilu.", "Matul dawn l-aħħar erba' jew ħames snin għamilna titjib sostanzjali f'dan is-settur għax għamilna numru kbir ta' arranġamenti ma' istituzzjonijiet, ma' universitajiet u ma' sptarijiet madwar ir-Renju Unit kollu biex dawk it-tobba Maltin li jkunu jixtiequ jispeċjalizzaw ma jmorrux ifittxu l-ispeċjalizzazzjoni għal rashom imma din tkun xi ħaġa li tiġi organizzata minn Malta bi ftehim li dawn jagħmlu xi snin jispeċjalizzaw f'pajjiżna u mbagħad jagħmlu xi snin oħra jispeċjalizzaw fir-Renju Unit ħalli b'hekk ikollhom il-postgraduate training tagħhom komplut u jkunu jistgħu saħansitra jagħmlu l-exit exams tal-ispeciality training tagħhom.", "Nista' ngħid li prattikament dawn il-ftehimiet li l-Malta Postgraduate Medical Training Centre (MPMTC) tal-Isptar Mater Dei għamel ma' numru kbir ta' universitajiet, kulleġġi u sptarijiet Ingliżi se jibqgħu kollha fis-seħħ u mhumiex se jkunu affettwati f'każ ta' no-deal.", "Għalhekk fi ftit kliem għal dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ tat-tobba tagħna se nibqgħu kif aħna llum, kemm bil-ftehim li għandna mal-foundation school tar-Renju Unit kif ukoll man-numru ta' ftehimiet li għandna ma' istituzzjonijiet u universitajiet fir-Renju Unit.", "Rigward is-servizzi mediċi għall-pazjenti tagħna nista' ngħid li hemm żewġ aspetti li ħdimna fuqhom mir-referendum li sar sentejn ilu fir-Renju Unit sal-lum, u ż-żewġ aspetti huma dawn li ġejjin.", "L-ewwel nett hemm numru ta' speċjalisti Brittaniċi li jiġu jagħtu s-servizzi tagħhom fl-isptarijiet tagħna, speċjalment fl-Isptar Mater Dei.", "Fil-fatt dawn jiġu jagħtu servizzi ta' konsulenza u anke jagħmlu operazzjonijiet f'pajjiżna għal perjodu qasir.", "Dawn l-ispeċjalisti Brittaniċi, hekk imsejħa \"visiting consultants\", jiġu jagħmlu ġimgħa f'pajjiżna fejn jeżaminaw u joperaw numru ta' pazjenti, imbagħad jerġgħu jmorru jaħdmu f'pajjiżhom u wara ftit xhur jerġgħu jiġu lura pajjiżna.", "Dan ikunu qegħdin jagħmluh b'kollaborazzjoni ma' speċjalisti Maltin u allura aħna nkunu qegħdin nieħdu s-servizzi tal-aħjar speċjalisti li hemm fir-Renju Unit għal dawk il-każijiet rari jew komplikati li jkollna.", "B'hekk nistgħu ngħidu li llum il-pazjenti Maltin u Għawdxin mhux biss qed igawdu mill-ispeċjalizzazzjoni u mill-expertise tal-professuri, tal-konsulenti u tat-tobba Maltin imma wkoll ta' xi wħud mill-aqwa speċjalisti li hemm fir-Renju Unit.", "Il-pjan hu li dawn il-visiting consultants jibqgħu jiġu f'pajjiżna, u kif semma l-Prim Ministru dalgħodu, issa qegħdin naraw kif nagħmlu biex inkunu nistgħu nħaffu r-reġistrazzjoni tagħhom mal-Medical Council Maltija għax jekk ikun hemm no-deal, dawn se jiġu third country nationals u allura jkunu jridu jgħaddu mill-proċess li jgħaddu minnu third country nationals.", "Peress li dawn l-ispeċjalisti joffru servizz daqstant utli u ilhom jiġu jaħdmu f'pajjiżna għal numru ta' snin, aħna qegħdin naħdmu biex f'każ ta' no-deal, il-proċess li dawn ikollhom jgħaddu minnu biex ikunu reġistrati mal-Kunsill Mediku Malti, minħabba dawk il-ftit ġranet li jkunu qegħdin jaħdmu f'Malta, ma jkunx xi wieħed burokratiku u b'hekk is-servizz tagħhom ikun jista' jibqa' għaddej mingħajr l-ebda interruzzjoni.", "Nerġa' ngħid li s-servizz li qegħdin joffru dawn l-ispeċjalisti Brittaniċi huwa bżonjuż ħafna għax b'hekk ħafna Maltin qed jiffrankaw l-iskariġġ li jkollhom isiefru barra l-pajjiż sempliċement biex jieħdu parir jew inkella biex jiġu operati.", "Għalhekk anke f'każ ta' no-deal, aħna se nibqgħu nġibu lis-surgeon u lit-tim tiegħu joperaw l-pazjenti f'Malta, jiġifieri din hija xi ħaġa li se tkompli għaddejja.", "Ta' min jgħid li b'kollox aħna jkollna xi 800 viżta jew vjaġġ fis-sena minn Malta lejn ir-Renju Unit għal trattamenti speċjalizzati.", "Ħafna mill-pazjenti li nibagħtu r-Renju Unit jew ikollhom mard rari, jew ikollhom mard komplikat jew inkella jkollhom bżonn xi forma ta' trattament li tkun rari u f'Malta la jkun hawn l-expertise u lanqas ikun hawn is-set-up għalih.", "Is-servizz Malti tas-saħħa joffri 99.9% tat-trattamenti li jeżistu, imma jkun hemm dawk il-ftit każijiet - litteralment 800 fis-sena - li jibbenefikaw mill-kura xorta waħda għax aħna nibagħtuhom fl-aqwa ċentri tal-Ingilterra jew ta' xi pajjiżi oħra madwar l-Ewropa, għalkemm il-maġġoranza nibagħtuhom fir-Renju Unit.", "Hemmhekk aħna qegħdin naħdmu fuq żewġ binarji.", "L-ewwel nett qegħdin naħdmu fuq il-binarju li l-ftehim tal-1975 bejn Malta u r-Renju Unit jibqa' fis-seħħ.", "Fil-fatt diġà kellna diskussjonijiet mal-Gvern Ingliż, mal-Ministru tas-Saħħa Ingliż kif ukoll mal-Kummissjoni dwar dan, u jidher li l-ftehim li nibagħtu pazjenti Maltin jew pazjenti li għandhom entitlement għall-kura mingħajr ħlas f'Malta, - u allura dawn jistgħu jkunu anke ċittadini Ewropej li jgħixu f'Malta - fl-Ingilterra jew fl-Iskozja se jibqa' fis-seħħ, jiġifieri n-no-deal Brexit mhuwiex se jaffettwa dan kollu.", "Però apparti minn hekk ilbieraħ kellna l-konferma li issa l-Isptar Mater Dei ġie rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea bħala ċentru ta' eċċellenza, u matul il-ġimgħat li ġejjin se jidħol parti minn dawk li jgħidulhom European reference networks, jiġifieri issa l-pazjenti tal-Isptar Mater Dei se jkunu jistgħu jaċċessaw l-aqwa ċentri ta' eċċellenza madwar l-Ewropa biex f'każijiet ta' mard rari jkunu jistgħu jieħdu pariri u anke servizzi minn dawn iċ-ċentri.", "Għalhekk għalkemm aħna se nibqgħu bil-ftehim bilaterali li għandna mar-Renju Unit, se nkomplu nżidu aktar il-possibbiltà li pazjenti Maltin imorru ġo ċentri ta' eċċellenza anke barra r-Renju Unit, u allura f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, li hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "It-tielet u l-aħħar konsiderazzjoni tirrigwarda x-xiri tal-mediċini.", "Il-maġġoranza tal-mediċini li nikkonsmaw aħna nixtruhom mir-Renju Unit, u fil-fatt issa se nagħti wkoll xi figuri li juru dan.", "Ir-raġuni hija li kif jgħidu r-regolamenti Ewropej stess, aħna rridu li l-istruzzjonijiet li jkun hemm fil-kaxxi tal-mediċina dwar, pereżempju, kif għandek tieħu l-mediċina, x'side effects dik il-mediċina tista' tagħmel lil min jeħodha, eċċ, ikunu miktuba bil-lingwa uffiċjali tagħna, li fil-każ tagħna huwa l-Malti jew l-Ingliż.", "Issa s-suq fejn aħna nsibu nixtru mediċini bi struzzjonijiet miktuba bl-Ingliż huwa dak tar-Renju Unit.", "Storikament aħna dejjem xtrajna l-mediċini tagħna mir-Renju Unit, u kull mediċina li aħna nixtru, nimportaw jew inbigħu f'pajjiżna mhux biss irid ikollha l-istruzzjonijiet miktuba bl-Ingliż imma l-batch release trid tkun ġejja minn xi awtorità medika ta' pajjiż fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk biex aħna nixtru mediċina li jkollha l-istruzzjonijiet miktuba bil-lingwa uffiċjali tagħna u li tkun reġistrata f'pajjiż Ewropew bilfors irridu nixtruha mill-Ingilterra jew mill-Irlanda.", "Issa prattikament l-Irlanda tixtri l-mediċini kollha tagħha mill-Ingilterra u allura aħna naqgħu fuq is-suq Ingliż.", "Hawnhekk irridu naqsmu l-procurement li jagħmel il-Gvern u l-procurement li jagħmel is-suq privat.", "Ta' min jgħid li aħna ilna għal dawn l-aħħar sentejn naħdmu f'dak li għandu x'jaqsam mal-mediċini li jixtri l-Gvern.", "Għaliex?", "L-ewwel nett ikun tajjeb li nirrimarka li l-Gvern jimporta 1,870 tip ta' mediċina differenti għall-użu tal-pazjenti li jaqgħu taħt is-sistema tas-saħħa tagħna.", "Issa minn mindu beda jidher li hemm xi possibbiltà ta' no-deal min-naħa tar-Renju Unit, jiġifieri f'dawn l-aħħar sitt xhur, aħna flejna dawn il-mediċini waħda waħda biex naraw jekk inkunux nistgħu nibqgħu nimportawhom f'każ ta' no-deal.", "Fil-fatt bi pjaċir ngħid li għal dawk l-1,870 tip ta' mediċina differenti li jġib il-Gvern għandna soluzzjoni għalihom kollha, u fil-fatt jien għalhekk fil-bidu tal-intervent tiegħi semmejt u rringrazzjajt lil numru ta' persuni għax-xogħol kbir li għamlu.", "Ta' min jgħid li għall-maġġoranza l-kbira ta' dawn il-mediċini, jiġifieri għal 1,800 mediċina, diġà sibna jew qegħdin fi stat avvanzat li nsibu suq alternattiv anke barra r-Renju Unit filwaqt li għat-80 l-oħra qegħdin f'diskussjoni mal-European Medicines Agency (EMA) kif ukoll mal-Kummissjoni biex insibu soluzzjoni għalihom peress li sal-lum dawn it-80 mediċina jiġu prodotti biss fir-Renju Unit.", "Għalhekk aħna qegħdin naħdmu anke f'dan ir-rigward, u mit-taħditiet li kellna matul dawn l-aħħar xahrejn ninsab konvint li jeżistu soluzzjonijiet għal dawn it-80 mediċina wkoll, jiġifieri nistgħu ngħidu li prattikament jidher li għandna soluzzjoni għall-mediċini kollha li jixtri l-Gvern.", "Fejn jidħol is-suq privat, kif qal il-Prim Ministru, bħala Gvern aħna ma nistgħux nimponu fuq l-aġenti privati x'iġibu u x'ma jġibux.", "Hemm numru ta' mediċini li huma essenzjali, u hemmhekk qegħdin nassiguraw irwieħna li dawn ikunu available fil-pajjiż - fil-fatt qed isir ħafna xogħol mit-tim tal-Onor.", "Deo Debattista f'dan ir-rigward – imma jien informat li hemm madwar 14,000 mediċina li f'xi żmien jew ieħor ikunu importati lejn pajjiżna.", "Jien informat ukoll li matul din l-aħħar sena sar ħafna xogħol ma' numru kbir ta' aġenti, fosthom maċ-Chamber of Commerce u maċ-Chamber of Pharmacists, biex tinstab soluzzjoni għall-maġġoranza l-kbira tal-mediċini li jiġu importati.", "Ta' min jgħid li qed isir stockpiling ta' dawk il-mediċini li huma essenzjali kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-privat biex f'każ li jkun hemm xi hiccups ikollna stock ta' bejn tliet xhur u sitt xhur ħalli wieħed ma jsibx ruħu f'diffikultajiet.", "Ta' min jgħid li mhux qed isir stockpiling tal-mediċini kollha, speċjalment fil-privat, u hemmhekk għadu għaddej il-proċess li nassiguraw li ma jkunx hemm skarsezzi.", "Jien konvint li anke bil-mod kif qed jaħdem l-Onor.", "Deo Debattista, ninsabu mexjin tajjeb ħafna.", "Fl-aħħar nett, biex anke nirrispondi l-mistoqsija tal-Kap tal-Oppożizzjoni, irrid ngħid li f'dak li għandu x'jaqsam mal-procurement tal-Gvern se nibqgħu bl-istess tenders, jiġifieri jekk it-tender huwa generic, dan se jibqa' generic filwaqt li jekk it-tender mhuwiex generic, dan se jibqa' mhux generic.", "Ġeneralment aħna nixtru l-generics sakemm ikun hemm il-patent, u meta jiskadi l-patent jew tiskadi t-tender kważi lanqas tista' ma tixtrix il-generic għax ġeneralment il-generic ikun xi 20 jew 50 darba orħos mill-brand.", "Madanakollu għalkemm jeżistu ċerti sfidi u nistgħu niffaċċjaw xi sfidi anke aktar 'il quddiem - hawnhekk nixtieq nerġa' nirringrazzja lill-istaff u liċ-Ċivil għax-xogħol li għamlu, u kif qal il-Prim Ministru, jalla dan ix-xogħol kollu jkun għalxejn għax il-Brexit isir bi ftehim - aħna ppreparati sew f'dan il-qasam u filwaqt li m'iniex qed ngħid li aktar 'il quddiem ma nistgħux niltaqgħu ma' ċerti sfidi, aħna ninsabu ppreparati sew biex nilqgħu dawn l-isfidi u fejn hu possibbli, indawruhom f'opportunitajiet.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni jixtieq jgħaddi kumment qasir.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, id-diskussjoni tal-lum kienet pjuttost wiesgħa u interessanti.", "Jista' jkun li hija fluwida wkoll għax jista' jagħti l-każ li nitħaddtu l-ġimgħa d-dieħla u l-affarijiet ikunu reġgħu nbidlu.", "Ftit tax-xhur ilu jien kont tlabt li l-Oppożizzjoni tkun involuta fil-grupp ta' non-political representatives, il-Gvern kien aċċetta li jkollna rappreżentant tagħna u din implimentajnieha.", "Illum semmejna fuq fuq is-settur tax-shipping, id-Deputat Prim Ministru wieġeb fid-dettall fuq is-settur tal-farmaċewtika, ma semmejniex is-settur tal-avjazzjoni u kieku għandna ċ-ċans hemm diversi oqsma oħra li nixtieq nitkellmu dwarhom, fosthom dwar il-qasam tas-servizzi finanzjarji, tal-gaming u tat-turiżmu.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq xi ħaġa li se taffettwa kważi lis-setturi kollha tan-negozju.", "Għalhekk jien nistaqsi jekk minflok ma nitkellmu fuq din l-issue fil-format ta' stqarrija ministerjali fejn ikollna risposta u tweġibiet, għandux ikollna okkażjoni li niddibattu f'din il-Kamra dwar dan b'mod aktar ampju, anke settorjalment meta niġu eqreb lejn pożizzjoni li tkun aktar aħħarija għax eventwalment jekk din in-naħa tagħti l-ideat tagħha f'dan ir-rigward u l-Gvern, min-naħa tiegħu, jagħti r-reazzjonijiet tiegħu, inkunu aktar rappreżentattivi u ta' ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, naħseb li dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel sens.", "Jien informat li l-ġimgħa d-dieħla se jkun hemm laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej li għaliha se tkun mistiedna tattendi l-Ministru Dalli, u l-iskop ta' din il-laqgħa huwa li nidħlu f'dawn il-pjani aktar fid-dettall, li jkun hemm diskussjoni aktar wiesgħa u li jekk hemm bżonn minn hemmhekk nieħdu din id-diskussjoni fuq livelli oħra.", "Naħseb li l-ġimgħa d-dieħla l-Ministru se tkun f'pożizzjoni li tagħti ħafna aktar dettalji f'dan ir-rigward.", "Nixtieq nerġa' nagħmel il-proviso li hemm ċerti caveats dwar ċerti affarijiet - fil-fatt ma kien hemm l-ebda mistoqsija f'dak is-sens - u għalhekk huwa importanti li nżommu quddiem għajnejna li at the end of the day this is a contingency plan, jiġifieri fid-diskussjonijiet tagħna ta' contingency planning m'għandniex niġu f'sitwazzjoni li nagħmlu jew ngħidu xi ħaġa li tippreġudika l-pożizzjoni tagħna tal-lum.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "PERMESS TAL-KAMRA", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda.", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI DWAR IL-LIĠIJIET", "TAL-PULIZIJA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-22 ta' Jannar, 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, kif diġà elenka lbieraħ il-kelliem ewlieni f'dan is-settur, l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, l-Oppożizzjoni qed taqbel u se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, però dan huwa Abbozz ta' Liġi li jagħtina l-opportunità li nitkellmu fuq suġġetti varji li jmissu miegħu kemm direttament kif ukoll indirettament.", "Fil-fatt filwaqt li matul l-intervent tiegħi se nkun qed naċċenna dwar il-Korp tal-Pulizija, se nkun qed nidħol ukoll fuq suġġett li jmiss direttament ma' dan l-Abbozz ta' Liġi, jiġifieri fuq dak li għandu x'jaqsam maċ-ċimiterji.", "Ħalli nibda nitkellem dwar il-Korp tal-Pulizija.", "L-ewwel nett għandna naraw li liġijiet bħal dawn li għandna quddiemna jkunu qed inaqqsu l-burokrazija li ċertament taffettwa l-ħidma u r-riżorsi tal-Pulizija, li fl-aħħar mill-aħħar ikunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar f'postijiet oħra.", "Meta aħna, bħala Oppożizzjoni, ressaqna l-proposti tagħna b'rabta mar-riforma tal-kunsilli lokali, is-sigurtà tajnieha l-importanza tagħha.", "Irrid ngħid li l-ġimgħa li għaddiet kellna laqgħat twal li ħadu 'l fuq minn tmien sigħat mas-Segretarju Parlamentari u t-tim tiegħu fejn fost affarijiet oħrajn, qbilna li għandu jitwaqqaf working group.", "Fil-fatt l-istedina għandha tasal ukoll għand il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li se jkun qed jikkonkludi d-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi, għax f'dan il-working group aħna se nkunu qegħdin nispjegaw il-proposti tal-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward.", "Madanakollu kif hawn il-Ministru preżenti jsegwi dan id-dibattitu, illum jien se nieħu l-okkażjoni biex nispjega x'qed tgħid l-Oppożizzjoni dwar il-Pulizija u s-sigurtà.", "Fil-fatt l-Oppożizzjoni tagħti diversi suġġerimenti filwaqt li fejn hemm bżonn, tagħmel il-kritika tagħha b'sens tajjeb bil-għan li ttejjeb il-qasam li tkun qed titkellem dwaru.", "Ma nistax nitkellem fuq il-Korp tal-Pulizija mingħajr ma nirringrazzja lill-membri kollha tal-istess Korp, li jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex juru rispett lejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Naħseb li aħna obbligati li nirringrazzjaw ukoll lill-familjari tal-pulizija u nuru apprezzament għas-sagrifiċċji li jagħmlu għax għall-membri tal-Korp tal-Pulizija m'hemmx ħinijiet u dawn ikollhom jgħaddu ħafna ħin mill-ġurnata barra mid-dar, xemx u xita.", "Sinjura President, punt ieħor li rrid nagħmel huwa li meta nkunu qed nitkellmu dwar il-ġlieda tagħna kontra l-kriminalità, m'għandniex nintilfu fuq in-numri u minflok għandna aktar nikkonċentraw, pereżempju, fuq il-ħtieġa li l-konċett tal-community policing jiġi attwat bis-serjetà.", "Fil-fatt aħna jidhrilna li huwa essenzjali li sakemm niġu biex niffinalizzaw ir-riforma tal-kunsilli lokali, il-community policing jiġi diskuss bis-serjetà għax nemmnu li aħna, flimkien mal-kunsilli lokali u mal-LESA, għandna naħdmu flimkien b'koordinament biex nassiguraw li l-pulizija jkunu qed jingħataw ir-rispett u l-fiduċja tar-residenti kif ukoll ikunu meqjusa bħala ħbieb f'dawk l-oqsma li jmissu direttament mar-residenti.", "Pereżempju, s'issa l-pulizija għadna narawhom preżenti biss ħdejn l-iskejjel fil-ħinijiet tad-dħul u tal-ħruġ tal-istudenti mill-iskejjel.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, naħsbu li dan għandna nsaħħuh mhux biss billi naraw li jibqa' jkun hemm pulizija fil-ħinijiet stipulati li fihom tibda u tispiċċa l-iskola imma billi nibdew naraw il-pulizija preżenti anke qrib postijiet oħra ffrekwentati mit-tfal, bħal ngħidu aħna n-nurseries ta' diversi dixxiplini sportivi jew inkella l-Mużew.", "Għandna nassiguraw ukoll li jiġi mħares dak li hemm stipulat fil-liġi, ċjoè li għall-inqas, darba fix-xahar, il-Korp tal-Pulizija huwa obbligat li jkollu laqgħat uffiċjali ma' kull kunsill lokali.", "Jien informat li l-konċett tal-community policing fil-Korp tal-Pulizija kien diġà beda jaħdem snin ilu, imma naħseb li issa wasal iż-żmien illi dan il-konċett jerġa' jibda jitħaddem bis-serjetà.", "Ninsab informat ukoll li hemm rapporti li jispjegaw kif jista' jitħaddem il-community policing f'kull belt u raħal f'pajjiżna.", "Illum m'għadekx tara membru tal-Korp tal-Pulizija fit-triq li jkun fuq il-beat, kif konna nsibuh qabel.", "Naħseb li dan huwa importanti wkoll li jibqa' jsir jekk irridu nibnu verament ir-rispett li jixraqlu jingħata kull membru tal-Korp tal-Pulizija min-nies hemm barra.", "In-nuqqas ta' preżenza tal-pulizija fit-toroq tagħna ilha ġejja s-snin, jiġifieri din mhijiex kwestjoni ta' gvern jew ieħor.", "Naħseb li waħda mill-affarijiet li rridu nagħmlu biex ma nkomplux ingerfxu l-imħuħ fejn jidħol il-Korp tal-Pulizija huwa li naraw li f'pajjiżna ma jibqax ikun hemm lokalitajiet li jaqgħu taħt żewġ distretti differenti.", "Bħalma għedt f'okkażjonijiet oħra, fosthom f'laqgħa li kelli mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u mal-Ministru konċernat, parti mil-lokalità tal-Mellieħa, li ġej minnha jien, taqa' taħt il-Qawra filwaqt li l-parti oħra tal-Mellieħa taqa' taħt il-Mosta.", "Fil-fatt kien hemm każijiet fejn, pereżempju, wieħed mar jagħmel rapport l-għassa tal-pulizija tal-Qawra fuq xi inċident li kien għadu kemm seħħ Għajn Tuffieħa u minkejja li d-distrett elettorali ta' Għajn Tuffieħa jaqa' taħt il-lokalità tal-Mellieħa, dan intbagħat jagħmel ir-rapport l-għassa tal-pulizija tal-Mosta.", "Għalhekk aħna, fil-proposti tagħna lill-Gvern, tlabna biex din l-anomalija tiġi rranġata għax qed tħawwad l-imħuħ tan-nies.", "Sinjura President, ftit tax-xhur ilu l-Ministru konċernat inawgura flotta ġdida ta' karozzi tal-Pulizija.", "Jien kont kritiku f'numru ta' mistoqsijiet parlamentari f'dan ir-rigward, anzi aktar milli kont kritiku, xtaqt li s-sens komun jirbaħ.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax mhuwiex aċċettabbli li l-għassa tal-pulizija tal-akbar lokalità f'pajjiżna, f'termini ta' konfini, tibqa' għal ġimgħat sħaħ bla karozza minħabba li l-karozza li kellha tinsab bil-ħsara.", "Il-pulizija ma jagħmlux mirakli, u għalhekk ma stajtx ma nikkritikax il-fatt li filwaqt li l-Ministru mar proprju fil-lokalità tal-Mellieħa biex jinawgura flotta ġdida tal-karozzi tal-Pulizija, imbagħad l-istess lokalità tħalliet għal ġimgħat sħaħ bla karozza tal-Pulizija meta nafu li minbarra mil-lokalità tal-Mellieħa, din l-għassa hija responsabbli wkoll minn Selmun, Għajn Tuffieħa, iċ-Ċirkewwa, il-Marfa, l-Aħrax tal-Mellieħa u l-Manikata.", "Jien jidhirli li r-responsabbiltà kienet titlob li jekk kemm-il darba għassa tal-pulizija għandha l-karozza bil-ħsara, tiġi pprovduta karozza oħra dak il-ħin u mhux indumu nistennew ġranet u ġimgħat sħaħ għal din l-imbierka karozza!", "Problema oħra li ċertament irridu nindirizzawha hija l-issue tal-għases tal-pulizija li jkunu magħluqin.", "Sena wara l-oħra smajna li n-numru ta' membri fil-Korp tal-Pulizija qed jiżdied, u allura jien nistaqsi jekk huwiex mismanagement li qed ikollna għases li mhumiex qed ikunu miftuħin għall-pubbliku.", "Forsi wieħed jista' jargumenta li qed ngħid kontradizzjoni meta ngħid li rrid l-għases miftuħin u l-pulizija fit-triq fl-istess ħin.", "Kieku l-pulizija jkunu fit-triq fiha u ma fihiex, imma l-punt tiegħi hu li ġaladarba l-Korp tal-Pulizija qiegħed jingaġġa dejjem aktar nies miegħu, fis-sena 2019 mhuwiex aċċettabbli li n-nies iċemplu f'għassa partikolari u ma jweġibhom ħadd jew inkella n-nies imorru f'għassa partikolari u jsibu dik l-għassa magħluqa.", "Irridu naraw li r-riżorsi li għandu l-Korp tal-Pulizija ikunu qegħdin jintużaw kif suppost u li qegħdin verament jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "Daqstant ieħor mhuwiex aċċettabbli li bħalma ilu jiġri s-snin, hekk kif pulizija jkun ilu xi ftit ġimgħat jaħdem f'għassa partikolari u jibda jidra l-lokalità, jintbagħat x'imkien ieħor bl-iskuża tal-esiġenza tas-servizz.", "Il-Korp tal-Pulizija kellu rapport għad-dispożizzjoni tiegħu fejn kien hemm miktub li din is-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata, anke għaliex tikkuntrasta mal-community policing.", "Filwaqt li jien nifhem li meta jkun hemm ċerti okkażjonijiet popolari tal-massa wieħed ikollu bżonn numru akbar ta' pulizija f'dik il-lokalità u allura pulizija jista' jintbagħat biex jagħti s-servizzi tiegħu f'xi lokalità oħra, din għandha tkun l-eċċezzjoni u mhux ir-regola, u qed nagħmel enfasi fuq dan il-punt għax dan l-aħħar rajna ċaqliq b'mod regolari f'dan ir-rigward.", "Issa li jien informat li se ssir laqgħa fuq dan is-suġġett bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, nittama li naslu biex in-nies hemm barra jkunu jistgħu verament jaraw bidla u l-community policing jiġi attwat bis-serjetà.", "Hawnhekk nixtieq infakkar ukoll li numru ta' snin ilu kien sar proġett pilota bħala esperiment ta' tourism police.", "Dan il-proġett pilota kien sar f'lokalità li hija sinonima mat-turiżmu; San Ġiljan, imma sfortunatament f'daqqa waħda sparixxa.", "Dan kien esperiment li sar darba fis-sajf, u wara dak is-sajf minflok ma rajna l-idea tat-tourism police tinfirex f'lokalitajiet oħrajn, bħal San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema jew il-Mellieħa, din l-idea sfumat fix-xejn.", "Kumbinazzjoni dak iż-żmien li sar dan il-proġett pilota f'San Ġiljan, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Karl Gouder kien sindku ta' dik il-lokalità, jiġifieri hu jista' jgħid kemm it-tourism police kien ħalla effett pożittiv.", "Allura jekk din l-inizjattiva li saret mill-Amministrazzjoni preċedenti ħalliet riżultati pożittivi, għaliex qtilnieha u ma frixnihiex f'lokalitajiet turistiċi oħra, imqar matul ix-xhur tas-sajf?", "Jien nittama li fil-laqgħat li se jkollha l-Oppożizzjoni b'rabta mar-riforma tal-kunsilli lokali fejn tidħol is-sigurtà, il-Gvern jagħti widen għall-proposti li qed tagħmel għax wara kollox l-Oppożizzjoni ressqet dawn il-proposti b'sens ta' rieda tajba, b'sens pożittiv u bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jitkellem ukoll fuq iċ-ċimiterji.", "Issa hawnhekk irrid ngħid li ċ-ċimiterji jfissru ħafna għal kull wieħed u waħda minna għax hemmhekk hemm midfuna l-għeżież tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li ċ-ċimiterji li għandna mifruxa madwar Malta u Għawdex jinżammu fl-aqwa stat possibbli.", "Jien mhux darba jew tnejn kelli nagħmel mistoqsijiet parlamentari fuq iċ-ċimiterju tal-lokalità tiegħi minħabba li kont nirċievi l-ilmenti dwaru, u meta kont immur nara jien stess jekk dak li kienu qed jgħiduli kienx minnu, kont nispiċċa nsewwed ftit qalbi għax, pereżempju, mhuwiex aċċettabbli li tara fili ta' oqbra miftuħin jew li tara ħaxix ħażin tiela' minn mal-kaptelli fejn hemm l-oqbra.", "Fi żmien l-Amministrazzjoni tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien hemm il-ħsieb li b'xi mod anke l-kunsilli lokali jibda jkollhom sehem f'dawn iċ-ċimiterji, ovvjament bil-għajnuna tal-gvern, u għalhekk naħseb li llum wasal iż-żmien li l-manutenzjoni taċ-ċimiterji f'pajjiżna tingħata prijorità għax wara kollox dawn il-postijiet huma għeżież għal kull wieħed u waħda minna.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa anke dwar il-ħinijiet tal-ftuħ taċ-ċimiterji.", "Pereżempju, mhux l-ewwel darba li kien hemm min mar iżur l-għeżież tiegħu ċ-ċimiterju matul il-ġimgħa, forsi f'għeluq l-anniversarju tal-mewt ta' xi ħadd mill-għeżież tiegħu jew f'għeluq sninu, u jsibu magħluq.", "Issa jien naf li din ma taqax direttament taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali imma taqa' taħt il-Ministeru għas-Saħħa, però ġaladarba l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qiegħed jitkellem dwar iċ-ċimiterji, ħassejt li kien l-obbligu tiegħi li nwassal il-vuċi ta' ħafna nies hemm barra u forsi fl-aħħar f'pajjiżna anke matul il-ġimgħa, iċ-ċimiterji jkunu miftuħin f'ħinijiet stipulati għall-kumdità ta' min jixtieq imur iżur l-għeżież tiegħu.", "Ftit tal-ġranet ilu fuq il-mezzi tal-midja smajna li saret konferenza stampa fil-lokalità tal-Mellieħa, il-lokalità li ġej minnha anke l-Ministru, fejn hemmhekk ingħatat l-aħbar li kienu se jinxtraw 80 qabar miċ-ċimiterju li jinsab il-Mellieħa, int u nieżel lejn l-Għadira.", "F'din il-konferenza stampa kien hemm min donnu ried jagħti l-impressjoni li dan kien ilu s-snin biex isir, saħansitra minn żmien Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, u għalhekk ikun tajjeb jekk ninforma lil din il-Kamra u lil kull min qed isegwi dan id-dibattitu li kuntrarjament għall-impressjoni li ngħatat, il-permess għal dawn it-80 qabar inħareġ fl-10 ta' Jannar tal-2012, u bejn Jannar tal-2012 saż-żmien li fih issejħet l-elezzjoni ġenerali f'Marzu tal-2013 kien diġà nbeda l-proċess tat-tenders.", "Għalhekk ejjew inkunu korretti f'dak li ngħidu u ma nipprovawx niskorjaw punti politiċi f'settur daqstant sensittiv.", "Ġimgħa ilu rajna fuq il-midja lill-Ministru kkonċernat flimkien mal-kunsilliera tal-Partit Laburista ta' din il-lokalità.", "Issa anke hawnhekk, nixtieq nagħmel parentesi u ngħid li mhuwiex aċċettabbli li l-Ministru jmur iżur ċimiterju u jkunu jafu b'dan biss il-kunsilliera tal-Partit Laburista minħabba li l-press call toħroġ biss għall-kunsilliera tal-Partit Laburista.", "M'għandna qatt naqgħu fil-livell li mmorru nieħdu ritratti f'ċimiterju u nagħżlu min ikun mistieden u min le.", "Din hija xi ħaġa li mhijiex aċċettabbli, u hawnhekk irrid nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' min kien qed isegwina, peress li din kienet xi ħaġa li ġiet irrapportata fil-midja, li l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex jinxtraw dawn l-oqbra ilu li nħareġ mill-10 ta' Jannar 2012.", "Għalhekk naħseb li jekk irridu nkunu kritiċi jkun tajjeb li ngħidu li għal sitt snin sħaħ ma sar xejn f'dan ir-rigward bil-konsegwenza li ħallejna lil min irid jixtri l-qabar tiegħu jistenna għal sitt snin sħaħ minn mindu nħareġ il-permess.", "Sinjura President, nixtieq nikkonkludi dan l-intervent billi għal darb'oħra ntenni li l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nittama li issa matul il-ġranet li ġejjin ikolli l-possibbiltà li niltaqa' mal-Ministru b'rabta mas-sigurtà u li l-proposti ġenwini li ressqet l-Oppożizzjoni fir-rigward tar-riforma tal-kunsilli lokali jiġu milqugħa.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, nixtieq nibda billi qabelxejn nirringrazzja liż-żewġ kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni, jiġifieri lill-Onor.", "Robert Cutajar, għad-diskorsi tagħhom.", "Matul l-intervent tiegħi nixtieq nespandi dwar xi punti li ssemmew.", "L-isfortuna hi li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nofs siegħa biss għax hemm ħafna x'wieħed jirrispondi, imma se nipprova nkun konċiż kemm jista' jkun.", "Se nibda billi nirrispondi għall-punti li qajjem l-Onor.", "Robert Cutajar illum.", "L-ewwel nett irrid ngħid li kif spjegajt ilbieraħ, se ssir review fuq id-distretti fejn issa se jkun hemm diversi hubs.", "Ta' min jgħid li Malta se tinqasam f'erba' distretti differenti b'mini headquarters f'kull distrett.", "B'hekk il-problema li aċċenna għaliha l-Onor.", "Robert Cutajar se tiġi indirizzata.", "Nafu li l-mod kif inhuma maqsumin id-distretti preżentement qed jikkaġunaw ċerti problemi.", "Pereżempju, jien nista' nsemmi l-Marsa fejn hemm parti li taqa' taħt Raħal Ġdid, hemm parti li taqa' taħt il-Marsa, imbagħad hemm parti oħra li taqa' taħt Ħal Luqa.", "Insomma, hemmhekk hemm geġwiġija sħiħa, u għalhekk kif għedt diġà, issa d-distretti se jiġu riveduti biex nindirizzaw din il-problema.", "Naħseb li jkun tajjeb li wieħed jgħid li llum għamilna l-launching ta' 15-il mutur ġdid għall-Korp tal-Pulizija.", "Matul il-ġimgħat li ġejjin se jiżdiedu wkoll 50 karozza oħra għal units differenti tal-Korp tal-Pulizija filwaqt li se jinxtraw segways għal dawk iż-żoni li huma pedestrianised u għal żoni turistiċi.", "Tajjeb li ngħid ukoll li kelli diskussjoni mal-Ministeru għall-Finanzi dwar punt li, rightly so, semma l-Onor.", "Għaliex karozza tal-pulizija għandha ddum tliet ġimgħat biex tissewwa meta jinqalagħlha l-ħsara?", "Ir-raġuni hi li għal kull parti li taqla' mill-karozza trid titlob tliet quotations, u jekk wara li tagħmel dan, il-mechanic jerġa' jkollu jaqla' xi parti oħra, tkun trid terġa' titlob tliet quotations oħra!", "Għalhekk il-problema mhijiex li karozza tkun bil-ħsara imma li filwaqt li meta l-karozza tiegħek tkun bil-ħsara, teħodha għand mechanic u dan isewwihielek f'inqas minn ġurnata, meta l-karozza tkun tal-gvern inti obbligat li ssegwi r-regoli taċ-Ċivil u ladarba ma teħodhiex għand mechanic - u jien nifhem għaliex dawn il-karozzi ma jitteħdux għand mechanic - għal kull parti tal-karozza li taqla' trid tagħmel tliet quotations kull darba.", "Għal din ir-raġuni kellna diskussjoni biex naraw kif nistgħu nneħħu din il-burokrazija żejda għax ma jagħmilx sens li meta karozza tal-pulizija tkun bil-ħsara, il-Korp tal-Pulizija jkollu jagħmel tliet ġimgħat mingħajrha.", "Fil-fatt bi pjaċir ngħid li l-Ministeru għall-Finanzi ħareġ b'soluzzjoni għal dawn il-każijiet u issa l-Korp tal-Pulizija se jkun qed jimxi fuq id-direzzjoni li jingħata.", "Niġi issa għall-punt li qajjem l-Onor.", "Robert Cutajar rigward għases li qed ikunu magħluqin.", "Kieku jkolli nagħżel, nippreferi li l-għases kollha li għandna mferrxin madwar Malta u Għawdex ikunu miftuħin u li kull għassa jkollha numru ta' pulizija fiha, imma llum il-ġurnata lanqas il-banek m'għadhom jiftħu uffiċċju f'kull raħal għax illum ħafna mill-banek għamlu ATM minflok fetħu fergħa oħra f'ċerti lokalitajiet biex wieħed ikun jista' jinqeda xorta waħda.", "Irridu nħarsu b'mentalità daqsxejn differenti lejn dawk l-għases li jinfetħu b'mod regolari 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Fil-fatt illum stess, waqt il-launching tal-muturi li semmejt, kont qed nispjega lil diversi uffiċjali tal-Pulizija l-proċedura li se nkunu qed insegwu f'dan ir-rigward.", "Kull għassa tal-pulizija, kemm dawk li jinfetħu 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa kif ukoll dawk li ma jinfetħux daqshekk b'regolarità, kollha jrid ikollhom hotline kif ukoll CCTV cameras, l-ewwel nett biex wieħed ikun jaf min qed iċempel u t-tieni nett biex ma ssirx vendikazzjoni fuqhom.", "L-għan tagħna hu li kull min ikollu bżonn is-servizz tal-pulizija jinqeda.", "Fil-fatt jekk telefonata ma tiġix imwieġba, eventwalment din 'il quddiem se tgħaddi għal għand il-mini headquarters imma għalissa se tgħaddi għal għand il-headquarters uffiċjali li għandna llum.", "Jien nemmen li llum, li aħna mdawrin bit-teknoloġija, għandna nagħmlu użu minnha u mhux inħalluha fuq il-kotba.", "Wara kollox it-teknoloġija mhijiex qiegħda hemmhekk biex naraw kemm ħaddieħor huwa għaref.", "Pereżempju xi familjari tiegħi kienu qegħdin vaganza l-Iżvizzera u serqulhom il-flus; meta marru l-għassa tal-pulizija sabu tabella li tgħid illi dik l-għassa tiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00 a.m. sal-5.00 p.m., jiġifieri din l-għassa la tiftaħ is-Sibt u lanqas il-Ħadd filwaqt li mill-5.00 p.m. sad-9.00 a.m. tkun dejjem magħluqa, imma hemmhekk jużaw sistemi teknoloġiċi biex jinqdew.", "Mela tajjeb; meta nkunu qegħdin barra minn Malta u naraw li dawn iħaddmu sistema differenti nibdew naraw dawk is-sistemi tajbin, imma mbagħad ma nkunux irridu li dawn is-sistemi jiddaħħlu f'pajjiżna wkoll!", "Issa hawnhekk jien m'iniex qed ngħid li l-għases tal-pulizija se jkunu qed jinfetħu mid-9.00 a.m. sal-5.00 p.m., biex ma ninftihemx ħażin, imma rridu nutilizzaw it-teknoloġija li għandna.", "Pereżempju, it-tmien distrett tal-Pulizija - fejn noqogħdu jien u l-Onor.", "Claudette Buttigieg, li bħalissa qed tippresiedi l-Kamra - li taħtu jaqgħu lokalitajiet bħal Birkirkara, in-Naxxar, il-Għargħur u Baħar iċ-Ċagħaq, huwa l-aktar distrett li għandu fixed points.", "Dan għaliex sa sena ilu l-pulizija kienu jidħlu għax-xogħol filgħaxija, ikun hemm il-maġġur u dawn il-pulizija kollha jintbagħtu f'fixed point.", "Fit-tmien distrett biss hemm madwar 25 fixed point, jiġifieri sa ftit taż-żmien ilu 25 pulizija li suppost kienu qegħdin iservu fl-għases kienu qegħdin wara l-bibien ta' persuni distinti u anke ta' persuni inqas distinti imma li kellhom bżonn ta' ċerta sigurtà.", "Ta' min jgħid li filgħaxija f'pajjiżna għandna madwar 45 jew 50 fixed point.", "Ifisser li għandna 45 jew 50 pulizija li hekk kif jidħlu għax-xogħol iridu jinqalgħu mill-għassa tal-pulizija biex joqogħdu għassa ma' bieb!", "Issa dan is-servizz huwa bżonjuż ukoll, biex ma ninftehimx ħażin, imma hemm għalfejn taqla' lil dawn il-pulizija mill-għassa biex tibgħathom għassa wara bieb, wara dipartiment jew wara ambaxxata?!", "Għalhekk aħna ħadna pass partikolari f'dan ir-rigward li l-pulizija ħadu pjaċir bih.", "Għaliex?", "Għax issa min imur fuq fixed point se jkun qed jagħmel dan bħala overtime.", "Jien ma rridx li l-forza li għandi filgħaxija titnaqqar u titnaqqas b'50 ruħ bil-konsegwenza li jekk jinqala' xi ħaġa, dawn ma jkunux jistgħu jitilqu minn fejn qegħdin biex jingħaqdu mal-forza kollha tal-pulizija!", "Xemx u xita Alla biss jaf meta, u għalhekk aħna ma nafux meta tista' tinqala' xi eventwalità fejn ikollna bżonn is-sapport tal-forza tal-Korp tal-Pulizija.", "Dan huwa wieħed mill-modi kif aħna żidna l-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-għases matul il-lejl u anke matul il-ġurnata.", "B'hekk irnexxielna niftħu aktar għases tal-pulizija, ikollna aktar forza fid-distretti u, jinqala' x'jinqala', il-forzi tal-Korp tal-Pulizija jkunu hemmhekk.", "Jien ħaġa waħda nista' ngħid hawnhekk; illi billi jkollna l-pulizija biss fl-għases la se nsolvu l-kriminalità u lanqas se nżommu l-kriminalità milli tiżdied.", "Huwa importanti li l-pulizija jkunu preżenti fit-toroq tagħna.", "Pereżempju, fil-Marsa l-problema mhux fl-għassa tal-pulizija qiegħda imma fit-toroq.", "Fil-fatt filwaqt li qabel jien kont nirċievi emails kuljum dwar il-problemi li kellna fil-Marsa, minn meta hemmhekk żidna l-pulizija fit-toroq, f'daqqa waħda rari bqajt nirċievi emails f'dan ir-rigward.", "Għaliex?", "Għax il-passi li ħadna kienu effettivi.", "L-Għassa tal-Pulizija tal-Marsa saħħaħnieha billi rajna li almenu jkun hemm spettur fiha, imma saħħaħna wkoll il-preżenza tal-pulizija fit-toroq tal-Marsa, u minn mindu ħadna dawn il-passi l-problemi fil-Marsa naqsu.", "Tgħidli: Solvejniehom għalkollox il-problemi tal-Marsa?", "Fil-ħajja m'hemm xejn li tista' ssolvi għalkollox, imma żgur li l-problemi li kien hemm sa ftit ilu f'din il-lokalità tnaqqsu drastikament.", "Niġi issa għal dak li qal ilbieraħ l-Onor.", "Dawn il-ħsebijiet li għaddejja xi ħidma jew xi conspiracy theory fuq l-Egrant biex imbagħad isiru l-investigazzjonijiet u jinstab li din kienet qlajja, din li nitolbu li jiġu investigati ċerti affarijiet u mbagħad meta jiġu investigati jinstab li dawn kienu qlajjiet jew inkella li jkun hemm rapporti ta' xamma fuq xi ħaġa u mbagħad meta din il-ħaġa tiġi investigata ma jinstab xejn, … Jekk nirreferi biss għar-rapporti tal-FIAU li saru qabel l-2013 insib li fil-maġġor parti tal-każijiet fejn kien hemm xamma ta' xi ħaġa ma nstab xejn u fejn kien intqal li hemm bżonn jiġu investigati ċerti affarijiet lanqas biss investigazzjonijiet ma saru, jiġifieri ejjew naraw l-affarijiet kif inhuma.", "Rigward il-kwestjoni li ssemmiet mill-Onor.", "Beppe Fenech Adami u li ġiet ripetuta ad nauseam, qisha litanija, mill-Membri tal-Oppożizzjoni dwar l-isptarijiet, irrid ngħid li, per eżempju, għall-ewwel darba f'Għawdex se jkollna sptar ħafna akbar minn dak li għandna llum li se jkun ta' livell internazzjonali daqs l-Isptar Mater Dei, jekk mhux aħjar ukoll.", "Se jkollna wkoll skola medika li l-biċċa l-kbira minnha diġà nbniet.", "Dan wara li attirajna lil Barts Medical School biex din tiftaħ l-ewwel sister university tagħha barra mill-Ingilterra, proprjament f'Għawdex.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll il-proċess tal-edukazzjoni li jinsab għaddej f'Għawdex, u allura nistgħu ngħidu li hemmhekk qed naraw espansjoni kemm fis-settur edukattiv kif ukoll fis-settur tal-isptarijiet.", "Eventwalment anke l-Isptar San Luqa, li bħalissa tista' tgħid li huwa magħluq fit-totalità tiegħu, se jieħu ħajja mill-ġdid u se jkun ta' livell għoli bħalma se jkun ukoll l-Isptar Karen Grech.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li dan l-investiment kollu se jsir grazzi għall-fiduċja li rnexxielna nattiraw f'dan il-Gvern.", "Irnexxielna nattiraw lill-privat jiġi jinvesti f'pajjiżna, u permezz ta' dan l-investiment, issa l-Gvern li jixtri s-servizzi tiegħu mingħand is-settur privat se jibda jonfoq inqas minn kemm qed jonfoq illum għas-servizzi li jingħataw fl-isptarijiet governattivi.", "Terġa' ċerti servizzi li l-Gvern joffri lill-poplu Malti u Għawdxi b'xejn mhux talli se jiġuh orħos talli ċerti persuni li jiġu jżuruna se jagħtu dawn is-servizzi b'xejn.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm spazju biżżejjed biex nattiraw l-investiment u nħallu lill-privat jimraħ biex ikompli jiżviluppa l-medical tourism f'pajjiżna.", "Dan tal-aħħar ukoll huwa investiment għalina imma sfortunatament għad ma kienx hemm investiment wieħed f'pajjiżna li sar minn dan il-Gvern illi ma kienx hemm xi conspiracy theory fuqu min-naħa tal-Oppożizzjoni, biex imbagħad wara l-qlajjiet kollha li jinqalgħu, immorru l-qorti - bħall-każ tal-Kap tal-Oppożizzjoni preċedenti, li mar il-qorti bil-kaxxi f'idu! - u jinstab li m'hemmx bażi biżżejjed biex jitkomplew l-investigazzjonjiet.", "Ir-responsabbiltà tal-Gvern hija li jkompli jsaħħaħ l-ekonomija, li l-ekonomija tkompli miexja 'l quddiem filwaqt li jsir l-investiment u l-iżvilupp kollu neċessarju għax fl-aħħar mill-aħħar minn dan se jkun qed igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Fil-fatt f'dawn l-aħħar sitt snin, f'baġit wara l-ieħor rajna li permezz tal-investiment li sar, il-pajjiż għadda minn sitwazzjoni ta' deficit għal sitwazzjoni ta' surplus.", "Anke d-dejn tal-pajjiż qed jonqos għax qed inħallsuh lura, u minkejja dan irnexxielna nnaqqsu l-faqar fil-pajjiż, irnexxielna nagħmlu riformi fil-pensjonijiet, irnexxielna nassiguraw li l-persuni b'diżabbiltà jingħataw id-dinjità tagħhom, irnexxielna naraw lil pajjiżna jinbidel għall-aħjar sena wara l-oħra u rnexxielna naraw ukoll li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu aktar dħul għalih u għall-familja tiegħu.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq iċ-ċimiterji għax ilbieraħ ma nafx x'ma smajniex fuq iċ-ċimiterju tal-Addolorata!", "Meta tisma' d-diskussjonijiet fuq dawn iċ-ċimiterji ma tistax titbissem għax hawnhekk qed nitkellmu fuq postijiet sagri, allavolja fiċ-ċimiterju tal-Addolorata kien hemm parti li ma kenitx sagra u li fiha kienu jindifnu l-Laburisti, imbagħad il-Gvernijiet Laburisti ġabu l-parti tal-\"miżbla\" ħaġa waħda maċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "Ikun tajjeb li npoġġi on record ukoll li l-Gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998 kien diġà għadda proposta mill-Kabinett – dwar din il-proposta kienet ħarġet ukoll stqarrija pubblika - biex jiżdiedu l-oqbra fiċ-ċimiterju tal-Addolorata u biex jiġi deċiż b'kemm għandhom jinbiegħu.", "Ta' min jgħid li parti mill-qligħ ta' dawn l-oqbra kienet se tmur għar-restawr tal-istess arkitettura taċ-ċimiterju tal-Addolorata, liema arkitettura hija eċċezzjonali.", "Madanakollu bażikament wara l-1998 dan kollu tar mar-riħ għax għalkemm smajna ħafna paroli, ftit li xejn saru affarijiet.", "Kienu bagħtu wkoll għal dawk il-persuni li wrew ix-xewqa li jixtru qabar u wara li kienu qalulhom anke biex iħallsu dak li hu dovut minnhom, bażikament baqa' ma sar xejn.", "Fil-fatt kellna nkunu aħna li nbiddlu l-istrutturi kollha ta' kif għandha ssir l-espansjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "Anke jekk nieħdu ċ-ċimiterju tal-Mellieħa, hemmhekk kellna l-istess storja.", "Bejn l-1996 u l-1998 aħna konna diġà identifikajna t-tibdil li kellu jsir fiċ-ċimiterju tal-Mellieħa, u fost affarijiet oħra kien hemm il-ħsieb li parti minn dan iċ-ċimiterju, li ftit li xejn kienet tintuża, tiġi estiża.", "Għalhekk jien niskanta li kif qalilna l-Onor.", "Robert Cutajar stess, imbagħad il-permessi ħarġu fl-2012.", "Mela x'raqda sabiħa kien hemm matul iż-żmien!", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni tal-kremazzjoni u ntqal li llum il-Knisja qed taċċetta dawn l-affarijiet.", "Bir-rispett kollu, il-Knisja ilha li kkonfermat li m'għandha l-ebda problema fuq il-kremazzjoni mill-1996 jew mill-1998.", "Fil-fatt dak iż-żmien jien kelli diskussjonijiet mal-Arċisqof u mar-rappreżentanti tal-Vatikan dwar jekk għandhiex tiddaħħal is-sistema tal-kremazzjoni fl-estensjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata li konna qed nippjanaw li nagħmlu.", "Madanakollu għal darb'oħra ma sar xejn u ma smajna xejn aktar f'dan ir-rigward.", "Imbagħad meta jien kont responsabbli mill-ippjanar u għamilna l-policy taċ-ċimiterji - għax sa dak iż-żmien ma kienet teżisti l-ebda policy f'dan ir-rigward - għal darb'oħra erġajt iltqajt mal-Arċisqof u dakinhar, wara xi 15 jew 16-il sena, huwa reġa' kkonfermali li l-Knisja Kattolika ma ssibx problema li jsir il-bini għall-krematorji u li persuna Kattolika tiġi kkremata.", "Imma huwa biss issa li jidher li se nagħmlu pass ieħor 'il quddiem f'dan ir-rigward għax se titressaq mozzjoni bil-għan li tiddaħħal il-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Jien nemmen li dan huwa tajjeb li jsir, aktar u aktar illum li l-ispazju li għandna huwa limitat u huwa diffiċli li n-numru ta' oqbra li jista' jkollna jsolvi l-problema darba għal dejjem.", "Sinjura President, jien se nikkonkludi l-intervent tiegħi billi nirreferi għall-punt li għamel l-Onor.", "Beppe Fenech Adami dwar l-immigrazzjoni għax sfortunatament matul dan id-dibattitu smajna ħafna fuq oqsma differenti u ftit li xejn smajna fuq il-Korp tal-Pulizija per se.", "L-ewwel nett irrid ngħid li aħna jiddispjaċina għal kull għarqa li jkun hemm għax għalina kull għarqa hija falliment.", "Aħna rridu nsalvaw lin-nies mhux biss għax pajjiżna huwa obbligat li jagħmel hekk … Hawnhekk irrid nagħmel dikjarazzjoni ċara.", "Għal kull każ li kien hemm fiż-żona tas-search and rescue ta' pajjiżna, Malta u l-Forzi Armati dejjem għamlu dak li kien mistenni minnhom, però min-naħa l-oħra meta każ ma jkunx jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' pajjiżna u ma nkunux qed nikkordinaw it-tfittix aħna imma jkun qed jikkordinah ħaddieħor, dik ir-responsabbiltà hija tal-pajjiż l-ieħor.", "Il-ġlieda tagħna hi - u hawnhekk irridu naraw x'azzjonijiet ikunu qed jittieħdu f'dan ir-rigward - li nkissru n-negozju li qed isir minn numru ta' persuni li qed jaqbdu numru ta' persuni barranin li jkunu qegħdin il-Libja u xi ftit Libjani, jitfgħuhom fuq dinghy li jkun ta' kwalità ħażina ħafna tant li ħafna drabi wara ftit mili jibda joħroġ l-arja minnu u mhux l-ewwel darba li l-persuni li jkunu fuqu jispiċċaw jegħrqu, bħalma ġara ħamest ijiem ilu.", "Kuntrarjament għall-impressjoni li forsi ngħatat, dawk in-nies li sfortunatament mietu ħamest ijiem ilu - u hawn irrid ngħid li ħadd ma nduna li d-dinghy nqaleb, anzi lanqas ħadd ma nduna li kien hemm dak id-dinghy fil-baħar - ma mitux kollha fiċ-ċentru tal-Mediterran għax parti sostanzjali minnhom kienu bejn il-Marokk u Spanja.", "Fir-realtà l-post fejn dawn il-persuni għerqu huwa irrelevanti.", "Il-punt li rrid inwassal hawnhekk jien huwa li Malta qed tkun voċifera ħafna biex ikun hemm ftehim Ewropew fejn tintwera s-solidarjetà Ewropea.", "Is-solidarjetà ma tfissirx li wieħed jagħti l-flus għall-problema tiegħek imma li wieħed jaqsam il-problema miegħek.", "Hemm bżonn li npoġġu bilqiegħda u nsibu mod prattiku kif l-ewwel nett ikun hemm aktar kurituri li fihom tkun tista' ssir l-immigrazzjoni u t-tieni nett kif ma jkunx hemm immigrazzjoni illegali ta' persuni bir-riskju li dawn jispiċċaw jegħrqu fil-baħar.", "Nixtieq nirringrazzja għal darb'oħra lill-Forzi Armati ta' Malta għax-xogħol kontinwu li jagħmlu kif ukoll lill-coast guards Libjani, li llum qed jieħdu r-responsabbiltà aktar minn qatt qabel li jsalvaw eluf ta' ħajjiet li jsibu ruħhom fil-periklu billi joħorġu 'l barra u jagħtuhom l-assistenza li jkun hemm bżonn.", "Però hemm bżonn li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jiftiehmu biex kollha jiġbdu ħabel wieħed u jkunu solidali mal-pajjiżi li qegħdin fil-periferija tal-Ewropa, speċjalment dawk li qegħdin fil-baħar Mediterran, partikolarment pajjiżi bħal Spanja, l-Italja, Malta, Ċipru u l-Greċja, għax aktar ma din il-problema tinqasam bejn pajjiżi differenti aktar aħjar.", "Ilbieraħ hawnhekk kellna conspiracy theory oħra dwar arranġamenti bejn persuni u ħaġa u oħra.", "Le, ma kien hemm l-ebda ftehim bejn prim ministri jew mexxejja ta' partiti biex persuni jmorru l-Italja u ma jiġux Malta, u din hija biss fantasija tal-moħħ!", "Attwalment x'kien ġara?", "L-ewwel nett l-Italja, wara li kien seħħ inċident fejn kienu mietu mijiet ta' nies, kienet iddeċidiet li tapplika dak il-proġett magħruf bħala \"Mare Nostrum\", imma mbagħad irrealizzat li dan kien ta' piż finanzjarju kbir għaliha u għalhekk talbet lill-Unjoni Ewropea biex din taqsam il-problema magħha, u huwa hawnhekk fejn kienet daħlet il-Frontex.", "Min-naħa tagħha l-Frontex kienet ħarġet bi proġett jismu Operation Triton fejn parti mill-operation plan li kien sar dak iż-żmien kien li d-diżembarkazzjoni ssir l-Italja bħala l-host country, u dan bi ftehim bejn l-Italja u l-Unjoni Ewropea.", "F'Jannar tas-sena li għaddiet il-perjodu tal-Operation Triton skada u wara li kienet reġgħet saret diskussjoni f'dan ir-rigward, l-Operation Triton spiċċat u minflok bdiet l-Operation Themis, li bdiet tkopri żona inqas minn qabel, liema żona tinsab aktar 'il fuq minn Malta.", "Għalhekk Malta, rightly so, argumentat li l-border t'isfel tal-Ewropa hija miftuħa u l-Unjoni Ewropea trid tara x'se tagħmel biex tipproteġi lil din il-parti tal-Ewropa.", "Sadanittant kien hemm ukoll Operation Sophia, li kienet taqa' taħt il-kunsill tad-difiża, u dan il-kunsill iddeċieda li Operation Sophia għandha taħdem fuq iż-żona tal-Mediterran kollu biex tiġġieled il-kriminalità organizzata, inkluż l-ismuggling tan-nies.", "Min-naħa tagħha l-Italja, matul dawn l-aħħar sitt xhur, qalet li riedet tibdel l-operation plan ta' Operation Sophia, u minkejja li hija l-host country riedet li l-immigranti ma jibqgħux jitniżżlu l-Italja.", "Fil-fatt bħalissa għaddejja diskussjoni fuq dan il-binarju.", "Min-naħa tal-Kunsill tal-Ministri nstabet soluzzjoni li biha nistgħu nimxu 'l quddiem imma l-isfortuna hija li hemm pajjiżi li l-prim ministri tagħhom qed jgħidu mod u l-ministri tal-intern qed jgħidu kompletament il-kontra, bil-konsegwenza li d-direzzjoni li qed jagħtu l-prim ministri mhijiex qed tiġi segwita.", "Sinjura President, jien nittama li d-diskussjonijiet ikomplu għaddejjin, u jkomplu b'moħħ miftuħ mill-pajjiżi kollha ħalli b'xi mod jew ieħor inkunu nistgħu naslu għal soluzzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-immigrazzjoni, u dan mhux biss biex insalvaw lin-nies imma anke biex verament niġġieldu lil dawk li fl-aħħar mill-aħħar qed jitfgħu lin-nies fil-baħar biex ikomplu jiffinanzjaw it-terroriżmu fil-Libja u l-militias differenti li jeżistu fil-Libja bil-għan li jkomplu jiġġieldu ma' xulxin.", "Fuq kollox għandna nassiguraw li ma jkunx hemm strutturi viċin il-Libja, bħal vapuri, li jattiraw lill-ismugglers biex jibagħtu d-dinghies fraġli tagħhom fid-direzzjoni tagħhom.", "Jista' jkun li dawn l-istrutturi ma jkunux qegħdin hemmhekk b'intenzjoni, imma dawn qed jispiċċaw jattiraw lill-ismugglers biex jagħmlu l-flus minn nies innoċenti billi jitfgħuhom il-baħar bir-riskji kollha li tista' tikkawża mossa bħal din.", "Xhieda ta' dan huwa l-konsegwenzi li kellna matul is-sena li għaddiet u li diġà kellna matul din is-sena.", "Is-soluzzjoni mhijiex waħda li tista' tipprovdiha permezz ta' xi bakketta maġika imma hija soluzzjoni ħolistika, u jien għandi tama li permezz ta' rieda tajba xi darba nistgħu naslu.", "L-appell tiegħi hu li dawk in-nies li jħabbtu fuq sidirhom, li jiftaħru kemm iħobbu lill-proxxmu, li jiftaħru kemm jemmnu fil-ġid ta' ħaddieħor u li jiftaħru li huma aktar Kattoliċi mill-Papa verament jipprattikaw dak jemmnu għax b'hekk biss nistgħu nassiguraw li nsalvaw il-ħajjiet.", "Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lil kull min ipparteċipa f'dan id-dibattitu u napprezza l-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IMPJIEGI U", "R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "HELENA DALLI: Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li qed nipproponi fih emenda waħda biss, u l-emenda hija waħda sempliċi, però s-sinifikat tagħha huwa importanti ħafna għall-ħaddiema li jaħdmu fuq il-baħar, jiġifieri għall-baħħara.", "Fil-passat dawn il-ħaddiema ma kenux koperti bil-liġi tax-xogħol, anzi kienu esklużi minn din il-liġi, imma permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed tkun implimentata t-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva UE 2015/1794 fejn qed jiġi emendat sett ta' direttivi dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u sett ieħor biex jestendi l-applikabilità tagħhom għall-baħħara.", "B'hekk il-protezzjoni li qed tingħata permezz ta' din id-Direttiva lill-ħaddiema f'ħames oqsma speċifiċi tal-liġi tax-xogħol bdiet tingħata wkoll lill-baħħara, u dawn l-oqsma jinkludu l-protezzjoni tal-ħaddiema fl-eventwalità li l-kumpanija li timpjega lill-baħħara tfalli, it-twaqqif ta' kunsill Ewropew tax-xogħol bl-iskop li l-ħaddiema, fosthom il-baħħara, ikunu informati u kkonsultati, it-twaqqif ta' qafas ġenerali li jinforma u jikkonsulta ma' impjegati fl-Unjoni Ewropea, il-protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta' sensji kollettivi u l-protezzjoni tal-ħaddiema fl-eventwalità ta' trasferiment sħiħ jew ta' trasferiment ta' parti min-negozju.", "F'każijiet ta' trasferiment ta' negozju fejn il-ħaddiema bil-liġi għandhom protezzjoni massima biex kemm l-impjieg kif ukoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ma jiġux imminati minħabba t-trasferiment, il-protezzjoni se tkun estiża għall-baħħara.", "Eżempju ieħor huwa fil-każ ta' sensji kollettivi fejn issa l-baħħara li jkunu affettwati b'dawn is-sensji kollettivi se jkollhom l-istess drittijiet bħall-ħaddiema l-oħra.", "Fl-aħħar tal-2017 il-Ministeru ppubblika sett ta' avviżi legali fl-oqsma li semmejt biex pajjiżna jkun konformi mad-Direttiva li rreferejt għaliha, liema avviżi legali kienu jittrattaw il-Guarantee Fund Regulations, il-European Works Council (Further Provisions) Regulations, l-Employee Information and Consultation Regulations, il-Collective Redundancies (Protection of Employment) Regulations kif ukoll it-Transfer of Business (Protection of Employment) Regulations.", "B'riżultat tal-pubblikazzjoni ta' dawn l-avviżi legali d-Direttiva ġiet implimentata parzjalment, però permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li qegħdin inressqu issa qed tiġi proposta emenda fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, speċifikatament f'artiklu 39 tal-Att imsemmi, fejn permezz ta' din l-emenda l-Att prinċipali jkun applikabbli għall-baħħara fir-rigward ta' sensji kollettivi kif ukoll fir-rigward ta' trasferiment ta' negozji.", "Ta' min jgħid li l-Awtorità għat-Trasport f'Malta qed tgħin lid-dipartiment fit-twettiq ta' dawn il-bidliet fir-rigward tal-baħħara.", "Sinjura President, jien għalissa se nikkonkludi hawnhekk filwaqt li nistenna l-kummenti min-naħa tal-Oppożizzjoni biex jekk ikun hemm bżonn xi kjarifiki nkun nista' nindirizzahom waqt il-winding up.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, fid-dawl li fadal biss ftit minuti għall-ħin tal-Aġġornament u ladarba jmiss lilek biex titkellem, naħseb li din id-diskussjoni għandha tkompli nhar it-Tnejn.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Jien naqbel mas-suġġeriment tal-Onor.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Hawn qbil?", "(Onor. Membri: Iva) Grazzi.", "Għaldaqstant il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol se jkun issa.", "Nitlob lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.49 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li hawn qbil li l-Aġġornament ma jitteħidx?", "Il-Kamra għaldaqstant hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 28 ta' Jannar, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-6.50 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "POWER STATION TA' DELIMARA – INKJESTA DWAR IL-KWALITÀ TAL-FUEL MIXTRI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4400, jista' l-Ministru issa jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalab jagħmel fl-aħħar leġiżlatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta' Delimara, hijiex lesta?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4400.", "DELEGAZZJONI MILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW F'MALTA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta' kull żjara?", "JOSEPH MUSCAT: Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), taħt is-Single Supervisory Mechanism (SSM), huwa s-superviżur dirett tat-tliet istituzzjonijiet tal-kreditu sinifikanti (Significant Institutions), li huma l-Bank of Valletta, HSBC u MeDirect.", "Fl-istess waqt, f'każijiet ta' istituzzjonijiet tal-kreditu inqas sinifikanti (Less Significant Institutions), il-Bank Ċentrali Ewropew jeżerċita superviżjoni ġenerali u b'mod indirett.", "Is-superviżjoni diretta tibqa' fir-responsabbiltà tal-MFSA.", "Din is-sistema hija implimentata fil-pajjiżi kollha li jinsabu fiż-Żona Ewro.", "Id-delegazzjonijiet u l-laqgħat li saru f'Malta bejn l-2017 u l-ewwel disa' xhur tal-2018 huma s-segwenti:", "• Kien hemm laqgħat li saru Malta mill-JSTs rigward is-superviżjoni tat-tliet istituzzjonijiet sinifikanti li ammontaw għal 44 ġurnata;", "• Erba' żjarat ta' ġurnata kull waħda mal-amministrazzjoni għolja tal-DG MS-III (li huma responsabbli għas-superviżjoni b'mod ġenerali u indirett tal-istituzzjonijiet inqas sinifikanti);", "• seba' żjarat relatati ma' żewġ spezzjonijiet ta' Nemea Bank u HSBC Bank Malta li ammontaw għal 44 ġurnata.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 161, 1026 u 4527 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għalfejn ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Rigward Identity Malta nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4111.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li l-ammont mogħti f'direct orders matul l-aħħar leġiżlatura ta' Gvern Nazzjonalista, mill-entitajiet li llum jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jammonta għal €36 miljun.", "AVUKAT ĠENERALI – KAŻIJIET LI MA NGĦATAWX KUNSENS BIEX JINBDEW PROĊEDURI KRIMINALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li dwaru l-Avukat Ġenerali ma tax il-kunsens tiegħu biex jinbdew proċeduri kriminali għal xi reat taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Flus (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 233.07)?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li ma teżistix statistika tal-inċidenza ta' rifjut ta' talbiet għat-tip ta' kunsensi msemmija mill-Onor.", "Interpellant liema talbiet lanqas huma tant spissi.", "Madankollu jien informat li minn Settembru 2010 sal-lum kien hemm biss każ wieħed fejn l-Avukat Ġenerali ma kienx ta l-kunsens tiegħu għall-bidu ta' proċeduri taħt l-imsemmija regolamenti u dan minħabba li ma qabilx li l-ammont involut kien materjalment jeċċedi l-limitu permess mil-liġi.", "QORTI TAL-APPELL – L-EWWEL SEZZJONI – APPELLI ASSENJATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm appelli assenjati lill-Ewwel Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont dwar minn liema sentenzi u digrieti huma l-imsemmija appelli assenjati lill-Ewwel Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "OWEN BONNICI: Fil-Qorti ta' Malta sad-9 ta' Jannar hemm 1,342 kawża assenjati l-Ewwel Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell.", "L-Ewwel Sezzjoni tisma' u tiddetermina l-appelli kollha li ma jiġux assenjati liż-żewġ sezzjonijiet l-oħra tal-Qorti tal-Appell.", "Imma għandha dejjem tisma' u tiddeċiedi l-appelli minn deċizjonijiet u appelli tal-Qorti t'Għawdex u appelli li prima facie jidhru li huma ta' natura kumplessa jew kumplikata jew li jkunu jeħtieġu trattazzjoni li teħtieġ aktar minn seduta waħda.", "L-Ewwel Sezzjoni tiddetermina wkoll ir-rikorsi ai termini tal-artikolu 24 tal-Att dwar iż-Żwieġ (Kapitolu 255) li minn dan it-tip hemm 47 rikors pendenti.", "Tajjeb li jingħad li l-appelli kollha jiġu assenjati lill-Ewwel Sezzjoni u jitqassmu lis-sezzjonijiet l-oħra tal-appell meta jaslu biex jiġu appuntati.", "QORTI TAL-APPELL – IT-TIENI SEZZJONI - APPELLI ASSENJATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm appelli assenjati lit-Tieni Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont dwar minn liema sentenzi u digrieti huma l-imsemmija appelli assenjati lit-Tieni Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "OWEN BONNICI: Fil-Qorti ta' Malta sad-9 ta Jannar 2019, hemm 103 kawżi assenjati lit-Tieni Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell.", "It-Tieni Sezzjoni tisma' u tiddetermina dawk l-appelli li l-Prim Imħallef jidhirlu li għandu jassenjalha skont kif tipprovdi l-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 12.11.", "QORTI TAL-APPELL – IT-TIELET SEZZJONI – APPELLI ASSENJATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm appelli assenjati lit-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont dwar minn liema sentenzi u digrieti huma l-imsemmija appelli assenjati lit-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell?", "OWEN BONNICI: Fil-Qorti ta' Malta sad-9 ta' Jannar 2019, hemm 59 kawża assenjati lit-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell.", "In forza tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 12.11, it-Tielet Sezzjoni tisma' u tiddetermina l-appelli mis-sentenzi u digrieti tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), minn sentenzi u digrieti f'kawżi għal żgumbrament minn proprjetà immobbli u minn deċiżjonijiet tal-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet.", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA – UŻU TA' FORZA EĊĊESSIVA - KAŻ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ li jinsab pendenti quddiem il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala \"heavy-handed\", ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis, 13 ta' Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija żamm diversi seduti u nstemgħu bosta xhieda dwar il-każ li jinstab fi stadju avvanzat.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2405 u 7521 waqt is-seduti ta' nhar l-4 ta' Ġunju 2018 u ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, rispettivament, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm xejn aktar x'jiżdied mat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2405 u 7521.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8120 u tgħid kemm intużaw soft stones (knaten) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum?", "Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stones fuq kull proġett?", "Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stones u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 8120.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8093 u jgħid meta ġie ppubblikat ir-rapport dwar ir-rispons li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċeviet kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7092?", "Jekk ir-rapport ġie ppubblikat, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "U jekk ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat, jista' jgħid meta se jiġi ppubblikat?", "Jista' jpoġġi kopja tad-diversi risposti li saru fir-rigward tal-konsultazzjoni in kwestjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rapport imsemmi ġie ppubblikat fl-4 ta' Diċembru 2018 u kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Ir-risposti fir-rigward tal-konsultazzjoni jinsabu fir-rapport.", "TRANSPORT MALTA - ORDNIJIET MAĦRUĠA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar mill-bidu tal-2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il ordni ħarġet Transport Malta bħala r-regolatur kompetenti tal-infrastruttura għall-finijiet tal-artikolu 4 tal-Kap.", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ordnijiet ġew kontestati?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta, bħala regolatur tal-infrastruttura, tħaddem is-sistema ta' koordinament bejn l-entitajiet u l-privat mis-sistema elettronika magħrufa bħala RWP (Road Works Permit).", "Permezz ta' din is-sistema kull min ikun se jagħmel xogħlijiet ta' cables, trinek, pits, u oħrajn u li għalhekk dawn ix-xogħlijiet ikunu jinvolvu x-xogħol fit-triq jew mit-triq japplika sabiex issir il-kordinazzjoni neċessarja ma' min ikun involut.", "Transport Malta tikkordina lill-entitajiet oħra involuti u eventwalment toħrog il-kondizzjonijiet li jridu jiġu segwiti meta titqiegħed l-infrastruttura proposta.", "Ninforma wkoll li Transport Malta ma kellha l-ebda talba speċifikatament relatata ma' Kap. 81 art.", "4 minn \"competent utility regulator\" u lanqas kien hemm kontestazzjonijiet taħt dan il-kapitlu.", "RISPONS GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8094 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7092 fejn il-Ministru għamel referenza għal \"żviluppi ġurisdizzjonali riċenti ħafna\", jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn l-iżviluppi u x'inhu l-impatt tagħhom fir-rigward tat-tibdil li qed jiġi kkontemplat fil-liġi?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'sentenza kostituzzjonali riċenti ġie stabbilit li filwaqt li entità pubblika li taqdi rwol regolatorju jista' jkollha poter investigattiv, din ma jistax ikollha poter li tiġġudika u timponi piena, peress li mhijiex qorti skont l-Artikolu 39[1] tal-Kostituzzjoni.", "Apparti minn hekk, il-Qorti Kostituzzjonali stabbilixxiet ukoll li l-fatt li d-deċiżjoni ta' entità pubblika setgħet tiġi kkontestata quddiem il-qrati ordinarji ċivili u eventwalment quddiem il-Qorti tal-Appell, ma kienx biżżejjed biex tali proċess ikun ikkonsidrat konformi mal-Kostituzzjoni.", "Fid-dawl ta' dan, l-emendi proposti qed jiġu riveduti sabiex jirrifletti dan kollu.", "ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI – PUBBLIKAZZJONI TAL-ABBOZZ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8095 u jgħid meta se jiġi ppubblikat l-abbozz ta' liġi li dwaru saret konsultazzjoni pubblika f'Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għall-Att dwar il-Kompetizzjoni u diversi liġijiet oħra, tenut kont ukoll tal-fatt li għaddew iżjed minn sentejn u nofs mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents, u li fl-intervall tul dan iż-żmien kollu d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) effettivament ma jistax jimponi sanzjonijiet qabel ma tinbidel il-liġi?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-abbozz ta' liġi hu mistenni li jiġi ppreżentat din is-sena.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX - MIŻBLA TAL-QORTIN - TENDER", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti t-tender eCT3017/2014, għal kemm kienet ġiet awarded, lil min ġiet awarded din it-tender u jekk kienx hemm variations, u jekk iva, x'kienu (ġewwa l-eks Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex)?", "Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-Bill of Items ta' din it-tender partikolari u jekk sarx ix-xogħol kollu rikjest minn din it-tender u mill-Bill of Items?", "Jekk ma sarx ix-xogħol kollu, x'kienet ir-raġuni u min ħa d-deċiżjoni biex ma jsirx ix-xogħol kollu li kien hemm fil-Bill of Items?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender kien jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta' ġibjun biex iżomm l-ilma bl-iskop li jintuża għat-tisqija ta' siġar u arbuxelli li jinsabu mħawlin fis-sit fejn kien hemm il-Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex.", "It-tender kien ġie awarded għal €379,535.14 (VAT inkluż) lil Vella Brothers Ready-Mix Ltd.", "Waqt ix-xogħlijiet ma kienx hemm varjazzjonijiet mill-kuntratt.", "Kien hemm biss żewġ rikjesti approvati għal estensjoni taż-żmien sa ma jitlesta x-xogħol mingħajr ma ġie affettwat il-valur tal-proġett.", "Il-Bill of Items kien jinkludi dawn ix-xogħlijiet:", "- tħaffir fil-blat;", "- kostruzzjoni ta' pedament bil-konkos;", "- ħitan tal-hollow concrete blocks mimli bil-konkos mad-dawra tal-ġibjun;", "- ħitan diviżorji fl-intern tal-ġibjun;", "- silt trap li jilqa' l-ilma ġo fih biex inaddfu qabel ma jintefa' ġol-ġibjun;", "- saqaf bil-planki;", "- kisi tal-ħitan kollha;", "- waterproofing mal-intern kollu tal-ġibjun;", "- kostruzzjoni ta' kamra bl-iskop li tintuża bħala pump room;", "- installazzjoni ta' numru ta' slielem tal-fibreglass li jipprovdu aċċess ġol-ġibjun f'każ li jkun hemm bżonn ta' manutenzjoni, u", "- kisja ta' asfalt fuq is-saqaf tal-ġibjun.", "Dan kien ix-xogħol kollu rikjest u dawn ix-xogħlijiet saru kollha kemm huma.", "PENSJONI TAL-INVALIDITÀ", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta jibda jgħodd il-perjodu li persuna tirċievi l-pensjoni tal-invalidità fl-eventwalità li din il-persuna tkun aċċettata għall-pensjoni tal-invalidità?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-eventwalità li l-bord jaċċetta li persuna tkun tikkwalifika għall-Pensjoni tal-Invalidità, il-perjodu tal-ħlas jibda jgħodd mill-ewwel Sibt, wara li jkun itterminat l-impjieg tal-persuna."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190123_187d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 28 ta' Jannar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mis-sena 2007 sas-sena 2017?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm persuni kellhom warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat sospiż/irtirat, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min ipprepara l-istimi għax-xogħlijiet ta' toroq li se jsiru minn Infrastruttura Malta, jekk hux mill-impjegati ta' Infrastruttura Malta, mill-impjegati ta' xi Dipartiment tal-Gvern jew jekk inqabdux konsulenti privati?", "Jekk saru minn konsulenti privati, jista' jgħid jekk inħarġitx xi sejħa għall-offerti jew ingħataw direct order u kemm tħallsu dawn il-konsulenti privati biex għamlu dawn l-istimi?", "Min huma dawn il-konsulenti privati?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, mill-aħħar elezzjoni sal-lum, xi proġetti saru ta' twessigħ ta' toroq mill-Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħaddi l-informazzjoni dwar ix-xogħol li sar f'twessigħ ta' toroq f'Malta u f'Għawdex?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4528, 1027 u 162 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4527, 1026 u 161 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4503, jista' l-Ministru jgħid u jagħti n-numru eżatt tal-impjegati l-ġodda mal-Korporazzjoni għas-Sevizzi tal-Ilma bejn l-1 ta' Ġunju 2017 u l-1 ta' Diċembru 2017, peress li din il-parti tal-mistoqsija parlamentari ma ġietx imwieġba?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid liema kuntrattur/i qed jagħmlu xogħol konness ma' tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid minn meta (data) l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bdiet tagħmel xogħol ta' tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid (data) meta l-aħħar li ħarġet sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta' tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u jpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7522 waqt is-seduta ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7523 waqt is-seduta ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7524 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7525 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7526 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5569 u 7527 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk a tenur tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 hux permissibbli li negozjant jagħmel każ kontra konsumatur tramite l-intervent ta' ADR entity?", "Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jindika liema hi dik l-ADR entity li toffri tali faċilità?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-entitajiet li huma rikonoxxuti bħala ADR entities a tenur ta' L.S. 378.18?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie riferut lill-Complaints and Conciliation Directorate fil-vesti tagħha ta' residual ADR skont l-L.S. 378.19 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk kien hemm każijiet, jgħid fir-rigward ta' liema setturi kienu u x'kien l-eżitu f'kull każ?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Għall-finijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 jista' l-Ministru jgħid min hu l-ODR contact point f'Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ODR advisors u x'inhi l-professjoni jew grad tagħhom?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru biex jiżgura li l-kundizzjonijiet u l-istandards stipulati fit-tenders għall-provvediment tal-ikel lir-residenzi tal-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u residenzi u djar tal-anzjani oħra, fosthom dawk imħaddma bħala PPP u djar tal-knisja, kif ukoll is-servizz tal-Meal on Wheels qed jiġu osservati minn min ifornihom?", "Jista' ġentilment jgħid id-dati matul dawn l-aħħar sitt xhur meta u fejn saru tali aċċertamenti u x'kien l-eżitu?", "Jista' jgħid jekk il-Ministeru waslulux ilmenti dwar id-deterjorament sinjifikanti kemm fil-kwalità kif ukoll fil-kwantità tal-ikel li preżentament qed jitwassal lill-anzjani?", "Jekk fl-affermattiv jista' ġentilment jgħid x'passi ttieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux kontrolli biex jaċċerta li meta anzjani tad-day centers u anzjani oħra mir-residenzi joħorġuhom ġurnata, jiġi almenu żgurat li ma jingħatawx junk food bħal pastizzi u pizez minflok ikel addattat għalihom?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jserraħ moħħ numru ta' qraba ta' anzjani residenti ġewwa l-isptarijiet, residenzi u djar għal-anzjani li mhux minnu li numru ta' carers femminili qed jirrifjutaw jaħslu sew anzjani rġiel minħabba li r-reliġjon li jħaddnu ma tippermettilhomx jagħmlu dan?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8234 liema domanda dwar skemi ta' Regolarizzazzjoni fil-Bini tad-Djar, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-iskema tal-passat imwegħda mill-Gvern li kellha ssir għal dawk li jgħixu fil-qalba tar-raħal u dawk tal-periferija, liema skema ta' regolarizzata fid-djar u l-iskema għal dawk li jgħixu fil-qalba tar-raħal kienet ħarġet, mentri dawk li jgħixu fil-periferija għada le?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-kriterji stabbiliti sabiex tinfetaħ spiżerija f'lokalità f'Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ħareġ il-permess mill-Awtorità għall-Ippjanar għall-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tikkonkludi l-kuntratti ta' fidi ta' ċens in rigward l-applikazzjonijiet imressqa minn persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu attwati u osservati d-39 miżura dwar standards minimi għad-Djar tal-Anzjani mmexxija mill-Gvern u l-privat li suppost kienu nqasmu f'seba' taqsimiet differenti kif kien tħabbar minn dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Justyne Caruana fit-30 ta' Settembru 2015 waqt attività fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa u li kienu tressqu anke quddiem il-Parlament?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx imwaqqfa l-awtorità li kellha tassigura t-twettiq u l-ħarsien tal-istandards fid-Djar tal-Anzjani mmexxiha mill-Gvern u l-privat?", "Jekk iva jista' jgħid minn min qed titmexxa din l-awtorità?", "It-twaqqif ta' din l-awtorità kien tħabbar minn dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Justyne Caruana fit-30 ta' Settembru 2015 waqt attività fid-Dar tal-Anzjani.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul hux qed jiġu mħarrsa u mwettqa d-39 standard minimi għad-Djar tal-Anzjani mmexxija mill-Gvern u l-privat li suppost kienu nqasmu f'seba' taqsimiet differenti kif kien tħabbar minn dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Justyne Caruana fit-30 ta' Settembru 2015 waqt attività fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa u li kienu tressqu anke quddiem il-Parlament?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-Mellieħa hemm anzjani li jew ilhom xhur jistennew is-servizz tal-home help inkella anzjani oħra li kienu qed jingħataw dan is-servizz u twaqqfilhom?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art fil-Qajjenza li kienet tintuża bħala impjant biex jiġi bottiljat il-gass għadhiex proprjetà tal-Enemalta?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tidhol fis-seħħ il-proposta tal-Equity Sharing, liema proposta ġiet imħabbra fid-diskors tal-Budget 2019, sabiex dawk interessati jkunu jistgħu japplikaw?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 5 'il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar minn Marzu 2013 'il hawn?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, fejn il-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li tim ta' esperti tekniċi evalwaw kull studju li kien sar fil-passat bit-tama li fondi pubbliċi li ġew investiti fihom ma jkunux inħlew u għalkemm inkisbet informazzjoni utli, dawn l-istudji llum m'għadhomx relevanti, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex dawn l-istudji ma għadhomx relevanti?", "Tista' tgħid kemm kienu swew dawn l-istudji?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn, li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jiswa dan il-proġett?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid meta nħarġu t-tenders għal studji:", "a. fir-rigward ta' investigazzjonijiet ġeo-tekniċi; u", "b. l-impatt ambjentali dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn?", "Tista' tgħid meta hu pproġettat li jitlestew dawn l-istudji u jekk dawn l-istudji jinkludux ukoll mathematical wave climate studies u Seabed Survey?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-customer care tal-Awtorità tal-Artijiet u x'inhuma l-ħinijiet tal-uffiċċju tagħhom?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet li għadhom ma tħallsux l-ammont imwiegħed lilhom għas-sena 2018 sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-flus lil dawk il-klabbs li huma affiljati magħhom u li jikkompetu barra minn Malta?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex mhux qed jingħataw Omega 3 (fish oil) mill-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u minkejja diversi telefonati dawn baqgħu bla pilloli u bla risposta?", "Meta se jibdew jingħataw dawn il-capsules?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema full-time on an indefinite basis li telqu mill-professjoni fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta' Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) mingħajr ma jkunu inklużi dawk li kisbu promozzjoni jew biddlu l-pożizzjoni tagħhom fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol stess?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li ġew impjegati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-grad ta' supply teacher, fil-kategorija A, B u C fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta' Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qed jattendu xi kors fl-Università jew fl-Institute for Education tul is-sena skolastika 2018/2019 li eventwalment iwassalhom sabiex ikunu eliġibbli għall-grad ta' teacher full-time on an indefinite basis f'Malta?", "Jista' jispeċifika jekk dan l-ammont huwiex biżżejjed għall-esiġenzi tal-futur li jirrikjedu l-iskejjel kollha f'Malta?", "Jista' jispeċifika x'inhu n-nuqqas ta' għalliema għas-sena skolastika 2018- 2019 fis-setturi tal-primarja, tas-sekondarja u fil-każ tal-aħħar, f'liema suġġetti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jispjega kemm kien hemm għalliema ġodda impjegati bħala indefinite full-time u/jew definite full-time u/jew definite supply għall-ewwel darba fis-setturi tal-primarja u tas-sekondarja għas-sena skolastika 2018-2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka dawn l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom l-poter li jimponu penalitajiet amministrativi (administrative fines), kemm f'kull każ hu l-massimu tal-penali li tista' tiġi imposta wkoll fir-rigward fejn hemm ta' penali li tista' tiġi mposta għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-liġi?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati żwiġijiet biċ-ċivil u kemm ġew ċelebrati żwiġijiet bil-Knisja matul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati Għawdxin, fil-grad ta' skrivan, li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta?", "Jista' jgħid jekk preżentament hux qed isir xi eżerċizzju biex jiġu identifikati funzjonijiet u attivitajiet tal-Gvern u entitajiet parastatali f'Malta li jkunu jistgħu jibdew isiru f'Għawdex bir-riżultat li iktar impjegati Għawdxin f'dan il-grad jibdew jaħdmu f'Għawdex?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess sabiex tiġi reġistrata trademark?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' grants immirati għal kumpaniji ġodda u innovattivi, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u e-commerce?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8369 u jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali jew reġjuni li preżentament qegħdin joperaw b'aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv/aġent deputat segretarju eżekuttiv?", "F'kull każ, jista' jgħid f'liema rwol ieħor huma impjegati mal-Gvern jew aġenziji tal-Gvern dawn l-uffiċjali?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjuni bħalissa qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ta' kunsilli lokali oħrajn?", "F'kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti?", "Fejn hemm segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol, f'liema kunsilli jew reġjuni qed jaqdi dan id-dmir f'kull każ?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8395, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-Djar Residenzjali tal-Gvern li huma:", "d. bid-Dimenzja?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġenituri ta' persuni b'diżabilità jistgħux jagħmlu użu mis-Skema Carer at Home?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28979 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru Leap ta' Marsaskala li hija lokalità kbira u li hemm 'il fuq minn 5000 familja?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta' separazzjonijiet reġistrati kuljum f'pajjiżna fl-2018?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Kunsill Skolastiku fl-Iskola Primarja ta' Marsaskala?", "Jekk iva, x'attivitajiet twettqu minn dan il-Kunsill matul is-sena l-oħra?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħtina aktar dettalji dwar il-kumpless REACH tal-Aġenzija Sapport?", "Fiex se jikkonsisti dan il-kumpless?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li preżentament, hemm periklu imminenti minħabba ħsarat estensivi fuq il-pont li jinsab taħt it-telgħa li tagħti għall-kamra tan-nar ta' San Sebastjan (Wied il-Kbir, Għar Ħanżira), jista' l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex isiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni neċessarji mill-aktar fis?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7667, jista' l-Ministru jgħid jekk marx il-perit tal-Ministeru sabiex jagħmel rapport fuq il-ħajt li qed iċedi u għaldaqstant huwa ta' periklu għan-nies?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru, permezz tal-ħaddiema tal-Gvern, joħloq rampa aċċessibbli minn persuni b'diżabilità minn Triq Ġuze Maria Camilleri Ħal Qormi għal ġol-Wied simili bħalma hemm biswit il-grawnd iż-żgħir tal-futbol fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' manutenzjoni tant bżonjużi ġewwa ċ-Ċimiterju ta' Ħal Qormi?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li l-anzjani li jkollhom bżonn trasport mingħand il-Gvern sabiex jattendu għall-appuntament l-isptar jiġu akkumpanjati minn qarib jew minn xi ħadd li jieħu ħsiebhom?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Wara li d-Dipartiment tal-Cleansing ħa ħsieb li jnaddaf l-iskart li kien hemm fi Triq Ġuże Maria Camilleri f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex jitnaddaf il-Wied li jinsab biswit din l-istess triq hekk kif attwalment fiha għadd ta' skart goff u ammont sostanzjali ta' ħaxix?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 57 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "25 ta' Jannar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 29 ta' Jannar 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Abbozz Nru 63 - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi – (Kont.).", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 68 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2019, fit-3.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Preżentazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza dwar 'It-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea' (Brexit).", "Laqgħa fuq il-prijoritajiet u skambju ta' veduti fuq policies tal-Istati Uniti mas-Sur Mark Schapiro, Chargé d'Affaires a.i. u s-Sinj.", "Marjorie Christian mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "Diskussjoni skont Art.", "4 (2) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-ratifika tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Iżvizzera, dwar il-European Satellite Navigation Programmes.", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET TALFAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar lAffarijiet talFamilja se jiltaqa' nhar lErbgħa, 30 ta' Jannar 2019 fl4:30 pm filKamra talKumitati filParlament b'din laġenda:", "Diskussjoni dwar suġġetti li għandhom jiġu diskussi millKumitat.", "Diskussjoni dwar issuġġett \"Imġieba abbużiva mittfal filkonfront talġenituri jew adulti\".", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar, 2019 fl-10:00 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni fuq talba ta' diversi NGOs u entitajiet, u tal-Onor.", "Marlene Farrugia, dwar il-proġett propost mill-Corinthia (International Hotel Investments) fix-xatt tal-Bajja ta' San Ġorġ.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Rendikont tal-operat tal-Mekkaniżmu u tal-Faċilità għall-Istabilità Finanzjarja Ewropea.", "Preżentazzjoni mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.", "Affarijiet oħra.", "25 ta' Jannar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190128_188a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 28 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 28 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 28 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta 187 tat-23 ta' Jannar, 2019 ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi tat-23 ta' Jannar 2019, meta l-Onor.", "Jason Azzopardi, li kien imsejjaħ biex jixhed quddiem il-Kumitat, talab li jaqra l-istqarrija li huwa kien se jippreżenta lill-istess Kumitat, kien hemm oġġezzjoni min-naħa tal-Onor.", "Alex Muscat u l-Onor.", "L-oġġezzjoni kienet primarjament li biex jaqra l-istqarrija jrid ikun hemm il-permess u d-deċiżjoni tal-Kumitat.", "Hawnhekk kien hemm diżgwid bejn il-Membri u ċ-Chairperson, l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, li finalment qal hekk:", "\"Illum ġie msejjaħ biex jixhed quddiem dan il-Kumitat l-Onor.", "Bħalma dejjem sar f'ċirkostanzi fejn saret talba simili, l-Onor.", "Azzopardi talab li qabel jibda jwieġeb il-mistoqsijiet mill-Membri ta' dan il-Kumitat, huwa jaqra dikjarazzjoni ġuramentata dwar il-fatti u dak li jidhirlu li huwa relevanti għal dan il-każ.", "Bħala Chairperson jien jidhirli li, kif dejjem ġara, l-Onor.", "Azzopardi għandu jingħata din l-opportunità.", "Infakkar li din mhijiex l-ewwel darba li ġrat; ġrat diġà f'din il-leġiżlatura u f'leġiżlaturi oħra.", "Għaldaqstant, bħala Chairperson nitlob lill-Ispeaker tal-Kamra sabiex jagħti ruling dwar jekk l-Onor.", "Jason Azzopardi għandux jiġi ttrattat bl-istess mod kif ġew ittrattati xhieda oħra quddiem dan il-Kumitat li għamlu talba identika għal dik li qiegħed jagħmel hu llum.\"", "Hawnhekk l-Onor.", "Robert Abela qal hekk:", "\"L-Onor.", "Alex Muscat għan-naħa tal-Gvern jagħmlu referenza għall-\"Guide for Witnesses appearing before the Public Accounts Committee\" ippubblikat f'Ottubru 2011, partikolarment għall-paragrafu 13 fejn hemm provdut testwalment hekk:", "Jirrelevaw illi f'dan il-każ l-Onor.", "Jason Azzopardi, li huwa x-xhud quddiem dan il-Kumitat, għażel li jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub li tifforma parti mill-atti ta' dan il-Kumitat.", "Jirrelevaw ukoll illi ċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat, l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, iddeċieda kontra dak li jipprovdu l-linji gwida li l-Kumitat m'għandux dritt jiddeċiedi jekk din id-dikjarazzjoni bil-miktub għandhiex tinqara jew le mix-xhud u scavalca l-proċedura stabbilita fil-linji gwida, fis-sens li qed jitlob li jkun l-Ispeaker li jiddeċiedi x'għandu jsir, meta l-linji gwida jiddeterminaw bil-kontra, fis-sens li huwa l-Kumitat li jrid jiddeċiedi jekk ix-xhud jingħatax id-dritt jaqra dak li jkun kiteb hu stess.", "Għaldaqstant qed jintalab ruling sabiex l-Ispeaker jiddeċiedi jekk il-proċedura korretta quddiem il-Public Accounts Committee hijiex dik stabbilita fil-linji gwida, jiġifieri jekk huwiex il-Kumitat li għandu jiddeċiedi b'vot jekk xhud jingħatax id-dritt jew il-fakultà li jaqra dak li jkun kiteb huwa stess, jew jekk dawn il-linji gwida għandhomx jiġu injorati u tintuża proċedura kompletament differenti kif qed jissuġġerixxi li tiġi użata ċ-Chairperson ta' dan il-Kumitat għaliex, skont hu, fil-passat tmexxa b'din il-proċedura.", "Naturalment qed jintalab ruling mill-Ispeaker f'dan is-sens.\".", "Is-Sedja rat it-talba taċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, kif ukoll it-talba jew kontro-talba tal-Onor.", "Abela dwar jekk l-Ispeaker għandux jagħti ruling f'dan is-sens, ladarba hemm il-linji gwida li kienu ġew ippreżentati u adottati minn dan il-Parlament, ossia mill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u ġew akkordati biex ikunu the \"Guide for Witnesses appearing before the Public Accounts Committee\" f'Ottubru 2011.", "Wara li rat dan kollu, is-Sedja mill-ewwel tagħmel referenza għal dak li kien ġie approvat fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra fl-2011 meta ġew approvati dawn il-linji gwida.", "Nagħmel referenza primarjament għall-paragrafi 12, 13, 14 u 19 u nikkwota:", "Il-guideline 19 imbagħad jaqra hekk:", "Hemm ukoll il-guideline 18 li japplika għall-Onor.", "Jason Azzopardi, iżda dan ma applikax din il-proċedura għalih innifsu.", "Dan jaqra:", "li mhux il-każ għaliex l-Onor.", "Jason Azzopardi deher quddiem il-Kumitat.", "Is-Sedja rat ukoll diversi okkażjonijiet ta' meta nqalgħet din il-kwestjoni, fejn qatt ma kien hemm problema wara li ngħata l-permess.", "Nagħmel referenza, pereżempju, għal estratt mil-Laqgħa 56 tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tat-12-il Leġiżlatura, fejn dak iż-żmien l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal, u nikkwota:", "\"Jien ippreparajt dikjarazzjoni bil-miktub u bil-permess tal-Kumitat xtaqt naqraha.", "Imbagħad wieħed jimxi minn hemm.\",", "Kien ingħata permess.", "Dak iż-żmien kien qiegħed jippresiedi l-Onor.", "Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn l-istess Chairperson, ċjoè l-Onor.", "Jason Azzopardi, wara li kellu l-go-ahead tal-Kumitat, ta permess lix-xhud li kien qed jidher quddiem l-istess Kumitat biex jaqra d-dikjarazzjoni li jkun ipprepara hu stess.", "Qed nagħmel referenza wkoll għal laqgħat oħra tal-Public Accounts Committee.", "Niftakar sew li kienet saret referenza għall-proċedura li hija stabbilita u għadha hekk stabbilita fil-House of Commons Kanadiż.", "Qed nirreferi għall-House of Commons Kanadiż għax fil-House of Commons Ingliż – u proprju stajt nagħmel osservazzjoni personali din il-ġimgħa fuq hekk għaliex kont il-House of Commons tal-Ingilterra u kelli laqgħa mal-Clerk of the House li se jispiċċa wara 47 sena esperjenza – l-evidenza li jagħtu x-xhieda li jkunu ġew imħarrka biex jidhru quddiem kumitati tal-Kamra trid tkun oral evidence u mhux moqrija.", "Fil-fatt, din hija ċara wkoll fl-24 Edizzjoni tal-Erskine May, paġna 822.", "Però ladarba l-Parlament Malti ried idaħħal ukoll il-possibbiltà li wieħed jagħmel written statement, f'dan il-każ kien tal-Onor.", "Jason Azzopardi u huwa written statement li hu diġà kien ħa ġurament għalih, is-Sedja se tagħmel referenza għall-proċedura Kanadiża.", "Fil-proċedura Kanadiża jingħad ċar li meta ssir sottomissjoni ta' written statement, ġeneralment ix-xhud jingħata d-dritt li jagħmel a written brief u jispjega the written brief.", "Fil-fatt, fil-pubblikazzjoni Guide for Witnesses appearing before House of Commons Commitees tal-Kanada jingħad hekk:", "Jingħad ukoll illi:", "Fl-istess linji gwida, proprju fis-sezzjoni \"Opening statement at the meeting\", jingħad illi:", "Dan ifisser li l-intenzjoni ta' meta nkiteb il-Guide for Witnesses appearing before the Public Accounts Committee tal-Parlament Malti, fejn hemm referenza għal meta witnesses \"may make an oral presentation and/or present a written statement\", kienet li l-Kumitat hemmhekk għandu jiddeċiedi jekk kemm-il darba jagħtix - u ġeneralment il-proċedura hija li wieħed jagħti - mill-inqas bejn ħames minuti u għaxar minuti biex jekk ix-xhud għandu written statement, jagħmel spjegazzjoni ta' dak li jkun qed jippreżenta bħala written statement.", "Dan imbagħad ikun segwit b'mistoqsijiet orali.", "Din hija l-proċedura li tintuża fil-Parlament Kanadiż u li aħna, bħala Parlament Malti, adottajna fil-\"Guide for Witnesses appearing before the Public Accounts Committee\" meta ġie adottat fl-2011.", "Għalhekk, fl-isfond tas-silenzju tal-iStanding Orders li ma jitkellmux dwar il-proċedura tax-xhieda quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi imma sempliċement fl-iStanding Order 120E jingħad x'inhuma s-setgħat li għandu l-Kumitat, mingħajr ma jingħad x'inhuma l-proċeduri meta jkollu xhud quddiemu, ladarba l-Parlament ħass il-ħtieġa li jaddotta l-\"Guide for Witnesses appearing before the Public Accounts Committee\", is-Sedja qed tiddeċiedi li meta jkun hemm a written statement, fin-nuqqas ta' ftehim fil-Kumitat biex dan jinqara fl-intier tiegħu, il-proċedura li għandha tiġi adottata hija dik il-proċedura li dejjem ġiet adottata fil-Parlament u li aħna segwejna meta abbozzajna l-guidelines għax-xhieda li jidhru quddiem il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi.", "Dan ifisser li tal-inqas il-Kumitat għandu jifhem li għandu jagħti lix-xhud perjodu ta' ħin, idealment mhux aktar minn għaxar minuti, biex jispjega dak li jkun kiteb, ċjoè l-punti saljenti tal-istatement, imbagħad ovvjament isiru d-domandi li jkunu jsegwu għal dak li jkun kiteb l-istess xhud fir-written statement, kif ukoll mistoqsijiet oħrajn.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja, bħala Chairperson tal-Fergħat iż-Żgħar fil-Commonwealth Parliamentary Association, fis-CPA Meeting of the Strategic Programmes Review Working Group, li nżamm f'Londra fl-24 u l-25 ta' Jannar 2019.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILL LOKALI BELT VALLETTA – ALLOKAZZJONI FINANZJARJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mis-sena 2007 sas-sena 2017?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Bejn April 2006 u Marzu 2007 kien hemm allokazzjoni ta: €502,987;", "Bejn April 2007 u Marzu 2008 kien hemm allokazzjoni ta': €508,801;", "Bejn Marzu 2008 u April 2009 kien hemm allokazzjoni ta': €507,263;", "Bejn April 2009 u Diċembru 2009 kien hemm allokazzjoni ta': €445,673;", "Bejn Jannar 2010 u Diċembru 2010 kien hemm allokazzjoni ta': €649,392;", "Bejn Jannar 2011 u Diċembru 2011 kien hemm allokazzjoni ta': €664,863;", "Bejn Jannar 2012 u Diċembru 2012 kien hemm allokazzjoni ta': €689,226;", "Bejn Jannar 2013 u Diċembru 2013 kien hemm allokazzjoni ta': €678,395;", "Bejn Jannar 2014 u Diċembru 2014 kien hemm allokazzjoni ta': €677,496;", "Bejn Jannar 2015 u Diċembru 2015 kien hemm allokazzjoni ta': €700,223;", "Bejn Jannar 2016 u Diċembru 2016 kien hemm allokazzjoni ta': €721,379; u", "Bejn Jannar 2017 u Diċembru 2017 kien hemm allokazzjoni ta': €822,931.", "Nota: Sal-2018, l-allokazzjoni kienet tingħata fuq sena finanzjarja mill-1 ta' April sal-31 ta' Marzu.", "Fl-2009, permezz tar-riforma, is-sena finanzjarja tal-Kunsilli nbidlet għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.", "Għalhekk fl-2009 ngħatat allokazzjoni mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009 sabiex ikun hemm din it-transizzjoni biex imbagħad mill-2010 l-allokazzjoni bdiet tingħata skont is-sena finanzjarja l-ġdida.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, jekk jippermettili l-Ministru, xtaqt nistaqsih dwar il-fond li ħabbar ta' €150,000 bħala għajnuna lill-każini tal-baned.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Karma dwar jekk dan il-fond huwiex biżżejjed biex il-każini kollha li jkunu applikaw jingħataw fondi xierqa?", "Fid-distrett li nikkontestaw il-Ministru u jien hemm 11-il każin tal-banda.", "Kemm minnhom ibbenefikaw minn dawn il-fondi?", "Għalxiex se jkunu qed jintużaw dawn il-fondi?", "OWEN BONNICI: Sur President, l-ewwel nett irrid nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant, għaliex naf li għandu għal qalbu ħafna s-soċjetajiet mużikali.", "Hija ħaġa sabiħa li dawn is-soċjetajiet mużikali jsibu appoġġ miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna, u nemmen li min huwa involut fis-soċjetajiet mużikali japprezza meta jisma kliem bħalma qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, li juri apprezzament lejn is-soċjetajiet mużikali Maltin.", "Nikkonferma li ftit tal-jiem ilu qassamna ċekkijiet fl-ammont ta' €150,000 lil 30 soċjetà mużikali Maltin, fejn wara sejħa miftuħa pubblika, kompettitiva, kienu magħżulin 30 proġett milli ssottomettew id-diversi soċjetajiet mużikali.", "F'din l-għażla kien hemm l-input tal-Għaqda Każini tal-Baned.", "Ma kienx il-każ li xi unit li jaqa' taħti jagħżel ir-rebbieħa, imma kienu l-Għaqda Każini tal-Banda kif ukoll l-Arts Council Malta li ħadmu flimkien sabiex japprovaw il-proġetti partikolari.", "Il-proġetti huma varji u fil-verità huma limitati bl-ammont massimu li jistgħu jieħdu ta' €10,000.", "Bħala medja, kull proġett jingħata €5,000.", "Min ħa ftit iktar, u min ħa ftit inqas, skont il-proġett, sa massimu ta' €10,000.", "Ġejt mistoqsi jekk dan l-ammont huwiex biżżejjed.", "Naqbel mal-Onor.", "Interpellant li iktar ma ninvestu fis-soċjetajiet mużikali iktar huwa tajjeb.", "Jien dejjem naspira li jkun hemm iktar investiment fl-għaqdiet mużikali Maltin, però naħseb li dan kien bidu tajjeb.", "Infakkar li din hija t-tieni darba li għandna dan il-line item.", "Hija l-ewwel darba li għandna line item fil-baġit u t-tieni darba li użajna din l-esperjenza.", "Diġà nidejna xi ħaġa simili tliet snin ilu, allura din hija t-tielet sessjoni ta' dan il-fond, però bil-libsa li għandna llum hija l-ewwel darba.", "Is-sena li għaddiet kien pass ieħor biex wasalna għal fejn wasalna llum.", "Irrid infakkar li s-soċjetajiet mużikali ma jibbenefikawx biss minn dan il-fond imma jistgħu japplikaw bħal kull entità kulturali oħra għall-fondi kollha tal-Arts Council.", "L-Arts Council għandu ħafna fondi, bħall-Arts Fund u l-Culture Export Fund.", "Dawn kollha jistgħu japplikaw għalihom over and above il-fond li hemm għas-soċjetajiet mużikali.", "Rigward il-lokalitajiet li minnhom ġej l-Onor.", "Interpellant irrid ngħid li kien hemm riżultat pożittiv ħafna għal dawn is-soċjetajiet mużikali li għamlu sottomissjonijiet b'saħħithom u tajbin.", "Nixtieq personalment nifirħilhom u nirringrazzjahom tax-xogħol li qed jagħmlu.", "Irrid ngħid ukoll li hemm ministeri oħrajn li għandhom fondi li jgħinu lis-soċjetajiet mużikali, fosthom il-Ministeru responsabbli mill-għaqdiet volontarji.", "Ftit tal-jiem ilu kien hemm ir-riżultat tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS).", "Dan mhuwiex fond li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħi, imma naf bih għaliex jien ukoll qrib ħafna tas-soċjetajiet mużikali u allura jċemplulek u jinfurmawk.", "F'dan il-perjodu s-soċjetajiet mużikali għandhom pluralità ta' postijiet minn fejn jistgħu jieħu l-fondi.", "Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva u tawgura tajjeb għal iktar proġetti sbieħ li jagħmlu s-soċjetajiet mużikali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, il-Ministru għandu wkoll taħt ir-responsabbiltà tiegħu l-PBS.", "Jekk kien hemm programm li żgur fi tmiem il-ġimgħa naħseb Malta u Għawdex kienu qed jitkellmu dwaru kien l-X Factor, ovvjament għal min ma kienx qed jara l-logħba tal-Milan bħali u bħal xi uħud minna hawnhekk!", "Fil-midja soċjali kien hemm ħafna kummenti dwar l-X Factor.", "L-ewwel nett jidher li kien suċċess għaliex anke minn stħarriġ li rajt, kien l-iktar programm segwit f'Malta u Għawdex.", "Hemm xi ħsieb li naraw programmi oħra daqshekk ta' kwalità fuq l-istazzjon nazzjonali ta' pajjiżna?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant tad-domanda għaliex naqbel miegħu li l-X Factor kien programm suċċess iktar milli stennejna għall-PBS.", "L-ewwel nett irrid nifraħ f'isem il-Gvern u nifhem il-Parlament kollu lil Michela li tat prestazzjoni formidabbli.", "M'għandix dubju li Michela se tagħti spettaklu tajjeb ħafna meta niġu biex ikun hemm il-Eurovision Song Contest f'Iżrael.", "Apparti li Michela ingħatat id-dritt li tirrapreżenta lil pajjiżna f'Iżrael, hi ingħatat ukoll kuntratt mas-Sony.", "Din hija innovazzjoni li ġiet bis-saħħa ta' X Factor.", "Jien kelli x-xorti li niltaqa' mar-rappreżentant tas-Sony u nista' ngħid li s-Sony stess kien impressjonat ħafna bit-talenti mużikali ta' Michela.", "Din ir-rappreżentanta tas-Sony qaltli li verament it-talent ta' Michela niżel tajjeb ħafna.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-finalisti l-oħra li pparteċipaw f'din il-finali.", "Irrid insellem ukoll lil Owen Luellen li ġie fit-tieni post għaliex wasal proprju sal-aħħar fażi.", "Sur President, meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar dan il-format, kien hemm min beda jistaqsi jekk il-Eurosong kif nafuh spiċċax u x'inhuwa dan l-X Factor.", "Naħseb li lill-poplu Malti inġenerali għoġbu dan l-esperiment, u fil-fehma tiegħi wassal biex ikun hemm l-isbaħ produzzjoni li qatt għamel il-PBS kemm ilu jxandar.", "Naħseb li kienet produzzjoni ta' livell straordinarju.", "Nirringrazzja minn qalbi lill-ħaddiema kollha tal-PBS li għamlu dan kollu possibbli.", "Jekk tippermettuli, I single out liċ-Chairperson tal-PBS Dr Tonio Portughese li emmen f'dan il-proġett u lis-Sur Charles Dalli, li huwa s-CEO tal-PBS, li huwa bniedem tekniku, kapaċi immens, li għamlu bravura importanti ħafna.", "Fejn qabel fejn ikollu x'jaqsam mal-Eurovision, kull persuna kienet mistennija tinvesti hi fil-prodott tagħha, bħal f'ilbies u co-performers, u kollox kien ikun bi spejjeż għalihom.", "Għall-ewwel darba, din id-darba fl-X Factor kull partiċipant ingħata l-istess trattament mill-produzzjoni nnifisha.", "Kien hemm sentiment importanti ħafna ta' bieb miftuħ biex kemm jista' jkun tilħaq lil kulħadd, u kulħadd kellu l-opportunità jirrealizza t-talent tiegħu.", "Bħala numri nista' ninforma lill-Parlament li l-udjenzi tal-X Factor qabżu l-180,000 adult, kellna madwar 500 persuna li applikaw biex ikantaw, b'150 minnhom jgħaddu għall-auditions quddiem il-ġurija.", "Nixtieq nerġa' nenfasizza li l-produzzjoni ħadet ħsieb l-ispejjeż kollha marbuta mat-taħriġ, mentoring, xagħar, make-up, stage props, arranġamenti mużikali, koreografija, stage outfits u effetti ta' kull interpretazzjoni ta' kull min ipparteċipa.", "Naħseb li din għenet ħafna biex dak li jkun jipparteċipa indipendentement mill-mezzi li jkollu.", "Irrid infakkar li ħafna minnhom ikunu żgħażagħ, għadhom jibdew id-dinja.", "Ħafna minnhom lanqas xogħol ma jkollhom għax ikunu għadhom qed jistudjaw, u jkun hemm min ikun għadu kif ħareġ mill-istudju.", "Din kienet opportunità biex kulħadd jingħata l-istess ċans li jirnexxi.", "Naħseb li dan l-esperiment kien esperiment tajjeb ħafna, li rnexxa, li għamel ġid kbir, u reġa' wera u rriafferma t-talent kbir li għandna f'pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, f'isem l-Oppożizzjoni wkoll nawguraw lil Michela Pace u anke lill-finalisti l-oħra.", "F'dokument li ppreżentajt jien f'isem l-Oppożizzjoni, fost it-80 proposta kien hemm ukoll proposta dwar finanzjament lill-kunsilli lokali.", "Aħna tlabna lill-Gvern jikkonsidra li jintroduċi sistema ġdida ta' finanzjament li titħaddem barra minn Malta fejn, pereżempju, parti mill-VAT li tiġi ġenerata fil-lokalitajiet jew introjtu minn ċerti permessi bħal tables and chairs jibqgħu għand il-kunsilli lokali, xi ħaġa li mhijiex issir illum.", "Dan japplika wkoll għall-bed tax, fejn jitħallsu il-50 ċenteżmu għal kull lejl minn dawk li jkunu alloġġjati f'lukandi f'Malta u Għawdex.", "Parti minn din it-taxxa, jekk mhux kollha, għandha tibqa' għand il-kunsilli lokali.", "Il-Gvern qed jikkonsidra b'mod favorevoli li din il-proposta tiġi kkonsidrata?", "Jekk iva, se tidħol fir-riforma?", "OWEN BONNICI: Sur President, l-ewwel nett irridu nissottolinjaw li qed nitkellmu f'kuntest fejn il-kunsilli lokali, sena wara l-oħra, ingħataw żieda fl-allokazzjoni finanzjarja.", "Naħseb li dan huwa punt kruċjali.", "Meta qed nitkellmu fuq fejn irridu nieħdu lill-kunsilli lokali llum wara 25 sena tal-eżistenza tagħhom, qed nitkellmu f'kuntest fejn il-flus li jingħataw lill-kunsilli lokali qed jiżdiedu.", "Se jiżdiedu anke grazzi għall-fatt li l-Gvern, permezz ta' Infrastructure Malta, qiegħed jagħmel hu t-toroq kollha ta' pajjiżna u dan mingħajr ma naqqas ċenteżmu wieħed mill-allokazzjoni finanzjarja tal-kunsilli lokali anzi żied l-allokazzjoni finanzjarja.", "Dwar il-proposti li semma l-Onor.", "Interpellant, kif jaf, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar kif nistgħu nsaħħu r-riforma fil-kunsilli lokali, però nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex meta jressaq dawn il-proposti jispjega wkoll jekk sarx assessment tekniku dwar jekk dak propost jistax isir skont ir-regoli Ewropej u regoli relatati ma' obbligi internazzjonali fejn tidħol it-taxxa ta' pajjiżna.", "Naħseb li huwa kruċjali li dan it-tip ta' suġġerimenti jkunu coupled bi studji li jitkellmu dwar jekk wara kollox huwiex possibbli li jitwettqu.", "Ma jimpurtax, nitkellmu, imma wieħed irid ikollu l-istudji f'idejh sabiex iserraħ rasu li dak li qed jiġi propost huwa vijabbli mil-lat strutturali.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent billi nerġa' nisħaq fuq il-fatt li l-kunsilli lokali llum qegħdin f'sitwazzjoni fejn qed tiżdied l-allokazzjoni finanzjarja lilhom u għandhom iktar riżorsi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 13 tal2019 – Ordni tal-2019 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji tal-President ta' Malta u ta' Uffiċjali Oħra; u", "Avviż Legali Nru 14 tal2019 – Ordni tal-2019 dwar ir-Reviżjoni tas-Salarji tal-Imħallfin u Maġistrati.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 15 tal2019 – Regolamenti tal-2019 dwar l-Iżvilupp tal-Ħiliet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 11 tal2019 – Regoli tal-2019 li jemendaw ir-Regoli dwar Rimborż tat-Taxxa (Pensjonanti); u", "Avviż Legali Nru 12 tal2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kumitat ta' Kordinament Nazzjonali biex jiġi miġġieled Money Laundering u Finanzjar tat-Terroriżmu.", "L-ISPEAKER: Nirreferi għar-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1 ta' Novembru 2005, fejn kien ġie dikjarat li l-ġurnata tas-27 ta' Jannar hija l-ġurnata li fiha għandha ssir kommemorazzjoni tal-vittmi tal-Olokawst.", "Għaldaqstant nipproponi li l-Kamra tagħmel din il-kommemorazzjoni importanti llum u nsejjaħ lill-Ministru Carmelo Abela biex jagħmel kelmtejn tal-okkażjoni.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, jekk ninsew l-Olokawst inkunu qed noqtlu lill-vittmi darbtejn.", "Hekk kien kiteb Elie Wiesel, kittieb u ħassieb Lhudi Amerikan ta' oriġini Rumena li esperjenza huwa stess il-kampijiet ta' konċentrament ta' Auschwitz u Buchenwald, fejn tilef lill-ġenituri tiegħu u lil oħtu.", "Ilbieraħ, 27 ta' Jannar, kien il-Jum Internazzjonali tat-Tifkira tal-Olokawst taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Magħquda.", "Xi jfisser dan għalina?", "Xi jfisser l-Olokawst fiż-żmien tal-lum?", "Sebgħin sena ilu ġiet fi tmiemha gwerra dinjija qerrieda u ġie fi tmiemu wkoll l-Olokawst tal-Lhud u ta' dawk kollha li kienu jitqiesu bħala persuni mhux mixtieqa bħal, pereżempju, ir-Roma, il-Ġermaniżi mhux ta' razza bajda, il-persuni b'diżabilità u l-persuni omosesswali, fost oħrajn.", "Inħobbu nisħqu dwar il-bżonn li nitgħallmu l-lezzjonijiet tal-istorja biex ma nirrepetux l-iżbalji tal-passat, però kemm huwa minnu dan?", "Is-snin disgħin jibqgħu magħrufin għall-atroċitajiet li rajna jseħħu fil-pajjiżi Balkani wara l-waqgħa tal-Jugoslavja.", "L-istess ġara fl-Irwanda, fis-Sudan, fis-Somalja u aktar reċenti fil-Myanmar fejn fis-sena 2018 il-Musulmani Rohingya kellhom jaħarbu lejn il-Bangladesh sforz il-mibegħda, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni.", "Kważi kuljum naraw fil-midja xeni makabri ġejjin mis-Sirja u mill-Jemen.", "Familji sħaħ, inkluż tfal żgħar, qed isofru l-moħqrija, qed imutu u qed jaraw lill-familji tagħhom jinħarġu minn taħt it-tifrik.", "Naraw ukoll l-ispiral tal-vjolenza li qed iwassal biex Iżraeljani u Palestinjani qed imutu jew qed ibatu kaġun tal-kunflitt fl-Art Imqaddsa, li issa ilu għaddej għal aktar minn nofs seklu.", "Għaldaqstant ma nistax ma nsemmix il-bżonn ta' proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.", "Dan huwa ta' interess fundamentali, mhux biss fil-Lvant Nofsani nnifsu iżda anke fil-Mediterran u saħansitra anke globalment.", "Ejja nħarsu madwarna u naraw il-verità inkonvenjenti li qed tħarsilna dritt f'għajnejna.", "Id-dinja għadha miżgħuda b'każijiet ta' kefrija mwettqin minn bnedmin fuq bnedmin oħrajn.", "Għadna naraw sal-lum il-ġurnata tindif etniku, attakki ta' mibegħda antisemitiċi u bibien magħluqin għal nies vulnerabbli li qed jaħarbu minn sitwazzjonijiet tal-waħx.", "X'ġara?", "Rabbejna qoxra għall-ħruxija u għas-sofferenza tal-bniedem!", "Sar faċli wisq li naqbdu r-remote control tat-televixin jew il-mouse tal-kompjuter u naqilbu għal fuq xi ħaġa differenti, bħallikieku dawn it-traġedji qegħdin f'xi film?", "Qed nagħmlu bħal-lama u ndaħħlu rasna fir-ramel?", "Bejn is-sena l-oħra u din is-sena qegħdin niċċelebraw is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem li sawret bażi għal tali drittijiet fuq livell globali.", "Dan id-dokument mhuwiex biss kliem fuq karta imma huwa espressjoni ħajja tax-xewqa tal-bniedem li jbiddel b'mod unikament sinifikanti d-direzzjoni tal-istorja tad-dinja wara t-Tieni Gwerra Dinjija.", "Id-drittijiet tal-bniedem huma garanzija tal-bżonnijiet bażiċi tal-bniedem stess, bħall-ikel, l-edukazzjoni u li wieħed ikollu saqaf fuq rasu, fost oħrajn.", "Il-bniedem għandu wkoll id-dritt li jgħix ħajtu fil-libertà u li jgawdi l-ugwaljanza u s-sigurtà.", "Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem joffri garanzija kontra l-abbuż minn min għandu aktar saħħa fuq min huwa aktar vulnerabbli.", "Huwa proprju għalhekk li din id-Dikjarazzjoni kienet essenzjali.", "F'Diċembru tal-2017 żort il-mużew tal-Yad Vashem f'Iżrael.", "Dan il-mużew huwa enċiklopedija ta' ħajjiet li ħallewna qabel żmienhom sforz l-għira, il-mibegħda, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni li eżerċita fuqhom ħaddieħor li ħass li kellu aktar poter.", "Dan il-mużew huwa wkoll kalejdoskopju ta' wċuħ ta' tfal, żgħażagħ, nisa, irġiel, ommijiet, missirijiet, nanniet, zijiet, ulied u neputijiet li l-unika ħtija li kellhom, jekk tista' ssejħilha hekk, kienet li kienu minoranza ta' Lhud f'kontinent fejn ixxettlet waħda mill-akbar atroċitajiet organizzati tad-dinja.", "Il-Yad Vashem huwa wkoll mużew li jfakkarna li xifer l-irdum jibqa' viċin tagħna ħafna aktar milli nistgħu nobsru u li jekk ma niftakrux dak li jagħmilna bnedmin, kwalunkwe mument kapaċi jirriduċina fi stat annimalesk.", "Xogħolna bħala politiċi f'din il-Kamra mhuwiex biss li nitkellmu dwar id-drittijiet tal-bniedem.", "Xogħolna huwa wkoll li naraw li dawn id-drittijiet jiġu mħarsa u jitwettqu fil-milja kollha tagħhom.", "Bl-istess mod dan huwa xogħolna bħala Ministri tal-Gvern, li ġejna fdati biex nieħdu deċiżjonijiet f'isem il-poplu għall-poplu.", "Sur President, fit-tieni żjara tiegħi f'Iżrael f'Ġunju tal-2018 assistejt għall-iffirmar ta' memorandum ta' qbil bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għan-naħa Maltija u l-Yad Vashem għan-naħa Iżraeljana, bl-iskop li jingħata bidu għal koperazzjoni usa' rigward it-tagħlim u l-għarfien dwar l-Olokawst fl-iskejjel Maltin.", "Fil-fatt, bħalissa f'pajjiżna hawn uffiċjal mill-Yad Vashem li qed idur l-iskejjel biex jagħti taħriġ lill-għalliema dwar is-sinifikat tal-Olokawst illum, u dwar il-bżonn tal-inklużività, tat-tolleranza u tas-solidarjetà fost it-tfal u ż-żgħażagħ, kemm fl-iskejjel kif ukoll f'ħajjithom ta' kuljum.", "Dawn il-valuri jeħtieġ li jissawru fina lkoll b'mod awtomatiku.", "Dan sabiex ma ninsewx.", "Nieħu din l-okkażjoni biex infakkar il-legat li ħalla warajh Fr Egidio Galea.", "L-aħħar li kont Iżrael iltqajt mal-artist Joseph Sherman, li ħejja pittura ispirata proprju mill-eroiżmu ta' Fr Galea.", "Aħna tkellimna dwar ix-xogħol siewi li wettaq Fr Galea meta fi tmien it-Tieni Gwerra Dinjija kien qiegħed joqgħod Ruma u hemmhekk għen mhux ftit biex ġew salvati l-mijiet ta' Lhud li kien hemm fl-Italja.", "F'din il-ħidma sigrieta kien qed jgħin lil Monsinjur Hugh O'Flaherty, mill-Irlanda, li kellu l-barka tal-Papa biex jgħin lil kull min kien persegwitat mill-Gestapo f'dawk iż-żmenijiet immensament koroh.", "Miegħu kien hemm erba' Maltin oħra, Brother Robert Pace, Fr Aurelio Borg, Fr Ugolino Gatt u s-Sinjura Henrietta Chevalier, li lkoll poġġew ħajjithom f'ħafna periklu biex jiddefendu d-dritt tal-ħajja, dritt li huwa indispensabbli għalina lkoll.", "Biex il-mibegħda, il-qerda, il-mewt, l-isterminju u l-ħsibijiet tal-lemin estrem ma jsibu qatt aktar art fertili fejn irabbu l-għeruq, jeħtieġ li s-soċjetà Maltija u dinjija jkollha l-muftieħ.", "U x'inhuwa dan il-muftieħ?", "L-edukazzjoni.", "B'hekk biss nistgħu nrawmu soċjetà li tifhem, tagħder u taċċetta d-diversità bħala valur miżjud u mhux theddida.", "Illum dan huwa rilevanti għalina f'Malta aktar minn qatt qabel, f'soċjetà eteroġenja bħal dik li qed ngħixu fiha, fejn jgħodd dak li tista' u tixtieq toffri bil-ħiliet tiegħek u mhux il-ġeneru jew il-kulur tal-ġilda, jew ir-reliġjon li tħaddan, jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħek, jew il-pajjiż tal-oriġini tiegħek.", "Jeħtieġ ikollna edukazzjoni li sa minn ċkunitna tfakkarna sabiex ma naqgħux fin-nassa ta' 70 sena ilu, meta d-dinja kitbet wieħed mill-aktar kapitli mudlama fl-istorja tal-bniedem.", "Stejjer simili għadhom jinkitbu sal-lum.", "Allura m'hemmx għalfejn inkunu Oskar Schindler, jew Nicholas Winton, jew Raoul Wallenberg, jew Giorgio Perlasca biex nagħmlu differenza fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li llum qed infakkru s-sinifikat ikrah tal-vjolazzjoni tagħhom.", "Biżżejjed li niżirgħu ż-żerriegħa t-tajba f'art għammiela.", "L-edukazzjoni hija l-muftieħ li jista' jsalva l-ħajja.", "Sur President, nikkonkludi billi nikkwota estratt mill-kitbiet tat-Talmud, li nħoss li jgħodd ħafna għall-okkażjoni tal-lum: Min jeqred ħajja jkun qisu qered dinja sħiħa u min isalva ħajja jkun qisu salva dinja sħiħa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, huwa importanti li dan il-Parlament ifakkar il-Jum Internazzjonali ta' Tifkira tal-Olokawst, u ċjoè jfakkar is-sitt miljun persuna li nqatlu bl-aktar mod atroċi ġewwa l-kampijiet tal-konċentrament li lkoll nafu li kien hemm ġewwa Dachau, Auschwitz, Birkenau u Buchenwald.", "Dawn huma postijiet li fihom id-dinja rat l-agħar atroċitajiet iseħħu.", "Għaldaqstant dmirna llum huwa kbir.", "Dmirna huwa li nfakkru n-nies minn dak li għaddew minnu diversi persuni bħalna, senjatament Lhud, però mhux biss Lhud, li ttieħdu f'dawn il-kampijiet ta' konċentrament u nqatlu.", "Pajjiżna għadda mill-atroċitajiet tal-gwerra, però pajjiżna ma kellux id-dwejjaq li jara n-Nażiżmu Ġermaniż u l-Faxxiżmu Taljan jieħu persuni minn Malta fil-kampijiet tal-konċentrament.", "Madanakollu dan ma jfissirx li aħna m'għandniex id-dmir li nfakkru lil dawn il-persuni.", "Anzi, aħna għandna dmir li fid-dinja tal-lum nasserixxu l-verità u nasserixxu li veru seħħew dawn l-affarijiet.", "Meta wieħed jaqra l-kitbiet ta' diversi persuni li għaddew minn dawn l-atroċitajiet, fosthom ta' Primo Levi u reċentement kelli l-pjaċir li naqra wkoll il-kitba ta' Liana Millu, wieħed jinduna li dawn il-persuni tant għaddew minn mumenti diffiċli fil-kampijiet ta' konċentrament, u tant insew l-identità tagħhom, li ħafna minnhom jidentifikaw lilhom infushom biss bin-numru li għandhom immarkat fuq idejhom, liema numru saħansitra lanqas jiftakruh bil-lingwa tagħhom iżda jiftakruh jew bil-lingwa Pollakka jew bil-lingwa Ġermaniża.", "Diversi minnhom jgħidu li fil-kamp ta' konċentrament isimhom kienu nsewh u li lanqas biss kienu jafu fejn qegħdin miżmuma bħala post. Lanqas ma kienu jafu x'qed jiġri minn nies li kellhom madwarhom.", "Dawk in-nies li ttieħdu fil-kampijiet ta' konċentrament sabu lilhom infushom maqtula, jew bil-gass jew inkella f'inċineratur u maħruqa.", "Dawn il-persuni hemm bżonn li aħna nibqgħu niftakru fihom.", "Hemm bżonn li l-memorja ta' dak li seħħ tiġi trażmessa biex nieħdu ħsieb li qatt aktar ma jkollna ċirkostanzi bħal dawn u li qatt aktar ma jkollna kampijiet ta' konċentrament fejn il-bniedem jitqies bħala oġġett li wara ftit jispiċċa u jidħol ħaddieħor minfloku.", "Fil-fatt, f'dawn il-kampijiet kien hemm ix-xjenza oxxena li persuna ma tistax iddum aktar minn disa' xhur ġewwa kamp ta' konċentrament għax f'disa' xhur il-Ġermaniżi kienu jikkalkulaw li dik il-persuna tkun mietet żgur.", "Huwa importanti li aħna nfakkru l-memorja ta' dawn il-persuni u huwa importanti li nfakkru dak li għaddew minnu, però daqstant ieħor huwa importanti li dan ma jirrepetix ruħu.", "Dan nistgħu nassigurawh biss billi nkomplu nfakkru n-nies f'dak kollu li seħħ.", "Waħda mill-ġlidied kbar li kien hemm f'dan kollu, u għada għaddejja sal-lum, hija l-ġlieda għall-verità, il-ġlieda li inti tieħu ħsieb tfakkar li ma rebaħx in-Naziżmu jew il-Faxxiżmu, imma rebħet il-persuna umana.", "Irrid nikkwota mill-ktieb ta' Primo Levi, 'I sommersi e i salvati', fejn l-istess Primo Levi kkwota lil Simon Wiesenthal meta qal x'kienu jgħidulhom is-suldati tal-SS lin-nies li kienu ġol-kampijiet tal-konċentrament biex jumiljawhom u biex jiddemoralizzawhom:", "Fortunatament peró nies qalbiena bħal Primo Levi u Liana Millu taw it-testimonjanza tagħhom u kull min jaqra l-memorji tagħhom jista' jinduna kemm kienet emozzjonalment diffiċli li jagħmlu dan.", "Ħafna minnhom jgħidu li jiktbu biex ikunu ċerti minn dak li qed jgħidu u biex jibqa' għal ta' warajhom.", "Jgħidu wkoll li jiktbu biex il-memorja tagħhom ma tidħakx bihom u saħansitra jgħidu li ħafna affarijiet li għaddew minnhom reġgħu ftakru fihom huma u jiktbu.", "Illum, fid-dinja tal-fake news, importanti li nfakkru wkoll it-trijonf tal-verità billi ngħidu li l-Faxxiżmu u n-Naziżmu u l-Lemin estrem huwa żball kbir għax huwa aberrazzjoni kbira tad-dinja umana.", "Għalhekk, irridu nerġgħu naffermaw li dan veru ġara, u li dawk l-oxxenitajiet veru ġraw, u li dik id-denigrazzjoni veru seħħet.", "Dan sabiex nagħmlu ċert li ħadd ma jerġa' jgħaddi minn dan kollu.", "Illum qalbna toħroġ mal-Lhud li għaddew minn dawk l-atroċitajiet, però rrid infakkar li magħhom kien hemm persuni oħrajn, fosthom nies ta' orjentazzjoni sesswali differenti, nies bi bżonnijiet speċjali u anke saċerdoti u persuni Kattoliċi.", "Hitler kien jgħid li għandu tliet għedewwa: il-Knisja Kattolika, il-komunisti u l-Lhud.", "Fil-fatt, kien għamel kampanja biex joqtol is-saċerdoti.", "Diversi nies mietu fil-kampijiet tal-konċentrament.", "Nafu b'Massimiliano Kolbe, nafu b'Edith Stein, nafu b'Titus Brandsma, però nafu wkoll b'diversi nies oħrajn li sofrew għall-ideat tagħhom minħabba dan il-mekkaniżmu daqshekk faħxi ta' kif toqtol nies differenti.", "Primo Levi kiteb li l-biża' kbir tiegħu kien il-fatt li:", "Dan huwa l-biża' kbir tagħna wkoll, ċjoè li terġa' tinbet din iż-żerriegħa żbaljata tal-Faxxiżmu u n-Naziżmu.", "Għalhekk, illum ferħan li dan il-Parlament qiegħed għas-seba' sena jikkommemora l-Olokawst.", "Madankollu nħoss li f'pajjiżna hemm bżonn li jsir ferm aktar biex dan il-mument jiġi mfakkar.", "Inħoss li trid tingħata ferm aktar importanza mill-midja fuq din il-ġrajja, jinkitbu ferm aktar artikli u jrid ikun hemm aktar nies li jitkellmu fuq l-Olokawst.", "L-atroċitajiet li għaddew minnhom dawn in-nies wasslu biex id-dinjità tagħhom tispiċċa fix-xejn.", "Liana Millu kitbet poeżija u din il-poeżija tgħallmitha bl-amment fil-kampijiet tal-konċentrament.", "Din tibda hekk:", "Hawnhekk Liana Millu qed titlob lil Mulej biex jgħinha sabiex ma ssirx duħħan, sabiex ma ssirx trab, sabiex il-ġisem tagħha jkun hemm post li jindifen fih.", "Sur President, illum pajjiżna qed jagħmel sew li qed jingħaqad mal-bqija tad-dinja u jfakkar dak li seħħ.", "Anzi, jien ngħid li dan għandna nagħmluh b'aktar vigorożità għax iż-żgħażagħ tal-lum jeħtieġ li jkunu jafu, u f'dinja li qed tmeri l-verità, huwa aktar importanti li nasserixxu b'saħħa dak li ġara.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, dawn il-kommemorazzjonijiet isiru biex nipprovaw nevitaw traġedji simili u naħseb ikun tajjeb li nirreferu għal dak li kienet tgħid Hannah Arendt, li rrapportat il-ġuri ta' Eichmann f'Ġerusalemm, dwar il-banality of evil.", "Ifisser li nies normali, nies li kienu bil-għaqal, kienu jaslu biex huma stess jagħmlu atroċitajiet kbar sempliċiment għax kienu jobdu mingħajr ma jistaqsu.", "L-arma li jużaw ir-reġimi totalitarji hija li jirrendu lill-poplu fi stat li ma jaħsibx.", "Bil-mezzi li jużaw, ta' propaganda li tħawwad totalment l-imħuħ u li ma tħalli lil ħadd li jifforma opinjoni, il-poplu ma jibqax jaħseb, u għax ma jibqax jaħseb, ma jibqax jistaqsi.", "Sur President, dawn l-atroċitajiet, l-istess bħal ħafna ġenoċidji oħrajn, seħħew għax meta kienu fil-bidu tagħhom ħadd ma kellu l-kuraġġ jistaqsi aġir ħażin ta' bniedem ieħor li wera sinjal li se jsib scapegoat li fuqu jimmira l-mibegħda kollha ta' ħafna nies oħra biex hu jieħu deċiżjonijiet politiċi ulterjuri.", "Għalhekk, l-appell tiegħi huwa li jekk irridu nżommu dawn it-tip ta' atroċitajiet milli jsiru, irridu naċċertaw ruħna li jkollna poplu li kapaċi jaħseb b'moħħu u kapaċi jistaqsi u jikkritika għax inkella m'hemm xejn li jżomm milli jkollna Yad Vashem kontinwu li jkun mużew dinji.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ningħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Taqra kemm taqra fuq x'ġara, dejjem tiskopri kemm kienu kbar l-atroċitajiet.", "U rrid ngħid li anke l-Maltin batew għax fit-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm 43 Malti li ġew internati mill-Ingliżi f'kamp ta' konċentrament fl-Uganda.", "Fil-fatt, għamilt riċerka mal-Parlament Ugandiż dwar il-kamp tal-konċentrament li kien hemm fil-Bombo u hemmhekk stajt nara minn xiex għaddew.", "Anke l-Maltin li kienu fi Tripli batew.", "Barra minn hekk, kien hemm mal-2,000 Malti li batew minħabba l-Faxxiżmu u kienu f'kampijiet ta' konċentrament fl-Italja.", "Ftit minnhom baqgħu ħajjin u qed jgħixu l-Awstralja.", "Sa anke hemm il-klabb tagħhom fl-Awstralja, Maltin-Tripolitani.", "Wieħed mill-aktar kotba li laqtuni kien il-ktieb ta' Miriam Wattenberg jew kif inhi magħrufa aħjar, Mary Berg.", "Meta kellha disa' snin hija kienet f'kamp ta' konċentrament fil-Polonja u hemmhekk qatlulha lil ommha, lil missierha u lil oħtha b'diżabilità.", "Fl-1945 fl-aħħar irnexxielha tasal l-Amerika u hemmhekk spjegat kif kien isir il-proċess tal-għażla bejn dawk li jistgħu jinżammu biex jaħdmu fil-kamp tal-konċentrament u dawk li bilfors se jmorru għall-qatla.", "Tgħid li kienu jgħidulhom biex imorru jinħaslu u litteralment kienu jmorru għall-qatla.", "Dawn huma affarijiet tat-tkexkix, u huma aktar tat-tkexkix meta tqis li llum hemm persentaġġ qawwi tas-soċjetà Ingliża li qed jgħidu li dan ma seħħx.", "Hawn min qed jgħid li dan ma seħħx u din l-idea li ma seħħx qiegħda dejjem tikber!", "Kif qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici, u rrefera għaliha wkoll il-Ministru, il-lemin estrem qed jerġa' jqum.", "Biss biss fil-Polonja hemm parti mill-popolazzjoni li tappartjeni lil-lemin estrem u kważi kważi dawn qed jgħidu li dan ma seħħx.", "U dan meta fil-Polonja stess hemm il-kampijiet ta' konċentrament!", "Araw daqsxejn l-argumentazzjoni fejn qed twassal wara dawn is-snin kollha.", "Nagħlaq billi nikkwota lill-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, li qalet:", "Irridu nibqgħu ntambru liż-żgħażagħ tagħna fuq dan kollu, speċjalment aktar ma jgħaddi ż-żmien.", "Aħna m'għexniex dawk iż-żmenijiet.", "Missirijietna għexuhom, però t-tfal tagħna rridu dejjem infakkruhom li dawn il-ġrajjiet qatt m'għandhom jirrepetu ruħhom.", "Nirringrazzjakom.", "Stqarrijiet ministejrali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IMPJIEGI U RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CALUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nibda billi nirringrazzja lill-Ministru Helena Dalli li ressqet l-emendi għal din il-liġi.", "Bħalma semmiet il-Ministru, din mhijiex xi emenda straordinarja imma hija marbuta mal-baħħara, marbuta wkoll ma' direttiva tal-Unjoni Ewropea u allura min-naħa tal-Oppożizzjoni assolutament m'għandna l-ebda problema.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li fil-komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Jannar tal-2009 bit-titlu L-Iskopijiet Strateġiċi u Rakkmandazzjonijiet għall-Politika ta' Trasport Marittimu tal-Unjoni Ewropea sal-2018, il-Kummissjoni kienet enfasizzat l-importanza li jiġi stabbilit qafas legali integrat sabiex is-settur marittimu jsir aktar kompetittiv.", "Nixtieq ngħid ukoll li din hija direttiva tal-2015 mibnija fuq emendi u direttivi oħra li kienu saru fl-2001, fl-2002 u fl-2008.", "Niġbed ukoll l-attenzjoni li f'din id-direttiva taħt is-sezzjoni ta' traspożizzjoni hemm miktub li:", "\"L-istati membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-direttiva sal-10 ta' Ottubru 2017.", "Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.\".", "L-Ewwel Qari ta' dawn l-emendi sar fit-18 ta' Diċembru 2017, jiġifieri qed nitkellmu fuq xahrejn u ġimgħa wara d-deadline li suppost imxejna miegħu bħala Parlament u, nirrepeti, id-data oriġinali kellha tkun l-10 ta' Ottubru 2017.", "Ħlief fuq dan il-punt ma tantx hemm x'nikkritika u x'ngħid dwar l-Abbozz u allura ħassejt li ladarba qegħdin nitkellmu fuq l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, ikun xieraq li nidddedika ftit ħin mid-diskors tiegħi għal dak li fil-fatt għandu x'jaqsmu ma' dan l-Att b'mod partikolari r-rwol tat-tribunal industrjali f'pajjiżna.", "Sur President, nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hijiex kuntenta bil-mod kif it-Tribunal Industirjali qed jaħdem.", "Huwa ċar li l-emendi li saru fl-2016 kienu pjuttost kożmetiċi li ma bidlu xejn fis-sustanza ta' dak li kien u dak li għadu t-Tribunal Industrijali.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk hemmx xi pjan biex jiġi rivedut il-mod kif jaħdem it-tribunal.", "Nistaqsi wkoll jekk il-Ministru għandhiex il-ħsieb li forsi f'din il-Kamra niddiskutu aktar fid-dettall ħsebijiet dwar kif dan it-tribunal jista' jkun aktar effettiv u aktar idoneu għall-2019.", "Nistaqsi wkoll lill-Ministru Helena Dalli jekk tafx li l-professjonisti u l-persuni li jipprattikaw fit-tribunal mhuma kuntenti xejn li m'hemm l-ebda linja gwida fil-liġi dwar il-mod preċiż ta' kif jiġi kalkulat kumpens.", "Hemm xi ħsieb li dawn il-linji gwida jitfasslu u jiddaħħlu?", "Irrid ngħid li mhux biss ma jeżistux linji gwida fi ħdan it-Tribunal Industrjali imma dawk li jipprattikaw fi ħdan it-tribunal, dawk li qed jaħdmu għad-drittijiet tal-ħaddiema jew ta' min jimpjiega skont iċ-ċirkostanzi u skont il-każijiet, ma jistgħux jagħtu pariri bbażati fuq deċiżjonijiet preċedenti għax m'hemmx konsistenza.", "Il-Ministru hija konxja minn dan il-fatt.", "Taf il-Ministru li ħafna drabi l-każ jimxi skont liema chairperson ikun qed jippresiedi?", "Il-Ministru taf li kwestjonijiet legali serji, speċjalment għall-ħaddiema li jkunu ġew quddiem it-tribunal, qed ikunu deċiżi ħafna drabi minn persuni li mhumiex imħarrġa fil-liġi?", "Dawn huma affarijiet li għandhom jiġu diskussi mill-aktar fis.", "Dawn l-emendi tal-lum, għalkemm xi ftit tardivi, huma importanti imma s-sustanza tinsab fl-inforzar.", "Jien u l-Ministru Dalli ġieli tkellimna fuq dan.", "F'dan il-Parlament nistgħu ngħaddu ħafna liġijiet imma mbagħad l-implimentazzjoni, jiġifieri kif jitmexxew u kif jintużaw dawk il-liġijiet, hija kollox.", "Għaldaqstant inħeġġeġ li hemm bżonn li tingħata spinta kbira biex jiġi kkreat dak li jissejjaħ labour court skont ili-bżonnijiet tal-2019 u mhux nibqgħu mwaħħlin mal-passat.", "Irrid ngħid ukoll li suppost il-persuni li qed jiġġudikaw il-każijiet fit-Tribunal Industrijali jinħatru b'konsultazzjoni.", "Il-Ministru hija sodisfatta li kull min suppost qed jaqdi dmiru bħala ġudikant huwa kapaċi jagħmel dan?", "Hawnhekk irrid ngħid li hemm diversi ġudikanti li huma tajbin, imma kellmuni diversi persuni li huma midħla sew tat-tribunal u smajt opinjonijiet iebsa ferm fuq uħud minn dawn il-ġudikanti.", "Nimmaġina li anke lill-Ministru waslulha l-istess ilmenti u allura naħseb li llum tagħmel tajjeb jekk tgħidilna x'inhu l-pjan tagħha u tal-Gvern biex itejjeb is-sisien fundamentali li fuqhom huwa mibni t-Tribunal Industirjali.", "Ovvjament mhux kollox huwa ħażin, u hawnhekk nixtieq insemmi u nsellem b'mod partikolari lill-istaff ħabrieki li jaħdem fis-segretarjat tat-tribunal li jagħmlu l-mirakli, u fiċ-ċirkostanzi mnalla jkunu huma.", "Illum ħassejt li huwa dmir tiegħi li nwassal dawn l-ilmenti serjissimi quddiem din il-Kamra.", "It-Tribunal Industrjali mhux tibdil kożmetiku għandu bżonn imma riforma radikali.", "Din ir-riforma hija bżonjuża u urġenti.", "Kif jgħidu bl-Ingliż, there is a crying need biex dan it-titjib isir illum qabel għada!", "Jiena naf li l-Ministru għandha għal qalbha d-drittijiet u hawnhekk qed nitkellmu fuq id-drittijiet tal-ħaddiema b'mod partikolari u ta' min iħaddem, li f'soċjetà aktar ġusta jistħoqqilhom ferm aħjar.", "Id-dipartiment u t-tribunal huma neqsin sew minn riżorsi adegwati u minħabba dawn in-nuqqasijiet qed ibatu dawk li jridu jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "Pereżempju, id-deċiżjoni marbuta ma' appell li ttieħdet il-ġimgħa li għaddiet se toħloq konfużjoni akbar milli kien hemm qabel għax min jaħdem b'kuntratt definit u jitkeċċa mix-xogħol ma jafx fejn għandu jmur biex ifittex rimedju għall-inġustizzja li tkun saritlu.", "It-tribunal, bħalma qed ngħid, għandu bżonn overhaul, bidla kbira u radikali minn fuq s'isfel.", "Dan qed jgħiduh il-unions tal-ħaddiema, il-unions ta' min iħaddem u qed jgħiduh l-avukati u l-professjonisti li jipprattikaw fit-tribunal.", "Dan it-tribunal huwa effettivament qorti li tiffaċċja problemi serji u legali, imma sfortunatament huwa mmexxi minn chairpersons li m'għandhomx għarfien jew background legali.", "Naħseb li wieħed għandu jieħu ħsieb din il-ħaġa bl-ikbar urġenza.", "Jiena hawn nappella lill-Ministru biex mill-aktar fis tiltaqa' mal-unions ta' min iħaddem, mal-unions tal-ħaddiema u mal-professjonisti u titlobhom l-għajnuna.", "M'għandix dubju li kollha kemm huma lesti biex joffru l-għajnuna tagħhom.", "Ftit tas-snin ilu l-union ta' min iħaddem, il-Malta Employers Association, kienet għamlet preżentazzjoni fejn tat lista twila ta' affarijiet li jistgħu u għandhom jitjiebu, iżda mill-emendi li saru jidher li ħafna minnhom ġew skartati.", "Għalhekk, l-appell tiegħi lill-Ministru Dalli huwa sabiex taqbad il-barri min qrunu u verament naraw titjib fit-tribunal kif inhu xieraq għall-2019.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nitkellmu dwar soċjetà ġusta, nitkellmu dwar drittijiet tal-ħaddiema u nitkellmu dwar xogħol dinjituż.", "Dan kollu huwa kliem sabiħ imma fir-realtà hemm barra, jien bħala tabib, jien bħala poliitku, mhux dejjem niltaqa' ma' okkażjonijiet fejn id-drittijiet tal-ħaddiema huma rispettati, fejn ikun hemm xogħol dinjituż u fejn il-ġustizzja soċjali fil-fatt tinħass.", "Jiena se nsemmi każ wieħed.", "Hawnhekk f'din il-Kamra ta' spiss insemmu l-inġustizzji li forsi jagħmlu l-Maltin ma' barranin li jaħdmu Malta b'mod partikolari dawk li huma refuġjati fejn iħaddmuhom bil-boqxiex għax dawn ikunu lesti li jaċċettaw kondizzjonijiet ta' xogħol li mhumiex favorevoli u ħlas li huwa inqas mill-paga minima.", "Nistgħu nsemmu wkoll il-każ ta' żagħżugħ li jiggradwa mill-Università wara kors ta' tliet snin, m'għandux esperjenza u meta jiġi biex jaħdem isib xogħol ma' wieħed li jgħidlu li billi m'għandux esperjenza, se jagħtih il-paga minima.", "Dan jispiċċa jikkuntenta b'dak li jiġi offrut għax m'għandux esperjenza, għax ikun l-ewwel ċans f'ħajtu biex dak li tgħallem fl-Università jipprattikah fir-realtà.", "Dan ħadem l-ewwel xahar, ħadem it-tieni xahar, ħadem it-tielet xahar u min kien iħaddmu, ta' kuljum beda jżommu sagħtejn aktar milli suppost, jiġifieri għaxar sigħat extra fil-ġimgħa.", "Wara tliet xhur iż-żagħżugħ staqsieh jekk hux se jħallsu għal dawk is-sagħtejn żejda, għax kien mela rasu li għalkemm għandu paga minima li hija €740 fix-xahar, għall-inqas dawk is-sagħtejn żejda li jagħmel kuljum se jtella' xi ħaġa żejda, u r-risposta ta' min iħaddmu li huwa barrani u għandu intrapriża f'Malta kienet li le, mhux se jħallsu għal dawk is-sigħat żejda li kien jagħmel.", "Dan iż-żgħażugħ spiċċa bla xogħol għax telaq 'il barra, u sewwa għamel.", "F'pajjiżna għandna full employment u hija xi ħaġa sabiħa li niftaħru dwarha, imma għandna wkoll ċirkostanzi reali bħal din li għadni kemm semmejt u bħalhom hemm oħrajn fil-prekarjat fejn il-kondizzjonijiet tagħhom ma jreġux għal Malta moderna u progressiva li qegħdin niftaħru biha.", "Barra dawn it-tip ta' affarijiet li qegħdin isiru b'mod inġust, irridu niftakru wkoll li l-ħlas mhuwiex xieraq meta niġu biex inlaħħqu mal-ħajja.", "Wasal iż-żmien - u naf li l-Ministru jkollha okkażjonijiet li titkellem fil-Kumitat apposta li jeżisti minħabba f'hekk – li l-paga minima tiġi a liveable wage.", "Għamilt daqsxejn Google search u se nagħti paragun ta' kemm kienet il-paga fl-2018 u kemm kienet il-paga fl-2010.", "Mela l-average wage fl-2018 kienet €18,643 u tmien snin qabel, jiġifieri fl-2010, l-average wage kienet €14,466.", "Is-sena li għaddiet il-paga minima kienet €8,970 u l-paga minima fl-2010 kienet €7,919.", "Għalfjen semmejt dawn iċ-ċifri?", "Mhux is-soltu li jiena nitkellem biċ-ċifri, aktar nitkellem bl-esperjenza tal-ħajja li niltaqa' magħha barra fit-triq.", "Imma ta' min jinnota li d-distakk bejn l-2010 u l-2019 tal-average wage kien 29% filwaqt li fl-istess perjodu d-distakk tal-paga minima, l-aktar paga bażika, huwa ta' 13%.", "Hemm diskrepanza enormi fejn qed tiżdied il-gap bejn il-paga medja u dik minima.", "Jekk wieħed jinnota, jekk wieħed jara d-differenza f'dik is-sena stess għall-2010, id-differenza bejn il-paga medja u l-paga minima kienet 48%.", "Id-distakk issa huwa 55%.", "Mela hawn xi ħaġa ħażina fil-mod kif il-paga qiegħda tiżdied għall-ħaddiem iż-żgħir.", "Hemm xi ħaġa li ma treġix, u aħna nafu li dawk in-nies li qegħdin fis-saff t'isfel, li forsi qegħdin fir-riskju tal-faqar, ma jlaħħqux mal-ħajja bil-paga baxxa li għandhom.", "Mhux talli hekk, talli dawn huma nies li jbatu ferm aktar għax ġeneralment għal job jipprovaw ikollhom tnejn, u forsi anke jġiegħlu l-mara taħdem u ssefter fid-djar ta' min hu aktar għani.", "Meta nħarsu lejn il-work/life balance ta' min hu l-inqas ixxortjat f'din is-soċjetà fiż-żmien li qegħdin ngħixu, fl-aqwa żmien, ninnotaw li dawn it-tip ta' familji qegħdin jingħafsu aktar għax il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin liberu ma jeżistix.", "Il-paga mhijiex sejħa għal att ta' karità imma l-paga għandha tkun diċenti dejjem.", "Tgħiduli: Forsi mhux qed tiżvija mill-Abbozz ta' Liġi?", "L-Abbozz ta' Liġi huwa wieħed tajjeb, huwa wieħed li se jtejjeb mill-aspett marittimu, imma ħassejt li huwa d-dmir u l-obbligu tiegħi li niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra għal dan id-distakk li jeżisti.", "Ejja niftakru wkoll li għandna nies impjegati tal-Gvern li huma part-timers li jaqilgħu €60,000!", "Ejja ninsew dawk l-affarijiet għalissa.", "Għaldaqstant nistaqsi: Illum, fejn qegħdin il-unions biex jaqbżu għall-ħaddiema tagħhom?", "Hawnhekk b'weġgħa tal-qalb ngħid li bħala korpi kostitwiti, il-unions, b'mod partikolari t-tnejn il-kbar, mhux biss spiċċaw politiċizzati imma spiċċaw unions li jħaddmu u li huma pro business.", "Mhux talli hekk, talli l-Gvern stess minflok irrispettahom bħala unions kif suppost biex jaqbżu għall-ħaddiem, le, għamel public social partnerships magħhom biex il-unions stess iħaddmu in-nies f'isem il-Gvern.", "Dan hu li qed jiġri fir-realtà u allura jiena bilfors irrid inkun il-leħen f'isem il-ħaddiem li jħossu mifxul u mhuwiex rappreżentat kif suppost, b'mod partikolari l-ħaddiem iż-żgħir.", "B'dawn ir-raġunijiet li għadni kemm qsamt mal-Kamra nixtieq nappella li mhux biss għandna ntejbu l-qagħda tat-Tribunal Industrjali imma hemm bżonn inħarsu mill-qiegħ nett u naraw kif se nsolvu darba għal dejjem din il-pjaga li teżisti hemm barra fis-soċjetà Maltija u Għawdxija biex verament ikollna xogħol dinjituż, veru jkollna xogħol fejn il-paga tkun xierqa b'mod li tippermetti lil dak li jkun ilaħħaq mal-ħajja u verament ikollna xogħol li mingħajr ma trid joħloq dak il-bilanċ ġust bejn il-ħin liberu u l-ħin tal-familja.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sinjura President, xtaqt inkompli fejn ħallew iż-żewġ kelliema ta' qabli.", "Kif qalet b'mod tajjeb ħafna l-Onor.", "Buttigieg, l-Oppożizzjoni ma ssib l-ebda problema bil-emendi li qegħdin jitressqu quddiem il-Kamra għax din hija traspożizzjoni ta' direttiva tal-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament l-Oppożizzjoni se tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi iżda hemm punti oħrajn li xtaqt nitkellem fuqhom hekk kif qegħdin nitkellmu dwar ix-xogħol u allura dwar l-ekonomija.", "Jiena kont se niddedika parti mid-diskors tiegħi fuq it-Tribunal Industrjali imma mhux se nagħmilha għax għamlitha tajjeb ħafna l-Onor.", "L-istakeholders li ġejjin minn oqsma differenti qed jgħidu l-istess affarijiet.", "Il-messaġġ hu li għandna tribunal industrijali li mhuwiex jiffunzjona kif suppost.", "Kultant, meta tieħu messaġġ min-naħa waħda biss tgħid li jista' jkun li forsi dik in-naħa mhijiex kuntenta bil-mod kif qegħdin isiru l-affarijiet, imma l-verità hija li dan il-messaġġ, kif qalet tajjeb l-Onor.", "Buttigieg, qed jasal kemm mir-rappreżentanti ta' min iħaddem kif ukoll mir-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "L-Onor.", "Buttigieg tkellmet fuq il-fatt li sentenzi mit-Tribunal Industrijali jingħataw b'mod haphazard u allura tidħol fit-Tribunal u ma jkollok l-ebda idea x'kumpens jista' jkollok jekk tirbaħ, jekk tkun ħaddiem.", "Jista' jkun li f'każ wieħed ikollok kumpens enormi, imbagħad f'każ ieħor ikollok kumpens żgħir ħafna.", "Għandek il-kwestjoni taċ-chairpersons li semmiet l-Onor.", "Buttigieg li hemm bżonn li jiġu mħarrġa ħafna aħjar u għandek diversi kwestjonijiet oħra li mhux se nidħol fihom fid-dettall.", "Il-verità hija li dan il-feedback ġej miż-żewġ oqsma separatament.", "L-appell lill-Ministru huwa: Ejjew inħarsu lejn dan it-Tribunal.", "Il-verità hija li llum diversi partijiet qed jippreferu li jiftiehmu barra mit-Tribunal milli fit-Tribunal minħabba l-inkonsistenzi kbar li hemm, u naħseb li huwa sewwa u xieraq li f'pajjiż bħal tagħna fl-2019 ikollna tribunal li jaħdem kif suppost.", "Rigward dan it-Tribunal nistgħu naħsbu wkoll f'medjazzjoni.", "Jiena m'għandix dubju li l-Ministru taf daqsna l-problemi li hemm rigward dan it-Tribunal u naħseb ikun tajjeb jekk niddeċiedu flimkien dwar it-tibdiliet li hemm bżonn fih.", "Nistgħu nħarsu lejn ideat b'mod partikolari, pereżempju, il-fatt li qabel ma tidħol it-tribunal jista' jkun li jkollok fażi ta' medjazzjoni.", "Nistgħu niddiskutu jekk din għandhiex tkun tabilfors jew volontarja.", "Nafu wkoll, pereżempju, li suppost it-Tribunal għandu jagħti deċiżjoni fi żmien 28 ġurnata.", "Fil-verità dan qed idum ħafna aktar f'ċerti każijiet.", "L-appell li għamlet l-Onor.", "Buttigieg u l-appell li nkompli nagħmel jien huwa li għandna sfida kbira fejn jidħol it-Tribunal Industrijali imma jiena konvint li jekk inpoġġu bilqiegħda flimkien, Gvern, Oppożizzjoni, l-għaqdiet ta' min iħaddem u l-għaqdiet li jirrappreżentaw il-ħaddiema nistgħu nsibu s-soluzzjonijiet għal dawn il-problemi li kulħadd qed jara.", "L-appell tiegħi huwa li nagħmlu dan fl-aktar ħin qasir possibbli.", "Xtaqt inkompli wkoll fuq dak li qal l-Onor.", "M'hemmx dubju li dak li tkellem dwaru huwa sfida li pajjiżna qed jiffaċċja u jekk m'aħniex se nagħmlu xi ħaġa se jkollna problemi kbar fis-snin li ġejjin.", "Illum għandek numru sostanzjali li qed jikber ta' nies li llum nistgħu nsejħulhom working poor.", "X'inhuma dawn il-working poor?", "L-ewwel nett, ejja npoġġu l-karti kollha fuq il-mejda.", "Qegħdin fi żmien meta qed ikollna figuri ekonomiċi tajbin bħala pajjiż, u dan huwa tajjeb.", "It-trading partners u l-ġirien kollha ta' madwarna qegħdin jirreġistraw figuri ekonomiċi tajbin, u allura hemm bżonn li nibqgħu naraw il-figuri sabiex jekk naraw li hemm xi sfidi, inkunu nistgħu nilqgħu għalihom mill-ewwel.", "Il-problema hija li għandek faxxa ta' nies li jaħdmu, li għandhom job, uħud minnhom ir-raġel, il-mara, il-partners, it-tnejn li huma għandhom job, imma qegħdin isibuha diffiċli ħafna biex jaslu sal-aħħar tax-xahar.", "Naħseb li f'pajjiż bħal tagħna fl-2019 m'għandu qatt ikollna sitwazzjonijiet bħal dawn.", "L-Onor.", "Farrugia tefa' fuq il-mejda l-idea, u naqbel miegħu, li għandna nħarsu lejn il-paga minima u xi tfisser il-paga minima llum il-ġurnata.", "Tkellem fuq il-fatt li jista' jkun li għandna nitkellmu li ma nibqgħux bil-paga minima imma jkollna a living wage li tkun aktar adattata għaż-żmenijiet u għall-isfidi tal-lum.", "Irridu nħarsu wkoll lejn il-mod kif l-ekonomija tagħna qed tikber, fejn huma l-isfidi u x'effetti qed ikollha fuq numru sostanzjali ta' nies.", "Aħna nafu li hija policy tal-Gvern li l-aktar mod li bih irid ikabbar l-ekonomija f'pajjiżna huwa billi jġib aktar ħaddiema l-ħin kollu minn barra minn Malta.", "Jiena ma nixtieqx ninstema' diskriminatorju.", "Ovvjament pajjiżna huwa pajjiż miftuħ, huwa pajjiż fl-Unjoni Ewropea, imma naseb li qegħdin nieħdu wisq ir-rotta li l-ekonomija ta' pajjiżna qed tikber bl-importazzjoni ta' ħaddiema l-ħin kollu.", "Dan qed joħloq pressjonijiet kbar.", "Mhux se nitkellem fuq il-pressjonijiet ambjentali għax dan mhuwiex id-dibattitu adatt, imma qed jagħmel pressjonijiet fuq il-familji speċjalment fejn tidħol il-kera u prezzijiet.", "Dawn huma realtajiet li niltaqgħu magħhom ta' kuljum u m'għandix dubju li anke n-naħa l-oħra tiltaqa' magħhom ta' kuljum.", "Xi xahrejn ilu f'din il-Kamra jiena semmejt każ ta' familja llum pensjonanti, li kienu ilhom joqogħdu fl-istess dar madwar 40 sena u issa dawn qegħdin bir-riskju li jitkeċċew 'il barra għax ma jaffordjawx il-kera li għandhom.", "Din il-mara ta' 65 sena jew 70 sena ovvjament tibki.", "Din għexet ħajjitha kollha fl-istess dar - u hawnhekk qed nitkellem fuq San Ġiljan – u llum qiegħda bil-biża' li minn mument għal ieħor titkeċċa mid-dar tagħha.", "Tiltaqa' wkoll ma' ġenituri li t-tnejn li huma jaħdmu u jgħidulek li qed isibuha diffiċli ħafna biex iwasslu l-pagi tagħhom sal-aħħar tax-xahar.", "Din hija xi ħaġa inkwetanti u kerha, u naħseb li hemm bżonn li nħarsu ftit aktar long-term.", "Sfortunatament, il-figuri li qegħdin jaslu qed juruna li s-settur tal-manifattura għandu l-isfidi, l-esportazzjoni f'pajjiżna qed tonqos u l-importazzjoni żdiedet għax żdiedu l-ammont ta' fuels li deħlin f'pajjiżna.", "Ma jistax ikun li huma l-industrji tas-servizzi biss li jkunu sejrin tajjeb, jiġifieri l-igaming, banking u s-settur finanzjarju.", "Dawn irridu nkomplu ninvestu fihom u rridu nibqgħu nikbru magħhom.", "Huma setturi b'saħħithom li rridu nibqgħu nissaħħu magħhom imma naħseb li l-manifattura wkoll hija settur kruċjali li rridu nieħdu ħsieb.", "Irridu naraw id-diffikultjajiet li qed ikollu dan is-settur sabiex nindirizzawhom u naraw li f'pajjiżna wkoll il-manifattura tibqa' tikber u tinħoloq anke tip ta' manifattura differenti, manifattura għal-lum il-ġurnata.", "Sfortunatament dan il-Gvern qed jistrieħ fuq il-fatt li pajjiżna qed jikseb figuri ekonomiċi tajbin imma mhuwiex qed inħares lejn long-term, mhux qed iħares lejn x'tip ta' industriji rridu naraw fis-snin li ġejjin u allura mhux qegħdin inħarsu lejn x'tip ta' edukazzjoni jrid ikollna biex nindirizzaw u nħarrġu lit-tfal u żgħażagħ għall-industriji li pajjiżna jrid iġib fis-snin li ġejjin.", "Naħseb huwa importanti li l-Gvern imma anke aħna bħala Oppożizzjoni nħarsu ħafna aktar fit-tul u naraw ħamsa, għaxra, ħmistax-il sena oħra x'tip ta' ekonomija rridu, x'tip ta' industriji qegħdin jinbtu f'dan il-pajjiż, x'tip ta' industriji rridu niġru warajhom biex nikbru aħna magħhom.", "Hemm ċerti setturi li jistgħu jużaw lil pajjiżna bħala hub imbagħad nikbru magħhom kif għamilna fil-passat.", "Wieħed jittama li anke l-pagi tal-ħaddiema jerġgħu jogħlew.", "Tkellimt fuq il-manifattura u xtaqt nagħmel kumment żgħir fuq dak li ġara fl-Astracast.", "Bl-ebda mod mhu qed ngħid li l-għeluq tal-Astracast huwa tort tal-Gvern, għax kumpaniji jiftħu u kumpaniji jagħlqu, imma xtaqt nuri s-solidarjetà tiegħi mal-ħaddiema ta' din il-kumpanija li tilfu l-post tax-xogħol tagħhom.", "Forsi kritika żgħira għall-Gvern hi li forsi bħala pajjiż stajna nagħmlu aktar biex lil dawn il-ħaddiema nsalvawlhom il-post tax-xogħol jew insibulhom post tax-xogħol alternattiv.", "Mir-rapporti fil-midja deher ċar li din il-kumpanija kienet qed tasal f'punt li kellha tagħlaq, u forsi kritika lill-management hi li l-ħaddiema bl-ebda mod ma kienu informati b'dak li qed jiġri.", "Biex tkompli, dan kien iż-żmien tal-Milied u naħseb li l-inqas ħaġa li jista' jagħmel kull imprenditur, speċjalment meta jkun għaddej minn mumenti diffiċli, hi li jitkellem mal-ħaddiema u jinformahom b'dak li qed jiġri u mhux imorru l-post tax-xogħol tagħhom u jsibu l-bibien magħluqin għax il-kumpanija għalqet.", "Naħseb li aħna wkoll, bħala politiċi, stajna għamilna kif ġara fil-passat meta l-ekonomija ta' pajjiżna u dik dinjija kienet għaddejja minn diffikultajiet kbar.", "Dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista kull fejn ra li kien hemm kumpaniji b'theddida li l-ħaddiema tagħhom jistgħu jitilfu l-postijiet tax-xogħol tagħhom, dejjem ra kif jagħmel biex mhux biss isalva dawk il-postijiet tax-xogħol imma f'diversi kumpaniji partikolari rnexxielna naħdmu biex saħansitra jiżdiedu l-postijiet.", "Nerġa' ngħid li l-ikbar kritika tmur lill-management li ma informax lill-ħaddiema, imma l-Gvern, jekk ma jistax isalva l-postijiet tax-xogħol, almenu kellu jara x'jista' jagħmel biex lil dawn il-ħaddiema inkunu nistgħu nsibulhom post tax-xogħol alternattiv.", "L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħaddi kumment dwarha hija s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Sfortunatament dawn l-aħħar xhur qegħdin nisimgħu b'mod regolari dwar xi traġedja li sseħħ.", "L-ewwel responsabbiltà taqa' fuq min iħaddem, l-imprenditur li jrid jara li l-ħaddiema tiegħu jkunu attrezzati bl-affarijiet kif suppost.", "Hawn mhux qed nitkellem biss dwar fejn tidħol l-industrija tal-kostruzzjoni, imma din l-industrija probabbilment hija l-iktar waħda riskjuża fejn qed ikollna diversi inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "L-appell tiegħi l-ewwel u qabel kollox huwa indirizzat lejn il-kuntratturi biex verament jieħdu ħsieb il-ħaddiema tagħhom u jipproteġuhom billi jipprovdulhom l-attrezzament kollu meħtieġ.", "It-tieni appell li nixtieq nagħmel - u naf li dan l-appell jiġi miż-żewġ naħat - huwa lill-ħaddiem.", "Sfortunatament naf b'każi ta' ħaddiema li bi traskuraġni jew ma nafx għal liema raġuni, l-imprenditur tiegħu jipprovdilu l-apparat meħtieġ u xorta waħda jirrifjuta li jagħmel użu minnu.", "Nappella lil kull ħaddiem, speċjalment ħaddiema li qegħdin jaħdmu f'industriji riskjużi, biex jipproteġu lilhom infushom, jaraw li l-imgħallem tagħhom jipprovdilhom l-apparat neċessarju, u importanti li jużawh.", "Jekk m'iniex sejjer żball, l-Onor.", "Buttigieg tkellmet qabel dwar każ differenti li jirrigwarda enforcement.", "Min-naħa tagħna l-politiċi rridu naraw li jkollna enforcement kif suppost fejn tidħol il-ħajja tan-nies għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-ħajja tan-nies.", "Kull ħajja hija prezzjuża, u aħna l-politiċi, b'mod partikolari l-Gvern, id-dmir tagħna hu li naraw li r-regoli qegħdin in place għaliex ir-regoli tal-health and safety tista' tiftaħ dibattitu dwarhom, u huma regoli tajbin, però qegħdin inbatu fejn jidħol l-enforcement.", "Qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi ngħid li aħna bħala Oppożizzjoni m'għandna l-ebda problema b'dawn l-emendi.", "Jekk nagħmel sum-up minn dak li qal l-Onor.", "Farrugia u minn dak li qalet l-Onor.", "Buttigieg, naħseb hemm bżonn inħarsu sew lejn it-Tribunal Industrijali, hemm bżonn inħarsu ftit lejn is-sitwazzjoni tal-pagi f'pajjiżna u lejn l-ekonomija tagħna fejn sejra u fejn trid tmur fis-snin li ġejjin ħalli fl-aħħar mill-aħħar verament ħadd ma jibqa' lura.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx iktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tagħmel il-winding up.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Grazzi, Sur President, u nirringrazzja lill-kelliema kollha li ħadu sehem anke jekk ma tkellmux dwar dak li ressaqna llum, li hu d-drittijiet għall-baħħara.", "Aħna wkoll, bħal kull gvern, jinteressawna d-drittijiet tal-ħaddiema kollha.", "Ingħad ukoll li l-Oppożizzjoni se tivvota favur din l-emenda li ressaqna, però kien hemm rimarki li jiena se nwieġeb għalihom u se nibda dwar l-OHSA, anke minħabba l-inċident li kien hemm ilbieraħ li qed jiġi investigat kemm mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol kif ukoll huwa suġġett għal inkjesta maġisterjali, u għalhekk l-ebda informazzjoni ma tista' tingħata dwar dan il-każ bħalissa.", "Gouder qal li qegħdin jiżdiedu l-fatalitajiet, però l-istatistika turina li qegħdin jonqsu.", "Anke diżgrazzja waħda hija żejda, jiġifieri l-fatt li qegħdin jonqsu ma jfissirx li se nserrħu moħħna, u x-xogħol tagħna dejjem huwa immirat li ma jkollna xejn minn dawn il-fatalitajiet.", "Imma ejja ngħidu r-realtà kif inhi.", "Is-sena l-oħra kellna tliet fatalitajiet.", "Multi amministrattivi maħruġin mill-OHSA is-sena l-oħra kienu ta' 566.", "L-ammont ta' nies li tressqu fuq ksur ta' regolamenti fuq il-post tax-xogħol is-sena l-oħra kien jammonta għal 222 u l-valur fil-multi amministrattivi maħruġin matul is-sena l-oħra kien ta' €197,400.", "Naħseb li din hija indikazzjoni li enforcement qed isir.", "Ovvjament dejjem jista' jsir iżjed, dejjem jista' jsir aħjar, però mhux sew li niġu hawnhekk u ngħidu li qisu l-OHSA mhi qed tagħmel xejn, qed tħalli l-affarijiet għaddejjin jew mhux qiegħda ttejjeb l-operat tagħha, għax il-fatti juru mod ieħor.", "Kien hawn ukoll kummenti dwar it-Tribunal Industrijali.", "L-ewwel nett irrid ngħid li dejjem hemm lok għal titjib, u iktar ma nkunu qegħdin fuq xogħol partikolari, iktar naraw kif nistgħu ntejbu dan ix-xogħol.", "Aħna m'aħniex suppervi u ngħidu: Le, aħna nafu kollox u aħna nagħmlu kollox tajjeb!", "Irrid ngħid ukoll li s-sistema, għalkemm ġiet imtejba, kienet ukoll sistema li Gvern Nazzjonalista għal 25 sena ħadem biha.", "Forsi qabel kienet tajba u llum hija ħażina, ma jimpurtax, imma kull ħaġa hemm ħafna lok li tittejjeb.", "Li rrid ngħid hu li mhux sew li niġu hawnhekk nagħmlu statements qisu kellna xi tribunal state of the art u issa m'għadux.", "Dan mhuwiex il-każ, u fil-fatt għadhom kemm żdiedu żewġ chairpersons oħra.", "Dwar il-kwestjoni għaliex mhumiex avukati, Sur President, inti tiftakar li dawn it-tribunali industrijali kienu saru biex noħorġu mill-Qorti għaliex dawn kienu qegħdin jeħlu fix-xogħol kollu li jkollha l-Qorti.", "Biex bniedem ikun jifhem fix-xogħol u jista' jiddefendi persuna m'hemmx għalfejn ikun avukat.", "Issa ħalliha li min-naħa l-oħra għandi kritika li qegħdin inpoġġu wisq avukati bħala chairpersons.", "Aħna għandna taħlita, għandna avukati u għandna nies li mhumiex avukati.", "Jekk se niddeċiedu li mmorru lura għal kif kien qabel u mmorru l-Qorti, dik hija xi ħaġa li nistgħu niddiskutu, nagħmlu konsultazzjoni pubblika dwarha, u ngħidu aħna se nibdlu dik it-triq li kien ħa Gvern Laburista li Gvern Nazzjonalista kompla jaħdem fuqha u li llum għandna din is-sitwazzjoni fejn iċ-chairpersons huma taħlita ta' nies li mhumiex avukati u ta' nies li huma avukati.", "Issa jekk irridu nerġgħu mmorru lura u x-xogħol tat-Tribunal Industrijali jidħol fix-xogħol tal-Qorti, allura dik hija diskussjoni oħra.", "Illum l-affarijiet huma hekk għaliex kien hemm deċiżjoni ta' gvern li t-Tribunal Industrijali jkun xi ħaġa għalih biex noħorġu mill-Qorti.", "Jekk niddeċiedu li din mhijiex xi ħaġa li għandha tkompli, allura nitkellmu u nagħmlu diskussjoni.", "Għandna l-MCESD u ħafna fora oħra fejn nistgħu nressquha 'l quddiem u niddiskutuha.", "Issemma li biex isiru dawn iċ-chairpersons m'hemmx konsultazzjoni.", "Dawn iċ-chairpersons jgħaddu mill-MCESD fejn għandek is-social partners kollha, fosthom is-soċjetà ċivili, il-unions tal-ħaddiema il-unions tal-employers u l-Gvern.", "Li tgħid li ċ-chairpersons mhumiex qegħdin isiru permezz ta' konsultazzjoni huwa punt li mhuwiex minnu.", "Kif diġà għedt, dejjem ikun hemm lok għal titjib.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin naħdmu fuq titjib fis-sistema u qegħdin naħdmu biex inkomplu nsaħħu l-istruttura.", "Dawn huma proġetti li għaddejjin il-ħin kollu u x-xogħolna hu li naraw li jkun hemm iktar effiċjenza, li naraw li kwalunkwe entità, tribunal, qorti, kull ħaġa li għandna, dejjem timxi aħjar.", "Issemmiet ukoll xi proposta tal-Malta Employers Association, l-MEA, li ġiet injorata.", "Ma fhimtx eżattament kif dan jista' jkun, għaliex l-MEA qegħdin fl-Employment Relations Board (ERB).", "Il-proposti dwar din il-materja jkunu mressqin fl-ERB fejn l-MEA hija membru.", "Jiġifieri jkollha xi jkollha xi tgħid l-MEA u kull social partner se jgħiduh fl-Employment Relations Board.", "Ma nafx għal xiex kienu qed jirreferu, anzi naraha impossibbli li seta' ntqal hekk għaliex l-MEA għandhom il-forum fejn jistgħu jitkellmu.", "Sur President, issemmiet il-kumpanija Astracast.", "L-Astracast qegħdin jingħataw l-għajnuna kollha li għandhom bżonn mid-dipartiment u nieħu pjaċir ngħid li bl-għajnuna tal-Jobsplus u tal-GWU ħafna mill-ħaddiema diġà sabu impjieg.", "Ovvjament nixtieq li l-ħaddiema kollha jsibu impjieg u d-dipartiment, il-Jobsplus u l-unions qegħdin ikomplu jaħdmu għal dan il-għan.", "Irrid ngħid li huwa veru li hawnhekk niġu biex nikkritikaw ħalli finalment intejbu l-affarijiet, però xi ħaġa li saret tajjeb naħseb għandna nagħtu wkoll rikonoxximent tagħha.", "Jiena se nsemmi xi ħaġa riċenti li kont rajtha fuq NETnews fejn qalu li ntrebħu €90,000 bejn madwar seba' ħaddiema tal-Ariadne Capital.", "U meta din rajtha fuq NETnews għedt: Ara x'inhuma ħelwin!", "Dawn qalu li Dr Joe Giglio rnexxielu jġib €90,000 għal dawn il-ħaddiema.", "Fil-fatt huwa d-Dipartiment tax-Xogħol li ħadem biex dawn in-nies jingħataw din is-somma, imma d-Dipartiment ma ssemma xejn.", "Ovvjament l-Avukat Joe Giglio ħadem u nirringrazzjah tax-xogħol li għamel, imma mbagħad mhux tiġi tikkritika lid-Dipartiment u tfaħħar biss lill-avukat li kien l-avukat tal-ħaddiema.", "Naħseb irridu nkunu ġusti mat-telespettaturi li jkunu qegħdin isegwu l-aħbarijiet u rridu nkunu fattwali biex lin-nies nipprovdulhom informazzjoni b'mod informat u mhux b'mod biased politikament.", "Meta ġew qaluli x'ġara kont għedtilhom li d-Dipartiment tax-Xogħol ilhom jaħdmu ħafna fuqha biex waslu s'hemm.", "Anke ċerti ġurnali, sakemm għadhom ma ħadux dan il-kumpens iġibu artiklu kuljum dwar dawn il-ħaddiema kif kienu, imbagħad meta ħaduhom, kollox sew.", "Sur President, nieħdu gost li d-Dipartiment tax-Xogħol kellu suċċess, u naħdmu biex ikollu iktar suċċessi.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu wkoll fuq il-ħajja tan-nies, fuq id-dipendenza tan-nies fuq paga jew fuq id-dipendenza tan-nies fuq ix-xogħol tagħhom u dejjem trid tagħmel iżjed u dejjem trid tagħmel aħjar, però dak li hu ejja ngħidu x'inhu.", "Dwar it-tisħiħ tad-Dipartiment tax-Xogħol irrid ngħid li għadna kemm appuntajna direttur ġenerali.", "Id-Dipartiment tax-Xogħol sa direttur kien jasal, issa għandna wkoll direttur ġenerali biex inkomplu nsaħħu l-istruttura ta' dan id-Dipartiment.", "L-Onor.", "Farrugia semma l-minimum wage.", "Li rrid ngħid lill-Onor.", "Farrugia hu li l-ewwel ħaġa l-minimum wage għoliet għall-ewwel darba f'25 sena.", "Il-partit li hu kien elett fuq il-biljett tiegħu qatt m'għollieha.", "Issa m'għadux fuq dak it-ticket, però dan qed ngħidu biex nagħti ftit perspettiva.", "Jiġifieri l-partit li inti kkontestajt l-elezzjoni miegħu ma messhiex il-paga minima, qatt m'għollieha.", "Kien il-Gvern Laburista li għolla din il-paga u rridu nkomplu dejjem naħdmu biex inkomplu …(Interruzzjonijiet).", "L-ISPEAKER: Ippermettili daqsxejn, Ministru, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Għall-korrettezza, jiena ħriġt mal-Forza Nazzjonali li fiha kien hemm ukoll il-Partit Nazzjonalista.", "Jien ma ħriġtx taħt il-Partit Nazzjonalista, imma taħt il-Partit Demokratiku.", "M'għandhiex x'taqsam, u hemm ruling dwar dan il-punt.", "Ministru, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "HELENA DALLI: Jien qed ngħid kif tela'.", "Fil-fatt għedtlu li issa ma nafx kif qiegħed.", "Imma kif tlajt kien hemm … (Interruzzjonijiet) Insomma, nafu kif inhi maqsuma din il-Kamra.", "Jiena narak quddiemi hemmhekk, narak man-naħa l-oħra, allura naħseb nafu fejn qiegħed, hux hekk.", "Apparti l-fatt li kien il-Partit Laburista fil-gvern li l-ewwel darba wara 25 sena għolla din il-paga, hemm kummissjoni – u din hija iktar importanti – li tevalwa s-sitwazzjoni tan-nies li qegħdin jgħixu bil-paga minima biex kif jaraw din hijiex biżżejjed.", "Dawn jibagħtu rapport direttament lill-Prim Ministru ħalli din tiġi riveduta.", "Jiġifieri hija xi ħaġa li mhux żdiedet u żdiedet darba jew irridu nistennew madwar 25 sena oħra biex terġa' tiżdied, imma hemm din il-kummissjoni li qiegħda apposta għal hekk.", "L-Onor.", "Farrugia semma wkoll il-paga.", "Aħna nixtiequ li ħadd ma jkun fuq il-paga minima, però meta ssemmi l-paga minima fil-kuntest tal-lum trid iżżid magħha l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li huma orħos, għandek iċ-childcare bla ħlas u għandek benefiċċji oħrajn.", "Jiġifieri dawn kollha qegħdin jgħinu lil dawk il-persuni kemm fuq paga minima u kemm mhumiex.", "Hawnhekk hawn il-Ministru għall-Finanzi jista' jelenka l-affarijiet kollha li jgħinu lill-persuni kemm fuq paga minima u kemm li mhumiex, imma speċjalment lil nies fuq paga minima.", "Infakkru wkoll li qed jitkellem ukoll f'kuntest ta' full employment.", "Fil-fatt semmejna fabbrika li għalqet li l-biċċa kbira minn dawn il-ħaddiema diġà sabu impjieg.", "Din hi s-sitwazzjoni fil-pajjiż.", "Sur President, jiena weġibt kemm jista' jkun għal dak kollu li ntqal f'din il-Kamra.", "Kull min għandu aktar xi jgħid, merħba bih; aħna bil-kritika ntejbu x-xogħol tagħna, però nagħmel appell li qabel isiru l-kummenti hawnhekk dak li jkun jiċċekkja l-affarijiet għaliex ħafna affarijiet li ntqalu ma kenux fattwali.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452\", ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "HELENA DALLI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, għandi messaġġ mingħand il-President.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President ta' Malta:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "26 ta' Ottubru 2018", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, tista' tressaq it-Tieni Qari.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, wara diskussjoni interessanti, niġu issa biex niddiskutu l-istadju tat-Tieni Qari tal-abbozz ta' liġi li permezz tiegħu nimplimentaw il-miżuri tal-baġit, baġit li kien ġie approvat kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kummissjoni meta ltaqgħet fil-meeting taż-Żona Ewro.", "Din tara jekk il-budgets tal-pajjiżi membri fiż-Żona Ewro mxewx skont ir-regoli tal-iStability and Growth Pact.", "Il-pajjiżi taż-Żona Ewro li jaqgħu taħt il-Bank Ċentrali Ewropew f'dik li hija policy monetarja jiltaqgħu wkoll biex jikkordinaw il-policy fiskali.", "Il-pajjiżi taż-Żona Ewro fil-fatt jaqgħu jew taħt l-id preventiva, jew f'każ ta' defiċit u dejn li jmur lil hinn mil-livell stipulat mill-Unjoni Ewropea jaqgħu taħt l-id korrettiva.", "Malta issa m'għadhiex taħt l-id korrettiva imma qiegħda taħt l-id preventiva.", "Il-Kummissjoni tevalwa wkoll il-budgets u tiddeċiedi jekk humiex konformi b'mod wiesa', jew f'riskju li ma jikkonformawx.", "Għandna tliet livelli li jkunu konformi mar-regoli stipulati mill-Kummissjoni.", "Jekk il-Kummissjoni ssib li l-baġit ta' pajjiż partikolari għandu riskju kbir li ma jikkonformax mal-obbligu tal-iStability and Growth Pact, għandha setgħa li titlob lill-pajjiż biex jirrevedi l-baġit u jerġa' jissottomettih.", "Fil-fatt dan ġara fil-każ tal-Italja għall-baġit tas-sena d-dieħla.", "Il-baġit tagħna tal-2019 mhux talli ma ġiex approvat, anzi ġie klassifikat fl-aħjar kategorija, jiġifieri konformi mar-regoli kollha stipulati tal-iStability and Growth Pact u dan huwa riżultat tajjeb ħafna, speċjalment meta tqis li ċerti pajjiżi kbar li jidhru avvanzati u aħjar minna qegħdin f'riskju li l-baġits tagħhom ma jikkonformawx.", "Peress li qed nitkellem dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Baġit, tajjeb nibda billi nispjega u nirrepeti x'inhi l-viżjoni tal-Gvern, kif mexa fuqha, x'għamel biex wasal fejn wasal u r-rwol tal-budgets f'dan ir-rigward.", "Dan se nagħmlu għax jidher li l-memorja tal-Oppożizzjoni hija qasira.", "Forsi dak li jkun din l-ispjega jaraha tedjanti, però huwa importanti nkunu nafu minn fejn tlaqna u fejn wasalna u t-tarġa waħda wara l-oħra li wżajna biex naslu hawnhekk.", "Sur President, dan il-Gvern minn dejjem kellu viżjoni ċara u b'saħħitha li jagħmel lil Malta l-aqwa fl-Ewropa u l-għira tad-dinja.", "Sabiex inwettqu din il-viżjoni fassalna pjan li kien jissejjaħ roadmap u wżajna l-budgets bħala għodda ta' strateġija.", "Aħna ma ġejniex hawnhekk b'kumbinazzjoni jew b'xi manna li waqgħet mis-sema jew ġibna l-flus mill-IIP biss bħalma jħobbu jgħidu huma.", "Se nispjega li dan mhuwiex il-każ.", "L-ewwel budgets kienu mmirati li nżidu l-potenzjal tal-ekonomija Maltija u b'hekk ngħollu b'mod definittiv il-livell tat-tkabbir.", "Forsi kienu ħafna li ma fehmuniex, però konna nispjegaw li jekk il-karozza tiegħek għandha magna żgħira inutli tagħfas il-pedala s'isfel nett, bħalma kien jagħmel Gvern preċedenti, għaliex m'intix se tasal.", "Għalhekk hemm bżonn tibdel il-magna, tibdel il-potenzjal, il-horsepower tal-ekonomija biex imbagħad meta tagħfas il-pedala sintendi tkun tista' tiġri u jkollok dak it-tkabbir sodisfaċenti li, nirringrazzjaw lill-Bambin, Malta qiegħda tilħaq.", "Kif spjegajt diversi drabi, bir-rata baxxa ta' tkabbir li kellha qabel, Malta qatt ma setgħet tikkonverġi.", "Inutli tgħid li tħobb lill-Ewropa, li jkollok in-nuċċali kollu blu bl-istilel fuqu, għax jekk mhux se jkollok rata ta' tkabbir ogħla mill-medja Ewropea qatt m'inti se tikkonverġi b'dak il-livell ta' għajxien tal-pajjiżi avvanzati li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna ma niddejqux nitkellmu fuq it-tkabbir ekonomiku għax huwa l-għajn ta' kull suċċess, huwa l-għajn ta' kull miżura.", "Il-fatt li d-diskussjonijiet jistgħu jmorru lil hinn mit-tkabbir ekonomiku u jmorru fuq l-infrastruttura, fuq l-ippjanar, fuq l-ambjent u fuq l-iskart huwa sinjal tajjeb ħafna, għax int m'intix qed titkellem strettament fuq bread and butter issues bħal meta negozjant jibda jistaqsi minn fejn se jġib il-klijenti jew meta ġenitur jistaqsi jekk uliedu humiex se jsibu impjieg.", "Le, qegħdin nitkellmu dwar affarijiet oħra.", "Huwa s-suċċess ekonomiku li ġabna f'din is-sitwazzjoni.", "Hawnhekk veru li qiegħed nirrepeti, però importanti li nsemmi dan għax donnu li l-Oppożizzjoni tieħu kollox for granted.", "Il-miżura tal-making work pay u l-miżuri kollha li għamilna saru kollha bi skop.", "Forsi daħku bihom, forsi qalu li ma kenux importanti, forsi beżgħu li mhux se jkollhom effett, imma l-in-work benefits, it-tapering programme, il-breakfast club, il-leave b'xejn, il-leave tal-maternità u ċ-childcare bla ħlas huma kollha miżuri li kienu ppjanati bil-quddiem minn qabel l-elezzjoni.", "Kien diġà stmat mhux biss kemm jiswew imma anke fl-effett li se jkollhom antiċipat fuq l-ekonomija sew f'Malta kif ukoll f'Għawdex, speċjalment fid-dinja tax-xogħol.", "Dan fih innifsu wassal biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-impjiegi, speċjalment għan-nisa, u mir-rata baxxa li kellna qabel, ir-rata bdiet tiżdied u laħqet il-75.6% fit-tielet kwart tas-sena l-oħra.", "Irrid ngħid ukoll li n-numru tal-impjegati kważi rdoppja.", "Jien niftakru 100,000 u 120,000, u llum għandna 'l fuq sew minn 200,000.", "Malta qatt ma rat daqshekk nies jaħdmu.", "Għalhekk wieħed imbagħad ma jiskantax li l-qgħad jaqa' f'livell record baxx ta' 3.7% f'Novembru li għadda u għadu nieżel.", "Is-settur privat kompla jkun il-mutur ewlieni b'żieda ta' 90% tal-impjiegi ġodda.", "Dan il-kliem kollu li kienu jgħidu fil-passat qed jisfuma fix-xejn meta tara r-realtà u l-istatistika.", "Hawnhekk hawn il-provi ta' kemm mhuwiex minnu li huwa l-Gvern li qed joħloq ix-xogħol, għax 90% taż-żieda fl-impjiegi huma kollha fil-privat u l-10% l-oħra huma tal-Gvern għaliex irid iżid is-servizz tiegħu, fosthom is-servizz tas-saħħa, is-servizz tal-edukazzjoni, is-servizz fil-politika soċjali u s-sigurtà.", "Huwa fl-interess tal-pajjiż li jaġevola s-servizzi fis-settur pubbliku.", "Min-naħa l-oħra nafu li m'emmnux meta aħna konna għedna li l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma se jorħsu.", "Kienu jgħidulna li ma jistax ikun u kienu jistaqsu minn fejn se nġibu l-flus.", "Il-kollega tiegħi, il-Ministru Helena Dalli għadha kemm semmiet iż-żidiet fil-paga minima li issa hija paga ta' sena għaliex il-persuna tikkwalifika għal paga ogħla fit-tieni sena tagħha.", "Dan barra li kellna żidiet fil-pensjonijiet u riformi f'diversi setturi ta' prijorità biex jiżdiedu sew il-konsum u l-produzzjoni.", "Ridna wkoll inżidu l-opportunitajiet biex nattiraw l-investiment, u hawnhekk mhux kwestjoni li taqbad erbgħa min-nies timpjegahom u joqogħdu jduru mad-dinja bil-bandiera u jgħidulhom: Ejjew Malta!", "L-ewwel nett irid ikollok il-finanzi pubbliċi f'sensihom u jkollok governanza fiskali.", "Meta tikkonvinċi lir-rating agencies li dak li bdejt se tkomplih, meta għedt li se twaqqa' d-defiċit u waqqajtu, għedt li se tagħmel surplus u għamiltu, għedt li se twaqqa' d-dejn u niżżiltu, imbagħad hemmhekk titwemmen.", "U għalhekk ir-rating agencies, l-IMF u l-Unjoni Ewropea dawru d-diskors fuq pajjiżna għal fatt li għandek governanza soda.", "Imbagħad sintendi trid tkun business friendly u tnaqqas il-burokrazija u l-ineffiċjenza biex kemm jista' jkun tattira l-investiment.", "L-investiment ma jridx ostakoli.", "Żgur li mhux se ngħid li l-ostakoli spiċċaw f'pajjiżna għax sfortunatament ma spiċċawx, però huwa fl-interess ta' kull min jaħdem fis-settur pubbliku li jwaqqa' kemm jista' jkun il-burokrazija li ma tagħmel xejn ħlief ħsara għall-investiment f'pajjiżna.", "Jekk inħarsu lejn is-settur tal-lukandi u ristoranti, dan ra żieda ta' kważi erba' darbiet fuq dik ta' qabel l-2013.", "Fil-qasam tal-wholesale u r-retail kien hawn kritika li m'hawnx bejgħ, u għax raw survey li ma kienx għadu aġġustat kienu qalu li issa d-dinja spiċċat f'dak li huwa bejgħ, u l-konsum jaqa'.", "Tiftakru kemm smajna sena wara sena?", "Però llum qegħdin naraw titjib sew fis-settur tal-manifattura u anke fil-kostruzzjoni.", "Ma' dawn inżidu tkabbir sinifikanti f'setturi oħra bħall-avjazzjoni.", "Hawn hi d-diversifikazzjoni!", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li m'għandniex ideat ħlief f'settur wieħed.", "Jiena nista' nsemmi l-avjazzjoni u s-settur marittimu bl-oqsma diversi tiegħu.", "Jiena għadni kemm ipparteċipajt fil-forum li qed tagħmel Malta f'dak li huwa leasing tal-yachts.", "Hemm ukoll is-settur professjonali u dak amministrattiv, is-settur finanzjarju tal-assikurazzjoni, is-settur tal-loġistika, l-industrija tal-films kif ukoll is-settur tal-igaming.", "Attirajna wkoll il-blockchain u nieħu gost indur pajjiżi barra minn Malta fejn mill-ewwel jassoċjawk mal-blockchain.", "Malta hija l-gżira tal-blockchain, ħadna dik il-fama u ma naħsibx li din ħadnieha sempliċement għax għamilna xi erba' reklami.", "Ma tantx għandna riżorsi biex noqogħdu nagħmlu r-reklami dwar dawn l-affarijiet.", "Il-fatt hu li min hu fl-industrija, il-gurus of the world li jivvintaw li jagħmlu dik li ngħidulha disruptive technology, huma konvinti mill-mod kif Malta qed tiffaċċja lill-industrija permezz mhux biss tar-regoli li qiegħda tmexxi u l-awtorità li waqqfet imma anke permezz tal-attitudni ta' can do, li iva, nifhmukom.", "Mhux għaliex issa min jaf kemm se taħbu korruzzjoni u min jaf kemm se tagħmlu hekk!", "Ikun hemm regolamenti biex dan ma jsirx, għaliex il-kumpaniji serji ma jridux li dan isir.", "Se jkun hemm xi okkażjoni fejn nisimgħu b'dik u bl-oħra, mela le!", "Dawn jiġru kullimkien.", "Huwa l-obbligu tagħna li dan ma jsirx, però fl-istess ħin l-attitudni tagħna lejn l-industrija hi li trid tkun pożittiva.", "Sur President, id-disruptive technology hija dik it-teknoloġija li dejjem ġabet avvanzi fid-dinja, illum differenti minn ħames snin ilu u mill-ħamsa ta' qabel u mill-ħamsa ta' qabel, għaliex id-dinja qiegħda tavvanza u trid taċċellera fl-avvanz tagħha.", "Min l-iktar li jikkomunika mal-industrija jkun minn ta' quddiem u jkun maħbub.", "Jien mort f'pajjiżi ħafna aħjar minn pajjiżna, imma l-politiċi, il-gvern u l-awtoritajiet regolatorji huma old fashioned u ma jifhmuhomx lil dawn in-nies bl-istart-ups, bl-invenzjonijiet u bl-affarijiet innovattivi.", "Dawn lanqas jitkellmu l-istess lingwa.", "Dawn in-nies f'din l-industrja jgħiduli: Kellimtu lill-Ministru tagħna, il-kollega tiegħi f'dan il-pajjiż?", "Jgħiduli: Għidlu x'intom tagħmlu intom f'Malta.", "Nibda ngħid: Aħna gżira żgħira; possibbli li dak li qegħdin nagħmlu aħna mhux kapaċi jagħmluh huma?", "Le, għax hija kwestjoni ta' mentalità li aktar ma tkun tajjeb f'dik il-ħaġa li tkun għamilt qabel, iktar issibha diffiċli biex tkun flessibbli u tadatta għal teknoloġija ġdida.", "Dan huwa l-vantaġġ ta' Malta.", "Għandna xjentisti u nies li jagħmlu r-riċerka, però m'għandniex dik il-kwantità li hemm f'pajjiżi oħrajn.", "Madankollu, għandna xi ħaġa importanti li għandna nibżgħu għaliha, il-fatt li kapaċi nifhmu lil ħaddieħor, li lesti naqduh, li niffaċilitaw li l-kumpanija tiegħu topera f'pajjiżna b'ċerta faċilità u kemm jista' jkun bl-inqas burokrazija possibbli.", "Sur President, aħna rriformajna wkoll l-intrapriżi statali.", "Irridu niftakru fejn kienet l-Enemalta f'Diċembru tal-2012.", "Din kienet mhux f'xifer ta' falliment, imma f'falliment f'dik il-ġurnata li kellha tirritorna l-flus li ssellfet minn bank ta' żvilupp Ġermaniż u l-flus ma kenux hemm.", "Li ma kienx għall-mod kif ġie rescheduled u li erġajna ssellifna minn bank ieħor u għamilna l-ispecial purpose vehicle, kieku l-Enemalta falluta.", "Illum qiegħda f'pożizzjoni ferm aħjar u dan mhux qed ngħidu jien imma qegħdin jgħiduh ir-rating agencies.", "Fit-trasport pubbliku kellna l-kaos u l-falliment ta' kumpanija kbira u serja li ġiet misled f'pajjiżna għax tajnieha stampa differenti mir-realtà.", "Din fil-fatt telqet minn pajjiżna inkiss inkiss b'telf ta' madwar €100 miljun.", "Illum għandna trasport li s-sena l-oħra laħaq record ta' 53 miljun passiġġier, li jfisser żieda ta' 11.3% fuq is-sena ta' qabel.", "Imbagħad niġu għat-tkabbir ekonomiku li wieħed jista' jarah, u meta tmur barra u tara pajjiżi oħrajn, tirrealizza anke d-dinamiżmu, il-mod kif trid taċċellera t-tkabbir.", "It-tkabbir huwa xi ħaġa fenomenali.", "Illum kulħadd iħares lejna b'ċerta ammirazzjoni.", "Dan aktar u aktar meta qed tikber din ir-rata u s-setturi qegħdin jikbru magħha.", "Din mhijiex kwestjoni ta' xi ħadd qiegħed ipoġġi wara dahar xi ħadd flus u jiżdiedu, imma l-impjiegi tista' tarahom u tmisshom b'idejk.", "Bejn l-2008 u l-2012 kellna rata medja ta' 1.7% u llum din telgħet għal 7.2%.", "Hija żieda fl-attività ekonomika tal-pajjiż erba' darbiet daqs li kienet.", "Barra minn hekk, għandek pajjiż li bil-mod il-mod qed jilħaq l-istandard of living Ewropew.", "Fl-2003 il-Prodott Domestiku Gross, ras għal ras, kien ta' 82% tal-medja Ewropea u sal-2012 dan tela' b'1% għal 83%, jiġifieri f'disa' snin tela' b'1%.", "B'kuntrast, illum – u kkalkolajna fuq l-2017 għax għadha ma ħarġitx il-figura tal-Unjoni Ewropea tal-2018 - tlajna għal 96% tal-medja Ewropea.", "Fit-tielet kwart tas-sena li għaddiet Malta għal darb'oħra rreġistrat l-ikbar tkabbir ekonomiku li kien ta' 7.5%.", "Qegħdin naraw li r-rata qiegħda taċċellera kwart wara kwart.", "Din żdiedet bil-bosta iktar mill-medja Ewropea u taż-żona Ewro li kienu ta' 1.9% u 1.7% rispettivament.", "Sur President, hawn irrid insemmi kwalifika oħra.", "Fil-global competitive index report għas-sena l-oħra, f'dik li hija stabilità makroekonomika, Malta telgħet fl-ewwel post fir-ranking.", "Dan huwa riżultat tal-upgrades li rċevejna f'dawn l-aħħar snin mir-rating agencies kif ukoll mill-IMF u aġenziji internazzjonali.", "Kwalifika oħra hija l-alert mechanism li meta tlajna fil-Gvern konna f'din il-proċedura.", "Fil-fatt l-alert mechanism li sar fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea rrapporta ħafna pajjiżi li fl-in-depth reviews kienu qegħdin fir-riskju, imma Malta ma kenitx fosthom.", "Dan ukoll huwa ċertifikat sabiħ li nassigurakom li meta nkun ma' sħabi nkun kuntent bih u nuri li Malta hija pajjiż mhux biss avvanzat, imma pajjiż ta' suċċess li m'għandux għalfejn iħammar wiċċu fejn tidħol governanza fiskali.", "Il-Fond Monetarju Internazzjonali fl-aħħar mission li kellu f'pajjiżna u li telqet minn hawnhekk madwar ġimagħtejn ilu, ukoll kellu kliem ta' tifħir.", "Infatti l-IMF innota li t-tkabbir ekonomiku baqa' wieħed mill-iktar b'saħħtu fl-Unjoni Ewropea u mistenni jirriżulta f'konverġenza rapida ta' dħul mal-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin jantiċipaw li l-prospetti tat-tkabbir se jibqgħu favorevoli għal pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Din ukoll hija aħbar tajba u importanti. ll-Fond Monetarju Internazzjonali qed jgħidilna li l-prospetti ta' pajjiżna huma sbieħ.", "Hemm riskji?", "Fil-fatt kull evalwazzjoni jkollha d-downside risks u l-upside risks, imma meta jibbilanċjaw hija pożizzjoni tajba li inti għandek riskji li jmorrulek 'l isfel u riskji li jistgħu jtellgħuk 'il fuq.", "L-importanti hu li meta nagħmlu l-evalwazzjoni jkun hemm bilanċ bejn dawn iż-żewġ riskji.", "Fil-fatt isostnu li dan isir minn domanda domestika, minn dħul dejjem jikber, qgħad baxx u investiment li hemm ippjanat għal pajjiżna.", "Huma jbassru wkoll li għandna surplus ieħor, is-surplus numru 2 mhux fuq il-kont fiskali imma fuq il-kont kurrenti barrani.", "Dan ifisser kemm Malta tixtri minn barra l-pajjiż u kemm tbigħ lil pajjiżi oħrajn.", "Fil-fatt Malta tbigħ iżjed milli tixtri minn barra, u dan isarraf f'surplus fil-kont kurrenti barrani.", "Dawn qed jistennew li dan se jibqa' sostanzjali grazzi għal prestazzjoni b'saħħitha fis-servizzi.", "Bħalma għedt, f'din l-istqarrija l-IMF jgħidu ċar li r-riskji għal dan it-tbassir huma bilanċjati.", "Din hija xi ħaġa li l-ekonomisti jemmnu ħafna fiha għax il-futur ħadd ma jafu, però meta r-riskji huma kollha downside, dejjem 'l isfel, il-probabbità hi li se taqa', għax m'għandek xejn xi jpatti.", "Meta jkunu bilanċjati għall-inqas għandek xi jpatti b'ċerti riskji pożittivi.", "Lili personalment u lill-Gvern li l-iktar li tagħtina sodisfazzjon hi li l-IMF attribwiet il-qagħda finanzjarja b'saħħitha kemm fil-privat kif ukoll fis-settur pubbliku għar-riformi u l-politika prudenti ta' dan il-Gvern.", "Naħseb li reklam isbaħ minn hekk l-IMF ma setgħetx tagħmlilna.", "Niġu issa għal dan il-famuż surplus li jagħti fastidju kbir lill-Oppożizzjoni u dejjem għandhom xi kumment biex jipprovaw jirredikolawh jew iwaqqgħu l-importanza tiegħu.", "Kellna prinċipju sempliċi li d-dħul u l-infiq ikunu tal-istess valur.", "Iktar sempliċi minn hekk ma tistax tkun.", "Huwa b'hekk biss li inti ma tagħmilx deficits, li tonfoq kemm taqla'.", "Familja taf x'jiġifieri.", "Jekk se tonfoq iżjed milli taqla', se tispiċċa tiddejjen, se jkollok taqa' fuq ħaddieħor, se tkun skjav ta' ħaddieħor, se jibda jikkmandak ħaddieħor, se jikkmandak il-bank jew min sellfek.", "Dan huwa prinċipju verament sempliċi li sfortunatament jew ironikament għal iktar minn 30 sena ma konniex nilħquh.", "Konna nissellfu u spiċċajna rridu nagħtu iżjed milli kapaċi naqilgħu.", "Konna spiċċajna bid-dejn dejjem tiela' u tiela'.", "Jekk ikun hemm familja li tonfoq iktar milli ddaħħal tispiċċa tiddejjen, u konsegwenza ta' hekk il-livell ta' għajxien jibda t-triq għan-niżla għaliex imbagħad tkun kostrett li tħallas id-dejn l-ewwel u mhux il-bżonnijiet tal-familja.", "L-istess jgħodd għall-pajjiż, u dak li kien qed jiġrilu pajjiżna, għalhekk kien sejjer lura, għall-fatt li d-dejn dejjem jiżdied, l-imgħax fuqu dejjem jiżdied u dak li jgħidulu room for manoeuvre, jiġifieri m'għandekx fejn timmanuvra, dejjem jonqos.", "Konna spiċċajna b'chunk kbir ta' €280 miljun ta' dħul mit-taxxi minflok qed tonfoqhom fuq l-iskejjel, fuq l-edukazzjoni, fuq is-saħħa, fuq il-pilloli u fuq l-operazzjonijiet, qed tonfoqhom fuq imgħax tad-dejn li ħallielek ħaddieħor, u dan huwa l-kruha tad-dejn.", "U mela għaliex inġemmgħu l-wealth fund!", "Imma din xi ħaġa li niġi għaliha 'l quddiem.", "Sur President, minn fejn ġej is-surplus?", "Aħna bdejna nippjanaw b'mod li fil-budgets, bħalma għedt, nonfqu within our needs u nħallu xi ħaġa għall-quddiem xi nġemmgħu.", "It-tiġmiħ huwa valur pożittiv, id-dejn mhuwiex.", "Li wieħed iġemma' hija barka, u naħseb li wieħed jiddejjen, li huwa l-oppost, hija saħta!", "Għamilna comprehensive spending reviews, jiġifieri ejja ma naħsbux li hija xi ħaġa faċli, sew għall-Finanzi kif ukoll għal ministri oħrajn li jridu jkunu prudenti u jistennew li jkollhom il-mezzi biex jagħmlu dak li jridu jagħmlu.", "Dak hu s-sagrifiċċju li jrid isir jekk inti trid ma tiddejjinx.", "Trid tkun prudenti fin-nefqa tiegħek.", "Hija kwalità importanti u nisperaw li n-naħa tal-Gvern żgur huma konvinti minnha, nisperaw li l-Oppożizzjoni tgħallmu t-tagħlima li dawk il-35 deficit li saru l-ebda wieħed ma jerġa' jirrepeti ruħu.", "Fl-2017 irreġistrajna surplus ukoll u ninsabu fiduċjużi li fl-2018, is-sena l-oħra, għat-tielet sena konsekuttiva se nerġgħu nirreġistraw surplus fil-finanzi pubbliċi.", "L-aħħar figuri li saru permezz tas-sistema ta' accruals u mhux ta' cash s'issa wrew surplus qawwi fil-finanzi pubbliċi fl-ewwel tliet kwarti tas-sena.", "Mhux hekk biss, imma Malta rreġistrat ukoll surplus ta' 3.6% tal-Prodott Domestiku Gross.", "Jekk inħarsu lejn is-sitwazzjoni fil-Fond Konsolidat għas-sena 2017 insibu li jekk inneħħu l-grants jew mill-infiq inpattu għalihom bil-grants, kif inhu mistenni, niġu naqblu ma' dak li ġie rapportat taħt l-accrual system.", "Tajjeb ngħidu li dan is-surplus ma jfissirx li l-Gvern ixxaħħaħ.", "Biss biss għal dan il-Baġit il-Gvern għamel rekord ta' infiq diskrezzjonali, jiġifieri nfiq li ddeċieda fuqu hu u mhux għax hu committed għax hemm il-pagi u affarijiet simili.", "Parti kbira tal-infiq tal-baġit huwa committed.", "Jekk għamilt collective agreement, jekk għandek in-nies trid tħallashom, il-materjal u l-fuel trid tħallashom, però jekk tkun bilgħaqal tkun tista' twarrab somma li tista' tużaha għal miżuri ġodda.", "Jekk ma jkollokx miżuri ġodda tkun ripetittiv u tista' ma jkollokx baġit.", "Din is-sena kellna somma rekord ta' €80 miljun li warrabna biex jintefqu fuq miżuri ġodda.", "Bihom stajna nindirizzaw familji bi dħul baxx f'baġit wieħed wara l-ieħor u r-riżultat kien li r-rata tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali li kienet għoliet għal 24% taħt Gvern preċedenti, issa niżlet għal 19% fl-2017.", "L-istess nistgħu ngħidu għar-rata ta' faqar sever li niżlet għal 8% minn 22.9% fl-2014, jiġifieri tnaqqis sostanzjali.", "Huwa minnu li f'pajjiżna baqa' l-faqar, u jiena ma naf bl-ebda pajjiż li jista' jgħid b'idejh fuq sidru li l-faqar ma jeżistix f'pajjiżu, imma l-importanti hu li l-politika tal-Gvern qed twassal għal waqgħa fil-livell u fir-rata ta' dan il-faqar.", "Imma ħalli issa niġi għad-dejn.", "Sur President, is-surplus huwa mezz biex iwaqqa' d-dejn.", "Fil-fatt bi pjaċir inħabbar li fejn qabel kien jeċċedi s-70%, illum id-dejn niżel għal 45.9%, rata sabiħa ħafna.", "Mela mhux talli waqa' għal 60%, imma waqa' għal taħt is-60% u għadu nieżel.", "Ta' min jgħid hawnhekk li dan mill-flus tal-IIP.", "Tan-naħa l-oħra jgħidu li dan b'riżultat tal-flus mill-IIP.", "Dawn żgur huma flus li qegħdin inġemmgħu u nużaw il-wealth fund fuqhom u jwasslu għal €700 miljun, somma sabiħa ħafna, però din bejn wieħed u ieħor hija biss 7%.", "Mela jekk inti kellek 73% u tneħħilu 7% jibqagħlek 66% li hija tajba.", "Imma aħna nżilna għal 45.9%, jiġfieri kien l-għaqal tal-Gvern u mhux ir-reliance fuq l-IIP biss li waqqa' din ir-rata tad-dejn.", "X'differenza hemm bejn ħames snin ta' gvern issa u ħames snin ta' gvern qabel!", "Niġu issa għall-IIP għax qed isir ħafna storbju fuq l-IIP.", "Tan-naħa l-oħra għamlu minn kollox biex jitwaqqaf mill-Unjoni Ewropea.", "Dan tellajnieh il-Parlament Ewropew u tlabna biex jitla' għand il-Kummissjoni biex jevalwawh.", "Għadda, għamilna xi tibdil, imma l-istorja għadha sejra.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu overall li l-programm, bħalma għedt, fil-fatt tella' €700 miljun.", "Huwa programm tajjeb li għall-ewwel darba f'pajjiżna għandna dak li ngħidulu l-wealth fund.", "Mhuwiex kbir, huwa €700 miljun, jiġifieri meta tisma' l-biljuni ta' pajjiżi sinjuri mhuwiex kbir, imma x'differenza jkollok €700 miljun imġemmgħin milli jkollok biljuni f'dejn!", "Riċentement il-Kummissjoni ħarġet rapport lill-Parlament Ewropew u aħna fil-fatt naqblu mar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport għaliex dawn qegħdin jgħidu dak li dejjem ngħidu aħna, dwar li jkun hemm due diligence robusta u trasparenza f'dawk l-ismijiet.", "Aħna noqogħdu ngħidu għal pajjiżna, imma pajjiżi oħra l-ismijiet ma jippubblikawhomx.", "Malta hija l-uniku pajjiż li jippubblika dawn l-ismijiet.", "Ovvjament intqalu ħafna affarijiet oħra li wħud minnhom għandna r-riservi fuqhom, però għal dik li hija due diligence, jekk 25% tal-applikazzjonijiet jiġu rifjutati, dan huwa sinjal li d-due diligence qed isir u qed isir b'ċertu serjetà.", "Nixtieq inkun naf f'pajjiżi oħra kemm jiġu rifjutati applikazzjonijiet.", "Hija ironija kbira li ngħidu u nikkritikaw il-mijiet tagħna meta fil-fatt f'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea jkollhom il-miljuni li jieħdu ċ-ċittadinanza.", "Dawk il-miljuni kollha għaddew mill-għarbiel li Malta għaddiet minnu lill-applikanti tagħha?", "Din hija l-mistoqsija!", "Naħseb jekk issir investigazzjoni ta' dawk il-miljuni naraw li hemm question marks ħafna iżjed minn dawn li qegħdin jipprovaw jitfgħu fuq l-iskema ta' pajjiżna.", "Interessanti wkoll ngħid li Malta kienet l-aħħar waħda.", "Il-Bulgarija u Ċipru snin qabel kienu introduċew din l-iskema u Alla jbierek fl-UE ma ssemma xejn.", "Imbagħad kienu sħabna tal-Oppożizzjoni li bdew jiskruplaw b'din l-iskema għax m'għoġbithomx li pajjiżna jibda jġemma' u jkollu wealth fund.", "Għalihom dik hija immorali u li tiddejjen u tħalli l-ġenerazzjonijiet futuri bid-dejn mhijiex immorali.", "Hawn irrid ngħid li għas-sena d-dieħla wkoll, is-surplus se nkunu qed nilħquh anke mingħajr l-introjtu tal-IIP.", "Dan biex inneħħi kull impressjoni li s-suċċess ta' pajjiżna qed jiġi biss mill-IIP.", "Irridu nagħmluha ċara, kif diġà għamilnieha ċara, li s-surplus tal-Gvern qegħdin nilħquh wara li naqtgħu d-dħul kollu mill-IIP.", "Il-Gvern qed juri lid-dinja li bl-IIP u mingħajr IIP huwa kapaċi jlaħħaq is-surplus u jibbilanċja l-finanzi tal-Gvern.", "Din hija importanti biex nuru lil min jipprova jiddubita s-surplus tal-Gvern.", "Sintendi, meta mbagħad iżżid id-dħul mill-IIP, is-surplus se jikber, u iktar ma jikber merbħa bih għaliex imur għall-wealth fund li l-għan tiegħu huwa li jinvesti f'pajjiżna fis-settur soċjali.", "Hawn ma rridux ninsew li dawn il-flus iridu jmorru, fl-aħħar mill-aħħar, f'investiment fis-settur soċjali, fil-qasam tad-djar u oqsma simili.", "Sur President, l-iskop tal-baġit għal din is-sena 2019 kienet li kemm jista' jkun nolqtu lill-qasam soċjali b'dawk it-€80 miljun f'miżuri ġodda għall-poplu Malti u Għawdxi, miżuri mmirati biex itejbu d-dħul ta' min jaħdem u l-familja tiegħu, familji li jinkludu tfal kif ukoll ir-romol u l-pensjonanti.", "Barra minn hekk f'dan il-baġit komplejna nindirizzaw l-isfidi ġodda li ġab miegħu l-livell ogħla ta' tkabbir.", "Iva, ikollna nammettu li t-tkabbir u s-suċċess fih innifsu joħloq problemi u sfidi ġodda.", "Dan il-Gvern mhux se jibża', u qiegħed jindirizza dawn l-isfidi, fosthom pressjoni fuq l-infrastruttura, l-ambjent u speċjalment l-immaniġġjar tal-iskart u s-suq tal-proprjetà.", "Għandna numru ta' miżuri li ladarba jibdew jiġu implimentati jtaffu dawn l-isfidi li għadni kemm semmejt.", "Barra minn hekk, Sur President, il-baġit kompla jżomm il-wegħda li nnaqqsu l-piżijiet tat-taxxi.", "Fil-fatt l-ebda Ministru tal-Finanzi ma tisimgħu jgħid li hu jista' jwiegħed li ma jsirux taxxi.", "Hija kontra l-funzjoni ta' Ministru tal-Finanzi, però fejn nistgħu, nevitaw li nagħmluhom.", "Huwa ta' pjaċir ngħid li l-Baġit 2019 għat-tieni darba huwa baġit bla taxxi.", "Komplejna ninċentivaw ix-xogħol, dawk full-timers, part-timers u anke self-employed, kif ukoll komplejna ngħollu d-dħul tal-familji tagħna.", "Hawnhekk għandna ħafna miżuri, fosthom l-allowance għall-foster carers, it-tneħħija tal-miżati tal-eżamijiet tal-Matsec, u x-xita ta' miżuri li għamilna għall-Għawdxin, miżuri innovattivi.", "Kien ta' pjaċir għalija li nħabbar dawn il-miżuri fil-ġurnata tal-baġit.", "Tajna wkoll inċentivi fiskali billi daħħalna l-witholding tax ta' 15% fuq il-kirjiet.", "Dik hija xi ħaġa li għamilna wkoll fil-passat, u hemm ukoll l-għajnuna finanzjarja lis-sidien biex jirranġaw il-proprjetà tagħhom u joffruha għal kirjiet fit-tul għal skopjiet soċjali.", "L-iktar waħda importanti kienet dwar l-affordable rent li d-dettalji tagħha se jiġu mħabbra ftit ġranet oħra.", "Komplejna ngħollu d-dħul għal 92,000 pensjonant; fil-fatt fil-pensjonijiet rajna żieda ogħla mill-COLA across the board.", "Dak li l-pajjiż seta' jaffordja, tah, u bi pjaċir ngħidu li tajnieh.", "Komplejna nagħtu grant għal persuni 'l fuq minn 75 sena, ħabbarna li se noħorġu bis-savings bonds għal persuni ta' 62 sena, tajna aktar għajnuna għall-persuni vulnerabbli u wkoll komplejna nindirizzaw, mingħajr ma nidħol fid-dettall, l-isfidi ġodda ta' trasport b'xejn b'Tallinja Card.", "Nixtieq issa ngħid xi ħaġa żgħira dwar il-Euro Group u dwar l-aħħar ECOFIN li kellna u l-pożizzjoni ta' Malta fuq d-deċiżjonijiet li ttieħdu f'Diċembru 2018 fejn ġie approvat ir-rapport ippreżentat mill-Euro Group dwar it-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea.", "Se nsemmi r-riforma fil-mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilità u l-introduzzjoni ta' strumenti baġitarji għall-kompetizzjoni u konverġenza.", "Li rrid ngħid hawnhekk huwa li l-pożizzjoni ta' Malta mhijiex li jinħoloq baġit ġdid b'taxxi ġodda Ewropej.", "Aħna kontra għax mhuwiex fl-interess ta' pajjiżna, u dan għednieh biċ-ċar.", "Naqblu li jkun hemm fond li jittieħed mill-baġit Ewropew u li dan ikun hemm għal meta forsi jinqala' l-maltemp, però aħna m'aħniex naqblu ma' dawn l-ideat grandjużi li noħolqu baġit ġdid b'taxxi ġodda Ewropej u nivvintaw taxxi ġodda, aktar u aktar fi żmien meta ġejja problema kbira għall-Unjoni Ewropea minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Li jsir baġit ġdid f'dan il-mod żgur li jkun ta' dannu jew ta' periklu għal pajjiżna f'dik li hija kompetittività.", "Aħna l-pożizzjoni ta' Malta għamilnieha ċara u kien hemm ħafna pajjiżi oħra li qablu ma' din il-pożizzjoni.", "Dwar l-unjoni bankarja aħna nappoġġjawha u dwar l-IDIS, dwar li jkun hemm deposit guarantees scheme naqblu wkoll.", "Dwar l-Invest EU fejn se jinġabru flimkien il-programmi tal-Unjoni Ewropea f'dak li huwa investiment u li fil-parti l-kbira jitmexxew mill-Bank ta' Investiment Ewropew (EIB), u l-kumplament minn banek oħra nazzjonali - anke jekk ma tantx ħallewlhom spazju, però dan huwa consensus li nstab fl-ECOFIN - aħna tlabna li l-governanza għandha tkun b'mod li kulħadd ikun ekwu, jiġifieri pajjiżi żgħar ma jispiċċawx jiġu elbowed out u jispiċċaw i jagħmlu xi working group jew task force.", "Din hija xi ħaġa li ġrat fil-passat u aħna avżajna fil-Kunsill - u tkellimt jien - li se nisħqu li l-governanza għandha tkun ekwa u l-pajjiżi ż-żgħar m'għandhomx jiġu esklużi taħt forma jew oħra.", "Naħseb fuq il-Brexit ma tantx għandi xi nżid ma' dak li ntqal fil-press conference tal-Prim Ministru u allura se niġi għall-miżuri li jindirizzaw il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.", "Hawnhekk nista' nibda bl-aħħar.", "Il-Kummissjoni ħarġet l-infringements u l-warnings fuq il-pajjiżi li ma mexxewx id-direttiva jew m'għamlux it-transposition li kienet qed tistenna.", "Issemmew xi għaxar pajjiżi imma huwa ta' pjaċir ngħidu li Malta mhijiex fosthom.", "Minkejja l-kampanja li kien hemm sew mill-Oppożizzjoni u anke fil-Parlament Ewropew, waslet fejn waslet, intqal xi ntqal, il-punt huwa li mill-ftit li qiegħed nara, fl-aħħar ir-rota qiegħda ddur u ż-żejt qiegħed jitla' f'wiċċ l-ilma.", "Il-Kummissjoni qiegħda tirrealizza li kienet xi ħaġa grotteska li tpoġġi lil Malta u l-Latvja fl-istess keffa meta rajna tant skandli kbar ta' miljuni kbar u flus minn ċerti pajjiżi għal pajjiżi Ewropej għal tant snin b'regolatur ma jaqbadhomx.", "Imbagħad aħna għamilna dan il-qorti kollu!", "Jiena żgur li mhux se ngħid li f'pajjiżna ma jistax ikollna jew m'għandniex jew ma kellniex ħasil ta' flus, imma mhuwiex sew li fuq kwestjoni ta' bank li ma żammx il-proċeduri in place tagħmel breach of EU Treaty, imbagħad nisimgħu b'dawn l-iskandli f'pajjiżi oħra u qisu ma sar xejn!", "Ma ngħidx li ma sar xejn, ma qalitx hekk l-UE, però mhuwiex fair li pajjiżna jitpoġġa fl-istess keffa ma' ċerti pajjiżi kif ipprovaw ipinġu l-Oppożizzjoni li saħansitra qalu li aħna agħar minnhom.", "Le, Malta mhijiex post tal-mafja, ma jistħoqqilhiex li titpoġġa fl-istess keffa ma' ċerti pajjiżi meta naraw l-iskandli li jsiru u speċjalment jitfgħu dell ikrah fuq ir-regolatur.", "Jien dejjem għedt li niddefendi lir-regolatur, li nafhom, jagħmlu xogħolhom u jagħmlu l-aħjar almu tagħhom.", "Huwa veru li hemm room for improvement, hemm ukoll lok fejn tiġi anke restructured biex tissaħħaħ, u dan huwa l-iskop li aħna appuntajna n-National Coordinating Unit fejn hemm l-ogħla istituzzjonijiet rappreżentati u għamilna n-national risk assessment.", "Dan ġie jiswa l-flus, imma hekk biss tista' ġġib l-aħjar konsulenti li huma esperti globali f'dan ix-xogħol u li jagħmlu x-xogħol b'mod trasparenti.", "Lil dawn għednielhom biex jaraw fejn huma r-riskji f'pajjiżna, settur settur, jagħmlulna pjan u jekk naraw li hu fl-interess tagħna nimxu fuqu.", "U dak hu li għamilna.", "Irrid ngħid ukoll li kien ta' pjaċir niltaqa' maċ-Chair tal-Financial Sector Assessment Programme (FSAP) tal-IMF li ġie fl-aħħar ġranet tal-Article 4 Mission li qalet li ħadet gost tara l-kambjament f'pajjiżna, u baqgħet skantata li dak li wegħedna beda jsir fi ftit ġimgħat.", "Hi ġiet fuq l-FSAP, wegħduha ħafna affarijiet, hi ħadithom at face value, ġiet u rat li dik għaddejnieha mill-Parlament, dik għaddejnieha mill-Kabinett u dik qed issir.", "Rat il-progress.", "Mhux ngħid li baqgħet skantata, imma kienet kuntentissima li fil-ftit ġimgħat li għaddew minn mindu telqet għal meta reġgħet ġiet mal-Article 4 Mission rat il-progress.", "Malta żżomm kelmtha sew fil-passat taħt gvernijiet ta' qabel u anke llum.", "Malta mhijiex kif ipprovaw ipinġuha f'dawn l-aħħar xhur jew forsi sentejn, li fejn laqat laqat!", "Mhu veru xejn, għandna r-regolaturi tagħna li huma smart, jagħmlu l-aħjar tagħhom u huwa ħażin ħafna li niddemotivawhom u nipprovaw inpoġġuhom f'dawl li ma jistħoqqx lil pajjiżna.", "Bħalma għedt, dan qiegħed jiġi rikonoxxut bil-mod il-mod bir-rapporti li qed joħorġu.", "Għada pitgħada joħroġ ir-rapport innifsu tal-FSAP u wara joħroġ ukoll ir-rapport tal-Moneyval.", "Dawn huma esperti mid-dinja kollha li ġew hawn - qed ngħid sew għal tal-FSAP u sew għal tal-Moneyval – biex jaraw huma b'mod indipendenti u mhux b'mod politiku, mhux b'nuċċali politiku u b'ħafna aġendi.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għall-politika lokali imma anke dik Ewropea għax, sfortunatament il-politika tidħol ukoll f'ċerti istituzzjonijiet Ewropej.", "Din ma niddejjaqx ngħidha għax qed naraha b'għajnejja.", "Għalhekk nieħdu gost naraw istituzzjonijiet internazzjonali li, mingħajr aġenda politika, jaraw where we stand wara li jeżaminawna u jevalwawna.", "Dawn jikkritikawna b'mod oġġettiv u aħna nilqgħu s-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom li nkunu lesti li nattwawhom, sew fil-każ tal-FSAP li qiegħed hemm biex jara l-istabilità finanzjarja ta' pajjiżna, kif ukoll il-Moneyval li xogħolha huwa li tara kemm pajjiż huwa attrezzat biex jiġġieled il-ħasil tal-flus.", "Bħala konklużjoni rrid ngħid li naħseb li l-isfida tagħna hi li nimmaniġġjaw is-suċċess tagħna.", "Hemm ħafna li meta tkellimhom jgħidulek dwar kemm jixtiequ li qegħdin f'din is-sitwazzjoni.", "Iva, qegħdin f'dik is-sitwazzjoni!", "Hija sfida, mhijiex faċli li inti ssib il-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent, li inti tara l-affarijiet, id-drittijiet u tidħol fid-dettall, li tista' taffordja li tidħol f'dawn l-affarijiet.", "Ma tridx tinsa l-bread and butter issues sempliċement għax ilħaqthom, però ma tridx tmur fl-estrem l-ieħor fejn tgħid li għandna investiment iktar milli għandna bżonn.", "Naħseb li l-investiment la għandna nirredikolawh u lanqas nagħtuh bis-sieq.", "L-ebda pajjiż ma jagħti bis-sieq lill-investiment.", "L-investiment għandna nilqgħuh, għandna nkunu selettivi, iva, u rridu naraw x'inhu l-aħjar għal pajjiżna, però huwa fl-interess tagħna li nħarsu lejn l-isfidi għall-futur biex nilqgħu għalihom b'mod li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u tal-Għawdxin.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru għall-Finanzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 29 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Kumitat", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Grazzi ħafna, Sur President.", "Ilkoll naqblu li pajjiżna mill-Indipendenza 'l hawn għamel passi kbar 'il quddiem.", "F'għajnejn il-Partit Nazzjonalista l-akbar qabża bla dubju kienet is-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, qabża li mbagħad kienet ikkonsolidata aktar tard bl-adozzjoni tal-munita Ewro.", "Dawn il-passi 'l quddiem setgħu jseħħu għax il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kellu l-pożizzjoni tiegħu ċara fuq il-kwestjonijiet ewlenin kollha li pajjiżna jkun għaddej minnhom.", "Il-politika tal-persważjoni hija l-akbar għodda li ħaddimna maż-żmien biex tajna direzzjoni lil dan il-pajjiż u llum qed naqtgħu l-frott ta' din id-direzzjoni.", "Meta niltaqa' ma' ġurnalisti u kostitwenti jkun hemm min jistaqsini x'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista fuq xi kwestjoni jew tema partikolari u allura jixraq li aħna bħala Oppożizzjon nibqgħu nwasslu l-messaġġ ta' x'inhi l-viżjoni tagħna, fiex nemmnu u fejn irridu naslu.", "Aħna rridu miri ċara għall-2030 u għall-2050 biex uliedna jkunu jafu fejn se nieħdu lill-pajjiż fid-deċennji li ġejjin.", "Jekk illum nistaqsu lin-nies dwar fejn sejjer il-pajjiż żgur li t-tweġibiet ikunu miżgħuda bit-tlaqliq għax il-Gvern ma ppreżenta l-ebda pjan fit-tul lill-poplu Malti u Għawdxi, la fit-trasport, la fl-edukazzjoni, la fis-saħħa, la fl-ambjent u wisq inqas fl-investiment biex il-ġenerazzjonijiet ta' għada jippjanaw fejn se jitfgħu saqajhom.", "Il-Gvern mhuwiex jagħraf li dawn is-setturi huma ħolqa f'katina waħda.", "Il-ħajja tiddependi mis-saħħa u mix-xogħol, u x-xogħol jiddependi mill-edukazzjoni, mis-saħħa, mit-turiżmu u mill-investiment.", "L-edukazzjoni tiddependi mill-qagħda finanzjarja u minn familji sodi u l-familji sodi jiddependu mil-livell ta' għajxien u mill-kwalità tal-ħajja.", "Il-kwalità tal-ħajja tiddependi mill-immaniġġjar tal-iskart u l-indafa, mill-ambjent u l-arja nadifa, mit-trasport u l-ispazju għar-rikreazzjoni u mit-trattament xieraq anke lill-annimali.", "Dawn huma kullana waħda li jekk ikollha ħolqa nieqsa titlef is-siwi tagħha, u allura rridu nispjegaw lin-nies fiex nemmnu bħala Oppożizzjoni u kif dak li nemmnu fih aħna se jwassal biex in-nies ikollhom ħajja aħjar.", "Il-valur primarju tagħna, Sur President, huwa l-ħajja, li kulħadd huwa persuna, huwa individwu u mhux tmien ċelloli jew miljun ċellola.", "Il-bniedem huwa individwu wieħed jew waħda, ilkoll uniċi bid-drittijiet tagħna.", "Aħna nemmnu li rridu nħarsu kull stadju tal-ħajja li tibda fil-mument tal-konċepiment u tintemm bil-mewt naturali, u għalhekk il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista fejn jidħol l-abort hija ċara.", "Ma naqblux!", "La nemmnu fil-ħajja, aħna nemmnu wkoll fid-drittijiet tal-bniedem, jimpurtana min-nies u għalhekk l-għajta tagħna hi: Soċjetà li jimpurtaha.", "Fl-1987, jiġifieri kważi 32 sena ilu, il-Partit Nazzjonalista kien elett fil-Gvern u l-ewwel liġi li għadda mill-Parlament Malti dak iż-żmien kienet dik li tittrasponi l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-liġijiet Maltin u permezz t'hekk kull ċittadin ngħata drittijiet kbar, saħansitra li nistgħu ntellgħu lill-istess gvern tal-ġurnata quddiem il-Qorti.", "Dawn id-drittijiet ingħataw ukoll lill-minoranzi f'dan il-pajjiż, eżempju lis-sidien tad-djar.", "Dawn l-affarijiet ma jistgħux jintesew.", "Bħalma għedt, irridu nħarsu 'l quddiem, imma rridu nagħmlu ħaġa importanti: ma ninsewx minn fejn tlaqna bil-konsegwenza li niżvalutaw lilna nfusna.", "Aħna bħala Oppożizzjoni, bħala Partit Nazzjonalista nemmnu b'qawwa fil-valur tal-familja bħala s-sisien tas-soċjetà.", "Il-familja jista' jkollha diversi għamliet u stili ta' ħajja u tgħaddi minn ħafna taqlib, minn bosta tlajja' u nżul, u għalhekk il-pożizzjoni tagħna hi li ninvestu dejjem aktar fil-familji Maltin biex bil-politika nindirizzaw uħud mid-diffikultajiet li jgħaddu minnhom, fosthom il-faqar, il-bilanċ bejn il-ħin tal-familja u x-xogħol, l-inċentivi lill-ġenituri, il-benefiċċji għat-trobbija tat-tfal, l-għajnuna lil dawk il-ġenituri li ma jistgħux irabbu familja jew lill-pensjonanti li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja.", "Dan kollu juri li l-Partit Nazzjonalista għandu ruħ soċjali fit-twemmin tiegħu.", "Aħna nemmnu fl-idea ta' nazzjon wieħed.", "Ma rridux sempliċement nazzjon tal-ħaddiema, tal-kapitalisti jew ta' faxxa partikolari tas-soċjetà iżda nazzjon fejn kulħadd għandu s-sehem x'jagħti u r-rwol x'jaqdi.", "Bil-politika tagħna rridu ninċentivaw l-involviment ta' kulħadd u ma rridu lil ħadd jinqata' lura jew jibqa' barra.", "Irridu nħajru l-ħsieb kreattiv u kritiku u nappoġġjaw politika li tagħraf it-talent fin-nies, li tagħtihom iċ-ċans li jaħtfu l-opportunitajiet li jkollhom quddiemhom u jimirħu kemm jifilħu.", "Irridu nħaddnu politika li tagħti aċċess lil kulħadd biex jirnexxi kulħadd u mhux politika ta' lil min taf.", "Irridu nagħtu wkoll opportunitajiet indaqs li kulħadd fil-prattika u mhux bid-diskorsi biss.", "Dan ovvjament jgħodd ukoll għal persuni b'diżabilità jew għal persuni b'mobilità mnaqqsa.", "Nemmnu wkoll fl-importanza ta' għajxien diċenti għal kulħadd, ma nittollerawx attitudni tal-ftit li jiffangaw minn fuq dahar il-ħafna.", "Ma naċċettwx sitwazzjoni fejn min hu mejjet bix-xaba' u min hu mejjet għal qatra; allura nemmnu f'ekonomija ta' kwalità u mhux f'ekonomija ta' cheap labour u prekarjat.", "Irridu politika tal-equal pay for equal work, l-istess ħlas għall-istess xogħol u ma nħarsux lejn il-persuni bħala numri kif qed jagħmel dan il-Gvern Laburista meta jirrepeti ċ-ċifra ta' 13,000 ruħ iżjed kull sena.", "Irridu wkoll ninvestu fil-ħiliet tal-Maltin u nindirizzaw l-iskarsezzi fil-ħiliet b'mod sostenibbli.", "Irridu forza tax-xogħol tas-sengħa bl-aqwa ħiliet u kwalifiki ħalli qabel nimportaw il-ħaddiema minn pajjiżi oħrajn u nħallsuhom bil-boqxiex, inħaddmu aħjar lill-ħaddiema li hawn f'pajjiżna bi pjan għall-ġejjieni.", "Sur President, nemmnu f'Malta Ewropea u f'Ewropa moderna li tħares 'il quddiem.", "Minn dejjem ridna li Malta tkun fuq il-mejda Ewropea tad-deċiżjonijiet u li tattira investiment barrani biex il-ħaddiem Malti jkollu l-aqwa għixien u għixien diċenti u ekonomija ta' kwalità li għadni kemm semmejt ftit tal-ħin ilu.", "Però fuq kollox nemmnu f'pajjiż nadif f'kull sens, mhux biss b'arja nadifa, b'inqas ħela tal-ikel u tal-ilma u b'immaniġġjar aħjar tal-iskart, bi skemi ta' tħaddir, imma nadif ukoll mill-korruzzjoni li dan il-Gvern jiftħilha l-bieb!", "Ir-ruħ ta' dan il-poplu tiddependi mis-sinsla u mill-istoffa ta' min imexxih.", "Xbajna bis-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, meta llum il-prezz taż-żejt hu nofs ta' kemm kien sitt snin ilu taħt Gvern Nazzjonalista.", "Ir-roħs li wiegħed il-Gvern huwa minimu meta mqabbel mal-prezz dinji taż-żejt bħalissa.", "Imbagħad hemm is-serq l-ieħor ta' kif dan il-Gvern jaħdem il-kontijiet għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Dan is-serq se niġġeldulu bil-qawwa kollha u qed inwiegħdu li Partit Nazzjonalista fil-Gvern jagħti lura l-flus misruqa permezz ta' kalkoli ċari u trasparenti.", "Sur President, aħna rridu li jkollna gvern li jwettaq politika ta' sustanza u mhux politika ta' propaganda.", "Aħna rridu li matul din is-sena fl-għażla għall-President ta' pajjiżna jkollna President li jkun ġej mill-kamp differenti min-naħa tal-Gvern biex ikollna bilanċ fid-deċiżjonijiet li jittieħdu f'pajjiżna.", "B'hekk inserrħu rasna, għax aħna rridu li pajjiżna jkun imsejjes fuq il-ġustizzja u l-governanza tajba mingħajr ma nħarsu lejn wiċċ ħadd.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Grazzi.", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra mort sa Għawdex u qattajt nofstanhar Marsalforn.", "Qabel xejn Għawdex għalija mhuwiex vetrina, għalija Għawdex huwa post li għandu jingħata l-ħajja fejn il-mutur ekonomiku għandu jissaħħaħ imma fuq kollox għandhom jinħolqu proġetti biex il-komunità Għawdxija tgħix iktar fl-eko-gżira tagħha.", "Din il-bajja tant ħelwa hija villeġġjatura magħrufa fis-sajf, hija magħrufa wkoll għall-immigrazzjoni tal-Maltin li jmorru Għawdex, imma hija wkoll magħrufa bħala port tas-sajjieda, bħala post kummerċjali anke minħabba d-divertiment li hu joffri.", "Dan il-post joffri wkoll attrazzjoni oħra li hija l-għads taħt il-baħar.", "X'ħin kont hemm bilqiegħda nħares lejn din il-bajja l-ġmiel tagħha, mingħajr ma ridt ftakart fil-proposta li jsir breakwater fil-ħalq ta' din il-bajja li jibda min-naħa tal-Qbajjar għan-naħa ta' Għar Qawqla b'mod li jkun hemm żewġ breakwaters jersqu qrib xulxin b'passaġġ kostrett bejniethom.", "Il-ħsieb hu li dawn il-breakwaters jilqgħu għall-maltemp li jkun ġej mit-Tramuntana.", "Il-proġett fih innifsu meta tarah huwa wieħed li tgħid li huwa utli, u waqt li kont hemmhekk tkellimt ma' bosta nies u dħalna f'konverżazzjoni.", "Ftakart ukoll li fl-2010 kienet saret applikazzjoni dwar breakwater ieħor f'Marsalforn.", "Dan il-breakwater kien wieħed li s'issa f'Malta għadna ma rajniex bħalu fis-sens li huwa breakwater taħt il-wiċċ tal-ilma.", "Ejja ngħiduha kif inhi, kulħadd jaqbel li b'xi mod jew ieħor ir-ramla u l-promenade ta' Marsalforn għandhom jiġu protetti b'xi forma ta' breakwater biex waqt il-maltemp il-baħar ma jitlax fuq l-art.", "Dan il-breakwater li kien propost fl-2010 ma kienx se jkun daqshekk 'il barra bħal dan li ġie suġġerit issa, imma kellu jkun iktar 'il ġewwa, kważi jmiss ma' fejn hemm l-ilqugħ tas-sajjieda.", "Dan l-ilqugħ, m'ilux wisq, kienu ntnefqu €750,000 minn fondi tal-EU biex jissaħħaħ.", "Sur President, id-differenza bejn dawn iż-żewġ proposti għal breakwater hija li wieħed huwa viżibbli fil-ħalq tal-bajja, tista' tarah, u allura l-estetika tal-bajja se tintilef, filwaqt li l-ieħor qiegħed taħt l-ilma u qiegħed iktar 'il ġewwa.", "Hemm il-vantaġġi u l-iżvantaġġi.", "Sintendi, li jkollok breakwater daqshekk 'il barra se joħloq bajja ferm iktar kennija b'mod assolut minn breakwater li se jkun iktar 'il ġewwa.", "Madankollu li se jiġri hu li dan il-breakwater se jispiċċa jagħmel il-bajja tant kennija li ċ-ċirkolazzjoni tal-ilma fil-bajja mhux se tkun waħda adegwata u kemm suppost.", "Irridu niftakru ukoll, apparti l-baħar salvaġġ li jista' jkun hemm min-naħa tat-Tramuntana, li tagħmel ukoll ix-xita qliel, liema xita ġġib materjal min-naħa taż-Żebbuġ, min-naħa tan-Nadur, min-naħa tal-Belt Victoria, minn Marsalforn innifsu, għax hemm il-wied ta' Marsalforn li jarmi l-ħamrija, ġebel u żrar għal ġol-baħar u dan jispiċċa f'ħama.", "Mela li jkollna breakwater taħt l-ilma li huwa maqsum fi tliet partijiet se jipproteġi l-bajja u l-promenade xorta, ċ-ċirkolazzjoni tal-ilma se tkun tajba, jiġifieri mhux se jkun il-każ li l-bajja timtela bil-ħama, u bis-saħħa tiegħu wkoll se jkun hemm protezzjoni lill-għawwiema għax ovvjament mhux se jkunu jistgħu jidħlu qxur tal-baħar daqshekk qrib ix-xatt fejn hemm ir-ramla.", "Meta nqis kollox b'mod ħolistiku jien nara li l-breakwater hekk kif kien propost fl-2010 huwa wieħed li mhuwiex biss adegwat imma jonora wkoll il-karatteristiċi ewlenin ta' din il-gżira u b'mod partikolari l-ġmiel ta' din il-bajja.", "Bi breakwater daqshekk 'il barra fil-ħalq tal-bajja li jaqbeż anke l-livell tal-ilma baħar se jiġri li maż-żmien il-bajja ta' Marsalforn, mingħajr ma trid, tispiċċa port ieħor f'Għawdex.", "Huwa tajjeb li lil Għawdex inkabbrulu l-mutur ekonomiku tiegħu, tajjeb li noħolqu yacht marina, imma għandha tkun il-bajja ta' Marsalforn fejn għandna nżidu l-faċilitajiet marittimi jew li jsiru l-pontoons?!", "Jiena m'iniex perit, imma bħala politiku u ċittadin nisma' u nitgħallem u flejt anke r-rapporti li ġew ippubblikati, inkluż dak tal-2010, u jidhirli li għalkemm hemm intenzjonijiet tajba, dak li huwa propost bħalissa jista' jkun aħjar kieku nikkonsidraw dak li ġie imfassal fl-2010.", "Tgħidli: Il-yacht marina fejn se tagħmilha f'Għawdex?", "Irridu niftakru li l-port tal-Imġarr kulħadd jgħid li mhuwiex kbir biżżejjed.", "Meta kont għadni żagħżugħ niftakar li l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, il-Perit Dom Mintoff, kien ġie rapportat fil-gazzetti li ċekken il-port għad-dimensjonijiet li għandna llum.", "Għaddew numru ta' snin, l-affarijiet inbidlu, imma hemm lok fejn il-port tal-Imġarr jista' jikber billi jsir dak li jien qiegħed nissuġġerixxi, li f'Marsalforn immorru għall-proposta tal-2010.", "Jekk toħroġ fergħa ta' breakwater li tista' tkun ukoll taħt l-ilma - u se nispjega għalfejn - mill-Blata s-Safra għal fejn jeżisti l-breakwater eżistenti tal-Imġarr, hemmhekk jista' jkollok ukoll post adattat għal yacht marina u anke toħloq il-possibbiltà li jittrakka cruiseliner ta' ċertu daqs.", "Jien nemmen li għalkemm sar dak l-iżvilupp kollu madwaru, Marsalforn għandu jibqa' post ħaj għall-Maltin u l-Għawdxin u mhux jinqaleb f'port.", "Jekk xejn, għandu jkompli jissaħħaħ il-port tal-Imġarr li huwa iktar kenni biex Għawdex ikollu port kif suppost.", "Sur President, għalfejn qed inqajjem dan kollu?", "Jien naf li l-Ministru għal Għawdex l-Onor.", "Justyne Caruana għandha Għawdex għal qalbha ħafna.", "Hija persuna li bis-sens ċiviku u l-orgoglio li għandha għal Għawdex hija ta' eżempju.", "Hawn jien qiegħed nappella lill-Ministru biex terġa' tikkonsidra l-proġett meta l-affarijiet huma fi stadju tant bikri.", "Qed ngħid li qegħdin fi stadju verament bikri għax s'issa la għadu sar il-geological report, la sar l-environmental impact assessment u lanqas saret id-deskrizzjoni biex toħroġ sejħa għall-offerti.", "Kull ma ntgħażel hija proposta.", "Jekk ir-raġuni tgħid li għal dan il-proġett tan-nies għandna nagħżlu l-proposta tal-2010 u mhux dik tal-lum, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu sew jekk fil-fatt nagħmlu hekk.", "Ma nkunu qegħdin inħammru wiċċ ħadd jekk nerġgħu nirriflettu fuq id-deċiżjoni li ttieħdet u li għadha fi stat tant bikri li wieħed jista' jirrevediha.", "Wara kollox ma nistax ngħid li saret konsultazzjoni pubblika din id-darba bħalma kienet saret fl-2010.", "Jiddispjaċini li f'dik il-leġiżlatura taħt gvern Nazzjonalista kienu jsiru ħafna pjani ta' kif nistgħu niżviluppaw lil Malta u lil Għawdex - u dan kien wieħed minnhom - u ħafna minnhom kienu jispiċċaw jiġbru t-trab fuq l-ixkafef.", "Dan huwa studju li xħin tarah fl-intier tiegħu u anke fis-sitwazzjoni kif qiegħed Għawdex illum, mingħajr ma trid tgħid li dan jagħti lil Għawdex dak li ħaqqu.", "Għawdex huwa ġmiel ta' eko-gżira li hija mżejna wkoll b'wirt kulturali uniku li mingħajr ma trid tiftaħar bih.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 29 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru Edward Scicluna.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AVUKATI – WARRANT SOSPIŻ/IRTIRAT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLER+I staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm persuni kellhom warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat sospiż/irtirat, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "INFRASTRUTTURA MALTA – STIMI TA' XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min ipprepara l-istimi għax-xogħlijiet ta' toroq li se jsiru minn Infrastruttura Malta, jekk hux mill-impjegati ta' Infrastruttura Malta, mill-impjegati ta' xi Dipartiment tal-Gvern jew jekk inqabdux konsulenti privati?", "Jekk saru minn konsulenti privati, jista' jgħid jekk inħarġitx xi sejħa għall-offerti jew ingħataw direct order u kemm tħallsu dawn il-konsulenti privati biex għamlu dawn l-istimi?", "Min huma dawn il-konsulenti privati?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Infrastructure Malta ħadet f'idejha r-riżorsi umani, fosthom periti u tekniċi oħra, li qabel kienu jiffurmaw parti mid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta' Transport Malta, sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet mgħoddija lilha mill-Gvern, fosthom dawk li fis-snin li ġejjin pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-ivvjaġġar fit-toroq.", "Infrastructure Malta żammet ukoll diversi kuntratti li kellha l-istess awtorità sabiex tikseb għajnuna teknika u professjonali addizzjonali f'din l-istess ħidma.", "Ix-xogħol ta' stimi jifforma parti mill-istadju tal-ippjanar ta' kull proġett li twettaq Infrastructure Malta.", "Il-maġġoranza ta' dan ix-xogħol ta' tħejjija jsir mill-impjegati ta' Infrastructure Malta stess.", "Madankollu, ikun hemm ċirkostanzi fejn jintużaw ukoll servizzi minn entitajiet oħra u mis-settur privat, sabiex jappoġġjaw lil dawn l-impjegati fi proġetti partikolari.", "Fil-fatt, sa minn meta twaqqfet fl-2018, Infrastructure Malta użat is-servizzi tal-entitajiet u l-periti imsemmija hawn isfel għal diversi proġetti differenti.", "Dawn l-entitajiet u individwi kienu diġà jagħtu servizzi lid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta' Transport Malta, qabel twaqqfet Infrastructure Malta.", "Għal dawn is-servizzi lil Infrastructure Malta, li jistgħu jinkludu wkoll tħejjija ta' stimi, l-aġenzija ħallset €200,607.05 fl-2018.", "L-entitajiet u l-individwi li taw dawn is-servizzi jinkludu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, Perit Chris Cachia, Perit Daniel Camilleri, Crowdnet, Perit Chris Grech.", "TWESSIGĦ TA' TOROQ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, mill-aħħar elezzjoni sal-lum, xi proġetti saru ta' twessigħ ta' toroq mill-Ministeru tiegħu?", "Jista' jgħaddi l-informazzjoni dwar ix-xogħol li sar fi twessigħ ta' toroq f'Malta u f'Għawdex?", "IAN BORG: Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, permezz ta' Infrastructure Malta u entitajiet oħra li jmexxi, qed iwettaq pjan fit-tul sabiex gradwalment nagħmlu qabża kbira 'l fuq fil-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibilità tas-sistemi tal-ivvjaġġar f'pajjiżna.", "Dan l-impenn jinkludi għadd ta' investimenti, bi proġetti żgħar li qed jitwettqu immedjatament u oħrajn aktar estensivi li qed jitħejjew għax-xhur u s-snin li ġejjin.", "Fost dawn l-investimenti, hemm proġetti li saru, jew qed isiru, sabiex toroq ewlenin eżistenti jinbnew mill-ġdid biex ikollhom aktar korsiji għal inqas ħin fl-ivvjaġġar bil-karozzi kif ukoll faċilitajiet ġodda għall-ivvjaġġar b'mezzi alternattivi, fosthom il-mixi, it-trasport pubbliku u s-sewqan tar-roti.", "Fil-perjodu msemmi, fost dawn il-proġetti f'rotot ewlenin hemm ir-roundabout ta' viċin l-Ajruport, Vjal l-Avjazzjoni biswitha, u r-roundabout tat-tarf l-ieħor tal-istess triq, f'Ħal Luqa, ir-roundabouts ewlenin f'Ħal Qormi u Triq Manwel Dimech bejniethom, il-konnessjoni bejn Triq tal-Barrani u Triq Ħal Tarxien, f'Ħal Tarxien, it-Telgħa t'Alla u Ommu, in-Naxxar, it-triq fl-inħawi tal-Ħemsija, f'Ta' Qali, ir-roundabouts ta' Ħaż-Żebbuġ u Triq l-Imdina bejniethom, Triq tal-Balal, bejn in-Naxxar u San Ġwann, Triq Dun Karm, Birkirkara, Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq, ir-roundabouts ta' ħdejn it-Technopark, il-Mosta u ta' Ħal Lija u t-triq ewlenija bejniethom (Triq il-Kbira u Triq il-Mosta), Triq il-Buqana, bejn l-Imtarfa u l-Mosta, il-Marsa-Ħamrun Bypass, bejn Santa Venera u l-Marsa u Triq Diċembru 13, Triq il-Marsa u Triq Aldo Moro, il-Marsa wkoll.", "Aktar proġetti ta' titjib tal-infrastruttura tat-toroq ser jibdew fl-ewwel xhur ta' din is-sena.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4528, 1027 u 162 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7673.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4527, 1026 u 161 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)?", "Jista' jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta' min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f'kull każ?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7673.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4503, jista' l-Ministru jgħid u jagħti n-numru eżatt tal-impjegati l-ġodda mal-Korporazzjoni għas-Sevizzi tal-Ilma bejn l-1 ta' Ġunju 2017 u l-1 ta' Diċembru 2017, peress li din il-parti tal-mistoqsija parlamentari ma ġietx imwieġba?", "JOE MIZZI: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4503.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – KUNTRATTUR – XOGĦOL TA' TINDIF", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema kuntrattur/i qed jagħmlu xogħol konness ma' tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntrattur li qed jagħmel xogħol konness ma' tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul huwa X-Clean.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – XOGĦOL TA' TINDIF", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta (data) l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bdiet tagħmel xogħol ta' tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fit-30 ta' Marzu 2015 il-General Contracts Committee (GCC) approva l-offerta magħżula.", "Il-kuntrattur beda bix-xogħol tiegħu ġewwa r-Residenza f'April 2015.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL –KUNTRATT TA' TINDIF", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid (jagħti data) meta l-aħħar li ħarġet sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta' tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u jpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta' tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul ħarġet fil-21 ta' Diċembru 2018.", "Is-sejħa għall-offerti kienet ser tagħlaq fil-31 ta' Jannar 2019.", "Din is-sejħa fit-23 ta' Jannar 2019 ġiet estiża sal-14 ta' Frar 2019.", "Kopja ta' din is-sejħa tista' tiġi pprovduta online minn fuq www.etenders.gov.mt.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7522 waqt is-seduta ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 7522.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7523 waqt is-seduta ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook huma ta' natura pubblika u wieħed faċilment isibhom bi tfittxija fuq l-istess sit.", "Rigward l-ispejjeż ta' dawn ir-reklami nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7523.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7524 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7524.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠJAR TAL-ILMA - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7525 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-materjal kollhu li sar fuq Facebook min-naħa tal-WSC kien awdjoviżiv.", "Fir-rigward tal-EWA, apparti l-materjal awdjoviżiv, kien hemm ukoll xi pubblikazzjonijiet fuq Facebook kif intqal fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7525.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7526 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7526.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5569 u 7527 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn iżjed x'inżid mat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet 5569 u 7527.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk a tenur tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 hux permissibbli li negozjant jagħmel każ kontra konsumatur tramite l-intervent ta' ADR entity?", "Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jindika liema hi dik l-ADR entity li toffri tali faċilità?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux permissibli li negozjant jagħmel każ kontra konsumatur residenti Malta tramite l-intervent ta' ADR entity a tenur tar-Regolament (UE) Nru 524/2013.", "Mill-banda l-oħra negozjant residenti Malta jista' jagħmel każ kontra konsumatur residenti l-Belġju, l-Ġermanja, il-Lussemburgu jew il-Polonja tramite l-intervent ta' ADR entity.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-entitajiet li huma rikonoxxuti bħala ADR entities a tenur ta' L.S. 378.18?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-entitajiet rikonoxxuti bħala ADR entities għall-finijiet u l-effetti tal-Avviż Legali 378.18 tal-Liġijiet ta' Malta huma:", "· L-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju;", "· Id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur; u", "· Dr Mario Caruana LL.D għall-ADR Malta Centre.", "ADR: COMPLAINTS AND CONCILIATION DIRECTORATE - KAŻIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie riferut lill-Complaints and Conciliation Directorate fil-vesti tagħha ta' residual ADR skont l-L.S. 378.19 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jekk kien hemm każijiet, jgħid fir-rigward ta' liema setturi kienu u x'kien l-eżitu f'kull każ?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-ġurnata tat-tnedija tal-L.S. 378.19 sad-data ta' meta ġiet imwieġba din il-mistoqsija, id-Direttorat fil-kapaċità tiegħu ta' entità tal-ADR residwa ittratta erba' każijiet.", "Dawn kienu jittrattaw reżoluzzjoni għal diżgwid fuq servizz ta' telekomunikazzjoni, tqegħid ta' madum u tiswija ta' karozza.", "Rigward ilment dwar tqegħid ta' madum, il-kummerċjant irrifonda s-somma lill-konsumatur.", "Fit-tieni każ ta' tiswija ta' karozza, il-konsumatur ġie wkoll rifondut bi flus kontanti, u fit-tielet każ il-kumpanija ta' telekomunikazzjoni rrifondiet lill-konsumatriċi.", "F'każ ieħor, kumpanija ta' telekomunikazzjoni u l-konsumatur ftiehmu li dan jingħata ċekk u ż-żewġ numri ċellulari tiegħu jiġu ttoppjati.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Għall-finijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 jista' l-Ministru jgħid min hu l-ODR contact point f'Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ODR advisors u x'inhi l-professjoni jew grad tagħhom?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ODR contact point f'Malta huwa ċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur ta' Malta.", "ODR advisors hemm tnejn li l-grad tagħhom huwa ta' Administrative Officer u Legal Officer.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL U RESIDENZI OĦRA – KUNDIZZJONIJIET U STANDARDS", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru biex jiżgura li l-kundizzjonijiet u l-istandards stipulati fit-tenders għall-provvediment tal-ikel lir-residenzi tal-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u residenzi u djar tal-anzjani oħra, fosthom dawk imħaddma bħala PPP u djar tal-Knisja, kif ukoll is-servizz tal-Meals on Wheels qed jiġu osservati minn min ifornihom?", "Jista' ġentilment jgħid id-dati matul dawn l-aħħar sitt xhur meta u fejn saru tali aċċertamenti u x'kien l-eżitu?", "Jista' jgħid jekk il-Ministeru waslulux ilmenti dwar id-deterjorament sinjifikanti kemm fil-kwalità kif ukoll fil-kwantità tal-ikel li preżentament qed jitwassal lill-anzjani?", "Jekk fl-affermattiv jista' ġentilment jgħid x'passi ttieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward tas-Servizz tal-Meals on Wheels, ilmenti dwar deterjorament sinjifikanti fil-kwalità u l-kwantità tal-ikel servut kienu remoti.", "Madanakollu, kull ilment jiġi mgħoddi lill-kuntrattur sabiex jiġi investigat.", "Barra minn hekk, uffiċjali mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ħadu ħsieb li jżuru numru ta' anzjani li jinqdew minn dan is-servizz sabiex jisimgħu l-ilmenti u jaraw il-kwalità tas-servizz mogħti.", "Matul l-aħħar sitt xhur kien hemm tnejn minn dawn iż-żjarat, fit-2 ta' Awwissu, 2018 u fl-14 ta' Novembru, 2018.", "Isiru wkoll laqgħat regolari mal-kuntrattur li jagħti dan is-servizz.", "Rigward l-ikel ipprovdut ġewwa d-djar residenzjali tal-Gvern, id-Dipartiment ma kellux ilmenti li jindikaw deterjorament sinjifikanti fil-kwalità u l-kwantità tal-ikel.", "Matul is-sena 2018, kien hemm 58 ilment u dawn kollha ġew mgħoddija lill-kuntrattur b'mod immedjat biex tiġi ratifikata s-sitwazzjoni.", "Barra minn hekk, jinżamm kuntatt kontinwinu mal-kuntrattur kemm permezz ta' korrispondenza u kemm permezz tal-laqgħat, fejn jiġu diskussi diversi miżuri sabiex jittieħdu azzjonijiet, hekk kif jixtiequ l-anzjani.", "Rigward kuntratti ta' xiri ta' sodod, il-kuntratturi huma obligati li jipprovdu dan is-servizz u li jswegwu l-kwalità tal-ikel li jingħata.", "Il-kuntratturi huma obbligati li jindirizzaw l-ilmenti fil-ħin u jirrettifikaw is-sitwazzjoni.", "Dawn il-kuntratturi huma segwiti mill-Quality and Assurance Team tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità sabiex ikun żgurat li l-kuntratt qed jiġi onorat u l-ikel huwa ta' kwalità għolja kif mitlub.", "Il-kuntratturi huma mitluba wkoll li jżommu samples tal-ikel li jiġu ttestjati skont il-ħtieġa u f'kull audit li jsir l-anzjani jiġu mistoqsija dwar l-ikel.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul qed jittieħdu diversi provvedimenti sabiex l-ikel jasal għand ir-residenti bl-aktar mod sigur u bl-ogħla livell ta' iġjene possibbli.", "Il-kuntrattur jagħmel eżamijiet frekwenti tal-ikel li jingħata, f'laboratorju akkreditat.", "Kopja ta' dawn, kif ukoll checklists, li jsiru sabiex jiġi assigurat dik li tissejjaħ Hazard Analysis and Critical Control Points jiġu pprovduti lil San Vinċenz, dan hekk kif huwa rikjest mill-Food Safety Act (Cap 449 of the Laws of Malta).", "Barra minn hekk, issir laqgħa ta' kumitat konġunt bejn il-kuntrattur u l-amminstrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz sabiex jiġu diskussi problemi u jsiru tibdiliet u rakkomandazzjonijiet skont il-bżonn.", "Darba kull sitt xhur issir analiżi minn riċerkaturi terzi sabiex ir-residenti jiġu mistoqsija fuq il-kwalità tal-ikel.", "Kopja ta' din ir-riċerka tintbagħat lir-Residenza San Vinċenz.", "Is-sezzjoni tal-Customer Care u tal-Quality Assurance ukoll isaqsu lir-residenti u anke jsir stħarriġ magħhom fuq il-kwalità tal-ikel.", "Il-kuntrattur jagħti taħriġ lill-impjegati tar-Residenza fuq Hazard Analysis and Critical Control Points u anke l-liċenzja tal-ikel.", "Qed isiru wkoll tasting sessions mar-residenti, organizzati mill-kuntrattur u r-Residenza San Vinċenz de Paul sabiex ir-residenti jagħtu rispons immedjat fuq il-kwalità tal-ikel.", "Il-kuntrattur jagħmel spezzjonijiet lill-fornituri tagħhom sabiex jistabbilixxu li dawn għandhom proċessi ta' iġjene u sigurtà tal-ikel.", "L-impjegati tal-kuntrattur jiġu suġġetti għal testijiet frekwenti minħabba l-iġjene u l-bakterja li tista' tiġi trasmessa mill-impjegati waqt il-preparazzjoni tal-ikel.", "Is-sistema tat-tqassim tal-ikel hija waħda mmoniterjata, fejn l-ikel jintbagħat fi trolleys apposta.", "Dawn ikunu mmoniterjati bl-internet mill-kumpanija sabiex l-ikel jasal fis-sala fit-temperatura adegwata.", "Anke l-van li jintuża fit-tqassim għandu temperatura kontrollata.", "Uffiċjali minn San Vinċenz de Paul jagħmlu spezzjonijiet fis-swali sabiex tiġi ċċekkjata l-kwalità tal-ikel li jkun qiegħed jitqassam.", "Teżisti komunikazzjoni kontinwa bejn it-taqsima tal-ikel ġewwa r-Residenza u l-kuntrattur sabiex l-ikel lir-residenti dejjem ikun wieħed ta' kwalità.", "Ġiet introdotta sistema kompjuterizzata bil-għan li l-għażla tal-ikel tar-residenti tiġi rispettata, kif ukoll sabiex l-ordinijiet jiġu proċessati b'sistema aktar effiċjenti.", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux kontrolli biex jaċċerta li meta anzjani tad-day centres u anzjani oħra mir-residenzi joħorġuhom ġurnata, jiġi almenu żgurat li ma jingħatawx junk food bħal pastizzi u pizez minflok ikel addattat għalihom?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jserraħ moħħ numru ta' qraba ta' anzjani residenti ġewwa l-isptarijiet, residenzi u djar għal-anzjani li mhux minnu li numru ta' carers femminili qed jirrifjutaw jaħslu sew anzjani rġiel minħabba li r-reliġjon li jħaddnu ma tippermettilhomx jagħmlu dan?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kif ukoll ir-Residenza San Vinċenz de Paul qatt ma kellhom jew ġiet irrapportata lilhom din it-tip ta' problema.", "SKEMA TA' REGOLARIZZAZZJONI FIL-BINI TAD-DJAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8234 liema domanda dwar skemi ta' Regolarizzazzjoni fil-Bini tad-Djar, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-iskema tal-passat imwiegħda mill-Gvern li kellha ssir għal dawk li jgħixu fil-qalba tar-raħal u dawk tal-periferija, liema skema ta' regolarizzazzjoni fil-bini tad-djar għal dawk li jgħixu fil-qalba tar-raħal kienet ħarġet, mentri għal dawk li jgħixu fil-periferija għadha le?", "IAN BORG: Napprezza jekk l-Onor.", "Interpellent jippreċiza jekk hux qed jistaqsi jew jissuġġerixxi skema ta' regolarizzazzjoni għall-bini fl-ODZ.", "FTUĦ TA' SPIŻERIJI - KRITERJI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-kriterji stabbiliti sabiex tinfetaħ spiżerija f'lokalità f'Malta u Għawdex?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-artiklu 4 ta' L.S 458.16 Regolamenti dwar liċenzji għall-ispiżeriji:", "(1) L-għadd ta' spiżeriji li tista' tinħarġilhom liċenzja fil-konfini ta' xi belt jew raħal m'għandux ikun ta' inqas minn tnejn, u dawk l-ispiżeriji għandhom ikunu jinsabu f'distanza ta' mhux inqas minn tliet mitt metru bil-pass 'il bogħod minn xulxin; iżda dik id-distanza m'għandhiex tapplika fil-każ ta' spiżeriji li diġà jkollhom liċenzja dakinhar li jidħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti; iżda wkoll ma tista' tiftaħ ebda spiżerija f'distanza ta' tliet mitt metru bil-pass minn xi spiżerija li tkun tinsab f'xi belt jew raħal fil-viċin.", "(2) F'kull belt jew raħal l-għadd ta' spiżeriji m'għandux jeċċedi l-proporzjon ta' spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant.", "(3) L-għadd ta' abitanti ta' belt jew raħal għandu jitqies li jkun l-għadd ta' abitanti ta' dik il-belt jew raħal skont ma jiġi pubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "IL-MELLIEĦA: ĊIMITERJU OMM IL-ĦNIENA - PERMESS GĦAL ESTENSJONI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ħareġ il-permess mill-Awtorità għall-Ippjanar għall-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-permess għall-estensjoni taċ-Ċimterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa bin-numru PA 5636/07 kien ġie approvat fil-25 ta' Novembru 2011.", "Peress li ma kien sar l-ebda xogħol mill-Gvern Nazzjonalista jew mill-Kunsill Lokali, dak iż-żmien immexxi minnu stess, l-Awtorità reġgħet intalbet biex iġġedded il-permess u dan inħareġ fil-11 ta' Ottubru 2017.", "Ix-xogħol inbeda f'Diċembru 2018 wara li kienet ħarġet sejħa għall-offerti u l-kuntratt kien iffirmat f'Novembru 2018.", "AWTORITÀ TAD-DJAR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FIDI TA' ĊENS", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tikkonkludi l-kuntratti ta' fidi ta' ċens rigward l-applikazzjonijiet imressqa minn persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji tal-kuntratt ma jistgħux jingħataw hekk kif din hija informazzjoni personali u għalhekk ma tistax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi konċernati.", "DJAR TAL-ANZJANI - MIŻURI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu attwati u osservati d-39 miżura dwar standards minimi għad-Djar tal-Anzjani mmexxija mill-Gvern u l-privat li suppost kienu nqasmu f'seba' taqsimiet differenti kif kien tħabbar minn dak iż-żmien mis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Justyne Caruana fit-30 ta' Settembru 2015 waqt attività fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa u li kienu tressqu anke quddiem il-Parlament?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Jannar 2019 l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (l-Awtorità), skont l-Avviż Legali numru 446 tal-2018 ġiet maħtura bħala l-entità li ser tħares is-settur tal-anzjani u tara li l-istandards stabbiliti jiġu milħuqa.", "Meta wieħed jitkellem dwar l-istandards minimi nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani li ġew ippubblikati fl-2015 tajjeb li wieħed isemmi li dawn għadhom jintużaw bħala dokument ta' referenza li wieħed jimxi magħhom.", "Min-naħa l-oħra, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali ħasset il-ħtieġa li jsir tibdil minn standards nazzjonali għal Standards Soċjali Regolatorji peress li dawn se jkunu standards leġiżlattivi.", "Id-differenza hija li l-istandards nazzjonali kienu jiġu segwiti b'mod volontarju u issa għandhom jiġu mħarrsa peress li huma standards leġiżlattivi.", "Għaldaqstant, fix-xhur li ġejjin din l-Awtorità permezz ta' djalogu u konsultazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha se tkun qed tistabbilixxi Standards Soċjali Regolatorji ġodda għal dan is-settur wara proċess sħiħ ta' konsultazzjoni.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għas-sena 2019, id-Djar tal-Anzjani mmexxija mill-Gvern kollha ngħataw il-liċenzja mid-Direttorat tal-Istandards tal-Kura tas-Saħħa.", "Din il-liċenzja tingħata skont l-istandards dwar id-djar tal-anzjani li kienu ppublikati fl-2015.", "Rigward sodod mixtrija mill-privat, id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jitlob li d-dar tkun ingħatat il-liċenzja qabel ma jsir kuntratt ġdid jew jiġġedded.", "Barra minn hekk, id-Dipartiment isegwi ta' spiss li dawn id-djar għadhom liċenzjati biex joperaw.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Faċilità għal Kura fit-Tul San Vinċenz, hija eżentata mill-Istandards Minimi Nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani.", "(Estratt minn Paġna 56 Anness 3: Glossarju)", "\"Dar ta' Kura\" tfisser dar jew binja oħra maħsuba espressament għall-kura u l-alloġġ ta' anzjani, kemm jekk għall-profitt u kemm jekk le, eskluża l-Faċilità ta' Kura fit-Tul f'San Vinċenz de Paule li hi faċilità sui generis.", "DJAR TAL-ANZJANI - AWTORITÀ LI TASSIGURA T-TWETTIQ U L-ĦARSIEN TAL-ISTANDARDS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx imwaqqfa l-awtorità li kellha tassigura t-twettiq u l-ħarsien tal-istandards fid-Djar tal-Anzjani mmexxiha mill-Gvern u l-privat?", "Jekk iva, jista' jgħid minn min qed titmexxa din l-awtorità?", "It-twaqqif ta' din l-awtorità kien tħabbar minn dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Justyne Caruana fit-30 ta' Settembru 2015 waqt attività f'Dar tal-Anzjani.", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali skont l-Att nru XV tal-2018.", "L-Att li waqqaf din l-Awtorità issostitwixxa żewġ Atti oħra, jiġifieri l-Att dwar l-Awtorità dwar l-iStandards tal-Kura, 2015 u l-Att dwar l-Awtorità għal-Djar għal Persuni Anzjani (Standards ta' Kwalità fil-Kura) 2016, li ġew proposti matul il-leġiżlatura preċedenti, iżda li ma ġewx konklużi.", "B'hekk, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali li hija mmexxija mis-Sur Matthew Vella hija l-Awtorità li qed tirregola s-settur kollu ta' ħarsien soċjali li jinkludi wkoll id-djar tal-anzjani.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - STANDARDS TAD-DJAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paul hux qed jiġu mħarsa u mwettqa d-39 standard minimi għad-Djar tal-Anzjani mmexxija mill-Gvern u l-privat li suppost kienu nqasmu f'seba' taqsimiet differenti kif kien tħabbar minn dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Justyne Caruana fit-30 ta' Settembru 2015 waqt attività fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa u li kienu tressqu anke quddiem il-Parlament?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferri lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlementari 8419.", "IL-MELLIEĦA - SERVIZZ TA' HOME HELP", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-Mellieħa hemm anzjani li jew ilhom xhur jistennew is-servizz tal-home help inkella anzjani oħra li kienu qed jingħataw dan is-servizz u twaqqfilhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan huwa minħabba d-domanda kbira li hawn għas-servizz tal-home help, liema sitwazzjoni qed tiġi indirizzata.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art fil-Qajjenza li kienet tintuża bħala impjant biex jiġi bottiljat il-gass għadhiex proprjetà tal-Enemalta?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-art imsemmija għadha proprjetà tal-Enemalta plc.", "BAĠIT 2019 - PROPOSTA TA' EQUITY SHARING", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tidhol fis-seħħ il-proposta tal-equity sSharing, liema proposta ġiet imħabbra fid-diskors tal-Baġit 2019 sabiex dawk interessati jkunu jistgħu japplikaw?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent l-Awtorità tad-Djar għaddejja bit-tħejjijiet sabiex fil-ġimgħat li ġejjin tkun tista' tniedi din l-iskema.", "IMPJEGATI TAĊ-ĊIVIL LI TELQU MILL-KARIGA TAGĦHOM", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 5 'il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar minn Marzu 2013 'il hawn?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, fejn il-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li tim ta' esperti tekniċi evalwaw kull studju li kien sar fil-passat bit-tama li fondi pubbliċi li ġew investiti fihom ma jkunux inħlew u għalkemm inkisbet informazzjoni utli, dawn l-istudji llum m'għadhomx relevanti, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex dawn l-istudji ma għadhomx relevanti?", "Tista' tgħid kemm kienu swew dawn l-istudji?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-istudji preċedenti rriżulta li jridu jsiru iktar studji.", "Kien għalhekk li ġew ippubblikati t-tenders għall-istudji meħtieġa kif ukoll għaliex peress li għaddew diversi snin minn meta saru l-istudji preċedenti, iridu jsiru fil-kuntest tar-regolament viġenti li għandna llum.", "Apparti minn hekk, illum hemm żewġ tenders li jistgħu jikkonkorru għalihom ditti ta' esperti fis-settur kemm lokali kif ukoll internazzjonali u mhux b'direct order għand ditta waħda kif kien sar għall-istudju ta' qabel.", "BREAKWATER TA' MARSALFORN – SPIŻA TAL-PROĠETT", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jiswa dan il-proġett?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8431.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta nħarġu t-tenders għal studji:", "a. fir-rigward ta' investigazzjonijiet ġeo-tekniċi; u", "b. l-impatt ambjentali dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn?", "Tista' tgħid meta hu pproġettat li jitlestew dawn l-istudji u jekk dawn l-istudji jinkludux ukoll mathematical wave climate studies u seabed survey?", "Interpellant li t-tenders ġew ippubblikati fuq l-etenders.gov.mt u l-proċess huwa miftuħ.", "Wara li jiġu konklużi dawn l-istudji, il-Ministeru jkun jista' jgħaddi għall-fażijiet li jmiss inklużi stimi u time-frames.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET - UFFIĊJALI TAL-CUSTOMER CARE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-customer care tal-Awtorità tal-Artijiet u x'inhuma l-ħinijiet tal-uffiċċju tagħhom?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-total ta' uffiċjali fit-Taqsima tal-Customer Care fl-Awtorità tal-Artijiet huma sitta.", "L-uffiċjali tal-Customer Care jaħdmu l-ħinijiet normali tal-Uffiċċju bħall-kumplament tas-sezzjonijiet fi ħdan l-Awtorità.", "Apparti li jindirizzaw mistoqsijiet u lmenti permezz ta' telefonati u emails, l-uffiċjali tal-Customer Care jilqgħu wkoll il-pubbliku fl-uffiċini tal-Awtorità, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:30 sa nofsinhar, kif ukoll nhar tal-Erbgħa wara nofsinhar bejn is-13:00 u t-15:00.", "ASSOĊJAZZJONIJIET U FEDERAZZJONIJIET LI GĦADHOM MA TĦALLSUX", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet li għadhom ma tħallsux l-ammont imwiegħed lilhom għas-sena 2018 sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-flus lil dawk il-klabbs li huma affiljati magħhom u li jikkompetu barra minn Malta?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet kollha li għamlu t-talba għal rimbursar ta' flus imwegħdin minn SportMalta u li ppreżentaw id-dokumentazzjoni neċessarja kollha biex iseħħ tali pagament, kollha ġew proċessati.", "SPIŻERIJI TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - CAPSULES TAL-OMEGA 3", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex mhux qed jingħataw Omega 3 (fish oil) mill-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u minkejja diversi telefonati dawn baqgħu bla pilloli u bla risposta?", "Meta se jibdew jingħataw dawn il-capsules?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Omega 3 (fish oil) qatt ma kienu fuq il-formularju tal-Gvern għall-mediċini.", "Fil-fatt m'hemmx prodott tal-Omega 3 (Fish oil) li huwa reġistrat bħala prodott mediċinali.", "GĦALLIEMA ON A FULL-TIME INDEFINITE BASIS LI TELQU MILL-PROFESSJONI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema full-time on an indefinite basis li telqu mill-professjoni fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta' Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) mingħajr ma jkunu inklużi dawk li kisbu promozzjoni jew biddlu l-pożizzjoni tagħhom fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol stess?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li n-numru ta' għalliema li rriżenjaw fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta' Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) huwa skont kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.", "F'din l-informazzjoni mhux qed jiġu inklużi dawk l-għalliema li kisbu promozzjoni jew biddlu l-pożizzjoni tagħhom fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol stess.", "INGAĠĠ TA' GĦALLIEMA FI GRAD TA' SUPPLY TEACHERS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li ġew impjegati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-grad ta' supply teacher, fil-kategorija A, B u C fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta' Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika)?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-għadd ta' għalliema li ġew impjegati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-grad ta' supply teacher, fil-kategorija A, B u C fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta' Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) huwa skont kif ġej:", "STUDENTI FIL-KORS TA' GĦALLIEM FL-UNIVERSITÀ JEW INSTITUTE FOR EDUCATION", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qed jattendu xi kors fl-Università jew fl-Institute for Education tul is-sena skolastika 2018/2019 li eventwalment iwassalhom sabiex ikunu eliġibbli għall-grad ta' teacher full-time on an indefinite basis f'Malta?", "Jista' jispeċifika jekk dan l-ammont huwiex biżżejjed għall-esiġenzi tal-futur li jirrikjedu l-iskejjel kollha f'Malta?", "Jista' jispeċifika x'inhu n-nuqqas ta' għalliema għas-sena skolastika 2018-2019 fis-setturi tal-primarja, tas-sekondarja u fil-każ tal-aħħar, f'liema suġġetti?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' studenti li fis-sena akkademika 2018/19 qed jattendu korsijiet fl-Università ta' Malta li eventwalment iwassluhom sabiex ikunu eliġibbli għall-warrant ta' għalliem f'Malta huma kif ġej:", "In-numru ta' parteċipanti fil-korsijiet fl-Institute for Education huwa ta' 67 maqsuma kif ġej:", "Ninforma lill-Onor. interpellant li l-bżonn għal għalliema ma jonqos qatt.", "Fil-fatt il-Ministeru investa fl-Institute for Education biex dan l-Istitut joffri wkoll korsijiet part-time għal dawk in-nies li qed jaħdmu u jixtiequ jsiru għalliema.", "Dan minbarra l-korsijiet full-time li kienu u għadhom joffru l-Università ta' Malta.", "Kif naħseb japprezza l-Onor.", "Interpellant, l-esiġenzi fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jinbidlu matul is-sena skolastika.", "Dan minħabba raġunijiet varji fosthom maternity leave, mard, bżonn ta' leave urġenti, riżenji u oħrajn.", "Bħalissa għandna nuqqas ta' tliet għalliema fis-sekondarja (Ingliż, P.E u Geography).Fil-Primarja għandna nuqqas ta' tliet għalliema tal-Arti u żewġ għalliema tal-Mużika fis-servizz tal-peripatetic.", "Fil-każ tal-peripatetic, il-kulleġġi jagħmlu rotation tal-għalliema fil-kulleġġ biex sakemm jinstabu replacements, ikollna l-istudenti kollha li jkunu qed jieħdu lezzjonijiet.", "Fil-ġimgħat fejn ma jkollhomx għalliem peripatetic, ikun l-għalliem tal-klassi li jkun qed jagħmel dawn il-lezzjonijiet.", "GĦALLIEMA ĠODDA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jispjega kemm kien hemm għalliema ġodda impjegati bħala indefinite full-time u/jew definite full-time u/jew definite supply għall-ewwel darba fis-setturi tal-primarja u tas-sekondarja għas-sena skolastika 2018-2019?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li n-numru ta' għalliema ġodda li ġew impjegati bħala indefinite full-time u/jew definite full-time u/jew definite supply għall-ewwel darba fis-setturi tal-primarja u tas-sekondarja għas-sena skolastika 2018-2019 huwa kif ġej:", "ENTITAJIET PUBBLIĊI - POTER LI JIMPONU PENALITAJIET AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka dawn l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrattivi (administrative fines), kemm f'kull każ hu l-massimu tal-penali li tista' tiġi imposta wkoll fir-rigward fejn hemm penali li tista' tiġi imposta għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-liġi?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali", "Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali skont Kapitolu 445, l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Taqsima IX, Artikolu 53 'Reati', min jikkaġuna ħsara lill-partimonju kulturali jew jaġixxi bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att jeħel:", "(1) multa ta' mhux anqas minn €1,164.69 u ta' mhux iżjed minn €116,468.67, jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:", "Iżda, bla ħsara għall-ogħla multa hawn aktar qabel imsemmija, l-inqas multa li ħati jista' jeħel taħt dan l-artikolu m'għandhiex tkun inqas mill-valur ta' xi xogħol meħtieġ biex jirrimedja l-effetti tar-reat.", "(2) Ir-responsabbiltà ta' ħati taħt subartikolu (1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-ħati li jħallas lis-Sovrintendent kull nefqa li ssir għar-reintegrazzjoni jew ir-restawr tal-proprjetà kulturali minħabba fl-għemil tar-reat, jew li jħallas ġol-Fond il-valur tal-proprjetà kulturali meqruda jew danneġġjata meta dik il-proprjetà ma tkun tista' la tiġi reintegrata u lanqas restawrata.", "Dak il-ħlas jista' jinġabar permezz ta' kawża ċivili li ssir mis-Sovrintendent kontra l-ħati jew l-eredi tiegħu.", "(3) Il-Qorti għandha, minbarra li tagħti l-piena msemmija f'dan l-artikolu, tordna lill-persuni misjubin ħatja li jneħħu dak kollu li jkun qed jikkaġuna r-reat u li jreġġgħu lura għal li kienet kull ħaġa li tkun saret mingħajr ebda permess meħtieġ taħt dan l-Att jew biex iħares il-kondizzjonijiet imposti f'tali permess, skont il-każ, fi żmien suffiċjenti għal dak l-iskop u f'kull każ ta' mhux iżjed minn tliet xhur mid-data tas-sentenza u, jekk il-ħati jonqos milli jħares xi ordni bħal dik f'dak iż-żmien li jiġi hekk stabbilit, jista' jeħel ukoll multa ta' mhux inqas minn tmienja u ħamsin ewro u tlieta u għoxrin ċenteżmu (€58.23) u mhux iżjed minn mija u sittax-il ewro u sebgħa u erbgħin ċenteżmu (€116.47), kif il-Qorti tista' tistabbilixxi għal kull ġurnata li jkompli n-nuqqas wara li jiskadi ż-żmien imsemmi.", "MCCAA - Uffiċċju għall-Kompetizzjoni", "L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għandu s-setgħa li jimponi penali amministrattiva ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap 379 tal-Liġijiet ta' Malta) u r-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet (L.S 379.08).", "Il-massimu li intrapriża jew għaqda ta' intrapriżi tista' teħel huwa multa amministrattiva ta' mhux aktar minn għaxra fil-mija tad-dħul totali tal-intrapriża jew għaqda ta' intrapriżi konċernati fis-sena ta' negozju ta' qabel.", "Rigward penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi fil-liġi artiklu 21(4)(a) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni jipprovdi illi:", "Kull intrapriża jew għaqda ta' intrapriżi li tonqos milli tħares xi ordni ta' waqfien u ebda tkomplija jew ordni ta' konformità maħruġa skont l-artikolu 13, jew tonqos milli tħares miżura interim skont l-artikolu 15, jew tonqos milli tħares rabta magħmula vinkolanti skont l-artikolu 12Ċ, jew li tonqos milli tipprovdi informazzjoni korretta u kompleta wara talba għal informazzjoni taħt l-artikoli 11A u 12 jew tonqos milli tissottometti lilha nnifisha għal spezzjoni taħt l-artikolu 12 tista', fid-diskrezzjoni tad-Direttur Ġenerali, teħel il-piena ta' multa kwotidjana li ma tkunx aktar minn ħamsa fil-mija tal-medja tad-dħul ta' kuljum tas-sena kummerċjali preċedenti tal-intrapriża jew l-għaqda ta' intrapriżi konċernati għal kull ġurnata li l-nuqqas ta' ħarsien tal-obbligu jkompli jseħħ.", "L-artiklu 21(6) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni jipprovdi illi:", "Meta persuna, li tkun direttur, maniġer, segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dawk ta' intrapriża jew għaqda ta' intrapriżi tonqos, mingħajr raġuni valida, li tagħti l-informazzjoni mitluba fiż-żmien lilha mogħti, dik il-persuna tista' teħel multa amministrattiva ta' mhux iżjed minn €2,400 għal kull ġurnata ta' nuqqas.", "Dawn il-penalitajiet hawn fuq imsemmija japplikaw ukoll fil-każ tal-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet.", "MCCAA- Affarijiet tal-Konsumatur", "Skont l-artikolu 3 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta' Malta), \"Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) huwa responsabbli għall-amministrazzjoni u l-infurzar ta' dan l-Att u għal dan il-għan għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet vestiti fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur bl-artikolu 17 tal-Att dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u b'dan l-Att …\".", "Skont l-artikolu 106A (1) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, id-Direttur Ġenerali jista' jimponi multa amministrattiva fuq persuna li d-Direttur Ġenerali, wara investigazzjoni taħt l-artikolu 14A, isib ħatja ta' ksur ta' dispożizzjoni ta' dan l-Att jew ta' kwalunkwe regolament magħmul taħtu.", "Skont l-artikolu 106A (2) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, il-multi amministrattivi jistgħu jammontaw għal massimu ta' sebgħa u erbgħin elf ewro (€47,000), iżda \"fil-każ fejn ordni ta' tħaris ma jiġix obdut id-Direttur Ġenerali jista' jimponi wkoll multa ta' mhux anqas minn mija u sittax-il ewro u sebgħa u erbgħin ċenteżmu (€116.47) u mhux aktar minn mitejn u tletin ewro (€230) kull jum, għal kull ġurnata li fiha ma jiġix obdut.\".", "Awtorità tax-Xandir", "Skont il-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir l-ogħla penali amministrattiva li l-Awtorità tista timponi tammonta għal €34,950.", "Din il-penali hija marbuta ma' ksur ta' paragrafi 5 u 6 ta' L.S 650,34 (Regolamenti dwar Ġurisdizzjoni u Koperazzjoni Ewropea fix-Xandir).", "Jekk persuna tikri kostum u ddum ma tagħmel ritorn ta' kostum trid tħallas l-ammont tal-kostum kull jum żejjed li żżommu.", "Ma jeżistix massimu imma fil-kuntratt hemm miktub li jekk issir ħsara trid titħallas mingħand dawk li jkunu krew it-teatru.", "Pjazza Teatru Rjal", "Fil-kuntratt tal-kiri tat-Teatru hemm stipulat li jekk issir xi ħsara f'xi parti mill-binja jew tal-faċilitajiet, min ikun qed jikri jkun responsabbli ta' din il-ħsara, kif ukoll hemm piena ta' €250 jekk tiġi miksura il-klawsola ta' saħħa u sigurtà.", "Fondazzjoni Kreattività", "Fil-każ li ssir xi ħsara lit-Teatru jew lill-Exhibition Areas, min ikun qed jikri l-faċilitajiet jinżamm responsabbli tal-ħsara li tkun saret.", "ŻWIĠIJIET BIĊ-ĊIVIL U BIL-KNISJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iċċelebrati żwiġijiet biċ-ċivil u kemm ġew iċċelebrati żwiġijiet bil-Knisja matul is-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li fis-sena 2018 kien hemm total ta' 2,552 żwieġ iċċelebrati f'Malta.", "Minn dawn kien hemm 1,423 żwieġ bir-rit ċivili u 1,129 żwieġ bir-rit reliġjuż.", "IMPJEGATI GĦAWDXIN LI JAĦDMU F'DIPARTIMENTI F'MALTA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati Għawdxin, fil-grad ta' skrivan, li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta?", "Jista' jgħid jekk preżentament hux qed isir xi eżerċizzju biex jiġu identifikati funzjonijiet u attivitajiet tal-Gvern u entitajiet parastatali f'Malta li jkunu jistgħu jibdew isiru f'Għawdex bir-riżultat li iktar impjegati Għawdxin f'dan il-grad jibdew jaħdmu f'Għawdex?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' ħaddiema Għawdxin fi grad ta' skrivan li jaħdmu f'Malta huwa ta' 24.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-2012 dan in-numru kien ta' 93.", "Ninsab informat ukoll li l-eżerċizzju li għamel referenza għalih fit-tieni parti tal-mistoqsija jinsab għaddej u li dan huwa eżerċizzju kontinwu.", "TRADEMARKS - PROĊESS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess sabiex tiġi reġistrata trademark?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sabiex tiġi rreġistrata trademark l-applikant irid jimla u jissottometti l-applikazzjoni relevanti flimkien mat-tariffa ta' €116.47 lid-Dipartiment għal-Kummerċ.", "Dan jista' jsir b'mod faċli permess li wieħed jidħol fis-sit tas-servizz.gov u jimla l-applikażżjoni online minn hemm.", "Id-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali, li jaqa' taħt id-Dipartiment għal-Kummerċ, li fost dmirijiet oħra jipproċessa it-trademarks, jiċċekkja li l-applikażżjoni ġiet mimlija bl-informazzjoni korretta u jinforma lill-applikant fil-każ li xi informazzjoni hi skorretta.", "Din imbagħad tgħaddi biex jsir analiżi tal-marka skont il-dispożizzjonijiet tal-liġi u l-uffiċċju jikkomunika mal-applikant kif meħtieġ jekk jinsab xi element li mhux aċċettabbli skont il-liġi.", "Ġaladarba dan il-proċess ikun sar, l-applikazzjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit www.ips.gov.mtu u tibqa' miftuħa għall-possibbiltà ta' oppożizzjoni minn terzi fuq bażi u raġunijiet skont il-liġi, għal tliet xhur.", "Fil-każ li ma ssir l-ebda oppożizzjoni t-trademark tista' tiġi rreġistrata u terġa' tiġi ppubblikata r-reġistrażżjoni tat-trademark.", "Fil-każ li tkun saret oppożizzjoni, l-applikant jiġi mogħti l-opportunità li jew jirtira l-applikazzjoni jew jiskatta proċedura bejn l-applikant u l-parti terza li qed tagħmel l-oppożizzjoni sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-applikanti.", "F'każ li dan ma jseħħx l-applikant jista' jissottometti r-risposta tiegħu għall-oppożizzjoni u jekk it-terza parti tibqa' ssostni l-oppożizzjoni, l-Uffiċċju jieħu d-deċiżjoni jekk jirrifutax l-oppożizzjoni u jirreġistra t-trademark jew jaċċetta t-trademark u jirrifjuta l-oppożizzjoni.", "Il-parti kontra minn tkun ittieħdet id-deċiżjoni jista' jappella din id-deċiżjoni fil-Qorti tal-Appell.", "Qabel ma wieħed jissottometti applikazzjoni għal trademark huwa rrakkomandat li jsir tfittxija fid-database lokali kif ukoll tal-UE biex jiċċekkja jekk din il-mark jew marka li tixxiebah magħha hijiex diġà qed tintuża bħala trademark minn ħaddieħor.", "Din it-tfittxija tista' ssir, mingħajr ħlas, fir-reġistru nazzjonali tat-trademarks u fir-reġistru ta' trademarks irreġistrati fl-UE li t-tnejn huma reġistri online fuq www.ips.gov.mt.", "Din it-tfittxija tista' wkoll issir mid-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ billi wieħed jibgħat email fuq ipoffice@gov.mt u jagħti l-informazzjoni meħtieġa biex l-uffiċċju jkun jista' jagħmel din it-tfittxija.", "Il-ħlas tat-tfittxija li jsir fuq talba lid-Direttorat huwa ta' €11.65 għal kull tfittxjia.", "QASAM TAL-TEKNOLOĠIJA U E-COMMERCE - KUMPANIJI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' grants immirati għal kumpaniji ġodda u innovattivi, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u e-commerce?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Enterprise toffri skemi li jistgħu jgħinu impriżi innovattivi ġodda jibdew in-negozju tagħhom.", "Dawn jinkludu:", "Business START (B.Start) – toffri grants għal start-up.", "Din l-iskema hija mmirata biex tgħin start-ups żgħar li għandhom proġett vijabbli u qiegħed fil-bidu tal-iżvilupp tiegħu.", "Start-up Advance – hija skema immirata lejn impriżi żgħar li qegħdin fil-proċess li jikkonsolidaw l-operat tagħhom li wera li hemm potenzjal għalih fis-suq u huwa meqjus mill-Korporazzjoni bħala innovattiv u li huwa ekonomikament vijabbli li jsir.", "Start-Up Finance 2017-2020 – L-għan ta' din il-miżura huwa li mpriżi innovattivi jiġu megħjuna finanzjarjament mill-bidu nett tal-ħolqien tagħhom.", "Dawn l-impriżi żgħar iridu juru li għandhom kunċett vijabbli u li hemm il-possibbiltà ta' tkabbir ukoll.", "GĦOTJA TA' DARBA GĦALL-PERSUNI LI GĦAMLU XI ŻMIEN JAĦDMU F'DIPARTIMENT TAL-GVERN QABEL l-1979", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8369 u jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-għotja bdiet tingħata lill-benefiċċjarji eliġibbli mis-sena 2017, liema pagamenti saru bejn Ottubru u Diċembru tal-2017.", "F'Novembru u Diċembru 2018 tħallas pagament ieħor wara li kienet saret sejħa oħra fil-Gazzetta tal-Gvern għall-applikazzjonijiet f'April 2018.", "Il-pagamenti saru lil dawk eliġibbli li daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f'dipartimenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi.", "Fil-każ ta' dawk il-persuni li laħqu mietu l-pagamenti saru lill-werrieta tagħhom.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali jew reġjuni li preżentament qegħdin joperaw b'aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv/aġent deputat segretarju eżekuttiv?", "F'kull każ, jista' jgħid f'liema rwol ieħor huma impjegati mal-Gvern jew aġenziji tal-Gvern dawn l-uffiċjali?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li hawn żewġ reġjuni u tmien kunsilli lokali li preżentament qegħdin joperaw b'aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv.", "Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba.", "KUNSILLI LOKALI - SEGRETARJI EŻEKUTTIVI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjuni bħalissa qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan ir-rwol f'kunsill jew reġjun ta' kunsilli lokali oħrajn?", "F'kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti?", "Fejn hemm segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan ir-rwol, f'liema kunsilli jew reġjuni qed jaqdi dan id-dmir f'kull każ?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li hawn żewġ reġjuni u tmien kunsilli lokali li bħalissa qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-ir-rwol f'kunsill jew reġjun ieħor.", "Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL - ANZJANI FI DJAR RESIDENZJALI TAL-GVERN", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8395, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-Djar Residenzjali tal-Gvern li huma:", "d. bid-dimenzja?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġenituri ta' persuni b'diżabilità jistgħux jagħmlu użu mis-Skema Carer at Home?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "WIED IL-GĦAJN - ĊENTRU LEAP", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28979 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru LEAP ta' Marsaskala li hija lokalità kbira u li hemm 'il fuq minn 5,000 familja?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 1886.", "MEDJA TA' SEPARAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta' separazzjonijiet reġistrati kuljum f'pajjiżna fl-2018?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tabella t'hawn taħt li fiha l-informazzjoni mitluba.", "Għawdex", "MARSASKALA - KUNSILL SKOLASTIKU TAL-ISKOLA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Kunsill Skolastiku fl-Iskola Primarja ta' Marsaskala?", "Jekk iva, x'attivitajiet twettqu minn dan il-Kunsill matul is-sena l-oħra?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, iva, hemm Kunsill Skolastiku fl-iskola ta' Marsaskala magħmul minn President, Segretarju (il-Kap tal-Iskola), tliet edukaturi u tliet ġenituri.", "L-attivitajiet kienu:", "- Open Week: attivitajiet fil-klassijiet mal-ġenituri;", "- Jum iċ-Ċelebrazzjoni mal-mistednin distinti u ġenituri;", "- Attivitajiet tal-Milied (fil-klassijiet u fuq il-palk) mal-ġenituri;", "- Farewell tal-Istudenti tas-Sitt Sena;", "- Sports fil-komunità mal-ġenituri;", "- Laqgħat għall-ġenituri minn Sedqa u PSCD;", "- Carnival Fun Walk – sfilata mit-tfal max-xatt ta' Marsaskala;", "- Ritratti tal-Milied;", "- Fiera tal-Ktieb; u", "- Fiera tal-Pjanti.", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħtina aktar dettalji dwar il-kumpless REACH tal-Aġenzija Sapport?", "Fiex se jikkonsisti dan il-kumpless?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li preżentament hemm periklu imminenti minħabba ħsarat estensivi fuq il-pont li jinsab taħt it-telgħa li tagħti għall-kamra tan-nar ta' San Sebastjan (Wied il-Kbir, Għar Ħanżira), jista' l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex isiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni neċessarji mill-aktar fis?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "ĦAL QORMI: TRIQ IL-BELT VALLETTA – ĦAJT FAĊĊATA TAĊ-ĊIMITERJU", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7667, jista' l-Ministru jgħid jekk marx il-perit tal-Ministeru sabiex jagħmel rapport fuq il-ħajt li qed iċedi u għaldaqstant huwa ta' periklu għan-nies?", "IAN BORG: Nikkonferma li tqabbad Perit tal-MTIP u sar ir-rapport tad-dangerous structures li ġie mgħoddi lill-Pulizija biex isegwu mas-sidien privati.", "ĦAL QORMI: TRIQ ĠUŻÈ MARIA CAMILLERI - RAMPA GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru, permezz tal-ħaddiema tal-Gvern, joħloq rampa aċċessibbli minn persuni b'diżabilità minn Triq Ġużè Maria Camilleri, Ħal Qormi, għal ġol-Wied, simili bħalma hemm biswit il-grawnd iż-żgħir tal-futbol fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi?", "IAN BORG: Ninsab infurmat li mhux rakkommandabbli li ssir rampa fil-post indikat għax din tista' tostakola l-mixja tal-ilma f'waħda mill-aktar partijiet dojoq tal-korsa tal-ilma.", "ĦAL QORMI: ĊIMITERJU - XOGĦLIJIET TA' MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' manutenzjoni tant bżonjużi ġewwa ċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sar rapport minn perit fuq is-sitwazzjoni tal-ħajt taċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi u ddaħħlet applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Bħalissa qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex tali xogħol ikun jista' jsir.", "TRASPORT LILL-ANZJANI GĦALL-APPUNTAMENT FL-ISPTAR", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra li l-anzjani li jkollhom bżonn trasport mingħand il-Gvern sabiex jattendu għall-appuntament l-isptar jiġu akkumpanjati minn qarib jew minn xi ħadd li jieħu ħsiebhom?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pazjenti anzjani li jattendu għall-appuntamenti tagħhom fl-Isptar Mater Dei u jużaw it-trasport tal-Gvern dejjem kellhom l-opportunità li jkollhom magħhom qarib jew carer skont il-bżonn tagħhom.", "Fil-fatt, numru ta' anzjani li jużaw dan is-servizz ikunu akkumpanjati minn persuna li jew tkun qarib jew carer.", "Bit-titjib li qed ikun ippjanat għal dan is-servizz, dan l-aspett qed ikun assigurat ukoll.", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Wara li d-Dipartiment tal-Cleansing ħa ħsieb li jnaddaf l-iskart li kien hemm fi Triq Ġużè Maria Camilleri f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex jitnaddaf il-wied li jinsab biswit din l-istess triq hekk kif attwalment fiha għadd ta' skart goff u ammont sostanzjali ta' ħaxix?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskart li kien hemm fil-parti tal-wied li jinsab biswit Triq Ġużè Maria Camilleri ġewwa Ħal Qormi tneħħa kollu.", "Fadal ammont ta' ħamrija li trid titneħħa bil-makkinarju.", "Dan il-materjal se jitneħħa fil-ġranet li ġejjin."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190128_188d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 29 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 29 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 29 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 188 li saret fit-28 ta' Jannar, 2019 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RIFORMA FIS-SISTEMA TAL-GWARDJANI LOKALI", "L-ONOR.", "Alex Muscat) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fir-riforma tas-sistema tal-gwardjani lokali u x'bidliet mistennija ġġib magħha?", "Jista' jgħid kif se jkunu effettwati ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin bir-riforma?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Fl-1 ta' Mejju tas-sena 2018, sar it-trasferiment tal-uffiċjali tal-komunità (gwardjani lokali) minn mas-settur privat għal mal-LESA (closed dept) u kif diġà ħabbarna, minn hemmhekk ma jkunux jistgħu jmorru f'postijiet oħrajn mal-Gvern.", "Issa li ftaħna l-uffiċini l-ġodda fil-Fgura u għamilna uniformijiet ġodda għall-uffiċjali, dawn se jkomplu jingħataw aktar taħriġ intensiv speċifiku fuq l-operat tal-infurzar lokali biex dan il-mistier jittieħed aktar bis-serjetà billi tinbena fuqu karriera.", "B'hekk, mil-lenti taċ-ċittadin, l-uffiċjal tal-komunità jiġi aktar milqugħ u apprezzat bħala dak l-uffiċjal dejjem qrib tagħhom li hu lest biex jiggwidahom u jgħinhom.", "Qed isiru wkoll bidliet ta' infurzar aktar ekwu, ġust u edukattiv f'setturi oħra bħat-turiżmu, l-edukazzjoni, l-ambjent eċċ. Iċ-ċittadini b'din ir-riforma se jiġu aktar edukati u l-mira hi li ċ-ċittadin japprezza l-ħtieġa ta' dixxiplina ġusta.", "Permezz ta' din ir-riforma se tingħata attenzjoni speċjali lis-settur tal-ambjent għal aktar indafa fil-pajjiż u se jiġi regolat aktar is-settur tal-kostruzzjoni bħala ppjanar u infurzar fuq saħħa u siġurtà fis-siti tal-bini.", "Barra minn hekk, nixtieq insostni wkoll li se nkunu qed ningaġġaw tim ġdid addizzjonali ta' uffiċjali tal-komunità.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, dawn l-uffiċjali se jingħataw vetturi ġodda u tagħmir ġdid biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom b'mod aktar effiċjenti.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, se nagħmel żewġ mistoqsijiet f'waħda.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-komunità s'issa u kemm swiet il-LESA mill-ġurnata tat-twaqqif tagħha sal-lum?", "OWEN BONNICI: Se nibda mit-tieni mistoqsija billi nwieġeb li l-LESA ma swiet xejn.", "Il-LESA mhux talli ma teħux flus mill-Kaxxa ta' Malta talli naturalment tikkontribwixxi ħidma li twassal biex jiġu impjegati n-nies, tħallas il-bolla u l-income tax u tagħti multi li jidħlu fil-Kaxxa ta' Malta.", "Għalhekk il-LESA ma tiswa xejn lill-pajjiż u rrid niftaħar li din bdiet bis-saħħa tal-għaqal tan-nies li ħadmu dak iż-żmien.", "Minn hawnhekk nixtieq insellem lil sieħbi l-Perit Stefan Buontempo li meta twieldet il-LESA, jien flimkien miegħu għamilnieha din il-mansjoni, u nħossni kburi ħafna li bdiet mingħajr ma kellna ċenteżmu vvotat.", "Fil-fatt lanqas ridna li jkollna flus ivvotati għax konna nafu li l-LESA waħedha se ssostni lilha nnifisha, u hekk irid ikun.", "U ssostni lilha nnifisha mhux billi jkun hemm multi inġusti imma billi jkun hemm dixxiplina ġusta.", "Dik hija d-differenza li rridu ndaħħlu fis-sistema tal-infurzar lokali.", "Jien ma naqbel xejn li l-gwardjani lokali jaqbdu u jagħtu ċitazzjonijiet left, right and centre, għax dak mhuwiex infurzar lokali, imma hija xi ħaġa li m'għandhiex mill-ġustizzja.", "B'infurzar lokali nifhem dixxiplina ġusta, bħal meta xi ħadd jagħmel żball u jkun jista' jikkaġuna l-periklu lilu nnifsu jew lil ħaddieħor u meta jiġi dixxiplinat, jgħid li kien ħaqqu jiġi dixxiplinat.", "Jien nemmen li ħafna nies f'pajjiżna jifhmu li hemm bżonn id-dixxiplina fil-lokalità.", "L-importanti hu li tkun dixxiplina ġusta.", "Sur President, nista' ngħid li hawn ftit għexieren ta' impjegati bħala gwardjani lokali.", "In-nies jaħsbu li f'pajjiżna hawn xi 2,000 gwardjan lokali mentri fil-verità hawn ftit għexieren.", "M'għandix iċ-ċifra eżatta imma bejn wieħed u ieħor hawn madwar 60 gwardjan lokali.", "Kien hemm 11-il gwardjan lokali li ma baqgħux għax sabu xogħol differenti.", "Bħalissa għaddej proċess ta' ingaġġ ta' uffiċjali tal-komunità ġodda, li jinsab fi stadju finali biex naturalment ikun hemm numru adattat li jaqdi s-servizzi tal-pubbliku.", "Inċidentalment bħalissa hemm daqsxejn dwejjaq minn min juża l-gafef, għax biex tarma gaffa jrid ikollok il-permess tal-kunsill lokali u gwardjan lokali li jidderieġi t-traffiku, u naf li bħalissa hemm nuqqas tagħhom.", "Fil-fatt ċemplulna xi nies li huma midħla fis-settur u staqsewna x'se nagħmlu biex insolvu dan in-nuqqas ta' gwardjani lokali.", "Fil-fatt irrid ngħid li l-proċess tal-ingaġġ tal-gwardjani lokali li jmiss wasal fi tmiemu, u jekk Alla jrid fi żmien ftit jiem, jew l-aktar ġimgħat, dawn se jkunu jistgħu jibdew jaħdmu u jagħtu servizz liċ-ċittadin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem ġie ppubblikat il-programm għas-sena 2019 ta' Teatru Malta, u jidher li għal sena wara l-oħra qed ikun hemm avvanz konsiderevoli fuq is-sena ta' qabel.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex jikkonsisti dan il-programm u matul is-sena d-dieħla x'inhu mistenni li naraw li ma konniex naraw qabel, speċjalment fejn tidħol il-kultura f'pajjiżna, speċifikament f'Teatru Malta?", "OWEN BONNICI: Jien nemmen li bħalissa l-kamp artistiku tal-kultura wasal għall-pass li jmiss, u se ngħid x'inhu.", "Wara li saħħaħna l-kwalità, żidna l-udjenzi u ħloqna karrieri fis-settur kulturali.", "Għalhekk issa l-pass li jmiss hu li nxerrdu kemm jista' jkun il-kultura u l-prodotti kulturali li qegħdin noffru f'aktar bliet u rħula.", "L-idea hi li jkollna l-Valletta Cultural Agency li tieħu ħsieb li jkun hemm attivitajiet kulturali ta' kwalità fil-Belt Valletta u tagħti opportunità lill-Arts Council u lill-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jagħmlu attivitajiet kulturali ta' kwalità fl-irħula u l-ibliet ta' pajjiżna.", "Pereżempju, ftit tal-jiem ilu kellna l-Baroque Festival, li mijiet ta' turisti jiġu apposta f'Jannar biex isegwuh.", "Jien attendejt diversi kunċerti tal-Baroque Festival – naf li kien hemm uħud minn sħabi li attendew ukoll – u wieħed seta' jara l-mijiet ta' turisti li ġew Malta proprju biex isegwuh.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lil Kenneth Zammit Tabona għax-xogħol eċċezzjonali li jagħmel f'dan is-settur.", "Wara li ħsibna u tkellimna ftit, ħriġna l-Baroque Festival mill-Belt Valletta u ċerti kunċerti bdew isiru fl-irħula.", "Pereżempju, jien u l-Onor.", "Bartolo ħadna gost ħafna meta attendejna flimkien għall-kunċert ta' mużika barokka fil-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Għaxaq, fejn rajna prodott kulturali tal-aqwa livell fil-qalba tal-irħula tagħna, u dik hija l-missjoni tagħna.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam ma' teatru ma nista' qatt nieqaf nenfasizza kemm huwa importanti li f'demokrazija b'saħħitha jkollna teatru li jaħdem.", "Meta qed ngħid \"teatru\", m'iniex nirreferi għall-binja imma għal xogħlijiet teatrali ta' kwalità li jagħmlu ġieħ f'demokrazija b'saħħitha.", "Tista' tkejjel kemm hi b'saħħitha Malta minn kemm għandna flus fil-kontijiet tagħna bħala GDP jew minn kemm għandna economic growth imma wieħed mill-modi biex tkejjel dan huwa billi tara kemm għandna espressjoni artistika b'saħħitha.", "It-twaqqif ta' Teatru Malta kellu proprju l-għan li jkollna kumpanija teatrali nazzjonali biex b'hekk inkunu nistgħu mmexxu 'l quddiem xogħlijiet teatrali ta' kwalità bil-Malti u traduzzjonijiet ta' kwalità ta' xogħlijiet tajbin ħafna.", "Sur President, din hija t-tieni sena ta' Teatru Malta, u sar programm biex din is-sena jmur f'diversi rħula Maltin u Għawdxin ħalli dak li jkun, inkluż il-familji, il-ħarġa tagħhom tkun li jmorru jaraw ftit teatru bil-Malti.", "Rigward produzzjonijiet jien għandi moħħi mistrieħ li Sean Buhagiar – li huwa direttur artistiku ta' eċċellenza u minn hawnhekk insellimlu – u t-tim tiegħu qegħdin jagħmlu xogħol tajjeb ħafna.", "Ir-rwol li għandna aħna bħala Ministeru hu li naraw li dkemm jista' jkun it-teatri fl-irħula jerġgħu jingħataw il-ħajja.", "Fil-fatt diġà nidejna u se nkomplu nniedu skemi li permezz tagħhom nirrestawraw teatri antiki fl-irħula tagħna.", "Ma nistax nieqaf nenfasizza l-bżonn li nkunu qegħdin insalvaw it-teatri antiki fl-irħula tagħna billi ninċentivawhom, għax jekk ma nagħmlu xejn iċ-ċans hu li dawn jitħallew magħluqin u mal-ewwel skuża jiġu trasformati f'xi ħaġa oħra.", "Għalhekk, fil-fehma tiegħi, aħna għandna l-obbligu li t-teatri fl-irħula nsalvawhom u mmexxuhom 'il quddiem.", "Diġà nidejna skema biex ngħinu t-teatri, u se nkomplu nniedu aktar u aktar skemi biex aktar teatri jiġu salvati.", "Jekk insalvaw it-teatri tagħna jkun hemm aktar postijiet fejn il-produzzjonijiet ta' kwalità li qegħdin itellgħu Teatru Malta jkunu jistgħu jittellgħu fid-diversi rħula.", "Nikkonkludi billi ngħid li fejn jidħol Teatru Malta qed nara rinaxximent.", "Meta bdejna f'dan ix-xogħol niftakar li kien hemm il-premju Francis Ebejer u l-headlines kienu jkunu kemm m'applikawx kittieba, jew kemm il-ġurija ma sabitx kwalità biżżejjed biex tagħti l-premju.", "Illum għadu kemm ħareġ il-premju għall-arti u fost il-finalisti tara ħafna rappreżentazzjonijiet teatrali li qegħdin jagħmluha mal-aqwa produzzjonijiet Maltin.", "Naturalment hawn il-vantaġġ li fit-tmun ta' din il-ħidma hemm is-Sur Albert Marshall, li waqgħetlu żokortu fit-teatru.", "Insellimlu u nirringrazzjah minn qalbi għall-ġid enormi li qed jagħmel lis-settur kulturali.", "Nemmen li bis-sinerġija tas-Sur Marshall u s-Sur Buhagiar flimkien – wieħed aktar anzjan u l-ieħor aktar żagħżugħ – qed ikollna prodott li meta jgħaddu s-snin u meta nħarsu lura ngħidu li bit-twelid ta' Teatru Malta twieldet paġna oħra fis-settur teatrali Malti.", "KUNSILLI LOKALI – EFFETT TAL-MIŻURA LI T-TOROQ ISIRU MILL-GVERN", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega kif il-miżura mħabbra mill-Gvern ċentrali li jagħmel it-toroq kollha tal-pajjiż se tolqot lill-kunsilli lokali?", "Qed jiġi assigurat li l-fondi għat-toroq lill-kunsilli lokali jibqgħu jingħataw xorta waħda?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li hu mistenni li t-toroq li se jibda jagħmel il-Gvern ċentrali, permezz ta' awtorità mwaqqfa għal hekk, se tkun qed taħdem mal-kunsilli lokali biex ikollna toroq ta' livell ogħla minn dak tal-lum.", "Dan ifisser ukoll li l-kunsilli lokali jkollhom aktar fondi f'idejhom sabiex jiġu utilizzati aħjar fil-komunità, billi kif ġie ddikjarat, il-Gvern mhux se jnaqqas fondi lill-kunsilli lokali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Fid-dawl ta' ċertu rapportaġġ li ħareġ illum dwar ir-relazzjoni li jkollhom il-kunsilli lokali ma' numru ta' awtoritajiet ta' kuljum li minnhom jiddependu ċerti xogħlijiet li jsiru fil-lokalità tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Ministeru tiegħu jiffaċilita b'xi mod id-djalogu u r-relazzjoni li teżisti bejn numru ta' entitajiet, awtoritajiet u kunsilli lokali?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Muscat għal din il-mistoqsija.", "Jien nikkonferma li l-Ministeru qiegħed jagħmel sforz b'saħħtu sabiex nindirizzaw l-ilment li ġieli nisimgħu, li ġieli jkun ġustifikat u ġieli jkun inqas ġustifikat, minn sindki u kunsilliera fid-diversi kunsilli lokali.", "Se nibda billi ngħid li l-Onor.", "Silvio Parnis qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna u qed jixpruna din il-ħidma li qed isemmi l-Onor.", "Muscat fuq żewġ livelli.", "Waħda mid-deċiżjonijiet li ttieħdu kienet li jkollna Parlament tas-Sindki.", "Din saret għall-ewwel darba u nixtieq nirringrazzjak pubblikament, Sur President, talli aċċettajt li tilqa' lis-sindki f'din il-binja tal-Parlament.", "Fil-Parlament tas-Sindki kien hawn is-sindki ta' Malta u Għawdex kollha, jew min seta' jattendi minnhom, li qagħdu bilqiegħda not across party lines, imma flimkien, kull wieħed daqs l-ieħor.", "Mmeta segwejna dak li qalu, stajna nħossu li kienu qegħdin jaraw li hemm distakk bejn l-awtoritajiet governattivi u l-kunsilli lokali.", "Kien hemm ilmenti li kienu ġustifikati u kien hemm oħrajn li naħseb li ma kenux.", "Jien kont f'kunsill lokali, kif kienu ħafna mill-Membri ta' din il-Kamra, u kif konna qegħdin ngħidu ftit qabel, ġieli jiġuk mumenti fejn tkun qisek qed titkellem mal-ħajt, però nafu wkoll li it takes two to tango.", "Jien inħeġġeġ lill-kunsilli lokali li jkunu proattivi u kemm jista' jkun jaħdmu mal-awtoritajiet ċentrali.", "Wara li kien hemm dan is-sentiment fuq livell ta' din il-Kamra, ftit ilu sar seminar fil-Forti Sant'Anġlu fejn stedinna lis-sindki kollha, lill-uffiċjali nkarigati fid-diversi kunsilli lokali u stedinna wkoll diversi rappreżentanti tal-entitajiet ewlenin, fosthom l-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, eċċ. Fil-panel kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, li qagħad mill-bidu sal-aħħar f'dan is-seminar li fih l-entitajiet u l-kunsilli lokali tkellmu dwar kif jistgħu jsaħħu r-relazzjoni ta' bejniethom.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti u min għandu esperjenza ta' gvern jista' japprezza kemm hija xi ħaġa pożittiva.", "Aħna rridu nkomplu nagħmlu aktar minn dawn l-affarijiet u għalhekk nappella lill-entitajiet governattivi biex japprezzaw il-kunsilli lokali għax huma l-aktar livell ta' poter viċin in-nies.", "Bl-istess mod il-kunsilli lokali għandhom japprezzaw aktar l-entitajiet.", "Fil-verità kultant niltaqa' ma' nies li servew ta' ministri u ta' sindki u li issa spiċċaw mill-politika li jgħiduli li mid-diversi rwoli li kellhom, l-aktar li jimmissjaw huwa dak tal-kunsill lokali għax ir-realtà hi li it's all about making the most out of what you have għall-benefiċċju taċ-ċittadini.", "Fil-verità, mhux liema kariga tokkupa tiswa, imma l-ġid li tagħmel lin-nies.", "Għalhekk inħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jutilizzaw il-possibilità li għandhom biex jgħinu lin-nies kemm jista' jkun bl-għajnuna tal-entitajiet u tal-awtoritajiet rispettivi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Filwaqt li nikkonferma li jien kont preżenti għal dik il-laqgħa f'isem l-Oppożiżzjoni, li kienet laqgħa tajba, bħalma għamel il-Ministru nappella lill-kunsilli lokali biex jipparteċipaw aktar f'laqgħat li d-dipartimenti tal-Gvern jew il-Gvern innifsu jorganizza għall-kunsilli lokali.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jinkwetahx il-fatt li fil-Parlament tas-Sindki li sar fuq dawn is-siġġijiet fejn qegħdin aħna f'din il-Kamra, meta tkellem is-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall, qal li llum wasal f'estrimità li jiddubita jekk għadux jeżisti l-Kunsill Lokali tal-Birgu?", "Is-Sur Boxall qal ukoll li kellu tnaqqis drastiku fl-allokazzjoni tal-flus għal attivitajiet kulturali u spiċċaw qishom tallaba.", "L-ISPEAKER: Onor. Cutajar, jekk jogħġbok, ejja għad-domanda.", "Lis-Sur Boxall semgħu kulħadd.", "ROBERT CUTAJAR: Kien hemm sindki oħrajn, fosthom ta' Birżebbuġa, ta' Marsaskala, tal-Qrendi, tas-Swieqi, u ta' Ta' Xbiex, li tkellmu dwar il-burokrazija żejda, in-nuqqas ta' konsultazzjoni u li biex tirċievi acknowledgement fuq bozza ddum ħames ġimgħat.", "Il-Ministru jinkwieta li s-Sindku tal-Qrendi f'din il-Kamra ġie jgħid li biex tinqeda mid-dipartimenti tal-Gvern irid ikollok il-ħbieb?", "Naħseb li f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali morna lura u mhux 'il quddiem meta jkollok sindki li jiddikjaraw dawn l-affarijiet f'din il-Kamra!", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Fil-ħajja, bejn il-maltemp, ix-xita u l-bnazzi li ma jispiċċa qatt, hemm it-triq tan-nofs.", "Naħseb li dik hija r-realtà, u ħafna drabi dan jiddependi minn kemm il-persuni individwali jkollhom approach min-naħa tal-kunsilli u min-naħa tal-entitajiet, u fejn ikun hemm diffikultà jpoġġu bilqiegħda biex isolvuha.", "Jien ma nistax naqbel li l-allokazzjonijiet finanzjarji naqsu, għax l-allokazzjonijiet finanzjarji żdiedu.", "Li kien qed jgħid is-Sur Boxall hu li għandu jkun hemm fondi biex isiru attivitajiet kulturali - hawn nista' nsemmi Casal Fornaro ta' Ħal Qormi li hija waħda mill-isbaħ attivitajiet li jsiru bis-saħħa ta' finanzjament li japplika għalih il-kunsill lokali - u li għandu jkun hemm borża ċentrali li tieħu minnha.", "Naturalment, jekk wieħed jipprova jqassam ftit iktar, ikun hemm min jieħu daqsxejn fastidju għax ikun missu ftit inqas.", "Dik hija xi ħaġa naturali.", "Irrid nirringrazzja ħafna – bħalma għamilt dakinhar se nerġa' nagħmel illum – lis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall, li huwa sindku tajjeb ħafna u li għen biex il-Birgu jiġi trasformat mill-qiegħ.", "Jien kelli x-xorti naħdem flimkien mas-Sur Boxall meta bħala persuna responsabbli mid-Direttorat tar-Restawr komplejna fuq it-tajjeb li kien sar fil-Birgu mill-Gvern preċedenti u għamilna ħafna iktar, fosthom id-Ditch tal-Birgu u t-tkomplija tar-riabilitazzjoni tas-swar u tal-Forti Sant'Anġlu.", "Ma nafx x'ma għamilniex fil-Birgu.", "Matul din il-ħidma kollha fis-Sur Boxall sibna partner b'saħħtu li għandu għal qalbu l-Birgu, u nixtieq nirringrazzjah minn qalbi.", "Rigward il-kummenti tas-sindki l-oħrajn, nifhem li f'opportunitajiet bħal dawn, dak li jkun juża kliem daqsxejn iebes biex il-messaġġ jasal.", "Din nifhimha u naħseb li jien għamiltha meta kont viċi sindku.", "Jien hekk nieħu pjaċir għax ma rridx li niġu hawn biex niltaqgħu mas-sindki u wieħed joqgħod jgħid lill-ieħor kemm hu sabiħ it-temp.", "Dik hija xi ħaġa sabiħa imma ma joħroġ xejn minnha.", "Naħseb li l-aqwa mod huwa li wieħed jitkellem b'mod ċar bejn il-ħbieb.", "Kif qal l-Onor.", "Cutajar, wara dik il-laqgħa tas-sindki, aħna ħdimna – hawn nerġa' nsellem lill-Onor.", "Silvio Parnis li kien l-ixprun ta' din il-ħaġa – biex ġibna flimkien l-entitajiet, il-kunsilli lokali u s-Segretarju Permanenti Ewlieni u m'għandix dubju li dawn it-tip ta' laqgħat se jagħmlu l-ġid u se jkomplu jmexxu l-ħidma 'l quddiem.", "Jien dejjem nappella, mhux lill-entitajiet biss imma anke lill-kunsilli lokali, li it takes two to tango.", "Aħdmu flimkien bħalma naħdmu aħna.", "Huwa veru li jien Ministru imma trid taħdem biex tikkollabora mal-entitajiet u trid tkun moħħok hemm biex tmexxi l-affarijiet 'il quddiem.", "M'għandix dubju li l-ħbieb tagħna membri tal-kunsilli lokali għandhom il-ħiliet neċessarji biex imexxu dan ix-xogħol 'il quddiem.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: B'referenza għall-mistoqsija oriġinali u għall-mistoqsija tal-Onor.", "Cutajar, irrid ngħid li ftit inqas minn sentejn ilu jien kont għadni sindku u nista' nikkonferma li l-allokazzjoni tal-kunsilli lokali żdiedet.", "Fid-dawl li naqsu r-responsabilitajiet tat-toroq minn fuq il-kunsilli lokali u l-allokazzjoni mhux talli ma tnaqqsitx talli żdiedet – kif ġie kkonfermat meta ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari tal-Onor.", "Alex Muscat – jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jara li l-kunsilli lokali jingħataw responsabbiltajiet ġodda fejn jidħol ix-xogħol tagħhom?", "Jista' jgħid kif il-kunsilli lokali se jiġu kkonsultati dwar il-bini ta' toroq fil-lokalitajiet tagħhom li qabel kienu jsiru mill-allokazzjoni finanzjarja tagħhom u ma kellhomx l-expertise meħtieġa filwaqt li issa qegħdin jużaw l-expertise ta' Infrastruttura Malta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Dan huwa dibattitu sabiħ ħafna li jeħodna fix-xifer tar-riforma li se nwelldu, jekk Alla jrid, minn issa u ftit ġimgħat, jew l-aktar ftit xhur, oħra.", "Kif nafu, għamilna White Paper li qiegħda għall-konsultazzjoni u qegħdin nanalizzaw il-kummenti li kien fiha.", "Dak li qed jgħid l-Onor.", "Camilleri huwa proprju d-dibattitu li qed ikollna internament, jien flimkien mal-Onor.", "Parnis u t-tekniċi, biex nassiguraw li r-riforma tkun waħda li ttejjeb il-qasam tal-kunsilli lokali u tmexxihom 'il quddiem.", "Jien favur ir-reġjuni u nemmen li bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali għandu jkun hemm saff, li jagħmel sens, ta' reġjonalità.", "Forsi jkun hawn min jgħidli: Malta, fiċ-ċokon tagħha, jagħmel sens li jkollha r-reġjuni?", "Jien nemmen li hemm ċirkostanzi fejn jagħmel sens li jkollna politika reġjonali.", "L-ewwel nett, trid tiċkien id-distanza li hemm bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali għax ma jistax ikollok ftit aktar minn 60 kunsill lokali u gvern ċentrali wieħed li jaħdmu b'effiċjenza daqs grupp ta' madwar sitt reġjuni u l-gvern ċentrali.", "Nemmen ukoll li ċerti proġetti jistgħu jsiru aħjar bejn żewġ kunsilli lokali jew aktar, speċjalment proġetti kulturali, edukattivi u soċjali.", "Pereżempju, fil-qasam tas-saħħa issa għandna l-Berġa li ftaħna f'Ħal Kirkop, li jgawdi minnha mhux biss Ħal Kirkop imma l-irħula kollha ta' wara l-mina.", "Bl-istess mod, jekk ikollok triq arterjali li tgħaddi minn post partikolari u se tolqot postijiet oħrajn, id-diskussjoni dwarha bilfors tolqot lil diversi kunsilli lokali.", "Fil-bidu, meta kienu jkellmuni dwar ir-reġjuni, kont nistaqsi lili nnifsi jekk f'Malta hawnx lok għar-reġjuni, imma jekk irridu nagħmlu l-affarijiet sew u rridu li pajjiżna jimxi 'l quddiem, nemmen li hemm lok għar-reġjuni.", "Hemm lok li nsaħħuhom ħalli jgħinu biex il-ħidma tal-kunsilli lokali tkun iktar effiċjenti u fl-istess waqt we bridge the gap li ġieli jkun hemm bejn il-gvern ċentrali u l-kunsilli lokali.", "Naturalment, the sky is the limit meta naħsbu f'kemm nistgħu noħolqu affarijiet flimkien għall-ġid taċ-ċittadin.", "Nerġa' ngħid li ċ-ċentru għandu dejjem ikun iċ-ċittadin.", "Din hija xi ħaġa sabiħa għax tagħtik l-opportunità li tagħmel id-differenza.", "Sur President, lill-Onor.", "Camilleri ngħidlu li naħseb li dan kollu se jiġi diskuss fid-dibattitu li se jkollna meta nibdew niddiskutu r-riforma.", "Jien nistenna li meta jkollna l-Abbozz ta' Liġi, hu bħala wieħed mill-aħjar sindki li kellna fin-Nofsinhar ta' Malta - jaf kemm nirrispetta x-xogħol li għamel - ikun jista' jikkontribwixxi fejn jidħol dan is-settur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Chris Cardona.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 17 tal2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar in-negozji tal-familja (Att Nru XXXVII tal-2018); u", "Tagħrif dwar pagamenti li d-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar għamel lil avukati jew lid-ditti legali tagħhom bejn l-2004 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7095.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 16 tal2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-disposizzjonijiet tat-Taqsima IV tal-Att tal-2018 li jemenda diversi liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji (Att Nru XXVI tal-2018); u", "Tagħrif dwar in-nefqa tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fis-sena 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8494.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq sit soċjali Facebook mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali bejn Marzu 2018 u Diċembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8260; u", "Tagħrif dwar entitajiet fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li fil-konfront tagħhom saret kontestazzjoni abbażi tal-Kostituzzjoni fir-rigward tal-poter mogħti bil-liġi biex tiġi imposta penali amministrattiva u x'kien l-eżitu tal-proċeduri fil-Qorti Kostituzzjonali minn wara l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8456.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar pagamenti li saru mir-Residenza San Vinċenz de Paul lil ditta partikolari minn wara April 2015, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 7765.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "L-Onor.", "PUNT IMQAJJEM MILL-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, dalgħodu min-naħa tal-Oppożizzjoni Demokratika ħriġna stqarrija fejn tlabna lin-naħa tal-Gvern biex isserraħ ras il-poplu dwar is-sigurtà f'pajjiżna.", "Hemm intenzjoni li din issir?", "L-ISPEAKER: Kif taf, Onor. Farrugia, jekk ikunu se jsiru xi Stqarrijiet Ministerjali, normalment is-Sedja tkun taf immedjatament.", "Nifhem li m'hawnx Stqarrijiet Ministerjali u allura nkomplu bix-xogħol tal-Kamra.", "Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-28 ta' Jannar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, kif inhi l-prassi fis-sistema parlamentari tagħna, il-Kamra qiegħda tiġi mitluba biex tapprova l-Miżuri tal-Estimi Finanzjarji li kienet approvat ftit tal-ġimgħat ilu.", "Jien se nieħu din l-okkażjoni biex nitkellem dwar il-mod li bih il-Gvern qiegħed imexxi l-finanzi ta' pajjiżna u se nagħmel dan billi nqis tliet aspetti.", "Biex pajjiżna jkollu finanzi fis-sod, qabelxejn irid ikollu dħul tajjeb, irid jagħmel investimenti bil-għaqal u jrid jonfoq b'għaqal u b'rażan.", "Jien se nibda billi l-ewwel nett nitkellem fuq id-dħul tal-Gvern.", "Kif wieħed jista' jistenna, meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb id-dħul tal-Gvern - kif ġara f'dawn l-aħħar snin - jiżdied.", "Fil-fatt id-dħul żdied mit-taxxi diretti u indiretti, żdied għax il-Gvern qiegħed idaħħal il-flus mill-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, l-IIP – hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li lbieraħ smajna lill-President tgħidilna li kien hemm dħul ta' €700 miljun – u żdied ukoll għax il-Gvern gawda min-negozjati li kien għamel il-Gvern preċedenti meta rnexxielu jġib €1 biljun fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dħul mit-taxxi mis-sena 2013 sas-sena 2018.", "Minn din it-tabella joħorġu numru ta' konsiderazzjonijiet, u l-ewwel waħda hi li d-dħul mit-taxxi għall-Gvern bejn is-sena 2013 u l-2018 żdied minn €2.6 biljun għal ftit inqas minn €4 biljun.", "M'iniex se nagħmel l-argument pwerili li kienet tagħmel in-naħa l-oħra meta kienet fuq il-bank tal-Oppożizzjoni u ngħid li din iż-żieda fid-dħul tat-taxxi tfisser piż akbar fuq it-taxpayer.", "Hekk konna nisimgħu numru ta' snin ilu.", "Le, jien ngħid li din iż-żieda jew parti sostanzjali minnha ġejja għax hawn iżjed kumpaniji li jagħmlu l-qligħ u hawn iżjed ħaddiema jaħdmu.", "Ħafna minn dawn il-kumpaniji jaħdmu f'setturi li twieldu u kibru grazzi għax-xogħol li sar minn amministrazzjonijiet preċedenti diversi.", "Din in-naħa tal-Kamra dejjem ħadmet biex f'pajjiżna jkun hawn ix-xogħol, biex f'pajjiżna jkun hawn setturi tan-negozju ġodda, biex f'pajjiżna jkun hawn xogħol produttiv u pagi u kondizzjonijiet dejjem aħjar għall-ħaddiema iżda llum hemm ċerti affarijiet li aħna ma naqblux magħhom.", "Sur President, hija sfortuna li dan il-Gvern donnu jemmen li l-ekonomija tikber għax qegħdin inkabbru n-numru ta' nies li jiġu jgħixu f'pajjiżna.", "Hawn nixtieq nagħmel referenza għal intervista li għamel il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali li dehret fil-ġurnal Malta Today ta' nhar il-Ħadd li għadda.", "Se nikkwota silta minn din l-intervista bl-Ingliż, fejn hu qal hekk:", "Hawnhekk il-Gvernatur qed jgħid li ma nistgħux inkomplu nikbru ekonomikament jekk m'għandniex provvista suffiċjenti ta' ħaddiema.", "Il-punt li qed nagħmel hawnhekk mhuwiex tant kontra li jkollna dawn il-ħaddiema barranin, għax se jkollna bżonnhom, iżda ovvjament dan l-influss ta' ħaddiema jġib ir-riskji miegħu.", "Fil-fatt l-istess titlu tal-intervista jgħid hekk:", "Bil-Malti dan ifisser li t-tkabbir għandu r-riskji tiegħu.", "Issa din in-naħa tal-Kamra ilha x-xhur u s-snin titkellem dwar dawn ir-riskji u dawn l-isfidi u fuq kif il-Gvern ma tax kas u ma ppjanax għal dawn ir-riskji li issa m'għadhomx riskji iżda saru problemi reali u serji.", "Għalhekk se nitkellem ftit dwar dawn il-problemi.", "L-ewwel problema hija l-morsa tal-pagi fuq uħud mill-ħaddiema Maltin u Għawdxin għar-raġuni li ħafna drabi l-aqwa postijiet tax-xogħol f'pajjiżna qegħdin imorru għand il-ħaddiema barranin.", "Dan mhux qed ngħidu jien iżda qalu kemm-il darba l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo.", "Skont l-istess Ministru l-barranin qegħdin jiġu u jieħdu l-postijiet tax-xogħol b'pagi tajbin f'setturi bħall-iGaming u tas-servizzi finanzjarji.", "Mill-banda l-oħra, fuq l-estrem l-ieħor tal-ispettru, qegħdin jiġu ħaddiema barranin oħrajn li qed jieħdu postijiet tax-xogħol b'paga relattivament baxxa fis-settur tat-turiżmu, tal-manifattura u ta' servizzi bħalma huwa l-healthcare.", "Dan ammettieh saħansitra l-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella oħra li turi li l-qligħ medju tal-ħaddiema f'Malta qiegħed jonqos u mhux jiżdied.", "Ir-raġuni prinċipali għal dan hi li qegħdin inġibu ħaddiema barranin, ħafna drabi biex inżommu l-pagi baxxi.", "Il-Ministru kien qal li s-suq imexxi f'din il-ħaġa iżda f'dan il-każ is-suq qiegħed imexxi u jirrombla fuq il-ħaddiema Maltin.", "Mela din hija l-morsa.", "Skont l-istess Ministru Evarist Bartolo, postijiet b'pagi għoljin qegħdin imorru għand il-barranin u f'ħafna mill-postijiet tax-xogħol l-oħrajn il-paga kważi staġnat.", "Allura għall-ħaddiem Malti x'jibqa'?", "Sfortunatament, donnu għal ħafna, qishom qed jibqgħu biss il-postijiet tax-xogħol mal-Gvern.", "Din hija r-raġuni għalfejn fi żmien meta l-ekonomija sejra tajjeb, il-Ministri tal-Gvern għadhom qegħdin jimpjegaw nies ma' diversi entitajiet tal-Gvern, bħala pjaċir politiku.", "Fil-fatt ninsab informat li fl-aħħar għaxart ijiem, l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta impjegat tmien persuni oħra.", "Sintendi, ħaġa naturali għall-Ministru, dawn ġejjin mid-distrett tiegħu.", "Xi ħadd qalli li jekk tidħol fis-Segretarjat tal-Ministru, taħsbek qiegħed is-suq, bis-Segretarjat tiegħu jċemplu lin-nies u jistaqsuhom fejn jixtiequ jaħdmu.", "Fi żmien meta l-ekonomija sejra tajjeb u meta suppost qegħdin jinħolqu postijiet tax-xogħol bir-rimi, dan ma jagħmilx sens, għajr għall-fatti li għadni kif spjegajt.", "It-tieni problema li rriżultat mill-politika ekonomika tal-Gvern hija l-isplużjoni fil-prezzijiet ta' ċerti prodotti essenzjali u tal-proprjetà.", "Sinjura President, din tal-aħħar hija problema kbira għal ħafna Maltin u Għawdxin.", "Illum ħafna Maltin qegħdin isibu ruħhom imkeċċija mis-suq tal-proprjetà.", "Bl-Ingliż ngħidu li qegħdin isibu ruħhom priced out of the property market għax ħafna Maltin la jaffordjaw jixtru u lanqas jikru proprjetà għalihom u għall-familja tagħhom, u min qed jirnexxilu jikseb self biex jixtri proprjetà, qiegħed jidħol għal piż enormi li se jġorru għal snin twal, forsi anke sa wara li jirtira mix-xogħol.", "Il-Gvern mhux talli m'għamel xejn biex itaffi din il-problema, talli lanqas investa fi skemi u proġetti ta' housing soċjali.", "Dan minkejja l-wegħdiet li saru, li parti mid-dħul tal-Individual Investor Programme (IIP) sejjer għal skopijiet soċjali.", "Għad irridu nisimgħu x'inhuma dawn il-proġetti soċjali li qegħdin isiru bis-saħħa tal-flus tal-IIP, għax fl-aħħar ħames snin, minkejja l-ftaħir li għandna ekonomija b'saħħitha, il-Gvern ma beniex appartament wieħed li huwa wieħed għall-housing soċjali.", "Nerġa' lura għall-ewwel tabella dwar iż-żieda fid-dħul mit-taxxi.", "Għedt li dan id-dħul ġej minn żieda fit-taxxi diretti u indiretti però fost dawn hemm iż-żieda fit-taxxi tas-sisa.", "Dan il-Gvern fl-aħħar snin żied id-dħul tiegħu bil-qawwa minn din it-taxxa, li jien inqisha bħal taxxa inġusta għax għandha piż akbar fuq dawk li jaqilgħu dħul baxx.", "Dan il-Gvern żied is-sisa fuq l-aktar affarijiet essenzjali, bħalma huma l-fuel u d-detergents, u jekk il-Gvern ftaħar li għal din is-sena ma daħħalx taxxi ġodda, infakkru li l-poplu għadu qiegħed iħallas din is-sisa.", "Kull darba li l-poplu jmur jimla l-karozza tiegħu bil-fuel qed iħallas iżjed flus lill-Gvern.", "Kull meta jibgħat messaġġ bil-mobile qiegħed iħallas din is-sisa u kull meta jixtri xi detergent qiegħed iħallas din is-sisa.", "Id-dħul mit-taxxa tas-sisa fl-2013 kien ta' €224 miljun mentri din is-sena l-Gvern qed jistma li se jdaħħal €336 miljun, li f'termini ta' persentaġġ tiġi żieda ta' 67%.", "F'termini assoluti, din iż-żieda tammonta għal €112 miljun jew medja ta' madwar €1,000 għal kull familja Maltija.", "F'dan il-każ japplika l-argument tat-tax burden u nistgħu ngħidu li ħafna minn din iż-żieda fit-taxxa qegħdin iġorruha l-familji Maltin.", "Sinjura President, ippermettili nkompli fuq l-argument tad-dħul tal-Gvern.", "Mill-2013 sal-lum l-ekonomija dinjija kienet għaddejja minn żmien feliċi u b'saħħtu, fejn rajna tkabbir wara snin ebsin.", "Aħna għexna l-kriżi internazzjonali tas-sena 2009 imma skont ċerti pronostiċi ekonomiċi internazzjonali jidher li jista' jerġa' jiġi żmien diffiċli.", "Il-politika ta' protezzjoniżmu jidher li bdiet tħalli l-effetti tagħha, u jekk l-ekonomija internazzjonali tieħu daqqa, din se tinħass ukoll fl-ekonomija tagħna.", "Hawn m'iniex qiegħed nipprova nkun allarmist imma dan li qed ngħid inkompli nsaħħaħ ir-relevanza tiegħu fil-kontest ekonomiku li għaddej bħalissa, fejn is-sinjali qegħdin juru li ċ-ċiklu ekonomiku donnu qiegħed imajna.", "Ġeneralment jien inħares lejn l-ekonomija b'ottimiżmu iżda sfortunatament is-sitwazzjoni fid-dinja bħalissa qiegħda tiżra' d-dubji, tħares fejn tħares.", "Hawn nista' nsemmi l-Brexit u t-tilwim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u bosta pajjiżi, fosthom iċ-Ċina.", "L-estremiżmu lemini qed jgħolli rasu fl-Ewropa kollha u dan kollu jista' jħalli effetti negattivi.", "Jekk wieħed jitkellem mal-operaturi fit-turiżmu lokali kollha jgħidulek li l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienu relattivament kwieti pparagunati mal-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet.", "Skont stħarriġ ippubblikat mill-IHS market, l-ekonomija taż-Żona Ewro fl-2019 bdiet bl-iċken attività u l-indikatur għax-xahar ta' Jannar niżel għal 50.7% li huwa l-aktar livell baxx fl-aħħar ħames snin.", "Biex wieħed jifhem il-kontest ta' dan l-indikatur ngħid li riżultat ta' inqas minn 50% jindika li l-ekonomija dieħla f'riċessjoni.", "Issa din is-sena l-indikatur huwa ta' 50.7%.", "L-ekonomija Ewropea xejn ma kienet b'saħħitha fit-tieni nofs tas-sena li għaddiet iżda l-ekonomisti fil-maġġoranza tagħhom kienu qed jittamaw li din kienet xi ħaġa temporanja.", "Għalhekk il-fatt li anke l-2019 bdiet fuq din in-nota kajmana, xejn ma jwassal għal prospetti sbieħ.", "Skont il-kumpanija li wettqet dan l-istħarriġ, fost l-aktar problemi li qed jagħfsu l-ekonomija Ewropea hemm il-fatt li s-setturi tal-manifattura u tas-servizzi qegħdin jistaġnaw, hemm il-problema fis-settur tal-karozzi, hemm tħassib dwar Brexit u kwestjonijiet kummerċjali, b'mod partikolari dawk marbuta mal-Istati Uniti, li diġà għamilt aċċenn għalihom.", "Biex tkompli tagħqad, qed ikompli jiddiżappunta s-settur tal-manifattura fil-Ġermanja li fuqu jiddependu ħafna pajjiżi oħrajn.", "Dan jista' jħalli impatt ekonomiku internazzjonali, li eventwalment jista' jħalli impatt ekonomiku f'pajjiżna.", "Dan ifisser li rridu nkunu kawti u viġilanti għal dak li qed jiġri u dak li jista' jiġri.", "Dan wassal biex l-International Monetary Fund (IMF) aktar kmieni dan ix-xahar emenda t-tbassir tiegħu għall-ekonomija dinjija u bassar li t-tkabbir se jkun l-iċken wieħed fl-aħħar tliet snin.", "Din kienet it-tieni darba fi tliet xhur li l-IMF wettaq id-downgrade tal-previżjonijiet tiegħu dwar il-prestazzjoni ekonomika dinjija.", "Il-Gvern donnu huwa konxju ta' dan għax kif jidher fl-ewwel tabella, għal din is-sena l-Gvern qed jistma li se jżid id-dħul tiegħu mit-taxxi bl-inqas ammont fl-aħħar sitt snin.", "Issa jekk l-ekonomija dinjija tmajna, se jonqos in-negozju u allura ovvjament se jonqos id-dħul tal-Gvern.", "Issa fl-istess ħin li r-rata tad-dħul tal-Gvern qed tonqos, il-Gvern kompla jżid in-nefqa rikorrenti b'mod qawwi.", "Dan ifisser li llum il-Gvern qiegħed f'qagħda inqas b'saħħitha, jew inqas flessibbli, biex jiffaċċja kriżi finanzjarja jew ekonomika.", "Ħalli nkompli fuq il-punt tad-dħul.", "Huwa tajjeb li nfakkru li l-probabilità hi li l-Gvern mhux se jirnexxilu jġib l-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqskemm kien kiseb pajjiżna fi żmien l-amministrazzjoni ta' Dr Gonzi fl-2012 meta kienu nġiebu €1 biljun - jiġifieri €1,000 miljun - sabiex tissaħħaħ il-manifattura, l-infrastruttura u l-kompetittività f'pajjiżna.", "Pajjiżna ma jistax iwaqqaf l-investiment tiegħu għall-futur u allura d-differenza bejn dak li kien ġie nnegozjat fl-2012 u dak li qed jiġi nnegozjat bħalissa, trid tiġi minn fondi lokali.", "Issa dan il-Gvern, minkejja li jaf b'din is-sitwazzjoni, qed ikompli jikkommetti d-dħul għall-ispżia rikorrenti, kif se nuri aktar 'il quddiem.", "Punt ieħor relevanti marbut mad-dħul tal-Gvern huwa d-dħul mill-iskema tal-IIP.", "Din l-iskema, li suppost kellha tkun mhux waħda infinita iżda waħda finite, jiġifieri għal numru limitat, qed tiġi kkritikata wkoll bil-kbir għax ħafna qegħdin iqisuha bħala mezz ta' ħasil ta' flus jew riskju ta' ħasil ta' flus.", "Il-ġurnal Times of Malta, ħames snin ilu rrapporta dan l-artiklu, li aktar tard se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dan ifisser li hemm abbozz ta' rapport tal-Kummissjoni Ewropea li jgħid li skema ta' ċittadinanza bħal dik operata f'Malta, tqiegħed riskji ta' sigurtà, ta' ħasil ta' flus u ta' korruzzjoni.", "Huwa ċar li l-Gvern ma jistax jibqa' jibbaża fuq id-dħul minn din l-iskema daqslikieku din l-iskema se tkun hemmhekk għal dejjem.", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qalu l-Ministru u qalu l-IMF, li f'rapport li ppubblika dan l-aħħar qal hekk:", "Ta' min jinnota li l-istess rapport jgħid ukoll:", "It-tkabbir jibqa' b'saħħtu iżda jidher li l-ekonomija qiegħda tasal għall-quċċata ċiklika tagħha.", "Kif nafu, l-ekonomija, bħal xi drabi l-politika, taħdem f'ċikli, u ċ-ċiklu ekonomiku qisu wasal għall-quċċata tiegħu.", "Dan ir-rapport jirrakkomanda hekk lill-Gvern:", "Mela hawnhekk dan ir-rapport qed jappella lill-Gvern biex jagħmel miżuri ta' housing aktar affordabbli għall-familji li għandhom dħul baxx u biex jipprovdi aktar housing soċjali.", "Din in-naħa tal-Kamra ilha tagħmel dan l-appell mhux għal diversi xhur imma issa għal diversi snin.", "Dawn l-istess punti tkellimna fuqhom għal żmien twil u qed insemmihom biex ħadd ma jaħseb li qegħdin nivvintaw jew li qed nipprovaw nallarmaw lin-nies.", "Il-ħsieb tagħna huwa l-istess ħsieb ta' organizzazzjonijiet oħra u filwaqt li forsi l-Gvern ikun pront ħafna biex jikkwota xi rapport ta' credit agency, kif għamel il-Ministru għall-Finanzi lbieraħ filgħaxija, dawn it-tip ta' kummenti forsi jħossu skomdu biex jikkwotahom.", "Jien għedt li d-dħul tal-Gvern jonqos jekk l-ekonomija internazzjonali tmajna.", "Teżisti wkoll il-possibilità, biex ma ngħidx il-probabilità, li n-negozju f'pajjiżna jieħu daqqa minħabba l-mod ħażin li mexa bih il-Gvern fl-aħħar snin fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Irrid ngħid li f'dan il-każ, irid iġorr ħafna mir-responsabilità l-istess Ministru għall-Finanzi.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota sentenza mir-rapport li deher f'The Economist, li kif jaf kulħadd huwa l-ġurnal internazzjonali ewlieni fil-qasam ekonomiku u finanzjarju:", "Sinjura President, tweġġa' meta ġurnal internazzjonali bħal The Economist jgħid li pajjiżna, flimkien ma' Ċipru, akkwista reputazzjoni ta' financial sleaze.", "Tweġġa' għax tkun tħobb lil pajjiżek.", "Tweġġa' għax tkun taf kemm nies ħadmu biex pajjiżna wasal fil-quċċata tal-ħidma tas-servizzi finanzjarji, minkejja all odds li kienu kontra tagħna.", "Tweġġa' għax tkun taf li rapporti bħal dawn jinqraw mid-diriġenti li jkunu qegħdin jiddeċiedu fejn se jinvestu u ħadd ma jkun irid jinvesti f'pajjiż li għandu reputazzjoni ta' financial sleaze.", "L-aħbar li rajna dalgħodu fil-ġurnal Times of Malta tkompli tweġġagħna.", "Ma' kull sena li tgħaddi qed naraw it-tebgħa tal-korruzzjoni tiswied.", "Pajjiżna niżel fil-klassifika tal-corruption index u issa jinsab fil-51 post. Din hija l-agħar pożizzjoni li qatt ġiet miksuba u dan jorbot ma' rapport ieħor li deher ftit tal-ġranet ilu fil-ġurnal Times of Malta dwar il-kwalità tal-ħajja f'pajjiżina.", "Ippermettuli naqra silta minn dan l-artiklu.", "Din tgħid hekk:", "Dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "Dan ifisser li l-Ministru għall-Finanzi m'għandux bżonn imur sas-Sud Amerika ġo taxi biex jisma' dwar ir-reputazzjoni ta' korruzzjoni f'pajjiżna.", "Il-Ministru għall-Finanzi jista' joħroġ barra mid-dar tiegħu, barra mill-Ministeru tiegħu, jitkellem ma' dawn il-barranin li jgħixu hawn Malta u jistaqsihom x'inhi l-impressjoni ta' korruzzjoni li għandu pajjiżna.", "Dan kollu jħalli impatt u effett fuq in-negozju f'pajjiżna.", "Illum hawn kumpaniji li kienu interessati li jiftħu negozju f'pajjiżna u ma setgħux għax mhux qed isibu banek lesti li jiftħulhom kont bankarju.", "Dan qed iseħħ għax il-banek issa qegħdin taħt skrutinju qawwi fuq l-operat tagħhom, speċjalment mill-correspondent banks tagħhom.", "Lill-Ministru ngħidlu li n-nuqqas ta' serjetà li mxew biha għandha prezz u l-prezz beda jitħallas issa.", "Jiddispjaċini ngħidlu li dan huwa legat tiegħu wkoll u nittama li ma jixtieqx li jibqa' msemmi b'dan il-legat.", "Jiddispjaċini ngħid li fiż-żmien meta hu kien responsabbli minn dan is-settur, ir-reputazzjoni ta' pajjiżna marret il-baħar.", "Morna minn ċentru ta' eċċellenza għal pajjiż indikat minn The Economist bħala pajjiż b'reputazzjoni ta' financial sleaze.", "Dan mhux qed ngħidu jien, dan mhux qed tgħidu l-Oppożizzjoni, imma qed jgħidu The Economist fir-rapport li ħareġ dan l-aħħar.", "Wasalna s'hawn minħabba, fost affarijiet oħra, l-iskandlu tal-Pilatus Bank, bank li qatt ma jmissu ngħata liċenzja fi żmienu, bank li sidu qed jiffaċċja akkużi serji ta' ħasil ta' flus fl-Istati Uniti.", "Wasalna s'hawn għax il-Gvern kisser l-indipendenza tal-istituzzjonijiet tal-Istat.", "Wieħed għandu jara l-appell li għamillu l-IMF ftit tal-ġimgħat ilu biex tiġi salvagwardata l-awtonomija tal-istituzzjonijiet u tar-regolaturi tagħna.", "Wasalna s'hawn għax il-Gvern minflok ma ħa passi fuq ir-rapporti tal-FIAU, keċċa lil min għamel l-istess rapporti.", "Hawn nerġa' nistaqsi lill-Ministru għall-Finanzi jgħidilna x'parti kellu fit-tkeċċija ta' Jonathan Ferris.", "Wasalna s'hawn għax fi żmien il-Ministru Scicluna, is-Satabank tħalla jopera bla kontroll.", "Min qara r-rapport li deher fil-faċċata tal-ġurnal The Sunday Times of Malta tal-Ħadd li għadda, li aktar tard se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, żgur li twaħħax.", "Dan jgħid hekk:", "Għalhekk lill-Ministru ngħidlu li parti mit-tkabbir ekonomiku li tant kien jiftaħar bih, parti mis-suċċess li kien jiftaħar bih u parti mid-dħul tal-Gvern tiegħu, sfortunatament ġej minn dan il-ħmieġ!", "Issa dan inqabad u rridu li jittieħdu l-passi.", "Hija vera sfortuna li mal-ħażin qed jeħel it-tajjeb.", "Hawn qed nirreferi kemm għall-klijenti tajbin tas-Satabank kif ukoll għall-ħaddiema kollha tas-settur finanzjarju f'pajjiżna li qed jiġu ttimbrati b'dawn l-iskandli.", "Bħalissa qegħdin ngħixu l-perjodu politiku xejn feliċi u ta' inċertezza b'riżultat tal-Brexit.", "F'dan il-perjodu pajjiżna seta' għamel ħafna iżjed iżda madwar il-mejda tad-diskussjoni forsi ma stajniex, għax il-vuċi ta' pajjiżna kienet maħnuqa, kienet stunata u forsi mhux dejjem kienet kredibbli.", "Ma stajniex nagħmlu iżjed minkejja li kellna l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, u ma stajniex nagħmlu iżjed għax issa l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qegħdin iħarsu lejna b'suspett.", "Il-Ministru Scicluna jħobb ipinġi lilu nnifsu bħala l-Ministru tas-surplus iżda huwa wkoll il-Ministru ta' deficit kbir fir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "S'issa tkellimt fuq id-dħul tal-Gvern u issa nixtieq niffoka ftit fuq l-infiq tal-Gvern.", "Kif diġà għidt, dan huwa Gvern li żied in-nefqa rikorrenti b'mod mgħaġġel ħafna.", "Se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella Nru 3 li turi n-nefqa tal-Gvern mill-2011 sal-2018.", "Mill-2012 sal-aħħar tal-2017, l-ispiża rikorrenti tal-Gvern telgħet minn €2.5 biljun għal €3.5 biljun – jiġifieri żieda ta' €1 biljun jew żieda ta' 42% – li parti kbira minnha hija riżultat ta' żieda fin-numru ta' persuni li ddaħħlu jaħdmu fis-settur pubbliku.", "Infakkar li hekk kif qorbot l-elezzjoni tal-2017 iddaħħlu madwar 1,500 persuna oħra jiġifieri għandna 1,500 paga li issa l-poplu jrid iħallas għalihom mit-taxxi tiegħu.", "Kieku l-Gvern qed idaħħal għalliema, LSEs, infermiera u tobba, kieku din in-naħa tal-Kamra mhux talli ma tilmentax talli tkun minn tal-ewwel li tgħidlu prosit iżda l-Gvern qed jimpjega nies biex jagħmel pjaċir politiku u mhux biex iżid it-tobba, l-infermiera, l-għalliema u l-LSEs.", "Sfortunatament din hija parti oħra mis-sleaze ta' dan il-Gvern għax l-ispiża fuq il-pagi tal-Gvern żdiedet minn €612-il miljun fl-2012 għal €828 miljun fl-2017, żieda ta' 35%.", "Tant hija kbira din iż-żieda li l-Bank Ċentrali fir-rapport dwar it-tielet kwart tal-Quarterly Review tiegħu tal-2018, qal hekk:", "Hawnhekk ukoll il-Bank Ċentrali stess qed jgħid li parti mill-ispiża prinċipali tal-Gvern hija l-kumpens lill-ħaddiema.", "Huwa tajjeb li nikkumpensaw lill-ħaddiema, huwa tajjeb li jkollna ħaddiema tal-Gvern, imma huwa kruċjali li jkollna l-ħaddiema tal-Gvern fis-setturi fejn verament għandna bżonn.", "Nixtieq li l-Ministru jagħti lil din il-Kamra informazzjoni dwar l-aħħar ċifri fuq il-finanzi pubbliċi ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Qed nirreferi għall-Public Finance Statistics li jkopru l-perjodu minn Jannar sa Novembru 2018.", "Skont dawn iċ-ċifri, id-dħul rikorrenti tal-Gvern sa Novembru 2018 laħaq €3.9 biljun iżda skont l-istimi tal-Ministru fl-estimi tal-istess sena, id-dħul rikorrenti kellu jkun ta' €4.6 biljun, jiġifieri ferm aktar mit-€3.9 biljun li daħħalna sa Novembru.", "Hemm diskrepanza ta' 15%.", "Allura nistaqsi: Kemm huwa fiduċjuż il-Ministru li din id-diskrepanza tintlaħaq fix-xahar ta' Diċembru?", "Skont l-istess estimi, il-Ministru qed ibassar li se nagħlqu s-sena 2018 b'surplus ta' €16.6 miljun fil-Fond Konsolidat.", "Skont iċ-ċifri tal-NSO, sal-aħħar ta' Novembru l-Fond Konsolidat kien qed juri deficit ta' €35 miljun.", "Allura kemm huwa fiduċjuż il-Ministru li fl-aħħar xahar tas-sena jdawwar din is-sitwazzjoni u jqarreb is-sitwazzjoni attwali mal-istimi li kien għamel huwa stess?", "Fil-bidu semmejt li biex il-pajjiż ikollu l-finanzi fis-sod irid ikollu dħul tajjeb u jonfoq bil-għaqal u wrejt bil-fatti li l-Gvern ma mexiex fuq dawn iż-żewġ punti u mhux qed jimxi b'mod sensat.", "Semmejt ukoll punt ieħor u għidt li l-finanzi fis-sod jiġu minn investiment bil-għaqal u fl-aħħar parti tad-diskors tiegħi nixtieq nagħfas fuq dan il-punt.", "Investiment fl-ekonomija tal-pajjiż isir mill-privat kif ukoll mill-Gvern.", "Xi kultant isir ukoll billi l-Gvern jaħdem u jinvesti mas-settur privat b'mod li jkun hemm qligħ tajjeb għall-privat, imma b'deal tajba għal min iħallas it-taxxi.", "Dan il-Gvern, għal darba, darbtejn, tlieta, għamel deals li serqu lit-taxpayer.", "Nista' nagħti elenku ta' każijiet minn dawn, fosthom il-każ tal-Café Premier, il-każ ta' Strada Żekka, il-każ tal-power station, il-każ tal-Vitals Global Health Care, il-każ tal-Università Amerikana, u nista' nkompli nsemmi.", "Jekk wieħed jgħodd kemm tilef flus f'assi t-taxpayer Malti minħabba l-mod kif il-Gvern qed jagħti bir-ribass art għall-iżvilupp, isib li mhux b'miljuni ta' ewro morna minn taħt imma b'biljuni ta' ewro.", "Dawn il-biljuni ta' ewro setgħu jintużaw biex intejbu l-infrastruttura ta' pajjiżna, biex jinbnew aktar proġetti t'akkomodazzjoni soċjali, biex tissaħħaħ is-sistema tas-saħħa primarja jew biex tissaħħaħ is-sistema tal-pensjonijiet f'pajjiżna.", "Ilna nisimgħu dwar il-bżonn li jkollna pensjonijiet adegwati għall-anzjani tagħna imma minflok dejjem tisma' li r-rata ta' pensjonanti li qegħdin jgħixu fi stat ta' faqar jew f'riskju ta' faqar qiegħda tikber.", "Mela dawn setgħu jintużaw biex nindirizzaw il-faqar f'pajjiżna b'mod reali imma sfortunatament il-prijoritajiet tal-Gvern mhumiex dawn.", "Il-prijoritajiet tal-Gvern kienu, u donnhom għadhom, li jsiru quick gains biex l-Amministrazzjoni preżenti turi li sar ħafna f'perjodu qasir, anke jekk l-effetti fit-tul se jkunu ta' piż fuq il-pajjiż.", "Kif urejt, dan il-piż diġà beda jinħass fuq ħafna livelli.", "Qegħdin inħossu l-morsa fuq il-pagi tal-ħaddiema Maltin, qegħdin naraw żieda fil-prezz ta' ċerti prodotti, tal-proprjetà u tal-kirjiet u qegħdin naraw il-qerda ambjentali.", "Qegħdin naraw u nħossu wkoll l-effetti tal-qerda tar-reputazzjoni tajba li kellu pajjiżna u qegħdin naraw kif spiċċat fix-xejn ir-reputazzjoni tal-awtonomija u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Sur President, dan il-wirt ma smajna xejn dwaru fid-diskors li għamel il-Ministru għall-Finanzi lbieraħ filgħaxija, iżda dan huwa wirt, dan huwa legat, dan huwa piż li se jkollna nġorruh aħna u l-ġenerazzjonijiet li telgħin bħalissa.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi rrid nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MARIO DE MARCO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi n-nefqa tal-Gvern għall-perjodu bejn l-2011 u l-2018;", "Artiklu li deher fuq is-sit elettroniku fl-24 ta' Jannar 2019 intitolat \"Malta and Cyprus face growing pressure over money-laundering\";", "Artiklu li deher fuq is-sit elettroniku fit-22 ta' Jannar 2019 intitolat \"Citizenship schemes pose 'money laundering, corruption risks'\";", "Tabella li turi d-dħul mit-Taxxi għall-perjodu bejn l-2013 u l-2018; u", "Tabella li turi l-Employment Income Per Gainfully Occupied (Individual) għall-perjodu bejn l-2011 u l-2017.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA: Sur President, jien smajt b'attenzjoni lill-Onor.", "Mario De Marco u nistqarr li ħriġt diżappuntat għax ma sab xejn pożittiv f'dak li qed jagħmel dan il-Gvern u f'dak li qed jakkwista dan il-pajjiż bis-saħħa tal-poplu.", "Nista' nifhem li forsi mill-aspett politiku, il-kelliema tal-Oppożizzjoni – s'issa smajna wieħed biss, għax għadna fil-bidu ta' dan id-dibattitu fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-estimi li ppreżenta l-Ministru għall-Finanzi s-sena li għaddiet għal din is-sena li ninsabu fiha – biex inessu d-diffikultajiet u l-problemi interni, qed ikomplu jkunu negattivi vis-à-vis l-pajjiż.", "Jien mhux se noqgħod nidħol fuq x'legat se jħalli dan il-Gvern u fuq x'legat se jħalli l-Ministru għall-Finanzi, l-Onor.", "Edward Scicluna, għax nitkellmu fuq il-legat meta l-Gvern jispiċċa u mhux meta l-Gvern ikun għadu għaddej bil-ħidma tiegħu.", "Dan il-Gvern għad fadallu l-mandat li jrid iwettaq f'din il-leġiżlatura, imbagħad immorru quddiem il-poplu b'wiċċna minn quddiem, kif għamilna f'Ġunju tal-2017 meta wrejnieh il-kisbiet tagħna u x'nixtiequ nwettqu għal dan il-pajjiż, u nħalluh jiġġudika.", "Ikolli ngħid li l-poplu ġġudika bi kbir b'mod pożittiv lill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat u b'mod negattiv għall-aħħar lill-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien immexxija mill-Onor.", "Madanakollu, min-naħa tal-Oppożizzjoni baqgħu għaddejjin bl-istess kantaliena, bl-istess negattività u, agħar minn hekk, bl-istess ħsara li qed tkompli ssir b'mod jew ieħor lil pajjiżna.", "Sur President, smajna ħafna fuq ir-reputazzjoni imma l-Onor.", "Mario De Marco ma jistax jinjora li, jekk mhux hu, sħabu, ġejjin u sejrin barra minn Malta jtambru l-ħin kollu fuq l-istess ħaġa, imbagħad jiġu hawn Malta u jitkażaw fuq ir-reputazzjoni!", "Jien ngħid li minkejja l-ħsara kollha li qed jagħmlu wħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni u l-alleati tagħhom f'Malta u barra, dan il-pajjiż miexi 'l quddiem bil-kbir.", "Aħseb u ara x'konna nagħmlu aktar kieku ma kellniex din il-ħsara kontinwa barra u f'Malta minn uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Ftit ilu kont qed naqra ktieb u kien hemm frażi li sinċerament meta qrajtha ftakart fi sħabi tal-Oppożizzjoni.", "Din il-frażi tgħid hekk: Irrepeti gidba mitt darba u titwemmen, għid il-verità darba u ma titwemminx.", "U hekk qed jiġri minn uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni, sfortunatament anke barra minn Malta.", "Qed jirrepetu l-istess gideb u jagħtu l-istess miżinformazzjoni, imbagħad niġu hawn Malta u niskantaw li r-reputazzjoni marret lura!", "Skużi, jekk ir-reputazzjoni marret lura, xi ħadd qed jaħdem ħafna biex din ir-reputazzjoni tmur lura, u sfortunatament sħabna tal-Oppożizzjoni jew għall-inqas uħud minnhom, qed jagħmlu ħilithom kollha flimkien ma' alleati barranin biex issir ħsara lil pajjiżna.", "Naħseb li wieħed mill-akbar difetti tal-bniedem fin-natura umana hija l-għira u din ma teżistix biss mal-ġar tiegħi, ma teżistix biss ma' membru tal-familja tiegħi, imma teżisti wkoll bejn pajjiż u ieħor, teżisti wkoll bejn gvern u ieħor, teżisti wkoll bejn Membru Parlamentari Ewropew ta' pajjiż u Membru Parlamentari Ewropew ta' pajjiż ieħor.", "Din hija xi ħaġa umana però mbagħad ma rridux naslu f'sitwazzjoni li ma nagħmlux analiżi tajba ta' min verament jixtieq il-ġid lil pajjiżna.", "Jien qatt ma rajt lil xi ħadd barrani li jixtieq il-ġid lil pajjiż ieħor.", "Lil pajjiżu nifhimha.", "L-isfortuna hija li f'pajjiżna għandna Maltin li minflok jaħdmu biex jiddefendu lil pajjiżhom f'Malta u barra minn Malta, jaħdmu kontra l-interessi ta' pajjiżhom.", "Naħseb li sħabna l-Membri tal-Oppożizzjoni jridu jirrealizzaw li ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk.", "Din mhijiex kwestjoni ta' jekk intix Laburist, Nazzjonalist, ta' xi partit ieħor, jew m'għandekx partiti, imma hija kwestjoni tagħna bħala Maltin.", "Irridu nifhmu li l-poplu ddejjaq b'min jagħmel ħsara lil pajjiżu.", "Issa jekk uħud mill-Oppożizzjoni jridu jibqgħu għaddejjin b'din il-kantaliena, affari tagħhom, imma l-poplu jagħmel il-ġudizzji tiegħu meta jiġi l-waqt.", "Jien ninterpreta elementi mid-diskors tal-Onor.", "Mario De Marco li tkellem f'isem l-Oppożizzjoni qabli, bħala li donnu qed jiddubita jekk dan il-pajjiż huwiex sejjer tajjeb jew le.", "Jien ilni f'din il-Kamra mill-1996, għamilt ħafna snin fl-Oppożizzjoni u f'dawn l-aħħar snin qiegħed fil-gvern.", "Niftakar li ta' kull sena meta konna niddibattu abbozz ta' liġi bħal dan li fih nitkellmu fuq il-miżuri tal-estimi, waħda mill-affarijiet li tispikka kienet tkun it-talba mill-gvern tal-ġurnata, ħafna drabi Gvern Nazzjonalista, biex il-Parlament jawtorizzah li jissellef aktar u jiddejjen, u ħafna drabi dik il-figura kienet tikber minn sena għal oħra.", "Però llum il-Gvern mhux qed jissellef u jiddejjen, anzi qed inaqqas il-piż tad-dejn.", "Issa jekk din mhijiex importanti għall-Oppożizzjoni, għall-poplu żgur li hija importanti, għax dan il-Gvern mhux qed iżid il-piż tat-taxxi.", "Dan il-Gvern qed jagħmel hekk għax qed ikollu introjtu li ġej mit-tkabbir ekonomiku.", "Hawnhekk ukoll, il-Membri tal-Oppożizzjoni jagħtuni x'nifhem li kultant jammettu li hemm tkabbir ekonomiku għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor imma mbagħad joqogħdu jitfgħu d-dubju fuqu.", "It-tkabbir ekonomiku jeżisti u kulħadd qed jammettih.", "Dan qed tammettih kull statistika, mhux minn Malta biss imma anke minn barra.", "Ħafna drabi, meta niltaqa' mal-kollegi tiegħi, ma jiġux jgħiduli li hemm id-dubju fuq it-tkabbir ekonomiku anzi jistaqsuna x'aħna nagħmlu biex għandna dan it-tkabbir ekonomiku f'xenarju internazzjonali, kemm politiku kif ukoll mhux politiku.", "Issa ħalli nispjega x'qed nifhem biha din ta' politiku u mhux politiku.", "L-Onor.", "Mario De Marco qabli semma x-xenarju internazzjonali, u qisu ried jgħid li l-Gvern irid joqgħod attent għax ma tafx x'jista' jinqala' għada.", "Aħna nsegwu x'jiġri internazzjonalment.", "Insegwu wkoll il-kwestjoni ta' gwerer kummerċjali bejn l-akbar pajjiżi u l-akbar ekonomiji fid-dinja, minkejja li ma naqblux magħhom, u ma naħsbux li għandna mmorru lejn dik id-direzzjoni.", "Id-dinja kollha, u mhux Malta biss, ma taqbilx li għandu jkun hemm gwerer kummerċjali bejn l-akbar ekonomiji tad-dinja u bejn l-akbar pajjiżi tad-dinja.", "Ftit ilu kellna l-forum f'Davos u wieħed mis-suġġetti li ġew diskussi kien jekk huwiex lok li f'ċirkostanzi bħal dawn l-akbar ekonomiji tad-dinja joqogħdu jiġġieldu u jimponu t-tariffi fuq xulxin.", "Hemm bżonn naraw jekk huwiex lok - kif nemmen li huwa l-lok u kif dejjem għandna nibqgħu nemmnu - li naħdmu u nikkoperaw flimkien fuq livell politiku biex insolvu l-problemi politiċi u n-nuqqas ta' sigurtà li teżisti madwar id-dinja.", "Ngħidu x'ngħidu b'mod jew ieħor jaffettwana.", "Jekk hemm gwerra xi mkien, indirettament jew direttament, se jkollha impatt fuqna.", "Għalhekk bħala Malta dejjem irridu nenfasizzaw il-paċi u nipprovaw nikkontribwixxu biex fid-dinja, fil-Mediterran u fir-reġjun tagħna, ikun hemm il-paċi, għax bil-paċi biss ikun hemm il-progress, hu x'inhu l-pajjiż, huma x'inhuma l-ċirkostanzi.", "L-istess f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ.", "Kulħadd jikkompeti, kulħadd jixtieq li jġib l-investiment lejn pajjiżu l-ewwel u qabel kollox imma jkun aktar għaqli li nikkompetu b'mod b'saħħtu milli niġġieldu u nargumentaw fuq dawn il-gwerer kummerċjali.", "Dak hu li għandna nagħmlu.", "Sur President, f'dan id-dibattitu l-Oppożizzjoni ma setgħetx issemmi d-dejn, grazzi għal dan il-Gvern u grazzi għall-Ministru Scicluna.", "Mela le, il-Ministru Scicluna se jħalli legat b'saħħtu.", "Jien m'għandi l-ebda dubju mil-legat pożittiv li se jħalli l-Ministru Scicluna meta jispiċċa hu u dan il-Gvern.", "(Onor. Membri: Hear, hear) M'għandi l-ebda dubju minnu imma l-legat niġu għalih meta jispiċċa dan il-Gvern.", "Però huwa żgur li dan il-Gvern qed inaqqas il-piż tad-dejn u d-dħul ġej mhux miż-żieda fit-taxxi imma mit-tkabbir ekonomiku.", "Sur President, hawnhekk nistgħu nitkellmu fuq il-kwestjoni ta' liema tiġi l-ewwel; jekk hux il-bajda jew it-tiġieġa.", "L-ekonomija qed tikber għax qed inġibu n-nies minn barra jew in-nies minn barra qed jiġu għax qed noħolqu aktar opportunitajiet tax-xogħol?", "Din hija r-realtà li qed tiġri bħalissa.", "Hawn min għandu fiduċja fil-pajjiż għax dan il-Gvern huwa pro-business.", "Aħna ma niddejqu qatt ngħidu li aħna Gvern pro-business u kull gvern li huwa tal-affari tiegħu jgħid li huwa gvern pro-business.", "Jien naf x'jien ngħid għax meta nitkellem ma' kollegi tiegħi, waħda mill-affarijiet li jgħidulek hi li mhumiex bħall-gvern ta' qabilhom għax qed jipprovaw inaqqsu l-burokrazija, qed jipprovaw jaraw kif jgħinu u jinċentivaw lill-business community f'pajjiżhom u lill-investituri internazzjonali biex imorru f'pajjiżhom.", "Issa aħna dak li qed nagħmlu; qed innaqqsu l-piżijiet għall-familji u għall-investituri u nkunu Gvern pro-business biex kemm jista' jkun nattiraw investiment ġdid ta' kwalità f'pajjiżna u ngħinu bl-aħjar mod possibbli.", "Din il-ħaġa ma tħammrilniex wiċċna imma tagħtina ċertifikat għalfejn qed jinħoloq ix-xogħol f'pajjiżna!", "Għalhekk hawn it-tkabbir ekonomiku; għax hawn min għandu fiduċja f'dan il-pajjiż u hawn min għandu fiduċja li dan il-Gvern mhux ifixklek imma jgħinek biex tinvesti.", "Allura jekk tkabbar in-negozju tiegħek u ġġib investiment ġdid f'pajjiżek, min se jagħmlu x-xogħol?", "Ix-xogħol mhux se jsir waħdu imma jrid ikun hemm il-ħaddiema.", "Sur President, titkellem ma' min titkellem - jista' jkun investitur Laburist, Nazzjonalist jew wieħed li m'għandu l-ebda opinjoni - waħda mill-kwestjonijiet li jsemmulek hi li hemm bżonn aktar ħaddiema.", "Issa l-ħaddiema ma ssibhomx fis-siġar!", "Jekk ma jkollokx ħaddiema lokali, dawn trid iġġibhom minn barra.", "U nerġa' ngħid: L-ekonomija qed tikber għax qed inġibu n-nies minn barra jew in-nies minn barra qed jiġu għax qed noħolqu aktar opportunitajiet tax-xogħol?", "Nispera li l-Oppożizzjoni tifhem dan l-argument sempliċi.", "Jien ħadt gost li ġie kkwotat dak li qal il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali għax jekk wieħed janalizza dan x'qal eżattament isib li dan ma qalx li ma nistgħux inkomplu nġibu nies minn barra imma qal li jekk irridu nkomplu nikbru u għandna bżonn il-ħaddiema u m'għandniex biżżejjed ħaddiema f'Malta, dawn iridu jiġu minn barra.", "Din hija xi ħaġa sempliċi ħafna!", "L-Onor.", "Mario De Marco semma li jista' jkun li nilħqu l-peak ekonomiku.", "Hawnhekk ukoll, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali għamel analiżi meta semma l-kwestjoni tal-karozza antika.", "Jekk f'dan il-pajjiż mhux se nieħdu deċiżjonijiet importanti biex inkomplu nikbru u nimmodernizzaw, il-peak ekonomiku mhux se jintlaħaq.", "U jekk irridu ngħidu li għandna aktar potenzjal biex dan il-pajjiż ikompli jikber, irridu nieħdu d-deċiżjonijiet u mhux noqogħdu ngħajru lil xulxin fuq l-art.", "Issa aħna, bir-rispett kollu, se nieħdu l-lezzjonijiet mingħand il-ħbieb tagħna tal-Oppożizzjoni li matul il-25 sena li kienu fil-gvern, l-art pubblika mhux tawha b'xejn imma stuprawha?!", "Aħna nistgħu nieħdu l-lezzjonijiet mingħand min għamel il-ħneżrijiet fuq l-art pubblika?", "Wieħed jista' jgħid li stajna għamilna aħjar imma trid tara l-aspett sħiħ.", "Nistgħu nagħmlu dibattitu sħiħ dwar dan imma żgur li l-lezzjonijiet u t-tagħlimiet fuq kif tintuża l-art pubblika mhux se jiġu min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Sur President, id-dħul tal-Gvern ġej mit-tkabbir ekonomiku robust li qed ikollu dan il-pajjiż u hemm bżonn naħdmu biex dan ikompli jikber.", "Il-kwestjoni tan-nies m'għandhiex tbeżżagħna.", "Jekk qed jinħolqu l-postijiet tax-xogħol u m'hawnx biżżejjed Maltin biex jagħmlu dak ix-xogħol, iridu jiġu l-barranin.", "Jekk sħabna tal-Oppożizzjoni qed jgħidulna biex inwaqqfu t-tkabbir ekonomiku u l-investiment biex ma jiġux nies minn barra, jekk jogħġobhom jgħiduha b'mod ċar jew inkella jbiddlu d-diska.", "Jew huma favur it-tkabbir ekonomiku, li jfisser aktar postijiet tax-xogħol għall-ħaddiema Maltin u jekk m'għandniex ħaddiema Maltin iridu jiġu l-barranin, jew inkella jgħidulna biex nieqfu u l-peak li semma l-Onor.", "Marco De Marco malajr nilħquh għax jitwaqqaf kull tip ta' investiment!", "Għalhekk huwa importanti li l-Membri tal-Oppożizzjoni jgħidulna xi jridu.", "Ma jistgħux jikkritikaw u jkunu negattivi mingħajr ma jgħidulna x'inhi l-alternattiva u xi jridu.", "Semmewlna wkoll in-nefqa.", "Għall-inqas m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq id-dejn u għall-grazzja t'Alla sirna nafu xi jfisser surplus fil-finanzi.", "Fi żmien Gvern Nazzjonalista dejjem kienu jgħidulna li l-finanzi huma fis-sod, imbagħad id-dejn u d-deficit dejjem telgħin!", "Mela llum xi ngħidu li huma l-finanzi, meta l-piż tad-dejn dejjem qed jonqos u dan l-aħħar dejjem qed ikollna surplus!", "Dan biex nsemmix ukoll l-IIP.", "Għax fissazzjoni oħra li għandhom hija l-IIP.", "Jekk ikolli l-ħin ngħid xi ħaġa fuq dan is-suġġett imma issa se nitkellem ftit fuq il-kwestjoni tan-nefqa.", "Sur President, it-tkabbir ekonomiku qed iħalli aktar flus lill-pajjiż għax qed jiġġenera aktar dħul.", "Imbagħad niġu għan-nefqa.", "F'dan il-każ l-Oppożizzjoni wkoll trid tiddeċiedi jekk hijiex favur li nkomplu ndaħħlu nies bħal għalliema, tobba u infermiera, biex jagħtu servizz liċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż.", "Pereżempju jien bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin nista' ngħid li għandi bżonn aktar ħaddiema u aktar diplomatiċi biex jaħdmu kemm fil-Ministeru kif ukoll fil-missjonijiet tagħna barra minn Malta.", "Jien nista' nitkellem bil-figuri u bil-fatti.", "Fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin issa għandna wkoll il-promozzjoni tal-kummerċ biex inkomplu naħdmu għall-pajjiż.", "Dan il-Gvern wiret sitwazzjoni mill-Gvern Nazzjonalista fejn fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u fil-missjonijiet tagħna qed niżvojtaw min-nies għal raġunijiet differenti.", "Sħabna tal-Oppożizzjoni qed jgħidulna biex ma ndaħħlux nies fil-korpi diplomatiċi, imbagħad mill-banda l-oħra jiġu jikkritikawna li l-ambaxxaturi qed insibuhom politiċi jew ħbieb ta' xi ħadd.", "Dawn iridu jiddeċiedu!", "Jew se ndaħħlu n-nies mal-Gvern fil-korpi diplomatiċi jew inkella se jkollna nduru xi mkien ieħor.", "Jekk m'għandekx nies x'tagħmel?", "Tibgħat lin-nies kollha li hemm fil-Ministeru barra mill-pajjiż?!", "Imbagħad biex se naħdmu fil-Ministeru?", "Il-kritika ma ddejjaqni qatt u ma ngħidx li jien infallibbli, anzi għandi elf difett, imma għall-inqas tan-naħa l-oħra għandhom jgħidulna x'inhi l-alternattiva!", "Il-Gvern għandu bżonn in-nies biex jaħdem u qed insemmi l-eżempju prattiku tal-Ministeru li naf jien bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Dan il-Ministeru relattivament iħaddem ftit mijiet u mhux eluf, mhux bħall-Ministeru li kelli qabel, imma d-diffikultajiet biex nimpjega lin-nies qegħdin hemm.", "Għalhekk dan il-Gvern irid ikompli jħaddem in-nies miegħu biex jagħtu servizz lin-nies hawn Malta, hu x'inhu s-servizz; jista' jkun servizz ta' sigurtà, ta' saħħa, jew ta' edukazzjoni.", "Anke fid-direzzjoni li qbadna biex nippromwovu lill-pajjiż u biex nirrappreżentaw bl-aħjar mod lil pajjiżna, għandna bżonn aktar nies, anke fi ħdan il-Ministeru.", "Jista' xi ħadd jgħidli kif ambaxxatur waħdu f'ambaxxata jrid jagħmel ix-xogħol kollu tal-ambaxxata u jippromwovi l-pajjiż, il-kummerċ u affarijiet oħrajn?", "Kif nistgħu nagħmlu dan?!", "Sur President, bħalissa għandna l-isfida tal-offerta biex Malta, wara 40 sena, isservi fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Din hija xi ħaġa li tagħmel unur u ġieħ lil Malta kollha, kif għamlet il-Presidenza, però fiha nnifisha din hija sfida anke biex insibu lin-nies.", "Għalhekk għandna bżonn indaħħlu aktar nies u mhux biex naqdu lill-ħbieb tagħna!", "U n-nefqa għalhekk żdiedet; għax dawn huma bżonnijiet.", "Irrid infakkar ukoll li n-nefqa żdiedet mhux għax ħaddimna aktar nies mal-Gvern.", "L-ewwel nett, dawk li jispiċċaw bl-età trid iddaħħal oħrajn minflokhom.", "Jiġifieri ħafna nies li jidħlu mal-Gvern qed jidħlu b'dan il-mod, però rrid infakkar li dan il-Gvern, kuntrarju għal dak li ġara fl-Amministrazzjoni Nazzjonalista, ta kas in-nies b'diversi ftehimiet kollettivi li għamel, u taħsbux li l-flus tal-ftehimiet kollettivi jiġu minn imkien, għax dawn jiġu mill-flus li l-Gvern idaħħal u jonfoq.", "Mela huwa importanti ħafna li nsemmu li n-nefqa tal-Gvern marret għand il-ħaddiema fi ftehimiet kollettivi.", "Kemm semmejniehom l-għalliema, li nsellmilhom għar-rwol tagħhom!", "Kien dan il-Gvern li tahom iż-żidiet li ilhom jitolbu.", "Anke fil-qasam tat-tobba u l-infermiera, kien dan il-Gvern li nnegozja l-ftehimiet kollettivi.", "Bħalissa fil-Ministeru għaddej xogħol biex naħdmu flimkien mar-rappreżentanti tad-diplomatiċi ħalli nirranġaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol li hemm fil-ftehim kollettiv tal-1994 - u mhux tal-2000! - li ilu tant ma jintmess.", "Sur President, dan il-Gvern għaddej bi proċess biex niftħu ambaxxati ġodda.", "Is-sena li għaddiet ħabbarna l-ambaxxata fil-Ghana u issa ħabbarna l-ftuħ ta' ambaxxata f'Tokyo.", "Dawn l-ambaxxati trid in-nies biex tmexxihom.", "Issa jekk l-Oppożizzjoni qed tgħidilna biex ninsew il-mod kif nixtiequ nieħdu r-relazzjonijiet tagħna, ngħidilhom li dan hu sinjal b'saħħtu li aħna rridu naħdmu fil-qalba tal-kontinent Afrikan.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi jekk ambaxxata waħda hijiex biżżejjed.", "Dażgur li le imma għall-inqas bdejna b'ambaxxata fil-West Subsahara tal-Afrika, biex minn hemmhekk nilħqu numru ta' pajjiżi oħrajn.", "Issa jkun hawn min jgħidli: Se naqilbu d-dinja b'daqshekk?", "Le, imma dan huwa l-bidu.", "Aħna m'aħniex komdi li nilħqu l-peak u nieqfu hemm.", "Aħna rridu nwessgħu aktar għax għandna ambizzjonijiet kbar għal pajjiżna, u hekk għandu jkun.", "Bħala Gvern iddeċidejna li niftħu ambaxxata f'Tokyo, il-Ġappun, li hija G7 country, għax jekk tara l-lista ta' pajjiżi li m'għandhomx ambaxxata hemmhekk issib li hemm aħna u Ċipru biss mill-Unjoni Ewropea.", "Issa ftit taż-żmien ilu ċ-Ċiprijotti ddeċidew li jiftħu ambaxxata hemmhekk huma wkoll.", "Allura jista' jkun li naffordjaw li ma nkunux preżenti f'pajjiż li r-relazzjonijiet politiċi bilaterali miegħu qed jitjiebu minn xahar għall-ieħor u li m'għandniex deficit magħhom vis-à-vis l-esportazzjoni u l-importazzjoni?", "Naħseb li dawn huma konsiderazzjonijiet li l-Gvern qed jagħmel bil-għaqal.", "Jekk illum il-Ministru għall-Finanzi jgħidli li għandi fejn niftaħ ħames ambaxxati oħra ngħidlu li għandna fejn niftħuhom imma ma nistgħux għax m'għandniex nies!", "Dik hija r-responsabilità mhux billi ngħidu li se niftħu l-ambaxxati hemm u hawn.", "Fl-Amerika t'Isfel m'għandniex ambaxxata imma kif nistgħu nibqgħu ma jkollniex ambaxxata hemmhekk jekk irridu naħdmu aktar ma' dik iż-żona tad-dinja?", "L-Asja hija enormi u billi ngħidu li għandna ambaxxata f'Beijing u ambaxxata fi New Delhi, meta qed nitkellmu fuq żewġ pajjiżi ta' madwar 1.3 biljun persuna kull wieħed, ambaxxata waħda mhijiex biżżejjed.", "Jekk ma jistax ikollok iżjed ambaxxati għandu jkollok aktar rappreżentanti f'dak il-pajjiż, imma hemm ekonomiji emerġenti f'pajjiżi oħrajn fejn jekk tkun minn ta' quddiem, probabbli tiekol aktar mill-kejk ta' dak il-pajjiż.", "Għalhekk huwa importanti li nkunu responsabbli għal dawn l-affarijiet.", "Sur President, is-settur privat jibqa' kruċjali f'pajjiżna għax 90% taż-żidiet fil-qasam tax-xogħol ġejjin minn hemm.", "Dan huwa sinjal b'saħħtu li l-ekonomija miexja 'l quddiem u li hawn il-fiduċja, minkejja l-qtigħ ta' qalb u n-negattività, u minkejja li anke l-barranin jgħidu kontrina għax għandhom l-aġenda tagħhom!", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li npoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Semmejna wkoll il-kwestjoni tal-fondi Ewropej, il-Brexit, eċċ., li huma realtajiet politiċi.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni qed jgħidu li fi żmien Dr Gonzi ġabu dawn il-flus kollha u li jridu jaraw kemm se nkunu kapaċi nġibu l-fondi li ġab hu!", "Bir-rispett kollu, ix-xenarju huwa totalment differenti.", "Għandek żewġ affarijiet.", "Naħseb li Brexit semgħu biha u jekk jaħsbu li din mhux se jkollha impatt fuq il-fondi Ewropej tas-seba' snin li se jiġu wara dawn is-seba' snin, allura l-Oppożizzjoni verament spiċċat!", "Jekk mill-Unjoni Ewropea jitlaq pajjiż bħalma huwa l-Ingilterra, wieħed mill-pajjiżi ewlenin tal-Unjoni Ewropea u li jagħti fondi kbar lill-Unjoni Ewropea, il-fondi se jonqsu għal kulħadd probabbilment.", "Barra minn hekk, il-fatt li hemm ċertu xenarju politiku fl-Unjoni Ewropea, fejn hemm gvernijiet b'ċerti ħsebijiet, ukoll iħalli impatt fuq fejn imorru l-fondi.", "Nafu li x-xenarju politiku tal-lum huwa differenti ħafna minn meta ġie negozjat il-Multiannual Financial Framework (MFF) għas-seba' snin li ninsabu fihom.", "Jekk wieħed iħares lejn il-partiti li hemm fil-gvern madwar l-Ewropa jkun jaf bid-diffikultajiet u l-estremitajiet li joħorġu bihom.", "Ovvjament jien mhux se nidħol fuq il-kwestjoni tal-immigrazzjoni imma dan jirrifletti dan kollu.", "Għaldaqstant jien nappella lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex ikunu iktar responsabbli, inkluż fuq is-servizzi finanzjarji.", "Jekk kien hemm qasam li bnejnieh flimkien bħala pajjiż meta tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern – għax dak iż-żmien Gvern u Oppożizzjoni ħadmu flimkien – dan huwa s-settur tas-servizzi finanzjarji, bl-appoġġ tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Dan huwa kredtu għaż-żewġ partiti, kien min kien fil-gvern u kien min kien fl-Oppożizzjoni, għax kull meta kien hemm tibdil fil-liġijiet tas-servizzi finanzjarji dejjem sar b'kunsens.", "Meta fl-2013 il-Partit Laburista rebaħ il-gvern u l-Oppożizzjoni m'aċċettatx ir-riżultat elettorali għal darba, darbtejn, bdew jattakkaw is-servizzi finanzjarji mingħajr konsiderazzjoni għall-familji tagħna, għax jekk xi kumpanija titlaq u tkeċċi lin-nies ibatu l-ħaddiema li jaħdmu f'dak is-settur.", "Dan ifisser li l-konsiderazzjoni ta' x'jista' jiġri mhux qiegħda hemmhekk, imma rrid ngħid li fuq is-servizzi finanzjarji – bħalma għidt fil-bidu se jkolli ngħid issa – sar attakk wara l-ieħor minn uħud mill-Partit Nazzjonalista, bl-għajnuna ta' xi barranin, biex jgħidu li dan il-Gvern qered kollox.", "Mela fi żmien Gvern Nazzjonalista kollox kien miexi perfett u f'daqqa waħda dan il-Gvern qered kollox u bidel il-liġijiet!", "Fil-verità ma nbidel xejn f'dan il-qasam.", "Is-serjetà jekk kienet hemm baqgħet hemm.", "Inbidel biss il-Gvern.", "Hija irresponsabilità li jkollok Oppożizzjoni li forsi għal ftit rebħ politiku partiġjan, tirraġuna b'dan il-mod.", "Però mbagħad ma semmewlniex li ma' kull credit rating agency ma morniex għall-agħar imma morna għall-aħjar!", "Mela dawn ma jgħoddux?", "Imbagħad ikkwotaw artiklu minn The Economist.", "Mela le, trid tara kollox, imma l-credit rating agencies żiedu l-kredtu ta' Malta.", "Illum għandna aktar kredtu mal-credit rating agencies u allura min se jinvesti jara li kien hemm titjib.", "Mhux morna lura jew qbajna fejn konna, imma kien hemm titjib.", "Ejja nkunu bilanċjati fil-kritika tagħna.", "Hemm aktar x'nagħmlu u xi nbiddlu f'dan il-pajjiż?", "Dażgur li hemm!", "Hemm affarijiet li rridu nbiddlu li kien il-legat tagħhom bħala Oppożizzjoni li jbiddluh.", "Il-legat li ħalla l-Partit Nazzjonalista ma kienx kollu tajjeb, assolutament, u dak il-legat irridu nbiddluh!", "Jien persważ li l-legat li se nħallu aħna, meta l-poplu jiddeċiedi li ma nibqgħux fil-gvern, żgur li se jkun ħafna aħjar u ta' benefiċċju għall-poplu.", "Għalhekk naħseb li għandna nkunu responsabbli, u nagħlaq fuq dan il-punt.", "Sur President, aħna l-politiċi għandna responsabilità lejn min eleġġiena però għandna responsabilità lejn il-pajjiż ukoll.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti ħafna li meta nagħmlu l-kritika, u naqbel li għandha ssir kritika – aħna qegħdin f'demokrazija u l-kritika hija parti mid-demokrazija – għandna noqogħdu attenti li ma ssirx ħsara lill-pajjiż!", "Jien inħossni kburi u b'wiċċi minn quddiem ngħid li kemm ili nirrappreżenta lill-kostitwenti tiegħi f'dan il-Parlament, huwa ta' unur għalija personali u għalina lkoll, li qatt u fl-ebda ċirkostanza ma mort barra minn Malta u tkellimt kontra pajjiżi, anke meta f'dan il-pajjiż kien hemm gvern li kien qed jagħmel ħneżrijiet u oxxenitajiet!", "L-obbligu tagħna lejn il-pajjiż jibqa' hemm, biex inkomplu b'dan il-ġid li qed noħolqu, u l-ġid li qed jinħoloq, qed jinħoloq għall-poplu kollu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, illum dan il-Parlament qed jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji\" li permezz tiegħu l-Gvern jemenda diversi liġijiet biex jimplimenta dak li pprovda għalih il-Ministru Edward Scicluna fil-Baġit li sar ftit tal-ġimgħat ilu.", "Sur President, dan huwa l-Baġit tal-aqwa żmien fejn l-ekonomija sejra tajjeb, fejn m'hawnx problemi f'dan il-pajjiż, fejn money no problem u fejn il-Prim Ministru l-ġimgħa l-oħra għamel diskors u elenka l-għaxar kisbiet li, fil-fehma tiegħu, biddlu wiċċ pajjiżna!", "Il-Ministru Carmelo Abela, fid-diskors li għadu kemm għamel, ukoll tkellem fuq iċ-ċifri u fuq kemm sejrin tajjeb.", "Qed jgħidulna kemm għandna miljuni u kemm sejra tajjeb l-ekonomija.", "Dan huwa Gvern li filwaqt li jitkellem fuq ekonomija b'saħħitha, nesa li hawn faxex kbar tal-poplu Malti li ma jduqu xejn minn dak li tant jiftaħru bih.", "Dan huwa Gvern li mhux irnexxa imma falla f'diversi oqsma.", "Għalhekk, f'dan id-diskors qasir li għandi, se nelenka l-għaxar fallimenti ta' dan il-Gvern.", "L-ewwel falliment ta' dan il-Gvern huwa fil-qasam tal-edukazzjoni għax għadu ma fehemx li l-futur ta' dan il-pajjiż jiddependi mill-edukazzjoni ta' uliedna.", "Dan huwa Gvern li nesa b'mod totali l-aktar ħolqa importanti fl-edukazzjoni ċjoè l-għalliema.", "Illum f'dan il-pajjiż għandna eluf ta' għalliema li ta' kuljum imorru jagħmlu xogħolhom fl-iskejjel u jgħallmu lit-tfal tagħna biex 'il quddiem isiru l-irġiel u n-nisa tagħna.", "Illum dawn in-nies imorru jaħdmu, però l-istatistika li toħroġ minn stħarriġ li sar turi li fil-qasam tal-edukazzjoni għandna problema għax aktar minn nofs l-għalliema qed jippreferu jitilqu l-professjoni tagħhom u jmorru jaħdmu f'oqsma differenti.", "Fil-fehma tiegħi, gvern ma jistax ikollu ċertifikat ta' falliment fil-qasam tal-edukazzjoni akbar minn dan, li aktar min-nofs l-għalliema li ta' kuljum imorru jgħallmu lil uliedna, kieku jingħataw l-opportunità, jippreferu li ma jibqgħux imorru jagħmlu dan ix-xogħol!", "X'falliment aktar minn dan jista' jkollok fil-qasam tal-edukazzjoni?", "Dan huwa Gvern li falla fil-qasam tal-edukazzjoni għax ma kompliex fejn ħalla l-Gvern Nazzjonalista.", "Dan huwa Gvern li minkejja li wiegħed li se jkompli bit-track record li ftaħar bih Gvern Nazzjonalista, li jkompli jinvesti fl-iskejjel u li jibni skola ġdida kull sena, falla totalment.", "Dan huwa Gvern li ma ħax ħsieb l-għalliema ta' dan il-pajjiż.", "Sur President, it-tieni falliment ta' dan il-Gvern huwa fil-qasam tas-saħħa.", "Kif kelli l-opportunità li nispjega fil-ġranet li għaddew f'dan il-Parlament, dan huwa l-Gvern li kellu l-ardir li jbigħ tliet sptarijiet f'dan il-pajjiż u l-uniku sptar pubbliku li kellna f'Għawdex, lil kumpanija privata li ma kellha esperjenza ta' xejn.", "Fil-qasam tas-saħħa r-rekord ta' dan il-Gvern hu li berbaq aktar minn €50 miljun fi ftit aktar minn sena, biex ma ħadna xejn lura!", "Dan huwa Gvern li wiegħed ħafna fil-qasam tas-saħħa.", "Wiegħed li se jispiċċaw il-listi ta' stennija u proprju din il-ġimgħa, ir-rapport tal-European Social Policy Network kiteb iswed fuq l-abjad li f'dan il-pajjiż erġajna għandna sitwazzjoni fejn \"the outpatients' waiting list is on the rise\".", "Il-lista tan-nies jistennew għall-appuntamenti fl-isptarijiet tagħna qiegħda dejjem tiżdied!", "Fis-sena 2019 għandna rapport iswed fuq l-abjad – dan mhuwiex tal-Partit Nazzjonalista, mhux tiegħi, mhuwiex tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-qasam tas-saħħa imma tal-Unjoni Ewropea - li jgħid li wara l-analiżi li għamlu jirriżulta li f'dan il-pajjiż għad għandna sitwazzjoni fejn trid tistenna medja ta' 40 ġimgħa biex tingħata appuntament l-isptar.", "Immaġina jkollok bżonn appuntament l-isptar – kif nafu lkoll, ħadd ma jmur l-isptar għall-gost u l-pjaċir – biex tiltaqa' mat-tabib u tiġi eżaminat ħalli tieħu parir mediku, u bħala medja għandek 40 ġimgħa ta' stennija!", "X'għarukaża!", "Tal-mistħija!", "X'falliment ta' dan il-Gvern li falla wkoll fil-qasam tas-saħħa!", "Sur President, issa se ngħaddi għat-tielet falliment ta' dan il-Gvern.", "Suppost dan huwa Gvern tal-ħaddiema.", "Dan huwa Gvern Soċjalista.", "Dan huwa Gvern li jaqbeż għall-batut.", "Però dan huwa Gvern li wara sitt snin fil-poter, għandu ċertifikat li falla fil-ġlieda kontra l-faqar.", "Dan huwa fatt li ma jista' jiċħdu ħadd, huwa fatt li ngħixuh aħna l-Membri Parlamentari għax f'dan il-pajjiż għandna madwar 20% jiġifieri viċin it-80,000 ruħ, li qegħdin f'riskju ta' faqar!", "X'ċertifikat huwa dan?", "Għandhom biex jiftaħru!", "Il-Partit Laburista, il-Partit tal-ħaddiema, il-Partit tas-suppost l-aqwa żmien, għandu ċertifikat li f'dan il-pajjiż għandna 80,000 ruħ f'riskju ta' faqar.", "U dan meta l-ekonomija sejra tajjeb u meta ngħidu li m'għandniex deficit imma għandna surplus.", "Sur President, ir-raba' ċertifikat ta' falliment ta' dan il-Gvern huwa fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Ilum, f'dan il-pajjiż, għandna Gvern li qiegħed jinnegozja b'mod skandaluż, b'mod oxxen, b'mod li jqajjem ħafna domandi, 100,000 metru kwadru ta' art b'valur ta' €700 miljun biċ-ċiċri!", "Illum għandna Prim Ministru li nhar il-Ħadd li għadda, bl-aktar mod insensittiv, għamel diskors biex jipprova jqarraq u jgħid lin-nies li qed jiġi propost li fl-art li se tingħata lil kumpanija privata se tinbena lukanda ta' sitt stilel.", "Dan meta kulħadd jaf li l-laħma li hemm f'dan il-kuntratt li qiegħed hemmhekk biex jarah kulħadd u li tkellimna fuqu aħna mill-Oppożizzjoni fil-ġranet li għaddew, hija ta' 100,000 metru kwadru ta' żvilupp u mhux lukanda ta' sitt stilel li qed jingħad li għal kull lejl fiha wieħed irid iħallas €3,000!", "Jien fittixt daqsxejn u nista' ngħid li f'Londra, f'Pariġi, fi New York, fl-Ewropa kollha u fid-dinja kollha bilkemm issib lukanda bħal din.", "Imma aħna se nivvintaw ir-rota!", "Se noħolqu konċett ta' sitt stilel, li ma jeżistix, imma vvintajna kelma, u wieħed irid iħallas €3,000 għal kull lejl!", "(Interruzzjonijiet) Tidħkux bin-nies iżjed!", "Dan il-paroli sabiħ qiegħed isir biss biex tgħattu xturkom!", "Qed jgħidilkom kulħadd, inkluż l-istakeholders kollha f'dan il-qasam, li huwa oxxen, huwa skandaluż, huwa ġenn, huwa serq u huwa ħażin li taqbdu 100,000 metru kwadru ta' art, probabbilment fl-isbaħ żona li għandna f'pajjiżna, u tagħtuha biċ-ċiċri!", "Dan jien norbtu mal-falliment tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni.", "U dan suppost li huwa l-Partit tal-ħaddiema!", "Min imur Pembroke jista' jara l-monumenti soċjali li għamel il-Gvern Nazzjonalista.", "Hemmhekk hemm l-appartamenti soċjali li bena l-Gvern Nazzjonalista u qassamhom lil kull min kien ħaqqu!", "Dak hu l-kejl differenti bejn il-Gvern Nazzjonalista u l-Gvern Laburista.", "Il-Gvern Laburista jrid jagħti art bix-xejn f'Pembroke u l-Gvern Nazzjonalista bena appartamenti għall-ħaddiema u għal min għandu l-aktar bżonn.", "Għalhekk ir-raba' ċertifikat ta' falliment huwa l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Oxxenità kbira!", "Kif irid ikollok il-wiċċ tagħmel dawn l-affarijiet?", "Wara li ilhom ma nafx kemm-il sena jgħidulna li se jonqfu €50 miljun biex jibnu ma nafx kemm-il mitt appartament għall-ħaddiema, għal min għandu bżonn u għat-tfal ta' min għandu bżonn, issa qalulna li dawn se jibnuhom bil-flus tal-passaporti!", "X'insult dak lill-Gvernijiet Laburisti tal-passat!", "Mur għidlu lill-Perit Mintoff, mur għidilhom lill-mexxejja tal-Partit Laburista tal-passat, li f'dan il-pajjiż biex nibnu postijiet bħala akkomodazzjoni soċjali rridu nbigħu ċ-ċittadinanza!", "Mur għidlu lill-Perit Mintoff!", "Immaġina lil dak il-Laburist ġenwin li għamel il-ġlieda biex jeħles mill-barrani u jġib il-ħelsien għal Malta, li segwa lill-Perit Mintoff li kien jgħidilhom li rridu neħilsu mill-barrani u nibnu l-qafas soċjali Malti, jara lill-Prim Ministru Joseph Muscat ftit snin wara, jarmi dan kollu u jgħidilna li l-uniku mod biex nibnu d-djar għal min qiegħed fil-bżonn huwa billi nbigħu ċ-ċittadinanza Maltija!", "Ara kemm huma kreattivi!", "Għalhekk falliment ieħor ta' dan il-Gvern huwa l-qasam soċjali!", "Sur President, il-ħames falliment ta' dan il-Gvern hija l-ġlieda kontra d-droga.", "Jien ili ngħid li dak li kien qed iseħħ fl-aħħar ġimgħat u fl-aħħar ġranet bis-saħħa tan-nies tad-Dwana u b'investiment, għandu jimlina bil-ferħ.", "Huwa tajjeb li ninvestu fil-makkinarju tad-Dwana.", "Dan l-aħħar kont sejjer l-ajruport u meta wasalt ħadt pjaċir nara l-pulizija bil-klieb, u għedt: Huwa tajjeb li ninvestu biex min ikun qed idaħħal id-droga jew affarijiet oħra, il-klieb ixommuh u jaqbduh.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Membru qed jgħid li qbadna ħafna imma dan huwa li jinkwetak.", "Mhux il-fatt li qbadna ħafna jinkwetak imma li l-kwantità li qed tinqabad tindika xi ħaġa.", "Irid ikollok għajnejk mhux f'wiċċek biex ma tindunax li llum Malta, għal raġunijiet varji, saret ċentru tat-trasbord, ta' ħażna u ta' traffikar tad-droga b'mod massiċċ!", "Meta nitkellmu fuq qabdiet ta' 100 kilo eroina u kokaina, meta nitkellmu fuq 500 kilo cannabis, meta nitkellmu fuq 50 kilo u 100 kilo kokaina 'l hawn u 'l hinn kull erbat ijiem, dan ma jfisser xejn ħlief li dan il-pajjiż huwa mifqugħ bid-droga!", "Għalhekk filwaqt li huwa tajjeb li naqbdu lil min qed jittraffika d-droga, huwa tajjeb li nifhmu u nirrikonoxxu li dan huwa falliment kbir ta' dan il-Gvern għax Malta ttrasformat ruħha f'ċentru tat-traffikar tad-droga b'mod massiċċ!", "U t-traffikar tad-droga b'mod massiċċ jaffettwa wkoll lill-familji Maltin!", "Hija traġedja li jkollna din is-sitwazzjoni f'pajjiżna, fejn id-droga donnha laħqet lil kulħadd.", "Familji sħaħ qed jitkissru bil-problema tad-droga u minflok ma nindirizzaw il-problema, nintilfu fi ftaħir u f'tgħajjir kif qed jagħmel bħalissa l-Onor.", "Din tad-droga hija problema kbira u, iva, Sur President, il-ħames punt ta' falliment tal-Gvern huwa fil-ġlieda kontra d-droga!", "Niġi issa għas-sitt falliment.", "Dan huwa Gvern li falla wkoll fil-qasam tal-immigrazzjoni!", "Sur President, hija tal-mistħija, hija oxxena, hija traġedja li l-ġimgħa l-oħra fil-Baħar Mediterran għerqu 170 ruħ!", "Għandna Prim Ministru li meta jirranġa biex jibgħat 50 immigrant f'pajjiżi oħrajn, jiġi jagħmlilna stqarrija ministerjali, u meta jegħrqu 170 ruħ taħt imneħirna, kulħadd jaħsel idejh, kulħadd ifarfar u ħadd ma jkollu d-diċenza jiġi quddiem il-poplu Malti u jispjega kif dan il-pajjiż jista' jaċċetta sitwazzjoni bħal din!", "Ħbieb tiegħi, lil min qed jismagħni ngħidlu li l-ġimgħa l-oħra għerqu 170 ruħ imma hawn skiet perfett!", "Se nerġa' nagħmel l-argument li għamilt f'dan il-Parlament.", "L-impass li hemm preżentement fil-qasam tal-immigrazzjoni huwa konsegwenza wkoll tad-deċiżjonijiet ħżiena li għamel il-Prim Ministru partikolarment fil-leġiżlatura l-oħra.", "Hija deċiżjoni ħażina li l-Prim Ministru, minn wara dahar il-poplu, b'mod sigriet, għamel ftehim mhux bejn stat u stat, imma bejn prim ministru u prim ministru ieħor – qed nirreferi għall-Eks Prim Ministru Renzi - biex għal ċertu ammont ta' żmien ma neħdux immigranti.", "Fil-fatt dawn kienu qegħdin imorru kollha l-Italja.", "(Interruzzjonijiet) Il-Ministru Abela qed jgħidli li għamlu stqarrija.", "Għamlu ħafna stqarrijiet però meta l-ġimgħa l-oħra għerqu 170 ruħ kellna skiet perfett dwar dan il-falliment ta' Gvern li qata' qalbu li jipperswadi lill-Unjoni Ewropea li l-problema tal-immigrazzjoni hija tal-Unjoni Ewropea kollha!", "Issa wasalna fl-istat assurd li kull darba li jkollna problema, irridu naraw kif se nraqqgħuha billi nagħmlu ftehim ma' dak il-pajjiż, mal-pajjiż l-ieħor u mal-pajjiż l-ieħor, u tajna carte blanche biex il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jħossuhom liberi u ma jibqgħux iħossu l-piż u d-dover li jaqsmu parti mill-problema.", "Is-seba' falliment ta' dan il-Gvern huwa fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni.", "Dan huwa Gvern li falla fil-qasam tas-saltna tad-dritt u fir-rule of law.", "Il-wirt ta' dan il-Gvern hu li waqt it-tmexxija tiegħu nqatlet ġurnalista li kienet tikteb kontinwament fuq il-korruzzjoni li tikkaratterizza lil dan il-Gvern, u f'dan il-pajjiż, minflok ma użajna l-enerġija biex naqbdu lill-qattiela, użajna l-enerġija biex nagħmlu gwerra ħalli jitkaxkru l-bukketti tal-fjuri, il-pjanti tal-ħajja u x-xemgħat tat-tama li xi darba ssir ġustizzja!", "Dan huwa s-seba' falliment ta' dan il-Gvern!", "It-tmien falliment ta' dan il-Gvern huwa fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Dan il-pajjiż suppost kellu jkun l-aqwa fl-Ewropa imma llum jekk tiftaħ il-gazzetta u taqra r-rapport tat-Transparency International issib li għandna rekord ġdid.", "Sirna l-aqwa fl-Ewropa.", "Kważi kważi, sirna l-aqwa f'dak li għandu x'jaqsam mal-korruzzjoni għax ninsabu f'sitwazzjoni fejn meta beda jsir ir-ranking konna niġu ranked fil-25 post u llum qegħdin fil-51 post!", "Mhuwiex b'kumbinazzjoni li titlef l-iskaluni u tirdoppja l-perċezzjoni dwar il-korruzzjoni b'mod drammatiku.", "Min jaqra l-ġurnal Times of Malta llum jibda jistaqsi fiex wasal dan il-pajjiż.", "Hija ħaġa ċara li dan huwa Gvern li sfortunatament, kemm ilu fil-poter, kellu t-timbru tal-korruzzjoni.", "Hawnhekk nista' nsemmi pereżempju l-korruzzjoni iswed fuq l-abjad fil-każ tal-power station.", "Fil-fatt hemm rapporti ppreparati mill-FIAU – mhux mill-Partit Nazzjonalista, mhux minni jew mill-gazzetti – li jindikaw bl-aktar mod ċar kif inħadmet skema biex żewġ persuni fil-gvern, il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, kienu se jirċievu €150,000 fix-xahar f'kummissjonijiet mill-power station il-ġdida.", "Hija ħaġa ovvja li n-nies iħarsu lejna bħala wieħed mill-aktar gvernijiet korrotti fl-Ewropa meta issa għandna l-istejjer ħerġin fuq l-Isptar ta' Għawdex, fuq l-Isptar Karin Grech u fuq l-Isptar San Luqa li tajnieh lil kumpanija li ma tifhem xejn fil-qasam tas-saħħa.", "Lil din il-kumpanija tajnieha €50 miljun u m'hemm xejn x'nuru, imbagħad din biegħet it-tliet sptarijiet.", "Nerġa' nirrepeti, għax lanqas jitwemmnu dawn l-affarijiet!", "L-istorja li ħarġet minn theshiftnews.com ġimagħtejn ilu hi li t-tliet sptarijiet ġew trasferiti lil kumpanija ġdida għall-prezz ta' €1 kull wieħed!", "Immaġinaw kif jista' jkun li tliet sptarijiet jinbiegħu għall-prezz ta' €3!", "Għalhekk jien ngħid li t-tmien falliment ta' dan il-Gvern huwa fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Id-disa' falliment ta' dan il-Gvern hu li falla fil-wegħda tiegħu ta' \"Malta Tagħna Lkoll\".", "Kemm kienet sabiħa l-għajta \"Malta Tagħna Lkoll\", li kulħadd se jkun ittrattat l-istess, indipendentement minn min hu, indipendentement minn fejn ikun ġej u indipendentement minn jekk huwiex Nazzjonalist jew Laburist!", "Sur President, illum nitkellmu fuq Malta li hija tal-ftit, tal-klikka.", "Jew tkun ħabib tal-Prim Ministru jew inkella ma tilħaqx!", "Jew tmur vaganza mal-Prim Ministru jew inkella ma ssirx ambaxxatur!", "Jien m'għandi xejn fil-konfront ta' dawn il-persuni personalment però wasalna fl-assurd!", "Meta tisma' li xi ħadd sar ambaxxatur tal-Montenegro meta dan la għandu background ta' diplomazija, la għandu background politiku u ma kellu l-ebda exposure fil-qasam internazzjonali u fil-qasam tad-diplomazija, tibda tgħid: Kif ġietu f'moħħu din il-persuna?", "Jekk iddum taħseb mitt sena lanqas tiġik f'moħħok din il-persuna, imbagħad meta tfittex issib li dan huwa ħabib personali tal-Prim Ministru.", "M'hemm xejn ħażin li jkollok il-ħbieb.", "Kulħadd għandu dritt għall-ħbieb tiegħu però għandu jkun hemm daqsxejn diċenza jew rispett lejn dawk li huma speċjalisti fid-diplomazija u lejn dawk li huma ggradwati, li studjaw u li għandhom l-esperjenza!", "Sur President, illum għandna sitwazzjoni f'dan il-pajjiż li jekk tikteb artiklu u tfaħħar lill-Prim Ministru jew lill-Gvern tingħata promozzjoni.", "Jekk tmur fuq One News u toqgħod tgħajjar u taqla' lill-Partit Nazzjonalista, lill-Onor.", "Adrian Delia, lill-Onor.", "Beppe Fenech Adami u ma nafx lil min, jagħtuk programm.", "Dawn jaqbdu ġurnalist u jixtruh.", "U peress li dan ikun fallut litteralment, ikollu nofs Malta tiġri warajh u jkun midjun ma' kulħadd, isib refuġju fil-Partit Laburista.", "Imbagħad jagħtuh impjieg ta' konsulent biex forsi jaqta' daqsxejn mid-djun li jkollu u min-nies li jkollu jiġru warajh – naf x'qed ngħid – u min-nies li seraq u li ffroda – din ngħidha b'responsabilità, nies li ffroda – u jagħtuh programm prime time fuq l-istazzjon One.", "Jagħtuh €35,000 paga biex joqgħod jgħajjar lin-Nazzjonalisti, forsi jħallas lin-nies li seraq, li mbrolja, li ffroda u li gidem!", "Dan hu l-Gvern tal-lum.", "Illum Malta mhijiex tagħna lkoll imma hija tan-nies li jinxtraw!", "Ikun hemm xi ħadd mgħaffeġ, jagħtuh tender bil-patt u l-kondizzjoni li jieħu ritratt mal-Prim Ministru u jitfgħuh fuq il-midja soċjali biex joqogħdu jinbxu lil din in-naħa u jgħidulna: Dak issa m'għadux magħkom!", "U ma jkunx miegħek mhux fuq il-prinċipju, imma għax ikun mgħaffeġ u jingħata tender biex jirkupra ftit!", "Dan hu l-mod kif dan il-Gvern jittratta lil Malta tal-mixtrija u tal-korrotti.", "Illum jew tinċensa u tilgħaq inkella ma tikolx!", "Issa se ngħaddi għall-għaxar falliment u niġi biex nagħlaq.", "Dan il-Gvern falla għax tilef ruħu.", "Dan huwa Gvern li għamel il-flus l-alla ta' kollox!", "Kollox sar għandu prezz u xejn m'għandu valur.", "Għall-flus ikissru l-identità ta' dan il-pajjiż.", "Għall-flus ikissru l-integrità tal-pajjiż u tan-nies.", "Għall-flus jarmu d-diċenza.", "Għall-flus jarmu l-integrità.", "Għall-flus jarmu isem pajjiżna.", "Sur President, huwa inutli li nitkellmu fuq l-aqwa żmien, fuq is-surplus u fuq il-miljuni, għax illum ħloqna pajjiż bla ruħ, ħloqna soċjetà bla valuri, u ta' dan pajjiżna u uliedna għad iridu jħallsu prezz għoli ħafna!", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Naħseb li minbarra li hemm differenza bejn Mars u Venus, tibda tistaqsi jekk l-Oppożizzjoni hux qed tgħix fl-istess pjaneta tagħna jew saħansitra tinsabx f'galassja differenti!", "Smajt lill-Onor.", "Fenech Adami jitkellem fuq il-faqar u issa qed immeru anke n-numri.", "Meta spiċċa Gvern Nazzjonalista fl-2013, l-ammont ta' persuni f'riskju ta' faqar kien ta' 99,000 u kellna politiċi li kellhom l-ardir li jinsultaw lin-nies u jgħidulhom li mhux minnu li kien hawn il-faqar imma li din kienet perċezzjoni.", "Illum hemm figura li turi li għandna nies fil-faqar, mela le, imma fuq perjodu ta' tliet snin din il-figura naqset b'madwar 19,000!", "Fil-fatt l-aħħar statistika li ġiet ippubblikata hija bbażata fuq l-2016 u dan l-aħħar kellna wkoll statistika bbażata fuq l-2017.", "Sur President, nixtieq ngħid xi ħaġa oħra.", "Mela l-fatti u l-istatistika mmeruhom, imbagħad min-naħa l-oħra kulħadd joqgħod jgħid xi ntqal f'dak l-artiklu u xi ntqal fl-artiklu l-ieħor.", "Imma l-fatti ma jgħiduhomx, bħalma jagħmlu fil-mistoqsijiet parlamentari!", "Pereżempju ġieli tinduna bil-konġura li jkun hemm bejn nies li qegħdin hawn ġew u l-ġurnalisti.", "Dak li jiktbu l-artikolisti li jogħġbu lill-Oppożizzjoni huwa l-Evanġelju ta' San Ġwann, imbagħad il-fatti u l-istatistika li toħroġ ripetutament lokalment, kif ukoll mill-Eurostat, imeruhom!", "F'dak li hu n-numru ta' nies f'riskju ta' faqar, dan il-Gvern, f'perjodu ta' tliet snin, naqqas in-numru b'madwar 19,000!", "Nixtieq nagħmel punt ieħor dwar il-faqar.", "Hemm nies li mhux qegħdin f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali imma huma mċaħħda severament materjalment.", "Fil-fatt dan jissejjaħ severe material deprivation.", "Hawnhekk ukoll, nitbellah meta nisma' lil xi Membri tan-naħa l-oħra jgħidu li l-Partit Laburista sploda l-faqar, għax meta niżel il-Partit Nazzjonalista mill-gvern kellna 39,000 nies fil-faqar u skont l-aħħar statistika li ħarġet il-Eurostat, dak in-numru niżel għal 14,000, kważi t-terz.", "Issa jew hemm min ma jafx jagħmel is-somom u qed jara li 14 huwa akbar minn 39 - jekk iżżid 1,000 ma' dan in-numru tiġi d-differenza li kien hemm bejn il-partiti fl-aħħar elezzjoni! - jew inkella qed niġġennu.", "Nerġa' ngħid li l-verità hi li fejn jidħol il-faqar, is-severe material deprivation kważi ġibnieh terz ta' dak li kien.", "Issa ovvjament dan mhuwiex biżżejjed.", "Irridu naħdmu aktar biex nindirizzaw lil dawn l-14,000 ruħ u nilħquhom aktar, imma bir-rispett kollu, meta minn 39,000 ruħ tinżel għal 14,000 ruħ ma tistax tgħid li l-Amministrazzjoni Laburista ġabet il-faqar f'dan il-pajjiż, għax allura veru mhux fuq pjaneti differenti qed ngħixu, imma f'galassji differenti!", "Wieħed ma jistax jifhmu dan ir-raġunament.", "Sur President, rigward id-droga rrid ngħid li jien ma naħsibx li f'pajjiżna qed tidħol aktar droga imma naħseb li llum, permezz tat-teknoloġija, qed ikollna aktar qabdiet.", "Mela jekk naqbduhom, niġu kkritikati u jekk inħalluhom għaddejjin ma jgħidu xejn għax inkunu ħallejniehom għaddejjin!", "Dak huwa r-raġunament!", "Mela ma naqbduhomx u nħalluhom għaddejjin!", "Mhux taqbadhom trid?", "U jekk investejt f'apparat u għandek id-Dwana, mhux taqbad lit-traffikant trid!", "Jien mhux se ngħid li din il-problema se neradikawha imma rridu ngħidu li qbadna ammont rekord!", "U hija rich li l-Membri tan-naħa l-oħra joqogħdu jagħmlu dawn il-kummenti.", "Mela nsew meta lil Queiroz tawh il-maħfra u bagħtuh il-Brażil u qisu ma ġara xejn?!", "Inkella jiġu jgħidulna fuq is-saltna tad-dritt.", "Mela nsew meta fi żmienhom sar qtil f'Tas-Sliema li kellu marbut miegħu każijiet ta' ħtif ta' persuni?", "Jista' jkun li huma nsew imma l-memorja tiegħi għadha tajba.", "Dakinhar bħala pajjiż ġejna kkritikati mill-Istati Uniti tal-Amerika għax dan il-kidnapper instab ħati – jekk niftakar tajjeb dan kien Ali Rezaq - ġie kkundannat għal għomru l-ħabs u one fine day sparixxa!", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid fuq id-droga hija li jien ma rridx li l-abbuż mid-droga nagħmluh ballun politiku għax ma jagħmilx sens.", "Nieħu pjaċir ngħid li ż-żewġ naħat tal-Kamra flimkien, taħt il-patroċinju tas-Sedja, għamilna konferenza nazzjonali li għaliha rnexxielna nġibu flimkien lil kull għaqda li hawn f'dan il-pajjiż li hija marbuta ma' dan il-qasam.", "Din għamilnieha f'din il-Kamra bi ftehim man-naħa l-oħra biex nibagħtu sinjal ċar li l-leġiżlaturi kollha kemm aħna naqblu li rridu naraw kif intejbu l-affarijiet f'dan il-qasam.", "L-affarijiet ma tagħmilhomx bil-paroli, imma bil-fatti.", "Naħseb li ħafna nies jafu li din l-Amministrazzjoni qed tinvesti ammont ta' flus konsiderevoli biex ikollna faċilità li tittratta vizzji minn minuri li għad m'għandhomx 18-il sena.", "B'hekk tkun pożittiv.", "Issa se ngħid xi ħaġa dwar l-immigrazzjoni.", "Jien ma naħsibx li wieħed għandu jgħid li għax għerqu l-immigranti huwa tort tal-Gvern jew tal-Prim Ministru għax bl-istess kejl, ta' min ifakkar meta lejlet il-Milied allegatament għereq vapur li qalu li kien fih 280 ruħ fuqu.", "Min beda jgħid li sabu biċċa mill-vapur, min qal li sabu biċċa oħra u min qal li ma sabu xejn.", "Allura dakinhar dan kien tort tal-Prim Ministru Nazzjonalista?", "Dażgur li le!", "Jien ma rridx li noqogħdu nagħmlu dan il-kejl.", "Fuq l-immigrazzjoni l-qofol tal-messaġġ tiegħi hu li jien personalment kont Shadow Minister ta' dak il-qasam meta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kellu maġġoranza ta' wieħed - jew biċċa wieħed, għax daqqa kien ikun 'l hawn u daqqa kien ikun 'l hemm - u dak iż-żmien konna mmorru barra minn pajjiżna wkoll.", "Dawn jistgħu jistaqsu lill-kollegi tagħhom u jekk iridu m'għandix problema li nsemmi l-ismijiet, fosthom ministru ta' dak iż-żmien li issa huwa wieħed mill-MEPs li għandhom.", "Jien mort kemm-il darba u konna mmorru hemm f'isem il-Partit – jien ma jien xejn fl-aħħar mill-aħħar imma nirrappreżenta lin-nies – u nista' ngħid li dejjem konna solidali mal-Gvern.", "Imma llum bil-maqlub.", "Illum nivvintaw kull skuża biex jekk għada jkun imsaħħab, ngħidu li hu tort tal-Partit Laburista, għax dawn anke t-temp se jgħidu li qed nikkontrollaw!", "Xtaqt li ma noqgħodx nikkummenta imma bilfors ikolli nirreaġixxi għal dak li qalu l-kelliema ta' qabli.", "Sur President, kien hemm min qal li l-pensjonanti mhumiex qed jintlaqtu minn ċerti żidiet.", "Naħseb insew li l-Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li kien hemm qabel lill-pensjonanti ma żiduhomx ċenteżmu f'25 sena sħaħ!", "Lanqas ċenteżmu tal-ewro - li għalihom jiġu erba' soldi – ma żdiedu filwaqt li dan il-Gvern żiedhom erba' darbiet!", "Dan il-Gvern mhux talli żiedhom fil-pensjoni, talli raħħsilhom id-dawl u l-ilma meta ħaddieħor kien jgħid li din hija Alice in Wonderland!", "Taħt dan il-Gvern, spiċċaw il-mediċini out of stock, ħlief għal xi waħdiet, meta jkun hemm.", "Però kien hawn min kien ġie jgħidilna biex ma noqogħdux nitkellmu fuq il-mediċini out of stock għax kien hawn żmien meta kont tmur għand tal-grocer u ma kienx ikollu bott piżelli!", "Dan huwa r-rispett min-naħa l-oħra mhux biss lejn l-anzjani imma lejn dawk li għandhom dritt għall-mediċini, kif għandu jkun.", "Iqabblu l-mediċina ma' bott piżelli!", "Waħda mill-affarijiet li għamilna bħala amministrazzjoni hi li ħallasna somma konsiderevoli ta' dejn li tħalliet biex tinġabar mingħand l-importaturi tal-mediċini, għax kien hawn żmien li biex tibbilanċja l-kotba, kont titfa' l-kontijiet fil-kexxun!", "Hekk kienu jagħmlu f'ċerti affarijiet.", "Litteralment jitfgħu l-kontijiet fil-kexxun, għax la ma tkunx ħallast kont, dan ma jeżistix!", "Tajjeb!", "Dik hija n-new way tal-Oppożizzjoni?!", "Issa din qed ngħidha b'ton ta ċajta, biex ngħid hekk.", "Imma din hija serjetà?!", "La ma ħallasniex il-kontijiet tal-mediċini lill-importaturi għax ħallejniehom fil-kexxun m'għandniex problema!", "B'daqshekk qisu solvejna l-problema!", "Sur President, jien nixtieq ngħid li huwa sodisfazzjon kbir għalija li għandi twemmin xellugi, li għandi twemmin soċjalista, għax li tgħin lin-nies hija l-aktar ħaġa importanti li tista' tagħmel.", "Ma niddejjaqx ngħid x'jien.", "Allaħares!", "Illum f'dan il-pajjiż, f'din is-sena kurrenti, għandna nefqa rekord ta' €1.8 biljun li se tgħaddi mill-Ministeru li jien responsabbli tiegħu flimkien mas-Segretarji Parlamentari Anthony Agius Decelis u Roderick Galdes.", "Biex inkun iktar preċiż, in-nefqa fuq il-qasam soċjali f'dan il-pajjiż għas-sena kurrenti tammonta għal €1.758 biljun!", "Ejja ma nħarsux lejn il-figura biss, imma nħarsu ftit lejn xi proporzjon hi n-nefqa ta' kważi €1.8 biljun min-nefqa tal-pajjiż.", "Taħt Amministrazzjoni Laburista, terz tal-infiq kollu li jagħmel il-pajjiż imur fil-qasam soċjali.", "Hawn qed nitkellmu fuq madwar 33% tan-nefqa totali.", "Xi tliet ġimgħat ilu kont qed nitkellem f'konferenza barra minn Malta fuq id-drittijiet tat-tfal u li għandna nipproteġuhom eċċ., u meta semmejt din il-figura, li hija terz tan-nefqa totali, qamu tnejn jew tlieta u staqsewni jekk ridtx ngħid one third jew one tenth.", "U jien għedtilhom: No, one third!", "Imbagħad niġu ngħidu li dan il-Gvern m'għandux ruħ soċjali meta qiegħed jonfoq terz min-nefqa kollha tal-pajjiż għall-qasam soċjali!", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq €1.8 biljun!", "Sur President, jien mhux qed ngħid li aħna vvintajna x-xemx għax ix-xemx kienet hemm qabel ma ġejna hawnhekk ilkoll kemm aħna, imma rridu nirrikonoxxu l-impenn li hemm fil-qasam soċjali.", "Irridu nirrikonoxxu li din l-Amministrazzjoni mhux biss irnexxielha toħloq il-ġid u tkabbar l-ekonomija b'figuri rekord imma rnexxielha wkoll ma tinsiex lil dawk li għandhom bżonn il-wens.", "Issa jekk ikun hawn min jistaqsini jekk hux qed nilħqu lil kulħadd ngħid li le imma qed nilħqu ħafna u ħafna aktar.", "Jgħid x'jgħid kulħadd, illum nistaqsu jekk permezz tad-diversi inizjattivi li ħadna l-kwalità tal-ħajja tjebitx jew le u jirriżulta li l-poplu Malti huwa l-aktar poplu ottimist mhux miż-Żona Ewro biss imma fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Skont stħarriġ tal-Eurostat, meta sar studju dwar jekk wieħed jistenniex li l-pajjiż imur 'il quddiem jew lura, aktar minn madwar 70% qalu li jemmnu li se jkompli jitjieb u din hija xi ħaġa li tagħtik sodisfazzjon.", "Irridu nibqgħu naħdmu u ninvestu b'mod konsistenti imma wieħed ma jistax imeri l-fatt li ħdimna ħafna fuq il-faqar.", "Issa jien ma ngħidx li dan huwa biss mertu tal-partit fil-gvern imma huwa mertu ta' kulħadd.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kull wieħed minna jifforma parti mis-soċjetà Maltija imma bla dubju din hija xi ħaġa li ma tistax tmeriha.", "Rigward il-qasam tax-xogħol, tal-qgħad u tal-impjiegi għadni niftakar il-kitba fuq il-billboards bl-abjad u l-iswed biex iwasslu l-messaġġ negattiv li \"Labour won't work\", u kju ta' nies wara xulxin taparsi sejrin jirreġistraw.", "Illum mhux talli mhux Labour won't work imma m'hawnx biżżejjed nies biex jaħdmu!", "Illum jekk tmur għand kuntrattur biex tixtri l-planki għas-saqaf jgħidlek li trid tistenna sitt xhur jew seba' xhur oħra għax tant għandu xogħol li mhux qed ilaħħaq.", "Din hija l-verità.", "Jekk tmur titkellem ma' dawk li jagħmlu t-tarmak – qed insemmi żewġ oqsma biss – ukoll jgħidulek li mhux qed ilaħħqu!", "Jien nifhem li trid issir kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni, u naċċettaha, u meta tkun pożittiva nieħu pjaċir biha u din qed ngħidha bis-serjetà.", "Nieħu pjaċir ukoll li nitkellmu mal-Oppożizzjoni, però mbagħad ma tistax tgħid li Labour won't work, għax illum ir-ritmu ekonomiku tant hu mgħaġġel, li tajjeb jew ħażin, ikollok is-side effects.", "Dan bħal meta jkollok xi ħaġa u tkun trid tieħu l-pilloli; jirranġawlek parti u jħallu effett fuq parti oħra.", "Fl-aħħar mill-aħħar, huwa importanti li l-individwu jieħu l-mediċina, għax mingħajr mediċina, mingħajr investiment ekonomiku, mingħajr tkabbir, mhux se jkollna x'naqsmu bejnietna bħala pajjiż!", "Għalhekk jien inħobb ngħid li qegħdin nemmnu u nipprattikaw verament prosperity with a purpose.", "Sur President, rigward il-qasam tax-xogħol irrid ngħid li mhux biss naqqasna n-nies mir-reġistru tal-qgħad imma llum qed nitkellmu fuq l-inqas numru ta' nies qiegħda li qatt kellu dan il-pajjiż.", "Pajjiżna qatt ma kellu rata ta' qgħad baxxa daqskemm għandu llum!", "Ma rridx ninstema' bombastiku imma llum meta jkollok ċertu ammont, titqies li għandek full employment għax għal xi raġuni jew oħra hemm faxxa ta' nies li ma tidħolx fid-dinja tax-xogħol; min għax forsi għandu xi nuqqasijiet intellettwali jew fiżiċi u min għal raġunijiet oħrajn.", "Illum qed nitkellmu fuq l-inqas numru ta' nies li qatt kellna jirreġistraw bħala pajjiż.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li fl-2013, li hija l-aħħar sena ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista, kellna 4,200 ruħ jiddependu fuq l-għajnuna soċjali minħabba diżimpjieg, jiġifieri li kienu jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad.", "F'Settembru tal-2018 dawn niżlu għal 765 persuna.", "Dan ifisser li n-nies li jiddependu fuq il-benefiċċju tal-qgħad f'dan il-pajjiż naqsu bi 80%.", "Jekk wieħed iħares lejn l-għajnuna soċjali jsib li mill-2013 sal-aħħar statistika li għandna, minn 14,000 persuna jiddependu fuq dan il-benefiċċju, illum qed naraw tnaqqis ta' kważi 50% filwaqt li l-qgħad huwa l-aktar wieħed baxx.", "Allura fid-dawl ta' dan kollu, kif tista' l-Oppożizzjoni tgħid li dan il-Gvern m'għandux ruħ soċjali jew li dan il-Gvern mhux qed jagħti kas u ma jinteressahx mill-poplu?", "Ma jinteressakx mill-poplu meta għall-qasam soċjali tonfoq terz tan-nefqa kollha, meta l-qgħad jinsab fl-inqas numru li qatt kien, meta għandna l-inqas numru ta' nies li qatt kellna li jiddependu fuq il-benefiċċju tad-diżimpjieg jew meta għandna l-inqas numru ta' nies li jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali?!", "Sur President, jien se nsemmi xi ftit inizjattivi li ħadna, bħal pereżempju, il-ħajra għax-xogħol li rnexxielha ġġib din l-Amminstrazzjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn iċ-childcare b'xejn jara x'effett din kellha.", "Jista' jkun li din l-inizjattiva ħadmet aktar fost in-nisa.", "Pereżempju żdied ukoll in-numru ta' impjegati li jaħdmu fl-ekonomija.", "Kien hemm ukoll miżuri oħra, fosthom tat-tapering of benefits.", "Filwaqt li qabel jekk tkun bla xogħol u tibda taħdem kienu jaqtgħulek il-benefiċċji kollha, aħna daħħalna miżura biex dawn jibdew jinqatgħulek biċċa biċċa, bil-persentaġġ dejjem nieżel, minn 75% għal 50% għal 25%, imbagħad wara tliet snin, il-benefiċċju tal-qgħad jinqatagħlek totalment.", "Dan ifisser li l-benefiċċju tal-qgħad, minflok jinqatagħlek mill-ewwel, jibda jinqatagħlek fuq perjodu ta' tliet snin.", "Ikun tajjeb li ngħid li kemm ilha teżisti din il-miżura, bejn wieħed u ieħor, kien hemm madwar 3,000 ruħ li applikaw għaliha u bbenefikaw minnha.", "Tieħu pjaċir tinnota wkoll li wara li skada l-perjodu ta' tliet snin, aktar minn 90% minn dawk it-3,000 li gawdew minn din il-miżura, baqgħu fid-dinja tax-xogħol.", "Fuq il-faqar diġà tkellimt u m'iniex se nerġa' nitkellem imma nixtieq ngħid li għad fadlilna xi nwettqu mill-programm elettorali li wegħedna lill-elettorat.", "Jekk insemmi biss il-pensjonijiet, il-wegħda elettorali tagħna kienet li mill-inqas dawn jiżdiedu €8 fil-ġimgħa u llum nistgħu ngħidu li dawn diġà żdiedu €6.", "Din hija miżura soċjali li daħħalna u qed inkomplu nsaħħuha u qed jirnexxielna, għax meta bdejna dawn il-miżuri, kien hemm ċerti faxex li kont tolqothom inqas minn oħrajn.", "Illum wieħed jieħu pjaċir jara li anke skont l-aħħar statistika tal-Eurostat qed jirnexxilna nolqtu l-faxex kollha tas-soċjetà.", "Kien hemm tnaqqis ukoll ta' minuri u anzjani mill-figura ta' dawk li jgħixu fil-faqar.", "Ovvjament il-faxxa li tkun taħdem u li tkun parti mill-ħidma ekonomika tal-pajjiż se jkollha l-aktar benefiċċju u tkun qed tikkontribwixxi għalih.", "Pereżempju rigward pensjonijiet biss hemm ivvotati fuq €1.03 biljun.", "Fil-fatt mill-aħħar sena ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista fl-2013 sal-lum, fuq il-pensjonijiet kien hemm żieda ta' 31%.", "U mhux biss kien hemm din iż-żieda, imma ta' min jirrimarka li b'din l-għajnuna gawdew mhux biss dawk li għandhom pensjoni kontributorja imma anke dawk li għandhom pensjoni mhux kontributorja.", "Jekk wieħed jagħmel l-istess kalkolu jsib li l-pensjonanti kellhom żieda perċentwali ta' 38% fil-pensjoni tagħhom.", "Issa hawnhekk qed nitkellmu dwar xejn inqas minn madwar 93,000 persuna.", "Dan ifisser li mill-2013 sal-2017 dawk li għandhom pensjoni kontributorja raw żieda fil-pensjoni tagħhom ta' 31% u fil-każ ta' dawk li għandhom pensjoni mhux kontributorja ż-żieda kienet ta' 38%.", "Nixtieq insemmi wkoll il-pensjonijiet tal-irtirar u tar-romol, fejn għamilna eżerċizzju u qegħdin ngħinu lil aktar nies.", "Ta' min isemmi wkoll ir-reviżjoni tal-pensjonijiet.", "Fl-aħħar tal-Amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm 'il fuq minn 50,000 pensjoni għar-reviżjoni mentri llum dak in-numru naqas kważi bin-nofs.", "Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll li minkejja ħafna diskors fuq ir-ruħ soċjali, f'perjodu ta' 22 sena l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ma ħa l-ebda miżura u l-ebda pass biex isewwi ċerti anomaliji li seħħew, fosthom mal-ħaddiema tal-eks korpi, tal-Malta Electricity Board, tax-xatt u l-pulizija, li fl-1993 għamlulhom ftehim kollettiv, imbagħad mill-għada bdew jgħidulhom li minn dak li ntqal ma kien se jsir xejn u sal-aħħar tal-1995 ma ħallsuhomx tal-overtime.", "Ovvjament fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi ma nistax nitkellem fuq kull benefiċċju soċjali imma huwa fatt li r-ruħ soċjali għadha qawwija f'dan il-Partit, bħalma għadu l-prinċipju li jiggwidana, u allaħares xi darba nitilfuh.", "Imma it's rich li jkollok Oppożizzjoni li f'25 sena ma żidux ċenteżmu lill-pensjonanti u li fi 11-il sena - u għal uħud f'29 sena - ma tawx ċenteżmu żieda fl-allowance tat-tfal.", "Dawn huma l-istess nies li qalulna li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma setgħux jorħsu u li din kienet Alice in Wonderland imma mhux talli ma kenitx Alice in Wonderland, talli wettaqnieha.", "Qed indaħħlu wkoll benefiċċji oħra bħalma huma ċ-childcare b'xejn u t-trasport għall-iskola b'xejn.", "Apparti minn hekk, illum m'għadx hawn pilloli out of stock u ċerti anomaliji li kien hemm f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi għal ħarsien soċjali aħjar, qed jiġu indirizzati.", "Hawnhekk nieħu pjaċir insemmi lill-Onor.", "Robert Cutajar li qiegħed preżenti għax dan il-qasam huwa għal qalbu.", "Naħseb li dan irid ikun l-ispirtu tagħna, li l-qasam soċjali m'għandna qatt nagħmluh ballun politiku.", "Ejja ma ninsewx li meta nitkellmu fuq il-qasam soċjali ma nkunux qed nitkellmu fuq kemm hija r-rata tat-taxxa jew jekk għolietx jew naqsitx il-bolla.", "Huwa veru li l-but huwa importanti imma meta nitkellmu fuq il-qasam soċjali, u pereżempju fejn jidħlu l-fostering u l-adozzjonijiet, inkunu qed nitkellmu fuq in-nies u l-ewwel kuntatt li għandna huwa man-nies.", "Sur President, bla dubju aħna qed naħdmu biex nilħqu l-faxex kollha tas-soċjetà u din ngħidha b'wiċċi minn quddiem.", "Għad fadlilna x'nagħmlu u għad fadal fejn irridu nilħqu, imma naħseb li kulħadd, jew tal-inqas kull min jgħix fil-galassja li ngħixu fiha aħna - għax donnu li l-Oppożizzjoni qed tgħix ġo galassja għaliha - ma jistax jinnega l-fatt li kemm ilha din l-Amministrazzjoni fil-gvern, rajna titjib soċjali qawwi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex ikun hemm interruzzjoni tax-xogħol għal ftit mumenti sakemm nirrapporta dwar ix-xogħol fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata u fis-6.46 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Abbozz Nru 63 – għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa tirriżumi d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sur President, se nitkellem rigward il-qasam tas-saħħa u naħseb li huwa xieraq li nibda billi, f'isem l-Oppożizzjoni, nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'dan il-qasam, fosthom it-tobba, l-infermiera, il-professjonisti, dawk li jaħdmu fil-laboratorji, u dawk li huma involuti fl-amministrazzjoni tal-isptarijiet u tal-kliniċi għas-sehem li qed jagħtu għall-ġid tal-pazjent speċjalment meta għaddejjin minn stress kbir minħabba l-mard li normalment jolqotna f'dan iż-żmien tas-sena.", "Dalgħodu, bħala kelliem għall-Oppożizzjoni, ħriġt stqarrija li fiha qegħdin nassiguraw li se nkunu qed naħdmu id f'id mal-Gvern ħalli jsir dak kollu meħtieġ biex f'pajjiżna jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fir-rigward tal-każijiet kollha ta' influwenza u s-swine flu li qed tolqot lil pajjiżna u li hija preżenti fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Monte Carmeli.", "B'hekk il-Gvern ikun jista' jassigura li dawn il-każijiet ikunu ttrattati bl-aħjar mod, biex kemm jista' jkun innaqqsu ċ-ċans li dan il-mard jinfirex.", "Hawnhekk nixtieq nuri solidarjetà ma' dawk il-familji li għaddew minn diffikultajiet, anke fil-każijiet ta' meninġite li kien hemm fl-isptarijiet.", "Kif stqarr il-Gvern u l-professjonisti, dawn il-każijiet ma kenux relatati ma' xulxin u għalhekk ma rridux nallarmaw lill-poplu li hawn xi forma ta' epidemija jew xi żieda sostanzjali ta' dawn il-każijiet.", "Minkejja dan xorta rridu nħeġġu sabiex inżidu l-prekawzjonijiet u nedukaw lill-poplu, speċjalment lill-ġenituri, biex it-tilqim li jeżisti kontra dan il-mard jiġi użat bl-aħjar mod u jsir parti mir-rutina biex kemm jista' jkun nevitaw il-mortalità u l-kumplikazzjonijiet relatati ma' dan il-mard.", "Sur President, f'dawn il-ftit minuti se nkompli niffoka fuq il-qasam tas-saħħa li f'pajjiżna, kif jaf kulħadd, jingħata mill-gvern tal-ġurnata bla ħlas u jġorr miegħu piż finanzjarju qawwi.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq miljuni kbar li jintnefqu kuljum biex l-isptarijiet u l-kliniċi jkunu jistgħu jaħdmu b'mod effettiv, sabiex jilħqu lis-setturi kollha tas-soċjetà għax inħoss li s-sistema fil-qasam tas-saħħa f'pajjiżna trid tkun b'tali mod li tgħin lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn, lil min hu l-aktar batut, lil min jeħtieġ il-kura u lil min għandu bżonn li jsirlu xi intervent jew investigazzjonijiet.", "L-ekonomija b'saħħitha li qiegħed jgħaddi minnha pajjiżna bħalissa għandha tirrifletti aktar f'dan il-qasam biex tkun tista' tilħaq lil kull saff tas-soċjetà, l-aktar dawk vulnerabbli.", "Irridu niggarantixxu li pajjiżna jgawdi mill-progress li qed isir f'dan il-qasam b'teknoloġiji ġodda, b'testijiet avvanzati, b'kura ġdida u b'mediċini ġodda.", "Fir-riċerka li qed issir kontra l-kanċer, fejn qed tiġi żviluppata kura li qed tagħmel suċċess għal dawk li jbatu minn din il-marda, pajjiżna għandu jkun minn ta' quddiem biex jibbenefika minn din il-kura.", "Qed ngħid dan għax kultant meta wieħed iħares lejn kif jiġu offruti s-servizzi u lil min qed jilħqu l-aktar, naraw ċertu diskrepanza f'min tassew qiegħed jinqeda l-aħjar.", "Irrid nibda billi nsemmi punt importanti fejn naħseb li l-Gvern għandu jinvesti aktar biex isib is-soluzzjonijiet rigward l-appuntamenti fl-Outpatients.", "Hawnhekk qed nirreferi għal meta l-pazjent ikun se jiltaqa' mal-ispeċjalista għall-ewwel darba, wara li jkun ġie riferut mit-tabib tal-familja tiegħu li jaħdem fil-privat jew fil-polikliniċi.", "Fl-opinjoni tiegħi, wieħed għandu jiġi investigat aħjar biex isibu x'ikun qed jikkaġunalu l-kondizzjoni li jkollu u xi trattament l-aħjar li jieħu.", "Kultant il-ħin ta' stennija ma jkunx aċċettabbli għax ma nistgħux inħallu pazjent jistenna x-xhur biex jingħata l-ewwel konsulenza, biex issir l-ewwel investigazzjoni jew l-ewwel rapport dirett bejn l-ispeċjalista u l-pazjent.", "Dan jista' ma jawgurax tajjeb għal dawk il-pazjenti li l-kondizzjoni tagħhom tkun għadha ma ġietx dijanjostikata u għalhekk jaqgħu lura biex jingħataw il-kura.", "Għalhekk naħseb li hemm bżonn li ninvestu aħjar biex nipprovaw negħlbu din l-isfida.", "Irrid inżid li minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni li qed naraw f'pajjiżna, minħabba l-aging population fejn għandna aktar anzjani fil-komunità, minħabba l-mard il-ġdid li qed niskopru u bit-trattamenti ġodda li qed jiġu żviluppati, qed tinħoloq aktar pressjoni fuq id-Dipartiment tal-Outpatients għax aktar nies qed isiru konxji ta' saħħithom u jridu li jsirulhom iktar investigazzjonijiet u testijiet meta xi ħaġa ma tkunx sejra tajjeb.", "In-nies iridu jipprevjenu aktar il-mard f'ħajjithom u jridu jilqgħu mill-ewwel.", "Għalhekk minbarra li nirranġaw l-infrastruttura naħseb li hemm bżonn inżidu r-riżors uman f'dawn id-dipartimenti.", "Sur President, il-Gvern qed iwiegħed li jsir blokk ġdid fl-Outpatients biex ikun jista' jilqa' għal workload aktar qawwija però huwa importanti ħafna li naraw il-loġistika ta' kif jaħdmu l-appuntamenti li qegħdin joħolqu aktar piż fuq din is-sistema, bħal meta jkun hemm pazjenti li ma jkunx hemm bżonn jingħataw appuntament fl-Outpatients jew meta għandek 'il fuq minn 20% tal-pazjenti li ma jmorrux għall-appuntament u jkunu qed jieħdu post ħaddieħor.", "Pereżempju diversi konsulti jistgħu jsiru fil-polikliniċi li għandna fid-diversi żoni madwar pajjiżna biex innaqqsu l-workload.", "Għalhekk qed nappella li hemm dan il-bżonn biex il-pazjent jinqeda aħjar u biex iċ-ċittadin, speċjalment dak li ma jiflaħx iħallas biex jara speċjalista fil-privat, jingħata prijorità biex jinqeda fl-isptarijiet tal-Gvern.", "B'hekk dan ikollu dritt ugwali daqs dawk li għandhom il-mezzi u jekk ikollu bżonn radjoloġija, CT Scan, MRI jew testijiet tad-demm u m'għandux assigurazzjoni li tkoprih, ikun jista' jinqeda xorta mill-isptarijiet tagħna mingħajr dewmien u bl-istess sistema li tittratta lil nies oħrajn li kapaċi jmorru fil-privat.", "Hawnhekk irrid inwassal il-messaġġ li dawk li jaħdmu fil-kura primarja u dawk l-ispeċjalisti li ħafna minnhom jaħdmu fil-kura sekondarja fl-isptarijiet tagħna għandhom jiġbdu ħabel wieħed u bejniethom għandu jkun hemm komunikat għall-ġid tal-pazjenti tagħna.", "Naħseb li dan is-suġġett ta' min jagħti kasu u nemmen li għandna ninvestu fih ħalli eventwalment ikollna riżultati aħjar.", "Pereżempju rridu naraw li fl-Outpatients ikun hemm l-infermiera adegwati li jistgħu jaħdmu f'dawn id-dipartimenti.", "Meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni tal-infermiera f'pajjiżna jsib li fil-qasam tas-saħħa hawn load qawwija ta' xogħol u għalhekk huwa importanti li minbarra l-ftuħ tal-kliniċi – hawnhekk nista' nsemmi l-klinika li nfetħet f'Ħal Kirkop u l-healthcare hub li se jinfetaħ f'Raħal Ġdid jiġifieri l-infrastruttura se tikber - irridu r-riżors uman, speċjalment tobba, infermiera u professjonisti, biex ma ngħaddux mill-istess sitwazzjoni li jinsab għaddej minnha l-Isptar Monte Carmeli, fejn hemm load kbira ta' pazjenti minħabba ż-żieda ta' mard ta' dipressjoni u mard mentali assoċjat ma' kondizzjonijiet oħrajn, u m'hemmx min jieħu ħsieb.", "Għalhekk il-Gvern irid jagħti kas dawn is-sitwazzjonijiet.", "Għalkemm hemm sezzjonijiet fejn rajna żvilupp qawwi fl-effiċjenza u fir-riżors uman, hemm sezzjonijiet oħrajn li ma jistgħux jiġu trattati bħala second class, għax nemmen li l-qasam tas-saħħa huwa across the board, kemm fil-kura, kemm fit-trattament kif ukoll f'dawk li huma pazjenti.", "Kull persuna marida hija għatxana biex tieħu l-aħjar kura u trattament.", "Għalhekk ejja nkomplu ninvestu ħalli, kif semmejt, nindirizzaw il-listi ta' stennija fl-Outpatients u n-nuqqasijiet l-oħra li hemm fil-qasam tas-saħħa.", "Wara kollox il-Gvern għandu d-dmir li jinvesti aktar ħalli l-qasam tas-saħħa f'pajjiżna jkun aktar effiċjenti u ta' suċċess.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa 30 ta' Jannar, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorita' għal Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri, Ħarsien Alternattiv – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorita' għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, Emenda Nru. 2 – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks -it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanzja dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz tal-Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Ġid tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, f'dan l-Aġġornament nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa li, biex inkun onest, ilha ftit togħkorni għajni minnha u għalhekk mort nagħmel daqsxejn riċerka biex inkun nista' nitkellem fuq dan is-suġġett.", "Qed nirreferi għall-immunità parlamentari.", "Irrid ngħid bla tlaqliq li sar abbuż sfaċċat minn din il-liġi speċjali li teżisti għalina l-Membri Parlamentari biss, min-naħa tal-Oppożizzjoni, u aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi se nagħti l-eżempji.", "Qabel ma nasal għall-konklużjonijiet tiegħi rrid ngħid li jien tal-opinjoni li f'demokrazija moderna wasal iż-żmien li nirrevedu din il-liġi.", "Jien ili nemmen li wasal iż-żmien li m'għandux ikun hemm liġijiet għall-allat – hawnhekk qed nirreferi għalina l-Membri Parlamentari – u liġijiet differenti għan-nies hemm barra.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn il-liġijiet huma antikwati u l-fatt li jkollok komunità parlamentari vasta u wiesgħa kif inhi llum, dawn il-liġijiet spiċċa żmienhom.", "Sur President, jien għamilt daqsxejn riċerka biex nara minn fejn nibtet din l-imbierka immunità parlamentari.", "Immunità parlamentari tfisser li jien nista' niġi hawn u nagħżel kwalunkwe persuna jew kumpanija hemm barra u ngħid dak li rrid fuqhom, inkissirhom politikament u lili ma jistgħu jagħmluli xejn għax dak id-diskors inkun għedtu hawn ġew.", "Mela jien niġi hawn, insemmi kumpanija partikolari u ngħid li hija l-aktar kumpanija korrotta li hawn fid-dinja, li ħlief tisraq lin-nies ma tagħmilx eċċ. u lili ma tkun tista' tagħmilli xejn.", "La tista' tieħu azzjoni legali u lanqas ċivili fil-konfront tiegħi.", "Dan kollu għax jien, bħala deputat elett mill-poplu, għandi dan il-privileġġ speċjali li niġi hawn, ngħid li rrid fuq dak li jkun u nkisser ħajjet dik il-persuna jew dik il-kumpanija, għax hekk jidhirli.", "Jista' jkolli r-raġunijiet tiegħi – u jista' jkun hemm raġunijiet li huma validi u oħrajn li huma inqas validi - però sal-lum il-ġurnata nista' niġi hawn ngħid li rrid fuq dak li jkun għax ma jista' jieħu l-ebda azzjoni fil-konfront tiegħi.", "Jeżisti proviso li jekk ngħid li rrid fuq kollega tiegħi f'din il-Kamra, hemm metodu kif dan jista' jfittex li jien b'xi mod ksirt il-privileġġ tiegħu.", "Mela jekk ngħidu xi ħaġa fuq xulxin, hawn mekkaniżmu kif bniedem jista' jieħu xi forma ta' redress però dwar dak li ngħid fuq nies jew kumpaniji ħadd ma jista' jagħmilli xejn.", "Sur President, wara li għamilt riċerka biex nara l-kontest minn fejn nibet dan kollu kważi bdejt nidħak.", "Mela kien hemm Membru Parlamentari fil-House of Commons, Thomas Haxey, lura fl-1397, li qal fil-Parlament li deherlu li kien hemm misuse skandaluż min-naħa tar-Re Richard II imbagħad ir-Re fetaħlu kawża u qatgħuhielu għall-mewt.", "Imbagħad fil-House of Commons kienet qamet kommossjoni talli bniedem kien qal dak li deherlu li għandu jgħid fil-Parlament u kien ingħata sentenza għall-mewt, li dak iż-żmien, jekk m'iniex sejjer żball, kienet il-giljottina.", "Wara kienet saret pressjoni politika fuq ir-Re ta' dak iż-żmien biex lil dan il-Membru Parlamentari Ingliż ma jaqtgħulux rasu barra, u fil-fatt ma kenux qatluh.", "Sur President, kważi tidħak meta tismagħha storja bħal din.", "Minkejja li kienu qagħtuhielu għall-mewt, tawh il-maħfra Rjali.", "Minn hemmhekk nibtet il-pressjoni biex il-Membri Parlamentari jipproteġu lilhom infushom.", "L-ewwel liġi f'dan is-sens, biex il-Membri Parlamentari jkunu protetti meta jitkellmu fil-Parlament għaddiet kważi fl-1700, jiġifieri numru ta' snin wara li ġara dan il-każ.", "Sur President, din il-liġi kompliet tevolvi wara r-Rivoluzzjoni Franċiża.", "Il-Franċiżi kienu ftit aktar fini fil-mod kif daħħlu din il-liġi kważi fl-1800 – hawn qed nitkellmu fuq 100 sena wara li l-Ingliżi kienu daħħlu din it-tip ta' liġi – biex huma wkoll jipproteġu lilhom infushom meta jitkellmu fil-Parlament.", "Jien naqbel ma' dik it-tip ta' liġi fil-kontest ta' mijiet ta' snin ilu għax ma rridx li kieku ngħid xi ħaġa hawnhekk u jkun hemm xi ħadd li jiftaħli kawża u ningħata piena bħal din.", "Sintendi, din qed ngħidha bi tbissima, Sur President, għax nerġa' ngħid li hawn qed nitkellmu fuq liġi ta' bejn 500 u 600 sena ilu.", "Però dik il-liġi baqgħet tiġi perpetwata minn żmien għal żmien fil-liġijiet li jirregolaw il-House of Commons u aħna nibbażaw strettament il-proċedura parlamentari u l-liġijiet marbutin magħha fuq il-proċedura parlamentari tal-Parlament Ingliż, il-House of Commons.", "Ħafna parlamenti evolvew minn dak iż-żmien u matul is-snin emendaw dan il-privileġġ.", "Fil-fatt fil-liġi Maltija dan jissejjaħ ċar u tond bħala privileġġ li minnu ngawdu biss aħna l-65 Deputat ta' din il-Kamra; il-bqija tan-nies li jgħixu f'Malta m'għandhomx dan il-privileġġ.", "Ħalli nispjega fejn tiġi preokkupanti s-sitwazzjoni, Sur President.", "Mir-riċerka li għamilt sibt li hemm rapport sħiħ tal-Kummissjoni ta' Venezja b'rakkomandazzjonijiet li l-immunità parlamentari titneħħa gradwalment.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja, li naħseb li sa ftit tas-snin ilu ħafna nies f'pajjiżna lanqas kienu jafu li teżisti, hija magħmula minn tim ta' esperti kostituzzjonali Ewropej, li jagħmlu l-analiżi tagħhom fuq il-liġijiet li jkollhom id-diversi pajjiżi, u jagħtu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom.", "Fil-fatt ftit tal-ġimgħat ilu kien proprju dan il-Gvern li stieden lill-Kummissjoni ta' Venezja tagħmel investigazzjoni dwar kif tiġi pprattikata s-saltna tad-dritt f'pajjiżna u jekk hemmx lok għal titjib.", "Illum il-ġurnata meta nsemmu l-Kummissjoni ta' Venezja, hemm ħafna nies li jafu x'inhu r-rwol tagħha.", "Ftit taż-żmien ilu l-Kummissjoni ta' Venezja rat x'sistemi jeżistu fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u oħrajn lil hinn minnha - fil-fatt rat sistemi anke fit-Turkija - u x'tip ta' liġijiet hemm f'kull pajjiż f'dan ir-rigward, u waħda mill-konklużjonijiet li waslet għalihom hi li t-tip ta' immunità parlamentari li għandna aħna, li nerġa' ngħid ingawdu aħna l-65 Membru ta' dan il-Parlament, hija waħda mill-aktar għoljin li hemm fil-bqija tal-Ewropa.", "L-inkwiet tal-Kummissjoni ta' Venezja mhuwiex li jkollok dik il-liġi per se; fil-fatt fir-rapport partikolari li għamlet tgħid li jekk il-liġi ma tiġix abbużata, kollox sew.", "Jekk id-deputati ta' dak il-parlament partikolari ma jabbużawx minn dik il-liġi, ma jqumx inkwiet.", "L-inkwiet iqum meta jkollok deputati parlamentari – f'dan il-każ ngħid bla tlaqliq u b'kull responsabbiltà li hekk qed jiġri f'dan il-Parlament min-naħa tal-Oppożizzjoni - li jabbużaw minn dak il-privileġġ u dritt speċjali li, nerġa' ngħid, ingawdu aħna biss, biex mingħalihom jiskorjaw punti politiċi.", "Tiġi hawnhekk u tinqeda b'dan il-privileġġ speċjali biex timmalafama individwi u kumpaniji hemm barra, biex mingħalik tirbaħ xi punt politiku!", "Il-Kummissjoni ta' Venezja tgħid li hemm demokraziji moderni li jaħdmu mingħajr il-bżonn ta' din it-tip ta' liġi.", "Tgħid ukoll li probabbilment huwa aħjar li ngħaddu mingħajr dawn it-tip ta' privileġġi.", "Fi kliem ieħor qed tgħid li probabbilment ikun aħjar li f'demokrazija moderna ma jkollniex dan it-tip ta' privileġġi.", "Nerġa ngħid li jista' jkun hemm lok fejn dan il-privileġġ jintuża tajjeb.", "Jekk bniedem jiġi hawn u juża dan il-privileġġ biex jiżvela affarijiet importanti u reali biex jittieħdu l-passi, hemmhekk l-Oppożizzjoni – jew għas-saħħa tal-argument nista' nkun jien – tkun qed tuża dik l-għodda b'mod tajjeb.", "Illum m'għadniex fl-1300 jew fl-1400.", "Id-dinja mxiet 'il quddiem u Malta mxiet 'il quddiem.", "Illum daħħalna liġijiet li għal xi raġunijiet li tafhom l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, qatt ma daħħluhom, fosthom l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Informatur.", "Konna ilna ngħidu, u d-Deputati li ġew qabli kienu ilhom jgħidu, li f'pajjiżna ma jistax ikollok demokrazija moderna mingħajr l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Informatur, biex bniedem li jmur jikxef il-korruzzjoni jkollu xi forma ta' protezzjoni.", "Illum dik il-liġi għaddiet.", "Mela strettament hemm metodi oħra mingħajr dan il-privileġġ.", "Illum, bil-liġi li għandna f'pajjiżna, bniedem jista' jressaq każijiet ta' allegati korruzzjoni u sintendi tittieħed azzjoni, għax illum hemm dan il-qafas, hemm din il-liġi.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja tmur pass oltre u tgħid li jista' jkollok sitwazzjoni - u jien ngħid li, sfortunatament, pajjiżna wasal s'hemmhekk – li minħabba l-użu ħażin ta' dan il-privileġġ, fil-verità tista' tkun qed tagħmel disservizz lejn is-saltna tad-dritt.", "Dan tiktbu iswed fuq l-abjad il-Kummissjoni ta' Venezja u tgħid li bl-użu ħażin ta' dan id-dritt tista' timmina d-demokrazija, timpinġi b'mod ħażin fuq is-saltna tad-dritt u tispiċċa tostakola l-kors tal-ġustizzja.", "Sur President, l-argument huwa wieħed pjuttost ċar u tond.", "F'dan il-Parlament kellna Deputati tal-Oppożizzjoni li ġew hawnhekk u abbużaw minn dan il-privileġġ minħabba li huma stess jinsabu f'pożizzjoni partikolari.", "Nafu li l-avukati li jkunu qed jiddefendu każ il-qorti jista' jkollhom aċċess għal ċerta informazzjoni li jien – għax jien m'iniex avukat – u nies oħrajn, ma jistax ikollna.", "Mela wieħed jista' juża ċerta informazzjoni li jkollu aċċess għaliha minn xi mkien, imbagħad jiġi hawn u jaqbad jispara fuq Ċikku u fuq Peppi.", "Fil-fatt kellna każ fejn Deputat ġie hawnhekk isemmi uffiċjal tal-Pulizija b'ismu u kunjomu meta dak il-pulizija ma jistax jieħu rimedju minn din l-istituzzjoni għax il-liġi ma tagħtihx dak iċ-ċans.", "Mela jien niġi hawn u ngħid li rrid u Ċikku l-poplu li hemm hemm barra ma jista' jagħmilli xejn!", "La Maltija jbusli għajni – biex ma ngħidx kelma oħra – la ma jista' jagħmilli xejn għax il-liġi hekk qiegħda sal-lum il-ġurnata!", "Mela jien niġi hawn u nista' nsemmi kumpanija, kif diġà ssemmew kumpaniji hawn ġew; pereżempju, bħalissa għaddejja diskussjoni fuq il-lukanda Corinthia.", "Qed insemmi kumpanija b'responsabbiltà, għax jekk għandna kumpanija li għamlet ġieħ lil pajjiżna fuq livell internazzjonali – naħseb li fuq dan naqblu lkoll kemm aħna, mhux aħna d-Deputati biss imma l-Maltin kollha – u jekk hawn kumpanija Maltija li kienet ta' suċċess lil hinn minn xtutna, din żgur li hija l-Corinthia.", "Jekk mhijiex l-aktar waħda, hija waħda mill-aktar kumpaniji Maltin li għamlu suċċess fuq livell internazzjonali.", "Sur President, hawn ġew kellna numru ta' okkażjonijiet fil-Plenarja, jidhirli anke waqt xi Aġġornament, li fihom lil tal-Corinthia, bħala kumpanija, ipprovaw jgħadduhom minn martirju għax il-Gvern qiegħed jiddiskuti magħhom biex jibdlilhom waħda mill-kondizzjonijiet li għandhom fil-kuntratt.", "Nista' nsemmi persuni oħrajn li ssemmew b'isimhom u b'kunjomhom, bħal Brian Tonna, u kumpaniji bħan-Nexia BT.", "Dawn qed insemmihom b'responsabbiltà, Sur President.", "Illum il-qorti toħroġ tgħid li mhijiex se tibqa' tinvestiga dawn il-konġetturi u dawn l-allegazzjonijiet li għamel l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni – li kultant iktar ikun il-qorti milli jkun f'dan il-Parlament – biex jitfa' t-tajn.", "Dan tefa' allegazzjonijiet li wara li ġew investigati, il-konklużjoni hi li dawn mhuma xejn ħlief konġetturi.", "Issa dan mhuwiex il-kliem tiegħi imma l-kliem tal-qorti.", "Sur President, naħseb li m'hawnx Malti jew Għawdxi li ma jafx bl-istorja tal-Egrant illi li kieku qgħadna fuq l-Oppożizzjoni suppost li hija tal-Prim Ministru.", "Din il-familja għaddiet minn martirju sakemm ħarġet il-verità kollha u sibna li din mhux biss kienet invenzjoni ffabbrikata imma saħansitra kien hemm min għamel dokumenti foloz biex jipprova jkisser lill-Prim Ministru u l-familja tiegħu.", "Mela niġu f'dan il-Parlament u ninqdew b'dan id-dritt li għandna aħna l-Membri Parlamentari biss, biex nattakkaw u nkissru lil min jidhrilna aħna, għax mingħalina li jekk nagħmlu hekk se nirbħu xi punti politiċi.", "Spiċċa dak iż-żmien, Sur President.", "Inti kont wieħed minn tal-ewwel li ppronunzjajt ruħek f'dan is-sens, Sur President, f'wieħed mid-diskorsi li għamilt fl-okkażjoni tas-Sette Giugno.", "Iva, illum wasalna f'sitwazzjoni fejn ma nistgħux nibqgħu nabbużaw minn dan il-privileġġ.", "Għandu jkun hemm protezzjoni biex bniedem jiġi hawn u jagħmel xogħlu mingħajr biżgħa u jkollu l-libertà tal-espressjoni, mela le, u hekk għandu jkun, imma mhux tispiċċa timmina s-saltna tad-dritt.", "Inħambqu tant fuq is-saltna tad-dritt!", "Meta tisma' lin-naħa tal-Oppożizzjoni titkellem donnok tieħu l-impressjoni li huma l-paladini inkontestati tas-saltna tad-dritt.", "Bħal dak li qallu huma vvintawha s-saltna tad-dritt u huma daħħlu l-liġijiet kollha li għandna f'pajjiżna, imbagħad huma stess jiġu hawn – uħud minnhom, ħalli nkun ġust mal-Oppożizzjoni – jinqdew b'dawn il-liġijiet arkajki u antikwati, biex jimminaw l-istess saltna tad-dritt.", "Għalhekk nemmen li wasal iż-żmien li pajjiżna javvanza f'dan is-sens u nibdlu l-liġijiet antikwati li għandna.", "Pereżempju, din il-liġi nkitbet – din hija l-liġi attwali jiġifieri kemm tagħmel search u ssib Kapitlu 113 – fil-15 ta' Ottubru tal-1942.", "Daqshekk ilha f'pajjiżna din il-liġi, minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Iva, min hemm barra jħossu mweġġa', imżeblaħ u inġurjat b'dak li ngħidu aħna hawn ġew, irid ikollu mezz, irid ikollu mekkaniżmu, irid ikun hemm liġi li tipproteġih.", "Jekk hemm protezzjoni speċjali għalina, għandu jkun hemm protezzjoni ulterjuri għan-nies u l-kumpaniji li jħossuhom inġurjati b'dak li ngħidu aħna.", "X'jiġifieri kumpanija partikolari m'għandhiex dritt tfittixni lili, għax jien Deputat tal-poplu?", "Mela niġi hawn ngħid li rrid fuq dik il-kumpanija, u din ma tistax tfittixni!", "Irid jispiċċa dak iż-żmien.", "Irridu navvanzaw.", "Nerġa' ngħid li llum il-Kummissjoni ta' Venezja tgħid li ċerti drittijiet li għandna f'pajjiżna huma differenti minn ta' kull pajjiż ieħor, għax kważi kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea u anke dawk li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, inkluż it-Turkija, għandhom sistemi kif dawk il-privileġġi jitneħħew.", "Jien m'għandix problema li jkun hemm diskussjoni fuq kif se naslu għaliha din però rridu naqblu fuq il-prinċipju.", "Irridu naqblu li spiċċa ż-żmien li jkun hemm liġijiet għall-allat u liġijiet għall-annimali.", "Spiċċa dak iż-żmien.", "Ma jistax ikun li niġi hawn, ngħid li rrid fuq bniedem hemm barra biex inkissru, jew fuq kumpanija, għax naħseb li jekk nagħmel hekk se nidher tajjeb u se nirbaħ xi punti politiċi, imbagħad dak il-bniedem jew dik il-kumpanija ma jistgħux jieħdu xi forma ta' azzjoni fil-konfront tiegħi.", "Irridu naqblu fuq dan il-prinċipju.", "Kif se naslu hemm, inħallu lill-Parlament jiddiskutih, però nemmen li it's high time li nirrevedu dawn il-liġijiet, għax f'demokrazija moderna spiċċa żmien dawn il-liġijiet antiki li jagħtu ċerti privileġġi.", "Sur President, nerġa' ngħid li għandu jkun hemm protezzjoni biex bniedem jiġi hawn u jagħmel xogħlu bis-serenità kollha, m'għandix problema biha, però meta tabbuża b'mod sfaċċat, kif qed jagħmlu wħud mid-Deputati Nazzjonalisti f'din il-Kamra, tkun qed timmina s-saltna tad-dritt, tkun qed taħdem kontra d-demokrazija f'pajjiżna, u dak iż-żmien irid jispiċċa.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fis-7.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI – ŻIEDA FL-ALLOKAZZJONI FINANZJARJA", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-jMinistru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega xi tfisser iż-żieda fl-allokazzjoni diretta lill-kunsilli lokali ta' €1.5 miljun?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ż-żieda li ngħatat lill-kunsilli lokali ta' €1.5 miljun se tiġi mqassma skont il-formula li tirriżulta mil-liġi maqsuma f'erba' kategoriji ewlenin:", "Tisbiħ u manutenzjoni tal-parks u ġonna;", "Manutenzjoni tat-toroq u infrastruttura;", "Immaniġġar tal-iskart; u", "Amministrazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - AVUKATI U DITTI LEGALI – ĦLAS", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftiehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u /jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "IL-MOSTA - ŻONA TAŻ-ŻOKRIJA - TRIQ IL-BIEDJA U TRIQ MONS.", "EDGAR SALAMONE - BINI TA' ĦITAN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8016, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-awtorità kompetenti għall-bini ta' ħitan fi Triq il-Biedja u fi Triq Mons. Edgar Salamone, hija l-kunsill lokali tal-lokal, meta dawn il-ħitan kellhom jinbnew meta nfetħu t-toroq rispettivi u meta fil-fatt kien qed jinbena l-qasam tal-bini li hemm fiż-Żokrija?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Filwaqt li nikkonferma li r-responsabilità tal-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija tal-kunsill lokali kkonċernat, Infrastructure Malta qed tiddiskuti u tevalwa l-ħtiġijiet ta' din it-triq mal-entitajiet konċernati sabiex tassisti fit-tiswijiet tal-ħitan indikati fiż-żmien li ġej.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – XOGĦOL TA' TINDIF – GĦAŻLA TA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif u fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tagħmel xogħol ta' tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul?", "Jista' jgħid jekk intgħażlitx wara sejħa għall-offerti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-Residenza San Vinċenz de Paul kienet ħarġet sejħa għall-offerti fis-sena 2015, fejn irċeviet tliet kwotazzjonjiet minn tliet kumpaniji differenti.", "X-Clean kienet il-kumpanija bl-iżjed offerta finanzjarjament vantaġġjuża f'dik is-sejħa.", "Dan il-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali u sensittiva.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – DIRECT ORDERS LIL KUMPANIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħlijiet konnessi mar-Residenza San Vinċenz de Paul, ipoġġi lista ta' dati meta ngħataw dawn id-direct orders u jgħid għal liema perjodu u n-natura tax-xogħol?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn ix-xogħlijiet ingħataw b'negotiated procedure u mhux b'direct order.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – KUMPANIJA TAT-TINDIF - ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset xahar b'xahar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mir-Residenza San Vinċenz de Paul mill-1 ta' April 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – KUMPANIJI TAT-TINDIF – XOGĦLIJIET MOGĦTIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet li ngħataw lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu minn Marza 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija u li tinkludi n-natura tax-xogħlijiet, liema entità tat ix-xogħol, b'liema mod (sejħa għall-offerti, quotations, direct orders) u l-ħlasijiet li ngħataw s'issa għal kull xogħol u servizz li ngħata?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saru l-ebda xogħlijiet mill-kumpanija Crystal Clean Limited minn Marzu 2013 s'issa.", "Fir-rigward tal-kumpanija X-Clean nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7765.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA U WASTESERV – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-: Jista' l-Ministru jagħti dettaljatament x'kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-Wasteserv u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta' Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "KUNTRATTUR TAL-CONTAINER BINS – PENALI IMPOSTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm ġew imposti penali fuq il-kuntrattur magħżul fl-2018 biex iqassam bieb bieb il-container bins, inkluż l-istackable bins, tas-Sort it Out peress li ma onorax l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt li hu ffirma?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ tat-tqassim tal-kontenituri tal-iskart organiku, bħalissa qed isiru l-verifiki meħtieġa u wara għandu jiġi deċiż x'passi għandhom jittieħdu jekk dejjem ikun hemm għalfejn.", "It-tqassim tal-istackable bins għar-riċiklaġġ qed isir taħt kuntratt ieħor minn kuntrattur differenti li għandu sa nofs Frar 2019 biex iqassam dawn il-kontenituri.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7528 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7528.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7531 waqt is-seduta ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn iżjed xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7531.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI -NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7533 waqt is-seduta ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-twegiba diġà mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7533 tas-seduta 174.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7534 waqt is-seduta ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx aktar xi nżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7534.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - NEFQA FUQ REKLAMAR FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2419 u 7535 waqt is-seduti ta' nhar is-6 ta' Ġunju 2018 u ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018 rispettivament, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2419 u 7535.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – REKLAMAR FUQ SIT SOĊJALI FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "OWEN BONNICI: Għall-informazzjoni bejn Ġunju 2017 u Frar 2018 nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 5329.", "Għall-informazzjoni bejn Marzu 2018 sal-aħħar ta' Diċembru 2018 tpoġġiet tabella fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "IL-MELLIEĦA, SAN PAWL IL-BAĦAR U N-NAXXAR - SERVIZZ TA' HOME HELP U TELECARE", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b'lokalità) li qed jistennew li jingħataw is-servizzi tal-Home Help u Telecare (b'mod separat)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' anzjani li qed jistennew is-servizz tal-Home Help fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (inklużi wkoll il-Qawra u Buġibba) u n-Naxxar huwa kif ġej :", "Mellieħa 15-il anzjan/a", "San Pawl il-Baħar 9 anzjani", "Qawra 8 anzjani", "Buġibba 2 anzjani", "Naxxar 6 anzjani", "In-numru ta' anzjani li qed jistennew l-installazzjoni tas-servizz tat-Telecare Plus fil-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej:", "Mellieħa 4 anzjani", "San Pawl il-Baħar 2 anzjani", "IL-MELLIEĦA, SAN PAWL IL-BAĦAR U N-NAXXAR - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI GĦAL SPIŻERIJI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet (u jekk hemm kemm hu l-ammont lokalità b'lokalità) pendenti sabiex jinfetħu aktar spiżeriji fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar u jekk kienx hemm applikazzjonijiet li ġew rifjutati fl-aħħar għaxar snin fl-istess lokalitajiet (b'mod separat, lokalità b'lokalità)?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'San Pawl il-Baħar hemm 33 applikazzjoni pendenti għal spiżeriji, fil-Mellieħa 10 u fin-Naxxar 13.", "ĊIMITERJU TAL-MOSTA - APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS TA' RAMPA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputar Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fir-rigward tal-applikazzjoni għall-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, jekk sarx ix-xogħol ta' alterazzjoni fir-rampa li hemm fin-naħa t'isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta?", "Jekk le, meta se jsir ix-xogħol li huwa tant meħtieġ sabiex in-naħa t'isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkun ukoll aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-kwestjoni qiegħda tiġi diskussa mad-Dipartment tal-Artijiet kif ukoll mal-Awtorità tal-Ippjanar, sabiex jiġu regolarizzati proċeduri li kienu saru xi 20 sena ilu.", "PENALI AMMINISTRATTIVI - ENTITAJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mill-2013 s'issa fir-rigward ta' liema entitajiet pubbliċi saret kontestazzjoni abbażi tal-Kostituzzjoni rigward poter mogħti bil-liġi li tiġi imposta penali amministrattiva?", "F'kull każ fil-proċeduri quddiem il-Qrati kostituzzjonali x'kien l-eżitu?", "OWEN BONNICI: It-tabella bl-informazzjoni mitluba li hija disponibbli online ukoll tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "ENTITAJIET PUBBLIĊI - POTER LI JIMPONU PENALITAJIET AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelenka dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrattivi (administrative fines)?", "Kemm f'kull każ hu l-massimu tal-penali li tista' tiġi imposta għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mal-liġi?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrativi huma l-Malta Gaming Authority, il-Malta Digital Innovation Authority, il-Malta Communications Authority, il-Malta Financial Services Authority u l-Malta Residency and Visa Agency.", "Id-dettalji ta' dawn il-penali jinsabu kif indikat:", "Malta Gaming Authority – Taqsima XVI tal-Att Nru XVI tal-2018", "Malta Digital Innovation Authority – Taqsima XVIII u Taqsima IX tal-Att Nru XXXI tal-2018", "418 tal-Att VII tal-2004 u sussegwentement mibdul tramite s-segwenti liġijiet: l-Att XIII tal-2005, l-Att XXX tal-2007, l-Att IX tal-2011 u l-Att VIII tal-2014.", "Malta Financial Services Authority – Att XVI tal-2011, Att XX tal-2013, Avviz Legali 239 tal-2018", "Registrar of Companies – Skeda 11 tal-Att dwar il-Kumpaniji", "KUNSILLI LOKALI - SEGRETARJI EŻEKUTTIVI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjun kienu qegħdin joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ta' kunsill lokali ieħor sal-aħħar ta' Diċembru 2018?", "F'kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti?", "Fejn hemm segretarju eżekuttiv li kien qed jaqdi dan l-irwol u f'liema kunsilli jew reġjuni f'kull każ kien qed jaqdi dan id-dmir?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li sal-aħħar ta' Diċembru 2018 kien hawn żewġ reġjuni u tmien kunsilli lokali li kienu qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ieħor.", "Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "SPTAR MATER DEI - EMBRIJUNI FFRIŻATI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid attwalment kemm hawn embrijuni ffriżati bħalissa fl-Isptar Mater Dei?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm 11-il koppja li għandha l-embrijuni ffriżati fl-Isptar Mater Dei.", "Fil-każijiet kollha l-intenzjoni hi li l-embrijuni jintużaw fiċ-ċikli li jmiss.", "ĦAL QORMI - WIED IL-KBIR - PROĠETT", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Peress li l-ispazji miftuħa f'pajjiżna huma limitati, jista' l-Ministru jesplora l-possibilità li f'Wied il-Kbir f'Ħal Qormi jsir proġett kapitali li jinkludi t-tindif estensiv tal-wied, il-ħolqien ta' picnic area, passaġġi u pontijiet aċċessibbli għan-nies kif ukoll faċilitajiet għad-dilettanti tal-isports tar-rock climbing biex b'hekk ikollna attrazzjoni ġdida f'pajjiżna kif ukoll post ta' rikreazzjoni għall-familji Maltin u Għawdxin?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Projects Malta Limited dejjem lesta tilqa' ideat dwar proġetti ġodda.", "Dawn l-ideat imbagħad jiġu kkonsidrati, analizzati u evalwati sabiex ikun stabbilit jekk ikunux vijabbli jew le biex jitwettqu.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li l-Gvern ingħata mingħand ditta legali barranija dwar it-trasferiment ta' art pubblika lill-grupp ta' kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "INTERESS MILL-PRIM MINISTRU F'NEGOZJI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hu u/jew xi familjari tiegħu għandux interess dirett jew indirett f'xi negozju jew huwiex assoċjat mal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "IL-BAJJA TA' SAN ĠORĠ - MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN IL-GVERN U KUMPANIJA DWAR RIĠENERAZZJONI", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memorandum of understanding li ġie miftiehem bejn il-Gvern u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fit-Tnax-il Leġiżlatura (2013 – 2017) peress li dan kien sar minn Ministru ieħor imma ma kienx ġie mressaq fil-Parlament?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess dwar ir-riġenerazzjoni tal-peninsula tal-Bajja ta' San Ġorġ għadu mhuwiex konkluż.", "Id-dokumentazzjoni relevanti tiġi ppubblikata aktar tard.", "TRANSPORT MALTA - ORDNIJIET MAĦRUĠA SKONT KAP.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8302 u t-tweġiba li ngħatat, jista' l-Ministru jikkonferma li kull ordni li Transport Malta toħroġ skont l-artikolu 4 tal-Kap.", "81 (Att dwar ir-Regolamenti ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi) qabel ma jiġu mqiegħda xi cables eċċ. li jkunu se jgħaddu minn proprjetà privata, qed tiġi notifikata lil sid l-art inkwistjoni mill-inqas għaxart ijiem qabel kif titlob il-liġi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ li Transport Malta toħroġ ordni taħt Kap. 81, dan isir fir-rispett tal-kapitlu u l-artikli kollha jiġu segwiti.", "TRANSPORT MALTA - ORDNIJIET MAĦRUĠA SKONT KAP.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet s'issa mill-2017 taħt l-artikolu 4 ta' Kap. 81 (Att dwar ir-Regolamenti ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi), fil-konfront ta' sidien ta' art privata peress li ma ġiet mogħtija l-ebda figura kif mitlub fil-mistoqsija 8302?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-2017 sal-lum ma nħarġet l-ebda ordni minħabba li Transport Malta ma jirriżulta li kellha ebda talba li kienet tirrikjedi ordni fis-sens ta' dan il-kapitlu inkluż fuq art privata.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – FORTIZZA TA' BENGĦAJSA - KONĊESSJONIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx konċessjonijiet jew xi titolu favur terzi rigward il-Fortizza ta' Bengħajsa fil-limiti ta' Birżebbuġa jew jekk din il-fortizza hijiex fil-pussess tal-Awtorità tal-Artijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "BIRŻEBBUĠA – TRIQ MONS.", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parti ta' Triq Mons. Spiru Penza li tagħqad ma' Triq it-22 ta' Frar f'Birżebbuġa tingħata l-asfalt?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt, f'Jannar 2019, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla.", "It-toroq li bdew jinbnew mill-ġdid fil-ġimgħat li għaddew jinkludu Triq il-Ġdida fi Triq l-Għarnuq, il-Fgura; Triq Valletta, Triq Santa Marija u Triq il-Gudja, Ħal Għaxaq; Triq Vincenzo Dimech, fil-Furjana; Triq Ħadd in-Nies, Ħaż-Żabbar; Triq Taltas u Triq Toni Zahra fiż-Żejtun; Triq Ġorg Borg Olivier u Triq Ħal Tartarni fir-Rabat; Triq Alessandra, Bormla; Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa u Triq San Dwardu, fil-Birgu; Triq Mike Pulis, Birkirkara; Triq it-Turisti u Triq il-Luzzu f'San Pawl il-Baħar; Vjal Sir Temi Zammit f'Ta' Xbiex; Triq Luqa Briffa, il-Gżira; Triq Dawret il-Wied, il-Mosta; Triq Wied Għomor f'San Ġiljan; Triq Filippu Castagna fil-Gudja; Triq Santa Marija, Ħal Tarxien; Triq il-Qaliet, Marsascala; Triq ir-Rinella fil-Kalkara; Triq il-Qalb ta' Ġesu, Triq il-Ġdida u Triq Tax-Xewk f'Raħal Ġdid; Triq it-Tempesta, il-Qrendi; Triq il-Ġdida fi Triq Innoċenzju, l-Imqabba, u Triq is-Sarġ fl-Imsida.", "Ix-xogħol meħtieġ għall-bini mill-ġdid ta' aktar toroq qed jiġi ppjanat bħalissa u se jitħabbar fiż-żmien li ġej.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf direttament bid-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati.", "LIBRERIJI PUBBLIĊI – SELF TA' KOTBA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni reġistrati biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi maqsuma skont l-età?", "Jista' jgħid ukoll kemm persuni ssellfu kotba fl-aħħar ħames snin, maqsuma skont l-età?", "Jista' jgħid kemm qed jissellfu kotba fil-format stampat u ebooks, maqsuma skont l-età?", "X'inizjattivi qed jittieħdu biex jiġu attirati aktar persuni biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tal-mistoqsija huwa kif ġej:", "Kemm huma l-persuni reġistrati biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi maqsuma skont l-età", "Kemm persuni ssellfu kotba fl-aħħar ħames snin, maqsuma skont l-età", "Is-sistema preżenti ta' Malta Libraries bdiet fis-seħħ fl-aħħar tal-2014 u allura l-informazzjoni pprovduta hija għall-aħħar erba' snin.", "Kemm qed jissellfu kotba fil-format stampat u ebooks, maqsuma skont l-età", "In-numru ta' kotba fil-format stampat mislufa fl-2018 jammonta għal 1,011,657.", "In-numru ta' talking books mislufa fl-2018 jammonta għal 2,489 filwaqt li n-numru ta' ebooks mislufa fl-2018 jammonta għal 8,200.", "Dawn il-kategoriji mhux possibbli li jinqasmu skont l-età.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-inizjattivi li qed jittieħdu biex jiġu attirati aktar persuni biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi huma kif se nsemmi:", "· Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu sabiex isiru sezzjonijiet ta' qari għat-tfal ta' etajiet varji.", "· Qed inkomplu ninvestu wkoll f'kollezzjoni ta' comics u novelli grafiċi kif ukoll kotba dyslexic friendly.", "· Sar ftehim mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinnovar f'kull librerija permezz ta' skema li ħarġu.", "Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni biex f'kull librerija jkun hemm WIFI b'xejn.", "· Żidna l-ammont ta' kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.", "· Ipprovdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.", "· Qed isir iktar investiment f'attivitajiet varji fil-libreriji li jinkludu letteratura klassika Griega, drama, mużika, coding u arti fost oħrajn.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputar Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tilqima ta' Strep Pneumonia Meningitis jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Ministeru biex jintroduċi t-tilqima b'xejn lil kull tifel u tifla biex b'hekk jitnaqqas ir-riskju tal-mard?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala parti mill-programm tal-Gvern biex isaħħaħ il-prevenzjoni kontra l-mard infettiv, inbdew proċeduri biex jinxtara l-vaċċin Pneumoccal Conjugated vaccine għat-tfal.", "Dan se jkun qed tingħata aktar tard din is-sena.", "KUMPANIJI PRIVATI – IMPORTAZZJONI TA' PETROL", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji privati li qegħdin jimportaw il-petrol għas-suq lokali u mhux għall-bunkering?", "X'faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol jeżistu hawn Malta għall-kumpaniji privati għas-suq lokali?", "Fejn qegħdin dawn il-faċilitajiet u x'jistgħu jew x'għandhom jagħmlu dawn il-kumpaniji lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet?", "F'liema stadju wasalna rigward id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-Enerġija Rinovabbli fejn jidħol il-petrol hawn Malta?", "Il-Gvern beħsiebu jonora l-obbligazzjonijiet li ntrabat bihom fl-24 ta' Mejju 2011, Tabella 12, fil-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinnovabbli?", "X'qed jistenna l-Gvern biex jintroduci jew iħalli kumpaniji privati jintroduċu fis-suq lokali l-petrol imħallat ma' 10% ta' ethanol – E10, biex jonqsu l-emissjonijiet minn fuq il-230,355 vettura li jużaw il-petrol?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), jista' l-Ministru jispjega kif intnefqet in-nefqa tas-sena 2018 meta din żdiedet drastikament?", "B'kemm żdied il-human resource professjonali fl-FIAU din is-sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "IL-KUMMISSJONI VENEZJA - MIŻURI DWAR MALTA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-rapport tal-Venice Commission dwar Malta u peress li din il-kummissjoni tirreferi għal numru ta' miżuri imma ma ssemmix oħrajn, u persważ li l-Ministru jaf liema huma, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jiġu kkonsidrati?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-firxa ta' tibdil kostituzzjonali li jiġi implimentat bħala riżultat kemm tal-parir tal-Venice Commission kif ukoll ta' suġġerimenti oħrajn li jistgħu jsiru fil-kontest tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali, kif huwa ben konsapevoli l-Onor.", "Membru, tiddependi mil-livell ta' kunsens li jintlaħaq dwar it-tibdil.", "VALLETTA - SKOLA TAL-ARTI - LIFT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi stallat lift fl-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada se tkun qed twettaq proġett ta' restawr u tisbiħ fl-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta.", "Dan il-proġett jinkludi wkoll installazzjoni ta' lift.", "Bħalissa l-Fondazzjoni qiegħda tħejji t-tender għax-xogħlijiet ta' restawr u ta' finishing f'din l-iskola.", "LISTA TA' STENNIJA GĦAL KULL SPEĊJALITÀ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7944, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta' stennija għal kull speċjalità li għandha chairperson fid-dixxiplina speċjalizzata fl-Isptar Mater Dei għall-Outpatients u għal kull tip ta' operazzjonijiet hekk kif tidher nhar l-1 ta' Jannar, 2019?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ - IMPJEGATI LI TELQU JEW SPIĊĊAW MIX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018 kif ukoll din is-sena s'issa kemm kien in-numru ta' uffiċjali tal-komunità (qabel gwardjani lokali) li telqu mix-xogħol tagħhom?", "Kemm minnhom għax spiċċaw bl-età u kemm minnhom għax irreżenjaw?", "OWEN BONNICI: Fil-perjodu bejn Mejju u Diċembru 2018 irriżenjaw 11-il uffiċjal tal-komunità filwaqt li l-ebda uffiċjal ma rtira bl-età.", "Ma nistax inwieġeb għal qabel Mejju 2018 stante dawn il-ħaddiema kienu ingaġġati mas-settur privat.", "Irrid ngħid li preżentement wasal prattikament fi tmiemu proċess ta' ingaġġar ta' uffiċjali ġodda.", "UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ - COLLECTIVE AGREEMENT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-komunità għandhomx collective agreement in vigore?", "Jekk iva, meta sar u meta jiskadi?", "Jekk le, meta skada l-aħħar collective agreement u fiex wasal il-proċess għal collective agreement ġdid?", "Jista' jgħid x'benefiċċji bħal allowances, eċċ. dawn il-persuni kienu jieħdu meta kienu gwardjani lokali u wara li saru uffiċjali tal-komunità ma baqgħux jieħdu?", "X'inhi r-raġuni għaliex ma baqgħux jeħduhom?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190129_189d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 30 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 189 li saret fid-29 ta' Jannar 2019 ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 5332, 2190 u 273 u jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol) (f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hemm 594 ħaddiem li huma mpjegati tal-gvern u li preżentement għandhom kuntratt definit.", "Il-maġġoranza huma foundation doctors u basic specialist trainees.", "Dawn l-impjegati għandhom kuntratt definit hekk kif hu ddeterminat mill-Ftehim Settorali tal-Klassi Medika.", "Aktar minn hekk, insibu wkoll infermiera barranin li huma mpjegati fuq kuntratt definit li fil-perjodu ta' prova jkunu obbligati li jgħaddu b'suċċess mill-eżami tal-lingwa Maltija.", "Għandna wkoll ħaddiema li jkunu rtiraw u reġgħu ġew ingaġġati mas-Servizz Pubbliku li għandhom il-kuntratt tagħhom definit minħabba li kull sena l-kuntratt tagħhom ikun rivedut għall-benefiċċju tas-saħħa u s-sigurtà tal-pazjenti.", "Il-figura msemmija aktar 'il fuq ma tinkludix ħaddiema li jaħdmu ma' kumpaniji li jagħtu servizz lill-entitajiet imsemmija.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – REKLAMAR FUQ IT-TV", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 5450 u 2300 u jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq reklamar fuq it-TV minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni) (f'isem il-Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar kien hemm kritika kbira mhux ħażin, speċjalment min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni, fuq il-viżjoni u l-ħidma tal-Gvern fir-rigward tal-blockchain u fuq il-fatt li saħansitra qed issir referenza għal Malta bħala \"the blockchain island\".", "Qed isir taħwid enormi anke bejn x'inhu blockchain u x'inhuma cyptocurrencies, u l-Kap tal-Oppożizzjoni wasal biex saħansitra jsejjaħ lil dan is-settur bħala settur tat-tlellix u dilettantesk.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri jirrispondi dwar dan?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, qabelxejn nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għal din il-mistoqsija supplimentari għax fl-istess ħin se nkun qed nieħu l-opportunità sabiex inwieġeb ħafna mill-kritika li saret, allavolja kull min qed jisma' din il-kritika jew qed jitbissem jew inkella qed jeħodha with a pinch of salt.", "Ngħid il-verità meta smajt din il-kritika min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-ewwel ma tajtx kas għax għedt, bejni u bejn ruħi, li forsi huwa kien qed jitkellem b'dan il-mod minħabba li kien fid-dellirju tal-każin u allura ħassejt li jkun aħjar jekk inħalliha tgħaddi, imma mbagħad meta smajt lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jerġa' jirripeti dak li qal għal darba, tnejn, tlieta, irrealizzajt li huwa kien qed jemmen dak li kien qed jgħid.", "Sur President, li xi ħadd mill-Oppożizzjoni jiġi jikkritika lil dan il-Gvern billi jgħid li m'għandux viżjoni fuq is-settur tal-blockchain jew inkella li dan is-settur qed jitmexxa b'mod dilettantesk mhijiex biss xi ħaġa redikola imma hija anke xi ħaġa surreali, u se nispjega għaliex.", "L-ewwel nett, kif qal l-Onor.", "Interpellant, anke meta tisma' l-mod kif jitkellmu fuq dan is-settur tinduna li dawn ma jafux fuq xiex qed jitkellmu għax jibdew iħalltu l-blockchain mal-cryptocurrencies u affarijiet oħra.", "Għalihom blockchain, cryptocurrencies u bitcoin huma l-istess ħaġa, jiġifieri kif għedt qabel, assolutament ma jafux fuq xiex qed jitkellmu u l-konċett li aħna ilna nipprovaw nispjegaw hawnhekk!", "Issa għal ġieħna għaddejna tliet liġijiet dwar dan il-qasam u għamilna distinzjoni bejn x'inhu blockchain, x'inhuma cryptocurrencies u x'inhi bitcoin!", "Waqqafna wkoll awtorità ġdida f'dan il-pajjiż, l-ewwel waħda fid-dinja, biex isservi ta' regolatur fuq il-qasam teknoloġiku, li jittratta l-blockchain għalih.", "Aħna ressaqna saħansitra lis-settur tal-cryptocurrencies - li jiġi regolat mill- Malta Financial Services Authority - għalih waħdu u kellna diskussjonijiet li l-Oppożizzjoni pparteċipat fihom, jiġifieri suppost kienet taf x'qiegħda tgħid fuqhom!", "Għalhekk li mbagħad, wara dan kollu, jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni jħawwadlek ħaġa m'oħra mingħajr ma lanqas biss jaf fuq xiex qed jitkellem u jgħid li Malta m'għandhiex viżjoni fuq il-blockchain hija xi ħaġa surreali għall-aħħar!", "Jien ġbart xi ftit artikli li ġew ippubblikati mill-midja internazzjonali prinċipali u li tkellmu f'dan ir-rigward.", "Ovvjament ma ġbartx l-artikli kollha li kien hemm għax kieku żgur li kont nispiċċa bħall-Eks Kap tal-Oppożizzjoni, bil-box files f'idejja, bħalma kien hu waqt li kien dieħel il-qorti!", "Issa erħilha li dak iż-żmien il-box files tiegħu kienu vojta filwaqt li din id-darba se jkunu mimlija b'artikli fejn aħna ssemmejna b'mod pożittiv!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, Onor. Schembri, u kkonkludi r-risposta tiegħek għax diġà ilek twieġeb lill-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, jien qed nindirizza s-Sedja u huwa l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Simon Busuttil li qed …", "L-ISPEAKER: Mela jekk jogħġbok kompli ndirizza lili u kkonkludi r-risposta tiegħek!", "SILVIO SCHEMBRI: … joqgħod jgħaddi kummenti dispreġjattivi personali lejja!", "Issa nafu għal liema livell ta' bassezzi jista' jasal l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni, imma jien se ninjorah, bħalma għamilna dejjem!", "L-ISPEAKER: Ikkonkludi r-risposta tiegħek!", "(Interruzzjonijiet)", "SILVIO SCHEMBRI: Mela, Sur President, ħalli nibda nikkwota mill-magażin Forbes:", "Fil-fatt crypto investors qed jiġu bil-mijiet, u dan Forbes qed jgħidu, jiġifieri mhux xi ġurnal li għadu kif twieled!", "Issa ħalli nikkwota x'qalet il-Financial Times:", "Hawn ta' min jgħid li kienet Malta li mexxiet dikjarazzjoni biex seba' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, inkluż Franza, l-Italja u Spanja, jiffirmaw dikjarazzjoni fejn aħna bħala pajjiż inkunu qed immexxu l-leġiżlazzjoni anke fuq livell Ewropew.", "Se nerġa' nikkwota għal darb'oħra lil Forbes:", "Niġi issa għas-CNN, li qal hekk:", "Min-naħa tagħha, Bloomberg qalet hekk fuq Malta:", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbok ikkonkludi.", "SILVIO SCHEMBRI: Se nikkonkludi, imma huwa importanti li nsemmi dan il-punt.", "Dawn huma biss ftit mis-siltiet ta' artiklu li jirriferu għal pajjiżna f'dan is-settur, settur li fih Malta kienet innovattiva mmens.", "Dan huwa settur li kull fejn tmur, meta jitkellmu fuqu jsemmu lil pajjiżna.", "Riċentement jien kont is-South Korea, fejn kien hemm is-sindku ta' Seoul, li hu magħruf ħafna hemmhekk,", "L-ISPEAKER: Onor. Silvio Schembri, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "SILVIO SCHEMBRI: Jien naħseb li l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra jitkellmu ċar.", "Issa jien qed nipprova nispjega …", "L-ISPEAKER: Le, le, ħu paċenzja!", "Hawnhekk m'intix qed tagħmel xi stqarrija ministerjali imma qiegħed tirrispondi mistoqsija supplimentari!", "(Interruzzjonijiet)", "SILVIO SCHEMBRI: Nibża' li jispiċċaw jagħtuni xebgħa fuq Xarabank!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: B'riferenza għall-mistoqsija supplimentari preċedenti, fid-dawl li għad hemm min ma fehemx x'inhi d-differenza bejn cryptocurrencies u blockchain, fejn jidher biċ-ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa wieħed minnhom, jista' s-Segretarju Parlamentari jispjega dan b'mod ċar lill-Parlament?", "ROBERT CUTAJAR: L-Onor.", "Interpellant qed jagħmel l-istess domanda, Sur President!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, jidher li l-Oppożizzjoni tħobb tikkritika, imma imbagħad meta tirċievi risposta, ir-risposta ddejjaqha!", "Se nagħti r-risposta fil-qosor, imma huwa importanti li nagħti din ir-risposta.", "L-ISPEAKER: Għandek tliet minuti!", "SILVIO SCHEMBRI: Nitlob lill-Oppożizzjoni biex tisma' u mhux tikkritika biss.", "Almenu l-ewwel għandha tisma' u mbagħad jekk trid għandha l-ħin għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħmel il-mistoqsijiet li trid.", "Jien hawnhekk qiegħed!", "Sur President, nixtieq li nagħti timeline biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar.", "(Interruzzjonijiet) Bir-rispett kollu, imma ma nafx għaliex kull meta nitkellem qed jinterrompuni u li jien qed indejjaqhom daqshekk!", "Issa ħudu paċenzja u kkalmaw ftit!", "Għaliex dan l-eċitament kollu?!", "L-ISPEAKER: Onor. Schembri, ħu paċenzja u minflok tgħaddi l-kummenti kompli bir-risposta tiegħek għax inkella jkolli nwaqqfek!", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, qalulna li aħna m'għandniex viżjoni fuq is-settur tal-Blockchain, u għalhekk se nispjega fil-qosor x'għamilna.", "Bdejna f'Novembru tal-2017 billi waqqafna a blockchain taskforce u għamilna għadd ta' diskussjonijiet mal-istakeholders, ma' entitajiet mill-industrija, eċċetra.", "Dak iż-żmien jien stess bgħatt għall-kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni, għamilt diskussjoni magħhom, ipprovdejtilhom il-liġijiet, tkellimna, iddiskutejna u qbilna dwar kif se nimxu 'l quddiem.", "Issa hawnhekk irrid insemmi li jien għamilt ukoll xi ħaġa li naħseb illi huma ftit dawk li jagħmluha.", "Lid-ditta Maltija tal-avukati li qabbadna aħna bħala konsulenti - li rrid ngħid li mhijiex xi ditta li tħobb tfaħħar lill-Partit Laburista imma hija ditta ta' avukati rinomata li tagħmel xogħolha - tajtha carte blanche li tiltaqa' mal-Oppożizzjoni meta trid hi, kif trid hi u li tirrispondi għall-mistoqsijiet kollha li jagħmlulha.", "Dan qed ngħidu biex inkunu ċari x'għamilna.", "Fi Frar nidejna l-ewwel dokument ta' konsultazzjoni, u ftit wara li nidejna dan id-dokument bdew ġejjin f'pajjiżna l-akbar kumpaniji fid-dinja, fosthom Binance, OKEx, Neufund, ANX International, BitPay, u oħrajn, u dan fejn jidħol cryptocurrencies biss għax imbagħad kellna setturi oħra fejn tidħol ukoll it-teknoloġija.", "(Interruzzjonijiet) Iva, imma rrid nispjega għax inkella …", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, il-ħin nagħtihulek jien.", "Ir-risposta m'għandhiex tkun itwal minn tliet minuti.", "SILVIO SCHEMBRI: Għandek raġun.", "L-ISPEAKER: Mela jekk jogħġbok, kun konċiż.", "SILVIO SCHEMBRI: Imbagħad, Sur President, aħna x'għamilna wkoll?", "Biex ikollna wkoll ir-riżors uman f'dan is-settur nidejna borża ġdida ta' studju fejn lil dawk l-istudenti li jridu jispeċjalizzaw fuq masters u dottorat f'dan il-qasam se nħallsulhom kollox aħna.", "Imbagħad f'Ottubru tal-2018 tkellimna mal-Università ta' Malta u għamilna reviżjoni tal-korsijiet kollha tal-liġi, tal-inġinerija u tal-ICT sabiex dawn jiġu aġġustati wkoll, u fil-fatt sa tliet snin oħra se jibda jkollna l-ewwel studenti ggradwati f'dan is-settur.", "F'Ottubru tal-2018 ukoll inawgurajna n-New Emerging Technologies Lab ġewwa l-Malta Information Technology Agency (MITA) li permezz tiegħu kumpaniji Maltin, start-ups, studenti jew żgħażagħ li jkunu jixtiequ jipprovawh ikunu jistgħu jagħmlu dan b'xejn.", "Ta' min isemmi li f'Ottubru saru wkoll il-Blockchain Summit u d-DELTA Summit, li għalihom attendew 5,000 u 8,000 persuna rispettivament.", "Ta' min isemmi anke d-declaration u r-riforma li se nkomplu nagħmlu fl-MFSA, liema riforma se nħabbruha għada.", "Biex niġbor kollox, Sur President, se nikkonkludi b'ħaġa waħda biss, li fuq is-settur tal-Blockchain għamilna 'l fuq minn għaxar konsultazzjonijiet pubbliċi, kellna 'l fuq minn 120 response, mexxejna 'l fuq minn 70 laqgħa ma' partijiet interessati u l-uniku stakeholder fil-pajjiż li ma tax kontribuzzjoni waħda f'dan is-settur huwa l-Partit Nazzjonalista!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KRISTY DEBONO: L-ewwel nett nixtieq nikkonferma li kien hemm konsultazzjoni fil-proċess tal-virtual financial assets u tat-tliet abbozzi ta' liġijiet li finalment wassluna biex jiġu implimentati dawn il-liġijiet.", "Madanakollu, Sur President, jiena m'iniex se nsemmi t-timeline, u minflok nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari lill-Onor.", "Schembri fid-dawl tal-aħbar li kellna din il-ġimgħa fejn fl-indiċi ta' Transparency International, pajjiżna ġab l-agħar riżultat li ġab fl-istorja tiegħu fejn tidħol il-korruzzjoni.", "F'dan il-każ kienet xi logħba min-naħa tal-Partit Nazzjonalista jew inkella min-naħa ta' xi midja partikolari li wasslet għal dan ir-riżultat?", "Dawn it-tip ta' aħbarijiet flimkien m'oħrajn, bħal meta pajjiżna ġie blacklisted fil-lista tal-Organisation for Economic Cooperation and Development (OECD), iħallu impatt pożittiv għas-settur finanzjarju u tal-gaming li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri?", "L-ISPEAKER:Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija supplimentari tagħha ngħidilna li huwa ovvju li le!", "Kull aħbar kerha kontra l-pajjiż ma tagħmilx ġid, però ejjew ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "L-akbar disservizz li persuna tista' tagħmel lejn pajjiżha huwa li tmur barra minn Malta u titkellem kontra pajjiżha.", "Jekk inti temmen verament u ġenwinament li trid tirranġa ċerti affarijiet f'pajjiżek, pajjiżna għandu l-fora fejn nistgħu niddibattu u nirranġaw l-affarijiet.", "Fil-fatt kien hemm affarijiet li kienu qed isiru ħażin u li aħna rranġajniehom, però inti għandek tirranġa fejn issib ħażin.", "L-affarijiet li aħna qed nirranġaw issa huma affarijiet li writna minn ta' qabilna.", "Ejjew nitkellmu fuq kif kienu s-servizzi finanzjarji u fuq kif konna nsibu ċ-checks and balances!", "Pereżempju, tafu li l-MFSA lanqas biss kellha an internal audit committee, u kien proprju dan il-Gvern li waqqaf an internal audit committee!", "Fil-fatt, proprju għada jien flimkien mal-Prim Ministru u mas-CEO tal-MFSA se nniedu l-istrateġija ta' kif se tkun qiegħda timxi l-MFSA, fosthom fuq kif se tittratta setturi ġodda u kif se tgħolli l-livell ta' superviżjoni anke fil-qafas regolatorju.", "Fir-rigward tal-blockchain u tal-cryptocurrencies rajna li hemm diffikultà u li hemm ċerti sfidi fejn tidħol il-kwestjoni tal-money laundering, u għalhekk ħadna ħsieb nassiguraw li l-liġi li għamilna aħna mhux biss tkun tkopri l-4th Anti-Money Laundering Directive, li qed tiġi transposed minn uħud mill-pajjiżi … Fil-fatt għadna kemm smajna li l-Kummissjoni ħarġet avviż fuq xi ħames jew sitt pajjiżi li ma segwewx din id-Direttiva, u Malta mhijiex waħda minnhom.", "Imma ejjew ma nisimgħux minn dawk min-naħa tal-Oppożizzjoni li jmorru jparlaw ħafna mal-midja barranija, liema midja wara kollox qed tfaħħar lil pajjiżna, għax dawn mhux veru jħobbuh lil pajjiżna!", "Kif kont qed ngħid, aħna x'għamilna wkoll f'dan is-settur?", "Filwaqt li, pereżempju, il-5th Anti-Money Laundering Directive titkellem fuq il-fiat-to-crypto biss, aħna inkludejna l-fiat-to-crypto kif ukoll il-crypto to crypto!", "Saħansitra d-Director General tal-Kummissarju Mariya Gabriel tad-DG Connect tal-Kummissjoni Ewropea, Roberto Viola tana kumment dirett f'pajjiżna fejn qal li Malta is doing it right u ħeġġeġ lil pajjiżi oħra biex isegwu l-pass li qegħdin nieħdu aħna bħala pajjiż f'dan ir-rigward.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, fid-dawl tal-fatt li anke f'din il-Kamra, il-Kap tal-Oppożizzjoni beżża' li jistgħu jiġu attirati lejn dan is-settur nies li għandhom intenzjonijiet ħżiena, nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri x'qed isir b'mod partikolari mill-MFSA għal dak li għandu x'jaqsam ma' due diligence sabiex nassiguraw li l-players kollha li qed nattiraw lejn pajjiżna f'dan is-settur huma serji kif ukoll tal-affari tagħhom.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Din hija mistoqsija importanti ħafna għax billi, kif nafu, dan huwa settur ġdid, hemm ċerti riskji marbutin miegħu, għalkemm fil-verità kull settur għandu riskju marbut miegħu.", "Pereżempju, is-settur tal-gaming ukoll għandu riskju kbir marbut miegħu, però dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kellu viżjoni f'dan is-settur li sfortunatament illum m'għadhiex teżisti fih.", "Meta l-Partit Nazzjonalista fil-gvern waqqaf is-settur tal-gaming, huwa kien qagħad attent li jassigura li dan is-settur jista' jkompli jiggarantixxi l-impjiegi.", "Dan is-settur kellu ħafna riskji marbutin miegħu, imma għax kellna regolatur u liġi b'saħħitha li ġiet mibnija miż-żewġ naħat tal-Kamra u issa anke aġġornajnieha … Fil-fatt, fl-2018 biddilna l-liġijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-settur tal-gaming biex illum għandna leġiżlazzjoni aktar b'saħħitha, u minn mindu għamilna dawn l-emendi, is-settur kiber.", "Issa l-istess ħaġa qed nagħmlu għal dan is-settur.", "Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jiġu approvati l-hekk imsejħa Virtual Financial Assets Agents, li huma tip ta' service providers li jkunu bħala gatekeepers għal dawk il-kumpaniji li jridu japplikaw għal xi tip ta' liċenzja li għandha x'taqsam jew topera fuq virtual currencies, jiġifieri hawnhekk qed ninkudu wallet providers, exchanges, brokers, initial coin offering (ICOs), eċċetra.", "Sur President, sabiex persuna jew kumpanija tapplika biex tikseb liċenzja għal prodott partikolari, trid tikkummissjona dak li ngħidulu VFA agent.", "Issa wara li din il-persuna jew il-kumpanija tgħaddi mill-eżami li jsirilha kif ukoll minn diversi stadji oħra, tagħmel l-ewwel due diligence tagħha.", "B'hekk inżidu l-effiċjenza u fl-istess ħin inżidu wkoll is-serjetà.", "Imbagħad hawnhekk jinbeda l-proċess tal-għoti tal-liċenzji.", "Issa hawn ta' min isemmi li l-kumpanija li kkwotat l-Oppożizzjoni - u hawn tibda tara l-falsità tal-Oppożizzjoni! - kellha problemi finanzjarji ma' investitur barrani li kien qed jinvesti fiha u għalhekk din għażlet li tnaqqas l-operat tagħha bil-konsegwenza li kellha tittermina l-impjieg ta' xi ħaddiema.", "Meta raw hekk, il-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni ħarġu jgħidu li l-Blockchain Island spiċċat, u dan meta bħalissa l-MFSA biss qed tipproċessa l-applikazzjoni ta' madwar 350 kumpanija f'dan is-settur!", "Ħalli nagħti eżempju biex wieħed jifhem aħjar x'qed ngħid.", "Pereżempju, jien informat li bejn wieħed u ieħor fuq perjodu ta' sena fis-settur tat-turiżmu jagħlqu xi 1,000 ristorant jew kwalunkwe service-provider ieħor li jaqa' taħt dan is-settur, però mbagħad fl-istess ħin jiftħu 1,100 ġodda.", "Allura dan ifisser li t-turiżmu spiċċa?", "Żgur li le, għax Malta qed ikollha rekord wara l-ieħor fil-qasam tat-turiżmu!", "Fl-aħħar mill-aħħar dan jiġri fi kwalunkwe industrija, b'mod partikolari fl-industriji ġodda, li jkunu dimaniċi ħafna.", "Ikollok lil min jagħlaq u jkollok lil min jiftaħ, però għax aħna serji rnexxielna nattiraw l-akbar kumpanija f'dan is-settur lejn pajjiżna, jiġifieri nista' nassigura lill-Onor.", "Inteprelllant li mhux se jkollna l-problema li n-nies se jispiċċaw bla mpjieg f'dan is-settur.", "Il-problema se tinqala' biex inġibu aktar nies jaħdmu f'dan is-settur u biex insostnu u nagħtu servizz lil dawn il-kumpaniji!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, l-ewwel nett nassigura lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri li l-Oppożizzjoni żgur li ma tieħu gost tara l-ebda falliment, speċjalment f'dan is-settur.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri ta l-impressjoni li l-falliment ta' xi kumpanija jew settur partikolari huwa riżultat ta' falliment minn gvernijiet preċedenti.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jiċċara jekk l-aħħar żewġ aħbarijiet li kien hemm din il-ġimgħa u l-ġimgħa li għaddiet rigward dan is-settur, fejn kumpanija tal-gaming qed tiġi investigata b'rabta mal-iskandlu tal-Panama Papers filwaqt li kumpanija tal-Blockchain iffriżat l-operat tagħha, huma riżultat ta' xi falliment li wiret dan il-Gvern minn gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, jien jiddispjaċini meta jsiru dawn it-tip ta' mistoqsijiet għax b'hekk qed nuru li għadna m'aħniex nifhmu kif qed taħdem l-industrija.", "Ħalli nibda mill-kumpanija tal-gaming.", "L-ewwel nett il-kumpanija tal-gaming li qed tirriferi għaliha l-Onor.", "Interpellant mhijiex qed tiġi investigata fuq l-operat tagħha per se, jew għall-inqas, dik hi l-informazzjoni li għandna s'issa.", "Bħal kull kumpanija internazzjonali oħra, din ikollha structure arrangements, ħafna drabi fuq tax purposes, biex tuża kumpaniji offshore, bħalma ġiet użata kumpanija mill-Belġju għall-Panama, għal British Virgin Islands u għal offshore countries oħra, għax dawn kollha għandhom it-tax structure tagħhom.", "Għalhekk din il-kumpanija qed tiġi investigata minn pajjiż ieħor fuq kwestjoni ta' tassazzjoni u mhux fuq xi kwestjoni ta' money laundering jew ta' affarijiet bħal dawn.", "Il-problema hi li l-Membri tal-Oppożizzjoni jipprovaw iħawdu ħaġa m'oħra biex imbagħad ipinġuha …", "U huwa proprju hawnhekk fejn issir il-ħsara, meta l-Oppożizzjoni, li suppost hija istituzzjoni serja f'dan il-pajjiż, tibda tikkwotalek flimkien ma' ġurnalisti oħra - u kulħadd jaf x'inhuma l-intenzjonijiet tagħha - li hemm xi kumpanija liċenzjata f'Malta li qed tiġi investigata fuq ħasil ta' flus.", "Issa dan assolutament mhuwiex il-każ!", "L-investigazzjoni qed issir minn pajjiż li qed iħoss li din il-kumpanija, li qed topera f'dak il-pajjiż, kellha xi problemi fuq id-dikjarazzjoni ta' tassazzjoni, jiġifieri dik l-investigazzjoni fuq hekk qed issir.", "Fi kliem ieħor, ma' dan la għandha x'taqsam il-kumpanija Maltija, la għandha x'taqsam il-liċenzja Maltija, u lanqas għandha x'taqsam il-kwestjoni tal-money laundering!", "L-istess nistgħu ngħidu għal dik il-kumpanija tal-blockchain li ħabbret li waqqfet xi operat.", "Hawnhekk ukoll, din il-kumpanija kellha investitur kbir li kien qed jinvesti fiha, kellha wkoll mudell barra mill-pajjiż li ma ħadimx, u din il-kumpanija kbira, li għandha diversi interessi f'kumpaniji oħra, bdiet tagħlaq ċertu operat.", "Fil-fatt is-sid ta' din il-kumpanija Maltija stess qal li qed ibiddlu l-mudell li kellhom minħabba problemi finanzjarji, imma huma committed ma' Malta għax Malta hija l-aqwa post fejn wieħed jista' jinvesti, u allura huma se jaraw kif jistgħu jkomplu jkabbru l-operat tagħhom f'dan is-sens.", "Għalhekk, Sur President, ejjew ngħidu l-affarijiet kif inhuma.", "L-ewwel nett it-350 kumpanija li hemm bħalissa għadhom għaddejjin bil-proċess ta' liċenzjar.", "Imma allura x'nagħmlu?", "Ma niħdux deċiżjoni, noqogħdu nħarsu u mbagħad xi sentejn jew tliet snin oħra, wara li jaqbżuna pajjiżi oħra, nipprovaw nattiraw lil dawn il-kumpaniji lejna?!", "Imbagħad ikun tard wisq għax l-għasfur ikun diġà ħarab!", "Aħna għax għandna viżjoni fit-tul - u jekk Alla jrid għada se nkunu qed inħabbru wkoll l-istrateġija tagħna fejn jidħlu s-servizzi finanzjarji - se naraw anke kif nistgħu ngħollu lill-MFSA fil-livell li jmiss.", "Dawn huma istituzzjonijiet li iva, writniehom minn Gvern Nazzjonalista.", "Jekk ikollok leġiżlazzjoni li ma tkunx qed tagħlaq ċerti bibien, mhux ovvja li tkun writt ċerti affarijiet minn amministrazzjonijiet preċedenti?!", "Mhux anke L-isfruttura tal-MFSA writnieha minn amministrazzjonijiet preċedenti?!", "U jekk illum qed jikkritikaw il-mod kif isir id-due diligence process jew inkella l-mod kif issir ir-regulation supervision, dan kollu aħna ma writniehx mill-istruttura li nħolqot minn amministrazzjonijiet preċedenti?!", "Kien proprju dan il-Gvern li biddel din l-istruttura, u issa qed naraw kif nistgħu nkunu aktar effettivi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Minn mindu pajjiżna għadda l-liġijiet li jirregolaw lil dan is-settur, li huma l-ewwel liġijiet fid-dinja li saru għal dan is-settur, jista' s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri jinforma lill-Kamra kemm kienu l-kumpaniji jew l-entitajiet li s'issa wrew interess b'mod konkret mal-Ministeru jew inkella mal-MFSA billi qed japplikaw biex ikunu jistgħu jiġu f'pajjiżna b'mod uffiċjali?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, kif kont qed ngħid ftit ilu, fl-1 ta' Novembru pajjiżna daħħal fis-seħħ it-tliet liġijiet li approvajna minn dan il-Parlament fuq dan is-settur, liema liġijiet jipprovdu wkoll perjodu ta' tranżazzjoni għal dawk il-kumpaniji li jkunu qed joperaw f'pajjiżna.", "Fil-fatt hemm żewġ transition periods partikolari, dawk li jirriferu għall-ICOs u dawk li jirriferu għall-exchange, fejn fil-każ tal-ICOs għandek transition period ta' sitt xhur filwaqt li fil-każ tal-exchanges għandek transition period ta' sena.", "Hemmhekk qed naraw li dawk l-operaturi li diġà qegħdin joperaw fil-pajjiż u li għad m'għandhomx il-liċenzja li tesiġi l-liġi li għadha kif daħlet fis-seħħ ikunu jistgħu jibqgħu joperaw, però jridu jinnotifikaw lill-MFSA sabiex ikun jista' jinbeda l-proċess ta' liċenzjar fuq dik in-notifika.", "Fil-fatt ta' min jgħid li fl-1 ta' Novembru l-MFSA rċeviet madwar 350 notifika, jiġifieri 350 kumpanija – li 'l fuq minn 90% minnhom huma barranin - ġew jirreġistraw kumpanija hawn Malta, ħaddmu lis-service providers, qed iħaddmu lin-nies ukoll u bdew joperaw f'pajjiżna.", "Issa jiskatta t-tieni proċess.", "Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jitħabbru l-ewwel sett ta' VFA agents biex imbagħad mill-VFA agents ngħaddu għall-proċess ta' liċenzjar.", "Aħna qed nikkalkolaw li l-ewwel liċenzji f'dan l-operat se jibdew jinħarġu fit-tieni kwart ta' din is-sena.", "Issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li dan ma jfissirx li dawn it-350 kumpanija se jiġu liċenzjati kollha, anke għaliex din l-industrija hija dinamika ħafna, hija fluwida u fiha ċerti scams ukoll.", "Fil-fatt għal din ir-raġuni se nibdew kampanja edukattiva sabiex ninformaw lill-pubbliku li għandu joqgħod attent minn ċerti servizzi.", "Infakkar li din l-industrija għadha fil-bidu tagħha, u għalhekk jista' jkun hemm min jipprova jirkeb fuq dak li qed nagħmlu aħna.", "Huwa għalhekk li aħna qgħadna attenti li nagħmlu tliet liġijiet serji ħafna f'dan il-qasam.", "Se jkun hemm ammont sostanzjali ta' kumpaniji li se jeħlu, però aħna għamilnieha ċara mill-bidu li rridu biss l-aħjar ġewwa pajjiżna.", "Fl-aħħar mill-aħħar dawk il-kumpaniji serji li jridu joperaw f'din l-industrija jafu li aħna għandna l-aqwa leġiżlazzjoni u għalhekk huma se jkunu qed joperaw minn pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, niġbed l-attenzjoni li huwa perikoluż ħafna li meta jkun hemm xi irregolaritajiet f'kumpanija, inwaħħlu l-falliment ta' dik il-kumpanija fl-MFSA, u dan sempliċement għaliex l-MFSA twaqqfet taħt Gvern Nazzjonalista.", "Issa għandi mistoqsija dwar in-numri, għax in-numri huma aktar straightforward.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri jgħidilna kemm għad hemm persuni jew kumpaniji li għad m'għandhomx aċċess għall-flus tagħhom li qegħdin ġewwa Satabank minħabba li għad m'għandhomx il-faċilità li jiftħu kont bankarju ġdid ma' bank kummerċjali ieħor?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Jekk jogħġbok, wieġeb fil-qosor.", "SILVIO SCHEMBRI: L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għal din il-mistoqsija supplimentari għax din hija mistoqsija li timmerita tweġiba u serħan il-moħħ fuqha.", "Jien informat li riċentement - jekk m'iniex sejjer żball il-ġimgħa l-oħra, però I stand to be corrected għax ma niftakarx id-data eżatt - l-MFSA ħarġet anke avviż fejn qalet li issa hija kkuntattjat lill-kumpaniji kollha biex tinformahom li l-kont bankarju tagħhom ġie cleared u li huma jistgħu jieħdu l-flus lura minn Satabank.", "Minn informazzjoni li ġiet ippubblikata, jidher ukoll li issa hemm interessi ta' terzi persuni to acquire Satabank, u allura f'dan il-każ il-liċenzja ta' dan il-bank se tibqa' an ongoing concern.", "Però, apparti minn hekk, tajjeb infakkar li dan il-Gvern ħa diversi inizjattivi fir-rigward ta' Satabank, fosthom billi l-Ministeru għall-Finanzi u l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar waqqfu fond immexxi mill-Malta Enterprise li dawk il-kumpaniji li kellhom il-flus iffriżati ġewwa s-Satabank setgħu japplikaw għalih biex ikunu jistgħu jħallsu lill-impjegati tagħhom kif ukoll għall-operat tagħhom u b'hekk lil dawn il-kumpaniji taffejnielhom xi ftit il-piż.", "Madankollu, Sur President, hawnhekk ma nistax ma nirrimarkax dwar ċerta ipokresija min-naħa tal-Oppożizzjoni - issa m'iniex qiegħed nirriferi għall-Onor.", "Kristy Debono imma għal kelliema oħra - li f'nifs minnhom jgħidulek li trid tirregola lill-industrija, u f'nifs ieħor, għax l-MFSA ħadet azzjoni fuq bank partikolari minħabba li ħasset li kien hemm xi nuqqas, jikkritikaw lil din l-awtorità regolatorja li ħadet azzjoni.", "Ma tistax tfuħ u tinten fl-istess ħin!", "Jew irridu regolatur b'saħħtu li jieħu azzjoni fejn ikun hemm bżonn jew inkella rridu regolatur laxk li jħalli kollox għaddej!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom li għalihom hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8267.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom li għalihom hu responsabbli l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8268;", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom, li għalihom hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8266; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom, li għalihom hi responsabbli l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8269.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar ħlas li sar lill-Credit Rating Agencies bejn l-2013 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8089.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8264.", "L-ISPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI", "TAL-ESTIMI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-29 ta' Jannar, 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sur President, illum għandi l-privileġġ li nitkellem fuq l-akbar Baġit li qatt sar fl-istorja ta' Malta għall-qasam soċjali, jiġifieri llum jien m'iniex se nitkellem fuq il-paroli sbieħ u r-retorika ta' qabel xi elezzjoni ġenerali imma fuq il-fatti.", "Il-fatti huma li aħna rnexxielna nkabbru l-ekonomija, noħolqu surplus u issa b'ġustizzja soċjali qed immorru għand il-poplu u ntejbulu l-livell tal-għajxien tiegħu permezz ta' servizzi ġodda, pensjonijiet aħjar, edukazzjoni tal-ogħla livell, infrastruttura moderna, ambjent adegwat għaż-żminijiet tal-lum u ekonomija li ssaħħaħ moħħ il-poplu kollu, mill-ħaddiem san-negozjant.", "Ħloqna x-xogħol u offrejna diversi karrieri ġodda, iġġenerajna l-flus biex għamilna surplus, ħallasna d-dejn li l-gvernijiet ta' qabilna għamlu għal 15-il sena wara xulxin, naqqasna l-persuni bla xogħol minn 8,000 għal anqas minn 1,700 ruħ, iġġelidna l-faqar u bdejna nnaqqsu n-numru ta' persuni li jinsabu fil-faqar b'mod drastiku.", "Ħadna wkoll diversi miżuri li permezz tagħhom tejjibna l-livell ta' għajxien tal-poplu tagħna, għollejna l-istandard of living, tejjibna l-kwalità tal-ħajja tal-poplu kollu u bis-saħħa ta' dan kollu, illum il-poplu qiegħed jgħix aħjar.", "Sur President, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, din hija l-akbar nefqa li qatt saret f'dan il-pajjiż fil-qasam soċjali, u hija wkoll l-akbar nefqa li qatt saret f'pajjiżna għall-anzjani u l-persuni b'diżabilità.", "Sa ħames snin ilu l-akbar nefqa li qatt kienet saret fis-settur tal-anzjani kienet ta' €47 miljun.", "Fl-aqwa żmien li kien għaddej minnu l-Gvern Nazzjonalista ħames snin ilu, l-akbar nefqa kienet tammonta għal anqas minn €50 miljun!", "Nerġa' nenfasizza li din in-nefqa kienet saret fl-aqwa żmien.", "Sa ħames snin ilu, fl-aqwa żmien ta' Gvern Nazzjonalista, kien hemm ivvotati anqas minn €50 miljun biex nixtru s-servizzi u d-djar għall-anzjani!", "Illum, ħames snin biss wara, bil-għaqal, bil-ħidma, bl-ippjanar u bi bżulija ta' Gvern immexxi mill-Prim Ministru l-Onor.", "Joseph Muscat, din in-nefqa telgħet għal €145 miljun.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dan sar f'ħames snin biss, Sur President!", "Meta tikkompara din in-nefqa tal-lum mal-aqwa żmien ta' gvernijiet Nazzjonalisti ssib li f'ħames snin din in-nefqa kważi ttriplat għax minn anqas minn €50 miljun telgħet għal €145 miljun.", "Issa, kif spjega l-kollega ħabib tiegħi l-Ministru Michael Falzon, dan minbarra l-pensjonijiet.", "Hu jista' jagħtina rendikont sħiħ ta' dak li għamilna fil-pensjonijiet, u aħna hekk nieħdu pjaċir, li nkomplu nżidu l-pensjonijiet biex l-anzjani tagħna jkollhom aktar flus fil-but.", "Dan minbarra dak kollu li qed nagħmlu fil-qasam tas-saħħa, kif spjega wkoll il-kollega tiegħi d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, għax dawn lanqas biss huma kkalkolati f'din in-nefqa!", "Aħna nafu li l-pensjonijiet igawdu minnhom l-anzjani u hekk ukoll is-servizzi fil-qasam tas-saħħa, ħafna drabi l-anzjani jgawdu minnhom xi ftit aktar minn ħaddieħor.", "Madankollu aħna nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li nbierku kull ewro li nonfqu fis-servizzi li nagħtu lill-anzjani tagħna, u jalla l-pjan tagħna jibqa' jirnexxi ħalli nkunu nistgħu nsaħħu l-pensjonijiet dejjem aktar u b'hekk inkomplu ntejbu l-livell ta' għajxien tal-anzjani tagħna.", "Iż-żieda qawwija u storika li kellna fil-Baġit tagħna għas-servizzi tal-anzjani ma kinitx unika għax aħna kellna żidiet qawwija oħra wkoll fejn jidħlu l-pensjonijiet u l-allowances għal persuni b'diżabilità.", "Issa hawnhekk ukoll bilfors trid tikkompara, għax biex tkun taf fejn qiegħed trid tara minn fejn tlaqna.", "Trid tara fejn konna fl-aqwa żminijiet ta' Gvernijiet Nazzjonalisti u trid tara fejn qegħdin illum.", "Il-Gvern ġieli kien iżid xi servizz għall-persuni b'diżabilità, imma anke meta kien jalloka fondi għal dan il-qasam, sal-aħħar tas-sena lanqas kien jonfoqhom għax kien jeħodhom għal oqsma oħrajn.", "Kuntrarjament għal dan, il-Gvern preżenti mhux talli ma jnaqqasx il-budget allokat, imma talli kull sena jagħmilha bħala prijorità li flimkien mal-istakeholders kollha joħloq servizzi u inizjattivi ġodda li minnhom ikunu qegħdin jibbenefikaw b'mod dirett u b'mod indirett il-persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom.", "Aħna ma nemmnux fil-politika ta' one-size-fits-all imma rridu noħolqu servizzi personalizzati ħalli ngħinu lil kull individwu jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu.", "Fil-fatt f'ħames snin wasalna biex f'dan il-Baġit qegħdin nallokaw in-nefqa rekord ta' €23 miljun lill-Aġenzija Sapport!", "Din ukoll hija nefqa rekord li dan is-settur qatt ma ra bħalha.", "L-Aġenzija Sapport tuża dawn il-flus b'għaqal kbir biex tintroduċi servizzi ġodda jew inkella ttejjeb dawk is-servizzi li diġà jeżistu għal persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom f'Malta u f'Għawdex.", "Issa hawn jien m'iniex qed ninkludi n-nefqiet li saru fil-qasam tal-edukazzjoni, fil-qasam tal-impjiegi, fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam tal-infrastruttura, fil-qasam tal-isport u fil-qasam tal-arti u tal-kultura.", "Hawnhekk, Sur President, ma nistax ma nirringrazzjax minn qalbi lill-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, is-Sur Oliver Scicluna, persuna intelliġenti u kapaċi ħafna li għandu viżjoni kbira, li jaf x'għandu jsir u li jaf ukoll fejn irridu naslu.", "Nixtieq nirringrazzjah talli kull meta kien hemm bżonnu, hu dejjem kien hemm biex jgħinna nagħmlu l-pass li jmiss f'dan il-qasam.", "Dan il-bniedem ta ħajtu biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' kull persuna b'diżabilità li għandna f'pajjiżna.", "Grazzi, Oliver.", "Dan huwa Gvern li l-prijorità tiegħu hija l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Dan hu Gvern ambizzjuż li jaħdem bħala tim wieħed, u dan jien nafu għax nesperjenzah fil-Ministeru tagħna stess.", "Aħna, bħala Segretarjat, niddiskutu kollox mal-Ministru u mas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali u flimkien nippjanaw, insibu s-soluzzjonijiet u nwettqu l-viżjoni li għaliha eleġġiena l-poplu Malti u Għawdxi, jiġifieri dak li nagħmlu, aħna nagħmluh bħala tim wieħed.", "Dan hu Gvern li quddiem l-isfidi ma jarax kif se jitfa' l-piż fuq iċ-ċittadini tiegħu, iżda minflok jaħseb biex ikun hemm għalihom.", "Fid-dokument ta' qabel il-Baġit il-Partit Nazzjonalista reġa' ppropona pensjoni tat-tieni pilastru, u din xi tfisser?", "Bolla ogħla għall-ħaddiema u piż akbar għal min iħaddimhom għax forsi għall-Partit Nazzjonalista l-fatt li l-anzjani tagħna qegħdin jgħixu aktar forsi hija sfida li jidhrilhom illi jridu jħallsu għaliha n-nies u n-negozjanti.", "Ara aħna għandna mentalità differenti għax nagħrfu ndawru sfida f'opportunità.", "Min-naħa tagħna, aħna rridu li s-suċċess li qegħdin ngħixu fil-qasam tal-ekonomija kemm jista' jkun jinfirex fuq in-nies kollha, inkluż fuq dawk li forsi s-soċjetà kienet tarahom bħala persuni vulnerabbli.", "Eżempju ċar ta' dan huma l-pensjonijiet tal-anzjani u l-allowances tal-persuni b'diżabilità, għax filwaqt li aħna nemmnu li għandna nsostnu l-pensjonijiet, nemmnu wkoll li mhux biżżejjed li nsostnu l-pensjonijiet imma rridu nżiduhom ukoll.", "Fil-fatt hekk kif bdiet is-sena 2019 il-pensjonanti reġgħu raw żieda fil-pensjoni tagħhom, u m'għandniex xi ngħidu li dawn tgħidx kemm ferħu meta raw li l-pensjoni tagħhom qed terġa' tiżdied għar-raba' sena konsekuttiva!", "Kif ħabbar il-Ministru lbieraħ, minn din il-ġimgħa 92,000 pensjonant qed jibdew jirċievu żieda ta' €4.50 fil-ġimgħa fiċ-ċekk tal-pensjoni tagħhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Aħna tajna wkoll għotja ta' €300 fis-sena lil dawk il-pensjonanti kollha li għalqu 75 sena.", "Hawn irrid inserraħ moħħ dawk li jagħlqu sninhom f'nofs is-sena li f'dak il-każ is-somma tinħadem pro rata u xahar jew xahar u nofs wara jirċievu ċ-ċekk b'din l-għotja d-dar.", "Naturalment imbagħad mis-sena ta' wara huma jirċievu l-għotja sħiħa.", "Żidna l-allowances tal-persuni b'diżabilità.", "Fl-2014 l-allowance tal-persuni b'diżabilità kienet ta' €16, u llum din żidnieha b'€9 biex ġiet tammonta għal €25 fil-ġimgħa.", "B'hekk permezz ta' din l-allowance, illum il-persuni b'diżabilità qed jgħixu b'dinjità.", "Żidna b'mod sostenibbli wkoll l-allowance tal-persuni b'diżabilità li mhux possibbli għalihom li jmorru jaħdmu.", "Ta' min jgħid li din l-allowance żidnieha minn €140 għal €150 fil-ġimgħa, u aħna se nkomplu naħdmu sabiex inkomplu nsostnu din l-allowance sakemm tilħaq il-minimum wage.", "Ix-xewqa tagħna hi li nħarrġu lill-persuni b'diżabilità biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u fil-fatt ħloqna l-makkinarju kollu biex dan ikun possibbli li jsir tant li llum nistgħu ngħidu li għandna l-anqas persentaġġ li qatt kien hemm fl-istorja ta' dan il-pajjiż ta' persuni b'diżabilità li qegħdin jirreġistraw u jfittxu x-xogħol.", "Madankollu nafu li hemm persentaġġ żgħir ta' persuni b'diżabilità li ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u allura għal dawn il-persuni nerfgħu l-piż aħna b'responsabbiltà bħala pajjiż billi nagħtuhom allowance u nkomplu nsaħħuhielhom biex ikunu jistgħu jgħixu b'dinjità.", "Fil-fatt aħna qegħdin indaħħlu kriterji addizzjonali ta' assessjar biex 600 persuna oħra b'diżabilitajiet differenti u li mhumiex f'qagħda li jaħdmu jkunu jistgħu jieħdu din l-allowance ħalli jkunu jistgħu jgħixu b'dinjità.", "Wara kollox aħna għalhekk naħdmu biex ikollna ekonomija b'saħħitha u surplus f'dan il-pajjiż biex inkunu nistgħu nkomplu nqassmu l-ġid mal-Maltin u l-Għawdxin kollha!", "Ta' min isemmi li għal darb'oħra erġajna għollejna l-massimu tad-dħul tal-pensjonanti li mhuwiex taxxabbli għax kienet tal-mistħija li pensjonant kien ikollu jħallas it-taxxa fuq il-pensjoni tiegħu.", "Fil-fatt minn din is-sena għollejna s-ceiling tal-pensjonanti sa €13,434 għaliex aħna ma rridux li lill-pensjonant nagħtuh iż-żieda minn naħa u neħduhielu min-naħa l-oħra, anzi aħna nixtiequ li permezz tal-inċentivi li nagħtu, iż-żidiet nagħtuhom aktar valur.", "Għamilna diversi riformi oħrajn fil-qasam tal-persuni b'diżabilità għax għalina l-inklużjoni ma tfissirx biss li nagħtu lil dawn il-persuni aktar flus imma tfisser ukoll li naraw kif nistgħu ntejbu s-servizzi.", "Fil-Baġit għall-2019 sħaqna li se nibdew diskussjonijiet biex il-persuni b'diżabilità jibdew jagħmlu użu mis-servizz tal-karozzi tal-linja b'xejn.", "Fil-fatt hawn nixtieq nirringrazzja lill-Ministru responsabbli mit-trasport, il-Ministru Ian Borg, kif ukoll lil diversi stakeholders oħrajn talli se jinbdew dawn id-diskussjonijiet li nittama li jiġu konklużi malajr kemm jista' jkun.", "L-aċċessibbiltà hija essenzjali għaċ-ċittadin, u għalhekk fejn mhux possibbli li l-anzjani u persuni b'diżabilità jattendu xi servizz b'mod fiżiku, aħna qegħdin nipprovaw inressqu s-servizzi aktar lejhom.", "Bi pjaċir ngħid li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ħabbar inizjattiva bl-isem Let's Make Homes Fun fejn ta taħriġ lil diversi ħaddiema fid-djar tal-anzjani biex dawn joħolqu diversi attivitajiet fid-djar residenzjali li l-anzjani jieħdu pjaċir jipparteċipaw fihom.", "Uħud mill-anzjani ma jistgħux ikomplu jgawdu l-ħajja kif kienu jagħmlu qabel, u allura aħna qegħdin noħolqu diversi inizjattivi biex permezz tagħhom inkomplu nressqu l-affarijiet li kulturalment huma kienu mdorrijin bihom ġewwa l-homes u d-djar tagħna.", "Hawnhekk ta' min isemmi inizjattiva żgħira li ħadna imma li fl-istess ħin hija ħelwa ħafna.", "Din hi li niċċelebraw il-festa ta' San Vinċenz ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paul.", "Xtrajna statwa żgħira ta' San Vinċenz u għamilna festa, u wieħed seta' jinnota l-ferħ li ħassew ir-residenti meta raw il-banda, il-ftit karti li twaddbu u l-atmosfera ta' festa li kien hemm għax dan kollu fakkarhom f'żgħożithom u fil-ferħ li kienu jħossu meta kienu għadhom joqogħdu d-dar mal-familja tagħhom u kienet tasal il-festa tar-raħal.", "Anke hawnhekk, aħna rridu li ġaladarba ħafna mill-anzjani li qegħdin jgħixu f'xi dar tal-anzjani ma għadhomx jistgħu igawdu l-festa tal-belt u r-raħal tagħhom, allura għandna neħdulhom il-festa aħna qrib tagħhom.", "Minn riċerka li għamilna sibna li l-ispiritwalità għall-anzjani tagħna hija importanti ħafna, u għalhekk qegħdin naraw kif nagħmlu biex kull dar tal-anzjani u kull post li jiġi ffrekwentat mill-anzjani jkollu postijiet ta' talb u ta' ġabra għax aħna nemmnu li għandna nibqgħu nirrispettaw il-valuri tal-anzjani tagħna.", "Dawn l-attivitajiet li semmejt flimkien m'oħrajn juru kemm aħna għadna u se nibqgħu viċin il-poplu.", "Nifhmu l-ħtiġijiet tagħhom iż-żgħar daqs dawk kbar, għax aħna nħarsu lejn il-bniedem b'mod ħolistiku, kemm mil-lat spiritwali kif ukoll mil-lat fiżiku.", "Huwa biss meta nħarsu lejn il-bnedmin b'dan il-mod, f'dan il-każ lejn l-anzjani, li nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja u l-wellbeing tagħhom.", "Fil-fatt kien proprju għaliex aħna nħarsu lejn il-bniedem b'mod ħolistiku li ddedikajna budget ta' €100,000 għall-fond Festi Inklużivi.", "Mis-sajf li ġej se nkunu qegħdin naraw l-implimentazzjoni ta' bosta proġetti mill-każini tal-baned bil-għan li ħadd ma jħossu eskluż mill-festi li jiġu ċċelebrati f'kull belt u raħal tagħna u li aħna l-Maltin tant magħrufin għalihom.", "Ta' min isemmi wkoll li nidejna l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu filwaqt li ltqajna u tkellimna mal-istakeholders biex inkomplu naħdmu flimkien.", "Bdejna t-tieni fażi tax-xogħol fuq Għajnsielem hub biex b'hekk se nkunu qegħdin nestendu s-servizzi pprovduti mill-one stop shop f'Għawdex.", "Installajna a group hearing aid system fi Spazju Kreattiv, nidejna l-proġett INK biex aktar persuni vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol, qegħdin nipprovdu aktar taħriġ, qed inressqu bosta abbozzi ta' liġi f'dan il-Parlament ukoll biex id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità jibqgħu jiġu mħarsa filwaqt li se nestendu wkoll inizjattivi oħra.", "Se nkomplu x-xogħol fil-kumpless Vajrita li jinsab fil-lokalità ta' Marsaskala, liema xogħol tħabbar fil-Baġit għas-sena 2018.", "Fil-fatt, preżentement għaddej proġett ta' €3.2 miljun biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il-post state of the art u jkun jista' jilqa' fih madwar 60 persuna.", "Qegħdin inkomplu nallokaw baġit sabiex niffaċilitaw il-ħajja tal-persuni neqsin mis-smigħ billi qegħdin nipprovdu s-servizzi tal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali mill-Aġenzija Sapport.", "Dan sar wara li matul is-snin preċedenti waqqafna l-Kunsill dwar il-Lingwa Maltija tas-Sinjali filwaqt li stabbilixxejna l-lingwa tas-sinjali bil-Malti.", "Ħloqna wkoll opportunitajiet ta' taħriġ għall-interpreti tal-lingwa tas-sinjali mal-Università ta' Malta.", "Matul dawn l-aħħar xhur ħloqna aktar opportunitajiet sabiex il-persuni b'diżabilità jipparteċipaw dejjem aktar fil-qasam tal-isport.", "Dan għamilnieh billi, fost l-oħrajn, tajna sapport finanzjarju lill-għaqdiet li jaħdmu direttament fil-qasam sportiv flimkien mal-persuni b'diżabilità filwaqt li matul il-ġimgħat li għaddew nidejna fond ta' €20,000 li permezz tiegħu se nagħtu sapport lil dawk il-persuni b'diżabilità li jipparteċipaw f'attivitajiet sportivi, anke f'kompetizzjonijiet fuq livell internazzjonali.", "Identifikajna l-isfidi kbar li qed jiffaċċjaw il-persuni b'diżabilità meta, pereżempju, qed imorru jitolbu assikurazzjoni.", "Fil-fatt anke fil-konferenza annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità saret riferenza għal din id-diskussjoni li għaddejja bħalissa biex nindirizzaw din il-problema, u dan kollu qed isir b'għan wieħed, b'għan ta' dinjità u ta' kwalità ta' ħajja lill-persuni b'diżabilità.", "Dawn is-servizzi u l-inizjattivi kollha huma riżultat ta' Gvern li jisma', jippjana u jwettaq.", "B'riżultat ta' dan din is-sena qegħdin naraw baġit rekord ta' €23 miljun allokati għas-servizzi biex jibbenefikaw minnhom il-persuni b'diżabilità, il-familjari tagħhom, il-maħbubin tagħhom u dawk kollha li jagħtuhom is-sapport, servizzi li huma mmexxija b'għaqal kbir mill-Aġenzija Sapport.", "Niġi issa biex nitkellem fuq il-proġett Soċjetà Ġusta.", "S'issa ftaħna 11-il dar fil-komunità b'investiment ta' aktar minn €4 miljun filwaqt li fil-Baġit għall-2019 rajna żieda ta' €1 miljun fil-Baġit allokat għal dawn id-djar fil-komunità.", "Bħalissa qegħdin f'aktar diskussjonijiet sabiex inkomplu ninvestu f'opportunitajiet għal persuni b'diżabilità biex dawn ikunu jistgħu jgħixu fil-komunitajiet Maltin u Għawdxin.", "Ħafna minn dawn id-djar qed isiru permezz ta' kuntratt ta' public social partnership (PSP) u dan juri kemm il-Gvern jaħdem ma' setturi differenti, inkluż ma' għaqdiet mhux governattivi, dejjem għall-interess tal-benefiċjarji.", "Ta' min jgħid li matul l-aħħar xhur tal-2018 bdejna wkoll konsultazzjoni pubblika sabiex intejbu l-istandards ta' dawn id-djar, u fil-fatt l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali qed tagħmel xogħol kbir f'dan ir-rigward.", "Għandna domanda qawwija għal servizz ta' respite għal persuni b'diżabilità severa.", "Wara li tkellimna mal-familjari u mal-NGOs, ħadna l-azzjonijiet meħtieġa għax aħna ma noqogħdux nistennew il-bajtra taqa' f'ħalqna imma nħobbu nkunu proattivi, nieħdu l-azzjonijiet u nirrispondu għall-bżonnijiet li jkollhom il-familjari u l-maħbubin tal-persuni b'diżabilità.", "Għalhekk, fl-ewwel ġranet ta' din is-sena, wara li ġie approvat il-Baġit għall-2019, bdejna nwettqu proġett ta' short-term respite għal persuni b'diżabilità severa biex illum il-ġurnata għandna servizz li permezz tiegħu l-ġenituri, il-maħbubin u l-carers tal-persuni b'diżabilità severa jkunu jistgħu jieħdu ftit mistrieħ filwaqt li dawn il-persuni jkunu qegħdin jieħdu s-servizzi ta' dan ix-short-term respite li ħloqna għalihom.", "Hekk jagħmel gvern li jemmen fil-ġustizzja soċjali, Sur President!", "Fl-aħħar żewġ budgets dan il-Gvern tejjeb il-pagi ta' dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani fid-djar tagħhom.", "Dan sar permezz ta' riformi fl-allowances tal-carers, li żdiedu minn €90 għal €140.", "Issa f'dan il-Baġit qed naraw li ż-żieda fl-allowances għall-carers ġiet estiża.", "Però, apparti minn dan kollu qed issir bidla oħra kbira għax minn din is-sena meta persuna tapplika biex tieħu ħsieb anzjan jew anzjana ta' 85 sena, l-allowances se jitħallsu awtomatikament jekk kemm-il darba l-carer u l-anzjan jew l-anzjana jkunu jgħixu fl-istess dar.", "Mhux se jsiru mistoqsijiet, imma l-allowances se jitħallsu awtomatikament.", "Wara kollox aħna għalhekk għandna s-surplus.", "Permezz ta' dan is-sapport finanzjarju lill-qraba, aktar anzjani se jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom u fil-komunità bis-sapport tal-familjari tagħhom.", "Aħna hekk nixtiequ, u huwa proprju għalhekk li żviluppajna strateġija mad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kif ukoll ma' dawk li jaħdmu ma' persuni bid-dementia, li llum huma l-qofol tax-xogħol tagħna.", "Parti integrali minn din il-ħidma ssir fil-komunità sabiex l-anzjani jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom li diġà qegħdin jgħixu llum.", "Dan qed isir permezz ta' diversi servizzi mwassla u kkordinati mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, li jvarjaw minn servizzi ta' natura soċjali għal aspetti oħra bil-għan li jgħinu u jagħtu sapport lill-familjari.", "Is-sena l-oħra aħna wettaqna bosta inizjattivi oħra f'dan il-qasam.", "Għamilna konferenza dwar is-sesswalità tal-anzjani, ħloqna korsijiet għall-anzjani dwar l-użu tat-teknoloġija diġitali, kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar residenzjali, komplejna ninvestu f'servizzi fil-komunità, komplejna ntejbu l-proġett Mill-Anzjan għall-Anzjan, nidejna l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, komplejna nwaqqfu aktar units tal-Università għal persuni tat-tielet età, ħloqna a national dementia working group kif ukoll bdejna l-proġett pilota tat-Tuk-Tuk fi tliet lokalitajiet f'Malta u Għawdex.", "Sur President, il-firxa ta' servizzi pprovduti mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tilħaq lil madwar 3,400 familja, jiġifieri b'kollox tilħaq lil madwar 25,000 persuna.", "Għalhekk biex id-Dipartiment ikun jista' jlaħħaq ma' dawn is-servizzi, żidnielu s-somma allokata lilu b'€34 miljun biex issa qed nonfqu s-somma rekord ta' €79 miljun għall-anzjani tagħna fil-komunità.", "Minn daqshekk aħna Gvern li verament jimportana minn dak li jkun qed jiġri fil-komunitajiet tagħna, u għalhekk nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li nemmnu fil-ġustizzja soċjali.", "Sur President, fl-aħħar minuti li għad fadalli għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel xi ftit ringrazzjamenti.", "Nibda billi nirringrazzja lid-Direttur tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, is-Sur Patrick Vella, għax-xogħol kollu li jagħmel.", "Nirringrazzja wkoll lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport, is-Sur Joe Cini, lill-Kap Eżekuttiv tar-residenza San Vinċenz de Paule, Dr Josianne Cutajar u nixtieq nerġa' nirringrazzja mill-ġdid lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, is-Sur Oliver Scicluna.", "Madankollu aħna lill-ħaddiema ma nirringrazzjawhomx biss bil-kliem, u tant hu hekk li fejn rajna li kien hemm diskriminazzjoni żidnielhom il-paga.", "Pereżempju, fl-2018 ħabbarna li se nżidu l-paga tal-170 ħaddiem li jagħtu s-servizz tal-home help, u fil-fatt hekk għamilna.", "Qegħdin ukoll niżviluppaw taħriġ u noħolqu opportunitajiet ġodda għall-ħaddiema sabiex dawk il-ħaddiema li tant ilhom jaħdmu b'dedikazzjoni f'dan is-settur ikomplu jaraw karriera f'dak li qegħdin jagħmlu.", "Illum aħna, bħala Gvern, ħadna wkoll diversi inizjattivi sabiex inkunu nistgħu nagħtu l-opportunità lil dawk l-anzjani li jagħlqu s-60 sena u li jkunu jixtiequ jkomplu jaħdmu li jkomplu jagħmlu dan.", "Wettaqna wkoll diversi inizjattivi oħra.", "Pereżempju, għamilna riċerka fuq il-kura fit-tul tal-anzjani, bdejna norganizzaw sessjonijiet tal-qari u żidna s-sigurtà fid-djar tal-anzjani filwaqt li qegħdin nagħmlu proġett pilota interessanti ħafna fid-Dar tal-Anzjani tal-Floriana fejn tajna safe lil kull anzjan u żidna s-CCTV cameras għal aktar sigurtà.", "Hawnhekk ma nistax ma nerġax ma nsemmix anke l-inizjattiva Let's Make Homes Fun, li kienet suċċess kbir, u ħadna diversi inizjattivi oħra kemm fir-residenza San Vinċenz de Paule kif ukoll fi djar tal-anzjani oħra.", "Sur President, ġaladarba qed insemmi lir-residenza San Vinċenz de Paul irrid ngħid li bħalissa hemmhekk għaddej xogħol kbir, u hawnhekk nixtieq nerġa' nirringrazzja lis-CEO Dr Cutajar tal-impenn, l-imħabba u d-dedikazzjoni tagħha.", "Is-sena l-oħra wkoll saru diversi xogħlijiet hemmhekk għax ġiet irranġata l-faċċata tar-residenza San Vinċenz de Paule u sar xogħol ta' rinovazzjoni f'diversi swali, fosthom fil-kumpless Rużar Briffa b'investiment ta' €7 miljun.", "Issa bdejna t-tieni fażi ta' rinovazzjoni fl-istess kumpless b'investiment ta' €9 miljun oħra u inawgurajna żewġ swali ġodda tad-dementia b'investiment ta' €1 miljun.", "B'hekk stajna nżidu s-sodod minn 22 għal 44 filwaqt li għamilna xogħol ta' rinovazzjoni fid-dipartiment tal-fiżjoterapija b'investiment ta' €800,000, liema dipartiment ftaħnieh ukoll għan-nies fil-komunità biex inneħħu l-load minn fuq l-Isptar Mater Dei.", "Ta' min jgħid li hemmhekk għandna anke proġett kbir ta' 500 sodda, li wkoll se jagħtuna daqqa t'id f'dak li għandu x'jaqsam ma' persuni li għandhom il-kondizzjoni tad-dementia.", "Il-kors tal-informal carers li għaddej bħalissa fir-residenza San Vinċenz de Paul se jiġi sponsored mill-istess residenza, u dan huwa mmirat għal persuni fil-komunità li m'għandhomx background mediku.", "Interessanti wieħed jirrimarka wkoll li min irid jista' jagħmel dan il-kors kemm permezz ta' servizz online kif ukoll permezz ta' kors li se jsir fl-istess residenza.", "Sur President, matul l-intervent tiegħi tkellimt fuq dak li wettaqna u anke fuq dak li se nwettqu matul is-sena.", "Madankollu ma nistax ma nikkonkludix dan l-intervent mingħajr ma nirringrazzja lill-Ministru Michael Falzon tas-sapport kontinwu li jagħtina u tal-ħidma bla waqfien li qegħdin inwettqu flimkien għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien nista' nħares 'il quddiem b'ċerta fiduċja u ngħid li permezz ta' Baġit ieħor bla taxxi u b'surplus li permezz tiegħu żidna l-pensjonijiet, l-2019 se tkun sena oħra li fiha l-Gvern Laburista se jsaħħaħ id-dinjità tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità għax dan huwa Gvern ta' ġustizzja soċjali li miegħu tista' tgħix is-suċċess.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, segwejt b'attenzjoni wħud mid-diskorsi li saru s'issa u nixtieq nieħu l-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi biex nindirizza xi punti li tqajmu kif ukoll punti oħrajn li huma rilevanti għas-suġġett li qegħdin niddiskutu.", "Meta nkunu qed niddiskutu n-nefqa totali tal-gvern għandna l-vantaġġ li nkunu nistgħu nħarsu lejn stampa aktar wiesgħa u allura nkunu nistgħu niżnu dak kollu li hemm ippjanat jew li m'hemmx ippjanat b'mod aktar komprensiv.", "Jien se naqsam id-diskors tiegħi fi tliet partijiet għax l-ewwel se nitkellem fuq il-finanzi tal-gvern, imbagħad se nitkellem fuq il-korruzzjoni, li wkoll għandha rilevanza fuq il-finanzi tal-gvern, u fl-aħħar nett se nitkellem fuq l-istituzzjonijiet li għandna f'pajjiżna.", "Ħalli nibda bil-finanzi tal-Gvern.", "Diġà kelli diversi okkażjonijiet fejn jien għedt, inkluż fir-risposta tiegħi għad-Diskors tal-Baġit, li huwa ċar li l-pjan tal-Gvern, bid-diversi miżuri u inizjattivi li qed jieħu, mhuwiex wieħed fit-tul.", "Nafu li aħna, bħala pajjiż żgħir, niddependu ħafna minn kif tkun sejra l-ekonomija internazzjonali, aktar u aktar illum li qegħdin plugged into a global economy.", "L-ekonomija dinjija issa ilha għal numru ta' snin on a rise, però esperti internazzjonali qed jgħidu li issa waslet fi plateau, jiġifieri ċertament mhumiex qed jantiċipaw li se tibqa' tikber bil-livelli li bihom kibret matul dawn l-aħħar snin tant li hemm min saħansitra qed jipprevedi li se jkun hemm slow-down fl-ekonomija dinjija, sakemm din ma tibdiex tonqos ukoll.", "Għalhekk issa x-xogħol tagħna hu li l-ewwel nett naraw jekk aħniex attrezzati biżżejjed u jekk il-Gvern huwiex qed jieħu l-miżuri kollha adegwati lil hinn minn dak li jidher at face value biex minflok ma nibqgħu nitħaddtu biss fuq iċ-ċifri u fuq is-surplus li qed ngħidu li hemm, naraw x'qed nippjanaw li se jkun it-tkabbir, x'qed nippjanaw li nwarrbu jekk iż-żminijiet li hemm quddiemna jibdew jissaħħbu u kif qed nattrezzaw lil pajjiżna biex inkunu nistgħu nilqgħu għal klima li tkun differenti minn dik li għandna llum.", "Sur President, x'inhuma s-sorsi prinċipali ta' dan is-surplus u minn fejn qed jiġi?", "Aħna għandna sitwazzjoni fejn id-dħul ġej primarjament mill-income tax, mis-sigurtà soċjali, mis-sisa u mill-iskema tal-Individual Investors Program (IIP), li nistmaw li permezz tagħha l-Gvern daħħal madwar €700 miljun.", "Il-Gvern kellu wkoll il-privileġġ jew l-abbiltà li juża l-fondi Ewropej li kien irnexxielu jikseb il-Gvern Nazzjonalista għas-seba' snin ta' wara, liema fondi kienu jammontaw għal aktar minn €1.1 biljun u kienu maħsubin għall-proġetti kapitali.", "Jekk ikun hemm tnaqqir jew saħansitra tnaqqis fil-klima ekonomika internazzjonali - u l-pajjiż irid ikun attrezzat bil-quddiem għal dan - allura dawn is-sorsi, u ċertament l-ewwel tlieta, jibdew jonqsu minnufih.", "Issa jidher ċar ukoll li din id-darba l-Gvern mhuwiex se jirnexxilu jikseb l-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea u dawn se jkunu ħafna iżgħar.", "Issa jien m'iniex qed ngħid dan biex immaqdar imma bħala stat ta' fatt li se jiddetermina dak li se jiffaċċja l-Gvern u li suppost se jippjana għall-quddiem.", "Issa ilna ngħidu wkoll għal diversi xhur illi li l-Gvern ma jkattarx l-ekonomija billi jikkrea sources of revenue ġodda imma jkattar l-ekonomija biss biż-żieda fil-popolazzjoni l-ewwel nett hija xi ħaġa insostenibbli għax b'hekk ikun qed jintefa' piż kbir fuq l-infrastruttura u, it-tieni nett, jekk ikun hemm ċaqliq fil-klima internazzjonali u allura jkollok lil min jitlaq minn pajjiżna, dan ikollu effett negattiv immens fuq it-totalità tal-gross domestic product (GDP) tagħna, li huwa bbażat prinċipalment minn fuq il-konsum.", "Meta nħarsu lejn in-nefqa tal-Gvern inkunu qed niżnu l-għaqal tal-Gvern għax inkunu qed naraw jekk f'dan iż-żmien ta' surplus in-nefqa hijiex qed tkun issir fuq proġetti kapitali u investimenti infrastrutturali li jrendu fil-futur jew inkella hijiex qed tkun issir fuq il-maintenance tal-pajjiż.", "Hawnhekk ma nistax ma ngħidx li dak li l-Gvern qed jiftaħar bih fir-realtà hija nefqa li għalkemm qed tidher fil-GDP, hija waħda negattiva.", "Mela jekk, ngħidu aħna, qed tibqa' tiżdied in-nefqa fis-servizz pubbliku - u kif għedt f'Ottubru, hawnhekk m'iniex qed nirriferi għal impjiegi essenzjali, bħal dawk ta' tobba, infermiera, pulizija u oħrajn, jiġifieri għal impjiegi li jrendu servizz liċ-ċittadin - hemmhekk in-nefqa hija rikorrenti.", "Issa jekk nieħdu din in-nefqa bħala proporzjon, insibu li din tikber ħafna aktar meta nħarsu lejn l-impjegati fis-settur privat għax hawnhekk qed insibu li s-settur privat qed jikber l-aktar bil-barranin li qed jiġu jaħdmu f'pajjiżna, u allura f'każ li n-numru ta' barranin li jaħdmu fis-settur privat jonqos, il-proporzjon tan-nefqa għas-servizz pubbliku jibda jilħaq persentaġġi li jsiru preokkupanti.", "Se nagħti eżempju ieħor ta' kif din in-nefqa mhijiex qed issir b'għaqal, u dan huwa punt li semmejtu diversi drabi.", "Pereżempju, fost l-akbar nefqiet, jekk mhux ukoll l-unika nefqa kbira, li semma l-Gvern u li fil-Baġit kien jidher b'mod ċar li kienet l-ixprun ewlieni, kienet in-nefqa ta' €700 miljun fit-toroq tagħna.", "Madankollu din mhijiex nefqa infrastrutturali li kienet ippjanata biex jinbnew it-toroq mill-ġdid, imma kif għedna drabi oħra, din in-nefqa qed issir prinċipalment biex jitwessgħu u jiġu resurfaced bosta toroq, u allura dan huwa nuqqas ta' ippjanar għax qed nagħmlu xi ħaġa llum għal-lum.", "Fi ftit kliem, illum qed nagħmlu dan ix-xogħol biex jidher u biex jitgawda għal għada, imma għal pitgħada m'hemm xejn maħsub.", "Pereżempju, m'aħniex qed naraw x'inhuma l-esiġenzi li hemm bżonn għall-vetturi li qed jiżdiedu b'rata mgħaġġla fit-toroq tagħna jew għal infrastruttura ta' toroq li tista' tiflaħ il-volum ta' vetturi li se jkollna ħames snin jew għaxar snin oħra.", "Għalhekk, meta tieħu l-pjan li qed nagħmlu fuq it-toroq kollu f'daqqa ssib li l-unika nefqa kbira li saret minn dan il-Gvern ma kenitx waħda infrastrutturali imma dik ta' manutenzjoni, jiġifieri din hija spiża rikorrenti li qed tintnefaq biex iżommna għaddejjin fil-preżent.", "Sur President, issa ejjew naraw kif qed jirraġuna u jaħseb il-Gvern fuq is-settur ewlieni li jixpruna l-ekonomija, ċjoè fuq is-settur tal-iżvilupp u l-kostruzzjoni.", "Jien se nsemmi eżempju wieħed biss, id-deal jew is-serqa ta' biċċa art f'Paceville, il-Corinthia deal!", "Paceville kien l-uniku post fejn suppost il-Gvern kien se joħroġ b'masterplan għalih, imma sfortunatament dan ġie abbandunat u skartat bil-konsegwenza li jidher li l-akbar proġetti li hemm maħsuba għal dik iż-żona qed isiru qabel ma jsir il-masterplan.", "Mela l-ewwel il-Gvern jiddeċiedi, imbagħad jibni u mbagħad fl-aħħar jara kif se jippjana!", "F'pajjiż serju u normali l-affarijiet ma jsirux b'dan il-mod, anzi jsiru bil-maqlub.", "Suppost li l-ewwel tippjana u tiddeċiedi x'għandu bżonn pajjiżna, aktar u aktar meta hawnhekk qed nitkellmu fuq l-aktar pajjiż li huwa densely populated u fuq l-aktar pajjiż li għandu bini meta kkomparat mad-daqs tiegħu.", "Kif għedt diġà, issa dan huwa l-aktar settur li qed jixpruna l-ekonomija f'pajjiżna, u allura huwa l-aktar settur li suppost qed nippjanaw għalih, imma minflok m'aħna qed inħarsu 'l quddiem, minflok ma qed naraw x'irridu nagħmlu bl-art tagħna, minflok qed noħolmu fuq kif għandha tkun Malta fil-futur għal uliedna, fejn nixtiequ nibnu l-iskejjel, liema toroq se nużaw, liema huma l-aħjar mezzi ta' trasport tal-massa u liema huma l-aktar proġetti li huma ambjentalment aċċettabbli, m'aħna nisimgħu xejn minn dan kollu u minflok qed nisimgħu bi proġett wara l-ieħor li qed isiru qabel biss inkunu ħsibna għalihom.", "Sfortunatament f'kull proġett kbir li qed isir mhuwiex qed jitqies l-interess nazzjonali jew il-ġid komuni fejn allura l-Gvern jara li l-ġid jitqassam bl-aktar mod mifrux possibbli, kif suppost jagħmel, imma minflok qed naraw li l-ewwel u qabel kollox qed jitqies biss l-interess li jidher li għandu l-Gvern li jarrekkixxi lill-ftit.", "Sur President, ġaladarba semmejna l-kwestjoni ta' Paceville u d-deal tal-Corinthia, ma nistax ma neħux ftit minuti biex ngħid li, iva, l-Oppożizzjoni temmen fit-turiżmu f'pajjiżna, l-Oppożizzjoni temmen fl-intrapriża Maltija fis-settur tat-turiżmu, u l-Oppożizzjoni temmen ukoll li għandna ngħollu l-livell tal-lukandi ta' ħames stilel u tal-prodott turistiku tagħna 'l fuq.", "Imma mbagħad ma temminx li għandna niddisponu minn art li mhijiex tal-privat imma li hija tal-Maltin u l-Għawdxin, biex minflok ma nagħtuha għall-housing, biex minflok ma nagħtuha lil min għandu bżonn jew inkella biex minflok ma nagħtuha għal proġetti ta' fejda, bħal bini ta' sptarijiet jew skejjel, nagħtuha bħala donazzjoni lil xi individwu fil-privat.", "Dan għalina mhuwiex permessibbli!", "Meta naraw l-estrem ta' dak li qed isir u meta naraw li hawnhekk qed nitħaddtu fuq proprjetà li tiswa 'l fuq minn €800 miljun li qed tingħata b'depożitu ta' €1 miljun u bi prezz ta' €51 miljun, nirrealizzaw li din mhi xejn għajr serqa mill-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Sur President, hawnhekk m'aħniex qegħdin nisirqu lill-Gvern jew inkella lill-partiti politiċi imma qed nisirqu lin-nies!", "Hawnhekk qed nisirqu lil dawk li qegħdin id-dar jisimgħuna, li jaħdmu, jirsistu u jegħrqu biex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum, qed nisirqu lil dawk il-pensjonanti u l-anzjani li sakemm jasal l-aħħar tax-xahar iridu jiżnu kuljum dak li għandhom biex jaraw x'jistgħu jonfqu fl-ikel u liema mediċini jistgħu jew ma jistgħux jixtru.", "Hawnhekk qed nitħaddtu fuq flus li kieku jkollna nġibuhom lejn il-Kaxxa ta' Malta, allura nkunu nistgħu ngħinu liż-żgħażagħ li mhux talli qed isibuha diffiċli imma talli qed isibuha impossibbli li qatt xi darba jkunu sidien ta' darhom!", "Illum il-ġurnata dawn iż-żgħażagħ lanqas biss jistgħu jibdew jaraw fejn se jikru x'imkien biex jibdew il-familja tagħhom.", "Hawnhekk qed niftakar ukoll f'dawk il-persuni li għandhom mard li mhuwiex rikonoxxut jew inkella li mhumiex rikonoxxuti mediċini għall-marda li għandhom.", "Qed niftakar anke f'dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal b'kondizzjonijiet ta' mard li minħabba fihom għandhom bżonn l-għajnuna tagħna bħala pajjiż.", "Imma sfortunatament, minflok ma l-Gvern qed jiddisponi minn dik l-art li għadni kif semmejt biex joħloq il-ġid lill-Maltin u l-Għawdxin, il-Gvern qed jagħżel li jiddisponi minn din l-art billi jitma' ħalq wieħed minflok ma jitma' ħafna ħluq!", "Hawnhekk ta' min jerġa' jfakkar ukoll il-każ ta' Vitals Global Healthcare u dak tal-American University of Malta, li naħseb li la hi Amerikana, la hi università u lanqas mhi se tkun f'Malta!", "Issa ejjew nifhmu ftit.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq medda oħra ta' art verġni li hi saħansitra prime site.", "Dak iż-żmien forsi l-Gvern kien għad baqagħlu ftit mistħija!", "Ried isib skuża biex jagħti l-art b'xejn u ġab l-iskuża ta' università għax qalilna li bis-saħħa ta' din l-università mbagħad jibdew jiġu f'pajjiżna studenti u professuri barranin u b'hekk ikollna cross-fertilisation mal-istudenti u l-akkademji Maltin, imma minflok jirriżulta li għal darb'oħra dan l-investiment ma kien xejn għajr investiment mogħti lil xi ħadd biex eventwalment isir skop ta' qligħ għal real estate.", "Nista' nsemmi wkoll proġetti oħrajn.", "Pereżempju, konna smajna bi ftit pompa mhux ħażin li nġab ċertu investiment lejn pajjiżna.", "Hawnhekk qed nirreferi għall-fabbrika tal-Crane Currency, li naħseb ma ndumux ma nibdew naraw u nistaqsu aktar mistoqsijiet dwarha, fosthom dwar kif sar in-negozju, kif ingħatat l-art, kif sar is-self, x'inhu l-pjan fit-tul anke f'dan il-każ partikolari u min kienu dawk involuti biex ħadu t-tenders, ħadu x-xogħol u għal darb'oħra għamlu qligħ minn dan kollu ftit nies meta dan kien investiment li setgħu bbenefikaw minnu bosta nies.", "Niġi issa għat-tieni punt li xtaqt nagħmel, dak dwar il-korruzzjoni, u hawnhekk jien m'iniex se nitkellem biss fuq il-prinċipju tal-korruzzjoni għalih waħdu imma se nitkellem ukoll fuq il-prezz li qed iħallas pajjiżna għall-korruzzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nikkwota mill-Corruption Perceptions Index 2018, li huwa maħruġ minn Transparency International, fejn għall-ewwel darba minn kemm ilha ssir din il-global analysis Malta qiegħda fil-51 post, jiġifieri qiegħda fl-agħar post li qatt kien pajjiżna f'dik li hija korruzzjoni!", "(Onor. membri: Hear, hear) Dan huwa ċ-ċertifikat tal-ħames snin ta' dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern ġabna fl-agħar post li qatt kienet Malta f'din il-global analysis, saħansitra wara Brunei, Botswana u r-Rwanda, postijiet fejn hemm gvernijiet militari li kienu medhija u mifnija bil-gwerer!", "Dan huwa l-prezz li se nħallsu għall-korruzzjoni!", "Issa hawn ta' min jgħid li minbarra li Malta qiegħda fil-51 post f'din il-global analysis, l-iscore li ġabet minn 100 kien dak ta' 54, jiġifieri għaddejna bi żbrixx!", "Minn hawn u ftit ieħor inkunu waqajna fil-kejl ta' pajjiżi fejn id-demokrazija m'għadhiex taħdem, pajjiżi li huma sinonimi ma' gvernijiet ta' dittaturi u ta' sistemi totalitarji!", "F'din il-global analysis aħna qegħdin 15-il punt inqas mill-medja, mhux biss mill-medja tal-Unjoni Ewropea imma mill-medja tal-pajjiżi kollha Ewropej.", "Sur President, dan id-dokument, li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, jagħti wkoll analiżi dettaljata fuq dawn ir-rankings, u sfortunatament hawnhekk Malta qed tingħata menzjoni partikolari.", "Jidher li anke f'din l-analiżi, lil Malta semgħu biha tant li ssemmejna fil-headlines minkejja li ma poġġewniex 'il quddiem bħala l-aqwa fl-Ewropa jew fid-dinja imma tefgħuna taħt il-kapitli tad-decliners, ta' dawk li qegħdin ifallu, ta' dawk li sejrin lura u ta' dawk li mhu qed jirnexxilhom jagħmlu l-ebda pass 'il quddiem, anzi qed jagħmlu ħames passi lura f'dik li hija korruzzjoni!", "Jiġifieri hawnhekk qed jingħad li l-Gvern qed jippermetti li l-korruzzjoni f'pajjiżna tiżdied.", "- tajjeb nispjega li \"embroiled\" tfisser li dħalna f'saram u hemm it-taħwid u t-tgerfix -", "Imbagħad ikompli li:", "Dan ifisser, Sur President, li dak li għamel jew li naqas li jagħmel dan il-Gvern matul dawn l-aħħar ħames qed jaffettwa dan il-kejl u qed iniżżilna mal-agħar fl-Ewropa u saħansitra mal-agħar fid-dinja f'dik li hija korruzzjoni.", "Issa hawnhekk irridu nifhmu li l-korruzzjoni mhijiex xi kelma politika u mhijiex xi għodda li l-partiti politiċi jitħaddtu u jiġġieldu biha jew inkella jmeru lil xulxin fuqha, imma l-korruzzjoni għandha prezz, u dan il-prezz jista' jiġi kkalkolat.", "Fil-fatt dan il-prezz ġie kkalkolat, u ġie kkalkolat minn esperti fis-settur li jistmawh li jammonta għal mijiet ta' miljuni.", "Għaldaqstant, meta aħna niġu f'din il-Kamra u ngħidu li kien hemm 4,000 kumpanija li wara li fetħu ma rnexxilhomx jibqgħu joperaw u għalqu, mhuwiex aċċettabbli li jkollna lill-Prim Ministru li jgħid li ma jimpurtax, li aħna ma jimpurtaniex minn dan għax fetħu oħrajn!", "Bil-prezz tal-korruzzjoni, b'dawn il-mijiet ta' miljuni, lil dawn in-negozjanti ż-żgħar nistgħu ngħinuhom, imma dan il-Gvern mhuwiex favur il-business; huwa pro big business only, u big business li fih ikun hemm interessi partikolari!", "Ara aħna favur in-negozji kollha!", "Aħna favur in-negozjanti ż-żgħar, favur in-negozji tal-familji u anke favur dawk l-inċentivi li bihom nistgħu ngħinu lil min qed jinvesti, lil min qed jirriskja u lil min qed jipprova jagħmel minn kollox biex itejjeb l-għajxien tiegħu, l-għajxien tal-familja tiegħu u allura eventwalment l-għajxien ta' pajjiżu.", "Dan hu l-prezz tal-korruzzjoni, Sur President, u dan meta l-prezz tal-korruzzjoni nistgħu nsarrfuh f'għajnuniet għas-sistema edukattiva tagħna, li mhijiex qed tagħti riżultati imma hi fost l-agħar biex biha nħajru liż-żgħażagħ tagħna jkomplu jistudjaw.", "X'ma nagħmlux b'dawn il-mijiet ta' miljuni, Sur President?!", "Liema minn dawk it-3,200 familja li qegħdin ifittxu biex ikollhom id-dar tagħhom ma nkunux nistgħu ngħinu b'dawn il-mijiet ta' miljuni?!", "Lil liema familja li għandha tfal b'diżabilità jew kondizzjonijiet kroniċi ma nkunux nistgħu ngħinu?!", "Illum hemm persuni li minħabba kif inhuma telgħin il-prezzijiet tal-proprjetà u tal-kirjiet u wkoll minħabba l-liġijiet kif inhuma, għax mhumiex favoriti li jekk jagħlqilhom iċ-ċens il-Gvern se jagħtihom l-art b'xejn, dawn se jispiċċaw imkeċċija 'l barra minn djarhom!", "Dan meta b'dawk il-mijiet ta' miljuni li qed inħallsu bħala prezz għall-korruzzjoni, pajjiżna jista' jgħin lil dawn il-persuni wkoll.", "Issa niġi għat-tielet punt li nixtieq nitkellem dwaru, il-punt dwar l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Jien inzertajt ukoll il-kelliem min-naħa tal-Oppożizzjoni dwar il-ġustizzja, u kif taf is-Sedja, fil-qasam tal-ġustizzja jingħad li \"justice not only has to be done but seen to be done\".", "Ċertament li kulħadd qed jara li f'pajjiżna l-ġustizzja mhijiex qed issir ma' dawk li jmorru jfittxuha kuljum fil-qrati tagħna għax is-suppost investimenti li saru mhumiex qegħdin isarrfu, il-kawżi mhux veru qegħdin jinqatgħu malajr u mhux veru li l-ġustizzja qed tingħata b'mod aktar effiċjenti.", "Ta' min isemmi wkoll li s-sistema li suppost daħħal il-Gvern fil-ħatra tal-ġudikatura baqgħet ma ġietx mittiefsa għax il-Gvern qed juża jew jabbuża mill-istrutturi li għandna b'mod li jagħżel, jipproponi u jaħtar biss lil dawk li jidhirlu hu.", "Fil-fatt, Sur President, jiddispjaċini li jkolli nerġa' ninsisti li lanqas fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mhu qed isir l-ebda tip ta' sforz biex l-affarijiet jiġu rranġati.", "Nafu - anke għax tkellimt diversi drabi fuq hekk - dwar il-kawża li kelli nagħmel minħabba li l-Avukat Ġenerali nnifsu qed joħloq żbilanċ politiku għax minflok ma qed ikun hemm biex jara li ma jkunx hemm ksur tal-Kostituzzjoni, qed ikun hu l-prim attur li jikser il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Din hija xi ħaġa li hi kompletament inaċċettabbli!", "Fil-każ ta' Vitals Global Health Care u ta' oħrajn simili, hemm il-possibbiltà li l-Avukat Ġenerali, li suppost qiegħed hemm biex jipproteġi l-interess nazzjonali, il-ġid komuni u l-proprjetà tagħna l-Maltin u l-Għawdxin, fil-fatt qiegħed hemm biex jiddefendi lill-Gvern u lill-Prim Ministru biex din l-art ma tingħatax lura lill-Maltin u l-Għawdxin.", "Sur President, se nikkonkludi l-intervent tiegħi billi ngħaddi kelmtejn dwar dan il-Parlament.", "Dan il-Parlament suppost huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, imma \"suppost\", għax mhuwiex!", "Anke bil-mod kif qed jopera dan il-Parlament, il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex iġibu parti mill-Gvern stess!", "Din hija l-aktar ħaġa oltraġġjuża li jista' jkun hemm f'demokrazija, li filwaqt li f'demokrazija suppost li l-Parlament ikun qiegħed hemm biex jirrappreżenta liż-żewġ naħat jew aktar, minflok qed isir għodda f'idejn il-Gvern biex jirrappreżenta biss il-maġġoranza.", "It-tifsira tad-demokrazija fiha nnifisha tgħid li jrid jinstema' anke l-leħen tal-minoranzi u ta' dawk li ma jkunux fil-poter.", "Din hija xi ħaġa li trid tiġi indirizzata biex il-liġijiet li għandna ma jibqgħux jintużaw jew jiġu abbużati u b'hekk għal darb'oħra f'pajjiżna verament tkun tista' terġa' tibda ssaltan id-demokrazija.", "Sur President, fl-aħħar nett inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li għamilt referenza għalih matul id-diskors tiegħi.", "\"Kopja tal-Corruption Perceptions Index 2018 maħruġ minn Transparency International.\".", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, x'differenza l-mod kif jiggverna dan il-Gvern u kif nitkellmu aħna l-Membri ta' din in-naħa mill-mod kif titkellem l-Oppożizzjoni!", "Ftit ilu jiena kont hawnhekk qed nisma' lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Agius Decelis isemmi s-suċċessi li għamel dan il-Gvern fil-qasam tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità, settur li jiena wkoll ħdimt ħafna fih.", "Fil-fatt nixtieq infakkar lill-Kap tal-Oppożizzjoni - għax forsi ma jiftakarx jew ma jafx - li minbarra li jiena mexxejt dan is-settur meta konna fil-Gvern, kont ukoll il-kelliema ewlenija dwar dan is-settur meta kont fl-Oppożizzjoni.", "U jiena din biss ngħidlu, li Gvern Laburista mbotta lil dawn l-oqsma 'l quddiem u investa fihom filwaqt li l-Gvern Nazzjonalista kien jirċievi ħafna kritika mingħandi minħabba l-fatt li l-budget għal dawn l-oqsma kien inaqqsu sena wara l-oħra.", "Għalhekk araw x'ipokresija meta l-Kap tal-Oppożizzjoni jiġi hawnhekk, jipponta subgħajh fil-konfront tal-Gvern u jakkużah li mhux qed jinvesti f'dan is-settur!", "Fir-realtà l-Gvern investa bis-sħiħ f'dawn is-setturi, u kien Gvern Nazzjonalista li dejjem naqqas il-budgets tiegħu f'dawn l-oqsma bil-konsegwenza li ċaħħad lill-persuni b'diżabilità kif ukoll lill-familjari tagħhom mis-servizzi li tant kellhom bżonn.", "Meta jrid, lill-Kap tal-Oppożizzjoni jiena nista' nurih line items meta fil-budgets tal-leġiżlaturi preċedenti kien jitnaqqas il-vot.", "Imbagħad jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid li nitkellmu fuq fallimenti, jien ngħidlu li l-fallimenti saru fi żmien Gvern Nazzjonalista meta kellna Gvern skreditat, meta l-finanzi tal-pajjiż ma kienu fis-sod xejn u meta konna taħt l-excessive deficit procedure, kuntrarjament għal-lum meta qed nitkellmu fuq surplus ta' miljuni ta' ewro li qegħdin imorru fil-bwiet tan-nies.", "Jekk imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid li nitkellmu fuq il-korruzzjoni, jien ngħidlu li kien dan il-Gvern li daħħal l-istrutturi u l-mekkaniżmu biex niġġieldu l-korruzzjoni filwaqt li neħħa l-preskrizzjoni fil-konfront ta' każijiet li jinvolvu lill-politiċi.", "Issa, f'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem dwar Għawdex, dwar kif il-Baġit li ġie ppreżentat minn dan il-Gvern għamel bidla f'Għawdex kif ukoll dwar il-bidliet li se jkomplu jsiru f'din il-gżira.", "Fil-fatt, minkejja li l-Baġit tħabbar biss ftit ġimgħat ilu, Għawdex diġà beda jgawdi minnu.", "Huwa biżżejjed li nħarsu lejn l-istatistika biex ninnotaw kemm Għawdex qed jinbidel għall-aħjar.", "Fil-fatt jiena personalment inħoss li l-aktar statistika li hija importanti - u hawnhekk se nallaċċja ma' dak li kien qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni għax jidher li mhuwiex aġġornat biżżejjed - hija dik li ħarġet matul dawn l-aħħar ġranet minn National Statistics Office (NSO) dwar l-impjiegi u l-qgħad fil-gżejjer Maltin fejn bejn Diċembru tal-2017 u Diċembru tal-2018 il-qgħad naqas bi 42.5%.", "Dan ifisser li kważi nofs il-persuni li kienu qegħdin ifittxu mpjieg f'Għawdex issa sabu mpjieg, qed jaħdmu, qed isostnu lilhom infushom, qed isostnu lill-familji tagħhom u qed jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku tal-gżira Għawdxija.", "Sur President, f'Għawdex qed naraw ukoll bidla fil-kultura għax qed naraw anqas dipendenza fuq is-servizzi soċjali, u dan grazzi għall-miżuri li ħa dan il-Gvern, fosthom għaċ-childcare b'xejn għan-nisa li jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Qed naraw li f'Għawdex qed ikollna reġistrazzjoni ta' tkabbir ekonomiku bla preċedent, u fatturi ewlenin huma l-proġetti li qegħdin isiru - u li se nitkellem dwarhom aktar 'il quddiem - minħabba li dawn qegħdin joħolqu x-xogħol kif ukoll l-isplużjoni 'l fuq li kellna fil-qasam tat-turiżmu.", "Matul l-2018 rajna li l-fenomenu tal-istaġjonalità li konna nbatu biha sena wara l-oħra spiċċa u ġie ineżistenti, u qed naraw li din it-trend se tibqa' tippersisti b'mod pożittiv ħafna anke fl-2019.", "Irrid ngħid ukoll li fi żmien biss ftit xhur tal-2018 il-Gozo Channel ġarret 600 miljun passiġġier, li nofs miljun minnhom ġarrithom fl-aħħar ġranet tal-2018.", "Dan ifisser li l-investiment li qegħdin nagħmlu fil-prodott Għawdxi qed ikun effettiv għax qed iħalli l-frott, u dan il-progress jista' jarah u jħossu kulħadd.", "Però dan seta' jseħħ biss u jista' jseħħ biss jekk ikollna l-allokazzjoni finanzjarja meħtieġa.", "Fih innifsu dan il-Baġit kien dikjarazzjoni ċara tal-impenn tal-Gvern favur l-iżvilupp ta' Għawdex u l-aspirazzjonijiet tal-Għawdxin.", "Pereżempju, ma nixba' qatt ngħid li bejn il-Baġit preċedenti u dan l-aħħar Baġit kien hemm żieda fl-allokazzjoni finanzjarja ta' kważi 30%.", "Fil-fatt, fuq medda ta' żewġ budgets rajna żieda sostanzjali ta' 40%, jiġifieri llum għandna allokazzjoni li hi 40% akbar biex ikunu jistgħu jiġu investiti b'risq Għawdex u l-Għawdxin.", "Proprju sa mill-ewwel jiem ta' din is-sena l-Ministeru għal Għawdex beda bl-implimentazzjoni ta' wħud mill-miżuri li kienu msemmija fil-Baġit.", "Dan huwa Gvern li jemmen fix-xogħol, u huwa fatt, anke skont l-istatistika stess, li l-ħidma li wettaq dan il-Gvern favur it-tkattir tax-xogħol qed tħalli l-frott.", "Aħna, bħala Ministeru għal Għawdex, tajna prijorità lill-Gozo Employment Refund Scheme li ġiet imħabbra fil-Baġit għall-2018.", "Din bdiet tiġi attwata u tant kienet suċċess li reġgħet ġiet imħabbra fil-Baġit li għadda.", "Ta' min jgħid li permezz ta' din l-iskema għal kull impjieg ġdid li jinħoloq f'Għawdex b'kuntratt minimu ta' tliet snin, il-Ministeru għal Għawdex jirrifondi sa massimu ta' €6,000 tal-paga.", "B'hekk apparti li nkunu qegħdin ninċentivaw it-tkattir tax-xogħol, inkunu qegħdin nippromwovu wkoll kondizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema tagħna.", "Għal din is-sena ġew ivvotati €1,400,000 għal dan il-għan.", "Illum Għawdex għandu sfida enormi biex isib lill-ħaddiema, u allura huwa importanti li ngħinu lill-employers itejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tagħhom għax mhux biss huwa importanti li toħloq l-impjiegi imma trid toffri wkoll kondizzjonijiet tajbin biex ikollok employment retention.", "Kumbinazzjoni proprju għada se nniedu wkoll pakkett ta' inizjattivi ġodda għax f'dan il-Baġit ħarisna lejn il-bżonnijiet ta' diversi setturi, fosthom tal-istudenti, tal-ħaddiema u anke tal-pazjenti Għawdxin li jridu jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer, u allura dawn il-kategoriji ta' nies żgur li se jsibu dawn l-inizjattivi ta' fejda.", "Hawn qed nirriferi b'mod partikolari għaż-żieda fit-travel reimbursement tal-pazjenti li jkollhom jivvjaġġaw bejn iż-żewġ gżejjer biex jieħdu l-kura tagħhom, li issa ġiet estiża wkoll għall-adult li jkun qed jakkumpanja lill-pazjent.", "Ta' min jgħid ukoll li għall-ewwel darba se tibda tingħata allowance addizzjonali għall-akkomodazzjoni ta' dawk il-pazjenti li jagħmlu xi trattament f'Malta.", "Għall-ewwel darba wkoll se tibda tingħata €1.50 kuljum lil dawk il-ħaddiema tal-gvern li jużaw trasport kollettiv.", "Fil-fatt, preżentement hemm madwar 1,000 ħaddiema Għawdxin li jaħdmu fis-settur pubbliku u li allura se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn din l-iskema.", "Għall-ewwel darba wkoll ġiet introdotta l-Gozitan Work Subsidy Scheme lill-ħaddiema tal-privat għax s'issa din l-iskema kienet tapplika biss għall-ħaddiema fis-settur pubbliku.", "Minn din il-miżura se jibbenefikaw 3,000 ħaddiem, u din tfisser għajnuna diretta li se tkun qed tammonta għal madwar €1,200,000.", "Inbidel ukoll il-mekkaniżmu li permezz tiegħu kienet tingħata l-allowance lill-istudenti Għawdxin għax fejn qabel kienet din tingħata kull tliet xhur, issa fuq talba tagħhom stess - u minn hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex insellem lill-Gozo University Group (GUG) u lill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) - mill-1 ta' Jannar li għadda din bdiet tingħata kull xahar.", "Proprju llum il-Ministru għall-Finanzi flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħabbru l-housing subsidy li se jkunu qegħdin jibbenefikaw minnu l-istudenti Għawdxin.", "Ma' dan irrid nabbina wkoll proġett li ħabbarna din il-ġimgħa u li fl-opinjoni tiegħi huwa sabiħ immens, il-proġett tal-hostel.", "Hawnhekk irrid infakkar li jiena kont diġà ħabbart dan il-proġett fil-Baġit li għadda.", "Però fil-frattemp ikkonkludejna l-kuntratt mal-Komunità Franġiskana biex nikru proprjetà għal dan il-għan.", "Ta' min jiċċara li dan huwa investiment li qed jagħmel il-Gvern għax jista' jkun li fuq il-mezzi tax-xandir wieħed ingħata x'jifhem li hija l-Knisja li offriet din il-proprjetà.", "Fil-verità l-Knisja kriet il-proprjetà lill-Gvern, jiġifieri l-Gvern se jkun qed iħallas għal din il-proprjetà, u se jkun qed jagħmel ukoll investiment infrastrutturali fiha.", "It-tender għal dawn ix-xogħlijiet diġà nħareġ u permezz ta' dan l-investiment li se jsir se jkun hemm 33 kamra li 28 minnhom se jkunu għall-istudenti u l-ħamsa l-oħra se jkunu għall-qraba ta' pazjenti Għawdxin li jkunu hawn Malta rikoverati fl-isptar.", "Ovvjament il-ħsieb hu li malli jiġi eżawrit il-proċess tat-tendering, ix-xogħlijiet jinbdew minnufih ħalli l-Għawdxin jibdew igawdu minn dan il-proġett malajr kemm jista' jkun.", "Sur President, f'dawn il-ġranet ukoll ingħata bidu għall-proġett taċ-Ċentru Akkwatiku f'Għawdex, il-proġett tal-pixxina li issa ilna nisimgħu dwaru u nistennewh għal ħafna snin.", "Ix-xogħol tal-iskavar beda u bħalissa qed jiġi mħejji t-tender biex tinbena l-pixxina.", "Ta' min jgħid li dan il-proġett mhux biss se jkun ta' fejda għall-isportivi tagħna imma wkoll għal skopijiet ta' terapija u ta' programmi ta' ħajja aktar sana.", "Dan apparti li f'dan l-istess ċentru akkwatiku se jkollna faċilitajiet li permezz tagħhom se nkunu nistgħu nippromwovu lil Għawdex ukoll bħala niċċa turistika.", "Ingħata wkoll it-tender tal-proġett tat-taraġ ta' San Franġisk u nbeda x-xogħol fuqu.", "Hawnhekk irrid infakkar li inizjalment il-binja ta' ħdejn it-taraġ ta' San Franġisk kienet intiża għal sala tal-wirjiet, però mbagħad jiena kont bdejt taħditiet mal-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa l-Onor.", "Chris Fearne u kkonvinċejtu biex din il-binja tibda sservi bħala ċentru tas-saħħa.", "Fil-fatt nista' ngħid bi pjaċir li llum il-Ministru Chris Fearne jinsab entużjast daqsi fuq dan il-proġett.", "Ta' min jgħid li l-kuntrattur li ħa x-xogħol diġà qed jagħmel ix-xogħol tiegħu fil-fabbrika, u matul il-ġranet li ġejjin mistenni jinbeda x-xogħol on site.", "Marbuta ma' dan il-proġett ukoll hemm ukoll ir-riġenerazzjoni ta' Pjazza San Franġisk fejn il-permess diġà nħareġ, it-tender ġie konkluż u bħalissa jinsab għaddej il-perjodu li fih jista' jsir appell.", "Issa hekk kif jiġi eżawrit dan il-proċess, inkunu nistgħu nibdew il-proġett tal-pjazza flimkien mal-proġett tar-retrofitting tal-Ministeru għal Għawdex, l-ewwel nett biex il-binja tal-Ministeru tiġi mmodernizzata u t-tieni nett biex isir a one-stop shop u b'hekk iċ-ċittadin jinqeda aħjar.", "Dan ifisser li f'żona waħda partikolari se jkunu għaddejjin tliet proġetti fl-istess ħin, liema proġetti aħna qegħdin nallinjawhom ma' xulxin biex kemm jista' jkun noħolqu l-anqas inkonvenjent possibbli għall-pubbliku inġenerali.", "Il-proġett li qed isir f'Għawdex għal dawk li huma toroq u pjazez ukoll huwa proġett ambizzjuż.", "Ftit tal-ġimgħat ilu saret ħafna kritika minħabba li kien hemm xi ħadd illi ħaseb li Għawdex mhu se jkollu l-ebda sehem fl-investiment li qed jagħmel il-Gvern għat-toroq, però dan mhu veru xejn.", "Fil-fatt, proprju ftit tal-ġranet ilu f'dan il-Parlament kelli l-opportunità li nwieġeb għal mistoqsija parlamentari li saritli f'dan ir-rigward fejn jiena għamilt lista sħiħa ta' 40 triq f'Għawdex, li ħafna minnhom inbeda x-xogħol fuqhom filwaqt li mbagħad hemm oħrajn li saħansitra huma lesti.", "Apparti din il-lista ta' 40 triq hemm proġetti oħrajn ambizzjużi, fosthom il-proġett li qed isir fuq it-triq li min-Nadur tagħti għall-Imġarr, li huwa meqjus bħala proġett maġġuri.", "Ta' min jgħid li fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jiġi ppubblikat ukoll it-tender ta' Triq l-Imgħallem u Triq ta' Wara s-Sur, żewġ toroq importanti li jinsabu fir-Rabat, Għawdex.", "Lestejna wkoll il-preparamenti għal Triq Marsalforn, li mir-Rabat tieħdok Marsalforn.", "Jekk m'iniex sejra żball, fl-ewwel ġimgħa ta' Frar għandna stakeholders' meeting biex nisimgħu l-opinjoni tan-nies.", "Partners magħna għandna lill-kunsilli lokali, li qed naħdmu magħhom b'mod tajjeb ħafna.", "Biżżejjed ngħid li huma l-kunsilli lokali stess li qed jindikawlna x-xogħlijiet li jixtiequ li jingħataw prijorità.", "Kif ġie mwiegħed fil-Manifest Elettorali wkoll, lestejna l-istudji għal triq alternattiva għall-Imġarr, u fil-fatt anke f'dan il-każ, dalwaqt jinbeda l-istakeholders' meeting dwar din it-triq.", "Madankollu, Sur President, kif għedt diġà, aħna m'aħniex qed naħdmu biss fuq proġetti ta' toroq imma wkoll fuq proġett ta' pjazez.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin naħdmu fuq tliet pjazez, jiġifieri fuq Pjazza San Franġisk li semmejtha diġà, fuq il-Pjazza tax-Xewkija, li x-xogħol fuqha diġà nbeda u jinsab miexi b'ritmu tajjeb ħafna - hawnhekk irrid nagħmel parentesi u ngħid li fl-istess ħin li qed isir ix-xogħol fuq din il-pjazza, qed isir ukoll ix-xogħol fuq Triq il-Knisja, Triq il-Ħamrija u Triq Santa Eliżabetta, anke biex neliminaw il-problema tal-ilma - kif ukoll fuq Pjazza Santa Margerita.", "It-tenders għax-xogħol fuq din il-pjazza kienu diġà nħarġu, imma minħabba li nqalgħet xi diffikultà fl-istess tenders, dawn kellhom jiġu kkanċellati biex issa jerġgħu joħorġu mill-ġdid.", "Għandna wkoll il-masterplans għall-bajjiet tax-Xlendi u ta' Marsalforn.", "Ta' min jgħid li fost affarijiet oħrajn, fil-kontest tax-Xlendi hemm ir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ fejn permezz ta' dan il-proċess se nżidu l-parkeġġ b'60%.", "Il-permessi diġà nħarġu, u dalwaqt se jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-boathouses.", "Ġibna anke fondi Ewropej biex ikollna faċilitajiet għas-sajjieda.", "Rigward Marsalforn irrid ngħid li ġie ppubblikat it-tender biex il-promenade jiġi riġenerat u ġew ippubblikati żewġ tenders relatati mal-istudji tal-breakwater.", "Hawnhekk irrid nagħmel enfasi partikolari għall-fatt li ġew ippubblikati żewġ tenders relatati mal-istudji tal-breakwater, u qed nagħmel din l-enfasi għax f'xi gazzetta qrajt li mhux żewġ tenders ġew ippubblikati imma wieħed.", "Ġew ippubblikati żewġ tenders, u l-unika ħaġa li jidher li kien hemm kien il-fatt li f'tender minnhom, dak tal-geotechnical studies, ġiet aċċennata l-ħtieġa li jiżdiedu xi locations fejn għandhom isiru l-perforations biex ikunu jistgħu jsiru t-testijiet neċessarji.", "Ta' min ifakkar li l-proġett tal-breakwater f'Marsalforn huwa wegħda elettorali oħra li hija msemmija fil-Manifest Elettorali.", "Fil-passat saru diversi studji f'dan ir-rigward, imma ma nstabet l-ebda soluzzjoni li tindirizza l-bżonnijiet li hemm f'Marsalforn minn dan il-lat.", "Issa llum għandna quddiemna żewġ options, u mbagħad ovvjament aħna se nimxu skont dak li joħroġ mill-eżitu tal-istudji.", "Jiena kont ċara daqs il-kristall sa mill-bidu nett fuq din il-ħaġa, u min qed jipprova jdawwar dak li għedt jiena qed ikun ta' disservizz għan-nies li għandhom bżonn dan il-breakwater.", "Sinjura President, irrid ngħid ukoll li mhux veru fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista tlesta xi proġett relatat mal-breakwater.", "Fil-fatt l-unika proposta li kien hemm żgur li ma kenitx għal submerged breakwater għax dan il-breakwater kien żewġ metri u nofs 'il fuq mill-ilma!", "Żewġ metri u nofs fihom kważi sular, u għalhekk immaġinaw li kieku wieħed imur Marsalforn biex mingħalih igawdi l-veduta tal-baħar u mbagħad isib ħajt ta' żewġ metri u nofs ma' wiċċu!", "Fl-opinjoni tiegħi din lanqas biss jixirqilha tissejjaħ \"proposta\", u għalhekk naturalment wieħed irid jimxi lejn options oħrajn.", "Mhu veru xejn lanqas li aħna qed nippjanaw xi yacht marina f'Marsalforn.", "Jekk niftakar sew, l-unika darba li ssemmiet yacht marina, din kienet kien issemmiet mill-Eks Ministru Austin Gatt fi żmien Gvern Nazzjonalista, u għal dawk il-pjanti fabbrikati li qegħdin jiġru, jiena onestament ma naqbilx li qed isir … Diskussjonijiet nistgħu nagħmlu kemm irridu, però min-naħa l-oħra jiena ma naqbel xejn li jkun hemm dawn il-polemiċi u dan l-allarm żejjed għax, kif għedt diġà, b'hekk ikun qed isir disservizz kemm lejn dan il-proġett kif ukoll lejn min għandu bżonn dan il-proġett.", "Punt ieħor li rrid nagħmel huwa li aħna ġibna fondi Ewropej anke għall-proġett ta' riorganizzazzjoni tal-Port tal-Imġarr, u x-xogħol mistenni li jibda matul is-sajf li ġej.", "Ta' min iżid jgħid li flimkien ma' dan il-proġett aħna akkwistajna fondi oħrajn biex ikollna a dry standing area kif ukoll faċilitajiet oħrajn għall-karrijiet tas-sajjieda.", "B'hekk is-sajjieda jkunu moqdija aħjar filwaqt li l-ambjent tal-gżira Għawdxija jkun aktar organizzat u attraenti.", "Għandna wkoll proġett sabiħ maħsub għall-Imġarr water pumping station.", "Din hija binja storika, u allura aħna ħassejna li kellna nirrestawrawha u nutilizzawha bħala dwana ġdida biex b'hekk tkun tista' taqdi wieħed mill-għanijiet tal-Port tal-Imġarr.", "Ta' min isemmi anke l-proġett tal-park and ride, li huwa parti mid-decarbonization strategy li bdejna nwettqu biex innaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku mit-toroq tagħna bir-riżultat li jkollna arja aktar nadifa.", "Dan huwa proġett interessanti u ambizzjuż ħafna li diġà ħarġu t-tenders għalih, u x-xogħol fuq is-sit mistenni jibda matul il-ġranet li ġejjin.", "Aħna qegħdin nabbinaw dan il-proġett mal-proġett tat-tunnel bejn Malta u Għawdex għax dan se jsir proprju ftit lil hinn mill-bokka tat-tunnel u allura aħna se nkunu qegħdin nabbinaw dawn iż-żewġ proġetti flimkien.", "Inbeda wkoll il-proġett tal-housing li se jsir f'Taċ-Ċawla, ir-Rabat.", "Fi żmien il-Baġit jiena diġà semmejt li se jkollna binja ġdida ta' appartamenti li se tkun eco-friendly u fully accessible.", "L-applikazzjoni mal-Planning Authority ġiet ipproċessata, il-permess inħareġ, u matul il-ġranet li ġejjin mistenni joħroġ it-tender relattiv għall-kostruzzjoni u sussegwentement imbagħad anke għall-finishings.", "Sinjura President, għandna diversi proġetti oħrajn b'fondi Ewropej li jinsabu mexjin b'ritmu mgħaġġel, fosthom il-hub tal-eks Malta Dairy Products; jekk wieħed jgħaddi mit-triq tal-Imġarr hemmhekk ikun jista' jara l-bini tiela'.", "Ta' min isemmi wkoll ix-xogħol ta' restawr fil-mitħna tax-Xewkija kif ukoll ix-xogħol fuq l-Ulysses Grove, ġnien li minbarra li se jkollu faċilitajiet sportivi, għandu jagħti wkoll nifs frisk lil kull min jgħaddi minn hemmhekk, anke għax f'dan il-ġnien se jsir eżerċizzju ta' afforestazzjoni.", "Ġaladarba qed insemmi s-siġar, ta' min jgħid li ftit tal-ġranet ilu kelli l-opportunità li ninawgura l-Ġnien ta' Isopu fin-Nadur, li fih ħawwilna madwar 4,000 siġra.", "Bħalissa qed titlesta wkoll l-ewwel fażi tal-proġett ta' restawr tal-Fanal tal-Ġordan filwaqt li qegħdin naraw ukoll il-binja tal-Mużew ta' Għawdex, li tinsab tielgħa ġmielha.", "Fil-fatt dan il-proġett tal-aħħar jinsab miexi kif kien mistenni, u allura nistgħu ngħidu li qiegħed on track.Tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar anke applikazzjonijiet dwar il-bini l-ġdid tal-qorti u dwar l-SME park ġewwa x-Xewkija.", "Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ proġetti wkoll jinsabu fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li ħareġ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Ħerġin ukoll żewġ tenders għall-geotechnical studies tas-siti rispettivi.", "Sfida oħra li għandna hija dik li tirrigwarda l-aċċessibbiltà, sfida li bħalissa hija topika ħafna għax hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar permanent link.", "Illum il-kwestjoni mhijiex dwar jekk post huwiex se jkun aċċessibbli jew le għax tali deċiżjoni tkun diġà ttieħdet.", "Madankollu, sakemm isir it-tunnel irridu naraw x'hemm bżonn isir biex insaħħu l-aċċessibbiltà.", "Fil-fatt il-Gozo Channel diġà ħarġet tender għall-e-ticketing system, liema tender qed tiġi pproċessata u se tkun qed tippermetti lil dak li jkun li jakkwista l-biljetti online, anke permezz ta' mobile app.", "Sar ukoll human resources audit biex ikollna struttura aktar b'saħħitha u jkollna customer-oriented dynamics.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll il-proċess tal-ISO certification, li jinsab għaddej ġmielu wkoll, kif ukoll l-andament fil-proċess tal-fast ferry, li sfortunatament sakemm ikunu għaddejjin il-kawżi l-qorti, irid jistenna ftit ieħor.", "Sinjura President, il-ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi kważi għadda, però ma nistax ma nitkellimx fil-qosor dwar il-possibbiltà tar-raba' vapur.", "Il-Gozo Channel topera f'kontest ta' kuntratt li għandha u li jistipula biss tliet vapuri.", "Dan ifisser li biex ikun hemm ir-raba' vapur trid issir diskussjoni u jrid jerġa' jiġi nnegozjat il-kuntratt viġenti.", "Apparti minn hekk, din il-proposta toffri sfida oħra wkoll għax dan mhux la kemm taqbad u tagħżel vapur imma trid tara li l-vapur li tagħżel ikun jista' jidħol fil-port, jittrakka u jagħmel użu mill-faċilitajiet eżistenti.", "Fil-fatt, fil-passat li ġara fir-rigward tal-Gozo Channel kien li l-ewwel xtrajna l-vapuri u mbagħad għamilna l-portijiet addattati għal dawk il-vapuri minflok bil-kontra.", "Dan ifisser li jekk se naslu f'punt li rridu nibdlu l-flotta, irridu nibdew nippreparaw ukoll biex inbiddlu l-fiżjonomija tal-port.", "Għalhekk min jaħseb li r-raba' vapur se jiġi billi sempliċement infaqqgħu subgħajna, jien ngħidlu li dan assolutament mhuwiex il-każ!", "Irrid ngħid ukoll li dak li smajna rigward ir-raba' vapur, jiġifieri li l-Ministru għall-Finanzi ma taniex il-flus, mhu minnu xejn, anzi din hija ereżija kbira, anke għaliex minħabba kwestjonijiet ta' state aid il-Ministeru għall-Finanzi ma jistax jagħti l-flus direttament lill-Gozo Channel biex din tkun tista' tiffinanzja r-raba' vapur hi.", "Jekk jinġab ir-raba' vapur, dan irid jiġi ffinanzjat mir-riżorsi tal-Gozo Channel stess, u allura min qed jikteb dawn l-affarijiet qed juri kemm ma jafx x'inhu jgħid u x'inhu jagħmel.", "Dwar il-heliport, jiena u l-Ministru għat-Turiżmu diġà ħabbarna li dan huwa proġett li qegħdin naħdmu fuqu.", "Fil-fatt bħalissa għaddej studju, li se jiġi konkluż għall-aħħar ta' Marzu, bil-għan li mbagħad ikollna helicopter bi skeda li tkun tista' tgħaqqad liż-żewġ gżejjer.", "Niġi issa biex nitkellem fuq il-qasam soċjali.", "Nibda biex ngħid li x-xogħol strutturali ta' Dar San Ġużepp tlesta u l-ġimgħa d-dieħla se jissoktaw it-taħditiet mal-Kurja dwar id-dar tal-anzjani fin-Nadur.", "Ftit ilu ftaħna night shelter fix-Xagħra, ftaħna wkoll Casa Amalia, u matul is-sena 2019 irrivedejna u rriformajna l-meals on wheels, ħriġna t-tenders għall-carers, għamilna riforma fis-servizz tal-inkontinenza kif ukoll daħħalna servizzi ġodda fil-komunità.", "Hawn ta' min iżid jgħid ukoll li għandna l-ħsieb li minn hawn u ftit tal-ġranet oħra nintroduċu s-servizz tal-podjatrija fil-komunità.", "Interessanti nirrimarka li s-servizzi residenzjali u dawk ta' respite saru parti mis-servizzi li jingħataw mill-Ministeru għal Għawdex, u dan filwaqt li komplejna nsaħħu ċ-ċentri tal-anzjanità attiva.", "Waqqafna wkoll is-servizz tal-home assist bil-għan li nsostnu lill-anzjani tagħna li jgħixu fil-komunità.", "Għar-rigward tal-qasam tad-diżabilità rrid ngħid li l-Ministeru għal Għawdex, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari, komplejna naħdmu fuq l-Għajnsielem learning hub.", "Għamilna wkoll upgrade sostanzjali fid-day centre ta' Santa Marta u għamilna diversi taħdidiet u proġetti biex il-persuni b'diżabilità jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Sinjura President, f'dan il-Baġit stajna naraw żieda sostanzjali wkoll fl-allokazzjoni finanzjarja ta' Eko Għawdex, anke permezz tat-€8.5 miljuni f'fondi ġodda Ewropej li rnexxielna nakkwistaw.", "Irrid ngħid li permezz ta' dawn il-fondi se nkunu qegħdin nirrijabilitaw 11-il wied ġewwa Għawdex, u dan flimkien mal-infrastruttura li hi meħtieġa sabiex ikollna widien aktar aċċessibbli li jkunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku filwaqt li tiġi ppriżervata u kkonservata l-flora lokali u jkollna programm ta' water management.", "Ta' min jirrimarka li flimkien ma' dan il-proġett għandna wkoll proġett ieħor fejn se jiġu restawrati 30 kilometru ta' ħitan tas-sejjieħ.", "Dan apparti d-diversi proġetti li saru minn fondi Ewropej, fosthom il-consume-less project, l-introduzzjoni tal-ismart bins kif ukoll id-diversi ħitan tas-sejjieħ li nbnew u li se jkomplu jinbnew matul ix-xhur li ġejjin.", "Fil-Baġit li għadda l-fond allokat għall-agrikoltura u s-sajd f'Għawdex żdied b'mod sostanzjali wkoll għax żdied ħames darbiet aktar.", "Aħna nemmnu li dawn huma setturi li għandhom potenzjal, però f'Għawdex għandna sfidi kbar f'dan ir-rigward u allura nidejna skema li tassisti lill-bdiewa fir-restawr tal-ġwiebi u l-bjar ħalli b'hekk iservu ta' għajnuna anke fil-ġbir tal-ilma.", "Fil-fatt jiena, il-Ministru Joe Mizzi u l-Korporazzjoni Enemalta ħdimna qatigħ biex permezz tal-istrutturi tal-Ministeru għal Għawdex is-servizz tan-new water ikun jista' jingħata f'Għawdex ukoll tant li waqqafna saħansitra uffiċċju apposta biex wieħed ikun jista' jikseb l-informazzjoni neċessarja anke biex japplika.", "Sinjura President, il-farm esperimentali tax-Xewkija wkoll huwa intiż li jiġbor fih is-servizzi kollha relatati mal-biedja, u allura aħna qegħdin inħarsu wkoll lejn proġett ġdid ta' laboratorju li se jsir minn fondi Ewropej biex inkunu nistgħu noffru diversi servizzi kif ukoll assistenza lis-settur tal-biedja.", "Rigward is-sajd diġà semmejt il-fondi Ewropej li ksibna, u issa li jmiss huwa li nimxu 'l quddiem tant li proprju f'dawn il-ġranet mistennija jinbdew ix-xogħlijiet.", "Ta' min jgħid li fl-2018 l-Animal Welfare Section ta' Għawdex assistiet 'il fuq minn 500 talba għall-għajnuna, min-naħa tagħna investejna f'ambulanza u fi strutturi ġodda, u matul il-ġranet li ġejjin se nkunu qegħdin inħabbru n-neutering campaign, li se tkun qed tiġi ffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-NGOs.", "Qegħdin naraw ukoll li nerġgħu nniedu l-pet-friendly holidays għax sfortunatament matul il-vaganzi qed ninnotaw inċidenza ta' abbandun ta' annimali.", "Se nkomplu naħdmu wkoll fuq il-programm kulturali li għandna għal matul is-sena kollha.", "Għax-xahar ta' Frar għandna żewġ inizjattivi importanti ħafna.", "Waħda minnhom hija relatata ma' San Valentinu fejn għandna programm fuq ġimagħtejn li se jkun sabiħ ħafna u li bih se nkunu qegħdin nolqtu l-gosti ta' kulħadd, saħansitra l-gosti ta' dawk il-koppji ta' orjentazzjoni differenti għax se jkun hemm ukoll element ta' diversità biex b'hekk San Valentinu jkun jista' jitgawda minn kulħadd verament.", "Għalhekk inħeġġeġ lin-nies biex jattendu għall-attivitajiet li se jkunu mifruxa matul dawn il-ġimagħtejn.", "Imbagħad ovvjament ftit wara jasal il-Karnival, fejn hawnhekk aħna għamilna stedina lill-artisti lokali biex jersqu 'l quddiem u jipproponu xi attivitajiet li jixtiequ jagħmlu.", "Fil-fatt nidejna tliet skemi għal attivitajiet kulturali, u l-interess kien qawwi ħafna.", "Naturalment dan ifisser li mhux biss għandna talent - u matul il-weekend li għadda wrejna kemm aħna l-Għawdxin għandna talent għaliex X-Factor Malta rebħitu kantanta Għawdxija, li nixtieq nerġa' nifirħilha minn hawnhekk - u li qed nagħmlu minn kollox biex nagħtu pjattaforma lit-talent lokali, iżda wkoll li qed intejbu l-prodott turistiku, u r-riżultat qegħdin narawh għaliex ħafna nies, speċjalment il-Maltin, qegħdin jiġu jqattgħu ħin ta' kwalità ġewwa Għawdex u fl-istess ħin qegħdin jikkontribwixxu wkoll għat-tkabbir ekonomiku ta' Għawdex.", "Il-ħin jidher li skadieli, però dan l-intervent servieni ta' opportunità biex almenu nagħti ftit update dwar dak kollu li qed isir f'Għawdex.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, li kieku m'iniex midħla tan-nies u tal-problemi tagħhom u kont nisma' biss lill-Membri tal-Gvern idoqqu dejjem l-istess diska u kantaliena ta' suċċess wara l-ieħor fil-qasam soċjali u anke f'oqsma oħra, kieku aħna l-Membri ta' din in-naħa tal-Kamra konna nidhru negattivi u konna nidhru li qed nesaġeraw u nallarmaw lill-poplu għall-iskopijiet ta' moħħna, imma kif se nispjega aktar 'il quddiem, dan mhuwiex il-każ.", "Se nipprova nkun konċiż kemm jista' jkun, imma ma nistax ma nitkellimx fuq min għaddej minn ċerti sfidi u minn ċerta tbatija f'dan il-pajjiż.", "Sfortunatament is-sitwazzjoni fid-djar ġol-bliet u l-irħula tagħna tirrifletti d-disfatta tas-settur soċjali għax filwaqt li fil-pajjiż hawn il-ġid, aktar ma jgħaddi ż-żmien il-faqar hemm barra aktar qiegħed jgħolli rasu, u ovvjament mal-faqar tikber ukoll it-tbatija.", "Meta nara dan il-kuntrast, jien nistaqsi: X'inhu sejjer ħażin?", "L-ewwel nett, kif se nsemmi aktar tard, dan il-Gvern ma ħadimx bi pjan fil-qasam soċjali, u allura hemm bżonn urġenti li jsir pjan.", "Jeħtieġ li nkunu nafu wkoll x'qed iwassal biex persuna tisfa fil-faqar.", "Jien ma nafx jekk l-Awtorità tad-Djar tanalizzax, anke mill-iskemi li joħroġ il-Gvern, għax hawn irrid ngħid ukoll li meta l-Gvern preżenti kien fl-Oppożizzjoni tgħidx kemm kien imaqdar l-iskemi li kien joħroġ il-Gvern Nazzjonalista f'dan il-qasam, imma llum li jinsab fil-gvern qed jikkopja dawn l-iskemi u jippreżentahom - fil-fatt, waħda minnhom ippreżentaha l-ġimgħa l-oħra stess - daqslikieku skopra l-Amerka!", "Ta' min ifakkar li l-iskema li ppreżenta s-Segretarju Parlamentari l-ġimgħa li għaddiet kienet ġiet introdotta fl-2011 mill-Ministru ta' dak iż-żmien Dolores Cristina u mis-Segretarju Parlamentari ta' dak iż-żmien l-Onor.", "Din l-iskema kienet twaqqfet meta l-Gvern Laburista ħa l-poter f'idejh bejn l-2013 u l-2014, imma issa reġa' fetaħha.", "L-istess għamlu fil-każ ta' l-iskema Kiri, u dan meta huma kienu tant imaqdruha waqt li kienu fl-Oppożizzjoni!", "Dan huwa verament każ illi min imaqdar irid jixtri!", "Bil-permess tal-Kamra fl-aħħar tad-diskors tiegħi nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra artiklu intitolat \"Regenerating housing estates\" biex nuri li l-iskema li ppreżenta l-kollega u ħabib tiegħi s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes il-ġimgħa l-oħra hija l-istess skema li kien ħareġ Gvern Nazzjonalista fl-2011.", "Jien, li nieħu gost naqra d-diskorsi li saru xi ftit żmien ilu f'dan il-Parlament dwar l-Awtorità tad-Djar, qrajt wieħed mid-diskorsi li kien għamel l-Onor.", "Roderick Galdes dak iż-żmien fejn kien proprju qed imaqdar dak li ppreżenta hu l-ġimgħa li għaddiet!", "Tafu x'inhi d-differenza bejn l-iskema li ġiet ippreżentata minn Gvern Nazzjonalista fl-2011 u l-iskema li ġiet ippreżentata l-ġimgħa li għaddiet?", "Li dak iż-żmien, minkejja li l-pajjiż ma kellux surplus, il-budget għal din l-iskema ma kienx ta' €150,000 fis-sena imma kien ta' €675,000 fis-sena, u l-kunsilli lokali ma kenux ingħataw €15,000 kull wieħed imma kienu jingħataw €75,000!", "Meta kien fl-Oppożizzjoni, dan il-Gvern tant kien ikkritika l-iskemi tal-housing li kien daħħal il-Gvern Nazzjonalista li hekk kif ħa l-poter f'idejh hu, waqqafhom, però issa reġa' daħħalhom!", "Illum nisimgħu ħafna bis-slogan \"L-Aqwa Żmien\", imma jien aktar insejjaħ sitwazzjoni bħal din \"Ipokresija fl-Aqwa Żmien\"!", "Madankollu l-Gvern jippreżenta ruħu bħala dak il-Gvern li qed jaħdem.", "F'ċerti setturi l-Gvern qiegħed jaħdem verament, u jien nixtieq nifraħlu minn hawnhekk għall-ħidma tiegħu f'ċerti setturi għax bħala Malti nħossni kburi bid-diversi inizjattivi li jsiru minn naħa tal-Gvern, però jiddispjaċini li ma nistax ngħid l-istess għall-qasam soċjali, u hija ipokresija li l-Gvern jipproġetta lilu nnifsu daqslikieku skopra l-Amerka fuq ċerti skemi li qed joħroġ meta jaf li dan mhuwiex il-każ.", "Sinjura President, smajt lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes jargumenta fuq wieħed mill-programmi tal-One TV - fil-fatt xtaqt li llum jinsab preżenti għal dan id-dibattitu, imma sfortunatament mhuwiex preżenti - li f'25 sena ta' Gvern Nazzjonalista qatt ma rajna skemi bħal dawn jew inkella li l-Gvern Laburista qed jieħu ħsieb iż-żamma u l-manutenzjoni tal-housing estates mentri l-Gvern Nazzjonalista m'għamel xejn minn dan kollu.", "Roderick Galdes nixtieq nifraħlu minn hawnhekk għax donnu llum qed jaqra l-letteratura hekk imsejħa neuro-linguistic programming (NLP), li permezz tagħha titgħallem tkun motivat u pożittiv!", "Fil-fatt meta qed nisma' d-diskorsi tal-Onor.", "Roderick Galdes illum qed niftakar fl-istatement \"mid-dlam għad-dawl\" għax daqskemm kien negattiv meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni, daqstant ieħor sar pożittiv minn meta l-Partit Laburista tela' fil-gvern, jiġifieri mill-2013 'l hawn!", "Nerġa' ngħid li jien qrajt kważi d-diskorsi kollha li saru f'dan il-Parlament matul iż-żmien dwar l-Awtorità tad-Djar, l-akkomodazzjoni soċjali u l-qasam soċjali kollu kemm hu, kemm id-diskorsi li saru minn Membri li llum qegħdin fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll id-diskorsi li saru minn Membri li llum qegħdin fuq in-naħa tal-Gvern, u allura naf li, pereżempju, l-Onor.", "Roderick Galdes kien jagħmel kritika saħansitra jekk jibgħat email lill-Awtorità tad-Djar u l-impjegati ta' din l-Awtorità ma jirrispondux din l-email fil-ħin.", "Biex inkun fair, mhux hu biss kien jagħmel kritika fuq dawn l-affarijiet żgħar, li forsi għalih kienu jidhru kbar, imma anke diversi esponenti oħra tal-Partit Laburista.", "Jien kemm-il darba tiġrili wkoll li nibgħat email lill-Awtorità tad-Djar u wara ġimgħa nkun għadni ma ħadt l-ebda risposta, imma xorta waħda nfaħħar lill-ħaddiema ta' din l-Awtorità għax naf li jkunu mħabbtin u li l-caseload hu dak li hu.", "Ta' min jgħid ukoll li mbagħad f'dan l-istess programm l-Onor.", "Roderick Galdes ipprova jiġġustifika lilu u lil sħabu billi qal li anke l-Parlament il-ġdid li qegħdin fih aħna llum dam erba' snin biex inbena!", "Roderick Galdes ngħidlu li issa l-Gvern Laburista ilu sitt snin fil-poter u matul dan iż-żmien lanqas inbena unit wieħed tal-housing!", "Sinjura President, hemm ħafna x'wieħed jistaqsi dwar din l-iskema li reġa' daħħal il-Gvern Laburista.", "Pereżempju, fuq liema kriterju jintgħażlu l-kunsilli lokali biex jingħataw il-fondi?", "Jien għalhekk fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt il-ħtieġa li naħdmu bi pjan u li naraw eżattament x'qed jiġri min-nies ta' kull kategorija, miż-żgħir sal-kbir.", "Imma f'dan l-istess programm fuq l-istazzjon \"One\" jinqabdu kif jaħdmu huma!", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Għax pereżempju, kien hemm sindku ta' kunsill lokali b'maġġoranza Laburista li qal li huma llum jinsabu mexjin tajjeb ħafna għax iċempillu l-Ministru stess biex jistaqsih liema toroq għandhom isiru.", "Hawnhekk jien nistaqsi lill-Ministru jekk iċempilx lis-sindki kollha ta' Malta u Għawdex biex jara liema toroq għandhom isiru jew inkella jċempilx lis-sindki ta' dawk il-kunsilli lokali li għandhom maġġoranza Laburista biss.", "Għax, pereżempju, aħna fil-Mosta ilna żmien nilmentaw minn ċerti toroq li ilhom ħafna ma jsiru, u qatt ħadd ma ċemplilna biex jistaqsina liema toroq għandhom isiru!", "Anzi meta jien kont sindku tal-Mosta ħadt l-inizjattiva li nistieden lil diversi esponenti min-naħa tal-Gvern, fosthom lis-Segretarju Parlamentari ta' dak iż-żmien, għax ħassejt li huwa fl-interess tagħhom stess li nurihom x'kien qed jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Dan meta fiż-żmien li kont sindku jien, il-Gvern kien jaħdem b'mod fejn kien jiġi l-Ministru biex jagħmel press conference fir-raħal tiegħek - f'każ minnhom fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, u dan ma kienx xi każ iżolat imma kien hemm każijiet oħrajn simili - jistieden lill-minority leader u lill-erbgħa ta' madwaru filwaqt li lis-sindku jħalluh barra tant li s-sindku jsir jaf b'din il-press conference biss waqt l-aħbarijiet!", "Fil-fatt jien għalhekk għedt li minn programmi bħal dawn huma jinqabdu kif jaħdmu!", "Dan is-sindku f'dan l-istess programm qal ċar u tond li \"tħossok taħdem komdu\".", "Dażgur li tħossok taħdem komdu meta jkollok lill-Ministru jaġevolak u meta jkollok lill-Ministru miexi id f'id miegħek!", "Wara kollox hekk għandu jkun, però, Onor. Ministru, huwa importanti li dan il-commitment iżżommu ma' kulħadd għax meta tlissen l-istatement \"Malta tagħna lkoll\" ma għandekx tlissnu biex sempliċement tkun lissintu imma trid turi bil-prattika li temmen fih!", "Malta ma għandhiex sindku wieħed, u allura kull sindku li għandna f'Malta u Għawdex għandu jingħata l-istess trattament li qed jingħata dan is-sindku tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, fejn allura jċemplilhom il-Ministru u jistaqsihom liema toroq iridu jagħmlu!", "Illum il-ġurnata s-sindki lanqas biss għadhom jistgħu jċemplu lid-direttur tal-wardens u jgħidulu li, pereżempju, japprezzaw jekk ikun hemm il-preżenza tal-wardens fil-ħinijiet u l-ġranet li jarma l-monti.", "Jiġifieri llum prattikament is-sindku ġie qiegħed hemm kważi għalxejn, ġie qisu bħal dik il-persuna li jkun hemm fil-customer care li twassal l-ilmenti!", "Hija ħasra u hija mentalità bażwija li naqdu lil dak li jkun biss għall-voti, sempliċement għaliex f'dik il-lokalità għandek sindku Laburista jew viċiversa.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Byron Camilleri, isiru meta jsiru stejjer bħal dawn jien nikkundannahom, u inti taf li jien nikkundannahom!", "Però aħna ħlifna fuq il-Kurċifiss li nkunu qaddejja taċ-ċittadini, ikunu min ikunu dawn iċ-ċittadini, sew jekk inhuma ħomor, sew jekk inhuma blu, sew jekk inhuma oranġjo, sew jekk inhuma ħodor!", "Intom tafu li din hija mġiba dijabolika, u tajjeb li kultant infakkru lill-Membri ta' dan il-Gvern li l-assi huma tal-poplu!", "L-assi huma mislufin lill-Gvern biex dan jagħmel bihom dak li huwa ta' ġid għall-poplu u dak li gvernijiet Nazzjonalisti kienu jsejħulu bħala \"ġid komuni\".", "L-assi tal-Gvern mhumiex qegħdin hemm biex nagħtuhom lil min nafu bir-ribass, u l-poplu takom il-mandat biex tmexxu bl-akbar għaqal, b'kawtela u b'serjetà!", "Għalhekk bla dubju ta' xejn dak is-sindku li jċempel kontinwament lid-dipartiment u jibqa' ma jinqediex jinħaraq meta jisma' lil sindku ieħor jgħid fuq it-televiżjoni b'wiċċu minn quddiem li lilu jċempillu l-Ministru u jistaqsih personalment liema toroq jixtieq li jsiru!", "Imma issa ħalli nerġa' ndawwar id-diskors fuq l-Awtorità tad-Djar għax wara kollox dan nixtieq li jkun il-punt prinċipali tiegħi fin-nofs siegħa li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Minn mindu twaqqfet l-Awtorità tad-Djar, din minn dejjem kellha rwol importanti fis-soċjetà għax din l-Awtorità tmiss il-punt fundamentali tal-familji fqar li jeħtieġu djar xierqa u ambjent aħjar biex ikunu jistgħu jrabbu lil uliedhom f'ambjent san.", "Meta wieħed iħares lejn kif żviluppa l-qasam tad-djar f'pajjiżna mill-ewwel jirrealizza l-qabża fil-kwalità tul il-medda tas-snin.", "Dan huwa xhieda tal-fatt li gvernijiet differenti għarfu l-ħtieġa li jgħinu lill-familji tagħna biex mhux biss isiru sidien ta' djarhom imma wkoll biex jabitaw fi djar li jkollhom il-faċilitajiet neċessarji.", "Għalhekk grazzi għall-gvernijiet li kellna, inkluż għall-gvernijiet Nazzjonalisti, illum il-ġurnata 80% tal-Maltin u l-Għawdxin huma sidien ta' djarhom għax ovvjament dawn ma sarux sidien ta' djarhom mill-2013 'l hawn!", "Qed ngħid dan għax hemm min qed jipprova jagħti l-impressjoni li x-xemx telgħet fuq pajjiżna fl-2013, u għalhekk dan huwa konċett li tajjeb nibqgħu nfakkruh lill-poplu tagħna.", "Madankollu jien irrid niffoka fuq dawk l-20% li mhumiex sidien ta' djarhom u li jammontaw għal madwar 100,000, għax fost dawn hemm nies foqra, nies vulnerabbli, nies li ma jaffordjawx jixtru dar u nies li tant ikunu f'sitwazzjoni prekarja li minkejja l-iskemi li toħroġ l-Awtorità tad-Djar minn żmien għal żmien, huma xorta waħda ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-iskemi.", "Għalhekk id-dmir tal-Awtorità tad-Djar mhuwiex biss li jkollha housing stock biex jindirizza l-isfidi soċjali - issa dan apparti l-fatt li, kif għedt diġà, kemm ilu fil-gvern il-Partit Laburista għadu lanqas sar unit wieħed tal-akkomodazzjoni soċjali - imma wkoll li jassigura li dawn il-familji qed jgħixu f'ambjent li jispira ċertu sense of wellbeing u mhux telqa kbira.", "Sfortunatament imbagħad ħafna drabi hemm min jitfa' l-ballun lejhom stess u jpinġi lil dawn in-nies bħala nies li mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom.", "Dawn huma affarijiet li smajniehom, tafux!", "Hawn irrid nagħmilha ċara li ċ-ċittadin huwa fir-responsabbiltà tal-gvern.", "Ir-ruħ soċjali li kellhom il-gvernijiet Nazzjonalisti kienet hemm bil-kredenzjali kollha, u l-Awtorità tad-Djar kellha l-kredenzjali tagħha wkoll f'dawk iż-żminijiet.", "U mela jiġi s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes jgħid li f'25 sena ta' Gvern Nazzjonalista ma sar assolutament xejn f'dan il-qasam?!", "(Interruzzjonijiet) Ovvjament il-Membri tal-Gvern mhumiex qed jaqblu miegħi hawnhekk u qed jipprovaw idawru kollox kif jaqbel lilhom, imma min qed isegwina kapaċi jagħmel il-ġudizzju waħdu!", "Sinjura President, jiena qbadt rendikont at random ta' dak li sar mill-Awtorità tad-Djar fl-2010, pereżempju.", "Issa forsi wieħed jista' jistaqsini: Għaliex għażilt proprju l-2010?", "Għax f'dik is-sena l-Awtorità tad-Djar ħadmet aktar mis-snin ta' qabel?", "Le, xejn minn dan.", "Jien m'għażiltx l-Estimi Finanzjarji li saru lejlet l-elezzjoni ġenerali, jiġifieri dawk tal-2012, għaliex hemmhekk wieħed jista' jargumenta li għażilt dik is-sena minħabba li kienet waslet l-elezzjoni ġenerali u allura l-Gvern Nazzjonalista beda jroxx il-bżar!", "Ta' min jgħid li fl-2010 fost l-oħrajn ġew allokati 36 post taħt avviż ta' bejgħ u 74 post offruti għall-bejgħ bi prezzijiet sussidjati bil-għan li wieħed ikun jiflaħ jidħol għal dak il-piż.", "Mela bħal-lum, issib nies jgħidulek li t-tali skema ma tgħoddx għalihom minħabba li m'għandhomx 10% tal-valur tal-proprjetà biex ikunu jistgħu jieħdu loan?!", "Kien hemm ukoll 343 applikazzjoni ġdida li daħlu fl-iskema ta' rranġar jew inkella li ngħataw fondi biex jiġu rranġati r-residenzi tagħhom u b'hekk ikollhom aktar kumditajiet.", "L-Awtorità tad-Djar kienet laqgħet ukoll applikazzjonijiet taħt skemi li jirrigwardaw għoti fuq pagamenti ta' self mill-banek biex dawk li ma jaffordjawx ir-rati tal-banek ikollhom sussidju mill-gvern ħalli jkunu jistgħu jlaħħqu mal-pagament.", "Waħda mill-iskemi li kienet popolari ħafna dak iż-żmien kienet dik tas-sussidju tal-kera fejn koppji u individwi b'ċertu dħul kienu jkunu eleġibbli biex jikkwalifikaw għal skema fejn jingħataw sussidju sostanzjali mill-Gvern fuq il-kera u b'hekk ikunu jistgħu jaffordjaw jikru mill-privat.", "Dak iż-żmien l-Awtorità tad-Djar kienet irċeviet 434 applikazzjoni taħt din l-iskema filwaqt li 'l fuq minn 1,200 ħadu sussidju b'total ta' €90,408.", "Issa rrid nerġa' nfakkar li hawnhekk qed nitkellmu fuq l-2010, meta s-surplus ta' pajjiżna ma kienx bħas-surplus tal-lum.", "Taħt din l-iskema saru wkoll 277 konvenju filwaqt li kien hemm 2,833 applikazzjoni pendenti li kienu qegħdin ifittxu akkomodazzjoni soċjali.", "Ta' min jgħid ukoll li ngħataw 'il fuq minn 204 appartamenti, li 136 minnhom ġew allokati lil dawk il-persuni li kienu fuq il-waiting list tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Hawnhekk naraw il-lista tonqos u mbagħad terġa' tiżdied għax naturalment maż-żmien dejjem jidħlu każijiet ġodda, proprju l-kuntrarju ta' dak li qed jiġri llum għax illum il-waiting list qiegħda dejjem togħla.", "Saru saħansitra kmamar tal-banju ġodda għal dawk il-familji li kienu jmorru jgħixu f'dawn il-postijiet ġodda filwaqt li ħarġu xejn anqas minn 20 tender biex isiru diversi xogħlijiet li jaqdu l-ħtiġijiet li kellhom dawn il-persuni.", "Saru wkoll 21 eviction fuq il-fondi okkupati biex dawn il-postijiet ma jiġux okkupati bi dritt imma jiġu okkupati mill-aktar persuni fil-bżonn.", "Ħarġu għall-bejgħ aktar appartamenti f'lokalitajiet bħall-Imrieħel, l-Imtarfa, Pembroke, Ħal Tarxien u ż-Żurrieq.", "Saru wkoll proġetti ta' riabilitazzjoni f'postijiet tal-gvern, fosthom fil-Belt Valletta u f'Ħal Tarxien.", "L-Awtorità tad-Djar wettqet anke urban renewal projects f'Bormla u fl-Imsida.", "Jekk irrid, għad fadalli ħafna aktar affarijiet xi nsemmi fir-rigward ta' dak li sar minn Gvern Nazzjonalista fl-2010 għall-qasam tal-housing, imma jekk nibqa' nsemmi ma nilħaqx nagħmel il-punti kollha li nixtieq nagħmel matul dan l-intervent.", "Illum il-ġurnata jsir ħafna reklamar dwar ix-xogħol li qed tagħmel l-Awtorità tad-Djar, bħallikieku x-xemx telgħet fuq l-Awtorità tad-Djar fl-2013!", "Jien m'iniex qed ngħid li llum mhux qed isir xogħol mill-Awtorità tad-Djar.", "U mela mhux qed isir!", "Qed tingħata wkoll prijorità lil dawk il-persuni li huma fil-bżonn aktar minn oħrajn.", "Dan kollu huwa tajjeb, u nerġa' ngħid li jien infaħħar fejn għandi nfaħħar, però nkunu qed nonqsu jekk ma nsemmux x'sar qabel.", "U mela jiġi s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes jgħidilna li taħt Gvern Nazzjonalista ma sar xejn fil-qasam tal-housing?!", "Tkun qed tigdeb jekk tipprova taħbi x'sibt minn ta' qablek u tkun ipokrita jekk l-ewwel tmaqdar l-iskemi li għamlu ta' qablek tant li hekk kif titla' fil-gvern tneħħihom biex imbagħad terġa' ddaħħalhom u tagħti l-impressjoni li dawn ħloqthom inti, daqslikieku skoprejt l-Amerka!!", "Allura min hu l-protagonista ta' skemi ta' rranġar u titjib f'postijiet okkupati mis-sidien u f'postijiet mikrijin mill-gvern?", "Min huma l-protagonisti ta' għajnuna finanzjarja lil persuni b'diżabilità għal xogħlijiet relatati mad-diżabilità tagħhom f'residenzi okkupati minnhom?", "Min huma l-protagonisti ta' skemi għall-installazzjoni ta' lifts?", "U min huma l-protagonisti tal-introduzzjoni ta' social worker fl-Awtorità tad-Djar, li mbagħad żdiedu għal żewġ social workers u baqgħu tnejn sal-lum?", "Araw kif l-Awtorità tad-Djar tista' tibqa' tmexxi l-caseload li għandha b'żewġ social workers!", "Fil-fatt hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nappella lill-Awtorità tad-Djar tinvesti f'numru ta' social workers u mhux fi tnejn biss.", "L-Awtorità tad-Djar għandha bżonn tim sħiħ, u aħna dan hu li rridu naraw f'din l-Awtorità.", "Irridu naraw tim li bejniethom jasal għall-konklużjonijiet korretti u jindirizzaw każ każ.", "Jien nista' ngħid li nressaq każijiet quddiem l-Awtorità tad-Djar minn kull rokna ta' Malta, u min jaf kemm-il darba mmur l-Awtorità tad-Djar ma' min ikollu bżonn l-għajnuna, għax ħafna drabi din l-Awtorità ma ssibx soluzzjoni għall-każijiet soċjali li jeżistu f'dan il-pajjiż kif ġieb u laħaq!", "Min jaf kemm-il darba wkoll jien u l-uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar nibqgħu nħarsu lejn xulxin dwar id-diversi każijiet li nkun qed inressqilhom għax quddiem ċerti każijiet u sfidi nħossuna bla kliem u inutli!", "Issa għiduli intom kemm-il darba s-social worker tal-Awtorità tad-Djar tista' tiltaqa' ma' min għaddej minn dawn l-isfidi differenti meta jkollok dan il-caseload kollu!", "Ma rridux ninsew li hemm 3,291 każ fil-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Għalhekk, Sinjura President, quddiem dan kollu jien nistaqsi: X'inhi r-realtà?", "Sfortunatament is-soluzzjonijiet għal dawn l-eluf ta' każijiet sfortunati huma soluzzjonijiet fjakki li nħalluhom ipparkjati f'ġenb għal tul ta' snin, u allura l-persuni li hemm wara dawn il-każijiet mhuma qed isibu l-ebda għajnuna u l-ebda tama imma dlam biss.", "Għalhekk jien nista' ndum sa għada nsemmi każijiet li ħafna drabi jweġġgħuli qalbi, u noffendi ruħi meta narahom sejrin lura d-dar b'ta' fuqhom senduqhom.", "Issa ma ninsewx li dan huwa l-aqwa żmien!", "Għalhekk nappella biex meta nitkellmu fuq il-housing inkunu serji għax hawnhekk qed nitkellmu fuq persuni vulnerabbli li fil-veru sens tal-kelma m'għandhomx għaxja ta' lejla fuq xiex jaħilfu.", "Minkejja l-propaganda li qed issir illi kollox miexi fuq ir-rubini, dan huwa żmien fejn qed naraw żieda fl-iżgumbramenti ta' persuni u familji li jkunu fil-kirjiet, u fost dawn qed naraw anke numru kbir ta' anzjani.", "Ir-realtà hi li hemm diversi sidien tal-kera li qegħdin jikkonvertu r-residenzi li kellhom mikrija fi kmamar għall-ħaddiema barranin, li qed jintalbu jħallsu kirja għal kull sodda fix-xahar.", "Hemm Maltin li ġew żgumbrati għax ma ħallsux fil-ħin wara 15-il jum, u l-iżgumbrament kompla jisplodi kemm ilha li ġiet ippreżentata l-white paper tal-liġi tal-kera.", "Xi ġimagħtejn ilu kien hemm saħansitra artiklu fuq l-Orizzont - jiġifieri m'iniex qed nitkellem fuq il-gazzetta In-Nazzjon hawnhekk - li kien jitkellem proprju dwar dan il-punt.", "Sinjura President, ġieli meta tidħol f'ċerti appartamenti lanqas tkun taf intix qiegħed f'Bangladesh jew f'Malta għax ħlief sodod fuq xulxin ma tarax, qisek qed tara dormitorju!", "Issa nispera li m'iniex qed ninstema' partiġjan hawnhekk għax dan mhuwiex l-għan tiegħi.", "Jien qed nitkellem fuq dak li hu.", "Sfortunatament aktar ma jgħaddi ż-żmien, din ix-xejra aktar qed tkompli tiżdied, u dan ifisser dħul għas-sid imma tbatija għaż-żgħir.", "Għalhekk jeħtieġ li l-Awtorità tad-Djar ikollha viżjoni ċara ta' fejn se teħodna.", "Aħna m'għandniex dubju li l-impjegati tal-Awtorità tad-Djar jaħdmu b'impenn qawwi biex jipprovaw jindirizzaw dawn l-isfidi u li l-Ministru Michael Falzon u s-Segretarji Parlamentari qegħdin jagħmlu ħilithom biex iwieġbu għal din id-domanda qawwija li pajjiżna qed jiffaċċja, imma t-triq trid tiġi mfassla mill-Gvern u l-impjegati jridu jimxu fuq dak li tgħidilhom l-Awtorità tad-Djar.", "Min-naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar mhux biss trid tkun sensittiva imma wkoll sensibbli.", "L-iskemi jeħtieġ li jkunu ppreżentati b'mod ċar ukoll ħalli min japplika jkun jaf għal xiex dieħel u mhux l-ewwel jisma' ħafna affarijiet sbieħ fuq it-televiżjoni u mbagħad meta jmur l-Awtorità tad-Djar, din tgħidlu li mhuwiex tajjeb għal din l-iskema.", "Qed nitkellem b'dan il-mod għax ikun hemm min japplika minħabba li jisma' l-pożittiv biss ta' dawn l-iskemi u mbagħad meta jiġi għall-fatti jsib li b'dawn l-iskemi b'kollox, hu se jkollu jibqa' fejn hu.", "F'dan il-qasam delikat neħtieġu persuni kalmi, assertivi u vokazzjonali, kif nemmen li hemm fl-Awtorità tad-Djar, u din l-Awtorità għandha tinvesti fuq dawn ir-rekwiżiti li għandu jkollhom l-impjegati tagħha.", "Sinjura President, jien persważ li meta filgħaxija tmidd rasek fuq l-imħadda, bħal kulħadd, tagħmel dixxerniment fuq dak li tisma' u fuq dak li tagħmel filwaqt li tanalizza l-iskop ewlieni tat-tajjeb li nagħmlu, u anke meta xogħlok ma jħallix ir-riżultati mixtieqa, jien ċert ukoll li fis-satra tal-lejl jiġuk f'moħħok xi versi mill-innu li tant iħaddnu l-paladini tas-Soċjalisti, għalkemm illum lanqas għadhom idoqquh:", "\"Tagħder qalbna l-ġuħ u l-faqar,", "dmugħna jkun għall-imnikktin,", "sew ħilitna kemm saħħitna,", "ħienja nagħtu għall-fqajrin.\".", "Illum qed jistħu jdoqqu u jkantaw dan l-innu!", "Insewhom il-versi li għandu dan l-innu tant sabiħ tal-Partit Laburista għax il-verità hi li huma nsew anke l-valuri tas-soċjaliżmu ta' veru!", "(Interruzzjonijiet) It-terminu \"champagne socialists\" tassew jgħodd għalihom!", "Il-Moviment li jiftaħru bih u li jien nirringrazzja 'l Alla li tbegħidt minnu ħafna snin ilu mhuwiex fid-DNA tiegħi għax dan huwa Moviment li jħaddan kapitaliżmu sfrenat li mtela bl-opportunisti filwaqt li baqa' passiv quddiem il-fqar, iż-żgħar, il-batuti u l-vulnerabbli.", "Sinjura President, fl-aħħar nett nitlob il-permess tal-Kamra biex inqiegħed id-dokument li għamilt riferenza għalih waqt dan l-intervent fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-artiklu li deher fil-5 ta' Diċembru, 2010 fuq is-sit elettroniku intitolat 'Regenerating housing estates'.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex ikun hemm interruzzjoni qasira tax-xogħol sakemm nirrapporta lill-Kamra progress fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Il-permess ingħata.", "Fis-6.35 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sinjura President, nirrapporta li fil-laqgħa tal-Kumitat tal-lum stess, l-Erbgħa 30 ta' Jannar 2019, il-Kumitat:", "ai termini tad-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 4 (2) (b) tal-Att dwar l-Unjoni Ewropea, għamel id-diskussjoni dovuta fir-rigward tar-ratifika tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Iżvizzera, dwar il-European Satellite Navigation Programmes, u kien hemm qbil unanimu mar-ratifika tiegħu.", "Għalhekk inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Iżvizzera, dwar il-European Satellite Navigation Programmes.", "Fl-istess laqgħa l-Kumitat eżamina s-sitt proposti leġislattivi tal-Unjoni Ewropea indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u rriżulta li kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità:", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI", "TAL-ESTIMI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, f'dan id-dibattitu qegħdin nitkellmu fuq Abbozz ta' Liġi li qed jipproponi li jiġi implimentat dak li dan il-Gvern ħabbar fil-Baġit, kif ukoll il-mod kif dan se jiġi implimentat.", "Tajjeb infakkar li dan il-Baġit kiseb l-approvazzjonijiet kollha mill-ewwel, mhux biss minn din il-Kamra iżda wkoll mil-livelli kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Infakkar ukoll li min ftit taż-żmien ilu kien jitkellem dwar il-finanzi fis-sod kien ġab lil pajjiżna f'sitwazzjoni li rridu nieħdu l-permess min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea dwar kif infasslu l-affarijiet.", "Min kien jiftaħar bil-finanzi fis-sod kien ġabna pajjiż tad-deficit.", "Min kien jiftaħar bil-finanzi fis-sod ħalla djun u aktar djun.", "Min kien jiftaħar bil-finanzi fis-sod kien ra l-credit rating ta' pajjiżna jaqa' lura darba wara l-oħra.", "Kienu u għadhom jgħidu li dan huwa Gvern li m'għandux pjan, però jien nistaqsi: Il-pjan tagħna fuq xiex kien imsejjes u x'miri qed nilħqu u beħsiebna nkomplu nilħqu?", "Naħseb illi jkun tajjeb jekk ngħidu li bil-mod kif qegħdin naħdmu m'aħniex qed inħarsu mil-lum għal-lum jew inkella mil-lum għal għada biss imma qegħdin naħdmu fuq pjan ċar ta' kif infasslu, nibnu u nġeddu lil pajjiżna għall-futur bil-għan li l-ġenerazzjonijiet ta' warajna jsibu sisien sodi.", "B'hekk is-suċċess ekonomiku li qegħdin niksbu llum ma jkunx xi ħaġa tal-lum biss u allura jkun sostenibbli.", "Aħna ma naqblux mal-filosofija u mal-mod kif kienu komdi jitkellmu l-amministrazzjonijiet ta' qabilna, ċjoè li d-dejn għandu jitħallas minn uliedna.", "Aħna lil uliedna u lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna rridu nħallulhom il-ġid, u fil-fatt hekk qegħdin nagħmlu.", "Tajjeb nagħmlu referenza anke għall-mod kif qed insaħħu l-finanzi ta' pajjiżna.", "Dan huwa Gvern li fil-baġit la qed idaħħal taxxi u lanqas qed iżid piżijiet filwaqt li qed ikompli jnaqqas il-piż tad-dejn tant li issa wasal biex naqqsu għal madwar 43% tal-prodott gross domestiku.", "Qegħdin nagħmlu passi ta' ġgant 'il quddiem anke fil-mod kif insaħħu l-finanzi ta' pajjiżna.", "B'differenza ma' ħaddieħor, filwaqt li ma daħħalna l-ebda taxxa, anzi t-taxxi naqqasniehom - ħaġa li ħaddieħor kien iwiegħed u ma jagħmilx - irnexxielna nsaħħu l-finanzi tal-pajjiż, u l-excessive deficit procedure li daħħlitna fih amministrazzjoni preċedenti aħna ħriġna minnha with flying colours.", "Illum il-kelma li jagħti dan il-Gvern meta jħabbar r-riżultati finanzjarji għandha kredibilità mhux biss mal-Kummissjoni Ewropea iżda anke meta jkollna r-riżultati tal-credit ratings għax dawn qed ikunu dejjem aħjar darba wara l-oħra.", "Bi pjaċir ngħid ukoll li kollox qed juri li l-prospetti se jibqgħu tajbin għax dan il-Gvern kellu pjan li qed iwettqu.", "Tajjeb niftakru li kien hemm żmien fejn kienu jsiru numru ta' proposti f'baġit, jasal baġit ieħor u ssib lista sħiħa ta' proposti li jibqgħu ma jitwettqux.", "Ara llum dak li qed jiġi mwiegħed qed jitwettaq u dak li qed infasslu qed iseħħ, anzi mhux biss qed iseħħ imma qed iseħħ b'suċċess, u dawn huma fatti li ma jista' jħassarhom ħadd.", "Issa ħalli niġi biex insemmi wħud mill-miri li rridu nilħqu.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Ivan Bartolo ipprova jwassal il-messaġġ li l-Partit Laburista nesa l-prinċipji tiegħu.", "Wieħed mill-prinċipji fundamentali tagħna hu dak illi naraw li x-xogħol jinħoloq għal kulħadd, u dak huwa prinċipju li qegħdin nilħquh għax kemm ilha tinżamm l-istatistika dwar ix-xogħol f'pajjiżna, illum għandna l-anqas numru ta' nies qiegħda.", "Din hija r-realtà li qegħdin ngħixu llum, 71% parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol!", "Dawn huma ċifri li qatt ma kellna bħalhom, jiġifieri l-mira tagħna li jkollna xogħol għal kulħadd qegħdin nilħquha b'mod konkret, u dan huwa fatt ieħor li ma jista' jħassru ħadd.", "Sinjura President, dan huwa wkoll Gvern li qiegħed kontinwament jagħmel l-almu tiegħu biex inaqqas in-nies minn fuq id-dipendenza tal-benefiċċji soċjali, u l-istatisika qiegħda turina dan b'mod ċar.", "Dan qiegħed iseħħ għax l-ekonomija ta' pajjiżna qiegħda tirnexxi u minn sena għall-oħra qiegħda tikber b'rati mingħajr ebda preċedent.", "Fl-2017 l-ekonomija kibret b'6.7% f'termini reali u rajna rata ta' tkabbir b'saħħitha anke matul l-2018.", "Dan ikompli jikkonferma kemm l-ekonomija tagħna qiegħda tikber u qiegħda tkompli ssaħħaħ il-possibbiltajiet u l-opportunitajiet ta' xogħol mhux biex sempliċement ngħidu li qed noħolqu l-ġid imma għax dan huwa l-Gvern favur ix-xogħol u favur l-opportunitajiet.", "Dan kollu qed iwassal biex, kif għedt aktar kmieni, mhux biss qed noħolqu x-xogħol, mhux biss qed inkattru l-ġid, imma fil-qasam tal-finanzi pubbliċi qed inbiddlu d-diska tad-defiċit li konna nisimgħu u llum qegħdin insiru l-pajjiż li jitkellem dwar is-surplus, li għalina huwa importanti li nilħquh mhux biss biex inħarsu lejn l-istatistika b'mod pożittiv, iżda għaliex aħna nemmnu li dak kollu li nagħmlu biex iseħħ it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-ġid mhuwiex l-għan fih innifsu imma huwa l-mezz li bih aħna nwettqu prinċipju jew għan ieħor importanti għalina, il-ġustizzja soċjali.", "Tajjeb ngħidu li dak li se nkunu qed nimplimentaw matul din is-sena permezz tal-aħħar Baġit huwa bbażat fuq dan il-pjan ta' tkabbir ekonomiku biex il-ġid jiġi investit bil-għan li nħejju lil pajjiżna għal aktar sostenibbiltà fl-attività ekonomika ta' pajjiżna, iżda wkoll biex inkomplu nsaħħu l-istrutturi soċjali ta' pajjiżna.", "Sinjura President, naħseb li fih innifsu l-fatt li pajjiżna qed joħloq daqstant postijiet tax-xogħol diġà huwa mod kif inwettqu l-ġustizzja soċjali għax it-tqassim tal-ġid iseħħ ukoll permezz tal-ħolqien tax-xogħol.", "Il-ħolqien tax-xogħol mhux biss huwa mezz għat-tqassim tal-ġid imma wkoll mezz kif kulħadd jipparteċipa f'din l-attività ekonomika li qiegħda dejjem tikber biex kulħadd ikollu l-opportunità li jimxi 'l quddiem.", "Dan huwa Baġit li fih issemmew diversi inizjattivi soċjali li komplew isaħħu dawk li għamilna kemm ilu li ġie elett il-Gvern Laburista fl-2013.", "Se nsemmi wħud minnhom għax naħseb ikun tajjeb li nfakkru kemm dak li għamilna kif ukoll dak li se nkomplu nwettqu matul iż-żmien li ġej.", "Pereżempju, kien hemm żmien fejn minħabba problemi finanzjarji fil-pajjiż lill-ħaddiema tnaqqsulhom mill-vacation leave tagħhom dawk il-festi pubbliċi li jaħbtu s-Sibt u l-Ħadd.", "Din bdiet tiġi indirizzata, u fil-fatt din is-sena se naraw żieda ta' ġurnata oħra leave.", "Nista' nsemmi bidla oħra importanti.", "Kien hemm min jgħid li l-paga minima f'pajjiżna ma tistax tiżdied, imma dan il-Gvern, b'determinazzjoni u b'diskussjoni wiesgħa ma' dawk kollha involuti, wasal fi ftehim mal-partijiet u mal-oqsma kollha soċjali li permezz tiegħu l-paga minima żdiedet.", "Fil-fatt din is-sena, apparti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, min qiegħed fuq il-paga minima se jieħu żieda oħra ta' €3 fil-ġimgħa, u dan huwa parti minn pjan biex aħna verament naraw li nwasslu l-ġid u s-suċċess ekonomiku għand kulħadd.", "Aħna nemmnu li l-ħolqien tal-ġid mhuwiex għan fih innifsu imma huwa mezz ta' kif inkomplu nsaħħu l-qafas soċjali ta' pajjiżna.", "Matul din is-sena qed naraw ukoll żieda fiċ-children's allowance ta' dawk il-familji li għandhom dħul li jammonta għal anqas minn €20,000 fis-sena.", "Din hija miżura oħra ta' kif aħna nistgħu nkomplu nsaħħu dak li qegħdin nagħmlu f'dan il-pjan li għandna quddiemna.", "Hawn ta' min ifakkar ukoll li permezz tat-tax refund li ġie mwiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali se npoġġu fi bwiet il-familji Maltin u Għawdxin aktar minn €11-il miljun.", "Dak huwa l-mod kif wieħed ikompli jinvesti fil-familji Maltin u Għawdxin meta jkollu s-suċċess ekonomiku u l-ħolqien tal-ġid.", "Ta' min isemmi wkoll lis-self-employed, li qed jiksbu dritt għal ċirkostanza fejn ikollhom diżimpjieg.", "Għalkemm illum qegħdin dejjem nersqu lejn full employment, aħna ħassejna li xorta waħda rridu naħsbu għal sitwazzjonijiet bħal dawn fejn jidħlu l-aspetti tas-self-employed.", "Wieħed irid isellem lil dawk kollha li jagħmlu l-pass li jaħdmu għal rashom għax għalkemm dawn jista' jkollhom attività ċkejkna, xorta jifformaw parti minn dak il-proċess ta' ħolqien ta' xogħol billi jkun sostenibbli u joħloq ix-xogħol tiegħu stess.", "Għalhekk irridu nkomplu niffaċilitaw u nieħdu aktar miżuri biex insaħħu u nkunu fuq in-naħa ta' dawk li huma self-employed.", "Wara kollox l-istorja ta' pajjiżna turina li s-self-employed kienu parti importanti biex noħolqu l-middle class f'pajjiżna.", "Irridu ngħidu wkoll li ħafna min-nies li kellhom il-kuraġġ li jkunu self-employed mas-snin kabbru n-negozji tagħhom u saru wkoll employers.", "Il-qasam tas-self-employed huwa wieħed mill-espressjonijiet imprenditorjali ta' pajjiżna li rridu nkomplu nsaħħu, u dan billi niġġieldu l-burokrazija, billi nagħmlu sistemi ta' kummerċ aktar faċli, iżda fuq kollox billi nkomplu għaddejjin b'din ir-rankatura b'saħħitha li jkollna ekonomija li taħdem u tikber kif ukoll ekonomija li tkattar il-ġid u toħloq ix-xogħol ħalli kulħadd ikollu l-possibbiltà li jimxi 'l quddiem.", "Jekk hemm qasam li dan il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ għalih bil-mod ta' kif isaħħaħ il-qafas soċjali tagħna żgur li huwa l-qasam tal-persuni b'diżabilità.", "Matul dawn l-aħħar snin mhux biss rajna l-akbar numru ta' persuni b'diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol, iżda dan il-Gvern kompla jsaħħaħ dawk l-allowances li jingħataw f'każi fejn persuna għandha diżabilità severa u allura huwa diffiċli ħafna għaliha li tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Aħna nemmnu bis-sħiħ fid-dinjità ta' kull persuna, u fil-każ ta' persuna b'diżabilità nemmnu li wieħed mill-modi ta' kif inkomplu nirrispettaw id-dinjità ta' din il-persuna huwa billi niffaċilitawlha l-possibbiltà li tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Nifhmu li hemm realtajiet li rridu nkunu sensittivi għalihom, imma li tkun sensittiv mhux biżżejjed u permezz tal-ġid li qed jinħoloq nistgħu nkomplu nsaħħu l-benefiċċji tal-persuni b'diżabilità ħalli nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom ukoll.", "Sinjura President, it-tisħiħ u ż-żieda fil-benefiċċju ta' għajnuna medika wkoll huma importanti biex inkomplu nqassmu l-ġid li qed jinħoloq, b'mod partikolari lill-aktar persuni fis-soċjetà tagħna li huma fil-bżonn.", "Sa ftit taż-żmien ilu, meta konna nitkellmu dwar il-pensjonijiet, il-mistoqsijiet li kienu jsiru kienu jekk il-pensjonijiet humiex sostenibbli, kif jew b'kemm se ngħollu l-età tal-irtirar u kif se nħallu lil kulħadd fis-sitwazzjoni li kien qiegħed fiha dak iż-żmien.", "Ara llum id-diska nbidlet kompletament għax il-pensjonanti f'pajjiżna ngħataw żieda sena wara l-oħra bil-għan li l-pensjonijiet ikomplu jissaħħu.", "Din hija bidla oħra li hi importanti ħafna għal dawk il-ġenerazzjonijiet li fl-imgħoddi għamlu s-sagrifiċċji tagħhom, taw l-enerġija tagħhom u ħadmu bis-sħiħ, u allura llum jixraq li naraw kif lil dawn il-pensjonanti nsaħħulhom il-pensjonijiet ħalli b'dawn iż-żidiet huma wkoll ikollhom il-possibbiltà li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.", "Wieħed irid ifakkar ukoll il-fatt li l-pensjoni żdiedet mhux biss għax ingħataw żidiet imma wkoll għax inbidlu r-rati ta' taxxi għal min hu pensjonant.", "B'differenza minn gvernijiet ta' qabel, dan huwa Gvern li jagħti u ma jiħux.", "Fi żmien gvernijiet oħra l-gvern kien jagħtik minn naħa u mbagħad tinduna li min-naħa l-oħra ħadlek ferm aktar milli jkun tak, mentri llum ir-realtà hija kompletament differenti.", "Dawn huma wħud mill-inizjattivi li qed isiru f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuniet, però hawn irrid insemmi wkoll qasam ieħor importanti.", "Fil-fatt illum stess ġie mħabbar b'kemm se tkun qiegħda tiżdied l-assistenza li qed tingħata fil-każ tal-housing benefits, u dan qed juri li l-Gvern mhux qed idawwar wiċċu n-naħa l-oħra.", "Huwa veru li dan huwa qasam li rridu naħdmu ferm u ferm iżjed fih u jkolli ngħid illi dan huwa qasam li ntlaqat b'mod negattiv mill-istess tkabbir u attività ekonomika li għandna f'pajjżna, però hawnhekk dan il-Gvern qed jieħu l-miżuri li hemm bżonn.", "Għalhekk din is-sena l-housing benefits se jkunu qegħdin jiżdiedu sostanzjalment biex b'hekk ikunu jistgħu jingħataw sussidji akbar lil dawk li ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-kera tas-settur privat.", "Jien nemmen li matul iż-żmien li ġej se nkunu qed naraw inizjattivi u riżultati akbar, u dan grazzi għad-diversi investimenti li saru f'dan is-settur.", "Dawn l-inizjattivi huma biss eżempju wieħed minn dawk li qegħdin inwettqu biex wieħed ikun jista' jinnota d-differenza fil-mod kif qegħdin naħdmu.", "Nerġa' ngħid li għalina t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-ġid mhuwiex għan fih innifsu imma huwa mezz kif inkomplu nwettqu l-ġustizzja soċjali.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq kif qed naraw li se tkun it-triq tagħna 'l quddiem.", "Kif kont qed ngħid fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħi, dan huwa Gvern li qed jagħmel kull investiment meħtieġ biex iħejji lil pajjiżna għall-futur bil-għan li s-suċċess li nagħmlu jkun sostenibbli.", "Jien nemmen li wieħed mill-aħjar mezzi kif ninvestu għall-ġejjieni ta' pajjiżna huwa t-tisħiħ fl-edukazzjoni, u hawnhekk nixtieq nagħmel riferenza għall-bidliet importanti li se jkunu qegħdin isiru matul din is-sena.", "Pereżempju, sistema ġdida li tħabbret ftit taż-żmien ilu u li se tibda titħaddem hija My Journey, li permezz tagħha nkunu nistgħu nagħrfu l-ħiliet partikolari ta' kull tifel u tifla u minnhom noħorġu l-aħjar.", "Forsi għal ħafna snin ħarisna lejn is-settur edukattiv b'sistema ta' one size fits all fejn ikun hemm biss sistema waħda u l-istudenti kollha jridu jaraw kif jidħlu f'dik is-sistema minflok bil-kontra.", "Għalhekk dan li qed nagħmlu huwa pass importanti u kuraġġuż li qed isir bil-għan li fiż-żmien li ġej naraw aktar suċċessi.", "Aħna rridu naraw aktar tfal ikomplu jistudjaw wara l-età ta' 16-il sena, iżda dan mhux biżżejjed għax irridu naraw ukoll li sakemm tifel u tifla jagħlqu 16-il sena, jiġifieri waqt li jkunu għadhom fl-iskejjel primarji u sekondarji tagħna, huma jingħataw l-opportunità li l-ewwel nett jagħrfu liema huma l-ħiliet tagħhom u fejn għandhom bżonn jinvestu aktar fit-taħriġ meħtieġ li jgħodd għalihom u, it-tieni nett, li sakemm ikollhom 16-il sena jkunu diġà ġew esposti għal numru ta' ħiliet bażiċi biex ikunu mħejjija għall-futur tagħhom.", "Ma nistgħux naraw aktar tfal u żgħażagħ jintilfu mis-sistema bil-konsegwenza li joħorġu mis-sistema edukattiva tagħhom mingħajr ma almenu jkollhom il-ħiliet bażiċi.", "Min-naħa l-oħra wieħed jinnota b'sodisfazzjon il-fatt li matul dawn l-aħħar snin sar xogħol kbir biex niġġieldu l-assenteiżmu mill-iskejjel tagħna.", "Kien hemm snin fejn sena wara l-oħra l-assenteiżmu kien qiegħed jiżdied, u hija xi ħaġa ta' għajb li f'pajjiż bħal tagħna, li għandu storja daqstant kbira fil-qasam tal-edukazzjoni, l-assenteiżmu jkun qed jiżdied.", "L-assenteiżmu jfisser li dawn it-tfal qed jintilfu u qed jintesew filwaqt li mhumiex qed jingħataw l-opportunità li jitgħallmu u jimxu 'l quddiem.", "Għalhekk jien inħeġġeġ li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex nagħrfu r-realtajiet u l-ħiliet ta' kull tifel u tifla ħalli lil min ġej minn sitwazzjonijiet diffiċli li qegħdin iċaħħduh mill-edukazzjoni tiegħu jew tagħha, aħna min-naħa tagħna naraw li nagħtuhom l-impenn kollu meħtieġ, anke permezz ta' aktar kordinazzjoni bejn servizzi u għajnuniet differenti li għandna f'pajjiżna.", "B'hekk nassiguraw li kull tifel u kull tifla jingħataw kull opportunità possibbli biex jirnexxu.", "Naturalment dan huwa proġett kbir li jirrikjedi wkoll investiment kbir ħafna, imma dan il-Gvern, li qed joħloq numru ta' opportunitajiet bla ebda preċedent, li qed jattira l-investiment f'oqsma ġodda, li qed jirnexxilu jbiddel lil pajjiżna b'tali mod li dan ikun ta' attrazzjoni kbira għal investimenti f'oqsma li qatt ma rajna bħalhom, qed jagħraf ukoll l-importanza li ż-żgħażagħ tagħna jkunu mħejjija aktar ħalli jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem permezz ta' dawn l-opportunitajiet ġodda li qed joħolqilhom il-Gvern stess.", "Ikun kollu inutli li nattiraw lejn pajjiżna oqsma ġodda jekk għada pitgħada ma jkollniex workforce imħejjija tajjeb biex taħdem f'dawn l-oqsma.", "Dan il-Gvern qed iħares b'mod ambizzjuż lejn investiment li jgħolli t-tip ta' ekonomija u investiment li għandna f'pajjiżna u li jgħolli l-livell f'kull qasam, sew fil-qasam turistiku, sew fil-qasam tal-manifattura, sew fil-qasam tar-riċerka, sew fil-qasam tal-mediċina u setturi oħrajn.", "Dan huwa Gvern li jemmen li dan huwa pajjiż ta' achievers u allura huwa pajjiż li jista' jagħmel ferm u ferm iżjed.", "Dan huwa Gvern li jemmen fil-potenzjal ta' pajjiżna.", "Huwa ma ħalliex il-potenzjal ta' pajjiżna rieqed imma qed jagħmel dak kollu meħtieġ biex pajjiżna jkompli jirnexxi filwaqt li jkun ippreparat għall-ġejjieni u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Chris Agius biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 31 ta' Jannar, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, illum se nitkellem speċifikament fuq il-proċess tal-importazzjoni tal-ikel, u dan b'referenza għad-diffikultajiet li qed ikollhom jiffaċċjaw il-bdiewa u r-raħħala tagħna.", "L-importazzjoni saret sfida partikolari.", "Il-prodott lokali m'għadux isib ruħu fuq l-ixkafef tal-ħwienet tagħna waħdu, jiġifieri m'għadux igawdi mill-protezzjoni ta' monopolju li kien hawn qabel.", "Meta dħalna fl-Unjoni Ewropea l-prodott Malti ma baqax esklużiv għal pajjiżna imma nfetħu l-bibien għal proċess ta' importazzjoni ferm aktar faċli, u allura llum għad għandna min qed iħares lejn id-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea bħala l-kawża li għaliha l-prodott tiegħu m'għadux igawdi dik l-esklużività u l-monopolju li kien igawdi qabel.", "Bdejt l-intervent tiegħi b'dan il-mod għar-raġuni li meta jien niġi hawnhekk u nitkellem rigward il-ħtieġa ta' sorveljanza waqt li jkun dieħel prodott f'pajjiżna li jkun speċifikament għall-konsum tal-ikel, min-naħa tal-Gvern ikun hawn min jirrispondi: Mhux intom dħaltu fl-Unjoni Ewropea?!", "Ma tafux li la dħalna fl-Unjoni Ewropea, kellna nneħħu d-Dwana u allura kull proċess ta' verifikazzjoni u ta' sorveljanza għal dak li jkun qed jiddaħħal f'pajjiżna kellu jitneħħa?", "Hawnhekk tajjeb li nagħmel parentesi u nispjega li jekk prodott ikun ġej minn xi pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni Ewropea, id-Dwana għandha dritt tagħmel sorveljanza u tiċċekkja dak il-prodott b'mod aktar rigoruż minn prodott ieħor li jkun ġej minn Sqallija jew minn xi pajjiż ieħor li huwa membru tal-Unjoni Ewropea.", "Issa hawnhekk ta' min jgħid ukoll li meta aħna konna qegħdin nippreparaw lil dan il-pajjiż għad-dħul tiegħu fl-Unjoni Ewropea, dan kien meqjus bħala vantaġġ tant li aħna konna qegħdin inbigħu dan il-vantaġġ.", "Illum li aħna sirna membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea, meta prodott ikun ġej minn xi stat membru ieħor ikun qisu ġej minn Għawdex.", "Meta wieħed ikun qed jittrasporta l-prodotti tiegħu minn Malta għal Għawdex jew viċiversa, ma jkollux għalfejn jgħaddi mid-dwana għax dak huwa suq wieħed, u dan huwa proprju l-vantaġġ ta' suq wieħed.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna noħolqu xi proċeduri ġodda fejn m'għandux ikun hemm, u naqbel mal-Membri tal-Gvern meta dawn jgħidulna li ġaladarba aħna għoġobna nidħlu membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea, ma nistgħux inżommu l-ħaxix jew il-laħam ta' barra li, pereżempju, ikun ġej mill-Italja, mill-Ġermanja jew mir-Renju Unit, milli jsib ruħu fuq l-ixkafef tagħna awtomatikament.", "Però ninnota li hemm xi ħaġa li l-Membri tan-naħa tal-Gvern jew ma jafuhiex jew inkella ma jridux jammettu li jafuha minħabba l-prinċipju tagħhom ta' laissez-faire, li jħallu lil kulħadd jagħmel li jrid bl-iskuża li huma pro business.", "Illum dan il-laissez-faire u dan it-tip ta' \"go as you please\" qed joħloq kaos tant li għandna setturi li qegħdin ibatu minn dan il-kaos.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għax f'Malta, minħabba li hi membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea, għandna regolamentazzjoni li tgħid illi jekk jien irrid nimporta prodotti taċ-ċitru, anke jekk dawn se nimportahom mill-Unjoni Ewropea stess, irrid ninforma b'dan lill-Plant Health Directorate.", "Fil-fatt dan huwa regolament li qed nisimgħu fuqu anke fuq il-mezzi tax-xandir għax ġustament il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ħass li għandu jħallas għal avviż fuq il-mezzi tax-xandir biex ifakkar lill-importaturi f'dan l-obbligu li għandhom.", "L-istess avviż qed narawh ukoll printed fuq il-karozzi tal-linja.", "Però meta f'Diċembru li għadda konna qegħdin hawnhekk u jien staqsejt lill-Ministru Josè Herrera jekk meta jidħol vapur, dan l-obbligu huwiex qed jiġi osservat jew le at point of entry … Ħalli nagħmel anoloġija umoristika hawnhekk biex wieħed jifhimni aħjar.", "Sur President, jekk inti tgħidli biex meta niġi hawnhekk nilbes il-ġlekk tkun qed tagħmel sew għax inti trid iżżomm l-istandards.", "Issa immaġina, Sur President, li inti toħolqilna regolament li f'għajnejk tarah tajjeb u mbagħad inti stess ma tħarisx dan ir-regolament, ma tkunx hawn biex tħares dan ir-regolament jew inkella min ikun minflokok ma jħarisx dan ir-regolament.", "Allura għalfejn tkun għamilt dan ir-regolament, jekk imbagħad inti ma tħarsux?!", "Bl-istess argumentazzjoni, il-Gvern għaliex qed jgħid lill-importaturi biex qabel ma jdaħħlu f'Malta xi prodotti taċ-ċitru jirreġistrawhom għand il-Plant Health Directorate jekk imbagħad at point of entry ma jkunx hemm is-sorveljanza li suppost ikun hemm?!", "Hawnhekk ta' min isemmi l-fatt ukoll li hemm entitajiet tal-gvern li filwaqt li mhux suppost jagħmlu sorveljanza fuq dak li jkun dieħel f'pajjiżna, għandhom dritt jagħmlu sorveljanza jekk kemm-il darba jkollhom suspett raġonevoli.", "Imma b'xi mod iridu jħossuh dan is-suspett raġonevoli, u mhux ħadd ma baqagħlu suspett fuq xejn!", "M'hemm xejn xi jżomm lill-ebda awtorità milli tivverifika jekk dak li jkun hemm miktub fuq l-invoice ikunx jaqbel ma' dak li jkun dieħel, kemm f'dik li hija kwantità kif ukoll f'dik li hija kwalità.", "Madankollu r-risposta tal-Ministru kienet li ġaladarba dawn il-prodotti ġejjin mill-Italja, hu moħħu mistrieħ għax m'għandna problemi ta' xejn.", "Sur President, għal dan kollu jien kont ħriġt stqarrija għall-istampa fejn għedt li l-Ministru Herrera jew ma jafx x'inhuma l-obbligazzjonijiet tiegħu jew inkella qed ikun irresponsabbli għall-obbligazzjonijiet li suppost għandu, għax filwaqt li huwa veru li Malta hija membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea, is-suq komuni tal-Unjoni Ewropea ma jfissirx li kulħadd jista' jagħmel li jrid u jista' jittrasporta l-prodotti minn pajjiż għall-ieħor qisu xejn mhu xejn.", "Jekk ikun hemm suspett raġonevoli, wieħed xorta jista' jiġi mwaqqaf f'ċertu ħin tat-trasportazzjoni biex jiġi vverifikat jekk huwiex qed iħares l-obbligi li għandu jew le.", "Illum il-poplu Malti kollu sema' li min ikun se jdaħħal prodotti taċ-ċitru jrid jirreġistra dawn il-prodotti mal-Plant Health Directorate.", "Allura min daħħal dawn il-prodotti u ma rreġistrahomx, il-Ministeru konċernat kif se jkun jaf bih?", "Iva possibbli li lanqas random checks ma qed isiru?!", "Imbagħad qam is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali u qal li huma jagħmlu checks biex jaraw jekk il-prodotti tal-ħaxix li jinġabu minn barra minn Malta għandhomx pestiċidi jew le.", "Imma hawnhekk ukoll għandna l-problemi għax mhumiex qegħdin isiru l-verifiki meħtieġa.", "Issa ovvjament din it-tip ta' verifika ma ssirx biex nagħlqu l-bibien għall-importazzjoni, imma biex nuru lil min qed jimporta li ma jistax jaqbad u jġib kulma jrid għax l-awtoritajiet tagħna li huma responsabbli mid-drittijiet tal-konsumatur xorta waħda għadhom responsabbli mis-saħħa tal-konsumaturi.", "Pereżempju, aħna għandna wkoll regolamentazzjoni biex jiġi ċċekkjat l-injam li jkun qed jiġi importat minħabba insetti jew mard.", "Imma issa ara xi ġralna għax ma nwettqux l-obbligazzjonijiet li għandna biex nipproteġu l-ambjent u s-saħħa tal-konsumatur!", "Daħal insett, u f'kemm ili ngħidlek, il-palm tagħna nqered!", "Imma xi ħadd jimportah?", "Le, ħadd ma jimportah, għax dan il-Gvern għandu attitudni li huwa favur in-negozju!", "Huwa tajjeb li tkun favur in-negozju, imma meta tħalli lil kulħadd jagħmel li jrid u tħalli libertinaġġ fin-negozju ma tkunx qed tgħin lil min hu fin-negozju!", "Ħalli nistqarr fatt biex ninftiehem tajjeb mill-ewwel.", "Sqallija wkoll qiegħda fl-Unjoni Ewropea, bħal Malta, u l-bdiewa u r-raħħala kollha jafu li meta marru numru ta' bdiewa u raħħala Maltin bil-prodotti tal-ħaxix tagħhom fi Sqallija, l-awtoritajiet ta' Sqallija kważi keċċewhom għax għamluhielhom impossibbli li dak il-prodott Malti jibqa' dieħel.", "Issa Sqallija hija port fl-Unjoni Ewropea bħal Malta.", "Allura għaliex dawn iż-żewġ gżejjer fl-Unjoni Ewropea għandhom l-istess regolamentazzjoni imma mbagħad għandhom attitudni differenti?", "Dalgħodu għedt lil xi ħadd li se nagħmel dan id-diskors, u qalli biex nissuġġerixxi li nipprovaw naqbdu l-ħaxix kollu li ġej minn Sqallija u nerġgħu neħduh lura fi Sqallija.", "Araw min irid jagħmlu dan l-esperiment!", "Hawnhekk m'iniex qed nirriferi għall-ħaxix Malti imma għal dak il-ħaxix li ġie importat mill-Italja biex jerġa' jittieħed lura lejn l-Italja.", "Li kieku kellna nagħmlu hekk, żgur li nsibu l-port magħluq għax hemmhekk ma jirraġunawx li ġaladarba Malta qiegħda fl-Unjoni Ewropea, allura kulma ġej minn Malta għandhom iħalluh jidħol, imma xorta waħda hemm proċeduri ta' sorveljanza u ta' verifika.", "Jien m'iniex qed ngħid li għandna nispezzjonaw kulma jidħol f'pajjiżna, imma lanqas għandna nibqgħu fis-sitwazzjoni li qegħdin fil-preżent fejn il-Gvern litteralment żarma l-obbligazzjonijiet kollha li suppost għandu f'dan ir-rigward.", "L-obbligazzjonijiet u d-doveri hemm qegħdin, imma l-Gvern mhux qed iħarishom.", "Issa jekk irid jogħġob lil xi ħadd, affari tiegħu, però jien ġejt hawnhekk biex ngħid li b'din it-tip ta' attitudni dan il-Gvern qed joqtol is-suq Malti, ir-raħħala tagħna tal-majjal qed imutu ftit ftit, filwaqt li l-bdiewa tagħna waslu fl-aħħar, u m'għandniex għal xiex nispiċċaw f'din is-sitwazzjoni.", "Li kieku nkunu kapaċi noħolqu sorveljanza, insibu bilanċ u nwettqu l-obbligazzjonijiet li għandna, kulħadd jibda jaqla' l-flus, u naqilgħu aktar milli diġà qed jaqla' kull settur.", "Imma dan ma nistgħux naslu għalih billi kulħadd jipprova jġib lejn Malta dak li xi kultant barra minn Malta jkun skadut.", "Għalhekk ejjew noqogħdu attenti għax huwa l-konsumatur li jmur minn taħt fil-ġlieda tal-prezzijiet li għandna.", "Jien nifhem li s-suq isuq, Sur President, imma huwa fatt ukoll li biex tbigħ xi ħaġa trid tipprova ġġib l-aħjar prezzijiet minħabba l-gwerra tal-prezzijiet li għandna.", "Fil-fat, xi kultant il-gwerra tal-prezzijiet tirbaħ saħansitra fuq il-gwerra tal-kwalità, u aħna f'dan il-pajjiż għandna xi ħaġa li rridu nagħtu kasha, li rridu naraw kif inħarsu lill-bidwi Malti filwaqt li nipproteġu l-prodott tagħna.", "Issa meta qed ngħid li rridu nipproteġu l-prodott tagħna, m'iniex qed ngħid li għandna nerġgħu nġibu l-esklużività, għax dik hija xi ħaġa li ma nistgħux nerġgħu lura għaliha, imma lanqas mhu sew li l-Gvern jirraġuna li għax dħalna fl-Unjoni Ewropea, allura jista' jidħol kollox f'pajjiżna.", "Bir-rispett kollu, Sur Gvern, Sqallija wkoll huwa port fl-Unjoni Ewropea u minkejja dan kollu, xorta waħda ma jaqbadx u jdaħħal dak kollu li nibagħtu minn Malta!", "Dan aħna nafuh għax għandna esperjenza tiegħu, u l-Ministeri għandhom informazzjoni biżżejjed biex ikunu jafu sew x'inu jiġri.", "Għalhekk, Sur President, jien se nikkonkludi dan id-diskors billi nappella lill-Ministru Josè Herrera, lil min hu responsabbli mill-biedja, mis-sajd u mir-raħħala kif ukoll lil min hu responsabbli mis-saħħa tal-konsumatur biex jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom.", "F'Malta għandu nsegwu l-istess regolamentazzjoni li jsegwu l-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea biex insibu bilanċ bejn dak li qed jidħol f'Malta u dak li nistgħu nibagħtu barra minn Malta lejn dawn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Nerġa' ngħid li huwa inġust li aħna nilqgħu kulma jibagħtu lejn Malta b'idejna miftuħa mingħajr ma kważi nivverifikaw xejn biex imbagħad meta aħna niġu biex nibagħtu l-prodott tagħna barra minn Malta nsibu l-bibien magħluqin!", "Wara kollox din hija Unjoni Ewropea waħda, u nerġa' ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq żewġ portijiet li qegħdin ftit kilometri 'l bogħod minn xulxin imma li l-attitudni tagħhom hija differenti.", "Ir-regolamentazzjoni hemm qiegħda, u jien ġejt nikkritika l-attitudni tal-Gvern u tal-awtoritajiet Maltin hawnhekk, li għax mingħalihom iridu jogħġbu lil xi ħadd, qegħdin iħallu din l-attitudni ta' laissez-faire a skapitu tal-konsumatur, tal-bdiewa u tar-raħħala tagħna.", "Dan qed iġib kaos sħiħ, u issa l-kaos qegħdin nispiċċaw inħallsu għalih.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà.", "Fis-7.20 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-BIKTUB", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR FUQ IT-TV", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5570 u 2314 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu, fuq reklamar fuq it-TV minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul il-perjodu msemmi kien hemm din in-nefqa:", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din in-nefqa saret sabiex setgħu jsiru diversi kampanji bi skop soċjali, fosthom dwar il-vjolenza domestika, il-kampanja edukattiva 'Onfoq bil-Għaqal', dwar il-Fostering, kampanja edukattiva dwar il-vizzju tax-xorb alkoħoliku, il-kampanja 'Nikru biex Nassistu' u l-kampanja 'Soċjetà Ġusta'.", "ĦLAS LILL-CREDIT RATING AGENCIES", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid Malta kemm ħallset lill-Credit Rating Agencies mill-2013, sena b'sena sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Malta dejjem ħallset lill-Credit Rating Agencies mis-sena 2000 'l hawn.", "L-informazzjoni dwar il-ħlas li sar mill-2013 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2850 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 191 tal-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019.)", "TQASSIM TA' ORGANIC BAGS LILL-KUNSILLI LOKALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jitqassmu iktar organic bags lill-Kunsilli Lokali?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li huwa ppjanat li b'koperazzjoni mal-Kunsilli Lokali jiġu pprovduti żewġ pakketti boroż għall-ġbir ta' skart organiku lir-residenti f'Malta u f'Għawdex.", "Bħalissa l-kunsilli lokali qed jiġu kkuntattjati sabiex titwasslilhom konsenja ta' dawn il-boroż.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - IMPJEGATI LI KIENU IMPJEGATI MA' BANK", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6467 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar tliet snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab informat li hemm impjegat wieħed li llum jaħdem mal-MGA u li qabel kien jaħdem mal-imsemmi bank.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsalid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għas-Saħħa u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 16 il-paġna/profili fuq facebook li huma amministrati mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet/dipartimenti tiegħu.", "Dawn huma:", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti f'żewġ listi kif se nsemmi:", "Lista'A'- Ministeru/Direttorati/Dipartimenti/", "Kulleġġi/Skejjel", "Lista 'B' - Entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MCCAA: DIPARTIMENT GĦALL-ILMENTI U L-MEDJAZZJONI - ADR OFFICERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsalill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ADR officers fi ħdan id-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni (CCD) li jagħmel parti mill-MCCAA, li jieħdu ħsieb l-każijiet li jaslu għand l-istess bħala entità tal-ADR residwu għall-finijiet ta' L.S. 378.19 tal-Liġijiet ta' Malta?", "Jista' jgħid x'inhu l-grad u/jew professjonali ta' kull wieħed minn dawn l-ADR officers tenut kont b'mod partikolari tar-rekwiżiti skont ir-regolament 7 tal-istess L.S. 378.19?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni taħt l-Awtorità ta' Malta għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni għandu ħames Uffiċjali Amministrattivi li huma mħarrġa u kompetenti biex jittrattaw każijiet skont ir-rekwiżiti tar-regolament fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja ċċitata minnek."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190130_190d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 190, li saret fit-30 ta' Jannar 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET -", "TWEĠIBIET ORALI", "AWTORITÀ TAL-AMBJENT U R-RIŻORSI - ĦAL FAR - DUĦĦAN ABJAD", "L-ONOR.", "Stefan Zrinzo Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 7809, jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x'tip ta' spezzjonijiet jew eżamijiet isiru min-naħa tal-Awtorità kompetenti f'każijiet ta' rapporti dwar duħħan bħal dan?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex) (f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'każijiet ta' rapporti dwar dħaħen industrijali, il-faċilità tiġi spezzjonata mill-ERA (Environment Resources Authority) mill-aktar fis possibbli.", "Fi spezzjonijiet bħal dawn tipikament jiġu ċċekkjati maintenance logs tal-apparat u jiġi mistoqsi jekk kienx hemm xi ħsarat li setgħu kkaġunaw id-dħaħen speċjalment f'każi ta' dħaħen suwed.", "L-operatur jiġi mistoqsi dwar l-aħħar tibdil jew tindif li jkun sar fuq is-sistema tal-filters.", "F'ċerti każi fejn l-uffiċjali jidhrilhom li hemm evidenza ta' nuqqas ta' manutenzjoni u tindif regolari, jiġi mitlub ċertifikat ta' manutenzjoni mingħand inġinier.", "Dawn il-proċeduri japplikaw partikolarment f'każijiet ta' dħaħen suwed.", "Meta fil-produzzjoni tat-tarmak, li tinvolvi proċessi ta' sħanat kbar, jintuża żrar li jkun għadu mxarrab jew niedi, jiġi ġġenerat duħħan bajdani, u dan mhux biss mill-faċilità li tat lok għall-mistoqsija parlamentari oriġinali.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, inġibditli l-attenzjoni li l-ġimgħa l-oħra, waqt li kienet qed issir xi diskussjoni fuq l-istazzjon televiżiv One TV, issemma li l-Gvern għandu ħsieb jagħmel xi landfill jew impjant tal-Wasteserv fl-area ta' Ħal Far.", "Jien nifhem li dan mhuwiex id-dekasteru li l-Ministru Justyne Caruana hija responsabbli minnu, imma tista' tagħtina xi ftit informazzjoni f'dan ir-rigward, anke billi tgħidilna jekk din il-materja ġietx diskussa f'livell ta' Kabinett?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, jien napprezza l-fiduċja li għandu fija l-Onor.", "Interpellant li qed jaħseb li nifhem f'dan is-suġġett u x'hemm f'Ħal Far, però naħseb li għall-korrettezza, biex l-Onor.", "Interpellant jingħata tweġiba idonea li tindirizza u tissodisfa l-mistoqsija tiegħu, ikun aħjar jekk jagħmilha lill-Ministru Josè Herrera bil-miktub.", "BAĠIT 2019 – BENEFIĊĊJI GĦALL-ANZJANI U MIN JIEĦU ĦSIEBHOM", "L-ONOR.", "Etienne Grech) staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji hemm indikati għall-anzjani u għal min jieħu ħsiebhom skont l-aħħar Baġit?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Baġit għal din is-sena hemm ammont sostanzjali ta' miżuri li se jibbenefikaw minnhom il-pensjonanti kollha, l-anzjani u l-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħna.", "Dawn il-benefiċċji huma kif ġej:", "Deskrizzjoni tal-Miżura", "Minn din is-sena se nżidu l-ħlas tal-għajnuna medika mhux kontributorja b'€5.14 fil-ġimgħa lil dawk il-persuni miżżewġa, fejn hemm żewġ adulti li jbatu minn mard kroniku u qed jirċievu din l-għajnuna.", "Mill-1 ta' Jannar 2019 ingħatat żieda ta' €2.17 fil-ġimgħa lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, ċjoè pensjonanti tal-irtirar, romol, tal-invalidità u dawk li jirċievu l-pensjoni tal-età.", "Din iż-żieda ma tinkludix iż-żieda li kien hemm biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja.", "B'hekk kull pensjonant ħa żieda ta' €4.50 fil-ġimgħa.", "Pensjonanti tas-servizz se jerġa' jkollhom żieda oħra ta' €200 fl-ammont ta' pensjoni tas-servizz li tiġi injorata fl-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, biex b'hekk is-somma eżentata issa se titla' għal €2,466.", "Wegħda elettorali li għamilna kienet dik li nkomplu ntejbu l-pensjonijiet tas-servizz billi l-parti li jkunu kkomutaw biex jieħdu s-somma tibda tkun injorata kollha għall-fini ta' pensjoni tas-sigurtà soċjali.", "Bħala l-ewwel pass fit-twettiq ta' din il-wegħda elettorali, minn din is-sena l-pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz u li għandhom 72 sena jew aktar, jew illi minn din is-sena 'l quddiem jilħqu din l-età, se ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali.", "Hekk minflok kif dejjem sar s'issa, li jiġi injorat nofs l-ammont ta' pensjoni tas-servizz illi jkun ġie kkomutat, minn din is-sena se jibdew jiġu injorati 75% tal-ammont ikkomutat.", "L-għotja ta' €300 fis-sena lil dawk illi għalqu l-75 sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom se tkompli tingħata matul din is-sena wkoll.", "Il-bonus li beda jitħallas kull sena lil numru ta' persuni, l-aktar nisa li ma ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għall-pensjoni minima, mill-1 ta' Jannar 2019 se nkunu qed inżiduh b'€50 fis-sena.", "B'hekk fil-każ ta' dawk illi kienu ħallsu aktar minn sena kontribuzzjoni iżda anqas minn ħames snin, il-bonus se jiżdied għal €200, filwaqt illi l-bonus ta' dawk illi ħallsu aktar minn ħames snin kontribuzzjonijiet se jiżdied għal €300 fis-sena.", "B'din il-miżura se jibbenefikaw madwar 12,500 persuna.", "Tliet snin ilu konna daħħalna inċentiv sabiex persuni jibqgħu jaħdmu minflok jirtiraw bil-pensjoni u b'hekk meta jagħlqu l-età ta' 65 sena l-pensjoni tagħhom tiżdidilhom.", "Din kienet miftuħa għas-settur privat biss.", "Minn din is-sena dan l-inċentiv se jiġi estiż ukoll għall-persuni li jibqgħu jaħdmu mas-settur pubbliku b'mod gradwali.", "Dan dejjem jekk ikun hemm talba mill-impjegat u l-kunsens ta' min iħaddem.", "Jingħataw ħlasijiet għal anomaliji li setgħu nħolqu tul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet jew għal raġunijiet oħra.", "(a) Għat-tielet sena konsekuttiva se nallokaw €11-il miljun f'fondi biex jiġu indirizzati dawn l-inġustizzji tal-imgħoddi, li jolqtu lil aktar minn 6,000 benefiċjarju jew l-eredi tagħhom.", "(b) Matul din is-sena wkoll, se jiġi fi tmiemu l-proċess sabiex jitħallsu l-arretrati tal-pensjonijiet lill-eks ħaddiema tal-Malta Electricity Board jew l-eredi tagħhom.", "Tejjibna l-ħlasijiet lil dawk illi jieħdu ħsieb l-anzjani fid-djar tagħhom.", "Dan sar permezz tar-riforma fl-allowance miżjuda għall-carers illi telgħet għal €140 kif ukoll l-allowance għall-carers, li telgħet għal €90.", "(a) Minn Jannar 2019 l-eżenzjoni mit-test tal-mezzi se tibda tgħodd għaż-żewġ allowances.", "B'hekk aktar anzjani se tingħatalhom il-possibilità li jibqgħu jgħixu f'darhom u fil-komunità għax il-qraba li jieħdu ħsiebhom se jibdew jibbenefikaw huma wkoll.", "B'din il-miżura, anke persuni miżżewġa sal-età pensjonabbli li jkunu jgħixu taħt l-istess saqaf mal-anzjan jew anzjana se jibdew ikunu eliġibbli għall-allowance tal-carers.", "(b) Minn din is-sena, meta persuna tapplika sabiex tieħu ħsieb anzjan jew anzjana li jkunu laħqu l-età ta' 85 sena, mhux se tibqa' ssir evalwazzjoni medika mill-bord multi-dixxiplinarju u l-allowance titħallas awtomatikament jekk il-carer u l-anzjan jew anzjana jkunu jgħixu fl-istess dar.", "Bil-għan illi titneħħa diskriminazzjoni li teżisti fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, Kapitlu 318, se ssir emenda biex persuni li kienu impjegati f'entità fejn il-gvern kien is-sid jew kellu l-maġġoranza tal-ishma u aċċettaw illi jibbenefikaw minn skema ta' rtirar kmieni qabel l-1 ta' Jannar tal-2008, se jkunu jistgħu jgawdu minn titjib fil-pensjoni tagħhom.", "Dan se jkun possibbli għaliex il-pensjoni tkun tista' tinħadmilhom fuq is-snin illi kienu jaħdmu fl-azjenda tal-gvern u mhux bilfors fuq il-pagi li kellhom wara li rtiraw kmieni.", "Dan minħabba proċess ta' ristrutturar jew privatizzazzjoni tal-azjenda.", "S'issa l-provvedimenti tal-liġi japplikaw biss għal dawk l-impjegati li rtiraw kmieni għar-raġunijiet imsemmija wara l-1 ta' Jannar, 2008.", "Minn din is-sena dawn il-provvedimenti se jkunu japplikaw ukoll għal dawk illi rtiraw kmieni wara l-1 ta' Jannar, 2003.", "Għadd ta' pensjonanti li fl-imgħoddi ħadmu l-Libja kienu ġew affettwati negattivament minn tibdil li kien sar fl-1988 fi ftehim bilaterali bejn Malta u l-Libja.", "Dan it-tibdil kien ħalliehom esposti u mingħajr kontribuzzjonijiet imħallsin f'Malta, bil-konsegwenza li affettwalhom bil-kbir il-pensjoni tagħhom.", "Għalhekk kif wegħedna fil-manifest elettorali, b'effett minn Jannar 2019, se nagħmlu ġustizzja wkoll ma' dawn il-persuni billi jirregolarizzaw ruħhom mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bil-għan illi jibdew huma wkoll igawdu minn pensjonijiet ogħla u li jixirqulhom.", "Huma qed jingħataw l-opportunità li jekk jippreżentaw provi tal-kontribuzzjonijiet illi kienu ħallsu fil-Libja, dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu kkonvertiti f'kontribuzzjonijiet Maltin skont is-sistema l-antika.", "F'każ illi ma jkollhomx provi x'juru, dawk milquta se jingħataw l-opportunità li jħallsu sa massimu ta' għaxar snin kontribuzzjonijiet nieqsa skont ir-rati kurrenti.", "Persuni li jkunu qed jieħdu ħsieb lill-ġenituri u jirċievu l-allowance miżjuda għall-carers jew l-allowance għall-carers se jibdew ikunu kkonsidrati bħala kap ta' familja fil-kalkolu tal-Għajnuna Medika, dejjem jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ilbieraħ jew il-biraħtlula tħabbru l-benefiċċji l-ġodda ta' min qed jikri r-residenza tiegħu, li żdiedu sostanzjalment, kif kien imħabbar fl-aħħar Baġit.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra anke b'dawn il-benefiċċji ġodda u jispjega x'iridu jagħmlu l-persuni li qed jikru jew beħsiebhom jikru sabiex igawdu minn dawn il-benefiċċji?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, l-ewwel nett ta' min jgħid li l-forma ta' għajnuna li kienet tingħata lill-persuni li jikru mill-privat qabel kienet f'forma ta' sussidju, li jekk niftakar sew l-ewwel kien jammonta għal €83 u mbagħad sussegwentement tela' għal €166 fix-xahar.", "Ta' min jgħid ukoll li qabel wieħed kien iħares biss lejn l-income tal-individwu biex ikun jista' jara jikkwalifikax għas-sussidju kollu jew inkella għal parti minnu biss.", "Issa bil-miżura l-ġdida li ġiet introdotta, meta niġu biex naraw x'għajnuna jista' joffri l-Gvern m'aħniex se nħarsu biss lejn l-income tal-individwu imma se nħarsu lejn l-income tal-individwu flimkien mal-kirja li wieħed iħallas.", "Ovvjament se jiġu stabbiliti kriterji biex tiġi ffissata somma għall-kirjiet ta' proprjetajiet differenti.", "Li se jiġri issa hu li minflok jinħareġ is-sussidju kif kien, wieħed se jqis l-income ta' dawk il-persuni li japplikaw għal-housing benefit u se jqis ukoll il-kera li titħallas biex jekk il kera li titħallas tkun akbar minn persentaġġ stabbilit, allura f'dak il-każ l-Awtorità tad-Djar se tagħmel tajjeb għal dik id-differenza.", "Issa naturalment hawn dejjem qed nitkellmu dwar proprjetà raġunevoli, jiġifieri mhux se tikri xi penthouse f'Tas-Sliema u tippretendi xi sussidju min-naħa tal-Gvern!", "Xi ħaġa oħra li rrid nagħmilha ċara hi li meta qed nitkellem dwar income, hawnhekk qed nitkellem dwar l-income totali tal-household, jiġifieri mhux tal-individwu li japplika biss.", "Ovvjament dawk il-persuni li diġà qegħdin jieħdu xi forma ta' sussidju fuq il-kera m'għandhomx għalfejn joqogħdu japplikaw biex jieħdu l-housing benefit imma kulma jridu jagħmlu huwa li jippreżentaw rendikont tal-income tal-household tagħhom lill-Awtorità tad-Djar.", "B'hekk konvinti li se nolqtu aktar lin-nies skont il-bżonnijiet tagħhom għax issa mhux se jittieħed inkonsiderazzjoni biss id-dħul, bħal qabel, imma se jittieħed inkonsiderazzjoni kemm id-dħul kif ukoll l-ispiża tal-individwu.", "Aħna jidhrilna li b'hekk dawk il-persuni li qegħdin b'kera privata jistgħu jiġu protetti aħjar.", "F'dawk il-każi fejn il-kera hija relattivament baxxa, il-kontribuzzjoni tal-Housing Authority se tibqa' kif inhi, imma f'dawk il-każi fejn il-kirja hija meqjusa bħala relattivament għolja, l-Awtorità se tgħin lin-nies ikkonċernati billi se tagħmel tajjeb għal dik id-differenza.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Glenn Bedingfield, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, peress li din il-ġimgħa stess kien hawn min qal f'din il-Kamra li dan huwa Gvern bla ruħ soċjali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jaħseb li din l-iskema ġdida li għadu kif ħabbar se tolqot nies?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: L-ewwel nett, Sur President, peress li issa mhux se jibqa' jiġi evalwat biss l-income tal-individwu imma wkoll l-ispiża li qed jagħmel l-inkwilin f'dik li hi kera, se jkun hemm nies li qabel ma kinux jikkwalifikaw għal dan is-sussidju u issa se jikkwalifikaw għalih.", "Madanakollu f'dan l-istadju huwa diffiċli li wieħed jgħid b'ċertezza kemm se jkun dan l-ammont għar-raġuni li aħna ma nistgħux inkunu nafu kemm qed iħallas l-individwu li qiegħed f'kera privata.", "Li nista' ngħid hu li għas-sena li ġejja hemm allokati €12-il miljun.", "Issa ovvjament jekk wieħed tonqoslu l-kera, allura jonqoslu s-sussidju filwaqt li jekk togħlielu l-kera, is-sussidju se jogħla.", "F'pajjiżna hawn madwar 5% tal-popolazzjoni li qegħdin f'kera mal-privat.", "Naturalment dan ma jfissirx li dawn kollha se jkunu eliġibbli għall-housing benefit, imma żgur li kollha se jintlaqtu b'xi mod jew ieħor minn xi miżuri tal-Baġit.", "Biżżejjed insemmi l-miżura tal-equity sharing u miżuri oħrajn, bħal pereżempju f'każ li persuni jisseparaw jew kellhom bżonn ibiddlu l-proprjetà tagħhom wara xi 40 sena jgħixu hemm, jiġifieri wieħed irid jara ftit il-miżuri kollettivament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, niftakar li ftit qabel ma dan il-Parlament waqaf għall-vaganzi tal-Milied, waqt li l-Ministru Michael Falzon kien qed jirrispondi xi mistoqsija supplimentari kien għamel appell b'saħħtu ħafna indirizzat lejn il-kampanja \"Children's Dreams\", inizjattiva tajba ħafna li għandha verament għan nobbli.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-riżultati ta' din il-kampanja fl-aħħar mill-aħħar peress li dakinhar huwa kien informa lill-Kamra li kien għad hemm tfal li ma kellhomx lil min jagħmlilhom il-ħolma tagħhom realtà?", "Jista' jgħidilna jekk il-ħolm tat-tfal intlaħaqx kollu u jekk jarax li matul din is-sena kif ukoll matul is-snin li ġejjin għandniex inkomplu naħdmu fuq din l-inizjattiva, li forsi tista' tikber ukoll?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Il-kampanja \"Children's Dreams\" titmexxa mill-Aġenzija Appoġġ.", "Li jiġri fil-prattika hu li jiġu identifikati numru ta' tfal - anke bl-għajnuna tas-social workers - li għandhom ċerti bżonnijiet jew xewqat li forsi għal xi raġuni jew oħra l-familja tagħhom ma tistax tlaħħaq magħhom.", "Kulma għandu jagħmel min irid jikkontribwixxi hu li jidħol online fis-sit ta' din il-kampanja u hemmhekk jagħżel dak li jixtieq jixtri minn dawk ix-xewqat li jkunu esprimew it-tfal li jkunu ġew identifikati għal din il-kampanja.", "Pereżempju, ġieli jitolbu xi ġugarell bħal, ngħidu aħna, karozza jew anke vouchers tal-McDonald's. Hawnhekk ta' min jgħid li min ikun qed jgħin f'din l-inizjattiva ma jkunx jaf lit-tifel jew lit-tifla li jkun qed jissodisfa l-ħolma tiegħu jew tagħha u lanqas it-tifel jew it-tifla li jkunu qed jirċievu dan ir-rigal ma jkunu jafu min issodisfalhom il-ħolma tagħhom.", "Bejn wieħed u ieħor kull sena jkun hemm madwar 1,500 tifla li jibbenefikaw minn din il-kampanja.", "Ta' min jgħid ukoll b'sodisfazzjon li din is-sena l-ħolm kollu ġie kopert.", "Mingħajr ma nsemmi ismijiet ta' kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħrajn, irrid nirrimarka li kemm is-sena li għaddiet kif ukoll din is-sena kien hemm kumpaniji, organizzazzjonijiet u anke NGOs li għamlu tajjeb għal kwalunkwe shortfall li seta' kien hemm.", "L-intenzjoni tagħna hi li nibqgħu għaddejjin b'din l-inizjattiva, anke għax wara kollox din hija inizjattiva li tolqot direttament lil tfal li forsi huma xi ftit inqas ixxurtjati minn oħrajn u allura huwa d-dover tagħna li naraw li jekk hemm xi ħaġa li wieħed jista' jagħmel għaliha, din għandha ssir.", "Nieħu pjaċir ninnota wkoll li fit-tliet snin li ilni responsabbli minn dan il-qasam, dejjem ġie kopert il-ħolm kollu li kellhom it-tfal.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ftit tal-jiem ilu rajna lill-Ministru jagħmel press conference f'dan il-Parlament flimkien ma' Membru tal-Oppożizzjoni minħabba li milli jidher, hemm ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni biex jitressaq quddiem dan il-Parlament abbozz ta' liġi li jipproteġi lit-tfal.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'wassal biex jitressaq dan l-Abbozz ta' Liġi u x'inhi l-aktar ħaġa li qed iddejqu fil-liġi attwali u li allura jixtieq li tinbidel permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt iva, Sur President, il-ġimgħa li għaddiet aħna bħala Gvern ippubblikajna l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) fejn hawnhekk qed nitkellmu dwar il-ħarsien li għandna noffru lit-tfal tagħna li għal xi raġuni jew oħra mhumiex qed jgħixu fl-ambjent tal-familja naturali tagħhom.", "Ir-raġunijiet għal dan jistgħu jkunu diversi u wieħed ma jistax jiġġeneralizza imma fil-verità f'pajjiżna għandna madwar 480 jew 500 tifel u tifla li qegħdin fi protezzjoni alternattiva u li għal xi raġuni jew oħra qed jidħol l-Istat għalihom.", "Qed ngħid dan għax kif inhi l-liġi sal-lum, huwa l-ministru nnifsu li għadu jidħol responsabbli għall-ħarsien tat-tfal.", "Il-liġi li tirrigwarda lit-tfal ilha biex tiġi aġġornata xi tliet deċennji, imma riċentement kien hemm ukoll diversi sentenzi, sew fil-qrati Maltin kif ukoll fi qrati barranin, li mbottaw biex din il-liġi tiġi aġġornata.", "L-iskop hu li f'kull deċiżjoni li tittieħed taħt din il-liġi, din trid tittieħed dejjem bil-ħsieb li l-ewwel u qabel kollox jitħarsu l-interessi tat-tfal.", "M'iniex qed ngħid li qabel ma kienx isir hekk, imma dan ma kienx miktub fil-liġi.", "Għalhekk wieħed mill-aktar punti li joħroġ b'mod ċar fl-Abbozz ta' Liġi l-ġdid hu li f'kull deċiżjoni li tittieħed, l-interessi tat-tfal għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa wkoll innovattiv f'diversi punti oħrajn.", "Pereżempju, sal-lum biex il-foster parents ikunu jistgħu jagħmlu talba biex jaddottaw il-foster child tagħhom – għalkemm naturalment mhux kull min jagħmel it-talba għall-addozzjoni jitħalla jaddotta għax wieħed irid jgħaddi l-proċeduri ġudizzjarji wkoll - iridu jkunu ilhom foster parents ta' dan it-tifel jew tifla għal mill-inqas għaxar snin.", "Issa aħna, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, qegħdin nipproponu li dak il-perjodu għandu jinżel għal ħames snin.", "Bi pjaċir ngħid li hemm qbil ġenerali dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ovvjament m'hemmx qbil dwar il-punti kollha tiegħu però fuq ċerti prinċipji se jkollna l-opportunità li niddiskutu kemm f'din il-Kamra kif ukoll quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Aħna qed naraw ukoll li foster carer li jkun ilu jieħu ħsieb tifel jew tifla għal ċertu żmien għandu jkun hu li jkollu l-kura u kustodja tal-minuri u mhux il-ministru responsabbli mis-solidarjetà soċjali, ikun min ikun il-ministru.", "Hawnhekk ta' min isemmi żewġ prinċipji oħra li huma innovattivi ħafna f'dan l-Abbozz ta' Liġi, fosthom il-mandatory reporting.", "F'abbozzi ta' liġi preċedenti l-ħsieb kien li l-mandatory reporting dwar abbuż ta' minuri - u hawnhekk qed nirreferi għal kwalunkwe abbuż u mhux biss għal dak sesswali - jkun jorbot lil kulħadd mentri issa qed nipproponu li l-mandatory reporting ikun jorbot biss lill-professjonisti.", "Aħna ridna wkoll li jitħarsu l-interessi tal-professjonisti, jiġifieri jekk professjonist jagħmel rapport li jista' jkun qed isir abbuż fuq minuri u mbagħad jirriżulta li ma kienx hemm dan l-abbuż, ma tkun tista' tittieħed l-ebda azzjoni kontra l-professjonist għax inkella dak li jkun jibża' jesprimi s-suspetti li jkun qed ikollu.", "Sur President, biex wasalna għall-pubblikazzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi għamilna ħafna konsultazzjonijiet, u ma niddejjaqx ngħid li għamilna konsultazzjonijiet saħansitra ma' Membri tal-Oppożizzjoni dwar ċerti punti.", "Issa nispera li d-diskussjoni f'din il-Kamra dwar dan l-Abbozz ta' Liġi tkun sana wkoll ħalli kif tgħid il-liġi, f'kull deċiżjoni li tittieħed l-interessi tat-tfal jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fir-risposta tiegħu l-Ministru rrefera għall-addozzjonijiet.", "Bħalma nafu, hemm addozzjonijiet lokali kif ukoll internazzjonali.", "Malta għandha numru ta' pajjiżi li l-familji Maltin ikunu jistgħu jaddottaw minnhom.", "Jista' għalhekk il-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li nibqgħu naddottaw minn dawn il-pajjiżi filwaqt li jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb jew inkella hijiex qed issir ħidma biex forsi jiżdiedu xi pajjiżi oħrajn?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax xi kultant tisma' persuni jgħidu li jsibuha diffiċli biex jaddottaw tifel jew tifla minn barra l-pajjiż.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "Jekk jogħġbok wieġeb fil-qosor għax il-ħin tal-mistoqsijiet diġà skada.", "MICHAEL FALZON: Fil-fatt, Sur President, għandna ftehimiet ma' diversi pajjiżi minn fejn jiġu addottati t-tfal.", "L-aktar tliet pajjiżi li minnhom jiġu f'pajjiżna tfal għall-addozzjoni huma mill-Indja - minn hemmhekk jiġi l-akbar numru - mill-Portugall - ġeneralment minn hemmhekk jiġu siblings - u mis-Slovakkja.", "Jekk inħarsu lejn is-sena li għaddiet insibu li dawk huma t-tliet pajjiżi li ġew it-tfal minnhom biex jingħataw għall-addozzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li matul is-sena li għaddiet ġew f'pajjiżna 50 tifel u tifla minn barra biex jiġu addottati, li naħseb huwa numru konsiderevoli meta wieħed iqis kollox.", "Is-sena li għaddiet irnexxielna wkoll nilħqu ftehim mal-Bulgarija biex naddottaw tfal anke minn dan il-pajjiż.", "Peress li aħna firmatarji tal-Hague Convention, qabel ma nibdew inġibu tfal għall-addozzjoni minn xi pajjiż ġdid, l-ewwel irridu naraw li dan il-pajjiż ukoll ikun firmatarju ta' din il-Konvenzjoni sakemm ma jkunx hemm xi ftehim ad hoc.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦD TA KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għattweġiba talmistoqsija parlamentari numru 8089 li ngħatat fisseduta 190 tat30 ta' Jannar 2019 dwar ħlas li sar lil Credit Rating Agencies fis-snin bejn l-2013 u l-2018;", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom, li għalihom hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8270;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom li għalihom hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8274; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja tal-pjanti approvati tal-proġett fejn qabel kien hemm il-Mistra Village fil-limiti tax-Xemxija, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8537.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Stqarrija għall-istampa maħruġa fit-12 ta' Jannar 2019 mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru għat-Turiżmu dwar pjan għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi u stqarrija għall-istampa maħruġa fid-19 ta' Jannar 2019 mill-Ministeru għal Għawdex dwar pjan għal breakwater ġdid f'Marsalforn, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8506.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kumitati Permanenti.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tat-Tnejn, 4 ta' Frar 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, l-Onor Robert Abela se jkun qed jissostitwixxi lill-Onor.", "MILL-ONOR.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, aħna l-Membri Parlamentari llum f'din il-Kamra rċevejna ittra li tqassmet mill-uffiċjali tal-Parlament hawnhekk stess, jiġifieri mhux fl-uffiċċju tiegħi jew id-dar tiegħi iżda hawnhekk.", "Din hija ittra minn avukat fejn fost affarijiet oħrajn qed jgħid li qed jikteb f'isem Foresite, li skont l-istess ittra hija konsorzju ta' businessmen Maltin.", "Aħna l-Membri ta' din il-Kamra li rċevejna din l-ittra m'għandniex mezz kif nidentifikaw min hu dan il-konsorzju u għaldaqstant fid-dawl li din l-ittra tqassmet mill-uffiċjali tal-Parlament qegħdin nitolbu lis-Sedja sabiex tgħinna nidentifikaw min hu dan il-konsorzju ta' businessmen Maltin.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Nitlobkom tgħadduhieli.", "Naturalment din l-ittra waslet fil-Parlament bil-posta u ġiet imqassma.", "Qed nieħu nota tat-talba li ġiet imressqa u issa se niċċekkjaw fuqha.", "Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI", "TAL-ESTIMI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-30 ta' Jannar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, illejla se nitkellem fuq l-Estimi tal-Baġit f'dak li jirrigwarda t-trasport u l-infrastruttura, diskors li fih se nipprova nkun kostruttiv kemm jista' jkun, għalkemm bla dubju ċerta kritika trid tagħmilha għax il-kritika twassal biex isir ċertu skrutinju fuq l-operat tal-Gvern.", "Nibda biex ngħid li l-qasam tat-trasport u l-infrastruttura żgur li m'għandux iservi bħala ballun politiku anzi ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom jaħdmu flimkien biex immexxu lil dan il-qasam, li huwa l-pilastru tal-ekonomija ta' pajjiżna,'il quddiem.", "Qabelxejn nixtieq nibda d-diskors tiegħi billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fid-diversi dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru, jiġifieri kemm lill-ħaddiema manwali, kemm lil dawk li għandhom gradi maniġerjali kif ukoll lill-professjonisti għax nemmen li dawn kollha jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħtu l-aqwa lil dawn l-oqsma.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dipartimenti oħra li wkoll jagħtu servizz lil dan il-qasam, fosthom lill-Korp tal-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u lill-Cleansing and Maintenance Division, li għalkemm ma jaqgħux taħt dan id-dekasteru, bil-ħidma tagħhom qed jgħinu sabiex ikollna toroq siguri kif ukoll jagħtu servizz indispensabbli lill-pajjiż f'dak li jirrigwarda t-toroq.", "Sur President, kif għedt diġà, jien nemmen li d-dmir ta' kull politiku hu li jagħmel kritika kostruttiva biex isir l-iskrutinju kollu neċessarju, però nixtieq nagħmilha ċara mill-bidu li l-kritika tiegħi mhijiex se tkun indirizzata direttament lejn dawn il-ħaddiema, anke għaliex kull dipartiment ikun qed jattwa l-politika tal-gvern li jkun hemm preżenti f'dak il-mument.", "Fil-fatt il-kritika tiegħi se tkun indirizzata lejn in-nuqqas ta' strateġija u pjan fit-tul li għandu l-Gvern preżenti f'dawn l-oqsma.", "Fid-diskors li għamilt f'Novembru wara d-Diskors tal-Baġit kont għedt li għal dak li jirrigwarda l-qasam tat-trasport u tal-infrastruttura, dan kien Baġit riċiklat u bla viżjoni.", "L-iżball tal-Gvern hu li għalkemm issa ilu sitt snin imexxi lil pajjiżna, huwa ħalla t-toroq fi stat tal-biki.", "Biżżejjed ngħid li matul dawn l-aħħar sitt snin la saru toroq ġodda u wisq anqas ġew mantnuti t-toroq eżistenti.", "It-toroq huma bħal saqaf ta' dar; jekk ma ddurux qabel ma jidħol l-istaġun tax-xitwa u ma tagħmillux il-manutenzjoni neċessarja kull sena, wara ċertu żmien il-ħsara ssir irreparabbli bil-konsegwenza li mbagħad mhux biss ikollok tirranġa dak is-saqaf imma jkollok tagħmlu mill-ġdid.", "L-istess nistgħu ngħidu għat-toroq; jekk ma teħux ħsiebhom b'mod regolari u tagħtihom il-manutenzjoni kollha meħtieġa, ħsara li għall-bidu tkun tista' tirranġaha bi ftit manutenzjoni ssir irreparabbli bil-konsegwenza li jkollok tibdel it-triq kollha.", "Allura issa x'ġara?", "Dak li m'għamilx il-Gvern preżenti f'sitt snin, il-Ministru Ian Borg qed jipprova jagħmlu f'sitt xhur!", "Naturalment dan qed iwassal għal għaġla żejda u paniku sħiħ bil-konsegwenza li kif jgħid il-Malti, il-qattusa għaġġelija friegħ għomja tagħmel!", "Sur President, dan il-Ministeru jħaddan fih waħda mill-problemi prinċipali li għandna f'pajjiżna: it-traffiku, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu, fosthom tniġġis ta' arja, stress żejjed fuq is-sewwieqa u inċidenti tat-traffiku.", "Minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) sfortunatament irriżulta li fl-2016 l-imwiet ikkawżati minn inċidenti tat-traffiku żdiedu għal 23.", "Naturalment kull mewt hija traġedja, però sfortunatament, għal diversi raġunijiet, minflok irnexxielna nagħmlu t-toroq tagħna aktar siguri, spiċċajna b'żieda sostanzjali f'dawk li huma inċidenti u mwiet fit-toroq tagħna.", "Waħda mir-raġunijiet għal dan hija l-fatt li ż-żieda fl-għadd ta' karozzi li rajna fit-toroq tagħna hija aktar milli jiflaħ il-pajjiż.", "Biżżejjed ngħid li fi tliet snin, jiġifieri bejn l-2013 u l-2016, żdiedu madwar 45 karozza kuljum, u dan minbarra ż-żieda ta' 12% ta' carbon dioxide fit-toroq tagħna, li hija kawża prinċipali tal-ammont ta' karozzi li għandna fit-toroq tagħna.", "Sur President, din iż-żieda li esperjenzajna fin-numru ta' karozzi li għandna fit-toroq tagħna turi li l-inizjattiva prinċipali li biha jistgħu jonqsu l-karozzi mit-toroq, ċjoè li aktar nies jużaw it-trasport pubbliku, ma laħqitx l-għan tagħha, u dan minkejja li s-sussidju żdied minn €6 miljun għal aktar minn €30 miljun, li bla dubju hija qabża sostanzjali fl-ammont ta' flus li kull ħaddiem Malti u Għawdxi qed ikollu joħroġ mill-but jew titteħidlu mit-taxxa li jħallas għat-trasport pubbliku.", "Kif kont qed ngħid fil-bidu, ħafna mill-proposti tal-Baġit huma ripetuti minn dawk tas-snin ta' qabel jew riċiklati minn Baġits oħrajn u m'għandhom l-ebda viżjoni jew direzzjoni innovattiva, jew inkella hemm imsemmija saħansitra inizjattivi li ma jistgħux jitwettqu minħabba li l-infrastruttura tal-pajjiż ma tippermettix.", "Minflok ma sar pjan ħolistiku biex pajjiżna jagħmel qabża 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam ma' mobilità, spiċċajna morna għaxar passi lura!", "Minflok ma l-Gvern qed jipproponi proposti u mezzi alternattivi ta' trasport, l-importanti għalih hu li jwessa' t-toroq u jżid il-karozzi fihom, bħal dak li qallu billi jżid il-karozzi fit-toroq, b'daqshekk ikun qed isolvi l-problema tat-traffiku!", "Ir-realtà hi bil-wisq differenti, u għalhekk pajjiżna għandu bżonn lil min joħroġ b'ideat u b'soluzzjonijiet innovattivi ħalli b'hekk inkunu qegħdin nagħtu viżjoni għal pajjiżna mhux għall-ħames snin li ġejjin jew inkella għall-għaxar snin li ġejjin imma jekk jista' jkun għall-25 sena u għall-50 sena li ġejjin.", "Sur President, pajjiżna għandu bżonn gvern li jkun kapaċi jippjana l-bżonnijiet tal-poplu għall-għexieren ta' snin li ġejjin u mhux jara biss sal-ponta ta' mnieħru, kif sfortunatament qiegħed jagħmel dan il-Gvern.", "Kif se nkun qed nispjega, jeżistu soluzzjonijiet fit-tul, però dan il-Gvern qed jirriżolvi ruħu biss għal soluzzjonijiet faċli, li għalkemm fl-immedjat jistgħu jagħtu riżultati, fil-futur qarib se nerġgħu niġu koppi.", "Għalhekk b'din it-tip ta' viżjoni li għandu l-Gvern qed jispiċċa jberbaq flus il-poplu mingħajr dak l-għaqal li wieħed jistenna mingħandu biex imbagħad min-naħa l-oħra minflok mhu qed jilqa' l-proposti validi li qed tressaq l-Oppożizzjoni u jattwahom, qed jispiċċa jew ikaxkar saqajh, b'detriment għal min juża t-toroq tagħna, jew inkella qed jispiċċa jinjorahom għal kollox.", "Nixtieq nagħti eżempju dwar dan.", "Waħda mill-proposti li għamlet l-Oppożizzjoni, mhux sena ilu imma erba' snin ilu, eżattament f'Ottubru tal-2014, kienet dik tat-trasport b'xejn għall-iskejjel.", "Din kienet proposta tajba li kulħadd qabel magħha tant li fl-aħħar anke l-Gvern attwaha.", "Però wara li ħallieha fuq l-ixkaffa għal erba' snin sħaħ, sfortunatament imbagħad ipprova jwettaqha nofs sajran fl-aħħar minuta, bil-konsegwenza li mhux kull min kellu bżonn trasport b'xejn għall-iskola ħa dan is-servizz.", "B'hekk saret diskriminazzjoni kemm mal-ġenituri kif ukoll ma' wliedhom li ma ġewx ipprovduti b'dan it-trasport mill-ewwel.", "Sur President, waħda mill-proposti li minħabba l-infrastruttura inadegwata li għandna f'pajjiżna ma tistax tiġi implimentata kif suppost hija dik tal-grants fuq xiri ta' roti.", "Li jingħataw grants fuq xiri ta' roti huwa inċentiv tajjeb li aħna naqblu miegħu, anzi nemmnu li għandu jkun hemm aktar inċentivi bħal dawn, però mbagħad nafu li min jixtri rota ma jistax juża dik ir-rota bħala mezz alternattiv għat-trasport għax filwaqt li qed nonfqu miljuni ta' euros fit-twessigħ ta' toroq, imbagħad mhux qegħdin jiġu introdotti faċilitajiet adegwati għall-użu tar-roti jew inkella faċilitajiet kumplimentari fil-qafas tat-trasport pubbliku, bħal pereżempju cycle and ride, fejn tkun tista' tagħmel nofs il-vjaġġ tiegħek bir-rota u n-nofs l-ieħor bit-trasport pubbliku.", "Imbagħad jiġi l-Ministru għall-Finanzi waqt id-Diskors tal-Baġit jgħidilna li bl-inċentivi li daħħlu qegħdin jinkoraġġixxu l-użu tar-roti, tal-muturi u tat-trasport pubbliku filwaqt li qed jiskoraġġixxu l-użu tal-karozzi privati!", "Hawnhekk huwa biżżejjed li nirreferi għal proġett li sar riċentement; it-twessigħ ta' Triq Diċembru 13 fil-Marsa.", "Dan il-proġett sar mingħajr konsultazzjoni ma' ħadd, il-bus lane li kien hemm tneħħiet mingħajr ma reġgħet saret, twessgħet it-triq u għalkemm kien hemm l-opportunità li tiġi introdotta bicycle lane f'din it-triq, din ma ġietx introdotta bl-iskuża tal-Gvern tkun li peress li żidna l-karreġġjati għall-karozzi, m'hemmx bżonn bus lanes u cycle lanes, argument li assolutament ma jagħmilx sens!", "Wegħda oħra li saret kienet li se jsir investiment f'bus shelters ġodda.", "Ovvjament aktar ma ttejjeb is-servizz tat-trasport pubbliku aktar tista' tinkoraġġixxi nies li jużawh, però mbagħad insibu li għandna diversi bus stops u vened f'postijiet strateġiċi, fosthom anke fil-Floriana, li għadhom bla bus shelter.", "Però dan mhux kollox għax meta l-Gvern qed jiddeċiedi li jagħmel bus shelter f'post partikolari, dan qed jispiċċa jieħu x-xhur biex jiġi installat!", "Sfortunatament din hija mentalità tas-snin tmenin.", "Bħalma jgħidu, il-Partit Laburista biddel sufu iżda mhux għemilu.", "Imbagħad nippretendu li l-poplu juża mezzi alternattivi ta' trasport minflok il-karozza privata tiegħu!", "Sur President, kif kont qed ngħid tul dawn l-aħħar sitt snin il-Gvern injora diversi proposti li għamlet l-Oppożizzjoni jew inkella spiċċa jkaxkar saqajh għalihom u b'hekk tilef l-opportunità li s-sitwazzjoni tat-traffiku f'pajjiżna titranġa jew inkella li titranġa fi żmien aktar qasir, bħal fil-każ tat-trasport pubbliku b'xejn għall-iskejjel kollha.", "Illum għandna Gvern li jinsab għaddej b'kampanja sħiħa fejn qed jgħid li f'seba' snin se jonfoq €700 miljun f'bini ta' toroq.", "Huwa faċli li tiftaħar b'rix ħaddieħor!", "Li ma jgħidx il-Gvern hu li ammont sostanzjali minn dawn il-flus huma parti mill-€1,300 miljun li l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ġab mill-Unjoni Ewropea!", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll il-fatt illi li kien għall-Partit Laburista, aħna llum għadna barra mill-Unjoni Ewropea u ma konniex ingawdu minn dawn il-fondi, imma konna nibqgħu b'xiber imnieħer.", "Il-Gvern qed jipprova jagħti l-impressjoni li s-sitwazzjoni tat-toroq f'pajjiżna tinsab fi stat ħażin minħabba li Gvernijiet Nazzjonalisti qatt m'għamlu xogħlijiet ta' toroq, qisha x-xemx telgħet fuq wiċċ Malta u Għawdex meta tela' l-Gvern Laburista!", "Għalhekk naħseb li hawn ta' min isemmi xi ftit mix-xogħlijiet ta' toroq li saru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Se nsemmi biss xi wħud mit-toroq arterjali u distributorji li saru, fosthom Triq Ħal Far li mill-Freeport twasslek għall-Airport, Triq il-Kunsill tal-Ewropa f'Ħal-Luqa, Triq Garibaldi u Triq Diċembru 13 fil-Marsa, Triq il-Belt Valletta fiż-Żurrieq, it-Triq tal-Barrani, il-bypass ta' San Pawl il-Baħar, il-bypass tal-Imrieħel, Triq l-Imdina, li minn Ħal Qormi tagħti għal Ħaż-Żebbuġ u twasslek ir-Rabat, Triq l-Imdina f'Ħ'Attard, Triq Buqana li mir-Rabat twasslek għall-Mosta, Triq Sir Temi Zammit li mill-Mosta twasslek għall-Imġarr, Triq is-Salina li min-Naxxar tieħdok għal San Pawl il-Baħar, Triq M. Murray li minn Tal-Balal tieħdok għan-niżla t'Alla u Ommu, il-bypass ta' Birkirkara u l-bypass tal-Mellieħa.", "Dan minbarra l-mijiet ta' toroq residenzjali li kienu nbnew mill-ġdid fejn kienu nqalgħu mill-pedamenti bis-servizzi b'kollox u mhux ingħataw lagħqa tarmak fuq li kien hemm!", "Gvernijiet Nazzjonalisti ma nsewx lil Għawdex lanqas u minbarra toroq residenzjali, hemmhekk għamlu wkoll diversi toroq arterjali u distributorji, fosthom Imġarr Road, ix-Xatt ta' Għajnsielem, it-triq li mix-Xewkija tibqa' sejjer għar-Rabat, it-triq li mir-Rabat twasslek għax-Xlendi, it-triq li mir-Rabat twasslek sas-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu kif ukoll it-triq li minn San Lawrenz twasslek għad-Dwejra.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll xogħlijiet oħra ta' inġinerija ċivili, fosthom il-mini ta' Santa Venera, il-mini ta' quddiem l-Università u diversi mini oħra.", "Sur President, il-Gvern qed jipprova jagħti l-impressjoni li kien Gvern Nazzjonalista li ħareġ bl-idea li ndejqu t-toroq bħalma ġara fil-każ ta' Triq l-Imdina f'Ħ'Attard quddiem l-Isptar Monte Carmeli.", "Li ma jgħidx il-Gvern hu li kien Gvern Laburista fis-sentejn li għamel imexxi lil dan il-pajjiż bejn l-1996 u l-1998 li kien ġab konsulenti Ġermaniżi li ħarġu bl-idea - issa hawn wieħed jista' jaqbel magħhom u jista' ma jaqbilx - li biex ikollok continuous flow trid iddejjaq it-toroq.", "L-għerf mhuwiex kemm tonfoq flus iżda kif tonfoq il-flus.", "Huwa tajjeb li tonfoq madwar €100 miljun fis-sena f'bini jew f'kisi ta' toroq, kif qed jagħmel dan il-Gvern, però l-aktar ħaġa importanti hi li dawn il-flus jintnefqu kif verament hemm bżonn, mhux kif ġara f'Ta' Xbiex fejn triq li kien għadu kemm għamel il-kunsill lokali, wara biss ftit xhur kellha terġa' tinqala'.", "Tajjeb ukoll li x-xogħol isir bi pjan mhux bħalma ġara fi Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq, fejn minħabba nuqqas ta' ppjanar min-naħa tal-Gvern, xogħol li ma kellux idum aktar minn sitt xhur spiċċa ħa tliet snin aktar milli kien mistenni u llum hemmhekk ix-xogħol għadu għaddej b'inkonvenjent kbir għar-residenti kollha li joqogħdu f'din it-triq, li għadha mimlija tjun u trabijiet.", "Sal-lum dawn ir-residenti għadhom ma jistgħux joħorġu mill-garaxxijiet tagħhom jew joħorġu bil-kumdità minn djarhom, u dan biex ma nsemmix ukoll l-inkonvenjent li qed ikollhom isofru wkoll ir-residenti l-oħrajn taż-Żurrieq stess u tal-irħula tal-madwar.", "Għandu jsir ukoll xogħol ta' kwalità u tal-ogħla livell biex dan jitgawda kemm mill-ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll minn dawk futuri, mhux bħal fil-każ tal-bypass tal-Mellieħa fejn ix-xogħol sar bl-għaġla bil-konsegwenza li l-livell tax-xogħol ma laħaqx dak mixtieq tant li saħansitra nġibdet l-attenzjoni għal dan minn Membru Parlamentari tal-Partit Laburista stess.", "Imbagħad xi ngħidu għall-metodu ta' kostruzzjoni li qed isir għat-toroq tagħna, Sur President?!", "Sfortunatament f'ċerti każi llum morna lura għat-tip ta' xogħol li kien isir matul is-snin tmenin, li kien jikkonsisti f'lagħqa tarmak fuq dak li kien hemm u f'ċerti sitwazzjonijiet lanqas biss jinbidlu s-servizzi.", "Jingħata żewġ pulzieri tarmak fuq kollox u nibqgħu għaddejjin!", "Biex nagħti eżempju għal dan, ħalli żgur ma jkunx hawn min jaħseb li qed naqla' minn żniedi, biżżejjed insemmi s-sitwazzjoni li kien hemm f'Paceville.", "Qabel is-sajf tajna kisja ta' 40mm fuq kollox - jiġifieri kisja ta' inqas minn żewġ pulzieri - mingħajr ma bdilna s-servizzi, imqar tad-drenaġġ, biex issa wara li ntnefqu madwar €1 miljun, irid jerġa' jsir ix-xogħol mill-ġdid.", "Jiġifieri spiċċajna rmejna €1 miljun li setgħu ntużaw biex isiru toroq oħrajn fejn hemm bżonn.", "Ta' min isemmi wkoll il-fatt li l-bini ta' service ducts, li jikkonsistu f'kanali taħt it-triq biex jgħaddu s-servizzi minnhom bħas-servizz tad-drenaġġ, is-servizz tal-ilma u diversi servizzi oħrajn, huwa ineżistenti, u dan minkejja li qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet il-Prim Ministru kien wiegħed li s-servizzi kollha se jibdew jinqalgħu minn mal-faċċati u jgħaddu minn service ducts apposta.", "Sfortunatament din kienet wegħda fiergħa oħra min-naħa ta' dan il-Gvern!", "Għaldaqstant assolutament mhuwiex sew li jekk se ninvestu €700 miljun fit-toroq, wara erbat ijiem se nispiċċaw ikollna nerġgħu nqattgħu t-toroq mill-ġdid biex nirranġaw is-servizzi.", "Sfortunatament jekk tgħaddi minn ċerti toroq erba' snin jew ħames snin wara li jkunu saru ssib li dawn kellhom jerġgħu jinqalgħu biex jinbidlu s-servizzi tal-ilma jew servizzi oħra.", "Għalhekk hawn nixtieq nagħmel appell lill-Gvern.", "Jien nifhem li mhuwiex faċli li tgħaddi s-service ducts però jekk isiru l-istudji neċessarji kapaċi nsibu soluzzjoni biex is-servizzi kollha, speċjalment fil-każ ta' toroq ġodda, jgħaddu minn service ducts apposta ħalli forsi xi darba naslu biex nagħmlu triq darba mingħajr ma jkollna nerġgħu naqilgħuha.", "Jekk taħt il-bankini taż-żewġ naħat tat-triq jibdew isiru service ducts li minnhom jiġu mgħoddja s-servizzi tad-drenaġġ, il-provvista tal-ilma tax-xorb u l-provvista tal-elettriku, in-nofs tat-triq ma jkollu għalfejn jintmiss qatt.", "B'hekk biss forsi nistgħu naslu biex xi darba triq issir b'mod tajjeb mill-ewwel u tibqa' titgawda għal snin twal.", "Huwa veru li fil-bidu n-nefqa tkun ftit aktar imma in the long run b'hekk inkunu ffrankajna ħafna u ħafna flus.", "Punt ieħor essenzjali dwar il-bini tat-toroq huwa li ċertu studju għandu jsir qabel ma jinbeda x-xogħol.", "Ma nistgħux nibqgħu bil-mentalità l-antika li meta niġu biex nagħmlu triq, nagħmlu wiċċ it-triq kif kien bil-konsegwenza li jekk qabel din it-triq kienet qed iżżomm l-ilma, wara li nonfqu dawk il-flus kollha, dik it-triq terġa' tibda żżomm l-ilma.", "Għandhom isiru topographical surveys, għandu jsir ippjanar fuq il-livelli tat-triq u jekk hemm bżonn isir xi water culvert biex jinqabad l-ilma ġo fih, dan għandu jsir.", "Kif għedt diġà, huwa veru li fil-bidu tonfoq ftit aktar, però 'l quddiem dan jagħtik riżultati ħafna u ħafna aħjar.", "Madanakollu fil-maġġoranza tal-każi dan ix-xogħol mhux qed isir u meta jkun se jsir xi wiċċ ta' triq ġdid il-livelli tat-triq mhumiex qed jiġu studjati bil-konsegwenza li wara li tagħmel ftit xita qed nispiċċaw b'toroq mimlijin għadajjar tal-ilma.", "Jien ma naħsibx li hu sew li wara li l-poplu jkun investa dawk il-flus kollha, jispiċċa bl-għadajjar tal-ilma quddiem id-dar tiegħu jew inkella agħar minn hekk, l-ilma tat-triq jiġi jaqleb għal ġod-dar jew għal ġol-garaxx tiegħu!", "Dan ix-xogħol li qed ngħid jien għandu jsir anke meta jkun se jingħata t-tarmak f'toroq rurali.", "Ma nistgħux nibqgħu bil-mentalità li għax triq tkun fil-kampanja u ma tantx jgħaddu nies minnha, allura naqbdu nitfgħu t-tarmak u barra bid-daqq, anzi din il-proċedura trid tittieħed aktar bis-serjetà fit-toroq tal-kampanja għax dawn huma toroq li n-nies imorru jippassiġġaw fihom u għalhekk ma jistax ikun li meta tagħmel ftit xita, in-nies jispiċċaw ikollhom jgħaddu mill-għadajjar.", "Anke meta niġu biex naraw fejn se jaqleb l-ilma tax-xita, dan għandu jsir b'ċerta serjetà.", "Għandna napprofittaw irwieħna wkoll mill-ilma li jinġema' f'dawn it-toroq meta tagħmel ix-xita.", "Dan għandu jinġabar u jingħata lill-bdiewa ħalli jkunu jistgħu jsaqqu l-uċuħ tar-raba tagħhom bih.", "Illum issib ammont ta' residenzi anke f'toroq rurali; sfortunatament ħafna drabi nagħtu t-tarmak lil dawn it-toroq u s-servizz tad-drenaġġ nibqgħu ma ngħadduhx.", "Jien nemmen li għalkemm triq tkun rurali, ċerti servizzi bżonjużi, bħall-ilma u d-drenaġġ, għandhom jiġu mgħoddija minn dawn it-toroq partikolari qabel ma jingħata l-wiċċ tat-tarmak.", "Hawnhekk nixtieq nirreferi għal triq rurali li wara li domt xi erba' snin niġbed l-attenzjoni dwarha f'dan il-Parlament, fl-aħħar saret, u għalhekk illum nixtieq nirringrazzja lill-Gvern talli għamilha.", "Qed nirriferi għal Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa.", "Madanakollu, sfortunatament għalkemm din it-triq saret, it-twessigħ li kien hemm bżonn isir fiha baqa' ma sarx, u dan meta aħna li noqogħdu fl-irħula ta' wara l-mina, jekk jinqala' xi inċident taħt il-mini, l-unika triq li nkunu nistgħu noħorġu minnha hija proprju din it-triq.", "Jien persważ li bi ftit aktar investiment kienu jitneħħew anke ċerti blind corners u black spots li hemm f'din it-triq biex b'hekk ikun aktar faċli għal dak li jkun li jgħaddi minnha.", "Pjaga oħra f'dawk li huma x-xogħlijiet tat-toroq hija d-dewmien, u dan meta dawn ix-xogħlijiet għandhom isiru fi żmien stipulat biex la jinħoloq inkonvenjent għar-residenti li jkunu joqogħdu f'dik it-triq u lanqas għar-residenti tal-madwar.", "Diġà semmejt il-martirju li għaddew minnu n-nies li joqogħdu fi Vjal ix-Xarolla ġewwa ż-Żurrieq kif ukoll ir-residenti tal-madwar.", "Li kieku l-Gvern ħadem bi pjan u kellu pjan ħolistiku fuq din it-triq, kieku żgur li ma kienx idum ikaxkar saqajh għal kważi tliet snin biex jagħmilha.", "Issa hawn ta' min ifakkar li x-xogħol fuq din it-triq kien inbeda fl-2013 imma hekk kif tela' l-Gvern Laburista x-xogħol f'din it-triq waqaf ħesrem u sal-lum in-nies għadhom bit-triq maqlugħa jistennew li xi darba x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru f'din it-triq xi darba jsiru.", "Il-Gvern ġab l-iskuża li dawn ix-xogħlijiet waqfu minħabba li f'din it-triq instabu xi fdalijiet ta' oqbra.", "Jien nifhem dawn iċ-ċirkostanzi, imma kulħadd jiftakar x'kien għamel il-Partit Laburista meta fi żmien Gvern Nazzjonalista x-xogħlijiet fi Triq Diċembru 13 twaqqfu għal xi xahrejn jew tlieta minħabba l-istess raġuni, jiġifieri minħabba li nstabu xi oqbra fihom.", "Issa għax instabu xi oqbra fi Vjal ix-Xarolla, il-Gvern minflok ma waqaf għal tliet xhur, waqaf għal kważi sitt snin!", "U xi ngħidu għall-ambjent ta' madwarna, Sur President?!", "Bl-iskuża li s-siġar jagħmlu ħsara lit-toroq u lit-tarmak, spiċċajna ma ħallejniex siġra waħda fit-triq u llum inti u ssuq, tkun fejn tkun, ħlief tarmak u konkos ma tarax!", "Naħseb li m'hemmx għalfejn ngħidu li dan huwa ħażin.", "Sur President, jien fadalli ħafna aktar xi ngħid però l-ħin ma jistenna lil ħadd u se jkolli nikkonkludi hawnhekk.", "Għalkemm il-kritika tiegħi għall-Gvern preżenti matul dan l-intervent kienet daqsxejn ħarxa, ikun ta' pjaċir għalija li nistieden lill-Ministru Ian Borg biex niltaqgħu, niddiskutu u naħdmu flimkien bħala Gvern u Oppożizzjoni għax pajjiżna jixraqlu infrastruttura ħafna aħjar minn dik li għandna llum.", "Nixtieq nagħmel appell ukoll lill-Gvern biex fejn ikun hemm proposti tajbin min-naħa tal-Oppożizzjoni, huwa jeħodhom u ma joqgħodx ikaxkar saqajh biex jattwahom.", "Dak li hu tajjeb ejjew nammettu li hu tajjeb, jiġi minn fejn jiġi, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa b'hekk li nkunu qed nagħmlu l-ġid lil pajjiżna.", "Jien nemmen li b'kunsens bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u b'konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha involuti nistgħu naħdmu b'mod effettiv u nindirizzaw din il-kwestjoni ferm kbira f'pajjiż daqstant żgħir.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, kont qed insegwi wħud mid-diskorsi li saru f'dan id-dibattitu.", "Ilbieraħ kien hawn min saħansitra kkwota siltiet mill-innu tal-Partit Laburista biex ifakkarna fil-prinċipji tagħna!", "Jien nista' nserraħlu rasu lil dan il-kollega u ħabib tiegħi li aħna nafu x'inhuma l-prinċipji tagħna, u dawn mhumiex biss dawk li hemm miktubin fl-innu tal-Partit Laburista imma anke dawk li hemm miktubin fl-innu tal-Partit Nazzjonalista għax għalina s-Sbejħa Patrija ma tagħmilx differenza tkunx fl-Oppożizzjoni jew inkella tkunx fil-Gvern!", "Malta hija sabiħa, għandha tibqa' sabiħa u għandna nibqgħu nfaħħru isem pajjiżna kemm meta l-Partit Laburista jkun fil-Gvern kif ukoll meta jkun fl-Oppożizzjoni, u dan għandna nagħmluh bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Sur President, ma rridx nagħti l-impressjoni li aħna xi Gvern perfett għax ħadd mhu perfett!", "GLENN BEDINGFIELD: Jgħid \"point taken\" min jaħseb li hu perfett għax meta smajt lill-kollega ħabib tiegħi l-Onor.", "Beppe Fenech Adami din il-ġimgħa, innotajt li kellu jitqanżaħ biex isib għaxar fallimenti ta' dan il-Gvern!", "U biex beda, Sur President?", "Fl-opinjoni tiegħu, l-ewwel falliment ta' dan il-Gvern huwa fl-edukazzjoni, u taf għaliex?", "Għax dan il-Gvern ma baqax jibni skola kull sena!", "Issa x'jiswa li tibqa' tibni skola kull sena jekk imbagħad tħalli l-iskejjel li jkollok eżistenti mhux f'sitwazzjoni tajba?!", "Jew inkella x'jiswa li tibni skola kull sena u ma tħallashomx?!", "Għax kien dan il-Gvern li ħallas għall-iskejjel li bena l-Partit Nazzjonalista!", "Ta' min jgħid ukoll li wħud mill-iskejjel li nbnew, ma nbnewx sew lanqas!", "Sur President, fil-qasam tal-edukazzjoni għaddej ix-xogħol u dan ix-xogħol irid jibqa' għaddej imma dan ma nistgħux nagħmluh billi niffokaw biss fuq il-ġebla għax is-suċċess tal-edukazzjoni ma jitkejjilx bil-ġebel imma jitkejjel bis-suċċess li jkollhom it-tfal tagħna.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami pprova jbellagħhielna wkoll li t-tieni falliment ta' dan il-Gvern huwa fil-qasam tas-saħħa.", "U x'għamel il-Partit Nazzjonalista fil-qasam tas-saħħa?", "Fi żmienu l-qasam tas-saħħa kien qed jiddeterjora.", "Kollox sew, bnew sptar, imma dan l-isptar lanqas biss bnewh sew għax bnewh bil-konkos se jaqa'!", "Dan apparti kemm kien hawn mediċini out of stock u kemm kont iddum tistenna għal appuntament, biex tagħmel MRI jew inkella biex tagħmel operazzjoni tal-kataretti.", "Fi żmienhom kien hemm waiting lists ta' eluf ta' nies; kollha jistennew biex jagħmlu l-operazzjonijiet u biex jagħmlu t-testijiet!", "Ara llum dawn il-waiting lists spiċċaw!", "Dan ifisser li llum is-servizz tas-saħħa li għandna huwa perfett?", "Le, ħadd mhu qed jgħid li hu perfett u għad hemm każijiet fejn wieħed għadu jkollu jistenna għal appuntament l-isptar imma żgur li trid tkun bniedem illi timmaġina mhux ħażin biex tgħid li l-qasam tas-saħħa f'dan il-pajjiż huwa falliment!", "Qed jgħidu li dan il-Gvern falla fil-ġlieda kontra l-faqar.", "Minn fejn ġabuha din?!", "Għax anke l-istess statistika li jikkwotaw minnha tmerihom fuq dan il-punt!", "Allura dan ifisser li qed nagħmlu biżżejjed fil-qasam tal-faqar?", "Le, mhux biżżejjed għax anke jekk ikollok persuna waħda biss fqira rridu naraw x'se nagħmlu biex narawha timxi 'l quddiem, aħseb u ara meta jkollok eluf ta' nies fil-problema tal-faqar!", "Imma kien dan il-Gvern li għaraf il-problema tal-faqar f'pajjiżna u beda jindirizzaha.", "Qed ngħid dan għax sa ftit tas-snin ilu matul il-leġiżlatura li għaddiet kull meta kienet tqum il-kwestjoni tal-faqar - issa ta' min ifakkar li matul il-leġiżlatura li għaddiet kien hemm kważi 100,000 ruħ fil-faqar - kienu jgħidulna li din kienet biss perċezzjoni!", "Aħna ħdimna f'Baġit wara l-ieħor li għamilna biex nindirizzaw il-problema tal-faqar.", "Taf biex titfagħhom fil-faqar lill-familji Maltin u Għawdxin, Sur President?", "Biż-żieda li tagħmlilhom fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, pereżempju, fejn imnalla kien dan il-Gvern li raħħashom u li lin-nies taffielhom ħafna mill-piż!", "Kien dan il-Gvern li ta aktar flus fil-but lin-nies!", "Biżżejjed ngħid li kull sena dan il-Gvern tefa' madwar €80 miljun fil-bwiet tan-nies u tan-negozjanti.", "Fil-fatt illum il-ġurnata n-nies qed jeħduhom for granted il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u lanqas biss għadhom jitkellmu fuqhom!", "Fil-bidu ta' dan id-dibattitu l-Ministru Michael Falzon, il-Ministru responsabbli mill-qasam soċjali, elenka numru ta' skemi li huma kollha ntiżi biex iwieżnu lil dawk li jifilħu l-inqas fis-soċjetà tagħna.", "Hawn wieħed irid ifakkar ukoll li kien dan il-Gvern li għolla l-paga minima u li taffa l-piż tat-taxxa minn fuq dawk li jaqilgħu paga minima.", "Għal darb'oħra f'dan il-Baġit il-Gvern reġa' kompla jgħin lil dawk li għandhom paga minima għax issa dawn in-nies jistgħu jagħmlu sena biss bil-paga minima.", "Tgħiduli: Allura daqshekk biżżejjed?", "Dażgur li mhux biżżejjed, Sur President, imma almenu dan huwa bidu tajjeb!", "U xi ngħidu għall-pensjonanti?", "F'dan il-Baġit tajniehom ir-raba' żieda konsekuttiva!", "Allura b'daqshekk biżżejjed?", "Dażgur li mhux biżżejjed!", "Mela billi tieħu €10 żieda fil-ġimgħa, dawn huma biżżejjed?", "Lanqas jekk tieħu €100 żieda fil-ġimgħa mhuma biżżejjed!", "Imma mhux jiġi jgħidilna li fallejna fil-ġlieda kontra l-faqar min faqqar lil pajjiżna u lil dawn il-familji!", "Issemma wkoll il-qasam tal-housing.", "Huwa veru li bdejna ftit tard fil-qasam tal-housing, u jien nixtieq li dan ikun wieħed mis-setturi li fihom nara ħafna aktar xogħol, imma għamilna ħafna skemi, għamilna ħafna benefiċċji u tajna ħafna aktar sussidji biex nagħmlu tajjeb għaż-żidiet li qed naraw, pereżempju, fejn tidħol il-kera.", "Illum erġajna smajna lill-Ministru Michael Falzon jgħidilna li se jerġa' jiżdied is-sussidju li jagħti l-Gvern lin-nies li qegħdin jgħixu f'post mikri.", "Imbagħad qalulna: Mur ġib lill-Laburisti ġenwini!", "Eh, mela hawn Laburisti ġenwini!", "U kif ikun Laburist ġenwin?", "Għax jien qatt ma naf li n-naħa tal-Partit Nazzjonalista ra lil xi Laburist li hu ġenwin!", "Issa qed jgħidu li hawn il-Laburisti ġenwini?!", "Allura meta kienu jmorru n-nies quddiemhom għall-promotion u meta kienu jagħmlulhom l-interviews fiċ-Ċivil, qatt ma kienu jsibu lil xi Laburist ġenwin?!", "Issa qed jarawhom lil-Laburisti ġenwini?", "U kif ikun Laburist ġenwin?", "Min ma jaqbilx mal-Partit Laburista jkun Laburist ġenwin?!", "Kull meta jkunu jridu jġibu argument li ma jkunux jafu kif se jaqbdu jdawruh dejjem iżeffnu fin-nofs lil-Laburisti ġenwini!", "Qalulna li qed infallu wkoll fil-ġlieda kontra d-droga.", "Milli jidher hemmhekk ma tantx hemm Laburisti ġenwini!", "Għan-naħa tal-Partit Nazzjonalista, Sur President, il-fatt li llum qed naqbdu aktar droga, dan huwa falliment!", "Hekk qed jgħidu minflok ma jgħidu li l-forzi tal-ordni qed jagħmlu xogħolhom f'pajjiżna u li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu biex jaqbdu lil min qiegħed iġib id-droga f'Malta!", "Għax ara fi żmien Amministrazzjonijiet preċedenti, traffikant tad-droga li jkun inqabad ġej Malta bi tliet kilos droga konna nagħtuh il-maħfra u nħallsulu l-ajruplan biex imur Copacabana għax qalulna li hu marid!", "Aktarx li sal-lum għadu ħaj hemmhekk!", "B'hekk kienu jgħidu li qed ikollhom suċċess fil-ġlieda kontra d-droga?!", "Jew inkella kif jitkejjel is-suċċess fil-ġlieda kontra d-droga?", "Billi d-delegazzjonijiet ministerjali u l-uffiċjali li jkunu mal-ministru jgħaddu mill-VIP lounge tal-ajruport internazzjonali ta' Malta jġibu d-droga magħhom?!", "B'hekk ikollok suċċess fil-qasam tal-ġlieda kontra d-droga?!", "Araw min huma l-barunijiet tad-droga li hemm illum il-ħabs u araw jekk dawn inqabdux kollha fiż-żmien l-amministrazzjonijiet tal-Partit Laburista!", "Fittxu u agħmlu riċerka dwar dan li qed ngħidilkom jekk tridu tkunu ġenwini bħal-Laburisti!", "Għax anke fit-22 xahar li għamel fil-gvern il-Partit Laburista bejn l-1996 u l-1998, ukoll kien hemm suċċess akbar fil-ġlieda kontra l-barunijiet tad-droga milli kellhom l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kollha f'salt ta' bejn l-1987 u l-2013.", "Staqsu għaliex taħt Gvern Laburista jinqabdu aktar traffikanti tad-droga u dejjem tinqabad aktar droga!", "Imbagħad il-kollega tiegħi l-Onor.", "Beppe Fenech Adami qal li dan il-Gvern falla wkoll fil-qasam tal-immigrazzjoni, bħal dak li qallu li n-nies żvinturati li sfortunatament imutu fil-Mediterran, imutu tort ta' dan il-Gvern!", "Mela l-ewwel ikollok politiċi Ewropej li jitkellmu ma' dan il-Gvern biex jaraw kif tista' tiġi solvuta l-problema tal-immigrazzjoni illegali, … Fil-fatt sal-bieraħ stess kellna skambju ta' ideat max-Chargé d'affaires tal-Ambaxxata Amerikana f'Malta Mark Shapiro fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej li wkoll faħħar il-pożizzjonijiet li qed tieħu Malta fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari.", "Huwa fatt li Malta ma tistax tibqa' terfa' l-piż waħedha, u jekk irridu verament inħaddmu l-prinċipju tas-solidarjetà fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, kulħadd irid jerfa' l-biċċa tiegħu.", "Hemm diversi politiċi u rappreżentanti oħra ta' gvernijiet barranin li qed jgħidulna li qed naħdmu tajjeb fil-qasam tal-immigrazzjoni wkoll.", "Issa aħna nafu li sfortunatament ikun hemm imwiet u anke vittmi f'dan il-qasam, imma allura dan hu tort tal-Gvern?!", "Bħallikieku huwa biss illum li qed imutu l-immigranti fil-baħar!", "Mela allura dak il-vapur li għeb xi snin ilu, jidhirli lejlet il-Milied, u li kellu fuqu xi 300 immigrant, kien tort tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien?!", "Mela allura anke n-naħa tal-Oppożizzjoni falliet fil-qasam tal-immigrazzjoni!", "Iva allura se noqogħdu nġibu dan it-tip ta' argumenti meta nitkellmu fuq dan il-qasam?", "Mela dawn tista' ssejħilhom argumenti?!", "Hawnhekk addio s-sbejħa patrija!", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami qalilna wkoll li fallejna fil-libertà tal-espressjoni.", "Iva anke fil-libertà tal-espressjoni fallejna?!", "Illum kull min irid qed jorganizza protesta, il-ġurnalisti qed jiktbu dak li jridu u fuq il-midja soċjali kulħadd qed jikteb dak li jħoss; min jikteb kontra l-Gvern u min jikteb kontra l-Oppożizzjoni!", "Allura mbagħad kif niġu ngħidu li dan il-Gvern irid ixekkel il-libertà tal-espressjoni?!", "Anzi aħna qatt ma pprovajna nitfgħu lil xi ġurnalist il-ħabs, u hawn jien nista' nitkellem mill-esperjenza personali tiegħi għax madwar 20 sena ilu, dawk li llum imorru jħabbtu sidirhom dwar il-libertà tal-espressjoni lili kienu ressquni fuq libell kriminali.", "Jekk f'Malta qatt kien hawn liġi li tipproteġi lill-ġurnalisti u l-libertà tal-kelma, din kienet il-liġi li għadda l-Gvern preżenti, u l-ebda gvern ieħor ma ħa passi biex jipproteġi l-libertà tal-espressjoni daqskemm ħa dan il-Gvern!", "L-istess nistgħu ngħidu għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami qal li aħna fallejna wkoll fil-qasam tal-korruzzjoni.", "Almenu ġabu prova waħda ta' korruzzjoni?!", "Għax s'issa dawn ħlief dokumenti foloz, firem foloz, allegazzjonijiet, gideb u nofs veritajiet ma ġabux!", "S'issa għadu ħadd ma ġab l-iċken prova waħda!", "Ara aħna, Sur President, proprju għax nemmnu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni emendajna l-liġi biex fil-każ ta' dawk il-politiċi li jinsabu ħatja ta' korruzzjoni jew li tkun għaddejja investigazzjoni dwarhom ma jkunx hemm preskrizzjoni, jiġifieri dawn jistgħu jibqgħu jiġu investigati sakemm idumu ħajjin, u jekk jinġiebu provi biżżejjed jistgħu jinstabu ħatja wkoll.", "Dak hu li għamilna aħna!", "Ta' min ifakkar li kien dan il-Gvern ukoll li saħħaħ il-liġi tal-whistleblower u li pproteġa lil min jagħti ċerta informazzjoni.", "Issa tiġux tgħiduli li m'aħniex inħaddmu l-liġi tal-whistleblower għax min irid ikun whistleblower irid jagħti l-informazzjoni u mhux jiġi xi ħadd jgħidilna li jrid ikun whistleblower biex imbagħad ma jagħti l-ebda informazzjoni!", "Wara kollox min falla fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni?", "Mhux min bena sptar li huwa l-omm ta' kull skandlu, liema sptar lanqas biss inbena sew?!", "Imbagħad l-Onor.", "Beppe Fenech Adami qalilna li fallejna fil-wegħda ta' \"Malta Tagħna Lkoll\".", "Jien ħaġa waħda biss ngħid; kieku wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013 veru fallejna fil-wegħda tagħna ta' \"Malta Tagħna Lkoll\", kieku l-elettorat Malti fl-2017 kien se jerġa' jafdana fil-gvern u nġibu maġġoranza akbar mill-elezzjoni ta' qabel?!", "Din hija ħaġa minn ewl id-dinja!", "Kif tista' tgħid li fallejna f'din il-wegħda elettorali ewlenija tagħna li nagħmlu lil \"Malta Tagħna Lkoll\" meta l-poplu Malti reġa' tana l-fiduċja, u fiduċja kbira?", "L-Onor.", "Beppe Fenech Adami saħansitra qalilna li aħna fallejna għax tlifna r-ruħ soċjali tagħna u li moħħna biss fil-flus.", "Huwa veru li aħna moħħna fil-flus; imma biex inqassmuhom lin-nies u nħallulhom aktar flus fil-but!", "Fil-fatt illum tħares fejn tħares u tistaqsi lil liema familja tistaqsi, kulħadd jgħidlek li llum qegħdin jgħixu ferm aħjar milli kienu jgħixu daqs sitta jew seba' snin ilu.", "Għalhekk, Sur President, l-appell tiegħi lil uħud mill-kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni hu - u hawn m'iniex qed nirriferi għall-kelliema kollha tal-Oppożizzjoni għax f'dan id-dibattitu smajna lil min jagħmel kritika kostruttiva wkoll min-naħa tal-Oppożizzjoni, imma sfortunatament imbagħad kien hemm anke min esaġera u tqanżaħ - biex ma jibqgħux maqtugħin min-nies.", "Huma jgħidu tant li jitkellmu man-nies!", "Allura possibbli li dawn ma jafux x'qed iħossu n-nies?!", "U possibbli li dawn ma jarawx ir-rapporti internazzjonali tal-credit rating agencies biex jirrealizzaw kemm illum il-Maltin qed jgħixu aħjar?!", "Nerġa' ngħid li aħna veru fil-flus moħħna għax moħħna biex nagħtu aktar flus lill-Maltin u lill-Għawdxin ħalli dawn ikunu jistgħu jgħixu aħjar!", "Jekk hawn falliment f'dan il-pajjiż, Sur President, dan mhuwiex ġej min-naħa tal-Gvern għax illum l-uniku falliment f'Malta ġej mill-Partit Nazzjonalista u mill-Oppożizzjoni li jmexxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jekk wieħed iħares lejn l-ewwel paġna tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jsib li l-Gvern irid jissellef €450 miljun biex fost affarijiet oħrajn inkunu nistgħu nagħmlu tajjeb għan-nefqa ta' dan il-Gvern kif maħsuba fil-pjan tal-Baġit.", "Jien nieħu pjaċir nagħmel l-intervent tiegħi meta nkun naf li qegħdin nitkellmu fuq l-estimi finanzjarji tal-Baġit għax aħna, bħala Parlament, inkunu rridu nserrħu moħħna li l-Gvern qed jonfoq il-flus bil-għan li l-poplu tagħna, fosthom it-tfal, il-ġenituri u l-anzjani, ikunu jistgħu jgħixu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Wara kollox dan hu l-iskop tal-ħidma tagħna.", "Aħna nixtiequ naraw li l-problemi u l-isfidi li qed ikollu jħabbat wiċċu magħhom il-poplu tagħna jiġu solvuti.", "Pereżempju, fuq il-qasam tal-edukazzjoni, li għadu kemm irrefera għalih il-kelliem ta' qabli min-naħa tal-Gvern, insibu statistika li tgħidilna li m'aħniex nieħdu r-riżultati meħtieġa għal dak li qed jintnefaq fuq dan il-qasam u dak huwa fatt. Għalhekk hawn wieħed jibda jistaqsi: Il-kwalità tal-infiq li qed nagħmlu qiegħed iwassal biex jagħtina kwalità ta' ħajja aħjar?", "Hawnhekk se niġi immedjatament għall-punt li nixtieq inqajjem f'dan id-dibattitu.", "Sur President, f'idejja għandi artiklu ta' timesofmalta.com li huwa intitolat hekk:", "Dan huwa riżultat ta' studju li ġie ppubblikat minn partit Ewropew fil-Parlament Ewropew, mil-liema studju rriżulta li f'Malta qed jitħallsu €725 miljun fis-sena għall-korruzzjoni mit-taxxi tal-poplu.", "Għalhekk meta llum il-Gvern qiegħed iressqilna Abbozz ta' Liġi li fih qed jipproponi li jissellef €450 miljun, jien nibda nagħmel ċerti mistoqsijiet.", "Safejn naf jien - u ma niddejjaqx jekk il-Ministru għall-Finanzi, li huwa preżenti hawnhekk, jgħidli jekk iniex żbaljat jew le - il-Gvern ma nnegax dan l-istudju li minnu rriżuta li l-korruzzjoni qed tiswa lil dan il-pajjiż €725 miljun.", "Għalhekk kif għedt diġà, hawn jien nibda nagħmel ċerti mistoqsijiet.", "Huwa fatt li €725 miljun fis-sena jfissru €1,671 fis-sena għal kull taxpayer li jgħix fil-gżejjer Maltin.", "Allura dawn huma l-flus li sejrin fuq l-idejn?", "Dawn huma l-flus li qegħdin jintnefqu fil-commissions tal-kuntratti?", "Fejn sejrin dawn is-€725 miljun?", "Hawn xi ħadd li jimpurtah jirrispondi lill-poplu Malti kif għandna din l-anomalija jew din it-tgerfixa fejn il-Gvern qed jiġi jitlobna biex nivvotaw ħalli jkun jista' jissellef €450 miljun meta għandna €725 miljun fis-sena - qiegħed il-ħin kollu nħares lejn il-karta biex inħares lejn din iċ-ċifra għax ma nistax nemmen lil għajnejja! - li qegħdin imorru fuq wiċċ l-idejn?!", "Jekk il-Gvern jibqa' ma jinnegax ir-riżultat ta' dan l-istudju - u s'issa għadni ma smajt lil ħadd min-naħa tal-Gvern jgħid li dan mhuwiex veru - jista' xi ħadd min-naħa tal-Gvern jgħidli min se jerfa' r-responsabilità u jgħid lill-poplu Malti li dan mhux veru jew inkella l-Awditur Ġenerali huwiex se jivverifika dan l-istudju biex jara jekk huwiex veru?", "Jien nixtieq li jkun hemm xi ħadd li jgħidli li dan mhuwiex veru, għax fin-nuqqas li xi ħadd jgħidli li dan mhux veru, allura huwa veru!", "Allura huwa veru, poplu Malti, li qed jintnefqu €725 miljun fis-sena minn flusek biex imorru fil-bwiet tan-nies!", "Issa ħalli nagħmel paragun biex wieħed jirrealizza kemm il-figura ta' €725 miljun hija waħda kbira.", "L-Uffiċċju tal-President ta' Malta għamel sena jaħdem biex itella' attività tal-Community Chest Fund l-għada tal-Milied bil-għan li jinġabru fondi għal min hu fil-bżonn.", "Sakemm kienet qed tittella' din l-attività, rajna diversi wċuħ ta' nies morda, fosthom tfal, biex inġabru €7 miljun, u l-poplu Malti u Għawdxi feraħ għax irnexxielu jiġbor €7 miljun.", "Fraħna għax ġbarna €7 miljun biex ngħinu lil dawn in-nies fil-bżonn!", "Issa hawnhekk, Sur President, għandna rapport, li naħseb illi tressaq anke fil-Parlament Ewropew u li juri li f'Malta … U għax jien jimpurtani minn Malta, se nerġa' nsemmi din il-figura għal ma nafx kemm-il darba għax jidher li f'dan il-pajjiż tista' toqtol u tidfen!", "Immaġinaw li kieku dawn is-€725 miljun kienu sejrin għall-korruzzjoni fuq l-idejn fi żmien Gvern Nazzjonalista!", "Biżżejjed ngħid li fiż-żmien li dan il-Gvern kien fl-Oppożizzjoni - għax kien hemm xi ħadd li qal illi kien hemm Ministru li kien ingħata arloġġ tal-lira - dan l-istess Partit li llum qiegħed fil-gvern riedu jirriżenja li dak il-Ministru!", "Imbagħad illum għandna fil-gvern lill-istess Partit li quddiem l-akkuża li €725 miljun fis-sena qed imorru għall-korruzzjoni jinsab sieket, skantat u ma jafx x'se jaqbad jgħid!", "Allura bl-istess kejl, jekk dak iż-żmien riedu Ministru jirriżenja fuq arloġġ tal-lira, fejn suppost jispiċċa dan il-Gvern fuq korruzzjoni ta' €725 miljun fis-sena, Sur President?!", "Il-Ministru għall-Finanzi kien skanta meta kien imsiefer għax waqt li kien qed jivvjaġġa t-taxi driver qallu li f'Malta hawn il-korruzzjoni.", "Mela allura x'għandu jibqa' fih il-Ministru għall-Finanzi quddiem dan ir-rapport li qed jgħid li f'Malta €725 miljun fis-sena qed imorru għall-korruzzjoni?!", "Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna huwa komdu li fi żmienu dan il-pajjiż qiegħed jitlef €725 miljun minħabba l-korruzzjoni?!", "Hawn xi ħadd li qed jistaqsi x'inhu jgħid Edwin!", "Poġġi bilqiegħda, Onor. Membru Parlamentari, ħalli tkun taf x'inhu jgħid Edwin!", "Il-Membri Parlamentari tan-naħa l-oħra jifformaw parti minn Gvern li qiegħed jonfoq €725 miljun fuq wiċċ l-idejn!", "L-istess rapport qed jgħidilna wkoll li din il-figura hija għaxar darbiet akbar mill-budget li għandna għall-Korp tal-Pulizija, 90 darba akbar mill-budget li għandna għall-fire service u 45 darba akbar mill-budget li għandna għall-qasam tal-housing!", "Issa hawn ta' min ifakkar li matul il-25 sena li kien fl-Oppożizzjoni b'eċċezzjoni ta' sentejn, dan il-Gvern suppost kien qed jippjana biex meta jitla' fil-gvern ikun jista' jaħdem biex isolvi l-problema tal-faqar.", "Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Michael Falzon ipprova jispjegalna kemm ħadem biex isolvi l-problema tal-faqar u mbagħad wara 25 sena fl-Oppożizzjoni għamel sitt snin biex ressaq white paper, u filwaqt li hawnhekk għandna miktub ċar u tond li f'Malta €725 miljun fis-sena qed jintnefqu fuq il-korruzzjoni, sal-lum għadu lanqas tlesta appartament tal-gvern wieħed!", "(Onor. Membri: Hear, hear) F'ġieħ il-qaddisin li hemm fis-sema, Sur President!", "Imma ħalli nkompli dak li kont qed ngħid.", "Minn dan ir-rapport jirriżulta wkoll li l-figura ta' €725 miljun fis-sena hija seba' darbiet akbar minn kemm nonfqu kull sena fuq il-familji u t-tfal u hija wkoll seba' darbiet akbar minn kemm nonfqu fuq il-qasam tal-persuni b'diżabilità.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Point of order, Sur President!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "AARON FARRUGIA: Sur President, jista', jekk jogħġbu, l-Onor.", "Edwin Vassallo jgħidilna liema rapport qiegħed jikkwota u jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edwin Vassallo diġà qal li qed jikkwota dan ir-rapport minn ġurnal lokali.", "(Interruzzjonijiet)", "Jiġifieri intom il-Membri tal-Gvern daqshekk iċċassati u reqdin biex inti, bħala Segretarju Parlamentari, qed tqum u tistaqsi minn fejn ġibt dan ir-rapport?!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Edwin Vassallo, jekk jogħġbok kompli indirizza lis-Sedja u m'hemmx cross debate!", "Il-punt sar!", "EDWIN VASSALLO: Sur President, kif għedt diġà, dan ir-rapport ġie ppubblikat minn timesofmalta.com nhar il-Ħadd, 9 ta' Diċembru, 2018.", "Peress li din hija waħda mill-aktar newspaper portals popolari, dan ir-rapport inqara minn ħafna Maltin u qrah min kellu jaqrah, imma l-Onor.", "Membri tal-Gvern ma qrawhx dan ir-rapport!", "Ħalli nerġa' nikkwota minn dan ir-rapport:", "Issa jien nixtieq li xi ħadd jgħidli, pereżempju, li dan ir-rapport mar 50% żmerċ għax mhux €725 miljun fis-sena qegħdin jintnefqu fuq il-korruzzjoni imma, ngħidu aħna, €300 miljun jew inkella €10 miljun!", "Imma, Sur President, biex joħroġ rapport bħal dan li jgħid kemm fil-verità f'dan il-pajjiż flus il-poplu sejrin fuq wiċċ l-idejn u mbagħad iqum Segretarju Parlamentari u bla mistħija ta' xejn, qisu mhux qed jgħix f'dinja, qed juri li ma jafx li l-Gvern għandu akkuża bħal din quddiemu … L-ebda kamra tal-aħbarijiet jew uffiċċju tal-istampa tal-Gvern ma kellhom id-diċenza jiċħdu dan ir-rapport u jgħidulna li dan mhuwiex veru!", "Imma, Sur President, jien m'iniex se nikkwota biss dak ir-rapport biex nikkonferma kemm din in-nefqa teżisti verament!", "Pereżempju jingħad ukoll li:", "Jiġifieri dan għall-Gvern ma jimpurtax lanqas?!", "Għax, Sur President, l-arroganza li għandu dan il-Gvern mhijiex li jistma lill-Oppożizzjoni fil-Parlament daqslikieku xejn - dik nifhmuha u drajnieha - u lanqas hija dik li jipprova jirredikola lil min ma jaqbilx miegħu - għax dik nifhmuha u drajnieha wkoll - imma li jirredikola lill-poplu Malti!", "Dik le, ma naċċettawhiex!", "Li waqt li tkun qed titkellem f'dan il-Parlament ikollok Deputati jidħku bik f'wiċċek, dan ifisser li qegħdin jidħku bil-fatt li Malta ġabet dan it-tip ta' riżultat!", "Issa wieħed jista' jidħak kemm irid imma dan taf xi jfisser, Sur President?", "Li filwaqt li f'dan il-pajjiż il-Gvern qed jipprova jgħid li għandna surplus u li kulħadd sejjer tajjeb daqskemm jixtieq hu, fir-realtà hawn min mhux sejjer tajjeb daqskemm jixtieq hu!", "Imbagħad, Sur President, f'temp ta' inqas minn ġimgħa, jiġifieri nhar it-Tlieta, 29 ta' Jannar, 2019, l-istess gazzetta - biex nibqa' konsistenti – irrapportat li:", "Mela erġajna waqajna lura biex insibu ruħna fost l-agħar mill-pajjiżi ta' fejn hemm il-korruzzjoni.", "Jien nistaqsi: Imma n-nies tal-Ministeru għall-Finanzi huma komdi b'dan kollu?", "In-nies serji li hemm fil-Ministeru għall-Finanzi, li ma jinkwetawx li f'dan il-pajjiż dieħel l-income, ma jinkwetawx bl-expenditure ta' dan il-Gvern?", "Qed jaħsbu b'mod serju fuq fejn qed imur l-infiq ta' dan il-Gvern?", "Meta dan il-Gvern kien fl-Oppożizzjoni, kull meta deherlu li kien hemm il-korruzzjoni dejjem talab li jara r-ras ta' xi ministru Nazzjonalista fuq platt!", "Il-korruzzjoni ma jaqbel magħha ħadd.", "Darba l-Prim Ministru tal-lum, l-Onor.", "Joseph Muscat, qal li għalih il-korruzzjoni hija zero tolerance imma nafu li din kienet biss gidba jew ħrafa u l-Prim Ministru jista' jgħid li jrid għax illum iz-zero tolerance ma teżistix!", "Illum ġejna immune tant li jekk tagħtini daqqa ma nħosshiex jew inkella jekk tkellimni ndawwar wiċċi!", "Illum għandna l-kejl ta' aktar minn aġenzija waħda, u dawn kollha qed jikkonfermaw it-tixħim u l-ħasil tal-flus li qiegħed isir.", "Illum kulħadd jidher li qiegħed komdu, Sur President!", "Nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Novembru 2018, l-istess gazzetta - biex inżomm il-konsistenza - tat prova oħra ta' dan, u din id-darba hija aktar ta' tħabbil il-moħħ għall-Onor.", "Silvio Schembri, li hu responsabbli mis-settur tal-iGaming, eċċ. Jien kemm-il darba tkellimt dwar dan.", "Minħabba li f'dan il-pajjiż hawn il-korruzzjoni u hawn l-idejn maħmuġa li qegħdin jieħdu flus il-poplu bil-konsegwenza li qed jieklu huma minflok ma jiekol il-poplu, din il-gazzetta qiegħda tgħidilna li:", "Ir-reputazzjoni ta' Malta qed tegħreq, tinsab dejjem nieżla, u ta' dan responsabbli intom, Sinjuri tan-naħa tal-Gvern!", "Intom responsabbli għall-ħmieġ li dan il-pajjiż qed jgħum fih!", "Intom responsabbli quddiem id-dinja kollha!", "Issa biex taxi driver jgħid lill-Ministru għall-Finanzi waqt li kien xi mkien barra minn Malta li f'pajjiżna hawn il-korruzzjoni, jien ma nagħtix tort lill-Ministru, anzi naqbel miegħu li baqa' skantat!", "Madanakollu jien issa lill-Ministru għall-Finanzi nappellalu biex ma jibqax skantat għax sfortunatament din hija l-legacy ta' dan il-Gvern!", "Fil-fatt dawn in-nies li ġew jinvestu flushom f'Malta qalu li:", "Imbagħad l-Onor.", "Silvio Schembri ġie kkwotat jgħid fuq One News kif qal l-Onor.", "Glenn Bedingfield ftit ilu qabli, li huma n-Nazzjonalisti li qed iħammġu r-reputazzjoni ta' Malta għax qed imorru jitkellmu fuq il-korruzzjoni ta' pajjiżna barra minn Malta.", "Mela sewwa; issa min jipprova jnaddaf qed jeħel tal-ħmieġ!", "Ismagħha din, Sur President; għax jekk inti tipprova tnaddaf, jgħajruk li inti maħmuġ!", "Għall-Membri tan-naħa l-oħra, issa huwa l-kennies li qed iħammeġ!", "Ara veru jrid ikollok wiċċek u għajnejk xorta biex tgħid dan id-diskors!", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qed jgħid lin-nies li huma n-Nazzjonalisti li qed iħammġu r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Silvio Schembri bilfors jirrabja għax hu qed jipprova jġib l-industriji lejn pajjiżna filwaqt li sħabu qed ikeċċuhomlu!", "Fil-fatt waħda mill-akbar kumpaniji li suppost għadha kemm ġiet f'Malta telqet wara biss sitt xhur!", "Silvio Schembri ngħidlu: Ejjew ma nkunux dilettanti għax hawnhekk inti qed turina kemm inti dilettant!", "Jien jiddispjaċini għall-Onor.", "Silvio Schembri imma issa nispera li peress li mhux qed naqbel miegħu ma jgħidlix, kif qal lil dik il-mara li ma qablitx miegħu, ċjoè biex tieħu l-Prozac twice daily!", "Għax fuq Facebook l-Onor.", "Silvio Schembri hekk qalilha biex tagħmel lil dik il-persuna li ma qablitx miegħu: \"Prozac twice daily and will solve your problems\"!", "Dan hu l-metodu li bih dan il-Gvern jisma' u jittratta lil min ma jaqbilx miegħu!", "Fil-fatt jien għadni kemm għedt li jekk ma taqbilx ma' dan il-Gvern jirredikolak imma s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri għamel agħar minn hekk għax lil persuna li ma qablitx miegħu bagħatha tieħu mediċina li jieħdu nies li jsofru minn problemi agħar!", "Sur President, il-Membri tan-naħa tal-Gvern qed jiġu hawn komdi bis-salarji li qegħdin jieħdu.", "Forsi għandhom xi ftit aktar minn dawk is-€725 miljun?!", "Minjaf fejn sejrin dawk is-€725 miljun!", "Ħadd ma qalilna!", "Nerġa' nfakkar li l-figura ta' €725 miljun hija akbar minn kemm qed jiġi propost biex jissellef il-Gvern permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Għandna prova li l-fatti hekk huma!", "Il-prova taf x'inhi, Sur President?", "Li l-Gvern mhuwiex qed jinnega li xi ħadd qed jgħidlu li qed jinsterqu €725 miljun mit-taxxi tal-poplu tiegħu filwaqt li hu qed jibqa' skantat quddiemhom!", "Madanakollu l-honeymoon tal-Gvern qiegħed jispiċċa f'dan il-pajjiż!", "(Interruzzjonijiet) Fadallu, dażgur li fadallu!", "Għal min jinsab fil-Gvern il-honeymoon jibqa' anke wara, imma għall-poplu Malti l-honeymoon qiegħed jispiċċa!", "Fil-fatt anke waqt il-konferenzi li qed jiltaqgħu fihom l-investituri meta jiġu Malta, il-maltatoday.com.mt tal-24 t'Ottubru, 2018 irrapportat li:", "Sur President, jidher ċar li f'dan il-pajjiż għandna l-problemi, u jekk in-naħa tal-Gvern, fosthom il-Ministru għall-Finanzi u l-Ministeru tiegħu, baqgħalhom ftit serjetà, iridu jiġu u jiffaċċjaw lill-poplu għax ma jistax ikun li dan il-pajjiż jibqa' jkollu gvern li jgħaddih biż-żmien!", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu raġun jgħid li l-Prim Ministru ma jistax jibqa' jħammeġ ir-reputazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Is-seba' snin tal-ġid jgħaddu, u jgħaddu malajr, imma mbagħad warajhom hemm is-seba' snin tal-għaks!", "Dan il-Gvern qiegħed jaħsad mingħajr ma jiżra'.", "Aħna nafu mill-istorja li meta kien hemm is-seba' snin tal-ġid, ir-re kien qed jaħżen għal meta jiġi l-għaks.", "Ara l-Gvern mhuwiex qed jaħżen imma qed jiekol u jitħanżer minn fuq dahar il-poplu billi dak li mhux tiegħu qed jagħmlu tiegħu wkoll!", "Illum huwa l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni l-unika tarka tal-poplu Malti quddiem il-korruzzjoni ta' dan il-poplu!", "F'diskors ieħor li għamilt jien kont għedt lill-Gvern: Taf liema huma l-akbar ħames setturi tal-industrija li hawn f'dan il-pajjiż?", "Il-bejgħ u l-importazzjoni tad-droga, il-prostituzzjoni, l-użura, il-ħasil tal-flus u t-traffikar tal-persuni!", "Imma għax għedt hekk, għaddewni biż-żmien, Sur President!", "Meta kont Segretarju Parlamentari, tafu x'kienet il-black economy għall-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien?", "Li jkun hemm xi ħadd li jkun qiegħed jaħdem xi mkien u wara jmur jagħmilha ta' hairdresser!", "Li jkun hemm xi ħadd li jkun qiegħed jaħdem xi mkien u wara jagħmel gwardarobba!", "Li jkun hemm xi ħadd jaħdem xi mkien u wara jagħmel xi biċċa xogħol oħra!", "Dik kienet il-black economy fiż-żmien li l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni!", "Illum il-black economy tafu x'inhi f'dan il-pajjiż?", "Id-droga bil-miljuni ta' ewro, il-prostituzzjoni organizzata, l-użura li min ikun imdaħħal fiha jagħmel il-bombi u joqtol lin-nies, il-ħasil tal-flus li spiċċajna sinonimi miegħu u magħrufin għalih u t-traffikar tal-persuni!", "Illum jien nista' nipprova dan kollu wkoll għaliex rapport ieħor li deher fuq timesofmalta.com. nhar it-Tlieta, 6 ta' Novembru u li jġib it-titlu \"Malta at 'high' risk of being used for money laundering\" jgħid li:", "jiġifieri aktar minn dak li ndaħħlu mill-qasam tal-agrikoltura, Sur President!", "Dak hu l-kontribut lejn it-tkabbir tal-ġid nazzjonali; li fil-qasam tal-kummerċ għandna dħul illeċitu li jammonta għal 1.4% tal-prodott gross domestiku!", "This Government nourishes illicit trading, jiġifieri jagħtih l-introjtu!", "Ara lill-bdiewa, il-Gvern fil-Baġit qalilhom: Intom insinifikanti!", "Jiġifieri lill-100 bidwi li baqgħu jdaħħlu l-prodotti tagħhom il-Pitkalija flimkien ma' xi 3,000 bidwi ieħor, il-Gvern qed jarahom insinifikanti!", "Kellu raġun il-ħabib u kollega tiegħi l-Onor.", "Ivan Bartolo jgħid li l-Membri tan-naħa tal-Gvern insew l-innu tal-Partit tagħhom!", "U mela jiġi xi ħadd jipprova jgħidilna li baqgħalhom sens ta' ġustizzja soċjali?!", "Dan il-Gvern mhuwiex tal-kbir imma huwa tal-akbar fost il-kbar!", "Ara liż-żgħar insewhom u ma jimpurtahomx minnhom!", "Dan hu Gvern li jieħu pjaċir illi \"Malta has become a crossroad of illegal trafficking\", kif ġie rapportat f'timesofmalta.com tal-10 t'Ottubru, 2018!", "Issa ħalli niġi biex nikkonkludi dan l-intervent.", "Sur President, wara nofs siegħa nitkellem jien xtaqt li jkolli risposta, imma sfortunatament bqajt bla risposta.", "Madanakollu bis-silenzju dan il-Gvern, li mhuwiex qed jinnega li €725 miljun sejrin fuq wiċċ l-idejn, qed jikkonferma li allura dan l-infiq huwa ħmieġ li huwa stess qiegħed jagħti l-kunsens tiegħu għalih!", "Fl-aħħar nett, Sur President, irrid nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li għamilt riferenza għalih matul l-intervent tiegħi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fid-9 ta' Diċembru 2018 fuq is-sit elettroniku intitolat 'Corruption costs Malta taxpayers €725m annually, say the European Greens'.", "Nirringrazzjak.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Point of order, Sur President!", "Edwin Vassallo għamel diskors twil li matulu beda l-ħin kollu jsemmi l-figura ta' €725 miljun.", "Nixtieq nistaqsih jekk jafx mil-liema studju ttieħdet din il-figura.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edwin Vassallo għadu kif poġġa d-dokument li fih issemmiet il-figura ta' €725 miljun fuq il-Mejda tal-Kamra però nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru għall-Finanzi li dan ma kienx point of order imma point of observation.", "Membru kiser ir-regolamenti.", "Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, jien u nisma' lill-Onor.", "Edwin Vassallo jitkellem f'din il-Kamra beda jiġini dubju jekk huwiex qiegħed jgħix fl-istess pajjiż li qegħdin jgħixu fih il-Maltin jew inkella huwiex qiegħed jgħix f'xi pajjiż differenti!", "Aħna meta nħarsu lejn l-istatistika u meta mmorru għand in-nies u nitkellmu magħhom wiċċ imb'wiċċ insibu li dan huwa poplu li qiegħed jaħdem u li qiegħed joħloq il-ġid.", "Illum in-nies mhumiex qed ifittxu x-xogħol imma qed jaraw kif jistgħu jaħdmu aktar jew kif jistgħu jbiddlu x-xogħol li għandhom biex ikomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom.", "Din hi r-realtà, u allura meta jiġi Membru Parlamentari hawnhekk, li wara kollox huwa rappreżentant tal-poplu, u jitkellem bil-mod kif tkellem l-Onor.", "Jien m'iniex se noqgħod insemmi l-fatt li l-poplu Malti żied il-maġġoranza tiegħu fl-appoġġ lejn il-Gvern Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, imma se nħeġġeġ lill-Onor.", "Edwin Vassallo biex jidħol fil-ħwienet, jimxi fit-toroq, imur fuq il-postijiet tax-xogħol u hemmhekk jara poplu minding its own business; poplu li qiegħed jaħdem, li qed jagħmel il-ġid għall-familja tiegħu u li l-ħajja għalih miexja 'l quddiem b'mod tajjeb.", "Huwa għalhekk li jien staqsejt jekk l-Onor.", "Edwin Vassallo kienx qed jitkellem fuq l-istess pajjiż li qed jgħixu fih il-Maltin.", "Però issa ħalli niġi biex nitkellem fuq l-Estimi għal dak li jikkonċerna d-dekasteru li mmexxi jien.", "Il-baġit tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza għal din is-sena żdied għal €60 miljun jiġifieri kien hemm żieda ta' €20 miljun fuq l-2018.", "Għalhekk dan il-Baġit bla preċedent se jissarraf ukoll fit-tisħiħ tal-entitajiet importanti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, fosthom billi nkomplu nirrappreżentaw lil Malta b'mod tajjeb fl-istituzzjonjiet Ewropej u mhux billi mmorru barra minn Malta u nitkellmu kontra pajjiżna.", "Aħna, Sur President, kull darba li noħorġu barra l-pajjiż, kemm meta nkunu fil-Gvern kif ukoll meta nkunu fl-Oppożizzjoni dejjem ngħollu isem pajjiżna, u hekk se nkomplu nagħmlu.", "Irridu nkomplu nkattru l-bilanċ bejn il-familja u r-responsabbiltajiet tagħna fuq il-postijiet tax-xogħol, irridu nkomplu nsaħħu d-djalogu soċjali, irridu nipproteġu dejjem aktar lill-ħaddiema tagħna minn xi prattiċi ħżiena fuq il-postijiet tax-xogħol u rridu nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra kull forma ta' vjolenza domestika jew vjolenza oħra abbażi tal-ġeneru.", "Dan jien ngħidu lil hinn mir-retorika politika u ngħidu b'konvinzjoni u mhux b'konvenjenza għax hawnhekk se nsemmi fatti li ġraw jew li se jiġru.", "Naħseb li r-rekord tagħna fit-twettiq tal-Manifest Elettorali jawgura tajjeb biex il-poplu jemmen dak li ngħidu li se nagħmlu jew li se nipproġettaw 'il quddiem għax aħna għandna track record tal-fatt illi dak li nagħmlu nwettquh.", "Pereżempju, aħna żidna l-paga minima għal darba, tnejn, tlieta.", "Ta' min ifakkar ukoll li aħna għollejna l-paga minima għall-ewwel darba wara 25 sena u ħadna ħsieb nassiguraw li ħadd ma jibqa' bil-paga minima għal aktar minn sena.", "Dan minbarra r-roħs li l-poplu kellu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ukoll iċ-childcare b'xejn fejn hemmhekk probabbilment żdiedet paga oħra għax permezz ta' dan l-inċentiv, setgħu joħorġu jaħdmu ż-żewġ ġenituri.", "Għalhekk meta nitkellmu fuq il-paga minima, illum din irridu narawha wkoll fil-kontest ta' ħafna benefiċċji oħra li għandhom il-familji ta' dawk il-persuni li qegħdin fuq il-paga.", "Naqqasna wkoll il-piżijiet tat-taxxi u bdejna nagħtu lura l-btajjel li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.", "Fil-fatt, Sur President, ta' min ifakkar lill-Onor.", "Vassallo, li ġie kollu doom and gloom hawnhekk, li kien il-Gvern Nazzjonalista li lill-ħaddiema naqqsilhom il-btajjel li jiġu jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa, jiġifieri minn fuq il-pulptu tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Edwin Vassallo jista' jgħid ħafna affarijiet, imma meta l-Partit tiegħu kellu l-poter li jbiddel l-affarijiet, huwa biddilhom għall-aħjar jew għall-agħar?", "Jien naħseb li għall-inqas f'dan il-każ, biddilhom għall-agħar għax meta naqqsilhom il-btajjel lill-ħaddiema, huwa naqqsilhom mill-ħin ħieles tagħhom li kienu jqattgħu flimkien mal-familja.", "Il-Partit Nazzjonalista jitkellem ħafna fuq il-bżonn li l-membri tal-familja jqattgħu ċertu ħin flimkien imma madanakollu huwa ċaħħad lill-ħaddiema tagħna l-ħin li huma jkunu jistgħu jqattgħu mal-familja.", "Sur President, Gvern Laburista ta wkoll l-opportunità lil ħafna nies li joħorġu jaħdmu u jkollhom impjieg dinjituż.", "Introduċejna u inforzajna l-pegging tal-pagi biex dawk l-impjegati li jagħmlu l-istess xogħol jitħallsu ndaqs.", "B'hekk dawk il-ħaddiema li jaħdmu f'postijiet tal-Gvern imma jaħdmu mal-kuntrattur jitħallsu l-istess paga bħalma jitħallsu l-ħaddiema tal-Gvern li jkunu qed jagħmlu l-istess xogħol.", "Qabel kien hemm diskriminazzjoni f'dan ir-rigward fejn nies kienu jagħmlu l-istess xogħol, bank ma' bank, imma l-ħaddiema tal-kuntrattur kienu jitħallsu inqas.", "Fil-fatt minn dan ix-xahar stess kulħadd għandu jirċievi payslip dettaljata biex b'hekk inkomplu naqtgħu l-abbużi.", "Ħafna drabi meta kien ikollna complaints fuq xi abbuż u konna mmorru biex nivverifikaw, konna nsibu li hemm min lanqas payslip ma kien jagħti, u b'hekk ma konniex inkunu nistgħu nivverifikaw x'qed jitħallsu dawn il-ħaddiema.", "Għalhekk aħna daħħalna l-obbligu li din il-payslip tingħata, u issa kulħadd għandu jibda jirċievi din il-payslip bla ebda skuża.", "Dan huwa t-track record tagħna, Sur President!", "Aħna m'għandniex għalfejn nieħdu lezzjonijiet minn min kellu żmien 25 sena biex jattwa dak li qed isir illum u issa minn fuq qed jiġi jgħidilna li kollox sejjer ħażin!", "Meta wieħed ikun qed jitkellem b'dak il-mod ikun qed juri kemm hu maqtugħ minn man-nies u kemm qed jitkellem għall-gallarija sempliċement għax qiegħed fl-Oppożizzjoni u mhuwiex responsabbli milli jwettaq l-affarijiet hu.", "Issa ġaladarba semmejt id-dritt tal-payslips u l-ugwaljanza fil-pagi, irrid nitkellem ftit dwar id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER).", "Sur President, dan huwa Dipartiment li qiegħed jagħmel biċċa xogħol tajba mingħajr ebda daqq ta' trombi sabiex iżomm ir-relazzjonijiet industrijali stabbli filwaqt li jipproteġi lill-ħaddiema minn abbużi u sfruttament.", "Eżempju ċar tal-ħidma ta' dan id-Dipartiment kien l-irkuprar ta' €90,000 f'pagi li ma kenux imħallsa lil seba' ħaddiema li kienu impjegati ma' kumpanija privata.", "Meta ngħatat din l-aħbar - u ma konniex aħna li ġibna din l-aħbar - intqal li kien l-avukat li rnexxielu jirkupra l-pagi lil dawn il-ħaddiema imma fil-fatt kien id-DIER li għamel dan ix-xogħol biex il-ħaddiema setgħu jieħdu dawn il-flus.", "Jien għalhekk ngħid li aħna qegħdin hawn biex nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies bil-fatti u mhux bil-kliem biss, kif għamilna u kif se nkomplu nagħmlu ma' dawk li għandhom jieħdu xi flus jew inkella qed isir xi kwalità ta' abbuż fuqhom.", "Id-Dipartiment qed jaħdem bl-istess determinazzjoni wkoll biex jirkupra sal-anqas ċenteżmu dovut lill-ħaddiema li huma sfruttati saħansitra fil-Qorti Kriminali għax aħna nemmnu li lill-ħaddiema ma tipproteġihomx bil-kliem fieragħ imma bir-realtajiet, bil-fatti u b'azzjoni konkreta.", "Aħna komplejna nsaħħu lid-DIER ukoll b'aktar riżorsi umani tant li għadna kif ħtarna l-ewwel direttur ġenerali għal dan id-Dipartiment.", "Żidna wkoll l-ispetturi tax-xogħol filwaqt li investejna fl-aqwa tagħmir biex inżidu l-produttività ta' dan id-Dipartiment.", "Flimkien ma' dan kollu qegħdin nirrestawraw u nirrinovaw l-uffiċini li għandna fi Triq Melita l-Belt, proġett li għandu jintemm matul ix-xhur li ġejjin.", "Aħna nemmnu li huwa importanti li l-ambjent tax-xogħol ikun adegwat għall-ħaddiema tagħna u l-għan ta' dan il-proġett li qegħdin nagħmlu huwa proprju sabiex il-ħaddiema jkollhom post aħjar minn fejn ikunu qegħdin jaħdmu.", "Issa niġi biex nitkellem ftit fuq is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.", "Dawn huma żewġ entitajiet li jaħdmu ħafna viċin xulxin sabiex jaċċertaw li Malta taħdem tajjeb fil-fora kollha Ewropej.", "Huwa diffiċili li f'dan il-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nagħmel ġustizzja għall-ħidma mwettqa min-nies tagħna f'dawn l-entitajiet, b'mod speċjali fil-kontest tal-isfidi li qed jiffaċċjaw matul dawn l-aħħar xhur bit-tħejjijiet għall-Brexit u anke bin-nuqqas ta' qbil fuq ir-riallokazzjoni tal-migranti.", "Dawn in-nies qed jibqgħu għaddejjin around the clock għax il-problemi li jinqalgħu m'għandhomx ħin u allura aħna nkunu qegħdin on the alert lejl u nhar sabiex inkunu nistgħu naraw mill-ewwel x'nistgħu nagħmlu fiċ-ċirkostanzi tal-każ.", "Irrid ngħid li Malta mhux biss tkun preżenti waqt it-taħditiet, iżda dejjem kellha u se jibqa' jkollha vuċi b'saħħitha u effettiva madwar il-mejda tan-negozjati permezz ta' nies li jkunu qed jattendu working parties, laqgħat, kumitati, eċċ. sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-ħin kollu dak li jkun għaddej.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li aħna dejjem nassiguraw li kull min jirrappreżenta lil Malta fl-istituzzjonijiet Ewropej ikun ippreparat, u dan jistgħu jikkonfermawh anke l-Ministri tagħna meta jmorru fil-fori tal-Unjoni Ewropea fejn hemmhekk huma jsibu dak il-back-up meħtieġ biex jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "Il-livell ta' preparament eċċellenti li kellhom dawn ir-rappreżentanti kien rifless bil-provi bl-aħjar mod matul dawn l-aħħar jiem meta għamilna konferenza stampa, flimkien mal-Prim Ministru, fejn spjegajna l-pjan ta' kontinġenza f'każ ta' ħruġ mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Kulħadd kien qed isegwi x'konna qed nagħmlu rigward il-Withdrawal Agreement però fl-istess ħin kien għaddej ukoll xogħol fuq pjan ta' kontinġenza sabiex jekk dan il-Withdrawal Agreement ma jgħaddix mill-Parlament tar-Renju Unit, kif fil-fatt ġara, u ma tinstabx soluzzjoni biex ir-Renju Unit ikollu tluq ordnat mill-Unjoni Ewropea, jiġifieri joħroġ mill-Unjoni Ewropea b'no-deal, aħna nkunu ppreparati.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja b'mod partikolari lill-kollegi tiegħi għax naf li kull Ministru kkollabora sabiex stajna noffru s-serħan tal-moħħ lill-Brittaniċi li jgħixu f'Malta kif ukoll lill-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit.", "Din mhijiex xi ħaġa leġġera.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ħajjet in-nies, fuq ir-residenza tagħhom, fuq ix-xogħol tagħhom u fuq il-pensjoni tal-irtirar tagħhom, jiġifieri jekk aħna nkunu ppreparati f'dan il-qasam se tagħmel differenza lil dawn in-nies.", "Irrid ngħid ukoll li aħna wettaqna ħidma sabiex ninformaw lis-sħab soċjali fil-laqgħat tal-core group tal-MEUSAC (Malta-EU Steering and Action Committee) u laqgħat oħra b'dawn l-iżviluppi anke għaliex huwa importanti li aħna, bħala Ministeru, kif ukoll is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili nkunu informati b'dak li jkun qiegħed isir f'dan ir-rigward.", "Lil hinn minn Brexit, Sur President, nistgħu nsemmu wkoll il-qasam tal-immigrazzjoni u l-ażil fejn nemmnu li anke hemmhekk hemm bżonn urġenti ta' azzjoni deċiżiva fuq livell Ewropew.", "Qed insemmi dawn iż-żewġ oqsma proprju għaliex huma oqsma li qed isir xogħol intensiv fihom.", "Fil-fatt aħna konna minn ta' quddiem f'negozjati għal miżuri ta' solidarjetà ad hoc, anke fil-mod kif tqassmu l-immigranti meta kien hemm xi pajjiżi li offrew illi jieħdu numru minnhom, però ma jistax ikun li nibqgħu sejrin b'dawn is-soluzzjonijiet ad hoc li nsibuhom hekk kif tinqala' problema.", "Għalhekk aħna se nkomplu nimbottaw għal ftehim dwar mekkaniżmu ta' riallokazzjoni mandatorja.", "Huwa veru li aħna dejjem nitkellmu fuq is-solidarjetà imma bis-solidarjetà biss ma wasalniex u allura rridu solidarjetà b'responsabbiltà għax kulħadd irid iġorr biċċa mir-responsabbiltà.", "Barra minn hekk, Sur President, aħna komplejna nipproteġu l-interess nazzjonali anke f'oqsma sensittivi oħra, bħal fil-qasam tat-tassazzjoni, pereżempju, u fuq kollox ħdimna biex nissalvagwardaw ir-reputazzjoni ta' Malta fuq livell Ewropew billi spjegajna d-diversi riformi li għamilna, inkluż fir-rigward tas-saltna tad-dritt, tar-riforma fil-qasam tal-ġustizzja, il-Whistleblower Act, l-Att dwar il-Midja u l-Malafama u diversi liġijiet oħra li ressaqna.", "Quddiemna għandna sena impenjattiva.", "Biżżejjed ngħidu li se jkollna l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll l-għeluq tan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju plurijannali, li fiċ-ċirkostanzi qegħdin nimmiraw li jintemmu f'Ottubru li ġej.", "Fl-istess ħin daqstant ieħor aħna kommessi li nkomplu nsaħħu din il-ħidma tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea sabiex inkomplu nibnu u nsaħħu r-reputazzjoni tagħna fi Brussell u lil hinn minnu.", "Ngħaddi issa għax-xogħol li qiegħed iwettaq u li se jkompli jwettaq id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni.", "Kien ta' pjaċir għalija f'Ottubru li għadda li ninawgura l-uffiċċji l-ġodda ta' dan id-Direttotat, li minkejja li kien ilu jopera tliet snin, diġà kiber, għandu taqsimiet differenti u ħalla impatt kbir f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp tal-liġijiet u l-politika tal-Gvern f'dan il-qasam.", "Fil-fatt grazzi għall-ħidma ta' dan id-Direttorat matul din l-aħħar sena l-Gvern addotta tliet strateġiji nazzjonali fir-rigward tal-integrazzjoni tal-immigranti, fir-rigward tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u fir-rigward tal-ugwaljanza.", "Ninnota wkoll bi pjaċir li l-baġit allokat lil dan id-Direttorat kważi ttrippla, u dan għaliex issa d-Direttorat mhux se jibqa' jassisti biss lill-Gvern imma għall-ewwel darba se jkun qed joffri servizzi ta' integrazzjoni lill-barranin li jgħixu fostna.", "Fost dawn is-servizzi se jkun hemm il-possibilità li persuni barranin jagħmlu talba għal integrazzjoni f'Malta.", "Meta dan isir, id-Direttorat jassistihom biex jiksbu d-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mar-residenza, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki li jkunu ġabu minn pajjiżhom u dokumenti oħra li jkunu meħtieġa sabiex dawn ikunu jistgħu jintegraw f'Malta bl-aħjar mod mingħajr ma jħabbtu wiċċhom ma' burokrazija żejda.", "Ma' dan ikun offrut ukoll taħriġ tal-Malti u tal-Ingliż fuq livell bażiku flimkien ma' bażi għal orjentament kulturali li qed jinħadem bi sħab mal-MCAST.", "Meta persuna tlesti dak il-kors tkun tista' tavvanza sabiex issegwi l-kors tal-Malti u l-orjentament kulturali li qed jinħadmu mal-Università tagħna.", "Fil-fatt bi pjaċir ngħid li l-ewwel kors ta' integrazzjoni li organizzajna kien oversubscribed.", "Dan hu li rridu nfissru meta aħna nitkellmu dwar suċċess għal kulħadd!", "Ta' min iżid jgħid li dan id-Direttorat qed jimplimenta proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea b'valur ta' aktar minn €2 miljun li qed jaħseb sabiex itejjeb id-djalogu bejn il-Maltin u l-barranin.", "Dan sabiex ninkoraġġixxu aktar ftehim bejn il-Maltin u l-barranin u allura żvilupp ta' sens akbar ta' għaqda f'pajjiżna.", "Sur President, hawnhekk qed nitkellmu fuq immigranti li qegħdin f'pajjiżna jaħdmu u jikkontribwixxu legalment, u aħna lkoll nafu min huma dawn in-nies.", "Kulħadd jaf li f'pajjiżna hawn nies li mhumiex Maltin u li qegħdin f'pajjiżna jistudjaw, jaħdmu u jikkontribwixxu hawnhekk.", "Nafu wkoll li din is-sitwazzjoni mhijiex se tinbidel għada, anke għaliex min iħaddem għandu bżonn aktar ħaddiema li jiġu minn barra.", "Għalhekk aħna qegħdin naħdmu fuq dan il-proġett ta' integrazzjoni sabiex min se jibqa' hawnhekk għax qed jaħdem legalment, u min iħaddmu għandu bżonnu, ikun jista' jgħix fil-komunità bħal kulħadd.", "Kif qal il-Prim Ministru riċentement, qabel konna naħdmu aħna għall-barranin mentri llum il-barranin qegħdin jaħdmu għalina!", "Daqshekk avvanza u mexa 'l quddiem dan il-pajjiż!", "Niftakar li meta kont tifla sikwit kont nisma' lil min jgħid li jaħdem \"mas-sinjur\" jew \"mas-sinjura\", li ħafna drabi dawn kienu jkunu nies barranin.", "Illum bil-maqlub għax il-Maltin huma l-bosses jew l-employers filwaqt li l-barranin huma l-ħaddiema tagħna.", "Għalhekk irridu naddattaw għal din ir-realtà biex ma jkunx hawn konflitti soċjali għax nerġa' ngħid li din is-sitwazzjoni mhijiex se tinbidel għada, anzi lilna l-employers jgħidulna li għandhom bżonn iżjed ħaddiema.", "Is-soluzzjoni biex ma jkunx hawn konflitt soċjali hija li nkomplu ninvestu fl-integrazzjoni jiġifieri fix-xogħol li qed jagħmel dan id-Dipartiment li qed nitkellem fuqu.", "Nerġa' ngħid li l-ewwel programm ta' integrazzjoni nħataf mill-ewwel għax dawn l-immigranti li jgħixu hawnhekk bil-permess u li ġew hawnhekk legalment u jaħdmu hawnhekk iridu jintegraw u ma jridu li jkun hawn l-ebda konflitti soċjali minħabba fihom.", "Naturalment issa se nagħmlu programmi oħrajn sabiex nilħqu nies oħra barranin li qegħdin hawnhekk legalment, li qegħdin jaħdmu hawnhekk u li l-employers tagħhom għandhom bżonnhom.", "Issa ħalli niġi għal dak li għandu x'jaqsam ma' minoritajiet, Sur President.", "Matul is-snin avvanzajna ħafna f'dan il-qasam, kemm legalment kif ukoll soċjalment, però dan ma jfissirx li wasalna f'dik li hi ugwaljanza u li ma fadalx x'isir.", "Għall-kuntrarju, il-Gvern waqqaf taqsima apposta sabiex din taħdem ma' entitajiet tal-Gvern mill-viċin ħalli b'hekk jiġi żgurat li l-avvanzi li jsiru jkunu effettivi fl-oqsma tagħhom.", "Ta' min jgħid li l-ħidma li tikkonċerna t-twaqqif ta' kummissjoni għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza għadha għaddejja u fil-fatt is-sena l-oħra jien tlabt lill-Kummissjoni Venezja sabiex tevalwa l-abbozz ta' liġi u żżur il-pajjiż ħalli tassigura li dak li finalment ikun propost jilħaq l-ogħla standards tad-drittijiet tal-bniedem b'rispett sħiħ lejn il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Huwa ta' pjaċir għalija li fir-rapport tagħha din il-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa indikatilna li qegħdin fit-triq it-tajba u tatna numru ta' suġġerimenti għall-konsiderazzjoni tagħna.", "Dan l-istess sentiment fuq l-abbozz ta' liġi kien imtenni mill-Kummissjoni Ewropea kontra r-razziżmu u l-intolleranza, min-network Ewropew tal-organi għall-ugwaljanza u min-network Ewropew għall-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.", "Kif dan l-Abbozz ta' Liġi jgħaddi mill-Parlament se jkun f'idejk, Sur President, għax aħna rridu li din il-Kummissjoni tkun totalment awtonoma skont il-prinċipji ta' Pariġi.", "Għalhekk l-aħjar mod li jsir dan huwa billi dan ikun taħt is-Sinjorija Tiegħek.", "Issa ħalli ngħid xi ħaġa dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru.", "L-ewwel nett ta' min jgħid li grazzi għall-ħidma tad-Direttorat rajna jiġu mħarrġa aktar minn 700 uffiċjal tal-Gvern mill-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tal-ġustizzja, tas-servizzi soċjali u tal-pulizija fost l-oħrajn.", "Qed indaħħlu wkoll mudell sabiex nevalwaw ir-riskju ta' persuni esposti għall-vjolenza bil-għan li tingħata prijorità lil dawk li qegħdin f'riskju għoli.", "Għaddej ukoll xogħol ieħor ma' diversi entitajiet tal-Gvern skont dak li hu mwiegħed fl-istrateġija nazzjonali li jirregola lil dan il-qasam.", "Huwa ta' pjaċir għalija li nara l-kumitat interministerjali li waqqafna qiegħed jaħdem u jagħti l-frott.", "Kif dejjem għedna, il-kwestjoni tal-vjolenza mhijiex kwestjoni ta' ministeru wieħed imma għandek ukoll il-qasam tal-Pulizija, il-qasam tas-sigurtà soċjali, il-qasam tas-saħħa kif ukoll ħafna Ministeri oħrajn, u għalhekk aħna waqqafna dan il-kumitat interministerjali biex naħdmu fuq dan is-settur.", "Pereżempju, wieħed mir-riżultati hu l-qbil li ntlaħaq bejn l-Appoġġ u l-Pulizija għal koordinament aktar mill-viċin flimkien.", "Issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, li hija fergħa oħra importanti ħafna taħt dan id-dekasteru.", "Aħna komplejna nsaħħu lil din il-Kummissjoni permezz tal-Att li jirratifika l-Konvenzjoni ta' Istanbul f'Mejju li għadda, liema Att irdoppja l-pieni għall-aggressuri filwaqt li żied il-protezzjoni għall-vittmi.", "Permezz ta' dan l-Att tajna l-għodda lill-qrati u lill-awtoritajiet kollha involuti biex niġġieldu din il-pjaga soċjali bil-fatti però jiddispjaċini ngħid li dan kien ukoll Att li qasam lil din il-Kamra u li għal darb'oħra poġġa lill-Gvern fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.", "Jien għalhekk niskanta kif imbagħad jiġi jitkellem f'din il-Kamra xi ħadd bħall-Onor.", "Edwin Vassallo li jibda jgħid li f'dan il-pajjiż kollox sejjer ħażin, imbagħad inressqu abbozz ta' liġi bħal dan li jagħti protezzjoni lil min qiegħed f'sitwazzjoni ta' vjolenza, u hu, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-kollegi l-oħra ta' dan il-Parlament jivvotaw kontrih!", "Mela jridu li Malta tkun sabiħa, li Malta tkun perfetta, li Malta tkun tajba għan-nies u mbagħad nagħmlu liġijiet bil-għan li ntejbu l-ħajja tan-nies u jivvotaw kontrihom!", "Għalhekk jien nibqa' nsibha diffiċli biex nifhem kif l-Oppożizzjoni vvotat kontra dak l-Abbozz ta' Liġi.", "Li hu żgur hu li tat eżempju ċar tal-prijoritajiet tagħha.", "Fil-fatt jien nistaqsi fejn qegħdin dawn il-prijoritajiet billi nibda mill-Kap tal-Oppożizzjoni u nispiċċa fl-Onor.", "Edwin Vassallo, li hawnhekk ġie jagħmel paniġierku sħiħ imma li mbagħad meta wasalna għas-si u n-no u ressaqna dan l-Abbozz ta' Liġi li jagħti protezzjoni lill-vittmi tal-vjolenza quddiem il-Parlament ivvotaw kontrih.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi, liema Abbozz ta' Liġi se jimplimenta l-miżuri tal-Baġit.", "Jien naħseb li kien hemm numru ta' raġunijiet għalfejn din in-naħa vvotat kontra l-Baġit.", "Naturalment jien se nsegwi lis-settur tiegħi b'xi devjazzjoni fuq setturi oħrajn li ma jaqgħux taħti, imma li nħoss illi bħala Deputat għandi nitkellem dwarhom.", "Ħalli nibdew bil-qasam tal-isport.", "Fil-qasam tal-isport hija xi ħaġa tal-meravilja, anke llum li qegħdin nitkellmu fuq il-Baġit, li l-investiment ta' €14-il miljun li sar fix-shooting range ta' Ta' Kandja suppost kellu jiġi jiswa €7 miljun, jiġifieri bħala overruns kien hemm id-doppju ta' dak li kien previst għal dan il-proġett.", "Forsi n-naħa tal-Gvern insiet kemm kienet tikkritika lill-Gvern Nazzjonalisti fuq overruns ta' proġetti!", "Nerġa' ngħid li l-każ tax-shooting range f'Ta' Kandja kien hemm overrun ta' 100% għax minn €7 miljun ġie jiswa €14-il miljun!", "Però agħar minn hekk, Sur President, hu li sal-lum il-ġurnata din l-imbierka shooting range għadha magħluqa.", "Nerġa' ngħid li din ix-shooting range suppost kellha tiġi tiswa €7 miljun, imma frott l-inkompetenza tal-Gvern ġiet tiswa €14-il miljun!", "Madanakollu minkejja li spiċċajna nfaqna d-doppju għal din ix-shooting range, din ilha x-xhur magħluqa.", "Lili jċempluli t-tiraturi Maltin, u kif qed jgħidli l-Onor.", "Toni Bezzina, dawn illum minflok qed jisparaw fl-arja qed jisparaw għal rashom!", "Għax ejjew ngħiduha kif inhi, dawn illum għandhom faċilità li hija tajba.", "Fejn hu tajjeb aħna ngħidu li hu tajjeb!", "Il-faċilità hija tajba, però mhuwiex tajjeb li nefqu d-doppju - €7 miljun aktar! - u huwa ħafna aktar agħar li llum il-ġurnata faċilità b'investiment ta' €14-il miljun tinsab magħluqa.", "Din hija waħda mill-affarijiet li taqa' taħt is-settur tiegħi u li nħossni fid-dmir li nitkellem fuqha għax filwaqt li dak li huwa tajjeb aħna ngħidu li hu tajjeb, illum jien ma nistax niġi hawnhekk nitkellem fuq l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi mingħajr ma nitkellem fuq it-taħwid li qed isir fil-governanza ta' dan il-Gvern!", "Għalhekk bħalissa fis-settur tal-isparar hemm din il-problema li ilha għaddejja x-xhur.", "Fil-fatt din hija problema li jien m'iniex qed nitkellem dwarha llum; ilni nitkellem dwarha x-xhur, imma sfortunatament din l-inkompetenza qed tibqa' tirrenja u dan l-investiment jinsab rieqed.", "Sur President, raġuni oħra għalfejn kellna dispjaċir f'dan il-Baġit f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tiegħi tirrigwarda l-allokazzjoni finanzjarja li tingħata lill-għaqdiet sportivi.", "Issa waħda mill-affarijiet li tgħallimt matul is-sena li ilni f'dan id-dekasteru hi li f'Malta hawn numru kbir ta' għaqdiet sportivi.", "Fil-fatt hawn madwar 400 għaqda sportiva, u din hija xi ħaġa sabiħa, jiġifieri f'dan il-pajjiż ċkejken xorta għandna kważi d-dixxiplini sportivi kollha li jeżistu fid-dinja.", "Din hija xi ħaġa pożittiva għax minkejja li aħna għandna numru ħafna iżgħar ta' parteċipanti meta kkomparati ma' pajjiżi oħrajn, xorta rridu nipprovdulhom il-faċilitajiet neċessarji jekk irridu nikkompetu f'kompetizzjonijiet importanti kontra pajjiżi oħrajn.", "Naturalment imbagħad irid ikollna wkoll struttura finanzjarja li tgħin lil dawn l-għaqdiet sportivi.", "Madanakollu għall-400 assoċjazzjoni sportiva li hemm - ħafna drabi nsemmu biss il-futbol però mhux il-futbol biss hemm imma kull sport li tista' timmaġina - il-Gvern alloka biss €1.5 miljun għalihom bħala għajnuna lill-għaqdiet sportivi.", "Issa immaġinaw li trid tiddividi €1.5 miljun bejn 400 assoċjazzjoni!", "Però agħar minn hekk, f'dan il-vot ma kien hemm l-ebda żieda mis-sena li għaddiet u ta' qabel, jiġifieri jien ma nistax inkun favur Baġit bħal dan.", "Jien m'iniex qed ngħid li huwa ħażin li l-Gvern alloka €1.5 miljun għal dawn l-400 assoċjazzjoni, però dawn mhumiex biżżejjed.", "La dan huwa l-aqwa żmien li qed ngħixu, allura dan huwa l-aqwa żmien għall-isport f'pajjiżna wkoll?", "Jien niltaqa' mal-għaqdiet sportivi, kif jien fid-dmir li nagħmel biex bħala Oppożizzjoni nifhem l-isfidi li għandhom.", "U hawn irrid ngħid li jien ma niltaqax biss mal-assoċjazzjonijiet imma niltaqa' wkoll mal-clubs u għalhekk naf sew x'jiġri f'dan il-każ.", "Il-Gvern jagħti l-għotja finanzjarja lill-assoċjazzjoni u mbagħad l-assoċjazzjoni jkollha ħafna clubs taħtha u tkun trid tiddeċiedi kemm se tagħti flus lil kull club partikolari.", "Għalhekk din mhijiex biss sfida għall-clubs imma hija sfida wkoll għal dawn l-assoċjazzjonijiet, li jgħiduli li meta huma jiltaqgħu mar-rappreżentanti tagħhom, kulħadd ikollu xi problema jew oħra.", "Huwa evidenti li l-isport mhuwiex wieħed mill-pilastri li dan il-Gvern jemmen fih għax li kieku dan kien il-każ, lil dawn l-għaqdiet sportivi kien jagħtihom vot aktar b'saħħtu.", "Din hija raġuni oħra għaliex aħna kontra dan il-Baġit.", "Imbagħad hemm ukoll ċerti nuqqasijiet li juru li hemm mismanagement.", "Pereżempju, jien għandi għalfejn inressaq mistoqsija parlamentari fil-Parlament biex l-assoċjazzjonijiet jingħataw l-allokazzjoni finanzjarja dovuta lilhom?", "Qed ngħid dan għax jiġu fuqi l-assoċjazzjonijiet u jgħiduli li għadhom lanqas ħadu l-allokazzjoni finanzjarja li SportMalta suppost tat lill-assoċjazzjonijiet fl-2018 li għadha kemm spiċċat!", "Allura dawn mhux biss qed jingħataw iċ-ċiċri imma sopra corna bastonate ċ-ċiċri li qed jingħataw qed idumu biex jingħatawlhom!", "Meta mbagħad nagħmel mistoqsija parlamentari fil-Parlament f'dan ir-rigward, f'daqqa waħda l-affarijiet jiċċaqilqu, u fil-fatt il-clubs sportivi jiġu jirringrazzjawni talli fl-aħħar, wara sena jistennew biex jirċievu l-allokazzjoni finanzjarja, jieħdu dak li huwa dovut lilhom għax inkun għamilt mistoqsija parlamentari fil-Parlament biex forsi l-affarijiet jiċċaqilqu.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar il-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-isport, li bħalissa hemm sfida fuqha.", "B'din il-liġi jkun aktar possibbli li l-clubs u l-assoċjazzjonijiet jiġġeneraw il-finanzi għall-proġetti tagħhom, jipparteċipaw aktar f'kompetizzjonijiet internazzjonali u jħallsu s-salarji tal-atleti li jingaġġaw magħhom il-clubs.", "Il-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-isport tagħti wkoll l-opportunità li jkun hemm aktar investiment fl-isport u li allura l-privat jinvesti f'faċilitajiet sportivi għax inkella l-clubs jew l-assoċjazzjonijiet ma jkunux jistgħu jagħmlu dan waħedhom.", "Però hemm diffikultà li nixtieq nitkellem dwarha bil-għan li forsi l-affarijiet jinbidlu ċjoè li din il-liġi hija applikabbli biss għall-clubs tal-futbol u tal-waterpolo.", "Fil-fatt ġew fuqi assoċjazzjonijiet ta' dixxiplini sportivi oħrajn li staqsewni ċar u tond: \"Mela Malta football u waterpolo biss għandna bħala sport?", "Allura aħna, bħala assoċjazzjoni tal-basketball, tat-tennis, eċċ, m'għandniex ningħataw ukoll iċ-ċans li niftiehmu mal-privat biex jinvesti magħna ħalli jkun jista' jkollna tennis courts ta' kwalità tajba biex imbagħad aħna nkunu nistgħu nużaw dak il-ġid li jinħoloq mill-investiment biex inkomplu nkabbru l-club tagħna?\"", "Iva, Sur President, jien naħseb li dawn għandhom raġun.", "Il-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-isport jeħtieġ titwessa' biex tinkludi dixxiplini sportivi oħrajn jekk verament nemmnu li f'Malta mhux il-football u l-waterpolo biss huma importanti.", "Jiddispjaċini ninnota wkoll il-fatt li l-baġit ta' SportMalta ma ra l-ebda żieda f'dan il-Baġit, u dan aktar ikompli jikkonferma kemm għall-Gvern l-isport huwa xi ħaġa sekondarja; donnu qiegħed hemm bħal ktieb fuq xkaffa, li meta rridu nfarfruh u meta rridu ma nagħtux kasu!", "Il-fatt li SportMalta ngħata baġit ta' €2.4 miljun biss huwa biss sinjal ta' politika fjakka f'dan is-settur.", "Jien jiddispjaċini għall-uffiċjali ta' SportMalta għax jekk il-Gvern tahom biss €2.4 miljun … U qed nieħu gost li hawn il-Ministru għall-Finanzi preżenti li qed jismagħni, u nixtieq li jibqa' jismagħni sal-aħħar għax hemm setturi oħrajn minbarra s-settur tal-isport fejn nixtieq nurih li l-Baġit naqas milli jagħtihom l-importanza li tixirqilhom f'dik li hija allokazzjoni finanzjarja.", "Huwa kollu inutli li l-Prim Ministru jiġi jgħidilna li rridu naraw aktar riżultati fl-isport.", "Mhux ovvja li rridu naraw aktar riżultati fl-isport?!", "Mhux kulħadd irid li naraw aktar riżultati fl-isport?!", "Allaħares m'aħniex qed naqblu f'dan ir-rigward!", "Imma kif se naraw aktar riżultati fl-isport?", "Billi l-Ministru għall-Finanzi jalloka €2.4 miljun għal SportMalta, li huma ċuċata?!", "Ejjew ma ninsewx li SportMalta trid tinvesti dawn it-€2.4 miljun fid-dixxiplini kollha.", "Kif jista' jkun, u kif imbagħad nippretendu li se nikkompetu fil-Logħob Olimpiku?", "Veru li l-flus mhumiex kollox però lkoll nafu li biex ikollna faċilitajiet sportivi tajbin u biex l-isportivi tagħna ma jipprattikawx part-time … Għax meta tipprattika part-time, tal-part-time tieħu, u aħna rridu sportivi full-time jekk irridu nikkompetu ma' pajjiżi oħrajn.", "Ma jistax ikun li atleta Malti, li filgħodu jmur jgħaddi d-dawl jew jagħmel xogħol ieħor jew inkella hemm min jaħdem ta' segretarja, ikun xi jkun, imur jikkompeti fil-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar jew fil-Logħob Olimpiku ma' min jipprattika dik id-dixxiplina minn filgħodu sa filgħaxija!", "Ma nistgħu qatt inġibu riżultati sportivi lejn Malta jekk nibqgħu mexjin b'dan il-mod u bla dubju ta' xejn l-ispiża finanzjarja li tingħata lil SportMalta hija kruċjali.", "Għalhekk jekk kemm-il darba l-Prim Ministru verament irid aktar riżultati fil-qasam sportiv … Jien għadni ma nistax nifhem kif minn tant konsulenti li għandu, għadu ħadd ma tah il-parir li dan l-investiment fjakk li qed isir ta' €2.4 miljun fi SportMalta huwa farka f'oċean.", "Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex dan il-Baġit huwa fjakk f'dan is-settur, Sur President.", "Fil-Baġit kien hemm vot dwar iż-żamma ta' spazji miftuħa minħabba li l-Gvern qalilna li dawn jinsabu fi stat ta' abbandun.", "Jien m'iniex se nipponta subgħajja lejn il-kunsilli lokali għax dawn ukoll għandhom budget miżeru.", "Ma nħossx li hu ġust li nippontaw subgħajna lejn il-kunsilli lokali minħabba li dawn ma ħadux ħsieb spazju miftuħ.", "Bil-baġit li jingħataw dawn iridu jagħmlu ħafna affarijiet jiġifieri jien kważi kważi lanqas nagħtihom tort.", "Irrid ngħid ukoll li mhux l-ispazji miftuħa kollha jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali.", "Pereżempju, l-open air gym ta' Ta' Qali jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' SportMalta, u jien nirċievi diversi messaġġi dwar dan l-open air gym, bħal: Onor. Callus, mur ipprovaha r-rota li hemm fil-gym ta' Ta' Qali!", "Imsadda; lanqas taħdem!", "Mela hawnhekk il-punt mhuwiex li niġġeneraw dawn l-ispazji miftuħa imma li nibqgħu nżommu l-investiment f'dawn il-postijiet b'mod ta' rutina.", "Idealment kullimkien ikollna minn dan l-apparat sportiv, l-aktar illum li qegħdin nitkellmu tant dwar l-obeżità!", "Pereżempju, jien inħoss li jekk toqgħod is-Siġġiewi m'għandekx għalfejn toqgħod tmur Ta' Qali biex ikollok open air gym, u hawnhekk irrid nagħmel referenza għall-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li ra kif jinvesti fl-open air gym li hemm fi Triq Mons F.X. Mangion biex l-apparat li kien ġie stallat mill-Gvern Nazzjonalista jiġi aġġornat.", "Fil-fatt illum il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qiegħed jistalla apparat ġdid.", "Sur President, nixtieq nagħmel riferenza wkoll għall-Kumitat Paralimpiku Malti, liema kumitat se jkun qed jaħdem bil-għan li Malta terġa' tibda tieħu sehem fil-Logħob Paralimpiku Malti.", "Ta' min jgħid li l-Logħob Paralimpiku Malti huwa għall-persuni b'diżabilità, bħal ngħidu aħna persuna li tkun atleta first class imbagħad ikollha inċident li fih titlef saqajha.", "Jista' jkun li l-persuni li jilagħbu fil-Logħob Paralimpiku Malti ma jkunux atleti wkoll għax naf nies li bdew iħobbu l-isport wara li ġralhom xi inċident u baqgħu jbatu minn xi diżabilità.", "Il-Kumitat Paralimpiku Malti ġie mwaqqaf is-sena li għaddiet fejn jien kelli l-unur li flimkien mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Clifton Grima nattendi għall-ewwel seduta ta' dan il-kumitat però b'dispjaċir qed ninnota li fil-Baġit ma kienx hemm vot għal dan il-kumitat.", "Allura anke hawn, jien nistaqsi: Kif jista' jaħdem dan il-kumitat?", "Jista' jkollna ħafna xewqat, però jekk m'aħniex se ngħinu bil-finanzi fejn verament hemm bżonn fil-qasam sportiv, għalija l-kliem tal-Prim Ministru, ċjoè li jrid aktar riżultati, ma jfissru xejn.", "Sur President, bħalissa suppost hemm għaddej ukoll il-proġett tar-rugby f'Kordin li kien ġie mwiegħed mill-Ministru Konrad Mizzi.", "Qabel l-elezzjoni ġenerali huwa wiegħed b'daħka kbira fuq wiċċu, kif jagħtina ħafna drabi meta jkun qed jitkellem fi press conference, li se jsir ground tar-rugby.", "Din kienet proposta tajba għax fir-rugby qed immorru tajjeb u qed inġibu riżultati fih, imma tajjeb inkunu nafu x'sar minnha din il-proposta.", "Issa l-Ministru Konrad Mizzi m'għadux jitkellem dwar din il-proposta; forsi jinsab aljenat bil-kontijiet li kellu l-Panama!", "Bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq l-Awtorità tal-Artijiet nixtieq li nitkellem ftit fuq din l-Awtorità sentejn wara li twaqqfet.", "Naħseb li hawnhekk ikun aħjar illi l-Ministru għall-Finanzi jismagħni ftit tajjeb għax mhux se jemmen dak li se ngħid.", "Fil-fatt l-Awtorità tal-Artijiet, li għandha responsabilità ta' miljuni ta' ewro fis-sena, għadha mingħajr Chief Financial Officer.", "Ma nafx x'jaħseb fuqha din il-Ministru għall-Finanzi!", "B'konsegwenza ta' dan in-nuqqas, qed isiru tranżazzjonijiet ta' eluf ta' miljuni ta' ewro fis-sena li bħalissa m'hemm ħadd responsabbli għalihom.", "Jien għejjejt nitkellem fuq dan il-punt fil-Bord tal-Awtorità u anke fil-Parlament biex forsi fl-aħħar tinħatar persuna bħala Chief Financial Officer tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Jien ma nafx min qed jikkoordina l-finanzi f'din l-Awtorità.", "Probabbli qabbdu lil xi konsulent biex nerġgħu nagħmlu lil xi ħadd minn barra kuntent, imma sadanittant sfortunatament l-Awtorità tal-Artijiet għadha mingħajr Chief Financial Officer!", "Hawnhekk tajjeb li nsemmi wkoll il-lista twila ta' rikonoxximenti li għadhom pendenti fl-Awtorità tal-Artijiet.", "Kumbinazzjoni llum jien għamilt mistoqsija f'dan ir-rigward għax din l-informazzjoni jien ma nġibhiex mill-Bord.", "L-ewwel nett rikonoxximent x'inhu?", "Ejjew ngħidu li forsi inti għandek ċens għal 50 sena mal-Awtorità tal-Artijiet u dan iddeċidejt li tbigħu għax il-kuntratt taċ-ċens jippermettilek li tagħmel dan.", "F'dak il-każ issa l-Awtorità tal-Artijiet trid tirrikonoxxi lilek bħala l-persuna li għandha titolu ta' ċens validu biex min kellu ċ-ċens qabel joħroġ minn dak it-titolu.", "Kif kont qed ngħid, fl-Awtorità tal-Artijiet hemm lista twila ta' dawn ir-rikonoxximenti, u minkejja li fil-Bord staqsejt għal darba, tnejn, tlieta fuq din is-sitwazzjoni, sfortunatament bqajt bla risposta.", "Għalhekk għamilt mistoqsija parlamentari li fiha staqsejt ħames domandi fuq affarijiet differenti, imma l-Ministru Ian Borg tafu kif irrispondieni?", "Alla jbierek, għall-ħames mistoqsijiet li għamiltlu tani l-istess risposta!", "Prosit ħafna għax naqqastuha l-burokrazija fit-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari!", "Il-Ministru Ian Borg weġibni billi qalli - naturalment weġibni b'dan il-mod konvenjentement u mhux għax dan huwa veru - li dan jirrikjedi ħafna xogħol u allura jkun aktar importanti li dan ix-xogħol jiġi ddedikat għax-xogħol tal-Awtorità!", "Mela sewwa; in-nies qegħdin igergru kontinwament li mhux qegħdin jiġu rikonoxxuti għax hemm backlog kbir fl-Awtorità … Issa jien ma staqsejtux dwar ir-rikonoxximenti biss imma staqsejtu fuq l-iskema tal-qbiela li kienu applikaw għaliha l-bdiewa biex jiġu rikonoxxuti għall-qbiela tagħhom.", "Pereżempju aħna m'għandniex dritt inkunu nafu kemm hemm postijiet vakanti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet?!", "Tlabt lill-Ministru biex jgħidli wkoll kemm-il rapport ta' illegalità daħal għand l-Awtorità tal-Artijiet fuq tables and chairs.", "Din l-aqwa waħda, u din żgur li hija gidba, għax possibbli daħlu miljuni ta' rapporti għand l-Awtorità tal-Artijiet biex ma jistax jagħtini risposta fuqhom?!", "Min qed jemmnu lill-Ministru Ian Borg hawn?", "Din gidba, u xtaqt li kien preżenti ħalli jqum jirrispondi!", "U mela jiġi jgħidli li din il-mistoqsija tiswa ħafna xogħol?!", "Din trasparenza tal-Gvern!", "Għal ġieħna dawn qalulna li dan hu l-aqwa żmien ta' trasparenza f'pajjiżna!", "Tlabtu wkoll jagħtini l-lista ta' periti li ġew ingaġġati biex jagħmlu l-istimi, imma kumbinazzjoni r-risposta għal din il-mistoqsija wkoll tirrikjedi ħafna xogħol, li hija gidba oħra!", "Punt ieħor li tajjeb li nerġa' nitkellem fuqu ġaladarba hawn il-Ministru għall-Finanzi preżenti llum huwa l-vot għall-esproprji.", "Fil-Baġit għal din is-sena allokajna inqas flus biex issir ġustizzja ma' min itteħditilhom l-art tagħhom.", "Issa hawnhekk, Sur President, please note li ħafna minn dawn l-artijiet ittieħdu taħt Amministrazzjoni Laburista, meta kien jiġi l-Ministru, jidħol bil-gaffa u jaqbad u jieħu l-art!", "Ikun tajjeb li ngħid li din il-ħaġa anke llum qed issir għax imbagħad wara qegħdin imorru quddiem l-Awtorità tal-Artijiet.", "Illum il-Ministru Ian Borg qed jidħol bil-gaffa fejn irid biex iwessa' t-toroq u mbagħad imur quddiem l-Awtorità tal-Artijiet u lin-nies jgħidulhom wara li jkunu daħlu għandhom!", "Però dan il-vot tal-Baġit naqas minn €10 miljun fis-sena 2018 għal €8.5 miljun fis-sena 2019, u dan meta dawn il-persuni ilhom is-snin jistennew li ssir ġustizzja magħhom wara li tan-naħa l-oħra kienu ħadulhom l-artijiet mingħajr ma qatt ħallsuhom tagħhom!", "Issa llum ħafna mill-proprjetarji ta' dawn l-artijiet mietu u llum hemm it-tfal tagħhom, li saru nanniet ukoll u sa ftit snin oħra jkun hemm in-neputijiet.", "Kif nafu, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jinqalgħu komplikazzjonijiet, u dan apparti l-interessi li qed jiġu akkumulati.", "Għalhekk lill-Ministru Scicluna ngħidlu li aktar ma se ndumu biex inħallsuhom lil dawn in-nies li saret inġustizzja magħhom, aktar se jkollna nħallsu interessi!", "Kull min iħaddan sistema ta' governanza tajba fil-qasam tal-finanzi m'għandux is-sens loġiku tiegħu li jdum biex iħallas.", "Għalhekk difett kbir ieħor li għandu dan il-Baġit mhuwiex biss dak li llum qed idumu aktar biex jagħmlu ġustizzja man-nies imma wkoll li naqqsu dan il-vot biex inqas nies ikunu jistgħu jitħallsu u ssir ġustizzja magħhom illum qabel għada!", "A case in point huwa l-każ tal-Corinthia fejn il-poplu mhux biss mhux se jieħu dak li ħaqqu minn din l-art talli l-poplu se jkun qed jitlef art li hija assenjata għal skop turistiku.", "Fil-fatt filwaqt li llum il-Pjan Lokali tal-Awtorità tal-Ippjanar jalloka l-ponta ta' fejn hemm it-tliet lukandi tal-Corinthia għal skop turistiku - u dan kien ippjanar tajjeb għax din hija żona turistika - illum din se nagħmluha real estate biex issir spekulazzjoni tal-art!", "Issa again, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq flus in-nies għax din l-art hija tan-nies!", "Allura nagħtuha biċ-ċiċri?!", "Li kieku din kienet l-art personali tagħhom …?", "U hawnhekk qed nindirizza lin-naħa tal-Gvern!", "Agħmlu din id-domanda lilkom infuskom: Li kieku l-art ta' fejn hemm il-Corinthia kienet tagħkom, Onor. Membri tal-Gvern, kieku kontu tbigħuha għal €17-il miljun?!", "Din hija d-domanda li rridu nagħmlu!", "Għax kull min għandu l-art tiegħu, jipprova jġib l-aktar minnha, mhux hekk?!", "Jekk int se tbigħ tipprova tgħolli kemm tista' filwaqt li min jiġi biex jixtri se jipprova jbaxxi kemm jista', imma aħna hawnhekk gwardjani tal-art tan-nies, u billi din l-art hija tal-gvern u tan-nies, dan ma jfissirx li nistgħu nagħtuha bix-xejn!", "Aħna hawnhekk għandna r-rwol li naraw li l-art tan-nies tintuża b'mod tajjeb - u hawnhekk qed jinbidel anke l-użu ta' din l-art minn skop turistiku għal skop ta' spekulazzjoni ta' bejgħ ta' proprjetà għal żona residenzjali - kif ukoll li l-ħlas li se jieħdu n-nies għal dik l-art ikun wieħed xieraq.", "Issa se nitkellem ftit fuq il-qasam tal-housing li tkellem tajjeb ħafna dwaru l-kollega tiegħi l-Onor.", "Ivan Bartolo lbieraħ.", "L-ironija ta' dan il-Gvern x'inhi, Sur President?", "Li fl-2013 jitla' l-Partit Laburista fil-gvern u l-Ministru ta' dak iż-żmien … Quddiemi għandi artiklu minn inewsmalta.com., portal li jissimpatizza mal-Partit Laburista, jekk mhux tiegħu stess, li jgħid hekk:", "\"L-Iskema Kiri rrovinat l-Awtorità tad-Djar.\"", "Ismagħha din, Sur President!", "Dan l-artiklu nkiteb ftit wara li tela' l-Partit Laburista fil-gvern.", "L-ewwel nett ikun tajjeb jekk nispjegaw fiex kienet tikkonsisti l-Iskema Kiri.", "L-Iskema Kiri kienet skema tajba ħafna li kien nieda Gvern Nazzjonalista għax filwaqt li kien hawn domanda kbira għall-postijiet tal-housing u l-Gvern ma kellux stock biżżejjed, il-Gvern Nazzjonalista, b'mod intelliġenti, dar fuq is-settur privat u qallu: Jekk għandek xi proprjetà li mhijiex qed tintuża tista' tikriha lill-Gvern biex din tintuża għall-housing u b'hekk tkun qed tgħin lill-Gvern inaqqas il-problema tiegħu ħalli min m'għandux saqaf fuq rasu jinqeda malajr.", "Madanakollu meta tela', dan il-Gvern deherlu li dik l-iskema rrovinat lill-Awtorità tad-Djar.", "Dawn huma affarijiet li lanqas jitwemmnu!", "Stqarrija li ħarġet fl-2017, jiġifieri ħames snin wara li tela' Gvern Laburista, kienet tgħid hekk:", "\"Imnedija skema ġdida biex l-Awtorità tad-Djar tikri mill-privat.\".", "Mela dawn huma żewġ skemi identiċi u filwaqt li l-Gvern Laburista tal-2013 qalilna li din l-iskema rrovinat l-Awtorità tad-Djar, erba' snin wara l-istess Gvern Laburista qal li se jniedi skema ġdida, skema li fil-fatt hija identika għal dik li hu kien qal li rrovinat lill-Awtorità tad-Djar!", "U n-nies jemmnuha, u ma tagħtihomx tort!", "Minjaf kemm hawn nies li qalu: Ara kemm hu tajjeb dan il-Gvern u kemm għandu l-qasam soċjali għal qalbu; għamlilna skema tal-kiri!", "Li kieku ma nkunux aħna u ngħidu lin-nies li din l-iskema diġà kienet hemm u li għalkemm qalulhom li kienet ħażina, illum ħarġu skema huma li attwalment hija identika għal dik li konna għamilna aħna, kieku n-nies kienu jinsewh dan kollu!", "Issa għalfejn il-Ministru li kienet responsabbli mill-housing dakinhar kienet ikkritikat din l-iskema?", "Għax l-inkwilini kienu marbutin biss għal għaxar snin u mbagħad wara ma jkollhomx fejn joqogħdu.", "Jiġifieri l-Ministru ta' dakinhar qalet li din l-iskema ma kenitx tajba għax il-Gvern kien daħal f'kuntratt mal-privat li jagħtih post b'kera għal għaxar snin biss.", "Għalhekk il-Ministru ta' dak iż-żmien kienet argumentat li mbagħad wara dawk l-għaxar snin in-nies ma jkollhomx fejn imorru.", "Issa aqta' xiex, Sur President!", "L-iskema li nħarġet fl-2017 - u hawnhekk se nikkwota stqarrija tal-Gvern - tgħid hekk:", "\"… minbarra l-fatt li min se jikri lill-Gvern se jkollu garanzija ta' pagament għal għaxar snin.\".", "Araw x'ironija!", "Allura dan huwa Gvern soċjali?", "Imbagħad jgħidu lilna li aħna negattivi!", "Aħna negattivi?!", "Negattiv hu min mhuwiex kapaċi jirrikonoxxi li fejn hu tajjeb jgħidlu tajjeb, u dan huwa d-difett ta' dan il-Gvern; li jipprova jpinġi stampa bħallikieku Gvern Laburista għamel kollox tajjeb filwaqt li Gvern Nazzjonalista għamel kollox ħażin, anzi agħar minn hekk l-ewwel jgħid li dak li għamel il-Gvern Nazzjonalista huwa ħażin u mbagħad erba' snin wara jagħmel l-istess ħaġa li għamel il-Partit Nazzjonalista, jgħid li hija tajba u jagħmilha tiegħu!", "Issa jien waħda mill-affarijiet li kont niġi mgħallem l-iskola, Sur President, kienet li jekk hemm idea li ħareġ biha l-istudent ta' ħdejk jew xi ħabib tiegħek, tgħidx li hija tiegħek imma għid li hija tiegħu.", "Dik hija l-irġulija u dik hija l-onestà imma dan il-Gvern la għandu sens ta' rġulija u lanqas ta' onestà!", "Se jkolli nikkonkludi d-diskors tiegħi għax qed nara li sar il-ħin u għalhekk se niġi mill-ewwel għall-aħħar punt.", "Fid-diskors tiegħu l-Onor.", "Glenn Bedingfield ikkritika lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Ivan Bartolo li tkellem ilbieraħ minħabba li dan għalaq bl-Innu tal-Partit Laburista.", "Jien m'iniex se nirrepeti dan l-innu għax ma nafux tajjeb daqs l-Onor.", "Fil-fatt hawnhekk ikun tajjeb li nfakkar li l-Onor.", "Bartolo kien fil-Partit Laburista, imma mbagħad ħass li dak il-partit m'għadux partit soċjali.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Bartolo qara l-Innu tal-Partit Laburista; innu soċjali li suppost il-qalb tiegħu tħabbat għal min hu batut jew inkella għal min m'għandux saqaf fuq rasu.", "Inti tifhimni tajjeb, Sur President!", "Għalhekk illum li qegħdin f'sitwazzjoni fejn 3,300 persuna għadhom bla saqaf fuq rashom ma tistax tgħid li l-Gvern ta' pajjiżna huwa wieħed Soċjalista.", "Sal-lum, ħames snin wara li ilhom fil-gvern, għadhom lanqas biss lestew appartament wieħed tal-housing!", "Allura dan tista' ssejjaħlu Gvern Soċjalista?", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield qalilna li dan huwa Gvern li jiġġieled il-korruzzjoni.", "Naħseb li din hija l-akbar ċajta tas-seklu; qisni qed ngħid li x-xagħar naturali ta' nofs il-Maltin huwa isfar!", "F'dan il-każ ħadd mhu se jemminni u se jeħduha bħala ċajta.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Jekk ikollhom xagħar!", "RYAN CALLUS: Jew inkella qisni qed ngħid li l-Onor.", "Ryan Callus għandu x-xagħar!", "Ħadd mhu se jemminni, u daqstant ieħor mhu se jemmnu ħadd lill-Onor.", "Bedingfield meta jgħid li dan huwa Gvern li jiġġieled il-korruzzjoni!", "Din il-ġimgħa stess Transparency International … Ministru Edward Scicluna, jien nifhem li inti tħossok skomdu ħdejn persuni oħrajn li ma jiġġeldux il-korruzzjoni, imma dik hija l-verità, ħbieb tiegħi!", "Huwa importanti li nagħtu l-veduti tagħna għaliex dan il-Gvern huwa tajjeb ħafna biex idawwar l-affarijiet u jpinġi dak li qed isir illum kollu sabiħ filwaqt li dak li sar qabel kien kollu ħażin!", "Ara jekk imbagħad jaqbad dak li skont hu sar ħażin fi żmien Gvern Nazzjonalista, jikkopjah u jagħmlu tiegħu, hemmhekk jiġi tajjeb!", "Imma aħna m'aħniex hekk, u r-raġuni għaliex aħna se nkunu qegħdin nivvotaw kontra l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum hija li fih ħafna nuqqasijiet u nemmnu li l-poplu tagħna jixraqlu aħjar.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Edward Scicluna biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.58 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari;", "jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur President, għandna diversi qwiel Maltin li għalkemm ma tantx fihom kliem, fihom tagħlimiet kbar, bħal meta ngħidu \"l-ispiżjar milli jkollu jtik\" jew inkella li \"tista' tieħu l-ħmar ħdejn l-ilma imma ma tistax iġġiegħel lill-ħmar jixrob\".", "Imbagħad hemm wieħed mill-aktar qwiel b'saħħithom li jgħidlek \"l-akbar għami hu min ma jridx jara\" u qawl ieħor jgħidlek li \"l-akbar injorant huwa dak li ma jridx jitgħallem\".", "Naħseb li kulħadd semagħhom dawn il-qwiel.", "Dan huwa kliem missirijietna li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra u li ġew magħġuna b'għerf kbir għax kollha fihom tagħlima li missier ikun jixtieq jagħti lil ibnu jew lil bintu.", "Ħafna drabi aħna nitgħallmu dawn il-qwiel meta nkunu għadna żgħar fuq il-bankijiet tal-iskola però donnu jkun hawn min dak li jitgħallem meta jkun żgħir jinsih meta jikber, aktar u aktar meta dan joħroġ għall-ħajja pubblika.", "Sur President, illejla ma nistax ma nitkellimx dwar żewġ okkażjonijiet li ġraw matul dawn l-aħħar ġranet.", "Jien ħassejt li għandi niġi fil-Parlament Malti, li huwa l-ogħla istituzzjoni demokratika li għandu pajjiżna fejn kulħadd jiġi minn oqsma differenti biex jirrappreżenta lill-kostitwenti tiegħu, u nfakkar lin-nies f'żewġ okkażjonijiet li dan il-poplu għadda minnhom u li allura setgħu ħallew diversi effetti, imma li minkejja dan kollu, xorta waħda għad hawn min baqa' ma tgħallimx minnhom.", "L-ewwel każ huwa marbut ma' dak li reġgħet iddeċidiet il-Qorti ta' Malta kontra l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u sieħbu l-Onor.", "Dawn huma tnejn min-nies li donnhom iħobbu l-poter aktar milli jħobbu lil pajjiżna jew lill-Partit tagħhom għax bl-imġiba tagħhom mhux biss qegħdin jagħmlu ħsara lil Malta barra minn pajjiżna, imma qegħdin jagħmlu wkoll ħsara lir-reputazzjoni tal-Partit li huma msieħba fih.", "Issa ovvjament għalija fejn jidħol il-Partit tagħhom jagħmlu huma u lili li jinteressani biss hija l-ħsara li qed issir barra minn Malta lil Malta.", "Dawn qed imorru barra minn Malta, jgħidu nofs verità, jipprovaw jimmiżlidjaw u jħallu impressjoni negattiva.", "Bħal donnu jekk jonqos il-ġid minn Malta, se jonqos il-ġid lil-Laburisti biss; jekk ma jiġix l-investiment f'Malta, dan se jaffettwa lil-Laburisti biss; jekk l-ekonomija tmur lura se jiġu affettwati l-Laburisti biss!", "Donnu li dawn ma jirrealizzawx li jekk jagħmlu dawn l-affarijiet li għadni kif semmejt f'din id-dinja globalizzata, bil-ħsara li jagħmlu jibdew inaffru l-investiment li jkun ġej u li minnu jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin kollha!", "Jien b'idejja fuq il-kuxjenza ngħid li nħobb naqra d-diskorsi kbar li kien jagħmel l-Eks Prim Ministru Ingliż Winston Churchill, li kien idum jiktibhom ħafna, u fost affarijiet oħra, huwa kien jgħid li jkollok kemm ikollok inkwiet ma' sħabek fil-lokal, dak ħallih għal-lokal u meta tkun barra minn pajjiżek, lil pajjiżek faħħru u agħmillu l-ġid!", "Ejjew naraw x'ġara f'dawn iż-żewġ okkażjonijiet li qed nirreferi għalihom.", "Jien semmejt lill-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u lil sieħbu l-Onor.", "David Casa għax dawn donnhom tant iħobbu l-poter li jinsew lil pajjiżhom u saħansitra lin-nies ta' madwarhom.", "Wara li lanqas kienet għadha bdiet is-sena li l-qorti ma tathomx ħasla liema bħalha, fejn fost affarijiet oħra qaltilhom li dak li kienu qed jagħmlu kienu spekulazzjonijiet u konġenturi, kellhom l-ardir li jerġgħu jipprovaw jiftħu kawża kontra dawk in-nies li xebgħu jagħmlu allegazzjonijiet fuqhom!", "Issa jien nagħraf il-fatt li din hija d-demokrazija; aħna nies pubbliċi u m' għandniex niddejqu nirċievu kritika biex nirranġaw l-affarijiet, biex l-affarijiet nagħmluhom aħjar jew inkella li xi ħadd joħroġ b'suġġerimenti aqwa minn dawk li qed nagħmlu aħna.", "Din hija d-demokrazija li aħna tant ngħożżu u li tant naħdmu għaliha.", "Imma li toqgħod tagħmel l-ispekulazzjonijiet u l-konġenturi ma naħsibx li għandha tkun parti mil-logħba li għandna nilagħbu!", "Aħna hawnhekk għandna nqiegħdu l-karti kollha fuq il-mejda u ngħidu fejn qed naqblu u fejn m'aħniex qed naqblu, u l-appell tiegħi huwa biex naħdmu bħala nazzjon wieħed.", "Ma ninsewx li aħna poplu żgħir li b'qatra jmut fis-sakra filwaqt li mingħajr dik il-qatra jmut bil-għatx!", "Dan hu l-poplu tagħna, u allura l-appell tagħna huwa li niġbdu ħabel wieħed għax il-ġid igawdi minnu kulħadd.", "Il-ġid la jgawdu minnu n-Nazzjonalisti biss u lanqas il-Laburisti biss imma jgawdi minnu kulħadd, u aħna 'l hemmhekk irridu nimmiraw.", "Kif kont qed ngħid fuq sħabna l-Onor.", "David Casa, lanqas kienet għadha bdiet is-sena li l-qorti ma tathomx ħasla liema bħalha!", "Issa inti tmur il-qorti biex ikun il-ġudikant li jiddeċiedi jekk għandekx raġun jew le, u t-tieni qorti li marru quddiemha reġgħet bagħtithom 'il barra.", "Imma dawn ma jitgħallmux!", "Issa bir-rispett kollu, ma nafx kif l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista kien qed jaspira li jkun Prim Ministru ta' Malta għax hu u l-Onor.", "Casa għamlu bħat-tfal; issuppervjaw, bdew isabbtu saqajhom u bdew jgħidu li r-regoli m'għoġbuhomx!", "Hawnhekk jien ngħid: X'arroganza!", "X'attitudni ta' establishment għandu l-Onor.", "Simon Busuttil biex għadu ma fehemx li l-poplu qallu għal darba darbtejn li ma jridux imexxi lil pajjiżna!", "Issa dan kien it-tort tiegħu li l-poplu ħa din id-deċiżjoni; għax huwa ma mexxiex lill-Partit tiegħu tajjeb meta kien Kap tal-Partit Nazzjonalista, u meta kellu ċ-ċans li jmexxi lill-Partit fil-gvern bħala Deputat Prim Ministru ma ggwidax lill-poplu tajjeb.", "Jien ma nafx kif imbagħad ikollhom l-ardir jattakkaw ukoll lill-ġudikatura!", "Dawn l-ewwel marru għand maġistrat u mħallef għal darba wara l-oħra bil-files vojta!", "Niftakruhom deħlin il-Belt b'kaxxi daqsiex li suppost kienu mimlija b'dokumenti u b'għadd kbir ta' allegazzjonijiet.", "Fil-fatt kull min rahom deħlin il-Belt mgħobbijin b'dawk il-kaxxi qal: Kemm għandhom provi dawn!", "Niftakar darba kont staqsejtu jekk dawk il-kaxxi kinux vojta u hu rrispondieni billi qalli: Issa tara x'fihom!", "U għalhekk jien stennejt biex nara x'fihom!", "David Casa marru quddiem il-ġustizzja biex jieħdu d-deċiżjonijiet tal-qorti.", "Inti ma tmurx il-qorti biex jekk il-maġistrat jiddeċiedi kif jogħġob lilek tgħidlu \"bravu\" u jekk ma jiddeċidiex kif jogħġob lilek tissuppervja u tgħid li dan mhux tajjeb!", "Imma mal-mument li d-deċiżjonijiet tal-qorti m'għoġbuhomx, dawn fetħu attakk fuq il-ġudikatura u qalu li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jitwemmnux!", "\"Unbelievable!\", qalilna.", "Huma pprovaw saħansitra jimminaw il-ġustizzja u jissuġġerixxu li l-ġudikatura tgawdi rispett li ma jistħoqqilhiex.", "L-appell tiegħi lill-poplu huwa biex jara x'kitbu u x'inhuma jxerrdu dawn il-persuni ħalli mbagħad ikun jista' jifhem eżatt!", "Sur President, dawn in-nies huma perikolużi għas-saħħa u għas-saltna tad-dritt, li issa xbajna nisimgħu fuqhom.", "Kulħadd isemmi s-saltna tad-dritt!", "Imbagħad kien hawn il-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid li kien ikellimna fuq in-\"new way\" imma li baqa' ċass quddiem dan kollu!", "Issa aħna xbajna nisimgħuh hawnhekk għax fejn irid dan jiġi joqgħod jagħmel ħafna storbju tant li min jisimgħu jibda jgħid: Imma dan għalfejn qed jgħajjat?!", "Imbagħad minkejja li f'dan il-każ kien hemm involuti nies prominenti fil-Partit tiegħu, baqa' ċass u m'għamel xejn!", "Ikolli ngħid b'idejja fuq il-kuxjenza, Sur President, li dawn Partit tal-foloz kienu u Partit tal-foloz baqgħu!", "Jiffalsifikaw l-invoices, - u kulħadd jaf l-istorja ta' meta ffalsifikaw l-invoices - jiffalsifikaw il-firem - u kulħadd jaf l-istorja ta' meta ffalsfikaw il-firem - u l-ġimgħa l-oħra rajniehom ukoll jiffalsifikaw il-filmati biex mingħalihom jattakkaw entità serja u importanti ħafna għal pajjiżna!", "Dan hu l-mod ġdid li qed imexxi bih l-Onor.", "Għalija dan hu biss mod faxxist ta' kif wieħed jipprova jirbaħ il-poter; mod li jurina li l-agħar żmien tal-Partit Nazzjonalista reġa' qiegħed hawn!", "Issa wara snin twal iduru d-dinja biex jipprovaw iħammġu lil pajjiżna qed jifirħu għax il-perċezzjoni tal-korruzzjoni … Ta' min ifakkar li meta fi żmienhom aħna konna mmorru bl-istatistika tal-faqar, kienu jgħidulna li din kienet biss perċezzjoni imma issa ħareġ rapport fuq il-perċezzjoni tal-korruzzjoni.", "Dawn ma nafx fejn ma marrux jipprovaw jagħmlu ħsara lil pajjiżna!", "Uħud minnhom ma jitilfux okkażjoni waħda li hi waħda biex jagħmlu ħsara lil Malta barra minn Malta.", "Issa ħareġ dan ir-rapport tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni, u jien ngħidilhom: Intom mhux hekk ridtu?!", "Issa se toqogħdu xxerrdu d-dmugħ tal-kukkudrilli, taparsi jiddispjaċikom?!", "Fejn ma marrux dawn?", "Marru jagħmlu ħsara kemm jifilħu lil pajjiżna fl-Ewropa, fl-Amerka, fl-Ingilterra, fl-Awstralja, …!", "Fejn ma marrux jagħmlu ħsara lill-pajjiż?", "Marru saħansitra jgħidu kontra Malta fuq ir-RAI u fuq il-BBC!", "Mela allura din l-aħbar li issa ħareġ dan ir-rapport tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni hija tajba għalikom u ħudu pjaċir biha għax għaliha ħdimtu!", "Madanakollu issa se ngħid aħbar li hija ħażina għalihom iżda li hija tajba ħafna għall-poplu Malti.", "Issa se nitkellem fuq fatt, u fatt huwa aktar minn perċezzjoni!", "Proprju din il-ġimgħa stess l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Moody's reġgħet ikkonfermat ir-rating ta' pajjiżna għal livell \"A\", u din mhijiex perċezzjoni!", "Dan mhux bħal meta jmorru jgħidu nofs verità, jaqilgħu l-ispekulazzjonijiet, kif qalilhom l-imħallef, u l-qorti titfagħhom 'il barra darbtejn!", "Dawn qalgħu tliet knockouts bl-allegazzjonijiet li ressqu quddiem il-qorti għax il-qorti tefgħethom 'il barra u qaltilhom li m'għandhomx raġun!", "Issa hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar perċezzjoni imma din hija verità.", "B'unur aħna nistgħu ngħidu li proprju din il-ġimgħa stess l-aġenzija Moody's reġgħet ikklassifikat lil Malta bi klassifika \"A\", li tfisser li hija l-aqwa u l-aħjar, u din mhijiex perċezzjoni.", "Dawn jistudjaw lil pajjiżna biċċa biċċa u fl-aħħar joħorġu b'konklużjoni.", "Bħalhom hemm aġenziji oħrajn li meta jaslu għall-konklużjoni jpoġġu lil Malta fil-klassifika \"A\".", "Xi tfisser din il-klassifika \"A\"?", "Tfisser li aħna perfetti?", "Le, m'aħniex perfetti, Sur President, iżda għandna Gvern li jaħdem, li jifhem lill-poplu u li għalkemm jikkritikawna li m'għandniex qalb soċjali, qalbna qiegħda fost il-poplu.", "Aħna l-Partit tax-xogħol, aħna l-Partit li ġibna l-akbar investiment f'pajjiżna, aħna l-Partit li kważi qridna l-qgħad u aħna l-Partit li ħallasna d-dejn li ħallew warajhom tliet leġiżlaturi għax għalihom \"money, no problem\".", "Tant hu hekk li kienu jgħidu kliem bħal \"aħna nagħmlu d-dejn u mbagħad iħallsu dan id-dejn uliedna u wlied uliedna\"!", "Ara aħna, lil uliedna u lil ulied uliedna rridu nħallulhom ekonomija b'saħħitha b'investiment qawwi ħalli huma jkollhom moħħhom mistrieħ li anke jekk jiġri xi ħaġa ħażina, l-ekonomija tibqa' sejra tajjeb.", "Għalhekk, Sur President, meta pajjiżek jikseb \"A\" bħala rata tagħmel kuraġġ għax tinduna li tinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba.", "Kif rajna sal-bieraħ stess, il-kollegi tiegħi fil-Kabinett, jiġifieri l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, ħabbru inizjattivi ġodda, kif wara kollox inħabbru ta' kuljum, imma lbieraħ kien imiss inizjattivi ġodda fuq il-kera għax aħna nafu li rridu ngħinu lil min mhuwiex qed ilaħħaq ħalli huwa wkoll ikiun jista' jgħix is-suċċess li għaddej minnu pajjiżna, anke jekk qiegħed f'minoranza, għax aħna jimpurtana li kull ċittadin Malti u Għawdxi jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu u jibda jgħix aħjar.", "Kif nafu, 80% tal-Maltin u l-Għawdxin huma sidien ta' darhom, u allura huma ftit dawn li se jgawdu minn din l-inizjattiva, imma anke jekk nafu li hemm ftit, aħna ma ngħidux li din hija storja ta' suċċess jew inkella li aħjar is-suċċess mill-għaks u nieqfu hemm.", "Aħna nagħmlu bidliet kbar, bħal meta żidna s-sussidju fuq il-kera, u minn hawn nixtieq nappella biex dawk kollha li għaddejjin minn xi problemi ta' housing ma jiddejqux jidħlu f'dawn l-iskemi għax jien ma neħux gost li noħolqu skema, din l-iskema tkun available imma għal xi raġuni jew oħra l-poplu ma jkunx jaf biha u ma jaċċessjahiex għax b'hekk huwa jitlef iċ-ċans li jieħu l-frott tagħha.", "Aħna għamilna din l-iskema, għandna servizz ta' customer care fis-Segretarjat immexxi mill-Onor.", "Roderick Galdes u għandna anke lill-Awtorità tad-Djar li tista' tgħin.", "Għalhekk jien nappella lil kull min jinsab għaddej minn problemi ta' housing biex jersaq 'il quddiem u jara kif jista' jibbenefika minn din l-iskema ġdida.", "Dan huwa Gvern li l-iskop prinċipali tiegħu mhuwiex biss in-numri imma li nsarrfu dawk in-numri billi lill-poplu tagħna nagħtuh kwalità ta' ħajja aħjar.", "Sur President, aħna bħala Gvern ħloqna l-ġid u ħloqna wkoll ix-xogħol, u ta' kuljum bejnietna u ta' kull ġimgħa bħala Kabinett, niddiskutu x'miżuri nistgħu nieħdu biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu tagħna.", "Għalhekk minn hawnhekk nixtieq nerġa' nħeġġeġ lil dawk il-persuni li bħalissa jinsabu għaddejjin minn diffikultajiet minħabba l-kirjiet li għandhom, biex jersqu 'l quddiem u jaraw kif jistgħu jutilizzaw l-iskemi li jeżistu.", "Waqt li aħna, magħqudin bħala grupp wieħed, inkunu qed niddiskutu kif nistgħu ntejbu l-affarijiet, kif nistgħu nġibu aktar investiment lejn Malta, kif nistgħu nagħmlu skemi ġodda biex l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità b'dinjità, kif il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jgħixu aħjar, kif nistgħu ntejbu l-pensjoni, kif nistgħu mmexxu l-edukazzjoni 'l quddiem, kif nistgħu nagħmlu infrastruttura aħjar u kif nistgħu nsaħħu s-servizzi li joffru l-isptarijiet tagħna, ħaddieħor xi jkun qed jagħmel?", "Ħaddieħor joqgħod jilgħab b'xi filmat, b'gidba jew b'montatura jew inkella jara lil min se jneħħi mill-whatsapp group ta' bejniethom għax dawn tant huma magħqudin li lanqas jifilħu lil xulxin fi grupp wieħed tal-whatsapp u joqogħdu jneħħu lil xulxn minn dan il-grupp!", "Dawn in-nies tant jaslu biex iweġġgħu lil dak li jkun li lanqas jeskludu li jweġġgħu lil xulxin.", "Din hija xi ħaġa li l-poplu jrid jirrifletti fuqha għax jekk dawn jittrattaw lil xulxin b'dan il-mod bħala kollegi li għexu flimkien, li trabbew flimkien u li kibru flimkien, kif se jittrattaw lilek li ma jafukx?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa kompliċi f'dan kollu għax meta ġieh iċ-ċans huwa ma waqqaf xejn imma beda jkellimna biss dwar mod ġdid ta' tmexxija.", "Dan hu l-mod ġdid li kont tkellimna fuqu, Onor. Delia?!", "Intom tistgħu tkomplu tiġġeddu u tivvintaw imma sadanittant aħna se nkomplu nġibu l-investiment, inkluż investiment f'oqsma ġodda, investiment bil-gzuz li nixtiequ li jagħmlu suċċess għax aħna nafu li kull biċċa xogħol li nġibu, din se toħloq il-ġid, se toħloq l-impjiegi u se tagħti opportunitajiet ġodda lil sezzjoni tal-poplu tagħna.", "Ara tal-faċċata, Sur President, meta nġibu 300 kumpanija ma jgħidu xejn u mbagħad meta titlaq xi waħda tgħidx kemm jagħmlu storbju!", "Kif diġà għedt, il-poter huma jħobbuh aktar milli jħobbu lil pajjiżhom!", "Sur President, il-poplu jrid joqgħod attent quddiem dan kollu.", "Erba' xhur oħra għandna test elettorali ieħor, test elettorali importanti għall-poplu tagħna għax b'dan it-test elettorali se nibagħtu messaġġi kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa dwar it-tmexxija tal-ogħla istituzzjoni li permezz tagħha Malta tiġi ppreżentata fl-Ewropa.", "Jien ngħid li l-ogħla strutturi tal-Partit Nazzjonalista qegħdin hemmhekk biex min irid iżomm postu jaħdem ħalli jkollu riżultat tajjeb.", "Kif urietna l-esperjenza stess, dawn in-nies huma lesti li jagħmlu minn kollox biex jibqgħu ggranfati mas-siġġu tagħhom, u meta ngħid \"minn kollox\" infisser \"minn kollox\".", "Mela filwaqt li matul ix-xhur li ġejjin se nibqgħu naraw aktar qerq, aħna rridu nibqgħu ffokati biex inkomplu noħolqu l-ġid għall-poplu tagħna, biex inkomplu nġibu x-xogħol lejn pajjiżna u biex inkomplu noħolqu, intejbu u nsostnu s-servizzi li għandna ħalli b'hekk inkunu qed intejbu anke l-kwaità ta' dawk li jużaw is-servizzi tagħna.", "Aħna rridu nibqgħu nfittxu l-ġid għal Malta b'investiment li joħloq ix-xogħol, li joħloq opportunitajiet u li joħloq karrieri għan-nies tagħna.", "Fl-istess ħin irridu nibqgħu nkunu ottimisti għax wara kollox aħna qed nibnu lil Malta tal-futur u tal-ġenerazzjoni li jmiss.", "Irridu nilqgħu aktar nies fi ħdan il-Moviment tagħna, u aħna lil dawn in-nies ngħidulhom li l-bieb tagħna huwa miftuħ.", "Nafu li hemm nies li jixtiequ jersqu lejn il-Moviment Laburista u għalhekk aħna ngħidulhom: Ma ġara xejn, ejjew; il-passat nitfgħuh warajna u nħarsu 'l quddiem.", "Nafu li hemm ħafna nies illi ħaqqhom ikunu rappreżentati minn moviment b'saħħtu u li sal-aħħar elezzjoni dawn kienu jivvotaw lill-Onor.", "Simon Busuttil għax dak iż-żmien kellhom idea differenti, imma minħabba l-mod kif qed iġibu ruħhom l-esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista, illum dawn in-nies huma diżappuntati u mweġġgħin.", "Fil-fatt jien illum stess qabel ġejt hawn kont qed nitkellem ma' persuna li tgħidx kemm għamlitli kuraġġ.", "Qaltli li hi minn Raħal Ġdid u li tradizzjonalment il-familjari tagħha huma kollha Nazzjonalisti.", "Qaltli wkoll li lili kienet tarani naħdem u li għalkemm xtaqet li l-Partit li kienet temmen fih, għaliex kellu l-valuri, ikun b'saħħtu u jirbaħ il-gvern, fl-istess ħin xtaqet tgħin lili wkoll.", "Għalhekk fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet hija tat il-one lill-aktar kandidat tal-Partit Nazzjonalista li kienet tarah dgħajjef ħalli tgħin lill-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-gvern, imma fl-istess ħin xtaqet tgħin lili wkoll u għalhekk lili tatni t-two.", "Madanakollu hija kompliet tgħidli li mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn tant seħħew affarijiet li gerfxulha dak kollu li kienet temmen fih u wegħditni li mill-elezzjoni li ġejja 'l quddiem - jiġifieri dik ta' Mejju - hija se tibda tagħti l-one lill-Partit tiegħi għax hija temmen eżattament dak li nemmnu aħna.", "Issa bħal din is-Sinjura, li nixtieq insellmilha minn hawnhekk, jien naf ħafna oħrajn li qegħdin jiġu jiftħu qalbhom u jgħidulna li għalkemm il-problemi u l-maltemp veru jiġu, huwa importanti ħafna l-mod kif dawn tilqagħhom.", "Sur President, kulħadd jiżbalja għax kulħadd huwa uman imma l-importanti mhuwiex kemm tiżbalja imma kemm titgħallem minn dak li tkun żbaljajt fih.", "Għalhekk jien inħeġġeġ u nilqa' lil dawk in-nies li jħossu li jridu jersqu lejna għax dan huwa l-Moviment li huma jappartjenu fih.", "Nerġa' ngħidilhom li l-bibien tagħna huma miftuħin għalihom, u għalhekk nitlobhom biex jersqu lejna għax fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin hemm biex naqdu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu tagħna ħalli nkomplu mmexxuh 'il quddiem.", "Sur President, quddiem dan kollu jien nista' niggarantixxi lis-Sedja li matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin aħna se nibqgħu nġibu opportunitajiet ta' bidla billi nħabbru liġijiet li jipproteġu filwaqt li jsaħħu l-id ta' kull settur fis-soċjetà Maltija, minn tfal sa dawk li jaħdmu fis-servizzi tal-finanzi u minn nisa sa dawk li jaħdmu f'oqsma partikolari fit-turiżmu.", "Dan huwa pajjiżna u aħna bħala Gvern responsabbli rridu nieħdu ħsieb l-interessi ta' kull individwu, irrelevanti minn jekk dan joqgħodx fin-naħa ta' isfel ta' Malta, fin-naħa ta' fuq ta' Malta, Għawdex, Burmarrad, Birkirkara, il-Baħrija jew il-Mosta.", "Aħna qegħdin hemm biex noħolqu politika ħalli ntejbu l-livell tal-għajxien ta' kull ċittadin, anke jekk dan qiegħed jgħix f'xi istituzzjoni.", "Sur President, aħna se nibqgħu niġu hawn u nuru t-triq li permezz tagħha Malta ta' għada se tkun suċċess għal kull individwu, sew jekk dan l-individwu huwa raġel, sew jekk huwa mara, sew jekk huwa tifel, sew jekk huwa tifla, sew jekk huwa anzjan jew anzjana u sew jekk huwa negozjant jew negozjanta, għax fl-aħħar mill-aħħar il-gżejjer Maltin huma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.28 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BERĠA TA' KASTILJA – SPEJJEZ FUQ INTERIOR DECORATION", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid dettaljatament kemm kienu l-ispejjeż fuq interior decoration f'Kastilja mill-2013 'il hawn, lil min tħallsu, jekk kienx hemm tender jew le u d-data rispettiva?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "BERĠA TA' KASTILJA – INVENTARJU TAL-OPRI TAL-ARTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta' Kastilja?", "Jista' jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara l-aħbar żvelata nhar l-4 ta' Diċembru, 2018 fuq is-sit newsbook.com.mt b'filmati ta' rimi illegali ta' skart ta' kostruzzjoni f'Ta' Qali?", "Jista' jgħid x'passi kriminali jkunu ttieħdu sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) saru l-ispezzjonijiet u nfetaħ każ iżda minħabba li diġà kien hemm enforcement min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA), ġie maqbul bejn iż-żewġ awtoritajiet li l-PA tkompli ssegwi l-każ hi.", "WHITE FLAGS – SPIŻA GĦALL-PROĠETT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-proġett tal-White Flags u kemm minnhom kienu fondi Ewropej?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif irrimarkajt fuq il-mezzi tax-xandir, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ma daħal fl-ebda obbligu kuntrattwali fit-tul mal-entità \"White Flag International\" la permezz ta' allokazzjoni ta' fondi nazzjonali u lanqas dawk Ewropej.", "L-unika spiża relatata kienet dik ta' €3,867 u dawn intnefqu bħala parti mill-attività li kienet saret f'Wied iż-Żurrieq f'Marzu 2018.", "WHITE FLAGS – SPIŻA GĦALL-PROĠETT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għall-proġett tal-White Flags u kemm minnhom kienu Fondi Ewropej?", "Interpellant li għandu jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistqosija parlamentari 8223.", "WHITE FLAGS – SPIŻA GĦALL-PROĠETT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża għall-proġett tal-White Flags u kemm minnhom kienu Fondi Ewropej?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-proġett tal-White Flags ma kienx organizzat mill-Gvern u għalhekk ma kien hemm l-ebda spejjeż involuti.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Finanzi u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Finanzi u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Turiżmu u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ma jeżisti l-ebda profil jew paġna ta' Facebook fil-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati direttatament mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ huma kif ġej:", "Paġni, profili u gruppi fuq Facebook oħrajn (amministrati mill-missjonijiet konċernati) huma dawn li ġejjin:", "ĦAL QORMI - TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema se jkunu t-toroq f'Ħal Qormi li se jiġu asfaltati?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt f'Jannar 2019 din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Aktar toroq li se jinbnew mill-ġdid din is-sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Tajjeb jiġi ċċarat li l-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali mhuwiex sempliċement xogħol ta' asfaltar.", "Il-bini mill-ġdid ta' kull triq jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Bħala parti mill-proġett, Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew din il-ġimgħa se jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni.", "ĦAL LUQA – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħal Luqa li se jiġu asfaltati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandha tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8501 tal-istess seduta.", "IS-SIĠĠIEWI – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fis-Siġġiewi li se jiġu asfaltati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8501 tal-istess seduta.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-breakwater ta' Marsalforn?", "Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija, kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s'issa, x'tip ta' xogħol sar fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s'issa?", "Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas?", "Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-breakwater ta' Marsalforn matul is-sena 2019?", "Interpellant li x-xogħol kollu konness mal-breakwater qed jiġi kkordinat minn pool ta' periti tal-Ministeru għal Għawdex.", "IX-XEWKIJA - GOZO EXPERIMENTAL FARM - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar, minn Marzu 2013 sal-lum, kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Experimental Farm fix-Xewkija?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u x'responsabilitajiet għandhom?", "Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – MASTER PLANS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq il-varji Master Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa?", "Fiex jikkonsistu, għalxiex qed isiru u minn min qed isiru dawn il-Master Plans?", "Kif intgħażlu l-persuni li qed jagħmluhom, kemm tħallsu s'issa u meta huma ppjanati li jiġu konklużi dawn il-Master Plans?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi fl-aħħar sena u nofs?", "JUSTYNE CARUANA: Iż-żewġ stqarrijiet li ħarġu mid-DOI, waħda dwar ix-Xlendi u l-oħra dwar Marsalforn, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – IR-RABAT – TAĊ-ĊAWLA – BINI TA' HOUSING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta' bini ta' housing ġdid ġewwa Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex?", "Ħarġu l-permessi u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux?", "Meta huwa ppjanat li joħorġu t-tenders u jibda x-xogħol infrastrutturali u kemm hu ppjanat li se jiġu jiswew dawn il-units tal-housing ġodda ġewwa Għawdex?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar il-proġett ta' bini ta' housing soċjali ġdid f'Taċ-Ċawla r-Rabat, Għawdex, għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Ministeru għal Għawdex.", "AWTORITÀ MALTIJA DWAR IR-RIŻORSI – BORD TA' TMEXXIJA – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4600 u jgħid minn mindu twaqqfet l-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi (MRA) kemm-il darba l-Bord ta' Tmexxja fi ħdan l-istess MRA, kellu laqgħat sena b'sena?", "Kemm minn dawn il-laqgħat tal-Bord kienu dejjem preżenti l-membri kollha, jekk tul il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva, kemm-il darba u dwar xiex?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX - EKS MIŻBLA TAL-QORTIN – WATER RESERVOIR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid għal-liema skop inbena l-water reservoir ġewwa l-eks miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex, li nbena matul is-sena 2015 u jekk qattx intuża?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni li għadu qatt ma ntuża?", "Jista' jgħid matul is-sena 2018 kif u minn fejn issaqqew is-siġar u l-arbuxelli li hemm ġewwa l-eks miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex, u jekk humiex se jissaqqew is-sigar u l-arbuxelli matul is-sena 2019?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ġibjun (water reservoir) li hemm ġewwa l-eks miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex, inbena bil-ħsieb li s-siġar u l-arbuxelli jissaqqew mill-ilma li jinħażen ġo dan il-ġibjun.", "Matul is-sena 2018, minkejja li nħarġu żewġ tenders dipartimentali sabiex jiġu installati l-pompi li hemm bżonn biex ikun jista' jittella' l-ilma minn dan il-ġibjun u jintuża għat-tisqija, dawn it-tenders waqgħu minħabba li l-offerta li kien hemm ma kinitx konformi mal-parametri meħtieġa.", "Sadanittant il-WasteServ għadha għaddejja bill-proċess meħtieġ sabiex kemm jista' jkun malajr matul din is-sena jitlesta x-xogħol ta' upgrading li għandu jsir fil-Qortin biex tinfetaħ għall-pubbliku u kif ukoll isir ix-xiri u l-installazzjoni tal-pompi.", "Sadanittant ikun tajjeb li wieħed jinnota li meta tħawlu, is-siġar kienu qed jissaqqew bil-bowsers sakemm qabdu u issa qed jgħixu b'mod naturali.", "Ix-xogħol li fadal fuq is-sistema tal-pumping tal-ilma xorta se jsir sabiex fix-xhur tas-sajf is-siġar ikunu megħjunin permezz tal-ilma miġbur fil-ġibjun.", "KAMP ĊIVILI – L-AKTAR KAWŻA PENDENTI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid ta' liema sena kienet l-aktar kawża pendenti antika fil-kamp ċivili fl-aħħar ta' Marzu 2013?", "Bl-istess mod liema hija l-aktar kawża pendenti antika fil-kamp ċivili llum?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DJAR RESIDENZJALI TAL-GVERN - ILMENTI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' ilmenti ta' kull dar residenzjali tal-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Fuqiex kienu dawn l-ilmenti, jekk dawn ġewx indirizzati u x'rakkomandazzjonijiet meħtieġa ngħataw lil dawn id-djar biex jiġu segwiti?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "AĠENZIJA SAPPPORT – BENEFIĊJARJI TAS-SERVIZZI MOGĦTIJA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6428, jista' l-Ministru jindika fid-dettall kemm huwa n-numru ta' benefiċjarji ta' kull servizz mogħti mill-Aġenzija Sapport u jekk hemmx lista ta' stennija fuq kull servizz?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' benefiċjarji indikati fit-tabella t'hawn fuq, għal kull servizz, ma jistax jiġi magħdud biex jinħareġ total wieħed, hekk kif individwu jista' jkun qiegħed jibbenefika minn aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin.", "BINI TA' BANKINI SKONT IL-LINJI GWIDA TAL-KUMMISSJONI GĦAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bankini l-ġodda hux qed jiġu mibnija skont il-linji gwida tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini ta' bankini jiddependi minn diversi fatturi, fosthom il-wisa' tat-triq, l-użu tal-art mal-ġnub tagħha, speċjalment meta jkun hemm residenzi jew bini ieħor, kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà ta' dawk kollha li jużaw it-triq.", "Infrastructure Malta qed taħdem bis-sħiħ biex kull fejn huwa teknikament u fiżikament possibbli b'mod sikur, tinkludi faċilitajiet aktar aċċessibbli għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jew b'mezzi oħra alternattivi tal-ivvjaġġar.", "Pereżempju, fil-proġett tal-bini mill-ġdid ta' Triq tal-Balal, qed titlesta bankina ġdida li għall-ewwel darba se toħloq aċċess sikur għal dawk li jimxu bejn in-Naxxar u San Ġwann.", "Fl-istess waqt, dan l-impenn imur lil hinn minn sempliċement bini ta' bankini.", "Fil-fatt Infrastructure Malta qed tinvesti bis-sħiħ fl-introduzzjoni ta' aktar faċilitajiet tal-mixi aċċessibbli għal kulħadd.", "Fost oħrajn, se jinbnew aktar minn seba' pontijiet għall-mixi u r-roti aċċessibbli għal kulħadd, f'toroq arterjali f'diversi lokalitajiet.", "Fosthom hemm dawk fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal-Luqa; fi Triq l-Imdina, Ħ'Attard bħala parti minn Central Link Project; fi Triq San Ġorġ Preca, Blata l-Bajda u oħrajn li se jsiru permezz tal-Marsa Junction Project.", "Il-pjanti ta' dawn il-proġetti jitfasslu b'konsultazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u entitajiet oħra konċernati.", "Fl-istess waqt, qed jiġu introdotti wkoll korsiji maqtugħin għalihom mit-triq għar-roti u l-mixi, li jkomplu jħajru aktar persuni jużaw dawn il-mezzi tal-ivvjaġġar.", "Korsiji ta' dan it-tip, bħalma qed isiru fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok (taċ-Ċawsli), bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun; Triq Ħal Luqa, Santa Luċija; Triq il-Buqana u oħrajn, ikunu wkoll aċċessibbli għal persuni b'diffikultajiet ta' mobilità.", "L-itwal korsija ta' dan it-tip f'Malta se tkun qed issir bejn l-Imrieħel u Ta' Qali, bħala parti mis-Central Link Project.", "Korsija oħra simili se ssir bejn Ħal Luqa u l-Marsa.", "KUMMISSJONI GĦAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ – BANKINI BI PROBLEMI TA' AĊĊESS", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità hijiex tidentifika dawk il-bankini qodma bi problemi ta' aċċess biex fejn hu possibbli jiġu indirizzati?", "Jekk iva, ta' liema lokalitajiet ġew identifikati?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità identifikat 64 triq f'21 lokalità u żewġ żoni industrijali li għandhom bankini li qed joħolqu problemi ta' aċċessibilità.", "Dawn ġew identifikati kemm permezz ta' rapporti li rċeviet il-Kummissjoni kif ukoll permezz ta' interventi diretti min-naħa tal-Kummissjoni, bħal surveys li jsiru mill-uffiċjali tekniċi tagħha.", "Il-Kummissjoni qiegħda tikkollabora kemm mal-Kunsilli Lokali kif ukoll ma' Infrastructure Malta sabiex ikunu riżolti l-problemi ta' aċċessibilità marbuta mal-bankini.", "Il-lokalitajiet identifikati huma l-Belt Valletta, l-Imdina, Ħaż-Żabbar, Ħ'Attard, Ħal Lija, Birkirkara, il-Fgura, il-Furjana, Ħal Għargħur, il-Ħamrun, Marsaskala, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imsida, in-Naxxar, Tal-Pieta, il-Qrendi, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba, Santa Venera, Tas-Sliema, is-Swieqi, Ħal Far u l-Imrieħel.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara t-talba għal reserved parking tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li uffiċjali ta' Transport Malta marru fuq il-post tal-applikant sabiex jaraw fejn tista' ssir il-Communal Reserved Parking Bay li qed tintalab.", "Jien informat li skont il-policy dwar parkeġġi riservati għall-persuni b'diżabilità u li saret bi qbil mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, min ikollu garaxx ma jistax ikollu parkeġġ riservat sakemm tali garaxx ma jkunx aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Informat ukoll li l-applikant talab sabiex il-Communal Reserved Parking Bay issir quddiem il-garaxx tiegħu, liema talba ma tistax tkun aċċettata minħabba l-fatt li f'Communal Reserved Parking Bay jista' jipparkja fiha kull min għandu blue badge u allura Transport Malta ma tistax tapprova li jingħalaq aċċess għal garaxx ta' xi individwu anke jekk dan ikun aċċettat mis-sid stess.", "Uffiċjali minn Transport Malta qegħdin jagħmlu kuntatt mal-applikant sabiex ifehmuh ir-raġuni għaliex ma jistax isir il-parkeġġ riservat kif qiegħed jitlob.", "IL-FGURA – TRIQ IL-ĠIŻI – ARBLU TEMPORANJU", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li jitneħħa arblu temporanju li twaqqaf fi Triq il-Ġiżi, il-Fgura, mill-Enemalta, sakemm inbena plot li jinsab fi Triq il-Ġiżi kantuniera ma' Triq Liedna, u dan stante li x-xogħol infrastrutturali huwa konkluż?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li l-Enemalta qed tistenna li jitneħħew il-cables ta' partijiet terzi minn fuq l-arblu temporanju imsemmi.", "Ladarba dawn is-servizzi jitneħħew, l-arblu jkun jista' jinqala'.", "IL-QAJJENZA – FUELS MAĦŻUNA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' fuels jinħażnu u jiġu mqassma mill-faċilità li għandha l-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-Qajjenza?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li l-kumpanija msemmija hija awtorizzata biex taħżen Class 3 fuels li għandhom flashpoint ta' aktar minn 55 grad Celsius.", "KUMPANIJA – ĦAŻNA U TQASSIM TA' HEAVY FUEL OIL", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jeskludi li fil-faċilità tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jinħażen u jitqassam il-heavy fuel oil?", "JOE MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 8522.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – DOKUMENTI RELATATI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi pjanti jew dokumenti relatati mal-mina indikata/proposta li se ssir bejn Malta u Għawdex u jindika preċiżament f'liema żona f'Malta u f'Għawdex din il-mina se tkun qed tibda u tintemm?", "IAN BORG: Filwaqt li ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7311 tas-seduta 165, nikkonferma li l-conceptual design ta' kif tista' tinbena l-mina qed jitfasslu bħalissa bħala parti mill-istudji li għaddejjin skont il-proċess meħtieġ biex jinkisbu l-permessi għal dan l-iżvilupp mingħand l-awtoritajiet kompetenti.", "Dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti għall-konsultazzjonijiet u l-konsiderazzjonijiet meħtieġa, fiż-żmien li ġej, hekk kif jiġu konklużi flimkien mal-istudji relatati.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – BIDU U TMIEM TAX-XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika meta ser jibda u jintemm ix-xogħol fuq il-mina proposta bejn Malta u Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7311 tas-seduta 165.", "IX-XEMXIJA - MISTRA VILLAGE – PJANTI APPROVATI GĦALL-PROĠETT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati tal-proġett fejn qabel kien hemm il-Mistra Village limiti tax-Xemxija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – TALBA GĦAL RIKONOXXIMENT TA' PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal rikonoxximent ta' proprjetà daħlet quddiem l-Awtorità tal-Artijiet, sa minn mindu twaqqfet l-Awtorità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, u jagħti għal kull talba x-xahar li fih ġiet sottomessa?", "Jista' jgħid ukoll, għal kull każ, jekk it-talba ġietx milqugħa, rifjutata u/jew għadha qed tinħadem?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-erba' mistoqsijiet imressqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – APPLIKAZZJONI GĦAL SKEMA TA' QBIELA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni taħt l-iskema tal-qbiela għad hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Artijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – POSTIJIET VAKANTI", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha postijiet vakanti l-Awtorità tal-Artijiet, maqsuma skont kull lokalità?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-erba' mistoqsijiet imressqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – RAPPORTI TA' ILLEGALITÀ FUQ TABLES AND CHAIRS", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' illegalità rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fuq tables and chairs mill-ġurnata li twaqqfet l-Awtorità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – LISTA TA' PERITI", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-periti li tqabbdu sabiex jagħmlu valutazzjonijiet għal kull transazzjoni li mistennija tidħol jew li daħlet għaliha l-Awtorità tal-Artijiet minn mindu twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "Jista' jsemmi liema kienu dawn il-proprjetajiet u d-data li fiha ġew inkarigati bix-xogħol il-periti rispettivi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn l-erba' mistoqsijiet jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190131_191d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 4 ta' Frar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid", "a) liema bajjiet f'Għawdex huma ċċertifikati plastic free;", "b) min wettaq il-clean up;", "c) min iċċertifikahom plastic free;", "d) min ħallas għall-clean up;", "e) kemm ħareġ flus il-Ministeru; u", "f) x'inhuma l-pjanijiet futuri u timeframes tal-Ministeru f'dan ir-rigward?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6817 u ċjoè: Jista' l-Ministru jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' analiżi ta' residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6818 u ċjoè: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta' dawn il-laboratorji?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm u x'inhuma l-pjanijiet tat-tisbiħ jew titjib infrastrutturali għal The Strand f'Tas-Sliema?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għal Għawdex u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Governanza tal-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġew maħtura dawn il-membri u f'liema oqsma għandhom konoxxenza u esperjenza?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord ta' Governanza tal-Pulizija mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid id-data ta' meta ġew maħtura dawn il-membri?", "Jista' jgħid bħala Ministru kemm ordna li jkun hemm awli tal-imsemmi Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat li se jinnomina t-tliet persuni għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem din is-sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li hemm fil-grad ta' labourer li huma maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) u f'liema Ministeru jaħdmu u kemm hu l-ammont tagħhom?", "Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu maċ-Ċivil kull wieħed u waħda minnhom?", "Jista' jgħid x'korsijiet intbagħtu jagħmlu u x'korsijiet hemm ippjanat li jsirilhom matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' bini ta' pixxina (Gozo Natatorium Pool) ġewwa r-Rabat Għawdex?", "F'liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlesta dan il-proġett li ilu mwiegħed li ħa jiġi mwettaq għal diversi snin?", "Tista' tgħid l-ewwel fażi tal-proġett kemm ser tiġi tiswa u min ser iħallas għal dan ix-xogħol hux il-privat jew il-Ministeru għal Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' tisbiħ ta' Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat, Għawdex li ilu mwiegħed għal dawn l-aħħar ħames snin u għadu ma sar xejn?", "Ħarġu t-tenders?", "Ġew awarded?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni li għadhom ma ġewx awarded?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li Infrastruttura Malta ħadet taħt idejha ukoll il-proġetti kollha marittimi tal-gżejjer Maltin, jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2019 rigward il-bini mill-ġdid tal-Breakwater ta' Marsalforn?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fuq liema proġetti u xogħol ieħor qed jaħdem u ħadem l-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sena b'sena mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum?", "Kif intgħażel/intgħażlet din il-persuna/kumpanija biex jagħtu s-servizzi lill-Ministeru għal Għawdex u min approva li jintgħażel/tintgħażel din il-persuna/kumpanija u kemm qed jitħallas l-individwu/kumpanija għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm-il siegħa xogħol għamel dan l-individwu/kumpanija s'issa u kemm tħallas s'issa u min awtorizza l-pagamenti f'kull każ?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi msaħħan xi tip ta' fuel qabel jiġi mqassam fil-faċilità tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sors ta' duħħan u rwejjaħ li qed joħorġu mill-impjant li għandha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju tal-kwalità tal-arja f'Birżebbuġa?", "Jista' jagħmel dan ir-rapport pubbliku?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li kellha ssir dwar il-ħut mejjet li qed jinstab fil-Port ta' Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jindika fejn fil-Port Ħieles il-vapuri qegħdin jingħataw il-fuel?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' x'tip ta' fuels qegħdin jużaw il-vapuri waqt li qegħdin fil-Port Ħieles?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid min huma t-'tim ta' esperti tekniċi' u xi kwalifiki għandhom rigward xogħol marittimu li raw u evalwaw ir-rapporti u l-istudji li sara qabel Marzu 2013 dwar il-breakwater ta' Marsalforn?", "Kif intgħażlu, min għażilhom u kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu u kemm tħallsu sa issa?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-shooting range f'Ta' Kandja, li ġiet inawgurata ftit tax-xhur ilu, illum tinsab fi stat ta' abbandun apparti li preżentement lanqas biss qed tintuża mit-tiraturi Maltin?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8483 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li l-Gvern ingħata mingħand ditta legali barranija dwar it-trasferiment ta' art pubblika lill-grupp ta' kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Nikol Azzopardi fis-Siġġiewi ser tingħata t-tarmak għall-ewwel darba hekk kif is-sitwazzjoni fiż-żminijiet tax-xitwa hija ta' inkonvenjent għar-residenti?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hijiex lesta tikkunsidra l-iżvilupp taż-żona mmarkata bi kwadru fir-ritratt li qed jingħata separatament u li tinsab fiż-żona tal-iżvilupp fi Triq Amleto Spiteri Ħal Qormi?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Tista' tgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid lill-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei biex jaċċerta li l-postijiet ta' parking riservati għall-membri parlamentari ma jsirx parking fihom minn terzi, fosthom konsulenti u oħrajn, għax sar impossibli li ssib post vojt fil-parking allokat għall Membri Parlamentari?", "Għaliex m'għadux ikun hemm security f'dan il-parking biex jaċċerta li jipparkja biss min hu intitolat?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sit ta' barrieri hawn f'Malta u Għawdex li ma jinħadmux?", "Kemm minnhom qed jintużaw biex jintrema skart domestiku?", "X'inhuma l-punti prinċipali tal-method statement li toħroġ l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jimtlew?", "Jista' jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom ma jridux li jimtlew bi skart domestiku kif imsemmija fl-iskeda?", "Hemm barrieri minnhom li l-gvern għandu titlu ta' art fuqhom?", "Jista' jgħid liema huma?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-triq ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet irregolari għax timblokka l-wied u li l-Awtorità tal-Ippjanar, iddeċidiet ħesrem li għandha tapprova l-proġett u mhux talli hekk, imma talli titneħħa enforcement notice, u peress li dan ġie rrapportat mill-media, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni?", "Jista' jgħid għalfejn l-ambjent naturali tal-wied ma kienx qed jiġi mħares?", "Jista' jgħid jekk setax isir pont bejn naħa u oħra tal-wied, minflok li l-wied intradam u saret triq fuqu hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni valida għalfejn sar dan l-isfreġju?", "Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitneħħa kulma sar u jsir pont kif suppost?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għat-triq irregolari ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet diġà rregolari għax timblokka l-wied, kif ukoll intefa' aktar radam biex titwessa' t-triq kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separtament, jista' l-Ministru jgħid xi protest għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mal-Planning Authority dwar dan?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-korrispondenza dwar dan is-suġġett?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk Brexit jistax jaffettwa r-rikonoxximent reċiproku dwar id-degress fil-Mediċina u d-Dentistrija?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma l-ħaddiema barranin li qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei bħala health professionals, bħala tobba, u bħala infermiera?", "Jista' jgħid ukoll kemm huma l-infermiera Maltin li ggradwaw u applikaw biex jaħdmu mad-dipartiment u qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid separatament għas-sena 2017 u għas-sena 2018, kemm huma l-infermiera Maltin li reġgħu daħlu lura għax-xogħol meta qabel ma kenux fil-kotba tad-dipartiment fis-sena 2018; kemm huma l-infermiera Maltin li rtiraw bil-pensjoni jew invalidità; u kemm huma l-infermiera Maltin li ggradwaw u applikaw biex jaħdmu mad-dipartiment u qed jaħdmu l-Isptar Mater Dei?", "Jista' jgħid x'inhu mistenni li jkun il-building capacity tal-infermiera għas-sena 2019 għad-Dipartiment tas-Saħħa?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkunsidra jinstalla bus shelter fi Triq Blat il-Qamar is-Siġġiewi fil-parti tat-triq lejn in-naħa taċ-ċimiterju?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 63 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi.", "2 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar, 2019 fis-2:00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni fuq talba ta' diversi NGOs u entitajiet, u tal-Onor.", "Marlene Farrugia, dwar il-proġett propost mill-Corinthia (International Hotel Investments) fix-xatt tal-Bajja ta' San Ġorġ.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 4 ta' Frar 2019, fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 68 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Rendikont tal-operat tal-Mekkaniżmu u tal-Faċilità għall-Istabilità Finanzjarja Ewropea.", "Preżentazzjoni mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.", "Affarijiet oħra.", "LAQGĦA KONĠUNTA BEJN IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI U L-KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET TALFAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019 fil-4:40 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni ma' Dr Ruth Farrugia, Direttur Ġenerali dwar ix-xogħol li jsir mill-President's Foundation for the Wellbeing of Society.", "Affarijiet Oħra.", "2 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190204_192a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 4 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 4 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 4 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 191, li saret fil-31 ta' Jannar 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Is-Sedja tagħmel referenza għall-punt imqajjem mill-Onor.", "Byron Camilleri fil-bidu tas-seduta tal-31 ta' Jannar 2019 fir-rigward tal-korrispondenza mibgħuta mingħand Mamo TCV Advocates taħt is-suġġett 'State aid to International Hotel Investments p.l.c.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, illum aħna l-Membri Parlamentari rċevejna ittra li tqassmet mill-uffiċjali tal-Parlament – jiġifieri kienet indirizzata lili mhux bħala Membru Parlamentari mhux fl-uffiċċju tiegħi jew id-dar tiegħi, iżda rċevejtha hawnhekk.", "Fost oħrajn hija ittra mingħand avukat li fost oħrajn ukoll qiegħed jgħid li qed jikteb f'isem konsorzju ta' businessmen Maltin.", "Aħna l-Membri ta' din il-Kamra li rċevejna din l-ittra m'għandniex il-mezz li nidentifikaw min hu dan il-konsorzju u għaldaqstant fid-dawl li tqassmet mill-uffiċjali tal-Parlament, ġewwa dan il-Parlament, qed nitolbu lis-Sedja sabiex tgħinna nidentifikaw min huwa dan il-konsorzju ta' businesses Maltin.\".", "Hawnhekk is-Sedja rrispondiet hekk:", "\"L-ISPEAKER: Iva, għadduli l-ittra jekk jogħġobkom.", "Jidher li din tqassmet mal-posta li nkunu rċevejna hawnhekk, iżda niċċekkjaw dwarha.\".", "Is-Sedja tirrimarka b'mod immedjat li hija obbligata li tqassam lill-Membri Parlamentari dik il-korrispondenza kollha li tkun indirizzata lilhom u li tasal fil-bini tal-Parlament.", "Dan isir waqt li tkun għaddejja s-seduta mill-uffiċjali tal-Parlament kif dejjem sar fil-passat.", "Fl-intervent tiegħu l-Onor.", "Byron Camilleri ġibed l-attenzjoni tal-Kamra li f'din il-korrispondenza mibgħuta lill-Membri kollha tal-Kamra qed issir referenza għal konsorzju ta' businesspersons Maltin bl-isem ta' FORESITE, mingħajr ma huma identifikati min huma dawn il-persuni fil-kummerċ.", "Huwa talab l-għajnuna tas-Sedja f'dan ir-rigward.", "Is-Sedja tixtieq tirrimarka li mhix il-mansjoni tagħha li tidħol fil-mertu tal-kontenut tal-korrispondenza personali li tintbagħat lill-Membri individwali fuq l-indirizz tal-Parlament, ovvjament dejjem, u din irrid nagħmilha ċara, sakemm dan ma jkunx jikkostitwixxi xi ksur ta' regolament tal-Kamra li jitqajjem bħala tali minn xi Membru tal-istess Kamra.", "Ikun f'dan il-każ illi l-identità tal-persuni li f'isimhom tkun intbagħtet il-korrispondenza tista' tkun bla dubju meqjusa bħala meħtieġa.", "Kien għalhekk li s-Sedja, fir-rigward ta' din il-korrispondenza li milli jidher ma ntbagħtitx biss lill-Onor.", "Byron Camilleri iżda ntbagħtet lil Membri oħra tal-Kamra, għaddiet it-traskrizzjoni tat-talba tal-Onor.", "Byron Camilleri lil min bagħat il-korrispondenza, ċjoè Mamo TCV Advocates, fejn saret it-talba għall-informazzjoni mill-istess Onor. Membru fis-Seduta tal-31 ta' Jannar 2019.", "Is-Sedja hawnhekk rat ukoll dak li jgħid l-Erskine May, 24th Edition, f'paġna 271 b'referenza għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċedura ta' meta tintbagħat ittra f'isem kostitwent jew meta Membru Parlamentari jirċievi ittra mingħand kostitwent, u nikkwota:", "Is-Sedja tinnota wkoll li sakemm qed tagħti dan ir-ruling, il-korrispondenza mibgħuta mingħand Mamo TCV Advocates lill-Membri ta' din il-Kamra kienet diġà ħarġet fuq il-midja bħal, pereżempju, fuq is-sit elettroniku www.timesofmalta.com ta' nhar il-Ġimgħa, 1 ta' Frar 2019, fl-artiklu intitolat 'Anonymous businessmen protest Corinthia deal in letter to MPs'.", "Is-Sedja tinnota li din il-korrispondenza ssemmiet ukoll fi stqarrija uffiċjali li ħareġ il-Gvern fl-istess ġurnata fejn il-Gvern spjega l-pożizzjoni tiegħu b'reazzjoni għal din l-ittra ta' dawn il-businessmen li baqgħu mhux identifikabbli u sija, anonimi.", "Is-Sedja tinnota wkoll li l-istess storja dehret f'numru ta' media sources oħra, fosthom fuq is-sit elettroniku www.newsbook.com.mt ftit wara l-istess Seduta tal-31 ta' Jannar, bit-titolu 'Aħna l-MPs irċevejna ittra minn avukat; ma nafux f'isem min'.", "F'dan l-artiklu qed jingħad li:", "\"Il-Whip tal-Partit Laburista Byron Camilleri talab lill-Ispeaker Anġlu Farrugia jistħarreġ min kien wara l-ittra li ntbagħtet lill-Membri Parlamentari.\".", "Is-Sedja tħoss li anke b'referenza għal dan kollu, ladarba l-korrispondenza saret pubblika b'mod immedjat mill-midja u ladarba anke l-Gvern ippubblika r-reazzjoni tiegħu, is-Sedja qiegħda tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li ntbagħtet mingħand Mamo TCV Advocates u li saret referenza għaliha mill-Onor.", "Byron Camilleri meta talab informazzjoni dwar il-persuni wara l-konsorzju FORESITE, kif ukoll it-tweġiba li ngħatat s'issa mingħand Mamo TCV Advocates għat-talba li saret mill-Onor.", "Camilleri kif mgħoddija mis-Sedja.", "Is-Sedja tixtieq iżżid li għalkemm mhuwiex rakkomandabbli li ittra tintbagħat minn avukat mingħajr ma l-persuni li qiegħed jirrappreżenta jkunu identifikati - u dan biex ikun hemm aktar kontabilità dwar dak li jkun qed jingħad u anke għall-veraċità tal-più o meno eżistenza ta' persuna jew persuni li effettivament għan-nom tagħhom tkun qed issir rappreżentazzjoni ma' Membru tal-Kamra - is-Sedja, fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw dwar dan il-każ, fejn ladarba fuq dak li talab l-Onor.", "Byron Camilleri kien hemm ir-reazzjoni tal-Gvern, u ladarba l-persuni tal-konsorzju, hekk indikati bħala FORESITE, għadhom mhumiex idenfitikabbli, u dan kif joħroġ mill-korrispondenza tal-istess Mamo TCV Advocates li permezz tal-Avukat li ffirma l-ittra, ħassew li għandhom iżommu ferm milli jidentifikaw il-persuni għal raġunijiet professjonali u dan billi indikaw li f'dan l-istadju mhumiex awtorizzati mill-klijenti tagħhom sabiex jagħtu l-informazzjoni mitluba, is-Sedja tħoss li għandha tieqaf hawnhekk.", "Is-Sedja tixtieq tirrepeti dak li diġà qalet aktar qabel, ċjoè li hija m'għandha l-ebda mansjoni li tivverfika jew tagħmel aċċertazzjonijiet dwar il-kontenut ta' korrispondenza privata li jirċievu l-Membri Parlamentari fil-bini tal-Parlament dejjem sakemm dan ma jkunx jikkostitwixxi xi ksur ta' xi regolament tal-Kamra u li tali ksur jinġieb għall-attenzjoni tas-Sedja mill-istess Membri tal-Kamra.", "Min-naħa l-oħra, is-Sedja qed tagħmilha ċara li tara li meta l-materja tiġi dibattuta quddiem kumitat parlamentari jew f'xi seduta parlamentari, hemmhekk imbagħad wieħed bilfors irid jiddibatti dak li qiegħed jintalab mill-Onor.", "Byron Camilleri fir-rigward tal-ittra inkwestjoni.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' korrispondenza li għaddiet permezz ta' email bejn l-Iskrivan tal-Kamra u Mamo TCV Advocates dwar ittra li l-istess kumpanija ta' avukati bagħtet lill-Membri Parlamentari fit-30 ta' Jannar 2019 intitolata \"State aid granted to International Hotel Investments p.l.c.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru I tal-2019 - Att tal-2019 sabiex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX – BAJJIET PLASTIC FREE", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid:", "a) liema bajjiet f'Għawdex huma ċċertifikati plastic free;", "b) min wettaq il-clean up;", "c) min iċċertifikahom plastic free;", "d) min ħallas għall-clean up;", "e) kemm ħareġ flus il-Ministeru; u", "f) x'inhuma l-pjanijiet futuri u t-time-frames tal-Ministeru f'dan ir-rigward?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8223 u jiżdied jingħad li l-bajjiet involuti huma:", "a) Mġarr ix-Xini, Daħlet Qorrot u l-bajja ta' Marsalforn;", "b) Total ta' erba' għaddasa minn White Flag International għamlu t-tindif;", "c) Il-bajjiet ġew iċċertifikati mill-White flag International Inspector;", "d) It-tindif tal-bajja ta' Mġarr ix-Xini kien iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex.", "It-tindif tal-bajja ta' Daħlet Qorrot sar b'xejn mill-White Flag International Team.", "It-tindif tal-bajja ta' Marsalforn tħallas minn kumpanija privata.", "e) Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem bla heda sabiex jassigura li l-bajjiet f'Għawdex huma ta' livell għoli.", "Għawdex igawdi minn numru ta' bajjiet klassifikati bħala Blue Flag jew White Flag.", "Il-Ministeru għandu l-pjanijiet li jkollu l-bajjiet kollha klassifikati bħala White Flag sabiex jassigura l-aqwa kwalità u standards.", "Diġà nġabru 'l fuq minn 632 kilogramma ta' skart.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ħafna Maltin u turisti kienu jżuru Għawdex fi żmien is-sajf, f'Santa Marija u fi żmien il-karnival.", "Però riċentement dan ix-xenarju nbidel.", "Pereżempju, jien kont wieħed minn dawk li qsamt lejn Għawdex fi żmien il-Milied u bqajt impressjonat bl-ammont kbir ta' persuni li żaru Għawdex, tant li l-vapuri kienu dejjem mimlijin wieħed wara l-ieħor u kien hemm anke xi artikli fil-ġurnali dwar dan.", "Tista' l-Ministru tgħidilna kif kien l-andament fi żmien il-Milied li għadda, komparat ma' Diċembru tas-snin preċedenti u x'attivitajiet simili huma ppjanati għall-futur?", "Nifhem li ladarba l-attivitajiet kbar li kien hemm f'Għawdex ġibdu ħafna Maltin u turisti lejn din il-ġżira, il-Ministeru qed jippjana aktar attivitajiet għaż-żmien li ġej.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Fost in-nies li żaru Għawdex għal żmien il-Milied, kien hemm l-Onor.", "Interpellant u diversi kollegi oħrajn li ngħaqdu magħna f'dawn il-festaġġjamenti.", "Irrid ngħid li għal żmien il-Milied, il-Ministeru għal Għawdex ħejja programm ta' attivitajiet li kien ambizzjuż ħafna, però li ħalla l-frott.", "Biss biss ngħid li matul l-aħħar ġranet tal-2018, kellna nofs miljun persuna li wżaw il-Gozo Channel biex jaqsmu bejn iż-żewġ ġżejjer.", "Dan ifisser li bl-ammont ta' persuni li qasmu f'dawn il-ġranet, għelibna saħansitra n-numru ta' persuni li normalment iżuru lil Għawdex fi żmien Santa Marija.", "B'hekk wasalna f'pożizzjoni li ngħidu li għelibna l-istaġjonalità.", "Fil-perjodu tal-Milied stajna ninnotaw li l-lukandi kienu mimlijin u l-istabbilimenti rreġistraw avvanz sostanzjali anke fl-introjtu tagħhom qabel is-sales.", "Normalment wieħed jistenna Jannar biex ikun hawn is-sale, però fil-ġranet ta' Diċembru jidher li żdied il-bejgħ.", "Bħala Ministeru se nkomplu fuq dan il-pattern.", "Ix-xahar ta' Jannar ħallejnieh daqsxejn kwiet għar-raġuni li ridna nagħtu nifs lill-istabbilmenti biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħlijiet li normalment jagħmlu fix-xitwa.", "Issa li beda Frar, għandna programm li l-ewwel parti tiegħu hija relatata ma' San Valentinu, fejn se jkollna diversi attivitajiet fuq numru ta' ġranet.", "Dawn l-attivitajiet bdew matul il-weekend li għadda u se jkomplu fil-weekends li ġejjin.", "Wara nibdew bil-programm tal-karnival.", "Dalwaqt se jiġi ppubblikat ukoll il-programm Easter in Gozo fejn se nkunu qegħdin nimxu fuq l-istess eżerċizzju li sar għal żmien il-Milied.", "Lestejna l-programm għal matul is-sajf fejn se jkollna tlitt ijiem fil-ġimgħa b'attivitajiet regolari f'Marsalforn, ix-Xlendi, kif ukoll fl-Imġarr.", "Fl-istess ħin qegħdin nippreparaw għal Gozo Alive.", "Dan huwa avveniment li bdejnieh għall-ewwel darba s-sena li għaddiet, meta kellna weekend mimli attivitajiet mifruxin madwar Għawdex kollu, fejn involvejna ħafna stakeholders u entitajiet.", "Kellna wkoll international act li niżlet tajjeb ħafna u fil-fatt erġajna rrepetejna l-esperjenza għal-ewwel tas-sena u se nkunu qegħdin nippreparaw xi ħaġa simili għal Gozo Alive.", "Kif qed taraw, il-kalendarju huwa mimli u frisk biex jappella għal udjenza ta' etajiet differenti.", "L-iskop huwa li Għawdex ikun magħżul bħala destinazzjoni għal matul is-sena kollha, liema skop qed jirnexxilna nilħquh b'mod qawwi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Kif nafu, ħafna Maltin jivvjaġġaw ta' kuljum lejn Malta biex jistudjaw, jaħdmu jew bħala pazjenti għall-kura.", "Tista' l-Ministru tgħid kif se jiġu megħjuna dawn il-persuni u jekk hemmx xi inizjattivi sabiex ikopru ċerti spejjeż għal dan l-ivvjaġġar?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Din hija realtà li aħna l-Għawdxin niffaċċjaw sa minn età pjuttost bikrija meta nibdew nivvjaġġaw lejn Malta għall-bżonnijiet diversi li jkollna.", "Proprju fil-baġit li għadda l-Gvern ħabbar pakkett ta' inizjattivi ġodda biex inkunu nistgħu nindirizzaw il-bżonnijiet ta' sezzjonijiet differenti.", "Fil-fatt, fil-ġranet li għaddew, ħabbarna wkoll il-mod ta' kif se jkunu qegħdin jiffunzjonaw diversi skemi biex inkunu nistgħu nnaqqsu dawn id-diffikultajiet.", "Kellna l-ewwel inizjattiva li kienet qed tindirizza lill-ħaddiema Għawdxin li jmorru lejn Malta ta' kuljum, kemm dawk li jaħdmu fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat.", "Qed ngħid dan għaliex s'issa kellna sistema li permezz tagħha l-ħaddiema fis-settur pubbliku jingħataw rifużjoni tal-biljett tal-vapur, però l-ħaddiema fis-settur privat ma kenux jieħdu din ir-rifużjoni.", "Permezz ta' din l-inizjattiva neħħejna din id-diskriminazzjoni biex b'hekk illum kull ħaddiem Għawdxi li jivvjaġġa lejn Malta minħabba xogħol, indipendentement jekk hux mas-settur pubbliku jew mas-settur privat, se jkun jista' jieħu din ir-rifużjoni.", "Inizjattiva oħra hija li se ngħinu anke fit-trasport bl-art fejn se nkunu qegħdin nagħtu €1.50c kuljum lill-impjegati li jaħdmu mas-settur pubbliku u se ngħinu fit-trasport kollettiv fejn jidħol is-settur privat, flimkien ma' incentivi fiskali.", "Apparti minn dan, se ndaħħlu wkoll żewġ inizjattivi ġodda li huma verament importanti u li huma mmirati għall-pazjenti li għal raġunijiet ta' saħħa jkollhom jiġu lejn Malta għall-kura.", "S'issa kellna l-possibbiltà li pazjent li jiġi għall-kura tal-kanċer ġewwa Malta jingħata r-rifużjoni tal-biljett tal-vapur.", "Issa, dan l-inċentiv qed jiġi estiż għal adult li jkun qed jakkumpanjah.", "Barra minn hekk, għall-ewwel darba, qed nintroduċu wkoll xi ħaġa ġdida.", "Kif nafu, ikollok pazjenti li għal xi raġuni jew oħra jkollhom jorqdu Malta, u dan iġorr piż finanzjarju.", "Għalhekk, għall-ewwel darba, qegħdin nagħtu allokazzjoni sa massimu ta' €45 għal kull lejl li dik il-persuna tqatta' lejl f'Malta biex l-għada filgħodu tkun tista' tmur l-isptar.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Kont għamilt mistoqsija parlamentari rigward l-SME park u l-Ministru kien qal li hemm xi applikazzjonijiet.", "Il-pubbliku huwa informat li l-Gvern, permezz ta' Malta Enterprise, kien ta art b'direct order biex tinbena minn kuntrattur li jista' jiddisponi mill-bini fuqha għas-self-employed.", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi art speċifika li fuqha daħlu dawn it-tip ta' permessi?", "Tista' tgħid jekk hemmx art waħda li fuqha kien qiegħed jitkellem il-Ministru responsabbli mill-Malta Enterprise u li ngħatat b'direct order lin-negozjant li daqqa jaħdimha u drabi oħra, jagħtiha b'bejgħ jew kirjiet, meta din hija art suppost tal-Gvern?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Nissuġġerixxi lill-Onor.", "Interpellant li xi darba ngħaddi għalih il-Mosta, naqbdu l-vapur, u nieħdu lejn Għawdex biex naraw il-proprjetajiet ħalli hu stess ikun jaf fuq xiex qiegħed jitkellem.", "Bħala Gvern, f'Għawdex qed nippromwovu x-xogħol.", "L-istatistika li ġiet ippubblikata ftit tal-ġranet ilu turi li l-qgħad f'Għawdex naqas bin-nofs fuq is-sena l-oħra.", "Dan juri l-impenn ta' dan il-Gvern biex joħloq ix-xogħol.", "Fir-rigward tal-proġetti li qiegħed isemmi l-Onor.", "Interpellant, irrid ngħid li hemm aktar minn proġett wieħed.", "Hemm il-proġett tal-Ħofra li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u proprju fil-ġranet li ġejjin, il-proprjetajiet se jkunu qegħdin jiġu allokati lit-tenant.", "Hemm imbagħad proġett ieħor li hu wkoll iffinanzjat minn fondi Ewropej li se jkun qed jindirizza bżonn partikolari fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni fejn għandna proġett innovattiv ta' Noovle Google.", "Barra minn hekk, se jkunu qed jiġu kkonsidrati wkoll proposti oħrajn.", "Pereżempju, hemm il-proġett tal-SME park li qed isir mill-Ministeru għal Għawdex u li m'għandux x'jaqsam mal-Malta Enterprise.", "Rigward proprjetajiet u proġetti tal-Malta Enterprise, nissuġerixxi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "Però, irrid ngħid li dan il-proġett tal-SME park jinsab fuq biċċa art tal-Gvern imdaqqsa fix-Xewkija.", "Interpellant biex xi darba jiġi Għawdex ħa nurih dan il-proġett li qed isir mill-Ministeru għal Għawdex fejn diġà daħlu applikazzjonijiet għalih quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ftit tal-jiem ilu, ġie mħabbar fil-midja li ġiet imwaqqfa dar f'Malta għal studenti u familjari ta' pazjenti Għawdxin li jkunu qed jirrikoveraw ġewwa l-isptar ta' Malta u li jistgħu jużaw din id-dar.", "Tista' l-Ministru tagħti aktar informazzjoni lil din il-Kamra dwar din l-inizjattiva u min eżattament se jkun qed igawdi minn dan l-investiment?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Tajjeb ngħid li bħala Gvern aħna konxji mid-diffikultajiet li għandhom l-istudenti Għawdxin fejn jidħlu l-kirjiet ta' proprjetajiet ġewwa Malta minħabba l-availability.", "Dan iġorr piżijiet finanzjarji fuq il-familji ta' dawn l-istudenti Għawdxin.", "Għalhekk, bħala Ministeru ħassejna li kellna nibdew diskussjonijiet biex nipprovdu hostels għall-istudenti Għawdxin.", "L-ewwel miżura li ħadna u ħabbart ftit ilu kienet proprju l-proġett ta' Villa Lauri ġewwa Birkirkara.", "Dan il-proġett nibet minn taħditiet li bdejna nagħmlu mal-entitajiet Ekklesjastiċi, f'dan il-każ mal-patrijiet Franġiskani.", "Il-patrijiet informawna li għandhom din il-proprjetà u lħaqna ftehim magħhom biex nikru din il-proprjetà għal 15-il sena.", "Din il-proprjetà għandha sfidi ta' restawr u aħna ridna li din id-dar tkun tal-aqwa u l-ogħla standards.", "Kien għalhekk li ssottomettejna applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u ħareġ it-tender biex isiru x-xogħlijiet strutturali.", "Din hija dar li se tkun qed tospita 33 persuna; 28 sodda se jkunu allokati għall-istudenti Għawdxin u 5 sodod għall-familjari ta' pazjenti li jkunu rikoverati ġewwa l-isptar.", "Dan huwa proġett sabiħ ħafna u mhux se jkun l-uniku wieħed, għax bħala Ministeru se nkomplu nimxu fuq dan il-mudell.", "Dan huwa l-ewwel proġett li l-Ministeru għal Għawdex qed jagħmel ġewwa Malta, li jfisser ukoll li r-remit tal-Ministeru għal Għawdex qed jestendi għal Malta, dejjem biex nieħdu ħsieb l-interessi tal-Għawdxin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Fredrick Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "FREDERICK AZZOPARDI: Fil-midja ssemma l-proġett ta' breakwater li se jsir f'Marsalforn, fejn ħareġ anke xi filmat dwar kif se jiġi dan il-breakwatrer.", "Fl-istess ħin, il-Gvern qed jgħid li qed isiru studji u donnu mhux deċiż jekk hux se jsir breakwater wieħed jew tnejn.", "Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra dwar x'se jiġri eżattament f'dan il-port?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Dan huwa proġett imsemmi fil-manifest elettorali u kif qal l-Onor.", "Interpellant għadu qiegħed jiġi studjat.", "Fir-rigward tar-ritratti u l-photo montages li qegħdin jidhru fuq id-diversi sezzjonijiet tal-midja soċjali, irrid ngħid li m'hemm xejn konklużiv.", "Fil-fatt, hemm żewġ studji li ġew ippubblikati t-tenders għalihom u wieħed imbagħad irid jara l-eżitu ta' dawn l-istudji.", "Però rrid niġbed l-attenzjoni li fil-passat saru tliet studji, li tnejn minnhom ġew ippubblikati u l-aħħar studju li sar fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista qatt ma ġie ppubblikat.", "L-aħħar studju li kien sar kien jinnewtralizza ż-żewġ studji li saru qabel, jiġifieri dak il-photo montage u r-ritratt li qiegħed jidher huwa tal-breakwater skont dawn l-istudji.", "Fir-realtà, it-tielet studju ppropona breakwater f'nofs il-bajja li jibqa' tiela' żewġ metri u nofs 'il fuq mil-livell tal-ilma.", "Naħseb li l-Onor.", "Interpellant jaqbel miegħi li ħadd minna ma jixtieq li jkollu breakwater daqshekk għoli f'nofs Marsalforn, fejn jekk tmur tgawdi l-bajja jew tmur tiekol f'Marsalforn, quddiemek tara ħajt ta' żewġ metri u nofs.", "Bħala Ministeru rajna dawn it-tliet studji u ħassejna li kellna nimxu lil hinn minnhom.", "Għalhekk qegħdin nesploraw żewġ options oħrajn biex inkunu rajna l-options kollha.", "Jekk waħda minn dawn iż-żewġ options tissodisfa l-bżonnijiet li għandna f'Marsalforn, nimxu minn hemm.", "Jekk l-istudji jagħtuna eżitu mod ieħor, inkunu nistgħu naraw options oħrajn.", "F'dan l-istadju qed inħallu l-options u d-diskussjoni miftuħa.", "Ovvjament la jien u naħseb lanqas l-Onor.", "Interpellant m'aħna esperti fil-breakwater, u għalhekk qed nistenna li jkolli l-konfort tal-istudji biex imbagħad inkunu nistgħu nagħżlu l-aħjar triq li tgħodd għall-bżonnijiet ta' Marsalforn.", "L-għan hu li nippreservaw l-estetika u nassiguraw żvilupp sostenibbli li għandna bżonn f'Marsalforn.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Tista' l-Ministru tinforma lil din il-Kamra fiex wasal ix-xogħol fuq il-pixxina ta' Għawdex li din il-ġimgħa smajna li nbeda x-xogħol fuqha?", "JUSTYNE CARUANA: Dan huwa proġett sabiħ ħafna li ilna nisimgħu dwaru xi 20 sena u li fl-aħħar inbeda.", "Fil-fatt, ħriġna t-tender is-sena l-oħra u l-bidu tal-iskavar kien skedat li jsir sa Diċembru li għadda, però minħabba l-procurement exercise, kien hemm appell u ttardjajna bi ftit.", "Però l-iskavar beda ftit tal-ġranet ilu u għaddej b'ritmu pjuttost mgħaġġel, għax qegħdin nipprovaw niggwadanjaw iż-żmien mitluf.", "F'dawn il-ġranet, għandu jiġi sottomess it-tender għall-kostruzzjoni u t-tlestija ta' din il-pixxina lid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Dan ifisser li f'Għawdex se jkollna proġett li mhux biss se jitgawda mid-delettanti tal-akkwatika, però se jkun qed iservi wkoll għal trattament ta' riabilitazzjoni.", "Dan għaliex f'Għawdex m'għandna l-ebda faċilità terapewtika.", "L-għan tagħna hu wkoll li nibdew nippromovu lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika fejn jidħol it-turiżmu sportiv.", "Kif għedt, dan huwa proġett li ilu mistenni ħafna, speċjalment mid-dilettanti u minn dawk li qegħdin fix-xena akkwatika ta' Għawdex, li diversi ġranet matul il-ġimgħa jkollhom jiġu Malta minħabba t-taħriġ.", "Il-proġett inbeda u jinsab miexi skont it-time-frames ippjanati.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet skada.", "Niġu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8571.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 20 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-regolamenti dwar id-drittijiet li jitħallsu fid-Dipartimenti tal-Gvern (Emenda Nru 2) (A.L. 353 tal-2018).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru tal-Edukazzjoni u Xogħol.", "EVARIST BARTOLO (Ministru tal-Edukazzjoni u Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8573.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8576.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 21 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Ħlasijiet tal-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-paġni, profili u gruppi fuq is-sit soċjali Facebook u l-Uniform Resource Locator (URL) rispettiv tagħhom, li għalihom hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8277;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' analiżi ta' residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8207;", "Kopji ta' Ċertifikati ta' Akkreditazzjoni ta' tliet laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8208; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Data relatata mal-kejl tal-kwalità tal-arja f'Birżebbuġa bejn Novembru 2017 u Diċembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8526.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 18 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar standards soċjali regolatorji fuq servizzi residenzjali għal persuni b'diżabilità; u", "Avviż Legali Nru 19 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar l-Ippjannar u Żvilupp ta' Provvista tas-Servizzi Meħtieġa.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum, it-Tnejn, 4 ta' Frar 2019, tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, l-Onor.", "Konrad Mizzi qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "Clint Camilleri u li matul ix-xahar ta' Frar, għal-laqgħat li jistgħu jinżammu mill-istess Kumitat, l-Onor.", "Godfrey Farrugia kien se jissostitwixxi lill-Onor.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: Sur President, f'isem il-Gvern, u ninsab ċert li f'isem il-Kamra kollha, irrid inwassal l-kondoljanzi lill-familja Formosa wara li dalgħodu smajna bl-aħbar xokkanti li s-Sur Paul Anthony Formosa ta' 52 sena minn Marsaskala nqatel b'mod brutali qrib il-port ta' Bossasso fis-Somalia.", "F'dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jikkummenta dwar il-motivazzjoni ta' dan il-qtil.", "Irrid ngħid li kont f'kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela li bħalissa jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Gvern.", "Ninsab informat li l-Ministru Abela diġà għamel kuntatt mal-counterparts tiegħu fis-Somalja u bħala Gvern qegħdin insegwu dak li qiegħed jiġri rigward dan il-każ.", "Kif ikollna aktar informazzjoni, inkunu nistgħu nwassluha lil din il-Kamra.", "Mill-ġdid, f'isem il-Gvern, nagħti l-kondoljanzi lill-familja Formosa.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, ningħaqad mal-Viċi Prim Ministru Chris Fearne u mal-Gvern, u f'isem anke l-Oppożizzjoni ngħaddi l-kondoljanzi, is-sapport morali u t-talb għall-familja Formosa f'dan il-mument diffiċli.", "Minn dak li qed joħroġ fl-aħbarijiet bħalissa, hija sitwazzjoni inkwetanti.", "Naħseb li dan huwa l-ewwel episodju ta' wieħed minn ħutna Maltin li nqatel b'dan il-mod brutali f'ċirkostanzi li ftit nafu dwarhom.", "L-istedina tiegħi hi li min-naħa tal-Gvern nipprovaw inkunu f'komunikazzjoni ħalli nifhmu eżattament x'ġara u nimxu b'kawtela u prudenza fil-mod kif il-pajjiż jirreaġixxi fil-qasam internazzjonali u fl-istess ħin ma nħallux li l-aħbarijiet jiġu ddettatti, imma nuru li bħala pajjiż qed nitħaddtu b'leħen wieħed meta ffaċċjati bi traġedja bħal din.", "Għal darba'oħra, ngħaddi l-kondoljanzi lill-familja Formosa.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mal-Viċi Prim Ministru u mal-Kap tal-Oppożizzjoni u tagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-mibki Pawlu Formosa f'dan il-mument diffiċli.", "Grazzi.", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI", "JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-31 ta' Jannar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, bħalissa qegħdin niddiskutu l-Estimi tal-Ministeru tal-Finanzi u ħafna nies hemm barra jistaqsu dan xi jfisser dan eżattament.", "Għall-benefiċċju ta' min qed isegwina, bħala Parlament qegħdin niddiskutu kif se jitqassam il-baġit tal-Gvern.", "Qed niddiskutu kif se ninvestu l-ġid li se jinħoloq matul din is-sena fis-soċjetà tagħna, bi proġetti kapitali u proġetti oħrajn.", "Illum għandna Gvern li għandu pjan ċar ta' kif irid imexxi lil pajjiżna 'l quddiem u qiegħed juża l-baġits tiegħu bħala għodda strateġika biex jimplimenta dan il-pjan.", "Ejja niftakru li ftit taż-żmien ilu l-Partit Laburista kien qal li għandu roadmap, u llum din qiegħda tiġi implimentata.", "Min-naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni sikwit tgħidilna li bħala Gvern, la għandna roadmap u lanqas pjan.", "Però, jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-ħsieb wara l-baġits mill-2013 sal-aħħar wieħed tal-2019, wieħed immedjatament jinduna kif il-pajjiż qiegħed jagħmel pass wara l-ieħor 'il quddiem, biex il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin ikomplu javvanzaw.", "Tajjeb ngħid li l-ewwel baġit li kien implimentat minn dan il-Gvern kien il-baġit li kien imħejji mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern, li kif nafu kien ġie sfiduċjat u kienet bdiet kampanja elettorali li rat bidla fil-Gvern b'maġġoranza kbira, li kompliet tiżdied fl-elezzjoni tal-2017.", "L-ewwel baġit li kien imħejji mill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Edward Scicluna kien jgħid li Malta se tkun aktar b'saħħitha u aktar ġusta.", "Minn hemmhekk komplejna nimxu 'l quddiem biex nippremjaw il-bżulija.", "Fil-fatt, bħala Gvern, dejjem ħeġġiġna iżjed nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, b'mod speċjali n-nisa.", "Sa dak iż-żmien kellna din ir-riżorsa tant importanti li kienet moħlija.", "Illum il-ġurnata, bl-introduzzjoni taċ-childcare b'xejn għal dawk li jridu jaħdmu, rajna li aktar nisa daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Dan huwa għall-kuntrarju ta' dak li kien qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni meta ried jagħti ċ-childcare b'xejn lil kulħadd.", "Dan juri li l-Oppożizzjoni m'għandhiex ideat ta' kif tmexxi l-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan għaliex altru tgħid li tagħti ċ-childcare b'xejn lil kulħadd u altru tgħid li se tagħti ċ-childcare b'xejn li minnu se tkun qed tieħu riżultati lura fl-ekonomija.", "Bħala Gvern, komplejna mexjin 'il quddiem, saħħaħna l-ekonomija tal-pajjiż u bdejna nikkreaw il-ġid.", "Illum il-ġurnata, dan il-ġid qiegħed jitqassam fost kulħadd u bħala pajjiż qed ngħixu dan is-suċċess.", "Hawn irrid ngħid li ż-żewġ naħat tal-Kamra jgħidu li jridu joħolqu l-ġid, imma mbagħad hemm differenza kbira fil-mod kif jinħoloq dan il-ġid.", "Il-Malti jgħidlek: Bejn il-kliem u l-fatti, hemm baħar jikkumbatti!", "Fuq din in-naħa tal-Kamra għandna Gvern magħqud u kompatt wara t-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Id-deputati parlamentari tal-Gvern u n-nies hemm barra qegħdin jieħdu gost u japprezzaw il-ġid li qiegħed jinħoloq fil-pajjiż.", "Il-familji qiegħed jibqgħalhom aktar flus fil-but u n-negozji Maltin u Għawdxin qiegħed kull ma jmur jiżdied il-qligħ tagħhom.", "Sfortunatament, fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra, hemm nies li ma jeħdux daqshekk gost bil-ħolqien tal-ġid.", "Sur President, se nsemmi kwotazzjoni li din il-ġimgħa ttellgħet fuq il-midja soċjali u jekk hawn permess mill-Kamra, inkun nista' npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din hija kwotazzjoni attribwita lis-Sur Godfrey Leone Ganado li jekk m'iniex sejjer żball huwa awditur u li allura suppost jifhem fil-mekkaniżmi finanzjarji.", "Qed nassumi li hawn qiegħed jirreferi għall-Partit Nazzjonalista.", "Hawnhekk is-Sur Leone Ganado, għal darba oħra, qiegħed jagħmel assunzjoni li l-Partit Laburista huwa partit korrott.", "Alla jbierek, huma biss qaddisin bir-raġġiera!", "Is-Sur Leone Ganado huwa wieħed minn dawk li jsejjaħ lilu nnifsu paladin tas-soċjetà u meta tisimgħu jitkellem, taħseb li hu biss kapaċi jmexxi lil pajjiżna!", "Is-Sur Leone Ganado jifforma parti minn fazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalita, li ma tistax tgħid liema fazzjoni hi, għax illum il-ġurnata l-Partit Nazzjonalista huwa maqsum f'ħafna biċċiet.", "Però kliem bħal dan jurina biċ-ċar li l-mod kif dawn in-nies iridu l-ġid lil pajjiżna huwa billi tikkraxxja l-ekonomija.", "Għan-nies hemm barrra, dan ifisser li min illum għandu proprjetà li sa ftit taż-żmien ilu ma setax isib kera għaliha u llum qed jikriha, jispiċċalu dan id-dħul.", "Dan ifisser li min għandu xogħol sigur u forsi qiegħed iħares 'il quddiem li jieħu xi promozzjoni għaliex l-ekonomija qed tkompli tikber, dik il-promozzjoni ma jeħodhiex.", "Dan ifisser li s-Sur Leone Ganado jrid jibgħat lin-nies fit-toroq hemm barra jittalbu!", "Jekk din mhijiex sitwazzjoni tal-mistħija, ma nafx x'jista' jkun agħar minn hekk!", "Ejja ma ninsewx li s-Sur Leone Ganado huwa l-istess bniedem li għajjar lill-Onor.", "Rosianne Cutajar, f'artiklu datat it-30 ta' Novembru 2018, li deher fit-Times of Malta u li bil-permess tal-Kamra se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.", "\"… u fil-Parlament qisha qaħba f'xalata.\".", "Dan huwa kliem dispreġjattiv lejn membri ta' din il-Kamra.", "Imbagħad is-Sur Leone Ganado jiġi jħabbat fuq sidru u jipprova jagħtina l-impressjoni li jrid il-ġid għal pajjiżna u jrid li l-familji Maltin jimxu 'l quddiem!", "Aktar minn hekk, is-Sur Leone Ganado kompla jikteb hekk:", "Sur President, dan huwa bniedem li għalih il-kelma \"ġid\" tfisser biss deni lil dawk li forsi ma jaqbilx magħhom.", "Issa, ladarba dan jixtieq id-deni lil għajru, nistaqsi: Is-Sur Leone Ganado, li jekk m'iniex sejjer żball huwa konsulent tal-Kurja, qiegħed jipprattika dak li tgħid il-Knisja?", "Żgur li le, għax il-Knisja tgħidlek biex dejjem tgħin lil għajrek, kif qiegħed jagħmel dan il-Gvern.", "Dan biex ma nsemmux ukoll l-attakki, wieħed wara l-ieħor, li jsiru fuq l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna mill-midja tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan l-aħħar kien imiss attakk fuq il-Bank Ċentrali, fejn il-ġurnalist investigattiv tal-media.link, in-Nazzjon u l-Mument qal li kellu filmat, li xandru f'programm fuq Net TV, li qal li kien meħud waqt il-festin tal-Milied tal-Bank Ċentrali.", "Ftit wara nsiru nafu li dak ma kien xejn ħlief muntatura biex dan il-ġurnalist jipprova jiskredita lill-Bank Ċentrali.", "Din il-muntatura tfakkarna fl-inkjesta fuq il-każ Egrant li llum il-ġurnata l-konklużjonijiet tagħha huma pubbliċi.", "Infakkar ukoll fl-istqarrijiet li saru mill-Onor.", "Simon Busuttil li ġie f'din il-Kamra jgħid li hu għadu jemmen li Egrant hija tal-Prim Ministru.", "It-tfal tiegħi jemmnu f'Father Christmas, u forsi l-Onor.", "Simon Busuttil għadu jemmen f'Father Christmas ukoll!", "Qed ngħid dan għaliex ma nistax nifhem kif jista' jkun li inti tibqa' tmeri l-verità b'dak il-mod, u tiġi tirrappreżenta lin-nies f'dan il-Parlament.", "Ejja niftakru li l-Qorti qaltlu għal darba, darbtejn, tlieta biex jitlaq 'il barra għax m'hemmx bażi li tinfetaħ kawża.", "Dan meta nafu kemm għajjat, ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet, il-kliem 'barra, barra, barra'!", "Issa kienet il-Qorti li qaltlu tliet darbiet: Barra, barra, barra!", "Bħala pajjiż, nistennew li dawn in-nies verament jagħrfu l-verità u min hu dak il-Gvern li jrid il-veru ġid lil pajjiżna.", "Dan huwa Gvern li matul is-snin li għaddew ħadem biex ta empowerment lis-settur privat ħalli jimxi 'l quddiem u joħloq ix-xogħol.", "Waħda mill-aktar affarijiet li jsemmi s-settur privat hija li dan huwa Gvern li kapaċi jiddeċiedi fi żmien raġonevoli.", "Din hija waħda mit-trademarks tas-settur privat fejn id-deċiżjoni tittieħed u mhux tibqa' tkarkar.", "Sfortunatament, fil-passat kellna gvernijiet li kienu jorqdu fuq id-deċiżjonijiet.", "Is-settur privat ma jistax jimxi b'dak il-mod. llum il-ġurnata għandna Gvern li jiddeċiedi, li huwa pro business u li ma daħħalx taxxi ġodda.", "Sa mill-ewwel baġit, bħala Gvern rajna kif se nħallu iżjed flus fi bwiet in-nies u kif se nħeġġu iżjed negozji privati jżidu l-investiment tagħhom.", "Hawnhekk jiġuni f'moħħi l-iskemi Micro Invest fejn għal sena oħra qegħdin inżidu l-limitu tat-tax credit li wieħed jista' jieħu.", "Insemmi wkoll l-iskemi l-ġodda li introduċejna għas-sidien tan-negozji tal-familja li huma ferm importanti għall-ekonomija Maltija, tant li fil-fehma tiegħi jifformaw il-fibra tal-ekonomija tagħna.", "Huwa grazzi għal dawn in-negozji ż-żgħar u medji li bħala pajjiż nistgħu nimxu 'l quddiem u nkomplu noħolqu x-xogħol.", "Illum għandna Gvern li huwa pro business u huwa wkoll favur il-ħaddiem.", "Bħala Gvern nirrikonoxxu l-bżonn li naħdmu dejjem iżjed biex nagħtu iżjed drittijiet lill-ħaddiema tagħna.", "Huwa sabiħ li toħloq ix-xogħol, però fl-istess waqt trid toħloq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin li ħaddiem jista' jqatta' mal-familja.", "Proprju għalhekk din is-sena qegħdin nagħtu ġurnata oħra leave żejda lill-ħaddiema.", "Hawnhekk nappella wkoll lill-Ministru għall-Finanzi biex insibu metodi innovattivi ta' kif il-ħaddiema Maltin u Għawdxin u anke dawk barranin li jaħdmu f'pajjiżna jingħataw allowances u benefiċċji mingħand l-employers tagħhom.", "Illum il-ġurnata qegħdin naraw diversi kumpaniji internazzjonali li qegħdin jirrilokaw lejn pajjiżna.", "Dawn il-kumpaniji jġibu magħhom użanzi li wieħed isib f'pajjiżi oħrajn, fosthom f'pajjiżi Skandinavi u fin-naħa ta' fuq tal-Ewropa.", "Nappella lill-Ministru biex niftħu diskussjoni ħalli naraw kif nistgħu ndaħħlu diversi inċentivi u allowances bħal, pereżempju, food allowance, li diversi gaming companies jagħtu lill-ħaddiema tagħhom, però sal-lum, għadha mhix regolata fil-liġi tat-taxxa ta' pajjiżna.", "Sur President, bħala Gvern qegħdin nagħmlu investimenti soċjali fosthom fil-qasam tal-anzjani.", "Għal sena oħra qegħdin inżidu l-pensjonijiet.", "Issa, ladarba kien hemm min mill-kamp Nazzjonalista ried li l-ekonomija tal-pajjiż tikkraxxja, dan ifisser li huwa kontra dawn iż-żidiet fil-pensjonijiet.", "Dan ifisser li huwa kontra dawk in-nies li qegħdin jiġu hawn Malta jaħdmu f'pajjiżna għal diversi snin, imbagħad jitilqu lura lejn pajjiżhom mingħajr ma jieħdu l-pensjoni u fil-frattemp ikunu ħallsu l-bolol f'pajjiżna biex b'hekk ikunu ta' għajnuna għas-sostenibbiltà tal-pensjonijiet li qegħdin inqassmu llum u li għad irridu nqassmu fil-futur.", "Ħaddieħor kien qiegħed iħares b'mod attiv biex jgħolli l-età tal-irtirar.", "Dan il-Gvern ħadem b'mod proattiv biex ikun jista' jkabbar il-kejk ekonomiku, billi jħeġġeġ iżjed nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol ħalli jkollu introjtu ikbar mingħajr ma jżid r-rati tat-taxxa, tal-bolla jew tal-VAT.", "Ladarba qiegħed jiżdied id-dħul tal-Gvern mingħajr ma tiżdied ir-rata tax-taxxa, dan huwa sinjal ċar li qiegħed jiżdied ukoll id-dħul tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Dan huwa sinjal ċar li qiegħed jiżdied id-dħul tan-negozji li qed jibqgħalhom aktar profitti li jistgħu jużawhom b'diversi modi kreattivi kif jaf jagħmel is-settur privat.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn it-turiżmu, għal darba oħra naraw li din is-sena se jkollna sena oħra rekord meta se nilqgħu f'pajjiżna xejn inqas minn 3 miljun turist.", "Għalhekk, se nkomplu naraw iżjed investiment f'dan il-qasam.", "Illum il-ġurnata għandna diversi lukandi li qegħdin jaħdmu biex itejbu l-prodott tagħhom.", "Dan huwa importanti għax mhux qegħdin inħarsu biss lejn in-numri imma anke lejn il-kwalità ta' turisti li jiġu f'pajjiżna.", "Bla ebda dubju, illum it-turist qiegħed dejjem ifittex prodott aħjar.", "Kif nafu, illum, żdiedu l-portals online fejn wieħed jista' jibbukkja l-vaganza tiegħu.", "Għalhekk huwa importanti li nikkejterjaw għal dan it-tip differenti ta' turist.", "Hawnhekk, nappella lill-Gvern biex jagħmel aktar investiment sabiex ikollna faċilitajiet għal konferenzi kbar, xi ħaġa li għadha nieqsa f'pajjiżna.", "Xi ħaġa oħra li m'għandniex f'pajjiżna hija venue fejn ikunu jistgħu jsiru kunċerti ta' ċertu kobor.", "Huwa veru li ħafna drabi nużaw il-fosos tal-Furjana għal-kunċerti, però tajjeb li jkollna venues ta' ċertu kobor biex nattiraw kunċerti ta' klassi għolja lejn pajjiżna.", "B'hekk nibdew naraw nies minn barra minn Malta ta' ċertu livell għoli ta' kultura li jagħżlu li jiġu lejn pajjiżna biex isegwu dawn il-kunċerti.", "Sur President, xi ħaġa oħra li wieħed jista' jaħseb fuqha fiż-żmien li ġej hija studju biex naraw jekk nistgħux innaqqsu r-rata tal-VAT fejn jidħol is-settur tal-catering.", "Hawn qed nirreferi għar-ristoranti.", "Tajjeb li wieħed jagħmel studju biex naraw xi jkun l-effett ta' miżura simili fuq il-finanzi tal-pajjiż u n-negozji nfushom jekk il-Gvern inaqqas ir-rata tal-VAT.", "Din hija miżura kemmxejn ambizzjuża li wieħed għandu jistudja fid-dettall biex naraw kif jistgħu jiġu affettwati l-finanzi ta' pajjiżna u anke n-negozji nfushom.", "Fuq kollox, dan huwa baġit li verament qiegħed iwassal biex ingawdu s-suċċess ilkoll flimkien.", "Qegħdin naraw awtoritajiet li qegħdin jaħdmu b'mod mill-aktar proattiv biex jgħinu lis-setturi li jirregolaw ikomplu jitjiebu.", "Hawn insemmi, pereżempju, lill-MFSA li sfortunatament ġiet attakkata kemm-il darba min-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Illum qegħdin naraw kif din l-Awtorità nidiet il-viżjoni tagħha għas-snin li ġejjin u qiegħda tħares biex tkun l-aħjar awtorità regolatorja possibbli biex tkompli ssaħħaħ u tirregola l-qasam tas-settur finanzjarju.", "Irrid insemmi wkoll il-Malta Consumer and Competition Affairs Authority (MCCAA) li flimkien mal-Medicines Authority jaqgħu taħt ir-remit tas-Segretarju Parlamentari Deo Debattista fejn qiegħed isir ħafna xogħol biex intejbu l-prodott li jersaq lejn pajjiżna.", "B'hekk qegħdin noħolqu ambjent tajjeb biex ikollna prodotti dejjem aħjar li jħallu iżjed flus fl-ekonomija Maltija.", "Fl-istess ħin qegħdin nimmassimizzaw il-potenzjal li għandu pajjiżna.", "Bħala art m'aħniex mill-akbar, però mbagħad għandna r-riżorsa umana li tant hija importanti għal pajjiżna, għax kapaċi timmassimizza l-potenzjal tagħha biex inkomplu nkabbru l-ekonomija Maltija.", "Waħda mill-wegħdiet elettorali prinċipali kienet li ninvestu xejn inqas minn €700 miljun fuq seba' snin fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Il-Gvern ħareġ tender biex jibdew isiru xejn inqas minn 120 triq residenzjali u fl-istess ħin jinsabu għaddejjin proġetti maġġuri.", "Insemmi l-proġett tal-flyovers tal-Marsa u l-proġett tal-Kappara Junction li kien tlesta ftit taż-żmien ilu b'suċċess kbir.", "Issa qed inħarsu sabiex nimplimentaw il-proġett importanti tas-central link li se jkompli jtejjeb l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Kif nafu, meta jkollok negozju minn barra minn Malta li qiegħed iħares biex jinvesti f'pajjiżna, l-ewwel jara r-ratings li qegħdin ningħataw bħala pajjiż.", "Illum huwa ta' sodisfazzjoni li bħala pajjiż qed ningħataw ċertifikat pożittiv wara l-ieħor.", "Investituri barranin se jistaqsu wkoll dwar l-infrastruttura tal-pajjiż, inkluż it-toroq u l-bini, għaliex jekk huma se jinvestu f'Malta, se jkollhom l-impjegati tagħhom li qed jgħixu u jaħdmu f'pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li l-infrastruttura ta' pajjiżna tkun waħda tajba.", "F'dan ir-rigward rajna Oppożizzjoni li tikkritika b'mod negattiv, meta tista' tkun kostruttiva biex tameljora l-prodott tal-pajjiż.", "Sa din il-ġimgħa stess, f'din il-Kamra smajna membri tal-Oppożizzjoni jgħidu li l-Gvern huwa bla ideat u li kulma qegħdin nagħmlu huwa naqra tarmak fit-toroq.", "Sur President, kemm-il darba smajna li dak kollu li qed jagħmel dan il-Gvern huwa grazzi għall-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern.", "L-investiment fit-toroq huwa grazzi għalihom!", "Iż-żidiet fil-pensjonijiet huma grazzi għalihom!", "Iż-żidiet fl-istipendji huma grazzi għalihom!", "Saħansitra s-surplus ta' pajjiżna huwa grazzi għalihom ukoll, għax kemm-il darba semmewh fil-baġits tagħhom, imma qatt ma kienu kapaċi jwettquh!", "Illum, bħala pajjiż qegħdin naqtgħu d-dejn li għamlu tliet amministrazzjonijiet sħaħ ta' gvern Nazzjonalista.", "Illum għandna għalfejn inkunu kburin bil-qagħda finanzjarja ta' pajjiżna għax filwaqt li ma żidna l-ebda taxxa ġdida, qegħdin inżommu l-finanzi tagħna verament fis-sod.", "Dan kien slogan li, jekk m'iniex sejjer żball, kien ħarġu l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, meta dak iż-żmien kienu jħobbu jużaw il-frażi \"finanzi fis-sod\".", "Però, fir-realtà, il-finanzi qatt ma kienu fis-sod, għax hekk kif kien elett Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat, l-ewwel ħaġa li sab ma' wiċċu kienet l-excessive deficit procedure.", "Dawk kienu gvernijiet li jaħdmu minn elezzjoni għal oħra.", "Jekk wieħed jara l-mod kif kienu jimxu l-finanzi tal-pajjiż, isib li mill-ewwel sena sar-raba' sena kienu jibdew joqorbu lejn il-miri finanzjarji u meta tiġi l-aħħar sena ta' qabel l-elezzjoni, kienu jifqgħu l-kaxxa ta' Malta, basta jagħmlu minn kollox biex jirbħu l-poter.", "Ma niddejjaq xejn ngħid li dawn huma nies iddisprati għall-poter, biex ipoġġu bilqiegħda fuq is-siġġijiet tal-Gvern.", "Però, meta tkun fis-siġġu tal-poter, trid tkun kontabbli lejn il-poplu u trid tagħti riżultati ta' dak li tkun wegħidt matul il-kampanja elettorali.", "Sur President, dan huwa Gvern li fuq kollox mhux se jħalli dejn lil ta' warajna.", "Kif nafu, ħaddieħor kien jgħid li d-dejn iħallsuh uliedna u wlied uliedna.", "Aħna lil ta' warajna rridu nħallulhom il-ġid, għalhekk qegħdin inġemmgħu l-flus biex ta' warajna dejjem ikunu aħjar minna.", "Kull ġenitur jixtieq jara lit-tfal tiegħu jkunu aħjar minnu.", "Fuq kollox, dan huwa baġit li bla ebda dubju se jkompli joħloq il-ġid u se jkompli jinvesti fejn verament hemm bżonn biex b'hekk lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna nħalluhom l-aktar ġenerazzjonijiet sinjuri li qatt ra pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Nifhem li għandek xi dokumenti li se tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku fit-30 ta' Novembru 2018 intitolat \"Labour MP Rosianne Cutajar sues over Facebook posts\".", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, nixtieq nibda billi nirreferi għall-istatistika li toħroġ mill-NAO.", "L-Onor.", "Bartolo għadu kemm tkellem fuq it-3 miljun turist li se jżuru Malta.", "Bi kliem bħal dan, naħseb li nkunu qed ngħollu l-aspettativi ta' ħafna nies.", "Meta tara l-istatistika tal-NAO, li żgur ma ħariġhiex il-Partit Nazzjonalista, issib li 40% biss minn dawn in-nies qed imorru fil-lukandi.", "Sa tliet snin ilu, din il-figura kienet ta' 70% imma llum, kull sena, qed tonqos.", "Dan meta, kif nafu, ma naqsux ħafna lukandi, anzi pjuttost żdiedu l-kmamar fil-lukandi.", "Meta tqabbel like with like issib li din iċ-ċifra tgħodd l-arrivals kollha li jista' jkun hemm, inkluż nies barranin li jaħdmu Malta u l-familji tagħhom meta jiġu għal xi vaganza darba jew darbtejn fis-sena.", "Meta tara l-istatistika b'mod professjonali, trid taħdem l-40% billi timmultiplika n-numru tal-iljieli man-nefqa biex tkun taf eżatt kif inhi s-sitwazzjoni.", "Tajjeb ngħid li s-sitwazzjoni mhijiex aħjar minn dik ta' snin oħra.", "Jiġifieri rridu noqogħdu attenti, għaliex ħafna nies qed jieħdu l-kelma tal-Gvern li llum ġej ħafna xogħol, qed jinvestu ħafna u jista' jkun li se jkollhom problemi biex ilaħħqu mad-djun ġodda li forsi qed jagħmlu.", "Xi xhur ilu, fid-diskors tal-baġit konna diġà tkellimna fuq dan is-settur, fejn kont għamilt diversi proposti u suġġerimenti, imma matul dawn ix-xhur ma smajna xejn min-naħa tal-Gvern anke jekk il-problemi tas-settur għadhom hemm.", "Fl-aħħar xahar tfaċċat il-kwestjoni tal-Corinthia Group.", "Bħala Oppożizzjoni m'aħniex kontra l-iżvilupp, l-iżviluppaturi u li jkollna 6-star hotel, anke jekk ma nafx fejn fid-dinja hemm 6-star hotel!", "Ngħid ukoll li l-MTA mhijiex ippreparata għal 6-star hotel, meta lanqas biss nafu x'inhuma r-requirements għal 6-star hotel.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari 8485 lill-Ministru Konrad Mizzi biex ipoġġi l-memorandum of understanding li sar fl-2015 bejn il-Gvern u l-Corinthia.", "Nieħu pjaċir li l-Ministru ma rrispondiex il-mistoqsija li għamiltlu, imma qal li n-negozjati għadhom għaddejjin.", "Dan huwa tajjeb, għax il-Gvern ma nnegozjax b'mod tajjeb.", "Nafu li l-memorandum of understanding sar u l-Gvern ma jridx jippubblikah.", "Infakkar fl-MOU li kien sar mal-Alitalia fejn il-Ministru kien ħabbar dan l-MOU b'ħafna pompa u wara falla kollox!", "Irridu nkunu ċari li din l-art mhijiex proprjetà tal-Corinthia Group, imma qiegħda tingħata on a temporary lease, jiġifieri bħal meta għandek dar jew ħanut u skadielek iċ-ċens, u trid titlaq 'il barra.", "Il-Corinthia Group qed jitolbu li din l-iskadenza ta' 53 sena sa 72 tispiċċa u l-Gvern jagħti l-arja, il-foreshore, l-underground u l-baħar biex ikunu trasferiti lill-Corinthia.", "Issa meta wieħed iħares lejn sitwazzjonijiet simili jsib li l-Jerma nbiegħet u għadha fi stat ta' abbandun, Mistra Village nbiegħet u għadhom kemm estendew il-permess għal ħames snin oħra mal-Planning Authority, u biċċa art sabiħa ħafna f'Ħal Ferħ baqgħet abbandunata wkoll.", "Għalhekk, jekk m'hemmx diġà xerrej, għalfejn il-kumpanija qed titfa' għajnejha fuq din l-art meta kellha jew għad għandha postijiet fejn jistgħu jibnu 6-star hotels!", "Ovvjament, jekk għandek xerrej, trid iġġib l-affarijiet kollha li inti ftehimt miegħu.", "Dawn se jkunu lukandi li se jkollhom inqas kmamar.", "L-Onor.", "Bartolo għadu kemm semma faċilitajiet ta' conference rooms.", "Imkien ma ntqal li dawn il-lukandi ta' sitt stilel se jkollhom conference spaces.", "Għalhekk nassumi li din mhi xejn ħlief real estate bħalma qal iċ-Chairman tal-Corinthia stess, li trid tattira klijenti li jħallsu €5,000 kull lejl u appartamenti li jinbiegħu d-doppju!", "Ovvjament hawn qed nitkellmu fuq profitti kbar.", "Apparti dan, kif nafu, illum diġà għandna boutique hotels f'Malta sbieħ ħafna li jilħqu l-livell ta' 6-star hotels.", "Fil-fatt hemm kompetizzjoni kbira ssussidjata mill-Gvern għas-settur privat.", "Dan mhux ġust għal min qiegħed jinvesti bi flus ħidmietu u mingħajr mhu sponsorjat minn ħadd.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali tas-Swieqi, San Ġiljan u Pembroke u anke l-MDA qaluli li m'hemmx a level playing field għax hemm ħafna għajnuna min-naħa tal-Gvern.", "Il-Gvern qed jgħidilna li stima l-valur tal-art bl-istess kejl li kien użat fil-każ tal-art tal-ITS.", "Niftakru li l-Partit Nazzjonalista kien ivvota kontra dan il-proġett.", "Illum, erba' snin wara, din l-art se tingħata bl-istess prezz.", "Ara jekk tixtri xi ħaġa llum hux se jkollha l-istess prezz ta' erba' snin ilu!", "Dan apparti mill-fatt li hi art li tagħti għall-baħar u l-art tal-ITS mhijiex!", "Il-Gvern qiegħed jagħti din l-art għax il-Corinthia għandhom lukanda oħra.", "Ara fil-privat qattx saret xi ħaġa bħal din!", "Għaliex il-Corinthia Group għandhom a tourist related development, il-Gvern qed jagħtihom €13-il miljun!", "Mela l-Corinthia Group biss għamel an additional tourist related project, meta nafu li ħaddieħor nefaq il-flus biex investa sabiex ikollu minn gabbana sa lukanda kbira, mingħajr l-ebda sussidju ta' din il-kwalità min-naħa tal-Gvern!", "Hawn qed ngħidu li l-Gvern qed iħallas għal-lukanda li nxtrat mill-Corinthia għax qed jagħti sponsorhip qawwi ta' €13-il miljun u se jħallas ukoll għat-twaqqigħ tal-lukanda u l-infrastruttura kollha.", "Jekk int żviluppatur u xtrajt binja, qed tħallas kollox minn butek, imma f'dan il-każ il-Gvern se jħallas saħansitra għat-twaqqigħ, l-infrastruttura u d-drenaġġ u se jagħti wkoll xi ftit flus għax il-Corinthia ħarġu b'din l-idea!", "M'għandix il-figuri eżatti, imma biex nagħti eżempju, il-Gvern qed jagħti €1 miljun qisu bħal meta tmur f'ristorant u tħalli it-tips!", "Qed ngħidu li minn €51 miljun, il-privat se jħallas €1 miljun biss u l-€50 miljun l-oħra ġejjin meta jinbnew il-postijiet u jinbiegħu għal prezz ferm għoli.", "Min ma jidħolx għal negozju ta' dan it-tip kieku jkun jaf li minn €1 miljun se jiġġenera €1,000 miljun, għax l-art diġà hi mibjugħa jew imwiegħda lil xi ħadd ieħor barrani!", "Dan speċjalment meta l-Corinthia m'għandhomx id-dritt għall-ispazju, imma għandhom id-dritt għal 53 sena.", "Fil-każ tal-Baypoint Radisson, id-dritt huwa ta' 50 sena.", "Din l-art qed tingħata għal żvilupp li se jgħatti lil Pembroke u joħloq sitwazzjoni ta' non-level playing field kbira għal żviluppaturi oħrajn, mhux f'din iż-żona biss, imma f'Malta kollha.", "Apparti l-fatt li żvilupp ta' sitt stilel għadna ma nafux eżattament x'inhu, bħal qisek tiftaħ ċikkulata Kinder Ferrero u toħroġ xi idea ta' sitt stilel, meta f'Malta għad għandna sitwazzjoni ta' nuqqas ta' ndafa, toroq kollha ħofor, infrastruttura u servizzi li huma ta' livell bejn wieħed u ieħor ta' żewġ jew tliet stilel!", "Il-klijent ta' sitt stilel ma jiġix f'Malta b'dawn in-nuqqasijiet!", "Bħala pajjiż irridu naħdmu ħafna aktar biex jekk naslu li verament inġibu lukandi ta' sitt stilel, inkunu ippreparati għal dan il-livell ta' klijenti.", "Semmejt li 40% biss tat-turisti jużaw lukandi meta jkunu f'pajjiżna.", "Għalhekk tajjeb wieħed jara fejn qed imorru s-60% l-oħra.", "Bla dubju hemm l-airbnb li hija mifruxa sew u l-MTA m'għandiex kontroll jew statistika tan-numru tal-klijenti li qed jużaw din it-tip ta' akkomodazzjoni.", "Jien nistma li hemm madwar nofs miljun ruħ li jużaw l-airbnb.", "In-numru ta' ljieli huwa importanti wkoll, għax in-nuqqas ta' lejl jew nofs lejl fl-istatistika jfisser impatt enormi fuq l-industrija u l-istakeholders.", "Nixtieq nara sitwazzjoni fejn l-industrija tiċċarġja €5,000 kull lejl!", "Imma apparti vaganzi li xi wħud jagħmlu f'ċerti postijiet bħal Dubai, ma rajt imkien fid-dinja prezzijiet bħal dawn!", "Illum għandna sitwazzjoni fejn hawn ħafna offerti speċjali minn ħafna lukandi u dan iwassal għal kompetizzjoni kbira.", "Biex ikollok is-6-star irid ikollok il-fama u r-reputazzjoni li llum, sfortunatament, pajjiżna m'għadx għandu.", "Meta kellna reputazzjoni tajba, rajna rekords fuq medda ta' 10 u 11-il sena, imma rridu naraw ukoll li nerġgħu nibnu dik il-fama tajba li llum tlifna.", "Ninsab informat ukoll li fi żmien meta l-gvern tal-Eks Prim Ministru Mintoff kien ħa f'idejh in-National Bank of Malta, il-Corinthia jew affiljati tagħhom baqgħu ma ħallsux madwar Lm1 miljun li dak iż-żmien kienu ħafna flus.", "Jingħad li kienu l-uniċi nies li ma ħallsux lin-National Bank.", "Dawn il-flus llum setgħu ntużaw biex bħala pajjiż nagħlqu s-sitwazzjoni tax-shareholders tal-National Bank li mbagħad issemma Bank of Valletta.", "Infakkar li hemm ukoll kwestjoni pendenti kemm mal-Bank of Valletta kif ukoll mal-Bical Bank.", "Skont informazzjoni li għandi u li hi ta' min jorbot fuqha, il-Corinthia qed jiġu sponsorjati all the way!", "Dan meta hemm ħafna Maltin li jinvestu flushom biex joħolqu x-xogħol u jinkwetaw fuq il-loans li jkollhom, li kollha jagħmlu l-almu tagħhom biex in-negozju tagħhom jimxi 'l quddiem.", "Imbagħad ikollok Gvern li jagħti aktar minn 900 metru ta' foreshore f'waħda mill-aktar żoni sbieħ f'pajjiżna kważi b'xejn!", "Dan apparti l-klawsola li tippermetti l-Corinthia Group ibigħu lil terzi bla ma jirrikorru għal affarijiet oħra.", "Dawn il-flus setgħu intefqu għal skopijiet ħafna aktar importanti, fosthom għal housing u biex nagħlqu l-kwestjoni tan-National Bank of Malta.", "Il-Gvern qed jgħid li se jiġu tliet miljun turist lejn Malta.", "Biss, hemm differenza fin-numru ta' arrivals u fin-numru ta' turisti.", "Jekk din il-figura hi reali, inkun l-ewwel wieħed li nieħu gost b'dan, biss nibża' li r-realtà hi differenti.", "Wieħed irid jara wkoll li m'għandekx coaches u gwidi biżżejjed għal dan l-ammont ta' turisti msemmi mill-Gvern.", "Aħseb u ara kemm se jkollok nies li se jħallsu €5,000 kull lejl biex imbagħad isibu l-mużewijiet magħluqin kmieni.", "Ejja niftakru li klijenti tal-livell ta' 6-star ikollhom aspettativi għoljin.", "Irrid ngħid ukoll li bħala pajjiż m'għandna l-ebda pjanijiet għal Brexit.", "Meta tkellimna fuq Brexit, ma ssemmietx pereżempju l-kwestjoni tal-visa, tant li kelli nagħmel il-mistoqsija jien, meta f'pajjiżi oħrajn ikollhom il-visas fl-ajruport.", "Hawn konfużjoni sħiħa rigward Brexit u l-MTA ma jidhirx li għandha contigency plan.", "Naħseb li bħala Maltin inkunu rridu l-visa wkoll.", "Hemm ukoll l-open skies agreement fejn ftehemna li huma jistgħu jibagħtu iżjed ajruplani milli nibagħtu aħna.", "Hemm ukoll il-kwestjoni tar-rate of exchange bejn l-isterlina u l-ewro.", "Ta' min jgħid li għandek postijiet oħrajn bħat-Turkija fejn il-lira raħset fil-valur tagħha.", "Il-connections huma importanti ħafna u jekk m'hemmx pjan serju, bħala pajjiż qegħdin nirriskjaw ħafna.", "Matul dawn ix-xhur ħriġna b'ħafna offerti speċjali u roħs ta' prezzijiet, imma jidher li bħala pajjiż qegħdin tard, għaliex pajjiżi bħal Greċja u Spanja għamlu dawn l-offerti speċjali f'Novembru u Diċembru u ħadu l-bulk tax-xogħol huma.", "L-Afrika ta' Fuq u Sharm al Sheikh fl-Eġittu qed jieħdu parti kbira tas-swieq li kien jattira l-Mediterran, inkluż Malta.", "Għalhekk huwa tajjeb li jkollna contingency plan.", "Kemm-il darba smajna li l-Gvern huwa pro business, imma oxxenità bħal din, fejn il-Gvern qed jagħti din il-biċċa art, ma hi pro business xejn, hija pro foreign business!", "Il-businessman u l-investitur Malti se jibqa' jitkaxkar waħdu!", "Għalhekk jista' jkun li jonqos l-investiment f'Malta.", "Hemm diskriminazzjoni kbira ma' min qed iħaddem u qed joħroġ ħafna flus minn butu fix-xhur tax-xitwa għax il-bookings ikunu ftit imma jrid jibqa' jżomm l-istaff tiegħu.", "Il-qligħ jista' jinżel u l-ispejjeż jistgħu jogħlew, anke fil-pagi tal-ħaddiema barranin li għandhom aktar spejjeż biex joqogħdu hawn Malta u għalhekk trid iżżidilhom il-pagi.", "Il-ħaddiema barranin jgħidulek li biex ikunu fqar hawn Malta, jippreferu jkunu fqar f'pajjiżhom.", "Bħala pajjiż qegħdin nimxu bla pjan organizzat u fuq bażi short-term.", "Ejja nneħħu l-pjanijiet biss sal-elezzjoni ta' Mejju 2019 jew sal-elezzjonijiet ta' tliet snin oħra u nkunu aktar proattivi.", "Pajjiżi oħrajn diġà huma proattivi.", "Hemm ukoll problemi fi swieq internazzjonali bħall-Ġermanja, Franza u l-Italja li kollha għaddejjin minn mument diffiċli.", "Nistaqsi: L-MTA qed tirrispondi għal din is-sitwazzjoni b'mod konkret?", "Fil-Ġermanja, meta tagħtas Angela Merkel, il-Ġermaniżi jieħdu bronkite.", "Fi Franza, kull nhar ta' Sibt, għaddejjin bil-protesti mill-gilets jaunes u l-Italja qatt ma tista' tgħid fejn hi!", "Fil-fatt, meta nara żewġ Viċi Prim Ministri Taljani li jkollhom jirrikorru dejjem għall-midja, jidher li hemm problema, għax mhux qed iqattgħu il-ħin tagħhom fuq l-iskrivanija biex jaħsbu.", "Hemm oqsma fejn irridu nkunu proattivi.", "X'qed nagħmlu dwar dan?", "Qed nagħmlu l-isforzi kollha tagħna?", "Kemm qed nonfqu flus?", "Il-Gvern huwa dispost li jtaffi dawn id-diffikultajiet?", "Ejja niftakru li l-lukandi qegħdin iħallsu l-kontribuzzjonijiet lill-MTA, bħal-liċenzji, VAT u taxxi.", "Dawn huma l-istess prezzijiet li l-lukandi u l-investituri kienu qed iħallsu ħames snin ilu meta 70% tal-arrivals kienu verament turisti, u li llum niżlu għal 40%!", "Nistaqsi: Nistgħu nniżżlu l-liċenzji pro rata wkoll?", "Tkun idea tajba li nagħtu VAT refunds għal min qed jinvesti fil-lukandi, speċjalment fix-xitwa, meta ħafna lukandi jkunu qed jagħmlu refurbishing fejn ikunu qed joħroġu ħafna flus minn buthom fil-prodott.", "Irrid ngħid li l-Gvern qed jibgħat messaġġ ħażin meta qed iwebbes rasu li se jagħti state aid lil lukandier partikolari u jinjora lil-lukandiera l-oħrajn.", "Il-Gvern innegozja ħażin!", "Jien nitħasseb aktar meta nara li l-Gvern ma jridx jippubblika l-memorandum of understanding u sal-lum stess ipprova jimblokka kull mezz ta' informazzjoni.", "Mela bħala pajjiż qatt tajna ħlas gratis b'dan il-mod!", "Min se jħallas biex inbiddlu s-servizzi, inkluż id-drenaġġ?", "Dawn il-lukandi 5-star, kull tant żmien, iridu jbiddlu l-għamara u jagħmlu refurbishing.", "B'kumbinazzjoni jidher li dawn it-tliet lukandi kien waslilhom iż-żmien biex jagħmlu dan ir-refurbishing!", "B'kumbinazzjoni r-refurbishing jiswa madwar €50 miljun, eżatt il-prezz li qegħdin nikkwotaw għal dan il-bejgħ.", "Skont l-isponsor, li hu l-Gvern, dan hu l-ammont li se jagħti għal dan ir-refurbishing!", "Mank kont jien li qed ninnegozja mal-Gvern għax kont noħroġ b'deal fantastiku!", "Però aħna m'aħniex hawnhekk biex inbigħu lil Malta b'dan il-mod!", "Huwa diġà ħażin li qed inbigħu lil Malta u meta qed inbigħu lil Malta f'dawn l-affarijiet huwa ħażin ħafna.", "Aktar minn hekk, qed jinħoloq preċedent, għax jista' jiġi ħaddieħor u jippretendi li jiġi aġevolat bl-istess mod.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li nispera li jkollna sena li ma tkunx ħażina.", "Nispera li fis-sajf ikollna x-xogħol, għaliex s'issa l-affarijiet bażiċi għadhom ma sarux.", "Irridu nkunu ppreparati għal kull eventwalità.", "Allaħares ma nkunux ippreparati għaliex id-daqqa neħduha doppjament.", "Hemm ħafna mistoqsijiet bla risposti jew b'risposti xotti ta' erba' linji.", "Dawn huma affarijiet li s-settur privat huwa skuntent bihom, għax ma ppretendihomx.", "Is-settur privat iħallas it-taxxa daqs kulħadd.", "Il-Corinthia, li għamlet ftehim fantastiku, se tirraġuna li l-Gvern se jdaħħal it-taxxi u l-VAT.", "Imma nistaqsi: Mhux kulħadd iħallas it-taxxi u l-VAT, allura x'value added hemm għal Malta?", "Naħseb li għandna obbligu mhux li, kif qal il-Ministru, nirranġaw il-ftehim li sar mal-Corinthia imma li nħassruh għan-nom tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex id-diskussjoni tiġi interrotta għal ftit mumenti ħalli nkun nista' nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fil-5.32 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi): Sur President, bħala President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali, Abbozz Nru 68 għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "Nirringrazzjak.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, se naqsam id-diskors tal-lum f'erba' partijiet; fuq id-diskors li għamel il-Ministru Edward Scicluna u diskorsi li kien hemm minn dakinhar 'l hawn, il-konklużjonijiet tal-IMF li għamlet waqt il-mission tagħha f'Malta, ir-rapport ta' Fitch li ġie ppubblikat fl-aħħar sigħat u l-konklużjonijiet li ħarġu mill-World Economic Forum li ġie organizzat f'Davos ftit tal-jiem ilu.", "Nemmen li dak li ġie diskuss f'Davos fil-World Economic Forum għandu jixpruna mhux biss lill-membri tal-Gvern imma wkoll tal-Oppożizzjoni, għaliex il-konklużjonijiet jagħtu ħarsa tajba lejn is-stwazzjoni ġeopolitika li għandna madwarna.", "Però qabel nibda, irrid nirreferi għal diskors li għamel l-Onor.", "Edwin Vassallo nhar il-Ħamis li għadda dwar artiklu li deher fuq Times of Malta bbażat fuq studju li għamlu l-European Greens f'Diċembru 2018 bl-isem: The costs of corruption across the EU.", "Dan l-istudju jitkellem dwar il-black market li ssib f'kull pajjiż li hawn fid-dinja.", "Però, li dejjaqni kien mhux il-fatt li l-Onor.", "Vassallo tkellem dwar dan id-dokument, imma li kważi ta' x'jifhem lil min kien qed isegwih li r-rapport kien biss dwar Malta.", "L-Onor.", "Vassallo beda jitkellem dwar il-korruzzjoni, dejjem skont il-European Greens, li hawn fil-pajjiż u li jammonta għal aktar mill-GDP, mill-ispiża li pajjiżna jagħmel fuq is-social services u nofs l-ispiża li nagħmlu fuq l-edukazzjoni.", "F'ħin minnhom semma wkoll il-housing.", "L-ewwel nett, tajjeb li niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Vassallo li l-kelma \"korruzzjoni\" għandha ħafna sinifikat.", "Tajjeb li jkun jaf ukoll li r-rapport, dejjem jekk qrah, jitkellem ukoll dwar loss in tax revenues u decrease in foreign investment.", "L-aktar ħaġa importanti hi li r-rapport jitkellem dwar it-28 membru stat tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fuq madwar €950 biljun - mhux miljun - fis-sena li jintilfu minħabba l-black market, black economy, loss in tax revenues u loss of foreign investment.", "Għalhekk ma nistax nifhem għal liema raġuni l-Onor.", "Vassallo tkellem dwar Malta u ma semmiex pajjiżi oħrajn.", "Ma semmiex, pereżempju, li tliet kwarti tal-partiti li ġejjin mill-Partit Popolari Ewropew (EEP) huma mniżżlin fil-lista u għandhom livelli ferm ogħla minn ta' Malta.", "Għalhekk nistenna li s-sena d-dieħla, meta jkun hemm l-EPP Congress f'xi wieħed mill-pajjiżi Ewropej, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jtella' miegħu lill-Onor.", "Edwin Vassallo forsi jagħmel diskors f'dik il-fora u jagħti tbeżbiża lil sħabu tal-Greċja, tal-Ungerija, fejn il-famuż Viktor Orban ipoġġi bilqiegħda miegħu, lill-Bulgari u lill-Kroati, fost l-oħrajn.", "Se nsemmi l-figuri wkoll ħalli n-nies jifhmuni aħjar.", "L-Onor.", "Vassallo semma l-persentaġġ ta' Malta li hu ta' 8.5%.", "Dan meta l-persentaġġ fil-Greċja hu ta' 4%, ekwivalenti għal €34 biljun, l-Ungerija bi 11% li jfisser €20 biljun, il-Kroazja bi 13.5% li jfisser €8.5 biljuni, il-Bulgarija b'14% li jfisser €11-il biljun, iċ-Ċiprijotti bi 8% li jfisser €2 biljuni, ir-Repubblika Ċeka bi 12% li jfisser €26.7 biljuni, l-Estonja bi 8.2% li jfisser €1.6 biljuni, il-Latvja bi 13% li jiġu €3.5 biljuni, il-Litwanja bi 11% għal €4.4 biljuni, il-Polonja bi 12.6% għal €65.7 biljuni, ir-Rumanija bi 15.6%, is-Slovenja bi 13% għal €11-il biljun u s-Slovakkja bi 18.5%.", "Ir-rapport isemmi ħafna lill-Gvern ta' Mariano Rajoy fi Spanja li wkoll ipoġġi bilqiegħda mal-Oppożizzjoni fl-EPP u l-gvern ta' Andrej Babiŝ fir-Repubblika Ċeka.", "Hawn qed nitkellmu dwar biljuni kbar.", "Vassallo ta x'jifhem li dan ir-rapport kien dwar Malta biss u li f'Malta biss hawn xi black market, black economy, loss in tax revenues u decrease in foreign investment, meta jaf biżżejjed li għandna investiment barrani dirett bla preċedent.", "F'dan kollu rrid niġbed l-attenzjoni tal-membri tal-Oppożizzjoni biex noqogħdu attenti kif nitkellmu f'din il-Kamra.", "Li nitkellmu dwar dawn l-affarijiet bejn membri tal-familja ġewwa d-dar hija ħaġa, imma meta nitkellmu f'din il-Kamra rridu niftakru li qed jarana l-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nixtieq li jkun hemm aktar serjetà, anke mill-membri tal-Oppożizzjoni, meta jirrapportaw dwar artikli li jidhru fil-midja ta' kuljum.", "Niġi issa biex nitkellem dwar it-10 year challenge li l-Prim Ministru tkellem fuqu ġimagħtejn ilu u anke fl-aħħar jiem.", "Qed nirreferi għat-10 year challenge tal-finanzi pubbliċi fejn, pereżempju, il-flus mit-taxxi li l-familji Maltin u Għawdxin iħallsu, flok imorru fl-oqsma tal-industrija, l-ekonomija, is-saħħa, l-ambjent u l-edukazzjoni, imorru f'imgħaxijiet fuq dejn għand banek internazzjonali.", "Fi żmien Gvern Nazzjonalista d-dejn kien jaqbeż is-70%.", "Illum, id-dejn nazzjonali niżel għal 45%.", "Il-Fitch Report ilbieraħ indika li d-dejn ta' Malta, meta mqabbel mal-GDP se jkompli jinżel għal taħt 43%.", "Il-GDP f'Malta fi żmien Gvern Nazzjonalista kien imiss mal-75%.", "Illum għandna 15% żieda, li hi 90% tal-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Jekk nitkellmu fuq il-qgħad, naraw li fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, kellna rekord ta' qgħad ta' 8.2%, iżda llum prattikament il-qgħad spiċċa għalkollox.", "Dan filwaqt li pajjiżi oħrajn, anke viċin tagħna, qed jirrapportaw negligible growth jew addirittura daħlu f'riċessjoni kif ġara f'pajjiż viċin ħafna tagħna.", "Dan meta llum f'Malta għandna l-aqwa u l-ikbar tkabbir ekonomiku li qatt kien hawn fil-pajjiż.", "Però jekk il-Gvern jista' jagħmel a 10 year challenge fuq il-finanzi pubbliċi, l-Oppożizzjoni lanqas 24 hour challenge ma tista' tagħmel!", "Qed ngħid dan għaliex f'24 siegħa kapaċi jibdlu d-direzzjoni.", "Jekk insemmi, pereżempju, l-Individual Investor Programme (IIP) insibu li f'ġurnata mill-Oppożizzjoni jgħidulna li huma favur, tiġi elezzjoni u jgħidulna li huma kontra, u mbagħad tgħaddi l-elezzjoni u jgħidulna li huma forsi favur!", "Bħala membru ta' din il-Kamra, jien ma nafx x'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fuq l-IIP, aħseb u ara l-poplu Malti u Għawdxi!", "L-istess meta jitkellmu fuq il-ħaddiema barranin, daqqa jgħidu li jaqblu, daqqa jgħidu li le jew li jridu jagħżlu, u daqqa jgħidu li se jużaw xi mekkaniżmu.", "Però l-poplu Malti għandu d-dritt li jkollu għarfien biżżejjed ta' fejn il-Partit Nazzjonalista jixtieq jieħu lil dan il-pajjiż fiż-żmien li ġej, għaliex nibża' li dawn is-sinjali kollha jindikaw ħaġa waħda biss, li ladarba l-Oppożizzjoni tkun fil-gvern, terġa' tieħu lill-pajjiż lura f'defiċit naturali.", "Sinċerament, nemmen li l-Partit Nazzjonalista llum jemmen biss li l-pajjiż jista' jidħol u jibqa' f'defiċit naturali.", "Ninsabu fi triqitna biex insiru l-aqwa fl-Ewropa u l-għira tad-dinja - mhux tal-Oppożizzjoni - mentri l-Partit Nazzjoanlista fil-gvern irid imur lura fil-habitat naturali tiegħu, li hu defiċit naturali u dejn.", "Dan ikun ifisser biss li miljuni ta' ewro jintefqu f'imgħaxijiet minflok f'investimenti għall-familji Maltin u Għawdxin, is-sigurtà ta' pajjiżna, il-ħiliet, ix-xogħlijiet u livell ta' għajxien aħjar.", "Din hija l-formula maġika li pajjiżna qiegħed jimplimenta jum wara jum taħt dan il-Gvern.", "Xahar wara xahar, sena wara sena, qed inkomplu niksbu aktar riżultati pożittivi fit-tkabbir ekonomiku, żieda fl-impjiegi, tnaqqis fil-qgħad, inkluż taż-żgħażagħ, surplus fil-kont pubbliku u fil-kont estern tal-pajjiż u żieda fl-investiment mill-Maltin u mill-barranin, għax fil-pajjiż hawn feel good factor.", "Illum in-nies iħossuhom komdi li jonfqu, għalhekk hawn aktar innovazzjoni, żieda fil-konsum privat, żieda fl-esportazzjoni, żieda fis-settur turistiku kif semma l-Onor.", "Clayton Bartolo u żieda fir-rotot tal-ajruplani lejn pajjiżna.", "Fuq kollox, kif diġà għedt, qed nirreġistraw tnaqqis fid-dejn nazzjonali u l-bidu ta' fond imdaqqas bi skop li l-investiment soċjali jikber għal uliedna.", "Sur President, nixtieq nitkellem ukoll dwar żewġ rapporti li ħarġu fl-aħħar ġimgħa u nofs li jekk tagħmilhom fuq xulxin, dak li bl-Ingliż jgħidulu superimposition, issib li għandhom l-istess outcomes.", "Qed nirreferi għar-rapport tal-aġenzija Fitch u l-konklużjonijet tal-International Monetary Fund (IMF) waqt il-mission tagħha f'Malta fl-aħħar ġimgħat, fejn sar studju, ltaqgħu magħna, staqsewna l-mistoqsijiet, tajniehom it-tweġibiet u ħarġu rapport li hu bħal ritratt tal-pajjiż.", "Issa, jekk tpoġġi dan ir-ritratt fuq ir-ritratt li għamlu Fitch, joħorġu ħafna affarijiet b'mod ċar.", "Pereżempju, joħroġ li f'Malta t-tkabbir ekonomiku huwa ikbar minn dak tal-A median, jiġifieri mhux biss ilħaqna l-pajjiżi li huma kklassfikati bħala \"A\", imma għaddejniehom.", "Meta jitkellmu dwar id-dejn, ir-rapporti qed jgħidu:", "Irrid nerġa' nenfasizza li d-dejn li qabel kien imiss mas-70% tal-GDP, illum hu madwar 45%.", "Dan ifisser li llum nistgħu naffordjaw li nonfqu u ninvestu aktar fit-tfal tagħna, fix-xogħlijiet, fl-upskilling u reskilling tal-workforce tagħna biex nagħtu l-għodod neċessarji lill-industriji tal-lum u ta' għada.", "Dawn ir-rapporti qed jgħidulna wkoll li:", "Dan ifisser li t-tkabbir ekonomiku li ksibna fl-aħħar sentejn kompla jissorprendi.", "Aktar importanti minn hekk, jgħidu wkoll li:", "Din hija importanti ħafna, għax meta tiltaqa' mas-social partners, ħafna jgħidulna li huma komdi bit-tkabbir ekonomiku, fiduċjużi bl-investiment barrani dirett li ġej lejn pajjiżna, imma jistaqsu wkoll jekk l-ekonomija Maltija tiflaħx għal dan it-tkabbir.", "Ir-rapporti ta' Fitch u l-IMF qed jgħidulna li l-ekonomija tagħna mhijiex \"overheating\".", "Ir-rapporti jitkellmu wkoll dwar l-isfidi li għandna bħala pajjiż, li tkellem fuqhom il-Ministru Scicluna.", "Fost l-oħrajn, isemmu l-infrastruttura li trid titjieb biex inkomplu nikbru, ir-real estate and labour market constraints, jiġifieri n-nuqqas ta' ħaddiema u nuqqas ta' ħaddiema ttrenjati u higher rents and wages.", "Ovvjament, meta jispiċċalek ir-riżors uman, jekk ma ġġibx ħaddiema minn barra, se jkollok a wage inflation.", "Dan ifisser li l-investiment, flok jiġi Malta, iħares lejn pajjiżi oħrajn.", "L-isfidi li jsemmu huma ċari ħafna.", "Però jgħidulna wkoll biex nibqgħu għaddejjin f'din it-triq li qbadna, jemmnu f'din il-formula li qegħdin nadottaw għal pajjiżna, però rridu nindirizzaw dawn l-issues ta' infrastructure bottlenecks, real estate u labour market constraints.", "Ir-rapporti jitkellmu wkoll dwar Brexit, l-impatt fuq it-turiżmu u l-fondi Ewropej.", "Jien ħadt pjaċir li r-rapport ta' Fitch tkellem dwar fondi Ewropej u f'sentenza minnhom jgħid:", "- dan ifisser li l-investiment li qed jagħmel il-Gvern jirrifletti żieda fil-fondi Ewropej -", "Bi pjaċir ngħid li bil-fondi Ewropej qed nikkontribwixxu biex il-pajjiż jilħaq il-milja tiegħu, inkluż biex jidħol f'surplus.", "Il-miljuni ta' ewro f'investimenti qed jiġu minn fondi Ewropej kif ukoll mill-co-financing.", "Meta nagħmlu proġett bil-fondi Ewropej, dan ma jkunx mija fil-mija ffinanzjat minn fondi Ewropej, imma jkun hemm 80% fondi Ewropew u 20% joħorġu mill-Fond Konsolidat.", "Jekk fil-Fond Konsolidat għandek defiċit, ifisser li meta mmorru nħabbtu fuq il-bieb tal-Ministru għall-Finanzi għal xi proġett jgħidilna li huwa minnu li għandna 80%, imma l-20% l-oħra se joħorġu mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Jekk hemm defiċit, ikollna mmorru niddejnu u nħallsu aktar imgħaxijiet.", "Għalhekk it's a win win situation li qegħdin b'surplus komdu ħafna biex inkunu nistgħu nilqgħu anke għal dawn l-isfidi li huma mmarkati f'dawn iż-żewġ ritratti ta' Fitch u l-IMF.", "Dawn ir-rapporti jsemmu wkoll il-fatt li ħloqna middle class ġdida, fejn hu ċar ħafna minn fejn ġejja.", "Il-formula maġika li semmejt fil-bidu, tas-surplus u t-tkabbir ekonomiku li ksibna fl-aħħar snin hija riżultat mhux biss ta' investiment barrani dirett u investiment lokali għax l-entrepreneur Malti huwa komdu, fiduċjuż u pożittiv, imma ġejja wkoll minn private consumption.", "Il-poplu Malti u Għawdxi jħossu komdu li qiegħed iġemma' l-flus u jonfoq biex ikun jista' jkollu għajxien aħjar.", "Jien kont f'dibattiti fi żmien l-Eks Ministru Tonio Fenech fejn kienu jgħidulna li konna għaddejjin minn kriżi ekonomika finanzjarja internazzjonali.", "It-tweġiba hija ċara: Kulħadd kien f'excessive deficit procedure jew Malta u ftit pajjiżi oħrajn?", "Ir-risposta hija ċara ħafna.", "Pajjiżi oħrajn kienu mexjin 'il quddiem waqt li Malta kienet qed taqa' lura ħafna.", "Nemmen li l-ħidma trid tkompli għaddejja, kif qal l-Onor.", "Nafu li hemm ċerti sfidi b'riżultat tas-suċċess ekonomiku li ksibna, bħal sfidi ta' infrastruttura, ambjent, kirjiet, nuqqas ta' talent u ta' ħaddiema, kif ukoll nies li qed jiffaċċjaw sfidi ġodda.", "Aħna nagħrfu li hemm dawn l-isfidi u għalhekk se nkomplu ninvestu aktar biex nindirizzawhom.", "Insemmi, pereżempju, il-miżuri li ħadna riċentement permezz tal-Ministru Michael Falzon.", "Dan kollu huwa rikonoxxut anke fil-konklużjonijiet tar-rapport li għamlet l-IMF meta ġew Malta, iltaqgħu magħna u kellmuna dwar l-isfidi li għandna bħala pajjiż.", "Jien ħadt pjaċir li r-rapporti tkellmu wkoll dwar il-banek lokali.", "Kif nafu, il-banek huma importanti ħafna.", "Riċentement smajna ħafna dwar il-banek u l-bżonn li mingħajr ma jinħallu mid-direttivi tal-Unjoni Ewropea, ikunu aktar in tune mal-bżonnijiet tal-pajjiż.", "Tajjeb ngħid li beda jopera l-Malta Development Bank (MDB) li se jkun cushion tajba għall-investiment lokali, anke għax għandna ħafna start-ups u SMEs li jixtiequ jkomplu jikbru u għandhom bżonn self.", "Kif nafu, dejjem hemm element ta' riskju u nifhem li l-banek lokali jibżgħu minn dan l-element ta' riskju.", "Grazzi għall-banek lokali, il-pajjiż żamm fuq saqajh anke fi żmenijiet diffiċli.", "Però tajjeb li naraw ir-realtà u l-bżonnijiet tal-lum, fejn hemm bżonn li nlaħħqu mal-ħeffa tal-ekonomija li qabad pajjiżna.", "Ħadt pjaċir ukoll li ż-żewġ rapporti tal-IMF u Fitch tkellmu dwar il-governanza, li l-pajjiż miexi 'l quddiem, u li qiegħed ikompli jimplimenta l-miżuri li tħabbru fid-diskors tal-Baġit.", "Hawn qed nitkellmu madwar 50 miżura li l-Ministeru għall-Finanzi qiegħed jaddotta biex Malta tkun kompjaċenti ma' pajjiżi oħrajn fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Fil-fatt, dawn ir-rapporti qed jgħidu li pajjiżna huwa fost l-aktar pajjiżi li qegħdin iħaffu biex jimplimentaw l-anti-money laundering measures.", "Ir-rapporti jgħidu wkoll li:", "Dan ifisser li Malta qiegħda taqbeż lill-pajjiżi li huma fil-medja tal-world banks governance indicators.", "Dan huwa statement importanti ħafna għal pajjiżna.", "Huwa ċar li l-isfidi li għandna quddiemna huma riżultat tas-suċċess ekonomiku li pajjiżna kiseb fl-aħħar snin.", "Jissemmew ukoll miżuri oħrajn, fosthom fir-rigward ta' housing u housing affordabbli.", "Fil-fatt, ġimgħa ilu żewġ Ministri ħabbru żewġ miżuri ġodda mmirati lejn dan il-qasam tal-housing.", "Sur President, nixtieq issa nitkellem dwar dak li ġara fl-aħħar tliet ġimgħat fuq livell internazzjonali.", "Il-Ministru Edward Scicluna attenda għall-World Economic Forum li jsir f'Davos kull sena.", "Kif għedt, dan il-Parlament għandu jara x'inhu jiġri madwarna.", "F'din il-Kamra smajt diskorsi ta' surplus fuq naħa u ta' korruzzjoni fuq in-naħa l-oħra, u dejjem sejrin toing and froing!", "Naħseb li d-diskorsi li jsiru f'din il-Kamra għandhom ikunu aktar ippreparati, inkluż dwar dak li qed jiġri fil-qasam internazzjonali.", "Qed ngħid hekk għax l-ekonomija Maltija hija esposta għal skossi li jiġu minn barra l-pajjiż.", "Pereżempju, jekk hemm deceleration fl-ekonomija Ċiniża, bla dubju ta' xejn li pajjiżi oħrajn, inkluż Malta, se jintlaqtu f'xi mument jew ieħor.", "Jekk inti għandek pajjiżi bħall-Istati Uniti u oħrajn li llum qed jitkellmu aktar dwar bini ta' ħitan milli dwar pontijiet ma' pajjiżi oħrajn, f'xi mument se jolqot lilna ukoll.", "It-tema ewlenija tad-diskussjoni fil-World Economic Forum li sar f'Davos ġimagħtejn ilu kienet proprju dwar il-globalizzazzjoni llum il-ġurnata.", "Ir-rapport li ħareġ mil-laqgħa ta' Davos jgħid li l-formula maġika f'dawn iż-żmenijiet hija a unique parternship bejn il-Gvern, il-komunità tan-negozju u s-soċjetà ċivili.", "Dan hu dak li qed jagħmel l-MCESD, isiru diskussjonijiet mal-istakeholders kollha.", "Illum kellna core meeting ieħor tal-MCESD fejn is-social partners iltaqgħu u ddiskutejna kif sejra l-ekonomija Maltija flimkien ma' dawn iż-żewġ rapporti tal-IMF u Fitch.", "Tajjeb li wieħed jitkellem dwar it-tħassib u l-ambizzjonijiet tiegħu.", "Fuq kollox, importanti li l-unions, l-employers u s-soċjetà ċivili jiddiskutu b'għan wieħed, li naraw li l-pajjiż ikompli jikber u jimxi 'l quddiem.", "Sur President, il-fatturi ġeopolitiċi huma importanti.", "Hawnhekk irrid insemmi li f'dawn il-laqgħat ta' Davos ħarġu ċerti punti bħal, pereżempju, it-tkabbir ekonomiku tal-Indja li hu ta' 7.5% u taċ-Ċina 6.2%.", "Ir-rapport jitkellem ukoll dwar sluggish growth in the Euro Zone, li hu ta' tħassib kbir.", "Isemmi wkoll il-vulnerable emerging markets u strained trade rights fejn illum qed ipoġġu fil-ġenb ir-regoli tal-WTO fuq livell internazzjonali.", "Jgħid ukoll li:", "Dawn huma punti importanti li pajjiżna, inkluż dan il-Parlament, tajjeb li jieħu nota tagħhom għaliex dawn huma punti li pajjiżna se jsib ma' wiċċu fiż-żmien li ġej.", "Ovvjament, meta nitkellmu dwar globalizzazzjoni, kif kienet it-tema ewlenija ta' Davos, inkunu qed nitkellmu dwar il-ħiliet mhux tal-industriji tal-lum, imma ta' industriji li se narawhom fix-xhur li ġejjin.", "Il-workforce trid tkun lesta minn issa, għaliex b'hekk biss inkomplu nattiraw l-investiment privat u barrani.", "B'hekk naċċertaw li l-investiment jiġi lejn Malta u mhux jimxi lejn pajjiż ieħor.", "Għalhekk nieħu din l-opportunità biex inħeġġeġ liż-żewġ naħat tal-Kamra li jħarsu ħafna aktar lejn dawn il-messaġġi li ħarġu minn din il-laqgħa tant importanti ta' Davos li ssir kull sena.", "Din il-laqgħa tagħti viżjoni lejn fejn mexjin l-affarijiet, inkluż bħalissa l-issues marbutin ma' Brexit li forsi wieħed jeħodhom for granted.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li jien nixtieq commitment mill-Oppożizzjoni lejn il-poplu Malti u Għawdxi, li żżomm mas-surplus li pajjiżna rnexxielu jikseb, u li ma terġax iddaħħal lil pajjiżna f'excessive deficit procedure kif għamlu fl-2012.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, l-ebda ftaħir bil-baġit, bis-surplus u bl-aqwa żmien ma jista' jgħatti l-verità li pajjiżna qiegħed jgħix.", "Il-verità bħalissa hi li d-demokrazija f'pajjiżna sejra l-baħar!", "Din hija dikjarazzjoni iebsa u serja li mhux qed nagħmilha jien, imma se nistrieħ fuq rapport tal-Kummissjoni Venezja li ħareġ f'Diċembru 2018, ftit tal-jiem qabel il-Milied.", "Dan ir-rapport sar minn Kummissjoni li xogħolha hu li tiżen u teżamina kemm hi b'saħħitha jew dgħajfa d-demokrazija fil-pajjiżi, b'mod partikolari l-pajjiżi Ewropej u tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta.", "Sar rapport speċiku fuq pajjiżna, fejn il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni Venezja huma tal-waħx.", "Dan ir-rapport għandu jitqies bħala appell sinċier u ġenwin lil kull persuna f'dan il-Parlament u lill-poplu Malti u Għawdxi biex inħarsu mill-ġdid lejn id-demokrazija f'pajjiżna.", "Ejja niftakru li d-demokrazija hija s-sies ta' pajjiżna.", "Inutli li l-kelliema tal-Gvern jintilfu fi kliem ta' ftaħir jekk id-demokrazija f'pajjiżna qed titmermer.", "Se nkun qed inpoġġi dan ir-rapport ta' Venezja fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Sur President, nistqarr miegħek li jien sorpriż kif dan ir-rapport ma tpoġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra u għadu ma ġiex diskuss meta tqis li huwa rapport importanti u serju.", "Dan ir-rapport qed jitlob mingħandna lkoll riflessjoni serja, speċjalment meta qed jgħid li Malta mhijiex demokrazija, għaliex hija nieqsa mill-elementi mistennija u meħtieġa biex pajjiż ikun tassew jista' jsejjaħ lilu nnifsu bħala demokrazija li taħdem u tiffunzjona.", "Sur President, il-konklużjonijiet ewlenin ta' dan ir-rapport huma ħamsa.", "Nixtieq insemmihom u nispjegahom waħda waħda, għaliex mill-ewwel tista' tifhimhom u għalhekk in-nies li qegħdin isegwuna mill-ewwel se japprezzaw il-verità f'dak li qed tgħid il-Kummissjoni t' Venezja.", "Infakkar li dawn huma grupp ta' esperti mill-Ewropa kollha dwar kif taħdem id-demokrazija, il-kostituzzjoni u l-famuża saltna tad-dritt.", "L-ewwel konklużjoni hi li f'pajjiżna m'għandniex indipendenza tal-ġudikatura.", "Ir-rapport ta' Venezja qiegħed jgħid dan u mhux jien!", "Ir-rapport qed jgħid li s-sistema tagħna:", "Sur President, din hija stiwazzjoni gravi ħafna!", "Ir-raġuni li m'għandniex indipendenza tal-ġudikatura skont il-Kummissjoni Venezja hija li fl-aħħar mill-aħħar, il-ħatriet fil-ġudikatura f'pajjiżna huma ħatriet li jiddependu mill-aħħar kelma tal-Prim Ministru.", "B'hekk, dawn huma ħatriet li faċilment jistgħu jiġu ppolitiċizzati u ma joffrux garanzija ta' indipendenza għall-persuni li jinħatru.", "Nirrepeti li dan mhux qed ngħidu jien jew il-Partit Nazzjonalista, imma qed tgħidu l-Kummissjoni Venezja.", "It-tieni konklużjoni hija li l-Avukat Ġenerali f'Malta għandu konflitt ta' interess, għaliex ma jistax ikun li fuq naħa waħda jkun l-avukat li jagħti l-pariri lill-Gvern u fuq in-naħa l-oħra jkun mistenni jieħu passi kontra l-Ministri tal-Gvern.", "Dan huwa konflitt ta' interess, għax jew se tagħti parir lill-Ministri jew se tressaqhom il-Qorti!", "Jew waħda jew l-oħra!", "Fil-fatt, l-Avukat Ġenerali ġie f'din il-kwestjoni.", "Ara kieku l-Avukat Ġenerali qatt ma jkun f'pożizzjoni li għandu għalfejn iressaq Ministru tal-Gvern il-Qorti, ma jinħoloqx konflitt ta' interess.", "Però taħt dan il-Gvern ġara li l-Avukat Ġenerali kellu jieħu passi kontra Ministru tal-Gvern u membru ieħor tal-kabinett u allura sab ruħu f'konflitt ta' interess bejn li tkun avukat tal-Gvern u li tkun prosekutur u tressaq akkużi fil-konfront ta' nies fil-Gvern.", "Il-Kummissjoni Venezja qalet li din hija sitwazzjoni li ma teżistix f'demokrazija, u fejn kien hemm sistemi bħar-Renju Unit li kellhom din is-sistema ta' 2 in 1 fil-post ta' Avukat Ġenerali, biddluha, imma f'Malta le!", "Sur President, it-tielet problema identifikata mill-Kummissjoni Venezja hija li l-Parlament Malti huwa dgħajjef wisq u ma jiggarantix skrutinju u għassa b'saħħitha biżżejjed fuq il-Gvern tal-ġurnata.", "Din hija xi ħaġa li tinteressak, Sur President, għaliex inti bħala President ta' din il-Kamra mill-bidu ddistingwejt ruħek biex tagħti aktar poteri lill-Parlament, imma minkejja l-isforzi kollha tiegħek, il-Kummissjoni ta' Venezja qiegħda tgħidlek:", "Il-Parlament f'Malta huwa dgħajjef wisq biex jikkontrolla l-poteri tal-Gvern.", "Din hija wkoll theddida għad-demokrazija.", "Ir-raba' problema li identifikat il-Kummissjoni ta' Venezja tirrigwarda l-poteri tal-Prim Ministru.", "Il-Kummissjoni qalet li l-Prim Ministru f'Malta għandu wisq poteri kkonċentrati f'idejh.", "Nixtieq naqra s-silta bl-Ingliż miktuba mill-Kummissjoni nnifisha li tgħid hekk:", "Sur President, isma din: Il-poteri li għandu f'idejh il-Prim Ministru f'Malta huma wisq u joħolqu riskju serju għas-saltna tad-dritt!", "Il-ħames problema li identifikat il-Kummissjoni Venezja hija l-problema li s-soċjetà ċivili, l-għaqdiet f'pajjiżna u l-midja indipendenti huma dgħajfa wkoll.", "Il-Kummissjoni qed tgħid li:", "Skont il-Kummissjoni Venezja, il-midja indipendenti f'pajjiżna hija dgħajfa wisq għaliex il-Gvern għandu kontroll kbir u wiesa' wisq fuq l-indipendenza tal-midja f'pajjiżna.", "Sur President, tajjeb ngħid li l-Kummissjoni Venezja ma ħarġitx biss il-problemi, imma pproponiet ukoll ħames proposti konkreti sabiex pajjiżna jindirizza dawn il-ħames problemi li qegħdin jherru s-sisien tad-demokrazija f'pajjiżna.", "X'inhuma l-ħames rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni ta' Venezja?", "L-ewwel, li s-sistema ta' kif jinħatru l-membri tal-ġudikatura, jiġifieri l-maġistrati u l-imħallfin, għandha tinbidel biex jitneħħa kull poter minn idejn il-Prim Ministru u l-politiċi li jaħtru mħallfin u maġistrati sabiex tassew ikollna ġudikatura li tkun indipendenti.", "Filwaqt li l-Kummissjoni Venezja rrikonoxxiet li għamilna pass meta tliet snin ilu, grazzi wkoll għall-appoġġ tal-Oppożizzjoni, Malta kienet ħatret Kummissjoni dwar il-ħatriet fil-ġudikatura, dak iż-żmien, il-Gvern tal-ġurnata ma kienx aċċetta l-proposta tal-Oppożizzjoni li jitneħħa kompletament il-poter minn idejn il-Prim Ministru.", "Issa jidher li l-Gvern ġie fi kliemna.", "Fil-fatt, il-Kummissjoni ta' Venezja qiegħda tgħidlu li sabiex tiżgura l-indipendenza tal-ġudikatura għandu jitneħħa kull poter f'dawn il-ħatriet minn idejn il-Prim Ministru.", "It-tieni proposta konkreta li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni ta' Venezja biex insaħħu d-demokrazija tagħna hija li r-rwol tal-Avukat Ġenerali għandu jinqasam fi tnejn.", "Qed ngħidu li jkun hemm ir-rwol tal-Avukat Ġenerali bħala l-avukat tal-Gvern u fuq in-naħa l-oħra uffiċċju differenti separat mill-Avukat Ġenerali li jkun uffiċċju ta' prosekutur biex b'hekk jispiċċa l-konflitt li qiegħed fih l-Avukat Ġenerali attwali li mhux f'pożizzjoni li jieħu passi kontra ministri tal-Gvern, għaliex fl-istess ħin huwa l-avukat tal-Gvern.", "Il-Kummissjoni Venezja qiegħda tagħmel proposta konkreta illi l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għandu jinqasam fi tnejn sabiex l-Avukat Ġenerali u l-prosekutur ewlieni f'pajjiżna ma jkunux aktar l-istess persuna.", "It-tielet proposta konkreta li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni Venezja hija li l-President tar-Repubblika ta' Malta għandu jingħata aktar poteri u għandu jiġi elett mhux mill-Gvern permezz ta' riżoluzzjoni sempliċi fil-Parlament kif jiġri sal-lum f'pajjiżna, imma permezz ta' maġġoranza assoluta, fil-każ tagħna taż-żewġ terzi fil-Parlament, sabiex il-President ikollu tassew l-appoġġ wiesa' u l-indipendenza li jkun jista' jaġixxi mingħajr il-parir tal-Prim Ministru.", "Ir-raba' proposta konkreta mill-Kummissjoni Venezja hija li sabiex insaħħu d-demokrazija tagħna l-Parlament Malti għandu jissaħħaħ b'mod partikolari billi l-membri parlamentari tan-naħa tal-Gvern ma jibqgħux aktar bil-konflitt ta' interess li għandhom illum.", "Dan għaliex, tista' tgħid kollha kemm huma, ħlief għal ftit eċċezzjonijiet, għandhom ukoll ħatra fuq bord tal-Gvern.", "Il-Kummissjoni Venezja qed tgħid li membru ma jistax jiġi fil-Parlament jeżerċita l-funzjoni tiegħu bħala membru parlamentari li jsus u jkun ta' għassa tal-Gvern meta fl-istess ħin irid jiddefendi lill-Gvern fuq bord tal-Gvern.", "Il-Kummissjoni ta' Venezja qed tgħid li rridu nsaħħu aktar il-Parlament billi nagħtu aktar saħħa lid-deputati tal-Parlament, imma fl-istess ħin irridu nneħħulhom il-konflitt ta' interess.", "Il-Kummissjoni qed tgħid li ma jistax ikollna deputati tal-Gvern li jkunu fdati bit-tmexxija ta' istituzzjonijiet jew entitajiet pubbliċi għax din tpoġġihom f'sitwazzjoni ta' konflitt ta' interess.", "Deputat parlamentari li matul il-ġurnata jkun chairman tal-bord tal-Gvern ma jistax jiġi fil-Parlament filgħaxija jikkritika u jkun ta' għassa fuq il-Gvern, għaliex dak huwa konflitt ta' interess li għandu jkun ċar u ovvju għal kulħadd.", "Il-ħames proposta konkreta li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni Venezja hi sabiex jitnaqqsu l-poteri tal-Prim Ministru f'pajjiżna, speċjalment il-poteri li l-Prim Ministru jagħmel ħatriet.", "Dan għaliex il-Kummissjoni ta' Venezja qed tgħid li l-Prim Ministru f'pajjiżna għandu kontroll assolut fuq l-istituzzjonijiet.", "Inżid ngħid li l-Kummissjoni, between the lines, qed tgħid ukoll li l-Prim Ministru attwali abbuża l-poteri tiegħu tant li l-poteri tiegħu:", "Dawn huma ħames proposti konkreti li qed tagħmel il-Kummissjoni ta' Venezja.", "Ma nistax nieqaf nitkellem fuq dan ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja, li se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, mingħajr ma nsemmi referenza li dan ir-rapport jagħmel għall-qtil faħxi u makabru ta' Daphne Caruana Galizia.", "Ir-rapport, f'paragrafu 141, jgħid hekk:", "- isma' din, Sinjura President -", "Il-Kummissjoni ta' Venezja qed tgħid li l-Gvern attwali kien jaf jew messu kien jaf li l-ħajja ta' Daphne Caruana Galizia kienet f'riskju u m'għamel xejn biex jevita dak ir-riskju.", "Din hija kundanna enormi mill-aktar awtorità importanti fuq id-demokrazija fl-Ewropa.", "Dan il-kliem mhux qed ngħidu jien, u għalhekk nispera li ma jqumx xi ħadd u jgħid li għaliex qed nitkellem b'dan il-mod, dan huwa xi tradiment!", "Dan huwa kliem ta' Kummissjoni li tkellmet ma' kulħadd, b'mod speċjali mal-Gvern.", "Però, minkejja li tkellmet mal-Gvern, ikkonkludiet dawn ir-rimarki fir-rapport tagħha.", "Dan ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja huwa rapport ta' min jieħdu bis-serjetà, speċjalment wara dak li rajna jiġri fil-Qrati tagħna f'dawn l-aħħar jiem, f'każ li jien attiv u involut fih.", "Rajna li d-dgħufija tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna ħarġet biċ-ċar fil-każ tal-iskandlu ta' Panama Papers li jinvolvi lill-aktar tnejn min-nies qrib il-Prim Ministru ta' pajjiżna, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-aktar ministru importanti jew preferut tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi.", "Sinjura President, x'inhuma l-fatti li nafu s'issa?", "Nirrepeti li dawn huma fatti u mhux allegazzjonijiet.", "L-ewwel, il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri ammettew huma stess li fetħu kumpanija fil-Panama waqt li kienu f'kariga pubblika.", "It-tieni, inkixfu li f'dawn il-kumpaniji kienu se jdaħħlu €5,000 kuljum minn kumpanija jisimha 17 Black.", "It-tielet, sid 17 Black huwa s-sid tal-power station li bena l-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.", "Allura dawn it-tliet fatti ma jixirqilhomx li jiġu investigati?", "Jien ngħid li anke li kieku nafu fatt wieħed biss, missha tinfetaħ investigazzjoni!", "Barra minn hekk, hemm fatt ieħor, li huwa li l-FIAU f'pajjiżna li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-Finanzi għamlet rapport li baqa' moħbi mill-poplu u fuq l-ixkaffa, liema rapport ikkonkluda li hemm suspett raġonevoli ta' ħasil ta' flus mill-Ministru Konrad Mizzi.", "Però l-Ministru għall-Finanzi huwa komdu li jpoġġi bilqiegħa fil-Kabinett ħdejh, qisu xejn mhu xejn!", "Hekk wasalna f'dan il-pajjiż!", "Mhux ta' b'xejn li l-Kummissjoni Venezja ħarġet dan ir-rapport!", "Minkejja dawn il-fatti, il-Prim Ministru m'għamel xejn!", "Ejja niftakru li issa se nagħlqu tliet snin li Daphne Caruana Galizia kixfithom fi Frar 2016.", "Però l-Prim Ministru mhux talli ma ordnax inkjesta, imma baqa' jiddefendihom sal-lum u għadhom fil-karigi rispettivi tagħhom, għax ma keċċihomx.", "L-Avukat Ġenerali m'għamel xejn lanqas!", "Anzi, l-Avukat Ġenerali wera nuqqas ta' sinsla u konflitt ta' interess, kif qalet il-Kummissjoni ta' Venezja.", "Dan għaliex, kif għedt, fuq naħa waħda qed jagħtihom il-parir u fuq in-naħa l-oħra suppost qed iressaqhom il-Qorti.", "Dan huwa konflitt ta' interess ċar!", "Insemmi wkoll li l-FIAU li wkoll m'għamlet xejn.", "Jien semmejt ir-rapport fuq il-Ministru Konrad Mizzi, imma hemm rapporti wkoll fuq Keith Schembri, bħal dak tal-passaporti, fejn ukoll baqa' ma sar xejn.", "Kelli nkun jien li nitlob inkjesta maġisterjali, fejn għaddew kważi sentejn u għadna lanqas għandna eżitu tal-inkjesta.", "Hemm ukoll il-Kummissarju tal-Pulizja li m'għamel xejn ukoll.", "Għandna istituzzjoni wara l-oħra li m'għamlu xejn, minkejja li dan huwa l-akbar skandlu ta' korruzzjoni fl-istorja ta' pajjiżna.", "Però, l-aktar li jinkwetani hu li tmur il-Qorti u l-Qorti tgħid li m'hemmx lok li tinfetaħ investigazzjoni.", "Nirrepeti li fuq il-fatt biss li dawn it-tnejn min-nies fetħu kumpanija fil-Panama waqt li huma membri fil-Gvern diġà timmerita investigazzjoni.", "Issa jien l-ewwel wieħed li nirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Qorti, anke jekk ma naqbilx magħhom.", "Però, bid-deċiżjoni tal-Qorti ma jfissirx li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri huma innoċenti.", "Kif tridna nkunu nafu jekk humiex innoċenti jew le jekk il-Gvern u l-Qorti lanqas investigazzjoni ma jridu jiftħu!", "Sfortunatament qed naraw li l-Qrati qegħdin jibżgħu jieħdu d-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni.", "Din hi l-gravità tas-sitwazzjoni f'pajjiżna llum!", "Din hi r-raġuni għaliex id-demokrazija f'pajjiżna hija mhedda!", "Jien mort il-Qorti diġà darbtejn u l-Qorti sabet skuża biex toħroġ mid-deċiżjoni ovvja li tinfetaħ investigazzjoni fuq fatti li jwerżqu u li huma ċari għal kulħadd!", "Ħadd ma jrid jinvestiga!", "Però, dawn it-tnejn min-nies ma ġewx investigati mhux għaliex huma innoċenti, għaliex jekk ma hemmx investigazzjoni, ma nistgħux inkunu nafu, imma għaliex l-ebda istituzzjoni f'Malta ma trid tieħu passi kontra Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.", "Bħallikieku dawn it-tnejn min-nies, Alla jbierek, huma 'l fuq mil-liġi!", "Sinjura President, il-liġi tapplika għalik u għan-nies li qegħdin isegwuna mid-dar, u allaħares nagħmlu xi ħaġa ħażina, imma Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi huma 'l fuq mil-liġi!", "Dan meta suppost il-liġi tapplika l-istess għal kulħadd!", "Però, minħabba l-fatt li dawn it-tnejn min-nies qegħdin fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-liġi ma tgħoddx għalihom!", "Huwa ċar li f'pajjiżna l-liġi mhijiex tgħodd għal kulħadd!", "Il-liġi tgħodd għaċ-ċittadin, imma mhux għal Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi!", "Din is-sitwazzjoni mhijiex aċċettabbli!", "Sinjura President, x'nagħmlu quddiem sitwazzjoni bħal din?", "Kif għedt, id-dgħufija tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna toħroġ biċ-ċar fl-iskandlu tal-Panama li jinvolvi lil Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi.", "X'nistgħu nagħmlu jekk l-ebda istituzzjoni f'pajjiżna mhi lesta li tinvestiga?", "Naqtgħu qalbna?", "Inċedu l-armi?", "Nirressenjaw ruħna li f'pajjiżna ma jistax ikollna ġustizzja?", "Le, jeħtieġ li nkomplu niġġieldu għall-ġustizzja, għaliex meta tiġġieled għall-ġustizzja, tkun qiegħed tiġġieled għas-saltna tad-dritt, u meta tiġġieled għas-saltna tad-dritt f'pajjiżna tkun qiegħed tiġġieled għad-demokrazija.", "Għalhekk, bilfors li rridu nkomplu niġġieldu għall-ġustizzja f'pajjiżna.", "Jien se nerġa' mmur il-Qorti f'pajjiżna u anke barra minn pajjiżna.", "Ejja ma ninsewx li meta l-Gvern ma jinvestigax ikun ifisser li mhux qiegħed japplika l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħasil tal-flus u għalhekk hemm ksur mhux biss tal-liġi Maltija fuq il-korruzzjoni, imma hemm ksur ukoll tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea fuq ħasil ta' flus li Malta mhijiex qiegħda timplimentahom u tosservahom.", "Jien lest li mmur anke fil-Qorti fil-Lussemburgu sabiex niġġieled għall-ġustizzja.", "Nixtieq infakkar li meta aħna dħalna membri fl-Unjoni Ewropea, jien l-ewwel wieħed kont favur, għaliex nemmen fil-valuri Ewropej, inkluż il-valuri tal-ġustizzja, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tas-saltna tad-dritt.", "Għalhekk jekk il-Gvern tiegħi stess qiegħed iċaħħadni mill-valuri Ewropej li jien dħalt fl-Unjoni Ewropea għalihom, allura nistenna u nippretendi l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea.", "Hija ħasra u sitwazzjoni prekarja u tal-mistħija li f'pajjiżna ma nistgħux nieħdu ġustizzja, għaliex il-Gvern ma jridx jagħtihielna u minflok se jkollna mmorru barra minn Malta biex nieħdu ġustizzja f'Malta!", "Dik hija s-sitwazzjoni li ġabna fiha l-Prim Ministru Joseph Muscat, Sinjura President!", "Però aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea għaliex nemmnu f'dawn il-valuri, u la nemmnu fihom, irridu niġġieldu għalihom sakemm nakkwistawhom.", "L-istituzzjonijiet ta' pajjiżna qed jibżgħu jinvestigaw lil Keith Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi, bi ksur tal-Liġi Maltija u tal-Liġi Ewropea.", "Dan huwa ksur tal-valuri Ewropej li aħna nħaddnu u għaldaqstant, jien bħal ħafna oħrajn, se nkomplu niġġieldu għal dawn id-drittijiet.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nistaqsi jekk hawnx permess biex l-Onor.", "Simon Busuttil ipoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Il-permess ingħata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jidher li hawn il-permess.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sinjura President, se nkun qed nitkellem dwar l-estimi fir-rigward tal-Ministeru għall-Kultura.", "F'dawn l-aħħar diskorsi u dibattiti li kellna rigward is-settur tal-kultura, kemm-il darba esprimejt il-fehma li l-Gvern m'għandux viżjoni għal dan is-settur.", "Il-Gvern għandu l-flus, imma m'għandux pjan, jiġifieri għandna Gvern li qed jitfa' l-flus, ħafna drabi fejn jidhirlu hu u mhux neċessarjament fejn min hu espert f'dan is-settur jemmen li għandna ninvestu.", "Il-Gvern qed jitfa' l-flus fl-attivitajiet li jagħżel hu.", "Naħseb li meta wieħed jara mhux biss l-estimi għas-sena d-dieħla imma saħansitra anke l-estimi supplimentari għas-sena li għaddiet 2018 jifhem aħjar dak li jien kont qiegħda ninsisti dwaru fl-aħħar żewġ diskorsi li għamilt fir-rigward ta' dan is-settur.", "Għalhekk f'dan id-diskors tal-lum, iżjed milli dikjarazzjonijiet għandi mistoqsijiet dwar in-nefqa li l-Gvern qiegħed jipproġetta għas-sena d-dieħla u dwar il-finanzi supplimentari li l-Ministeru talab sabiex ikun jista' jagħmel il-ħlasijiet għall-proġetti, attivitajiet u saħansitra engagement ta' servizzi professjonali u kontrattwali li saru matul is-sena li għaddiet, fejn il-Ministeru mar lil hinn mill-baġit li kien ingħata.", "Sinjura President, naħseb li ħadd ma jistagħġeb jekk nibda biex nitkellem dwar l-estimi supplimentari għas-sena li għaddiet fil-konfront tal-Fondazzjoni Valletta European Capital of Culture 2018 Foundation.", "Hija tal-mistħija li wara li kellna sena mimlija kontroversji u b'nuqqas li jinħass ta' attivitajiet innovattivi, intalbu fondi supplimentari.", "Irrid ngħid li ħafna mill-attivitajiet li kellna s-sena l-oħra kienu jew ikkupjati minn dak li sar barra, jew saru barra u nġabu Malta, jew inkella kienu diġà jinkludu attivitajiet li s-settur kulturali Malti kien ilu jagħmel f'Malta għal żmien twil.", "Minkejja dan kollu u minkejja li l-Fondazzjoni kellha baġit ta' kważi €8 miljun, il-Fondazzjoni talbet biex tingħata €3 miljun oħra.", "Issa dan ma sarx biex jitwettqu proġetti jew biex isiru xi attivitajiet oħrajn, imma għaliex kellha bżonn fondi supplimentari biex tkun tista' tkopri dak li d-dokument tal-Gvern stess isejjaħ \"operational costs and activities\".", "Għalhekk, jien ma nistkantax li jkollok rapport fuq il-gazzetti li jgħidlek li ntefqu mal-€40,000 fuq xorb u alkoħol mis- Sur Jason Micallef li ġie maħtur biex imexxi lil din il-Fondazzjoni, li qiegħed jippretendi li jingħata 'l fuq minn €3 miljuni, jiġifieri kważi aktar minn terz tal-baġit oriġinali, biex ikun jista' jkopri dak li diġà wettaq.", "Għalhekk nistaqsi: Is-Sur Jason Micallef ma kellux pjan għal Valletta 2018?", "Is-Sur Jason Micallef x'żied mal-attivitajiet li konna diġà mwiegħda u marbuta li se nagħmlu biex issa qiegħed jitlob €3 miljun aktar biex ikun jista' jħallas għall-ispejjeż li daħal fihom is-sena l-oħra?", "Minn dawn it-€3 miljuni aktar li qiegħed jitlob, il-poplu Malti x'ħa?", "L-artisti u l-persuni li jaħdmu fis-settur tal-kultura, x'ħadu minn dawn it-€3 miljuni?", "Hawn m'iniex qed nistaqsi dwar x'ħadu fi flus, għaliex meta titkellem ma' ħafna minn dawn l-artisti u ma' min jaħdem fis-settur tal-kultura, tinduna li dawn in-nies mhumiex interessati li jieħdu l-flus kontanti, imma li jaraw li l-flus jiġu investititi f'dan is-settur bil-għaqal, b'viżjoni u bi pjan li jista' jwassal lill-artisti Maltin sabiex ikollhom aktar bibien miftuħa għal aktar opportunitajiet.", "L-għan hu li kull min irid jesprimi l-kreattività tiegħu jsib is-sapport tal-entitajiet governattivi fis-settur tal-kultura biex ikun jista' jilħaq dawk il-miri kreattivi.", "Nistaqsi lill-Ministru Owen Bonnici: Dawn it-€3 miljun aktar fuq xiex intnefqu?", "L-ispjegazzjoni tal-Estimi Supplimentari tal-2018 tgħid:", "Dan ifisser li min kien qiegħed imexxi dik il-Fondazzjoni ma kienx jaf imexxi u jamministra l-baġit li ngħatalu, b'tali mod li issa qiegħed ikollu jingħatalu aktar minn terz tal-baġit oriġinali.", "Hawn m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq xi ftit mijiet ta' eluf, għaliex kieku forsi ma kontx niġi hawn nagħmel din id-dikjarazzjoni u nqajjem dawn il-mistoqsijiet, imma qed nitkellmu fuq ċifra fenomenali.", "Hawn qed nitkellmu fuq aktar minn tliet miljuni, meta tikkonsidra li l-baġit oriġinali kien ta' €8 miljuni!", "Hawn qed nitkellmu fuq kważi nofs il-baġit oriġinali!", "Dan kollu għandu jqajjem ħafna mistoqsijiet, mhux biss fuq kif kienet amministrata din il-fondazzjoni, imma aktar u aktar fuq x'naqset din il-Fondazzjoni milli tagħti lill-artisti Maltin.", "B'baġit bħal dan kont nistenna li ma ssibx artist jew persuna fis-settur tal-kultura hemm barra li tgerger kontra l-attivitajiet, in-nuqqas ta' attività jew in-nuqqas ta' livell li kellna fl-attivitajjiet ta' Valletta 2018.", "Għalhekk naħseb illi dan il-baġit supplimentari għandu ħafna x'jirrifletti fuq min kien inkarigat jamministra din il-Fondazzjoni.", "Hawn infakkar li l-istess persuna issa se tingħata baġit fenomenali ieħor biex din id-darba tmexxi aġenzija oħra.", "Ta' min jistaqsi fuq liema bażi qed tintagħżel l-istess persuna.", "Qed ngħid dan għaliex l-unika ħaġa li din il-persuna għandha fuq is-CV tagħha li tikkwalifikaha biex tmexxi aġenzija kulturali ġdida hija preċiżament li kienet inħatret biex tmexxi l-Fondazzjoni Valletta 2018.", "Ma jidher li kien hemm xejn aktar biex wieħed jikkwalifika għal dik il-pożizzjoni!", "Infakkar ukoll li din il-pożizzjoni ngħatat b'għażla diretta mill-Gvern.", "Ma kien hemm l-ebda sejħa biex wieħed ikun iċ-chairperson tal-Valletta 2018 Foundation.", "Għalhekk, meta jkollok għażla diretta mill-politiċi u mill-eżekuttiv, il-poplu għandu jingħata spjegazzjoni u informazzjoni ċara għalfejn il-persuna li kien fdat biex imexxi dik il-fondazzjoni fl-interess tal-kultura Maltija issa qiegħed jitlob 'il fuq minn €3 miljuni sabiex ikun jista' jħallas, mhux għal dak li se jagħmel, imma għal dak li diġà għamel.", "Sinjura President, ma nistax ukoll ma ngħaddix kummenti dwar żewġ elementi oħra li fuqhom il-Ministeru tal-Kultura qiegħed jitlob aktar fondi, mhux għas-sena kurrenti, imma għas-sena li għaddiet.", "Is-sena l-oħra, il-Ministeru għall-Kultura nefaq id-doppju tal-baġit li kellu, f'servizzi kuntrattwali u f'servizzi professjonali.", "Jidher illi l-ammont addizzjonali li talab il-Ministru tal-Kultura għal servizzi kuntrattwali huwa ta' €250,000, meta l-ammont oriġinali li kellu fil-baġit kien ta' kważi €300,000.", "L-istess nista' ngħid fir-rigward tas-servizzi professjonali, fejn il-Ministru kellu baġit ta' €155,000 u talab ammont adizzjonali ta' €150,000 li jiġi kważi d-doppju!", "Nerġa' ngħid li dan mhuwiex xi ammont fejn forsi l-Ministru jista' jgħid li għandu pjan jew viżjoni għal xi proġett għas-sena kurrenti, imma huwa ammont li nefaq is-sena l-oħra.", "Naħseb li l-Ministru kien jaf x'baġit kellu għas-sena l-oħra meta kien qiegħed jidħol fi ftehim għal servizzi kuntrattwali u professjonali!", "Għalhekk nistieden lill-Ministru jinforma lill-poplu għalfejn talab dawn iż-żidiet ta' kważi d-doppju tal-baġit li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu.", "Il-Ministru Owen Bonnici għandu ħabta jiġi hawnhekk u jgħidilna li fis-settur tal-kultura bilfors trid tagħti direct order, għax forsi tkun trid mużika jew esebizzjoni partikolari u allura trid tmur għand il-persuna nnifisha u mhux tistieden lill-artisti kollha jikkompetu għal dawk il-fondi.", "Però, hawnhekk qed nitkellmu dwar servizzi kuntrattwali u professjonali u għalhekk nippretendi li l-Ministru jispjega kemm minn dan l-ammont intefqu fuq direct orders u kemm intefqu fuq servizzi li ħarġet sejħa għalihom.", "Sinjura President, irrid nagħmel ftit mistoqsijiet ukoll dwar il-baġit għas-sena kurrenti 2019.", "Fir-rigward tas-salarji u l-pagi fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, jekk tikkompara l-ammont tal-baġit għal din is-sena fil-konfront tas-sena l-oħra, għandek żieda ta' aktar minn €1 miljun.", "Jekk tikkompara l-istess ammont għall-baġit li kien hemm għal 2017, jiġifieri sentejn ilu, issib differenza ta' €9 miljuni.", "Għalhekk nistaqsi: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn din il-qabża fenomenali fil-baġit tiegħu biex iħallas is-salarji u l-pagi?", "Li kieku l-Ministru jiġi hawnhekk u jgħid li mpjega ruxxmata nies mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali neħodlu b'idejh, nawguralu u ngħidlu li għamel tajjeb, imma ma jidhirx li dan huwa l-każ!", "Għalhekk nitlob lill-Ministru biex jagħmel l-ispjegazzjoni tiegħu.", "L-istess kif kont qed ngħid aktar qabel; il-Ministru talab żieda biex iħallas għal servizzi professjonali u kuntrattwali għas-sena l-oħra u għal din is-sena dak il-baġit ġie rduppjat.", "Għalhekk nerġa' nagħmel l-istess mistoqsija: Kemm minn dawn is-servizzi kuntrattwali u professjonali għas-sena 2019 ingħataw b'direct order jew b'mod trasparenti?", "Niġi mbagħad biex nitkellem dwar l-expenditure by standard item fir-rigward tal-Underwater Cultural Heritage Unit.", "Hawn irrid infakkar illi ħmistax ilu konna qegħdin niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi l-ġdid li se jinkludi regolamenti biex nipproteġu l-patrimonju kulturali li għandna taħt il-baħar.", "Però minkejja l-ftaħir kollu li l-Ministru għamel f'din il-Kamra, insib li l-uniku baġit li se jkun hemm għal dan il-Unit ġdid, li jrid jieħu ħsieb patrimonju kulturali vast u enormi, huwa ta' €300,000!", "Nista' nistaqsi lill-Ministru: Minn fejn se jibda dan il-Unit u jekk dan il-Unit ħejjiex pjan ta' azzjoni u ta' ħidma għal din is-sena?", "Jista' l-Ministru jispjega kif wasal għal din iċ-ċifra ta' €300,000 u kif jekk hux kuntent b'dan l-ammont li għalija huwa wisq baxx?", "Niġi issa biex nitkellem dwar il-Fund for Acquisition of Contemporary Maltese Art Works li huwa fond li ma ċċaqlaq xejn għal dawn it-tliet snin.", "Fl-2017 dan il-fond kellu baġit ta' madwar €60,000, biex inkun eżatt €15 inqas minn €60,000, li tela' għal €60,000 għas-sena l-oħra u għal din is-sena, inżamm għal €60,000.", "Hawn ma tistax ma tiġinix f'moħħi l-pittura tal-artist Patrick Dalli li għaliha għadna kif infaqna €15,000.", "Mhijiex l-intenzjoni tiegħi li nidħol fil-mertu ta' dik il-pittura, għax dak mhux kompitu tiegħi, tal-Ministru, tal-Gvern jew tal-uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Però, huwa kompitu tagħna li nistaqsu: Fuq liema kriterji nxtrat dik il-pittura?", "Min għamel il-valutazzjoni ta' dik il-pittura?", "Jista' l-Ministru jippreżenta lil dan il-Parlament dawk il-kriterji li wasslu għall-istima ta' €15,000?", "Għal ħafna familji €15,000 huma ferm aktar minn paga ta' sena!", "Għalhekk nippretendi li l-Ministru jagħti spjegazzjoni meta tinxtara pittura minn flus il-poplu.", "Il-Ministru għandu l-obbligu li jispjega kif intgħażlet dik il-pittura u mhux pitturi ta' artisti oħrajn Maltin u ta' kif ġie stabbilit dak il-valur.", "Jien nemmen li għandna ninvestu fil-kollezzjoni kontemporanja ta' artisti Maltin u kont nixtieq li nara żieda f'dan il-baġit, liema żieda ġġib magħha aktar għarfien, trasparenza u governanza tajba fuq kif nagħżlu l-pitturi li jinxtraw u b'liema valur jinxtraw.", "Irrid ngħid ukoll li jiddispjaċini nara li l-baġit li minnu nagħtu appoġġ lill-bandisti u lil baned lokali ma tantx żdied, speċjalment meta mqabbel mal-baġit li se tingħata l-Valletta Cultural Agency.", "Kif aċċennajt aktar qabel, jidher li l-Valletta Cultural Agency se tkun qed titmexxa mis-Sur Jason Micallef.", "Minkejja li la l-Ministru u lanqas il-Gvern m'għadhom spjegaw x'se jkun ir-rwol ta' din l-aġenzija ġdida, kif din l-aġenzija se taħdem mal-Malta Arts Council, mal-Kunsill Lokali tal-Belt u kif din l-aġenzija se tissarraf għall-Beltin u għall-artisti Maltin, jidher li se tingħata baġit fenomenali li se jitmexxa mill-istess persuna li ma rnexxilux iżomm mal-baġit tal-Fondazzjoni Valletta 18.", "Din id-darba se jingħata baġit ta' 'l fuq minn €3 miljun.", "Qed nara lill-Onor.", "Anton Refalo; naħseb li kien ikun ferm aħjar kieku dawn it-€3 miljun ngħataw lil Heritage Malta, għaliex nemmen li kienu jintefqu ferm aħjar.", "Ninnota wkoll li qed noħorġu baġit ta' 'l fuq minn €500,000 għall-Malta International Contemporary Arts Space.", "Huwa tajjeb li jkollna dan l-ispazju u li min huwa inkarigat imexxi dan l-ispazju jkollu l-indipendenza li jista' jagħmel il-workplan tiegħu u jimplimenta l-għan kulturali u kreattiv li dan l-ispazju ġie maħluq għaih.", "Però ma nistax ma ninnotax b'dispjaċir li għadna kif ftaħna l-MUŻA, li suppost huwa wieħed mill-akbar legati tal-Valletta 2018, u f'dawn l-estimi ma ssib l-ebda baġit għall-MUŻA!", "Fil-verità nafu eżattament għaliex qed isir dan.", "Il-Gvern qed jibża' jagħti l-indipendenza lill-MUŻA kif mużew modern bħal dan jixraqlu.", "Il-Gvern qiegħed iżomm lill-MUŻA sottomessa għall-aġenzija governattiva kulturali.", "Ressaqna mistoqsija parlamentari lill-Ministru Owen Bonnici li tgħid: Jista' l-Ministru Owen Bonnici jippreżenta f'din il-Kamra l-pjan ta' ħidma, il-pjan ta' attivitajiet, il-pjan ta' esibizzjonijiet, il-pjan ta' konferenzi u l-programm kreattiv għas-sena 2019 għall-MUŻA?", "Però ma niskantax li l-Ministru jirrispondi li ma jistax jirrispondi din il-mistoqsija għax mhux miktuba sew!", "Naħseb li r-risposta li l-Ministru kellu jagħti kienet li m'hemmx pjan, għaliex il-Gvern qed jibża' jagħti l-indipendenza kulturali u kreattiva li min imexxi l-MUŻA għandu bżonn biex ikun jista' verament jilħaq l-għan soċjali, kreattiv u kulturali li mużew bħal dak jixraqlu.", "Hawn irrid insellem lil kull min jaħdem fuq il-proġett MUŻA u lil kull min qiegħed jinvesti l-enerġija tiegħu f'dak il-mużew.", "Jiddispjaċini ngħid li meta mbagħad naqra dak li jiġri f'mużewijiet barra minn pajjiżna tista' tara differenza kbira.", "Insemmi pereżempju l-ftuħ tal-mużew V&A Dundee fl-Iskozja, fejn issib pjan sħiħ ta' ħidma, attivitajiet u koperazzjoni għall-artisti għal sena sħiħa.", "Però, dak il-pjan jista' jseħħ u jimxi 'l quddiem għaliex dak il-mużew għandu l-indipendenza fil-mod ta' kif jitmexxa.", "Nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi b'appell biex il-mużew MUŻA jingħata l-indipendenza finanzjarja u kreattiva, għaliex nemmen li bħal ħafna mill-mużewijiet l-oħrajn, il-MUŻA huwa mmexxi minn persuni professjonali li jixirqilhom il-fiduċja tagħna.", "Nistieden lill-Gvern biex jibda mill-MUŻA u juri li jemmen f'dawn il-persuni, jemmen fil-kultura u jemmen fil-mużewijiet tagħna, billi jħejji pjan li jista' jwassal lil dawn il-mużewijiet għal indipendenza finanzjarja biex ikunu jistgħu verament jimplimentaw programm kulturali kif jixraq.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru għall-Finanzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta 5 ta' Frar, 2019 fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, wara l-aħbarijiet li ħarġu fl-aħħar ġranet, riżultat tal-fatt li għandna l-aktar Gvern korrott fl-istorja ta' pajjiżna, jien nista' ngħid li l-Partit Laburista ġie moqli f'żejtu!", "Dan għaliex meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni kien jara l-korruzzjoni kullimkien, waqt li kien qed jiftiehem fuq atti kbar ta' korruzzjoni diġà mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni.", "Dan jixhdu l-fatt waħdu li malli l-Partit Laburista tela' fil-gvern, infetħu dawk il-famużi misħutin tliet kumpaniji sigrieti fil-Panama biex membri tal-Gvern jixxaħħmu.", "Mill-Oppożizzjoni, ma' kull każ li l-Partit Laurista kien iqanqal, kien jitlob riżenja, imqar meta Ministri Nazzjonalisti fittxew, sabu u ressqu huma stess akkużi kontra xi skrivan f'xi awtorità jew dipartiment tal-Gvern, b'fatti relattivament żgħar ta' korruzzjoni.", "Hawn mhux qed nitkellem fuq kumpaniji sigrieti fil-Panama bħal ma fetaħ il-Ministru, imma akkużi żgħar.", "Mill-Oppożizzjoni, il-Partit Laburista kien dejjem jistenna ras il-Ministru fuq platt biex tintrefa' r-responsabbiltà politika!", "Dan dejjem fl-istess waqt li l-Partit Laburista kien qed jiftiehem fuq korruzzjoni għal meta jkun fil-gvern!", "Sa minn meta kien fl-Oppożizzjoni, il-kejl addottat mill-Partit Laburista kien Transparency International.", "Tliet snin ilu, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel dikjarazzjoni solenni flimkien ma' Transparency International fis-summit tal-Commonwealth, waqt li sħabu kienu qegħdin jittrasferixxu l-miljuni permezz tal-kontijiet sigrieti 'l bogħod mill-Ewropa.", "Kemm intom foloz!", "Però, issa l-Partit Laburista nqela b'żejtu!", "Bil-kejl tiegħu stess, jiġifieri bil-konferma, bil-firma u bis-siġill, il-Partit Laurista huwa l-aktar Gvern korrott li qatt kellna f'Malta!", "Fl-aħħar sena l-Partit Laburista kompla jogħdos waħda sew fil-korruzzjoni u waqqa' lil Malta ħames postijiet, biex illum Malta tinsab fil-51 post fid-dinja bil-kejl tal-Partit Laurista stess.", "Il-Gvern Laburista huwa aktar korrott minn gvernijiet ta' pajjiżi bħal Botswana, Bahamas u Rwanda.", "Dan ir-riżultat, bil-kejl tal-Partit Laburista stess, hu l-konsegwenza ta' sensiela twila ta' skandli ta' tixħim u ħasil tal-flus li daħħal lil Malta fihom il-Partit Laburista fil-gvern, l-akbar fosthom l-ogħla nies tal-poter f'Kastilja.", "Din hi l-konklużjoni li toħroġ minn tant kxif bħal tal-Panama Papers u dak li qalu l-ogħla nies fil-poter Laburista stess li f'każ minnhom iddikjaraw li kellhom idaħħlu €65 miljun mingħand is-sid tal-power station tal-gass!", "Transparency International, fil-kummentarju tagħha dwar il-korruzzjoni f'Malta, issemmi l-ewlenin fost il-ħafna xhieda tal-aktar Gvern korrott fl-istorja ta' Malta, il-kumpaniji sigrieti fil-Panama tal-ogħla nies fil-gvern, il-bejgħ tal-passaporti Ewropej li wkoll spiċċaw oġġett u mezz ta' tixħim, il-Bank Pilatus li sidu ġie arrestat mill-FBI u l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li kienet qiegħda tistħarreġ u tikxef il-korruzzjoni.", "Transparency International ikkwotat lill-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Demokrazija fir-rapport riċenti tagħha dwar Malta, biex turi kif f'pajjiżna l-liġi mhijiex l-istess għal kulħadd.", "In-nies fil-poter qed jaħarbu mill-konsegwenzi kriminali għall-korruzzjoni kbira li ġabu f'pajjiżna.", "Għalhekk nistaqsi: Issa min se jerfa' din ir-responsabbiltà?", "Illum Gvern Laburista qiegħed jikkundanna l-kejl li addotta hu stess mill-Oppożizzjoni!", "F'pajjiżna għandna l-aktar Gvern korrott!", "Daf ifisser li dawk il-ħaddiema li ma jistgħux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, il-pensjonanti li jkollhom jixtru mediċina għolja u li €5 f'ġimgħa tagħmlilhom differenza bejn ħajja jew mewt u min ma jiflaħx iħallas il-kera ta' kull xahar, jaf li llum hemm min hu fil-poter u qiegħed idaħħal €5,000 kuljum!", "Dan qed jgħiduh saħansitra l-istituzzjonijiet legali u kostituzzjonali ta' pajjiżna.", "Pereżempju, il-Kummissarju tal-Liġijiet ta' pajjiżna, Dr Franco Debono li kien maħtur mill-Prim Ministru Joseph Muscat stess biex imexxi konvenzjoni kostituzzjonali, kiteb u qal li l-kumpanijia sigrieta Egrant hi tal-Prim Ministru jew ta' xi ħadd qribu.", "Dr Franco Debono wasal biex kiteb li għandna l-aktar Prim Ministru korrott fl-istorja ta' Malta.", "Nirrepeti li dan huwa uffiċjal tal-Istat, il-Kummissarju tal-Liġijiet magħżul u maħtur mill-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Il-marka li se jħalli Joseph Muscat fl-istorja ta' pajjiżna hi t-tebgħa tat-tixħim u tal-ħasil tal-flus fil-Gvern tiegħu.", "Dan hu tħanżir bi flus il-poplu, tixħim u ħasil tal-flus fl-ogħla livelli tal-poter.", "Ma nixba' qatt nirrepeti l-fatti ta' korruzzjoni li għandna quddiemna, għax tant kemm huma kbar li dak li jkun forsi jaħseb li huma impossibbli!", "L-Awditur Ġenerali stess qal li f'każ minnhom inqabdu jippjanaw li se jdaħħlu €65 miljun mingħand kumpanija sigrieta tas-sid u mexxej tal-power station tal-gass, li saret għalxejn.", "It-tebgħa tal-aktar Gvern korrott fl-istorja ta' Malta tinkludi sensiela twila ta' skandli, fosthom il-kuntratt ta' aktar minn €2 biljuni lill-Vitals li ħarbet b'€50 miljun!", "Hawn nistaqsi: Ma nagħmlux mod li hemm Ministru u Chief of Staff li se jieħdu sehemhom minn dawn il-€50 miljun, hux?", "F'dan l-iskandlu nħossni kburi li jien wieħed miż-żewġ avukati tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista li qiegħed jistinka biex l-isptarijiet tal-poplu jerġgħu jsiru verament tal-poplu.", "B'hekk qegħdin niddefendu l-interess nazzjonali.", "Ilbieraħ, fis-sit theshiftnews.com kien hemm artiklu tajjeb ħafna miktub mill-Prof.", "Ranier Fsadni li juża kliem tassew iebes li l-Istat, minflok qiegħed jgħaqqad, qiegħed jifred.", "Nistieden lil kull min jista' biex jaqra dan l-artiklu.", "Ma jistax ikollok unità vera fil-pajjiż jekk ma jkunx hemm is-solidarjetà.", "Mhu veru xejn li se nagħżlu lil \"X\" jew lil \"Y\" bħala l-kap tal-Istat għax waħdu se jiggarantixxi l-unità nazzjonali.", "Ranier Fsadni qed jgħid li dan mhux minnu u jien naqbel miegħu.", "Il-korruzzjoni istituzzjonalizzata bil-barka tal-istat, bil-kompliċità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u bl-involviment tal-ogħla kurituri tal-poter qed tifred u ġġib qasma bejn in-nies, bejn il-ħalliel u d-derubat, bejn il-korrott u l-vittma tal-korruzzjoni, bejn il-ħallelin u l-osservaturi passivi u bejn l-allat u l-annimali.", "Ranier Fsadni jistaqsi: Jekk il-forzi tal-ordni ma jagħmlux xogħolhom, x'ordni hemm?", "Għalhekk, il-korruzzjoni li għandna f'pajjiżna qed tkompli ġġib l-antiteżi, jiġifieri l-kontra tal-għaqda, li hija l-firda.", "Il-qasma bejn l-apparenza u r-realtà, bejn dak li ngħidu li aħna u dak li fil-fatt isir, tant kemm hi wiesgħa bħal oċean, illi r-risposta ta' ħafna meta ddur u tħabbat il-bibien tan-nies, hija l-ironija u ċ-ċiniċiżmu.", "Il-korruzzjoni li hawn qiegħda therri minn ġewwa d-demokrazija.", "Ranier Fsadni jagħmel l-argument li f'demokrazija liberali, kif suppost hija tagħna, l-għaqda tieħu żewġ forom.", "Is-social cohesion hija multi-layered, jiġifieri għandek l-aspett politiku, ekonomiku, kulturali u soċjali.", "Ranier Fsadni jgħid li:", "Social unity tingħata permezz tas-solidarjetà u cultural unity tirreferi għall-commitment tad-drittijiet fundamenali.", "F'dawn l-erba' oqsma, political, economic, social and cultural, għandek id-diversità li mhux tifred, imma tistagħna u tarrikkixxi, għax hija a source of strength.", "Il-problema li għandna llum f'pajjiżna hija li fejn suppost għandna l-unità vera u l-koerenza ma' valuri fundamentali, dawn il-prinċipji huma nieqsa.", "F'pajjiżna għandna bżonn verament l-għaqda legali biex nassiguraw saltna tad-dritt applikabbli għal kulħadd.", "Sur President, għadni ġej minn laqgħa tal-Kumitat tal-Ambjent fejn ilna niddiskutu mis-2.00 p.m. Il-Gvern, with a straight face, għal darb'oħra qed jgħid li qed jagħmel kuntratt dwar mega project li permezz tiegħu qed jagħti art ta' €700 miljun …", "L-ISPEAKER: Onor. Azzopardi, ippermettili.", "Irrid infakkrek li skont l-Ordnijiet tal-Kamra ma tistax tiddiskuti f'din il-Kamra suġġett li għadu fuq l-aġenda tal-kumitat.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, mhux se niddiskuti s-suġġett.", "L-ISPEAKER: Sempliċement qed niġbidlek l-attenzjoni.", "JASON AZZOPARDI: Għamilt sew, Sur President.", "Infakkar li l-membri tal-faċċata ma nafx kemm ivvintaw gideb u żergħu dubju billi tefgħu t-tajn fuqi, fuq feles ta' kamra f'San Ġiljan f'esproprju fejn l-Awditur Ġenerali għal darba, darbtejn qal li dan it-trasferiment kien bżonnjuż u fl-interess pubbliku.", "Nerġa' ngħid li l-Internal Audit Investigations Department, imqabbad mill-Prim Ministru Joseph Muscat, qal li kien hemm administrative error ta' €20,000 biss fuq transazzjoni ta' €5 miljuni!", "Allura kif illum il-membri tal-Gvern għandhom il-wiċċ li jridu jgħaddu din l-art li tiswa mijiet ta' miljuni lill-privat bi prezz tal-karawett!", "Il-fatt li għandna Gvern li with a straight face irid jemenda l-local plan wara li niffirmaw il-kuntratt, għax il-local plan kif inhu ma jippermettix tali żvilupp, diġà jfisser ħafna.", "Mela l-local plan mhux liġi?", "Il-konċett ta' liġi jorbot lill-Gvern u liċ-ċittadin.", "X'jiswa li jkollna liġi għaż-żgħir u mhux għall-kbir, bħalma hu l-Gvern?", "Jekk ma jkollniex konċett b'saħħtu ta' liġi jkollna biss lip service u mhux saltna tad-dritt, kif qal l-eks Prim Imħallef Vincent De Gaetano f'diskors li għamel matul ix-xahar li għadda, li se nitkellem dwaru wkoll.", "Ranier Fsadni qed jgħid li f'pajjiżna m'għandniex legal unity, u għandu raġun.", "Fir-rigward ta' national unity, Ranier Fsadni jkompli jgħid li:", "Però l-ġid komuni ma jiġix żgurat meta għandek deal wieħed wara l-ieħor fejn tlieta min-nies qegħdin iħaxxnu bwiethom b'għexieren ta' miljuni!", "Infakkar li fl-aħħar ħames snin, tlieta min-nies kienu qed jixxaħħmu b'aktar minn €92 miljun fil-bwiet tagħhom bejniethom.", "Kif jista' jkollok il-ġid komuni?", "Ranier Fsadni jkompli jgħid:", "Niġi issa għad-diskors twil u impekkabbli li għamel l-eks Prim Imħallef Vincent De Gaetano x-xahar li għadda.", "Bħala studenti tiegħu u avukati li nidhru quddiemu fil-Qorti, nafu li l-eks Prim Imħallef De Gaetano huwa wieħed mill-aqwa imħuħ legali f'pajjiżna fl-aħħar 40 sena.", "F'parti mid-diskors li għamel dwar is-saltna tad-dritt, l-Eks Prim Imħallef jgħid li s-saltna tad-dritt ma tiġix osservata billi you pay lip service u jsemmi, pereżempju, il-famużi inkjesti maġisterjali.", "Ħadt gost li dan id-diskors qalu l-eks Prim Imħallef, għax jekk ngħidu jien, kif ġieli għamilt, jew xi Membru tal-Oppożizzjoni, il-Gvern jgħid li aħna preġudikati.", "Però kull avukat li jipprattika l-Liġi Kriminali, inkluż min għamel il-ħames sena tal-Kors tal-Liġi, għandu jkun jaf li f'pajjiżna m'għandniex sistema fejn hemm functionally independent, autonomous magisterial investigations.", "Dan mhux għax il-maġistrat mhuwiex indipendenti u mhux attakk fuq il-ġudikatura, imma għandna sitwazzjoni fejn il-maġistrat li jmexxi inkjesta, hu min hu jew hi min hi, m'għandux l-istaff tiegħu, imma huwa dipendenti fuq il-Pulizija.", "Dan ifisser li meta maġistrat ikun qed jinvestiga abbuż ta' poter jew korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-Korp tal-Pulizija, jiddependi mill-Pulizija biex iħarrek ix-xhieda li jrid jinvestiga fil-kors tal-investigazzjoni tiegħu.", "Dik hi s-sitwazzjoni li għandna f'pajjiżna.", "L-eks Prim Imħallef Vincent De Gaetano jgħid li:", "Juża wkoll il-kliem:", "Ma jistax ikun aktar ċar minn hekk!", "Ikompli jgħid li:", "L-eks Prim Imħallef Vincent Degaetano, li llum huwa Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg, qed jgħid li ma tagħmilx sens li l-liġi tagħna tgħid li f'każ li r-rapport lill-maġistrat isir minn ċittadin, bħalma għamlu l-Onor.", "David Casa għal diversi drabi fl-aħħar xhur dwar korruzzjoni ta' livelli kbar u ta' tqalligħ.", "Meta niftakar fiċ-ċifra ta' €5,000 kuljum u naf li hawn min mhux qed iwassal sal-aħħar tal-ġimgħa, demmi jibda jbaqbaq!", "Mhux ta' b'xejn li l-innu tal-Partit Laburista m'għadux jitkanta u jindaqq.", "Fil-fqajrin qegħdin jaħsbu!", "F'rapport lill-maġistrat biex ikun investigat \"X\" fuq dawn l-allegazzjonijiet, il-maġistrat, skont il-liġi, irid jibgħat ir-rapport lil dak is-sinjur u jgħidlu li daħallu rapport li hu korrott, seraq, ixxaħħam, iffalsifika ċertifikat jew ħasel il-flus ġejjin mit-traffikar tad-droga u jagħtih ġimgħa ċans, biex iwieġeb għal dawn l-akkużi ħalli jara jekk jiftaħx inkjesta jew le!", "Naħseb m'hemmx għalfejn tħabbel wisq rasek x'jagħmel dak l-individwu appena jsir jaf li sar rapport biex hu jkun investigat, kif imur jiġri biex jgħatti, jaħbi u jidfen it-traċċi tal-ħażin li jkun għamel!", "L-eks imħallef De Gaetano qed jgħid li:", "L-iskop ta' dan li qed ngħid hu biex nuri kemm għandi raġun meta nitkellem dwar is-silenzju assolut tal-Gvern il-ġimgħa li għaddiet meta pproponejt li wasal iż-żmien li jkollna uffiċċju ta' maġistrat inkwerenti appuntat mill-President tar-Repubblika bi rwol speċifiku li jinvestiga, jiġġieled u jmexxi kontra każi ta' korruzzjoni.", "Kif inhi s-sistema llum, il-maġistrat irid jiddependi jew mill-Pulizija li jirrapportawlu biex jiftaħ inkjesta, jew mill-Avukat Ġenerali jew minn ċittadin li jkollu l-kuraġġ u s-sinsla kif kellhom L-Onor.", "David Casa li jitlob lill-maġistrat jiftaħ inkjesta.", "Jien qed ngħid li jekk verament irridu niġġieldu l-korruzzjoni, wasal il-mument li jkollna maġistrat inkwerenti appuntat mill-President tar-Repubblika li xogħlu jkun biss li minn jeddu, apparti jekk ikun irrapportat lilu, ikun jista' jibda investigazzjoni dwar każ ta' korruzzjoni, ikun xi jkun il-każ ta' korruzzjoni.", "Ovvjament, il-membri tal-Gvern żgur li mhux se jkunu favur dak li qed nipproponi jien u għalhekk nistieden lill-midja tistaqsi lill-Gvern dwar x'inhi r-reazzjoni tiegħu għal din il-proposta li qed nagħmel.", "Dan għaliex qatt daqs dawn l-aħħar ħames snin ma rajna t-top brass tal-Pulizija, partikolarment il-Kummissarju tal-Pulizija, kompliċi bil-passività tiegħu ma' min ixxaħħam u ħasel il-flus li kienu ġejjin mill-korruzzjoni.", "Huwa evidenti li t-tmexxija tal-Pulizija - mhux il-membri - bħall-Kummissarju tal-Pulizija hija in collusion mal-kurituri tal-poter.", "Ejja niftakru li kien hemm rapport tal-FIAU li qal li hemm suspett raġonevoli li Ministru u persuna li tokkupa kariga għolja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru xxaħħmu f'ammonti kbar u dan ir-rapport jintefa' f'kexxun under lock and key.", "Però mbagħad, kif appena ċittadin jikser il-liġi fuq xi ħaġa żgħira, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt, għax itellgħuk il-Qorti bla kliem u bla sliem!", "Din is-sitwazzjoni ma ġġibx l-unità nazzjonali u sens li qegħdin ngħixu f'pajjiż fejn is-saltna tad-dritt hija l-istess għal kulħadd.", "Fil-fatt, il-filosfu Santu Wistin li għex ħafna sekli ilu, imwieled Tagaste fit-Tuneżija u meqjus bħala wieħed mill-aqwa mħuħ li qatt kien hawn, kien kiteb li l-istat fejn m'hemmx il-ġustizzja jkun jixbah lil għar tal-ħallelin.", "Ma rridx u m'għandniex ngħixu fl-għar tal-ħallelin, għax il-korruzzjoni hija taxxa.", "L-istess Onor. Joseph Muscat kien qal u kiteb kemm-il darba qabel l-elezzjoni tal-2013 li l-korruzzjoni hija taxxa nġusta.", "Fejn marru dawk il-kliem ta' zero tolerance għall-korruzzjoni?", "Mela mbagħad jiġi l-Partit Laburista jgħid li huwa tort tal-Onor.", "Simon Busuttil u r-rapporti li għamel fil-Qorti li l-post ta' Malta fil-Corruption Perceptions Index niżel għall-agħar livell li qatt kien fl-istorja tiegħu!", "Kemm kellha raġun theshiftnews.com ilbieraħ tgħid li dawk il-kummenti jfakkruna fil-ktieb maħruġ fl-1984 minn George Orwell bis-slogan uffiċjali tal-partit imnaqqax fuq il-ministeru tal-verità: 'war is peace, freedom is slavery, ignorance is strength'.", "Dan huwa proprju dak li jien kont bdejt ngħid f'Mejju, 2013, meta ħriġt bil-frażi li l-abjad sar iswed u l-iswed sar abjad, il-ħażin sar tajjeb u t-tajjeb sar ħażin!", "Nammetti u nistqarr pubblikament li qatt ma bsart li kont se nuża dik il-frażi għal tant drabi matul is-snin ta' din l-amministrazzjoni!", "Sur President, l-iskop tad-diskors tiegħi hu biex nuri li għandna kriżi ta' korruzzjoni istituzzjonalizzata, li tfisser taxxa inġusta u li dak li qegħdin nieħdu llum huwa mill-ġid ta' dawk li ġejjin għada warajna.", "Il-korruzzjoni hija ħażina għax tfisser mhux biss is-serq tal-lum, imma li qed tisraq mill-ġid ta' dawk li ġejjin warajk għada u pitgħada, li għandhom id-dritt iġawdu mill-ġid komuni.", "Għalhekk il-korruzzjoni hija moralment ħażina u mhux biss legalment ħażina.", "Nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nerġa' nistieden lill-midja tistaqsi lill-Gvern dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-Prim Ministru li jkollna maġistrat investigattiv.", "Fil-fehma tiegħi, nistgħu ngħaddu l-liġi immedjatament biex ikollna maġistrat inkwerenti appuntat mill-President li xogħlu jkun biss li jkun jista' jinvestiga min jeddu u li jkollu l-istaff magħżul minnu li jwieġeb lilu personali, biex jiġġieled u jkun il-prosekutur f'każi ta' korruzzjoni, jekk verament irridu nuru zero tolerance għall-korruzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 5 ta' Frar, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.23 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKUB", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI - LABORATORJI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6817 u ċjoè: Jista' l-Ministru jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' analiżi ta' residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-laboratorji li ġew ingaġġati biex janalizzaw r-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali huma dawn li ġejjin:", "Il-lista ta' analiżi ta' residwi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI - KAMPJUNI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6818 u ċjoè: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta' dawn il-laboratorji?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-laboratorji li jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti.", "Iċ-Ċertifikati tal-Akkreditazzjoni tal-laboratorji tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "TAS-SLIEMA - PJANIJIET TA' TISBIĦ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx u x'inhuma l-pjanijiet tat-tisbiħ jew titjib infrastrutturali għal The Strand f'Tas-Sliema?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qed jiġi studjat kif tista' titjieb l-imsemmija żona.", "Fost l-affarijiet li qed inħarsu lejhom hemm titjib tal-pavimentar li f'partijiet minnhom huwa fi stat ħażin ħafna, titjib ta'street furniture bħal bankijiet, tibdil ta' dawl għal wieħed aktar ekonomiku u modern, kif ukoll il-possibbiltà ta' ippjanar iżjed modern u xieraq għal din il-promenade.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti:", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għal Għawdex u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "(*Ara Tabella fl-aħħar tad-dokument)", "BORD TA' GOVERNANZA TAL-PULIZIJA - MEMBRI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Governanza tal-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġew maħtura dawn il-membri u f'liema oqsma għandhom konoxxenza u esperjenza?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jittieħed il-pass li jmiss u jitwaqqaf il-Bord tal-Governanza tal-Pulizija.", "BORD TA' GOVERNANZA TAL-PULIZIJA - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord ta' Governanza tal-Pulizija mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 8291.", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA - MEMBRI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid id-data ta' meta ġew maħtura dawn il-membri?", "Jista' jgħid bħala Ministru kemm ordna li jkun hemm awli tal-imsemmi Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Skont il-Gazzetta tal-Gvern Nru:19787, paġna 5873.", "Is-26 ta' Mejju 2017.", "Il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija kien maħtur wara li kien approvat mill-President ta' Malta skont l-Artiklu 35 tal-Att dwar il-Pulizija għal perjodu ta' tliet snin b'seħħ mit-12 ta' Mejju 2017 u kompost kif ġej:", "L-Imħallef Franco Depasquale, K.C.S.G., B.A., LL.D.", "Segretarju:", "Il-Ministru għadu ma ordna li jkun hemm ebda awla barra minn dik attwali.", "IMĦALLEF FIL-QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM – NOMINA TA' TLIET PERSUNI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat li se jinnomina t-tliet persuni għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem din is-sena?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess tal-għażla għaddej bħalissa u għalhekk id-domanda hi intempestiva.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – ATTENDENZA GĦAL FESTINI/RIĊEVIMENTI F'RESIDENZI PRIVATI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/", "parties, eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-Ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "Inżid li min-naħa tiegħi bħala Prim Ministru m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/", "parties, eċċ. li rrefera ghalihom l-Onor.", "ĦADDIEMA TAĊ-ĊIVIL – GRAD TA' LABOURERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li hemm fil-grad ta' labourer li huma maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) u f'liema Ministeru jaħdmu u kemm hu l-ammont tagħhom?", "Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu maċ-Ċivil kull wieħed u waħda minnhom?", "Jista' jgħid x'korsijiet intbagħtu jagħmlu u x'korsijiet hemm ippjanat li jsirulhom matul is-sena 2019?", "JOSEPH MUSCAT: In-numru ta' ħaddiema li hemm fil-grad ta' labourer li huma maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) huwa ta' 205.", "Dawn il-ħaddiema jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President (1), l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1), il-Ministeru għas-Saħħa (4), il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (9), il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma (2), il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali (2), il-Ministeru għall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali (83), il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (28), il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali (6) u l-Ministeru għal Għawdex (69).", "Minn dawn, 175 ilhom maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) għal 10 snin jew inqas, 27 ilhom bejn 11 u 20 sena u 3 ilhom iktar minn 20 sena.", "Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu, ninsab informat li l-IPS, għall-ewwel darba kemm ilu jeżisti dan id-Dipartiment tat-Taħriġ fil-Gvern, bdew isiru korsijiet għall-ħaddiema fi gradi bħal labourers.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' bini ta' pixxina (Gozo Natatorium Pool) ġewwa r-Rabat Għawdex?", "F'liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlesta dan il-proġett li ilu mwiegħed li ħa jiġi mwettaq għal diversi snin?", "Tista' tgħid l-ewwel fażi tal-proġett kemm ser tiġi tiswa u min ser iħallas għal dan ix-xogħol hux il-privat jew il-Ministeru għal Għawdex?", "Interpellant li l-proġett beda.", "IR-RABAT GĦAWDEX: PJAZZA SAN FRANĠISK – PROĠETT TA' TISBIĦ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' tisbiħ ta' Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex li ilu mwiegħed għal dawn l-aħħar ħames snin u għadu ma sar xejn?", "Ħarġu t-tenders?", "Ġew awarded?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni li għadhom ma ġewx awarded?", "Interpellant li l-permess għal dan il-proġett ħareġ u ħarġet ukoll it-tender.", "Din it-tender tinsab fil-proċess li tiġi awarded.", "MARSALFORN – PROĠETT TA' BINI TA' BREAKWATER", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li Infrastruttura Malta ħadet taħt idejha ukoll il-proġetti kollha marittimi tal-gżejjer Maltin, jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2019 rigward il-bini mill-ġdid tal-breakwater ta' Marsalforn?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat, jiġifieri dik responsabbli mill-Ministeru għal Għawdex.", "PROĠETTI U XOGĦLIJIET MINN INDIVIDWU U KUMPANIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fuq liema proġetti u xogħol ieħor qed jaħdem u ħadem l-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sena b'sena mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum?", "Kif intgħażel/intgħażlet din il-persuna/kumpanija biex jagħtu s-servizzi lill-Ministeru għal Għawdex u min approva li jintgħażel/tintgħażel din il-persuna/kumpanija u kemm qed jitħallas l-individwu/kumpanija għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm-il siegħa xogħol għamel dan l-individwu/kumpanija s'issa u kemm tħallas s'issa u min awtorizza l-pagamenti f'kull każ?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.", "IMPJANT FIL-QAJJENZA - TQASSIM TA' FUEL IMSAĦĦAN", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi msaħħan xi tip ta' fuel qabel jiġi mqassam fil-faċilità tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kategorija ta' fuels li jissejħu fuel oils kollha jissaħħnu biex jinħażnu u biex jiġu trasferiti.", "IMPJANT FIL-QAJJENZA: DUĦĦAN U RWEJJAĦ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sors ta' duħħan u rwejjaħ li qed joħorġu mill-impjant li għandha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Qajjenza?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-faċilità tal-kumpanija msemmija hemm diversi makkinarju.", "Madankollu l-uniku makkinarju li l-ERA hi nfurmata dwaru li huwa mgħammar b'ċumnija u li jista' jitfa' dħaħen fl-arja huwa l-boiler.", "F'dawk li huma rwejjaħ, ix-xogħol li jsir f'din il-faċilità huwa proprju li jsiru trasferimenti ta' żjut minn tank għal ieħor jew inkella trasferimenti minn bastimenti għall-faċilità u viċiversa.", "Huwa possibbli li jinxtammu rwejjaħ waqt dan it-tip ta' operat.", "BIRŻEBBUĠA – STUDJU FUQ IL-KWALITÀ TAL-ARJA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar studju tal-kwalità tal-arja f'Birżebbuġa?", "Jista' jagħmel dan ir-rapport pubbliku?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li f'Birżebbuġa, l-ERA tagħmel monitoraġġ tal-kwalità tal-arja billi jiġu mkejla l-livelli tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-benzene fuq bażi kontinwa.", "Id-data inkwistjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "BIRŻEBBUĠA – ĦUT MEJJET FIL-PORT", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li kellha ssir dwar il-ħut mejjet li qed jinstab fil-Port ta' Birżebbuġa?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali tad-Direttorat għall-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-ERA investigaw dan l-ilment iżda ma setgħux isibu evidenza ta' ħut mejjet u allura ma setgħetx issir investigazzjoni dwar l-allegat ħut mejjet.", "PORT ĦIELES – FUEL LILL-VAPURI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika fejn fil-Port Ħieles il-vapuri qegħdin jingħataw il-fuel?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġejt infurmat li, kif kienet il-prassi minn żmien l-amministrazzjoni ta' qabel l-2013, il-vapuri li jidħlu l-Port Ħieles jingħataw fuel kemm minn fuq il-mollijiet u kemm minn fuq il-baħar.", "PORT ĦIELES: FUEL UŻAT MILL-VAPURI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' x'tip ta' fuels qegħdin jużaw il-vapuri waqt li qegħdin fil-Port Ħieles?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġejt infurmat li waqt li jkunu fil-port, il-vapuri jużaw marine gas oil skont ir-regoli internazzjonali.", "MARSALFORN – PROĠETT TA' BINI TA' BREAKWATER - TIM TA' ESPERTI TEKNIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min huma t-'tim ta' esperti tekniċi' u xi kwalifiki għandhom rigward xogħol marittimu li raw u evalwaw ir-rapporti u l-istudji li saru qabel Marzu 2013 dwar il-breakwater ta' Marsalforn?", "Kif intgħażlu, min għażilhom u kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu u kemm tħallsu sa issa?", "Interpellant li t-tim ta' esperti tekniċi li evalwaw ir-rapporti u l-istudji li saru qabel Marzu 2013 dwar il-breakwater ta' Marsalforn huma diversi, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, u qed jiġu kkordinati mill-kumpanija DORIC Studios.", "Din il-kumpanija ntgħażlet permezz ta' sejħa għall-espressjoni ta' interess.", "S'issa għadu ma sar l-ebda ħlas.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "EVARIST BARTOLO: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-shooting range f'Ta' Kandja, li ġiet inawgurata ftit tax-xhur ilu, illum tinsab fi stat ta' abbandun apparti li preżentement lanqas biss qed tintuża mit-tiraturi Maltin?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bi ftehim mal-Federazzjoni Nazzjonali tal-Isparar, li hija r-rappreżentanta nazzjonali fil-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isparar (ISSF), ix-shooting range f'Ta' Kandja se jibda jopera, skont kif miftiehem, mill-1 ta' Marzu 2019.", "M'hemmx għalfejn wieħed jgħid li f'dawn l-operazzjonijiet se jittieħed f'kunsiderazzjoni u jiġi ssalvagwardjat l-ogħla livell ta' saħħa u sigurtà għal kull min jaħdem fil-faċilità u għal kull min jagħmel użu mill-faċilità.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8483 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li l-Gvern ingħata mingħand ditta legali barranija dwar it-trasferiment ta' art pubblika lill-grupp ta' kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li pariri legali huma min-natura tagħhom kunfidenzjali u privileġġjati, u għalhekk ma jkunx prudenti jew etikament korrett li dokumenti ta' din in-natura jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Madankollu, ninforma ukoll lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess ta' diskussjonijiet relattiv għadu għaddej.", "IS-SIĠĠIEWI: TRIQ NIKOL AZZOPARDI - TARMAK", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Nikol Azzopardi fis-Siġġiewi ser tingħata t-tarmak għall-ewwel darba hekk kif is-sitwazzjoni fiż-żminijiet tax-xitwa hija ta' inkonvenjent għar-residenti?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt, f'Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "It-triq indikata hija fost il-120 li tħabbru pubblikament fix-xhur li għaddew u li se jinbnew din is-sena.", "Aktar toroq li se jinbnew mill-ġdid din is-sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Tajjeb jiġi ċċarat li l-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali mhuwiex sempliċiment xogħol ta' asfaltar.", "Il-bini mill-ġdid ta' kull triq jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Bħala parti mill-proġett, Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew din il-ġimgħa se jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni.", "L-Aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati direttament.", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hijiex lesta tikkunsidra l-iżvilupp taż-żona mmarkata bi kwadru fir-ritratt li qed jingħata separatament (anness fl-aħħar tad-dokument) u li tinsab fiż-żona tal-iżvilupp fi Triq Amleto Spiteri Ħal Qormi?", "IAN BORG: Is-sit inidkat huwa zoned bħala Valley Watercourse Areas u kopert bil-policy CG30 tal-Pjan Lokali ta' Ħal Qormi tal-2006.", "Il-policy CG30 tindika li mhux permess żvilupp f'dawn iż-żoni.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Dr Franco Debono.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid Nru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li ngħatat mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Edukazzjoni kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Stephen Spiteri.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZI - ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Tista' tgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Finanzi kien hemm Assistent Parlamentari.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "SPTAR MATER DEI – PARKEĠĠ RISERVAT GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid lill-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei biex jaċċerta li l-postijiet ta' parking riservati għall-membri parlamentari ma jsirx parking fihom minn terzi, fosthom konsulenti u oħrajn, għax sar impossibbli li ssib post vojt fil-parking allokat għall Membri Parlamentari?", "Għaliex m'għadux ikun hemm security f'dan il-parking biex jaċċerta li jipparkja biss min hu intitolat?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-parking bays riservati għal membri parlamentari attivi huma mmonitorjati minn parkers b'mod kontinwu.", "Dan il-monitoraġġ iwassal għal azzjoni meta xi ħadd jipparkja b'mod abbużiv mingħajr il-permessi meħtieġa.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sit ta' barrieri hawn f'Malta u Għawdex li ma jinħadmux?", "Kemm minnhom qed jintużaw biex jintrema skart domestiku?", "X'inhuma l-punti prinċipali tal-method statement li toħroġ l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jimtlew?", "Jista' jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom ma jridux li jimtlew bi skart domestiku kif imsemmija fl-iskeda?", "Hemm barrieri minnhom li l-gvern għandu titlu ta' art fuqhom?", "Jista' jgħid liema huma?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm l-ebda barriera awtorizzata mill-ERA biex jintrema skart domestiku fiha.", "Il-permessi maħruġin mill-ERA jawtorizzaw id-depożitu ta' skart inert mit-tqattigħ ta' blat u kostruzzjoni, fejn fil-method statements li jintalbu mill-ERA għall-mili tal-barrieri jkunu jinkludu aspetti li permezz tagħhom jindikaw il-metodu ta' rdim, x'infrastruttura ħa jkun hemm fuq il-post bħal, pereżempju, miżien, site office, eċċ. u deskrizzjoni tal-miżuri tal-operat li jiżguraw l-aħjar prattika.", "Fuq l-aħħar żewġ mistoqsijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferihom lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-triq ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet irregolari għax timblokka l-wied, liema proġett l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet ħesrem li għandha tapprovah u mhux talli hekk, imma talli titneħħa enforcement notice, u peress li dan ġie rrapportat mill-midja, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni?", "Jista' jgħid għalfejn l-ambjent naturali tal-wied ma kienx qed jiġi mħares?", "Jista' jgħid jekk setax isir pont bejn naħa u oħra tal-wied minflok li l-wied intradam u saret triq fuqu hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?", "Jista' l-Ministru jagħti raġuni valida għaliex sar dan l-isfreġju?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħa kulma sar u jsir pont kif suppost?", "IAN BORG: L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-triq irregolari ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet diġà rregolari għax timblokka l-wied, kif ukoll intefa' aktar radam biex titwessa' t-triq kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separtament, jista' l-Ministru jgħid xi protest għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mal-Planning Authority dwar dan?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza dwar dan is-suġġett?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "BREXIT – EFFETT FUQ IR-RIKONOXXIMENT TAD-DEGREES FIL-MEDIĊINA U D-DENTISTRIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk Brexit jistax jaffettwa r-rikonoxximent reċiproku dwar id-degrees fil-Mediċina u d-Dentistrija?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Mediċina u d-Dentistrija huma professjonijiet irregolati mid-direttiva tal-UE dwar ir-rikonoxximent reċiproku.", "Il-Withdrawal Agreement jissalvagwardja r-rikonoxximent tal-kwalifiki miksuba qabel id-29 ta' Marzu 2019 kif ukoll dawk l-applikazzjonijiet li jkunu bdew qabel id-data tat-tranżizzjoni, jiġifieri qabel Diċembru tal-2020.", "Wara dik id-data, sakemm ma jsirux arranġamenti speċifiċi fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, ir-rikonoxximent awtomatiku ma jibqax fis-seħħ.", "Iżda f'din l-eventwalità, Malta tkun tista' tirregola l-mod kif tixtieq tirrikonoxxi l-kwalifiki tar-Renju Unit bħala pajjiż terz u f'dan ir-rigward se jittieħdu miżuri biex ma tiġix affettwata l-provvista tas-servizzi mit-tobba li jiġu mir-Renju Unit.", "Il-Gvern ser jagħmel l-almu tiegħu sabiex il-kwalifiki tat-tobba, dentisti u professionijiet fil-qasam tas-saħħa li llum igawdu mir-rikonoxximent reċiproku jkunu jistgħu jibqgħu jiġu rikonoxxuti ġewwa r-Renju Unit b'mod effiċjenti u trasparenti.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huma l-ħaddiema barranin li qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei bħala health professionals, bħala tobba u bħala infermiera?", "Jista' jgħid ukoll kemm huma l-infermiera Maltin li ggradwaw u applikaw biex jaħdmu mad-Dipartiment u qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħaddiema barranin bħala health professionals li qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei huwa ta' 118 bħala tobba u 159 bħala infermiera.", "Kien hemm 68 infermier/infermiera Maltin gradwati li applikaw biex jaħdmu mad-Dipartiment u bdew jaħdmu fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2018.", "Ma' dawn wieħed irid iżid 99 infermier oħra li ġew ingaġġati fl-2018 li iżda qed jagħtu servizz barra Mater Dei.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid separatament għas-sena 2017 u għas-sena 2018 kemm huma l-infermiera Maltin li reġgħu daħlu lura għax-xogħol meta qabel ma kenux fil-kotba tad-Dipartiment fis-sena 2018; kemm huma l-infermiera Maltin li rtiraw bil-pensjoni jew invalidità; u kemm huma l-infermiera Maltin li ggradwaw u applikaw biex jaħdmu mad-Dipartiment u qed jaħdmu l-Isptar Mater Dei?", "Jista' jgħid x'inhu mistenni li jkun il-building capacity tal-infermiera għas-sena 2019 għad-Dipartiment tas-Saħħa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2018 kien hemm 9 infermier/infermiera li reġgħu daħlu lura għax-xogħol bħala re-employment u reinstatement.", "Kien hemm 36 infermier/infermiera li fl-2017 irtiraw bil-pensjoni jew invalidità filwaqt li sal-aħħar ta' Awwissu tal-2018 kien hemm tliet infermier/infermiera li rtiraw bil-pensjoni jew invalidità.", "Fis-sena 2018 kien hemm 68 infermier/infermiera Maltin gradwati li applikaw biex jaħdmu mad-Dipartiment u bdew jaħdmu fl-Isptar Mater Dei.", "Ma' dawn kien hemm 90 infermier oħra li fl-2018 ġew ingaġġati mad-Dipartiment tas-Saħħa u li qed jagħtu s-servizz tagħhom.", "B'hekk fl-2018 it-total ta' infermiera li ġew ingaġġati mad-Dipartiment tas-Saħħa kien ta' 167.", "L-ammont approvat bħala żieda fin-numru nett bħala building capacity tal-infermiera għas-sena 2019 għad-Dipartiment tas-Saħħa huwa ta' 118 infermier.", "Dan barra ingaġġ ta' infermiera biex jissostitwixxu infermiera li jiġu promossi, jirriżenjaw jew jirtiraw.", "Barra r-reklutaġġ ta' infermiera Maltin li jirritornaw għas-servizz u gradwati ġodda, qed isir kull sforz possibbli biex jiġu ngaġġati wkoll infermiera barranin biex inkomplu ntejbu s-servizz lill-pazjenti.", "SIĠĠIEWI: TRIQ BLAT IL-QAMAR – BUS SHELTER", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkunsidra li jinstalla bus shelter fi Triq Blat il-Qamar is-Siġġiewi fil-parti tat-triq lejn in-naħa taċ-ċimiterju?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.", "PORT TA' MARSAXLOKK – DĦUL TAT-TANKER TAL-LNG", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "*Tabella b'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8278", "Ritratt anness ma' mistoqsija parlamentari Nru 8570"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190204_192d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 5 ta' Frar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ilmenti pendenti quddiem il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex huma l-imsemmija lmenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni ħa l-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawn id-deċiżjonijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il investigazzjoni beda fuq inizjattiva tiegħu stess il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex kienu dawn l-investigazzjonijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il materja ġiet riferuta minnu bħala Ministru lill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-materji li ġew riferuti minnu u x'kienu l-konklużjonijiet tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwarhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xi struzzjonijiet speċifiċi bil-miktub ta dwar funzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2019 inkluż nefqa għall-reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid jekk kinitx mistiedna, u jekk iva, jekk attendietx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtha?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid meta l-Port Ħieles se jinstalla x-shore to vessel supply?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm mill-€31 miljun li se jkunu investiti fil-Port Ħieles huma intiżi biex jitnaqqsu l-ħsejjes li qed jiġi ġenerat mill-istess kumpanija?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jagħti lista ta' miżuri konkreti u timeline li se jnaqqsu l-ħsejjes mill-Port Ħieles?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħsejjes s'issa naqqas l-Port Ħieles minn wara r-rapport tal-ħsejjes ikkummissjonat mill-istess kumpanija fl-2016?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħsejjes se jitnaqqsu wara li jkunu investiti l-€31 miljun li ħabbar l-istess Ministru ftit ġimgħat ilu?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8425, jista l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet short term u long term għal dan is-sit fil-Qajjenza?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta' ħaddied fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u x'responsabilitajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Xi kwalifiċi għandhom u x'korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel twaqqa' aktar minn sena u nofs ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta' Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta' toroq f'Għawdex ġietx konkluża?", "Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li t-Triq ta' Wara s-Sur ġewwa Victoria Għawdex, tinbena mill-ġdid matul is-sena 2019, peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Housing f'Għawdex li ssemma fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex?", "Dan il-proġett fiex jikkonsisti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-proġett jaqax taħt il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u jew/l-Awtorità tad-Djar?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433 dwar l-SME Park, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tas-siteplan u kopja tal-pjanta ppreżentata mal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Ministru fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7433 qed tirreferi għalija?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5672 li saret fl-10 ta' Mejju 2018 dwar kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8370 li saret fil-15 ta' Jannar 2019 dwar applikazzjonijiet għall-fondi li damu ma ġew trattati?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8373 li saret fil-15 ta' Jannar 2019 dwar fondi dovuti lis-sajjieda?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8372 li saret fil-15 ta' Jannar 2019 dwar fondi dovuti lill-bdiewa u raħħala?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għadhiex toffri s-sussidju fuq il-bdil u restawr tal-galleriji tal-injam?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm pjan mill-Ministeru dwar kif il-Health Campus għandu jkollu faċilitajiet aħjar għall-parking privat li jkun aktar adekwat u jlaħħaq mad-domanda?", "Meta se jiġi mniedi dan il-pjan u kif?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-multi-level car park preżenti tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei, u peress li t-tariffa raħset, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux possibbli li jsiru parking sensors fuq kull livell, biex jindikaw fejn hemm postijiet tal-parkeġġ battala, u b'hekk jiġi ffrankat is-sewqan bla bżonn fid-diversi livelli tal-multi-story parking?", "Qatt saru testijiet dwar il-livell ta' kontaminazzjoni fl-arja f'dan il-parkeġġ?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn żdiedet it-tariffa tal-clamping minn €34 għal €60?", "Din kienet mossa biex tagħmel tajjeb għar-roħs ta' tariffa tal-parkeġġ fil-Multi-story parking?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għas-sussidju tal-kera mill-Gvern għal din is-sena, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed japplika?", "Meta se jibdew jingħataw?", "Minn meta wieħed japplika sakemm tiġi pproċessata l-applikazzjoni, kemm hu l-massimu ta' żmien li d-dipartiment jieħu?", "Is-sussidju jibda jingħata bl-arretrati minn meta wieħed japplika?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għall-Maltin li ma għandhomx dar u li jikru mingħand il-privat, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata tal-konsum tad-dawl hijiex kummerċjali jew residenzjali?", "Jekk hi residenzjali x'għandu jagħmel wieħed biex jaċċerta li l-kerrej ma jżommx b'rata kummerċjali?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-uċuħ ġodda li ngħataw lit-toroq tal-Kmamar tan-Nar tal-Ġilju u Santa Marija fl-Imqabba, peress li wara ftit ġimgħat it-triq inqagħlet u bdiet timtela ħofor għax il-materjal tat-tarmak kien inferjuri u x-xogħol ma sarx skont is-sengħa u bħala rimedju f'ċertu bnadi qed isir patchwork ta' triq imma żoni oħra tħallew barra, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn it-toroq ma reġgħux inqagħlu u saru mill-ġdid?", "X'azzjoni se jieħu l-Ministeru f'dan ir-rigward?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk fost id-dipartimenti, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, hemmx dipartimenti minnhom li magħhom hemm impjegati li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartiment li hemm f'Malta?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux se jittieħdu passi biex din l-anomalija tiġi rranġata?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn Uffiċjali tal-Komunità (wardens) bejn Novembru 2018 u l-aħħar ta' Jannar 2019 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b'lokalità b'mod separat) b'rabta ma' allegati nuqqasijiet ma' ġbir/separazzjoni tal-iskart?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq u kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Uffiċjali tal-Komunità (wardens) triq bi triq b'mod separat, dwar allegati nuqqasijiet b'rabta mal-ġbir u s-separazzjoni tal-iskart fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar bejn Novembru 2018 u l-aħħar ta' Jannar 2019?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "B'referenza għall-aħħar eżami għall-post ta' Senior Principal jista' l-Prim Ministru jgħid kemm:", "a. kien in-numru ta' Senior Principals li għaddew minn dan l-eżami u li ġew impjegati sa Marzu 2018; u", "b. kemm ġew impjegati wara din id-data?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm dipartimenti li għamlu talba biex jimlew postijiet li għandhom f'dan il-grad u dawn il-postijiet għadhom ma mtlewx?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema huma dawk id-dipartiment li għamlu din it-talba?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lapida li kienet tqiegħdet mill-Onor.", "Segretarju Parlamentari Stanley Zammit fl-1995 fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Ġnien Pawlu Boffa, Raħal Ġdid, hiex ser titqiegħed lura f'postha jew le?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għall-informazzjoni addizzjonali mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7313, jista' l-Ministru jibgħat għall-ġenituri biex jispjega għalfejn ix-xufier qiegħed jiddetermina huwa fejn hija 'l hekk imsejħa pickup u drop off point bi skuża ta' traffic management jew li qiegħed jieqaf fit-triq biex studenti jmorru jixtru?", "L-ONOR.", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art.", "77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7791, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-24 persuna li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali jattendu kull ġimgħa fiċ-Ċentru taż-Żejtun?", "X'attivitajiet qegħdin jiġu organizzati lil dawn il-persuni matul il-ġimgħa?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi lis-settur tal-volontarjat is-sena l-oħra biex isiru proġetti?", "Xi proġetti twettqu mill-flus mogħtija u lil min ingħataw dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Peress li dan l-aħħar fil-midja dehret dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika ta' Malta fejn qed tappoġġja s-sħubija sħiħa tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dan ir-rigward?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għaċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa n-noll biex wieħed jgħaddi mill-mina?", "Dan il-prezz se jkun fiss għal numru ta' snin u garantit li ma jogħliex?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mina bejn Malta u Għawdex hux se tkun tista' tinbidel f'mina għall-monorail taħt l-art biex tgħaqqad iż-żewġ gżejjer fi ħdan proġett aktar wiesa' kif propost mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se joħroġ materjal mill-mina ta' bejn Malta u Għawdex u fejn se jintrema?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kif se tinħadem is-sistema ta' ventilazzjoni tal-mina ta' bejn Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa l-manteniment tal-mina ta' bejn Malta u Għawdex kull sena?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar għal boutique hotels, guesthouses jew forom oħra ta' akkomodazzjoni turistika?", "Jista' jaqsam din l-informazzjoni fi skeda li tindika kemm daħlu tali applikazzjonijiet skont kull lokal f'Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar għal medium u high risers?", "Jista' jaqsam din l-informazzjoni fi skeda li tindika kemm daħlu tali applikazzjonijiet skont kull lokal f'Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi tal-iżvilupp għal pompi tal-fuel ġodda matul is-sena 2018?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u/jew rifjutati?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 63 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 68 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "4 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Rendikont tal-operat tal-Mekkaniżmu u tal-Faċilità għall-Istabilità Finanzjarja Ewropea.", "Preżentazzjoni mis-Sur Alfred Camilleri, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Finanzi.", "Affarijiet oħra.", "LAQGĦA KONĠUNTA BEJN IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI U", "L-KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET TALFAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019 fil-4:40 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni ma' Dr Ruth Farrugia, Direttur Ġenerali dwar ix-xogħol li jsir mill-President's Foundation for the Wellbeing of Society.", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 67 – Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "4 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190205_193a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 5 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 5 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 5 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 192, li saret fl-4 Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "DEĊIŻJONI TAS-SEDJA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Is Sedja tagħmel referenza għad-diskussjoni waqt il-laqgħa tal-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal Iżvilupp li saret ilbieraħ, 4 ta' Frar 2019, li matulha l-istess Sedja ġiet mitluba tiddeċiedi dwar punti li nqalgħu.", "Is-Sedja tinnota li fil-bidu tal-laqgħa ċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor.", "Alex Muscat, għamel referenza għal ruling li kienet tat is Sedja fis-17 ta' Marzu 2014 u nikkwota:", "\"IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Kollegi, wara li ħadt parir mill-amministrazzjoni tal- Parlament, ġejt riferut għal numru ta' rulings.", "Fil-fatt, f'żewġ rulings li kien ta l- Ispeaker jagħmilha ċara u inekwivoka x'inhu r-rwol u l-operat mistenni minn dan il-Kumitat.", "Fir-ruling mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fis-seduta 130 tas-17 ta' Marzu tal-2014 jingħad hekk:", "\"… il-Kumitat irid jaħdem bilfors fuq dawk il poteri li joħorġu mill-istess liġi li huma ben definiti …\".", "Wara li jgħid x'inhi l-liġi, l-Ispeaker ikompli jgħid hekk:", "\"Dawn huma l-poteri li għandu dan il-Kumitat, aktar minn hekk huwa kollox ultra vires. … il Kumitat b'mod ċar mhuwiex regolat bl-iStanding Orders imma huwa regolat b'liġi, bħalma huwa l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, irid bilfors joqgħod għal dak li hu ben definit mil-liġi.\"", "Biex il Kumitat ikun jista' jiddiskuti materja li ma toħroġx mil-liġi, l-Ispeaker jgħid hekk:", "\"U jekk issir mozzjoni fil-plenarja fejn ikun hemm qbil fil-Kamra li, notwithstanding dak li hemm miktub fil-liġi, jagħti poteri addizzjonali lill-istess Kumitat biex tkompli tiġi diskussa l-istess materja … dak huwa mod kif wieħed jista' jwessa' l-poteri tal Kumitat\".", "Fl-istess ruling l-Ispeaker jagħlaq billi jgħid hekk:", "\"Għaldaqstant ir-ruling tas-Sedja hu li dan il Kumitat m'għandux ikompli u ma jistax ikompli bid-diskussjoni dwar dan il-proġett ladarba ma joħroġx mill-istess liġi li huwa awtorizzat li jagħmel hekk, u aktar u aktar meta issa hemm id-direzzjoni u d-deċiżjoni … li d-diskussjoni titkompla fil-plenarja.\".", "Iċ-Chairperson kien qed jirreferi għal dan ir-ruling peress li l-Kumitat kellu fuq l-aġenda tiegħu din il-materja:", "\"Diskussjoni fuq talba ta' diversi NGOs u entitajiet, u tal-Onor Marlene Farrugia, dwar il-proġett propost mill-Corinthia (International Hotel Investments) fix-xatt tal Bajja ta' San Ġorġ\"", "Is-Sedja tinnota li fil-Kumitat ġie deċiż li l-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor.", "Konrad Mizzi, kellu jagħmel preżentazzjoni biex imbagħad jkunu jistgħu jsiru d-domandi mill-Membri u mill-NGOs, u dan kif fil-fatt sar.", "Eventwalment fi tmiem il-laqgħa qamet kwestjoni dwar jekk il-Kumitat kellux jaġġorna għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Frar 2019, bl-istess aġenda sabiex jisma' xhieda, dejjem in konnessjoni mal-materja li l-Kumitat kellu quddiemu.", "Dan joħroġ mill-istess traskrizzjoni ta' din il-laqgħa u nikkwota:", "RYAN CALLUS: Sur President, Onor. Abela jien u int konna qegħdin fil-Kumitat tal-Verifika u, kif taf, hemmhekk niddiskutu s-sustanza tal-kuntratt.", "Hawnhekk huwa aktar speċifiku għall-ambjent u l-ippjanar.", "M'iniex qed nara li hemm preċedent għaliex f'dawn l-erba' snin li għaddew fejn il-kumitat mexa tajjeb ħafna bi trasparenza u b'libertà fejn ħafna nies tkellmu, fejn qabel lanqas tkellmu, inti tkompli fuq din il-prassi.", "IĊ CHAIRPERSON: Onor. Callus, il-preċedent qiegħed hawnhekk.", "Meta dan il kumitat joħroġ mir-remit tiegħu u jitkellem dwar suġġett li ma ġiex referut lilu mill-Ministru jew ministru partikolari, mill-ERA jew mill-Planning u l-istess suġġett ikun qed jiġi diskuss fil-Parlament f'forum ieħor, l-Ispeaker diġà ppronunzja ruħu f'dan is-sens u waqqaf id-diskussjoni.\"", "Aktar tard tkellem intqal hekk:", "KAROL AQUILINA: X'inhi l-proċedura li nkomplu darba?", "Jekk trid anke għada …", "IĊ-CHAIRPERSON: Nixtieq nagħlaq illum, ma nixtieqx nibqa' nestendi suġġett …", "KAROL AQUILINA: Din hija kwestjoni li hawn Membri tal-Kumitat li jixtiequ jisimgħu ċerti nies x'għandhom x'jgħidu dwar din is-sitwazzjoni, dejjem fuq aspett ta' ambjent u ippjanar, xejn aktar.\"", "Aktar tard l-Onor Aquilina kompla qal hekk:", "KAROL AQUILINA: Però hemm abbozz ta' kuntratt li jipprospetta żvilupp li jmur kontra l-Local Plan.", "Dak huwa fatt. Almenu hemmhekk naqblu?", "KAROL AQUILINA: Hemm MOU u hemm abbozz ta' kuntratt pendenti quddiem il-Parlament li qed jgħid li l-Gvern beħsiebu jbiddel dak il-Local Plan.", "Jekk dak mhux ċar għalik, ma nafx x'inhu ċar.\"", "Is-Sedja tagħmel referenza wkoll għal dak li qal is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "RODERICK GALDES: Kull proġett nazzjonali li sar bħal dan ikun hemm l-aspett leġiżlattiv ta' kif l-art se tiġi mgħoddija lill-investitur partikolari, imbagħad xejn ma jżomm li l-kumitat jerġa' jiddiskuti meta jkun hemm stadju ta' applikazzjoni l-parametri tal-ippjanar u anke dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent, għax qegħdin inħalltu żewġ affarijiet flimkien.", "Fil-fehma tiegħi għandna nżommu dik il-proċedura u m'għandniex nibdluha issa meta dejjem intużat b'dan il-mod.\"", "Aktar 'il quddiem iċ-Chairperson għamel referenza għal dak li kien qed jiġi propost u qal hekk:", "\"IĊ-CHAIRPERSON: Qegħdin naqblu li llum kellna diskussjoni tajba ħafna fejn anke l-Ministru ta aġġornament lil dawk kollha li segwew dwar il-proġett minn fejn telaq f'Diċembru li għadda u anke l-modifiċi li saru fuq il-proġett.", "Qegħdin naqblu wkoll, anke kif qed jikkommetti l-Ministru, li fil-mument li se jkun hemm kuntratt aktar ben definit, dak il-kuntratt se jiġi vverifikat mill-Kumitat tal-Verifika fejn hemmhekk …\"", "Aktar tard iċ-Chairperson qal hekk:", "\"IĊ-CHAIRPERSON: Fi stadju ulterjuri jekk se jkollna applikazzjoni biex anke jinbidel il pjan tal-iżvilupp hemmhekk, se jerġa' jiġi referut lilna bħala kumitat fejn aħna l-istess Membri u kull min irid jattendi se nerġgħu niddiskutu dan il-proġett hawnhekk.", "Però f'dak l-istadju se nkunu qegħdin nitkellmu f'dan il-forum meta jkollna l-fatti f'idejna eżattament tal-kambjament fil-Pjan Lokali u dment li jkun hemm il-bżonn, se nkunu qegħdin nitkellmu f'dak is-sens.", "Jekk taraw ir-ruling tal-2014, is-Sedja ppronunzjat ruħha b'mod ċar li jekk issir mozzjoni fil-plenarja fejn ikun hemm qbil fil-Kamra, allura aħna ningħataw dak il-poter addizzjonali u d-diskussjoni bħalma saret illum tkun tista' ssir.", "Sinjuri, jien qed nissuġġerixxi din il-proċedura: Fid-diskussjoni tal-lum, kif qbilna, kellna laqgħa importanti ħafna.", "Id-diskussjoni se titkompla fil-Kumitat tal-Verifika.", "Wara l-Kumitat tal-Verifika, id-diskussjoni kif nafu, imbagħad trid titkompla fil- Parlament, fejn hemmhekk l-Oppożizzjoni u l-Gvern jistgħu jagħmlu l-interventi tagħhom.\"", "Aquilina qal hekk:", "KAROL AQUILINA: Jien qed nistaqsi jekk l-Oppożizzjoni tagħraf timxi kif qed jgħidilna n-naħa tal-Gvern, il-Gvern lest li jiddikjara minn issa li jaċċetta li jivvota favur?\",", "ġħal liema rimarka ċ-Chairperson wieġeb hekk:", "\"IĊ-CHAIRPERSON: Sinjuri, jien ma nistax nirrispondi fuq mozzjoni li għadha mhijiex ippreżentata.", "Jien nixtieq nagħlaq hawnhekk.", "Qed ngħidilkom kif beħsiebni nipproċedi.", "Jekk intom ma taqblux, għandkom kull dritt.\"", "Azzopardi qal hekk:", "JASON AZZOPARDI: Le, Sur President, l-ewwel vot fuq il-Mozzjoni tagħna, bl-eżitu jkun li jkun; imbagħad vot fuq il-counter proposals.", "JASON AZZOPARDI: Le, l-ewwel tieħu vot fuq il-proposta tagħna!", "IĊ CHAIRPERSON: Hemm emenda għall-Mozzjoni li ressaqtu.", "Aħna qed naqblu li se titkompla… (off mic)", "RYAN CALLUS: Sur President, l Oppożizzjoni għandha Mozzjoni, li rridu nieħdu vot fuqha.", "Wara nieħdu vot fuq il Mozzjoni tal-Gvern.", "IĊ-CHAIRPERSON: Il-Mozzjoni hija: Qed naqblu li din id-diskussjoni għandha titkompla meta l-Ministru jkun lesta … (Interruzzjonijiet)", "MARTHESE PORTELLI: Le, l-ewwel hemm il-Mozzjoni tal-kollega!", "IĊ-CHAIRPERSON: Sinjuri jekk mhux se naqblu, ejja nagħmluha sempliċi.", "Ma xtaqtx li nasal hawnhekk: nirreferu l-materja lill-Ispeaker, u jiggwidana l-Ispeaker!", "KAROL AQUILINA: Sur President, għandek talba għal vot fuq Mozzjoni … (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Ministru, hawn talba biex il Kumitat jaġġorna għal data viċin biex tkompli d-diskussjoni!", "KAROL AQUILINA: Din hija Mozzjoni ta' aġġornament!", "Hija Mozzjoni speċifika.\"", "Aktar tard iċ-Chairperson qal hekk:", "\"IĊ-CHAIRPERSON: Se jkollna nitolbu intervent tal-Ispeaker, nitolbu ruling dwar jekk il-Kumitat jistax, mingħajr ma tiġi ppreżentata fil-plenarja, jaġġorna biex din id-diskussjoni tkompli fuq din il-materja li ma taqax fil-mansjonijiet tal-liġi ta' dan il-Kumitat.", "JASON AZZOPARDI: Aħna għamilna Mozzjoni, li l-Gvern ma jaqbilx magħha.", "Fil-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġi, fejn kull wieħed minna kien membru tal-Kumitat tal-Abbozzi ta' Liġijiet, dejjem hekk jiġri: jkun hemm mozzjoni, ma tgħaddix …\"", "Jason Azzopardi qal hekk:", "JASON AZZOPARDI: Din in-naħa qed tgħid li l-ewwel jittieħed il-vot fuq il-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni\"", "Aktar tard iċ-Chairperson qal hekk:", "\"IĊ-CHAIRPERSON: Sinjuri qed nitlob ruling b'mod formali bħala President ta' dan il-Kumitat.", "Qed nistaqsi lill-Ispeaker jekk il-Kumitat, mingħajr ma tiġi ppreżentata mozzjoni fil-plenarja, kif kien qal hu fir-ruling li ta fis-Seduta 130 … (Interruzzjonijiet)", "KAROL AQUILINA: Bir-rispett kollu, se mai nitolbu ruling fuq il-Mozzjoni tagħna jekk jittieħed vot jew le.\"", "Aktar tard iċ-Chairperson qal hekk:", "\"IĊ-CHAIRPERSON: Jien, bħala Chair ta' dan il Kumitat, għan-nom tal-Gvern qed nitlob il-parir tas-Sedja, qed nitlob ir-ruling tas-Sedja dwar jekk dan il-Kumitat, bla ma tiġi ppreżentata mozzjoni fil-plenarja, kif kien qal l-istess Speaker fis-Seduta 130 tas-17 ta' Marzu 2014, dan il-Kumitat jistax jaġġorna biex tiġi diskussa din il-materja, li ma taqax fil-mansjonijiet ta' dan il Kumitat.\"", "Jason Azzopardi qal hekk:", "JASON AZZOPARDI: Le, le, inti bħala Chairperson, għandek ir-responsabbiltà u l-obbligu li inti tittrażmetti fedelment lill-Iskrivan tal-Kamra l- mozzjoni li talab kwalsijasi deputat.", "It-tieni punt: l- Oppożizzjoni, fis-5.55 p.m. illejla, seba' minuti ilu, talbet li l-Kumitat jaġġorna għal bħal lum ġimgħa fl-istess ħin u bl-intiża li jkunu mistiedna ċerta xhieda.", "Fhimna li l-Gvern ma jaqbilx ma' dak.", "Mela allura jittieħed vot, u din hija t-talba tagħna u r- ruling lill-Ispeaker, jittieħed vot fuq il-Mozzjoni tagħna, wara se mai dik il-Mozzjoni ma tgħaddix minn dan il-Kumitat għax il-membri tal-Gvern jivvutaw kontriha u għandhom il-maġġoranza; …\"", "Imbagħad l-Onor Robert Abela qal hekk:", "ROBERT ABELA: Jien infakkrek għall-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi ta' ġimagħtejn ilu meta inti bħala xhud dakinhar insistejt li taqra stqarrija; din in- naħa ssuġġeriet li jiġri dak li llum qed tissuġġerixxi inti li għandu jsir; iċ-Chairperson tal-PAC, l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, iddeċieda mod ieħor, li jirreferi lill-Ispeaker.", "Illum aħna bażikament li qed ngħidu huwa biex nimxu bl-istess proċedura.", "JASON AZZOPARDI: Onor. Abela, le, f'dak il-Kumitat ma kienx hemm talba biex jittieħed vot!", "ROBERT ABELA: Tlabna biex nieħdu vot, u ma ħalliniex nieħdu vot!", "JASON AZZOPARDI: Ebda membru fil-PAC ma talab li jittieħed vot!", "Hawn l-Oppożizzjoni qed titlob li jittieħed vot!", "Wasalna fi stat li lanqas ma jħalluna nieħdu vot!\"", "Imbagħad iċ-Chairperson qal hekk:", "Jien għamilt it-talba għal ruling tiegħi.", "L-Onor.", "Membru għamel it-talba għal ruling huwa wkoll, mela qed ngħidu li għandna żewġ rulings li tlabna lill-Ispeaker, imbagħad jiddeċiedi l- Ispeaker.", "Aħna nottempraw ruħna ma' dak li jgħid.", "JASON AZZOPARDI: Jiġifieri aħna għandna talba għal ruling li jekk il-vot f'dan il-Kumitat għandux l-ewwel jittieħed fuq il-Mozzjoni tal-Membru tal- Oppożizzjoni, li aħna ressaqna l-ewwel, imbagħad jekk ma jgħaddix, il-Kumitat jieħu vot fuq il-proposta tal-membri tal-Gvern, li ovvjament se tgħaddi.", "KAROL AQUILINA: Ovvjament huwa importanti li l-Mozzjoni kienet mozzjoni ta' aġġornament tal-Kumitat, li hija mozzjoni differenti minn kwalunkwe mozzjoni oħra, anke skont l-Ordnijiet Permanenti.", "IĊ-CHAIRPERSON: Tajjeb.", "Sinjuri, qed naġġornaw hawnhekk.", "Grazzi tal- attendenza…\"", "Is-Sedja se tagħmel referenza għal żewġ rulings, dak li kienet tat fis-Seduta 26 tal-4 ta' Ġunju 2013, u dak li kienet tat fis-Seduta 130 fis-17 ta' Marzu 2014 u se terġa' tagħmel ċar dak li kienet qalet fiż-żewġ rulings, u ċjoè li dan il-Kumitat li twaqqaf taħt l-artiklu 34 tal-Kap.", "504 tal-Liġijiet ta' Malta huwa marbut ma' dak li huwa indikat fis-subartikolu (2) tal-istess artiklu 34, li jgħid hekk:", "\"(2) Il Kumitat Permanenti għandu:", "(a) jagħmel reviżjoni ta' kull pjan li jitressaq quddiem il-Kamra tad-Deputati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Il-Kumitat Permanenti għandu jirrakkomanda lill- Kamra jekk dak il-pjan għandux jiġi approvat, approvat b'emendi jew riġettat;", "(b) jiddiskuti kull rapport riferut lilu mill-Ministru li għandu x'jaqsam mal-pjan ta' struttura jew kull reviżjoni ta' dak il-pjan;", "(ċ) jiddiskuti kull pjan jew policies oħra riferiti lilu mill-Ministru u jirrapporta fuqu lill-Parlament.", "Dan ir-rapport jista' jinkludi wkoll kull opinjoni li ma jaqblux dwar il-pjan jew policies.", "Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tal-imsemmi rapport u għandu jibgħat ir-rapport lill-Awtorità għall-konsiderazzjoni tagħha fid-determinazzjoni mill-Awtorità tal-pjan jew policy jekk l-imsemmi pjan jew policy tkun għadha ma ġietx approvata mill-Awtorità:", "Iżda meta l-imsemmi Kumitat Permanenti jonqos milli jirrapporta lill Parlament fil-perjodu li għalih kien mitlub li jagħmel dan, il-Ministru jista' jitlob lill-Awtorità tiffinalizza l-imsemmi pjan jew policy u l-Ministru jista' wkoll japprova l-imsemmi pjan jew policy kif mgħoddija lilu mill-Awtorità.\"", "Fl istess ruling is-Sedja kienet qalet ukoll li dawn huma l-poteri li għandu l-Kumitat.", "Aktar minn hekk, huwa kollox ultra vires.", "Il-fatt li l-Kumitat seta' jew jista' jibda diskussjoni dwar xi ħaġa li ma taqax fir-remit tiegħu, jew li jista' jiftiehem li se jkompli għaddej b'din id-diskussjoni, din ma taqax taħt il-poteri tiegħu kif definiti fl artikolu 34.", "Dan ma jagħti l-ebda dritt lil dan il-Kumitat li jkompli b'xi diskussjoni ladarba l-istess diskussjoni ma taqax taħt ir-remit tiegħu kif inhu indikat fil-liġi.", "Dan qed jingħad b'mod ċar għaliex il-Kumitat mhuwiex regolat bl-iStanding Orders imma huwa regolat b'liġi.", "Għalhekk, il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp irid bilfors joqgħod fuq dak li huwa ben definit fil-liġi.", "Nerġa' nikkwota mill-istess ruling li s-Sedja tat fis-Seduta 130 tas-17 ta' Marzu 2014:", "\"U jekk issir mozzjoni fil-plenarja fejn ikun hemm qbil fil-Kamra li, notwithstanding dak li hemm miktub fil-liġi, jagħti poter addizzjonali lill-istess Kumitat biex tkompli tiġi diskussa l-istess materja, anke wara d-diskussjoni fil-plenarja, dak huwa mod kif wieħed jista' jwessa' l-poteri tal Kumitat.", "Jiġifieri b'awtorizzazzjoni mill-Kamra kollha u mhux mill-membri tal-istess Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp …\".", "Is-Sedja tixtieq tirrileva li llum it-twaqqif ta' dan il Kumitat kif ukoll il-mansjoni tiegħu huma regolati bl-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552) u l-Att dwar il-Protezzjoni tal Ambjent (Kap. 549).", "Fil-Kap.", "552 li jipprovdi għat-twaqqif ta' dan il-Kumitat insibu dan li ġej:", "(2) Il-Kumitat Permanenti għandu jiddiskuti kull strateġija, pjan jew policy riferuti lilu skont l artikoli 46 u 53 u kull ħaġa oħra riferuta lilu skont l-Att għall-Protezzjoni tal Ambjent u jipprepara rapport u dan ir-rapport għandu jiġi riferut lill-Kamra tad-Deputati u lill-Ministru.\"", "l-artikolu 46(3) jitkellem dwar l-iskrutinju li għandu jsir minn dan il-Kumitat fir-rigward ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni li l-Istrateġija Spazjali tiġi approvata, mill-Kamra, l-abbozz tal-Istrateġija Spazjali u l-kummenti kollha magħmula lill-Kunsill Eżekuttiv; u li", "fir-rigward tal-artikolu 53(2)(b)(iii) il-Kunsill Eżekuttiv għandu:", "jirreferi l-abbozz tal-policy jew pjan sussidjarju jew reviżjoni tiegħu lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp stabbilit bl-artikolu 60 għall-iskrutinju effettiv tiegħu, liema Kumitat għandu jħejji rapport fil-perjodu ta' konsultazzjoni speċifikat fis-subparagrafu (ii) u jirreferih lill-Kunsill Eżekuttiv.\".", "Is Sedja għamlet ukoll referenza għat-Tielet Skeda ta' dan l Att (Kap. 552) u nikkwota:", "Il-pjanijiet u l-policies li jkunu mressqa quddiem il-Kumitat Permanenti skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 60 huma:", "dawk il-pjanijiet u policies li jirreferu għall-art li tinsab barra minn żona ta' żvilupp kif definit fl-Istrateġija Spazjali jew fi pjanijiet oħra;", "dawk il-pjanijiet u policies li jirregolaw esklussivament il-limitazzjonijiet tal-għoli u r-restrizzjonijiet fuqhom;", "(ċ) pjanijiet lokali, minbarra emendi minuri ta' dawn l-istess pjanijiet;", "(d) policies li għandhom x'jaqsmu ma' u li jirregolaw ċertifikati ta' konformità.\"", "Is-Sedja għamlet ukoll referenza għall-mansjoni ta' dan il-Kumitat skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549) u nikkwota:", "Il-Ministru għandu jirreferi dawn li ġejjin lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp:", "(a) kull pjan li jitressaq quddiem il-Kamra tad-Deputati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att; il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp għandu jirrakkomanda lill-Kamra jekk dak il-pjan għandux jiġi approvat, approvat b'emendi jew skartat;", "(b) l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent u r-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent;", "(ċ) kull rapport, pjan jew policy oħra skont mal-Ministru jqis li hu meħtieġ:", "Iżda meta l-imsemmi Kumitat Permanenti jonqos milli jipprepara stqarrija ta' pożizzjoni fil-perjodu stipulat fl-Att tal-Ippjanar, il-Ministru responsabbli mill-Ambjent għandu jagħmel talba formali lill-Kamra biex jiddiskuti din l-Istrateġija, pjan jew policy.\"", "Għalhekk is-Sedja, wara li kkonsidrat it-talbiet li saru lbieraħ fil-Laqgħa 14 tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, fejn intalab li jinstemgħu xi xhieda fuq il-proġett tal-Corinthia, wara preżentazzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi, is-Sedja qiegħda tiddeċiedi li biex dan isir, għadu japplika dak li kienet iddeċidiet dwaru fir-ruling li tat fis-Seduta 130 tas-17 ta' Marzu 2014, jiġifieri li trid issir mozzjoni ad hoc minn xi Membru fil-Parlament, fejn dik il-mozzjoni, wara li jkun hemm id-deċiżjoni fil-Plenarja li għandhom jitwessgħu l-poteri addizzjonali tal-istess Kumitat, imbagħad, jekk ikun il-każ, wara d-diskussjoni li ssir fil-Plenarja, ikunu jistgħu jitwessgħu l-poteri tal-Kumitat biex il-Membri tal-Kumitat ikunu jistgħu jkomplu d-diskussjoni kif tista' tiġi indikata fil-mozzjoni proposta.", "Għalhekk, is Sedja tiddeċiedi li ma jistax jittieħed vot fil-Kumitat dwar mozzjoni li tmur oltre mir-remit kif indikati fil-Kap.", "549 u l-Kap.", "552 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "Ngħaddu issa għall-mistoqsijiet parlamentari.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA – DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ilmenti pendenti quddiem il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex huma l-imsemmija lmenti?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li quddiem il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija hemm seba' lmenti pendenti.", "Dawn jinvolvu żewġ każijiet li jinsabu quddiem il-Qorti, tliet każijiet ippreżentati minn individwi fuq bażi personali, każ wieħed mill-Kummissarju tal-Pulizija u ieħor minn eks membru tal-Korp dwar ħlas ta' sahra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Għal ħafna snin fil-ħabs ta' Kordin kellna problema reali ta' ammont ta' droga li kienet qed tkun preżenti fl-istess ħabs.", "Dan l-aħħar kien hemm xi artikli fuq xi gazzetti u anke rajt servizz interessanti fuq TVM fejn anke intervistaw lill-priġunieri nfushom dwar din il-problema u lkoll sostnew li bil-ħatra tad-Direttur il-ġdid fil-ħabs jidher li din il-problema naqset.", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret li wasslet għal dan?", "X'hemm aktar ippjanat sabiex din il-problema verament tiġi indirizzata bl-aktar mod serju possibbli?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Tajjeb wieħed jgħid minn fejn bdejna, fejn qegħdin u fejn irridu mmorru.", "Jekk wieħed jgħid li wasalna naħseb li jkun prużuntuż.", "Jekk wieħed jgħid li qatt ma kienet teżisti droga fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ma jafx x'inhu jgħid, u jekk ikun hemm min jagħti l-impressjoni li d-droga żdiedet ma jafx ir-realtà.", "Il-fatti huma li qegħdin nagħmlu searches b'mod aktar frekwenti b'apparat li nxtara li permezz tiegħu nistgħu nintraċċaw moħbiet li anke jkunu wara l-ħitan.", "Dan l-apparat jagħtik il-fakultà li tara affarijiet li jkunu moħbijin u permezz tiegħu mhux biss instabet id-droga imma nstabu wkoll strumenti bil-ponta.", "Dawn ġew miġbura minn diversi sezzjonijiet tal-Faċilità.", "Uħud minnhom jidher li kienu ilhom moħbijin sew.", "It-tiftix li qiegħed isir fil-fatt qiegħed jagħti r-riżultati.", "Li kien isir qabel kien li jkun hemm suspett f'persuna u jmorru jiċċekkjawlu ċ-ċella.", "Illum il-membri tal-Faċilità jmorru jfittxu diviżjoni sħiħa u jużaw kemm l-apparat li nxtara kif ukoll il-klieb biex ikunu jistgħu jfittxu għad-droga.", "Din it-tfittxija qed tagħti r-riżultati tagħha.", "Aktar importanti hu li tiġi mwaqqfa d-droga qabel jew kif tidħol fil-Faċilità.", "Nafu li hemm ħafna modi kif tista' tidħol.", "Diġà rajna li naqsu l-ammonti ta' droga li tintefa' minn fuq iċ-ċnut għax qed nagħmlu tfittxijiet fil-grounds tal-Faċilità qabel l-inmates joħorġu fil-grounds.", "Qegħdin nagħmlu wkoll aktar assessment fuq il-persuni li jidħlu fil-Faċilità.", "Huwa minnu li b'mod regolari tinstab id-droga fl-ikel li jġibu l-qraba, fl-inforra tal-ħwejjeġ, fil-warrani, fil-partijiet intimi tan-nisa u saħansitra fil-krakar li jkunu lebsin it-tfal meta jmorru biex jaraw lill-ġenituri tagħhom.", "Fil-fatt, urewni ritratti li lanqas ridt nemmen l-għajnejja meta rajthom; ritratti ta' tfal deħlin ma' ommhom bid-droga fil-karkur għax kif tneħħielu l-parti tat-takkuna ta' wara jkun mtaqqab minn taħt u bid-droga nkaxxata ġo fih.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin insibu b'mod regolari.", "Sibna wkoll id-droga ppakkjata ġewwa t-toilets l-Qorti biex meta xi inmate imur it-toilet, ikun jaf fejn irid imur, jaqbad id-droga, idaħħalha fil-parti tiegħu u jdaħħalha fil-Faċilità.", "L-ISPEAKER: Ikkonkludi jekk jogħġbok.", "MICHAEL FARRUGIA: Post ieħor li konna identifikajna kien is-settur tal-forensika.", "Minn mindu ħadna l-passi, b'mod sorprendenti, in-numru ta' inmates li qegħdin imorru l-forensika naqas b'aktar min-nofs.", "Jidher li qegħdin jittieħdu ċerti passi li qed iħallu r-riżultati.", "Bi pjaċir ngħid li llum waslu l-ewwel scanners li se jitwaħħlu fil-Faċilità.", "U qed ngħid \"bi pjaċir\" mhux biss għax b'dawn l-iscanners se nkunu nistgħu nidentifikaw id-droga li wieħed jipprova jdaħħal fil-Faċilità billi jdaħħalha fil-partijiet intimi u partijiet oħra, jew anke f'kapsuli fl-istonku, imma anke għaliex nistgħu nindunaw meta għal xi raġuni jew oħra d-dogra toħroġ barra.", "L-iscanners se jeliminaw xi ħaġa li hija degradanti.", "S'issa jekk inti kellek suspett f'xi ħadd, iddaħħlu f'kamra, tneżżgħu, teżaminalu l-partijiet kollha tiegħu jew tagħha, inkluż il-partijiet intimi, u tara jekk hux qed idaħħal id-droga jew le.", "Dan fis-sena 2019!", "Dawn l-iscanners insibuhom fl-ajruporti u nafu li jintużaw ukoll biex wieħed jara mhux biss għall-kwestjoni ta' terroriżmu eċċ. imma anke biex wieħed jara drogi li jiddaħħlu fuq l-ajruplani.", "Bi pjaċir ngħid li dawn se jibdew jitwaħħlu fil-Faċilità.", "Fl-Ingilterra fil-fatt bdew proġett pilota appuntu fuq l-istess binarju.", "Għażlu għaxar ħabsijiet li huma challenging u fihom bdew jitwaħħlu scanners u bdew jittieħdu l-passi kollha biex jiġġieldu d-droga.", "Għada pitgħada rridu naraw jekk hemmx għalfejn nagħmlu fencing fuq l-arja tal-Faċilità.", "Hemm metodi kif tagħmel dan iżda ma nixtieqx noqgħod nelabora hawnhekk.", "Ngħid biss li rridu nieħdu l-passi kollha biex kemm jista' jkun innaqqsu dawn il-każijiet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8578.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' ħaddied fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, fil-perjodu bejn Marzu 2013 u Jannar 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8545;", "f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8581;", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji ż-Żgħar inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 22 tal2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Iskema Get Ready;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8580;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8579; u", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 23 tal2019 – Ordni tal-2019 li jemenda l-Ordni dwar l-Applikazzjoni tat-Taqsima III tal-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi (Regional Marine Pollution Emergency Response Centre for the Mediterranean Sea – REMPEC); u", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8582.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "TALBA GĦAL RULING", "JASON AZZOPARDI: Sur President, nixtieq nitlob ruling dwar tweġiba ta' mistoqsija parlamentari.", "Għandi permess f'dan l-istadju?", "L-ISPEAKER: Onor. Azzopardi, agħmilha fil-qosor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, xtaqt ruling mis-Sedja minħabba tweġibiet mogħtija lili mill-Prim Ministru, mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għal mistoqsijiet parlamentari nri 8339 sa 8344.", "F'kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet jien staqsejt lill-Ministri, u lbieraħ lill-Prim Ministru però ma stajtx nagħmel dan il-point of order għax kont qed nieħu sehem fil-Kumitat tal-Ambjent, dwar jekk il-Ministru konċernat attendiex jew kienx mistieden għal festini jew riċevimenti fi qualsiasi residenza privata ta' xi membru tal-ġudikatura, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi fix-xahar ta' Diċembru li għadda.", "Kull tweġiba kienet fis-sens li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi, Standing Order 27, u jiġi ċċitat minn Standing Order 27.", "Jien m'iniex qiegħed nitlob lis-Sedja tgħid x'kellu jwieġeb il-Ministru, għax kif nafu, dik hija diskrezzjoni tal-Ministru u ma nidħolx fiha, imma jien mgħallem – u dan hu r-ruling li xtaqt nitlob – li ladarba din il-mistoqsija parlamentari ġiet aċċettata mill-Iskrivan tal-Kamra jew mis-Sinjorija tiegħek, allura hija in order għax kieku inti kont iżżommha.", "Ir-ruling li xtaqt nitlob hu jekk b'din it-tweġiba, fejn il-Ministru qed jgħid li din il-mistoqsija parlamentari tmur kontra standing order partikolari, huwiex jarroga f'idejh mansjoni, diskrezzjoni li hija tas-Sedja u mhux ta' membru parlamentari.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Se nikkonsidra u nagħti ruling f'dak is-sens.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-4 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, nirringrazzjak tal-opportunità li qiegħda tagħtini biex nitkellem dwar dan l-Abbozz ta' Liġi li prinċiparjament jikkonċentra l-aktar fuq fine tuning u jipprova jimplimenta parti mill-Baġit.", "Din in-naħa tal-Kamra hija inkwetata dwar kemm dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jindirizza numru ta' problemi ta' natura nazzjonali li jitolbu attenzjoni.", "Dawn huma l-problemi li n-nies qegħdin jiffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum u fir-realtà partikolari tagħhom.Tissemma ġenerikament il-kwestjoni tal-faqar u tissemma wkoll il-kwestjoni tal-kirjiet.", "Jien naħseb li dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex qiegħed iħares biżżejjed lejn metodi ġodda li permezz tagħhom in-nies li qegħdin isfel jistgħu jitilgħu aktar 'il fuq.", "Meta wieħed jaqrah isib li m'hemmx rimedji biżżejjed tajbin għal dawk in-nies li qegħdin fil-faxxa ta' isfel tas-soċjetà tagħna.", "Naħseb ma nkunx 'il bogħod mill-verità jekk ngħid li amministrattivament u politikament, il-Gvern telaq jiġri bil-ħsieb li jassigura li min qiegħed fuq jibqa' fuq u jkompli jaqla' l-flus bit-tama li l-flus li qegħdin jaqilgħu n-nies ta' fuq xi mument jew ieħor se jinżlu isfel.", "Ir-realtà hi li dan ma jiġrix, u jekk ma jkunx hemm miżuri speċifiċi ċari u diretti mill-istat biex bil-flus isiru miżuri li jgħinu fid-diffikultajiet li n-nies ikunu qegħdin isibu fl-għoli tal-ħajja u fil-kirjiet li l-ħin kollu qegħdin jogħlew, allura naħseb inkunu qegħdin ninjoraw parti sostanzjali mis-soċjetà tagħna.", "Saret kritika lill-Gvern min-naħa tagħna dwar diversi affarijiet.", "Aħna nħossu li l-Gvern moħħu wisq biex jakkomoda u jaġevola lil ċerti nies ħbieb tiegħu.", "Mhux se nkun l-ewwel wieħed li ngħid li saret il-kritika lill-Gvern li qed jaħseb wisq fil-ħbieb tal-ħbieb tal-ħbieb tiegħu.", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana għax tibgħat messaġġ żbaljat.", "Kull gvern ta' kull żmien f'dan il-pajjiż għandu jkun gvern li jaħseb fil-poplu kollu.", "Ma nistgħux ninjoraw ir-realtà li n-nies qegħdin jiffaċċjaw.", "In-nies qed isibu ma' wiċċhom żieda fl-għoli tal-ħajja, żieda fil-kirjiet u żieda f'diversi affarijiet oħrajn.", "Illum kważi kważi tibda tibża' anke li tiġi nieqes għax se żżid il-piż finanzjarju fuq in-nies tal-familja tiegħek.", "Sinjura President, hemm ukoll staġnar fil-pagi.", "Il-pagi tal-ħaddiema Maltin mhumiex qegħdin jiċċaqilqu 'l fuq u allura qed ikollna sitwazzjonijiet fejn diversi nies qegħdin ibatu ħafna fis-soċjetà.", "Illum ħadnieha for granted li l-mara u r-raġel fil-familja jridu bilfors jaħdmu, anzi fil-Parlament sirna niftaħru b'kemm għandna koppji li t-tnejn jaħdmu, però rridu naċċettaw li hemm ħafna mit-tessut soċjali ta' pajjiżna li qiegħed jintilef.", "Ħafna mill-valuri tal-familja, u ħafna mill-attenzjoni u mill-ħin li wieħed jista' jagħti lill-familja llum qiegħed jintilef biċċa biċċa.", "Ħafna nies iħarsu lejn is-Sibt u l-Ħadd – dejjem jekk ma jkunux qegħdin jaħdmu f'dawk il-jumejn ukoll – bħala l-jiem meta l-familja tista' tkun flimkien.", "Din is-soċjetà qiegħda ssir dejjem aktar atomika, fis-sens li kull persuna għal rasha, u allura m'hemmx biżżejjed ħin għall-familja, m'hemmx biżżejjed ħin għall-affarijiet ta' kuljum.", "Sinjura President, hija xi ħaġa ta' inkwiet li dawn l-estimi mhumiex qegħdin jindirizzaw din il-ħaġa.", "Il-filosofija kompleta u sħiħa ta' dan il-Gvern hija li jekk tkun pro-business ifisser li trid tgħin lil dawk li għandhom il-flus biex ikomplu jagħmlu l-flus u min hu minn taħt m'għandekx bżonn tgħinu għax aktar ma jagħmlu flus dawk li qegħdin minn fuq, aktar hemm ċans li f'xi mument il-flus se jmorru fil-bwiet ta' dawk li huma taħt.", "Ir-realtà hija kompletament differenti għaliex illum, aktar minn qabel, għandek faxxa kbira tal-poplu Malti li qegħdin ibatu ekonomikament u li qegħdin ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja ta' kuljum.", "B'mod partikolari nara pressjoni kbira fuq dawk il-koppji li qegħdin f'postijiet bil-kiri.", "Il-leblieba biex tiżdied il-kera hija tant qawwija u b'saħħitha li ħolqot sitwazzjoni fejn ftit huma n-nies li jistgħu jlaħħqu.", "Saħansitra qegħdin fl-ironija li nisimgħu nies mis-settur finanzjarju li ssoltu jġibu ħaddiema minn barra u li għandhom dħul kbir ta' flus li jgħidu li pajjiżna m'għadux aktar ekonomikament kompetittiv proprju għaliex il-kirjiet splodew bil-kbir.", "Din hija r-realtà.", "Smajt lill-Prim Ministru jitkellem dwar dan fl-aħħar tlett iħdud u kull nhar ta' Ħadd ninnota li dawn il-problemi li ċertament in-nies qegħdin ikellmuh dwarhom fil-każini, li ċertament qed ikun hemm nies li jmorru jistennewh barra biex jgħidulu bil-problemi partikolari tagħhom, minflok qegħdin nindirizzawhom qegħdin aktar naħarbu minnhom u nibagħtu barra l-messaġġ: Tgergrux, tilmentawx miegħi, irringrazzjaw lil Alla għal dak li qegħdin fih u għal dak li jien ipprovdejtilkom.", "L-aħħar kwestjoni li weġġgħet ħafna lin-nies kienet meta qalulna li rridu nirringrazzjaw lill-kwantità kbira ta' ħaddiema barranin li qegħdin inġibu f'pajjiżna għax huwa mertu tagħhom li qed jitħallsu il-pensjonijiet.", "Ċertament ma kenitx proprju l-aħjar mod ta' kif tipprova tindirizza din is-sitwazzjoni, però l-messaġġ ħareġ hemm barra li l-pensjoni ma toħroġx jekk kemm-il darba ma jkollniex kwantità kbira ta' ħaddiema li qegħdin jiġu hawnhekk. bil-problemi partikolari tagħhom, u li qegħdin jiġu sfruttati fid-dinja tax-xogħol.", "Għandek numru ta' ħaddiema li jimmeritaw li wieħed jagħtihom attenzjoni minħabba l-mod kif qegħdin jiġu trattati u minħabba d-diffikultajiet li qegħdin isibu biex isibu fejn joqogħdu.", "Huwa ċar u tond li hemm mewġa fis-soċjetà Maltija li titlob minna l-politiċi li nindirizzawha u nagħtu rimedju tajjeb lil dawk li qegħdin f'pożizzjoni finanzjarja ħażina.", "Fis-soċjetà tagħna hawn kwantità kbira ta' nies li qegħdin ibatu u dawn ir-rabja qiegħda tikber aktar tagħhom għax il-Gvern fuq naħa waħda jiftaħar dwar kemm għandu surplus imma mbagħad il-pagi ta' isfel qed iħallihom l-istess.", "Mela nisimgħu li l-Gvern irnexxielu jġemma madwar €500 miljun mill-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza u diversi diskorsi dwar kemm sejrin 'il quddiem mill-aspett ekonomiku u kemm qegħdin innaqqsu d-dejn, u kemm mexjin 'il quddiem ekonomikament, u kemm qegħdin ifaħħruna Fitch, Standard & Poor's u s-soċjetajiet kollha finanzjarji ta' barra u kemm qegħdin jagħtuna ħafna \"As\" u ħafna stilel mal-\"A's\", imbagħad il-paga tal-ħaddiem baqgħet l-istess però żdiedu l-prezzijiet, għoliet il-ħajja u żdiedet il-kirja bir-riżultat li ħafna ħaddiema qegħdin isibu lilhom infushom f'diffikultajiet kbar.", "Irrid ukoll nuża l-ħin tiegħi biex nitkellem dwar rapport li, fl-opinjoni tiegħi, jitlob u jimmerita li jingħata attenzjoni.", "Ngħid dan għax meta l-poplu jisma' li saru rapporti mill-Awditur Ġenerali u aħna lanqas biss qed nagħtuhom konsiderazzjoni, tikber aktar ir-rabja tiegħu.", "Naf kemm persuni kienu verament ħaduha bi kbira u ddejqu b'dak li fih ir-rapport li sar mill-Awditur Ġenerali dwar il-Konsolat tagħna fl-Alġerija, għax huwa ċertifikat tal-mod ħażin ta' kif inti għandek tmexxi konsolat ta' pajjiżna.", "Ir-rapport huwa mimli bi sfumaturi, bi provi, b'dikjarazzjonijiet li għandhom iħammru wiċċ pajjiżna.", "Jien qrajt diversi partijiet minnu u kważi kull parti minn dan ir-rapport titlob li jkun hemm rimedju u attenzjoni partikolari.", "Nixtieq nagħmel referenza partikolari għal dak li hemm f'paġni 67 sa 74 ta' dan id-dokument.", "Hawnhekk jidher ċar li nħarġu diversi visas b'mod mill-aktar irregolari u li jmur kontra r-regoli tax-Schengen.", "Dawn il-visas inħarġu bi ksur tat-regoli dwar kif wieħed għandu jagħmel skrutinju tajjeb tal-visas.", "Pereżempju ġie rapportat li kien hemm xi nies li ngħataw il-visa biex jiġu f'pajjiżna, qabdu ajruplan mill-Alġerija għal Marsilja biex jiġu Malta iżda meta waslu Marsilja waqfu Marsilja u ma ġewx Malta.", "Wara ftit dawn inqabdu involuti f'reati ta' prostituzzjoni u reati kriminali oħrajn.", "Hemm kwantità kbira ta' nies li marru Marsilja u ma ġewx Malta.", "Hemm ukoll kwantità kbira ta' nies li mill-Alġerija ġew Malta u waslu b'dokumentazzjoni li se jieħdu kors hawn Malta, u li se joqogħdu hawn Malta iżda fil-ġurnata stess li waslu Malta pprovaw jieħdu ajruplan lejn pajjiż ieħor.", "Hawn rapportat ukoll li diversi nies jiġu hawn Malta, kif jiġu jikkanċellaw il-lukanda tagħhom, jikkanċellaw dak li kienu qegħdin jibbukkjaw f'istituzzjoni edukattiva u jitilqu minn pajjiżna.", "Mhux biss, jissemmew ripetutament f'paragrafi varji l-ammonti ta' flus li allegatament kienu qegħdin jintalbu għall-ħruġ ta' dawn il-visas u jissemmew iċ-ċifri ta' 4,000 Dinar u ta' €2,500.", "Dawn sirna nafuhom mingħand diversi persuni li tkellmu u għamlu r-rapporti tagħhom u l-Konsolat tagħna hemmhekk, minflok ipprova jikkontrolla u minflok ipprova jagħmel xi tip ta' sforz biex l-affarijiet isiru tajjeb, ikkomplika aktar l-affarijiet għax il-Konslu li kellna talab lill-Assistent Kummissarju tal-Pulizija biex ineħħilu pulizija partikolari għax qed jirrifjutalu t-talbiet tal-visa.", "Fl-istess rapport jingħad li l-membri tal-Korp tal-Pulizija lill-Konsolat kienu jgħidulhom biex ma jaċċettawx numru ta' visas u l-Konslu ta' Malta fl-Alġerija xorta waħda kien japprovahom, minkejja li l-Korp tal-Pulizija kien ikun qallu le.", "Hemm addirittura 500 persuna li l-Pulizija qalulhom biex ma jaċċettawhomx minħabba raġunijiet ta' sigurtà u xorta waħda l-Konslu aċċettahom.", "L-ironija hi li hemm każijiet bil-kontra!", "Kien hemm nies li l-Korp tal-Pulizija ma sab xejn fuqhom fejn tidħol sigurtà nazzjonali jew Ewropea u l-Konslu xorta waħda ċaħdilhom il-visa.", "Minn dawn hemm 850 persuna.", "Meta taqra dak li fih dan ir-rapport tistagħġeb kif dan ġie permess kważi bil-go-ahead tal-awtoritajiet ta' pajjiżna.", "Ngħid dan b'kawtela għax hawn indikat fl-istess rapport li l-Awditur Ġenerali rnexxielu jidentifika li pajjiżna kien se jiftaħ konsolati fil-Brażil u fil-Libja, imbagħad ittieħdet deċiżjoni minn Kastilja li l-Konsolat jinfetaħ fl-Alġerija u fil-United Arab Emirates.", "Is-sabiħa hi li biex infetħu dawn il-Konsolati nġiebu l-flus mill-Unjoni Ewropea.", "Fl-istess rapport hemm li meta l-Awditur Ġenerali talab lil Kastilja biex tagħtih ir-raġuni għat-tibdil fid-deċiżjoni politika, ħadd ma wieġeb lura u ta spjegazzjoni għal din il-ħaġa.", "Meta taqra dan ir-rapport mingħajr ma trid tinkwieta ruħek għax issib li huwa mimli b'allegazzjonijiet ċari li xi ħadd fil-Konsolat tagħna fl-Alġerija għamel perjodu twil jimxi b'mod irregolari.", "Dan ir-rapport iqegħdilna taħt imneħirna li xi ħadd kien qed jieħu l-flus.", "Hawn allegazzjonijiet ta' nies li xtraw il-visa u kellhom dokumentazzjoni li hija kompletament falza.", "Hawn ukoll allegazzjonijiet ta' nies li l-Konslu ħarġilhom il-visa mill-Alġerija, ġew Malta u l-awtoritajiet tal-Korp tal-Pulizija irrifjutawhom u bagħtuhom lura l-Alġerija għax id-dokumentazzjoni kienet manifestament żbaljata.", "Ma rridx ngħaġġeb l-affarijiet u bl-ebda mod ma rrid nagħmel ħsara, però naħseb inkunu qegħdin nonqsu lill-istituzzjonijiet demokratiċi ta' pajjiżna jekk kemm-il darba rapport li sar b'tant dettall mill-Awditur Ġenerali ħadd ma jsegwih.", "Ikun nuqqas jekk ma jiġix xi ħadd f'din il-Kamra jew barra minnha u jgħidilna x'passi qegħdin jittieħdu biex dwar dan l-iżball kbir li sar rigward dawn il-kwantitajiet kbar ta' visa li minn dan ir-rapport jirriżulta li ntalbu flus kbar għalihom.", "Naħseb li xi ħadd għandu jwieġeb u xi ħadd għandu wkoll jagħti rendikont lill-poplu Malti kollu.", "Hija inkredibbli kif jirriżulta mill-istess rapport li kien hemm diversi persuni li saru jafu b'dawn l-affarijiet imma kulħadd ħa l-ħin tiegħu biex ikun jista' jagħmel xi pass partikolari.", "Imbagħad meta dan il-Konslu partikolari tneħħa, qisna qomna minn din ir-raqda.", "Jien ngħid li dan ir-rapport huwa wieħed tal-mistħija u għandu jittieħed b'ħafna serjetà għax huwa mimli kwestjonijiet verament qawwija li jinkwetaw lilna li nixtiequ naraw l-affarijiet isiru tajjeb.", "Saħansitra hemm ukoll id-difiża tal-Konslu, li qal li kien qed joħroġ dawn il-visas kollha mhux għax kien hemm xi ħaġa irregolari imma biex jgħin lill-Air Malta ħalli jkollha aktar passiġġieri li jitilqu mill-Alġerija biex jiġu hawn Malta.", "Redikolaġni kbira!", "Jien ninkwieta għax b'dan ir-rapport il-politika estera ta' pajjiżna, u l-immaġini tagħna barra, ħadet daqqa ta' ħarta kbira b'dan ir-rapport.", "Ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li dan huwa xi rapport li issa tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u se jitħalla hemmhekk u kulħadd se jħallih jiġbor it-trab u ħadd mill-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea mhu se jiflih u mhux se jara l-mod żbaljat ta' kif pajjiżna ppermetta li jaħdem bih il-Konsolat fl-Alġerija.", "Naħseb din hija xi ħaġa ta' inkwiet kbir għalina.", "Xtaqt ukoll nitkellem dwar xi ħaġa oħra relatata mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.", "Aħna bħala Oppożizzjoni ilna nsegwu dak li qed iseħħ fil-Venezuela.", "Bħala Oppożizzjoni ddikjarajna diġà aktar minn kważi ġimagħtejn ilu li d-dinja demokratika għandha taċċetta li jsiru elezzjonijiet ġenerali liberi u li mhuwiex aktar aċċettabbli li Maduro jibqa' jagħmel din l-istraġi kollha lill-pajjiż ħabib tagħna, il-Venezuela, pajjiż mimli b'rikkezzi, bi tradizzjonijiet demokratiċi sbieħ u b'nies tal-affari tagħhom.", "Aħna ninkwetaw ruħna meta naraw li l-Gvern qiegħed idum daqshekk biex jingħaqad mal-bqija tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jiġi dikjarat li hu wkoll qiegħed jaqbel ma' Juan Guaidó, iż-żagħżugħ li b'kuraġġ kbir ħa d-deċiżjoni li jiddikjara ruħu President interim ta' dan il-pajjiż u qiegħed lilu nnifsu f'diffikultajiet kbar u jista' anke jitlef ħajtu.", "Huwa ħa d-deċiżjoni li jkun demokrazija fil-Venezuela.", "Allua għaliex bħala pajjiż qed indumu daqshekk biex niddikjaraw li aħna wkoll parti mid-dinja tal-Unjoni Ewropea u mingħajr biża' ningħaqdu biex ngħidu li f'dak il-pajjiż hemm bżonn ikun hemm elezzjonijiet liberi?", "Il-Venezuela għandu l-aktar inflazzjoni qawwija.", "Qegħdin nitkellmu dwar persentaġġi straordinarji u barra minn hekk, madwar tliet miljun Veneżweljan kellhom jaħarbu minn dan il-pajjiż biex immorru fil-pajjiżi ġirien.", "Fortunatament il-pajjiżi ġirien f'dawn l-aħħar sentejn laqgħu diversi persuni mill-Venezuela, tawhom għajnuna u sokkors.", "Jidhrilna li hemm bżonn li pajjiżna jiddikjara li hu jaqbel li dan il-bniedem għandu jkun għall-mument il-President interim sakemm issir elezzjoni presidenzjali ġenerali libera.", "Nittama li l-Ministeru f'dawn is-sigħat jingħaqad ma' diversi pajjiżi oħrajn membri tal-Unjoni Ewropea biex jagħmel dan.", "Meta tara x'inhu jiġri f'dak il-pajjiż ċertament ma tistax tagħti ebda appoġġ lil mexxej li huwa dittatur.", "Ma tistax tagħti appoġġ lil mexxej li l-ġurnal lokali The Independent għamel żewġt iĦdud jew tlett iĦdud jinformana dwar l-investimenti li qiegħed jagħmel u l-possibbiltà li għamel użu mis-sistema finanzjarja ta' pajjiżna biex joħroġ flus tal-poplu Veneżweljan għall-għanijiet tiegħu.", "Reċentement ħarġet ukoll l-aħbar li Maduro qed jipprova joħroġ ir-riservi tad-deheb li għandu fil-pajjiż biex meta jiġih il-mument li jaħrab minn dan il-pajjiż, ikollu moħħu mistrieħ.", "Din mhijiex kwestjoni ta' ġeo-politika imma hija kwestjoni ta' prinċipju; il-prinċipju tad-demokrazija, il-prinċipju tad-dittatorjat.", "Niskuża ruħi li f'dan id-diskors dwar il-Baġit dħalt ukoll f'dan is-suġġett, però jidhirli li għandna nkunu ċari u nieħdu ħsieb li pajjiżna wkoll jaċċetta din is-sitwazzjoni u jingħaqad mal-pajjiżi l-oħrajn liberi.", "Anke l-President Taljan, Sergio Mattarella, ilbieraħ qal li pajjiżna għandu jkun favur din il-ħaġa, u allura naħseb li aħna għandna nimxu 'l quddiem.", "Sinjura President, nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nappella lill-Gvern biex jisma' aktar il-vuċi tan-nies li qegħdin isfel, jisma' aktar il-vuċi ta' dawk li huma l-ifqar fis-soċjetà tagħna, jagħmel miżuri li huma verament indirizzati għalihom u fl-istess ħin jieħu l-passi kollha neċessarji kontra dawk li qegħdin jikkonsidraw ruħhom bħala l-ħbieb tal-ħbieb tal-ħbieb u jaħsbu li jistgħu jiksru l-liġi u ma jiġrilhom xejn, biex dawn l-affarijiet ma jiġu qatt aktar ripetuti.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, nixtieq nagħmel numru ta' korrezzjonijiet għal dak li għadu kif qal l-Onor.", "Waħda minnhom hija li fis-1.00 p.m. tal-lum il-Gvern Malti, wara laqgħa tal-Kabinett, ħareġ stqarrija fir-rigward tal-Venezuela.", "Il-Kabinett iltaqa' illum, id-deċiżjoni ttieħdet illum, u l-Gvern għamel stqarrija pubblika erba' sigħat ilu dwar dak li kien qed jirreferi għalih l-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ippermettili ftit Ministru, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, qed nieħu pjaċir li l-Gvern ħa din id-deċiżjoni għax aħna ilna dawn l-aħħar jiem ninsistu li għandhom jieħdu din id-deċiżjoni imma konna qisna vuċi fid-deżert.", "Allura ma nistax ma nifraħx lill-Gvern li ħa deċiżjoni daqshekk tajba.", "Prosit, u aħna qegħdin warajkom għax din hija deċiżjoni għas-sewwa, hija deċiżjoni għall-ġustizzja u hija deċiżjoni li tagħmel il-ġid lill-poplu Veneżweljan.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Nirringrazzjak.", "Id-differenza hi li aħna nieħdu deċiżjoni kollettiva għax niltaqgħu flimkien.", "Napprezza li l-Oppożizzjoni ma tiltaqax flimkien u allura d-deċiżjonijiet jittieħdu haphazard.", "Apparti minn hekk, naħseb tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni wkoll li mhux il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea semmgħu leħinhom.", "Hemm numru sostanzjali ta' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jew ma semmgħux leħinhom jew inkella għandhom kunflitt intern fil-gvern tagħhom stess u ma jafux liema direzzjoni se jieħdu.", "Bħala Kabinett aħna niltaqgħu nhar ta' Tlieta u din il-kwestjoni kienet diskussa it-Tlieta u ħriġna d-dikjarazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kabinett.", "Aktar tard nista' nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dikjarazzjoni li ħarġet mill-Gvern Malti.", "Mill-bqija tajjeb nirrealizzaw li hawn qegħdin niddiskutu Baġit li fih hemm affarijiet li huwa importanti li niddiskutuhom.", "B'kull rispett lejn l-ispiżjara, il-proverbju Malti jgħidlek li 'l-ispiżjar milli jkollu jagħtik'.", "Minflok \"spiżjar\" hemm min juża kelma oħra, u anke dawn trid turi rispett lejhom.", "Qed ngħid dan għax niskanta kif ċerti persuni jiġu jitkellmu hawnhekk meta huma stess għandhom dellijiet kbar u koroh fuqhom.", "Dawn hemm deċiżjoni mill-Awditur fuqhom u ħarġu rapporti dwar x'għamlu u x'm'għamlux.", "Ma jfissirx li għax xi ħadd għamel ħażin, inti għandek tagħmel ħażin.", "Meta tiġi fil-Parlament tilgħabha tal-qaddis, tilgħabha ta' persuna pura u tilgħabha tad-difensur tas-sewwa meta inti stess maħmuġ, tkun qiegħed tikkontradixxi daqsxejn lilek innifsek!", "Jien imbagħad ma niskantax li jkun hemm sezzjoni tal-popolazzjoni li tibda tħares lejn il-politika b'inqas serjetà u ma tifhimx eżattament x'inhi id-direzzjoni ta' ċerti individwi.", "Hemm nies fuq in-naħa tal-bankijiet tal-Oppożizzjoni li naf li huma serji u meta nismagħhom jitkellmu forsi naċċetta l-kritika tagħhom, imma minn tant nies l-aktar nies li għandhom dellijiet fuqhom li nismagħhom jitkellmu.", "Dawn jagħtu impressjoni negattiva tal-politika għas-sempliċi raġuni li ma jkunux qegħdin jgħidu l-verità.", "L-ewwel u qabel kollox hemm diversi istituzzjonijiet li jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom però rrid ngħid li meta wieħed jagħmel l-investigazzjonijiet, dan ikollu wkoll ċerti parametri fuq kif jimxi.", "Jista' jkun hemm dawl oranġjo jew kif inhu magħruf fit-traffic lights, l-amber light fejn jista' jkun hemm problema.", "Meta jkun hemm dak l-amber light, il-każ jiġi referut lill-Pulizija li għandhom il-faċilitajiet u għandhom il-fakultà li jagħmlu l-investigazzjonijiet aktar fil-fond.", "Dak ir-rapport ikun tressaq għand il-Pulizija għax ikun rapport li meta tħares fil-wiċċ tiegħu taħseb li jista' jkun hemm xi ħaġa ħażina.", "Dan għalhekk jintbagħat, imma mbagħad jista' jagħti l-każ li meta l-Pulizija tinżel fil-fond tiegħu jirriżulta li l-affarijiet kienu differenti minn kif forsi kienu jidhru fil-wiċċ.", "Dak huwa x-xogħol tal-Pulizija.", "F'mistoqsija parlamentari li kelli ftit tal-ġimgħat ilu staqsewni kemm tressqu rapporti mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u ġew investigati mill-Pulizija u eventwalment ittieħdu l-passi fuqhom f'dawn l-aħħar ħames snin.", "Jien iddeċidejt li minflok immur lura ħames snin immur lura għaxar snin ħalli nagħmel perjodu taħt amministrazzjonijiet Laburisti u nagħmel perjodu taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.", "Oħroġ il-għaġeb sibt li ħafna mir-rapporti li kienu saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista għadhom qegħdin jiġu investigati u hemm oħrajn fejn kien ġie deċiż li m'hemmx issues minkejja li l-FIAU kienu ġibdu l-attenzjoni fuqhom.", "Kien hemm każijiet oħrajn li kien deċiż li m'hemmx problemi dwarhom u oħrajn li ttieħdu xi passi kontrihom.", "Dawn bdejt inqabbilhom ma' dak li qed iseħħ bħalissa.", "Ħafna mill-investigazzjonijiet li qed insemmi tressqu għaxar snin ilu.", "Hemm oħrajn li tressqu sena ilu u allura wieħed irid jirrispetta l-investigazzjonijiet fid-dettall li kienu qegħdin isiru qabel wieħed jieħu azzjoni.", "L-agħar ħaġa li wieħed jista' jagħmel – u faċli tagħmilha – hi li taqbad lil xi ħadd għax għandek suspett fih u tressqu l-Qorti mingħajr ma jkollok provi konkreti.", "Tgħidilhom \"għax jien hekk naħseb\", jew \"għax hekk għaddieli minn moħħi\", jew \"iddeċidejt li hemm problema\".", "Fil-Qorti mhux x'taħseb jew x'temmen jgħodd imma x'hemm.", "Lanqas tista' tgħid \"għax jien politikament hekk nemmen\".", "\"Politikament nemmen\" ma tiswa assolutament xejn, lanqas ħabba ma tiswa.", "Int jew għandek il-provi jew m'għandekx u xogħol il-ġudikatura huwa li jiflu l-provi li inti tressaq u li jidħlu fid-dettall tal-investigazzjonijiet.", "Ir-rule of law mhijiex biss meta maġistrat jew imħallef jagħmlu dikjarazzjoni li tkun taqbel magħha.", "Jekk temmen fir-rule of law, meta l-maġistrat jew l-imħallef jieħdu ċerti deċiżjonijiet u jaslu għal ċerti konklużjonijiet, taqbel jew ma taqbilx magħhom, inti taċċettahom.", "Jekk taċċetta biss id-deċiżjonijiet li jkunu favur tiegħek u meta jkunu kontra tiegħek toħroġ tgħid li l-ġustizzja ma saritx sewwa u li l-Gvern qiegħed jindaħal, allura mhux veru temmen fir-rule of law.", "Mela meta jkunu favurek il-Gvern mhux qed jindaħal u meta jkunu kontrik il-Gvern indaħal!", "Meta kien hemm deċiżjonijiet tal-qrati li ma qabilx magħhom il-Partit Laburista, huwa baxxa rasu u aċċettahom.", "Pereżempju kien hemm il-kwestjoni tas-siġġijiet tal-Kamra, li kienet kruċjali.", "Għal darba, darbtejn, ittieħdet deċiżjoni u aħna baxxejna rasna u aċċettajnieha.", "Urejna fejn ma qbilniex, jekk kien hemm bżonn isir appell sar appell, imma la d-deċiżjoni ttieħdet, imbagħad life goes on. X'nagħmel?", "Noqgħod ngħajjar lill-qrati?", "Tista' tgħid li politikament ma taqbilx, tista' tgħid li temmen mod ieħor, imma ladarba hemm deċiżjoni, wieħed irid joqgħod ma' dik id-deċiżjoni.", "Sinjura President, in-naħa tal-Oppożizzjoni kemm-il darba smajniehom jirrepetu li l-kriminalità qed tiżdied.", "Jien nixtieq inkun naf x'inhuma r-rapporti li qegħdin jaraw.", "Ir-rapporti jsiru u jiġu assessjati u vverifikati minn persuna li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom rispett lejha u din kull sena toħroġ rapport.", "Biż-żieda fil-popolazzjoni u biż-żieda fit-turiżmu u fl-affluwenza fil-pajjiż, wieħed jistenna li l-kriminalità tiżdied imma minflok insibu li għat-tieni sena konsekuttiva r-rata ta' kriminalità naqset.", "Dan ifisser li l-Korp tal-Pulizija minn fuq sa isfel qiegħed jagħmel xogħlu.", "Jista' jsir aktar?", "Iva, jista' jsir ħafna aktar, u qegħdin naraw li ninvestu ħalli nkunu aktar effiċjenti, inkunu nistgħu nagħmlu aktar u nkunu nistgħu mhux biss naqbdu lill-kriminali imma nipprevjenu l-kriminalità.", "Hawn irrid ngħid li meta nkunu qegħdin nieħdu deċiżjonijiet biex nipprevjenu l-kriminalità u nipproteġu lill-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll lil dawk li jiġu jżuruna u jagħtuna pjaċir li jżuruna, – u jalla jiġu aktar u jalla jiġu jonfqu aktar u jkomplu jżidu l-affluwenza fil-pajjiż għax aħna dak li rridu – ma nippretendix li jkun hemm min mill-Oppożizzjoni jibda jagħmel ħafna oġġezzjonijiet.", "Ma jistax jkun li nkunu kritiċi sempliċement biex nikkritikaw.", "Pereżempju kellna membru tal-Oppożizzjoni li minflok feraħ għax il-Pulizija qegħdin ikunu aktar effiċjenti għax id-Dwana għandha l-apparat u qed issir aktar effiċjenti, u minflok feraħ għax il-ħabsijiet qegħdin ikunu aktar effiċjenti fit-tfittxijiet u issa se nkunu qegħdin ninvestu aktar biex inkunu nistgħu nnaqqsu b'mod drastiku kull oġġett illeċitu li jidħol fil-ħabs, beda jgħid li qegħdin jinqabdu aktar għax hawn aktar droga.", "X'inhu jippretendi dan il-Membru?!", "Illi nkunu nafu bihom u ma naqbduhomx?", "Huwa raġunament illoġiku għall-aħħar li ma naqbdux nies bid-droga ħalli l-membri tal-Oppożizzjoni jgħidu li m'hawnx droga fil-pajjiż għax mhux qed tinqabad!", "Il-pjaċir tiegħi hu li nkunu aktar effiċjenti, li ninvestu aktar fl-apparat biex inwettqu l-wegħda elettorali li saret li jkun hemm investiment bla preċedent f'pajjiżna għall-korpi tas-sigurtà, għall-korpi dixxiplinati u li naraw li ntejbu s-servizz.", "Irridu wkoll insaħħu l-manpower biex mhux biss nipprevjenu imma anke nsolvu atti ta' kriminalità u kemm jista' jkun inkomplu naqbdu u nnaqqsu d-droga minn pajjiżna.", "Din hija ġlieda kontinwa.", "Għamilna wkoll diversi bidliet fis-settur ta' dawk li huma vittmi tad-droga u fix-xhur li ġejjin, flimkien mal-Caritas, se niftħu l-ewwel darba ċentru għal persuni taħt it-18-il sena li jkollhom il-problema tad-droga.", "Dan kważi 30 sena wara li Mons. Victor Grech kien tkellem dwar dan.", "Minkejja li f'dan il-pajjiż konna nafu li hawn problema fost żgħażagħ li għandhom inqas minn 18-il sena, ħadd ma ndenja ruħu jgħolli subgħajh biex jagħmel xi ħaġa.", "Kien sentejn ilu biss li flimkien mal-Caritas wasalna fi ftehim biex jinfetaħ dan iċ-ċentru. ll-Gvern għenhom anke billi għaddielhom l-art u qed jgħinhom ukoll fil-proġett innifsu li se jwassal biex ikun hemm ċentru ta' riabilitazzjoni għal vittmi tad-droga taħt it-18-il sena u għal dawk il-persuni li għandhom challenging behaviour kbir.", "Bħalissa qiegħed jiġi diskuss ukoll Abbozz ta' Liġi, li jinsab fi stadju ta' Kumitat, li għandu x'jaqsam mad-droga sintetika għax nafu li biex wieħed ma jinqabadx, ibigħ u jittraffika droga li mhijiex fl-iskeda tad-drogi u meta niġu biex indaħħluha fl-iskeda biex ngħidu li hija llegali, il-kriminali jkunu diġà pass 'il quddiem u jkunu diġà qegħdin jaraw kif se jġibu droga oħra biex dejjem ikunu fuq quddiem fil-bejgħ ta' din id-droga sintetika li ħafna drabi hija agħar u aktar perikoluża mid-droga tradizzjonali.", "Qed insemmi dan kollu biex nuri li l-ġlieda ta' dan il-Gvern kontra d-droga hija fuq diversi binarji u qed nindirizzawha kemm mil-lat kriminali kif ukoll mil-lat riabilitattiv.", "Dalgħodu, u anke matul il-ġimgħa li għaddiet, kont qed niddiskuti ċerti konċetti u hemm nies li jgħidulek li kriminal għandek tibagħtu l-ħabs u tarmi ċ-ċavetta biex tħallih maqful hemm ġew għax ħadd ma qallu biex jagħmel att kriminali.", "Il-konċett l-ieħor hu li persuna tista' tiżbalja fil-ħajja u wieħed irid jaħdem u jara kif dik il-persuna tkun riabilitata.", "Għaldaqstant se jkompli jsir ħafna fejn tidħol riabilitazzjoni, mhux biss fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin imma anke flimkien ma' NGOs fil-komunità.", "Nieħu l-opportunità biex insellem lil diversi NGOs li jaħdmu f'dan is-settur, fejn nemmen li għad hemm spazju biex ikomplu jinvestu aktar mil-lat ta' riabilitazzjoni.", "Pereżempju l-Fondazzjoni RISe qed tgħin ħafna persuni biex jirritornaw lura fil-komunità waqt li jkunu qed jiskontaw l-aħħar xhur tas-sentenza.", "Eventwalment dak li jinteressana hu li jsibu impjieg u hawn nista' ngħid li hemm uħud li saru self-employed u mexjin 'il quddiem u allura ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jaqgħu fil-kriminalità.", "Madanakollu għad hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam għax ir-riabilitazzjoni ma tiqafx biss kif inti toħroġ meta tkun servejt is-sentenza imma trid timxi għas-settur li għandu x'jaqsam mal-after care.", "Settur ieħor li forsi ma tantx konna nagħtuh attenzjoni huwa dak tat-tfal tar-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Uħud minnhom veru jgħaddu minn tbatijiet għax xi ħadd mill-ġenituri jkun qiegħed f'din il-Faċilità, imma rridu noqogħdu attenti għax hemm statistika li turi li l-kriminalità tintiret minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Ħafna drabi ssib li wieħed li qiegħed il-ħabs xi darba kellu lil missieru jew lin-nannu tiegħu l-ħabs u wisq probabbli l-bużnannu tiegħu kien mar il-ħabs ukoll.", "Issib li fi ħdan il-familja jkun hemm ċerti trends, allura wieħed irid jaħdem fuq it-tfal, speċjalment dawk ta' familji simili, biex inkunu qegħdin naċċertaw ruħna li kemm jista' jkun dawn it-tfal ma jispiċċawx kriminali huma wkoll u jkollhom problemi fis-soċjetà.", "Sinjura President, min-naħa tal-Korp tal-Pulizija qed isiru ħafna investimenti li nistgħu niftaħru bihom.", "Qed ngħid \"nistgħu niftaħru\" għax fil-każ tal-Pulizija mhux bilfors inkunu nistgħu niftaħru b'ċertu apparat, speċjalment jekk ikun qiegħed jinxtara għal raġunijiet ta' sigurtà.", "Mhux dejjem tkun tista' tgħid x'apparat għandek biex tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji għax fl-aħħar mill-aħħar, jekk ikun possibbli, trid tkun pass qabel il-kriminali.", "Fejn tidħol il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin imbagħad ukoll qed isir xi tibdil.", "Bħalma għedt aktar qabel fil-Ħin tal-Mistoqsijiet, illum waslu l-ewwel kaxxi li fihom hemm l-iscanners li se jkunu qegħdin jitwaħħlu fil-Faċilità.", "Qegħdin ninnotaw li pajjiżi barranin bdew, jew se jibdew, huma wkoll iwaħħlu scanners fil-faċilitajiet tagħhom ħalli persuni ma jgħaddux minn sitwazzjonijiet degradanti biex jiġu eżaminati biex wieħed jara jekk ikollhomx xi affarijiet li huma illeċiti fil-kavitajiet u fil-partijiet privati tagħhom qabel jidħlu fil-faċilità.", "Apparti minn hekk, jien informat li fi żmien 15-il ġurnata se nkunu qegħdin nipprovaw sistema ġdida ta' menu fil-Faċilità, imbagħad nittamaw li fi ftit ġimgħat joħroġ it-tender għall-provvista tal-ikel.", "Kull individwu kuljum se jkollu menu li jista' jagħżel minnu u li jinbidel minn ġurnata għall-oħra fuq perjodu ta' 15-il ġurnata.", "Jiġifieri f'xahar ikollok darbtejn l-istess menu.", "Nafu wkoll ir-reliġjonijiet differenti li hemm fil-Faċilità u għal din ir-raġuni wieħed mill-items se jkun adattat għal reliġjonijiet differenti.", "Eventwalment irridu naraw li l-istandards jiżdiedu ħalli ma jkunx hemm għalfejn jiddaħħal l-ikel mill-qraba.", "Barra minn Malta l-ikel mingħand il-qraba ma jidħolx għax nafu li ħafna drabi jkun hemm qiegħ falz.", "Ġieli jittieħed l-ikel fil-kaxxi tal-ġelati u fihom dawn issib minn kollox, minn mobiles sa drogi sa kull oġġett ieħor li wieħed jista' jimmaġina.", "Din hija xi ħaġa li tiġri b'mod regolari u meta jkollok xi ħaġa li tiġri b'mod regolari jfisser li trid tieħu azzjoni, u tieħu azzjoni mhux biex tneħħi dan l-aġir biss imma anke biex ittejjeb il-prodott li inti qed tagħti lill-persuna.", "Jien nemmen fid-dixxiplina imma nemmen ukoll fid-dritt li persuna tiġi stmata bħala persuna.", "Nemmen li m'għandux ikun hemm preferenzi bejn inmate u inmate u l-pjaċir tiegħi huwa li meta niltaqa' mal-inmates jgħiduli li jekk ma nbidel xejn, illum m'hemmx preferenzi.", "Fil-fatt, meta titkellem magħhom jibdew jirrealizzaw xi tkun qiegħed tgħid.", "Pereżempju hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li wieħed jintbagħat il-Caritas għar-riabilitazzjoni mid-droga fl-aħħar sena li jkun qed iservi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Fil-Faċilità għandna d-droga, jiġifieri ma nistgħux ngħidu li m'hemmx, u allura fl-aħħar sena għandna nagħtu l-opportunità lil dak li jkun li joħroġ mill-vizzju.", "Id-droga, jekk verament irridu niġġildulha, irridu li l-persuna malli tidħol fil-Faċilità jkollha pjan u jekk għandha vizzju tingħata s-servizzi ta' riabilitazzjoni fil-bidu u mhux fl-aħħar.", "Irid ikollna pjan ta' riabilitazzjoni, pjan biex lil dak li jkun ngħinuh jirrealizza l-iżball li għamel, jirrealizza li hu wettaq att kontra s-soċjetà, li jrid ipatti ta' dak li għamel lejn is-soċjetà u li meta joħroġ is-soċjetà se tkun investiet biżżejjed fih biex ma jkollux għalfejn jerġa' jirritorna lejn il-kriminalità għax is-soċjetà taċċettah lura.", "Hemm persuni li jgħidulek jli ma joqogħdux spalla ma' spalla ma' persuni li xi darba wettqu att kriminali.", "Persuna li taħsibha hekk tinbidel meta allaħares qatt ikollha xi ħadd fil-familja tagħha li jispiċċa għamel żball fil-ħajja, jinstab ħati u jispiċċa l-ħabs.", "Imbagħad f'daqqa waħda l-attitudni tinbidel drastikament minn lejl għal nhar.", "M'għandniex għalfejn nistennew li persuna jiġrilha xi ħaġa fil-familja biex tibdel il-ħsieb tagħha dwar kif għandna ngħinu u nħarsu lejn persuni li xi darba wettqu att kriminali.", "Fir-rigward tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandna pjan ta' seba' snin u fih għaddej investiment kbir.", "F'seba' snin irridu nibdlu dan id-Dipartiment minn wieħed tal-firemen għal dipartiment li huwa verament tal-protezzjoni ċivili.", "Hemmhekk irridu nagħmlu investiment.", "Xi ħaġa li xxokkjatni kienet meta mort u staqsejthom jekk il-binjiet tagħhom humiex seismic proof u qaluli li m'hemmx binja waħda li hija seismic proof.", "Għalhekk, l-ewwel binja li se tkun qed tinbena f'Santa Venera u eventwalment kull binja tal-protezzjoni ċivili li se nkunu qegħdin nibnu fuq perjodu ħames snin jew seba' snin għax se nkunu qegħdin nibdluhom kollha, se jsiru seismic proof u se jinbnew għaż-żmenijiet tal-lum.", "Billi t-trend hija li mmorru għal high-rise buildings, jien kont staqsejthom ukoll dwar x'faċilitajiet għandhom biex jekk allaħares qatt jinqala' xi ħaġa f'xi high-rise building ikunu jistgħu jiġġieldu n-nirien u jsalvaw in-nies.", "Qaluli li m'hemmx.", "Għaldaqstant għamilna l-ordnijiet u fi ftit xhur oħra se jkollna l-ewwel tower ladders li jlaħħqu 23 sular 'il fuq mill-art.", "Dak huwa l-ewwel pass li rridu nieħdu.", "Irridu nifhmu wkoll li ma nistgħux nixtruhom li jlaħħqu aktar għoli għax it-toroq tagħna mhumiex mibnija b'mod li trakkijiet ta' dak id-daqs ikunu jistgħu jduru fil-postijiet fejn għandek bini li jkun għoli.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-ħażna qed naħdmu tajjeb ħafna mal-Malta Industrial Parks u fi ftit ġimgħa oħra se jkollna bowsers kbar li jesgħu 20,000 u 40,000 litru ta' ilma biex ikollna ammont adegwat ta' ilma li jiġi ppompjat b'mod qawwi u b'mod kontinwu f'każ li jkollna nirien ta' ċertu kobor.", "Imma forsi aktar 'il quddiem ikolli ċans nitkellem aktar fuq il-Protezzjoni Ċivili.", "Finalment irrid nirreferi għall-Forzi Armati ta' Malta, fejn għaddej investiment kontinwu.", "Il-kollegi ta' qabli li mexxew dan il-Ministeru investew f'helicopters moderni, ajruplani fixed wing, dgħajjes li nbidlulhom il-magni u l-apparat kollu tagħhom għal wieħed modern, u issa se nkunu qegħdin ninvestu fl-akbar dgħajsa li se jkollha l-Armata biex inkomplu nsaħħu dan is-settur.", "Sinjura President, nagħlaq billi ngħid li altru milli mhux qed isir investiment f'dik li hija sigurtà.", "Altru milli r-riżultati fis-settur tas-sigurtà mhux qegħdin hemm, bħalma ntqal minn diversi membri tal-Oppożizzjoni.", "Jien kburi u dan il-Gvern kburi li l-investiment li qegħdin nagħmlu qed jagħti r-riżultati meħtieġa.", "Finalment inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Stqarrija għall-Istampa PR 190220 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fil-5 ta' Frar 2019 fejn il-Gvern ta' Malta stqarr l-appoġġ ta' Malta għad-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta' Jannar 2019 li tħeġġeġ lill-President tal-Venezuela Nicolas Maduro biex jieħu l-passi legali sabiex jinżammu elezzjonijiet presidenzjali demokratiċi fi żmien tmint ijiem.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, għalija, l-ekonomija u s-sostenibbiltà huma miżżewġa b'tali mod u manjiera li biex ikollok ekonomija li hija b'saħħitha mingħajr ma trid trid tħares lejn is-sostenibbiltà u meta nitkellmu dwar is-sostenibbiltà rridu nieħdu tliet oqsma li huma importanti għall-ħajja ta' kuljum: il-qasam ekonomiku; il-qasam soċjali; u l-qasam ambjentali.", "Jekk ifalli wieħed minnhom jikkrolla kollox u jikkrollaw ukoll l-għajxien u l-eżistenza tal-bniedem.", "L-ekonomija qed turi titjib.", "L-indiċi huma tajbin u dan huwa fatt li rridu nirrikonoxxu.", "Nieħu pjaċir ninnota li hawn full employment u li n-numru ta' ċittadini Maltin u Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol naqas ġmielu.", "Nieħu pjaċir ukoll li l-GDP huwa tajjeb għax ifisser li d-dħul qed ikun aħjar, però dan ma jħollx u jorbot kollox.", "Li nkunu pro-business huwa tajjeb għax jitkattar u jitkabbar il-multiplier effect u għalhekk, inkunu nistgħu ngħixu aħjar.", "Li jkun hawn il-kostruzzjoni u l-iżvilupp huwa tajjeb għax dan jgħin lill-ekonomija imma meta tagħsar dan kollu tinduna li bħalissa aħna mexjin b'mod eċċessiv, b'mod esaġerat.", "Tant aħna mexjin b'mod esaġerat li l-Gvernatur Ġenerali tal-Bank Ċentrali, is-Sur Mario Vella, f'gazzetta ġie kkwotat li qal hekk:", "F'dik is-sentenza naħseb li l-Gvernatur Ġenerali ġabar kollox.", "Huwa tajjeb li jkollna surplus imma stajna nkunu aħjar?", "Ir-risposta tiegħi hija iva, stajna nkunu ferm aħjar.", "Stajna nkunu ferm aħjar għax l-ekonomija tagħna mhijiex indirizzata lejn il-valuri imma hija indirizzata lejn il-volum; hija indirizzata b'tali mod u manjiera li nistgħu nagħmlu ferm aktar mill-ftit li qegħdin nagħmlu.", "Smajt b'attenzjoni u kont wieħed mill-ftit membri preżenti hawnhekk meta l-Ministru Edward Scicluna ppreżenta dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jien nieħu pjaċir li jkun hemm surplus, mela le, imma l-Ministru Scicluna naqas milli jgħid ħaġa.", "Il-Ministru Scicluna naqas milli jdaħħal fil-kompitu tal-kalkolu tiegħu l-assi tal-poplu.", "Xi ġralhom f'dawn l-aħħar snin l-assi tal-poplu; tiegħi u tagħkom, ta' Malta tagħna lkoll?", "Kif qegħdin jingħataw?", "Kif qegħdin jinbiegħu?", "Kieku kellhom jingħataw bi prezz li huwa ferm aħjar minn dak li qed jiġi stipulat li se jingħataw bih jew li diġà ngħataw bih, l-ekonomija Maltija ma kenitx tkun ferm aħjar milli hi?", "Insemmi każ wieħed biss.", "Jekk tgħodd il-hand-out ta' kull ċittadin li jeżisti, inkluż dawk li huma vulnerabbli, issib li l-Gvern se jkun ħareġ €102 miljun għal kulħadd.", "Fl-istess sena però lid-DB Group waħdu tah €185 miljun, u allura ferm aktar mill-hand-out li ta lill-poplu Malti u Għawdxi kollu!", "Forsi jkun hawn min jgħidli li l-Gvern ta affarijiet oħra li dak li jkun se jibbenefika minnhom, imma jibqa' l-fatt li l-assi tal-poplu Malti ma ngħatawx b'interess pubbliku biex l-affarijiet isiru aħjar.", "Tista' tkun Gvern pro-business imma dan ma jfissirx li tista' tagħti dak li huwa wirt tagħna lkoll lil dak u lill-ieħor qisu huwa tiegħek.", "Dan qed ngħidu wkoll għax din is-sena rajna diversi kuntratti oxxeni.", "L-agħar wieħed kien dak tal-Isptar San Vinċenz minħabba l-mod metikoluż ta' kif inħadem.", "Anke l-Ministru Scicluna nqabad fuq sieq waħda u meta nduna bl-affarijiet kif saru, talab għal inkjesta interna, għalkemm ir-riżultat tagħha ma nafux x'inhu minkejja li tlabnieh.", "Kuntratt ta' kċina nbidlitlu klawsola biex b'hekk jissarraf f'kuntratt ieħor li huwa ta' €0.25 biljun.", "Ara fejn qatt l-affarijiet saru b'dan il-mod!", "Dan apparti d-direct orders ta' numru ta' miljuni ngħataw b'mod li ma kienx korrett.", "Dawn huma kuntratti li jnaqqsu l-fiduċja u l-kredibilità mhux tal-Gvern, imma ta' Malta, tagħna lkoll, ta' din il-Kamra.", "U tonqos il-kredibilità anke minħabba l-mod kif jiġu ppreżentati u kif niddiskutuhom hawn ġew.", "Meta nitkellmu fuq is-surplus irridu nitkellmu wkoll dwar l-assi tal-poplu għax dawn huma tagħna però ladarba jkunu telqu, ma jibqgħux aktar tagħna.", "Il-kostruzzjoni għaddejja b'rata mgħaġġla ħafna, kważi skiżofrenika, però għaddejja mingħajr pjan ta' żvilupp u mingħajr ma jingħata kas tal-infrastruttura dgħajfa ta' pajjiżna.", "F'sena waħda ngħataw 13,000 permess.", "Huwa tajjeb li jingħataw il-permessi imma hemm bżonn li jkun hemm pjan nazzjonali għall-mod kif isir dan l-iżvilupp.", "Kieku bħala tabib kelli nikteb riċetta għal dan il-Gvern, kieku naħseb nikteb riċetta għall-akbar pjaga li nara, li hi l-pjaga soċjali, b'mod partikolari fil-każ ta' dawk li qegħdin fil-faxxa ta' isfel, dawk li qegħdin fir-riskju tal-faqar, dawk li qed ibatu għad m'għandniex living pension tajba, dawk li qed isibuha iebsa għax il-paga minima hija aktar baxxa mill-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, il-paga minima tagħna hija waħda mill-aktar baxxi li hawn fl-Ewropa.", "L-akkomodazzjoni soċjali hija wkoll ferita għal dan il-pajjiż.", "Jien kuljum immur nixtri mingħand il-grocer, daqqa mill-Qrendi u daqqa minn Haż-Żebbuġ, u darba kienet nieżla x-xita u kellimni raġel li qatt ma kont iltqajt miegħu u qalli li ġie joqgħod Ħaż-Żebbuġ.", "Għedtlu: Tajjeb, nieħu pjaċir, Ħaż-Żebbuġ huwa raħal sabiħ.", "Qalli li ġie joqgħod fejn dan il-grocer għax kera flat għal €500 fix-xahar.", "Jien staqsejtu kemm qegħdin nies u dan qalli li huwa waħdu u l-flat għandu one bedroom imma huwa flat ġdid.", "Qalli daqshekk seta' jsib.", "Staqsieni mbagħad jekk ħariġx is-sussidju.", "Għedtlu: Jiġifieri s-sussidju li suppost ingħata mill-ewwel ġurnata ta' Jannar skont il-Baġit ma ngħatax?", "Qalli: Le, irrid nistenna numru ta' ġimgħat sakemm il-karta tiġi proċessata.", "Qalli wkoll li paga ma tantx għandu u meta ġie biex jikri, għax ma setax jagħmel mod ieħor għax kien xeba' joqgħod fil-miżerja li kien qed joqgħod fih, ħareġ €500 bil-quddiem, €500 ta' dak ix-xahar u €250 għal min sablu l-post.", "B'hekk spiċċa lampa stampa, anzi spiċċa kellu jissellef biex sab saqaf fuq rasu.", "Dawn huma affarijiet li jweġġgħuna.", "Qalli wkoll li mhux talli hekk, talli ġie sid il-post u qallu li l-kont tal-elettriku, għalkemm għandu s-submeter tal-flat, irid jitħallas b'rata kummerċjali.", "Sinjura President, din hija s-sitwazzjoni ta' dawk li qegħdin jgħixu fir-riskju tal-faqar.", "Dawn forsi jkollhom paga ta' €900 fix-xahar li €500 minnhom imorru għall-kera u allura jispiċċaw iridu jgħixu b'€400 fix-xahar.", "Ħafna minnhom dawn jispiċċaw jieklu l-għaġin u l-ħobż jew imorru jixtru l-pastizzi u l-pizza.", "Ejja arahom!", "Ħaż-Żebbug imtlejna bihom dawn li jbiegħu l-pastizzi u l-pizza għax dan huwa ikel irħis u li timla l-ħawsla bih!", "Il-pjaga soċjali hi li l-paga minima mhijiex waħda li tagħti dinjità lil kull Malti u Għawdxi.", "Mhux hekk biss, nafu li l-eċċessività fl-ekonomija kixfitna għarwenin meta ġejna għall-infrastruttura.", "Indunajna li wara ħames snin ta' dan il-Gvern m'għandna l-ebda pjan nazzjonali mill-aspett tal-ippjanar.", "Hawnhekk nerġa' nfakkar f'dak li qal il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali s-Sur Mario Vella.", "Bħala politiku jien kont anke fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra, u kont Ministru u anke Whip, u għalija l-fiduċja l-Gvern jirbaħha mit-trasparenza.", "Ħares lejn kwalunkwe gvern serju f'demokrazija rappreżentattiva – hawn mill-ewwel jiġini f'moħħi New Zealand – u tara x'fiduċja jkollhom in-nies fih għax ikun gvern trasparenti.", "Il-manifest elettorali tal-2013 kien mimli kliem bħal \"kontabilità\", \"governanza tajba\" u \"trasparenza\".", "Dawn illum saru fixfixò.", "Għebu u magħhom għebet il-fiduċja ta' ħafna ċittadini f'dan il-Gvern.", "L-appell tiegħi huwa li qatt mhu tard.", "Jien ippruvajt internament meta kont parti minn dan il-Gvern imma ma rnexxilix, u allura minn hawn qiegħed nappella li qatt mhuwa tard biex inreġġgħu lura dik il-fiduċja, dik l-integrità, dak il-mertu li pajjiżna jistħoqqlu bi Gvern li jaspira fiduċja lil hinn hemm mill-kliem imma bl-għemil.", "Sinjura President, issa se nitkellem ftit fuq l-ambjent.", "Is-sena l-oħra konna emendajna l-Kostituzzjoni u konna żidna s-subartikolu (2) għall-artiklu 9 li jittratta l-ambjent.", "Dan għalija huwa wieħed mill-isbaħ artikoli li għandna fil-liġijiet tagħna u dan għandu jkun il-pern meta niġu għall-ekonomija.", "Dan l-artiklu jaqra hekk:", "\"L-istat għandu jħares u jikkonserva l-ambjent u r-riżorsi tiegħu għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri …\"", "– il-kliem \"ġenerazzjonijiet preżenti u futuri\" qed nużawhom għall-ewwel darba –", "\" … u għandu jieħu miżuri sabiex jindirizza kull għamla ta' degradazzjoni tal-ambjent f'Malta, inkluż dik tal-arja, l-ilma u l-art u kull tip ta' problema ta' tniġġis u sabiex jippromwovi, jrawwem u jipproteġi d-drittijiet għall-azzjoni favur l-ambjent.\"", "Kliem fieragħ!", "Kliem fil-Kostituzzjoni li meta tiġi għall-control system tar-rule of law ma jeżistix.", "Huwa prinċipju li mhux imniżżel għax daqshekk hija dgħajfa l-Kostituzzjoni.", "Dan huwa statement tajjeb imma meta niġu biex nimplimentawh m'għandniex obbligu.", "Dak hu li hemm bżonn isir.", "Din hija r-riċetta biex pajjiżna joħroġ mill-marda li qiegħed fiha.", "Dan il-kapital huwa valur miżjud mhux tiegħi imma ta' kull ċittadin ta' pajjiżna.", "L-ambjent, l-arja, l-ilma, il-baħar u l-art għandhom ikunu fil-qofol ta' kull deċiżjoni li nieħdu.", "B'hekk, l-ekonomija tagħna titkattar b'tali mod li mhux biss jikber il-GDP imma tiżdied ukoll il-kwalità tal-ħajja li aħna ngħixu u aktar minn hekk, tiżdied il-kuntentizza vera ta' kull wieħed u waħda minna.", "Naħseb li kulħadd jixtieq li Malta tkun post trankwill, li Malta tkun post fejn il-prosperità hija garantita, imma x'sagrifiċċju qegħdin nagħmlu u x'garanzija qegħdin nagħtu biex dan isir?", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi għedt li ekonomija sostenibbli tkun ibbażata fuq il-valuri u mhux fuq il-volum.", "Il-volum huwa biss injezzjoni biex ikollok daqsxejn feel-good factor tal-mument mingħajr ma tħares lejn il-ġejjieni tal-pajjiż.", "Għalija l-valuri huma t-tessut tal-familja u kulħadd għandu jkollu work-life balance.", "Dawn huma affarijiet li l-ekonomija tagħna għandha tħares lejhom.", "Wara ħames snin dan il-Gvern għandu living standards framework?", "Sinjura President, m'hemmx living standards framework tal-Gvern.", "Is-sena li għaddiet waqqafna aġenzija, fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-affarijiet soċjali, li ħadet ix-xogħol ta' Ministeru għax issa hekk huma l-użanzi; li noħolqu parallel systems!", "L-għan tagħha hu biex titħares is-sostenibilità tal-welfare state.", "Imma kif tista' tħares is-sostenibilità tal-welfare state jekk l-ekonomija tagħna, li hija marbuta miegħu, mhijiex waħda sostenibbli?!", "Fejn hu l-pjan strateġiku biex ikollna a living standard framework?!", "Dan huwa importanti mhux għalina biss.", "Jien daqt inkun pensjonant u hawn oħrajn bħali.", "Dan mhuwiex għalina biss imma għal dawk li ġejjin warajna.", "Huwa dan li l-Ministru Scicluna, f'isem il-Gvern, qiegħed jonqos milli jippreżenta.", "Huwa faċli li nkunu vittmi tas-suċċess preżenti.", "Tajjeb li forsi qegħdin fl-aqwa żmien fejn qegħdin nesaġeraw bil-mod kif aħna mexjin minflok ma żammejna l-handbreak u mxejna b'għaqal u bi bżulija skont il-vera bżonnijiet ta' pajjiżna u ċ-ċokon tiegħu, imma fl-aħħar mill-aħħar mis-sagrifiċċju li qegħdin nagħmlu aħna x'se jibbenefikaw uliedna?", "U tiġux tgħiduli li m'aħniex qed nagħmlu sagrifiċċju!", "Li biex nasal il-Parlament minflok indum tmien minuti ndum 28 minuta minn tal-inqas jekk naqbad il-karozza u għaxar minuti aktar jekk naqbad tal-linja mhuwiex sagrifiċċju?", "Li kull filgħodu, minkejja li noqgħod fil-village core, inqum bl-istorbju tal-crane mhuwiex sagrifiċċju?", "U mela mhux qed nagħmlu sagrifiċċju jekk l-arja mhijiex waħda nadifa!", "Mela mhux sagrifiċċju li jien ikolli nixtri l-ilma u ma nużax l-ilma tal-vit għax-xorb għax tal-vit mhuwiex tajjeb għas-saħħa tal-bniedem!", "Mela mhux sagrifiċċju jekk pajjiżna għandu problema ta' skart u jien wara biebi għandi barriera li mhux talli mtliet talli issa waslet 25 metru 'l fuq mill-art mimlija trab u ma' kull buffura riħ dak it-trab jidħol ġo dari!", "Mela mhux qed nagħmlu sagrifiċċju minħabba l-mod kif l-affarijiet huma mexjin!", "Hawnhekk se nagħmel parentesi u ngħid għalfejn irridu noqogħdu attenti, u se nagħmel dan mhux biex nallarma imma biex nipprevjeni.", "Bħala tabib jien dejjem ħdimt biex nipprevjeni u nieħu l-prekawzjonijiet.", "Mela ejja ngħidu li żviluppatur biex jixtri biċċa art biex jibniha mar jissellef somma ġmielha mill-bank għax illum jaqbillek tissellef biex timxi fin-negozju.", "Ejja ngħidu li minn din il-biċċa art ra li se joħorġu għaxar housing units.", "Bil-mod kif inhuma mexjin l-affarijiet minħabba d-domanda li hawn, dawn il-housing units inbiegħu fuq il-pjanta għax illum hekk qed isir.", "Kull min mar jixtri housing unit fuq il-pjanta mar jissellef mill-istess bank li mar jissellef mingħandu l-iżviluppatur biex jibni dik l-art.", "Mela l-iżviluppatur, minflok mar iħallas il-loan bil-flus li daħħal, mar għand il-bank u talbu biex ikabbarlu r-remit biex jissellef aktar.", "Dawk il-flus li qala' minn dawn il-units plus is-self akbar li tah il-bank mar jinnegozjahom biex jixtri biċċa art akbar ħalli jibni aktar housing units.", "Nafu li min qiegħed jixtri dawn il-housing units qiegħed jixtrihom bi flus fejn il-valur huwa miżjud għaliex illum appartament li qabel kien jiswa €80,000 u l-prezz kien wieħed raġunat, illum jiswa mill-inqas €150,000 u jaf ikun anke iċken fil-qies għax illum hekk qegħdin jinbnew biex l-iżviluppatur jipprova jdaħħal aktar units.", "X'se jiġri 'l quddiem?", "Se jgħaddu s-snin u dak l-appartament li familja xtrat bi prezz għoli mhuwiex se jibqa' jogħla bl-istess rata li qed jogħla biha l-bini bħalissa.", "Allura din il-familja se tibqa' bid-dejn mal-bank, tħallas appartament li tkun xtrat bl-għaraq ta' ġbinha - għax apparti l-prezz tal-appartament innifsu trid tħallas ukoll l-interessi tal-bank - u jekk tiġi biex tbigħu 'l quddiem qatt ma se tieħu r-ritorn ġust tiegħu.", "Mill-banda l-oħra l-iżviluppatur, jekk ma joqgħodx attent, minflok jistagħna jista' anke jfalli minħabba l-metodu li qiegħed iħaddem,.", "Din hija s-sitwazzjoni li qed nara bħala tabib fil-komunità ta' dawn in-negozjanti żgħar peress li kulħadd miexi f'dik it-trend u kulħadd qiegħed jipprova jinnegozja b'dan il-mod b'self mill-bank.", "Naf li jsir due diligence mill-bank imma bil-mod kif qiegħed isir self fuq self u self ta' ħaddieħor mill-istess bank jista' jitfa' anke 'l-ekonomija tagħna f'periklu.", "Issa hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq il-ħasil ta' flus u affarijiet oħrajn simili, però xorta rridu noqogħdu attenti.", "Il-bżar qiegħed jitroxx imma rridu noqogħdu attenti li ma nkunux over-confident.", "Dan huwa l-messaġġ ħażin li qiegħed jagħti l-Gvern.", "Qed jgħaddi messaġġ ta' kunfidenza żejda għax qiegħed jipprova joħloq feel-good factor li huwa ferm akbar milli hu.", "Jien ma rridx ninstema' pessimist, anzi qiegħed nipprova niftaħ l-għajnejn b'mod differenti min-naħa tal-Oppożizzjoni biex ma nkunux il-vittmi tas-suċċess tagħna stess.", "Sur President, jien għalija f'sentenza waħda l-ekonomija sostenibbli għandha tkun ibbażata fuq il-valur u mhux fuq il-volum.", "Huwa żball li nħarsu biss lejn il-GDP u ninsew il-well-being u l-kuntentizza li wara kollox huma l-vera indiċi li wieħed għandu jħares lejh.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sur President, illum qegħdin niddiskutu dwar il-miżuri tal-baġit.", "X'differenza tara lil pajjiżna jiddiskuti Baġit bħal dan meta pajjiżi barranin ġirien tagħna jitkellmu fuq riċessjoni u fuq kif se jerġgħu jaqbdu r-ritmu ekonomiku.", "Aħna f'dan il-pajjiż ċkejken, pajjiż li m'għandux riżorsi ħlief ir-riżors uman, qed jirnexxilna noħolqu dan il-ġid kollu, liema ġid qiegħed jissarraf fi tqassim ta' benefiċċji lin-nies biex ikollhom ħajja aħjar.", "Jien ħadt pjaċir nisma' jitkellmu anke lill-membri tal-Oppożizzjoni.", "Għadni kemm smajt lill-Onor.", "Farrugia jitkellem fuq persuni li għaddejjin minn problemi u smajt ukoll lill-Onor.", "Mifsud Bonnici li tkellem fuq issues marbuta ma' dan il-pajjiż, imma rridu ngħidu li meta qed nitkellmu fuq ekonomija b'saħħitha, l-impenn li għandna bħala Gvern huwa li l-ekonomija tilħaq lil kulħadd.", "X'differenza minn sitt snin ilu meta dan il-pajjiż kien qalbu maqtugħa, fejn wieħed kien jitkellem dwar kif se nerġgħu nippruvaw inqabbdu r-ritmu ekonomiku u noħolqu x-xogħol!", "Għal xi żmien kellna kważi 6,000 ruħ qiegħda.", "Illum il-qgħad niżel drastikament għall-aktar ċifri baxxi li qatt kellna fl-istorja ta' pajjiżna.", "Qabel kellna familji li ma kinux qed ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja, anke minħabba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u ħaddieħor kien jiġi hawnhekk jgħidilna li se jivvota bil-qalb għax jemmen li s-soluzzjonijiet għall-problemi tal-enerġija kienu biss li ngħollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Ħafna drabi dawn l-affarijiet jinsewhom min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "Farrugia semmielna l-problema tal-kirjiet.", "Ħalli ngħiduha kif inhi, aħna rridu li dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Jekk irridu li l-pajjiż jimxi 'l quddiem hemm bżonn li jkollna aktar nies jaħdmu.", "Illum ix-xogħol jiġri warajk.", "Sfortunatament għandna wkoll xogħlijiet li l-Maltin ma jridux jagħmluhom aktar, inkluż xogħlijiet fil-qasam tal-kostruzzjoni, fil-qasam tal-catering u fil-qasam tat-turiżmu, allura bilfors irridu nġibu riżors uman minn barra biex inlaħħqu mar-ritmu ekonomiku li għandu bżonn pajjiżna.", "Aħna rajna li jista' jkun hemm effetti bħalma hemm effett fuq il-kirjiet u fuq l-akkomodazzjoni li rridu nilqgħu għalihom.", "Aħna rridu noħolqu sitwazzjoni biex ngħinu lil dawk in-nies li qegħdin ibatu minħabba l-prezz tas-suq liberu.", "Fuq kollox mhux aħna konna li lliberalizzajna l-kirjiet imma ġew liberalizzati taħt Gvern Nazzjonalista, u dan sar għax ġustament konna nemmnu li ladarba ma kellniex il-kriżi li kien hemm fi żmien il-gwerra, ikun tajjeb li nħallu s-suq isuq.", "Imma s-suq irid isir ukoll f'qafas ta' regoli importanti sabiex nipproteġu lil kulħadd.", "Sur President, jien inħossni ferm kburi li l-ġimgħa li għaddiet introduċejna waħda mill-aktar miżuri soċjali importanti li kien hemm f'dan il-Baġit.", "Din il-miżura soċjali tagħti benefiċċju ġdid u qiegħda tieħu post is-sistema tas-sussidju li kellna qabel.", "Is-sistema ta' sussidju li kellna ma kenitx tiddistingwi bejn persuna u oħra u bejn l-ammont ta' persuni fil-familja.", "Kienet sistema ta' one-size-fits-all u ma kenitx tailor-made għas-sitwazzjoni reali li għandna llum fil-qasam tal-kirjiet.", "Għaldaqstant daħħalna miżura aktar ġusta u aktar b'saħħitha u minn sussidju fiss li ma kienx jieħu konsiderazzjoni ta' bosta aspetti, illum għandna benefiċċju li jikkonsidra d-dħul u n-nefqa totali.", "B'dan il-mod, l-għajnuna lil dawk li jaqilgħu inqas se tiżdied.", "Dik hi l-ġustizzja soċjali.", "Aħna nemmnu li kulħadd għandu dritt għal ħajja diċenti u b'dan it-tibdil qed naraw li l-benefiċċju jasal tassew f'but il-familja li qed tikri mhux bħal kif kien jiġri bis-sistema l-antika tas-sussidju.", "L-Onor.", "Farrugia semma każ ta' raġel li għandu paga ta' €900 u li kellu jibdel ir-raħal u mar jikri appartament b'€500.", "Bis-sistema li kien hemm fi żmien Gvern Nazzjonalista dan kieku kien jirċievi sa massimu ta' €80 fix-xahar f'għajnuna.", "Bis-sistema l-antika li żidna aħna kieku kien jirċievi sa €133 fix-xahar.", "Irrid ngħid ukoll li ta' qabilna ma bnewx l-appartamenti li kien hemm bżonn ħalli jkollna stock adegwat.", "Fl-immedjat għandna bżonn stock ta' djar imma dan irid iż-żmien tiegħu biex ikun jista' jinbena.", "Aħna għedna li rridu naraw li jkollna sistema finanzjarja li tgħin lin-nies li forsi qegħdin jaqgħu lura minħabba l-kirjiet u għedna li rridu ndaħħlu sistema ta' għajnuna permezz ta' benefiċċju soċjali.", "Għalhekk, fil-każ tas-sinjur li semmielna l-Onor.", "Farrugia, bis-sistema tal-benefiċċju soċjali l-ġdid dan se jibda jħallas €200 fix-xahar minflok €500 għax €300 minnhom se joħroġhomlu l-Gvern.", "Aħna qegħdin naraw li l-ammont li joħorġu nies bħal dawn ma jkunx wieħed insostenibbli meta komparat mal-purchasing power tagħhom u l-Gvern se jkun qiegħed jgħinhom f'dan is-sens.", "F'każ bħal ta' dan is-sinjur, ir-realtà hija li dan jista' jirċievi benefiċċju ta' mhux aktar minn €3,600.", "Jekk jagħtih dak l-ammont, il-Gvern ikun qiegħed jagħtih madwar €300 fix-xahar li hija qabża sostanzjali minn kieku ħallejna s-sistema l-antika.", "Dan il-pajjiż miexi 'l quddiem.", "Dan il-pajjiż għandu ekonomija b'saħħitha imma l-ġid qed inqassmuh fost l-aktar vulnerabbli wkoll biex dik il-persuna li ma jistax jiġi provdut lilha appartament tal-Gvern, ma nħalluhiex tistenna imma jkollha għajnuna soċjali u finanzjarja adegwata.", "Sur President, din is-sena qegħdin jitwettqu miżura wara l-oħra li ħabbarna fil-baġit li għadda.", "Pereżempju ħtarna bord speċjalizzat fuq housing li mhuwiex housing normali.", "Dan għaliex mhux se nagħmlu kif kien isir qabel; nibnu appartament, nagħtu ċ-ċavetta lil dak li jkun u barra bid-daqq imbagħad l-istess l-persuna jaf ikollha issues soċjali li ma jsolvihomlha ħadd.", "Hemm persuni li mhux biss saqaf fuq rashom ikollhom bżonn imma jkollhom bżonn ukoll ċerti għajnuniet u anke sostenn mill-istat.", "Irridu nifhmu li fil-housing għandna l-problema li nilqgħu l-problemi soċjali kollha li ma jkunux relatati biss mal-housing.", "Jekk inti għandek mara li qed tisfa msawta u għandha bżonn saqaf urġenti, allura se tiġi fi problema ta' housing.", "Jekk inti għandek persuna fi problema ta' użura din ħafna drabi tispiċċa lanqas tkun tista' tħallas il-kera u allura tispiċċa fi problema ta' housing ukoll.", "U jekk persuna tispiċċa bla xogħol, din mhux se tlaħħaq mal-kirjiet u allura jkollha problema ta' housing.", "Nista' nsemmi l-problemi soċjali kollha li jirriflettu ruħhom fi problema tal-housing imma l-punt hu li rridu naħdmu fuq metodi ġodda dwar kif nistgħu ngħinu lis-soċjetà.", "Il-problemi soċjali dejjem kienu hemm, kemm meta kellna ekonomija b'saħħitha, kemm meta kellna ekonomija li ma kenitx qed trendi u anke meta fi żmien Gvern Nazzjonalista konna nitkellmu fuq madwar 40,000 persuna li kienu fil-faqar.", "Illum dan in-numru naqas ħafna, li jfisser ukoll li l-faqar qed jiġi tackled.", "Hawn irridu nifhmu li l-faqar dejjem se jkun qed jeżisti imma rridu nikkombattu biex neradikawh darba għal dejjem, u teradikah billi toħloq miżuri u sistemi ġodda fejn tagħti l-għodda meħtieġa biex dak li jkun ikampa.", "Qegħdin ngħidu li rridu nħarsu lejn housing speċjalizzat, jiġifieri housing mhux biss soċjali imma bi ħteġijiet speċifiċi.", "Għal dan il-għan, qed insaħħu l-ħidma eżistenti li qed jagħmlu ħafna NGOs f'oqsma differenti.", "Irridu naraw li lil ċerti persuni mhux biss nipprovdulhom akkomodazzjoni imma naraw li noħorġuhom ukoll mill-problemi soċjali li jkollhom.", "Jekk persuna kellha problema bid-droga u spiċċat fi problema ta' housing, dik il-persuna għandha tingħata sostenn anke wara li nkunu tajnieha ċ-ċavetta biex toħroġ mill-problema tad-droga ħalli tkun tista' terġa' tibda taħdem, tidħol lura fis-soċjetà u timxi 'l quddiem.", "L-istess fil-każijiet tal-vjolenza domestika u tal-persuni li jkollhom bżonn shelter temporanju.", "Dak ix-shelter għandu jingħata imma finalment għandu jkollna wkoll social workers u NGOs li lesti li jagħtu l-għajnuna meħtieġa.", "Irridu naħsbu wkoll fil-ġenerazzjoni ta' għada.", "Jekk omm jew familja li għandha problema soċjali żbaljat, it-tfal m'għandhomx x'jaħtu.", "Sfortunatament, f'ċerti sitwazzjonijiet it-tfal ibatu mal-ġenituri u bħala stat irridu naraw li dawn it-tfal nagħtuhom id-dinjità meħtieġa ħalli fil-futur mhux biss ikollhom ħajja aħjar imma jkunu jistgħu wkoll jaqbdu t-triq biex joħorġu mill-madmad tal-faqar u biex jimxu 'l quddiem fil-ħajja u jikkontribwixxu lejn dan il-pajiż.", "Irridu nitkellmu wkoll fuq housing affordabbli.", "Irridu ndaħħlu konċetti ġodda għax is-soluzzjoni tal-housing mhijiex li nagħtu appartament b'xejn lil kulħadd kif qalulna tal-Partit Nazzjonalista.", "Issa kif u come ma qalulniex u allura meta tibda tistaqsi tibda tgħid: Dawn x'qed jgħidu fir-realtà?", "Jiġifieri dak li jkun m'għandux għalfejn imur jieħu loan ħalli jieħu appartament tal-Gvern?", "Għall-kuntrarju, aħna qegħdin ngħidu li rridu ndaħħlu konċetti ġodda fil-housing.", "Il-Partit Nazzjonalista kellu 25 sena ċans biex joħloq miżuri bħal dawn imma m'għamilhomx.", "Din is-sena se tkun sena rekord ta' miżuri fil-qasam tal-housing.", "Pereżempju minn hawn u ftit tal-ġranet oħra se nkunu qegħdin naraw proposti biex għall-ewwel darba ndaħħlu l-assoċjazzjonijiet tal-housing f'Malta.", "Dan ifisser li bħala Gvern mhux biss se nibnu l-appartamenti, appartamenti li ħaddieħor waqaf milli jkompli jibni għax kien jgħid li ħafna minn dawk li qegħdin fuq il-waiting list huma Laburisti u allura m'għandux għalfejn jibnilhom appartament.", "Ministru ta' qabilna kien jgħid dan id-diskors u waqqaf il-programm ta' bini.", "Aħna nitkellmu mod ieħor.", "Aħna ngħidu li hemm bżonn li nirsistu u naħdmu ħalli nagħtu sostenn lin-nies li qegħdin fil-faqar u li qegħdin ibatu.", "Għalhekk se nagħmlu l-akbar investiment li qatt ra pajjiżna f'dan il-qasam.", "Sur President, irrid ngħid li f'Malta qatt ma kien hemm xi ħadd li esplora l-konċett ta' assoċjazzjonijiet tal-housing.", "Pereżempju fl-Italja hemm il-koperattivi tal-housing u fl-Ingilterra hemm il-housing associations li jaħdmu flimkien mal-privat.", "Fi Vjenna mbagħad, 50% tal-istock tad-djar huma kollha housing associations.", "Hawnhekk ikollok l-istat, il-Knisja u l-privat li jikkoperaw flimkien u joħolqu stock adegwat biex inaqqsu l-ispekulazzjoni.", "Issa aħna rridu ndaħħlu l-mudelli ta' housing affordabbli li jitħaddmu madwar l-Ewropa però jridu jkunu tailor-made għaċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.", "Rigward proġetti, kien hemm ġurnalista li staqsieni kemm-il appartament bnejna però dan ma marx jara s-siti li qegħdin jinbnew bħalissa.", "Kellna anke min mar jipprotesta fis-Siġġiewi għax ma riedx il-bini tal-appartamenti.", "Madanakollu bħalissa bnejna l-pedamenti ta' dawn l-appartamenti u x-xogħol jinsab għaddej ġmielu.", "Ħaddieħor kien joqgħod jipprotesta għax ma riedx l-appartamenti tal-Gvern madwaru imma bħalissa għaddejjin xogħlijiet fuq 16-il sit, fosthom fis-Swatar, Birkirkara, is-Siġġiewi, fejn għaddej ix-xogħol ukoll ta' concrete, u f'Ħal Farruġ, u fihom dawn kważi lestejna l-iskavar kollu.", "Jiġifieri għandna madwar 16-il sit fejn l-iskavar huwa kollu lest u issa qegħdin fil-fażi li jmiss, li huwa l-bini ta' dawn l-appartamenti.", "Għall-ewwel darba fl-istorja minn żmien Mintoff 'l hawn sibna l-finanzi meħtieġa biex noħolqu stock ta' djar ġodda u dan se jkun l-akbar stock li qatt sar mis-snin sebgħin 'l hawn.", "Qegħdin nitikellmu wkoll fuq kif se nirregolarizzaw is-suq tal-kera.", "Huwa importanti ħafna li bħala pajjiż ikollna regolamenti ċari jekk qed naraw li d-domanda għall-appartamenti mis-settur privat qed tiżdied.", "Aħna nieħdu pjaċir li naraw is-suq qed jaħdem.", "Nieħdu pjaċir ukoll naraw li min investa fil-bini qed ikollu ritorn fuq il-flus li jkun investa, però ma nistgħux inħallu liġi tal-ġungla.", "Sfortunatament, meta rriformajna l-liġi fl-1995 u fl-2009 ħallejna ċerti loopholes u ċerti problemi ma ġewx indirizzati.", "Ġaladarba d-domanda għal aktar appartamenti fis-suq tal-kera kemm mill-barranin kif ukoll mill-Maltin qed tiżdied, jeħtieġ li jkollna qafas ta' regolamenti li jkun jirrifletti l-esiġenzi tal-lum.", "Jeħtieġ li jkollna qafas ta' regolamenti li permezz tagħhom il-Gvern idaħħal dak li hu tiegħu bi dritt imma wkoll li l-inkwilini jingħataw il-protezzjoni u s-sid ikollu l-garanzija għall-investiment li jkun għamel permezz ta' introjtu neċessarju.", "Aħna ħriġna White Paper u kellna konsultazzjoni fuqha u issa dalwaqt se nressqu Abbozz ta' Liġi dwarha.", "Issa naraw x'għandha xi tgħid l-Oppożizzjoni.", "Dan għaliex sfortunatament, entità waħda biss ħarġet kontra din il-White Paper.", "Kien hemm nies li għandhom ċertu know-how u tkellmu favur, fosthom Michael Briguglio, però l-Partit Nazzjonalista ħareġ kontriha l-White Paper tal-kera mingħajr ma qalilna x'inhuma l-proposti tiegħu.", "Aħna tkellimna kemm mal-Onor.", "Robert Cutajar, iltqajna magħhom u spjegajnielhom x'qed nipproponu.", "Meta konna fl-Oppożizzjoni fl-2009 konna kostruttivi.", "Konna għamilna kumitat, Gvern u Oppożizzjoni, u konna ressaqna numru ta' proposti u emendi.", "Aħna rridu naraw li dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "Aħna rridu nikontribwixxu u l-Oppożizzjoni ma tistax tkun negattiva biss.", "Għalhekk, nerġa' nappella lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex meta nressqu dan l-Abbozz ta' Liġi, jagħtu l-kontribut tagħhom, jgħidulna x'inhuma l-proposti li jixtiequ li jidħlu u mhux sempliċement joqogħdu jeqirdu dwar kemm hemm nies li qed ibatu minħabba s-sitwazzjoni tal-kirjiet.", "Irridu naraw li jkollna qafas ta' regolamentazzjoni tajjeb li jindirizza l-ħteġijiet ta' pajjiż li qed jevolvi.", "F'din ir-riforma se nagħtu l-inċentivi neċessarji lil dawk is-sidien li lesti jipparteċipaw mal-Awtorità tad-Djar biex jagħtuna stock adegwat għas-snin li ġejjin.", "Ħaddieħor jgħidilna \"tibnux appartamenti\", imma jekk ma jkunx hawn il-bini tal-appartamenti s-suq ma jirregolax ruħu.", "Jekk ikollok shortage, id-domanda għall-appartamenti se tiżdied u allura l-prezz tal-kirjiet se jibqa' jiżdied ukoll.", "Din hija sitwazzjoni ekonomika li ma sseħħx f'pajjiżna biss imma taraha sseħħ madwar id-dinja kollha.", "Għalhekk li rridu nagħmlu hu li naraw li dak l-istock li qed jinbena llum, parti sostanzjali minnu tmur għal dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-ħtieġa ta' akkomodazzjoni.", "Kellna l-istess problema bejn l-2007 u l-2008, meta kien hawn oversupply qawwi tal-bini u kienu jgħidulna li hawn ħafna bini.", "Il-bini li nbena dak iż-żmien illum sibnieh adegwat għall-esiġenzi ekonomiċi ta' pajjiżna tal-lum u allura nafu wkoll li dawk l-appartamenti li nbnew dak iż-żmien ħafna minnhom illum inkrew.", "Jekk wieħed jara, pereżempju, l-istatistika li ħarġet il-White Paper dwar l-appartamenti jew il-binjiet vojta li kienu jgħidu li hawn fil-pajjiż, minn 70,000 appartament vojt, l-appartamenti li huma fi stat abitabbli jew li mhumiex fi stat abitabbli imma li jistgħu jiġi mtejba niżlu għal 12,000 appartament.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn jistgħu jkomplu jonqsu jekk l-ekonomija tiġi bżonnhom minħabba d-domanda li dejjem qed tiżdied.", "Sur President, tajna wkoll assistenza finanzjarja lil min jixtieq jirriabilita postijiet li llum m'għadhomx abitabbli.", "Ħriġna skema ta' €25,000 għar-rinnovar ta' 200 post battal biex jinkrew għall-housing soċjali mal-Awtorità tad-Djar.", "Bil-mod il-mod din l-iskema qed iżżid fil-popolarità.", "Irrid ngħid ukoll li beħsiebna niddiskutu inċentivi oħrajn.", "Il-housing ma tridx tħares lejh sempliċement f'termini ta' bini u bini imma trid toħloq opportunitajiet, trid tħares barra mill-kaxxa u tara x'tip ta' proposti tista' tmexxi 'l quddiem.", "Għalhekk nerġa' nappella lill-Oppożizzjoni biex fi stadju ta' liġi fuq il-kirjiet naraw x'tip ta' proposti nistgħu nwettqu flimkien bħala pajjiż.", "Qabel ma nagħlaq nixtieq nagħmel aċċenn għal diversi inizjattivi li ħadna matul is-sena li għaddiet u inizjattivi oħra li se nkomplu nieħdu permezz ta' dan il-Baġit li fih kellu l-akbar investiment fil-manutenzjoni.", "Jien ġej minn Ħal Qormi u hemmhekk għandna madwar ħames housing estates li manutenzjoni qawwija u drastika ilha ma ssirilhom mis-snin sebgħin.", "Għaldaqstant din il-ġimgħa bdejna x-xogħol ta' rinovar ta' wieħed mill-akbar housing estates f'Malta li huwa dak Ta' Farsina.", "Dan il-housing estate ilu abbandunat mis-snin sebgħin; il-faċċati qatt ma saru, l-ilmijiet dejjem deħlin, il-concrete dejjem jinqala', imbagħad nistennew li noqogħdu noħorġu spejjeż kbar kull darba li nbiddlu s-soqfa ta' dawn l-appartamenti!", "Aħna żidna l-baġit minn €300,000 għal miljuni kbar ta' ewro f'dak li għandu x'jaqsam ma' manutenzjoni kontinwa.", "Għamilna wkoll xogħol simili f'San Ġwann, fis-Siġġiewi u fil-Mellieħa; ħafna minn dawn l-oqsma tad-djar qatt qabel ma raw dak it-tip ta' xogħol ta' manutenzjoni.", "Dan qed isir biex inżommu l-housing estates fi stat tajjeb għax il-bini eżistenti li għandu dan il-pajjiż huwa ass importanti.", "Irridu Awtorità relevanti.", "Irridu li mhux biss naħsbu fuq l-istock imma jekk qed namministraw 7,600 appartament, nibżgħu għal dan l-istock għal meta l-ġenerazzjoni tinbidel.", "Irridu naraw li dawn ikunu fi stat tajjeb għall-ġenerazzjoni li tkun dieħla għax għandha bżonn dawn l-appartamenti.", "B'dan il-mod, l-Awtorità tkun tista' tgħin aktar familji 'l quddiem.", "Aħna qed ninvestu fl-assi ta' dan il-pajjiż għax l-assi li qegħdin hemmhekk mhumiex tagħna imma huma tal-pajjiż kollu biex jintużaw mill-aktar nies vulnerabbli.", "Sur President, aħna dejjem nisħqu li jekk hemm problema m'għandniex naħbuha taħt it-tapit.", "Aħna qatt m'għedna li solvejna l-problemi kollha.", "Irridu nifhmu però x'sibna u fejn wasalna.", "Kieku m'għandniex ekonomija b'saħħitha, kieku minn fejn se nġibu l-flus?", "Jekk ikollok id-dejn jew id-defiċit ma titkellimx fuq il-housing estates u fuq kif se tibni l-appartamenti.", "Illum nitkellmu fuq surplus u allura nistgħu nużaw dak is-surplus għal aktar xogħol marbut mal-bini ta' housing units.", "Fil-fatt, wara diskussjoni li kellna f'dawn l-aħħar sitt xhur, għada, flimkien mal-Prim Ministru, se nkun qiegħed inħabbar investiment ta' €50 miljun li ġejjin mill-fondi tal-Individual Investor's Programme (IIP) u li permezz tagħhom se nkunu qegħdin nibnu 22 sit fi 12-il lokalità li huma Raħal Ġdid, Ħal Kirkop, ir-Rabat, Ħaż-Żabbar, il-Mellieħa, Ħal-Luqa, iż-Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, il-Qrendi u Marsaskala.", "B'kollox se jkollna aktar minn 1,100 appartament ġdid ta' akkomodazzjoni soċjali li se jkunu l-fattur ewlieni ta' dak li għandu bżonn pajjiżna biex mhux biss inkunu nistgħu nsolvu l-problemi tal-housing, imma nkomplu nnaqqsu l-faqar darba għal dejjem.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Sur President, illum xtaqt nerġa' nitkellem fuq il-vot tal-edukazzjoni u fuq is-sitwazzjoni li għandna bħalissa f'dan is-settur.", "Kieku kelli nagħti deskrizzjoni fil-qosor tas-settur edukattiv ngħid li llum għandna kriżi ta' governanza fl-edukazzjoni li toħroġ minn numru ta' fatturi, fosthom il-bini tal-iskejjel jew aħjar il-wegħdi ta' bini tal-iskejjel.", "Għadni kif kont qed nisma' l-kollega s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes jitkellem u dak li qal jixbaħ ħafna dak li se ngħid.", "Qabel l-elezzjoni mhux li għaddiet imma ta' qabel, jiġifieri qabel l-elezzjoni tar-road map, kienu qalulna li se jibqgħu jibnu skola ġdida kull sena.", "Kienu qalulna wkoll li hawn 3,000 persuna li għadhom bla dar.", "Għaġeb tal-għeġubijiet, żewġ leġiżlaturi wara, sitt snin wara, għadna nitkellmu b'mod pożittiv u nħarsu 'l quddiem għal x'se nagħmlu aktar minn dak li għamilna!", "Qalilna li qegħdin jibnu, il-konkors diġà beda imma n-nies bla saqaf hemm qegħdin, u l-istess fil-bini tal-iskejjel.", "Lin-nies ta' Marsaskala qalulhom li f'Ottubru kienu se jidħlu fi skola ġdida u sa dakinhar kienet għadha ġebel u saqaf.", "In-nies ta' San Pawl il-Baħar, żewġ Ottubri ilu, kienu mwiegħda li jidħlu fi skola ġdida imma sal-lum din l-iskola għadha fuq il-pjanti.", "Illum għandna saħansitra tfal li mhux jitgħallmu fi skola qadima imma qed jitgħallmu f'containers ikkonvertiti fi klassijiet.", "Dik ta' San Pawl il-Baħar hija l-akbar skola primarja li għandna f'Malta, fiha 'l fuq minn 1,000 student u madwar 60 etniċità differenti.", "Meta jien qed nitkellem fuq kriżi ta' governanza m'iniex qed nagħmel xi botta politika għall-gost imma qed nitkellem fuq mijiet ta' tfal li għandhom dritt għal edukazzjoni xierqa f'postijiet xierqa.", "Dakinhar wegħduna skola ġdida kull sena u wegħduna wkoll skejjel iżgħar milli kien hemm qabel l-2013 iżda llum qegħdin naraw li qed jiġri bil-kontra.", "Mela meta nitkellem fuq kriżi ta' governanza l-ewwel ħaġa li tiġi f'moħħi hija l-bini tal-iskejjel.", "It-tieni każ fejn nara kriżi ta' governanza – u din turik trend sħiħa fit-tmexxija li donnha hija mitluqa għal riħha fis-settur edukattiv – jirrigwarda l-iskema tal-frott b'xejn għat-tfal tal-iskejjel.", "Din hija skema tal-Unjoni Ewropea u ġibna flejjes tajbin biex nagħtu l-frott lil uliedna fl-iskejjel tagħhom biex indarruhom jieklu u jgħixu a healthy lifestyle.", "Illum nitkellmu ħafna dwar l-obeżità u nitkellmu ħafna dwar is-saħħa.", "Ilbieraħ kien Jum il-Kanċer u tkellimna dwar kemm huwa importanti li tiekol tajjeb, kemm huwa importanti li t-tfal tagħna jidraw jieklu aħjar milli drajna aħna.", "Illum nafu bil-kompetizzjoni li hemm ta' prodotti oħra mal-ikel bnin, u kemm huwa diffiċli biex tikkonvinċi lit-tfal jieklu l-frott anke meta jkun bnin u frisk.", "L-iskema kienet hemm diġà taħt Gvern Nazzjonalista iżda kienet twaqqfet minn dan il-Gvern.", "Dan hu in parallel mal-housing, fejn waqqfu skemi eżistenti u mbagħad reġgħu bdewhom.", "Kieku reġgħu bdewhom biex ngħidu din bdieha \"X\" minflok \"A\" u reġgħu bdewhom tajbin paċenzja, imma dawn reġgħu bdewhom b'mod imbagħbas.", "U t-tender ma joħroġx li għandhom bżonn frott u ħaxix frisk u tal-istaġun biex għall-inqas nikkonsidraw anke l-prodott agrikolu Malti, u biex ma nħammġux l-ambjent, u biex ma jkunx hemm carbon li jiġi mitfugħ fl-arja bit-trasport tal-affarijiet li ġejjin ħalli l-proċess edukattiv ikun wieħed sħiħ.", "Aktar minn hekk, tisma' ħafna lmenti.", "Fil-fatt, rajna ħafna ritratti ta' frott li ma kienx fl-aħjar stat tiegħu.", "Mela diġà huwa diffiċli biex tikkonvinċi lit-tfal li jieklu frotta bnina u friska, aħseb u ara kemm ikun aktar diffiċli meta l-benna tagħha ma tidhirx u l-ħlewwa tagħha ma tintigħemx.", "Mela l-ewwel eżempju ta' kriżi ta' governanza huwa l-bini tal-iskejjel, it-tieni eżempju huwa l-iskema tal-frott għat-tfal tal-iskejjel u issa se niġi għat-tielet eżempju ta' kriżi ta' governanza.", "Qabel l-elezzjoni li għaddiet il-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni kien ħareġ bi proposta li jkollna skema ta' trasport b'xejn għat-tfal kollha ta' Malta u Għawdex.", "Adottaha wkoll il-Partit Laburista u kienet ħaġa tajba, qbilna t-tnejn fuqha u naħseb dik hija xi ħaġa pożittiva u allura meta tlajna f'dan il-Parlament wieħed kien qed jistenna li n-naħa tal-Gvern twettaq u n-naħa tal-Oppożizzjoni tistenna bil-ħerqa ħa tappoġġja din l-iskema kif fil-fatt għamilna.", "Kienet wegħda elettorali li tħabbret f'baġit, kien hemm sena ta' preparamenti u twettqet wara sena.", "Sa lejliet ma tiftaħ l-iskola però t-tfal u l-ġenituri mhux kienu għadhom ma jafux jekk hux se jkollhom trasport b'xejn jew le, imma jekk hux se jkollhom trasport.", "Kien hemm min kellu trasport jiġbru minn xi mkien u qalulu li ma jistax għax se jidħol f'din l-iskema.", "Sadanittant, sakemm qed ninnegozjaw dawn l-affarijiet, tisma' lill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Edukazzjoni filli jwaħħlu fil-ġenituri għax għamlu l-booking tard, filli jwaħħlu fil-bus drivers għax ma naslux magħhom … (Interruzzjonijiet) Le, m'hemmx dubju, kulma jiġri ħażin f'dan il-pajjiż, Onor. Bedingfield, kollox tort tal-Partit Nazzjonalista!", "Fil-fatt, illum għamlet ix-xita u m'għandix dubju li t-tort huwa tal-Partit Nazzjonalista u tal-Gvern li kien hemm qabel!", "Però hu ta' min hu t-tort, jibqa' fatt li llum hemm 800 tifel u tifla – u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq fatt – li baqgħu mingħajr trasport xejn.", "Dan huwa t-tielet eżempju ta' kriżi ta' governanza fis-settur edukattiv.", "L-istorja ma tiqafx hemm.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat rajna taħwida sħiħa fil-pagi tal-għalliema tal-MCAST.", "Rajna lill-union tal-għalliema tal-MCAST tieħu azzjonijiet industrijali, u dan biex noħorġu paga.", "Meta ħabbrulna li kollox sew, jidher li kien irrapportat li kien għad baqa' madwar 30 jew 40 għalliem fl-MCAST li kienu għadhom ma ħadux paga.", "Bl-istess mod, u dan eżempju ieħor ta' kriżi ta' governanza fis-settur edukattiv, kien hemm id-dewmien biex joħorġu l-istipendji tal-istudenti.", "Ovvjament dan kollu jimpinġi fuq l-istudent.", "L-edukazzjoni mhijiex il-binja.", "L-edukazzjoni hija li sservi lill-istudent li huwa l-futur ta' dan il-pajiż u li jrid iservi lil dan il-pajjiż wara li jieħu dak li għandu jieħu.", "Irrid ngħid ukoll li qabel kien ikollna strumenti li jgħidulhom TIMSS and PIRLS li bihom tkejjel il-progress li jkun qed jagħmel l-istudent f'suġġetti bażiċi, f'suġġetti tax-xjenza u f'suġġetti oħrajn.", "Meta kienu joħorġu r-riżultati fi żmien Gvern Nazzjonalista tgħidx kemm kienu jintużaw mill-Partit Laburista, dak żmien fl-Oppożizzjoni, biex mingħalihom isawtu lill-Gvern tal-ġurnata.", "Jidher li din solvewha billi neħħew ir-riga!", "Jien kelli kuġin li ta' tfal żgħar li konna, kien ineħħi n-nuċċali u biex jiċċajta kien jgħidli: Mhux se narak aktar, se nisparixxik.", "L-istess hawnhekk; neħħejna l-kejl u sparixxiet il-problema.", "Din bħal tal-faqar u tal-housing.", "Kienu jgħidu li f'dan il-pajjiż hawn faqar kbir u qalu li kif jitilgħu huma – jekk m'iniex sejjer żball din hija wegħda elettorali nru 88 – jeqirdu l-faqar bl-għeruq u x-xniexel.", "X'kien ir-riżultat?", "Hawn 72,000 fil-faqar finanzjarju!", "Din ċara.", "Din hija statistika mill-NSO u mill-Ewropa.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq x'wieħed jaħseb jew fuq perċezzjonijiet.", "Ifisser li fl-aħħar ħames snin żdied b'10,000.", "(Interruzzjonijiet) Mur kejjel Ministru! 72,000!", "Qed ngħidlek fuq faqar finanzjarju!", "Ministru, lanqas taf fuq xiex qed nitkellem.", "Issa nifhem għaliex ma tiġix indirizzata l-problema, għax lanqas taf tiddistingwi bejn kejl u ieħor!", "Jien qed inkellmek fuq l-alfabett Ruman u int qed tkellimni bil-Grieg! 72,000!", "Ministru, din hija l-istatistika tiegħek stess!", "Mur għid lill-esperti.", "M'hemmx għalfejn tagħtini risposta għax jien m'iniex qiegħed hawn biex nieħu r-risposti u biex niskorjaw, però … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Puli, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, il-point of order huwa li l-Onor.", "Puli qed jagħti informazzjoni ħażina.", "It-72,000 fi żmienhom kienu 99,000 u dawk huma f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali.", "Biex ma jgħidx li jien ma nafx il-figuri.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Point of order huwa meta jkun hemm ksur fil-proċedura.", "Issa jkun hemm il-winding up u tkunu tistgħu tirrispondu.", "CLYDE PULI: Sur President, dan ma kienx point of order imma kien qed jagħti interpretazzjoni politika.", "Jiddispjaċini se jkolli nagħti interpretazzjoni politika jien ukoll u ngħid li għandna problema li, sfortunatament, il-Ministru ma jafx jaqra l-figuri tiegħu stess u għax 72,000 … (Interruzzjonijiet) Ministru, …", "MICHAEL FALZON: Sur President, il-ħin kollu qed jindirizza lili u ma naħsibx li hu d-dover tiegħu li jindirizza lili.", "Se mai, jindirizza lis-Sedja.", "Il-ħin kollu qed jgħid il-Ministru ma jafx il-figuri.", "Il-Ministru jaf il-figuri ferm aħjar minnu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Indirizza lis-Sedja, Onor. Puli.", "CLYDE PULI: Sur President, il-Ministru qed jinterpeta b'mod żbaljat l-istatistika li għandu quddiemu u naħseb li meta Ministru jinterpreta b'mod żbaljat l-istatistika li jkollu quddiemu u b'mod li ma jagħrafx il-marda soċjali li għandu quddiemu jfisser li mhux ma jkunx kapaċi jsolvi l-problema imma lanqas biss jittanta jsolviha għax il-problema ma jafx x'inhi.", "Għall-inqas, is-Segretarju Parlamentari ta' qablu jaf x'inhi l-problema, jaf li għandu 3,000 applikant bla saqaf.", "Għadu ma solvihiex, imma għall-inqas jaf x'inhi.", "Int qed tmur pass oltre, imma ħalli nkompli nitkellem fuq l-edukazzjoni.", "Sur President, l-apiċe ta' din il-kriżi ta' governanza huwa n-nuqqas ta' għalliema.", "Għandna nuqqas ta' għalliema u dan in-nuqqas beda jinħass f'diversi suġġetti.", "Dan juri biċ-ċar li mhux biss hemm kriżi ta' governanza imma lanqas biss hemm pjan ta' kif se nsolvuha.", "Parti minn din il-kriżi ta' nuqqas ta' għalliema ġabha b'idejh il-Gvern u ġiet aċċentwata wkoll, bħall-problema tal-housing, bit-tkabbir fil-popolazzjoni mingħajr pjan.", "Jekk niftakar sew il-Ministru għall-Edukazjoni ftit ilu qal li daħlu 4,000 student ġdid ta' ħaddiema barranin.", "Ovvjament tista' tippjana li ddaħħal tant ammont ta' ħaddiema barranin li għandek bżonn, imma l-ewwel trid tippjana li jkollok servizzi għalihom, fosthom servizzi ta' saħħa, servizzi ta' trasport pubbliku, toroq adegwati u trid ukoll tara x'impatt se jkollu dan kollu fuq l-ambjent.", "Għadu kif ħareġ l-iState of the Environment Report li jagħti piż ukoll lill-iskart extra li jiġġeneraw l-għexieren ta' eluf ta' ħaddiema li għandna fil-każ tas-settur edukattiv, fejn qed tinħoloq pressjoni għal aktar spazju fl-iskejjel u bżonn ta' aktar għalliema.", "Sadanittant, għaġeb tal-għeġubijiet, qisu ma ġara xejn; inħabbru 13-il suġġett ġdid u lanqas għandna għalliema għalihom!", "Dan mhux qed ngħidu jien imma qed tgħidu l-union tal-għalliema li din il-ġimgħa ħarġet tikkritika u tgħid: Kif qed tħabbar suġġetti ġodda meta m'għandekx għalliema?", "Ħarriġt għalliema?", "Għandek pjan?", "Tista' tgħidilna x'se tagħmel?", "Dan qed tgħidu l-union tal-għalliema u mhux jien.", "Dan in-nuqqas ta' għalliema l-ewwel nett ġej għax żdiedet il-popolazzjoni studenteska minħabba l-politika ekonomika tal-Gvern, u t-tieni, minn stħarriġ tal-Università rriżulta li l-maġġoranza assoluta tal-għalliema huma demotivati u qed jgħidu huma stess li jekk isibu impjieg ieħor jitilqu.", "Mhux ta' b'xejn imbagħad tibda tisma' li fi skola kien hemm nuqqas għal tmien ġimgħat ta' għalliem tal-matematika, fi skola oħra kien hemm nuqqas ta' ħames ġimgħat ta' għalliem tal-Malti, 'l hawn kien hemm nuqqas ta' hekk u 'l hemm kien hemm nuqqas ta' hekk.", "Dawn ovvjament jimlewhom bis-supply teachers li mhux neċessarjament ikunu l-għalliema kwalifikati li jkunu qed jippretendu l-istudenti, imma ovvjament wieħed jgħid li f'dak il-każ aħjar hekk milli xejn.", "Il-kriżi kompliet tiġi aċċentwata wkoll minn dak li rriżulta fi stħarriġ li ġie ppubblikat f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Jidher li madwar 90% tal-għalliema qalu li f'ħin jew ieħor kienu soġġetti għal xi forma ta' abbuż.", "U dan mhux jien qed ngħidu imma ħareġ minn dan l-istudju!", "Però bħal donnu dan l-istħarriġ ma kienx biżżejjed għax f'dawn l-aħħar jumejn kellna żewġ inċidenti wara xulxin ta' abbuż fuq għalliema, wieħed f'Santa Klara u l-ieħor fil-Kulleġġ San Injazju.", "Hawnhekk ukoll jidher ċar li hemm kriżi ta' governanza.", "Jidher ċar li l-problema ta' sigurtà fl-iskejjel, li ilha tisħaq fuqha l-MUT, mhijiex qed tiġi indirizzata.", "Dawn iridu li jkun hemm sigurtà fl-iskejjel.", "Mhux qegħdin jitolbu xi ħaġa kbira.", "Kulma qed jitolbu sigurtà fl-iskejjel biex nipproteġu lill-għalliema u lill-istudenti.", "Tafu li f'għaxar kulleġġi lanqas għad hemm imqar prefect of discipline wieħed għal kull kulleġġ?", "Tafu li nofs il-kulleġġi ta' Malta m'għandhomx prefect of discipline?", "Nitkellmu li hemm bżonn indaħħlu kultura ta' dixxiplina minn meta t-tfal ikunu għadhom żgħar u mhux nispiċċaw pajjiż qisu xejn mhux xejn iżda mbagħad lanqas prefect of discipline wieħed li hu wieħed ma' mijiet ta' studenti f'kull kulleġġ ma għandna.", "Wieħed f'kull kulleġġ kulma għandu jkun hemm.", "Imbagħad iċ-ċirasa fuq il-kejk tkun il-każ fejn il-Ministru ftiehem mal-Università ta' Malta biex il-kors tal-għalliema jingħata statura aħjar u minn First Degree jittella' għal Masters.", "Il-Fakultà tal-Edukazzjoni ta' Malta, fejn għandna ħafna letturi tajbin u ta' esperjenza kbira, nies riċerkati ħafna, nies li jafu x'inhuma jagħmlu, fasslu kors li min ikun se jagħmlu jaf li se jkun ta' ċertu portata, li se jwassu kullimkien madwar l-Ewropa imma li fuq kollox se jwasslu mal-istudenti li jrid jgħallem.", "Wara li dawn għamlu dan il-kors tal-Masters, il-Gvern waqqaf istitut tiegħu u minflok għamel kors bl-istess livell tal-Università ta' Malta li jkollu 120 ECTS, għamel wieħed li fih 90 ECTS!", "Ħoloq żewġ livelli ta' għalliema!", "Din x'governanza hi?!", "Dan xi pjan fit-tul hu?!", "Din x'koerenza hi fit-tmexxija tal-edukazzjoni meta jkun l-istess Gvern li jimbotta f'direzzjonijiet differenti żewġ istituzzjonijiet differenti, waħda kompletament governattiva u l-oħra fil-maġġoranza tagħha sussidjata mill-istess Gvern?", "Kif tista' tibgħathom f'direzzjoni differenti?", "Naħseb li tajt biżżejed eżempji biex wieħed jinduna li hemm xi nsolvu fl-edukazzjoni.", "Hemm ħafna xi nsolvu f'dan is-settur u rridu nsolvu mhux għall-gost, jew biex ngħidu kemm aħna tajbin, jew biex ngħidu kemm bnejna skejjel sbieħ jew kemm impjegajna għalliema ġodda, psikologi u LSEs.", "Irridu nsolvu dawn l-affarijiet biex insaħħuh dan is-settur għax aħna nafdaw lill-mimmi ta' għajnejna f'idejn is-sistema edukattiva.", "Aħna nafdaw l-aktar ħaġa għażiża li għandna, lil uliedna, f'idejn din is-sistema u allura rridu nkunu ċerti li din is-sistema tagħti l-aqwa lil dawn in-nies, tagħti l-aqwa lill-mimmi ta' għajnejna u tagħtihom l-aqwa għax l-ewwel u qabel kollox hekk jixirqilhom imma aktar minn hekk, għax l-investiment li nagħmlu f'kull wieħed u waħda minn dawk it-tfal finalment se jkun investiment fis-soċjetà ta' għada.", "Sur President, nappella lill-Gvern biex jieħu bis-serjetà din l-isfida.", "Mhuwiex biżżejjed li tgħid li l-ekonomija qed tikber.", "Mhuwiex biżżejjed li tgħid li l-figuri qed jikbru, jew li kiber il-kejk nazzjonali u tiftaħar bil-GDP.", "Trid tħares lejn l-uċuħ u mhux lejn in-numri.", "Trid tħares lejn kull tifel u tifla, lejn kull ħaddiem u ħaddiema u tgħid: Dawn qed jilħqu l-milja tagħhom?", "Il-progress li għamel il-pajjiż b'mod ġenerali dawn qed iħossuh?", "Dawk it-tfal li llum għadhom fuq il-bank tal-iskola qed jirnexxu biżżejjed biex kif joħorġu mill-bank tal-iskola jaħtfu l-opportunitajiet ta' ħames snin u għaxar snin oħra jew se jkunu ħaddiema oħrajn li nkunu qegħdin nimportaw li jaħtfu dawk l-opportunitajiet?", "Kull wieħed li jfalli hemm, speċjalment meta l-pajjiż ikun sejjer tajjeb, il-piż se jkun akbar.", "Jidher ċar li s-sistema edukattiva mhijiex tilħaq lil kull tifel u tifla.", "Jien nemmen, jew għall-inqas nixtieq nemmen, li aħna kollha nemmnu li ħadd m'għandu jibqa' lura, wisq anqas uliedna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nifhem li hawn ftehim biex issa mmorru għall-Aġġorament?", "(Onor. Membri: Iva) Insejjaħ lill-Onor.", "Fis-6.51 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "PERMESS TAL-KAMRA", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex nippreżenta l-minuti kkonfermati tal-laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi): Sur President, f'għeluq is-sena mit-twaqqif tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi nippreżenta l-minuti kkonfermati tal-laqgħat ta' dan il-Kumitat minn numri 1 sa 7 li nżammu bejn l-20 ta' Marzu u t-28 ta' Novembru 2018.", "Jekk tippermettili, nixtieq inżid li din kienet esperjenza ġdida għal kulħadd.", "Il-ħatriet pubbliċi, salv għal tnejn minnhom, għaddew kollha b'vot unanimu u minn hawn nirringrazzja l-Membri kollha ta' dan il-Kumitat, inkluż il-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Ħdimna tajjeb u ħdimna wkoll b'mod spedit bħala Kumitat biex nipproċessaw il-ħatriet kollha, tant li sal-lum m'għandniex ħatriet li ġew riferuti lilna li għadhom pendenti.", "Nixtieq ukoll nifraħ lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li reċentement, permezz ta' avviż legali, chairperson ta' entità ġdida li waqqaf il-Gvern u li ma kienx fil-lista skont il-Public Administration Act, li huwa ċ-chairperson inkarigat mill-innovazzjoni diġitali, ġie inkluż bħala wieħed miċ-chairpersons li jgħaddi mill-iskrutinju ta' dan il-Kumitat Permanenti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ningħaqad miegħek u nirringrazzja wkoll lill-istaff tal-Parlament li jaħdem biex dan il-Kumitat jirnexxi.", "Issa nsejjaħ lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, għalkemm ħafna drabi l-ħin tal-Aġġornament nużawh biex nitkellmu dwar xi kwestjoni speċifika li tolqot lill-kostitwenza tagħna bħala Membri Parlamentari, illum ħassejt li għandi nitkellem dwar suġġett importanti ħafna, suġġett li għal mumenti rajnieh mill-bogħod.", "F'dawn l-aħħar sentejn konna nħarsu lejn ir-Renju Unit mill-bogħod imma f'daqqa waħda qed nintebħu li dak li konna naraw 'il bogħod se jaffettwa lis-setturi tagħna, se jaffettwa l-mod kif iċ-ċittadini tagħna jgħixu, kemm f'Malta kif ukoll fir-Renju Unit, se jaffettwa l-kummerċ, se jaffettwa n-neogzji, se jaffettwa t-turiżmu, se jaffettwa s-settur tas-saħħa u se jaffettwa wkoll l-edukazzjoni.", "Dawn is-setturi kollha se jiġu affettwati minn avveniment li seħħ b'deċiżjoni sovrana ta' poplu li ttieħdet f'Ġunju tal-2016, deċiżjoni li demokratikament għandha tiġi rispettata, ċjoè d-deċiżjoni li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea wara 40 sena bħala membru.", "Ir-Renju Unit kien l-ewwel membru tat-Three Communities, imbagħad tal-Komunità Ewropea u llum tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-Renju Unit huwa player importanti mhux biss għal pajjiżna mill-aspett storiku u kulturali, ta' negozju u ta' amministrazzjoni, anke bħala eks kolonja tal-Imperu Brittaniku, però huwa wkoll player importanti internazzjonali f'ambiti differenti u player importanti ħafna fl-Unjoni Ewropea.", "M'hemmx dubju li din il-ġrajja li seħħet f'Ġunju tal-2016 rajnieha 'l bogħod però llum nistgħu ngħidu li għandna erba' xenarji plawsibbli li wieħed jista' jħares lejhom.", "L-ewwel nett id-data ffissata għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea hija d-29 ta' Marzu 2019.", "Forsi did-data tidher 'il bogħod imma fir-realtà kulma hija tmien ġimgħat 'il bogħod mil-lum.", "It-tieni, fuq naħa għandna r-Renju Unit, bil-Prim Ministru u l-House of Commons, u fuq in-naħa l-oħra għandna l-Kummissjoni Ewropea li nnegozjat għan-nom tas-27 stat membru u għan-nom tal-Unjoni Ewropea u llum għandna sitwazzjoni konfużjonali li skont l-interpretazzjoni tiegħi ta' dak li qed jiġri tista' tittraduċi ruħa f'erba' xenarji plawsibbli.", "L-ewwel xenarju plawsibbli huwa li l-Withdrawal Agreement li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew, jiġifieri mill-Heads of State tal-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea salv ir-Renju Unit, u li sar minn Michel Barnier f'isem il-Kummissjoni Ewropea, però li ġie riġettat mill-House of Commons li hija l-assemblea demokratika tar-Renju Unit.", "Mela l-ewwel xenarju plawsibbli huwa li jiġi aċċettat dan il-Withdrawal Agreement u wieħed jimxi 'l quddiem.", "It-tieni xenarju, fl-opinjoni tiegħi, huwa xenarju traġiku, tant li ngħidulu n-no deal.", "Forsi t-telespettaturi jaħsbu f'dak il-programm Deal or No deal.", "Jien ktibt artiklu li ngħidu jew naħa jew oħra u s-sitwazzjoni ta' no deal illum hija sitwazzjoni plawsibbli.", "Hemm min dan ix-xenarju qed isejjaħlu cliff edge li mhux biss se jaqbeż minnu r-Renju Unit għax ma jafx fejn sejjer, imma se jniżżel miegħu lil ħafna stati membri tal-Unjoni Ewroepa li għandhom relazzjonijiet mill-qrib mar-Renju Unit, fosthom Malta.", "Skont osservaturi politiċi t-tielet xenarju huwa li jsir referendum ieħor għax forsi l-poplu tar-Renju Unit induna li f'Ġunju tal-2016 kien tfixkel f'saqajh f'dak li għandu x'jaqsam ma' din il-kwestjoni partikolari, u dan qed ngħidu b'rispett lejn l-istess poplu tar-Renju Unit.", "Forsi issa li għadda ż-żmien irrealizzaw li ġejna f'sitwazzjoni ta' inċertezza aktar milli konna qabel, kemm aħna kif ukoll il-poplu tar-Renju Unit.", "Hemm xenarju ieħor plawsibbli li saret referenza għalih fl-istqarrija li għamel il-Prim Ministru f'din il-Kamra u dan hu li jiġi estiż il-perjodu tad-29 ta' Marzu.", "Din hija ipoteżi li tista' tiġri imma b'dan il-mod tkun qed tipposponi l-problema għax fl-aħħar mill-aħħar trid tittieħed deċiżjoni.", "L-argument li ħafna drabi ressqet fil-House of Commons il-Prim Ministru May għall-mistoqsijiet li sarulha fil-question time kien li huwa ħażin ukoll li nipposponu d-data biex ma neħdux deċiżjoni.", "Bħala persuna li nosserva dan is-settur mill-qrib, naħseb li l-fatt li ma teħux deċiżjoni jagħmel aktar ħsara mill-Brexit innifsu.", "Illum l-inċertezza qed tagħmel aktar ħsara mill-Brexit innifsu u nħolqot sitwazzjoni bla preċedent; fuq naħa għandna d-deal li nnegozja l-Gvern tar-Renju Unit u li ġie riġettat mill-House of Commons, li hija l-aktar istituzzjoni demokratika u importanti fir-Renju Unit, u fuq in-naħa l-oħra għandna lill-Unjoni Ewropea li qed tgħid lir-Renju Unit: Dan hu l-pakkett li nnegozjajna, terġax tiġi lura bih għax wara kollox id-deċiżjoni li titlaq ħadtha int. Nifhem lill-Kummissjoni Ewropea li tieħu din il-pożizzjoni.", "Għandek il-House of Commons li għalkemm irriġettat il-proposta tal-Prim Ministru May, taf ben tajjeb li no deal hija ipoteżi aktar kerha milli jkun hemm ftehim li għall-inqas wieħed jaf fejn qiegħed.", "Madanakollu l-House of Commons qed tiġġieled magħha nnifisha biex issib ftehim li tista' taċċettah.", "Hija ħasra li relazzjoni daqshekk twila bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea li, jgħidu x'jgħidu l-Ewroxettiċi Ingliżi, kienet relazzjoni li ħalliet il-frott tagħha kemm għar-Renju Unit kif ukoll għall-Unjoni Ewropea, ma tispiċċax permezz ta' an orderly withdrawal.", "Jien dan huwa l-messaġġ personali tiegħi.", "Irid ikun hemm l-irtirar tar-Renju Unit għax kulħadd irid jirrispetta deċiżjoni sovrana li ħa l-poplu tar-Renju Unit imma hija ħasra li ma nkunux kapaċi li naslu għal ftehim dwar kif jistgħu joħorġu.", "Sur President, huwa tajjeb li nsemmu wkoll il-pożizzjoni ta' pajjiżna.", "Jien nokkupa l-kariga ta' President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u minn hawn nirringrazzja lill-Ministru Helena Dalli li dejjem kienet pronta biex tiġi quddiem dan il-Kumitat, li huwa lunga manus ta' din il-Kamra, biex tirrapporta dwar dak li tista' tirrapporta rigward din il-kwestjoni.", "Forsi sakemm qed nitkellem illejla jkun hemm żvilupp ieħor, jiġifieri kollox irid jittieħed f'kuntest, però reċentement għamilna mill-inqas tliet laqgħat fi żmien qasir u l-Ministru Dalli, f'isem il-Gvern, mill-ewwel uriet li hija disponibbli li tibqa' tiltaqa' magħna sabiex taġġornana bl-aħħar żviluppi.", "Minn hawn nirringrazzjaha għax nisimgħu ħafna dwar iċ-checks and balances, u nisimgħu ħafna f'din il-Kamra minn sħabna tal-Oppożizzjoni li l-Gvern huwa inċert u ma jirrapportax dwar dak li qed jagħmel, imma dan huwa eżempju fejn il-Gvern f'din iċ-ċirkostanza partikolari żamm lill-Parlament informat.", "Minn hawn nirringrazzja wkoll lill-membri kollha ta' dan il-Kumitat, inkluż lill-Onor.", "Glenn Bedingfield li qegħdin preżenti hawnhekk, u lill-Membri tal-Oppożizzjoni ta' dan il-Kumitat li mhumiex qegħdin hawn imma li dejjem ħadmu biex f'din is-sitwazzjoni kollha tal-Brexit jaraw l-interess taċ-ċittadini tagħna, tan-negozjanti tagħna, tal-ismall and medium enterprises u tal-micro-enterprises għax huwa lil dawn li l-aktar se tagħmel differenza.", "Inutli nibqgħu nitkellmu fuq livell għoli jekk ma nidħlux f'dawn il-punti importanti.", "Irridu nitkellmu settorjalment għax hemm diversi setturi li se jkunu affettwati, fosthom is-setturi tat-turiżmu, tad-dwana, tal-connectivity area, tal-avjazzjoni, tas-saħħa, tas-sigurtà soċjali, tad-drittijiet taċ-ċittadini Ingliżi f'Malta, li hija l-akbar komunità li għandna, tal-expats, tal-Maltin li qegħdin fir-Renju Unit, u tal-edukazzjoni b'mod partikolari l-Erasmus+ Programme li minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropea għamel ħafna ġid lil ħafna studenti Maltin li ħadu exsposure edukattiv barra minn pajjiżna.", "Is-settur tas-servizzi finanzjarji wkoll huwa settur li jista' jintlaqat.", "Imma ħa nibda mill-kwestjoni tad-dwana.", "Illum stess l-Ingliżi tkellmu dwar id-dwana għax hija xi ħaġa li tinkwetahom minħabba l-piż amministrattiv li tista' ġġib magħha.", "Dan għaliex jekk ir-Renju Unit jiġi meqjus bħala a third country, ma jgawdix minn customs union.", "Dan huwa argument loġiku.", "Jekk m'hemmx unjoni doganali allura jerġgħu jidħlu l-piżijiet amministrattivi li kien hemm daqslikieku, pereżempju, Malti minflok qed jesporta lejn ir-Renju Unit qed jesporta lejn is-Serbja, li hija a third country, jew lejn iċ-Ċina jew lejn il-Ġappun.", "Illum deher li l-Ingilterra qed tinduna bil-possibbiltà ta' no deal.", "Għaldaqstant nerġa' ngħid u nħambaq messaġġ ċar: L-istati membri kollha għandna nagħmlu sforz biex nevitaw dan ix-xenarju ta' no deal għax ikun l-agħar xenarju li jista' jkollhom ir-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea u l-istati membri kollha.", "Nerġa' ngħid, ir-Renju Unit huwa player kbir u għandna ħafna relazzjonijiet miegħu u ma jaqbel lil ħadd li nispiċċaw b'din is-sitwazzjoni.", "Sa ċertu punt il-Prim Ministru fl-istqarrija tiegħu pprova jserraħ ras il-pubbliku fuq kwestjonijiet li jinteressawh, fosthom is-saħħa, l-edukazzjoni u dak li għandu x'jaqsam ma' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u jekk jibqgħux japplikaw u jekk jitteħdux fil-komputazzjoni tal-pensjonijiet.", "Dawn huma affarijiet li qegħdin jistaqsu n-nies.", "Fil-fatt, naf li l-Ministeru mmexxi mill-Ministru Helena Dalli qed jagħmel sforz kbir biex jagħmel outreach fir-Renju Unit anke għall-Maltin li jgħixu hemm biex jispjegalhom il-possibilitajiet li hemm.", "Illum ħarġet stqarrija fuq iċ-Channel Tunnel li jwassal għal postijiet bħal Dover, li huwa l-eqreb post lejn il-kontinent Ewropew għax minn hemmhekk tgħaddi għal Franza.", "Dawn issa jridu jaċċertaw ruħhom li t-traffiku li kien jgħaddi jibqa' jgħaddi mingħajr burokrazija amministrattiva.", "L-Ingliżi, sal-lum stess, ipprovaw jagħtu serħan il-moħħ billi jgħidu li sa xahar wara li ddaħħal il-prodotti tista' tiddikjarahom elettronikament permezz ta' email billi tirreġistra bl-Ingliż.", "Dawn huma kollha sforzi pożittivi imma f'ambitu li huwa diffiċli.", "M'hemmx dubju li t-turiżmu tagħna se jintlaqat.", "Ma rridux ninsew li bejn wieħed u ieħor 35% tat-turiżmu fix-xitwa ġej mis-source market tar-Renju Unit.", "Fis-sajf hemm aktar diversifikazzjoni fit-turiżmu u fil-fatt it-turiżmu li jiġi mir-Renju Unit huwa bejn 25% u 27% tat-turiżmu kollu.", "M'hemmx dubju li t-turiżmu jintlaqat mid-daqqiet li tieħu l-Isterlina mal-Ewro u m'hemmx dubju li jintlaqat ukoll mill-inċertezza li qed tinħoloq.", "Hawn nerġa' ngħid li aktar milli l-Brexit, hija l-inċertezza li rnexxielhom joħolqu fir-Renju Unit stess li qed tagħmel l-akbar ħsara.", "Jien ma qed nagħti tort lil ħadd, imma minn Ġunju 2016 sal-lum kellna sitwazzjoni li kienet mismanaged min-naħa tar-Renju Unit, fis-sens li għadda ż-żmien u bqajna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa.", "Ħadd mhu ċert minn xejn u l-inċertezza żdiedet u mhux naqset.", "Ovvjament it-turiżmu jintlaqat fis-sens li f'sitwazzjonijiet bħal dawn dak li jkun joqgħod lura jew forsi jieħu btala fir-Renju Unit stess biex lanqas jiċċaqlaq minn hemmhekk.", "Imbagħad għandek is-sitwazzjoni tal-konnettività.", "Illum jidhirli li għandna seba' airlines, apparti mill-Air Malta, li jtiru minn postijiet differenti fir-Renju Unit u li qed igawdu mis-Single European Sky policy tal-Unjoni Ewropea, li ħalliet frott kbir.", "Għandek suq liberalizzat fejn l-ajruplani fl-Unjoni Ewropea jistgħu jtiru mingħajr ma jkun hemm għalfejn isiru l-air services agreements bejn pajjiż u ieħor.", "Din il-politika wasslet għal aktar ivvjaġġar, għal air fares irħas u għal kompetizzjoni reali fejn jidħol is-settur tal-airlines u tal-avjazzjoni.", "Allura wieħed irid jara x'se tkun is-sitwazzjoni fir-Renju Unit u anke f'dan ir-rigward se jintlaqtu t-turiżmu, il-kummerċ u n-negozji tagħna wkoll.", "Niġi issa għas-settur tas-saħħa.", "Xi ġimagħtejn ilu l-Prim Ministru serraħ moħħ in-nies dwar is-saħħa li għalina hija importanti.", "Illum f'gazzetta partikolari kien hemm stħarriġ li minnu rriżulta li minn kważi 200 pajjiż, aħna qegħdin fid-disa' post fis-settur tas-saħħa.", "Aħna mdorrijin b'dan is-servizz u b'dan il-livell u r-Renju Unit kien komponent importanti f'dak li konna qed nagħmlu.", "Il-Prim Ministru serraħ moħħ in-nies li dawk il-ftehimiet fuq livell bilaterali li kellna, anke pre-accession, jiġifieri qabel l-2004, se jibqgħu hemm.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali se nagħti xi eżempji prattiċi.", "Se nagħti eżempju ta' persuna li għamlet parti kbira minn ħajjitha taħdem fir-Renju Unit, ħallset il-kontribuzzjonijiet tagħha hemmhekk imma l-aħħar għaxar snin ġiet taħdimhom f'pajjiżna biex ikollha soft landing u tissettilja f'pajjiżna.", "Is-sitwazzjoni kif inhi llum, mingħajr il-Brexit, hija li dawk il-kontribuzzjonijiet li tkun ħallset fir-Renju Unit japplikaw meta tiġi biex tkun maħduma l-pensjoni tagħha.", "L-istess japplika viċi versa.", "Għal ħafna minna u forsi anke għat-telespettaturi li qed jarawna, dan ma jagħmilx differenza kbira però min ħadem barra minn Malta jaf li din hija kruċjali.", "Jien dejjem nibqa' ngħid li l-aktar ħaġa importanti hija li jinstab ftehim dwar dan bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għax dik hi l-aħjar triq 'il quddiem, però jiġri x'jiġri, aħna xorta ngħatajna l-aċċertazzjoni li din is-sitwazzjoni se tibqa'.", "Il-Maltin li qegħdin fir-Renju Unit s'issa kienu meqjusa bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea u kellhom id-drittijiet tal-free movement of persons, tal-free movement of workers, tal-free movement to provide services u tal-freedom of establishment, ċjoè li tmur ir-Renju Unit u tagħmel negozju hemmhekk.", "Dawk huma drittijiet komunitarji li joħorġu mill-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa l-oħra hemm l-Ingliżi li ġew hawn Malta u li bil-prinċipju tar-reċiproċità, dawn għandhom l-istess drittijiet kif għandhom il-Maltin fir-Renju Unit.", "Għalkemm is-sitwazzjoni mhux se tibqa' l-istess jekk ir-Renju Unit joħroġ, ingħatajna ċerti garanziji dwar dawn il-persuni.", "Niġi issa għas-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Is-settur tas-servizzi finanzjarji huwa settur kruċjali għal pajjiżna.", "Hawn nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, lis-Sur Joe Cuschieri u lill-Prof.", "Mamo għall-viżjoni ġdida dwar fejn irridu li mmorru fis-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Dan hwa settur kruċjali għal pajjiżna għax joħloq valur miżjud enormi u joħloq ripple effect fuq l-ekonomija tagħna f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-kirjiet u tal-ospitalità.", "Is-City of London tal-Ingilterra huwa ċentru tas-servizzi finanzjarji importanti ħafna fuq livell internazzjonali u bir-Renju Unit barra mill-Unjoni Ewropea, se nkunu tlifna alleat importanti ħafna.", "Is-sitwazzjoni tagħna hija ċara.", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat għamilha ċara li fejn jidħlu miżuri biex jipprovaw joħonqu s-servizzi finanzjarji tagħna se nibqgħu b'saħħitna.", "Niġi issa għas-settur tal-edukazzjoni u b'mod speċifiku rrid insemmi l-Erasmus+.", "Biex nuri kemm huwa importanti l-Erasmus+ biżżejjed ngħid li għandna 15,000 student tal-Unjoni Ewropea li marru jkomplu jistudjaw f'universitajiet fir-Renju Unit.", "Għandna wkoll 7,000 student mir-Renju Unit li marru fi stati membri oħra jistudjaw.", "Mela l-importanza li għandu dan il-programm fl-edukazzjoni u fl-investiment tal-kapital uman għall-Unjoni Ewropa huwa straordidnarju.", "Hawnhekk tajjeb ngħid li b'regoli u b'atti leġiżlattivi li għaddew fit-30 ta' Jannar, l-Unjoni Ewropea qed tgħid li dan l-Erasmus+ Programme huwa programm li se jibqa' salvagwardat anke jekk ikollna sitwazzjoni ta' no deal, jiġifieri ta' disorderly withdrawal.", "Dawn huma affarijiet importanti.", "Irrid infaħħar ukoll il-pożizzjoni li ħa l-Prim Ministru u l-Gvern kollu.", "Tul dan iż-żmien kollu ħadna approċċ wieħed u ma waqajniex fin-nassa li ninnegozjaw waħedna.", "Għandna ninnegozjaw din is-sitwazzjoni storika bla preċedent flimkien.", "Din hija xi ħaġa fundamentali għax kieku kien ikollna babilonja!", "Kieku kien ikollna stati membri li jagħmlu ftehim bilaterali waqt in-negozjati li qed isiru mal-Unjoni Ewropea.", "Punt ieħor li xtaqt nagħmel – u dan aktar fuq livell personali – huwa li għalkemm m'hemmx data biex ikun hemm Kunsill Ewropew ieħor biex jiddiskuti l-Brexit, il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri għandhom jeżawrixxu r-rimedji kollha biex ikun hemm an orderly withdrawal.", "Din hija aktar opinjoni pesonali tiegħi, u qed nesprimiha għax nemmen li nistgħu nissalvagwardaw mhux biss is-sitwazzjoni tar-Renju Unit imma anke liċ-ċittadin Maltin, in-negozji u s-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tat-turiżmu tagħna biss jekk ikun hemm an orderly withdrawal.", "Permezz ta' orderly withdrawal wieħed ikun jaf fejn hu u jkun hemm perjodu tranżitorju fejn nirrispettaw id-deċiżjoni sovrana tar-Renju Unit però min-naħa l-oħra, nkunu qed nagħtu żvog lis-setturi differenti biex jabitwaw ruħhom bil-mod għal din is-sitwazzjoni.", "It-tielet appell – dan l-appell qed jagħmlu wkoll il-Ministeru mmexxi mill-Ministru Dalli u anke Ministeri oħra – hu li l-Gvern għandu jibqa' jinforma lin-nies bl-iżviluppi u dwar kif se jintlaqtu ċ-ċittadini Maltin li qegħdin fir-Renju Unit.", "Irridu nibqgħu għaddejjin b'kampanja assidwa u aggressiva ta' informazzjoni biex kemm jista' jkun intaffu l-impatt li qatt mhu se jkun tajjeb.", "Jien ngħid li meta jkun hemm separazzjoni wara ż-żwieġ ma tantx tisa' tgħid li tista' tkun xi ħaġa pożittiva.", "Sur President, inti ħdimt għal snin twal fil-qrati u taf x'qed ngħid.", "Meta jkun hemm separazzjoni bejn il-miżżewġin l-aktar li tista' tagħmel hu li tillimita d-danni.", "Ħadd ma jista' joħorġ kuntent imma tal-inqas tillimita d-danni.", "L-istess hawnhekk.", "Irridu ninformaw lin-nies biex id-danni jkunu mill-inqas.", "Sur President, żgur li issa rridu nieqfu u nibdew kapitlu ġdid mar-Renju Unit, li hu pajjiż ħabib tagħna u pajjiż li għandna ħafna kummerċ miegħu.", "Waqt il-ħakma li għamel fuqna, ħakma li ħriġna minnha b'mod gradwali u bil-progress li sar fl-1964, fl-1974 u fl-1979, dan il-pajjiż tana ħafna f'aspetti differenti, inkluż fl-aspett edukattiv u fl-aspett amministrattiv.", "Dan il-pajjiż huwa player importanti u aħna rridu nibqgħu viċin tiegħu u rridu nibqgħu ninnegozjaw miegħu u nkunu ħbieb tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.25 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA – DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni ħa l-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu dawn id-deċiżjonijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Minn kemm ilu mwaqqaf (12/5/2017) il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija ġew ippreżentati 40 rapport.", "Dawn id-deċiżjonijiet kienu jkopru lmenti dwar promozzjonijiet f'diversi kategoriji fil-Korp tal-Pulizija, nuqqas ta' ġbir ta' informazzjoni fil-ħin minn pulizija u mġiba mhux adattata fil-konfront ta' membru tal-pubbliku minn membru tal-Korp.", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA – INVESTIGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il investigazzjoni beda fuq inizjattiva tiegħu stess il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex kienu dawn l-investigazzjonijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu indikat, il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija ma beda ebda investigazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess.", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA – KONKLUŻJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il materja ġiet riferuta minnu bħala Ministru lill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-materji li ġew riferuti minnu u x'kienu l-konklużjonijiet tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwarhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu indikat, il-Ministru ma rrefera ebda materja lill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA – FUNZJONIJIET TAL-BORD", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'istruzzjonijiet speċifiċi bil-miktub ta dwar funzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu indikat il-Ministru ma ta ebda struzzjonijiet speċifiċi bil-miktub dwar xi funzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "REKLMAR DWAR IL-BAĠIT – NEFQA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Baġit għas-sena 2019, inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba hija kif pej:", "Gazzetti: €4,170", "Televiżjoni: €15,250", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI/RIĊEVIMENTI/IKLIET/PARTIES", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalunkwe residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalunkwe Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI TAL-PROĊESSI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI/RIĊEVIMENTI/IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi, jgħid jekk kinitx mistidna, u jekk iva, jekk attendietx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalunkw residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalunkwe Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtha?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – ATTENDENZA GĦAL FESTINI/RIĊEVIMENTI/IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalunkwe residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalunkwe Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – ATTENDENZA GĦAL FESTINI/RIĊEVIMENTI/IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalunkwe residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalunkwe Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ngħarraf lill-Onor. interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORTS U GĦAQDIET VOLONTARJI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI/RIĊEVIMENTI/IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji, jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalunkwe residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalunkwe Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt u s-Segretarju Parlamentari jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – ATTENDENZA GĦAL FESTINI/RIĊEVIMENTI/IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalunkwe residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalunkwe Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Port Ħieles se jistalla x-shore to vessel supply?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8168.", "PORT ĦIELES – INVESTIMENT GĦAL TNAQQIS TA' ĦSEJJES", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm mill-€31 miljun li se jkunu investiti fil-Port Ħieles huma intiżi biex jitnaqqsu l-ħsejjes li qed jiġu ġġenerati mill-istess kumpanija?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn informazzjoni mgħoddija mill-Malta Freeport Terminals hu previst li 90% ta' dan l-investiment huwa relatat ma' makkinarju u titjib infrastrutturali li jnaqqsu l-istorbju ġġenerat mill-Port Ħieles.", "Dan l-investiment jinkludi:", "L-RTGs il-ġodda huma mgħammra bl-aħħar teknologija.", "Fost oħrajn huma mgħammra b'white noise alarms li ma' nżul ix-xemx awtomatikament inaqqsu l-ħoss tagħhom għall-benefiċċju tar-residenti ta' Birżebbuġa.", "Huma mgħammra wkoll b'teknoloġija ta' stacked profiling li permezz ta' sistema ta' lasers se jiġi evitat impatt ma' kontejners oħra.", "L-RTGs iħaddnu wkoll sistema ta' automatic steering.", "· Madwar 67 tractor u trailor li ġew ordnati din is-sena.", "Ta' min jinnota li apparti minn dan l-investiment, bħala corporate social responsibility il-Malta Freeport Terminals se tkun qiegħda tiffinanzja ġnien ġdid li se jsir f'Birżebbuġa maġenb Triq San Patrizju.", "Dan se jieħu inkonsiderazzjoni ppjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport.", "PORT ĦIELES – TNAQQIS TA' ĦSEJJES – TIMELINE U MIŻURI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' miżuri konkreti, u t-timeline tagħhom, li se jnaqqsu l-ħsejjes mill-Port Ħieles?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern u l-Ministeru għat-Turiżmu, permezz tal-Malta Freeport Corporation u l-ERA, b'mod kostanti baqgħu jagħmlu monitoraġġ fuq il-Malta Freeport Terminal.", "Saru studji u rapporti li minnhom ħareġ x'miżuri trid taddotta l-Malta Freeport Terminals sabiex tiġi mitigata din il-problema.", "Dawn il-miżuri qed jitwettqu skont ir-rapport li kien ġiet preżentat fl-Environmental Monitoring Committee fejn fih kien hemm proposti fuq bażi short, medium u long term.", "Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant ikun jaf li:", "· tnaqqas il-ħoss tas-sistemi tal-alarms mal-krejnijiet li jimxu bir-roti (RTG's) skont l-istandard EN I20 7731;", "· ġiet istallata s-sistema crane slow down feature s'issa f'65% tal-Quay Cranes biex ma jkunx hemm tisbita finali meta l-kontejner jitniżżel fuq it-trakk;", "· din is-sena nġabu 15-il krejn RTG ġdid li għandhom sistema ta' white noise biex b'hekk jonqsu l-ħsejjes waqt li jkunu qed jgħabbu jew iħottu l-kontejners;", "· saru xogħlijiet fuq 107,000sqm ta' toroq fiż-żona tal-Freeport;", "· għadu għaddej tibdil ta' wċuħ tat-toroq li kienu magħmula minn cobbled blocks u li issa qed jingħataw it-tarmak.", "Inbidlet ukoll art li kienet miksija bil-pjanċi tal-ħadid fejn flokhom ingħata l-konkrit;", "· saret konsultazzjoni bejn Transport Malta u l-Malta Freeport Terminal dwar attività ta' refuelling ta' vapuri sabiex ma jsirx daqq ta' ħornijiet mill-vapuri;", "· saret konsultazzjoni bejn Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Korporazzjoni sabiex is-South Road tingħata t-tarmak.", "Din it-triq jgħaddu madwar 310 vetturi kuljum;", "· il-Malta Freeport Terminal kontinwament tagħmel upgrades fl-apparat li tuża sabiex tnaqqas l-istorbju;", "· il-Malta Freeport Terminal intrabtet ukoll li tagħmel tisbiħ tal-ġnien ta' Birżebbuġa maġenb Triq San Patrizju.", "Dan se jieħu inkonsiderazzjoni ppjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jonqos xi jsir u l-implimentazzjoni tal-miżuri tkompli.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħsejjes s'issa naqqas il-Port Ħieles minn wara r-rapport tal-ħsejjes ikkummissjonat mill-istess kumpanija fl-2016?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8532.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' ħsejjes se jitnaqqas wara li jkunu investiti l-€31 miljun li ħabbar l-istess Ministru ftit ġimgħat ilu?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8531.", "ENEMALTA – SIT FIL-QAJJENZA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8425, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani short term u long term għal dan is-sit fil-Qajjenza?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li preżentement l-Enemalta qed tikkunsidra l-istokk kollu tal-proprjetajiet tagħha u qed jiġi studjat mod strateġiku biex jiġi massimizzat l-użu ta' faċilitajiet bħal dawn.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEDA IMPJEGATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta' ħaddied fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u x'responsabbiltajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Xi kwalifiki għandhom u x'korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX – CANTEEN GĦALL-ĦADDIEMA U QRABA TAL-PAZJENTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel twaqqa' aktar minn sena u nofs ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta' Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iżvilupp li hu ppjanat li jsir ġewwa l-isptar jinkludi wkoll canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-istess sptar.", "Sakemm dan iseħħ, saru arranġamenti provisorji biex il-ħaddiema u qraba tal-pazjenti ġewwa l-isptar ikunu moqdija b'mod temporanju, filwaqt li diversi ħaddiema tal-isptar huma wkoll intitolati u jistgħu jagħmlu użu mis-servizz ta' catering li jipprovdi l-istess sptar.", "FIBRE OPTIC CABLE – PROĊESS TAT-TENDERING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tendering u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol infrastrutturali fuq it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess tat-tender ingħalaq u kien aġġudikat u ntgħażel il-kuntrattur.", "Bħalissa d-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed fil-proċess biex jagħlaq ix-xogħol amministrattiv biex ikun jista' jiġi ffirmat il-kuntratt.", "Malli dan isir, jibdew il-preparamenti (mobilisation) biex jibda x-xogħol.", "GĦAWDEX - INVESTIGAZZJONI DWAR KORRUZZJONI JEW NUQQASIJIET FIL-BINI TAT-TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta' toroq f'Għawdex ġietx konkluża?", "Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta' inkjesta Maġisterjali li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.", "GĦAWDEX – IR-RABAT – BINI TAT-TRIQ TA' WARA S-SUR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li t-Triq ta' Wara s-Sur, ġewwa Victoria Għawdex, tinbena mill-ġdid matul is-sena 2019 peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?", "Interpellant li t-tender għax-xogħlijiet f'din it-triq se jiġi ppubblikat dalwaqt.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan id-dekasteru bejn l-2008 u l-2013.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "MICHAEL FARRUGIA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern kien hemm Assistent Parlamentari, li kien l-Onor.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Beppe Fenech Adami.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Philip Mifsud.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011 għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura.", "Fit-tweġiba, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għas-Saħħa kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Peter Micallef.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "CARMELO ABELA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien hemm Assistent Parlamentari, li kien David Agius.", "Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "GĦAWDEX – PROĠETT TA' HOUSING", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett tal-housing f'Għawdex li ssemma fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex?", "Dan il-proġett fiex jikkonsisti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-proġett jaqax taħt il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u jew/l-Awtorità tad-Djar?", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8507.", "GĦAWDEX – SME PARK", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433 dwar l-SME Park, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tas-site plan u kopja tal-pjanta ppreżentata mal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Ministru fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7433 qed tirreferi għalija?", "Interpellant jagħmel referenza għad-dokument uffiċjali u pubbliku tal-Awtorità tal-Ippjanar 2780/16.", "BEJJIEGĦA TAL-MONTI TAL-BELT VALLETTA U TAR-RABAT GĦAWDEX – KUMPENS", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5672 li saret fl-10 ta' Mejju 2018 dwar kumpens lill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta u tar-Rabat Għawdex?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-FONDI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8370 li saret fil-15 ta' Jannar 2019 dwar applikazzjonijiet għall-fondi li damu ma ġew trattati?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Il-proċess tal-għażla huwa wieħed metikoluż kif jitolbu r-regolamenti Ewropej.", "Għalhekk il-proċess jista' jtawwal minħabba diversi raġunijiet, fosthom in-numru ta' applikazzjonijiet għall-proġetti sottomessi, il-kwalità tal-applikazzjoni u l-kjarifikazzjonijiet li jkunu jridu jiġu indirizzati mill-applikanti.", "Il-proċess tal-evalwazzjoni jiddependi wkoll kemm il-proġett propost jindirizza l-għanijiet tas-sejħa u l-obbligazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Gvern daħħal ukoll pakkett finanzjarju aktar attraenti għall-ħaddiema li jaħdmu fl-Awtoritajiet ta' Ġestjoni biex b'hekk ikunu aktar kompetittivi fl-isfond tas-sitwazzjoni pożittiva fil-qasam tal-impjiegi li għandna f'pajjiżna.", "SAJJIEDA – FONDI EWROPEJ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8373 li saret fil-15 ta' Jannar 2019 dwar fondi dovuti lis-sajjieda?", "HELENA DALLI: Fil-Programm Operattiv tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u Sajd (FEMS) 2014 - 2020 hemm 'il fuq minn €25 miljun allokati.", "Dawn il-fondi kienu u għadhom mistennija li jkunu impenjati skont il-miżuri li hemm adottati fil-Programm.", "Għalhekk ma sar l-ebda tibdil ta' allokazzjoni tal-fondi mmirati għas-sajjieda għal prijoritajiet oħra.", "Apparti madwar €1 miljun allokati f'miżuri diretti għas-sajjieda (Artiklu 33, Artiklu 41.1, Artiklu 41.2 u Artiklu 30 tar-Regolament tal-UE (No. 508/2014)), hemm madwar €24 miljun għall-proġetti, fosthom il-proġetti tal-Breakwater tal-Qrejten, l-immodernizzar ta' faċilitajiet għas-sajjieda fil-portijiet tal-Imġarr u x-Xlendi, taħriġ ipprovdut għas-sajjieda mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u proġetti simili oħra bħal ta' titjib f'skali.", "BDIEWA U RAĦĦALA – FONDI EWROPEJ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8372 li saret fil-15 ta' Jannar 2019 dwar fondi dovuti lill-bdiewa u raħħala?", "HELENA DALLI: Il-fondi li ntużaw għat-toroq kienu flus allokati apposta mill-bidu tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020.", "Dawn l-interventi f'toroq rurali kienu mitluba mill-bdiewa stess sabiex itejbu l-aċċess għall-għelieqi u l-irziezet tagħhom u b'hekk itejbu l-kompetittività.", "Sal-lum minn dan il-Programm ġew kommessi €79 miljun għall-benefiċċju tal-bdiewa u r-raħħala li minnhom se jibbenefikaw 'il fuq minn 5,500 ruħ.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – BDIL U RESTAWR TAL-GALLERIJI TAL-INJAM", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għadhiex toffri s-sussidju fuq il-bdil u restawr tal-galleriji tal-injam?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa l-Awtorità għandha skema biex jiġu restawrati jew fejn ikun il-bżonn, jinbidlu l-galleriji tal-injam fil-Belt Valletta in-naħa ta' Marsamxett.", "Hemm ħsieb li din l-iskema tiġi estiża għax-xhur li ġejjin.", "Sadanittant tajjeb wieħed jinnota li dawn l-aħħar sentejn l-Awtorità nediet żewġ skemi ta' \"Irrestawra Darek\" li kienu japplikaw fuq skala nazzjonali, fejn fost l-oħrajn dawn kienu jkopru wkoll ir-restawr ta' elementi bħal galleriji tal-injam.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm pjan mill-Ministeru dwar kif il-Health Campus għandu jkollu faċilitajiet aħjar għal parkeġġ privat li jkun aktar adegwat u jlaħħaq mad-domanda?", "Meta se jiġi mniedi dan il-pjan u kif?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jispeċifika għal fejn eżattament qed jirreferi.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-multi-level car park preżenti tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei, u peress li t-tariffa raħset, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux possibbli li jsiru parking sensors fuq kull livell, biex jindikaw fejn hemm postijiet tal-parkeġġ battala, u b'hekk jiġi ffrankat is-sewqan bla bżonn fid-diversi livelli tal-multi-story parking?", "Qatt saru testijiet dwar il-livell ta' kontaminazzjoni fl-arja f'dan il-parkeġġ?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kundizzjonijiet tat-tender il-ġdid tal-management tal-parkeġġ fl-isptar, li anke wassal biex jorħsu t-tariffi tal-parkeġġ għall-pubbliku, jorbtu lill-operatur biex jinvesti f'sistemi ġodda li jiffaċilitaw l-użu tal-parkeġġ mill-pubbliku.", "Dan fl-istess waqt li jiggarantixxi li t-taxpayer Malti ma jissussidjax il-ħidma kummerċjali ta' dan l-operatur privat kif kien isir qabel.", "F'dawn l-aħħar sitt xhur rajna tibdil b'saħħtu fl-infrastruttura tal-parkeġġ u dan it-tibdil se jkompli għaddej.", "Uħud mill-miżuri li ttieħdu huma:", "- Investiment f'magni ġodda u iżjed robusti għal pagament tal-biljetti tal-parkeġġ.", "Rajna wkoll żieda ta' dawn il-magni f'postijiet strateġiċi biex nevitaw bottlenecks ta' nies li kien ikollhom jistennew biex iħallsu l-biljett tal-parkeġġ.", "Naqqasna l-ħin li dawn il-magni kienu jkunu rreġistrati bil-ħsara b'madwar 95%.", "- Sistema ġdida ta' 'scan and go' xħin toħroġ mill-parkeġġ li naqqset il-ħin tal-proċess bin-nofs, b'benefiċċju dirett għal min juża s-servizz u min ikun qed jistenna warajh.", "- Daħħalna sistema ta' tidal lanes li tara li t-tliet karreġġjati fil-parkeġġ pubbliku jkollhom żewġ entrati fil-ħin ta' filgħodu, u exit waħda u bil-maqlub fil-ħin marbut mal-ħruġ mill-parkeġġ.", "Din it-tidal lane system hija kkontrollata awtomatikament u tirreaġixxi għad-domanda skont il-bżonn.", "- Daħħalna parking availability monitor marbut mas-sistema tal-ħruġ u dħul fil-parkeġġ li turi biċ-ċar id-disponibbiltà tal-parkeġġ qabel wieħed jidħol fl-area.", "Se nkomplu nsaħħu din is-sistema b'miżuri oħrajn li jeżistu fis-suq wara li nkunu għamilna l-investimenti neċessarji.", "Iż-żona ta' parkeġġi mgħottija fl-isptar hija kkontrollata b'sistema intelliġenti ta' monoxide sensors direttament konessi mal-BMS tal-isptar.", "SPTAR MATER DEI – TARIFFA TAL-CLAMPING", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet ir-raġuni li żdiedet it-tariffa tal-clamping minn €34 għal €60?", "Din kienet mossa biex tagħmel tajjeb għar-roħs ta' tariffa tal-parkeġġ fil-multi-story parking?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-concession tender tal-immaniġġjar tal-parkeġġ ta' Mater Dei indika rata ta' clamping ta' €60 li hija simili għal dik f'parkeġġi pubbliċi oħrajn, fosthom tal-airport u tal-parkeġġ tal-Imġarr Għawdex.", "Fuq inizjattiva tal-Ministeru nfetħu negozjati mal-kuntrattur u dan ġentilment qabel li din ir-rata tiġi riveduta għal €40 b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.", "Ma teżisti l-ebda konnessjoni bejn it-traħħis ta' bejn 15 u 20% fir-rati tal-parkeġġ u din iż-żieda minima fil-clamping rate. (€34.95 għal €40) It-traħħis fir-rati jibbenefikaw minnu eluf ta' nies li jużaw il-faċilitajiet ta' parkeġġ, filwaqt li l-impatt tal-clamping jinħass minn ftit għexieren li jabbużaw u juru nuqqas ta' rispett għal ħaddieħor.", "KUNDIZZJONIJIET GĦAS-SUSSIDJU TAL-KERA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għas-sussidju tal-kera mill-Gvern għal din is-sena, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed japplika?", "Meta se jibdew jingħataw?", "Minn meta wieħed japplika sakemm tiġi pproċessata l-applikazzjoni, kemm hu l-massimu ta' żmien li d-dipartiment jieħu?", "Is-sussidju jibda jingħata bl-arretrati minn meta wieħed japplika?", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8200.", "KIRI MINGĦAND IL-PRIVAT – RATA TA' KONSUM", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għall-Maltin li ma għandhomx dar u li jikru mingħand il-privat, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata tal-konsum tad-dawl hijiex kummerċjali jew residenzjali?", "Jekk hi residenzjali x'għandu jagħmel wieħed biex jaċċerta li l-kerrej ma jżommx b'rata kummerċjali?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li għal kull konsumatur li jikri mingħand il-privat, ir-rata tal-konsum applikabbli hija waħda residenzjali b'dan li jkunu ddikjarati n-numru tal-persuni li jirrisjedu fil-fond.", "Sabiex wieħed jaċċerta liema rata hija applikabbli fuq il-kont tiegħu, jista' faċilment jara l-kont innifsu fejn ikun hemm it-tariffa indikata.", "L-IMQABBA – TOROQ GĦALL-KMAMAR TAN-NAR TAL-ĠILJU U SANTA MARIJA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-uċuħ ġodda li ngħataw lit-toroq tal-Kmamar tan-Nar tal-Ġilju u Santa Marija fl-Imqabba, peress li wara ftit ġimgħat it-triq inqalgħet u bdiet timtela ħofor għax il-materjal tat-tarmak kien inferjuri u x-xogħol ma sarx skont is-sengħa u bħala rimedju f'ċerti bnadi qed isir patchwork tat-triq imma żoni oħra tħallew barra, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-toroq ma reġgħux inqalgħu u saru mill-ġdid?", "X'azzjoni se jieħu l-Ministeru f'dan ir-rigward?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem sabiex pajjiżna jieħu l-aħjar valur għall-investiment bla preċedent li l-Gvern qed jagħmel fl-infrastruttura tal-pajjiż.", "Kull xogħol li jsir jiġi ttestjat minn tekniċi indipendenti u fejn ma jintlaħqux il-livelli ta' kwalità mitluba minn Infrastructure Malta, il-kuntratturi jintalbu jwettqu x-xogħol mill-ġdid bi spejjeż tagħhom.", "Fit-toroq indikati, wara spezzjoni inizjali, il-kuntratturi kkonċernati ntalbu jieħdu diversi miżuri sabiex il-partijiet fejn kien hemm l-aktar ħsarat jitranġaw minnufih.", "Hekk kif jiġu konklużi t-testijiet tekniċi biex jiddeterminaw in-nuqqasijiet li seta' kien hemm fix-xogħol li sar, ikun jista' jiġi kkonfermat jekk hux meħtieġa interventi oħra ħalli jiġi żgurat li dawn it-toroq jilħqu l-livelli mitluba minn Infrastructure Malta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM KUNDIZZJONIJIET U PAGI DIFFERENTI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk fost id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex hemmx dipartimenti minnhom li magħhom hemm impjegati li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartiment li hemm f'Malta?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux se jittieħdu passi biex din l-anomalija tiġi rranġata?", "Interpellant li kull uffiċjal pubbliku qiegħed fuq skala skont kif stabbilit fl-estimi finanzjari, mingħajr distinzjoni kemm jekk jaħdem f'Ministeru ġo Malta kif ukoll jekk jaħdem fil-Ministeru għal Għawdex.", "IL-MELLIEĦA, SAN PAWL IL-BAĦAR U N-NAXXAR – ĊITAZZJONIJIET MILL-UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ FUQ ĠBIR U SEPARAZZJONI TAL-ISKART", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn Uffiċjali tal-Komunità (wardens) bejn Novembru 2018 u l-aħħar ta' Jannar 2019 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b'lokalità b'mod separat) b'rabta ma' allegati nuqqasijiet ta' ġbir/separazzjoni tal-iskart?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fil-każ tan-Naxxar u San Pawl il-Baħar ma nagħtawx ċitazzjonijiet relatati ma' ġbir jew separazzjoni ta' skart.", "IL-MELLIEĦA, SAN PAWL IL-BAĦAR U N-NAXXAR – ĊITAZZJONIJIET MILL-UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ FUQ ĠBIR U SEPARAZZJONI TAL-ISKART", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq u kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Uffiċjali tal-Komunità (wardens) triq bi triq b'mod separat, dwar allegati nuqqasijiet b'rabta mal-ġbir u s-separazzjoni tal-iskart fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar bejn Novembru 2018 u l-aħħar ta' Jannar 2019?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 8614.", "EŻAMIJIET GĦALL-POST TA' SENIOR PRINCIPAL", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-aħħar eżami għall-post ta' Senior Principal jista' l-Prim Ministru jgħid kemm:", "a. kien in-numru ta' Senior Principals li għaddew minn dan l-eżami u li ġew impjegati sa Marzu 2018; u", "b. kemm ġew impjegati wara din id-data?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm dipartimenti li għamlu talba biex jimlew postijiet li għandhom f'dan il-grad u dawn il-postijiet għadhom ma mtlewx?", "Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema huma dawk id-dipartiment li għamlu din it-talba?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li mill-aħħar eżami għall-post ta' Senior Principal għaddew 126.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba għat-tieni parti tal-ewwel mistoqsija (a) tiegħu ingħatat f'mistoqsija parlamentari 7808.", "Ma ġewx impjegati aktar uffiċjali fil-grad ta' Prinċipal Anzjan minn Marzu 2018.", "Il-vakanzi fis-Servizz Pubbliku jimtlew skont il-vakanzi li jkun hemm.", "RAĦAL ĠDID – LAPIDA TA' FTUĦ TA' ĠNIEN", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lapida li kienet tqiegħdet mill-Onor.", "Segretarju Parlamentari Stanley Zammit fl-1995 fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Ġnien Pawlu Boffa, Raħal Ġdid, hix se titqiegħed lura f'postha jew le?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FGURA – TRASPORT TAL-ISKEJJEL – PICK UP U DROP OFF POINT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għall-informazzjoni addizzjonali mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7313, jista' l-Ministru jibgħat għall-ġenituri biex jispjega għalfejn ix-xufier qiegħed jiddetermina huwa fejn hija l -hekk imsejħa pickup u drop off point bi skuża ta' traffic management jew li qiegħed jieqaf fit-triq biex studenti jmorru jixtru?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-ġranet li ġejjin uffiċjali tad-Dipartiment se jiltaqgħu mal-ġenituri kkonċernati.", "MIŻURI GĦALL-KONFORMITÀ MA' REGOLAMENT UE 2016/1191 TAL-PARLAMENT EWROPEW", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KUMMISSJONI ELETTORALI – ĠURAMENT GĦAL VOTAZZJONI KMIENI – PERSUNI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art.", "77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?", "Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entità Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taht il-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta' xi Ministeru ieħor.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA ŻEJTUN – PERSUNI LI JATTENDU U LI GĦANDHOM NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7791, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-24 persuna li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali jattendu kull ġimgħa fiċ-Ċentru tas-Saħħa taż-Żejtun?", "X'attivitajiet qegħdin jiġu organizzati lil dawn il-persuni matul il-ġimgħa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-24 persuna li għandhom nuqqas ta' saħħa mentali jattendu regolarment kull ġimgħa fiċ-Ċentru taż-Żejtun.", "Dawn il-persuni jsirilhom OT assessment, taħriġ tal-ADLs inklużi l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-kura personali u l-ħiliet domestiċi, jagħtu s-setgħa lill-utenti tas-servizzi biex jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet offruti mill-gruppi soċjali preferuti tagħhom kif ukoll carer programs.", "PROĠETTI – FONDI LIS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi lis-settur tal-volontarjat is-sena l-oħra biex isiru proġetti?", "Xi proġetti twettqu mill-flus mogħtija u lil min ingħataw dawn il-fondi?", "HELENA DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija l-Ministeru konċernat.", "SĦUBIJA SĦIĦA TAT-TURKIJA FL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Peress li dan l-aħħar fil-midja dehret dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika ta' Malta fejn qed tappoġġja s-sħubija sħiħa tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dan ir-rigward?", "CARMELO ABELA: Il-President tar-Repubblika tenniet il-pożizzjoni storika ta' Malta sa mis-sħubija fl-UE, fejn bħala prinċipju dejjem tat l-appoġġ tagħha għat-tkabbir fl-istess Unjoni, kemm-il darba pajjiż ikun issodisfa l-kriterji kollha stabbiliti mill-istess Unjoni.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – NOLL", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għaċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa n-noll biex wieħed jgħaddi mill-mina?", "Dan il-prezz se jkun fiss għal numru ta' snin u garantit li ma jogħliex?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – MONORAIL", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mina bejn Malta u Għawdex hux se tkun tista' tinbidel f'mina għall-monorail taħt l-art biex tgħaqqad iż-żewġ gżejjer fi ħdan proġett aktar wiesa' kif propost mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – MATERJAL LI SE JINTREMA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se joħroġ materjal mill-mina ta' bejn Malta u Għawdex u fejn se jintrema?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – VENTILAZZJONI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kif se tinħadem is-sistema ta' ventilazzjoni tal-mina ta' bejn Malta u Għawdex?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA TA' BEJN MALTA U GĦAWDEX - MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswa l-manteniment tal-mina ta' bejn Malta u Għawdex kull sena?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BOUTIQUE HOTELS, GUESTHOUSES JEW AKKOMODAZZJONI TURISTIKA", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar għal boutique hotels, guesthouses jew forom oħra ta' akkomodazzjoni turistika?", "Jista' jaqsam din l-informazzjoni fi skeda li tindika kemm daħlu tali applikazzjonijiet skont kull lokal f'Malta u Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, it-tagħrif mitlub li hawn fit-tabella ta' hawn taħt li turi n-numru ta' applikazzjonijiet li ġew validati jew ippubblikati fl-2018 li jinvolvu l-bini mill-ġdid, tibdil jew estensjoni ta', jew bdil fl-użu għal, akkomodazzjoni turistika li taqa' fil-Klassi 3A tal-Ordni dwar il-Klassijiet ta' Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp li tinkludi:", "(b) palazzino;", "Din il-klassi ta' żvilupp teskludi lukandi (Klassi 3B)", "Tabella li turi l-informazzjoni maqsuma skont kull lokalità f'Malta u Għawdex", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL MEDIUM U HIGH RISERS", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar għal medium u high risers?", "Jista' jaqsam din l-informazzjoni fi skeda li tindika kemm daħlu tali applikazzjonijiet skont kull lokal f'Malta u Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, hawn taħt hawn tabella bid-dettalji mitluba ta' skeda li tindika l-applikazzjonijiet għal medium u high rise li daħlu matul is-sena 2018 għand l-Awtorità tal-Ippjanar.", "**Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument", "APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-IŻVILUPP GĦALL-POMPI TAL-FUEL", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal permessi tal-iżvilupp għal pompi tal-fuel ġodda matul is-sena 2018?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u/jew rifjutati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, fl-2018 ġew validati jew ippubblikati seba' applikazzjonijiet għal żvilupp għall-bini ta' pompi tal-fuel ġodda, li erbgħa minnhom huma għal rilokazzjoni.", "Waħda ġiet approvata, tnejn ġew rifjutati u erbgħa għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet validati jew ippublikati fis-sena 2018 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "** Tabella bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8655"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190205_193d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 6 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 193, li saret fil-15 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "DEĊIŻJONI TAS-SEDJA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Is-Sedja tagħmel referenza għat-talba għal ruling li saret mill-Onor.", "Jason Azzopardi fis-Seduta 193 tal-5 ta' Frar 2019 fir-rigward ta' numru ta' mistoqsijiet parlamentari li huwa għamel, u nikkwota:", "JASON AZZOPARDI: Sur President, xtaqt ruling mis-Sedja minħabba tweġibiet mogħtija lili mill-Prim Ministru, mill-Ministru għall-Ekonomija u mill-Ministru għall-Edukazzjoni għall-mistoqsijiet parlamentari numri 8339 sa 8344.", "F'kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet jien staqsejt lill-Ministri, u lbieraħ lill-Prim Ministru – però ma stajtx nagħmel dan il-point of order għax kont qiegħed fil-Kumitat tal-Ambjent – dwar jekk il-Ministru kkonċernat attendiex jew kienx mistieden għall-festini jew riċevimenti fi kwalsijasi residenza privata ta' xi Membru tal-Ġudikatura, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi, fix-xahar ta' Diċembru li għadda.", "Kull tweġiba kienet f'dan is-sens: Il-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi, Standing Order 27, u jiġi ċċitat Standing Order 27.", "Mingħajr ma nitlob – u m'iniex qiegħed nitlob – lis-Sedja tgħid x'għandu jew x'kellu jwieġeb il-Ministru għax dik, kif nafu, hija diskrezzjoni tal-Ministru u ma nidħolx fiha, jien mgħallem – u dan hu r-ruling li xtaqt nitlob – li ladarba din il-mistoqsija parlamentari ġiet aċċettata mill-Iskrivan tal-Kamra jew mis-Sinjorija tiegħek, hija in order, għax kieku ma kenitx, inti kont iżżommni.", "Ir-ruling li xtaqt nistaqsi hu jekk din it-tweġiba li deputat – f'dan il-każ il-Ministru – qed jgħid li din il-mistoqsija parlamentari tmur kontra standing order partikolari huwiex jarroga f'idejh mansjoni, diskrezzjoni, li hija tas-Sedja u mhux ta' Membru Parlamentari.", "Grazzi.\"", "Hawnhekk is-Sedja wieġbet:", "\"L-ISPEAKER: Se nikkonsidra u nagħti ruling f'dak is-sens.\"", "Il-mistoqsijiet li kienu indirizzati lill-Prim Ministru, lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol, u lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma kollha kellhom l-istess kontenut kif ukoll l-istess tweġiba, ħlief għal mistoqsija parlamentari 8338 li, kif indikat mill-Onor Azzopardi, ġiet imwieġba fis-Seduta preċedenti tal-4 ta' Frar 2019, u li kienet tgħid hekk:", "\"L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Onorevoli JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsijasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsijasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?\"", "Għal din il-mistoqsija l-Prim Ministru wieġeb hekk:", "\"PRIM MINISTRU: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura'), u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "Inżid li, min-naħa tiegħi bħala Prim Ministru, m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. li jirreferi għalihom l-Onor.", "Għad-domandi l-oħra, it-tweġiba dejjem kienet:", "\"TWEĠIBA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura'), u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.\"", "Is-Sedja ttenni dak li ġie ddikjarat diversi drabi kemm minnha kif ukoll minn predeċessuri tagħha, u li rrefera għalih ukoll l-Onor.", "Membru, li s-Sedja m'għandha l-ebda jedd li b'xi mod tissindika l-kontenut tat-tweġibiet li jingħataw għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Tixtieq tikkonstata wkoll li tweġibiet ta' dan it-tip ilhom jingħataw matul diversi leġiżlaturi, tant li minn riċerka li għamlet sabet li dan it-tip ta' tweġibiet ilhom jingħataw sa mill-inqas mill-1998.", "Insemmi, fost oħrajn, it-tweġiba għall-PQ 1031 magħmula mill-Onor.", "Guido de Marco fis-Seduta 19 tat-2 ta' Diċembru 1998, it-tweġiba għall-PQ 22670 magħmula mill-Onor.", "Michael Asciak fis-Seduta 476 tal-11 ta' Diċembru 2006, it-tweġiba mogħtija għall-PQ 18354 magħmula mill-Onor.", "Joe Mizzi lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fis-Seduta 240 tal-21 ta' Ġunju 2010, it-tweġiba mogħtija għall-PQ 475 magħmula mill-Onor.", "Jason Azzopardi lill-Ministru Chris Cardona fis-Seduta 27 tal-5 ta' Ġunju 2013.", "Is-Sedja tixtieq tirrileva li, fir-rigward ta' mistoqsijiet ta' dan it-tip, kien hemm numru ta' okkażjonijiet fejn l-interpellanza ma tkunx tindika b'mod ċar jekk l-attivitajiet li tkun qed issir referenza għalihom ikunux ta' natura purament privata, u għalhekk, f'dawn il-każijiet, is-Sedja tgħaddi dawn id-domandi lill-Ministru peress li huwa l-Ministru li jkun qiegħed f'pożizzjoni li jikkjarifika l-materja.", "Is-Sedja anke hawnhekk ma tistax tissindika t-tweġiba li jagħżel li jagħti l-Ministru kkonċernat, taqbel jew ma taqbilx mal-kontenut tagħha, peress li r-regolamenti tal-Kamra huma kompletament silenzjużi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontenut tat-tweġiba li jagħti l-Ministru.", "Din il-pożizzjoni s-Sedja għamlitha f'diversi rulings li tat, anke reċentement, bħal pereżempju, fis-Seduta 94 tal-14 ta' Marzu 2018, fejn anke kkwotat minn paġna 356 tal-Erskine May 'Parliamentary Practice (24 Edition)' taħt it-titolu \"Speaker's control of questions\":", "Dan ifisser li kemm ir-regolamenti tal-Kamra, kif ukoll dawk tar-Renju Unit, li jiġu invokati bis-saħħa tal-Ordni Permanenti 197, jipprekludu lis-Sedja milli b'xi mod teżerċita xi kontroll fuq il-kontenut tar-risposta.", "L-istess pożizzjoni hija indikata fir-ruling li ngħata fis-Seduta 351 tal-1 ta' Frar tal-2016, fejn:", "23, No. 2), li jiddiskuti hemmx bżonn jew le ta' riforma dwar kif għandha tkun ir-risposta.\"", "F'dan l-istess ruling insibu l-istess pożizzjoni fi New Zealand, fejn jingħad li:", "L-istess ruling jirreferi wkoll għall-pożizzjoni Kanadiża, li għandha l-istess pożizzjoni ta' Malta, fejn jingħad li:", "Dan ifisser li l-pożizzjoni tal-Parlament tagħna hija ċara u hija in linea ma' dak li huwa deċiż u segwit fil-House of Commons Ingliż u l-parlamenti ta' pajjiżi oħra tal-Commonwealth, fosthom New Zealand u l-Kanada.", "Dan ifisser li, irrispettivament minn jekk is-Sedja tħossx li l-kontenut tar-risposti indikati mill-Onor.", "Jason Azzopardi huwiex infeliċi, is-Sedja ma tista' bl-ebda mod tirregola tali kontenut.", "Fl-aħħar nett, is-Sedja tixtieq tirrimarka li fid-dawl tad-diversi kontestazzjonijiet imqajma matul is-snin dwar l-ammissibilità o meno ta' interpellanzi magħmula minn Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra, wieħed jista' jikkonsidra jekk wasalx iż-żmien li jibda jew japplika dak li jgħidu l-Ordnijiet Permanenti 26 u 27 b'mod aktar rigoruż, jew jara jekk hemmx bżonn ta' li ssir reviżjoni tagħhom.", "Dan sabiex tiġi indirizzata d-diffikultà li kultant issib is-Sedja biex tiddeċiedi dwar jekk taċċettax interpellanza, bħal, pereżempju, f'każijiet li jirrikjedu l-interpretazzjoni tal-kliem \"kondotta ta' xi persuna fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha\" jew ta' x'jikkostitwixxi ħwejjeġ pubbliċi li Ministru jkun responsabbli għalihom\".", "Hawnhekk wieħed irid jara li jinstab bilanċ peress li osservanza stretta tar-regolament taf ikollha effett fuq kemm l-istess Membri jkunu jistgħu jużaw din l-għodda parlamentari biex jagħmlu skrutinju tal-operat tal-Gvern, kif ukoll biex iressqu ilmenti ta' dawk il-kostitwenti individwali li jirrikorru għall-għajnuna tagħhom.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Parlamentari għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fl-Ewwel Sessjoni tal-2019, li nżammet fi Strasburgu bejn il-21 u l-25 ta' Jannar 2019, magħmula mill-Onor.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "REKLAMAR DWAR IL-BAĠIT – NEFQA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Baġit għas-sena 2019, inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google, kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hi l-istess bħal dawk ta' mistoqsijiet parlamentari 7553 u 20405 tal-Leġislazzjoni XII.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għall-aħbar li għadha kif ħarġet aktar kmieni llum dwar qabda kbira ta' droga, liema aħbar tikkonferma s-suċċess li d-Dwana kellha dan l-aħħar fil-ġlieda tagħha kontra d-droga.", "Jidher li ammont kbir ta' droga li nqabad ġewwa container ma kienx destinat għal Malta, imma kien qiegħed jgħaddi mill-Freeport tagħna.", "Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal dawn is-suċċessi kollha fi żmien qasir, u hemmx ippjanat aktar investiment sabiex ikollna aktar suċċessi fil-ġlieda ta' kontra d-droga?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Ir-reputazzjoni ta' Malta ma titkejjilx biss fuq is-suċċessi tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji, imma anke fuq il-qbid tal-kuntrabandu li jew ikun immirat lejn pajjiżna jew jgħaddi minn pajjiżna.", "Il-kapaċità tal-pajjiż u tal-Gvern tiegħu permezz tal-awtoritajiet hija billi ninvestu bis-serjetà biex nilħqu r-riżultati mixtieqa.", "F'dawn l-aħħar tliet snin, nista' ngħid li l-Gvern, permezz tad-Dwana, investa €1 miljun fi scanner mobbli, ftit inqas minn €2 miljuni fi scanner għall-Freeport, €0.5 miljun fil-Faċilità tad-Dwana fil-Freeport, u kważi terz ta' €1 miljun fil-canine unit li qed tikseb riżultati wkoll.", "Però, hawn irrid inwieġeb lill-Onor.", "Mario De Marco dwar l-ingaġġ ta' 100 uffiċjal ġdid tad-Dwana.", "Id-Dwana ma tistax tilħaq riżultati tajbin mingħajr ma tingaġġa n-nies.", "Fil-fatt permezz ta' dan l-ingaġġ, l-operat tad-Dipartiment mar ħafna 'l quddiem, tant li f'dawn l-aħħar tliet snin inqabdet 16,700 kilo ta' droga, eskluż id-droga li nqabad illum u li rrefera għaliha l-Onor.", "Insemmi wkoll il-qabda ta' 97 miljun sigarett tal-kuntrabandu li hija qabda rekord.", "Kellna qabda ta' 120 miljun pillola li normalment hija assoċjata mat-terroriżmu, u qabda ta' aktar min-nofs miljun oġġetti ta' fake brands.", "Dan juri li d-Dipartiment tad-Dwana u l-awtoritajiet qatt ma joqogħdu lura milli jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "Il-fatt li l-pajjiż qiegħed jikseb rekord wara l-ieħor f'din il-ġlieda qed iwassal biex jiġi mfaħħar minn ċerti pajjiżi, speċjalment dawk kbar, li jafu l-lokazzjoni kruċjali tagħna u li, permezz ta' transhipment, pajjiżna qiegħed f'qagħda kritika.", "Għalhekk, huwa ta' unur kbir għal pajjiżna li qiegħed jagħmel xogħlu sew u qiegħed ikun minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi għar-rapporti li kien hemm fil-midja dan l-aħħar fejn issemma li Malta tħallas lir-rating agencies xi ammonti fis-sena.", "Jidhirli li saret anke xi mistoqsija parlamentari f'din il-Kamra f'dan ir-rigward.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fejn jidħlu dawn il-ħlasijiet, speċjalment mill-2013 'l hawn?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "Kellna mistoqsija parlamentari fuq il-bribing tal-credit rating agencies!", "Dan meta fl-aħħar 5 snin rajna lill-pajjiż jaċċellera b'mod pożittiv.", "Il-credit rating agencies huma fuq kollox mera tas-suċċess li Malta qed tottjeni.", "Dawn qegħdin jikkonfermaw dak li ngħidu aħna bħala Gvern u dak li qed jgħidu l-familji Maltin, però b'mod xjentifiku, tekniku u rett, fejn jikkomparaw pajjiż ma' ieħor.", "Hawn mhux qed nirreferi għal xi rating agency partikolari, forsi bħal fil-futbol, fejn, pereżempju, issib player partikolari li jikseb suċċess, imma qed nirreferi għall-credit rating agencies kollha kemm huma.", "Bħalissa, f'dak li jaffettwa lil Malta, għandna sitt credit rating agencies; bdejna bi tlieta fl-2014/2015 u mbagħad daħlet fix-xena credit rating agency Kanadiża.", "Kif nafu, it-tlieta l-oħra – Fitch, Moody's u Standard & Poor's – huma effettivament Amerikani, għalkemm illum huma meqjusa globali.", "Huwa minnu li kien hemm kritika fi żmien il-kriżi finanzjarja, u għalhekk l-Unjoni Ewropea inkoraġġiet li kemm jista' jkun ikun hemm credit rating agencies oħrajn.", "Fil-fatt, daħlu fix-xena żewġ credit ratings agencies Ġermaniżi, li huma Credit Reform u Scope Ratings.", "Dawn il-credit ratings agencies kollha qed ifaħħru lil pajjiżna, ovvjament fejn hu mistħoqq.", "Dawn ma joqogħdux jgħidu kemm f'Malta hawn nies bravi jew kemm għandna Prim Ministru gustuż.", "Dawn jitkellmu dwar affarijiet fattwali, skont l-istatistika.", "F'dan kollu ma nistax nifhem kif issir mistoqsija supplimentari lill-Ministru għall-Finanzi dwar x'sar mill-2013 'il quddiem u jekk Malta hux qed tħallas lir-rating agency meta din hija xi ħaġa li kull pajjiż fid-dinja jagħmel.", "Sintendi, ir-risposta kienet ċara u skjetta: imma mbagħad, Alla jbierek, rajna kif ċerta midja interpretat din ir-risposta, fejn Malta qed tkun imfaħħra, għax il-Ministru għall-Finanzi qed iħallas lil dawn il-credit ratings agencies!", "L-ewwel nett, dawn jitħallsu mis-Central Bank jew il-MIMCOL, u ilu jsir dan minn mindu bdejna nużaw is-servizzi tagħhom meta dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Kif nafu, anke kumpaniji ewlenin jagħmlu skrutinju tal-operat tagħhom, aħseb u ara pajjiż sovran li għandu d-dejn u li jkun irid jagħti r-rating tiegħu.", "Fuq kollox, l-għan tar-credit rating agencies huwa li juru x'inhi l-probabilità li l-pajjiż jasal biex iħallas id-dejn li jagħmel.", "Aktar ma l-pajjiż ikun sejjer ħażin u b'management ħażin tal-ekonomija, il-politika u l-qasam soċjali, aktar se jikber id-dejn u inqas għandu ċans li jħallsu lura.", "Għalhekk, dawn il-credit rating agencies iridu jagħtu grad lill-pajjiż skont kif ikun sejjer.", "Meta jagħtu grad A jew A+, ikunu qegħdin jagħtu outlook lill-investituri u lil dawk li jixtru l-bonds, speċjalment tal-Gvern, dwar x'ċans għandhom li jitħallsu lura.", "Rigward il-figuri li tħallsu lil dawn il-credit rating agencies, dawn imorru lura għall-amministrazzjoni Nazzjonalista li l-Oppożizzjoni llum kienet tappartjeni għaliha.", "Għalhekk suppost jafu li huma dejjem ħallsu lil dawn il-credit rating agencies, u aħna komplejna nħallsuhom bl-istess mod, la inqas u lanqas iżjed!", "Magħhom żdiedet id-DBRS, u għalhekk illum hemm sitt credit rating agencies.", "Is-Central Bank Ewropew jikkontribwixxi biex dawn ir-rating agencies jitħallsu, billi l-Eurosystem Procurement Coordination Office (EPCO) jikkordina l-procurement bejn is-Central Banks biex ikun hemm dan il-ħlas.", "Għalhekk, hija pwerili, tad-daħk u tal-mistħija li inti tiġi tgħid li r-ratings ta' Malta huma li huma għaliex il-Gvern jew il-Ministru qiegħed iħallashom.", "Meta r-ratings kienu ħżiena, ġejna down graded u l-outlook kien negattiv, xorta ħallasniehom.", "Jiġifieri l-fatt li issa r-ratings huma tajbin, ifisser biss li pajjiżna sejjer tajjeb, no more, no less!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSEANNE CUTAJAR: Għadhom kif ħarġu l-veduti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF).", "Jista' l-Ministru jagħti l-veduti tiegħu dwar dan ir-rapport minn organizzazzjoni internazzjonali?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: L-IMF jistgħu jiġu f'pajjiżna għal ħafna raġunijiet.", "Però, xi ħaġa li ssir ta' kull sena fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea hija dik li ngħidulha l-Article IV mission.", "Meta ma konniex membri tal-Unjoni Ewropeja, l-IMF kienu jiġu kull sentejn, u issa li aħna membri tal-Unjoni Ewropeja, qegħdin jiġu kull sena.", "Ir-rapport tagħhom m'għadux aktar sigriet bħalma kien fil-passat, imma huwa rapport trasparenti li jiġi ppubblikat mill-ewwel u jitpoġġa online dakinhar li huma jitilqu minn pajjiżna.", "Irrid inwieġeb kemm il-mistoqsija dwar il-ħlas tar-rating agencies kif ukoll dwar ir-rapport tal-IMF.", "Niftakar li darba minnhom, l-Eks Ministru Tonio Fenech kien fi grupp online u kien staqsa fuq il-Google Mail: X'qed x'jagħmlilhom il-Ministru biex kollha jkantaw mill-iscript tal-Gvern?", "Bħallikieku, aħna għandna xi ftehim!", "Dan il-kliem intqal qabel ma skoprew dwar il-ħlas tal-credit rating agencies.", "Ir-raġuni hija sempliċi: inti trid titkellem mal-IMF b'mod miftuħ u trasparenti.", "Fil-fatt, meta konna fl-Oppożizzjoni, flimkien mal-Prim Ministru konna ltqajna magħhom u għednielhom bil-pjan tagħna.", "Meta mbagħad tlajna fil-gvern u bdejna nattwaw dan il-pjan, bdew jarawh jiġi mwettaq sena wara l-oħa.", "Konna għednielu wkoll bid-diffikultajiet kollha li kellna bħala pajjiż.", "Gvern Nazzjonalista kien jemmen bid-demand, jiġifieri li l-uniku mezz li l-ekonomija tirkupra kien billi nistennew lill-Unjoni Ewropea tirkupra u żżid id-domanda fl-esportazzjoni ta' pajjiżna.", "Aħna ma konniex nemmnu f'dan il-mudell.", "Aħna konna ngħidu li pajjiżna għandu ċerti affarijiet li huma difettużi u dgħajfa, bħal, pereżempju, is-settur tal-enerġija li jkun jiddependi mija fil-mija fuq iż-żejt, u mbagħad, meta l-prezz taż-żejt jogħla, il-prezz tal-enerġija jitla' wkoll.", "Dan kollu għaliex ir-raġuni kienet li kien hemm lobby u konna dipendenti mija fil-mija fuq iż-żejt.", "Aħna rajna li nindirizzaw dik is-sitwazzjoni.", "Kellna, pereżempju, l-aktar rata baxxa fl-Ewropa tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u konna għedna wkoll li se nindirizzawha.", "L-istess sar fuq il-burokrazija u l-early school leavers, fost l-oħrajn.", "Bħala Gvern, kellna pjan u l-IMF raw li kull ħaġa li konna qed inwiegħdu, konna qed inwettquha u kienet qed tħalli riżultati tajbin, bħalma jara fuq kollox l-elettorat.", "Illum l-Economic Policy Department għadhom kemm urewni studju li għamlu dwar l-effetti tal-policies li għamilna s-sena li għaddiet, u issa qed jaħdmu fuq il-policies ta' din is-sena biex naraw l-effett pożittiv li qed iħallu biex nindirizzaw lil dawk li huma fir-riskju tal-faqar.", "B'mod xjentifiku qed nuru li kull policy tiġi studjata sew.", "Insemmi, pereżempju, il-miżura fiż-żieda tal-pensjonijiet u ċ-cheque li nibagħtu d-dar – fil-fatt wasalna biex nergġħu nibagħtu cheque ieħor.", "Kollox huwa ppjanat b'mod li ta' isfel jirċievu iżjed minn ta' fuq.", "Dan huwa s-sigriet kollu!", "Bħala Gvern, qed nikkreaw il-ġid u naraw li dan il-ġid jitqassam b'mod tajjeb.", "Meta toħroġ l-istatistika, is-SILC (Statistics on Income and Living Conditions), u jgħidulna li l-faqar f'pajjiżna naqas, ma nkunx sorpriż għax il-politika tagħna hi ppjanata biex twaqqa' l-faqar f'pajjiżna.", "Huwa għalxejn li l-Oppożizzjoni tipprova tbiddel il-figuri u tgħawweġ il-fatti billi tgħid li l-faqar baqa' fl-istess livell f'pajjiżna.", "Kull pajjiż fid-dinja jammetti l-problema ta' faqar, u żgur li ħadd ma jista' jgħid li m'għandux faqar f'pajjiżu, Malta inkluż.", "Però, id-differenza hi li l-Gvern jiġi ġġudikat fuq il-politika tiegħu.", "Tajjeb li wieħed jara x'għamilna bħala Gvern fl-2013, fl-2014 u fl-2015, u jekk ir-riskju ta' faqar waqax jew le, u mhux jekk baqax faqar fil-pajjiż.", "Bħala Gvern, inti dejjem qed trid tipprova ċċekken il-proporzjon, sena wara l-oħra.", "Aktar ma tinżel 'l isfel, aktar se jkun diffiċli, għaliex l-ewwel tip ta' faqar kien ġej min-nuqqas ta' xogħol, u aħna rajna li nindirizzawh.", "It-tieni tip ta' faqar huwa l-faqar tal-working poor, jiġifieri ta' dawk li qed jaħdmu imma dak li qed jaqilgħu mhux biżżejjed għall-familja li jista' jkollhom.", "Aħna indirizzajna dan it-tip ta' faqar b'miżuri bħall-in-work benefit, it-tapering of benefits u ċ-children's allowances.", "Imbagħad għandek ir-riskju tal-faqar li huwa ogħla u li jolqot lill-pensjonanti.", "Għalhekk, bħala Gvern, għamilna dak li ma sarx qabel; ma qgħadniex nistennew l-istudju tal-COLA biex inżidu l-pensjonijiet, imma tajna żieda over and above.", "L-ewwel għollejna l-minimum tal-pensjoni biex għall-inqas ikollna rasna mistrieħa li kull pensjonant li kkontribwixxa għandu dak il-minimum ta' pensjoni.", "L-istess, ma qgħadniex nistennew ir-rapport jew għedna li se nżidu l-pensjoni ta' dawk li għandhom 'il fuq minn 75 sena, imma tajna żieda across the board.", "Niftakar li meta qabel il-Baġit iltqajna mal-Prim Ministru, kien qalilna biex nindirizzaw lil kulħadd at one go.", "Kif nafu, żidna l-pensjoni b'€2 fl-2018 u fl-2019.", "Imbagħad għandek il-faqar soċjali fejn hemm problemi ta' saħħa u persuni b'diżabilità.", "Hemmhekk ukoll hemm numru ta' miżuri li qegħdin jindirizzaw dan it-tip ta' faqar soċjali.", "Dawn huma l-affarijiet li jaraw l-IMF, il-Kummissjoni u l-credit rating agencies.", "Jaraw li l-pajjiż miexi bi pjan, li qed jiġi kkreat il-ġid u jiżdied l-investiment.", "M'iniex se noqgħod insemmi kemm pajjiżna ġie mfaħħar fuq il-pjan li qed inwettqu.", "Is-sigriet huwa li tkun miftuħ magħhom, tgħidilhom x'se tagħmel, twettaq dak li tgħid u, fl-aħħar tal-ġurnata, turi r-riżultati sbieħ li tkun ilħaqt bħala pajjiż.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Niġu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): F'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol għas-sena 2018; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għal Għawdex matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8584.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar Assistenti Parlamentari fil-Ministeru għall-Infrastruttura matul il-Leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8583.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li, skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum, l-Erbgħa 6 ta' Frar 2019, tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "Ikompli mill-5 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sur President, għaddew kważi xahrejn mill-aħħar Baġit, u llum nixtieq naqsam ma' din il-Kamra ftit ħsibijiet waqt li qed niddiskutu l-Estimi f'dak li għandu x'jaqsam mad-dekasteru li jien nagħmel shadowing tiegħu.", "Illum nitkellmu fuq kemm l-ekonomija ta' pajjiżna għaddejja b'ritmu mgħaġġel.", "Dan wassal biex kulħadd jitkellem dwar kemm sar hawn flus fl-idejn.", "Naqraw ukoll kemm hu diffiċli li ssib ħaddiema biex ilaħħqu mar-ritmu mgħaġġel li għaddejjin bih is-setturi tal-kostruzzjoni u tal-gaming.", "Smajt li fil-futur qarib jeħtieġ li ningaġġaw eluf ta' ħaddiema barranin u li issa għandna numru rekord ta' ħaddiema jaħdmu full-time.", "Dan wassal biex għolew il-pagi ta' kull min iwassal servizz.", "Tant hu hekk li kellna twissija li teżisti problema reali meta imprendituri jkunu jridu jimpjegaw ħaddiema biex ikabbru l-operat tagħhom u ma jsibux ħaddiema minħabba li jintalbu jħallsu pagi għolja.", "Li forsi ħafna ma jirrealizzawx hu li, hawn kemm hawn flus fl-idejn, dawk l-anzjani fostna li l-uniku introjtu tagħhom huwa l-pensjoni kontributorja qegħdin dejjem aktar jiffaċċjaw diffikultà biex ilaħħqu mal-ħajja ta' kuljum.", "Tkellimt numru ta' drabi dwar il-fatt li l-pensjonijiet ġewwa pajjiżna huma baxxi u, irrespettivament miż-żidiet li jingħataw kull sena, dawk il-pensjonanti bil-pensjoni kontributorja baxxa jew medja qegħdin dejjem ikollhom jagħmlu s-sagrifiċċji biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja u qegħdin iħossuhom resqin il-ħin kollu qrib li jgħixu fil-faqar.", "Għal dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja jew oħrajn li jiddependu biss fuq il-pensjoni ta' diżabilità, is-sitwazzjoni hija aktar prekarja.", "Irrid ngħid li ta' min ifaħħar kull sforz li qiegħed isir biex il-pensjonijiet, sena wara l-oħra, ikomplu jiżdiedu; però l-problema kif jarawha l-maġġoranza tal-pensjonanti hi li r-rata li biha qed togħla l-ħajja xxejjen din iż-żieda kemxejn żgħira.", "Agħar minn hekk, illum, kull min hu konxju x'inhu jiġri madwaru jirrealizza li s-sistema preżenti li taħseb għall-finanzjament tal-pensjoni tal-irtirar ta' għada hemm bżonn tinbidel.", "Jekk se tibqa' tiġi ffinanzjata kif inhi llum, ikun ifisser li l-pensjonijiet fil-futur mhumiex se jibqgħu aktar sostenibbli.", "Aktar ma jikber l-għarfien fil-kamp mediku, aktar se ngħixu fit-tul.", "Aktar ma jikber il-persentaġġ tal-popolazzjoni anzjana, l-għadd ta' persuni li jirċievu l-pensjoni se jibqa' jiżdied fuq l-għadd ta' dawk li jaħdmu.", "Hemm ukoll fattur ieħor.", "Peress li hu mistenni li nibqgħu ngħixu aktar fit-tul se jkompli jikber in-numru ta' pensjonanti li jirċievu u jiddependu fuq il-pensjoni tal-irtirar għall-għajxien tagħhom.", "Dan meta konxji li r-rata tat-twelid tinsab dejjem nieżla bħalma qiegħed jiġri fil-pajjiżi kollha ta' madwarna.", "Għalhekk in-numru ta' dawk li jikkontribwixxu biex isostnu l-pensjonijiet tal-futur qiegħed dejjem ikompli jonqos.", "Dan se jkun ifisser li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se jkollna niddependu fuq l-importazzjoni ta' ħaddiema barranin, li magħhom iġibu kulturi, drawwiet u twemmin differenti.", "Ir-riperkussjonijiet ta' dawn il-bidliet fuq it-tessut tal-komunità Maltija għad iridu jiġu analizzati b'mod oġġettiv.", "Barra minn hekk, aktar ma tikber l-ekonomija, aktar nisa se jkunu qed jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol, u b'hekk se jkollhom anqas ħin biex jiddedikaw għall-familja tagħhom.", "Hemm fatturi oħrajn li ta' min iżomm quddiem għajnejh.", "Aktar ma nikbru fl-età, aktar se jkollna bżonn kura speċjalizzata u għal perjodu itwal ta' żmien, bir-riżultat li l-ispiża fis-saħħa se tkompli tiżdied.", "Minkejja kull sforz, il-maġġor parti tal-ġenerazzjoni preżenti se tispiċċa l-ħajja tagħha rikoverata ġewwa istituzzjonijiet.", "Dawn il-fatti se jissarrfu f'infiq aktar qawwi u piż ogħla fuq il-finanzi tal-pajjiż.", "Fi ftit żmien ieħor, il-popolazzjoni anzjana se tkun ħafna aktar numeruża, sew bħala numru kif ukoll bħala persentaġġ tal-popolazzjoni li tkun għadha taħdem.", "Huma l-ħaddiema li huma preżentement fid-dinja tax-xogħol li jridu jagħmlu tajjeb għal dan l-infiq fil-futur.", "Kien hemm pajjiżi li għamlu ring fencing tas-sistema tas-saħħa, jiġifieri li, kontra dak li nipprattikaw ġewwa pajjiżna, iddeċidew li jallokaw persentaġġ fiss mill-kontribuzzjoni tal-bolla biex ikopri l-infiq fuq is-saħħa.", "Din id-deċiżjoni fissret li l-infiq fuq is-saħħa beda jiġi limitat bil-konsegwenza li numru ta' servizzi tnaqqru, għax meta s-somma miġbura tinqabeż, is-servizzi jieqfu.", "L-Ingilterra kienet wieħed minn dawk il-pajjiżi li ħadu din id-deċiżjoni, bir-riżultat li s-servizzi tas-saħħa, li sa ftit snin ilu kienu l-għira ta' pajjiżi oħrajn, marru u għadhom sejrin lura.", "Għall-grazzja t'Alla, bħala poplu, għadna nħaddnu valuri differenti u għadna kommessi li l-livell tas-saħħa tajjeb u ta' kwalità għolja jiġi pprovdut bi dritt, il-ħin kollu u lil kulħadd.", "Hekk nemmen li għandu jkun!", "Però rridu nammettu li, sena wara l-oħra, dan qiegħed ikompli jiekol parti dejjem tikber mill-Baġit nazzjonali.", "Din iż-żieda fin-nefqa fis-saħħa se tkompli tikkompeti direttament man-nefqa li dejjem tiżdied tal-pensjoni tal-irtirar minħabba r-raġunijiet li semmejt qabel.", "Fi ftit kliem, jekk ma neħdux passi korrettivi minn issa, il-kontribuzzjonijiet ta' dawk li qegħdin jaħdmu fil-preżent ma jkunux biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għall-pensjonijiet tal-irtirar, saħansitra meta huma stess jilħqu l-età tal-irtirar.", "Għalhekk ninsab ċerta li wasal iż-żmien – biex ma ngħidx li diġà qegħdin tard – biex, kif intqal dan l-aħħar f'artiklu f'waħda mill-gazzetti lokali, nerġgħu nħarsu minn ottika ġdida u naraw jekk ikunx opportun li nżidu l-inizjattivi biex inħajru lill-popolazzjoni li qed taħdem tinvesti f'pensjoni oħra li tissupplixxi l-pensjoni preżenti.", "Dan bil-għan li niżguraw li l-kontribuzzjoni ta' min qiegħed fid-dinja tax-xogħol illum, barra li tkun tista' ssosstni l-pensjoni tal-irtirar fil-preżent u fil-futur, tiggarantixxi livell ta' għajxien u kwalità ta' ħajja deċenti meta jaslu biex jirtiraw.", "B'pensjoni xierqa nifhem pensjoni li tiggarantixxi u tippermetti li kull persuna li tilħaq l-età tal-irtirar tkun f'pożizzjoni li tgħix ħajja dinjituża, indipendenti u li tippermettilha jkollha għażla aktar ħielsa u wiesgħa fejn jidħlu deċiżjonijiet li jolqtuha direttament.", "Ta' spiss niltaqa' ma' nuqqas kbir fejn tidħol l-għażla li jiffaċċjaw numru kbir ta' pensjonanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura.", "Minħabba restrizzjonijiet finanzjarji, ftit huma dawk l-anzjani li jistgħu jfittxu u jirrikorru għall-kura fil-privat.", "Jien waħda minn dawk li jemmnu li, bħala pajjiż, għandna servizzi ta' saħħa pprovduti mill-Gvern li huma tajbin, ġenerużi u tal-ogħla kwalità.", "Għaldaqstant għandna nħossuna kburin bil-kwalità tal-professjonisti u paramediċi li jwasslulna dan is-servizz.", "Però jibqa' l-fatt li dawk il-pensjonanti li għal raġuni jew oħra jixtiequ jirrikorru għal servizzi mediċi fil-privat qed isibuha ferm diffiċli.", "L-istess jekk jixtiequ li minflok jidħlu f'residenza tal-Gvern jew f'xi forma ta' rikoveru ieħor, jippreferu jmorru ġewwa djar fil-privat jew tal-Knisja, malajr jindunaw li bil-pensjoni li jirċievu lanqas biss joħolmu li jieħdu dan il-pass.", "Hawn taħsbux li qed nirreferi biss għal dawk ir-residenzi fejn is-servizzi pprovduti huma viċin ta' dawk li persuna tistenna li ssib ġewwa lukanda.", "Veru li l-Gvern f'dawn il-każi jħallas xahar kull sena mill-ħlas, però tifhmu li jekk ma jkunx hemm kontribuzzjoni sostanzjali minn membri oħrajn tal-familja, dan xorta waħda ma jkunx possibbli.", "Dieħla wkoll drawwa fost l-anzjani Maltin li jippreferu jingaġġaw persuna li ddur bihom ġewwa darhom stess, għaliex huma jafu li jekk jitilqu darhom jew il-post fejn trabbew u għexu, din se tkun esperjenza trawmatika.", "L-istess, dan il-pass ħafna drabi jkun possibbli biss jekk qrabathom idaħħlu jdejhom fil-but.", "Ġeneralment issib li dawn il-carers li jieħdu ħsieb anzjani f'darhom ikunu barranin, l-aktar Filippini, li qegħdin jimlew dan il-vojt.", "Nemmen li għandna naħsbu bis-serjetà kif nistgħu ngħinu lil dawn l-anzjani aktar milli diġà qiegħed jagħmel il-Gvern, għar-raġuni li meta jibqgħu ġewwa darhom, dawn ikunu ferm iżjed kuntenti u jkunu qed jiffrankaw spejjeż kbar lill-istat.", "L-iskemi u l-inizjattivi biex iħajru u jagħmluha aktar faċli biex membri tal-familja jidħlu għal dan l-inkarigu huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u għandhom jiġu estiżi gradwalment.", "Però, kif sejra d-dinja tax-xogħol u kif qed tinbidel il-fiżjonomija tal-familja Maltija, ma nistgħux nibqgħu nippretendu li dan is-servizz se jibqa' jingħata biss minn membri tal-familja jew qrabathom.", "Konxja li l-Gvern, żmien ilu, kien diġà nieda xi inizjattivi biex iħajjar lill-popolazzjoni li taħdem tinvesti f'pensjoni alternattiva.", "Però jidher li r-rispons kien inqas milli mistenni.", "Għalhekk nixtieq nagħmel appell lill-Gvern biex iżid aktar inizjattivi ħalli nħajru lill-popolazzjoni, spejalment dik żgħira fl-età, biex malli tidħol fid-dinja tax-xogħol, taħseb biex tinvesti f'pensjoni privata, għax iż-żmien jgħaddi bħal ħolma.", "Inkella se jsibu ruħhom f'sitwazzjoni li meta jilħqu l-età tal-irtirar ikunu jridu jgħaddu biss b'dak li tipprovdilhom il-pensjoni, dejjem jekk ma jkunux għadhom b'saħħithom u jibqgħu jaħdmu.", "Vera li meta tkun żgħir, l-età ta' 61 jew 63 sena timmaġinaha 'l bogħod wisq, però jaslu wkoll!", "Meta ma kienx hawn servizzi soċjali u kulħadd kellu jaħseb għal rasu għal meta ma jibqax b'saħħtu biżżejjed biex jaqla' l-ħobża ta' kuljum, il-Maltin dejjem qagħdu lura biex faddlu għal li ġej.", "Però l-attitudni konsumerista u r-raġunament taż-żgħażagħ illum wassalhom biex qed jirraġunaw li għada ħadd ma rah.", "Hija din l-attitudni li ġġiegħel liż-żgħar biex ma jaħsbux għall-futur għax jekk jinqalgħalhom il-bżonn, hemm is-servizzi tal-Istat ipprovduti mingħajr ħlas!", "Għalhekk sta għall-Gvern li jinvesti f'kampanji u programmi biex iġib lill-ġenerazzjoni preżenti konxja li jridu jibdew jinvestu minn kmieni, anke jekk jeħtieġ jiċċaħħdu minn xi affarijiet oħrajn, jekk verament iridu jiżguraw kwalità ta' ħajja komda u ta' serħan il-moħħ għalihom u għall-familja tagħhom meta jilħqu l-età tal-irtirar.", "Nixtieq nagħmel referenza għal suġġett ieħor li jolqot lill-anzjani tagħna.", "F'din il-Kamra għaddejna numru ta' liġijiet biex nistabbilixxu standards f'dak li għandu x'jaqsam ma' ikel, kompetenza tal-caring professions u liġijiet fuq id-drittijiet tal-pazjenti u anzjani rikoverati ġewwa d-djar tal-Gvern, tal-Knisja jew fil-privat permezz tal-public private partnership.", "Jien qbilt ma' dawn il-liġijiet kollha, għax dawn jissalvagwardjaw lill-anzjani tagħna u huma mmirati biex ikomplu jgħollu l-kwalità tas-servizzi li nipprovdu.", "Kulħadd jaqbel li huwa dmir tagħna lkoll li nistinkaw biex intejbu l-livell u l-kwalità ta' ħajja tal-anzjani u nagħtuhom id-dinjità li jistħoqqilhom.", "Li ngħaddu liġijiet bħal dawn hija ħaġa tajba ħafna, għax hekk għandu jkun.", "Però meta dawn il-liġjiet ma jiġux implimentati kif suppost huwa nuqqas kbir.", "Hawn niftakru li dejjem qed nitkellmu fuq faxxa ta' nies vulnerabbli, b'ħafna minnhom rikoverati fis-sodod għal tul ta' żmien, persuni li jbatu mid-dimensja u oħrajn li jiddependu kompletament fuq min idur bihom.", "Bħala pajjiż, stabbilixxejna l-kwalifiki li jeħtieġ ikollhom il-carers, kemm jekk huma Maltin kif ukoll barranin.", "Però bl-iskuża li għandna nuqqas ta' carers qegħdin naċċettaw barranin li lanqas biss jistgħu jikkomunikaw mal-morda jew l-anzjani, la bl-Ingliż u lanqas bil-Malti.", "Ħafna minnhom jiġu mgħallma jgħidu biss: 'Kif inti?'", "Però meta l-anzjan imur ikellimhom, jinduna li mhux qed jifhmuh jew ma jifhimhom xejn.", "Nista' nimmaġina kif iħossuhom l-anzjani meta fl-età tagħhom, l-aktar ħaġa importanti għalihom hija li jħossuhom imdawrin u protetti minn ta' madwarhom.", "Jeħtieġ ukoll li niżguraw li dawn il-carers ikunu jafu jmorru mal-anzjani, speċjalment meta jkunu qed ibiddlulhom jew inaddfuhom.", "Hawn mhux qed nagħti tort lill-carers.", "Jekk hemm anzjan jew pazjent li jbati minn xi kondizzjoni, il-persuna responsabbli mis-sala għandha d-dmir li tinforma lill-carer b'dan, ħalli meta jkunu qed jindukraw lill-anzjani jieħdu ċerti prekawzjonijiet.", "Pereżempju, ftit ġimgħat ilu, anzjana li għandha spallitha diżlokata, ġiet avviċinata mill-carers biex ipoġġuha bilqiegħda u refgħuha minn dirgħajha, bir-riżultat li kkawżawlha aktar ħsara milli diġà kellha.", "Dan meta suppost il-carers jafu li hemm sistemi oħrajn ta' kif tgħolli pazjenta mingħajr ma tagħmlilha l-ebda ħsara.", "Każ ieħor li naf bih hu ta' anzjana pupletika li, minħabba l-artrite qawwija li kellha, ma setgħetx tiftaħ dirgħajja; però, meta marru jeħdulha d-demm, il-carers ġibdulha jdejha u spiċċat imbenġla kullimkien.", "Dawn huma ftit mill-każi li setgħu jiġu evitati b'daqsxejn ta' aktar attenzjoni u kieku l-carers kienu informati bil-kondizzjonijiet tal-pazjent.", "Nerġa' nisħaq li r-responsabbiltà aħħarija tibqa' dejjem ta' min jimpjegahom li jara li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kriterji kollha mitluba skont il-liġi.", "Kien pożittiv il-ftehim li tħabbar mill-GWU li permezz tiegħu carers m'għandhomx jibqgħu jiġu mġiegħla jagħmlu xogħol ta' infermiera.", "Dan jerġa' għal darba oħra jikxef il-bżonn urġenti li jsiru sforzi akbar biex ikollna numru adegwat u akbar ta' infermiera kwalifikati Maltin biex ma nsirux niddependu aktar fuq importazzjoni ta' ħaddiema barranin, kif ġara f'setturi oħrajn.", "Dan l-aħħar, irċevejt ħafna ilmenti minn qraba ta' anzjani rikoverati fid-djar tal-Gvern, tal-privat u tal-public private partnership li l-ikel mogħti lill-anzjani qed jiddeterjora ta' kuljum.", "L-għan oriġinali li jkun hemm taħlita ta' anzjani ġejjin mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat kollha taħt saqaf wieħed, kellu jixpruna titjib fis-servizz.", "Ir-riżultat fil-prattika kien bil-maqlub u wassal biex dawk li daħlu fid-djar u jħallsu minn buthom raw is-servizz tal-catering bil-mod il-mod imur lura.", "Biex nagħti eżempju, pazjenti dijabetiċi u oħrajn li jbatu b'cholesterol għoli għandhom jingħataw ikel differenti, u dejjem għandu jkun ikel bnin kompatibbli mal-kondizzjoni medika li għandhom.", "Skont it-telefonati li ħadt, anzjani li jbatu bid-dijabete qegħdin jingħataw ikel għoli fil-kaloriji, u dawk li jbatu bil-cholesterol qed jingħataw ikel jgħum fiż-żejt.", "L-istess jiġri meta jiġu organizzati ħruġ għall-anzjani, fejn l-ikel dakinhar ikun pastizzi, pasti u sandwiches, jiġifieri tip ta' ikel li lanqas hu tajjeb għaż-żgħar, aħseb u ara għall-anzjani li l-maġġoranza tagħhom isofru minn mard kroniku.", "Fl-iskejjel bir-raġun ninsistu li l-kolazzjon u l-ikel li t-tfal iġibu magħhom għandu jkun tajjeb għal saħħithom.", "Għalhekk ma narax għalfejn dan m'għandux jgħodd għall-anzjani wkoll.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi, bil-permess tal-Kamra, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti ta' ikel li jitqassam meta l-anzjani mid-djar tal-Gvern jinħarġu mawra, u ieħor ta' platt b'biċċa ħuta tgħum fiż-żejt, u nħalli għalikom tiddeċiedu jekk dan hux ikel li suppost jikluh l-anzjani.", "Ma rridx inpoġġi lil kulħadd fl-istess keffa, però nixtieq nara li meta jitqassam l-ikel lill-anzjani rikoverati fid-djar tal-anzjani, il-carers li jqassmu l-ikel jiżguraw li dawk il-persuni li ma jkunux jistgħu jieklu waħedhom għandhom jiġu mitmugħa.", "Dan għaliex ħafna drabi, jekk dan ma jsirx, l-anzjan jibqa' bil-ġuħ.", "L-esperjenza tal-ħajja turi li ħafna minn dawn l-ilmenti ma jaslux mill-qraba għand min hu finalment responsabbli, sempliċement għax jibżgħu li l-anzjan jiġi vittimizzat.", "Dan l-aħħar, kont qed nitkellem ma' xi ħaddiema barranin li kienu qegħdin jgħiduli kemm hi inġusta li huma jaħdmu ma' kuntrattur Malti li jirbaħ tenders biex jipprovdi ħaddiema fl-isptarijiet u fl-iskejjel tal-Gvern, però jħallas b'€4.50 fis-siegħa, waqt li l-ħaddiema Maltin li jħaddimhom il-Gvern jitħallsu €7.50 fis-siegħa.", "Bħala Oppożizzjoni, dejjem insostnu li persuni li jaħdmu l-istess xogħol, huma min huma, għandhom jaqilgħu l-istess paga.", "Din hija inġustizzja kbira u tibda tifhem ir-raġuni għalfejn ħaddiema barranin iħossuhom sfruttati.", "Wasal iż-żmien li d-dinjità ta' kull persuna li tgħix u taqla' l-għajxien ta' kuljum f'pajjiżna, hi ta' liema nazzjonalità hi, tiġi rrispettata mhux bil-kliem, iżda bil-fatti.", "Nisimgħu ta' kuljum li l-waiting lists għall-operazzjonijiet u għall-appuntamenti għall-outpatients naqsu drastikament.", "Minkejja dan, appuntamenti għall-ortopedija, għall-klinika tad-diabete, għan-newroloġija u oħrajn, għadhom twal ħafna.", "Forsi jkun xieraq li kieku l-Ministru għas-Saħħa jispjega r-raġuni għalfejn hu qed jaċċertana li l-waiting lists qegħdin jonqsu sena wara l-oħra, imma l-Kummissjoni Ewropea qed tgħid li l-waiting lists f'pajjiżna qegħdin kull ma jmur dejjem jitwalu.", "Il-Kummissjoni osservat ukoll li appuntament għall-outpatients jingħata 'l fuq minn disa' xhur wara, perjodu li hu ferm itwal mill-medja aċċettata fl-Ewropa.", "Huwa minnu li hemm id-Dipartiment tal-Emerġenza għall-każijiet urġenti; però l-ewwel nett żgur naqblu li ħadd m'għandu jmur l-Emerġenza jekk ma jkunx vera każ ta' emerġenza.", "B'hekk biss innaqqsu l-istennija mingħajr bżonn f'dan id-dipartiment.", "Soluzzjoni waħda hi li nsaħħu bis-serjetà s-servizzi fil-komunità biex nevitaw li pazjenti jirrikorru l-isptar mingħajr bżonn.", "Bħala eżempju, persuna li kellha wġigħ qawwi kkawżat minn tiċrita fil-meniscus tal-irkoppa ngħatat appuntament għall-outpatients sena wara.", "Peress li kienet muġugħa ħafna, marret fid-Dipartiment tal-Emerġenza, fejn ingħatat titqiba kontra l-uġigħ, par krozzi, bagħtuha d-dar u għamlulha appuntament, suppost urġenti, għall-outpatients għal tliet xhur wara.", "Għall-pazjent dan ifisser ħafna telf ta' xogħol, pilloli tal-uġigħ għal żmien twil u bil-periklu li meta l-uġigħ jikkarga, il-pazjent jerġa' jmur id-Dipartiment tal-Emerġenza għal titqiba oħra.", "Għal wieħed anzjan li jispiċċa ma jistax jimxi dan ikun ifisser telf ta' mobilità bil-problemi kollha li jistgħu jinqalgħu.", "Ħafna drabi, numru ta' pazjenti jkollhom jirrikorru għal trattament fil-privat, u ta' spiss nisimgħu li meta jċemplulhom biex imorru għal intervent fl-isptar, isibu li jkunu diġà għamluh fil-privat xhur qabel.", "Niftakru li mhux kulħadd jista' jħallas għall-kura fil-privat.", "Jeżistu każi fejn persuni, l-aktar il-pensjonanti, jirrikorru lejn il-privat b'sagrifiċċju kbir.", "Il-Ministru għas-Saħħa, f'risposta ta' mistoqsija parlamentari 5792 f'Mejju 2018, kien informani li kien se jkun hemm tliet postijiet mifruxin ma' Malta minn fejn persuna setgħet iġġib jew tbiddel iċ-ċilindri tal-ossiġnu.", "Sal-lum, l-uniku post fejn dan jista' jsir huwa Ħal Far.", "Fil-preżent, id-Dipartiment tas-Saħħa jagħmel deliveries fl-ibliet u fl-irħula darba biss fil-ġimgħa.", "Dan ifisser li l-qraba ta' pazjenti li għandhom bżonn provvista ta' ossiġnu kontinwa, minħabba li għandhom oxygen concentrator, iridu jmorru jġibu ċ-ċilindri tal-gass bejn tlieta u erba' darbiet fil-ġimgħa.", "Wieħed jista' jifhem l-inkonvenjent li dan jikkawża lill-familjari li jridu jmorru jġibu ċ-ċilindri, speċjalment dawk li joqogħdu fin-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Hawn, f'isem il-familjari ta' dawn il-pazjenti, nerġa' nappella biex almenu sakemm jiġi ffinalizzat it-tender, id-Dipartiment iżid il-frekwenza tat-tqassim ta' ċilindri tal-ossiġnu fl-ibliet u fl-irħula.", "Punt ieħor li nixtieq insemmi hu dak dwar is-servizzi li jingħataw lil tfal awtistiċi.", "Waqt li faħħart l-inizjattiva biex it-tfal li jbatu bl-awtiżmu jiġu individwati minn kmieni, għedt ukoll li s-servizzi huma limitati u ma jikkonformawx mal-linji gwida ta' NICE.", "Naħseb li huwa xieraq kieku l-Ministru jaġġornana u jinformana dwar x'passi ttieħdu biex jiġi rranġat dan in-nuqqas.", "Wasal iż-żmien li ladarba nafu li s-servizzi mogħtija mill-Gvern mhumiex ilaħħqu mad-domanda, il-Gvern jikkonsidra li jagħti lura parti mill-ispejjeż lil dawk il-ġenituri li jfittxu servizzi alternattivi fil-privat.", "Tajjeb ukoll inkunu nafu jekk hux minnu li l-klinika biex tevalwa l-progress tal-persuni bid-Down Syndrome fil-Poliklinika ta' Birkirkara kellha tingħalaq minħabba li ma ġġeddidx il-kuntratt tat-tabib li kien imexxiha.", "Nixtieq issa nagħmel xi osservazzjonijiet dwar il-ġbir tal-iskart f'pajjiżna.", "Huwa minnu li s-sistema f'dak li għandu x'jaqsam il-ġbir ta' skart organiku ġiet imdaħħla bl-għaġla, però ma nistgħux ma naqblux li kellna bżonnha f'pajjiżna.", "Tajjeb nisimgħu li fil-ftit ġimgħat li din is-sistema ilha fis-seħħ, il-kwantità ta' skart imħallat naqas drastikament.", "Però għad baqa' problemi mhux żgħar li rridu nindirizzaw, l-aktar fir-rigward tal-ġbir tal-iskart organiku.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li l-iskart organiku jrejjaħ u allura huwa attrazzjoni għall-annimali u l-insetti.", "Għalhekk hu neċessarju li dan l-iskart jinġabar malajr kemm jista' jkun.", "Fil-lokalità tan-Naxxar, il-kuntrattur li jiġbor l-iskart imħallat hu l-istess wieħed li jiġbor dak organiku.", "Apparentement, dan jiġbor l-ewwel l-iskart imħallat, għax fejn imur ibattlu huwa iżjed fil-viċin mill-post fejn ibattal l-iskart organiku.", "Fil-klima sħuna tas-sajf Malti, li se jiġri hu li l-iskart organiku se jibda jiffermenta u jrejjaħ ħafna u se jkun ta' inkonvenjent u periklu għas-saħħa.", "Jekk iċ-ċittadin hu mistenni jagħmel il-parti tiegħu, ikun xieraq li min hu responsabbli għandu jara li dan l-iskart jinġabar l-ewwel.", "Soluzzjoni tista' tkun li jew ikun hemm aktar minn kuntrattur wieħed jew li l-kuntrattur preżenti jżid il-vetturi u l-manpower tiegħu.", "Dwar il-ġbir tal-iskart isseparat, qed jiġi nnotat li l-iskart mitfugħ fil-borża l-ħadra jew il-griża jittieħed, waqt li jekk ikollok xi kaxxi żgħar tal-kartun, dawn ma jinġabrux għax ma tpoġġewx fil-borża.", "Naħseb ikun jagħmel aktar sens li kaxxi bħal dawn jitpoġġew f'xulxin u jittieħdu mal-borża, milli trid toqgħod tqattagħhom u tpoġġihom f'borża oħra.", "Ladarba qed nitkellem dwar kif innaqqsu l-iskart, ma nistax ma nsemmix l-inkwinament tal-arja, li hi problema li qiegħda tiżdied f'pajjiżna, l-aktar minħabba n-numru kbir ta' vetturi u konġestjoni tat-traffiku li ta' kuljum qed jikber.", "L-iskema introdotta dan l-aħħar biex tħajjar aktar nies jixtru vetturi li jaħdmu bl-elettriku hija waħda tajba ħafna u f'waqtha għax, b'inqas inkwinament fl-arja, il-mard respiratorju u mard kroniku ieħor jonqos u nibdew ingawdu kwalità ta' arja aħjar minn dik preżenti, minbarra li bħala pajjiż nilħqu l-miri mitluba mill-Unjoni Ewropea.", "Sur President, dawn kienu ftit osservazzjonijiet li xtaqt nagħmel b'intenzjoni tajba u b'sens kostruttiv, dejjem bit-tama li nqajjem kuxjenza ikbar dwar ċerti miżuri li nistgħu nieħdu biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem.", "Sur President, fl-aħħar nett, nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MARIA DEGUARA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' żewġ ritratti li juru ikel li jingħata lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, qabel nibda d-diskors tiegħi, nixtieq insellem il-memorja tas-Sur Joe Attard, li kien vittma ta' inċident fil-kamra tan-nar tal-Banda De Rohan, San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Jien niġi minn distrett fejn il-piroteknika hija arti u għandna ħafna persuni li jaħdmu n-nar.", "Żgur li l-mewt tas-Sur Joe Attard, għalkemm mhuwiex mid-distrett tiegħi, hija telfa għall-piroteknika Maltija.", "Nixtieq nagħti l-kondoljanzi kemm lill-familjari tiegħu, kif ukoll lis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbuġ.", "L-ISPEAKER: Is-Sedja tingħaqad miegħek fil-ħsebijiet u tagħti l-kondoljanzi lill-familjari kollha tal-mibki s-Sur Joe Attard.", "Onor. Schiavone, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Baġit, li huwa eżerċizzju finanzjarju li l-Gvern jagħmel kull sena.", "Meta nagħmlu din id-diskussjoni, nitkellmu ħafna dwar surplus, deficit, id-dejn tal-pajjiż u fejn sejjer pajjiżna ekonomikament.", "Ovvjament, nagħmlu l-kalkoli fejn konna s-sena l-oħra, fejn qegħdin din is-sena u fejn irridu mmorru.", "Fuq livell nazzjonali, f'dak li jissejjaħ on a macro level, pajjiżna jidher li ekonomikament sejjer tajjeb.", "Jekk il-ġid li jinħoloq huwiex qed jitqassam sewwa huwa argument ieħor.", "Bħala Oppożizzjoni, jidhrilna li l-ġid mhux qed jitqassam sewwa, imma dak huwa suġġett li membri tal-Oppożizzjoni diġà tkellmu dwaru qabli, u għalhekk se naqbżu u niddiskutih darb'oħra.", "Sur President, il-Baġit għandu jkun ukoll eżerċizzju biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "X'jiswa li l-pajjiż ikollu ħafna flus?", "X'jiswa jekk l-individwu jkollu ħafna flus fil-but u m'għandux is-saħħa?", "Huwa proprju għalhekk li fil-Baġit jitħabbru numru ta' inizjattivi li forsi finanzjarjament ikunu jagħmlu ftit sens, imma jkunu miżuri li permezz tagħhom, persuni, pereżempju, b'diżabilità jew kategoriji oħrajn tal-poplu Malti jgawdu minnhom.", "Ħafna drabi nitkellmu dwar miżuri nazzjonali, però llum se nuża dan id-diskors tiegħi biex nitkellem dwar it-tbatijiet li n-nies ta' Birżebbuġa qegħdin isofru ta' kuljum.", "Din it-tbatija mhijiex riżultat ta' xi ħaġa reġjonali jew lokali, imma hija riżultat ta' proġetti nazzjonali li matul il-medda tas-snin tpoġġew fin-naħa t'isfel ta' Malta u qegħdin iħallu impatt negattiv fuq ir-residenti ta' Birżebbuġa.", "Ftit xhur ilu – jidhirli f'Novembru – meta konna qegħdin niddiskutu l-Liġi tal-Ambjent f'dan il-Parlament, diġà kont tkellimt dwar numru ta' tbatijiet li għaddejjin minnhom ir-residenti ta' Birżebbuġa, anke għaliex jien l-uniku Membru Parlamentari residenti f'Birżebbuġa.", "Però minn dakinhar 'l hawn, għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari lil diversi ministri dwar materji li jolqtu lin-nies ta' din in-naħa ta' Malta.", "Ngħid ukoll li minn dakinhar sal-lum ġbart ħafna aktar informazzjoni mhux tant mit-tweġibiet parlamentari li jagħtuna l-ministri, imma l-aktar minn laqgħat u żjarat li għamilt fir-raħal ta' Birżebbuġa fejn żort numru ta' żoni li għaddejjin minn problemi serji.", "Sur President, matul dawn it-tliet xhur, għamilt diversi mistoqsijiet lill-Ministru Ian Borg dwar il-kwalitajiet tat-toroq ta' Birżebbuġa, lill-Ministru Joe Mizzi dwar affarijiet relatati mal-enerġija, lill-Ministru José Herrera dwar l-ambjent u l-kwalità tal-arja ta' Birżebbuġa, lill-Ministru Konrad Mizzi dwar l-operat tal-Freeport, u għamilt ukoll numru ta' mistoqsijiet supplimentari lill-Ministru Owen Bonnici, li ġej mid-distrett tiegħi, li weġibni dwarhom.", "Irrid ninnota b'sodisfazzjon li kemm il-Ministru Owen Bonnici, kif ukoll il-Ministru Ian Borg, li staqsejtu numru ta' mistoqsijiet dwar it-toroq, kienu eżatti fit-tweġibiet tagħhom; tawni informazzjoni eżatta, anke jekk ma kinitx dik li nixtieq nisma'.", "Però mbagħad ikollok il-Ministru Joe Mizzi li nistaqsih mistoqsija parlamentari 8522 speċifikament dwar impjant ta' kumpanija privata viċin il-Qajjenza u dwar x'ħażna ta' fuels qegħda tinħażen u tiġi mqassma minn din il-faċilità, u l-Ministru jgħidli li dawn huma Class 3 fuels li għandhom flashpoint ta' 55 grad Celsius u aktar.", "Jien kont sorpriż li l-Ministru huwa evażiv fit-tweġibiet tiegħu u ma weġibnix jekk il-fuels humiex petrol, diesel jew xi ħaġa oħra.", "Għalhekk erġajt staqsejt lill-Ministru speċifikament jekk f'din il-faċilità hux jinħażen heavy fuel oil.", "Ejjew niftakru li meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni u l-BWSC kienet taħdem bil-heavy fuel oil, kienu jgħidulha li hija fabbrika tal-kanċer.", "Forsi kellhom raġun għaliex jekk tibla' dan id-duħħan huwa ħażin għas-saħħa tiegħek.", "Però rridu niftakru wkoll li dakinhar iċ-ċumnija kienet għolja ħafna.", "Illum il-Ministru Joe Mizzi jistħi jgħidli li fl-impjant tal-Qajjenza qiegħed jinħażen il-heavy fuel oil.", "Però lir-residenti tal-Qajjenza ngħidilhom li, iva, fil-Qajjenza qiegħed jinħażen u jinħadem il-heavy fuel oil!", "Id-differenza hi li issa m'għandniex ċmieni twal daqskemm kienet dik tal-BWSC.", "Għalhekk meta l-poplu ta' Birżebbuġa, speċjalment tal-Qajjenza, ma jkunx jista' jieħu nifs bl-irwejjaħ, dawn ikunu ġejjin mill-heavy fuel oil tal-impjant li għandna fil-Qajjenza.", "Għamilt numru ta' mistoqsijiet lill-Ministru Konrad Mizzi dwar l-operat tal-Freeport, u fost l-oħrajn staqsejtu jekk hux beħsiebu jinstalla shore to vessel supply biex nagħtu l-power lill-vapuri minn fuq l-art ħalli ma jkunx hemm għalfejn jintużaw il-ġeneraturi li huma sors kbir ta' ħsejjes kontinwi f'Birżebbuġa.", "Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru qal li se jsir ġnien f'Wied il-Buni.", "In-nies ta' Birżebbuġa jafu għal liema żona qed nirreferi.", "Din x'serjetà hi?", "Dan huwa insult li nistaqsi mistoqsija diretta f'isem il-poplu u l-Ministru jagħtini dan it-tip ta' tweġibiet!", "Il-poplu ta' Birżebbuġa huwa mdejjaq għax ma jistax jorqod bl-istorbju bil-lejl u għax għandu baħar imniġġes.", "Irrid insemmi wkoll mistoqsija parlamentari li għamilt tliet xhur ilu lill-Ministru José Herrera dwar fenomenu li hemm f'Birżebbuġa fejn qed jinstab ammont kbir ta' ħut mejjet.", "Il-Ministru weġibni li se jagħmel investigazzjoni, imma ma smajna xejn aktar dwar dan.", "Għalhekk erġajt staqsejt lill-Ministru jistax jgħidilna x'sar minn din l-investigazzjoni, u t-tweġiba tiegħu kienet li l-uffiċjali tad-Direttorat investigaw dan l-ilment, iżda ma setgħux isibu evidenza ta' ħut mejjet.", "Allura forsi qed jgħidu li n-nies ta' Birżebbuġa li qegħdin isibu l-ħut mejjet qegħdin joħolmu?!", "Din mhux serjetà!", "Jidhirli li l-poplu Malti jixraqlu aħjar.", "Meta nitolbu investigazzjoni, din għandha ssir bis-serjetà u mhux nipprovaw nieħdu short cuts.", "Il-poplu ta' Birżebbuġa huwa mdejjaq, għax għandu arja mniġġsa u rwejjaħ ta' fuel.", "Aktar 'il quddiem, se nqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra biex nikkonferma dan li qed ngħid.", "Il-poplu ta' Birżebbuġa huwa mdejjaq, għaliex il-Ministru Konrad Mizzi qed jgħaddih biż-żmien il-ħin kollu.", "Il-proġetti nazzjonali f'Birżebbuġa u l-madwar jinkludu l-power station, il-Freeport, l-oil tanking, l-impjant tal-gass, l-ajruport, u ħafna fabbriki.", "Iillum se nitkellem biss dwar il-Port Ħieles u l-kwestjoni tal-fuels.", "Jien mhux qed ngħid li l-problemi ta' din l-industrija ġew matul dawn l-aħħar snin, biex ħadd ma jifhimni ħażin.", "Inkun qed nidħak bija nnifsi u bin-nies jekk ngħid dan!", "Huwa ovvju li ma nkunx qed nagħti servizz tajjeb jekk ma nirrikonoxxix ukoll li kienu gvernijiet diversi li għabbew in-naħa t'isfel ta' Malta b'diversi industriji.", "Però, kif għedt, illum il-problema tal-fuels u l-kwalità tal-arja hija xi ħaġa li qed tinkwieta bis-serjetà lir-residenti.", "Diġà għedt li l-Gvern għamel pass tajjeb meta qaleb il-power station biex taħdem bil-gass minflok bil-heavy fuel oil, però nkunu qegħdin nidħku bin-nies jekk illum ma nirrikonoxxux id-diffukultajiet li hemm.", "Kif għedt, kellna addirittura lill-Ministru Joe Mizzi li pprova jqarraq bil-poplu.", "Għaliex il-Gvern mhux jgħid lill-poplu li qiegħed jibla' l-heavy fuel oil li jinħażen fil-Qajjenza ta' kuljum?", "Il-heavy fuel oil qiegħed jissaħħan, u t-tankijiet li hemm fil-Qajjenza għandhom valve biex, meta jissaħħan, il-vapour joħroġ minnu u jispiċċa fl-arja.", "Dan huwa ovvjament ta' periklu għan-nies.", "Jekk il-power station tal-BWSC li kienet taħdem bil-heavy fuel oil kienet fabbrika tal-kanċer, illum għandna fabbrika tal-kanċer eqreb tan-nies!", "L-industrija tal-Freeport hija importanti ħafna għal pajjiżna, u ħadd m'għandu jaħseb li l-Oppożizzjoni trid b'xi mod twaqqaf il-progress ekonomiku u n-negozju.", "Però jien kont nistenna li meta nagħmel mistoqsija diretta lill-Ministru Joe Mizzi dwar jekk hemmx heavy fuel oil maħżun u mqassam minn Birżebbuġa, kien jgħidli li hu minnu li l-heavy fuel oil qiegħed jissaħħan u meta jissaħħan joħorġu l-irwejjaħ, imma hemm il-filters adegwati biex in-nies ma jbatux.", "Bħala rappreżentant tal-poplu f'din il-Kamra, dan hu li nistenna mill-Ministru u mhux li nwaqqfu l-operat.", "Irridu nassiguraw li hemm is-safeguards kollha biex in-nies ma jbatux.", "Illum stess kelli laqgħa ma' xi ħadd dwar l-istorage tal-fuels fil-Qajjenza, u sirt naf li hemm operat ta' kumpanija Ġermaniża bl-isem Oiltanking, li qiegħda biswit il-Freeport, liema operat jikkawża rwejjaħ kbar.", "Meta r-riħ ikun qed jonfoħ mil-Lbiċ, min-Nofsinhar jew mil-Lvant, ikun hemm din ir-riħa insapportabbli, tant li l-Freeport jagħlaq l-operat tiegħu.", "Mela sewwa, il-Freeport jista' jagħlaq l-operat tiegħu imma n-nies ikollhom ikomplu jibilgħu d-dħaħen!", "Din hija insensittività kbira min-naħa tal-Freeport.", "L-istess bħal meta nitkellmu dwar l-istorbju.", "In-nies ta' Birżebbuġa ma jistgħux jorqdu minħabba l-istorbju kkawżat mill-Freeport.", "Huwa proprju għalhekk li tiġini rabja għall-Ministru Konrad Mizzi li mhux qed jindirizza din is-sitwazzjoni.", "Għamilt mistoqsija wkoll lill-Ministru José Herrera dwar id-duħħan u l-irwejjaħ li qegħdin joħorġu mill-impjant tal-Qajjenza.", "Il-Ministru kien onest u qalli li hemm ċumnija li joħroġ minnha d-duħħan tal-boiler u li huwa possibbli li jinxtammu xi rwejjaħ wara dan it-tip ta' operat.", "Ta' min jgħid li l-heavy fuel oil ma tistax tittrasferih għal fuq il-barges biex imbagħad imur għall-vapuri fil-forma li jkun, imma jkollu bżonn jissaħħan biex jirqaq u, meta jkun qiegħed jirqaq, joħorġu dawn il-fumes fl-arja.", "Għal mistoqsija parlamentari oħra li għamiltlu, il-Ministru Joe Mizzi kkonferma, mingħajr ma semma l-heavy fuel oil, li l-kategorija ta' fuels, fosthom il-heavy fuel oil, kollha jissaħħnu biex jinħażnu u jiġu trasferiti.", "Meta jissaħħnu, bilfors li fl-arja se joħorġu l-vapours tossiċi u l-irwejjaħ, imma l-Minisru dan ma jsemmihx.", "Hawn nappella lill-awtoritajiet u lill-Gvern biex jipproteġu lir-residenti ta' Birżebbuġa minn din l-arja ħażina li qed toħroġ.", "L-irwejjaħ qegħdin jinxtammu!", "Jien javviċinawni nies minn Birżebbuġa li jgħiduli li f'ċerti ġranet ma jkunux jistgħu jieħdu nifs għaliex griżmejhom jinħanqu minħabba l-arja li jkollhom.", "Dan huwa ħażin!", "Illum it-teknoloġija tippermetti li jkun hemm filters suret in-nies u l-Gvern għandu jassigura din il-protezzjoni.", "Staqsejt ukoll lill-Ministru Konrad Mizzi dwar x'tip ta' fuel jintuża meta l-vapuri jkunu fil-Freeport.", "Il-Ministru wieġeb li jintuża l-marine gas oil li ma jagħmilx ħsara u huwa nadif għall-ambjent.", "Però rrid nistaqsi lill-Ministru jekk jistax iserrħilna rasna li meta jidher duħħan ħiereġ minn vapur f'Terminal I tal-Freeport, dak id-duħħan mhuwiex ta' ħsara għar-residenti ta' Birżebbuġa?", "Jien irrid nemmen li jintuża l-gas oil, però l-Ministru jista' jagħti garanzija lill-poplu Malti li qed isir monitoraġġ tajjeb biex ma jkollniex xi vapur li jabbuża u juża addirittura l-heavy fuel oil waqt li qiegħed fil-Freeport?", "Irrid nitkellem ukoll dwar l-operat tal-Freeport u l-problema li dan jopera 24 siegħa, jiġifieri l-generators tal-vapuri jibqgħu għaddejjin 24 siegħa biex il-vapur ikompli jaħdem.", "Dan huwa sors ta' tbatija kbira, speċjalment fix-xhur tas-sajf, għar-residenti ta' Birżebbuġa għax il-humming noise ma jħallihomx jorqdu.", "Staqsejt lill-Ministru kemm-il darba dwar jekk għandux il-ħsieb li jsolvi din il-problema bix-ship to shore supply, imma l-Ministru qatt ma qal li din il-problema se tissolva.", "Dan l-aħħar, f'konferenza stampa l-Ministru ħabbar investiment ta' €31 miljun fil-Freeport immirat biex jitnaqqsu l-ħsejjes tal-operat.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari numru 8531 li fiha tlabt lill-Ministru jgħidilna kemm minn dawn il-€31 miljun se jkunu investiti biex jitnaqqas l-istorbju.", "Allajbierek, it-tweġiba tal-Ministru kienet li se jiżdiedu 15-il RTG crane li ma jagħmlux storbju u madwar 67 tractor u trailer.", "Issa jekk dawn verament ma jagħmlux storbju, imma l-oħrajn jagħmlu l-istorbju, kif il-Ministru jista' jgħid li se jitnaqqas l-istorbju fil-Freeport?!", "Però l-aqwa li l-Ministru jibqa' jgħid li r-residenti ta' Birżebbuġa jistgħu jserrħu rashom għax il-Gvern se jagħmel ġnien f'Wied il-Buni!", "Bħallikieku r-residenti jridu jibqgħu kwieti għax se jkollhom dan il-ġnien!", "Erġajt staqsejt ukoll lill-Ministru dwar timeline, imma l-Ministru rrisponda li qed issir konsultazzjoni u hemm sistema ta' alarms u sistema ta' slow down feature biex il-container ma jaħbatx bis-saħħa.", "Nistieden lill-Ministru jistaqsi lir-residenti ta' Birżebbuġa dwar jekk naqsux il-livelli ta' ħsejjes.", "Kwestjoni oħra tirrigwarda l-bunkering, li hija operazzjoni biex jingħata l-fuel lill-vapuri waqt li jkunu fil-Freeport.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tliet ritratti ta' bunkering li qed isir f'Terminal I fejn mhux suppost isir bunkering.", "Nistaqsi: Jista' l-Ministru għat-Trasport jgħidilna għaliex qiegħed jippermetti li jsir dan il-bunkering?", "Se nqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra ritratt fejn jidher li l-bagi li kien hemm biex jipproteġu lill-għawwiema tressqu 'l ġewwa biex ikunu jistgħu jidħlu t-tugboats ħalli l-bunkering ikun jista' isir.", "Jidhirli li għandna nittrattaw lir-residenti ta' Birżebbuġa aħjar!", "Sal-2025 il-Freeport bilfors irid jaqleb għax-shore-to-ship supply, jiġifieri li jagħti s-supply tal-enerġija għall-vapuri mill-art, minħabba d-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Il-mistoqsija tiegħi hi: Għaliex il-poplu għandu jistenna sitt snin oħra, meta din it-teknoloġija diġà teżisti?", "L-appell tiegħi hu li d-deputati kollha ta' din il-Kamra, inkluż tan-naħa tal-Gvern li żgur in-nies ikellmuhom dwar dan, jaġixxu llum biex nevitaw aktar tbatija li qed isofru n-nies.", "Ladarba għandna ekonomija sejra tajjeb u l-flus mhumiex problema, għaliex ma nattwawx dan il-miżura minn issa?", "Sur President, se nqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra dokument dwar il-benefiċċji tax-shore-to-ship supply.", "Hemm kumpanija Ewropea T&D, rinomata li taħdem dwar dawn il-kuntratti.", "Jidher li hemm ħafna benefiċċji li jista' jgawdi minnhom il-poplu ta' Birżebbuġa permezz ta' din l-installazzjoni.", "Qabel nikkonkludi, nixtieq ngħid li r-residenti ta' Birżebbuġa jixirqilhom aħjar.", "Irrid insellem lil grupp ta' residenti minn Birżebbuġa miż-żewġ naħat, li jagħmlu ħafna xogħol b'mod volontarju u li għandhom Facebook page għall-ġid ta' Birżebbuġa.", "Bil-permess, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ rapporti li għamlu dawn in-nies, wieħed fuq survey li sar dwar in-noise pollution, fejn ħadu sample ta' 'l fuq minn 300 ruħ, u rapport ieħor dwar l-emissjonijiet mill-vapuri.", "Ir-rapporti juru kemm in-nies ta' Birżebbuġa qegħdin jgħidu li l-Freeport huwa sors ta' dan l-istorbju.", "Nistieden lill-Gvern jagħti kas ta' dawn ir-rapporti biex jindirizza dawn id-diffikultajiet.", "Sur President, aħna lkoll inħobbu lil pajjiżna.", "Nixtieq nagħmel appell biex iż-żewġ naħat naħdmu flimkien għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Bħala Partit Nazzjonalista, ħriġna bis-slogan li nemmnu f'soċjetà li jimpurtaha.", "Ejja ma jkunx jimpurtana biss mill-flus fil-but u mill-ġid finanzjarju – li hu tajjeb ukoll – imma naraw li nipproteġu s-saħħa tan-nies, biex il-poplu jgħix aħjar.", "Wara kollox, x'jiswa li jkollok ħafna flus u titlef saħħtek!", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex npoġġi xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' rapport maħruġ minn grupp imsejjaħ \"Għall-Ġid ta' Birżebbuġa\" fid-19 ta' Novembru 2018, intitolat \"Ship Emissions and the Impact these are having on Birżebbuġa\";", "Kopja ta' rapport ippubblikat minn grupp imsejjaħ \"Għall-Ġid ta' Birżebbuġa\" intitolat \"Noise Pollution Survey in Birżebbuġa\", datat Ottubru 2018;", "Kopja ta' dokument intitolat \"Shore Side Electricity\", maħruġ minn T&D Europe, datat 24 ta' Awwissu 2015; u", "Żewġ ritratti, wieħed li juri bagi li jimmarkaw l-area li fiha jistgħu jgħumu l-għawwiema f'Wied il-Buni, u ieħor li juri attivitajiet ta' bunkering f'Terminal 1 fil-Malta Freeport.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGUIS: Sur President, naħseb li huwa importanti ħafna li llum li qegħdin nitkellmu dwar l-estimi tal-Baġit, nitkellmu wkoll dwar ir-realtà tan-nies fit-triq, li hija differenti għalkollox minn dak li qed tippreżenta u tpoġġi quddiemna l-propaganda ta' Gvern Laburista.", "Għandna Gvern li jgħidilna li kollox miexi fuq ir-rubini u li kollox ward u żahar!", "Ir-realtà tinħass sew fiż-zjarat li nagħmlu fid-djar tan-nies u meta nitkellmu magħhom fl-attivitajiet li norganizzaw, fejn huma jaqsmu magħna t-tħassib u d-diffikultajiet tagħhom.", "Aħna nitkellmu ma' nies li ġejjin minn kull saff tas-soċjetà f'Malta u f'Għawdex.", "Kif qal il-Kap tal-Oppożizzjoni fir-risposta tiegħu għall-Baġit 2019, dan il-Baġit hu nieqes mill-viżjoni fit-tul u ma jindirizzax bis-serjetà l-ħteġijiet tal-Maltin u tal-Għawdxin.", "Sur President, jaħti għal dan kollu hemm il-mudell ekonomiku li qiegħed iħaddem dan il-Gvern.", "Il-Gvern jidher li qiegħed joħloq il-ġid billi jkabbar l-popolazzjoni billi jġib aktar nies f'pajjiżna.", "Ovvjament, il-poplu Malti u Għawdxi huwa mħasseb għaliex iż-żieda fil-popolazzjoni qed tikkawża konġestjonijiet kbar ta' traffiku, domanda aktar għas-servizzi tas-saħħa, tad-dawl, tal-ilma u d-drenaġġ, aktar tniġġis fl-arja, inqas spazju rikreattiv, u qed tikkaġuna wkoll sproporzjonalità fil-prezzijiet tal-kera.", "Apparti minn hekk, illum għandna lill-istess Prim Ministru jgħidilna li jekk ma jġibx il-barranin f'pajjiżna, il-pensjoni tagħna tista' tkun f'riskju.", "Tiltaqa' ma' nies li jistaqsuk fejn qed imorru l-kontribuzzjonijiet li ħallsu u li għadhom qed iħallsu.", "Proprju riċentement kont qed nitkellem ma' żagħżugħ mill-Mosta li qalli li missieru telaq mid-dar minħabba xi inkwiet familjari u mar jgħix f'garaxx ta' ħuh, għax ma jaffordjax jikri appartament għal rasu.", "Qalli wkoll li issa missieru qiegħed jinkwieta wkoll dwar il-pensjoni tiegħu.", "Irrid ngħid li dan mhux każ uniku.", "L-għadd ta' nies li qed jispiċċaw jgħixu ġo garaxx qed jiżdied u dan huwa inkwetanti ħafna, speċjalment meta wieħed jiftakar li skont il-propaganda tal-Gvern, qegħdin ngħixu fl-aqwa żmien u ma jonqosna xejn.", "Filwaqt li l-Baġit jagħti prominenza lill-miżuri fiskali u monetarji, ftit li xejn isemmi kif se jegħleb il-problemi tal-faqar, tad-djar, tal-pensjonijiet, tat-traffiku, tal-ambjent, tal-edukazzjoni u tas-saħħa, fost l-oħrajn.", "Nistaqsi: X'inhi l-viżjoni li għandu dan il-Gvern għal pajjiżna?", "Liema hi d-direzzjoni li se jieħu dan il-Gvern?", "Dan hu Gvern bla pjan li jaħdem fuq minn issa għal issa.", "Forsi r-raġuni hi li dan huwa Gvern li l-Kap tiegħu, jiġifieri l-Prim Ministru ta' dan il-pajjiż, qed jaħseb biex iħalli t-tmun tal-Partit tiegħu u ta' pajjiżna.", "Dan il-baġit ma jgħid xejn dwar x'inhu l-pjan tal-Gvern għal pajjiżna għall-2030 u l-2050.", "Bħala Oppożizzjoni serja nemmnu li dak li tiżra' llum taħsad għada.", "Dak li żera' l-Partit Nazzjonalista meta konna fil-gvern, qegħdin ingawduh illum f'ħafna oqsma, fosthom fis-servizzi finanzjarji u fl-ekonomija, għaliex ħsibna għalihom ilbieraħ u lbiraħtlula.", "Dan il-baġit ftit li xejn isemmi kif se jgħin lil min tassew jeħtieġ.", "Dan hu baġit xott fejn jidħlu bosta setturi importanti, fosthom il-biedja u s-sajd ta' pajjiżna.", "Dan hu baġit li hu nieqes minn inizjattivi mmirati għall-qasam tal-manifattura f'pajjiżna.", "Fil-propaganda tiegħu, dan il-Gvern isemmi ħafna s-surplus, imma jinsa li fil-bwiet tal-ħaddiema hemm deficit qawwi, għax is-salarji tagħhom baqgħu l-istess u żdied il-faqar.", "Il-Gvern jitkellem bil-bosta fuq id-dħul u fuq l-infiq tiegħu, imma jinsa jsemmi dak li qed jonfqu u jaqilgħu l-familji Maltin u Għawdxin.", "Proprju lbieraħ kont qed nitkellem ma' familja f'Ħ'Attard fejn l-omm qaltli li kellha toħroġ taħdem hi ukoll, mhux minħabba l-family friendly measures, ċ-childcare jew minħabba xi inizjattiva jew miżura tal-Gvern, imma għax bħala familja proprju ma jifilħux jieklu iżjed minn ġewwa.", "Dan huwa proprju l-kliem li qaluli: \"jieklu iżjed minn ġewwa\".", "Bħala familja xebgħu jnaqqru mill-flus li għandhom imfaddlin il-bank, u għalhekk l-omm ma kelliex alternattiva oħra ħlief dik li toħroġ taħdem.", "Qaluli wkoll li dawk viċin il-Gvern jiffangaw u l-familji jridu joqogħdu bil-loqom.", "Dan il-kliem ma smajtux biss mingħand din il-familja, imma nisimgħu ta' spiss meta nitkellem mal-familji dwar ir-realtà tal-lum.", "Forsi din il-familja qed titkellem b'dan il-mod għax ma nzertatx li hi xi waħda minn tal-qalba tal-Gvern!", "Illum qegħdin nerġgħu nisimgħu diskors ta' backbenchers Laburisti, anke dawk li forsi qed jimmiraw biex jieħdu post il-Kap tagħhom, li jridu jieħdu ħsieb aktar lil-Laburisti ġo dan il-pajjiż.", "Insejna li Malta hija tagħna lkoll!", "Insejna l-kliem sabiħ li kien jgħidilna l-Partit Laburista dwar il-meritokrazija!", "Din hija r-realtà li qegħdin ngħixu fiha llum, fejn il-familji Maltin mhux qed iħossuhom aktar komdi jgħixu taħt Gvern Laburista u jistħu jgħidu li qed imissu mal-faqar.", "Però min bħali jżur il-familji fid-djar tagħhom jaf sew is-sitwazzjoni reali f'Malta u x'qed iħossu l-familji Maltin.", "Ovvjament, hawn mhux qed nirreferi għal dawk li huma komdi u qegħdin jaqilgħuha tajjeb, għax forsi jafu lil dak u lill-ieħor, imma qed nitkellem dwar min jgħix bil-paga jew bil-pensjoni u jrid ilaħħaq mal-ħajja ta' kuljum.", "F'dan il-pajjiż, għandna permessi tal-bini mill-MEPA ħerġin bħall-pastizzi mingħajr pjan, fl-aktar inħawi popolati ta' pajjiżna.", "Dan hu tajjeb għal min irid jibni; imma, ironikament, fl-istess waqt qed jiżdied l-għadd ta' familji li m'għandhomx saqaf fuq rashom jew jgħixu f'kondizzjonijiet diffiċli.", "Meta tagħmel ix-xita, hawn familji li jidħlilhom l-ilma fid-dar, imorru għand l-Awtorità tad-Djar, imma ma jsibux għajnuna.", "Qegħdin fis-sena 2019, ejja niffokaw fuq dawn il-familji li qegħdin ibatu fid-djar tagħhom, anke jekk id-djar tagħhom huma mikrija mill-privat u l-familji m'għandhomx biżżejjed mezzi biex jirranġaw id-djar li jgħixu fihom.", "X'jistgħu jagħmlu?", "Jitilqu mid-dar fejn jgħixu u jmorru għand l-Awtorità tad-Djar li ma toffrilhomx għajnuna?", "Kif nafu, dan hu ċirku vizzjuż.", "Il-prinċipju li għandna nħaddnu hu li niffokaw fuq min verament għandu bżonn l-għajnuna f'soċjetà li jimpurtaha.", "Sur President, il-Gvern tal-PR qed jgħidilna li dan il-Baġit jixhed li f'Malta qed ngħixu s-suċċess.", "Però jien nistaqsi: Min tassew qed jgħix dan is-suċċess?", "Is-suċċess żgur mhux qed jgħixuh il-familji li dan il-Gvern qiegħed jisraqhom bil-mod kif qiegħed jikkalkula l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Dan hu serq ta' kuljum!", "Jasal il-mument fejn nerġgħu niġu f'din il-Kamra u nitkellmu dwar il-fatt li l-Gvern kellu jirrevedi l-mod kif qed jaħdem u joħroġ il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Żgur li dan is-suċċess mhux qed jgħixuh il-familji Maltin u Għawdxin, inkluż l-anzjani, li jkollhom iħallsu €4.40 iżjed fuq kull €100 ikel li jixtru.", "L-anzjani tagħna mhux qed ilaħħqu mal-ħajja bil-pensjoni tagħhom.", "Żgur li dan is-suċċess mhux qed jgħixuh l-għalliema li dan il-Gvern ried jeħdilhom il-warrant f'radda ta' salib bid-diffikultajiet kbar li llum jeżistu fil-kamp edukattiv.", "Kif nafu, illum għandna studenti li bħalissa mhumiex qegħdin jagħmlu l-eżamijiet tal-Maths u tal-Malti minħabba li l-Gvern mhux kapaċi jaħseb fil-futur u jara x'inhuma l-bżonnijiet fil-qasam tal-edukazzjoni.", "Żgur li dan is-suċċess mhux qegħdin jgħixuh il-ħaddiema barranin li qed jiġu sfruttati u qed ikollhom jgħixu għaxra ġo dar waħda.", "Però mbagħad, is-suċċess qiegħed jgħixu min qiegħed jiffanga u jieħu dak li mhux tiegħu.", "Is-suċċess qed jgħixu min qiegħed jieħu l-konsulenza bla ma tistħoqqlu.", "Is-suċċess qed jgħixu min qiegħed jixtri l-passaport Malti, jiġfieri passaport Ewropew, u lanqas biss nafu min hu.", "Is-suċċess qed jgħixu min qiegħed jisraq lill-poplu Malti, kif qalilna l-Awditur Ġenerali fil-każ tal-Electrogas, tal-visas Alġerini, tal-visas Libjani u fis-sitwazzjoni tax-xiri taż-żejt.", "Is-suċċess qed jgħixu min qiegħed jisraq l-art tal-poplu Malti u jfarrak l-ambjent ta' pajjiżna.", "Però l-aqwa li dan il-Gvern tal-PR jgħidilna li f'dan il-Baġit ma ħadilna xejn!", "Dan il-Gvern imbagħad idaħħal it-taxxi waħda waħda matul is-sena, fosthom iż-żieda li daħlet f'dawn il-ġranet fil-prezzijiet għar-rimi tat-terrapien.", "Din hija miżura li se taffettwa ħażin il-prezzijiet tal-proprjetà, jiġifieri se taffettwa lill-familji li qegħdin ifittxu post fejn irabbu l-familji tagħhom.", "Il-familji qed jintlaqtu ħażin ukoll mill-għoli tal-ħajja.", "Skont l-aħħar rapport dwar l-indiċi tal-għoli tal-ħajja li għadu kemm ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, tul l-2018 ir-rata tal-għoli tal-ħajja f'Malta żdiedet b'1.5%.", "Issa nħalli f'idejn min qiegħed jismagħna biex jiddeċiedi jekk jemminx din ir-rata jew le.", "Lanqas il-Partit Laburista stess ma jemminha, għax meta kien fl-Oppożizzjoni hu stess kien jikkritika l-mod kif jitkejjel l-għoli tal-ħajja.", "Però issa l-Partit Laburista fil-gvern għadu jkejjel bl-istess mod li kien jintuża qabel u li hu kien tant jikkritika.", "M'hemmx dubju li l-konsumaturi hemm barra jafu li l-ħajja għoliet ferm iżjed minn din iċ-ċifra.", "Nistaqsi: Bl-għoli tal-ħajja, min qiegħed ibati l-iżjed?", "Qed tbati żgur dik il-faxxa ta' nies u familji li jinsabu f'qagħda finanzjarja batuta.", "Qed ibatu dawk li jaqilgħuha u jikluha, dawk li qegħdin fix-xifer tal-faqar jew saħansitra fil-faqar.", "Qed ibatu l-istudenti li qed iħallu l-edukazzjoni kmieni jew dawk li qed itemmu l-edukazzjoni mingħajr kwalifiki.", "Qed ibatu dawk li ilhom snin sħaħ jistennew xi inizjattiva favur il-housing soċjali minn dan il-Gvern suppost tal-ħaddiem u Soċjalista.", "Qed ibatu l-pensjonanti, speċjalment dawk li, minbarra l-mediċini, iridu jħallsu wkoll il-kera tal-post fejn jgħixu.", "Qed ibatu dawk l-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom, bħal dawk li kienu jaħdmu mal-kumpanija Astracast f'Bulebel u li għadha kemm għalqet ftit tal-ġranet ilu.", "Sur President, għall-Partit Nazzjonalista, dawn mhumiex sempliċement numri, imma huma nies li spiċċaw mingħajr introjtu u qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-ħajja.", "Filwaqt li dan il-Gvern hu medhi jsemmi ċ-ċifri ta' 13,000 ħaddiem li jrid iġib kull sena lejn pajjiżna, bħala Partit Nazzjonalista qed nisħqu bla heda li ma rridux ekonomija bbażata fuq iċ-cheap labour u l-prekarjat.", "Aħna rridu politika tal-equal pay for equal work, fejn ikun hemm l-istess ħlas għall-istess xogħol.", "Aħna rridu ninvestu fil-ħiliet tal-Maltin u nindirizzaw l-iskarsezzi fil-ħiliet b'mod sostenibbli.", "Irridu forza tax-xogħol tas-sengħa u bl-aqwa ħiliet u kwalifiki ħalli, qabel nimportaw aktar ħaddiema barranin u nħallsuhom bil-boqxiex, inħaddmu l-ħaddiema li hawn f'pajjiżna bi pjan għal ġejjieni.", "Għalhekk għandna bżonn ta' pjan fit-tul, b'viżjoni għall-2030 u lil hinn.", "Għalhekk irridu li tassew jiżdied l-għadd ta' nisa fid-dinja tax-xogħol, inkluż fl-ogħla karigi f'pajjiżna bil-fatti u mhux bid-diskors biss.", "Sur President, skont l-aħħar statistika mill-Kummissjoni Ewropea jidher li d-distakk bejn l-introjtu tan-nisa u tal-irġiel, imsejjaħ bħala gender pay gap, żdied minn 7.7% għal 11%.", "Jekk se nitkellmu fuq ċifri, hija inkwetanti wkoll ir-rappreżentanza baxxa tan-nisa fuq il-bordijiet, fejn skont rapport ieħor tal-Kummissjoni Ewropea, Malta tinstab it-tieni mill-aħħar fl-Ewropa.", "Naħseb li bħala pajjiż, irridu niffokaw aktar fuq din is-sitwazzjoni.", "Sur President, kif taf, jien il-kelliem ewlieni għall-qasam tal-enerġija f'pajjiżna.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Ufiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) ippubblika rapport estensiv u voluminuż li jistħarreġ u jgħarbel bir-reqqa l-proċess kollu minn meta ħarġet is-sejħa tat-tender għall-power station il-ġdida ta' Delimara sakemm saret l-għażla, minn meta beda jitħejja l-proġett, ġie implimentat, ittestjat u beda jitħaddem.", "M'iniex se nidħol fid-dettall tar-rapport, iżda hemm punti saljenti li ma nistax ma nsemmihomx fil-qosor.", "Dan ir-rapport ħareġ fiċ-ċar dak li l-Partit Nazzjonalista ilu snin jisħaq fuqu, jiġifieri li kollox kien maħdum bizzilla minn uħud mill-esponenti tal-Gvern li riedu jistagħnew bil-kbir minn dan id-deal.", "Illum iż-żejt tela' f'wiċċ l-ilma!", "Aktarx li huwa għalhekk li l-Kummissarju tal-Liġijiet Franco Debono, nhar is-Sibt li għadda, stqarr li l-Prim Ministru Joseph Muscat hu l-aktar Prim Ministru korrott li ra pajjiżna.", "Issa jekk il-persuna maħtura mill-istess Prim Ministru bħala l-Kummissarju tal-Liġijiet qed jgħid dan il-kliem, inħalli lil min qed jismagħna hemm barra biex jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.", "Sur President, jekk immorru ftit lura fis-snin, insibu li l-manifest elettorali kkulurit tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali kien qalilna ċar u tond x'inhuma l-wegħdi għas-settur tal-enerġija.", "Fost l-oħrajn, kienu qalulna li Gvern Laburista ġdid jinvesti f'teknoloġija ġdida li taħdem bil-gass permezz ta' sħubija pubblika privata, iżda li dan bl-ebda mod ma jkun ifisser li l-Enemalta se tiġi pprivatizzata.", "Kienu qalulna wkoll li se jraħħsu l-kontijiet għall-familji u n-negozji.", "Kif jaf kulħadd, din l-għajta konna smajnieha diversi drabi.", "Kienu qalulna li dan l-investiment se jwassal biex ikollna roħs fil-kontijiet.", "Dan l-investiment qawwi fil-gass permezz ta' tanker fix-xatt ta' Marsaxlokk u l-power station kellha tkun il-viżjoni ta' Gvern Laburista.", "Illum sirna nafu sew x'ġara ftit sigħat wara li l-Partit Laburista rebaħ dik l-elezzjoni.", "Apparti l-mijiet ta' mistoqsijiet li jasal għalihom l-Awditur Ġenerali, ir-rapport isemmi li fil-maġġoranza kbira tal-ġimgħat analizzati minnu kien hemm dik li sejjaħ \"korrelazzjoni pożittiva\" fejn l-Enemalta xtrat l-inqas mill-interconnector meta l-prezz kien l-orħos u xtrat l-iżjed meta l-prezz kien l-ogħla.", "Sur President, din hija xi ħaġa li ma titwemminx!", "L-Awditur Ġenerali qed jgħid li l-Enemalta xtrat l-anqas flok l-aktar meta l-prezz kien l-orħos, filwaqt li xtrat l-iżjed flok l-inqas meta l-prezz kien l-ogħla!", "Wieħed jista' faċilment jaċċessa din il-grafika mir-rapport tal-Awditur f'paragrafi 13.4.17 u 13.4.22.", "Dan ir-rapport isemmi wkoll li kieku l-Enemalta xtrat aktar bil-għaqal mill-interconnector minflok minn Delimara 4 matul l-istess perjodu, kienet tiffranka eluf kbar ta' ewro.", "Għal din l-informazzjoni, wieħed jista' jara r-rapport tal-Awditur Ġenerali, paragrafi 13.4.23 u 13.4.24.", "Dan kollu juri li l-proġett tal-interconnector, li kien il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista, hu l-orħos wieħed u l-inqas wieħed li jniġġes.", "Għalhekk dan il-Parlament għandu jkompli jikkonsidra li jiddiskuti x-xiri tal-gass mill-interconnector.", "Kif qed nitkellmu fuq l-estimi tal-Baġit, ma nistax ma nitkellimx ukoll fuq iż-żieda esaġerata fl-ispiża rikorrenti tal-Gvern.", "Ovvjament, din hija xi ħaġa li bħala Oppożizzjoni ilna nisħqu fuqha.", "Meta nitkellmu fuq l-ispiża tal-Gvern jeħtieġ nagħmlu distinzjoni bejn dik li hija rikorrenti, li trid issir kull sena, u dik l-ispiża kapitali għall-investimenti li jsiru darba biex iservu għal ħafna snin wara.", "Mill-estimi tal-Baġit qed joħroġ fid-deher li dan il-Gvern, minflok ma qiegħed iżid l-ispiża kapitali biex jinvesti fil-proġetti ta' fejda għall-poplu għall-futur, qed jagħżel li jżid l-ispiża rikorrenti biex dawk li jridu jiffangaw, ikollhom minn fejn jagħmlu dan.", "Bejn l-2013, li kienet l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista, u l-2017, l-ispiża rikorrenti ta' Gvern Laburista żdiedet b'aktar minn €1 biljun.", "Huwa stmat li din is-sena l-ispiża rikorrenti se tkun żdiedet b'€1.5 biljun meta mqabbla mal-ispiża fi żmenijiet gvernijiet Nazzjonalisti.", "Dawn iċ-ċifri huma allarmanti għax in-nefqa kważi rduppjat!", "Fl-2013 l-ispiża rikorrenti kienet ta' €2,600 miljun; issa se titla' għal €4,119 miljun.", "Mill-analiżi tagħna tal-estimi tal-Baġit, joħroġ fid-deher li fattur ewlieni li qiegħed jikkawża din iż-żieda fl-ispiża tal-Gvern huwa l-ħlas tal-pagi għas-settur pubbliku.", "Hawn importanti li wieħed jinnota li r-referenza hija għall-impjiegi li m'hemmx bżonnhom.", "Ovvjament, aħna m'għandna l-ebda diffikultà li jiżdiedu l-għalliema li tant hemm bżonnhom, l-infermiera u t-tobba.", "Aħna qed nitkellmu dwar impjegati f'positions of trust fil-ministeri tal-akbar numru ta' Ministri li qatt kellu Kabinett f'pajjiżna.", "Meta nħarsu lejn l-ispiża fuq il-pagi fis-settur pubbliku naraw li bejn l-2013 u l-2019 din żdiedet b'aktar minn €300 miljun, jiġifieri minn €640 miljun telgħet għal €960 miljun.", "Dan ifisser li din is-sena l-Gvern se jonfoq €320 miljun aktar fuq pagi tas-settur pubbliku milli nefaq sitt snin ilu, li jfisser żieda ta' kważi 50%.", "F'dan il-kontest, bħala Oppożizzjoni Nazzjonalista se nibqgħu nisħqu fuq l-importanza għal għajxien diċenti għal kulħadd u ekonomija ta' kwalità li tbiegħed lil kulħadd mill-faqar u mill-illiteriżmu.", "Se nibqgħu nisħqu fuq edukazzjoni mingħajr ħlas u xogħol aħjar.", "Irridu naraw li fejn ir-rota qiegħda ddur, inħalluha ddur u nagħtuha aktar żejt biex taħdem aħjar, imma fejn hemm bżonn bidla mill-qiegħ, irridu nkunu kuraġġużi biżżejjed u nipproponu triq 'il quddiem li treġġa' lura lil dawn is-setturi fuq saqajhom.", "Bħala Oppożizzjoni jimpurtana mid-dinjità ta' kull individwu.", "Aħna nemmnu li dak li hu tajjeb għandna ngħidu li hu tajjeb u naraw kif nistgħu nagħmluh aħjar, waqt li dak li hu ħażin irridu ngħidulu ħażin u nikkritikawh.", "Bħala Oppożizzjoni Nazzjonalista, jimpurtana mill-ħajja tan-nies u mill-ġid komuni.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa dak li nkunu qegħdin infissru meta ngħidu li rridu soċjetà li jimpurtaha!", "Fit-tfassil tal-politika rridu nikkonċentraw fuq il-ġid komuni u l-ġid għal kulħadd, u mhux fuq l-interess tal-ftit.", "Din il-viżjoni tissarraf f'politika li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies u mhux sempliċement f'mezz irħis għall-gwadann personali minn fuq dahar il-poplu.", "Sur President, bħala Oppożizzjoni, qegħdin insostnu mal-Gvern li hemm żewġ għażliet importanti li jridu jittieħdu matul dawn il-ġimgħat li ġejjin u dawn għandna neħduhom bil-għaqal, b'kunsens, b'intelliġenza u bi ftehim.", "L-ewwel nett, ejja naslu għall-għażla ta' President ta' pajjiżna li jgħaqqad lil dan il-pajjiż.", "Hemm bżonn li bħala Gvern u Oppożizzjoni inpoġġu bilqiegħda flimkien, nikkonsultaw u nagħżlu l-aħjar persuna li fiċ-ċirkostanzi tal-lum għandha l-kapaċità li tgħaqqad lil dan il-pajjiż.", "Għandna biżżejjed firda f'dan il-pajjiż, għalhekk ejja nsibu l-persuna li tgħaqqad lil dan in-nazzjon fil-kariga tal-President ta' pajjiżna.", "Bħala Oppożizzjoni, għadna nemmnu li hemm bżonn li jkollna President li din id-darba jkun ġej minn kamp differenti mill-Gvern, kif kien għamel l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi meta kien ħatar persuna ġejja mill-kamp tal-Partit Laburista.", "Hawn qed nirreferi għall-ħatra ta' George Abela bħala President ta' pajjiżna, li kien għamel biċċa xogħol tajba ħafna.", "Wasal il-mument biex f'dan il-pajjiż nerġgħu nagħżlu persuna li tkun ġejja minn kamp differenti minn tal-Gvern, jiġifieri mill-kamp tal-Partit Nazzjonalista, li tista' tgħaqqad lill-pajjiż bħalma kien għamel George Abela.", "Ejja naħdmu flimkien biex insibu l-aħjar persuna li taqdi r-rwol tagħha fl-ogħla kariga tal-pajjiż.", "It-tieni nett, fil-ġimgħat li ġejjin għandna naħdmu biex pajjiżna jagħmel emendi fil-Kostituzzjoni li verament jixirqu lil dan il-pajjiż.", "Ejja nagħmlu l-għażliet meħtieġa għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Iż-żewġ naħat f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għandhom jilħqu kompromess biex jaraw kif se jtejbu l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Dan għaliex fis-soċjetà tagħna rridu nieħdu ħsieb lil kulħadd u mhux il-Laburisti biss, kif qalilna xi ħadd min-naħa tal-Gvern.", "Dan imur kontra dak li kien jgħid il-Partit Laburista meta kellu l-għajta ta' \"Malta tagħna lkoll\".", "Ejja nerġgħu lura lejn ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u naraw li nieħdu ħsieb xulxin.", "Jekk ma nagħtux widen għall-ħteġijiet ta' xulxin inkunu qegħdin nitilfu l-boxxla soċjali.", "Fl-aħħar mill-aħħar, ikun qiegħed ibati kull wieħed u waħda minna.", "Sur President, b'għaqal, b'intelliġenza u bi ħsieb, l-Oppożizzjoni llum qed tkun ċara li fejn naqblu, m'għandna l-ebda diffikultà ngħidu li qed naqblu, waqt li fejn ma naqblux, qed ngħidu għalfejn biex inġibu lill-Gvern konxju li dak li qed ngħidu aħna huwa dak li qed tgħid in-nies fit-triq.", "In-nies iridu li nagħmlu l-affarijiet aħjar minn kif saru fil-passat.", "Ejja nibdew nagħmlu politika ġdida, inpoġġu madwar l-imwejjed ta' fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet biex nieħdu l-aqwa deċiżjonijiet fl-interess ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, illum, fil-kapaċità tiegħi ta' kelliem tal-Oppożizzjoni għall-affarijiet tal-Unjoni Ewropea, nixtieq nitkellem dwar Brexit.", "B'mod partikolari, nixtieq nitkellem fuq kif Malta, iċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit u n-negozjanti Maltin u Għawdxin għandhom jippreparaw għal dan il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, nixtieq inwassal ilment lill-Gvern Malti dwar il-komunità Maltija li tgħix fl-Iskozja.", "Nhar is-Sibt li għadda, iddeċidejt li nibqa' d-dar u nara film ta' Indiana Jones ma' wliedi.", "Kont qed nara x-xena fejn dan Indiana Jones imur fit-tempju ta' Petra fil-Ġordan għall-Kalċi Mqaddes, magħruf bħala l-Holy Grail.", "Ħin minnhom, kien hemm xena li fakkritni proprju fi Brexit.", "Indiana Jones kien qed jiġġieled ma' kurunell tan-Nazi fuq tank tal-gwerra li kien miexi bil-mod dritt għal xifer l-irdum.", "Ovvjament, din kienet xena ta' suspense, fejn għandek żewġ persuni jagħtu bil-ponn fuq il-karru li jaqa' minn fuq l-irdum b'Indiana Jones u l-kurunell Nazist, però Indiana Jones jiggranfa ma' fergħa ta' siġra u jsalva.", "Qed nirrakkonta din l-istorja biex nuri d-drama li għaddejja bħalissa bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Hemmhekk verament hemm sitwazzjoni fejn mexjin lejn xifer l-irdum!", "Fil-fatt iċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit, inkluż fl-Iskozja, Wales, l-Irlanda ta' Fuq u Londra, għandhom raġun jinkwetaw.", "L-istess jista' jingħad għan-negozjanti Maltin u Għawdxin li jimportaw jew jesportaw lejn ir-Renju Unit.", "Qed nitkellem dwar dan is-suġġett biex nibgħat messaġġ, speċjalment lill-Maltin li għandhom il-qraba tagħhom fir-Renju Unit, biex iċemplu fuq il-linja tat-telefon 153 li ħoloq il-Gvern għal aktar informazzjoni.", "Din hija inizjattiva tajba min-naħa tal-Gvern, biex il-Maltin ikunu jafu aktar x'inhuma d-drittijiet tal-qraba tagħhom fir-Renju Unit.", "L-istess qraba jistgħu jċemplu wkoll lill-Kummissjoni Għolja f'Londra għal aktar tagħrif.", "Ħafna qed jistaqsu jekk jistgħux ikomplu jgħixu, jistudjaw u jaħdmu fir-Renju Unit.", "Ovvjament, dawn huma mistoqsijiet pertinenti u relevanti ħafna għalihom.", "Nifhem li wisq probabbli l-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit se jkollhom bżonn ta' xi forma ta' dokumentazzjoni mill-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra.", "Ejja niftakru li r-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Marzu 2019, jiġifieri tmien ġimgħat oħra.", "Huwa għalhekk li qed ngħid li mexjin lejn xifer l-irdum!", "Kif mexjin l-affarijiet, jidher li r-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr qbil.", "Dan għaliex il-House of Commons irrifjutat il-ftehim li sar bejn il-Gvern tal-Prim Ministru Theresa May u l-Unjoni Ewropea.", "Bħala Oppożizzjoni, qed naqblu mal-approċċ li ħa l-Gvern Malti u li ħadet l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fehma tagħna, l-Unjoni Ewropea qed tmexxi n-negozjati b'mod tajjeb ħafna.", "Huwa tajjeb li l-Unjoni Ewropea qed iżżomm il-kolp u mhux qed tipperikola l-integrità tas-suq intern.", "Min-naħa l-oħra, bħala Oppożizzjoni, appoġġjajna lill-Gvern Ingliż ta' Theresa May li aċċetta l-withdrawal agreement, jiġifieri dak il-ftehim li sar bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "L-Oppożizzjoni approvat dan il-ftehim, kif għamlu wkoll il-Gvern u l-Unjoni Ewropea.", "Però l-membri parlamentari tar-Renju Unit irrifjutaw dan il-ftehim.", "Għalhekk illum għandna sitwazzjoni fejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit mhumiex qed jiġġieldu fuq tank tal-gwerra li se jaqa' minn xifer l-irdum, għax mhux qed jaqblu.", "Però, għad hemm differenzi kbar dwar x'għandu jsir minn issa sad-29 ta' Marzu 2019.", "Naħseb li għalkemm il-House of Commons ma jixtiqux li jkun hemm ħruġ mingħajr ftehim, il-fatt li rrifjutaw il-ftehim li sar mill-Gvern ta' Theresa May u l-Unjoni Ewropea se jwassal għal Brexit mingħajr ftehim, kif qed jaħsbu ħafna nies.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li ċ-ċittadini Maltin, inkluż in-negozjanti, kif ukoll iċ-ċittadini Brittaniċi li joqogħdu f'Malta, ikunu ppreparati għal Brexit.", "Il-Gvern Malti tana kemm-il darba stqarrijiet ministerjali dwar Brexit.", "Bħala Oppożizzjoni, tlabna wkoll laqgħat fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, fejn irrid nirringrazzja lill-President tal-Kumitat, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, u lill-Ministru Helena Dalli talli ġew kemm-il darba fil-Kumitat u taw spjega dwar x'qed isir mill-Gvern Malti.", "Naħsbu li l-approċċ fir-rigward ta' negozji huwa tajjeb, però nixtieq inwassal dan l-ilment li ġej mill-Maltin li joqogħdu f'Edinburgh u l-kumplament tal-Iskozja.", "Fil-fatt fl-Iskozja għandna assoċjazzjoni tal-Maltin li joqogħdu f'dan il-pajjiż, immexxija minn Dr Rennie Schreiner, li huwa Malti mwieled f'Malta, però joqgħod viċin Edinburgh.", "Dr Schreiner jgħid li hemm tal-inqas 900 Malti li joqogħdu fl-Iskozja b'passaport Malti.", "Però, minkejja l-isforzi kollha tiegħu biex jagħmel kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, kif ukoll mal-Kummissarju Għoli Joseph Cole f'Londra, qalli li ma rċieva l-ebda risposta.", "Fost l-oħrajn, qalli li talab żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, talab li l-assoċjazzjoni tal-Maltin li joqogħdu fl-Iskozja tkun irreġistrata fil-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta.", "Normalment, dan il-Kunsill jirreġistra l-assoċjazzjonijiet madwar id-dinja kollha.", "Jidher li Dr Schreiner bagħat aktar minn email waħda, bl-ewwel waħda tkun f'Ġunju 2018 u, sa dan ix-xahar, jiġifieri Frar 2019, għadu ma rċeviex risposta.", "Dan ifisser li, għalkemm ninsabu fuq l-għatba ta' Brexit, din l-assoċjazzjoni għadha lanqas biss hija inkorporata u rreġistrata fil-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra.", "Agħar minn hekk, Dr Schreiner talab kemm-il darba lill-Kummissarju Għoli Joseph Cole biex jagħmlu laqgħat f'Edinburgh jew fi Glasgow, kif diġà sar b'suċċess f'Londra, però għadu bla risposta.", "Naħseb li la jien u lanqas il-Gvern ma jippretendu li n-nies li jgħixu fl-Iskozja jmorru għal laqgħa f'Londra, li tinsab madwar 650 kilometru 'l bogħod minn Edinburgh.", "Ġustament li l-Maltin li joqogħdu fi Scotland jixtiequ li uffiċjali tal-Gvern Malti, flimkien ma' uffiċjali tal-Gvern tar-Renju Unit, iserrħulhom moħħhom billi jgħidulhom eżatt x'iridu jagħmlu minn issa 'l quddiem.", "Kif għedt, qed jiġu mqajma mistoqsijiet importanti, fosthom jekk wara d-29 ta' Marzu 2019 il-Maltin li jgħixu fl-Iskozja hux se jkollhom dritt ikomplu jistudjaw u jekk il-miżata tal-istudji tagħhom hux se tibqa' tiġi mħallsa mill-Gvern.", "Fil-fatt Dr Schreiner informani li l-Gvern Skoċċiż iggarantixxa l-miżata tal-istudji għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea għall-2019 u l-2020, imma ħafna qed jistaqsu x'se jiġri wara l-2020.", "L-istess, min huwa pensjonant li joqgħod fl-Iskozja se jibqa' jirċievi l-pensjoni tiegħu?", "Dawn huma kollha mistoqsijiet importanti ħafna għall-futur ta' dawn in-nies li għadhom mingħajr risposti.", "Nerġa' ngħid li jien ma nippretendix li xi ħadd li joqgħod fi Glasgow, Edinburgh, Belfast, Cardiff jew Manchester, għandu jmur Londra għal laqgħat ta' informazzjoni.", "Hawn qed nitkellmu dwar eluf ta' Maltin.", "Il-OneTV irrapporta li hemm madwar 30,000 Malti u Għawdxi li jgħixu fir-Renju Unit.", "Jien smajt ħafna figuri u, għalkemm il-Prim Ministru qal li ma jafx il-figura eżatta, huwa żgur li qed nitkellmu fuq eluf kbar ta' Maltin, li ħafna minnhom ma jafux li teżisti din il-linja 153.", "Għalhekk, huwa importanti u neċessarju li fix-xenarju li qed nitkellmu dwaru, jiġifieri li x'aktarx se jkollna Brexit mingħajr ftehim jew Brexit mhux ordnat, il-Kummissarju Għoli Joseph Cole jmur f'dawn l-ibliet, fejn, bħalma għamel f'Londra, jistieden lill-uffiċjali tal-Gvern tar-Renju Unit biex ikellmu liċ-ċittadini Maltin.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma Maltin bħalna!", "Irrid inqajjem il-punt li dawn in-nies qed iħossuhom diskriminati.", "Dr Schreiner qalli li qed iħossuhom abbandunati għax, minkejja l-isforzi tiegħu biex jiltaqgħu mal-Gvern Malti, baqgħu mingħajr risposta min-naħa tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Inħoss li dan huwa każ ta' diskriminazzjoni u għalhekk, flimkien mal-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, qajjimt dan il-punt kemm-il darba fil-Kumitat.", "Tajjeb li l-Ministru jieħu dawn l-ilmenti bis-serjetà, għax ma nistgħux naslu għal Brexit tmien ġimgħat oħra u dawn il-Maltin jibqgħu mingħajr informazzjoni.", "Minkejja dan kollu, naħseb li l-approċċ tal-Gvern fuq Brexit b'mod ġenerali huwa tajjeb.", "Bħala Oppożizzjoni, qed insusu fuq il-Gvern fil-Plenarja, kif ukoll fil-Kumitat, biex inkunu ċerti li l-affarijiet jimxu b'mod tajjeb.", "Ngħid ukoll li personalment ċempilt lil numru ta' nies li qegħdin fil-komunità u l-assoċjazzjoni tan-negozju, u jidher li x-xogħol miexi b'mod tajjeb.", "Kien hemm ukoll miżura tajba min-naħa tal-Gvern bl-isem Get Ready, fejn il-Gvern qed jagħti €4,000 lil kull negozju li b'xi mod se jkun affettwat mill-Brexit biex joħroġ b'business plans.", "Wisq probabbli li dawn l-€4,000 se jmorru għall-konsulenza biex dawn in-negozji jippreparaw ruħhom għal Brexit.", "Nerġa' nħeġġeġ ukoll lil dawk kollha li qed isegwuna biex jinformaw lill-qraba tagħhom li jgħixu fir-Renju Unit dwar il-linja 153 jekk jeħtieġu aktar informazzjoni.", "Naħseb li minn dak il-lat, il-Gvern miexi b'mod tajjeb.", "Bħala Oppożizzjoni, qajjimna diversi mistoqsijiet dwar Brexit fi stadju ta' Kumitat, inkluż dwar jekk id-Dwana ta' Malta hijiex ippreparata għal Brexit mingħajr ftehim.", "Il-Gvern qed iserraħ moħħna li d-Dwana qed tipprepara ruħha għal kull xenarju.", "Minn kuntatti informali, ninsab informat ukoll li d-Dwana qiegħda f'kuntatt b'mod dirett ma' negozji, importaturi u esportaturi lejn ir-Renju Unit.", "Tajjeb li jkun hemm dak il-kuntatt, għax inkella jista' jkollna ċerti problemi.", "Ma ninsewx li jekk ikun hemm Brexit mhux ordnat, dan jista' jaffettwa wkoll il-qasam tat-turiżmu.", "Smajna numru ta' figuri dwar l-ammont ta' turisti mir-Renju Unit li jżuru pajjiżna.", "L-Onor.", "Robert Arrigo semma li 40% tat-turisti li jżuruna jiġu mir-Renju Unit.", "Għalhekk, bħala Oppożizzjoni, ma nixtiqux li niġu fi stadju fejn jitwaqqfu titjiriet tal-ajru bejn Malta u r-Renju Unit f'każ li jkollna Brexit mhux ordnat.", "Dawn huma kollha mistoqsijiet li tqajmu mill-Oppożizzjoni u li l-Gvern qiegħed jaħdem dwarhom.", "Huwa importanti wkoll li jkollna idea ċara dwar jekk hemmx bżonn ta' sigurtà ikbar fl-arjuport u fil-fruntieri ta' Malta f'każ ta' Brexit mhux ordnat.", "Però naħseb li, minkejja dawn il-mistoqsijiet kollha, l-aktar inkwetanti hu l-fatt li għaċ-ċittadini Maltin u Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit, kif ukoll għaċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu f'Malta hemm inċertezza kbira fuq żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, il-kwestjoni dwar il-just in time deliveries.", "Pereżempju, ikollok fabbrika tal-karozzi fir-Renju Unit li normalment tirċievi l-parts biex tibni karozza sagħtejn qabel minn pajjiżi oħrajn, bħal Franza.", "Dan huwa proċess normali meta jkollok supply chain.", "Il-mistoqsija issa hija jekk dawn il-parts hux se jdumu biex jidħlu fir-Renju Unit għax, jekk jiġri dan, se titħarbat il-produzzjoni tal-karozzi.", "U bħal dan il-każ, hemm ħafna oħrajn.", "Però aktar relevanti għal Malta u għaċ-ċittadini Maltin u Ewropej li jgħixu fir-Renju Unit huwa r-rikonoxximent tal-kwalifiki.", "Pereżempju, s'issa kien faċli li inġinier Malti li jistudja u jiggradwa mill-Università jmur jaħdem jew ikompli l-istudji tiegħu fir-Renju Unit.", "Illum il-ġurnata għadna ma nafux jekk din ir-reċiproċità tal-kwalifiki tad-degrees hux se tibqa' jew le.", "Nafu biss li hemm commitment li sal-2020, inġinier jew tabib Malti jista' jmur jaħdem jew jistudja fir-Renju Unit mingħajr diffikultà, però wara l-2020 ma nafux x'se jiġri.", "Għalhekk hemm bżonn li l-Gvern Malti jagħmel ftehim bilaterali mal-Gvern tar-Renju Unit, speċjalment jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.", "Bħala Oppożizzjoni għal Gvern alternattiv, ninsabu kuntenti li hemm commitment mill-Gvern tar-Renju Unit u mill-Gvern Malti li jinżamm il-ftehim li kien sar bejn Malta u r-Renju Unit fl-1975 fil-qasam tal-mediċina, imsejjaħ il-Konvenzjoni tas-Saħħa.", "Permezz ta' dan il-ftehim, pazjenti minn Malta jistgħu jmorru għall-kura fl-isptarijiet tar-Renju Unit.", "Fil-Parlament, bħala Oppożizzjoni qajjimna wkoll il-kwestjoni dwar il-mediċini.", "Bħala pajjiż, inġibu l-mediċina mir-Renju Unit għax l-istruzzjonijiet fuq il-mediċina jkunu miktuba bl-Ingliż, li hija waħda mil-lingwi uffiċjali ta' Malta.", "Pereżempju, jekk inġibu l-mediċina mir-Rumanija, l-istruzzjonijiet se jkunu miktubin bir-Rumen, li hija lingwa li aħna l-Maltin ma nafuhiex.", "Għalhekk, huwa importanti li Malta tibqa' ġġib il-mediċina bl-istruzzjonijiet miktuba bl-Ingliż.", "F'dan il-każ, il-Gvern qed jgħidilna li qed jipprova jsib alternattivi.", "Dan għaliex jekk il-mediċina se tibqa' tiġi mir-Renju Unit u r-Renju Unit ikun ħareġ mill-Unjoni Ewropea, bħala pajjiż se jkollna nħallsu d-dazju fuqha, se jkun hemm aktar burokrazija, u l-prezzijiet se jogħlew.", "Il-Gvern Malti jrid, pereżempju, jaħżen il-mediċina f'każ ta' Brexit mingħajr ftehim u jrid isib alternattivi minn fejn se jixtri l-mediċina minn pajjiżi oħrajn li jitkellmu bl-Ingliż, bħall-Irlanda.", "Fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, xħin wieħed jidħol fid-dettall tal-withdrawal agreement jinduna li l-Irlanda ta' Fuq se tkun stmata bħala parti mill-cusotms union tal-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa żvilupp li qed insegwuh mill-qrib.", "Irrid ngħid li għalkemm il-Gvern qed jgħidilna li l-mediċina li se tiġi Malta se tibqa' tinbiegħ bl-istess prezz, insibha daqsxejn diffiċli li nemminha, għax jekk wieħed, pereżempju jixtri l-mediċna mill-Irlanda minflok mir-Renju Unit, mill-ewwel se jinduna li l-prezz huwa ogħla, għax fir-Renju Unit il-kompetizzjoni hija ikbar milli fl-Irlanda.", "Bħala Oppożizzjoni, naqblu mal-miżura li ħareġ il-Gvern li f'każ ta' Brexit mingħajr ftehim jagħti permess ta' residenza għal għaxar snin lill-Brittaniċi li joqogħdu f'Malta, liema permess jista' jkun estiż.", "F'dokument li ħareġ ir-Renju Unit ftit ilu, jidher li se jkun qed jagħmel xi ħaġa simili, fis-sens li ta commitment għall-Maltin li joqogħdu fir-Renju Unit.", "Però jibqa' l-fatt li s-sitwazzjoni fir-Renju Unit hija fluwida, u għalhekk jista' jkun hemm sitwazzjoni fejn jaqa' l-Gvern jew ikun hemm Prim Ministru jew Gvern minn partit ġdid u x-xenarju jinbidel.", "Għalhekk, bħala pajjiż, huwa importanti li nżommu l-pressjoni fuq il-Gvern Ingliż biex ikun hemm ftehim għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit.", "Huwa tajjeb li f'Malta nkunu ġenerużi maċ-ċittadini tar-Renju Unit, għax l-istorja tagħna hekk titlob, però tajjeb li naraw li jkun hemm reċiproċità mill-Gvern Ingliż.", "Pereżempju, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fl-ajruport se jkun hemm korsija għaċ-ċittadini li ġejjin mill-European Economic Area, inkluż mir-Renju Unit, biex ma joqogħdux jistennew.", "Qed nimmaġina li din il-korsija se tkun simili għal dik ta' Schengen.", "Però, fl-istess ħin, ma nistax nifhem kif il-Gvern poġġa liċ-ċittadini tal-European Economic Area fl-istess kategorija taċ-ċittadini tar-Renju Unit.", "Iċ-ċittadini tal-pajjiżi li qegħdin fil-European Economic Area, bħal, pereżempju, in-Norveġja u l-Iżvizzera, diġà qegħdin f'Schengen u għalhekk ma hemmx bżonn li jgħaddu minn din il-korsija.", "Hemm bżonn korsija għaċ-ċittadini tal-pajjiżi li qegħdin fl-Unjoni Ewropea u mhumiex f'Schengen; però dak huwa dettall li nistgħu nittrattawh mingħajr diffikultà.", "Aktar importanti minn hekk huwa li l-Gvern Malti għandu jitlob li l-Gvern tar-Renju Unit jagħti l-istess opportunitajiet liċ-ċittadini Maltin, f'sens ta' korsija ta' fast lane, fl-ajruporti tar-Renju Unit għall-Maltin u ċ-ċittadini kollha li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern Malti qalilna wkoll li l-Kabinett identifika 82 liġi li se jkollhom jiġu emendati minħabba l-Brexit.", "Tajjeb li, bħala Oppożizzjoni, nitolbu lill-Gvern jagħtina dik il-lista biex inkunu nafu eżattament fuqiex qed nitkellmu.", "Nixtieq nagħti ħarsa qasira lejn il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista f'dak li għandu x'jaqsam man-negozjati bejn il-Prim Ministru Theresa May u l-Unjoni Ewropea.", "Kif għedt fil-bidu, l-Oppożizzjoni, bħal ħafna nies, qed tqis id-29 ta' Marzu 2019 bħala xifer l-irdum.", "Nemmnu li fis-sitwazzjoni preżenti tajjeb li l-Gvern Malti jibqa' mija fil-mija wara l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea.", "Bħala Oppożizzjoni, naħsbu li l-ewwel nett id-data tad-29 ta' Marzu 2019 għandha tibqa' u ma tiġix posposta biex in-nies jiffokaw aktar fuq id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu kemm mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-Gvern Ingliż.", "It-tieni nett, jekk l-Unjoni Ewropea tixtieq tikkonsidra xi tibdiliet f'dak li għandu x'jaqsam ma' backstop, jiġifieri ma' time limit – ngħidu aħna jekk il-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq għandhiex tkun immaniġġjata b'teknoloġija ġdida, imsejħa Max Fac, jew jekk hemmx bżonn ta' xi tibdiliet żgħar fil-Withdrawal Agreement – dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minnufih biex tinġieb aktar ċertezza għaċ-ċittadini Ewropej u tar-Renju Unit f'każ ta' Brexit mingħajr ftehim.", "Naħseb li l-Gvern Malti għandu jibqa' mija fil-mija wara n-negozjatur uffiċjali tagħna, Michel Barnier, kif ukoll l-istruzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex inkunu kollha magħqudin b'għan wieħed.", "Naħseb li l-integrità tas-suq intern għandha tiġi mħarsa.", "Sinjura President, qabel nikkonkludi, nixtieq nagħmel żewġ appelli.", "L-ewwel appell imur għaċ-ċittadini Maltin biex iċemplu fuq il-linja 153 u jġibu l-informazzjoni li għandhom bżonn dwar id-drittijiet tagħhom fir-Renju Unit.", "L-istess, min joqgħod fir-Renju Unit jista' jċempel lill-Kummissjoni Għolja f'Londra għal aktar informazzjoni.", "Nagħmel ukoll appell lill-Gvern Malti biex jagħmel numru ta' laqgħat fi bliet kbar, bħal Cardiff, Belfast, Edinburgh u Glasgow, kif għamel b'suċċess f'Londra.", "Infakkar li dawn il-laqgħat xorta qegħdin isiru f'Edinburgh b'mod volontarju minn Dr. Rennie Schreiner fejn qed ilaqqa' lill-Maltin ma' uffiċjali tal-Gvern Skoċċiż.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, illum għandna diskussjoni dwar l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Baġit għal din is-sena.", "Kif inhi l-proċedura tal-Parlament, wara li jkun sar id-dibattitu dwar id-diskors tal-Baġit, ikun fadal pass ieħor importanti.", "Din il-Kamra tkun trid temenda provvedimenti tal-liġi jew iddaħħal oħrajn ġodda biex ikunu jistgħu jiġu implimentati diversi miżuri li jkunu tħabbru fil-Baġit.", "Kull meta nitkellem dwar il-Baġit, inħobb nirringrazzja lill-Membri Parlamentari Għawdxin kollha tan-naħa tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni għax-xogħol ta' fejda li dejjem iwettqu favur il-gżira Għawdxija.", "Dan nagħmlu għax konvint li bħala Għawdxin, ilkoll kemm aħna għandna skop wieħed, dak li Għawdex tagħna jimxi 'l quddiem.", "Però, fl-istess waqt li qed nesprimi dan, ma nistax ma nurix id-diżappunt tiegħi għal ċerti deċiżjonijiet politiċi ħżiena li qegħdin jittieħdu, liema deċiżjonijiet qed ikollhom impatt negattiv fuq pajjiżna.", "Sur President, dan li qed ngħid iwassalni biex nibda dan l-intervent tiegħi billi nesprimi ħsieb dwar ir-regoli elementari tal-politika.", "Qed nagħmel dan peress li llum qegħdin nassistu għal politika fejn dawn ir-regoli bażiċi ftit li xejn qed jimpurtana minnhom.", "Kull politika trid tkun mibnija fuq tliet sisien.", "Politika tfisser għażla bejn valuri bażiċi u trid tkun ukoll espressjoni ta' twemmin.", "Jekk ma tkunx hekk, ikollok politika ta' konvenjenza li tfisser li mhijiex dejjiema, anzi li tinbidel spiss skont ma jaqbel lil min jagħmilha.", "Politika mnibbta minn ħsieb ta' mument rari tirnexxi, anzi hija tipikament politika ta' konvenjenza.", "Fil-fehma tiegħi, ħsieb politiku jfisser li tiżen il-konsegwenzi, li toħroġ skemi ta' ħidma, li tevita l-ħażin u ssaħħaħ it-tajjeb u li tkun realistiku fil-pjan tiegħek.", "Il-ħsieb politiku waħdu mhux biżżejjed, iżda jeħtieġ li jiġi implimentat b'azzjoni konkreta.", "Dawn il-ftit ħsebijiet iwassluni għall-ewwel suġġett li nixtieq nitkellem dwaru li bħalissa hu fuq fomm kulħadd f'Għawdex tagħna.", "Qed nirreferi għall-qasam tas-saħħa f'Għawdex li, fis-sitt snin li għaddew, ir-regoli elementari tal-politika ġew kważi skartati għalkollox.", "Minflok, rajna azzjoni konkreta fejn ġiet magħżula politika tal-konvenjenza.", "Kien żmien fejn assistejna għal politika mingħajr ħsieb u li ma wiżnitx il-konsegwenzi.", "Politika li, minflok saħħet it-tajjeb, wasslitna għal sitwazzjoni fejn spiċċajna agħar minn qabel.", "Hemm ħames fatti li jikkonċernaw il-qasam tas-saħħa f'Għawdex u li l-Għawdxin kollha kemm huma, indipendement mit-twemmin politiku tagħhom, qed jaqblu dwarhom.", "L-ewwel fatt hu li l-uniku sptar ta' Għawdex qatt ma kellu jiġi pprivatizzat.", "Is-sistema tas-saħħa hi ta' interess nazzjonali u m'għandhiex tkun ridotta għal sempliċement tranżazzjoni kummerċjali.", "Il-ħsieb wara dan id-deal kien biss biex xi ħadd sar miljunarju mill-bejgħ tal-uniku sptar li kellna f'Għawdex.", "Eżempju mill-iktar ċar ta' dan kien meta, f'Diċembru li għadda, sirna nafu li l-operat tal-isptarijiet ta' Għawdex, tal-Isptar Karin Grech u ta' St Luke's għaddew għand il-kumpanija Steward mingħand il-Vital Group.", "Dan ġara f'inqas minn sentejn minn meta ngħata kuntratt ta' aktar minn 30 sena.", "Tant dan id-deal tal-isptarijiet kien kontroversjali li anke l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ħass il-bżonn li jinvestiga t-trasferiment ta' dawn l-isptarijiet, kemm it-trasferiment oriġinali mill-Gvern għal għand Vital Group, kif ukoll it-trasferiment li sar lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet minn Vital Group għal għand Steward Healthcare.", "Aktar kmieni semmejt li l-ħsieb politiku jfisser li tiżen il-konsegwenzi, li tevita l-ħażin u li ssaħħaħ it-tajjeb.", "Jekk ikolli napplika dan il-ħsieb politiku għas-servizz bil-helicopter li kien jingħata lill-pazjenti biex jiġu ttrasportati minn Għawdex għal Malta, jirriżulta li f'dan il-każ żgur ma ġie kkonsidat l-ebda wieħed minn dawn il-prinċipji.", "Il-Gvern qed jagħti lil Steward Healthcare €1,200,000 fis-sena talli suppost qed joffru dan is-servizz.", "Minn dan il-każ toħroġ anomalija kbira.", "Huwa fatt li ma jista' jmerih ħadd li qabel il-privatizzazzjoni tal-Isptar ta' Għawdex, il-Gvern kien iħallas lill-Armata ta' Malta €800 għal kull vjaġġ bil-helicopter, li minnhom isiru medja ta' 35 fis-sena.", "Dan ifisser li qabel il-Gvern kien jagħti l-flus lill-Armata ta' Malta u kien iħallas biss €28,000 fis-sena.", "Illum Steward Healthcare qed titħallas €1,200,000 fis-sena.", "Hawn qed nitkellmu fuq differenza ta' €1,170,000 aktar fis-sena u dan meta s-servizz mar għall-agħar u mhux għall-aħjar.", "Din id-deċiżjoni ssarrfet biss f'demotion għal Għawdex u għall-Għawdxin kollha.", "It-tieni fatt li l-Għawdxin kollha jaqblu miegħu hu li l-Isptar ingħata lill-privat bla ebda konsultazzjoni jew talba lill-Għawdxin, u mingħajr l-ebda ħjiel fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li dak iż-żmien kien fl-oppożizzjoni.", "Fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista kien intqal li kien se jsir investiment u li kienu se jiżdiedu s-servizzi għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Bl-ebda mod ma tista' tinterpreta li meta kien qed jingħad li se jkun hawn aktar servizzi dan kien ifisser li se jinbiegħ l-isptar.", "Fatt ieħor li jaqblu miegħu l-Għawdxin hu li t-tmexxija tal-isptar kienet ferm aħjar meta kienet taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern.", "It-tnaqqis drastiku fil-kwalità tas-servizz tas-saħħa issa qed iħalli impatt negattiv fuq is-saħħa u l-ħajja tal-Għawdxin.", "Ta' kuljum qed nisimgħu bi stejjer ġodda, li jiddispjaċini ngħid jinkludu wkoll imwiet li setgħu jiġu evitati.", "Dawn l-istejjer li ħerġin mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huma xokkanti għall-aħħar.", "Dan mhux qed ngħidu jien biss, imma qed jesprimuh l-Għawdxin kollha.", "Inżid ngħid li l-maġġoranza tal-midja lokali qed tesprimi l-istess ħsebijiet.", "L-aħħar fatt li jaqblu miegħu l-Għawdxin kollha hu li x-xogħlijiet fuq dan l-isptar għadhom lura ħafna, minkejja li issa huma taħt ir-responsabbiltà ta' Steward Healthcare u mhux aktar taħt Vital Group.", "Dawn tal-aħħar telqu minn Malta b'€50 miljun meta m'għamlu assolutament xejn!", "Huwa fatt magħruf li ġie anke kkonfermat minn kelliem tal-Ministeru tas-Saħħa li, wara aktar minn tliet snin li t-tmexxija tal-isptar għaddiet għand il-privat, fil-preżent l-Isptar ta' Għawdex qed ibati biex ilaħħaq mad-domanda.", "Xi ħaġa oħra li f'Għawdex qatt ma konna nesperjenzawha qabel hija li fl-Isptar hemm numru sostanzjali ta' postijiet ta' konsulenti vakanti.", "Meta jaraw dawn in-nuqqasijiet għandhom raġun l-Għawdxin ikunu inkwetati bil-mod kif qegħdin jiġu ttrattati f'qasam daqstant essenzjali bħalma hu dak tas-saħħa.", "Dan kollu jikkonferma kemm kienet deċiżjoni għaqlija meta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, fi Frar li għadda, fetaħ kawża biex it-tliet sptarijiet li għaddew għand Vital Group, fosthom l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jingħataw lura lill-poplu Malti u Għawdxi.", "L-Oppożizzjoni qed titlob lill-Qorti tiddikjara null il-kuntratt li l-Gvern iffirma mas-sidien anonimi ta' Vital Group wara li dawn tal-aħħar ma onorawx l-obbligi kuntrattwali tagħhom.", "Sur President, ngħaddi issa għad-Diskors tal-Baġit għal din is-sena, fejn nikkwota:", "\"Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal ta' Għawdex.", "Jemmen li Għawdex għandu jkun imnebbaħ minn strateġija li tħares fit-tul.", "Dan kien l-għan ewlieni wara t-twaqqif tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex, awtorità li se jkollha r-responsabbiltà timplimenta l-istrateġija reġjonali ta' Għawdex.\".", "Sur President, dan hu kollu kliem ħlejju, imma wieħed jistaqsi kemm qed jitwettaq minnu fir-realtà.", "Jekk ikolli nagħti definizzjoni qasira tal-Baġit għas-sena 2019, ma nistax ma niddiskrivihx bħala baġit li qed jipprova jnessina l-ħames snin li għaddew fejn il-pagi tal-ħaddiema laħqu l-aktar livell baxx, il-livell tal-ħajja stagħġna u l-inugwaljanza sfrenata baqgħet prassi li qed tiżdied b'ritmu mgħaġġel.", "Dawn kienu ħames snin fejn ix-xogħol bil-prekarjat u l-persuni f'riskju ta' faqar komplew jiżdiedu.", "Għandna Baġit għall-2019 li qed jipposponi għall-futur dak li l-Gvern messu wettaq fis-sitt budgets li għaddew.", "Dan il-Baġit qed jittardja għal għada dak li messu għamel ilbieraħ.", "Nafu li l-politiċi jużaw modi differenti biex jippromwovu l-politika tagħhom.", "Politiċi onesti u tal-affari tagħhom jagħmlu minn kollox biex kemm jista' jkun jimxu fuq il-passi u l-miri li kienu wegħdu.", "Però f'Malta, għandna Gvern li donnu qiegħed jagħmel il-maqlub ta' dak li wiegħed.", "Dan hu eżattament dak li jgħid George Orwell \"Opposite is the truth\".", "Għandna Gvern li juża l-politika biex jippromwovi slogans u buzzwords bil-mod tipiku ta' salesman.", "L-istess, il-Ministru għall-Finanzi għandu ħabta juża ħafna kliem bħal dan.", "Sur President, kif diġà għedt, dan hu Baġit fejn il-Gvern qed jipprova jnessi l-ħames snin li għaddew, li matulhom f'Għawdex ma sar kważi xejn.", "Il-Gvern irid jikkonvinċina li dan hu xi baġit li se jlestina għall-futur.", "Kif jista' jitwemmen dan is-slogan meta kważi l-proġetti kollha li jissemmew fl-aħħar ħames snin baqgħu ma sarux!", "Eżempju l-aktar ċar ta' dan hu l-proġett tal-yacht marina f'Għawdex, liema proġett ilu jissemma mill-ewwel baġit tal-leġiżlatura preċedenti, jiġifieri għal sitt snin, imma baqa' ma sarx.", "Issa, fil-Baġit għas-sena 2019, naqraw u nikkwota:", "\"Fost il-proġetti ġodda għas-sena d-dieħla, wieħed irid isemmi r-riorganizzazzjoni tal-yacht marina biex inżidu l-faċilitajiet.\"", "Wara li dan il-proġett ilu jissemma f'baġit wara l-ieħor, fejn ġieli saħansitra ntqal li minflok yacht marina waħda se jsiru tnejn, issa fil-Baġit għas-sena 2019 kulma ntqal hu li se jiżdiedu l-faċilitajiet.", "Issemma ukoll li qiegħed isir xogħol fuq it-tfassil tal-masterplan għat-tisbiħ ħolistiku ta' Xlendi u Marsalforn.", "Dan il-proġett kien issemma wkoll fil-Baġit għas-sena 2015, fejn f'paġna 137 kien intqal, u nikkwota:", "\"Se nkomplu nistinkaw ukoll sabiex inniedu l-masterplan ta' Marsalforn u x-Xlendi.\"", "Issa smajna l-Baġit tas-sena d-dieħla u qed nerġgħu nisimgħu li l-proġett li kien imwiegħed u li kellu jsir fis-sena 2015 se jitwettaq matul din is-sena.", "Il-Baġit li għandna quddiemna jsemmi wkoll li se jingħata bidu għal tqegħid tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex.", "Dan il-proġett kien inkluż fil-Baġit għas-sena 2015 u wara wkoll għas-sena 2017.", "Però, għaddew erba' snin u issa l-Ministru qed jgħidilna li dan il-proġett mhux se jsir, imma se jingħata bidu għat-twettiq ta' din il-wegħda.", "Hawn irrid insemmi wkoll l-iskola ġdida tal-Primarja fir-Rabat, Għawdex.", "Fil-Baġit għas-sena 2018 kien intqal, u nikkwota:", "\"Dan il-Gvern mhux se jibda l-bini ta' skola waħda s-sena d-dieħla kif kienu jgħidu li se jagħmlu ta' qabilna, imma fil-fatt se jibda tlieta kif għamel fl-aħħar sentejn.", "Se nibnu skejjel ġodda f'San Pawl il-Baħar, Marsaskala u r-Rabat Għawdex.\"", "L-iskola tar-Rabat Għawdex kienet imwegħda wkoll fil-Baġit tas-sena 2015.", "Fir-rigward ta' din l-iskola, hemm storja twila ta' disgwid u nuqqas ta' informazzjoni, tant li jirriżulta li lanqas biss għadha ttieħdet id-deċiżjoni dwar fejn se tinbena din l-iskola.", "Minn meta ttieħdet id-deċiżjoni li tinbena din l-iskola ssemmew għall-inqas tliet siti differenti.", "Fil-fatt, kont għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru tal-Edukazzjoni fejn staqsejt għall-bini ta' din l-iskola u fejn se jkun s-sit li fuqu se tinbena.", "It-tweġiba li ħadt għal din il-mistoqsija kienet tgħid hekk:", "\"Bħalissa qed isir xogħol preparatorju fuq il-proġett tal-iskola.", "Qed jiġu evalwati diversi siti għal din l-iskola primarja, possibbilment fil-kumpless tal-iskejjel fir-Rabat stess.\"", "Interessanti jingħad li fl-2015 kienet ittieħdet deċiżjoni li din l-iskola tinbena fl-istess post li qed jirreferi għalih il-Ministru, jiġifieri fil-kumpless tal-iskejjel fir-Rabat stess.", "Kienet saret applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar fuq dan is-sit, liema applikazzjoni kienet ġiet approvata.", "Kienu ħarġu t-tenders kollha dwar ix-xogħol ta' kostruzzjoni u ġew awarded.", "Però wara ttieħdet deċiżjoni li l-iskola ma tinbeniex fuq dan is-sit.", "Hemm diżgwid kbir dwar x'kienet ir-raġuni wara din id-deċiżjoni.", "Jien għamilt diversi mistoqsijiet dwar dan u qatt ma ngħatajt tweġiba.", "Għaddew erba' snin u issa qed jingħad li għadu qed isir ix-xogħol preparatorju għal dan il-proġett.", "Sur President, ngħaddi issa għall-Baġit tas-sena 2014 fejn insibu li kien intqal li l-Malta Enterprise qiegħda taħdem biex iġġib lejn Għawdex proġetti validi li m'humiex imfixkla mil-limitazzjonijiet ta' Għawdex.", "Kien intqal ukoll li kien qed jiġi ppjanat li sa nofs is-sena 2015, il-Malta Enterprise tkun bdiet timplimenta programm ta' promozzjonijiet ta' investiment dirett barrani f'Għawdex.", "Dwar l-istess suġġett, fil-Baġit għas-sena 2017, kien intqal li, fost il-proġetti li se jagħtu dimensjoni ġdida u fl-istess ħin ikomplu jiddiversifikaw l-ekonomija Għawdxija, hemm l-investiment li diġà kien intlaħaq ftehim dwaru fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fuq l-iskola medika ta' Barts, kif ukoll iċ-ċentru diġitali li kellu jinbena fiż-żona industrijali tax-Xewkija.", "Minn dawn il-proposti ma twettaq kważi xejn!", "Tant hu hekk li jirriżulta li f'Għawdex mis-sena 2014 sas-sena 2018 se jkun inħoloq biss proġett wieħed b'investiment dirett barrani, jekk tista' ssejjaħlu hekk!", "Din il-kumpanija kienet bdiet topera minn Malta snin ilu taħt Gvern Nazzjonalista, u wara kienet iddeċidiet li tiftaħ fergħa f'Għawdex.", "S'issa din il-kumpanija qed timpjega madwar 20 persuna minn Għawdex, li ħafna minnhom diġà kienu impjegati mal-istess kumpanija f'Malta.", "Ladarba qed nitkellem dwar ix-xogħol f'Għawdex, ma nistax ma nagħmilx riferenza għall-istatistika li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Istatistika li turi li fil-preżent hawn madwar 3,000 Għawdxi li jaħdmu f'Malta.", "Dan ifisser li wieħed minn kull ħames ħaddiema Għawdxin ikollu jaqsam ta' kuljum lejn Malta u lura minħabba x-xogħol.", "L-għajta tal-Partit Laburista ta' xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess taret mar-riħ!", "Sur President, niġi issa għal settur li dwaru ftit li xejn kien hemm referenza fil-Baġit għas-sena d-dieħla.", "Sa ftit żmien ilu, konna ngħidu li l-agrikoltura hija waħda mill-pilastri tal-iżvilupp sostenibbli f'Għawdex.", "Illum m'għadniex nistgħu ngħidu dan.", "Għawdex tal-lum hu taħt pressjoni mill-iżvilupp modern li qed ikollu impatt sew fuq l-art kif ukoll fuq ir-riżorsi umani.", "M'hemmx dubju li l-biedja hija meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u bilanċjat tal-gżira Għawdxija.", "Illum il-biedja hija importanti ħafna mhux biss għat-turiżmu, imma wkoll għall-iżvilupp industrijali u kummerċjali.", "Mil-lat turistiku, il-biedja hija ta' attrazzjoni għaliex tista' tgħin għaż-żamma tal-aspett rurali tal-gżira Għawdxija, iżda hija wkoll mezz ta' esportazzjoni invisibbli billi l-prodotti agrikoli jinbiegħu lokalment lill-barranin.", "Mil-lat industrijali u kummerċjali, insibu li llum l-investituri qed jitilqu miċ-ċentri kbar ta' attività ekonomika u qed ifittxu żoni fejn hemm ambjent ta' għajxien sabiħ, trankwill u konduċenti għal produttività akbar.", "Għalhekk, hemm il-bżonn li s-servizzi ekonomiċi kulturali ta' konservazzjoni u ambjent ikunu integrati fil-politika għall-iżvilupp rurali.", "Wieħed irid iħares lejn il-ġejjieni tal-qasam tal-agrikoltura f'Għawdex mhux biss f'termini ta' żvilupp ta' agrikoltura, iżda wkoll f'termini tat-tessut soċjali u ekonomiku.", "Ħassejt id-dmir li nitkellem dwar dan il-qasam għaliex qed nara li mhux jingħata l-attenzjoni xierqa mill-Gvern.", "Dan il-ħsieb iwassalni biex nikkonkludi dan l-intervent.", "Sur President, il-Ministru għall-Finanzi sejjaħ dan il-Baġit bħala wieħed ta' suċċess.", "Jien nemmen li Għawdex jista' jilħaq il-miri li qed ikun imwiegħed u li kienu mwiegħda mill-Gvern kemm-il darba li l-Ministeru għal Għawdex jerġa' jingħata s-saħħa u l-poteri li kellu biex b'hekk ikun jista' jerġa' jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-Għawdxin u Għawdex ikun suċċess.", "Għal Għawdex irridu l-aħjar u l-aħjar ma jiġix billi nagħtu lil Għawdex demotion u nneħħulu ħafna mir-responsabbiltajiet tal-Ministeru għal Għawdex.", "Nirringrazzjak.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Edward Scicluna biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "Fis-6.58 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "EDWARD SCICLUNA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Frar 2019, fl-4:00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, nixtieq nibda dan l-Aġġornament billi nwassal ftit sentenzi minn dak li kien qal l-Onor.", "Prim Ministru – dak iż-żmien kien Kap tal-Oppożizzjoni – fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista tal-21 ta' Jannar 2012.", "Se nikkwota xi siltiet minn dak li qal il-Prim Ministru dakinhar proprju biex fl-aħħar ta' dan id-diskors inwassal messaġġ importanti ħafna, b'mod speċjali għal dawk li jħossuhom inutli fil-ħajja, imwarrba fis-soċjetà u li bihom u mingħajrhom, il-ħajja tibqa' għaddeja.", "Il-Prim Ministru, li dakinhar kien Kap tal-Oppożizzjoni, kien qal li daħal fil-politika biex ibiddel l-affarijiet.", "Dakinhar, il-Prim Ministru kien qal ukoll li jixtieq jara pajjiż aħjar.", "Fuq kollox, kien qal li lest li jgħaqqad.", "Dan kien ftit wara li l-Onor.", "Joseph Muscat kien inħatar Kap, Mexxej, tal-Partit Laburista.", "Però naħseb li l-unika verità li qal dakinhar il-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tiegħu kienet li l-ewwel sfida li kellu kienet li hemm bżonn li jingħaqdu bħala partit.", "Kien qal li hemm bżonn nammettu li konna mfarrkin bejnietna.", "Dakinhar il-mexxej tal-Partit Laburista kien qed jammetti li bħala partit kienu mfarrkin u maqsumin, u għalhekk kien appella biex jingħaqdu.", "Però llum il-ġurnata nisimgħu l-midja Laburista tas-Super One ħafna drabi għaddejja b'politika partiġjana, li trid twassal messaġġ li aħna t-tajbin u ħaddieħor hu l-ħażin; aħna magħqudin u ħaddieħor hu mifrud u mfarrak.", "Jien inħobb ngħid li jridu jagħtu l-impressjoni li huma magħqudin daqs il-kolla tal-mastrudaxxa!", "Bħala Oppożizzjoni, għandna ħbieb kullimkien u nafu li ħafna drabi jkunu qegħdin jagħtu stampa żbaljata billi jipproġettaw l-għaqda ta' bejniethom, meta dan mhux il-każ.", "Però aħna rġiel u dak li jingħad behind closed doors inżommuh għalina.", "Ngħid għalija, dak li nisma' lanqas imur bih għand il-partit tiegħi, imma jindifen miegħi.", "Nerġa' ngħid li ħbieb għandna kullimkien u nafu x'hemm verament fi ħdan il-Partit Laburista!", "Però ħalli nitkellem dwar l-għaqda fil-pajjiż, għaliex din hija iktar importanti minn dak li hemm fil-partiti.", "Infakkar li fl-2012, il-Prim Ministru Joseph Muscat, dakinhar Kap tal-Oppożizzjoni, kien tkellem ħafna dwar l-għaqda.", "Ilkoll niftakru l-għajta ta' \"Malta Tagħna Lkoll\" li tant smajna u bqajna nisimgħu dwarha, b'mod speċjali fl-ewwel ħames snin ta' Gvern Laburista.", "L-Onor.", "Joseph Muscat kien qalilna, u nikkwota:", "\"Żmien wisq twil fejn il-poplu Malti sab lil min jifirdu, żmien fejn il-poplu kien jeħtieġ li joħlom u jwettaq l-għaqda.\".", "S'hawn xejn ħażin!", "L-Onor.", "Joseph Muscat jaf iwassal il-messaġġ tiegħu sew, anke bil-marketing li juża.", "L-Onor.", "Joseph Muscat għamel appuntament mal-elettorat biex il-qalb tal-Maltin tħabbat flimkien, u r-riżultat tah raġun.", "Joseph Muscat kien qalilna li bħala kap huwa mħejji u ppreparat biex iġib l-għaqda nazzjonali.", "Fost oħrajn, kien qalilna li issa hu l-waqt li ngħinu u mhux li nagħfsu liċ-ċittadini tagħna.", "Kien jippriedka wkoll li għandna nittrattaw lil xulxin b'dinjità u b'rispett, ikun xi jkun it-twemmin, is-sess jew il-kulur tal-persuna.", "Kien iħeġġeġ biex nimxu flimkien, ħalli kull wieħed iħossu parti minn din is-soċjetà.", "Din kienet wegħda solenni li l-Onor.", "Joseph Muscat għamel qabel l-elezzjoni tal-2013.", "Ovvjament, dawn huma kollha statements sbieħ li jien stess, minn żmien għal żmien, nieħu ġost naqrahom, għal żewġ fatturi.", "L-ewwel nett, għaliex huma statements tajbin li jirriflettu soċjetà fejn wieħed jieħu gost jgħix fiha.", "Però t-tieni nett, għaliex meta tanalizza dawn l-istatements, issib li minn dan il-kliem sabiħ kollu ma seħħ xejn!", "L-Onor.", "Joseph Muscat kien jgħidilna wkoll li Malta ħielsa trid tagħti sehemha.", "Però llum jien ngħid li dan kien diskors miktub sabiħ fuq biċċa karta li, sfortunatament, baqa' fuq il-karta, kif se nuri f'dan l-Aġġornament.", "Wara ġurnata twila, b'ħafna laqgħat fil-kumitati u man-nies, jien inqis dan l-Aġġornament bħala ħin fejn wieħed jaħseb, jidħol fih innifsu u jwieġeb għal dak li jkun qed jisma'.", "Għalhekk nistieden lill-Gvern biex jidħol fih innifsu u jerġa' jiskopri dik id-direzzjoni u l-kumpass li kien wegħdna qabel l-2013, biex ikun ta' eżempju morali, etiku u l-pedament ta' Malta tagħna lkoll.", "Sfortunatament, dan il-Gvern għandu qxur li jgħattu l-qofol tal-veru valuri tiegħu, l-aktar fejn jidħol il-valur li jkun Gvern ta' kulħadd.", "Qed ngħid dan għax ħafna jafu li dan mhuwiex minnu.", "Jekk huwa minn kollox, żgur li mhux Gvern bennej ta' għaqda.", "Jekk hu Gvern li jemmen f'kollox, żgur li ma jemminx fid-dinjità ta' kull bniedem, għaliex il-qasma u l-firda huma l-assedju tas-soċjetà tagħna llum.", "Din hija kultura li dan il-Gvern irnexxielu jibni matul dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt, naraw kif dan il-Gvern ta l-arja lill-partitarji tiegħu li jgħajru u jinsulentaw lil min ma jaqbilx magħhom, inkluż lill-Oppożizzjoni.", "Illum bis-social media din hija sitwazzjoni aktar perikoluża.", "Issa, irrid nagħmilha ċara li jien ma naqbilx li wieħed għandu jgħajjar lill-Prim Ministru, lill-membri tal-Gvern jew lil xi awtorità; però, illum għandna sitwazzjoni fejn, jekk inti trid twassal messaġġ li ma taqbilx mal-ħsieb tal-Gvern, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt!", "Illum, jekk tgħid kelma ħażina dwar l-Assolut, jiġifieri dwar Alla l-Imbierek, qisu ma ġara xejn, kif naraw ħafna drabi bid-dagħa f'pajjiżna, waqt li jekk tispiċċa tgħid xi ħaġa kontra l-ħsieb tas-sultan, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt!", "Illum, hemm barra hemm ħutna Maltin li huma kapaċi f'xogħolhom, iżda jinsabu pparkjati f'ġenb minħabba li jħaddnu twemmin differenti minn dak tal-Partit Laburista, bl-iskuża li l-Gvern ma jistax jafdahom.", "Jidher ċar li pajjiżna llum qed iħallas il-prezz għall-wegħdiet li l-Partit Laburista għamel mal-elettorat fir-raba' sular fil-Kwartieri Ġenerali tiegħu.", "Bħala Oppożizzjoni, irridu li Malta tkun sabiħa u fil-veru sens tkun Malta tagħna lkoll, bid-deċiżjonijiet li nieħdu u billi kulħadd ikun inklussiv u mhux esklussiv fis-soċjetà tagħna.", "Ħafna drabi, inħobbu nitkellmu fuq esklużjoni soċjali.", "Imma min hu eżattament eskluż mis-soċjeta' tagħna?", "L-imwarrbin?", "Dawk li jħossuhom fis-solitudni?", "Jien ngħid, mhux dawn biss!", "Jien niltaqa' ma' ħafna nies, anke fuq il-post tax-xogħol tagħhom, li jgħidulek li tefgħuhom f'kamra ma jagħmlu xejn u qed iħossuhom li se jiġġennu jew se jispiċċaw fi sptar.", "Bħala Prim Ministru, ma tistax tgħid \"Malta Tagħna Lkoll\", però mbagħad b'idek twila minn Kastilja tgħolli leħnek mal-Ministri tiegħek, jekk dawn ikunu ħaddmu magħhom xi isem li lilek ma jdoqqlokx!", "Għalhekk irrid nistaqsi: Din hi Malta tagħna lkoll?", "Dmir il-Prim Ministru hu mhux li jwaqqaf lil min ma jaqax fil-lista tal-ktieb tiegħu, imma li jwaqqaf kull ħsara li tista' ssir lil xi ħadd minn ħutna l-Maltin.", "Dan huwa dmirek, Prim Ministru!", "Dmirek hu li tkun ta' sapport lejn kull Malti u Maltija, u li tkun ta' eżempju ta' għaqda fis-soċjetà tagħna.", "Minn dan, nibdew nemmnu kemm kienet vera l-għajta ta' Malta tagħna lkoll.", "Dmirek hu li tkun ħajt ta' kenn!", "Dmirek hu li tkun tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, u mhux titfa' dik il-ħarsa indifferenti lejn kull min ma jaqbilx miegħek!", "Id-dinjità tiegħek tisfaxxa fix-xejn jekk twieġeb lil min jaqbillek, tidħak ma' min jaqbillek, u saħansitra ssellem biss lil min tiggustah.", "Il-\"Malta tagħna lkoll\" ma tistax issir realtà jekk nibqgħu bil-kliem biss.", "Il-preferenzi li jsiru bejn l-aħwa huma l-qerda tal-familja.", "Bl-istess mod, il-preferenzi minn missier il-Maltin lejn il-Maltin u lejn jekk intix aħmar jew blu huma l-qerda tal-pajjiż.", "Missier il-Maltin ma jistax ikun missier tal-Laburisti biss jew tan-Nazzjonalisti biss.", "Hawn qed nitkellem anke jekk fil-passat xi ħadd għaddielu minn moħħu li jagħmel dan.", "Dan huwa aġir żbaljat u ħażin għaliex il-governanza li tifred u li hija mibnija fuq il-privileġġ tal-ftit, jew li tippromwovi bla skruplu lealtà lejn il-partit politiku iktar milli lejn l-Istat, hija tradiment, att dijaboliku u velenu għall-ġid tal-komunità u s-soċjetà.", "Dan hu nuqqas ta' għerf tal-qalb.", "Meta, f'xi okkażjoni, f'din il-Kamra jew barra, tkun qed titlob jew tkanta l-Innu Malti u tasal fil-kelmiet: \"Agħti kbir Alla d-dehen lil min jaħkimha\" trid tfisser dak li qed tgħid b'għemilek.", "Għalhekk jekk jien inkun qed nimxi b'mod inġust jew f'moħħi nara l-kuluri, ma nistax ngħid l-Innu Malti.", "Jekk, fil-każ tiegħi, naqdi lin-Nazzjonalisti biss, ma nistax inpoġġi idi fuq qalbi waqt li nkun qed inkanta l-innu nazzjonali tiegħi.", "L-istess japplika għall-membri tal-Gvern.", "Jekk irridu nġibu l-avvanz ta' kull Malti u Maltija, irridu naħdmu b'risq kulħadd.", "Dan huwa l-valur li jagħmel lill-Maltin u l-Għawdxin poplu kburi bil-Gvern tiegħu.", "Però s'issa, taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat, ma nistgħux ngħidu li seħħet din l-għaqda, għaliex inkunu ipokriti.", "Dan il-Gvern ma kienx kapaċi jrażżan ir-regħba tal-ftit li ħasbu biss biex iħaxxnu buthom b'detriment tal-ħafna.", "Għalhekk ma nistgħux ngħidu li dan il-Gvern ħadem għal Malta tagħna lkoll.", "Li tkun politiku ma jfissirx li se jċapċpulek dejjem.", "Bħalissa forsi hemm nies fid-djar tagħhom li qed isegwuna u qed iċapċpuli, imma hemm min qed jgħaddili xi erba' aġġettivi għax mhux qed jaqbel miegħi.", "Għalija din mhijiex problema, anzi nifhem li hemm min ma jaqbilx ma' dan li qed ngħid.", "Meta tkun fil-politika, trid turi snienek l-aktar meta xi ħadd mill-membri tiegħek ma jimxix mal-linja li tkun ipprietkajt.", "Jekk il-Prim Ministru pprietka l-għajta ta' Malta tagħna lkoll, u wiegħed li se jkun mexxej ta' Malta kollha u ta tama li jista' jaħdem ma' kulħadd, ma jistax ikollok membri fi ħdanek li jipprietkaw mod ieħor.", "Hawn qed nirreferi għal nhar il-Ħadd li għadda, fejn f'każin politiku f'Birkirkara, deputat tal-Gvern li hu ħabib tiegħi u li nsellimlu minn hawn, qal kliem totalment differenti.", "M'iniex qed nikkritika lilu personalmet u rrid insellem lil ommu u lil missieru, għaliex għandi rispett enormi lejn din il-familja.", "\"Ejja nibżgħu għan-nies tagħna.", "Ejja nibżgħu għal-Laburisti u għal dawk li dejjem emmnu fl-idea Laburista tul is-snin.\"", "Dan mhuwiex kliem li jgħaqqad!", "Ma tistax tgħid li dan hu kliem ta' Malta tagħna lkoll.", "Ara l-Partit Nazzjonalista, meta kien fil-gvern, ma mexiex bl-istess kejl ma' missier dan id-deputat tal-Gvern, għaliex l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ħatar lil missieru bħala President, jiġifieri fl-ogħla awtorità ta' pajjiżna.", "Nerġa' ngħid li għandi rispett kbir lejn l-Eċċellenza Tiegħu George Abela u l-familja tiegħu.", "Però dan huwa diskors li jifred u kieku xi ħadd mill-membri tal-Oppożizzjoni jgħid kliem bħal dan, ma nħossnix komdu li nkun ħdejh, anzi niddiżassoċja ruħi minnu.", "Sur President, illum il-midja soċjali tikxef dak li George Orwell isejjaħlu l-'Big Brother is watching you'.", "Illum jibagħtulek photo shoot ta' dak li jkun għaddej.", "Hawn tajjeb ngħid lill-ġurnalisti tas-Super One li l-leaks jinsabu kullimkien.", "Naf b'esponenti fil-Partit Laburista li jkollhom vaganzi ta' xogħol f'idejhom u jgħidulek li basta min japplika jkun ta' għeruq Laburisti.", "Dan l-aġir mhuwiex fil-linja ta' dak li wegħedna l-Prim Ministru fl-2013.", "Jekk il-Partit Laburista jridna nemmnuh, irid jikkontrolla nies bħal dawn fi ħdanu li qed jagħmlu ħafna ħsara.", "Illejla sinċerament nitlob lill-membri tal-Gvern biex jistaqsu lilhom infushom jekk il-ġid li qed jinħoloq fis-soċjetà hux qed joħloq disparità ekonomika.", "Tajjeb li jistaqsu jekk hux qegħdin jippreżentaw futur fqir għal Malta.", "Jekk se jwasslu l-messaġġ li ngħadda nhar il-Ħadd fil-każin Laburista ta' Birkirkara, żgur li mhux se naraw Malta tagħna lkoll.", "Il-paroli jiġi u jmur, għalkemm jibqa' stampat fil-kitba, imma l-azzjoni li tagħmel ma jħassarha ħadd!", "Tinsewx li l-poplu takom mandat biex tkunu Gvern tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Ir-ras tal-ġisem, jiġifieri l-Kap, għandu jagħti l-eżempju bħalma taw l-Eks Prim Ministri Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, li qatt ma żammew f'qalbhom l-insulti, it-tgħajjir u l-vjolenza, saħansitra fid-dar tagħhom.", "L-istejjer jafhom kulħadd u għalhekk m'għandix għalfejn nidħol fid-dettalji.", "Illejla rrid inwassal messaġġ ċar.", "Hija fir-responsabbiltà tal-Prim Ministru li jkun ta' kulħadd u mhux jimpurtah biss minn sezzjoni waħda tal-popolazzjoni, għax, jekk ma jagħmilx dan, ikun qed jagħmel ħsara lilu nnifsu.", "L-istorja ta' dan il-Gvern, b'ħatra wara l-oħra ta' persuni qrib tiegħu, hija l-agħar eżempju ta' nepotiżmu.", "Dan huwa Gvern li wiegħed bidla, meritokrazija u trasparenza, imma jidher li ilu li tilef triqtu.", "Dan qed iwassal biex il-poplu jitlef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Jekk jiġri dan, kull tama tmut!", "Jekk jiġri dan, il-meritokrazija tkun falliet, għax hemm min ħsiebu fih innifsu u jirraġuna b'mod fejn tajjeb hu, tajjeb kulħadd!", "S'intendi, din hi l-liġi tal-ġungla fejn min huwa l-aqwa jħawwel, għax altru tkun iljun u altru tkun ferħ ta' ċerva!", "Madankollu, kif nafu, anke l-iljuni kultant jaqblilhom li jkun hemm ċerti regolarizzazzjoni, jiġifieri, fil-ġungla hemm ir-regoli wkoll, anke jekk forsi ma nindunawx mill-ewwel bihom.", "Pereżempju, in-natura tara li l-iljuni ma jiklux iċ-ċriev kollha, għax inkella l-iljuni xi darba jispiċċaw imutu bil-ġuħ.", "Bħala poplu, suppost li ilna li bdejna t-triq taċ-ċivilizzazzjoni minn meta nbnew it-tempji ta' Ħaqar Qim u l-Imnajdra, jekk mhux qabel, imma filwaqt li żdiedu sew in-nies li jafu jiktbu u jaqraw, donnha nibtet l-idea li għandna Gvern sagrosant.", "Kif għidt fil-bidu, ara ma jfettillekx tgħid xi ħaġa fuq is-sultan, il-partit jew il-Gvern!", "Anke jekk, bħal fil-każ tiegħi, huwa d-dmir li nitkellem f'isem il-konstitwenti li tellgħuni f'din il-Kamra.", "Bħala deputat, nista' nagħżel li ma ngħid xejn, imma mbagħad min jaf kemm ikun hawn minn jgħid li qed insaħħan is-suġġu!", "Fil-bidu li tlajt f'din il-Kamra, bdiet tinkwetani xi ftit il-fatt li jkollok ballun baraxx ta' tgħajjir u insulti fuq il-Facebook, imma mbagħad ovvjament trabbi qoxra u tkompli taqdi dmirek f'isem il-poplu.", "Sur President, ħares ftit lejn il-midja soċjali u l-kummenti fil-gazzetti elettroniċi biex tieħu idea ċara ta' liema sitwazzjoni pajjiżna qiegħed fiha!", "In-numru ta' dawk li jridu l-liġi tal-ġungla qed jiżdied!", "Għalhekk, addio l-espressjoni ħielsa, id-demokrazija, l-istituzzjonijiet, dak li għandha xi tgħid is-soċjetà ċivili, l-għaqda nazzjonali u saħansitra din il-Kamra, fejn mhux dejjem tista' tesprimi lilek innifsek mingħajr ma tiġi mgħajjar mill-istess tużżana nies li jużaw fake profiles taħt Aaron, John jew Ċikku, imma ma ddumx ma tinduna li jkunu l-istess nies.", "Hawn min jgħid li dawn it-talin huma mħallsin minn xi ħadd, liema ħaġa ma nistax ngħidha għax m'għandix provi.", "Aktar milli retorika u diskors partiġġjan, għandna bżonn nimmaturaw u nitkellmu fuq il-fatti!", "Fuq kollox, irridu naraw kif se naslu biex insibu lil min huwa ħati tal-qtil tas-sewwa.", "Sfortunatament, hawn min jaqbillu li joqtol il-verità biex ma toħroġx.", "Darba, raġel kbir fl-istorja tad-dinja qalilna li l-verità teħilsek!", "Sur President, l-iskop ta' dan l-Aġġornament kien biex nibdew nitkellmu fuq kif se jintlaħaq il-ġid komuni.", "Il-Gvern irid jifhem li huwa fid-dmir tiegħu li jnissel u jrawwem relazzjonijiet fis-soċjetà skont kriterju ġust u ekwu.", "Il-Gvern irid jifhem li dmiru huwa li jippromovi l-ġid komuni, bħalma sar taħt Gvernijiet Nazzjonalisti.", "Qabel nagħlaq, nixtieq nikkwota paragrafu 35 mill-Enċiklika Pacem In Terris li ħarġet fl-1963, u li tgħid hekk:", "\"Is-soċjetà tal-bnedmin titlob li kull bniedem għandu jkun immexxi mill-ġustizzja, mir-rispett tad-drittijiet tal-oħrajn u mit-twettiq ta' dmiru.", "Titlob ukoll li l-bnedmin ikunu mqanqla minn imħabba li ġġegħelhom iħossu l-ħtiġijiet tal-oħrajn daqslikieku kienu tagħhom stess, u twassalhom biex jaqsmu ġidhom mal-oħrajn u jħabirku biex il-bnedmin kollha jkunu lkoll werrieta tal-valuri intellettwali u spiritwali l-aktar nobbli.", "U lanqas dan mhu biżżejjed, għax is-soċjetà tal-bnedmin tgħix bil-libertà, jiġifieri bl-użu ta' mezzi li huma konsistenti mad-dinjità individwali ta' kull membru tagħha, li minħabba li huma mżejna bir-raġuni, jassumu r-responsabilità ta' għemilhom.\"", "Dan huwa kliem li jolqot żewġ għasafar b'ġebla waħda!", "Kliem bħal soċjetà ġusta, Gvern li jisma', Gvern li jrid jgħaqqad u Gvern li jservi huwa kollu kliem sabiħ, tant illi ta lill-Prim Ministru Joseph Muscat rebħa assoluta, għal darba darbtejn.", "Però għal dan il-Gvern kollox hu mibni fuq slogans sentimentali.", "Meta lill-elettorat Malti tgħidlu li se tippreżenta politika li ftit li xejn qatt smajna dwarha, il-poplu se jivvotalek.", "Imma jidher li għal dan il-Gvern, bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti!", "Tkun verament ħasra jekk qalbna tmut, narmu l-ideal jew qalbna tħabbat biss bħala muskolu, imma ma tibqax qalb tal-laħam li tħoss dak li verament tgħid li temmen fih!", "Ma tistax issejjaħ lilek innifsek għalliem jekk ma tafx taqra u tikteb!", "Il-gideb veru jipproteġik, imma jżommok 'il bogħod mill-verità!", "Sur President, nemmen li xejn ma jibqa' fid-dlam u l-manuvrar, ikun ta' min ikun, xi darba se jisfronda kull qiegħ!", "Hawn mhu qed nippunta subgħajja lejn ħadd, għax jekk nipponta subgħajja, hemm l-erbgħa l-oħra jħarsu lejja.", "Il-meritokrazija mhijiex materja li titkellem dwarha biex tikseb il-voti, imma hija materja li trid tipprattikaha.", "Biex nemmnu lill-Gvern, irridu naraw li l-meritkorazija qed tiġi mħaddma fil-verità!", "Hawn nerġa' nsellem lil dawk li qegħdin fid-dipartimenti tal-Gvern, f'xi kantuniera, f'xi sular minus 1 jew f'xi uffiċċju abbandunat.", "Wieħed mill-irwoli tiegħi fil-Partit Nazzjonalista hu li mmur inżur lil dawn il-ħaddiema, fejn ħafna drabi jgħidulek li skartawhom u mhu qed jagħmlu xejn, tant li qed iħossuhom inutli.", "Però jekk il-Gvern jgħolli lil dawn il-ħaddiema minn minus 1 u jagħtihom xi ħaġa x'jagħmlu fis-soċjetà, hemmhekk nibdew nemmnu lill-Prim Ministru meta jitkellem dwar il-meritokrazija!", "Però rrid ngħid li jekk il-Gvern ma rnexxilux fil-meritokrazija, irnexxielu żgur jaqleb id-dinja ta' taħt fuq!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m., il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET DWAR IL-BAĠIT – NEFQA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Budget għas-sena 2019 u li hu, flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru tal-Finanzi, indirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn, 22 ta' Ottubru 2018?", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija konferenza tal-aħbarijiet?", "Interpellant li l-ispiża kienet ta' €13,037.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI/ IKLIET / PARTIES", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid jekk kinitx mistiedna, u jekk iva, jekk attendietx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ.fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Tista' tgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtha?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-Interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U DJALGOU SOĊJALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Tista' tgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtha?", "HELENA DALLI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-Interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/", "parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27, peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni, (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura'), u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "Inżid li min-naħa tiegħi bħala Ministru għall-Finanzi m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/ parties, eċċ. li jirreferi għalihom l-Onor.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-gudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROPETTI KAPITALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "IAN BORG: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5463 u 4904, u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11014 tat-12-il Leġiżlatura, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista' l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum, kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar?", "Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta' aġenziji tal-ivvjaġġar?", "Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji?", "Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b'direct order?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-safar dejjem sar in konformi mal-proċeduri stabbiliti miċ-Ċivil u bl-approvazzjoni tal-Kabinett.", "Kemm ilni Ministru tat-Turiżmu għamilt 8 żjarat uffiċjali fl-2017 u 30 żjara uffiċjali fl-2018.", "L-ispiża medja għal kull żjara kienet tammonta għal €2,600.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTURTTURA U PROĠETTI KAPITALI – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "IAN BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li,fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Infrastruttura kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Charlò Bonnici.", "Għall-kundizzjonijiet, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7378 tal-11-il Leġiżlatura, li ngħatat mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Tista' tgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "JUSTYNE CARUANA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għal Għawdex kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Frederick Azzopardi.", "Għall-kundizzjonijiet, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-Papers Laid 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispeaker fl-10 ta' Ġunju 2011.", "Fit-tweġiba, li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta' Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60, skont il-grad tal-lum), flimkien ma' servizzi ta' linja fissa tat-telefon u mowbajl.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – ASSISTENTI PARLAMENTARI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013?", "Jista' jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma' tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari taħt dan il-Ministeru bejn l-2008 u l-2013.", "KIRI TA' PROPRJETÀ RESIDENZJALI – BENEFIĊĊJI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti elenku tal-benefiċċji l-ġodda għal min jikri proprjetà residenzjali?", "Min huwa ntitolat għal tali benefiċċju?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-amministrazzjoni tan-National Sport School f'St Andrew's tistax tieħu deċizjoni li tagħlaq l-imsemmi skola għal numru ta' ġranet meta ma jkunx hemm studenti u, fl-istess żmien li fih l-iskola tkun magħluqa, l-istess amministrazzjoni tobbliga lill-ħaddiema kollha ta' din l-iskola jieħdu l-leave u dan għaliex l-istess skola tkun magħluqa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk amministrazzjoni ta' skola tistax tobbliga biex il-ħaddiema jieħdu l-leave u b'hekk il-ħaddiema qed jiġu sforzati jitilfu madwar 13-il ġurnata leave?", "EVARIST BARTOLO: Ġejt infurmat li meta jinħass il-bżonn l-amministrazzjoni tal-iskola titlob lill-ħaddiema (li mhumiex edukaturi) biex jieħdu leave meta ma jkunx hemm skola (vakanzi ta' Novembru, Milied, Karnival u l-Għid).", "Dan isir bi qbil magħhom ħalli l-iskola tibqa' tagħti l-aħjar servizz lill-istudenti u ma tinqabadx mingħajr servizzi neċessarji.", "Dan ma japplikax għall-vakanzi tas-sajf.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant għandu informazzjoni addizzjonali dwar xi każ partikolari, nitolbu jgħaddili l-informazzjoni privatament.", "ĊENTRI TAL-VOLONTARJAT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jkunu mwaqqfa aktar Ċentri tal-Volontarjat f'pajjiżna?", "Jekk iva, fejn sejrin ikunu mwaqqfa?", "HELENA DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7204, jista' l-Ministru jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li qed jaħdmu fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "Jista' jgħid x'inhu r-rwol tas-social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MIŻURI GĦALL-KONFORMITÀ MA' REGOLAMENT UE 2016/1191 TAL-PARLAMENT EWROPEW", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "KUMMISSJONI ELETTORALI – ĠURAMENT GĦAL VOTAZZJONI KMIENI – PERSUNI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art.", "77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?", "OWEN BONNICI: It-twegiba tingħata f'seduta oħra.", "ĊENTRI MIFTUĦA – PERSUNI U IMMIGRANTI RREGOLARI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7710 u jgħid kemm hemm persuni u immigranti rregolari fiċ-Ċentri Miftuħa?", "Jista' jindika fejn huma mqassma u ta' liema nazzjonalità huma?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7737 u jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u s-sena 2018, u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' persuni li kienu benefiċċjarji tal-In-Work Benefit fis-snin imsemmija huwa kif ġej:", "Grazzi għal dan il-benefiċċju ġdid, matul is-sena 2017 kien hemm total ta' 3,350 persuna li bbenefikaw.", "Matul is-sena 2018 kien hemm total ta' 4,304 persuna li bbenefikaw, żieda ta' 954 persuna fuq is-sena 2017.", "MINA TA' BEJN MALTA U GĦAWDEX – GĦELUQ TA' MINA MINĦABBA MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba hu antiċipat li l-mina ta' bejn Malta u Għawdex se tkun magħluqa matul is-sena minħabba manutenzjoni?", "IAN BORG: Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – TRASPORT TA' MATERJAL PERIKOLUŻ", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kif se jkun immaniġġjat it-trasport tal-materjal perikoluż li se jgħaddi mill-mina ta' bejn Malta u Għawdex?", "IAN BORG: Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – SECURITY CHECKS", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru security checks fuq vetturi li jgħaddu mill-mina ta' bejn Malta u Għawdex bħala miżuri ta' sigurtà?", "IAN BORG: Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – MIŻURI TA' EMERĠENZA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jelenka l-miżuri ta' emerġenza li se jkun hemm fil-mina ta' bejn Malta u Għawdex?", "IAN BORG: Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7606 tas-Seduta 166.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – ĦADDIEMA TAL-GOZO CHANNEL", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Gozo Channel humiex se jżommu xogħolhom fi ħdan il-Gozo Channel?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat, ċjoè dak responsabbli għal Għawdex.", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 5488, fejn kont staqsejt dwar il-bini ta' tined fl-Imġarr, Għawdex, u fiċ-Ċirkewwa f'Malta, dan peress li d-duty officers u l-coordinators tal-Gozo Channel kemm fl-Imġarr Għawdex, kif ukoll fiċ-Ċirkewwa f'Malta, jaħdmu l-ġurnata kollha esposti għall-elementi kollha tat-temp Malti, inkluż għax-xemx kiefra tas-sajf, tista' l-Ministru tinforma l-Kamra meta taħseb li ser jitlestew dawn it-tined?", "Interpellant li ċ-Change Management Review Board għadu kemm lesta pjan dwar loġistika relatata mal-għoti tas-servizz."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190206_194d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 11 ta' Frar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f'kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7702 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7700 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti preżentement f'pajjiżna, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7709 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Santa Luċija, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7708 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7706 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7704 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Raħal il-Ġdid, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina ta' bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-mina?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet u f'liema Dar tal-Anzjani minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali?", "Kemm kien hemm Djar tal-Anzjani li ma kinux qed jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2567, bid-data tas-27 ta' Novembru, 2017, jista' l-Ministru jgħid illum minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 persuna li għandhom problemi ta' saħħa mentali?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu paga l-Home Helpers għal kull siegħa li jaħdmu mal-anzjani?", "Kemm hemm home helpers li huma Maltin u kemm hemm helpers li huma barranin?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8364, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help u minn liema lokalità ġejjin?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx nuqqas ta' home helpers sabiex jagħmlu dan ix-xogħol tant importanti għall-anzjani?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqfu każijiet ta' benefiċċji soċjali minħabba ksur ta' provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali matul is-sena l-oħra?", "X'inhuma r-raġunijiet li dawn il-persuni twaqqfilhom dawn il-benefiċċji?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7686 u ċjoè: B'referenza għall-INK Person Focused Inclusion Project li huwa ffinanzjat minn Fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm hija s-somma allokata għal dan il-programm u kemm huwa twil dan il-programm?", "Fiex jikkonsisti dan il-programm? u", "b) meta beda jitħaddem dan il-programm?", "Bħalissa x'inhuwa n-numru ta' parteċipanti fi ħdan dan il-programm u skont l-applikazzjoni, kemm huwa n-numru ta' benefiċċjarji li ser jibbenefikaw minn dan il-programm?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7410 u jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Proġett JESS u meta kien twaqqaf?", "Kemm huwa twil dan il-kors ta' taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b'diżabilità?", "Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti ta' dan il-kors?", "Kemm kien hemm parteċipanti s'issa li nstabilhom impjieg?", "X'kienu l-impjiegi li nstabulhom dawn il-persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija ta' abbużi fuq minorenni fis-sena 2017 u matul is-sena l-oħra u kemm tressqu persuni l-Qorti?", "Jista' jgħid kemm ingħataw sentenzi in konnessjoni ma' dawn l-abbużi serji?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif tqassmu l-fondi allokati lill-Kunsill ta' Wied il-Għajn is-sena l-oħra?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid fid-dettall fiex jikkonsistu s-servizzi Child and Young People's Service kif ukoll is-servizz ta' Child Adolescent Psychiatric Emergency Services?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm se jintnefqu flus fuq is-saħħa mentali din is-sena fejn il-Gvern alloka €685 miljun għas-settur tas-saħħa?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Supretendent fid-distrett numru 8 u ċjoè Birkirkara u n-Naxxar?", "Jekk m'hemmx, x'inhi r-raġuni?", "Meta hemm il-ħsieb li jimtela dan il-post vakanti?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-kamra jekk ir-razzett fl-inħawi f'Tal-Papa fil-limiti ta' Birżebbuġa li jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament huwiex proprjetà tal-gvern u jekk hemmx pjani biex dan jiġi rijabilitat jew hemmx titoli favur terzi?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grievances Board kurrenti, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġew appuntati l-membri tal-Grievances Board li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu u kemm huwa twil it-terminu ta' żmien tal-mandat li għalih ġew appuntati?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jiġri f'każ li quddiem il-Grievances Board li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu, jirriżulta li membru tal-bord għandu kunflitt ta' interess għax kien involut fit-teħid tad-deċiżjoni li qiegħda tiġi sindikata mill-istess bord?", "X'rimedju hemm f'każ bħal dan għal min jagħmel l-ilment quddiem il-bord?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk irċeviex applikazzjonijiet għal xiri 'on a named-patient basis' tal-mediċina CONCERTA li tintuża għall-kundizzjoni ADHD u dan minn mindu din il-mediċina branded ġiet mibdula ma' waħda ġenerika?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva u minn dawn, kemm huma ta' tfal u ta' adulti, u kemm-il waħda ġiet milqugħha u/jew miċħuda?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rati ta' ħlasijiet li persuna jkollha tħallas biex tkun mogħtija l-permess li timporta jew iġġib f'pajjiżna pestiċidi?", "Għal liema pestiċidi l-gvern jitlob li jsir ħlas biex jingħata l-permess?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8551 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8552 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8553 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8554 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8555 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8556 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra jekk ir-rapporti li daħlu rigward ilmenti minn sidien ta' proprjetà f'Marsaskala dwar infiltrazzjoni ta' drenaġġ fi proprjetà privata ġewx riżolti u jekk hemmx xi raġuni f'każ li hemm rapporti li għadhom ma ġewx solvuti?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8449, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal li l-kapsuli tal-Omega + qatt ma kien fil-formularju tal-gvern, u peress li għal tletin sena sħaħ l-pazjenti kienu qed jingħataw din il-mediċina, u ritratt tal-kaxxa qed jingħata separatament u li din ilha xhur out-of-stock, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinnota li kontra kif weġibni, dan l-istess prodott kien jittieħed mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) sa ftit żmien ilu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' servizz ta' konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-perjodu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk, minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex appuntat minnu fuq bord ta' entità pubblika u f'dak il-każ jgħid f'liema bord/bordijiet, x'inhi l-kariga fil-bord, minn meta saret il-ħatra u kemm hija r-remunerazzjoni pagabbli lill-imsemmi individwu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm saru inservice courses għall-impjegati tal-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtha u tgħid il-kors kemm dam, x'tip ta' kors kien u fejn sar sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' aċċess superviżjonat li saru minn social workers tal-Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Familja li jaqa' fid-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex u tgħid kemm ingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta' aċċess minn kull social worker, sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'kienu s-servizzi fil-komunità ta' Għawdex għall-persuni b'diżabilità?", "Tista' tgħid x'tip ta' servizzi fil-komunità kienu u f'liema lokalitajiet f'Għawdex saru, sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) fid-Deep Water Quay?", "Jista' jgħid f'liema sena u xhar hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8121 u tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-Gvern u mill-privat, biex għamlu xogħol in konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, u għal kull attività separatament u maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8122 u tgħid x'xogħlijiet saru f'kull uffiċċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità nkluż għal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew nuqqas ta' dawl mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-binja li kienet inbniet sitt snin ilu minn Amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista, biex tintuża bħala Child Development Centre u li l-istess binja għaddiet għand Barts Medical School biex tintuża bħala Ċentru tal-Anatomija, tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li dan il-proġett, tant bżonjuż għat-tfal Għawdxin, isir f'xi post ieħor?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-proġett \"Finanzjament għall-Ħidma tal-Każini tal-Baned\" jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm kien in-numru ta' każini tal-baned li applikaw;", "b) liema kienu dawn il-każini u kemm kien l-ammont ta' finanzi li ngħataw separatament; u", "c) jekk kien hemm każini li applikaw u ma ngħatawx finanzi, x'kienet ir-raġuni?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta sabiex flimkien jaħdmu biex jitjiebu s-servizzi ta' persuni b'riskju ta' suwiċidju?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8519, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bankini identifikati fil-lokalità ta' Marsaskala bi problemi ta' aċċessibilità?", "Jista' jgħid liema huma dawn it-toroq fejn kien hemm dawn il-bankini u jgħid jekk dawn il-bankini ġewx irranġati?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8517, jista' l-Ministru ġentilment jgħid fiex jikkonsistu s-Servizzi ta' Ħidma Soċjali li qed jingħataw il-persuni b'diżabilità fil-komunità?", "Kemm hemm impjegati li qed jagħtu dan is-servizz tant importanti?", "Kemm ilhom jistennew il-143 benefiċjarji li huma fuq il-lista tas-stennija?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Bil-flus li se jiffranka mit-toroq il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti għandu biex jimplimenta dan il-Kunsill Lokali għall-benefiċċju tar-residenti tiegħu?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6154, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm sheltered hostels li nfetħu f'din il-Leġiżlatura sabiex jakkomodaw individwi bi problemi ta' saħħa mentali?", "Fejn infetħu dawn il-hostels?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizzi b'xejn ta' child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta' April 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "X'kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura?", "Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta' April 2014?", "X'kienet in-nefqa sena b'sena fuq din il-miżura?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm b'kollox studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC sa minn meta dawn bdew ikunu organizzati, sena b'sena?", "Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet?", "Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fuq l-istipendji bejn l-2013 u llum, sena b'sena?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2013 'l hawn u l-ispiża involuta?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, sena b'sena?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel ġodda li huma mistennija li jkunu mibnija f'din il-leġiżlatura 2017 -2022?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda tilqa' l-ewwel student fiha l-iskola l-ġdida tal-Qawra li ilha mħabbra mill-2015?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Wara li l-istatistika nazzjonali qed turi li l-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar kibret b'madwar 25% fl-aħħar tliet snin li jfisser li l-popolazzjoni tal-lokal issa telgħet għal madwar 26,000 ruħ, jista' l-Ministru jgħid kif il-politika ġenerali tal-Gvern ta' tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan qed taffetwa l-operat tal-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar?", "B'kemm żdidet il-popolazzjoni tal-Iskola ta' San Pawl il-Baħar?", "Kemm hi l-popolazzjoni tal-iskola llum?", "Kif jaqbel dan mal-politika tal-Gvern li ried skejjel iżgħar u mhux akbar?", "Huwa minnu li l-Iskola ta' San Pawl il-Baħar ma tiflaħx għal dan l-influss?", "Kemm hemm klassijiet nieqsa biex jakkomodaw lil dawn l-istudenti?", "Kemm hemm containers/mobile class rooms fl-Iskola ta' San Pawl u kemm qed jakkomodaw studenti?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkonferma li anke fil-bini ta' sular ieħor fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun waqa' lura l-Gvern?", "Kemm hemm tfal f'din l-iskola?", "Kemm żdiedu fl-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li anke hawn qed jintużaw containers/mobile classrooms?", "Kemm se jakkomodaw studenti?", "Jista' jikkonferma li anke hawn hemm nuqqas ta' spazju li qed jinħoloq minħabba l-politika ġenerali tal-Gvern ta' tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet fuq il-bidliet fl-Att tal-Edukazzjoni, li kienu ġew irtirati mill-Gvern wara protesti kbar mill-Union tal-Għalliema?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' aggressjoni fuq edukaturi rċevew id-Direttorati tal-Edukazzjoni minn kull kulleġġ statali?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk il-ħaddiema tal-Gozo Channel humiex se jżommu xogħolhom fi ħdan il-Gozo Channel?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk id-Deputati Reġistraturi li kienu jġorru l-grad ta' Prinċipal jew Uffiċjal fi Skala 10 fid-data li ġie ffirmat il-ftehim settorali fit-13 ta' April 2017 u ġew assimilati fi grad/skala ħażina minħabba interpretazzjoni żbaljata min-naħa tal-amministrazzjoni tal-Qrati, mhux ser jingħataw l-arretrati dovuti lilhom mit-13 ta' April 2017 sal-5 ta' Lulju 2018?", "U dan wara li l-amministrazzjoni tal-Qrati ser timplimenta s-suġġeriment tal-konċiljatur u d-Deputati Reġistraturi ser jingħataw biss l-arretrati b'effett mis-6 ta' Lulju 2018.", "Kemm hemm Deputati Reġistraturi f'Malta kif ukoll f'Għawdex li ġew affetwati b'din l-interpretazzjoni żbaljata tal-ftehim settorali?", "Ġaladarba saret din l-inġustizzja mad-Deputati Reġistraturi, għalfejn m'għandhiex issir ġustizzja magħhom, billi jingħataw l-arretrati kollha dovuti lilhom, meta qegħdin f'post fejn suppost issir ġustizzja?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8595 u ċjoè: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7874 u 8228, jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u titħallas ta' proprjetà meħuda mill-Gvern u mwaqqa' biex isir parking pubbliku u dan kif ġie deċiż mill-Qorti tal-Appell li fit-18 ta' Lulju 2017 preseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri u mill-Onorevoli Imħallef Tonio Mallia u mill-Onorevoli Imħallef Joseph Azzopardi kienu ordnaw lill-Kummissarju tal-Artijiet iħallas kumpens ta' €88,616 lil din l-anzjana, u jara li dan l-ammont jitħallas?", "Billi fiż-żewġ tweġibiet il-Ministru kien qal li qed isiru preparamenti biex din l-anzjana titħallas, jaħsibx li minn Lulju 2017 sal-lum, kważi perjodu ta' sentejn, kienx hemm biżżejjed żmien biex din l-anzjana titħallas?", "Jaqbilx il-Ministru li bil-prinċipju bażiku ta' justice delayed is justice denied din l-anzjana issa wasal iż-żmien li titħallas kif ikkonfermat il-Qorti tal-Appell u ma jkollhiex għalfejn tidħol f'aktar spejjeż legali biex tieħu dak li l-qorti tagħna kkonfermat għal darba darbtejn?", "Jista' ġentilment jintervjeni personalment biex din l-anzjana ma tibqax tiġi mgħoddija biż-żmien u fl-istess waqt tibqa' tiġi sfidata ordni tal-qorti?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 63 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 68 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "8 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 67 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija –Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR LAFFARIJIET TALFAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 fil-4:40 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar issuġġett \"Imġiba abbużiva mittfal filkonfront talġenituri jew adulti\".", "(Kont.); u", "Affarijiet Oħra.", "8 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190211_195a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 11 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 11 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 11 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 194, li saret fis-6 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni korrispondenza mingħand l-Onor.", "Beppe Fenech Adami sabiex huwa jiġi rreġistrat bħala skużat fil-Minuti tas-Seduta Nru 181 tat-12 ta' Diċembru 2018, is-Sedja laqgħet it-talba u ordnat il-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduta msemmija.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nirreferi lill-Ministru għall-ġurnal \"In-Nazzjon\" tat-8 ta' Frar 2019, fejn fost l-oħrajn kien hemm headline kbir ħafna dwar li l-heavy fuel oil (HFO) qed jinħadem f'Birżebbuġa.", "Jista' l-Ministru jagħti r-reazzjoni tiegħu dwar dan?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, fir-realtà dik kienet ibbażata fuq mistoqsijiet parlamentari li saru mill-Onor.", "Hermann Schiavone u, wara li jien irrispondejt b'mod professjonali f'dak il-qasam, ipprova jirredikolani li pprovajt naħrab mill-mistoqsija għax qed jgħid li jien tajt tweġibiet evażivi.", "Dwar dan kont se nitkellem f'xi Aġġornament, imma la issa għandi din l-opportunità, se ngħid l-affarijiet kif inhuma.", "L-Onor.", "Schiavone kien qal li jien kont evażiv fit-tweġibiet dwar jekk hux qed jinħażen heavy fuel oil, li dwaru l-Partit Laburista tant għamel pressjoni u kien qed isejjaħlu fabbrika tal-kanċer.", "Fil-fatt, il-mistoqsija parlamentari nru 8522 tgħid hekk:", "\"Il-Qajjenza – fuels maħżuna\"", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' fuels jinħażnu u jiġu mqassma mill-faċilità li għandha l-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-Qajjenza?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li l-kumpanija msemmija hija awtorizzata biex taħżen Class 3 fuels li għandhom flashpoint ta' iktar minn 55 grad Celsius.\"", "Irrispondejt hekk biex ikun ċar u ma jiġi ħadd jinterpretani li pprovajt naħrab minn xi tip ta' fuel jew ieħor.", "Dak li għedt huwa l-verità.", "Erġajt ġejt mistoqsi:", "\"Jista' l-Ministru jeskludi li fil-faċilità tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jinħażen u jitqassam HFO?\"", "\"Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija 8522.\"", "Saret ukoll mistoqsija 8524 li kienet tgħid hekk:", "\"Faċilità ta' kumpanija – fuel imsaħħan\"", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi msaħħan xi tip ta' fuel qabel jiġi mqassam fil-faċilità tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-Qajjenza?\"", "Għal din il-mistoqsija jien irrispondejt hekk:", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kategorija ta' fuels li jissejħu fuel oils kollha jissaħħnu biex jinħażnu u biex jiġu trasferiti.\"", "Sur President, intqalu ħafna ineżattezzi f'dan il-Parlament li huma teknikament żbaljati, u dan juri li dak li jkun ikun qed jispara bl-addoċċ u jipprova jinsinwa affarijiet li mhumiex korretti u li jagħtu idea ħażina.", "Pereżempju, intqal li HFO qed jinħadem f'Birżebbuġa – fil-fatt ma teżisti ebda faċilità f'pajjiżna li tipprovdi HFO – u li l-ħażna tal-HFO huwa proċess kompletament differenti mill-produzzjoni tal-fuel oil.", "Mhux tipproduċi, imma taħżen!", "Hemm differenza kbira.", "Tkellem ukoll u għamel plejtu dwar fejn jinħażen il-heavy fuel oil, li sejjaħlu l-fabbrika tal-kanċer.", "Hawn irrid nispjegalu li aħna dejjem kontra li jinħaraq il-heavy fuel oil.", "Ħadd ma kien kontra l-ħażna tal-heavy fuel oil.", "Hemm differenza minn ħażna għall-ħruq!", "L-emissjonijiet li jagħmlu ħsara jirriżultaw meta l-fuel jinħaraq u mhux meta jinħażen!", "Hawnhekk irrid nerġa' ngħid li l-irwejjaħ li hemm mhumiex l-uniċi rwejjaħ li r-residenti ta' Birżebbuġa jħabbtu wiċċhom magħhom.", "L-irwejjaħ ġejjin mid-diesel, mill-jet fuel u mill-faċilità tal-31 ta' Marzu 1979 – li hija faċilità li għandha problemi kbar u li aħna ħsibna biex nagħlquha darba għal dejjem!", "Dawk l-insinwazzjonijiet li saru huma skorretti.", "Jien irrispondejt b'mod professjonali biex żgur ħadd ma jġib xi skuża u jgħidli li qed nilgħab m'hawn u qed nilgħab m'hemm, imbagħad niġu f'dan il-Parlament u minflok ngħidu grazzi lill-Gvern Laburista li se jagħlaq l-impjant fl-2020, nipprovaw nattakkaw u nitfgħu d-dubji f'moħħ in-nies!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, nixtieq li l-Ministru jkun ċar!", "Fil-Qajjenza qiegħed jinħażen heavy fuel oil?", "Iva jew le?", "Qiegħed jissaħħan il-heavy fuel oil?", "Fil-Qajjenza, dawk it-tankijiet għandhom valve li minnu joħroġ il-fwar tal-heavy fuel oil, li qiegħed f'livell mar-residenti?", "Jista' wkoll jgħidilna l-kuntrattur/l-operatur kemm baqagħlu f'kuntratt hemmhekk?", "Veru li l-operatur irid jinvesti l-flus biex jagħmel il-faċilità iktar sigura u m'għandux garanzija li s-sena d-dieħla se jkun qed jibqa' jopera hemmhekk?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, li huwa żgur huwa li peress li huwa kkompara l-heavy fuel oil li kien jinħaraq fil-power station … (Interruzzjonijiet) Nitolbu jitgħallem x'inhi d-differenza bejn li taħraq il-heavy fuel oil u li taħżen il-heavy fuel oil!", "(Interruzzjonijiet) Se nurik id-differenza bejn li taħraq il-heavy fuel oil u li taħżen il-heavy fuel oil!", "Din bħal meta taħdem għal pajjiżek u tagħmel ħsara 'l pajjiżek!", "L-ISPEAKER: Onor. Schiavone, jekk jogħġbok, ma rridx interruzzjonijiet.", "Il-Ministru jkompli.", "JOE MIZZI: Hemmhekk jinħażen dak it-tip ta' fuel li parti minnu huwa heavy fuel oil.", "It-tip ta' fuel li jinħażen hemmhekk mhux biex jinħaraq Malta!", "HERMANN SCHIAVONE: Qed issaħħnu, biex … (Interruzzjonijiet)", "Nitlob lill-Onor.", "Schiavone jagħtini ċans nispjegalu sabiex jitgħallem u ngħidu għaliex jissaħħan!", "L-Onor.", "Interpellant ikkomparah mal-heavy fuel oil li kien jinħaraq fil-power station u allura pprova jallarma lin-nies.", "Bejn dak u dak li jinħażen hemm baħar jaqsam!", "Dan ma jniġġisx!", "U se ngħid għaliex!", "Dan it-tip ta' fuel jinħażen biex jintuża għall-bunkering.", "Dak jissaħħan u jkun magħluq!", "Biex tittrasferixxih għall-bastiment li se jmur jieħdu minn hemm … (Interruzzjonijiet) Ikolli ngħid li qabel kont qed naħseb li forsi ma jifhimx, imma issa jkolli ngħid li qed jipprova jqarraq u jinganna!", "Tajjeb ukoll!", "Ħa l-benefiċċju tad-dubju li forsi ma jafx!", "Issa ħalli nkompli nispjega biex forsi jipprova jitgħallem u ma jerġax tagħmel ħsara lil pajjiżu, kif qed jipprova jagħmel!", "Meta dak it-tip ta' żejt ikun maħżun, biex tmexxih għal post ieħor trid issaħħnu ġewwa, fil-magħluq; mhux tgħallih jew taħarqu … (Interruzzjonijiet) Kollox se nispjegalu, imma mhux qed jagħtini ċans!", "Biex dan it-tip ta' żejt jiġi ttrasferit fuq bastiment biex dan imbagħad jagħtih lil bastimenti barra minn pajjiżna, jiġifieri jkun hemm bunkering, dan il-fuel jissaħħan u jiġi ttrasferit u jintuża apparat apposta biex ma joħroġ l-ebda gass barra.", "Dan l-impjant jiġi awditjat darba fis-sena: mhux minna, għax mhijiex xi ħaġa li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħi, imma mill-ERA, li tara li l-apparat li hemm bżonn qed jaħdem.", "Ladarba hemm ċertifikat, huwa awditjat, hemm ċar li l-apparat qed jaħdem u mhux qed iħalli dawn il-gassijiet jaħarbu.", "L-Onor.", "Schiavone staqsa kemm baqagħlu kuntratt l-operatur.", "Issa jekk għandux interess mal-kuntrattur hu, jien ma nafx!", "(Interruzzjonijiet) Mela jien naf x'għandek?", "Bir-rispett kollu, jien staqsejtek jekk għandekx.", "Jien m'għandix.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Qed nitlob lill-Ministru jirtira din l-akkuża li għamel!", "Qed jagħmilli akkuża serja li jien jista' jkolli interess mal-kuntrattur.", "Din hija akkuża serja!", "L-ISPEAKER: Ministru, naħseb li trid tirranġa d-diskors tiegħek!", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Naħseb li naf x'għedt.", "M'għamilt ebda insinwazzjoni.", "Staqsejt jekk għandux interess.", "Jien m'għedtx li għandu!", "L-ISPEAKER: Ħu paċenzja, Ministru, din trid tirtiraha!", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, jien nerġa' ngħid li m'għedtx li għandu interess.", "Jekk għandux jew le affari tiegħu.", "Li nista' ngħid jien huwa li fil-każ ta' meta jaqa' jew ma jaqax il-kuntratt, jien l-ewwel ma nara huwa l-interess ta' pajjiżi!", "Wieħed irid jara x'inhu l-aħjar li jista' jsir hemmhekk, u minn dawk l-akkwati …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSEANNE CUTAJAR: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-pipeline ma' Sqallija?", "Naf li kien hemm xi diskussjonijiet dwar dan.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, fil-fatt, fuq is-survey marittimu biex wieħed jara minn fejn se jgħaddi dan il-pipe tal-gass u jekk ikun hemm bżonn isir tibdil fejn irid jersaq dan il-pipe, wasalna fl-aħħar u nista' ngħid li dan is-survey kien interessanti ħafna.", "Issa jmiss li l-istudji jiġu analizzati fid-dettall, kemm mill-aspett ambjentali kif ukoll minn aspetti oħra biex wieħed jara daqsxejn kif se jimxi.", "Li nista' ngħid huwa li waqt li kien qed isir dan l-istħarriġ, ġiet indikata xi ħaġa interessanti fl-ibħra tagħna; jidher li hemm fdalijiet ta' bastiment li għadhom qatt ma ġew irreġistrati.", "Din hija xi ħaġa li anke bħala wirt f'pajjiżna hija importanti.", "Jidher ukoll li nstabu żewġ ajruplani li wkoll ħadd ma kien jaf bihom.", "Issa ovvjament isiru l-istudji meħtieġa.", "Anke fuq in-naħa ta' Gela jidher li hemm affarijiet storiċi fil-qiegħ tal-baħar.", "Allura wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji biex meta niġu biex naraw minn fejn se jgħaddi l-pipe, jiġi evitat li ssir ħsara lil dawn l-affarijiet storiċi.", "Hemm kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti, l-awtoritajiet Taljani, il-Presidenza ta' Sqallija, u anke l-ministri lokali t'hemmhekk.", "Waqt id-diskussjoni li kellna magħhom spjegajnielhom eżatt dak li sar s'issa u wrejna s-serjetà li mexjin biha fl-istudji, fejn biċ-ċar qed nuru li l-aspett ambjentali qed jingħata l-valur li jixraqlu.", "Huma dan fehmuh, tant li meta kien hemm xi affarijiet li wieħed irid jara, bħal kif se jitneħħew ċerti ostakli li nstabu biex ikun jista' jsir dan il-proġett, ftehemna li issa t-tekniċi jmorru għandhom biex jaraw is-soluzzjoni x'se tkun biex nimxu 'l quddiem.", "It-Taljani fehmu li dan mhux proġett ta' Malta, imma huwa proġett tal-Unjoni Ewropea kollha, kif saħqet anke l-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk fi ftit żmien ieħor se jitilgħu n-nies tekniċi biex jitkellmu fuq il-passi li jmiss.", "Imbagħad, wara li jsiru studji iktar profondi, nibdew nippjanaw sabiex naraw minn fejn se jgħaddi dan il-pipeline tal-gass.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, jien informat li l-kuntrattur ma jistax jagħmel iktar investimenti biex is-sit tal-Qajjenza jkun iktar sigur, għaliex m'għandux garanzija li jkollu l-payback period fir-rigward tal-investiment li jeħtieġ jagħmel fuq it-tankijiet tal-Qajjenza.", "Irrid ngħid ukoll li nieħu gost li l-għada li għamilt id-diskors tiegħi fil-Parlament, il-Ministru għamel konferenza stampa f'Ħas Saptan u ħabbar li se jiċċaqlaq il-fuel depot.", "Però ninnota li l-wegħda li se jibda jiġi żmantellat kienet saret sentejn ilu fil-kampanja elettorali tal-elezzjoni ġenerali.", "Jista' l-Ministru jgħidilna meta l-fuel depot se jiċċaqlaq minn ġewwa Birżebbuġa, u jekk l-Enemalta hux diġà għandha xi ħsebijiet għal dan is-sit?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jgħid li forsi mhux sigur jew hemm xi nuqqasijiet, jien ma nafx bihom.", "Għalkemm ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tiegħi, nista' ngħid li ladarba l-kumpanija ngħatat l-audit certificate, suppost li għandha l-affarijiet siguri u qed taħdem b'mod sigur.", "Kieku mhux hekk, naħseb li ttieħdu l-passi.", "Ħadd ma qalli li hemm xi ħaġa ħażina.", "Dan jiġi awditjat kull sena u, jekk ikun hemm xi ħaġa ħażina, l-awdituri jiċċertifikaw u jgħidu x'għandu jsir.", "Għalhekk ma naħsibx li hemm affarijiet li mhumiex sew għax kieku mill-awditjar kienu joħorġu u l-kumpanija kienet tiġi mġiegħla tirranġahom.", "Ma tistax tgħid minn fejn eżatt ġejja r-riħa; diġà għedt li għandu mnejn hemm problemi oħrajn anke minħabba ż-żmien li għandu dak l-impjant.", "Ovvjament, meta nagħmlu l-impjant il-ġdid, dawk il-problemi se jieqfu.", "Sur President, aħna meta applikajna biex isir dan l-impjant il-ġdid f'Ħas Saptan, konna riġidi fuq in-neċessitajiet li għandu jkun hemm.", "Konna ebsin ħafna mill-aspett ambjentali minħabba s-sensittività taż-żona.", "Rajna wkoll l-effiċjenza fl-enerġija u f'affarijiet oħrajn.", "Ma rajniex biss ħaġa waħda, imma ridna naraw kull aspett, anke t-teknoloġija.", "It-teknoloġiji se jkunu l-iktar avvanzati li qatt kien hawn fil-pajjiż, b'mod li pereżempju f'każ ta' emerġenza, l-impjant stess awtomatikament jieħu passi u jagħlaq biex ma jħallix gassijiet u ħruq joħorġu!", "Din hija l-iktar teknoloġija avvanzata.", "Il-bowsers se jimtlew permezz ta' sistema taħt l-art, li minnha ma joħorġu ebda dħaħen barra, jiġifieri jkun ikkapsulat.", "Għalhekk għedt li qed nieħdu prekawzjonijiet kbar.", "Huwa veru li hemm il-wegħda li l-impjant ta' Birżebbuġa jispiċċa, u hekk se jsir!", "Fil-fatt bdejna l-proċess u ħriġna l-offerti sabiex ikun lest, bejn wieħed u ieħor, sal-aħħar ta' din is-sena.", "Waqt li qed nagħmlu dan, rajna wkoll li nużaw ukoll inqas art milli kienet qed tintuża f'Birżebbuġa, u ċjoè, madwar 35,000 metru kwadru art inqas għal dan il-proġett.", "Dan għax qed nużaw faċilità taħt l-art ukoll.", "Meta jkun lest l-impjant, imbagħad ikun hemm żmien biex jiġi kkummissjonat, għax dan ma jkunx lest minn kollox; pereżempju trid tnaddaf it-tankijiet, iżżarmahom, eċċ. Hemm żjut oħrajn, u allura, wara li jkun kummissjonat, bejn wieħed u ieħor għal nofs l-2020, jibda l-proċess l-ieħor biex jidnaddaf iż-żejt u jiġi żarmat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fuq il-midja rajna li kien hemm xi konferenza stampa rigward dak ix-xogħol tal-mina taħt l-art, li tibda minn Pembroke u tibqa' għaddejja f'diversi rħula oħrajn.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?", "Għaliex qed isir dan ix-xogħol u x'se jkun il-benefiċċju relatat ma' dan ix-xogħol?", "Forsi l-Ministru jgħidilna wkoll kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, dan huwa parti minn proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li ħabbart fl-2018 għal dawn l-erba' snin li ġejjin, liema proġetti jlaħħqu madwar €130 miljun.", "Illum mort nara l-bidu tal-proġett ta' mina twila sa 9.5 kilometru, li tibda mir-Reverse Osmosis ta' Pembroke u tibqa' sejra għall-ġibjun ta' Ta' Qali.", "Dan il-proġett qed isir għaliex hemm bżonn ħafna li l-infrastruttura f'dan il-qasam titjieb biex tilħaq mad-domanda li dejjem qed tikber, kif ukoll biex nimmodernizzaw dan il-qasam.", "Kulħadd jaf bl-ammont ta' turisti li qed jiġu f'pajjiżna u l-attivitajiet kummerċjali li hawn kulħadd jaf kemm qed jikbru.", "Allura wieħed bilfors irid jilqa' għad-domanda tal-ilma u s-servizzi tad-drenaġġ taż-żminijiet tal-lum.", "Illum nafu li fejn l-ilma tal-pjan qed jiġi mħallat mal-ilma tar-reverse osmosis, il-kwalità hija ħafna aħjar minn ta' dak li jiġi dirett mill-ilma tal-pjan.", "Permezz ta' din il-mina, se jkun hemm il-possibbiltà li nilħqu ħafna iktar żoni b'din it-taħlita mal-ilma tar-reverse osmosis, u allura l-kwalità tal-ilma se togħla.", "Barra minn hekk, peress li l-ilma mill-impjant ta' Pembroke se jiġi ttrasportat għall-ġibjun permezz tal-gravità, f'każ ta' problema ta' dawl se jkun hemm aktar serħan il-moħħ dwar il-provvista tal-ilma.", "Irrid ngħid li, filwaqt li qed nagħmlu dan ix-xogħol, qed naġġornaw ukoll l-impjanti tar-reverse osmosis.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li ngħid li bit-teknoloġija li teżisti – u hawnhekk nirringrazzja lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – se niġġeneraw id-doppju tal-ilma li konna qed niġġeneraw s'issa mill-impjant, u dan isir b'aktar effiċjenza fl-enerġija b'mod li nnaqqsu l-konsum b'50%!", "Jiġifieri aħna mhux sempliċement qed nagħmlu proġetti, imma qed naraw l-aspetti kollha, bħall-effiċjenza, il-kwalità u s-sigurtà li jkun hawn l-ilma.", "Dawn il-proġetti li, kif għedt, huma proġetti li se jsiru fuq medda ta' erba' snin, huma proġetti utli u bżonjużi ħafna għal pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, il-ġimgħa l-oħra għamilt mistoqsija lill-Ministru dwar l-eks impjant tal-Qajjenza fejn kien jiġi bbottiljat il-gass, liema impjant ilu magħluq minn żmien l-amministrazzjoni ta' qabel l-2013.", "Din iż-żona, li hija tal-Enemalta, hija żdingata u xi snin ilu, meta kont kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa, kont bdejt diskussjonijiet maċ-Chairman tal-Enemalta ta' dak iż-żmien biex, sakemm l-Enemalta ssib użu għal dik iż-żona, fis-sajf tibda tinfetaħ parti minnha bħala parkeġġ għall-karozzi u d-dgħajjes.", "Il-Ministru jikkonsidra li jerġgħu jibdew dawn it-taħditiet, sabiex forsi nneħħu ftit mill-piż tal-problema tal-parkeġġ minn ġol-Qajjenza billi nużaw din iż-żona li bħalissa ma hija qed tintuża għal xejn?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, f'kull proġett aħna nipprovaw nagħtu kas jekk ikunx hemm spazju li wieħed jista' jutilizza għaċ-ċittadini tal-lokalità.", "Bħalissa qed isir studju biex wieħed jara x'jista' jsir 'il quddiem; però, se nieħu dan is-suġġeriment ukoll u ngħaddih lil min huwa responsabbli.", "Naċċerta lill-Onor.", "Interperllant li s'issa għad m'hemmx pjani, però wieħed irid jiddiskuti biex jara x'jista' jsir fl-interess ta' kulħadd.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Mill-midja segwejna li se jsiru xi xogħlijiet f'Wied il-Qlejgħa – li huwa magħruf bħala ċ-Chadwick Lakes – minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Mizzi.", "Meta konna iżgħar kienet l-għaxqa tagħna li mmorru hemmhekk, iżda matul iż-żmien dan tħalla jaqa' daqsxejn f'sitwazzjoni li nixtiequ li tkun aħjar.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'tip ta' xogħlijiet se jsiru hemmhekk?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Minbarra l-bżonn li wieħed jirranġa l-ilqugħ, eċċ., wieħed irid jara wkoll x'jista' jsir mill-aspett ta' informazzjoni, biex naraw li jkun hemm iktar informazzjoni fuq l-ekoloġija, eċċ. Ċertu xogħol li jeħtieġ li jsir ma tistax tagħmlu meta għandek l-ilma, u allura wieħed irid jistenna li jasal is-sajf biex tagħmlu.", "Il-metodu li se jintuża hemmhekk mhux biss se jkun ta' interess għan-nies tal-lokalità, imma dan jista' tkun ta' interess ukoll għall-pajjiżi ġirien billi wieħed jara dan il-proċess u jitgħallem u jaqsam din l-informazzjoni ma' pajjiżi oħrajn.", "L-interess tagħna mhuwiex biss li nsewwu dawk il-ħsarat li hemm u li l-affarijiet nerġgħu nġibuhom kif għandhom ikunu, però li nedukaw ukoll lill-istudenti u lil kulħadd dwar dawn l-affarijiet.", "Ma rridux sempliċement naħsbu fl-infrastruttura, imma rridu naraw li nsibu metodu biex inkunu nistgħu ngħallmu, speċjalment dwar il-fawna ta' dawk l-akkwati.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "Peress illi din it-tweġiba ma tinkludix il-Bank Ċentrali, nitlob lill-Onor.", "Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.", "L-ISPEAKER: l-Onor.", "KAROL AQUILINA: Peress li l-mistoqsija tinkludi l-Bank Ċentrali ta' Malta, ġaladarba dik l-informazzjoni hija disponibbli, jista' l-Ministru jobbliga ruħu li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Il-Ministru qiegħed fuq xogħol.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jekk għandu xi ħaġa speċifika li jrid jistaqsi, jerġa' jistaqsiha.", "It-tweġiba ngħatat.", "Jiġifieri jekk għandu xi ħaġa li ma jaqbilx magħha, jagħmel mistoqsija u jingħata tweġiba.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għall-2018; u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq stipendji tal-istudenti bejn l-2012 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8747.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 24 tal2019 – Ordni tal-2019 li jemenda l-Att dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew (Emenda Nru 2); u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' site plan li turi żewġ irżiezet fl-inħawi f'Tal-Papa, fil-limiti ta' Birżebbuġa, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8671.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet ta' aċċess superviżjonat minn social workers fl-Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Familja fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8703; u", "Tagħrif dwar servizzi għal persuni b'diżabilità f'Għawdex bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8704.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali, maqsuma skont il-lokalità u l-età tal-persuni, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8660; u", "Lista li turi l-għadd ta' persuni li qed jistennew is-servizz ta' home help, maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8662.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI.", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, dan huwa dibattitu li jittratta Abbozz ta' Liġi li forsi meta wieħed iħares lejh, itendi li jaħseb li jinvolvi diskussjoni pjuttost akkademika, diskussjoni li ma tixhidx ir-rilevanza tan-numru ta' diskorsi u tat-tul f'sens ta' seduti, kif ukoll ta' interventi li jsiru f'din il-Kamra marbut ma' dan l-Abbozz li jitressaq kull sena.", "Però, fil-verità, din il-leġiżlazzjoni, li tiġi quddiem il-Parlament kull sena wara li jitressqu l-estimi fil-proċess tal-baġit ta' kull sena, hija leġiżlazzjoni kruċjali għaliex hija leġiżlazzjoni li qed titlob lill-ogħla istituzzjoni ta' dan il-pajjiż tapprova l-operat tal-Gvern, il-mod kif se jkun qiegħed jonfoq il-flus li se jkun qiegħed idaħħal, kif dawn il-flus jinkwadraw fil-programm politiku u wkoll fl-isfond tal-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali li għandu pajjiżna.", "Għalhekk huwa importanti li dan id-dibattitu jsir, u huwa importanti li aħna, bħala membri tal-Oppożizzjoni b'mod partikolari, nitkellmu dwar din il-liġi għaliex hija liġi li timmarka l-mod ta' kif il-pajjiż se jkun qiegħed juża r-riżorsi finanzjarji li jirnexxilna niġġeneraw bħala poplu, flimkien mal-prijoritajiet soċjali u ekonomiċi li għandna marbutin magħhom.", "Bħala punt tat-tluq irrid ngħid li huwa importanti li nifhmu li baġit ta' gvern m'għandux biss l-ispiża, però għandu wkoll id-dħul.", "Essenzjalment, id-dħul tal-gvern tista' taqsmu fi tnejn b'mod prinċipali, fejn 90% tad-dħul jiġi mit-taxxi, u 10%, li fl-estimi jitqiesu bħala non-tax revenue, li jkunu ġejjin minn kirjiet, dividends, minn dħul ieħor tal-gvern, li mhuwiex dħul li wieħed jista' jikkategorizzah jew jikklassfikah bħala dħul mit-taxxa, imma jkun dħul ieħor.", "Dawn id-90% tad-dħul mit-taxxi huma 90% li, by and large, jiġu mill-income tax, mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, mill-VAT, minn liċenzji oħrajn, mid-dazji, mis-sisa, eċċ. Matul l-2019, skont l-estimi li ressaq il-Gvern quddiem din il-Kamra, dawn huma mistennija li jlaħħqu ftit iktar minn €4.5 biljun li, meta mqabbla mar-revised estimates ta' dak li daħħal il-Gvern fl-2018, li huwa ftit iktar minn €4.2 biljun, tara li din is-sena minn dħul fit-taxxi l-Gvern se jdaħħal €360 miljun iktar minn dak li daħħal is-sena l-oħra.", "Wieħed irid jifhem li dan id-dħul mhux xi dħul ġenerat minn xi riżorsa naturali f'pajjiżna, però huwa dħul ġenerat mix-xogħol, mill-attività ekonomika, imma mit-taxxi u mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jħallsu l-ħaddiema f'pajjiżna biex jiġġeneraw dan id-dħul sabiex il-Gvern ikollu l-flus biex ikun jista' jiffinanzja.", "Għalhekk, meta tqis li din is-sena kull min jaħdem f'dan il-pajjiż, kull min jikkontribwixxi, kull min jiġġenera xi forma ta' attività ekonomika se jkun qiegħed joħloq €360 miljun iktar mis-sena li għaddiet fir-rigward tal-budgets, wieħed jirrealizza u jifhem il-kuntest ta' dak li jingħad ħafna drabi f'ċerti diskorsi ta' kemm huma sostenibbli l-pensjonijiet u kemm le.", "Jekk inti tqis li dawn it-€360 miljun qed niġġenerawhom aħna kollettivament mit-taxxi, li qed jikkontribwixxi għalihom kull min jaħdem u kull min joħloq attività ekonomika f'dan il-pajjiż, allura mhuwiex biżżejjed li tgħid dawn it-€360 miljun ġbarthom, imma huwa importanti li tara kif dawn it-€360 miljun li se niġbru iktar mis-sena li għaddiet jintnefqu bl-iktar mod responsabbli u bl-aħjar mod biex iħallu ġid soċjali u ġid ekonomiku.", "Hemmhekk tara wkoll kemm id-dibattitu fuq l-ispiża ta' dan il-pajjiż, fuq kemm il-gvern jonfoq u fiex il-gvern jonfoq, huwa rilevanti biex tifhem il-kuntest ekonomiku u soċjali li fih qed jiġi mibni l-baġit ta' pajjiżna.", "Meta inti tara li bl-andament ekonomiku tiegħu l-pajjiż qed jiġġenera dan it-tip ta' dħul addizzjonali, inti trid tara li dak id-dħul addizzjonali ma jinħaraqx fi spiża rikorrenti li mhijiex neċessarja li ssir.", "Però, dak id-dħul li, nerġa' ngħid, qed inħallsu aħna - mhux qed jiġġenerah il-gvern minn xi mkien separat jew minn xi materja prima - jiġi allokat u użat bl-aħjar mod possibbli.", "Dan biex inkunu ċerti li l-ġid li qed jinħoloq jitqassam ġustament.", "Imma, aktar minn hekk, irridu naraw li huwa ġid li l-ħsieb fuqu huwa fit-tul u mhux sempliċiment spiża short term li wieħed mhux neċessarjament ikun qed jara xi ġid marbut magħha fit-tul.", "F'dan l-isfond nixtieq nuża l-ftit ħin li għandi f'dan id-dibattitu biex aktar milli nitkellem b'mod dejjaq fuq il-qasam li nkopri jien, niffoka aktar b'mod ġenerali, u nagħmel ftit riflessjonijiet dwar kif l-eżerċizzju tal-Baġit jirrifletti r-ruħ ta' pajjiżna, ir-ruħ ta' dan in-nazzjon, imma wkoll il-prijoritajiet li qed inpoġġu quddiem il-poplu, kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħidma soċjali li hemm bżonn fil-pajjiż, imma, aktar u aktar, kif aħna qegħdin insaħħu l-qafas ekonomiku biex inkunu nistgħu niġġeneraw aktar ġid.", "Id-diskussjonijiet u d-dibattiti li aħna jkollna fuq dan il-qasam huma diskussjonijiet li hemm bżonn li nħarsu lejhom f'qafas aktar sħiħ u aktar mibni fuq fejn irridu nieħdu lil pajjiżna.", "Għalhekk nemmen – u fil-fatt tkellimt kemm-il darba f'dan l-isfond – li dan il-Parlament għandu bżonn jiddibatti ħafna aktar materji ta' politika, jiġifieri policy, materji ta' importanza li ħafna drabi, minħabba diversi raġunijiet li mhux neċessarjament jolqtu lin-nies, dawn id-dibattiti dwar policy ma jsirux u ma niffokawx fuqhom.", "Id-dibattiti li jkollna fuq policy – u se nuża l-kelma \"policy\" għax il-kelma \"politika\" bil-Malti ħafna drabi għandha konnotazzjonijiet differenti – huma waħdiet, u nemmen li dibattitu bħal dan li għandna quddiemna bħalissa, tal-estimi, huwa dibattitu propizju li fih għandna nagħmlu din it-tip ta' diskussjoni.", "Dan għax fil-verità, meta qed tapprova l-ispiża ta' pajjiż, €4.5 biljun, irridu naraw li dawk il-flus qed jintnefqu bl-aħjar mod possibbli, b'mod li jindirizzaw il-kwestjonijiet veri li qed jolqtu lin-nies u li qed iġegħluhom jieħdu deċiżjonijiet ta' kuljum f'ħajjithom biex ikomplu jmexxu 'l quddiem 'il-familji tagħhom.", "Huwa inutli li lin-nies, lil kull min ikun għaddej minn ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli, tgħidlu li kollox sejjer tajjeb, li kollox qed jiġi riżolt.", "Mill-banda l-oħra, huwa inutli mbagħad li tgħidilhom li jekk ma jaċċettawx il-mudell ekonomiku li daħħal dan il-gvern iridu jinsew il-pensjonijiet.", "Mela l-€100 miljun addizzjonali li qed jiġġeneraw ħaddiema barranin f'dan il-pajjiż, f'daqqa waħda dawk saru l-fulkru sħiħ li fuqu jiddependi l-futur tal-pensjonijiet ta' dan il-pajjiż.", "Jiena nifhem li biex tkompli tikber l-ekonomija rridu nkabbru l-valur tagħha permezz ta' aktar attrazzjoni ta' talent f'dan il-pajjiż – dak l-argument nifhmu.", "Però, żgur li ma nistax nifhem l-argument li prim ministru ta' pajjiż jiġi jgħid li l-pensjonijiet jiddependu fuq il-workforce barranija!", "Mela, jekk jiġri xi ħaġa fl-ekonomija tagħna u l-workforce barranija, għal raġuni jew oħra, tonqos jew tinbidel, ifisser li l-pensjonijiet ta' pajjiżna jispiċċaw?", "U dan meta d-dħul li qed jiġġenera l-pajjiż huwa dħul li huwa suffiċjenti biex inkomplu nsaħħu l-pensjonijiet tagħna, ġaladarba l-ispiża operazzjonali tal-gvern, l-ispiża diskrezzjonali tal-gvern, tkun spiża li hija in check, tkun spiża li qed trendi l-valur li għandna bżonn, mingħajr ma nkomplu nkabbru l-gvern u l-istituzzjonijiet tal-gvern u n-nefqa diskrezzjonali tal-gvern b'mod li mhuwiex sostenibbli?", "Għalhekk nemmen li dibattitu bħal dan għandu jkun ukoll dibattitu li jinbena fuq il-viżjoni li aħna għandna għal pajjiżna.", "Rari jkollna diskussjoni f'dan il-Parlament dwar fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż.", "Ikollna diskussjonijiet fuq elf ħaġa; però, fuq fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż, fuq fejn irridu nwassluh u fuq fejn se narawh meta tispiċċa din il-leġiżlatura, rari jkollna.", "Jiena nemmen li ma nistgħux sempliċement nibqgħu niddiskutu u nirrepetu l-mantra tat-tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku (GDP), il-mantra tal-persentaġġi tat-tkabbir ekonomiku, għax dik il-mantra qed twassal għal sitwazzjoni li qed taħbi.", "Dan qed iservi bħala smokescreen għal affarijiet u problemi reali li jeżistu fil-pajjiż u li għandna bżonn nindirizzaw.", "Id-dinja kollha, kif semmejt kemm-il darba f'dan il-Parlament, b'mod partikolari pajjiżi li huma żviluppati u pajjiżi li għandhom ekonomiji moderni, qed jitilqu lil hinn minn sempliċiment il-kejl ta' kemm il-pajjiż sejjer tajjeb bil-prodott gross domestiku.", "Dawn il-pajjiżi qed iħarsu lejn kif qed tgħix f'pajjiżek, lejn il-kwalità tal-ħajja f'dak il-pajjiż, lejn kif b'mod individwali l-poplu qed javvanza, lejn kif min ikun fil-parti t'isfel tas-soċjetà għandu l-abbiltà, il-mobbiltà u l-funzjonalità li jista' jimxi 'l quddiem.", "Sur President, il-kejl ekonomiku li napplikaw illum, sfortunatament, huwa bbażat fuq il-liġi tal-averages, u allura mhux neċessarjament qed jirrifletti verament dawk l-oqsma li għandna niffokaw fuqhom.", "Jien inħoss li għandna niffokaw aktar fuq viżjoni li tkun ibbażata fuq il-ġid komuni, viżjoni li meta qegħdin niddiskutu fejn irridu nieħdu 'l-ekonomija ta' dan il-pajjiż, ma nirraġunawx biċ-ċifri immedjati, imma nħarsu lejn is-sostenibbiltà tal-ekonomija ta' pajjiżna fit-tul.", "Dan għax jekk l-aspirazzjoni tagħna tieqaf billi nħarsu lejn iċ-ċifri immedjati – għax l-ekonomija globali hi dik li hi – l-aspirazzjonijiet tagħna huma aspirazzjonijiet qosra, aspirazzjonijiet short term.", "Però dawk l-aspirazzjonijiet minnhom infushom għal xiex se jwasslu?", "Se jwasslu li jekk aħna ma naspirawx aktar 'il fuq, jekk ma naspirawx għal ekonomija bbażata aktar fuq valur miżjud, ekonomija li ma tiddependix min-numru tal-ħaddiema, imma tiddependi mill-kontribut ta' dawk il-ħaddiema u mit-tip ta' attività ekonomika li se nkunu qegħdin noħolqu, attività ekonomika li ma tniġġisx, attività ekonomika li mhijiex ibbażata fuq l-użu ta' aktar art, imma fuq il-ġenerazzjoni ta' ħafna aktar valur ekonomiku minn dik l-art u minn dak l-ispazju li għandna … Jien nemmen li l-viżjoni tagħna trid tkun viżjoni bbażata fuq dak li nemmnu li hu l-aħjar għat-tfal tagħna, għall-ġenerazzjonijiet li jmiss ta' dan il-pajjiż.", "Il-ġimgħa l-oħra f'Kumitat Konġunt bejn il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kellna diskussjoni mal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, li fiha istitut partikolari li huwa l-Istitut dwar it-Tfulija.", "Minn riċerka li dawn għamlu mat-tfal dwar x'jaraw mill-perspettiva tagħhom li huwa l-aktar importanti biex fil-politika noħolqu aktar ġid, fi kliemhom, u fil-mod kif imbagħad ġie interpretat minn min kien qed imexxi din ir-riċerka, qalu li huma jdejjaqhom li jaraw politika li hija – m'użawx dan il-kliem, imma l-konklużjoni – tribali, politika fejn ħadd ma jista' jasal għal xejn ħlief għaż-zero-sum game, li dak li titlef int nirbħu jien u viċi versa.", "Mit-tip ta' ideat li anke t-tfal ikunu qegħdin iressqu lejna l-politiċi tara t-tip ta' politika li jridu.", "U jiena nemmen li din hija politika li verament irridu nibdew inħarsu lejha bis-serjetà.", "Nerġa' ngħid, trid tkun politika ispirata mill-ġid komuni u politika li trid tibda tħares lejn metodi ġodda ta' kif nistgħu nwasslu lil dan il-pajjiż f'postijiet ħafna aktar avvanzati.", "L-ewwel nett, trid tkun politika mibnija fuq sussidjarjetà akbar, fuq il-kunċett ta' power sharing, il-kunċett ta' government sharing, fejn ma tistax tibqa' sitwazzjoni li s-sussidjarjetà qed tiġi retrenched lura u mhux tmur aktar 'il quddiem, sitwazzjoni u sistema politika li permezz tagħha tissaħħaħ ħafna aktar il-midja indipendenti u ma jkollhiex għalfejn taħdem fi straitjackets minħabba s-sostenibbiltà tagħha.", "Illum nafu li l-midja indipendenti tiffaċċja problemi u sfidi kbar ħafna fis-sostenibbiltà tagħha għax id-dħul li għandhom il-mainstream media houses huwa dħul li bih rarament u diffiċilment ħafna ikunu jistgħu jkampaw finanzjarjament.", "Fl-opinjoni tiegħi, dak huwa wieħed mill-pilastri li aħna bħala politiċi rridu naraw li jissaħħu, u għalhekk għandna naraw u nħarsu lejn kif insaħħuh, imma rridu wkoll naraw kif – fil-kontest ta' dan id-dibattitu li għaddej bħalissa – ikollna gvern iċken, gvern li l-footprint tiegħu tkun ħafna iżgħar minn dik li hi, u mhux b'footprint li kostantament tikber sena fuq oħra.", "B'hekk, minflok il-finanzjament li, nerġa' ngħid, qed jiġi mit-taxxi li nħallsu aħna, imur fuq spiża diskrezzjonali, imur fuq it-tkattir tal-ġid ekonomiku, f'aktar investiment fis-settur privat, f'investiment akbar fl-infrastruttura u f'investiment akbar fil-ħiliet li jrid ikollna fl-ekonomija tagħna.", "Irridu wkoll nibdew naraw kif il-kunċett ta' sussidjarjetà jestendi lilu nnfisu biex inkomplu nsaħħu t-tielet settur f'dan il-pajjiż, u ċjoè, is-settur tal-volontarjat, is-settur tan-not for profit.", "Il-liġi dwar is-social enterprises tfaċċat fl-aħħar leġiżlatura, però ma reġgħetx ġiet quddiem il-Parlament.", "Huwa importanti li nibdew nagħtu funzjonijiet li jistgħu jagħmluhom aħjar mill-gvern lil dawn l-organizzazzjonijiet.", "Però, jagħmluhom aħjar mhux għall-profitt, iżda sabiex ikunu qed jagħtu valur lura lis-soċjetà.", "Jekk tieħu l-mudell tal-isptarijiet, li huwa case study perfett f'dan il-pajjiż, u tara l-mod ta' kif sar il-proċess u ta' kif it-taxpayer spiċċa jmur minn taħt minflok jibbenefika, kemm f'termini ta' servizz, kif ukoll f'termini ta' finanzjament, tara blueprint ta' kif it-tielet settur jista' jissaħħaħ f'dan il-pajjiż.", "Jiena nemmen li rridu nimxu lil hinn minn kunċett ta' public private partnerships u nħarsu aktar lejn kif it-tielet settur, is-settur li ma jaħdimx għall-profitt, ikun jista' jipparteċipa u jaħdem aktar f'funzjonijiet pubbliċi f'dan il-pajjiż.", "Dan għadna fl-infanzja tiegħu; qegħdin fl-2019 u pajjiżi barra minn Malta, li forsi huma aktar żviluppati minna, għaddew miċ-ċiklu tal-public private partnerships u llum wasslu biex jagħlquh u diġà bdew iħaddmu ħafna aktar il-kuntest u l-element ta' kif tista' tuża n-not for profit biex tkun tista' topera funzjonijiet pubbliċi.", "Sur President, se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li għalhekk jien nemmen li din l-istituzzjoni għandna l-obbligu u d-dmir, kif għandu kull wieħed u waħda minna, li nibdew inħarsu u nwittu t-triq ta' fejn irridu nieħdu lil dan il-pajjiż.", "L-ispiża li qed nallokaw mhijiex spiża żgħira, il-flus li qed jinġabru mit-taxpayers, u ċjoè, l-€4.5 biljun li semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi, nemmen li mhumiex qegħdin jintużaw bl-aħjar mod u mhumiex qegħdin jagħtu l-ogħla valur tal-flus tan-nies.", "Inħoss li finalment l-għan tagħna jrid ikun li l-ispiża tintnefaq f'kuntest ta' viżjoni għal dan il-pajjiż, però tintnefaq biex verament inkunu nistgħu nagħtu qafas soċjali b'saħħtu lil dan il-pajjiż, bi gvern li jonfoq inqas fuqu nnifsu u jalloka aktar finanzjament fejn verament għandna l-prijoritajiet soċjali u ekonomiċi ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, naħseb li huwa tajjeb li nitkellmu ftit, għax dan il-Parlament jippermettilna li nagħmlu dan, dwar l-Estimi tal-Baġit.", "Illum, grazzi għat-Televiżjoni tal-Parlament, in-nies hemm barra qegħdin isegwu ħafna l-Parlament u naħseb li jgħidu: Mela dawn se jibqgħu jiddiskutu l-Baġit?", "Però jien, aktar milli niddiskuti l-Baġit biex naraw x'miżuri pożittivi ħadna fih, fosthom li ħadna ħsieb il-pensjonanti, il-familji, l-infrastruttura, il-qasam tas-saħħa, il-qasam tal-enerġija, it-turiżmu, il-kunsilli lokali … Bħalissa qegħdin fi żmien fejn qegħdin niddiskutu, u wasalna biex nikkonkludu, ir-riforma fil-kunsilli lokali.", "Meta tkun għaddej b'riforma huwa faċli li tisma' jew taħseb li tkun qed tisma'; ikun faċli li tkun hemmhekk biex tikkonkludi ħalli tagħlaq malajr.", "Però meta għaddejjin b'din id-diskussjoni dwar din ir-riforma, il-ħsebijiet u l-viżjoni tagħna lkoll flimkien ta' fejn irridu mmorru trid tibda minn fejn tlaqna.", "Bħala Segretarjat, minn fejn tlaqna dwar il-kunsilli lokali?", "Meta ħriġna l-White Paper u smajna lin-nies, x'kienu qegħdin jaħsbu dwar il-kunsilli lokali?", "X'jaħsbu n-nies hemm barra dwar il-gvern lokali?", "U llum, meta qegħdin niddiskutu dan il-qasam fil-Baġit f'dan il-Parlament naħseb li huwa tajjeb li nħarsu lura lejn l-aħħar sena ta' ħidma u fejn ridna mmorru.", "Fejn irridu mmorru din is-sena?", "X'irridu mill-kunsilli lokali?", "X'irridu nagħmlu verament mill-kunsilli lokali?", "Naħseb li huwa tajjeb li f'din id-diskussjoni, flimkien mal-kollega tiegħi, ix-Shadow Minister l-Onor.", "Robert Cutajar, qegħdin naħdmu tant tajjeb u bil-għaqal … Ma jfissirx li naqblu f'kollox, però qegħdin nipprovaw noħorġu t-tajjeb miż-żewġ naħat, ngħaqqduhom f'din ir-riforma, niġu f'dan il-Parlament biex fl-elezzjoni ta' Mejju li ġej ikollna l-aqwa sindki u kunsilliera fil-lokalitajiet tagħna.", "Huwa tajjeb li ngħidu lin-nies hemm barra x'għamilna tul l-2018 biex imbagħad il-Gvern fil-Baġit ivvota żieda ta' €7.1 miljun lill-kunsilli lokali.", "Fejn ridna mmorru?", "U naħseb li ma tistax tagħmel is-suċċess tiegħek jekk ma taħdimx bi pjan.", "Allura staqsejna lin-nies hemm barra kif jaħsbuha fuq il-kunsilli lokali.", "In-nies hemm barra ħadu for granted li għandek kunsill lokali li jeħodlok ħsieb il-lokal tiegħek.", "Imma aħna mhux hekk biss ridna, imma ridna naraw kif se nsaħħu lill-kunsilli lokali, il-gvern lokali tagħna.", "Għalhekk fir-riforma li qegħdin naħdmu fuqha, aktar milli qegħdin naraw x'se jakkwistaw is-sindki, il-kunsilliera u s-segretarji eżekuttivi, aktar qegħdin naraw x'se jieħdu n-nies hemm barra minn din ir-riforma.", "Naħseb li huwa tajjeb li nibdew naraw x'għamilna matul is-sena li għaddiet.", "Fosthom, ridna nsaħħu d-Dipartiment tal-Gvern Lokali.", "Is-sindki, il-kunsilliera u s-segretarji eżekuttivi jridu jħossu li għandhom xi ħadd li jista' jgħinhom fl-isfidi li jkollhom, li meta jkollhom problema jsibu ma' min jiddiskutuha.", "Fil-fatt għadni kemm irċevejt email mingħand is-Sindku tas-Swieqi li nħolqitlu problema mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma wara li ħareġ tender biex jagħmel triq.", "Dan kellem lili biex naraw kif nistgħu ngħinuh.", "Aħna għandna d-Dipartment tal-Gvern Lokali li jista' jgħinu u, fil-fatt, dik kienet waħda mill-affarijiet li għamilna.", "Hemmhekk mhux biss għamilna bidla fil-post, fejn issa qegħdin nikkonċentraw kollox f'bini wieħed u hemm id-Direttur Ġenerali, id-Direttur u l-ħaddiema, imma saħħaħna wkoll il-Customer Care.", "Kellna kunsilli lokali li kont tibgħatilhom e-mail u tirċievi lura out of office reply, iċċemplilhom u ma jirrispondukx.", "Dawn huma l-waħdiet; imma issa, jekk xi ħadd iċempel u ma qabadx il-kunsill lokali, għall-inqas sab id-dipartiment tal-gvern.", "Nista' ngħid li fil-ftit xhur kemm ilu mwaqqaf dan id-dipartiment irċevew 'il fuq minn 2,000 talba fuq nuqqasijiet fil-kunsilli lokali.", "Jiġifieri bdejna naraw kif in-nies hemm barra jħossu li hemm xi ħadd qed jismagħhom f'dan id-dipartiment.", "Issa se ngħid ftit kif jaħdmu l-kunsilli lokali.", "Fil-kunsill lokali għandek is-sindku, il-kunsilliera u s-segretarju eżekuttiv li jieħu ħsieb il-kunsill lokali.", "Kellna lokalitajiet li kienu bla segretarju eżekuttiv u kellna anke reġjuni lokali li ma kellhomx segretarju jew segretarja.", "Hemm segretarji eżekuttivi li jieħdu ħsieb lokal, bħal Ħaż-Żabbar, imbagħad għandek kunsill lokali li m'għandhomx segretarju eżekuttiv.", "Pereżempju, fil-każ tal-Gudja, is-segretarju jrid jieħu ħsieb il-Gudja u lokal ieħor.", "Jiġifieri segretarju wieħed ta' kunsill kien qed jispiċċa jkun segretarju ta' lokal u aġent segretarju ta' żewġ lokalitajiet, jew segretarju ta' kunsill u aġent segretarju ta' reġjun.", "Sur President, għidli ftit hekk kif jista' jkollok ir-riżultati fil-lokalitajiet tiegħek!", "Għalhekk aħna ħadna ħsieb li nagħmlu pool ta' segretarji eżekuttivi billi għamilna talba għal dawk kollha li huma interessati li jkunu segretarji eżekuttivi f'kunsill lokali, u għamilnielhom intervista u rajna li dawn għandhom il-kredenzjali neċessarji.", "Fil-fatt fil-ġranet li ġejjin, kull kunsill lokali se jkollu segretarju eżekuttiv u, barra minn hekk, mhux se jkun aktar permess li jkollok segretarju eżekuttiv li jkun part-time.", "Min ikun segretarju eżekuttiv irid ikun full-time għax ma rridx li sa nofsinhar jew sas-1.00 p.m. għandek is-segretarju jew is-segretarja, u mbagħad jekk jiġi xi ħadd wara t-3.00 p.m. jew l-4.00 p.m. isib li din il-persuna tkun taħdem part-time.", "Il-kunsilli lokali rridu nagħmluhom jaħdmu b'mod li naraw x'se jakkwistaw in-nies hemm barra.", "Barra minn hekk, f'din ir-riforma kellna l-mistoqsijiet dwar għandux ikollna sindku full-time fil-lokalitajiet.", "In-nies aktar milli jridu sindku full-time, aktar iridu li jkollok kunsill lokali li jaħdem u jagħti r-riżultati.", "Għalhekk f'din ir-riforma, minn din is-sena se nibdew naraw ir-reġjuni jaħdmu.", "Bħalissa għandna ħames reġjuni u qegħdin nipproponu li dawn jiġu sitta biex jagħmlu aktar sens ġeografikament.", "Jiġifieri jkollok Bormla, il-Birgu, l-Isla u x-Xgħajra - il-kunsilli tal-Port - ikunu qegħdin għalihom; Għawdex ma missejniehx għax dak huwa reġjun għalih, u mbagħadh hemm ir-Reġjun tal-Punent u r-Reġjun Ċentrali.", "Lil dawn ir-reġjuni se nkunu qegħdin nagħtuhom responsabbiltajiet li ma ħadnihomx mill-kunsilli lokali, imma kienu … Se jkunu reġjuni li jaħdmu u jagħmlu d-differenza.", "Għalhekk f'dan il-baġit il-Gvern ta €3.1 miljun lir-reġjuni u issa dawn irid ikollhom baġit għalihom u responsabbiltajiet għalihom.", "Il-president tar-reġjun se jibda jitkellem mas-sindki tar-reġjun tiegħu biex jagħmlu bidliet fil-lokalitajiet tagħhom.", "Hawnhekk irrid nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lis-sindki u lill-maġġoranza kbira tal-kunsilliera għax-xogħol li jagħmlu.", "Sur President, tajjeb li nsemmi li l-Gvern, barra l-allokazzjoni li jagħti lill-kunsilli lokali, jagħtihom €1.5 miljun biex joħorġu bi proġetti.", "Iżda jien sibt li għal dawn il-proġetti tliet snin ilu kienet toħroġ skema, il-kunsilli lokali japplikaw għaliha, il-proġett ikun għadu ma sarx, il-flus ma jingħatawx, jgħaddi l-aħħar tas-sena, il-Gvern jeħodli l-€1.5 miljun għax il-proġett ikun għadu ma sarx u ma nistax noħroġ skema oħra ta' €1.5 miljun għall-kunsilli lokali.", "Allura x'għamilna f'din is-sena?", "Rajna x'kienu l-proġetti ta' dawk il-kunsilli lokali kollha li tliet snin ilu applikaw għal din l-iskema, rajna li kellhom il-permessi kollha neċessarji, għaddejnielhom il-flus – għax aħna għandna fiduċja fil-kunsilli lokali – u għednielhom li ladarba għandhom il-proġett ippjanat u għandhom il-permessi mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar, il-flus jeħduhom fil-baġit tagħhom, ħalli din is-sena … Hawnhekk irrid nirringrazzja lid-Direttur Marisa Pisani, li flimkien qegħdin naħdmu biex fil-ġimgħat li ġejjin noħorġu numru ta' skemi lill-kunsilli lokali bil-għan li lill-kunsilli lokali nibdluhom.", "Barra minn hekk, il-Gvern jagħti €50 miljun lill-kunsilli lokali.", "Jien irrid li dawn il-€50 miljun il-kunsilli lokali jerġgħu jagħtuhom lin-nies hemm barra biex igawdu minnhom huma.", "Dawn il-€50 miljun imorru biex jitħallsu l-pagi tal-istaff – dini hija spiża amministrattiva li ssibha kulllimkien, inkluż f'dan il-Parlament, f'aġenziji u f'kumpaniji privati għax il-ħaddiema kullimkien iridu jitħallsu – biex iħallsu lill-kuntratturi għall-kuntratti tal-knis u l-ġbir tal-iskart, tal-patching tat-toroq, tal-istages tal-linja, tal-ġonna, eċċ. F'din is-sena aħna qegħdin naħdmu biex naraw li jkun hemm l-istandards f'dak il-kuntratt li l-kuntratturi jkunu ħadu f'lokalità.", "Pereżempju, jien għadni kemm bgħatt email min-naħa tad-dipartiment biex naraw li l-kenniesa u dawk li jiġbru l-iskart ikunu libsin ħwejjeġ protettivi, u mhux ikunu qishom ħaddiema tat-tielet dinja, u dan b'rispett lejn il-ħaddiem u b'rispett lejn iċ-ċittadin tal-lokalità biex ikunu jafu li dik hija l-persuna li tnaddaf it-toroq.", "Jien għandi għal qalbi l-ambjent; huwa prijorità fil-ħidma tiegħi u nieħu pjaċir nara li l-kunsilli lokali jagħmlu bidla dwar l-ambjent fil-lokalitajiet tagħhom.", "Jien ma nistax nibqa' nissaporti li f'dan il-pajjiż il-ġonna pubbliċi u l-bandli li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali li fix-xitwa, għax il-Bambin jibagħtilhom ix-xita, kollha jħaddru, u fis-sajf kollox mejjet.", "Għalhekk, dalgħodu ssuġġerejt li noħorġu skema għall-kunsilli lokali li biha nkunu nistgħu ngħinuhom ħalli jkollna sistema ta' irrigazzjoni fil-ġonna u fil-bandli sabiex inħallu dawn il-postijiet dejjem ħajjin.", "Irrid ngħid li qegħdin naslu, u qegħdin naslu flimkien.", "Ħmistax ilu kellna l-ewwel seminar bejn id-dipartiment u l-entitajiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-kunsilli lokali.", "In-nies għandhom għarfien tal-kunsill lokali, jemmnu fil-kunsill lokali u għal kull ħaġa, bħala l-ewwel pass, imorru għand il-kunsill lokali.", "Jien irrid li meta jmur xi ħadd għand il-kunsill lokali biex, pereżempju, jilmenta fuq it-trasport pubbliku, għalkemm dan is-servizz ma jaqax taħt il-kunsill lokali, nibdew naraw li l-kunsill lokali jkun jista' jikteb lil dik l-entità responsabbli, u lil dik il-persuna li ġiet tagħmel l-ilment jagħtiha risposta.", "Għalhekk, grazzi għall-PPS, għamilna laqgħa interessanti ħafna, għaliex għall-ewwel darba stedinna 'l-entitajiet kollha biex jiltaqgħu mas-sindki u s-segretarji eżekuttivi u jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Issa l-kunsilli lokali se jkollhom liaison person fl-entitajiet bħall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, it-Trasport, is-Saħħa, l-Enemalta, id-Drenaġġ, eċċ. u din se tkun qed taħdem mal-kunsilli lokali.", "Din hija xi ħaġa li qegħdin naqblu dwarha, kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni.", "Il-flus huma importanti għall-kunsilli lokali, imma huwa importanti wkoll li d-dipartimenti jkunu qegħdin jaħdmu mal-kunsilli lokali.", "Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qegħdin nagħmlu laqgħa mal-Awtorità tal-Ippjanar għax, barra l-€50 miljun li l-Gvern jagħti lill-kunsilli lokali, hemm €27 miljun ieħor fl-Awtorità tal-Ippjanar li jmorru għall-kunsilli lokali.", "Hemm kunsilli lokali li forsi ma jkunux daqshekk familjari mal-iskemi tagħna u allura se nkunu qegħdin nagħmlulhom dan is-seminar biex ngħinuhom ħalli jużaw dawn is-€27 miljun li hemm fl-Awtorità tal-Ippjanar biex, pereżempju, jirranġaw sqaqien bis-slabs, jirranġaw pjazez u jagħmlu CCTV cameras.", "Jien għedtilhom li aħna rridu ngħinuhom, irridu nagħmlu dan id-dipartiment ħaj u rridu nagħmlu l-bidla meħtieġa f'dan id-dipartiment.", "U fil-fatt qegħdin naslu.", "Bħalissa qegħdin naħdmu biex ikollna waħda mill-isbaħ ċerimonji tal-ġurament tas-sindki u l-kunsilliera wara l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Imma huwa importanti li mill-ewwel nibdew naħdmu.", "Irridu naraw li wieħed mhux sempliċement ikun laħaq sindku u mbagħad inħalluh jaqdef għal rasu.", "Jekk wieħed ikun laħaq sindku jew kunsillier u jkun għad m'għandux idea tal-kunsilli lokali, id-Dipartiment tal-Gvern Lokali se jkun qed jaħdem miegħu biex jgħinu jsir jaf għal xiex daħal u x'inhuma r-rwol u r-responsabbiltà tiegħu.", "Jekk m'aħniex se nkunu hemm biex nixprunaw lis-sindki ħalli jkollna sindki li verament jagħmlu l-bidla meħtieġa fil-lokalitajiet tagħna.", "Jien ngħid li aħna, bħala gvern lokali, għandna responsabbiltà kbira.", "Immaġina li kieku pajjiżna ma jkollux min imexxih fuq l-indafa fit-toroq, fuq it-tabelli u l-manutenzjoni tat-toroq, fuq il-ġonna jew fuq il-bandli; kieku kulħadd ikun għal riħu u nibqgħu bil-bandli mkissrin u s-siġar mhux imsoqqija!", "Għalhekk din ir-riforma hija importante.", "Irridu li mill-kunsilli lokali nagħmlu verament gvern lokali.", "F'din ir-riforma qegħdin insaħħu u nagħtu għarfien tar-responsabbiltajiet li għandhom il-kunsilli lokali u għall-ewwel darba se nkunu qed nagħtu responsabbiltajiet lir-reġjuni, għax ir-reġjuni, jekk jaħdmu kif nixtiquhom aħna, ikunu jistgħu jġibu fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Huwa inutli li lokalità, pereżempju l-Għarb, tapplika waħedha.", "Imma jekk japplika r-reġjun f'isimha, ikun hemm aktar ċans li jinġiebu fondi biex isiru l-bidliet li jixirqu mill-kunsilli lokali.", "Aħna din is-sena se nkunu qegħdin naħdmu biex nagħtu taħriġ intensiv lill-kunsilliera, lis-sindki u lis-segretarji eżekuttivi ħalli verament nagħmlu l-bidliet li jixirqu fil-lokalitajiet.", "Sur President, naf li kien hemm kontroversja dwar l-aġenzija tat-toroq, imma mill-feedback qawwi li għandi mill-kunsilli lokali nista' ngħid li qegħdin iħossu li anke r-residenti … U din se tgħin fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Issa, grazzi għal Infrastruttura Malta, se nibdew naraw it-toroq isiru.", "Qabel kien hemm toroq li kont tmur tirrapportahom għand il-kunsill lokali u kien jgħidlek li jista' jagħmillek il-patching.", "Minkejja l-kontroversja li kien hemm fuq it-twaqqif tal-Aġenzija – ma jimpurtax li ma qbilniex, Gvern u Oppożizzjoni, anzi dak huwa ta' ġid għax nistgħu naħdmu fuq dawk il-punti – illum meta nagħmlu laqgħat u żjarat fil-lokalitajiet, jien u l-Ministru Ian Borg qed naraw li n-nies hemm barra żgur qegħdin iħossu d-differenza.", "Uħud jgħidulek li qatt ma kellhom it-tama li t-triq tagħhom xi darba kienet se ssir.", "Issa se naqleb ftit is-suġġett u nitkellem fuq xi ħaġa differenti li qegħdin naħdmu fuqha.", "Qed nirreferi għal-LESA.", "Il-LESA hija aġenzija li meta writnieha n-nies hemm barra kienu jħarsu lejn l-uffiċjal tal-komunità bħala li qiegħed hemmhekk biex jagħti ċ-ċitazzjonijiet.", "Forsi din il-mentalità ġiet minn meta l-uffiċjali tal-komunità, li dakinhar kienu gwardjani lokali, kienu mmexxija mill-kuntrattur, li aktar ma kienu jingħataw ċitazzjonijiet aktar kien jaqbillu!", "Minn statistika li għandi, nista' ngħid li s-sena l-oħra d-dħul miċ-ċitazzjonijiet naqas b'nofs miljun, għax morna fuq edukazzjoni.", "Il-LESA naqqset id-dħul tagħha b'€0.5 miljun miċ-ċitazzjonijiet.", "U dan għax is-sena l-oħra għafasna fuq it-taħriġ u l-edukazzjoni.", "Però ma nistgħux nibqgħu nedukaw lin-nies u ma nitgħallmu qatt.", "Imbagħad irridu naraw li jkollna r-riżultati.", "Kif diġà għedt, is-sena l-oħra l-uffiċjali tal-komunità naqqsu d-dħul tal-LESA b'€0.5 miljun f'ċitazzjonijiet.", "Iżda x'għamilna aktar?", "Din is-sena f'dan il-Parlament, bi qbil unanimu, lill-gwardjani lokali tajniehom l-isem ta' uffiċjali tal-komunità u bdilnielhom l-uniformi li ma kenitx tagħmlilhom ġieħ.", "Illum tistaqsi: Fejn marru l-gwardjani lokali!", "L-uffiċini tal-LESA iċċaqilqu minn Gwardamanġa għall-Fgura, fejn għandhom post xieraq.", "Fil-ġranet li għaddew saru l-intervisti biex indaħħlu madwar 42 uffiċjal ġdid tal-komunità, u se nkunu qegħdin naħdmu biex nerġgħu niftħu l-applikazzjonijiet biex indaħħlu aktar uffiċjali tal-komunità fil-lokalitajiet tagħna.", "Dan barra li fil-ġranet li ġejjin se nkunu qegħdin insaħħu l-amministrazzjoni tal-LESA, fosthom billi jkun hemm dipartiment għar-riżorsi umani u jkun hemm assistent kap eżekuttiv.", "Jiġifieri mexjin u qegħdin naħdmu biex nipprovaw inġibu l-bidla.", "Jekk tistaqsini jekk hux kollox miexi perfett fil-LESA, ngħidlek li nixtieq li kollox miexi perfett, imma għad hemm ħafna affarijiet x'nirranġaw u x'nagħmlu.", "L-interess tiegħi huwa l-ħaddiem, li naraw li jkun kuntent, li meta jmur fuq il-post tax-xogħol iħossu li dieħel ġo familja.", "Nista' ngħid li b'mod regolari jiġu ħaddiema fi gruppi jitkellmu miegħi.", "Bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet dwar ftehim kollettiv mal-union li tirrappreżentahom, flimkien mal-amministrazzjoni tal-LESA, biex intejbulhom il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, u dan biex verament inkunu nistgħu nagħmlu l-bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Il-viżjoni tiegħi hi li nara li l-kunsilli lokali jsiru gvern lokali.", "Nixtieq nara li s-sindki, il-viċi sindki u l-kunsilliera jkollhom l-istima li jixirqilhom.", "Però rridu naraw ukoll li s-sindku jagħti r-responsabbiltà lil kull kunsillier.", "Se ndaħħlu fil-liġi li jrid ikollok kunsillier responsabbli mill-anzjani, kunsillier responsabbli miż-żgħażagħ, kunsillier responsabbli mill-infrastruttura, kunsillier responsabbli mit-toroq u kunsillier responsabbli mill-ġonna, u fl-aħħar tas-sena kull wieħed minnhom irid jgħaddi rapport lid-dipartiment dwar dak li jkun għamel fis-sena ta' ħidma fil-lokal tiegħu.", "Hawnhekk irrid nappella lis-sindki biex jagħtu responsabbiltà lill-kunsilliera kollha, ġejjin minn liema naħa ġejjin.", "Bħalissa tkun għaddejja kampanja elettorali biex fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali jiġi magħruf min se jitla', min ma jitlax, eċċ. Dak huwa normali u san fil-ħidma tagħna.", "Imma wara li jsiru l-elezzjonijiet fil-25 ta' Mejju, min jitla' jrid jara kif se jbiddel il-lokalità tiegħu.", "Ejjew naħdmu bħala team; m'hemmx lok ta' qasma fil-kunsilli lokali.", "Fil-kunsilli lokali rridu nkunu hemmhekk biex nibdlu l-lokalitajiet.", "Sur President, matul din is-sena u nofs kemm ili Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali ħdimna u rnexxielna nagħmlu bidliet fil-lokalitajiet tagħna.", "Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin se nkun qed nitkellem mal-Ministru José Herrera biex naraw kif inħaddru aktar il-lokalitajiet tagħna.", "Dan sabiex it-tfal tagħna għada pitgħada jsibu pajjiż aktar sabiħ u aktar organizzat.", "Irridu verament nagħmlu l-bidliet li jixraq.", "Irrid nirringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jaħdmu miegħi, lit-team tar-riforma u lill-Onor.", "Robert Cutajar f'isem l-Oppożizzjoni, li qegħdin naħdmu tajjeb flimkien mat-team tiegħu.", "Ġieli jkun hemm affarijiet li ma naqblux dwarhom, imma naħseb li n-nies hemm barra ma jistgħux jisimgħu jew jaħsbu li f'dan il-Parlament qegħdin \"huma u aħna\".", "In-nies hemm barra jridu jifhmu li aħna rridu naħdmu flimkien biex intejbu l-ħajja tan-nies, għax dak huwa s-sabiħ fil-politika.", "Fil-politika jiġuk mumenti sbieħ u jiġuk ukoll mumenti koroh.", "Imma l-aktar mumenti sbieħ fil-politika huma meta inti, bil-kariga tiegħek, jirnexxilek tibdel il-ħajja tan-nies.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, se naqbad daqsxejn mid-diskors li kien qed jagħmel iktar kmieni l-Onor.", "Claudio Grech, fejn semma l-fatt li l-okkażjoni li għandna quddiemna llum hija okkażjoni importanti biex aħna, fost affarijiet oħra, nitkellmu fuq policy.", "Hu uża l-kelma bl-Ingliż policy, għaliex bil-kelma Maltija 'politika' aħna nifhmu xi ħaġa daqsxejn differenti.", "Allura jien ukoll nixtieq nistaqsi xi mistoqsijiet marbutin mas-setturi li nsegwi jien.", "Irrid nibda billi norbot ukoll ma' dak li kien qed jgħid is-Segretarju Parlamentari Parnis, li jista' jkun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Aħna nagħmlu l-headlines meta ma naqblux.", "Il-ħafna drabi li naqblu bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra kważi ħadd ma jagħti kashom!", "Fl-4 ta' dan ix-xahar, il-Ministru Helena Dalli ħarġet stqarrija li fiha rreferiet għal preżentazzjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar in-numru ta' immigranti nisa fir-riskju li jgħaddu minn mutilazzjoni ġenitali femminili.", "Fl-istqarrija tagħha l-Ministru qalet li bejn 39% u 57% tal-immigranti li qed jgħixu f'pajjiżna qegħdin f'dan ir-riskju.", "Jien nixtieq infakkar lil din il-Kamra, bħalma għamlet il-Ministru Helena Dalli, li fl-2014 aħna għaddejna liġi proprju biex neħħejna l-mutilazzjoni ġenitali femminili.", "Dan kollu jerġa' jfakkarni fil-punt li għamilt drabi oħra ġewwa din il-Kamra, u se nirrepetih illum.", "Din il-Kamra tista' tgħaddi ħafna liġijiet sbieħ; jistgħu jkunu wkoll liġijiet li jkunu qed jintużaw biex, kif jgħidu bl-Ingliż, we tick the box, ħalli tkun tista' turi lil pajjiżi oħrajn x'avvanzi għamilt, speċjalment fir-rigward tal-ugwaljanza, il-qasam li nsegwi jien.", "Però l-fatt li tkun għaddejt il-liġi minn din il-Kamra ma jfissirx li l-messaġġ ikun wasal hemm barra, u ma jfissirx li jkun qiegħed jasal fejn għandu jasal!", "Allura żgur li l-aħbar li bejn 39% u 57% tan-nisa immigranti li jgħixu ġewwa pajjiżna qegħdin fir-riskju li jgħaddu minn din il-mutilazzjoni ġenitali femminili għandha tħassibna.", "Jista' jkun li dawn in-nisa ma jafux li f'pajjiżna din hija illegali, u allura jħossu l-bżonn li huma jipprattikaw din it-tradizzjoni.", "Għal min ma jafx, dan huwa intervent li jsir ħafna drabi mill-membri tal-familja, fejn prattikament lill-mara jaqtgħulha partijiet mill-ġenitali tagħha.", "Din hija tradizzjoni jew parti minn kultura li diffiċli li aħna nifhmuha.", "Però huwa żgur li rridu naraw kif se nwasslu l-messaġġ li mhux biss din hija illegali ġewwa pajjiżna, imma din tmur kontra d-dritt tal-mara.", "Meta kultura tiltaqa' ma' oħra mhux dejjem huwa faċli.", "Min bħali għamel xi żmien jgħix barra jaf li tgħaddi minn perjodu meta inti f'daqqa waħda tirrealizza li inti l-barrani, u mhux fejn qed tgħix.", "Dik hija trasformazzjoni li fil-fehma tiegħi hija importanti ħafna.", "Filwaqt li inti tkun trid iżżomm ma' ċerti tradizzjonijiet tiegħek, ma' ċertu mod ta' kif inti ssajjar, tgħix u tagħmel l-affarijiet, inti trid tifhem li hemm kulturi differenti.", "Jien ma għixtx ġo pajjiżi li huma ferm differenti minna, imma tiskanta kemm id-differenza xorta hija kbira.", "Jien għamilt żmien pjuttost twil ngħix fl-Italja u domt ftit sakemm moħħi rrealizza li hemm ċerti affarijiet li ma nistax nagħmilhom xħin irrid u kif irrid, għaliex m'hemmx dak il-mod ta' kif tagħmilhom.", "Però hawnhekk qed nitkellmu fuq ħafna iktar; hawnhekk qed nitkellmu fuq tradizzjoni li għalina hija makabra, hija inaċċettabbli, hija inumana.", "Madankollu, f'pajjiżna u f'pajjiżi oħrajn madwar l-Ewropa, bħall-Belġju, Franza, l-Italja, il-Greċja u Ċipru, huwa kkalkolat li 180,000 mara jew tifla huma fir-riskju li jgħaddu minn dan il-proċess ferm u ferm vjolenti!", "Qed ngħid dan għaliex se norbot ma' messaġġ ieħor, li naħseb li huwa importanti li ngħaddu llum.", "Illum qed niċċelebraw il-Jum Dinji ddedikat lin-Nisa u l-Bniet fix-Xjenza.", "Hawnhekk qed immur daqsxejn minn estrem għal ieħor, mill-mutilazzjoni ġenitali femminili, fejn il-biċċa l-kbira jkunu l-anzjani tal-familja li jipprattikaw dan il-proċess billi litteralment jużaw xi tip ta' imqass, skieken, eċċ. - addio igjene u addio kollox – għal estrem ieħor, u ċjoè l-mara fix-xjenza.", "Illum, bħalma diġà għedt, huwa l-Jum Dinji għan-Nisa u l-Bniet fix-Xjenza u qed infakkru li għaddew 20 sena minn meta l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-ewwel aġenda politika tagħha għall-promozzjoni tan-nisa fix-xjenza.", "Diġà għaddew 20 sena!", "Bħal-lum forsi niftakru fil-pilastri l-kbar tan-nisa fix-xjenza, u naħseb li hemm tnejn ewlenin, għalkemm hemm oħrajn, li żgur bħal-lum irridu nsemmuhom.", "Qed nirreferi għall-Pollakka Marie Curie, li kienet iżżewġet lil Pierre Curie wara li kienu ltaqgħu fl-Università ta' Sorbonne; u Rita Levi Montalcini, ikona kbira tax-xjenza, speċjalment għall-ġirien tagħna fl-Italja u li ħafna minna hawn ġew jiftakruha.", "Dawn huma nisa li kienu pijunieri tar-rwol tal-mara fil-qasam tax-xjenza.", "Marie Curie kienet l-ewwel mara li rebħet il-Premju Nobel għax-xjenza, kienet l-ewwel persuna li rebħet l-istess premju darbtejn, u l-unika persuna fl-istorja tal-Premju Nobel li rebħet il-Premju Nobel għax-xjenza f'oqsma differenti.", "Fil-fatt, kienet rebħitu fil-Fiżika għar-riċerka tagħha fuq ir-radjazzjoni, flimkien mar-raġel tagħha, u fil-Kimika għall-iskoperta tar-radium u l-polonium.", "Dawn l-iskoperti kienu eventwalment wasslu għall-mewt tagħha minħabba li kienet esponiet lilha nnifisha għal din ir-radjazzjoni.", "Lil Rita Levi Montalcini aħna niftakruha wkoll f'kampanji kbar li kienet tagħmel fuq kondizzjonijiet marbutin mal-newrobioloġija, għax fil-fatt il-branka tar-riċerka tagħha kienet in-nerve growth factor.", "B'kuntrast ma' Curie, Montalcini kellha ħajja twila ħafna u mietet fl-2012 fl-età ta' 103!", "Madwar id-dinja llum, in-numru ta' tfajliet u nisa li qegħdin f'istituzzjoni għolja u qegħdin jistudjaw sar ogħla minn dak tal-irġiel.", "Fil-fatt irrid nagħmel daqsxejn ta' perentiżi żgħira hawnhekk.", "Nhar il-Ġimgħa attendejt konferenza li ttellgħet mill-Uffiċċju tal-President, li għaliha kien hemm preżenti wkoll il-President ta' Tuneż.", "Din il-konferenza kienet proprju fuq l-iżvilupp tal-mara f'dan ir-rigward u kien hemm interventi interessanti ferm.", "Li kieku ma kienx għall-President preżenti, il-mara kienet tibqa' lura ħafna fit-Tuneżija.", "Pereżempju, bħalissa għaddej dibattitu qawwi ħafna f'dak il-pajjiż dwar jekk il-mara għandhiex tiret il-proprjetà.", "Fit-Tuneżija l-mara għadha f'dawk il-livelli, però f'oqsma oħrajn il-preżenza tal-mara ġewwa t-Tuneżija jkolli ngħid li tisboq sewwa lil dik f'pajjiżna!", "Illum, b'kumbinazzjoni bdiet it-tieni sessjoni tal-istess mistoqsija parlamentari li għamilt lil kull membru tal-Kabinett preżenti.", "Illum erġajt tlabt li titwieġeb l-ewwel mistoqsija, iżda sfortunatament qaluli li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "Il-mistoqsija hija sempliċi.", "Ftit tas-snin ilu kont għamiltha din il-mistoqsija, però ma niftakarx liema ministru kien irrisponda daqsxejn tongue in cheek!", "Jien kont staqsejt kemm hemm nisa li qegħdin f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni, li huma mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq.", "Pereżempju, quddiemi għandi r-risposta tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu.", "Jien m'iniex qed nimmaġina li hemm l-eluf kbar, iżda wara li għat-tieni ġimgħa konsekuttiva qed jgħiduli li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, jien qed nispera li ġejja sopriża sabiħa għax inti ddum biex tagħti tweġiba meta jkollok ħafna x'tgħodd!", "Però kulħadd jaf li r-realtà hija differenti.", "Qed insemmi din il-mistoqsija għaliex iktar tard illum se nkun qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kontribuzzjoni interessanti ħafna tal-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni, Carlos Moedas, bit-titlu \"In-Nisa fix-xjenza, niġbru t-talenti kollha\", li dehret fuq il-paġna ta' wara tal-ġurnal In-Nazzjon tal-11 ta' Frar 2019.", "\"Wara kollox, kif nistgħu nindirizzaw l-isfidi tat-tibdil fil-klima u t-tniġġis globali jekk nofs it-talent tagħna ma jkunx fl-iskwadra?", "Kif nistgħu niżviluppaw intelliġenza artifiċjali għall-umanità mingħajr ma jkollna lin-nisa fil-kamra?\"", "Huwa jirreferi wkoll għal rapport li għandu joħroġ dalwaqt, bl-isem \"She Figures\", u jgħid ukoll li prattikament ilħaqna bilanċ bejn is-sessi f'termini ta' gradwati f'dottorat.", "Madanakollu, jekk inħarsu lejn in-naħa ta' fuq tas-sellum tal-karriera xjentifika, hemm insibu progress, iżda għadu ddominat mill-irġiel!", "Terz biss tar-riċerkaturi Ewropej huma nisa, u n-nisa għandhom ftit inqas minn kwart tal-pożizzjonijiet akkademiċi ewlenin.", "Hawnhekk se nagħmel parentesi żgħira u nerġa' nirreferi għall-konferenza li attendejt nhar il-Ġimgħa, fejn fost l-oħrajn kien hemm il-Professur Godfrey Baldacchino li, fi preżentazzjoni verament qasira imma effettiva, wera l-persentaġġi tal-istudenti u l-brochures sbieħ li qiegħda toħroġ l-Università, fejn prattikament għal kull żewġ tfajliet hemm ġuvni.", "Imbagħad wera n-numru ta' lecturers, fejn hemm numru konsiderevoli ta' nisa.", "Imma mbagħad, malli tibda tiela' 'l fuq fil-pożizzjonijiet, tinduna li dekani hemm tnejn biss!", "Hawnhekk huwa fejn għandna problema!", "Jiġifieri, qegħdin ninvestu flus kbar fin-nisa, in-nisa qed juru li huma abbli, li jridu, imma mbagħad qed nieqfu hemm, u qed naħlu r-riżorsi tagħna!", "Fil-fatt, Carlos Moedas jgħid x'irridu nagħmlu u jien se naqra dak li qed jgħid hu u se nipproponih lil din il-Kamra u lill-Gvern, għaliex wisq qed ninkwieta li pjan fit-tul f'dan is-settur m'għandniex.", "Waqt il-konferenza xi ħadd, b'referenza għall-fatt li għandna bżonn inżidu iktar nisa f'din il-Kamra, qal li we need to shake the tree biex jaqa' l-frott.", "Imma qabel ma jaqa' l-frott trid tkun saqqejt u żbart u lanqas naf x'ma għamiltx!", "Għax int ma tridx li jaqagħlek frott imħassar jew frott li għadu ma sarx!", "Inti trid l-aqwa frott, l-iktar bnin u ta' kwalità.", "X'qed jissuġġerixxi l-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni?", "Qed jgħid li l-ewwel nett irid ikun hemm missjonijiet u miri ċari biex dan ix-xogħol isir, biex aħna nagħmlu dan il-progress.", "Bis-saħħa tal-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea Horizon 2020, li għaddej bħalissa, stabbilixxejna l-mira ambizzjuża ta' mill-inqas 40% nisa f'entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet.", "Allura tiġi l-mistoqsija kważi awtomatika - kważi diġà nista' nagħmel il-mistoqsija supplimentari tiegħi għal dik il-mistoqsija li għadha ma ġietx imwieġba – jekk il-mira ta' pajjiżna hijiex li jkollna 40% tan-nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni?", "Jiena staqsejt fuq mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq.", "Għandna 40%?", "Se nersqu lejn dik il-mira?", "Għax mhux billi qegħdin ngħidu x'inhuma l-miri Ewropej; irridu nkunu nafu x'inhuma l-miri ta' pajjiżna wkoll.", "Se nkun ċara.", "Iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, anke meta din in-naħa kienet fil-gvern, jibżgħu jiddikjaraw il-miri x'inhuma, ħalli jekk ma jintlaħqux ma jaqilgħuhiex ġo rashom.", "Imma l-verità hi li hemm mira Ewropea u malli jibdew joħorġu dawn il-figuri ….", "Issa qegħdin fl-2019, jiġifieri meta qed nitkellmu dwar Horizon 2020 m'aħniex nitkellmu dwar xi għaxra jew 20 sena oħra, qed nitkellmu fuq is-sena d-dieħla.", "Għandna 40% tan-nisa li qegħdin f'pożizzjoni ta' deċiżjoni?", "U għaliex huwa importanti li jkunu f'pożizzjoni ta' deċiżjoni?", "Għax ħafna nies dwar dan is-suġġett qishom jgħidulek: \"U iva, inti ma tlajtx?", "Inti mhux hemmhekk qiegħda?\"!", "L-argument mhuwiex dak; l-argument hu li meta tpoġġi madwar mejda u jkollok taħlita sabiħa ta' nies, ikunu xi jkunu, se jkollok l-ideat li jirriflettu iktar lis-soċjetà.", "Hawnhekk se nirreferi għad-diskors sabiħ li kien qed jagħmel iktar kmieni l-Onor.", "Claudio Grech, meta semma l-fatt li l-aspett soċjali, kif ninfluwenzaw lis-soċjetà tagħna, ħafna drabi f'din il-Kamra m'aħniex niddibattuh, m'aħniex nitkellmu fuq livell ta' policy.", "Mhuwiex kapriċċ li inti titkellem dwar l-ugwaljanza.", "Kapriċċ meta għandek investiment - u allura se naċċenna għad-dibattitu li għandna quddiemna - daqshekk b'saħħtu f'dak li għandu x'jaqsam mal-edukazzjoni, fejn nofs l-istudenti, anzi 60%, huma tfajliet, li malli javvanzaw jisparixxu?", "Meta kont għadni xandara kien sarilna kors u kienet ġiet lecturer mill-Università ta' Dublin u qaltilna li, meta naraw ritratt u kull min ikun hemm fir-ritratt ikun liebes suit u ingravata, hemm problema.", "Dan għax il-verità hi li l-popolazzjoni, bir-rispett kollu lejn il-kollegi ta' din il-Kamra u lejk, Sur President, mhijiex magħmula biss mill-irġiel.", "Hemm ukoll il-preżenza tan-nisa u anke ta' nies b'backgrounds differenti u mentalitajiet differenti.", "Jiena nieħu pjaċir meta aħna nkunu qegħdin niddibattu bħala grupp - dejjem nuża l-istess eżempju u se nerġa' nużah illum - u nibda nisma' l-mod kif, pereżempju, l-Onor.", "Ryan Callus jara argument b'moħħ ta' inġinier, li huwa differenti mill-mod kif narah jien u mill-mod kif jarah l-Onor.", "Jason Azzopardi, li hu avukat.", "Il-mentalità tagħna hija kollha differenti u għalhekk tajjeb li jkun hemm taħlita, għalhekk il-profil irid jinbidel biex nirriflettu verament is-soċjetà.", "L-ewwel punt li għamel Carlos Moedas huwa li jrid ikollna miri ċari.", "Għas-sena li ġejja l-Gvern għandu miri ċari f'dan ir-rigward?", "It-tieni, jeħtieġ li ma nkomplux naħsbu dwar il-waqfiet fil-karriera bħala t-tmiem tal-karriera, u dan huwa punt importanti.", "Kif għedt qabel, ħafna nisa jaslu sa punt, imbagħad, għaliex bioloġikament il-mara hija omm ukoll, jieqfu, fullstop.", "Il-Kummissarju qed jgħidilna li fil-livell Ewropew hemm għotja speċifika biex jappoġġjaw il-mobbiltà ta' riċerkaturi għal dawk li jirritornaw minn waqfa temporanja fil-karriera.", "Jgħid ukoll li mhux talli hekk, talli minn studju li sar instab li dawk in-nisa li ħadu break fil-karriera u rritornaw, they are better peformers!", "Għaliex?", "Għax inti tkun qtajt ftit u ffriskajt moħħok, bħal meta tmur break u tiġi lura u tgħid: Għall-erwieħ kemm kelli bżonnha din, qtajt ftit\".", "L-istess ħaġa fil-karriera u naħseb li din hija xi ħaġa sabiħa ħafna.", "Hawnhekk irrid nifraħ lill-ħabib tiegħi David Casa, li fil-Parlament Ewropew qed iressaq rivoluzzjoni interessanti ferm, għax il-break fil-karriera mhux il-mara biss għandha bżonnu, imma anke r-raġel.", "Tingħafasli qalbi meta jkellmuni rġiel u jgħiduli li lit-tfal lanqas biss rawhom jikbru, lanqas jafu kif kibru, lanqas qatt ma kienu d-dar fil-ħinijiet tal-homework u qatt ma rawhom deħlin fis-sodda.", "Din hija r-realtà; meta nitkellmu dwar ugwaljanza, m'aħniex nitkellmu biss dwar in-nisa, qegħdin nitkellmu dwar soċjetà, ir-realtà tas-soċjetà tagħna.", "Qegħdin nonqsuha lis-soċjetà tagħna.", "Ma noqogħdux inwaħħlu f'li għandna iktar separazzjonijiet għax in-nisa qegħdin jaħdmu.", "Skużi, għandna iktar separazzjonijiet għax m'għandniex preparazzjoni għaż-żwieġ.", "Madwar għaxar snin ilu kienet ġiet rappreżentanta mir-Renju Unit meta l-Gvern Ingliż dak iż-żmien kien qed jipprepara nisa għaż-żwieġ bħalma tagħmel il-Knisja, imma mhux fi ħdan il-Knisja.", "Aħna għandna nies li lanqas biss jafu x'jiġifieri s-sagrifiċċju li tgħix ħajja u taqsamha ma' ħaddieħor.", "Jiġifieri ma noqogħdux inwaħħlu f'affarijiet li fil-fatt mhumiex minnhom.", "L-istess ħaġa jgħidha Carlos Moedas.", "It-tielet punt li jsemmi hu dwar il-bżonn li jinkixef il-preġudizzju.", "Id-databases tagħna mimlijin studji li juru li hemm preġudizzju reali u jsemmi xi eżempji.", "Pereżempju, meta mara u raġel imorru b'CV, għalkemm lill-mara ma jgħidulha xejn, jippreferu s-CV tar-raġel.", "Dawn huma pubblikazzjoniiet miktubin.", "Kemm nisimgħu kwotazzjonijiet ta' riċerka valida ħafna li tkun ġejja minn mara u mhux minn raġel?", "Dawn huma realtajiet.", "Hemm preġudizzju li qiegħed ġo fina u kultant trid tagħmel sforz daqsxejn ikbar biex tegħleb dak il-preġudizzju, għax taqa' fih b'mod awtomatiku.", "Se nikkonkludi dwar dak li jgħid Carlos Moedas.", "Huwa jgħid li l-għarfien huwa l-ewwel pass biex tissolva l-problema.", "Mela aħna rridu niffaċċjaw din ir-realtà u ngħidu li hawnhekk għandna problema.", "U din mhijiex problema Maltija; m'aħniex lura, imma m'aħniex qegħdin daqshekk fil-qrib.", "Jiġifieri rridu nagħmluh daqsxejn iktar dan l-isforz.", "Imma ejjew ma naqtgħux qalbna.", "Jiena naħseb li kollettivament din il-Kamra għandha responsabbiltà kbira, u minn hawnhekk nagħmel appell lill-Gvern.", "Qegħdin nisimgħu ħafna li se ssir riforma dwar kif ikollna iktar nisa f'dan il-Parlament, imma naħseb li jkun tajjeb li dawn l-ideat jersqu daqsxejn lejn din in-naħa tal-Kamra wkoll u nibdew nifhmu daqsxejn aħjar x'se jsir.", "X'qed jgħidilna Moedas hawnhekk?", "Qed jgħidilna li jrid ikollna miri ċari, u naħseb li, bħalma għedt, il-Gvern s'issa qatt ma semma l-miri tiegħu f'dan ir-rigward.", "Fl-aħħar ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq ukoll niġbor ftit il-kwestjonijiet fundamentali, li kienu hemm u għadhom hemm.", "Waħda minnhom hija l-gender pay gap.", "U hawnhekk se nerġa' nikkwota daqsxejn lil Carlos Moedas, li qed jgħid li jekk mhux se nagħmlu sforz biex inbiddlu l-andament ta' kif sejrin l-affarijiet … Mela hu qed jgħid li qed isir progress, li tfajliet qed jidħlu fl-inġinerija u fix-xjenza, eċċ, imma tant l-affarijiet mexjin bil-mod, li jekk inkomplu bl-istess pass ta' dawn l-aħħar għaxar snin, se nilħqu l-ugwaljanza bejn is-sessi f'pożizzjonijiet ta' riċerka - isimgħu daqsxejn dawn id-dati - sal-2060, u fit-tmexxija universitarja sal-2067, imma nkunu għalaqna d-distakk tal-pagament mhux aġġustat - din l-isbaħ, u din taffettwa ħafna lil pajjiżna għax aħna qegħdin daqsxejn lura mhux ħażin f'dak li għandu x'jaqsam mal-gender pay gap - fl-2149.", "Jien żgur mhux se nkun hawnhekk!", "Tiġux tgħiduli li din mhijiex sitwazzjoni patetika!", "Ejjew nagħmlu sforz, għax il-verità x'inhi?", "Il-verità hi li l-gender pay gap ta' pajjiżna kienet ta' 7.7% u telgħet għal 11%.", "Allura mara li tara realistikament x'se jibqgħalha fil-but … Kif konna qegħdin ngħidu jien u l-Onor.", "Farrugia ftit tal-ħin ilu, mara trid tissagrifika ruħha daqsxejn mhux ħażin biex toħroġ għonqha f'dawn l-affarijiet għax ikollha l-familja tagħha, il-ġenituri, il-familja estiża, ir-realtà tal-affarijiet tagħha fid-dar.", "Imbagħad, trid toħroġ ta' nies, għax mara li tgħid iċ-ċuċati taqlagħha ġo rasha waħda sew, imma raġel li jgħid turrun ħmerijiet bilkemm ma nċapċpulux!", "Imma l-mara tidher agħar u nisa li qegħdin f'din il-Kamra għandhom din ir-responsabbiltà wkoll; irridu nagħmlu sforz ferm ikbar.", "Biex nagħmlu diskors, bħalma jaf l-Ispeaker, aħna m'għandniex team ta' nies.", "Meta nsiefru jistaqsuna kemm għandna assistenti!", "Aħna m'għandniex u allura dan huwa xogħol li trid tagħmlu inti u trid tagħmlu fil-ħin tiegħek.", "Imbagħad, ovvjament, iqum l-argument jekk għandniex inkunu full-time jew part-time, jekk aħniex wisq bħala numru biex inkunu full-time.", "Dan huwa diskors li jorbot wieħed mal-ieħor.", "Nerġa' nfakkar lill-Kamra li l-gender pay gap ta' pajjiżna tela' minn 7.7% għal 11%, u dan qed tgħidu l-Kummissjoni Ewropea fil-Gender Pay Gap Report tagħha, liema rapport jien kont qegħedtu fuq il-Mejda tal-Kamra meta tkellimt dwar dan is-suġġett fi żmien il-Baġit.", "Hawnhekk se nsemmi fejn qiegħda l-ogħla l-gender pay gap.", "Pereżempju, f'dak li għandu x'jaqsam ma' istituzzjonijiet finanzjarji, din titla' għal 28.3%.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-arts, entertainment - il-qasam li fih kont jien qabel - din il-gap titla' għal 19.1%.", "F'dak li għadni kemm semmejt illum, u ċjoè x-xogħol professjonali, tekniku u xjentifiku, il-gender pay gap hija ta' 23.1%.", "Kif irridu nħajru lill-mara tidħol fid-dinja tax-xjenza meta din taf li se taqla' 23.1% inqas?", "Dawn huma realtajiet importanti.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut, din il-gap qiegħda 18.9%.", "Fl-informatika l-gender pay gap hija għolja ħafna, 20.6%, u fil-manifattura qiegħda 18.8%.", "Hemm ukoll distakk qawwi bejn il-livell tal-edukazzjoni.", "Ironikament, qiegħda l-iktar baxxa f'dawk li għandhom edukazzjoni sekondarja, imma qiegħda l-ogħla f'dawk li għandhom edukazzjoni terzjarja.", "Bl-Ingliż ngħidu this is counter-productive, u ma tagħmilx sens!", "Sur President, qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi, nixtieq infakkar ftit li huwa inutli niġu f'din il-Kamra u nagħmlu liġijiet sbieħ u niftaħru dwar kemm aħna kapaċi nagħmlu slogans tajbin … Huwa faċli li noħolqu slogans u ntajru l-flus f'kampanji li jgħattu x-xemx bl-għarbiel.", "Imma wisq nibża' li għandna Gvern li mhux qed jaħseb fit-tul għal pajjiżna, imma qed jaħseb fil-fond tal-but ta' uħud u tal-ftit.", "Lill-poplu qegħdin nagħmuh għax qegħdin nagħtuh l-impressjoni li kollox miexi fuq ir-rubini f'dan il-pajjiż.", "Imma huma vera ftit dawk li qegħdin igawdu u jiffangaw bil-kbir.", "Aħna għandna d-dmir inħarsu sew lejn dak li qed isir f'pajjiżna, u 'l-poplu nappellalu biex jiftaħ għajnejh u jara x'inhi verament ir-realtà.", "Fl-aħħar nett, nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fil-ġurnal \"In-Nazzjon\" tal-11 ta' Frar 2019, intitolat \"In-Nisa fix-Xjenza: Niġbru t-talenti kollha\", miktub minn Carlos Moedas, Kummissarju Ewropew għar-Riċerka, Xjenza u l-Innovazzjoni.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, ngħid is-sew, kelli f'moħħi tema oħra biex nitkellem dwarha f'dan id-diskors.", "Però ftit tal-minuti ilu nġieb għall-attenzjoni tiegħi post fuq Facebook, li nkiteb minn żagħżugħ li ma nafux minn Adam, u dak li kiteb mar viral, kif jgħidu bl-Ingliż.", "Diversi online portals, bħal netnews.com u anke lovinmalta.com – dawn li rajt s'issa sakemm kienet qiegħda titkellem l-Onor.", "Buttigieg – li qegħdin jirrapportawh fid-dettall.", "Allura naħseb li huwa obbligu tiegħi bħala membru parlamentari li nibda dan id-diskors tiegħi b' dan is-suġġett.", "Hija għafsa ta' qalb - għalija hija wkoll sors ta' rabja - meta nisma' u nara fiex ġabitna l-politika kapitalista bla ruħ, il-politika korrotta ta' dan il-Gvern, bi Prim Ministru li jogħxa ma' dawk li jistgħu jonfqu €5,000 kuljum, u mbagħad taqra din il-karba li ġejja miż-żgħażagħ Maltin – mhux biss żgħażagħ, imma partikolarment iż-żgħażagħ – li m'għandhomx biex jixtru saqaf fuq rashom.", "Nerġa' ngħid li lil dan Damian Attard li kiteb dan il-post ma nafux, però nħossni fid-dover li nibda d-diskors tiegħi billi nikkwota l-post tiegħu ta' madwar tmien sigħat ilu.", "Dan iż-żagħżugħ kiteb hekk:", "\"Żgħażagħ ta' 25, 30 sena b'impjieg fulltime, li għandhom dħul bejn €1,000 u €1,400 fix-xahar u part-time job qegħdin imorru l-bank għal loan u l-bank jagħtihom €85,000 sa €100,000 jekk tkun iffortunat.", "Dawk biżżejjed biex tixtri garage.", "U mhux hekk: biex iktar jitfgħulhom inkwiet f'ħajjithom, jgħidulhom li aktar ma jgħaddi ż-żmien, jaqbżu t-30 sena, probabbli nsiha li tieħu loan.", "Jekk inti 'il fuq minn 35 sena u m'intix se taqla' minn tal-inqas €2,500 fix-xahar, insiha li tixtri post. Aħjar taħseb biex temigra jekk tixtieq post fuq rasek.", "Mhux ftit nies.", "Dawn huma pagi ta' ħafna nies li joffru servizz ta' edukazzjoni, saħħa u sapport soċjali f'pajjiżna.", "Pereżempju, mhux ta' b'xejn ftit għadhom jinteressahom dan is-settur.", "Spiċċajna mingħajr għalliema, mingħajr infermiera u mingħajr carers, mhux ta' b'xejn.", "Din hija r-realtà li qegħdin jiffaċċjaw ħafna żgħażagħ illum u li se ssir agħar 'il quddiem.", "Mhux ta' b'xejn żdiedu ż-żgħażagħ jgħixu barra, fil-garaxx jew fil-karozzi.", "Qabel konna ninkwetaw li tispiċċa bla xogħol u jkollok tirrikorri għand id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali biex jgħinuk għal ftit ta' żmien sakemm issib saqajk, issa ż-żgħażagħ tagħna qegħdin jaħdmu, però xorta baqgħu fl-istess post, anzi se jkollhom jitkarrbu għall-għajnuna.", "X'hemm agħar milli tkun taħdem u jkollok tittallab xorta?", "Is-sigurtà ta' saqaf fuq rasna hija essenzjali għal kwalunkwe soċjetà li timmira li tkun l-aqwa.", "Sigurtà f'ħajjitna tfisser relazzjonijiet iktar b'saħħithom, inqas mard mentali, inqas kriminalità u dritt ta' kull min jeżisti f'din id-dinja, aħseb u ara għal min jaħdem u jistinka.", "Din hija inġustizzja kontra l-ġenerazzjonijiet ta' għada, u le, li żgħażagħ nibagħtuhom jitkarrbu għal servizzi soċjali biex jixtru dar, meta din il-persuna taħdem full-time, mhijiex soluzzjoni.\"", "Dan huwa l-post li dan iż-żgħażugħ kiteb fuq Facebook u, f'temp ta' ftit minuti, kien hemm iktar minn 410 share ta' dan l-istess post. Jiġifieri, biex nifhmu ftit, dan huwa persuna li mhuwiex in the public eye.", "Hawn ħafna min qiegħed in the public eye, jikteb xi ħaġa fuq Facebook u bilkemm ikollu 20 share.", "Dan f'temp ta' ftit minuti kellu 410 share, u qegħdin jiżdiedu.", "Marret viral, mess xi ħaġa li rreżonat man-nies hemm barra, mess korda!", "U iktar tard, tliet sigħat ilu, kiteb hekk:", "\"Ma stennejtx li dak li ktibt dalgħodu se jolqot daqshekk nies.", "Jien tkellimt minn esperjenza personali, mhux tiegħi għax jien ta' 38 sena, bi dħul nett ta' inqas minn €13,000 fis-sena, ili li qtajt qalbi li nixtri post, imma meta tara ħbieb u nies viċin tiegħek li għadhom jibdew il-ħajja, jaħdmu u suppost qegħdin jaħsbu fil-futur, jiġu minflok jibku jew stressjati dwar inġustizzja bħal din, ma tistax tibqa' kwiet.", "Hawn ħafna nies għaddejjin minn din il-problema li qegħda toħloq ħafna konsegwenzi fis-soċjetà.", "Tibżgħux titkellmu.", "M'għandkomx għalfejn iddaħħlu politika u tħallu lil ħadd idaħħal politika.", "Dan messaġġ lil kull min qiegħed fil-politika, dawk li qegħdin ipappuha u dawk li qegħdin jagħmlu minn kollox biex ikunu fil-poter u jpappuha huma minn fuq il-proprjetà.", "Din kwestjoni li tolqot lil kulħadd, jekk mhux illum se tolqot lil uliedek għada.", "Tibżgħux tgħidu l-verità u ħallu l-kpiepel politiċi warajkom.", "Mhux kwestjoni li tibdel il-vot, kwestjoni li leħnek issemmgħu ma' min jista' isib soluzzjoni.", "Il-problema tal-proprjetà hija problema ta' kull Malti u Għawdxi li m'għandux xi għaxar appartamenti x'jikri taħt rasu.\"", "Dan huwa t-tieni post li kiteb dan iż-żagħżugħ.", "Sur President, xbajt u għajjejt nidħol fid-djar tan-nies u jkollok in-nies jibku bl-uġigħ li ma jistgħux iktar ilaħħqu mal-ħajja.", "Il-ġimgħa li għaddiet għamilt erba' sigħat indur id-djar f'Ħal Tarxien, inħabbat bieb bieb, u l-ewwel pjaga li semmewli n-nies f'iktar minn 60% ta' dawk id-djar li dħalt fihom, inklużi dawk li jivvotaw lill-Partit Laburista, kienet l-għoli tal-ħajja, u t-tieni kienet il-korruzzjoni.", "Ma jifilħux aktar!", "U llejla min qed jismagħna ngħidlu fis-7.00 p.m. ara l-live streaming tad-dibattitu fil-Parlament Ewropew ġewwa Strasburgu, fejn se jkun hemm dibattitu li se jieħu iktar minn siegħa u nofs, dwar Malta u l-korruzzjoni ta' Joseph Muscat li, skont il-Kummissarju tal-Liġijiet tagħna li ħatru l-istess Joseph Muscat, huwa l-iktar politiku korrott fl-istorja politika tagħna, fuq pajjiżna u fuq is-soċjetà tagħna; il-korruzzjoni ta' min qed jogħxa u jifraħ għax qed idaħħal €5,000 kuljum bit-tixħim, jogħxa u jifraħ għax hawn turisti li lesti jiġu Malta u jonfqu €5,000, għax hu ma' dawk komdu, imma ma' dawk li ma jifilħux iħallsu u ma' dawk li ma jifilħux jaslu sal-aħħar tal-ġimgħa m'hemm attenzjoni ta' xejn!", "Din hija politika kapitalista.", "Jien niftakar li bejn l-2013 u l-2014, meta konna għadna niltaqgħu fil-Kamra tad-Deputati fil-Palazz tal-Gran Mastru, u bdiet tiġi diskussa l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, jien kont minn tal-ewwel, flimkien mal-Onor.", "Simon Busuttil, li ħriġt kontra dik l-iskema immorali.", "Niftakarni ngħid fil-Parlament u f'elf ċirkostanza oħra li din l-iskema se tispiċċa biex tgħolli l-prezzijiet tal-proprjetà f'Malta u li l-Maltin ma jkunux jifilħu għalihom.", "U kemm daħku bija, u kemm ikkritikawni, u kemm qaluli 'Negattiv!', u kemm qaluli 'Uccello del malaugurio'!", "Sfortunatament ikolli ngħid li kelli raġun.", "Kemm xtaqt li ma kellix raġun.", "Kemm xtaqt li ma kellux raġun il-Partit Nazzjonalista meta qal li l-prezzijiet tal-proprjetà se jogħlew to beyond prohibitive levels.", "Għandek nies jgħixu fil-garaxx, mhux għax m'għandhomx xogħol, għax xorta għandhom xogħol.", "Tlett ijiem ilu sar seminar fuq il-homeless; il-YMCA jgħidulek li jkollhom jirrifjutaw, ma jifilħux, mhux qegħdin ilaħħqu.", "U dawn mhux dawk li m'għandhomx xogħol, imma nies li għandhom xogħol, dawk l-hekk imsejħin tal-ġlekk u l-ingravata, li wkoll ma jifilħux jikru, huma homeless.", "Dan x'pajjiż hu?", "X'jiswa li jkollok il-ġid ekonomiku, meta l-kwalità tal-ħajja nieżla 'l isfel?", "Jien dejjem għedt li mhux l-istandard of living kollox, l-alla tal-flus li bih jimxi Joseph Muscat, Keith Schembri u l-korrott l-ieħor li għandu miegħu.", "Mhux l-istandard of living, il-kwalità tal-ħajja.", "Dawn ikkorrompewha s-soċjetà, ikkorrompew lilhom infushom għax huma korrotti bil-€5,000 kuljum li qegħdin idaħħlu, però kkorrompew is-sens kollu tas-soċjetà.", "Li jkollok żagħżugħ ta' 38 sena, bi qtigħ ta' qalb u dak il-kliem tiegħu jinfirex ma' eluf kbar ta' nies, żgħażagħ … Mela qegħdin ngħidu xi ħaġa tajba?", "Imma kieku qalha l-Partit Nazzjonalista kienu jgħidulna li aħna negattivi!", "Il-korruzzjoni għandha prezz soċjali u nixtieq li dan il-messaġġ jasal.", "Jekk ma jasal xejn, almenu jasal dan il-messaġġ.", "Il-korruzzjoni, apparti li hija ħażina legalment, għandha prezz soċjali, għax il-flus minflok jintnefqu fejn suppost, deħlin fil-bwiet li mhux suppost.", "Għandek tlieta min-nies li bejniethom huwa kkalkolat li ġemmgħu fil-but, mit-tixħim, 'il fuq minn €92 miljun minn kuntratti korrotti.", "Imbagħad ikollok żagħżugħ li ma jiflaħx iħallas il-kera.", "Għadu lanqas beda l-ħajja dan.", "Kemm għandna bżonn niġġelduha l-korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel!", "Kemm kelli raġun meta ġimagħtejn ilu jien issuġġerejt u pproponejt li jitwaqqaf uffiċċju ta' maġistat inkwerenti kontra l-korruzzjoni, li jkollu l-poter jinvestiga l-korruzzjoni minn jeddu, mingħajr ma jkun mitlub minn xi pulizija, mill-Avukat Ġenerali jew minn xi ċittadin.", "Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar nikkonvinċi ruħi li għandi raġun.", "U ma kontx qed nivvinta r-rota għax fl-1997, meta jien kont għadni m'iniex fil-Parlament għax jien tlajt fl-1998, il-Gvern Laburista kien ressaq l-Ewwel Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi.", "Hawnhekk irrid insellem pubblikament – għax huwa fatt fid-dominju pubbliku, ma nsibx diffikultà li nagħmilha – lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, li dak iż-żmien kien membru parlamentari u li naf kemm fl-1996, meta ħareġ kandidat mal-Partit Laburista u ġie elett, kien favur li jkollna liġi ta' maġistrat inkwerenti li jiġġieled il-korruzzjoni u jkollu saħħa jieħu l-inizjattiva hu.", "Pubblikament insellimlu.", "Dwar dan fl-1997 il-Partit Laburista kien favur.", "Illum għaliex huwa kontra?", "Mela jiġi l-Ministru Owen Bonnici, li bħalissa qiegħed Strasburgu jipprepara ruħu biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri Parlamentari dwar il-korruzzjoni ta' 17 Black - l-ikbar tebgħa li se jkun ħalla l-Onor.", "Joseph Muscat warajh, it-tebgħa tal-korruzzjoni! – li meta lbieraħ ġie mistoqsi mill-ġurnal The Malta Independent qal li dak li għedt jien imur kontra l-Kummissjoni Venezja!", "Ma jgħidx ħmerijiet il-Ministru!", "Se jdum jitmejjel bin-nies?", "Il-Kummissjoni Venezja qalet li, l-ewwel nett, għandu jkun hemm Pulizija eżekuttiva tassew awtonoma u indipendenti mill-Eżekuttiv, jiġifieri mhux bħalma hi llum meta għandna sitwazzjoni fejn il-Kummissarju jkun pupazz f'idejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, li meta jiġbidlu l-ispaga jiċċaqlaq.", "M'għandux ikun li jekk, pereżempju, ikun hemm rapport tal-FIAU li wasal għand il-Kummissarju, jintefa' fil-kexxun, imma għandhom jittieħdu l-passi u jitressqu n-nies il-Qorti.", "Pereżempju, tliet snin ilu l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni sabet li Jimmy Magro kellu jitressaq il-Qorti, iżda sal-lum għadu ma tressaqx.", "Ovvjament, qegħdin jistennew il-perjodu ta' preskrizzjoni jgħaddi biex imbagħad ma jkunx jista' jitressaq.", "Dan huwa eks uffiċjal tal-Partit Laburista.", "Dawn li jridu jiġġieldu l-korruzzjoni.", "Dan li neħħa lil Dr Anġlu Farrugia minn Deputat Mexxej għaliex mar ħażin meta kkritika sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati!", "Mill-ewwel neħħieh!", "Dan ġara f'Diċembru tal-2012.", "Tikkritika sentenza ta' maġistrat!", "Inneħħu lil Anġlu Farrugia minn Deputat Mexxej mill-ewwel!", "Imma mbagħad, tliet snin wara deċiżjoni tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni li sabet li uffiċjal pubbliku talab tixħim ta' €25,000 biex ikun jista' jħallas vaganza Disneyland Paris, għadu ma tressaqx il-Qorti!", "Il-Kummissjoni Venezja, li semma l-Ministru Owen Bonnici lbieraħ biex jgħatti x-xemx bl-għarbiel, mhux hekk qalet.", "Dak li qalet il-Kummissjoni Venezja ma jmurx kontra l-proposta li qed nerġa' nagħmel jien, però li kien għamel oriġinarjament il-Partit Laburista fl-1997.", "Il-Kummissjoni Venezja qalet li għandna ntejbuha, inlaħħmuha.", "Il-prinċipju hu li għandu jkun hemm maġistrat indipendenti, awtonomu, functionally independent bl-istaff tiegħu - mhux jiddependi mill-Pulizija - li jkun jista' jibda investigazzjoni hu minn jeddu.", "Għax il-Kummissjoni Venezja, kif diġà għedt, qalet li, l-ewwel nett, għandu jkun hemm pulizija awtonomi u, it-tieni, direttur għall-prosekuzzjoni pubblika li jkun distint mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, konvenjentement però konsistentement - għax huwa konsistenti ħafna biex jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel u jqarraq meta jiġi biex jagħmel dan it-tip ta' spjegazzjonijiet - ma kienx qed jgħid il-verità.", "Jiġifieri I beg to differ most strongly għaliex id-direttur għall-prosekuzzjoni pubblika ismu miegħu, m'hemmx għalfejn tkun avukat biex tifhem.", "Il-kelma \"prosecution\" tirreferi għal wara li jitressaq xi ħadd il-qorti, mhux qabel ma jitressaq xi ħadd il-qorti, biex tinġabar l-evidenza.", "Biex tinġabar l-evidenza, biex issir l-inkjesta, dak mhux prosecution, imma inquiring magistrate.", "L-Ingilterra għandhom, pereżempju, the Crown Prosecution Services li jidħol fix-xena wara li jitressqu n-nies, wara li l-pulizija jkunu għamlu x-xogħol, wara li jkunu ġabru l-evidenza.", "Lill-Ministru ngħidlu: Dak hu l-kunċett li tkellmet fuqu l-Kummissjoni Venezja.", "Ma jħawwadx, ma jħallatx il-ħass mal-kaboċċi, ma jqarraqx, ma jgħattix ix-xemx bl-għarbiel!", "Jekk verament iridu jiġġieldu l-korruzzjoni, iridu jibagħtu messaġġ li jaqblu ma' din il-proposta.", "Jista' jgħidli biex nagħmlu l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni b'poteri totalment ġodda, a revamped commission.", "Hemm x'tiddiskuti.", "L-importanti hu li jkollna organu indipendenti, funzjonalment awtonomu, funzjonalment indipendenti, li jkun jista' jibda hu minn jeddu investigazzjoni dwar korruzzjoni, mingħajr ma jkollu għalfejn jiddependi fuq il-Pulizija, kif inhi s-sitwazzjoni llum, u allura għandna t-tkaxkir tas-saqajn, jekk mhux saħansitra ostaklu fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Ħa nkompli nitkellem dwar is-suġġett tal-korruzzjoni.", "Ara kemm hawn bżonn tiġġelidha l-korruzzjoni.", "Din s'issa ħadd fil-Parlament ma semmieha.", "Fid-29 ta' Ottubru tal-2018, ingħatat sentenza mill-Maġistrat Farrugia fil-Qorti tal-Maġistrati, il-Pulizija vs John Vella.", "F'din is-sentenza, il-Maġistrat kellu persuna li l-Kummissarju tal-Pulizija akkuża li mmalafama lil uffiċjal tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għax qal li dan talbu bribe ta' €30,000.", "Mela allura John Vella għamel rapport u ċertu Edward Caruana li għandu x'jaqsam mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada u huwa viċin ħafna tal-Ministru għall-Edukazzjoni – dan li qed jibgħat lill-istudenti tagħna fil-containers biex jistudjaw – dejjem ċaħad li talab €30,000 mingħand John Vella.", "Però l-Maġistrat fis-sentenza tiegħu qal: \"Ma nistax nifhem; allura l-Pulizija jressqu 'l-vittma, dak li qed jikxef li ġie mitlub iħallas €30,000?\"", "Se nikkwota parti mis-sentenza, li tgħid hekk:", "\"F'laqgħa li saret fil-31 ta' Awwissu 2015, li fiha kienu preżenti, fost oħrajn, il-Ministru Evarist Bartolo, iċ-Chief of Staff Noel Abela, il-Permanent Secretary Joseph Caruana, li jiġi ħu Edward Caruana, iċ-Chairman Samuel Formosa u ċ-Chief Operations Officer Tony Muscat, l-allegazzjoni li kien għamel John Vella fil-konfront ta' Edward Caruana telgħet fil-wiċċ u ġiet diskussa.\"", "Mela l-Ministru għall-Edukazzjoni, fil-31 ta' Awwissu tal-2015, kien informat li kien hemm allegazzjoni li uffiċjal pubbliku kien talab bribe, rigal, li jixxaħħam, ta' €30,000.", "Taħsibx li mar għand il-Kummissarju tal-Pulizija dak il-ħin stess.", "Jien meta kont responsabbli mill-Artijiet u rċevejt ittra mingħand individwu li allega li uffiċjal tad-Dipartiment tal-Artijiet, skrivan, kien talbu €80 li mhux suppost talabhom, dak il-ħin stess ċempilt lill-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u tlabtu jibda investigazzjoni.", "Dan fuq €80.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni, iffaċċjat b'allegazzjoni ta' €30,000, m'għamel xejn!", "Il-Qorti kompliet tgħid hekk:", "Bil-Malti ngħidu 'minkejja', minkejja dawn in-nies kollha", "\"… ta' awtorità, effettivament u almenu sa mill-31 ta' Awwissu tal-2015, jekk mhux saħansitra qabel, kienu ġew a konoxxenza ta' allegazzjoni tant serja magħmula fil-konfront ta' Edward Caruana, u ħadd minnhom …\"", "- din hi ż-zero tolerance, komdi fil-korruzzjoni u komdi mal-korrotti! -", "\"… ħadd minnhom ma jidher li deherlu li jkun opportun li jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija biex serjament jinvestiga din l-allegazzjoni li għamel John Vella.", "Lanqas il-Perit Clint Camilleri …\"", "– illum Segretarju Parlamentari –", "\"… li kien jaf b'din l-allegazzjoni nhar il-25 ta' Awwissu 2015 …\"", "- terġa' ġimgħa qabel! -", "Anzi, għall-kuntrarju, …\"", "- ara fejnhom il-korrotti, kif jaħdmu dawn li kkorrompew l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna! -", "\"… mill-provi jidher li l-unika ħaġa li għamel il-Kummissarju tal-Pulizija meta rċieva r-rapport imsemmi kien li tittieħed shortcut u jitressaq John Vella quddiem il-Qorti u jiġi akkużat b'reat ta' malafama.\"", "Din hija sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati li tgħid li Ministru tal-Gvern f'data partikolari kien jaf b'allegazzjoni ta' tixħim ta' €30,000, u m'għamel xejn, ma rrapportax lill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Anzi, b'mod mill-iktar oxxen u diżgustanti, ħadu passi kontra l-persuna li għamlet ir-rapport li ġiet mitluba tħallas €30,000 f'tixħim.", "Tistgħu timmaġinaw tgħixu f'sitwazzjoni ta' pajjiż iktar korrott minn dan?!", "Il-Pulizija mhux talli ma jeħdux passi kontra l-korrott, talli jtellgħu l-Qorti lil min jikxef il-korruzzjoni.", "Darba, ftit xhur wara l-elezzjoni tal-2013, kont għedt il-kliem ta' Macbeth, ta' Shakespeare, \"fair is foul and foul is fair\".", "L-abjad sar iswed u l-iswed sar abjad.", "Dik il-frażi niftakarni nużaha l-ewwel darba f'konferenza stampa f'Mejju tal-2013 u kienu qaluli: \"Ħallihom; issa tilfu l-elezzjoni, ħallihom\".", "Imma jien ngħid: Il-ħażin jibqa' ħażin, jagħmlu min jagħmlu, u t-tajjeb jibqa' tajjeb, jagħmlu min jagħmlu.", "U ħadd mhu se jirnexxilu jagħlaqli ħalqi, ħadd mis-sema 'l isfel!", "Mis-sema 'l fuq, iva, mis-sema 'l isfel ħadd!", "Il-ħażin ma jsirx tajjeb u t-tajjeb ma jsirx ħażin.", "Sur President, nixtieq verament ngħix f'pajjiż fejn ikun hawn ruħ soċjali ta' soċjetà li jimpurtaha.", "Għandu raġun il-Partit Nazzjonalista juża din it-tema ta' \"Soċjetà li Jimpurtaha\", għax meta tidħol għand in-nies … Pereżempju, il-ġimgħa li għaddiet dħalt għand familja Ħal Tarxien u persuna minnhom qaltli li hija mhux Laburista, imma Mintoffjana.", "Qaltli li hija ċerta li Mintoff qed jitqalleb fil-qabar meta jisma' l-aħbarijiet ta' ċerti affarijiet li qegħdin iseħħu.", "Il-livell ta' korruzzjoni li hawn illum qatt ma kien hawn bħalu, korruzzjoni bil-barka tal-istituzzjonijiet tal-istat.", "Lin-nies nagħmlilhom appell biex ma jibżgħux u ma jaqtgħux qalbhom, il-ħażen jeqred lilu nnifsu.", "Huwa importanti li nikxfuh il-ħażin għaliex meta jkun hemm il-korruzzjoni bil-barka tal-Istat, tkun qed tieħu mill-flus ta' għada, mill-ġid ta' għada li għandhom dritt għalih dawk li ġejjin warajna.", "Pereżempju, art li tiswa €800 miljun tingħata għal €17-il miljun, the golden mile!", "Il-Ministru Konrad Mizzi, il-lunga manus tal-Prim Ministru Joseph Muscat, innegozja biex art li tiswa bejn €700 miljun u €800 miljun tingħata lill-privat għal €17-il miljun biss.", "U ġie jgħidilna li se jkollhom jiddepożitaw €1 miljun.", "Ara min minna li qed isegwi dan id-dibattitu bħalissa, meta jmur jixtri proprjetà jiġi mitlub iħallas 10% depożitu jew kapparra!", "Imma dawn mhux hekk; dawn qalu li se jagħmlu proġett li jiswa iktar minn €300 miljun, u se jkollhom jagħmlu depożitu ta' €1 miljun biss.", "Apparti li s-€17-il miljun huma staggered fuq medda ta' snin.", "Hekk jagħmel il-Gvern maċ-ċittadin?", "Jekk għal dan il-Gvern, għal dan il-Prim Ministru, ir-riga tat-tmexxija ta' governanza hija kif … Darba kien sar esperiment fil-filosofija tal-lingwa – niftakar nistudja l-Wittgenstein meta konna l-Università – il-famuż esperiment ta' Pavlov.", "Dan Pavlov kien għamel esperiment; malli kien jibda jċekċek il-platti, il-klieb tiegħu kienu jibdew jissalivaw għaliex kien ifisser li jkun ġej il-ħin tal-ikel.", "L-esperiment ta' Pavlov huwa esperiment li huwa famuż ħafna fil-filosofija tal-lingwa u fil-psikoloġija, partikolarment fil-lingwistika.", "Dan il-Gvern l-istess, il-Prim Ministru Joseph Muscat l-istess, però mhux meta jisma' l-platti jċekċku fl-armarju jissaliva, imma meta jara dawn is-sinjuruni li kapaċi jonfqu €5,000 kuljum.", "Hemmhekk iva, hemmhekk ikun hemm reazzjoni.", "Hemmhekk jaqbdu ċertu eċitament, u jiġi jitmellaħ minn dawn iż-żgħażagħ bħal Damian Attard li għadni kemm qrajt il-post tiegħu fuq Facebook.", "Lil dan ma nafux minn Adam, imma huwa żagħżugħ ta' 38 sena li f'temp ta' ftit minuti kellu iktar minn 400 share ta' dak li kiteb.", "Allura bilfors li xi ħaġa tajba qal, bilfors li xi ħaġa vera qal!", "Dan huwa Gvern li rriduċa lis-soċjetà tagħna għal soċjetà bla ruħ, soċjetà kapitalista, soċjetà fejn min hu l-aqwa jħawwel.", "Jiġi jitmellaħ miż-żgħir, mill-batut, minn dak li ma jiflaħx iħallas, minn dak li ma jiflaħx ixaħħam, minn dak li m'għandux il-miljuni xi jxaħħam, minn dak li m'għandux kuntratti sigrieti, minn dak li m'għandux il-kumpaniji sigrieti, minn dak li ma jdaħħalx €5,000 kuljum.", "Lil dak is-sinjur li qed jismagħna ngħidlu biex mar-radd tas-salib jiftakar li Konrad Mizzi u Keith Schembri kuljum idaħħlu €5,000.", "Aħna naħdmu.", "Dawn mar-radd tas-salib €5,000 idaħħluhom kuljum!", "Imbagħad, ara l-libelli kontrija, kontra Simon Busuttil u kontra Marthese Portelli waqqagħhom!", "Il-beżżiegħ beż' li ntellgħu jixhed lil Karl Cini, dak li fetaħlu kumpanija sigrieta biex permezz tagħha jdaħħal l-eluf kuljum minn fuq daharna!", "Però mbagħad, nies bħal Damian Attard u dawn iż-żgħażagħ imorru l-bank biex jissellfu €85,000, biex forsi jkollhom biex jixtru garaxx, mhux dar suret in-nies …", "Sur President, kemm għandu raġun dan iż-żagħżugħ, ma setax jgħidha aħjar.", "Ma nafux minn Adam, imma nista' ngħid li qaxxarha s-sitwazzjoni.", "Li nibagħtu liż-żgħażagħ jitkarrbu għal servizz soċjali biex jixtru dar, meta dawn ikunu qed jaħdmu full-time, mhijiex soluzzjoni.", "Taħdem full-time u xorta trid titkarrab!", "Dan mhux pajjiż normali.", "Dan mhux pajjiż li jiena rrid ngħix fih.", "Ejjew verament naħdmu biex ikollna pajjiż, soċjetà, li jkun verament jimpurtaha minn kulħadd, indipendentement jekk hux sinjur jew fqir.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, kif taf, meta nkunu qegħdin nitkellmu dwar l-implimentazzjoni tal-Baġit, ħafna minna nieħdu d-dekasteru li nkunu qegħdin insegwu u naraw ftit hemmhekk is-sitwazzjoni x'inhi, bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħha, u mbagħad ovvjament ngħaddu kummenti dwar suġġetti oħrajn.", "U l-ġist jew il-messaġġ prinċipali tad-diskors tal-Onor.", "Azzopardi dwar il-post ta' Facebook li tela' llum kien proprju wieħed mis-suġġetti li xtaqt nittratta.", "Kif taf, jiena kelliem ewlieni dwar ir-relazzjonijiet industrijali, u waħda mill-ironiji li għandna f'dan il-pajjiż illum – pajjiż li qed ikollu figuri ekonomiċi tajbin – hi li aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-affarijiet qegħdin isiru iktar diffiċli.", "Kif intqal fil-kummenti li għamel dan iż-żagħżugħ, qegħdin ngħixu f'pajjiż fejn l-affarijiet huma ftit surreali.", "Pereżempju, qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-qgħad huwa f'livelli baxxi ħafna, fejn il-politika tal-Gvern hi li jrid ikabbar l-ekonomija billi jġib ħafna iktar ħaddiema barranin lejn pajjiżna, imma mbagħad fl-istess ħin qegħdin f'sitwazzjoni fejn iż-żgħażagħ tagħna – imma mhux biss iż-żgħażagħ tagħna – qegħdin isibuha diffiċli ħafna biex jikru jew jixtru proprjetà, u l-iktar ħaġa inkwetanti hija li dawn huma żgħażagħ li jaħdmu.", "Allura, hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn fuq naħa, minħabba raġunijiet differenti, għandek livell ta' qgħad baxx ħafna, qegħdin ngħixu fi klima Ewropea u dinjija ekonomika tajba, l-Ewropa għaddejja minn żmien ekonomiku tajjeb, it-trading partners tagħna għaddejjin minn żmien ekonomiku tajjeb, aħna qegħdin, kif ngħidu, making the best out of this, u verament qegħdin f'sitwazzjoni li l-qgħad tagħna huwa f'livell baxx ħafna.", "Mela għandek ħaddiema li qegħdin isibu postijiet tax-xogħol, imma mbagħad qegħdin isibu problemi u sfidi li qatt ma rajna bħalhom.", "Kif qal li għamel l-Onor.", "Azzopardi - u m'għandix dubju li għamel hekk - jien ukoll ikolli l-privileġġ li niltaqa' man-nies meta ndur id-djar fid-distretti tiegħi, fosthom Tas-Sliema, San Ġiljan, Pembroke u l-Gżira.", "Forsi fid-distretti tagħna s-sitwazzjoni hija ftit iktar diffiċli, għax aktar niltaqgħu ma' anzjani li għandhom bejn 65 u 70 sena, ilhom iħallsu l-kera għal ħafna snin, u llum jibku għax il-kera għoliet b'mod li jinsabu f'sitwazzjoni li jistgħu jitkeċċew mid-dar tagħhom u ma jafux fejn se jmorru joqogħdu.", "Sur President, meta tara stejjer bħal dawn tinduna li something is not adding up.", "Allura naħseb li bħala politiċi hemm bżonn nagħmlu sforz ġenwin biex il-ġid li qed jinħoloq mill-ekonomija ta' pajjiżna verament imur on the ground, sabiex kull Malti u Għawdxi jkun jista' verament jieħu l-benefiċċju tiegħu.", "Huwa inaċċettabbli f'pajjiż bħal tagħna, fis-sena 2020 prattikament, li ssib żgħażagħ u anzjani li ma jistgħux jikru l-post tagħhom.", "Jiena ngħid li huwa inaċċettabbli anke li ma jistgħux jixtru.", "L-inkwiet huwa ħafna ikbar, kif qalu anke l-kollegi tiegħi qabli, meta dawn huma persuni li għandhom post tax-xogħol full-time, imma xorta waħda ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja u ma jistgħux ilaħħqu li almenu jkunu kapaċi jikru post diċenti għalihom u għall-familja tagħhom, xi ħaġa li fl-opinjoni tiegħi, hija bażika.", "Il-fatt li għandna ħafna nies b'din il-problema juri li rridu naraw x'hemm at the basics.", "Għalkemm ovvjament irridu nagħmlu ħafna iktar fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali, din il-kwestjoni ma tissolviex bl-akkomodazzjoni soċjali, din hija problema fil-qalba tal-policy, u rridu naraw x'se nagħmlu biex nibdew nindirizzaw din il-ħaġa.", "Meta nitkellmu dwar il-ħaddiema tagħna, li ħafna minnhom qegħdin jgħaddu minn dan l-inkwiet u sfidi, qed nitkellmu dwar ħaddiema f'livelli differenti.", "Imma meta nitkellmu dwar il-ħaddiema naħseb li hemm affarijiet oħrajn li rridu nħarsu lejhom.", "Xi ħaġa li bħalissa, sfortunatament, qiegħda tagħmel il-headlines hi l-kwestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Veru li mhijiex sfida li bdiet illum, imma speċjalment fejn tidħol l-industrija tal-kostruzzjoni, li bħalissa nafu li għaddejja minn boom, qegħdin naqtgħu il-kantunieri, qegħdin nieħdu ħafna shortcuts.", "Sfortunatament, l-inċidenti li qed ikollna fuq il-post tax-xogħol, speċjalment fejn jidħol il-qasam tal-kostruzzjoni, huma xi ħaġa li għandha tinkwetana ħafna.", "Kull persuna li tweġġa' jew saħansitra titlef ħajjitha fuq il-post tax-xogħol, hija traġedja u r-responsabbiltà tagħna bħala politiċi hi li naraw li l-liġijiet li għandna f'pajjiżna jiġu verament osservati.", "Fid-diskors li għamlet l-Onor.", "Claudette Buttigieg, fejn kienet qed tirreferi għal suġġett differenti, qalet li mhux billi jkollna liġijiet tajbin biex ngħidu li għandna liġi.", "Naħseb li meta nitkellmu dwar liġijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għandna liġijiet tajbin, imma huwa inutli li jkollok l-aħjar liġijiet fid-dinja, jekk imbagħad ma jiġux osservati.", "Jien naħseb li r-responsabbiltà tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol taqa' fuq tliet pilastri, fuq tliet tipi ta' nies.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li min iħaddem għandu responsabbiltà jara li l-ħaddiema tiegħu jkunu protetti kif suppost, li jkunu mħarrġin u jafu x'għandhom jagħmlu biex jagħmlu x-xogħol tagħhom bl-iktar mod sigur possibbli, għax ħafna drabi meta jkollok ħafna xogħol waħda mill-ewwel affarijiet li taqta' hija l-ħin li trid tieħu biex tħarreġ lin-nies.", "Huwa importanti li wieħed jara li kulħadd ikollu t-tagħmir li għandu bżonn biex jekk allaħares qatt jiġri xi ħaġa jkun protett.", "Kull min iħaddem irid jara li jagħti kull ma jista' biex il-ħaddiema tiegħu ma jweġġgħux fuq il-post tax-xogħol.", "It-tieni responsabbiltà hija tagħna l-politiċi, kif għedt, li naraw li l-liġijiet li għandna jiġu osservati.", "Irridu naraw li għandna biżżejjed spetturi li jaraw xi jkun qed jiġri.", "Xi kultant tara filmati fuq il-midja soċjali li juru l-mod kif ċerti ħaddiema jkunu qegħdin jaħdmu fuq postijiet tax-xogħol differenti, u tgħid \"an accident waiting to happen\".", "Naħseb li hemm bżonn nagħtu r-riżorsi kollha possibbli biex naraw li jsiru spezzjonijiet regolari, biex fejn l-affarijiet mhux qed jimxu skont il-liġi mhux biss tingħata multa - għax għalkemm multa hija importanti, fil-fatt hija xi ħaġa sekondarja - imma jaraw li fejn hemm prattiċi ħżiena ta' xogħol fuq il-lant tax-xogħol, dawn jinbidlu immedjatament u, sakemm isir it-tibdil meħtieġ, jiġi sospiż ix-xogħol.", "It-tielet pilastru huwa l-ħaddiema.", "Naħseb li l-ħaddiema jridu jaraw u jifhmu x'inhuma d-drittijiet tagħhom, jaraw li meta jmorru jaħdmu fuq post tax-xogħol fejn hemm riskji ovvji jkunu mħarrġa sew, ikollhom l-apparat meħtieġ u jesiġu ma' min iħaddimhom li biex jagħmlu x-xogħol li huwa mitlub minnhom għandu jkollhom dak li għandhom bżonn u, jekk dan ma jagħtihulhomx, allura jagħmlu r-rapporti.", "Irrid ngħid li meta kont sindku tal-lokalità ta' San Ġiljan kien ikolli diversi lmenti dwar abbuż ta' ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol, u kull meta rrapportajt dan l-abbuż dejjem sibt koperazzjoni immensa mill-ispetturi, ġew in-nies u ħadu l-azzjoni.", "Għalhekk nappella biex fejn in-nies jaraw, jew inkella l-ħaddiem iħoss, li hemm riskji li mhumiex neċessarji, riskji li huma illegali, għandhom jagħmlu r-rapporti meħtieġa sabiex l-affarijiet isiru kif suppost.", "Qed nagħmel enfasi fuq dan għaliex naħseb li bħalissa din hija waħda mill-isfidi li qed niffaċċjaw.", "Sfortunatament, bħalissa fuq il-portals u l-ġurnali qed naraw wisq rapporti ta' inċidenti u ta' traġedji fuq il-post tax-xogħol.", "Ħafna drabi dawn ikunu jistgħu jiġu evitati.", "Ovvjament huwa fl-interess tagħna lkoll li naraw li kull min jaħdem ma jeħux riskji li m'hemmx bżonn li jieħu.", "Din hija xi ħaġa li xtaqt nikkummenta fuqha.", "Sur President, ftit ilu kellna dibattitu sħiħ fuq ir-relazzjonijiet industrijali.", "Mhux se nidħol f'ħafna dettall.", "Tkellimna fuq it-Tribunal Industrijali u fuq it-tibdiliet li nixtiequ naraw fih.", "Mill-feedback li ħadna mill-Gvern u mill-winding up tal-Ministru jidher li hemm qbil li t-Tribunal Industrijali jrid jgħaddi minn riforma u tibdila sħiħa.", "Sfortunatament, l-affarijiet qed isiru ftit jew wisq haphazard.", "Hemm bżonn li jkun hemm iktar taħriġ fejn jidħol iċ-Chairman tat-Tribunal.", "Hemm bżonn li jkollna linji gwida iktar ċari, Pereżempju, mhux sew li persuna tidħol b'ilment quddiem it-Tribunal u tieħu forma ta' kumpens, imbagħad tidħol persuna oħra bl-istess ilment u tieħu kumpens totalment differenti.", "Dik kienet diskussjoni li kellna ġimagħtejn ilu u, kif għedt f'dak id-diskors, ngħid ukoll hawnhekk.", "L-Oppożizzjoni hija lesta li tiddiskuti mal-Gvern sabiex naraw li nsibu l-aħjar soluzzjoni fejn jidħol it-Tribunal Industrijali.", "Naf ukoll li kemm l-għaqdiet ta' min iħaddem, kif ukoll l-għaqdiet tal-ħaddiema, diġà bdew diskussjonijiet u naħseb li kulħadd jifhem li hemm bżonn isiru tibdiliet kbar.", "Mill-feedback li għandi miż-żewġ naħat jidher li lkoll kemm aħna lesti sabiex nidħlu u nagħmlu t-tibdil li hemm bżonn li jsir.", "Sur President, tkellimna fuq l-ekonomija, tkellimna fuq il-ħaddiema, tkellimt b'mod partikolari fuq il-kostruzzjoni, u ma nistax ma nitkellimx fuq xi ħaġa li fuqha iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar naħseb li dan il-pajjiż qiegħed jieħu miżuri li fil-futur se jkun hemm prezz għoli ħafna xi nħallsu għalihom.", "Qed ngħid għall-qasam tal-ambjent f'pajjiżna.", "Naħseb li llum il-ġurnata qed nagħtu prijorità assoluta lill-kostruzzjoni, qed nagħtu prijorità assoluta li ntellgħu s-sulari, inwaqqgħu, nibnu appartamenti, eċċ. Imma l-prezz qawwi li se jkollna nħallsu aħna fil-futur u l-prezz qawwi li se jkollha tħallas il-ġenerazzjoni ta' warajna huwa li qed nispiċċaw b'pajjiż fejn l-ambjent qiegħed jiddeġenera totalment.", "Jien ikolli l-opportunità li niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ u, apparti d-diffikultajiet fuq il-kiri u x-xiri tal-proprjetà, eċċ., naħseb li waħda mill-iktar affarijiet li, ma ngħidx tinkwieta, imma ddejjaq liż-żgħażagħ tagħna, hija l-isfreġju ambjentali li qed issir.", "Nifhem li pajjiżna qiegħed jikber, nifhem li rridu naraw li t-tkabbir ta' pajjiżna rridu nilqgħu għalih; imma naħseb li ma qed nipprovaw insibu l-ebda bilanċ bejn il-ħteġijiet ambjentali u l-ħteġijiet tal-iżvilupp.", "Din mhijiex kritika lejn il-Ministru għall-Ambjent, imma hija kritika lejn il-policy li l-Gvern qed jieħu bħalissa.", "Qegħdin inqaċċtu siġar bl-addoċċ, prattikament ma nistgħux naraw għalqa li ma niżviluppawhiex, bir-riżultat li għada pitgħada se nibku dak li qed nagħmlu bħalissa.", "Azzopardi u semma l-proġett tal-Corinthia, li mhux se nidħol fil-mertu tiegħu f'dan id-dibattitu, imma dawn qegħdin jgħidu li jixtiequ jiżviluppaw lukanda ta' sitt stilel, li mbagħad trid tattira turisti ta' sitt stilel.", "Jien, li ġej mil-lokalità ta' San Ġiljan, li hija biswit il-lokalità ta' dan il-proġett, ngħid li sfortunatament - għaliex jien ġej minn hemmhekk u dik hija lokalità għal qalbi ħafna – il-kwalità tal-ambjent li qed ikollna ngħixu fih, bla dubju ta' xejn, mhuwiex ta' tal-livell li turisti ta' sitt stilel iridu jiġu jqattgħu ħinhom fih.", "Ftit qabel tkellem ukoll – biex nagħmel parentesi fuq din – l-Onor.", "Parnis, li tkellem dwar il-kunsilli lokali.", "Naħseb li hemmhekk għandna ħafna u ħafna x'naħsbu u x'naraw.", "Jien għaddejt mid-diffikultajiet li jgħaddu minnhom is-sindki.", "Fil-fatt, għadni viċin ħafna ta' ċerti kunsilli lokali, b'mod partikolari l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, u naf id-diffikultajiet li jgħaddu minnhom, fosthom, l-ammont ta' affarijiet li jixtiequ jagħmlu u ma jistgħux jagħmlu, l-ammont ta' pressjoni li huma jħossu minħabba l-iżvilupp li hemm għaddej, u minħabba diversi affarijiet oħrajn.", "Naħseb li jekk aħna verament nixtiequ nagħtu lis-sindki u lill-kunsilli tagħna s-saħħa li jagħmlu l-lokalitajiet tagħhom aħjar, naħseb li hemm bżonn li l-ewwel u qabel kollox verament nisimgħu dak li qed jgħidu, u t-tieni, li nagħtuhom il-budgets neċessarji biex jagħmlu t-tibdiliet li għandhom bżonn.", "U anke hawnhekk, fejn jidħol kwalità ta' ħajja, u kostruzzjoni b'mod partikolari għax dik hija l-iktar forsi ħaġa li bħalissa hija ta' inkonvenjent għalina tad-distretti tagħna, hemm bżonn li f'dan il-pajjiż, kif tkellimna fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, anke hawnhekk ikun hemm iktar infurzar.", "Naħseb li bħala pajjiż, b'mod inġenerali, qisna qed ngħaddu minn mentalità li kważi kollox jgħaddi, minn mentalità li infurzar ta' xejn, kulħadd jagħmel li jrid u prattikament ħadd ma jagħti kas lil ta' madwaru.", "Onestament naħseb li xi kultant forsi nagħtu impressjoni aħna … Jien bl-ebda mod ma jien kontra l-kostruzzjoni, anzi naħseb li hija xi ħaġa li għandha ssir u jekk issir sewwa tista' ssir tajba.", "Imma, ilkoll kemm aħna morna pajjiżi oħrajn, ilkoll kemm aħna kellna l-opportunità li naraw kif jaħdmu f'pajjiżi ċivilizzati bħal tagħna.", "Xi kultant tara post tal-kostruzzjoni f'pajjiżi oħrajn li lanqas tinduna li huwa post tal-kostruzzjoni.", "U tiġi f'Malta u tara t-trabijiet u tisma' dawk il-ħsejjes, ġenn totali!", "U nafu, għax għandna esperjenza ta' pajjiżi oħrajn, li nistgħu nagħmlu dak l-iżvilupp mingħajr dan il-ġenn, mingħajr dak il-ħmieġ u trabijiet, mingħajr inkonvenjent lill-ġirien u lil kull min jgħaddi f'dawk il-lokalitajiet, speċjalment - mhux għax aħna speċjali - f'lokalitajiet bħal tagħna li fihom dejjem issib eluf ta' turisti.", "Għalhekk l-iktar messaġġ kruċjali li nixtieq inwassal f'dan id-dibattitu huwa li għandu jkollna iktar sens ta' care.", "Il-Partit Nazzjonalista qed juża l-frażi \"Soċjetà li Jimpurtaha\".", "Dan fis-sens li jekk jiena se nagħmel proġett, fair enough, għamel dak il-proġett, imma aħseb li hemm nies oħrajn li inti se taffettwa ħażin u allura ħu l-prekawzjonijiet kollha sabiex ma taffettwahomx ħażin.", "Jekk inti qiegħed tagħmel proġett f'sit ewlieni turistiku u taf li aħna pajjiż li l-industrija tat-turiżmu hija waħda mill-iktar industriji importanti f'pajjiżna, m'hemmx għalfejn jgħaddu sentejn biex tagħmel dak il-proġett u toħloq din l-inkonvenjenza kollha għat-turisti u għal min irid joqgħod hemmhekk.", "U dan jgħodd għal kull ħaġa li nagħmlu f'dan il-pajjiż.", "Jekk aħna qed nagħmlu proġett, m'hemmx għalfejn inkissru l-ambjent ta' madwarna u I don't care, l-aqwa li għamilna l-proġett u mbagħad l-ambjent narawh wara!", "Naħseb li ma' dan allura jidħol b'mod naturali s-sens ta' infurzar.", "Għandna liġijiet tajbin, imma rridu naraw li f'pajjiżna min jidħol għal xi ħaġa, min jagħmel xi ħaġa jrid jagħmilha billi jirrispetta l-liġijiet li għandna f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sur President, qed niddiskutu estimi ta' Baġit fi sfond politiku f'Malta li huwa ta' qsim il-qalb, diżappuntanti.", "Għandna liż-żewġ partiti l-kbar, li bejniethom tista' tgħid li storikament fasslu l-progress ta' dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar 50 sena, it-tnejn li huma tilfu r-ruħ tagħhom.", "Naturalment, fil-gvern hemm il-Partit Laburista, u meta tisma' żagħżugħ bħalma smajna x'kiteb Damian Attard – hu min hu, ma nafux minn Adam – … Dawn huma stejjer li nisma' kuljum.", "Jien niltaqa' man-nies kuljum għax immur l-uffiċċju kuljum u nisma' dawn l-istejjer ta' qsim il-qalb taħt Gvern Laburista.", "Huwa dak l-akbar uġigħ ta' qalb.", "Hemm ukoll il-fatt li l-Parlament tagħna ma sarx ħlief qabar tad-demokrazija; kieku kelli nagħsar it-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari, insib li kulma jgħidu hu \"intom għamiltu agħar minna\".", "Bħal dak li qallu, għax ta' qabilna sparpaljaw, mela aħna nistgħu nisparpaljaw iktar, u niskużaw ruħna!", "Għalhekk fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq infakkar lill-esponenti tal-Gvern Laburista li sforz il-politika ta' kapitaliżmu b'indifferenza … Għax kieku kien kapitaliżmu soċjali jew b'qalb, ngħid paċenzja, imma qegħdin iħaddmu kapitaliżmu ta' indifferenza assoluta, bla ruħ, li r-riżultat tiegħu huwa dak li spjega dak il-ġuvnott.", "Ħafna mit-tfal tagħna llum iridu jmorru jixtru fejn joqogħdu, imma anke jekk għandhom impjieg full-time, ma jaffordjawx, għax il-bank ma jislifhomx biżżejjed, jew outright ma jislifhomx.", "Hemm fattur ieħor li rrid insemmi, li x-shelters tal-homeless illum qed jirrifjutaw madwar ħames persuni kuljum, u dan taħt Gvern Laburista.", "Allura huwa tajjeb li nfakkarhom lil sħabi - ħafna minnhom trawmu bħali ġol-familja, fejn l-ideal li inti tħobb u twieżen lill-proxxmu kienu s-sisien, u kienu jirrispettaw is-sisien tal-Partit Laburista tal-ħaddiema - u se nikkwota dak li kiteb Ġuzè Ellul Mercer fl-20 ta' Mejju tal-1929:", "\"Il-politika ftit togħġobni, insibha logħba daqsxejn maħmuġa u x'aktarx imgerrxa …\"", "- aħseb u ara kieku kien jgħix issa f'dawn il-jiem -", "\"… iżda b'danakollu jkolli ngħid li hi meħtieġa.\",", "u għalhekk jien għadni hawn, għax kieku assolutament ilni li ġrejt 'l hemm.", "\"Lanqas ma jien fil-partit tal-ħaddiema għaliex għandi xi tama li dan il-partit se jsewwi d-dinja pitgħada jew sejjer ibiddel il-ġimgħa d-dieħla d-drawwiet il-ħżiena tiegħi u ta' ħuti l-bnedmin …\"", "- u meta tlajna fl-2013 ħadd ma ppretenda li se nagħmlu l-mirakli, però lanqas ippretendejna li se jkun hemm dan l-isfreġju, id-diżastru fil-fabric soċjali u fis-soċjetà tagħna li qed jirriżultaw illum -", "Ġuze Ellul Mercer kompla hekk:", "\"Jien qiegħed fil-Partit tal-Ħaddiema għaliex dan il-partit mhux mibni fuq is-sisien dgħajfa ta' ħila ta' min qiegħed imexxih, iżda fuq l-itjeb twemmin, jiġifieri t-twemmin li kull min twieled bniedem għandu jgħix ta' bniedem, jaħdem ta' bniedem u jiekol ta' bniedem, tant jekk twieled bin l-għana, kemm jekk twieled bin il-faqar.", "Il-mexxejja ta' ħila politika jiġu u jmorru, jgħaddu u jintnesew, u flokhom jiġu oħrajn Iżda l-prinċipji, il-pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l-Partit tal-Ħaddiema ma jitbiddlux.", "Jibqgħu dejjem fejn huma sakemm il-kotra tibqa' kotra, dejjem lesti biex meta jasal il-waqt, jinbena u jitwaqqaf fuqhom il-partit li jiġbor lil kulħadd miegħu, il-partit tal-futur, il-partit tal-kotra, il-partit li l-għajta tiegħu tkun: Ħobż, xogħol u tagħlim għal kollu kemm hu l-ħaddiem!\"", "Allura bilfors iqumu l-mistoqsijiet.", "Ħalli nibdew mill-ħobż.", "X'se jweġbuni dawn?", "Jgħidu: Daqskemm hawn xogħol!", "Veru hawn ix-xogħol, hawn ħafna xogħol, imma s-saħħa tal-paga li qed tirriżulta minn dak ix-xogħol fejn qed twassal lill-familji tagħna?", "U dan Damian Attard, u ħafna oħrajn bħalu li jibżgħu jitkellmu … Min jaf kemm persuni ġieli jgħiduli li jixtiequ jitkellmu, imma jibżgħu!", "Għaliex jibżgħu?", "Għaliex Gvern Laburista ta' Joseph Muscat fl-2019 ġab lil dan il-poplu tallab.", "Dan fis-sens li meta fl-antik kien tela' l-Gvern Laburista, taħt Boffa u mbagħad taħt Mintoff, l-ewwel ħaġa li jagħmel kien li neħħa t-tallaba mit-toroq.", "U llum ma tarax tallaba fit-toroq, jew jekk tara – għax issa bdew jitfaċċaw ukoll – tara veru ftit, paragun ma' dak iż-żmien.", "Imma llum biex tieħu impjieg trid tmur tittallab lill-Ministru, biex tieħu permess trid tmur tittallab lill-Ministru, biex tieħu ġustizzja trid tara lil min se tkellem, biex inti jibqagħlek nifs trid tittallab mal-Gvern tiegħek li ma jibdillekx mal-inqas ċentimetru ta' kampanja li baqagħlek.", "Dan il-Gvern Laburista ġab lill-poplu tallab.", "U meta nitkellmu dwar ix-xogħol, hemm bżonn li nitkellmu wkoll dwar il-kwalità ta' xogħol u dwar ir-rispett lejn il-ħaddiem.", "Fejn qatt qabel fl-istorja ta' dan il-pajjiż il-ħaddiem spiċċa mingħajr is-sostenn ta' union qawwija li twieżnu?!", "Fejn qatt smajna aħna li l-GWU tidħollok f'negozju mal-Gvern, tieħu l-kuntratti mingħand il-Gvern biex taqla' l-flus minn fuq il-ħaddiem?!", "Jien niftakar żmien meta ommi u missieri kienu mhux biss kuntenti, imma kburin, li kienu membri tal-General Workers' Union, u kif kienet issejħilhom kienu joħorġu ħalli jwasslu l-messaġġ tagħhom lill-gvern tal-ġurnata, hu min hu.", "Fejn huma l-unions illum waqt li l-ħaddiem qed jiġi kkastigat fuq il-post tax-xogħol, diskriminat fuq il-post tax-xogħol, mgħajjar fuq il-post tax-xogħol?", "U kif jiftaħ ħalqu ….", "Kien hemm ħaddiema tafu xi ġralhom?", "Se nerġa' nsemmi l-eżempju ta' dik il-ħaddiema, mara, li fetħet ħalqha mas-superjuri tagħha u spiċċat l-Isptar Monte Karmeli, fejn kienet taħdem, imma din id-darba bħala pazjenta, u trid tinħasel u tbiddel quddiem sħabha biex tiġi umiljata kompletament!", "Fejn huma d-drittijiet ta' ħaddiema ferm importanti f'pajjiżna, li għalija huma l-qofol, apparti mill-ħaddiema tas-saħħa u l-għalliema?", "Kuljum nisimgħu bi stejjer ta' vjolenza fuq l-għalliema tagħna.", "Kif aħna nistgħu nagħtu ċ-ċavetta lit-tfal tal-ħaddiema biex xi darba jagħmlu l-qabża fl-għejxien tagħhom b'edukazzjoni tajba, jekk aħna qed nipprovaw nagħtuhom edukazzjoni fejn l-għalliem huwa mwerwer minnhom?!", "Apparti milli nitfgħuhom fil-containers issa!", "Qabel konna ngħajru lin-Nazzjonalisti, u dawn kienu jiftħu skola kull sena!", "Mela x'qiegħed jiġri issa fis-settur tal-edukazzjoni?!", "Qed nagħmlu l-estensjonijiet bil-containers!", "U dan fi żmien meta jiġi l-Prim Ministru hawn u jiftaħar, mhux biss li huwa l-aqwa żmien, imma li għandna surplus.", "Baġit qiegħed hemm biex il-gvern jużah bil-għaqal, bħalma nagħmlu aħna fil-familja tagħna, li dak li naqilgħu nqassmuh biex lill-membri tal-familja tagħna nżommuhom kemm jista' jkun fuq wiċċ l-idejn.", "Daqstant ieħor baġit tal-gvern, qiegħed hemm biex l-ewwel ma jara huwa li n-nies li tawh il-fiduċja, li huwa responsabbli għalihom, iżommhom fuq wiċċ l-idejn, kif iddeskrievilu b'mod l-iktar sempliċi Ġuzè Ellul Mercer fl-1929.", "Dan il-Gvern biegħ il-pajjiż b'ħafna kuntratti oxxeni u minflok li dawk il-flus użahom – allavolja oxxeni! – biex iwieżen lil min l-iktar għandu bżonn u biex jassigura li l-poplu tagħna jkun jista' jibqa' jgħix b'saħħtu u jaħdem f'pajjiżu fid-dinjità, minflok għamel hekk, dawk il-flus marru fuq l-irjus!", "Korruzzjoni!", "Dan bħall-programm – u nagħlaq b'din għax il-ħin se jiskadili – taċ-ċittadinanza, li jiena staqsejt ħafna fuqu għax dan ma kienx fil-programm elettorali.", "U dak iż-żmien kien weġibni Joseph Muscat u qalli li permezz tiegħu dan se nagħmlu welfare fund u se nkunu nistgħu ngħinu ħafna nies.", "U jien għedt: Eejja, qalilna €50 miljun għall-housing … Dan kien fl-2013.", "Ara ħarġitx dar waħda, housing unit wieħed minnu!", "Minflok għamel il-housing u wieżen lill-poplu, xtara bank u l-oħrajn forsi 'l quddiem inkunu nafu fejn marru wkoll.", "Sur President, se nibqa' in possession u nkompli bid-diskors tiegħi għada.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Sar il-ħin.", "Ngħaddu issa għall-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi tal-2018 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili", "u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, dan il-Gvern huwa l-gvern li bil-fatti qed iwettaq riformi importanti.", "Huwa l-gvern li mhux jitkellem biss dwar dak li għandu bżonn jinbidel, iżda wkoll li wettaq bidliet importanti li ma sarux fil-passatjk, bidliet li rajniehom isiru b'leġiżlazzjoni li approva dan il-Parlament, għaliex kien dan il-Gvern li instiga dawn il-bidliet.", "Illejla, fil-Parlament Ewropew qiegħed jiġi diskuss rapport, abbozz ta' riżoluzzjoni mħejji min-naħa tal-Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs.", "Fi ftit ħin nixtieq nagħmel ftit osservazzjonijiet dwar dan l-abbozz ta' riżoluzzjoni, għaliex kont ferm sorpriż li din ir-riżoluzzjoni, li fiha hemm ukoll rappreżentanza min-naħa tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat li kien qiegħed ifassal din ir-riżoluzzjoni, ikun fiha daqstant ineżattezzi, li tkun riżoluzzjoni li titkellem dwar ħwejjeġ li l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna ddeterminaw.", "Għalhekk se nagħmel ftit referenzi għal numru ta' punti li jien osservajt meta qrajt dan l-abbozz ta' riżoluzzjoni.", "L-ewwel nett, huwa fatt li l-inkjesta dwar Egrant hija waħda konklużiva, fis-sens li l-Prim Ministru u l-familja tiegħu m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' din il-kumpanija.", "Hija inkjesta li saret b'reqqa kbira mill-maġistrat li ħa ż-żmien tiegħu, ta l-enerġija meħtieġa biex wasal għal konklużjonijiet ibbażati fuq dak li ġie ppreżentat lilu, kif ukoll fuq ir-rapporti ta' dawk l-esperti kollha li kienu involuti.", "Però ħareġ li din hija gidba, li mhux biss hija gidba għax ma tgħidx il-verità, iżda kienet gidba fabbrikata anke permezz ta' dokumenti foloz li fuqhom kienet ġiet imfassla.", "Minkejja li l-maġistrat wasal għall-konklużjonijiet tiegħu, fil-qari ta' dan l-abbozz ta' riżoluzzjoni xorta waħda naraw li għad hemm min qiegħed jipprova jibqa' jitfa' l-imbekkata, jitfa' d-dubji dwar dik l-inkjesta u l-konklużjonijiet tagħha u, fil-fehma tiegħi, jipprova jitfa' dell ikrah fuq ix-xogħol li sar.", "Bħal donnu f'pajjiżna hemm min għandu interess, għal skopijiet partiġjani, li jibqa' jżomm issue li ma hi issue xejn għaliex hija ċara li l-Qorti kienet kategorika fil-konklużjonijiet tagħha.", "Huwa tajjeb li nfakkar ukoll li meta f'Lulju li għadda kienet ġiet konkluża din l-inkjesta u l-Prim Ministru mar quddiem il-midja f'konferenza tal-aħbarijiet, li jien kont preżenti għaliha, jitkellem dwar il-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta, mill-ewwel kien qal illi li kien għalih din l-inkjesta tiġi ppubblikata kollha.", "Iżda l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, li jiddeċiedu liema inkjesti f'liema mument jiġu ppubblikati, għamlu għażla differenti.", "Imma bħal donnu hemm min lanqas dak il-punt ma jrid jirrikonoxxi.", "Issa tajjeb li ngħidu li l-Oppożizzjoni għażlet li tmur quddiem istituzzjoni oħra biex tissindaka dik id-deċiżjoni min-naħa tal-Avukat Ġenerali, li hija l-awtorità li tagħżel dwar il-pubblikazzjoni ta' dawn l-inkjesti, u dik id-deċiżjoni qed tiġi sindakata.", "Jiġifieri altru milli m'għandniex istituzzjonijiet li qegħdin jaħdmu.", "Anzi l-istituzzjonijiet li għandna qegħdin jaħdmu skont kif tgħid il-liġi.", "Jien għalhekk niskanta kif l-Oppożizzjoni, kif rappreżentata f'dan il-proċess … Tajjeb li ngħidu li Membru Parlamentari Ewropew li qiegħda f'dan il-Kumitat kienet ukoll parti minn dak il-kumitat speċjali li ġie hawn biex jara kif inhuma l-affarijiet f'pajjiżna.", "Jien ninkwieta meta nara sitwazzjoni fejn, minkejja li kien hemm fatti ċari, xorta waħda jkun hemm min jibqa' jirrepeti dak li kien diġà ċar mill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, bħal fil-każ dwar l-inkjesta Egrant.", "Irrid insemmi wkoll il-mod kif, pereżempju, issir referenza għall-investigazzjoni li saret dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Bħal donnhom qegħdin jgħidu li din hija investigazzjoni li wasslet għal suspettati.", "Però tajjeb li nfakkru – u nagħmlu enfasi fuq dan – li din kienet investigazzjoni li wasslet biex tliet persuni jitressqu quddiem il-qorti, u għaddejjin bi proċeduri quddiem il-qrati skont ma titlob il-liġi, skont ma titlob ir-rule of law, skont id-dritt Malti, skont il-liġi Maltija.", "Tajjeb li ngħidu wkoll li biex l-awtoritajiet waslu għal dak il-punt, li tliet persuni jitressqu l-qorti, kien hemm investiment ta' riżorsi kbar u koperazzjoni kbira, anke ma' entitajiet internazzjonali biex dak li kellu bżonn isir f'din l-inkjesta u f'dawn l-investigazzjonijiet isiru kollha.", "U naħseb li huwa tajjeb li min imur jirrappreżenta lill-pajjiżna quddiem l-Unjoni Ewropea fil-Parlament Ewropew, ikun ukoll il-vuċi tal-Maltin, u mhux jintilef fil-kwestjonijiet partiġjani u jħalli l-iskorrettezzi jkunu f'dokument bħal dan.", "Sur President, nixtieq nagħmel ukoll mistoqsija għalfejn issa qed issir ukoll referenza għar-rapport li għamlet il-Kummissjoni Venezja.", "Huwa tajjeb li ngħidu li l-Kummissjoni Venezja għamlet analiżi tas-sistema Maltija li ilha mfassla mill-Indipendenza 'l hawn, li għamlet analiżi ta' strutturi legali li ilhom jitħaddmu fostna għal diversi snin.", "Però, huwa tajjeb li nfakkru li l-Kummissjoni Venezja għamlitha ċara dwar ċerti bidliet importanti li fuqhom irridu nkomplu nibnu, min għamilhom, min ressaqhom, u għamilhom u wettaqhom dan il-Gvern.", "Fosthom, pereżempju, il-bidla importanti li saret f'dak li għandu x'jirrigwarda l-għażla tal-ġudikatura.", "Kienet bidla importanti ħafna.", "Pereżempju, il-mod kif isir il-proċess tal-għażla tal-ġudikanti, bidla li ħaddieħor qatt m'għamel, imma kellu jkun dan il-Gvern biex imexxiha 'l quddiem.", "Ara meta kien hemm amministrazzjoni Nazzjonalista, kemm għamlu rapporti l-GRECO jistigaw biex issir il-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti.", "Dawk ir-rapporti minn Gvern Nazzjonalista tħallew fuq l-ixkaffa, għaliex kellu jkun dan il-Gvern li rressaq Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, bidla oħra importanti.", "Kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dan huwa l-Gvern li bil-fatti qed iwettaq il-bidliet importanti.", "U huwa tajjeb li jkollna dibattitu u li nitkellmu kif irridu nkomplu nagħmlu l-bidliet għal pajjiżna.", "Però jien niftakar li l-Qorti ta' Strasburgu, li wkoll hija parti mill-Kunsill tal-Ewropa, bħalma hija l-Kummissjoni ta' Venezja, darba kienet għaddiet kumment fuq proċeduri partikolari ġo pajjiżna.", "F'sentenza partikolari f'dawn il-proċeduri, fejn kien hemm il-Ministru li jiġi mill-Prim Imħallef, li jiġi minn avukat involut f'dawk il-proċeduri, kienet qalet:", "Ara din, illum min joqgħod jiġi jippridkalna ħafna affarijiet fuq is-saltna tad-dritt, din is-sentenza ma tantx ifakkarha u ħassejt li f'dan id-dibattitu … Mhux qiegħed ngħid hekk biex inħarsu lura, anzi biex inħarsu 'l quddiem.", "Id-differenza hija waħda, li fejn qabel kienu jiġu senjalati l-affarijiet, illum mhux jiġu senjalati biss, imma b'diskussjoni u b'għaqal immexxi 'l quddiem.", "Però l-iktar ħaġa li laqtitni f'dan l-abbozz ta' riżoluzzjoni hi kif xi ħadd li suppost jaf l-affarijiet kif żvolġew f'pajjiżna u jippermetti li jkollok sentenza bħal din f'din ir-riżoluzzjoni.", "Hija ħaġa li ħallietni perpless.", "L-ewwel nett, ma naħsibx li hu korrett li tgħid … U dan qed titkellem dwar il-liġijiet tal-istampa, fejn intqal:", "Il-Gvern ta' Malta m'għandu l-ebda kawża ta' libell, jista' jkun li uffiċjali fil-vesti tagħhom personali jkollhom kawżi ta' libell, imma iktar minn hekk li inti jkollok draft resolution magħmula quddiem il-Parlament Ewropew li tgħid hekk:", "Bir-rispett kollu, min suppost huwa l-vuċi ta' Malta missu jaf li dan il-Gvern biddel il-Liġi tal-Istampa.", "Dan il-Gvern niżżilha fil-Liġi tal-Istampa li inti ma tistax tapplika s-sekwestru fil-konfront ta' ġurnalist.", "U allura ninkwieta ħafna li hemm min qiegħed jipprova jippontifika u jipprova jwassal il-messaġġ, meta żball kbir bħal dan jitħalla f'din ir-riżoluzzjoni.", "U iktar minn hekk, jien kont nistenna li, meta jkollok kumitat bħal dan, imexxi 'l quddiem ħaġa oħra.", "Nisimgħu ħafna fuq il-famużi SLAPP, jiġifieri, dawk il-każijiet li bniedem imur ifittex fejn għandu jmexxi 'l quddiem xi forma ta' kawża … Jien naħseb li kien ikun aktar utli kieku sar dibattitu biex fl-Unjoni Ewropea, fuq livell Ewropew, ikun hemm regolamenti ċari kif nistgħu nirregolaw din is-sitwazzjoni.", "Wara kollox, dan bħalma aħna għamilna fil-liġi tagħna, saħħaħna dik il-pożizzjoni, b'mod partikolari li persuna ma tistax tiftaħ numru ta' kawżi fuq l-istess punt.", "Sur President, jien appell wieħed irrid nagħmel.", "Il-logħob partiġjan m'għandux iħassar dibattitu serju dwar dak li hemm bżonn għal pajjiżna.", "F'pajjiżna l-politiċi jiġu u jmorru, pajjiżna jibqa' hemm.", "Il-lealtà tagħna għandha dejjem tkun lejn pajjiżna.", "L-iskop partiġjan qatt m'għandna nħalluh itellifna għax, wara kollox, fil-fehma tiegħi, biex nagħtu l-aħjar servizz lil dawk li jeleġġuna aħna għandna dejjem inżommu l-fokus tagħna fuq kif inkomplu nagħmlu bidliet bħalma diġà għamel dan il-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "CARMELO ABELA: Nhar it-Tlieta, 5 ta' Frar, l-Onor.", "Mifsud Bonnici ħa ftit ħin minn ta' din il-Kamra biex jakkuża lill-Gvern b'nuqqas ta' azzjoni fuq dak li qiegħed jiġri fil-Venezwela.", "U jien illum se nipprova nwieġeb dak li qal b'mod skorrett l-Onor.", "Mifsud Bonnici, li staqsa għalfejn il-Gvern qed idum daqshekk biex jieħu ċerti deċiżjonijiet fuq dak li għaddej fil-preżent fil-Venezwela.", "Naturalment, dan assolutament mhux minnu.", "Dak li qal l-Onor.", "Mifsud Bonnici assolutament mhux il-każ, u se ngħid x'inhuma l-fatti.", "L-ewwel nett, il-fatti huma li l-Unjoni Ewropea, speċjalment fil-livell tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, ilha xhur sħaħ tiddiskuti l-kwestjoni tal-Venezwela u dak li għaddej hemmhekk.", "Tant hu hekk li anke fi ħdan il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin kien hemm ix-xewqa kemm-il darba li mhux biss niddiskutu, imma li kemm jista' jkun nimxu flimkien, u dan nagħmluh flimkien bħala t-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea b'kunsens.", "U l-aħħar darba li fil-fatt ġie diskuss dak li għaddej fil-Venezwela kien proprju fil-laqgħa li saret ġewwa Bucharest fir-Rumanija, fejn bħalissa għandhom il-Presidenza tal-UE.", "Din il-laqgħa saret proprju l-ġimgħa li għaddiet, bejn il-31 ta' Jannar u l-1 ta' Frar, fejn erġajna tkellimna fiex tinsab is-sitwazzjoni fil-preżent ġewwa l-Veneżwela.", "Dan apparti li l-Onor.", "Mifsud Bonnici – imma forsi din ħarbitlu – qal li l-Venezwela huwa pajjiż ġar u ħabib tagħna.", "Naturalment, min jaf ftit ġeografija jaf li l-Venezwela ma tantx huwa pajjiż ġar tagħna!", "Nista' naqbel li forsi nistgħu nkunu ħbieb, imma żgur li m'aħniex viċini ġeografikament.", "Imma anke fuq dan kien skorrett.", "Qed ngħid dan biex nuri kemm kien skorrett f'dak li qal, inkluż anke fl-aspett ġeografiku tiegħu!", "Sur President, qabel xejn irrid ngħid li xhur ilu, meta kien hemm waħda mill-ewwel diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, kien hemm qbil li l-ebda pajjiż tal-Unjoni Ewropea ma jattendi għaċ-ċerimonja tal-ġurament ta' Maduro.", "U fil-fatt hekk ġara u Malta kienet waħda minn dawk il-pajjiż tal-Unjoni Ewropea li m'attendewx għaċ-ċerimonja tal-ġurament.", "Imbagħad fis-26 ta' Jannar tal-2019 kien hemm stqarrija mill-Unjoni Ewropea - normalment dawn jinħarġu min-naħa ta' Federica Mogherini - li sabet il-kunsens tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluż ta' Malta.", "Li jiġri hu – min jaf kif taħdem l-Unjoni Ewropea jaf dan, u nittama li l-kollegi tagħna min-naħa tal-Oppożizzjoni jafu kif taħdem l-Unjoni Ewropea – li jkun hemm draft statement li jgħaddi lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, u f'każ li jkun hemm xi oġġezzjonijiet jew xi tibdil dan isir, u meta jkun hemm il-qbil fuq dikjarazzjoni li għandha tinħareġ, imbagħad din tinħareġ mill-High Representative Federica Mogherini min-naħa tal-EAS.", "Fil-fatt fis-26 ta' Jannar tal-2019 ħarġet din id-dikjarazzjoni f'isem il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Mela s'issa qegħdin naraw li sas-26 ta' Jannar tal-2019 kien hemm qbil unanimu f'kull pass li ħadet l-Unjoni Ewropea.", "Hawnhekk, meta qed ngħid Unjoni Ewropea mhux qed nirreferi għall-Unjoni Ewropea bħala istituzzjoni, imma bħala t-28 pajjiż membru ta' din l-istess Unjoni .", "Kif għedt aktar qabel, issa kien imiss li jkun hemm il-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin ġewwa Bucharest bejn l-31 ta' Jannar u l-1 ta' Frar tal-2019.", "Hemmhekk kien hemm diskussjoni u opinjonijiet differenti, b'pajjiżi li riedu ħaġa u oħrajn riedu oħra, u anke fuq id-dikjarazzjoni kien hemm daqsxejn kummenti minn numru ta' ministri.", "Naturalment aħna għedna dak li aħna nħossu bħala pajjiż, u l-għada, is-Sibt, 2 ta' Frar tal-2019, bdiet tiġi abbozzata dikjarazzjoni bil-ħsieb li toħroġ ukoll f'isem it-28 pajjiż membru.", "Però jien informat ukoll li kien hemm estensjoni.", "Mela, il-Ġimgħa, l-1 ta' Frar, kien hemm din id-diskussjoni tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-għada s-Sibt, wara dik id-diskussjoni li kien hemm fi ħdan l-istess Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea bdiet tagħmel draft statement biex jiġi maqbul bejn il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad kien hemm estensjoni biex il-pajjiżi membri jagħtu l-opinjoni tagħhom sat-Tnejn, 4 ta' Frar, sas-1.00 pm. U dan sar f'każ li jkun hemm xi pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li ma jaqbilx u jikser is-silenzju, kif inhi l-proċedura.", "Jiġifieri jekk xi ħadd ma jaqbilx ma' dak l-abbozz ikollu target date u target time, u sa dak il-ħin jista' jikser is-silenzju.", "Allura jekk juri oġġezzjoni dak id-draft statement ma joħroġx għax ikun hemm pajjiż li oġġezzjona.", "Fil-fatt kien hemm pajjiż li sat-Tnejn, 4 ta' Frar 2019, sas-1.00 p.m., kiser il-proċedura tas-silenzju u allura dak id-draft statement ma ħariġx f'isem il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kollha kemm huma.", "Mela qed nitkellmu dwar it-Tnejn, 4 ta' Frar 2019, u d-diskors li għamel l-Onor.", "Mifsud Bonnici sar l-għada, it-Tlieta 5 ta' Frar 2019, fejn akkuża lill-Gvern li naqas milli jieħu azzjoni fuq il-Venezwela.", "Meta wasal is-1.00 p.m. tat-Tnejn, l-Unjoni Ewropea ma ħarġet l-ebda stqarrija komuni u ddikjarat li kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea jista' jieħu l-passi neċesssarji hu b'mod individwali sakemm nitilqu mill-punt tat-tluq tas-26 ta' Jannar 2019, fejn hemmhekk kien hemm qbil unanimu.", "F'din iċ-ċirkostanza jien tkellimt mal-Prim Ministru fuq kif żviluppat din is-sitwazzjoni, u qbilna li nitkellmu fuq dan il-punt tal-Venezwela fil-laqgħa tal-Kabinett tal-għada, it-Tlieta, 5 ta' Frar tal-2019.", "Jiġifieri ara kemm ħlejna ħin!", "Fl-4 ta' Frar 2019 wara nofsinhar ġie deċiż li m'hemmx qbil unanimu fuq draft statement tal-Unjoni Ewropea - sa dak il-ħin kien hemm kunsens bejn it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea – u għalhekk semmejt id-dati u kif aħna mxejna flimkien mal-pajjiżi l-oħra membri tal-istess Unjoni – u mbagħad l-għada li ma kienx hemm dan il-qbil, kważi wara 24 siegħa bl-eżatt għax il-laqgħa tal-Kabinett saret fil-5 ta' Frar għall-ħabta tas-1.00 pm, hekk kif spiċċat il-laqgħa tal-Kabinett il-Gvern ħareġ stqarrija permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni – liema stqarrija bil-permess tal-Kamra npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra – li fiha l-Gvern ta l-way forward bħala pajjiż, fejn aħna qbilna mal-maġġoranza kbira tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li b'mod interim qegħdin nirrikonoxxu lil Juan Guaido bħala l-President elett demokratikament tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela – allura hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-Parlament – u biex, bħala President ad interim tal-Venezwela jsejjaħ elezzjonijiet ħielsa, ġusti u jkun hemm elezzjonijiet demokratiċi f'dan il-pajjiż.", "Jiġifieri, hawn qed nitkellmu fuq 24 siegħa wara: sas-1.00 pm tal-4 ta' Frar tal-2019 kien evidenti dan in-nuqqas ta' qbil, l-għada kien hemm il-laqgħa tal-Kabinett, li ssir b'mod regolari nhar ta' Tlieta, ġiet diskussa s-sitwazzjoni tal-Venezwela, u fis-1.00 pm ħriġna din id-dikjarazzjoni li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra.", "Imbagħad, erba' sigħat wara jiġi l-Onor.", "Mifsud Bonnici f'din il-Kamra, assolutament jinjora d-dikjarazzjoni tal-Gvern, jakkuża lill-Gvern u jistaqsi kif il-Gvern raqad u ma ħax azzjoni fuq il-Venezwela!", "Dan meta aħna konna qed nimxu pari passu mal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, kif semmejt, fejn ma attendejniex għall-ġurament tal-President Maduro, meta sas-26 ta' Jannar tal-2019 kien hemm dikjarazzjoni komuni ta' 28 pajjiż membru hekk kif ħarġet mill-Unjoni Ewropea, kien hemm diskussjoni f'laqgħa tal-Ministri, il-laqgħa informali li ssir fil-pajjiż li għandu l-Presidenza u allura f'dan il-każ huwa r-Rumanija, imbagħad minn hemmhekk sal-4 ta' Frar tal-2019 kien hemm in-nuqqas ta' qbil u kull pajjiż seta' joħroġ l-istqarrijiet tiegħu individwali, kif diġà għedt.", "Allura minn dan jirriżulta b'mod ċar li l-Gvern assolutament ma kaxkarx saqajh f'dan il-proċess.", "Anzi, kif għedt, konna qed nimxu b'mod unit, kif kien anke mitlub minn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, biex flimkien nieħdu d-deċiżjonijiet li għandna nieħdu, fuq il-kwestjoni tal-Venezwela.", "Sur President, nixtieq nagħmel referenza għal diskors ieħor li sar minn kollega min-naħa tal-Oppożizzjoni, din id-darba l-Onor.", "Stellini, li wkoll huwa skorrett f'dak li qal f'din il-Kamra.", "Stellini jagħmel il-homework tiegħu sew qabel jiġi jitkellem f'din il-Kamra, u nappellalu wkoll biex ma jkunx allarmista bla bżonn fejn m'għandux ikun.", "L-Onor.", "Stellini tkellem dwar il-kwestjoni ta' Brexit, li hija kwestjoni totalment differenti minn tal-Venezwela.", "Mifsud Bonnici kien skorrett fuq il-Venezwela, u urejt bil-fatti, bid-dati u bil-ħin kemm kien skorrett li akkuża lill-Gvern b'nuqqas ta' azzjoni.", "Stellini nistiednu biex, qabel jiġi jitkellem f'din il-Kamra u jiġi jallarma, jiċċekkja l-affarijiet tiegħu sew.", "Huwa semma emails li suppost intbagħtu lili minn ċerta persuna li tgħix fl-Iskozja, li għamel referenza għaliha hu, u e-mails li ntbagħtu wkoll lill-Kummissarju Għoli, is-Sur Joe Cole.", "Huwa tajjeb li ngħid li jien fittixt fl-inbox tal-email tiegħi l-isem tal-persuna li semma f'din il-Kamra, u jien fl-inbox tiegħi ma sibt xejn.", "Tajjeb li ngħid ukoll li l-Kummissarju Għoli li għandna ġewwa Londra, is-Sur Joe Cole, beda jaħdem f'Londra fl-1 ta' Awwissu tal-2018, meta l-Onor.", "Stellini qal li dawn l-emails lili u lis-Sur Cole – għax hekk qal fl-intervent tiegħu – intbagħtu f'Ġunju tal-2018.", "Kif diġà għedt, jien fittixt fl-inbox tiegħi u bl-isem tal-persuna li hu semma ma sibt xejn.", "Is-Sur Cole beda bħala Kummissarju Għoli fir-Renju Unit fl-1 ta' Awwissu tal-2018, meta l-emails li suppost għamel referenza għalihom intbagħtu f'Ġunju tal-2018.", "Safejn naf jien, Ġunju jiġi qabel Awwissu, u allura dawn l-emails li l-Onor.", "Stellini allega li ntbagħtu ma setgħux intbagħtu lis-Sur Cole.", "Jien bqajt nistaqsi u nindaga kemm man-nies tal-Ministeru, kif ukoll man-nies tal-Kummissjoni Għolja ġewwa Londra u jirriżulta li saru kuntatti, kemm b'emails u anke bit-telefon – u mhux darba u tnejn – mas-Sinjur li semma l-Onor.", "Stellini dwar x'passi qed tieħu l-Kummissjoni Għolja fir-Renju Unit.", "Kif għedt, dan sar kemm permezz tal-email, kif ukoll permezz tat-telefon.", "Allura, dak li qiegħed jallega l-Onor.", "Stellini, li hemm diskriminazzjoni kontra l-Maltin jew persuni ta' dixxendenza Maltija li jgħixu fl-Iskozja, assolutament hija allegazzjoni falza u infondata.", "Nixtieq nagħmel referenza għal dak li l-Kummissjoni Għolja qed tagħmel fir-Renju Unit.", "Fost oħrajn tajjeb ngħid li, flimkien mar-rappreżentanzi tal-pajjiżi l-oħrajn membri tal-Unjoni Ewropea u anke mal-Kummissjoni Ewropea fir-Renju Unit, qed issir ħidma u qed jorganizzaw b'mod kollettiv serje ta' laqgħat madwar ir-Renju Unit, inkluż fl-Iskozja.", "Jekk qed nitkellmu fuq ir-Renju Unit, l-Iskozja hija parti mir-Renju Unit.", "U dawn il-laqgħat, li qed jissejħu outreach sessions, qed jiġu kollha live streamed għal min ma jkunx jista' jattendi imma xorta jkun jixtieq jarahom.", "Fil-fatt l-aħħar waħda li saret kienet fi Glasgow, l-Iskozja, fil-5 ta' Frar 2019 fis-6.15 pm.", "Matul dawn is-sessjonijiet ta' informazzjoni fuq id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jingħataw ukoll pariri legali b'xejn.", "Il-Kummissjoni Għolja qed tinforma wkoll liċ-ċittadini Maltin b'dawn l-avvenimenti anke permezz tal-paġna ta' Facebook tal-istess Kummissjoni Għolja.", "Hemmhekk hemm l-informazzjoni kollha disponibbli għal kulħadd biex jaraha fil-kumdità ta' daru f'ħinijiet li huma komdi għalih.", "Għal dawk li m'għandhomx aċċess għall-live streams, l-istess informazzjoni tingħata mill-Kummissjoni Għolja, kemm fuq it-telefon permezz ta' linja li twaqqfet apposta, kemm b'email, kif ukoll fuq is-sit elettroniku tagħha.", "Dawn l-outreaches se jkomplu jsiru anke fil-ġimgħat li ġejjin u fil-fatt qed naħsbu biex norganizzaw outreaches b'diversi modi li għalihom imorru anke uffiċjali minn Malta biex ikunu jistgħu jgħinu lill-Ambaxxata tagħna fir-Renju Unit.", "Allura dak li kien qiegħed jgħid l-Onor.", "Stellini assolutament mhux il-każ.", "Barra minn hekk, il-Konslu li għandna fil-Kummissjoni Għolja tivvjaġġa fuq bażi regolari barra minn Londra sabiex toffri servizz konsulari, anke permezz tal-iskema Consul-on-the-Move fi bliet ewlenin u fil-fatt jien informat li dalwaqt tkun ukoll f'Edinburgh, l-Iskozja.", "Jien informat ukoll li s-Sibt, 9 ta' Frar, kien hemm attività tal-Komunità Maltija fl-Iskozja – naturalment b'rabta mal-okkażjoni tal-festa ta' San Pawl – li għaliha attendew madwar 35 persuna, u matul din l-attività ġew indirizzati numru ta' mistoqsijiet li saru dwar Brexit.", "Kien hemm punti oħrajn li l-Onor.", "Stellini semma fid-diskors tiegħu, fosthom dwar l-għaqda li s-Sinjur li semma fl-intervent tiegħu suppost li għamel.", "Anke hawnhekk sar kuntatt ma' din il-persuna biex tagħti aktar informazzjoni, biex fil-każ tkun tista' tapplika u tirreġistra din l-għaqda, iżda s'issa dan m'għamel xejn.", "Sur President, l-appell tiegħi lill-membri tal-Oppożizzjoni hu li fuq affarijiet li huma sensittivi bħal Brexit, jew affarijiet li jolqtu l-politika barranija tagħna, għandna nkunu ġusti ma' xulxin u ma noqogħdux nitfgħu akkużi bla bżonn meta l-affarijiet ikunu ċari.", "L-appell tiegħi hu li anke fuq dan il-qasam l-Oppożizzjoni ma tkunx negattiva.", "Nirringrazzjak.", "Sur President, bil-permess tal-Kamra nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa PR 190220 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fil-5 ta' Frar 2019 b'referenza għas-sitwazzjoni politika fil-Venezwela.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, fl-4.00 pm bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, jgħid jekk kienx mistieden, u, jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura'), u wkoll peress li tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR, INDAFA PUBBLIKA U S-SOSTENN TAL-BELT KAPITALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, jgħid jekk kienx mistieden, u, jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura'), u wkoll peress li tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-Interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-Interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-Interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura'), u wkoll peress li tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jgħid jekk kienx mistieden, u, jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "JOSÉ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-Interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-Interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-Interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura'), u wkoll peress li tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI / IKLIET / PARTIES", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx mistieden, u, jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-Interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-gudikatura'), u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "Inżid li min-naħa tiegħi bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li jirreferi għalihom l-Onor.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "CARMELO ABELA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-gudikatura'), u wkoll peress li tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2910 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 196 nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019)", "ĦAL TARXIEN – PENSJONANTI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7702 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Ħal Tarxien li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss", "Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f'termini taċ-ċifri mogħtija.", "Il-persuni hawn fuq imsemmija jista' jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.", "Fil-każ tal-persuni kkwotati fit-tabella t'hawn fuq li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.", "L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f'xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura, anke f'dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "PENSJONANTI LI GĦANDHOM PENSJONI TA' INQAS MINN €600 FIX-XAHAR", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7700 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti preżentement f'pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet, imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta' inqas minn €600, inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej:", "* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss", "Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f'termini taċ-ċifri mogħtija.", "Il-persuni hawn fuq msemmija jista' jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.", "Fil-każ tat-8,197 persuna li qed ikunu kkwotati hawn fuq li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.", "L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f'xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura, anke f'dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "SANTA LUĊIJA – PENSJONANTI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7709 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Santa Luċija li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss", "Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f'termini taċ-ċifri mogħtija.", "Il-persuni hawn fuq msemmija jista' jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.", "Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t'hawn fuq li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.", "L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f'xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura, anke f'dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "FGURA – PENSJONANTI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7708 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss", "Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f'termini taċ-ċifri mogħtija.", "Il-persuni hawn fuq msemmija jista' jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.", "Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t'hawn fuq li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.", "L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f'xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura, anke f'dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "GUDJA – PENSJONANTI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7706 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss", "Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f'termini taċ-ċifri mogħtija.", "Il-persuni hawn fuq msemmija jista' jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.", "Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t'hawn fuq li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.", "L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f'xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura, anke f'dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "RAĦAL IL-ĠDID – PENSJONANTI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7704 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti reġistrati preżentement f'Raħal il-Ġdid li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?", "Jista' jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena?", "Jista' jindika kemm minnhom huma ta' sess femminil?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:", "* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss", "Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f'termini taċ-ċifri mogħtija.", "Il-persuni hawn fuq msemmija jista' jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.", "Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t'hawn fuq li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.", "L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f'xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura, anke f'dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b'pensjoni ta' anqas minn €600 fix-xahar.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX - SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina ta' bejn Malta u Għawdex se ssir, jista' l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-mina?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nirreferu għat-tweġiba tal-mistoqsija 7606 tas-Seduta 166.", "AWTORITÀ TA' STANDARDS TA' ĦARSIEN SOĊJALI – SPEZZJONIJIET FID-DJAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet u f'liema Dar tal-Anzjani minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali?", "Kemm kien hemm Djar tal-Anzjani li ma kinux qed jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, f'Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, skont l-Att Numru XV tal- 2018.", "F'Jannar 2019, l-istess Awtorità, skont l-Avviż Legali numru 446 ta' 2018, ġiet maħtura bħala l-entità li se tkun qed tħares is-settur tal-anzjani u tara li l-istandards stabbiliti jiġu milħuqa.", "Matul l-ewwel xahar tal-2019, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali għamlet 45 spezzjoni fid-djar tal-Anzjani permezz tad-disa' assessuri li jaħdmu fit-tim tal-Ispezzjonijiet fl-istess Awtorità.", "Għal kull żjara, l-Awtorità tibgħat żewġ assessuri biex nassiguraw li jkun hemm transparenza fil-proċess ta' assessjar.", "Għal kull spezzjoni, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali żviluppat numru ta' rakkomondazzjoniet lil min jipprovdi is-servizz, liema rakkomandazzjonijiet ġew ippreżentati bil-miktub lid-djar ikkonċernati, waqt li se jkompli jsir monitoraġġ tas-servizzi mogħtija sabiex naċċertaw ruħna li s-servizzi mogħtija ikunu ta' kwalità għolja.", "GĦAJNUNA LILL-PERSUNI BI PROBLEMA TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2567 bid-data tas-27 ta' Novembru 2017, jista' l-Ministru jgħid illum minn liema lokalitajiet ġejjin il-186 persuna li għandhom problemi ta' saħħa mentali?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu paga l-Home Helpers għal kull siegħa li jaħdmu mal-anzjani?", "Kemm hemm home helpers li huma Maltin u kemm hemm helpers li huma barranin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' Home Helpers (Social Assistants) impjegati mad-Dipartiment tal-Anzjanitá Attiva u Kura fil-Komunità huwa ta' 62.", "Dawn l-impjegati huma kollha ta' nazzjonalitá Maltija.", "Il-paga tal-Home Helpers impjegati mis-Servizz Pubbliku, u għalhekk impjegati direttament mad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, hija dik ibbażata ma' Skala 18 fis-Servizz Pubbliku.", "Il-kuntrattur li qiegħed jipprovdi s-servizz ta' Home Helpers jimpjega miegħu 170 Home Helper.", "Minn dawn 153 huma ta' nazzjonalità Maltija, filwaqt illi 17 oħra huma ta' nazzjonalità barranija.", "Il-ħlas tal-Home Helpers impjegati mal-kuntrattur huwa skont iċ-ċirkulari 20/2018 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8364, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help u minn liema lokalità ġejjin?", "Jista' jgħid ukoll jekk hemmx nuqqas ta' Home Helpers sabiex jagħmlu dan ix-xogħol tant importanti għall-anzjani?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' każijiet li għadhom qed jistennew biex jingħataw is-servizz tal-Home Help jammonta għal 382.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi hawn domanda kbira għal dan is-servizz, liema sitwazzjoni qed tiġi indirizzata.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant skont il-lokalità tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAJNUNA SOĊJALI – ABBUŻI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm twaqqfu każijiet ta' benefiċċji soċjali minħabba ksur ta' provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali matul is-sena l-oħra?", "X'inhuma r-raġunijiet li dawn il-persuni twaqqfilhom dawn il-benefiċċji?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "PROĠETT INK", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7686, u ċjoè: B'referenza għall-INK – Person Focused Inclusion Project li huwa ffinanzjat minn Fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm hija s-somma allokata għal dan il-programm u kemm huwa twil dan il-programm?", "Fiex jikkonsisti dan il-programm? u", "b) meta beda jitħaddem dan il-programm?", "Bħalissa x'inhuwa n-numru ta' parteċipanti fi ħdan dan il-programm u, skont l-applikazzjoni, kemm huwa n-numru ta' benefiċċjarji li ser jibbenefikaw minn dan il-programm?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett INK – Person Focused Inclusion huwa intenzjonat li jservi sabiex jippromwovi l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà, u jħejjihom sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol billi joffri taħriġ li jgħinhom biex l-esperjenza tax-xogħol tagħhom tkun waħda pożittiva li toffrilhom indipendenza u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom.", "INK joffri taħriġ lill-persuni b'diżabilità, lill-ġenituri tagħhom, lil min iħaddem u anke lil professjonisti li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità.", "Il-proġett għandu wkoll il-kollaborazzjoni ta' msieħba oħra kemm lokali kif ukoll barranin: is-CRPD bħala regolatur, u l-organizzazzjoni Irlandiża, KARE.", "Matul il-proġett huwa maħsub li 80 parteċipant imorru l-Irlanda għall-istudy visits fejn jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-imsieħba tal-proġett ġewwa l-Irlanda u b'hekk ninkoraġixxu peer learning.", "Il-proġett joffri wkoll 'INK Certification'.", "Dan huwa ċertifikat li jingħata lill-entitajiet li jipparteċipaw f'disability audits.", "Il-proġett ser idum tliet snin u se jiswa madwar €3.5 miljuni.", "Il-proġett huwa ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewopew.", "Il-proġett INK tnieda f'Jannar 2018.", "B'kollox il-proġett se jilħaq il-ħsieb li jimmira li jilħaq 'il fuq minn elf persuna – madwar 300 persuna b'diżabilità, madwar 300 employer, madwar 300 ġenitur ta' persuni b'diżabilità u madwar 150 professjonist, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Sal-31 ta' Diċembru 2018, kien hemm 93 parteċipant li bbenefikaw mill-proġett.", "PROĠETT JESS", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7410 u jgħid fid-dettall fiex jikkonsisti l-Proġett JESS u meta kien twaqqaf?", "Kemm huwa twil dan il-kors ta' taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b'diżabilità?", "Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti ta' dan il-kors?", "Kemm kien hemm parteċipanti s'issa li nstabilhom impjieg?", "X'kienu l-impjiegi li nstabulhom dawn il-persuni b'diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Proġett JESS – Job Enhancing Skills Scheme ġie mwaqqaf fl-2017 biex jipprovdi taħriġ u job placements lill-persuni b'diżabilità, fl-etajiet bejn is-16 u l-55 sena, li l-uniku dħul tagħhom ikun il-pensjoni tad-diżabilità.", "Dan il-proġett qiegħed jagħti ċ-ċans lill-individwu jkollu esperjenza ta' xogħol, bl-għajnuna ta' job coaches.", "L-impjiegi jistgħu jkunu f'dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, entitajiet non-governattivi, kif ukoll f'kumpaniji privati.", "Kull applikant jiġi intervistat u assessjat dwar il-kapaċità tiegħu jew tagħha.", "Fi tmiem l-iskema, il-benefiċjarji jingħataw ċertifikat ta' proficiency li juri li temmew b'suċċess it-taħriġ u x-xogħol assenjat.", "Dan il-programm huwa mifrux fuq 20 siegħa ta' xogħol u taħriġ fil-ġimgħa għal massimu ta' sentejn, jew 40 siegħa fil-ġimgħa għal massimu ta' sena.", "Il-benefiċjarji jirċievu pagament ta' €5.25 fis-siegħa waqt il-perijodu ta' taħriġ.", "Fil-preżent hemm b'kollox 66 individwu li qed isegwu l-programm JESS.", "Dawn il-benefiċjarji qegħdin f'xogħol li nstabilhom wara li ġie stabbilit x'inhuma ix-xewqat u l-abbilitajiet individwali tagħhom.", "Dawn jinkludu xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol fi ħwienet security, operaturi f'fabbriki u xogħol ta' receptionist, fost l-oħrajn.", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija ta' abbużi fuq minorenni fis-sena 2017 u matul is-sena l-oħra u kemm tressqu persuni l-Qorti?", "Jista' jgħid kemm ingħataw sentenzi in konnessjoni ma' dawn l-abbużi serji?", "OWEN BONNICI: B'referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat.", "Fir-rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, fir-rigward tal-Qorti ta' Malta, l-informazzjoni hija kif imniżżla hawn taħt:", "Fir-rigward tas-sena 2017, kien hemm 39 każ ġdid.", "Fir-rigward tas-sena 2018, kien hemm 36 każ.", "Fl-2017 kien hemm 33 każ li ġie deċiż – 4 kienu lliberati u 29 instabu ħatja.", "Fl-2018 kien hemm 39 każ li ġie deċiż – 5 kienu lliberati u 34 instabu ħatja.", "Fir-rigward tal-Qorti ta' Għawdex, dan it-tip ta' kawżi jidħlu mal-kumpilazzjonijiet l-oħra kollha mingħajr distinzjoni dwar is-suġġett li jkunu jirrigwardaw, apparti dawk li għandhom x'jaqsmu mad-droga, u ma tinżammx statistika.", "KUNSILL LOKALI MARSASKALA – TQASSIM TA' FONDI 2018", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif tqassmu l-fondi allokati lill-Kunsill ta' Wied il-Għajn is-sena l-oħra?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella li tindika t-tqassim tal-fondi allokati lill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għas-sena 2018:", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid fid-dettall fiex jikkonsistu s-servizzi Child and Young People's Service, kif ukoll is-servizz ta' Child Adolescent Psychiatric Emergency Services?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Children and Young People Service (CYPS) huwa servizz għat-tfal u ż-żgħażagħ li għandhom diffikultajiet fil-benesseri emozzjonali jew fl-imġiba tagħhom.", "L-età tagħhom tvarja bejn 3 snin u 18 il-sena.", "Il-ġenituri u/jew dawk il-persuni li jkunu qed jieħdu ħsiebhom jistgħu wkoll jingħataw għajnuna u pariri siewja sabiex ikunu jistgħu jittrattaw il-problemi li t-tfal tagħhom ikunu qed jesperjenzaw.", "It-timijiet multidixxiplinarji li joffru s-servizzi tagħhom fi ħdan is-CYPS huma magħmula minn psikjatri, psikologi, social workers, infermiera, support workers, occupational therapists u psychological therapists.", "Fis-CYPS isiru valutazzjonijiet u interventi għad-disturbi mentali kollha fit-tfal u fl-adolexxenti, valutazzjonijiet għal dawk li jbatu mill-kundizzjoni tal-ADHD u ASD bbażati fuq linji gwida NICE, farmakoterapija għal tfal u adolexxenti, psikoterapija individwali, Dialectical behaviour therapy, terapija fi gruppi, kif ukoll isiru korsijiet għal-ġenituri li uliedhom ikunu qed ibatu minn ADHD, ODD, Autism u li jkollom imġiba diffiċli.", "CAPES (Child Adolescent Psychiatric Emergency Services) huwa s-servizz ta' emerġenza psikjatrika għat-tfal li twaqqaf f'Ġunju tal-2016.", "CAPES huwa servizz ta' konsultazzjoni ibbażat fid-Dipartiment tal-Inċidenti u tal-Emerġenza (A & E) fl-Isptar Mater Dei.", "Dan is-servizz jipprovdi reviżjoni t'analiżi psikjatrika akuta lil dawk it-tfal u żgħażagħ ta' taħt it-18-il sena li jkunu ddaħħlu fl-imsemmi dipartiment b'emerġenza jew bi kriżi psikjatrika.", "Pazjenti li jkunu ddaħħlu l-isptar jsofru minn kundizzjoni psikjatrika jiġu riveduti mill-Pedjatra fl-A & E u wara jiġi kkonsultat infermier psikjatriku.", "Wara li l-pazjent ikun stabbilizzat f'dan id-dipartiment, il-pazjent jista' jiġi riferut lis-CYPS jew lil xi aġenzija oħra.", "Meta jkun hemm il-ħtieġa ta' ammissjoni, dawn it-tfal jew żgħażagħ jiġu riferuti għand konsulent (li jista' jkun ukoll il-konsulent preċedenti tal-pazjent) li jiddetermina fejn l-istess pazjent ikun jista' jieħu l-kura jew l-għajnuna meħtieġa.", "Il-Konsulent jista' jirreferihom għar-Residenza Żgħażagħ (Youth Residence), l-Isptar Monte Carmeli, jew is-Psychiatric Unit fl-Isptar Mater Dei.", "SAĦĦA MENTALI – SPIŻA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid kemm se jintnefqu flus fuq is-saħħa mentali din is-sena fejn il-Gvern alloka €685 miljun għas-settur tas-saħħa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispejjeż tal-Isptar Monte Carmeli għal din is-sena huwa stmat li jammontaw għal €37 miljun fuq spejjeż rikorrenti u €6.5 miljuni fuq xogħlijiet kapitali.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Supretendent fid-Distrett numru 8, u ċjoè Birkirkara u n-Naxxar?", "Jekk m'hemmx, x'inhi r-raġuni?", "Meta hemm il-ħsieb li jimtela dan il-post vakanti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bħalissa d-dmirijiet ta' Supretendent fid-Distrett numru tmienja huma koperti minn Supretendent ta' distrett ieħor wara li s-Suprentendent li kien inkarigat mid-Distrett ta' Birkirkara ġie promoss Assistent Kummissarju ftit taż-żmien ilu.", "Din il-vakanza timtela meta joħorġu l-applikazzjonijiet għal din il-kariga.", "BIRŻEBBUĠA – RAZZETT FL-INĦAWI TAL-PAPA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk ir-razzett fl-inħawi f'Tal-Papa fil-limiti ta' Birżebbuġa, li jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament (Anness 1 fl-aħħar tad-dokument), huwiex proprjetà tal-gvern u jekk hemmx pjani biex dan jiġi riabilitat jew hemmx titoli favur terzi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-ritratt li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti kien hemm żewġt irziezet.", "Filwaqt li t-tnejn huma proprjetà tal-Gvern, dak immarkat bl-aħmar huwa mikri lil terzi persuni.", "Skont ir-records tal-Awtorità tal-Artijiet, m'hemmx pjanijiet ta' rijabilitazzjoni.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grievances Board kurrenti li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "Interpellant li it-tagħrif mitlub huwa dan:", "Membri: Is-Sur Paul Debattista u s-Sa Catherine Falzon", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġew appuntati l-membri tal-Grievances Board li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu, u kemm huwa twil it-terminu ta' żmien tal-mandat li għalih ġew appuntati?", "Interpellant li l-membri tal-Grievances Board kurrenti ġew appuntati fl-1 ta' Jannar 2019, u t-terminu ta' żmien huwa ta' sena.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jiġri f'każ li quddiem il-Grievances Board li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu jirriżulta li membru tal-bord għandu kunflitt ta' interess għax kien involut fit-teħid tad-deċiżjoni li qiegħda tiġi sindikata mill-istess bord?", "X'rimedju hemm f'każ bħal dan għal min jagħmel l-ilment quddiem il-Bord?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'każ bħal dak li qed jirreferi għalih huwa, jissejjaħ il-membru sostitut.", "MEDIĊINA CONCERTA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk irċeviex applikazzjonijiet għal xiri 'on a named-patient basis' tal-mediċina CONCERTA li tintuża għall-kundizzjoni ADHD u dan minn mindu din il-mediċina branded ġiet mibdula ma' waħda ġenerika?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm-il applikazzjoni rċieva u minn dawn, kemm huma ta' tfal u ta' adulti, u kemm-il waħda ġiet milqugħha u/jew miċħuda?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn mindu l-mediċina MethylPhenidate modified release tad-ditta CONCERTA li tintuża għall-kundizzjoni ADHD ġiet mibdula ma' waħda ġenerika, id-Dipartiment irċieva 38-il rikjesta għall-approvazzjoni biex jingħataw l-mediċina tad-ditta Concerta.", "Minn dawn, 10 kienu adulti u l-bqija kienu tfal ta' taħt it-18-il sena.", "Fil-preżent, qed jiġu evalwati dawn ir-rikjesti fid-dawl ukoll li l-mediċina ġenerika hija meqjusa bijoekwivalenti għal dik tad-ditta, u fl-Ewropa ma jirriżultax li l-mediċina ġenerika ġiet irtirata mis-suq.", "Ta' min jgħid ukoll li l-gvern jixtri l-mediċini bit-tenders bl-isem farmaċewtiku għall-maġġoranza tal-mediċini li jingħataw lill-pazjenti mis-servizzi tas-saħħa.", "PESTIĊIDI - ĦLASIJIET GĦALL-IMPORTAZZJONI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rati ta' ħlasijiet li persuna jkollha tħallas biex jinħarġilha l-permess li timporta jew iġġib f'pajjiżna pestiċidi?", "Il-Gvern għal liema pestiċidi jitlob li jsir ħlas biex jingħata l-permess?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda ħlas għal min jimporta jew iġib il-pestiċidi f'pajjiżna, u l-ħlas li hemm huwa għaċ-ċertifikazzjoni biex topera bħala distributur ta' pestiċidi u għall-awtorizazzjoni/notifika tal-prodott.", "· Għaċ-ċertifikazzjoni biex topera bħala distributur, il-ħlas huwa ta' €25.", "· Għan-notifika ta' bijoċidi, il-ħlas huwa ta' €75.", "· Għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi hemm ħlas ta' bejn €50 u €500 meta dawn ikunu diġà ġew awtorizzati fi Stat Membru Ewropew ieħor jew għall-parallel imported.", "Dan il-ħlas ivarja skont ir-riskju tal-prodott hekk kif definit fil-liġi, u l-inqas ħlas japplika meta l-applikazjoni issir mill-bidwi nnifsu għall-użu tiegħu.", "F'każ ta' prodotti li se jitqiegħdu fuq is-suq Ewropew għall-ewwel darba, applikant jista' jagħżel f'liema Stat Membru jagħmel l-evalwazzjoni xjentifika u, f'dan il-każ, ikun hemm ħlasijiet rispettivi stabbiliti skont prinċipji fil-leġiżlazzjoni Ewropea.", "L-awtorizzazzjoni/notifika tal-prodotti hija għal terminu speċifiku u marbuta mal-perijodu t'awtorizazzjoni tas-sustanza attiva hekk kif stipulat fil-liġi.", "Kull pestiċida għandu bżonn awtorizzazzjoni/notifika qabel ma jitpoġġa fuq is-suq, u l-ħlas huwa hekk kif diġà msemmi.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8551, u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8552, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8553, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari 8553 għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8554, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOE MIZZI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8555, u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8556, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MARSASKALA – INFILTRAZZJONI TA' DRENAĠĠ FI PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra jekk ir-rapporti li daħlu rigward ilmenti minn sidien ta' proprjetà f'Marsaskala dwar infiltrazzjoni ta' drenaġġ fi proprjetà privata ġewx riżolti u jekk hemmx xi raġuni f'każ li hemm rapporti li għadhom ma ġewx solvuti?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jipprovdi l-informazzjoni dwar liema proprjetà qed jirreferi.", "SPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK – CAPSULES TAL-OMEGA +", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8449, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal li l-kapsuli tal-Omega + qatt ma kien fil-formularju tal-gvern, u peress li għal tletin sena sħaħ l-pazjenti kienu qed jingħataw din il-mediċina, u ritratt tal-kaxxa qed jingħata separatament (Anness 2 fl-aħħar tad-dokument), u li din ilha xhur out-of-stock, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinnota li, kontra kif weġibni, dan l-istess prodott kien jittieħed mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) sa ftit żmien ilu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jinsab informat ħażin, għax l-imsemmi prodott la hu u lanqas qatt kien fuq il-formularju tal-Gvern.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' servizz ta' konsulenza tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għall-perijodu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma jeżisti ebda kuntratt li qed isemmi huwa fil-mistoqsija tiegħu.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk, minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ġiex appuntat minnu fuq bord ta' entità pubblika u, f'dak il-każ, jgħid f'liema bord/bordijiet, x'inhi l-kariga fil-bord, minn meta saret il-ħatra u kemm hija r-remunerazzjoni pagabbli lill-imsemmi individwu?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li wara Marzu 2013, il-persuna li qed issir riferenza għaliha kien innominat mill-Prim Ministru fis-26 ta' Marzu 2014, u sussegwentament fil-31 ta' Jannar 2018, biex iservi fuq il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Ma hemm ebda remunerazzjoni.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – INSERVICE COURSES GĦALL-IMPJEGATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm saru inservice courses għall-impjegati tal-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, u tgħid il-kors kemm dam, x'tip ta' kors kien u fejn sar, sena b'sena, minn Marzu 2013 sal-lum?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "UFFIĊĊJU TAL-ĦARSIEN TAL-FAMILJA - KAŻIJIET TA' AĊĊESS SUPERVIŻJONAT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' aċċess superviżjonat li saru minn social workers tal-Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Familja li jaqa' fid-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex, u tgħid kemm ingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta' aċċess minn kull social worker, sena b'sena, minn Marzu 2013 sal-lum?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fid-Dokument 'A' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX - SERVIZZI FIL-KOMUNITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'kienu s-servizzi fil-komunità ta' Għawdex għall-persuni b'diżabilità?", "Tista' tgħid x'tip ta' servizzi fil-komunità kienu u f'liema lokalitajiet f'Għawdex saru, sena b'sena, minn Marzu 2013 sal-lum?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fid-Dokument 'A' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett Refurbishment and Upgrading Works (Phase 2) fid-Deep Water Quay?", "Jista' jgħid f'liema sena u xhar hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett ta' tkabbir tal-faċilitajiet tad-Deep Water Quay fil-Port il-Kbir huwa investiment importanti tal-Gvern sabiex inkomplu nsaħħu s-settur marittimu f'pajjiżna u diversi oqsma oħra relatati, fosthom dawk tal-cruise liners u tal-merkanzija.", "Ix-xogħol fuq it-tieni fażi ta' dan il-proġett mistenni jibda hekk kif jintemmu l-proċeduri tal-għażla tal-kuntratturi meħtieġa.", "ATTIVITAJIET KULTURALI F'GĦAWDEX – ĦADDIEMA TAL-GVERN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8121 u tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex, u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-Gvern u mill-privat biex għamlu xogħol in konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, u għal kull attività separatament u maqsuma sena b'sena?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8121.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – XOGĦLIJIET BIEX L-UFFIĊĊJU JSIR AĊĊESSIBBLI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8122 u tgħid x'xogħlijiet saru f'kull uffiċċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, inkluż għal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew nuqqas ta' dawl mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għamel xogħlijiet fl-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex dan ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabbilità, u ġie installat lift fl-uffiċini tan-Nutar tal-Gvern, tar-Reġistru Pubbliku, u tar-Reġistru tal-Artijiet.", "Barra minn dan, saru xogħlijiet ukoll fic-ċimiterju ta' Santa Marija fejn twaħħlu żewġ platform lifts għal persuni b'diżabbilità, u fiċ-Ċittadella fejn tneħħew diversi turġien minn ġot-toroq biex b'hekk ikunu aktar aċċessibbli.", "Ġew installati wkoll diversi lifts li jiffaċilitaw l-aċċess għal diversi partijiet li qabel kienu inaċċessibbli.", "Il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess sabiex jaċċerta li l-uffiċini tal-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbilità.", "Fil-fatt, bħalissa għaddej proġett fil-Ministeru sabiex isir ir-retro-fitting.", "Fiż-żewġ entraturi prinċipali tal-Ministeru għal Għawdex ġew installati interactive monitors li jservu biex ikun aktar facli biex il-klijent ikollu l-informazzjoni ta' fejn qegħdin l-uffiċini, ħinijiet u aktar informazzjoni fuq is-servizzi li jipprovdu.", "Sar ftehim mal-produtturi ta' 'Għawdex Illum' biex dan il-programm popolari jixxandar ukoll bis-sottotitoli.", "GĦAWDEX – SIT GĦAL CHILD DEVELOPMENT CENTRE", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-binja li kienet inbniet sitt snin ilu minn Amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista biex tintuża bħala Child Development Centre, u li l-istess binja għaddiet għand Barts Medical School biex tintuża bħala Ċentru tal-Anatomija, tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li dan il-proġett tant bżonjuż għat-tfal Għawdxin, isir f'xi post ieħor?", "Interpellant li l-binja qatt ma ntużat bħala Child Development Centre imma biex jingħataw servizzi ta' natura soċjali.", "Dawn is-servizzi issa se jibdew jingħataw minn post ieħor wara li ħarġet Expression of Interest li qed tiġi pproċessata.", "PROĠETT \"FINANZJAMENT GĦALL-ĦIDMA TAL-KAŻINI TAL-BANED\"", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-proġett \"Finanzjament għall-Ħidma tal-Każini tal-Baned\" jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm kien in-numru ta' każini tal-baned li applikaw;", "b) liema kienu dawn il-każini u kemm kien l-ammont ta' finanzi li ngħataw separatament; u", "c) jekk kien hemm każini li applikaw u ma ngħatawx finanzi, x'kienet ir-raġuni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-programm \"Finanzjament għall-Ħidma tal-Każini tal-Baned\" applikaw 29 każin ghas-sena 2017 u 41 għas-sena 2018.", "Iż-żieda fl-ammont ta' applikazzjonijiet turi s-suċċess ta' dan il-programm.", "Fl-2017 ibbenefikaw 21 Soċjetà Mużikali fl-ammont globali ta' €166,395.39.", "Il-lista tas-Soċjetajiet li bbenefikaw hi s-segwenti:", "Fl-2018 ibbenefikaw 30 Soċjetà Mużikali fl-ammont globali ta' €152,496.00.", "Il-lista tas-Soċjetajiet li bbenefikaw hi s-segwenti:", "B'hekk, il-medja ta' fondi li s-Soċjetàjiet Mużikali kkonċernati bbenefikaw minnhom kienet ta' €7,923.59 fl-2017 bejn 21 Soċjetà Mużikali, u €5,083.20 fl-2018 bejn 30 Soċjetà Mużikali.", "Irrid inżid li l-evalwazzjoni tal-proġetti u d-deċiżjoni dwar il-finanzjament tagħhom u f'liema ammonti ssir mill-\"Għaqda Kazini tal-Banda\" b'koperazzjoni mal-Kunsill Malti ghall-Arti.", "Irrid nirringrazzja lill-Għaqda Każini tal-Banda tal-ħidma eċċellenti li tagħmel f'dan ir-rigward għaliex l-irwol tagħha f'dan il-programm ta' fondi huwa kruċjali.", "Intant infurmat li xi każini ma ngħatawx fondi peress li ma kenux konformi mal-liġi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, jew kellhom proġett li għadu mhux konkluż li qed jibbenifikaw minn fondi oħra li jipprovdi l-Kunsill, jew il-każin ma kienx eliġibli skont il-kriterji li hemm imniżżel fl-applikazzjoni.", "CRISIS RESOLUTION MALTA – DISKUSSJONIJIET", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta sabiex flimkien jaħdmu biex jitjiebu s-servizzi ta' persuni b'riskju ta' suwiċidju?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li reċentament saru diskussjonijiet mal-Crisis Resolution Malta anki bħala parti mir-rispons dwar l-istrateġija tas-saħħa mentali.", "MARSASKALA – BANKINI BI PROBLEMI TA' AĊĊESSIBILITÀ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8519, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bankini identifikati fil-lokalità ta' Marsaskala bi problemi ta' aċċessibilità?", "Jista' jgħid liema huma dawn it-toroq fejn kien hemm dawn il-bankini u jgħid jekk dawn il-bankini ġewx irranġati?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ - SERVIZZI TA' ĦIDMA SOĊJALI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8517, jista' l-Ministru ġentilment jgħid fiex jikkonsistu s-Servizzi ta' Ħidma Soċjali li qed jingħataw il-persuni b'diżabilità fil-komunità?", "Kemm hemm impjegati li qed jagħtu dan is-servizz tant importanti?", "Kemm ilhom jistennew il-143 benefiċċjarju li huma fuq il-lista ta' stennija?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "KUNSILL LOKALI MARSASKALA – PROĠETTI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Bil-flus li se jiffranka mit-toroq il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala, jista' l-Ministru jgħid xi proġetti għandu biex jimplimenta dan il-Kunsill Lokali għall-benefiċċju tar-residenti tiegħu?", "OWEN BONNICI: Infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala li l-proġetti li l-kunsill għandu ppjanati biex jimplimenta għall-benefiċċju tar-residenti tiegħu huma:", "Twettiq ta' bosta proġetti ta' tisbiħ u manutenzjoni fil-lokalità.", "It-tlestija tal-proġett ta' Żonqor Playing field li se jiġi jiswa 'l fuq minn €160,000.", "Fis-7 ta' Frar 2019 infetħu l-offerti għat-tisbiħ ta' Ġnien Sant'Anna, proġett li stmat li jiswa 'l fuq minn €100,000.", "Il-Kunsill Lokali għaddej bl-evalwazzjoni tas-sejħa għall-ewwel fażi tal-bini tal-uffiċini Amministrattivi.", "Il-bini huwa stmat li jiġi jiswa 'l fuq minn €700,000.", "Se jitwettqu diversi xogħlijiet ta' patching hekk kif jiġi aġġudikat it-tender il-ġdid ta' patching u manutenzjoni ta' toroq.", "Dan sar peress li din is-sena l-Gvern Ċentrali se jagħmel total ta' tliet toroq mill-ġdid.", "Se jitwettqu xogħlijiet ta' patching f'ħafna toroq, fosthom Triq id-Daħla ta' San Tumas, La Sengle, Triq tal-Gardiel u bosta toroq oħra.", "Il-Kunsill Lokali se jwettaq ukoll proġett \"Europe for Citizens\" bil-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Ta' min isemmi li l-Kunsill Lokali se jibqa' xorta waħda responsabbli għaż-żamma u l-manutenzjoni tat-toroq kollha.", "Għaldaqstant, hu alloka l-istess ammont ta' fondi fuq manutenzjoni ta' toroq.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6154, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm sheltered hostels li nfetħu f'din il-Leġiżlatura sabiex jakkomodaw individwi bi problemi ta' saħħa mentali?", "Fejn infetħu dawn il-hostels?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li taħt it-tmexxija tal-gvern eżistenti nfetħu 4 hostels għal individwi bi problemi ta' saħħa mentali, flimkien mal-NGOs Richmond Foundation u 'Fondazzjoni Suret il-Bniedem'.", "Richmond Foundation: Dar il-Merill, Ħal Qormi u Villa Rubbery, Attard, filwaqt li 'Fondazzjoni Suret Il-Bniedem': Dar Franġisk, Marsa u Dar Imelda, Birkirkara.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizzi b'xejn ta' child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta' April 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena, b'mod separat?", "X'kienet in-nefqa fl-istess perijodu fuq din il-miżura?", "Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 (mill-1 sal-31 ta' Jannar), in-numru ta' tfal li bbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huwa kif muri f'din it-tabella:", "Rigward il-figuri murija fir-raba' kolonna, dawn in-numri jinkludu n-numru ta' tfal li bdew f'dik is-sena, kif ukoll tfal li baqgħu jattendu mis-sena / snin ta' qabel.", "Bħalissa hemm 130 ċentru li qed jieħdu sehem f'din l-iskema.", "SERVIZZ TA' TRASPORT TAT-TFAL U TAL-KOLAZZJONI NUTRITTIV", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta' April 2014?", "X'kienet in-nefqa sena b'sena fuq din il-miżura?", "Interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-Servizz tal-Breakfast Club, in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn dan is-servizz huwa kif se nsemmi: fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student; fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student; fis-sena skolastika 2016-2017 ibbenefikaw 4,420 student; fis-sena skolastika 2017-2018 ibbenefikaw 5,780 student; u fis-sena skolastika 2018-2019 (sa Jannar 2019) ibbenefikaw 5,680 student.", "In-nefqa tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-31 ta' Diċembru 2018 kienet ta' €3,864,806.40.", "Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators, ħlasijiet lill-edukaturi u ħaddiema li jagħmlu superviżjoni waqt il-Breakfast Club, kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif muri f'din it-tabella:", "ATTENDENZA MINN STUDENTI LI ATTENDEW GĦALL-KLASSIJIET TA' REVIŻJONI TAS-SEC", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm b'kollox studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC sa minn meta dawn bdew ikunu organizzati, sena b'sena?", "Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet?", "Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. interpellant li d-dettalji kollha rigward il-klassijiet ta' reviżjoni tas-SEC sena b'sena jinsabu fit-tabelli t'hawn taħt:", "2014 (l-ewwel sena tal-klassijiet tar-Reviżjoni): Numru ta' persuni li attendew - 551", "2015: Numru ta' persuni li attendew - 777", "2016: Numru ta' persuni li attendew - 770", "2017: Numru ta' persuni li attendew - 553", "2018: Numru ta' persuni li attendew - 588", "NEFQA FL-ISTIPENDJI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fuq l-istipendji bejn l-2013 u llum, sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "XIRI TA' KOTBA GĦALL-ISKEJJEL U LIBRERIJI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2013 'l hawn u l-ispiża involuta?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat dawn l-ammonti ta' kotba u nefqet dawn l-ispejjeż minn meta twaqqfet fl-2014 sal-aħħar tal-2018:", "Infurmat ukoll li n-numru ta' kotba li nxtraw minn Malta Libraries għall-iskejjel u libreriji u l-ispiża involuta huma kif muri f'din it-tabella:", "NISA LI DAĦLU FID-DINJA TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-2018 sena b'sena huwa kif muri fit-tabella hawn taħt.", "Dawn iċ-ċifri jinkludu dawk in-nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba, u dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar.", "BINI TA' SKEJJEL ĠODDA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel ġodda li huma mistennija li jkunu mibnija f'din il-leġiżlatura 2017 -2022?", "Interpellant li l-iskejjel ġodda li bnejna jew se nibnu matul din il-leġiżlatura huma:", "· Skola Primarja f'Marsaskala (li nfetħet fl-aħħar jiem)", "· Skola Primarja fil-Qawra", "· Skola Primarja fir-Rabat, Għawdex", "Se nkunu qegħdin nibnu wkoll Skola Primarja ġdida fl-Imsida, izda t-timeframes ta' dan il-proġett jistgħu jkunu determinati biss meta jinħarġu l-permessi neċessarji mill-Awtorità għall-Ippjanar.", "L-Awtorità skedat il-binja eżistenti u l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) appellat minn din id-deċiżjoni.", "L-appell għadu jrid ikun deċiż.", "Apparti minn hekk qegħdin nagħmlu investimenti kbar fi skejjel oħrajn bħal:", "· il-bini ta' estensjoni fl-Iskola Primarja ta' Pembroke, liema estensjoni tlestiet fis-sena skolastika li għaddiet;", "· il-ħolqien ta' Vocational Education Labs fis-Senior Schools kollha; u", "· il-bini ta' estensjonijiet fl-Iskejjel Sekondarji tar-Rabat Għawdex, l-Imrieħel, iż-Żejtun u Santa Luċija, kif ukoll fl-Iskejjel Primarji tar-Rabat Malta, Ħal Għaxaq u n-Nadur.", "F'din il-leġiżlatura se nkunu qegħdin nagħmlu wkoll rinovazzjoni estensiva tal-Iskola Primarja ta' Ħal Qormi (San Ġorġ).", "Minkejja li dan il-proġett ma jinvolvix il-bini ta' skola ġdida, l-Iskola Primarja ta' Ħal Qormi, li se tibqa' fil-binja storika eżistenti, se tkun prattikament skola kompletament ġdida.", "SKOLA TAL-QAWRA – STUDENTI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda tilqa' l-ewwel student fiha l-iskola l-ġdida tal-Qawra li ilha mħabbra mill-2015?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-Iskola Primarja fil-Qawra se tkun f'pożizzjoni li tilqa' l-ewwel studenti fiha f'Settembru 2019.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – SKOLA PRIMARJA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Wara li l-istatistika nazzjonali qed turi li l-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar kibret b'madwar 25% fl-aħħar tliet snin, li jfisser li l-popolazzjoni tal-lokal issa telgħet għal madwar 26,000 ruħ, jista' l-Ministru jgħid kif il-politika ġenerali tal-Gvern ta' tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan qed taffetwa l-operat tal-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar?", "B'kemm żdidet il-popolazzjoni tal-Iskola ta' San Pawl il-Baħar?", "Kemm hi l-popolazzjoni tal-iskola llum?", "Kif jaqbel dan mal-politika tal-Gvern li ried skejjel iżgħar u mhux akbar?", "Huwa minnu li l-Iskola ta' San Pawl il-Baħar ma tiflaħx għal dan l-influss?", "Kemm hemm klassijiet nieqsa biex jakkomodaw lil dawn l-istudenti?", "Kemm hemm containers/mobile class rooms fl-Iskola ta' San Pawl u kemm qed jakkomodaw studenti?", "EVARIST BARTOLO: Nikkonfermaw li l-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar żdiedet sew f'dawn l-aħħar snin.", "Huwa importanti li jiġi nnutat li din il-popolazzjoni tiġbor il-firxa tal-lokalitajiet minn Burmarrad sax-Xemxija u mill-Wardija sa Bugibba u l-Qawra.", "Għalhekk ġie deċiż minn snin qabel li tinbena l-iskola tal-Qawra għal dan il-għan.", "Illum, fil-binja tal-iskola tal-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar fi ħdan il-Kulleġġ Mara Reġina hemm 1084 student.", "Ta' min wieħed jinnota li ma' dawn l-istudenti hemm 106 studenti oħra minn dan il-lokal li qegħdin jattendu l-iskola Primarja ta' Ħal Għargħur, u 103 oħra qegħdin jattendu n-Naxxar Induction Hub biex jiskbu kompetenza fil-kommunikattiva fl-Ingliż u l-Malti.", "Jiġifieri, f'din is-sena skolastika 2018/2019 minn San Pawl il-Baħar hemm b'kollox 1,293 student, kif indikat hawn taħt:", "+ 106 (Kulleġġ Maria Reġina, Primarja Għargħur)", "+ 103 (Kulleġġ Maria Reġina, Naxxar Induction Hub)", "Il-politika tal-Gvern li jkun hemm skejjel żgħar ġiet segwita meta ttieħdet id-deċiżjoni skont il-pjan li tinbena l-iskola Primarja tal-Qawra, li se tiftaħ fis-sena skolastika li ġejja (2019-20).", "M'hemm l-ebda klassi nieqsa għaliex l-istudenti li f'das-sentejn li għaddew kellhom bżonn l-għajnuna fil-kompetenza tal-komunikattiva l-ewwel bdew fin-Naxxar Induction Hub u wara ġew integrati fl-iskola tal-istess Kulleġġ, il-Primarja ta' Ħal Għargħur.", "Min-naħa l-oħra, sakemm titlesta l-iskola fuq is-sit tal-Qawra, ġew miżjuda mal-binja tal-iskola ta' San Pawl il-Baħar ammont ta' pre-fabricated classrooms biex iwieġbu għad-domanda ta' żieda ta' studenti f'din l-iskola.", "Pre-fabricated classrooms hemm 12 jilqgħu fihom madwar 110 student li xi wħud minnhom huma klassijiet normali (Home Classes) u oħrajn huma utilizzati għal lezzjonijiet bħal PSCD, laqgħat mal-Guidance teachers, eċċ. Dawn ilhom jintużaw għal dawn l-aħħar erba' snin skolastiċi.", "SKOLA SEKONDARJA TAŻ-ŻEJTUN – BINI TA' SULAR IEĦOR", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma li anke fil-bini ta' sular ieħor fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun waqa' lura l-Gvern?", "Kemm hemm tfal f'din l-iskola?", "Kemm żdiedu fl-aħħar tliet snin?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li anke hawn qed jintużaw containers/mobile classrooms?", "Kemm se jakkomodaw studenti?", "Jista' jikkonferma li anke hawn hemm nuqqas ta' spazju li qed jinħoloq minħabba l-politika ġenerali tal-Gvern ta' tkabbir tal-popolazzjoni bla pjan?", "EVARIST BARTOLO: Jidher li l-mistoqsijiet tal-Onor.", "Interpellant huma bbażati fuq rapporti skorretti li dehru f'xi mezzi tax-xandir fl-aħħar jiem.", "Il-proċess biex jinbena sular addizzjonali fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun inbeda u qiegħed miexi skont kif ippjanat.", "Fil-mument, mhumiex qegħdin jintużaw mobile classrooms ġo din l-iskola.", "Biss dawn huma ppjanati li jintużaw waqt li jkun qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-bini eżistenti.", "Il-qies ta' dawn il-mobile classrooms huwa simili għal dak tal-klassijiet eżistenti f'din l-iskola u għalhekk jakkomodaw l-istess numru ta' studenti.", "Iż-żieda fis-suġġetti mgħallma fl-iskola fil-preżent, kif ukoll is-servizzi addizzjonali li qegħdin ikunu offruti lill-istudenti, kienu r-raġunijiet għaliex inħasset il-ħtieġa li jinbnew sulari addizzjonali f'din l-iskola.", "In-numru ta' studenti li jattendu/attendew l-Iskola Sekondarja taż-Żejtun f'dawn l-aħħar snin huwa kif se nsemmi:", "Dawn il-figuri juru żieda ta' madwar 18% u għalhekk il-Gvern ħa r-responsabbiltà li jagħmel estensjoni tal-iskola biex ikun jista' jagħti edukazzjoni xierqa lil aktar studenti.", "Kif ingħad diġà, il-bini ta' estensjoni, kif ukoll ir-rinovar tal-Iskola Sekondarja fiż-Żejtun se jsir skont kif skedat.", "Il-portable cabins (jew klassijiet mobbli) se jintużaw temporanjament sakemm isiru x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u rinovar fuq żewġ blokkijiet f'din l-iskola.", "Il-klassijiet mobbli huma attrezzati bil-faċilitajiet kollha daqs l-aqwa klassijiet.", "Il-klassijiet mobbli jinkludu:", "· sistema tal-elettriku, inkluż electrical control panel, power points, internet points u dawl artifiċjali abjad;", "· arja kondizzjonata;", "· żewġ twieqi f'kull klassi li jistgħu jinfetħu u bi ħġieġ double glazed, kompluti b'roller blinds u insect screens;", "· emergency light għal kull klassi u toilet;", "· fire alarm system f'kull klassi sabiex jintlaħqu standards Ewropej;", "· il-materjal tal-klassi jrid ikun fire safety compliant għal standards Ewropej;", "· il-ħxuna tal-ħitan tkun 50mm, bil-kulur taż-żebgħa fuq barra jintgħażel mill-Perit responsabbli (kif ukoll mill-FTS u l-MEDE);", "· l-art tkun miksija jew b'materjal PVC jew heavy duty Vinyl, liema materjal ikun deċiż mill-Perit (kif ukoll mill-FTS u l-MEDE); u", "· t-toilets ikunu kompluti bl-aċċessorji kollha, inkluż bis-servizzi kollha tal-ilma u d-drenaġġ, kif ukoll b'tieqa li tista' tinfetaħ bi ħġieġ frosted, b'sink taċ-ċeramika, bi flushing, b'water heater, u b'emergency light.", "Kull klassi tkun armata bl-apparat kollu neċessarju għat-tagħlim bħal kwalunkwe klassi oħra.", "L-għalliema jkunu jistgħu jattrezzaw il-klassijiet bi kwalunkwe materjal li jużaw fil-klassijiet 'normali'.", "UNJONI TAL-GĦALLIEMA – TAĦDITIET FUQ BIDLIET TAL-ATT TAL-EDUKAZZJONI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet fuq il-bidliet fl-Att tal-Edukazzjoni, li kienu ġew irtirati mill-Gvern wara protesti kbar mill-Union tal-Għalliema?", "Interpellant li l-Ministeru bħalissa qiegħed f'diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati sabiex isiru t-tibdiliet meħtieġa fl-Att tal-Edukazzjoni.", "DIRETTORATI TAL-EDUKAZZJONI – RAPPORTI TA' AGGRESSJONI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' aggressjoni fuq edukaturi rċevew id-Direttorati tal-Edukazzjoni minn kull kulleġġ statali?", "EVARIST BARTOLO: Tajjeb li l-Onor.", "Interpellant jinnota li għall-edukaturi il-MEDE ħoloq portal fejn huma jistgħu jibagħtu fuq esperjenzi t'aggressjoni li għaddew minnhom.", "Hekk jingħataw l-assistenza.", "Imbagħad, il-każ tagħhom jiġi segwit mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi kull ġimgħa.", "Infurmat li minn Jannar 2019 s'issa kien hemm 23 ilment marbuta ma' disa' każijiet separati.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – ĦADDIEMA TAL-GOZO CHANNEL", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk il-ħaddiema tal-Gozo Channel humiex se jżommu xogħolhom fi ħdan il-Gozo Channel?", "Interpellant li, indipendentament mill-proġett tal-mina, is-servizz tal-Gozo Channel ser jibqa' jopera.", "DEPUTATI REĠISTRATURI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk id-Deputati Reġistraturi li kienu jġorru l-grad ta' Prinċipal jew Uffiċjal fi Skala 10 fid-data li ġie ffirmat il-ftehim settorali fit-13 ta' April 2017 u ġew assimilati fi grad/skala ħażina minħabba interpretazzjoni żbaljata min-naħa tal-amministrazzjoni tal-Qrati, mhux ser jingħataw l-arretrati dovuti lilhom mit-13 ta' April 2017 sal-5 ta' Lulju 2018, u dan wara li l-amministrazzjoni tal-Qrati ser timplimenta s-suġġeriment tal-konċiljatur u d-Deputati Reġistraturi ser jingħataw biss l-arretrati b'effett mis-6 ta' Lulju 2018?", "Kemm hemm Deputati Reġistraturi f'Malta kif ukoll f'Għawdex li ġew affetwati b'din l-interpretazzjoni żbaljata tal-ftehim settorali?", "Ġaladarba saret din l-inġustizzja mad-Deputati Reġistraturi, għalfejn m'għandhiex issir ġustizzja magħhom billi jingħataw l-arretrati kollha dovuti lilhom, meta qegħdin f'post fejn suppost issir ġustizzja?", "OWEN BONNICI: Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-ammininistrazzjoni tal-Qorti mxiet mar-rakkommandazzjoni tal-Bord ta' Konċiljazzjoni, u dan bi prassi u konformità mal-prattika tar-relazzjonijiet industrijali.", "In-numru ta' Deputati Reġistraturi affettwati kienu 33 f'Malta u 6 f'Għawdex.", "PORT TA' MARSAXLOKK – MILI MIT-TANKER TAL-LNG", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8595, u ċjoè: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra d-dati li fihom daħal it-tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma daħal l-ebda tanker tal-LNG biex jimla fil-Port ta' Marsaxlokk.", "Madankollu qed nagħti informazzjoni dwar il-kunsinni ta' LNG li daħlu fil-Port ta' Marsaxlokk minn mindu bdiet topera l-power station tal-gass.", "ŻEJTUN – TRIQ SAN DUMINKU – ART TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7874 u 8228, jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u titħallas ta' proprjetà meħuda mill-Gvern u mwaqqa' biex isir parking pubbliku, u dan kif ġie deċiż mill-Qorti tal-Appell li fit-18 ta' Lulju 2017 preseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri u mill-Onorevoli Imħallef Tonio Mallia u mill-Onorevoli Imħallef Joseph Azzopardi kienu ordnaw lill-Kummissarju tal-Artijiet iħallas kumpens ta' €88,616 lil din l-anzjana, u jara li dan l-ammont jitħallas?", "Billi fiż-żewġ tweġibiet il-Ministru kien qal li qed isiru preparamenti biex din l-anzjana titħallas, jaħsibx li minn Lulju 2017 sal-lum, kważi perijodu ta' sentejn, kienx hemm biżżejjed żmien biex din l-anzjana titħallas?", "Jaqbilx il-Ministru li bil-prinċipju bażiku ta' justice delayed is justice denied din l-anzjana issa wasal iż-żmien li titħallas kif ikkonfermat il-Qorti tal-Appell u ma jkollhiex għalfejn tidħol f'aktar spejjeż legali biex tieħu dak li l-qorti tagħna kkonfermat għal darba darbtejn?", "Jista' ġentilment jintervjeni personalment biex din l-anzjana ma tibqax tiġi mgħoddija biż-żmien u fl-istess waqt tibqa' tiġi sfidata ordni tal-Qorti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed isir dak kollu possibbli biex is-sitwazzjoni tiġi solvuta mill-aktar fis possibbli.", "Ritratt marbut ma' mistoqsija parlamentari Nru 8671", "Ritratt marbut ma' mistoqsija parlamentari Nru 8699"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190211_195d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 12 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 195, li saret fil-11 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "HERMANN SCHIAVONE: Madwar għaxart ijiem ilu, fuq l-istazzjon ONE TV kien hemm programm li fih intqal li l-Gvern qiegħed jikkonsidra li jagħmel landfill fl-inħawi ta' Ħal Far.", "Din hija informazzjoni li waslitli, jiġifieri ma smajthiex jiena first hand.", "Jista', jekk jogħġbu, jikkonferma jew jiċħad dawn ir-rapporti?", "JOSÉ HERRERA: M'hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm landfill f'Ħal Far.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem kien hemm diversi rapporti fuq il-media dwar il-construction waste.", "Jidher li kien hemm laqgħa u ntlaħaq xi ftehim bejnek, bejn l-iżviluppaturi u s-sidien tad-diversi barrieri li hawn f'Malta fejn jistgħu jieħdu dan il-construction waste.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'għamel il-Ministeru u x'inhu l-pass 'il quddiem biex tissolva l-problema u jkun hawn post fejn ikun jista' jintrema l-construction waste f'pajjiżna?", "JOSÉ HERRERA: Fil-fatt, qgħadt insegwi b'attenzjoni wkoll il-Press Release li ħarġet l-Oppożizzjoni dwar dan is-suġġett.", "Intenni li ħafna mill-ideat imsemmijin hemm, ovvjament, qegħdin jiġu entertained ukoll mill-Ministeru tiegħi.", "Wieħed japprezza li l-problema tal-construction waste mhijiex xi waħda li ssolviha overnight; hija problema li akkumulat matul is-snin u qegħda hemmhekk.", "Qabel ma kenitx daqshekk tidher għaliex kien hemm iżjed barrieri, u naturalment il-permessi biex tiftaħ barrieri ġodda llum huma ffriżati u m'hemmx barrieri ġodda.", "Allura, ħafna mill-barrieri li kien hemm imtlew.", "Madanakollu, għad baqa' numru sostanzjali ta' barrieri li għandhom permess; però, għal xi raġuni jew oħra ma kenux qed jaċċettaw li jkun hemm ir-rimi mill-kuntratturi ħlief minn ċerti kuntratturi, forsi għax ikunu involuti huma direttament.", "Inqalgħet din il-kriżi u min kien qed imexxi barriera, peress li kien hawn ftit, ovvjament seta' jgħolli l-prezzijiet kif irid.", "Din kif se nindirizzawha?", "L-ewwel nett, irrid insolvi l-problema b'mod immedjat u diġà ddikjarajt li lħaqt ftehim mas-sidien u l-operaturi tal-barrieri li jagħmlu ffriżar tal-prezz – jekk m'iniex sejjer żball għax m'għandix id-dokument f'idejja – għal 18-il xahar jew sentejn.", "Il-prezz qiegħed ta' €8 għal kull tunnellata.", "Ovvjament, biex nagħmlu dan tajniehom a fiscal initiative fejn il-withholding tax li kienet capped fuq €5.50, illum tellajnieha għal €8.", "Almenu b'dan il-mod ikollna ftit stabilità fis-suq.", "Għedt ukoll li jekk xorta waħda dan il-ftehim jinkiser u allura l-Gvern jiġi dahru mal-ħajt, il-Gvern għandu l-poter li jissekwestra volumi mill-barrieri, joperahom u jimla, u jikkumpensa lill-proprjetarji skont il-prezz tas-suq, liema prezz jista' jiġi kontestat quddiem il-qrati.", "Metodu ieħor li ma nixtieqx nidħol fih hu li jekk niġu daharna mal-ħajt, wieħed jista' jiffissa l-prezz.", "Ovvjament, wieħed irid jiddiskutiha din, imma mhijiex il-linja li nixtieq nieħu hawnhekk għaliex aħna nemmnu fil-free market economy.", "Bħala long term, hemm numru ta' miżuri li l-Gvern qed jaħseb dwarhom.", "Waħda minnhom hi li noħolqu qafas leġiżlattiv b'inizjattivi biex ikollna iktar riċiklaġġ tal-materjal.", "Jekk ikollok demolizzjoni, il-ġebel m'għandux għalfejn jintrema għax huwa resource.", "Biex tagħmel dan, fil-permessi li jingħataw trid tniżżel il-persentaġġ mill-materjal li jrid ikun riċiklabbli.", "Ma jfissirx li kull barriera jista' jkollha liċenzja b'mod awtomatiku li tista' tagħmel impjant ta' riċiklaġġ, għax inkella jkollok 100 impjant ta' riċiklaġġ, jiġifieri wieħed irid jara l-applikazzjonijiet on a case-by-case basis.", "Imbagħad, hemm ukoll il-kwestjoni tal-land reclamation.", "Naħseb il-kritika li saret f'dan ir-rigward mill-entitajiet kollha kienet prematura.", "Li wieħed jagħmel land reclamation u jagħmel concrete, dik tistmerrha; però, li wieħed f'pajjiż żgħir jesplora b'mod ġenwin u b'mod oġġettiv il-possibbiltà li ssir land reclamation fiċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna mhijiex xi ħaġa ħażina.", "Hija ħaġa tajba li dan hu li qed jiġi studjat mill-Ministeru għall-Ambjent biex, jekk eventwalment tista' ssir land reclamation, issir b'enfasi fuq l-ambjent iktar milli b'enfasi fuq affarijiet oħrajn.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, din il-mistoqsija parlamentari dwar il-Grievances Board għamiltha fl-4 ta' Jannar u staqsejt lill-Ministru dwar affarijiet li huma diġà deċiżi.", "Kif jispjegali li qegħdin f'nofs Frar u hu bħala Ministru ma kienx kapaċi jwieġeb dwar Grievances Board?", "JOSÉ HERRERA: Il-mistoqsija mhijiex daqshekk straight forward għax hija kollezzjoni ta' informazzjoni.", "L-Onor.", "Karol Aquilina staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima:", "\"Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?\"", "Jiena lill-membri ma nafhomx.", "Ma kontx jien li appuntajt dawn il-Grievances Boards għax sibthom hemm u allura ma nafhomx bl-amment.", "Lanqas naf wieħed minnhom.", "Ovvjament, din id-domanda tmur fl-istrutturi tad-dipartiment.", "Hemm ħafna dekasteri, għax hemm kemm tiegħi kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari.", "Mhijiex xi ħaġa li għandi għalfejn naħbi.", "Nispera li fi ftit żmien ieħor jagħtuni l-informazzjoni u kif jagħtuhieli m'għandix għalfejn inżommha mistura.", "Din mhijiex xi domanda taħraq, hija domanda li għandek dritt tistaqsiha, hija domanda informattiva li tinteressa lill-pubbliku u għamilt sew staqsejtha.", "L-informazzjoni għadhom ma tawhielix, jiġifieri darb'oħra nispera li nkun nista' nweġibha.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq nagħmel tliet mistoqsijiet dwar il-barrieri.", "(Interruzzjonijiet)", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, f'din il-Kamra għandna l-prassi li jkun hemm alternanza bejn in-naħat waqt il-ħin tal-mistoqsijiet.", "Qed nifhem li tajt il-kelma lil żewġ membri tal-Oppożizzjoni minkejja li jiena kont anke għamiltlek sinjal biex nistaqsi mistoqsija.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Niskuża ruħi.", "Jekk tippermettili, ilħaqt sejjaħt lill-Onor.", "Imbagħad wara tkun tista' tistaqsi l-mistoqsija tiegħek.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nixtieq nagħmel tliet mistoqsijiet, u se nitkellem dwar l-iskart tal-kostruzzjoni.", "Meta, min-naħa tal-ERA jew minn naħa tad-dipartiment se jiġi introdott is-separazzjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni fis-sit stess fejn ikun qiegħed jiġġarraf il-post?", "B'hekk ir-riċiklaġġ jibda minnufih minn dak il-post.", "X'miżuri se jieħu min-naħa tal-Ministeru dwar dawk il-barrieri li huma proprjetà tal-Gvern jew kienet art tal-Joint Office li bħalissa qiegħda f'idejn il-privat, imma l-privat qiegħed iwebbes rasu u mhux qed jimxi mal-linja u d-direzzjoni li l-Ministeru tiegħu jixtieq jaddotta?", "Hemm ukoll barrieri li b'mod kontinwu u b'mod irregolari qed jibqa' jintrema fihom skart tal-kostruzzjoni.", "Dawn diġà huma mimlijin u biċċiet minnhom għandhom għoli ta' iktar minn 30 metru skart 'il fuq mill-wiċċ, barra l-art li ttieħdet mal-ġenb li qatt ma kienet barriera.", "Hemm każi bħal dawn bejn l-Imqabba u l-Qrendi, u hemm is-Siġġiewi.", "Hemm post partikolari fejn qed tittieħed ukoll ir-raba' tal-wied, li hija mtarrġa.", "Dawn huma t-tnejn li jiġuni bħalissa f'moħħi.", "Naf li minn naħa tal-Planning Authority toħroġ l-enforcement notice ta' €50,000, u f'waħda minnhom hemm €100,000 ukoll; imma, l-iskart xorta qed jibqa' jintrema ta' kull ġimgħa b'mod irregolari mhux fis-siti li jindika l-ministeru.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'rimedju se jieħu min-naħa tal-Ministeru biex dan jieqaf immedjatament?", "JOSÉ HERRERA: L-ewwel domanda hija pertinenti ħafna għax hija fuq ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni in situ.", "Dan ifisser li meta qed tagħmel demolizzjoni ta' dar mibnija bil-ġebla Maltija, iżżomm il-ġebla minflok tmur bil-gaffa u tagħmilha terrapien li tispiċċa tarmih.", "Il-ġebla hija prezzjuża, aktar u aktar meta mhux qed jingħataw permessi għal iżjed barrieri.", "Ma jistax ikun nagħmlu l-pajjiż passatur, kollu barrieri, u naħseb li inti taqbel miegħi, però almenu l-ġebla li għandna, nużawha.", "Imissna ilna s-snin li rregolajna permezz ta' qafas leġiżlattiv dwar x'għandu jiġri meta ssir demolizzjoni.", "S'issa m'hemmx regolamenti, però ngħid – u din ġiet approvata anke mill-Kabinett – li wieħed mill-metodi ta' kif se nindirizzaw l-iskart tal-kostruzzjoni fil-pjan tiegħi huwa appuntu bir-riċiklar.", "Biex tirriċikla l-iskart trid tagħmel qafas leġiżlattiv, tagħmel regolamenti u jkun ikkontrollat mill-Planning Authority u mill-ERA dwar kif għandha ssir demolizzjoni għax, jekk id-demolizzjoni ssir ħażin, jiġri kif qed jiġri llum.", "Qed isir qafas leġiżlattiv u qegħdin isiru studji f'dan ir-rigward.", "It-tieni, trid tinċentiva l-użu tar-recyclables għax jekk għandna ġebla iktar irħisa, għalfejn għandi nixtri recyclable?", "Il-Malti hekk jirraġuna.", "Aħna diġà ħriġna white paper għal dak li huwa green procurement, fis-sens li se ndaħħlu l-provvediment li persentaġġ mill-materjal li jintuża fil-kuntratti pubbliċi jrid ikun recycled.", "Issa ġejna bl-idea – u din iddiskutejha fil-Kabinett u qed niddiskutiha wkoll mal-kollega tiegħi, il-Ministru Ian Borg – li meta niġu biex nagħtu ċerti permessi, il-Planning Authority, u anke l-ERA, nistgħu norbtuhom ukoll li jridu jużaw persentaġġ mill-materjal li jkun riċiklabbli, u dan biex toħloq suq.", "Imbagħad toħloq ir-ripple effect u mmexxu 'l quddiem.", "Dwar it-tieni domanda, lill-Onor.", "Farrugia ngħidlu li hemm ħafna barrieri li għandhom operator's licence.", "Hemm oħrajn li ma baqgħux jintużaw, għandhom il-liċenzja u ġew riabilitati; hemm oħrajn antiki sew li baqgħu barrieri, imma hemm min qed ikabbar il-prodotti fihom, u hemm oħrajn tal-Gvern li suppost qegħdin joperaw.", "Naturalment – u din għedtha pubblikament – waħda mill-konsiderazzjonijiet li jiena nieħu jekk niġi biex nenforza dak il-poter li għandi biex nissekwestra l-volumi u nġiegħel li l-barrieri jirċievu l-materjal, hi li nitterminalhom il-liċenzja.", "Dawn huma tal-Gvern u għalihom qed iħallsu kera baxxa ħafna għax qed iħallsu kera rurali.", "Li ġara kien li dawn oriġinarjament kienu nkrew bħala għelieqi; imbagħad, at one point in time snin ilu, kienu applikaw għall-permessi, dak iż-żmien mill-Pulizija, u mbagħad minn awtoritajiet oħrajn, biex jużawhom bħala barriera.", "Il-qbiela baqgħet qbiela protetta, qbiela rurali li hija baxxa ħafna, jiġifieri inqas minn €50 fis-sena.", "Però, ovvjament il-Gvern aċċetta u over the years dawn baqgħu għaddejjin.", "Allura, jagħmel sens li jekk jien ġejt dahri mal-ħajt, hemm il-barriera tiegħi, kull ma qed indaħħal huma €50 f'sena li, jekk se naġixxi, naġixxi fil-konfront ta' dawk il-barrieri.", "Dwar it-tielet mistoqsija jiena konxju li hemm minoranza ta' barrieri li tant imtlew il-barrieri li hemm borġ.", "I am aware ukoll li xi ftit minnhom spiċċaw mimlijin, għax kien hemm żmien fejn n-nies ma kellhomx jarmu meta kien hemm dawn il-kwestjonijiet li nqalgħu minn żmien għal żmien, u allura jkollok perijodu ta' ġimagħtejn m'hemmx fejn tarmi u kulħadd iġebbed 'l hawn u jġebbed 'l hemm.", "Però jekk hemm l-enforcement notices iridu jiġu implimentati.", "Jekk tistaqsini domanda bil-miktub dwar liema huma jew kemm hemm minnhom li għandhom dan it-tip ta' enforcement, inkun nista' ninformak.", "Ovvjament, l-aspett ta' nfurzar huwa taħt ir-regolatur, imma ma jfissirx li ma nistax nistaqsi dwar x'qed isir.", "Għandi dritt inkun naf bħala Ministru, imma l-kelma aħħarija hija tar-regolatur.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Il-programm \"Tree your town\" hija inizjattiva konġunta bejn il-Ministeru tal-Ambjent u anke Nature Trust li naħseb li hija inizjattiva tajba ħafna fejn l-istudenti tal-iskola jingħataw funding biex inderruhom li huma wkoll jiżirgħu s-siġar fil-lokalitajiet tagħhom.", "Jista', jekk jogħġbu, jagħti aktar spjega dwar kif qed jaħdem dan il-proġett u jekk hemmx ukoll inizjattivi oħrajn mad-diversi NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-ambjent?", "JOSÉ HERRERA: Nirringrazzjak tad-domanda.", "Nixtieq l-ewwel nieħu l-opportunità biex nirringrazzja l-ENGOs – għax ma' dawk l-iktar li jkolli x'naqsam – tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħidma ambjentali.", "Xi kultant ngħid allaħares m'hawnx l-ENGOs u l-NGOs f'Malta għaliex il-maġġoranza assoluta tagħhom huma ġenwini, għandhom missjoni u jagħmlu x-xogħol tagħhom b'passjoni.", "Waħda minnhom hija n-Nature Trust.", "Nature Trust, għalkemm kultant tikkritikani fuq ċerti deċiżjonijiet li nieħu – u sewwa tagħmel – hija waħda mill-NGOs li naħdem ħafna magħha u nammira ħafna.", "Hija l-NGO fdata bl-immaniġġjar ta' mill-inqas żewġ siti ta' Natura 2000, waħda minnhom ħdejn l-Università, oħra n-naħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq u l-oħra fi Xrobb l-Għaġin.", "Dawn imexxu dawn it-tliet żoni u jmexxuhom b'mod professjonali ħafna.", "Tree your town hija waħda minn numru ta' inizjattivi li qegħdin nieħdu.", "Din tfisser li aħna ngħinu billi noħorġu l-flus u nagħtu support lil Ambjent Malta f'dak li huwa manpower, u ġieli nipprovdu s-siġar u l-arbuxelli.", "L-idea hi li ninvolvu lit-tfal tal-iskola u t-tħawwil tas-siġar u tal-arbuxelli jsir bil-parteċipazzjoni ta' dawn l-istudenti biex jieħdu gost, jitgħallmu u they feel at first hand xi tfisser li tinvolvi ruħek b'mod dirett f'affarijiet ambjentali.", "Aħna ngħinuhom ħafna lill-NGOs; fil-fatt naqsmu somma flus bejn tmien NGOs fis-sena u nagħtu għajnuniet on a one-to-one basis.", "Nissieħbu ħafna magħhom f'life projects u proġetti oħrajn tal-Ewropa, jiġifieri kontinwament nagħmlu ħidma magħhom.", "Se nibda nagħti wkoll kuraziji lil numru ta' NGOs biex imexxu żoni ta' portata ambjentali.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se tkunu tafu, għax dawn jien obbligat li nqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif għamilt il-liġi jien, nagħmel il-kuntratt jien wara li nġib il-permess ukoll tal-Ministru tal-Artijiet għax l-art hija tal-Gvern.", "Però, biex ikun hawn skrutinju, dak li nagħmel imbagħad nippreżentah fil-Parlament u, jekk il-Parlament jgħid le, allura dak il-kuntratt mutatis mutandis jaqa'.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "(Interruzzjonijiet) Fair enough, minħabba l-iżball li għamilt l-ewwel jiena, biex insegwu l-alternanza se nsejjaħ lill-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Naf li s-separazzjoni tal-iskart hija sfida dinjija, b'mod speċjali għal Malta.", "Naf li rreġistrajna progress f'dak li għandu x'jaqsam ma' separazzjoni tal-iskart.", "Il-kampanja Sort it Out qiegħda tkun ta' suċċess u naf li l-Ministru qed jaħdem mill-viċin anke mad-diversi kunsilli lokali ta' pajjiżna.", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jaġġornana ftit fuq kif inhi sejra l-kampanja Sort it Out u jekk bdejniex nibdlu n-numri f'dak li għandu x'jaqsam ma' separazzjoni tal-iskart vis-à-vis Malta?", "JOSÉ HERRERA: Permezz tal-kampanja Sort it Out, għall-ewwel darba mal-pajjiż kollu qed nagħmlu separazzjoni tal-iskart organiku.", "Din kienet sfida ewlenija u sfida li ilha ġejja.", "To be fair, il-predeċessur tiegħi, Leo Brincat, kien għamel pilot project u beda jieħu xi kunsilli 'l hawn u 'l hemm biex jara din tistax taħdem; imbagħad jien ħadt id-deċiżjoni li at one point in time irridu naqbdu u nagħmlu din il-proċedura ma' Malta u Għawdex kollu.", "Jekk tneħħi l-iskart organiku, il-borża s-sewda tiċkien ħafna u dak li se jmur fil-landfills se jkun ħafna inqas.", "Apparti dan, l-iskart organiku jipproduċi l-methane, u l-partiċelli tal-methane iżommu 22 darba iktar sħana mill-karbonju, allura jaffettwaw il-klima b'mod avvers.", "L-organic waste imbagħad jiġi ttrattat, jittieħed il-gass u li jibqa' għalissa qegħdin nużawh mhux bħala fertilizzant għax għad m'għandniex il-volum, però qegħdin nużawh bħala land enhancer u qegħdin nibdew nużawh biex nirriabilitaw il-Magħtab.", "Eventwalment, dak irid isir fertilizzant meta nilħqu l-massa proprja.", "Dwar kif sejrin, irrid ngħid li sejrin iktar tajjeb milli ħsibna.", "F'ħames ġimgħat biss ġbarna iktar organic waste milli ġbarna f'sena sħiħa.", "Nixtieq nikkumplimenta u nirringrazzja lill-poplu b'mod ġenerali.", "Aħna ovvjament għamilna l-qafas leġiżlattiv fejn obbligajna lil dak li jkun joħroġ il-borża t-tajba fil-ġurnata t-tajba għax jekk ma tagħmilx hekk il-proġett ma jistax jimxi 'l quddiem.", "Għandna ħafna proġetti simili f'dan ir-rigward u nista' nsemmi wieħed minnhom li jrid jiġi indirizzat, li huwa s-separazzjoni tal-iskart għal dawk li huma catering establishments.", "F'Malta għandna turiżmu qawwi, għandna ħafna ristoranti u lukandi u hemmhekk għadna ma indirizzajniex dik il-problema daqstant kbira.", "Anke din, jekk nindirizzawha tnaqqas ukoll l-ammont li jidħol fil-landfills.", "Dik qiegħda top priority u eventwalment se tiġi indirizzata.", "Man mano qegħdin ukoll nippreparaw final touches biex ikollna liġi tas-circular economy.", "Għall-ewwel darba f'pajjiżna se jkollna l-liġi tas-circular economy li se tabraċċja dawn l-ideat kollha.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Xtaqt nistaqsi żewġ domandi f'forma ta' stedina lill-Ministru.", "Nixtieq nara ftit jekk jilqax din l-istedina u x'jaħseb.", "L-ewwel nett, il-Ministru jaqbel miegħi – xi ħaġa li fil-fehma tiegħi hija utili u bżonjuża – li jkollna strateġija nazzjonali dwar l-iskart tal-kostruzzjoni maqbula wara konsultazzjoni mal-istakeholders, però approvata wkoll mill-kumitat responsabbli?", "It-tieni mistoqsija hija dwar element partikolari.", "Jaqbel il-Ministru li hemm niċċa li nistgħu niżviluppaw, li tagħmel ġid ekonomiku u fuq kollox ġid ambjentali, li l-frak tal-knaten, pereżempju, minflok narmuh, ikun dak li fl-industrija jissejjaħ reconstituted?", "Kif jaf il-Ministru, hemm proċess li permezz tiegħu jiġi gelled, dan il-kantun ikun rikostitwit u jista' anke jkun esportat.", "B'dan il-mod jinħoloq xogħol li jrendi ekonomikament u jnaqqas l-iskart f'Malta.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid jekk dan jagħmilx sens għalih, u x'inhi l-opinjoni tiegħu?", "Min-naħa tagħna, we are all for li flimkien naħdmu biex ikun hawn strateġija nazzjonali li tagħmel ġid ambjentali f'dan is-settur li qed jiffaċċja sfidi, biex ma ngħidx kriżi f'ċerti waqtiet ukoll.", "JOSÉ HERRERA: Fil-bidu tal-intervent tiegħi esprimejt li jiena qrajt u segwejt il-press conference li għamlu l-kollegi tiegħi tan-naħa l-oħra dwar dan is-suġġett importantissimu li għandu x'jaqsam mal-construction waste, u jkolli nistqarr li ħafna mill-affarijiet li ntqalu naqbel magħhom u qiegħed naħdem fuqhom.", "Allura, la jidher li m'hemmx disparità ta' ħsieb, ma nsib l-ebda diffikultà li jkollna strateġija komuni.", "Anzi, in the coming weeks nieħu gost nistieden lill-membri tal-Oppożizzjoni u anke rappreżentant tal-Partit Demokratiku, li jidhru li huma partit li jiffokaw ħafna fuq is-settur tiegħi u allura naħseb li tkun idea tajba wkoll li jkun hemm membru tagħhom ukoll.", "Xtaqt ukoll li f'dak il-mument – mhux se ngħajtilkom għalissa – nagħmlilkom preżentazzjoni dwar il-viżjoni tagħna għal dak li huwa land reclamation.", "Nistedinkom li qabel ma toħorġu daqshekk voċiferi fil-kritika tagħkom dwar dan is-suġġett, tagħtuni ċans nispjegalkom, għax hemm ħafna misconceptions.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, se nistieden lill-Oppożizzjoni biex nispjegalhom eżattament x'inhi din il-viżjoni.", "Imbagħad, wara din il-viżjoni kkritikaw kemm tridu.", "Però agħtuni ċans nasal f'din l-idea tiegħi.", "Dwar il-kwestjoni l-oħra tar-reconstituted material, fejn il-ġebla ssir xaħx biex imbagħad terġa' tiġi fformata, mhux l-ewwel darba kelli investituri li ġew ikellmuni dwarha.", "Apparentement, għax m'iniex tekniku, mhux kull materjal huwa vijabbli għax il-prezz jista' jiġi aktar għoli mill-ġebla normali, u allura jekk tiġi biex tbigħu jista' jagħti l-każ li jkun iktar għoli.", "Però having said that, jien ftit tax-xhur ilu waqqaft bord apposta kompost minn nies esperti li l-iskop tagħha hu biex tressaq 'il quddiem ideat biex wieħed isib metodi ta' kif wieħed isib alternattivi dwar kif nindirizzaw l-iskart.", "Indubbjament, din hija waħda mill-ideat li għandha tgħarbel u tara l-viabilità o meno tagħha.", "Ħafna drabi jiġu għandek u jipprovaw ibigħulek idea, mentri fil-pajjiż m'hemm xejn li jipprojbixxi lil dak li jkun jiftaħ inizjattiva u business tiegħu.", "Biex ngħin lil dak li jkun jiena ma' nistax noħloq monopolju, jew biex ngħinu nagħmel liġi tailor-cut.", "Ħafna drabi tieħu gost tiltaqa' ma' investituri u tieħu l-ideat.", "Pereżempju, din li semma l-Onor.", "Jason Azzopardi hemm min jagħmilha diġà on a small scale; jiġifieri, m'hemm xejn li jipprojbixxi lil dak li jkun imexxi b'dawn l-inizjattivi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: F'laqgħa partikolari li kellna tal-Kumitat tal-Ambjent, inġibditilna l-attenzjoni dwar l-areas protetti li l-ERA tkopri b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mhux biss mal-ibħra, imma anke mat-territorju Malti.", "Jista' l-Ministru jgħid, minn mindu twaqqfet, kemm l-ERA qed tinforza l-areas protetti, kemm dawk fil-baħar u anke dawk fuq l-art, u x'għodda għandha jew forsi x'għodda iktar għandha bżonn legali biex tkun tista' tattwa iktar enforcement fejn hemm bżonn?", "JOSÉ HERRERA: Biex inkun fair, ix-xogħol kien beda qabel meta l-ERA kienet tifforma parti mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Anke fl-amministrazzjoni preċedenti kien diġà beda l-proċess li huwa proċess fit-tul biex jiġu identifikati dawk li jgħidulhom Natura 2000 sites, li minn dawn għandna madwar 30 li jkopru madwar 13% tat-territorju Malti.", "Hemm uħud minnhom li mhumiex Natura 2000 sites għax huma iżgħar, u iktar partikolari li nsejħulhom conservation areas.", "Dan apparti l-aspett marittimu.", "Il-management plans tlestew is-sena l-oħra, u se jibdew jiġu implimentati taħt id-direzzjoni tal-ERA tramite Ambjent Malta.", "Dwar l-infurzar, il-parks il-kbar għandhom management tagħhom, uħud minnhom taħt NGOs u oħrajn taħt kumitat li nkun appuntajt jien.", "Fejn ovvjament qegħdin taħt management dirett hemm iktar infurzar milli fejn għad m'hemmx management dirett, però jiena konxju tal-fatt li l-infurzar kien pjuttost dgħajjef f'dan il-pajjiż, u għalhekk kienet inizjattiva li ħadt jiena li għall-ewwel darba l-ERA għandha direttorat tal-infurzar u qegħdin ningaġġaw in-nies biex l-ERA tkun tista' tinforza x-xogħol tagħha.", "Imbagħad għandha parks oħrajn, fosthom l-Inwadar li, għalkemm mhux parti minn Natura 2000, huma daqstant importanti għax huma mwaqqfin permezz ta' legal notice, u allura t-13% tkompli tikber.", "Dan ifisser li għandna parti ġmielha ta' pajjiżna li hija protetta, u hemmhekk naf li ħarġu tenders biex jagħmlu cameras biex jaraw li ma jintremiex il-ħmieġ.", "Hemm ukoll applikazzjonijiet biex ikun hemm xi gwardjani biex joqogħdu għassa.", "Qed jagħmlu ħafna liaison mad-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA, jiġifieri qed isir sforz.", "Tgħidli: Kuntent b'li qed isir għal dak li huwa infurzar tar-regolamenti?", "Ngħidlek: Le, baqa' xi jsir, però mexjin fit-triq it-tajba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' uffiċjali pubbliċi li joqogħdu Għawdex u jaħdmu Malta, maqsuma skont l-entità/dipartiment li jaħdmu magħha, f'Novembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8708.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport u stqarrijiet finanzjarji għas-sena li għalqet fil31 ta' Diċembru 2018 tal-Istitut għall-Edukazzjoni; u", "Rapport annwali għall-2018 tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 25 tal 2019 – Investment Services Act (Money Market Funds) Regulations, 2019;", "Tagħrif dwar kuntrabandu ta' sigaretti u xorb maqbuda mid-Dwana bejn l-2013 u Jannar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8751;", "Tagħrif dwar droga maqbuda mid-Dwana bejn l-2013 u Jannar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8752; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 26 tal2019 – Civil Aviation (Terminal Charges for Navigation Services) (Amendment) Regulations, 2019; u", "Avviż Legali Nru 27 tal2019 – Civil Aviation (Route Charges for Navigation Services) (Amendment) Regulations, 2019.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar amnestiji li ngħataw lill-priġunieri bejn l-2000 u l-2005, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8321; u", "Tagħrif dwar talbiet għall-għajnuna lill-Protezzjoni Ċivili bejn l-2013 u l-2015, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8755.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8356 li ngħatat fis-Seduta 195 tal-11 ta' Frar 2019, dwar attendenza għal riċevimenti f'residenza ta' xi membru tal-Ġudikatura.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali.", "Insejjaħ lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "JOSÉ HERRERA: Fid-dawl tal-allegazzjonijiet li saru fil-media lokali u anke dik internazzjonali fil-konfront tad-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Akwakultura fil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, ninforma lill-Kamra li l-persuna ġiet sospiża mill-eżerċizzju tas-setgħat u l-funzjonijiet tal-kariga tagħha skont ir-Regolament 13(4) tar-Regolamenti tal-Proċedura tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "Il-Gvern iktar kmieni llum stess irrefera formalment lill-Kummissarju tal-Pulizija biex, abbażi tal-informazzjoni maħruġa, jibdew l-investigazzjonijiet meħtieġa.", "Kif għamel dejjem, il-Gvern qed jikkollabora mal-awtoritajiet fl-investigazzjonjiet kollha li qegħdin isiru biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha anke dwar dan il-każ.", "Ninforma lil-Kamra li, hekk kif stqarr il-Ministeru fi stqarrijiet għall-Istampa maħruġa matul ix-xhur li għaddew, id-Dipartiment dejjem irrefera l-każijiet ta' illegalitajiet għall-attenzjoni tal-Pulizija Maltija.", "Nirrimarka wkoll li, rigward l-investigazzjoni li qegħda titmexxa mill-Europol, l-awtoritajiet Maltin kienu qegħdin jikkollaboraw bis-sħiħ kemm mal-awtoritajiet Spanjoli, kif ukoll dawk tal-Europol.", "Intant, l-awtoritajiet Maltin għaddejjin b'investigazzjoni oħra permezz tal-Pulizija ta' Malta, u għaddejja inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella dwar qbid ta' ħut li allegatament kienu maqbudin b'mod illegali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għall-mistoqsijiet.", "Infakkar li l-ewwel kelliem għandu massimu ta' għaxar minuti, u l-kelliema l-oħrajn għandhom tliet minuti.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, it-tieni paragrafu ta' din l-istqarrija jgħid hekk:", "\"Kif għamel dejjem, il-Gvern qed jikkollabora mal-awtoritajiet fl-investigazzjonjiet kollha li qegħdin isiru biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha anke dwar dan il-każ.\"", "Jiena għandi oġġezzjoni għall-frażi \"kif għamel dejjem\".", "Sinjura President, hawnhekk għandna każ fejn ma nistax ma naqbilx mal-Gvern li ħa passi immedjati fejn is-soltu ġieli ma ħax passi immedjati.", "Però dan huwa każ miskin ukoll għaliex dan huwa każ ċar fejn il-Gvern huwa b'saħħtu maż-żgħir u batut mal-kbir.", "Il-ħuta – u hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-ħut – minn rasha tinten.", "Ladarba l-Ministru qed jitkellem f'isem il-Gvern – għaliex fl-istqarrija tiegħu qed jgħid \"kif għamel dejjem il-Gvern\" u mhux kif għamel dejjem hu bħala Ministru – irrid ngħid li kien hawn każijiet fejn mhux biss fuq email, imma lanqas fuq investigazzjonijiet tal-FIAU l-Gvern m'għamel xejn.", "Għandna Ministru u Chief of Staff li hemm allegazzjoni – u xi kultant fatti aktar milli allegazzjonijiet – li qegħdin idaħħlu €5,000 kuljum, u dawn jibqgħu għaddejjin scot free u lanqas jitressqu.", "Il-Gvern qed jagħmel din l-istqarrija għall-istampa biex mingħalih jagħti lill-poplu x'jifhem li għandu zero tolerance għall-korruzzjoni.", "Sinjura President, f'dan il-każ qed jagħmel tajjeb il-Ministru li mhuwiex qed idum biex jieħu azzjoni, mhux bħalma għamel il-Ministru għall-Edukazzjoni li dam jaħsibha jekk għandux imur għand il-Pulizija jew le.", "Però ejjew inkunu ċari għax hawnhekk aħna ma nistgħux nidħku bil-poplu.", "Jekk l-intenzjoni ta' din l-istqarrija kienet biex turu kemm qegħdin tiġġieldu bis-serjetà kontra l-korruzzjoni, niskuża ruħi, imma nitlob lil dan il-Ministru jirtira din l-istqarrija.", "Din l-istqarrija tagħti l-impressjoni li l-Gvern għandu għal qalbu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u dan minkejja li l-ħuta l-kbira baqgħet għaddejja.", "Jekk dak li jgħodd għall-ħuta ż-żgħira huwa tajjeb, kemm ikun aħjar li jagħtina l-eżempju u japplikah anke fil-konfront tal-ħuta l-kbira, u jagħmel mal-ħuta l-kbira dak li għamel mal-ħuta ż-żgħira!", "Sinjura President, jien ma ġejtx ippreparat biex nisma' fuq il-korruzzjoni, imma ġejt ippreparat biex nisma' mingħand il-Ministru iktar dwar din l-istqarrija u dwar x'qed isir issa fuq l-investigazzjonijiet dwar din l-istorja li ilna nisimgħu dwarha tat-tonn li kien qed jinbiegħ.", "Mistoqsija oħra li qed jagħmlu n-nies hi: Li kieku din ma nqabditx mill-Pulizija Spanjola, allura l-investigazzjonijiet f'Malta ma kenux qegħdin isiru?", "Għaliex għandu jkun li kull darba li tinqabad ħuta, din jaqbduha barra minn Malta?", "F'Malta m'hemm ħadd min jaqbad il-ħut li jagħmel korruzzjoni?", "Dan huwa każ ieħor li juri li kieku ma kienx għall-pulizija barra minn Malta – f'dan il-każ l-Ispanjoli – kieku f'Malta kollox kien jibqa' għaddej.", "Aħna għandna investigazzjonijiet għaddejjin f'dan il-qasam biex inkunu ċerti li industrija tant importanti bħalma hi l-industrija tat-tonn inżommuha nadifa u jekk jista' ikun tikber minflok tiċkien?", "Xtaqt nagħmel mistoqsija oħra lill-Ministru responsabbli mis-sajd.", "X'qed isir mill-ministeru kkonċernat biex naraw li taħt il-ministeru tiegħu ma jkunx hemm każijiet oħrajn bħal dawn?", "Qegħdin nistennew li l-pulizija barra minn Malta jiżvelaw xi każ ieħor bħal dan jew qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex naraw li din il-kultura li qed jixpruna l-Gvern f'pajjiżna, li bil-korruzzjoni jaqbillek, ma tibqax nieżla fil-faxxi t'isfel tal-Gvern?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: L-industrija tat-tonn f'pajjiżna hija importanti ħafna u tikkontribwixxi għall-ekonomija Maltija, allura storja bħal din żgur tagħmlilna l-ħsara bħala pajjiż.", "Irrid ngħid li ħafna pajjiżi Mediterranji, li wkoll jikkompetu magħna, dejjem ħarsu lejna bħala l-leaders f'din l-industrija, u jista' jkun ukoll li kemm-il darba attakkawna biex jeħdulna xogħolna.", "X'qed jagħmel il-Ministeru biex lil din l-industrija jipproteġiha, anke fid-dawl ta' din l-istorja, u b'hekk tkompli tiffjorixxi għal pajjiżna?", "Jista' l-Ministru jassigura li fin-nuqqas tad-Direttur Ġenerali jkun hemm smooth running tad-Dipartiment tas-Sajd?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Fir-rapport ta' TheWorldNews kien hemm miktub hekk:", "Jista' l-Ministru jilluminana dwar x'qed isir lokalment biex nevitaw li jkollna titlu ieħor minn dawk li qegħdin indabbru?", "Apparti mil-laundering tal-flus, li dwaru l-Ewropa hija mixgħula bina, issa we launder tuna?", "It-tieni mistoqsija hi: L-imsemmija eks Direttur Ġenerali kienet tneħħiet fl-2011 u reġgħet ġiet reinstated mil-Labour kif tela' fil-Gvern.", "Dan l-istess bħalma ftaħna s-Satabank u l-Pilatus Bank kif tlajna fil-Gvern.", "Jista' l-Ministru jgħid kif kienu s-sejħiet biex jerġa' jimtela dan il-post ta' CEO tal-Fisheries?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jiena għandi diversi mistoqsijiet li nixtieq nagħmel.", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħid jekk hemmx investigazzjonijiet kontinwi dwar dan is-settur?", "Din kienet l-ewwel darba li saru investigazzjonijiet u nstabu irregolaritajiet?", "Nixtieq nistaqsi wkoll jekk qattx tressqu nies il-Qorti minħabba dak li jiġri fid-Dipartiment tas-Sajd?", "Jekk tressqu nies il-Qorti, x'ġara minn dawn il-każi?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Bħalma jaf il-Ministru, dan is-suġġett tkellimna dwaru kemm fil-Plenarja kif ukoll fil-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u jien dejjem sħaqt dwar il-ħtieġa li nikkonsolidaw ix-xenarju preżenti tal-akwakultura b'mod partikolari mal-istrateġija nazzjonali tal-akwakultura.", "Tlabt ukoll għal regoli, monitoraġġ u infurzar strett f'dan il-qasam.", "F'wieħed minn dawn il-kumitati niftakar lill-Ministru jgħid li jekk nirduppjaw il-gaġeġ tat-tonn ma jfissirx li se nżidu l-biomass tat-tonn.", "Dejjem b'referenza għas-Sikka l-Bajda.", "Int ippermettejt li 12-il gaġġa jinbidlu fi 22 – illum 24 – minkejja li ma kellhomx permess, minkejja li kienu f'post temporanju u li ġie studjat - qed nirreferi għat-Tramuntana - liema permess se jiġi diskuss matul din il-ġimgħa.", "Sas-sajf li għadda, it-tunellaġġ tat-tonn kien ta' 2,400.", "Saret applikazzjoni biex dan jiżdied f'farm wieħed għal 3,300.", "Issa, din is-sena, daħlet applikazzjoni oħra biex dan jiżdied għal 4,400.", "Jiena lill-Ministru nfakkru ħaġa.", "Skont kliem min applika stess, għall-applikazzjoni biss ta' 3,300 bħala tunnellaġġ jintrema fil-baħar 7,200 litru żejt kuljum, li huwa dak is-slime li nitkellmu dwaru.", "Barra dan iż-żejt, il-ħut jiekol 125 tunnellata ta' mackerel kuljum.", "Dan meta l-applikazzjoni hija għal 3,300 f'farm wieħed biss.", "Issa daħlet applikazzjoni tal-istess sidien b'kumpanija differenti ta' 4,400.", "Il-pariri tekniċi kienet tagħtihom din id-Direttur.", "Tista', jekk jogħġbok, tgħid x'se jsir minn din l-applikazzjoni meta din tat informazzjoni li tidher li hija favur il-klijent imma mhux fl-interess pubbliku?", "Dawn se jiġu rtirati jew le?", "Il-proċess li hemm fuqhom se jieqaf matul din il-ġimgħa stess biex b'hekk l-affarijiet isiru bis-serjetà, u min-naħa tal-Planning Authority l-affarijiet isiru fl-interess tal-poplu Malti u l-akwakultura Maltija?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Din is-sinjura in kwestjoni fl-2010 kienet tneħħiet mill-kariga mill-Ministru tal-Ambjent ta' dakinhar.", "Ftit ġimgħat wara l-elezzjoni tal-2013, f'Mejju 2013 ġiet reinstated.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'patt kien hemm bejnha u l-Partit Laburista biex hi tkun reinstated tant viċin l-elezzjoni fl-istess kariga li kellha?", "Il-fatt li persuna kienet tneħħiet u ġiet reinstated għandu jinċidi fuq ir-responsabilità ministerjali?", "Il-Ministru beda l-istqarrija tiegħu hekk:", "\"Fid-dawl tal-allegazzjonijiet li saru fil-media lokali u anke dawk internazzjonali fil-konfront tad-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Akwakultura …\"", "Rightly so, is-sinjura kkonċernata ġiet sospiża.", "Però l-Ministru qiegħed f'Kabinett li fi ħdanu hemm Ministru u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li mhux allegazzjonijiet hemm fil-konfront tagħhom, iżda rapporti ta' aġenzija mwaqqfa bil-liġi li rrakkomandaw passi kriminali kontra dak il-Ministru fuq ħasil ta' flus.", "Rajna emails bil-miktub iswed fuq l-abjad dwar pjani f'konġura kriminali biex jiddaħħlu €5,000 kuljum mit-tixħim.", "Issa dawk mhumiex rapporti, dawk mhumiex allegazzjonijiet, imma huma rivelazzjonijiet.", "Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra kif u għaliex l-istandards tiegħu fil-każ ta' din is-sinjura huma differenti mill-istandards li addotta l-Kap tal-Gvern tiegħu stess fil-konfront tal-Ministru u ċ-Chief of Staff li għandu li nqabdu jixxaħħmu bl-eluf kuljum?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk minħabba dawn l-allegazzjonijiet hux se jiġu affettwati l-kwoti tat-tonn li għandu pajjiżna?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: M'hemmx dubju li dan huwa każ tipiku fejn għandha tinġarr ir-responsabbiltà politika għaliex Direttur Ġenerali mhuwiex xi ħadd li jintgħażel bil-proċeduri taċ-Ċivil normali, imma huwa wkoll persuna li tgawdi l-fiduċja tal-Ministru.", "Jien għandi tliet mistoqsijiet sempliċi ħafna għall-Ministru.", "L-ewwel nett, il-Ministru kellu xi xamma qabel illum dwar dan il-każ?", "\"Iva\" jew \"le\" biżżejjed.", "It-tieni, nixtieq nistaqsi jekk qattx kien hemm xi persuna li kellmitu jew ipprovdietlu informazzjoni dwar dan il-każ qabel illum.", "Jekk iva, meta seħħ dan u hu x'azzjoni ħa bħala Ministru?", "It-tielet, jista' l-Ministru jgħid jekk dwar dan il-każ sarx kuntatt mal-Kummissjoni Ewropea u, b'mod partikolari mal-Kummissarju Malti Karmenu Vella, li hu responsabbli mill-qasam tas-sajd?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Biex inkompli ftit ma' dak li għadu kif għamel referenza għalih l-Onor.", "Farrugia, bħalissa kumbinazzjoni qed issir laqgħa ta' konsultazzjoni f'lukanda fil-Mellieħa b'rabta ma' din l-hekk imsejħa applikazzjoni.", "Għal ħafna din kienet sorpriża għax il-Gvern kien qed jagħti l-impressjoni li kien kommess inaqqas il-gaġeġ li kien hemm in-naħa ta' fuq ta' Malta bejn il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar.", "Fil-fatt bħalissa fil-Mellieħa qed issir laqgħa dwar żieda ta' gaġeġ f'din iż-żona.", "Tajjeb ngħidu li din iż-żona, li tinsab ftit bogħod miż-żona ta' San Pawl il-Baħar u anke tal-Mellieħa, hemm żewġ bajjiet li jgawdu status ta' blue flag.", "Kif nafu, fl-aħħar sentejn kien hemm theddida serja għall-ambjent u għall-baħar tal-madwar.", "Bħala l-Ministru responsabbli, jista' jekk jogħġbu jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra b'mod favorevoli li jagħti l-green light, l-approvazzjoni tiegħu biex fin-naħa ta' fuq ta' Malta, u ċjoè bejn il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, ikomplu u jiżdiedu aktar gaġeġ?", "Konxji mill-impatt negattiv li dawn qegħdin iħallu?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Inkompli ma' dak li staqsa l-Onor.", "L-istqarrija tgħid li l-awtoritajiet Maltin kienu qegħdin jikkollaboraw bis-sħiħ kemm mal-awtoritajiet Spanjoli, kif ukoll ma' dawk tal-Europol fl-investigazzjoni li qiegħda titmexxa mill-Europol.", "Fid-dawl ta' dan, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jispjega kif kellha tkun l-aħbar li xxandret fil-media Spanjola li wasslitu biex jieħu azzjoni fil-konfront tad-Direttur Ġenerali?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Għadu kif intqal f'din il-Kamra li din il-persuna in kwestjoni tneħħiet fl-2011.", "Jista' l-Ministru jikkonferma dan jew mod ieħor u jispjega dan?", "Il-passi li ttieħdu llum huma bbażati fuq media reports jew fuq xi investigazzjonijiet oħrajn?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jidher li m'hawnx iktar mistoqsijiet.", "JOSÉ HERRERA: Se nirrispondi ftit mid-domandi li huma fuq vena politika.", "Dwar l-aspett tekniku ta' kif jimxi d-Dipartiment, hawn is-Segretarju Parlamentari li hu f'pożizzjoni jwieġeb aħjar milli nwieġeb jien.", "Dwar l-applikazzjoni, l-ewwel nett nagħmilha ċara li jien ma tajt l-ebda permess biex xi ħadd ikollu iżjed gaġeġ tat-tonn.", "Hemm applikazzjoni pendenti u hemm il-public hearing.", "Jien informat li l-applikazzjoni saret, ma nafx jekk ġietx milqugħa jew le, però saret fiż-żona li kienet ġiet indikata preċedentement.", "L-Oppożizzjoni meta kienu fil-Gvern kienu qabbdu università barranija – insejt liema waħda – u kien sar studju dwar fejn jistgħu jsiru dawn it-tuna farms.", "Dawn riedu jsiru xi sitt mili 'l bogħod, wieħed fis-South u wieħed fin-North.", "Infakkar li l-ewwel darba li sirt Ministru jien kont ħadt l-inizjattiva u assigurajt li t-tuna farms ma jibqgħux imkaħħlin – kif semma xi ħadd minnkom hawnhekk – max-xatt, b'mod li jinħoloq stress ambjentali, u insistejt li dawn joħorġu 'l barra, u ħarġu 'l barra fl-areas li kienu designated bħala areas fejn suppost ikun hemm it-tuna penning.", "Issa hemm applikazzjoni f'designated area biex jiżdiedu l-gaġeġ.", "Ovvjament, id-deċiżjoni mhux se neħodha jien, huma l-Planning Authority u l-ERA li jeħduha.", "Dwar id-domanda li għamel l-Onor.", "De Marco li staqsa għaliex ħadna passi llum, irrid ngħid li meta inti tkun fl-amministrazzjoni pubblika, meta tkun ministru jew segretarju parlamentari, ma taqbadx u tissospendi lil dak li jkun għal kull allegazzjoni li tisma' jew kull kumment jew rapport li taqra fil-ġurnali.", "F'pajjiżna kulħadd ipeċlaq fuq kulħadd, u kieku tispiċċa trid tkeċċi lil kulħadd.", "Meta ngħaddi minn Triq ir-Repubblika nisma' mitt miljun storja, forsi waħda minnhom tkun nofs verità, l-oħrajn kollha tpeċliq.", "Din id-darba ħadna passi għax ir-rapportaġġ kien fuq interceptions.", "Jiena mdorri u mgħallem, kif wara kollox mgħallma l-Onor.", "Jason Azzopardi, li bniedem huwa totalment preżunt innoċenti sakemm ma jinstabx ħati.", "Jekk xi ħadd jirrapporta lil xi ħadd f'ġurnal jien mhux se mmur inkeċċih jew nissospendih.", "Allaħares kull meta jkun hemm rapport jew blog jew kumment jiena naqbad u nissospendi.", "Din id-darba, bħala Ministeru ħassejna – għax id-deċiżjoni ħadnieha b'mod kollettiv – li kien hemm allegazzjoni ta' interception.", "Issa kemm hi vera dik l-interception, kemm hi translation veritiera ta' dak li suppost intqal ma nafx u m'għandix idea; m'għandix kontroll fuq l-investigazzjonijiet li qegħdin isiru fi Spanja.", "Li naf hu li f'pajjiżna hemm investigazzjoni għaddejja mill-maġistratura Maltija li saret fuq rapport stess tal-Permanent Secretary u tad-Direttur Ġenerali.", "Jiġifieri rapport sar u hemm l-inkjesta għaddejja bil-maġistrat.", "Iktar tard se jispjega lill-kollega tiegħi dwar x'passi nieħdu meta jkun hemm illegalitajiet.", "Imma jekk ikun hemm xamma ma taqbadx u tkeċċi lin-nies.", "Qabel ma ngħaddi għal affarijiet oħra, xtaqt ngħid xi ħaġa dwar ir-tmexxija proprja tad-Dipartiment tas-Sajd.", "Hemm uħud mid-dipartimenti – issa jekk hux ħaġa tajba jew le ma nafx, wieħed irid jara jistax jemenda – fejn id-Direttur Ġenerali huwa wkoll ir-regolatur.", "Pereżempju, l-ERA hija awtorità, allura kulħadd jaf li hija regolatur, il-Planning Authority kulħadd jaf li hija regolatur, però d-Dipartiment tas-Sajd ukoll huwa regolatur, jiġifieri hu jirregola l-enforcement u dawn l-affarijiet.", "L-Onor Godfrey Farrugia semma l-ammonti li jitimgħu lill-ħut.", "Isiru rapporti u jkun hemm l-enforcement kif suppost.", "Allaħares kelli nidħol jien jew il-kollega tiegħi fin-nitty gritty ta' kull inċident simili.", "Dwar l-investiment li sar, dwar dak li qed isir biex wieħed isaħħaħ dan id-dipartiment, naturalment nistieden lis-Segretarju Parlamentari biex jirrispondi f'aktar dettall.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Se nindirizza l-mistoqsijiet min-naħa tal-Oppożizzjoni u min-naħa tal-Gvern waħda waħda biex, kemm jista' ikun, inkun qed inweġibhom kollha.", "L-ewwel mistoqsija kienet min-naħa tal-Onor.", "Edwin Vassallo fejn staqsa x'qed isir dwar il-każ li konna smajna dwaru ftit tax-xhur ilu, meta nstab ammont ta' tonn żejjed fil-gaġeġ tal-operaturi li għandna f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li f'dan il-każ sibna irregolaritajiet fuq kull operatur fejn sibna ħut żejjed, liema ħut ġie mħarrab; però, iktar minn hekk, għaddejna wkoll l-informazzjoni lill-Pulizija u nfetħet inkjesta maġisterjali fuq dan l-operat kollu biex il-Qorti tkun hi issa li tinvestiga dan l-operat u min żbalja, min abbuża se jkun qiegħed iħallas.", "L-Onor.", "Schiavone staqsa x'qegħdin nagħmlu biex nipproteġu l-industrija.", "Issa li d-Direttur Ġenerali hija sospiża irridu nagħmlu mezz li jkun hemm smooth transition.", "Irrid ngħid ukoll li biex nipproteġu dan l-istess settur irridu nagħmlu l-infurzar u nieħdu passi kull fejn insibu irregolaritajiet.", "Huwa importanti li biex nissalvagwardaw dan l-istess settur irridu nikkontrollawh u, fejn insibu irregolaritajiet – kif għamilna – nieħdu l-passi minnufih.", "Nerġa' nirrepeti, kull fejn sibna ħut żejjed u tonn żejjed fil-fish farms dejjem ġie mħarrab u ħadna passi kemm bil-Pulizija, kif ukoll permezz ta' inkjesti maġisterjali.", "Irrid ngħid li kien dan il-Gvern li saħħaħ il-leġiżlazzjoni li tirregola dawn il-fish farms fis-snin li għaddew.", "Permezz ta' leġiżlazzjoni li implimenta dan il-Gvern, illum għandna l-fish farms li huma kkontrollati mhux biss bl-irjus tat-tonn.", "Qabel, kellna sitwazzjoni fejn dawn kienu jiġu regolati biss bl-irjus tat-tonn li jinstabu.", "Però, biex nillimitaw u jkollna iktar kontroll dettaljat, illum il-ġurnata l-kontroll isir kemm bl-irjus, kif ukoll bil-piż, jiġifieri, apparti li wieħed jgħodd it-tonn li jkun hemm fil-gaġġa, wieħed jiċċekkja l-piż tiegħu at caging, kif ukoll fil-qtil tiegħu meta jiġi harvested, biex naraw li l-ammont li kiber dan it-tonn huwa proprju skont formola xjentifika, ħalli ma jkollniex abbużi fejn jidħol tonn żgħir ħafna li jispiċċa tonn kbir u lanqas tkun tista' tispjega kif ġara dan.", "Huwa b'hekk li rnexxielna naqbdu dawn l-irregolaritajiet għaliex, meta għamilna checks bin-numru kif ukoll bil-piż, setgħu joħorġu dawn id-diskrepanzi u stajna nieħdu azzjoni fuqhom.", "Kif ikkomunikajna qabel, illum ġiet sospiża d-Direttur Ġenerali.", "Aħna preżentement qegħdin ukoll naraw min jista' jinħatar bħala Acting Director General, però qegħdin nassiguraw li jkun hemm a smooth transition biex la jbatu l-fish farmers u, iżjed u iżjed, ma nixtieqx – u hawnhekk qed ngħidha minn qalbi – li jbatu s-sajjieda.", "Kif nafu, fi ftit ġimgħat oħra jiftaħ l-istaġun tat-tonn u l-pixxispad u għaldaqstant irridu naraw li jkun hemm a smooth transition biex dawn is-sajjieda ma jbatux minħabba dan l-avveniment.", "F'mistoqsija oħra mill-Onor.", "Marlene Farrugia, kif ukoll mill-Onor.", "Jason Azzopardi, ġie mistoqsi għaliex din l-istess persuna fl-2010 ma kenitx baqgħet Direttur Ġenerali tas-Sajd.", "Imbagħad, fl-2013 reġgħet inħatret Direttur Ġenerali tas-Sajd.", "Sal-lum il-ġurnata ma nafux għaliex id-Direttur Ġenerali tneħħiet fl-2010.", "Meta ċċekkjajna l-files tagħha ma sibna xejn miktub dwar ir-raġuni għaliex din ġiet imneħħija.", "Anzi, lanqas biss nafu jekk ġietx imneħħija jew ġietx ittrasferita fuq talba tagħha stess.", "Kull ma nafu hu li din ġiet transferred mal-MCCAA bħala Direttur tal-Enforcement bl-istess pakkett eżatt.", "Għalhekk, forsi hawn nistaqsi lill-Onor.", "Jason Azzopardi forsi jilluminana ftit dwar x'kienet ir-raġuni minħabba li dak iż-żmien hu kien parti mill-Eżekuttiv.", "Rigward il-mistoqsija tal-Onor.", "Farrugia dwar permessi tat-Tuna Farm North, ovvjament din hija applikazzjoni privata biex ikun hemm l-aquaculture f'din iż-żona.", "Applikazzjoni privata tiġi vetted min-naħa tal-Planning Authority u tal-ERA u naf li bħalissa qegħdin f'dan il-proċess.", "Informat li llejla stess qegħdin jagħmlu l-public hearing: però, ma nistax nirrispondik x'se jkun l-eżitu għaliex dan huwa proċess li jsir minn awtoritajiet kompetenti f'dan il-qasam biex joħorġu l-permessi, u għaldaqstant wieħed irid jistenna l-proċess jieħu l-ħin tiegħu.", "L-Onor.", "Toni Bezzina għamel mistoqsija importanti ħafna dwar jekk dan l-inċident jistax jaffettwa fejn jidħlu kwoti ta' tonn jew pixxispad għas-sajjieda.", "Min-naħa tagħna rridu ngħidu u nkunu ċari li dan il-każ jittratta t-tuna farming u m'għandu assolutament xejn x'jaqsam mas-sajd u mas-sajjieda.", "Min-naħa tagħna, anke bħala Gvern qegħdin nikkomunikaw through ċ-channels tagħna mal-Kummissjoni Ewropea biex l-ewwel nett ninformaw lill-Kummissjoni dwar il-passi li ħadna biex dan l-avveniment jiġi investigat, imma nassiguraw ukoll li m'għandux ibati s-sajjied lokali.", "Tajjeb ngħid li din is-sena se jkollna żieda addizzjonali mal-kwota tas-sena l-oħra ta' 30 tunnellata, li se jgawdu minnhom is-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Il-commitment tagħna favur is-sajd sostenibbli, anke fejn jidħol is-settur tat-tonn, jibqa' hemmhekk, u ma narax għalfejn dan l-avveniment għandu jippenalizza lil min mhuwiex ħati.", "Rigward il-mistoqsija tal-Onor.", "Robert Cutajar li kienet simili, dwar il-permessi tan-north aquaculture zone, kif qal hu stess illum hemm public hearing dwar dawn l-applikazzjonijiet u għaldaqstant wieħed jistenna l-eżitu tal-proċess tal-Planning Authority u tal-ERA biex jara hux se jiġi granted jew le.", "L-aħħar mistoqsija kienet min-naħa tal-Onor.", "Hu staqsa għaliex dawn il-passi ttieħdu llum.", "Bħala Gvern huwa proprju llum li ġejna a konoxxenza ta' dawn l-interċettazzjonijiet bit-telephone.", "Hawn m'aħniex nitkellmu biss dwar allegazzjonijiet, iżda qegħdin nitkellmu dwar transcript li qiegħed fuq il-mezzi tax-xandir anke barra minn Malta, u għaldaqstant bħala prekawzjoni ġie deċiż li tiġi sospiża d-Direttur Ġenerali.", "Ovvjament, m'aħniex ngħidu li din għandha tort jew m'għandhiex –huwa f'idejn l-awtoritajiet li jiddeċiedu dan – però hu żgur li rridu ngħidu li din hija l-istess Direttur Ġenerali li kienet hemm anke f'leġiżlaturi oħrajn.", "Hija Direttur Ġenerali li żgur kienet kompetenti għallinqas fix-xogħol għaliex irridu ngħidu li ġiet shortlisted mill-Kummissjoni Ewropea biex possibbilment tokkupa wkoll post ta' segretarju eżekuttiv.", "Jiġifieri din mhijiex kwestjoni ta' kompetenzi.", "Però wieħed b'mod kawt irid jara l-affarijiet kif inhuma, irridu nissalvagwardaw l-industrija, irridu nissalvagwardaw il-kredibilità fejn jidħol dan is-settur u, iktar importanti minn hekk, irridu nassiguraw li ma ssirx ħsara lis-sajjieda.", "Aħna mexjin fit-triq it-tajba fejn jidħol is-sajd, u fil-ġimgħat li ġejjin se nħabbru iktar inizjattivi li se jgħinu bis-sħiħ fis-settur tas-sajd.", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Xtaqt niġbed l-attenzjoni tal-Ministru dwar tliet mistoqsijiet pjuttost ċari li staqsejtu.", "Ma nafx jekk għandux risposta għalihom, imma naħseb li huwa importanti ħafna li jirrispondihom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Naħseb li l-Ministru kellu l-ħin biex iwieġeb u hija deċiżjoni tiegħu jweġibx jew le.", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "PUNT IMQAJJEM MILL-MINISTRU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA", "ID-DEPUTY SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sinjura President, ilbieraħ waqt il-ħin tal-mistoqsijiet tajt risposta dwar il-fuel depot, it-tankijiet fil-ħażna 31 ta' Marzu tal-Qajjenza, Birżebbuġa.", "Se nikkwota eżatt x'għedt biex wieħed jara kemm huwa hu misleading ir-rapport tal-ġurnal In-Nazzjon tat-Tlieta, 12 ta' Frar 2019.", "Dan sar apposta biex iħawwad l-imħuħ, u mhuwiex sew.", "Sinjura President, għandi l-kopja hawnhekk li ngħaddihielek iktar tard.", "Dak li għedt fuq tal-Qajjenza daħħluh ma' dak ta' Birżebbuġa.", "Ir-rapport jgħid hekk:", "\"Dwar jekk hux qed jissaħħan il-heavy fuel oil fil-Qajjenza u dwar l-operatur fil-kuntest tas-sigurtà, il-Ministru Joe Mizzi kien evażiv.\"", "Jien ma kontx evażiv, u se ngħid għaliex.", "Se naqra l-parti ta' wara ta' dan l-istess rapport fejn ħawdu, fejn dak li għedt għal tal-Qajjenza ġabuh li għedtu għal ta' Birżebbuġa.", "Jiena x'għedt dwar tal-Qajjenza?", "Dwar tal-Qajjenza għedt li dak huwa storage għall-bunkering u qed jitla' għal ċerta temperatura meta jittrasferixxuh u mhux biex jużawh għal Malta.", "Għedt ukoll li l-ERA tagħmel l-audit kull sena, jiġifieri tiċċertifika jekk huwiex safe jew le, li ma joħorġux fumes barra u affarijiet bħal dawn.", "Spjegajt ukoll, wara mistoqsija oħra li saret mill-Onor.", "Schiavone, jekk huwiex se jiġi estiż il-permess li għandu min qed jopera hemmhekk u jistax ikun hemm nuqqas ta' sigurtà.", "Jien għamiltihielu ċara li ma nafx li hemm xi kwestjoni ta' sigurtà, imma nemmen li la jsir l-awditjar kull sena, ma naħsibx li huwa l-każ.", "Fil-fatt, xejn ma ġie rrapportat lili dwar dawn l-affarijiet.", "Fir-rigward ta' Birżebbuġa, ġie rrapportat hekk:", "\"L-Onor.", "Hermann Schiavone fakkar fil-wegħda li se jiġi żmantellat u jitneħħa l-Fuel Depot minn Birżebbuġa.\"", "Imbagħad żiedu li l-Ministru Joe Mizzi qal li d-depot qed jitħaddem bis-sigurtà u qed ikun ċertifikat li m'hemmx perikli.", "Dan hu dak li għedt jien dwar tal-Qajjenza, li tefgħuh f'din il-biċċa fejn ma kien hemm ebda diskussjoni fuq l-awditjar u fuq dawn l-affarijiet.", "Fuq hemmhekk jien għedt li r-riħa ħierġa minn hemm għax dak l-impjant ilu hemmhekk madwar 100 sena, u li dan se jitneħħa biex ikun hemm impjant ġdid, li huwa ta' Ħas-Saptan, u li se jkun effiċjenti minn kull aspett u se jiġi żgurat li ma jkunx hemm tinġis u rwejjaħ fl-arja.", "Jiena tkellimt ċar u altru li ma kontx evażiv.", "Spjegajt kif inhuma l-affarijiet fir-realtà; imma dan il-ġurnal ta x'jifhem li jien qed nammetti li hemm il-heavy fuel oil f'Birżebbuġa, mentri hemmhekk hemm storage u m'hemmx raffinerija.", "Inti raffinerija trid biex tħaddem iż-żejt, u hemmhekk ma jitħaddimx iż-żejt, hemm jiġi maħżun iż-żejt.", "Min-naħa l-oħra, meta jien semmejt sigurtà, din semmejtha għaliex saritli mistoqsija supplimentari fuqha, u fir-risposta għamiltha ċara li ma nemminx li hemm issue ta' sigurtà għax kieku ttieħdu passi.", "Sinjura President, dan ir-rapport ma jwasslek imkien ħlief biex iħawwadlek moħħok u jdaħħal suspett li jien qed nammetti li hemm xi ħaġa ħażina.", "Xejn minn dan.", "Qabel nagħlaq, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Kopja tal-artiklu li deher fil-gazzetta \"In-Nazzjon\" tat-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, intitolat \"Joe Mizzi jammetti li hemm il-heavy fuel oil f'Birżebbuġa\"\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi, Ministru.", "Is-Sedja qed tieħu konjizzjoni tat-talba tiegħek.", "Se nitlob ukoll lill-Iskrivan tal-Kamra biex ikun jista' jgħaddi l-kjarifika lill-ġurnal ikkonċernat.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR", "IL-ĦARSIEN SOĊJALI", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali u sabiex jistabbilixxi u jinnomina l-ħatra ta' Direttur responsabbli għall-Ħarsien Soċjali u sabiex jagħmel dispożizzjoni anċillari u konsegwenzjali għalihom\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "MARLENE FARRUGIA: Sinjura President, ilbieraħ ipprovajt infiehem lil dawk li qegħdin isegwuna dwar dan il-Gvern Laburista li suppost f'qalbu għandu l-familji u suppost ipoġġi l-ġid ta' kull wieħed u waħda minna l-ewwel u qabel kollox, imma li mhux qed jagħmel dan.", "Għandna Gvern li qed jirreġistra surplus fil-finanzi – apparti wkoll surplus li qed jirreġistra fl-indifferenza, fl-itlajjar u surplus tat-tkaxkir tas-saqajn f'ċerti oqsma – imma, biex intlaħaq dan is-surplus fil-finanzi, biegħ u nnegozja ħafna mill-ġid tagħkom u ta' uliedkom.", "Dan il-ġid jista' jiġi nnegozjat biss darba, u jekk ma jiġix innegozjat kif għandu jkun, jekk in-negozju ma jsirx bil-ġid tagħkom u ta' uliedkom fuq quddiem, intom tiċċaħdu minn ġid, minn kwalità ta' ħajja, minn saħħa, minn standard of living diċenti, mill-futur ta' uliedkom u minn servizzi bażiċi anke biex jagħtukom ħajja dinjituża.", "Dan għaliex dak li suppost ikun tagħkom ma jkunx ingħata lilkom għaliex ikun sar negozju ħażin.", "Sfortunatament, minn dan in-negozju ħażin hemm ħafna eżempji, ibda minn tal-Enemalta li sar fil-bidu tal-leġiżlatura meta, biex ngħidu li qegħdin nagħmlu negozju tajjeb u se jagħmlu profitt, neħħew il-ħaddiema minn mal-Enemalta, u l-Enemalta tieħu l-profitt għax terz minnha hija taċ-Ċiniżi u aħna nħallsu l-pagi, għax ovvjament lil ħutna Maltin u Għawdxin ma rridux narawhom bla xogħol.", "Nista' nsemmi wkoll in-negozju tal-isptarijiet.", "Dawn inbiegħu darbtejn: kien hemm il-miljuni li bidlu l-idejn, imma intom x'ħadtu, speċjalment intom l-Għawdxin li biegħulkom l-isptar?", "Kien hemm ukoll l-artijiet li smajna bihom, bħalma hi dik tad-DB Group, u l-oxxenità li kienet se ssir u li forsi għad issir tal-Corinthia.", "Għaliex inzertajna tkellimna kollha u għajjatna kollha flimkien, minflok jinstelaħ tant, il-poplu forsi se jinstelaħ inqas.", "Dan jgħodd għall-art taż-Żonqor li, minflok instlaħna tant, instlaħna inqas, imma xorta hija art prezzjuża li stajna għamilna użu tagħha ferm u ferm aħjar.", "L-aħjar użu kien ikun kieku ħallejnieha biex titgawda mill-Maltin u l-Għawdxin.", "Imma mbagħad, jekk konna qegħdin tant daharna mal-ħajt, tant il-pajjiż kien sejjer ħażin li kellna bżonn nagħtuha lil xi ħadd, allura l-proċess kellu jsir kif suppost u ma kellniex għalfejn nibqgħu b'università li jalla tfur bin-nies u bix-xogħol, imma li s'issa tidher imqanżħa.", "Dan hu li mhux qed jiġi amministrat tajjeb f'isimkom.", "Dan kollu kien tagħkom, tal-poplu, imma issa qed jitteħdilkom waqt li tingħataw il-frak li qegħdin niddiskutu llum fl-Estimi tal-Baġit.", "Fil-Baġit aħna niddiskutu d-dħul u l-ħruġ li jidher.", "Ma niddiskutux, kif jixtiequ ħafna, il-value for money tal-flus tal-poplu.", "Pereżempju, aħna nisimgħu ċifra kbira enormi li se tintnefaq fuq l-edukazzjoni u lesti naħdmu daqs kelb u nħallsu t-taxxi biex tibqa' hekk, għax l-edukazzjoni ta' uliedna hija importantissima għalina, imbagħad tibda għaddejja s-sena u nibdew naraw li klassijiet m'hemmx biżżejjed, għalliema m'hemmx biżżejjed u sitwazzjoni fil-klassijiet li tista' tkun ħafna aħjar.", "Biex niġbdu iktar interess u motivazzjoni lejn professjoni li se tiddetermina l-futur ta' pajjiżna, l-edukazzjoni ta' wliedna, huwa neċessarju li l-kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu attraenti.", "Imma llum naraw li dawn mhumiex attraenti biżżejjed biex inħajru iktar nies.", "L-istess jgħodd rigward il-pensjonijiet.", "Żdiedu l-pensjonijiet u kien hemm bżonn li jiżdiedu għax wara kollox m'aħniex ħlief ingawdu l-frott ta' dak li ħloqtu intom il-pensjonanti għalina.", "Dak huwa l-frott li llum il-ġurnata Joseph Muscat u sħabu qegħdin ibigħu – iktar iva milli le – bil-ħbub.", "Qed jinbiegħ il-frott ta' xogħolkom, tas-sagrifiċċju li għamiltu intom, tas-sagrifiċċju li għamilna aħna li naħdmu xogħol onest, xogħol bilgħaqal.", "Dak huwa l-frott li qed ibigħ Joseph Muscat, u żidilkom il-pensjonijiet kif kellu jagħmel.", "Imma issa billi jagħtik żieda u t-€300 fis-sena, imbagħad ikollok bżonn intervent l-isptar u l-ewwel jagħmlulek appuntament, jasal l-appuntament u ġurnata qabel iċemplulek u jgħidulek li milli għedna m'hemm xejn; jerġgħu jagħmlulek appuntament għal April, tistenna li jasal April u terġa' l-istess, iċemplulek u jgħidulek: \"Ħu paċenzja, sinjura, għal Ġunju\".", "X'tagħmel?", "Toqgħod tmut ġo rokna?!", "Jekk għandek xi ħaġa li żgur ma tistax tistenna, ovvjament, se tmur tfittex il-kura fil-privat, u jekk se tfittex il-kura fil-privat, intom tafu li mhux it-€300 se jixorbulkom u mhux iż-żieda li tawkom se jixorbulkom!", "U xi ngħidu għall-għoli tal-ħajja?", "Mela l-pensjonanti ma jmorrux jixtru?", "Mela l-pensjonanti ma jridux jieklu?", "Il-pensjonanti għandhom bżonnijiet, if anything … Il-pensjonanti għandhom bżonnijiet iktar minn ħaddieħor, għax aħna naslu f'età fejn is-saħħa tagħna tkun tirrikjedi ħafna iktar fsied biex nibqgħu b'saħħitna.", "Il-punt tiegħi hu li jekk għandna Gvern li jiġi hawnhekk jiftaħar li qiegħed fl-aqwa żmien u li għandu s-surplus, allura lilkom għandu jagħtikom żidiet biex tgħixu komdi u jagħtikom servizzi mill-aqwa.", "Meta aħna nivvotaw il-flus f'dan il-Parlament, dawk il-flus ma nivvotawhomx biex ikun hemm xi ħadd u jobromhom.", "Nivvotawhom biex jaslu għandkom biex il-bżonnijiet tagħkom jintlaħqu permezz ta' servizzi, u biex l-istandard tagħhom ikun dak li jixraq lill-Maltin u l-Għawdxin kollha llum fl-2019.", "Sinjura President, nista' nibqa' sejra hekk fis-setturi l-oħrajn kollha.", "Għax mhux billi jgħid li għandu surplus, u mbagħad lanqas siġra ma jrid iħalli.", "Fejn tidħol kostruzzjoni jiġu jaqgħu u jqumu mill-interessi ta' terzi, għaliex spiċċajna li l-liġi tgħodd għal min hu żgħir.", "Il-liġijiet ma jgħoddux għal min hu spalla ma' spalla ma' min imexxi dan il-pajjiż.", "Dawn jagħmlu li jridu.", "Hawn hu s-surplus tal-arroganza, is-surplus ta' l-indifferenza, is-surplus tal-qalb iebsa għal min ikun qed ibati, qed irabbi familja fit-trabijiet, qed jikkumbatti mard fit-trabijiet!", "Dak huwa surplus ukoll, imma dak huwa surplus ta' ħażen.", "Dan hu l-ħażen li qegħdin issofru minnu intom: tal-bini storiku li ntilef, tan-natura li qed titnaqqar kuljum u l-ħin kollu, u tal-arja ħażina li qegħdin insofru.", "Dan hu s-sagrifiċċju li qed insofru aħna lkoll kemm aħna biex ħoloq ekonomija li hu jsejħilha tajba ħafna għax in-numri u l-GDP hekk juru.", "Nista' nibqa' sejra hekk għal kull qasam, inkluż il-housing li tkellimt dwaru lbieraħ.", "Sinjura President, dan kollu qegħdin insofruh għaliex il-viżjoni tal-Gvern mhijiex ċara, u mhux qed tiġi implimentata strateġija fejn lilna jserrħulna rasna li l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat jaf fejn irid jasal.", "Kif irid jasal sfortunatament nafu, għax Malta saret il-washing machine tal-Mediterran u tal-Ewropa.", "Issa llum smajna oħra aqwa.", "Konna nisimgħu bil-money laundering rigward Pilatus Bank u Satabank u ħammrulna wiċċna u waqqgħulna wiċċna l-art.", "Issa llum anke fit-tonn qalulna li aħna washing machine u laundry!", "Allaħares ma jkunx hemm xi proxxmu jiġbrilna ġieħna kultant u jfakkarna kemm aħna poplu kburi, kapaċi u naslu fejn irridu naslu, bħalma qrajna llum fuq il-ġurnali l-aħbar sabiħa immens u imprezzabbli li Johann Debono, tifel min-naħa t'isfel ta' Malta, għamel passi ta' ġgant fl-Ingilterra jirriċerka biex sab il-kura għal ċerti cancers, li hija qabża mondjali.", "Allaħares ma jkunx hemm xi ħaġa hekk kultant li tfakkarna kemm aħna poplu ċkejken imma uniku, kemm għandna gżira ċkejkna imma kbira fil-kapaċità u fit-talent li tista' toffri, għax kieku veru waqajna 'l isfel fil-ħames snin ta' Gvern ta' Joseph Muscat bit-timbru li faqqgħalna ta' korruzzjoni u ħmieġ.", "Sinjura President, aħna assolutament ma naċċettawx li naqgħu down.", "Lil Joseph Muscat ngħidulu li aħna l-Maltin u l-Għawdxin kburin b'pajjiżna, kburin bil-kapaċitajiet tal-poplu tagħna, u se nibqgħu nsostnu li bi flus il-poplu tagħna wliedna jingħataw l-aqwa opportunitajiet mhux biex jiġu edukati f'pajjiżhom, imma biex jaħdmu f'pajjiżhom b'kondizzjonijiet tax-xogħol li jiġbduhom, biex jibqgħu fil-pajjiż, mhux ingerrxuhom biex imbagħad indaħħlu mijiet jew eluf ta' barranin.", "Lil dawn imsieken trid tgħidilhom, għax dawk ħaddiema wkoll.", "Mhux talli hekk, talli hawn erba' gwappi qed jagħmlu iktar miljuni minn fuq is-saħħa ta' dawn il-ħaddiema barranin.", "Lill-Maltin li qegħdin jistudjaw f'pajjiżna qegħdin tneħħulhom kull inizjattiva.", "Dik li kienet il-currency biex tagħmel il-qabża biex tirnexxi f'ħajtek ġibtuha żero għaliex tgħidulhom li jekk ma jridux jaħdmu, inġibu 'l-Indjani u 'l-Pakistani, bir-rispett kollu lejn dawn in-nies.", "Jien m'għandi l-ebda oġġezzjoni li f'ekonomija sostenibbli, meqjusa, studjata, ippjanata u implimentata bil-għaqal ikollna l-barranin jaħdmu wkoll, imma mhux run away economy, ħadd ma jaf x'se jiġri.", "Kellna lill-Ministru tal-Ambjent – li nirrispettah, imma miskin għandu dahru mal-ħajt – li għal mistoqsija parlamentari tal-Onor.", "Aquilina rrisponda li ma tawhx l-informazzjoni.", "Lil Aquilina qallu li informazzjoni żgur għandu għax ir-riżultati ħarġu.", "Lill-Ministru responsabbli mill-ambjent poġġewh hemm biex isallbuh.", "Dan qal li rridu naħdmu fuq strateġija u fuq qafas leġiżlattiv minħabba l-iskart tal-bini għax ma jistax ikun nibqgħu narmu bil-mod li qed narmu.", "Jien ngħidlu: Ħabib, inti taf li l-Gvern tiegħek, bil-barka tal-allat li hemm f'Kastilja, diġà approva proġetti enormi ta' portata ġganteska għal Malta li se jiġġeneraw skart tal-bini kontra skart kontra skart?", "U inti qed tgħidli li mhux talli m'hemmx pjan, mhux talli ma tafux x'se tagħmlu bih dan l-iskart, talli lanqas biss indenjajtu ruħkom, la intom ridtu tieħdu lil pajjiżna f'din it-triq tal-oxxenità u l-esaġerazzjonijiet, taraw x'se tagħmlu b'dan l-iskart.", "Tinkwieta meta tisma' lill-Onor.", "Farrugia tal-Partit Demokratiku jgħidlu li qed infuru bl-iskart tal-bini kollu.", "In-naħa t'isfel wieħed jista' jara trakkijiet left, right and centre, u t-toroq tal-kampanja kollha mifqugħin għax dak hu l-pjan.", "Narmu l-iskart mingħajr ma nippjanaw rotot kif suppost, mingħajr ma ninforzaw u xejn.", "Imma mhux biss; jaraw barriera kontra barriera tfur, jaraw il-muntanja Ta' Bordin tielgħa u kull meta tagħmel buffura riħ, in-naħat tagħna kulħadd nifsu maqtugħ u t-tfal kollha bl-ażma, u meta tistaqsih għall-infurzar jgħidilna li hemm ir-regolatur.", "Sinjura President, ir-regolatur xi tridu jagħmel jekk il-Gvern ma jagħtihx ir-riżorsi biex jagħmel infurzar suret in-nies?", "Imma lil dawk li qegħdin jimpalawlkom il-flus għall-partiti tagħkom ma twaqqfuhomx u tgħidulhom biex iġibu ruħhom ta' nies u mhux ta' bhejjem mal-Maltin bħalhom!", "Jekk intom tibżgħu minnhom, xi tridu jagħmel ir-regolatur!", "U l-mistoqsija li bilfors issir hi: Ladarba ma jeżistix pjan, x'se nagħmlu meta jkollna dawn il-proġetti kbar li se jonvolvu trakkijiet mhux ħażin?", "X'se tagħmlu?", "Se tordmu n-naħa t'isfel kollha taħt it-trab?!", "Lapsi huwa qrib ħafna tal-Imnajdra u ta' Ħaġar Qim u joffri mixja panoramika ħafna lit-turisti.", "It-turisti li jiġu Malta jmorru Ħaġar Qim u l-Imnajdra għax dawn huma l-eqdem standing stone temples u allura huwa ovvju li se jiġu 'l hemm.", "Imma biex jarmu l-iskart addio l-għelieqi tal-ġenb, tas-sies, tal-wied … Radam kullimkien, u dan fix-xitwa; fis-sajf infern ġabuh hemmhekk!", "Sinjura President, aħna konna ngħidu li huwa tajjeb li jkun hemm pjan nazzjonali qabel ma nagħmlu dawn il-proġetti kbar ħalli għallinqas niddeċiedu bis-sens fejn se nagħmluhom, kemm se nogħlew, kif se nagħmluhom, kif se nnaqqsu l-impatt soċjali, kulturali u uman biex ma nġennux lin-nies, u kif se jkollna infrastruttura li tforni dawn il-proġetti.", "Dik telqet, ma tajtux kasha, qisu ma ġara xejn.", "Fuq il-local plan qisu ma ġara xejn.", "Konna nitkellmu dwar il-pjan talBajja ta' San Ġorġ, Paceville, u ma ġara xejn.", "Issa qegħdin nindunaw li sopra corna bastonate lanqas għandkom l-iċken idea ta' x'se tagħmlu bl-iskart li se tiġġeneraw, ċjoè li se jiġġeneraw dawk li se jimpalawlkom il-miljuni għax tajtuhom l-art ta' wliedna bil-ħbub.", "Mela huma jiġġeneraw l-iskart u aħna rridu nħallsu b'saħħitna, b'pajjiżna u b'butna.", "Il-Ministru hawnhekk hekk qalilna, beda jitkellem dwar prezzijiet u mhux prezzijiet, u dwar kif se jiġi disposed of dan l-iskart fil-barrieri.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Farrugia, nitolbok tikkonkludi.", "MARLENE FARRUGIA: Qed jgħiduli biex nagħlaq għax dawru r-rukkell madwari … Imma ma jimpurtax, nikkonkludi.", "Li ngħidilkom hu: Iftħu għajnejkom u aħsbu b'moħħkom biex pajjiżna ma jkomplix jinsteraq u jinbiegħ bil-ħbub.", "Qed ibatu l-ħafna u jgawdu l-ftit, u intom jeħtiġilkom issemmgħu leħinkom.", "Leħinna waħedna mhuwiex biżżejjed, leħinkom irid jinstema' wkoll.", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex ikun hemm interruzzjoni tad-diskussjoni għal ftit mumenti sakemm nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-permess ingħata.", "Fil-5.33 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija, Abbozz Nru 67, għadda mill-Kumitat b'emenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TAL-ESTIMI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sinjura President, xtaqt nibda billi ngħid li huwa minnu li hawn affarijiet tajbin għaddejjin fil-pajjiż, però mhux kollox huwa ward u żahar, u jkun qed isir żball jekk nitfgħu rasna fir-ramel u nibqgħu ninsistu li mexjin fuq ir-rubini.", "Nemmen li dak li huwa tajjeb irridu ngħidulu tajjeb, dak li jista' isir aħjar għandna lkoll flimkien naħdmu biex intejbuh, u dak li hu ħażin irridu nirranġawh mingħajr iktar telf ta' ħin.", "Waqt id-diskors tiegħi se nagħmel xi osservazzjonijiet dwar xi punti li naħseb li hemm bżonn jiġu indirizzati mingħajr iktar dewmien.", "Però qabel nidħol f'dawk il-punti, xtaqt nagħmel osservazzjoni oħra żgħira.", "Nitolbok ukoll tiskużani, Sinjura President, però jiena nbati ħafna bl-ażma – fil-fatt kont qed nirrelata ħafna mal-punti li bdiet issemmi l-Onor.", "Farrugia - u llum hija waħda minn dawk il-ġranet.", "Jiġifieri nitolbok tikkumpatini għax se nisgħol ftit mhux ħażin.", "Sinjura President, diversi dokumenti ta' ekonomisti rinomati xegħlu l-bozza tal-alert u qegħdin jgħidulna biex noqogħdu attenti minn riċessjoni globali oħra.", "Hawnhekk għandi quddiemi artiklu miktub miċ-Chief Global Economist ta' Deloitte li ta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ta' kif wieħed għandu jibda jipprepara għar-riċessjoni li jmiss.", "Hawnhekk għandi artiklu ieħor tal-Economy Watch.", "Dawn kollha qegħdin jagħtu piż lil dan l-alert, mhux għal Malta, imma għad-dinja kollha.", "M'iniex qiegħda hawnhekk biex inbeżża' u bl-ebda mod ma rrid inbeżża', però naħseb li bħalissa qegħdin f'punt kardinali u importantissimu li ma nħallux iktar żmien jibqa' għaddej.", "Irridu nibdew naħsbu bis-serjetà biex, meta r-riċessjonijiet jiżdiedu, isiru iktar b'saħħithom u jibdew anke jolqtu lil Malta, pajjiżna jkun ippreparat u jkun jista' jegħlibhom b'mod tajjeb, bħalma għamlu gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti.", "Idealment, pajjiż għandu jkun ippreparat biex meta jkun hawn riċessjonijiet, tal-inqas il-pajjiż ikollu soft landing u mhux jieħu dik id-daqqa qawwija.", "Il-verità hi li l-ekonomija xi darba żgur li se jkollha slowdown.", "Allura, in vista ta' dan kollu naħseb tajjeb nieħdu diversi punti in konsiderazzjoni li forsi meta wieħed isemmihom jgħid: Dawn kif jistgħu jiġu affettwati mir-riċessjonijiet?", "Għax finalment fi żmien ta' riċessjoni, kollox ikun pertinenti.", "Se nibda l-ewwel billi nitkellem ftit dwar l-ippjanar.", "L-ewwel nett, xtaqt nibda billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll tal-Awtorità tal-Ambjent.", "Il-verità hi li ħafna drabi, speċjalment dwar l-Awtorità tal-Ippjanar, nisimgħu ħafna kritika u nisimgħu biss dak li huwa ħażin.", "Irrid nagħmilha ċara li l-kritika ħafna drabi tkun ġustifikata, però mhuwiex ġust li minħabba l-kritika li tiġi indirizzata lejn il-politika tal-Planning Authority, ilaqqatha wkoll l-impjegat li qiegħed jaħdem u jagħti l-ġurnata tiegħu ta' kuljum.", "Fil-Planning Authority issir ħafna riċerka, isir ħafna xogħol u għalhekk minn hawnhekk minn qalbi xtaqt nirringrazzja lil dawk il-ħaddiema li jagħmlu xogħolhom b'mod ġenwin.", "Xtaqt nitkellem dwar ostakolu partikolari li niltaqgħu miegħu ta' kuljum fejn jidħlu l-permessi.", "Bħalma forsi ħafna nies jafu, meta wieħed jiġi biex jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għal permess, jieħu wkoll il-feedback mingħand diversi stakeholders.", "Hemm diversi stakeholders, fosthom l-Environment Protection Division, l-ERA, l-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il-kunsilli lokali, is-Superintendence, id-Design Advisory Council u entitajiet oħra, bħalma huma l-Malta Tourism Authority, l-Agriculture Advisory Committee u l-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità.", "Hemm ukoll diversi stakeholders oħrajn, fosthom Transport Malta, is-CPDU u l-Environmnent Health Directors.", "Il-proċess hu li dawn l-entitajiet jiġu mitlubin jagħtu l-feedback tagħhom fuq l-applikazzjonijiet.", "Hawnhekk għandek tliet kategoriji ta' entitajiet: hemm entitajiet li jwieġbu u jagħtu feedback tajjeb u dettaljat fuq l-applikazzjonijiet; hemm entitajiet oħrajn li jagħtu standard reply u mbagħad jagħmlulek ħafna kondizzjonijiet, u mbagħad hemm entitajiet oħrajn li ma jagħtu risposta qatt, u dan huwa ħażin.", "Huwa ħażin l-ewwel nett għaliex min ikun qiegħed jevalwa l-applikazzjonijiet li għandu quddiemu ma jkunx jista' jevalwa b'mod tajjeb.", "Barra minn hekk, huwa wkoll frustranti għall-applikant innifsu.", "Ikun hemm ħafna telf ta' ħin tal-impjegati tal-Planning Authority u ħafna telf ta' flus ukoll għall-applikant u għall-konsulenti tiegħu.", "Allura l-appell tiegħi hawnhekk huwa appell ġenwin għall-entitajiet kollha li jintalbu biex issir konsultazzjoni magħhom dwar il-permessi.", "Il-konsultazzjoni ma ssirx sempliċement biex fuq il-case officer report ikun hemm miktub li t-tali entità qalet \"no objection\" jew li t-tali entità lanqas biss indenjat ruħha tissottometti l-feedback tagħha fiż-żmien stipulat, imma l-konsultazzjonijiet qegħdin hemm għaliex hekk biss wieħed jista' jieħu deċiżjoni tajba fuq il-permessi li jkollu quddiemu.", "Hawnhekk irrid insemmi dak li qed jiġri b'mod rikorrenti fir-rigward tal-feedback mingħand is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.", "Bl-ebda mod ma qed ngħid li s-Sovrintendenza qiegħda b'sieq fuq oħra, ma tagħmel xejn.", "Jien ili tliet snin fuq xulxin – din hija t-tielet sena – niġi hawnhekk waqt id-diskussjoni fuq l-Estimi tal-Baġit, u nsemmi s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.", "Is-Sovrintendenza m'għandhiex biex taħdem.", "Din la għandha għodda u lanqas għandha nies.", "Veru li dan l-aħħar iddaħħlu numru ta' nies jaħdmu magħha, però xorta waħda l-workforce li għandha ma jaqbilx mal-workload li għandha.", "Jekk bħala pajjiż verament jinteressana mill-wirt kulturali tagħna ma jistax ikun li, baġit wara ieħor, din l-entità tibqa' mingħajr nies.", "Nerġa' nagħmel l-appell tiegħi: jekk verament dan il-Gvern jemmen fil-wirt u fil-patrimonju kulturali tagħna, irid jara li jagħti l-għodda u n-nies neċessarji lis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.", "Meta qed ngħid li trid tiġi properly staffed, qed ngħid fil-veru sens tal-kelma, jiġifieri għandha bżonn ġeoloġisti, arkeoloġisti u periti speċjalizzati anke fil-qasam tar-restawr.", "Mhux kwalunkwe persuna għandha tmur taħdem hemmhekk, imma biss dawk in-nies li huma kwalifikati biex verament jagħmlu xogħolhom kif suppost.", "Dak huwa l-ewwel punt li xtaqt insemmi dwar il-konsultazzjonijiet li jsiru fil-proċess tal-ippjanar.", "Minn qalbi ġenwinament nerġa' nitlob lill-entitajiet biex jagħmlu xogħolhom u jagħtu l-feedback tagħhom.", "It-tieni punt huwa dwar il-masterplans u l-local plans.", "Bħala pajjiż konna ġejna mwegħdin li l-local plans ta' Malta kollha jkunu lesti sal-2016.", "Qegħdin fis-sena 2019 u l-local plans li kienu għadhom.", "Mhux hekk biss, talli kellna diversi tentattivi biex isiru l-masterplans; naħseb li kulħadd jiftakar il-famuż masterplan ta' Paceville li kien ġie launched f'Settembru 2016 u li mbagħad ġie scrapped.", "M'għandix għalfejn noqgħod nirrepeti għaliex il-masterplan ta' Paceville spiċċa qatt ma ra d-dawl, għaliex tqatta' qabel biss beda.", "Il-pajjiż kien ġie mwiegħed li tal-inqas il-masterplan ta' Paceville kien se jiġi ffinalizzat sa April 2017.", "Dalwaqt jasal April 2019 u mhux talli l-masterplan għadu mhux lest, talli l-masterplan għal Paceville għadu lanqas biss ħareġ it-tender tiegħu.", "Il-ġimgħa l-oħra, waqt laqgħa tal-Kumitat għall-Ambjent u l-Ippjanar, li għaliha konna preżenti jien, l-Onor.", "Jason Azzopardi u diversi membri parlamentari oħrajn, il-Ministru responsabbli mill-proġetti kapitali qalilna li qed isir mini masterplan għal Paceville.", "Mela dawn affarijiet?!", "Mela fl-2016 sar masterplan fażull li kellu jiġi scrapped, imbagħad kellu jsir masterplan ieħor ħolistiku, imma dan mhux talli ma sarx u mhux talli l-Gvern ma tgħallimx li bid-direct orders f'dawn l-affarijiet ma taħdimx, talli fil-laqgħa tal-Kumitat smajna li issa se jsir mini masterplan.", "Però kollox fis-sigriet; l-MOUs isiru fis-sigriet, il-kuntratti jsiru fis-sigriet u l-mini masterplans isiru fis-sigriet.", "Jiena nfakkar li l-art li qiegħda tiġi kkontrollata u regolata bil-masterplans u bil-kuntratti mhijiex tal-Gvern imma hija tal-poplu, u l-Gvern għandu l-obbligu u r-responsabbiltà li jamministraha fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Illum qed naraw li kollox qed isir bil-kontra.", "Sinjura President, nixtieq issa niffoka ftit fuq l-art pubblika.", "Aħna pajjiż żgħir, pajjiż mingħajr l-ebda riżors.", "Meta nitkellmu dwar turiżmu kulħadd isemmi x-xeneġġjatura li għandna u mhux uffiċjalment kulħadd jgħid kemm irridu nieħdu ħsieb l-art tagħna.", "Fil-verità meta qegħdin nitkellmu dwar l-art pubblika, din mhijiex qed tiġi salvagwardjata, la fl-interess pubbliku u lanqas ta' ħadd.", "Anzi jiena ngħid li llum l-art pubblika qed tiġi abbużata għad-detriment tan-negozjant il-ġenwin.", "Jien nappella lill-Gvern u nerġa' nfakkru li l-art pubblika mhijiex tiegħu imma hija tal-pubbliku, u li hu qiegħed hemm sempliċement biex jamministraha.", "Il-prassi li wieħed ikun ippreferut fuq l-ieħor trid tieqaf.", "L-art pubblika trid tkun hemm biex isservi lil kulħadd.", "Ftit tal-ġranet ilu smajna oħra, smajna li r-Raffles Club ta' Pembroke se jingħata wkoll lill-Partit Laburista.", "L-art pubblika, flok igawdi minnha l-pubbliku, igawdu minnha a selected few u l-Partit Laburista.", "Xtaqt nagħmel ukoll żewġ punti dwar is-suq tal-proprjetà, u se nibda dwar il-prezzijiet li hemm fis-suq.", "Kif nifhimha jien, jekk kulħadd jiflaħ iħallas il-prezzijiet, jekk il-pagi tal-Maltin ikunu kollha għoljin, jekk kull Malti u Għawdxi għandu l-fakultà li jixtri dar diċenti bil-prezzijiet tal-lum, allura ħallihom ħa jogħlew.", "Imma mhuwiex sew li jkollok prezzijiet dejjem telgħin a skapitu ta' min ma jistax jaffordjahom.", "Dan aktar u aktar meta parti mill-costs ta' din il-proprjetà tkun qiegħda tiżdied mhux għax l-iżviluppatur kapriċċjożament żied €2,000 jew €3,000 jew €10,000 fuq il-prezz, imma għax l-iżviluppatur se jibda jkollu jibda jħallas tariffi m'ogħla s-sema biex jarmi l-iskart tal-bini.", "Għalhekk l-appell tal-Oppożizzjoni llum, appell li kien immexxi 'l quddiem mill-Onor.", "Jason Azzopardi, hu biex issir strateġija nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart u li jekk hemm bżonn issir across party.", "Jiena ħadt pjaċir nisma' lill-Ministru Herrera.", "Hawn irrid ngħid li l-Ministru Herrera huwa wieħed mill-ftit, jekk mhux l-uniku Ministru f'dawn iż-żewġ leġiżlaturi li ilni fil-Parlament, li meta jkun hemm proposti min-naħa tal-Oppożizzjoni li jkunu tajbin, dejjem ikun lest li jeħodhom on board.", "Hekk għandha ssir il-politika.", "Għalhekk fil-bidu jiena bdejt billi għedt li hawn affarijiet li sejrin tajjeb, imma mhux kollox sejjer tajjeb, u li dak li huwa tajjeb irridu ngħidulu tajjeb, dak li jista' jsir aħjar għandna lkoll flimkien naħdmu biex intejbuh, u dak li hu ħażin irridu nirranġawh mingħajr iktar telf ta' ħin.", "Nixtieq inkompli dwar il-construction waste u norbot mal-ewwel punt li għamilt f'dan id-diskors, dwar x'qed jgħidu diversi ekonomisti, jiġifieri li jista' jkun li d-dinja tiffaċċja riċessjoni oħra f'qasir żmien.", "Nemmen li l-construction waste fih innifsu huwa riżors u, jekk il-Gvern ikun intelliġenti, jista' joħloq settur ġdid għax dak ir-riżors ikun jista' jintuża b'mod aktar professjonali.", "Illum hawn Malta diġà għandna numru ta' kuntratturi li jirriġeneraw, jerġgħu jużaw u jagħmlu prodotti oħrajn bil-construction waste, però dan qegħdin jagħmluh on a small scale u qegħdin jagħmluh purament għall-proġetti tagħhom.", "Għaliex m'għandux il-Gvern jaħseb fi strateġija li dan isir settur ġdid fuq skala nazzjonali?", "Illum għandna l-fondi Ewropej, il-fondi li jinħarġu mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, u għandna ammont ta' fondi u għajnuniet li joħorġu mill-Malta Enterprise.", "Ejja naraw kif nistgħu nwessgħu l-iskop biex ninkludu l-inċentivi u naraw kif se nkabbru dan is-settur.", "Niftakar li ftit tas-snin ilu kien ikun diffiċli li proġett turistiku fl-element tiegħu jikkwalifika għal fondi Ewropej.", "B'argument f'postu, b'argument f'waqtu u b'argument studjat illum għandna palazzini, boutique hotels u lista sħiħa ta' setturi li joperaw fis-settur turistiku li llum qegħdin jikkwalifikaw għal dawn il-fondi.", "Ejja naraw kif u x'argument għandna nġibu biex is-settur tal-kostruzzjoni jkun jista' jgawdi minn aktar skemi over and above minn dawk li hemm illum.", "Ejjew ngħinu lill-entrepreneur biex jagħmel upgrade tal-makkinarju li għandu ħalli jtejjeb il-proċess li għandu.", "Issemmux il-BICC, għax kulħadd jaf x'hemm għaddej fil-BICC.", "Il-BICC is just a name, u xħin tagħsru ma joħroġ xejn.", "Irrid nara li l-awtorità li waqqaf il-Gvern riċentement dwar il-kostruzzjoni u li se tieħu over tagħmel dak li m'għamilx il-BICC u dak li l-kuntratturi tant iriduha tagħmel.", "Sinjura President, nixtieq ukoll li s-settur tal-kostruzzjoni jibda jingħata certificates of recognition kemm tal-good standards, kif ukoll tal-good practices tagħhom.", "Illum x'jiġri fis-suq?", "Ovvjament, biex timplimenta ċerti standards se jkollok costs ikbar, imbagħad dak li jkun jispiċċa mhuwiex kompetittiv, u hawnhekk fejn irid jidħol il-Gvern.", "Jekk il-Gvern irid li pajjiżna jgħolli l-istandards tiegħu, irid ukoll jgħin u jagħti l-appoġġ tiegħu lil dawk in-negozji, lil dawk is-setturi, lil dawk il-kuntratturi li mhux għalihom jgħaddi kollox, imma li jkunu kapaċi jinvestu fl-operat tagħhom kollu, lil dawk il-kuntratturi li jġibu rispett lir-residenti.", "Ġieli tgħaddi minn triq fejn ikun hemm construction site u tistħajlek qiegħed fi Tripli fl-aqwa tal-gwerra.", "Imbagħad tgħaddi minn construction site oħra u taraha pulita bil-boarding kif suppost.", "Dawk huma d-differenzi u dak huwa fejn wieħed għandu jagħmel distinzjoni bejn wieħed u l-ieħor.", "Jiena nemmen li dawn il-good practices għandhom jiġu rikonoxxuti.", "Dawn għandhom ukoll jiġu applikati fejn jidħlu l-health and safety.", "Is-sena l-oħra rajna mewt wara l-oħra fuq il-postijiet tax-xogħol u naħseb li dawn huma kollha issues li wieħed għandu jindirizza.", "In the long run, dan jgħin biex titjieb l-image ta' pajjiżna.", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sinjura President, fid-diskors għall-Baġit ta' din is-sena l-Ministru Edward Scicluna għoġbu jirreferi - ikolli ngħid fil-qosor ħafna - għall-bejgħ taċ-ċittadinanza, għall-bejgħ ta' dik li hija l-identità ta' kull wieħed u waħda minna l-Maltin u l-Għawdxin.", "Il-Ministru għall-Finanzi qal hekk:", "\"Aħna kburin b'dan u se nkomplu naħdmu biex nibqgħu fuq quddiem nett f'dan il-qasam tant importanti għalina.\".", "Ma tridx ħafna biex tibqa' fuq quddiem nett ta' xi ħaġa li ħafna pajjiżi, fosthom il-Bulgarija, kienu qegħdin jagħmluha u issa qegħdin jirtiraw il-pożizzjoni li ħadu u saħansitra waqfu jbigħu ċ-ċittadinanza tagħhom.", "Imma l-Ministru għall-Finanzi ddikjara li hu kburi li pajjiżna qed ibigħ iċ-ċittadinanza tiegħu!", "Fil-fehma tiegħi, imma wkoll fil-fehma ta' ħafna nies oħrajn mhux biss min-naħa tal-Oppożizzjoni imma anke minn opinjonijiet differenti fil-pajjiż, din kienet waħda mill-agħar deċiżjonijiet li ħa l-Gvern Laburista wara li tela' fl-2013.", "Infakkar li din ma kenitx deċiżjoni li l-Gvern Laburista ħa għaliex kellu mandat elettorali biex jeħodha.", "Infakkar li qabel l-elezzjoni tal-2013 il-bejgħ taċ-ċittadinanza ma ssemma qatt; la ssemma f'xi manifest elettorali tal-Partit Laburista, la ssemma f'xi dokument politiku ieħor ta' policy tal-Partit Laburista, la ssemma f'xi wieħed mid-diskorsi li kienu jsiru fil-mass meetings, la ssemma f'xi programm tat-televiżjoni fuq ONE TV, la ssemma fuq ir-radju, la kien hemm xi ħadd mill-kandidati li qal li issa nibdew inbigħu ċ-ċittadinanza Maltija u nagħmlu l-flus minnha, u lanqas issemma minn xi ħadd li pubblikament jissapportja lill-Partit Laburista.", "Ma ssemma assolutament minn ħadd.", "Però nafu bħala fatt li qabel l-elezzjoni tal-2013, dawk li llum qegħdin ibigħu ċ-ċittadinanza Maltija f'isem il-Gvern Malti, jiġifieri Henley & Partners, kellhom kuntatti u laqgħat mal-Partit Laburista.", "Allura wieħed ma jridx ikun investigatur prim biex jinduna li kien hemm ftehim fis-seħħ bejn il-kumpanija Henley & Partners u l-Partit Laburista, li mbagħad ġie l-Gvern Laburista, biex ladarba jinbidel il-gvern jibda jsir il-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Fil-fatt dan il-proċess ta' bejgħ taċ-ċittadinanza beda mill-ewwel wara l-elezzjoni.", "Issa nafu x'jiġri meta l-partit fil-gvern ma jirbaħx elezzjoni u jidħol partit ieħor, f'dan il-każ il-Partit Laburista.", "Dejjem ikun hemm perijodu ta' aġġustament bejn partit u ieħor meta jidħol fil-gvern.", "Imma rrid ngħid li f'din il-kwestjoni l-Gvern Laburista kien beda mill-ewwel fit-triq biex jibda jbigħ iċ-ċittadinanza.", "Fil-fatt, il-Gvern kien ħareġ tender, kien ħareġ avviż legali, u prattikament, sa Diċembru tal-2013, disa' xhur wara, mill-ewwel beda jsir il-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Dak iż-żmien kien hawn għagħa sħiħa, bħalma għad hawn għagħa llum dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Minn dak iż-żmien sal-lum ġraw ħafna affarijiet mhux biss f'pajjiżna, imma anke fl-Unjoni Ewropea u madwar id-dinja ċivilizzata, u ċerti affarijiet qed jingħataw importanza ħafna ikbar.", "Pereżempju, il-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus illum il-ġurnata saret prijorità assoluta ta' kull pajjiż demokratiku, ta' kull pajjiż li jirrispetta lilu nnifsu.", "Jekk pajjiż ma jiġġelidx il-ħasil tal-flus ikun qed ipoġġi lilu nnifsu f'kategorija ta' pajjiżi li ma tistax tafdahom.", "Jista' jkun ikollhom il-ġid kollu tad-dinja, jista' jkun għandhom il-flus, imma jekk dak il-pajjiż ma jurix rieda soda u ferma li jiġġieled il-ħasil tal-flus, allura dak il-pajjiż mhuwiex denju li jirċievi r-rispett u r-rikonoxximent minn pajjiżi oħra.", "Kif għidt, f'pajjiżna għad għandna reazzjoni negattiva ħafna għall-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Forsi din ir-reazzjoni ma tidhirx fl-apert għaliex il-Gvern jipprova jbellagħha lil kulħadd li dan il-bejgħ taċ-ċittadinanza qed ikollu xi effett pożittiv immens fuq l-ekonomija Maltija.", "Dan jista' jkun il-każ f'ċertu mumenti; imma, jekk wieħed iħares 'il barra miċ-ċirku ristrett tal-Gvern, wieħed jinduna li l-bejgħ taċ-ċittadinanza poġġa lil pajjiżna fil-kategorija ta' pajjiżi li hemm dubju dwarhom.", "Meta ngħid dubju mhux qed nitkellem dwar dubju jekk għandniex inkunu membri tal-Unjoni Ewropea.", "M'hemmx dubju li llum il-Partit Laburista, wara tant snin, qed jirrikonoxxi li dik kienet deċiżjoni tajba.", "Dik kienet deċiżjoni li l-poplu Malti ħa u li huwa ma kienx parti minnha, anzi li huwa opponieha.", "Sinjura President, huwa kemm aħna rridu tassew inkunu Ewropej li hemm dubju.", "Hemm dubju dwar kemm aħna tassew irridu nkunu pajjiż serju fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fil-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus.", "Huma f'dawk l-affarijiet li hemm id-dubju dwarhom u mhux affarijiet oħra.", "M'hemmx dubju li pajjiżna għandu welfare state tajjeb, li għandu servizzi soċjali tajbin.", "Dan naħseb li l-pajjiżi kollha jirrikonoxxuh.", "M'hemmx dubju li pajjiżna għandu ċerti vantaġġi fejn jidħlu s-servizzi finanzjarji u li aħna għamilna avvanzi kbar.", "Mela le, hemmhekk hemm ċertezza rikonoxxuta miż-żewġ naħat tal-Kamra u aċċettata mill-komunità internazzjonali kollha.", "Ħadd ma jistaqsi dwarha u jiddubita minnha.", "Pajjiżna hemmhekk miexi fit-triq it-tajba.", "Li mhux miexi fit-triq it-tajba huwa fl-affarijiet li huma essenzjali biex dawn l-affarijiet jibqgħu jirnexxu għas-snin li ġejjin, li huma, kif għidt, il-kwestjoni tal-ġlieda tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Waħda mill-affarijiet li l-Gvern kontinwament itambar dwarha fir-rigward tal-bejgħ taċ-ċittadinanza hija li din l-iskema, dan il-programm, kif sejjaħlu l-Gvern, huwa approvat mill-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Prim Ministru jħobb jgħid li din għandha l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "Din il-ħaġa ilu jirrepetiha mill-2014.", "Iħobb jgħid li dan hu l-uniku programm tal-bejgħ taċ-ċittadinanza li għandu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Prim Ministru mhux qed jgħid il-verità.", "Mhuwiex veru li l-Kummissjoni Ewropea xi darba jew f'xi okkażjoni jew f'xi ċirkostanzi qalet li l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija għandu l-approvazzjoni tagħha.", "Il-Kummissjoni qed tgħid li mhux veru li l-bejgħ taċ-ċittadinanza hija xi ħaġa aċċettabbli jew inkella approvata jew sanzjonata minnha.", "Min jgħid li l-bejgħ taċ-ċittadinanza għandu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed jigdeb, jigdeb lilu nnifsu, jigdeb mar-realtà, u jigdeb lil kull ċittadin Malti u Għawdxi.", "Dan mhux qed ngħidu jien, imma qed tgħidu l-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Věra Jourová .", "Sa ftit tal-jiem ilu qalet ċar u tond, f'isem il-Kummissjoni Ewropea, meta mistoqsija anke fil-Parlament Ewropew, li assolutament mhuwiex minnu li l-Kummissjoni Ewropea xi darba jew oħra approvat jew qed tapprova l-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Allura l-Prim Ministru ma jistax ikompli għaddej biha, ma jistax ikompli jigdeb dwar dan il-fatt, ma jistax jipprova jibqa' jbellagħha lill-Maltin u Għawdxin li xi ħaġa ħażina li qed jagħmel qisha saret tajba.", "Il-Kummissjoni Ewropea qatt ma qalet hekk!", "Qed tgiddbu l-Kummissjoni Ewropea stess!", "Pajjiżna issa għal numru ta' snin m'għadux mal-pajjiżi l-ġodda.", "Illum aħna pajjiż li qegħdin fis-sistema tal-Unjoni Ewropea b'ruħna u b'ġisimna mingħajr ħadd ma jiddubita dwarna.", "Li hemm dubju, kif diġà għidt, huwa kemm aħna rridu li tassew inkunu Ewropej.", "Kif ngħidu ħafna drabi, l-Ewropa mhijiex qiegħda hemm biex issalvana mill-problemi tagħna stess; huwa aħna li rridu nsalvaw lil pajjiżna mill-problemi li noħolqu.", "Aħna pajjiż li minħabba l-bejgħ taċ-ċittadinanza ħadna fama ħażina, għaliex għamilna u qegħdin nagħmlu dak li l-ebda pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea ma għamel!", "Aħna ddeċidejna li nbigħu parti mis-sovranità tagħna lil nies li ma nafuhomx minn Adam, lil nies li ma nafux x'inhuwa l-background tagħhom, lil nies li ma nafux minn fejn ġabu l-flus biex xtraw iċ-ċittadinanza.", "Ma nafux jekk dawn il-flus ġewx mill-kriminalità, għax wirtu lil xi ħadd, jew ġewx minn attivitajiet ta' korruzzjoni.", "Ma nafux jekk dawn ġewx minn fuq in-nies ta' pajjiżna, bħalma sfortunatament ġieli ġara f'pajjiżi fejn kien hemm rivoluzzjonijiet u f'daqqa waħda grupp żgħir ta' nies jieħu f'idejh dak li l-Istat ikun bena matul is-snin.", "Sinjura President, dawn huma kollha mistoqsijiet li ġustament jagħmluhom il-Maltin.", "Imma tagħmilhom ukoll il-Kummissjoni Ewropea.", "Ejja ngħiduha kif inhi: liema pajjiż li jirrispetta lilu nnifsu u liċ-ċittadini tiegħu joffri għall-bejgħ iċ-ċittadinanza tiegħu?", "Liema pajjiż?", "Liema pajjiż tiġih f'moħħu li parti mill-identità tiegħu, parti mis-sovranità tiegħu jagħmlilha prezz?", "L-ebda pajjiż ma jagħmilha.", "Aħna kważi ddistingwejna ruħna fis-sens il-ħażin.", "Aħna bħala pajjiż nafu, bħalma jaf kull stat membru tal-Unjoni Ewropea, li fejn jidħol l-għoti taċ-ċittadinanza, dik hija prerogattiva ta' kull pajjiż individwali, għaliex il-Kummissjoni Ewropea ma tiddeċidix kollox.", "Hemm aspetti fejn aħna, b'għażla tagħna, naċċettaw dak li tiddeċiedi l-Kummissjoni Ewropea u nkunu parteċipi f'dak il-proċess.", "Imbagħad, hemm affarijiet oħra li kull stat membru għandu dritt jiddeċiedi hu x'jagħmel u ma jagħmilx dwar dak is-settur partikolari, però dan irid jagħmlu bir-responsabilità li jġib miegħu l-fatt li aħna parti minn grupp ta' 28 pajjiż, fejn hemm ċerti regoli, hemm ċertu understanding, hemm ċertu rispett u hemm ċerti interessi komuni li rridu nipproteġu kuljum.", "Ma tistax tiġi ġurnata fejn xi pajjjiż jgħid li se jaħseb għal rasu.", "Aħna qegħdin fl-Unjoni Ewropea għaliex inħossuna Ewropej daqskemm aħna Maltin.", "Aħna nħossuna parti minn din il-komunità politika li tfisser li jekk hemm xi ħaġa li għandna niddeċiedu, niddeċiduha fl-interess ta' kull wieħed mill-pajjiżi Ewropej u mhux niddeċiedu xi ħaġa biex insawtu lil xi pajjiż ieħor.", "Dik hija xi ħaġa sabiħa ħafna fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Partit Laburista kien ibeżża' lin-nies li se tiġi l-Kummissjoni Ewropea u tibda timponi l-affarijiet.", "Dan assolutament mhuwiex minnu.", "Aħna għandna persuna fil-Kummissjoni Ewropea, għandna r-rappreżentanti tagħna fil-Parlament Ewropew, aħna jkollna l-ministri tagħna fil-Kunsill tal-Ministri, u allura għandna sehem sħiħ u attiv fil-proċess Ewropew u fit-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Suinjura President, mhux ta' b'xejn li immedjatament malli bdiet din l-iskema ta' bejgħ taċ-ċittadinanza, l-istituzzjonijiet Ewropej mill-ewwel tkellmu dwarha.", "Infakkar li waħda mill-ewwel istituzzjonijiet li tkellmu dwarha, apparti l-Kummissjoni Ewropea kif diġà semmejt u se nkompli nispjega, kien proprju l-Parlament Ewropew li għamel sessjonijiet sħaħ jiddiskuti l-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Kellna kundanna wara l-oħra għall-bejgħ taċ-ċittadinanza li għoġbu jagħmel il-Gvern Laburista.", "Stqarrija wara l-oħra, mhux min-naħa tal-Partit Popolari Ewropew, li tiegħu l-Oppożizzjoni hija membru, imma mill-partiti kollha li hemm rappreżentati fil-Parlament Ewropew, mill-pajjiżi kollha Ewropej, inkluż Malta, mir-rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew, bl-eċċezzjoni ta' dawk eletti f'isem il-Partit Laburista.", "Pajjiżna ħa din il-fama minħabba xi ħaġa li għamel hu mhux minħabba xi ħaġa li għamel xi pajjiż ieħor.", "Min ħareġ bl-idea li nbigħu ċ-ċittadinanza?", "Mhux il-Gvern Laburista ħareġ biha?", "Allura kif jista' mbagħad joqgħod jipprova jwaħħal f'ħaddieħor li qed jikkritikah dwar xi ħaġa daqshekk oxxena?", "Kif kont qed ngħid, il-Parlament Ewropew stqarr diversi drabi li hu kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza u insista fuq numru ta' punti, fosthom żewġ punti ewlenin.", "L-ewwel nett, insista li l-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni biex jaraw ftit kif pajjiżna qed ibigħ iċ-ċittadinanza u kif pajjiżi oħrajn kienu deħlin fi skemi simili.", "It-tieni, insista li jkun hemm ċerti salvagwardji.", "Pereżempju, il-Parlament Ewropew insista ħafna drabi li jkun hemm rabta ġenwina bejn il-persuna u l-pajjiż – u aktar tard nidħol fid-dettall dwar dan – kif ukoll li jkun magħruf min qed jixtri ċ-ċittadinanza.", "Il-Parlament Ewropew insista wkoll li ċ-ċittadinanza m'għandhiex tkun prodott, biex insejjaħlu hekk, bħallikieku wieħed jista' jidħol f'ħanut, jara l-prezz fuq il-prodott u jiddeċiedi li jixtrih, kif sfortunatament qed isir f'pajjiżna.", "Għaliex kemm il-Parlament Ewropew, kif ukoll l-Oppożizzjoni, qegħdin jinsistu dwar din il-ħaġa?", "Għaliex iċ-ċittadinanza hi xi ħaġa li wieħed jiġi onorat biha.", "Mhijiex xi ħaġa li wieħed jista' jixtri.", "Iċ-ċittadinanza hi xi ħaġa li biex takkwistaha jrid ikun hemm rabta bejn il-persuna u l-pajjiż, u dik ir-rabta ma tista' tiġi qatt bil-flus.", "F'pajjiżna, apparti din l-iskema taċ-ċittadinanza, għandna sistema ta' kif persuna ssir ċittadin Malti.", "Qed nirreferi għaċ-ċirkostanzi fejn persuna trid tiġi fostna bil-permessi kollha neċessarji, tibda taħdem hawnhekk, tibda tħallas it-taxxi hawnhekk, tagħmel kuntatt mal-komunitajiet tagħna, tibni relazzjonijiet, tinvesti f'negozju, issir tafna, probabbilment tispiċċa titgħallem il-lingwa – ħafna drabi aħjar minna – tidra l-użanzi tagħna, tagħti kontribut fil-komunitajiet tagħna u jgħaddu ammont ta' snin sakemm dik il-persuna mbagħad issir Maltija.", "Issir Maltija b'għażla konxja, u dik l-għażla tiġi studjata mill-awtoritajiet u mhux sempliċement wieħed japplika u jingħata ċ-ċittadinanza.", "L-istess bħalma jsir f'kull pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll madwar id-dinja.", "Pajjiżi kbar għandhom sistemi sħaħ ta' kif wieħed isir ċittadin; dak li jkun ikun irid joħloq rabta mal-pajjiż u jkun hemm regolamenti stretti ħafna, kif konna nkunu aħna bħala pajjiż qabel ġiet din l-iskema taċ-ċittadinanza.", "Dan huwa dnub mejjet li sar min-naħa tal-Partit Laburista.", "Dan huwa dnub li ma jinħafirx, għaliex pajjiżna qed jippermetti li, għall-flus, persuni li ma nafuhomx isiru ċittadini Maltin sempliċement għax għandhom il-flus, sempliċement għaliex għandhom bżonn ċittadinanza oħra għax b'dik ta' pajjiżhom ma jistgħux jieħdu li jridu, għax b'dik ta' pajjiżhom qegħdin f'riskju li jinqabdu jew jinżammu għal xi ħaġa jew li jiġu esposti minħabba xi ħaġa.", "Hemmhekk tinħoloq il-problema, għaliex dak li mhuwiex tajjeb għal pajjiżi oħra mhuwiex tajjeb għal pajjiżna.", "Mela inti jista' jkollok xi ħadd, kif għandna diġà, li jsir ċittadin Malti u jkun involut fil-kriminalità organizzata?!", "Mela inti jista' jkollok xi ħadd li f'perjodu ta' għaxar snin isir miljunarju u ħadd ma jaf u ħadd ma jista' jgħid kif dan sar miljunarju?!", "Huwa sew li jkollok lil xi ħadd li f'daqqa waħda jaqbdu paniku u jibda jfittex passaport ieħor, apparti dak ta' pajjiżu, biex iħallih moħbi ħalli meta jiġi l-waqt jaħrab minn pajjiżu u jkun jista' jgħid li hu ċittadin tal-Unjoni Ewropea?", "Ma jkunx irid jgħid li hu ċittadin Malti għax kważi lanqas jinteressah pajjiżna; jinteressah biss li jkun ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li jfisser li jista' jmur fis-27 pajjiż l-oħra, ifisser li jista' jagħmel negozju, li jista' jmexxi flusu.", "Dak hu li jkunu jridu fil-verità, u aħna bħala pajjiż inkunu kretini u naċċettaw li nbigħulu waħda mill-iktar affarijiet għeżież għalina.", "Jekk insiefer, niltaqa' ma' min niltaqa', ħadd ma jista' jiġi jgħidli li hu Malti, għax jiena Malti mhux hu.", "Ħadd ma jista' jiġi jgħidli li joqgħod is-Siġġiewi jew Tas-Sliema jew San Ġiljan jew wherever u li għandu rabta mal-komunità u li żżewweġ Maltija.", "Dawn ma jkunux bħali, ma jgħixux hawn, ma tweldux hawnhekk.", "Issa aħna nafu li fil-kunċetti legali tagħna jeżistu żewġ modi kif issir ċittadin fil-verità: jew għax inti tkun twelidt fuq din l-art, jew inkella għax tkun iżżewwiġt lil xi ħadd Malti jew innaturalizzajt ruħek bħala ċittadin.", "Dan il-kunċett tal-bejgħ taċ-ċittadinanza jġib fix-xejn il-kunċetti mħaddnin għal snin twal mhux minn pajjiżna biss, imma mill-pajjiżi kollha tad-dinja ta' kif persuna tiġi rikonoxxuta bħala ċittadin.", "Fit-23 ta' Jannar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret rapport, li se nippreżenta kopja tiegħu fl-aħħar ta' dan id-diskors, li fih għamlet analiżi tal-iskemi ta' bejgħ taċ-ċittadinanza li prattikament minnhom issa hemm tlieta biss fl-Ewropa.", "Il-Bulgarija waqqfuha, iddeċidew li jarmuha.", "Il-Parlament tal-Bulgarija iddeċieda li din ma tgħoddx għall-pajjiż.", "Il-Bulgarija ddeċidew hekk u mhux Malta.", "Ċipru għandhom sistema li kważi qegħdin jgħidu li ma jridux ibigħu ċ-ċittadinanza.", "Ċipru kważi qegħdin jagħmluha impossibbli li tixtri ċ-ċittadinanza Ċiprijotta.", "Saħansitra, għandhom sistema li l-isem tal-persuna meta japplika, bħal meta xi ħadd jiżżewweġ, jippubblikawh minn qabel għax ma jridux ċerti nies u ma jridux jidħlu f'ċertu inkwiet.", "Allura pajjiżna jibqa' l-uniku pajjiż li jrid jagħmel ċerti affarijiet.", "Il-Kummissjoni Ewropea qalet b'mod ċar ħafna x'inhuma r-riskji li pajjiżna qed jesponi lilu nnifsu għalihom.", "Aħna qegħdin nesponu lil pajjiżna stess għal dawn ir-riskji.", "Imma wkoll qed nagħmlu dan lis-27 pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea u ngħid ukoll pajjiżi lil hinn mill-Unjoni Ewropea, għax aħna għandna relazzjonijiet u ftehim ma' ħafna pajjiżi oħrajn li jirrikonoxxu ċ-ċittadini Ewropej u d-drittijiet tagħhom.", "Il-Kummissjoni Ewropea, fost oħrajn, semmiet ir-riskju għas-sigurtà.", "Għaliex?", "Għax ma nafux min huma dawn il-persuni.", "Aħna qegħdin indaħħlu nies li jsiru ċittadini Maltin mingħajr ma nafu proprjament x'għamlu matul ħajjithom.", "It-tieni riskju huwa dak ta' ħasil ta' flus.", "Kif diġà semmejt, issib min isir miljunarju fi spazju ta' ftit snin u ma jkunx kapaċi juri minn fejn ġejjin il-flus tiegħu.", "Dawn huma każi ċari ta' ħasil ta' flus.", "Meta wieħed isir ċittadin Malti jipprova jgħaddi l-flus mis-sistema bankarja tagħna u joħloq affarijiet biex taparsi juri li dawk il-flus huma nodfa.", "It-tielet hemm ir-riskji ta' korruzzjoni li naħseb m'hemmx għalfejn nispjega dwarhom għax hawnhekk hawn ħafna membri li kapaċi jispjegawha iktar minni.", "Hemm ukoll riskji ta' evażjoni ta' taxxa li wkoll ma naħsibx li għandi għalfejn nispjegaha.", "Dawn kollha huma riskji li kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, kull stat sovran jagħmel ħiltu kollha biex jevita għal pajjiżu.", "Saħansitra f'dawn l-aħħar snin kien hemm diversi trattati u direttivi tal-Unjoni Ewropea li anke f'din il-Kamra approvajna u ddiskutejna fid-dettall, u li dħalna f'ċertu dettall dwarhom.", "Twaqqfu istituzzjonijiet ġodda fuq livell Ewropew, fuq livell ta' pajjiżi individwali u fuq livell ta' komunità internazzjonali biex niġġelduhom, fosthom il-ħasil ta' flus, il-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa.", "Dawn huma affarijiet li pajjiżna għandu jevita b'kull mod possibbli, u wieħed mill-modi kif nevitawha huwa proprju billi ma nbigħux iċ-ċittadinanza.", "Sinjura President, tan-naħa l-oħra jistaqsu dwar x'inhi l-pożizzjoni tagħna.", "Il-Partit Nazzjonalista hu, kien, għadu u se jibqa' kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Dan qed ngħidu għaliex il-Gvern jipprova jagħti l-impressjoni li l-Oppożizzjoni biddlet xi forma ta' pożizzjoni.", "Nerġa' nistqarr ċar u tond li l-Oppożizzjoni kienet, għadha u se tibqa' kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Nitkellem għalija nnifsi, jien ngħid li waħda mill-ewwel affarijiet li nixtieq li jagħmel Gvern Nazzjonalista ġdid hi li jneħħi l-iskema taċ-ċittadinanza u jippubblika b'mod immedjat l-ismijiet tal-persuni li xtraw iċ-ċittadinanza.", "Dan huwa dak ukoll li tgħid il-Kummissjoni Ewropea, li jekk se jkun hemm dawn iċ-ċittadini, almenu għandna nkunu nafu min huma.", "Sal-lum li jiġri huwa li tiġi ppubblikata lista f'ordni alfabetiku, imma, biex żgur il-Gvern jaħbi min huma, jippubblikaha f'ordni alfabetiku skont l-isem u mhux skont il-kunjom!", "Allura jekk ikun hemm familja ta' 20 ruħ bl-istess kunjom, fil-lista lista alfabetika bl-ewwel isem, dawn ma tarahomx flimkien u ma tindunax li huma familja!", "Irrid nagħmilha ċara li dan is-sigriet, jiġifieri min huma ċ-ċittadini Maltin ġodda li xtraw iċ-ċittadinanza, mhux se jibqa' sigriet għal ħafna żmien.", "Se jiġi żmien mhux 'il bogħod ħafna li l-lista ta' min xtara ċ-ċittadinanza Maltija ssir pubblika.", "Se jiġi żmien li jiġi żvelat min huma l-persuni ta' karattru dubjuż, li flushom ġejjin minn affarijiet li huma illeċiti, li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija.", "Se jiġi żmien fejn il-Gvern ikollu jirrispondi għalfejn aċċetta ċerti nies.", "Se jiġi żmien li nsiru nafu kif ċerti persuni xtraw iċ-ċittadinanza bl-imbuttatura ta' nies għoljin fil-Gvern.", "Se jiġi żmien fejn insiru nafu kif flus li ġejjin minn ċerti affarijiet daħlu fis-sistema bankarja tagħna u ntużaw biex tinxtara ċ-ċittadinanza, u dan iż-żmien mhuwiex 'il bogħod.", "Sinjura President, din hija xi ħaġa li l-Gvern mhux se jirnexxilu jaħrab minnha, u allura rrid nagħmel appell lill-Gvern – anke jekk naf li mhux se jisma', xorta waħda naħseb li xi ħadd għandu jgħidha – biex din is-sitwazzjoni jindirizzaha llum qabel għada.", "Fadallu għażla waħda biss x'jista' tagħmel dwar din is-sitwazzjoni, jiġifieri li jwaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadinanza, iħassar għal kollox kwalunkwe liġi li għamel biex tinbiegħ iċ-ċittadinanza, jippubblika l-ismijiet tal-persuni li xtraw iċ-ċittadinanza, u minnufih jibda proċess ta' verifika, u mhux bħalma jagħmel ir-regolatur.", "Għax ir-regolatur fil-verità x'jagħmel?", "Ir-regolatur fil-verità jagħmel l-istatistika u jippubblikaha f'rapport.", "Dawn ikunu l-istess affarijiet li nkunu ilna nistaqsu hawnhekk għal ma nafx kemm-il xahar, imbagħad jgħidhomlna hu fl-aħħar tas-sena għax il-Gvern ma jridx jgħidilna.", "Hemm bżonn issir il-verifika dwar min huma dawn il-persuni għax pajjiżna huwa espost, kif qalet il-Kummissjoni Ewropea, għal riskji kbar li kull pajjiż li jirrispetta lilu nnifsu jagħmel ħiltu kollha biex jevitahom.", "Qabel nikkonkludi, nitlob il-permess biex inqiegħed dokumenti li rreferejt għalih waqt id-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "KAROL AQUILINA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, l-intervent tiegħi dwar dan l-abbozz se jkun l-aħħar wieħed min-naħa tal-Oppożizzjoni, u b'dover jiena se nitkellem dwar l-oqsma li jien responsabbli li nsegwi, jiġifieri l-fondi Ewropej u l-kunsilli lokali.", "Dwar il-fondi Ewropej ftit wieħed hemm x'jgħid; però rrid naċċenna żewġ ħsebijiet li kull ċenteżmu li ntnefaq mill-bidu tal-amministrazzjoni Laburista, mhux biss din li bdiet sena u nofs ilu, imma anke mill-2013 'l hawn, kollha kienu fondi Ewropej li kienu disponibbli għal pajjiżna grazzi għall-aħħar amministrazzjoni mmexxija minn Gvern Nazzjonalista, b'Lawrence Gonzi bħala Prim Ministru.", "Illum, il-Gvern, bħal donnu biex jilqa', qed jgħid li mhux se nersqu viċin il-€1.3 biljun għax pajjiżna mexa 'l quddiem u l-ekonomija titkellem waħedha.", "Però tajjeb infakkru li amministrazzjoni Nazzjonalista ta' dakinhar irnexxielha ġġib €1.3 biljun meta konna għaddejjin mill-agħar kriżi internazzjonali.", "Dakinhar kien hawn miżuri ta' awsterità madwar id-dinja kollha, inkluż fl-Ewropa, però għax kien hemm l-għaqal fit-tmexxija, għaliex kien hemm l-għaqal fil-mod kif isiru l-affarijiet, anke fil-laqgħat b'rabta mal-pakkett finanzjarju li pajjiżna ried jikseb mill-Unjoni Ewropea, għax kien hemm l-intelliġenza, u għaliex kien hemm ukoll l-interess nazzjonali fuq quddiem nett, pajjiżna rnexxielu, b'sorpriża għal ħafna pajjiżi oħrajn, minkejja li konna l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, minkejja li kien hawn ir-riċessjoni għaddejja across the board, iġib dik is-somma li għadha trendi sal-lum.", "Tajjeb infakkru lill-poplu – għax kultant il-poplu jinsa – li l-fondi għal kull proġett, kull żigarella li naraw lill-ministri, wieħed wara l-ieħor, jaqtgħu u jgħidu li huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, dawk il-fondi ġew grazzi għall-amministrazzjoni preċedenti.", "Sinjura President, aħna qegħdin noqogħdu pass lura milli nitkellmu u qegħdin inħallu lill-Gvern jaħdem.", "Qegħdin inħallu lill-Gvern ikun hu li jinnegozja, però fil-ftit kummenti li kultant il-Gvern ikun kostrett jagħti biex iwieġeb xi ġurnalist jew għax ikun f'konferenza u jkollu bilfors jaqbad dan is-suġġett, il-Gvern bħal donnu qed jilqa' għall-possibbiltà li s-somma li pajjiżna se jkun qed jinnegozja u se jkun qed jingħata se tkun ferm 'il bogħod minn dak li kien irnexxielu jġib Gvern Nazzjonalista preċedenti.", "Jalla dan il-Gvern mhux jilħaq dak l-ammont, imma jaqbżu għax aħna l-interess tagħna huwa l-pajjiż għażiż tagħna.", "Però ovvjament iż-żmien jagħtina parir dwar l-impenn tal-Gvern minn dan il-lat.", "Aħna bħala Oppożizzjoni se nkunu hemm kull meta jkun hemm il-bżonn li nagħmlu l-parti tagħna biex noqorbu, u possibbilment naqbżu wkoll, din is-somma.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kull ċenteżmu li jirnexxilna nġibu minn dan il-pakkett finanzjarju se jkunu qegħdin igawdu minnu l-ġenerazzjonijiet futuri ta' dan il-pajjiż.", "Jiena nittama li l-Gvern bis-serjetà jifhem li għandu jkun hu li jinnegozja b'impenn.", "M'għandniex noqogħdu nfittxu l-iskużi meta nkunu madwar il-mejda tad-diskussjoni, imma għandna nipprovaw inġibu l-aqwa pakkett possibbli għal pajjiżna.", "Sinjura President, ma nistax inħalli dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi konkluż mingħajr ma naċċenna wkoll għall-kunsilli lokali.", "Matul dawn l-aħħar xhur tkellimna dwar riforma, liema riforma għadha ma daħlitx fis-seħħ għax ovvjament il-Gvern waqa' lura, anke jekk irrid nirrikonoxxi li dan ġara għax qed jiġu kkonsidrati wħud mit-80 proposta li ressqet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Dan huwa prova ta' kemm mhuwiex veru li aħna Oppożizzjoni negattiva.", "Kien ikun faċli għalina li noqogħdu bilqiegħda nikkritikaw biss u nħallu lill-Gvern jagħmel dak li għandu jagħmel.", "Imma le, taħt it-tmexxija ta' Dr Adrian Delia dehrilna li għandna rressqu 80 proposta biex il-Gvern jikkonsidra bis-serjetà.", "Meta l-Gvern ippreżenta l-White Paper, b'sorpriża sibna li kienu ħamsa biss il-proposti li ġew inklużi fost l-erbgħin proposta li ressaq il-Gvern fil-White Paper, li kienet ikkritikata mhux ftit minn ammont kbir ta' sindki ġejjin minn partiti differenti.", "Dawn qalu li din il-white paper kienet nieqsa mis-sustanza u kienet nieqsa minn dak li verament għandhom bżonn il-kunsilli lokali biex ikomplu jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "Hawn irrid ngħid li dawn it-80 proposta huma kollha fattibbli.", "Dawn ma ġibnihomx minn żniedna, imma għamilna tliet xhur konsultazzjoni interna, ġibna nies esperti f'diversi oqsma, nies li għandhom esperjenza u li aċċettaw l-istedina tal-Partit Nazzjonalista, u kkontribwixxew biex ħriġna b'dawn il-proposti.", "B'wiċċi minn quddiem ngħid li ppreżentajna dokument li bis-serjetà jista' jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies, u l-Gvern bħal donnu f'mument minnhom irrealizza – u hawnhekk nirrikonoxxi l-ħidma tal-Onor.", "Silvio Parnis – u reġa' bagħat għall-Oppożizzjoni biex niflu dawn il-proposti u naraw dak li nistgħu naqblu dwaru.", "Ovvjament, ir-riżultati, jekk Alla jrid, joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin.", "S'issa jidher li kien hemm żblokk pożittiv, però l-Oppożizzjoni għadha mhijiex kuntenta.", "L-Oppożizzjoni trid li l-Gvern, li se jkun hu li jdaħħal din ir-riforma għax hu qiegħed fil-gvern, verament idaħħal dawn il-proposti tagħna u mhux jitħallew fuq l-ixkaffa.", "Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, aħna bħala Oppożizzjoni se nibqgħu ninsistu li jiddaħħlu l-maġġor parti ta' dawn it-80 proposta – jekk mhux kollha – biex is-sindki u l-kunsilliera verament ikunu qed jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "In-nies, fl-aħħar mill-aħħar, meta jiġu biex jagħżlu l-kandidati tagħhom fil-25 ta' Mejju li ġej, jirriflettu wkoll min huma dawk il-kandidati li verament qegħdin hemmhekk biex iwettqu dak li jista' jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Irrid ngħid ukoll li meta qegħdin nitkellmu dwar riforma m'għandniex nidħku bina nfusna u naħsbu li l-problemi li qegħdin jiffaċċjaw il-kunsilli lokali f'pajjiżna se jitilqu bħallikieku b'bakketta maġika wara li tidħol fis-seħħ ir-riforma li għad irridu naraw x'se tkun.", "Illum għandna sindki u kunsilliera demotivati.", "Għandna sindki u kunsilliera, anke tal-Partit Laburista, li ġew f'din il-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu u tkellmu quddiem il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari u qalu lill-Gvern li ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk.", "Qalulu li ma jistgħux jibqgħu jiġu umiljati u ma jistgħux jibqgħu jiġu ttrattati b'dan il-mod.", "In-nuqqas ta' rispett lejn il-kunsilliera tagħna ma jagħmilx ġieħ lil dan il-Gvern.", "Hemm sindki ġejjin mill-Partit Laburista li ġew f'din il-Kamra u tkellmu b'ġenwinità għax għandhom għal qalbhom il-kunsilli lokali, u qalu li qegħdin jiġu ttrattati ħażin, li mhux qegħdin jiġu kkonsultati, li hemm dipartimenti tal-Gvern li jgħadduhom biż-żmien u jdumu anke ħames ġimgħat biex jibagħtu acknowledgement ta' talba li jkun għamel il-kunsill lokali.", "Għaliex niġu nitkellmu f'din il-Kamra b'mod li donnu l-kunsilli lokali għaddejjin kollox ward u żahar?", "Le, mhux kollox huwa ward u żahar.", "Nistgħu niktbu volumi ta' miżuri fir-riforma, imma jekk mhux se jkollna Gvern li minn fuq s'isfel bis-serjetà jibda jirrispetta lill-kunsilli, inutli nitkellmu dwar sindki full-time.", "Hawn irrid ngħid li qabel ma niddiskutu mal-Gvern l-issue ta' sindku full-time jew le, irridu naraw li l-Gvern bis-serjetà jibda jirrispetta l-kunsilli lokali, u hawnhekk se nagħti eżempju.", "Ftit tal-ġranet ilu, għamilt domanda parlamentari wara li fi Triq San Pawl fin-Naxxar, triq li jgħaddu minnha kwantità ta' karozzi kuljum, il-Gvern, permezz ta' Transport Malta, waħħal sinjali li jindikaw li hemm camera.", "Dan huwa sinjal normali li fid-dinja kollha jindika li f'dik iż-żona twaħħlet speed camera, u allura ma jistax jiġi l-Ministru u fir-risposta tiegħu jgħidli li ma kkonsultax mal-kunsill lokali dwar dan.", "Mhuwiex aċċettabbli li hawn ministri llum li jaħsbu li jistgħu jiġu f'din il-Kamra u jgħaddu lin-nies biż-żmien.", "Le, ma nistgħux nitkellmu dwar riforma u mbagħad naġixxu b'dan il-mod.", "X'jiġifieri ħaddiema ta' Transport Malta jmorru fi Triq San Pawl, in-Naxxar, iwaħħlu s-sinjali li jindikaw li hemm speed camera, issir id-domanda parlamentari minni u l-Ministru jirrispondi li ma kienx hemm konsultazzjoni għax m'hemmx speed camera!", "Le, Ministru, il-kunsilliera tagħna jixirqilhom aħjar.", "Dawk bħalek qed jirrappreżentaw lin-nies.", "Dawk bħalek qegħdin hemmhekk bil-vot tar-residenti u allura ma jistax ikun li l-Gvern jibqa' jittratta lill-kunsilli b'dan il-mod.", "X'jiġifieri l-kunsilli lokali ma jiġux ikkonsultati fuq proġetti bħal tal-Corinthia, ta' San Ġiljan u ta' Pembroke?!", "Qed inġibuhom jitkellmu waħedhom lill-kunsilli lokali.", "Kien hemm patafjun ta' proġetti li l-kunsilliera tagħna jisimgħu bihom minn fuq l-aħbarijiet.", "Dawn ma jkunux affarijiet li l-Gvern ikun qed jippjana, imma affarijiet li jkun diġà ħa deċiżjoni dwarhom.", "Hawn jiddispjaċini ngħid li l-passat huwa riflessjoni tal-preżent għal dan il-Gvern fejn jidħlu l-kunsill lokali.", "Għad iridu jgħaddu ħafna snin biex ngħid li l-passat b'xi mod jagħtina garanzija għall-futur.", "Le, minkejja l-ħafna kliem sabiħ, ma jistax ikun li jiġi hawnhekk xi ħadd bħas-sindku tal-Birgu, John Boxall – li nsellimlu minn hawnhekk – u jgħid li l-kunsill tiegħu spiċċa tallab biex jorganizza attività li daħlet fil-kalendarju nazzjonali, li hija l-Birgu by Candlelight.", "Is-Sur Boxall qal li l-Gvern f'sentejn naqqas drastikament il-fondi allokati għal din l-attività.", "Kif nistgħu ngħidu li l-Gvern żied l-allokazzjoni għall-kunsilli lokali?", "Jekk wieħed jieħu ċ-ċifri ras għal ras, isib li l-Gvern żied lil kull kunsill lokali €30,000, però mbagħad naraw li biex tagħmel użu mis-servizzi tal-LESA – u aktar tard nitkellem ukoll dwarha – żidulhom kważi bid-doppju kull siegħa.", "Dwar ir-reġjuni, l-Oppożizzjoni pproponiet li għandu jkun hemm awtonomija anke bil-flus li jingħataw biex jaħdmu b'budget allokat għalihom.", "Din hija miżura tajba, però ma jistax ikun li l-Gvern minn ħames reġjuni jtellagħhom għal sitta.", "Anke hawnhekk għad irridu naraw x'inhi l-intenzjoni aħħarija ta' dan il-Gvern biex jagħmel dan.", "Iktar minn hekk, il-Ministru jew il-Gvern ma jistax jitwemmen meta jgħid li se jkun qed iżid l-allokazzjoni ta' €3 miljun lir-reġjuni, meta mbagħad qed jgħid li se jżidilhom ir-responsabbiltajiet.", "Kif jista' jkun li meta l-kumitati tar-reġjuni biex joperaw f'sena finanzjarja jqarrbu l-€1 miljun, imbagħad bħala fondi allokati għalihom se jkollhom €0.5 miljun kull reġjun?", "Kif jista' jkun?", "Xi ħadd irid ifehemni.", "Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari ġew hawn u tkellmu, però ma kkonvinċewnix, u dak li ntqal ma twemminx għaliex ma jistax ikun li tgħid li se tkun qed tiffinanzja l-kumitati tar-reġjuni, meta dawn illum b'responsabbiltajiet inqas minn dak li l-Gvern qed jgħid li se jagħtihom, qegħdin joperaw b'iktar minn €0.5 miljun minn dak li se jiġi allokat lilhom.", "Irrid infakkar li l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda toġġezzjona b'mod qawwi, għax ma naċċettawx li biex insaħħu r-reġjuni, innaqqsu l-poteri tal-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali jridu iktar responsabbiltajiet.", "Kien għalhekk li twaqqfu l-kunsilli lokali 26 sena ilu, biex nagħtu iktar devoluzzjoni, biex ikun il-kunsill elett mill-poplu li jiddeċiedi l-bżonnijiet, għax ħadd daqs il-kunsilliera ma jaf aħjar x'għandha bżonn komunità, la l-Ministru u lanqas il-Prim Ministru.", "Dak kien il-kunċett, id-devoluzzjoni tal-poter.", "Illum qegħdin immorru 25 sena lura għaliex dan il-Gvern ma tgħaddix ġimgħa jew xahar li b'xi mod, kultant sempliċement b'memo ta' erba' kelmiet li jirċievu l-kunsilliera tagħna, jew b'email li tintbagħat lid-dipartiment, ma jeħdilhomx xi responsabbiltà jew oħra.", "Għaliex qegħdin nipprovaw nagħtu l-impressjoni li dan huwa Gvern li jemmen fil-kunsilli lokali?", "Qed nitkellem ġenwinament, u mhux qiegħed hawnhekk biex nikkritika jew biex immaqdar dak li qed jagħmel il-Gvern, imma din hija realtà li jgħiduhielek anke s-sindki, ġejjin minn fejn ġejjin.", "Is-Segretarju Parlamentari lbieraħ tkellem dwar il-kuntatti li jkollu.", "Jiena naqbel li l-Onor.", "Silvio Parnis ikun viċin il-kunsilli lokali, però rrid insib fejn huma dawn is-sindki li qegħdin jaqblu mal-mod kif il-Gvern iddeċieda dwar il-ġbir tal-iskart.", "Irrid nisma' fejn huma s-sindki li jitkellmu favur Infrastructure Malta.", "Jiena mhux se noqgħod insemmi l-mod kif qed taħdem u l-mod kif ġew identifikati u ingaġġati n-nies f'din l-awtorità.", "Jiena jinteressani li dak li kien responsabilità tal-Gvern għandu jibqa' responsabilità tal-Gvern.", "Jekk hemm toroq li qatt ma saru, din mhijiex responsabbiltà tal-kunsill lokali.", "Għaliex qegħdin nipprovaw ngħaddu lin-nies biż-żmien meta ngħidulhom li nħolqot Infrastructure Malta li se twettaq proġetti bla preċedent?", "Din hija buzzword li l-Gvern iħobb juża.Ta' spiss tintuża l-frażi \"bla preċedent\" għall-proġett ta' €700 miljun għal 700 triq.", "Li mhux qed jgħidilna hu li dawk it-toroq li qatt ma saru l-Gvern kien obbligat jagħmilhom seba' snin ilu meta kien fil-Gvern fl-2013, għax dawk huma toroq li suppost għamlet Transport Malta.", "Ma kienx hemm għalfejn jinħoloq piż ieħor żejjed fuq il-kaxxa ta' Malta b'Infrastructure Malta, għaliex meta kien hemm Transport Malta u meta twaqqfu l-kunsilli lokali 25 sena ilu, dakinhar ukoll kien hemm miktub iswed fuq l-abjad li t-toroq residenzjali li qatt ma saru huma responsabilità tal-Gvern ċentrali.", "Illum il-Gvern kompla għaddas rasu u għamel dak li kien intenzjonat li jagħmel, u qiegħed jgħid li l-flus li jkollhom il-kunsilli, minflok se jintnefqu fit-toroq, se jibqgħu għandhom.", "Il-kunsilli ma kellhomx flus biex jonfqu fit-toroq għax it-toroq il-ġodda dejjem kienu responsabilità tal-Gvern ċentrali u ma kien se jintnefaq l-ebda ewro min-naħa tal-kunsilli lokali.", "Il-Gvern hawnhekk qiegħed jinganna meta jgħid li b'xi mod bit-twaqqif ta' Infrastructure Malta se nkunu qegħdin nagħmlu xi ħaġa ta' barra minn hawn.", "Naħseb li l-kunsilli lokali jridu li wieħed iħallihom jaħdmu b'inizjattiva.", "Irridu naraw li l-kunsilliera tagħna jkunu motivati biex dawn ikomplu ġenwinament jaħdmu fl-interess tar-residenti tagħhom.", "Fil-ħin li fadalli nixtieq naċċenna ftit għal dawk il-proposti li qed nistenna li l-Gvern jagħti kashom bis-serjetà, proposti li ressaqna aħna meta tkellimna dwar iktar sigurtà fil-lokalitajiet tagħna.", "Nerġa' ngħid b'responsabilità li s-sistema tal-LESA falliet.", "Dan l-istess bħall-inizjattiva li ħa l-Gvern, fejn bidel l-isem u dawk li qabel kienu gwardjani lokali issa ġabhom uffiċjali tal-komunità.", "Fir-realtà, meta tistaqsi lis-sindki u lill-kunsilliera dwar jekk ħassewx xi differenza, dwar jekk morniex għall-aħjar fil-lokalitajiet tagħna, dawn jgħidulek li le.", "Il-wardens issa saru uffiċjali tal-komunità, biddilnielhom anke l-uniformi u bgħatniehom f'uffiċini ġodda, jiġifieri flus intnefqu ftit mhux ħażin.", "Fl-abbuż ambjentali rajna differenza?", "Jiena kont sorpriż b'mod negattiv meta ġimagħtejn ilu kont laqgħa fejn kien hemm l-entitajiet tal-Gvern u ġew mistiedna jitkellmu l-uffiċjali għolja tal-LESA u, għal domanda li saret mis-sindki, qam wieħed mill-uffiċjali ewlenin tal-LESA u qal: Tistennewx mirakli, ma nistgħux inlaħħqu mad-domanda!", "Mela l-Gvern ġie hawnhekk b'tant puppaturi u daqq tat-trombi bit-twaqqif tal-LESA, imbagħad jiġi min qed imexxi l-LESA f'din il-laqgħa quddiem is-sindki u jistqarr magħhom pubblikament li ma jistax ilaħħaq mad-domanda li qed ikollu min-naħa tal-kunsill lokali?!", "Ma jfisser xejn li biddilna l-uniformi.", "Hawn nerġa' nagħmel domanda li sal-lum il-Gvern għadu rrispondiex u ma ssodisfax mhux lili, mhux lill-Oppożizzjoni, imma lil dawn l-istess nies li biddilnielhom l-uniformi u ġibnielhom xi karozzi ġodda.", "Dawn aħjar mill-Korp tal-Pulizija, għax hawn għases, fosthom tal-Mellieħa, fejn għadna naħdmu b'karozza second hand, u jkun hemm ġimgħat li nispiċċaw anke mingħajr karozza, minkejja li morna wkoll inħabbru flotta ġdida tal-karozzi tal-Pulizija fil-Mellieħa.", "Din il-lokalità ma kellhiex il-kumdità li jkollha karozza minn dawk li ġew imħabbra f'dik il-konferenza tal-aħbarijiet.", "Imma, apparti minn dan, qed nitkellem dwar il-gwardjani lokali – le m'għamlux differenza, anzi s-sindki, ġejjin minn liema partijiet ġejjin, ma jiddejqux jitkellmu u jgħidulek pubblikament li qabel konna aħjar.", "Sinjura President, għaliex il-Gvern ħa r-responsabbiltajiet tal-wardens minn idejn il-kunsill lokali?", "Huma l-kunsilli lokali li jafu l-bżonnijiet, fejn u fi x'ħin għandu jkun hemm il-warden preżenti.", "Huma l-kunsilliera li jgħixu f'dawk il-lokalitajiet li jafu l-ħinijiet meta għandu jkollhom il-preżenza tal-gwardjani lokali.", "Il-Gvern waqqaf din il-kumpanija li r-riżultat tagħha sal-lum għadu ma jidhirx.", "Il-Gvern jgħid li din kienet inizjattiva fid-direzzjoni t-tajba, imma meta titkellem mar-residenti, mal-kunsilliera u mas-sindki jgħidulek li mhux veru morna 'l quddiem.", "Wieħed jittama li f'din ir-riforma lill-kunsilli lokali jagħtuhom iktar responsabilitajiet meta jiġu biex jidentifikaw iż-żoni fejn u fi xħin għandu jkun hemm l-uffiċjali tal-komunità.", "F'laqgħa li kelli ftit tal-ġimgħat ilu mal-Gvern, intqal li se jkun qed jikkonsidra li ssir laqgħa bejn l-Oppożizzjoni u l-Ministru tal-Intern.", "Jiena nesiġi u nitlob li l-Gvern ma jmexxix ir-riforma 'l quddiem mingħajr ma jagħtina dak li qegħdin nitolbu aħna fl-interess ta' min qed jismagħna.", "Aħna rridu li jkun hemm relazzjoni bejn il-Pulizija u r-residenti, il-community policing, il-kunċett li kien se jibda jitħaddem fil-Korp tal-Pulizija, però li misterjożament twaqqaf.", "Ma jistax ikun li jkollok pulizija li jkunu demotivati fuq xogħlhom, jagħmlu erbat ijiem f'għassa u wara jiċċaqilqu.", "Dan il-kunċett ta' community policing barra minn Malta, anke f'pajjiżi żgħar bħal Malta, ħadem.", "Allura għaliex m'għandux jaħdem ukoll f'pajjiżna?", "Għaliex m'għandniex naraw li f'postijiet partikolari fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' tfal m'għandux ikun hemm pulizija jew uffiċjal tal-komunità?", "Għaliex dan il-Gvern żied drastikament il-ħlas għas-servizzi tal-gwardjani lokali mill-kunsilli lokali biex żied il-piż lill-istess kunsilli lokali?", "Nixtieq ngħid ukoll li tkellimna wkoll dwar żewġ punti importanti oħra li fuqhom iddur il-ħidma tal-kunsill lokali u l-ħidma tagħna l-politiċi.", "Aħna ngħidu li l-bniedem għandu jkun iċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tagħna u tal-politika tagħna anke fil-kunsilli lokali.", "Dan huwa konċett li rridu nħaddmuh.", "Ma nistgħux nitkellmu biss u nużaw frażijiet biex jidhru sbieħ hemm barra man-nies, anke rigward il-qasam soċjali, biex imbagħad fir-realtà dak li ngħidu ma jitwettaqx.", "Aħna qegħdin ngħidu li meta l-Gvern jagħmel social impact assessment permezz tal-kunsilli lokali nkunu qed nieħdu ritratt dwar il-bżonnijiet soċjali f'kull belt u raħal tagħna.", "Nittama li l-Gvern jisma' din il-proposta tal-Oppożizzjoni biex kull kunsill lokali jkun jista' jattwa l-politika tiegħu b'viżjoni skont il-bżonnijiet anke mill-għatba 'l ġewwa tad-djar tar-residenti tagħna.", "Illum il-kunsill lokali ma jafux realment x'inhi s-sitwazzjoni fil-qasam tad-diżabilità fost ir-residenti tagħhom.", "Illum ma jafux kemm hi kbira l-problema tal-vjolenza domestika jew il-problema tad-droga.", "Filwaqt li nirrikonoxxu li f'pajjiżna hawn nuqqas ta' social workers, però għandna naraw li f'kull kunsill lokali għandu jkun hemm support worker, għandu jkun hemm ukoll anke care worker li b'xi mod jikkontribwixxu skont il-bżonnijiet tal-kunsilli lokali.", "Aħna qegħdin ngħidu lill-Gvern, dan il-gvern li jitkellem dwar surplus, li m'għandux iżid il-fondi tal-kunsilli lokali bi €30,000 biss, imma għandna naraw li nżidu s-servizzi f'kull belt u raħal b'uffiċini għas-sigurtà soċjali, day care centres u night shelters.", "Għaliex għandha tinħoloq diskriminazzjoni għaliex f'lokalità hemm night shelter u f'lokalitajiet oħra m'hemmx night shelters?", "Il-Gvern jiftaħar bis-surplus u allura għandu jara li b'xi mod ikun hemm ukoll dawn id-deċiżjonijiet li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "Sinjura President, f'dak li hu l-qasam soċjali tkellimna wkoll dwar kif ninvolvu lill-għaqdiet volontarji.", "Dawn huma niċeċ li jistgħu jikkontribwixxu bis-sħiħ fil-lokalitajiet tagħna.", "Jekk aħna nagħtu l-importanza u r-rispett li jixirqilhom lill-organizzazzjonijiet volontarji u mhux noħonqu l-inizjattivi tal-kunsill lokali ma' dawn l-NGOs, inkunu qed inkabbru l-potenzjal.", "Dan huwa valur importanti għal pajjiżna, u l-Gvern huwa obbligat li jħalli l-kunsilli fejn jimirħu anke vis-à-vis dawn l-għaqdiet.", "Il-valur tal-volontarjat huwa wieħed mill-valuri ewlenin li jiddistingwina bħala Maltin.", "Fejn ħaddimna bis-serjetà l-volontarjat, naqqasna l-kriminalità, naqqasna l-qgħad u naqqasna anke ċertu vizzji.", "Meta kien hemm ukoll komunitajiet ħajjin bl-għaqdiet volontarji għax sabu l-appoġġ mill-kunsill lokali, għax ma sabux il-bibien magħluqa minn amministrazzjonijiet preċedenti, rajna riżultati tajbin.", "Nittama li meta fil-jiem li ġejjin se nkunu qed nerġgħu niltaqgħu, il-Gvern jieħu nota bis-serjetà ta' dawn l-affarijiet.", "Aħna mhux li madwar il-mejda jingħad li 'Iva, din hija idea tajba' rridu, imma li naraw li dik l-idea tidħol fid-dokument finali.", "Mhuwiex biżżejjed ngħidu li din hija tajba.", "Jekk hija tajba u hemm ir-rieda li l-Gvern li jattwaha, ejja ħalli ndaħħluha.", "In-nies hekk iridu.", "In-nies ma jridux li niġu hawn u nagħmlu sagħtejn inreddnu fuq abbozz ta' liġi u fuq riforma tal-kunsilli lokali li minnhom ma joħroġ xejn.", "In-nies iridu jaraw li dak li qegħdin ngħidu hawnhekk qed ngħiduh b'mod ġenwin biex nagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom.", "U dwar dawn il-proposti aħna nistennew li l-Gvern jismagħna bis-serjetà.", "Mhuwiex biżżejjed li nagħmlu tmienja, għaxar sigħat niltaqgħu Gvern u Oppożizzjoni biex nispjegawlu x'inhuma dawn it-80 proposta, u l-Gvern jibqa' b'xi mod ipoġġi wħud minnhom importanti fuq l-ixkaffa.", "Mhijiex aċċettabbli l-iskuża tal-flus.", "Mhuwiex aċċettabbli li f'dawn il-laqgħat jgħidulna li sabu problema mal-Ministru tal-Finanzi.", "X'jiġifieri?!", "Il-Ministru tal-Finanzi jrid jifhem li jekk aħna verament għandna Gvern li jitkellem favur il-kunsilli lokali għandu b'xi mod isaħħaħ il-kunsill lokali.", "Anke mil-lat finanzjarju għamilna proposta lill-Gvern dwar il-mod kif l-allokazzjoni tista' tissaħħaħ.", "Fost oħrajn, tajna mudelli li jaħdmu barra minn Malta.", "Pereżempju, ipproponejna li f'postijiet turistiċi, il-bed tax li qed jintaxxa l-Gvern għal kull lejl fil-lukandi għandha tibqa' kollha jew parti minnha għand il-kunsill.", "Il-Gvern qiegħed jiċċarġja 50ċ għal kull lejl li t-turist jagħmel f'pajjiżna.", "Għaliex dawk il-50ċ jew parti minnha m'għandhomx jibqgħu għand il-kunsilli lokali fil-komunitajiet rispettivi?", "Għaliex filwaqt li turist iħalli impatt pożittiv, però jħalli impatt negattiv ukoll meta hu jkun qiegħed jiffrekwenta lokalità.", "Jekk hu għamel użu minn ċerti faċilitajiet fil-lokal, jekk għamel użu mill-karozzi, allura kien hemm ukoll l-impatt ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam il-kunsill lokali fil-lokalitajiet tagħna.", "Għaliex għandna nistennew x-xhur u s-snin biex din indaħħluha?", "Din hija talba tal-Oppożizzjoni lill-Gvern biex jikkonsidraha bis-serjetà.", "Nittama li dwar dan ma nistennewx sena oħra jew sentejn oħra.", "Il-Ministru tal-Finanzi jagħmel parti mill-Kabinett u, jekk hemm Kabinett favur il-kunsilli lokali, jrid jifhem u jaċċetta li, iva, din possibbli ssir.", "Possibbli li ċerti ħlasijiet fuq permessi fil-lokalitajiet, jew għallinqas parti minnhom, jibqgħu għand il-kunsill lokali?", "Għaliex il-ħlasijiet tat-tables and chairs, pereżempju, ma jibqgħux għand il-kunsilli lokali?", "Għaliex parti mill-VAT li tiġi ġġenerata fil-lokalitajiet tagħna mill-komunità kummerċjali – li nsellmilha minn hawnhekk – m'għandhiex tibqa' wkoll f'dik il-lokalità fejn qed tiġi ġġenerata?", "Sinjura President, biex nagħlaq – għaliex il-ħin huwa l-għadu ta' min isib xi jgħid – irrid nagħmel appell aħħari lill-Gvern.", "Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed nerġgħu niltaqgħu mal-Gvern u nittama li t-80 proposta li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet fl-interess tal-kunsilli lokali l-Gvern bis-serjetà jdaħħalhom meta niġu f'din il-Kamra biex aħna niddiskutu bdil fil-liġi b'rabta ma' din ir-riforma.", "Nista' niddikjara li l-Oppożizzjoni - għax aħna pożittivi, għax aħna bis-serjetà nemmnu f'soċjetà li jimpurtaha - se nkunu qegħdin nivvotaw bil-qalb kollha favur dak l-Abbozz.", "Grazzi ħafna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "Sar il-ħin.", "Jidher li m'hemmx aktar kelliema.", "Nistieden lill-Ministru Konrad Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.58 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019 fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi ħafna, Sinjura President.", "Illejla qed nieħu pjaċir li għandi dan l-Aġġornament.", "Ngħidlek id-dritt kont ippreparajt ruħi biex nitkellem dwar suġġett partikolari.", "Però meta rajt ir-risposta li ngħatajt għal domanda parlamentari mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin dwar l-aħħar rapport li ġie ppreżentat mill-Awditur Ġenerali dwar il-ħruġ tal-visas ġewwa l-Konsolat tagħna fl-Alġerija, iddeċidejt li nbiddel is-suġġett u nitkellem proprju fuq dan.", "Fis-sistema Taljana, wara li d-domandi parlamentari jiġu mwieġba mill-ministru, l-interpellant jgħid jekk hux sodisfatt jew le bir-risposta.", "Aħna m'għandniex din it-tradizzjoni, però se ngħid biss li ma nħossx li t-tweġiba li tani l-Ministru hija sodisfaċenti.", "Ma tissodisfanix mhux għalija personalment, imma ma tissodisfax lill-poplu minħabba dak li hemm f'dan ir-rapport.", "Kif qrajt din it-tweġiba parlamentari, ġiet quddiemi din il-frażi: Min jaħbi jaħti daqs min wettaq.", "Ngħid dan għax imnalla għamilt din il-mistoqsija parlamentari għax fi 15-il ġurnata ħadd min-naħa tal-Gvern ma tana xi forma ta' reazzjoni għar-rapport mill-iktar gravi u serju li ġie ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kollox baqa' għaddej anzi, kif qed taraw, il-Gvern qiegħed jagħmel ħiltu biex jgħatti u jaħbi dak li hemm fl-istess rapport fejn qed jixħet il-ballun minn ministeru għal għand ministeru ieħor.", "F'dan ir-rapport naraw diversi punti li mhumiex spekulazzjoni, mhumiex konġetturi, imma huma fatti li ma jagħmlu ebda forma ta' unur lil pajjiżna.", "Nistaqsi: Gvern responsabbli li jgħid li huwa demokratiku ma jiċċaqlaqx fuq sitwazzjoni daqshekk gravi u infestata b'atti ta' irregolaritajiet, illegalità u korruzzjoni?", "Kemm huwa ikrah u żbaljat li flok jingħata eżempju nazzjonali li jkun hemm ir-rebħ tal-ġustizzja u l-verità, ikun hemm intenzjonalment il-kontra!", "Kemm huwa żbaljat li wieħed flok jibni soċjetà fuq l-onestà, l-integrità u l-ħidma t-tajba jagħti premju lil min jimxi bil-kontra!", "Għalhekk ngħid: Min jaħbi, jaħti daqskemm min wettaq.", "Sinjura President, jekk għandna Gvern li huwa wieħed li jrid is-sewwa ma jistax jinjora l-kontenut ta' dan ir-rapport.", "Huwa irresponsabbli li wara li nonfqu daqshekk fil-ħidma importanti ta' istituzzjoni demokratika, ta' kolonna demokratika bħalma hija l-Uffiċċju tal-Awditur, ma nimplimentawx dak li qiegħed jiddikjara li għandu jsir.", "Il-Partit Nazzjonalista jesprimi fiduċja sħiħa f'ħidmet dan l-uffiċċju; però, kif qed taraw, dan mhux l-istess min-naħa tal-Gvern.", "Aħna nemmnu proprju fil-valuri sodi tal-onestà, tas-sewwa, tal-bżonn li l-pajjiż jimxi bi trasparenza, b'attenzjoni, u li ma jkollux min huwa korrott jew li jippermetti l-korruzzjoni.", "Jekk xi ħadd jaħseb li se ninsew dan ir-rapport u ma nibqgħux ninsistu għas-sewwa u r-responsabbiltà, jiddispjaċini ninfurmah li qed jiżbalja.", "Għalina d-demokrazija hija valur li trid tiġi protetta jum wara jum, u huwa proprju għalhekk li ninkwetaw u fl-istess ħin naffermaw il-ħidma tagħna għas-sewwa u għall-ġid tal-poplu.", "Bir-rispett lejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, li għandi ħafna rispett lejh, dawn mhumiex punti ta' spekulazzjoni.", "Dawn huma punti mill-aktar relevanti, u xtaqt nislet biċċa biċċa dak li jgħid ir-rapport, mhux indawru, mhux nipprova nqegħdu f'kuntest differenti, imma sempliċement nagħmel id-domandi u mbagħad jara l-poplu xi jwieġeb u ma jweġibx għalihom.", "L-ewwel, nistaqsi: Huwa aċċettabbli li Kastilja ddeċidiet li jkollna Konsolat fl-Alġerija flok f'pajjiżi oħra u tibqa' ma tagħti ebda raġuni għat-tibdil li għamlet?", "Ir-rapport jgħid hekk:", "Jiġifieri Kastilja ħadu din id-deċiżjoni u ma taw l-ebda forma ta' spjegazzjoni għaliex, flok se nagħmlu Konsolati l-Brażil u flok se nagħmlu Konsolati iktar il-Libja, iddeċidejna li nagħmlu Konsolat fl-Alġerija.", "It-tieni, huwa aċċettabbli li jkollok talbiet ta' visa li l-Korp tal-Pulizija tirrifjuta minħabba raġunijiet ta' sigurtà u li jiġu approvati mingħajr raġuni mill-Konsolat?", "Huwa aċċettabbli li jiġri bil-kontra, jiġifieri li jkollok dawk li jiġu approvati mill-Korp u wara xorta jiġu rrifjutati mill-Konsolat, u dan dejjem mingħajr spjegazzjoni?", "Ħalli naqra r-rapport x'jgħid; mhux x'qiegħed jgħid Carm Mifsud Bonnici imma r-rapport.", "Fir-rapport jingħad hekk:", "Jiġifieri allavolja qalulu biex ma japprovahomx, dan iddeċieda li japprovahom.", "Imbagħad, iktar 'il quddiem naraw lil min ġew approvati.", "Tajjeb!", "Mela fejn qalulu biex ma japprovax approva, u fejn qalulu li jista' japprova, ma approvax!", "Dan mhux użu diskrezzjonali tal-ideat ta' min kien qiegħed hemm.", "Meta l-Konslu ġie mistoqsi dwar dan, hu aċċetta l-inkongruenza mingħajr ma ta spjegazzjoni.", "Dwar dan, ir-rapport jgħid hekk:", "Jiġifieri aċċetta li l-affarijiet ma kenux qegħdin isiru bis-sens, aċċetta li l-affarijiet kienu qed isiru skont x'jiddeċiedi hu.", "Il-parti li żżid l-interess fir-rapport insibuha f'paġna 70 fejn jingħad li, stranament, il-Konslu jilmenta mal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija dwar pulizija partikolari minn fuq il-visa.", "Ir-rapport jgħid:", "Jiġifieri l-Konslu, dwar il-pulizija li qiegħed jagħmel xogħlu, qal lill-Assistent Kummissarju: \"Ara dan dejjem jgħid le!\" mentri fil-fatt mhuwiex hekk.", "Jiġifieri kien qiegħed jagħmel pressjoni – u din hija konklużjoni tiegħi – fuq dan il-membru tal-Korp tal-Pulizija.", "Wieħed irid jistaqsi: Kien qiegħed isir xi ħaġa sewwa f'dak il-Konsolat f'dak iż-żmien?", "Ir-rapport ikompli jindikalna lista ta' stramberiji u irregolaritajiet gravi – u qed ngħid \"stramberiji u irregolaritajiet\" biex inkun kemm jista' jkun newtrali – bħal meta jingħad hekk:", "Ara x'tip ta' visi kienu qed jiġu rakkomandati!", "U dawn il-Ministru jsejħilhom spekulazzjonijiet!", "Issa jekk dawn jarahom spekulattivi ma nafx, imma għandna oħra iktar interessanti:", "Dan huwa t-tip ta' visi li kienu qegħdin jiġu approvati!", "Imma l-aqwa waħda hija din:", "Jiġifieri l-Pulizija ta' Malta rrifjutawhom!", "Ħarġilhom il-visa mill-Alġerija u meta ġew hawn irrifjutawhom!", "U x'qalulhom?", "Qalulhom dan li ġej:", "Imbagħad ikompli:", "Bir-rispett kollu, din titwemmen li xi ħadd jkollu d-dokumentazzjoni tajba fl-Alġerija u meta jiġi hawn ibiddel id-dokumentazzjoni?!", "Hija xi ħaġa li mhux spekulattiva, bir-rispett kollu lejn il-Ministru, imma hija ċara daqs il-kristall.", "Ir-raba': Huwa aċċettabbli li fir-rapport ikollok allegazzjonijiet mill-iktar qawwija li kien hemm min qiegħed jieħu l-flus sabiex jinħarġu l-visi?!", "Din mhux iktar gravi?!", "Insibu dawn id-dikjarazzjonijiet, li nfakkru li huma rrapportati mill-Awditur Ġeneral!", "Din mhux Ċikku l-poplu qalha fit-triq, imma dan qalu l-Awditur Ġenerali wara li għamel investigazzjoni serja li l-Ministru sejħilha spekulattiva.", "Dawn huma fatti.", "– u hawnhekk hawn isem ta' travel agency li mhux se nsemmi min hi imma r-rapport isemmiha –", "Ċara daqs il-kristall.", "Imbagħad, għandna allegazzjoni oħra:", "Issa, biex nikkwantifikaw, biex wieħed ikollu ftit idea kemm hi serja l-kwestjoni u kemm il-Gvern mhux qiegħed jagħti kasha – u aħna mhux b'retorika imma b'umiltà qegħdin nitkellmu dwarha – irrid ngħid li hawn qed nitkellmu fuq 14,368 applikazzjoni.", "Minnhom inħarġu 6,779, jiġifieri, qed nitkellmu li, jekk kemm-il darba dawn il-figuri huma kif l-Awditur ħa r-responsabbiltà li jiktibhom, qed nitkellmu fuq €17-il miljun. €17-il miljun!", "Issa jekk dan mhux importanti ma nafx.", "U ma nafx jekk kemm-il darba huwiex aċċettabbli li wieħed jgħid li din hija biss spekulazzjoni, li huwa biss diskors fl-arja.", "Hawn se nikkwota x'qiegħed jgħid il-Ministru.", "Fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari qal hekk:", "\"Issa r-rapport tal-Awditur ġie ppubblikat.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru se jkompli janalizza l-partijiet li huma relevanti għall-Ministeru tiegħi u mhux spekulattivi ta' dan l-istess rapport ħalli, fejn nistgħu, intejbu l-operat konsolari.\"", "Din mhijiex kwestjoni biss li ntejbu l-operat konsolari.", "Jien rajt li l-istess Awditur qalilna: Tħalltux il-kummerċ mad-diplomatiku.", "Hemm linja.", "Fhimt lill-Ministru x'qal fir-risposta, għax fir-risposta qal:", "\"Tajjeb ngħid li fil-preżent ġewwa l-Konsolat tagħna fl-Alġerija hemm commercial attaché mibgħut mill-Malta Enterprise u Konslu ġdid li huwa Konslu tal-Karriera.\"", "Hekk missu sar fil-bidu jekk l-intenzjonijiet kienu tajbin li wieħed jiftaħ Konsolat ġewwa l-Alġerija.", "Imma issa, wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali, ħadd ma jista' jgħidilna li dawn huma biss spekulazzjonijiet.", "Huwa għalhekk li jien ma nħossnix sodisfatt bir-risposta li tani l-Ministru.", "Irrid ngħidlek, Sinjura President, li hemm ferm u ferm iktar dettalji li joħorġu minn dan ir-rapport li dan il-Gvern qiegħed jagħmel ħiltu biex iwarrab.", "Jiddispjaċina verament għax min jaħbi, jaħti daqs min wettaq.", "U għalhekk, bir-rispett kollu, nippretendu li jkollna risposti ferm aħjar u ferm aqwa minn dawk li qegħdin jingħatawlna, speċjalment jekk kemm-il darba aħna għandna rispett lejn l-Awditur Ġenerali u lejn is-sistema demokratika ta' pajjiżna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Grazzi.", "Matul ix-xahar ta' Frar huma diversi l-festi li niċċelebraw aħna bħala pajjiż u anke fid-dinja.", "Pereżempju, f'Malta niċċelebraw b'mod kbir l-Appostlu Missierna San Pawl.", "Xi drabi fi Frar ikollna wkoll il-Karnival, fl-14 ta' Frar ikun San Valentinu, u ġieli wkoll jaħbat ir-Randan.", "Dan huwa xahar li bla dubju ta' xejn fih x'tiċċelebra.", "Madanakollu, Sinjura President, hemm ukoll l-20 ta' Frar li sfortunatament ma tantx niċċelebrawh u ma tantx insemmuh.", "S'issa, sas-sena l-oħra, fil-Knisja Kattolika anke f'Malta u fid-dinja kollha, imma anke f'Malta, f'dan il-jum huwa magħruf bħala Jum il-Ġustizzja Soċjali.", "Ħafna drabi dan il-jum jasal u jtir mar-riħ bħall-jiem l-oħra, u ma jagħmilx tant impatt, għax il-ġustizzja soċjali forsi mhijiex kummerċjali daqs il-prinjolata, daqs il-karamelli tal-ħarrub jew inkella daqs il-kartolini b'ħafna qlub ħomor.", "Dan il-jum mhuwiex kummerċjali daqshekk; però nixtieq inwassal il-messaġġ li naħseb li ta' min dan il-jum jiċċelebrah b'mod tajjeb u xieraq anke f'pajjiżna.", "Jien, Sinjura President, ma rridx ninstema' ħażin.", "M'għandi xejn kontra dawn il-festi u ma rrid inaqqas xejn minn dawn il-festi, però nsostni li mhux sew li Jum il-Ġustizzja Soċjali, fl-20 ta' Frar, jibqa' għaddej qisu qatt ma kien xejn, qisu bħall-jiem l-oħra.", "Fil-fatt, kif diġà għedt, il-Knisja Kattolika f'Malta biss tiċċelebra u tfakkar dan il-jum, ovvjament mhux bid-daqq tal-qniepen jew inkella bil-kaxxi infernali.", "Hawn irrid ngħid li għandna nkunu grati lejn il-Knisja Kattolika f'Malta, mhux biss għax-xogħol li twettaq, imma anke għall-mod kif tiċċelebra u tfakkar dawn il-jiem.", "Sinjura President, huwa l-bniedem u mhux l-alla tal-flus li għandu jkun fiċ-ċentru tas-sistemi soċjali u ekonomiċi jekk veru rridu li ssaltan il-ġustizzja soċjali f'pajjiżna.", "Huwa dmir tal-bnedmin kollha, b'mod speċjali tal-awtoritajiet, li jaħdmu għall-ġustizzja soċjali.", "Irridu flimkien inwasslu l-messaġġ ta' min hu bla vuċi, il-messaġġ ta' min qiegħed ibati inġustizzja, il-messaġġ tal-foqra.", "Tajjeb li npoġġu madwar mejda bħalma tagħmel s'issa l-Knisja Kattolika f'Malta u tiddiskuti din l-issue tal-ġustizzja soċjali.", "F'Malta tagħna hemm min jitqabad biex jgħix, u llejla nixtieq, Sinjura President, infakkar anke f'dak li jgħid kemm-il darba Papa Franġisku li l-faqar mhuwiex sfortuna inevitabbli, u l-kawżi tiegħu jridu jiġu identifikati u fl-aħħar mill-aħħar jitneħħew.", "Għaliex aħna għalhekk nipprietkaw, aħna għalhekk inwasslu dawn id-diskorsi, aħna għalhekk immorru fuq it-televiżjoni u nitkellmu dwar il-ġustizzja soċjali u dwar il-faqar f'pajjiżna.", "Ma jistax ikun, Sinjura President, li minħabba r-regħba mhux biss noqtlu l-wiżża li tbid il-bajd tad-deheb, imma nkomplu nitfgħu numru dejjem akbar ta' familji fil-limbu.", "Il-Gvern jaf ukoll dwar dan għaliex hemm esponenti fil-Gvern li jduru madwar pajjiżna.", "Jien indur personalment u jgħiduli li kien għadu kif mar it-tali Ministru jew it-tali rappreżentant tal-Gvern, jew anke saħansitra l-Prim Ministru.", "Dan l-aħħar pajjiżna sar il-pajjiż tal-food banks, il-pajjiż tal-vouchers, il-pajjiż tal-Community Chest Fund.", "Din hi s-sitwazzjoni li ġejna fiha f'pajjiżna, fejn tant familji spiċċaw fil-limbu, fil-qiegħ bla qiegħ minħabba ċerti sitwazzjonijiet.", "Is-sitwazzjonijiet jistgħu jkunu s-separazzjonijiet, jistgħu jkunu xi kondizzjoni, mard jew inkella xi abbuż, bħall-alkoħol u bħad-droga.", "Imma aħna min aħna biex niġġudikaw dawn il-bnedmin?", "Il-Gvern ħafna drabi jżid il-pensjonijiet jew il-finanzi għal dawn il-bnedmin vulnerabbli biex ikomplu għaddejjin bil-ħajja tagħhom.", "Però inti ma tistax issalva l-ħajja ta' dawn il-bnedmin vulnerabbli meta inti qiegħed tagħtihom minn naħa u tgħollilhom minn naħa oħra.", "Dawn huma każijiet li trid tarahom każ każ.", "Għalhekk jiena kontinwament f'kull diskors dejjem ngħid li flimkien għandna npoġġu bilqiegħda madwar mejda u nagħmlu pjan fit-tul, għaliex dak li qiegħda tbati minnu dik il-familja li għandha iben li jisraqha, u tidħol fis-salott u ma ssibx il-linfa.", "Però mbagħad hemm problema oħra li hija differenti, fejn għandek il-missier jgħix bir-relief u, għaliex jemmen li jista' jġibha żewġ xi darba għada pitgħada, imur jilagħbu fil-logħob.", "Din hija sfida oħra differenti u inti ma tindirizzax din l-isfida billi dawn il-bnedmin iżżidilhom fid-dħul għax dak id-dħul se jmorru jonfquh.", "Lil dawn il-bnedmin inti tgħinhom billi ssib pjan strateġiku għal din il-familja biex tkompli għaddejja b'ħajjitha u ma tibqax fil-limbu.", "Huwa importanti, Sinjura President, li inħarsu lil hinn mill-ponta ta' mneħirna, u jiena ma rridx nidher bħala li sempliċement qed nipprova nimla l-bwiet ta' dawn in-nies.", "Dan għax jista' jkollok but mimli, imma dak il-but mimli jkun se jintnefaq fil-logħob jew fid-droga.", "Il-problema ta' dawn il-familji tmur lil hinn mill-bwiet.", "Bla dubju, min tassew jemmen fil-ġustizzja soċjali għandu jibqa' jirsisti għaliha kuljum.", "Irridu nagħmlu minn kollox biex nipprovaw neqirdu l-inġustizzja soċjali.", "Xogħolna m'għandu jieqaf qatt, u rridu anke nibqgħu nirsistu biex ikun hawn rivoluzzjoni fis-soċjetà.", "Nerġa' ngħid, ir-rivoluzzjoni ma ssirx billi wieħed iżid il-flus minn naħa u jeħodhom minn naħa oħra bl-għoli tal-ħajja, bl-għoli fil-prezzijiet tal-ħobż, tal-gass u tal-prodotti tal-ħalib.", "Irridu nsibu l-mezzi biex naslu għal komunità fejn kulħadd jagħti li jista' u jieħu biss dak li jeħtieġ.", "Sfortunatament, qed ngħixu f'soċjetà fejn kollox jgħaddi.", "Qed ngħixu f'soċjetà fejn kulħadd igerger fuq l-internet u fuq il-Facebook, però m'aħniex kapaċi nitkellmu kif suppost u nuru snienna fejn suppost.", "Jekk inti toqgħod tgerger biss minn wara l-computer – u f'pajjiżna għandna ħafna minn dawn – jibqa' kollox kif inhu.", "Anke taħt fake profiles tista' tgħid li trid, hija the easy way out.", "Irridu nqumu iktar bħala poplu quddiem dawn l-inġustizzji li naraw f'pajjiżna biex verament il-ġustizzja soċjali sseħħ.", "Nemmen li meta jdejquna ċerti affarijiet, postna mhuwiex wara l-computer imma huwa fit-toroq insemmgħu l-vuċi tagħna.", "Sfortunatament, hija l-agħar u l-aktar marda kiefra li jista' jkollu pajjiż li kollox jibqa' għaddej, u hekk ġabuna tal-faċċata!", "Din hija mewġa oħra li rridu nissieltu kontra dawk li jaqblilhom jgħidu li aħna negattivi u li jagħtina fastidju kollox, saħansitra anke l-ġid li hawn madwarna.", "Sinjura President, qegħdin naraw b'għajnejna li t-torta l-kbira mħawra mhux qed jiekol minnha kulħadd indaqs, imma hemm min qed jieħu porzjonijiet kbar li mbagħad naslu li tant nikluha kollha li nidinbu bid-dnub tal-gula, u filwaqt li hemm min jieħu aktar minn porzjon wieħed, hemm dawk li m'għandhom xejn u qegħdin jieħdu biċċa żgħira mit-torta, bilkemm jitrejqu minnha, jew inkella assolutament ma jieħdu xejn minnha.", "Din mhijiex Malta li ħlomt biha jien.", "U jekk il-Prim Ministru Malti ħolom biha, jiena ma naħsibx li kellu suċċess u rnexxa.", "Min jaqbillu jħeġġiġna nħarsu n-naħa l-oħra u nħallu d-dinja ddur, jipprova jagħtik biċċa kbira mit-torta biex tiblagħha u tagħlaq ħalqek.", "Dwar dawk li għaddejjin mis-sofferenzi, dawk il-familji li tfajna fil-limbu, ibellgħuhielna li l-problema ġabuha b'idejhom.", "Ibellgħuhielna li huma għażżenin, li ma jafux jagħmlu prijoritajiet.", "Min jaqbillu li nagħlqu ħalqna għandu l-mezzi f'idejh li lilna jpenġina foloz u jġegħelna nidhru qnieżaħ u li moħħna biex insibu x-xagħra fl-għaġina.", "Flok joqgħod ipitter dan it-tip ta' pitturi l-Gvern għandu jkollu l-kuraġġ li jintervjeni u ma jħallix aktar lil dawn ħutna Maltin ibatu.", "Il-Gvern huwa fid-dmir li jintervjeni fejn hemm bżonn biex tinħoloq din il-ġustizzja soċjali.", "Jien se nikkonkludi hawn.", "Jien ġej mill-Partit Nazzjonalista u bħala Partit aħna wkoll se ningħaqdu mal-Knisja u nfakkru dan il-jum tal-ġustizzja soċjali.", "Il-Partit Nazzjonalista qed jistieden fid-Dar Ċentrali lil dawk il-bnedmin li għaddejjin minn xi sfida u lil dawk li qed iħossu li qed jikkumbattu waħidhom mal-ħajja biex ikollna diskussjoni diretta magħhom.", "Din il-konferenza se ssir is-Sibt, 2 ta' Marzu fid-9.00 a.m., bil-għan li l-Partit anke jisma' mis-sors it-tbatijiet ta' tant familji li qegħdin jitqabdu biex ikomplu b'ħajjithom.", "Il-biċċa l-kbira tal-kandidati għall-MEP qegħdin anke jiddiskutu dawn is-suġġetti u qegħdin narawhom anke fuq l-aħbarijiet jitkellmu dwar il-problema tal-faqar u tal-housing f'pajjiżna.", "Nagħlaq billi nistieden lil min hu ta' rieda tajba biex jiġi madwar din il-mejda, biex jiġi jisma' esperjenzi ta' vera, biex inqegħedu jdejna fuq il-ferita ta' dawk li mhumiex jaraw futur sabiħ.", "Grazzi, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi lilek.", "Il-Kamra issa hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Il-lejl it-tajjeb.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet, u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet, u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet, u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet, u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "AMNESTIJI LILL-PRIĠUNIERI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'amnestiji ngħataw lill-priġunieri u kemm kien iż-żmien f'kull każ?", "Jista' jgħid, għal kull darba li ngħatat amnestija, kemm-il priġunier ibbenefika mill-imsemmija amnestija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "IAN BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt, jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress illi tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SUQ TAL-PROPRJETÀ – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà, jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8357 tal-istess seduta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk kinitx mistiedna, u jekk iva, jekk attendietx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Tista' tgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtha?", "JUSTYNE CARUANA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt, jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-gudikatura') u wkoll peress illi tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "Inżid li min-naħa tiegħi bħala Ministru m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li jirreferi għalihom l-Onor.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt, jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-gudikatura') u wkoll peress illi tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "Inżid li min-naħa tiegħi bħala Ministru m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI / IKLIET / PARTIES", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru. permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva. jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt, jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-gudikatura') u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – ATTENDENZA GĦAL FESTINI / RIĊEVIMENTI U IKLIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. fi kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ, iżda mhux biss, ta' xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta' Diċembru 2018?", "Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta' Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta' kull entità li taqa' taħtu?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-kontenut ta' din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt, jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn 'xi membru tal-ġudikatura') u wkoll peress illi tirrelata mal-kondotta ta' persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.", "Inżid illi min-naħa tiegħi bħala Segretarju Parlamentari m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li qed jirreferi għalihom l-Onor.", "ĦAL TARXIEN – TRIQ IL-FIERES – SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq il-Fieres f'Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li Triq il-Fieres ġiet tiswa €112,030.57.", "ĦAL TARXIEN – TRIQ IL-KBIRA – SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq il-Kbira f'Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li bħalissa għaddejja konsultazzjoni bejn il-periti taż-żewġ naħat, u għaldaqstant ix-xogħol ta din it-triq għadu mhux konkluż, u mhux possibbli għalhekk li jingħata l-ammont f'dan l-istadju.", "ĦAL TARXIEN – TRIQ SANTA MARIA – SPEJJEŻ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq Santa Maria f'Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li mhux possibbli tingħata l-istima ta' kemm ġiet tiswa Triq Santa Marija peress li l-proġett kollu kien jinkorpora fih iż-żona ta' Triq Santa Marija, Triq Betta u Vjal Simmons.", "L-ammont globali tal-proġett kien ta' €107,043.20.", "NEET – ŻGĦAŻAGĦ REĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training) preżentement?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-indikatur tan-NEET jinħadem fuq informazzjoni ta' sena kompluta, u għaldaqstant l-aktar informazzjoni riċenti li teżisti hi għas-sena 2017.", "F'din is-sena, ir-rata ta' persuni ta' bejn il-15 u l-24 sena li kienu meqjusin bħala NEET kienet ta' 8.6%.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hiex se tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176, European Landscape Convention?", "Interpellant li fl-2010 il-Gvern ta' dak iż-żmien kien iddeċieda li din il-Konvenzjoni ma tkunx ratifikata.", "ALĠERIJA - ĦRUĠ TA' VISAS - RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu b'referenza għar-rapport ippreżentat mill-Awditur Ġenerali dwar il-Konsolat tal-Alġerija, intitolat 'An Investigation of Visas issued by the Maltese Consulate in Algiers'?", "CARMELO ABELA: Ninsab infurmat li l-Ministeru ħa l-passi korrettivi fuq il-proċedura wżata fil-Konsolat ġewwa l-Alġerija ħafna qabel ma ġie ppubblikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.", "L-istess rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-Ministeru fiż-żmien li kienu saru l-allegazzjonijiet kien aġixxa b'mod korrett.", "Dan l-imsemmi rapport jagħmel ukoll referenza għal rapport ta' evalwazzjoni li kienet għamlet il-Kummissjoni Ewropea f'Settembru 2016, fejn anke hawn dan ir-rapport ma sab l-ebda rregolaritajiet ħlief xi wħud operazzjonali.", "B'referenza għan-nuqqas ta' riżorsi, din hija sfida li l-Ministeru ilu jħabbat wiċċu magħha snin twal u qed isiru l-isforzi biex nimpjegaw diplomatiċi ħalli jkunu jistgħu jservu kemm f'Malta, kif ukoll barra minn Malta fid-diversi missjonijiet u konsolati li għandna.", "Tajjeb li ngħid li fil-preżent ġewwa l-Konsolat tagħna fl-Alġerija hemm Commercial Attaché mibgħut mill-Malta Enterprise u Konslu ġdid li huwa Konslu tal-karriera.", "Issa li r-rapport tal-Awditur Ġenerali ġie ppubblikat, nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru se jkompli janalizza l-partijiet li huma relevanti għall-Ministeru tiegħi u mhux spekulattivi ta' dan l-istess rapport, ħalli fejn nistgħu nkomplu ntejbu l-operat konsolari.", "DIPARTIMENTI, AWTORITAJIET, AĠENZIJI U ENTITAJIET GOVERNATTIVI – ĦADDIEMA GĦAWDXIN LI JAĦDMU MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8123 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema Entità, Dipartiment, Awtorità, Aġenzija qed jaħdmu?", "JOSEPH MUSCAT: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamenatri 8288.", "Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "XEWKIJA – TRIQ SANNAT – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8204 kollha u tgħid min hu l-perit inkarigat mit-tieni parti ta' Triq Sannat, Xewkija, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa?", "Tista' tgħid min ipprepara l-Bill of Quantities għal din it-triq?", "Interpellant li bħalissa hemm appell għaddej u kull talba għal informazzjoni mhix f'lokha.", "MALTA INVESTMENTS PLC – PROĠETTI F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Malta Investments plc ġewwa Għawdex sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum?", "Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati li ser isiru matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex?", "CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema entità qed jirreferi fil-mistoqsija.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'sar sa issa fuq il-Master Plan ta' Kemmuna?", "Min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-Master Plan u xogħol ieħor relatat ma' Kemmuna?", "Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija, kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s'issa u x'tip ta' xogħol fuq dan il-proġett, u kemm tħallas/tħallset s'issa?", "Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas?", "Kemm tħallas sa issa?", "Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan ta' Kemmuna u xogħol relatat matul is-sena 2019?", "Interpellant li, minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta' konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.", "Dawn il-konsulenti huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett ta' rinovazzjoni u xogħol ieħor f'Villa Lauri f'Birkirkara?", "Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija, kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s'issa u x'tip ta' xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s'issa?", "Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas?", "Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-proġett ta' rinnovar u xogħol ieħor ta' Villa Lauri f'Birkirkara matul is-sena 2019?", "Interpellant li, minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta' konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.", "Dawn il-konsulenti huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.", "GEO-BLOCKING – INFURZAR TAR-REGOLAMENTI TAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-Geo-blocking li daħal fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2018, u tenut kont li minkejja l-mistoqsijiet parlamentari 5837, 7777 u 8103 fejn allura ma ġiex żvelat liema awtorità pubblika f'Malta hija l-awtorità kompetenti għall-infurzar ta' dan ir-regolament, jista' l-Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jsiru lmenti jekk ikun hemm ksur tar-Regolament dwar il-Geo-blocking?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-awtorità kompetenti għall-infurzar tar-regolament dwar il-Geo-blocking skont l-Artikolu 7 hija l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Ilmenti mingħand operaturi ekonomiċi jintlaqgħu mill-istess Awtorità, filwaqt li ilmenti mingħand konsumaturi jintlaqgħu miċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur ta' Malta, li hija l-entità li ġiet assenjata li tagħti assistenza prattika lill-konsumaturi.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8557, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8558, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8559, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8560, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8561, u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8562, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ FID-DINJA TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' persuni b'diżabilità li kienu jaħdmu mill-2013 sa Ottubru 2018, maqsuma sena b`sena, kien hekk:", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta' kuntrabandu ta' sigaretti u xorb mid-Dwana mill-2013 sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdet droga mid-Dwana mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jagħti l-ammont tad-droga maqbuda u x'tip kienet?", "Jista' f'kull każ jagħti l-valur maħsub tad-droga maqbuda?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FORZI ARMATI TA' MALTA – OPERAZZJONI TA' SALVATAĠĠ FUQ IL-BAĦAR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta' salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati nies mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena?", "Kemm ġew salvati nies f'dawn l-operazzjonijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu msemmi l-Forzi Armati ta' Malta wettqu operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar u ġew salvati nies kif ġej:", "KORP TAL-PULIZIJA – OPERAZZJONI TA' SALVATAĠĠ FUQ IL-BAĦAR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta' salvataġġ kien hemm li kienet tinvolvi membri tal-Korp tal-Pulizija fejn matulhom ġew salvati nies mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena?", "Kemm ġew salvati nies f'dawn l-operazzjonijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda operazzjoni ta' salvataġġ fuq il-baħar li kienet tinvolvi membri tal-Korp tal-Pulizija mill-2013 sa Frar 2019.", "Operazzjonijiet ta' din ix-xorta jitmexxew mill-Forzi Armati ta' Malta.", "PROTEZZJONI ĊIVILI – KAŻIJIET TA' GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena?", "Jista' jgħid x'kienu t-talbiet għall-għajnuna?", "Jista' jgħid kemm ġew salvati nies, fejn applikabbli?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-2016 kollox beda jiġi rreġistrat fil-Control Room u għalhekk inbidel xi ftit l-istil.", "Tajjeb li ngħidu li ma tinżammx statistika ta' kemm ġew salvati nies.", "Talbiet għall-għajnuna saru skont it-tabella li qed tidher hawn taħt, filwaqt li informazzjoni dettaljata tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦALLIEMA IRTIRATI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati għalliema irtirati minn Settembru 2018 sa Jannar 2019 u f'liema suġġetti?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol impjega sitt għalliema rtirati, ħamsa għall-Inġliż u wieħed għad-Design and Technology.", "Hemm ukoll ħames għalliema rtirati oħra li, għalkemm mhux impjegati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, ingħataw contract for service.", "PREFECTS OF DISCIPLINE – KULLEĠĠI STATALI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Prefects of Discipline f'kull kulleġġ statali fil-preżent?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li hemm ħames Kapijiet ta' Dipartiment tal-Prefett tad-Dixxiplina li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom f'ħames kulleġġi.", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ma ħatarx il-Kunsill tal-Marsa Racing club għas-sena 2019?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dan il-Kunsill inħatar b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2019, u ġie mħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Jannar 2019."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190212_196d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 13 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 196, li saret fit-12 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman, datata 12 ta' Frar 2019, dwar il-każ ta' sitt uffiċjali fil-Forzi Armati ta' Malta b'referenza għall-proċess ta' għażla għar-rank ta' Lieutenant Colonel.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maħfra presidenzjali ngħatat matul il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Fil-perijodu indikat mill-Onor.", "Interpellant ma ngħatat l-ebda maħfra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, nixtieq nagħmel mistoqsija lill-Ministru dwar l-inizjattiva li ttieħdet mill-Qrati tal-Ġustizzja li jkun hemm it-tieni kompożizzjoni tal-Qorti tal-Appell.", "Prattikament, din hija t-tielet kompożizzjoni, għax it-tieni kompożizzjoni hija meta l-Prim Imħallef jirrikuża ruħu, u ngħidu li din hi t-tieni kompożizzjoni minħabba li ovvjament hija kompożizzjoni differenti.", "L-għan kien li jitħaffu l-proċeduri anke quddiem il-Qorti tal-Appell billi prattikament l-appelli jinstemgħu bi tliet imħallfin.", "Issa d-domanda tiegħi hija x'wassal li jkun hemm kompożizzjoni oħra tal-Qorti tal-Appell sabiex il-proċeduri jimxu b'mod aktar spedit, u jekk fil-qrati tagħna hijiex qed tiġi kondotta sitwazzjoni fejn fl-appell jintgħażlu ċertu tip ta' kawżi – u dawn jintgħażlu mhux skont min ikun involut fihom imma skont it-tip ta' kawżi li jkunu u t-tip ta' azzjoni li tkun saret – biex dawk il-kawżi li aħna l-avukati nsejħulhom di facile spedizione jkunu jistgħu jinqatgħu f'qasir żmien, bil-għan li nnaqqsu d-dewmien minħabba li aħna nemmnu li justice delayed is justice denied.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, l-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din id-domanda għax jien u l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, li hu avukat ta' esperjenza kbira, spiss tkellimna fuq il-bżonn li d-deċiżjonijiet li jkun hemm quddiem il-Qorti tal-Appell Superjuri jittieħdu b'mod aktar spedit.", "Fil-kamp ċivili jien jidhirli li qegħdin f'sitwazzjoni pożittiva ħafna, kemm fil-Qorti tal-Maġistrati, kemm fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar, kemm fil-Prim'Awla, eċċ. Jiġifieri nistgħu ngħidu li hemmhekk kien hemm titjib across the board.", "Tgħidli: Biżżejjed?", "Naturalment qatt m'hu biżżejjed u meta kawża ddum aktar minn sena jew sena u nofs, iħossuha anke l-partijiet għax f'daqqa waħda jibdew jistaqsu kemm se ddum ma tinqata' l-kawża.", "Issa ħalliha li fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hemm kju ta' tliet snin, imma wieħed ikun jista' jifhem liċ-ċittadin meta jgħidlek: Kif jista' jkun li wara sena u nofs għadni tiela u nieżel il-qorti?!", "Dan huwa sentiment li jien nifhmu, però jidher li t-titjib li sar fil-kamp ċivili mhuwiex żgħir.", "Madanakollu, issa rridu naħdmu aktar fir-rigward tal-Qorti tal-Appell Superjuri, li għandha tliet imħallfin, liema mħallfin prattikament jisimgħu l-kawżi kollha ħlief dawk tal-Qorti tal-Maġistrati u dawk tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar.", "L-appelli inferjuri, jiġifieri l-appelli ż-żgħar, mexjin tajjeb ħafna, imma sfortunatament fir-rigward tal-Qorti tal-Appell Superjuri ilna għal dawn l-aħħar snin insibu diffikultà dwar kif jinqatgħu aktar appelli milli jidħlu, u s'issa din għadha ma rnexxietx.", "Ir-raġuni hija li issa qed jinqatgħu ħafna aktar kawżi, u allura, jekk normalment fil-Qorti tal-Appell Superjuri jiġu deċiżi tant kawżi filwaqt li isfel qed jidħlu ħafna aktar, awtomatikament se jinħoloq backlog.", "Aħna ħadna żewġ miżuri biex nipprovaw nirranġaw din is-sitwazzjoni.", "L-ewwel miżura li ħadna kienet li, jekk il-partijiet jaqblu, dawn jistgħu jistrieħu fuq in-noti ta' sottomissjonijiet, fuq ir-rikorsi u fuq ir-risposti.", "Fi ftit kliem, jekk jien appellajt, għamilt ir-rikors u tan-naħa l-oħra wieġeb, f'ċirkostanzi normali jkun hemm seduta fejn kull avukat joqgħod jispjega għaliex il-klijent tiegħu għandu raġun, dik li nsejħulha \"trattazzjoni\".", "Issa, aħna qed ngħidu li biex jiġi eliminat il-kju, it-trattazzjoni tista' ma ssirx u l-kawża tgħaddi mill-ewwel għas-sentenza.", "Fil-fatt, kien hemm numru ta' avukati li segwew din il-proċedura ġdida u ngħataw is-sentenza f'ħin aktar spedit għax kieku llum għadhom fil-kju jistennew lill-Qorti tibgħat għalihom għat-trattazzjoni.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u nappella lill-avukati biex jaraw huma jekk fiċ-ċirkostanzi jagħmilx sens li jużaw din il-proċedura.", "Ejjew ngħiduha kif inhi: normalment, meta inti jkollok kawżi tekniċi, ftit huma dawk l-affarijiet extra li se żżid bil-fomm, u normalment f'dawn il-każijiet inti tistrieħ fuq ir-riċerka u l-kitba li tkun għamilt, jiġifieri f'dan il-każ inti jaqbillek tmur mal-ewwel għas-sentenza.", "It-tieni miżura li ħadna biex intaffu din is-sitwazzjoni kienet dik li semma l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, jiġifieri li noħolqu sede oħra tal-Qorti tal-Appell.", "Aħna fil-Parlament kellna din is-sitwazzjoni wkoll għax tant kienu għaddejjin liġijiet li l-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi ma bediex ilaħħaq magħhom, u allura l-Whip kienet ġietu l-idea – li kienet idea tajba ħafna – li noħolqu kumitat aġġunt.", "Fil-fatt illum għal kumitat wieħed għandna tnejn.", "L-istess għamilna fil-każ tal-Qorti tal-Appell.", "Li hemm differenti bejn il-Parlament u l-Qorti huwa li mhuwiex il-gvern li jiddeċiedi liema kawżi għandha tisma' s-sede l-oħra – u allaħares ikun hekk!", "Hawnhekk huwa l-Whip li jiddeċiedi liema abbozzi ta' liġi għandhom imorru quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi u liema għandhom imorru quddiem il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt: imma fil-Qorti allaħares nimxu hekk!", "Għalhekk, fl-emendi li għamilna, aħna konna qbilna li għandu jkun il-Prim Imħallef li jagħżel min se jippresiedi f'din il-qorti aġġunta u liema kawżi għandhom jinstemgħu quddiemha.", "Ta' min jgħid li normalment u fl-istorja legali ta' pajjiżna jkun dejjem il-Prim Imħallef li jippresiedi l-Qorti tal-Appell.", "L-eċċezzjoni tkun jekk, pereżempju, min qed jappella jkun jiġi mill-Prim Imħallef.", "Mela, ejjew ngħidu li l-Prim Imħallef ikun qed jippresiedi kawża u jinduna li dak li jkun appella jkun ħuh jew oħtu.", "F'dak il-każ, huwa jirrikuża ruħu.", "Però, ħlief għal dawn il-każijiet eċċezzjonali, qatt ma kienet fl-istorja legali ta' pajjiżna li l-Qorti tal-Appell ma kinitx ippreseduta mill-Prim Imħallef, u din ħolqot backlog għax hemm limitu ta' kemm il-Prim Imħallef jista' jisma' appelli.", "Għalhekk, aħna ddeċidejna u għamilna emendi biex ikun hemm qorti oħra tal-appell li ma tiġix ippreseduta mill-Prim Imħallef imma minn min ikun the next in line, jew minn xi mħallef ieħor anzjan.", "Il-Prim Imħallef jagħżel hu lil min ipoġġi f'din li jien qed insejħilha bħala \"l-Qorti tal-Appell aġġunta\" u liema kawżi jisma'.", "Fil-fatt, il-Prim Imħallef ħatar imħallfin u anke indika liema kawżi jinstemgħu, li jekk m'iniex sejjer żball huma s-separazzjonijiet u l-kawżi ta' manteniment.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, ikkonkludi, Ministru.", "Niskuża ruħi għar-risposta twila li tajt, imma jien qed nispjega dan anke għall-benefiċċju tan-nies.", "Min forsi għandu xi kawża u qed jistenna li din tiġi appuntata, issa jaf li hemm dawn il-kawżi li qed jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell aġġunta, li jekk m'iniex sejjer żball hija ppreseduta mill-Imħallef Giannino Caruana Demajo.", "Jien nappella sabiex isir aktar sforz biex il-Qorti tal-Appell Superjuri tkompli tiġġenera aktar output, għax huwa kruċjali li l-ġustizzja mhux biss issir imma wkoll tkun tidher li qed issir.", "Nitkellmu ħafna fuq ir-rule of law, u fl-aħħar mill-aħħar l-aqwa rule of law hija li l-ġustizzja ssir fil-ħin, għax is-sistema tagħna b'hekk biss tista' tirrendi ruħha effikaċi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, naf li l-Ministru kien mistieden sabiex jidher quddiem it-TAX3 Committee fi Strasburgu.", "Jista' jgħidilna x'kienet ir-raġuni għal din l-istedina, xi staqsewh u x'kien l-eżitu ta' din l-istess laqgħa?", "OWEN BONNICI: Fil-fatt, Sinjura President, nikkonferma li numru ta' ġimgħat ilu rċevejt stedina biex nidher quddiem il-Kumitat Parlamentari Ewropew TAX3, li huwa kumitat ad hoc, liema kumitat ġie mwaqqaf wara r-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers.", "Proprjament, ġejna mistednin għal dan il-Kumitat jew jien jew il-Prim Ministru, u jien deherli li ġaladarba s-suġġett ta' dan il-Kumitat kienet it-taxxa u r-rule of law, peress li jien nista' nitkellem aktar fuq dak il-qasam, id-dover tiegħi kien li nattendi jien għal dan il-Kumitat, u siegħa jew sagħtejn wara li rċevejna din l-istedina bgħatna risposta li jien kont se nattendi.", "Fil-fatt, jien dhert quddiem it-TAX3 Committee fejn spjegajt – u naħseb li hemmhekk kont qed nitkellem għan-nom tal-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti u Għawdxi – li pajjiżna huwa pajjiż serju li jiġġieled il-ħasil tal-flus, li jiġġieled ir-reati fiskali, li jaġixxi, li għandu istituzzjonijiet li jaħdmu u li bħal kull pajjiż ieħor irid ikompli jtejjeb l-istituzzjonijiet tiegħu.", "Jien għedt li għandi fiduċja sħiħa fl-istituzzjonijiet kollha tagħna u li rridu nkomplu ntejbu s-sistemi tagħna.", "Jien jidhirli li pajjiżna, fil-mod kif iġib ruħu f'kull qasam … U tista' ssir kritika li pajjiżna huwa xi paradiso fiscale għax din il-kritika hija inġusta għalkollox!", "Mhux veru li pajjiżna huwa paradiso fiscale!", "Din hija gidba, u jien kont hemmhekk biex, f'isem il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, ngħid il-fatti kif inhuma, ċjoè li pajjiżna huwa pajjiż serju b'istituzzjonijiet li jaħdmu.", "Issa hawnhekk irrid nesprimi dispjaċir għall-fatt li kien hemm Membri Parlamentari Ewropej eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista li ġabu ruħhom b'mod li taw l-impressjoni li Malta qisha l-Wild West fejn ma teżisti ebda serjetà!", "Sakemm din il-kritika kienet issir bejnietna – pereżempju fuq il-programm Xarabank – jien kont ngħid li b'daqshekk ma ġara xejn, imbagħad wara li jgħaddu l-ħames snin, jiġġudika l-poplu.", "Imma dan it-tip ta' diskors jinżel għasel meta jingħad quddiem dawk il-barranin li ilhom imdejqin is-snin bil-fatt li Malta qed jirnexxilha tattira investiment barrani, u dan bis-saħħa ta' politika fiskali li qablu fuqha ż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Hawnhekk irrid nagħti mertu lill-eks Ministru John Dalli – li kien ippilota pakkett finanzjarju li attira l-kunsens ta' kulħadd – u lill-mibki Lino Spiteri li, bl-għajnuna ta' Dr Karmenu Mifsud Bonnici – li nixtieq insellimlu minn hawnhekk – kienu ħadmu flimkien biex għamlu pakkett legali finanzjarju u fiskali li bis-saħħa tiegħu twieldu s-servizzi finanzjarji u ġie attirat lejn pajjiżna investiment barrani ġdid.", "Wara dan is-suċċess, aħna bdejna naraw pajjiżi barranin li beda jdejjaqhom u jweġġagħhom il-fatt li aħna għandna rata li bis-saħħa tagħha qed nattiraw l-investiment.", "Id-diskors li għamlu l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista serva ta' balzmu għal min ilu ħafna snin jipprova jattakka s-sistemi tat-taxxa tagħna.", "Dak id-diskors kien mużika għal widnejn min ilu ħafna jipprova jara ma' xiex jista' jiggranfa – u min jifhem fis-settur jaf x'qed ngħid – biex itellef ir-rankatura u s-sistema fiskali tagħna!", "Għalhekk, il-fatt li jien tkellimt mal-istituzzjonijiet Ewropej dwar dan il-qasam kienet esperjenza pożittiva u kostruttiva, imma żgur illi li jkollok Membri Parlamentari Ewropej ifajru a destra e a sinistra kontra l-istituzzjonijiet kollha, inkluż kontra l-qrati … Pereżempju, il-fatt li jkollok Membru Parlamentari Ewropew Malti bħali u bħalek li jgħid quddiem il-barranin li f'pajjiżna lanqas il-qrati ma jiffunzjonaw hija verament marka sewda li ma tagħmilx ġieħ lil min ġie elett biex jirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien hawnhekk irrid nirriafferma li pajjiżna huwa pajjiż serju u li aħna għandna istituzzjonijiet li jaħdmu, li aħna qed nagħmlu dak kollu mistenni minna biex niġġieldu l-ħasil tal-flus, biex niġġieldu r-reati finanzjarji kriminali u biex inkomplu nsaħħu s-saltna tad-dritt.", "Li jkun hemm dibattiti f'Malta u f'dan il-Parlament hija xi ħaġa tajba f'demokrazija, imma li naqbdu kull ma jiġina f'idejna u nwaddbuh għal Malta u nsawtu lil pajjiżna quddiem il-barranin meta nafu li dak li qed ngħidu jista' jwassal għal konsegwenzi, huwa inaċċettabbli!", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, jien naf li t-TAX3 Committee ma staqsiex lill-Ministru biss fuq l-istruttura istituzzjonali, jiġifieri fuq il-qrati tagħna.", "Nixtieq li l-Ministru jelabora wkoll dwar żewġ punti oħra partikolari li ġie mistoqsi fuqhom: dwar l-istrutturi istituzzjonali fir-rigward tal-ħasil tal-flus, kemm f'pajjiżna kif ukoll fuq livell Ewropew – għax ħafna drabi dawn it-transactions ikunu transborder, jiġifieri jużurpaw il-konfini nazzjonali ta' pajjiż – kif ukoll dwar iċ-checks and balances fuq l-Eżekuttiv tagħna.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nikkonferma li ġejt mistoqsi dwar dawn iż-żewġ setturi, li huma kruċjali u importanti ħafna.", "L-ewwel nett, tajjeb nispjegaw lil min qed jismagħna li l-Unjoni Ewropea għandha l-liġijiet tagħha biex tiġġieled il-ħasil tal-flus; dawk li ngħidulhom anti-money laundering directives.", "Fil-fatt s'issa diġà hemm erba' direttivi li kull membru huwa mistenni li jimplimenta.", "Jiġifieri sal-lum kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea diġà kellu jimplimenta l-anti-money laundering directives li għaddew.", "Issa ġiet approvata wkoll il-ħames direttiva li l-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea jridu jibdew jimplimentaw.", "Hawnhekk ta' min jispjega li pajjiż mhuwiex obbligat jimplimenta dawn id-direttivi mill-ewwel, imma hemm data sa meta pajjiż jista' jimplimenta dawn id-direttivi, u inċidentalment jien indikajt lill-Membri Parlamentari Ewropej li kienu quddiemi li l-Gvern qed jikkommetti ruħu li jimplimenta din il-ħames direttiva kontra l-ħasil tal-flus sa Jannar 2020.", "Spjegajt ukoll ix-xogħol kollu li qed nagħmlu biex inwettqu l-obbligi tagħna bħala pajjiż.", "Għedt li aħna għaddejna r-raba' direttiva numru ta' xhur ilu, wara dibattitu li kien hawn f'dan il-Parlament, liema dibattitu dam għaddej xi ġimagħtejn.", "Billi naf li l-Kummissjoni Ewropea kellha xi riżervi dwar kif qed nimplimentawha, jien spjegajt li mal-Kummissjoni Ewropea mxejna tajjeb ħafna, hemm sens kollaborattiv immens u spiċċa biex intlaħaq ukoll qbil favur il-mod kif qed nimplimentawha.", "Issa li jonqos huwa punt wieħed, dak relatat mal-estate agencies, li t-tekniċi qed jiddiskutuh flimkien.", "Fejn tidħol ir-rule of law dan il-Gvern wettaq ħafna.", "Il-punt tat-tluq huwa li l-liġijiet tagħna – li tikkritikahom saħansitra l-Oppożizzjoni – huma legacy laws li kienu hemmhekk u li ntirtu minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Mela mhuwiex il-każ li aħna għamilna liġi u l-Unjoni Ewropea qaltilna li dik il-liġi hija ħażina.", "Ir-realtà hi li gvern wara l-ieħor wiret il-liġijiet li għandna u, wara talba tagħna stess, il-Kummissjoni Venezja, li l-membri tagħha huma esperti f'dan il-qasam, tatna parir fejn nistgħu nkomplu ntejbu.", "Ta' min jgħid ukoll li fejn aħna konna diġà lħaqna bdejna nbiddlu, qalulna li għamilna pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Ħalli nagħti eżempju b'qasam li naf li jattira ċerta kritika, u nieqaf hawnhekk: dak tal-ħatra tal-ġudikanti.", "Sal-lum taħt kwalunkwe gvern kien il-Prim Ministru li jagħti parir lill-President u jaħtar bħala maġistrat jew imħallef lil min irid hu, għalkemm naturalment dan irid ikun soġġett anke għar-rekwiżiti tal-esperjenza li tesiġi l-Kostituzzjoni.", "Aħna, bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, għamilna sistema fejn l-ewwel l-ismijiet ikunu jridu jiġu approvati minn kumitat indipendenti – u naħseb li llum ħadd ma għandu dubju dwar l-indipendenza ta' dan il-kumitat – u mbagħad huwa biss wara li l-ismijiet jiġu approvati minn dan il-kumitat li l-gvern ikun jista' jagħżel minn dawk l-ismijiet tal-kandidati biex jinħatru bħala maġistrati jew imħallfin.", "Issa l-Kummissjoni Venezja qed tgħidilna: Imxu pass ieħor billi teliminaw kompletament ir-rwol tal-Eżekuttiv minn din il-ħaġa u aħna nirrikonoxxu li dan kien pass pożittiv.", "Allura gvern li qed jieħu dawn il-passi pożittivi huwa gvern li qed jikkalpesta r-rule of law?!", "Hawn se jkolli nerġa' niġi għal dak li għedt fil-bidu.", "Intenni li għalija huwa ta' dispjaċir kbir li f'kamra mimlija barranin ikun hemm Maltin bħali u bħalek li quddiem il-barranin ipinġu realtà li jafu li mhijiex vera, u jgħidu li f'Malta xejn ma qed jaħdem, li Malta qisha l-Wild West, li f'Malta m'hawnx liġijiet, m'hawnx pulizija u m'hawnx qrati u li f'Malta kkollassa kollox!", "Nerġa' ngħid li dan it-tip ta' diskors niżel għasel u balzmu għal min ilu ħafna jipprova jattakka dawk l-aspetti fis-sistema tagħna li jirrenduna kompetittivi u jattiraw ix-xogħol.", "Għalhekk, għal darb'oħra ntenni li, filwaqt li internament huwa aċċettabbli li jkun hemm il-kritika – anzi f'demokrazija hija xi ħaġa pożittiva li wieħed jiddibatti, jikkritika u jitmasħan – fl-istess ħin irridu nirrispettaw il-prinċipju li Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-Ministru semma l-Kummissjoni Venezja, li fuq talba tal-Gvern ħadet speċi ta' x-ray lill-istat istituzzjonali u s-saltna tad-dritt tagħna.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'rimarki kien hemm għall-inizjattivi li ħa l-Gvern mill-2013 'il quddiem biex nallinjaw mal-istandards bażiċi li tistenna minna mhux biss il-Kummissjoni Venezja, imma anke l-Kummissjoni GRECO (Group of States Against Corruption), li qabel l-2013 kienet tibgħat rapporti fejn kienet tiddeskrivi lilna u lill-istat tal-ġudikatura tagħna bħala country jamboree, eċċ.?", "Għax, wara kollox, dan mhux l-ewwel rapport li kellna.", "Għalhekk, jista' l-Ministru jgħidilna x'qalet il-Kummissjoni Venezja għal dawk li huma avvanzi li għamilna f'dan ir-rigward mill-2013 'il quddiem?", "OWEN BONNICI: Sinjura President, fil-fatt jien se nibda billi ngħid x'ma fihx ir-rapport tal- Kummissjoni Venezja.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja ma fihx li f'pajjiżna għandna sistema fejn xejn mhu qed jaħdem!", "Kien hemm min qal, anke f'dan il-Parlament, li f'pajjiżna r-rule of law ma jaħdimx u li għandna sistema ta' kriżi ta' repeated failures.", "Il-Kummissjoni Venezja lanqas kelma waħda ma qalet biex tagħti lil wieħed x'jifhem li f'pajjiżna għandna xi stat fejn ir-rule of law ma jaħdimx.", "Li qalet il-Kummissjoni Venezja hu li hemm punti fejn nistgħu nkomplu ntejbu, u jien kont l-ewwel wieħed li għedt li hemm punti li rridu nkomplu ntejbuhom.", "Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn il-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista fejn tidħol il-ġustizzja, kemm dak tal-2013, kif ukoll dak tal-2017 – ara l-Partit Nazzjonalista fl-2017 lanqas sentenza waħda ma kiteb fuq il-ġustizzja fil-Manifest Elettorali tiegħu! – aħna konna pproponejna li nkomplu ntejbu u mmexxu l-qasam tal-ġustizzja 'l quddiem għax nifhmu li rridu nkomplu ntejbuh.", "Il-Kummissjoni Venezja elenkat numru ta' punti li qalet li għandu jkun hemm titjib dwarhom, imma nerġa' nenfasizza li bl-ebda mod ma kien hemm xi diskors fis-sens li aħna għandna xi kollass fis-sistema tar-rule of law.", "Anzi hi qed tgħidilna li s-sistema tagħna taħdem u li għandna nkomplu ntejbuha b'dan il-mod.", "Jien l-ewwel wieħed favur li nkomplu ntejbu s-sistema tagħna.", "Interpellant staqsieni dwar il-Kummissjoni Venezja, nixtieq nerġa' nagħmilha ċara minn fejn twieldet l-idea li aħna stess nitolbu lill-Kummissjoni Venenzja tiġi u tagħmel x-ray tas-sitwazzjoni legali ta' pajjiżna.", "Fil-fatt din twieldet wara laqgħa li kellna mal-LIBE Committee (European Parliament Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs), ippresedut minn Sophie in 't Veld, li hija Membru tal-Parlament Ewropew.", "Ta' min jgħid li preżenti għal din il-laqgħa kien hemm diversi Membri ta' din il-Kamra, u matul din il-laqgħa l-Onor.", "Sophie in 't Veld stess staqsietna: 'Intom tiddejqu jekk il-Kummissjoni Venezja jkollha tagħmel x-ray tas-sitwazzjoni legali ta' pajjiżkom u tagħmel rapport dwaru?'", "U aħna, min-naħa tagħna, għednielha: 'Niddejqu?!", "Aħna xi rridu niddejqu?!", "Aħna għandna fiduċja fis-sistema tagħna, nafu li taħdem, u rridu nkomplu ntejbuha!'", "U ma kellniex problema li nitolbu aħna stess l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja dwar dawn l-aspetti!", "Din qed nispjegaha b'mod partikolari minħabba li f'xi ġurnali erġajt rajt il-falsità li aħna bgħatna l-ittra għax bagħatha ħaddieħor.", "X'għamel ħaddieħor jara hu, u aħna nirrispettaw dak li għamel, imma fattwalment l-offerta min-naħa tal-Onor. in 't Veld saret qabel ma bagħat l-ittra ħaddieħor, kif wara kollox kellu kull dritt li jibgħat.", "Hawn qed nirreferi għall-Onor.", "Membru Olandiż li jpoġġi fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Fil-fatt, fir-rapport tagħha l-Kummissjoni Venenzja kkonkludiet dak li aħna ilna nafu, ċjoè, li s-sistema tagħna taħdem, li s-sistema legali tagħna tiffunzjona u li hemm oqsma li għandna nkomplu ntejbuhom.", "Aħna disposti li l-aġenda riformista tagħna, li bdiet mis-sena 2013, tkompli għaddejja billi nkomplu nbiddlu u nkomplu ntejbu ħalli nkomplu nsaħħu r-rule of law f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar qabdiet ta' droga reġistrati mit-Taqsima kontra d-Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, kif ukoll każi ta' qabdiet li ġew riferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana, bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8757; u", "Tagħrif dwar każijiet fejn il-pulizija arrestat passiġġiera fuq trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom, bejn l-2013 u Novembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8758.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, nixtieq nagħmel stqarrija qasira dwar cyber attack li seħħ fissistemi talBank of Valletta.", "Nagħmilha ċara li qed nagħmel din listqarrija bħala Prim Ministru in vista li lBank huwa wieħed maġġuri għallekonomija ta' pajjiżna.", "Illum wara nofsinhar, kelli laqgħa maċChairman, Chief Executive u t-tmexxija talBank of Valletta, filpreżenza talBank Ċentrali, lMFSA (Malta Financial Services Authority), ilMinistru talFinanzi u sSegretarju Parlamentari għasServizzi Finanzjarji.", "Din illaqgħa saret minħabba limpatt li scyber attack għandu fuq ilBank of Valletta u għalhekk fuq lekonomija Maltija.", "S'issa ġew stabbiliti dawn ilfatti.", "Dalgħodu, ftit wara lftuħ tannegozju, ilBank of Valletta nduna li kien hemm problema firreconciliation ta' transazzjonijiet internazzjonali, liema eżerċizzju jsir ta' kull filgħodu.", "Ftit wara, lawtoritajiet tassigurtà Maltin informaw lill-Bank li huma kienu ġew informati minn networks internazzjonali tassigurtà li lBank kien ġie targeted f'cyber attack.", "Jidher li lattakk, li kien pjuttost elaborat, oriġina minn barra lpajjiż.", "Fi żmien madwar 30 minuta, ilBank waqqaf ilpagamenti internazzjonali li kienu ġew maħluqa u li kienu saru lejn banek f'erba' pajjiżi differenti, jiġifieri rRenju Unit, lIstati Uniti, irRepubblika Ċeka u Hong Kong.", "IlBank talab lillcorrespondent banks tiegħu biex iwaqqfu dawn ilpagamenti u saru wkoll kuntatti malbanek involuti biex jiġu reversed pagamenti li setgħu laħqu saru.", "Sadattant, biex tiġi minimizzata lpossibilità li jkun hemm aktar attakki, ilBank iddeċieda li jwaqqaf loperat tiegħu temporanjament.", "Matul dawn issigħat qed isiru eżamijiet tassistemi bilgħan li wieħed jiċċekkjahom sewwa.", "Kif jintemm dan lezerċizzju, u kif ikun żgurat li jkun sigur li jsir hekk, issistemi u loperat talBank se jitpoġġew millġdid online.", "Ġejt assigurat mittmexxija talBank of Valletta li ddepożiti u lfaċilitajiet miżmuma filBank huma siguri.", "Tajjeb inserraħ moħħ kulħadd dwar hekk.", "Irregolatur informani wkoll li banek oħra ma rrapportaw lebda tip t'attakk.", "Ninsab informat li lPulizija qiegħda tinvestiga, u għaddejja inkjesta maġisterjali.", "IlGvern informa linNational Cyber Security Committee u skatta mekkaniżmu li permezz tiegħu esperti mqabbda millistess sistema daħlu biex jgħinu lillesperti talBank of Valletta.", "Bħala Gvern nixtieq nassigura li qed nagħtu lappoġġ tagħna kollu lillBank of Valletta, kif nagħtu lil kull istituzzjoni oħra filpajjiż.", "Lgħan ta' din listqarrija mhuwiex li tieħu post stqarrijiet talBank of Valletta, iżda biex inserraħ moħħ ilfamilji u n-negozjanti li flushom jinsabu siguri, u li linkonvenjenza li qed tiġi sofferta millklijenti hija intenzjonata biex jiġu protetti listess klijenti.", "Għamiltha ċara malBank li huwa importanti li, filwaqt li lBank jgħaġġel kemm jista' jkun biex jirranġa ssitwazzjoni u jerġa' jibda jopera, ilprijorità hi ssigurtà u lintegrità talistess istituzzjoni, u li flus innies jibqgħu siguri, kif inhuma.", "Sadattant, qed isiru arranġamenti malBank Ċentrali u entitajiet oħra biex isiru arranġamenti alternattivi, fosthom dwar pagamenti tasservizzi soċjali u pagamenti ta' persuni li jinsabu msifrin.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): L-ewwel nett, Sinjura President, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru ta' din l-Istqarrija Ministerjali.", "Nifhem li din hija xi ħaġa ta' materja sensittiva ħafna u li, sakemm ma jkollokx l-informazzjoni kollha – jiġifieri, sħiħa u kompluta – ikun imprudenti li wieħed jikkummenta b'mod ġeneriku.", "Jekk huwa possibbli, f'dan l-istadju nixtieq inkun naf ukoll – però jekk mhuwiex possibbli, jien nifhimha, u l-għaġla fuq din il-ħaġa mhijiex prijorità – jekk f'dan l-attakk hemmx l-estremitajiet ta' disclosure obligations fil-konfront ta' Kapitlu 5 tal-listing rules, in vista tal-fatt li l-Bank of Valletta huwa listed fuq l-iStock Exchange.", "Kieku jkun tajjeb jekk il-Prim Ministru jidhirlu li jista' jwieġeb din il-mistoqsija, imma jekk le, kif għedt diġà, f'dan l-istadju l-prijorità mhiijiex l-għaġla imma huwa l-konfort li din it-tip ta' tweġiba ġġib magħha.", "Minbarra li jien nitlob lill-Gvern biex jiggarantixxi serħan tal-moħħ rigward dan l-attakk, nixtieq li jiggarantixxi wkoll li jittieħdu l-passi kollha biex jiġi eżaminat hemmx xi structural weaknesses fis-sistema li l-Bank jadopera, u dan sabiex nassiguraw ukoll li dan l-attakk ma jiġi ripetut bl-ebda mod.", "Mill-Istqarrija Ministerjali li għadu kif għamel il-Prim Ministru, qed nifhem li hawn qed nitħaddtu dwar issue monetarja, u allura dwar ammonti ta' flejjes.", "Il-Gvern diġà għandu xi informazzjoni f'dan ir-rigward?", "Għal darb'oħra, nerġa' niġbed l-attenzjoni li l-għaġla mhijiex l-aktar ħaġa importanti hawnhekk.", "Nixtieq nistaqsi wkoll insterqitx, itteħditx jew ġietx mittiefsa informazzjoni kunfidenzjali, jiġifieri data, u mhux flus biss.", "Qed ngħid dan ukoll għax il-Bank of Valletta, taħt l-istrutturi tal-OECD (Organisation for Economic Co-operation and Development), jaqa' taħt id-definizzjoni ta' dak li huwa a systemically important bank, u ċjoè, bank f'pajjiżna li tant hu kbir li m'għandniex inħarsu biss lejn il-bank fih innifsu, imma wkoll lejn il-konsegwenzi tal-bank fis-sistema finanzjarja bankarja ekonomika Maltija.", "Nafu li l-Bank of Valletta għandu 'l fuq minn 20,600 shareholder, u allura l-interess tagħna bħala Oppożizzjoni mhuwiex biss lejn il-klijenti tal-bank, imma wkoll lejn l-azzjonisti tal-bank għax dan l-investiment huwa tagħhom ukoll.", "Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Prim Ministru jekk għandux informazzjoni – u għal darb'oħra, jekk m'għandux din l-informazzjoni jew għadha ma ġietx stabbilita fil-mument ma jimpurtax; lanqas hawnhekk l-għaġla mhi prijorità – dwar jekk ġietx mittiefsa l-correspondent accounting structure tal-Bank, jew inkella jekk dan il-hacking sarx fuq accounts differenti.", "Finalment, partikolarment jekk jiġi kkonfermat li dan l-attakk sar minn entità barranija, aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni nifhmu li dan huwa attakk fuq pajjiżna u mhux sempliċement fuq bank, għax dan huwa attakk fuq bank Malti li huwa tal-Maltin.", "Għalhekk, il-pożizzjoni tagħna se tkun waħda ta' kawtela fejn l-ewwel naraw l-informazzjoni, imma fuq kollox nagħmlu minn kollox biex nikkoperaw ħalli nassiguraw li l-investiment tal-Maltin, tax-shareholders, tal-azzjonisti, tas-sistema finanzjarja u tal-klijenti tal-Bank of Valletta jiġi protett.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Prim Ministru biex jikkonkludi r-rimarki tiegħu.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, nibda billi nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni tal-ispirtu li bih għamel ir-rimarki tiegħu, li naħseb huwa spirtu koperattiv, u dan huwa importanti.", "Se nibda mill-aħħar punt li huwa għamel, ċjoè li dak kollu li qegħdin nagħmlu u li rridu nagħmlu aħna f'din il-Kamra għandna nagħmluh biex nipproteġu l-interessi tal-pajjiż u tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Issa se nipprova nwieġeb il-mistoqsijiet li saruli mill-aħjar li nista'.", "L-ewwel nett, irrid nagħmel premessa.", "Kif għedt, fil-bidu tal-istqarrija ministerjali, jien m'iniex qed nagħmel din l-istqarrija bħala Gvern li huwa shareholder tal-Bank, u lanqas mhu qed nagħmel din l-istqarrija għax billi l-Gvern huwa shareholder tal-Bank, b'xi mod jew ieħor iħoss li jrid jirrispondi f'isem il-Bank.", "Jien, bħala Prim Ministru, qed nagħmel din l-iStqarrija Ministerjali minħabba l-punt li qajjem il-Kap tal-Oppożizzjoni, ċjoè, li l-Bank huwa kklassifikat li għandu effett sistemiku fuq l-ekonomija Maltija.", "Għalhekk jien ħassejt – u naħseb li din hija deċiżjoni tajba – li, filwaqt li teknikament stajt ngħid li dan huwa Bank privat li hu public listed, nirreferi s-sitwazzjoni lejn it-tmexxija tal-bank u full stop fresh line, anke minħabba l-mod kif il-Bank of Valletta hu kklassifikat, jiġifieri li għandu effett sistemiku fuq is-sistema Maltija, kelli niġi hawnhekk u nagħti update tas-sitwazzjoni li nafu biha mhux bħala shareholders imma bħala Gvern ta' pajjiż li hu responsabbli mill-ekonomija tal-pajjiż.", "Qabel ma niġi biex nagħmel il-punti l-oħra xtaqt nagħmel dan il-proviso ċar ħafna minħabba kwalunkwe riperkussjonijiet oħra li jista' jkun hemm fir-rigward ta' kif qed tingħata din l-informazzjoni.", "Dan iwassalni għall-ewwel mistoqsija li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, jiġifieri jekk il-Bank huwiex se jagħmel xi tip ta' stqarrija fuq l-iStock Exchange.", "Huwa totalment f'idejn il-Bord tal-Bank li jieħu dawk id-deċiżjonijiet.", "Il-Gvern ma jistax jagħmel dik l-evalwazzjoni, m'għandux l-informazzjoni neċessarja biex ikun jista' jagħmel dik l-evalwazzjoni u, fil-verità, lanqas għandu jkollna dik l-informazzjoni li twassalna biex nagħmlu dik l-evalwazzjoni.", "It-tielet punt li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni kien jekk hemmx structural weaknesses fis-sistema tal-Bank of Valletta.", "Hawnhekk se naqsam it-tweġiba f'żewġ partijiet.", "L-ewwel nett, fil-fehma tiegħi l-fatt li l-Bank induna bl-attakk qabel ma ġie informat internazzjonalment, li s-sistemi ġew shut down f'anqas minn 30 minuta u ttieħdet deċiżjoni li ma kienet faċli xejn – għax mhijiex ċajta li you shut down the operations of the Bank anke f'dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi internazzjonali fi żmien 30 minuta – juri li hemm struttura soda sew.", "Din hija rimarka li bilfors kelli nagħmilha għax din ma kinitx xi deċiżjoni minuri, anzi kienet maġġuri ħafna, jekk ma kinitx ukoll waħda mill-aktar deċiżjonijiet maġġuri li tista' tieħu fl-operazzjoni ta' kwalunkwe entità.", "Raġuni oħra li turi li l-istruttura ta' dan il-Bank hija waħda soda kienet li dan induna bid-diskrepanzi qabel ma ġie alerted internazzjonalment.", "Naħseb li din kienet waħda mit-tipping points għax, li kieku s-sitwazzjoni kienet differenti u li kieku l-Bank ġie informat minn barra li qed jiġri xi ħaġa u qabbduh jiċċekkja l-affarijiet tiegħu, f'dak il-każ jien l-ewwel wieħed kont inkun inkwetat ħafna.", "Bħalissa x'inhi s-sitwazzjoni, Sinjura President?", "Hawnhekk se nitkellem mill-ġdid fir-rigward tal-Gvern.", "Għandna bank, l-akbar bank li hawn f'Malta - bejn wieħed u ieħor dan imexxi nofs l-ekonomija Maltija fis-sens tat-tranżazzjonijiet li jaffettwawh - u dan il-Bank ilu ġurnata magħluq.", "Dan ifisser li bħalissa nofs l-ekonomija Maltija ma ċaqilqitx il-flus, fatt li minnu nnifsu jħalli effett enormi.", "Dan ħalla wkoll effetti b'mod individwali għax min bħalissa qiegħed barra bil-credit card tal-Bank of Valletta seta' sab diffikultajiet biex jiġbed il-flus.", "Naf – u safejn naf jien il-Bank se jagħmel xi stqarrija minn hawn u ftit tal-ħin ieħor – li ntlaħqu ftehimiet mal-credit card companies – mal-Visa u mal-Master Card – biex jagħtu aktar leeway fis-sens illi, jekk dak li jkun inqabad f'sitwazzjoni li jrid iħallas il-lukanda, sakemm l-operazzjonijiet jerġgħu jiġu għan-normal, l-allowances ta' dawk il-persuni jiġu miftuħa bil-window neċessarja.", "Mill-ġdid, jien m'iniex qiegħed f'pożizzjoni li nagħti d-dettalji għax m'iniex au courant tad-dettalji tekniċi kollha, imma naf li bħalissa l-Bank kien qed jaħdem fuq dik it-tip ta' soluzzjoni.", "Għandna wkoll sitwazzjoni fejn, għada, madwar 12,000 persuna jridu jieħdu pagamenti tas-servizzi soċjali, u ħafna minnhom dawn jgħaddu through direct credit mill-Bank of Valletta.", "Jien naħseb li jekk ikun hemm delay ta' xi ftit sigħat biex dawn il-flus jiddaħħlu fil-kontijiet tal-bank ta' persuna mhijiex se tagħmel xi differenza enormi, imma jrid ikollna l-contingency planning kollu f'postu, u fil-fatt hemmhekk daħal il-Bank Ċentrali biex jekk ikun hemm bżonn jinħarġu anke ċekkijiet tal-Bank Ċentrali f'dan ir-rigward.", "Min-naħa tal-Bank qed tiġi eżaminata wkoll il-possibbiltà li wieħed jiftaħ l-operazzjonijiet ftit ftit, u hawnhekk se nerġa' niġi għall-punt li bħalissa huwa l-aktar importanti.", "Il-flus tan-nies m'humiex qegħdin fil-periklu, jiġifieri m'hemmx sitwazzjoni bħal dik li naraw fil-films fejn il-Bank tilef il-flus tan-nies, jew inkella li filli wieħed kellu €1,000 u filli mar jiċċekkja kemm għandu flus il-Bank bil-card u ma sab xejn.", "Il-flus tan-nies qegħdin hemmhekk u se jibqgħu hemmhekk.", "Dak li jrid jiġi assigurat bħalissa huwa li kif tinxtegħel is-sistema, is-sistema se tkun imnaddfa u mhux se terġa' tinħoloq l-istess problema minn hawn u 12-il siegħa oħra, ġurnata oħra jew ġimgħa oħra.", "Għalhekk il-bilanċ li jrid jintlaħaq huwa bejn li l-Bank ikun operattiv kemm jista' jkun malajr … U mill-ġdid hawn m'iniex qed nitkellem bħala shareholder, imma qed nitkellem għax huwa fl-interess tagħna li Bank li jikkontrolla nofs l-ekonomija jkun back in line malajr kemm jista' jkun.", "Imma l-ewwel irridu nkunu ċerti li s-sistema tal-Bank hija tajba u li l-attakk, li nqabad fil-bidu tiegħu, ma jkunx qiegħed b'xi mod jew ieħor – u hawn forsi se nuża terminoloġija żbaljata – dormant fis-sistema.", "Biex din l-analiżi ssir b'reqqa tieħu l-ħin u għalhekk trid issib bilanċ bejn li tgħaġġel kemm jista' jkun u bejn li meta s-sistema titpoġġa f'postha ma tagħtix aktar problemi.", "Jien ġejt informat ukoll li l-Bank qed jagħmel review interna u se jsiru l-inkjesti interni kollha biex jaraw minn fejn daħal dan il-virus, minn fejn daħal dan l-attakk u minn fejn daħal dan il-malware – jekk huwa malware – għax minn xi mkien dan ikun daħal.", "Iridu jaraw jekk dan daħalx minħabba li xi ħadd kiser xi protokoll xi mkien, jiġifieri, ikun iddawnlowdja fis-sistema xi email li mhux suppost ikun iddawnlowdja; jekk din kinitx kwestjoni ta' phishing; jew inkella jekk, minkejja li kulħadd segwa kollox bl-eżatt, l-attakk li sar tant kien sofistikat li seħħ xorta waħda.", "Ma naħsibx li għandna ngħaġġlu imma għandna nħallu lill-Bank jagħmel l-affarijiet tiegħu u jirrapporta lix-shareholders skont kif jaħseb li hu l-aħjar u skont ir-regoli stabbiliti.", "Jien għandi indikazzjoni taċ-ċifra, u din iċ-ċifra se nkun qed naqsamha mal-Kamra; imma qabel irrid ngħid l-informazzjoni li għandi s'issa dwar kif saru t-tranżazzjonijiet.", "Ħafna nies – jien wieħed minnhom – jibdew jaħsbu: Imma tista' tidħol f'sistema ta' bank u toħloq tranżazzjoni li biha l-flus imorru xi mkien ieħor?", "L-ewwel nett, tajjeb nispjega li dak li ġara f'dan il-każ kien li nħolqu tranżazzjonijiet li ma kinux veri, dawn intefgħu f'kontijiet f'banek oħra … Jiġifieri dawn jafu fejn marru l-kontijiet, jafu f'liema sistema marru, jafu f'liema pajjiżi marru u jafu wkoll f'liema banek marru.", "Issa s-sistema tista' tkun elaborata biżżejjed biex dawn il-kontijiet reġgħu ċaqalquhom f'kontijiet oħra, eċċ. Imma, b'sistema bħal din qatt ma tista' titlef il-fil għax din dejjem tkun taf kull ċenteżmu fejn iċċaqlaq u kif iċċaqlaq.", "Il-problema kienet li nħolqu tranżazzjonijiet li huma fittizji u li fis-sistema daħlet xi ħaġa li ħolqot dawn it-tranżazzjonijiet.", "Huwa importanti ħafna li nagħmilha ċara li dan ma jfissirx li ċ-ċifra li se nsemmi tneħħiet jew intilfet minn ġol-kontijiet tan-nies.", "L-ammont li ġie identifikat huwa dak ta' €13-il miljun, li ġew ittrasferiti f'erba' pajjiżi differenti u f'banek differenti permezz ta' dawn it-tranżazzjonijiet.", "Nerġa' ngħid li l-flus tan-nies jinsabu siguri, u jien ingħatajt update li ammont minn dawn il-flus diġà ġew imblokkati fis-sistema u ammont ieħor bdew jiġu meħuda lura fis-sistema wkoll.", "Madanakollu, kif għedt diġà, iċ-ċifra hija ta' madwar €13-il miljun, li parti minnhom kienu ewro, parti minnhom kienu dollari Amerikani u parti oħra minnhom kienu liri sterlini.", "Sinjura President, fl-aħħar mill-aħħar, il-punt prinċipali tiegħi huwa li nħallu lill-bank jopera u jwieġeb skont ir-regoli u l-liġijiet tagħna, u hawnhekk aħna qed nitkellmu biss biex inserrħu moħħ in-nies.", "Nittama li f'din il-Kamra kulħadd jingħaqad miegħi biex inserrħu moħħ in-nies li flushom qegħdin safe, u jien l-ewwel wieħed li nenfasizza li anke jekk hemm cost ekonomiku, … Fil-fatt, kull siegħa li l-Bank jagħmel magħluq hemm spiża li huwa diffiċli li tikkwantifikaha mill-ewwel, u dawn huma flus mitlufa għall-ekonomija Maltija.", "Imma jien kont l-ewwel wieħed li appellajt lit-tmexxija tal-Bank li aħjar nistennew ftit u kulħadd igerger ftit minħabba li ma jkunx jista' jagħmel tranżazzjonijiet, iħallas il-kontijiet, eċċ, milli s-sistemi jerġgħu jitpoġġew online qabel ma jkun aċċertat li l-affarijiet qegħdin f'posthom.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa l-messaġġ li jien nixtieq inwassal, u dan kollu qed isir għall-integrità tal-istituzzjoni u għall-ġid ta' kulħadd.", "Nixtieq nirringrazzja mill-ġdid lill-Kap tal-Oppożizzjoni għall-pożizzjoni li ħa.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "PERMESS TAL-KAMRA", "JOE MIZZI: Sinjura President, nitlob il-permess sabiex jitressqu żewġ mozzjonijiet mingħajr avviż.", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "FIL-KOMPOŻIZZJONI", "TAL-PARLAMENT MALTI", "GĦALL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI", "TAL-ORGANIZZAZZJONI", "GĦAS-SIGURTÀ U KOOPERAZZJONI FL-EWROPA", "Illi, b'referenza għallMozzjoni 30 mgħoddija millKamra tadDeputati fil11 ta' Lulju 2017, li taħtar iddelegazzjoni talParlament Malti għallAssemblea Parlamentari talOrganizzazzjoni għasSigurtà u Kooperazzjoni flEwropa, ilKamra tirriżolvi li, għalLaqgħa taxXitwa ta' din lAssemblea li se tinżamm ġewwa Vjenna, lAwstrija, bejn il21 u t22 ta' Frar 2019, lOnor.", "Byron Camilleri jissostitwixxi lillOnor.", "Rosianne Cutajar, Kap tadDelegazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Nissekonda.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "MOZZJONI BIEX IL-GVERN IŻID", "IS-SOMMA LI JISTA' JISSELLEF PERMEZZ TA' ĦRUĠ TA' STRUMENT TA' DEJN", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Għandi messaġġ mingħand il-President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President:", "AĠENT PRESIDENT", "L-Aġent President, wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Mozzjoni Numru 203, hawn mehmuża, skont is-subartikolu (4) tal-artikolu 13 tal-Att dwar Self tal-Gvern u l-Amministrazzjoni tad-Dejn Pubbliku (Kap. 575 tal-Liġijiet ta' Malta), tirrakkomanda l-imsemmija mozzjoni għall-konsiderazzjoni tal-Kamra.", "12 ta' Frar 2019", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "Billi huwa pprovdut, fl-artikolu 13 tat-Att dwar Self tal-Gvern u l-Amministrazzjoni tad-Dejn Pubbliku, u speċifikament bis-subartikolu (4) tal-artikolu 13, li l-ammont massimu ta' dejn tal-Gvern Ċentrali pendenti miżmum separatament fil-forma ta' ħruġ ta' strument ta' dejn huwa soġġett għal strument statutorju li jrid jiġi intavolat fil-Parlament u jiġi approvat b'riżoluzzjoni parlamentari;", "U billi fit-28 ta' Mejju tas-sena elfejn u tmintax (2018) kien ġie riżolut li ammont massimu ta' dejn tal-Gvern Ċentrali pendenti fil-forma ta' strument ta' dejn tal-Gvern mhux negozjabbli ma jkunx aktar minn €200,000,000 (mitejn miljun ewro);", "U billi sal-lum l-ammont ta' dejn pendenti tal-Gvern ċentrali miżmum fil-forma ta' strument ta' dejn tal-Gvern mhux negozjabbli, inkluż ir-Retail Savings Bonds tal-Gvern ta' Malta, laħħaq is-somma ta' madwar €192.25 miljun;", "U billi f'dan iż-żmien settur partikolari tal-popolazzjoni jintlaqat aktar ħażin mir-rati baxxi tal-imgħax, din is-sena l-Gvern se jerġa' joħroġ ammont ieħor ta' savings bonds li joffri rata ta' imgħax aħjar minn dik li bħalissa qegħdin joffru l-banek kummerċjali;", "Issa għalhekk qed jiġi b'dan riżolut li l-ammont massimu ta' dejn tal-Gvern ċentrali pendenti fil-forma ta' strument ta' dejn tal-Gvern mhux negozjabbli, inkluż ir-Retail Savings Bonds tal-Gvern ta' Malta, jkompli jiżdied għas-somma ta' mhux akar minn €300,000,000 (tliet mitt miljun ewro).", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni, kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, l-ewwel nett, naħseb ikun tajjeb jekk nibda billi nagħmilha ċara li hawnhekk qed nitkellmu fuq l-Abbozz ta' Liġi li se jimplimenta l-miżuri tal-Estimi għal din is-sena, u qed nagħmilha ċara dwar x'inhi l-materja tas-suġġett għax waqt id-diskussjoni li kienet għaddejja f'dan il-Parlament kien hemm min żvija ħafna minn dan is-suġġett.", "Ovvjament, id-Deputati kollha huma liberi li jiġu hawnhekk u jitkellmu fuq is-suġġett li jidhrilhom; imma, biex inkunu ġusti ma' dak li fil-verità qegħdin nitkellmu hawnhekk, ta' min jagħmilha ċara li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq il-Baġit li ppreżenta l-Ministru Edward Scicluna s-sena li għaddiet u li jrid jiġi implimentat matul din is-sena.", "Nixtieq nirreferi b'mod partikolari għal żewġ diskorsi li saru waqt dan id-dibattitu u li għandhom x'jaqsmu mas-sitwazzjoni ta' pajjiżna.", "Fil-fatt, din il-ġimgħa stess kellna Deputat li qal illi għand kull familja li qed jidħol waqt li jkun qed jagħmel il-home visits qed isib sitwazzjoni diffiċli, u dan qalilna li hu qed joqgħod jibki mar-residenti.", "Min sema' lil dan id-Deputat jitkellem żgur li ħa l-impressjoni li dan qisu xi Santa Marija Goretti biex, Alla jbierek, f'kull home visit li għamel sab l-agħar sitwazzjoni li rat Malta matul dawn l-aħħar snin, sitwazzjoni tal-biki u tat-theżżiż tas-snien!", "Imbagħad kellna Deputat ieħor li, skont hu, pajjiżna sar il-pajjiż tal-vouchers u tal-food banks, jiġifieri, ta' min m'għandux x'jiekol.", "Kif qed naraw, l-istampa li qed tiġi mpinġija hi li pajjiżna waqa' f'kataklissi totali, bħallikieku pajjiżna hu xi pajjiż tat-tielet dinja fejn il-maġġoranza tal-Maltin lanqas għandhom saqaf fuq rashom!", "Matul l-intervent tiegħu, dan id-Deputat partikolari kompla jgħidilna li l-unika option hija li nerġgħu nniżżlu lin-nies fit-toroq sabiex jiddimostraw u jiġġieldu kontra din is-sitwazzjoni ekonomika li qed jgħixu fiha.", "Din hija l-istampa li xi wħud mid-Deputati Nazzjonalisti – għax hawn irrid inkun ġust ukoll u ma ngħidx li d-Deputati tal-Oppożizzjoni kollha għamlu hekk, imma kienu biss xi wħud – ipprovaw ipinġu meta bdew jiddeskrivu s-sitwazzjoni ta' kataklissi li, skont huma, pajjiżna jinsab fiha bħalissa.", "Sinjura President, jekk irridu nkunu ġusti mal-poplu hemm barra, meta niġu hawnhekk u npinġu sitwazzjoni fejn prattikament kulħadd jinsab għaddej minn perijodu ħażin immens, irridu nammettu li qed inkunu żleali u qed inpinġu stampa qarrieqa biex mingħalina nirbħu xi punti politikament.", "Jien konvint li l-poplu kollu hemm barra ma jemminx li Malta għaddejja mill-agħar żmien ekonomiku li qatt għaddejna minnu, u li, kif qalu Deputati Nazzjonalisti stess, pajjiżna sar il-pajjiż tal-food banks!", "Ikollok kważi titbissem meta tisma' lil min jgħid li llum il-poplu Malti m'għandux x'jiekol u li allura rridu ninżlu fit-toroq biex inwasslu l-messaġġ tagħna!", "Ħalli nitkellem ftit fuq is-sitwazzjoni ekonomika li għandna f'pajjiżna llum.", "L-ewwel nett, ta' min jgħid li l-progress ekonomiku li għaddej minnu pajjiżna llum ma nitkellmux fuqu aħna biss, jiġifieri m'huwiex biss il-Gvern li qed jikkonferma l-fatt li matul dawn l-aħħar snin għamilna progress ekonomiku kbir, għax anke l-credit rating agencies u istituzzjonijiet internazzjonali oħra qed jitkellmu fuq dan il-fatt.", "Il-progress ekonomiku u finanzjarju ta' pajjiżna huwa wkoll prodott tal-budgets li saru, għax finalment l-ekonomija Maltija tavvanza 'l quddiem permezz tal-miżuri li jkunu mfassla u ppjanati f'baġit wara l-ieħor.", "L-ekonomija Maltija mxiet passi ta' ġgant 'il quddiem.", "Mhu veru xejn li pajjiżna huwa xi pajjiż tat-tielet dinja, kif ġie allegat hawn ġew, u dan se nurih fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi.", "Sinjura President, ftit tas-snin ilu kellna ekonomija li fil-verità kienet f'riċessjoni.", "Qabel l-2013, l-indikaturi ekonomiċi kienu qed juru li Malta kienet għaddejja minn riċessjoni u li l-ekonomija Maltija kienet qabdet it-triq tan-niżla.", "Skont il-World Economic Forum – u rrid nenfasizza li hawnhekk m'iniex qed nikkwota lid-Deputat Laburista, Onor. Alex Muscat, jew inkella lill-Ministru għall-Finanzi, l-Onor.", "Edward Scicluna, iżda lill-World Economic Forum, fejn nistgħu nassiguraw lil kulħadd li aħna m'għandniex il-poter jew l-influwenza li b'xi mod inpoġġu l-kliem f'ħalq din l-istituzzjoni dwar x'tgħid u x'ma tgħidx – l-ambjent ekonomiku ta' pajjiżna tela' mill-71 post għall-ewwel post fid-dinja!", "Imbagħad, għal dak li huwa tkabbir ekonomiku, kellna sitwazzjoni fejn fis-snin ta' qabel l-2013 l-ekonomija ta' pajjiżna ma kibritx, anzi f'valuri reali kellna rigress ekonomiku u, kuntrarjament għal dan, illum l-ekonomija tagħna qed tikber b'medja ta' madwar 6%.", "L-investiment barrani dirett ukoll żdied b'rata mgħaġġla ħafna matul dawn l-aħħar snin.", "Fil-fatt, nista' ngħid li skont figuri uffiċjali, l-investiment barrani dirett f'pajjiżna kiber b'aktar minn €1 biljun – b'aktar minn €1 biljun, u mhux b'aktar minn €1 miljun! – u dan l-investiment ma marx f'settur wieħed.", "Min sema' d-diskorsi li għamlu d-Deputati tal-Oppożizzjoni f'din il-Kamra nduna li dawn qed jipprovaw jagħtu l-impressjoni li t-tkabbir ekonomiku ġej kollu minn sors wieħed.", "Fil-fatt, din il-ġimgħa stess kellna Deputati li argumentaw illi l-fatt li fl-aħħar tas-sena l-Gvern qed jagħmel surplus u mhux deficit, jiġifieri, qed idaħħal aktar flus milli qed jonfoq, huwa ġej minħabba settur wieħed, minħabba l-iskema taċ-ċittadinanza permezz ta' investiment, jew inkella kif isejħulu l-kamp tal-Oppożizzjoni \"il-bejgħ tal-passaporti\", jiġifieri, dawn qed jipprovaw ibellgħuha lin-nies li bħalissa Malta sejra tajjeb minħabba din l-iskema biss!", "Issa dan mhu veru xejn, u din hija gidba!", "Madanakollu, huma qed jiġu f'din il-Kamra u mhux biss qed jipprovaw jiżgwidaw lid-Deputati, imma lil dawk kollha li jsegwu d-diskorsi tagħna.", "Fil-fatt, jekk wieħed ikollu jeskludi għalkollox id-dħul li qed isir mill-iskema ta' ċittadinanza permezz ta' investiment, isib li l-finanzi tal-pajjiż xorta waħda sejrin tajjeb, jiġifieri, b'din l-iskema u mingħajrha xorta nibqgħu nagħmlu surplus.", "Issa hawnhekk ikun tajjeb jekk nispjegaw ukoll x'qed nagħmlu bil-flus li qed indaħħlu minn din l-iskema ta' ċittadinanza permezz ta' investiment.", "Qed tingħata l-impressjoni li l-Gvern qed jinkludi l-flus li ġejjin minn din l-iskema fil-Baġit daqslikieku dan kien dħul normali, jiġifieri, li aħna qed nitfgħu dawn il-flus fil-Baġit u nużawhom għall-ispejjeż tagħna ta' kuljum: però dan mhuwiex il-każ.", "Fil-fatt, aħna b'dawn il-flus qed nagħmlu xi ħaġa li l-gvernijiet tal-passat ma kinux jagħmlu għax il-maġġoranza assoluta ta' dawk il-fondi qed infaddluhom.", "Illum dan il-pajjiż għandu Gvern li qed ifaddal f'fond għall-iżvilupp soċjali u nazzjonali – u aħna diġà rajna l-iskopijiet li għalihom qiegħed hemm dan il-fond nazzjonali – xi ħaġa li fil-passat ma kinitx issir.", "Fil-fatt, proprju l-ġimgħa li għaddiet ġie ffirmat ftehim sabiex l-Awtorità tad-Djar, b'finanzjament ta' €50 miljun, li parti minnhom ġejjin minn dawn il-fondi, tibni mhux anqas minn 500 appartament għas-social housing, jiġifieri, għal dawk il-persuni li huma l-aktar fil-bżonn.", "Is-setturi ekonomiċi kollha li mxew 'il quddiem … Issa, anke hawnhekk, f'din is-sitwazzjoni ma nkunx naf jekk għandix nidħak jew nibki għax, bid-dovut rispett lejn il-kollegi tiegħi tal-Oppożizzjoni, għalkemm m'għandix problema nirrikonoxxi li wħud minnhom jistgħu jkunu champions fil-liġi, minn kif tkellmu f'din il-Kamra jidhru li ma tantx għandhom idea tajba ta' kif taħdem l-ekonomija Maltija!", "Pereżempju, skont uħud mid-Deputati tal-Oppożizzjoni l-ekonomija kibret minħabba l-iskema ta' ċittadinanza permezz ta' investiment, imma mbagħad kien hemm Deputati oħra tal-Oppożizzjoni li qalulna: Le, l-ekonomija Maltija kibret għax ġew il-barranin!", "Bħallikieku, jekk iġġib lill-barranin, inti tista' tkabbar l-ekonomija mil-lum għal għada!", "Sinjura President, dawn huma argumenti li ma jreġu xejn u li ma joħorġu minn imkien, jiġifieri, nerġa' ngħid bid-dovut rispett lejn il-kollegi tiegħi min-naħa tal-Oppożizzjoni li min jagħmel dawn l-argumenti m'għandux idea ta' kif taħdem ekonomija.", "Din hi l-verità!", "Biss biss, jekk wieħed iħares lejn l-investiment barrani dirett li ġie f'pajjiżna matul dawn l-aħħar snin isib li ammont kbir minnu mar fis-settur tal-manifattura.", "Fil-fatt, mill-2013 sal-lum terz tal-investiment barrani dirett, jiġifieri terz ta' aktar minn €1 biljun, mar proprju fil-qasam tal-manifattura.", "Issa, Sinjura President, Malta kollha taf li fil-passat kien hawn Ministri li kienu jilagħbu l-imħatri li dan is-settur għad jispiċċa minn pajiżna, għax kienu jgħidu li m'għadx hawn lok għall-manifattura f'pajjiżna.", "Kienu jilagħbu l-imħatri dwar meta se tagħlaq il-manifattura f'pajjiżna.", "Imma jirraġuna b'dan il-mod biss min m'għandux viżjoni ekonomika għal dan il-pajjiż.", "Dażgur li hawn futur għall-manifattura f'pajjiżna!", "Bla dubju li hawn futur!", "Jekk fil-passat is-settur tal-manifattura kien qabad nieżel 'l isfel, mill-2013 sal-lum dan reġa' beda jgħolli rasu, u dan mhux biss grazzi għall-investiment barrani, imma wkoll għax il-Maltin stess kellhom fiduċja biżżejjed biex jieħdu s-sogru li jinvestu, u llum qed jaraw ir-returns f'dak l-investiment li għamlu.", "Mela, minn naħa kellek lil min kien lest jilgħab l-imħatri u jipprova jbeżża' lil eluf ta' ħaddiema li jiddependu mis-settur tal-manifattura fid-diversi forom tiegħu, … Issa din l-instabilità kienet ġejja mill-Gvern stess.", "Mela l-Gvern, li suppost qiegħed hemm biex jipprovdi viżjoni u stabilità, kien kważi jirredikola u jarmi lil dan is-settur billi jgħid li nistgħu nilagħbu l-imħatri li l-manifattura se tispiċċa minn pajjiżna!", "Sinjura President, l-enfasi kbira li għamilna matul dawn l-aħħar snin sabiex innaqqsu l-piżijiet minn fuq il-familji, minn fuq in-negozji, minn fuq l-intrapriża u anke minn fuq il-manifattura għenu lis-setturi tal-manifattura u tat-turiżmu b'mod ġenerali sabiex jagħmlu kuraġġ u jinvestu.", "Min jiġi f'din il-Kamra u jipprova jbellagħha lilna u lill-poplu Malti li l-ekonomija Maltija qed tikber minħabba settur wieħed biss qed jigdeb.", "Anzi ħafna ekonomisti jgħidulek li parti mis-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna huwa li Malta ma tiddependix minn settur wieħed biss.", "Aħna m'aħniex bħal dak il-pajjiż li għandu settur wieħed biss sejjer tajjeb u allura kollox huwa marbut miegħu.", "Malta ma tiddependix minn settur wieħed biss, u dak huwa t-tajjeb li fiha l-ekonomija Maltija, li tiddependi minn numru ta' setturi, fosthom mit-turiżmu, mill-farmaċewtika, mill-manifattura, mill-gaming, mis-servizzi finanzjarji u minn diversi setturi ġodda oħra li qed ninvestu fihom, fosthom il-Blockchain, il-kannabis mediku, l-edukazzjoni għall-istudenti barranin, kif ukoll l-universitajiet barranin, bħall-Università ta' Barts, li qed tgħallem il-mediċina lill-Maltin u anke lill-barranin.", "Għandna ħafna niċeċ illi qed jikkontribwixxu biex l-ekonomija ta' Malta tikber u toħloq il-klima neċessarja.", "Sinjura President, il-Gvern irid jagħti viżjoni u direzzjoni.", "Imma, jien nistaqsi: X'viżjoni konna qed nagħtu bħala politiċi meta l-Prim Ministru ta' pajjiżna kien qed jgħidilna li qed jara l-maltemp riesaq lejn pajjiżna?", "B'hekk ma tkun qed tagħmel xejn għajr taqta' qalb in-nies!", "Jien x'irrid nisma' mingħand il-Prim Ministru u l-Ministri ta' pajjiżi, kliem ta' taqtigħ il-qalb jew inkella kliem li jinċentivani u jagħmilli kuraġġ?", "U l-kuraġġ li jagħti l-Gvern preżenti mhuwiex ibbażat fl-ajru, imma huwa bbażat fuq il-fatt li huwa Gvern determinat li jindirizza l-problemi li hemm fil-qasam tal-ekonomija ħalli wieħed jagħmel il-kuraġġ li jinvesti f'dan il-pajjiż għax, fl-aħħar mill-aħħar, huwa jaf li jekk kemm-il darba jagħmel dak l-investiment, huwa se jara r-returns.", "L-ebda investitur Malti jew barrani ma jinvesti fejn jaħseb li se jmur ħażin; imma, kull negozjant u kull missier ta' familja jara li jpoġġi flusu fejn iġib returns tajbin, u aħna dak hu li konna kapaċi nagħmlu.", "Matul dawn l-aħħar snin, aħna konna kapaċi li bil-għaqal u bil-prudenza nibnu dik il-klima ekonomika neċessarja biex in-nies ikollha l-fiduċja, li huwa element kruċjali fil-qasam tal-ekonomija.", "Jekk m'hemmx fiduċja, in-nies ma jinvestux, u min-naħa tagħhom l-investituri barranin ma jmorrux jagħmlu investiment fejn m'hemmx fiduċja.", "Illum hemm il-fiduċja u n-nies, kemm il-Maltin kif ukoll l-investituri barranin, jemmnu li pajjiżna mhux biss sejjer tajjeb imma se jibqa' sejjer tajjeb.", "Il-ġimgħa l-oħra rajna li l-Kummissjoni Ewropea mhux biss qed tara li l-ekonomija Maltija hija l-aktar waħda li sejra tajjeb mill-Ewropa kollha, iżda qed tipprevedi li din ix-xejra se tibqa' tipprevali anke matul is-snin li ġejjin.", "Hawn min jgħidilna li aħna fortunati għax il-klima ekonomika li għandna llum hija differenti minn dik li kien hemm qabel.", "Imma r-realtà hi li m'hemm l-ebda pajjiż fl-Ewropa li qed jikber bir-rata li qed nikbru biha aħna.", "Qed ngħid dan għax argument ieħor li qed isir illum huwa li issa kollox hu faċli għax ir-rota ekonomika daret.", "Madanakollu, irridu nifhmu li aħna llum m'aħniex qed nikbru daqskemm qed jikber ħaddieħor, imma qed nikbru tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea!", "Li kieku aħna qed nikbru daqs ħaddieħor, b'1% jew bi 2%, hemmhekk forsi kont nasal biex nibda nifhem lil min jagħmel dik it-tip ta' argumentazzjoni.", "Imma, il-fatti qed juru bil-kontra.", "Aħna m'aħniex qed nimxu mal-massa imma qed niġru 'l quddiem, u qed niġru 'l quddiem ħafna.", "Meta għandek ekonomija li qed tikber medja ta' tliet darbiet aktar mill-bqija tal-Ewropa, xi ħaġa differenti dak il-pajjiż ikun qed jagħmel: imma dan l-Oppożizzjoni ma taċċettahx u ma tikkonċedihx għax tibqa' tinsisti li dan kollu qed jiġri b'kumbinazzjoni!", "Issa, Sinjura President, finalment aħna x'qed nagħmlu b'dawk il-flus?", "Għax fl-aħħar mill-aħħar l-aktar ħaġa importanti mhijiex li toħloq l-ekonomija, li tkabbar l-ekonomija jew inkella li toħloq aktar ġid, iżda kif tuża l-flus li qed jagħmel pajjiżna.", "Fil-fatt, jien naħseb li din hi l-aktar ħaġa li taffettwa lin-nies hemm barra.", "Huwa biżżejjed li nħarsu lejn il-Baġit li ġie ppreżentat mill-Ministru Scicluna għal din is-sena, li baqa' jibni fuq il-budgets preċedenti, biex jifhem x'qiegħed ngħid.", "Issa x-xogħol tagħna bħala politiċi huwa li nwasslu l-ġid li qed jiġi ġġenerat mill-ekonomija għand in-nies.", "Niġi issa biex nitkellem fuq is-settur ta' housing affordabbli, u hawnhekk se nibda biex nagħmel distinzjoni fuq dan is-suġġett għax il-Membri tal-Oppożizzjoni qed jipprovaw iħawdu l-imħuħ f'dan ir-rigward.", "Tajjeb nispjegaw li l-housing soċjali jiġu bżonnu dawk il-persuni li jkollhom bżonn lill-Istat jgħinhom billi jipprovdilhom saqaf fuq rashom minħabba li jkunu nqabdu f'sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja partikolari.", "Fil-fatt, bħalissa l-Gvern qed jibni aktar minn 1,000 unit bħala housing soċjali, u din hija waħda mill-miżuri ewlenin li ħabbar il-Ministru Scicluna fil-Baġit għal din is-sena.", "Kif għedt diġà, parti minn dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp tramite l-iskema ta' ċittadinanza permezz ta' investiment.", "Apparti minn hekk, miżuri oħrajn li nsibu fil-Baġit huma indirizzati sabiex il-units ta' housing soċjali eżistenti jinżammu fi stat tajjeb.", "Fil-fatt, proprju ftit tal-ġranet ilu s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes ħabbar miżuri ġodda sabiex numru ta' housing estates mifruxa ma' Malta u Għawdex kollu jiġu embellished u, fejn ikun hemm bżonn, isir ukoll investiment strutturali ħalli l-istock li għandna nżommuh fi stat tajjeb.", "Imbagħad, hemm għajnuna oħra li l-Gvern qed jagħti – is-sussidju fuq il-kera.", "Dan huwa l-uniku Gvern li mhux talli żied is-sussidju tal-kera, imma talli l-Ministru Scicluna ġie fil-Baġit għal darba, darbtejn u rdoppja dak is-sussidju.", "Biżżejjed ngħid li minn €80 dan is-sussidju rdoppja għal €160, filwaqt li llum f'ċerti każi dawk il-€160 aktar milli rdoppjaw.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li tali miżura tiswa ħafna flus, imma qed isservi ta' għajnuna kbira għall-familji tagħna li għandhom bżonn dan it-tip ta' sussidju.", "Ta' min jgħid li hemm każijiet fejn f'sena waħda s-sussidju tal-kera għal persuna waħidha jista' jitla' sa massimu ta' €3,600, filwaqt li s-sussidju tal-kera għal familja jista' jitla' minn €2,000 sa €5,000.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq ammonti enormi, Sinjura President, jiġifieri l-Gvern altru milli qed jabdika mir-responsabilità soċjali tiegħu!", "Il-verità hi li lanqas qatt ma kien hawn gvern li investa u nefaq dawn il-flus kollha fuq l-għajnuna soċjali, u dan juri l-għaqal li qed jimxi bih dan il-Gvern.", "Huwa faċli li niġu hawn u noqogħdu nikkritikaw minn fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni mingħajr ma noffru alternattiva.", "Imbagħad, se jitħabbru miżuri oħrajn, bħalma hu, pereżempju, l-equity sharing, li hemm stennija kbira għalih, fejn persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena se jibdew jingħataw għajnuna sabiex huma wkoll isiru sidien ta' djarhom.", "Fil-fatt, din il-ġimgħa stess kien hemm persuna li kkuntattjatni għax wara li semgħet din il-miżura titħabbar fil-Baġit, xtaqet li tingħata aktar informazzjoni dwar kif se tkun qed taħdem.", "Aħna qed nipprovaw noħolqu wkoll bidla kbira fil-mentalità.", "Kien hemm min ħadu kważi bħala xokk id-diskors li li għamel il-Prim Ministru l-ġimgħa l-oħra, u li reġa' tennih il-Ħadd li għadda, meta qal li m'għandux ikun inkoraġġit li s-social housing ikun is-soluzzjoni għal għomor dak li jkun.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni kważi tkaża fuq is-sitwazzjoni tas-social housing f'pajjiżna, u jien ngħid li kien verament assurd fil-proposta tiegħu!", "Jekk se nagħtu l-impressjoni hemm barra li Gvern Nazzjonalista ġdid se jaqbad jibni u jqassam is-social housing bl-addoċċ lis-suq se jagħtih impressjoni żbaljata, u din hija irresponsabilità enormi.", "L-approach ta' dan il-Gvern huwa kompletament l-oppost għax aħna qed ninċentivaw lin-nies hemm barra biex isiru sidien ta' djarhom.", "Sal-lum 80% tal-poplu Malti u Għawdxi huma sidien ta' djarhom, u jekk m'iniex sejjer żball jidhirli li nofs dawk it-80% lanqas għad fadlilhom mortgage fuq id-dar tagħhom.", "Il-banek kollha jgħidulek li n-numru ta' familji li ma jaslux biex iħallsu l-loan dovuta minnhom hija minima immens.", "Anzi, il-Malti tant hu ħabrieki li jara kif jagħmel biex ifittex jaqta' l-home loan li jkollu qabel iż-żmien.", "Fil-fatt, waħda mir-raġunijiet li għaliha l-banek jagħżlu li jagħtu loans fuq il-proprjetà hija li it is safe.", "Forsi wieħed jista' jgħidli: Imma qed jisilfu biżżejjed il-banek għall-prezzijiet tal-lum?", "Dan huwa argument li wieħed jista' jaqbad, però issa x'qed jagħmel il-Gvern biex jgħin?", "Fil-Baġit li għadda – u forsi din hija xi ħaġa li llum in-nies lanqas għadhom isemmuha – il-Ministru reġa' kkonferma tnaqqis tat-taxxa għal dawk kollha li se jixtru proprjetà għall-ewwel darba, jiġifieri, għallinqas dawn il-persuni qed jibbenefikaw minn €5,000 f'dota li qed jagħtihom dan il-Gvern sabiex jixtru proprjetà għall-ewwel darba.", "Ta' min jgħid ukoll li lil min jagħżel li jixtri d-dar tiegħu fil-parti l-antika tar-raħal naqqasnielu t-taxxa minn 5% għal 2.5%, filwaqt li lill-Maltin u l-Għawdxin li jixtru proprjetà f'Għawdex naqqasnielhom it-taxxa minn 5% għal 2%.", "Ħabbarna wkoll numru ta' inċentivi għal kull min għandu proprjetà antika f'urban conservation area u jiddeċiedi li jinvesti fil-proprjetà tiegħu billi jirranġaha.", "Fil-fatt, f'dan il-każ sid id-dar ma ngħatax xi inċentiv żgħir imma ngħata sa massimu ta' €100,000.", "Dawn huma wħud mill-miżuri li l-Gvern qed jimplimenta sabiex jgħin lill-poplu Malti jsir sid ta' daru, Sinjura President.", "Il-viżjoni tagħna hija li l-poplu m'għandux ikun dipendenti fuq il-gvern għall-housing; anzi, il-miżuri li qed inħabbru fil-Baġit huma mmirati proprjament biex ngħinu lil dak li jkun jixtri l-proprjetà tiegħu u jsir sid ta' daru għax, li biex ikollok il-proprjetà inti trid tkun dipendenti fuq il-gvern, mhuwiex il-mod kif wieħed jista' jimxi 'l quddiem ekonomikament f'ħajtu.", "Biex wieħed jimxi 'l quddiem ekonomikament f'ħajtu jrid jagħmel bħall-maġġoranza tal-poplu Malti u jixtri l-proprjetà tiegħu.", "Issa, jien nifhem li koppja żagħżugħa … Fil-fatt nista' nuża lili nnifsi stess bħala eżempju.", "L-ewwel proprjetà li xtrajt ma kenitx l-akbar proprjetà li teżisti f'Malta, imma jien bdejt b'post żgħir li stajt naffordja nixtri dak iż-żmien.", "Il-proprjetà hija bħal sellum: tibda bi proprjetà li tkun kbira biżżejjed għalik u mbagħad man mano, jekk tħoss il-bżonn, tkabbar dik il-proprjetà.", "Biss biss illum il-Bank Ċentrali jgħidilna li on average il-familja Maltija qed tibdel tliet proprjetajiet tul il-lifetime tagħha; il-proprjetà li xtrat l-ewwel darba, il-proprjetà li bniet familja fiha u l-proprjetà li tirtira fiha, għax ħafna llum qed jirrealizzaw li meta jirtiraw m'għadx għandhom bżonn kobor żejjed.", "Imbagħad, hemm xi ħaġa oħra li tagħmillek kuraġġ u li turi li saret bidla minn seba' snin jew sitt snin ilu 'l hawn.", "Żagħżugħ li llum jixtieq jixtri proprjetà għandu paga ħafna aħjar mill-paga li kellu ħames snin jew sitt snin ilu.", "Biżżejjed ngħid li l-paga medja Maltija telgħet b'madwar 30%.", "Issa jien nifhem li hawn min għandu anqas u hawn min għandu aktar, imma l-fatt hu li llum il-paga medja Maltija telgħet għal ftit aktar minn €19,000 fis-sena, żieda ta' 20% fuq l-2012.", "Nifhem ukoll li hemm min mhux qed jirnexxilu jlaħħaq biżżejjed – mela ma nifhimx! – imma li wieħed jiġi f'din il-Kamra u jpinġi sitwazzjoni li ħadd mhu qed ilaħħaq mal-ekonomija ta' pajjiżna jkun qed jiżgwida lin-nies għax il-verità hi li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin qed ilaħħqu mal-ħajja kif inhi, anke bil-miżuri li daħħal dan il-Gvern, fosthom bit-tnaqqis tal-ispejjeż b'mod ġenerali, bit-tnaqqis tal-fuel, bit-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u bit-tnaqqis tal-gass.", "Madanakollu, aħna nirrikonoxxu li hemm min għadu fil-bżonn illi l-Gvern ifassal infrastruttura soċjali li tilħqu, u allura ejjew inkunu realistiċi ma' kull min isegwi d-dibattitu f'dan il-Parlament.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi. aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Mela, la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Edward Scicluna biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "EDWARD SCICLUNA: Sinjura President, jien ftaħt dan id-dibattitu dwar l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi billi spjegajt il-miżuri u l-pjan li fuqhom qed jimxi kemm dan il-baġit kif ukoll il-budgets ta' qablu, li kienu mmirati b'ċerta saħħa biex jikkreaw ix-xogħol.", "Ix-xogħol ikkreawh u l-esperjenza u l-istatistika qed juruna li dak li mmirajna għalih b'ċerta serjetà u b'numru ta' miżuri mirquma qegħdin jilħqu r-riżultati meħtieġa.", "Kif qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Alex Muscat, m'hemm l-ebda dubju wkoll li l-għan tal-miżuri tal-Baġit li ttieħdu sena wara l-oħra biex jonqos il-faqar qed jintlaħaq.", "Wieħed jista' jiġġudika lill-Gvern fuq din il-bażi u mhux fuq jekk hemmx faqar fil-pajjiż.", "Irrnexxielna nwaqqfu l-faqar milli jkompli jikber bħalma kien qed jikber għal ħafna snin qabel l-2013?", "Le, imma mill-2014 sal-2018 kull indikatur ewlieni tal-faqar beda nieżel, u din hija xi ħaġa li għamlitilna kuraġġ u tatna ċertu sodisfazzjon.", "Fil-fatt, fid-Dipartiment tal-Ekonomija għandna ekonomisti li se jippubblikaw dokument fejn bi strumenti tekniċi juru kemm il-miżuri li ttieħdu fil-Baġit matul dawn l-aħħar snin ikkontribwixxew biex inaqqsu l-faqar.", "Dawn l-ekonomisti qed jaraw li wara li l-Gvern ikkrea l-ġid, il-faqar naqas, u din hija xi ħaġa li tista' tifhimha anke billi tuża s-sens komun.", "Dan huwa Gvern li verament iħoss għall-ħaddiem, għall-batut u għaż-żgħir, u huwa Gvern li jattwa dak li jwiegħed.", "Infatti, wasalna biex nerġgħu nqassmu ċekk ieħor, kif konna wegħdna.", "Dan huwa Gvern li bil-miżuri li jieħu qed jagħti l-aktar lin-naħa t'isfel u l-inqas lin-naħa ta' fuq.", "Kellna delegazzjoni mill-Bank Dinji li baqgħu verament impressjonati kif il-Gvern irnexxilu jsammar miżura wara l-oħra biex jilħaq l-għan tiegħu li jgħin lil min hu l-aktar batut.", "Hemm ħafna aġenziji internazzjonali li jippriedkaw biex naħsbu fiż-żgħir, imma xi kultant anke meta nħarsu lejn il-miżuri li jieħdu pajjiżi kbar, saħansitra pajjiżi li huma ġirien tagħna, nibda ngħid: Imma possibbli li dik il-miżura għażlu?", "Din il-miżura kemm se tikkrea xogħol u kemm se telimina l-faqar?", "Dan it-tip ta' mistoqsijiet iridu jsiru biex fl-aħħar mill-aħħar tagħżel dik il-miżura li hija denja li tiġi inkluża f'baġit ta' gvern serju.", "Għalhekk, Sinjura President, m'għandniex għalfejn nistagħġbu li minn żmien għal żmien il-Kummissjoni Ewropea toħroġ rapporti.", "Anke r-rating agencies u l-IMF (International Monetary Fund) joħorġu r-rapporti tagħhom, u dawn kollha qed jgħidu li l-Gvern jinsab miexi fit-triq it-tajba.", "M'għandniex għalfejn immorru 'l bogħod għax l-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea – dak li jsejħulu \"it-tbassir tax-xitwa\" – qed jagħti lil pajjiżna kumplimenti kbar.", "Li minn fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, li huma l-aktar pajjiżi importanti fid-dinja, tiġi fuq quddiem nett … Meta fil-passat il-Prim Ministru kien isemmiha din, ħadd ma kien jemmnu u kulħadd kien jaħseb li l-Prim Ministru qed jara kbir u qed jesaġera; imma fil-fatt illum hemm qegħdin, fuq quddiem nett.", "M'iniex qed ngħid li dan huwa l-aktar pajjiż sinjur, biex inkun ċar, imma huwa l-aktar pajjiż li qed jagħmel qabżiet sena wara l-oħra.", "Il-fatt li din is-sena l-ekonomija ta' pajjiżna kibret b'5.2% u kibret b'4.6% għas-sena d-dieħla jurina li l-ekonomija tagħna kibret tliet darbiet aktar mill-medja, kif qal l-Onor.", "Naturalment, din hija xi ħaġa li tagħmlek kburi għax turi li qed tagħmel biċċa xogħol tajba.", "Dan ġie rrapportat fil-Kunsill Ewropew li għadni kemm attendejt għalih fi Brussell ilbieraħ, fejn dan it-tbassir ġie ppreżentat fl-ECOFIN (Economic and Financial Affairs Council) lill-ministri tal-finanzi kollha tat-28 pajjiż.", "Tieħu gost tara lil pajjiżek fuq quddiem, filwaqt li kulħadd jibda jistaqsik x'miżuri użajna, x'investiment ġibna u kif irnexxielna nispiċċaw fuq quddiem nett.", "Xi ħaġa interessanti hi li tħares fejn tħares issib li l-ambjent ekonomiku sejjer għall-agħar.", "Bħalma għedt lill-Bloomberg ilbiraħtlula, għalina l-Brexit hija bomba atomika kbira li qed tagħmel ħsara lill-Ingilterra, qed tagħmel ħsara lill-Ewropa u ħolqot kaos kbir.", "Ħadd ma jaf x'se jagħmel minn ġurnata għall-oħra.", "Pereżempju, sajjieda Ingliżi u Ewropej ma jafux jistgħux jistadu, ma jafux liema rati ta' tariffi se jibdew jużaw … Dak huwa l-Hard Brexit.", "Skont kull tbassir li hemm, anke numru ta' ditti fl-Ingilterra jisparixxu għax jiġu assolutament bla xogħol, jiġifieri, din hija xi ħaġa kerha li qed tikkrea inċertezza u qiegħda taffettwa t-tkabbir ekonomiku lil kull membru fl-Unjoni Ewropea mil-lum.", "Pereżempju, il-Ġermanja diġà ġiet affettwata.", "Imbagħad għandek ġlieda kbira bejn l-Amerka u d-dinja.", "Forsi l-akbar waħda hija bejn l-Amerka u ċ-Ċina, imma għandek ġlieda kbira wkoll bejn l-Amerka u l-Kanada u bejn il-Messiku u l-Ewropa.", "Kulħadd qalagħha b'xi mod jew ieħor, u din daħħlet lil kulħadd f'qoxortu u qed taffettwa t-tkabbir ekonomiku, kif ukoll il-kummerċ.", "Hija xi ħaġa sinifikanti li pajjiż bħall-Ġermanja, li huwa mutur tal-esportazzjoni f'dawk li huma karozzi, makkinarji eċċ., f'daqqa waħda jaħbat ma' ħajt tal-konkrit bil-konsegwenza li jkollok waqgħa – mhux żieda baxxa imma waqgħa – fil-Prodott Gross Domestiku ta' dan il-pajjiż.", "Dan biex ma nsemmix ukoll l-inkwiet li hemm fl-Unjoni Ewropea, fosthom fl-Italja u fi Franza, li qed jaffettwa t-tkabbir ekonomiku.", "Minħabba dan l-inkwiet kollu, il-Kummissjoni Ewropea kellha tirrevedi t-tbassir li kellha fil-ħarifa 'l isfel.", "Però, xi ħaġa sinifikattiva ħafna hi li, għall-kuntrarju, it-tbassir ta' Malta wkoll ġie rivedut, imma ġie rivedut 'il fuq.", "Għalhekk, meta tara li t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi kollha Ewropej ġie rivedut 'l isfel ħlief għat-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżek, li ġie rivedut 'il fuq, naħseb li jrid ikollok daqsxejn umiltà u tgħid li xi ħaġa tajba l-Gvern qed jagħmel, għax wara kollox riżultati bħal dawn ma jiġux mix-xejn.", "Imbagħad, għandek ukoll il-kredibilità, u huwa importanti li anke l-Oppożizzjoni jkollha l-kredibilità.", "Issa jien nifhem li l-Oppożizzjoni tikkritika, għax wara kollox xogħol kull oppożizzjoni huwa li tikkritika b'mod kostruttiv: imma, li xi kelliema jiġu jgħidulek li l-Gvern tilef il-kontroll tal-infiq …?!", "Kif jista' jkun li l-Gvern tilef il-kontroll tal-infiq meta dan ikkrea surplus?!", "U s-surplus ma ġiex mill-programm ta' ċittadinanza b'investiment għax il-Gvern wera bil-fatti li meta tneħħi d-dħul kollu tal-programm ta' ċittadinanza b'investiment mis-surplus – jiġiifieri mhux 70% jew 30%, imma kollu – is-surplus qed jibqa' hemm.", "Mela allura hawn il-Gvern qed juri li għandu kontroll sħiħ tal-infiq pubbliku.", "Għalhekk, meta l-Oppożizzjoni qed tiġi tgħid li l-Gvern tilef il-kontroll tal-infiq, in-nies mhumiex qed jagħtu kasha, u b'hekk qiegħda assolutament titlef il-kredibilità.", "Li l-Oppożizzjoni tgħidilna, pereżempju, li fit-tali każ kien hemm abbuż jew li fit-tali każ qed naħsbu li l-flus setgħu ntnefqu aħjar, hekk iva, u huwa fid-dmir tal-Oppożizzjoni li tirrimarka dwar dawn l-affarijiet; però, li tgħid li l-Gvern tilef il-kontroll tal-infiq żgur li mhu se jemminha ħadd.", "Sinjura President, is-surplus tas-sena 2017 kien ta' 3.6%, u l-indikaturi li għandna aħna huwa li Malta se jirnexxilha tkompli b'dan ir-rekord sabiħ fejn se tikkrea surplus li se jkompli jwaqqa' d-dejn 'l isfel.", "Fil-fatt, dan wassal sabiex id-dejn ikompli jinżel mhux biss f'persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku, imma wkoll f'termini assoluti, u allura kellu effett fuq id-dejn li jaċċellera, tant li dan nieżel f'livelli ta' 45.9%, tnaqqis ta' 3.1%.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan ikompli jagħti nifs kbir lil pajjiżna.", "Forsi hawn familji li jargumentaw li dan id-dejn mhuwiex tagħhom imma huwa tal-pajjiż; però, madanakollu qed jagħti nifs lil dan il-Gvern u lil kull gvern li jiġi warajh illi jekk jinqala' xi saram, huwa għandu l-ispazju fejn jimmanuvra biex jikkontrolla l-ekonomija.", "Din hija xi ħaġa li qabel il-gvern ma kellux, għax meta inti taqbeż is-70% tibda taqbeż ir-red line minħabba li mbagħad ma tkunx tista' żżomm id-dejn, kif ġralhom pajjiżi bħall-Greċja, l-Italja u oħrajn.", "L-ewwel tibda tara li għandek ammont żgħir ta' dejn u mbagħad, meta dan jibda tiela' għal 50%, 60% u 70%, l-imgħax jibda jieklok, u dan huwa l-vizzju li daħħluna fih l-amministrazzjonijiet ta' qabilna, li tebbgħu r-reputazzjoni ta' Malta.", "Fil-passat, Malta kienet tagħmel is-surplus u kienet dejjem kburija li żammet id-dejn baxx; imma dak tlifnieh u kien sta għal dan il-Gvern li jkompli f'din it-triq b'determinazzjoni qawwija.", "Kieku kulħadd jieħu gost jonfoq, imma jrid ikollok l-għaqal li ġġemma', u s-surplus huwa proprju l-flus li jirnexxielek iġġemma'.", "L-għaqal jgħidlek biex iġġemma' ħalli tkun tista' taqta' d-dejn, u hawnhekk ta' min jgħid li aħna qed inġemmgħu f'fond li qegħdin nikkreaw għal għanijiet soċjali u ta' investiment fit-tul biex ikollna x'inħallu għat-tfal u għat-tfal tat-tfal tagħna.", "Sinjura President, ma jistax ikun li noqgħod inwieġeb għal kull ħaġa li ntqalet, imma ma nistax ma nirreferix għall-istatement li qed jirrepeti l-Kap tal-Oppożizzjoni u kelliema oħrajn, ċjoè, li hija ż-żieda tal-popolazzjoni li qed twassal għat-tkabbir ekonomiku.", "Biex tgħid xi ħaġa bħal din bis-serjetà u tistenna li n-nies ma jidħkux biha hija daqsxejn diffiċli.", "Għaliex?", "Għax jekk tirreferi għall-istatisitka globali ssib li l-aktar pajjiżi li qed jiżdiedu f'dik li hija popolazzjoni huma l-aktar pajjiżi fqar fid-dinja.", "Fil-fatt, l-aktar pajjiż li qed jiżdied f'dik li hija popolazzjoni huwa n-Niġer, warajh is-Somalja, u mbagħad għandek il-Kongo, Mali, Chad, Angola, Burundi, l-Uganda, in-Nigerja, Timor-Leste u Gambja.", "Tistgħu tgħiduli kemm huma sinjuri dawn il-pajjiżi għax kellhom żieda rekord fil-popolazzjoni tagħhom?", "Nistgħu nibqgħu sejrin … Imbagħad, wara Gambja, hemm Burkina Faso, li qegħdin fit-12-il post, il-Mozambique, it-Tanzanija, iż-Żambja, Benin, il-Kosta tal-Avorju, is-Central African Republic, Guinea, South Sudan, Senegal, il-Kamerun eċċ. Jekk imbagħad tibqa' tara sa fuq it-80 post issib lil Gabon, Samoa, il-Ghana, il-Jemen … Jien nistaqsi: Dawn il-pajjiżi li qed ikollhom żieda rekord fil-popolazzjoni tagħhom huma pajjiżi sinjuri?", "Madanakollu, dan huwa biss wieħed mill-modi ta' kif inti tista' twieġeb għal dan l-istatement li qed isir b'mod ripetut min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Mod ieħor ta' kif inti tista' twieġeb għal dan l-istatement huwa billi tistaqsi: X'qed iġibu magħhom il-barranin li qed jiġu f'pajjiżna?", "Qed iġibu magħhom l-investiment jew qed jiġu hawnhekk proprju għax jafu li se jsibu l-investiment jilqagħhom u jimpjegahom?", "Prinċipju kardinali fil-qasam tal-ekonomija huwa li meta jkun hemm korrelazzjoni, jiġifieri meta żewġ affarijiet jiġru f'daqqa flimkien, ma tridx tiddistingwi bejn il-kawża u r-riżultat, dak li bl-ingliż insejħulu bħala \"cause and effect\".", "Il-fatt li qed tiżdied l-ekonomija u li fl-istess ħin qed tiżdied il-popolazzjoni ma jfissirx li waħda qed tikkawża lill-oħra.", "Iż-żieda fil-popolazzjoni hija riżultat u mhux kawża tat-tkabbir.", "Kieku f'Malta m'hawnx tkabbir ekonomiku, dawn kienu jibqgħu d-dar u ma kienx ikollhom għalfejn jitilqu minn djarhom, jitilqu lil ħbiebhom u lill-familji tagħhom biex jemigraw!", "Ta' min jgħid ukoll li dawn ħafna minnhom jiġu hawnhekk temporanjament, u għalkemm huma għandhom kull dritt li jdumu hawnhekk jekk huma ġejjin mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea, huma jiġu hawnhekk biex isibu x-xogħol.", "Jekk dawn ma jsibux ix-xogħol, jerġgħu jitilqu lura għax biex ikunu bla mpjieg xorta waħda, u għalhekk jippreferu joqogħdu d-dar milli joqogħdu f'pajjiż ieħor fejn iridu jikru, jieklu u jħallsu spejjeż oħra.", "Mela, Onorevoli Membri tal-Oppożizzjoni, morru għall-prinċipju fundamentali tal-ekonomija u ddistingwu bejn il-kawża u r-riżultat.", "Iva, iż-żieda fil-popolazzjoni u ż-żieda fit-tkabbir ekonomiku huma korrelatati, imma ż-żieda fil-popolazzjoni hija r-riżultat u mhux il-kawża.", "F'kull teorija u f'kull mudell ekonomiku tal-kotba kollha li ssib fil-librerija fuq l-ekonomija tara li l-investiment huwa l-fattur ewlieni li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, u ż-żieda fl-impjiegi hija riżultat ta' dan.", "Suġġett ieħor li m'iniex se nidħol ħafna fih peress li diġà tkellem fuqu l-kelliem ta' qabli huwa dak dwar il-benefiċċju li se nagħtu għal min qed jgħix f'post bil-kera, li tul is-sena se jiżdied għal aktar minn 25% tad-dħul globali ta' dik il-familja.", "Għall-ewwel darba, hawn qegħdin immissu livelli tad-dħul aktar għoljin, jiġifieri, f'dan il-każ m'aħniex nitkellmu biss fuq familji bi bżonnijiet soċjali, imma anke fuq familji li jaħdmu, iħallsu t-taxxa, imma li l-kera qiegħda taffettwahom sostanzjalment.", "Għal dan il-għan, il-Gvern fassal skema li hija mirquma u mmudellata bis-sens li tagħti l-aktar lil dawk il-persuni li jinsabu fil-faxxa t'isfel u tagħti l-anqas lil dawk li jinsabu fil-faxxa ta' fuq.", "Il-benefiċċji li se jingħataw taħt din l-iskema, li ġiet imħabbra minni u mill-Ministru li huwa responsabbli mill-politika soċjali dan l-aħħar, huma aktar mid-doppju tal-benefiċċji li jingħataw illum.", "Dan ma jfissirx li m'aħniex se naħdmu biex noffru aktar housing soċjali.", "Fil-fatt, għadni niftakar li lanqas kienu għaddew ġimagħtejn minn mindu tlajna fil-gvern illi l-eks-Ministru ta' dak iż-żmien, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, ma avviċinatnix biex tgħarrafni bix-xewqa tagħha li tibni aktar social housing.", "Dak iż-żmien jien kont ikkuntattjajt lil Malita Investments u anke lill-EIB (European Investment Bank) biex jibdew id-diskussjonijiet ħalli jaraw kif jgħaddu loan, li fil-fatt għaddiet mingħand l-EIB.", "Bħalma spjega l-Prim Ministru, fiż-żmien tal-lum, minħabba l-mod mill-aktar ikkomplikat dwar min se jieħu r-responsabbiltà tar-riskju, dwar kif il-Gvern irid iżomm id-distanza tiegħu – dak li ngħidulu \"arm's lengthiness\" – eċċ., dan il-proċess jieħu ż-żmien.", "Biżżejjed ngħid li jitqabbdu avukati fuq avukati u jerġgħu jiġu revised il-kuntratti u l-agreements eżistenti.", "Qabel, jekk kont tkun trid tonfoq €50 miljun, kont tista' taqbad u tonfoqhom, imma fiż-żminijiet tal-lum mhuwiex faċli li tagħmel dan għax trid tgħaddi minn ħafna proċeduri biex tkun tista' tonfoq u tinvesti dawk il-flus.", "Però, fl-aħħar se tinħareġ kemm l-ewwel skema, kemm it-tieni skema, kif ukoll it-tielet skema, u b'hekk il-pajjiż ikun qed iħalli warajh assets li l-familji fil-bżonn ikunu jistgħu jużaw.", "Kritika oħra li qed issir hija dwar in-numru ta' mpjegati li l-Gvern qiegħed jimpjega miegħu.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni qed jipprovaw ipinġu sitwazzjoni li l-impjiegi qed jinħolqu kollha mis-settur pubbliku, u dan meta, għall-kuntrarju, is-settur pubbliku bħala persentaġġ tal-labour force kull ma jmur qiegħed dejjem nieżel, filwaqt li x-share tas-settur privat qiegħed dejjem jikber.", "Fil-fatt, jekk immorru lura għal Lulju tas-sena 2012 insibu li 73% tal-impjiegi kienu jmorru fis-settur privat, mentri llum il-persentaġġ ta' mpjiegi li qed imorru fis-settur privat tela' għal 77%, li tfisser żieda ta' 4%.", "Ta' min jgħid ukoll li għall-kuntrarju s-settur pubbliku waqa' b'4% għax minn 27% niżel għal 23%.", "Dan ma jfissirx li s-settur pubbliku ma mpjegax iżjed nies, anke għax biss biss sikwit ikun hemm nies li jirtiraw u allura jridu jieħdu posthom nies oħrajn.", "Minħabba li kull ma jmur l-ekonomija qiegħda dejjem tikber, id-domanda għas-servizzi tas-saħħa, għas-servizzi tal-edukazzjoni u għas-sigurtá tal-pajjiż qiegħda tikber ukoll u, bħalma qal il-Prim Ministru fl-iStqarrija Ministerjali li għamel aktar kmieni matul din is-seduta, aktar ma jgħaddi ż-żmien l-attakki aktar qed isiru sofistikati.", "Għalhekk, inti għandek timpjega l-aħjar nies, nies b'esperjenza u bi kwalifiki b'saħħithom biex ilaħħqu ma' dan it-tip t'attakki sofistikati, u huwa fl-interess tal-pajjiż li żżid l-impjegati fis-settur pubbliku pari passu mal-bżonnijiet li hawn fil-pajjiż.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam ma' money laundering, kull ma rrid nirrapporta hu li aktar mhu qed jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin nimplimentaw l-Action Plan, u l-budget tal-FIAU u ta' entitajiet oħrajn qiegħed dejjem jiżdied.", "Aħna qegħdin insaħħu dawn l-istituzzjonijiet, filwaqt li qegħdin nassiguraw ukoll li kemm il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-EBA (European Banking Authority) qed ikunu sodisfatti ħafna bil-progress li qiegħed isir fil-pajjiż biex insaħħu lil dawn l-istituzzjonijiet u ndaħħlu aktar nies kapaċi biex ikunu jistgħu jlaħħqu mat-transazzjonijiet tas-settur finanzjarju li għandna f'pajjiżna.", "Aktar ma s-settur jikber, aktar irridu nassiguraw li l-istituzzjonijiet regolatorji jikbru u jissaħħu biex ilaħħqu ma' dawn it-transazzjonijiet.", "Irridu niddeċiedu.", "Jekk ma jiġri xejn, dan ikun ifisser li m'għandniex oversight b'saħħitha; però mbagħad, min-naħa l-oħra, jekk għandna oversight b'saħħitha u naqbdu bank, nieħdu azzjoni, imbagħad wara ftit naqbdu bank ieħor u nieħdu azzjoni oħra eċċ., ma nistgħux noqogħdu nargumentaw dwar kemm qed nieħdu azzjonijiet issa.", "Mela, jew ħaġa jew oħra!", "Jien naħseb li s-silenzju u l-kwiet mhumiex l-ambjenti ideali.", "Jien m'għandi l-ebda dubju li r-regolaturi tagħna għandhom edukazzjoni ta' livell sodisfaċenti u meta jmorru barra minn Malta huma kapaċi jlaħħqu ma' sħabhom minn pajjiżi oħra, u l-istess nistgħu ngħidu meta jiġi l-IMF jew il-World Bank.", "Aħna kburin bin-nies tagħna u m'għandna l-ebda dubju li dawn mhumiex kapaċi jlaħħqu mas-settur finanzjarju llum biss imma wkoll fil-futur.", "Sinjura President, filwaqt li qiegħed nieħu gost nara ekonomija b'saħħitha f'pajjiżna u li l-finanzi qegħdin nimmaniġġjawhom b'mod sostenibbli, jiddispjaċini nara … Hija xi ħaġa li tweġġgħek mhux ħażin meta tara – kif rajt jien u raw oħrajn – żewġ kumitati tal-Parlament Ewropew li ġew streamed online u li matulhom sħabi tal-kumitat tal-ECON (Committee on Economic and Monetary Affairs) ġew żgwidati minn Membri Parlamentari Ewropej li huma Maltin bħalna u li qegħdin jagħmlu ħafna ħsara lil pajjiżna.", "Dawn mhumiex qed ikunu prudenti fid-diskorsi li qed jagħmlu, tant li qalu saħansitra affarijiet li mhumiex veritieri.", "Jien, ngħid għalija, jiddispjaċini meta nara xeni bħal dawk u nara lil pajjiżna jiġi mżeblaħ b'mod li ma jistħoqqlux.", "Nies bħal Gunnar Hökmark, Wolf Klinz u oħrajn huma kollha nies li jirraġunaw, u I look forward li niltaqa' magħhom biex ngħidilhom kemm qegħdin jiġu żgwidati, kif ukoll li pajjiżna żgur li ma jirrappreżentax dik l-istampa li qegħdin ipoġġulhom f'dak il-kontest.", "Nisperaw li dan il-perijodu jgħaddi ħalli pajjiżna jkun jista' jieħu nifs u jerġa' jibda jgawdi mir-reputazzjoni li dejjem kellu.", "Jien persważ li l-istituzzjonijiet regolatorji tagħna se jkomplu jagħmlu x-xogħol tagħhom għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Din id-division se tittieħed fis-seduta tal-Erbgħa, 20 ta' Frar 2019, skont il-ftehim milħuq.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ŻONI ĦIELSA F'MALTA", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Sinjura President, għandi messaġġ mingħand il-President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-messaġġ tal-President.", "Il-President, wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-affarijiet li jirrigwardaw Żoni Ħielsa f'Malta bil-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u jiġġenera impjiegi f'Malta, u sabiex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f'xi Żona Ħielsa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni\", tirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "21 ta' Novembru 2018", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-affarijiet li jirrigwardaw Żoni Ħielsa f'Malta bil-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u jiġġenera impjiegi f'Malta, u sabiex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f'xi Żona Ħielsa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS CARDONA: Sinjura President, kif ħabbarna xi żmien ilu bħala Gvern, illum qegħdin irressqu quddiem din il-Kamra l-Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta.", "Forsi jkun hemm min jistaqsi: X'ifisser dan l-Abbozz ta' Liġi li se nibdew niddiskutu fil-Parlament illum?", "Għalhekk tajjeb ngħidu li hawnhekk se nibdew niddiskutu Abbozz ta' Liġi ġdid li, jekk jiġi approvat – kif m'għandix dubju li se jiġri – se jkun qed joħloq niċċa ekonomika ġdida għal pajjiżna, kemm issa u anke fil-futur.", "Ġaladarba dan l-Abbozz ta' Liġi jsir liġi huwa mistenni li jattira investiment lokali u barrani ġdid fis-servizzi tal-loġistika internazzjonali, u mistenni joħloq ukoll numru ta' mpjiegi ġodda.", "Għaldaqstant, la din il-liġi tidħol fis-seħħ, dawk il-kumpaniji tan-negozju li diġà joperaw minn pajjiżna se jibbenefikaw minn titjib fis-servizz bl-ajru u bil-baħar, għax it-traffiku kummerċjali lejn u minn Malta se jiżdied b'mod deċiżiv.", "Iżda, fl-isfond ta' dan kollu, ovvjament il-mistoqsija tiġi waħedha, u hemm min jistaqsihielna, anke l-ġurnalisti: Hemm lok għal aktar investiment fil-pajjiż?", "U t-tweġiba tagħna bħala Gvern hija: Iva, bla dubju, għax dan il-Gvern mhux qed imur għal kwalunkwe investiment, imma qed imur għal investiment ta' kwalità li jtejjeb u jsaħħaħ l-opportunitajiet għalina.", "Hemm lok għal aktar investiment fil-pajjiż, ukoll għax illum għandna Gvern li għandu pjan ċar ta' kif irid imexxi l-pajjiż 'il quddiem.", "Aħna qegħdin noħolqu ekonomija li minnha nnifisha tħeġġek toħroġ taħdem, u kif jgħidu \"work pays\".", "F'ħames snin kabbarna l-ekonomija bi kważi 60%, u s-settur privat kien dejjem fiċ-ċentru ta' dan it-tkabbir ekonomiku u ta' dan is-suċċess għax, fl-aħħar mill-aħħar, beda jinvesti aktar minn qatt qabel, u minkejja l-fatt li nitkellmu dwar kif l-akbar sfida tagħna hija dik li nsibu l-ħaddiema u anke l-art, bħala politiku jien nemmen li l-akbar sfida tagħna hija biex dawk ix-xogħlijiet ta' kwalità li qegħdin inġibu lejn pajjiżna jmorru għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Dan ma jfissirx li aħna se nagħlqu l-bibien għal min mhuwiex Malti jew Għawdxi, iżda għandna nassiguraw li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikollhom impjieg ta' kwalità li jixirqilhom, u l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum se jkun qiegħed proprju jagħti għodda strateġika biex nimplimentaw dan il-pjan.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra spiss jgħidulna li m'għandniex pjan strateġiku ekonomiku, li m'għandniex viżjoni ekonomika, u li dan huwa Gvern bla pjan u bla viżjoni.", "Jgħidu wkoll li matul dawn l-aħħar snin aħna ma ħloqniex niċeċ ekonomiċi ġodda.", "Din hija xi ħaġa inkredibbli, imma jgħiduha!", "Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-2013 'l hawn, mill-ewwel jara l-bidla radikali fil-mod ta' kif saret l-ekonomija tagħna llum għax, kif taf inti, Sinjura President, illum għandna l-anqas rata ta' qgħad fl-istorja ta' pajjiżna, u, kif għadu kemm qal il-Ministru għall-Finanzi, għandna l-akbar surplus fl-istorja ta' pajjiżna, għandna l-akbar tkabbir ekonomiku mhux biss fir-reġjun tagħna, imma fl-Unjoni Ewropea, u dan mhux kollox, għax illum l-ekonomija tagħna kibret b'aktar minn tliet darbiet mill-medja tal-Unjoni Ewropea.", "Ovvjament, aħna ma nistgħux nieħdu dawn ir-riżultati ekonomiċi waħedhom daqslikieku kienu ġo vacuum, u ma nistgħux neħduhom for granted lanqas.", "Għalhekk huwa importanti li nkomplu naħdmu b'moħħna, b'focus u b'direzzjoni li hija ċara u inekwivoka.", "Sinjura President, ta' min jgħid li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum jikkomplementa liġijiet oħrajn li tkellimna dwarhom f'dan il-Parlament matul is-snin li għaddew.", "Pereżempju, hawn wieħed jista' jsemmi l-Att dwar in-Negozji tal-Familja, li wassal biex għall-ewwel darba n-negozji tal-familja, li huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija, jiġu rikonoxxuti b'mod formali u saħansitra jingħataw assistenza, inċentivi u skemi li huma attrezzati għall-bżonnijiet tagħhom.", "Ftit tax-xhur ilu, daħħalna liġi oħra fil-pajjiż, dik li tirregola l-produzzjoni tal-kannabis għall-użu mediku, sfera ekonomika ġdida oħra li fiha pajjiżna kien minn ta' quddiem biex joħloq regolamentazzjoni f'dan is-settur.", "B'hekk naqqaxna anke l-irwol tagħna fis-suq Ewropew, u dan huwa pass li ċertament se jkompli jsaħħaħ is-settur tal-manifattura u tal-industrija tal-farmaċewtika f'Malta.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll tliet liġijiet oħra li daħħalna: l-Att dwar l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali, l-Att dwar Arranġamenti u Servizzi ta' Teknoloġija Innovattiva, u l-Att dwar l-Assi Finanzjarji Virtwali.", "Pereżempju, jien għadni niftakar li, madwar tliet snin u nofs ilu, l-ewwel darba li ltqajt ma' persuni li bdew ikellmuna dwar dawk li huma magħrufa bħala disruptive technologies, bħall-blockchain u l-blockchain technology, kienu qalulna li l-futur ta' din in-niċċa mhu se jistenna lil ħadd.", "Dak iż-żmien lanqas biss konna nafu xi tfisser il-kelma \"blockchain\", u għalhekk konna għamilna studju tekniku dwar dan is-settur u ressaqna pjan strateġiku nazzjonali għat-teknoloġija tal-blockchain, sakemm illum il-ġurnata wasalna biex inwaqqfu l-ewwel qafas regolatorju li jitkellem dwar teknoloġija DLT (Distributed Ledger Technology) fid-dinja, fosthom il-blockchain.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li Malta kienet pijuniera f'dik li hi innovazzjoni f'dan is-settur, u ċertament li, bil-ħolqien ta' dawn in-niċeċ ekonomiċi ġodda li pajjiżi oħra ferm akbar minna għadhom qed iħarsu lejhom, hija se tkompli ssaħħaħ l-ekonomija Maltija.", "Sinjura President, kif wieħed jistenna, dawn l-investimenti wasslu għal aktar ġid u għal aktar xogħol f'pajjiżna, u aħna rridu nkomplu nieħdu deċiżjonijiet bħal dawn biex inkomplu nkabbru l-ekonomija.", "Dan huwa r-ritmu li bih irridu nżommu dan il-momentum.", "Bħala pajjiż irridu nkomplu ntejbu wkoll il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin, u allura ma nistgħux nieqfu.", "Fil-fatt, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa proprju wieħed minn dawn il-passi li rridu nagħmlu fil-futur.", "Nixtieq nibda billi nispjega xi tfisser il-frażi \"żoni ħielsa\", li bl-Ingliż hija magħrufa bħala \"customs free zones\".", "Fil-fatt, dawn huma żoni magħluqin fit-territorju tad-Dwana fejn il-merkanzija li tiġi minn barra l-Unjoni Ewropea tista' tinħażen fihom u tiġi pproċessata mingħajr ma jkun hemm ħlas ta' dazju jew spejjeż oħra relatati mal-importazzjoni.", "Il-liġi li titkellem dwar l-Unjoni Ewropea, u li allura hija parti mill-preambolu tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, tagħti s-setgħa lill-Istati Membri li jagħżlu partijiet mit-territorju nazzjonali li huma jaħsbu li għandhom ikunu żoni ħielsa.", "Din id-deċiżjoni hija purament waħda li taqa' fir-remit tad-deċiżjonijiet domestiċi u hija deċiżjoni ta' kompetenza nazzjonali, aktar u aktar għax lanqas hemm il-ħtieġa li jkollna permess mill-Kummissjoni Ewropea sabiex niddeterminaw liema huma dawn iż-żoni.", "Min-naħa l-oħra, hemm ukoll ċerti obbligi.", "Pereżempju, aħna bħala Gvern irridu nikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea ċerta informazzjoni li tinġabar dwar dawn il-customs free zones għax kull sena l-Unjoni Ewropea tippubblika lista taż-żoni li huma meqjusa bħala żoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri, illum il-ġurnata l-customs free zones li huma fit-territorju tal-Unjoni Ewropea huma ppubblikati kull sena.", "Ta' min jgħid, Sinjura President, li bħalissa fl-Unjoni Ewropea hemm madwar 83 żona ħielsa, u l-akbar ammont ta' żoni ħielsa li hemm jinsabu fil-Kroazja, fejn, jekk m'iniex sejjer żball, hemm madwar 11.", "Imbagħad, hemm pajjiżi oħrajn, bħal, pereżempju, fid-Danimarka, Ċipru, il-Finlandja, il-Greċja, il-Portugall, ir-Renju Unit, Spanja, Franza, il-Ġermanja u l-Italja, li għandhom l-akbar ammont ta' żoni ħielsa fil-periferija tal-fruntiera tagħhom.", "Dan juri li ħafna mill-kompetituri tagħna fl-Unjoni Ewropea diġà għandhom spazju allokat bit-titolu ta' żona ħielsa, u b'hekk b'dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna aħna mhu qegħdin nivvintaw l-ebda rota ġdida.", "Ladarba dan l-Abbozz ta' Liġi jgħaddi mill-Parlament, Malta se tkun tista' tidħol f'dan is-suq kompetittiv u nkunu nistgħu nistabbilixxu lil pajjiżna bħala ċentru ta' loġistika fil-Mediterran.", "Aħna bħala pajjiż għandna vantaġġ ġeografikament.", "F'Malta diġà għandna żona ħielsa, li huwa l-Port Ħieles; iżda, tant hemm domanda għal dan is-suq li ħafna drabi l-ispazju li joffri l-Port Ħieles ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa d-domanda kummerċjali.", "Sinjura President, hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jikkjarifika wkoll illi meta qegħdin nitkellmu dwar żoni ħielsa, qegħdin nirreferu għal żoni li mhumiex ħielsa mit-taxxa, jiġifieri, aħna hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar żoni bħalma hemm fl-Emirati Għarab Magħquda, bħalma hemm fid-Dubaj jew inkella f'Jebel Ali, fejn hemmhekk inti għandek tax free zones.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jispjega bl-aktar mod ċar li aħna bħala Gvern qegħdin nipproponu li dawn il-customs free zones ikunu ħielsa mid-dazji u minn taxxi oħra relatati mal-importazzjoni.", "Hawnhekk aħna qegħdin nitkellmu dwar dawk it-tariffi li jitħallsu fuq il-merkanzija li tidħol fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi, fejn qed nipproponu li sakemm dawn jibqgħu hawnhekk u jitilqu għal pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, dik it-tariffa ma titħallasx.", "It-taxxa tad-dħul li normalment titħallas fuq il-profitt li jsir mill-prodotti li jiġu importati jew esportati f'pajjiżi oħrajn xorta se tibqa' tapplika, u għaldaqstant l-operaturi li se jkunu qegħdin jagħmlu użu minn żoni ħielsa se jkunu eżenti biss – u din hija importanti li nagħmluha ċara – minn dawk li huma import-related taxes.", "Sinjura President, nixtieq nagħmilha ċara wkoll li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna mhuwiex se jibdel l-irwol tal-Freeport, u lanqas mhu se jnaqqas mir-responsabbiltà li għandu l-Freeport jew inkella mill-kompetenzi eżistenti li għandu d-Dipartiment tad-Dwana.", "Anzi, dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun katalist biex jiżdied il-kummerċ fil-Freeport Terminal, filwaqt li jkun hemm domanda akbar għas-servizzi offruti mid-Dipartiment tad-Dwana, hekk kif dawk li jkunu jokkupaw il-customs free zones ċertament li se jiġu bżonn is-servizzi tad-Dwana.", "M'hemmx dubju wkoll li d-Dwana ta' Malta, partikolarment dan l-aħħar, ħadet reputazzjoni li hi fost l-aqwa fid-dinja.", "Fil-fatt, illum ir-reputazzjoni tad-Dwana ta' Malta żdiedet ħafna għax, kif nafu, illum hija armata sa snienha b'nies li huma kompetenti immens u li allura jaslu biex iserrħulna moħħna li l-attività ta' loġistika li se nintroduċu permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi tista' taħdem b'mod effiċjenti ħafna.", "Ċertament, iċ-ċertifikati tal-kontroll tad-Dwana għenu wkoll sabiex din irnexxielha tkisser iċ-ċrieki tal-attività illegali u kriminali li kienet għaddejja.", "Diversi rapporti żvelaw li s-sena 2018 kienet waħda ta' suċċess kbir ħafna għad-Dwana Maltija, u dan wara l-investiment li għamilna, partikolarment permezz ta' apparat ta' scanners, kif ukoll bit-teħid ta' supplementary measures oħrajn, fosthom investiment fir-riżors uman.", "Jien naħseb li s-sena 2018 għandha tiġi meqjusa bħala sena rekord u sena impressjonanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' qbid ta' traffikar ta' droga f'pajjiżna, u dan jimliena b'kuraġġ għaliex nemmnu li, grazzi għall-esperjenza tagħha, illum id-Dwana Maltija tista' toffri servizz eċċellenti għal operaturi fiż-żoni ħielsa, speċjalment fejn ikun hemm qlib ta' merkanzija mill-baħar għall-ajru jew inkella mill-ajru għall-baħar.", "Fil-fatt, hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lid-Dipartiment tad-Dwana u lill-impjegati kollha fi ħdan dan id-dipartiment għax-xogħol siewi u impekkabbli tagħhom, fejn nemmen li bil-kooperazzjoni sħiħa tagħhom dan il-proġett se jkun wieħed eċċellenti.", "Għalfejn qed irressaq dan l-Abbozz ta' Liġi, Sinjura President?", "Dan qed nagħmlu għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel nett, qed nagħmlu għax nemmen li aħna, bħala l-Ministeru responsabbli mill-Malta Industrial Parks (MIP) li hija l-entità li tamministra l-artijiet industrijali tal-gvern, nistgħu nimmassimizzaw il-potenzjal li għandhom dawn l-artijiet.", "Fil-fatt, qegħdin nimmiraw li dawn iż-żoni ħielsa jiġu stabbiliti f'art tal-gvern, partikolarment fiż-żona industrijali ta' Ħal Far.", "Dik hi l-ewwel raġuni.", "It-tieni raġuni hi li fin-negozjati kummerċjali li jistgħu jsiru ma' xi investituri, dawn iż-żoni ħielsa jistgħu jintużaw bħala benefiċċju, u saħansitra bħala added value, għall-operazzjonijiet kummerċjali fl-ekonomija tal-pajjiż.", "F'Malta għandna vantaġġ uniku li ċertament jagħmilna attraenti ħafna għal dan it-tip ta' investiment, vantaġġ li mhux se ssib bħalu faċilment madwar id-dinja kollha.", "Id-daqs tagħna u l-post ġeografiku tagħna, li huwa f'nofs il-baħar Mediterran, ipoġġina fil-post ideali sabiex insiru ċentru ta' eċċellenza għas-settur tal-loġistika.", "Ninsabu eżatt f'dik li jgħidulha l-EU-Asia Line, jiġifieri, fin-nofs bejn it-toroq kummerċjali tal-Ewropa, tal-Asja u tal-Afrika ta' Fuq.", "Fil-fatt, jekk tara l-bastimenti li jkunu mgħobbijin bil-merkanzija li jgħaddu mill-istraits ta' Ġibiltà u jibqgħu neżlin 'l isfel, dawn bilfors iridu jgħaddu minn ħdejn Malta, jiġifieri d-diversion li jista' jieħu vapur biex iħott jew jgħabbi, xi kultant anke għall-bunkering, hija żgħira ħafna.", "Dan il-fattur jista' jwassal għal potenzjal kbir, u għaldaqstant investitur li ġej minn barra l-Unjoni Ewropea u li jixtieq jesporta l-prodotti tiegħu lejn pajjiż li huwa barra mill-Unjoni Ewropea u li forsi qiegħed fl-Afrika ta' Fuq, fl-Afrika ċentrali u anke fl-Afrika t'Isfel, ukoll jista' jagħmel użu minn dawn iż-żoni ħielsa f'pajjiżna.", "Jien nistaqsi: Fejn se ssib pajjiż ieħor li jista' jagħtik il-vantaġġ li huwa daqshekk viċin żewġ kontinenti differenti b'potenzjal ta' suq enormi, li huwa membru attiv tal-Unjoni Ewropea u li fl-istess ħin huwa viċin l-Afrika ta' Fuq, saħansitra aktar minn ċerti pajjiżi li jifformaw parti mill-Afrika?", "Barra minn hekk, fejn se ssib pajjiż ieħor li joffri żona ħielsa li tmiss mal-ajruport li għandna fil-Gudja, li tmiss mal-Freeport u li tmiss mal-Port il-Kbir, li jinsab wara l-peniżola ta' Kalafrana?", "Operatur fis-settur tal-loġistika li jkun qed ifittex li jittrasporta l-prodotti tiegħu minn post għall-ieħor ikun jista' jagħmel dan b'iżjed faċilità, bi prezz ħafna orħos – minħabba li m'hemmx distanzi twal – u bl-għażla li juża l-mezz ta' trasport li jaqbillu, jiġifieri, jew bil-baħar jew inkella bl-ajru.", "Sinjura President, il-prossimità bejn il-Freeport u l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta tippermetti wkoll li t-trasferiment ikun monitored, ikun aktar effiċjenti u li ma jkunx hemm xkiel għall-merkanzija li tkun qed tiġi ttrasportata.", "Eventwalment, hemm il-ħsieb li ngħaqqdu dawn iż-żoni ħielsa mal-operazzjoni tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta billi, pereżempju, fl-Ajruport ikun hemm partijiet li jintużaw flimkien mal-Air Malta bħala speċi ta' logistics hub interna, partikolarment għal dawk li huma valuables, affarijiet prezzjużi u materjal ta' valur.", "Il-Gvern qiegħed jara wkoll li jinbnew toroq apposta li permezz tagħhom ngħaqqdu ż-żona ħielsa ta' Ħal Far mal-Freeport, u forsi anke mal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Dan għaliex aħna rridu li t-trakkijiet il-kbar li jġorru l-merkanzija jgħaddu minn dawn it-toroq minflok ma jużaw it-toroq normali li nużaw aħna matul il-ġurnata, bil-għan li b'hekk tiżdied l-effiċjenza tal-operaturi, u konsegwentement tiżdied ukoll ir-rata ta' produttività li jkollhom.", "Madanakollu, il-Gvern jixtieq jibni toroq speċifiċi għal raġunijiet li jmorru oltre mir-raġuni li għadni kif semmejt, u hawn qed nirreferi għall-fattur tal-produttività ekonomika.", "Fil-fatt, aħna se nkunu qegħdin nidħlu f'diskussjonijiet mal-Ministru Ian Borg sabiex naraw kif dan il-pjan jista' jitwettaq f'forma ta' masterplan, bħalma qed nagħmlu bħalissa f'Safi Aviation Park, fejn qegħdin niffinalizzaw masterplan għall-aviation cluster.", "Issa nixtieq nispjega ftit għaliex il-Gvern għandu l-ħsieb li jdaħħal liġi ġdida.", "Bħalma rajna s-suċċess tal-Malta Freeport Terminal, aħna bħala Gvern rajna li hemm ukoll l-opportunità li nippromwovu lil Malta bħala ċentru għal-loġistika internazzjonali, partikolarment għal dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fir-reġjun tagħna.", "Kif spjegajt ftit tal-ħin ilu, il-pożizzjoni ġeografika tagħna bħala pajjiż tpoġġina f'vantaġġ uniku għal dan il-għan.", "Il-konnettività tagħna mal-kontinent Ewropew, kif ukoll ma' dak Afrikan, tagħtina anke l-potenzjal li noħolqu ċentru ta' eċċellenza li jħabbatha ma' dawk ta' pajjiżi oħrajn li huma ġirien tagħna, jew kif għandhom fit-Turkija u fil-Greċja, li huma kompetituri kbar f'dan il-qasam.", "Fil-fatt, minkejja li dan l-Abbozz ta' Liġi għadu m'għaddiex minn dan il-Parlament, il-Malta Enterprise diġà bdiet numru ta' proġetti ta' dan it-tip.", "Sinjura President, l-iskop ewlieni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi hu li nkabbru l-attività ekonomika tagħna li hija mmirata lejn il-kummerċ internazzjonali, speċjalment fil-każ ta' dawk il-prodotti li jkunu ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea, bħall-Amerka, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Asja, u li eventwalment ikunu jridu jaslu jew fl-Afrika jew inkella fil-Lvant Nofsani.", "Dawk il-kumpaniji li se jkunu qegħdin joperaw minn dawn iż-żoni ħielsa jridu jkunu qed joffru servizzi li huma speċifikament immirati għall-kummerċ internazzjonali.", "Dan mhuwiex xi konċett ġdid, la għal Malta u wisq anqas għall-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, hawn Malta diġà għandna kumpaniji li jaħdmu bħal speċi ta' logistics hubs, u dan għal diversi prodotti, fosthom għal sportswear, għal makkinarju marittimu u anke għal prodotti tal-farmaċewtika.", "Dawn l-operazzjonijiet jinsabu għaddejjin il-ħin kollu fil-Freeport.", "Għalhekk, il-viżjoni tal-Gvern hi li f'Malta jkollna dan il-logistics hub għall-kummerċ bejn iż-żoni viċin tagħna.", "L-Abbozz ta' Liġi li qed nippreżenta huwa maħsub ukoll biex jiffaċilita l-istabbiliment ta' customs free zone biex b'hekk nindirizzaw din il-lakuna li teżisti fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Dan jagħmilha aktar faċli lill-Gvern illi jħajjar investiment ġdid f'dan il-qasam.", "Sinjura President, dan l-Abbozz ta' Liġi se jagħti wkoll lill-Gvern is-setgħa li jaħtar awtorità li tmexxi assi tal-istat, jiġifieri art industrijali li se tkun allokata għal din il-funzjoni.", "Fil-fatt, din l-awtorità se tamministra ż-żoni ħielsa f'isem il-Gvern u anke tpoġġihom għad-dispożizzjoni tal-operaturi fin-negozju.", "Barra minn hekk, din l-awtorità se tkun qiegħda toffri wkoll l-assistenza tagħha lil dawk l-intrapriżi li jaħdmu f'dan is-settur.", "Iżda hawnhekk irrid ngħid li r-regoli normali tat-tassazzjoni japplikaw għan-negozji kollha li joperaw mill-customs free zones.", "Nerġa' nfakkar li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar taxxa tad-dħul, qligħ jew profitt, imma qed nitkellmu dwar taxxi jew tariffi relatati mal-importazzjoni tal-merkanzija minn barra l-Unjoni Ewropea, bħalma hi, pereżempju, dik imsejħa bħala \"common external tariff\".", "Bla dubju ta' xejn, ix-xogħol kollu ta' din l-awtorità se jsir fl-interess tat-tkabbir u tal-iżvilupp ekonomiku sostenibbli ta' pajjiżna u ta' din in-niċċa ġdida ta' ekonomija.", "Irrid nagħmilha ċara li l-irwol tal-Malta Freeport huwa kompletament 'il barra mill-kompetenza ta' dan l-Abbozz ta' Liġi għax l-operazzjoni tal-Freeport hija regolata, imħarsa u stipulata minn an ad hoc legislation, li hija leġiżlazzjoni speċjali li tirregola lil din l-entità.", "Hawnhekk, Sinjura President, naħseb ikun tajjeb jekk nispjega kif se jaħdem dan il-proġett, jew aħjar, kif se nkunu qegħdin nattiraw interessi lokali u anke minn barra minn Malta biex isir użu minn dawn il-customs free zones.", "Bħalma jsir għal kull tip ta' investiment ieħor, kumpaniji jew potenzjalment dawk li għandhom interess li jidħlu f'dan is-settur iridu japplikaw mal-Malta Enterprise.", "Ilkoll nafu l-istandards għoljin li għandha llum il-Malta Enterprise.", "Il-Malta Enterprise kienet kruċjali kemm għat-tkabbir ekonomiku li qegħdin naraw iseħħ f'dan il-pajjiż u kemm għall-mod effiċjenti li bih qed nagħmlu analiżi tal-business model li jkollna quddiemna mill-investituri lokali u barranin.", "Biżżejjed ngħid li fi ftit ġimgħat qed jirnexxielna nagħmlu assessment oġġettiv dwar jekk attività hijiex se tiġi msarrfa f'opportunity cost, jiġifieri jekk hijiex se twassal biex ikollna żvilupp ekonomikament ġustifikabbli u sostenibbli fit-tul.", "Illum il-ġurnata, il-Malta Enterprise għandha reputazzjoni impekkabbli kemm mal-investitur barrani, kif ukoll mal-intraprenditur lokali, għax hija ta' sostenn kontinwu għall-bżonnijiet li jkollhom in-negozji Maltin u Għawdxin u anke dawk barranin li joperaw minn Malta.", "Għaldaqstant, il-progress li sar fil-Malta Enteprise mhux biss huwa notevoli mill-aspett ta' investiment, imma anke mill-aspett ta' inċentivi li noffru lill-investituri u lin-negozji.", "Hawnhekk ta' min isemmi wkoll li aħna ma nħallux l-inċentivi li jiġu ppubblikati fil-guidelines tal-Malta Enterprise fuq l-ixkaffa imma naddattawhom skont il-bżonn biex inħallu s-suq ekonomiku tagħna kompetittiv fil-konfront tal-kompetizzjoni aggressiva li għandna ma' pajjiżi oħrajn, għalkemm il-kompetizzjoni hija xi ħaġa tajba wkoll.", "Imma ħalli nkompli b'dak li kont qed ngħid.", "Wara li l-Malta Enterprise tirċievi l-applikazzjoni, jiskatta l-perijodu ta' proċess ta' evalwazzjoni, liema evalwazzjoni tkun dettaljata ħafna u intiża biex il-proposta tiġi determinata skont il-valur ekonomiku tal-proġett.", "Il-Malta Enterprise tistudja wkoll kif il-proġett se jkun ta' benefiċċju għall-ekonomija ta' Malta, u jsiru numru ta' due diligence reports u analyses fuq l-operazzjoni finanzjarja u l-operazzjoni operazzjonali ta' dik l-applikazzjoni.", "Irrid ngħid li, bħala policy, il-linja gwida li l-Gvern qed jagħti lill-Malta Enteprise hi li ovvjament se tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet li se jħallu l-akbar valur miżjud fl-ekonomija Maltija, jiġifieri, aħna qegħdin naraw li nikkomplementaw lill-industriji ewlenin, fosthom lill-industriji tal-manifattura u tal-manutenzjoni – bħal, pereżempju, dawk li jeżistu fis-settur tal-avjazzjoni – ħalli b'hekk inkunu nistgħu nsostnu l-influss ta' prodotti ta' merkanzija li jgħaddu miż-żoni ħielsa.", "Meta mbagħad il-proġett ikun approvat, tidħol fl-istorja l-MIP, għax meta l-Malta Enterprise toħroġ letter of intent, hija l-MIP li talloka l-art industrijali.", "Barra minn hekk, l-MIP se tkun qed taħdem ukoll mas-settur privat biex flimkien nipprovaw nidentifikaw artijiet oħrajn għal dan l-użu speċifiku.", "Pereżempju, meta konna qed niddiskutu l-Baġit għal din is-sena kont ħabbart il-proposta li għamilna, dik li jkun hemm public private partnerships jew inkella public financial initiatives fejn nesploraw artijiet privati li huma industrijali bil-għan li nibnuhom għal dan l-iskop.", "Hija realtà li l-ispazju f'Malta huwa limitat, u għalhekk huwa importanti li nutilizzaw l-ispazju li għandna bl-aħjar mod possibbli.", "Għalkemm konna għatxana għal żoni industrijali: kien hemm okkażjonijiet li bħala Gvern qgħadna pass lura.", "Hawnhekk qed nirreferi għaż-Żona Industrijali ta' Bulebel fejn, malli ħabbart li din iż-żona se tiġi estiża, kien hemm ammont sostanzjali ta' oġġezzjonijiet għal din id-deċiżjoni u meta aħna, bħala Gvern, iltqajna magħhom u smajniehom anke fil-kumitati tal-Kamra, rajna li l-oġġezzjoni tagħhom hija ġustifikata.", "Għalhekk, bħala Gvern umli u modest aħna hemmhekk qgħadna pass lura u ddikjarajna li dik l-estensjoni mhijiex se ssir.", "Dan allura jitfa' iktar responsabilità fuq spallejna sabiex noqogħdu attenti li kull millimetru kwadru ta' art industrijali li għandna nużawha bl-aħjar mod possibbli.", "Ovvjament, Sinjura President, il-kumpaniji li joperaw f'dan is-settur se jkunu obbligati jħarsu l-istess liġijiet bħal kwalunkwe kumpanija oħra li topera f'Malta fl-aspetti kollha, jiġifieri, anke fl-aspetti relatati ma' tassazzjoni u state aid implications.", "Irridu noqogħdu attenti li ma jkun hemm l-ebda xamma – jiġifieri mhux biss l-ebda indikazzjoni, imma l-ebda xamma – li dawn qegħdin immorru kontra l-għajnuna mill-Istat jew kontra l-leġiżlazzjonijiet tal-impjiegi, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' employment conditions and regulations.", "Huwa pertinenti li ngħid ukoll illi l-operaturi fi ħdan iż-żoni ħielsa għandhom iġibu l-permessi kollha meħtieġa mill-awtoritajiet relevanti u relattivi, inkluż dawk li jridu jinġabu mid-Dipartiment tad-Dwana.", "L-ekonomija Maltija x'benefiċċju se tkun qed tieħu minn dan is-settur?", "Huwa stmat li ż-żoni ħielsa jammontaw għal kważi 25% tal-kummerċ internazzjonali dinji.", "Il-fatt li d-dazji tad-dwana u ħlasijiet oħrajn fuq l-importazzjoni jkunu sospiżi għal tul ta' żmien, sakemm il-merkanzija tkun għadha fiż-żona ħielsa, jippermetti lill-operatur ibaxxi l-ispejjeż tal-operazzjonijiet internazzjonali b'mod sinifikanti, partikolarment għax b'hekk ikun qed itaffi l-pressjoni fuq dik li għandha x'taqsam ma' likwidità.", "Pereżempju, bl-użu ta' żona ħielsa manifattur Indjan li jkollu bżonn bażi fl-Unjoni Ewropea fejn iservi lill-klijenti jkun jista' jipposponi l-ħlas ta' kwalunkwe dazju tad-dwana, tariffi jew taxxi relatati mal-importazzjoni sal-mument li l-merkanzija tintbagħat fiżikament lill-klijent tiegħu.", "Għalhekk, inti għandek dan il-perijodu, li huwa perijodu tranżitorju, li fih il-likwidità ta' dan in-negozjant Indjan – issa naturalment m'hemmx għalfejn li n-negozjant ikun Indjan, imma jista' jkun Ċiniż, Tork jew ikun ġej minn kwalunkwe pajjiż 'il barra mill-Unjoni Ewropea – qiegħda hemm għaliex dan għadu ma ħallasx it-tariffi.", "Iż-żoni ħielsa huma utli wkoll bħala bażi li minnha jservu lill-klijenti ta' pajjiżi terzi, fosthom mill-Afrika ta' Fuq, mil-Lvant Nofsani, eċċ., u dan billi huma ma jħallsu l-ebda taxxa tal-Unjoni Ewropea fuq l-oġġetti waqt li jkunu f'żona ħielsa, u jsiru soġġetti biss għal dazji fuq l-importazzjoni ta' pajjiżi li huma barra mill-Unjoni Ewropea meta jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.", "Għalhekk, il-vantaġġ li għandhom dawn il-customs free zones fuq il-kummerċ internazzjonali huwa inkredibbli.", "Il-Gvern qed jara wkoll li din it-tip ta' niċċa tiftaħ il-possibiltajiet għal xogħlijiet li huma interessanti ħafna, u mhux neċessarjament għal xogħlijiet li tradizzjonalment nassoċjawhom mal-burdnara.", "Għal dan il-għan, il-Malta Enterprise se tkun qed taħdem mal-istituzzjonijiet edukattivi biex tara li dawk il-Maltin u barranin li jitħajru jinvestu f'dan is-settur jiġu mgħallmin dak kollu li għandu x'jaqsam ma' loġistika u ma' dik li hija msejħa bħala \"supply-chain management\".", "Dan għaliex dan is-settur joffri bosta opportunitajiet li jistgħu anke jwasslu sabiex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jibnu karriera f'dan is-settur.", "Huwa veru li llum hemm il-job mobility; però, billi dan is-settur huwa cluster magħluq, minnu nnifsu is-settur jista' joffri karriera.", "Issa, jekk wieħed ibiddilx operatur minn ieħor, dik imbagħad affari ta' min ikun qed jaħdem f'dan is-settur.", "Però, dan is-settur joffri karriera bħalma għandhom karriera l-għalliema, l-avukati, it-tobba u l-periti.", "Barra minn hekk, l-istabbiliment ta' żoni ħielsa f'Malta se jkunu ta' benefiċċju għax, minbarra li b'hekk se noħolqu niċċa ġdida, din in-niċċa ġdida se tħalli impatt, kultant dirett u kultant indirett, fuq setturi oħrajn.", "Pereżempju, il-fatt li se jkun hemm żieda fl-influss tal-merkanzija jfisser li se jkun hemm żieda fl-insurances u fl-aġenziji tal-assigurazzjoni, ifisser li se jkun hemm domanda akbar għal dak li għandu x'jaqsam ma' storage u ma' warehousing, u jfisser ukoll li se jiżdied it-traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, fil-Port il-Kbir – u fil-Port il-Kbir nafu li diġà hemm għaddejja attività kummerċjali – u anke fil-Freeport.", "Dan is-settur se joħloq anke aktar opportunitajiet ta' investiment, fejn min forsi laħaq ċertu livell ta' investiment bil-mod il-mod se jara li jista' jespandi l-investiment tiegħu f'setturi oħrajn.", "Naturalment, dan is-settur ġdid se jżid ukoll l-impjiegi, filwaqt li se jgħolli l-kompetittività tal-ekonomija tagħna u jżid il-konnettività ta' pajjiżna.", "Dawn huma kollha elementi li fuq il-bażi tagħhom biss ukoll dan l-Abbozz ta' Liġi għandu jkun approvat minn dan il-Parlament illum qabel għada.", "Sinjura President, nikkonkludi d-diskors tiegħi billi ngħid li din hija tabilħaqq l-isfera ekonomika ġdida li pajjiżna għandu jidħol fiha għax minnha se nibbenefikaw ilkoll.", "Nappella lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex jingħaqdu magħna f'din id-diskussjoni biex, bħalma għamilna f'liġijiet importanti oħrajn li għaddejna fil-passat, noħolqu kunsens politiku dwar dan is-settur.", "Jien inħares 'il quddiem biex tinħoloq diskussjoni interessanti u kostruttiva bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra ħalli flimkien infasslu liġi matura u sensibbli li tkun mibnija fuq l-ideat tal-Membri ta' din il-Kamra, għax b'hekk inkunu qed inkomplu noħolqu aktar ġid għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ġejt informata li hawn qbil li d-diskussjoni dwar dan l-Abbozz ta' Liġi tkompli nhar it-Tnejn li ġej.", "Nitlob li tikkonfermawli dan li qed ngħid.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Iva, Sinjura President, hawn qbil li nkomplu bid-diskussjoni dwar dan l-Abbozz ta' Liġi nhar it-Tnejn li ġej.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nikkonferma dan min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Fis-6.47 pm, id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-aġġornament.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ġaladarba hawn dan il-ftehim nitlob lill-Ministru Chris Cardona biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS CARDONA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Frar 2019 fl-4.00 pm, b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Votazzjoni;", "jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sinjura President, waqt li kont qed naħseb fuq xiex se nagħmel dan l-Aġġornament, il-ħsieb tiegħi mar lura għall-1996 meta jien, flimkien ma' numru ta' kollegi tiegħi – fosthom il-ħabib tiegħi, il-Ministru Chris Cardona – konna ġejna eletti għall-ewwel darba.", "Niftakar li dak iż-żmien kulħadd kien kważi jiġġieled biex jitkellem waqt il-ħin tal-Aġġornament.", "Għaliex konna nagħmlu dan?", "Konna nagħmlu dan għaliex konna ġodda u allura kulħadd kien ifittex il-possibbilità li jinstema' – għax dak iż-żmien ninstemgħu biss konna! – però, konna nagħmlu dan ukoll għax dak iż-żmien kien jiġi rrapportat x'ingħad waqt il-ħin tal-Aġġornament.", "Fil-fatt, niftakar sew li dak iż-żmien, fl-1996, il-ġurnali kollha kienu jirrapportaw dak li jingħad waqt il-ħin tal-Aġġornament.", "Ftit tal-ġranet ilu, ġew f'idejja cuttings tal-ġurnali li fihom kienu ġew irrapportati l-ewwel diskorsi tiegħi fil-Parlament, fosthom dawk li għamilt waqt il-ħin tal-Aġġornament, u naħseb li bħali ħafna mid-deputati ġodda meta jissemmew fuq il-ġurnali għal xi diskors li jkunu għamlu jieħdu pjaċir jerfgħuhom.", "Xi drabi d-diskorsi tal-Aġġornament kienu saħansitra jiġu rrapportati fuq l-aħbarijiet lokali.", "Madanakollu, illum l-affarijiet inbidlu.", "Illum, il-ħin tal-Aġġornament sar aktar okkażjoni sabiex dak li jkun jitkellem fuq il-lokalitajiet li jkun qed jirrappreżenta.", "Pereżempju, għalina l-membri tal-Eżekuttiv il-ħin tal-Aġġornament huwa wieħed mill-ftit okkażjonijiet li għandna sabiex nitkellmu fuq dawk il-lokalitajiet li r-residenti tagħhom ikunu wrew il-fiduċja tagħhom fina.", "Għalhekk, ġaladarba ġietni din l-okkażjoni, illum nixtieq li fil-ftit ħin li għandi allokat għalija nitkellem fuq dik il-parti ta' Malta li jien nirrappreżenta.", "Sinjura President, ma nistax ma nsemmix il-fatt li sa ftit snin ilu dik il-parti ta' Malta li nirrappreżenta jien kienet meqjusa bħala tat-tieni klassi, u l-istess nistgħu ngħidu għar-residenti li joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet, għax huma wkoll kienu meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi.", "Fil-fatt, kull meta xi persuna minn dawk in-naħat tiżbalja jew tonqos mir-responsabbiltajiet tagħha kienet tiġi mperrċa fuq il-faċċati tal-ġurnali kollha, u dan meta dawn l-iżbalji jsiru f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex.", "Għal xi raġuni jew oħra, sfortunatament dawn il-lokalitajiet kienu meqjusa b'dan il-mod.", "Hawnhekk qed nirreferi għal-lokalitajiet tal-Kottonera u tal-madwar.", "Illum, għall-grazzja t'Alla, dawn in-naħat ħadu xejra ġdida.", "Ma rridx niftiehem li qed ngħid illi x-xemx għal dawn in-naħat telgħet malli tela' l-Partit Laburista fil-gvern, għax kien hemm diversi tentattivi mill-gvernijiet ta' qabel sabiex dawn in-naħat jingħataw dak li jistħoqqilhom.", "Però, ikolli ngħid li matul dawn l-aħħar ħames snin l-impenn ta' dan il-Gvern lejn dawn in-naħat kien b'saħħtu ħafna, tant li llum dawn il-lokalitajiet m'għandhom xejn anqas minn lokalitajiet l-oħra u mxew maż-żminijiet bħal kwalunkwe lokalità oħra.", "Anke r-residenti ta' dawn il-lokalitajiet m'għadhomx iħossuhom inferjuri għal dawk li joqogħdu f'lokalitajiet oħra.", "Naturalment, dan ma setax isir mingħajr il-viżjoni ta' dan il-Gvern li għandu strateġija għall-Kottonera sabiex din tkompli miexja aktar 'il quddiem.", "Kif għedt diġà, matul dawn l-aħħar ħames snin il-Kottonera mxiet 'il quddiem ħafna; però, l-istrateġija u l-viżjoni ta' dan il-Gvern hija sabiex dawn in-naħat ikomplu jimxu aktar 'il quddiem.", "Fil-fatt, it-tibdil li sar fil-Kottonera qed jattira aktar nies, mhux biss lil dawk il-Maltin li qatt ma ħolmu li jersqu lejn dawk in-naħat, iżda wkoll lil ħafna barranin li jħossu li ma jistgħux iżuru Malta mingħajr ma jżuru lit-Tlett Ibliet, The Three Cities.", "Jien naħseb li dan seħħ anke grazzi għall-investiment li sar kemm mill-Gvern, kif ukoll mill-privat, f'dawn in-naħat.", "Illum, Bormla, il-Birgu, l-Isla u l-Kalkara għandhom numru ta' boutique hotels.", "Sa ftit ilu, turist li xtaq li matul il-vaganza tiegħu joqgħod f'dawk in-naħat lanqas biss kien joħlom li jsib akkomodazzjoni hemmhekk.", "Hawn ta' min isemmi wkoll l-investiment li għamel il-Gvern fil-linja twila ta' swar li tgħaqqad il-Kottonera, l-investiment li għamel il-Gvern fil-knejjes parrokkjali tat-Tlett Ibliet, l-investiment li għamel il-Gvern f'Baċir Nru 1, kif ukoll fid-dawra tiegħu, xogħol li kien beda taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista u li mbagħad kellu jkun dan il-Gvern illi jispiċċah.", "Hemm aktar x'nagħmlu sabiex nindokraw dan ix-xogħol li sar u li tant sebbaħ lil dawn in-naħat, u qed ngħid dan għax naħseb hemm bżonn nisħqu li meta l-Gvern jinvesti fi proġett, għandna nibqgħu nindokrawh u nieħdu ħsiebu.", "Anke l-pjazez ta' dawn il-lokalitajiet ġew imsebbħa, u hawn ma nistax ma nsemmix il-proġett ta' housing soċjali li se jsir f'Bormla, fejn se jinbnew numru ta' appartamenti sabiex inkunu nistgħu niġġieldu l-problema tal-akkomodazzjoni soċjali li għandu pajjiżna.", "Imbagħad, marbut ma' dan, Sur President, insemmi wkoll lill-American University of Malta, proġett li f'din il-Kamra jkollna ħafna kritika fuqu.", "Jien li ngħix dawk in-naħat nista' ngħid li l-miġja tal-American University of Malta fil-Kottonera tat spinta ġdida sabiex mhux biss ikollna aktar investiment f'dawn il-lokalitajiet, iżda wkoll sabiex permezz tal-istudenti ta' din l-Università – li rrid ngħid illi komplew jiżdiedu xahar wara l-ieħor – ikollna taħlita ta' kulturi.", "Minn hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja lill-American University of Malta li, f'kull okkażjoni li tintalab sabiex tgħin lill-għaqdiet soċjali, sportivi, u filantropiċi tal-lokalità, din dejjem tkun minn ta' quddiem biex toffri l-għajnuna tagħha.", "Huwa permezz ta' dan ix-xogħol u l-investiment kollu li semmejt li mbottajna lill-ibliet tal-Kottonera sabiex ikomplu jimxu 'l quddiem, u rrid ngħid li l-isforzi li saru kienu suċċess għax illum dawn il-lokalitajiet huma fost l-aktar lokalitajiet imfittxija ġewwa pajjiżna.", "Sinjura President, sa ftit ilu l-lokalitajiet kollha – u hawn m'iniex qed nirreferi biss għal-lokalitajiet tal-Kottonera – kienu jitħabtu u jiġġieldu sabiex jaraw minn fejn se jġibu l-fondi ħalli jkunu jistgħu jirranġaw l-infrastruttura tal-lokal tagħhom.", "Sew jekk kienu jkunu jridu jagħmlu bankina, u sew jekk kienu jkunu jridu jagħmlu triq, kienu jkunu jridu jaraw minn fejn se jsibu l-fondi.", "Il-maġġoranza assoluta tal-kunsilli lokali kienu jduru għall-fond tal-Awtorità tal-Ippjanar hekk imsejjaħ \"Development Planning Fund\" sabiex ikunu jistgħu jirranġaw xi bankina jew xi triq ġewwa l-lokal tagħhom.", "Illum, grazzi għall-investiment li qed jagħmel dan il-Gvern fit-toroq, dan il-fond se jkun riżervat sabiex il-kunsilli lokali jagħmlu investimenti differenti, bħal ġonna, dwal ġodda fit-toroq, dwal bi stil li jkun addattat għall-post fejn ikun se jiġi installat, eċċ. Pereżempju, dan l-aħħar il-Kunsill Lokali tal-Fgura bbenefika minn €600,000 li ttieħdu minn dan il-fond sabiex illum dan il-lokal għandu ċentru amministrattiv li mhux biss qed jaqdi l-bżonnijiet tal-lokalità f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol tal-kunsilli lokali, iżda qed jilqa' fih ukoll entitajiet oħra tal-gvern sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu s-servizzi tagħhom lir-residenti.", "Nerġa' ngħid li sa ftit tax-xhur ilu l-kunsilli lokali kienu jaraw minn fejn se jsibu l-fondi sabiex ikunu jistgħu jirranġaw it-toroq u l-bankini tal-lokalità tagħhom.", "Jien ġbart xi ftit statistika mill-mistoqsijiet parlamentari li jsiru f'din il-Kamra dwar l-infiq li sar mill-kunsilli lokali tat-Tlett Ibliet għal dawk li huma toroq u bankini matul dawn l-aħħar snin.", "Jekk inħarsu lejn is-sena 2015, nsibu li l-Kunsill Lokali ta' Bormla nefaq €828 f'toroq u bankini, il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar nefaq €21,994, il-Kunsill Lokali tal-Kalkara nefaq €6,147 u, mid-dehra, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ma nefaq xejn għal dan il-għan.", "Imbagħad, fis-sena 2016, il-Kunsill Lokali ta' Bormla nefaq €166, il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar nefaq €114,125, u l-Kunsill Lokali tal-Kalkara nefaq €2,397.", "Għal darb'oħra, fil-Birgu ma saru l-ebda toroq!", "Is-sena l-oħra, jiġifieri, fis-sena 2017, il-Kunsill Lokali ta' Bormla għamel investiment ta' €166, il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar għamel investiment ta' €12,400, filwaqt li l-Kunsill Lokali tal-Kalkara għamel investiment ta' €3,100.", "Naħseb li wieħed jista' jimmaġina kemm setgħu jsiru kilometri ta' toroq b'dan l-investiment li sar!", "Kif għedt diġà, fl-aħħar il-Gvern iddeċieda li huwa inutli li noqogħdu ngħabbu lill-kunsilli lokali b'responsabbiltajiet ġodda jekk dawn m'għandhomx il-fondi, u għalhekk ħa l-inizjattiva li fuq medda ta' seba' snin jagħmel investiment ta' €700 miljun f'toroq ġodda.", "Fl-aħħar mill-aħħar, huma r-residenti li se jgawdu minn dan l-investiment, mhux biss għaliex se jkollhom toroq ġodda, iżda wkoll għaliex din id-darba se jagħmlu użu mill-fond riżervat għalihom, li llum jammonta għal €25 miljun, mhux biex jagħmlu t-toroq, iżda sabiex isebbħu l-lokal tagħhom.", "Illum, Sinjura President, il-lokalitajiet tal-Kottonera diġà bdew jaraw il-frott mill-investiment li qed isir fit-toroq, għax il-Ministru Ian Borg, flimkien ma' Infrastructure Malta, diġà bdew iwettqu xogħol fuq it-toroq ta' dawk in-naħat.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn il-lokalità ta' Ħaż-Żabbar, insibu li hemmhekk qed isiru toroq li ilhom jistennew li jsiru għexieren ta' snin, fosthom Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Newl u Triq Bormla, li nafuha bħala Triq taċ-Ċawsli, jiġifieri, dik it-triq li tgħaqqad lill-Kottonera man-naħa taż-Żejtun u ta' Marsaskala.", "Xogħol li nbeda f'Bormla u li jinsab miexi tajjeb ħafna huwa dak li qed isir fi Triq Alessandra, triq li hi użata ħafna għax twassal għal żewġ skejjel prinċipali.", "Wara snin sħaħ jittallbu sabiex isir xogħol fuq Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa fil-Birgu, fl-aħħar ix-xogħol inbeda, u dan għadu biss il-bidu għax, fiż-żmien li ġej, fl-istess lokalità se jkomplu jsiru aktar xogħlijiet fi Triq il-Miratur, kif ukoll fi Triq San Dwardu, triq li mhux biss tiġi użata minn numru ta' residenti tal-Birgu, iżda wkoll mill-istudenti tal-akbar żewġ kulleġġi li hemm fin-naħa t'isfel ta' Malta, li huma l-Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ St. Edward's. Fiż-żmien li ġej, se jinbeda x-xogħol ukoll fi Triq iż-Żewġ Mini ġewwa l-Isla, triq li kull meta ngħaddi minnha kulħadd jibda jistaqsini meta xi darba se jkun hemm xi ħadd li se jieħu ħsieb jirranġa din it-triq.", "Iva, dan il-Gvern se jibda anke x-xogħol fuq din it-triq!", "Se ssir ukoll Triq San Ġorġ f'Bormla, triq li jien nafha sewwa għax trabbejt fiha.", "Jien ngħid li mhux għaxar snin ilna nistennew li ssir xi ħaġa f'din it-triq, imma għexieren ta' snin, u dan meta din hija triq li minnha jgħaddu l-purċissjonijiet kollha li jsiru f'Bormla!", "Imma llum, iva, grazzi għal dan l-investiment li qed iwettaq il-Gvern, anke din it-triq se tara ħajja ġdida.", "Ta' min jgħid li Triq ix-Xgħajra, li tgħaqqad lil Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra flimkien, se terġa' ssir mill-ġdid.", "Kif għedt diġà, dan huwa biss il-bidu, Sinjura President, għax dan il-Gvern se jkompli għaddej bil-proġett ta' toroq li għandu fil-Kottonera bil-għan li jkompli jtejjeb il-livell tal-għajxien tar-residenti ta' dawn in-naħat.", "Ftit tal-ġranet ilu, il-kollega tiegħi, il-Ministru Ian Borg, ħabbar ukoll investiment kbir fuq erba' mini prinċipali.", "Fil-fatt, se jsir investiment sostanzjali sabiex dawn il-mini mhux biss jiġu msewwija u mnaddfa min-nugrufun u mit-trabijiet li qalgħu matul is-snin, iżda sabiex fihom jiġi installat dawl ġdid, CCTV cameras, kif ukoll sistemi oħra li jipprevjenu dak kollu li jista' jiġri, fosthom fire alarms.", "Spiss jiġri li meta l-Gvern iħabbar li se jagħmel xi ħaġa f'post partikolari bħal, pereżempju, jekk ikun se jibni skola f'xi parti ta' Malta, iqumu r-residenti ta' areas oħra u jilmentaw li mela huma biss minsijin!", "Ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna li se jsir ground tal-football f'Marsaskala, u dlonk qamu r-residenti ta' lokalitajiet oħra u staqsew: Imma aħna għaliex le?!", "Fil-fatt, l-istess ġara fuq dawn il-mini, u waqt li kien qed jiġi rrapportat dak li se jsir fuq is-social media, kien hemm residenti mill-Kottonera li rrimarkaw: Allura kif l-unika daħla li għandna fil-Kottonera, il-Mina ta' Għajn Dwieli, ħadd ma jieħu ftit ħsiebha minkejja li din ilha hekk minn żmien il-gwerra?!", "Jien ninsab ċert u konvint li hekk kif dan il-Gvern ta spinta 'l quddiem lill-Kottonera, tant li llum it-Tlett Ibliet huma mfittxija ħafna, fiż-żmien li ġej mhux se jinsa jagħti lil din il-mina l-attenzjoni li jistħoqqilha.", "Sinjura President, kif għedt diġà, illum ir-residenti tal-Kottonera qed jesperjenzaw qawmien ġdid, u dan mhux biss għaliex in-nies li joqogħdu f'dawn in-naħat u li jinsabu mingħajr impjieg tgħoddhom fuq id waħda, iżda wkoll għaliex il-livell ta' għajxien tan-nies li joqogħdu f'dawn in-naħat sploda 'l fuq.", "Dan jistgħu jgħiduh dawk in-nies li bħali jgħixu f'dawn il-lokalitajiet.", "Issa ħalli niġi biex nitkellem fuq il-valur tal-proprjetà.", "Illum, biex tixtri residenza f'Bormla, fil-Birgu jew fl-Isla trid tonfoq eluf kbar ta' ewro, u dan meta sa ftit xhur ilu hemmhekk kont tikri post bi ftit mijiet fis-sena.", "Kif għedt diġà, illum dawn in-naħat saru fost l-aktar imfittxija.", "Ftit tal-ġranet ilu, ġiet f'idejja informazzjoni riċenti ħafna li ġiet posted fuq is-social media minn REMAX Malta Real Estate Agency, fejn hemmhekk kien hemm il-prezzijiet tal-proprjetà per square metre.", "Jien kont naf kemm għoliet il-proprjetà anke fin-naħa t'isfel ta' Malta, imma qatt ma bsart li l-valur tal-proprjetà fin-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod partikolari fil-Birgu, kien jiżboq il-proprjetajiet li huma sitwati f'postijiet oħra ħafna aktar popolari.", "X'ħareġ minn din l-istatistika?", "Ħareġ li bħalissa l-ogħla proprjetà f'Malta hija dik tal-Birgu għax tiswa €4,541 per square metre, filwaqt li l-proprjetà ta' Tas-Sliema tiswa €4,400 per square metre u l-proprjetà ta' San Ġiljan tiswa €4,300.", "Hawnhekk wieħed jista' jistaqsini: Inti tieħu pjaċir b'dan?", "Din hija sikkina li taqta' minn żewġ naħat.", "Il-valur tal-proprjetà qed jagħmilha diffiċli li wliedna jibqgħu jgħixu f'dawn il-lokalitajiet.", "Meta jien inkun qed nitkellem mar-residenti ta' dawn in-naħat ngħidilhom li ġiet sfida fuqna sabiex inkomplu nimbottaw lil uliedna biex ikollhom edukazzjoni aħjar ħalli jkunu ppreparati għall-isfidi li toffri l-ħajja bl-aħjar mod possibbli.", "Fl-aħħar mill-aħħar, iċ-ċavetta għal għajxien aħjar hija l-edukazzjoni għax bl-edukazzjoni jkollok impjieg aħjar u livell ta' għajxien aħjar.", "Għalhekk naħseb li wara li l-Gvern u l-privat investew tant fil-Kottonera, issa l-isfida li jmiss hija għan-nies tal-Kottonera biex dawk il-ġenituri kollha li jgħixu fil-lokalitajiet tal-Kottonera jkomplu jimbottaw lil uliedhom bil-għan li jkomplu javvanzaw fil-qasam edukattiv.", "Fl-aħħar mill-aħħar, naħseb li b'hekk biss inkunu nistgħu ngħidu li n-naħat tal-Kottonera laħqu lil lokalitajiet oħra.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "THE DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, se nitkellem fuq l-istess suġġett li kumbinazzjoni kkonkluda bih il-kollega tiegħi, l-edukazzjoni: però, qabel ma niġi biex nitkellem fuq dan is-suġġett nixtieq naqsam ma' min qed isegwina dak li seħħ matul il-Family Affairs Committee fejn kellna laqgħa ta' kontinwazzjoni fuq suġġett li huwa verament interessanti, il-vjolenza u l-imġieba aggressiva mill-minuri fuq l-adulti.", "Għalkemm jien m'għandix dubju li dan huwa fenomenu li ilu jeżisti, dan l-aħħar qed jikseb ċerta popolarità, anke jekk ovvjament mhux f'sens tajjeb, u qed jimmanifesta ruħu saħansitra fl-iskejjel tagħna.", "Meta nitkellmu fuq vjolenza domestika, hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq aggressjoni min-naħa tar-raġel fuq il-mara tiegħu jew min-naħa tal-mara fuq ir-raġel tagħha, għax anke meta l-ulied – li jistgħu jkunu minuri u adoloxxenti – isawtu lill-ġenituri tagħhom, dik ukoll tissejjaħ vjolenza domestika.", "Ir-riċerka turina li meta dawn il-minuri jew l-adoloxxenti jkollhom din it-tip ta' mġieba fid-dar tagħhom, il-probabbilità hi li dawn se jerġgħu jimmanifestaw din it-tip ta' mġieba f'postijiet oħrajn, bħal, pereżempju, fl-iskejjel u fis-soċjetà inġenerali.", "Sinjura President, għal din il-laqgħa tal-Family Affairs Committee li saret proprju llum, kellna tliet mistiedna: kellna lis-Sinjura Pauline Miceli, li hija l-Kummissarju għat-Tfal, lis-Sinjura Simone Azzopardi, li hija l-Kummissarju kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, u lis-Sur Marco Bonnici, il-President tal-MUT (Malta Union of Teachers).", "L-interventi ta' dawn il-mistiedna laqtuni ħafna, b'mod partikolari l-intervent tas-Sur Bonnici mill-MUT, għax l-edukazzjoni hija suġġett li huwa għal qalbi ħafna, anke peress li qabel dħalt fil-politika dik kienet il-professjoni tiegħi, professjoni li jiena studjajt u pprattikajt għal bosta snin.", "Is-Sur Bonnici qasam magħna t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li n-numru ta' rapporti ta' vjolenza li qed ikun hemm fl-iskejjel qiegħed bħal donnu jiżdied.", "Issa dan nistgħu nallaċċjawh anke mal-fatt li meta jkun hemm ċertu awareness, in-nies jagħmlu aktar kuraġġ li jersqu 'l quddiem u jirrapportaw dan it-tip ta' każijiet.", "Tajjeb ngħid ukoll li hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu biss fuq vjolenza fiżika, imma anke dik verbali, li ħafna drabi tkun ta' ċerta konnotazzjoni sesswali fil-konfront tal-għalliema nfushom.", "L-aktar punt li laqatni meta konna qed niddiskutu mas-Sur Bonnici kien li fost l-għalliema qed jinħass sens ta' biża', biża' fis-sens illi ma jkunux jixtiequ jipproċedu bir-rapporti minħabba li jibżgħu li fl-aħħar mill-aħħar idur kollox fuqhom.", "Mela, qed inħoss li llum l-għalliema diġà qishom huma vittmi ta' tip ta' vjolenza u fl-istess ħin qed ikunu vittmi għat-tieni darba għaliex qegħdin jibżgħu.", "Minn xiex qegħdin jibżgħu?", "Kif għedt diġà, qegħdin jibżgħu li l-kwestjoni ddur fuqhom u li b'xi mod ir-reputazzjoni tagħhom bħala għalliema tiġi mtappna.", "Qegħdin jibżgħu li f'għajnejn in-nies dawn ma jibqgħux jiġu rikonoxxuti bħala professjonisti u li forsi jkun hemm min jgħid: Mela sinjal li ma kienx għalliem kapaċi biex spiċċa f'din is-sitwazzjoni!", "Qegħdin jibżgħu anke mill-preġudizzju tan-nies hemm barra, u din għalija hija xi ftit xokkanti.", "Punt ieħor li ħareġ kien proprju li f'ħafna mill-każijiet fejn qiegħda tiġi rrapportata vjolenza jew ċerta aggressività qed tkun fil-konfront tal-LSEs (learning support educators) li ħafna drabi jkunu mal-istudenti tagħhom one-to-one.", "Jiena bħala eks-għalliema nappella biex ma jkunx hemm dan is-sens ta' aċċettazzjoni u biex ma ninnormalizzawx din it-tip ta' mġieba.", "Ejjew ma nwasslux il-messaġġ lill-għalliema illi li huma jkunu soġġetti għal xi tip ta' vjolenza hija part and parcel mill-professjoni tagħhom ta' għalliema.", "Jiena ma naf l-ebda professjonist hawn Malta li jibża' jmur ix-xogħol għax għandu xi ċans li jaqla' xi daqqa jew li jiġi mgħajjar.", "It is not on, u għalhekk nappella lill-għalliema biex jitkellmu u jipproċedu bir-rapporti.", "Ejjew ma naċċettawx dawn is-sitwazzjonijiet għax, fil-mument li aħna bħal donnu ningħalqu fina nfusna u naċċettaw li dan huwa parti mix-xogħol tagħna bħala għalliema, inkunu qegħdin nagħtu disservizz kbir lill-professjoni tagħna stess.", "Sinjura President, mal-President tal-MUT tkellimna wkoll fuq punt ieħor important, dik li ċerti studenti qegħdin jimmanifestaw aggressjoni sa minn età bikrija, jiġifieri, mhumiex biss l-istudenti tal-iskejjel sekondarja, li jkun fihom m'ogħla hawn, li xi drabi jimmanifestaw xi forma ta' aggressjoni.", "Jiena kont ngħallem lill-istudenti fil-livell sekondarju, u niftakar li studenti tal-Form 1 kienu jkunu diġà itwal minni.", "Issa, biex inkun għedt kollox, jien m'iniex xi waħda mit-twal, imma hemm perċezzjoni li huma l-istudenti li jkunu jattendu l-iskejjel sekondarja biss, minħabba li jkunu tfarfru mhux ħażin u jkunu ġabu ruħhom, li jimmanifestaw xi tip ta' vjolenza fiżika jew verbali.", "Imma dan mhuwiex il-każ.", "Jiena niftakar li meta kont għalliema kien ikollna studenti li konna nkunu diġà aware tagħhom sa minn mindu dawn kienu jkunu għadhom fl-iskejjel primarja, u bejnietna fl-istaff room konna ngħidu: Marelli, kif se nagħmlu biex minn hawn u ftit tas-snin oħra lil dan se nkunu qegħdin ngħallmuh aħna?!", "Kif se nsibu tarf ta' dan l-istudent?", "Jiġifieri, diġà konna nesprimu dan is-sentiment ta' twerwir għax konna nkunu nafu li dan l-istudent għandu mġieba diffiċli u allura konna niddiskutu bejnietna l-għalliema, anke fl-istaff room, fuq kif se nġibu ruħna ma' dan l-istudent u fuq kif se jirnexxielna nwaqqfuh milli jħarbtilna klassi.", "Matul din il-laqgħa ħareġ punt importanti ieħor: ħafna drabi din ir-rabja u l-frustrazzjoni li qed ikollhom ċerti studenti mhijiex qed tkun marbuta mal-ambjent tal-iskola nnifisha, jiġifieri, dawn l-istudenti mhumiex qed iġibu ruħhom b'dan il-mod minħabba li hemm xi ħaġa fl-iskola li qed iddejjaqhom jew forsi minħabba sħabhom, imma minħabba l-ambjent tagħhom fid-dar.", "Li qed ngħid hu li jkun hemm ċerta korrelazzjoni bejn l-aggressività ta' ċerti studenti mal-għalliema u l-edukaturi tagħhom fuq livell verbali u fiżiku u bejn dak li jkunu għaddejjin minnu d-dar.", "Għalhekk, hawn issa se ndur fuq il-ġenituri għaliex aħna lit-tfal nedukawhom fl-iskejjel u, kif ngħidu bl-Ingliż, we form individuals; imma, dak li t-tfal jitgħallmu mid-dar huwa importanti ħafna aktar minn dak li jitgħallmu fl-iskola.", "Aħna ħafna drabi ngħidu li m'hemmx xi manwal jew xi gwida ta' kif tkun ġenitur perfett.", "Huwa veru li ħadd ma jsir ġenitur u jkollu l-istruzzjonijiet ta' dak li għandu jagħmel f'kull ċirkostanza biex ikun ġenitur perfett.", "Ħafna drabi, meta wieħed isir ġenitur jimxi ma' wliedu bl-istess mod li l-ġenituri tiegħu kienu jimxu miegħu meta kien żgħir, jew inkella by trial and error.", "Naturalment, hemm ukoll il-fatt li dak li jaħdem ma' wild partikolari ma jfissirx neċessarjament li se jaħdem mal-wild l-ieħor, u għalhekk hawn jiena nistaqsi: Allura jista' jkun li wasal iż-żmien illi aħna nippreparaw lil dawk il-ġenituri li jkunu se jibdew irabbu lit-tfal?", "Jista' jkun li wasal iż-żmien li ma nibqgħux ngħidu li ħadd ma jgħallmek kif tkun ġenitur u li ħadd ma jista' jkun ġenitur perfett?", "Jista' jkun li f'pajjiżna wasal iż-żmien fejn nippreparaw kemm lill-omm kif ukoll lill-missier fuq kif għandhom irabbu lil uliedhom?", "Naturalment, m'iniex qed ngħid li aħna jew is-social workers nafu kollox, imma nemmen li jekk naqsmu l-good skills flimkien, ix-sharing of experience tgħin sabiex aħna ma' wliedna nagħmlu verament dak li huwa l-aqwa u l-aħjar.", "Mid-diskussjoni li kellna mal-President tal-MUT ħareġ ukoll il-fatt li ħafna drabi qed ikun hemm problemi assoċjati ma' mard mentali kif ukoll mad-droga, u qegħdin isibu li jista' jkun ukoll li f'ċerti każijiet dawn qed ikunu r-raġunijiet li għalihom it-tfal u l-addoloxxenti qegħdin iġibu ruħhom b'dan il-mod.", "Issemma anke l-Young People's Unit, li naf li kien jagħti servizz tajjeb ħafna, imma li, minħabba anke raġunijiet ta' labelling, dan inqala' mill-iskejjel u issa jidher li qiegħed fl-Isptar Mater Dei.", "Madanakollu, fl-opinjoni tiegħi huwa tajjeb li dan il-unit ikun fl-iskejjel għax l-għalliema għandhom bżonn ikollhom ir-riżorsi u s-servizzi li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jittekiljaw dan it-tip ta' sitwazzjonijiet.", "Jiena bħala għalliema nixtieq nara li jkun hemm postijiet terapewtiċi fejn inkunu nistgħu nilqgħu fihom lil dawk it-tfal u l-adoloxxenti li jkunu qegħdin juru mġieba diffiċli, għax inkella, ġaladarba dawn joħorġu mill-iskola, jafu jkunu problema għas-soċjetà inġenerali.", "Segwejna każijiet ta' dan it-tip anke fuq livell nazzjonali, jiġifieri, min qed jismagħni qed jifhem għal xiex qed nirreferi.", "Dik il-persuna partikolari li llum qed tkun ta' problema għas-soċjetà sa ftit tas-snin qabel kienet fuq il-bank tal-iskola u stajna ngħinuha, u allura ejjew naħdmu flimkien biex ikun hemm xibka li fiha nilqgħu lil dawn it-tfal sa minn età bikrija.", "Tkellimna wkoll fuq il-bżonn ta' aktar servizzi u ta' aktar sigurtà, u s-sigurtà mhijiex importanti biss għall-għalliema u għall-edukaturi, imma għal kulħadd, anke għall-istudenti stess.", "Jiena naf li l-Ministru diġà ddedika budget ta' €280,000 sabiex insaħħu s-sigurtà fl-iskejjel tagħna; però, hemm bżonn aktar flus biex nassiguraw li kull skola mill-madwar 130 skola li għandna f'pajjiżna jkollha l-miżuri ta' sigurtà li għandha bżonn.", "Sfortunatament, b'€280,000 għaxar skejjel biss se jkun jista' jkollhom il-miżuri ta' sigurtà li għandhom bżonn.", "Ġaladarba qed insemmi lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellimlu minn hawnhekk.", "Naf li huwa għandu tolleranza żero fil-konfront ta' sitwazzjonijiet bħal dawn, u naf ukoll li l-pjan li jmiss huwa li jkun hemm pieni aktar ħorox fil-konfront ta' min jipprattika mġieba jew attitudni aggressiva fil-konfront tal-adulti, b'mod speċjali tal-għalliema.", "L-għalliema huma nies professjonisti u jixirqilhom kull rispett.", "Ejjew napprezzaw il-ħidma tagħhom li tmur lil hinn mit-tagħlim tas-suġġett, għax ħafna drabi meta tkun għalliem trid tagħmilha ta' nurse, trid tagħmilha ta' social worker, trid tkun ħabib u, għal ħafna tfal, trid tagħmilha wkoll ta' ġenitur tagħhom.", "Sinjura President, nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi billi nsemmi punt li nixtieq nagħmlu bħala mara.", "Il-maġġoranza tal-għalliema huma nisa, speċjalment fl-iskejjel primarji, u allura nistgħu ngħidu li n-nisa huma aktar prone għal din it-tip ta' aggressjoni.", "Għalhekk, ejjew nittrattaw din il-problema lil hinn mill-partiġġjaniżmu, nagħtuha l-importanza li għandha bżonn u, flimkien bħala Gvern u Oppożizzjoni, naraw kif nistgħu nindirizzawha.", "L-importanti hu li ma ninqdewx b'din il-problema biex nipprovaw niskorjaw xi punti politiċi, u qed ngħid dan għax jiena nħoss li ġieli anke f'sitwazzjonijiet bħal dawn ikun hemm min jipprova jippolitiċizza dik is-sitwazzjoni.", "Kif għedt diġà, l-għalliema jixirqilhom ir-rispett ta' kulħadd, jiġifieri, kemm tal-Gvern, kemm tal-Oppożizzjoni, kif ukoll tas-soċjetà hemm barra.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Frar 2019 fl-4.00 pm, bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Chris Cardona.", "Fis-7.21 pm, il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MAĦFRA PRESIDENZJALI – TALBIET PENDENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal maħfra Presidenzjali?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li sal-31 ta' Jannar 2019 kien hemm 53 talba pendenti għal maħfra Presidenzjali.", "PRIĠUNIERA MEĦLUSA MILL-ĦABS FUQ RAKKOMANDAZZJONI TAL-QORTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rakkomandazzjoni saret mill-Qorti lill-Prim Ministru dwar l-inqas żmien li fil-fehma tal-istess Qorti għandu jgħaddi qabel priġunier jiġi meħlus mill-ħabs skont l-artikolu 493 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid dwar liema każijiet kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jindika jekk ġewx aċċettati jew le?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni mill-Qorti ta' Malta u Għawdex lill-Prim Ministru dwar l-inqas żmien li fil-fehma tal-istess Qorti għandu jgħaddi qabel priġunier jiġi meħlus mill-ħabs skont l-artikolu 493 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta).", "RAKKOMANDAZZJONI MINN IMĦALLEF LILL-PRESIDENT GĦAL MAĦFRA JEW TNAQQIS TA' PIENA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rakkomandazzjoni saret minn Imħallef lill-President ta' Malta sabiex persuna kkundannata tingħata l-maħfra jew tnaqqis tal-piena skont l-Artikolu 494 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid dwar liema każijiet kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jindika jekk ġewx aċċettati jew le?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8186.", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI – LABORATORJI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6817 u jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ngaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali, u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' analiżi ta' residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 8207.", "RESIDWI TA' PESTIĊIDI – KAMPJUNI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6818 u jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta' pestiċidi f'kampjuni ta' oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta' dawn il-laboratorji?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 8208.", "TOUR DE CAPITALES – UŻU TA' PRIVATE JET – SPIŻA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-użu tal-private jet fit-Tour des Capitales li huwa għamel fix-xhur tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea?", "Interpellant li fix-xhur tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE kien hemm tour de capitales wieħed, bejn it-28 ta' Frar 2017 u t-2 ta' Marzu 2017.", "Dan it-tour de capitales serva biex il-Gvern Malti, kif jagħmlu l-gvernijiet li jkollhom il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, ddiskuta l-prioritajiet tal-Presidenza Maltija u l-isfidi quddiem l-UE ma' numru ta' gvernijiet oħra Ewropej.", "Matul dan it-tour de capitales, f'isem il-Gvern Malti kelli laqgħat mal-Prim Ministri tal-Iżvezja u tar-Repubblika Ċeka fit-28 ta' Frar, mal-Prim Ministri tal-Ungerija u tal-Greċja fl-1 ta' Marzu, u mal-President ta' Ċipru u l-Prim Ministru tal-Italja fit-2 ta' Marzu.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li b'kollox saru 8 vjaġġi bl-ajru, minn Malta għal Stokkolma, minn Stokkolma għal Praga, minn Praga għal Budapest, minn Budapest għal Ateni, minn Ateni għal Malta, minn Malta għal Nikosija, minn Nikosija għal Ruma u minn Ruma ghal Malta.", "Mingħajr l-użu tal-private jet ma kienx ikun possibbli li jsiru dawn il-vjaġġi kollha fi żmien jumejn.", "Fl-istess ħin, b'dan il-mod tnaqqsu b'mod sostanzjali l-ispejjeż fuq lukandi għall-membri tad-delegazzjoni.", "Jakkumpanjawni matul dan it-tour de capitales kien hemm 14–il persuna, fost oħrajn, is-sur Louis Grech u Dr George Vella li, fil-leġiżlatura li għaddiet, kienu jokkupaw il-karigi ta' Deputat Prim Minisru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, u l-Onor.", "Ian Borg li, fil-leġiżlatura li għaddiet, kien jokkupa l-kariga ta' Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza ta' Malta, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta ghall-Unjoni Ewropea, flimkien ma' membri mis-segretarjati privati rispettivi.", "Kien hemm ukoll membri tal-media lokali.", "L-ispiża kienet ta' €79,600.", "Interpellant, l-użu tal-private jet għal impenji uffiċjali min-naħa tal-Prim Ministru f'pajjiżna hija prassi li tmur lura għal qabel l-2003.", "Bejn l-2008 u l-2012, b'differenza mil-lum, kien hemm anki membri oħra tal-Kabinett, mhux il-Prim Ministru biss, li ħassew il-ħtieġa li jagħmlu użu mill-private jet għal impenji uffiċjali li kellhom u li, b'differenza mit-Tour de Capitales, kien jinvolvu destinazzjoni waħda biss.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għamilt użu mill-private jet fuq xogħol uffiċjali f'19-il okkażjoni fl-2017, f'14-il okkażjoni fl-2018 u f'okkażjoni waħda fl-2019.", "L-ispiża medja għal kull darba li sar użu mill-private jet kienet ta' €14,396.", "Il-maġġoranza assoluta tad-drabi li għalihom sar użu mill-private jet kienu relatati ma' laqgħat tal-Unjoni Ewropea, fejn il-Gvern Malti ngħata lura parti sostanzjali mill-ispiża.", "Impenji oħra fejn intuża l-private jet kienu marbuta mal-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE, laqgħat tal-Prim Ministri tal-pajjiżi tal-Mediterran membri tal-UE, u l-kommemorazzjoni tat-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fost oħrajn.", "Id-destinazzjonijiet tal-impenji li għalihom intuża l-private jet fl-2017, 2018 u 2019 kienu l-Belġju, l-Italja, Spanja, Franza, l-Estonja, il-Greċja, l-Iżvezja, il-Kosta tal-Avorju, il-Portugall, l-Awstrija, l-Islovakkja, Ċipru, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka.", "Interpellant, l-użu tal-private jet għal impenji uffiċjali min-naħa tal-Prim Ministru f'pajjiżna hija prassi li tmur lura għal qabel l-2003, meta kien hemm mal-10 okkażjonijiet fejn il-Prim Ministru għamel użu mill-private jet biex mar il-Greċja, it-Turkija, il-Libja, is-Slovakkja, il-Polonja, Franza u anki l-Germanja.", "Wara l-2003, il-Prim Ministru għamel użu mill-private jet għal 70 darba biex mar l-Ungerija, il-Belgju, l-Italja, il-Lussemburgu, Spanja, il-Finlandja, l-Ingilterra, Franza, il-Portugall, l-Iżvizzera, ir-Rumanija, il-Portugall, iċ-Ċina, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Libja u r-Rumanija.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn l-2008 u l-2012, b'differenza mil-lum, kien hemm anki membri oħra tal-Kabinett, mhux il-Prim Ministru biss, li ħassew il-ħtieġa li jagħmlu użu mill-private jet għal impenji uffiċjali li kellhom.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li qatt m'għamilt użu personali minn private jet, għajr li fl-2017 akkumpanjajt lill-Prim Ministru fit-titjira lejn Brussell għat-Tripartite Social Summit, waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri.", "Dwar l-ispiża nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "KUNSILL TAL-EWROPA – EUROPEAN CONVENTION ON SPECTATOR VIOLENCE AND MISBEHAVIOUR AT SPORTS EVENTS AND IN PARTICULAR FOOTBALL MATCHES – TRATTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ulterjuri ttieħdu wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7328 rigward l-implimentazzjoni tal-European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara diskussjonijiet bejn il-Ministeri li taħthom taqa' l-Konvenzjoni bl-isem ta' 'European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular at Football Matches' tal-1985, ġie deċiż li Malta se tkun qed tħares lejn Konvenzjoni oħra bl-isem 'Council of Europe Convention on an Integrated Safety, Security and Service Approach at Football Matches and Other Sports Events' li tibni fuq il-Konvenzjoni li semma l-Onor.", "Interpellant, filwaqt li tolqot objettivi ġodda.", "PROĠETT TAL-PJAZZA TAX-XEWKIJA – PERIT INKARIGAT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mid-disinn u mill-proġett tal-Pjazza tax-Xewkija?", "Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija, u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s'issa u x'tip ta' xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s'issa?", "Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas?", "Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Progett tal-Pjazza tax-Xewkija matul is-sena 2019?", "Interpellant li, minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta' konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.", "Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.", "TRANSPORT MALTA – ORDNIJIET MAĦRUĠA SKONT KAP.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Fid-dawl tat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 8486 u 8487, jista' l-Ministru jispjega a bażi ta' liema dritt fil-liġi, entitajiet li jipprovdu servizzi ta' utilitajiet bħat-telefonija fissa jew servizz ta' dawl, fl-2017 u fl-2018 għaddew cables, wires, trinek eċċ tagħhom minn proprjetà privata ġaladarba Transport Malta ma ħarġet l-ebda ordni a tenur tal-artikolu 4 tal-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81, f'dan ir-rigward matul 2017 s'issa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tat-Trasport Malta, id-Direttorat tal-Enforcement ma ħariġx permessi u ma kellu l-ebda notifika jew ilment li sar xi xogħol mingħajr ma ġie mogħti permess.", "Dan nista' ngħidu bejn Marzu 2018 sa Diċembru 2018.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ TRAFFIKAR U PUSSESS TA' DROGA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq traffikar u pussess ta' droga, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "MICHAEL FARRUGIA:Ninsab infurmat li l-ammont ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq traffikar jew pussess ta' droga, inkluż dawk li dehru quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja, mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2109, kien hekk", "Persuni mressqa l-Qorti jew dehru quddiem it-Tribunal fuq pussess ta' Drogi jew dehru quddiem it-Tribunal fuq pussess ta' Drogi", "Persuni mressqa l-Qorti fuq Traffikar ta' Drogi", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "X'tip ta' droga kienet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "It-tabella tinkludi qabdiet ta' droga reġistrati mit-Taqsima Kontra Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, u tinkludi wkoll każi ta' qabdiet li ġew irreferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana għas-snin 2013 u sal-aħħar ta' Jannar 2019.", "TRASPORT FUQ IL-BAĦAR BEJN MALTA U SQALLIJA – ARRESTI TA' NIES FUQ PUSSESS TA' DROGA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta' nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom?", "Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ?", "Jista' jgħid x'nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati?", "Jista' jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ ATTAKKI FUQ MEMBRI TAL-KORP TAL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b'sena b'mod separat?", "Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti?", "X'pieni ngħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn is-sena 2013 u sa Jannar 2019, l-ammont ta' persuni sena b'sena li ġew akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.", "Waqt li hemm diversi każi li għadhom sub judice, fil-każijiet li ġew deċiżi u ngħatat sentenza xi wħud mill-pieni li ngħataw kienu jinkludu priġunerija, multi, probation, twiddib u ċanfira u sentenzi sospiżi:", "Persuni li tressqu l-Qorti wara li attakkaw u ħebbew għal Membri tal-Pulizija:", "Persuni li nstabu ħatja", "STUDENTI LI RREPETEW SENA U GĦANDHOM STIPENDJU", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' studenti li fl-aħħar snin irrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta?", "X'kienet l-ispiża totali fuq din il-miżura?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt:", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROPETTI KAPITALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8563, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8564, u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "Interpellant li t-tagħrif għal din il-mistoqsija parlamentari għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8565, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perijodu mill-2013 sal-2017, kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ŻEBBUĠ GĦAWDEX – SHOOTING RANGE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm membri attivi fix-Shooting Range ġewwa ż-Żebbuġ, Għawdex, sena b'sena, xahar b'xahar, mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid ukoll x'inhuma l-miżati li jitħallsu biex wieħed juża x-Shooting Range u x'kien l-introjtu ta' flus sena b'sena mill-2013 sal-lum, kif ukoll għalxiex intuża l-introjtu li kien hemm mill-użu tax-Shooting Range?", "Interpellant li fil-perijodu 2013 sa' 2019 l-Għajn Melel Shooting Range kienet amministrata mill-kumitat Gozo Clay Target Association.", "Għalhekk, l-informazzjoni rikjesta mhijiex aċċessibbli.", "NADUR GĦAWDEX – TRIQ TAL-ĦANAQ – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jitlesta x-xogħol tat-tieni kisja tarmak fi Triq tal-Ħanaq fin-Nadur, Għawdex, qabel is-sajf 2019 peress li din it-triq għadha b'kisja waħda ta' tarmac, fejn diġà ġratilha ħsara kbira peress li ma kienx tkompla x-xogħol?", "Jekk mhux se ssir qabel is-sajf 2019, tista' tgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol?", "Interpellant li in vista tal-kontenut ta' din il-mistoqsija parlamentari, se ssir spezzjoni biex jsir rapport dwar il-ħsara f'din it-triq msemmija fl-istess mistoqsija.", "XOGĦOL MINN STEWARD HEALTH CARE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jagħti iktar dettalji dwar x'tibdil kien hemm, kemm fil-pjanti kif ukoll fit-targets u fit-timeframe il-ġodda, ta' meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol ta' Steward Healthcare għall-proġetti infrastrutturali li hija obbligata tagħmel ġewwa Għawdex u Malta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Diċembru li għadda ġie inawgurat ic-Ċentru tal-Anatomija Barts fuq il-kampus tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, u li x-xogħol fuq l-iskola medika ta' Barts miexi b'ritmu mgħaġġel.", "Ladarba ikun lest ix-xogħol fuq din l-iskola medika, jibda x-xogħol fuq l-isptar il-ġdid ta' Għawdex.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX – MASTER PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jiġi approvat?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni għall-masterplan (PA 7491/16) tinsab fl-istadju ta' screening fejn l-Awtorità tal-Ippjanar qegħda tistenna aktar informazzjoni mingħand il-perit.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8306 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tagħrif għadu qed jinġabar."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190213_197d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 18 ta' Frar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'investiment infrastrutturali u investiment ieħor sar fil-Gozo Campus ġewwa x-Xewkija Għawdex matul is-sena 2018 u x'kienet in-nefqa?", "Jista' jgħid x'investiment infrastrutturali u investiment ieħor hemm ippjanat li jsir fil-Gozo Campus matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fil-Ministeru għal Għawdex kemm hemm Principal Technical Officers u Senior Principal Technical Officers, f'liema Dipartiment u x'sezzjoni qegħdin, x'responsabilitajiet għandhom u x'tip ta' xogħol għandhom u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol fuq l-injam (mastrudaxxa) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u x'responsabilitajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Xi kwalifiċi għandhom u x'korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, kemm saru inkjesti/ investigazzjonijiet / stħarriġ f'kull dipartiment /uffiċċju, entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b' sena?", "Tista' tgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi?", "Tista' tgħid in-natura ta' kull każ?", "Tista' tgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari / legali u jekk ġewx sospiżi xi nies fid-dipartiment / entità konċernata u l-kariga tal-persuni involuti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm-il uffiċċju/dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha għandu żewġ sulari jew aktar u tgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-underpass ġewwa Ħal Tarxien/Santa Luċija?", "Jista' jgħid jekk ħarġux it-tenders?", "Jista' jgħid jekk ġewx awarded?", "Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8307 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8309 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8273 u jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8271 u jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Turiżmu u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7361 u jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-16-il għassa li hemm f'Għawdex kemm minnhom huma magħluqa jew ma jkunux miftuħa b'mod regolari?", "Jista' jgħid liema huma dawn l-għases?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim u Ministru għas-Saħħa jara li jiġi investigat is-serq li qed isir b'mod regolari mill-Gynae Ward f'Mater Dei kemm minn fuq nurses kif ukoll minn fuq pazjenti?", "Jista' jgħid kemm ġie rrappurtat serq minn din is-sala f'din l-aħħar sena?", "Possibbli li jsir sforz biex b'kollaborazzjoni mal-Pulizija din il-problema fil-Gynae Ward tiġi investigata?", "Jista' ġentilment jieħu konnotazzjoni li fost l-affarijiet misruqa, kien hemm ammonti kbar ta' flus, tablet ta' pazjenta ftit jiem biss qabel ma mietet, ċwievet tad-dar, ċwievet ta' karozzi u diversi oġġetti oħra?", "Billi din il-problema qed toħloq stress żejjed fuq staff u pazjenti, jista' jiddelega biex b'kollaborazzjoni mal-Pulizija, dan il-każ jiġi investigat bis-serjetà għax konvint li affarijiet bħal dawn jinkwetaw kemm l-istess Ministru kif ukoll l-awtoritajiet ta' Mater Dei?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il klassi temporanja/mobile classroom qed juża sa issa l-Ministeru tal-Edukazzjoni u f'liema skejjel?", "Kemm fi ħsiebu juża aktar minn dawn it-tip ta' klassijiet matul din is-sena?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klassijiet temporanji/mobile classrooms li qed juża l-Ministeru tal-Edukazzjoni nxtrawx jew inkrewx?", "Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti?", "Min rebaħ it-tender?", "Kemm swew jew qed jiswew?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta' xogħol, l-inkonvenjenza, il-ħsara u l-periklu li jeżisti fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Jista' l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta' xogħol, l-inkonvenjenza, il-ħsara u l-periklu li jeżisti fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati minn Għawdex, fil-grad ta' Uffiċċjal Eżekuttiv fis-Servizz Pubbliku, li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li numru minnhom jibdew jaħdmu f'Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu dan in-numru?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-proġett tal-immodernizzar ta' faċilitajiet għas-sajjieda fil-portijiet tal-iMġarr u x-Xlendi, tista' l-Ministru telenka x-xogħlijiet li hu maħsub li jsir f'dawn iż-żewġ lokalitajiet?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5717 fejn tlabt lill-Ministru biex tagħti pjan fit-tul fir-rigward tar-raba' vapur tal-Gozo Channel, dakinhar il-Ministru weġbitni li \"kif jgħaddi l-proċess tal-PSO u l-Gozo Channel tirbaħ dan it-tender, ikunu jistgħu jingħataw id-dettalji kollha\".", "Peress li issa għaddew tmien xhur, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar il-proposta tar-raba' vapur?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b'mod favorevoli li jżid aktar fish farms u jekk iva, jista' jindika preċiżament fejn?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji li setgħu saru mill-awtoritajiet konċernati dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta' aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'diżabilità fil-Kunsilli Lokali?", "Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-ħatriet tagħhom u f'liema kunsilli jaħdmu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet?", "Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mis-Servizz tal-Family Therapy u s-Servizz ta' Psychology Team matul is-sena li għaddiet?", "Hemm xi lista ta' stennija għal dawn is-servizzi?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7280, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawk il-kriterji stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar sabiex kull individwu jkun jista' japplika għall-post?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-\"Karta ta' Servizz ta' Kwalità\"/\"Quality Service Charter\"?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jindika ċ-ċifri eżatti ta' studenti barranin li ddaħħlu fis-sistema edukattiva lokali fl-iskejjel primarji statali ta' Marsaskala, San Pawl il-Baħar u tas-Sliema mill-bidu tas-sena skolastika 2018/2019?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Breakfast Club skont kull skola li toffri tali servizz?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Breakfast Clubs ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Klabb 3-16 skont kull skola li toffri tali servizz?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Klabb 3-16 ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8551 u 8692 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8552 u 8693 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8553 u 8694 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8554 u 8695 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8555 u 8696 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8556 u 8697 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-twieqi bil-ħġieġ trasparenti li jagħtu għal Triq Salvu Dimech il-Mosta u li jinsabu fil-polyclinic fl-istess lokalità, isir xogħol biex imqar sa nofs it-tul tal-ħġieġ tat-tieqa ma jibqgħux trasparenti?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara ż-żewġ każijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fejn dawn il-persuni ma jistgħux jibqgħu aktar jgħixu weħidhom fid-dar tagħhom?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed iseħħ mid-droga li tkun maqbuda mill-uffiċjali tad-Dwana?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kienet l-istima fi flus tad-droga li nqabdet mill-uffiċjali tad-Dwana fl-2017, 2018 u fl-2019 s'issa?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun l-ispiża tal-bidla tas-saqaf fil-Plant Protection u jista' jgħid min ser ikun qed jaħdem biex ibiddel dan is-saqaf?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Ladarba qed ikun importat demm tal-baqar minn barra biex ikun jista' jsir il-mazzit u ladarba qed tkun importata l-kirxa minn barra biex tinbiegħ fis-suq lokali, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir jew jekk jaqbilx li ssir ħidma mill-Ministeru sabiex id-demm u l-kirxa tal-annimali maqtula fil-biċċerija f'Malta jkunu jistgħu jinbiegħu għas-suq lokali?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna hawnx biċċerija akkreditata għal qtil ta' summien?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 8675 dwar il-mediċina Concerta għal persuni li jbatu bl-ADHD, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:", "a. ladarba l-prodott ġeneriku alternattiv għal Concerta ma kienx effikaċi għalihom, x'se jagħmel il-Gvern sabiex jara li l-persuni involuti jingħataw aċċess għall-farmaċewtika effikaċi kemm jista' jkun malajr;", "b. x'se jagħmlu t-38 persuna li applikaw biex jerġgħu jingħataw il-Concerta ġaladarba jidher li din tinsab out of stock sa Ġunju ta' din is-sena filwaqt li l-prodott alternattiv ma kienx effikaċi għalihom;", "c. min hi l-kumpanija li hija l-aġent u/jew timporta l-prodott ġeneriku li qed jingħata mill-Gvern bħala prodott alternattiv għal Concerta; u", "d. kemm jiswa l-prodott ġeneriku meta mqabbel mal-prodott Concerta?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mobile classroom qed tintuża fl-iskejjel tal-primarja u kemm swew lill-Gvern biex ġew attrezzati?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6963 tal-24 t'Ottubru 2018, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b'mod favorevoli li jżid aktar fish farms u jekk iva, jista' jindika preċiżament fejn?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Minisitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji li setgħu saru mill-awtoritajiet konċernati dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta' aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8744, jista' l-Ministru jindika fejn huma allokati l-130 Childcare Centres tal-Free Childcare Scheme?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' tfal b'diżabilità u li għadhom imorru l-iskola?", "F'liema skejjel qegħdin jattendu?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' persuni b'diżabilità maqsuma f'age groups ta' taħt it-18-il sena, bejn 18 u 65 sena u 'l fuq minn 65 sena?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-residenti tal-Fgura jiġu pprovduti b'Trasport Pubbliku, fejn ix-xarabank tibda r-rotta vojta mill-Fgura, u dan peress li r-residenti tal-Fgura qed isibu xarabanks mimlijin jew kważi mimlijin fir-rush hours?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8782 dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Gozo Channel meta titlesta l-mina, tista' l-Ministru tgħidilna x'inhuma l-pjanijiet ta' diversifikazzjoni?", "X'servizzi se tkun qiegħda toffri l-Gozo Channel u kemm se jkun hemm bżonn ta' ħaddiema biex topera?", "X'vapuri se tuża jekk dawk li hemm bħalissa, se jkunu waslu biex jinbidlu?", "Tista' l-Ministru tgħid kemm snin għad fadlilhom joperaw il-vapuri tal-Gozo Channel?", "Xi studji tekniċi saru u meta ser jiġu ppubblikati, dwar il-mollijiet eżistenti li kif inti ddikjarajt \"huma biss kompatibbli mal-vapuri eżistenti\"?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet kriminali quddiem il-Qrati tagħna konnessi ma' sewwieqa li nstabu li kienu pożittivi għall-alkoħol meta sar fuqhom breathalyzer test fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kundanni mill-Qrati ta' pajjiżna fuq każijiet marbuta ma' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol bejn l-2015 u l-2018?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet quddiem il-Qrati ta' pajjiżna ta' persuni li jkunu rrifjutaw li joqogħdu għall-breathalyzer test bejn l-2015 u l-2018?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-Segretarju tal-Kunsill tal-Marsa Racing Club għas-sena 2019?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "In segwitu għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 8672, 8673, 8674, jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Awtorità għat-Trasport f'Malta torbotx lil dawk li għandhom liċenzja biex iġorru turisti/passiġġieri bil-baħar sabiex l-effluent jitbattal f'bowsers mal-wasla tagħhom lura max-xatt?", "Jista' jgħid x'verifiki jsiru biex dan ma jintremix max-xatt bil-lejl?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il spezzjoni saret mill-uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex jispezzjonaw kif qed jintrema l-effluent mill-bċejjeċ tal-baħar b'liċenzja li jġorru l-passiġġieri u t-turisti f'dawn l-aħħar ħames snin sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni fuq kemm ġew imwaħħla meters għal servizzi ġodda ta' dawl (jiġifieri mhux li nbidlu għal raġuni ta' ħsara jew meta saret il-bidla għal Smart Meters ) fl-2018?", "Jista' jaqsam din l-informazzjoni f'meters għal servizzi ġodda installati residenzjali u dawk kummerċjali?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma marrux l-iskola matul is-sena skolastika 2016-2017 fil-livelli ta' kindergarten, primarja u sekondarja?", "X'kienu r-raġunijiet ta' dan l-assentejiżmu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-inizjattivi li ġew organizzati mill-Aġenzija Żgħażagħ is-sena l-oħra?", "Fejn saru dawn l-inizjattivi?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jindika kemm hemm persuni reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti/aġenziji/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika l-inizjattivi li qed iwettqu kull kunsill lokali sabiex ikunu aktar eqreb taċ-ċittadini tagħhom?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra?", "X'offiżi wettqu dawn iż-żgħażagħ fir-rigward:", "d. ħsara volontarja; u", "e. ikkaġunar ta' feriti fuq persuni oħra?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Billi f'Wied is-Sewda qed isir sfreġju ambjentali ieħor peress li l-mogħdijiet qed jiġu miksija bil-konkos u ser jinfetaħ aċċess għall-karozzi minn ġo nofs il-wied (hekk kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament), jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux qed isir bil-permess tal-Environment and Resource Authority (ERA) jew jekk l-ERA tafx bih jew jekk hux xogħol tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, jew tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali jew xi inizjattiva privata?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3303, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ġie organizzat fiċ-Ċentri LEAP f'dawn l-aħħar sentejn immirati lejn dawk f'riskju ta' faqar sabiex dawn jakkwistaw ħiliet u għarfien dwar suġġetti bħal suġġett finanzjarju u dieta sana?", "Fejn u meta saru dan it-taħriġ?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Wara l-kummenti tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina li minnu tagħmel parti l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, fejn ġie rrapportat li qal li f'każ li l-iskola l-ġdida tal-Qawra terġa' għat-tielet sena konsekuttiva ma tkunx lesta biex tilqa' fiha studenti sa Settembru 2019, \"mobile classrooms will not be the solution\", jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt l-iskola li kienet ippjanata li tinfetaħ sentejn ilu hijiex se tiftaħ fis-sena skolastika li jmiss?", "Jista' jgħid x'inhi s-soluzzjoni jekk id-deadline ma jintlaħaqx la l-Prinċipal mhux se jaċċetta aktar klassijiet temporanji ppostjati fil-bitħa tal-iskola?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-iskola l-ġdida tal-Qawra?", "Kemm qed jitħallsu?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw professjonisti psikosoċjali mis-sistema edukattiva fl-aħħar sentejn (social workers, counsellors, career guidance, psychologists, prefect of disciplines eċċ)?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-iskola l-ġdida ta' Wied il-Għajn?", "MOZZJONIJIET", "IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, Kap. 418\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 63 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 67 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tielet Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Votazzjoni - Ministru għall-Finanzi.", "15 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 18 ta' Frar 2019 fit-3.30 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Frar 2019, fit-3.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Frar 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Frar 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Frar, 2018 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "15 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190218_198a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 18 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 18 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 18 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 197, li saret fit-13 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-Kunsens tagħha għal:", "Att Nru II tal-2019 – Att tal-2019 li jemenda Diversi Liġijiet dwar il-Ħarsien Soċjali.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ombudsman, datata 14 ta' Frar 2019, dwar il-każ ta' Director, Management and Development fil-Ministeru għas-Saħħa, dwar każ ta' twiddiba bil-miktub li d-Direttur kien ingħata mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-22 ta' Awwissu 2017; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni ta' delegazzjoni parlamentari mmexxija mill-Ispeaker fis-Sitt Summit ta' Speakers ta' Parlamenti u fil-15-il Sessjoni Plenarja tal-Unjoni għall-Mediterran, li nżammet fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu fit-13 u l-14 ta' Frar 2019.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Madwar sagħtejn ilu, jien kont f'Birżebbuġa u ħdejn il-Fuel Depot kien hemm riħa taqsam ta' fuel li jidher li jinsab fil-baħar.", "Wasalli dan ir-rapport nhar il-Ġimgħa u għalhekk ċempilt lill-ERA u kellhom imorru jiċċekkjaw x'inhu s-sors ta' din ir-riħa, għalkemm naħseb li lkoll nafu x'inhu s-sors.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'se jagħmel dwar dan l-ilment?", "Naf li l-impjant se jiġi trasferit f'Ħas-Saptan.", "Però l-poplu ta' Birżebbuġa ma jistax jibqa' jistenna bħalma ilu jagħmel għal ħafna snin.", "M'iniex qed ngħid li din hija problema li nħolqot issa.", "Jista' l-Ministru jara li jittratta din il-problema b'mod immedjat?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Ma naħsibx li din il-mistoqsija għandha x'taqsam mal-mistoqsija oriġinali.", "Interpellant qed jippretendi li nagħmel l-affarijiet malajr bħall-private jet!", "Li nista' ngħid hu li jekk sar rapport, l-ERA għandha l-obbligu li tinvestiga u tieħu l-passi meħtieġa.", "Min-naħa tiegħi, ħadd ma informani xejn dwar dan l-ilment, anke jekk l-ERA m'għandhiex għalfejn tgħid lili bil-passi li tieħu.", "Min-naħa tal-Ministeru tiegħi, nista' ngħid li huwa minnu li f'Birżebbuġa hemm ċerti problemi li qed naraw li nindirizzaw sakemm jispiċċaw darba għal dejjem.", "Ngħid ukoll li tant hemm komplikazzjonijiet kbar li ċerti affarijiet ma tistax issolvihom malajr.", "Kif nafu, għal snin sħaħ – forsi sa minn żmien l-Ingliżi! – kellna sitwazzjoni fejn meta kien ikun hemm leakage ta' żejt, kien jgħaddi minn taħt l-art.", "Però aħna wegħedna li se nagħlqu dan l-impjant u, sal-aħħar tas-sena, se jkollna impjant ġdid.", "Ovvjament, sakemm jagħlaq l-impjant ta' Birżebbuġa totalment hemm perjodu sakemm wieħed jikkummissjona … Qed nittamaw li nagħmlu dan sa nofs is-sena d-dieħla u, kif jagħlaq, jibda mill-ewwel il-proċess tat-tindif tat-tankijiet, li l-ewwel iridu jiġu mnaddfa u mbagħad imneħħija.", "Sadanittant, qed jittieħdu l-prevenzjonijiet kollha biex jitnaqqas kull inkonvenjent.", "Ovvjament, jekk ikun hemm problema, tajjeb li wieħed jirrapporta biex l-awtorità responsabbli tieħu l-passi meħtieġa immedjatament.", "Min-naħa tal-Ministeru tiegħi, qed nieħdu kull prekawzjoni u nista' nassigura li m'hemm ħadd li qed jittratjeni biex l-affarijiet jitwettqu.", "L-ERA dejjem taħdem biex tindirizza kull diffikultà li tista' tinħoloq.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministru Joe Mizzi.", "Jidhirli li fil-ġranet li għaddew, il-Ministru ħabbar il-bini ta' mina li qed issir min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se tispiċċa Ta' Qali jew Ħ'Attard.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'impatt se jkollha din il-mina fuq il-kwalità tal-ilma, kif se jiġu impattati r-residenti tal-akkwati u għalxiex qed issir din il-mina?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Irrid ngħid li beda l-proċess tal-mina ta' disa' kilometri u nofs tul mir-Reverse Osmosis ta' Pembroke għall-ġibjun ta' Ta' Qali.", "Ir-raġuni li saret din il-mina hi biex l-ilma mir-Reverse Osmosis ta' Pembroke jmur għall-ġibjun ta' Ta' Qali, minn fejn issir distribuzzjoni għal ħafna postijiet.", "Permezz ta' din il-mina se jkun possibbli li l-ilma tar-Reverse Osmosis jiġi diluted mal-ilma tal-pjan, u b'hekk il-kwalità titjieb ħafna, speċjalment fejn għad m'hemmx din it-tjubija tal-ilma, bħalma hu n-naħa ta' isfel ta' Malta.", "B'hekk, il-pajjiż se jibda jintlaħaq kważi kollu bi kwalità aħjar ta' ilma.", "Hawn qed nirreferi għat-tjubija u mhux għas-sigurtà, għax l-ilma huwa 100% safe.", "Sfortunatament, għad hemm ċerti areas li t-togħma tal-ilma hija aħjar minn dik tal-fliexken, imma hemm areas oħrajn, inkluż in-naħa t'isfel ta' Malta, fejn it-togħma mhijiex pjaċevoli, u għalhekk wieħed jirrikorri għall-ilma tal-flixkun.", "Minkejja dan kollu, is-sistema inhi maħduma b'tali mod li se tiżdied l-effiċjenza tal-konsum.", "Qed ngħid dan għax, filwaqt li biex tippompja l-ilma s-sistema tuża l-enerġija, meta mbagħad l-ilma jiġi biex imur ġo ġibjuni oħrajn, dan se jsir by gravity u allura ma jkunx hemm għalfejn terġa' tuża l-enerġija.", "B'hekk daħħalna l-prinċipju tal-effiċjenza tal-enerġija.", "Fl-istess waqt li qegħdin nagħmlu dan il-proġett, fl-impjanti tar-reverse osmosis qed tiżdied l-effiċjenza b'mod drastiku, grazzi għall-kapaċità tal-ħaddiema Maltin.", "L-ammont tal-ilma li se jiġi ġġenerat irdoppja, però l-konsum tal-enerġija naqas bin-nofs.", "Din hija xi ħaġa li l-barranin ma ridux jemmnuha, imma meta spjegajnielhom, setgħu jaraw il-kapaċità tal-ħaddiema Maltin.", "Barra li se titjieb il-kwalità tal-ilma, qegħdin naraw li, f'każ ta' emerġenza, ikun hemm riserva ta' ilma.", "Kif jaf kulħadd, ġieli jinqata' d-dawl minħabba xi ħsarat, u għalhekk irid ikollok riserva ta' ilma li f'ċerti areas se tiżdied u l-problemi se jonqsu drastikament.", "Dan ifisser li, minbarra l-kwalità u d-distribuzzjoni tal-ilma, innaqqsu kemm jista' jkun iċ-ċans li ma jkunx hemm l-ilma f'ċerti areas f'każ li jkun hemm xi inċidenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Ministru, se mmur lura għall-mistoqsija supplimentari li staqsejtek.", "Nifhem li l-Ministru ma kienx informat, però jien żort il-post u nista' ngħid li, bħal fl-aħħar ġimgħa, hemm irwejjaħ insupportabbli fuq in-naħa tad-dawra Qalb Imqaddsa f'Birżebbuġa, fejn il-Fuel Depot.", "In-nies ta' Birżebbuġa jieħdu gost li l-impjant se jiġi trasferit għal Ħas-Saptan, però, kif qal il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru, dan baqagħlu sena u nofs oħra.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'se jagħmel fil-konkret biex din il-pjaga tittaffa' kemm-il darba ma tistax tissolva?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Niskanta kif din il-pjaga ilha hemmhekk ħafna u ma smajt l-ebda ilment min-naħa tal-Oppożizzjoni qabel illum!", "Kif jafu n-nies ta' Birżebbuġa, dan l-impjant ilu hemmhekk għal madwar mitt sena u għandu l-problemi tiegħu.", "Għalhekk il-Gvern qed jindirizza din is-sitwazzjoni biex inaqqas kull inkonvenjent.", "Bħala Gvern, għamilnieha ċara li se nneħħu dan l-impjant minn din iż-żona darba għal dejjem.", "Gvern Nazzjonalista kien iwiegħed li se jagħmel xi ħaġa, għaddew ma nafx kemm-il sena u baqa' ma għamel xejn, anke jekk in-nies kienu jilmentaw.", "Bħala Gvern, wegħedna li se nindirizzaw is-sitwazzjoni u qed nagħtu wkoll it-timeframes ta' meta se jitneħħew dawn it-tankijiet.", "Aħna ma rridux li sempliċement neħilsu mill-probelma minn din iż-żona u nispiċċaw bi problema xi mkien ieħor, imma qed naħsbu wkoll għall-quddiem biex ma jkunx hemm xi tniġġis.", "Fil-fatt, rajna li ndaħħlu sigurezza u effiċjenza fis-sistema.", "Nerġa' ngħid li l-ERA hija l-awtorità responsabbli.", "Jien ressaqt dan l-ilment, u l-ERA qed tieħu l-passi meħtieġa, anke jekk ninsab ċert li kienet se tagħmel dan anke mingħajr ir-rapport tiegħi.", "Kif għedt, il-problema ilha hemm u bħalissa qegħdin nipprovaw nimminimizzawha kemm nistgħu; imma nwegħdu li s-sena d-dieħla, in-nies ta' Birżebbugia se jirringrazzjaw lill-Partit Laburista u lill-Prim Ministru li wettaq dak li wiegħed.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Ministru, napprezza l-inizjattivi li qegħdin isiru mill-Gvern biex il-polished water jiġi distribwit għall-irrigazzjoni mill-bdiewa.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid jekk hemmx pjan biex fl-inħawi tal-kampanja f'Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u r-Rabat ikun hemm ukoll dan is-sors ewlieni ta' ilma li huwa aħjar milli kieku jittella' l-ilma tal-pjan?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Interpellant, dan il-proġett huwa rikonoxximent għall-ħidma tal-Gvern biex l-ilma mid-drenaġġ jiġi ppurifikat minflok jintrema fil-baħar.", "Dan l-ilma qed jintuża għall-għelieqi, b'mod li qegħdin niffrankaw li ntellgħu l-ilma mill-pjan, għaliex jekk nibqgħu nieħdu mill-ilma tal-pjan, il-problemi eżistenti se jkomplu jikbru.", "Nista' ngħid li sar studju dwar fejn wieħed għandu jgħaddi dan l-ilma l-ewwel, ovvjament fejn hemm l-aktar agrikoltura.", "Min-naħa l-oħra, trid tieħu inkonsiderazzjoni wkoll l-ammont ta' sewage li jmur fl-impjant, li minnu trid tieħu l-ilma għat-tisqija.", "Jekk għandek domanda akbar milli dieħel sewage fl-impjant u l-ilma jiġi ppurifikat, ma tistax taqdi ż-żoni kollha.", "Din hija waħda mill-isfidi li għandna.", "Għalhekk rajna fejn hemm biżżejjed ilma available biex dan l-ilma jitwassal lejn l-areas indikati li għandhom jingħataw l-ewwel prijorità minħabba l-ammont kbir ta' agrikoltura, biex imbagħad nimxu lejn areas oħrajn.", "Ħafna minn dawn il-proġetti saru permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, permezz tas-Segretarju Parlamentari responsabbli, rajna li nġibu aktar fondi biex inkomplu nkabbru dan in-network.", "Għal dan il-għan ingħatajna madwar €6 miljun oħra ta' fondi Ewropej biex nestendu dan in-network f'areas oħrajn fejn hemm ilma available.", "Fejn m'hemmx ilma available, ovvjament ma tista' tagħmel xejn għax l-ammont ta' sewage jrid jiġi ppurifikat … Bħala Gvern, qegħdin naraw li nieħdu l-massimu ta' dan l-ilma li qed jintuża għall-agrikoltura u l-industrija, minflok imur fil-baħar.", "L-ewwel prijorità tibqa' l-agrikoltura f'pajjiżna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Dan il-proġett ta' new water huwa inizjattiva pożittiva ħafna.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħti aktar informazzjoni dwar kif intlaqtu l-bdiewa, kemm qed jintuża minn dan l-ilma, kif qed jitwassal mill-point of distribution sar-raba' tagħhom, u jekk hemmx il-pjan li dan in-network ta' distribuzzjoni jkompli jitwessa'?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Tajjeb ngħid li apparti milli nestendu n-network, irridu naraw jekk hemmx ilma available mill-ammont ta' drenaġġ li jmur fl-impjant, jiġi ppurifikat u mbagħad jiġi polished.", "Hemm ċerti areas bħal, pereżempju, lejn in-naħa tal-Mellieħa fejn ma tantx hemm lok għal żieda, għax qed nużaw kważi l-massimu.", "F'każ fejn m'hemmx ilma available, qegħdin nipprovaw naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Però hemm areas kbar bħal, pereżempju. in-naħa t'isfel ta' Malta fejn l-Impjant Ta' Barkat jieħu 'l fuq minn 70% tad-drenaġġ ta' Malta, u għalhekk hemm availability ta' ilma.", "Fl-istess ħin, f'dik l-area hemm sistema ta' distribuzzjoni antika bil-kanali, u allura issa se jibda x-xogħol biex ngħaddu l-pajpijiet biex ikun hemm aktar network.", "Se jkun hemm ċerti areas fejn wieħed jista' jħallas bil-card.", "L-ammont ta' ilma li wieħed juża bla ħlas jinħadem skont l-area li wieħed ikollu, imbagħad jekk jinqabeż dak l-ammont – li hu diffiċli biex jinqabeż – isir ħlas minimu.", "S'issa ħadd ma qabeż il-kwota għax din tinħadem skont l-uċuħ tar-raba' li jkollhom il-bdiewa.", "Innotajna li f'ċerti areas fejn kienu jiżirgħu darba f'sena, pereżempju fin-naħa ta' fuq ta' Malta, illum qegħdin jiżirgħu darbtejn jew tliet darbiet fis-sena, jiġifieri qed ikollhom ktar uċuħ u l-kwalità hi tajba.", "Jien rajt il-frott li kien hemm qabel u l-frott li hemm issa u nista' ngħid li hemm differenza kbira.", "Hemm aktar abbundanza u kwalità ogħla.", "Fil-fatt, huwa għalhekk li d-domanda għal dan l-ilma żdiedet, għax il-bdiewa qegħdin jinnotaw x'differenza għamel dan l-ilma.", "Ovvjament, wieħed ma jistax jagħmel mirakli, imma qed nimxu pass pass, anke bi studji, biex inkomplu nkabbru n-networks f'aktar areas fejn wieħed jista' jqassam dan l-ilma.", "Pereżempju, f'Għawdex kien hemm area li ma kenitx milħuqa, imma llum, bl-ammont ta' ilma li qed jiġi ġġenerat huwa possibbli li n-network tiġi estiża.", "Fil-fatt, tkellimt mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-agrikoltura biex nestendu din in-network.", "Naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli biex nużaw aktar new water ħalli niffrankaw mill-ilma tal-pjan.", "Nerġa' ngħid li r-riżultati huma pożittivi ħafna fejn qed jiggwadanja kulħadd, kemm min jaħdem l-għelieqi, kif ukoll l-ilma tal-pjan għax, kif tafu, aktar ma ntellgħu minnu, il-kwalità tmur għall-agħar.", "Għamilna wkoll studju b'fondi Ewropej u llum għandna sistemi biex inkunu nafu s-salinità tal-ilma li jitla' mill-boreholes.", "B'hekk nistgħu nwaqqfu li jittella' ilma minn boreholes partikolari jekk naraw li l-kwalità tal-ilma mhijiex tajba biżżejjed.", "Dan qed iwassal biex nikkontrollaw aħjar anke l-kwalità tal-ilma tal-pjan.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, niskanta kif in-naħa tal-Gvern ħassew li għandhom iċapċpu lill-Ministru wara li kkonferma li l-poplu ta' Birżebbuġa għad baqagħlu sena u nofs oħra jieħu paċenzja bl-irwejjaħ li ħerġin mill-Fuel Depot.", "Mela ħalli nara jekk jerġgħux iċapċpu lill-Ministru.", "L-ISPEAKER: Onor. Schiavone, jekk jogħġbok, ejja għall-mistoqsija u tirrepetix l-istess mistoqsija li diġà għamilt.", "HERMANN SCHIAVONE: Kompli ċapċap, Onor Zrinzo Azzopardi!", "Possibbli ma jkellmukx lilek in-nies ta' Birżebbuġa li qegħdin ibatu?!", "L-ISPEAKER: Itfu l-microphone.", "Onor. Schiavone, hawnhekk ma nagħtikx il-kelma biex tgħid xi ħaġa, imma biex tagħmel il-mistoqsija u ma tistax tirrepetiha, għax diġà għamiltha darbtejn.", "Agħmel il-mistoqsija u, jekk jogħġbok, tirrepetix.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Jista' l-Ministru jgħid lill-poplu ta' Birżebbuġa x'inhi s-sitwazzjoni dwar il-ħażna tal-heavy fuel oil, dik li l-Gvern kien isejjaħ il-fabbrika tal-kanċer li qegħda fil-Qajjenza 200 metru 'l bogħod biss min-nies?", "Jista' l-Ministru jagħti garanzija li mill-impjant mhumiex ħerġin irwejjaħ tossiċi li bihom in-nies qegħdin ibatu bi problemi respiratorji?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Ngħid lill-Onor.", "Interpellant li l-membri tal-Gvern bir-raġun iċapċpu, għax jafu li sa sena u nofs oħra dan l-impjant se jkun ingħalaq!", "Ara Gvern Nazzjonalista wiegħed li se jagħlaq il-Power Station tal-Marsa, imma kellu jkun dan il-Gvern biex jagħlaqha.", "L-istess, kellu jkun dan il-Gvern li waqqa' ċ-ċumnija ta' Delimara.", "Nerġa' ngħid li hemm l-awtorità responsabbli li tispezzjona u tieħu l-passi fejn meħtieġ.", "L-impjant hu li hu, il-problemi ilhom hemm u għal snin sħaħ gvernijiet Nazzjonalisti m'għamlu xejn.", "Dan il-Gvern jieħu l-passi neċessarji, hekk kif jidħol rapport, biex nindirizzaw is-sitwazzjoni.", "Il-problemi hemm qegħdin u ħadd ma jista' jaħrab minnhom!", "Nerġa' ngħid li, bħala Gvern, qegħdin nagħtu timeframe biex żgur naraw li l-problema tiġi solvuta.", "Niġi issa għall-istorage tal-fuel, fejn bilfors ikolli nagħmel ċerti mistoqsijiet.", "Interpellant x'inhi d-differenza bejn li taħraq fuel oil u taħżen fuel oil?", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, tagħmilx mistoqsijiet.", "Tista' tkompli.", "JOE MIZZI: Meta taħraq il-fuel oil tkun qed tikkaġuna kanċer lin-nies, kif kienet tagħmel il-Power Station ta' Delimara.", "Però, meta trid tittrasferixxi l-heavy fuel oil, issaħħan madwaru biex traqqu u ma joħroġx gass barra kif qed jgħid l-Onor.", "L-impjant li qed isemmi l-Onor.", "Interpellant għamlu sieħbu, li hu stess qabeż għalih.", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Il-Ministru għadu kif irrefera għall-operatur bħala sieħbi.", "Jien naħlef li dan il-bniedem lanqas biss nafu.", "Sur President, nitolbok tgħidlu biex jirtira dak li għadu kif qal.", "Din il-kwestjoni diġà nqalgħet il-ġimgħa li għaddiet.", "L-ISPEAKER: Ministru, diġà ġbidtlek l-attenzjoni dwar dan il-punt.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet, l-Onor.", "Interpellant qal li l-operatur se jispiċċalu t-terminu tal-kirja.", "Fl-istess ħin, qed jgħid li ma jafx lill-operatur.", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, kompli bir-risposta.", "JOE MIZZI: Għedt dak id-diskors għax il-ġimgħa l-oħra l-Onor.", "Inerpellant staqsa għal ċerti dettalji dwar it-terminu ta' din il-kirja.", "Kif għedt, dan il-fuel ma jinħaraqx u għalhekk ma joħroġx fl-arja.", "Barra minn hekk, isir audit darba fis-sena tal-impjant li jintuża għall-ħażna u mhux għall-ħruq tal-fuels, li mbagħad imorru għall-bunkers u wara għall-bastimenti fejn il-fuel jitgħabba b'mod sigur, mingħajr ma joħorġu l-irwejjaħ.", "Hemm proċess apposta biex il-gas fumes ma joħorġux meta dan il-fuel ikun qed jiġi ttrasferit.", "Kemm-il darba jkun hemm xi rapport ta' xi nuqqas, isir mill-ewwel rapport lill-ERA li, min-naħa tagħha, tiċċekkja u tieħu l-passi neċessarji.", "Hemm kontroll sħiħ f'dan il-proċess.", "Għalhekk, ma jagħmilx sens li l-Onor.", "Interpellant qed jipprova jallarma lin-nies meta nafu li l-istorage ilu għal żmien twil hemmhekk.", "Hemm differenza kbira bejn li taħżen u taħraq il-fuels, kif kien isir fil-Power Station li kienet fabbrika tal-kanċer.", "Ejja ma nipprovawx nallarmaw lin-nies u nagħtu x'jifhmu li l-heavy fuel oil li Gvern Laburista ħeles minnu qed jinħaraq f'Birżebbuġa!", "Jien qed ngħid il-verità biex inserraħ moħħ in-nies.", "L-Onor.", "Interpellant ta x'jifhem li l-operatur se jinvesti jekk jerġa' jieħu l-kuntratt.", "Dan jista' jagħti x'jifhem li l-affarijiet bħalissa mhumiex qed isiru kif suppost mill-operatur u kien għalhekk li jien ġbidt l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant biex joqgħod attent fi kliemu.", "Għal dan il-Gvern, l-ewwel jiġi l-interess tal-pajjiż.", "Bħalma ħadna passi u qridna darba għal dejjem l-użu tal-heavy fuel oil minn dan il-pajjiż, qed nagħtu l-garanzija li se nagħlqu dan l-impjant.", "Nerġa' nirrepeti li l-fuels mhux qed jissaħħnu direttament, imma jissaħħan it-tank biex iż-żejt isir likwidu u jiġi ttrasferit.", "Jien għamilt żmien naħdem fuq il-baħar u naf eżattament kif isir dan il-proċess.", "Qed ngħid l-affarijiet eżatti, biex ħadd ma joqgħod idurli mal-lewża jew jivvinta l-affarijiet.", "Nerġa' nappella lill-Onor.", "Interpellant biex ma jipprovax jallarma lin-nies biex jipprova jakkwista xi vot f'Birżebbuġa issa li waslu l-elezzjonijiet tal-Kunsill lokali u tal-MEPs.", "Il-membri tal-Oppożizzjoni qegħdin ikomplu bit-trend li jitfgħu d-dubju f'moħħ in-nies.", "Għall-Oppożizzjoni, dak li jsir minn dan il-Gvern hu kollu ħażin, imma li jagħmlu huma huwa kollu tajjeb.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Peress li l-Onor.", "Hermann Schiavone bħal donnu nesa kemm Gvern Nazzjonalista għabba piżijiet kbar b'attività industrijali fuq Birżebbuġa, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkonferma meta nbeda l-proċess biex l-impjant tal-ħażna ta' fuel 31 ta' Marzu jibda jiżżarma u din l-attività kollha tieqaf?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi, fil-qosor, jekk jogħġbok, għax sar il-ħin.", "JOE MIZZI: Tant kemm Gvern Nazjonalista kien ilu jwiegħed li se jneħħi dan l-impjant li lanqas niftakar id-data eżatta.", "Min-naħa tagħna, fl-2013 il-Prim Ministru kien wiegħed li se nieħdu ħsieb li dak l-impjant jingħalaq, u hekk qed nagħmlu, tant li tajna t-timeframe.", "Kellu jkun dan il-Gvern li se jagħlaq dan l-impjant, kif għalaq ukoll il-Power Station tal-Marsa.", "Il-poplu Malti u Għawdxi moħħu mistrieħ li dak li jwiegħed dan il-Gvern jiġi mwettaq.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għas-sena 2018;", "Tagħrif dwar in-numru ta' studenti li jagħmlu użu tal-Breakfast Club, maqsuma skont il-kulleġġ u l-iskola li jattendu, u li rreġistraw sal-aħħar ta' Jannar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8835; u", "Tagħrif dwar attivitajiet organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ bejn Jannar u Diċembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8897.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' GF00520/07: Proposal for a new aquaculture zone in the North of Malta, Zone Offshore Malta, maħruġ minn Adi Associates f'Novembru 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8827;", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar ħaddiema li jagħmlu xogħol fuq l-injam fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex bejn Marzu 2013 u Jannar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8779;", "Tagħrif dwar inkjesti/investigazzjonijiet/ stħarriġ li saru fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex bejn l-2014 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8780;", "Tagħrif dwar uffiċini li jaqgħu fid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex li għandhom lift u li għandhom żewġ sulari u iktar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8781; u", "f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 28 tal 2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, Kap. 418.\"", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, Kap. 418\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ŻONI ĦIELSA F'MALTA", "L-ordni għall-Kumitat ġie moqri.", "Ikompli mit-13 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, il-liġi li qegħdin niddiskutu llum tittratta dwar żoni ħielsa f'Malta.", "Kif spjega fid-dettall il-Ministru Chris Cardona, hawn qegħdin nitkellmu dwar żoni ħielsa f'Malta bil-għan li ninkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku, niġġeneraw impjiegi f'Malta u nirregolaw l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attività f'xi żona ħielsa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni Ewropea.", "Bħala Oppożizzjoni, aħna qed naqblu ma' din il-liġi.", "Din il-leġiżlazzjoni tittratta spazji bħalma għandna fil-Freeport fejn tista' tiġi maħżuna merkanzija li tiġi minn barra l-pajjiż, sakemm terġa' tiġi ttasportata lejn pajjiżi oħrajn.", "Huwa proprju għalhekk li dan l-ispazju jissejjaħ freeport, jiġifieri żona ħielsa mir-regolamentazzjoni tad-Dwana, fejn l-oġġetti jiġu kkonsidrati daqslikieku qatt ma ddaħħlu f'pajjiżna.", "Il-merkanzija ma tkunx ikkonsidrata għall-użu tas-suq lokali, imma tkun qed tistenna biex terġa' tiġi ttrasportata 'l barra mill-pajjiż.", "Din hija t-tifsira b'mod faċli ta' żoni ħielsa.", "Permezz ta' din il-leġiżlazzjoni, il-Gvern qiegħed jaħseb biex 'il quddiem ikollna dawn iż-żoni ħielsa li jkunu jistgħu jintużaw minn aġenziji u intrapriżi li huma responsabbli, pereżempju, mil-loġistika ta' merkanzija li hija maħsuba biex tiġi ttrasportata lejn swieq barra minn Malta.", "Sur President, nixtieq nieħu lil din il-Kamra lura għas-seduta ta' nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, meta l-Ministru José Herrera kien għamel stqarrija ministerjali dwar il-każ ta' sospensjoni li kienet saret fuq persuna li tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali.", "Dakinhar, il-Ministru qal li din il-persuna ġiet sospiża minn eżerċizzju ta' setgħat, ta' funzjonijiet u ta' kariga tagħha skont ir-Regolamenti 13.4 tar-Regolamenti tal-Proċedura tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.", "F'din l-istqarrija ministerjali, il-Ministru José Herrera ma kienx qed jitkellem rigward miżuri jew informazzjoni relatata mal-industrija tal-ħut jew tal-fish farms tat-tonn, imma kien qed jitkellem dwar il-Gvern li qed jagħmel ħiltu biex iżomm lil dan il-pajjiż nadif mill-korruzzjoni.", "Aktar 'il quddiem, se nkun qed nispjega għalfejn qed insemmi dan il-każ.", "F'dik l-istqarrija ministerjali, il-Ministru qal li, kif għamel dejjem, il-Gvern qed jikkollabora mal-awtoritajiet fl-investigazzjonijiet kollha li qegħdin isiru biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha, anke dwar dan il-każ.", "Sur President, ma nistax inkompli nitkellem dwar din il-liġi li tistabbilixxi dawn iż-żoni ħielsa, liema liġi tista' tagħmel il-ġid f'dan il-pajjiż, mingħajr ma naqsam ukoll ċerti ħsibijiet rigward il-Gvern u l-korruzzjoni.", "Irrid ngħid li għadni sorpriż bl-atteġġjament tal-Gvern, speċjalment tal-Prim Ministru, meta kien qed jagħmel din l-istqarrija ministerjali u qal li l-Gvern qed jiġġieled il-korruzzjoni bis-serjetà, kif għamel dejjem, billi qed jikkollabora mal-awtoritajiet.", "Nesa forsi l-Gvern kemm-il darba ġew f'idejh rapporti rigward każijiet ta' korruzzjoni ferm ikbar minn ta' din il-persuna li kienet tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali, u warrab dawk ir-rapporti u n-nies li jaħdmu fl-istituzzjonijiet?", "Fil-fehma tiegħi, il-Gvern kien qed jiżgwida lill-poplu Malti meta kien qed jgħid li l-Gvern dejjem jikkollabora mal-awtoritajiet, għax dan mhux veru!", "Meta jien irrispondejt għal din l-istqarrija ministerjali, għedt li l-ħuta minn rasha tinten!", "Fil-preżenza tal-Prim Ministru, għedt ukoll li dan il-Gvern hu b'saħħtu maż-żgħir u dgħajjef mal-kbar.", "Però risposta għall-kritika li għamilt la bħala Oppożizzjoni u lanqas bħala poplu Malti ma ħadnieha.", "Sinjura President, il-Gvern ried jagħtina x'nifhmu li huwa serju kontra l-korruzzjoni meta fuq transcript ta' telefonata ħa passi u ssospenda 'l-persuna involuta, imma fuq każ aktar serju, fuq rapporti tal-FIAU dwar allegazzjonijiet ta' kontijiet sigrieti tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff Keith Schembri, il-Gvern ma ħa l-ebda passi.", "Ninsab sorpriż bl-atteġġjament tal-Prim Ministru li meta għedt li l-ħuta minn rasha tinten, baqa' ma ta l-ebda tweġiba.", "Illum il-ġurnata, grazzi għal dan il-Gvern, fil-pajjiż daħlet il-kultura li bil-korruzzjoni jaqbillek, u għalhekk il-korruzzjoni hija kważi aċċettata, tant li ma tistax timxi mingħajrha.", "Il-korruzzjoni nfirxet fi ħdan is-sistema governattiva minn fuq għal isfel.", "Għalhekk ninkwieta meta niġi biex nitkellem f'dan id-dibattitu rigward l-istabbilizzazzjoni u r-regolamentazzjoni ta' twaqqif ta' żoni ħielsa għax, bla ma rrid, jiġuni ċerti dubji u nibda nibża'.", "Nerġa' ngħid li wara l-istqarrija tal-Ministru Herrera, jien tkellimt dwar il-qerq tal-Gvern fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni, imma l-Prim Ministru baqa' sieket, daqslikieku dak li tgħid l-Oppożizzjoni u l-poplu hemm barra hu irrelevanti.", "Dan il-Gvern tilef kull standard ta' korrettezza morali, governanza tajba u immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi għall-ħolqien tal-ġid komuni.", "Illum qed ngħixu realtà fejn il-korruzzjoni u t-tixħim saru mhux biss aċċettati, imma għal ħafna nies kważi ma tistax tgħaddi mingħajrhom.", "Tant il-mentalità tal-korruzzjoni hija mifruxa li llum ħafna jaħsbu li min hu involut f'attività kummerċjali ma jistax jirnexxi jekk ma jxaħħamx jew jagħti commissions lil xi ħadd.", "Bħallikieku bilfors trid titħabbeb ma' xi ħadd biex tirnexxi!", "Dan qalu wkoll f'intervista l-Onor.", "Alfred Sant li llum hu MEP tal-Partit Laburista, meta qal i hu ma jaqbilx mal-ħbieb tal-ħbieb, imma f'pajjiżna din hija xi ħaġa inevitabbli fil-politika.", "Din hija l-ewwel premessa li rrid nitkellem dwarha f'dan id-dibattitu.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar attività kummerċjali importanti ferm f'dan il-pajjiż, meta nafu li l-manifattura qed tonqos minflok tiżdied.", "Għandna membri tal-Gvern li jikkwotaw lil eks Ministru Nazzjonalista li darba b'mod sarkastiku kien qal li l-manifattura għad trid tispiċċa.", "Però filwaqt li jiddieħku bil-kliem ta' dan l-eks Ministru, dan il-Gvern, f'dawn l-aħħar sitt snin, ma ħa l-ebda inizjattiva biex jara li l-manifattura u l-esportazzjoni tal-manifattura jirpiljaw u jerġgħu jkunu sors tal-ħolqien tal-ġid.", "Huwa proprju għalhekk li diffiċli nitkellem dwar din il-leġiżlazzjoni li eventwalment, maż-żmien, tista' toħloq alternattiva għall-industrija tal-manifattura, meta mbagħad niftakar li f'dan il-pajjiż għandna din il-kultura ta' tixħim u korruzzjoni.", "Kif għedt, kliem l-Onor.", "Alfred Sant ikompli jikkonferma dawn il-ħsibijiet li nixtieq naqsam ma' din il-Kamra.", "Sur President, jekk ma nkunux attenti, inizjattiva tajba bħal din li qegħdin nitkellmu dwarha f'din il-leġiżlazzjoni tista' faċilment taqa' fix-xibka tal-korruzzjoni wkoll.", "Għalhekk, lill-Gvern ngħidlu: Don't mess it up!", "Hands off fuq inizjattiva tajba bħal din!", "Wara kollox, din l-inizjattiva hija riżultat ta' ħidma mis-settur kummerċjali li huwa involut fil-qasam tan-negozju tal-loġistika f'dan il-pajjiż.", "Hawn insemmi, pereżempju, l-aġenti u l-entitajiet kummerċjali li jirrappreżentaw lill-aġenti li jimmaniġġjaw it-trasport tal-merkanzija lejn Malta u lil hinn minn Malta.", "Jien tkellimt mal-Kamra tal-Kummerċ, fejn spjegawli li din l-inizjattiva ma oriġinatx mill-Gvern, imma twieldet mis-settur kummerċjali.", "Il-Gvern laqa' din l-inizjattiva – u nirringrazzjah ta' dan – wara li għal żmien twil is-settur kummerċjali kien qed iħabbat fuq il-bieb tal-Gvern biex jieħu bis-serjetà din l-inizjattiva.", "Dawn l-entitajiet kummerċjali jridu jkomplu jkabbru l-operat tagħhom u jinvolvu lilhom infushom f'operat differenti milli kellhom s'issa.", "Fil-fatt, ma jridux li n-negozju ta' transhipment tal-ħażna tal-merkanzija li jista' jiġi maħżun f'Malta jibqa' biss ristrett għall-Freeport, imma jridu li l-Gvern jespandi din l-idea ta' Freeport f'żoni ħielsa oħrajn.", "Naf li għandna biżżejjed spazju li diġà qed jintuża għal diversi oqsma, u għalhekk m'hemmx bżonn li l-Gvern jieħu r-raba għal din l-inizjattiva.", "Fil-fatt, ma naħsibx li s'issa smajt lill-Gvern jgħid li se jagħmel dan.", "Nistgħu nkomplu nużaw iż-żona fuq in-naħa ta' Ħal Far li diġà hija wżata għall-industriji.", "L-ewwel riflessjoni li ridt nagħmel tirrigwarda l-importanza li l-Gvern iħalli din l-inizjattiva, li oriġinat mis-settur kummerċjali, f'idejn is-settur kummerċjali.", "Illum, is-settur kummerċjali qisu l-qattus mismut, għax kull ilma jaħsbu misħun.", "Illum, għandna settur kummerċjali li jrid jaħdem, imma jibża' mill-korruzzjoni li tiswa l-flus u hija an induced cost, jiġifieri, spejjeż żejda.", "Nerġa' ngħid li d-diskors tal-Onor.", "Alfred Sant jikkonferma dawn il-ħsebijiet tiegħi u, kif jgħid il-Malti, daħal feles f'dawn il-ħsebijiet li ridt naqsam ma' din il-Kamra.", "L-Onor.", "Alfred Sant kważi qiegħed jaċċetta li f'dan il-pajjiż huwa inevitabbli li jrid ikollok il-ħbieb tal-ħbieb biex tirnexxi.", "Nerġa' ngħid li inizjattiva tajba bħal din għandha titħalla f'idejn l-intrapriża privata biex tkun suċċess.", "Jekk hemm xi ħadd fl-organizzazzjoni omnipotenti ta' xi dipartiment jew entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern li f'din l-inizjattiva diġà qed jara kif se jagħmel kemxa flus żejda, jekk jogħġbu, jibqa' 'l bogħod minn din l-inizjattiva!", "Diġà smajna stejjer ta' kif f'pajjiżna kienu ġejjin azjendi u printing presses kbar, li m'hemmx bżonn nidħol fid-dettall tagħhom, imma ngħid biss li l-aġent tal-makni tagħhom hu mdaħħal fin,-nisġa tal-ħidma ta' Kastilja.", "Ma jistax ikun li f'dan il-pajjiż, f'kull storja jkun hemm tentufa ta' korruzzjoni!", "Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin b'dawn l-istejjer!", "Qed nagħmel din l-enfasi apposta, biex din l-inizjattiva tajba li ħadet il-Kamra tal-Kummerċ inħalluha tiġi mħaddma minn dawn in-nies.", "Meta titkellem ma' dawn il-persuni li minnhom ħarġet din l-inizjattiva, tibda tinduna kemm meta, bħala pajjiż, inħallu l-inizjattiva kummerċjali topera u nagħtuha n-nifs, din kapaċi tgħin lill-pajjiż jikber ekonomikament.", "Però ma jistax ikun li l-politiċi taż-żewġ naħat – forsi hawnhekk se nkun ftit goff – kull darba li nkunu fil-gvern, nipprovaw ninżlu fuq is-settur kummerċjali bil-piż kollu tagħna.", "Meta ngħidu li bħala Gvern aħna business friendly, ma jfissirx li kulħadd jista' jagħmel li jrid u jgħaffeġ fuq xulxin bħal f'logħba tar-rugby, fejn ta' fuq ikun tajjeb, però taħt ikun hemm 16 oħrajn li qed jitgħaffġu.", "Illum sar għandna nies li qegħdin iħossuhom mgħaffġa.", "M'iniex se nidħol fid-dettall ta' din il-leġiżlazzjoni, għax spjegaha tajjeb il-Ministru Chris Cardona.", "Nerġa' ngħid li bħala Oppożizzjoni qed naqblu magħha; però bħala l-kelliem responsabbli minn dan is-settur, irrid naqsam l-inkwiet tiegħi ma' din il-Kamra, għax hekk huwa u hekk jitlob dmiri!", "Ejja nħallu din l-inizjattiva titħaddem mis-settur kummerċjali.", "Id-dwana għandha tkun stabbilita barra mill-gate ta' din l-inizjattiva.", "L-uffiċjali tad-Dwana għandhom ikollhom ir-responsabilità li jivverifikaw il-merkanzija li tidħol u toħroġ f'dan l-ispazju; però, ma jistax ikollna l-Uffiċjali tad-Dwana li jidħlu 'l ġewwa f'dan l-ispazju, għax inkella ma tibqax aktar żona ħielsa!", "Nerġa' ngħid li dan l-ispazju mhux se jkun spazju ta' depożitu ta' merkanzija għas-suq lokali, imma se jkun spazju ħieles, bħal depot jew distribution centre, ta' merkanzija li tinġieb f'pajjiżna biex imbagħad terġa' tkun mibgħuta f'pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżna se jistagħna għax se jdaħħal il-flus mill-kirja ta' dik il-merkanzija u mix-xogħol tat-trasportazzjoni li se jsir min-nies li se jaħdmu mad-ditti tal-vapuri.", "B'hekk, se jkollna aktar ċaqliq ta' merkanzija lejn Malta u lil hinn minn Malta.", "Dan l-ispazju se jservi biex ix-shipping lines stabbiliti f'Malta, jew ditti oħrajn li għad jistgħu jiġu stabbiliti f'pajjiżna, ikollhom client base f'Malta biex jagħmlu d-distribuzzjoni tal-merkanzija tagħhom.", "Pajjiżna, kemm-il darba nħallu lil din l-inizjattiva tirnexxi, jista' jsir business location għall-ħażna u d-distribuzzjoni tal-merkanzija.", "Ix-xewqa ta' dawn in-nies li huma involuti fis-settur kummerċjali hija li dan l-ispazju jkollu kirja li tkun nominali.", "Hawnhekk ukoll il-Gvern ma jridx jipprova jaqsam fil-qligħ, anke jekk bis-sewwa, għax inkella jkun qed joħloq induced costs.", "Naf kif ħafna nies fis-settur ċivili jistgħu jibdew jaħsbu li ladarba hemm il-qligħ, il-Gvern għandu jgħolli l-ispiża tal-kirja biex jagħmel il-qligħ ukoll u mhux jieħu l-għadma!", "Però ejja nibdew nirriflettu li l-qligħ għall-pajjiż m'hemmx bżonn li jkun direttament mill-kirja, imma jista' jkun hemm qligħ indirett, bħall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u valur miżjud fil-qasam tal-manifattura.", "Sur President, huwa importanti li bħala Oppożizzjoni nivvotaw favur din il-liġi, għaliex aħna nifhmu li meta inizjattiva tas-settur kummerċjali hija tajba, għandha ssib l-impenn taż-żewġ naħat ta' din il-Kamra, li jgħinuha biex dik l-inizjattiva tieħu l-ħajja u tikber.", "Meta ngħidu li aħna business friendly jew open for business, irridu nfissru li lesti nagħtu spazju biex l-attività kummerċjali tikber.", "Però ejja ma noħonqux is-sostenibilità tal-attività kummerċjali - mhux qed nirreferi għal din biss iżda għal kull attività kummerċjali oħra - billi nżidu l-ispiża, il-burokrazija jew saħansitra aktar spejjeż moħbija tal-korruzzjoni lis-settur kummerċjali.", "Sur President, dan l-ispazju għandu jitħalla jintuża mis-settur kummerċjali verament bħala spazju ħieles anke milll-indħil tal-Gvern.", "Meta tkellimt ma' rappreżentant mill-Kamra tal-Kummerċ, wera x-xewqa li l-Gvern jagħżel lilll-membri tal-Awtorità b'konsultazzjoni mal-istess Kamra tal-Kummerċ, ħalli jkun hemm verament nies li għandhom għal qalbhom il-ġid ta' min se jkun involut f'din l-attività.", "F'pajjiżna, m'għandniex ikollna gvernijiet – ikun min ikun fil-gvern – li ħafna drabi joħonqu inizjattiva tajba billi jpoġġu ċerti nies fuq bordijiet biex sempliċement jagħmlulhom pjaċir ħalli jkollhom salarju ieħor ma' dak li diġà jkollhom, liema individwi jkunu aktar ta' tfixkil milli ta' għajnuna.", "Minn rapport dwar il-loġistika li kien ippubblikat u mtella' fuq il-website il-ġurnata tal-Kamra tal-Kummerċ, joħroġ kemm l-entitajiet kummerċjali li jaħdmu fil-loġistika juru tant ħeġġa fix-xogħol tagħhom.", "Dawn huma affarijiet tajbin li tajjeb nitkellmu dwarhom.", "It-tajjeb ma nistax ngħidlu ħażin, għaliex inkella nkun qiegħed nigdeb fuq dak li huwa tajjeb.", "Però, daqstant ieħor fejn hu ħażin irrid li jkolli l-kuraġġ u ngħid li hu ħażin.", "Issa, jekk għan-naħa tal-Gvern, meta nitkellem fuq il-ħażin, jgħiduli li qed inħammeġ lil Malta, allura l-Gvern jieqaf jagħmel il-ħażin ħalli u ma jkunx hemm ħażin li nitkellem dwaru.", "Meta qed nitkellem fuq l-intrapriża privata, ma nistax ngħid li din il-ħidma hija ħażina.", "F'dan ir-rapport naqraw hekk:", "Din is-sentenza tispjega fi ftit kliem minn xiex hija magħmula l-ekonomija ta' Malta.", "L-esportazzjoni qed tiżdied minħabba li qegħdin nesportaw l-iskart tagħna, waqt li l-importazzjoni qegħda tiżdied minħabba l-industrija tal-bini li huwa evidenti li qed tikber, bil-krejnijiet li għandna ma' kullimkien.", "Ovvjament, il-kostruzzjoni tirrikjedi importazzjoni ta' materjal, bħal kmamar tal-banju, madum u għamara fost l-oħrajn.", "Bl-istess mod, l-importazzjoni tal-ikel u affarijiet tad-dar qed tiżdied biż-żieda fil-popolazzjoni.", "Biex niġi għall-argument, irrid infakkar li meta l-Ministru għall-Finanzi ġie biex jagħlaq id-diskors tiegħu rigward l-Estimi tal-Baġit, ipprova, skont hu, jagħti lecture qasir fuq kemm l-ekonomija tagħna mhux qed tikber minħabba l-popolazzjoni, kif tgħid l-Oppożizzjoni u kif jgħid l-Onor.", "Adrian Delia, anke meta kulħadd jaf li hu hekk.", "Anke l-credit rating agencies qegħdin jgħidu lill-Gvern li l-ekonomija tagħna qed tikber għaliex il-popolazzjoni tagħna qed tikber.", "Issa se jkun hawn membri tal-Gvern, bħalma diġà kien hawn, li jgħidulna li l-ekonomija mhix qed tikber minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni, imma s-settur kummerċjali jaf eżattament ir-realtà li qed ngħixu li jispjegaha bi kliem sempliċi f'dan ir-rapport.", "Qed nagħmel dan l-argument għax il-Ministru għall-Finanzi kien hawn, kif ukoll l-Onor.", "Alex Muscat, li t-tnejn ipprovaw jiċħdu l-fatt li l-ekonomija tagħna qed tikber minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni.", "Jidher li l-Gvern ma jitgħallimx!", "Dan ir-rapport ikompli jitkellem dwar realtà oħra li jiltaqgħu magħha dawk li jaħdmu fis-settur kummerċjali, inkluż min jaħdem fil-loġistika:", "Darba kellna lill-Prim Ministru li tkellem dwar kemm hija importanti l-laħma, imma, kif nafu, ma' kull laħma hemm l-għadma!", "Dawk involuti fl-industrija tal-loġistika u tal-ġarr tal-merkanzija jitkellmu kif l-outsourcing fil-loġistika żdied, però jitkellmu wkoll dwar diffikultajiet oħrajn.", "Il-prezz fil-proprjetà involuta anke għal-loġistika u għall-ħażna tal-merkanzija, hija issue ta' tħassib.", "Dan huwa l-qofol anke ta' din il-leġiżlazzjoni li qegħdin niddiskutu llum.", "Bir-raġun li l-operaturi f'dan il-qasam qed jgħidu lill-Gvern li sabiex din l-attività ta' port ħieles tirnexxi, trid tkun attività li tagħmel il-profitt.", "Għalhekk, ma tistax tkun attività kummerċjali kważi bil-prezz tas-suq privat, għaliex diġà għandna problema biż-żieda fil-prezz tal-proprjetà.", "Dan il-Gvern ma jistax jibqa' jitkellem fuq l-aqwa żmien u kemm qegħda tikber l-attività kummerċjali mingħajr ma jipprova jsolvi l-problemi li għandna bħala pajjiż.", "Mal-laħma ta' din l-ekonomija li qed tikber, hemm l-għadma.", "Fil-fehma tiegħi, il-Prim Ministru ħa falza stikka meta lill-partitarji tiegħu qalilhom biex jissaportu l-preżenza tal-barranin, għax dawn il-barranin qegħdin iħallsu l-pensjonijiet.", "Dik hija l-għadma!", "Imma, mal-għadma hemm il-laħma, jiġifieri, li qegħdin jitħallsu l-pensjonijiet!", "Din kienet żelqa kbira min-naħa tal-Prim Ministru tant li diversi Ministri, fosthom il-Ministru għall-Finanzi, qed jipprovaw jiġġustifikaw dan il-kliem.", "Min qiegħed fis-settur kummerċjali f'Malta u mhux involut fi ċrieki tal-ħbieb tal-ħbieb, kif qal l-Onor.", "Alfred Sant, u għandu erba' salarji mogħtijin minn dan il-Gvern, qed iħoss l-għadma.", "Bħala Oppożizzjoni, qed nirrappreżentaw lin-nies li, filwaqt li l-Gvern qiegħed jgħid li dan hu l-aqwa żmien, il-kirja tagħhom qegħda tiżdied.", "Għandna żgħażagħ li ma jistgħux jixtru l-proprjetà tagħhom biex jibnu familja b'mod diċenti.", "Dawk fil-kummerċ qed iħabbat wiċċu mal-istess għadma.", "Meta nitkellmu fuq il-prezz ta' spazju għal-loġistika, ħafna qed jgħidulna li ż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà hija ta' tħassib.", "Din l-għadma hija mifruxa ma' kulħadd fl-oqsma kollha tal-ħajja ta' dan il-pajjiż, kemm żgħażagħ, anzjani, u anke min qiegħed fl-attività kummerċjali.", "Nerġa' ngħid li, bħala Oppożizzjoni, qed naqblu mal-iskop ta' din il-leġiżlazzjoni.", "Però, issa rridu naraw li meta tiġi biex tkun operata, lil hinn mill-konċett legalistiku, il-Gvern jeħtieġ li joqgħod attent li ma joħnoqx din l-inizjattiva.", "Illum qed naqblu li din l-inizjattiva tista' toħloq ġid fil-pajjiż; però, jekk nikkorrompuha, nispiċċaw nabortuha qabel tibda tieħu l-ħajja.", "L-istess operaturi tal-loġistika li huma membri tal-Kamra tal-Kummerċ kitbu hekk:", "Ma' ekonomija li qed tikber irid ikollna sens ta' ġustizzja soċjali, fejn il-ħolqien tal-ġid irid jitqassam b'ġustizzja soċjali.", "Dan il-ġid ma jistax jispiċċa joħnoq l-istess attività kummerċjali u l-ħolm ta' tant żgħażagħ li jixtiequ jibnu familja u jistabbilixxu lilhom infushom.", "Għandna tant nies li, minkejja li jaħdmu, meta jmorru għand il-bank biex jieħdu loan, lanqas għandhom biżżejjed salarju biex il-bank ikun jista' jislifhom u, jekk jieħdu loan, ħafna drabi jridu jagħmlu għomorhom iħallsu d-dejn tal-appartament li se jixtru.", "Dawn huma l-veri problemi li qed tiffaċċja s-soċjetà Maltija llum.", "Ovvjament, in-naħa tal-Gvern ma jiħdux pjaċir meta jitkellmu dawn l-operaturi, għax jieħdu pjaċir biss jisimgħu tifħir fuq l-ekonomija.", "Kollox sew sakemm titkellem fuq il-laħma tal-ekonomija li sejra tajba, imma filwaqt li huma jmeximxu l-laħma, l-għadma jridu jagħtuha lil ħaddieħor.", "L-operaturi f'dan il-qasam qalu:", "Nerġa' ngħid li huwa importanti li l-Gvern ma joħnoqx din l-inizjattiva.", "Proprju għalhekk li għedt lill-Gvern: Don't mess it up!", "Jekk dan il-Gvern se joffri rata ta' kirja bi prezz kummerċjali u mhux b'kirja nominali, bħalma joffri lill-fabbriki biex ninċentivaw lil min qiegħed fil-manifattura, il-Gvern se joħnoq din l-inizjattiva.", "Dan il-Gvern mhux qiegħed jgħin biżżejjed lis-settur tal-manifattura biex tiżdied l-esportazzjoni.", "Però mbagħad meta l-membri tal-Gvern jitkellmu dwar it-tkabbir tal-ekonomija, nibdew naraw ħafna laughing faces!", "Nistieden lill-membri tal-Gvern biex jitkellmu ma' min huwa involut fl-attività kummerċjali u qed jgħid li ż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet qegħda toħloq żieda fl-ispiża tal-ġarr u l-warehousing tal-merkanzija.", "L-operaturi qed jgħidu li mhux dejjem ikunu jistgħu jilqgħu għad-domandi tal-klijenti tagħhom, għax l-ispiża tal-merkanzija u tal-ġarr tal-ħażna saret tiswa l-flus, tant li ħafna drabi mhux qed ikunu kompetittivi.", "Il-Ministru tkellem biss dwar kif din il-leġislazzjoni se toħloq il-ġid, mingħajr ma għaraf il-problemi li hemm marbutin ma' din l-attività kummerċjali.", "Nappella lill-Gvern li jagħti kas tal-kritika li qed nagħmlulu u mhux jipprova jittratta lil min jikkritikah bħala irrelevanti.", "Is-settur kummerċjali qiegħed iħoss il-piż ta' ċerti sfidi, anke jekk għall-Gvern dan huwa l-aqwa żmien.", "F'dan l-artiklu nsibu wkoll dan il-kliem miktub mis-Sur Hili:", "Filwaqt li n-nies fis-settur ekonomiku qed janalizzaw eżattament is-sitwazzjoni u qed jgħidu li l-attività kummerċjali u ekonomika qegħda tikber, primarjament minħabba l-igaming u s-settur finanzjarju, dawn qed jgħidu wkoll li ż-żieda fil-prezz tal-bini u tal-kirjiet hija ta' tħassib.", "Din hija l-istess sitwazzjoni li qed tinkwieta lill-ħaddiema, lill-familji, liż-żgħażagħ u 'l-anzjani tagħna li qegħdin jispiċċaw kważi skjavi tal-prezzijiet tal-ispekulazzjoni.", "Sa dalgħodu stess, anzjan qalli li se jispiċċa barra mid-dar għax, filwaqt li kien qed jgħix f'appartament f'Buġibba bi €300 kirja, issa sid il-kera trid €600 kirja u m'għandux minn fejn iħallas.", "L-istess tħassib qed jesperjenzah min qiegħed fl-attività kummerċjali.", "L-ispekulazzjoni wasslet biex il-prezz tas-suq tal-bini żdied b'mod konsiderevoli, tant li hawn min mhux qiegħed ilaħħaq ma' din iż-żieda fil-prezzijiiet.", "Fil-fatt, hija ħasra li min qiegħed fis-settur kummerċjali jgħidlek li jaf li l-ekonomija qed tikber, imma din mhijiex sitwazzjoni sostenibbli.", "Mela, filwaqt li l-Gvern qed jgħid li l-ekonomija qiegħda tikber, min huwa involut fis-settur qed jitkellem dwar il-biża' li din is-sitwazzjoni mhijiex sostenibbli!", "Ħafna jgħidulek li din hija bużżieqa li ma jafux eżattament meta se tinfaqa'!", "Għalhekk huwa bir-raġun kollu li bħala Oppożizzjoni nikkritikaw lill-Gvern li m'għandux pjan għall-ġejjieni.", "Minkejja li dan il-Gvern u l-esponenti tiegħu jgħidu li għandhom pjan, qatt ma kellhom il-ħila u l-kapaċità jikkomunikawh ma' min qiegħed fis-settur kummerċjali biex ikun hawn is-serħan tal-moħħ.", "Min hu fis-settur kummerċjali spiċċa jipprova jaħtaf li jista' llum, għax għada ma jafx x'se jsib.", "Il-Gvern jista' jħallas lil min jagħtih iċ-ċertifikat ta' kemm l-ekonomija sejra tajba u jieqaf hemm, imma jkun ħafna aħjar kieku jara kif se jtejjeb l-ekonomija u mhux iħalliha tiddependi fuq iż-żieda ta' dik li qegħdin insejħulha domestic demand, jiġifieri d-domanda tas-suq lokali.", "Il-Gvern iweġġa' meta ngħidu li l-ekonomija qed tikber biż-żieda fil-popolazzjoni, imma din jafha kulħadd.", "Il-Ministru għall-Finanzi u l-Onor.", "Alex Muscat qalulna li l-Oppożizzjoni hija żbaljata meta tgħid li l-ekonomija qed tikber minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni, imma fl-annual report tal-Bank Ċentrali għall-2017, f'paġna 49, naqraw li:", "Il-Bank Ċentrali qiegħed jiċħad dak li qed jgħid il-Gvern u qed jikkonferma dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni.", "Din hija bużżieqa li qegħdin nonfħu, għax l-ekonomija ta' pajjiżna mhix qed tikber realment, imma qed tikber b'mod superfiċjali.", "Il-Gvern suppost qed jgħin l-esportazzjoni u l-importazzjoni, imma fil-verità qed nimpurtaw aktar għax il-popolazzjoni tagħna qiegħda tikber.", "Dan qed jikkonfermawh l-operaturi fil-qasam tal-loġistika meta qed jgħidu:", "Il-Gvern ma jistax jibqa' jiċħad il-verità li l-ekonomija qed tikber minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni.", "Għalkemm il-Gvern qed iħallas l-eluf ta' ewro lill-eżaminaturi tiegħu biex ikun jista' jiftaħar biċ-ċertifikati, dawn qegħdin jgħidulu li l-esportazzjoni qiegħda tonqos u l-importazzjoni qed tiżdied għax qegħdin nikkonsmaw aktar minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni.", "Sur President, jien inħobb nuża l-kliem 'għal min jimpurtah'.", "Però dan il-Gvern ma jimpurtahx.", "Però min iġarrab il-konsegwenzi jimpurtah!", "In-nies li huma involuti fil-loġistika, li qegħdin iħallsu żieda fil-prezz, jimpurtahom!", "Iż-żgħażagħ u l-anzjani jimpurtahom li llum il-ġurnata l-korruzzjoni qiegħda tmissilhom il-but u qegħda tiżvantaġġja lil min qiegħed jippjana l-ġejjieni ta' ħajtu.", "L-istess iħoss is-settur kummerċjali.", "Però l-Gvern qed jibqa' jkun adamant, jiġifieri qed jibqa' rasu iebsa, moħħu biss kif fil-mument jikber hu u jsir aktar b'saħħtu, mingħajr ma jimpurtah minn dawk li qiegħed jgħaffeġ taħt saqajh.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, apparti n-numru ta' agenziji ta' kreditu internazzjonali li l-pajjiż juża, fosthom l-IMF, Moody's, Fitch u DBRS, illum skoprejna li d-dinja għandha credit rating agency oħra li jisimha Edwin Vassallo!", "Dan għaliex issa għandna mudell ekonomiku ġdid ta' kif nispjegaw l-ekonomija mhux biss ta' Malta, imma anke l-ekonomija dinjija.", "Nibda mill-ewwel biex nagħmel żewġ sfidi lill-Onor.", "L-ewwel nett, nistenna li l-Onor.", "Vassallo jikkjarifika b'mod ċar jekk huwiex qed jgħid li l-credit rating agencies, bħal IMF, Moody's u Fitch fost l-oħrajn, huma in collusion mal-Gvern Malti li qed iħallashom biex jagħtuna ratings pożittivi.", "Ma nafx jekk sħabu l-membri tal-Oppożizzjoni fehmuhx l-istess, imma jien hekk fhimt li qed jgħid!", "Tajjeb li l-Onor.", "Vassallo jikkjarifika dak li qal, għaliex dik hija l-impressjoni li qiegħed jagħti.", "Fuq kollox, ġimgħa u nofs ilu, għamilt sfida lill-Onor.", "Vassallo – li għal dnubieti qiegħed nerġa' nitkellem warajh - li apparentement, ma laqagħhiex.", "Jien għamiltlu sfida biex jagħti garanzija lill-poplu Malti u Għawdxi … (Interruzzjonijiet) Qed nindirizza lis-Sedja mhux lilek, Onor Vassallo!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Farrugia, kompla indirizza lis-Sedja.", "AARON FARRUGIA: L-Onor.", "Vassallo għandu jagħmel garanzija, f'isem l-Oppożizzjoni, lill-poplu Malti u Għawdxi li qatt aktar mhu se jdaħħlu lil pajjiżna f'excessive deficit procedure.", "Nifhem li l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-finanzi u l-ekonomija għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Vassallo dwar kif jiġi kkalkolat it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiż.", "L-Onor.", "Vassallo għandu jkun jaf, pereżempju, li t-tkabbir ekonomiku lokali huwa riżultat tal-investiment lokali, taż-żieda fl-investiment barrani dirett u l-konsum privat għaliex in-nies qed jgħixu l-aqwa żmien u jħossuhom komdi li mhux biss iġemmgħu l-flus, imma jikkonsmaw aktar biex ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Għalhekk, nistenna li l-Onor.", "Vassallo jagħmel apoloġija lill-poplu Malti għall-fatt li f'din il-Kamra juża kliem ta' doom and gloom.", "Dan l-aħħar smajna wkoll kliem ta' tbeżżigħ dwar banana bl-HIV!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nistenna li bħala rappreżentanti tal-poplu nkunu aktar serji fi kliemna, fejn ngħidu l-verità u mhux nipprovaw inbeżżgħu bil-babaw kontra l-investiment lokali u l-investiment barrani dirett.", "It-tkabbir ekonomiku jkun ikkalkolat fuq GDP per capita.", "Dan ifisser li m'aħniex qegħdin nitkellmu biss fuq il-kejk li qiegħed jikber, imma qed nitkellmu wkoll fuq il-kejk li qiegħed jikber għal kull persuna.", "Ejja niftħu d-dizzjunarju u nifhmu eżatt xi tfisser il-kelma per capita, forsi lill-poplu Malti li qiegħed isegwina nfehmuh b'numri, ċifri u definizzjonijiet korretti!", "F'diskors ta' siegħa mill-Onor.", "Vassallo, kont nistenna li se jagħti ftit ideat dwar kif nistgħu jkollna żona ta' free trade aktar b'saħħitha minn dak li qed nipproponu bħala Gvern.", "Però anke jekk l-Oppożizzjoni toħroġ bi studji li wħud minnhom ikunu tajbin, ikollok imbagħad membru tal-Oppożizzjoni li jiġi f'din il-Kamra u, bir-rispett kollu, jgħid il-ħmerijiet.", "Dan iwassal biex l-Oppożizzjoni ma tibqax kredibbli!", "Illum għandna leġiżlazzjoni dwar il-Port Ħieles, il-Freeport Act li tmur lura għall-Gvern tal-eks Prim Ministru Borg Olivier – dak kien żmien tajjeb għall-PN u mhux illum – li kien ħareġ bil-ħsieb li Malta jkollha free trade zone għall-ewwel darba.", "Dan il-konċett baqa' jiġi elaborat mill-eks Prim Ministru Mintoff u tkompla mill-Gvern tal-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami.", "Dak kien żmien ieħor interessanti għall-PN, li nħarsu lejh b'nostalġija.", "Illum qed nitkellmu dwar il-bżonn li dan il-pajjiż ikollu awtorità ta' żoni ħielsa li tirregola l-governanza ta' dawn iż-żoni fiż-żmien li ġej.", "Jien segwejt id-diskors tal-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona fejn qal li din hija proposta interessanti, għaliex nafu li l-loġistika għandha tkun pilastru ewlieni tal-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nafu li Malta għandha Freeport li minnu jgħaddu xejn inqas minn 3 miljun container, 24 foot equivalent units.", "Bħala pajjiż, qed naraw li dan is-suċċess ta' transhipment hub għandu jkompli jikber għax nemmnu fil-potenzjal ta' dan il-qasam f'pajjiżna.", "Fil-Freeport ta' Malta għandna dawk li jissejħu warehousing li, fi żmien l-eks-Prim Ministru Mintoff, kienu intenzjonati li jkunu ferm ikbar fin-numru.", "Però, kien pożittiv ħafna li f'dak iż-żmien kienu għażlu li jagħmlu għaxra biss bħala proġett pilota, u mnalla kien hekk, għax illum, kif jafu l-operaturi tal-Freeport, lanqas hemm fejn jaħżnu l-containers, aħseb u ara kemm hemm post għal żieda fil-warehousing.", "Kif nafu, Malta tinstab f'pożizzjoni ġeostrateġika importanti ħafna; ninsabu 12 nautical miles mill-international trade route bejn Ġibiltà u l-Kanal tas-Swejz, waqt li l-kompetitur ta' pajjiżna, Sqallija, tinsab 21 nautical miles 'il bogħod mill-international trade route.", "Għalhekk huwa minn ewl id-dinja li pajjiżna jipprova jisfrutta aktar il-pożizzjoni ġeostrateġika tiegħu.", "Qed ngħid dan anke fl-ambitu ta' Brexit fejn qed nistennew li jkun hemm pożizzjonijiet ġeostrateġiċi ġodda għal pajjiżi bħal Malta.", "Bħala pajjiż, illum qegħdin naraw kif nisfruttaw aħjar il-ġojjelli li għandu pajjiżna.", "Hawn qed nitkellem dwar il-Freeport li ftit kilometri 'l bogħod minnu għandu ajruport, u fil-qrib hemm ukoll il-Port il-Kbir.", "Il-ħsieb wara dan l-abbozz ta' liġi huwa li nisfruttaw bl-aħjar mod possibbli l-ajruport, il-Freeport u l-Port il-Kbir ta' pajjiżna.", "Pajjiżna huwa an entry gate to North Africa and beyond u viċi versa, għax pajjiżi Ewropej li jixtiequ jagħmlu negozju maċ-Ċina u l-Afrika jistgħu jużaw lil Malta għal aktar negozju.", "Hemm ismijiet oħrajn għal port ħieles: pereżempju, iċ-Ċiniżi jsejħulhom special economic zones.", "Imma, fil-verità, dawn iż-żoni għandhom l-istess użu, jiġifieri li jkabbru l-ekonomija, jevitaw dazji u jkollhom value added jew assembly ta' value added products.", "Hemm żewġ fatturi li Freeport ikun aħjar minn ieħor.", "Jien ħdimt f'dan is-settur, fejn tkellimt ma' diversi operaturi fl-Ewropa, bħal f'Rotterdam u Barcellona, u segwejt ukoll dak li qiegħed jiġri, pereżempju, f'portijiet bħal Jebel Ali fid-Dubaj.", "Wieħed jifhem li hemm żewġ konċetti li bihom port ħieles ikun aħjar minn ieħor.", "L-ewwel nett, hemm il-kwestjoni tas-sigurtà.", "Għalhekk ħadt pjaċir li fl-aħħar sentejn ta' dan il-Gvern, investejna f'apparat ġdid fid-Dwana li qed jagħti r-riżultati.", "Dan l-aħħar smajna kemm-il darba dwar qabdiet ta' droga li d-Dwana għamlet fil-Port Ħieles u f'postijiet oħrajn.", "Is-sigurtà hija variable importanti għal free trade zone aħjar.", "Bħala pajjiż, Malta għandha reputazzjoni tajba ħafna fir-rigward ta' sigurtà, li rridu nkomplu nsaħħuha.", "It-tieni konċett huwa l-ħeffa; li inti jkollok makkinarju u teknoloġija biex tniżżel container fiż-żona ta' port ħieles u tpoġġih fuq vapur ieħor.", "Nafu li hemm dak li jissejjaħ il-main vessel li jiġi Malta mill-bogħod, u mbagħad ikollok il-feeders iż-żgħar li jqassmu fil-Mediterran.", "Dan huwa konċett li qabad il-Freeport Malti, liema konċett irnexxa u għandu jkompli jissaħħaħ biex inkomplu ntejbu l-prodott Malti fir-rigward ta' sigurtà u ħeffa.", "Bħala pajjiż, tajjeb li nużaw l-ajru u l-baħar.", "Illum jaf ikollok vapur mimli merkanzija li jidħol f'Malta u inti tuża l-ajruport li jinsab ftit passi 'l bogħod biex tibgħat ajruplan mimli merkanzija.", "Din is-sistema tissejjaħ just in time system fejn ikollok operazzjoni kompjuterizzata.", "Kumpanija barra minn Malta taf tgħidlek li ma tixtieqx tuża l-warehouse f'Malta biex taħżen il-merkanzija, imma tkun trid tuża l-just in time system.", "Għalhekk il-feeder jidħol fil-Freeport ta' Malta u l-merkanzija titgħabba fuq ajruplan li dakinhar stess iġorrha lejn pajjiż ieħor.", "B'hekk, wieħed ikun iffranka l-ispejjeż tal-istorage.", "Nafu li, pereżempju, għandna ajruplan tad-DHL li jinżel kuljum f'Malta grazzi għall-ħidmiet li għamlu diversi gvernijiet matul l-istorja ta' pajjiżna u li għandna nkomplu nibnu fuqhom.", "Dan ifisser li, bħala pajjiż, nistgħu nużaw l-ajru u baħar, jiġfieri l-ajruport, il-Freeport u l-Port il-Kbir.", "Tajjeb li bħala pajjiż inkomplu ninvestu f'aktar teknoloġija u nħarsu lejn konċetti ġodda għall-Freeport, l-ajruport u l-Port Ħieles li huma żoni li diġà qed jintużaw għall-industrija.", "Insemmi, pereżempju, il-potenzjal ta' logistics hub.", "Naf li l-Oppożizzjoni tinsab on the same wavelength tal-Gvern biex immorru għal high value added products.", "Aktar qabel, semmejt il-port ta' Jebel Ali f'Dubaj li jintuża bħala free trade zone.", "F'pajjiżna m'għandniex il-lussu tal-ispazju li għandhom f'Dubaj, fejn hemm spazju kemm tagħtik il-vista t'għajnejk b'makkinarju li jintuża fil-free trade zone.", "Pajjiżna huwa żgħir, però nistgħu nisfruttaw aktar kummerċ ta' high value added products, bħal prodotti mediċinali u servizzi li wieħed jista' joffri.", "Illum l-ispazju ta' warehousing li għandna fil-Freeport ħafna drabi jintuża bħala storage, imma nistgħu nużaw spazju ġdid biex nagħmlu assembly f'dik li hija teknoloġija permezz ta' dan il-konċett ta' logistics hub.", "Komplimentari ma' dan il-konċett, hemm servizzi oħrajn li pajjiżna qiegħed fl-aqwa pożizzjoni li joffri, pereżempju, commercial centre u exhibition centre.", "Jien tkelllimt ma' diversi investituri li jħarsu lejn Malta bħala potenzjal ta' esebizzjoni 24/7.", "Hawn pajjiżi, bħalma huma l-Afrika u ċ-Ċina, li għandhom state of the art machinery li jixtiequ jesebixxuh f'pajjiżi oħrajn, ħalli l-entrepreneurs Ewropej, pereżempju Ġermaniżi u Franċiżi, minflok ma jmorru Beijing, Guangzhou jew Shanghai biex jaraw kif jaħdem il-mekkaniżmu ta' dan il-makkinarju, jiġu Malta, fejn ikun hawn exhibition centre li joffri din il-faċilità li wieħed jista' jara u jixtri dan il-makkinarju.", "Wieħed jista' wkoll joħlom li jkollna financial centres f'din iż-żona biex b'hekk ikollok logistics hub li jintuża għal servizzi komplimentari li jagħmlu din iż-żona ħielsa ferm aktar interessanti.", "Il-konċett kollu huwa li jkollna s-sigurtà, il-ħeffa u viżjoni immirata għal high added value products.", "Jien smajt lill-Ministru jitkellem dwar din l-Awtorità li se nwaqqfu, li se tkun komplementari għall-Awtorità tal-Port Ħieles, għaliex se tkun qed tagħmel bejn wieħed u ieħor l-istess xogħol.", "Fost l-oħrajn, din awtorità se tkun qed tara liema żoni f'Malta jistgħu jintużaw għal free trade.", "Is-suġġeriment tiegħi, li diġà għaddejtu lill-Ministru, huwa li din l-Awtorità tkun a one stop shop.", "Dan għaliex mill-esperjenza tiegħi matul l-erba' snin bħala kap eżekuttiv tal-Freeport Corporation, nixtieq nara xi ħaġa simili għal dak li jiġri f'Jebel Ali ġewwa Dubaj.", "Hemmhekk, hemm awtorità li mhux biss tiggverna l-free trade zone, imma tieħu ħsieb ukoll issues ta' HR, sigurtà, dwana u visas, fost l-oħrajn.", "B'hekk, jekk, pereżempju, għandek kumpanija li qed tħares lejn Malta biex tkun preżenti fil-free trade zone Maltija, l-ewwel ħaġa li se tara hija li l-pajjiż joffri l-bżonnijiet ta' spazju, HR, visas għall-ħaddiema tagħha, sigurtà u dwana, fost l-oħrajn.", "Is-xewqa tiegħi hija li din l-Awtorità, għalkemm tkun indipendenti mid-Dwana u mill-awtoritajiet li jieħdu ħsieb l-applikazzjonijiet ta' visas, isservi bħala one stop shop.", "Dan huwa konċett fundamentali li jgħin biex din l-inizjattiva ta' free trade zone tirnexxi f'Malta.", "Illum f'pajjiżna għandna, pereżempju, il-Business First, fejn wieħed jista' jingħata assistenza mhux biss mill-Gvern lokali, imma anke minn fondi Ewropej, fost ħafna servizzi oħrajn.", "Dan il-one stop shop għandu jkun taħt il-gwida ta' din l-awtorità l-ġdida li se nwaqqfu biex joffri dawn is-servizzi kollha.", "Sur President, pajjiżna jinsab f'pożizzjoni ġeostrateġika importanti li tista' tintuża ferm aħjar.", "Irrid infaħħar il-ħidma li qiegħed jagħmel il-Ministru Chris Cardona għaliex hemm viżjoni biex il-qasam tal-loġistika jkun pilastru ekonomiku ieħor importanti għall-pajjiż.", "Fuq kollox, irridu nsaħħu aktar il-qasam tal-human resources, billi jkollna nies li għandhom it-talent u l-kwalifiki f'livell ta' degree u master fil-loġistika, imma fuq kollox li huma professjonali fl-abbiltajiet tagħhom on the ground.", "Naf li għaddejja ħidma f'dan ir-rigward u li f'qasir żmien se jkollna korsijiet tal-loġistika fl-MCAST.", "B'hekk pajjiżna jkun jista' juża bl-aħjar mod il-pożizzjoni tiegħu u l-bidliet ġeostrateġiċi li se jkollna fid-dinja wara Brexit u wara bidliet oħrajn fix-xena internazzjonali finanzjarja.", "Sur President, nagħlaq billi nerġa' nitlob lill-Onor.", "Vassallo jikkjarifika ċar u tond huwiex qed jgħid li l-Gvern Malti qiegħed f'collusion mal-IMF, Moodys u Fitch Ratings billi jagħtihom il-flus ħalli jagħtuna ratings vantaġġjużi.", "Nitolbu wkoll jagħti garanzija lill-poplu Malti li qiegħed isegwina li Gvern Nazzjonalista qatt ma jerġa' jdaħħal lil Malta f'excessive deficit procedure.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Interruzzjonijiet) Aktar rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nixtieq nibda dan l-intervent tiegħi fuq din il-liġi billi ngħid li d-diskors tal-Onor.", "Aaron Farrugia juri kemm Gvernijiet Nazzjonalisti rnexxielhom ibiddlu saħansitra lill-Partit Laburista!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Id-diskors tal-Onor.", "Farrugia kien mibni fuq il-politika li dejjem mexxa 'l quddiem Gvern Nazzjonalista u jikkonferma kemm kienet għaqlija l-viżjoni fir-rigward tal-qasam tal-loġistika, li niftħu l-ekonomija ta' pajjiżna, li ma nibbażawx il-futur ekonomiku ta' pajjiżna fuq iċ-cheap labour imma fuq il-valur miżjud u, kif qed jgħid l-Onor.", "Simon Busuttil, li pajjiżna jkun membru sħiħ tal-UE.", "Immaġina kieku llum nipprovaw nieħdu vantaġġ ekonomiku mill-free zones kieku m'aħniex parti mill-Unjoni Ewropea!", "Kieku dan il-Parlament lanqas għandu l-valur fuqxiex qiegħed jitkellem illum!", "Għalhekk, nieħu pjaċir ħafna nisma' li minkejja l-botti u l-aspetti politiċi li huma parti naturali u integrali tal-ħajja politika tagħna, dan il-Gvern qed japprezza u jagħti valur lil dak li ħallew dawk kollu li ħadmu fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "B'hekk, illum, bħala membri sħaħ tal-Unjoni Ewropeja, nistgħu nġibu ħafna aktar xogħol għal dan il-pajjiż.", "F'dan id-diskors, se nkompli nibni fuq dak li qalu l-kelliema ta' qabli billi nelabora ftit aktar fuq l-aspett ta' din il-leġiżlazzjoni li, fl-opinjoni tiegħi, hija importanti ħafna.", "Nemmen li din il-leġiżlazzjoni kellha tiġi quddiemna ħafna aktar qabel.", "Biex inkunu ċari dwar dak li qed nitkellmu fuqu llum, nixtieq nibda billi ngħid li hawn mhux qed nitkellmu fuq free zones sempliċement għall-finijiet tad-Dwana, jiġifieri ta' spejjeż ta' taxxi, dazji u sisa li għandhom x'jaqsmu mal-border ta' pajjiżna.", "Il-motivazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni hija intiża li toħloq aktar attività ekonomika u impjiegi f'pajjiżna li huma elementi komplimentari u anċillari fil-katina mal-bqija tal-attivitajiet ekonomiċi f'pajjiżna.", "Fl-istess ħin, irridu naraw li titnaqqas il-burokrazija fir-rigward ta' din it-tip ta' attività biex inkomplu nsaħħu l-aspett ta' esportazzjoni f'pajjiżna.", "Sur President, kif qal l-Onor.", "Edwin Vassallo, l-Oppożizzjoni qed taqbel mal-prinċipju ta' din il-leġiżlazzjoni.", "Dan huwa ovvju meta niftakru li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu suċċess mill-qasam tal-loġistika.", "Minkejja l-limitazzjonijiet tad-daqs ta' pajjiżna, għamilna suċċess enormi mill-Freeport Terminal u l-privatizzazzjoni.", "Hawn irrid infakkar – għax xi kultant forsi wieħed jinsa – li apparti li l-Partit Laburista kien kontra li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea, kien kontra wkoll kważi kull privatizzazzjoni.", "Huwa tajjeb li, matul is-snin, kien hemm din l-evoluzzjoni min-naħa tal-Partit Laburista u huwa tajjeb li rrikonoxxew li bil-politika li riedu jdaħħlu huma f'dan il-pajjiż, kieku llum m'aħniex qed niddiskutu l-free zones.", "Però, għall-grazzja t'Alla, il-poplu għażel mod ieħor, u llum pajjiżna għandu l-fakultà li joħloq free zones għax huwa membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.", "Sur President, se niffoka dan id-diskors fuq l-aspett tekniku, kif ġeneralment nagħmel.", "Kelli nagħmel dik il-parentesi dwar il-politika bbażata fuq il-partiti biex nirrispondi għal dak li qal l-Onor.", "Din il-leġiżlazzjoni fil-prinċipju hija tajba, però hemm aspetti fejn nistgħu nsaħħuha u nagħmluha aħjar.", "L-Oppożizzjoni se tkun qed tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha kemm f'dan l-istadju tat-Tieni Qari, kif ukoll fi stadju ta' kumitat.", "Meta qed nitkellmu fuq free zone, diversi rwoli li wieħed irid iħares lejhom.", "Għandek is-sid tal-free zone, l-iżviluppatur tal-free zone, min qed jopera l-free zone – jiġifieri l-manager – kif ukoll ir-regolatur.", "Għalhekk, meta wieħed qiegħed jistabbilixxi l-politika dwar il-free zones, bilfors irid iħares lejn dawn l-aspetti kollha, inkluż kif se jiddaħħal element ta' checks and balances f'dan il-qasam.", "Ma nistgħux sempliċement nagħmlu leġiżlazzjoni biex inwaqqfu awtorità, mal-ħafna li diġà għandna, nagħtuha numru ta' funzjonijiet, però mbagħad lanqas biss nistipulaw kif l-Awtorità innifisha hija komposta bħala membri u president.", "Nimmaġina li dan in-nuqqas sar bi żvista u, fi stadju ta' kumitat, il-Gvern se jgħid eżattament kif se tkun komposta din l-awtorità, kif għamel fil-mudelli tal-awtoritajiet l-oħrajn li waqqaf.", "Importanti li l-Gvern jispjega kif se jkunu appuntati l-persuni f'din l-awtorità u x'esperjenza u kwalifiċi se jiġu mitluba, speċjalment mil-lat ta' ħidma f'dan is-settur.", "Bħala Oppożizzjoni, nemmnu li jrid ikollna qafas ta' free zone operations li jkun aġġornat ma' dak li hemm fid-dinja tal-lum.", "Biex isir dan, hemm bżonn involviment akbar mis-settur privat.", "Nemmen li t-titjib ewlieni li hemm bżonn isir f'din il-liġi huwa li nibnu fuq l-esperjenzi li pajjiżna kiseb permezz tas-settur privat u l-public private partnerships.", "Huwa importanti li ninvolvu aktar lis-settur privat fit-tħaddim ta' operat bħal dan.", "Nemmen li sa mill-bidu nett tal-operat ta' free zones għandna nużaw mudelli li huma eżistenti llum.", "Safejn naf jien, il-Gvern għandu unit li tieħu ħsieb il-public private partnerships.", "Għalhekk, permezz ta' ħidma mal-Kamra tal-Kummerċ, nistgħu noħolqu qafas li permezz tiegħu l-free zones ikunu jistgħu jitħaddmu.", "B'hekk, filwaqt li jkun hemm entità li tirregola l-operat tal-free zones, it-tħaddim tagħhom ikun ibbażat fuq il-mudell ta' public private partnership.", "Dan il-mudell jista' jiġi mħaddem permezz ta' arranġament u ftehim mal-Kamra tal-Kummerċ bħala l-korp kostitwit li huwa l-aktar rappreżentattiv għall-finijiet tas-settur privat.", "Sur President, ninnota li s'issa għadni ma smajt xejn mill-Gvern dwar kif beħsiebu jħaddem l-aspett tal-infrastruttura.", "Ma ninsewx li free zone għandha bżonn l-infrastruttura meħtieġa.", "Din mhijiex kwestjoni fejn sempliċement tagħmel pjanta u tibda tibni l-imħażen, qisek qed tikri l-garaxxijiet.", "Mingħajr infrastruttura, ma jistax ikollok free zone li jopera b'mod effiċjenti, aktar u aktar meta nafu li l-art li nistgħu nallokaw għall-finijiet ta' free zone tibqa' limitata minħabba d-daqs ta' pajjiżna.", "Nemmen li dan huwa wieħed mill-ewwel oqsma li nistgħu nħaddmu permezz ta' finanzjament mill-Malta Development Bank.", "B'hekk inkunu qed inħaddmu leġiżlazzjoni oħra li saret biex inkunu nistgħu nħarsu lejn aktar żvilupp għal pajjiżna.", "Punt importanti li fl-opinjoni tiegħi, irid jiġi mdaħħal fil-liġi huwa marbut ma' kif entità, attività ekonomika jew kumpanija jistgħu jidħlu fil-free zone, u x'inhuma dawk l-attivitajiet li jistgħu jwasslu biex dik l-organizzazzjoni tinħareġ mill-free zone.", "Dan huwa element importanti ħafna.", "Nemmen li l-ebda attività fil-free zone ma tista' b'xi mod timpinġi, anke bl-aktar mod żgħir, fuq l-operat lokali.", "L-ispazju tal-free zone bl-ebda mod ma jista' jaffettwa b'mod negattiv l-aspett lokali, għax inkella l-konċett ta' free zone jibda jiġi mittiefes u jibdew jittieħdu vantaġġi li, permezz tagħhom, se jinħolqu żvantaġġi għall-operaturi żgħar fil-kummerċ Malti.", "Nemmen ukoll li m'għandux ikun il-Gvern waħdu li jiddetermina liema żoni se jiġu wżati bħala free zones.", "Permezz ta' avviż legali, il-Gvern jista' jressaq dawn iż-żoni quddiem dan il-Parlament biex isir l-iskrutinju tagħhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, għandu jkun hemm diskussjonijiet ukoll fil-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Dan għaliex free zone toħloq impatt ambjentali.", "Għalhekk, nemmen li l-post propizju fejn, fl-ewwel lok, għandhom jiġu diskussi l-proposti biex jiddaħħlu free zones bħal parti minn din l-liġi huwa proprju l-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.", "Punt ieħor li nemmen li jrid jiddaħħal f'din il-liġi huwa lenti ħafna aktar b'saħħitha fuq il-governanza ta' dan is-settur.", "Jekk wieħed iħares fuq skala internazzjonali – m'għandix dubju li l-Gvern għandu ħafna aktar riżorsi mill-Oppożizzjoni biex jagħmel dan – isib li ħafna drabi free zones jispiċċaw ikunu abbużati u jsiru strument ta' kriminalità organizzata.", "Jekk dan isir, ovvjament jintilef l-għan tajjeb ta' dawn il-free zones.", "Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni diġà tagħmel referenza li meta xi organizzazzjoni tkun qed tagħmel attività illeċita fil-free zone, din tista' titneħħa u jitneħħilha l-istatus tagħha.", "Però nemmen li għandna nsaħħu ħafna aktar il-ħidma kontra t-trade-based money laundering fejn hemm attività globali enormi li tabbuża mill-fakultà, mill-burokrazija u mill-aspett amministrattiv ta' dawn il-free zones biex tagħmel ħasil ta' flus marbut ma' dan it-tip ta' kummerċ.", "Hemm diversi każijiet ta' abbużi li ġraw.", "Ovvjament, dan l-abbuż joħloq riskju kbir, b'mod partikolari għar-reputazzjoni ta' pajjiżna, li sfortunatament diġà hija xi ftit jew wisq imtappna.", "Tajjeb nifhmu li l-ħasil tal-flus mhuwiex xi ħaġa li hija relatata biss mal-banek u s-sistemi finanzjarji, imma hemm ċerti riskji li jistgħu jkunu akbar anke f'dan il-qasam, għax ħafna drabi l-lenti ma tkunx qiegħda fuq dan it-tip ta' attivitajiet.", "Għalhekk iridu jiddaħħlu provvedimenti b'saħħithom ħafna għall-finijiet ta' ħasil ta' flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament u l-faċilitajiet marbutin mat-terroriżmu.", "Nemmen li fil-liġi rridu nagħmlu provvedimenti b'saħħithom ta' proċeduri fejn isir due diligence ta' min ikun qiegħed jidħol f'dawn iż-żoni.", "B'hekk ma jkollniex biss linji gwida u regolamenti, imma jkollna prinċipji stabbiliti fil-Liġi.", "Sur President, punt ieħor li hemm bżonn niċċaraw jirrigwarda n-network tat-toroq.", "Jekk se jkollna free zone, din il-free zone trid tkun imqabbda b'xi mod ma' entry jew exit point tat-trade goods f'pajjiżna li se jidħlu f'din il-free zone.", "Għalhekk in-network ta' toroq huma parti integrali miż-żona li tkun magħżula bħala free zone.", "Kif nafu, f'pajjiżna għandna limitazzjonijiet sostanzjali u m'għandniex ħafna art fejn nistgħu nimirħu għall-finijiet ta' toroq ġodda, bħal highways biex tiġi ffaċilitata din it-tip ta' attività.", "Meta qed inħarsu lejn free zones, mhux qedd naraw biss dak li se jinbena ġewwa fihom, però rridu nħarsu lejn l-attività sħiħa u l-implikazzjonijiet infrastrutturali li dik l-attività se tkun qed toħloq.", "Safejn naf jien, jekk se jkollok dak it-tip ta' operat, se jkollok toroq privati li jkunu qed jaqdu l-entry u l-exit points għall-materji li jkunu qed jidħlu f'pajjiżna biex imorru f'din il-free zone.", "Għalhekk qed ngħid li għandna nużaw l-istrutturi parlamentari tal-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp biex, qabel nersqu biex ikollna xi ħaġa li finalment hemm kunsens ġenerali dwarha, nassiguraw li l-impatti li se nkunu qed noħolqu jkunu ttieħdu inkonsiderazzjoni u idealment diskussi mal-imsieħba u mal-kunsilli lokali li se jkunu qed jintlaqtu b'din l-attività.", "Ngħiduha kif inhi, l-attività ekonomika u industrijali dejjem toħloq xi forma ta' impatt.", "Suċċess kemm huwa suċċess il-Freeport, nafu li joħloq impatt fuq il-madwar, bħall-impatt viżiv u l-impatt ta' ħsejjes.", "Għalhekk, ladarba se nkunu qed nespandu l-free zones f'żoni oħrajn, huwa importanti li nippjanaw u niddiskutu fil-kumitati relevanti ta' din il-Kamra.", "Nemmen li biex ikollna qasam tal-loġistika b'saħħtu f'dan il-pajjiż, irridu nimmassimizzaw l-assi li għandna diġà.", "F'pajjiżna għandna l-Malta Freeport Terminals Ltd, li rridu nkomplu nsaħħuha u nagħmlu aktar leverage fuq il-kapaċitajiet tagħha.", "Għandna wkoll il-Malta Maritime Hub fil-Marsa, li huwa proġett li, jekk il-Bambin irid, ladarba jibda jirranka nkunu nistgħu naraw kif dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu komplimentari għal xulxin.", "Però rridu naraw ukoll kif se nsaħħu s-setturi li daħħal Gvern Nazzjonalista bil-viżjoni li kellu għas-settur ekonomiku ta' dan il-pajjiż fir-rigward tal-valur miżjud fl-avjazzjoni u fil-marittimu.", "B'hekk dawn l-oqsma jkunu komplimentari għal xulxin biex il-qasam tal-loġistika ma jkunx sempliċement qasam ta' ġarr ta' kaxex li mhux qed iħallu valur miżjud f'pajjiżna.", "Fil-fehma tiegħi, irridu nkunu selettivi dwar x'tip ta' attività se tidħol f'dawn il-free zones, liema selettività trid tkun mibnija fuq il-valur miżjud.", "Jekk se noħolqu attivitajiet ekonomiċi fejn qed nużaw l-iskarsezza tal-art għall-free zones, irridu nkunu selettivi biex inkunu nistgħu nwasslu l-aħjar valur miżjud u return on investment fuq dik l-art li qed nużaw.", "Hawn nerġa' nappella lill-Gvern biex jikkonsidra serjament li jdaħħal l-element ta' public private partnership fit-tħaddim ta' dawn il-free zones.", "Hemm diversi eżempji kemm f'pajjiżna u anke barra minn pajjiżna li rnexxew u qed jaħdmu b'mod tajjeb.", "F'pajjiżna għandna Kamra tal-Kummerċ bi storja b'saħħitha ħafna; hemmhekk hemm nies li għandhom esperjenza kbira dwar kif evolva l-qasam tal-loġistika f'pajjiżna ħafna aktar mill-membri ta' din il-Kamra, speċjalment il-membri relattivament żgħażagħ bħali.", "Importanti li nibbażaw fuq dik l-esperjenza, l-għerf u l-institutional knowledge li jeżisti f'din l-organizzazzjoni li ħadmet ma' kull Gvern.", "Nemmen li l-Kamra tal-Kummerċ għandna rispett miż-żewġ naħat, u għalhekk irridu nħarsu lejha mhux sempliċement bħala entità li nikkonsultaw magħha, imma bħala entità li tkun involuta fil-governanza u l-amministrazzjoni ta' dan is-settur tant sensittiv.", "Nemmen ukoll li, permezz tal-Malta Development Bank, għandna nħarsu lejn kif nistgħu niffinanzjaw l-infrastruttura ta' dawn il-free zones.", "Dawn l-infrastrutturi ħafna drabi fl-ewwel istanza tagħhom ikunu market failures.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, m'hemmx settur aħjar minn dan biex nagħmlu investiment fl-infrastruttura.", "Meta qed nitkellmu fuq infrastruttura rridu nħarsu lil hinn minn sempliċement triq bit-tarmak jew maħżen b'diversi sulari, imma rridu nibdew inħarsu ħafna aktar lejn l-infrastruttura produttiva, l-infrastruttura tal-effiċjenza u l-infrastruttura li tista' tiddaħħal permezz tal-abilità tal-applikazzjoni tar-robotika u tat-teknoloġija fiċ-ċaqliq tal-kaxex li jidħlu f'dawn is-servizzi.", "Bħala Oppożizzjoni, din hija l-viżjoni li qed irressqu 'l quddiem għal pajjiżna.", "In-naħa tal-Gvern spiss tgħidilna li aħna negattivi, naraw kollox ħażin u mmaqdru biss, mingħajr ma nipproponu xejn ġdid.", "Jien nistieden lin-naħa tal-Gvern li tmur lura għal erba' snin ilu meta, bħala Oppożizzjoni, ressaqna sensiela ta' proposti f'wieħed mill-kapitli tal-politika ekonomika tal-Partit Nazzjonalista, fid-dokument intitolat Economy for the People.", "F'dan id-dokument, konna sħaqna b'mod dettaljat fuq kif nistgħu nsaħħu l-aspett tal-loġistika f'pajjiżna.", "Għalhekk, nappella lin-naħa tal-Gvern biex inwarrbu r-retorika politika u naraw kif nistgħu nsaħħu din il-liġi.", "Wara kollox, l-outcome ta' liġi tajba għall-free zones mhijiex xi ħaġa li se taħdem sempliċement għal numru ta' snin matul din il-leġiżlatura, però hija xi ħaġa li, jekk nagħrfu nħaddmuha b'mod tajjeb u nibbażawha fuq il-valur miżjud, nistgħu nħallu benefiċċju sostanzjali għal pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Ladarba konna qed nitkellmu dwar il-customs union, nixtieq nitkellem ukoll dwar il-materja fiskali li, f'dan il-kontest, nistgħu nirriformawha għall-aħjar.", "Pajjiżna għandu sistema fiskali li, għal darb'oħra, kienet iddaħħlet minn Gvern Nazzjonista b'viżjoni kbira u fit-tul li permezz tagħha ħloqna l-pilastri ekonomiċi għal tkabbir ekonomiku li għadna ngawdu sal-lum.", "Fl-2004 l-eks Ministru Tonio Fenech kien imbotta b'saħħa biex ġie approvat il-Code of Conduct tal-Unjoni Ewropea biex iddaħħlet is-sistema li tissejjaħ six-sevenths fejn shareholder barrani jista' jieħu six-sevenths tal-corporate tax li jħallas lura fuq il-livell ta' shareholder.", "Nemmen li, kif kellna l-attakk minn diversi partijiet fl-Unjoni Ewropea u anke mill-OECD fuq din is-sistema fiskali, fis-snin li ġejjin dan se jkompli jiżdied.", "Però, minkejja li dejjem żammejna sod fuq dik il-linja, nemmen li wasalna biex nerġgħu nħarsu lejn din is-sistema għal raġuni aktar importanti minn hekk.", "Kif nafu, minn meta dħalna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea 'l hawn, l-imprenditur Malti ngħata opportunitajiet ġodda u kbar biex ikompli jimraħ.", "Illum hawn ħafna imprendituri Maltin li huma suċċess, inkluż imprendituri żgħażagħ li bdew in-negozju tagħhom mix-xejn, kabbruh u llum huma suċċess mhux fuq skala Maltija, imma fuq skala barranija.", "Però llum, l-imprenditur Malti jinsab fi żvantaġġ, għax is-sistema fiskali f'pajjiżna ma evolvietx.", "Kif qalet il-GRTU l-ġimgħa l-oħra, l-imprenditur Malti jinsab fi żvantaġġ għax qed jikkompeti ma' persuni oħrajn fl-istess suq, meta għandu żvantaġġ għall-finijiet fiskali.", "Għalhekk, nemmen li għandna niddiskutu dan il-qasam, biex insibu sistema fiskali li tista' żżomm il-benefiċċju tal-investiment barrani dirett li għandna u nipproteġu 'l-imprendituri Maltin.", "M'għandix dubju li jeżistu elementi li nistgħu nsibu qbil komuni fuqhom, anzi nemmen li kważi nistgħu nsaħħu l-aspett tal-benefiċċju tal-investiment barrani dirett jekk jirnexxilna noħolqu formula aktar effettiva.", "Fl-istess waqt, irridu nassiguraw li l-ebda imprenditur Malti ma jkun qiegħed fi żvantaġġ kontra imprenditur barrani sempliċement minħabba n-nazzjonalità tiegħu.", "Nemmen li dik il-fażi ta' tkabbir f'pajjiżna għaddejnieha.", "Forsi dak il-vantaġġ kellna bżonnu ftit tas-snin ilu; però llum, is-setturi tas-servizzi finanzjarji, tal-gaming, tal-avjazzjoni, tal-qasam marittimu u tal-edukazzjoni kollha evolvew u mxew 'il quddiem.", "Dawn is-setturi kollha bdew minn viżjoni li kellu l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, liema viżjoni llum saret realtà.", "Nemmen li llum irridu naraw kif nistgħu nsaħħu t-tkabbir ekonomiku billi nibnu aktar fuq l-għerf u t-talent lokali u barrani.", "Irridu noqogħdu attenti li ma naħsbux li nistgħu naffordjaw li nkunu xi gżira iżolata mill-bqija tad-dinja, għaliex it-talent u l-għerf m'għandhomx territorji u fruntieri.", "Anzi rridu naraw li f'pajjiżna niġbdu t-talent u l-għerf tal-kapital uman, biex il-pass enormi li pajjiżna għamel 15-il sena ilu meta dħalna fl-Unjoni Ewropea nibdew insarrfuh b'valur ħafna aktar miżjud għall-ekonomija tagħna u għall-futur ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, qabel ma nitkellem fuq il-liġi li għandna quddiemna, nixtieq nieħu ftit ħin biex nirrispondi għal xi punti li għamlu d-deputati tal-Oppożizzjoni li tkellmu llum.", "Nibda minn dak li qal l-Onor.", "Edwin Vassallo rigward punti bażiċi ta' kif taħdem l-ekonomija.", "L-Onor.", "Vassallo rrepeta l-assurdità li wħud fi ħdan il-Partit Nazzjonalista ilhom jirrepetu, li mill-2013 sal-lum l-ekonomija Maltija kibret unikament minħabba li żdiedet il-popolazzjoni ta' Malta!", "Dan hu l-argument tal-Oppożizzjoni!", "Ejja għall-mument nieħdu li dan huwa punt validu, jiġifieri li meta jkollok żieda qawwija fil-popolazzjoni, se jkollok żieda qawwija fit-tkabbir ekonomiku u f'daqqa waħda, se jinħoloq il-ġid.", "Dan allura jfisser li dawk il-pajjiżi l-aktar li għandhom żieda fil-popolazzjoni huma l-aktar pajjiżi fejn l-ekonomija tagħhom qed tikber malajr.", "Biss jekk tara liema huma dawk il-pajjiżi li l-popolazzjoni tagħhom qed tikber malajr, issib numru ta' pajjiżi fl-Afrika u fiż-żona tas-Sub Sahara, li fil-verità l-ekonomija tagħhom mhux talli mhux qed tikber, imma hija prattikament ineżistenti, u saħansitra qed tiċkien minn sena għal oħra.", "Nerġa' ngħid li jekk nieħdu l-argument tal-Onor.", "Vassallo bħala tajjeb, allura l-aħjar żmien għal pajjiżna, storikament, kien fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet meta kellna żieda kbira fil-popolazzjoni u, b'dak l-argument, suppost li kien l-aktar żmien fejn l-ekonomija Maltija kibret.", "Fil-verità, ilkoll nafu li fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet gvernijiet Nazzjonalisti kellhom politika ta' emigrazzjoni, għax tant ma kienx hawn xogħol f'pajjiżna li l-Gvern kien iħajjar lin-nies biex jitilqu minn Malta!", "Dik kienet il-politika ekonomika ta' dak iż-żmien!", "Tant kien hawn Maltin li telqu minn pajjiżna li prattikament illum m'hawnx familja waħda Maltija li m'għandhiex xi qarib tagħha li qiegħed l-Awstralja, il-Kanada, l-Ingilterra jew l-Amerika, għax kellhom jemigraw biex isibu x-xogħol!", "Il-punt huwa sempliċi ħafna: l-ekonomija ma taħdimx b'dan il-mod.", "Żieda fil-popolazzjoni ma tfissirx awtomatikament tkabbir fl-ekonomija.", "Il-popolazzjoni kibret f'pajjiżna bil-Maltin u l-barranin li ġew fostna proprju għax kibret l-ekonomija!", "Illum qed nitkellmu fuq settur ġdid li se jkompli jikkontribwixxi biex l-ekonomija Maltija tibqa' tikber b'mod sostnut għaż-żmien li ġej.", "F'dawn l-aħħar snin, l-ekonomija Maltija rat tkabbir fil-popolazzjoni minħabba li kibret l-ekonomija.", "Qatt daqs illum ma kellna Maltin u Għawdxin li qed jaħdmu.", "Bħalissa pajjiżna għaddej minn rekord ta' xogħol u ta' nies li qed jaħdmu.", "Il-pjan tagħna kien ċar mill-ewwel jum: aħna ridna noħolqu l-klima politika u l-infrastruttura neċessarja sabiex l-ekonomija terġa' taqbad tikber.", "Pereżempju, kritika persistenti li kienet issirilna minn diversi credit rating agencies fil-passat kienet li aħna għandna riżorsa enormi li kienet rieqda.", "Hawn qed nirreferi għall-ammont ta' nisa li, sfortunatament, ma kenux qed jikkontribwixxu fid-dinja tax-xogħol.", "Ovvjament, dawn in-nisa kienu qed jagħtu l-kontribut tagħhom lejn is-soċjetà Maltija, iżda mhux fid-dinja tax-xogħol.", "Għalhekk daħħalna numru ta' miżuri bħal, pereżempju, it-tapering tal-benefiċċji soċjali, iċ-child care bla ħlas u t-tnaqqis tal-ispejjeż fuq il-familji, liema miżuri kollha kkontribwixxew biex aktar nisa joħorġu fid-dinja tax-xogħol u b'hekk għenu biex l-ekonomija tkompli tikber.", "Dan hu l-kontra ta' dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, li l-ekonomija kibret għax ġew il-barranin fostna u għax żdiedet il-popolazzjoni!", "Il-popolazzjoni żdiedet għax kibret l-ekonomija, li għandha bżonn in-nies biex jaħdmu fiha.", "Illum kull min iħaddem jgħidlek li mhux qed isib biżżejjed ħaddiema Maltin u għalhekk qed ikollu jirrikorri bilfors għall-ħaddiema barranin.", "Jekk inti qed toħloq aktar xogħol milli hawn Maltin, f'termini ekonomiċi nistgħu ngħidu b'mod kunfidenti li f'pajjiżna għandna full employment, jiġifieri m'għandniex qgħad f'pajjiżna!", "In-numru tal-qgħad tant huwa żgħir li fil-verità tista' tgħid li kważi għandna full employment.", "Huwa minnu li teżisti r-realtà ta' min għadu mhux impjegabbli, imma bħala Gvern qed naraw li nindirizzaw lil din il-kategorija ta' nies ukoll.", "Però llum, huwa stat ta' fatt li pajjiżna tant ħoloq xogħol li m'hawnx Maltin biżżejjed biex jagħmlu dak ix-xogħol.", "Għalhekk min iħaddem qed ikollu jirrikorri għall-ħaddiema barranin.", "L-Onor.", "Vassallo qal ukoll li l-ekonomija qed tikber biss minħabba t-tkabbir fil-popolazzjoni u li dan it-tkabbir mhux sostenibbli.", "Din hija wkoll premessa żbaljata totalment.", "Aktar minn hekk, l-Onor.", "Vassallo pprova jagħti x'jifhem li l-credit rating agencies, f'daqqa waħda, qegħdin fil-but tal-Gvern!", "Kważi tad-daħk meta tisma' lill-Onor.", "Vassallo jipprova jimplika li dan il-Gvern għandu l-kapaċità li b'xi mod jinfluwenza lil dawn il-credit rating agencies u jġegħelhom jagħtuna xi marka li ma ħaqqniex!", "Dawn il-credit rating agencies ma jarawx it-tkabbir fuq short term u ma jagħtukx il-marki fuq kif mort darba.", "Jekk nieħdu student, ma tgħidx li huwa tajjeb għax darba jġib A, imma tgħid li huwa tajjeb jekk b'mod konsistenti jġib marki tajbin.", "L-istess, meta l-credit rating agencies jagħtu l-marki tagħhom, ma jibbażawx biss fuq it-tibdil li għamel pajjiżna fi żmien qasir jew fuq l-andament ekonomiku li għandna bħalissa, imma jaraw kif pajjiżna qed jipprometti għall-futur u kif se tibqa' sejra l-ekonomija Maltija!", "Jekk inti għandek investituri barranin li jibbażaw l-investimenti tagħhom fuq dak li jgħidu dawn il-credit rating agencies, ma jistax jingħata ġudizzju fuq kif sejjer illum, imma anke fuq kif l-ekonomija ta' pajjiżna se tkun sejra għada u pitgħada!", "Dawn il-credit rating agencies qed jagħtu lil pajjiżna marki għoljin bħal A u A+ b'mod ripetut, għax qed jaraw li l-mod kif qed inkabbru lil Malta ekonomikament huwa sostenibbli.", "Il-politika u l-viżjoni li għandu dan il-Gvern mhumiex li nkabbru l-ekonomija mil-lum għall-għada, biex ngħidu li kabbarna l-ekonomija għal sena jew sentejn ħalli noħolqu boom ekonomiku għal perijodu qasir, imma rridu progress strutturali b'politika immirata biex l-ekonomija Maltija tibqa' tikber, possibbilment anke wara li aħna ma nkunux għadna hawn!", "Dan huwa l-għaqal u l-viżjoni li għandu dan il-Gvern!", "Sur President, irrid nirrispondi wkoll għall-punt li għamel l-Onor.", "Claudio Grech, fejn qal li n-naħa tal-Gvern ta' spiss tgħid li l-Oppożizzjoni hija negattiva.", "Vassallo jitkellem, tibda taħseb li bħal donnu ninsabu fl-agħar ekonomija li qatt rat id-dinja.", "Però mbagħad, min-naħa l-oħra, meta tisma' lill-Onor.", "Claudio Grech jagħmel id-diskors tiegħu, kważi tieħu r-ruħ, għax l-approċċ huwa kompletament differenti!", "L-Onor.", "Grech għamel kritika fejn ħass li għandu bżonn jikkritika, però għamel xi punti politiċi li nħoss li għandi nirrispondi għalihom.", "Grech, l-ekonomija f'pajjiżna qed tikber biss minħabba s-setturi ekonomiċi li ħoloq Gvern Nazzjonalista!", "Skont hu, dak li qed isir bħalissa f'pajjiżna huwa kollu bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern!", "Issa anke hawn tinduna li l-Oppożizzjoni mhijiex in sintonija dwar il-messaġġ tagħha.", "Dan għaliex, fuq naħa, għandek deputat li qed jgħid li l-ekonomija qed tikber minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni u, fuq in-naħa l-oħra, għandek deputat li qed jgħid li l-ekonomija qed tikber grazzi għas-setturi li ħalla l-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "L-Oppożizzjoni trid tiddeċiedi!", "L-ekonomija Maltija qed tikber biż-żieda fil-popolazzjoni jew bis-setturi li qed jgħidu li ħallew gvernijiet Nazzjonalisti?", "Diskors bħal dan jagħtina x'nifhmu li hemm lakuna kbira fil-messaġġ li qed tipprova twassal l-Oppożizzjoni.", "Biex nirrispondi għal dak li qal l-Onor.", "Grech, mhu veru xejn li l-ekonomija qed tikber biss bis-setturi li investew fihom gvernijiet Nazzjonalisti.", "Fil-fatt, jekk tara s-setturi li l-aktar qed jikkontribwixxu biex tikber l-ekonomija Maltija, issib fost l-oħrajn is-settur tat-turiżmu.", "Issa, nispera li l-Oppożizzjoni mhux qed tippretendi li tbellagħha lill-poplu li s-settur tat-turiżmu f'Malta nħoloq unikament minn Gvern Nazzjonalista!", "Dan mhux il-każ!", "Is-settur tat-turiżmu nbena b'mod gradwali, fejn inbeda b'mod sostnut fis-sebgħinijiet meta konna nqtajna mill-ħakma Ingliża f'pajjiżna, u kompla jkun hemm investimenti minn gvernijiet diversi, matul leġiżlatura wara l-oħra.", "Biss, il-qabża 'l quddiem f'dan is-settur li saret mill-2013 'l hawn hija waħda enormi.", "Fil-fatt, is-settur tal-lukandi u r-ristoranti ra żieda fl-attività tiegħu ta' kważi erba' darbiet fuq dik li kellu qabel l-2013!", "Hawnhekk wieħed qed jara l-kobor ta' dan is-settur u l-kontribut li qed jagħti lill-ekonomija Maltija!", "Insemmi wkoll it-titjib fis-settur tal-manifattura.", "Mhux darba u tnejn għidt f'din il-Kamra li kellek Ministri li fil-passat kienu jemmnu li l-manifattura m'hawnx lokha f'pajjiżna.", "Niftakru Ministru partikolari li kien jilgħab l-imħatri li l-manifattura se tagħlaq.", "Dan ma ġarax, għax il-manifattura hawn lokha f'pajjiżna!", "Illum, f'pajjiżna għandna eluf ta' ħaddiema Maltin li ta' kuljum jaħdmu fis-settur tal-manifattura!", "Anzi, is-settur tal-manifattura huwa wieħed mill-aktar setturi li kibru f'dawn l-aħħar snin!", "Issa nispera li l-Oppożizzjoni ma tiġix tgħidilna li dan is-settur ħolqu kompletament Gvern Nazzjonalista, għax dan mhuwiex il-każ!", "Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienet li dan is-settur gradwalment għandu jiġi phased out.", "Hawn insemmi proġett wieħed li hu Smart City.", "Kulħadd jiftakar li Smart City xi darba kien spazju industrijali għall-fabbriki.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern ħalla lil dawk il-fabbriki jagħlqu, iżarmaw, jitilqu u jkeċċu lin-nies, sabiex eventwalment dik l-art ingħatat għall-ispekulazzjoni.", "Dik kienet il-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista għal dan is-settur!", "Dan il-Gvern għandu viżjoni differenti, li jwessa' l-kapaċitajiet industrijali ta' pajjiżna u nkomplu nkabbru s-settur tal-manifattura għax jista' joħloq xogħol ta' kwalità, bħalma qed jagħmel.", "Rajna diversi proġetti fl-aħħar snin.", "Irrid insemmi u nifraħ ix-xogħol li qed tagħmel il-Malta Enterprise fejn, minn intrapriża li qabel l-2013 kważi kienet dormant, illum qed tapprova medja ta' tliet proġetti kull ħmistax!", "Dan ifisser li aktar minn investiment barrani ġdid f'pajjiżna qed jiġi approvat kull ġimgħa!", "B'hekk tikber l-ekonomija!", "L-ekonomija tikber bi pjan u għax ikollok min qiegħed fit-tmun ta' dan il-pajjiż li jaf x'qed jagħmel, li ekonomikament huwa kompetenti, u li jaf fejn irid jieħu lil pajjiżna.", "Sur President, huwa tajjeb li nispjega eżattament dak li qed niddiskutu llum fir-rigward tas-settur tal-free zones.", "Ilkoll naqblu li l-pożizzjoni ġeostrateġika ta' pajjiżna hija unika, għax ninsabu bejn żewġ kontinenti enormi bi swieq li huma kważi illimitati.", "Għandek is-suq Ewropew fuq in-naħa ta' fuq u s-suq Afrikan fuq in-naħa t'isfel tagħna, li huwa suq enormi u li qed ikompli jikber.", "Ovvjament, bħala pajjiż, nieħdu pjaċir naraw li s-suq Afrikan qed jikber.", "Il-fatt li għandek numru ta' pajjiżi fl-Afrika li llum qed javvanzaw b'rata mgħaġġla qed joffri potenzjal kbir għal pajjiżna.", "Dawn huma swieq li nistgħu napprofittaw minnhom.", "Il-fatt li jkollna din iż-żona ħielsa jfisser li jkollna żoni speċifiċi fit-territorju ta' pajjiżna fejn ma titħallasx dwana fuq il-merkanzija li tiġi.", "Dan ifisser li jkollok żona partikolari fil-pajjiż fejn dawk l-ispejjeż doganali relatati ma' dwana li llum huma spejjeż komuni għall-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea ma jitħallsux.", "Tajjeb li nispjegaw li dan l-operat huwa kollu fil-qafas ta' dak li tippermetti l-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt l-Unjoni Ewropea tagħti s-setgħa lill-istati membri li, b'mod regolat, jiddeterminaw partijiet mit-territorju tagħhom sabiex ikunu żoni ħielsa, kif beħsiebna nagħmlu f'pajjiżna.", "L-eqreb ħaġa li teżisti lejn dan is-settur huwa l-Freeport.", "Nispera li l-Oppożizzjoni ma toħroġx tgħid li dan ukoll huwa xi settur li vvintatu hi!", "Hawnhekk qed ngħidu li fir-rigward ta' dak ix-xogħol kollu li jidħol il-Freeport li mhuwiex intiż biex jidħol fis-suq Malti, ma jitħallasx dazju u spejjeż doganali marbuta ma' dawk il-prodotti li jkunu ħerġin minn pajjiżna.", "Tajjeb ngħid li l-maġġoranza assoluta tal-merkanzija – jekk m'iniex żball, aktar minn 95% tal-containers – li tgħaddi mill-Freeport ta' Malta mhijiex intiża biex tidħol fis-suq Malti, iżda biex terġa' tiġi esportata.", "Fil-fatt, għandek operazzjoni fejn, minħabba l-kobor u l-portata tal-Freeport kif inhuwa, tajjeb li ngħidu li l-Freeport f'pajjiżna huwa t-tieni l-ikbar free port li hemm fil-Mediterran.", "Hawnhekk, wieħed jista' jifhem l-importanza strateġika li għandu dan il-post, fejn għandek vapuri kbar ħafna li jħottu l-containers f'pajjiżna, biex imbagħad ikollok vapuri iżgħar li jaqbdu dawk il-containers u jerġgħu jeħduhom 'il barra minn pajjiżna sabiex jaslu fid-destinazzjoni aħħarija tagħhom.", "Però, f'dan il-każ, il-prodotti qed jibqgħu kif inhuma.", "B'din il-liġi, qed immorru pass oltre u qed nevolvu dan il-konċett.", "Dan għaliex hawnhekk qed ngħidu li f'din iż-żona ħielsa l-merkanzija tista' tiġi pproċessata mingħajr ma jitħallas dazji jew spejjeż oħrajn fuq l-importazzjoni!", "B'hekk, qed noħolqu settur ġdid tal-loġistika f'pajjiżna, ibbażat mill-punt li qed nagħmlu użu tajjeb tal-pożizzjoni ġeografika strateġikament tajba immens li Malta tinsab fiha.", "Dan huwa kollu valur miżjud, dment li qed tipproċessa dak il-prodott f'dik iż-żona ħielsa.", "Hawnhekk qed ngħidu li, fuq naħa, għandek il-Freeport li huwa t-tieni l-ikbar faċilità tan-natura tiegħu fil-Mediterran u, fuq in-naħa l-oħra, għandek l-arjuport internazzjonali ta' Malta, li llum il-ġurnata nafu li għandu konnettività tajba immens.", "Fil-fatt, huwa tajjeb li nispjegaw li l-ajruport internazzjonali ta' Malta huwa aktar connected mill-ajruport ta' Heathrow, li huwa ajruport importantissimu fl-Ewropa.", "Aktar minn hekk, hemm il-pjanijiet mill-operatur li qed jopera l-MIA li l-ajruport ikompli jikber.", "Fil-fatt, ftit tal-ġimgħat ilu, smajna li l-MIA għandha l-pjanijiet li tkompli tkabbar l-ajruport ta' Malta sabiex tilqa' aktar titjirijiet lejn pajjiżna u minn pajjiżna, għax qed jaraw li hemm suq li jista' jkompli jikber.", "Illum il-ġurnata, nistgħu ngħidu li huma ħafna dawk li jużaw l-ajruport ta' Malta, fejn prattikament l-ajruport qed jaħdem b'aktar minn full capacity.", "Ta' dan ngħid prosit kbira lit-tmexxija tal-MIA, għax qed jagħmlu biċċa xogħol tajba immens biex ilaħħqu mal-kwantità enormi ta' titjirijiet li għandhom ta' kuljum f'kull ħin tal-ġurnata.", "Għalhekk, qed jinħass il-bżonn li l-ajruport ikompli jikber aktar.", "Nerġa' ngħid li, minn naħa għandek free port li l-operat tiegħu huwa kbir ħafna u, min-naħa l-oħra, għandek ajruport li għandu infrastruttura tajba u li huwa connected tajjeb mal-bqija tal-Ewropa u lil hinn.", "It-triq 'il quddiem hija li nużaw dawn iż-żewġ bċejjeċ ta' infrastruttura tant tajba f'pajjiżna sabiex noħolqu din in-niċċa ekonomika ġdida li tista' toħloq tant xogħol u ġid għal pajjiż.", "Hawn wieħed jara l-viżjoni ta' dan il-Gvern.", "Hawn mhux qed nitkellmu fuq xi ħaġa li l-Gvern se jaħsad il-benefiċċji minnha fl-immedjat.", "Bħalma kellna setturi oħrajn li bħala Gvern wellidna mill-ġdid, din hija l-viżjoni li għandna għal dan is-settur.", "Bħala Gvern qed naħdmu biex noħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda, li għad jgħaddi ż-żmien u min jiġi warajna jgħid li dan il-Parlament u dan il-Gvern kellhom viżjoni kbira meta lleġiżlaw fuq din in-niċċa ekonomika ġdida, li tkun qed toħloq ġid u xogħol għal min ikun qed jaħdem f'dawn is-setturi.", "Il-viżjoni li għandu dan il-Gvern hija li nkunu nistgħu nikkreaw din in-niċċa ġdida b'dan il-qafas ta' liġi.", "Tajjeb ngħid ukoll li din il-liġi, apparti li qed tipprovdi l-ħolqien ta' dawn iż-żoni ħielsa, qed tipprovdi wkoll għat-twaqqif ta' awtorità kompetenti li se tmexxi l-operat f'dawn iż-żoni.", "Huwa importanti li jkollok dawn iż-żoni eżentati minn taxxi u dazju dovut ta' importazzjoni, iżda tajjeb li jkollok awtorità li tara li ma jkunx hemm abbuż.", "Għalhekk, din l-awtorità, fir-remit tagħna, se tkun qed tara li tamministra dawn iż-żoni ħielsa, u l-Gvern se jpoġġi għad-dispożizzjoni ta' din l-awtorità dak li huwa neċessarju, jiġifieri l-art industrjali neċessarja, sabiex tkun tista' titqassam mal-operaturi fin-negozju li se jkunu qed joperaw minn dawn il-postijiet.", "Ovvjament, se jkun fil-kompetenza ta' din l-awtorità li tara li l-liġi f'dawn iż-żoni ħielsa tiġi osservata.", "Sur President, nagħlaq billi nifraħ lill-Ministru Chris Cardona li ressaq din il-liġi quddiem dan il-Parlament.", "Nispera li jkun hawn qbil anke mal-Oppożizzjoni li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Permezz ta' din il-liġi, qed noħolqu niċċa ekonomika ġdida billi nagħmlu użu aħjar u aktar tajjeb ta' dak li diġà għandna eżistenti llum f'pajjiżna.", "Kif għedt, se nużaw l-infrastruttura tal-ajruport internazzjonali ta' Malta u l-Freeport sabiex ikollna hub fejn naqdu aktar lis-setturi kummerċjali, speċjalment dawk li qed jaqdu s-swieq Afrikani, Amerikani u Asjatiċi, lil hinn mill-Ewropa.", "B'hekk qed noħolqu din in-niċċa ekonomika ġdida li jiena konvint li se toħloq ħafna impjiegi ta' kwalità, u għad jgħaddi ż-żmien u l-poplu Malti jgħid kemm kien għaqli dak il-Gvern li ħoloq din in-niċċa ekonomika ġdida li kompliet toħloq aktar ġid sabiex pajjiżna verament jibqa' miexi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, segwejt b'attenzjoni d-diskorsi li saru s'issa, speċjalment l-aħħar intervent tal-Onor.", "Alex Muscat min-naħa tal-Gvern, u ma nistax ma nikkummentax b'responsabilità fuq dak li għadu kif qal.", "Nibda biex ngħid li l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Irrid inserraħ ukoll moħħ l-Onor.", "Muscat li teżisti sintonija bejn il-kelliema tal-Oppożizzjoni u m'hawn l-ebda lakuna.", "Jidher li n-naħa tal-Gvern ma tridx tifhem dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni u dak li qed jgħidu n-nies hemm barra.", "Fil-fatt, se nkun qed nikkwota siltiet minn diskorsi li għamlu nies li mhumiex ġejjin mill-kamp tal-Partit Nazzjonalista u li qalu li filwaqt li l-Gvern jinsab medhi u mitluf jitkellem dwar in-numri, ir-realtà hemm barra, fil-faxxa tal-aktar nies vulnerabbli f'pajjiżna, hija totalment differenti.", "Muscat irrid ngħidlu li allaħares ma kenitx l-aħħar amministrazzjoni ta' Gvern Nazzjonalista li ma ħolqotx setturi ġodda bħall-gaming, il-farmaċewtika u s-servizzi finanzjarji.", "Insemmi wkoll it-turiżmu, fejn illum qed naħsdu r-riżultati ta' deċiżjonijiet għaqlin li ttieħdu mill-Kabinett immexxi mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, meta kien ġie deċiż li f'pajjiżna jidħlu l-low cost airlines.", "Kieku ma tteħdux dawk id-deċiżjonijiet, kieku ma konna qatt nilħqu n-numri ta' turisti li qed iżuru pajjiżna.", "Hawn immur pass oltre u nfakkar ukoll fl-amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami meta nbena l-ajruport u l-Freeport.", "Irrid infakkar lin-naħa tal-Gvern li kien Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kellu l-viżjoni li jinbena ajruport ġdid.", "Illum l-ajruport qed jikber, imma allaħares fis-snin disgħin ma tteħditx id-deċiżjoni fis-snin li jkollna ajruport ġdid f'pajjiżna.", "L-istess ġara fir-rigward tal-Freeport, għax l-Onor.", "Muscat bħal donnu ddejjaq jgħid li kien il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li investa l-miljuni fil-Freeport, liema investiment hu rifless f'din il-liġi.", "L-Onor.", "Muscat bħal donnu tefa' l-kritika tiegħu għal dak li ġara fis-snin sittin.", "Dakinhar jien kont għadni ma twelidtx; però, ħafna minn dawk li qed jisimgħuna jistgħu jikkonfermaw meta beda l-investiment fit-turiżmu, fejn bdew jinbnew l-ewwel lukandi f'pajjiżna għax kellna Gvern b'viżjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn l-istorja u jmur lura, mhux għal dak li ġara mill-2013 'l hawn, imma għas-snin sittin, isib li din in-naħa dejjem kienet fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.", "Insemmi, fost l-oħrajn, l-Indipendenza u d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, fejn niftakru kemm l-Onor.", "Simon Busuttil ħadem qatigħ biex pajjiżna jissieħeb bħala membru sħiħ.", "Kieku gvernijiet Nazzjonalisti ma ħadux dawk id-deċiżjonijiet għaqlin, kieku llum lanqas għandna Segretarju Parlamentari responsabbli għall-fondi Ewropej li għadu kemm ħa sehem f'dan id-dibattitu!", "Hawn irrid nagħmel parentesi żgħira.", "Ejja ma nipprovawx nibdew nilqgħu għal dak li qegħdin naraw ġej lejn pajjiżna!", "Infakkar li, ftit tas-snin ilu, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien irnexxielu jġib €1.2 biljun lejn pajjiżna, liema fondi llum qed jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet preżenti u qed jiġu investiti f'tant proġetti.", "Matul dawn l-aħħar ħames snin, rajna kemm-il darba l-Gvern jaqta' ż-żigarella ta' proġetti li saru grazzi għall-fondi Ewropej.", "Dan hu kollu riżultat tal-viżjoni u l-għaqal fit-tmexxija tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li rnexxielu jġib dan il-pakkett għal pajjiżna.", "Illum, bħal donnu l-Gvern qed jantiċipa pakkett inferjuri, u għalhekk qed jilqa' b'ħafna skużi u raġunament li pajjiżna għandu ekonomija b'saħħitha.", "Ma ninsewx li dakinhar l-Ewropa kienet għaddejja mill-agħar kriżi finanzjarja, fejn kien hemm miżuri ta' awsterità kważi fil-pajjiżi Ewropej kollha.", "Dakinhar kien hemm mexxejja li kienu qegħdin jiskantaw kif, minkejja l-kriżi li kienu qegħdin jesperjenzaw gvernijiet Ewropej u lil hinn mill-Ewropa, pajjiżna baqa' għaddej għax kellu l-għaqal fit-tmexxija.", "Dakinhar, ma kellniex Prim Ministru li jgħidilna u nikkwota:", "\"Meta tgħid li ma tridx ħaddiema barranin, qisek qed tgħid li ma tridx pensjonijiet.\"", "Dan hu dak li qalilna l-Prim Ministru 15-il ġurnata ilu!", "Dan kien statement xokkanti, tant li kien hemm anke Membri tal-Gvern li tkellmu dwar kif kienu sorpriżi b'dak il-kumment, ovvjament fil-magħluq, għax joqogħdu dejjem żewġ passi lura milli jitkellmu fil-miftuħ.", "Meta l-Gvern qiegħed kontinwament jikkwota li l-credit ratings agencies qed jgħidu li pajjiżna miexi 'l quddiem u qed jagħtuna ċertifikat wara l-ieħor, u mbagħad ikollok lill-Prim Ministru li jagħmel statement bħal dan, verament tibda tinkwieta!", "Ilkoll nafu t-tip ta' ħaddiema li qed jattira pajjiżna fil-mument.", "Kif qal l-Onor.", "Claudio Grech, aħna rridu li pajjiżna jattira ħaddiema ta' kwalità li jsaħħu n-nuqqasijiet li jista' jkun li għandna fir-riżors uman, u mhux ħaddiema li fil-maġġor parti tagħhom qed jaħdmu fiċ-cheap labour.", "Dawn huma l-ħaddiema li qegħdin niftaħru bihom!", "Dan qed jgħiduh anke diversi kelliema li mhux ġejjin mill-kamp tal-Partit Nazzjonalista.", "X'differenza minn meta tħares lejn is-snin sittin, fejn l-eks Prim Ministru Giorgio Borg Olivier kellu viżjoni għal pajjiżna għal 30 u 40 sena!", "Illum inħarsu lura u ngħidu kemm fis-snin sittin, tmenin u disgħin ittieħdu deċiżjonijiet importanti, anke jekk dakinhar kien hemm min ma fehemx dik il-viżjoni.", "Illum ta' spiss nisimgħu kelliema tal-Gvern li jipprovaw jagħtu l-impressjoni li x-xemx telgħet f'pajjiżna fl-2013, imma jinsew tant deċiżjonijiet għaqlin li ttieħdu fil-passat.", "Gvernijiet Nazzjonalisti ma kellhomx bżonn li, biex jagħmlu proġetti bħal, pereżempju, l-ajruport u l-Freeport, ibigħu ċ-ċittadinanza ta' pajjiżna, l-identità tagħna u dak li jagħmilna Maltin Ewropej.", "Illum il-Gvern jiftaħar li se jkun qed jagħmel proġett tal-housing, liema settur huwa falliment, bil-flus tal-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Dan huwa l-Gvern tas-surplus u tal-credit ratings għoljin li f'sitt snin ma kienx kapaċi jagħmel dak li wiegħed fil-programm elettorali tal-2013, li Gvern Laburista ġdid kien se jeradika l-faqar.", "Illum titkellem ċar bint l-eks Prim Ministru Dom Mintoff, Yana Mintoff, dwar il-problemi tal-housing, il-faqar u d-dritt għal ħajja diċenti.", "Fost l-oħrajn, tgħid x'kien l-aħħar kliem tal-Perit Mintoff – mur ġibu għadu ħaj! – u nikkwota:", "\"L-aħħar kliem ta' missieri kien li kulħadd jistħoqqlu ħajja diċenti.\".", "Sur Prim Ministru, dawk in-nies li llum qegħdin jgħixu fil-garaxxijiet jew li m'għandhomx saqaf fuq rashom mhumiex qed jgħixu ħajja diċenti!", "Illum, tajjeb nibqgħu nfakkru li għan-nies hemm barra li jkunu qegħdin jistennew bħar-ruħ tal-purgatorju l-pensjoni jew il-paga fl-aħħar tax-xahar, ma jiswa xejn il-kliem sabiħ min-naħa tal-Gvern li f'pajjiżna, kollox miexi ward u żahar għax għandna ekonomija b'saħħitha u għax il-credit rating agencies reġgħu tawna ratings ta' A u A+.", "Inkunu qed nidħku bin-nies jekk nibqgħu nitkellmu b'dan il-mod u ma nindirizzawx id-diffikultajiet tan-nies.", "Naħseb li għandna nkunu ħafna aktar reali u kredibbli f'dak li ngħidu.", "Hawn insemmi statistika tal-Eurostat li ħarġet f'dawn l-aħħar ġimgħat u li tikkonferma li f'pajjiżna għandna 22,000 anzjan li qegħdin jew jinsabu f'riskju ta' faqar.", "Dalgħodu, f'din il-Kamra, kellna seduta speċjali fuq id-dimenzja fejn tkellimna dwar l-isfidi li għandhom l-anzjani tagħna.", "Pajjiżna jrid jassigura li l-anzjani jibqgħu jgħixu ħajja diċenti fl-aħħar ta' xjuħithom, għax inutli nibqgħu nitkellmu dwar ekonomija b'saħħitha u nibqgħu ngħidu li f'pajjiżna qed jinħoloq il-ġid, meta mbagħad fis-saffi t'isfel hemm nies vulnerabbli li mhux qed iħossu dan it-tkabbir ekonomiku.", "Forsi kien għalhekk li l-Prim Ministru għamel dak l-istatement dwar it-tkabbir tal-popolazzjoni u s-sostenibilità tal-pensjonijiet.", "Irrid infakkar kif, fl-aħħar tas-snin disgħin u fil-bidu tas-sena 2000, il-Partit Laburista ddeċieda li jibqa' gallarija f'dak li għandu x'jaqsam mal-pensjonijiet.", "Illum il-Prim Ministru qed jirrealizza li din hija sfida.", "Illum in-nies hemm barra m'għandhomx garanzija li jista' jkollhom pensjonijiet diċenti, u l-Gvern qed iħoss din il-pressjoni.", "Għalhekk kien xokkanti l-istatement li għamel il-Prim Ministru meta qal il-preċiżi kelmiet:", "\"Meta tgħid li ma tridx ħaddiema barranin, qisek qed tgħid li ma tridx pensjonijiet.\"", "Bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li, fejn hemm bżonn, għandna nġibu ħaddiema minn barra: imma ma jistax ikun li nibqgħu nġibu eluf ta' ħaddiema mingħajr pjan min-naħa tal-Gvern, għax qed jinħolqu katina ta' problemi.", "Din hija ħasra għax għada pitgħada l-ġenerazzjonijiet futuri se jkunu qed iħallsu għal dan l-ingann ta' statements u figuri ta' ekonomija b'saħħitha u ta' surplus li mhumiex reali.", "Il-Gvern qed jitkellem dwar il-ġid li qed jinħoloq, imma mhu qed jagħmel xejn biex in-nies li qegħdin hemm isfel jittellgħu 'l fuq.", "Fl-istess ħin, min qiegħed fuq, qed jibqa' tiela' 'l fuq, bir-riżultat li dejjem qed jikber id-distakk bejn il-faxxa ta' fuq, il-faxxa tan-nofs u dik l-aktar baxxa.", "Irrid insemmi wkoll dak li ħareġ minn studju ieħor li sar lejn nofs is-sena li għaddiet, fejn Malta kellha l-ikbar żieda fl-Unjoni Ewropea ta' inkwilini li jgħixu fil-faqar.", "Dawn huma figuri inkwetanti!", "Fi tliet budgets konsekuttivi, dan il-Gvern qalilna li se jkun qed jindirizza l-problema tal-housing; imma, għaddiet sena wara l-oħra, intemmet leġiżlatura u dħalna f'waħda ġdida u l-Gvern għadu qed jibqa' jwegħedna l-famuż investiment ta' €50 miljun.", "Suppost wasalna għal €200 miljun, għax din il-figura ssemmiet f'erba' budgets!", "Però f'dan il-qasam, rajna falliment minn dan il-Gvern!", "Meta niġu f'din il-Kamra u nitkellmu fuq liġijiet bħal din li għandna quddiemna, tajjeb li nispostaw id-diskussjoni anke fuq suġġetti li b'xi mod jew ieħor imissu oqsma oħrajn, fosthom is-self employed.", "Tajjeb ngħid li, f'dawn il-ġranet, bħala Oppożizzjoni qed ikollna l-possibilità li nduru l-ħwienet u diversi familji, fejn qed nitkellmu man-nies u anke mas-sidien ta' negozji żgħar.", "Filwaqt li l-Gvern jitkellem fuq ekonomija b'saħħitha, is-sidien tal-intrapriżi u l-ħwienet żgħar f'pajjiżna mhux qed iħossu dak li qed jgħid il-Gvern.", "M'għandix dubju li bejn l-erba' ħitan, il-Gvern u l-membri tiegħu jitkellmu wkoll dwar ir-realtà differenti li qed jesperjenzaw il-familji li jiddependu minn dak il-ħanut li ilu jintiret mingħand in-nanniet jew qraba oħra.", "Illum, fil-beraħ, esponenti tal-Gvern jitkellmu bħal donnu kollox miexi ward u żahar, imma l-profitt ta' dawn in-negozji żgħar dejjem qed jonqos.", "Skont l-istħarriġ li ħareġ fl-aħħar festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-maġġoranza tal-ħwienet iddikjaraw fil-miftuħ li l-profitt tagħhom kien inqas mis-snin passati.", "Dan juri li hemm xi ħaġa ħażina li mhijiex qed tiffunzjona.", "Ma jistax ikun li dan il-Gvern jibqa' ma jagħtix kas ta' x'qed tgħid il-komunità kummerċjali hemm barra.", "Huwa minnu li hawn setturi li mexjin 'il quddiem, fosthom is-settur tal-kostruzzjoni.", "Ovvjament, hemm prezz li dan il-pajjiż qed iħallas, u forsi llum il-poplu għadu mhux qed jirrealizza l-prezz li t-tfal tat-tfal tagħna se jkollhom iħallsu fil-futur.", "Kif nafu, bħalissa għaddej bini sfrenat, b'permessi ħerġin bl-addoċċ, l-awtoritajiet iduru mal-policies, basta noħorġu l-permessi u l-bini tiela' m'ogħla s-smewwiet ma' kullimkien.", "Għal dawn id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu llum, għada rridu nħallsu prezz għoli!", "Bħala Oppożizzjoni, ma rridux inkunu kompliċi f'dan l-isfreġju billi ma nitkellmux dwar ir-realtajiet li qed jesperjenzaw il-familji u n-negozji tagħna.", "Il-Gvern jista' jibqa' jgħidilna li aħna negattivi, però n-nies hemm barra jafu sewwa x'inhi r-realltà, speċjalment dawk fil-faxxa l-baxxa li mhumiex ftit.", "L-Oppożizzjoni se tibqa' titkellem dwar soċjetà li jimpurtaha.", "Din mhijiex buzzword li ħolom biha l-Kap tal-Partit, l-Onor.", "Adrian Delia, imma hija riflessjoni ta' dak li nisimgħu mingħand in-nies meta qed niltaqgħu magħhom.", "Fil-fatt, matul l-aħħar ġranet, żorna numru ta' lokalitajiet fejn il-Kap iltaqa' ma' numru ta' sidien tal-ħwienet f'Għawdex, San Ġwann, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, li, fil-maġġoranza tagħhom, qed jgħidu li l-bejgħ dejjem qed jonqos.", "Huwa għalhekk li l-Oppożizzjoni b'responsabilità qiegħda twassal il-messaġġ tagħha.", "Nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi għax aħna m'aħniex negattivi imma pożittivi, però tajjeb li nibqgħu nikkritikaw fejn inħossu li għandna nagħmlu dan.", "Jalla l-Gvern ma jibqax aljenat mir-realtajiet li għaddej minnhom pajjiżna.", "Jekk il-Gvern se jibqa' jieħu deċiżjonijiet li fit-totalità tagħhom huma bla viżjoni u ma jagħmlux ġieħ lil pajjiżna, għada pitgħada pajjiżna se jkun qed iħallas prezz qares ħafna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-aġġornament.", "Fis-6.58 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "JOE MIZZI: Sinjura President, nipproponi l-aġġornament għal għada t-Tlieta, 19 ta' Frar 2019 fl-4.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, il-ġimgħa li għaddiet, kellna aħbar dwar l-aħħar każ ta' korruzzjoni.", "Din id-darba smajna dwar każ li jittratta l-qasam tat-tonn, li huwa industrija importanti ħafna għal pajjiżna, fejn l-aktar persuna importanti fid-Dipartiment tas-Sajd spiċċat ġiet sospiża wara li nkixfet mill-mezzi tax-xandir Spanjoli li kienet qed titlob il-flus.", "Dan hu każ fejn hawn allegazzjoni ta' korruzzjoni!", "Peress li dan huwa każ li għadu qed jiżviluppa, ma nixtieqx nitkellem fid-dettall fuqu llum, imma nixtieq nislet żewġ messaġġi li joħorġu minn dan il-każ.", "L-ewwel nett, ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-ħut, l-ewwel messaġġ li għandna nieħdu huwa li l-ħuta minn rasha tinten!", "Din hija espressjoni Maltija li kulħadd jifhimha mill-ewwel u żgur tapplika għal dan il-każ tat-tonn, kif tapplika għal tant każijiet oħrajn.", "Fejn tidħol il-korruzzjoni f'pajjiżna, il-messaġġ hu li l-ħuta minn rasha tinten!", "It-tieni messaġġ li nixtieq nitkellem fuqu, għax forsi mhux kulħadd għadu rrifletta biżżejjed fuqu, hu li kellha tkun pressjoni mill-Ispanjoli, jiġifieri minn barra l-pajjiż, biex insiru nafu b'dan il-każ, nieħdu azzjoni u persuna tiġi sospiża.", "Kieku ma kienx hemm din il-pressjoni minn barra u dan il-każ ma ħariġx fil-midja Spanjola, kieku ma konna nagħmlu xejn.", "Ħalli nibda mill-ewwel messaġġ li l-ħuta minn rasha tinten.", "Il-korruzzjoni f'pajjiżna rabbiet l-għeruq ma' kullimkien, minn fuq s'isfel, imma l-aktar ħaġa li tweġġgħek hi li l-aktar allegazzjonijiet serji u gravi qegħdin fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nnifsu.", "Għalhekk il-ħuta minn rasha tinten, meta għandek l-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'dell daqshekk ikrah fuqu qed jibgħat il-messaġġ li kulħadd jista' jagħmel li jrid!", "Fil-fatt, jekk Ministru jinqabad b'xi allegazzjoni ta' korruzzjoni, m'għadux jitkeċċa mill-Prim Ministru.", "Kif jista' l-Prim Ministru jkeċċih jekk fl-Uffiċċju tiegħu stess għandu dellijiet tant tqal?", "Dan wassal biex intilfet l-awtorità li jittieħdu passi fuq il-korruzzjoni, għax hemm dellijiet f'Kastilja stess.", "Huwa għalhekk li l-ħuta minn rasha tinten!", "Aktar minn hekk, mhumiex qed jittieħdu passi, għax dan il-Gvern iġġammja l-istituzzjonijiet, bħall-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-FIAU.", "Issa jidher li anke l-Qorti qed tibża' tieħu deċiżjonijiet biex jinfetħu investigazzjonijiet.", "Agħar minn hekk, qed jibdew imeru s-sewwa magħruf!", "Issa li jiġi l-Gvern u jmeri s-sewwa magħruf f'din il-Kamra, drajnieha - drajna li jiċħdu kollox, anke jekk hemm il-provi, iswed fuq l-abjad - però, li tmur barra minn Malta, kif għamel il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici l-ġimgħa li għaddiet, u jmeri s-sewwa magħruf, dik hija xi ħaġa li tweġġgħek, għax dak huwa tradiment għall-verità u għal pajjiżna.", "Qed ngħid dan għax pajjiżna ma jixraqlux li jkollu Ministru għall-Ġustizzja li jmur fil-Parlament Ewropew u jmeri s-sewwa magħruf!", "Tajjeb ngħid li, fir-rigward ta' 17 Black, il-Ministru għall-Ġustizzja qal li saru żewġ inkjesti u ma nstab xejn.", "Saru żewġ inkjesti?", "Jien suppost naf bihom, għax jekk kienet se ssir inkjesta, ma kienx għax talabha l-Gverrn, imma għax tlabtha jien!", "Jien qed nitlob li tinfetaħ inkjesta biex naraw x'hemm ħażin, u mhux għaddew tliet snin – proprju dan ix-xahar – minn mindu kixfithom Daphne Caruana Galizia u lanqas bdiet investigazzjoni!", "It-tajba hi li mbagħad, kif qed ngħid, il-Ministru għall-Ġustizzja jgħid fil-Parlament Ewropew li saru żewġ inkjesti u ma nstab xejn, meta lkoll nafu li ma nbdiet lanqas inkjesta waħda!", "Tant hu hekk li r-reazzjonijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew ma kienu kumplimentużi xejn, għax lil dawn ħadd ma jipprova jbellgħalhom ir-ross bil-labra!", "Anzi, jekk xi ħadd se jipprova jgħaddihom biż-żmien, mhu se jieħdu gost xejn.", "Fil-fatt, meta semgħu lill-Ministru għall-Ġustizzja jitkellem, għaddew ċerti kummenti biex juru kemm ma jaqblux ma' dak li kienu qegħdin jisimgħu.", "Il-fatt li l-Ministru għall-Ġustizzja kien qed jipprova jidħak bihom f'wiċċhom u f'isimna, ifisser li lilna qed iwaqqgħalna wiċċna l-art!", "Pereżempju, Membru Parlamentari Ewropew Svediż, Gunnar Hokmark, qal hekk:", "Hawn qed jgħid li jekk il-Ministru għall-Ġustizzja qed jiċħad li hemm problema, mela hu parti mill-problema!", "Fil-fatt qabbilna ma' dak li jiġri fir-Russja fejn jiċħdu s-sewwa magħruf u jgħidu li kollox qed jaħdem kif suppost u li l-istituzzjonijiet qegħdin jagħmlu xogħolhom, meta kulħadd jaf li mhumiex.", "Żied jgħid li:", "Issa forsi wieħed jgħid li dan huwa Membru tal-Parlament Ewropew li ġej mill-grupp tal-Partit Nazzjonalista!", "Ovvjament, ħadd ma jemmen li aħna se ngħidu lil xi MEP Żvediż x'għandu jgħid; imma ejja, għall-grazzja tal-argument, inpoġġu dak li qal fil-ġenb.", "Se nikkwota x'qalet il-Membru Parlamentari Soċjalista, li ġejja mill-familja politika tal-Partit Laburista, Ana Gomes, fejn qalet li qabel l-Onor.", "Owen Bonnici mar jitkellem fil-Parlament Ewropew, kienet temmen li l-Onor.", "Owen Bonnici m'għandux kontroll tas-sitwazzjoni u ma jafx eżattament x'qed jiġri.", "Però mbagħad semgħetu jitkellem u l-MEP Ana Gomes qalet hekk:", "L-MEP Ana Gomes qed tgħid li mhux talli l-Onor.", "Owen Bonici jaf sew kif inhuma l-affarijiet, imma ta l-impressjoni li qed jagħmel minn kollox biex ma jħallix investigazzjoni ssir.", "Din hija stampa tal-mistħija u ta' tradiment!", "L-Onor.", "Owen Bonnici pinġa stampa żbaljata mhux ta' pajjiżu biss, imma ta' pajjiżna wkoll.", "Għalkemm aħna ġejjin mill-Oppożizzjoni, meta l-Onor.", "Bonnici jitkellem, jagħmel dan f'isimna wkoll, u allura, jekk qed jigdeb, qed jigdeb f'isimna wkoll!", "Jekk qed iwaqqagħna għaċ-ċajt, qed iwaqqa' għaċ-ċajt lil pajjiżna!", "Din hija l-gravità tat-tradiment!", "Issa forsi l-membri tal-Gvern jgħidu li l-MEP Ana Gomes dejjem titkellem kontra l-Partit Laburista, anke jekk ġejja mill-familja politika tagħhom, però rrid insemmi wkoll x'qal MEP ieħor mill-Partit tal-Ħodor, li żgur mhux se jipprova jgħin lill-Partit Nazzjonalista.", "L-MEP Sven Giegold jgħid hekk:", "Jien inweġġa' meta nara li għandhom ikunu persuni li ġejjin minn pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea biex jgħidu l-verità dwar pajjiżna, għax il-Ministru għall-Ġustizzja mar quddiemhom u ma qalx il-verità!", "Għalija dawn in-nies huma aktar leali lejn il-verità mill-Ministru tagħna stess!", "Għalija dawn in-nies huma aktar lesti li jiddefendu l-valuri tagħna mill-Gvern tagħna stess!", "Sinjura President, se ngħaddi għat-tieni messaġġ li semmejt fil-bidu.", "Kellha tkun pressjoni minn barra pajjiżna biex jibda jsir xi ħaġa f'pajjiżna dwar l-iskandlu tat-tonn.", "Tajjeb li nżommu f'moħħna li dan l-iskandlu ħareġ fil-midja Spanjola, għax kieku hawn Malta ma konna nisimgħu xejn dwaru, il-Gvern ma kien jagħmel xejn u l-kap tad-Dipartiment tas-Sajd kienet tibqa' fil-kariga tagħha.", "Però la nkixfu, kellhom bilfors jieħdu passi.", "Tajjeb nerġa' ngħid li ħadu l-passi mhux għax riedu huma, imma għax bilfors.", "L-istess se jiġri fuq il-korruzzjoni li tiġi minn Kastilja, fejn jekk mhu se jsir xejn, il-pressjoni minn barra l-pajjiż se tkompli tikber sakemm Malta tieħu passi.", "Din hija xi ħaġa importanti li l-Gvern irid jirrealizzaha.", "Il-Gvern għandu l-possibilità li jħalli 'l-istituzzjonijiet Maltin jagħmlu xogħolhom, imma hu għalqilhom il-bibien biex ma joperawx kif suppost.", "Jekk il-Gvern mhux se jħalli 'l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħolhom, se jiġi sforzat jieħu passi mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Gvern jista' f'Malta jagħlqilna l-bibien kollha f'wiċċna, però jekk se jagħmel hekk, se jispiċċa bi pressjoni kif ġralu fuq il-każ tat-tonn u jkollu jieħu passi bilfors.", "Jekk il-Gvern mhux qed jara din il-ħaġa, allura verament qed jara sal-ponta ta' mnieħru!", "Din hija xi ħaġa ċarissima!", "Il-Gvern jista' jdur żugraga kemm irid f'Malta, u jibqa' jagħlqilna l-bibien kollha kif qed jagħmel, imma barra minn Malta mhux se jitħalla jagħmel dan.", "Bħala pajjiż, issa bdejna nitilgħu fuq il-livell fejn il-pressjoni qed tikber minn barra għax ġabha b'idejh dan il-Gvern!", "Tant hu hekk li għada, fil-Kumitat responsabbli mill-Ġustizzja u l-Intern fil-Parlament Ewropew, se jittieħed vot fuq dan ir-rapport.", "Dan huwa rapport fuq is-saltna tad-dritt f'Malta u fl-Islovakkja, imma l-aktar li jikkonċentra huwa fuq Malta.", "Qed jittratta 'l Malta u 'l Islovakkja għax, kif nafu, kien hemm il-qtil ta' ġurnalisti f'dawn il-pajjiżi.", "F'Malta kellna l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia – li sal-lum għadni ma nistax inniżżilha – u fl-Islovakkja kien hemm l-assassinju ta' Ján Kuciak, ġurnalist investigattiv, u t-tfajla tiegħu.", "Għada se jkun qed jittieħed vot fuq dan ir-rapport, bil-focus ikun fuq Malta.", "Dan ir-rapport, li se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, huwa l-ikbar kundanna li qatt kellna bħala pajjiż mill-Unjoni Ewropea fi 15-il sena li ilna membri sħaħ.", "Ir-rapport huwa kundanna enormi għall-gvern ta' pajjiżna, jiġifieri għall-Gvern tal-Onor.", "Dan ir-rapport ta' 16-il paġna jikkundanna mill-bidu sal-aħħar lil dan il-Gvern.", "Kif taqrah, jagħtik il-biki għax tibda tgħid: Ara fiex ġabuna!", "Hemm għalfejn pajjiżna jiġi kkundannat b'dan il-mod biex dan il-Gvern jagħmel dak li suppost huwa fid-dmir li jagħmel?", "Jekk il-Gvern se jinjora dan ir-rapport, il-kwestjoni mhijiex se tieqaf hawn, imma se tkompli tielgħa b'mod li, xi darba jew oħra, il-Gvern bilfors se jkollu jieħu passi, kif kellu jagħmel il-ġimgħa li għaddiet fuq il-każ ta' korruzzjoni fis-settur tat-tonn.", "Sinjura President, se naqra tliet siltiet mill-konklużjonijiet ċari ta' dan ir-rapport, sabiex in-nies li qegħdin isegwuna jaraw xi gravità fih dan ir-rapport li se jiġi vvotat għada.", "L-ewwel silta, f'paragrafu 16, tgħid hekk:", "Dan huwa appell lill-Gvern Malti biex jibda investigazzjoni.", "Dan huwa prorpju dak li jien ili nitlob li jsir għal tliet snin.", "Hemm għalfejn jitlob investigazzjoni l-Parlament Ewropew biex dan il-Gvern jaġixxi?", "Hemm għalfejn dan il-Gvern iwaqqgħalna wiċċna l-art, meta jien ilni nitlob din il-ħaġa għal tliet snin?", "Fil-fatt, kullimkien mort u għalquli l-bibien kollha!", "Proprju għalhekk li hemm din it-talba mill-Parlament Ewropew.", "It-tieni konklużjoni li nixtieq nirreferi għaliha tgħid hekk:", "Nafu li f'Diċembru li għadda, sar rapport fuq is-saltna tad-dritt minn grupp ta' esperti li jifformaw il-Kummissjoni Venezja, fejn dawn qalu li l-istituzzjonijiet tagħna jridu riforma radikali, għax il-poter huwa kkonċentrat f'idejn il-Prim Ministru, u l-Prim Ministru mhux qed juża dan il-poter b'mod ġust u kif imiss.", "Il-Kummissjoni Venezja tat il-parir lill-Gvern biex jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "It-tielet konklużjoni li nixtieq insemmi, u li hija l-aktar importanti, tgħid hekk:", "Bażikament, il-Parlament Ewropew, f'din il-konklużjoni qed jordna lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel djalogu strutturat mal-Gvern Malti fuq is-saltna tad-dritt.", "Biex niftiehmu, il-Kummissjoni Ewropea bdiet dan it-tip ta' djalogu mal-Polonja u mal-Ungerija li għandhom problemi kbar fuq is-saltna tad-dritt.", "Possibbli li dan il-Gvern se jħalli l-Kummisjoni Ewropea tiftaħ l-istess djalogu ma' Malta!", "S'hemm se twassluna?", "Ħudu passi!", "Agħmlu dak li ili ngħidilkom tagħmlu tliet snin!", "Iftħu investigazzjoni għax se tkomplu tħammġu isem pajjiżna!", "M'għadniex għalfejn naslu s'hawn!", "Jekk verament tħobbu 'l pajjiżna, tħallux li naslu s'hawn!", "Però jekk se tibqgħu ssabbtu l-bibien, xi ħadd se jkollu jġegħelkom tieħdu passi, għax l-interess ta' pajjiżna hu li ssir ġustizzja biex pajjiżna jnaddaf ismu.", "X'qed jagħmel dan il-Gvern?", "Minflok ma rreaġixxa ta' Gvern matur li jammetti fejn hemm problema u jgħid li se jindirizzaha, qed jgħid li min jitkellem b'dan il-mod huwa traditur ta' pajjiżna.", "Il-Gvern qed jgħid li m'għandniex immorru nitkellmu fl-Unjoni Ewropea għax inkunu tradituri ta' Malta!", "Jiġifieri jien li nitkellem kontra l-korruzzjoni, qed nitkellem kontra Malta?", "Sa fejn naf jien, jekk jien kontra l-korruzzjoni, jien favur Malta.", "Sa fejn naf jien, min hu favur il-korruzzjoni u jagħlaq għajnejh, huwa kontra Malta, u mhux bil-maqlub!", "X'qed jipprova jgħidilna nagħmlu dan il-Gvern?", "Forsi li nagħlqu ħalqna u nħallu l-korruzzjoni ta' Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi għaddejjin daqslikieku xejn mhu xejn?", "Ejja nfakkar li dawn ftiehmu li jaqilgħu €5,000 kuljum mingħand Yorgen Fenech li bena l-power station!", "Trid tkun għami biex ma tarax kif verament huma l-affarjiet!", "Jew inkella trid tagħlaq għajnejk, issodd ħalqek u widnejk biex dak li ma jogħġbokx, ma tagħtix kasu!", "Però ma tistax tgħid li min jitkellem fuq il-korruzzjoni u min irid inaddaf isem pajjiżna huwa traditur.", "Il-Gvern qed jgħidilna biex ma mmorrux għand l-Unjoni Ewropea.", "Dan minn meta ma nistgħux immorru nitkellmu għand l-Unjoni Ewropea?", "Mela aħna mhux membri tal-Unjoni Ewropea?", "Mela l-Parlament Ewropew mhux il-parlament tiegħi wkoll?", "Jien għamilt kważi għaxar snin Membru tal-Parlament Ewropew bħala Malti, u kont kburi li dak huwa l-parlament tiegħi u tal-Maltin u l-Għawdxin li kont qed nirrappreżenta.", "L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma l-istituzzjonijiet tagħna wkoll, u mhumiex xi ħaġa ta' barra.", "Għalhekk, li tmur fl-Unjoni Ewropea u li tuża l-Unjoni Ewropea huwa dritt tiegħek u mhux tradiment!", "L-istituzzjonijiet Ewropej huma tagħna lkoll u għandna dritt li nużawhom, anke jekk kostretti nużawhom kontra l-Gvern tagħna stess li ma jridx jagħmel dak li hu fid-dmir tiegħu li jagħmel.", "Tradiment veru huwa meta tuża isem Malta biex tistaħba warajh ħalli tipproteġi lilek innifsek u l-pulizija ma jiġux għalik.", "Tradiment veru huwa li tħalli isem pajjiżna jitħammeġ bil-ħmieġ tal-korruzzjoni biex tinqeda int. Tradiment veru huwa li tpoġġi l-interessi personali ta' Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi qabel l-interessi nazzjonali.", "Tradiment veru huwa li tmur quddiem il-Parlament Ewropew, kif għamel il-Ministru għall-Ġustizzja, u tigdeb u tmeri s-sewwa magħruf.", "In-nies fil-Parlament Ewropew li tkellmu l-ġimgħa li għaddiet huma nies minn partiti differenti li żgur mhux qed jitkellmu għal xi gwadann ta' partit politiku f'Malta, imma għax jemmnu f'dak li qed jgħidu.", "Irrid insellem lin-nies fil-Parlament Ewropew li tkellmu fuq Malta quddiem l-Onor.", "Owen Bonnici għax qed jirrispettaw u jiddefendu d-drittijiet u l-valuri tagħna aktar milli qed jagħmel l-istess Ministru għall-Ġustizzja tagħna li kien bilqiegħda quddiemhom.", "Dawn l-MEPs qed jagħmlu dak li jmissu jagħmel il-Gvern tagħna!", "Huwa eżattament dan li jdejjaq lill-Gvern, għax m'għandux kontroll fuq dawn in-nies u ma jistax jagħlqilhom ħalqhom.", "Ara lil dawn l-MEPs l-Onor.", "Owen Bonnici ma jmurx jgħidilhom li huma tradituri!", "Lilna jiġi jgħid hekk!", "Hawn Malta, moħħu biex isabbtilna l-bibien f'wiċċna, għax lill-Maltin hekk jittrattahom, imma mal-barranin, jilgħabha tal-ħelu u jara x'se jivvinta biex mingħalih joħroġ minnha.", "Però huwa evidenti li ma rnexxilux!", "Dan il-Gvern ma ħallielna l-ebda għażla ħlief li mmorru għand l-Unjoni Ewropea biex nieħdu d-drittijiet li jmissu jagħtina l-Gvern tagħna stess.", "Wara kollox, l-Unjoni Ewropea għalhekk qiegħda, u kien għalhekk li 15-il sena ilu dħalna bħala membri sħaħ biex, meta jkun hemm bżonn, tiddefendi l-valuri li nemmnu fihom.", "Nirrepeti: li mmorru għand l-Unjoni Ewroepa huwa dritt tagħna u mhux tradiment.", "Sinjura President, nagħlaq billi ngħid li għada se jittieħed vot fuq din ir-riżoluzzjoni li, jekk jgħaddi, imbagħad jittieħed vot fil-plenarja tal-Parlament Ewropew ix-xahar id-dieħel.", "Nixtieq li ma kellniex bżonn din ir-riżoluzzjoni; imma, ladarba l-Gvern hawn Malta jinsisti li ma jittieħdu l-ebda passi fuq il-korruzzjoni ta' Keith Schembri u tal-Onor.", "Konrad Mizzi, ma ħalla l-ebda għażla ħlief li l-kwestjoni tinkixef minn ħaddieħor li qiegħed barra minn Malta, kif għamlu l-Ispanjoli fuq il-każ tat-tonn il-ġimgħa li għaddiet u min qiegħed fil-Parlament Ewropew.", "Nittama li din ir-riżoluzzjoni tgħaddi, għax nixtieq il-ġid għall-pajjiżi u nixtieq li jittieħdu passi fuq il-korruzzjoni.", "Minn hawn nirringrazzja mhux biss lil dawk l-Ewro Parlamentari li tkellmu l-ġimgħa li għaddiet, imma b'mod partikolari lill-Ewro Parlamentari Maltin li għalija huma patrijotti għax qegħdin verament jiġġieldu għad-drittijiet tagħna u jiddefendu l-valuri tagħna.", "Roberta Metsola u lill-Onor.", "Francis Zammit Dimech li qed jiddefendu l-interessi tagħna, minkejja l-attakki, l-insulti u t-theddid li qed jagħmlilhom il-Gvern.", "Però, jien ngħidilhom li huma l-vera patrijotti u mhux il-Gvern tagħna!", "Huma l-veri nies li qegħdin jiġġieldu għal dak li huwa sewwa, għax il-korruzzjoni mhijiex mis-sewwa.", "Il-korruzzjoni hija ħażina, u mela min qed jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni huwa korrott!", "Għalhekk, nirringrazzjahom talli qegħdin jagħmlu dak li jmissu qed jagħmel il-Gvern tagħna stess.", "Kif tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, Malta se tkun taħt il-lenti tal-Unjoni Ewroepa, u b'mod partikolari tal-Kummissjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mas-saltna tad-dritt, jiġifieri, li l-liġi f'pajjiżna tgħodd għal kulħadd.", "Se nibqgħu nitkellmu sakemm jittieħdu l-passi kontra Keith Schembri u l-Onor.", "Konrad Mizzi u sakemm dawn jittressqu għall-ġustizzja.", "Is-soluzzjoni mhijiex li nagħlqu ħalqna, kif iridna l-Onor.", "Owen Bonnici u l-Prim Ministru Joseph Muscat, u nħallu l-korruzzjoni għaddejja!", "Sinjura President, is-soluzzjoni hija li l-Gvern jieħu l-passi kontra l-korruzzjoni u mhux, bħala Oppożizzjoni, nagħlqu ħalqna fuq il-korruzzjoni.", "Il-Gvern għadnu jieħu passi kontra l-korruzzjoni u kontra min hu korrott, u għandu jibda mill-Onor.", "Konrad Mizzi u Keith Schembri u jkompli b'kull każ ta' korruzzjoni, għax il-korruzzjoni kollha hija ħażina.", "Però, l-aktar li tispikka hija l-korruzzjoni f'Kastilja stess, għax suppost il-Gvern imexxi bl-eżempju.", "Però, minflok, dan il-Gvern jinten hu, għax kif għedt, il-ħuta minn rasha tinten!", "Jekk dan il-Gvern se jibqa' jisfida l-ġustizzja, se jkompli jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "L-appell tiegħi lill-Gvern hu: Tibqgħux tagħmlu ħsara lil pajjiżna!", "Tibqgħux tużaw lil Malta bħala tarka biex intom titgħattew, tistaħbew u taħarbu mill-ġustizzja!", "Kunu patrijotti ta' veru għal pajjiżna u mhux patrijotti bil-kliem!", "Ħudu passi sabiex isem pajjiżna jitnaddaf u ma jibqax jitħammeġ!", "Wara kollox, kulma qed nitlob huwa li dan il-Gvern iwettaq dak li wiegħed hu stess.", "Infakkar li l-Gvern wiegħed li Malta mhijiex tagħhom biss, imma hija tagħna lkoll.", "Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-dokumenti:", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu intitolat \"Bonnici's \"Russia-style\" presentation hurt Malta – Swedish MEP\", li deher fis-sit elettroniku fil-15 ta' Frar 2019.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 19 ta' Frar 2019 fl-4.00 p.m., bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m., il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "Ġieli akkumpanjajt lill-Prim Ministru, u dwar spejjeż nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8433.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2017 akkumpanjajt darba lill-Prim Ministru minn Strasburgu għal Malta.", "Għall-ispiża relatata nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari 8433.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kienx hemm okkażjonijiet fejn għamilt użu minn private jet.", "Kien hemm okkażjoni waħda fejn kont mistieden għal inspection visit flimkien mal-Air Malta f'Southend Airport f'Londra, fejn it-titjira kienet waħda privata, chartered u mħallsa mill-istess Southend Airport.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien qatt ma għamilt użu minn private jet.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "XEWKIJA GĦAWDEX – INVESTIMENT FIL-GOZO CAMPUS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'investiment infrastrutturali u investiment ieħor sar fil-Gozo Campus ġewwa x-Xewkija, Għawdex, matul is-sena 2018, u x'kienet in-nefqa?", "Jista' jgħid x'investiment infrastrutturali u investiment ieħor hemm ippjanat li jsir fil-Gozo Campus matul is-sena 2019?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lilll-Onor.", "Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3861, fejn ġie muri momentum ċar fir-rigward tal-manutenzjoni ta' infrastruttura eżistenti, kif ukoll għall-installazzjoni ta' infrastruttura ġdida.", "L-2018 kienet ikkaratterizzata minn kontinwazzjoni ta' din ix-xejra – pereżempju, l-installazzjoni ta' lockers li jissakkru għall-istudenti, kif ukoll vettura ġdida għall-użu tal-Kampus f'Għawdex, eċċ., li ammontaw għal €1,828 (naturalment, eskluża l-ispiża għall-kiri tal-vettura).", "Iżda l-attenzjoni prinċipali matul l-2018 kienet fuq l-ippjanar u d-disinn tal-estensjoni l-ġdida tal-Kampus, ir-restawr tal-faċċata u l-ħitan ta' barra u r-rinovazzjoni tal-binja eżistenti.", "Regolarment, saru bosta laqgħat tekniċi u ta' konsultazzjoni ma' u bejn periti, inġiniera, speċjalisti tal-IT, amministraturi, funzjonarji mill-ministeri kkonċernati u partijiet konċernati oħra ewlenin.", "Il-proċess tkabbar biex jinkludi konsultazzjoni mad-Dekani u d-Diretturi minn madwar l-Università, bil-ħsieb ta' diskussjoni inklussiva sabiex l-użu tal-kampus f'Għawdex jiġi massimizzat.", "Barra minn hekk, peress li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3861 u bħala riżultat tal-konsultazzjoni estensiva msemmija hawn fuq, it-tqassim tad-disinn tal-estensjoni l-ġdida nbidel u applikazzjoni emendata kienet ġiet sottomessa u konsegwentement approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Offerta għall-kostruzzjoni tal-estensjoni bħalissa tinsab fid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-ivverifikar u l-pubblikazzjoni, li ssir eventwalment.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – PRINCIPAL TECHNICAL OFFICERS U SENIOR PRINCIPAL TECHNICAL OFFICERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fil-Ministeru għal Għawdex kemm hemm Principal Technical Officers u Senior Principal Technical Officers, f'liema Dipartiment u x'sezzjoni qegħdin, x'responsabilitajiet għandhom u x'tip ta' xogħol għandhom u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex hemm seba' Principal Technical Officers, filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant li l-grad ta' Senior Principal Technical Officer ma jeżistix fil-gradi tal-Gvern.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI JAGĦMLU XOGĦOL FUQ L-INJAM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol fuq l-injam (mastrudaxxa) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b'xahar, minn Marzu 2013 sal-lum?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u x'responsabilitajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Xi kwalifiċi għandhom u x'korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Il-ħaddiema tal-Ministeru jiġu infurmati u inkoraġġuti jattendu għall-korsijiet u taħriġ li perjodikament jiġu offruti mill-Institute for Public Services.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – INKJESTI/ INVESTIGAZZJONIJIET / STĦARRIĠ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm saru inkjesti / investigazzjonijiet / stħarriġ f'kull dipartiment /uffiċċju, entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b' sena?", "Tista' tgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi?", "Tista' tgħid in-natura ta' kull każ?", "Tista' tgħid jekk itteħdux passi dixxiplinari / legali u jekk ġewx sospiżi xi nies fid-dipartiment / entità konċernata u l-kariga tal-persuni involuti?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – LIFT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm-il uffiċċju/dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha għandu żewġ sulari jew aktar u tgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Barra minn hekk, il-Ministeru għal Għawdex għamel studju ta' ristrutturar sabiex iżid l-aċċessibilità f'dan il-Ministeru, u fl-immedjat hemm il-pjan li jinbidlu żewġ liftijiet u jiżdiedu tlieta oħra.", "ĦAL TARXIEN / SANTA LUĊIJA – UNDERPASS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-underpass ġewwa Ħal Tarxien / Santa Luċija?", "Jista' jgħid jekk ħarġux it-tenders?", "Jista' jgħid jekk ġewx awarded?", "Meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett tal-bini mill-ġdid tar-roundabout ta' Santa Luċija biex taħtha jitħaffru żewġ mini li jgħaqqdu Vjal Santa Luċija ma' Triq tal-Barrani jinsab fl-aħħar fażijiet ta' ppjanar sabiex fiż-żmien li ġej ikun jista' jibda x-xogħol infrastrutturali meħtieġ b'kordinazzjoni ma' għadd ta' proġetti ewlenin oħra li Infrastructure Malta qed twettaq fl-inħawi.", "Ir-roundabout ta' Santa Luċija hija junction importanti li minnha jgħaddu eluf ta' persuni fis-siegħa sabiex jaslu minn u lejn in-naħa t'isfel ta' Malta.", "Huwa wkoll wieħed mill-aċċessi ewlenin għal Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid.", "Permezz ta' dan il-proġett, se jitħaffru żewġ mini sabiex dawk li jivvjaġġaw minn u lejn Triq tal-Barrani u Vjal Santa Luċija ma jkollhomx għalfejn jieqfu u jduru mar-roundabout, kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa.", "Fuq dawn il-mini se tinbena mill-ġdid ir-roundabout b'disinn aħjar, sabiex persuni li jgħixu jew jaħdmu Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid ikollhom aċċess aktar sikur, u b'inqas dewmien, għal dawn il-lokalitajiet.", "Fl-istess waqt, il-proġett se jkompli jżid l-infrastruttura ġdida għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi permezz ta' korsija maqtugħa għaliha mit-triq għall-mixi u r-roti.", "Din il-korsija se tingħaqad ma' faċilitaijiet simili li qed jinbnew fil-Marsa Junction Project u l-proġett tal-bini mill-ġdid ta' Triq Ħal Luqa biex tinħoloq rotta ta' korsiji għar-roti u l-mixi sikura bejn il-Gudja, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid u l-Marsa.", "Il-permessi tal-iżvilupp biex jitwettaq dan il-proġett ħarġu s-sena li għaddiet, wara li tlestew il-konsultazzjonijiet u l-istudji tekniċi meħtieġa.", "Fl-istess waqt, kien għaddej ukoll il-proċess tal-għażla tal-kuntratturi li se jwettqu l-proġett.", "Wara li ntemmet l-aġġudikazzjoni tal-offerti mitfugħa, kien hemm proċeduri ta' appelli.", "Għalhekk, il-proċess tal-għażla għadu ma ġiex iffinalizzat.", "It-twettieq ta' dan il-proġett qed jiġi ppjanat u kkordinat mal-Marsa Junction Project u mal-bini mill-ġdid ta' Triq Ħal Luqa, sabiex jiġi żgurat li x-xogħol infrastrutturali jkun jista' jsir bl-inqas diffikultà lill-eluf ta' persuni li jivvjaġġaw minn dawn ir-rotot ewlenin fin-nofsinhar ta' Malta.", "Fil-fatt, ħafna mix-xogħol tal-proġett tar-roundabout ta' Santa Luċija jkun jista' jibda wara li jitlestew xogħlijiet relatati li għaddejjin bħalissa fi Triq Ħal Luqa u fis-sit fejn qed jinbnew is-seba' flyovers tal-Marsa Junction Project.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8307 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8309 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari 8309 għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8273 u jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba:", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – PAĠNI, PROFILI U GRUPPI FUQ FACEBOOK", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8271 u jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għat-Turiżmu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għat-Turiżmu u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi, u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?", "KONRAD MIZZI: Dawn huma l-Uniform Resource Locator (URL) mitluba:", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – SPIŻA TA' SERVIZZ TA' MOBILE PHONE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7361 u jgħid, xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "GĦAWDEX – GĦASES", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-16-il għassa li hemm f'Għawdex kemm minnhom huma magħluqa jew ma jkunux miftuħa b'mod regolari?", "Jista' jgħid liema huma dawn l-għases?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li hemm 16-il Għassa ġewwa Għawdex u waħda f'Kemmuna.", "Dawn jinsabu Victoria, Mġarr, Xagħra, Nadur, Marsalforn, Xewkija, Għarb, Sannat, Xlendi, Kerċem, Għajnsielem, Qala, Żebbuġ, San Lawrenz, Għasri, Munxar u Kemmuna.", "Infurmat li, waqt li l-Għases ta' Victoria u dik tal-Imġarr jiftħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għases oħra jiftħu regolarment.", "Madankollu, f'kull raħal issir ronda regolari permezz tal-Iskwadra Mobbli tad-Distrett, kif ukoll mit-Taqsima tat-Traffiku.", "L-għases fl-Għasri, San Lawrenz u Munxar mhumiex miftuħa.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim u Ministru għas-Saħħa jara li jiġi investigat is-serq li qed isir b'mod regolari mill-Gynae Ward f'Mater Dei, kemm minn fuq nurses kif ukoll minn fuq pazjenti?", "Jista' jgħid kemm ġie rrappurtat serq minn din is-sala f'din l-aħħar sena?", "Possibbli li jsir sforz biex, b'kollaborazzjoni mal-Pulizija, din il-problema fil-Gynae Ward tiġi investigata?", "Jista' ġentilment jieħu konnotazzjoni li, fost l-affarijiet misruqa, kien hemm ammonti kbar ta' flus, tablet ta' pazjenta ftit jiem biss qabel ma mietet, ċwievet tad-dar, ċwievet ta' karozzi u diversi oġġetti oħra?", "Billi din il-problema qed toħloq stress żejjed fuq staff u pazjenti, jista' jiddelega biex b'kollaborazzjoni mal-Pulizija, dan il-każ jiġi investigat bis-serjetà għax konvint li affarijiet bħal dawn jinkwetaw kemm l-istess Ministru kif ukoll l-awtoritajiet ta' Mater Dei?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uffiċċju tal-Kap tas-Sigurtà fl-Isptar Mater Dei rċieva żewġ rapporti dwar allegat serq ta' oġġetti / flus b'valur totali ta' circa €350 matul is-sena 2018 mis-sala indikata minnu.", "Iż-żewġ każi ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.", "Ninfurmah ukoll li matul din is-sena l-ebda serq ma ġie rrappurtat fl-uffiċċju tal-Kap tas-Sigurtà fl-Isptar Mater Dei.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI – UŻU TA' MOBILE CLASSROOMS", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il klassi temporanja / mobile classroom qed juża sa issa l-Ministeru tal-Edukazzjoni, u f'liema skejjel?", "Kemm fi ħsiebu juża aktar minn dan it-tip ta' klassijiet matul din is-sena?", "Interpellant li bħalissa pre-fabricated classrooms hemm fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar.", "F'din l-iskola hemm 10/12-il klassi pre-fabricated.", "Dan it-tip ta' pre-fabricated classrooms jintużaw bħala riżorsa fejn ikun hemm żieda qawwija tal-popolazzjoni f'temp qasir.", "Il-policy tal-Ministeru tibqa' li jinbnew skejjel ġodda.", "Skejjel preżenti jiġu refurbished jew estiżi skont il-bżonn.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI – UŻU TA' MOBILE CLASSROOMS", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klassijiet temporanji / mobile classrooms li qed juża l-Ministeru tal-Edukazzjoni nxtrawx jew inkrewx?", "Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti?", "Min rebaħ it-tender?", "Kemm swew jew qed jiswew?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-pre-fabricated classrooms fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar inxtraw fil-bidu ta' Jannar 2016.", "Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) ġabet ħames kwotazzjonijiet minn kumpaniji differenti f'Diċembru 2015.", "L-aktar offerta vantaġġjuża kienet dik sottomessa minn Bava Holdings Ltd.", "L-FTS ġabet l-approvazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti skont il-Public Procurement Regulations.", "L-ispiża biex jinxtraw dawn il-klassijiet kienet ta' €196,236.02 (inkluż il-VAT).", "XOGĦLIJIET F'BINJA", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta' xogħol, l-inkonvenjenza, il-ħsara u l-periklu li jeżisti fil-binja, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Buildng Regulations Office (BRO), l-ebda Organizazzjoni Governattiva fi ħdan il-Ministeru ghat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali m'għandha responsabbiltà għall-kwalità ta' xogħol fi mkejjen privati.", "L-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini ħa nota tal-allegat inkonvenjent, ħsara u periklu.", "XOGĦLIJIET F'BINJA", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Jista' l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta' xogħol, l-inkonvenjenza, il-ħsara u l-periklu li jeżisti fil-binja, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "HELENA DALLI: L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) m'għandha l-ebda poter tinvestiga allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalità tax-xogħol, inkonvenjenzi u ħsara li setgħet saret fi proprjetà ta' terzi.", "IMPJEGATI GĦAWDXIN FIL-GRAD TA' UFFIĊĊJAL EŻEKUTTIV FIS-SETTUR PUBBLIKU", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati minn Għawdex, fil-grad ta' Uffiċċjal Eżekuttiv fis-Servizz Pubbliku, li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta?", "Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li numru minnhom jibdew jaħdmu f'Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu dan in-numru?", "JOSEPH MUSCAT: Huma 18 l-impjegati minn Għawdex fil-grad ta' Uffiċjal Eżekuttiv fis-Servizz Pubbliku li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li dan huwa eżerċizzju kontinwu.", "PORTIJIET TAL-IMĠARR U X-XLENDI – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-proġett tal-immodernizzar ta' faċilitajiet għas-sajjieda fil-portijiet tal-iMġarr u x-Xlendi, tista' l-Ministru telenka x-xogħlijiet li hu maħsub li jsir f'dawn iż-żewġ lokalitajiet?", "Interpellant li fil-portijiet imsemmija hu maħsub li jseħħu l-interventi kif ġej:", "Rikostruzzjoni tad-drystanding area;", "Installazzjoni ta' service pillars, dwal u CCTV cameras fid-drystanding area;", "Bdil tal-winch eżistenti għal wieħed aktar effiċjenti;", "Bini ta' Landing Office; u", "Riabilitazzjoni tal-boat houses.", "Imġarr", "Provvista ta' self-driven boat trailer u towed boat trailer biex jintużaw mis-sajjieda tal-post;", "Installazzjoni ta' service pillars, dwal u CCTV cameras fid-drystanding area; u", "Bdil tal-winch eżistenti għal wieħed aktar effiċjenti.", "Dawn il-proġetti se jsiru parti minn fondi Ewropej u parti minn fondi nazzjonali.", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5717, fejn tlabt lill-Ministru biex tagħti pjan fit-tul fir-rigward tar-raba' vapur tal-Gozo Channel, dakinhar il-Ministru weġbitni li \"kif jgħaddi l-proċess tal-PSO u l-Gozo Channel tirbaħ dan it-tender, ikunu jistgħu jingħataw id-dettalji kollha\".", "Peress li issa għaddew tmien xhur, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar il-proposta tar-raba' vapur?", "Interpellant li l-proċess għaddej.", "MELLIEĦA U SAN PAWL IL-BAĦAR – FISH FARMS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b'mod favorevoli li jżid aktar fish farms u, jekk iva, jista' jindika preċiżament fejn?", "Interpellant li l-Gvern qed jikkunsidra żona tal-Akwakultura fiż-żoni 'l barra minn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.", "Dan sabiex l-irziezet li hemm temporanjament preżenti fin-naħa ta' fuq ta' Malta jiġu ttrasferiti iżjed 'il barra.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8827.", "MELLIEĦA U SAN PAWL IL-BAĦAR – FISH FARMS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji li setgħu saru mill-awtoritajiet konċernati dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta' aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?", "Interpellant li l-istudji dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta' aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar ġew mħejjija.", "Kopja ta' dan l-istudju tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-istudji huma pubbliċi u jinstabu fuq il-link elettroniku", "KUNSILLI LOKALI – ĦADDIEMA B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'diżabilità fil-Kunsilli Lokali?", "Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-ħatriet tagħhom u f'liema kunsilli jaħdmu?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella li turi kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali f'kull Kunsill Lokali.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li l-ħatra ta' dawn l-individwi m'għandiex tingħata għall-protezzjoni tal-identità tagħhom.", "JOBSPLUS – KORSIJIET GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet?", "Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, matul is-sena 2018, in-numru ta' persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus kien ta' 806, kif indikat fit-tabella hawn taħt:", "Il-Programm Sheltered Employment Training, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b'diżabilità l-aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol.", "Diversi Job Coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu programm ta' Taħriġ tul is-sena, li jinkludi perijodu f'ambjent reali tax-xogħol.", "Dan it-taħriġ isir fil-fergħat ta' Jobsplus fl-Imsida u Għajnsielem, Għawdex.", "Il-Pre-Employment Training huwa taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta' impjegabilità, komunikazzjoni, soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti.", "Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u jiġi offrut fil-fergħat ta' Jobsplus ta' Pembroke u Għajnsielem, Għawdex.", "Taħriġ ieħor li ġie offrut lill-persuni b'diżabilità matul l-2018 kien jikkonsisti f':", "Dan it-taħriġ isir f'Ħal Far kif ukoll f'Għawdex.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mis-Servizz tal-Family Therapy u s-Servizz ta' Psychology Team matul is-sena li għaddiet?", "Hemm xi lista ta' stennija għal dawn is-servizzi?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, matul l-2018, is-Psychological Services fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), li jiġbor fih tim multi-dixxiplinarju magħmul minn psikoterapisti, terapisti tal-familja, psikologi u counsellors, ħadem ma' 320 individwu u 180 familja.", "Is-servizz jaħdem fuq bażi ta' stennija, u bħalissa hemm 15-il familja u 23 individwu jistennew illi jingħataw servizz.", "Attwalment, qed isir proċess ta' reklutaġġ biex jimtlew postijiet vakanti ta' 5 psikologi / psikoterapisti u 2 terapisti tal-familja.", "AWTORITÀ TAD-DJAR – APPLIKAZZJONI GĦALL-POST", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7280, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawk il-kriterji stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar sabiex kull individwu jkun jista' japplika għall-post?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kriterji sabiex individwu jkun jista' japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma s-segwenti:", "1) Ikun ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea jew stat ta' refuġjat;", "2) F'każ ta' separazzjoni, is-separazzjoni għandha tkun finalizzata;", "3) Id-dħul ma jridx jeċċedi €10,000 għal persuna waħedha jew €12,000 + €700 għal kull wild taħt it-tmintax-il sena għal ġenitur wieħed/separat/koppja miżżewġa;", "4) F'każ ta' aħwa li jgħixu flimkien, id-dħul tagħhom ikun ikkunsidrat daqs ta' koppja miżżewġa;", "5) L-assi tal-applikant m'għandhomx jeċċedu t-€28,000 minn tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni;", "6) Irid ikun ilu residenti Malta għal 12-il xahar konsekuttivi matul l-aħħar 18-il xahar;", "7) Applikanti li jgħixu fil-kera privata irid ikollhom titlu legali, jiġifieri, irċevuta tal-kera dettaljata u kuntratt tal-kera validu.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-\"Karta ta' Servizz ta' Kwalità\" /\"Quality Service Charter\"?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellent li l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta u Ħal Għargħur huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-\"Karta ta' Servizz ta' Kwalità\" / \"Quality Service Charter\".", "MARSASKALA, SAN PAWL IL-BAĦAR U TAS-SLIEMA – STUDENTI BARRANIN ĠODDA FL-ISKEJJEL PRIMARJI STATALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jindika ċ-ċifri eżatti ta' studenti barranin li ddaħħlu fis-sistema edukattiva lokali fl-iskejjel primarji statali ta' Marsaskala, San Pawl il-Baħar u tas-Sliema mill-bidu tas-sena skolastika 2018/2019?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-għadd ta' studenti barranin li ddaħħlu fis-sistema edukattiva lokali fl-iskejjel primarji statali ta' Marsaskala, San Pawl il-Baħar u tas-Sliema mill-bidu tas-sena skolastika 2018/2019 huwa kif se nsemmi:", "San Pawl il-Baħar 170", "Dawn il-figuri ma jinkludux studenti barranin li kienu diġà qed jattendu fl-imsemmija skejjel fis-sena skolastika ta' qabel.", "STUDENTI LI JAGĦMLU UŻU MILL-BREAKFAST CLUB", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Breakfast Club skont kull skola li toffri tali servizz?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tfal li qed jagħmlu użu mis-Servizz tal-Breakfast Club huwa ta' 5,680.", "Dan is-servizz huwa offrut f'kull skola Primarja tal-Istat f'Malta u Għawdex.", "Dettalji skont kull skola huma kif jidhru fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Breakfast Clubs ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-irwol tal-Koordinaturi tal-Breakfast Clubs huwa bbażat fuq bażi ta' Kulleġġ li fihom jaqgħu l-Breakfast Clubs rispettivi.", "Fl-iskejjel Primarji jkun hemm is-Supervisors rispettivi.", "STUDENTI LI JAGĦMLU UŻU MILL-KLABB 3-16", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-istudenti li qed jagħmlu użu mill-Klabb 3-16 skont kull skola li toffri tali servizz?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li t-tfal kollha reġistrati biex jagħmlu użu mis-servizz ta' Klabb 3-16 f'kull ċentru amministrat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) huma kif se nsemmi:", "KOORDINATURI TAL-KLABB 3-16", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinaturi tal-Klabb 3-16 ikunux preżenti fil-ħinijiet kollha li fihom joperaw?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz tal-Klabb 3-16 jiġi mogħti f'bosta ċentri bejn l-għeluq tal-iskejjel u s-sitta ta' filgħaxija.", "Fil-vaganzi, is-servizz jingħata bejn is-sebgħa ta' filgħodu u l-ħamsa u nofs ta' wara nofsinhar.", "Infurmat li fl-assenza tal-koordinaturi, li jistgħu jkunu assenti wkoll minħabba mard jew vacation leave, ikun hemm persuna inkarigata li tieħu responsabbiltà taċ-Ċentru.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8551 u 8692, u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' decizjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn Skala 1 sa Skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, illum hemm 147 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Principal jew 'il fuq.", "In-numru ta' nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Principal jew 'il fuq, fl-entitajiet taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kienu diġà jeżistu ħdax-il sena ilu, żdiedu minn 14 fl-2008 għal 51 illum.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8552 u 8693, u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn Skala 1 sa Skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "In-nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq, fl-entitajiet u d-dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, huma sebgħa u għoxrin.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8553 u 8694, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pozizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn Skala 1 sa Skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, illum hemm 507 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8554 u 8695 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pozizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn Skala 1 sa Skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma, illum hemm 138 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċizjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq, filwaqt li min-naħa tad-DCS hemm 12-il persuna mara.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-2008 fl-entitajiet li kienu diġà jeżistu dak iż-żmien kien hemm 30 mara.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8555 u 8696, u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pozizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn Skala 1 sa Skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "It-total ta' nisa li huma f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza huwa ta' 189, filwaqt li t-total ta' rġiel f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċizjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq huwa ta' 178.", "Dan jammonta għal 51% perċentaġġ ta' nisa u 49% perċentaġġ ta' rġiel.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8556 u 8697, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pozizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn Skala 1 sa Skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi, illum hemm 42 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Principal jew 'il fuq.", "In-numru ta' nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċizjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq fl-entitajiet taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi li kienu diġà jeżistu 11–il sena ilu, żdiedu minn 9 fl-2008 ghal 39 illum.", "Peress li din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali, nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA TAL-MOSTA – XOGĦOL FUQ ĦĠIEĠ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex it-twieqi bil-ħġieġ trasparenti li jagħtu għal Triq Salvu Dimech, il-Mosta, u li jinsabu fil-Polyclinic fl-istess lokalità, isir xogħol biex imqar sa nofs it-tul tal-ħġieġ tat-tieqa ma jibqgħux trasparenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, għalkemm it-twieqi eżistenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għandhom il-ħġieġ trasparenti, dawn l-istess twieqi għandhom ukoll tip ta' blinds li, waqt li xorta jħallu d-dawl naturali jgħaddi minnhom, ma jkun qed jidher xejn minn barra.", "KAŻIJIET TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara ż-żewġ każijiet, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn dawn il-persuni ma jistgħux jibqgħu aktar jgħixu weħidhom fid-dar tagħhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Kommunità qed isegwi mill-qrib dawn iż-żewġ każijiet u diġa sar kuntatt mal-persuni kkonċernati.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'qed iseħħ mid-droga li tkun maqbuda mill-uffiċjali tad-Dwana?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kienet l-istima fi flus tad-droga li nqabdet mill-uffiċjali tad-Dwana fl-2017, 2018 u fl-2019 s'issa?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li immedjatament malli jiġi stabbilit li nstabet id-droga, id-Dwana minnufih tinforma lill-Pulizija li min-naħa tagħhom jinfurmaw lill-Maġistrat tal-għassa sabiex tinfetaħ inkjesta.", "Minn hemm 'il quddiem il-Pulizija jieħdu r-responsabbiltà ta' din is-sustanza.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8752.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ser tkun l-ispiża tal-bidla tas-saqaf fil-Plant Protection, u jista' jgħid min ser ikun qed jaħdem biex ibiddel dan is-saqaf?", "Interpellant li ninsab infurmat li ma hemm l-ebda saqaf fid-dipartiment konċernat li għandu bżonn jinbidel.", "DEMM U L-KIRXA TAL-ANNIMALI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Ladarba qed ikun importat demm tal-baqar minn barra biex ikun jista' jsir il-mazzit, u ladarba qed tkun importata l-kirxa minn barra biex tinbiegħ fis-suq lokali, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir, jew jekk jaqbilx li ssir, ħidma mill-Ministeru sabiex id-demm u l-kirxa tal-annimali maqtula fil-biċċerija f'Malta jkunu jistgħu jinbiegħu għas-suq lokali?", "Intpellant li aħna naqblu li dak li qed jirreferi għalih ikun jista' jsir kemm-il darba jkun hemm min jesprimi interess sabiex jagħmel dan, u ovvjament jiġu suġġetti r-regoli kollha applikabbli.", "Fil-fatt, huwa maħsub li sal-aħħar tas-sena jkunu lesti x-xogħlijiet li għaddejjin fil-Biċċerija li, fost affarijiet oħra, jkun ukoll qed jiffaċilita biex dan ikun jista' jseħħ.", "BIĊĊERIJA GĦALL-QTIL TA' SUMMIEN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna hawnx biċċerija akkreditata għall-qtil ta' summien?", "Interpellant li f'Malta m'hawnx biċċeriji speċifikament approvati għall-qtil ta' summien skont ir-rekwiżiti tar-Regolament 853/2004.", "MEDIĊINA CONCERTA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 8675 dwar il-mediċina Concerta għal persuni li jbatu bl-ADHD, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid:", "(a) ladarba l-prodott ġeneriku alternattiv għal Concerta ma kienx effikaċi għalihom, x'se jagħmel il-Gvern sabiex jara li l-persuni involuti jingħataw aċċess għall-farmaċewtika effikaċi kemm jista' jkun malajr;", "(b) x'se jagħmlu t-38 persuna li applikaw biex jerġgħu jingħataw il-Concerta ġaladarba jidher li din tinsab out of stock sa Ġunju ta' din is-sena, filwaqt li l-prodott alternattiv ma kienx effikaċi għalihom;", "(ċ) min hi l-kumpanija li hija l-aġent u/jew timporta l-prodott ġeneriku li qed jingħata mill-Gvern bħala prodott alternattiv għal Concerta; u", "(d) kemm jiswa l-prodott ġeneriku meta mqabbel mal-prodott Concerta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, permezz taċ-Chairperson Kliniku fil-Psikjatrija, id-Dipartiment tas-Saħħa kkummissjona rapport ta' evidenza bbażat xjentifikament.", "Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżultati ta' dan ir-rapport indipendenti, id-Dipartiment tas-Saħħa jiddeċiedi dwar l-aħjar trattament li dawn il-pazjenti jkunu jeħtieġu fuq bażi ta' każ b'każ, skont il-kundizzjonijiet kliniċi tagħhom.", "Huwa pertinenti li wieħed jinnota li, għalkemm internazzjonalment ma kien hemm l-ebda kwistjoni bl-alternattiva ġenerika mogħtija mill-Gvern, minħabba li din hija liċenzjata għal kollox u użata f'pajjiżi oħra tal-UE, id-Dipartiment tas-Saħħa huwa mpenjat li jaġixxi fl-aħjar interess, saħħa u sigurtà tal-pazjenti.", "Barra minn hekk, id-Dipartiment tas-Saħħa huwa f'kuntatt mal-aġent lokali kif ukoll mal-importaturi esterni sabiex il-prodott tad-ditta (Concerta) jkun disponibbli fil-komunità malajr kemm jista' jkun.", "Il-prezz tal-prodotti tad-ditta u tal-prodotti ġeneriċi jvarjaw minn industrija għall-oħra u minn pajjiż għal ieħor; madankollu l-prijorità ta' dan il-Gvern mhix in-nefqa iżda l-benesseri tal-pazjenti tagħna filwaqt li ma jikkompromettix il-kompetizzjoni.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mobile classroom qed tintuża fl-iskejjel tal-primarja u kemm swew lill-Gvern biex ġew attrezzati?", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 8816 u 8817.", "GĦAWDEX – BINI TA' QORTI ĠDIDA", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6963 tal-24 t'Ottubru 2018, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?", "Interpellant li għaddej il-proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "MELLIEĦA U SAN PAWL IL-BAĦAR – FISH FARMS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b'mod favorevoli li jżid aktar fish farms u, jekk iva, jista' jindika preċiżament fejn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MELLIEĦA U SAN PAWL IL-BAĦAR – STUDJI DWAR FISH FARMS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji li setgħu saru mill-awtoritajiet konċernati dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta' aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8744, jista' l-Ministru jindika fejn huma allokati l-130 Childcare Centres tal-Free Childcare Scheme?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, b'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8744, il-130 Childcare Centre tal-Free Childcare Scheme huma allokati kif muri f'din it-tabella:", "STUDENTI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' tfal b'diżabilità u li għadhom imorru l-iskola?", "F'liema skejjel qegħdin jattendu?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jiċċara x'qiegħed jifhem b'diżabbiltà jew huwiex jirreferi għal studenti li għandhom statement of needs.", "POPOLAZZJONI TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' persuni b'diżabilità maqsuma f'age groups ta' taħt it-18-il sena, bejn 18 u 65 sena u 'l fuq minn 65 sena?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-popolazzjoni ta' persuni b'diżabilità, maqsuma fl-age groups illi qed ikunu indikati minnu, hija kif ġej :", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-residenti tal-Fgura jiġu pprovduti biTrasport Pubbliku fejn ix-xarabank tibda r-rotta vojta mill-Fgura, u dan peress li r-residenti tal-Fgura qed isibu xarabanks mimlijin jew kważi mimlijin fir-rush hours?", "IAN BORG: Ninforma lil Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.", "GOZO CHANNEL – SERVIZZI TAL-VAPURI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8782 dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Gozo Channel meta titlesta l-mina, tista' l-Ministru tgħidilna x'inhuma l-pjanijiet ta' diversifikazzjoni?", "X'servizzi se tkun qiegħda toffri l-Gozo Channel u kemm se jkun hemm bżonn ta' ħaddiema biex topera?", "X'vapuri se tuża jekk dawk li hemm bħalissa se jkunu waslu biex jinbidlu?", "Tista' l-Ministru tgħid kemm snin għad fadlilhom joperaw il-vapuri tal-Gozo Channel?", "Xi studji tekniċi saru, u meta ser jiġu ppubblikati, dwar il-mollijiet eżistenti li kif inti ddikjarajt \"huma biss kompatibbli mal-vapuri eżistenti\"?", "Interpellant li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva in vista tal-fatt li l-Gozo Channel trid titfa' l-offerta tagħha għat-tender tas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.", "QORTI – KAŻIJIET TA' SEWWIEQA POŻITTIVI GĦALL-ALKOĦOL", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet kriminali quddiem il-Qrati tagħna konnessi ma' sewwieqa li nstabu li kienu pożittivi għall-alkoħol meta sar fuqhom breathalyzer test fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika fir-rigward ta'sewwieqa li nstabu li kienu pożittivi għall-alkoħol meta sar fuqhom breathalyzer test.", "QORTI – KUNDANNA GĦAL KAŻIJIET TA' SEWQAN TAĦT L-EFFETT TAL-ALKOĦOL", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kundanni mill-Qrati ta' pajjiżna fuq każijiet marbuta ma' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol bejn l-2015 u l-2018?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta' każijiet marbuta ma' sewqan taħt l-effett tal-alkoħol.", "QORTI – KAŻIJIET TA' PERSUNI LI RRIFJUTAW IL-BREATHALYZER TEST", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet quddiem il-Qrati ta' pajjiżna ta' persuni li jkunu irrifjutaw li joqogħdu għall-breathalyzer test bejn l-2015 u l-2018?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta' persuni li jkunu irrifjutaw li joqogħdu għall-breathalyzer test.", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu s-Segretarju tal-Kunsill tal-Marsa Racing Club għas-sena 2019?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-Istatut u Regolamenti tal-Marsa Racing Club (1987), Sezzjoni A. Statut, Artiklu 7, is-Segretarju jinħatar kif ikkwotat hawn taħt:", "· Il-Kumitat ikun kompost minn tmien membri li tlieta minnhom jiġu eletti mill-membri tal-Għaqda tas-Sidien u Ġerrejja taż-żwiemel permezz ta' votazzjoni sigrieta.", "Il-Kumitat jinħatar minn sena għal sena u, minn fost dawn it-tmien membri, għandhom jinħatru s-Segretarju u t-Teżorier.", "Iċ-Chairman jiġi maħtur mill-Ministru.", "Mill-informazzjoni li għandi, s'issa s-Segretarju għadu ma ġiex maħtur minn fost il-membri.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARD – MEMBRI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: In segwitu għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 8672, 8673, 8674, jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess kollu tal-Grievances Boards sar bil-kunsens tal-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku u tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "Fl-istess ħin, it-tliet membri li servew fuq kull Grievances Board, inħatru abbażi ta' proċedura sanzjonata fl-2012 mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar użu ta' uffiċjali pubbliċi irtirati.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li f'dan il-proċess l-Uffiċċju tal-Ombudsman inżamm bħala possibbilità għall-appell f'każ li persuna ma qablitx mar-rakkomandazzjoni ta' xi wieħed mill-Grievances Boards.", "Id-dettalji mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AWTORITÀ GĦAT-TRASPORT F'MALTA – TBATTIL TA' EFFLUENT F'BOWSERS", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Awtorità għat-Trasport f'Malta torbotx lil dawk li għandhom liċenzja biex iġorru turisti/passiġġieri bil-baħar sabiex l-effluent jitbattal f'bowsers mal-wasla tagħhom lura max-xatt?", "Jista' jgħid x'verifiki jsiru biex dan ma jintremiex max-xatt bil-lejl?", "IAN BORG: Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, il-bastimenti kummerċjali li jġorru l-passiġġieri, fosthom turisti, għandhom obbligi skont il-liġi li ma jiddisponux mill-effluent fil-portijiet u viċin il-kosta.", "Barra minn hekk, l-Awtorità ħejjiet dokument li jissejjaħ Code of Practice for the Safety of Commercial Vessels, li għandu s-saħħa ta' liġi, li fih diversi miżuri li għandhom jittieħdu mis-sid jew mill-operatur u l-kaptan tal-bastiment, u li fosthom hemm ukoll prekawzjonijiet biex jitnaqqas kull tip ta' tniġġiż.", "L-Ispetturi tal-Port jagħmlu diversi spezzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-bastiment u, fost oħrajn, jivverifikaw kif jiġi dispost l-effluent minn dawk il-bastimenti li għandhom holding tank.", "Il-bastimenti li jġorru massa kbira ta' passiġġieri, bħal tal-Gozo Channel, ikollhom id-discharge valve issiġġillat biex jiġi aċċertat li l-effluent ma jintremiex il-baħar.", "Dawn il-bastimenti/operaturi għandhom arranġamenti skont il-liġi biex ibattlu l-effluent ġo bowsers sabiex jittieħed ġo faċilità approvata li tirċievi dan il-materjal jew jiġi dispost fis-sistema tad-drenaġġ prinċipali wara li jinħareġ permess mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "AWTORITÀ GĦAT-TRASPORT F'MALTA – SPEZZJONIJIET FUQ RIMI TA' EFFLUENT", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il spezzjoni saret mill-uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex jispezzjonaw kif qed jintrema l-effluent mill-bċejjeċ tal-baħar b'liċenzja li jġorru l-passiġġieri u t-turisti f'dawn l-aħħar ħames snin sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, f'dawn l-aħħar ħames (5) snin saru mal-mija u ħamsin (150) spezzjoni relatati mas-sigurtà tal-bastiment mill-Ispetturi tal-Port.", "Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġi ċċekkjat u vverifikat il-mod kif l-effluent jiġi dispost.", "L-Awtorità tinvestiga kull rapport ta' tniġġiż b'mod serju ħafna u tieħu azzjoni immedjata, kemm ta' infurzar kif ukoll legali, jekk jirriżulta li kien hemm xi ksur ta' xi liġi jew xi direttiva tal-Awtorità.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni fuq kemm ġew imwaħħla meters għal servizzi ġodda ta' dawl (jiġifieri mhux li nbidlu għal raġuni ta' ħsara jew meta saret il-bidla għal Smart Meters ) fl-2018?", "Jista' jaqsam din l-informazzjoni f'meters għal servizzi ġodda installati residenzjali u dawk kummerċjali?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li t-total ta' meters installati ġodda għal servizzi ta' dawl fl-2018 huwa ta' 9,430, fejn 6,498 minnhom kienu residenzjali, bil-kumplament ikunu kummerċjali.", "SENA SKOLASTIKA 2016 - 2017 – ASSENTEJIŻMU", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma marrux l-iskola matul is-sena skolastika 2016-2017 fil-livelli ta' kindergarten, primarja u sekondarja?", "X'kienu r-raġunijiet ta' dan l-assentejiżmu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella ta' hawn taħt tinkludi n-numru ta' studenti li fallew aktar minn 10 ijiem skola mingħajr awtorizzazzjoni matul is-sena skolastika 2016-17.", "Il-proċedura fl-iskejjel tal-Istat tirrikjedi li l-iskejjel jintervjenu meta student ifalli dan l-ammont ta' ġranet.", "Minħabba f'hekk numru ta' ġenituri jittellgħu wkoll fit-tribunali reġjonali.", "Ta' min jinnota li t-tfal huma legalment obbligati li jattendu l-iskola mill-Year 1.", "Ir-raġunijiet ta' dan l-assentejiżmu jvarja bejn fatturi tal-istudenti individwali, u fatturi fil-familja jew fl-iskola.", "It-tabella ta' hawn taħt tindika ftit minn dawn ir-raġunijiet:", "Ikun hemm ukoll studenti li fallew l-iskola b'awtorizzazzjoni.", "Dawn huma studenti li jkunu morda jew li jkollhom raġuni valida għala fallew l-iskola.", "Dawn ir-raġunijiet jinkludu mewt ta' familjari, sitwazzjonijiet familjari u anke safar bi skop edukattiv.", "AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ – INIZJATTIVI ORGANIZZATI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-inizjattivi li ġew organizzati mill-Aġenzija Żgħażagħ is-sena l-oħra?", "Fejn saru dawn l-inizjattivi?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAL FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – PERSUNI B'DIŻABILITÀ IMPJEGATI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm hemm persuni reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti/aġenziji/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika l-inizjattivi li qed iwettqu kull kunsill lokali sabiex ikunu aktar eqreb taċ-ċittadini tagħhom?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "QORTI – ŻGĦAŻAGĦ – OFFIŻI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra?", "X'offiżi wettqu dawn iż-żgħażagħ fir-rigward ta':", "d. ħsara volontarja; u", "e. ikkaġunar ta' feriti fuq persuni oħra?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "WIED IS-SEWDA – MOGĦDIJIET", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Billi f'Wied is-Sewda qed isir sfreġju ambjentali ieħor peress li l-mogħdijiet qed jiġu miksija bil-konkos u ser jinfetaħ aċċess għall-karozzi minn ġo nofs il-wied (hekk kif jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament) (anness fl-aħħar tad-dokument), jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux qed isir bil-permess tal-Environment and Resource Authority (ERA), jew jekk l-ERA tafx bih, jew jekk hux xogħol tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima jew tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, jew huwiex xi inizjattiva privata?", "JOSÉ HERRERA: Id-Direttorat tal-Compliance and Enforcement fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċieva lment dwar din il-materja matul il-ġimgħa li għaddiet u l-każ qiegħed jiġi investigat mill-uffiċjali tal-Awtorità.", "INIZJATTIVI BIEX JIĠI ELIMINAT IL-FAQAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3303, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ġie organizzat fiċ-Ċentri LEAP f'dawn l-aħħar sentejn immirati lejn dawk f'riskju ta' faqar sabiex dawn jakkwistaw ħiliet u għarfien dwar suġġetti bħal suġġett finanzjarju u dieta sana?", "Fejn u meta sar dan it-taħriġ?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn, l-2017 u l-2018, saru diversi inizjattivi immirati lejn dawk il-persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar sabiex dawn jakkwistaw l-ħiliet u l-għarfien neċessarju għall-ħajja.", "Il-lista ta' hawn taħt turi laqgħat organizzati fil-kommunità miċ-Ċentri LEAP.", "Minkejja dawn il-laqgħat, iċ-Ċentri LEAP jaħdmu wkoll mal-familji fil-bżonn permezz ta' interventi informali, kif ukoll permezz tat-tqassim tal-ikel ipprovdut mill-iskema FEAD (ko-finanzjat mill-UE) u l-programm SFFD (iffinanzjat mill-fondi nazzjonali).", "SAN PAWL IL-BAĦAR – SKOLA PRIMARJA ĠDIDA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Wara l-kummenti tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina, li minnu tagħmel parti l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, fejn ġie rrapportat li qal li f'każ li l-iskola l-ġdida tal-Qawra terġa' għat-tielet sena konsekuttiva ma tkunx lesta biex tilqa' fiha studenti sa Settembru 2019, \"mobile classrooms will not be the solution\", jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt l-iskola li kienet ippjanata li tinfetaħ sentejn ilu hijiex se tiftaħ fis-sena skolastika li jmiss?", "Jista' jgħid x'inhi s-soluzzjoni jekk id-deadline ma jintlaħaqx la l-Prinċipal mhux se jaċċetta aktar klassijiet temporanji ppostjati fil-bitħa tal-iskola?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, iva, l-Iskola Primarja tal-Qawra se tiftaħ il-bibien tagħha għall-ewwel studenti fis-sena skolastika li jmiss.", "Kif qal il-Prinċipal, il-klassijiet prefabbrikati tpoġġew fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar kważi erba' snin ilu u kienu parti mis-soluzzjoni, flimkien mal-użu ta' postijiet/partijiet oħra mill-Kulleġġ.", "Kif qal il-Prinċipal ma hemm l-ebda pjan li jitpoġġew iktar klassijiet prefabbrikati fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar imma jintużaw postijiet/partijiet oħra mill-Kulleġġ jekk jiġri li l-iskola ma tkunx tista' tintuża.", "SKOLA ĠDIDA TAL-QAWRA – PERITI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti tal-iskola l-ġdida tal-Qawra?", "Kemm qed jitħallsu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kumpanija ta' periti li qiegħda taħdem fuq il-proġett ta' bini ta' Skola Primarja ġdida fil-Qawra hi MED Design Associates Ltd.", "Infurmat li sal-aħħar tal-proġett dawn se jkunu tħallsu s-somma ta' €305,000 (VAT eskluża).", "SISTEMA EDUKATTIVA – PROFESSJONISTI LI RRIŻENJAW", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw professjonisti psikosoċjali mis-sistema edukattiva fl-aħħar sentejn (social workers, counsellors, career guidance, psychologists, prefect of disciplines eċċ)?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt:", "(Korrezzjoni: Ara dokument PL 2959 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f''Seduta 201, tat-Tnejn, 25 ta' Frar 2019)", "WIED IL-GĦAJN – SKOLA ĠDIDA – SPIŻA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-iskola l-ġdida ta' Wied il-Għajn?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istima tal-proġett hi ta' €6.2 miljuni.", "Madanakollu, bħalissa għadhom qegħdin isiru l-kontijiet finali.", "Ritratt marbut ma' mistoqsija parlamentari 8901"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190218_198d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 19 ta' Frar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, kemm saru annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Kemm minnhom kienu annullamenti ċivili u kemm minnhom kienu tat-Tribunal Ekkleżjastiku?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid, kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Tista' tgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx ta' ċittadinanza barranija u jekk iva mil-liema pajjiż?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm-il-tfittxija saret fuq karozzi u passiġġieri kemm fil-Port taċ-Ċirkewwa kif ukoll fil-Port tal-Mġarr mis-security imqabbda mill-Gozo Channel tal-kuntrattur minn meta bdew isiru dawn it-tfittxijiet sal-lum?", "Tista' tgħid kemm minnhom taw riżultat pożittiv u x'instab u kemm minnhom ġew riferuti lill-pulizija għal aktar investigazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, da parti tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea kienx hemm xi komunikazzjoni mal-Gvern Malti fir-rigward tal-impatt u l-ħtieġa li jittieħdu miżuri neċessarji sussegwenti għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta' Mejju 2016 fl-ismijiet Federation Of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) Et?", "Jekk kien hemm, jista' l-Ministru jippreżenta kopji tal-korrispondenza pertinenti inkluż jekk hemm it-tweġiba tal-Gvern Malti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8301, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar in-nefqa ta' €13,037 b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit għas-sena 2019 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Finanzi indirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 22 ta' Ottubru 2018?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwè fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija nefqa?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8299, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwè fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa f'reklami fuq is-social media, il-gazzetti u fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju dwar il-Baġit għas-sena 2019?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar il-Programm ta' Investitur Individwali bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern f'Tas-Sliema mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern f'San Ġiljan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-gvern fil-Gżira mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta ser joħorġu r-riżultati għal scholarship taħt l-iskema tat-TESS wara li saru l-interviews għal dawk li applikaw fl-2018?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk f'Malta u f'Għawdex għandniex biċċerija akkreditata għall-qtil ta' summien?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8557 u 8717 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8558 u 8718 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8559 u 8719 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8561 u 8721 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8562 u 8722 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8560 u 8720 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' omiċidju involontarju kien hemm f'każijiet ta' sewqan bejn l-2012 u l-2018?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru breathalyzer tests fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 u jista' jgħid ukoll għal kull sena kemm kien hemm każijiet minnhom li rriżultaw fil-pożittiv, fis-sens li sewwieqa kienu taħt l-effett tal-alkoħol?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu kampjuni tad-demm jew awrina għal preżenza ta' alkoħol skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 15E tal-Ordinanza Dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap 65 tal-Liġijiet ta' Malta għas-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8493 u jgħid kemm hawn kumpaniji privati li qegħdin jimpurtaw il-petrol għas-suq lokali, u mhux għall-bunkering?", "X'faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol jeżistu hawn Malta għall-kumpaniji privati għas-suq lokali?", "Fejn qegħdin dawn il-faċilitajiet u x'jistgħu jew x'għandhom jagħmlu dawn il-kumpaniji lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet?", "F'liema stadju wasalna rigward id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-Enerġija Rinovabbli fejn jidħol il-petrol hawn Malta?", "Il-Gvern biħsiebu jonora l-obbligazzjonijiet li ntrabat bihom fl-24 ta' Mejju 2011, Tabella 12, fil-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinovabbli?", "X'qed jistenna l-Gvern biex jintroduci jew iħalli kumpaniji privati jintroduċu fis-suq lokali l-petrol imħallat ma' 10 fil-mija ta' ethanol – E10, biex jonqsu l-emissjonijiet minn fuq il-230,355 vettura li jużaw il-petrol?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-proġett tas-Central Link, jista' l-Ministru jgħid:", "a. kemm huwa n-numru ta' bdiewa, sew full-time kif ukoll part-time, li sejrin jitilfu, jew se jkunu milquta fix-xogħol tagħhom kemm direttament kif ukoll indirettament bħala bdiewa;", "b. kemm-il tomna raba' maħduma se tinqered minħabba dan il-proġett;", "c. kemm-il ġibjun li jaħżen l-ilma, riżors li qed isir aktar rari u mfittex minn ġurnata għall-oħra, se jinqered biex jagħmlu wisa' għal dan il-proġett; u", "d. kemm-il siġra se tinqered biex ukoll tagħmel wisa' għal dan il-proġett?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Peress li f'Malta qed issir riċerka u trasmissjoni b'telekomunikazzjoni 5G minn ditta privata u peress li din il-ġenerazzjoni ta' komunikazzjoni hi maħluqa biex makni jkunu jistgħu jirrikonoxxu data li l-bniedem mhux kapaċi jlaħħaq magħha u għalhekk peress li hi daqshekk proċess rapidu, din tirrikjedi bandwidth ferm usa u ta' frekwenza ferm għolja u aktar antennas għat-trasmissjoni, u peress li hu fatt li dawn huma ta' ħsara lil ċertu ċittadini li huma sensittivi għall-electromagnatic waves u l-konsegwenza fuq is-saħħa pubblika għadha mhux għal kollox determinati, għalkemm l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) fl-2011 diġà kklassifikat l-użu tal-mobile 3G bħala riskju ta' 2B carcinogen, jista' l-Prim Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qed jittieħdu fis-settur tal-komunikazzjoni, immexxi mill-Ministeru tiegħek biex tħares is-saħħa tal-poplu Malti?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li fi gżira li hi popolata aktar milli suppost (overcrowded) qed jittieħdu dawn ir-riskji?", "Hemm ħsieb li tiġi emendata l-liġi tat-telekomunikazzjonijiet biex dan jitħares?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-Valletta 18, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sejħiet ta' direct orders?", "Kemm kienet iċ-ċifra tal-ispiża għal kull sejħa u lil min ingħataw meta nkrew sound systems għall-attivitajiet tal-Valletta 18?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji skont il-lokalità, sess u nazzjonalità li:", "a. talbu biex ma jiħdux sehem f'lezzjonijiet RE?;", "b. Kemm minnhom għamlu dan minħabba reliġjon?; u", "c. Kemm huma dawk l-istudenti li ppreferew li ma jattendux klassijiet RE u minflok għażlu Ethics Classes?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-blokka fejn hemm l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u servizzi oħra fl-Isptar San Luqa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din il-binja għandhiex tingħadda lil Steward Healthcare jew xi entità privata oħra bħala Public-Private Partnership (PPP)?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena u nofs, kemm-il darba bħala Ministru awtorizza li jkun hemm żieda fil-kwantità ta' tonn li setgħu jinżammu fil-fish farms fl-ibħra Maltin?", "Jista' jgħid din iż-żieda kif ingħatat għal kull sid ta' Tuna Fish Farm?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid wara li l-Kummissjoni Ewropea għamlet audit tal-fish farms Maltin f'Ottubru li għadda, u sabu 'a number of shortcomings', x'miżuri kien ħa bħala Ministru?", "Jista' jgħid x'ħidma saret mill-Ministeru rispettiv biex jiffaċja dak l-audit?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi kien qed jieħu l-Ministeru tiegħu sabiex jaċċerta li dawk kollha involuti fl-industrija tal-akwakultura (tuna farms) ma kinux qed ikollhom żieda ta' tonn fil-gaġeġ tagħhom, peress li tali kwantità kienet aktar milli legalment kellhom dritt li jkollhom?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji involuti fl-akwakultura (sidien ta' tuna farms) li qed joperaw fl-ibħra Maltin?", "Jista' jgħid kull kumpanija b'kemm qabżet il-kwota li suppost kellhom li jieħdu ħsieb li jżommu fit-tuna farms tagħhom?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kif skont qed jiġi rrappurtat li l-individwu A li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien qal li kellu jiltaqa' mal-Ministru, kienx hu l-Ministru li aċċetta li jiltaqa' miegħu u li riżultat ta' dik il-laqgħa bejnu (il-Ministru Herrera u l-individwu A msemmi separatament) il-kwota tat-tonn żdiedet għal 4,000kg minn 3,000kg?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk din il-laqgħa, li fiha huwa rrapportat li grazzi għaliha l-kwota tat-tonn żdiedet, kenitx megħjuna biex issir, mill-persuna B li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6705 u 3427 u jgħid kemm hawn single mothers reġistrati?", "Kemm minnhom jaħdmu?", "Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta' income?", "Kif inhi komposta l-familja tagħhom?", "Kemm għandhom tfal?", "Kemm hawn single mothers li huma f'riskju ta' faqar (jew qegħdin fil-faqar)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' għalliema fil-qasam edukattiv u f'liema suġġetti hemm dan in-nuqqas?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li telqu l-iskola qabel ma' għalqu l-eta' ta' 16-il sena fis-sena 2017 u fis-sena 2018?", "Kemm kellhom żmien dawn l-istudenti li ma baqgħux jattendu l-iskola?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8659, jista' l-Ministru jindika r-rakkomandazzjonijiet li għamlet l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali u lil liema Dar Residenzjali tal-Anzjani għamlet dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi aċċertat li s-servizzi mogħtija minn dawn id-Djar Residenzjali jkunu ta' kwalità għolja?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Proġett ta' Restawr tal-Fanal tal-Ġordan ġewwa Għawdex?", "Kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu kuljum u x'inhu l-grad tagħhom?", "F'liema xahar u sena huwa ppjanat li jitlesta dan il-proġett?", "Kemm kienet in-nefqa s'issa fuq dan il-proġett?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders għax-xogħol fuq l-iskola ta' Wied il-Għajn?", "Liema kienu dawn id-direct orders?", "Lil min ingħataw?", "F'liema dati ngħataw?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta kienet imwiegħda li tinfetaħ l-iskola ta' Wied il-Għajn u fil-fatt meta nfetħet?", "Għaliex kien hemm dan id-dewmien?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mal-2,000 barrani li f'Novembru tas-sena l-oħra nqabdu jaħdmu bla permess waqt spezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Jobsplus?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32038 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizzi mogħtija mill-NGOs Inspire u Equal Partners lil 305 student fl-iskejjel tal-Istat humiex bil-ħlas jew le?", "Jekk iva, kemm huwa l-ħlas għal dawn is-servizzi?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li għandhom impjieg mal-Gvern?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2566 u jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' benefiċjarji li huma mill-faxxa tal-faqar u l-esklużjoni soċjali f'kull Ċentru ta' Riżorsi tal-Familja?", "X'tip ta' għajnuna regolari qed tingħata lil dawn il-benefiċjarji minn dawn iċ-Ċentri u kemm hija l-ispiża ta' kull sena biex jitmexxa l-Programm LEAP?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Courts Section immexxi mill-Aġenzija Appoġġ?", "X'għandha tagħmel persuna biex titlob għajnuna sabiex tingħata dan is-servizz?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għal-mistoqsija parlamentari 28194 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jelenka lista dettaljata aġġornata tal-indirizzi, eċċ. tal-aġenziji u taqsimiet kollha li hemm fil-qasam socjali li huwa responsabbli minnhom?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazjoni finanzjarja tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann kull sena bejn l-2008 u s-sena 2018?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 63 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika - Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi.", "Abbozz Nru 67 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tielet Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari - Ministru għal Għawdex.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Votazzjoni fuq it-Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.", "18 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Frar 2019, fit-3.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 19 ta' Frar 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Frar 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Frar, 2018 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "18 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190219_199a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 19 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 19 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 19 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 198, li saret fit-18 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Dalgħodu l-laqgħa tal-Kabinett saret fis-Riserva Naturali tas-Salina.", "Nieħu gost nara ħidma bejn il-Gvern, l-NGOs lokali u għaqdiet oħrajn.", "Jista' l-Ministru jgħidilna iktar dwar x'inhi t-triq 'il quddiem u jekk hux se naraw iktar kollaborazzjoni simili għal dik li għadni kif semmejt?", "JOSÈ HERRERA: Dalgħodu l-laqgħa tal-Kabinett inżammet fil-Park tas-Salini, li hu wieħed miż-żoni li ġew senjalati bħala sit ta' Natura 2000 u li qed jiġi ġestit minn BirdLife bi ftehim mal-Ministeru.", "Dan hu wieħed minn 30 sit ta' Natura 2000, li b'kollox għandek madwar 13% mit-territorju ta' Malta.", "Wara li ntgħażlu s-siti ta' Natura 2000, l-ERA bl-għajnuna ta' NGOs u ENGOs, għamlet il-management plans ta' dawn is-siti, u bil-mod il-mod qegħdin nimplimentawhom.", "Uħud minn dawn is-siti qegħdin jiġu mogħtija lill-NGOs biex jamministrawhom huma, u xtaqt nirringrazzjahom tal-koperazzjoni tagħhom.", "Bħalissa qed isir studju profond bl-għajnuna tal-istess ENGOs biex inkattru iżjed siti ta' Natura 2000.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, għall-ewwel darba se nkun f'pożizzjoni li nħabbar li se nagħti numru ta' kuraziji lil numru ta' NGOs oħrajn.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent, se jibda jsir kif nimxu fis-settur tal-kultura, fejn il-Ministeru responsabbli mill-kultura jagħti kuraziji lill-NGOs biex imexxu u jieħdu ħsieb ċerti siti.", "S'issa konna nagħmlu biss management agreement ma' dawn l-NGOs, però dehrilna li kellna nbiddlu l-liġi.", "L-Oppożizzjoni vvotat favur biex inkunu nistgħu nibdew nagħmlu dan u fil-ġimgħat li ġejjin se nmexxu 'l quddiem din it-tip ta' aġenda.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Ladarba bdiet l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li saru, jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fil-preżent fil-Ministeru u fid-dipartimenti kkonċernati, u x'miżuri qegħdin jittieħdu biex din il-Kamra tingħata konfort li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji u tingħata risposta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Tista' tispeċifika fuqiex inhi d-domanda?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Qed nirreferi għall-allegazzjonijiet li saru fuq tixħim u mismanagement fit-tonn u l-fish farms u s-sospensjoni tad-Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet u x'investigazzjonijiet oħra qegħdin isiru biex jaraw li finalment ikun hemm is-serjetà?", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek informazzjoni dwar din il-mistoqsija?", "JOSÈ HERRERA: Kumbinazzjoni llum stess saruli numru ta' domandi parlamentari u kelli l-okkażjoni li nwieġeb 80% tad-domanda li saritli minnu bil-miktub, u weġibt oħrajn li saruli minn diversi deputati.", "Skont il-proċedura taċ-Ċivil, bħalissa ġie appuntat Aġent Direttur, għaliex ovvjament biex tappunta Direttur, ma tistax taqbad tagħżel lil min trid u tappuntah mill-ewwel, imma trid tagħżel l-iktar persuna anzjana fi ħdan id-Dipartiment.", "F'dan il-każ, hemm is-Sur Randall Caruana li qed jaġixxi bħala Aġent Direttur.", "Dwar il-kwestjoni tal-allegazzjonijiet li saru, nista' nassigura li kull meta sibna xi ħaġa irregolari, id-Dipartiment dejjem mexa kif għandu jimxi u saru r-rapporti relattivi lill-Pulizija.", "Issa jekk on the ground kien hemm abbużi, jien diġà kelli l-okkażjoni ngħid li, li qed jiġri hu li jien u l-Onor.", "Clint Camilleri flimkien mat-tim tagħna – u qed nieħdu nota ta' dak li qed tgħidilna l-Unjoni Ewropea – qed naraw kif nistgħu nimplimentaw reviżjoni pjuttost approfondita tal-metodoloġija li qed tintuża f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispettorat fi ħdan ir-regolatur.", "Ħafna mil-liġijiet li hemm huma tajbin u ma nbidlux.", "Kif għidt fit-tweġiba, l-uniċi liġijiet li saru kienu biex jissaħħaħ l-aspett regolattiv.", "Jidher li għalkemm hemm il-qafas legali, on the ground jista' jkun hemm xi nuqqasijiet.", "Wieħed irid japprezza wkoll li ħafna minn dawn in-nuqqasijiet setgħu saru on the high seas sitt mili 'l bogħod u bir-riżorsi li għandu d-Dipartiment mhuwiex daqstant faċli li jispezzjona bl-iktar modalità xierqa.", "Naturalment, meta naslu biex inħabbru r-riformi li se jsiru, inkun l-ewwel wieħed li nħabbar din ir-riforma li hemm bżonn issir.", "Minn dak li qalulna fl-aħħar audit li sar, kellna nuqqas ta' personal, mhux fis-sens ta' casual workers, imma ta' nies speċjalizzati.", "Pereżempju, mhuwiex faċli li ssib għaddasa.", "Ħriġna sejħa għall-applikazzjonijiet biex insibu għaddasa li jagħmlu dawn it-tip ta' spezzjonijiet, imma ma applika ħadd.", "Ħriġna wkoll sejħa għal min jifhem f'xi ħaġa oħra, imma mhuwiex daqstant faċli li ssib nies ta' kwalità li jkunu disposti li joperaw ċertu xogħol.", "Wieħed jista' jirrikkmanda li jagħmel subcontracting, u bħalissa mexjin f'dik id-direzzjoni.", "Pereżempju, jekk għandek bżonn għaddasa, jew nies biex joħorġu bid-dinghies billejl, li jista' jsir biex tkun iktar effettiv hu li tfittex nies li jagħmlu dan ix-xogħol b'kuntratt mis-settur privat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ilbieraħ il-Ministru flimkien mal-Ministru Joe Mizzi li hu responsabbli mill-Immaniġġjar tal-Ilma, wara li sar rapport, nieda pjan bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea biex ma jintilifx l-ilma tal-pjan u din ir-riżorsa tiġi mħarsa.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru tiegħu biex jgħin il-biodiversità, biex jgħin l-ekonomija ċirkolari li jħobb isemmi ħafna, u biex jgħin il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi b'mod ġenerali?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Nirringrazzjak ta' din id-domanda.", "Ilbieraħ nidejna wieħed mill-proġetti interessanti li jsiru minn Ambjent Malta b'koperazzjoni mal-Ministru Joe Mizzi, dwar il-widien.", "Nixtieq li t-titlu tal-Unit kien bil-Malti, imma qiegħed bl-Ingliż u jissejjaħ Valley Management Unit.", "F'din il-leġiżlatura ġie assenjat lill-Ministeru tiegħi, u naħseb li kienet ħaġa tajba, għax huwa parti integrali u importanti ħafna tal-kapital naturali ta' pajjiżna.", "Ta' min igħid, għax jien lanqas kont naf, li f'Malta u Għawdex għandna kważi 50 wied ta' portata.", "L-ewwel ħaġa li għamilt kienet task force biex innaddfu dawn il-widien, inneħħu s-siġar, l-arbuxelli u l-pjanti aljeni, u nħawlu siġar u arbuxelli endemiċi għal Malta.", "Irranġajna l-ħitan tas-sejjieħ u komplejna nirranġaw dawn il-widien li kienu ilhom mitluqin għal ħafna snin.", "Fil-fatt, ħriġna mijiet ta' eluf ta' tunnellati ta' waste material minn dawn l-inħawi.", "Problema kbira li hemm fil-widien hija l-passaġġ tal-ilma, li semma l-Onor.", "Zammit Lewis, għax l-iżvilupp li sar matul l-aħħar 50 sena, tajjeb jew ħażin, effettwa dawn l-encatchments, allura ddeċidejna li nidħlu fi programm fejn għandna investiment ta' kważi €3 miljuni.", "Għażilna madwar 12-il wied, li wieħed minnhom huwa Wied Għomor u nidejna l-proġett ġo Wied Għomor.", "Ambjent Malta assenjat ħames esperti għal dan il-proġett, apparti l-ħaddiema l-oħra, li l-iskop tiegħu bażikament hu li l-ewwel isir studju profond dwar kif għandu jgħaddi l-ilma bla ma jiġi bblokkat u jkun jista' jsir l-encatchment tal-ilma.", "Ma ninsewx li ħafna minn dan l-ilma jinżel ukoll fl-akwifer, jiġifieri araw kemm huma importanti l-widien tagħna.", "Dawn għandhom mandat ta' sena, imbagħad meta jkollna l-informazzjoni, nagħżlu tliet widien u nibdew nimplimentaw dak li hemm bżonn isir skont id-data li nkunu ġbarna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Ladarba l-Ministru għadu kemm spjega li anke fl-audit kien sar magħruf li m'għandux il-personal meħtieġ biex ikun jista' jivverifika u jissorvelja jekk in-numru tat-tonn maqbud ikunx qabeż il-kwota, kif jista' jaċċerta lill-Kamra li fil-preżent m'hemm l-ebda operatur li qabeż il-kwota, meta ġie rrapportat li kull wieħed mill-operaturi qabeż il-kwota?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Id-dikjarazzjoni tiegħek hi erronja.", "Fil-fatt, mhux se nirrispondik issa, għax diġà weġibtek bil-miktub u skont id-data ma jirriżulta minn imkien li kien hemm xi żieda fil-kwoti.", "Jiġifieri dik hi dikjarazzjoni arbitra u mhijiex ibbażata fuq xi data.", "L-audit ma tantx ilu li ħareġ u kien qed jiġi studjat u eżaminat internament mid-Dipartiment.", "Tinsiex li mhux jien namministra d-Dipartiment per se, imma ċ-Ċivil, il-Kap taċ-Ċivil.", "Lili jagħtuni l-audit li nirreferih lit-tim tiegħi u ngħidilhom biex jaraw kif se jagħmlu pjan biex jimplimentawh.", "Fil-fatt l-akbar kritika li saret kienet dwar in-nuqqas ta' personal, però ninsab informat li b'mod regolari qegħdin joħorġu talbiet biex jiġu ngaġġati n-nies skont il-proċedura taċ-Ċivil.", "Issa jekk ma japplikawx nies, l-unika triq li hemm, u hekk se nimxu, hi li wieħed jalloka parti mill-flus li hemm biex nibdew ningaġġaw in-nies permezz ta' kuntratti.", "Wara kulħadd għaref, imma ħadd ma jkun jaf x'qed isir eżatt fil-periferija ta' fejn qegħdin joperaw dawn il-pans.", "Naturalment, la ma sibniex nies biex ningaġġaw b'mod dirett miċ-Ċivil skont ma jien awtorizzat li nagħmel u skont is-sejħiet li għamilna, dik kienet l-unika alternattiva.", "Wara li ddiskutejt mal-Onor.", "Clint Camilleri, mas-Segretarju Permanenti u ma' kulħadd iddeċidejna li nagħmluha.", "Stajt għamiltha qabel, imma se nagħmluha issa, għax issa ddeċidejna li din hi l-aħjar triq 'il quddiem.", "Dan ma tistax tagħmel kollox f'daqqa.", "Din id-darba jien responsabbli direttament minn Ambjent Malta.", "Meta bdejt nieħu ħsieb Ambjent Malta kien ikolli lmenti ħafna agħar minn dawn.", "Ma kenux fuq il-headlines bħal dawn, imma kienu jsiru rapporti fuq min jarmi materjal illegali f'xi wiedien, fuq min jopera scrapyard mingħajr permess, u oħrajn.", "Jiġifieri kont inondat b'mod esaġerat b'dawn it-tip ta' problemi għax l-ERA ma kellhiex enforcement unit.", "L-ERA kienet tgħid li trid tinforza l-liġijiet ambjentali tagħha, u jiena niġi kkritikat kontinwament għal sena sħiħa.", "Inti kont Segretarju Parlamentari u suppost taf li fiċ-Ċivil l-affarijiet ma jsirux mil-lum għal għada.", "Dan mhux qed niġġestixxi kumpanija privata jew ditta legali, kif kont nagħmel qabel, u dak li niddeċiedi filgħodu nagħmlu.", "Fiċ-Ċivil trid tikkonvinċi, tiddiskuti u tieħu l-pariri, għax hekk jimxi.", "Fl-ERA għamilna enforcement directive u f'dan il-każ ukoll mhux se jkunu ħaddiema tal-Gvern, imma se noħorġu ingaġġ permezz ta' kuntratt, għax weħilna.", "Allura qbadna u ħriġna tender biex xi ħaddieħor jipprovdilna l-personal.", "Issa mal-ERA se jkollna 80 ruħ li xogħolhom se jkun biss l-infurzar.", "Naħseb li l-mod kif imxejna fl-ERA huwa l-mudell li wieħed irid jimxi fuqu f'dak li għandu x'jaqsam mal-awtorità regolatorja l-oħra, id-Dipartiment tas-Sajd, għax dak mhuwiex biss dipartiment imma huwa dipartiment regolatorju.", "Ma nistax nindaħal b'mod dirett, imma rrid nasal magħhom bil-mod il-mod.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Kif ġie rrapportat fuq id-diversi media, illum waqt laqgħa tal-Kabinett il-Ministru ħabbar li se jkun qed isir proġett kbir t'afforestazzjoni fin-naħa t'isfel ta' Malta fl-inħawi ta' Birżebbuġa u Bengħajsa, fejn se jkun hemm numru kbir ta' siġar.", "Verament nieħu pjaċir nisma' aħbar bħal din.", "Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar dak li tkellem fuqu dalgħodu vis-a-vis dan il-proġett?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Nirringrazzjak għal din id-domanda, u qabel xejn xtaqt nirringrazzja lill-Prim Ministru talli aċċetta u qabel miegħi li ninnegozja mal-awtoritajiet ikkonċernati biex nagħmel proġett t'afforestazzjoni fuq medda kbira ta' art fin-naħa ta' Bengħajsa, iż-żona ta' lqugħ fejn hemm il-Freeport u fejn hemm il-villaġġ ta' Birżebbuġa.", "Jien iltqajt mal-Planning Authority, mal-ERA u mal-Awtorità tal-Artijiet, rajna kif l-aħjar li jsir, u fl-aħħar sibna medda ta' art kbira ħafna fejn nista' nagħmel proġett massiċċ ta' afforestazzjoni.", "Għall-bidu li ħadt dan il-Ministeru, kont nara ħafna art u ħsibt li hu faċli li naqbdu u nagħmlu afforestazzjoni kullimkien, però fil-verità mhuwiex daqshekk sempliċi u ili nispjega għalfejn.", "Għax ħafna mill-art li għandna, għalkemm hi tal-Gvern, tista' tkun imqabbla u tkun qed tintuża għal xi ħaġa oħra.", "Wieħed irid jara wkoll jekk hijiex tal-Knisja, għax ġieli jkollok żona li parti minnha tkun meħuda għal xi farm, f'parti oħra jkun hemm għalqa, u parti tkun tal-Gvern, jiġifieri mhuwiex daqshekk faċli li tagħmel dawn il-proġetti t'afforestazzjoni.", "Provvista ta' siġar endemiċi għandna għax għandna żewġ nurseries kbar li jipprovdu arbuxelli u siġar endemiċi Maltin jew Mediterranji.", "Irrid nirringrazzja lil ħafna kumpaniji, speċjalment kumpaniji fil-gaming u s-servizzi finanzjarji, banek u oħrajn li jkunu jridu jgħinu u jagħtuna s-siġar.", "Aħna nagħmlu proġetti magħhom, imma xi kultant ma jidhrux, għax, pereżempju, tagħmel tomna, tomna u nofs, jew tliet kwarti ta' tomna u allura ma jkunx xi proġett massiċċ.", "Proġett kbir li għamilna kien f'Għawdex, fejn għamilna 18-il tomna, u issa se nagħmlu 18-il tomna oħra biex ikollna kważi 50 tomna t'afforestazzjoni.", "F'Kemmuna għamilna wkoll u fil-Buskett kabbarna u mlejna l-irqajja' li kien hemm.", "Se nagħmlu proġett ieħor sostanzjali fin-naħa tas-Salini, fejn kienet se tiġi żviluppata skola, però l-Gvern iddeċieda li skont il-kredenzjali ambjentali tiegħu, ikun aħjar li dan il-post ngħaqqduh mal-Park tal-Familja u mal-Park tas-Salini biex ikollna medda ta' art hemmhekk.", "L-idea hi wkoll li eventwalment is-Salini tingħaqad mal-park biex ikollok il-Park tas-Salini, taqsam dirett għall-Park tal-Familja, imbagħad ikollok l-afforestazzjoni l-oħra.", "Jiġifieri dan se jkun proġett massiċċ sabiħ ħafna bejn il-Qawra u Buġibba.", "Jiena kont għidt li nixtieq nagħmel buskett żgħir.", "Fil-verità buskett ħafna ikbar.", "Naħseb fl-aħħar irnexxieli nagħmel dan il-buskett żgħir fin-Nofsinhar ta' Malta!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Inħossni sodisfatt meta nisma' lill-Ministru jieħu r-responsabbiltà politika ta' dak li jagħmel, imma l-istess Ministru ma jistax jiġi hawn u joqgħod idurilna mal-lewża u jgħid li ma kellux persunal biex jivverifika u jissorvelja.", "Il-Ministru jerfa' r-responsabbiltà politika li l-Kumitat tas-Sajd ma ltaqax mill-elezzjoni sal-ġurnata tal-lum?", "Il-Ministru jerfa' r-responsabbiltà politika li meta kellu l-persunal nieqes, jidher li m'għamel xejn biex ikollu l-persunal meħtieġ?", "Il-Ministru jerfa' r-responsabbiltà politika li filwaqt li qed jgħid li ma kienx hawn żieda fil-kwota tat-tonn, qed jiġi rrapportat li fil-preżent hemm żieda fil-gaġeġ?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Fuq iż-żieda tal-gaġeġ tat-tonn, nerġa' ngħidlek li dik id-domanda weġibtha.", "Aqra r-risposta u jkollok ir-risposta eżatta.", "M'hemm l-ebda żidiet.", "M'iniex se nerġa' nirrispondiha, għax qiegħda bil-miktub u se nibqa' ngħidlek l-istess ħaġa.", "Qed ngħidlek li m'hemmx żieda!", "Jien m'iniex ngħid m'hemmx persunal, imma ċ-ċirkostanzi wrew li m'hemmx biżżejjed.", "Fid-dinja, il-politika u l-amministrazzjoni huma proċess kontinwu.", "Illum tinqalagħlek problema hawn u għada tinqalagħlek problema hemm, għax mhux kollox hu plain sailing.", "Kieku tajjeb ikun kieku kollox plain sailing, però fil-verità meta tkun qiegħed f'din il-kariga – mhux qed ngħid li tiddejjaq għax there's never a dull moment, però it's a very stressful position – dejjem tinqalagħlek xi problema li lanqas tkun taf minn fejn ġejja.", "Ġieli tieħu gost u xi kultant tirrabja, imma l-problemi jinqalgħu l-ħin kollu.", "Issa nqalgħet din il-problema, u wieħed irid isolviha.", "M'hemmx għalfejn wieħed jippolarizzaha żżejjed.", "Dan sempliċement inqala' inċident.", "Il-kwestjoni tal-infurzar jidher li kienet problema u allura trid tiġi indirizzata.", "Issa, għar-raġunijiet li semmejt, jidher li bil-mod tradizzjonali ma wasalniex u għalhekk irridu nindirizzawha bl-uniku mod li baqgħalna.", "Rigward il-Kumitat tas-Sajd, l-ewwel nett xtaqtek taqra ftit it-terms of reference tiegħu, għax jekk mingħalik li dan il-kumitat hu xi watchdog fuq il-fisheries, assolutament mhuwiex hekk.", "Jiġifieri kieku xogħol dan il-kumitat hu li jaġixxi bħala regolatur tal-fisheries, dak in-nuqqas kien ikun ta' min jikkritikah fiċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Jien mhux qed nikkritikak talli qajjimt dan il-punt, jiġifieri kieku kont minflokok kont nagħmel l-istess.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili ftit.", "Dwar dan il-kumitat qed ngħidlek biex l-ewwel tara x'inhu xogħlu ħalli ma nallarmawx lin-nies u ma noħolqux sensazzjoni li hemm xi awtorità regolatorja jew xi bord regolatorju li ma ġiex appuntat.", "Dan huwa bord b'poteri u b'influwenza de minimis ħafna u xogħlu hu biss li jissuġġerixxi xi ideat lis-Segretarju Parlamentari responsabbli.", "Ngħidlek biss li fi ħdan dan id-dekasteru, bejn il-fisheries u l-animal welfare hemm kważi 50 bord u mhuwiex daqshekk faċli li tappuntahom kollha f'daqqa.", "Nista' ngħid li l-bordijiet illum kważi kollha huma appuntati.", "Jista' jkun li għad hemm xi bord li mhuwiex appuntat, imma pereżempju biex għażilna Kummissarju għall-Annimali domna niddiskutu madwar seba' xhur, imbagħad appuntajnieh.", "Biex appuntajna l-Bord tal-Animal Welfare domna numru ta' xhur biex għażilna n-nies.", "Jiġifieri għandek proċess kontinwu biex tappunta numru sostanzjali ta' bordijiet, li llum 95% minnhom ġew appuntati u qegħdin jiffunzjonaw.", "Dan kien wieħed minn minoranza assoluta ta' bordijiet li wara l-elezzjoni jkunu rriżenjaw u jkun għadu ma ġiex riappuntat.", "Nassigurak li meta ġie għal konoxxenza tiegħi li dan il-bord mhuwiex nominat, tajt direzzjoni u semmejt xi nies li jistgħu jiġu appuntati biex dan il-bord jiġi appunat mill-aktar fis possibbli.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-funzjonijiet tal-Fisheries Board humiex regolatorji u investigattivi?", "Għax skont il-liġi li ġie appuntat taħtha, li hi Kap. 425, ma jidhirx li għandu poteri la ta' skrutinju, la regolatorji u lanqas investigattivi.", "Jekk hu hekk, jista' l-Ministru jikkonferma x'inhuma b'mod sempliċi u fil-qasir, wieħed wara l-ieħor, il-funzjonijiet ta' dan il-bord?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Nista' nikkonferma li l-funzjoni ta' dan il-bod la hu investigattiv, la regolatorju u lanqas għandu poteri ta' sorveljanza.", "Huwa bord, fost numru ta' bordijiet oħra.", "Pereżempju, għandna bord fuq l-inbid, għandna bord ieħor biex jagħtina pariri fuq x'tip ta' erbiċidi wieħed jista' juża, u dan huwa bord pjuttost tekniku li l-iskop tiegħu hu biss li jagħti pariri lill-Gvern dwar x'jista' jsir biex wieħed isaħħaħ u jtejjeb l-industrija tas-sajd.", "Jidher li jista' jkun hemm diffikultà lil min tappunta, għax ma tistax taqbad u tappunta lil min trid.", "Trid tappunta rappreżentant tal-operaturi tal-fish farms u għandek erba' jew ħamsa biss, allura ma tkunx taf lil min se taqbad tappunta.", "Trid tappunta lil xi ħadd mir-retail, imma ħadd ma jkun irid joqgħod fuq il-bord, għax min hu tal-ħanut ma jkunx irid.", "Trid rappreżentant mill-Għaqda tas-Sajjieda, u hemm tnejn miġġeldin bejniethom, allura ma tafx lil liema għaqda se tgħid.", "Mhux qed ngħid li ġara hekk, imma nista' nimmaġina għalfejn forsi d-dekasteru tiegħi għadu m'appuntax dan il-bord, però qed ngħid li jien u l-Onor.", "Clint Camilleri tajna direzzjoni ċara lill-Ministeru tiegħi biex dan il-bord jiġi appuntat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Fid-9 ta' Ġunju, 2017 ġie ppreżentat lill-Ministru rapport dwar inkjesta mmexxija miċ-Chairperson Dr Paul Cachia dwar l-operat tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, li jikkonċerna l-permessi u l-kontrolli fuq l-operat tal-fish farms tat-tonn.", "Nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet fil-qosor.", "Jista' l-Ministru jgħid xi rriżulta minn din l-inkjesta u jekk huwiex lest li jippubblika r-rapport ta' din l-inkjesta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "JOSÈ HERRERA: Jien ma nsib l-ebda diffikultà li nappunta din l-inkjesta.", "Din l-inkjesta għamiltha jien stess, fil-vesti tiegħi bħala Ministru, għax kienu saru xi lmenti meta kont għadni dieħel fil-kariga u għidt li l-aħjar ħaġa hi li nagħmel inkjesta ministerjali biex nassigura.", "Nista' ngħid ukoll min hu ċ-Chairperson, għax jien ma naħbix, għandi fiduċja fih u kultant nużah għal dawn l-affarijiet.", "Qed nirreferi għall-Avukat Paul Cachia, li ħtartu, għamel l-inkjesta, tajtu terminu ta' żmien biex jagħmilha u ħareġ b'żewġ rakkmandazzjonijiet.", "Waħda minnhom kienet il-mod ta' kif ikejlu l-ħut.", "Tajt direzzjoni li dik il-liġi tiġi emendata adegwatament, u hekk sar.", "Is-suġġerimenti tekniċi f'dak ir-rapport ġew implimentati kollha.", "Waħda minnhom kienet fuq kif tiżen il-ħut, li hi xi ħaġa teknika li lanqas naf nispjegaha, però jekk issir domanda nkun nista' nispjegaha.", "Kif tawni l-inkjesta għaddejtha liċ-Ċivil u tajthom direzzjoni biex jimplimentawha.", "Fuq l-aspett tekniku tagħha ninsab informat li dawn ir-rakkomandazzjonijiet kollha ġew adottati.", "Fil-ġurnali dehret xi ħaġa dwar conflict of interest ta' ċerta persuna kunjomha Spiteri.", "Hawnhekk irrid niċċara xi ħaġa.", "Jien ma nafhiex u qatt ma ltqajt magħha, imma rriżultali li din apparentement għandha kariga ta' Assistent Direttur jew Direttur fid-Dipartiment tas-Sajd u għandha parentela ma' xi wieħed mill-operaturi.", "Iċ-Chairperson fir-rapport tiegħu ma qalx li din għamlet xi ħaġa illegali, jew li kisret xi liġi, jew li għandha tiġi trasferita, imma ġie rrakkomandat li biex l-affarijiet jidhru iktar trasparenti, il-kariga tagħha m'għandhiex tkun dik.", "Jien kont issuġġerejt u tajt direzzjoni li m'għandhiex tibqa' f'dik il-kariga u fil-fatt ġejt informat – kif deher anke fil-ġurnali - li jekk il-kariga tagħha kienet relatata mal-aspett regolatorju, hi kienet se titneħħa mill-aspett regolatorju biex ma jkollhiex say f'dak li għandu x'jaqsam mar-regolamentazzjoni tad-Dipartiment.", "Fil-fatt tawha xogħol differenti li m'għandux x'jaqsam mal-aspett regolatorju.", "Jekk tagħmluli domanda biex nippreżenta dan ir-rapport, ma nsib l-ebda diffikultà li nagħmel dan.", "Però f'dan il-mument mhux qiegħed miegħi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Ministru, jien twelidt u ngħix f'lokalità mibnija bejn żewġ widien u l-widien huma għal qalbi ħafna.", "Naf li lbieraħ nidejt proġett għall-ħarsien tal-widien, li se tkun qed tieħu ħsiebu Ambjent Malta.", "Xtaqtek, jekk jogħġbok, tagħtina iktar informazzjoni dwar dan.", "L-ISPEAKER: Ministru, fil-qosor jekk jogħġbok, għax sar il-ħin.", "JOSÈ HERRERA: Nieħu pjaċir b'domanda bħal din.", "Meta tkun f'dan il-Ministeru għall-ewwel tiffrustra ruħek, imbagħad ċerti affarijiet tieħu gost bihom.", "Jien qatt ma kont naf li l-widien tagħna, by far and large, għadhom fi stat raġonevolment tajjeb.", "Minkejja li għandna popolazzjoni kbira u investiment qawwi, il-maġġoranza tal-widien tagħna għadhom natural kapitali tagħna, għall-grazzja t'Alla, imma dan ma jfissirx li kienu fi stat tajjeb, speċjalment dak il-wied li qed issemmi f'Ħal Qormi.", "Hemmhekk għandkom żewġ widien, li huma tnejn mill-widien li indirizzajna.", "Aħna sibna li kien hemm Valley Management Unit fi ħdan dekasteru ieħor, però ma kellux ħaddiema.", "Xi kultant niskanta, għax meta nimxi mija fil-mija by the book tgħiduli: Ma kontx taf?", "Għalfejn ma tistax tagħmel hekk?", "Biex neleva l-widien, qabbadt nies mid-diversi dekasteri tiegħi, fosthom Ambjent Malta, id-Dipartiment innifsu, il-Wasteserv u nies minn tas-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Deo Debattista u minn kullimkien, biex għaqqadt tim ta' madwar 120 ruħ u bdejna nnaddfu l-widien.", "U ġejt ikkritikat għax għamilt hekk!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 35 tal2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Blockchain and Distributed Ledger Technologies – M.Sc. – taħt il-patroċinju taċ-Ċentru tat-Teknoloġiji għad-Distributed Ledger;", "Avviż Legali Nru 36 tal2019 – Regolamenti tal-għaqdiet studenteski tal-Università, 2019;", "Lista li turi l-għadd ta' studenti fi skejjel primarji u sekondarji li għażlu li ma jeħdux sehem f'lezzjonijiet tar-reliġjon u l-għadd ta' studenti li jattendu l-klassijiet tal-etika, maqsuma skont id-diversi skejjel, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8906; u", "Tagħrif dwar direct orders li ngħataw għal xogħol fuq l-Iskola Primarja ġdida f'Marsaskala, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8931.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 30 tal2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-moviment ta' armi tan-nar u munizzjon fi stati membri u provvedimenti oħra (A.L. 392 tal-2018);", "Avviż Legali Nru 31 tal2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-liċenzi għall-Armi (A.L. 406 tal-2018);", "Avviż Legali Nru 32 tal2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-Regolamenti tal-2018 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-liċenzi tal-Pulizija (A.L. 405 tal-2018);", "Avviż Legali Nru 33 tal2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tar-Regolamenti tal-2018 li jemendaw l-Iskedi I, II u III tal-Att dwar l-Armi (A.L. 393 tal-2018); u", "Avviż Legali Nru 34 tal2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tal-Att tal-2018 li jemenda l-Att dwar l-Armi (Att XXXVIII tal-2018); u", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 29 tal2019 – Indiċi tal-Inflazzjoni għas-Sena 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' emails li għaddew bejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatt u l-ħtieġa li jittieħdu miżuri neċessarji għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta' Mejju 2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8790.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' kumpaniji involuti fl-akwakultura (sidien ta' tuna farms) li qed joperaw fl-ibħra Maltin, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8913.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex fis-snin bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba gall-mistoqsija parlamentari 8785; u", "Tagħrif dwar divorzji reġistrati fir-Reġistru Pubbliku f'Għawdex fis-snin bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8786.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar benefiċċjarji li jiffrekwentaw iċ-Ċentri ta' Riżorsi tal-Familja, maqsuma skont it-tip ta' għajnuna li tingħatalhom miċ-Ċentri LEAP, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8942; u", "Lista li turi d-dettalji ta' kuntatt ta' uffiċjali fid-diversi direttorati fil-qasam soċjali, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8944.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi, Abbozz Nru 66, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emenda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "L-Onor.", "PUNT IMQAJJEM MILL-ONOR.", "DAVID AGIUS: Sur President, f'dawn l-aħħar ġranet il-Prim Ministru għamel żewġ stqarrijiet f'dan il-Parlament u l-Oppożizzjoni rringrazzjatu talli informana dwar il-każ tal-Bank of Valletta u tal-Malti li tilef ħajtu fis-Somalia.", "Jista' jgħid jekk għandux xi update għal din il-Kamra minn dakinhar li saru l-istqarrijiet sal-lum?", "L-ISPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Le, m'għandix iktar informazzjoni x'nista' nagħmel pubblika f'dan ir-rigward.", "Fir-rigward tal-każ tal-Bank of Valletta l-investigazzjonijiet kollha għadhom għaddejjin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex jitressqu żewġ mozzjonijiet li ma kinux jidhru fuq l-aġenda.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Josè Herrera.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI U L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379, u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378, u liġijiet oħra, sabiex jestendi l-kompetenza tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) u sabiex jagħmel dispożizzjonijiet anċillari u konsegwenzjali għalihom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, f'isem is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proġetti Amministrattivi, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497, biex jafferma l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika bħala strument għall-ġid komuni biex jipprovdi għall-applikazzjoni ta' dawk il-valuri fis-Settur Pubbliku kollu, biex jipprovdi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tiegħu u biex jaħseb għal materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn jew li huma anċillari għalihom, ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jaġġorna u jissostitwixxi l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 497, biex jafferma l-valuri tal-amministrazzjoni pubblika bħala strument għall-ġid komuni, biex jipprovdi għall-applikazzjoni ta' dawk il-valuri fis-settur pubbliku kollu, biex jipprovdi għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tiegħu, u biex jaħseb għal materji oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn jew li huma anċillari għalihom\" ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI DWAR IL-LIĠIJIET", "TAL-PULIZIJA", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "ONOR CHRIS FEARNE: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\" jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\" ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITÀ GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI TA' GĦAWDEX", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, għandi Messaġġ mill-President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Awtorità li tkun magħrufa bħala l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u għall-eżerċizzju, minn jew f'isem dik l-Awtorità, ta' funzjonijiet regolatorji u konsultattivi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u sabiex jagħmel provvedimenti dwar affarijiet anċillari għal dan jew konnessi ma' dan\", tirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "4 ta' Diċembru 2018", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Justyne Caruana.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, sinċerament inħoss li llum huwa jum importanti għal Għawdex u għalina l-Għawdxin, għax illum b'mod partikolari l-lenti hija fuq Għawdex u fuq il-mod kif irridu nimxu 'l quddiem.", "Kif nafu, Għawdex għandu sfidi partikolari ewlenin, fosthom l-insularità doppja, id-daqs tal-gżira u l-fatt li l-gżira tinsab fil-periferija tal-Unjoni Ewropea.", "Iżda jien nemmen li kull sfida tista' tinbidel f'opportunità.", "Illum, iktar minn qatt qabel, wasal iż-żmien biex il-potenzjal t'Għawdex u dawn l-opportunitajiet se jwasslu biex Għawdex jaddotta l-istrateġija u l-policies li jixirqulu biex ma nibqgħux naddottaw il-prassi ta' one size fits all.", "Mal-medda tas-snin, kull Gvern, kemm qabel kif ukoll wara l-Indipendenza, ħolqu strumenti ta' governanza biex jagħtu iktar saħħa u attenzjoni lill-aspett reġjonali t'Għawdex, fosthom il-Kunsill Ċiviku t'Għawdex u iktar tard l-introduzzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll id-devoluzzjoni ta' ċerti awtoritajiet f'diversi oqsma fi ħdan il-Gvern ċentrali, kif ukoll il-Kumitat Reġjonali fi ħdan l-MCESD.", "Matul is-snin saru diversi diskussjonijiet, inkitbu dokumenti u saru proposti differenti, iżda l-ebda ħaġa minnhom ma mmaterjalizzat ruħha, għax ma kienx hemm rieda biżżejjed li dan is-seħħ u l-wegħdiet li saru jew ma ġewx sostnuti bil-finanzjament meħtieġ, jew ma nstabx li kienu vijabbli.", "L-Għawdxin kienu jiġu mwebblin b'ħafna ideat sbieħ li mbagħad, sfortunatament, spiċċaw tpoġġew fuq l-ixkafef u ntesew.", "Dan il-Gvern id-deċiżjoni ħadha, u llum qegħdin hawnhekk għax issa wasalna f'punt li rridu nimxu pass ieħor, fejn nesiġu li dak li jkun meħtieġ u li jkun ippjanat li jsir, jitwettaq mhux biss bħala rimedju għal xi problema jew sfida tal-bieraħ jew tal-lum, imma bħala bażi għal dak li se jkun viżibbilment possibbli u neċessarju fil-futur.", "Ma nistgħux nibqgħu naraw kollox mill-ottika tal-lum biss, imma rridu nantiċipaw bil-għaqal l-eżiġenzi li Għawdex jista' jkollu 'l quddiem.", "Il-kunċett kardinali tal-kontinwità f'kull żvilupp irid ikun kruċjali wkoll fl-ippjanar ta' kull proġett u inizjattiva.", "Huwa pass importanti u deċiżiv, li jekk irridu nimxu 'l quddiem irid ikollna struttura b'saħħitha biżżejjed fil-kuntest t'Għawdex bħala gżira reġjun, biex niggarantixxu li l-iżvilupp f'Għawdex ikun sostenibbli u bbilanċjat ħalli jsaħħaħ il-karatteristiċi tipiċi u uniċi Għawdxin u fl-istess ħin jagħti lok għal tkabbir ekonomiku, tisħiħ tas-sorsi tal-ekonomija, investiment f'setturi ġodda, u għalhekk ukoll ħolqien ta' impjiegi value added biex nattiraw lura t-talent Għawdxi, speċjalment taż-żgħażagħ tagħna li matul is-snin telqu minn Għawdex, li però jridu jaħdmu u jgħixu f'Għawdex imma għadhom ma sabux l-opportunitajiet kollha li jaspiraw għalihom.", "Permezz tal-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex se jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali f'Għawdex fejn għall-ewwel darba, b'forza ta' liġi, se jkollna awtorità li se tkun qed taħdem u tassigura l-iżvilupp reġjonali għal Għawdex.", "Din l-entità b'saħħitha se tkun qed tikkordina l-ħidma kbira li qed issir u li trid issir f'Għawdex fis-snin li ġejjin biex Għawdex tassew jimxi bi strateġija fejn tiġi garantita kontinwità u nassiguraw li dak li ilna nitkellmu dwaru, finalment jitwettaq.", "Dan il-Gvern quddiemu għandu l-wegħda ċara tal-manifest elettorali li ġie ppreżentat għall-elezzjoni ġenerali tal-2017 li tistabbilixxi li rridu nwaqqfu Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex.", "L-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum għadda minn proċess ta' konsultazzjoni u kellna sessjoni fejn l-esperti tagħna, fosthom is-Sur David Spiteri Gingell u s-Sur Gordon Cordina, li nirringrazzjahom minn hawnhekk, għamlu preżentazzjoni dwar x'għandha tindirizza din l-awtorità, fosthom ir-rwol, il-funzjoni u l-kompożizzjoni.", "Wara kien hemm perjodu fejn stajna niġbru l-kummenti u r-rispons tal-istakeholders li kienu magħna u wrew interess, u dak li ġie ssuġġerit finalment ġie nkorporat f'liġi li wara ġiet ippreżentata u eventwalment ġiet ippubblikata biex issa qiegħda fuq l-aġenda ta' dan il-Parlament.", "Dan il-proċess li sar huwa l-mod kif irridu naħdmu biex Għawdex ikompli jissaħħaħ, isemma' leħnu u jingħata widen.", "Din l-awtorità se tkun qed taqdi diversi funzjonijiet li se nkun qed nespandi fuqhom waqt l-intervent ta' introduzzjoni.", "L-ewwel nett, l-awtorità se tassigura li Għawdex ikollu strateġija ta' żvilupp reġjonali li tkun qed tiġi riveduta regolarment biex il-qafas u l-eżiġenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali t'Għawdex ikunu aġġornati kontinwament, skont kif jinbidlu ċ-ċirkostanzi u skont l-opportunitajiet li jinħolqu.", "Għalhekk irid ikollna strateġija versatili, però li tkun tirrispetta wkoll l-esiġenzi odjerni u dawk li jkunu qegħdin jiġu prospettati.", "Kif nafu, fil-passat Għawdex kellu diversi strateġiji.", "Kellna l-pjan tal-2005 dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku t'Għawdex, li kien għal perjodu ta' ħames snin.", "Fl-2010 ġiet imnedija l-istrateġija ta' Eko-Għawdex – dawn huma affarijiet li jistgħu jiġu konstatati faċilment – imma sfortunatament ma kienx hemm l-element ta' kontinwità.", "In-nies jinbidlu u meta l-persuna li tkun qed timbotta ċerta policy ma tibqax fiċ-ċirkolazzjoni, nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn id-dokumenti jintesew u tiġi mminata l-kontinwità, għax dan huwa proċess.", "Dan kollu ma jippermettix li tkompli tibni fuq it-tajjeb li jkun qed isir.", "Il-preżenza tal-awtorità se tkun qed tassigura li dan ma jseħħx għax se tkun qed toffri mhux biss il-kontinwità, imma l-koerenza fl-ippjanar tal-iżvilupp strateġiku għar-reġjun t'Għawdex b'mod li jkun strutturat mingħajr interruzzjoni, għax ovvjament hemm element ta' ppjanar u implimentazzjoni.", "Fil-fatt, nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru kien Għawdex u fid-diskors tiegħu wera biċ-ċar li għal Għawdex mhux biss għandna viżjoni, imma għandna pjan li diġà beda jitwettaq.", "Dalgħodu, waqt il-laqgħa tal-Kabinett, il-Prim Ministru antiċipa li għandna pjanijiet oħrajn biex Għawdex ikun il-mutur li jippromwovi inizjattivi innovattivi biex imbagħad issir espansjoni tagħhom fuq bażi nazzjonali.", "Jien ngħid li hu tajjeb li jkollok viżjoni – u l-politiċi dejjem jitkellmu dwar il-viżjoni - però billi lin-nies noqogħdu ngħidulhom bil-viżjoni mhux se jkunu sodisfatti, għax dawn fl-aħħar mill-aħħar iridu l-azzjoni, iridu jaraw l-affarijiet jitwettqu.", "Għalhekk meta l-Prim Ministru qed jagħmel dikjarazzjonijiet daqstant ċari, qed juri li dan il-Gvern jinsab impenjat li d-differenza f'Għawdex mhux biss issir, imma tinħass.", "Għawdex diġà qed jikseb is-suċċessi; għandna ħolqien ta' xogħol bla preċedent, investiment bla preċedent, tkabbir ekonomiku bla preċedent u għandna l-inqas rata ta' qgħad li qatt kellna f'Għawdex.", "Li ngħidu li dawn huma suċċessi u nieqfu hemm mhuwiex biżżejjed, għax issa rridu nsostnu s-suċċessi li ksibna u nimxu 'l quddiem.", "Kien għalhekk li f'dawn l-aħħar xhur, il-Ministeru kien impenjat biex jifforma qafas ta' pjan fit-tul sal-2030 u qabbad esperti biex imexxu d-diskussjonijiet.", "Il-proċess kien bottom-up, fejn iltqajna ma' diversi nies li ħarġu bl-ideat, tkellimna fuq l-isfidi u wħud mis-soluzzjonijiet ġew mingħand in-nies li huma involuti.", "Din l-awtorità se tkun qed tieħu r-rwol li tmexxi 'l quddiem din l-istrateġija.", "Xi ħaġa li spikkat fil-laqgħat li kellhom l-esperti tagħna kienet li issa mill-kliem irridu ngħaddu għall-fatti, għax ilna ħafna snin nitkellmu fuq l-istess affarijiet u qatt ma jsir xejn.", "Għalhekk ħareġ biċ-ċar li hemm bżonn il-ħtieġa ta' entità b'saħħitha li tmexxi 'l quddiem dak li qed jiġi maqbul.", "Bażikament il-pilastri ta' din l-istrateġija huma l-aċċessibbiltà, l-ispatial planning - għax aħna rridu li jkun żvilupp li għandna bżonnu, li jkun kompatibbli mal-ambjent Għawdxi u li jkun sostenibbli – u li nippriservaw u nipproteġu l-ambjent, il-patrimonju naturali u kulturali t'Għawdex, l-infrastruttura, it-turiżmu, ir-ruralità u l-aspett soċjali t'Għawdex li qed jinbidel b'ritmu mgħaġġel ħafna.", "Għawdex tal-bieraħ mhuwiex Għawdex tal-lum, allura rridu nkunu ppreparati għal dawn ir-realtajiet ġodda.", "It-tema tal-istrateġija li qed nipproponu hija li Għawdex ikun green, rejuvinated u konness.", "Din hija strateġija li għandha potenzjal li toħloq 4,000 impjieg u tiggarantixxi li Għawdex ma jiġix stuprat bi żvilupp żejjed li m'għandniex bżonnu.", "Irridu nassiguraw li l-iżvilupp isir, imma nerġa' nenfasizza li jrid ikun sostenibbli u kompatibbli mal-karetteristiċi tipiċi t'Għawdex.", "Fuq kollox, din l-istrateġija hija mod kif nassiguraw li jkollna finanzjament kontinwu, kemm fejn jidħlu fondi nazzjonali kif ukoll fejn jidħlu fondi Ewropej.", "Naf li iktar tard se jitkellem is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia biex jgħid x'ħidma qed nagħmlu b'risq Għawdex bħala reġjun, għax aħna bħala Gvern m'aħniex kuntenti bid-dikjarazzjoni li kienet saret meta saru n-negozjati tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, meta Għawdex kiseb biss il-possibbiltà li jkollu l-istatistika tiegħu biex wieħed ikun jista' jkejjel l-andament li jkun għaddej.", "Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex din l-istrateġija tkun il-bażi għall-programming period li ġej, għax sfortunatament fil-programming period li għadda, Għawdex tilef ħafna.", "Fil-fatt, matul l-2018 ħdimna kemm flaħna biex attirajna fondi Ewropej ġodda, li appuntu ma kenux parti mit-talbiet oriġinali li kienu saru fil-bidu tal-programming period tal-2013.", "It-tieni funzjoni tal-awtorità hi li se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-istrateġija.", "Mela l-ewwel funzjoni hija li jkollna l-istrateġija, imbagħad li tiġi mplimentata.", "Kif għidt qabel, nuqqas kbir li dejjem kellna f'Għawdex hu li nitkellmu ħafna dwar il-bżonnijiet li jkollna, però jkun hemm ċertu dewmien biex l-affarijiet jiġu implimentati.", "Matul l-aħħar xhur ħdimt bla nifs biex negħleb din it-tendenza, u sa ċertu punt nista' ngħid li rnexxielna għax f'Għawdex qatt ma sar daqshekk xogħol f'daqqa, però hemm ukoll il-fattur li dan kollu ħoloq stress fuq l-istrutturi tal-Ministeru għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel nett għax il-Ministeru għal Għawdex tradizzjonalment dejjem kien iffokat fuq il-klijenteliżmu u t-tmexxija ta' kuljum, li mhijiex ftit għax kriżijiet jinħolqu l-ħin kollu u, trid jew ma tridx, ikollok titlaq minn idejk dak li tkun qed tagħmel biex tindirizza l-kriżi li tkun inħolqot f'dak il-mument partikolari.", "Irrid ngħid li l-kriżijiet qed jinħolqu għax kien hemm snin sħaħ ta' traskuraġni u ta' nuqqas ta' ppjanar, allura jkollok dawn l-affarijiet li jiġru kontinwament.", "Pereżempju, minħabba nuqqas ta' manutenzjoni matul is-snin, diversi toroq qegħdin jikkollasaw f'daqqa, minħabba li ma kienx hemm pjan għall-manutenzjoni tat-toroq.", "Dan ifisser li għalkemm ikollok programm imfassal tax-xogħlijiet li trid tagħmel, ikollok tiddevja minnu biex tindirizza dik it-triq li tkun ġarrbet xi ħsara u allura tkun trid iktar ħin biex timplimenta dak li jkollok ippjanat.", "Dan juri l-ħtieġa ta' struttura li tkun 'il barra mill-Ministeru, biex tara li din l-istrateġija tiġi implimentata.", "B'hekk, indipendentement mill-kriżijiet li jkun hemm ta' kuljum, il-pjan irid ikompli għaddej u ma jaqax lura.", "Kif kelli l-opportunità li nsemmi f'diskorsi oħra, bħala Ministeru diġà ħadna ħsieb li nagħmlu eżerċizzju ta' ristrutturar biex ikollna strutturi iktar b'saħħithom fil-Ministeru, u diġà qegħdin naraw differenza kbira.", "Ninsab f'pożizzjoni li ngħid li kieku din l-awtorità tibda minn għada, mill-ewwel nibdew naraw li din id-differenza tkun qed issir b'mod immedjat.", "Dan huwa mod kif din l-awtorità se tkun qed iżżommok taħt kontroll u tirregolak, għax din l-awtorità se tkun ir-regolatur t'Għawdex u watchdog fuq il-Ministeru għal Għawdex.", "Huwa tajjeb li nifhmu u napprezzaw li hawnhekk qed nipproponu għażla kuraġġuża ħafna.", "Wieħed irid iqis li bħalissa l-Ministeru għal Għawdex għandu l-awtorità kollha, għax huwa parti mill-Eżekuttiv tal-pajjiż, imma ladarba tinħoloq din l-awtorità, se tkun qed tgħasses fuq il-politiku, fuq il-Ministeru għal Għawdex u fuq il-Ministru għal Għawdex, biex ikun hemm pjan ħolistiku tal-implimentazzjoni tal-policies li jiġu stabbiliti u tal-programm ta' ħidma li jiġi stabbilit.", "Dan ħareġ mir-rakkomandazzjonijiet li saru fis-Social Impact Assessment dwar il-permanent link, fejn intqal li hemm il-ħtieġa ta' struttura iktar b'saħħitha biex tipproteġi lil Għawdex.", "U minn dan l-aspett ukoll, l-awtorità se tkun qed tieħu ħsieb il-protezzjoni t'Għawdex matul iż-żmenijiet, skont l-esiġenzi li jinħolqu.", "Sur President, it-tielet funzjoni tal-awtorità se tkun li tassigura l-allinjament strateġiku t'Għawdex fl-istrateġiji nazzjonali.", "Allura dak kollu li għandu x'jaqsam ma' disinn, ippjanar u implimentazzjoni ta' kull dokument ta' politika, proġett, liġi, inizjattiva, hi x'inhi, trid tkun kordinata b'mod sħiħ biex Għawdex ikun parti integrali minnha.", "Din semmieha l-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda, fejn qal li aħna bħala Gvern ma rridux li jkun hemm distinzjoni fl-għoti tas-servizzi bejn Għawdex u Malta, imma jkun kollox uniformi, indipendentement minn fejn jingħata.", "Aħna f'Għawdex inħossuha din, għax għal ħafna snin għexna nuqqas ta' sinerġija u kordinazzjoni bejn awtoritajiet, ministeri u entitajiet oħra.", "Dan wassal biex Għawdex inqata', għax fit-tfassil u l-ippjanar politiku fuq livell nazzjonali mhux dejjem ingħata l-importanza li jistħoqqlu u mhux dejjem ġie evalwat l-impatt fuq Għawdex u l-Għawdxin, tant li ġieli d-deċiżjonijiet li ttieħdu kienu għad-detriment tal-Għawdxin.", "Jien, l-ewwel waħda, kull meta tkellimt f'dan il-Parlament u f'fora oħra, dejjem kont nikkritika l-fatt li l-affarijiet it-tajbin jieqfu saċ-Ċirkewwa u ma jaslux s'Għawdex.", "B'hekk, matul is-snin inħoloq distakk bejn dak li kien għaddej f'Malta u dak li kien għaddej f'Għawdex, bir-riżultat awtomatiku li Għawdex waqa' lura.", "Għalhekk hemm il-ħtieġa li bl-allinjament ta' din il-politika nazzjonali, Għawdex ma jkunx an afterthought imma jkun parti intergrali mill-eżerċizzju li jkun qed isir u mhux wara.", "Min jaf kemm-il darba, anke meta kont fl-Oppożizzjoni, kont nitkellem fit-Tieni Qari ta' xi liġi u kont nistaqsi jekk, pereżempju, qattx ġie kkunsidrat jekk dak li qed jingħata fil-kuntest ta' Malta jiġi applikat fil-kuntest t'Għawdex, u fil-parti l-kbira kien ikun hemm konferma ċara li kienu jaħsbu għal dak li jiġri Malta u qatt ma kien jiġi kkunsidrat x'se jkun l-impatt fuq Għawdex.", "Aħna ma rridux hekk, imma rridu li Għawdex ikun parti minn dan kollu, biex bħala pajjiż nimxu 'l quddiem u nirkupraw id-distakk li hemm.", "Meta kont Segretarju Parlamentari, taħti kelli servizzi b'saħħithom, għax kont iwritt is-settur mingħand l-Onor.", "Chris Said li kellu s-settur tad-diżabilità wkoll.", "Is-settur tal-anzjani ma kienx taħtu, però tad-diżabilità iva.", "Taħti kelli diversi servizzi għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani, però f'Għawdex ma kienx hemm.", "Allura meta kont Segretarju Parlamentari ridt nara kif dawn is-servizzi jaqsmu l-fliegu u jibdew jingħataw f'Għawdex ukoll, però jekk ma jkollokx Għawdxi f'pożizzjoni u f'livell nazzjonali, dawn l-affarijiet ma setgħux isiru.", "Għalhekk, permezz ta' din l-awtorità se nkunu qed nassiguraw li dan isir across the board ħalli Għawdex jieħu sehmu mill-ippjanar u mill-implimentazzjoni, biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Din l-istruttura se tkun hemm biex tiggarantixxi dan kollu, però biex dan iseħħ se jkun hemm strument b'forza ta' liġi, li se jkun ir-Regional Impact Assessment.", "Dan ifisser li bħalma għandna l-eżerċizzji tal-Environment Impact Assessment u bħalma għandna eżerċizzji ta' Social Impact Assessment, meta jkollok politika nazzjonali, dan irid jiġi għand l-awtorità u jsir ir-Regional Impact Assessment.", "Pereżempju, meta tmur il-laqgħa tal-Kabinett u tkun se tipproponi xi liġi jew xi dokument, ikollok ir-rekwiżit li tagħmel l-Impact Assessment.", "Issa qed jiġi rikjest li flimkien mal-Impact Assessment, ikun hemm ir-Regional Impact Assessment biex nassiguraw li sa minn stadju bikri, l-impatt fuq Għawdex mhux biss jiġi evalwat u dokumentat imma jkun part and parcel mad-deċiżjonijiet li jkunu qegħdin jittieħdu.", "Allura, b'mod sistematiku nkunu qed indaħħlu l-obbligu u l-kriterju li l-impatt fuq Għawdex ikun qed jiġi nfilzat f'dan l-eżerċizzju mill-bidu, u għalhekk jimminimizza konsegwenzi li ġieli jkunu intenzjonati u ġieli ma jkunux, biex nikkapitalizzaw u mhux nimminaw l-esiġenzi u l-bżonnijiet li għandna f'Għawdex.", "Ir-raba' funzjoni tal-awtorità hi li permezz tal-operat tagħha nippromwovu l-eċċellenza, ħalli ssir il-qofol ta' dak li nagħmlu.", "Lili ddejjaqni din l-attitudni ta' qisu kollox xorta, għax l-affarijiet ta' kafkaf lili jdejquni, qisna rridu niddubbaw b'dak li hemm.", "Din l-attitudni lili dejjem dejqitni, dejjem ikkritikajtha, u kemm ili fil-gvern dejjem iġġelidtha.", "B'mod pożittiv ngħid li l-kollegi tiegħi jagħmlu minn kollox biex ma nħossnix hekk.", "Għandi x-xorti li qiegħda f'Kabinett fejn kulħadd iħobb lil Għawdex u lkoll kemm aħna naħdmu id f'id biex nassiguraw li Għawdex jieħu l-aħjar.", "Din il-ħaġa qisha daħlet fil-mentalità.", "Niftakar li fi żmien Anton Tabone, li kien Speaker tal-Kamra u kien preċedessur tiegħi, il-mentalità ma kenitx li għal Għawdex jgħaddi kollox, anzi dejjem kien jimbotta biex Għawdex isir il-vetrina ta' Malta.", "Però sfortunatament matul is-snin din il-mentalità t'eċċellenza ntilfet, iddeterjorat u f'ċerti istanzi tara apatija li ddejqek u tkexkxek.", "Irridu nerġgħu ndaħħlu dak is-sens ta' kburija li Għawdex hu sabiħ u li l-affarijiet li jsiru Għawdex iridu jsiru b'ċertu mod.", "Għalhekk irridu nippromwovu l-eċċellenza u din l-awtorità rridu ndaħħluha b'mod strutturat.", "Jien l-ewwel waħda li ta' kuljum nikkumbattiha din, għax irrid li l-affarijiet isiru sew mill-ewwel, però rrid ngħid li qed nikkumbatti mentalità li ilha tippersisti għal 20 sena.", "Jien illum immexxi l-Ministeru għal Għawdex, għandi programm ta' ħidma pjuttost estensiv, u kultant niltaqa' ma' dawn l-isfidi li sinċerament idejquni.", "Lili x-xogħol ma jdejjaqnix, però ċerta mentalità ddejjaqni, għax irrid li l-affarijiet isiru sew.", "Jekk ikollok tiġi Għawdex, tara li għandna ħafna xogħlijiet għaddejjin.", "Kultant wieħed jimmeravilja ruħu b'kemm tista' tagħmel xogħol f'Għawdex!", "Din il-konferma ħadtha ftit ilu, għax konna qegħdin nitkellmu mad-Dipartiment tal-Kuntratti u qalulna biex nagħtuhom ċans għax ħerġin ħafna tenders.", "Wieħed irid jifhem li d-Dipartiment tal-Kuntratti m'għandux lilna biss, però l-affarijiet tagħna jridu jgħaddu minn hemm.", "Jekk tirfes f'Għawdex, tħoss il-feel-good factor, għax kulħadd qed jibbenefika mit-tkabbir tal-ekonomija, però biex noħorġu minn din il-mentalità ta' kollox jgħaddi, apparti l-edukazzjoni u l-għarfien, se jkun hemm din l-awtorità li bħala regolatur se tkun qed tistabbilixxi ċerti standards u se nkunu qegħdin inkejlu l-miri stabbiliti biex fejn nonqsu fil-miri tagħna, ikun hemm l-infurzar.", "M'iniex ngħid li ir-rwol tal-awtorità se jkun li toqgħod timmulta n-nies, imma qed ngħid li jekk ikun hemm kuntratt b'ċerti kundizzjonijiet li x-xogħol irid isir fi żmien stipulat u jrid isir b'ċertu mod, l-awtorità se tkun watchdog biex tassigura li dak li kien iffirmat jiġi osservat.", "B'hekk inkunu qed noħolqu klima fejn nippermettu li nilħqu l-ogħla livell ta' kwalità, ta' prodott, ta' operat u ta' effiċjenza, imbagħad b'mod tematiku tidħol il-bidla fil-mentalità.", "Kif għidt qabel, l-awtorità se jkollha wkoll element ta' infurzar, però f'dan is-sens, biex ma ninftihemx ħażin.", "L-awtorità se tkun qed taħdem ukoll mal-NGOs u mal-korpi kostitwiti f'Għawdex biex tgħaqqadhom flimkien u tikkompartimentalizzahom skont is-setturi li jkunu joperaw fihom, dejjem fil-kuntest tal-iżvilupp t'Għawdex.", "Fost oħrajn, naraw is-setturi rurali, il-patrimonju t'Għawdex, l-intrapriża u t-turiżmu.", "L-awtorità se tkun qed tappoġġja lil dawn l-NGOs u l-korpi kostitwiti biex flimkien isiru msieħba effettivi u sinifikanti fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.", "Forsi hemm barra jkun hemm min jgħid li hekk għandhom isiru l-affarijiet, u ma jifhimx għalfejn qed ngħidu li dawn għandhom isiru b'liġi, la se jkun hemm l-awtorità li tirregola dawn l-affarijiet.", "Sfortunatament, il-frammentazzjoni f'Għawdex hija kbira u tifnik.", "Pereżempju wieħed isib li hemm il-Gozo Regional Committee taħt l-MCESD, il-Kunsill Reġjonali għal Għawdex tal-kunsilli lokali, il-kunsilli lokali nfushom, il-GTA, il-GBC, l-NGOs li uħud minnhom jaqgħu taħt l-NGOs Association u oħrajn le, l-għaqdiet sportivi, mużikali u kulturali, l-għaqdiet tal-Knisja, u oħrajn.", "Hemm lista li ma tispiċċa qatt.", "Bħalissa għaddejja ħidma kbira, hemm talent kbir, hemm enerġija kbira, però r-riżorsi huma dawk li huma, kulħadd jaħdem għal rasu u ħafna drabi mingħajr ma jsir kordinament.", "Minkejja l-ħidma kollha li tkun qed issir, ħafna drabi ma nimmassimizzawhiex kif suppost.", "Mela jekk xejn, din l-awtorità se tkun qed tgħaqqadhom flimkien.", "Se tkun l-unika entità mwaqqfa b'liġi li se tkun responsabbli mill-kordinazzjoni ta' din l-enerġija pożittiva kollha li għandna f'Għawdex u se tkun qed tikkordinahom biex joperaw f'ambitu ta' strateġija waħda.", "Se tkun qed tagħti spazju lil kulħadd, għax hekk hu xieraq, però se jkun hemm ukoll il-possibbiltà li nimmassimizzaw mhux biss ir-riżors uman, imma wkoll ir-riżorsi finanzjarji.", "Se jkun rwol tal-awtorità li tidentifika sorsi ta' fondi ġodda, biex imbagħad inkunu nistgħu naraw ir-riżultat amplifikat.", "Dan huwa l-mod kif tkellimna ma' diversi nies biex stabbilixxejna l-pjan għal Għawdex, fejn ħareġ b'mod ċar li huwa inutli li jsiru l-pjanijiet jekk ma jkollokx entità li twettaqhom.", "Dan il-messaġġ ħareġ ukoll mill-għaqdiet volontarji.", "Jekk inħarsu lejn il-kompożizzjoni ta' din l-awtorità naraw li hi pjuttost żgħira, għax ma rridux li tinħoloq xi entità b'ħafna nies, imma rridu li jkun hemm grupp ta' nies ta' livelli maniġerjali, li jkunu ffokati biex tkun implimintata l-istrateġija.", "Il-bord se jkun kompost minn president u sitt membri, li huma maqsumin bejn membri ex officio u membri li mhumiex ex officio.", "Tlieta mill-membri se jkunu qed jirrappreżentaw entitajiet bħall-kunsilli lokali, id-Djoċesi t'Għawdex u l-Kunsill Reġjonali t'Għawdex fi ħdan l-MCESD, li jiġbor fih is-setturi kollha.", "It-tliet membri l-oħra se jintgħażlu mill-Ministru għal Għawdex b'tali mod li tiġi assigurata rappreżentazzjoni ekwa tas-soċjetà Għawdxija.", "Aħna ridna naraw kif ikun hemm element ta' flessibbiltà biex nassiguraw li jkun hemm ekwità fir-rappreżentazzjoni.", "Dan ifisser li jekk it-tliet entitajiet ex officio ma jaħtru l-ebda mara, l-ebda persuna b'diżabilità, jew l-ebda żagħżugħ, il-bord ma jkunx tassew rappreżentattiv.", "Għaldaqstant żammejna din il-leeway biex ikun hemm din il-possibbiltà.", "Jien onestament ma nħoss li hemm xejn ħażin f'dan.", "Biex inkun ġusta, f'uħud minnhom ma tantx saret kritika, però element minnhom kien li l-Gozo Business Chamber u l-Gozo Tourism Association mhumiex membri ex officio, allura kien hemm xi ħadd li nterpretaha li dawn is-setturi mhux se jkunu inklużi.", "Irrid ngħid li mhu veru xejn li se jiġu esklużi.", "Dawn huma setturi li jien personalment nivvalorizzahom ħafna u jkunu miegħi fuq il-mejda tad-diskussjoni fuq diversi suġġetti u materji.", "Minn hawnhekk insellmilhom, nirringrazzjahom u nserrħilhom rashom li s-setturi tat-turiżmu u tal-kummerċ se jkunu inklużi.", "Jekk hemm bżonn indaħħlu emendi apposta biex dawn iż-żewġ setturi jkunu msemmijin, però dan huwa l-mod kif wieħed irid jimxi, billi jitkellem.", "Jidhirli li xi ħadd mill-Oppożizzjoni semma li l-membri tal-awtorità għandhom ikunu eletti u mhux magħżula.", "Bid-dovut rispett, jekk naraw il-mod kif qed jiġi kompost il-bord, speċjalment il-membri ex officio, hemm l-MCESD u l-kunsilli lokali.", "Issa kemm l-MCESD kif ukoll il-kunsilli lokali huma eletti, jiġifieri l-element ta' rappreżentazzjoni ta' membri eletti naħseb li qiegħed hemmhekk.", "Nerġa' ngħid li hemm element ta' diskrezzjoni biex inkunu nistgħu nibbilanċjaw l-affarijiet.", "Dan huwa l-ewwel eżerċizzju ta' awtorità, allura as we go along wieħed jista' jitgħallem mill-esperjenza, imbagħad eventwalment ikunu jistgħu jsiru xi modifiki.", "Minn xi mkien irridu nibdew.", "Irrid ngħid li membri eletti għandna kemm irridu, anke f'dan il-Parlament, però fil-Parlament ma kienx hemm okkażjoni waħda li hi waħda mill-2003 'l hawn li bħala membri Għawdxin ingħaqadna flimkien b'vuċi waħda biex nitkellmu fuq xi ħaġa.", "Jidhirli li qatt ma kien hemm din l-okkażjoni.", "Għalhekk naħseb li llum għandna l-opportunità li bħala deputati Għawdxin ngħaddu messaġġ.", "Jien l-ewwel waħda nixtieq naħdem ma' kulħadd ħalli jsir l-ewwel pass.", "Nemmen li dan tal-lum huwa l-ewwel pass deċiżiv u rridu nagħmluh flimkien biex nuru li permezz ta' din l-awtorità se jkollna garanzija li l-Membri Għawdxin tal-lum għandhom impenn b'risq Għawdex tal-lum u t'għada.", "Din il-liġi tagħmel referenza wkoll għall-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta' Għawdex, li ġie propost fil-manifest elettorali u qed issir referenza għalih f'din il-liġi wkoll.", "Dan il-kumitat, bħal kull kumitat li jopera taħt il-kappa tal-Parlament, għandu jsir permezz ta' mozzjoni, allura tkun trid issir emenda fl-Ordnijiet Permanenti, u se jkun qed jopera b'kollaborazzjoni mal-awtorità reġjonali proposta.", "Dan ifisser li jekk ikollna dan il-kumitat parlamentari, se tkun l-ewwel darba li aħna d-deputati Għawdxin se nkunu qegħdin niltaqgħu f'dan il-kumitat biex niddiskutu l-affarijiet li jolqtu lil Għawdex.", "Nispera li ma jkollniex impedimenti minn xi partit jew ieħor, imma rridu ninsew minn liema partit ġejjin u nitkellmu fuq il-bżonnijiet t'Għawdex.", "Apparti minn hekk, se nkunu qegħdin nimxu pass oltre, għax dak li jiġi diskuss mhux se jibqa' fuq livell parlamentari, imma se jerġa' jmur għand l-awtorità biex ikun jista' jiġi implimentat.", "Sur President, għidli inti x'għodda se jkollna aħna bħala Membri Parlamentari Għawdxin.", "Ngħid għalija, kemm meta kont fl-Oppożizzjoni u kif ukoll fil-gvern - fil-gvern mhux dejjem kont fir-rwol li għandi llum imma qabel kont f'Ministeru ieħor - min jaf kemm-il darba xtaqna għamilna affarijiet għal Għawdex u ma stajniex nagħmluhom għax ma kellniex il-forum adattat biex nagħmluhom.", "Issa, permezz ta' dan il-forum, għandna l-opportunità tad-deheb li naħdmu lkoll flimkien, kemm jekk ġejjin mill-Gvern u kemm jekk ġejjin mill-Oppożizzjoni, ħalli jekk ikollna idea tajba li nkunu nixtiequ nimbuttawha 'l quddiem, ikollna l-opportunità li nagħmlu dan.", "Jien sinċerament inħoss li jekk ikollna forum bħal dan, fejn inkunu nistgħu niddiskutu, ngħaddu l-messaġġ u nagħmlu xi ħaġa, verament inkunu qegħdin nimxu pass 'il quddiem.", "Nhar il-Ħadd f'Għawdex kien hemm il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni u m'iniex se noqgħod nidħol f'polemiki ta' min iddeċieda li jiġi l-ewwel.", "L-importanti hu li ġew it-tnejn u tkellmu dwar Għawdex, għax huwa importanti li ż-żewġ kapijiet tal-partiti, minkejja d-diverġenza tad-diskors, ġew hemmhekk.", "Jien ma rridx li Għawdex jispiċċa xi ballun politiku.", "Qabel konna ngħidu li Għawdex tan-Nazzjonalisti, imbagħad għax ħadna l-maġġoranza qisna rridu ngħidu li Għawdex hu tal-Laburisti.", "Għawdex la huwa tal-Laburisti u lanqas tan-Nazzjonalisti, imma huwa tagħna l-Għawdxin.", "Ma noqogħdux nippatronizzaw lil Għawdex, għax fl-aħħar mill-aħħar inkunu qegħdin nagħmlu ħsara mhux biss lilna nfusna, imma anke lill-mod kif iħarsu lejna n-nies.", "Sur President, irrid nirrikonoxxi wkoll li l-Onor.", "Said m'għandux l-esperjenza tal-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li l-Onor.", "Frederick Azzopardi għandu din l-esperjenza għax serva taħt l-Eks Ministru Anton Tabone, kien assistent parlamentari tal-Eks Ministru Giovanna Debono u għandu ċerta esperjenza fiċ-Ċivil.", "L-Onor.", "Said, bħali, ġej mill-privat u hu avukat, allura ma daqx l-istruttura taċ-Ċivil tal-Ministeru għal Għawdex.", "Irrid nirrikonoxxi li l-Ministeru għal Għawdex dejjem tmexxa b'politika antikwata, li wasslet biex Għawdex jaqa' lura.", "Lill-Għawdxin għal kull ħaġa ta' xejn ġibniehom tallaba, għax id-drittijiet kienu jidhru qishom pjaċiri, allura spiċċajna f'sitwazzjoni ta' klijenteliżmu kroniku.", "Il-Ministeru għal Għawdex għamel snin sħaħ imneżża' mid-dinjità tiegħu u minn dan kollu bata l-iżvilupp, għax ma kienx hemm il-ħila li jinstab bilanċ bejn il-qadi tan-nies u l-iżvilupp t'Għawdex.", "Iva, Għawdex għandu bżonn dan il-bilanċ, għax jekk Għawdex ma jimxix 'il quddiem, ma nistgħux naspiraw li jkun aħjar u li l-problemi li ilna s-snin nitkellmu dwarhom jissolvew.", "Allura, filwaqt li nemmen li dak li jkun għandu jkollu l-fakultà li jirrikorri għand il-Ministeru għal Għawdex biex id-drittijiet tiegħu jiġu salvagwardati, xorta nemmen li għandu jkun hemm bilanċ bejn dak ir-rwol u l-funzjonijiet li għandu jaqdi l-Ministeru għal Għawdex.", "Sur President, nifhem li se jkun hemm opinjonijiet differenti u li se jkun hemm min se jesprimi fehmiet kontra din l-Awtorità, forsi anke minħabba xi linja li setgħet ġiet imposta.", "M'iniex se noqgħod nidħol f'dawn il-kwestjonijiet, però nistenna li f'dan id-dibattitu dak li jkun jitkellem kif għandu jitkellem.", "Jien se nkun qed nisma' b'attenzjoni kbira dak li jkun qed jingħad.", "Is-suġġerimenti tajba dejjem ħadthom.", "Kemm ili f'dan ir-rwol, din hija t-tieni liġi li qed irressaq.", "L-ewwel waħda kienet avviż legali u din hija l-ewwel liġi, però fil-leġiżlatura li għaddiet mexxejt diversi liġijiet u kont dejjem miftuħa għall-ideat, però nemmen li dan l-Abbozz ta' Liġi qed joffrilna opportunità storika biex nuru kompattezza.", "F'dan il-Parlament aħna l-Għawdxin dejjem konna f'minoranza.", "Sur President, inti għandek biċċa minnek Għawdxija u allura tifhimna u tappoġġjana, però l-fatt huwa li aħna dejjem f'minoranza.", "Għalhekk dan huwa mument storiku fejn aħna mhux biss nitkellmu fuq Għawdex bħala gżira reġjun, imma napprezzaw u nimbuttaw il-ħtieġa ta' strument legali biex l-identità kollettiva tad-deputati Għawdxin inkunu nistgħu nimbuttawha 'l quddiem.", "L-Għawdxin jarawna u jisimgħuna, bħalma jisimgħuna l-Maltin, u naħseb li jieħdu gost li jaraw li nkunu qegħdin verament nimbuttaw l-iżvilupp reġjonali għal Għawdex, mhux biss għal-lum, mhux biss għall-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, imma wkoll għal dawk li ġejjin warajna.", "Ovvjament, viżjoni kulħadd ikollu, però issa wasal iż-żmien li mill-kliem ngħaddu għall-fatti u nuru li l-iżvilupp reġjonali għal Għawdex jimmerita mhux biss dibattitu, mhux biss azzjoni, imma li jkollu struttura b'saħħitha li tkun tista' tiggarantixxi dan.", "Nirringrazzja lil dawk kollha li se jipparteċipaw f'dan id-dibattitu minn issa 'l quddiem.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "Fil-5.23 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "L-ISPEAKER: Qabel ma nsejjaħ lill-kelliem li jmiss, nixtieq nagħmel aġġornament dwar Kumitat Permanenti.", "Ninforma lill-Kamra li skont il-paragrafu (4) tal-Artiklu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Erbgħa 20 ta' Frar, 2019, fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tkun qed tissostitwixxi lill-Onor.", "Grazzi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR AWTORITÀ GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI TA' GĦAWDEX", "Id-diskussjoni rriżumiet minn ftit mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Iktar rimarki?", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, nirringrazzja lilek u lill-Ministru għal Għawdex għall-introduzzjoni tagħha għal dan l-Abbozz ta' Liġi li jittratta t-twaqqif ta' Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "Il-Ministru, fid-diskors tagħha bdiet proprju dwar kemm hi importanti din il-ġurnata u kemm huwa importanti dan il-pass għal Għawdex.", "Ikun pass importanti ħafna jekk aħna bħala rappreżentanti t'Għawdex f'dan il-Parlament niddeċiedu darba għal dejjem li l-Għawdxin għandhom ikunu huma li jiddeċiedu dak li jirrigwarda l-gżira t'Għawdex u l-kwalità tal-ħajja tagħhom f'Għawdex stess.", "Għaldaqstant, meta wieħed jagħsar dan l-Abbozz, jasal għall-konklużjoni li ftit li xejn joffri biex nilħqu l-għanijiet li verament Għawdex ikun gżira reġjun b'awtnomija politika, amministrattiva u finanzjarja.", "Meta wieħed jara l-kwestjoni ta' reġjun, isib li fl-aħħar snin kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista, u ħafna oħrajn, tkellmu dwar ir-reġjonalità ta' Għawdex, però fil-verità, meta niġu biex naraw xi tfisser din ir-reġjonalità, wieħed jasal għall-konklużjoni li biex verament inkunu qed insarrfu dak li nemmnu fih, dan il-prinċipju jrid jiġi msarraf billi npoġġu fil-prattika jew insaħħu l-prinċipju ta' sussidjarjetà.", "Dan huwa prinċipju importanti ħafna, li aħna bħala Partit Nazzjonalista dejjem emminna fih u ħaddimnieh f'kull stadju matul dawn l-aħħar 60 sena, fost affarijiet oħrajn bl-introduzzjoni tal-kunsilli lokali u bl-introduzzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.", "Għalhekk dan il-prinċipju ta' sussidjarjetà nistgħu npoġġuh fil-prattika jekk immorru għal kunsill reġjonali f'Għawdex li jkun elett mill-Għawdxin, li jkollu l-awtonomija u li jkollu l-poteri eżekuttivi biex d-deċiżjonijiet kollha li jolqtu lil Għawdex u lill-poplu Għawdxi.", "Ovvjament, irid ikollu wkoll ir-riżorsi biex jaħdem.", "Issa dan il-prinċipju ta' sussidjarjetà huwa faċli li tgħid li temmen fih, imma hu diffiċli li tpoġġih fil-prattika, speċjalment meta tkun fil-gvern, għax trid titlaq il-poter minn idejk u tgħaddih lil ħaddieħor, f'dan il-każ lil min ikun l-eqreb lejn id-deċiżjoni li tkun se tittieħed u li tkun se tolqtu.", "Jekk inħarsu lejn l-aħħar snin naraw li kellna l-istorja tal-Kunsilli Ċiviku t'Għawdex.", "Hawn nixtieq nikkoreġi ftit lill-Ministru li qalet li din hija l-ewwel liġi li se tkun qed twaqqaf awtorità f'Għawdex li tkun qed titkellem fuq Għawdex, għax kellna l-Ordinanza tal-1961 li ħadmet għal 12-il sena u dak il-kunsill ċiviku, matul dak il-perjodu kollu għamel ammont kbir ta' xogħol u ħa ammont kbir ta' inizjattivi li l-Għawdxin għadhom igawdu minnhom sal-lum.", "Ġara li fl-1971 tela' l-Partit Laburista fil-gvern u wara referendum fażull, ġie f'dan il-Parlament u neħħa dan il-kunsill ċiviku.", "Jien kelli l-opportunità li nara ftit mid-dibattiti li saru fil-Parlament fl-1973, u tibqa' mmeraviljat bir-raġunar li bdew iġibu ċerti esponenti tal-Partit Laburista, dakinhar fil-gvern, biex neħħew dan il-kunsill ċiviku.", "Kellna l-introduzzjoni tal-kunsilli lokali, bil-prinċipju tas-sussidjarjetà mqiegħed fil-prattika, li l-Partit Laburista, għall-ewwel kien jitkellem kontra dan il-prinċipju, fejn qalulna li dan il-prinċipju kien se jġib ħela ta' flus, diviżjoni u x'naf jien!", "Fl-1987 kellna Gvern li ħa deċiżjoni kuraġġuża li jwaqqaf għall-ewwel darba l-Ministeru għal Għawdex.", "Issa għandna esperjenza ta' 32 sena ta' Ministeru għal Għawdex, però kellna l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni li għamel snin twal jitkellem kontra l-Ministeru għal Għawdex.", "Saħansitra, fl-1996 meta ħa l-Gvern f'idejh, irrelegana fit-tieni diviżjoni!", "Mhux hekk biss, meta mbagħad bdew jemmnu fil-Ministeru għal Għawdex u bdew jgħidulna li se jħalluh, malli ħadu l-Gvern f'idejhom fl-2013 neħħew is-saħħa u l-edukazzjoni minn taħt il-Ministeru għal Għawdex biex tawna Ministeru bla saħħa u edukazzjoni, biex ma jgħidux li neħħew il-Ministeru għal Għawdex.", "Allura, meta wieħed jagħsar dan l-Abbozz ta' Liġi jasal għall-konklużjoni li hawnhekk għandna awtorità li se tkun paraventu għall-Ministeru għal Għawdex u għall-gvern tal-ġurnata li jkun qed imexxi lil dan il-pajjiż.", "Allura nappella li dan hu l-mument li ladarba l-Gvern iddeċieda li jressaq dan l-Abbozz, għandna naraw x'inhu l-aħjar mudell li rridu għal Għawdex u kif irridu li tkun il-governanza tar-reġjun t'Għawdex jekk verament nemmnu fil-kunċett ta' Għawdex reġjun, u mhux ngħiduh biss bil-kliem.", "Irridu mmorru għall-mod kif għandu jkun iggvernat Għawdex.", "Jekk aħna nemmnu wkoll fil-prinċipju ta' sussidjarjetà, allura l-proposta li qed imexxi 'l quddiem il-Partit Nazzjonalista hija proposta li trid titwettaq għal Għawdex.", "Sur President, diġà għamilt referenza għall-Ordinanza li waqqfet il-kunsill ċiviku.", "Jekk inqabblu dan l-Abbozz ta' Liġi ma' dik l-Ordinanza, lanqas biss qed nilħqu dak li kien ingħata lil Għawdex fl-1961, meta din l-Ordinanza kienet qed taħseb biex ikun hemm kunsill ċiviku li jkun elett mill-Għawdxin, li jkollu poteri eżekuttivi, li jkollu l-finanzjament tiegħu u li jkollu kumitati lokali eletti f'kull lokalità f'Għawdex.", "Lura fl-1961, kellna kumitat elett minn kull lokalità u kull lokalità kienet rappreżentata fil-kunsill ċiviku li kellu l-poteri li jiddeċiedi u li jagħmel ix-xogħlijiet.", "Kellu l-poter eżekuttiv u kien Gvern reġjonali.", "Allura llum, jekk għandna mudell li ħadem u li ta l-frott - dan ġie abolit fl-1973 u fl-opinjoni tiegħi, kienet x'kienet ir-raġuni, kienet totalment żbaljata - naħseb li l-bażi għandha tkun dik u għandna naddattawha għaż-żminijiet tal-lum.", "Sur President, rajna wkoll li bejn l-1973 u l-1987 kellna kważi 16-il sena li fihom Għawdex ma kellu l-ebda forma ta' rappreżentanza jew devoluzzjoni ta' poter, ħlief għall-aħħar snin qabel l-1987, meta twaqqaf kumitat parlamentari li ltaqa' biss numru ta' drabi li tgħoddhom fuq is-swaba' t'id waħda.", "Kif diġà semmejt, fl-1987 twaqqaf il-Ministeru għal Għawdex u fil-bidu tal-1998, gvern immexxi mill-Eks Prim Ministru Alfred Sant ħareġ white paper dwar kunsill reġjonali għal Għawdex.", "L-Abbozz li qegħdin niddiskutu lanqas jilħaq dak li kien fiha dik il-white paper, li mbagħad ma laħqitx saret liġi għax fl-1998 waqa' l-Gvern.", "Meta wieħed jara x'kienet tipproponi dik il-white paper u l-poteri li kienu qed jiġu proposti li jkollu l-kunsill reġjonali li ġie propost fl-1997 u fl-1998, jinduna li llum lanqas qed nilħqu dik l-aspettattiva.", "Kif diġà spjegajt, fl-1993 kellna l-introduzzjoni tal-kunsilli lokali u f'Għawdex kellna 14-il kunsill lokali li ġabu differenza enormi.", "Forsi jkun hemm min jirraġuna li l-Għasri, lokalità ta' 300 ruħ, m'għandux ikollha kunsill lokali, imma iva, għandu jkollha kunsill lokali għax forsi l-Kunsill Lokali tal-Għasri, ta' San Lawrenz, ta' Kerċem u tal-postijiet iż-żgħar kienu l-iktar effettivi u ħallew impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom matul dawn il-25 sena, minkejja li kien hemm min argumenta li f'lokalitajiet żgħar ma jagħmilx sens li jkollok kunsilli lokali.", "Allura bl-istess argument, illum jista' jkun hemm min jgħidlek: Gżira żgħira bħal Għawdex għandu jkollha l-gvern reġjonali?", "Iva, għandu jkollha gvern reġjonali u għandu jkollha l-kunsill reġjonali tagħha, għax tbati minn insularità doppja u għandha identità partikolari li tagħmilha dik li hi, u allura għandha d-dritt li jkollha l-governanza speċifika tagħha.", "Sur President, fl-2003 kellna t-trattat tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li miegħu hemm dikjarazzjoni importanti ħafna dwar Għawdex, li fiha l-Gvern ta' dak iż-żmien għamel qrara ġenerali dwar is-sitwazzjoni t'Għawdex.", "Din kienet tittratta dwar x'jixtieq fejn jidħol il-finanzjament Ewropew u kif jista' juża dak il-finanzjament biex iġib il-qagħda soċjo-ekonomika t'Għawdex 'il quddiem u dwar kif jagħlaq il-gap li teżisti bejn Malta u Għawdex, kemm f'dak li hu GDP kif ukoll il-gap soċjali u gaps oħra li jeżistu bejn iż-żewġ gżejjer.", "Dik id-dikjarazzjoni fiha mekkaniżmu li suppost jiġi skattat qabel kull perjodu finanzjarju.", "Imma l-Gvern s'issa ma qalilniex jekk skattax dak il-mekkaniżmu li fiha d-dikjarazzjoni dwar Għawdex mat-Trattat tas-Sħubija dwar il-finanzjament għall-perjodu li jmiss.", "Dan meta nafu li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej, li qiegħed hawnhekk magħna u nsellimlu, qal li fil-perjodu ta' finanzjament li jmiss, Malta mhux mistennija tieħu fondi daqs kemm ħadet fl-aħħar perjodu ta' finanzjament, u ta r-raġunijiet ekonomiċi.", "Mela allura aktar u aktar għandu jiġi skattat dak il-mekkaniżmu dwar Għawdex, għax żgur li għandna differenza sostanzjali bejn Malta u Għawdex f'dak li għandu x'jaqsam mal-GDP u punti oħrajn.", "Fl-2009, f'dan il-Parlament kellna liġi li waqqfet kumitat reġjonali tal-MCESD għal Għawdex.", "Dan sar b'liġi biex wieħed jassigura li dan il-kumitat ikun qiegħed jiltaqa' u jlaqqa' 'l-istakeholders Għawdxin kollha għall-konsultazzjoni.", "Dan huwa kumitat fi ħdan korp importanti fil-pajjiż, il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, li qiegħed hemm speċifikament biex jiddiskuti u joffri proposti għal Għawdex.", "Nixtieq nagħmel referenza għall-emendi kostituzzjonali li saru fl-2007.", "Dan il-Parlament fl-2007 għamel emendi kostituzzjoanli dwar id-distretti u dakinhar għamel emenda li ġiet approvata b'mod unanimu mill-Kamra.", "Din kienet tgħid li Għawdex, jikber kemm jikber, jibqa' dejjem distrett wieħed.", "Meta wieħed jaqra d-dibattiti li saru f'din il-Kamra meta tressqet dik l-emenda jsib li kien messaġġ ċar taż-żewġ naħat tal-Kamra li Għawdex m'għandux jiġi meqjus bħala distrett elettorali, imma għandu jiġi meqjus bħala reġjun speċifiku.", "Kif diġà spjegajt, fl-2013 meta l-Gvern Laburista ħa l-Gvern f'idejh, lill-Ministeru għal Għawdex neħħielu l-aktar żewġ oqsma importanti, is-saħħa u l-edukazzjoni.", "Kieku s-saħħa kienet taħt il-Ministeru għal Għawdex, żgur li l-ebda Ministru Għawdxi ma kien se jħalli li l-uniku sptar li għandna f'Għawdex jiġi privatizzat.", "Għalhekk illum, with hindsight, ngħid li dik il-mossa saret apposta, biex jieħdu l-isptar minn taħt il-Ministru għal Għawdex, għax il-probabbiltà kbira dejjem kienet li se jkun Għawdxi jew Għawdxija.", "Allura biex ineħħi min-nofs dik l-oppożizzjoni, l-ewwel deċiżjoni li ħa l-Gvern Laburista kif tela', xi ġurnata jew jumejn wara li tqassmu l-ministeri, kienet li jneħħi s-saħħa u l-edukazzjoni minn taħt il-Ministeru għal Għawdex.", "Kieku s-saħħa u l-edukazzjoni għadhom taħt il-Ministeru għal Għawdex, m'għandix dubju li l-Iskola Primarja tar-Rabat ilha li nbniet, mhux għadhom jibdlu l-post minn xahar għall-ieħor ta' fejn se tinbena din l-imbierka skola primarja tar-Rabat Għawdex.", "Issa se ngħaddi għall-Abbozz ta' Liġi nnifsu.", "L-ewwel oppożizzjoni tagħna hija għall-kompożizzjoni ta' din l-Awtorità.", "Il-Ministru qaltilna li se tkun komposta minn seba' persuni u qalet li ma tridx li jkollna awtorità b'ħafna nies.", "Intendi li ma naqbilx, għax jekk trid awtorità rappreżentattiva, irid ikollok rappreżentanza wiesgħa tas-soċjetà Għawdxija.", "Tista' tgħidli li sebgħa min-nies jirrappreżentaw lis-soċjetà Għawdxija b'mod tajjeb ħafna.", "Kieku jkunu eletti mill-Għawdxin, tista' tgħid li jirrappreżentaw lill-Għawdxin għax huma eletti minnhom stess, però erbgħa minn dawn is-sebgħa, il-President u tliet membri, se jkunu magħżulin direttament mill-Ministru.", "Mela l-maġġoranza tal-Awtorità se tkun ikkontrollata mill-Ministru u din tista' tneħħihom għax it-terminu tagħhom huwa ta' sena, allura jridu jiġu kkonfermati minn sena għal sena.", "Hemm imbagħad it-tliet membri l-oħra.", "Il-kunsilli lokali nifhimha, imma ma nistax nifhem kif hemm rappreżentant tad-Djoċesi ta' Għawdex, meta l-korp kostitwit li jirrappreżenta l-qasam tal-kummerċ u l-korp kostitwit li jirrappreżenta l-qasam tat-turiżmu, li jifforma kważi 50% tal-GDP ta' Għawdex, mhumiex rappreżentati.", "Għalija personalment, din il-kompożizzjoni mhijiex il-kompożizzjoni ideali, għax huma nies magħżula u mhux eletti.", "Fl-opinjoni tal-Partit Nazzjonalista għandu jkollna kunsill reġjonali elett.", "Dik hi l-ewwel differenza kbira li għandna fejn tidħol il-kompożizzjoni ta' din l-Awtorità.", "Fejn hi rappreżentata s-soċjetà ċivili f'Għawdex li dejjem qiegħda tissaħħaħ u tikber?", "Waqt id-diskors tagħha, il-Ministru qalet li għandna frammentazzjoni.", "Jista' jkun, imma min-naħa l-oħra hija barka li fi gżira żgħira bħal Għawdex għandna numru kbir ta' NGOs u għaqdiet oħra li jagħtu l-ħin tagħhom u jagħmlu l-isforz kollu possibbli biex jaħdmu fl-oqsma kulturali, tad-diżabilità u tant oħrajn, imma dawn l-għaqdiet mhuma se jkunu rappreżentati bl-ebda mod fil-kompożizzjoni ta' din l-Awtorità.", "Ma naqblux ukoll li l-Ministru se tingħata l-poter li tneħħi l-membri tal-bord, għax il-maġġoranza tagħhom huma appuntati mill-Ministru, inkluż il-president.", "Irridu ngħidu li l-president għandu l-vot oriġinali u l-casting vote, f'każ li jkun hemm vot li jiġi f'parità.", "Issa, peress li l-Ministru wara sena tista' tbiddilhom, minħabba s-security of tenure d-deċiżjonijiet tagħhom iridu jkunu bilfors fid-direzzjoni li tagħtihom il-Ministru tal-ġurnata.", "Mhux qed nalludi għall-Ministru Justyne Caruana, imma meta nagħmlu liġi, dik il-liġi ma tkunx tgħodd biss għall-perjodu li jkun hemm il-Ministru li ressaqha, imma wkoll meta jkun hemm ministri li jiġu wara.", "Il-Ministru għamlet referenza għal min okkupa s-siġġu ta' Ministru għal Għawdex matul dawn l-aħħar 32 sena.", "Hi faħħret lil Anton Tabone, li nneħħilu l-kappell għax-xogħol li għamel.", "Imma mbagħad qalet li minn hem 'il quddiem iddeterjora kollox u donnha kienet qed titfa' ftit botti fini lill-Ministru ta' qabilha, li għamel kważi ħames snin imexxi l-Ministeru għal Għawdex.", "Il-ħatra għal sena ma ġġib l-ebda security of tenure lil dawn il-membri, li allura jridu jkunu appuntati – se nuża kelma naqra goffa – qishom pupazzi f'idejn min ikun Ministru għal Għawdex.", "Mela din il-kompożizzjoni tagħti kontroll assolut lill-Ministru jew lill-Gvern tal-ġurnata – għax il-Ministru tirrappreżenta lill-gvern tal-ġurnata – u m'hemm l-ebda awtonomija.", "It-tieni punt li xtaqt nenfasizza – diġà għamilt referenza għalih fejn tidħol il-kompożizzjoni u l-ħatra – huwa dwar il-poteri assoluti li se jkollu min ikun ministru għal Għawdex fejn tidħol din l-awtorità.", "Mela minflok ma nsaħħu l-prinċipju tas-sussidjarjetà u nitilqu l-poter minn idejna, qegħdin insaħħu l-kontroll tal-Gvern.", "Fil-fatt, diġà għamilt referenza għall-fatt li erbgħa mis-seba' membri, fosthom il-president u l-viċi president, huma nominati direttament mill-Ministru.", "Nista' nagħti lista sħiħa ta' eżempji.", "Naf li hemm iżjed, imma għamilt lista ta' 14-il istanza fejn din il-liġi qed tagħti poter lil min ikun ministru għal Għawdex u fil-ħin li għandi se nsemmi kemm nista' minnhom.", "X'rappreżentanza hemm?", "X'devoluzzjoni ta' poter qed issir?", "Il-programm elettorali għal din il-leġiżlatura tal-Partit Laburista jitkellem dwar id-devoluzzjoni ta' poter, li terħi l-poter minn idejk u tgħaddih lil ħaddieħor.", "Tgħaddih lil min hu l-eqreb u l-aħjar li jista' jieħu d-deċiżjonijiet.", "Hemm ukoll li jekk persuna jkollha interess finanzjarju, din trid tiddikjara jew trid titlaq, però l-Ministru tista' tirrinunzja għal dik l-iskwalifika.", "Hemm it-tneħħija tal-membri li diġà għamilt referenza għaliha.", "Hemm il-pjan korporattiv, li titkellem dwaru klawsola 4.", "Dan bilfors irid jiġi ppreżentat fil-forma approvata mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u l-Ministru.", "Irid jiġi sottomess lill-Ministru, u l-Ministru trid tapprovah, għax jekk ma tapprovahx ma jidħolx fis-seħħ.", "Klawsola 5 tgħid li l-indikaturi ta' prestazzjoni jridu jkunu approvati mill-Ministru.", "Klawsola 6 titkellem dwar ir-reviżjoni strateġika li se tkun qed issir minn persuna jew persuni li jkunu maħtura mill-Ministru.", "Klawsola 7 tgħid li l-Ministru jista' jittrasferixxi setgħat ta' sorveljanza u inforzar lill-Awtorità.", "Mela l-Ministru se jingħata l-poter li jittrasferixxi dik is-setgħa ta' sorveljanza jew inforzar.", "Issa jekk wieħed jagħsar il-liġi jsib li l-aktar ħaġa ċara li se jkollha din l-Awtorità hi l-inforzar.", "Donnu xi ħadd ma jridx jagħmel l-inforzar, jew xi direttur jew dipartimenti governattivi li suppost jagħmlu ċertu inforzar ma jridux jagħmluh u allura nistgħu ngħadduh lill-Awtorità.", "Imma mhux talli hekk, talli l-Ministru jista' jirtirah x'ħin irid!", "Klawsola 8 titkellem dwar l-istrateġija għall-iżvilupp reġjonali u tgħid li trid tiġi approvata mill-Ministru.", "Klawsola 9 tittratta l-ħatra tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Awtorità, li jrid jinħatar mill-Ministru għal tliet snin.", "Klawsola 10 tgħid li l-Ministru għandha tagħti direttivi lill-Awtorità; l-Awtorità mbagħad m'għandhiex għażla, trid bilfors iġġibhom fis-seħħ, iridu u ma jridux il-membri tal-Awtorità.", "Jekk hemm direttiva mill-Ministru, l-Awtorità trid bilfors iġġibha fis-seħħ u jekk ma ġġibhiex, il-Prim Ministru jirtira l-funzjoni.", "Din ħelwa!", "Jekk l-Awtorità jkollha flus żejda, il-Ministru jiddeċiedi fejn jintefqu.", "Dan mhux qed nivvintah jien, imma qed tgħidu subklawsola 18 (5).", "Skont klawsola 19, biex l-Awtorità tissellef trid l-approvazzjoni tal-Ministru għal Għawdex.", "Subklawsola 22 (5) tgħid li l-estimi tal-Awtorità jrid japprovahom bilfors il-Ministru.", "Klawsola 23 tgħid li:", "\"(1) Ma għandha ssir jew tiġġarrab ebda nefqa mill-Awtorità kemm-il darba din ma tkunx ġiet approvata mill-Ministru kif provdut fl-artikolu 22.\".", "Jiġifieri kull nefqa li tagħmel l-Awtorità trid tiġi approvata mill-Ministru.", "Klawsola 27 tgħid li kull spiża li teċċedi s-€7,000 trid l-approvazzjoni tal-Ministru.", "Se nieqaf hawn fuq dan, imma f'kull klawsola tal-Abbozz ta' Liġi - b'kollox hemm 45 - dejjem hemm il-poter tal-Ministru.", "Mela allura mhu qed jiġi devolut xejn, mhu qed jinħatar l-ebda bord li se jkollu l-poter f'idejh, il-poter se jibqa' f'idejn il-Gvern tal-ġurnata li jkun rappreżentat mill-ministru għal Għawdex, ikun min ikun.", "It-tielet punt tiegħi hu li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar Awtorità regolatorja u konsultattiva.", "Diġà spjegajt li klawsola 7 tgħid li:", "\"(1) Il-Ministru jista', permezz ta' strument ta' delega, jittrasferixxi setgħat ta' sorveljanza u infurzar lill-Awtorità.\".", "Allura permezz ta' strument ta' delega, għalfejn l-infurzar biss u s-sorveljanza biss?", "Meta tara dan il-wording tasal għall-konklużjoni li r-rwol prinċipali ta' din l-Awtorità, apparti l-konsultazzjoni biex tifforma pjan strateġiku – li l-Ministru qaltilna li diġà hemm ħidma għaddejja fuqu allavoja l-Awtorità għadha ma twaqqfitx, imma għadha fl-istadju ta' Abbozz ta' Liġi – se tkun immirata prinċipalment fuq sorveljanza u inforzar.", "Hemm bżonnhom?", "Dażgur li hemm bżonnhom is-sorveljanza u l-inforzar.", "Jekk ma tagħmilx sorveljanza u inforzar ikollok ġungla, però għandna l-awtoritajiet, għandna d-dipartimenti, għandna d-diretturi.", "Fil-Ministeru għal Għawdex biss ma nafx kemm-il direttorat hemm, li kollha għandhom rwoli speċifiċi tagħhom.", "X'qed jiġri?", "Qed jibżgħu jieħdu d-deċiżjonijiet u jridu jitfgħuhom fuq ħaddieħor?", "Bilfors tqum din il-mistoqsija!", "Diġà spjegajt id-direttivi li jridu jingħataw mill-Ministru li jridu jiġu mplimentati bilfors, u fil-każ il-Prim Ministru jista' jirtira l-funzjoni u jgħaddiha lill-Awtorità.", "Klawsola 8, li hi waħda mill-aktar klawsoli importanti ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, titkellem dwar il-funzjonijiet tal-Awtorità li meta tagħsarhom tasal għall-konklużjoni li għandek Awtorità li ma tistax tieħu deċiżjonijiet eżekuttivi, ma tistax tattwa, imma hija biss konsultattiva u taħdem biss fuq infurzar u dak li jiġi delegat lilha.", "Ir-raba' punt hu dwar il-finanzjament tal-Awtorità, għax biex ikollok devoluzzjoni ta' poter, normalment jiġi devolut mir-rappreżentanti ta' xi ħadd - għalhekk aħna nsostnu li għandhom ikunu eletti - irid ikollhom il-poteri eżekuttivi u allura l-liġi toħroġ dak li wieħed jista' jwettaq.", "Imma biex twettaq għandek bżonn il-finanzi u riżorsi oħra, u l-finanzi huma l-aktar riżors importanti biex tkun tista' twettaq dak li jkun ġie devolut lilek.", "Meta tara l-parti tal-finanzjament tasal għall-konklużjoni li kollox hu kkontrollat.", "M'hemm l-ebda awtonomija mogħtija lil din l-Awtorità fejn jidħlu l-finanzi li trid tuża.", "Klawsola 18 tgħid li l-ispejjeż tal-Awtorità jridu jiġu mid-dħul tagħha, imma ma jgħidulniex id-dħul tagħha minn fejn se jiġi - m'hemm l-ebda indikazzjoni fil-liġi - ħlief mill-infurzar.", "Subklawsola 18 (4) tgħid li l-Ministru għall-Finanzi jista' jieħu parti mid-dħul tal-Awtorità.", "Kif diġà għidt, il-flus żejda li jista' jkollha l-Awtorità se jintużaw biss fejn irid il-Ministru għal Għawdex u biex tissellef trid l-approvazzjoni tal-Ministru.", "L-estimi tal-Awtorità jridu jiġu approvati mill-Ministru u jrid jippubblikahom.", "Diġà għamilt referenza għal klawsola 23 fejn kull nefqa trid tiġi approvata mill-Ministru.", "Klawsoli 25, 26, 27 u 28 jitkellmu dwar verifika, awdituri, depożiti, ħlasijiet, kuntratti u rapporti annwali, li prattikament huma normali f'dawn it-tip ta' liġijiet.", "Il-ħames punt huwa l-infurzar, li diġà għamilt referenza għalih.", "Jidher li dan huwa l-aktar rwol importanti li se jkollha din l-Awtorità, għax minn klawsola 32 sa 35 jitkellmu fuq l-infurzar.", "Hawnhekk ukoll għandek id-delega mill-Ministru, imma mhuwiex ċar minn liema Ministru, għax jekk ikun hemm infurzar li ma jaqax taħt il-Ministeru għal Għawdex imma jaqa' taħt xi Ministeru ieħor, min se jagħti dik id-delega?", "Skont l-Abbozz ta' Liġi huwa l-Ministru għal Għawdex, imma fl-opinjoni tiegħi, ma nafx kemm dan jista' jagħti d-delega ta' infurzar lill-Awtorità meta dak l-infurzar jaqa' taħt xi liġi li tkun taħt il-kontroll ta' xi Ministru ieħor.", "L-Abbozz ta' Liġi ma jitkellem xejn dwar liema sorveljanza se tiġi mogħtija lil din l-Awtorità.", "Hemm punt importanti ħafna li għamlet referenza għalih il-Ministru, u nixtieq nelabora ftit fuqu, il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta' Għawdex.", "Fl-Abbozz ta' Liġi dan jissemma darba biss f'subinċiz (b) ta' subklawsola 8 (1).", "Aħna naqblu fuqu, għax dan huwa kumitat importanti ħafna, imma ma nistax nara x'għandu x'jaqsam il-Kumtiat Parlamentari għall-Affarijiet ta' Għawdex ma' din l-Awtorità.", "Li hu żgur hu li għandu jitwaqqaf immedjatament.", "Dan kien ġie mwiegħed fil-programm elettorali tal-Partit Laburista u issa dalwaqt inkunu resqin lejn kważi sentejn u nofs tal-leġiżlatura.", "Jien nemmen li l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta' Għawdex huwa importanti u għandu jagħti spazju lid-deputati eletti minn Għawdex ħalli jkunu jistgħu jiltaqgħu f'dan il-Parlament biex jiddiskutu affarijiet li jolqtu lil Għawdex, jisimgħu lill-esperti, ikellmu lir-rappreżentanti ta' korpi kostitwiti u għaqdiet, u minn żmien għal żmien ikun hemm punti fuq l-aġenda ta' dan il-Kumtitat li jolqtu direttament lill-gżira Għawdxija u lill-Għawdxin.", "Aħna naqblu, però dan il-Kumitat mhux se jiddaħħal permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, imma jrid jiddaħħal b'mozzjoni li l-Ministru għal Għawdex jew il-Gvern jista' jressaq f'dan il-Parlament biex jitwaqqaf dan il-Kumitat.", "Nassigurakom li jekk din il-mozzjoni tiġi hawnhekk se ssib l-appoġġ tagħna, anzi aħna nesiġu li d-deputati kollha eletti minn Għawdex ikunu qed jieħdu sehem f'dan il-Kumitat.", "Allura issa li resqin lejn is-sentejn ta' dan il-Gvern u jekk nieħdu l-kejl tal-leġiżlatura l-oħra, kważi qegħdin f'nofs il-leġiżlatura, l-appell tagħna hu li ladarba l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta' Għawdex qiegħed fil-programm elettorali, ejja nwaqqfuh, għax minnu jistgħu joħorġu punti importanti.", "Dan se jkun ta' benefiċċju għal Għawdex u għall-Għawdxin, u barra minn hekk, kif qalet tant tajjeb il-Ministru, jagħti spazju lid-deputati Għawdxin li jmexxu 'l quddiem l-ideat tagħhom fuq dak li jixtiequ mill-gżira ta' Għawdex fejn huma jkunu ġew eletti.", "Dak li qegħdin ngħidu bħala Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni hu li aħna ma naqblux li dan il-pass għandu jittieħed illum għax, kif spjegajt, qegħdin nitkellmu dwar awtorità bla funzjonijiet eżekuttivi li l-membri tagħha, fil-maġġoranza tagħhom, huma magħżula mill-Ministru, awtorità li hi kkontrollata totalment mill-Ministru għal Għawdex u bla riżorsi finanzjarji biex twettaq dak li jista' jkun delegat lilha.", "Allura aħna qegħdin insostnu li issa huwa l-mument opportun li l-ewwel u qabel kollox nitkellmu fuq Għawdex reġjun bħala kunċett li jiġi mnaqqax fil-Kostituzzjoni darba għal dejjem, b'sinjal ċar li jkun ifisser li Għawdex għandu jingħata awtonomija amministrattiva u politka.", "Wara dak il-konċett, ikun imiss il-pass li Għawdex ikollu l-kunsill reġjonali tiegħu, li l-ewwel nett għandu jkun elett mill-Għawdxin fost l-Għawdxin u għandu jkollu poteri eżekuttivi ċari.", "Din mhux qed nivvintawha aħna, għax dawn il-kunsilli reġjonali jeżistu f'ħafna reġjuni tal-pajjiżi Ewropej, imma mhux biss, għax Għawdex stess kważi 60 sena ilu diġà kellu l-mudell tal-kunsill ċiviku li kien elett b'liġi mill-Għawdxin, b'poteri eżekuttivi u b'finanzi adegwati, li matul it-12-il sena li għamel jaħdem, għamel ħafna proġetti u inizjattivi f'Għawdex li ħafna minnhom għadhom jitgawdew sal-lum.", "Għalhekk kunsill reġjonali elett mill-Għawdxin, b'poteri eżekuttivi ċari, b'riżorsi finanzjarji adegwati li jkunu diretti mill-Gvern biex il-kunsill ikun jista' jwettaq dmirijietu, dak li jinġabar minn Għawdex stess u anke fondi Ewropej, dan ikun pass 'il quddiem fuq dak li kellu Għawdex bejn l-1961 u l-1973, u pass ieħor fil-governanza ta' gżira reġjun, wara l-pass li ttieħed fl-1987 meta nħatar il-Ministru għal Għawdex.", "Allura dan ikun ukoll it-twettiq fil-prattika tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Għalhekk se nivvotaw kontra din il-liġi, iżda mhux se nieqfu hemm, għax fil-prinċipju, jekk tara l-liġi waħedha, il-kunċett jista' jkun li huwa pass tajjeb.", "Se nkunu qegħdin nivvotaw kontra għax qegħdin insostnu li wasal il-mument li mmorru għal dan il-pass importanti ta' Għawdex reġjun bil-kunsill reġjonali tiegħu.", "Allura nappellaw lill-Gvern biex nagħmlu dan il-pass importanti flimkien, li nagħtu lil Għawdex u lill-Għawdxin dak li jistħoqqilhom, dak li hu tagħhom bi dritt, imbagħad jekk il-Gvern irid ikompli għaddej, u hu għandu l-maġġoranza biex ikompli għaddej, allura l-Oppożizzjoni tkun f'pożizzjoni li tieħu l-passi li tista' tieħu, u jekk dan il-kunsill reġjonali ma jsirx mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni, se nkunu qegħdin inwiegħdu li finalment ikun qed jitwettaq meta nkunu fil-gvern.", "Sur President, irridu kunsill reġjonali għax, kif diġà spjegajt, kieku llum għandna kunsill reġjonali elett mill-Għawdxin li jiddeċiedi fuq l-affarijiet ta' Għawdex.", "Il-kunsill ċiviku mmexxi mit-Tabib Anton Tabone fis-snin 60 kien beda l-proċess biex jinbena l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, mentri l-Gvern tal-lum biegħ l-uniku sptar li għandna lill-privat.", "Kieku kien hemm kunsill reġjonali li kellu l-poter li jieħu d-deċiżjonijiet f'Għawdex, żgur li ma kienx se jipprivatizza l-uniku sptar li għandna f'Għawdex biex illum għandna sptar li għal min qed imexxih, l-ewwel u qabel kollox jiġu l-profitti u mhux is-saħħa tal-Għawdxin.", "Dan mhux jien qed ngħidu, imma l-Għawdxin kollha li jiġu bżonn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Kieku għandna kunsill reġjonali fil-qasam tal-edukazzjoni ma kienx ikollna dan it-tkaxkir ta' sitt snin biex nibnu skola primarja fir-Rabat Għawdex!", "Wara sitt snin ta' Gvern Laburista, għadha ma tpoġġietx ġebla li hi ġebla, meta kulħadd jaf kemm żdiedet il-popolazzjoni fl-iskola primarja tar-Rabat fl-aħħar snin.", "Kieku kellna kunsill reġjonali għal Għawdex ma kienx se jħalli l-iskola tal-Arti, tal-Mużika u tad-Drama, tliet skejjel li twaqqfu mill-Ministeru għal Għawdex, imutu kważi mewta naturali.", "Ma kienx se jħalli l-Iskola tal-Arti l-ġdida li ġiet mibnija bil-fondi tal-Unjoni Ewropea tittieħed biex tintuża bħala MCAST, minflok ma jsib il-fondi biex jibni binja ġdida għall-MCAST f'Għawdex, kif jien persważ li kienu jagħmlu l-Għawdxin kieku kellhom it-tmexxija f'idejhom.", "Il-Ministru Malti li kien responsabbli mill-edukazzjoni ġie jaqa' u jqum li kellna Skola tal-Arti state of the art mibnija bil-fondi tal-Unjoni Ewropea, u dik l-iskola ħadha għall-MCAST u ma mpurtah xejn x'kien se jiġri mill-Iskola tal-Arti, biex illum għandna dak li għandna.", "Nista' nkompli għaddej fuq dak li għandu x'jaqsam mal-konnettività, fejn tidħol l-Università, fejn jidħol ix-xogħol u setturi oħra.", "Niftaħru li fil-qasam tax-xogħol għandna l-inqas rata ta' qgħad.", "Li ma nsemmux hu li fl-2013 kien hemm 500 Għawdxi jaħdmu mal-Gvern f'Malta u llum għandna 1,400 Għawdxi jaħdmu mal-Gvern f'Malta, kważi t-tripplu.", "Fi żmien Gvern li ħareġ bil-wegħda ta' xogħol għall-Għawdxin kollha f'Għawdex, hemm it-tripplu ta' ħaddiema Għawdxin jaħdmu f'Malta, mhux mal-privat imma mal-Gvern, li jridu jaqsmu ta' kuljum, b'paga medja.", "Mela minflok ma naqqasna l-gap, il-paga medja f'Għawdex hija €1,300 inqas mill-paga medja f'Malta!", "Dawn huma kollha punti li m'għandix dubju li kunsill reġjonali għal Għawdex ikun jista' jindirizzahom.", "Niġi għall-housing.", "L-aħħar appartamenti li nbnew f'Għawdex kienu prodott tal-kunsill ċiviku ta' Għawdex.", "Illum għandna Gvern li qed jgħidilna li se jonfoq €50 miljun fuq housing ġdid, u bħala Għawdxi nippretendi li għall-inqas €5 miljuni minnhom jintefqu f'Għawdex, imma meta tipprova tfittex fejn u kif, issib li s'issa għadna ma nafu bl-ebda investiment fil-qasam tal-housing f'Għawdex.", "Fejn tidħol l-infrastruttura, biżżejjed ngħidu li mill-fondi tal-Unjoni Ewropea f'dawn is-seba' snin mhux se jkun intefaq ċenteżmu li hu ċenteżmu fuq it-toroq f'Għawdex.", "Dan mhux jien qed ngħidu, imma jgħiduh il-Ministri fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari.", "Tgħid ma kienx se jkun hemm kunsill reġjonali elett u fformat mill-Għawdxin li kien se jħalli li ma jitteħidx il-porzjon li jmiss lil Għawdex mill-fondi tal-Unjoni Ewropea!", "M'għandix il-ħin biex nidħol fl-oqsma kollha, però se nikkonkludi biex nagħti opportunità lill-kelliema l-oħra li jridu jitkellmu fis-seduta tal-lum.", "Dak li qed jiġi propost, fl-opinjoni tagħna, huwa biss superfiċjali u kultant jidher intiż biex issir xi ħaġa.", "L-awtorità li għandna quddiemna hija awtorità tal-Ministru u għall-Ministru, biex tintuża biss fejn il-Gvern irid jinforza u ma jridx jidher ikrah.", "Awtorità bla ebda saħħa, bla ebda snien u bla ebda riżorsi biex tkun tista' taħdem.", "Allura l-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni jeżiġi li wasal il-mument li nagħmlu pass kuraġġuż u nħaddmu aħjar is-sussidjarjetà.", "Aħna lesti biex nagħmlu dan il-pass u qed nistiednu lill-Gvern jingħaqad magħna biex nagħmlu biċċa xogħol tajba flimkien.", "Jekk jagħmel hekk, isib il-koperazzjoni kollha tagħna, imma jekk il-Gvern irid jibqa' miexi f'din it-triq, aħna lesti li nimxu t-triq waħedna.", "Forsi ndumu ftit iżjed biex naslu, imma ninsabu konvinti li fi żmien qasir naslu, jekk mhux mill-Oppożizzjoni mill-Gvern, biex nagħtu lil Għawdex reġjun kunsill reġjonali elett mill-Għawdxin stess.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, illum nixtieq inkompli nitkellem fuq dak li semmew ta' qabli dwar Għawdex.", "Fl-aħħar ġimgħat kważi għext f'Għawdex flimkien mal-Ministru ħabrieka Justyne Caruana u flimkien magħha ħabbart diversi proġetti b'investiment ta' miljuni ta' ewro fl-ekonomija, fl-infrastruttura, fl-ambjent, fis-saħħa, fit-toroq rurali - għax ħaddieħor jinsiehom - u ħafna oħrajn.", "Jien infaħħar il-ħidma li għaddejja f'Għawdex, għax il-Ministru qed tagħmel biċċa xogħol kbira.", "Naf, għax tħabbatli l-bieb kuljum biex fejn jidħlu fondi Ewropej, Għawdex ikun l-ewwel li jieħu minnhom.", "Infaħħar ukoll id-diskors li għamel l-Onor.", "Chris Said u minkejja li hemm ħafna affarijiet li forsi ma naqblux dwarhom, l-argumenti tiegħu huma importanti u tajjeb li nagħtu kashom, anke għax semma punti li fil-ħin li ġej nixtieq nindirizzahom.", "La qegħdin nitkellmu dwar Għawdex, f'moħħi jiġuni żewġ temi importanti, li l-Partit li minnu ġejt elett f'dan il-Parlament imbotta 'l quddiem sa mill-2008.", "Irrid insemmi lil Għawdex bħala mutur ekonomiku, għax nafu li qabel l-2012 l-ekonomija Għawdxija kienet mażżra marbuta mal-ekonomija nazzjonali, u kien dan il-Gvern li mill-Oppożizzjoni kellu viżjoni li kellha twassalna u qed twassalna lejn Għawdex bħala mutur ekonomiku.", "Dan qed narawh għax it-tkabbir ekonomiku li esperjenza Għawdex fl-aħħar snin huwa tanġibbli, u n-numru ta' turisti aktar mill-medja tas-snin ta' qabel huwa fatt.", "L-ammont ta' investiment barrani tarah b'għajnjek u tmissu b'idejk.", "Jien nemmen li dan huwa biss il-bidu ta' tmexxija tajba fil-Ministeru għal Għawdex.", "Inqisuh mutur ekonomiku għax nemmnu li l-Għawdxin għandu jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Huwa inutli li jkollok ekonomija b'saħħitha u li trendi jekk imbagħad il-poplu Għawdxi jaqa' lura.", "Kien għalhekk li dan il-Gvern ma qagħadx lura milli jieħu deċiżjonijiet diffiċli u sensittivi li ħaddieħor ħalliehom fuq l-ixkaffa għal għexieren ta' snin.", "Mela mutur ekonomiku u kwalità ta' ħajja aħjar għal ħutna l-Għawdxin.", "Sur President, meta nitkellmu dwar Għawdex quddiemi jiġuni żewġ sfidi, u se nitkellem bħala Malti, jekk mhux bħala Membru Parlamentari.", "Nemmen li l-ikbar sifda se tkun l-iżvilupp sostenibbli.", "Jien ħadt pjaċir ħafna li nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru tkellem fit-tul dwar Għawdex.", "Meta tkellem dwar il-permanent link bejn Malta u Għawdex hu qal li dan ma jfissirx li Għawdex se jsir estensjoni tal-Mellieħa, jew li Għawdex se jsir blokka konkrit, kif hemm min ġenwinament qed jibża' li se jiġri jekk ikollna l-permanent link.", "Mela l-ewwel sfida għal Għawdex hija l-iżvilupp sostenibbli.", "It-tieni sfida hi li meta nitkellmu dwar it-tkabbir ekonomiku Għawdxi, mhux se jikber il-kejk biss, imma l-isfida addizzjonali għal Għawdex hi li jlaħħaq mat-tkabbir ekonomiku ta' Malta, għax ma rridux li meta jikbru t-tnejn li huma, id-distanza li hemm bejniethom tikber ukoll.", "Allura t-tieni sfida hija li l-kejk ta' Għawdex mhux biss jikber imma li d-distanza bejn it-tkabbir ekonomiku Malti u dak Għawdxi tiġi fuq livell sostenibbli wkoll.", "Jien tkellimt dwar il-permanent link u nixtieq insegwi d-diskors li għamel il-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda, fis-sens li hawn qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra li jsiru l-permanent link, il-fast ferry u ħafna faċilitajiet oħra li jgħinu lill-Għawdxin jaħdmu f'Malta, jgħinu lill-Maltin jaħdmu f'Għawdex u jgħinu lit-turisti jżuru iktar 'il-gżira Għawdxija, filwaqt li Għawdex jibqa' ppreservat kif inhu llum.", "Għax ikun inutli li nagħmlu l-permanent link jekk imbagħad ħadd ma jkun irid imur Għawdex.", "Ma jagħmilx sens li jkollna permanent link bejn Malta u Għawdex jekk it-turist ma jibqax attirat li jmur Għawdex u jibda jmur postijiet oħra.", "Allura, filwaqt li naqblu li ssir il-permanent link u se nwettquha, għax dan il-Gvern qiegħed hawn mhux biex jitkellem u jipproponi imma biex iwettaq, irridu naċċertaw li l-iżvilupp sostenibbli jkun reali.", "Fuq kollox, il-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda tkellem fuq punt importanti ħafna, li naħseb li ftit qabduh.", "Kien hemm ħafna suġġerimenti ta' sistemi differenti, fosthom il-monorail u l-metro, imma l-punt tal-Prim Ministru ftit semmewh, u dan hu li in economic terms jekk trid metro jew monorail, you need critical mass.", "Jiġifieri jekk m'għandekx in-numri, il-proġett ikun falliment mill-bidu nett.", "Allura huwa tajjeb li noqogħdu attenti x'tip ta' sistemi nipproponu.", "Jien nemmen li s-sistemi li qed jiġu proposti fil-gazzetti, fil-midja soċjali u f'postijiet oħrajn, huma ġenwini, huma ta' interess għall-Għawdxin u l-Maltin, imma wieħed għandu jifhem ir-riperkussjonijiet ekonomiċi li jkun hemm wara kull mudell ekonomiku li jiġi propost.", "Sur President, l-investiment li rajt f'Għawdex fl-aħħar sitt snin huwa bla preċedent, mhux biss il-Barts Medical School, imma wkoll il-kumpaniji tal-gaming li qegħdin iħarsu lejn Malta, u hemm investiment li llum beda jħares lejn Għawdex serjament u jinvesti fil-gżira Għawdxija.", "Filwaqt li segwejt id-diskors tal-Onor.", "Chris Said, li għandi rispett kbir lejh, kif jaf biżżejjed, li wieħed jgħid li Għawdex għandu jinqata' għalih minn Malta u jkollu tmexxija għalih u jsir reġjun ma jagħmilx sens ekonomikament.", "Jien se nsemmi punt wieħed biss li huwa fil-mandat tiegħi, u dan huwa l-portofoll għall-fondi Ewropej.", "Fejn jidħlu fondi Ewropej, l-Onor.", "Chris Said għandu jkun jaf - kif naħseb li jaf - li Għawdex qatt ma jista' jkun reġjun, and it's all about numbers.", "Illum naraw li Għawdex qiegħed fuq NUTS 3 level (Nomenclature of Territorial Units for Statistics) u skont il-paramentri tal-Eurostat, il-minimu li trid tkun biex tieħu fondi strutturali Ewropej, bħalma nieħdu Malta u Għawdex flimkien, hu fuq NUTS 2 level.", "Irrid ngħid ukoll li Għawdex qiegħed fuq NUTS 3 level b'eċċezzjoni.", "Jiġifieri suppost Għawdex ma ħaqqux NUTS 3 level.", "Issa hawn mhux qed nitkellem fuq l-ekonomija imma fuq popolazzjoni u distanzi biss.", "Allura jekk Għawdex qiegħed fuq NUTS 3 level b'eċċezzjoni, nixtieq li l-Onor.", "Chris Said ifehemni kif qed jipproponi li Għawdex ikun reġjun għalih.", "Jista' jkun li jgħidli li jkun reġjun għalih bla fondi Ewropej.", "Hawn niġi għal punt ieħor, għax naħseb li l-Onor.", "Chris Said qiegħed fil-Parlament Malti għal Malta u Għawdex flimkien, imma l-proposta tiegħu mhijiex win win, imma hija lose lose, għax apparti li Għawdex ma jkunx jista' japplika u jibbenefika minn fondi Ewropej għax qiegħed fuq NUTS 3 level u mhux fuq NUTS 2 level, Malta se titlef il-fondi għax hemm ċerti fondi li għandna aċċess għalihom minħabba li l-popolazzjoni ta' Malta flimkien ma' t'Għawdex tammonta għall-benchmarks u t-thresholds tal-Unjoni Ewropea.", "Mela rridu noqogħdu attenti għall-proposta tal-Oppożizzjoni in economic terms, għax din tfisser li mhux biss Għawdex se jitlef il-fondi kollha għax ma jistax japplika bħala NUTS 3 level, imma addirittura Malta se titlef il-fondi wkoll.", "Jien nixtieq li l-gżira Għawdxija u l-gżira Maltija jibqgħu uniti flimkien, b'saħħithom u taħt gwida f'direzzjoni ċara, anke fejn jidħlu fondi Ewropej.", "Fil-jiem li ġejjin se jkolli ċans nitkellem dwar kif nistgħu nibqgħu magħqudin u nibqgħu nibbenefikaw bħala pajjiż wieħed.", "L-Onor.", "Chris Said semma l-fondi Ewropej li Għawdex kien jieħu, li qed jieħu issa, u li se jkompli jieħu fiż-żmien li ġej.", "Taħt iż-żewġ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, inkluż dik taħt it-tmexxija tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, ġie deċiż li Għawdex jieħu minimu ta' 10% mill-fondi strutturali ta' politika ta' koeżjoni.", "Jekk wieħed iħares lejn ir-ritratt tal-lum il-ġurnata jinduna li mill-ħidma li saret fl-aħħar snin u fl-aħħar xhur, Għawdex qed jieħu aktar minn 10% u jista' japplika għal aktar minn 10%.", "Qed ngħid hekk għax l-10% huma bbażati fuq il-fondi ta' koeżjoni li pajjiżna ħa għall-2008/2013 u l-2013/14 meta l-Gvern Nazzjonalista kien iddeċieda li Għawdex jieħu 10%, imma dak huwa l-minimu.", "Jiġifieri ħadd mhu sid li l-kumpaniji, l-NGOs, l-SMEs, l-istudenti, l-entitajiet u l-awtoritajiet f'Għawdex ma japplikawx għall-fondi kif diġà qegħdin jagħmlu.", "Issa dak hu over and above l-10%, għax l-10% huwa l-minimu.", "Mela jkun tajjeb li niċċaraw li għalkemm Għawdex qiegħed jibbenefika minn 10% tal-fondi Ewropej tal-politika ta' koeżjoni, over and above that l-istudenti Għawdxin qegħdin japplikaw għall-Erasmus u qed imorru jistudjaw fl-universitajiet, l-SMEs Għawdxin qed japplikaw għall-Business Enhance Grant Schemes biex ikollhom start-ups ġodda, biex ikabbru l-SMEs tagħhom, biex ikollhom aċċess għall-e-commerce, u biex jiddeversifikaw il-prodott u s-servizz tagħhom.", "Hemm entitajiet li jiġu għandna, il-Ministeru jiġi għandna, u flimkien qegħdin nagħmlu proġetti kbar.", "Ftit taż-żmien ilu sar il-proġett tal-widien bi spiża ta' €9 miljuni li ma jmissu ma' mkien, lanqas mal-10%, imma huma over and above dak l-ammont.", "Sur President, sinċerament meta niġi biex nitkellem hawn dwar fondi Ewropej, it's not about figures, it's about stamina!", "Għandna Ministru li kuljum nitkellmu magħha biex naraw li Għawdex jieħu iktar fondi Ewropej.", "Mela dan mhuwiex dwar persentaġġi, mhuwiex dwar threshold ta' 10% jew 15%, imma għandna Ministru b'tim madwarha li joħolmu, imbagħad iwettqu.", "L-istess jiġri fil-Kabinett.", "L-Onor.", "Clint Camilleri fil-mandat tiegħu jara li mhux biss Malta, imma s-sajjieda, il-bdiewa u r-raħħala Għawdxin jingħataw dak li jixirqilhom.", "Allura hawn mhux qegħdin nitkellmu dwar numri, thresholds u benchmarks, imma dwar tim li hu lest joħlom, jaħdem u jwettaq.", "Għamilna ħafna proġetti f'Għawdex u għandna nkunu kuntenti u kburin.", "Mhux aħna biss, imma intom ukoll bħala Oppożizzjoni li meta kontu fil-gvern għamiltu proġetti tajbin ħafna, bħalma hu l-proġett taċ-Ċittadella li din is-sena kien finalist u kważi kważi rebaħ waħda mill-ikbar awards fl-Ewropa.", "Illum qegħdin nagħmu l-Mużew Għawdxi, il-Ulysses Grove u qed inkomplu nkabbru diversi affarijiet oħra.", "L-10% li semmejt qed imorru f'investiment Għawdxi, qed imorru għand l-istudenti, għand l-SMEs u għand l-NGOs Għawdxin.", "Qed imorru għand il-familji Maltin u Għawdxin.", "Ħadt pjaċir bid-diskors tal-Onor.", "Chris Said għax naħseb li huwa l-ewwel Membru Parlamentari mill-Oppożizzjoni li fehem u aċċetta n-numri u l-figuri li bihom jinħadem il-baġit tal-Unjoni Ewropea.", "Hu rrikonoxxa li llum it-tkabbir ekonomiku ta' Malta, jekk tara l-GDP Malti per capita ma' dak tal-medja tal-Unjoni Ewropea, m'għadux il-75% ta' żmien l-Eks Ministru Tonio Fenech, imma huwa 90%.", "Dan b'mod naturali jfisser, għax hija formula matematika sempliċi, li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea qed tgħid li Malta se tieħu inqas fondi, jew qed tipproponi li tieħu inqas fondi għall-Baġit li jmiss.", "M'aħniex kuntenti u m'aċċettajniex.", "Dażgur li le!", "Qegħdin ninnegozjaw u nemmnu li fiż-żmien li ġej għandna nkomplu nirsistu biex Malta u Għawdex flimkien nieħdu a fair deal.", "Żgur li bil-proposta tal-Oppożizzjoni tal-lum, Malta titlef u Għawdex jitlef, imma flimkien għandna pjan u dak il-pjan se jagħtina a fair deal għal pajjiżna kollu kemm hu.", "Mela l-fatt li Malta qed tapplika u qed tara li jkollha a fair deal ifisser li fiż-żmien li ġej Għawdex ukoll ikollu a fair deal, għax Għawdex jieħu minn dan il-baġit kbir li pajjiżna qiegħed jinnegozja għas-seba' snin li ġejjin mill-2021 sal-2027.", "Dan iġibni għall-punt li għamel aċċenn għalih l-Onor.", "Nista' nħabbar li ftit tal-ħin ilu, flimkien mal-Ministru Caruana u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tlabna lill-Kummissjoni Ewropea li, skont id-dikjarazzjoni 36 li tinsab mat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Malta fid-dħul tagħha fl-Unjoni Ewroepa fl-2004, aħna tlabna li jsir studju soċjali u ekonomiku dwar Għawdex skont il-figuri tal-Eurostat, liema dikjarazzjoni tagħtina l-aċċess u faċilità li qabel ma jintemm il-Multiannual Financial Framework preżenti u jibda dak tal-2021, inkunu nistgħu nieħdu ritratt ta' Malta, nieħdu ritratt ta' Għawdex u l-Gvern Malti, skont dak l-istudju, ikun jista' jaddatta għaż-żmien li ġej.", "Jiġifieri skont dak ir-ritratt soċjali u ekonomiku dwar Għawdex, inkunu nistgħu naraw kif fiż-żmien li ġej nistgħu ntejbu l-prodott Għawdxi, l-ekonomija Għawdxija u t-tkabbir ekonomiku.", "Sur President, huwa importanti li ninforma lill-Kamra, kif suppost qed jiġu infurmati mill-midja, li l-Gvern Malti uża d-dikjarazzjoni 36 biex jitlob li jsir dan l-istudju mill-Kummissjoni Ewropea.", "Dan jista' jsir lejn tmiem il-Multiannual Financial Framework u nemmen li ninsabu fi żmien tajjeb, għax dan il-baġit jispiċċa f'Diċembru 2020, imbagħad fl-2021 jibda baġit ieħor.", "Allura hemm ċans biex bejn l-2019 u l-2020 isir l-istudju, imbagħad flimkien mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministru Justyne Caruana nkunu nistgħu naraw id-destinazzjoni t'Għawdex.", "Dan iġibni għas-suġġett li bdejt bih fil-bidu tad-diskors tiegħi, li Għawdex għandu bżonn din l-istrateġija, din il-viżjoni li għandu dan il-Gvern, bl-għajnuna ta' din l-Awtorità li l-Ministru qed tressaq quddiemna.", "Dak li għandna bżonn mhuwiex li Għawdex jinħall minn Malta, jew li jitlef il-fondi kollha, kif qed tipproponi l-Oppożizzjoni, imma li Għawdex ikollu viżjoni ċara għall-20 sena li ġejjin fl-infrastruttura, fis-sigurtà, fil-ħiliet, fix-xogħol u fi standard of living aħjar.", "Dan hu l-mod kif il-poplu Għawdxi jixtieqna nkomplu naħdmu, għalhekk fdana fl-aħħar xhur, għalhekk fdana fl-aħħar snin, u għalhekk se jkompli jafdana fiż-żmien li ġej biex lil Għawdex ukoll nagħtuh l-aqwa żmien.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Justyne Caruana, lill-Onor.", "Aaron Farrugia u lill-Onor.", "Chris Said tad-diskorsi li għamlu.", "Qegħdin niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "L-Onor.", "Said tkellem fit-tul dwar il-kompożizzjoni ta' din l-Awtorità, għalhekk m'hemmx lok li nirrepeti.", "Imma tajjeb ngħid li mal-ewwel daqqa t'għajn, wieħed jista' jimpressjoni ruħu b'dan l-Abbozz, però meta tiflih sew jirriżulta li din l-Awtorità mhux se jkollha l-aktar ħaġa importanti, il-poteri eżekuttivi.", "Wieħed kien jistenna li jekk se jkollna awtorità, almenu l-iskop aħħari tagħha kellu jkun li l-gżira ta' Għawdex titmexxa b'mod aktar awtonomu mit-tmexxija ċentrali.", "Intqal li din l-Awtorità se tiżgura li Għawdex ikollu strateġija ta' żvilupp reġjonali li tiġi riveduta kull tliet snin għall-istrutturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' Għawdex.", "Dawn l-istrutturi diġà kienu qed jiġu ndirizzati mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD), li nażżarda ngħid li għandu iktar poteri milli qed jiġu proposti għal din l-Awtorità.", "Il-kumitat reġjonali fi ħdan l-MCESD jinkorpora rappreżentanza wiesgħa fl-oqsma soċjo-ekonomiċi kollha tal-gżira ta' Għawdex.", "Dan il-kumitat iressaq proposti lill-Gvern u jgħinu jfassal il-politika tiegħu għal Għawdex.", "Permezz ta' dan il-kumitat twessgħet il-funzjoni tal-MCESD.", "Dan il-kumitat mhux biss jirċievi suġġerimenti u proposti rigward is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta' Għawdex mill-Għawdxin, iżda permezz tiegħu jissaħħu l-ideat bejn l-imsieħba soċjali Għawdxin kollha.", "Sur President, naħseb li jkun utli li f'din id-diskussjoni ssir referenza għad-diversi tipi ta' amministrazzjoni li kellu Għawdex matul l-aħħar snin.", "Nibda biex ngħid li l-amministrazzjoni ta' Għawdex hija kwestjoni politika li ilha tiġi diskussa s-snin, li matulhom Għawdex bata jew gawda skont l-orjentament politiku tal-gvern tal-ġurnata.", "Ma nistax ngħid li l-passat tal-Partit Laburista fir-rigward tal-amministrazzjoni ta' Għawdex kien pożittiv ħafna.", "It-tmexxija Laburista neħħiet il-Kummissarju għal Għawdex u abolixxiet il-Kunsill Ċiviku ta' Għawdex li kellu possibbiltajiet kbar ta' evoluzzjoni, u li meta tqis kollox jirriżulta li kellu ħafna iktar poteri minn dak li qed jiġi propost għal din l-Awtorità fl-Abbozz li qed niddiskutu.", "Wara li tqaċċat il-Kunsill Ċiviku, Għawdex tħalla mingħajr l-ebda sistema effettiva u effiċjenti ta' amministrazzjoni.", "Għal xi żmien twaqqaf il-Kumitat tal-Kamra tad-Deputati għal Għawdex, li ma rnexxiex u l-Partit Laburista fil-gvern stess waqqfu.", "Wara ġie propost kunsill ieħor għal Għawdex li kien jixbah ħafna lill-kumitat li kienu ħatru u neħħewh ftit wara.", "F'Mejju tal-1987, il-Partit Nazzjonalista ħa t-tmexxija tal-pajjiż f'idejh u kellha tkun din it-tmexxija li ħolqot amministrazzjoni b'direzzjoni konkreta, biex verament tindirizza l-karatteristiċi uniċi ta' Għawdex b'attenzjoni speċifika.", "Kellu jkun il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li sab soluzzjoni fejn kien falla l-Gvern preċedenti.", "Dakinhar, il-Gvern Nazzjonalista ħoloq il-Ministeru għal Għawdex, deċiżjoni li rrikonoxxiet il-każ speċjali li minn dejjem kellu Għawdex, jiġifieri li tħares lejh u tqisu fid-dimensjoni reali tiegħu ta' gżira u mhux iktar bħala sempliċi distrett elettorali.", "Għalhekk, għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, Għawdex tpoġġa fuq livell nazzjonali b'membru fil-Kabinett.", "B'hekk, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern assigura li l-gżira Għawdxija tkun fuq l-aġenda tal-Gvern tal-ġurnata, meta u fejn jeħtieġ.", "Tul il-25 sena ta' Gvern Nazzjonalista bil-politika tiegħu għal Għawdex applikata permezz tal-Ministeru ħareġ lil Għawdex mill-periferija u ressqu lejn iċ-ċentru tal-attenzjoni.", "B'hekk espona l-potenzjal tiegħu ta' żvilupp ekonomiku soċjali u kulturali li ħajjar l-investiment li tant kien meħtieġ u ġab il-ġid bl-impjiegi li nħolqu għall-Għawdxin f'Għawdex stess.", "M'għandix l-iskop li noqgħod nagħti sensiela ta' miżuri u inizjattivi li ħa l-Ministeru għall-ġid ta' Għawdex u l-frott li ħareġ minnhom, iżda rrid ngħid li l-Ministeru, sa mit-twaqqif tiegħu, ifformola u implimenta politika reġjonali ta' żvilupp sostenibbli fid-diversi oqsma tal-ħajja ta' Għawdex.", "Żvilupp sostnut bi provvista ta' infrastruttura adegwata, bħal ngħidu aħna s-saħħa, l-edukazzjoni u l-infrastruttura madwar il-gżira ta' Għawdex.", "Gvern Nazzjonalista, għax kellu għal qalbu lil Għawdex u lill-Għawdxin, irnexxielu jagħmel dan kollu mingħajr ma kellu bżonn iwaqqaf l-ebda awtorità.", "Qed ngħid dan, għax matul is-snin il-Ministeru kien kapaċi jressaq ħafna iktar proposti konkreti minn dawk li qed jissemmew f'dan l-Abbozz.", "Dan juri kemm il-gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista kellhom viżjoni ċara dwar il-politika tat-tmexxija ta' Għawdex.", "Min-naħa l-oħra, jirriżulta li l-Gvern preżenti tant hu xott mill-ideat, li ma kienx kapaċi joħroġ b'inizjattiva waħda ġdida.", "Sur President, l-Eks Ministru Austin Gatt, ftit wara li ġie mwaqqaf il-Ministeru għal Għawdex, kien indirizza konferenza dwar l-impatt li għamel il-ħolqien tal-Ministeru għal Għawdex, fejn qal hekk:", "\"Hemm tliet fatti li jikkonċernaw lil Għawdex u lill-Għawdxin kollha kemm huma u li indipendentement mit-twemmin politiku tagħhom jaqblu fuqhom, li huma dawn it-tliet fatturi.", "It-twaqqif tal-Ministeru għal Għawdex fl-1987 minn Gvern Nazzjonalista kien kruċjali għall-iżvilupp li sussegwentement seħħ f'Għawdex.", "Li t-tmexxija permezz tal-Ministeru għal Għawdex hija aħjar minn meta Għawdex kien responsabbiltà tal-Prim Ministru.", "Li ħadd ma jrid li l-Ministeru jitneħħa jew jitnaqqsulu l-poteri jew l-istatus tiegħu, għaliex hija għażla ta' prinċipju, frott ta' ħsieb segwit b'azzjoni konkreta u r-riżultat li ħalliet din id-deċiżjoni jinħass kuljum mill-Għawdxin.\".", "Sinjura President, dak li ntqal dakinhar żgur li ma tistax ma taqbilx miegħu, anzi għal dak iż-żmien kien jagħmel ħafna sens.", "Fl-ewwel snin tiegħu, il-Ministeru għal Għawdex daħħal sens kbir ta' appartenenza fl-Għawdxin, għamel lill-Għawdxin kburin bi gżirithom ħafna iktar milli kienu qabel, ta lil Għawdex u lill-Għawdxin identità reġjonali, u nissel fihom interess ġdid u qawwi fi gżirithom.", "L-Għawdxin beda jinteressahom aktar minn qatt qabel l-interess komuni.", "Kulħadd ried jgħin lil Għawdex jimxi 'l quddiem.", "Fuq kollox, il-Ministeru daħħal is-serjetà fit-tmexxija ta' Għawdex.", "Dan wassal biex saħansitra beda jingħad li Għawdex kien sar il-vetrina ta' Malta, però b'dispjaċir irid jingħad li dan m'għadux jista' jingħad illum, 24 sena wara.", "B'dispjaċir kbir jingħad li matul is-snin, il-Ministeru tilef l-iskop li għalih twaqqaf.", "Huwa ċar li l-Ministeru m'għadux jilħaq l-objettivi li għalihom kien twaqqaf oriġinarjament.", "Eżempju mill-aktar ċar hu li l-ewwel deċiżjoni li ħa l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista wara l-elezzjoni tal-2013 kienet li jitneħħew ir-responsabbiltajiet tas-saħħa u l-edukazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex.", "Deċiżjoni li, fost oħrajn, wasslitna fi stat li l-uniku sptar f'Għawdex ingħata lil kumpanija li kellha biss €1,200 u ta' sidien misterjużi li ħadd ma jaf min huma!", "Jiddispjaċini ngħid li dan sar mingħajr ma l-poplu Għawdxi u l-Ministeru għal Għawdex ipparteċipaw b'xi mod fit-teħid ta' din id-deċiżjoni.", "B'riżultat ta' dan, il-qagħda tal-isptar minflok ma mxiet 'il quddiem, kif konna ġejna mwiegħda, marret għall-agħar.", "Il-Ministeru tilef l-iskop tiegħu mhux għax ma laħaqx il-miri li għalihom twaqqaf, imma għax illum is-sitwazzjoni nqalbet ta' taħt fuq u l-Ministru m'għadux jinteressah wisq mill-identità Għawdxija, mir-reġjonalità ta' Għawdex u mill-ġid komuni.", "Wasalna f'sitwazzjoni fejn lill-poplu Għawdxi m'għadhiex tinteressah is-serjetà fit-tmexxija.", "Irrid ngħid li l-klijenteliżmu rebaħ fuq il-ġid komuni u dan kollu wassal biex illum għandna problema fit-tmexxija.", "Dan il-falliment fit-tmexxija ta' Għawdex ġab lill-Gvern f'sitwazzjoni fejn tilef il-kontroll u minflok ma rranġa l-ħażin li sar fit-tmexxija tal-Ministeru, issa biex mingħalih isalva s-sitwazzjoni, ħareġ bil-proposta ta' Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "Donnu qiegħed jittama li b'din l-Awtorità se jkun hemm iktar responsabbiltà u kontabbiltà politika, però ma jagħmilx sens li minflok ma solva l-problema tal-falliment fit-tmexxija tal-Ministeru għal Għawdex, il-Gvern qiegħed jipproponi ….", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "JUSTYNE CARUANA: Jista', jekk jogħġbu, l-Onor.", "Azzopardi jissostanzja x'inhu l-falliment fit-tmexxija tiegħi?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jien ma kontx qed nirreferi għalik, Ministru.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nagħtuh ċans jispjega.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Jien fl-ebda ħin ma rreferejt għall-Ministru Justyne Caruana.", "Jien semmejt li maż-żmien, it-tmexxija … (Interruzzjonijiet)", "FREDERICK AZZOPARDI: Kont qed ngħid li l-Gvern, fl-opinjoni tiegħi, biex itaffi dan il-falliment qiegħed jipproponi t-twaqqif ta' Awtorità li finalment trid tirrispondi għall-istess Ministeru, imma b'dan il-mod inkunu qegħdin ngħaddu l-problema mingħand il-Ministeru għal għand l-Awtorità.", "Fl-opinjoni tiegħi, aktar minn din l-Awtorità, li rrid ngħid li hija bla poter, f'Għawdex għandna bżonn urġenti ta' kontro-bilanċ għall-Ministeru għal Għawdex, li jkollu l-għan li jfassal pjan ta' żvilupp għal Għawdex u fuq kollox jara li dak il-pjan jitwettaq kif suppost.", "M'hemmx dubju li dan il-kontro-bilanċ jista' jintlaħaq biss bil-ħolqien ta' kunsill reġjonali.", "Qiegħed jinħass iktar minn qatt qabel, b'mod ġenerali fost il-popolazzjoni Għawdxija, il-bżonn li wasal iż-żmien li jitwaqqaf kunsill reġjonali f'Għawdex li jinkorpora l-poteri kollha li bħalissa huma sparparljati bejn l-Ministeru, il-kunsilli lokali u l-Gvern ċentrali.", "Sinjura President, is-sitwazzjoni preżenti bilfors tixprunana biex jiġi studjat kif tiżdied l-istruttura reġjonali b'poteri ta' awtonomija, biex filwaqt li sservi ta' kontro-bilanċ għall-Ministeru għal Għawdex, tagħti iktar opportunità lill-Għawdxin fil-ħajja politika; kunsill reġjonali li jkollu awtonomija wiesgħa sabiex iwettaq il-ħidma tiegħu, u minbarra li jkollu baġit ad hoc, ikun jista' jidħol fi ftehim speċifiku ma' dipartimenti u entitajiet pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjoni pubblika fil-gżira ta' Għawdex.", "It-twaqqif ta' dan il-kunsill għandu jservi biex irażżan u jżomm bilanċ għall-Ministeru, ifassal l-istrateġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Għawdex u jfassal il-proġetti u l-qafas tal-istrateġija għal Għawdex.", "Il-fondi għal dawn il-proġetti, programmi u miżuri għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà ta' dan il-kunsill biex ikun hemm aktar kontabbiltà u trasparenza fin-nefqa għalihom u fit-twettiq tagħhom.", "Biex jikkomplementa dan, il-Ministeru għandu bżonn isaħħaħ id-dipartimenti kollha biex ikun aġenzija eżekuttiva tal-kunsill u biex ikun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod effiċjenti.", "Il-Ministeru għal Għawdex ma jistax jiffunzjona kif suppost mingħajr ma jingħata poter fl-oqsma tant importanti tas-saħħa u l-edukazzjoni f'Għawdex.", "Kont nistenna li qabel ma jitressaq dan l-Abbozz, il-Ministeru kellu jerġa' jingħata l-poteri kollha li kellu fil-passat.", "In-nuqqas ta' dawn iż-żewġ oqsma tant importanti jkompli jikkonferma li se jkollna awtorità bla ebda poteri.", "Ma nistax nifhem kif din l-Awtorità tista' tiffunzjona meta l-aktar żewġ oqsma importanti se jibqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Ministeri oħra f'Malta.", "Meta niġu għall-qasam ekonomiku ta' Għawdex, m'għandna għalfejn noħolqu l-ebda awtorità.", "Il-politika ekonomika ta' Għawdex għandha tkun li ninvestu f'nies u f'knowhow biex nesploraw toroq ġodda ta' xogħol.", "Kif inhi s-sitwazzjoni llum, investitur jew imprenditur ma jistax jitħajjar jinvesti jew iwaqqaf intrapriża f'Għawdex għax ma jafx Għawdex fejn hu sejjer, ma jafx liema setturi qed jipprova jattira l-Gvern.", "L-istess jista' jingħad għall-istudenti Għawdxin, għax dawn illum jitfixklu meta jiġu biex jagħżlu x'linja ta' studju għandhom jaqbdu jekk iridu jaħdmu f'Għawdex.", "Meta l-Gvern Malti nnegozja u eventwalment iffirma t-Trattat tas-Sħubija mal-Unjoni Ewropea, għamel dikjarazzjoni dwar il-gżira reġjun ta' Għawdex.", "Fi ftit kliem, skont din id-dikjarazzjoni, qabel it-tmiem ta' kull terminu ta' baġit tal-komunità Ewropea li kellu jiddefenixxi mill-ġdid il-politika reġjonali tal-komunità, Malta kellha titlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex, b'mod partikolari rigward id-diżlivelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Malta u Għawdex.", "Skont dan il-mekkaniżmu, l-ewwel rapport kellu jsir qabel l-2006, meta kellu jiġi approvat il-baġit kurrenti tal-Unjoni Ewropea.", "M'hemmx dubju li l-iskop wara din id-dikjarazzjoni kien biex kemm jista' jkun titjieb is-sitwazzjoni ekonomika ta' Għawdex.", "Mingħajr ma wieħed jidħol f'ħafna polemiki, irid jingħad li din id-dikjarazzjoni ma tantx laħqet l-iskop tagħha, għax ftit li xejn kellha effett fuq l-andament ekonomiku tal-gżira Għawdxija.", "Fil-fatt, l-Għawdxin għandhom diffikultajiet kbar biex jattiraw swieq Ewropej u internazzjonali, għax ir-riżorsi umani u materjali jagħmluha diffiċli mhux biss għall-Għawdxin imma wkoll għal min irid jattira investiment barrani lejn din il-gżira.", "Dan wassal biex fl-aħħar snin ma kellna l-ebda investiment barrani dirett f'Għawdex.", "Dan il-fenomenu li qatt ma assistenja għalih mill-Indipendenza 'l hawn qed iwassal biex ftit li xejn qed jinħoloq xogħol verament produttiv f'Għawdex.", "Dan kollu jfisser li mingħajr edukazzjoni terzjarja f'Għawdex, mingħajr postijiet tax-xogħol f'Għawdex u mingħajr attività ekonomika f'Għawdex, qed inħarsu lejn ġejjieni li ma tantx jagħmlilna kuraġġ.", "Qed ngħid dan għax nemmen li l-ebda awtorità, iktar u iktar awtorità mingħajr poteri, mhi se ssolvi dawn il-problemi.", "Il-Partit Nazzjonalista huwa konxju ta' dan kollu.", "Kienet proprju din is-sitwazzjoni li xprunat lill-Partit Nazzjonalista biex l-ewwel proposta tiegħu dwar Għawdex għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet kienet marbuta mal-wegħda li jekk ikun elett fil-gvern, Għawdex kien se jibda jiġi meqjus bħala gżira reġjun, u dan anke permezz ta' emendi fil-Kostituzzjoni bil-ħsieb li jwassal għall-proċess li ssir liġi sabiex jinħoloq kunsill reġjonali li jkun separat mill-Ministeru.", "Ninsab infurmat li bis-saħħa t'hekk, Għawdex ikun jista' jinnegozja direttament mal-Unjoni Ewropea fejn jidħlu fondi għall-gżira Għawdxija.", "L-Onor.", "Farrugia qalilna li dan ma jistax isir, imma jien m'għandix din l-informazzjoni.", "Sinjura President, niġi biex nikkonkludi.", "Dan kollu li semmejt ikompli jsaħħaħ l-argument dwar il-bżonn li l-Ministeru għal Għawdex jerġa' jingħata s-saħħa u l-poteri li kellu biex ikun jista' jerġa' jibda jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-Għawdxin.", "Din il-miżura trid tiġi kkomplementata billi tiżdied struttura reġjonali b'poteri ta' awtonomija biex filwaqt li sservi ta' kontro-bilanċ għall-Ministeru, kif diġà għedt, tagħti aktar appartenenza lill-Għawdxin fil-ħajja politika.", "Nirringrazzjak.", "Fis-6.53 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex nirrapporta dwar Abbozz ta' Liġi.", "Il-permess ingħata.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Abbozz Nru 69, għadda mill-Kumitat b'emendi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jidher li hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li jitressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.54 pm. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nistieden issa liIl-Ministru Justyne Caruana biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JUSTYNE CARUANA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 20 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Loali u Komunitajiet): Sinjura President, fil-ftit ħin li jkollna waqt l-Aġġornament nipprovaw nitkellmu ftit dwar dak li jseħħ fil-kostitwenza tagħna.", "Naħseb li meta nkunu fil-gvern, minħabba li nkunu għaddejjin b'ħidma li ma taqta' xejn, in-nies hemm barra u l-kostitwenti tagħna li qabel l-elezzjoni nkunu ħabbatnielhom il-bieb, ikunu jixtiequ li nkunu aktar qrib tagħhom.", "Allura jagħmel sens li meta nkunu fil-ħajja pubblika, minkejja x-xogħol kollu li jkollna, kemm jista' jkun nipprovaw inżommu kuntatt dirett man-nies, għax in-nies huma l-iktar ħaġa għażiża li jkollu min ikun fil-ħajja pubblika u fil-politika.", "Illum ħadt pjaċir li mort indur ftit djar tan-nies fil-Fgura, għax innotajt ħaġa interessanti ħafna.", "Jien ili ndur in-nies 25 sena, u naħseb li dak li żammli dan is-siġġu biex inservi lin-nies huwa l-kuntatt kontinwu man-nies u li ninżel għal-livell tagħhom.", "Naħseb li meta tħabbat il-bibien tan-nies, tkun qed tagħmel l-ikbar survey li tista' tagħmel, għax tkun taf in-nies x'qegħdin iħossu, u fejn huma.", "Fil-fatt, onestament, fit-triq li kont ħlief nies kuntenti b'dan il-Gvern, jirrakkontawli x'akkwistaw mingħand dan il-Gvern ma smajtx.", "Pereżempju, l-anzjani jgħidulek li għall-grazzja t'Alla Joseph Muscat żiedhom fil-pensjoni.", "Dħalt għand anzjana oħra li qaltli li ġabet stairlift bis-saħħa tal-Gvern Laburista.", "Oħrajn qaluli li t-tfal tagħhom bdew jaħdmu, mhux mal-gvern imma mal-privat, u għandhom paga ta' €1,800 fix-xahar.", "Din il-ħaġa bdejt insibha b'mod regolari.", "Dan ma jfissirx li kollox miexi tajjeb f'dan il-pajjiż, għalhekk huwa importanti li nibqgħu naħsbu f'dawk in-nies li għadhom ma laħqux ma' dan il-progress u ma' dan il-ġid.", "Dan lili jinkwetani, għax għalkemm għal dawn l-aħħar sitt snin u nofs li ilna fil-gvern lin-nies irnexxielna ntellgħuhom tarġa, għad fadal ammont żgħir, inqas minn dak li kien sitt snin ilu, li għadhom jiffaċċjaw sfidi soċjali.", "Forsi ngħid li waħda mill-ikbar sfidi hija dik tal-housing.", "Aħna ma noqogħdux nikkritikaw bħall-Oppożizzjoni, u noqogħdu ngħidu li għadhom ma nbnewx djar.", "Dażgur li ma nbnewx djar, għax meta konna se nagħmlu bini fis-Siġġiewi, sibna lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi b'maġġoranza Nazzjonalista, jimponi fejn għandna nibnu dawn id-djar.", "Ma nistax nifhimhom lil dawn in-nies!", "L-ewwel ħaġa, fil-bidu tad-diskors tiegħi xtaqt nitlob skuża lit-tifel tiegħi, li llum kien qiegħed il-privat u staqsieni biex immur għalih u għedtlu li se mmur għalih, imbagħad ftakart li kelli dan l-Aġġornament.", "Naf li bħalissa qiegħed jisma' u xtrajtlu xi ħaġa biex jieħu pjaċir, ħalli npatti ftit u nieħu daqsxejn kredtu.", "In-nies li huma fil-politika jafu x'sagrifiċċju nagħmlu u kemm niġu mċaħħda mill-familji tagħna.", "Hawn m'iniex nirreferi għalina ta' din in-naħa biss, imma għaż-żewġ naħat tal-Kamra, kif ukoll għall-istaff li għandna hawnhekk.", "Fil-każ tiegħi, dak id-daqsxejn ta' tifel, ftit ikolli ċans narah u nħoss li qed nagħmel nuqqas fil-ħajja tiegħi.", "Allura nipprova li meta nasal id-dar, ma nużax il-mobile biex nagħtih aktar attenzjoni għax dak hu li jkun irid t-tifel.", "Sinjura President, illum irrid nitkellem ukoll dwar dak li qiegħed jaħdem fuqu dan il-Gvern.", "Bħalissa għaddejjin b'ħidma ma taqta' xejn flimkien mal-kunsilli lokali u llum b'sodisfazzjon ngħid li fil-Kabinett ġiet approvata r-riforma tal-Gvern Lokali, fejn se nkunu qegħdin nagħmlu bidla radikali għall-ġid tan-nies.", "Għal din il-bidla rrid nagħti kredtu wkoll lill-Oppożizzjoni, għax ħdimna flimkien biex intlaħaq ftehim, mhux tagħna naċċettawh u tagħhom narmuh.", "Dak mhuwiex l-istil ta' politika li nemmen fih jien.", "Kien hemm dibattiti fejn ma qbilniex.", "Wieħed minnhom kien dwar il-hamlets, fejn aħna qed ngħidu li dawn għandhom jispiċċaw u li minflokhom għandu jkun hemm kunsillier responsabbli fil-kunsill.", "Il-kumitat li qiegħed hemm illum jibqa' hemm, imma b'vot mill-kunsillier responsabbli, għax issa fil-liġi qed jiġi propost li jkun hemm kunsillier responabbli mill-hamlets.", "L-Oppożizzjoni qalet li temmen li għandhom jibqgħu l-hamlets.", "Għalhekk għedt li din hija xi ħaġa li ma qbilniex fuqha, però qbilna fuq ħafna affarijiet, fosthom li minn ħames reġjuni nagħmlu sitt reġjuni, u numru ta' affarijiet oħra.", "Naħseb li dan jagħtina sodisfazzjon, għax ħdimna għal sena u xahar fuq din ir-riforma; irnexxielna niltaqgħu ma' kull entità li xtaqet tiltaqa' magħna, bħall-unions, il-Knisja, partiti politiċi, 68 kunsill lokali, għaqdiet taż-żgħażagħ, u kull min xtaq li jiltaqa' magħna biex nagħmlu din ir-riforma.", "Dan huwa l-bidu ta' riforma radikali fil-kunsilli lokali.", "Kif kont qed ngħid, qegħdin nagħmlu biċċa xogħol kbira, u jien, bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, u l-Ministru Ian Borg qed induru numru ta' lokalitajiet biex niltaqgħu mas-sindku u l-kunsilliera ta' dak il-lokal ħalli naħdmu magħhom u nfehmuhom x'qed isir fil-lokalitajiet tagħna permezz ta' Infrastructure Malta.", "Jien nemmen li qegħdin nagħtu rigal lill-kunsill lokali u lill-komunitajiet, għax kull sena, apparti l-€50 miljun li nagħtu lill-kunsilli lokali, qegħdin inqassmu madwar €100 miljun fis-sena fil-lokalitajiet tagħna li f'seba' snin jitilqgħu għal €700 miljun!", "Araw x'bidla se nkunu qegħdin nagħmlu!", "Araw x'differenza se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Jien żammejt in-noti dwar x'kienu talbuna n-nies fid-distrett fejn nikkontesta.", "Niftakar li qabel l-elezzjoni kont mort fi Triq l-Għarnuq, il-Fgura – kont issir abjad bit-trab li kien hemm, għax il-kampanja elettorali kienet fis-sajf – u għidt: Kif jista' jkun li dawn iċ-ċittadini jibqgħu jgħixu f'dan l-ambjent?", "Issa, jekk Alla jrid, għada se tingħata l-aħħar kisja tarmak f'din iż-żona fejn hemm familji li għadhom żgħar.", "Qegħdin nibdlu t-toroq mhux biss fil-lokalitajiet li nikkontesta jien, imma Malta u Għawdex kollha qed jibbenefikaw minn din il-miżura ta' Infrastructure Malta.", "Is-sindki u l-kunsilliera li niltaqa' magħhom ta' kuljum jgħiduli kemm hija miżura pożittiva.", "L-Oppożizzjoni qajmet kontroversja għax qaltilna li ħadna t-toroq lill-kunsilli lokali u tajniehom lil Infrastructure Malta.", "Il-kunsilli lokali f'leġiżlatura waħda forsi kienu jagħmlu żewġ toroq, mentri llum f'xahar qegħdin nagħmlu żewġ toroq!", "Ilbieraħ kont mal-Ministru Ian Borg u nidejna 170 triq li se jinbidlu.", "Lil min qiegħed isegwina nistaqsih jekk bħala ċittadin jinteressahx min jagħmel it-triq, jekk tagħmilhiex Infrastructure Malta jew jagħmilhiex il-kunsill lokali.", "Li jinteressah liċ-ċittadin hu li jkollu t-triq tiegħu fi stat li jixraqlu.", "Lill-kunsilli lokali inkludejniehom fid-diskussjoni dwar liema triq għandha ssir fil-lokalità.", "Jien niltaqa' mal-kunsilli lokali regolarment.", "F'Santa Luċija kien hemm problema ta' asfaltar fi Triq Ta' Garnaw u llum se nkunu temmejna dik il-problema, għax lin-nies ta' Santa Luċija se nirranġawlhom din it-triq b'fondi tal-Unjoni Ewropea.", "New Street, Triq ix-Xewk u Triq il-Qalb ta' Ġesù huma ftit toroq f'Raħal Ġdid fejn kien hemm problemi kbar.", "Dawn it-toroq, li għal tant żmien qatt ma ngħataw tarmak, illum qed jingħataw it-tarmak.", "Ftit tal-ġranet ilu kelli ċans nitkellem mas-sindku u mal-kunsilliera tal-Gudja, fejn mhux biss qed ngħinuhom biex jingħataw l-asfalt tat-toroq, imma kellna ċans niddiskutu dwar il-problema ta' parkeġġ li hemm ħdejn l-arjuport.", "F'Ħal Tarxien kien hemm toroq li qatt ma ġew asfaltati u oħrajn li kellhom bżonn jerġgħu jinqalgħu għax ma ġewx tajbin u llum qed jerġgħu jinqalgħu, fosthom Triq Santa Marija u Triq Betta, fejn għaddejja ħidma li ma taqta' xejn u se nkomplu naħdmu biex nerġgħu nibnu l-fiduċja.", "Kif għidt, illum waranofsinhar kelli ftit ċans immur inħabbat xi bibien biex niltaqa' man-nies u dawn qaluli kemm huma kuntenti b'dak li qed nagħmlu bħala Gvern.", "Qaluli wkoll kemm huma rrabjati għall-mod kif membri tal-Parlament Ewropew min-naħa tal-Oppożizzjoni qegħdin iħammġu isem pajjiżna.", "F'dan il-pajjiż nistgħu ma naqblux, imma ma nistgħux immorru barra minn Malta u b'mod ta' strateġija nagħmlu ħsara lil dan il-pajjiż!", "Min qiegħed jaħseb li n-nies hemm barra qed iċapċpu lill-Oppożizzjoni għandu żball u se jitqarraq.", "Ħarsu u tgħallmu minn dak li ġara fl-aħħar elezzjoni, fejn minħabba l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kellna mmorru għal elezzjoni bikrija.", "Aħna rajna x'kien l-interess tal-pajjiż u dan kien li ma ssirx ħsara lil Malta, allura morna għall-elezzjoni.", "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista, dak iż-żmien immexxija mill-Onor.", "Simon Busuttil, li għadu bl-istess tattika ta' kritika fuq pajjiżna, ħaseb li se jagħmel xi rebħa, imma llum nafu x'kien ir-riżultat fl-aħħar elezzjoni u issa se jerġgħu jiġu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u elezzjonijiet oħrajn, u l-poplu se jerġa' jiġġudika.", "Filwaqt li l-poplu Malti f'dawn l-aħħar 15 jew 20 sena dejjem ta maġġoranza lill-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, ejjew inżommu saqajna mal-art u ma narawx kbir!", "Aħna se nikkontestaw dawn l-elezzjonijiet meta qegħdin fil-gvern u hemm nies li huma diżappuntati.", "Jien kburi li bħala Segretarju Parlamentari għall-ewwel darba f'ħajti se jkolli nara sfida sseħħ fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, dik li għall-ewwel darba se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Malta kollha f'daqqa.", "Inħossni kburi li għandna kandidatura ta' kwalità f'kull lokal.", "Għad fadal żmien biex aktar kandidati jissottomettu l-kandidatura tagħhom f'isem il-Partit Laburista.", "Matul dawn it-tliet xhur se nkunu qed nikkumbattu bejnietna dwar min se jirbaħ u min se jitlef il-maġġoranza f'kull lokal.", "Hemmhekk nifhem li huwa xogħol il-partit politiku, però fil-25 ta' Mejju meta jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew, irridu nibdew naħdmu mhux bħala partit politiku fil-lokalitajiet tagħna, imma rridu naħdmu flimkien għal-lokal tagħna.", "Għalhekk qegħdin naħdmu biex sal-elezzjoni li ġejja fil-25 ta' Mejju nkunu tajna qafas ta' riforma li nistgħu naħdmu fuqha.", "F'din ir-riforma ħadna ħsieb biex lir-reġjuni nagħtuhom ir-responsabbiltajiet, nagħtuhom il-fondi u nagħtu lis-sindki, lill-viċi sindki u lill-kunsilliera dak li ħaqqhom.", "Issa, għall-ewwel darba, se nkunu qed nagħtu r-responsabbiltà lil kull kunsillier, skont kif tidher fil-liġi.", "Tajna din ir-responsabbiltà biex fl-ikbar kunsill, li jkun ta' 13-il kunsillier, is-sindku jieħu ħsieb jagħti responsabbiltà lil kull kunsillier.", "Trid tispiċċa l-idea li għax għandek sindku Nazzjonalist, lil-Laburist ma tagħtih xejn u jekk għandek sindku Laburist, lin-Nazzjonalist ma tagħtih xejn.", "Aħna qegħdin hemm għal-lokal, u għalhekk rajna li jkun hemm 13.", "F'każ li l-kunsill ikollu seba' kunsilliera, dawk it-13 jitqassmu fuq żewġ dekasteri … Però fl-aħħar tas-sena se nitolbu rapport ta' ħidma mingħand kull kunsillier.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell.", "Xi kultant ikollna t-tentazzjoni li nużaw il-midja soċjali biex nirribattu ma' xulxin.", "Kunsillier irid joqgħod attent x'jikteb fuq kunsillier ieħor, jew fuq sindku.", "Ma naħsibx li għandna naqgħu f'ċertu stil baxx fil-mod kif nikkritikaw.", "Aħna hawnhekk, Gvern u Oppożizzjoni nikkritikaw lil xulxin, imma l-kritika tagħna trid tkun nadifa u ma tweġġa' lil ħadd.", "F'dan il-pajjiż spiċċa ż-żmien li ninqasmu bejnietna.", "Dan hu ż-żmien fejn verament se nkunu qegħdin inħobbu lil pajjiżna.", "Jien persważ li l-poplu tagħna huwa matur, għax għal dawn l-aħħar għaxar snin kellu mexxej li għallem lil dan il-Partit u lil dan il-pajjiż li bil-firdiet ħadd ma jgawdi.", "Naħseb li l-legat li se jħalli l-Partit u l-Gvern Laburista huwa kbir.", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat żgur se jibqa' mnaqqax fl-istorja ta' pajjiżna bħala Prim Ministru li meta ħaddieħor waddablu t-tajn, hu ma waddablux it-tajn lura, imma bis-silenzju tiegħu, bir-rispett u bl-imħabba rnexxielu jgħaqqad lil dan il-pajjiż.", "Matul l-aħħar għaxar snin kellna ħafna okkażjonijiet fejn stajna ninfirdu, imma kellna mexxej li rnexxielu mhux biss jgħaqqad il-Partit, imma jgħaqqad il-pajjiż!", "Grazzi, Joseph Muscat.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sinjura President, ilbieraħ 18 ta' Frar kienet ġurnata kbira għal ħafna nies li jħobbu jaħdmu fil-kamp tal-anzjanità attiva u kienet ġurnata storika għan-nies li jaħdmu fil-Parlament, għax is-Segretarjat tiegħi, għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-pajjiż, organizza konferenza nazzjonali li hija parti mill-kampanja li qiegħed jorganizza s-Segretarjat tiegħi u li ddelegali l-Prim Ministru, biex permezz tagħha nwasslu kemm jista' jkun għarfien lill-poplu.", "Ilbieraħ, bis-saħħa tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, f'dan il-Parlament għamilna wieħed mill-ikbar dibattiti li qatt ġew organizzati f'dan il-pajjiż fuq suġġett tant importanti li minn studju li għamilna ndunajna kemm huwa importanti għal pajjiżna.", "Allura ridna nkunu maturi, intelliġenti u mexxejja ta' veru, tant li ħadna d-deċiżjoni li nagħmlu ħilitna kollha biex kemm jista' jkun ninfurmaw lill-poplu.", "Jien nipprova nkun ġust mal-istorja, u qatt ma jgħaddili minn moħħi li x-xemx telgħet fl-2013!", "Anzi, jien ngħid li aħna bħala politiċi maturi bqajna nibnu fuq it-tajjeb li sar mill-politiċi ta' qabilna.", "Nisperaw f'Alla li din it-tendenza tibqa' tintiret u jkun hawn min ikun hawn fil-gvern, jara x'kienu jagħmlu tajjeb ta' qablu u jkompli jibni fuqu, filwaqt li jbiddel dak li ma kenux jagħmlu tajjeb u joħroġ b'inizjattivi ġodda.", "Fil-fatt kien hemm sensiela ta' avvenimenti li xtaqna nkomplu nibnu fuqhom.", "Nixtieq ngħid li bħala Segretarjat naħdmu b'mod responsabbli.", "Aħna għandna €145 miljun x'nonfqu fuq l-anzjanità attiva u €23 miljun x'nonfqu fuq il-persuni u s-servizzi għall-persuni b'diżabilità.", "Allura meta jkollok somma fenomenali ta' kważi €170 miljun, trid tkun responsabbli biex tara li tintefaq bl-aħjar mod u jekk jista' jkun lanqas €1 minnha ma trid tonfoq bl-addoċċ.", "Il-mod kif qegħdin nimxu huwa wieħed xjentifiku.", "Nixtieq nirringrazzja lid-Dipartiment tal-Ġerontoloġija fl-Università ta' Malta, speċjalment lill-Prof.", "Marvin Formosa li huwa ta' spalla kbira għalina, għax qed immexxu s-Segretarjat tagħna b'konsultazzjoni kontinwa miegħu b'mod xjentifiku, fejn qed naqbdu u nieħdu snapshot tas-sitwazzjoni, naraw x'inhuma l-isfidi li għandna quddiemna, imbagħad nindirizzawhom waħda waħda.", "Jekk ikolli ftit ċans inkun nista' nsemmi x'qegħdin nagħmlu.", "Fil-qasam tad-dimensja sar studju kkummissjonat mill-Ministru Justyne Caruana, li kienu diġà ttieħdu diversi deċiżjonijiet fuqu, però ridna nerġgħu nieħdu snapshot oħra tas-sitwazzjoni kif inhi llum u naraw x'inhuma l-projections li qed naraw illum.", "B'hekk ikollna longitudinal study fuq is-snapshot li ħadet il-Ministru Justyne Caruana meta kienet minfloki u dik li ħadna aħna permezz ta' aġenzija li tieħu ħsieb l-istudju, biex naraw jekk inbidlux xi affarijiet.", "Paralleli ma' dan, dejjem fil-qasam tad-dimensja, għandna persuni esperti.", "Nixtieq nirringrazzja lill-istaff tal-Parlament u tas-Segretarjat, kif ukoll lill-parteċipanti kollha li kien hawn ilbieraħ.", "Jien ħadt pjaċir u mtlejt b'kuraġġ kbir meta rajt li għandna wħud mill-aqwa mħuħ fid-dinja.", "Ma niddejjaqx ngħid li jien inkun ma' esperti f'konferenzi internazzjonali, u jiġu fuqi nies esperti fl-oqsma tagħhom u jgħiduli li t-tali professur huwa walking encyclopedia fuq id-dimensja u qed jagħti dimensjoni ġdida lill-ġerontoloġija.", "Ħadt pjaċir, għax għalkemm aħna żgħar fil-qies, għandna ħafna nies kbar li qed jagħmlulna unur.", "Ilbieraħ din il-Kamra kienet mimlija esperti.", "Veru li ma tantx kellna ħin, għax ridna ninkludu 24 persuna u allura kulħadd kellu ħames minuti, imma stajna naraw - u l-poplu kollu seta' jara - kemm għandna nies kapaċi f'din id-daqsxejn ta' gżira.", "Nista' ngħidilkom li dawn huma esperti internazzjonali li, iddur fejn iddur, ma ssibx bħalhom.", "Meta nara dan l-input kollu minn daqs dawk nies bravi f'dan is-suġġett, nasal biex ngħid li m'għandniex għalfejn naqtgħu qalbna meta ninsabu armati b'dawn in-nies!", "Dan huwa l-messaġġ fundamentali tal-konferenza li saret ilbieraħ, li m'għandniex noqogħdu naħdmu f'silos, m'hemmx għalfejn kulħadd joqgħod iżomm in-noti ma' sidru.", "Ejjew naħdmu bħala tim wieħed, għax b'dan il-mod inkunu kapaċi negħlbu kull sfida u ndawruha f'opportunità għall-poplu tagħna.", "Ilbieraħ bdejna dan il-proċess li kien il-prinċipju fundamentali tas-Segretarjat tiegħi, dak li naħdmu flimkien mal-oqsma kollha, mal-professjonisti, mal-NGOs u naħdmu qrib tas-settur privat li qiegħed jinvesti bil-kbir u li l-Gvern għandu relazzjoni tajba immens miegħu.", "Fil-fatt qegħdin nixtru diversi servizzi, kemm tradizzjonali kif ukoll ġodda, li qiegħed joħloq is-settur privat.", "Mis-snapshot li ħadulna Grant Thornton meta kkummissjonajna dan l-istudju, jirriżulta li f'Malta bħalissa għandna madwar 7,000 persuna jbatu b'xi tip ta' dimensja.", "In-numru ta' dik il-parti tal-popolazzjoni tagħna li għandhom età ta' iktar minn 60 sena se jkompli jikber, għax grazzi għall-Ħanin Alla qegħdin ngħixu iktar.", "Aħna hekk irridu, li l-poplu tagħna jgħix iktar, imma rriduh jgħix bi kwalità ta' ħajja aħjar, irriduh jgħix fil-kumdità u b'dinjità, mhux jgħix fit-tbatija jew fil-faqar.", "Dan ifisser li fost dawk li għandhom iktar minn 60 sena, se jkollna madwar 14,000 persuna b'din il-kundizzjoni u din se tkun l-ikbar parti fost il-popolazzjoni kollha.", "Allura rridu nippreparaw lil pajjiżna, għax ladarba jien responsabbli minn dan is-settur, meta qed nara din il-mewġa ġejja u nara li n-numru qed jiżdied, ma nistax nitfa' l-problema taħt it-tapit biex imbagħad jarawha ta' warajja!", "Aħna qegħdin hawnhekk biex nieħdu d-deċiżjonijiet u naraw x'għandu bżonn il-pajjiż illum u x'se jkollu bżonn għada.", "Nixtieq nirringrazzja lid-Dementia Intervention Team u lill-istaff kollu tar-Residenza San Vinċenz de Paul li beda kors kemm online u kemm għal min irid imur hemmhekk.", "Ilbieraħ kienet l-ewwel ġurnata fejn attenda l-ewwel grupp ta' studenti li m'għandhomx background mediku imma għandhom lil xi maħbubin tagħhom affettwati mid-dimensja.", "Kien hemm studenti li għandhom aħwa, ulied, ommijiet jew missirijiet bid-dimensja.", "Inħeġġeġ lin-nies biex japplikaw u jagħmlu dan il-kors bla ħlas – wara kollox ħallasna għalih mit-taxxi tagħna u huwa sponsorjat - sabiex inkomplu ninfurmaw lin-nies kif għandhom iġibu ruħhom u kif għandhom ibiddlu l-ambjent ta' madwarhom, biex kemm il-persuna bid-dimensja kif ukoll huma, ikomplu jgħixu b'dinjità.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 24 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.25 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn is-snin l-2017, 2018 u 2019 l-użu tal-private jet kien f'okkażjoni waħda fis-sena 2017.", "Din kienet titjira speċjali tal-Medavia biex il-Ministru seta' jmur il-Libja minħabba li ma kienx hemm konnessjonijiet adegwati.", "L-ispiża kienet ta' €29,500.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "Matul ix-xhur tal-Presidenza kont mistieden nakkumpanja lill-Prim Ministru fuq 'Tour De Capitals'.", "Rigward spejjeż nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija fuq mistoqsija parlamentari 8433 tas-Seduta 197.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET GĦAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – UŻU TA' PRIVATE JET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "F'każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019, sal-ġurnata li qed inwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, jien m'għamilt l-ebda użu minn private jet.", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX - ANNOTAZZJONIJIET TA' ANNULLAMENTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm saru annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Kemm minnhom kienu annullamenti ċivili u kemm minnhom kienu tat-Tribunal Ekkleżjastiku?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "REĠISTRU PUBBLIKU TA' GĦAWDEX – DIVORZJI REĠISTRATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena?", "Tista' tgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx ta' ċittadinanza barranija u, jekk iva, mil-liema pajjiż?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PORTIJIET TAĊ-ĊIRKEWWA U TAL-IMĠARR - TFITTXIJIET FUQ KAROZZI U PASSIĠĠIERI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il tfittxija saret fuq karozzi u passiġġieri kemm fil-Port taċ-Ċirkewwa kif ukoll fil-Port tal-Mġarr mis-security imqabbda mill-Gozo Channel tal-kuntrattur minn meta bdew isiru dawn it-tfittxijiet sal-lum?", "Tista' tgħid kemm minnhom taw riżultat pożittiv u xi nstab u kemm minnhom ġew riferuti lill-pulizija għal aktar investigazzjoni?", "Interpellant li minn Ġunju tas-sena 2017 sal-lum saru 5,015-il tfittxija fil-Port tal-Imġarr u 4,067 tfittxija oħra fil-Port taċ-Ċirkewwa.", "Dawn it-tfittxijiet saru kollha fuq vetturi.", "Tfittxijiet fuq passiġġieri li jaqsmu bil-mixi mit-terminals isiru biss f'każ li l-persuna tkun meqjusa bħala person of particular interest.", "Sal-lum qatt ma kien hemm każijiet simili.", "Dawk il-vetturi li ġew imfittxija u li fil-pussess tagħhom instabulhom xi tip ta' dangerous goods, u li iżda kienu intenzjonati li jużaw is-servizz li ma jintużax għal dangerous goods, ma ngħatawx aċċess biex jaqsmu l-fliegu, u d-dettalji tat-tali vetturi ġew irrekordjati u tniżżlu fuq il-Vehicle Black List.", "Eventwalment l-imsemmija vetturi ġew mogħtija permess jużaw il-vjaġġi li jintużaw apposta għal Dangerous Goods.", "Il-vetturi kollha li s'issa ġew blacklisted kienu biss qegħdin jiksru r-regolamenti skont il-Gozo Channel Operations Limited Dangerous Goods Procedures, u allura ma kinux suġġett għal passi kriminali kontrihom.", "SENTENZA TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI DIRETTUR ĠENERALI KOMPETIZZJONI VS FEDERATION OF ESTATE AGENTS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, daparti tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea kienx hemm xi komunikazzjoni mal-Gvern Malti fir-rigward tal-impatt u l-ħtieġa li jittieħdu miżuri neċessarji sussegwenti għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta' Mejju 2016 fl-ismijiet Federation Of Estate Agents vs Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) Et?", "Jekk kien hemm, jista' l-Ministru jippreżenta kopji tal-korrispondenza pertinenti inkluż jekk hemm it-tweġiba tal-Gvern Malti?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 28525, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni informa lill-Kummissjoni Ewropea bis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta' Mejju 2016 fid-9 ta' Mejju 2016.", "Il-kopja ta' din il-korrispondenza hija kif ingħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28888.", "Il-komunikazzjoni kollha l-oħra li saret minn dak iż-żmien sal-lum bejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni Ewropea tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Intant ninforma li sal-lum, bħala Ministeru, ma kienx hemm korrispondenza oħra mal-Kummissjoni Ewropea fuq dan il-każ.", "L-Uffiċċju ngassa dawk il-partijiet minn dawn il-komunikazzjonijiet li hu jqis li hija informazzjoni interna ai termini tal-artikolu 28 tal-Kap 510.", "KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET DWAR IL-BAĠIT - NEFQA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8301, jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar in-nefqa ta' €13,037 b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit għas-sena 2019 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Finanzi ndirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 22 ta' Ottubru 2018?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija nefqa?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:", "REKLAMAR DWAR IL-BUDGET - NEFQA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8299, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwè fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa f'reklami fuq is-social media, il-gazzetti u fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju dwar il-Baġit għas-sena 2019?", "JOSEPH MUSCAT: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8299.", "IIP – SOTTOMISSJONIJIET MILL-PUBBLIKU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar il-Programm ta' Investitur Individwali bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ġejt infurmat li r-rapport jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu u se jkun qiegħed jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.", "TAS-SLIEMA – PROPRJETAJIET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-Gvern f'Tas-Sliema mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-ħames domandi mressqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "SAN ĠILJAN – PROPRJETAJIET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-gvern f'San Ġiljan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-ħames domandi mressqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "GŻIRA – PROPRJETAJIET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Gżira mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-ħames domandi mressqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "TESS – RIŻULTATI TAL-INTERVIEWS GĦAL SCHOLARSHIPS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta ser joħorġu r-riżultati għal scholarships taħt l-iskema tat-TESS wara li saru l-interviews għal dawk li applikaw fl-2018?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-riżultati tat-TESS diġà ġew ippubblikati u l-applikanti kollha ġew infurmati b'ittri u sms.", "Ir-riżultati/rankings huma fil-fatt ippubblikati fis-sit elettroniku ta' myscholarship.gov.mt.", "Bdiet issir ukoll komunikazzjoni mal-applikanti fuq l-andament tal-proċessi li jmiss.", "BIĊĊERIJA GĦAL QTIL TA' SUMMIEN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk f'Malta u f'Għawdex għandniex biċċerija akkreditata għall-qtil ta' summien?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8557 u 8717 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu, illum hemm 98 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8558 u 8718 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm 115 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet minn grad ta' Prinċipal 'il fuq li jinkludu, 20 fil-Forzi Armati ta' Malta, 38 fil-Korp tal-Pulizija, 1 fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, 4 fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, 18 fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati, 2 mad-Defence Matters, 21 mal-Probation and Parole u 11 mal-AWAS.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8559 u 8719 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, illum hemm 158 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "In-numru ta' nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq, fl-entitajiet taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, li kienu diġà jeżistu ħdax-il sena ilu, żdiedu minn 43 fl-2008 għal 66 illum.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8561 u 8721 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċizjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm195.", "Barra minn hekk għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, illum hemm 36 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċizjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq filwaqt li fl-2008 kien hemm 15.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8562 u 8722 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Fi ħdan l-entità li taqa' taħt dan il-Ministeru, hemm 4 nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni, però din l-entità ma timxix skont l-iskali taċ-Ċivil.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8560 u 8720 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "QORTI - KAŻIJIET TA' OMIĊIDJI INVOLONTARJI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' omiċidju involontarju kien hemm f'każijiet ta' sewqan bejn l-2012 u l-2018?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar każijiet ta' omiċidju involontarju f'każijiet ta' sewqan.", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru breathalyzer tests fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 u jista' jgħid ukoll għal kull sena kemm kien hemm każijiet minnhom li rriżultaw fil-pożittiv, fis-sens li sewwieqa kienu taħt l-effett tal-alkoħol?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-ammont ta' breathalyzer tests li saru fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, li tinkludi wkoll dawn il-każijiet li rriżultaw fil-pożittiv, fl-istess snin.", "Numru ta' breathalyzer tests u dawk li rriżultaw fil-pożittiv:", "TEĦID TA' KAMPJUNI GĦAL-LIVELL TA' ALKOĦOL", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu kampjuni tad-demm jew awrina għal preżenza ta' alkoħol skont id-dispożizzjoni tal-artikolu 15E tal-Ordinanza Dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap 65 tal-Liġijiet ta' Malta għas-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant ma kienx hemm okkażjonijiet fejn ittieħdu kampjuni tad-demm jew awrina għal preżenza ta' alkoħol skont id-dispożizzjoni tal-artikolu 15E tal-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku, mill-Pulizija.", "KUMPANIJI PRIVATI – IMPORTAZZJONI TA' PETROL", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8493 u jgħid kemm hawn kumpaniji privati li qegħdin jimpurtaw il-petrol għas-suq lokali u mhux għall-bunkering?", "X'faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol jeżistu hawn Malta għall-kumpaniji privati għas-suq lokali?", "Fejn qegħdin dawn il-faċilitajiet u x'jistgħu jew x'għandhom jagħmlu dawn il-kumpaniji lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet?", "F'liema stadju wasalna rigward id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-Enerġija Rinovabbli fejn jidħol il-petrol hawn Malta?", "Il-Gvern biħsiebu jonora l-obbligazzjonijiet li ntrabat bihom fl-24 ta' Mejju 2011, Tabella 12, fil-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinovabbli?", "X'qed jistenna l-Gvern biex jintroduci jew iħalli kumpaniji privati jintroduċu fis-suq lokali l-petrol imħallat ma' 10 fil-mija ta' ethanol - E10, biex jonqsu l-emissjonijiet minn fuq il-230,355 vettura li jużaw il-petrol?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li ma hawnx kumpaniji privati li qegħdin jimpurtaw il-petrol għas-suq lokali u mhux għall-bunkering.", "F'Malta jeżistu diversi faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol għall-kumpaniji privati għas-suq lokali u dawn huma t-31st March Installation ġewwa Birżebbuġa, Ħas-Saptan Installation u l-Oil Tanking Malta Ltd ġewwa Birżebbuġa wkoll.", "Il-kapaċità ta' gantry teżisti fit-31st March 1979 Installation ta' Birżebbuġa biss.", "Dawn l-impjanti jistgħu jintużaw ilkoll biex jitqassam il-fuel għas-suq intern direttament minnhom jekk tiġi nstallata gantry.", "Id-disponibbiltà kummerċjali tal-impjanti tiddependi minn deċiżjonijiet kummerċjali tal-operaturi.", "Nixtieq nirrimarka li m'hemm xejn xi jżomm operaturi interessati milli jagħmlu l-investiment neċessarju sabiex ikunu jistgħu iqassmu fuel jew petrol huma stess.", "Dawn il-facilitijiet huma mħaddma b'mod kummerċjali u mhux fir-remit tar-regolatur li jikkontrolla l-kuntratti li jsiru bejn l-operaturi.", "Il-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinovabbli ppreżentat fl-2011 ġie rivedut fl-2017 u għaldaqstant Tabella 12 m'għadhiex applikabbli.", "Il-perċentwali ta' biofuel huwa kkalkolat fuq it-total tal-karburanti kollha wżati fit-trasport, kemm petrol kif ukoll diesel.", "Il-perċentwali ta' 7.5% għas-sena 2017 intlaħaq u l-ammont neċessarju ta' biofuel ġie kollu mħallat mad-diesel.", "L-ammont għas-sena 2018 jiġi kkalkulat aktar tard din is sena.", "Peress illi s-suq tal-fuels ilu miftuħ għal kulħadd mill-2004, il-Gvern m'għandu l-ebda saħħa li jħalli jew ma jħallix kumpaniji jintroduċu fis-suq lokali l-petrol imħallat mal-10 fil-mija ta' ethanol.", "Għalkemm il-petrol imħallat mal-ethanol huwa mezz ieħor ta' kif jitnaqqsu l-emissjonijiet, kif jaf l-Onor.", "Interpellant, ittieħdu u qed jittieħdu miżuri oħra li bihom jonqsu l-emissjonijiet li jistgħu jkunu aktar effettivi u fil-kontroll tal-Gvern.", "Ezempji huma t-twaqqigħ tal-power station tal-Marsa u Delimara 1 li kienu jaħdmu bl-aktar żejt li jħammeġ, il-qalba mill-HFO għall-gass tal-impjanti l-oħra tal-energija, tisħiħ ta' trasport pubbliku u miżuri li jħarju aktar nies jużaw dan it-trasport, inċentivi għal min irid jixtri karozza taħdem bl-elettriku jew il-gass u twessigħ ta' toroq biex tonqos il-konġestjoni tat= traffiku.", "PROĠETT TAS-CENTRAL LINK", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-proġett tas-Central Link, jista' l-Ministru jgħid:", "a. kemm huwa n-numru ta' bdiewa, sew full-time kif ukoll part-time, li sejrin jitilfu, jew se jkunu milquta fix-xogħol tagħhom kemm direttament kif ukoll indirettament bħala bdiewa;", "b. kemm-il tomna raba' maħduma se tinqered minħabba dan il-proġett;", "c. kemm-il ġibjun li jaħżen l-ilma, riżors li qed isir aktar rari u mfittex minn ġurnata għal oħra se jinqered biex jagħmlu wisa' għal dan il-proġett; u", "d. kemm-il siġra se tinqered biex ukoll tagħmel wisa' għal dan il-proġett?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Central Link Project huwa investiment importanti għall-ambjent u kwalità ta' ħajja aħjar fiċ-ċentru tal-pajjiż permezz tal-bini mill-ġdid u t-titjib tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, ir-Rabat u l-Imġarr.", "Permezz tiegħu ser jitneħħew erba' sistemi ta' traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta' Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min naħa tal-Mosta, Ta' Qali u r-Rabat jkollhom jgħaddu minn lembut ta' korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat.", "Se jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta' Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu s-central strips.", "Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivvjaġġar.", "Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta' karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b'aktar riskji ta' inċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.", "Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta' aktar minn għaxar kilometri ta' bankini u passaġġi għall-mixi, l-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq li qatt kien hawn f'Malta bejn l-Imrieħel u Ta' Qali, faċilitajiet aktar sikuri għal dawk li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku u aktar minn 19,000 metru kwadru ta' żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).", "Wara konsultazzjonijiet estensivi li saru mar-residenti tal-inħawi, għaqdiet mhux governattivi u entitajiet oħrajn, il-pjanti tal-proġett komplew jiġu rfinuti sabiex ikomplu jiżdiedu l-benefiċċji għal dawk li jużaw dawn it-toroq, u partikolarment għar-residenti tal-lokalitajiet tal-madwar, fosthom Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ'Attard.", "Dawn il-pjanti finali ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar bħala parti mill-proċess biex jiġu deċiżi l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa.", "Tagħrif dwar l-impatti pożittivi jew negattivi li dan il-proġett se jkollu fuq l-inħawi, fosthom dettalji dwar l-agrikoltura, is-siġar u l-ambjent naturali, jinsabu fl-istudji tekniċi li saru minn esperti indipendenti bħala parti mill-proċess tal-environmental impact assessment (EIA) li sar bi tħejjija għat-twettiq ta' dan l-investiment.", "Dawn l-istudji kollha ġew ippubblikati mill-Awtorità Maltija tal-Ambjent u Riżorsi fil-ġimgħat li għaddew u jistgħu jinkisbu minn dan is-sit:", "L-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) jikkonferma li s-Central Link Project kif qed ikun propost huwa l-aktar soluzzjoni effettiva u sostenibbli biex jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar f'din ir-rotta ewlenija bejn l-Imrieħel u Ta' Qali u titjieb il-kwalità tal-ajra fil-lokalitajiet tal-madwar.", "Jindika wkoll illi jekk ma jsirx it-titjib meħtieġ fit-toroq eżistenti biex ilaħħqu mad-domanda tat-trasport ta' bħalissa u dik futura, fi żmien għaxar snin din ir-rotta ewlenija tiġġammja kompletament (completely gridlocked), b'konsegwenzi serji fuq il-kwalità tal-arja fl-inħawi.", "Wara li ġew ikkunsidrati proposti alternattivi dwar kif jista' jiġi mtejjeb in-network ta' toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż, l-istudju identifika l-pjan kif propost minn Infrastructure Malta bħala l-aħjar għażla kemm biex ikun hemm titjib fil-kwalità tal-arja kif ukoll biex jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar.", "Ikkonferma wkoll li bis-Central Link Project se tonqos b'57% l-art agrikola li kienet se tittieħed oriġinarjament kieku sar il-proġett li kien ġie ppjanat 13-il sena ilu għall-istess żona, bħala parti mill-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta' Malta.", "Il-pjan tal-2006, li qatt ma twettaq, diġà kien indika li l-konġestjoni tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb u toroq oħrajn fil-viċinanzi bħala problema kbira għal-lokalità ta' Ħ'Attard u oħrajn fil-qrib.", "L-istudju jikkonferma li dawn il-problemi għadhom qed jolqtu eluf ta' persuni u li jekk ma tinbidilx l-infrastruttura preżenti, se jkomplu sejrin għall-agħar.", "Fil-fatt l-EIA juri li kemm-il darba ma jsirx it-titjib propost fis-Central Link Project, sas-sena 2030 il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi jiżdied bi 2.8 darbiet aktar fil-ħinijiet ta' filgħodu u 4.4 darbiet aktar waranofsinhar, waqt li sal-2045 dan ikompli jiżdied għal 8.1 u 7.8 darbiet aktar rispettivament.", "L-istudju dwar il-kwalità tal-arja, li huwa bbażat fuq monitoraġġ tal-arja li sar is-sena li għaddiet f'diversi nħawi matul ir-rotta juri l-effetti ħżiena li din il-konġestjoni severa tħalli fl-arja tal-madwar.", "Kieku l-proġett ma jsirx, it-trab iswed u l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja, inkluż f'Ħ'Attard u Ħal Balzan, jiżdiedu b'104% u 35% rispettivament sal-2030 u b'229% u 86% sa ħmistax-il sena wara.", "It-trab iswed u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-akbar żewġ sorsi ta' tniġġis ikkaġunat mill-emissjonijiet tal-karozzi.", "Bis-Central Link Project tkun eliminata l-konġestjoni ta' bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi u dan iwassal għal tnaqqis medju fit-trab iswed ta' 42% sal-2030 u 60% sal-2045, anke meta tikkunsidra ż-żieda li se jkun hawn fit-trasport.", "Bl-istess mod huwa pproġettat li l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu bi 15% fl-2030 u bi 30% fl-2045.", "TELEKOMUNIKAZZJONIJIET U TRASMISSJONIJIET 5G", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Peress li f'Malta qed issir riċerka u trasmissjoni b'telekomunikazzjoni 5G minn ditta privata u peress li din il-ġenerazzjoni ta' komunikazzjoni hi maħluqa biex magni jkunu jistgħu jirrikonoxxu data li l-bniedem mhux kapaċi jlaħħaq magħha u għalhekk peress li hi daqshekk proċess rapidu, din tirrikjedi bandwidth ferm usa' u ta' frekwenza ferm għolja u aktar antennas għat-trasmissjoni, u peress li hu fatt li dawn huma ta' ħsara lil ċerti ċittadini li huma sensittivi għall-electromagnatic waves u l-konsegwenza fuq is-saħħa pubblika għadha mhux għalkollox determinata, għalkemm l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) fl-2011 diġà kklassifikat l-użu tal-mobile 3G bħala riskju ta' 2B carcinogen, jista' l-Prim Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qed jittieħdu fis-settur tal-komunikazzjoni, immexxi mill-Ministeru tiegħek biex tħares is-saħħa tal-poplu Malti?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li fi gżira li hi popolata aktar milli suppost (overcrowded) qed jittieħdu dawn ir-riskji?", "Hemm ħsieb li tiġi emendata l-liġi tat-telekomunikazzjonijiet biex dan jitħares?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) bħala l-entità nazzjonali responsabbli mill-immaniġġjar tal-frekwenzi tar-radju ma tat l-ebda liċenzja għal trasmissjonijiet ta' servizzi mobbli fuq bazi ta' esperimentazzjoni jew kummerċjali ta' natura 5G li jagħmlu użu minn bandwidths ferm usa', frekwenzi għolja u li għandhom bżonn żieda sostanzjali fin-numru ta' antenni.", "Dwar l-effetti tal-electromagnetic waves fuq is-saħħa pubblika, l-MCA toqgħod fuq direzzjoni mogħtija lilha mill-awtorità kompetenti għas-saħħa ambjentali.", "Għaldaqstant, sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika minn riskji assoċjati ma' trasmissjonijet, skont l-Att li jirregola l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399), operaturi li jipprovdu servizzi u netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huma suġġetti għal diversi kundizzjonijet.", "Fost dawn hemm il-kundizzjoni li l-livell ta' radjazzjoni min-netwerks tagħhom irid ikun konformi mal-istandards ta' l-International Commission for Non-Ionising Radiation Protection (ICNIRP).", "Dawn l-istandards huma rikonoxxuti minn diversi istituzzjonijiet internazzjonali bħal l-Organizzazzjoni Internazzjonali tas-Saħħa (WHO) u l-Kumitat Xjentifiku tal-Unjoni Ewropea (SCENIHR).", "Sa issa, ma ngħatat l-ebda direzzjoni mill-awtoritajiet risponsabbli mis-saħħa ambjentali li jitolbu bidla fil-liġi msemmija sabiex Malta taddotta standards ta' radjazzjoni li huma aktar riġidi minn dawk tal-ICNIRP.", "Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika, l-MCA tagħmel kejl fuq antenni tat-telekomunikazzjoni biex tikkonferma li r-radjazzjonijiet elettromanjetiċi huma konformi mal-livelli tal-ICNIRP.", "Din it-tip t'attività ilha ssir mill-MCA għal diversi snin u l-medja tar-riżultati tal-kejl ma jeċċedux il-ħamsa fil-mija tal-livell massimu tal-ICNIRP relevanti għall-pubbliku.", "Id-Dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika jiġi infurmat bir-riżultati miksuba.", "Dawn ir-riżultati jkunu wkoll ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità.", "Dwar l-istudju tal-WHO indikat fil-mistoqsija, dan jitratta radjazzjoni emessa mill-mobile phones infushom.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu f'dan ir-rigward lill-Ministru responsabbli.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-Valletta 18, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sejħiet ta' direct orders?", "Kemm kienet iċ-ċifra tal-ispiża għal kull sejħa u lil min ingħataw meta nkrew sound systems għall-attivitajiet tal-Valletta 18?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SKEJJEL PRIMARJI U SEKONDARJI - STUDENTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji skont il-lokalità, sess u nazzjonalità li:", "a. talbu biex ma jiħdux sehem f'lezzjonijiet RE?;", "b. Kemm minnhom għamlu dan minħabba reliġjon?; u", "c. Kemm huma dawk l-istudenti li ppreferew li ma jattendux klassijiet RE u minflok għażlu EthicsClasses?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li ma jattendux il-lezzjonijiet tar-Reliġjon f'kull skola flimkien man-numru ta' studenti li qed jattendu l-klassijiet tal-Etika huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Infurmat li biex tingħata informazzjoni dwar is-sess u n-nazzjonalità ta' dawn l-istudenti, ikun irid isir eżerċizzju biex din id-data tinġabar skola skola u huwa eżerċizzju li jrid ħafna ħin biex isir.", "SPTAR SAN LUQA – GĦOTI TA' BINJA BĦALA PPP", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-blokka fejn hemm l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u servizzi oħra fl-Isptar San Luqa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk din il-binja għandhiex tingħadda lil Steward Healthcare jew xi entità privata oħra bħala Public Private Partnership (PPP)?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-binja msemmija minnu hija parti mill-konċessjoni oriġinali.", "FISH FARMS – ŻIEDA FIL-KWANTITÀ TA' TONN IMKABBAR", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sena u nofs, kemm-il darba bħala Ministru awtorizza li jkun hemm żieda fil-kwantità ta' tonn li setgħu jinżammu fil-fish farms fl-ibħra Maltin?", "Jista' jgħid din iż-żieda kif ingħatat għal kull sid ta' tuna fish farm?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala Ministru ma tajt l-ebda żieda fil-kapacità eżistenti tal-permess operativ tat-tonn.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid wara li l-Kummissjoni Ewropea għamlet audit tal-fish farms Maltin f'Ottubru li għadda u sabu 'a number of shortcomings', x'miżuri kien ħa bħala Ministru?", "Jista' jgħid x'ħidma saret mill-Ministeru rispettiv biex jiffaċċja dak l-audit?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju għaddejjin diskussjonijiet mal-Kumissjoni Ewropea dwar ir-rapport referut.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'passi kien qed jieħu l-Ministeru tiegħu sabiex jaċċerta li dawk kollha involuti fl-industrija tal-akwakultura (tuna farms) ma kinux qed ikollhom żieda ta' tonn fil-gaġeġ tagħhom, peress li tali kwantità kienet aktar milli legalment kellhom dritt li jkollhom?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull diskrepanza fl-ammont ta' tonn misjub ġol-gaġġeġ minn dak iddikjarat mill-operaturi jista' jiġi klassifikat bħala li hemm potenzjalment attività illegali.", "Id-dipartiment kien qiegħed jimplimenta numru ta' mekkaniżmi ta' kontroll sabiex jigi determinat jekk hemmx diskrepanza.", "Appena jkun innutat dan il-każ jiġi referut lill-awtoritajiet ikkonċernati.", "TUNA FARMS - KUMPANIJI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji involuti fl-akwakultura (sidien ta' tuna farms) li qed joperaw fl-ibħra Maltin?", "Jista' jgħid kull kumpanija b'kemm qabżet il-kwota li suppost kellhom li jieħdu ħsieb li jżommu fit-tuna farms tagħhom?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni rikjesta tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ħadd mill-operaturi ma qabeż il-kapacità indikata fil-ħruġ tal-permess operativ.", "LAQGĦA MAL-MINISTRU RIGWARD ŻIEDA FIL-KWOTA TAT-TONN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk kif skont qed jiġi rrappurtat li l-individwu A li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien qal li kellu jiltaqa' mal-Ministru, kienx hu l-Ministru li aċċetta li jiltaqa' miegħu u li riżultat ta' dik il-laqgħa bejnu (il-Ministru Herrera u l-individwu A msemmi separatament) il-kwota tat-tonn żdiedet għall 4,000kg minn 3,000kg?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk din il-laqgħa, li fiha huwa rrapportat li grazzi għaliha l-kwota tat-tonn żdiedet, kenitx megħjuna biex issir mill-persuna B li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "JOSÈ HERRERA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'żieda mat-tweġibiet parlamentari 8910, 8911, 8912, 8913, ma saret l-ebda laqgħa bejni u bejn l-individwu referut bħala 'l-inidividwu A'", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6705 u 3427 u jgħid kemm hawn single mothers irreġistrati?", "Kemm minnhom jaħdmu?", "Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-uniku sors ta' income?", "Kif inhi komposta l-familja tagħhom?", "Kemm għandhom tfal?", "Kemm hawn single mothers li huma f'riskju ta' faqar (jew qegħdin fil-faqar)?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "QASAM EDUKATTIV - NUQQAS TA' GĦALLIEMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' għalliema fil-qasam edukattiv u f'liema suġġetti hemm dan in-nuqqas?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, kif diġà ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8452, l-esiġenzi fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jinbidlu matul is-sena skolastika.", "Dan minħabba raġunijiet varji, fosthom maternity leave, mard, bżonn ta' leave urġenti, riżenji u oħrajn.", "Bħalissa hemm nuqqas ta' erba' għalliema fis-sekondarja (Ingliż, Studji Soċjali, P.E. u Home Economics).", "Fil-Primarja hemm nuqqas ta' żewġ għalliema bil-klassi.", "Hemm ukoll nuqqas ta' tliet għalliema tal-Arti, tliet għalliema tal-Mużika u żewġ għalliema tal-PSCD fis-servizz tal-peripatetic fil-primarji.", "Fil-każ tal-peripatetic, il-Kulleġġi jagħmlu rotation tal-għalliema fil-kulleġġ biex, sakemm jinstabu replacements, ikollna l-istudenti kollha li jkunu qed jieħdu lezzjonijiet.", "Fil-ġimgħat fejn ma jkollhomx għalliem peripatetic, ikun l-għalliem tal-klassi li jkun qed jagħmel dawn il-lezzjonijiet.", "Fil-każ tan-nuqqasijiet l-oħra ikun qed isir ix-xogħol biex dawn jimtlew fl-inqas żmien possibbli.", "STUDENTI LI TELQU MILL-ISKOLA QABEL L-ETÀ TA 16-IL SENA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li telqu l-iskola qabel ma' għalqu l-età ta' 16-il sena fis-sena 2017 u fis-sena 2018?", "Kemm kellhom żmien dawn l-istudenti li ma baqgħux jattendu l-iskola?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2017 kien hemm 14-il student ta' ħmistax-il sena li ngħataw permess biex jieqfu mill-iskola qabel temmew il-Year 11 (Form 5) waqt li fis-sena 2018 kien hemm seba' studenti tal-istess età.", "AWTORITÀ TA' STANDARDS TA' ĦARSIEN SOĊJALI - SPEZZJONIJIET FI DJAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8659, jista' l-Ministru jindika r-rakkmandazzjonijiet li għamlet l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali u lil liema Dar Residenzjali tal-Anzjani għamlet dawn ir-rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi aċċertat li s-servizzi mogħtija minn dawn id-djar residenzjali jkunu ta' kwalità għolja?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fid-djar tal-anzjani li ġew spezzjonati, l-Awtorità ta' Standards fil-Ħarsien Soċjali identifikat numru ta' nuqqasijiet u għamlet ukoll diversi rakkomandazzjonijiet.", "L-aktar komuni kienu:", "· Rigward il-ħtieġa ta' rinovar.", "Dawn id-djar intalbu jipprovdu lill-Awtorità l-programm tagħhom li jispjega x'inhuma l-pjanijiet tagħhom għar-rinovar tad-dar u ż-żmien stipulat illi fih ser ikun qiegħed isir u jitlesta dan ix-xogħol.", "· Osservazzjoni oħra li saret, liema osservazzjoni ukoll kienet waħda komuni, kienet dwar l-attivitajiet soċjali.", "Id-djar ikkonċernati ntalbu jipprovdu lill-Awtorità b'kopja tal-programm ta' attivitajiet soċjali li jippromwovu l-anzjanità attiva li bi ħsiebhom joffru fix-xhur li ġejjin.", "· Ġew identifikati wkoll nuqqasijiet fejn tidħol il-mobbiltà u l-integrazzjoni sħiħa tal-anzjani, hekk kif instab illi hemm djar tal-anzjani li mhumiex mgħammra b'faċilità ta' lift.", "Dawn id-djar intalbu jipprovdu lill-Awtorità l-pjanijiet tagħhom ta' kif ser ikunu qed iżidu l-aċċessibbiltà fid-djar tal-anzjani inkwistjoni, u t-terminu ta' żmien li fih ser ikun qiegħed jitlesta dan ix-xogħol.", "· Rakkomandazzjoni oħra kienet dwar l-importanza li l-impjegati jkollhom għarfien tajjeb tal-kultura Maltija.", "· Rimarka oħra li ġiet osservata kienet dik tat-temperatura ambjentali tad-djar tal-Anzjani.", "It-temperatura ġenerali ġewwa d-djar għandha tkun tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti tas-saħħa u s-sigurtà ambjentali tal-post inkwistjoni.", "· Saru wkoll kummenti dwar kif m'għandhomx jitħallew oġġetti jew affarijiet illi jistgħu jkunu ta' periklu għall-anzjani, filwaqt li jiddisponu minn kwalunkwe oġġett li mhux qed ikun ta' użu jew utilità ġewwa id-djar tal-anzjani.", "· L-importanza li jkun hemm pjan ta' evakwazzjoni f'każ ta' emerġenza ġiet enfasizzata ma' kull dar tal-anzjani, filwaqt li ġiet enfasizzata ukoll li jkun hemm għarfien dwar il-ħażna tat-tankijiet tal-ossiġnu u l-użu domestiku tal-heaters tal-gass fil-binjiet residenzjali tal-anzjani.", "· Sar aċċenn ukoll fuq id-dritt tar-residenti għall-privatezza tagħhom kif ukoll għad-dritt li jkun hemm spazju adekwat fejn ir-residenti jkunu jistgħu jieklu u jitkellmu ma' residenti oħra sħabhom.", "Ta' min jirrimarka li għal ċertu osservazzjonijiet illi qiegħda tagħmel l-Awtorità ta' Standards fil-Ħarsien Soċjali huwa neċessarju li jkun hemm kordinament mal-OHSA sabiex mhux biss tindirizza dawn l-osservazzjonijiet, iżda wkoll tieħu parir professjonali speċjalment fejn jidħlu kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà.", "L-Awtorità ta' Standards fil-Ħarsien Soċjali ser tkun fl-aħħar nett qiegħda tikkollabora mad-djar tal-anzjani sabiex jiġu ndirizzati n-nuqqasijiet identifikati, u finalment biex l-Awtorità tara li tittieħed azzjoni fuq il-punti li jkunu tqajmu, fl-interess tal-anzjani residenti fid-djar tal-anzjani.", "PROĠETT TA' RESTAWR TAL-FANAL TAL-ĠORDAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Proġett ta' Restawr tal-Fanal tal-Ġordan ġewwa Għawdex?", "Kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu kuljum u x'inhu l-grad tagħhom?", "F'liema xahar u sena huwa ppjanat li jitlesta dan il-proġett?", "Kemm kienet in-nefqa s'issa fuq dan il-proġett?", "Interpellant li x-xogħol qed isir mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex u miexi skont kif ippjanat u kkordinat ma' diversi stakeholders li matul is-snin għamlu użu mis-sit.", "WIED IL-GĦAJN: SKOLA – DIRECT ORDERS GĦAL XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders għax-xogħol fuq l-iskola ta' Wied il-Għajn?", "Liema kienu dawn id-direct orders?", "Lil min ingħataw?", "F'liema dati ngħataw?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mxiet skont il-proċeduri stabbiliti fil-każ ta' direct orders, u għalhekk kisbet l-approvazzjonijiet neċessarji mill-Ministeru għall-Finanzi.", "L-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "WIED IL-GĦAJN – FTUĦ TAL-ISKOLA L-ĠDIDA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta kienet imwiegħda li tinfetaħ l-iskola ta' Wied il-Għajn u fil-fatt meta nfetħet?", "Għaliex kien hemm dan id-dewmien?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Iskola Primarja ta' Marsaskala kellha tiftaħ f'din is-sena skolastika u hekk se jsir.", "Kien hemm dewmien fid-data tal-ftuħ peress li kien hemm bżonn numru ta' testijiet li ma kinux oriġinarjament ippjanati u għaldaqstant dan sarraf f'dewmien mhux programmat.", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mal-2,000 barrani li f'Novembru tas-sena l-oħra nqabdu jaħdmu bla permess waqt spezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Jobsplus?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ispezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol isiru kif preskritt mill-Kapitolu 594 (qabel 343) tal-Liġijiet ta' Malta.", "L-istess Kapitolu jitfa' r-reponsabbiltà kollha fuq il-prinċipal (employer) sabiex jirreġistra lill-impjegati tiegħu.", "Artiklu 36 jgħid:", "Kull prinċipal li jimpjega persuna oħra whole-time, part-time jew b'xi mod ieħor b'kuntratt definit jew indefinit jew fuq probation għandu javża lil Jobsplus dwar dan l-impjieg b'mezzi li jistgħu jiġu stabbiliti minn Jobsplus minn żmien għal żmien.", "Artiklu 43 jgħid:", "Kull prinċipal li jimpjega xi persuna li ma tkunx ċittadina ta' Malta, ħlief fir-rigward ta' persuna li jkollha permess waħdieni jew liċenzja ta' impjieg, ikun ħati ta' reat.", "Filwaqt li Artiklu 52 ikompli hekk:", "Kull persuna li tikser id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 43 teħel, meta tinstab ħatja, multa ta' mhux inqas minn elfejn u ħames mitt euro (€2,500) u mhux iżjed minn ħamest elef euro (€5,000) kif ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja applikabbli għan-negozju jew kummerċ.", "Il-Kapitolu għaldaqstant ma jagħrafx lill-impjegat bħala responsabbli minn xi ksur ta' liġi iżda lill-Prinċipal.", "Bħala prassi, meta jinstabu ċittadini ta' pajjiżi terzi jaħdmu bla permess, Jobsplus tinforma lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni li jkunu jistgħu jiddeportaw 'il-barranin taħt il-poteri tal-Kapitolu 217.", "PROGRAMMI/INIZJATTIVI GĦAL TFAL B'LEARNING DISABILITY", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32038 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizzi mogħtija mill-NGOs Inspire u Equal Partners lil 305 studenti fl-iskejjel tal-Istat humiex bil-ħlas jew le?", "Jekk iva, kemm huwa l-ħlas għal dawn is-servizzi?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt informazzjoni dwar din il-mistoqsija mingħand id-Direttorat ikkonċernat.", "It-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.", "IMPJIEG MAL-GVERN - PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li għandhom impjieg mal-Gvern?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Jobsplus m'għandhiex din it-tip ta' informazzjoni.", "PROGRAMM LEAP – NUMRU TA' BENEFIĊJARJI", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2566 u jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' benefiċjarji li huma mill-faxxa tal-faqar u l-esklużjoni soċjali f'kull Ċentru ta' Riżorsi tal-Familja?", "X'tip ta' għajnuna regolari qed tingħata lil dawn il-benefiċjarji minn dawn iċ-Ċentri u kemm hija l-ispiża ta' kull sena biex jitmexxa l-Programm LEAP?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża għal kull sena minn fondi nazzjonali fuq l-Programm LEAP hija kif ġej;", "It-tabella li turi n-numru ta' benefiċjarji li ġejjin mill-hekk imsejħa faxxa ta' riskju ta' faqar u l-esklużjoni soċjali li jiffrekwentaw kull Ċentru ta' Riżorsi tal-Familja, imqassma skont it-tip ta' għajnuna li tingħata lil dawn il-benefiċjarji miċ-Ċentri LEAP minn kull reġjun tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "AĠENZIJA APPOĠĠ – SERVIZZ TA' COURTS SECTION", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz tal-Courts Section immexxi mill-Aġenzija Appoġġ?", "X'għandha tagħmel persuna biex titlob għajnuna sabiex tingħata dan is-servizz?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Servizz tal-Qrati tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) huwa mmexxi minn professjonisti speċjalizzati fil-qasam soċjali b'esperjenza fil-qasam tal-Qrati.", "Dan is-servizz isegwi digrieti ordnati mill-Qorti tal-Familja biex isir assessjar ta' sitwazzjonijiet familjari, speċjalment fejn hemm minuri li l-ġenituri tagħhom qegħdin fi proċess ta' separazzjoni jew medjazzjoni.", "Il-professjonisti jagħmlu rakkmandazzjonijiet lill-Qorti fejn tirrigwarda il-kura u kustodja, l-aċċess u l-benesseri soċjali u emozzjonali tal-minuri, skont l-ordni li tkun ingħatat fid-digriet.", "Numru ta' digrieti tal-Qorti tal-Familja jordnaw aċċess b'superviżjoni għal dawk il-ġenituri li uliedhom ma jkunux jgħixu mal-familja.", "L-Aġenzija Appoġġ tintervjeni f'dawn il-każijiet u toffri servizzi ta' superviżjoni lil dawn il-minuri sakemm jiġi deċiż aċċess alternattiv mill-Qorti.", "Dan is-servizz huwa aċċessibbli għal dawk il-ġenituri li jinħarġilhom digriet fejn l-Aġenzija Appoġġ tiġi mitluba tintervjeni.", "Dan isir permezz ta' digriet illi joħroġ mill-Qorti tal-Famijla.", "AĠENZIJI U TAQSIMIET FIL-QASAM SOĊJALI – LISTA DETTALJATA", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għal-mistoqsija parlamentari 28194 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jelenka lista dettaljata aġġornata tal-indirizzi, eċċetra, tal-aġenziji u taqsimiet kollha li hemm fil-qasam socjali li huwa responsabbli minnhom?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TA' SAN ĠWANN - ALLOKAZZJONI FINANZJARJA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazjoni finanzjarja tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann kull sena bejn l-2008 u s-sena 2018?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190219_199d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 20 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 199 tad-19 ta' Frar 2019 ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Aaron Farrugia fil-laqgħa tal-Presidenti tal-COSAC li nżammet f'Bucharest fl-20 u l-21 ta' Jannar 2019.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "KIRI TA' PROPRJETÀ RESIDENZJALI - BENEFIĊĊJI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti elenku tal-benefiċċji l-ġodda għal min jikri proprjetà residenzjali?", "Min huwa intitolat għal tali benefiċċju?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha erba' skemi li permezz tagħhom tipprovdi għajnuna lil min jikri proprjetà residenzjali:", "· Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma' strutturi perikolużi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta' Ġunju 1995 minn Inkwilini jew Ċenswalisti.", "Din l-iskema tipprovdi sussidju sa massimu ta' €8,000 biex tgħin inkwilini/ċenswalisti jeliminaw strutturi perikolużi fir-residenza tagħhom, mikrija jew mogħtija lilhom b' ċens mill-privat qabel l-1 ta' Ġunju 1995.", "· Skema għall-Persuni b'Diżabilità.", "Din l-iskema tipprovdi għajnuna, kemm finanzjarja, kif ukoll teknika, lil persuni b'diżabilità sabiex isiru xogħlijiet ta' titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi mikrija jew okkupati minnhom.", "L-għotja tingħata skont kif indikat hawn taħt:-", "Xogħlijiet ta' alterazzjoni, sa massimu ta' €3,500;", "Lift f'appartamenti mikrija mill-privat fejn tingħata għajnuna skont l-ammont relatat mas-sehem tal-applikant, b'għotja sa massimu ta' €5,000.", "· Benefiċċju tal-kera f'Residenzi Privati.", "Din l-iskema tipprovdi benefiċċju fuq il-kera mħallsa mill-applikanti għall-postijiet mikrija bħala r-residenza ordinarja.", "Mill-1 ta' Jannar 2019, din l-iskema kienet riveduta u minn massimu ta' €2000, issa hemm żieda sostanzjali li tlaħħaq sa massimu ta' €5,000.", "Inżid ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi kien hemm reviżjoni wkoll fil-kriterji tal-eleġibilita` sabiex dan il-benefiċċju jirrifletti s-sitwazzjoni preżenti f'dan il-qasam.", "Grazzi għal din ir-reviżjoni li għamilna, aktar applikanti se jkunu eliġibbli għal dan il-benefiċċju.", "L-Awtorità tad-Djar għandha wkoll skema oħra li għaliha huma eliġibbli kemm l-inkwilini kif ukoll is-sidien.", "Din hija skema li toffri:", "· Sussidju fuq xogħlijiet ta' Rranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini.", "Din l-iskema tipprovdi sussidju sa massimu ta' €7,000 sabiex isiru xogħlijiet ta' irranġar u titjib f'residenzi mikrija lill-inkwilini, kemm dawk mikrija mill-privat, kif ukoll dawk mikrija mingħand il-Gvern.", "L-Awtorità tad-Djar toffri wkoll żewġ skemi speċifiċi għal sidien illi għandhom proprjetà għall-kiri:", "Skema biex tilqa' proposti mingħand sidien ta' proprjetà residenzjali vojta li jixtiequ jikruha lill-Awtorità tad-Djar għall-iskop ta' akkomodazzjoni soċjali.", "L-għan ta' din l-iskema huwa li jinkoraġġixxi sidien ta' proprjetà residenzjali vojta u privati b'waħda, tnejn jew tlett ikmamar tas-sodda fi stat ta' finished, ġebel u saqaf u fuq il-pjanta biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar għal perijodu ta' għaxar snin.", "Min-naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lil persuni li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.", "· Skema ta' Restawr ta' Djar Battala Għall-Kiri.", "Skema biex tilqa' talbiet mingħand sidien ta' proprjetà residenzjali vojta u ta' livell mhux aċċetabbli, sabiex jinvestu fir-restawr tal-proprjetà tagħhom.", "Dawn jingħataw għotja sa massimu ta' €25,000.", "Imbagħad wara li x-xogħlijiet ikunu tlestew din tiġi mikrija lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta' għaxar snin.", "Min-naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lil persuni li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Dokument bil-kriterji kollha tal-eliġibilità għal kull skema msemmija qiegħed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, jista' l-Ministru jikkonferma li l-iskema tal-kiri mill-privat kif ukoll l-iskema tar-restawr u riġenerazzjoni kienu skemi li kienu in vigore fl-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista u li fl-2013 il-Gvern Laburista kien waqqafhom?", "Ladarba dan il-Gvern qed jerġa' jdaħħalhom, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li għal numru ta' snin, u ċjoè, mill-2013 sakemm reġgħu ġew imħabbra, dawn l-iskemi kienu twaqqfu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, fil-Kamra hawn preżenti s-Segretarju Parlamentari li huwa responsabbli direttament minn dan il-qasam li jista' jwieġeb u jagħti aktar dettalji speċifiċi.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sur President, din il-mistoqsija diġà weġibtha f'ħafna mid-diskorsi li għamilt.", "L-iżball li kien għamel Gvern Nazzjonalista kien li waqqaf il-programm ta' bini ta' appartamenti tal-Gvern u bbaża l-akkomodazzjoni soċjali fuq l-iskema tal-kirjiet biss.", "Għalhekk dak qed jagħtik żmien temporanju ta' għaxar snin.", "Fil-fatt illum qed niddiskutu x'se jiġri minn dik l-iskema li ġiet oriġinata dak iż-żmien meta tiskadi erba' snin oħra.", "Ir-realtà tas-suq mhijiex ir-realtà tas-suq li kien hawn fl-2012 meta dak iż-żmien kien hawn ħafna proprjetajiet battala, is-suq tal-kiri ma kienx dak li huwa llum u allura dak iż-żmien kien ideali biex issir skema bħal dik.", "Illum dik l-iskema erġajna ġeddidnieha però ma żammejniex lilha.", "Illum qed naħdmu anke fuq programm ta' bini ġdid ta' appartamenti.", "Qegħdin naħdmu wkoll fuq diversi miżuri, bħalma għamilna llum permezz ta' skema interessanti flimkien mal-NGOs, billi qbadna l-proprjetajiet battala li kienu ġew mit-Trattat bejn il-Knisja u l-Istat u qed nerġgħu nutilizzaw dawk il-proprjetajiet li ilhom abbandunati għal għexieren ta' snin.", "Għamilna survey biex naraw x'għad fadal madwar il-pajjiż u qegħdin nagħmlu użu minn dawn il-proprjetajiet li sal-lum ħadd ma pprova jindirizza l-użu tagħhom.", "Din l-iskema li nikru mingħand il-privat, li llum qed insejħulha Nikru biex Nassistu, hija pjuttost differenti minn dik l-iskema li kellu Gvern Nazzjonalista.", "Però din m'għandhiex tkun l-unika skema li taqdi l-ħteġijiet soċjali tal-Awtorità tad-Djar, anzi trid tkun ikkumplimentata bi programm ta' bini u programmi oħrajn ta' inizjattivi kif ukoll skemi addattati ta' benefiċċju soċjali li jgħin lil min qiegħed f'kera għaliex illum il-ġurnata nafu li s-sitwazzjoni trid tiġi indirizzata skont iċ-ċirkostanzi tal-lum.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, naf li aktar kmieni llum il-Ministru ffirma ftehim mal-Fondazzjoni RISe, li naf li taħdem ma' min jinsab fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Jista' l-Ministru jgħid x'jinkludi dan il-ftehim u x'benefiċċju jista' joħroġ minnu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, illum mal-Fondazzjoni RISe ffirmajna ftehim ieħor u qed ngħid hekk għax ma' din il-Fondazzjoni diġà jeżisti ftehim li permezz tiegħu l-priġunieri li jkunu waslu fl-aħħar sena tal-priġunerija tagħhom jingħataw il-faċilità li jidħlu fi programm ta' din l-istess Fondazzjoni biex imbagħad isibuha aktar plawsibbli u faċli biex jirrintegraw ruħhom fis-soċjetà.", "Il-ftehim li ffirmajna llum ikopri ftit aktar minn €500,000 u dawn se jingħataw lill-Fondazzjoni RISe fuq perjodu ta' tliet snin.", "Dan huwa public social partnership agreement ieħor li bħala Ministeru għandna ma' għaqdiet tal-Knisja u ma' organizzazzjonijiet volontarji, hekk imsejħa NGOs, eċċ. Illum għandna 41 ftehim minn dan it-tip.", "Għal dawn il-public social partnerships għandna wkoll vot dirett fil-Baġit, li minn €10 miljun is-sena li għaddiet, tela' għal €12-il miljun din is-sena.", "Ta' min jgħid li minbarra t-€12-il miljun, il-Gvern isostni dan il-qasam anke b'madwar €3 miljun fejn jidħlu allokazzjonijiet diretti, bħalma hija Dar Bjorn u oħrajn.", "L-iskop ta' dan huwa li wieħed jgħin lill-priġunieri biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà.", "Naħseb li minbarra li rridu nkunu soċjetà ġusta rridu nkunu wkoll soċjetà ftit jew wisq ħanina.", "Però mbagħad dejjem hemm ir-regola tad-deheb li m'għandha tinkiser qatt; li dawn il-persuni li jkunu bbenefikaw minn dawn il-programmi, li jkunu ngħataw il-fiduċja u ċ-ċans mis-soċjetà permezz ta' programm bħal dan, imbagħad iridu jonorawh u jaraw li ma jaqbdux triq ħażina.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, il-Ministru semma l-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Li hawn problema ta' akkomodazzjoni soċjali fil-pajjiż huwa fatt. Li hawn influss ta' eluf ta' ħaddiema fil-pajjiż huwa fatt. Però dalgħodu kien hemm storja fuq ġurnal li kienet tgħid li issa bħal donnu se jkollna skema ta' akkomodazzjoni soċjali ġdida; dik ta' containers ġewwa barriera fejn jorqdu u jqumu mijiet, jekk mhux eluf, ta' ħaddiema barranin.", "Forsi din ma taqax direttament taħt id-dekasteru tal-Ministru però jista' jgħidilna x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal din l-aħbar?", "Huwa veru li hemm pjanijiet li f'dan il-pajjiż żgħir tagħna nimportaw eluf ta' ħaddiema, mhux biex jaħdmu fl-industrija tal-gaming jew tas-servizzi finanzjarji, però biex jaħdmu biċ-cheap labour fl-industrija tal-kostruzzjoni?", "Illum għandna rħula ġodda telgħin f'containers f'barriera!", "X'inhi r-reazzjoni tal-Ministru bħala l-persuna responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali, jiġifieri minn fejn jgħixu n-nies f'dan il-pajjiż?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MICHAEL FALZON: Sur President, se jwieġeb is-Segretarju Parlamentari.", "RODERICK GALDES: L-ewwel nett naħseb li dan is-suġġett m'għandux x'jaqsam mal-konċett ta' akkomodazzjoni soċjali!", "Hemm awtoritajiet u entitajiet li ovvjament qed jieħdu ħsieb il-każ partikolari.", "Però rigward il-mistoqsija dwar il-barranin li qed jiġu Malta rrid infakkar lilll-Onor.", "Beppe Fenech Adami li madwar 70% u 80% dawn huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Jien ma nistax nifhem kif hawnhekk għandna bniedem, li safejn naf jien bħala politiku ħadem ħafna biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u llum il-ġurnata qed jargumenta li m'għandniex inħallu lill-barranin jidħlu, anke bil-freedom of movement!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Is-Segretarju Parlamentari ma jistax jattribwixxi lili xi ħaġa li jien m'għedtx!", "Jien semmejt speċifikament barranin mit-Turkija jaħdmu biċ-cheap labour.", "Dawn mhumiex barranin mill-Unjoni Ewropea li għandhom dritt awtomatiku li jaħdmu ġewwa pajjiżna!", "RODERICK GALDES: Illum il-ġurnata nafu wkoll li dan il-pajjiż qed jiftaħ il-bibien tiegħu biex ikollna ekonomija aktar b'saħħitha, ikollna aktar xogħol u jkollna gvern li jkun jista' jsostni aktar l-aspett soċjali.", "Mingħajr ma tikber l-ekonomija ma nsibux il-flus biex nibnu, pereżempju, il-proġett massiv li għandna ta' akkomodazzjoni soċjali!", "Il-Gvern Nazzjonalista dan ħallih abbandunat għal 30 sena sħaħ!", "Dik hija d-differenza bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista!", "Jien illum żort numru ta' proprjetajiet li Gvern Nazzjonalista kien ġab mingħand il-Knisja, li ħalliehom fi stat ta' abbandun għal 30 sena sħaħ!", "Il-proġetti li qed noħolqu llum huma proġetti tajbin għall-ambjent, għall-aspett soċjali u għall-ekonomija!", "Kuntrarjament għal dak li kien jiġri qabel taħt Gvern Nazzjonalista, meta fil-Baġit kien jalloka ammont ta' flus miżeru għall-akkomodazzjoni soċjali, illum għandna l-akbar Baġit li qatt kellna fl-istorja ta' pajjiżna fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Dik hija d-differenza!", "Illum għandna ekonomija b'saħħitha.", "Iva veru, hawn il-barranin li qed jaħdmu f'dan il-pajjiż, però l-barranin ma jiġux sempliċement għal vaganza imma qed jiġu għaliex għandna ekonomija b'saħħitha, hemm attrazzjoni għax-xogħol u qed iħallu wkoll flus barranin f'pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, il-ħajja saret waħda mgħaġġla u ħafna drabi kull min għandu familja jsib diffikultà biex iqatta' ħin ta' kwalità ma' wliedu.", "Jien ħadt pjaċir nara kif ġiet varata kampanja ta' trobbija pożittiva.", "Għalhekk jista' l-Ministru jispjegalna aktar dwar l-għan wara din il-kampanja edukattiva?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għal din il-mistoqsija.", "Ilbieraħ ġiet imnedija kampanja li titkellem dwar trobbija pożittiva, il-famuża Positive Parenting.", "Din hija xi ħaġa li forsi ma tinħassx daqshekk tanġibbli għax mhijiex tip ta' għajnuna finanzjarja imma hija tip ta' għajnuna biex ikun hemm rabta emozzjonali aħjar bejn il-ġenituri u l-ulied, u viċeversa, partikolarment fejn jidħlu t-tfal.", "Kif tgħid il-Bibbja, il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix imma jgħix ukoll bil-kelma ta' Alla.", "Issa hawnhekk mhux qed nipprietkaw imma qed naraw li nqajmu kuxjenza fost il-ġenituri biex ikun hemm rapport aħjar u kwalità ta' ħajja aħjar fejn jidħlu t-tfal.", "Sur President, hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li bħala amministrazzjoni, fejn jidħlu t-tfal wettaqna ħafna materjalment bħal pereżempju, iż-żidiet fiċ-children's allowance, trasport tal-iskola b'xejn u childcare b'xejn.", "Issa hawnhekk qed immorru għal xi ħaġa differenti.", "Hawnhekk għandna kampanja li se tpoġġi fis-seħħ il-policy li kienet ġiet imfassla fl-2016, li twassal messaġġ biex ikun hemm aktar kompletazzjoni fit-trobbija, biex ngħid hekk.", "Din hija kampanja mmirata biex tqajjem l-għarfien dwar dan il-qasam - naħseb li aħna l-politiċi ma tantx aħna l-aħjar nies biex nitkellmu dwar dan – u forsi tniggeż ftit il-kuxjenza ta' dak li jkun.", "Imbagħad, jekk Alla jrid, dan għandu jwassal għal titjib individwali u sussegwentement għal titjib fis-soċjetà kollha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-inkjesti dwar iċ-ċkejkna Victoria Aluko, li kienet tilfet ħajjitha f'Jannar tas-sena l-oħra.", "Il-Ministru kien qal li se jippubblika r-riżultat tal-inkjesti però għaddew 13-il xahar minn meta din iċ-ċkejkna mietet u s'issa għad m'hemm l-ebda eżitu ta' dawn l-inkjesti.", "Għalhekk jista' forsi l-Ministru jgħidilna fiex waslu dawn l-inkjesti u jekk xi darba din l-istituzzjoni tkunx taf x'ġara fuq dan il-każ serju?", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek xi informazzjoni dwar dan?", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Interpellant, kien hemm żewġ inkjesti, waħda maġisterjali u oħra li kkummissjonajna aħna bħala Ministeru.", "L-inkjesta interna, biex insejħulha hekk, hija konkluża u kont offrejt lill-Membri tal-Oppożizzjoni, inkluż l-Onor.", "Claudio Grech, li jiġi u jaraha.", "Il-kwestjoni hi li hemm żewġ raġunijiet għaliex ma ġietx ippubblikata f'dan l-istadju; hemm l-inkjesta maġisterjali fuq l-istess inċident sfortunat li għadha pendenti u naħseb li f'pajjiż żgħir bħal tagħna rridu nkunu responsabbli, bħal meta kien hemm inkjesta dwar suġġett ieħor, dakinhar mitluba mill-Onor.", "Jien m'għandi ebda diffikultà li l-Onor.", "Robert Cutajar u l-Onor.", "Claudio Grech jiġu jarawha imma mbagħad il-pubblikazzjoni nagħmluha … Għax irridu noqogħdu attenti li waħda ma taffettwax lill-oħra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji għandha persuna b'diżabilità permanenti meta tiġi biex tixtri karozza ġdida li tkun speċjali għall-persuna b'diżabilità?", "Hawn qed nirreferi għal liċenzji, road tax u affarijiet bħal dawn.", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk wieħed li għandu pensjoni normali però li għandu diżabilità permanenti jiġix eskluż minn dawn il-benefiċċji sempliċement għax għandu pensjoni normali li jkun ħadem għaliha ħajtu kollha għax id-diżabilità tiegħu xorta tħallih jibqa' miexi bil-ħajja normali?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Ovvjament illum il-persuni b'diżabilità kollha għandhom pensjoni jew allowance ta' kull ġimgħa u din hija xi ħaġa li għollejna.", "Biex inkun aktar preċiż mal-Onor.", "Interpellant irrid ngħid li hemm benefiċċji u wieħed japplika għalihom l-ewwel mal-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, jingħata dik li tissejjaħ blue badge, ikollu parkeġġ riżervat, ikun jista' wkoll jiġi eżentat mit-taxxa fuq il-karozza u fuq ir-road tax hemm xi forma ta' inċentiv ukoll.", "Ovvjament din il-karozza jkun jista' jsuqha ħaddieħor ukoll imma tkun reġistrata fuqu.", "Allura f'dak il-każ it-taxxa ma titħallasx u hemm ukoll benefiċċji - għalkemm ma nafx ngħidlek il-persentaġġi eżatt - li huma marbutin mal-liċenzjar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir min-naħa tal-Ministeru biex il-ħaddiema barranin, mhux biss mill-Unjoni Ewropea imma minn pajjiżi oħrajn ukoll, ikunu qegħdin iħallsu dak kollu dovut minnhom bħalma hija dik li konna nsejħulha l-bolla?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Kwalunkwe persuna li tgħix u taħdem f'pajjiżna, inklużi aħna l-Maltin, hija obbligata li tagħmel il-ħlasijiet tagħha marbutin mas-servizzi soċjali u ma' ċerti benefiċċji.", "Aħna ma nagħmlux distinzjoni bejn ħaddiem u ħaddiem.", "Kull ħaddiem li jaħdem irid iħallas il-benefiċċji soċjali.", "Dik hija regola li tgħodd għal kulħadd kemm għal dawk il-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u anke dawk li mhumiex.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Jien konxju ta' dak li għadu kemm qal il-Ministru.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Ministeru biex dak li hu ovvju li għandu jsir, il-Ministeru jara li jkun qed isir?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Il-Ministeru għandu l-Benefits Compliance Directorate u dak li jsir hemmhekk isir għall-persuni l-oħrajn kollha.", "Ta' min jgħid li jekk wieħed iħares lejn il-funzjoni ta' dan id-Direttorat u lejn ir-riżultati tiegħu jsib li kemm ilu jeżisti sal-lum ġew iffrankati madwar €46 miljun.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-triq ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet irregolari għax timblokka l-wied u li l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet ħesrem li għandha tapprova l-proġett, u mhux talli hekk, talli wkoll li għandha titneħħa enforcement notice, u peress li dan ġie rapportat mill-midja, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dan?", "Jista' jgħid għalfejn l-ambjent naturali tal-wied ma kienx qed jiġi mħares?", "Jista' jgħid jekk setax isir pont bejn naħa u oħra tal-wied, minflok li l-wied intradam u saret triq fuqu, hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni valida li għaliha sar dan l-isfreġju?", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħa kulma sar u jsir pont kif suppost?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' Infrastruttura Malta fl-inħawi indikati kien biss il-bini mill-ġdid tal-wiċċ tat-triq eżistenti, b'saffi ta' asfalt aktar b'saħħithom u adegwati għall-ħteġijiet tat-trasport tal-lum bħalma qed isir f'għexieren ta' kilometri ta' toroq fil-kampanja li jintużaw ta' kuljum minn bdiewa u residenti tal-lokalitajiet fl-inħawi.", "Dan ix-xogħol ma kienx jinvolvi xogħol ta' rdim jew bini ta' toroq ġodda iżda bini mill-ġdid tal-wiċċ tat-triq eżistenti.", "Dik li qed tiġi indikata bħala \"triq ġo Wied Qirda\" hija fil-fatt triq ta' aċċess li kienet diġà tidher fis-survey sheets tal-1968.", "Fl-istess waqt, fil-passat inħarġu permessi ta' żvilupp fuq siti li għandhom l-uniku aċċess tagħhom minn dan l-istess aċċess.", "Fl-istess waqt jidher li l-passaġġ tal-ilma tax-xita tal-istess wied mhuwiex imblokkat.", "Għaldaqstant l-avviż tal-infurzar li jgħid li \"ġiet ifformata diġà dam u trejqa li qed taqsam l-istess wied\" ġie rtirat peress li kien inħareġ fuq premessi mhux korretti.", "Sadanittant Klassi 3(ii) kurrenti tal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.08) teżenta lill-entitajiet governattivi mill-bżonn li jġibu permess għal \"twessigħ, titjib jew manutenzjoni ta' toroq eżistenti\" bħalma hu l-każ inkwistjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Wara li hawnhekk issemmiet ħafna drabi Triq Louis Wettinger jew aħjar il-bypass tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi eżitu mill-analiżi li kellu jagħmel l-Ombudsman dwar dan il-każ?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: F'din il-Kamra ġejt mistoqsi diversi drabi minn xi deputati, primarjament deputati fuq id-distrett tal-lokalità tal-Mellieħa, dwar il-każ ta' Triq Louis Wettinger f'Ta' Masrija.", "Minn dak li kont fhimt l-Onor.", "Cutajar kien talab lill-Ombudsman biex jinvestiga l-każ.", "Fit-23 ta' Jannar l-awtoritajiet irċevew ir-rapport finali tal-Ombudsman, fejn diversi awtoritajiet kienu mitluba jagħtu d-dokumentazzjoni u l-verżjoni tagħhom u l-każ ġie konkluż mill-Perit Alan Saliba, Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, wara analiżi dettaljata.", "Fil-fatt jien se naqra l-konklużjoni tiegħu u se nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra:", "\"Tenut dak kollu li sibt minn din l-investigazzjoni, nikkonkludi li ma tirriżultax amministrazzjoni inġusta mill-awtoritajiet ikkonċernati, jiġifieri mill-Awtorità tal-Ippjanar u Trasport Malta, f'dan l-iżvilupp ta' Triq Louis Wettinger f'Ta' Masrija l-Mellieħa.\"", "Din hija investigazzjoni li qed nassumi li ntalbet minn deputat ta' din il-Kamra.", "Dawn huma rapporti li jintbagħtu lill-awtoritajiet li jkunu talbuhom u naħseb li l-Kummissarju kien ċar u inekwivoku fil-konklużjonijiet tiegħu.", "Kif kont spjegajt, dawn kienu deċiżjonijiet tal-2013 u l-2015 però xorta nħoss illi għandi nirrapporta dan l-iżvilupp lill-Kamra.", "Issa se nqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' dokument mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, dwar l-iżvilupp fi Triq Louis Wettinger f'Ta' Masrija, il-Mellieħa, datat 23 ta' Jannar 2019, bi tweġiba relatata mal-mistoqsijiet supplimentari għall-mistoqsija parlamentari numru 8568.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista tal-kumpaniji u individwi li wettqu xogħol ta' refurbishment fil-Berġa ta' Kastilja bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8596.", "L-ISPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "L-Onor.", "PUNT IMQAJJEM MILL-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, qabel ma ngħid dak li għandi xi ngħid f'dan il-ħin, lill-Ministru Ian Borg nikkonfermalu li kif titlob il-liġi, jien tlabt lill-Ombudsman biex jerġa' jikkonsidra …", "L-ISPEAKER: Onor. Cutajar, il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "X'għandek aktar xi tgħid?", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, f'din l-ewwel okkażjoni li għandi nixtieq niġbed l-attenzjoni tas-Sedja li lbieraħ fuq One News ġie rrapportat dak li jien għedt fil-Parlament nhar it-Tnejn, 18 ta' Frar.", "Jien qed nippreżentalek traskrizzjoni ta' dak li għedt jien kif ukoll ir-rapport li deher fuq il-portal ta' One News.", "Fil-fatt it-titolu kien jgħid \"Jattakkaw lil min ifaħħar lil Malta\".", "Għandi nifhem li deher ukoll filmat fuq One News.", "Jien niċħad kategorikament dak li ġie rrapportat għax dak kien biss biċċa minn sentenza sħiħa!", "One News għoġbu jaqbad tliet kelmiet jew erbgħa minn sentenza u jagħti tifsira differenti.", "Għaldaqstant nitlob lis-Sedja biex tagħti Ruling fuq dan.", "Fl-aħħar nett, nitlob il-permess biex inpoġġi kopja tat-traskrizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tat-traskrizzjoni mhux uffiċjali tad-diskors tal-Onor.", "Robert Cutajar fis-Seduta 198 tat-18 ta' Frar 2019, u kopja tal-artiklu li deher fuq is-sit elettroniku www.one.com.mt/news fid-19 ta' Frar 2019, intitolat \"Jattakkaw lil min ifaħħar lil Malta\".", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tagħti d-deċiżjoni tagħha aktar tard.", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess sabiex titressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA L-MIŻURI TAL-ESTIMI", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-votazzjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi, li ntalbet fis-seduta 197 tal-Erbgħa, 13 ta' Frar, 2019.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Hawn xi arranġament dwar il-pairing?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, min-naħa tal-Oppożizzjoni għandna tliet deputati li jinsabu msefrin fuq xogħol parlamentari u dawn se jiġu paired.", "Dawn il-membri huma l-Onor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nikkonferma li hemm qbil dwar pairing fid-dawl li n-naħa tal-Gvern ukoll għandha tliet membri msefrin fuq xogħol parlamentari.", "Dawn huma s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia, l-Onor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-votazzjoni se tittieħed issa.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq il-mozzjoni ħalli dan l-Abbozz ta' Liġi, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, jiġi ttrattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AWTORITÀ GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI TA' GĦAWDEX", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mid-19 ta' Frar 2019.", "Il-misotqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sur President, l-Għawdxin bħali jafu tajjeb li Għawdex għandu insularità doppja imma issa li dan il-Gvern irnexxielu jsaħħaħ tant l-ekonomija ta' pajjiżna, din il-gżira waslet f'punt fejn tinsab lesta biex timxi għall-pass li jmiss.", "U l-pass li jmiss irid isir issa!", "Fil-fatt il-pass li jmiss huwa din l-Awtorità, li l-qafas tagħha se jkun qiegħed isaħħaħ lil Għawdex.", "Din l-Awtorità tfisser pass importanti fl-istorja ta' Għawdex għaliex dan il-Gvern se jkun qiegħed jimplimenta dak li ilu mistenni snin mingħand iċ-ċittadini Għawdxin.", "Sur President, lil dan il-Gvern drajnieh iżomm kelmtu mhux kif konna mdorrijin taħt gvernijiet preċedenti.", "Fil-fatt din hija wegħda elettorali oħra li dan il-Gvern se jkun qiegħed iwettaq.", "Jien m'għandix dubju li din l-Awtorità se tkun qed ittejjeb il-ħajja tal-Għawdxin kif ukoll l-iżvilupp reġjonali ta' Għawdex.", "Huwa determinanti li ma nħallux lil min ibeżżgħana mill-bidla u mhux beħsiebna nħallu lil Għawdex imut b'xi mewta soċjali.", "Lil din il-gżira rridu nieħdu ħsiebha u mmexxuha 'l quddiem kif fil-fatt diġà beda jagħmel dan il-Gvern.", "Gvern Laburista qiegħed jagħti ħajja lil Għawdex biex jimmassimizza verament il-potenzjal tiegħu u mhux biss biex ikun estensjoni ta' Malta.", "Għalhekk din l-Awtorità reġjonali se tassigura li Għawdex ikollu strateġija ta' żvilupp li tiġi riveduta kull tliet snin biex il-qafas ekonomiku, soċjali u ambjentali jkunu kontinwament aġġornati għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu u għall-opportunitajiet li jinħolqu.", "Sur President, dan ifisser li m'aħniex se nwaqqfu awtorità sempliċement biex ngħidu li waqqafnieha, biex nidhru li għamilna xi ħaġa għal Għawdex jew inkella biex ngħidu li wettaqna wegħda oħra.", "Se nwaqqfu awtorità li tibqa' ħajja, tevolvi u titjieb skont il-ħteġijiet tal-gżira ta' Għawdex.", "Ir-riżultati ta' reviżjoni strateġika għandhom jintużaw sabiex jiġu aġġornati materji bħalma huma, iżda mhux biss, il-pjan korporattiv u strumenti ta' delega li għandhom x'jaqsmu ma' setgħat regolatorji u standards.", "Qed ikun suġġerit li x-xogħol ta' din l-Awtorità għandu jitwettaq minn bord magħmul minn president u bejn erbgħa u mhux aktar minn sitt membri oħrajn.", "Dawn il-ħatriet għandhom isiru b'tali mod li tiġi assigurata rappreżentanza ekwa tas-soċjetà ġewwa Għawdex.", "Nafu li matul is-snin Għawdex kellu diversi pjani strateġiċi iżda ftit li xejn ġew implimentati, biex ma ngħidux ukoll li wħud minnhom kienu tħallew fuq l-ixkaffa.", "Il-funzjoni ewlenija tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex se tkun dik li tassigura li dan ma jseħħx aktar u toffri kontinwità u koerenza fl-ippjanar strateġiku.", "Fil-fatt din l-Awtorità se jkollha diversi funzjonijiet u hawn se nelenka wħud minnhom.", "L-Awtorità se tkun qiegħda tikkonsulta mal-Gvern, mas-settur privat, mal-korpi kostitwiti, mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-NGOs, u maċ-ċittadini fl-aħħar mill-aħħar, fir-rigward ta' kull ħaġa li tkun beħsiebha twettaq, imbagħad wara għandu jiġi sottomess rapport tal-proċess ta' konsultazzjoni.", "Barra minn hekk, għandha tagħti wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar it-twaqqif tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta' Għawdex u dwar diskussjonijiet li għandhom jiġu suġġeriti lill-Kumitat ġaladarba jkollha l-pussess, u tamministra l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "Sur President, l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex se tanalizza u tiddiskuti mad-diversi dipartimenti u entitajiet governattivi sabiex isservi ta' punt ta' konsultazzjoni għal dan il-Gvern u sabiex tassigura wkoll li kull deċiżjoni li tkun meħtieġa li tittieħed għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, tittieħed mingħajr dewmien.", "Dan ifisser li m'aħniex biss nagħmlu awtorità li twettaq iżda wkoll awtorità li twettaq fi żmien ippjanat, u dan biex nassiguraw li dak li għandu jsir, isir fl-iqsar żmien possibbli għal Għawdex tagħna.", "Dan huwa dak li rridu nagħmlu biex verament inkunu effiċjenti.", "Din l-Awtorità se tkun qed tiżgura li kull deċiżjoni li tittieħed ikollha valutazzjoni tal-impatt reġjonali fuq Għawdex sabiex Għawdex jikseb strateġija nazzjonali mtejba u b'hekk tkun implimentata l-politika mill-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "Din l-Awtorità se jkollha wkoll il-funzjoni li twettaq monitoraġġ fuq il-proċess tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt l-istrateġija u tieħu azzjonijiet jew tirrakkomanda biex tiżgura li l-implimentazzjonijiet isiru mingħajr diffikultajiet.", "Barra minn hekk, għandha twettaq ukoll sorveljanza dwar kif il-provvedimenti u l-azzjonijiet taħt l-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex ikunu qed jiġu implimentati u kif ikunu qed joperaw.", "Meta din l-Awtorità tingħata mill-Ministeru se tkun qiegħda tieħu azzjoni ta' infurzar biex tiżgura u tassigura t-twettiq effettiv tal-provvedimenti u l-azzjonijiet taħt l-Istrateġija kif ukoll se tipproponi lill-Ministru materji ta' politika fir-rigward tal-għanijiet u l-implimentazzjoni ta' din l-istess strateġija.", "Barra minn hekk se titlob lill-Gvern biex japproprja ċerti fondi ċentrali biex jiġu mmirati wkoll speċifikament lejn il-gżira ta' Għawdex.", "Sur President, jien fadalli iżjed xi ngħid iżda diġà nistgħu napprezzaw l-importanza ta' wħud mill-funzjonijiet ta' din l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "L-Awtorità għandha wkoll is-setgħa li tirregola, twettaq monitoraġġ u tirrevedi kontinawament il-prattiċi, l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jirrigwardaw kull ħaġa regolata f'dan l-Att jew taħtu.", "Din l-Awtorità se jkollha wkoll id-dmir li twettaq il-funzjoni tagħha kif stabbiliti b'mod imparzjali u trasparenti, li tiżgura konformità magħhom u mingħajr preġduzzju u li tiżgura wkoll li persuni li jipprovdu servizzi, prodotti, operazzjonijiet u attivitajiet f'Għawdex jew minn Għawdex li jkollhom x'jaqsmu ma' xi ħaġa regolata mill-Awtorità, ikunu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att.", "Din l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex hija waħda mill-ewwel passi sabiex Għawdex ukoll jibda verament jingħata l-attenzjoni li tixraqlu.", "Dan għaliex taħt gvernijiet preċedenti smajna ħafna diskors għat-tisħiħ ta' Għawdex iżda l-mistoqsija tibqa' kemm fil-verità minn dan il-kliem kienu għaddew għal fatti.", "Smajna ħafna wegħdiet li baqgħu ma twettqux u bla dubju Għawdex jixraqlu aħjar.", "Huwa għalhekk li wara snin twal ta' wegħdiet mhux imwettqa min-naħa tal-Amministrazzjoni Nazzjonalista, Gvern Laburista se jkun qiegħed iwettaq mhux biss wegħda elettorali oħra imma waħda mill-akbar wegħdiet fl-istorja ta' pajjiżna, u ċjoè, dik li nwaqqgħu l-barrieri u nkissru d-differenza soċjali u ekonomika bejn Malta u Għawdex.", "Filwaqt li qegħdin nitkellmu dwar din l-Awtorità ma nistax ma nsemmix li l-Ministru Ian Borg ħabbar li fl-ewwel nofs tal-2019 se toħroġ is-sejħa internazzjonali għall-offerti biex isiru l-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-mina bejn Malta u Għawdex.", "Din hija ħolma li ilha mixtieqa ħafna u mwiegħda minn diversi gvernijiet għal snin twal.", "Issa se jkun dan il-Gvern li se jkun qiegħed iwettaq din il-ħolma ta' ħafna Għawdxin.", "Hija realtà li hemm tendenza dejjem tikber ta' Għawdxin li qegħdin jagħżlu li jibdlu r-residenza permanenti tagħhom għal Malta - dan mhuwiex xi sigriet imma fatt magħruf - anke minħabba l-fatt li bħalissa jeżistu limitazzjonijiet loġistiċi għar-residenti Għawdxin bil-konsegwenza li ma jistgħux igawdu l-istess opportunitajiet li hawn f'Malta.", "L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkwota madwar 30,000 persuna li jgħixu b'mod permanenti ġewwa Għawdex però huwa magħruf ukoll li nofs din il-popolazzjoni tinkludi lil dawk il-Maltin li, biex ngħidu hekk, mhux verament jgħixu b'mod permanenti ġewwa Għawdex iżda ħafna drabi jkollhom villeġġjatura ġewwa Għawdex u jqattgħu ammont qasir ta' żmien f'din ir-residenza tagħhom, kif ukoll lil dawk il-mijiet ta' Għawdxin li għandna jistudjaw, jaħdmu u jgħixu ġewwa Malta.", "Għaldaqstant minn hawnhekk naraw l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw l-Għawdxin ġewwa Għawdex.", "Ċerti opinjonijiet li rajna fuq il-mezzi tax-xandir jindikaw li rabta permanenti tneħħi l-karattru ta' Għawdex jew telimina kull tip ta' wirt naturali u kulturali li għandha.", "Wieħed jista' jinsinwa wkoll li dan jista' jkun il-qerda tal-identità Għawdxija u li Għawdex jiġi donnu estensjoni ta' Malta.", "Iżda fid-dawl ta' dan kollu, hemm mistoqsija waħda li dejjem qed issir aktar pertinenti u evidenti, ċjoè liema identità se tibqa' jekk ir-rata tal-Għawdxin li jaqsmu lejn Malta tibqa' tiżdied?", "L-identità Għawdxija tibqa' waħda soda diment li l-gżira tagħna tibqa' wkoll tipprospetta għall-ġenerazzjonijiet futuri.", "Jekk l-Għawdxin li għandna ġewwa Għawdex qegħdin jirrilokaw ruħhom ġewwa Malta b'mod permanenti u b'mod konsistenti, ma nistax nifhem x'se nikkonservaw minn Għawdex jekk ma nikkonservawx l-identità Għawdxija tal-Għawdxin li twieldu ġewwa Għawdex u li jixtiequ jgħixu ġewwa Għawdex.", "Madwar nofs il-popolazzjoni ma tistax issostni l-investimenti u lanqas tista' tippromwovi n-negozji f'Għawdex mill-Għawdxin stess.", "Għalkemm qegħdin naraw titjib konsiderevoli u importanti fejn jidħol it-turiżmu ġewwa Għawdex, u dan anke minħabba l-ħidma li ssir min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex sabiex nibqgħu nattiraw turisti u anke turisti domestiċi, jiġifieri, turisti Maltin, li jżuruna minn ġimgħa għal oħra, in-negozji qegħdin ibatu u Għawdex ma jistax jibqa' jiddependi b'mod sostenibbli biss fuq it-turiżmu għall-eżistenza tiegħu.", "Sur President, punt kruċjali tad-diskussjoni huwa li bħalissa l-gżira ta' Għawdex qiegħda taffaċċja bosta sfidi li għandhom x'jaqsmu ma' brain drain, popolazzjoni qed tixjieħ u popolazzjoni li qed tonqos fl-aħħar mill-aħħar u dawn l-isfidi kollha jeħtieġu ħafna aktar investiment governattiv biex inkunu nistgħu nsostnuha.", "Huwa veru li matul is-snin li għaddew il-kumpanija Gozo Channel tejbet drastikament is-servizzi u l-profitti tagħha permezz ta' deċiżjonijiet tajbin.", "Is-servizz huwa aktar affidabbli iżda xorta kapaċi jkun imprevedibbli.", "Ir-residenti Għawdxin iridu aktar kontroll fuq id-deċiżjonijiet u l-opportunitajiet ta' ħajjithom.", "Il-link permanenti fl-aħħar mill-aħħar ifisser li l-Għawdxin iħossuhom aktar ottimisti biex ikunu jistgħu jilħqu kwalunkwe opportunità bħal sħabhom il-Maltin.", "Gvern Laburista għamel l-almu tiegħu biex itejjeb il-qagħda ekonomika f'Għawdex u qiegħed iħares lejn dan il-proġett bħala dak li se jiżgura l-qawmien mill-ġdid tal-isferi soċjali u ekonomiċi fil-gżira Għawdxija.", "It-twettiq tal-link permanenti se jagħti wkoll opportunità lill-Għawdxin li jgħixu b'mod permanenti f'Malta jikkonsidraw ukoll li jerġgħu jirrilokaw f'art twelidhom.", "Din hija ħolma li se ssir realtà għal dawk l-individwi u l-familji li jixtiequ jagħmlu dan.", "Ir-rilokazzjoni tagħhom essenzjalment twassal ukoll għal żieda fil-popolazzjoni verament Għawdxija, li fuqha n-negozju u l-investiment issa jkunu jistgħu jiffjorixxu aktar, u mhux imutu.", "Dan se jġib opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ Għawdxin li jħarsu lejn Għawdex b'pożittività għall-futur tagħhom.", "Sur President, l-identità Għawdxija nistgħu nsalvawha jekk innaqqsu x-xejriet attwali ta' emigrazzjoni.", "Din l-identità ma tinkludix biss x'jidher Għawdxi, imma aktar importanti minn hekk, il-karatteristiċi soċjali u kulturali ta' Għawdex, li ma jistgħux jiġu salvati jekk l-Għawdxin jitilqu minn Għawdex.", "Il-konċett ta' żvilupp żejjed mhuwiex intrinsikament marbut ma' dan il-proġett infrastrutturali.", "L-iżvilupp żejjed jiġi kontrollat minn policies tal-ippjanar u mhux minn proġett kapitali li bażikament se jkun qiegħed jgħaqqad iż-żewġ gżejjer flimkien.", "Nisimgħu wkoll il-kritika għalfejn għandhom jintnefqu l-flus sabiex issir din il-link permanenti, din il-mina bejn iż-żewġ gżejjer, u għalfejn m'għandhomx iħallsuha l-Għawdxin biss.", "Meta nkunu qegħdin nagħmlu proġetti maġġuri ġewwa l-gżira Maltija jien qatt ma smajt lil xi Għawdxi jikkritika jew jgħid li dan m'għandux isir.", "Dan huwa proġett nazzjonali, proġett tal-pajjiż kollu u għaldaqstant l-Għawdxin għandhom ukoll jitqiesu bħala ċittadini ugwali.", "Din il-mina se tfisser qawmien mill-ġdid tal-identità soċjali u kulturali ta' Għawdex.", "Minkejja dan, li nagħmlu mina biss mhuwiex biżżejjed.", "Fil-fatt, proprju nhar il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li t-trasport pubbliku bejn Malta u Għawdex se jkun kompletament b'xejn.", "Dan se jkun ukoll inċentiv għal kull min se jkun qiegħed jaqsam bejn dawn il-gzejjer sabiex ma jużax it-trasport privat tiegħu għaliex għal dan il-Gvern l-ambjent huwa prijorità.", "Fil-fatt waqt laqgħa tal-Kabinett, proprju lbieraħ, il-Prim Ministru semma kif Għawdex se jintuża wkoll bħala post fejn isir proġett pilota, bil-karozzi kollha fuq din il-gżira jaħdmu bl-elettriku.", "Kif qal il-Prim Ministru stess, dwar dan trid tinbeda konsultazzjoni serja interna u jinbeda proċess twil ta' ħsieb dwar din il-proposta, b'ideat li jkunu ġejjin ukoll mingħand iċ-ċittadini tagħna.", "Il-poplu jemmen fil-viżjonijiet ta' dan il-Gvern għax dan huwa gvern li jagħmel minn kollox biex fl-aħħar mill-aħħar iwettaq dak li jkun wiegħed.", "Sur President, ma nistgħux ma napprezzawx il-prijorità li qiegħed jingħata Għawdex u ċ-ċittadini tiegħu permezz ta' investiment infrastrutturali li qiegħed ipoġġi fuq quddiem nett il-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' Għawdex.", "Dan il-Gvern se jibqa' mfakkar bħala dak il-Gvern li lil Għawdex tah il-ħajja mill-ġdid.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, kif spjega tajjeb is-Segretarju Parlamentari qabli, illum qegħdin hawnhekk biex nitkellmu dwar liġi li qiegħed iressaq il-Gvern li tittratta r-reġjonalità ta' Għawdex u li permezz tagħha l-Gvern qiegħed jissuġġerixxi li titwaqqaf l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "F'dawn il-ġranet, f'dawn il-ġimgħat u f'dawn ix-xhur smajna ħafna diskors, kemm minn Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni, kemm minn Membri min-naħa tal-Gvern kif ukoll minn Deputati u opinjonisti u nista' ngħid li hemm min huwa favur li ssir awtorità, hemm min huwa kontra, hemm min hu favur biċċa u hemm min hu favur biċċa oħra.", "Però ħadt pjaċir ninnota li, minkejja dan in-nuqqas ta' qbil fl-opinjoni u fl-ideat, minkejja d-differenzi li hemm bejn x'jixtieq wieħed u x'jixtieq l-ieħor, x'jaħseb li huwa ideali wieħed u x'jaħseb li huwa ideali l-ieħor, hemm ħaġa waħda komuni bejn in-naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni: il-ġid ta' Għawdex.", "Mela jekk nitilqu minn dak il-punt, li hemm element komuni kemm għall-Gvern kif ukoll għall-Oppożizzjoni, li huwa l-ġid ta' Għawdex, jien nemmen li nistgħu nsibu soluzzjoni li hija verament fl-aħjar interess ta' Għawdex u tal-Għawdxin, però wkoll ta' Malta fit-totalità tagħha.", "F'dawn l-iskambji ta' ideat u ta' opinjonijiet ħareġ bl-aktar mod ċar li Għawdex għandu bżonn l-għajnuna, Għawdex ma jistax jibqa' bl-istatus quo li qiegħed fih, Għawdex għandu bżonn leħen ta' veru, Għawdex għandu bżonn li jkun hemm aktar decision takers li jifhmu, li japprezzaw u li jkunu kapaċi jevalwaw kemm id-diffikultajiet tal-Għawdxin kif ukoll l-intoppi kollha li jsibu l-Għawdxin li jgħixu Għawdex.", "Dawn iridu jkunu nies li jkunu kapaċi joffru soluzzjonijiet tajbin.", "Sur President, ippermettili ngħid li jien inweġġa' ferm meta nara u nisma' kummenti ta' disprezz u ta' nuqqas ta' rispett lejn l-Għawdxin u lejn Għawdex fuq il-midja soċjali u anke fuq il-ġurnali tagħna.", "Nixtieq nagħmilha ċara li dawn ma jkunux kummenti ta' Deputati imma jkunu kummenti tal-pubbliku.", "Pereżempju, riċentement rajt kumment partikolari fejn il-persuna kienet qiegħda tipprova tirredikola l-konċett tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, jew inkella kif qed ngħidu aħna, Kunsill Reġjonali għal Għawdex.", "Din il-persuna qalet: \"Mela issa nagħmlu awtorità għal kulħadd!", "Tridx nagħmlu Awtorità għal Birkirkara?!\"", "Jien ħassejt li għandi nqajjem dan il-punt u nsemmih hawnhekk mhux għax jien Għawdxija u trabbejt Għawdex - illum ngħix Malta – imma għaliex verament nemmen li kumment ta' dan it-tip ma jagħmel ġid lil ħadd.", "U għalhekk irrid nerġa' nirrepeti li kien ta' sodisfazzjon għalija li minkejja li hemm min qiegħed jippromwovi Awtorità għar-Reġjun ta' Għawdex u hemm min qiegħed jippromwovi Kunsill għar-Reġjun ta' Għawdex, bejnietna żgur li qed naqblu dwar dan.", "Il-bottomline huwa l-istess, jiġifieri li jsir xi jsir, wieħed irid iżomm lil Għawdex f'moħħu.", "U dak li se jsir irid isir għall-ġid tal-Għawdxin, huma ta' liema kulur politiku huma.", "Jien personalment nixtieq nikkonferma u niddikjara li naqbel mal-pożizzjoni li ħa l-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet li għamilna flimkien miegħu aħna d-Deputati Għawdxin li ġejna eletti minn Għawdex li fiha huwa saħaq dwar l-importanza li Għawdex għandu jkollu l-kunsill reġjonali tiegħu.", "U qed ngħid li naqbel mhux sempliċement għaliex qal hekk il-Kap tiegħi imma għaliex verament nemmen li dik hija l-aħjar pożizzjoni għal pajjiżna.", "Meta qed ngħid \"għal pajjiżna\" m'iniex qed ngħid għal Malta biss jew għal Għawdex biss imma għal Malta u Għawdex.", "L-interess tiegħi bħala deputat hawnhekk ġo dan il-Parlament huwa li ż-żewġ gżejjer, Malta u Għawdex, jimxu t-tnejn 'il quddiem u jimxu bl-istess ritmu.", "Peress li kemm l-Għawdxin kif ukoll il-Maltin għoġobhom jagħtuni l-fiduċja tagħhom u ġejt eletta kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex, inħoss li għandi r-responsabbiltà kemm lejn l-Għawdxin kif ukoll lejn il-Maltin.", "Għalhekk kull deċiżjoni li nieħu jien se neħodha mhux biss fl-interess tal-Għawdxin jew fl-interess tal-Maltin, imma neħodha għax fl-opinjoni tiegħi tkun l-aħjar għal pajjiżna.", "Illum se nsemmi biss tliet punti għalfejn jien personalment inħoss li għandna nimxu lejn kunsill reġjonali u mhux lejn awtorità.", "Nerġa' ngħid, il-ħsieb, kemm wara l-kunsill reġjonali kif ukoll wara l-awtorità huwa ħsieb tajjeb biex Għawdex u l-Għawdxin ikunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Għaliex nemmen li kunsill ikun aħjar?", "L-ewwel nett, il-liġi li għandna quddiemna tispjegalna li l-membri ta' din l-Awtorità jintgħażlu mill-ministru, ikun min ikun il-ministru; illum għandna ministru, ħames snin oħra jaf ikollna ministru ieħor u dan jaf ikun mill-istess partit u jaf ikun minn partit differenti.", "Jien ma naħsibx li għandna bżonn aktar persuni appuntati politikament milli diġà għandna, li jkunu servili b'mod awtomatiku lejn il-Ministru.", "Jekk verament irridu lil Għawdex jimxi 'l quddiem, irridu naraw li jkollna nies tajbin, nies well-meaning, nies tekniċi u nies b'viżjoni.", "Allura x'hemm isbaħ milli dawn in-nies, li se jkunu qegħdin isawru l-futur ta' Għawdex, minflok jintgħażlu mill-Ministru, ikunu nies eletti mill-Għawdxin infushom?!", "Issa hawnhekk jien mhux qed ngħid li m'għandix fiduċja fil-Ministru Justyne Caruana.", "Illum hija hi l-Ministru imma għada jew ħames snin oħra jaf ma tkunx hi jiġifieri qed nitkellem b'mod ġenerali.", "Ovvjament issir selezzjoni ta' min ikunu dawn in-nies li jipproponu lilhom infushom, biex imbagħad il-poplu jkun jista' jagħżel minnhom.", "Sur President, jien nemmen li wasal iż-żmien li jekk verament pajjiżna jrid ikompli jimxi 'l quddiem, il-persuni appuntati politikament jonqsu jridu u mhux jiżdiedu.", "Għandna biżżejjed awtoritajiet u burokrazija.", "Iva, f'ċerti ċirkostanzi l-affarijiet tjiebu però f'ċerti ċirkostanzi oħrajn morna mill-ħażin għall-agħar.", "U hija min-natura tal-bniedem li jekk tappuntak persuna f'kariga, tipprova kemm tipprova ma tkunx servili lejha, xi ftit se tkun.", "Għalhekk naħseb li jkun aktar għaqli li minflok in-nies appuntati f'din l-Awtorità jkunu servili lejn il-Ministru, ikunu nies appuntati min-nies u jkunu servili lejn dawk in-nies.", "Jien nemmen li jekk nimxu f'dik id-direzzjoni lil Għawdex nistgħu naqilgħuh mill-hibernation state li qiegħed fih.", "Issa jien mhux qed ngħid li l-hibernation beda issa.", "Jien hawnhekk qed nitkellem biex Għawdex ikompli jimxi 'l quddiem.", "Apposta użajt il-kelma \"hibernation\", għaliex Għawdex għandu potenzjal kbir, imma l-potenzjal tiegħu għadu mhux qiegħed joħroġ.", "U għalhekk hemm bżonn nies tekniċi, nies b'viżjoni u nies well-meaning, li l-uniku interess tagħhom huwa l-interess li Għawdex jimxi 'l quddiem.", "U jekk Għawdex jimxi 'l quddiem, tgawdi wkoll Malta u ngawdu lkoll flimkien bħala pajjiż.", "Mela dak kien l-ewwel punt tiegħi għalfejn nemmen li jkun aktar għaqli li jkollna kunsill reġjonali milli awtorità.", "It-tieni punt tiegħi huwa dwar l-immaniġġjar tas-sistema fiha nnifisha; x'se jiġi propost, x'mhux se jiġi propost, min se jieħu ħsieb il-proġetti, kif se jiġu ffinanzjati l-proġetti, min se jara li l-proġetti jsiru fil-ħin u min se jara li jkun hemm fondi allokati u li dawn jintużaw b'mod tajjeb.", "Żmien ilu l-Partit Nazzjonalista introduċa l-konċett tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Mela ħafna snin ilu l-Partit Nazzjonalista emmen li kunsill lokali kapaċi jieħu ħsieb ċerti proġetti ta' ċertu daqs għaċ-ċittadini tal-lokalità tiegħu, u llum kulħadd jaqbel li l-kunsilli lokali li joperaw b'mod tajjeb jagħmlu ħafna ġid fil-lokalità tagħhom.", "Allura jekk kunsill lokali kien kapaċi jiffunzjona tajjeb, kunsill reġjonali mhux se jkollu l-istess kapaċità li wkoll jiffunzjona b'mod tajjeb?!", "Għalfejn le?", "Għaliex m'għandniex nesploraw kif għall-inqas persentaġġ mill-flus li qegħdin jitħallsu mill-Għawdxin m'għandux jintuża lura fil-gżira ta' Għawdex?", "Pereżempju, jekk nieħdu l-valur totali li jinġabar kull sena mil-liċenzji tat-triq, għaliex m'għandniex naqbdu parti minnu u ninvestuh lura fit-toroq ta' Għawdex stess?", "L-istess fil-każ tal-VAT u t-taxxa fuq l-income.", "Fl-opinjoni tiegħi, dawn huma metodi ġodda li għandna nesploraw, u mhux biss għal Għawdex; jien nemmen li dan huwa konċett li għandna nistudjawh għal Malta kollha, speċjalment meta aħna qegħdin naqblu u ngħidu li pajjiżna għandu bżonn jaġġorna u għandu bżonn riġenerazzjoni.", "Pereżempju l-aktar postijiet li għandhom bżonn riġenerazzjoni huma fejn hemm ħafna ħwienet.", "Dawn qegħdin jiġġeneraw ħafna flus bejniethom però qegħdin ukoll joħolqu aktar stress fuq l-infrastruttura.", "Mela parti mill-VAT u t-taxxa fuq l-income li jħallsu l-ħaddiema tal-ħwienet ta' dawn il-lokalitajiet għandna nerġgħu ninvestuhom f'dawk l-istess lokalitajiet ħalli jgawdu kemm ir-residenti kif ukoll in-negozji nfushom.", "L-aħħar punt li nixtieq inqajjem, li forsi mhuwiex relatat direttament mal-fatt jekk għandux ikollna awtorità jew kunsill reġjonali, però definittivament huwa punt importanti ħafna li jkompli jsaħħaħ l-argument li l-politika ta' Għawdex ma tistax tittieħed in isolation, huwa dwar il-pompi tal-petrol.", "Kulħadd jaf bl-imbottatura li qiegħed jagħmel il-Gvern biex il-pompi tal-petrol jiġu upgraded u biex ikollna pompi tal-petrol sbieħ, aktar siguri u aktar customer friendly.", "Fiha nnifisha din hija ħaġa tajba però minn nhar il-Ħadd sal-lum tgħidx kemm-il Għawdxi li għandu pompa tal-petrol ċempilli u staqsieni għalfejn il-Prim Ministru ddikjara li Għawdex ġej kollu bil-karozzi li jaħdmu bl-elettriku u għalfejn qegħdin jagħmlulhom din il-pressjoni kollha biex jagħmlu upgrade tal-pompi tal-petrol tagħhom!", "Proprju huwa dan il-punt li nixtieq inqajjem.", "Huwa tajjeb, mela le, li lil Għawdex nippromwovuh aktar għall-green initiatives però ma jistax ikollna a one size fits all għal kulħadd.", "Jekk verament Għawdex se jiġi kollu bil-karozzi li jaħdmu bl-elettriku, huwa importanti li l-pressjoni li għandha ssir mill-Gvern u l-għajnuna u l-inċentivi li għandu jagħti l-Gvern m'għandhomx ikunu biex wieħed jagħmel upgrading tal-pompa tad-diesel u l-petrol li għandu llum meta l-Gvern diġà jaf li fi żmien ftit snin dawk se jispiċċaw.", "Il-Gvern għandu minnufih ipoġġi bilqiegħda u joħroġ b'inizjattivi għal min huwa lest li l-pompa tal-petrol tiegħu jdawwarha f'charging stations għal dawn il-karozzi.", "Sur President, illum għandna quddiemna opportunità tad-deheb għal Għawdex u ġenwinament nemmen li nistgħu nsibu soluzzjoni aħjar.", "Però ovvjament ma jridx ikollna l-politika tal-pika.", "Il-political bickering irid jieqaf u rridu nżommu quddiemna biss dak li jgħaqqadna.", "Fl-ewwel ftit sentenzi tiegħi jien għedt li minkejja li hawn ħafna nuqqas ta' qbil dwar jekk għandniex nagħmlu awtorità jew kunsill reġjonali, il-bottomline ta' kollha kemm aħna, Gvern u Oppożizzjoni, huwa l-istess, u ċjoè l-ġid ta' Għawdex.", "Allura nemmen li jekk verament irridu l-ġid ta' Għawdex, il-Gvern u l-Oppożizzjoni jridu jkomplu jisimgħu lil xulxin.", "Il-Gvern irid jisma' wkoll x'għandha xi tgħid l-Oppożizzjoni u jekk hemm emendi li se jkunu qegħdin jitressqu min-naħa tal-Oppożizzjoni li huma fl-aħjar interess ta' Għawdex, dawk għandhom jittieħdu on board.", "Dan aktar u aktar meta huwa ben fatt li hemm ukoll Deputati Għawdxin min-naħa tal-Gvern li wkoll mhumiex qegħdin jaqblu li l-awtorità kif qiegħda tiġi proposta hija l-aħjar għal Għawdex.", "Fil-fatt jekk naraw id-diskorsi tal-Baġit insibu li kellna Deputati Għawdxin – m'għandix għalfejn noqgħod insemmihom b'isimhom – li tkellmu bl-aktar mod apert dwar dan.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa wieħed ġenwin.", "Għandna opportunità tad-deheb u bħalma ġieli kien hemm okkażjonijiet fejn il-Ministru Justyne Caruana semgħet x'qalet l-Oppożizzjoni u ħadet is-suġġerimenti on board, naħseb li din id-darba għandu jsir l-istess.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, naħseb li l-aktar ħaġa importanti fil-politika huwa x-xogħol għax ix-xogħol jagħtina d-dinjità.", "U meta niġu biex niddiskutu, speċjalment lil Għawdex, naħseb li l-aktar punt importanti li rridu nżommu quddiem għajnejna huwa proprju li jinħoloq xogħol ta' kwalità għar-residenti Għawdxin u għall-Għawdxin f'Għawdex.", "Dik hija l-aktar ħaġa importanti u huwa l-punt tat-tluq.", "Imbagħad, wara li nitkellem dwar dan, nixtieq ngħid għalfejn għandha ssir emenda kostituzzjonali, għalfejn nemmnu f'kunsill reġjonali, għalfejn qegħdin nenfasizzaw ħafna fuq il-punt tar-reġjonalità u għalfejn aħna, bħala Partit Nazzjonalista u bħala Oppożizzjoni, irridu nsaħħu l-aspett reġjonali.", "Ħalli nibda mis-sitwazzjoni ekonomika ta' Għawdex.", "Bħalissa t-tkabbir ekonomiku ta' Għawdex, ras għal ras, huwa 61% tal-medja nazzjonali.", "Allura qed naraw li t-tkabbir ekonomiku f'Għawdex, għalkemm għamel pass 'il quddiem matul dawn l-aħħar ħames snin, f'dawn il-leġiżlaturi ta' Gvern Laburista, xorta waħda għadu ma laħaqx il-medja nazzjonali.", "Dan ifisser li Għawdex għadu lura u għadu ma laħħaqx ma' Malta.", "Kif jaf kulħadd Għawdex huwa gżira, hemm baħar jaqsam bejn gżira u oħra u allura hemm l-insularità doppja.", "Għalhekk Għawdex minnu nnifsu minn dejjem kien differenti minn Malta.", "Minkejja li Għawdex għandu sfidi partikolari, għandu wkoll opportunitajiet partikolari li huma differenti minn ta' Malta.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem insista li bħala partit għandu jkollna politika distinta għal Għawdex għax Għawdex jinsab f'sitwazzjoni differenti.", "Issa meta ngħidu li Għawdex għandu politika differenti jfisser li nixtiequ negħlbu l-isfidi li għandu u fl-istess waqt inżidu l-potenzjal u l-opportunitajiet tiegħu.", "Il-gżira Għawdxija tpoġġi quddiemna wkoll opportunitajiet u potenzjal differenti minn Malta.", "Pereżempju, se nsemmi l-fatt li Għawdex jista' jattira turiżmu ta' kwalità.", "Malta tista' tattira turiżmu ta' kwalità, però Għawdex, fis-sitwazzjoni tiegħu, jista' jattira turiżmu ta' kwalità aktar minn Malta.", "Aħna nemmnu wkoll li Għawdex jista' jattira wkoll investiment ta' kwalità.", "Illum il-ġurnata, permezz tat-tieni fibre optic cable, Għawdex jista' jattira ċertu investiment.", "Ma ninsewx li llum il-ġurnata, bis-saħħa tal-internet, hemm bankiera li jirrilokaw minn ċentri finanzjarji, bħal pereżempju, f'Londra u fi New York, u jmorru f'postijiet imbiegħda, għall-kwiet, u jaħdmu minn fuq laptop.", "Dawn ikunu jħaddmu l-bank tagħhom, anke jekk ikun bank żgħir, permezz ta' laptop.", "Dawn huma affarijiet li wieħed ma jridx iwarrabhom.", "Jiġifieri ħadd f'din il-Kamra, la aħna u lanqas il-Membri tal-Gvern m'aħna qegħdin ngħidu li Għawdex għandu jkun estensjoni ta' Malta.", "Għalhekk il-punt tat-tluq, kif diġà għedt, huwa li f'Għawdex noħolqu xogħol ta' kwalità.", "Issa f'Malta u Għawdex, il-pagi nazzjonali, jiġifieri l-pagi u l-pensjonijiet, għadhom baxxi wisq u allura huwa importanti li aħna l-politiċi nagħmlu minn kollox biex inkomplu nġibu dan l-investiment fil-pajjiż tagħna ħalli l-pagi jogħlew u l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Però kif diġà għedt, f'Għawdex, il-pagi tal-privat, ħafna drabi jkunu aktar baxxi minn dawk ta' Malta.", "Kif diġà għedt ukoll, it-tkabbir ekonomiku ta' Għawdex ras għal ras huwa 61% tal-medja nazzjonali.", "Dan juri li Għawdex għandu aktar bżonnijiet.", "Qabel inkompli fuq dawn il-punti relatati ma' din l-Awtorità u għalfejn aħna, bħala Partit Nazzjonalista, naqblu ma' kunsill reġjonali aktar milli awtorità, nixtieq nagħmel parentesi żgħira fuq ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea.", "Dan ir-rapport semmieh ilbieraħ is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia proprju waqt dan id-dibattitu u minn hawnhekk irrid nirringrazzja lilu, lill-Ministru u lill-kelliema tagħna f'dan id-dibattitu.", "L-Onor.", "Farrugia f'punt li qajjem qal li bħala Gvern talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel rapport soċjo-ekonomiku dwar il-qagħda ekonomika u soċjali tal-gżira Għawdxija.", "Jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea issa se tagħmel rapport dwar Għawdex.", "Jien dan ilqajtu bi pjaċir għax konna proprju aħna, bħala Partit Nazzjonalista u bħala Oppożizzjoni, li għamilna pressjoni fuq il-Gvern biex jitlob dan ir-rapport.", "Fil-fatt f'Ġunju tal-2018 jien għamilt mistoqsija parlamentari biex nara jekk il-Gvern hux se jitlob dan ir-rapport u proprju ġurnata qabel ma talbu, u cjoè jumejn ilu, jien għamilt mistoqsija parlamentari oħra.", "Allura aħna, bħala Partit Nazzjonalista, naqblu ma' din l-azzjoni min-naħa tal-Gvern Malti għax dan ir-rapport isir mill- Kummissjoni Ewropea u allura jkun rapport indipendenti.", "Dan ir-rapport huwa msemmi wkoll f'dikjarazzjoni unilaterali tal-Gvern Malti fir-relazzjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea, ċjoè fit-Trattat tas-Sħubija fl-Unjoni Ewropea, fejn aħna tlabna li kull meta nersqu lejn l-aħħar tas-seba' snin baġit tal-Unjoni Ewropea, u allura jibdew in-negozjati tal-Multiannual Financial Framework – bħalma qiegħed jagħmel bħalissa l-Gvern Malti, jiġifieri jinnegozja mal-Unjoni Ewropea biex iġib dawn il-fondi u hawnhekk ma rridux ninsew li l-Gvern Nazzjonalista, fi żmien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ġab €1 biljun u issa l-Gvern Malti qed jipprova jġib dawk il-€1 biljun u aktar - il-Kummissjoni Ewropea tagħmel rapport dwar Għawdex dwar dawn l-aħħar seba' snin biex tara d-differenzi ekonomiċi bejn Malta u Għawdex.", "Għalhekk, kif qal tajjeb is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia lbieraħ, dan ir-rapport jagħtina ritratt ċar ta' x'inhuma l-bżonnijiet ta' Għawdex u jgħinna nkunu nafu eżatt kemm għandhom bżonn fondi Ewropej l-Għawdxin u r-residenti Għawdxin jew x'miżuri għandhom jittieħdu mill-Gvern Malti biex ngħinu lil Għawdex li jbati minn insularità doppja.", "Hija xi ħaġa tajba li l-Gvern Malti talab dan.", "Sur President, jien se nagħmel parentesi oħra dwar il-proposta li għamel il-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda meta qal li meta titlesta l-mina, huma, bħala Gvern, jixtiequ jintroduċu servizz tax-xarabank b'xejn għall-Għawdxin; mir-Rabat Għawdex sal-Belt, sal-Isptar Mater Dei jew inkella sal-ajruport, biex filgħodu jmorru għax-xogħol, u anke lura lejn Għawdex.", "Il-Prim Ministru qal li dan ikun servizz b'xejn minn Għawdex għal Malta anke għal dawk il-Maltin li jiġu għal btala fi tmiem il-ġimgħa f'Għawdex u dawn ikollhom il-possibbiltà li jitilqu mill-Belt u jibqgħu sejrin sa Marsalforn Għawdex dirett.", "Jien naħseb li tkun idea tajba jekk dak is-servizz idaħħlu minn issa, jiġifieri jagħmel servizz dirett bix-xarabank li jkun b'xejn miċ-Ċirkewwa għall-Isptar Mater Dei, għall-Belt jew għall-ajruport.", "Fil-passat dan is-servizz kien jeżisti għal ħafna snin.", "Fil-Baġit li għadda l-Gvern ħabbar miżura tajba ħafna li permezz tagħha jissussidja s-servizz tal-minibuses għall-ħaddiema Għawdxin li jitilgħu kuljum Malta bil-minibus.", "Fil-fatt numru ta' Għawdxin imorru l-Isptar Mater Dei, hemm oħrajn li jmorru l-Belt għax jaħdmu mal-Gvern u hemm oħrajn li jmorru f'diversi postijiet f'Malta.", "Allura għal dawk li jmorru l-Belt u l-Isptar Mater Dei, jista' l-Gvern, minn issa, jagħmel servizz ta' xarabank diretta li tkun b'xejn u li teħodhom il-Belt jew l-Isptar Mater Dei?", "Min-naħa l-oħra, fil-każ ta' dawk li ma jmorrux il-Belt u l-Isptar Mater Dei, imma jmorru b'minibus xi mkien ieħor għax forsi jaħdmu n-naħa l-oħra ta' Malta, bħal pereżempju, Ħal Tarxien, jista' l-Gvern mhux biss jissussidja parti mis-servizz imma jġib is-servizz tal-minibus b'xejn?", "Ovvjament illum il-ġurnata l-Gvern Malti jaqbel mal-prinċipju li għandu jgħin lill-Għawdxin, u jien nemmen li għandu jgħin lill-Għawdxin għax l-Għawdxin għandhom sagħtejn filgħodu biex imorru għax-xogħol u għandhom sagħtejn oħra biex jirritornaw lura.", "Hemm oħrajn li jbatu ħafna aktar minni għax iqumu fl-4.30 a.m., jinżlu bil-karozza l-Imġarr, jagħmlu xi għaxar minuti biex jipprovaw isibu parkeġġ - veru li l-Ministru issa se tipprova tibni park and ride però dik hija s-sitwazzjoni llum il-ġurnata - imbagħad jaqbdu l-vapur u wara jridu jaqbdu l-minibus u jitilgħu l-Belt.", "Minbarra li dawn in-nies qed iqumu kmieni wisq filgħodu, għalija qishom qed jgħixu kundanna u għalhekk irridu ngħinuhom.", "Ma jistax ikun li lil dawn in-nies inħalluhom f'din is-sitwazzjoni li ilha teżisti għal snin sħaħ.", "Illum il-Gvern tal-ġurnata għandu surplus.", "Allura huwa tajjeb li l-Gvern lil dawn in-nies jgħinhom u joffrilhom servizz b'xejn dirett miċ-Ċirkewwa sal-Belt.", "Sur President, huwa importanti li l-Gvern ikompli jżid fit-tkabbir ekonomiku ta' Għawdex u hawnhekk irrid infaħħar lill-Gvern Laburista għax qed isiru ħafna attivitajiet f'Għawdex li qed iġibu ħafna Maltin għal tmiem il-ġimgħa.", "Dik hija xi ħaġa pożittiva għax l-Għawdxin qed igawdu minnha.", "Jien ukoll nattendi għal dawn l-attivitajiet li jorganizza l-Ministeru jew NGOs oħrajn.", "Pereżempju, l-aħħar waħda kienet fi tmiem il-ġimgħa ta' Jum San Valentinu.", "Dawn huma ideat tajbin ħafna u għalhekk irrid ninża' l-kappell lill-Gvern, lid-Dipartiment tal-Kultura, lill-artisti kollha li jieħdu sehem u lil dawk kollha li joħorġu b'dawn l-ideat.", "Għalhekk naħseb li tkun idea tajba oħra kieku l-Gvern joffri servizz ta' karozza tal-linja b'xejn li tkun diretta għaċ-Ċirkewwa u oħra li, pereżempju, mill-Imġarr tieħdok ir-Rabat Għawdex, Marsalforn jew ix-Xlendi.", "Naħseb li din hija idea li l-Gvern għandu jieħu b'risq l-Għawdxin.", "Sur President, fuq l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna nixtieq infakkar lill-Ministru u lill-Membri tal-Gvern Laburista li fi żmien il-Gvern Laburista ta' bejn l-1996 u l-1998, il-Prim Ministru ta' dakinhar Alfred Sant ipprova jdaħħal proprju kunsill reġjonali għal Għawdex.", "Fil-fatt quddiemi għandi l-White Paper li ma daħlitx fis-seħħ - sfortunatament ngħid jien għax kienet idea tajba ħafna – għax il-Gvern waqa' qabel iż-żmien.", "Però l-Gvern Laburista kien diġà ħareġ b'din il-White Paper, li fiha l-Eks Prim Ministru Alfred Sant jgħid ċar u tond li kunsill reġjonali għal Għawdex għandu jkun magħmul minn kunsilliera lokali u minn membri parlamentari.", "Jiġifieri hemm differenza enormi fil-ħsieb bejn il-Gvern tal-ġurnata – jiġifieri l-Ministru Justyne Caruana u l-Prim Ministru - u l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Alfred Sant.", "L-Onor.", "Alfred Sant kien jemmen fl-Għawdxin u kien jemmen fil-Maltin għax għalkemm kien kontra l-kunsilli lokali, wara ċertu żmien donnu għaraf li l-kunsilli lokali huma suċċess.", "U għaliex huma suċċess il-kunsilli lokali u għaliex il-prinċipju ta' sussidjarjetà huwa importanti?", "Għaliex m'hemm xejn aħjar minn persuna li tgħix fil-lokalità biex tkun taf xi jkollha bżonn il-lokalità, mhux għaliha, imma għat-tfal u għat-tfal tat-tfal tagħha, u hawn tidħol is-sostenibbiltà.", "Jiġifieri l-Onor.", "Alfred Sant kien jemmen aktar fil-Maltin u l-Għawdxin mill-Gvern tal-ġurnata.", "Kif tistgħu tindunaw, jien personalment nemmen ħafna fid-demokrazija.", "Naħseb li l-awtorità u l-esperti għandna bżonnhom però mhumiex huma li għandhom jiddeċiedu l-futur tagħna.", "Naħseb li għandna nkunu aħna, il-pubbliku, li niddeċiedu lil min neleġġu biex jagħti direzzjoni lil pajjiżna.", "Jien naħseb li dik hija l-kontabbiltà, li teleġġi persuna għal ħames snin imbagħad wara tiddeċiedi jekk din il-persuna għoġbitekx jew le.", "Din m'għandhiex tkun persuna li ma eleġġieha ħadd u ma tirrappreżenta lil ħadd.", "Sa sena u nofs ilu jien kont uffiċjal tal-Parlament Ewropew; jiġifieri hawnhekk qisni qed nitkellem dwari, uffiċjal.", "Illum il-ġurnata jien Deputat u meta tibda tidħol fid-djar tan-nies tkun taf x'inhuma l-bżonnijiet tagħhom.", "In-nies li ma jkunux eletti u li ma jagħmlux house visits ma jkunux jafuhom dawn l-affarijiet.", "Huwa importanti li nemmnu fin-nies tagħna u għalhekk aħna naqblu mal-Onor.", "Anzi aħna nemmnu aktar mill-Onor.", "Alfred Sant għax dan kien jemmen li l-kunsill reġjonali għandu jkun magħmul mill-kunsilliera lokali u mill-membri parlamentari però aħna nixtiequ li jkun elett direttament mir-residenti f'Għawdex u mill-Għawdxin.", "Hawnhekk irrid ningħaqad mal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Marthese Portelli, li semmiet lill-Membri Parlamentari Laburista.", "Jien smajt lill-Membru Parlamentari Anton Refalo fil-Baġit li għadda jgħid li ma jaqbilx ma' din l-Awtorità għaliex jemmen li għandu jkun kunsill reġjonali.", "Issa se nirrispondi għall-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Aaron Farrugia lbieraħ meta staqsa għalfejn irridu dispożizzjoni fil-Kostituzzjoni ta' Malta li tgħid li Għawdex huwa gżira reġjun.", "Aħna bħala Partit Nazzjonalista rridu li l-Kostituzzjoni tgħid li Għawdex hija gżira reġjun għaliex Għawdex minn dejjem kellu vokazzjoni, sfidi u opportunitajiet differenti minn Malta.", "Aħna nixtiequ, bħala Partit Nazzjonalista, li Għawdex qatt ma jkun estensjoni ta' Malta.", "Aħna nixtiequ li nsaħħu l-potenzjal u l-opportunitajiet ta' Għawdex biex ikollna impjiegi ta' kwalità, u mhux biss impjiegi għall-Għawdxin imma impjiegi għall-Maltin u l-barranin li jridu jiġu joqogħdu f'Għawdex.", "Min-naħa l-oħra rridu nnaqqsu kemm jista' jkun l-ostakli u l-isfidi li għandu Għawdex.", "U għalhekk aħna qed ninsistu li għandu jkollna r-raba' vapur illum qabel għada għaliex aħna naħsbu li bħala Għawdxin ma nistgħux nistennew li ssir il-mina.", "Il-mina tista' ssir minn hawn u ħames snin oħra u tista' ssir minn hawn u għaxar snin oħra, iżda sa dakinhar mhux se nkunu moqdijin.", "Jien, bħall-Ministru, naqsam kuljum lejn Malta, u kull nhar ta' Ġimgħa wara nofsinhar insib kju twil immens għall-vapur, kju li kultant jibqa' sejjer sal-Marfa, għalkemm mhux dejjem.", "Il-kju jinħoloq għax ħafna Maltin jiġu jqattgħu tmiem il-ġimgħa f'Għawdex u jħallu ħafna flus.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna għall-ekonomija ta' Għawdex speċjalment għal min għandu negozju.", "Però għalfejn kull nhar ta' Ġimgħa dawn in-nies iridu jagħmlu sagħtejn aktar jistennew, kultant anke tliet sigħat?", "Mela dawn mhux familja għandhom?!", "Allura għalfejn ma niffokawx b'mod serju fuq ir-raba' vapur u jekk hemm bżonn jinħoloq ukoll moll ieħor?", "Issa jien m'iniex espert, m'iniex inġinier, imma dawn l-affarijiet saru.", "Fi żmien l-Eks Ministru Anton Tabone kellna ħafna affarijiet; kellna hovermarine, kellna catamaran, kellna helicopter kummerċjali li jeħodna mix-Xewkija sa Ħal-Luqa.", "Fi żmien l-Eks Ministri Giovanna Debono u Anton Tabone nbnew tliet vapuri ġodda u fi żmien l-Eks Ministru Giovanna Debono nbnew it-terminals taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr.", "Allura għalfejn ma naħsbux serjament biex jinbena moll ieħor u jekk hemm bżonn tinbena wkoll triq li tieħdok min-naħa ta' wara ta' Forti Chambray biex dak il-bottleneck tat-triq preżenti jonqos?", "Għalfejn ma naħsbux bis-serjetà fuq dawn l-ideat?", "Sur President, jien nibqa' ninsisti, bħalma jinsisti l-Partit Nazzjonalista, fuq l-aspett reġjonali ta' Għawdex għax dan ifisser mhux biss sfidi u ostakli imma jfisser ukoll opportunitajiet.", "Nixtieq infakkar lil din il-Kamra li l-fundatur tal-Partit Nazzjonalista Fortunato Mizzi li kien Għawdxi - ma ninsewx li dan twieled Għawdex - dejjem fehemhom lill-Għawdxin.", "Pereżempju, kif qal anke l-Onor.", "Chris Said ilbieraħ, il-Kunsill Ċiviku nħoloq fl-1958 però sar jissejjaħ Kunsill Ċiviku fis-snin sittin u kien elett b'mod demokratiku mill-Għawdxin u mir-residenti f'Għawdex.", "Mela bħalma qalilna l-Onor.", "Chris Said ilbieraħ, dan il-konċett diġà eżista f'Malta u jeżisti f'ħafna assemblej li hawn fl-Ewropa, inkluż fl-Italja, fejn jissejħu wkoll parlamenti jew kunsilli reġjonali.", "Din mhijiex xi ħaġa ġdida għax jekk inti temmen fin-nies u taf li l-kunsilli lokali – għall-inqas ħafna minnhom – irnexxew, kemm jekk immexxija minn sindki Laburisti kif ukoll jekk huma mmexxija minn sindki Nazzjonalisti - allura jekk ikollna kunsill reġjonali dan għandu jkun suċċess.", "Fil-fatt ħafna sindki u kunsilliera jagħmlu ħilithom, jaħdmu b'passjoni u ħafna drabi bi ftit riżorsi għamlu ħafna proġetti b'fondi Ewropej.", "Jien naqbel ukoll mija fil-mija - għax din issemmiet ukoll – li jkollna kumitat parlamentari għad-Deputati Għawdxin, li jattendi għalih min irid.", "Dawn huma ideat tajbin għax dejjem hemm l-element tad-demokrazija, xi ħadd rappreżentat minn xi ħadd.", "Aħna r-rappreżentanti niddiskutu u niddibattu għax nemmnu fid-demokrazija u fis-sussidjarjetà.", "Għalhekk nixtiequ li l-Għawdxin jeleġġu n-nies tagħhom f'dan il-kunsill reġjonali.", "Nixtieq nenfasizza dwar il-Kunsill Ċiviku għaliex jagħtina sens ta' storja.", "Pereżempju minkejja li dan il-Kunsill Ċiviku kien għamel ħafna ġid, bħal ħafna toroq u proġetti, fl-1973 l-Eks Prim Ministru Duminku Mintoff iddeċieda li jxoljih, imma mbagħad fl-1987 tela' fil-gvern il-Partit Nazzjonalista u għall-ewwel darba fl-istorja ħoloq il-Ministeru għal Għawdex, b'Anton Tabone bħala Ministru.", "Dan kien Ministeru li kellu l-poteri kollha.", "Imbagħad meta l-Onor.", "Alfred Sant sar Prim Ministru, fl-1996, iddeċieda li jneħħih.", "Imbagħad il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa' għamel il-Ministeru għal Għawdex, però għamlu b'inqas poteri.", "Pereżempju l-Ministru Justyne Caruana m'għandhiex taħt ir-responsabbiltà tagħha l-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni, u allura dik diġà hija indikazzjoni ta' kemm jemmnu f'Għawdex u fil-ħiliet tal-Għawdxin!", "L-Eks Ministru Anton Tabone u l-Eks Ministru Giovanna Debono kellhom ħafna aktar poteri mill-Ministru Justyne Caruana.", "Pereżempju aħna, bħala Gvern Nazzjonalista, qatt ma kien jiġina f'moħħna li nbigħu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u nagħtuh lill-barranin għax aħna nemmnu li dan l-isptar kapaċi jmexxuh l-Għawdxin u l-Maltin.", "Meta l-Partit Laburista biegħ l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lill-Vitals Global Healthcare lanqas kien jaf lil min biegħu għax dawn kienu persuni li lanqas biss kellhom xahar esperjenza fis-servizzi tas-saħħa!", "Il-Ministru Justyne Caruana waqt dibattitu kienet qaltilna li s-servizz se jitjieb.", "Illum il-ġurnata fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, li huwa mmexxi mill-barranin, għandna każijiet li jkexkxuk!", "Mhuwiex aċċettabbli li persuna tidħol l-isptar, iddum ħames sigħat tistenna, ma tingħatax il-kura u tmut!", "Mhuwiex aċċettabbli li jkollok persuna li għax il-helicopter tal-isptar ma jkunx disponibbli, tmut!", "Mhuwiex aċċettabbli li għandna sitwazzjoni fejn l-anzjani Għawdxin, u ċjoè l-ġenituri tagħna, iħossuhom imwerwrin li allaħares jinqalgħalhom xi ħaġa u jispiċċaw l-Isptar Ġenerali t'Għawdex!", "Aħna nemmnu fl-Għawdxin u fil-ħiliet tagħhom u aħna dejjem emminna li huma kapaċi jmexxuh l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.", "Però l-Gvern Laburista ddeċieda li jbigħ dan l-isptar lill-barranin!", "Ma nistax nifhimhom dawn l-affarijiet!", "Qegħdin f'sitwazzjoni fejn l-Għawdxin stess huma rrabjati għalina tal-Partit Nazzjonalista għax m'aħniex inqajmu l-kwestjoni tal-isptar biżżejjed!", "Dik hija r-rabja, aħseb u ara kemm huma rrabjati għall-Gvern Laburista!", "Dik hija s-sitwazzjoni!", "Ċerti nies jinsabu mwerwrin!", "Jien nidħol fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex inżur il-morda, fosthom qraba u ħbieb tiegħi, u naf li n-nies li jaħdmu hemmhekk, bħalma huma l-infermiera u t-tobba, jagħmlu minn kollox, però hemm ċerti limitazzjonijiet.", "Pereżempju, hemm nuqqas ta' konsulenti u hemm ukoll nuqqas ta' cubicles fid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "It-tort mhuwiex tal-Għawdxin li jaħdmu hemmhekk imma huwa tort tat-tmexxija u tad-deċiżjoni żbaljata li l-isptar inbiegħ lill-barranin!", "Naf li qed nitkellmu dwar il-Kunsilli Reġjonali għal Għawdex però bilfors irrid insemmi l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għax is-sitwazzjoni hemmhekk hija drammatika u inaċċettabbli!", "Qed nieħu pjaċir ngħid dan quddiem il-Ministru għal Għawdex u nixtieq li kelli wkoll quddiemi lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne!", "Fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, ċjoè fi żmien l-Eks Ministru Anton Tabone u fi żmien l-Eks Ministru Giovanna Debono, kellna wkoll servizz ta' vapuri tal-merkanzija, u ġieli tal-passiġġieri, li jidħlu Sa Maison.", "Fil-fatt dan il-vapur ġieli qbadtu jien.", "Però dan tneħħa fi żmien il-Gvern tagħna u din hija xi ħaġa li nikkritikaha jien ukoll.", "Għalhekk jien ngħid li l-Gvern Laburista għandu jerġa' jdaħħal dan is-servizz u l-vapur tal-Gozo Channel li jkun qed iġorr il-passiġġieri għandu jidħol il-Belt, fejn hemm il-lift, u l-vapur li jkun qed iġorr il-merkanzija għandu jidħol il-Marsa.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi nixtieq infakkar ukoll lill-Ministru biex tieħu ħsieb li ssir tinda għall-ħaddiema tal-Gozo Channel, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr, għax din hija xi ħaġa li wkoll tweġġagħli qalbi.", "Pereżempju ġurnata minnhom, f'Jannar, kont qed nistenna biex nitla' fuq il-vapur, għamlet ħalba xita bis-silġ, u qalbi riedet toħroġ għall-ħaddiema tal-Gozo Channel li kienu qed jaħdmu bl-iscanner tal-biljetti fis-silġ!", "Fis-sajf dawn ibatu minħabba x-xemx tisreġ u fix-xitwa jbatu minħabba r-riħ.", "Għaldaqstant huwa importanti li l-Ministru tkompli tagħfas biex din it-tinda ssir malajr kemm jista' jkun, kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa.", "Sur President, jien se nagħlaq b'opinjoni personali tiegħi u ngħid li f'Għawdex hemm bżonn ukoll masterplan ta' 30 sena li jiġi estiż kull ħames snin.", "Pereżempju, għandu jkun hemm kunsill reġjonali li jkun elett b'mod dirett, anke b'konsultazzjoni mal-assoċjazzjonijiet, bħall-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex, kif ukoll l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f'Għawdex, u dawn jagħmlu masterplan ta' 30 sena dwar Għawdex, fosthom dwar it-trasport f'Għawdex, dwar id-direzzjoni soċjo-ekonomika ta' Għawdex kif ukoll dwar il-permessi tal-MEPA.", "Dawn jiddeċiduhom għal 30 sena però l-masterplan ikun estiż għal ħames snin oħra.", "Naħseb li hemm bżonn li d-direzzjoni ta' Għawdex, kif ukoll ta' Malta, tkun maqbula mhux biss minn elezzjoni għal oħra, imma għandha tkun maqbula għal snin ħafna itwal!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nieħu pjaċir ninnota li f'din il-Kamra lkoll naqblu li Għawdex għandu jimxi 'l quddiem u li Għawdex bħalissa għandu bżonn salvawomu.", "Jien l-uniku kelliem li m'iniex Għawdxi li se nitkellem fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Għalhekk se nippreżenta b'mod differenti minn sħabi kollegi hawnhekk li huma minn Għawdex, lenti differenti, lenti Maltija għall-mod ta' kif aħna nħarsu lejn Għawdex, għalkemm b'ċertu orgolju ngħid li jien ukoll għext Għawdex għal kważi sentejn u ħassejtni Għawdxi qabel ma kont Malti.", "Għalija Għawdex mhuwiex xempju, mhuwiex vetrina.", "Kwalunkwe proġett għal Għawdex irid jirnexxi.", "Wieħed mill-akbar proġetti li hemm bżonn jirnexxu f'Għawdex huwa dak li nsaħħu l-komunitajiet ta' kull raħal u belt Għawdxija biex nerġgħu nagħtuh il-ħajja u s-sostenn meħtieġ.", "Għawdex joffri karatteristiċi li għalija huma partikolari ħafna.", "Jien dejjem niftaħar, anke meta nkun barra minn Malta, bl-ambjent naturali uniku li għandu Għawdex.", "Għawdex għandu wkoll dak il-wirt arkitettoniku, għandu kultura li hija distinta anke minn dik Maltija, u xi ħaġa li tolqot lil ħafna nies li jmorru Għawdex - mhux il-Maltin biss imma anke l-barranin - huwa l-istil ta' ħajja li mhijiex mgħaġġla, dak l-istil ta' ħajja li aħna hawn Malta tant aħna mixtieqa minnu.", "Għalhekk meta nħares lejn dawn il-kelliema li tkellmu qabli qed nifhem li lkoll nixtiequ li Għawdex ikun aħjar, imma li jħoll u jorbot f'din il-Kamra - u hawnhekk qiegħda s-sustanza – hija r-rieda politika li naslu.", "Id-differenza f'din il-Kamra hija l-lenti ta' kif naħsbu li huwa l-aħjar mod kif inwettqu dan il-ġid.", "Għandu jkun hemm awtorità jew għandu jkun hemm kunsill reġjonali?", "Biex naslu għall-konklużjoni li verament tħares l-interess ta' Għawdex irridu nieqfu nitkellmu bil-mod ta' aħna u huma, b'mod partikolari meta qegħdin niffokaw fuq Għawdex.", "Ejjew ninsew il-pika politika ħalli verament naslu.", "F'dan il-Parlament isiru ħafna stqarrijiet u ħafna dibattiti dwar viżjonijiet politiċi u fejn pajjiżna għandu jmur, imma meta niġu għas-sustanza, ir-rieda politika u l-implimentazzjoni ta' dik ir-rieda, insibu li għandna l-istrutturi imma dawn huma dgħajfin.", "Huwa tajjeb li se jkun hemm żvilupp, li b'xi mod se tinħoloq entità, forza ta' liġi, u dan huwa l-pass 'il quddiem li qed nara, imma nafu sew li meta f'dan il-Parlament ressqu tfassiliet oħrajn simili għal din, li ma jirrigwardawx lil Għawdex imma jirrigwardaw setturi differenti f'Malta, batejna fil-monitoraġġ, fl-inforzar, fuq iż-żamma ta' timeframes, fil-koordinament u fuq kontinwazzjoni.", "Għalhekk l-appell tiegħi huwa li, lil hinn minn dawn id-differenzi bejnietna għall-mod kif għandha tinħoloq l-istruttura, u ċjoè, jekk l-istruttura għandhiex tkun waħda bbażata fuq id-devoluzzjoni tal-poter fuq id-demokrazija, jew struttura li hija waħda aktar amministrattiva, irridu naraw li l-istrateġija tagħna tinżamm.", "Qed ngħid dan għax għalkemm m'ilix wisq deputat f'din il-Kamra u din hija t-tieni leġiżlatura tiegħi, jien kelli xorti differenti ħafna minn ta' ċerti kollegi hawnhekk għax jien kont ministru, kont membru parlamentari, kont Whip u issa qiegħed fl-Oppożizzjoni, u allura nista' nara l-affarijiet minn angoli differenti.", "U waħda mill-affarijiet li dejjem stagħġibt dwarha, anke bħala ċittadin qabel ma dħalt fil-Parlament, hija li meta l-gvern jibdel ministru, il-politika jew l-istrateġija tinbidel miegħu, aħseb u ara meta jinbidel il-gvern kemm tinbidel l-istrateġija u l-politika.", "Sur President, jien naħseb li għandu jkun hemm awtorità li tkun imħarsa b'forza ta' liġi, li huwa tajjeb, imma hemm bżonn il-kontinwità u l-koordinazzjoni.", "Forsi dan hu s-sabiħ li qed toffri din il-liġi li għandna hawnhekk meta qegħdin nitkellmu mill-aspett ta' Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex; għax id-differenza bejn dik li hija assemblea u li tiġi eletta mill-pubbliku, fejn hemm id-devoluzzjoni tal-poter, għalkemm hija tajba fil-prinċipju, il-kontinwità mhijiex garantita daqskemm hija garantita jekk ikollok awtorità li għandha l-integrità, il-kapaċità u l-mertu li ssaħħaħ dak li hu l-veru bżonn għall-Għawdxin u l-gżira ta' Għawdex.", "Preżentement l-isfidi huma tnejn u kulħadd jafhom.", "Il-popolazzjoni Għawdxija naqset bil-kbir, u dan mhux għax m'għandhiex il-ħiliet imma għax il-ħiliet tagħha, ir-riżors akkademiku tagħha, ta' skola, jew ir-riżors tagħha ta' snajja', qed jemigra lejn Malta.", "Hemm ukoll il-problema li gvern wara gvern qatt ma taha dik l-attenzjoni daqshekk xierqa biex l-ekonomija tevolvi paripassu ma' dik ta' Malta.", "Il-level playing field hemmhekk qatt ma kien u nwaħħlu fl-insularità doppja li għandha l-gżira Għawdxija u nwaħħlu fil-konnettività u l-aċċess bejn iż-żewġ gżejjer.", "Kieku kien hemm ir-rieda politika u din ħarisnieha, mhux issa, imma ferm aktar kmieni fil-ħajja ta' dan in-nazzjon, konna niggarantixxu li l-valur miżjud li għandu Għawdex lejn Malta - dak il-valur miżjud u potenzjal li Għawdex għandu għall-gżejjer Maltin - ikun il-veru kapital ekonomiku li l-gżira ta' Għawdex qiegħda ġġorr u aħna bħala nazzjon, bħala stat, insarrfuh.", "Sur President, nieħu pjaċir ninnota li dak li l-Partit Demokratiku - li ilu jeżisti mill-2016 jiġifieri għadu fi tfulitu - ilu jsostni dwar Għawdex ċjoè li titwaqqaf dik l-istruttura li ssaħħaħ lil din il-gżira, qiegħda b'xi mod issir.", "Hemm kritika kostruttiva dwarha imma b'xi mod wasalna f'punt fejn jista' jkun hemm game changer jekk ikun hemm ir-rieda politika li din issir.", "Il-Partit Demokratiku m'ilux wisq li ħabbar il-fehma tiegħu dwar il-viżjoni għal Għawdex u saħaq ħafna fuq il-proġett tan-nies, il-proġett soċjali, biex inżommu l-gżira ta' Għawdex ħajja u, aktar minn hekk, il-komunitajiet ħajjin.", "Fil-kummenti tiegħu, li huma ppubblikati, il-Partit Demokratiku tkellem b'sinerġiżmu dwar il-preżenza tal-ministeru u l-preżenza ta' assemblea reġjonali.", "U jien nitkellem fuqhom dawn b'sinerġiżmu.", "Xi ħaġa li jien dejjem innotajt u sħaqt, anke meta kont ministru, hija li għandu jkun hemm distinzjoni bejn ir-regolatur, il-policy framework u l-amministratur.", "Dawn huma diviżjonijiet li fiċ-Ċivil, u anke fis-settur pubbliku, għandhom ikunu elenkati sew u jkun hemm separazzjoni tagħhom sew.", "Waħda mill-affarijiet li l-Partit Demokratiku dejjem saħaq fuqha meta jitkellem fuq is-sinerġiżmu tal-ministeru mal-assemblea reġjonali hija li l-ministru għandu jkun il-policymaker dwar il-gżira ta' Għawdex minħabba l-preżenza tiegħu fil-Kabinett u minħabba l-fatt li jkun fl-Eżekuttiv, biex b'hekk il-politika ta' Għawdex mhux biss tkun waħda li jkollha statura nazzjonali imma jkollha wkoll qafas ta' deċiżjoni nazzjonali, għax meta jkun hemm koordinazzjoni l-affarijiet ikunu jistgħu jsiru ferm aħjar.", "Li qatt ma qbilna huwa li l-ministru għandu jkun hu, jew hi, waħedha, u għalhekk il-preżenza tal-assemblea reġjonali, jew inkella, kif qegħdin insejħulha, l-awtorità reġjonali.", "Bħalma għedt, id-differenza hija li waħda hija rappreżentattiva għax hija eletta u l-oħra tinħatar mill-ministru responsabbli, imma t-tnejn għandhom ħaġa komuni, ċjoè, ir-riżors finanzjarju, uman u teknoloġiku biex wieħed jasal.", "Huwa importanti wkoll li dawn ikollhom is-saħħa li jimplimentaw il-miżuri f'ħafna oqsma u f'dan il-każ Għawdex għandu bżonn miżuri soċjali, rurali, infrastrutturali, u b'mod partikolari dawk ta' sostenibbiltà.", "Is-sostenibbiltà ta' pajjiżna, il-garanzija li ulied uliedna jgawdu mill-istess frott li qegħdin ingawdu aħna llum hija nieqsa fil-pjan nazzjonali f'Malta, tħares lejn liema ministeru tħares.", "Hawnhekk nappella lill-Prim Ministru biex jara li Għawdex verament ikun ix-xempju tal-mod kif għandhom isiru l-affarijiet f'Malta.", "Jekk Għawdex jisħaq ħafna fuq is-sostenibbiltà tal-gżira tiegħu, mela aħna minn Malta għandna ħafna x'nitgħallmu.", "Għawdex għad fadallu dak iċ-ċans għax għadu mhuwiex mimsus daqskemm ġiet mimsusa Malta bl-isfreġju li sar f'dawn l-aħħar għaxar snin.", "Sur President, il-fehma tal-Partit Demokratiku hija ċara imma hemm ħaġa oħra li hija importanti u li għalija hija katina mal-istrateġija.", "Hawn qed nirreferi għall-iżvilupp ħolistiku li Għawdex għandu jkollu master plan.", "Dan għandu jkun impenn li jħalli lil Għawdex bħala l-ġawhra ta' gżira mħaddra fuq ekonomija li hija green.", "Għalhekk jien qatt ma nixtieq nara lil Għawdex b'bini għoli ħafna, qatt ma nixtieq nara li Għawdex jitteħidlu aktar mit-territorju tiegħu ta' ODZ u qatt ma nixtieq nara lil Għawdex jiġrilu kif ġralhom ħafna rħula Maltin, li minħabba r-ribbon development li sar, jiġifieri dak l-iżvilupp li sar bejn raħal u ieħor, għaqqadhom u għamilhom hotchpotch wieħed.", "Din hija xi ħaġa li għandna nissalvagwardawha u għalhekk hemm bżonn master plan, bħalma hemm bżonn master plan għal Għawdex biex l-agrikoltura li hemm tibqa' kif inhi, anzi tissaħħaħ abbażi ta' agrituriżmu, mingħajr ma jkun hemm dak l-iżvilupp urban li kulħadd jaħseb dwaru.", "Il-viżjoni soċjali tal-Partit Demokratiku bilfors trid tkun waħda minsuġa fuq opportunitajiet ta' xogħol.", "Fil-fatt f'wieħed mid-diskorsi li jien għamilt is-sena l-oħra sħaqt li waħda mill-injezzjonijiet li għandha tingħata immedjatament, u nixtieq naraha bħala miżura f'Baġit ieħor la ma saritx fil-Baġit li għadda, hija li dawk il-familji żgħażagħ Għawdxin li wliedhom imorru l-iskola primarja jew sekondarja f'Għawdex, jiġifieri huma taħt is-16-il sena, għandhom igawdu minn positive discrimination, billi ċerti inċentivi fit-taxxi jkunu favurihom.", "Il-konċett ta' green economy li semmejt qabel għandu jinħass aktar f'Eko Għawdex, u dan billi naraw li din l-istrateġija titkompla.", "Huwa inutli li jkollna strateġiji bħalma kellna.", "Jekk m'iniex sejjer żball, kellna żewġ strateġiji oħrajn dwar Għawdex; waħda fl-2005 u oħra fl-2010.", "Dik tal-2010, li kienet dwar Eko Għawdex, għamlet il-pass tagħha, imma hemm bżonn li titkompla għax il-kontinwità hija importanti.", "Meta nħarsu lejn Eko Għawdex irridu nħarsu wkoll lejn l-industrija ekoloġika li Għawdex għandu bżonn; mill-biedja organika, mill-industriji żgħar ekoloġiċi, mil-loġistika u minn turiżmu li huwa ekoloġiku.", "Il-pjan turistiku ta' Għawdex huwa ferm differenti minn dak ta' Malta.", "Jien nieħu pjaċir ninnota l-ammont ta' lukandi żgħar li qed jiffjorixxu f'Għawdex, li aktar huma boutique hotels jew djar residenzjali, u dawn huma l-attrazzjonijiet li n-nies qegħdin ifittxu.", "F'Għawdex dawn huma aħjar minn xi lukanda kbira.", "Il-lukandi kbar m'għandniex x'nambuhom f'Għawdex.", "Sintendi minbarra l-ekonomija minn dan l-aspett, wieħed irid iħares ukoll lejn dawk l-inċentivi li huma ta' kalibru għoli ħafna biex Għawdex jiffjorixxi b'alternattivi li huma innovattivi.", "Jien nerġa' nappella li aktar ma l-konnesjoni tal-high speed internet għal Għawdex titwettaq malajr, aktar aħjar, għax l-innovità f'Għawdex tista' tkun ferm aħjar minn dik f'Malta.", "Ladarba qed nitkellmu fuq hekk, ma nistgħux ma nitkellmux ukoll fuq l-istudenti Għawdxin li jmorru l-Università u l-MCAST.", "Jien ngħid li wasalna fil-mument li f'Malta jkollna l-campus virtwali biex dawn l-istess studenti jkunu jistgħu jibqgħu Għawdex minflok joqogħdu jiġu Malta biex jisimgħu lecture.", "Wara kollox, l-Università ta' Barts diġà jagħmluha din u fil-fatt qegħdin jagħmluha bejn Barts ta' Malta u Barts ta' Londra.", "L-aspett virtwali hija waħda mill-inizjattivi li ta' attrazzjoni għall-Università ta' Barts Medical School.", "Allura aħna m'aħniex lesti li nagħmluha bejn Malta u Għawdex?", "Wasal iż-żmien ukoll li l-istudenti Għawdxin li jiġu Malta jkollhom inizjattivi finanzjarji, din id-darba mogħtija mill-Gvern jekk jiġu joqogħdu Malta, u mhux mill-Knisja biss.", "Il-Knisja tat eżempju tajjeb immens, xi ħaġa li għandna nikkopjaw, u naf li l-Ministru għal Għawdex qiegħda timxi fuq dak l-aspett.", "Huwa importanti wkoll li Għawdex ikollu l-faċilitajiet għall-portijiet u għall-yachts.", "Jien kont għamilt Aġġornament fuq hekk u domt nitkellem ħafna fuq il-proġett ta' Marsalforn.", "Jien mhux se noqgħod nirrepeti imma li nkabbru l-Port ta' Marsalforn hija xi ħaġa importanti.", "Għaldaqstant nixtieq intenni li dawn is-setturi huma kollha tajbin għax isaħħu lil Għawdex.", "Sur President, l-idea tagħna dwar il-konnettività diġà għamilnieha pubblika.", "Aħna konna kontra mina taħt l-ilma baħar għal raġunijiet ovvji għax minbarra li trid tħares il-konnettività bejn Malta u Għawdex trid tħares ukoll lejn is-sostenibbiltà tal-pajjiż.", "Nafu li din ikollha impatt ambjentali qawwi b'mod partikolari waqt it-tħaffir.", "Nafu kemm tħalli skart, nafu li t-toroq, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, mhumiex ippreparati, - issa dan m'għandux x'jaqsam mal-Ministru għal Għawdex imma mad-direzzjoni min-naħa ta' Transport Malta – nafu li l-konġestjoni, id-dħaħen u l-ħsejjes se jibqgħu fuq iż-żewġ naħat u nafu xi sfreġju se jsir fl-ODZ min-naħa tal-Manikata u n-Nadur.", "Għalkemm min-naħa tal-Gvern sar studju biex isibu mezzi oħrajn ta' konnettività li ma jagħmlux daqshekk ħsara, fl-opinjoni tiegħi ma sarx studju biżżejjed.", "Irrid infakkar li l-konnettività taħt il-qiegħ tal-baħar għandha problema kbira u r-rapport ġeoloġiku dwar dan għadu ma ħariġx fil-pubbliku.", "Malta u Għawdex huma postijiet fejn ikollna t-terremoti u dawn joħolqu ċerti faults.", "Kulħadd jaf bil-Victoria Faults u meta wieħed jersaq lejn Għawdex wieħed jista' jinnota x'differenza hemm fil-blat.", "L-istess hemm f'qiegħ il-baħar.", "It-terremoti ma tridx tqishom issa biss.", "Nafu x'terremoti saru fil-passat tul is-sekli, nafu x'ħass il-bini u xi ġralha l-art.", "Irridu niftakru li meta jsir terremot, l-art tibqa' miexja b'mod orizzontali, u dan huwa l-periklu ta' mina taħt qiegħ il-baħar li għadna ma nafux dwarha.", "Għaldaqstant l-appell tiegħi huwa biex naħsbuha ftit.", "Ejjew inkunu konkreti aktar dwar dan l-aspett u l-viżjoni tagħna ma tkunx imminata.", "Ma fiha xejn billi wieħed jerġa' lura mill-ħsieb li jħaffer mina taħt qiegħ il-baħar għax hemm metodi oħrajn kif dan jista' jsir.", "Bla dubju, immedjatament għandna bżonn ir-raba' vapur.", "Il-fast ferry service huwa xi ħaġa tajba jekk ikun hemm il-konnettività kif suppost u jekk ikun studjat kif mixtieq.", "It-traġitt bl-iskeda mhux biss joħloq konnettività bejn Għawdex u Malta imma jista' joħloq ukoll konnettività bejn postijiet differenti mal-kosta f'Malta bħalma huma l-Imġarr Għawdex, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, il-Belt u l-Kalkara.", "Mhux qed insemmi t-tlett ibliet imma qed insemmi l-Kalkara minħabba SmartCity.", "Ejjew inħarsu lejn il-konnettività permezz tal-Autonomous, Connected, Electrical, Shared transportation magħruf bħala ACES.", "Ejjew għal darba naħsbu fuq smart driving li mhuwiex bbażat fuq il-karozza personali tagħna.", "Jien nemmen li jekk ikollna fast ferry service bejn il-Belt u Għawdex il-ħin taqtgħu b'50%, meta tqis it-traffiku li ssib biex tasal saċ-Ċirkewwa.", "Għalhekk hemm bżonn li nevalwaw dan il-ħsieb u naħsbu wkoll fuq servizz ta' ajruplani jew helicopter bejn iż-żewġ gżejjer.", "Naf li l-Ministeru għal Għawdex diġà aċċenna li qed isir studju dwar dan imma hemm bżonn inħarsu lejn dan b'mod konkret.", "Sur President, meta nħares lejn l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiema llum nieħu pjaċir li nara ħafna termini għall-mod kif se jitwettaq il-monitoraġġ, is-sorveljanza, l-azzjoni, l-infurzar u r-rapport formali li għandu jingħata.", "Jien nixtieq li r-rapport formali jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u niddiskutuh, għalfejn le?", "Pereżempju b'sodisfazzjon ninnota wkoll li l-membri tal-bord qatt ma jistgħu jkunu nies li kienu fil-politika jew li kellhom x'jaqsmu mal-politika.", "Hemm lista sħiħa ta' kriterji u dan huwa tajjeb.", "Jien nixtieq, u dejjem nappella, li l-gvern qatt m'għandu jkollu l-maġġoranza tal-membri f'bord jew f'awtorità maħtura bħal din.", "Dik hija xi ħaġa importanti u jien dejjem nappella fuq it-trasparenza u l-kontabbiltà għax dawn huma s-sisien ta' kwalunkwe awtorità.", "U li hawn sabiħ dwar din l-Awtorità huwa li għall-ewwel darba, minbarra li hemm is-separazzjoni bejn il-policymaker u min se jimplimenta, se jkun hemm il-kontinwità u l-koordinazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li llum fiċ-Ċivil m'għadhiex teżisti għax peress li għandna s-Segretarji Permanenti li jinbidlu minn gvern għal ieħor, il-kontinwità qed tintilef.", "Għalhekk minkejja li dan l-Abbozz ta' Liġi m'għandux dik il-qawwa, wieħed għandu aktar demokrazija għax l-Awtorità tkun eletta mill-pubbliku.", "Irridu niftakru wkoll li bil-kunsilli lokali wkoll għandna d-devoluzzjoni tal-poter u allura jekk għandna rieda politika li verament irridu naslu u Għawdex mhux ikun vetrina imma jkun xempju ta' suċċess u tagħlima għalina li ngħixu f'Malta - ta' min jgħid li l-ekonomija hawn Malta hija indirizzata fil-volum u mhux fil-valuri u Għawdex għad għandu dawk il-valuri u mhux il-volum – mela jekk inħarsu lil Għawdex b'ċerta mħabba u b'ċertu orgolju, nistgħu naslu.", "U minkejja d-differenza fil-fehmiet tagħna bejn Gvern u Oppożizzjoni, fejn hawn żewġ partiti, nistgħu naslu biex lil Għawdex u lill-Għawdxin nistgħu nagħtuhom dak li ħaqqhom għax ilkoll nemmnu li kull wieħed u waħda minna għandna r-rieda politika li naslu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Ministru Justyne Caruana biex, jekk jogħġobha, tagħmel il-winding up.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, l-ewwel nett, ippermettili nirringrazzja lill-kelliema kollha li pparteċipaw f'dan id-dibattitu.", "Jien qgħadt fil-Kamra u segwejt b'attenzjoni kbira lil kulħadd, u għalkemm kien hemm opinjonijiet differenti, kien hemm qbil ġenerali li rridu li Għawdex jinfatam mill-mod kif dejjem saru l-affarijiet u rridu nimxu 'l quddiem.", "Ovvjament jidher ċar li mhux qed naqblu dwar il-mod però kulħadd irid jirrikonoxxi - kull min tkellem u anke min ma tkellimx - li dan huwa l-aktar pass konkret u dirett li qatt sar fir-rigward tal-governanza ta' Għawdex biex inwaqqfu awtorità reġjonali li tieħu ħsieb l-iżvilupp ta' Għawdex, awtorità tal-Għawdxin li se tkun qed topera f'Għawdex għall-ġid ta' Għawdex.", "Jien naqbel perfettament mal-Onor.", "Farrugia li għadu kemm tkellem għax kif qegħdin bħalissa, għad hemm nuqqasijiet fejn tidħol il-koerenza, il-kontinwità u l-koordinazzjoni.", "Dan huwa l-iskop ta' din l-Awtorità u ma rridx inkun negattiva, imma din hija l-verità; li minkejja li matul is-snin kien hemm diversi proposti, diversi White Papers u diversi suġġerimenti, qatt ma kien hemm ir-rieda politika li xi wieħed minn dawn id-dokumenti jimmaterjalizza ruħu.", "Jien smajt ukoll dak li qal l-Onor.", "Stellini li għamel referenza għal dokument li sar fl-1996 però wara l-1998 kien hemm snin twal ta' Gvernijiet Nazzjonalisti, u jekk dakinhar kienet inħasset il-ħtieġa li dak id-dokument kien tajjeb, ma kien hemm xejn xi jżomm lill-Gvern Nazzjonalista milli jwettaq din l-Awtorità.", "Ma twettqitx għax ma kienx hemm ir-rieda politika u din hija l-ewwel darba li l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu din id-deċiżjoni għax qed iħalli minn idejh il-poteri, ir-riedni, u se jissoġġetta ruħu għall-iskrutinju ta' awtorità reġjonali.", "Ejjew ngħiduha kif inhi, din l-Awtorità se tkun l-għassies tiegħi u se tkun fuqi jiġifieri mhijiex deċiżjoni li wieħed jeħodha hekk, su due piedi, imma hija deċiżjoni kuraġġjuża għaliex nemmen li Għawdex hekk għandu bżonn.", "Din l-Awtorità se tkun qed torbot lill-Ministru għal Għawdex – illum hemm jien u għada pitgħada jkun hemm ħaddieħor - biex iwettaq l-affarijiet u anke torbtu kif irid iwettaq.", "Din hija Awtorità li se jkollha s-snien għaliex se tkun responsabbli mir-regional impact assessment u allura lill-gvern kollu, lil kull entità, lil kull awtorità, hi x'inhi, din l-Awtorità se tgħidlu biex imur għandha għat-test tal-impatt reġjonali, u jekk ma jmurx għandha, jew jekk imur għandha u l-policy, jew il-liġi, jew l-inizjattiva li għandu ma tgħaddix mit-test tagħha, din ma ssirx.", "Allura din mhijiex saħħa eżekuttiva?", "Għalhekk qed ngħid li wieħed irid jagħraf fuqiex qed jitkellem, anke meta qed ikun hemm kritika dwar il-kompożizzjoni, u ċjoè, li din l-Awtorità se tinħatar mill-Ministru.", "Irridu nagħmlu distinzjoni bejn il-bord u r-rwoli fi ħdan l-Awtorità.", "Ir-rwoli fi ħdan l-Awtorità se jsiru wara sejħa pubblika u se jintgħażlu skont il-proċess li se jkun qed isir.", "Però anke dwar il-kompożizzjoni tal-bord; dan il-bord xi ħadd irid jaħtru u allura hemm taħlita ta' membri li huma ex officio.", "Smajna ħafna tifħir, u hekk għandu jkun, lill-kunsilli lokali li se jkunu rappreżentati.", "Imbagħad hemm il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Sostenibbli (MCSD), li fi ħdanu jilqa' l-istrutturi kollha t'Għawdex li se jkun rappreżentat ukoll u hemm id-Djoċesi ta' Għawdex - u hawnhekk mhux qed nitkellem fuq livell ta' reliġjon imma fuq l-inputs tad-Djoċesi ta' Għawdex f'kull qasam u livell f'Għawdex, bħall-edukazzjoni, l-aspett soċjali, is-servizzi li tagħti u għal ħafna snin, anke f'Malta, il-Knisja qdiet ċerti rwoli – li se tkun rappreżentata wkoll.", "Però mbagħad tħalliet il-leeway biex ikun hemm membri oħrajn li jkunu jistgħu jintgħażlu mill-ministru, mhux biex ikun servili lejn il-ministru, u dan il-liġi tispeċifikah b'mod ċar.", "B'hekk ikollna garanzija li s-soċjetà Għawdxija tkun rappreżentata ugwalment.", "Jien m'għandi l-ebda garanzija li l-membri ex officio – u se nerġa' nirrepeti dak li għedt fl-introduzzjoni – se jressqu 'l quddiem kandidati li huma nisa, illi huma żgħażagħ, illi huma persuni b'diżabilità jew li għandhom ċertu għarfien.", "Din mhijiex kwestjoni li nagħżlu nies li għandna grazzja magħhom.", "Jien irrid li din l-Awtorità tkun tiffunzjona tajjeb.", "Jien irrid li din l-Awtorità tkun il-mezz ta' kif nattiraw l-aħjar imħuħ li għandna f'Għawdex, illi moħħhom jaħdem ta' Għawdxin, però li għandhom esperjenza vasta u li jafu kif verament jaħdmu l-affarijiet.", "Sur President, jien qed ngħid dawn l-affarijiet biex il-messaġġ ikun ċar.", "Jien ma rridx li jkolli awtorità sempliċement biex ikolli awtorità.", "Jien irrid awtorità biex naħdem aħjar, biex jien inkun nista' niffoka fuq ir-rwol tiegħi bħala Ministru għal Għawdex, imbagħad l-Awtorità tkun tista' tagħmel l-istrateġija, timplimentaha u tkun għassiesa fuqi biex tassigura li jien qed nagħmel xogħli sew.", "Jiġifieri qed inżidu għodda oħra, livell ieħor ta' kontabilità biex nuri kemm jien verament irrid is-serjetà.", "Fuqi tista' tgħid ħafna affarijiet, però żgur illi karatteristika li għandi jien personalment - u niġi kkritikata u nbati ħafna minħabba fiha - hija li jien għandi ċerta dixxiplina u rrid ċerta serjetà.", "Forsi mhux kulħadd jieħu gost b'dawn l-affarijiet imma jien hekk irrid; li l-affarijiet jimxu bis-serjetà għaliex hekk jixraqlu Għawdex u hekk jixirqilhom l-Għawdxin.", "Onestament jien ma ppretendejtx li jkun hemm qbil fit-totalità però meta jien kelli abbokkament mal-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, l-Onor.", "Said, li kien abbokkament f'set-up informali, kont għedtlu li biex żgur we kickstart the process, qed nara set-up ta' awtorità bħalma għandna awtoritajiet oħrajn.", "Sinċerament dakinhar kien qabel li minn xi mkien trid tibda ħalli mbagħad wieħed jitgħallem u jkompli miexi 'l quddiem.", "Huwa minnu li forsi dan kien abbokkament informali, nerġa' ngħid, però dik kienet it-tweġiba li ħadt dakinhar.", "U jien ħadt iż-żmien li ħadt biex l-Abbozz ta' Liġi ġie ppubblikat wara li ġie eżawrit il-proċess ta' konsultazzjoni għaliex jien għaddejt l-Abbozz ta' Liġi lill-Oppożizzjoni u ma tajthomx deadline biex jiġu lura b'pożizzjoni.", "Fil-fatt l-Onor.", "Stellini jista' jikkonferma dan.", "Jien ma rbatthomx b'deadline imma ħallejthom fil-libertà kollha li jiġu lura, u qabel ma ġew lura jien l-Abbozz ta' Liġi ma ppubblikajtux.", "U t-tweġiba li ħadt kienet li qisu kien hemm qbil fil-prinċipju u li se nirċievi l-kummenti aktar 'il quddiem.", "Minkejja dan, il-kummenti qatt ma ġew lura u jien jiddispjaċini li dan ma sarx.", "Imbagħad ġejt ilbieraħ, meta kienet skedata li tibda d-diskussjoni, u qabel ma bdejna saret konferenza stampa mill-Kap tal-Oppożizzjoni u d-Deputati tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.", "Qed nara lill-Onor.", "Cutajar; minjaf kemm għamilna liġijiet flimkien, però qatt m'għamilna hekk.", "Aħna dejjem tkellimna u qatt ma saret konferenza stampa ftit minuti qabel ma beda d-dibattitu.", "Jiġifieri onestament b'dispjaċir ngħid li l-mod kif saru l-affarijiet lili weġġgħuni u nħossni ddispjaċuta u jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa maqtugħ mir-realtà Għawdxija, jien illum se nieħu l-opportunità, tedjanti kemm hi tedjanti, li ngħid x'qed jiġri f'Għawdex għaliex huwa tajjeb li dan isir.", "Jien mhux qed nipponta subgħajja lejn id-Deputati Għawdxin għaliex dawn jafu x'qed isir f'Għawdex, jafu x-xogħol li qed isir u jafu b'liema mod qed immexxi l-Ministeru għal Għawdex, forsi anke b'detriment għal ċerta perċezzjoni li f'Għawdex dejjem kienet li l-politiku jrid ikun hemmhekk biex jaqdi lin-nies u jrid ikun hemmhekk għall-klijenteliżmu sfrenat li dejjem kien hemm.", "Jien qed nipprova nsib il-bilanċ u d-Deputati tal-Partit Nazzjonalista dan jafuh.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "David Stellini bil-permess tal-Ministru, fil-qosor ħafna.", "DAVID STELLINI: Jien nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika.", "Filwaqt li napprezza l-kooperazzjoni li għandna aħna d-Deputati Għawdxin mal-Ministru, jien nixtieq nikkjarifika li l-Onor.", "Chris Said, fl-email li bagħat lill-Ministru Justyne Caruana, fl-ebda mument ma qalilha li fil-prinċipju aħna naqblu ma' din l-Awtorità.", "Qalilha biss biex tagħtina ċans ħalli niddiskutuha, u waqaf hemm.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "JUSTYNE CARUANA: Però jien irċevejt email oħra.", "Issa jekk kienx ikkopjat hu ma nafx, però l-Onor.", "Stellini qed jikkonferma li jien l-Abbozz ta' Liġi bgħattulhom, u qabel ma rċevejt il-feedback, jien ma ppubblikajtux, u għaddew xi tlieta, erba' jew ħames ġimgħat żgur.", "(Interruzzjonijiet) Niskuża ruħi, messni għamilt hekk ukoll.", "F'xi punt saret ukoll kritika illi din hija awtorità bla riżorsi.", "Meta nisma' affarijiet bħal dawn jien nistaqsi kif jista' jkun li fil-Baġit ikun hemm line item ta' xi ħaġa li għad trid tidħol.", "Però biex inserraħ moħħ kulħadd irrid ngħid li f'paġna 24 tad-Diskors tal-Baġit, din l-Awtorità ssemmiet, u ġaladarba din l-Awtorità se tibda tiffunzjona, se tiġi allokata r-riżorsi meħtieġa biex tkun tista' tiffunzjona.", "B'hekk tkun tista' timplimenta l-istrateġija għal Għawdex, kemm billi tattira fondi lokali kif ukoll fondi Ewropej.", "Saret kritika mill-Onor.", "Portelli u minn kulħadd dwar il-persuni eletti.", "Nerġa' ngħid, persuni eletti għandna kemm irridu u kulħadd jista' jmur fil-Kunsill Reġjonali tal-kunsilli lokali f'Għawdex ħalli jara l-mod kif jaħdmu.", "Naħseb li jekk wieħed jidħol fil-fond anke dwar il-preżenza tagħhom fl-istess laqgħat li jkollhom, wieħed ikun jista' jieħu wkoll anke idea ta' x'inhu jiġri.", "Però, nerġa' ngħid, aħna rridu awtorità li tkun tista' tiffunzjona u timxi 'l quddiem.", "Jien irrid ngħid li jekk kien hemm tħassib dwar is-setturi tat-turiżmu u tal-kummerċ, jekk hemm bżonn, biex neliminaw kull dubju, għandu jkun hemm emendi u se jkun hemm emendi.", "L-Onor.", "Farrugia ssuġġerixxa li r-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mingħajr diskussjoni.", "Anzi jien nixtieq li jkun hemm diskussjoni.", "Fil-fatt, fl-Abbozz ta' Liġi u fil-liġi nnifisha, jien insistejt li jkun hemm referenza għall-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet ta' Għawdex għaliex jien irrid li Għawdex jiġi diskuss, mhux niġu hawnhekk fil-Baġit u nitkellmu darba fill fuq l-affarijiet ta' Għawdex jew meta xi Deputat jieħu xi Aġġornament.", "Sur President, ma nafx min qal li permezz ta' din l-Awtorità l-Ministeru għal Għawdex irid jabdika mir-responsabbiltajiet tiegħu u jgħaddi l-inforzar lill-Awtorità.", "Ċertament li dan mhuwiex minnu!", "Fil-fatt il-liġi qed tgħid ċar u tond li l-Ministeru se jkollu ċerti responsabbiltajiet u l-Awtorità se jkollha ċerti responsabbiltajiet.", "Innotajt ukoll dak li qal l-Onor.", "Frederick Azzopardi, li mingħajr ma jaf kien qed jaqbel miegħi.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi qal li l-Awtorità trid tkun il-kontro-bilanċ għall-Ministeru.", "Hekk hu u hekk se jkun u fil-fatt anke l-Abbozz ta' Liġi jistipula dan b'mod ċar.", "L-Onor.", "Azzopardi kompla jgħid li l-Awtorità għandha tidħol fi ftehim mad-dipartimenti tal-Gvern.", "Iva, hekk se jiġri għaliex l-implimentazzjoni hekk trid issir.", "Qal ukoll illi l-Awtorità trid tkun responsabbli mit-tfassil tal-istrateġija.", "Hekk se jkun!", "Qal ukoll li l-Awtorità trid tassigura trasparenza – jien ħadt in-notamenti, jiġifieri, jekk inġibu t-traskrizzjoni nsibu l-istess kliem – fit-twettiq u fin-nefqa.", "Azzopardi, li jagħmel parti mill-Grupp Nazzjonalista, qed jaqbel mal-għanijiet ta' din l-Awtorità.", "Però l-aktar waħda gravi kienet li xi ħadd qal li jien irrid li l-Awtorità tagħmilli xogħli!", "Jien dejjem għamiltu xogħli però l-Awtorità hija importanti għaliex lili se tkun qed tippermettili li nagħmel xogħli ta' Ministru għal Għawdex u hi se tkun fuqi biex nassigura li nagħmel dan.", "Issa hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex niċċaraw darba għal dejjem x'qed jiġri f'Għawdex għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni dejjem jagħti l-impressjoni li f'Għawdex mhu qed jiġri xejn!", "Għax tfaċċa darba mingħalih u jipprospetta ruħu li jaf x'inhu jiġri f'Għawdex!", "Naħseb li aħjar nagħmlu daqsxejn tour ħalli wieħed ikun jaf x'qed jiġri!", "L-ewwel nett hemm il-proġett ta' riorganizzazzjoni tal-Port tal-Imġarr, fejn se nnaddfu litteralment qiegħ il-baħar, se nibdlu l-puntuni, se nżidu wkoll il-faċilitajiet għas-sajjieda u se noħolqu spazji ġodda.", "Ġibna wkoll fondi Ewropej u fil-fatt it-tender diġà ngħata u se jibdew ix-xogħlijiet.", "Però ġibna faċilitajiet oħrajn għas-sajjieda.", "Stellini rrid ngħidlu wkoll li l-pjanti għat-triq alternattiva li mill-Imġarr tieħdok għal wara Chambray - għalkemm mhux eżatt - tlestew ukoll.", "Se jkun hemm rotta differenti li ġiet diskussa mal-ERA u hemm ukoll applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwarha u dalwaqt se jibdew it-taħditiet mal-istakeholders.", "Jekk titla' ftit 'il fuq minn Għajnsielem issib li hemm ix-xogħol għaddej fi Triq il-Ħamri u fi Triq il-Provigarju, li qed isiru minn fondi tal-Ministeru.", "Għaddej ukoll ix-xogħol tal-finishing tad-dar tal-anzjani.", "Irrid infakkar li hemmhekk kellna nerġgħu nirrevedu l-pjanti, erġajna morna quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, erġajna għamilna xogħlijiet strutturali, bnejna estensjoni għaliex din id-dar ma kenitx qed tkopri s-settur tad-dimensja u bħalissa hemm it-tender li għaddej mill-vetting.", "Imbagħad faċċata hemm proġett ieħor għaddej, u ċjoè, l-estensjoni u l-fażijiet l-oħrajn tal-Għajnsielem Learning Hub.", "L-Onor.", "Cutajar kellu l-opportunità li jiġi hemmhekk u jaf x'ġid isir hemm ġew.", "Issa għaddejjin għall-fażijiet l-oħrajn.", "Irrid ngħid ukoll li lestejna parti minn Triq iż-Żewwieqa u din il-ġimgħa suppost ħiereġ it-tender tal-parti l-oħra ta' din it-triq li tieħdok għall-Qala.", "Ma nafx min semmieha din il-ġimgħa din u qal li qisha wiċċ il-qamar.", "Hekk hu għaliex Gvernijiet Nazzjonalisti, sena wara oħra, baqgħu m'għamluhiex!", "Imbagħad għandek Triq Sant'Antnin, li minn Għajnsielem, mill-Qala u min-Nadur tibqa' nieżla għall-Imġarr, li wkoll hija triq strateġika.", "(Interruzzjonijiet) Issa ngħidlek!", "Hawnhekk lestejna s-surveys, lestejna l-pjanti u se tkun qed issir ukoll.", "Rigward il-Qala rrid ngħid li ħriġna l-fondi biex isir il-culvert tal-Kunċizzjoni għax hemmhekk hemm problema kbira ta' għargħar.", "Qed isiru wkoll ix-xogħlijiet, permezz ta' fondi Ewropej, fuq ir-reverse osmosis plant; għaddejjin ix-xogħlijiet fi Triq ta' Cassia; hemm triq ġdida oħra fi Triq il-Mitħna u ftaħna day centre għall-anzjani.", "Jekk niġu għan-Nadur l-istess.", "Fin-Nadur għadna kemm inawgurajna l-Ġnien ta' Sopu, fejn kien hemm proġett ta' afforestazzjoni ta' 4,000 siġra; saret Triq Qortin; erġajna bdejna n-negozjati mal-Knisja biex inkomplu l-proġett li jirrigwarda l-anzjani u beda l-proġett tat-triq tal-Imġarr, liema triq ilha 25 sena tistenna biex issirilha manutenzjoni fuqha, sakemm fl-aħħar ikkrollat u bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet; fil-fatt kellna ninżlu erba' sulari.", "Aħna fix-xogħlijiet tat-toroq f'Għawdex mhux sempliċement nagħmlu resurfacing imma qed nagħmlu road buildup għax matul 25 sena sħaħ qatt ma sar xejn.", "Bħalissa għaddejjin ukoll bil-pjani biex joħorġu tenders għal Triq it-Tiġrija, li hija t-triq tal-iskola, triq ewlenija fil-qalba tar-raħal, flimkien ma' Triq Torri Sopu.", "Hemm ukoll il-Bajja tar-Ramla, li wkoll hija parti min-Nadur u qiegħda fil-konfini tax-Xagħra, fejn qed inlestu l-masterplan tar-Ramla.", "Lestejna wkoll it-triq li mir-Ramla tieħdok għax-Xagħra.", "Din ukoll kienet triq li kellha bżonn ċerta attenzjoni.", "Fix-Xagħra wkoll għaddejjin ix-xogħlijiet fit-Triq Ta' Ġorf u din il-ġimgħa se jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Kummittiva, Triq Tal-Masri u Triq Gajdoru, wara li saru d-diskussjonijiet mal-kunsilli lokali.", "Qed inħejju kuntratt ukoll biex issir il-bqija tat-triq li mix-Xagħra tagħti għal Marsalforn.", "Fix-Xagħra ftaħna night shelter kif ukoll day centre għall-anzjani.", "Imbagħad xħin tinżel mix-Xagħra tasal Marsalforn.", "Ilna snin twal nisimgħu bil-masterplan ta' Marsalforn.", "Issa t-tender ħareġ u bħalissa qed jiġi evalwat.", "Hawn qed nitkellmu fuq xogħol li jiswa l-miljuni.", "Parti minn dan il-masterplan huwa l-breakwater ta' Marsalforn, u eventwalment se nkunu qegħdin nindirizzaw ukoll iż-żona sħiħa biex nitilgħu l-Qbajjar.", "Diġà ħarġu t-tenders għal Triq ix-Xwejni u anke għat-triq l-oħra li mill-Qolla s-Safra tingħaqad mal-Qbajjar.", "Jiġifieri dawn huma kollha xogħlijiet li għaddejjin.", "Imbagħad mix-Xwejni tibqa' tiela' ż-Żebbuġ, fejn diġà ħareġ it-tender għal Triq Għajn Melel – qed ngħid għal dik il-medda tat-triq kollha kemm hi - ħriġna l-flus u se tkun qed tinbeda.", "Hemm ukoll ix-shooting range taż-Żebbuġ, li wkoll huwa proġett sportiv.", "Għal dan il-proġett diġà lestejna l-pjanti u se jkunu qed jinbdew ix-xogħlijiet.", "Imbagħad fiż-Żebbuġ ukoll saret Triq Sagħtrija u se ssir Triq il-Ponta.", "Sur President, qed insemmi dawn l-affarijiet għaliex il-Membri tan-naħa tal-Oppożizzjoni dejjem jgħidu li f'Għawdex mhu qed isir xejn!", "X'qed jgħidu li f'Għawdex mhu qed nagħmlu l-ebda triq?!", "S'issa ma nafx kemm-il waħda semmejt!", "Dawn huma kollha xogħlijiet li qed isiru mill-fondi tal-Ministeru.", "Imbagħad miż-Żebbuġ nistgħu nkomplu l-mixja u naslu l-Għasri.", "Jekk wieħed jistaqsi lis-Sindku tal-Għasri jgħidilhom x'investiment kbir għamilna fit-toroq ta' din il-lokalità.", "Qatt ma sar daqshekk investiment fl-Għasri għaliex għamilna Triq San Publiju, Triq San Ġużepp, Triq id-Dehra u qed naħdmu wkoll fuq Triq it-Tamar u fuq parti minn Triq il-Fanal.", "Imbagħad mill-Għasri tibqa' sejjer l-Għarb, fejn l-istess, qed issir Triq il-Madonna tal-Virtù, Triq Franġisk Portelli, hemm ukoll in-night shelter u qed isir id-day centre għall-anzjani.", "Imbagħad jekk nieħdu San Lawrenz, pereżempju, dejjem jgħidu li t-triq tad-Dwejra saret minn fondi Ewropej u qed jgħidulna li aħna ma ġibna l-ebda fondi Ewropej għat-toroq.", "It-triq tad-Dwejra ma saritx minn fondi Ewropej.", "It-triq tad-Dwejra saret issa f'din il-leġiżlatura, u minbarra li għamilna t-triq, għamilna wkoll ilqugħ.", "Dawn ma sarux minn fondi Ewropej imma saru minn fondi nazzjonali.", "Jiġifieri, jekk ġabu xi fondi Ewropej li suppost intużaw għal dik it-triq, dawk intilfu!", "Meta nitkellmu fuq il-lokalità ta' San Lawrenz inkunu qed nitkellmu wkoll dwar il-pjan tat-toroq li hemm.", "Fosthom hemm Triq il-Wileġ, li se nkunu qed nagħmluha mas-Sindku, però hemm ukoll id-dar tal-anzjani u l-proġett dementia friendly li għamilna mal-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz.", "Sur President, hemm ukoll Ta' Dbieġi Crafts Village li huwa ġojjell għat-turisti, però l-Gvern Nazzjonalista dan litteralment tah bis-sieq.", "Issa taħt Gvern Laburista, bħala Ministeru ħadna t-tmexxija tiegħu, għamilna l-upgrades u issa qed jiġi ffrekwentat mit-turisti u qed igawdu anke l-artiġjani li hemm hemmhekk.", "Imbagħad jekk nibqgħu mexjin insibu Ta' Kerċem.", "Dawn ukoll huma lokalitajiet fejn hemm kunsilliera b'maġġoranza Nazzjonalista, li jien naħdem perfettament magħhom.", "Għalhekk bqajt diżappuntata b'kumment li ngħad fil-Kunsill Ġenerali li sar nhar il-Ħadd li għadda f'Għawdex, li l-kunsilli lokali mhux qed isibu kooperazzjoni mill-Gvern ċentrali.", "Dan mhu veru xejn għaliex jien kuljum nitkellem magħhom u jekk jitolbuni xi ħaġa nara kif nagħmel biex ngħinhon fil-problema li jiġu biha quddiemi.", "Ta' Kerċem l-istess, minn kemm ilu li nbena l-housing estate t-toroq qatt ma saru.", "Jekk wieħed imur idur isib li qed isiru xogħlijiet fi Triq Wenzu Mintoff, Triq is-Summien u Triq il-Gamiem, jiġifieri prattikament qed isir il-housing estate kollu.", "L-istess fil-Fontana, fejn jgħidulek li kienu ilhom ma jieħdu ċenteżmu mill-fondi ma nafx kemm!", "Fil-Fontana qed issir Triq tal-Għajn li wkoll qed issir mill-fondi tal-Ministeru.", "Imbagħad ninżlu x-Xlendi.", "Fix-Xlendi mhux ukoll qed isir masterplan?", "Sar il-moll; ħabbarna proġett, flimkien ma' Projects Malta, fejn se ssir estensjoni tal-parkeġġ; se ssir ukoll riorganizzazzjoni tal-faċilitajiet għas-sajjieda u se jkun hemm ukoll riġenerazzjoni tal-boathouses.", "Fil-fatt kumbinazzjoni għada għandi laqgħa pubblika biex inkun nista' nispjega l-proġett kif se jsir.", "Imbagħad titla' t-telgħa u tmur il-Munxar.", "Il-Munxar l-istess; ftaħna day centre għall-anzjani u f'din il-lokalità kienet ilha ma ssir triq snin twal.", "Hemmhekk, flimkien mal-Water Management Programme, se nagħmlu Triq Santa Dminka, li mill-Munxar tagħti għar-Rabat.", "Fil-lokalità Ta' Sannat - naf li l-Onor.", "David Stellini huwa minn hemmhekk - għal darb'oħra sar investiment kbir.", "Hemmhekk lestejna nofs it-triq li ngħatat it-tieni kisja, ħriġna t-tender għall-parti l-oħra, li dwarha hemm appell, però qed jiġi eżawrit.", "Issa ħareġ it-tender mill-pjazza għall-junction u bħalissa qed jiġi evalwat.", "Dik hija parti oħra li ilha tistenna ma nafx kemm-il sena!", "Hemm ukoll il-pjazza tas-Sannat, li t-tender għaliha ħareġ darbtejn, iżda, sfortunatament, ma kienx hemm eżitu favorevoli u jrid jerġa' joħroġ.", "Imbagħad immorru x-Xewkija.", "Hemmhekk qed issir il-pjazza, Triq il-Ħamrija, Triq Santa Katerina, għadha kemm saret Triq il-Knisja u se ssir ukoll Triq Santa Eliżabetta.", "Qed isiru wkoll proġetti b'fondi Ewropej, fosthom l-Ulysses Grove, fejn qiegħed jiġi finalizzat ix-xogħol; ir-restawr tal-mitħna; jekk taqsam it-triq imbagħad hemm il-proġett tal-farm u jekk immorru fiż-żona industrijali nsibu l-ICT hub.", "Dawn qed isiru b'€10 miljuni fondi Ewropej.", "Il-ġimgħa l-oħra fiż-żona Tal-Ħofra, 11-il inkwilin ngħataw il-premises tagħhom.", "Hemm SME park li qiegħed quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u hemm ukoll diversi inizjattivi oħrajn li qed nieħdu mal-kunsill lokali biex ikun hemm upgrade u tisbiħ taż-żona ħalli npattu għall-isfreġju li sar matul is-snin, għaliex ix-Xewkija kien qisu dumping site.", "Sur President, għandna wkoll il-proġett tal-park and ride li ssemma għall-ewwel darba fil-manifest elettorali.", "Fil-fatt issa mexxejna l-post u dan se jsir f'Ta' Xħajma fejn hemm il-korsa taż-żwiemel għaliex qed nabbinawh ukoll mal-proġett tal-mina.", "B'dan il-proġett tal-Park and Ride se nkunu qegħdin immorru pass oltre għaliex dan se jkun qed jitħaddem b'vetturi elettriċi.", "Dan huwa pjan li semma l-Prim Ministru f'dawn il-ġranet.", "Fil-fatt diġà ksibna fondi Ewropej, ħareġ it-tender u qiegħed fi stadju ta' appell biex jiġu akkwistati buses elettriċi li jkunu jistgħu jagħmlu dawn it-traġitti ħalli nnaqqsu t-traffiku.", "Hemm il-proġett tal-mużew ukoll għaddej permezz ta' fondi Ewropej u fl-aħħar beda l-proġett tal-pixxina.", "Dawn huma żewġ proġetti kbar massiċċi li huma ftit metri 'l bogħod minn xulxin.", "Jekk imbagħad nidħlu fil-qalba tar-Rabat, nista' ngħid li din il-ġimgħa suppost ħerġin it-tenders ta' Triq l-Imgħallem u t-triq ta' wara s-sur.", "Lestejna wkoll il-konsultazzjoni dwar Triq il-Kappuċċini, triq li tkompli għaddejja għal Marsalforn.", "Parti minn dan il-proġett se jkun id-devjazzjoni tat-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat, u allura parti mir-ring road li għandna fil-manifest elettorali, li se tkun ukoll qed tgħaqqad Triq Ġorġ Pisani, li qatt ma ngħatat il-wiċċ, Triq Għajn Qatgħet, Triq Pietru Pace u Triq in-Neolitiċi li dwarha qegħdin f'diskussjonijiet mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Se jinbeda x-xogħol fi Pjazza San Franġisk, għaddej ix-xogħol fuq il-proġett tat-taraġ u se nagħmlu wkoll Ċentru tas-Saħħa ġdid fil-qalba tar-Rabat.", "Dwar it-taraġ ta' Pjazza San Franġisk irrid ngħid li din kienet binja intiża għal sala tal-wirjiet però jien ħassejt li kellna nibdlu d-direzzjoni u nagħmlu ċentru tas-saħħa.", "Għandna wkoll il-proġett tar-retrofitting tal-Ministeru biex ikollna green building.", "Għandna l-proġett tal-akkomodazzjoni soċjali għaliex qed issir kritika li f'Għawdex m'hemmx proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Fil-fatt il-Ministeru għal Għawdex qed jagħmel proġett ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Qed isir ir-restawr tal-fanali u tal-akwedotti, għadna kemm esproprjajna Għar Għerduf u hemm Eko-Għawdex li għaddej b'inizjattiva waħda wara oħra biex intejbu l-ambjent Għawdxi.", "Fil-fatt għadna kemm akkwistajna €8.5 miljun fondi biex nirriabilitaw 11-il wied u 30 kilometru ta' ħitan tas-sejjieħ ġewwa Għawdex u għandna l-proġett tal-hostel għall-istudenti.", "Sur President, aħna sebbaħna lil Għawdex, ġibnieh pupilla u numru rekord ta' nies qasmu lejn Għawdex għaliex qed nagħmlu attività wara oħra biex ikollna moviment, biex ikollna attività, biex ikollna tkabbir ekonomiku.", "Il-qgħad niżel, l-investiment żdied u għandna tkabbir ekonomiku għaliex għandek dawn l-affarijiet kollha għaddejjin.", "Issemmiet il-konnettività, l-internet u l-proċess ta' procurement għat-tieni fibre optic cable li ġie eżawrit.", "Se jkun hemm il-konnettività wkoll permezz tal-link permanenti, permezz tas-servizz tal-helicopter li ħabbart u anke permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel.", "Ir-raba' vapur kont jien li semmejtu.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni meta kienu fil-gvern qatt ma semmewh dan.", "Il-fast ferry għadu ma bediex għaliex hemm l-appell u l-fast ferry mhux se jkun a point to point.", "Fil-fatt l-appell sar għaliex se jkun hemm diversi points.", "Jien niddejjaq ħafna meta nisma' kritika li l-Ministeru għal Għawdex m'għandux taħtu l-oqsma tal-edukazzjoni u tas-saħħa.", "Aħna l-ħin kollu għaddejjin bl-edukazzjoni mal-iskejjel.", "Let's call a spade a spade għaliex min ixewwex dwar kull proposta li jagħmel il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex in-nies joħorġu kontra tagħhom?!", "Imbagħad ma nitfgħux il-ġebla u naħbu jdejna biex taparsi l-proġett għadu ma sarx!", "L-istess dwar l-isptar.", "Staqsu lill-Onor.", "Godfrey Farrugia meta laħaq ministru x'sab?", "Meta jien kont fl-Oppożizzjoni kont nistaqsi biex il-kimoterapija tingħata ġewwa Għawdex u kienu jgħiduli li dan ma jistax isir.", "Laħaq l-Onor.", "Godfrey Farrugia bħala Ministru għas-Saħħa u għamilha!", "Imma kemm ħallejna nies ibatu?!", "Jien ma neħux gost li jkun hemm kritika fuq is-settur tas-saħħa jew li xi nies jitilfu ħajjithom però l-Ministeru għal Għawdex ma seta' qatt ikollu wkoll il-qasam tas-saħħa.", "Kif jista' l-Ministeru għal Għawdex ikollu kontroll fuq is-settur tas-saħħa, fuq l-isptar, meta ma kellux in-know-how?", "Meta dan kien taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex taf x'kien isir?", "Konna ndaħħlu n-nies xogħol mal-gate tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew noqogħdu nagħtu t-trasferimenti biex nakkomodaw lin-nies.", "Bħala settur dan qatt ma seta' javvanza 'l quddiem u kien biss fl-aħħar ta' Amministrazzjoni Nazzjonalista li ġabu ftit fondi biex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jimxi 'l quddiem.", "U mela ma rridx li s-settur tas-saħħa f'Għawdex ikun b'saħħtu?", "Jien mhux se nistrieħ qabel ikollna l-isptar il-ġdid u jkollna l-affarijiet state of the art.", "Imma ma jfissirx li għax għandna żewġ inkjesti issa ma kenux isiru inċidenti qabel.", "Jien naf ħafna każijiet, imma inkjesti qatt ma kienu jsiru għaliex kien jitpoġġa kollox taħt it-tapit.", "L-ISPEAKER: Onor. Caruana, ikkonkludi għaliex skada l-ħin.", "JUSTYNE CARUANA: Għandek raġun, Sur President, però rrid ngħid dawn l-affarijiet għaliex din hija l-ħidma tal-Ministeru.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja lill-uffiċjali u lill-ħaddiema kollha li għandi fi ħdan il-Ministeru għaliex qed isir xogħol kbir.", "U meta min-naħa tal-Oppożizzjoni jikkritikaw li f'Għawdex mhu qed isir xejn, ma jkunux qed iweġġgħu lili biss imma jkunu qegħdin iweġġgħu wkoll lil dawk in-nies kollha li għamlu snin sħaħ ma setgħux jaħdmu għaliex kienu orjentati biex jaqdu lin-nies tal-ministru jew ta' xi deputati oħrajn u ma setgħux jiffokaw fuq ix-xogħol proprju tagħhom.", "U issa għaliex irridu naħdmu bis-serjetà mhuwiex ġust li niġu kkritikati li mhu qed isir xejn, jew inkella li se nagħmlu awtorità biex xi ħadd jagħmilli ħajti aktar faċli jew biex ikun servili.", "Sur President, aħna rridu l-awtorità biex ikun hemm l-implimentazzjoni tal-istrateġija, biex l-affarijiet isiru bis-serjetà u skont standards li jixirqu u biex Għawdex verament jimxi 'l quddiem.", "Jien illum qiegħda hawnhekk u forsi għada ma nkunx, però nixtieq li r-ritmu li qbadna jibqa' għaddej u Għawdex jibqa' jgawdi minn dan il-frott li qed iħalli dan ix-xogħol kollu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Awtorità li tkun magħrufa bħala l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u għall-eżerċizzju, minn jew f'isem dik l-Awtorità, ta' funzjonijiet regolatorji u konsultattivi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u sabiex jagħmel provvedimenti dwar affarijiet anċillari għal dan jew konnessi ma' dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni.", "Din il-votazzjoni tittieħed f'seduta li tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "Nifhem li hawn qbil li mmorru għall-Aġġornament?", "Ngħaddu għall-Aġġornament.", "Insejjaħ lill-Ministru Justyne Caruana biex, jekk jogħġobha, tressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.51 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġonament.", "AĠĠORNAMENT", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari;", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, il-ħuta minn rasha tinten, u tassew.", "Il-ġimgħa li għaddiet f'dan il-Parlament, waqt li kien hemm l-Istqarrija Ministerjali tal-Ministru għall-Ambjent, u allura wara li l-Oppożizzjoni għamlet il-mistoqsijiet lill-Gvern, is-Segretarju Parlamentari, fuq mistoqsija tiegħi u tal-Onor.", "Marlene Farrugia, qal hekk, u se nkun testwali u fidili mal-kliem għax għandi t-traskrizzjoni ta' dak li ntqal:", "\"F'mistoqsija oħra mill-Onor.", "Marlene Farrugia, kif ukoll mill-Onor.", "Jason Azzopardi, ġie mistoqsi għaliex din l-istess persuna fl-2010 ma kenitx baqgħet Direttur Ġenerali tas-Sajd.", "Imbagħad, fl-2013 reġgħet inħatret Direttur Ġenerali tas-Sajd.", "Sal-lum il-ġurnata ma nafux għaliex id-Direttur Ġenerali tneħħiet fl-2010.", "Meta ċċekkjajna l-files tagħha ma sibna xejn miktub dwar ir-raġuni għaliex din ġiet imneħħija.", "Anzi, lanqas biss nafu jekk ġietx imneħħija jew ġietx ittrasferita fuq talba tagħha stess.", "Kull ma nafu hu li din ġiet transferred mal-MCCAA bħala Direttur tal-Enforcement …\".", "Dan huwa l-kliem tas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ġimgħa ilu.", "Ma kienu jafu xejn u ma sabu xejn fil-file tagħha.", "Issa ħalli nitilgħu żewġ tarġiet oħra.", "Ilbieraħ il-Prim Ministru - f'pajjiż normali meta jkollok ministru tal-gvern li jinqabad jigdeb, jirriżenja, aħseb u ara Prim Ministru, però dan ovvjament m'għadux pajjiż normali! - lill-ġurnalisti qalilhom hekk meta staqsewh fuq l-istess ħaġa:", "\"M'hemm xejn li jindika li tneħħiet minħabba aġir ħażin.", "Ma sibna xejn fil-file f'dan ir-rigward.\"", "Nerġa' ngħid, il-Prim Ministru ta' Malta lbieraħ lill-ġurnalisti, u allura lin-nies, qalilhom:", "\"M'hemm xejn li jindika li tneħħiet minħabba aġir ħażin.", "Ma sibna xejn fil-file f'dan ir-rigward.\"", "Mela x'qed jgħid hawnhekk il-Prim Ministru?", "Qed jgħid li huwa sar Prim Ministru f'Marzu tal-2013, Andreina Fenech Farrugia ma kenitx fid-Dipartiment tas-Sajd, però huwa daħħalha mhux f'livell ta' Direttur kif kienet imma taha promozzjoni għal Direttur Ġenerali għax ħadd ma ġibidlu l-attenzjoni u ma kenux jafu li kien hemm xi ħaġa tinten, li kien hemm xi ħaġa ħażina għalxiex tneħħiet!", "Qed jgħidilna biex ma nagħtuhx tort!", "Dan huwa l-Prim Ministru li reġa daħħal lil Fenech Farrugia mhux fejn kienet imma taha promozzjoni!", "Għax ma rridux ninsew li filwaqt li Fenech Farrugia tneħħiet mill-kariga ta' Direttur fl-2011, ftit ġranet wara l-elezzjoni tal-2013 iddaħħlet f'livell ta' Direttur Ġenerali, ogħla minn Direttur.", "Illum qed niżvela li fit-12 ta' Novembru tal-2010 intbagħtet ittra mill-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea, Maria Damanaki, lill-Gvern Malti, dwar l-implimentazzjoni tal-bluefin tuna industry min-naħa tal-Gvern Malti u ssuġġeriet li l-awtoritajiet Maltin jagħmlu inkjesta amministrattiva skont il-regoli tal-Kunsill.", "Ftit ġranet wara, fit-2 ta' Diċembru tal-2010, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ambjent, Chris Ciantar - dak iż-żmien il-Ministru kien George Pullicino - talab formalment lid-Dipartiment tal-Awditjar u l-Investigazzjoni Interna f'Kastilja biex jagħmlu investigazzjoni.", "L-IAID, li huwa mwaqqaf bil-liġi, iwieġeb lis-Segretarju Permanenti Prinċipali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Berġa ta' Kastilja.", "Issa f'idejja għandi r-rapport finali ta' dan id-Dipartiment, datat 11 ta' Frar tal-2011.", "Ir-rapport huwa twil u dettaljat u bil-permess tal-Kamra se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Se ngħid fuq fuq x'fiha t-table of contents ta' dan ir-rapport għax il-ħin ma jippermettilix.", "Fiha l-planning, il-field work, Team 1 u Team 2, għax fl-IAID kien hemm żewġ teams qed jaħdmu fuqu, u hawn ħafna mill-affarijiet li nstabu f'din l-investigazzjoni.", "Gvern Nazzjonalista – u minn hawnhekk insellem lil George Pullicino – ma kien iħares lejn wiċċ ħadd.", "Jekk kien hemm rapport ta' performance ħażina - issa jekk kenitx inkompetenza jew għax kien hemm interessi oħrajn niġu għaliha - ma kien iħares lejn wiċċ ħadd u wara din l-investigazzjoni, Andreina Fenech Farrugia tneħħiet.", "Dan jinsab fil-file tagħha.", "Joseph Muscat dan jafu għax l-IAID iwieġeb lill-Prim Ministru u dan ir-rapport għadu f'Kastilja, għadu fil-file ta' Fenech Farrugia, u allura meta l-Onor.", "Joseph Muscat f'April ordna lil Leo Brincat - illum membru fil-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea - idaħħal f'livell ta' Direttur Ġenerali persuna li l-Unjoni Ewropea kienet ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern Malti dwarha u qaltlu li l-industrija tat-tonn f'Malta kienet miexja ħażin, ma kenitx immexxija tajjeb, kien hemm struttura ħażina u diżorganizzazzjoni f'ċerti affarijiet … Hawn rapport dettaljat dwar dan.", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat f'Marzu jew f'April tal-2013 dan kien jafu, però xorta - għax l-interessi kienu u huma kbar ħafna – kien ordna lil Leo Brincat, li dak iż-żmien kien Ministru għall-Ambjent, jerġa' jdaħħal lil Andreina Fenech Farrugia.", "F'pajjiż normali li Prim Ministru li jinqabad jigdeb dolożament, intenzjonalment, hija a no-go area.", "Bil-permess tiegħek, Sur President, se nkun qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll il-Minuti ta' laqgħa li saret bejn ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, Marlene Bonnici, u Lowri Evans, id-Director General (DG MARE) tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri d-dekasteru li għandu x'jaqsam ma' din l-industrija, datat 22 ta' Marzu 2013, madwar tliet ġimgħat wara li l-Onor.", "Ħalli naqra mill-Minuti ta' din il-laqgħa:", "Fit-22 ta' Marzu tal-2013 Fenech Farrugia ma kenitx għadha Direttur Ġenerali u hawn qegħdin jirreferu għal sitwazzjoni fi Frar tal-2011 meta kienet Direttur.", "Joseph Muscat neħħa lill-persuna li f'sentejn ittrasformat lis-settur għall-aħjar u li ġabet il-kudos – dawn jużawha ħafna l-kelma \"kudos\" imma ilhom ma jagħmlu tweets fuq il-kudos – min-naħa tal-Unjoni Ewropea.", "Għalfejn dan?", "Għalhekk hawnhekk tqum il-mistoqsija: X'patt kien hemm mal-Onor.", "Joseph Muscat u mal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2013?", "Sur President, jien lill-Ministru Herrera tajtu l-benefiċċju tad-dubju imma issa sirna nafu li Fenech Farrugia ġiet imġiegħla tiġi sospiża meta ħarġet l-istorja fil-ġurnali Spanjoli u Maltin.", "Issa sirna nafu li l-Onor.", "Herrera ilu jaf minn Ottubru li għaddejja investigazzjoni b'inkjesta maġisterjali.", "Mela ma neħħihiex dakinhar u għat-tieni darba - kif għamlu l-FBI ma' Ali Sadr tal-Bank Pilatus fl-Amerika - kellhom ikunu l-awtoritajiet Spanjoli li ġiegħlu li f'Malta jkun hemm reazzjoni.", "Il-Ministru Herrera kien ilu jaf dwar dan minn Ottubru.", "Sur President, minjaf kemm-il darba aħna l-avukati nkunu mitluba nassistu impjegat ta' xi dipartiment tal-gvern li jiġi mressaq jew akkużat għax ikun inqabad jieħu xi erba' sapuniet jew xi erba' tiġiġiet mill-kċina tal-isptar.", "F'każ bħal dan jittieħdu passi dixxiplinarji u dan jiġi sospiż mill-ewwel, u jiġi sospiż fuq half pay, qatt fuq full pay.", "Però din is-Sinjura ġiet sospiża fuq full pay, jiġifieri dan huwa trattament differenti.", "Mhux għax se tħosshom half pay jew full pay imma dan huwa trattament differenti.", "Allura għalfejn il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari, lili u lill-Onor.", "Marlene Farrugia gidbilna f'wiċċna biex joqgħod jieħu ċ-ċapċip ta' sħabu?", "Is-Segretarju Parlamentari kien jaf li kien hemm dawn ir-rapporti, kien jaf bil-Minuti tal-laqgħa li kien hemm f'Marzu tal-2013, kien jaf li sentejn qabel l-Unjoni Ewropea kienet talbet formalment li jittieħdu passi u kien jaf li l-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet il-passi tremendi li għamlet l-industrija bit-tmexxija l-ġdida, iżda minkejja dan, kif telgħu huma fil-gvern … Il-Ministru għall-Ambjent ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Leo Brincat u l-Onor.", "Roderick Galdes bħala Segretarju Parlamentari jridu jwieġbu għalfejn daħħluha lil din il-persuna u jekk hux veru li kien hemm patt mal-Partit Laburista.", "Lill-ġurnalisti li qed isegwuna rrid ngħidilhom li lbieraħ l-Onor.", "Joseph Muscat gidbilhom f'wiċċhom u qalilhom li m'hemm xejn fil-file tagħha.", "Hemm rapport ta' aktar minn 100 paġna fil-file tagħha fl-ogħla livelli f'Kastilja!", "X'kien hemm bżonn aktar minn dawn il-Minuti tat-22 ta' Marzu tal-2013, tliet ġimgħat wara li l-Onor.", "Iswed fuq l-abjad.", "Jien se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti ta' laqgħa uffiċjali bejn ir-Rappreżentant Permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea u d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat MARE tal-Unjoni Ewropea.", "Mela wara li tneħħiet Fenech Farrugia, ġiet minflokha persuna oħra li f'sentejn ittrasformat is-settur u ġabet ir-rispons, l-applaws, l-apprezzament, il-prosit tal-Unjoni Ewropea, imma l-Onor.", "Joseph Muscat neħħa lil min kien kapaċi, lil min kien qed iġib ir-riżultati bil-provi u reġa' għamel lil din il-persuna!", "U lanqas reġa' għamilha fl-istess pożizzjoni imma għamilha f'pożizzjoni ogħla.", "X'interessi kellu forsi Keith Schembri f'din il-kwestjoni?", "X'patt kien hemm u x'ordni ngħata l-Ministru ta' dak iż-żmien Leo Brincat biex din il-persuna tiġi reinstated?", "\"Reinstated\" mhijiex il-kelma t-tajba għax \"reinstated\" tfisser li terġa' tidħol fl-istess livell li kont, imma din reġgħet iddaħħlet f'livell ogħla, fil-pożizzjoni ta' Direttur Ġenerali.", "Altru li l-ħuta minn rasha tinten!", "Sur President, qabel nagħaq irrid nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Punti dwar laqgħa bejn ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat MARE tal-Kummissjoni Ewropea, fit-22 ta' Marzu 2013.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, f'din l-aħħar kwarta nixtieq niffoka ftit fuq is-sitwazzjoni tal-pajjiż.", "Kif taf, il-Partit Nazzjonalista bħalissa qiegħed jorganizza l-Kunsill Ġenerali u matul tmiem il-ġimgħa, b'mod partikolari, qgħadt naħseb ftit fuq l-istat tal-pajjiż, fuq x'inhuma l-isfidi u fuq fejn qegħdin.", "Jien naħseb li, l-ewwel nett, aħna l-politiċi, b'mod partikolari l-Gvern, għandu jħares ftit lejn il-policies tiegħu u jagħmel ċerti tibdiliet għax naħseb li pajjiżna reġa' qiegħed f'salib it-toroq.", "Hemm tliet pilastri li dejjem kienu bażiċi għal dak li jfisser pajjiżna.", "Fuq naħa waħda hemm ix-xogħol, fuq in-naħa l-oħra hemm l-edukazzjoni, u llum, aktar minn qatt qabel, hemm l-ambjent.", "Jien se nibda billi nitkellem ftit fuq ix-xogħol.", "Illum f'pajjiżna qisu hawn din il-myth li għax hawn ċifri tajbin, għax il-qgħad qiegħed f'livell baxx, allura m'għandna l-ebda problema fil-qasam tax-xogħol.", "Huwa veru li l-qgħad jinsab f'livell baxx, huwa veru li l-figuri ekonomiċi tagħna huma tajbin, għal diversi raġunijiet, imma naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu żball bħala politiċi jekk ngħidu li f'dan il-qasam kollox sejjer tajjeb u ninsew dak li qed jiġri verament f'pajjiżna.", "Il-verità hija li għandek ftit industriji li sejrin tajjeb, li huma b'saħħithom, li qegħdin joffru impjiegi tajbin, imma mbagħad għandek faxxa kbira ta' nies f'pajjiżna li qed ibatu bis-serjetà.", "Naħseb li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna għandna faxxa ta' nies, ta' familji, ħafna drabi biż-żewġ ġenituri jaħdmu, li xorta qed isibuha diffiċli ħafna biex ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.", "Din hija realtà li ssibha kullimkien.", "Kien hemm min qalilna li din hija problema f'ċerti partijiet ta' Malta li mhumiex daqshekk affluwenti imma dan mhu veru xejn.", "Din hija realtà li nsibuha mifruxa madwar Malta.", "Dawn huma nies li wħud minnhom huma gradwati u li għandhom impjiegi relattivament diċenti imma ma jwasslux sal-aħħar tax-xahar.", "U din irridu nħarsu lejha bis-serjetà.", "Marbuta ma' dan hemm l-isfidi li dejjem qegħdin jiżdiedu fejn tidħol il-kwestjoni ta' xiri u kiri tal-proprjetà, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ.", "Bħalissa ħafna politiċi qegħdin jikkwotaw, kif inhu sewwa li jagħmlu, post li kien għamel żagħżugħ fuq Facebook, ċertu Damian - insejt kunjomu imma naf li tkellimna fuqu f'din il-Kamra - li qal li llum iż-żgħażagħ jistgħu jaqtgħu qalbhom li jixtru proprjetà tagħhom u qed isibuha diffiċli anke biex jikru l-proprjetà tagħhom.", "Dan il-post li ttella' mar viral u ma nafx kemm kellu likes u shares.", "Aħna l-politiċi li nidħlu fid-djar tan-nies naraw li din hija verità, din hija xi ħaġa li ż-żgħażagħ qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha.", "U hawnhekk qed nitkellmu fuq żgħażagħ li ġejjin minn firxa differenti tas-soċjetà, żgħażagħ li llum huma gradwati, li llum għandhom impjiegi relattivament tajbin.", "Uħud minnhom diġà qatgħu qalbhom li jixtru l-post tagħhom imma llum qegħdin jinkwetaw għax jistgħu jaslu f'sitwazzjoni fejn ma jkunux jistgħu lanqas jikru.", "Meta nitkellmu fuq dan il-qasam, fuq ix-xogħol b'mod partikolari, naħseb li hemm ċerti affarijiet li rridu nagħmluhom bis-serjetà.", "L-ewwel nett, xi ħaġa li ili nikkummenta ħafna dwarha hija li wisq nibża' li f'pajjiżna aħna kuntenti li hawn l-industriji li qegħdin jipprovdu l-postijiet tax-xogħol u donnu ma naħsbux li għada pitgħada d-dinja se tinbidel, donnu ma tantx qegħdin nagħtu kas x'se jiġri fil-futur f'pajjiżna bejn ħamsa u 15-il sena oħra.", "Din hija xi ħaġa li aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni ilna nikkritikawha ħafna.", "Ma jistax ikun li ma nħarsux fit-tul għax l-ekonomija dejjem hekk imxiet u hekk se tibqa' timxi.", "Ma jistax ikun li bħala pajjiż ma nagħmlux sforz kbir biex nidentifikaw ekonomiji u industriji ġodda li nistgħu nġibu lejn pajjiżna.", "Dawn iridu jkunu industriji li nikbru magħhom u jikbru magħna fil-ħames snin, għaxar snin, 15-il sena li ġejjin, għax il-verità hija li dawk l-industriji li bħalissa huma b'saħħithom f'pajjiżna għad jasal mument li jew jagħżlu li jitilqu minn hawn, jew l-industrija tinbidel, jew tibda tnaqqas, eċċ. Kif diġa għedt, l-ekonomija dejjem hekk imxiet u hekk se tibqa' timxi.", "Jekk mhux se nagħmlu hekk allura se nibqgħu – jien ngħid li qegħdin fil-bidu ta' din il-curve – f'sitwazzjoni fejn iż-żgħażagħ tagħna se jkollhom inqas u inqas opportunitajiet biex ikollhom postijiet tax-xogħol li joffru pagi tajbin.", "Ilbieraħ onestament ixxokkjajt ruħi meta kont qed naqra l-ġurnali u l-portals.", "L-ewwel nett, tiddejjaq meta tara li l-HSBC, li huwa pilastru tas-servizzi bankarji f'pajjiżna, jonqoslu l-profitt bi 23%.", "Dik fiha nnifisha diġà hija ftit ta' red line li aħna bħala politiċi għandna ninkwetaw dwarha, imma aktar tinkwetak ir-raġuni primarja li ta s-CEO tal-HSBC, li qal li hu jattribwixxi dan in-nuqqas ta' profitt għall-fatt li pajjiżna qed ikollu reputazzjoni ħażina fuqu nnifsu, bir-riperkussjonijiet li dan ikollu fis-servizzi finanzjarji, bħas-servizzi bankarji.", "Ilna ħafna snin fl-Oppożizzjoni ngħidu li dak li qed jiġri f'pajjiżna maż-żmien se jkollu effetti negattivi li se jaffettwaw b'mod dirett lilna l-Maltin u l-Għawdxin.", "Naħseb li dak li rajna lbieraħ u dak li ġie rapportat li qal is-CEO tal-HSBC juri li, sfortunatament, għandna problema, għandna sfida, u jekk mhux se nagħmlu xi ħaġa dwarha se jkollna riperkussjonijiet koroh.", "Dan qed jgħidu wieħed mill-main players ta' waħda mill-industriji kruċjali f'pajjiżna, waħda mill-industriji li hija the best paying fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fis-servizzi bankarji.", "Jekk mhux se nagħmlu hekk allura se nkunu aħna stess il-kaġun ta' dak li jista' jiġri f'pajjiżna.", "Għalhekk l-appell tiegħi lill-Gvern huwa biex nieħdu dawn l-affarijiet bis-serjetà u l-aktar ħaġa li rridu nieħdu bis-serjetà hija r-reputazzjoni ta' dan pajjiż.", "Nassigurah li se jsib is-sapport min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Nafu minn xiex għaddew ta' qabilna, li għarqu l-għaraq tad-demm sabiex iġibu industriji bħal dawn f'pajjiżna.", "Ilkoll nafu dwar il-kompetizzjoni sfrenata li hemm bejn il-pajjiżi sabiex jattiraw l-industriji li għandna aħna u biex jeħduhom minn taħtna ħalli jkunu jistgħu joperaw fil-pajjiżi tagħhom, u aħna minflok napprezzaw u nindukraw dak li għandna sabiex inkunu nistgħu nsaħħuh, qegħdin kważi kważi nagħmlu minn kollox biex nitilfuh.", "Għalhekk nappella biex inpoġġu bilqiegħda mal-operaturi, mhux biss tas-servizz finanzjarju u tas-servizz bankarju, imma l-operaturi ta' industriji, speċjalment fejn il-main players ikunu kumpaniji barranin, ħalli naraw l-ewwel nett x'qed iżommhom f'pajjiżna u nsaħħuhom, imma ejjew naraw ukoll x'inhuma l-affarijiet li jinkwetawhom.", "Jien kelli l-opportunità li nżur kumpaniji tal-igaming u nista' ngħid li filwaqt li ħames snin jew seba' snin ilu kienu kważi jagħmlulek eloġju sħiħ, illum jgħidulek li għalkemm mhux se jitilqu, hemm xi affarijiet li qed jinkwetawhom.", "U fost il-problemi li qed isibu hemm il-kera li qed iħallsu l-ħaddiema tagħhom u l-fatt li m'aħniex qed nagħtu l-importanza li għandna nagħtu lill-ambjent.", "Għandek nies, li ħafna minnhom huma żgħażagħ, tajbin, gradwati u b'esperjenza, li qed jiġu f'Malta u għalkemm huma l-iktar nies imħallsin tajjeb fil-pajjiż, qed jaraw li mhux worth it li jibqgħu fil-postijiet tal-kera bil-prezzijiet li għandna f'pajjiżna bħalissa.", "Dawn qed jibdew iħossu li pajjiżna mhux qed jagħti l-kwalità ta' ħajja li jistennew.", "Sur President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella biex nieħdu l-affarijiet bis-serjetà, l-ewwel nett għalina l-Maltin u l-Għawdxin għax ħaqqna ngħixu f'pajjiż li jixraq fis-seklu 21, imma aktar minn hekk sabiex dak li għandna nżommuh.", "Ejjew ma nkunux aħna li nitilfuh minn taħt idejna.", "Però xi ħaġa importanti aktar u aktar hija li nfittxu industriji ġodda, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ tagħna.", "Irridu nibdew inħarrġu ż-żgħażagħ f'industriji ġodda għax jekk mhux se jsir hekk se naslu f'punt li l-għażliet li jkollhom għaxar snin, 15-il sena oħra, se jkunu dejjem aktar limitati.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.20 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "BAĠIT 2019 - KAMPANJA PUBBLIĊITARJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7448 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif, kemm u lil min jew lil liema media, saret l-ispiża tal-kampanja pubbliċitarja tal-Baġit 2019?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża fuq il-kampanja pubbliċitarja tal-Baġit 2019 kienet ta' €65,719.27.", "Din tkopri spejjeż marbuta ma' reklami u avvizi informattivi fuq gazzetti, televiżjoni, radju u online.", "L-ispiża fuq reklami fuq Google, Facebook u Instagram kienet ta' €33,701.27 filwaqt li l-ispiza fuq reklami u avvizi informattivi fuq TVM, Net TV, One Group, Times of Malta, The Malta Independent, Lovin Malta, Malta Today, Bay Radio, Torċa u KullĦadd kienet ta' €32,018.", "POWER STATION TA' DELIMARA - INKJESTA DWAR IL-KWALITÀ TAL-FUEL MIXTRI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 7635 u 4400, jista' l-Ministru issa jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, intalab jagħmel fl-aħħar leġiżlatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta' Delimara, hijiex lesta?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): M'għandi xejn xi nżid mat-tweġibiet li diġà tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 4400 u 7635.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – KONSULENTI INGAĠĠATI – ISMIJIET U ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7415 u 4309 u ċjoè: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-aħbar li hemm illum fil-ġurnal The Malta Independent li numru ta' siti tal-Wastserv qed joperaw minkejja li l-permessi relattivi skadew sena ilu, jista' l-Ministru jgħid kemm huma s-siti li qed joperaw b'permess skadut, meta skadew u r-raġuni?", "Jista' jgħid ukoll min assuma r-responsabbilità għal dan?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li b'kollox hemm seba' siti tal-WasteServ li l-permess tagħhom skada matul l-2018 ħlief wieħed li skada lejn l-aħħar tal-2017.", "F'kull każ hemm għaddej applikazzjoni għal tiġdid li jridu jieħdu ż-żmien tagħhom.", "Wieħed jifhem is-sitwazzjoni li kien ikun ferm aħjar li l-permess ġie mġedded qabel ma skada, però wieħed jifhem ukoll li n-natura tal-attività hija waħda essenzjali għall-pajjiż u ma naħsibx li l-Onor.", "Interpellant qed jissuġġerixxi li sakemm għadu għaddej il-proċess ta' tiġdid għandna nikkawżaw kaos ambjentali billi nagħlqu s-siti, anke għaliex essenzjalment l-attività hija kontinwità ta' dak li kien hemm qabel.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA U WASTESERV – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7876 u jagħti dettaljatament x'kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-Wasteserv u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta' Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8111 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid dettaljatament kemm kienu l-ispejjeż fuq interior decoration f'Kastilja mill-2013 'l hawn, lil min tħallsu, jekk kienx hemm tender jew le u d-data rispettiva?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-investiment li sar fil-Berġa ta' Kastilja fl-aħħar sitt snin kien ilaħħaq il-€1,315,023.", "Dan l-investiment kien jikkonsisti primarjament f'xogħol qawwi ħafna ta' refurbishment li kien hemm bżonn li jsir fit-taqsimiet kollha li joperaw mill-Berġa ta' Kastilja.", "Kważi l-istess ammont - €1,261,117 - kienu investiti fuq xogħol ta' refurbishment f'Kastilja mill-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "L-għan ta' dan l-investiment li sar matul is-snin dejjem kien dak li jagħti dinjità lill-Berġa ta' Kastilja bħala l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Ix-xogħol li sar mill-2013 'il quddiem kien jikkonsisti fost oħrajn f'tibjid u xogħol ieħor relatat mal-uffiċini u s-swali, interventi fuq is-sistemi tad-dawl elettriku bil-għan li jiġu konformi ma' standards moderni, tibdil ta' għamara, xogħol fuq bibien tal-uffiċini, xogħol ta' skirting, xogħol fuq parquet floorings, xogħol ta' gypsum, polishing tal-art, xogħol fuq it-twieqi tal-uffiċini u tas-swali, tibdil ta' purtieri, xogħol fuq sistemi ta' CCTV u xogħol fuq restrooms u kitchenettes.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li matul l-aħħar sitt snin il-Berġa ta' Kastilja ospitat sensiela ta' avvenimenti relatati maċ-CHOGM u mal-Valletta Summit fl-2015 u anke mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE fl-2017, apparti madwar 50 żjara minn Kapijiet ta' Stati barranin, Prim Ministri u personalitajiet oħra.", "F'Jannar 2014 sfortunatament kien hemm ukoll nirien li ħakmu l-parti tar-reception area tal-Berġa.", "Il-lista ta' kumpaniji / individwi li wettqu x-xogħol ta' refurbishment mill-2013 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-proċedura segwita biex saru x-xogħlijiet neċessarji hija skont ir-regolamenti finanzjarji tal-Gvern.", "PEMBROKE – PROPRJETAJIET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-Gvern f'Pembroke mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-ħames mistoqsijiet imressqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ LIMITI TAN-NAXXAR – PROPRJETAJIET TAL-GVERN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid xi proprjetajiet għandu l-Gvern f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tan-Naxxar mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-ħames mistoqsijiet imressqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "STATI UNITI TAL-AMERIKA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7986, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lill-Istati Uniti tal-Amerika mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ittri maħruġin:", "2014 – tlieta li ġew esegwiti", "2015 – waħda li ġiet esegwita", "2017 – tnejn fejn waħda ġiet esegwita u oħra tinsab pendenti", "2018 – waħda li tinsab pendenti", "REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7985, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ittri maħruġin:", "2013 – waħda li għadha pendenti", "2014 – tnejn li ġew esegwiti", "2015 – tnejn fejn waħda ġiet esegwita u oħra għadha pendenti", "2016 – disgħa li għadhom pendenti;", "2018 – waħda li ġiet esegwita", "2019 – waħda li għadha pendenti", "RENJU TAL-BELĠJU – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7984, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Renju tal-Belġju mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ittri maħruġin:", "2014 – waħda li hija pendenti", "2018 – waħda li ġiet esegwita", "REPUBBLIKA TAL-PANAMA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7983 jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lir-Repubblika tal-Panama mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ittri maħruġin:", "2018 – waħda li ġiet esegwita", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8769 u 8563 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, filwaqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, illum hemm 193 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8770 u 8564 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, filwaqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex hemm 91 mara mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet waqt li fil-Gozo Channel (Operations Ltd.) hemm tnejn.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8771 u 8565 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, filwaqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, illum hemm 115-il mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "In-numru ta' nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq, li kien hemm 11-il sena ilu fl-2008, fl-entitajiet taħt dan id-dekasteru kien ta' 26 mara.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "TRANSPORT MALTA – ĦRUĠ TA' LIĊENZJI TAS-SEWQAN", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tariffa mitluba minn Transport Malta għal ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan li jkollhom bżonn ta' verifika ta' tim mediku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta ma titlob l-ebda forma ta' ħlas żejjed minn klijenti li jkollhom bżonn riferimenti mediċi għal kwalunkwe raġuni.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema li sal-lum għadhom fuq il-lista tal-ħaddiema tal-Casma Ltd?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fuq il-kotba tal-Casma baqa' ħames ħaddiema.", "RABAT GĦAWDEX – TRIQ L-EWROPA – XOGĦLIJIET TA' SKAVAR TAL-PIXXINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' skavar tal-pixxina ġewwa l-area fi Triq l-Ewropa f'Victoria Għawdex waqaf għalkollox f'dawn l-aħħar ġranet fejn saħansitra l-makkinarju li kien qed jintuża għall-iskavar m'għadux hemm?", "Interpellant li x-xogħlijiet ma waqfux.", "Bħalissa għaddejjin xogħlijiet biex isir appoġġ ta' ġibjun eżistenti u sabiex issir mobilizzazzjoni skont ir-rikjesti imposti mis-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali wara li sar aċċess fuq il-post meta kienu bdew ix-xogħlijiet.", "IX-XEWKIJA – AREA TAL-ĦOFRA – XOGĦOL TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Fl-area Tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija, Għawdex fejn preżentement qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-allokazzjoni ta' spazju għall-SMEs f'dan il-park u min huma d-ditti jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area u kemm minnhom huma kumpaniji lokali u kemm minnhom huma barranin?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-allokazzjoni ta' SME units fil-park Tal-Ħofra qiegħed fil-proċess.", "Fil-fatt il-Malta Enterprise evalwat numru ta' applikazzjonijiet u s'issa 11-il intrapriża lokali kkwalifikaw u nħarġitilhom il-letter of intent skont il-prassi stabbiliti.", "GĦAWDEX - FINANZJAMENT TA' BINI TA' AKKOMODAZZJONI SOĊJALI MILL-IIP", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għal dak li tħabbar mill-Prim Ministru riċentement li se jiġi allokat fond ta' €50 miljun mill-Iskema tal-Passaporti biex jinbnew 500 appartament għall-akkomodazzjoni soċjali, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn se jkunu mibnija dawn l-appartamenti u kemm minnhom se jkunu f'Għawdex?", "Dawk li se jinbnew f'Għawdex, f'liema lokalità se jkunu?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.", "GĦAWDEX - ŻONI IDENTIFIKATI GĦAT-TKABBIR TA' KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dawk iż-żoni f'Għawdex identifikati bħala żoni li fihom jistgħu jsiru l-faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda żona speċifika li ġiet identifikata għal tkabbir u produzzjoni ta' kannabis għal skopijiet mediċinali.", "GĦAWDEX – HERITAGE MALTA - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu jaħdmu ħaddiema u f'liema pożizzjoni/grad daħlu ma' Heritage Malta ġewwa Għawdex u f'liema post u lokalità qed jaħdmu minn Marzu 2013 maqsuma sena b'sena u xahar b'xahar?", "Meta ħarġu s-sejħiet, fejn ħarġu, fejn dehru u għal kull sejħa x'kienu r-rekwiżiti meħtieġa?", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba tinsab f' din it-tabella:", "*Ara t-tabella li tinsab fl-aħħar ta' dan id-dokument.", "GĦAWDEX – EKO-KONTRIBUZZJONIJIET - PROĠETTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti saru ġewwa Għawdex s'issa u kemm intnefqu flus mill-eko-kontribuzzjoni li jħallas kull turist li jżur pajjiżna u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2019?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu wettaq diversi xogħlijiet ġewwa l-gżira Għawdxija permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Projects Malta u l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi.", "L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġġar tal-bajjiet ġewwa Għawdex bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi.", "Bejn l-2017 u l-2018 l-MTA nefqet kważi €650,000 f'Għawdex.", "Bis-saħħa ta' dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta' Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta' Blue Flag u kien ukoll possibbli li jiġġedded il-Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla.", "Għas-sena 2019 huwa ppjanat li dan l-investiment ikompli jissaħħaħ.", "Flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet katalista sabiex inġieb il-festival Abode on the Rock direttament għal Għawdex, torganizza wkoll l-International Fireworks Festival b'waħda mis-serati sseħħ proprju ġewwa Għawdex, ittellgħet ukoll il-Gozo Alive u għenet diversi attivitajiet li saru ġewwa Għawdex, fosthom il-Gozo Carnival u l-Gozo New Year's Eve.", "Permezz ta' Conventions Malta saru wkoll diversi konferenzi ta' daqs żgħir u medju ġewwa l-gżira Għawdxija.Min-naħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Conventions Malta, Għawdex qiegħda tiġi promossa bħala destinazzjoni minnha nnifisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avvenimenti MICE.", "Fil-fatt waqt fieri MICE, Għawdex tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma' negozju, minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva.", "Il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi qiegħda tikkollabora mal-Ministeru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tax-Xlendi u titjib fuq il-bajjiet filwaqt li sa mit-twaqqif tagħha Projects Malta Ltd dejjem tat prijorità għall-proġetti relatati mal-qasam tas-saħħa fil-gżira Għawdxija, fosthom il-proġett ta' Barts Medical School.", "Il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għal Għawdex ħabbru wkoll l-iskema Enable Tourism li permezz tagħha stabbilimenti turistiċi ġewwa Għawdex jistgħu jagħmlu xogħol relatat mal-aċċessibilità ta' siti turistiċi b'50% tal-ispiża tkun iffinanzjata mill-Gvern taħt din l-iskema.", "Ġew imħabbra wkoll pjanijiet għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi, fejn apparti li l-parkeġġ eżistenti se jikber b'60 parking spaces oħra, għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn iż-żewġ Ministeri fuq ir-riġenerazzjoni u sand replenishment tal-istess bajja.", "L-istrateġija tal-Gvern dwar it-turiżmu f'Għawdex hija li tiġi indirizzata aktar il-kwestjoni tal-istaġjonalità u jitjiebu r-rati tal-okkupanza fix-shoulder months.", "* Tabella bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 8933"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190220_200d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 25 ta' Frar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8112 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta' Kastilja?", "Jista' jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jgħaddi fondi jew għadda fondi jew se jgħaddu fondi lill-klabbs sportivi u liema fondi mhumiex ta' SportMalta?", "Jista' jagħti lista tal-klabbs sportivi li bbenefikaw jew se jibbenefikaw minn dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sitt snin il-Bank of Valletta xtara/akkwista bonds fi ħruġ ta' bonds mill-privat f'Malta?", "Jista' jagħti d-dettalji f'kull każ?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Prim Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7982, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lill-Emirati Għarab Magħquda mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7981, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7980, jista' l-Ministru jgħid lejn liema Ministeru, dipartiment, awtorità, aġenzija jew entità oħra tal-Gvern ġie trasferit, mitlub jew talab li jmur il-ħaddiem li kien jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li nhar il-21 ta' April 2017 aggredixxa ġurnalist tat-Times of Malta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8310 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8311 u tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8312 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jelenka x'toroq saru ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2018 u x'kienet l-ispi¿a u x'toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bus shelters ġodda u fejn ġewwa Għawdex sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum u kemm hemm ippjanati li jsiru bus shelters u fejn ġewwa Għawdex fl-2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn il-ġranet ma kien hemm ebda ħaddiem u ebda makkinarju u allura ma sar ebda xogħol fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur li ilha għal dawn l-aħħar xhur magħluqa kompletament għat-traffiku?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum, kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-afforestazzjoni fil-Ministeru għal Għawdex?", "X'inhu l-grad tagħhom, x'tip ta' xogħol għandhom u x'responsabilitajiet għandhom?", "Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Kemm minnhom ingħataw promozzjoni mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum u xi promozzjoni ngħataw?", "X'kienu r-rekwiżiti biex jingħataw promozzjoni?", "X'korsijiet għandhom u ntbagħtu dawn il-ħaddiema fil-qasam tal-afforestazzjoni u x'korsijiet obbligatorji hemm ippjanat li jsirilhom matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret, kif ukoll min hu l-perit/kumpaniji inkarigat minn dan il-proġett, u kemm tħallas s'issa?", "Tista' tgħid meta hu ppjanat li dan il-Qorti ġdid jibda jiffunzjona?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' restawr tal-Akwedott tar-Rabat, Għawdex u li kien imħabbar fil-Baġit tas-sena 2017?", "Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża s'issa fuq dan ir-restawr u meta hu mistenni li jitlesta?", "Min qed jagħmel ix-xogħol ta' restawr?", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Jista' l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "B'referenza għall-aħħar eżami għall-post ta' Prinċipal Anzjan mas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal dak li ġie rrapportat li tbaxxiet il-marka tal-ewwel parti tal-eżami u li dan sar għar-raġuni li kienu għaddew 87 biss mill-ewwel parti tal-eżami u fil-fatt kien hemm aktar vakanzi fil-post u peress li ġew appuntati 89 u 9 minnhom ma aċċettawx il-ħatra, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. għaliex ma ġewx appuntati 9 persuni oħra jekk dan kien ifisser li kien għad baqa' 9 postijiet vakanti; u", "b. jekk ma kienx hemm vakanzi fil-post wara sena u erba' xhur u l-eżami jiskadi f'Ottubru 2019, għaliex tbaxxiet il-marka li biha minn ma kienx għadda fl-ewwel parti seta' joqgħod għat-tieni parti u ċjoè l-intervista?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8599 u jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Housing f'Għawdex li ssemma fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex?", "Dan il-proġett fiex jikkonsisti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-proġett jaqax taħt il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u jew/l-Awtorità tad-Djar?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar tul is-sena li għaddiet, kemm intnefaq s'issa u x'se jsir tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema pożizzjoni tinsab Triq Castagna Filippu fil-Gudja u x'passi se jittieħdu biex issir?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u għad iridu jsiru fi Vjal Simmons u Triq Betta Ħal Tarxien?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sorijiet u Triq Santa Teresa f'Ħal Tarxien humiex se jsiru jew le mill-ġdid?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il laqgħa attenda barra minn pajjiżna tul is-sena li għaddiet sija fi ħdan l-Unjoni Ewropea u sija għal laqgħat oħra?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8428 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 5 'il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar minn Marzu 2013 'il hawn?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha tgħix ġo dan il-post ikkundannat u bid-drenaġġ ġej fil-proprjetà tagħha għal bosta snin u bħala alternattiva tawha post f'Għawdex meta dawn għandhom kważi 70 sena bla ebda familjari lejn dawk in-naħat?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Billi l-proġett tal-Waterfront tal-Birgu ilu li sar 17-il sena u billi f'dawn is-snin żdiedu konsiderevolment in-numru ta' karozzi fit-toroq u żdiedet ukoll l-attività kummerċjali fl-area, jista' l-Ministru jara li jsir pjan aħjar ta' traffic management fil-Waterfront tal-Birgu u jekk ikun hemm il-ħtieġa, tinbidel is-sistema tat-traffiku biex ikun hemm ordni kemm għal benefiċċju tar-residenti u wkoll tas-sidien tan-negozji?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jimplimenta s-sistema tad-drenaġġ fi Sqaq Ħofra, Ħal Għargħur?", "Jista' jgħid meta mistenni li din issir?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta' ħlasijiet li saru lil kull credit rating agency li tagħti rating lil Malta, aġenzija b'aġenzija u sena b'sena minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li l-Gvern Malti għandu mal-credit rating agencies li jħallashom għar-rating li jagħti lil Malta?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' konsulenza li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu mal-Malta Development Social Fund u/jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt, inkluż tal-ħlasijiet miftehma u mħallsa, li għandu mad-ditta l-individwu li d-dettalji dwara qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jispjega kif fl-istqarrija tiegħu tat-Tnejn 18 ta' Frar ma ssemmiex il-bini mill-ġdid ta' Triq Nikol Azzopardi fis-Siġġiewi, minkejja li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 8569 kien wieġeb li din hija inkluża fil-lista ta' toroq ġodda għal din is-sena?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Augustus Bartolo u Triq Antonio Nani, it-tnejn f'Ta' Xbiex, għadhom ma biddlux id-direzzjoni tat-traffiku għal kif kienu qabel ma beda l-Proġett tal-Kappara, skont kif kien miftiehem mal-Kunsill Lokali Ta' Xbiex u kif ġie mwiegħed lir-residenti tal-istess lokalità?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qegħdin jintgħażlu t-toroq li qed isir xogħol fuqhom f'Ta' Xbiex, peress li hemm toroq li huma ferm aktar urġenti?", "Jista' jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill fuq l-għażla tat-toroq?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' toroq li hu mistenni li jagħmel, jew jagħmel manutenzjoni fuqhom f'Ta' Xbiex?", "Jista' jindika l-programm ta' kif qed jagħmel dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qegħdin jintgħażlu t-toroq li qed isir xogħol fuqhom fis-Swieqi?", "Jista' jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill fuq l-għażla tat-toroq?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' toroq li hu mistenni li jagħmel, jew jagħmel manutenzjoni fuqhom fis-Swieqi?", "Jista' jindika l-programm ta' kif qed jagħmel dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8613, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti li hemm f'Malta, u fejn fit-tweġiba ntqal li kull uffiċjal pubbliku qiegħed fuq skala skont kif stabbilità fl-Estimi Finanzjarji mingħajr distinzjoni kemm jekk jaħdmu ġo Malta kif ukoll jekk jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex, għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid jekk dan huwiex minnu li qed jingħad għall-impjegati li jaħdmu f'dawn l-uffiċċji li hemm f'Għawdex ċjoè Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess ta' oqbra fl-Addolorata, speċjalment dawk li diġà ħalsu l-ewwel pagament?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi data biex dawn ikunu mogħtija?", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Id-Dikjarazzjoni 36, annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tgħid hekk:", "Fid-dawl ta' din id-dikjarazzjoni unilaterali u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6331, tista' l-Ministru tgħidilna jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea?", "Dan anke fid-dawl ta' dikjarazzjonijiet tal-Gvern Malti fejn stqarr li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eleġibbli għall-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fuq iż-żona magħrufa bħala tat-Tomna fil-Mellieħa, żona li fi snin passati kien hemm pjanijiet li ssir żona industrijali?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jindika fejn fil-Mellieħa ser ikunu qed jinbnew l-appartamenti li l-Ministru semma fl-aħħar jiem u li kien rappurtat fuq il-mezzi tax-xandir?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rappurtati każijiet ta' serq mil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar xahar b'xahar, lokalità b'lokalità bejn l-1 ta' Ottubru u s-17 ta' Frar 2019?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar dak li qiegħed jiġi allegat fil-media lokali li Supretendent tal-Pulizija huwa ffaċċjat b'58 istanza ta' sperġur?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dan l-uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija ma ġiex sospiż pendenti l-investigazzjonijiet?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3699 u 429 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7753 u jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemm-il persuna u kif kienu approvati l-family friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8866 u jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b'mod favorevoli li jżid aktar fish farms u jekk iva, jista' jindika preċiżament fejn?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jibdew jitħallsu s-Senior Operative IV b'salarju skala 16, li suppost kienet b'seħħ mill-4 ta Diċembru 2017?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li jiġu installati parati ġodda f'Għar Lapsi hekk kif uħud minnhom tkissru u s-sajjieda qed isibuha diffiċli jtellgħu l-bċejjeċ tagħhom mill-baħar?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta' żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru, mill-aktar fis, jikkunsidra l-installazzjoni ta' lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-inkwilini huma anzjani u għandhom problemi serji ta' mobbilità kemm minħabba raġunijiet ta' saħħa kif ukoll minħabba l-età tagħhom (għandhom 'il fuq minn 70 sena)?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8875, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8874, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Educational Support Services Department mhux ħa jkompli jissussidja s-servizzi li l-Inspire tipprovdi għal persuni bi b¿onnijiet speċiali f'dak li għadu x'jaqsam ma' tutor visits in classroom during school year, tutor sessions in summer u summer group therapyat Bulebel/Marsascala) Jista' jikkonferma wkoll li issa l-ġenituri ta' dawn it-tfal bi b¿onnijiet speċiali jridu japplikaw mill-ġdid għal dawn is-servizzi mill-Autism Spectrum Support Team through the school INCO?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8449 u 8699 fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa baqa jinsisti li l-kapsoli omega+ qatt ma ngħataw mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara d-dokumenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jara li dawn il-kapsoli jkompli jingħataw lil din il-pazjenti?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'qed isir mill-Ispettorat tad-Dipartiment tas-Saħħa (Sanità) sabiex jara li l-kmamar li qed jinbnew fil-barrieri jkunu diċenti biex jgħixu persuni fihom?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Iżvilupp għall-kmamar li qed jinbnew f'barrieri, maħsuba li fihom jgħixu ħaddiema barranin?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li kitbet id-Direttur Ġenerali sospiża rigward kemm kien in-numru ta' tonn żejjed fil-gaġeġ li nstabu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema għal kull pajjiż rispettiv li għal dawn l-aħħar ħames snin ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom tas-servizzi soċjali (social services)?", "Jista' jgħid ukoll x'kienu l-kategoriji rispettivi tal-ħlasijiet li saru minn dawn il-ħaddiema f'dawn l-aħħar ħames snin maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isir Ċentru tas-Saħħa ieħor fit-Tramuntana ta' Malta?", "Jekk iva, jista' jagħti indikazzjoni lejn liema lokalità qiegħed iħares, biex isir dan iċ-ċentru, u liema lokalitajiet se jkun qiegħed iservi?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li titranġa l-ħsara li saret fl-għelieqi tal-bdiewa li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament meta sar ix-xogħol fi Triq ir-Ramla, fiż-żona tal-Aħrax tal-Mellieħa, limiti tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li jibda l-proċess biex isiru t-tiswijiet li hemm bżonn fis-slipway tal-Mistra?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li s-sit fi Triq Valperga, il-Fgura bejn il-grawnd tal-futbol u Bieb il-Polverista, jitnaddaf minn ħaxix ħażin u affarijiet oħra?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti?", "Kemm ilhom jistennew dawn il-persuni?", "X'passi qiegħed jieħu biex inaqqas din l-istennija għal din l-operazzjoni?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti fil-Young People's Unit u l-etajiet rispettivi tagħhom?", "Hemm xi residenti f'din il-unit li fil-fatt m'għandhomx problemi ta' nuqqas ta' saħħa mentali?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul is-sena li għaddiet u liema xogħol kienu jagħmlu?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw f'dawn l-aħħar sentejn?", "X'passi ttieħdu kontra dawn il-persuni u dawk is-sidien li ħaddmu dawn in-nies?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża?", "Min huwa intitolat għall-Karta r-Roża?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamel?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Ma' min kien akkumpanjat għal kull safra?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sal-lum kemm ħarġu permess Y?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir mar-roundabout ta' Bir id-Deheb hekk kif toħroġ mill-bypass ta' Ħal Għaxaq?", "Meta hemm pjan li jitlesta dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru ġentilment jara li jkun hemm traffic management aħjar sakemm jitlesta x-xogħol li qed isir mar-roundabout ta' Bir id-Deheb hekk kif toħroġ mill-bypass ta' Ħal Għaxaq għax qed ikun hemm staġnar sħiħ ta' karozzi f'diversi toroq tal-madwar?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sal-lum x'inxtara mir-Residenza San Vinċenz de Paul, item b'item u jekk dan inxtrawx b'direct order jew b'tender jew billi jintalbu prezzijiet?", "Jista' jagħti l-ismijiet ta' kumpaniji, ħwienet, kuntratturi, intrapriżi eċċ. minn fejn inxtara kull item?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 66 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi – Tielet Qari - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "22 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "LIspeaker tal-Kamra tad-Deputati u President talKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra, javża li lKumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Frar 2019 fit-3.30 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 25 ta' Frar 2019, fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Frar, 2018 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; u", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Marzu, 2019 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "22 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190225_201a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 25 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 25 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 25 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 200, li saret fll-20 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru III tal-2019 - Att tal-2019 dwar l-Amministrazzjoni Pubblika; u", "Att Nru IV tal-2019 - Att tal-2019 li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni parlamentari komposta mill-Onor.", "Frederick Azzopardi fil-15-il Sessjoni Plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran li nżammet fi Strasburgu fit-13 u l-14 ta' Frar 2019.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BERĠA TA' KASTILJA – INVENTARJU TAL-OPRI TAL-ARTI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8112 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta' Kastilja?", "Jista' jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "Sur President, irrid ngħid li sadanittant irnexxieli nikseb it-tweġiba sabiex, b'rispett lejn l-Onor.", "Interpellant, inkun nista' nagħtih l-informazzjoni.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġaladarba jagħmel id-domanda mill-ġdid, se tkun imwieġba immedjatament.", "Jekk irid, nista' ngħaddilu kopja informalment, sabiex ikollu pussess tagħha, jew inkella jerġa' jagħmilli d-domanda.", "Irrid ngħid li t-tweġiba qiegħda hawnhekk.", "Formalment ma laħħaqtx inkludejtha għal-lum, però ġibt l-informazzjoni miegħi sabiex jekk irid jistaqsi xi domandi, nista' nwieġbu liberament.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, waħda mir-responsabbiltajiet tal-Ministru hija l-wirt kulturali tagħna.", "Verament ħadt pjaċir b'inizjattiva tal-aħħar baġit li qed taħdem diġà li t-tfal tal-iskola llum jistgħu jidħlu fil-mużewijiet kollha ta' Heritage Malta b'xejn.", "Dik hija miżura li tolqot tajjeb ħafna lit-tfal sabiex jitgħallmu dwar il-wirt kulturali tagħna.", "X'qed jagħmlu Heritage Malta u l-Ministeru għall-Kultura sabiex jippromovu l-wirt kulturali tagħna mhux biss mat-tfal, iżda anke mal-adulti u mat-turisti li jkunu fostna?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din id-domanda.", "L-ewwel nett, qabel ma nwieġeb id-domanda, rrid nsellem lill-ħaddiema kollha ta' Heritage Malta, li lbieraħ matul il-maltempata li kien hawn f'pajjiżna għamlu dak kollu li huwa possibbli biex jipproteġu kemm jista' jkun il-wirt storiku tagħna.", "Jien infurmat li l-ħaddiema ta' Heritage Malta għamlu mhux biss dak kollu mistenni minnhom, imma they went beyond their call of duty.", "Dawn huma nies li minn jeddhom iddeċidew li jidħlu għax-xogħol sabiex jaraw li l-wirt storiku jiġi protett kemm jista' jkun.", "Irrid nirringrazzja minn qalbi lill-ħaddiema kollha tas-servizz pubbliku, ta' kull entità, li lbieraħ kienu hemmhekk u wrew xi jfisser li sservi lill-poplu.", "Nirringrazzjahom minn qalbi għan-nom ta' kulħadd.", "Inċidentalment irrid ngħid li diġà ħabbarna llum u ħriġna stqarrija dwr il-wirt storiku li ntlaqat mill-maltemp.", "Għall-grazzja tal-Ħanin Alla setgħet kienet agħar.", "F'postijiet bħal Sant' Iermu u Sant' Anġlu li qegħdin fil-bokka u qalgħu ħafna fil-maltempata, għall-grazzja tal-Ħanin Alla ma kienx hemm ħsarat.", "F'Sant'Anġlu kien hemm xi ħsarat, imma żgur li setgħet kienet agħar.", "Kien hemm ukoll ħsarat pjuttost konsiderevoli fuq il-Visitors Centre ta' Ħaġar Qim.", "Għall-grazzja ta' Alla, kemm Ħaġar Qim u kemm it-tinda felħu għar-riħ li kien hemm, imma l-Visitors Centre sfortunatament sofra xi ħsarat.", "Biss il-Visitors Centre huwa struttura moderna li saret ftit tax-xhur ilu, u allura kollox jista' jiġi msewwi.", "Għall-grazzja ta' Alla, fejn jidħol wirt storiku, jien infurmat li l-maltempata ma ħallietx effetti negattivi daqskemm wieħed seta' jibża'.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, għandi mistoqsija li m'għandhiex x'taqsam mad-domanda oriġinali.", "Nixtieq inġib għall-attenzjoni tal-Ministru problema ta' kull min jaħdem il-qorti, partikolarment fil-qrati ta' ġurisdizzjoni kriminali, problema li naf li l-Ministru huwa mgħarraf dwarha għax għamiltlu mistoqsija fuq dan is-suġġett fl-2018.", "Hemmhekk hemm problema kbira minħabba d-dewmien biex isiru t-traskrizzjonijiet tax-xhieda.", "Dan qed jikkontribwixxi għal dewmien fil-qtugħ ta' kawżi ta' natura kriminali.", "Sal-lum stess, mingħajr ma nsemmi l-awla, kellmuni deputati reġistraturi li qaluli li għandhom dewmien ġieli anke ta' tliet xhur minn meta tingħata x-xhieda sa meta tkun traskritta.", "Qed inġib dan ġentilment għall-attenzjoni tiegħu u nitolbu biex, jekk jogħġbu, jaċċetta s-suġġeriment that he nipx this in the bud, għaliex apparti li huwa tajjeb li jsir hekk, hemm backlog sostanzjali ta' kawżi kriminali li naf li qed jeħlu, speċjalment isfel, u mhux fuq fl-appell, għaliex bejn seduta u oħra jgħaddu tliet xhur sakemm issir it-traskrizzjoni.", "Huma ftit in-nies li lesti li jagħmlu t-traskrizzjoni, u allura għandhom backlog kbir.", "OWEN BONNICI: Sur President, se nibda mill-aħħar.", "Nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, għax kemm jien kif ukoll inti, Sur President, konna naħdmu l-qorti u l-iktar ħaġa li tiffrustrak hija li tiġi għas-seduta ta' wara u jgħidlek li x-xhieda għadha mhijiex traskritta.", "Din hija xi ħaġa assolutament mhux aċċettabbli.", "Jien infurmat li rigward traskrizzjonijiet kien hemm titjib minn mindu għamel id-domanda fl-2018.", "Se nagħmel ħilti biex ninvestiga kwalunkwe nuqqas li hemm fl-awli.", "Biex kulħadd jifhimni, dan huwa xogħol li l-ħaddiema jitħallsu extra għalih.", "It-traskrizzjoni hija xogħol li l-impjegati tal-Qorti jieħdu – u se nuża kelma li mhijiex korretta – bħala part-time, extra money, talli jagħmluh.", "Jien ma nista' nġiegħel lil ħadd li jagħmel it-traskrizzjonijiet u lanqas ma nista' nagħmel outsourcing tat-traskrizzjonijiet, imma l-Onor.", "Interpellant jifhimni li jekk ma jkollix triq oħra jkolli nagħmel li ma rridx.", "Jekk ma jkollix triq oħra bilfors ikolli nagħmel outsourcing tax-xogħol barra mill-Qorti.", "Nixtieq nagħmel appell lill-ħaddiema tal-Qorti.", "Naf li jrid ikun hemm a work-life balance u naf li jaħdmu u jagħtu l-massimu tagħhom u nirringrazzjahom.", "Inċidentalment, meta noħorġu internal call for applications għal xogħol il-qorti, ma ssibx queue ta' nies li jridu jmorru, għax l-ambjent tal-qorti huwa ambjent fejn trid tagħmilha mal-ġudikanti.", "Mhux għax il-ġudikanti huma xi ħaġa ħażina, imma dak li jkun jibża' u jgħidlek li anke l-ħsieb li jrid jaħdem ma' mħallef ibeżżgħu!", "Barra minn hekk, ix-xogħol huwa voluminuż u jrid ikun preċiżissimu għax bi żball tista' titfa' bniedem il-ħabs intortament.", "Daqshekk hi kbira r-responsabbiltà, u għalhekk nirringrazzja ħafna lill-ħaddiema tagħna.", "Però nifhem x'qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, u qed nagħmel dan l-appell lill-ħaddiema tal-qrati biex jidħlu għal dan ix-xogħol ta' traskrizzjonijiet.", "Jekk hemm diffikultajiet nitkellmu, imma ma rridx nagħmel dak li ma rridx; ma rridx niġi f'sitwazzjoni li jkolli noħroġ tender għas-servizz ta' traskrizzjonijiet fil-qrati.", "Jekk ma tissolviex id-diffikultà, meta mbagħad tiġi dahrek mal-ħajt ikollok tagħmel dak li ma tridx.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Qabel xejn nirringrazzja lill-Ministru għat-tweġiba tiegħu.", "Xtaqt nistaqsih mistoqsija oħra dwar il-qorti.", "Jekk m'iniex sejjer żball – u hawn soġġett għall-korrezzjoni – fil-bidu ta' April, jiġifieri kważi xahar ieħor, jirtira ġudikant bl-età.", "Qed nirreferi għall-Imħallef Meli li nsellimlu minn hawn; ftit tal-ġimgħat ilu kellu problema ta' saħħa waqt li kien barra mill-pajjiż li rrendietu indispost.", "Fil-fatt ma reġax għamel seduti u ma jidhirlix li se jagħmel seduti sax-xahar li ġej.", "Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk hux se jinħatar ġudikant ġdid minflok l-Imħallef Meli biex l-imħallef il-ġdid ikollu ċans biżżejjed jidħol fiż-żarbun, u mhux il-ħatra ssir wara li jirtira bl-età l-Imħallef Meli ġaladarba huwa fatt magħruf, sfortunatament, li tlifna s-servizzi tiegħu minn Diċembru li għadda meta sofra l-inċident li kellu barra minn Malta.", "L-ISPEAKER: Nieħu l-okkażjoni biex nawgura s-saħħa mill-ġdid lill-Imħallef Meli li għadu rikoverat l-isptar barra minn Malta.", "OWEN BONNICI: Sur President, l-ewwel nett irrid ningħaqad mal-Onor.", "Azzopardi u miegħek fis-sentimenti espressi minnkom u nixtieq irkupru kemm jista' jkun malajr lill-Imħallef Meli.", "L-Imħallef Meli kellu l-isfortuna li jkollu bżonn jiġi rikoverat barra mill-pajjiż.", "Diġà huwa ħażin li jkollok bżonn tiġi rikoverat, aħseb u ara tiġi rikoverat meta tkun barra minn Malta.", "Jien informat, għall-inqas hekk kienet il-pożizzjoni żgur sa ġimgħa ilu, li l-Imħallef Meli għadu barra mill-pajjiż.", "Jekk irritornax fl-aħħar jiem ma nafx, imma jien informat li għadu barra mill-pajjiż u allura jfisser li s-servizzi tal-Imħallef Meli, għar-raġuni li semmejt, ma jistgħux jitkomplew.", "Meta wieħed iqabbel in-numru ta' ġudikanti llum man-numru ta' ġudikanti sitt snin ilu jsib li llum hemm aktar ġudikanti milli kien hemm sitt snin ilu u nawgura li n-numru jkompli jikber.", "Jekk irrid inkun onest, dik ta' mħallef mhijiex il-pożizzjoni li hemm bżonn li nimla, imma naħseb li tkun ħaġa ħażina jekk ma jiżdiedx imqar ġudikant ieħor minflok l-Imħallef Meli.", "Bilfors trid iżżid in-numru ta' ġudikanti jekk irridu nkomplu għaddejjin bir-ritmu tajjeb ħafna li għaddejja bih il-ġudikatura tagħna fid-dispożizzjoni tal-kawżi, speċjalment dawk ċivili.", "L-Imħallef Meli kien jippresiedi l-kawżi ċivili u kostituzzjonali.", "Azzopardi, is-sistema li biha jinħatru ġudikanti nbidlet.", "Qabel ikun hemm ħatra ta' ġudikant irid ikun hemm il-fiat mill-Kumitat għall-Ħatra tal-Ġudikanti u allura waqt li qabel il-Gvern kellu monopolju assolut fil-ħatra ta' ġudikanti, issa kwalunkwe ħatra l-ewwel trid tgħaddi mill-Kumtiat għall-Ħatra tal-Ġudikanti.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm interess li jiżdiedu l-membri fil-ġudikatura u fil-jiem li ġejjin se nkunu nistgħu nħabbru żieda fil-ġudikatura.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Pajjiżna huwa mogħni b'wirt kulturali.", "Ħafna minn dan il-wirt sfortunatament għadu mhux magħruf sal-ġurnata tal-lum, u allura xtaqt nistaqsi lill-Ministru dwar jekk hux għaddejjin xi investigazzjonijiet arkeoloġiċi jew sarux xi skoperti arkeoloġiċi ġodda.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "It-tweġiba hija iva.", "Għal min ma jafx, hemm żewġ tipi ta' skavi arkeoloġiċi.", "Qabel sirt Ministru responsabbli mis-settur ma kontx naf kemm l-arkeoloġija hija xi ħaġa li titħaddem f'pajjiżna.", "Meta tissemma l-arkeoloġija dak li jkun forsi jaħseb f'Indiana Jones, f'dak l-arkeologu li jaqbad sit u joqgħod isib l-affarijiet!", "Fil-verità hemm żewġ tipi ta' skavi arkeoloġiċi.", "Hemm skavi arkeoloġiċi li jsiru purament għal skopijiet akkademiċi, jiġifieri jkun hemm riċerkatur u jibda jirriċerka sit partikolari biex jiskopri aktar dwaru.", "Imbagħad hemm arikeoloġija li ssir minħabba żvilupp ta' xi ħaġa oħra.", "Ħalli nieħdu eżempju.", "Meta l-Gvern jiġi biex jagħmel triq ġdida jrid jagħmel bilfors assessment tal-impatt arkeoloġiku.", "Fil-fatt l-iżviluppatur jagħżel monitor li hu fil-libera professjoni, jiġifieri mhux impjegat tal-Gvern, biex jagħmel il-moniteraġġ fuq is-sit li se jkun hemm żvilupp fuqu.", "L-istess, jekk xi ħadd ikun se jibni skola ġdida jew lukanda ġdida, jew jekk xi ħadd jixtieq jiżviluppa proprjetà, ikun hemm dan ix-xogħol.", "Waqt dan il-moniteraġġ mhux l-ewwel darba li jkun hemm skoperti.", "Nista' nirreferi għal żewġ skoperti li saru reċentement minħabba dan ix-xogħol ta' moniteraġġ mis-Sovrintendenza.", "F'Ħal Safi nstab ċaqquf tal-Medjuevu li huwa interessanti immens u saru wkoll skoperti fl-Imdina.", "Dawn iż-żewġ skoperti qegħdin għall-wiri fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta u skont Nathaniel Cutajar, li huwa espert fuq il-Medjuevu, dawn l-iskoperti jitfgħu dawl ġdid dwar il-kummerċ li kien hawn f'pajjiżna dak iż-żmien anke minn razez u popli li sa qabel dawn l-iskoperti konna naħsbu li kienu għedewwa tal-Maltin.", "Skoperta oħra li saret, din id-darba mhux wara żvilupp imma wara ħidma akkademika, kienet f'Għar Dalam.", "Kuntrarjament għal kif jaħsbu ħafna, Għar Dalam huwa sit li għadu qed jiġi skopert.", "Tant hemm ġid f'Għar Dalam li huwa sit li għadu qed jiġi skopert.", "Fil-fatt saru skavi arkeoloġiċi u skoprew diversi fdalijiet anke ta' annimali u affarijiet oħrajn li komplew isaħħu r-relevanza arkeoloġika ta' Għar Dalam.", "Sur President, ma nistax nitkellem fuq il-wirt storiku u dwar il-qasam kulturali u ma nirreferix għall-proġett eċitanti immens li Heritage Malta daħlet għalih flimken mal-Cousteau Foundation.", "Kulħadd jiftakar il-Kaptan Jacques Cousteau li kien jagħmel l-esplorazzjonijiet taħt il-baħar.", "Nafu bir-rabta tal-vapur tiegħu, il-Calypso, ma' Malta.", "Sar ftehim mal-familja Cousteau, mal-Fondazzjoni Cousteau, l-aktar mat-tifla tiegħu Diane Cousteau, biex la jitlesa x-xogħol kbir ta' restawr li se nagħmlu fil-Mużew Marittimu tal-Birgu bis-saħħa ta' fondi Ewopej – u nirringrazzja lil sieħbi l-Onor.", "Aaron Farrugia tal-għajnuna kbira li tana – li hu maħsub li jieħu sal-2020 jew l-2021, hemmhekk imbagħad intellgħu wirja semi-permanenti tal-oġġetti tal-Kaptan Cousteau.", "Qed naraw kif, bis-saħħa ta' din il-wirja, nitfgħu fuq il-mappa lill-Mużew Marittimu.", "Il-Mużew Marittimu fih ħafna affarijiet sbieħ imma ma kienx biżżejjed.", "Ridna li jkollu brand partikolari u l-fatt li għamilna din is-sħubija mal-familja Cousteau żgur li se jitfa' lill-Mużew Marittimu fuq il-mappa dinjija.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, il-Ministru fir-risposta tiegħu għamel referenza għall-bżonn li nippreservaw; uħud mill-aktar affarijiet importanti fil-qasam kulturali tagħna li għandna nippreservaw huma l-volumi storiċi.", "X'qed isir biex nippreservaw dawn il-volumi storiċi li jekk nitilfuhom ikunu ntilfu darba għal dejjem?", "X'jista' jsir biex nippreservawhom u l-ġenerazzjonijiet futuri jibqgħu jgawduhom u jitgħallmu minnhom bl-istess mod li ngawduhom u nitgħallmu minnhom aħna?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: L-ewwel nett irrid nenfasizza l-gratitudni tal-Gvern lejn diversi għaqdiet mhux governattivi li jgħinu lill-Gvern fil-ħidma tiegħu fejn jidħol ir-restawr.", "L-id tal-Gvern fejn jidħol ir-restawr tal-karta hija Heritage Malta.", "Aħna għandna Direttorat tar-Restawr, però dan huwa ffokat fuq ġebel u fuq binjiet.", "Fejn tidħol il-karta, ir-restawr isir minn Heritage Malta fil-kumpless ta' Bighi fejn għandna restawraturi tajbin ħafna li għandhom apparat tal-aqwa livell, jiġifieri state of the art, u li jagħmlu restawr tajjeb ħafna.", "Waħedhom dawn mhumiex biżżejjed u hawn nirringrazzja mill-ġdid lill-NGOs li jgħinu lill-Gvern fejn jidħlu proġetti ta' restawr tal-karta.", "Ftit tal-jiem ilu tajna eżempju tax-xogħol tajjeb ħafna li qed isir bejn il-Gvern u l-għaqdiet mhux governattivi fejn jidħol ir-restawr ta' dokumenti importanti ħafna.", "Ftit ilu ħabbarna li bis-saħħa tal-għajnuna kbira li tatna Din l-Art Ħelwa rrestawrajna d-dokumenti kollha li bihom pajjiżna ngħata d-dritt li jġib il-George Cross fuq il-bandiera tiegħu mir-Re George wara l-gwerra.", "Dawn id-dokumenti kollha jinsabu f'volumi tal-atti notarili.", "Meta qaluli li rrestawraw id-dokumenti tar-Re George fejn jidħol il-George Cross fl-atti notarili għedt: L-atti notarili x'għandhom x'jaqsmu mal-George Cross?", "Kont informat, ħaġa li ma kontx naf, li dak iż-żmien għall-posterità kienu ttranżuntaw id-dokukemti kollha f'atti ta' nutar partikolari.", "L-idea kienet li wieħed ikun jista' jibża' għal dawn id-dokumenti tar-Re George.", "Fl-arkivji notarili għandna d-dokumenti kollha tan-nutara kollha li servew f'pajjiżna sekli twal ilu u hemm ukoll id-dokumenti tar-Re George.", "Dan huwa eżempju wieħed biss, imma hemm ukoll l-aktar eżempju li nittama li jaf kulħadd.", "Fil-fatt fl-atti notarili kienet instabet il-poeżija \"Il-Cantilena\" ta' Pietru Caxaro li hija miktuba bil-Malti.", "Pietru Caxaro kien nutar u fl-atti notarili tiegħu kien iddeċieda li jikteb din il-poeżija li hi l-eqdem poeżija li għandna miktuba bil-Malti.", "Din qiegħda wkoll fl-Arkivji Notarili.", "L-Arkivji Notarili huma minjiera ta' informazzjoni u wirt storiku.", "Naturalment huma wkoll arkivju tal-atti tan-nutara.", "Jiġifieri minbarra din il-funzjoni operattiva, għandu wkoll din il-funzjoni marbuta mal-wirt storiku.", "Hawn ngħid grazzi minn qalbi lil Dr Joan Abela u n-nies kollha tagħha li, id f'id magħna, daħlu għal proġett eċitanti ħafna li bis-saħħa tiegħu se nirrestawraw u nirriabilitaw il-binja.", "Il-binja llum mhijiex binja li tagħti ġieħ lil dak id-dokument tant imprezzabbli.", "Qed nagħmlu wkoll xogħol ta' restawr fuq id-dokumenti nfushom.", "Fil-fatt, jekk tara d-dokumenti llum komparati ma' kif kienu sitt snin ilu meta bdejna, niftakar l-ewwel darba li mort sibt ilma dieħel minn kullimkien u dawn it-tip ta' affarijiet.", "Illum sar titjib kbir u se jkun hemm aktar titjib.", "Għal darb'oħra, dan ukoll huwa proġett li se jsir b'fondi Ewropej.", "Sur President, l-idea hi li nipproteġu dak il-wirt storiku li jagħmilna dak li aħna.", "Kif dejjem ngħid, pajjiżna mhuwiex pajjiż f'nofs xi deżert li ħadd ma jaf bih.", "Aħna pajjiż li qiegħed f'nofs reġjun li fih twieldu mhux kollha, imma l-maġġoranza assoluta tan-nies li bidlu l-futur tad-dinja.", "Dawn twieldu proprju fir-reġjun li ngħixu fih aħna.", "Aħna għandna għalfejn inkunu kburin b'dan il-wirt storiku u d-dover tagħna huwa li nipproteġuh kemm nistgħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, il-Ministru kien qed jitkellem fuq l-arkivji notarili u x-xogħol li jsir sabiex ikunu preżervati d-dokumenti.", "Bħala Gvern x'miżuri qegħdin jittieħdu rigward ċerti volumi storiċi li jkollhom bżonn ħafna restawr?", "Naf li hemm ħafna domanda mill-għaqdiet tal-baned li għandhom ħafna kitbiet ta' mużika antika li jixtiequ jippreservaw ukoll.", "Xtaqt li forsi l-Ministru jagħtina aktar informazzjoni dwar dan.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: L-ewwel nett naqbel mal-Onor.", "Interpellant meta tgħid li fejn tidħol il-preservazzjoni tal-wirt storiku s-soċjetajiet mużikali Maltin għandhom rwol importanti ħafna.", "Iva, veru, is-soċjetajiet mużikali Maltin għandhom wirt imprezzabbli fejn tidħol mużika, speċjalment fejn jidħlu għaqdiet u organizzazzjonijiet antiki li ilhom li twaqqfu.", "Pereżempju jien ġej miż-Żejtun u hemmhekk hemm iċ-Circolo Santa Caterina li huwa każin ta' orkestra li fih hemm probabbilment l-akbar depożitu ta' mużika ta' Carlo Diacono.", "Jekk mhux għandhom, qiegħed għand il-familja Debono, imma probabbilment they are at par.", "Dan huwa depożitorju kbir ħafna ta' mużika antika ta' Carlo Diacono.", "Għandna obbligu li nipproteġu din il-mużika, mhux hemm biss imma anke fis-soċjetajiet mużikali Maltin.", "Għal dan il-għan, nidejna skema ta' għajnuna għar-restawr fejn jidħlu s-soċjetajiet mużikali.", "Is-soċjetajiet mużikali kienu jiġu għandi jilmentaw li meta jikkompetu għal fondi tal-kultura jispiċċaw ikollhom jikkompetu ma' kantanti rinomati, ma' opera singers, u jgħiduli: Kif nistgħu qatt nikkompetu għall-istess fondi ma' min ġej minn ġeneru artistiku differenti?", "Kellhom raġun, u allura konna ħadna d-deċiżjoni li noħolqu fond mill-fondi finanzjarji għar-restawr unikament għas-soċjetajiet mużikali Maltin.", "Fl-istess waqt, l-istess soċjetajiet mużikali Maltin jitħallew japplikaw għall-fondi l-oħrajn kollha.", "M'għednilhomx: Issa għandkom fond għalikom, l-oħrajn insewhom.", "Għednielhom biex japplikaw għall-oħrajn xorta.", "Hemm il-Creative Communities, il-Cultural Export Fund, l-Arts Fund, il-Projects Grants; hemm dawn l-iskemi kollha, però mbagħad jafu li għandhom dan il-programm għalihom.", "Ikun hemm soċjetajiet mużikali li jagħmlu użu minn dawn il-fondi biex jippreservaw il-mużika tagħhom.", "Madwar tliet xhur ilu ltqajt ma' La Vittoria tal-Mellieħa.", "Dawn bis-saħħa tal-fondi li tajniehom setgħu jagħmlu restawr tal-manuskritti tagħhom u fil-fatt għamlu arkivju, indizjawh, għamlu sistema tal-computer li għandha search facility u titlagħlek il-mużika li tkun qed tfittex.", "Dawn huma kollha affarijiet sbieħ li jistgħu jsiru b'daqsxejn flus.", "Din ma swietx ħafna, però l-valur enormi li jagħtu s-soċjetajiet mużikali huwa kbir ħafna u allura nappella lis-soċjetajiet mużikali Maltin biex jieħdu ħsieb il-mużika antika li għandhom.", "Hawn soċjetajiet li magħhom kellhom surmastijiet importanti ħafna f'pajjiżna li għamlu isem għalihom u allura dawn għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb il-mużika tagħhom.", "Għalhekk naqbel mal-Onor.", "Interpellant li ġustament enfasizzat li dawn is-soċjetajiet għandhom jgħinu lill-Gvern f'kollaborazzjoni b'saħħitha ħafna sabiex nippreservaw il-mużika li ħallewlna missirjietna.", "Dan huwa wkoll wirt storiku kruċjali u importanti ħafna għal pajjiżna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Stqarrija għall-Istampa 190322 maħruġa mill-Gvern ta' Malta fid-19 ta' Frar 2019 dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u d-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9066; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 37 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tal-artikoli 45, 46 u 47 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap. 549).", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "K.L.B.L Nru 14/02/2019 - Bye-Laws tal-2019 dwar Tlajjar f'Birkirkara (Kunsill Lokali Birkirkara); u", "K.L.B.L. Nru 1/03/2019 - Bye-Laws tal-2019 dwar Reklami fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Il-Belt Valletta (Città Umilissima)); u", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja ta' Contract for Service datat 27 ta' Settembru 2018 lis-Sur Karl Stagno Navarra bħala Consultant/Media Coordinator ma' Transport Malta, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8814; u", "f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrezzjoni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8929 li ngħatat fis-Seduta 198 tat-18 ta' Frar 2019 dwar in-numru ta' professjonisti psikosoċjali li rriżenjaw mis-sistema edukattiva matul l-2017 u l-2018; u", "Lista ta' skemi ta' fondi li minnhom jistgħu jibbenefikaw klabbs sportivi, kif ukoll lista ta' klabbs sportivi li fil-fatt ibbenefikaw minn dawn l-iskemi, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 8598.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għall-kondoljanzi fir-rigward tat-Tabib Lino Gauci Borda, li ħalliena fit-13 ta' Frar 2019.", "Insellem lill-membri tal-familja, lill-mara, lit-tifla tiegħu u lir-raġel tat-tifla hawnhekk preżenti.", "Hawnhekk għandna wkoll ktejjeb bl-ewwel diskors li għamel il-mibki Lino fis-seduta tal-24 ta' Frar 1977.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nirringrazzjak, Sur President, u ningħaqad miegħek f'isem il-membri tal-Kamra u f'isem in-naħa tal-Gvern.", "Naf li l-Oppożizzjoni se jkunu qed jagħmlu r-replika wkoll.", "Sur President, nagħti l-kondoljanzi lill-mara tal-mibki Lino Gauci Borda, lit-tifla tiegħu Annabelle, lill-familjari l-oħra, ħbieb u l-ħafna parroċċani tiegħu li kienu jafuh għal ħafna snin.", "Dr Lino Gauci Borda kellu żewġ professjonijiet u passjoni.", "Kellu żewġ professjonijiet għax kien iggradwa bħala tabib fl-1961.", "Għalkemm huwa kien minn Tas-Sliema, l-iktar li serva kien fi Fleur de Lys fejn kien joqgħod.", "Ta' min jgħid li Fleur de Lys kien iħobb lit-Tabib Gauci Borda, u t-Tabib Gauci Borda kien iħobb lil Fleur de Lys.", "Tant huwa hekk li saħansitra kiteb fuljett fuq l-istorja ta' Fleur de Lys.", "Huwa serva għal ħafna snin bħala tabib tal-familja, ħafna nies kienu grati lejh u baqgħu jafuhulu anke għall-kura mill-qalb li kien jagħti lill-familjari u lill-klijenti tiegħu.", "Però t-Tabib Lino Gauci Borda kellu wkoll il-professjoni ta' politiku.", "Kien ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet ġenerali tal-1971, tela' għall-ewwel darba fl-elezzjoni tal-1976 u għamel 18-il sena fil-Parlament bejn Settembru 1976 u Ġunju 1994 meta kien irriżenja minn membru parlamentari u rtira mill-ħajja pubblika.", "Matul iż-żmien tiegħu bħala deputat parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista, it-Tabib Lino Gauci Borda serva kemm meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-Oppożizzjoni, imma mbagħad anke għal xi snin fil-Gvern.", "Matul dawn is-snin kollha kien attiv ħafna drabi f'din il-Kamra u kien magħruf għall-ħafna diskorsi li kien jagħmel.", "Kien jagħmel diskorsi anke bħala membru tal-kumitat eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth, jiġifieri kien attiv anke b'mod internazzjonali.", "Maż-żewġ professjonijiet tiegħu, il-professjoni ta' tabib u dik ta' membru parlamentari u ta' politiku, it-Tabib Lino Gauci Borda kien ukoll appassjonat tal-karozzi antiki.", "Mhuwiex xi hobby żgħir li jogħġbuk il-karozzi antiki, imma t-Tabib Lino Gauci Borda dam president tal-Għaqda tal-Karozzi Antiki kważi daqs kemm dam membru parlamentari.", "Kien president tal-Assoċjazzjoni u tal-Klabb tal-Karozzi Antiki għal 16-il sena sħaħ.", "Kien ukoll strumentali biex sabilhom il-premises fil-Mosta minn fejn joperaw.", "Ċertament, it-Tabib Lino Gauci Borda se jibqa' magħruf u mfakkar mhux biss bħala tabib, mhux biss bħala politiku, mhux biss bħala appassjonat tal-karozzi antiki, imma fuq kollox bħala raġel, bħala gentleman li ma kien jirrifjuta għajnuna lil ħadd.", "Kien dejjem lest biex jgħin lil kulħadd, huwa ta' liema kulur politiku huwa, u fuq kollox bħala tabib kien jifhem il-problemi individwali ta' kull persuna li kienet tkellmu.", "Sur President, f'ismi, f'isem il-familja tiegħi, f'isem il-grupp parlamentari Laburista, u f'isem il-Gvern nixtieq ningħaqad mas-Sedja u ċertament mal-Oppożizzjoni biex inwassal il-kondoljanzi tiegħi lill-familjari u ħbieb tiegħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "David Agius min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "DAVID AGIUS: Sur President, it-Tabib Gauci Borda kellu qalbu taz-zokkor u dejjem lest li jgħin lil dak li jkun.", "Kien anke jinkwieta għan-nies li ma jafhomx.", "Kien jgħidilna: Tgħid ngħidlu li għandu hekk u hekk?", "Għajnejh kienu veru ta' tabib!", "Kien dejjem jgħid li jekk jerġa' jitwieled, tabib jerġa' jsir!", "\"Kull fejn kien ikun dejjem jiġu u jkellmuh in-nies.", "Il-papà kien jieħu veru pjaċir jitkellem ma' dak li jkun.", "Ir-rispett lejh qatt ma naqas matul is-snin u n-nies baqgħu jħobbuh u jfaħħruh sal-aħħar!", "Ma nistgħaġibx, għax ma ried deni lil ħadd.\".", "Dan hu kliem it-tifla tat-Tabib Lino Gauci Borda, Annabelle, li qiegħda fostna llum ukoll u nsellmilha.", "Naħseb li dan il-kliem biss huwa biżżejjed biex jiddiskrivi lill-eks deputat Lino Gauci Borda.", "Naħseb li t-Tabib Lino Gauci Borda jibqa' nfakkar bħala l-politiku tan-nies li ta kontribut siewi lejn il-politika f'Malta anke matul żminijiet li xi kultant ma kenux daqshekk faċli.", "Meta dan l-aħħar kiteb l-Avukat Tonio Borg, Eks Viċi Prim Ministru u Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, wara t-telfa tat-Tabib Lino Gauci Borda, qal hekk: Grazzi Lino, u kiteb dan il-kliem:", "\"Għalija Lino jibqa' mudell ta' kif wieħed jirrappreżenta lill-poplu, mingħajr storbju u ħafna għaġeb, iżda fil-kwiet u l-perseveranza.", "Ir-riżultati elettorali juru li l-poplu jaf jagħraf politiku tajjeb u jaf isostnih, kif sostna lil Lino.\".", "Se nikkwota wkoll lill-persuna li għamlet l-omelija, il-konċelebrant Dun Karm Busuttil, li qal hekk:", "\"… il-ħajja ssib il-milja tagħha meta l-ħajja tkun waħda ta' servizz lill-oħrajn, bħall-ħajja ta' Lino Gauci Borda, kemm fil-professjoni tiegħu bħala tabib tal-familja kif ukoll fil-ħajja pubblika bħala deputat.\".", "Nixtieq nikkwota wkoll mill-ktieb li permezz tiegħu aħna stess ġewwa l-Parlament qed infakkru lit-Tabib Lino Gauci Borda.", "Se nikkwota mill-ewwel diskors tiegħu, kważi 42 sena ilu, fl-24 ta' Frar 1977.", "Isimgħu ftit id-diskors tiegħu, u forsi nistgħu napplikawh għal-lum ukoll:", "\"Hemm bżonn li lill-poplu nuruh illi hawn qegħdin naħdmu flimkien għall-ġid tal-pajjiż.", "Jekk ma nagħmlux hekk, se nibqgħu bil-poplu maqsum min-nofs kif kien f'dawn l-aħħar ħames snin li għaddew.", "U bil-poplu maqsum, kif kien u kif sfortunatament għadu sal-lum, il-pajjiż żgur li ma jistax jimxi 'l quddiem.\".", "Dan 42 sena ilu!", "Sur President, naħseb li t-tabib u l-politiku Lino Gauci Borda tana ħafna tagħlimiet fil-kwiet tiegħu u bil-mod kif ħadem.", "Insellmulu, għaliex ovvjament ħadem mhux biss fil-Partit Nazzjonalista imma fil-pajjiż u barra mill-pajjiż, anke fl-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth.", "Kif smajna wkoll mid-Deputat Prim Ministru, kellu affarijiet oħrajn għal qalbu, għaliex aħna l-politiċi mhux biss fil-politika, imma nieħdu pjaċir nagħmlu affarijiet oħra wkoll.", "Għal qalbu kellu l-Old Motors Club, bil-post il-ġdid ġewwa l-Mosta, club li huwa president onorarju tiegħu.", "Kien iħobb il-futbol ukoll, kien iżomm mal-Manchester United, u qaluli wkoll li ma kienx jitlef logħba.", "Jien insellimlu u niringrazzjah ta' dak kollu li għamel għal pajjiżna u f'isem l-Oppożizzjoni u f'isem il-Partit Nazzjonalista nwassal il-kondoljanzi lill-familja u l-qraba ta' Lino Gauci Borda, l-istess kif għamlit inti, Sur President, u kif għamel id-Deputat Prim Ministru.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad man-naħa tal-Gvern kif ukoll man-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Jien iltqajt miegħu reċentement meta kien qed jiġi rikoverat l-isptar.", "Dejjem kont konvint li kien persuna paċifika.", "Fil-fatt, anke meta taqra d-diskors li għamilt referenza għalih, Onor. Agius, issib li f'diskors qasir fi tliet okkażjonijiet jgħid li għandna nkunu aktar tolleranti lejn xulxin, jerġa' jgħid li hemm bżonn li lill-poplu nuruh li aħna qegħdin magħqudin flimkien u jerġa' jgħid li m'għandhiex issir distinzjoni bejn dawk li huma Mintoffjani u Nazzjonalisti għall-ġid tal-pajjiż.", "Lino Gauci Borda kien bniedem paċifiku, kellu kuxjenza dejjem nadifa u dejjem mexa b'kuxjenza anke fid-doveri tiegħu.", "Għalhekk nerġa' nsellem lill-membri tal-familja tiegħu u ningħaqad maż-żewġ naħat tal-Kamra biex nagħti l-kondoljanzi lilkom ukoll.", "TISLIMA LILL-PRIM IMĦALLEF EMERITUS IL-PROFESSUR GIUSEPPE MIFSUD BONNICI", "OWEN BONNICI: Sur President, fil-21 ta' Frar li għadda sirna nafu bit-telfa tal-Prof.", "Giuseppe Mifsud Bonnici li, kif nafu, kien Prim Imħallef ta' dan il-pajjiż, u fil-fehma tiegħi huwa doveruż li, f'isem il-Gvern, ngħid żewġ kelmiet u ngħaddi l-kondoljanzi tagħna lill-familja Mifsud Bonnici.", "Mifsud Bonnici kulħadd kien jafu bl-isem tal-ħbiberija tiegħu, ċjoè Ġoġo.", "Ma naf lil ħadd li jirreferi għall-Prof.", "Mifsud Bonnici bħala Profs imma bl-isem tal-amiċizja tiegħu!", "Kien bniedem ta' istruzzjoni kbira u għalija huwa wieħed mill-filosfi li kellu dan il-pajjiż.", "Aktar ma kien kbir fl-istruzzjoni tiegħu, aktar kien umli fl-atteġġjament tiegħu.", "Mifsud Bonnici, lil Ġoġo, jekk tippermettuli nsejjaħlu hekk, nafu bħala eks student tiegħu, bħalma jafuh l-avukati kollha li hawn f'dan il-pajjiż, għax tneħħi l-aħħar ftit korsijiet, hu għallem lill-avukati kollha li llum jipprattikaw fil-professjoni.", "Hu kien jgħallem il-filosofija tad-dritt u l-aktar li kien jispeċjalizza kien fil-famuż ktieb ta' John Finnis Natural Law and Natural Rights.", "Hu kien aderenti ħafna għal din it-tip ta' filosofija Aristotiljana li tisħaq u tenfasizza li hemm ir-raġonevolezza f'kull persuna u r-raġonevolezza hija waħda minn numru ta' virtujiet, bħalma huma l-ġustizzja u l-amiċizja, u li kull persuna ħaqqha tgħix ħajja li tagħtiha sodisfazzjon.", "Hu kien it-tip ta' bniedem li jenfasizza ħafna dan it-tip ta' tagħlim filosofiku.", "Il-Prof.", "Mifsud Bonnici, apparti mill-filosofija, jibqa' msemmi għal żewġ kampi oħrajn.", "L-ewwel nett fil-kamp tal-liġi - l-ewwel kien imħallef u mbagħad Prim Imħallef - fejn jibqa' magħruf għall-effiċjenza tiegħu fil-kawżi.", "Naħseb li waħda mill-isbaħ affarijiet li nistgħu niftakru dwar Ġoġo hija l-effiċjenza tiegħu fl-ispeditezza li biha kien imexxi l-kawżi u r-rieda li kellu biex il-ġustizzja tiġi servuta fl-iqsar ħin possibbli.", "Kif spiċċa minn ġudikant għamel biċċa xogħol tajba ħafna, dik li jipprova jippopolarizza l-qasam tal-ġustizzja, xi ħaġa li nemmen ħafna biha jien ukoll.", "Kienet xi ħaġa insolita li, pereżempju, tara Eks Prim Imħallef jieħu sehem fuq it-televiżjoni fi programmi bħal Forum biex jgħallmu lill-poplu.", "Niftakar min fil-Kamra tal-Avukati kien jikkritikah u jgħid: X'qed jagħmel Prim Imħallef fuq it-televiżjoni?", "Kienet ħaġa tajba għax tfiehem lin-nies xi tfisser il-liġi.", "Kif jaf kulħadd, hu kien ġej minn familja illustri ta' politiċi.", "Il-papà tiegħu, ħuh u t-tifel ta' ħuh huma kollha politiċi li huma magħrufin.", "Huwa ta eżempju ta' kif tista' tkun ġej minn background politiku b'saħħtu ħafna – u hawn qed insemmu prattikament il-membri kollha tal-familja - u xorta tkun imħallef ġust u rett, u tiddistakka ruħek mill-politika li forsi tkun assoċjat magħha minħabba l-għeruq familjari tiegħek.", "Dan huwa eżempju ċar ta' kif hu u ġudikanti oħrajn urew lill-poplu Malti li fil-mument li huma jilħqu mħallfin iħallu warajhom l-affinità politika u dak li possibbilment jemmnu fih.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa li l-Prof.", "Apparti li kien champion taċ-chess fl-1955, kien ukoll president tal-MFA u taħtu l-MFA għamlet avvanzi importanti ħafna.", "Niftakar fil-lectures tiegħu jirrakkonta dwar il-futbol.", "Kif jaf kulħadd, kellu dak il-karattru tipiku tiegħu li tkun taf fejn qiegħed miegħu, ma jiddejjaqx jgħidlek kelma quddiem kulħadd, ġieli jiksrek ftit ukoll, imma għalhekk kien maħbub dan il-bniedem li tant għamel ġid fil-kampi kollha tiegħu, jiġifieri fil-filosofija, fil-liġi u fl-isport.", "Sur President, nagħti l-kondoljanzi tiegħi f'isem il-Gvern kollu lill-familja Mifsud Bonnici, lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici li qiegħed hawnhekk, lit-tifla tiegħu Anna li nafha mill-kors, lil ħutu u lit-tfal l-oħra kollha tal-Prof.", "Għandhom biex ikunu verament kburin bil-Prof.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Jiena wkoll nixtieq ningħaqad mal-Ministru Owen Bonnici u mal-Gvern, u fil-preżenza wkoll tal-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici nagħti l-kondoljanzi tagħna u nsellmu l-memorja tal-Prim Imħallef Emeritus Ġoġo Mifsud Bonnici li kien tifel ta' Bormla, u verament kellu ħajja kospikwa.", "Ma naħsibx li hemm parti minn ħajtu li kien iħobb li ma ddistingwiex ruħu fiha.", "Kien imħallef fl-1988, prim imħallef fl-1990 u mħallef fuq il-European Court of Human Rights fi Strasburgu bejn l-1992 u l-1998.", "Kien ukoll il-president tal-Kamra tal-Avukati.", "Hemmhekk mhux biss kien jillimita ruħu għall-parti tal-liġi imma wkoll jidħol fl-aspetti tal-ħajja soċjali tal-avukat u l-kontribut tal-avukati, kif jistgħu jiżviluppaw il-karriera tagħhom.", "Kien ukoll il-President tal-Casino Maltese għal 15-il sena.", "Kien wieħed mill-aktar li dam, jekk mhux l-aktar, president tal-MFA, kif semma l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Però, qabel hekk, kien ukoll delegat ta' St George's fuq il-Kunsill tal-MFA.", "Bqajna niftakruh mhux biss għax kien iħobb il-futbol imma anke għall-istrutturi li kien daħħal f'dak kollu li għandu x'jaqsam mar-regolamentazzjoni tal-MFA.", "Kien membru tal-UEFA Disciplinary and Control Commission għal snin twal u serva fuq il-UEFA Appeals Board u fuq il-World Cup Appeals Board.", "Sur President, niftakar lil Ġoġo Mifsud Bonnici l-aktar fl-ewwel lecture li kellna l-Università l-Antika tal-Belt.", "Konna dħalna hemmhekk fl-1987 - l-lspeaker jiftakar - u kien kors kbir għax konna xi 120 ruħ.", "Il-lectures tiegħu biss ma kenux ikunu l-Università għax kien jagħżel li jagħmilhom l-Università l-Antika l-Ġimgħa.", "Fl-ewwel lecture kien jgħallimna l-filosofija tad-dritt, u kien hemm xi ħadd minn sħabna li kellu l-preżunzjoni li jgħolli jdejh u jgħid \"fl-opinjoni tiegħi\"!", "Kien tar fuqu, jgħajjat u jgħidlu: \"Doxa\" u allura kulħadd kien baqa' jibża' jgħolli jdejh biex jgħid xi ħaġa.", "Jien deherli li ma stajtx aktar, u l-ewwel darba li deherli li ridt ngħid xi ħaġa, għollejt idejja u għedt \"doxa\" biex nibda nitkellem u ngħid l-opinjoni tiegħi.", "Kien jinsisti dejjem fuq ir-rigorożità tal-ħsieb.", "Mhux tagħmel argument trid, imma tapprofondixxi l-argument u tidħol fih b'mod rigoruż, sabiex dak li qed tgħid, taħseb, tagħmel u tistudja, tidħol fid-dettall fih.", "Niftakar ukoll li kien ġegħelna nixtru bilfors ktieb partikolari ta' John Finnis biex nidħlu fit-tagħlim tal-fisolofija tad-dritt, fuq il-valuri li tant iħobb u kien jispjega b'modi u eżempji li bilfors iġegħluk taħseb, tiżen, tixtarr, imbagħad eventwalment tkun tista' tinduna verament xi jfissru l-valuri għalina.", "Sur President, ridt niddeskrivi l-ftit relazzjoni li kelli miegħu meta dejjem konna niltaqgħu f'events li kienu jorganizzaw l-avukati, partikolarment f'Sant'Ivo.", "Sena wara sena dejjem kien jibqa' jargumenta fid-dettall fuq kollox, kien iħobb jidħol fl-argument u japprofondih.", "F'dak kollu li jaħseb, jagħmel u jgħid, dejjem kien ifittex is-sewwa.", "Allura nixtieq li dik tkun il-memorja ta' dan il-ġgant tal-filosofija f'Malta.", "Hu ta kontribut mhux biss għall-isport imma wkoll għall-ġudikatura u se jibqa' mfakkar kemm għal li kien, jiġifieri akkademiku, studjuż u professur, imma fuq kollox bħala uman li jħobb il-ħajja, il-valuri u s-sewwa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nixtieq nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra tas-sentimenti sbieħ li esprimew fir-rigward taz-ziju tiegħi Ġoġo.", "Ovvjament nieħu ħsieb li ngħaddi dawn lil missieri u lill-familja kollha kemm hi.", "Nirringrazzjakom minn qalbi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mal-ħsibijiet taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jien sentenza waħda se ngħid: Ġoġo, kif nafuh aħna, għalkemm kien ġej mill-Partit Nazzjonalista, għola ħafna 'l fuq mill-politika u kien ta eżempju.", "Ta risposta lil kulħadd fil-kamp legali u fil-qasam tal-ġudikatura, kemm f'Malta kif ukoll barra.", "Għaldaqstant ningħaqad mas-sentimenti taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Nirringrazzjakom.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, wara li lbieraħ filgħodu stess bdejt naġġorna lill-pubbliku bil-ħidma tal-Gvern biex jittaffew il-problemi li l-maltemp kien qed joħloq fi tmiem il-ġimgħa, illum xtaqt naġġorna lil din il-Kamra bil-ħidma li ma waqfet xejn matul dawn l-aħħar jumejn biex isiru interventi ta' emerġenza u jitranġaw id-diversi ħsarat kemm fl-infrastruttura, djar privati u anke kif dan affettwa ħajja ta' nies kemm direttament u anke l-ħobża ta' kuljum tagħhom.", "Il-kordinament li kien hemm matul dawn il-jiem f'maltempata li, skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, ilha ma sseħħ bħalha f'pajjizna mill-11 Ottubru tal-1982, u li matulha, skont ma infurmawni ftit tal-ħin ilu, ilbieraħ l-irjieħ laħqu massimu ta' madwar 72 knot, jiġifieri 133 kilometru fis-siegħa, kien kordinament tajjeb ħafna u l-ħidma li saret f'dawn iċ-ċirkostanzi pjuttost estremi, kienet waħda li jistħoqqilha kull apprezzament.", "B'hekk xtaqt nibda billi f'isem il-Gvern u f'isem il-poplu Malti u Għawdxi nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom matul l-aħħar jiem.", "Se nsemmi kemm nista' minn dawk kollha li ħadmu mingħajr ħinijiet.", "Nibda billi nirringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-voluntiera tagħhom, kif ukoll lill-voluntiera tas-St John's Ambulance, li ma waqfux jaħdmu sal-lum stess biex ineħħu perikli mit-toroq u djar tagħna u anke jagħmlu salvataġġi ta' persuni maqbudin fi djarhom.", "Fi 48 siegħa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili intervjena fuq madwar 486 sejħa għall-għajnuna.", "Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu l-għajnuna tal-Pulizija, u fejn kien hemm bżonn anke l-Armata, biex jitwettqu xi interventi.", "Id-Dipartiment intervjena wkoll biex ġew evakwati xi nies li nqabdu fi djarhom u ma setgħux joħorġu; fil-fatt 14-il persuna ġew evakwati minn tas-Sliema u 12-il persuna ġew evakwati minn żewġt bnadi differenti fil-Birgu.", "Kien hemm interventi fuq siġar li tqaċċtu jew waqgħu madwar Malta u Għawdex kollha, siġar u ġebel li waqgħu fuq karozzi, panelli fotovoltajiċi u tankijiet tal-ilma li taru, soqfa li waqgħu, gallariji li ġarrbu ħsarat, billboards u sinjali li taru, arbli tad-dawl u wires perikoluzi u diversi affarijiet oħra li nqalgħu minn posthom u kienu ta' periklu għan-nies.", "Il-Pulizija ħadmu wkoll bla heda biex jgħinu kull fejn kien hemm bżonn u joffru assistenza liċ-ċittadini fit-toroq u fi djarhom.", "Il-Forzi Armati ta' Malta taw l-għajnuna tagħhom kemm b'inġenji kif ukoll fi bżonnijiet oħra li nqalgħu, u komplew jagħmlu hekk matul il-ġurnata tal-lum.", "Ħadmu bla heda u bla ħinijiet ukoll il-ħaddiema tat-tindif pubbliku kif ukoll ħaddiema privati u tal-Environmental Landscape Consortium li kienu għaddejjin b'ħidma ma taqta' xejn biex inaddfu.", "Mill-bieraħ stess beda eżerċizzju ta' tindif ġenerali madwar Malta u Għawdex biex il-pajjiz jerġa' lura għan-normal mill-iktar fis.", "Matul l-aħħar 48 siegħa inġabru iktar minn 155 tunnellata ta' debris mit-toroq ta' Malta u Għawdex.", "Sal-lejla huwa mistenni li jinġabru 30 tunnellata oħra.", "Dan kollu grazzi għal 180 impjegat tal-Gvern li qegħdin jaħdmu mat-toroq u xtajtiet tagħna.", "Interventi maġġuri saru fix-Xemxija, Spinola, Balluta u l-promenade ta' Tal-Pietà.", "Tindif tat-toroq għadu għaddej u nistmaw li se jieħu sa tmiem il-ġimgħa.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema ta' Transport Malta li kienu effiċjenti ħafna biex iżommu t-toroq tagħna kemm jista' jkunu siguri waqt din il-maltempata kollha.", "Ma' dawn kien hemm ukoll uffiċjali tal-LESA, jiġifieri l-uffiċjali tal-komunità li ħadmu lejl u nhar u taw l-assistenza tagħhom f'inċidenti stradali li seħħew, li kienu madwar 111.", "L-ebda każ mhu rappurtat li kien inċident gravi relatat direttament mal-maltemp.", "Fl-Enemalta kien hemm timijiet ta' ħaddiema jaraw fejn ikun hemm ħsarat u jirranġaw kemm jista' jkun malajr.", "Bejn is-Sibt filgħaxija u s-sagħtejn tal-lum wara nofsinhar fiċ-ċentru ta' assistenza tal-Enemalta daħlu 'l fuq minn 2,000 talba għall-għajnuna.", "Minnhom ġew identifikati 978 każ ta' ħsara li ħafna minnhom tranġaw u oħrajn għaddejja ħidma fuqhom.", "Tajjeb li ngħid li ma kienx hemm bżonn li t-tanker tal-gass jinħareġ minn postu ħdejn il-power station ta' Delimara.", "Mill-Water Services Corporation ġie rrappurtat ukoll li seħħew ħsarat sostanzjali fuq il-main tal-ilma bejn Malta u Għawdex li jissupplixxi lil Għawdex bl-ilma.", "Dan huwa l-main supply tal-ilma għall-Għawdxin.", "Madankollu qed issir ħidma biex l-Għawdxin ma jiġux affetwati minn qtugħ ta' provvista, hekk kif issa tibda ssir it-tiswija, għax għadha ma tista' ssir l-ebda tiswija bħalissa minħabba l-kondizzjonijiet tal-baħar.", "Dan jikkonferma d-deċizjoni għaqlija li diġà ħadna u ħabbarna li jkollna reverse osmosis f'Għawdex fejn diġà ġie ffirmat il-kuntratt relattiv.", "Fil-Wasteserv, partikolarment fl-impjant tal-Malta North, kellna ħsara sostanzjali fuq ħajt għoli tliet sulari li kien ta' periklu.", "Dawn il-ħsarat bdew jiġu rranġati minnufih wara li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha sabiex il-ħaddiema ma jkunux f'periklu.", "F'mument minnhom ġew evakwati.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li baqgħu għaddejjin normali b'ħidmiethom waqt din il-maltempata, bħax-xufiera tat-trasport pubbliku, xufiera ta' krejnijiet u anke bdoti u cabin crew tal-Air Malta u ta' linji ta' ajru li baqgħu joperaw, il-ħaddiema tal-Ajruport u anke tal-Gozo Channel li żammew l-operazzjonijiet għaddejjin.", "Il-ħaddiema fl-isptarijiet tagħna kienu wkoll on alert, għalkemm ma jidhirx li kien hemm rappurtati xi inċidenti fuq persuni direttament minħabba l-maltemp.", "Il-ħidma u l-kordinazzjoni bejn dawn il-mijiet ta' persuni żamm il-pajjiz għaddej.", "Huwa fi dmirna li nirringrazzjaw lil dawn il-mijiet ta' persuni!", "Għad fadal ħafna xogħol xi jsir speċjalment biex nevalwaw il-ħsarat kollha li saru u nirranġaw is-sitwazzjoni ta' ħafna nies li ntlaqtu.", "Il-Gvern mhux biss qed iwassal is-solidarjetà bil-kliem, iżda se jkun qed juriha bil-provi billi ngħinu kemm jista' jkun persuni li ntlaqtu intortament minn din il-maltempata.", "Ovvjament, il-Gvern iżda ma jistax jieħu post assigurazzjoni privata.", "Bħalissa għaddej ezerċizzju komprensiv biex il-Gvern jikkwantifika kemm saru ħsarat f'kull settur f'dawn il-jiem ta' maltemp.", "Din l-evalwazzjoni qed titmexxa mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Infrastruttura Malta u għadha għaddejja.", "L-għan ta' dan l-ezerċizzju mhuwiex biss li tiġi identifikata u ssir stima tal-infrastruttura li saritilha ħsara viżibbli, iżda wkoll li tiġi identifikata infrastruttura oħra li setgħet ġiet milquta b'mod li għalissa ma jidhirx.", "Kif issir il-valutazzjoni se nkunu qegħdin nistudjaw liema fondi nistgħu nużaw biex inkopru spejjeż li setgħu nqalgħu minħabba dan il-maltemp.", "Kif ħabbart ilbieraħ filgħodu, il-Gvern beda jeżamina mal-ewwel il-possibbiltà ta' użu ta' fondi Ewropej relatati ma' diżastri naturali taħt il-European Solidarity Fund.", "Din l-applikazzjoni tista' ssir biss kif ikollna stima sħiħa tal-ħsarat.", "Għadu kmieni biex wieħed jgħid jekk nikkwalifikawx peress li l-ħsarat iridu jlaħħqu persentaġġ tal-gross national income.", "Irrid ngħid li hemm ukoll il-Crisis Reserve tal-Common Agricultural Policy għall-biedja, liema qasam se nitkellem dwaru dalwaqt.", "Hawn ukoll irridu naraw jekk u kif nistgħu nikkwalifikaw.", "Biss, aktar importanti minn hekk, irrid nenfasizza li f'każijiet simili ta' diżastri naturali, stat membru jkun jista' japplika biex jiġi eżentat mir-regoli ta' state aid għall-kumpens li jista' jingħata lill-bdiewa.", "Sur President, il-qasam tal-biedja huwa wieħed mill-iktar regolati mill-qrib mir-regolamenti tal-istate aid tal-Unjoni Ewropea, fejn gvern ma jistax jaqbad u jagħti flus kif ġieb u laħaq.", "F'każijiet li jiġu sodisfatti bħala li jkun hemm temp estrem, inkunu nistgħu nidħlu b'mekkaniżmu jekk inkunu eżentati mill-mekkaniżmu u mis-sistemi tal-istate aid għall-għajnuna li nagħtu lill-bdiewa u r-raħħala tagħna", "Niġi għalhekk biex nitkellem b'mod speċifiku dwar il-bdiewa u r-raħħala u dawk kollha li xogħolhom u ħobżhom ġie affettwat mill-maltempata.", "M'aħniex se nħalluhom waħedhom.", "Ilbieraħ filgħodu mill-ewwel ħabbart li se nkunu qed ngħinu lill-bdiewa u r-raħħala u anke lis-sajjieda li ntlaqtu direttament minn ħsarat li qed jaffettwaw l-għajxien tagħhom u tal-familji tagħhom.", "Dettalji dwar l-għajnuna se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.", "Se jitnieda wkoll freephone biex noffru l-assistenza u l-informazzjoni neċessarja lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda.", "Tajjeb ngħid ukoll li ġew rappurtati ħsarat minimi f'xi skejjel, li qed jiġu rranġati malajr, iżda ma kien hemm l-ebda periklu jew ħsarat kbar fuq l-infrastruttura tal-iskejjel li jistgħu jpoġġu lit-tfal jew lill-għalliema fil-periklu.", "Qed isir assessjar sħiħ ukoll dwar xi ħsarat ġarrbu clubs sportivi, b'mod partikolari clubs tal-Waterpolo, li huma iktar esposti għall-elementi minħabba l-baħar.", "Jidher li hemm ħsarat estensivi fuq uħud minnhom.", "Se naraw kemm nistgħu u kif nistgħu l-aħjar li ngħinu.", "Ġew irrapportati wkoll ħsarat estensivi fuq diversi siti storiċi, Bighi Head Office, Ħaġar Qim, Forti Sant'Anġlu, it-Tempji ta' Ħal Tarxien, is-sit Tas-Silġ, l-Armerija tal-Palazz, il-Muzew Marittimu, il-Katakombi ta' San Pawl u d-Domus Romana kif ukoll xi siti f'Għawdex li ġarrbu xi ħsarat maġġuri jew minimi.", "Bdew mill-ewwel ix-xogħlijiet.", "Personalment, jien ninsab aktar inkwetat fuq l-effett tal-elementi fuq il-wirt nazzjonali u l-wirt kulturali tagħna, għax anke jekk mhux se jkun hemm jew m'hemmx ħsarat fejn ma waqax x'imkien mill-ewwel, imma l-ħsara setgħet saret f'ċerti postijiet li naħseb li setgħet naqqsitilhom ċerti snin ta' ħajja.", "Jien inkwetat ħafna dwar dan u rridu naraw li ssir evalwazzjoni.", "Fil-fatt għada fil-Kabinett biħsiebna nħarsu b'mod estensiv lejn il-wirt kulturali tagħna, biex naraw dik il-ħsara.", "Jidher li nafu dak li sar issa, però huwa diffiċli biex nevalwaw kemm ġiet imminata l-lonġetività ta' dawn l-istrutturi li ilhom magħna mijiet ta' snin.", "Ovvjament raw ħafna maltemp, imma bla dubju ta' xejn irridu ninkwetaw ftit fuq hekk!", "Dan kollu juri l-importanza ta' manutenzjoni kontinwa fuq l-infrastruttura tal-pajjiż.", "Il-fatt li saret maltempata bħal din b'riħ ta' qawwa rekord li ilna ma naraw mill-1982, u fil-fatt l-infrastruttura ta' pajjiżna relattivament baqgħet soda, turi kemm huwa importanti li nkomplu ninvestu, għaliex l-impenn tagħna huwa li ninvestu fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna, għax ikunu f'mumenti bħal dawn fejn wara imbagħad kulħadd bravu!", "Kieku ma ssirx dik il-manutenzjoni, fejn inti kważi kważi tkun qed taħseb li qed tonfoq il-flus fix-xejn, huwa f'każijiet bħal dawn li turi kemm dan huwa bżonjuż u kemm ix-xogħlijiet kollha li qed isiru fuq l-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex huma kruċjali.", "Dan ifisser ukoll li mat-toroq jinbidlu anke strutturi li ilhom snin kbar mingħajr manutenzjoni, bħal arbli tad-dawl u wires li jkunu għaddew snin twal ilu.", "Din hija wkoll parti mis-sistema li qed indaħħlu f'kemm jista' jkun postijiet u kemm ikun possibbli nneħħu dawn il-wires imdendlin li għandna, u ngħadduhom b'sistemi minn taħt l-art.", "Ovvjament dan iqum ħafna flus, u mhux kullimkien huwa possibbli li jsir, imma din hija parti wkoll mill-upgrading infrastrutturali ta' pajjiżna.", "Dan kollu jikkonferma l-bżonn li pajjiżna jaħdem biex ikollna upgrade across the board biex kemm jista' jkun inkunu ppreparati f'eventwalità ta' maltempati simili fil-futur.", "Dan ix-xogħol kollu tal-Gvern u l-għajnuna li nistgħu nagħtu xorta ma jistgħu qatt jieħdu post l-insurances personali li wieħed jista' jkollu.", "Filwaqt li qed naħdmu kontinwament biex nipprovaw inġibu pajjizna lura għan-normal wara l-ħsarat li seħħew, naf li għadna ma rnexxilniex nilħqu lil kulħadd.", "Filwaqt li qed ngħidu dan kollu, jien personalment ukoll qed jidħluli sejħiet ta' nies li għadhom f'sitwazzjoni … Forsi mhumiex il-mijiet jew l-eluf, imma għexieren ta' nies li għadhom f'din is-sitwazzjoni.", "Irridu nkomplu nempatizzaw.", "Għandna sitwazzjonijiet fejn mhux direttament għandu x'jaqsam il-Gvern!", "Jiġifieri dan mhux bħal persuna li qiegħda bla dawl minħabba li, għall-argument, marret il-provvista tal-elettriku minn barra, imma dik il-persuna qiegħda bla dawl għax tinsab f'binja fejn għadha ma seħħitx it-tneħħija kollha tal-ilma, u għaldaqstant il-ħaddiema ma setgħux jidħlu.", "Allura x'tagħmel?", "Tabbandunahom lil dawn il-persuni?", "Trid tipprova tgħin kemm jista' jkun, minkejja dawn l-affarijiet kollha.", "Huwa dak li qed nipprovaw nagħmlu, u nkunu flessibbli kemm jista' jkun.", "Se nibqgħu naħdmu sabiex naraw li kulħadd jiġi lura fuq saqajh malajr kemm jista' jkun.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-istqarrija li għamlilna.", "Ningħaqad miegħu immedjatament biex anke mill-Oppożizzjoni nirringrazzjaw lil dawk il-ħaddiema kollha tad-dipartimenti kollha, kif ukoll voluntiera li jagħmlu minn kollox, beyond the call of duty, f'ċirkostanzi bħal dawn fejn in-natura tfakkarna kemm m'aħna xejn u kemm aħna ċkejknin.", "F'okkażjonijiet bħal dawn il-pajjiż tagħna jingħaqad biex jagħti l-għajnuna kollha li jista' lil min ikun milqut b'mod sfortunat.", "Jiġifieri l- pajjiż jirreaġixxi billi l-ewwel jipproteġi u jipprevjeni, imma mbagħad ukoll jindokra li min ikollu bżonn.", "Il-Prim Ministru qal ukoll li l-aħħar maltempata kbira li saret kienet f'Ottubru tal-1982.", "Kien hemm min tilef ħajtu dakinhar.", "Nirringrazzjaw lil Alla wkoll li din id-darba ma kellniex dawn l-estremi.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll nies li forsi ma kenux ħaddiema u lanqas voluntiera f'korpi organizzati, imma sempliċement ċittadini komuni li rajthom jien stess fit-toroq jinżlu jgħinu lil xulxin.", "Rajt diversi okkażjonijiet fejn nies niżlu mill-karozzi u pprovaw ineħħu ingombru li kien ta' periklu fit-toroq, jew jgħinu minn vetturi għal oħra lil dawk li kellhom diffikultajiet u li kieku ma għenuhomx dak il-ħin, setgħu jiġu f'diffikultajiet li jwasslu anke għal inċidenti serji.", "Sur President, fir-rigward tal-għajnuniet li nistgħu noffru bħala pajjiż insemmi wkoll il-European Structural and Investment Fund.", "Ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija.", "Nixtiequ wkoll li naħdmu fuq livell Ewropew biex jittaffa l-impatt fuq kull min ġarrab ħsarat fil-maltempata.", "Il-Prim Ministru semma l-fond ta' solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.", "Kulma hemm huma 12-il ġimgħa biex wieħed japplika għalih.", "Irridu nkunu attrezzati biex min għandu jagħmel it-talbiet tiegħu u jwassal it-telfiet tiegħu, jagħmilhom kemm jista' jkun malajr sabiex bħala pajjiż inkunu nistgħu nirreaġixxu u ma nitilfux fondi ta' għajnuna.", "Ilbieraħ aħna semmejna wkoll il-European Structural and Investment Fund 2014 – 2020; min-naħa tagħna lesti li ngħinu wkoll u noffru l-appoġġ kollu lill-Gvern fuq livell nazzjonali, kif ukoll tal-membri parlamentari Ewropej fil-Parlament Ewropew.", "Jien diġà tkellimt mal-membri parlamentari Ewropej tagħna biex ukoll nagħmlu pressjoni tramite l-Partit Popolari Ewropew, li huwa l-ikbar grupp fil-Parlament Ewropew, ħalli jappella direttament lill-Kummissjoni Ewropea biex jagħtu l-appoġġ u r-rimedji neċessarji jekk pajjiżna jkollu bżonn, kif hemm bżonn.", "Aħna disposti u qegħdin ngħinu f'dak is-sens ukoll.", "Fir-rigward tas-setturi li ġew affettwati ma nistax ma nsemmix is-settur tal-biedja li fl-aħħar ġimgħat konna qegħdin nitħaddtu ħafna dwaru.", "Matul l-aħħar ġranet jien personalment kelli diversi kuntatti ma' diversi għaqdiet tal-bdiewa u numru ta' bdiewa.", "Dawn minbarra li jsofru l-impatt finanzjarju, jaraw il-ħidma ta' ġimgħat u xhur tispiċċa fix-xejn.", "Litteralment tara nies, familji sħaħ, jibku l-frott ta' ħidmiethom li f'lejl ikun spiċċa kollu.", "Allura min-naħa tal-Oppożizzjoni mhux talli ma nsibux oġġezzjoni għal din it-talba li għamel il-Gvern li japplika għall-eżenzjoni tar-regoli tal-istate aid imma nkunu minn ta' quddiem biex nissapportjawha ħalli mqar jirnexxilna nroddu lura lill-bdiewa parti minn dak li tilfu.", "Jekk il-Prim Ministru jippermettili rrid ngħid li fl-istqarrija ma jidhirlix li smajt xi ħaġa dwar id-dilettanti tal-Karnival.", "F'dawn il-ġranet ikun hemm l-attivitajiet tad-dilettanti tal-Karnival li jagħmlu wkoll parti mill-wirt kulturali-soċjali ta' pajjiżna, u dawn ukoll sofrew ħsarat.", "Illum wara hawnhekk se mmur inżur ħafna minnhom.", "Kien hemm minnhom li sfortunatament sofrew danni u ħsarat kbar.", "Dawn ukoll kienu ilhom xhur jippreparaw mhux għalihom biss imma biex jagħtu spettaklu lil pajjiżna.", "Forsi lil dawn ukoll inkunu nistgħu noffrulhom xi appoġġ.", "Xtaqt nistaqsi wkoll dwar il-metodoloġija ta' kif se ssir din il-kollezzjoni ta' informazzjoni.", "Il-Gvern għandu diġà ppjanat xi ammont speċifiku li nkunu nistgħu niddedikaw?", "Nistaqsi wkoll jekk il-pajjiż jistax juża xi fondi partikolari li għandu mwarrbin biex inkunu nistgħu ngħinu f'din iċ-ċirkostanza straordinarja ta' emerġenza lil hinn minn dawk il-fondi li nistgħu nieħdu mill-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni ċertament li f'okkażjonijiet bħal dawn id-dmir tagħna huwa li l-ewwel inġibu l-interess nazzjonali, l-interess tal-pajjiż, l-interess ta' dawk kollha li f'okkażjoni li tmur lil hinn minn kull kontroll, u l-aktar ħaġa importanti hija li lil dawk li batew u sofrew u li forsi għadhom għaddejjin mill-problemi nagħtuhom l-aħjar appoġġ li bħala pajjiż nistgħu nagħtu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien ukoll ningħaqad mal-Prim Ministru u mal-Kap tal-Oppożizzjoni u nirringrazzja lil dawk kollha li lbieraħ u f'dawn il-ġranet taw il-kontribut tagħhom.", "L-importanti hu li ma kellna l-ebda imwiet.", "Ninnota b'sodisfazzjon li l-Prim Ministru qal li fil-Kabinett se jitkellem fuq il-wirt kulturali, għax kif smajna mill-Ministru anke waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, seta' kien hemm xi ħsarat li saru.", "Hemm nies u familji li batew.", "Ningħaqad mal-Prim Ministru meta semmiehom u anke mal-Kap tal-Oppożizzjoni, però f'ġieħ is-sewwa ejjew inkunu flimkien bħala Parlament, bħala Gvern u Oppożizzjoni bir-riżorsi kollha tagħna sabiex ngħinu lill-bdiewa u lir-raħħala.", "Ma jistax ikun li jkollna nies li raqdu billejl jafu li għandhom il-biegħa tagħhom fir-raba', raqdu billejl bħala familji normali, qamu filgħodu u sabu li m'għandhomx fuq xiex jgħixu.", "Il-biedja diġà għandha l-esperjenzi ebsin tagħha, u nafu kemm isofru dawk kollha involuti fil-biedja.", "Issa huwa ċ-ċans li nuru li we mean business billi Gvern u Oppożizzjoni npoġġu flimkien ħalli naraw quddiem l-Unjoni Eworpea u magħna nfusna kif nistgħu ngħinu.", "Hemm min irid jagħmel spejjeż kapitali minħabba ħsarat kbar fis-serer u fl-uċuħ tar-raba' u mhux dejjem ikun faċli tkejjel x'inhi n-nefqa tagħhom.", "Nerġa' ngħid, mhuwiex faċli, però ejjew b'mod sinċier immorru għand dawn in-nies u nuru li aħna lesti li ngħinuhom bis-serjetà.", "Jalla fuq dan inkomplu nitkellmu.", "Jien lest li, f'isem l-Oppożizzjoni, bħala l-kelliem għal dan is-settur, inpoġġi madwar mejda meta l-Gvern ikun iridni.", "L-importanti li mmorru għand dawn in-nies u nuruhom li lesti li ngħinu f'mument bħal dan.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, filwaqt li ningħaqad mas-sentiment diġà espress biex insellmu lil dawk il-ħaddiema kollha li f'ċirkostanzi u kondizzjonijiet iebsa baqgħu għaddejjin b'ħidma ma taqta' xejn, xtaqt nistaqsi ftit dwar il-passi li se jkunu qed jittieħdu sabiex, l-ewwel nett, tissaħħaħ is-sistema ta' spezzjonijiet regolari fuq l-infrastruttura kollha ta' pajjiżna biex naraw li l-infrastruttura ma tkunx qiegħda fi stat li jiġrilha ħsara estensiva f'każ ta' maltemp jew ta' diffikultajiet oħra.", "B'hekk indaħħlu aktar il-konċett ta' preventive maintenance.", "It-tieni punt li xtaqt nissolleva jirrigwarda jekk il-Gvern, anke fid-dawl ta' dak li għadu kemm stqarr il-Prim Ministru, flimkien ma' dak il-pjan estensiv li l-Gvern beda jwettaq, ta' €700 miljun biex isiru t-toroq kollha ta' pajjiżna, hemmx ukoll ħsieb li jkun hemm pjan addizzjonali biex infrastrutturi oħrajn bħal ma huma arbli tad-dawl ikunu parti minn dan il-programm ħalli nkomplu nġeddu l-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Minn dak li rajna jista' jagħti l-każ li hemm bżonn ta' dawn l-upgrades.", "Ovvjament, wieħed jistaqsi wkoll jekk il-Gvern huwiex sodisfatt biżżejjed bit-tip ta' koperazzjoni li kien hemm bejn l-entitajiet kollha li ħadmu qatigħ f'dawn il-ħinijiet.", "Hawn xtaqt nagħmel suġġeriment.", "Il-Gvern għandu jimbarka biex ikun hemm pjan aktar ħolistiku ta' manutenzjoni u ta' upgrade ta' pajjiżna kemm biex nipprevjenu ħsarat kif ukoll biex inkomplu nsebbħu d-dehra ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFRFEY FARRUGIA: Sur President, qegħdin nittrattaw ma' super storms.", "Ir-raġuni għaliex qed iseħħu nafu x'inhi.", "Dawn huma riżultat ta' tibdil fil-klima.", "Hemm bżonn li jkollna pjan nazzjonali tajjeb ta' preparedness għal dawn l-emerġenzi.", "Hawn qegħdin nitkellmu fuq emerġenza partikolari li għandha x'taqsam mal-klima.", "Naf li għandna, u għaldaqstant nistenna li wara dan kollu, biex l-affarijiet isiru sew, jitħejja rapport.", "Hemm ħsieb li jitħejja dan ir-rapport biex darb'oħra ma nbatux ċerti konsegwenzi?", "Hija prassi li dan isir?", "Barra minn hekk, saret evalwazzjoni tal-infrastruttura tagħna biex naraw jekk ħadmitx sew waqt din it-tempesta?", "Pereżempju, l-istorm water culvert systems, dawk it-tliet proġetti li saru u li ntefqu tant miljuni fuqhom, ħadmu jew le f'din is-sitwazzjoni?", "Hemm postijiet oħra fejn seta' kien hemm għargħar u għaldaqstant jista' jsir pjan simili biex dawn jiġu evitati?", "Waħda mill-affarijiet li jinkwetawni meta niġu għal national preparedness plan - u naħseb ladarba aħna parti mill-Ewropa u parti mill-komunità internazzjonali qegħdin naħsbu fiha - hija li jista' jkun hemm maltempati differenti.", "Qed nitkellem fuq maltempati ta' radjazzjoni mhux naturali imma li tkun imposta mhux b'inċident mill-bniedem.", "X'inhu l-pjan dwar dan min-naħa tan-national preparedness plan?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, segwejt dak li ntqal s'issa u forsi tajjeb li nagħmel referenza għall-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista aktar kmieni llum.", "Tajjeb li wieħed ifakkar li meta fl-2003 kellna maltempata mhux gravi daqs din li kellna f'dawn l-aħħar 48 siegħa, dakinhar pajjiżna kien ibbenefika minn €1 miljun bħala fondi Ewropej u allura tajjeb li naċċennaw li jeżistu fondi intiżi għal hekk fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Infakkar ukoll li pajjiż ieħor, li huwa l-Latvja, fl-2017 applika wkoll u ħa somma li kienet tlaħħaq madwar €17-il miljun.", "Lil hinn minn dan kollu, ma jidhirlix li fil-lista li elenka l-Prim Ministru ssemmew xi kunsilli lokali u allura ppermettili niġbed l-attenzjoni tal-Gvern li jista' jkun li hemm ċerta infrastruttura li taqa' taħt il-kunsilli lokali u li setgħet sofriet ħsarat.", "Allura jkun tajjeb li meta jkun qed jiddiskuti dwar allokazzjoni ta' fondi addizzjonali l-Gvern jieħu nota anke tal-kunsilli lokali li mill-baġit tagħhom se jkollhom jagħmlu tajjeb għal xi ħsarat li setgħu ġarrbu żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, inkompli mal-kollegi tiegħi.", "Irringrazzjajna lill-ħaddiema kollha, però naħseb li ħaqqhom ringrazzjament ukoll il-familji kollha ta' dawn il-ħaddiema għax meta raġel jew it-tifel jew familjari qegħdin jaħdmu f'kondizzjonijiet ta' maltemp bħal dan, il-familjari jkollhom moħħhom fihom u allura naħseb ħaqqhom ringrazzjament għall-koperazzjoni tagħhom.", "Apparti l-istock-take li l-Prim Ministru qal li se jsir tal-ħsarat, li huwa tajjeb, naħseb li għandu jsir ukoll stock-take ta' x'mar tajjeb u x'ma marx daqshekk tajjeb.", "Kien hemm bżonn ta' ċertu apparat aktar speċjalizzat biex isiru ċerti interventi imma dan ma kienx available?", "Nixtieq nagħmel suġġeriment żgħir.", "Forsi jistgħu jsiru ċentri distrettwali f'każ ta' emerġenzi bħal dawn.", "Ovvjament, interventi li jkunu ta' natura kbira għandhom jitħallew f'idejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), però jien ngħid li għandhom isiru ċentri distrettwali li jkunu taħt il-kappa tas-CPD – jistgħu jkunu involuti wkoll il-kunsilli lokali u voluntiera li jkunu mil-lokal - li jkunu jistgħu jagħmlu interventi żgħar bħal, jekk forsi jaqgħu xi siġar fit-triq.", "Meta jinqalgħu il-każi kollha li nqalgħu lbieraħ u lbiraħtlula, is-CPD ma jistgħux ikunu f'numru ta' postijiet fl-istess ħin.", "Għalhekk dawn iċ-ċentri jkunu jistgħu jagħmlu interventi li ma jkunux daqshekk kbar imma li jkunu effettivi.", "Jekk pereżempju tkun waqgħet siġra u qed iżżomm ma' wires tad-dawl, b'intervent li ma jkunx daqshekk kbir imma jsir f'waqtu, tkun tista' tevita inċidenti kbar.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi semma l-kwestjoni tal-culverts tal-ilma u l-manutenzjoni tagħhom.", "Naħseb li waħda mill-aktar affarijiet importanti hija li jsiru culverts, però żgur li l-manutenzjoni kontinwa ta' dawn il-culverts hija daqstant importanti.", "Għax jekk basket tal-plastic pereżempju jiġi fuq tappiera, dan jispiċċa jsodd il-culvert u ma jibqax effettiv u allura hemm bżonn ta' manutenzjoni kontinwa fuq din it-tip ta' infrastruttura.", "Hemm bżonn ukoll li jsiru water culverts f'lokalitajiet li huma prone to flooding.", "Nagħmel suġġeriment lill-Ministru responsabbli mill-infrastruttura biex dan it-tip ta' culverts jidħlu fil-programm ta' toroq.", "Jiena nista' nsemmi lokalitajiet fid-distrett tiegħi bħall-Imqabba, il-Qrendi u ż-Żurrieq fejn hemm bżonn dawn it-tip ta' culverts.", "L-aħħar punt.", "Fil-programm elettorali taż-żewġ partiti kien hemm proposta fir-rigward tal-bdiewa fis-sens li l-Gvern jgħinhom jagħmlu insurance.", "Naħseb li ż-żewġ naħat għandhom jitkellmu bejniethom biex dan isir mill-aktar fis possibbli.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, se nkompli fuq l-aħħar kumment li għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Toni Bezzina fuq l-assigurazzjoni.", "Edwin Vassallo u l-kandidat għall-elezzjoni għall-Parlament Ewropew Dr Peter Agius fl-istqarrija għall-istampa lbieraħ għamlu proposta ċara li jidhirli li l-Prim Ministru llum ma tkellimx dwarha.", "Huwa veru li fil-politika agrikola tal-Unjoni Ewropa gvern ma jistax jgħin b'mod finanzjarju lill-bdiewa u r-raħħala, imma ovvjament f'każ bħal dan ta' force majeure, f'każ ta' diżastru, ta' katastrofi naturali, jista' jkun hemm eċċezzjoni.", "Il-kollega Dr Peter Agius u l-Onor.", "Edwin Vassallo qalulna li l-Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi lill-gvernijiet biex jgħinu lill-bdiewa fl-assigurazzjoni.", "Qalulna wkoll li l-Gvern saħansitra jista' jagħti jew jidħol bi sħab biex jitħallas premium ta' assigurazzjoni f'każ ta' maltemp sa 65%.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk huwiex beħsiebu jidħol fi skemi bħal dawn?", "Nagħlaq b'apprezzament.", "Niftakar li l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, fl-2006 fil-Parlament Ewropew ħadem fuq dawn it-tip ta' fondi għal dan it-tip ta' eventwalitajiet fejn tniżżel il-limitu ta' ħsara biex ikun aktar faċli li Malta tapplika għal dawn il-fondi.", "Grazzi, Eks Kap Simon Busuttil.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, ningħaqad ma' sħabi biex nirringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fix-xogħol kbir li sar ilbieraħ.", "Naħseb li l-frażi li trid tintuża hi: They made us all proud!", "Però osservazzjoni li għamilt ilbieraħ waqt li kont għaddej fit-triq hi li siġar ta' 30 sena, 40 sena u 50 sena b'kull zokk nofs metru, spiċċaw maqlugħa mill-għeruq.", "L-ewwel impressjoni li tieħu hi li dawn inqalgħu mill-għeruq u kważi kważi huwa impossibbli li terġa' tħawwilhom.", "Dalgħodu jien u ġej lejn il-Belt stajt nara dawn is-siġar enormi jitqattgħu biċċiet minħabba l-periklu li kienu qegħdin joħolqu.", "Ma nafx hawnx xi ħadd min-naħa tal-ERA li jista' jgħidilna x'direzzjoni ngħatat fir-rigward ta' dawn is-siġar.", "Dalgħodu kont miexi n-naħa tat-Trade Fair fejn hemm tliet siġriet enormi maqlubin mal-art, imma mhux imkissrin.", "Hemm xi direzzjoni fuq il-possibbiltà li dawn is-siġar jistgħu jiġu salvati?", "Dawn huma siġar li m'għandix dubju li ħadu għexieren ta' snin biex kibru.", "Dalgħodu bdejt nara f'diversi postijiet siġar kbar bħal dawn jitqattgħu biċċa biċċa.", "Forsi hawn xi ħadd li jista' jinforma lil dan il-Parlament jekk hemmx xi struzzjonijiet biex uħud minn dawn is-sġar, li m'għandix dubju li wħud minnhom għadhom mitluqin fejn waqgħu ilbieraħ, minflok inqattgħuhom u neqirduhom, jerġgħu jiġu mħawlin biex jerġgħu jibdew jitgawdew?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-informazzjoni li ta lil din il-Kamra dwar dak li ġara lbieraħ u lbiraħtlula.", "Xtaqt nagħmel referenza għal dak li ġie rrapportat fuq NET News li fost l-oħrajn tkellem fuq alert minħabba t-tanker tal-gass u qalu li sorsi qed jgħidulhom li Electrogas tinsab fuq alert massimu minħabba din is-sitwazzjoni.", "Nistaqsi lill-Prim Ministru jekk dan huwiex veru jew inkella dawn ir-rapporti kenux intiżi biss biex jallarmaw għalxejn għal skop politiku partiġjan.", "Jekk inhu hekk, naħseb li hija verament irresponsabbiltà kbira.", "Għaldaqstant nistaqsi lill-Prim Ministru jekk jistax jikkonferma dan jew kenitx fake news!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, għandi xi ngħid mhux ħażin, jiġifieri nitlob li tikkumpatuni ftit għax nixtieq inwieġeb għall-mistoqsijiet kollha li saruli.", "L-ewwel nett, naħseb li qal sewwa ħafna l-Onor.", "Edwin Vassallo li l-ewwel ħaġa – u għamilt żball min-naħa tiegħi li ma semmejthiex – irridu niringrazzjaw lil Alla li ma miet ħadd ilbieraħ.", "Chris Fearne matul il-ġurnata kollha u beda jinformani li l-Isptar ma kienx hemm xi influss barra min-normal.", "Meta tqis li kien hemm dik is-sitwazzjoni kollha u ma kellniex persuni li mietu jew ġew feruti gravament, naħseb li dik hija a huge relief.", "Illum hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu fuq telf ta' ħajjiet jew nies li jweġġgħu b'mod li tonqsilhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom, imma qegħdin nitkellmu u nevalwaw infrastruttura, u din minnha nnifisha naħseb li hija a huge relief għal kulħadd.", "Sitwazzjonijiet bħal dawn nistgħu biss nippreparaw għalihom, imma x'jiġri u ma jiġrix ftit li xejn wieħed jista' jipprevedi.", "Naqbel mal-Onor.", "Bezzina u jidhirli anke l-Onor.", "Farrugia li semmew il-bżonn ta' post mortem.", "Kif jgħaddu dawn il-jumejn se nibdew post mortem ta' dak kollu li sar.", "At face value jidher li s-sistema ħadmet.", "Jien kont sodisfatt ħafna li l-Ħadd filgħodu, x'ħin tlabt l-ewwel rapport kmieni filgħodu, il-flow of information kienet b'saħħitha ħafna.", "F'affarijiet bħal dawn jien mgħallem li tinduna jekk l-affarijiet humiex qegħdin jaħdmu jew le mhux għax jgħidulek iva, jew ftit jew ħafna, imma jekk titlob state of affairs mis-CPD u jagħtuk numru eżatt ta' telefonati li daħlu, jgħidulek eżatt kemm hemm nies impenjati u kemm qegħdin bħalissa on alert f'postijiet differenti, u dak juri li hemm sistema li qed taħdem.", "Jiena xorta nemmen li minkejja li fil-fehma tiegħi at face value jidher li kien hemm sistema li ħadmet, m'hemm xejn ħażin, anzi huwa xorta bżonjuż li inti tagħmel analiżi ħalli tara fejn kienu blockages, fejn kienu l-affarijiet li qegħdin niffaċċjaw għall-ewwel darba, fejn kienu l-affarijiet li setgħu mxew aħjar u fejn imxejna aħjar mis-soltu.", "Naħseb dak huwa punt li fil-fehma tiegħi huwa importanti ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li napprezza li l-membri kollha ta' din il-Kamra rringrazzjaw lill-ħaddiema u 'l-persuni kollha involuti.", "Illum tħabbret xi ħaġa li ma kenitx ippjanata li tkun imħabbra in the aftermath of the storm.", "Imma llum il-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Michael Farrugia ħabbru xi ħaġa li biha nistgħu nuru l-apprezzament lil dawn il-ħaddiema.", "Bħala parti mit-twettiq tal-manifest elettorali tal-Gvern, illum ħabbarna li lħaqna ftehim, liema ftehim ilu li ntlaħaq numru ta' ġimgħat u kien skedat li jitħabbar illum, li lill-ħaddiema kollha tal-korpi dixxiplinati se nkunu qegħdin inkopruhom għall-ewwel darba permezz ta' occupational insurance.", "Sal-lum il-ġurnata lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jinqalgħalhom xi ħaġa jew allaħares qatt jitilfu ħajjithom jew ikorru b'mod li jsofru diżabilità waqt li jkunu qegħdin jaqdu dmirijiethom, kważi kważi dejjem isiru ad hoc arrangements, li inti tidħol każ każ.", "Issa, minflok hekk, il-membri tal-korpi dixxiplinati se jkunu qegħdin jiġu koperti totalment sa massimu ta' €180,000.", "B'din il-miżura se nkunu qegħdin intejbulhom ħafna l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Naħseb li dan huwa mod ta' kif nuru, lil hinn mir-retorika, apprezzament lil dawn il-ħaddiema.", "L-Onor.", "Bezzina staqsa dwar il-bżonn li jkollna ċentri reġjonali għas-CPD.", "Kumbinazzjoni wkoll, ġimagħtejn ilu approvajna l-pjan ta' żieda fir-riżorsi tas-CPD meta ftit li xejn stajna nkunu nafu li din se tkun tema attwali daqshekk malajr.", "Ngħid għalija nnifsi, mhux dejjem faċli … Għax meta tara l-pjanijiet tgħid: Imma dawn ikollok bżonnhom?", "Wieħed mill-pjani għas-CPD huwa li jkun hemm ċentru speċjalizzat li jkun mibni b'tali mod li jkun rinforzat għall-aħħar f'każ, allaħares qatt, ta' terremot f'pajjiżna.", "Tibda tgħid: Imma hawnhekk mhux qegħdin nonfqu miljuni kbar għalxejn?", "Però meta jiġri jkun ġara!", "Issa ġie identifikat il-mod ta' kif isir dan iċ-ċentru ta' tmexxija li jkun reżistenti anke għall-akbar diżastri naturali li jistgħu jseħħu.", "Qegħdin nikkonsidraw ukoll firxa iktar reġjonali, għaliex għandu raġun l-Onor.", "Bezzina li l-mod ta' kif inhi strutturata s-CPD illum hija inklinata wisq fuq naħa waħda tal-pajjiż, u r-response time jiġi b'dak il-mod miżjud minħabba l-kwestjoni tad-distanzi.", "Naturalment hemm kwestjoni ta' planning u hemm il-fattur li ħadd ma jieħu pjaċir ikollu bitħa tal-fire engines wara biebu.", "Meta tkun se tibni xi ħaġa xi mkien issib elf oġġezzjoni.", "Imma naħseb li xi ħaġa bħal tal-bieraħ turina l-bżonn li dipartiment bħal dan – u rrid nirringrazzjahom ħafna – ikun mgħammar bl-aħjar affarijiet.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma l-fondi Ewropej.", "L-ewwel nett hu semma l-fondi strutturali Ewropej u anke l-Fond ta' Struttura, il-Juncker Plan jew fondi oħrajn.", "Hemm forsi għandna kwestjoni ta' interpretazzjoni differenti mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Dawk li semma hu huma fondi li kważi kollha nistgħu nużawhom, imma nistgħu nużawhom biex prattikament nissellfu l-flus minnhom.", "Jekk għandna l-fondi nazzjonali u m'għandniex bżonn nissellfu, mhux se noqogħdu mmorru nħallsu l-imgħax fuq self li m'għandniex bżonn.", "Dak li kapaċi nagħmlu aħna naqbdu u nagħmluh u jekk ikun hemm bżonn nissellfu, se nkunu qegħdin nissellfu.", "Irrid ngħid li għandek tliet strumenti partikolari li huma earmarked bħala strumenti għall-kwestjonijiet ta' diżastri naturali.", "L-ewwel strument għandu x'jaqsam mal-biedja li huwa ggvernat b'mod burokratiku u minuzjuż f'dak li għandu x'jaqsam mal-istate aid, jiġifieri kwalunkwe ewro li tagħti lill-qasam tal-biedja jkun skrutinizzat bl-iktar mod strett.", "F'każijiet ta' diżastri naturali hemm proċedura li rridu nsegwu – jiġifieri mhux naqbdu u nagħmlu li rridu - li permezz tagħha r-regoli tal-istate aid jiġu waived off.", "Se nibdew nikkomunikaw mal-bdiewa, mar-raħħala u mas-sajjieda permezz ta' freephone li se jiġi mniedi dalwaqt, u hawnhekk naqbel totalment mal-Onor.", "Jien għandi ħafna bdiewa fil-familja u għandi wkoll ħafna bdiewa ġirien tiegħi u tkellimt magħhom ilbieraħtlula, jiġifieri l-Ħadd filgħodu.", "Min ikun milqut ikun iddisprat.", "M'hemmx fallback position, u lil dawn il-persuni rrid nerġa' nassigurahom li mhux se nħalluhom waħedhom.", "Diġà għandna l-kejl tal-kalkolu ta' kif se nkunu qegħdin ngħinu.", "Ovvjament hemm limiti, wieħed irid jara l-ħsarat li qegħdin jiġu claimed u jrid jiġi verifikat li l-ħsarat huma ġenwini.", "Hemm il-ħsarat tal-uċuħ tar-raba' li jkunu b'kejl mod u hemm il-ħsarat strutturali li jkunu b'kejl ieħor, u hemm min għandu x'jaqsam mas-serer u min għandu x'jaqsam ma' apparat ieħor.", "Nikkalkolaw dak kollu li qegħdin ngħidu, imbagħad huwa irrelevanti jekk il-flus jiġux mill-Unjoni Ewropea jew minn Malta, għax lil dawn se nkunu qegħdin ngħinuhom.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Naħseb li lkoll kemm aħna naqblu li lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda ngħinuhom b'mod li jkun strutturat tajjeb biex ma jkunx hemm abbużi.", "Forsi din mhux popolari ngħidha bħalissa, imma jrid ikun hemm audit trail tajjeb, imbagħad ngħinuhom f'dan ir-rigward.", "It-tieni strument huwa dak li għandu x'jaqsam mal-fondi ġejjin mill-Common Agricultural Policy (CAP) li jidħlu fis-seħħ ukoll f'każ ta' xi diżastru naturali.", "Għandi ftit xettiċiżmu dwar l-interpretazzjoni ta' dan kollu, għaliex l-interpretazzjoni tiegħi dwar din hi li jrid ikun hemm xi disruption dwar is-suq Ewropew biex inkunu nistgħu nikkwalifikaw.", "Ma naħsibx bl-ebda mod li dak li seħħ f'Malta jista' jkun klassifikat bħala disruption fis-suq Ewropew!", "Għalissa ma se ngħid xejn għax naħseb irridu naraw sewwa l-mekkaniżmu u r-regolamenti biex naraw jekk nikkwalifikawx jew le.", "It-tielet strument huwa dak tal-European Union Solidarity Fund li hemmhekk hemm kejl ċar ħafna.", "L-Onor.", "Cutajar qal li l-Latvja ħadu €17-il miljun.", "Iva, il-Latvja ħadu €17- miljun għax kien ikkalkolat li kellhom madwar €600 miljun ħsarat f'pajjiżhom.", "Il-kejl nixtieq nispjegah b'mod ċar ħafna.", "Il-kejl ta' dan l-istrument mhuwiex li jgħid il-pajjiżi kollha jieħdu €17-il miljun jew il-pajjiżi kollha jieħdu €10 miljuni jew €20 miljun.", "L-ewwel kejl huwa l-gross national income (GNI) ta' dak il-pajjiż.", "Trid tara l-GNI, imbagħad tieħu persentaġġ ta' 0.6% tiegħu.", "Issa 0.6% tal-GNI tagħna huwa €60 miljun.", "Mhux qed ngħid nieħdu €60 miljun, qed ngħid x'inhu l-benchmark.", "Biex tkun tista' tikkwalifika għal dan l-istrument, il-ħsarat li jrid ikun ġarrab il-pajjiż iridu jkunu jammontaw għal mill-inqas 0.6% tal-GNI.", "Jiġifieri l-ħsarat li ġarrabna bħala pajjiż iridu jkunu jammontaw għal €60 miljun.", "Onestament għadu kmieni wisq u nkun irresponsabbli jekk nagħti xi figura jew jekk nallaċċja xi figura mal-ħsarat li saru.", "L-ewwel nett, il-ħsarat iridu jkunu kwantifikati.", "Wieħed irid jara li ninkludu l-ħsarat kollha u nimxu minn hemmhekk.", "Meta nkunu kkwantifikajna li dawn il-ħsarat ikunu ta' iktar minn €60 miljun – u nerġa' ngħid m'iniex f'pożizzjoni li nikkonferma, niċħad jew ngħid kemm jistgħu jkunu għax it's very early in the day - hemmhekk hemm ammont, jekk m'iniex sejjer żball, ta' 2.5% li nistgħu nikkwalifikaw għalihom.", "Jiġifieri b'dan l-ewwel mekkaniżmu niġu nikkwalifikaw għal €1.5 miljun.", "Jiġifieri din tas-€17 miljun se tidher sabiħa, imma qiegħda €17-il miljun għax hija skont id-danni li sofrew il-Latvja u skont is-sitwazzjoni ta' dan il-kejl.", "Jekk hemm b'€60 miljun ħsarat - u ma nafx jekk hemmx jew le, għax hawn min jgħid li ħafna u hawn min jgħid li ftit - permezz ta' dak il-mekkaniżmu nikkwalifikaw għal €1.5 miljun, a far cry from many more millions!", "Jekk tistaqsuni x'nagħżel, ngħid li nippreferi jekk ma nkunx nikkwalifika għall-ebda tip ta' għajnuna u ma jkollniex dawn il-ħsarat.", "F'ġieħ kemm hemm!", "Għax il-fatt li rridu naħsbu fuq €60 miljun oħra biex nieħdu €1.5 miljun ukoll iġibni jxoqq naqra l-għaraq għalija, għax fl-aħħar mill-aħħar il-flus iridu jiġu minn x'imkien.", "Jekk kemm-il darba l-ħsarat ikunu iktar minn dawk is-€60 miljun, tidħol it-tieni parti ta' mekkaniżmu li aħna nieħdu 6% tal-excess sum.", "Jiġifieri jekk għall-argument ikollna €70 miljun, apparti l-€1.5 miljun nieħdu €600,000 oħra, jiġifieri madwar €2 miljuni b'kollox.", "Dan biex kulħadd ikun jaf l-affarijiet kif inhuma.", "Nixtieq ukoll li ma mmorrux bl-idea li l-Unjoni Ewropea qisha l-insurance tagħna, li issa kulħadd jiġbor l-ispejjeż, nibagħtuhom lill-Unjoni Ewropea u jagħtuna l-flus għall-fridge l-ġdida!", "Is-sistema ma taħdimx b'dan il-mod, ma nistgħux nagħmluha, u anke li kieku nistgħu nagħmluha, ma teżistix.", "Jien l-ewwel wieħed li kieku hemm il-flus li nistgħu nġibu mill-Ewropa fi kwalunkwe ħaġa, nġibuhom, imma ma jeżistix mekkaniżmu ta' dan it-tip.", "Nappella għall-kawtela u lin-nies għandna nfehmuhom mill-ewwel li xi ħaġa bħal din mhijiex disponibbli, ma teżistix u ma nistgħux nagħmluha.", "Ladarba kien hemm din il-mistoqsija, xtaqt nieħu s-suġġeriment li għamel l-Onor.", "Cutajar dwar il-kunsilli lokali.", "Kunsilli lokali li jkunu sofrew xi danni sostanzjali se nkunu qegħdin narawhom.", "Qed nifhem li dawn huma parti mill-affarijiet li qegħdin jieħdu ħsieb anke d-Dipartiment tax-Xogħlijiet.", "Jiġifieri mhux qegħdin naraw jekk hux xogħol tal-Gvern jew xogħol tal-kunsilli, qegħdin naraw il-ħsarat kollha u nimxu bil-lant.", "Nieħu spunt minn dak li qal l-Onor.", "Fenech Adami u naqbel miegħu li fejn hemm ċans li siġar ma jinqalgħux, dawn nirranġawhom u niżbruhom.", "Hekk għandu jsir u naqbel miegħu li jsir hekk.", "Se nerġa' nitkellem ftit dwar il-biedja għax l-Onor.", "Stellini semma punt importanti.", "L-Onor.", "Stellini għandu raġun li hemm fondi Ewropej rigward insurance għall-bdiewa.", "Aħna qed nittrattaw lill-biedja mhux bħal negozju ieħor għax ħafna drabi l-biedja mhijiex insured.", "Fil-każ ta' pajjiż żgħir bħal tagħna ma ssibx insurance companies li jkunu lesti biex jidħlulek għal dak ir-riskju, anke għaliex ir-riskju f'każ ta' pajjiżna mhuwiex iżolat għal x'imkien li għandu x'jaqsam mal-biedja, imma jekk jagħmel maltemp li jaffettwa l-biedja, dan x'aktarx se jaffettwalek it-territorju kollu.", "Il-mudell ta' kif taħdem insurance, b'dak il-mod ma tistax tagħlaqha b'mod settorali għax se tiġi kwestjoni nazzjonali u mhux kwestjoni settorali.", "F'pajjiżi oħrajn jarawha bħala settorali, imma fil-każ tagħna l-mument li se jagħmel maltemp li jolqot il-biedja, qed jintlaqat il-pajjiż kollu awtomatikament u minħabba f'hekk l-insurance tagħmillek pass lura.", "Aħna ħriġna sejħa – fil-każ jikkoreġini l-Onor.", "Aaron Farrugia – għall-fondi Ewropej biex ngħinu insurance companies jidħlu magħna, u aħna nerfgħu parti mir-riskju permezz ta' fondi Ewropej biex ikunu jistgħu jipprovdu poloz tal-assigurazzjoni għall-biedja.", "Ma applikat l-ebda insurance company, la minn dawk li huma bbażati f'Malta u lanqas oħrajn.", "Nerġgħu nipprovaw, nerġgħu nħajru, imma huwa settur diffiċli ħafna għax hija kwestjoni ta' diseconomies of scale, għax is-settur tant kemm hu żgħir illi r-riskju relatat mat-territorju b'mod nazzjonali huwa diffiċli.", "Aħna għalhekk qed nagħmlu differenza bejn il-biedja u negozju ieħor, għax issa ovvjament il-mistoqsija li jmiss hija ta' dak li jgħidlek: Jien għereqli l-ħanut, allura se tgħin lill-bidwi u ma tgħinx lili?", "In-negozju huwa insurable u l-Gvern ma jistax jidħol biex jagħmel tajjeb u jkun insurance hu.", "Jekk il-Gvern jagħmel hekk, dak li jkun qed iħallas polza tal-insurance mbagħad jgħidlek: Mela darb'oħra ma nħallas xejn u jidħol u jagħmilli tajjeb il-Gvern!", "Jiġifieri jrid ikun hemm ċertu bilanċ.", "Huwa kollox sew li lil bniedem ngħinuh bħala emerġenza għax daħallu ħafna ilma fil-basement.", "F'każi bħal dawn mhux se toqgħod tara jekk hux tal-Gvern jew tal-privat jew jekk hux tort ta' dak jew li jidħol biex jagħmilha tal-insurance.", "Naħseb li hemm periklu kbir ħafna li nħalltu dawn is-sitwazzjonijiet.", "Ma smajtx suġġerimenti min-naħa tal-Oppożizzjoni li għandu jsir hekk, imma qed nipprova nispjega lil dak li jkun, għax naf li issa nibdew nirċievu l-ittri u l-emails fejn jgħidulek: Kif għentu lill-bdiewa, għaliex ma tgħinux lil dan u lil ieħor?!", "Kulħadd irid jerfa' r-responsabbiltajiet tiegħu.", "Il-Gvern mhuwiex insurance, imma se ngħinu kemm nistgħu.", "Biex inkunu qegħdin nitkellmu ċar, is-sitwazzjoni tal-bieraħ kienet forsi bla preċedent għal pajjiżna, imma differenti minn sitwazzjonijiet ta' qabel.", "Semmejt il-każ li l-iktar rekord ta' maltemp bħala rjieħ kien dak tal-11 ta' Ottubru, 1982 fejn dakinhar mietu erba' persuni.", "Hawn ta' min jgħid li dak it-tip ta' maltemp kien ħafna iktar b'ilmijiet milli kien ilbieraħ.", "Ilbieraħ il-fenomenu kien iktar ikkawżat mill-irjiħat milli mill-ilmijiet.", "U għalhekk nerġa' niġi għal dak il-punt.", "Ħadmu s-sistemi tal-istorm water?", "Jidher li ħadmu, imma ma kellux il-pressjoni ta' maltempati enormi.", "Kien hemm waqtiet li pajjiżna ffaċċja ferm iktar ilma milli ffaċċja lbieraħ.", "Żgur li mill-1982 ma kienx hemm sitwazzjoni li kien hemm dawn l-irjiħat li ffaċċjajna llum il-ġurnata.", "Li nista' ngħid hu li l-kwestjoni tal-manutenzjoni, kif kien qed jitkellem u staqsa l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi, tibqa' u hija kruċjali.", "Nieħu pjaċir li f'okkażjonijiet bħal tal-bieraħ nista' inneħħi minn moħħi l-inkwiet li seta' kellna, pereżempju fuq il-pont tal-Mistra li għamilnielu l-maintenance.", "Meta tagħmel il-maintenance, in-nies, l-ewwel wieħed jien, li noqogħdu n-naħa ta' fuq, tinduna għax il-blockage tat-traffiku li ħoloq dak il-maintenance tal-pont tal-Mistra kien enormi.", "Imma lbieraħ waqt li kien għaddej dak il-maltemp kollu kien moħħna mistrieħ li mhux se jkollna problema.", "Il-bridge tal-Pepsi l-istess, tajnieh maintenance waħda u sew, jiġifieri stajna nserrħu moħħna minn dan kollu.", "Dan kien ilu ma jeħodha s-snin, imma hemm bżonn li nkomplu ninvestu f'dan kollu.", "Rigward il-Floating Storage Unit (FSU), it-tanker tal-gass, jien mhux se nidħol f'kontroversji, imma se ngħid biss il-fatti.", "Meta jkollok ċertu tip ta' maltemp, b'mod normali jidħol fis-seħħ parti mill-protokoll tas-safety fejn tidħol tug boat ħdejn dan it-tanker, mhux biex tiġbdu, imma biex tkun on standby, jiġifieri dik il-parti tal-protokoll tiskatta mill-ewwel.", "Se nitkellem ċar u tond.", "Kieku d-direzzjoni tar-riħ kienet mod ieħor, dik hija kwestjoni oħra, u hemmhekk jidħol protokoll ieħor fejn jekk ikun hemm bżonn, jinqata' 'l barra.", "Għax id-direzzjoni tar-riħ kienet kif kienet, minkejja s-saħħa tar-riħ, ma kienx hemm bżonn li dan jinqata' minn postu u l-provvista kompliet b'mod normali.", "Dwar il-Karnival, ikkonfermali l-Ministru Owen Bonnici li se nkunu qegħdin nagħtu grant finanzjarju lil dawk l-artisti li sofrew ħsarat.", "Dawn jirrabjaw għax ikunu ilhom tant jaħdmu u jisfalhom kollox suf, imma se nkunu qegħdin nagħtuhom għajnuna finanzjarja biex nipprovaw nagħmlu tajjeb għal dak li jkunu sofrew.", "L-ikbar inkwiet li għandi, Sur President, hu dwar postijiet bħal Ricasoli.", "Minnu nnifsu l-post diġà għandu bżonn ta' maintenance u aħna għandna masterplan għal Ricasoli.", "Min jaf bħall-bieraħ x'ġarrab dan il-post!", "Naf li saru spezzjonijiet hemmhekk u nixtieq nara r-ritratti.", "Postijiet bħal dan u ċerti fortizzi f'inħawi differenti tal-pajjiż jinkwetawni, imma fl-aħħar mill-aħħar kulħadd bravu.", "Anke jekk nibdew issa nżidu ħafna iktar il-maintenance, xorta m'intix se tlaħħaq.", "It-tħassib ikun li ħadulek ħafna mill-ħin biex saret schedule għal dak it-tip ta' maintenance.", "Imma lil hinn minn hekk nista' ngħid li ninsab kburi ħafna bil-ħidma li saret bħala team f'dan il-pajjiż.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ORDINANZA DWAR", "IL-PROFESSJONI MEDIKA U", "L-PROFESSJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAGĦHA U", "L-ORDINANZA DWAR MEDIĊINI PERIKOLUŻI", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar Mediċini Perikolużi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha, Kap. 31, u l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, Kap. 101, biex tiġi implimentata d-Direttiva tal-2017 u 2013\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IŻ-ŻONI ĦIELSA F'MALTA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, huwa tajjeb li nsaħħu l-ekonomija u narawha miexja 'l quddiem.", "Huwa fatt li l-prodott domestiku gross qiegħed jiżdied, jiġifieri l-volum qiegħed hemm, imma ma rridux ninsew u ninjoraw il-fatt li fl-ekonomija hemm ukoll il-prinċipju tal-valur.", "Il-volum waħdu ma jissarrafx ħlief f'sagrifiċċju jekk f'pajjiż tad-daqs u ċ-ċokon tagħna ma jitqisux ukoll il-valuri u b'mod partikolari s-sostenibbiltà tal-kapital naturali.", "Huwa tajjeb li nfittxu swieq ġodda, imma rridu nkunu fiċ-ċert li l-ekonomija li qegħdin nindirizzaw lejn pajjiżna tkun waħda sostenibbli, waħda ġusta u ispirata minn politika li ċ-ċentru tagħha huwa l-bniedem.", "Fl-istess ħin trid tkun ekonomija li tibbilanċja l-oqsma tal-ambjent u dak soċjali flimkien ma' dak ekonomiku, biex b'hekk tiggarantixxi l-prosperità li hemm bżonn li pajjiż, b'mod partikolari tad-daqs tagħna, għandu jkollu.", "Ftit ħin ilu għadna kemm smajna li pajjiżna huwa tant ċkejken li anke kumpaniji tas-sigurtà ma jħarsux lejn ċerti oqsma bħalma jsir f'pajjiżi oħra li huma kbar.", "Meta niġu biex inħarsu lejn dan il-qasam lilna jqisuna kważi territorju settorali.", "Huwa proprju għalhekk li l-ekonomija tagħna għandha tħares lejn il-bniedem u tiffoka fuq il-potenzjal tiegħu u fuq il-kwalità ta' ħajja li jgħix f'dawn il-gżejjer.", "Huwa tajjeb li jkollna free trade zones, imma fl-aħħar mill-aħħar dawn iż-żoni, dawn l-oġġettivi, għandhom iservu lill-bniedem u mhux lin-negozjant.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Qed ngħid hekk għax għandna qafas ta' liġi li se jsaħħaħ in-negozju, imma għalija, kemm bħala ċittadin u kemm bħala politiku, mhux kull negozju huwa adattat minkejja l-vantaġġi ekonomiċi tiegħu għal Malta.", "Dan ma jfissirx li qed ngħid li jien kontra ż-żoni ħielsa, imma rridu nkunu kawti biex waqt li nsaħħu l-ekonomija bi swieq ġodda bħalma qed jiġi propost, irridu nħarsu, fuq kollox, lejn is-sagrifiċċji li se nġorru bħala pajjiż u s-sagrifiċċji li se nġorru bħala poplu għax il-kapital ta' pajjiżna huwa limitat.", "Hemm punt ieħor li rrid insemmi mhux biex inkun negattiv, imma biex nilqgħu għalih u nkunu ppreparati għal quddiem.", "Dan huwa suq li faċli joħloq monopolju, allura huwa importanti li nissalvagwardjaw il-kompetizzjoni.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Huwa fatt li n-negozjant ifittex il-qligħ u huwa fatt li ħafna mill-qligħ jiġi mit-transhipment hub u mhux mis-servizz tal-ġarr u tad-distribuzzjoni tal-merkanzija bejn dawn iż-żoni ħielsa.", "Il-pajjiż, b'mod partikolari n-naħa t-isfel, se jkun qed jagħmel sagrifiċċji u allura aktar u aktar irridu noqogħdu attenti li ma nservux lin-negozjant, imma nservu liċ-ċittadin Malti u Għawdxi.", "Irrid ngħid ukoll li l-qafas innifsu tal-liġi huwa wieħed ta' min ifaħħru.", "Il-liġijiet li jwaqqfu xi awtorità donnu fihom pattern li dejjem jiġi segwit.", "Waħda mid-diffikultajiet li nsib f'dan l-Abbozz ta' Liġi hija l-fatt li m'hemmx differenza, m'hemmx red lines bejn dak li huwa regolatur u dak li huwa amministratur.", "Taqsima III titkellem dwar sorveljanza, dwar kontroll, dwar approvazzjoni, dwar awtorizzazzjoni, dwar immaniġġjar, dwar li tikkordina mal-ministeru, dwar li tagħti pariri lill-Gvern u li toħroġ linji gwidi, imma s-separazzjoni ta' poter biex b'hekk ikun hemm dik il-kontabilità li f'artiklu 7 suppost għandha tkun ċara daqs il-kristall bil-prinċipju ta' certainty u specificity, ma teżistix.", "Dan huwa d-difett li nara f'din il-liġi.", "Se jkollok awtorità li minkejja li hija totalment indipendenti u awtonoma mit-tmexxija tal-ministru, se jkollha l-piż li hija se tkun kemm regolatur kif ukoll amministratur.", "Forsi tgħiduli li ċ-ċokon ta' pajjiżna ma jitlobx li jkollok din is-separazzjoni ta' poter u oġġettivi meta qed nitkellmu dwar xi ħaġa li mhijiex daqshekk kbira.", "Deħlin f'suq, u la deħlin f'suq se nkabbru s-suq li għandna, u la se nkabbru s-suq li għandna hemm bżonn nuru iktar professjonalità u iktar integrità biex meta niġu biex nagħtu l-vantaġġi biex nattiraw lil ħaddieħor lejn pajjiżna, inkunu iktar fuq ir-riħ minn pajjiżi oħrajn mhux biss għax ikollna proċess ta' simplifikazzjoni, imma proċess li jaħseb b'mod serju u kawt kif l-affarijiet għandhom isiru.", "Jien nara li bil-mod kif ġie ppreżentat il-qafas tagħha, din l-awtorità se jkollha remit wiesa' ħafna.", "Jiena tal-opinjoni li din l-entità kellu jkollha dawn iż-żewġ branki separati minn xulxin.", "Sintendi, min-naħa tiegħi nistenna li l-Ministru jagħti spjega dwar dan forsi anke waqt l-istadju ta' Kumitat biex ikun hemm iktar ċarezza u serħan tal-moħħ, bħalma nixtieq li jkun hemm ċarezza dwar il-possibbiltà li jinħoloq monopolju u dwar il-possibbiltà li pajjiżna, b'mod partikolari n-naħa t'isfel tal-pajjiż, se jispiċċa jġorr iktar sagrifiċċji li jistgħu jisfumaw fix-xejn.", "L-ekonomija sejra tajjeb, jidher li qegħdin inwittu t-triq għal suq differenti, imma hemm bżonn li issa nibdew inroddu lura lil pajjiżna billi jkollna ekonomija li tħares iktar lejn il-valur milli lejn il-volum.", "Il-GDP meta jikber juri indiċi sbieħ, imma fl-aħħar mill-aħħar hija l-kuntentizza, hija l-kwalità tal-ħajja li l-poplu jkun qiegħed jgħix f'artu li jiddetermina kemm pajjiż huwa miexi 'l quddiem jew le.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jidher li m'hawnx iktar rimarki.", "Insejjaħ lill-Ministru Chris Cardona biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding-up.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Sur President, nirringrazzja lilek u lil dawk kollha li ħadu sehem f'din id-diskussjoni dwar żoni ħielsa f'Malta.", "Dan l-Abbozz jittratta niċċa ġdida fl-ekonomija tagħna bħala pajjiż u jidher li hawn qbil dwarha miż-żewġ naħat tal-Kamra u għalhekk wasalna biex nagħlqu din id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari.", "M'għandix dubju li fl-istadju ta' Kumitat se jkun hemm ukoll ċerti kjarifiki, u min qiegħed isib diffikultà biex jinterpreta l-klawsoli tal-liġi jkun jista' jiġi hemmhekk u jifhem aħjar.", "Il-proċess ma bediex fil-Parlament.", "Matul il-proċess tkellimna mal-istakeholders interessati f'din it-tip ta' attività kummerċjali pjuttost attiva u naħseb li matul din id-diskussjoni ħareġ biċ-ċar li l-Gvern huwa riżolut li jkompli jimbotta, ikompli jixpruna l-potenzjal ta' pajjiżna biex iwassal għal iktar tisħiħ fl-ekonomija Maltija u, fuq kollox, għal aktar opportunitajiet kemm ta' impjiegi kif ukoll ta' attività kummerċjali.", "Jiġifieri dan huwa kuntrarju għal dak li għadu kif qal il-kelliem ta' qabli.", "Illum il-ġurnata għandna l-Malta Freeport Terminal li għandu din it-tip ta' attività fil-pajjiż u ma teskludix li jkun hemm attività oħra simili.", "Fil-fatt, waqt li konna qegħdin nagħmlu t-tħejjija għal dan l-Abbozz rajna l-obbligazzjonijiet kuntrattwali li għandu l-Gvern mal-Malta Freeport Terminal kif ukoll l-obbligazzjonijiet għal dak li għandu x'jaqsam mal-acquis, mal-liġijiet li joħorġu mill-Customs Union.", "Kif għedt fid-diskors tal-introduzzjoni tiegħi, qegħdin inressqu dan l-Abbozz ta' Liġi għaliex il-Gvern huwa fiduċjuż li dan is-settur se jkun wieħed ta' suċċess f'pajjiżna, speċjalment għaliex pajjiżna diġà għandu l-esperjenza u għandu storja twila fis-settur loġistiku permezz tal-ħidma li ssir fil-Port Ħieles u, għaldaqstant, il-viżjoni tagħna bħala Gvern hi li Malta ssir ċentru għall-kummerċ lejn l-Afrika, lejn pajjiżi li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar importazzjoni ta' merkanzija barra mill-ġurisdizzjoni Ewropea minn pajjiżi li jissejħu third countries li r-ri-esportazzjoni tagħhom hija lejn pajjiżi li mhumiex membri fl-Unjoni Ewropea.", "Għalhekk hemm din il-possibbiltà li fuqhom ma jkunx hemm levy, taxxa jew tariffi li għandhom x'jaqsmu ma' importazzjoni.", "Hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu dwar income tax jew dwar taxxa li hi dovuta minħabba d-dħul.", "Mhux qegħdin nitkellmu dwar eżenzjoni minn taxxa fuq id-dħul jew inkella fuq eżenzjoni minn taxxa minħabba l-profitti, bħal capital gains, imma qegħdin nitkellmu dwar eżenzjoni minn tariffi, minn taxxi imposti li normalment huma due jekk jidħlu fis-suq Ewropew.", "Il-pożizzjoni ġeografika tagħna bħala pajjiż, bħala gżira f'nofs it-triq kummerċjali tal-Ewropa u l-Afrika tpoġġina f'vantaġġ uniku.", "Dan għaliex min qiegħed jesporta l-merkanzija se jkun f'pożizzjoni li jkun jista' jaħżen, bil-ħsieb li jerġa' jesporta din il-merkanzija mingħajr ma jkollu għalfejn iħallas it-tariffi li wieħed iħallas meta prodott jew merkanzija tiegħu tidħol fis-suq Ewropew.", "Din il-liġi se twitti wkoll it-triq biex pajjiżna jsir ċentru ta' eċċellenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-industrija tal-loġistika.", "Sur President, nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirrispondi għal ftit mill-argumenti u mill-kritika li saru mill-Oppożizzjoni f'dan id-dibattitu.", "Il-kollegi tiegħi l-Onor.", "Claudio Grech u issa għadni kif smajt ukoll lill-Onor.", "Godfrey Farrugia tkellmu dwar il-kwestjoni tal-awtorità.", "Naħseb li l-ġist hu li l-Oppożizzjoni qed tgħid li hemm bżonn jiddaħħlu provvedimenti serji biex inkunu nafu kif se tkun komposta l-awtorità.", "Naħseb li dak kien il-main thrust tal-argument tal-Onor.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jipproponi twaqqif ta' awtorità biex tamministra ż-żoni ħielsa.", "Filwaqt li tamministra, tkun ukoll qiegħda toffri l-assistenza lil dawk l-intrapriżi li jaħdmu f'dan is-settur.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar numru ta' intrapriżi u żgur li fl-ebda ħin m'għandna interess li jkun hemm xi tip ta' monopolju f'dan is-settur.", "Aħna qegħdin naħdmu fil-qrib ħafna mal-istakeholders kollha, fosthom mal-kumitat li kkostitwiet iċ-Chamber of Commerce li ħadna wkoll il-pariri tiegħu, rajna wkoll x'qegħdin jgħidulna l-persuni li huma midħla ħafna ta' dan it-tip ta' suq, u nista' neskludi a priori li hemm xi ħsieb jew jista' jkun naslu f'sitwazzjoni fejn ikun hemm xi cartel jew inkella xi abbuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq.", "Bħala Gvern iddeċidejna li f'dan ir-rigward, il-każ li qed jiġi mqajjem mill-Oppożizzjoni dwar l-awtorità, l-awtorità tkun il-Malta Enterprise.", "Dan għaliex ir-rwol tar-regolatur taż-żoni ħielsa jaqbel mal-portafoll attwali tagħha, filwaqt ukoll li dan l-Abbozz jaqbel sew mal-mandat ġenerali tal-Malta Enterprise li tippromwovi iktar l-intrapriża, iktar żvilupp ekonomiku u iktar investiment.", "F'dan il-każ il-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise se jiffunzjona bħala l-bord tal-awtorità.", "Tajjeb infakkar ukoll li s-settur privat huwa wkoll rappreżentat fil-Bord tal-Malta Enterprise għaliex għandek il-General Retailers and Traders Union (GRTU) u għandek ukoll il-Kamra tal-Kummerċ li t-tnejn huma parti mill-bord u se jkunu involuti fit-tmexxija ta' dawn iż-żoni ħielsa.", "Din hija a smart move, hija mossa intelliġenti li minflok noħolqu awtorità ġdida jew nipprovaw indaħħluha f'awtorità li teżisti diġà, ikun il-bord tal-Malta Enterprise li tkun l-awtorità ta' din il-liġi.", "Apparti minn hekk, il-Malta Enterprise diġà għandha l-mekkaniżmu u l-istruttura biex tapprova proġetti ta' investiment speċjali, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-loġistiika.", "Meta l-Gvern beda jipprepara, madwar erba' snin ilu, konna bdejna nikkummissjonaw studji dwar l-EU Customs Union u kif se nkomplu l-kunċett tal-Unjoni tad-Dwana, u bdejna naqraw, nistudjaw u nirriċerkaw il-possibbiltajiet li jsir dan, però kellna difett fil-liġi tagħna.", "Sa dak iż-żmien il-liġi li tikkwalifika attivitajiet biex permezz tal-Malta Enterprise, imbagħad tal-Malta Industrial Parks, kumpaniji jkunu jistgħu jiggwadanjaw żona industrijali tal-Gvern, ma kenitx tinkludi s-settur tal-loġistika bħala parti mill-qualifying activities.", "Niftakar li jien kont ressaqt emenda għal-liġi biex fost attivitajiet oħrajn jibdew jikkwalifikaw ukoll attivitajiet marbutin mal-loġistika.", "Illum il-ġurnata l-Malta Enterprise tapprova dawn it-tip ta' proġetti li jkunu ndirizzati fil-pajjiż kemm minn investituri lokali kif ukoll minn investituri barranin li jkollhom proġett li jaqa' f'din il-kategorija.", "Il-Malta Enterprise għandha wkoll ir-riżorsi meħtieġa biex qabel tapprova dawn il-proġetti tagħmel due diligence, studju bir-reqqa ħafna u dettaljat biex niżguraw is-serjetà tal-proġett, is-serjetà tal-investitur mill-aspett finanzjarju tiegħu billi naraw l-istorja tiegħu finanzjarja kif kienet u kif inhi bħalissa kif ukoll il-projections li għandhom, partikolarment dak li għandu x'jaqsam ma' audited accounts li jkollhom dawn il-kumpaniji.", "Isir ukoll operational due diligence, imma dan mhux neċessarjament nagħmluh aħna.", "Aħna nikkummissjonaw kumpaniji speċjalizzati, uħud minnhom barra minn Malta, li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol.", "Dawn jiġu lura bl-istudji tagħhom u aħna nkunu nistgħu nużaw dawn l-istudji biex naslu għal deċiżjoni rigward is-serjetà tal-proġett u tal-investitur.", "Kull proġett li se jopera minn żona ħielsa jrid ikun approvat mill-Malta Enterprise.", "Bħala Gvern qegħdin nikkonsidraw ukoll il-possibbiltà li b'mod addizzjonali għall-Bord tal-Malta Enterprise noħolqu task force simili għal dik li ħloqna fil-proċeduri ta' Brexit, jiġifieri dik imsejħa bħala l-Brexit Task Force, li r-rwol tagħha jkun biex nippromwovu - kif għamilna u kif qegħdin nagħmlu waqt il-Brexit - is-settur tal-loġistika f'Malta.", "Jiġifieri din it-task force żgur mhux se tkun ir-regolatur taż-żoni ħielsa.", "Din se tkun l-id li tippromwovi, li tirreklama barra minn Malta dan is-settur ġdid fil-ġurisdizzjoni tagħna.", "Il-Malta Enterprise f'dan il-każ se tkun, kif għadni kif ħabbart, l-awtorità li se jkollha x'taqsam biss ma' kwestjonijiet amministrattivi.", "Ovvjament, imbagħad min-naħa l-oħra għandek il-proċeduri tad-Dwana, il-proċeduri doganali li jitħallew kollha f'idejn id-Dipartiment tad-Dwana.", "Bla dubju l-Malta Enterprise se tkun qed tikkopera wkoll mal-Freeport Authority biex dan l-Abbozz isaħħaħ in-negozju tal-Freeport Terminal u nassiguraw li aktar merkanzija tibda tgħaddi mill-Freeport għal żoni ħielsa li se jiġu kostitwiti permezz ta' din il-liġi.", "L-Oppożizzjoni qalet li ż-żoni ħielsa għandhom ikunu regolati sew u li l-mudell użat għandu mill-bidu jkun ibbażat fuq dak ta' public private partnership.", "Biex nagħmilha ċara, il-Gvern m'għandux l-intenzjoni li jiżviluppa ż-żoni ħielsa waħdu, iżda l-għan tagħna hu li niffaċilitaw influss ta' investiment mis-settur privat fil-qasam tal-loġistika.", "Hawnhekk ir-rwol tal-Gvern hu dak ta' interlokutur, ta' facilitator.", "Dan mhuwiex Gvern li jibni l-ħitan, anzi aħna rridu niffaċilitaw l-intrapriża privata, ngħinu, nattiraw u noħolqu l-aptit biex l-investituri privati jidħlu f'din in-niċċa, f'dan is-settur tal-loġistika.", "Din il-liġi hija intenzjonata biex toħloq dan is-sentiment, biex toħloq qafas li jiffaċilita u li jinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn il-Gvern u l-investituri privati.", "Il-mudell li se jiġi wżat biex noperaw dawn iż-żoni huwa simili għal dak li nużaw fiż-żoni ndustrijali, jiġifieri l-Istat jipprovdi s-servizz tal-art u anke servizz tal-infrastruttura, filwaqt li s-settur privat jagħmel l-investiment industrijali.", "Fil-fatt, il-Malta Enterprise diġà ġiet ikkuntattjata u diġà resqu lejna ammont ta' investituri privati li jixtiequ jwaqqfu ċentri ta' loġistika f'Malta u jibdew joperaw minn hawn.", "Din hija esperjenza li għaddejna minnha meta lleġiżlajna l-liġi li tirrigwarda l-produzzjoni tal-marijuana mediċinali.", "Bħala sfidi, f'dan is-settur il-Gvern għandu l-isfidi tal-ispazju u l-labour force, però l-ikbar sfida tibqa' tal-ispazju.", "M'għandniex biżżejjed spazju, m'għandniex biżżejjed żoni li jistgħu jkunu żoni ndustrijali biex ilaħħqu mad-domanda li għandna.", "Allura hija responsabbiltà ikbar fuq il-Gvern, fuq il-Malta Enterprise u fuq il-Malta Industrial Parks li l-iskrutinju li nagħmlu fuq kull metru kwadru li nagħtu lill-privat għall-operat tiegħu jkun wieħed li jimmassimizza l-potenzjal tal-art taż-żoni industrijali tal-Gvern.", "Xi kelliema tal-Oppożizzjoni sostnew li hemm bżonn noqogħdu attenti li b'din il-liġi ma noħolqux kompetizzjoni ma' dawk in-negozji li huma żgħar jew inkella li huma iżgħar minn dawn it-tip ta' operaturi fis-settur tal-loġistika.", "L-intenzjoni tagħna bħala Gvern hija li noħolqu attivitajiet ġodda, li naraw li mhux inqassmu dak li qed isir bħalissa, dak li huwa eżistenti, imma noħolqu servizzi anċillari, fejn allura jkollok valur miżjud għall-ekonomija li huwa iktar b'saħħtu, u li minnu finalment l-intrapriżi żgħar u medji fil-pajjiż jiggwadanjaw iżjed.", "Investiment li ma joħloqx opportunitajiet ġodda għall-ġid u l-ħolqien tal-impjiegi m'għandux ikun approvat.", "Id-direzzjoni politika, il-linja gwida li qed tingħata l-Malta Enterprise mill-Gvern huwa proprju dan, li aħna rridu nassiguraw li l-proġetti li jiġu ppreżentati mill-Malta Enterprise sabiex ikun hemm approvazzjoni għalihom ikunu proġetti ibbażati fuq il-ħolqien tal-impjiegi u fuq il-ħolqien ta' servizzi li huma relatati mal-loġistika.", "Barra minn hekk ukoll, l-assistenza kollha lill-investituri bħal dawn se tkun ukoll marbuta – u din irrid nenfasizzaha għax ħadd ma semmieha – mar-regoli tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' għajnuna tal-Istat, mal-iState Aid Regulations u li nassiguraw li ma jkunx hemm implikazzjonijiet ta' state aid.", "Sur President, waqt id-dibattitu sar intervent xi ftit kalamituż, kważi kważi estrem, mill-Onor.", "Edwin Vassallo li qal li jispera li din il-liġi ma tkunx kontaminata bil-korruzzjoni.", "Vassallo ngħidlu li aħna bħala Gvern għandna fiduċja assoluta fid-Dipartiment tad-Dwana.", "F'dawn l-aħħar sitt snin id-Dwana Maltija ħadet ir-reputazzjoni li hija fost l-aqwa fid-dinja.", "Dan sar b'diffikultà kbira, għaliex nafu l-konfini ta' kif taħdem id-Dwana Maltija u d-diffikultà li għandha minħabba li d-Dwana Maltija mhijiex id-dwana ta' pajjiż li huwa aċċessibbli fl-Ewropa, imma jrid ikun hemm ċertu sforz biex iddaħħal ċerti prodotti llegali fil-ġuridizzjoni tagħna.", "Allura l-istakes huma ikbar u ovvjament nifhmu u hija minn ewl id-dinja li għax l-istake ikun ikbar, il-kriminal li jkun se jagħmel dan it-tip ta' xogħol jogħlielu wkoll il-profitt.", "Illum il-ġurnata nafu li d-Dwana Maltija hija armata sa snienha b'nies li huma kompetenti immens u li jserrħulna moħħna li din l-attività ta' loġistika li se nintroduċu permezz ta' din il-liġi tista' taħdem b'mod effiċjenti għall-aħħar, li jkun hemm audit trail b'saħħtu, li jkun hemm reputazzjoni b'saħħitha, li jkollna sistema robusta li tiflaħ ukoll għal ċerti attakki li jista' jkun hemm minn min għandu interess li jevita l-mod ta' trasbord tal-merkanzija ġenwina, jew saħansitra jkollu f'moħħu li jagħmel trasbord ta' affarijiet counterfeit jew inkella affarijiet illegali.", "Ċertament li ċ-ċertifikati tal-kontroll tad-dwana għenu immens biex jitkissru ċerti attivitajiet ta' ċrieki illegali li kien hemm fil-pajjiż.", "Illum qegħdin naraw li dawn iċ-ċrieki naqsu bis-saħħa tax-xogħol li għamel id-Dipartiment tad-Dwana.", "Ninsab ċert li bl-għajnuna ta' dan id-Dipartiment se jiġi evitat l-abbuż.", "Kif għidt qabel, il-Malta Enterprise ukoll se tkun qed tagħmel id-due diligence meħtieġ fuq l-investituri filwaqt li d-Dwana se tkun qed tikkontrolla l-operazzjoni taż-żoni ħielsa 24 siegħa kuljum, jiġifieri se jkollok preżenza kontinwa ta' uffiċjali tad-Dwana on site li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol tagħhom.", "Jiddispjaċini ngħid li l-attitudni tal-Onor.", "Vassallo hija kundanabbli għall-aħħar, partikolarment meta qiegħed juża suġġett li se jkun ta' benefiċċju għall-ekonomija Maltija biex ibeżża' lil dawk li jkunu qegħdin jisimgħuh.", "Jien nispera li weġibt għall-mistoqsijiet li għamluli l-kollegi f'dan il-Parlament, kemm tan-naħa tal-Gvern u anke min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Kien dibattitu interessanti ħafna, suġġett li mhux daqshekk faċli biex titkellem dwaru jekk ma tkunx qrajt l-implikazzjonijiet, ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, il-mod ta' kif taħdem is-sistema tal-Customs Union fl-Unjoni Ewropea, it-tariffi li jiġu mħallsa u t-tariffi li ma jiġux imħallsa.", "Jien nagħlaq billi nappella lill-Oppożizzjoni biex tivvota favur l-Abbozz ta' Liġi dwar iż-Żoni Ħielsa f'Malta.", "Din hija kwestjoni ta' kuraġġ għaliex il-futur qed iseħħ quddiem għajnejna u aħna rridu nagħżlu jekk inħallux l-opportunitajiet jaħarbu minn idejna jew inkella naħtfuhomx u nkomplu nagħmlu suċċess minn pajjiżna.", "Din in-naħa tal-Kamra se tibqa' tagħżel it-triq tas-suċċess li qbadna.", "Grazzi, Sur President, talli tajtna din l-opportunità u nispera li fix-xhur u fis-snin li ġejjin ikolli opportunità li nerġa' niġi nirrapporta lil din il-Kamra u lilek, bħala Sedja, dwar is-suċċessi li pajjiżna jkun qed jagħmel fis-settur tal-loġistika.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-Regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni ta' affarijiet li jirrigwardaw żoni ħielsa f'Malta bil-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u jiġġenera impjiegi f'Malta sabiex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f'żona ħielsa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazju tal-Importazzjoni u Kodiċi Doganali tal-Unjoni\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS CARDONA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozz ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Chris Cardona.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI DWAR IL-LIĠIJIET", "TAL-PULIZIJA", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, l-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, se nipprova nispjega fi ftit kliem x'wassal għal dan l-Abbozz ta' Liġi kif ukoll il-ħsieb warajh.", "B'mod regolari l-Kummissjoni Elettorali toħroġ bidliet fuq numru ta' toroq ġewwa pajjiżna u tagħti numru lill-bibien li jkunu jeżistu f'diversi toroq kif jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Hemm obbligu li wieħed iwaħħal in-numru li tgħaddi l-Kummissjoni Elettorali fuq il-bibien tal-individwi u wieħed huwa mistenni li fil-fatt iwaħħal dak in-numru.", "Fir-realtà x'jiġri?", "Fir-realtà jiġri li ġieli dawk in-numri ma jitwaħħlux.", "Ġieli nispiċċaw b'toroq b'żewġ verżjonijiet ta' numri differenti, numri antiki u ta' ħdejh għandu n-numru li għadu kif ġie mogħti mill-Kummissjoni Elettorali u ma jiġri assolutament xejn jekk dawn ma jitwaħħlux.", "Din hi r-raġuni primarja għaliex qed jitressaq dan l-Abbozz ta' Liġi u mhux biss minħabba l-elezzjonijiet.", "Anzi l-elezzjonijiet huma pjuttost sekondarji.", "Il-kollega tiegħi li qiegħed hawnhekk fil-Kamra l-Onor.", "Godfrey Farrugia jista' jispjegalna wkoll kemm bħala tabib ġieli jkun hemm sitwazzjonijiet fejn nies jagħtuh numru li kellhom qabel jew inkella wieħed jagħtik in-numru li ngħata ġdid, imbagħad meta tmur tfittex ma ssibux għax in-numru qatt ma jkun twaħħal.", "Immaġina li jkollok triq li tkun relattivament twila fejn inti trid tfittex l-isem tad-dar.", "Kieku wieħed jagħti u jwaħħal in-numru li tagħti l-Kummissjoni Elettorali u kulħadd joqgħod mal-bidliet fin-numri, il-ħajja sir ħafna iktar faċli għal min ikun qiegħed ifittex indirizz, kemm jekk hu tabib, kemm jekk hu pulizija, kemm jekk hu servizz ta' emerġenza permezz tal-ambulanzi, jekk inhu servizz tal-pustiera u anke ta' persuni oħrajn li b'xi mod jew ieħor jagħtu servizzi fid-djar biex iwasslu ċerti servizzi jew prodotti li jitwasslu fid-djar u allura jaslu mill-ewwel fil-post mingħajr ħela ta' ħin.", "Din hija xi ħaġa li hija obbligatorja imma min-naħa l-oħra ħadd ma josservaha, u allura rridu naraw kif l-affarijiet jiġu fil-linja.", "Għal din ir-raġuni, meta Kummissjoni Elettorali tagħti n-numri lill-bibien il-perjodu se jitwal minn għaxart ijiem għal tliet xhur biex wieħed jara li jwaħħal in-numru mal-bieb prinċipali.", "Dan jinkludi lil min huwa amministratur ta' kondominju li wkoll ikollu l-obbligu li jwaħħal in-numru mal-blokk ta' appartamenti li huwa l-amministratur tagħhom.", "Apparti minn hekk, jekk ikollok żona fejn għandek numri ta' djar bil-plots mhux mibnijin bejniethom, meta jibnew dawk il-plots allura jkun hemm sistema ta' numri flimkien ma' ittri li jibdew mill-\"A\" u jkomplu telgħin sakemm jimtlew dawk il-plots.", "Dan kollu huwa regolat minn dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jinsisti wkoll li ħadd ma jista' jħassar jew inkella jgħarraq numru li jkun imwaħħal.", "Apparti minn hekk, jekk ma jitwaħħalx ikun hemm il-jedd min-naħa tal-Uffiċċju Elettorali li jwaħħal in-numru fil-preżenza ta' uffiċjal tal-Pulizija u li dak in-numru ma jistax jitneħħa minn hemmhekk.", "Għall-ewwel darba se jkun hemm multa li wieħed jista' jeħel jekk ma jottemporax ruħu ma' din il-liġi meta tiġi fis-seħħ.", "Apparti minn hekk, djar fi triq privata wkoll jistgħu jingħataw numru min-naħa tal-Kummissjoni Elettorali.", "Dan ma jfissirx li dik it-triq saret pubblika.", "Dik it-triq xorta waħda tibqa' privata imma jkun hemm in-numri li jkunu jridu jitwaħħlu.", "Sur President, kif għedt aktar qabel, dan huwa importanti għal diversi nies li jagħtu servizzi fid-djar.", "Din se tiffaċilita l-ħajja ta' diversi nies u dan qed isir ukoll fl-interess tal-istess residenti li joqogħdu f'dawn il-postijiet, għax jekk jinqala' xi ħaġa wieħed ikun jistenna u jippretendi li s-servizzi ta' emerġenza jaslu malajr fuq il-post, u dan dejjem jista' jsir jekk lil dak li jkun nagħmlulu l-ħajja faċli, speċjalment fil-każ ta' toroq relattivament twal.", "Il-ħajja tkun iktar diffiċli jekk minflok numri jkun hemm ismijiet imwaħħlin.", "Ovvjament kulħadd jista' jżomm l-isem tad-dar tiegħu, imma fl-istess ħin huwa mistenni li jwaħħal in-numru li toħroġ il-Kummissjoni Elettorali.", "Issa se jkun obbligatorju li dawn jitwaħħlu mal-faċċati tad-djar.", "Qabel niġi biex nitkellem fuq diversi rapporti li ħriġna fl-aħħar jiem nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili, lill-membri tal-Armata u lil diversi dipartimenti u entitajiet oħrajn ġewwa pajjiżna tal-għajnuna b'mod kontinwu li taw fl-aħħar jiem lil diversi persuni li b'xi mod jew ieħor sabu ruħhom f'diffikultà.", "F'ċerti każi kien hemm uffiċjali tal-Pulizija u tas-Civil Protection Department (CPD) li rriskjaw ħajjithom.", "Jien kelli l-opportunità li jgħadduni bil-karozza mit-triq tas-Sliema fejn mhux ir-raxx tal-mewġ, imma l-mewġ tela' saħansitra fuq it-triq jgħatti l-karozzi li kienu għaddejjin minn hemmhekk.", "Dak il-ħin stajt nifhem iktar il-periklu li kienu qegħdin jaħdmu fih b'mod kontinwu, imma bil-ħidma tagħhom ġew evitati numru ta' diżgrazzji.", "Dan seħħ anke bil-koperazzjoni ta' ħaddiema tal-Enemalta li ħadu azzjoni mill-ewwel billi tfew il-provvista tal-elettriku u substation li kienet qegħda viċin u taħt blokk ta' appartamenti .", "Ħadu azzjoni wkoll biex jitfu l-ġeneraturi li setgħu ħolqu nirien u anke periklu kemm għall-ħaddiema kif ukoll għar-residenti li kienu joqogħdu f'dawk l-appartamenti.", "F'postijiet oħrajn bħall-Birgu kien hemm mewġ qawwi li kisser il-ħġieġ ta' appartamenti, bl-ilma baħar jidħol fl-appartamenti u kien hemm numru ta' anzjani li ġew megħjuna biex joħorġu mill-appartamenti tagħhom u jittieħdu f'postijiet iktar siguri mill-qilla tal-mewġ li kien qed jolqot lil djarhom.", "Bħalma għamilt f'żewġ attivitajiet li kelli llum, xtaqt li b'mod pubbliku anke mill-Parlament nirringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, lill-membri tal-korpi dixxiplinati speċjalment tal-Protezzjoni Ċivili għall-interventi kollha li huma għamlu matul dawn il-jumejn li għaddew.", "Fil-fatt għadhom jieħdu diversi inizjattivi biex ikomplu jgħinu diversi persuni oħrajn dwar problemi li għad għandhom u biex ineħħu kull forma ta' periklu li jista' jkollhom fi djarhom jew inkella fil-basements tagħhom.", "Bħalma qal il-Prim Ministru u bħalma kien hemm anke rakkomandazzjoni minn diversi membri anke f'din il-Kamra, issa se nkunu qegħdin nagħmlu l-evalwazzjoni kollha ta' x'daħal bħala talbiet għall-assistenza.", "Wara li ssir din l-evalwazzjoni se nkunu qegħdin nagħmlu kull intervent li hemm bżonn biex inkomplu ntejbu u nagħmlu upgrading tas-servizzi li aħna nistgħu noffru u jkun mistenni minna li nagħtu.", "Jien kont viċin dawn in-nies u nista' ngħid li kulħadd kien qiegħed jaħdem bil-qalb biex jgħin lil għajru.", "Kien hemm kordinament assolut biex in-nies ikunu megħjuna minkejja l-elementi li kien hemm.", "Kien hemm ċirkostanzi fejn ma stajniex nużaw ċertu apparat minħabba l-irjieħ bħal, perżempju, ċerti cranes għoljin, biex jitneħħew siġar tqal minn nofs it-toroq.", "Dawn intużaw biss meta beda jbatti ftit ir-riħ.", "Il-biża' kien li malli jkunu qegħdin jippruvaw jagħtu l-assistenza biex jitneħħew dawk l-ostakli mit-toroq, ir-riħ stess jieħu l-cranes il-kbar l-istess bħalma tajjar containers.", "Irrid nirringrazzja wkoll lis-settur privat u lill-persuni li resqu 'l quddiem biex jagħtu l-għajnuna, inkluż anke membru tal-Oppożizzjoni li ċempel dwar periklu li hu ra u ħass li hemm bżonn li tittieħed azzjoni dwaru, u kif konna ukoll fuq it-telefon staqsa ukoll jekk hemmx xi għajnuna li jista' jagħti min-naħa tiegħu u x'kuntatti jista' jagħmel biex anke jġib kuntratturi privati biex jagħtu l-assistenza jekk ikun hemm bżonn.", "Qed nirreferi għall-Onor.", "Toni Bezzina li llum ukoll ressaq 'il quddiem ċerti proposti.", "Dan huwa mod kif f'ċirkostanzi simili nkunu nistgħu naħdmu flimkien.", "Naħseb tajjeb ukoll li bħalma għamel il-Prim Ministru nsemmi wkoll punt importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-korpi dixxiplinati.", "Meta nsemmi l-korpi dixxiplinati qiegħed nirreferi għall-Pulizija, għall-Armata, għall-Protezzjoni Ċivili, għall-ħaddiema li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u anke għas-Servizz tas-Sigurtà, apparti l-uffiċjali tad-Dwana.", "Lill-korpi dixxiplinati aħna tajniehom il-faċilità li jidħlu u jkunu rappreżentati minn unions.", "Illum spiċċa darba għal dejjem iż-żmien fejn kollox jiġi deċiż mill-Kummissarju, mill-Brigadier, mid-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili jew mid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin dwar x'għandhom ikunu l-kondizzjonijiet tal-collective agreement tal-ħaddiema ta' taħthom fejn kulħadd kien ikollu jbaxxi rasu u jgħid iva.", "Dak illum spiċċa għax illum hemm ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-collective agreements jiġu diskussi magħhom.", "Hekk sar fil-każ tal-Pulizija, għaddej bħalissa l-proċess tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Armata kif ukoll fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Malli jitlestew, dawn inkunu nistgħu niffirmawhom bħalma ffirmajna l-ftehim kollettiv tal-Pulizija.", "Kien hemm wegħda li kienet importanti li l-Pulizija jkollhom insurance li tissalvagwardjahom jekk allaħares qatt imutu jew inkella jweġġgħu waqt li jkunu fuq ix-xogħol jew jispiċċaw b'diżabilità permanenti.", "Wara diversi xhur ta' diskussjoni wasalna u kkonkludejna fejn issa kull membru li huwa fil-korpi dixxiplinati se jkun rikonoxxut billi jkun hemm skema ta' insurance f'każ li persuna tmut, tkorri jew ikollha diżabilità permanenti.", "Se jkun hemm skema li se tkun finanzjata mill-Fond Konsolidat li se tagħmel tajjeb għal dawk l-injuries fuq l-istess binarji ta' kif jinħadmu insurances privati.", "Se jkun hemm kumpens li jingħata mhux każ każ imma issa nafu l-iskema kif taħdem, kif persuna jkun jaf x'inhu intitolat għalih wara li jkun hemm evalwazzjoni tad-diżabilità li jkollu.", "Dan huwa każ ieħor fejn qed nagħmlu pass ieħor 'il quddiem fejn għandhom x'jaqsmu l-korpi dixxiplinati.", "Matul il-ġimgħa li għaddiet ukoll ħriġna rapport li naħseb huwa importanti ħafna għax juri l-verità tal-fatti.", "Hawnhekk se nitkellem fuq il-kwestjoni tal-kriminalità.", "Joħorġu numru ta' surveys dwar il-perċezzjoni tan-nies fuq ċerti affarijiet.", "Il-perċezzjoni fuq il-kriminalità faċilment tiġi affettwata.", "Jekk ikollok xi ħadd fil-familja, xi ħbieb jew xi ħadd fuq ix-xogħol li jinsteraq f'daqqa waħda l-perċezzjoni tal-persuni madwarhom tkun: Kemm hawn serq!", "Jekk wieħed ikollu l-card tal-bank u jiffrodawh, l-impressjoni ta' kull min jitkellem miegħu hija: Kemm hawn frodi ta' cards tal-banek u kemm hija kbira din il-problema!", "Mis-surveys jirriżulta li matul l-2018 il-perċezzjoni tan-nies fuq kriminalità naqset bi 15%, imma xorta dik il-perċezzjoni għadha teżisti.", "Ikun hemm ukoll enfasi minn ċerti politiċi li jtambru b'mod regolari li l-kriminalità qed tiżdied, qiegħda out of control, ħadd ma jaf x'inhu jagħmel u li l-Pulizija ma jafux x'inhuma jagħmlu u dan ukoll jeffettwa l-perċezzjoni, imma meta wieħed jara n-numri jsib li dawn juru li l-kriminalità naqset.", "Sur President, in-numri la Michael Farrugia u lanqas il-Gvern ma jagħmilhom imma joħorġu min-numru ta' każijiet irrapportati dwar kriminalità li jkun hemm evalwazzjoni tagħhom minn kriminologu, li huwa l-Kap tal-Kriminoloġija ġewwa l-Università ta' Malta.", "Dan ma bediex jagħmel dan ix-xogħol illum imma dan ix-xogħol ilu jagħmlu għal diversi snin.", "Minn din l-analiżi li jagħmel - u issa se nitilqu mill-kwestjoni ta' perċezzjoni – ħareġ li r-rata' ta' kriminalità fl-2017 fuq l-2016 naqset b'0.9% u fl-2018 komparat mal-2017 naqset b'7%.", "Din kienet l-ewwel qabża 'l isfel fir-rata ta' kriminalità ġewwa pajjiżna wara diversi snin.", "Fis-snin ta' qabel, ir-rata ta' kriminalità kienet dejjem tielgħa.", "Fl-2016 kienet telgħet tikka żgħira, fl-2017 niżlet tikka żgħira, u fl-2018 niżlet b'rata' ta' 7%.", "Din ma ġratx kumbinazzjoni, imma ġrat għaliex il-Pulizija għaddejja b'impenn kontinwu mhux biss billi tiġġieled il-kriminalità imma hija impenjata wkoll li tipprevjeni l-kriminalità.", "Parti minn dan is-suċċess huwa grazzi għall-inizjattiva li jieħu l-Korp tal-Pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalità.", "Hija parti mir-responsabbiltà tagħhom u jidher li b'xi mod jew ieħor qed iħallu riżultat.", "Qed iħallu riżultat għaliex qed jieħdu diversi inzijattivi li jwasslu għal riżultati pożittivi, u ma nistgħux naħarbu minn dak il-fatt.", "L-analiżi li saret mhux se tibqa' fil-kexxun trabbi t-trab, anzi bil-kontra.", "Aħna għalhekk għaddejjin bis-suċċess, Sur President, għax dawn id-dokumenti li joħorġu ma jservux sempliċement biex min ikun qiegħed jistudja l-istatistika jkollu x'jirrapporta, imma qegħdin iservu biex tiġi analizzata mill-Korp tal-Pulizija biex ikun jista' jaddatta għall-bidliet li wieħed qiegħed jara fir-rata ta' kriminalità u jaġixxi.", "Fil-ftit ħin li baqagħli se nagħti eżempju żgħir.", "Sur President, qiegħed jidher b'mod ċar li fis-settur tal-frodi fejn tidħol economic crime u anke fejn tidħol cybercrime hemm ċertu żieda.", "Għal din ir-raġuni matul is-sena li għaddiet l-ewwel ħaġa li għamilna kienet li saħħaħna l-Economic Crimes Unit.", "Din saħħaħnieha mhux biss billi rduppjajna l-investigaturi imma saħħaħnieha wkoll bin-numru ta' persuni li jassistu l-investigaturi fil-grad ta' surġenti u pulizija ħalli dan id-dipartiment ikun jista' jaġixxi għall-bidla fit-trend li hemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' kriminalità.", "Id-dipartiment se jkun qiegħed jinqasam ukoll f'żewġ setturi, dak ekonomiku u s-settur l-ieħor tal-frodi.", "Apparti minn hekk, minħabba li rdoppjajna n-numru ta' investigaturi, il-post sar pjuttost żgħir u allura bħala dipartiment se jimxi għal post akbar li fih wieħed jista' jaħdem b'effiċjenza.", "Eventwalment, jekk ikun hemm bżonn, nerġgħu nżidu n-numru ta' investigaturi – u diġà qegħdin nagħmlu ċerti pjanijiet – fil-unit li tiġġieled l-economic crime.", "Apparti minn hekk għandna żewġ supretendenti li qegħdin imexxu l-Economic Crimes Unit u hemm assistent kummissarju li qiegħed speċifikament fuq dan is-settur.", "Hekk irid isir!", "Meta wieħed jara ċerti xejriet, irid jinvesti fihom u jaħdem fihom ħalli nkunu nistgħu nagħtu riżultati.", "Huwa b'hekk li nistgħu ngħinu biex nieħdu ħsieb problema li tkun qiegħda on the rise, biex eventwalment matul is-sena naraw ċertu tnaqqis, u nittamaw li anke fis-settur ekonomiku naraw dan it-tnaqqis.", "L-ISPEAKER: Sar il-ħin.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-lum l-Erbgħa, 25 ta' Frar 2019, tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi, l-Onor.", "Byron Camilleri qed jissostitwixxi lill-Onor.", "Nistieden issa lill-Ministru Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 26 ta' Frar, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali Nru 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali - Kumitat", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Grazzi, Sur President.", "Illejla ħassejt li għandi nitkellem f'dan l-Aġġornament dwar xi ħaġa li smajna ħafna dwarha matul il-jumejn li għaddew.", "F'dawn il-jumejn, kull min sema' l-aħbarijiet sema' b'żewġ affarijiet, jew bil-maltempata li ħakmet lil pajjiżna li dwarha llum kellna anke stqarrija mill-Prim Ministru, jew inkella kien hemm min tkaża għaliex ra lill-Prim Ministru tagħna jifraħ waqt festin li kellu ma' xi ħbieb u familjari.", "Qisu l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax jifraħ, ma jistax jiċċelebra.", "Qisu għamel xi dnub, xi diżunur kbir, għaliex wera din l-espressjoni ta' ferħ flimkien ma' dawk li huma qrib tiegħu u beda jiċċelebra.", "Kien hemm min għamel ħafna kummenti, fosthom li prim ministru ma jistax jagħmel dawn l-affarijiet.", "Kien hemm min qal li ma messux ġab ruħu hekk!", "Hawn tiġini mistoqsija f'moħħi: Imma allura aħna l-politiċi mhux nies normali wkoll?", "Aħna l-politiċi m'għandniex id-dritt li nuru u nesprimu l-ferħ tagħna?", "Aħna l-politiċi mhux ukoll għandna familja u ħbieb li magħhom nistgħu nieħdu gost?", "Ħafna drabi n-nies lilna jarawna dejjem hawnhekk niddiskutu u niddibattu, però fil-verità aħna lkoll kemm aħna għandna l-ħajja tagħna lil hinn mill-Parlament.", "Kulħadd jgħaddi mill-esperjenzi tiegħu fil-ħajja, kemm tajbin u oħrajn qarsa, u allura bla ma trid se jkollok l-espressjonijiet li trid toħroġ.", "Allura jien sinċerament ma nistax nifhem għaliex kien hemm persuni, inkluż politiċi min-naħa l-oħra tal-Kamra, li tkażaw għax raw lill-Prim Ministru Joseph Muscat jifraħ qisu kien qiegħed jagħmel xi dnub mejjet!", "Jiena ngħid li jekk hawn raġel li għandu biex jifraħ huwa proprju l-Prim Ministru.", "Ejja ma ninsewx li mill-2009 lil hawn rebaħ kull elezzjoni li kkontesta bħala mexxej tal-Partit Laburista u mill-2013 'l hawn rebaħ kull elezzjoni anke bħala Prim Ministru.", "Ejja ma ninsewx li minn dak iż-żmien 'l hawn dejjem kompla jżid fil-maġġoranza.", "Kif tistgħu tippretendu li dan ir-raġel li rnexxielu, għal elezzjoni wara l-oħra mill-2009 sal-lum, iġib rebħa wara l-oħra lil dan il-Partit, lil dan il-moviment li llum qiegħed fil-gvern, ma jiċċelebrax?", "Ikollok ċerti nies li jgħidulek li huwa ħażin li jagħmel hekk għax prim ministri oħrajn forsi m'għamlux hekk, imma mbagħad tibda tindaga u tinduna li kien hemm prim ministri oħrajn li forsi għamlu hekk jew agħar minn hekk, imma dak iż-żmien forsi ma kienx hawn dawn il-ħafna midja soċjali li hawn illum.", "Kellna żmien fejn kellek anke min kien jintrefa' minn kriminali.", "Ejja ma ninsewx, għaliex xi kultant forsi l-memorja taf tkun selettiva, forsi jkun hemm min jibda jinsa ċerti affarijiet, jibda jieħu ċerti affarijiet for granted.", "Fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra għandna min imur jerfa' l-vari u jibla' l-ostji, imma mbagħad kien hemm min kien fuq l-istess naħa tal-Kamra u kien jerfgħuh il-kriminali!", "Ejja ma ninsewhomx dawn l-affarijiet!", "Dan qed ngħidu għax iż-żgħażagħ li telgħin illum ċerti affarijiet żgur ma jafuhomx.", "Ejja ma nħallux min inessi, ejja ma nħallux min jipprova jikteb l-istorja biex jipprova jagħti l-impressjoni li hu xi qaddis iktar mill-Papa!", "Veru li trid tkun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja imma li tipprova tagħti stampa li inti qaddis iktar mill-Papa, wieħed qatt m'għandu jaċċettaha għaliex ilkoll kemm aħna bnedmin, ilkoll kemm aħna għandna l-emozzjonijiet tagħna u m'hemm assolutament xejn ħażin li bniedem juri l-emozzjonijiet tiegħu kemm fil-pubbliku u anke bħalma kien il-Prim Ministru f'attività privata mal-ħbieb u mal-familja tiegħu.", "Jekk il-Prim Ministru għandu raġunijiet biex jifraħ, kemm għandu iktar raġunijiet biex jifraħ u jiċċelebra l-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu!", "Jien ngħid li hemm baġit sħiħ ta' raġunijiet għalfejn għandu jiċċelebra l-poplu Malti u Għawdxi.", "Bħalissa tinstab għaddejja d-diskussjoni fuq livell ta' kumitat sabiex ikun implimentat dan il-baġit li smajna ħafna dwaru.", "Smajna diversi kummenti miż-żewġ naħat tal-Kamra u anke hemm barra n-nies qalu tagħhom, però ovvjament ikollok dejjem min jipprova jtellef, ikollok min jipprova jibdel l-aħbar għax forsi ma jkunx jaqbel għalih li n-nies jibdew jisimgħu l-affarijiet t-tajbin li qegħdin jieħdu.", "Pereżempju waħda mill-iktar raġunijiet għalfejn il-poplu Malti għandu għax jiċċelebra huwa l-fatt li dan huwa Gvern li mhux qiegħed iżid it-taxxi u mhu qiegħed idaħħal l-ebda taxxa ġdida.", "Issa drajna kif dan huwa Gvern li jħalli lis-settur privat jaħdem, huwa Gvern li jinċentiva lis-settur privat jaħdem biex dejjem tikber l-ekonomija.", "La qed tikber l-ekonomija qed jikber ukoll il-prodott domestiku gross li huwa dak il-kejk li minnu jrid jiekol kulħadd.", "Ħaddieħor biex ikabbar id-dħul tal-Gvern kien iżid it-taxxi u daqqa kienu jgħidulna għax se jżidu l-bolla u daqqa ma kenux jafu x'se jagħmlu fuq il-pensjonijiet.", "Dan l-aħħar reġgħu qabduha fuq il-pensjonijiet u qalulna li l-pensjonijiet tagħna mhumiex sostenibbli.", "Qalu li l-Prim Ministru hekk qed jgħid meta fil-verità l-Prim Ministru mhux hekk qal.", "Dawn tant kemm ma jifhmux fl-ekonomija, tant kemm ma jifhmux fil-mekkaniżmi tal-finanzi li qegħdin jippruvaw ibellgħuha lin-nies li mhuwiex veru li l-finanzi tal-pajjiż huma fis-sod u li l-pensjonijiet tagħna mhumiex sostenibbli.", "Jiena ngħid li jekk qatt xi darba kien hemm żmien meta l-pensjonijiet tagħna huma fuq livell sostenibbli, dak iż-żmien huwa issa.", "Sur President, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien qiegħed jikkonsidra bis-serjetà li jerġa' jgħolli l-età tal-irtirar.", "Kont tisma' żgħażagħ li kienu jgħidulek: Jien il-bolla nħallasha, imma min jaf jekk għadx nieħu pensjoni xi darba!", "Illum il-ġurnata mhux hekk qegħdin ngħidu.", "Illum l-ġurnata qegħdin ngħidu li l-pensjonijiet tagħna huma fis-sod, u saħansitra qegħdin jiżdiedu wara li kienu minsija għal prattikament ġenerazzjoni sħiħa.", "Meta wieħed jara li l-pensjonanti ħadu żieda over and above ż-żieda tal-għoli tal-ħajja, wieħed jibda jqawwi qalbu u jgħid li l-affarijiet sejrin tajjeb.", "Pereżempju, fejn jidħlu l-pensjonijiet għandna l-ewwel €13,400 f'pensjonijiet li mhux se titħallas taxxa fuqhom.", "Qabel kien ikollok pensjonanti li apparti l-pensjoni kienu jirċievu ukoll kont tat-taxxa u allura dawn kien ikollhom jagħtu parti mill-pensjoni tagħhom lura lill-Gvern f'taxxa.", "Issa qegħdin naraw li għandna sal-ewwel €13,400 li se jiġu mingħajr ebda taxxa.", "Dan juri li anke l-anzjani tagħna qegħdin igawdu mit-titjib li qed ikollna fl-ekonomija.", "Raġuni oħra għalfejn il-poplu Malti u Għawdxi għandu għalfejn jiċċelebra l-ekonomija tajba li qegħdin naraw hi li ma kellna ebda żidiet fit-taxxi, fil-bolla jew fil-VAT.", "Għax għandna ekonomija sejra tajjeb, għax għandna ekonomija li qiegħda timxi b'pass ħafna iktar mgħaġġel minn ta' pajjiżi oħrajn, qegħdin naraw li d-dħul ser ikompli jiżdied.", "Hawnhekk tajjeb li għal darba oħra nġibu fix-xejn il-kritika li qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni dwar it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna.", "Skont l-Oppożizzjoni l-ekonomija ta' pajjiżna qiegħda tikber għax qegħdin jiżdiedu n-nies, għax tiżdied il-popolazzjoni, imma dan huwa argument li ma jagħmilx sens.", "Li kieku l-ekonomija tikber b'daqshekk biss, mela allura l-pajjiżi kollha tad-dinja jibdew ifittxu biex idaħħlu iżjed persuni f'pajjiżhom u b'hekk allura għandek garanzija li se tikber l-ekonomija skont l-esperti tal-Partit Nazzjonalista.", "Imma jekk wieħed jaqbad il-pajjiżi fejn l-aktar li qed tikber il-popolazzjoni u jara kemm qiegħda tikber l-ekonomija ta' dak il-pajjiż, jinduna li mhuwiex il-każ.", "Allura xi jrid ikollok biex tikber l-ekonomija?", "Biex tikber l-ekonomija l-ewwel ħaġa li trid hija li ddaħħal il-fiduċja fil-poplu tiegħek, ikollok fiduċja fl-investituri Maltin u Għawdxin, fiduċja li tiġi trażmessa lil hinn minn xtutna sabiex b'hekk nattiraw l-investiment barrani dirett, liema investiment imbagħad ikun kapaċi jrendi iżjed qligħ ġewwa pajjiżna, iħalli iżjed flus f'pajjiżna f'forma ta' taxxa, iħalli flus f'pajjiżna f'forma ta' bolol għaliex qegħdin jiġu impjegati n-nies hawn Malta u, fuq kollox, iħalli wkoll il-flus f'pajjiżna f'forma ta' VAT għaliex dawk il-kumpaniji li qegħdin jaħdmu hawn Malta qegħdin iħallsu l-VAT f'pajjiżna.", "Meta jkollok gvern li huwa pro business, li qiegħed jattira dan l-investiment anke minn barra minn pajjiżna, ikollok gvern li effettivament huwa favur il-ħaddiema.", "Hawnhekk qegħdin naraw li l-ewwel nett il-Gvern qed iħalli iżjed flus fi bwiet in-nies.", "Illum il-ġurnata ċerti affarijiet nibdew neħduhom for granted, imma ejja ma ninsewx il-miżura taċ-childcare b'xejn.", "Grazzi għal din il-miżura kellna dik ir-riżorsa tant u tant importanti, jiġifieri n-nisa, li llum il-ġurnata qegħdin jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol għaliex jaqblilhom li jaħdmu.", "Fil-fatt din kienet waħda mill-ewwel miżuri li kien implimenta Gvern immexxi minn l-Onor.", "Joseph Muscat sabiex iħeġġeġ iżjed nisa jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol.", "Ma nistgħux naqbdu u ngħidu: Isma' n-nisa npoġġuhom fil-ġenb, in-nisa kapaċi biss għad-dar.", "Sur President, illum hemm kumpaniji kbar li għandhom ammont ta' nisa fid-decision making bodies tagħhom, pereżempju fil-bord tad-diretturi, għax huwa fatt li n-nisa jaraw l-affarijiet b'mod kemmxejn differenti minn kif jarawhom l-irġiel.", "Deċiżjoni kapaċi tittieħed b'mod aħjar meta jkollok mix ta' nisa u rġiel.", "Ħafna drabi jipprovaw jaħtru bordijiet li fuqhom daqskemm ikun hemm nisa jkun hemm irġiel jew inkella jkunu qrib ħafna biex b'hekk ikunu jistgħu anke jinċentivaw li jittieħdu deċiżjonijiet aħjar.", "Fuq kollox ma nistgħux ma nsemmux il-qasam infrastrutturali.", "Jiena diġà għamilt aċċenn għall-maltempata li laqtet lil pajjiżna matul dawn l-aħħar jumejn u hawn joħroġ fid-deher il-bżonn ta' iktar investiment infrastrutturali għal pajjiżna.", "Aħna se nagħmlu investiment kbir bla ebda preċedent ta' €700 miljun fuq medda ta' seba' snin.", "Kellek toroq li għal żmenijiet twal kienu minsija.", "Kien hemm toroq li l-kunsilli lokali responsabbli minnhom ma kellhomx il-fondi biex jagħmlu t-tiswijiet tagħhom.", "Illum il-Gvern permezz tal-aġenzija Infrastruttura Malta qiegħed jagħti l-għajnuna biex isiru dawn it-toroq f'diversi postijiet madwar Malta u Għawdex, imma minkejja dan xorta waħda tisma' kummenti ta' kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Biex inkun ċar, il-kritika kostruttiva hija tajba, hija importanti u hija bżonjuża.", "Wieħed ma jistax jgħaddi mingħajr kritika kostruttiva.", "Però mbagħad ikollok kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni li jiġu jikkritikaw lill-Aġenzija Infrastruttura Malta u jgħidulek li din l-aġenzija ma kellniex bżonnha!", "Dawn jew ma jafux x'inhuma jgħidu jew inkella tant kemm huma maqtugħin mir-realtà ta' pajjiżna li assolutament m'għandhomx idea ta' x'qegħdin iħossu l-kunsilli lokali.", "Sur President, jien ġej mill-ambitu tal-kunsilli lokali u allura naf li, għandu kemm għandu flus fil-baġit, il-kunsill lokali dejjem se jkun ristrett milli jagħmel iżjed attivitajiet.", "Tagħmel kemm tagħmel fil-lokalità tiegħek qatt mhu biżżejjed.", "Illum il-ġurnata n-nies saru jħarsu lejn il-kunsilli lokali bħala dak il-punt ta' referiment fejn huma jmorru għal kwalunkwe lment li jkollhom.", "Xi kultant ikun jiddependi mill-kunsill lokali, drabi oħra ma jkunx jiddependi mill-kunsill lokali, u allura permezz ta' din l-għajnuna li qed tingħata minn Infrastruttura Malta l-kunsilli lokali qed jibqgħalhom iktar flus fil-baġit tagħhom biex huma jkunu jistgħu jwettqu proġetti oħrajn li forsi qabel ma setgħux iwettquhom.", "Ikun tajjeb naraw li jkollna iżjed kunsilli lokali jinvestu fil-ġonna li għandhom fil-lokalità tagħhom.", "Insemmi b'mod partikolari l-kunsill lokali tal-Mellieħa li hija l-lokalità li ġej minnha jien, li matul dawn l-aħħar ftit xhur rajna żewġ ġonna li nbidel il-play equipment tagħhom għal kollox u issa dawn il-ġonna saru attraenti mill-ġdid biex it-tfal tagħna jkollhom fejn joħorġu jilagħbu f'ambjent sikur.", "Naf ukoll li l-kunsill lokali qiegħed jaħseb biex jimplimenta u jwaħħal gradi f'dawn il-ġonna biex ikunu iktar siguri.", "Għandna diversi kunsilli lokali oħrajn madwar Malta u Għawdex li naf fiċ-ċert li qegħdin jagħmlu użu minn dawn il-fondi li qed jibqgħalhom żejda.", "Dawn il-fondi qed jibqgħalhom żejda għaliex hemm Infrasruttura Malta li qiegħda taħdem hi.", "Kieku m'hemmx din l-aġenzija kieku dawn il-fondi jkunu jridu jmorru kollha kemm huma għat-toroq u għat-tiswija.", "Kieku m'hemmx din l-aġenzija żgur u mhux forsi, Sur President, li ma jkunux jistgħu jitwettqu dawn il-proġetti.", "Nieħu gost ukoll nara l-kunsilli lokali li jieħdu l-fondi mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar, minn dak li hu magħruf bħala l-Planning Fund, biex huma jkunu jistgħu jwettqu iżjed proġetti ta' fejda fil-lokalità tagħhom.", "Jekk nerġa' mmur għall-infrastruttura, ma nistax ma nsemmix il-proġett ambizzjuż tal-Marsa li jinsab għaddej b'ritmu pjuttost mgħaġġel.", "Wieħed jieħu gost li meta jgħaddi minn hemmhekk dejjem jara xi ħaġa qiegħda ssir.", "Din hija xi ħaġa totalment differenti minn kif konna mdorrijin f'dawk li huma proġetti taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.", "Minn dawn nista' nsemmi tnejn, dak tal-isptar Mater Dei li spiċċa ma nafx kemm-il sena tard u ma nafx kemm-il miljun over budget, u għandek anke t-terminal taċ-Ċirkewwa.", "Sur President, dan dejjem kien jiġi mwiegħed minn baġit għal ieħor, amministrazzjoni wara l-oħra tal-Partit Nazzjonalista, però kien jispiċċa ma jsir qatt.", "Wara ħafna snin u over budget spiċċa biex illum il-ġurnata għandna anke t-terminal taċ-Ċirkewwa, imma d-differenza bejn kif saru dawk il-proġetti u l-mod kif qegħdin isiru l-proġetti llum hija waħda vasta.", "Wieħed illum jista' jserraħ moħħu li l-proġetti li qegħdin isiru, pereżempju tal-Marsa u tas-central link li se jsir fiż-żmien li ġej, huma mexjin on track and on budget.", "Jiena bdejt billi għedt li l-poplu Malti u Għawdxi għandu baġit sħiħ ta' raġunijiet għalfejn jiċċelebra.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin naraw kif dan mhuwiex Gvern tal-elezzjonijiet imma huwa Gvern tal-ġenerazzjonijiet, għaliex kellek affarijiet li kienu ilhom ġenerazzjoni sħiħa ma jsiru, fosthom iż-żieda fiċ-children's allowance.", "Iva, għandhom għax jiċċelebraw il-Maltin u l-Għawdxin kollha u għandhom għax ikantaw u jifirħu, mela le!", "X'jiġifieri ma tifraħx jekk iċ-children's allowance għat-tfal tiegħek kienet ilha s-snin ma tiżdied u issa qed tara li l-Gvern qiegħed iżidhielek.", "Dażgur li inti tieħu gost!", "Illum il-ġurnata għandna Gvern li mhux jibgħat il-kontijiet, imma lill-familji jibagħtilhom iċ-ċekkijiet id-dar, filwaqt li ħaddieħor ivvota bil-qalb biex jgħolli l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.", "Illum il-ġurnata għandna Gvern li vvota bil-qalb biex ikun jista' jerġa' jagħti għal darb'oħra rifużjoni tat-taxxa lil kull min ħadem f'pajjiżna.", "Għandna Gvern li qiegħed jiġġieled anke l-inġustizzji li saru fil-passat u matul is-sena li ġejja se nkomplu nqassmu iżjed flus lil dawk in-nies li inġustament sofrew minħabba kwestjonijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom.", "Fuq kollox, Sur President, dan huwa Gvern li qiegħed jaħdem biex iħalli lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin aktar sinjuri minn dawk ta' qabilhom.", "Għalhekk, bħalma l-Prim Ministru ċċelebra u kellu dritt jiċċelebra, jiena nħeġġeġ lill-Maltin u 'l-Għawdxin kollha hemm barra biex huma wkoll jiċċelebraw u jgawdu fis-suċċess li qiegħed jagħmel pajjiżna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 26 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Michael Farrugia.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fis-7.24 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jgħaddi fondi jew għadda fondi jew se jgħaddu fondi lill-klabbs sportivi u liema fondi mhumiex ta' SportMalta?", "Jista' jagħti lista tal-klabbs sportivi li bbenefikaw jew se jibbenefikaw minn dawn il-fondi?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sitt snin il-Bank of Valletta xtara/akkwista bonds fi ħruġ ta' bonds mill-privat f'Malta?", "Jista' jagħti d-dettalji f'kull każ?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant ghat-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 8042.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-sena 2018 ma kien hemm l-ebda nfiq fuq TV advertising minn entitajiet u dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Ministeru/Dipartimenti fuq TV advertising fl-2018 kienet ta' € 29,986.55.", "Rigward l-entitatjiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, it-tagħrif huwa kif ġej:", "Matul is-sena 2018 intnefqu €2,336.40 fuq riklamar fuq it-televiżjoni.", "L-ammont tan-nefqa fuq TV advertising fis-sena 2018 kien ta' €17,700 VAT inkluża.", "Infurmat ukoll li t-tweġiba mill-entitajiet l-oħra fi ħdan il-MEDE kienet 'xejn'.", "L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7982, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lill-Emirati Għarab Magħquda mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ittri maħruġin:", "2018 – waħda (1) mhux esegwita", "2019 – waħda (1) mhux esegwita", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KUNTRATT TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7981, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokument mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA - KAŻ TA' DIXXIPLINA FIL-KONFRONT TA' ĦADDIEM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7980, jista' l-Ministru jgħid lejn liema Ministeru, dipartiment, awtorità, aġenzija jew entità oħra tal-Gvern ġie trasferit, mitlub jew talab li jmur il-ħaddiem li kien jaħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li nhar il-21 ta' April 2017 aggredixxa ġurnalist tat-Times of Malta?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsijia parlamentari 7980.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8310 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - GRIEVANCE BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8311 u tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8312 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "GĦAWDEX: QASAM INDUSTRIJALI XEWKIJA - TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jelenka x'toroq saru ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2018 u x'kienet l-ispiża u x'toroq hemm ippjanati li jsiru ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2019?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2018 ma kienx hemm xogħol ta' toroq ġewwa l-Industrial Estate fix-Xewkija Għawdex ħlief għal xi manutenzjoni.", "Għas-sena 2019 hemm ippjanat il-qlugħ u l-bini mill-ġdid ta' Triq il-Qlugħ, dan b'kollaborazzjoni mal-MGOZ.", "GĦAWDEX - BUS SHELTERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bus shelters ġodda u fejn f'Għawdex sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum u kemm hemm ippjanati li jsiru bus shelters u fejn f'Għawdex fl-2019?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport li minn Marzu 2013 sal-lum ma twaħħlux bus shelters ġodda ġewwa Għawdex.", "Hekk kif kien ġie aċċennat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24652 tal-leġiżlatura preċedenti, Transport Malta kienet qed tiltaqa' ma' diffikultajiet mal-kuntrattur eżistenti sabiex jiġu nstallati bus shelters ġodda.", "Kien għalhekk li l-istess Awtorità kienet ħarġet 'talba għall-proposti' mill-ġdid għall-aħħar tal-2016 sabiex ikunu jistgħu jitwaħħlu bus shelters ġodda.", "Sfortunatament il-perjodu tal-aġġudikazzjoni ta' din ir-Request for Proposal (RFP) ġie mtawwal minħabba appell kontra r-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Għażla.", "Il-proċess ta' twaħħil ta' bus shelters ġodda beda għall-aħħar tas-sena li għaddiet fejn twaħħlu numru ta' bus shelters f'diversi lokalitajiet.", "Huwa mistenni li dan il-programm ikompli matul din is-sena.", "Infurmat li fil-preżent Transport Malta qiegħda fil-proċess li tidentifika siti ġodda f'Għawdex fit-toroq arterjali u distributorji fejn jistgħu jitwaħħlu bus shelters ġodda.", "IN-NADUR: TRIQ L-IMĠARR - XOGĦLIJIET WIEQFA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn il-ġranet ma kien hemm ebda ħaddiem u ebda makkinarju u allura ma sar ebda xogħol fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur li ilha għal dawn l-aħħar xhur magħluqa kompletament għat-traffiku?", "Interpellant li x-xogħlijiet qegħdin fil-fażi ta' korrelazzjoni mat-testijiet tal-intergrita ġeoloġika.", "Id-disinn tal-istruttura tar-rikostruzzjoni jiġi kkonfermat malli titlesta din il-fażi.", "GĦAWDEX: QASAM TAL-AFFORESTAZZJONI – PROMOZZJONIJIET TA' ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum, kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-afforestazzjoni fil-Ministeru għal Għawdex?", "X'inhu l-grad tagħhom, x'tip ta' xogħol għandhom u x'responsabbiltajiet għandhom?", "Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Kemm minnhom ingħataw promozzjoni mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum u xi promozzjoni ngħataw?", "X'kienu r-rekwiżiti biex jingħataw promozzjoni?", "X'korsijiet għandhom u ntbagħtu dawn il-ħaddiema fil-qasam tal-afforestazzjoni u x'korsijiet obbligatorji hemm ippjanat li jsirilhom matul is-sena 2019?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "GĦAWDEX - BINI TA' QORTI ĠDID", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret, kif ukoll min hu l-perit/kumpaniji inkarigat minn dan il-proġett, u kemm tħallas s'issa?", "Tista' tgħid meta hu ppjanat li dan il-Qorti ġdid jibda jiffunzjona?", "Interpellant li ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar u qed nistennew sakemm jibda il-proċess ta' screening.", "Fil-frattemp għadd ta' sejħiet qed jiġu ppreparati sabiex jsiru ix-xogħlijiet.", "Skont il-pjan ta' azzjoni, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni mistennija jiġu konklużi f'Settembru 2020.", "IR-RABAT GĦAWDEX - RESTAWR TAL-AKWEDOTT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' restawr tal-Akwedott tar-Rabat, Għawdex u li kien imħabbar fil-Baġit tas-sena 2017?", "Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża s'issa fuq dan ir-restawr u meta hu mistenni li jitlesta?", "Min qed jagħmel ix-xogħol ta' restawr?", "Interpellant li l-ewwel fażi tar-restawr tal-Akwedott tlestiet fejn ġew irranġati żewġ arkati li kienu fi stat ħażin.", "Ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet tal-fażijiet li jmiss.", "Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi saru mill-ħaddiema tal-Ministeru li huma speċjalizzati fir-restawr.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - PAKKETT FINANZJARJ TAL-MANAGEMENT –U", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku.", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku.", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku.", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku.", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku.", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jagħi l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku.", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "SERVIZZ PUBBLIKU - EŻAMIJIET GĦALL-POST TA' PRINĊIPAL ANZJAN", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-aħħar eżami għall-post ta' Prinċipal Anzjan mas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal dak li ġie rrapportat li tbaxxiet il-marka tal-ewwel parti tal-eżami u li dan sar għar-raġuni li kienu għaddew 87 biss mill-ewwel parti tal-eżami u fil-fatt kien hemm aktar vakanzi fil-post u peress li ġew appuntati 89 u 9 minnhom ma aċċettawx il-ħatra, jista' l-Prim Ministru jgħid:", "a. għaliex ma ġewx appuntati 9 persuni oħra jekk dan kien ifisser li kien għad baqa' 9 postijiet vakanti; u", "b. jekk ma kienx hemm vakanzi fil-post wara sena u erba' xhur u l-eżami jiskadi f'Ottubru 2019, għaliex tbaxxiet il-marka li biha min ma kienx għadda fl-ewwel parti seta' joqgħod għat-tieni parti u ċjoè l-intervista?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li l-vakanzi jimtlew skont il-ħtieġa tas-servizz pubbliku f'kull ħin.", "GĦAWDEX – PROĠETT TA' HOUSING", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8599 u jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Housing f'Għawdex li ssemma fil-Parlament mill-Ministru għal Għawdex?", "Dan il-proġett fiex jikkonsisti?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk dan il-proġett jaqax taħt il-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u jew/l-Awtorità tad-Djar?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8599.", "RAĦAL ĠDID: ĠNIEN DOM MINTOFF - NEFQA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar tul is-sena li għaddiet, kemm intnefaq s'issa u x'se jsir tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saru numru sostanzjali ta' xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff.", "· Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b'sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta' dawl u ilma.", "· Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta' ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema' fil-wied.", "· Ġiet mibnija ukoll pump room bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa' jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru.", "· Saru żewġ water features - waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal.", "· Sar ammont ta' xogħol konsiderevoli ta' tisbiħ u landscaping.", "· Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 3,000 pjanti ġodda.", "· Ġiet installata wkoll sistema totalment ġdida ta' irrigazzjoni, bankijiet, bike racks u kontenituri tar-riċiklaġġ.", "· Fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ffinaliżżata l-installazzjoni ġdida tad-dawl, kif ukoll iż-żona ta' rikreazzjoni għat-tfal.", "S'issa n-nefqa totali hija ta' madwar €670,000.", "IL-GUDJA: TRIQ CASTAGNA FILIPPU - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema pożizzjoni tinsab Triq Castagna Filippu fil-Gudja u x'passi se jittieħdu biex issir?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦAL TARXIEN: VJAL SIMMONS - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u għad iridu jsiru fi Vjal Simmons u Triq Betta Ħal Tarxien?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li fi Vjal Simmons u Triq Betta sar u għadu għaddej ix-xogħol ta' resurfacing.", "ĦAL TARXIEN: TRIQ IS-SORIJIET U TRIQ SANTA TERESA - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sorijiet u Triq Santa Teresa f'Ħal Tarxien humiex se jsiru jew le mill-ġdid?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta' Ħal Tarxien li Triq is-Sorijiet mhux ħa ssir mil-kunsill imma min-naħa ta' Infrastructure Malta.", "Intant infurmat li Triq Santa Tereża qiegħda fil-pjanijiet biex issir min-naħa tal-Kunsill Lokali fil-futur qrib.", "QRATI - REĠISTRU GĦALL-PROTEZZJONI TAL-MINURI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta kien hemm 64 persuna reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018.", "Tajjeb li jingħad li però hemm 65 reġistrazzjoni peress li persuna waħda kienet reġistrata darbtejn b'żewġ sentenzi.", "LAQGĦAT BARRA MILL-PAJJIŻ - ATTENDENZA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa attenda barra minn pajjiżna tul is-sena li għaddiet kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u wkoll għal laqgħat oħra?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ attenda 79 laqgħa barra minn Malta matul l-2018.", "IMPJEGATI TAĊ-ĊIVIL LI TELQU MILL-KARIGA TAGĦHOM", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8428 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 5 'il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar minn Marzu 2013 'il hawn?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha tgħix ġo dan il-post ikkundannat u bid-drenaġġ ġej fil-proprjetà tagħha għal bosta snin u bħala alternattiva tawha post f'Għawdex meta din għandha kważi 70 sena bla ebda familjari lejn dawk in-naħat?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f'kull każ ieħor.", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Billi l-proġett tal-Waterfront tal-Birgu ilu li sar 17-il sena u billi f'dawn is-snin żdiedu konsiderevolment in-numru ta' karozzi fit-toroq u żdiedet ukoll l-attività kummerċjali fl-area, jista' l-Ministru jara li jsir pjan aħjar ta' traffic management fil-Waterfront tal-Birgu u jekk ikun hemm il-ħtieġa tinbidel is-sistema tat-traffiku biex ikun hemm ordni kemm għal benefiċċju tar-residenti u wkoll tas-sidien tan-negozji?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Transport Malta ser tkun qed tagħmel assessment tas-sitwazzjoni f'konsultazzjoni mal-kunsill lokali u entitatjiet oħra kkonċernati ħalli tara li s-sitwazzjoni fiż-żona titjieb.", "ĦAL GĦARGĦUR – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jimplimenta s-sistema tad-drenaġġ fi Sqaq Ħofra, Ħal Għargħur?", "Jista' jgħid meta mistenni li din issir?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tista' testendi l-infrastruttura tad-drenaġġ ġewwa Sqaq il-Ħofra għal 67 metru u dan għaliex iktar tul jista' jikkomprometti l-integrità tal-istrutturi proprjetà ta' terzi persuni fuq dan l-isqaq.", "L-isqaq huwa wisq dejjaq għat-tħaffir li jrid isir sabiex tiġi nstallata l-infrastruttura tad-drenaġġ itwal.", "Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tikkordina ma' entitajiet oħra biex tistabbilixxi meta u jekk hux ser isir dan ix-xogħol.", "CREDIT RATING AGENCIES – ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta' ħlasijiet li saru lil kull credit rating agency li tagħti rating lil Malta, aġenzija b'aġenzija u sena b'sena minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant li fejn tidħol in-nefqa globali, jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8089.", "Għal raġunijiet ta' natura kummerċjali ma jistax jingħata l-valur fuq livell ta' aġenzija b'aġenzija.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li l-Gvern Malti għandu mal-credit rating agencies li jħallashom għar-rating li jagħtu lil Malta?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt li jirrigwardja l-Aġenzija tar-rating li qed jitħallas mill-Ministeru għall-Finanzi, u li kien iffirmat mill-Ministru tal-Finanzi tal-Amministrazzjoni preċedenti ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta nirċievu permess mir-Rating Agency relatata, minħabba n-natura kummerċjali tal-kuntratt.", "Għar-rigward tal-Aġenzija l-oħra, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "Peress li din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' konsulenza li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu mal-Malta Development Social Fund u/jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – KUNTRATT MA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt, inkluż tal-ħlasijiet miftiehma u mħallsa, li għandu mad-ditta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern diġà ppubblika l-ispiża marbuta ma' dan il-kuntratt.", "Il-ftehim mal-kumpanija ta' konsulenza internazzjonali li għalih qed tirreferi l-mistoqsija fih kontenut dettaljat tax-xogħol li kellu jitwettaq sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, suġġetti li huma marbutin mas-sigurtà tal-pajjiż.", "Għaldaqstant, mhux qed jiġi ppubblikat dan il-ftehim.", "IS-SIĠĠIEWI: TRIQ NIKOL AZZOPARDI – BINI TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jispjega kif fl-istqarrija tiegħu tat-Tnejn 18 ta' Frar ma ssemmiex il-bini mill-ġdid ta' Triq Nikol Azzopardi fis-Siġġiewi, minkejja li fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 8569 kien wieġeb li din hija inkluża fil-lista ta' toroq ġodda għal din is-sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed iħawwad iż-żewġ listi ta' toroq li ħabbarna u li diġà bdejna nibnu mill-ġdid uħud minnhom.", "Naturalment, dawk it-toroq li hemm f'lista ma jistgħux jissemmew f'lista oħra, sakemm l-Onor.", "Callus mhux qed jitlob li xi triq issir darbtejn.", "Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8569 ikkonfermajt li t-triq indikata hija waħda minn dawk li se jkunu qed isiru din is-sena bħala parti mill-ewwel kuntratt għall-bini mill-ġdid ta' 120 triq li permezz tiegħu il-Gvern qed jibda l-investiment bla preċedent ta' €700 miljun għal toroq aħjar f'pajjiżna.", "Fil-fatt, kont għidt hekk:", "\"It-triq indikata hija fost il-120 li tħabbru pubblikament fix-xhur li għaddew u li ser jinbnew din is-sena.", "Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid din is-sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.\"", "Fl-istqarrija ta' nhar it-Tnejn 18 ta' Frar, li qed issir referenza għaliha hawnhekk, ma erġajtx irrepetejt il-lista ta' 120 triq li konna diġà ħabbarna s-sena li għaddiet u li bdejna nibnu mill-ġdid f'Jannar.", "L-Onor.", "Callus għandu jinnota li nhar it-Tnejn 18 ta' Frar jien ħabbart lista ta' 170 triq oħra li se jinbnew mill-ġdid fix-xhur li ġejjin.", "Toroq li diġà jinsabu fl-ewwel kuntratt ta' 120 triq li bdejna nwettqu m'għandhomx ikunu fit-tieni lista ta' 170 triq li għaliha ħriġna sejħa għall-offerti fit-18 ta' Frar.", "TA' XBIEX: TRIQ AUGUSTUS BARTOLO U TRIQ ANTONIO NANI – BDIL FID-DIREZZJONIJIET", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Augustus Bartolo u Triq Antonio Nani, it-tnejn f'Ta' Xbiex, għadhom ma biddlux id-direzzjoni tat-traffiku għal kif kienu qabel ma beda l-Proġett tal-Kappara, skont kif kien miftiehem mal-Kunsill Lokali Ta' Xbiex u kif ġie mwiegħed lir-residenti tal-istess lokalità?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn it-toroq (Ta' Xbiex – Triq Augustus Bartolo u Triq Antonio Nani) mistennija tinbidlilhom id-direzzjoni tagħhom għal kif kienet qabel ma nbeda l-proġett tal-Kappara hekk kif kien miftiehem mal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex.", "Transport Malta qiegħda f'kuntatt mal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex sabiex dan ix-xogħol isir malajr kemm jista' jkun.", "TA' XBIEX: XOGĦLIJIET FUQ TOROQ - KONSULTAZZJONI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qegħdin jintgħażlu t-toroq li qed isir xogħol fuqhom f'Ta' Xbiex, peress li hemm toroq li huma ferm aktar urġenti?", "Jista' jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill fuq l-għażla tat-toroq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni jidher li qed tirrikonoxxi li l-investiment bla preċedent li dan il-Gvern qed iwettaq sabiex intejbu l-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna mhuwiex ħela ta' flus iżda investiment meħtieġ \"b'urġenza\".", "Nilqgħu din il-bidla fil-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar din il-ħidma wara li sa ftit tax-xhur ilu l-istess Oppożizzjoni kienet tisħaq li m'għandniex bżonn investiment fit-toroq għaliex m'għandniex ħofor fit-toroq f'pajjiżna.", "Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti minn dan l-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Fl-istess waqt, dan ix-xahar tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali mhuwiex sempliċiment xogħol ta' manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta' kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew fil-ġimgħat li għaddew jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-internet u t-telekomunikazzjoni.", "Wara li tikkonsulta lill-kunsilli lokali u entitajiet oħrajn ikkonċernati, wara li tagħmel spezzjonijiet tekniċi u wara li tqis ukoll talbiet għall-għajnuna minn ħafna residenti, Infrastructure Malta qed tiddetermina liema toroq residenjzali għandhom jingħataw prijorità biex jinbnew mill-ġdid billi tikkunsidra l-istat preżenti tagħhom u fatturi oħrajn, bħall-konnessjonijiet ta' triq ma' toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità kif ukoll il-frekwenza ta' kemm jintużaw.", "Fit-tfassil tal-għażla tat-toroq li jkunu se jsiru f'kull lokalità, l-aġenzija qed tqis ukoll fatturi importanti, bħalma huma attivitajiet li jistgħu jintlaqtu ħażin bix-xogħlijiet, fosthom toroq li jinsabu f'żoni turistiċi jew viċin ta' skejjel.", "Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta' ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f'pajjiżna.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' toroq li hu mistenni li jagħmel, jew jagħmel manutenzjoni fuqhom f'Ta' Xbiex?", "Jista' jindika l-programm ta' kif qed jagħmel dan ix-xogħol?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Fl-istess waqt, dan ix-xahar tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Dawn iż-żewġ kuntratti ta' xogħlijiet li qed isiru diġà jew se jibdew fix-xhur li ġejjin, jinkludu l-bini mill-ġdid, jew għall-ewwel darba, ta' diversi toroq f'kull lokalità f'Malta.", "Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali mhuwiex sempliċiment xogħol ta' manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta' kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew fil-ġimgħat li għaddew jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni.", "Il-bini mill-ġdid tal-120 triq inklużi fl-ewwel sejħa għall-offerti beda fil-ġimgħat li għaddew bl-ewwel 31 triq.", "Ix-xogħol qed javvanza b'ritmu tajjeb, kif ippjanat, bi wħud mit-toroq diġà bdew jitlestew.", "Malli jlestu l-ewwel 31 triq, il-kuntratturi li qed jaħdmu fihom jibdew minnufih xogħlijiet f'toroq residenzjali oħrajn mill-lista ta' 120.", "Hekk se jibqa' jsir sakemm jitlestew it-toroq kollha.", "Malli jlestu triq, il-kuntratturi huma marbutin li jibdew mill-ewwel ix-xogħlijiet fi triq residenzjali oħra skont it-termini tal-kuntratt.", "Jekk ikun hemm dewmien mhux ġustifikat, il-kuntratturi jeħlu l-penali applikabbli.", "It-toroq inklużi fl-ewwel żewġ sejħiet għall-offerti ġew ippubblikati meta ħarġu dawn l-istess sejħiet.", "Infrastructure Malta ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "IS-SWIEQI: XOGĦLIJIET FUQ TOROQ - KONSULTAZZJONI", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qegħdin jintgħażlu t-toroq li qed isir xogħol fuqhom fis-Swieqi?", "Jista' jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill fuq l-għażla tat-toroq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandha tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9060 tal-istess seduta.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' toroq li hu mistenni li jagħmel jew jagħmel manutenzjoni fuqhom fis-Swieqi?", "Jista' jindika l-programm ta' kif qed jagħmel dan ix-xogħol?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandha tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9061 tal-istess seduta.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM KUNDIZZJONIJIET U PAGI DIFFERENTI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8613, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti li hemm f'Malta, u fejn fit-tweġiba ntqal li kull uffiċjal pubbliku qiegħed fuq skala skont kif stabbilita fl-Estimi Finanzjarji mingħajr distinzjoni kemm jekk jaħdmu ġo Malta kif ukoll jekk jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex, għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid jekk dan huwiex minnu li qed jingħad għall-impjegati li jaħdmu f'dawn l-uffiċċji li hemm f'Għawdex, ċjoè Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku?", "Interpellant li mezz kif impjegati Għawdxin fis-settur pubbliku jiġu jaħdmu f'Għawdex hu billi l-Ministeru għal Għawdex jidħol fi ftehim mal-entitajiet biex ix-xogħol tagħhom isir f'Għawdex.", "Hija dejjem għażla tal-impjegat jekk jiġix assorbit mal-entità jew inkella jibqax mas-settur pubbliku.", "ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA - OQBRA", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess ta' oqbra fl-Addolorata, speċjalment dawk li diġà ħallsu l-ewwel pagament?", "Jista' jgħid jekk hemmx xi data biex dawn ikunu mogħtija?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kuntratt taċ-ċimiterju tal-Addolorata ġie iffirmat f'Ottobru 2018.", "Il-kuntratt ikopri l-estensjoni ta' 2,880 qabar, ir-restawr ta' binjiet tal-Gvern, fosthom il-kappella u l-operat taċ-ċimiterju.", "Ix-xogħol ta' restawr diġà beda.", "L-oqbra kollha mistennija jkunu lesti fi żmien tliet snin.", "GĦAWDEX – RAPPORT MILL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR ELIĠIBILITÀ GĦAL FONDI", "L-ONOR.", "DAVID STELLINI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Id-Dikjarazzjoni 36, annessa mat-Trattat ta' Sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea tgħid hekk:", "Fid-dawl ta' din id-dikjarazzjoni unilaterali u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6331, tista' l-Ministru tgħidilna jekk saritx diġà t-talba għal rapport speċifiku dwar Għawdex lill-Kummissjoni Ewropea?", "Dan anke fid-dawl ta' dikjarazzjonijiet tal-Gvern Malti fejn stqarr li mhux eskluża l-possibbiltà li għall-perjodu finanzjarju (baġitarju) tal-Unjoni Ewropea 2021-2027, Malta taf ma tibqax eliġibbli għall-istess ammont ta' fondi mill-Unjoni Ewropea daqs qabel, speċjalment minħabba l-Brexit.", "HELENA DALLI: Malta talbet li l-Kummissjoni Ewropea tirrapporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod speċjali dwar id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta.", "L-istqarrija maħruġa mill-Gvern Malti fid-19 ta' Frar 2019 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fuq iż-żona magħrufa bħala tat-Tomna fil-Mellieħa, żona li fi snin passati kien hemm pjanijiet li ssir żona industrijali?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjanijiet kurrenti huma li din iż-żona ssir żona Industrijali bid-differenza li tħares lejn mix ta' high end u light industry u li tħaddem u tippromwovi green infrastructure.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika fejn fil-Mellieħa ser ikunu qed jinbnew l-appartamenti li l-Ministru semma fl-aħħar jiem u li kien rappurtat fuq il-mezzi tax-xandir?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-indirizzi tat-22 sit fejn se jkunu qiegħdin jinbnew units ġodda ta' social housing permezz ta' investiment ta' €50 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali se jkunu qegħdin jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "MELLIEĦA, SAN PAWL IL-BAĦAR U NAXXAR – KAŻIJIET TA' SERQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rappurtati każijiet ta' serq mil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar xahar b'xahar, lokalità b'lokalità bejn l-1 ta' Ottubru u s-17 ta' Frar 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2968 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f''Seduta 202 tat-Tlieta, 26 ta' Frar 2019)", "KORP TAL-PULIZIJA – SUPRETENDENT AKKUŻAT BI SPERĠUR", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar dak li qiegħed jiġi allegat fil-midja lokali li Supretendent tal-Pulizija huwa ffaċċjat bi 58 istanza ta' sperġur?", "Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dan l-uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija ma ġiex sospiż pendenti l-investigazzjonijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li dwar dak li ġie allegat fil-midja lokali li Supretendent tal-Pulizija huwa ffaċċjat bi 58 istanza ta' sperġur, il-Pulizija investigat il-każ u rriżulta li ma kien hemm l-ebda reat kriminali mwettaq hekk kif ġie allegat.", "Għaldaqstant, ma ttieħdu ebda passi fil-Qorti u l-istess uffiċjal ma setax jiġi sospiż wara l-eżitu tal-istess investigazzjoni.", "Wara li saret sfida lill-Kummissarju tal-Pulizija mill-kwerellant dwar nuqqas ta' qbil fil-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, f'dan ir-rigward hemm każ pendenti quddiem il-Qorti.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI SPEĊJALI FUQ INIZJATTIVI MNEDIJA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3699 u 429 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "DIPARTIMENT TAL-KUNSILLI LOKALI - FAMILY FRIENDLY MEASURES", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7753 u jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemm-il persuna bbenefikat u kif kienu approvati l-family friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-family friendly measures kienu approvati skond Il-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku (Public Service Management Code)", "MELLIEĦA U SAN PAWL IL-BAĦAR - FISH FARMS", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8866 u jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b'mod favorevoli li jżid aktar fish farms u, jekk iva, jista' jindika preċiżament fejn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fit-23 ta' Jannar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet applikazzjoni bi proposta għal aquaculture zone bl-intenzjoni li jiġi kkonsolidat l-operat ta' farms tat-tonn fit-Tramuntana ta' Malta, liema proposta qiegħda taħseb biex tilqa' madwar 5,000 tunellata ta' biomass.", "L-applikazzjoni tinsab fl-istadju ta' vetting biex b'hekk tkun tista' tgħaddi għall-process ta' screening.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jibdew jitħallsu s-Senior Operatives IV b'salarju skala 16, li suppost kienet b'seħħ mill-4 ta Diċembru 2017?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "GĦAR LAPSI - PARATI ĠODDA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li jiġu nstallati parati ġodda f'Għar Lapsi hekk kif uħud minnhom tkissru u s-sajjieda qed isibuha diffiċli jtellgħu l-bċejjeċ tagħhom mill-baħar?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 8211 tat-12-il Leġiżlatura.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARD", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta' żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ĦAL QORMI – STALLAZZJONI TA' LIFT", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru, mill-aktar fis, jikkunsidra l-installazzjoni ta' lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-inkwilini huma anzjani u għandhom problemi serji ta' mobilità kemm minħabba raġunijiet ta' saħħa kif ukoll minħabba l-età tagħhom (għandhom 'il fuq minn 70 sena)?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8875, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Membru jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8874, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "EDUCATIONAL SUPPORT SERVICES DEPARTMENT – SUSSIDJU GĦAS-SERVIZZ TAL-INSPIRE", "L-ONOR.", "MARIA DEGUARA staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Educational Support Services Department mhux se jkompli jissussidja s-servizzi li l-Inspire tipprovdi għal persuni bi bżonnijiet speċiali f'dak li għadu x'jaqsam ma' tutor visits in classrooms during school year, tutor sessions in summer u summer group therapy at Bulebel/Marsascala)?", "Jista' jikkonferma wkoll li issa l-ġenituri ta' dawn it-tfal bi bżonnijiet speċjali jridu japplikaw mill-ġdid għal dawn is-servizzi mill-Autism Spectrum Support Team through the school INCO?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-MEDE wasal biex jagħmel kuntratt ġdid mal-Inspire wara ħidma estensiva kemm min-naħa tal-professjonisti fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta' Sapport Għall-Iskejjel u anke wara taħditiet ma' uffiċjali min-naħa tal-Inspire dwar x'servizzi jistgħu jingħataw.", "Għaldaqstant, importanti ħafna li l-ġenituri li għandhom xi diffikultà jew bżonn ta' aktar kjarifika fuq it-tip ta' sapport li ser jingħata għandu jitkellem mal-kap tal-iskola jew jagħmel kuntatt ma' uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi Nazzjonali ta' Sapport Għall-Iskejjel biex jiġi żgurat is-sapport li għandu bżonn l-istudent.", "SPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - CAPSULES TAL-OMEGA +", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8449 u 8699 fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa baqa jinsisti li l-kapsoli omega+ qatt ma ngħataw mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara d-dokumenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u jara li dawn il-kapsoli jkompli jingħataw lil din il-pazjenta?", "CHRIS FEARNE: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 8449 u 8699, ninfurmah ukoll illi l-kapsoli Omega3 mhumiex u qatt ma kienu fuq il-formularju tal-Gvern.", "Madankollu kienu jingħataw fuq bażi ta' named patient basis lil numru żgħir ta' pazjenti skont il-ħtieġa tagħhom.", "Barra minn hekk, skont il-linji gwida internazzjonali, dawn m'għadhomx klinikament indikati u ġew riferuti għat-tneħħija mill-intitolament.", "DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA: SPEZZJONIJIET FUQ BINJIET F'BARRIERI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'qed isir mill-Ispettorat tad-Dipartiment tas-Saħħa (Sanità) sabiex jara li l-kmamar li qed jinbnew fil-barrieri jkunu diċenti biex jgħixu persuni fihom?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jikkjarifika għal liema barrieri qiegħed jirreferi.", "Ninfurmah ukoll illi ma saru l-ebda rapporti mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali dwar l-istess suġġett.", "AWTORITÀ TAL-IŻVILUPP – PERMESSI GĦAL BINI F'BARRIERA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Iżvilupp għall-kmamar li qed jinbnew f'barrieri, maħsuba li fihom jgħixu ħaddiema barranin?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9115, l-istess Awtorità ma ħarġet l-ebda permess relatat mat-tip ta' żvilupp imsemmi.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tad-Direttur Ġenerali sospiża rigward kemm kien in-numru ta' tonn żejjed fil-gaġeġ li nstabu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.", "ĦADDIEMA – ĦLAS TA' KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SERVIZZI SOĊJALI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema għal kull pajjiż rispettiv li għal dawn l-aħħar ħames snin ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom tas-servizzi soċjali (social services)?", "Jista' jgħid ukoll x'kienu l-kategoriji rispettivi tal-ħlasijiet li saru minn dawn il-ħaddiema f'dawn l-aħħar ħames snin maqsuma sena b'sena?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ĊENTRU TAS-SAĦĦA: TRAMUNTANA TA' MALTA - PJANIJIET", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isir Ċentru tas-Saħħa ieħor fit-Tramuntana ta' Malta?", "Jekk iva, jista' jagħti indikazzjoni lejn liema lokalità qiegħed iħares biex fiha jsir dan iċ-ċentru, u liema lokalitajiet se jkun qiegħed iservi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan hu li fil-ġejjieni t-Tramuntana ta' Malta jkollha Regional Hub bħal dak li ser ikun hemm fin-naħa ta' isfel ta' Malta.", "Fix-xhur li ġejjin huwa mistenni li toħroġ sejħa ta' interess dwar bini ta' dan il-hub mediku.", "IL-MELLIEĦA: INĦAWI TAL-AĦRAX – ĦSARA F'GĦELIEQI", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li titranġa l-ħsara li saret fl-għelieqi tal-bdiewa li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament meta sar ix-xogħol fi Triq ir-Ramla, fiż-żona tal-Aħrax tal-Mellieħa, limiti tal-Mellieħa?", "Interpellant li fl-aħħar ta' Diċembru 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid Triq ir-Ramla, li twassal għal waħda mill-bajjiet fl-Armier magħrufa bħala r-Ramla tal-Bir, kif ukoll għal-lukanda ewlenija fl-istess inħawi.", "Permezz ta' dan ix-xogħol, tneħħa djuq li kien qed iwassal għal diffikultajiet ta' aċċess, speċjalment f'każi ta' emerġenza, bħal meta jkun hemm xi nirien fl-inħawi jew tkun meħtieġa xi ambulanza max-xatt.", "Ix-xogħol kien jinkludi titjib u bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjieħ u tqegħid ta' wiċċ b'asfalt ġdid.", "Dan ix-xogħol ta' Infrastructure Malta sar wara li entità oħra għamlet trinek fl-istess triq biex tqiegħed cables ġodda tal-elettriku taħt l-art li eventwalment se jieħdu post arbli ta' wires ta' vultaġġ għoli li hemm fix-xagħri fl-istess inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa.", "Infrastructure Malta tkellmet mal-kuntratturi li għamlu dawn ix-xogħlijiet u mal-bdiewa msemmija, u qed tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jissolvew id-diffikultajiet pendenti mill-aktar fis.", "IL-MISTRA – TISWIJIET FIS-SLIPWAY", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li jibda l-proċess biex isiru t-tiswijiet li hemm bżonn fis-slipway tal-Mistra?", "IAN BORG: Ninsab infurmat li wara li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura nħariġlu l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex isiru t-tiswijiet neċessarji, issa qed tiġi ppreparata sejħa għall-offerti.", "Hekk kif ikun hemm allokazzjoni tal-fondi neċessarji, din is-sejħa għall-offerti tiġi ppubblikata.", "IL-FGURA: TRIQ VALPERGA - TINDIF", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li s-sit fi Triq Valperga, il-Fgura bejn il-grawnd tal-futbol u Bieb il-Polverista, jitnaddaf minn ħaxix ħażin u affarijiet oħra?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' tindif ta' ħaxix fiż-żona imsemmija inbeda fil-ġranet li għaddew.", "OPERAZZJONI TAL-KATARETTI – LISTA TA' STENNIJA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-kataretti?", "Kemm ilhom jistennew dawn il-persuni?", "X'passi qiegħed jieħu biex inaqqas din l-istennija għal din l-operazzjoni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' pazjenti li qegħdin jistennew għall-operazzjoni tal-kataretti jammonta għal 2,271.", "Iż-żmien ta' stennija huwa ta' medja ta' 5 xhur.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista persuna kienet iddum madwar tliet snin fuq il-lista ta' stennija biex tagħmel din l-istess operazzjoni.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm residenti fil-Young People's Unit u l-etajiet rispettivi tagħhom?", "Hemm xi residenti f'dan il-Unit li fil-fatt m'għandhomx problemi ta' nuqqas ta' saħħa mentali?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent fil-Young People's Unit (YPU) hemm 7 pazjenti.", "Fil-YPU hemm ukoll ħames subien u tifla li jinsabu on leave.", "It-tfal/adoloxxenti kollha li hemm f'din is-sala għandhom problemi ta' saħħa mentali u jiġu rilaxxati mis-sala ġaladarba jkunu ċertifikati li l-kundizzjoni tagħhom tkun stabbilizzata.", "Jista' jkun hemm istanzi fejn il-pazjent jibqa' jinżamm fil-YPU sakemm il-ġenituri jew l-aġenziji responsabbli mit-tfal/adolexxenti jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jakkomodawhom.", "L-etajiet tal-inpatients għax-xahar ta' Frar, 2019 fil-YPU huma s-segwenti:", "JOBSPLUS - PERSUNI LI TILFU L-IMPJIEG TAGĦHOM", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul is-sena li għaddiet u liema xogħol kienu jagħmlu?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, it-tagħrif dwar in-numru ta' persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul l-2018 u f'liema kategorija ta' xogħol kienu qegħdin jaħdmu huwa kif muri fit-tabella hawn taħt.", "Dawn in-numri mhumiex uniċi għaliex jista' jkun li persuna tkun tilfet ix-xogħol tagħha iktar minn darba fl-istess sena.", "In-numru ta' persuni uniċi li tilfu x-xogħol fl-istess perjodu huwa ta' 1,877.", "JOBSPLUS - PERSUNI LI NQABDU JAĦDMU WAQT LI KIENU QED JIRREĠISTRAW", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw f'dawn l-aħħar sentejn?", "X'passi ttieħdu kontra dawn il-persuni u dawk is-sidien li ħaddmu dawn in-nies?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-persuni li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qed jirreġistraw f'dawn l-aħħar sentejn kienu 46 fl-2017 u 18 fl-2018.", "Fost s-46 li nqabdu fl-2017, hemm 24 każ li ser jitressqu l-qorti, 20 każ li rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom fl-istess ġurnata, każ wieħed li appella quddiem l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol, fejn il-każ intrebaħ mill-appellant u każ ieħor li deher quddiem il-Qorti ta' Għawdex fejn dan inħeles.", "Min-naħa l-oħra, it-18-il każ tal-2018 ser jitressqu l-Qorti.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża?", "Min huwa intitolat għall-Karta r-Roża?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sabiex persuna tikkwalifika għall-Karta r-Roża jrid ikollha bżonn mediċini jew xi tip ta' kura oħra u wara li tkun tissodisfa t-test tal-mezzi, kif stabbilit permezz tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.", "Persuni li jirċievu l-Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja, Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali huma awtomatikament eliġibbli għall-Karta r-Roża.", "Persuni li qabel l-2012 kellhom u għad għandhom id-dijabete, u li kien diġà kellhom il-Karta r-Roża u għażlu li jżommuha minflok jaqilbu fuq il-Kartuna s-Safra, ukoll għadhom jibbenefikaw.", "L-ammont ta' persuni li kellhom il-Karta r-Roża matul is-sena 2018 kien jammonta għal 16,634.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - SAFAR", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamel?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Ma' min kien akkumpanjat għal kull safra?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tlabt li tinġabar l-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija mit-taqsima konċernata.", "S'issa m'għandix it-tagħrif mitlub.", "Għaldaqstant, it-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.", "KAROZZI BIL-PERMESS 'Y'", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sal-lum kemm ħarġu permess 'Y'?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2014 sal-lum ħarġu 223 permess bil-Y plate.", "It-tabella t'hawn isfel turi kemm ħarġu kull sena rispettivament.", "BIR ID-DEHEB: ROUNDABOUT - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir mar-roundabout ta' Bir id-Deheb hekk kif toħroġ mill-bypass ta' Ħal Għaxaq?", "Meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġimgħa ilu, Infrastructure Malta bdiet xogħol ta' tiswijiet estensivi fuq ir-roundabout ta' Bir id-Deheb, bejn iż-Żejtun u Ħal Għaxaq, biex issaħħaħ il-pedamenti b'saffi tal-konkos, qabel ma tinkesa b'wiċċ t'asfalt ġdid.", "It-toroq li jagħtu għal dan is-salib it-toroq baqgħu aċċessibbli permezz ta' devjazzjonijiet minn toroq qrib l-istess roundabout.", "Sabiex jonqsu d-diffikultajiet għal dawk li jivvjaġġaw f'dawn l-inħawi, ħafna mix-xogħol sar billejl.", "Tħaffer il-wiċċ tar-roundabout sakemm inkixef il-materjal li bih kienu saru l-pedamenti tat-triq fil-passat.", "Peress li dan ma kienx b'saħħtu biżżejjed, wiċċ it-triq kien qiegħed iċedi u joħloq diffikultajiet għal dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi.", "Dan il-materjal tneħħa biex minfloku tpoġġew saffi ta' konkos b'saħħtu biex jiflaħ għall-volum kbir ta' karozzi li jużaw din l-arterja importanti.", "Waqt li kien għaddej dan ix-xogħol, saru wkoll trinek biex fihom tpoġġew cables tal-elettriku ġodda.", "Dawn saru biex tinħoloq kapaċità addizzjonali għall-elettriku, li jista' jkun meħtieġ minn żviluppi ġodda fl-inħawi fiż-żmien li ġej, u b'hekk jiġi evitat li r-roundabout ikollha bżonn terġa' tinqala'.", "Minħabba li l-maltemp li għamel fi tmiem il-ġimgħa ma ppermettiex li x-xogħol jissokta b'mod sigur għall-ħaddiema, ix-xogħol ippjanat għal tmiem il-ġimgħa li għadda kellu jiġi pospost għal-lejla, it-Tnejn 25 ta' Frar.", "Matul il-lejl se jitqiegħdu l-ewwel saffi ta' asfalt tal-wiċċ ġdid tat-triq.", "Jekk ma jkunx hemm diffikultajiet oħra ta' maltemp, ir-roundabout tkun tista' tinfetaħ mill-ġdid kmieni t-Tlieta filgħodu (26 ta' Frar).", "Wara li r-roundabout tinfetaħ mill-ġdid, l-aħħar saff ta' asfalt fil-karreġġjata tagħha jkun jista' jsir fil-ġimgħat li ġejjin, f'xogħlijiet oħra li se jsiru mal-lejl meta jkun qed isir ukoll l-aħħar saff ta' asfalt f'Dawret Ħal Għaxaq, waħda mit-toroq li jagħtu għall-istess junction, u li wkoll qed tinbena mill-ġdid minn Infrastructure Malta.", "F'Dawret Ħal Għaxaq, ir-rotta ewlenija bejn Ħal Tarxien, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u l-Gudja, Infrastructure Malta qed tibdel is-servizzi tal-ilma taħt il-livell tat-triq, tirranġa l-bankini, kif ukoll tagħmel sisien bil-konkos u saffi t'asfalt ġodda, bħalma sar fil-jiem li għaddew mar-roundabout.", "Billi t-triq hija twila madwar 1.8 kilometri, ix-xogħol inqasam f'sezzjonijiet differenti.", "L-ewwel parti li qed issir hija n-naħa lejn Bir id-Deheb.", "Ix-xogħol jibqa' sejjer sat-tarf l-ieħor fl-inħawi magħrufa bħala Ta' Bettina, il-Gudja.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru ġentilment jara li jkun hemm traffic management aħjar sakemm jitlesta x-xogħol li qed isir mar-roundabout ta' Bir id-Deheb hekk kif toħroġ mill-bypass ta' Ħal Għaxaq għax qed ikun hemm staġnar sħiħ ta' karozzi f'diversi toroq tal-madwar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9132 tal-istess seduta.", "RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – XIRI TA' AFFARIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sal-lum xi nxtara mir-Residenza San Vinċenz de Paul, item b'item u jekk dawn inxtrawx b'direct order jew b'tender jew billi jintalbu prezzijiet?", "Jista' jagħti l-ismijiet ta' kumpaniji, ħwienet, kuntratturi, intrapriżi, eċċetra, minn fejn inxtara kull item?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190225_201d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 26 ta' Frar, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru telenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8313 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8314 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8315 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8316 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8317 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8318 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5643, 6009 u 6993, tista' l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7307 u tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull latrina pubblika madwar Għawdex u Kemmuna?", "X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tender li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti 'CT2263/2018 Tender for the pavement and embellishment works at St. Francis Square Victoria Gozo' ġiet irrakkomandata għall-award mat-tieni Evaluation Round?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li r-Recommended Bidder ġie rrakkomandat bi prezz ta' €150,000 iktar mill-prezz li oriġinarjament kien tefa' t-tender?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 8456, 8094 u 8095, ma jqisx il-Ministru li hemm urġenza pressanti li jsir il-bdil leġislattiv meħtieġ fl-iqsar żmien possibbli, dan ukoll peress li hu evidenti anke mill-istess tagħrif mogħti mill-Ministru li hemm diversi sentenzi tal-Qrati sede kostituzzjonali li qisu li l-poter ta' diversi awtoritajiet pubbliċi li jimponu penalitajiet amministrattivi huma kontra l-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjonali, u li dawn is-sentenzi jistgħu jiġu riflessi f'każjiet simili fil-konfront ta' awtoritajiet pubbliċi oħra li għandhom il-poter li jimponu penalitajiet ta' din ix-xorta, b'konsegwenzi serji jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata b'mod komprensiv?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2018?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk il-policy li kienet saret fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u li kienet ippubblikata fuq il-website tal-Gozo Channel dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel ġietx mibdula?", "Jekk ġiet mibdula, meta ġiet mibdula u fejn ġiet ippubblikata?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy dwar min għandu dritt għal dan il-pass kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista u kopja tal-policy kif inhi llum?", "Tista' tara li din il-policy terġa' titpoġġa fuq il-website tal-Gozo Channel minn fejn kienet tneħħiet fil-leġiżlatura l-oħra?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħat barra minn pajjiżna attenda u huwa previst li jattendi tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla jitlestew?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li l-Knisja ta' San Pawl Bormla tiġi restawrata u mnaddfa?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8841, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8842, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8843, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "Tista' tgħid jekk il-persentaġġ indikat minnha huwiex parti mill-miri tal-Horizon 2020 u jekk dawn il-persentaġġi humiex il-miri tal-Gvern kollu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni fil-Bank Ċentrali?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8839, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamel?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Ma' min kien akkumpanjat għal kull safra?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamel?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Ma' min kien akkumpanjat għal kull safra?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamlet?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Ma' min kienet akkumpanjata għal kull safra?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun?", "Hemm il-ħsieb li ssir private road man-naħa tad-djar residenzjali minħabba l-periklu kontinwu li toffri din it-triq għar-residenti?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studju/kalkolu ta' kemm huwa stmat li se jirtiraw għalliema bl-età fil-ħames snin li ġejjin?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn supply teachers fl-iskejjel Maltin u Għawdxin?", "F'liema skejjel qegħdin?", "X'qed jgħallmu?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex tkeċċa jew ġie mġiegħel jirriżenja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Għall-Iskejjel t'Għada?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Kap Eżekuttiv kien hemm fil-Fondazzjoni Għall-Iskejjel t'Għada mill-2013 sal-lum?", "Jista' jgħid min kienu, kemm damu fil-kariga u r-raġuni għalfejn spiċċaw mill-kariga?", "X'salarju kellhom?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li twaqqfet task force biex tagħmel awditjar tal-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?", "Għaliex inħass il-bżonn ta' awditjar?", "Min qed jagħmel l-awditjar?", "Sa meta se jkun lest ir-rapport?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-eżitu tad-diskussjonijiet dwar żvilupp ta' aktar faċiltajiet sportivi fl-iskejjel tal-knisja?", "MOZZJONIJIET", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO, L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR, L-ONOR.", "RYAN CALLUS, L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI, L-ONOR.", "KAROL AQUILINA U L-ONOR.", "TONI BEZZINA jipproponu:", "Peress illi l-Avviż Legali 438 tal-2018 idaħħal fis-seħħ ir-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern jillimita t-trasferiment ta' art agrikola proprjetà tal-Gvern mill-ġenituri għall-ulied jew mill-ulied għall-ġenituri, minkejja li ż-żewġ partiti rappreżentati fil-Parlament wegħdu fil-manifesti elettorali rispettivi tagħhom li jkun iffaċilitat it-trasferiment ta' art agrikola proprjetà tal-Gvern bejn bdiewa u membri tal-familja b'mod partikolari bejn l-aħwa tal-kerrej;", "Peress illi l-imsemmi Avviż Legali jillimita l-possibbiltà ta' trasferiment tat-titlu tal-qbiela sa sena mill-mewt tal-kerrej u dan minkejja li l-Awtorità tal-Artijiet għandha pendenti quddiemha għadd kbir ta' talbiet għal trasferiment ta' art agrikola proprjetà tal-Gvern u li dawn it-talbiet m'għandhomx ikunu esklużi mill-possibbiltà li jkunu aċċettati;", "Peress illi l-biedja għandha bżonn spazju għall-ħażna kemm tal-għodda u l-makkinarju kif ukoll tal-prodotti, il-Gvern m'għandux jieħu lura l-pussess ta' bini li jinsab f'art agrikola u li huwa fil-pussess tal-bdiewa, biex imbagħad dan il-bini jkun jista' jingħata lil terzi għal użu ieħor;", "Peress illi l-Avviż Legali 438 tal-2018 jipprovdi illi l-Awtorità tal-Artijiet m'għandhiex tikkunsidra applikazzjonijiet għat-trasferiment u assenjazzjoni tat-titolu fejn fuq l-art agrikola jkun hemm bini u li l-art agrikola jew il-bini jkunu jinsabu, anke in parti, fl-iskema tal-iżvilupp jew inkella jkunu tajba għall-iżvilupp;", "Peress li l-bdiewa jeħtieġu l-għajnuna kollha mill-Istat sabiex jibqgħu kompetittivi, l-iskema għal studenti li jkunu temmew l-istudji tagħhom għandha tkun estiża għal dawk li jkunu temmew studju fil-biedja f'dawn l-aħħar għaxar snin, b'rati preferenzjali ta' kera għal għaxar snin ukoll;", "Peress li l-Awtorità tal-Artijiet għandha l-poter tirrifjuta applikazzjoni għal trasferiment ta' qbiela, daqstant ieħor l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella minn tali deċiżjoni skont dak li diġà jipprovdi l-Att dwar Artijiet tal-Gvern;", "Peress li l-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Agrikoltura għandu l-funzjoni li jagħti parir lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet, kull regolament magħmul mill-imsemmi kumitat għandu jkun approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet;", "U peress illi l-artikolu 11 tal-Att dwar l-Intrepretazzjoni (Kap. 249 tal-Liġijiet ta' Malta) jipprovdi li regolamenti bħalma huma r-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern – Avviż Legali 438 tal-2018 – jistgħu jiġu emendati mill-Kamra fuq mozzjoni mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien tmienja u għoxrin jum wara li r-regolamenti jkunu hekk tqiegħdu;", "Għaldaqstant din il-Kamra taqbel u tirriżolvi li r-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern – Avviż Legali 438 tal-2018 – għandhom jiġu emendati kif ġej:", "Fir-regolament 2 minflok il-kliem:", "\"membru tal-familja\" tfisser ir-raġel jew il-mara tal-kerrej, dixxendent lineari, axxendent lineari, ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel, l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "\"membru tal-familja\" tfisser ir-raġel jew il-mara tal-kerrej, dixxendent lineari, axxendent lineari, il-koabitant tal-kerrej, ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel, l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu, ħut il-kerrej, in-neputijiet tal-kerrej.", "Ir-regolament 3 għandu jitħassar.", "Ir-regolament 4 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 3.", "Ir-regolament 5 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 4.", "Ir-regolament 6 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 5.", "Ir-regolament 7 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 6 u minflok il-kliem:", "Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 3, kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art lill-terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fedè full-time jew part-time irreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art lil terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fede irreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "Ir-regolament 8 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 7 u minflok il-kliem:", "Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 3, kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, u fuq liema art agrikola jkun hemm bini, ġiebja jew bir, tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art jew bini lill-terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fedè full-time jew part-time irreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, u fuq liema art agrikola jkun hemm bini, ġiebja jew bir, tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art jew bini lil terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fede irreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "Ir-regolament 9 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 8 u minflok il-kliem:", "Iżda, fejn il-kerrej ma jiddeterminax lil min fost il-membri tal-familja għandha tgħaddi l-art, l-art għandha tgħaddi għand dak il-membru tal-familja f'din l-ordni ta' preferenza wara li ssir applikazzjoni minn għand dak il-membru tal-familja fi żmien sena mill-mewt tal-kerrej flimkien ma dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuna li fuqha sejra tiġi trasferita l-kirja hija hekk intitolata:", "ir-raġel jew il-mara tal-kerrej;", "(ċ) ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel;", "(d) l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu:", "Iżda b'dan illi jekk aktar minn persuna waħda jaqgħu fl-istess kategorija f'din l-ordni imsemmija, l-art tista' tiġi trasferita in solidum lill dawk il-persuni wara li ssir applikazzjoni waħda minn għand dawk il-membri tal-familja fi żmien sena mill-mewt tal-kerrej flimkien ma dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuni li lilhom sejra tiġi trasferita l-kirja huma hekk intitolati.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Iżda, fejn il-kerrej ma jiddeterminax lil min fost il-membri tal-familja għandha tgħaddi l-art, l-art għandha tgħaddi għand dak il-membru tal-familja f'din l-ordni ta' preferenza wara li ssir applikazzjoni mingħand dak il-membru tal-familja flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuna li fuqha sejra tiġi trasferita l-kirja hija hekk intitolata:", "ir-raġel jew il-mara tal-kerrej;", "(ċ) ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħba jew koabitant tat-tifel;", "(d) l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu;", "(e) ħut il-kerrej;", "(f) in-neputijiet tal-kerrej:", "Iżda b'dan illi jekk aktar minn persuna waħda jaqgħu fl-istess kategorija f'din l-ordni msemmija, l-art tista' tiġi trasferita in solidum lil dawk il-persuni wara li ssir applikazzjoni waħda mingħand dawk il-membri tal-familja fi żmien sena mill-mewt tal-kerrej flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuni li lilhom sejra tiġi trasferita l-kirja huma hekk intitolati.", "Ir-regolament 10 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 9 u minflok il-kliem:", "(1) Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 3, persuna li jkollu art agrikola u, jew bini fuq art agrikola, proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, miżmuma ma diversi persuni oħra in solidum bejniethom, jista jittrasferixxi s-sehem tiegħu fl-intier, jew in parti lill-terz sakemm li huwa jġib il-kunsens tal-inkwilini l-oħra kollha, liema kunsens jista jiġi miżmum biss għal raġuni valida:", "għandhom jidħlu l-kliem:", "(1) Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 7, persuna li jkollha art agrikola u, jew bini fuq art agrikola, proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, miżmuma ma' diversi persuni oħra in solidum bejniethom, jista' jittrasferixxi s-sehem tiegħu fl-intier, jew in parti lill-terz sakemm li huwa jġib il-kunsens tal-inkwilini l-oħra kollha, liema kunsens jista' jiġi miżmum biss għal raġuni valida:", "Ir-regolament 11 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 10.", "Ir-regolament 12 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 11 u minflok il-kliem:", "Kull persuna li temmet b'suċċess kors akkademiku fi studji agrikoli fil-ħames snin preċedenti mid-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti tista' tingħata mill-Awtorità b'titolu ta' kiri art agrikola proprjetà tal-Gvern bil-għan li tistabbilixxi attività agrikola kif imsemmi hawn fuq.", "Kull għotja ta' art għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità u skont dawk il-kondizzjonijiet imposti mill-imsemmi Bord liema kondizzjonijiet għandhom jiġu ppublikati.", "Kull persuna li għaliha japplika dan ir-regolament għandha tibbenefika minn rata preferenzjali ta' kera għall-perjodu massimu ta' ħames snin.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Kull persuna li temmet b'suċċess kors akkademiku fi studji agrikoli fl-għaxar snin preċedenti mid-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti tista' tingħata mill-Awtorità b'titolu ta' kiri art agrikola proprjetà tal-Gvern bil-għan li tistabbilixxi attività agrikola kif imsemmi hawn fuq.", "Kull għotja ta' art għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità u skont dawk il-kondizzjonijiet imposti mill-imsemmi Bord liema kondizzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati.", "Kull persuna li għaliha japplika dan ir-regolament għandha tibbenefika minn rata preferenzjali ta' kera għall-perjodu massimu ta' għaxar snin.", "Ir-regolament 13 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 12 u minflok il-kliem:", "L-Awtorità għandha d-dritt li tirrifjuta u tiċħad kull applikazzjoni li ssir taħt dawn ir-regolamenti fid-diskrezzjoni assoluta tagħha biss.", "Dik iċ-ċaħda jew rifjut għandha tkun bil-miktub u fiha għandu jkun hemm ir-raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni tagħha.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "L-Awtorità għandha d-dritt li tirrifjuta u tiċħad kull applikazzjoni li ssir taħt dawn ir-regolamenti fid-diskrezzjoni assoluta tagħha biss.", "Dik iċ-ċaħda jew rifjut għandha tkun bil-miktub u fiha għandu jkun hemm ir-raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni tagħha.", "Applikant aggravat bid-deċiżjoni tal-Awtorità jista' jikkontesta d-deċiżjoni meħuda mill-Awtorità kif previst fl-artikolu 57 tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern.", "Ir-regolament 14 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 13.", "Ir-regolament 15 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 14 u minflok il-kliem:", "(4) Apparti l-funzjonijiet diġa mogħtija permezz ta' dawn ir-regolamenti, tkun ukoll il-funzjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Agrikoltura li joħroġ linji gwida li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u jagħti pariri professjonali u esperti lill-Bord tal-Awtorità fuq talbiet relatati ma dan l-Avviż.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "(4) Apparti l-funzjonijiet diġà mogħtija permezz ta' dawn ir-regolamenti, tkun ukoll il-funzjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Agrikoltura li bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Awtorità joħroġ linji gwida li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u jagħti pariri professjonali u esperti lill-Bord tal-Awtorità fuq talbiet relatati ma' dan l-Avviż.", "Ir-regolament 16 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 15.", "Ir-regolament 17 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala r-regolament 16.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari (Kont.) - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "25 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Frar, 2018 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; u", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 6 ta' Marzu, 2019 fl-4:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 56 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 70 – Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "25 ta' Frar 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190226_202a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 26 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 26 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 26 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 201 li saret fil-25 ta' Frar, 2019 ġew konfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – NEFQA TA' TV ADVERTISING", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella segwenti:", "Fir-rigward tal-Enemalta plc, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija.", "Minħabba f'hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Wara l-ħafna riħ u maltemp li kellna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, minn dak li qrajt jidher li fir-rigward tad-dekasteru tal-Ministru Joe Mizzi, l-aktar li sofra ħsara kien il-pipe li jissupplixxi l-ilma li għaddej minn Malta għal Għawdex.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħti aktar informazzjoni lill-Kamra dwar dan?", "Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi ħsarat oħrajn fir-rigward tas-servizzi tal-ilma, tal-enerġija u tal-fuels li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Kawża tal-qilla tal-baħar, il-main li jwassal l-ilma miċ-Ċirkewwa għal Għawdex sofra ħsarat sostanzjali.", "Fil-fatt, diġà għandna konferma li hemm ħsarat f'parti mill-pipe ta' bejn Kemmuna u Għawdex u fil-ħruġ taċ-Ċirkewwa.", "Fl-aħħar ftit ħin ġejt informat ukoll li fflowtjat parti minn dan il-pipe u allura bħalissa għaddejjin il-preparamenti biex joħorġu navigational warnings għall-baħħara biex joqogħdu attenti għax din tista' tkun ta' periklu għall-opri tal-baħar li jgħaddu minn hemmhekk.", "Illum l-għaddasa pprovaw jinżlu biex jispezzjonaw aħjar il-ħsara li saret ħalli mbagħad ikun jista' jsir survey speċjalizzat però dan ma kienx possibbli.", "Jidher li nhar il-Ħamis li ġej se jkun possibbli li nevalwaw il-ħsara li hemm.", "Wara li jsir dan l-eżerċizzju, se jitfassal pjan biex tiġi stabbilita l-ispiża u x-xogħol li jrid isir.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà qalet li l-provvista tal-ilma baqgħet għaddejja minkejja l-kawża tal-maltemp u l-ħsarat li saru fil-main tal-ilma li jgħaqqad lil Malta ma' Għawdex.", "Bħalissa, kif tafu, l-ilma kien qed jitwassal għal Għawdex permezz tal-main tal-ilma li jgħaddi minn taħt il-baħar u minn ammont ta' ilma tal-pjan li jinġieb minn taħt l-art.", "Nista' nserraħ moħħ in-nies li hemm biżżejjed ilma li biex ilaħħaq mad-domanda sakemm isiru t-tiswijiet.", "Tajjeb ngħid li din hija sistema antika li żgur ma tagħtix is-sigurtà meħtieġa għax la hija effiċjenti u lanqas sostenibbli.", "Kif għedt, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tevalwa l-ħsarat kif jikkalma l-baħar.", "Inċidenti bħal dawn ikomplu juru l-viżjoni tal-Korporazzjoni li Għawdex ikun kompletament indipendenti minn Malta.", "Sur President, bħalissa għaddej il-proġett tar-reverse osmosis f'Ħondoq ir-Rummien fejn diġà tħaffru erba' mill-bjar li minnhom se jkun qed jinġibed l-ilma.", "Barra minn hekk, tajjeb ngħid li dan l-investiment mhux biss se jpoġġi lil Għawdex fuq il-mappa tad-dinja fejn tidħol it-teknoloġija nadifa u effiċjenti imma se jkun qed jiggarantixxi provvista sigura u li l-ilma tal-pjan fil-gżira Għawdxija jiġi mmaniġġjat bl-aħjar mod possibbli.", "Fil-fatt, f'Novembru li għadda ġie ffirmat il-kuntratt għax-xogħlijiet fuq ir-reverse osmosis f'Għawdex biex b'hekk, Għawdex ikun kompletament awtosuffiċjenti fejn tidħol il-produzzjoni tal-ilma.", "Dan l-impjant se jibda jipproduċi madwar 9,000 metru kubu ilma kuljum.", "Dan b'investiment li se jiswa €11 miljun.", "Hawn irrid nirringrazzja l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għax-xogħol kbir li sar matul dawn l-aħħar xhur.", "B'hekk, Għawdex se jkollu provvista tal-ilma ta' kwalità għolja ħafna u dan għandu jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fuq il-gżira Għawdxija.", "Kif għedt, hemm provvista biżżejjed għad-domanda tal-ilma li hemm f'Għawdex u jekk ikun hemm bżonn, jiġi ppumpjat l-ilma wkoll lejn Malta.", "Tajjeb ngħid li dan il-proġett se jirrispetta l-ambjent tal-madwar u se joffri futur aħjar lill-gżira Għawdxija.", "Permezz ta' dan il-proġett, Għawdex se jilħaq il-kriterji Ewropej fejn tidħol il-kwalità, is-sigurtà, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-provvista tal-ilma.", "Dan l-impjant se jkollu l-aħħar teknoloġija fejn l-impjanti se jipproduċu d-doppju tal-ilma, mentri l-użu tal-enerġija se jonqos bin-nofs.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: L-ewwel nett irrid nirringrazzja lill-Ministru Mizzi għall-fatt li l-ġimgħa li għaddiet għoġbu jaqsam miegħi rapport dwar il-ħruġ taż-żejt f'Birżebbuġa.", "Fil-fatt, sa nhar is-Sibt li għadda kien għad hemm il-ħaddiema jiġbru ż-żejt u llum nassumi li mhumiex hemm minħabba l-maltemp.", "Jista' allura l-Ministru jkompli jaġġorna lill-Kamra dwar din is-sitwazzjoni?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Tajjeb ngħid li kull min talab informazzjoni u kull min bagħat ittri lill-kunsill lokali ngħata informazzjoni eżatta dwar is-sitwazzjoni.", "Irrid nagħmilha ċara li dan il-ħruġ ta' żejt fil-baħar m'għandu x'jaqsam xejn mal-attività tal-Enemed għax mhux it-tip ta' żejt li jiġi maħżun fl-impjant ta' Birżebbuġa.", "Is-sitwazzjoni hi li kull tant żmien ikun hemm dan il-ħruġ ta' żejt minħabba li l-impjant għandu 'l fuq minn mitt sena.", "Dan kien anke jintuża mill-Ingliżi u darba kien seħħ inċident, jew sabotaġġ, fejn il-manka taż-żejt tefgħet kollox taħt l-art.", "Konsegwentement matul is-snin kien hemm ċerti problemi u kien hemm perjodu meta kien joħroġ ammont kbir ta' żejt.", "Meta jkun hemm dan il-ħruġ taż-żejt minn taħt l-art u mhux mit-tankijiet, jaffettwa wkoll jekk il-baħar ikunx għoli jew baxx.", "Kienu saru xi interventi biex inaqqsu l-ħruġ ta' dan iż-żejt però kull tant żmien jerġa' joħroġ ftit.", "Irrid ngħid li ma toħroġx kwantità kbira, imma meta l-baħar, b'xi mod, jippressa l-ilma 'l ġewwa, toħroġ arja li tħalli riħa tinten ta' żejt.", "L-Enemed, għalkemm m'għandha x'taqsam xejn ma' dan il-ħruġ ta' żejt, ħadet u qed tibqa' tieħu l-prekawzjonijiet anke permezz ta' booms biex il-ftit żejt li joħroġ ma jinfirixx u regolarment tiċċekkja u timmoniterja ż-żona u meta jkun hemm bżonn, tmur tiġbor dak iż-żejt.", "Ovvjament qed isir minn kollox biex jitnaqqas l-inkonvenjent.", "Kif diġà ntqal kemm-il darba, din il-problema ilha hemm għal diversi snin u mhux faċli li ssolviha, imma qegħdin nieħdu l-passi meħtieġa permezz tal-Enemed.", "L-Environment and Resources Authority (ERA) hija informata dwar is-sitwazzjoni u l-passi li qegħdin nieħdu.", "Nerġa' ngħid, tajna l-informazzjoni kollha lil min staqsa dwar din is-sitwazzjoni.", "Ġieli kien hemm każijiet fejn kien hemm xi ftit diesel fil-wiċċ u għalhekk il-baħar jitħammeġ.", "Però dan id-diesel ma jkunx ħareġ minn taħt l-art imma jkun ġej min-naħa tal-Freeport.", "F'kull każ, ittieħdu l-passi meħtieġa biex isir il-ġbir ta' dan il-fuel.", "Nassigura lir-residenti ta' Birżebbuġa li bħala Gvern qed nagħmlu dak kollu possibbli.", "Illum wieħed jara kemm kellu raġun il-Prim Ministru li kif tlajna fil-gvern, ħabbar l-għeluq ta' dan l-impjant.", "Meta mbagħad jingħalaq dan l-impjant, ovvjament ikunu jridu jsiru ċerti xogħlijiet biex isir tindif minn kull kontaminazzjoni.", "Bħala Gvern mhux qed ngħidu li xi darba se nagħlqu dan l-impjant, imma diġà tajna timeframe.", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Bil-permess tal-Ministru, nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika.", "Il-Ministru qed jgħid li l-Enemed qiegħda tagħmel il-booms fejn qed joħroġ iż-żejt.", "Jikkonsidra l-Ministru li dawn il-booms isiru b'mod permanenti minħabba l-fatt li wieħed ma jkunx jaf eżattament meta se joħroġ iż-żejt?", "L-ISPEAKER: Din hija mistoqsija addizzjonali.", "Tista' tkompli bir-risposta Ministru.", "JOE MIZZI: Il-booms qegħdin jitħallew bħala prekawzjonijiet f'każ li jkun hemm xi ħruġ ta' żejt minn taħt l-art jew minn xi mkien ieħor.", "B'hekk, wieħed ikun jista' jindirizza s-sitwazzjoni mill-ewwel.", "Nerġa' ngħid li dan il-ħruġ ta' żejt mhuwiex ġej mill-attività tal-Enemed.", "Bħalissa qed jinbena impjant ieħor f'Ħas-Saptan li mistenni jitlesta sal-aħħar ta' din is-sena, però l-attività f'Birżebbuġa mistennija tieqaf sa nofs is-sena d-dieħla, fejn imbagħad jibda l-proċess biex jinħattu t-tankijiet.", "Dan il-proċess irid isir b'kawtela biex isir ix-xogħol kollu meħtieġ.", "Ovvjament ma nistax nagħti garanzija li din il-problema se tkun solvuta għax għadu mhuwiex ċar minn fejn ġej dan il-ħruġ ta' żejt.", "Forsi jista' jagħti l-każ li jinstab xi mkien ieħor f'dik l-akwata fejn kien sar dak l-inċident li minnu ħiereġ dan iż-żejt.", "Dik hija r-realtà tas-sitwazzjoni.", "Bħala Gvern però qegħdin nieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex meta jkun hemm xi ħruġ ta' żejt, nirrapportaw mill-ewwel lill-Awtorità responsabbli biex tieħu l-passi neċessarji.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ladarba l-Ministru qed isemmi l-Enemed jista', jekk jogħġbu, jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-faċilitajiet il-ġodda f'Ħas-Saptan, għalxiex se jkunu qegħdin jintużaw u jekk hemmx faċilitajiet oħra li se jkunu qegħdin jingħalqu, jibqgħu jintużaw jew jiġu riabilitati b'riżultat ta' dan l-investiment il-ġdid?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Kif għedt, meta l-impjant ta' Ħas-Saptan se jkun lest, l-impjant ta' Birżebbuġa se jiġi trasferit għal Ħas-Saptan.", "Mill-aspett ambjentali, dan l-impjant se jassigura li ma joħorġu l-ebda fumes għaliex kollox se jkun għaddej minn taħt l-art u fil-magħluq.", "Mill-aspett ta' inċidenti, se jkun hemm sistemi moderni biex nassiguraw aktar sigurtà.", "Hawnhekk nirringrazzja lill-ħaddiema kollha, f'kull livell, għaliex kienu strumentali biex ikun hemm din it-tip ta' teknoloġija u effiċjenza fl-użu tal-enerġija biex jitnaqqas it-tniġġis.", "Min-naħa l-oħra, il-kumpanija se jkollha inqas spejjeż għax se tkun aktar effiċjenti.", "L-istess jista' jingħad għall-proċess biex il-fuel jitqassam bil-bowsers fil-pompi, fejn se tintuża teknoloġija moderna għal aktar effiċjenza.", "L-Enemed qed tagħmel investiment kbir anke fejn tidħol il-ħażna tal-aviation fuel fl-ajruport.", "Importanti li f'din il-ħidma kollha qed jitħares l-effett ambjentali bis-serjetà.", "Jalla fl-aħħar tas-sena dan l-impjant ikun lest ħalli mbagħad nibdew il-proċess biex nikkummissjonaw dan l-istess impjant.", "B'hekk inkunu nistgħu nagħlqu darba għal dejjem l-impjant f'Birżebbuġa.", "Hemm żoni oħrajn fejn bħalissa qed issir ħażna ta' fuels fihom u li mhux bilfors qegħdin jintużaw mill-Enemed.", "Wieħed irid jara l-aħjar triq 'il quddiem biex inkomplu naraw aktar titjib.", "Issemma, pereżempju, l-impjant ta' San Luċjan u hawn irrid nagħmel punt żgħir.", "Ma nistax nifhem kif kien hemm midja lokali li għamlet plejtu kbir għaliex il-heavy fuel oil qed jiġi maħżun f'Birżebbuġa biex jipprovaw jallarmaw lin-nies.", "Tajjeb ngħid li din il-ħażna ta' żejt ilha hemm mis-snin sebgħin u tmenin.", "Imma Alla jbierek l-Oppożizzjoni issa qed titkellem dwar din il-ħażna meta nafu li ilha hemm is-snin!", "Kif għedt kemm-il darba, ħażna hija totalment differenti minn ħruq ta' żejt.", "Il-ħruq ta' dak it-tip ta' żejt jikkontamina l-arja u jġib il-kanċer però li taħżen u tittrasferixxi dan iż-żejt biex jinħaraq barra minn Malta hija xi ħaġa totalment differenti u għalhekk wieħed m'għandux għalfejn jallarma ruħu.", "L-użu tal-heavy fuel mill-power stations tagħna spiċċa darba għal dejjem.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Ma kontx se nerġa' nagħmel mistoqsija lill-Ministru peress li l-aħħar darba kien qalli li ma tantx jista' jieħu tbaqbiq, però ladarba l-Onor.", "Camilleri semma l-kwestjoni tal-Qajjenza, se jkolli nerġa' nistaqsi.", "Nistgħu ndumu nirrepetu l-istess kliem però l-verità hi, kif jaf sew il-Ministru, li meta l-heavy fuel oil jiġi trasferit minn naħa għal oħra, irid bilfors jiġi msaħħan għaliex ma jistax jiġi ttrasferit fil-forma solida li jkun.", "B'riżultat ta' dan, in-nies tal-Qajjenza qegħdin ixommu rwejjaħ li qabel ma kenux ixommuhom.", "Jista' allura l-Ministru, jekk jogħġbu, jispjega xi nbidel biex illum hemm din il-problema?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien nitbaqbaq meta nibda nara li l-Oppożizzjoni minflok tikkritika biex jiġu rranġati l-affarijiet tipprova titfa' d-dubji u tallarma lin-nies meta m'hemmx għalfejn!", "Nixtieq nistaqsi lill-Onor.", "Interpellant kemm għandu żmien, għax donnu issa stenbaħ li hemm ħażna ta' żejt meta din ilha hemm mis-snin sebgħin!", "L-ISPEAKER: Ministru, nitolbok tindirizza lis-Sedja u ma tagħmilx mistoqsijiet lill-Membru.", "JOE MIZZI: Tifel ta' sitt snin ukoll jifhem li meta tbattal xi ħaġa minn tank magħluq permezz ta' pipe huwa differenti minn meta taqbad dak it-tip ta' żejt, taħarqu, joħroġ id-duħħan, iniġġes l-arja u joqtol in-nies biż-żmien.", "Hemm differenza kbira!", "Mela fi żmien Gvern Nazzjonalista l-użu tal-heavy fuel oil ma inkwetakomx imma issa qed iqajjem dawn id-dubji kollha!", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, kompli indirizza lis-Sedja.", "JOE MIZZI: Sur President, mhux talli l-użu tal-heavy fuel oil fil-power station ma nkwetahomx, talli pprovaw jaraw kif jagħmlu biex ikomplu jużaw dan it-tip ta' żejt biex forsi xi ħadd imur tajjeb.", "Illum meta qed jiġi maħżun dan iż-żejt u jissaħħan madwaru biex jirqaq u jkun jista' jiġi ttrasferit, kollox isir fil-magħluq biex ma joħorġu l-ebda fumes.", "(Interruzzjonijiet) Ippermettili nispiċċa!", "L-ISPEAKER: Onor. Schiavone, il-Ministru qed iwieġeb il-mistoqsija tiegħek.", "Kompli Ministru.", "JOE MIZZI: Kull sena jsir audit tal-impjant fejn jiġi ċċertifikat li qed jaħdem b'mod tajjeb.", "Jekk ikun hemm xi ħsara, tiġi rranġata mill-ewwel minn kumpanija privata.", "S'issa, għalkemm din il-ħidma mhijiex taħt ir-responsabbiltà tad-dipartimenti li jaqgħu taħti, jidher li ma hemmx difetti.", "Tajjeb ngħid li hawn qed nitkellmu dwar ħidma mill-privat.", "Nerġa' ntenni li din il-ħażna ilha hemm mis-snin tmenin.", "Però, wara dawn is-snin kollha li l-Oppożizzjoni ma messitha qatt il-kuxjenza għal dawk li laqtithom il-marda tal-kanċer minħabba l-ħruq tal-heavy fuel oil mill-power station, f'daqqa waħda qed jitkellmu b'dan il-mod.", "Sinċerament ma nistax nifhem kif qed isir ċertu diskors.", "Jien naċċetta kull kritika ġusta li ssir biex intejbu l-affarijiet, però jidher li l-għan tal-Oppożizzjoni hu li jallarmaw lin-nies u jagħmlu ħsara lil pajjiżna barra minn Malta.", "Għall-Oppożizzjoni dak kollu li jagħmel il-Gvern hu ħażin.", "Mhux qed ngħid li kollox hu tajjeb, imma ma jistax ikun li kollox hu ħażin!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ftit tal-ġimgħat ilu f'din il-Kamra ssemma l-proġett tan-new water u xi raħħala u bdiewa diġà qegħdin jagħmlu użu minnu.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid fiex wasal il-proġett f'Malta u jekk hemmx aktar bdiewa li se jibdew jirċievu dan l-ilma?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett hux se jkun estiż għall-bdiewa u r-raħħala Għawdxin biex huma wkoll jibdew igawdu minn dan l-ilma?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Dan il-proġett ta' new water intlaqa' tajjeb mill-biewa għax il-kwalità tal-ilma hija tajba ħafna għall-agrikoltura, tant li ħalliet riżultati pożittivi u d-domanda splodiet.", "In-new water jiġi mill-impjanti tal-purifikazzjoni tad-drenaġġ fejn id-drenaġġ jiġi ppurifikat u polished biex imbagħad jitqassam permezz ta' network ta' impjanti madwar Malta.", "Għandna ċerti żoni, bħal pereżempju n-naħa tal-Mellieħa, fejn l-ammont ta' new water mhux qed ilaħħaq mad-domanda li hemm.", "Għalhekk qed naraw li nestendu n-network u l-ħinijiet.", "Fir-rigward ta' Għawdex, id-domanda hija kbira, għax kulħadd irid in-new water.", "Fil-fatt permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà tlabt fondi lis-Segretarju Parlamentari biex inwessgħu n-network ħalli nilħqu aktar żoni.", "Jidher li t-talba ġiet milqugħa, għalkemm fadal xi xogħol ieħor li jrid isir biex tiġi milqugħa kompletament.", "Il-ħsieb hu li nkomplu nestendu dan is-servizz f'Għawdex u fin-naħa ta' isfel ta' Malta li tieħu 'l fuq minn 70% tad-drenaġġ ta' Malta kollu.", "Is-sistema tad-ductings li hemm bħalissa hija sistema antika, tant li ġieli toħloq problemi u diżgwid bejn ir-raħħala, għaliex hemm min jagħlaq il-parti ta' fuq biex jieħu aktar ilma.", "Dawn huma affarijiet tat-tfal imma li, sfortunatament, qed isiru.", "Irrid ngħid li t-tender għal dan in-network intrebaħ u l-kuntratt ingħata.", "Fil-fatt diġà beda xi xogħol fl-akwati taż-Żejtun, li se jibqa' sejjer għan-naħa ta' isfel ta' Malta kollha.", "Tajjeb ngħid li kien sar studju biex naraw liema huma dawk iż-żoni li l-aktar li għandhom bżonn dan l-ilma, speċjalment fejn hemm għelieqi li jkabbru l-ħxejjex.", "L-għan tagħna hu li nkomplu nespandu aktar dan is-servizz biex nilħqu aktar żoni ħalli pajjiżna jkompli jħaddar.", "Tajjeb ngħid ukoll li ttieħdet konsiderazzjoni tal-ammont li wieħed jista' jikkonsma u anke ngħata ammont ta' ilma b'xejn lill-bdiewa u r-raħħala.", "Jekk imbagħad ikun hemm min irid jieħu aktar ilma, il-prezz ikun veru minimu.", "Il-bdiewa għandhom ammont biżżejjed biex jilħqu l-uċuħ li għandhom, liema ammont qed jingħata bla ħlas.", "Tajjeb ngħid ukoll li minbarra l-użu tan-new water għall-agrikoltura, ammont minn dan l-ilma issa qiegħed jintuża wkoll mill-industrija minflok l-ilma tal-pjan.", "Tajjeb niftakru li l-ilma tad-drenaġġ, kieku mhux qed jissaffa f'dan in-new water, qed jintrema fil-baħar.", "Però llum dan qed jintuża għall-agrikoltura u parti minnu għall-industrija wkoll.", "B'hekk indirettament qegħdin nipproteġu l-ilma tal-pjan.", "In-new water li qed jintuża qed jissostitwixxi ammont ta' ilma li sa ftit ilu kien qed jittieħed mill-ilma tal-pjan.", "Dan hu aspett pożittiv ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar infiq fuq safar mid-dekasteru li għalih hu responsabbli d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa matul l-2018 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9129.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar supply teachers fl-iskejjel tal-Gvern f'Malta u Għawdex, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9138;", "Kopja tal-ittra ta' riżenja li l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada bagħat lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-15 ta' Frar 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9139; u", "Lista li turi l-ismijiet tal-persuni li okkupaw il-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mill-2006 sal-2019, flimkien ma' tagħrif dwar salarji u benefiċċji li kienu jirċievu matul il-kariga tagħhom, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9140.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq it-televiżjoni mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, matul l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8681;", "Tagħrif dwar il-laqgħat li attenda l-Ministru għall-Finanzi barra minn Malta, matul l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9047; u", "Lista li turi l-għadd u l-grad ta' nisa li jaħdmu fil-grad ta' Prinċipal 'il fuq, fil-Bank Ċentrali ta' Malta, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9102.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari numru 9077 li ngħatat fis-Seduta 201 tal-25 ta' Frar 2019, dwar rapporti ta' serq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, bejn Ottubru 2018 u Frar 2019; u", "Tagħrif dwar infiq fuq safar mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali matul l-2018 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9128.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq it-televiżjoni mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, matul l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8684;", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-grad ta' ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' tindif fil-latrini pubbliċi f'Għawdex u f'Kemmuna, flimkien mal-post fejn qegħdin il-latrini pubbliċi, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8948.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TAL-OPPOŻIZZJONI SABIEX JIĠI EMENDAT L-AVVIŻ LEGALI 438 TAL-2018 – REGOLAMENTI TAL-2018 DWAR ART AGRIKOLA PROPRJETÀ TAL-GVERN", "Peress illi l-Avviż Legali 438 tal-2018 li daħħal fis-seħħ ir-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern jillimita t-trasferiment ta' art agrikola proprjetà tal-Gvern mill-ġenituri għall-ulied jew mill-ulied għall-ġenituri, minkejja li ż-żewġ partiti rappreżentati fil-Parlament wegħdu fil-manifesti elettorali rispettivi tagħhom li jkun iffaċilitat it-trasferiment ta' art agrikola proprjetà tal-Gvern bejn bdiewa u membri tal-familja b'mod partikolari bejn l-aħwa tal-kerrej;", "Peress illi l-imsemmi Avviż Legali jillimita l-possibbiltà ta' trasferiment tat-titlu tal-qbiela sa sena mill-mewt tal-kerrej u dan minkejja li l-Awtorità tal-Artijiet għandha pendenti quddiemha għadd kbir ta' talbiet għal trasferiment ta' art agrikola proprjetà tal-Gvern u li dawn it-talbiet m'għandhomx ikunu esklużi mill-possibbiltà li jkunu aċċettati;", "Peress illi l-biedja għandha bżonn spazju għall-ħażna kemm tal-għodda u l-makkinarju kif ukoll tal-prodotti, il-Gvern m'għandux jieħu lura l-pussess ta' bini li jinsab f'art agrikola u li huwa fil-pussess tal-bdiewa, biex imbagħad dan il-bini jkun jista' jingħata lil terzi għal użu ieħor;", "Peress illi l-Avviż Legali 438 tal-2018 jipprovdi illi l-Awtorità tal-Artijiet m'għandhiex tikkunsidra applikazzjonijiet għat-trasferiment u assenjazzjoni tat-titolu fejn fuq l-art agrikola jkun hemm bini u li l-art agrikola jew il-bini jkunu jinsabu, anke in parti, fl-iskema tal-iżvilupp jew inkella jkunu tajba għall-iżvilupp;", "Peress li l-bdiewa jeħtieġu l-għajnuna kollha mill-Istat sabiex jibqgħu kompetittivi, l-iskema għal studenti li jkunu temmew l-istudji tagħhom għandha tkun estiża għal dawk li jkunu temmew studju fil-biedja f'dawn l-aħħar għaxar snin, b'rati preferenzjali ta' kera għal għaxar snin ukoll;", "Peress li l-Awtorità tal-Artijiet għandha l-poter tirrifjuta applikazzjoni għal trasferiment ta' qbiela, daqstant ieħor l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella minn tali deċiżjoni skont dak li diġà jipprovdi l-Att dwar Artijiet tal-Gvern;", "Peress li l-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Agrikoltura għandu l-funzjoni li jagħti parir lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet, kull regolament magħmul mill-imsemmi Kumitat għandu jkun approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet;", "U peress illi l-artikolu 11 tal-Att dwar l-Intrepretazzjoni (Kap. 249 tal-Liġijiet ta' Malta) jipprovdi li regolamenti bħalma huma r-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern – Avviż Legali 438 tal-2018 – jistgħu jiġu emendati mill-Kamra fuq mozzjoni mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra fi żmien tmienja u għoxrin jum wara li r-regolamenti jkunu hekk tqiegħdu;", "Għaldaqstant, din il-Kamra taqbel u tirriżolvi li r-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern – Avviż Legali 438 tal-2018 – għandhom jiġu emendati kif ġej:", "Fir-regolament 2 minflok il-kliem:", "\"membru tal-familja\" tfisser ir-raġel jew il-mara tal-kerrej, dixxendent lineari, axxendent lineari, ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel, l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "\"membru tal-familja\" tfisser ir-raġel jew il-mara tal-kerrej, dixxendent lineari, axxendent lineari, il-koabitant tal-kerrej, ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel, l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu, ħut il-kerrej, in-neputijiet tal-kerrej.", "Ir-regolament 3 għandu jitħassar.", "Ir-regolament 4 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 3.", "Ir-regolament 5 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 4.", "Ir-regolament 6 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 5.", "Ir-regolament 7 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 6 u minflok il-kliem:", "Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 3, kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art lil terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fedè full-time jew part-time rreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art lil terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fede rreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "Ir-regolament 8 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 7 u minflok il-kliem:", "Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 3, kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, u fuq liema art agrikola jkun hemm bini, ġiebja jew bir, tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art jew bini lil terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fedè full-time jew part-time rreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Kull persuna li għandha art agrikola proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, u fuq liema art agrikola jkun hemm bini, ġiebja jew bir, tista' tapplika mal-Awtorità sabiex tittrasferixxi u tassenja d-drittijiet tagħha, jew parti minnhom fuq l-imsemmija art jew bini lil terz b'dan illi dak it-terz għandu jkun bidwi bona fede rreġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "Ir-regolament 9 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 8 u minflok il-kliem:", "Iżda, fejn il-kerrej ma jiddeterminax lil min fost il-membri tal-familja għandha tgħaddi l-art, l-art għandha tgħaddi għand dak il-membru tal-familja f'din l-ordni ta' preferenza wara li ssir applikazzjoni mingħand dak il-membru tal-familja fi żmien sena mill-mewt tal-kerrej flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuna li fuqha sejra tiġi trasferita l-kirja hija hekk intitolata:", "ir-raġel jew il-mara tal-kerrej;", "(ċ) ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel;", "(d) l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu:", "Iżda b'dan illi jekk aktar minn persuna waħda jaqgħu fl-istess kategorija f'din l-ordni msemmija, l-art tista' tiġi trasferita in solidum lil dawk il-persuni wara li ssir applikazzjoni waħda mingħand dawk il-membri tal-familja fi żmien sena mill-mewt tal-kerrej flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuni li lilhom sejra tiġi trasferita l-kirja huma hekk intitolati.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Iżda, fejn il-kerrej ma jiddeterminax lil min fost il-membri tal-familja għandha tgħaddi l-art, l-art għandha tgħaddi għand dak il-membru tal-familja f'din l-ordni ta' preferenza wara li ssir applikazzjoni mingħand dak il-membru tal-familja flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuna li fuqha sejra tiġi trasferita l-kirja hija hekk intitolata:", "ir-raġel jew il-mara tal-kerrej;", "(ċ) ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel;", "(d) l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu;", "(e) ħut il-kerrej;", "(f) in-neputijiet tal-kerrej:", "Iżda b'dan illi jekk aktar minn persuna waħda jaqgħu fl-istess kategorija f'din l-ordni msemmija, l-art tista' tiġi trasferita in solidum lil dawk il-persuni wara li ssir applikazzjoni waħda mingħand dawk il-membri tal-familja fi żmien sena mill-mewt tal-kerrej flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuni li lilhom sejra tiġi trasferita l-kirja huma hekk intitolati.", "Ir-regolament 10 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 9 u minflok il-kliem:", "(1) Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 3, persuna li jkollu art agrikola u, jew bini fuq art agrikola, proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, miżmuma ma' diversi persuni oħra in solidum bejniethom, jista' jittrasferixxi s-sehem tiegħu fl-intier, jew in parti lil terz sakemm li huwa jġib il-kunsens tal-inkwilini l-oħra kollha, liema kunsens jista' jiġi miżmum biss għal raġuni valida:", "għandhom jidħlu l-kliem:", "(1) Salv id-dispożizzjoni tar-regolament 7, persuna li jkollha art agrikola u, jew bini fuq art agrikola, proprjetà tal-Gvern ta' Malta b'titolu validu fuq isimha, miżmuma ma' diversi persuni oħra in solidum bejniethom, jista' jittrasferixxi s-sehem tiegħu fl-intier, jew in parti lil terz sakemm li huwa jġib il-kunsens tal-inkwilini l-oħra kollha, liema kunsens jista' jiġi miżmum biss għal raġuni valida:", "Ir-regolament 11 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 10.", "Ir-regolament 12 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 11 u minflok il-kliem:", "Kull persuna li temmet b'suċċess kors akkademiku fi studji agrikoli fil-ħames snin preċedenti mid-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti tista' tingħata mill-Awtorità b'titolu ta' kiri art agrikola proprjetà tal-Gvern bil-għan li tistabbilixxi attività agrikola kif imsemmi hawn fuq.", "Kull għotja ta' art għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità u skont dawk il-kondizzjonijiet imposti mill-imsemmi Bord liema kondizzjonijiet għandhom jiġu ppublikati.", "Kull persuna li għaliha japplika dan ir-regolament għandha tibbenefika minn rata preferenzjali ta' kera għall-perijodu massimu ta' ħames snin.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Kull persuna li temmet b'suċċess kors akkademiku fi studji agrikoli fl-għaxar snin preċedenti mid-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti tista' tingħata mill-Awtorità b'titolu ta' kiri art agrikola proprjetà tal-Gvern bil-għan li tistabbilixxi attività agrikola kif imsemmi hawn fuq.", "Kull għotja ta' art għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità u skont dawk il-kondizzjonijiet imposti mill-imsemmi Bord liema kondizzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati.", "Kull persuna li għaliha japplika dan ir-regolament għandha tibbenefika minn rata preferenzjali ta' kera għall-perjodu massimu ta' għaxar snin.", "Ir-regolament 13 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 12 u minflok il-kliem:", "L-Awtorità għandha d-dritt li tirrifjuta u tiċħad kull applikazzjoni li ssir taħt dawn ir-regolamenti fid-diskrezzjoni assoluta tagħha biss.", "Dik iċ-ċaħda jew rifjut għandha tkun bil-miktub u fiha għandu jkun hemm ir-raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni tagħha.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "L-Awtorità għandha d-dritt li tirrifjuta u tiċħad kull applikazzjoni li ssir taħt dawn ir-regolamenti fid-diskrezzjoni assoluta tagħha biss.", "Dik iċ-ċaħda jew rifjut għandha tkun bil-miktub u fiha għandu jkun hemm ir-raġunijiet dettaljati għad-deċiżjoni tagħha.", "Applikant aggravat bid-deċiżjoni tal-Awtorità jista' jikkontesta d-deċiżjoni meħuda mill-Awtorità kif previst fl-artikolu 57 tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern.", "Ir-regolament 14 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 13.", "Ir-regolament 15 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 14 u minflok il-kliem:", "(4) Apparti l-funzjonijiet diġà mogħtija permezz ta' dawn ir-regolamenti, tkun ukoll il-funzjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Agrikoltura li joħroġ linji gwida li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u jagħti pariri professjonali u esperti lill-Bord tal-Awtorità fuq talbiet relatati ma' dan l-Avviż.", "għandhom jidħlu l-kliem:", "(4) Apparti l-funzjonijiet diġà mogħtija permezz ta' dawn ir-regolamenti, tkun ukoll il-funzjoni tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Agrikoltura li bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Awtorità joħroġ linji gwida li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u jagħti pariri professjonali u esperti lill-Bord tal-Awtorità fuq talbiet relatati ma' dan l-Avviż.", "Ir-regolament 16 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 15.", "Ir-regolament 17 għandu jiġi enumerat mill-ġdid bħala r-regolament 16.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "ONOR EDWIN VASSALLO: Sur President, nipproponi din l-emenda:", "\"A\" Illi fil-paragrafu numru 8 minflok il-kliem:", "\"Iżda b'dan illi jekk aktar minn persuna waħda jaqgħu fl-istess kategorija f'din l-ordni msemmija, l-art tista' tiġi trasferita in solidum lil dawk il-persuni wara li ssir applikazzjoni waħda mingħand dawk il-membri tal-familja fi żmien sena mill-mewt tal-kerrej flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuni li lilhom sejra tiġi trasferita l-kirja huma hekk intitolati.\"", "għandhom jidħlu l-kliem:", "\"Iżda b'dan illi jekk aktar minn persuna waħda jaqgħu fl-istess kategorija f'din l-ordni msemmija, l-art tista' tiġi trasferita in solidum lil dawk il-persuni wara li ssir applikazzjoni waħda mingħand dawk il-membri tal-familja flimkien ma' dikjarazzjoni ffirmata minn avukat jew nutar li l-persuni li lilhom sejra tiġi trasferita l-kirja huma hekk intitolati.\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-Mozzjoni u l-Emenda A għandha tieħu sas-7.00 p.m. bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-ftuħ u l-għeluq għall-Oppożizzjoni.", "Infakkar li l-emenda hija parti mill-ħin li jrid jitnaqqas mill-ħin tal-Oppożizzjoni, u din ħadet minuta.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, l-Oppożizzjoni qed tressaq emendi għall-Avviż Legali 438 tal-2018 u fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi se nipprova nispjegahom b'mod sempliċi għall-benefiċċju ta' min qed isegwina.", "Dan l-Avviż Legali daħħal fis-seħħ ir-Regolamenti tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern, jiġifieri qed nitkellmu fuq art li hija tal-Gvern.", "Aħna nemmnu li dawn ir-regolamenti minflok ma qed jiffaċilitaw it-trasferiment ta' din il-qbiela tal-art tal-Gvern, qed joħolqu ostakli li kważi jżommu milli jsir it-trasferiment tal-qbiela tar-raba' minn ġenerazzjoni għal oħra u minn bdiewa għal bdiewa.", "Il-Gvern qed iressaq regolamenti li aktar ifixklu milli jiffaċilitaw dan it-trasferiment.", "Dan mhux qed tgħidu biss l-Oppożizzjoni, imma qed jgħiduh l-istess bdiewa li tkellmu magħna.", "Il-Partit Nazzjonalista verament jemmen li għandu jgħin lis-settur tal-bdiewa u r-raħħala li bħalissa qed ibatu, anke minħabba l-maltemp li kellna.", "Nappella biex kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni nuru bis-serjetà li jimpurtana minn dan is-settur.", "Il-bdiewa u r-raħħala li għandhom art tal-Gvern ilhom jistennew li jkollhom regolamenti li jagħmluhielhom eħfef meta jiġu biex jittrasferixxu l-art u l-qbiela tagħhom.", "Għalhekk, tajjeb li nikkoperaw flimkien biex ngħinu lil dan is-settur.", "Ejja naraw li jkollna regolamenti li jgħinu u mhux ifixklu t-trasferiment tal-qbiela.", "It-tieni punt, meta rajna li dan il-Gvern qed joħloq dan it-tfixkil mill-ewwel ġiena f'moħħna li l-Gvern qed joħloq raġunijiet bl-aktar mod ċar biex f'ċerti ċirkostanzi jkun jista' jieħu r-raba'.", "Il-Gvern donnu kważi iżjed qed joħloq regolamenti biex jieħu r-raba' mingħand il-bdiewa milli biex iħaffef it-trasferiment tar-raba'.", "Bħala Oppożizzjoni qed naraw li l-Gvern kważi aktar moħħu kif se jieħu din ir-raba' biex jagħtiha lill-ispekulaturi għall-ispekulazzjoni milli biex jgħaddi r-raba' lill-bdiewa ħalli tkompli tinħadem minnhom.", "Ovvjamen nifhem li din l-akkuża m'għoġbitx lill-Gvern u għalhekk, ipprova jwaddabha fuq l-Oppożizzjoni, però nfakkar lill-Gvern li l-Oppożizzjoni mhijiex fil-poter u allura ma tistax tieħu r-raba' biex tgħaddiha lill-ispekulaturi.", "Bħala Oppożizzjoni qed naraw li nressqu l-emendi kollha meħtieġa biex fejn il-Gvern qed joħloq dan it-tfixkil, nipprovaw nissimplifikawh jew saħansitra nneħħuh minn dawn ir-regolamenti.", "Tajjeb li nuru tassew dak li nemmnu fih man-nies hemm barra.", "L-Oppożizzjoni trid tneħħi t-tfixkil mil-liġi li qed jippreżenta dan il-Gvern.", "Issa jekk il-Gvern verament għandu għal qalbu dan is-settur u jrid ineħħi t-tfixkil biex verament ikollna leġiżlazzjoni li tgħin fit-trasferiment tar-raba' minn ġenerazzjoni għal oħra jew minn bdiewa għal bdiewa, ejja nitkellmu flimkien ħalli naslu għal dan il-għan.", "Jekk il-Gvern joħroġ b'emendi aħjar minn tagħna, bħala Oppożizzjoni lesti li naqblu ma' kull emendi li jiggarantixxu aktar titjib.", "Jekk il-Gvern iressaq emendi li jkomplu jiffaċilitaw it-trasferiment tal-art biex il-bdiewa jibqgħu jgawdu dak li għandhom, bħala Oppożizzjoni lesti li nivvotaw favurihom iżda jekk jonqos milli jagħmel dan, ikollna nibqgħu nargumentaw fuq dak li nemmnu fih.", "Sur President, fil-qosor se nispjega fejn l-Oppożizzjoni mhijiex taqbel mar-regolamenti li ressaq il-Gvern u għaliex.", "Nibda bil-membri tal-familja.", "Il-Gvern jelenka min huma l-membri tal-familja u bħala Oppożizzjoni qegħdin inżidu lil \"ħut il-kerrej u n-neputijiet tal-kerrej\".", "Dan għaliex jekk il-bidwi huwa ġuvni jew miżżewweġ mingħajr tfal, il-Gvern mhux qed jagħtih l-opportunità li jgħaddi l-qbiela tar-raba' li jaħdem lill-ħuh jew lin-neputijiet tiegħu.", "It-tieni emenda li qed inressqu tirrigwarda ir-regolament 3 tal-Avviż Legali u qegħdin ngħidu li dan għandu jitneħħa.", "Dan għaliex skont il-leġiżlazzjoni li ressaq il-Gvern, jekk bidwi għandu binja fl-għalqa tiegħu li tokkupa floor space ta' aktar minn 40 metru kwadru, il-Gvern qed jgħidlu li ma jistax jgħaddi dik il-qbiela lil niesu jew lil bdiewa oħrajn.", "Membru tal-Gvern qed jgħid li allaħares isir hekk però rrid infakkar fil-punt 98 tal-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista n-naħa tal-Gvern kienu qalu hekk:", "\"Inkomplu b'pass aktar mgħaġġel li l-proċess li għandu jwassal biex il-bdiewa u r-raħħala li qed jaħdmu art jew għandhom irziezet tal-Gvern u/jew dik amministrata mill-Joint Office jingħataw titolu legali aktar b'saħħtu.\"", "L-allaħares fejn hi?!", "Il-Gvern wiegħed mod fil-kampanja elettorali u issa qed jagħmel il-kuntrarju.", "Min ivvota lil dan il-Gvern għal dak li wiegħed, dan il-Gvern illum qed jagħtih il-kontra!", "Illum minflok ma l-Gvern qed jagħti titolu aktar b'saħħtu, qed jieħu dan it-titolu u aktar minn hekk, il-Ministru responsabbli mill-ambjent qed jgħid li allaħares ngħaddulu dan it-titolu!", "Mela qabel l-elezzjoni qalu mod u issa li qegħdin fil-gvern qed jgħidu mod ieħor!", "\"Dan il-proċess, li beda matul dawn l-aħħar erba' snin, …\"", "– qed jgħidu dan għax kienu diġà fil-gvern fl-erba' snin ta' qabel –", "\"… ikollu l-ħsieb li bdiewa u raħħala jserrħu rashom mill-kontinwità tax-xogħol tagħhom u jagħtihom l-opportunità li jinvestu aktar u b'aktar serħan il-moħħ.", "Trasferimenti bejn membri tal-istess familja jingħataw prijorità.\"", "Fil-punt 99 imbagħad jgħidu hekk:", "\"Nintroduċu wkoll il-possibilità li bdiewa jittrasferixxu art tal-Gvern li huma jkunu jaħdmu lill-gradwati li jkunu lestew il-kors tal-MCAST … u jridu jibdew karriera fil-biedja.\"", "F'punt nru 100 jkomplu jgħidu hekk:", "\"Nagħtu opportunità wkoll lill-bdiewa bona fede jittrasferixxu t-titlu legali tal-art, raba' jew irziezet li huma jkunu jgawdu lill-ulied, aħwa u/jew neputijiet.\"", "Dan juri li l-Gvern kien wiegħed li biedwi jista' jittrasferrixxi r-raba' lin-neputijiet iżda fir-regolamenti li ħareġ il-Gvern, in-neputijiet mhuma qegħdin jidhru mkien.", "Huwa għalhekk li l-Oppożizzjoni qed tgħid li r-regolament 3 għandu jitneħħa, għax mhuwiex ġust.", "Nistaqsi: Jekk biedwi bena binja legalment, għalfejn ma jistax jittrasferixxi l-art li fuqha hemm il-binja?", "Il-Gvern, bħala sid il-kera, għandu liġijiet oħrajn li bihom jista' jwaqqa' dik il-binja, imma jekk il-Gvern ma ħax il-passi neċessarji biex dik il-binja ma tinbeniex, ifisser li l-binja nbniet legalment.", "Dan ir-regolament japplika wkoll jekk fuq l-art ikun hemm ġiebja.", "Fil-fatt, il-Gvern f'dan l-Avviż Legali jgħid illi l-Awtorità tal-Artijiet m'għandhiex tikkunsidra applikazzjonijiet għat-trasferiment u assenjazzjoni tat-titolu fejn fuq l-art agrikola jkun hemm bini u li l-art agrikola jew il-bini jkunu jinsabu, anke in parti, fl-iskema tal-iżvilupp jew inkella jkunu tajba għall-iżvilupp.", "Bħala Oppożizzjoni qegħdin ngħidu li l-Gvern għandu jittrasferixxi r-raba' ladarba tkun fil-linja tal-iżvilupp, imbagħad jekk il-Gvern jiġi biex jibni fuq dik l-art, jeħodha kif jagħmel il-privat.", "Però jekk waqt it-trasferiment il-Gvern ma jkollux il-ħsieb li jibni fuq dik ir-raba' li hija tiegħu, għandu jħalli dak it-trasferiment isir u meta jiġi biex jibni l-housing estate, jieħu r-raba' dakinhar.", "Niġi għal punt ieħor.", "Il-Gvern qed jagħmel referenza għal \"bidwi bona fede full-time jew part-time\".", "Bħala Oppożizzjoni qed nipproponu li jitneħħew il-kliem \"full-time jew part-time\" u nħallu l-kliem \"bona fede\" biss.", "Dan għaliex legalment għad m'hemmx definizzjoni ċara dwar il-kliem \"bona fede full time jew part-time\".", "Għalhekk, tajjeb li nibdew diskussjoni mal-Ministeru responsabbli mill-qasam tal-bdiewa dwar definizzjoni aktar preċiża għax sal-lum, il-kliem part-time jew full-time ma jfissru xejn.", "Jien nista' mmur il-Jobsplus, napplika għal status ta' bidwi full-time u jagħtuhuli mingħajr l-ebda mistoqsija.", "Għalhekk, ma jagħmilx sens li f'dawn ir-regolamenti qegħdin insemmu xi ħaġa li kważi hija frivola u m'għandhiex it-tifsira legali mixtieqa.", "Bħala Oppożizzjoni qed inressqu wkoll emenda għall-kliem \"fi żmien sena għandu jsir it-trasferiment\" biex il-kliem \"fi żmien sena\" jitneħħa.", "Fil-fatt, il-bdiewa kellmuna dwar din il-klawsola għax jixtiequ li jingħataw ftit aktar ċans.", "Kif nafu, huwa diffiċli li fi żmien sena minn meta jmutlek xi ħadd ikollok l-affarijiet kollha lesti biex tersaq quddiem il-Gvern.", "Fis-subregolament (2) tar-regolament 5 imbagħad il-Gvern qed jgħid hekk:", "\"(2) Meta l-Awtorità tkun sejra tittrasferixxi lil terzi, art agrikola u, jew bini li jkun jinsab fuq dik l-art agrikola…\"", "Il-Gvern qed iserraħ moħħu billi fir-regolament 4 qed jgħid li l-bidwi jista' jagħmel applikazzjoni quddiem l-Awtorità u jħalli r-raba' tiegħu lil min irrid, però dik it-talba hija soġġetta għad-deċiżjoni tal-Awtorità.", "Dan huwa punt li bħala Oppożizzjoni jbeżżagħna.", "Kien għalhekk li pproponejna li ssir emenda biex ngħidu li t-trasferiment jista' jsir lill-ħut il-kerrej jew lin-neputijiet.", "Huwa tajjeb li l-Gvern daħħal l-emenda li bidwi jista' jittrasferixxi r-raba' lil min irid, imma hemm il-biża' li l-Awtorità qed tingħata s-saħħa tremenda li finalment tkun hi li tiddeċiedi min jista' jittrasferixxi lil min.", "Dan il-Gvern jitkellem fuq il-ġustizzja soċjali imma donnu li minn meta għamel il-proposti fil-programm elettorali għal-lum, insieha l-ġustizzja soċjali!", "Dan il-Gvern qed inaqqas id-drittijiet tal-bdiewa u qed jgħid li l-Awtorità tal-Artijiet li se tkun qed tieħu d-deċiżjoni, għandha l-aħħar kelma.", "L-Oppożizzjoni mhux qed taqbel ma' dan il-punt.", "Kull applikant li se jiġi mċaħħad milli jagħmel it-trasferiment li qed jitlob, għandu jingħata d-dritt li jappella mid-deċiżjoni tal-Awtorità, bħalma għandha d-dritt tagħmel kull persuna oħra quddiem kull awtorità oħra.", "Ma jagħmilx sens li l-Gvern qed jinżel daqshekk b'saħħtu mal-bdiewa tagħna, tant li lanqas qed jippermettilhom jappellaw mid-deċiżjoni tal-Awtorità!", "Il-Gvern qed jgħid li d-deċiżjoni tal-Awtorità tkun aħħarija, imma dan mhux ġust u għalhekk, l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-bidwi għandu jkollu d-dritt tal-appell.", "Sur President, bħala Oppożizzjoni rridu naraw li jkollna proċess fejn il-bidwi jingħata l-istima li tixraqlu.", "Għalhekk, l-Oppożizzjoni ġiet bl-intenzjonijiet kollha tajba li nikkollaboraw u naħdmu mal-Gvern biex inressqu proposti li jnaqqsu mit-tfixkil li qed joħloq l-istess Gvern permezz ta' dan l-Avviż Legali.", "Fl-aħħar mill-aħħar, lill-Gvern nistiednu jwettaq dak li wiegħed fil-programm elettorali tiegħu!", "(Onor. Membri: Hear, hear) B'dawn ir-regolamenti l-Gvern qed jinżel b'id tal-ħadid fuq il-bidwi u mhux qed jagħtih dak li jistħoqqlu, mhux biss bħala bidwi imma anke bħala bniedem li jaħdem u jistinka u li f'dan il-mument f'pajjiżna, għandu verament bżonn ta' aktar għajnuna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sur President, l-Onor.", "Edwin Vassallo fost ħafna kummenti qal li l-bdiewa ilhom jistennew.", "Naħseb li dan l-Avviż Legali qed isir proprju minħabba f'hekk, għax il-bdiewa ilhom jistennew u ħadd qabilna qatt ma għamel xi ħaġa favur il-bdiewa!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Minkejja l-ħafna ftaħir li għandhom imħabba lejn il-bdiewa u l-biedja f'pajjiżna, fil-passat kien hemm paroli biss u ma ttieħdet l-ebda azzjoni sabiex bis-serjetà nibdew nindirizzaw u nsolvu l-problemi.", "Jien ġej minn żona fejn ftit li xejn hemm bdiewa u għalhekk, ftit li xejn niltaqa' ma' persuni fid-distrett tiegħi li jħabbtu wiċċhom ma' dawn id-diffikultajiet.", "Madanakollu matul dawn l-aħħar ġimgħat minn mindu ppreżentajna dan l-avviż legali, in-numru ta' persuni li kkuntattjawni u qaluli li fl-aħħar se nsolvulhom il-problemi kienu ħafna.", "Veru li dan l-Avviż Legali mhux se jsolvi l-problemi kollha li jeżistu fil-qasam tal-bdiewa, però bħala Gvern, kif dejjem għamilna matul dawn l-aħħar snin, se nisimgħu u nkomplu niddiskutu bil-għan li ntejbu dan l-Avviż Legali.", "Kemm-il darba malli tibda titħaddem din il-liġi jirriżulta li hemm bżonn li ntejbuha, hekk se nkunu qed nagħmlu.", "Dan għaliex bħala Gvern m'aħniex suppervi, anzi aħna Gvern li jisma'.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo qal x'jgħid il-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista.", "Jien ħadt nota wkoll ta' x'jgħid il-manifest elettorali tagħna u nixtieq nikkwotaha:", "\"Inkomplu niffaċilitaw it-trasferiment tal-art bejn bdiewa u raħħala speċjalment dawk il-membri tal-istess familja jekk l-art tibqa' tintuża għall-skop ta' biedja jew trobbija ta' bhejjem.", "F'dan il-kontest applikazzjonijiet u talbiet validi li saru snin ilu …\"", "– għax nafu kemm saru talbiet snin ilu –", "\"… li iżda fuqhom baqa' ma sar xejn, jiġu identifikati u indirizzati fl-iqsar żmien possibbli.", "Talbiet bħal dawn jingħataw konsiderazzjoni speċjali speċjalment jekk it-trasferiment isir favur young farmers.\"", "Din il-wegħda qed tiġi mwettqa permezz ta' dan l-Avviż Legali.", "In-numru ta' talbiet pendenti huma kbar u permezz ta' dan l-Avviż Legali se nkunu qegħdin insolvu ħafna mill-uġigħ ta' ras li għandhom numru ta' bdiewa.", "Niftakar li fil-bidu tal-2017, l-Onor.", "Roderick Galdes u Dr Deborah Schembri kienu ħarġu avviż legali biex jindirizzaw dawn id-diffikultjaiet iżda, kif jaf kulħadd, dakinhar konna morna għall-elezzjoni u l-avviż legali ma bediex jaħdem.", "Għalhekk, dan l-Avviż Legali qed jieħu post l-Avviż Legali Nru 159 tal-2017 li kien ġie ppreżentat dakinhar u kien daħal fis-seħħ ftit ġranet biss qabel l-elezzjoni.", "Kif ingħatajt ir-responsabbiltà ta' dan il-qasam, flimkien mat-tmexxija tal-Awtorità tal-Artijiet staqsejt x'inhuma l-aktar affarijiet li n-nies igergru fuqhom mal-Awtorità tal-Artijiet, fejn hemm l-aktar dewmien u fejn huma l-akbar diffikultajiet li qed isibu n-nies sabiex jinqdew minn din l-Awtorità.", "Irriżultali li fuq quddiem nett kien hemm it-trasferiment u r-rikonoxximent tal-qbiela.", "Għalhekk, mill-ewwel tlaqna sabiex naħdmu fuq liġi li tippermetti li jsir trasferiemnt ġust, però li tagħlaq il-bibien għal kull possibilità ta' spekulazzjoni.", "Għamilna xhur ta' diskussjonijiet u laqgħat ma' nies differenti mis-settur sabiex wasalna biex ippubblikajna dan l-Avviż Legali fl-14 ta' Ġunju 2018 però mbagħad l-Oppożizzjoni ressqet l-emendi tagħha fl-4 ta' Frar 2019.", "Mhux hekk biss, illum l-Onor.", "Edwin Vassallo ppreżenta emendi oħra.", "Allura nistaqsi: Kif tista' l-Oppożizzjoni tittieħed bis-serjetà meta tippreżenta numru ta' emendi u mbagħad tliet ġimgħat wara, kif ġejna biex nagħmlu d-diskussjoni, tippreżenta numru ta' emendi ġodda?!", "Nistaqsi wkoll jekk qattx fl-istorja ta' dawn l-aħħar snin fil-Parlament kellna istanza fejn l-Oppożizzjoni tippreżenta numru ta' emendi u mbagħad waqt id-diskussjoni tkun hi stess li tippreżenta emendi għall-emendi li tkun għamlet hi stess.", "Din hija deċiżjoni li ħadet l-Oppożizzjoni, kif għandha kull dritt li tieħu, però naħseb li meta l-Oppożizzjoni studjat dan l-avviż legali m'għamlitx dan bis-serjetà.", "Qed ngħid dan għax il-proposti li l-Oppożizzjoni ressqet illum jiftħu l-bibien beraħ għall-ispekulazzjoni.", "Għalhekk, jien u xi membri oħra minn din in-naħan tal-Kamra se nkunu qed nispjegaw kif dak propost minna se jkun qed isolvi l-maġġoranza assoluta tad-diffikultajiet u għal xiex ma nistgħu qatt naċċettaw dak li ġie propost mill-Oppożizzjoni.", "Kien hemm min staqsieni għaliex għamilna avviż legali minflok ma ħriġna bi skemi, kif kien isir fil-passat.", "Qed nagħmlu dan għax il-liġi prinċipali tal-Awtorità tal-Artijiet tipprovdi li l-Ministru jew is-Segretarju Parlametnari li jkun responsabbli jista' joħroġ avviżi legali, liema avviżi legali jirregolaw kif tista' tiġi trasferita art pubblika, inkluż dik tal-qbiela.", "B'hekk, min irid idawwar qbiela jista' jagħmel dan meta jrid u mhux għall-perjodu ta' żmien biss meta toħroġ skema.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka li l-avviżi legali huma soġġetti għall-iskrutinju tal-Kamra u llum, b'kull dritt li tagħtihom il-liġi, l-Oppożizzjoni qed tressaq emendi għal dan l-Avviż Legali partikolari biex jinbidel totalment minn dak li pproponejna bħala Gvern.", "Kieku għamilna skema kif kien isir qabel, l-Oppożizzjoni ma kienx ikollha l-possibbiltà li tressaq l-emendi u aktar minn hekk, ma kienx ikun hawn lok għal diskussjoni u skrutinju tal-Avviż Legali mill-Kamra.", "Matul dan l-aħħar żmien, sabiex intejbu u jkollna l-aqwa avviż legali possibbli ltqajna ma' bdiewa attivi li minn hawnhekk, nixtieq ngħidilhom grazzi u prosit tal-impenn u tal-imħabba li għandhom lejn dan is-settur.", "Dawn huma nies li bil-mod ġenwin tagħhom, ipoġġu 'l quddiem l-argumenti tagħhom u juruk kemm huma verament ġenwini u għandhom imħabba lejn dan is-settur li jirrappreżentaw.", "Aħna ddiskutejna magħhom u f'ħafna mill-proposti qbilna.", "Żgur li l-interess tagħhom huwa li dan is-settur ikompli jikber.", "Nixtieq nagħmel ftit kummenti fuq dak li jgħid l-Avviż Legali mressaq mill-Gvern.", "Nibda bit-tifsira \"membru tal-familja\".", "Aħna qed ngħidu:", "\" \"membru tal-familja\" tfisser ir-raġel jew il-mara tal-kerrej, dixxendent lineari, axxendent lineari, ir-raġel, sieħeb jew koabitant tat-tifla jew il-mara, is-sieħeb jew koabitant tat-tifel, l-armla jew l-armel tal-ulied sakemm ma jerġgħux jiżżewġu.\"", "Il-bażi tat-tifsira hija meħuda mill-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri tar-Raba', Kap. 199, u magħha kellna bilfors nagħmlu xi żidiet minħabba l-bidliet li seħħew dan l-aħħar fid-drittijiet ċivili.", "Tajjeb ngħid però li jista' jsir trasferiment ieħor lill-aħwa jew neputijiet.", "Issa bil-Malti \"neputijiet\" jistgħu jkunu nieces u grandchildren.", "Tajjeb ngħid ukoll li trasferiment ieħor kemm lill-aħwa kif ukoll lin-neputijiet jista' jsir xorta wħada bħala terz, imma dejjem jekk dak li jkun, ikun bidwi full-time jew part-time rreġistrat mad-Dipartiment tal-Agrikoltura u waqt li dak li fuqu qiegħda l-qbiela jkun għadu ħaj.", "Ftit tal-ġranet ilu jien u l-Ministru Ian Borg, il-Ministru José Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri żorna xi bdiewa fil-limiti tal-Manikata u hemmhekk qalulna kemm sabuha impossibbli li jdawru art għammiela li m'għadhiex tinħadem fuqhom.", "Il-bidwi li kien jaħdimha kiber u jixtiequ li kieku jistgħu jdawru l-art fuqhom imma s'issa, m'hemmx liġi li tippermetti dan it-trasferiment.", "Illum, permezz ta' dan l-Avviż Legali, bi qbil bejniethom il-bdiewa jistgħu jagħmlu dan it-trasferiment u jkomplu jkabbru l-art minn fejn jipproduċu l-prodotti tagħhom.", "Aħna rridu li l-art verament tgħaddi għand min hu bidwi ġenwin u mhux niftħu bibien għall-ispekulazzjoni.", "Naħseb kollha kemm aħna nafu b'każijiet ta' għelieqi li forsi jidhru li qed jinħadmu iżda l-użu prinċipali huwa li jiltaqgħu xi ħbieb u familjari għal xi picnic jew barbeque.", "Dan hija sitwazzjoni li bħala Gvern ma rriduhiex.", "L-art tajba għall-agikoltura għandha tibqa' tintuża bħala art agrikola minn min verament jaħdimha u hu bidwi ġenwin.", "Ma rridux naraw raba' li jiġi spezzettat biex jaqdi bżonnijiet li jmorru lil hinn minn dawk tal-bdiewa ġenwini.", "Biex naraw li ma jkollniex art spezzettata skont kif ifettillu dak li jkun, ir-regolament 11 jitkellem dwar meta art tista' jew ma tistax tinqasam.", "Bħala Gvern irridu li, possibbilment, ikollna aktar konsolidament tal-art u għalhekk, biex tinqasam biċċa art hemm numru ta' kondizzjonijiet u hemm ukoll il-kumitat ta' konsulenza, li se nitkellem fuqu aktar 'il quddiem.", "Dan għandu jara li l-art tkun ekonomikament vijabbli li tinqasam.", "Ma rridux naraw art spezzettata imma rridu konsolidament tal-art agrikola.", "Fil-mozzjoni tal-Oppożizzjoni qed jiġi propost li jitneħħa r-regolament 3.", "Bħala Gvern nemmnu li dan ir-regolament huwa kruċjali biex niġġieldu l-ispekulazzjoni.", "Naħseb li l-Oppożizzjoni ma ndunatx li dan ir-regolament ma jgħoddx għall-membri tal-familja.", "Jidher li l-Oppożizzjoni ma ndunatx li razzett, hu ta' liema daqs hu, jista' jgħaddi għand il-membri tal-familja.", "Ma ndunatx li jekk art, anke jekk parti minnha, hi fl-iskema tal-iżvilupp jew tajba għall-iżvilupp, tista' ddur fuq membri tal-familja.", "Tajjeb li kulħadd ikun informat li meta jmut il-kerrej, il-kirja tal-art agrikola tista' tgħaddi fuq membru tal-familja u għalhekk ma tistax titħalla b'legat lil terzi li ma jidħlux fid-definizzjoni ta' \"membri tal-familja\".", "Forsi l-Oppożizzjoni trid li jinfetħu l-bibien sabiex min jiflaħ iħallas u jispekula l-art tal-Gvern, ikollu l-possibbiltà li jmur fuq bidwi, joffrilu ammont ta' flus li l-bidwi jrid jagħmel għexieren ta' snin jew forsi qatt ma jara tul ħajtu u dan l-ispekulatur jixtrih lill-bidwi?", "Forsi l-Oppożizzjoni trid li art verġni, fejn għandna ċerti binjiet, tispiċċa għand min jiflaħ iħallas biex imbagħad ikun jista' jibdlilha l-użu u jaqlibha f'residenza?", "Nafu li dawn huma każijiet li ġraw fil-passat.", "Hemm ħafna stejjer bħal dawn.", "(Interruzzjonijiet) Sar ħafna fi żmienkom!", "Però llum, permezz ta' dan l-Avviż Legali, qed nagħlqu dan il-bieb.", "L-Oppożizzjoni għandha l-ħin għad-dispożizzjoni tagħha biex jekk jafu b'każijiet li saru kontra kull regola tal-artijiet, jitkellmu dwarhom f'din il-Kamra.", "Għandhom kull privileġġ li jagħmlu dan f'din il-Kamra.", "Sur President, aħna ma rridux li jkollna din is-sitwazzjoni.", "Bħala Gvern se nipproteġu lill-bidwi onest li jixtieq li l-membri tal-familja tiegħu jkomplu bix-xogħol li jkun għamel hu.", "Dawn il-bdiewa huma protetti.", "Konvint li l-bdiewa ġenwini, li jixtiequ li dak li bdew missirijiethom jitkompla minn uliedhom, japprezzaw dan ir-regolament li se jkun qed jara li l-qasam agrikolu f'pajjiżna jibqa' protett.", "Artikolu interessanti ieħor huwa dwar l-istudenti fil-qasam tal-agrikoltura.", "Dawn ilhom jistennew leġiżlazzjoni bħal dan u permezz ta' dan l-Avviż Legali, mhux biss qed nagħmluha possibbli li studenti jingħataw art agrikola, iżda qed naraw ukoll li dawn l-istudenti jibbenefikaw minn rata preferenzjali ta' kera għall-perjodu ta' massimu ta' ħames snin.", "Tajjeb ngħid li llum, kemm fl-MCAST kif ukoll fl-Università ta' Malta, għandna numru ta' korsijiet li huma relatati mal-agrikoltura kif ukoll ma' animal management u dawn iwasslu kemm għal-livell ta' Diploma kif ukoll għal-livell ta' Masters f'dan il-qasam.", "Permezz ta' dan l-Avviż Legali se jkun qiegħed jitwaqqaf għall-ewwel darba kumitat ta' konsulenza dwar l-agrikoltura.", "Meta konna qegħdin infasslu dan l-Avviż Legali, rajna li nsibu l-aħjar mod li jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar trasferiment ta' qbiela.", "Fil-fatt, ħarisna lejn l-Agricultural Advisory Committee fl-Awtorità tal-Ippjanar.", "Dan il-kumitat iwettaq funzjoni importanti fl-Awtorità u żgur ħadd ma jiddubita l-mod kif jaħdem.", "Għalhekk ħadna d-deċiżjoni li dan il-kumitat ġdid jitwaqqaf fuq l-istess bażi.", "Fil-fatt, dan il-kumitat se jkun magħmul minn ħames persuni, li tnejn minnhom ikunu ġejjin mill-Awtorità tal-Artijiet u t-tlieta l-oħra jkunu rakkomandati mill-Ministru responsabbli għall-agrikoltura.", "Dan il-kumitat se jkollu funzjoni importanti ħafna u qed ngħidu li ebda applikazzjoni, ħlief fejn jidħlu membri tal-familja kif hemm fid-definizzjoni, m'għandha tkun ikkonsidrata mill-Awtorità tal-Artijiet jekk dan il-kumitat ma jkunx ra l-applikazzjoni u ta l-pariri jew is-suġġerimenti tiegħu.", "Fl-aħħar mill-aħħar se jkun il-Bord ta' Gvernaturi tal-Awtorità li japprova kull applikazzjoni.", "Parallel ma' dawn ir-responsabbiltajiet, il-kumitat se jkollu l-funzjoni li jħejji linji gwida dwar kif se jkunu qed jiġu milqugħa jew le t-talbiet.", "F'ġieħ it-trasparenza li dejjem sħaqna fuqha meta waqqafna l-liġi l-ġdida dwar l-Awtorità tal-Artijiet, dawn il-linji gwida jridu jkunu pubbliċi biex kulħadd ikun jaf kif dan il-kumitat qed jaħdem u x'qed jipproponi.", "Bidla oħra li qed tipproponi l-Oppożizzjoni hija li jkun rinumerat ir-regolament 12 u li applikant aggravat bid-deċiżjoni tal-Awtorità jkun jista' jikkontesta d-deċiżjoni meħuda kif previst fl-artikolu 47 tal-Att dwar l-Artijiet tal-Gvern.", "Kemm il-Kap.", "536 kif ukoll il-Kap.", "573 jitkellmu ċar dwar id-dritt li kull min iħossu aggravat jista' jappella mid-deċizjoni meħuda mill-Awtorità.", "Dan id-dritt huwa ċar daqs il-kristall u għalhekk, ma nafx x'inhi r-raġuni li l-Oppożizzjoni qed tipproponi li jerġa' jidħol dan il-provvediment f'dan l-Avviż Legali.", "Sur President, nemmen li dak li qed nipproponu f'dan l-Avviż Legali se jiggarantixxi aktar trasparenza.", "B'hekk l-affarijiet ma jsirux kif ifettlilna jew forsi għax xi ħadd jaf lil xi ħadd.", "Għall-kuntrarju, qed naraw li r-raba' tant skarsa ddur fuq min verament huwa reġistrat biex jaħdmiha.", "L-għan hu li ngħinu lil min jixtieq ikollu karriera f'dan il-qasam wara li jkun studja f'dan is-settur u sabiex dan l-istess settur jibqa' jeżisti u possibbilment ikompli jikber biex ikompli jaqdi l-bżonnijiet ta' dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, qabel niġi għall-kummenti tiegħi dwar l-Avviż Legali li jemenda l-Att dwar Artijiet tal-Gvern, nixtieq nuri s-solidarjetà tiegħi ma' diversi bdiewa u raħħala li, sfortunatament, fi tmiem il-ġimgħa li għadda sofrew diversi ħsarat fl-għelieqi tagħhom, fl-uċuħ tar-raba' u b'mod speċjali, fl-istrutturi agrikoli tagħhom minħabba l-maltemp.", "Hemm bdiewa li, sfortunatament, investew flushom tul is-snin biex bnew serer u tined ta' rziezet li spiċċaw tkissru bil-maltemp.", "Ovvjament dan mhu tort ta' ħadd għax il-maltemp Alla biss jaf meta jiġi, imma tajjeb ngħid li l-Oppożizzjoni pproponiet għajnuna għal dawn il-bdiewa u r-raħħala, liema proposta lbieraħ ġiet ikkonfemra mill-Prim Ministru.", "Il-pajjiż għandu jgħin lil dawn il-bdiewa u r-raħħala tagħna u jagħmel tajjeb għad-danni li sofrew.", "Nixtieq ngħid li, sfortunatament, dan huwa settur li l-ebda kumpanija tal-insurance ma tinxurjah.", "Fil-fatt, naħseb li wasal iż-żmien li l-Gvern jagħmel sforz akbar milli forsi qatt sar s'issa biex b'diskussjoni wiesgħa ma' diversi nies involuti fil-qasam tal-insurance, tinstab soluzzjoni, jekk hemm bżonn anke b'għajnuna min-naħa tal-Gvern, biex tinħareġ insurance għall-bdiewa ħalli jkunu jistgħu jinxurjaw l-istrutturi agrikoli u l-uċuħ tar-raba' tagħhom f'każijiet estremi ta' maltemp bħalma esperjenzajna f'dawn il-jiem li għaddew.", "Niġi issa biex nagħmel referenza diretta għas-suġġett li qed nitkellmu dwaru llejla, li huwa l-Avviż Legali Nru 438 tal-2018 li jemenda l-Att dwar Artijiet tal-Gvern.", "Hawnhekk nixtieq nenfasizza li dan l-Att ma jirrigwardax art agrikola li hija tal-privat imma jirrigwarda art li l-bidwi jaħdem fiha u li hija proprjetà tal-Gvern u tkun ingħatatlu bħala qbiela.", "Fil-leġiżlatura preċedenti u anke fil-bidu ta' din il-leġiżlatura jien kont il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-agrikoltura u s-sajd.", "Għaldaqstant għamilt madwar erba' snin nitkellem f'dan il-Palament u barra mad-diversi Membri tal-Gvern li kienu responsabbli minn dan is-settur, fosthom l-Onor.", "Clint Camilleri, biex ikollna liġi li permezz tagħha jkun jista' jsir it-trasferiment ta' art bejn bidwi u ieħor.", "Fil-fatt din il-proposta kienet fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista u ħadt pjaċir li l-Partit Laburista tħajjar minna u daħħal din il-proposta fil-programm elettorali tiegħu wkoll.", "Però issa l-Gvern ħareġ b'avviż legali li, fl-opinjoni tal-Oppożizzjoni, ma jilqax għall-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi kollha tal-bdiewa tagħna, kif se nkun qed nispjega fil-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi.", "L-Avviż Legali mressaq mill-Gvern qed jgħid li fil-każ ta' familjari, l-art tista' tiġi trasferita mill-ġenituri għall-ulied jew mill-ulied għall-ġenituri.", "B'dawn l-emendi li qed inressqu bħala Oppożizzjoni qed nipproponu li l-familjari jkunu jinkludu wkoll l-aħwa jew in-neputijiet.", "Biex nagħti eżempju li ltqajt miegħu, jaf ikollok bidwi li huwa ġuvni, wasal għall-età tal-irtirar u għandu neputi jgħinu.", "Sfortunatament, dan l-avviż legali ma jippermettix lil dan il-bidwi li jittrasferixxi l-art minn fuqu għal fuq in-neputi tiegħu.", "Bħala Oppożizzjoni qegħdin ninsistu fuq din l-emenda għal diversi raġunijiet.", "Pereżempju jekk għandek bidwi ġuvni li wasal għall-età tal-irtirar u jaf li ma jistax jittrasferixxi r-raba' li jkun investa fiha tul is-snin lil min qed jgħinu, dan ma jkunx immotivat biex jonfoq il-flus biex jirranġa s-serer, pereżempju.", "Dawn huma każijiet fattwali li tiltaqa' magħhom b'mod regolari.", "Din l-emenda tagħmel ukoll kuraġġ lil żgħażagħ li huma wlied ta' bdiewa li jkomplu fuq il-passi tal-familjari tagħhom.", "Jista' jagħti l-każ li żagħżugħ missieru ma jkunx bidwi imma zijuh ikun u għalhekk, bl-emendi li qegħdin nipproponu dan se jagħmel il-kuraġġ li jidħol f'dan is-settur.", "Infakkar li llum għandna żgħażagħ li qed jiggradwaw fl-agrikoltura mill-MCAST.", "Ovvjament hemm regolamenti oħrajn fil-liġi li jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ.", "L-għan hu li nagħtu serħan il-moħħ lill-bdiewa żgħażagħ biex ma jitilqux dan is-settur.", "Sfortunatament, ħafna jgħidulek li dan is-settur qiegħed f'tarf ta' estinzjoni minn pajjiżna.", "Però allaħares niġu f'sitwazzjoni fejn dak kollu li nieklu rridu nimportawh minn barra l-pajjiż.", "Sur President, jien ninkwieta meta nisma' lill-membri tal-Gvern jgħidu li l-emendi tal-Oppożizzjoni qegħdin hemm għall-ispekulazzjoni.", "Il-bdiewa jafu li dan mhux minnu.", "L-emendi li qegħdin nipproponu se jgħinu lill-bidwi jkompli jinvesti f'dan is-settur.", "Għaldaqstant nappella lill-Gvern biex ma nagħmlux ballun politiku minn dan is-settur.", "Jien kelli l-okkażjoni li nitkellem ma' diversi Membri tal-Gvern dwar l-importanza ta' dan is-settur għal pajjiżna.", "Allura nappella biex inpoġġu bilqiegħda u, kif qal l-Onor.", "Vassallo, jekk il-Gvern għandu emendi li huma aħjar minn tagħna, niddiskutuhom ħalli noħorġu avviż legali li verament ikun jolqot b'mod tajjeb lis-settur tal-bdiewa u r-raħħala f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Fil-5.37 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta sabiex il-President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi jirrapporta dwar ix-xogħol tal-istess kumitat.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta dwar ix-xogħol tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Abbozz Nru 65 – għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Inkomplu bid-diskussjoni fuq il-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni u nsejjaħ lill-Ministru Josè Herrera.", "MOZZJONI TAL-OPPOŻIZZJONI SABIEX JIĠI EMENDAT L-AVVIŻ LEGALI 438 TAL-2018 – REGOLAMENTI TAL-2018 DWAR ART AGRIKOLA PROPRJETÀ TAL-GVERN – KONTINWAZZJONI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni li kienet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "JOSÈ HERRERA: Sur President, nibda billi l-ewwel nett intenni li kien pjaċir u unur għalija u għall-Onor.", "Clint Camilleri li nikkollaboraw mal-Ministru Ian Borg u mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius fl-abbozzar ta' dan l-Avviż Legali.", "Naħseb li dan huwa fost l-aqwa liġijiet li jolqtu lis-settur agrikolu li qatt kellna f'dan il-pajjiż.", "Fl-istess ħin, inħossni diżappuntat bil-mozzjoni li tressqet mill-Oppożizzjoni għax naħseb li l-Oppożizzjoni ma fehmitx l-iskop ta' dan l-Avviż Legali.", "Is-settur agrikolu kien abbandunat għal snin twal għax ħadd ma ħa d-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu.", "Kien biss dan il-Gvern li ddeċieda li jxammar il-kmiem u jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn.", "Huwa faċli li toqgħod bilqiegħda tikkritika kollox però l-verità hija li mhux tajjeb li tagħmel kritika li mhijiex ġustifikata.", "L-iskop ewlieni ta' dan l-Avviż Legali huwa ċar; dak li nsaħħu s-settur agrikolu f'pajjiżna.", "Minn studju li għamel l-Onor.", "Clint Camilleri joħorġu x'inhuma l-problemi li hemm f'dan is-settur u l-akbar problema hija l-ispettettazzjoni tal-art.", "Matul is-snin, l-art tant ġiet spezzettata li l-holdings li għandhom il-bdiewa huma żgħar u għalhekk, ma jrendux biżżejjed.", "Minn dan l-istudju rriżultalna li hemm ħafna għelieqi li suppost qed jintużaw mis-settur agrikolu imma jinsabu abbandunati jew użati għal raġunijiet alternattivi tant saru żgħar.", "Jirriżulta wkoll li l-maġġoranza assoluta tar-raba' hija proprjetà tal-Gvern jew b'mod dirett jew għax il-Gvern xtara mingħand il-Knisja u bħala regola, il-bdiewa mhumiex il-proprjetarji imma huma gabalotti, jiġifieri nies li għandhom titolu lokatizju fuq l-art, imma mhumiex il-landed gentry għax l-art mhijiex tagħhom u allura ma jistgħux jiddisponu minnha kif iridu, jiġifieri ma jistgħux jikkonsolidaw ir-raba'.", "Infakkar li 26% tal-art f'Malta hija art agrikola.", "Issa biex nippromwovu l-biedja, l-ewwel ħaġa li rridu nagħmlu hija li nagħtu l-faċilità li nikkonsolidaw din ir-raba'.", "Jekk ma nagħtux dan id-dritt, il-biedja se tibqa' sejra lura.", "Għalhekk dan l-Avviż Legali huwa intiż li jindirizza din is-sitwazzjoni.", "Sur President, tajjeb naraw is-sustanza ta' dak li qed tipproponi l-Oppożizzjoni.", "Fil-Mozzjoni tagħhom qed joġġezzjonaw għall-fatt li art li għandha bini ta' aktar minn 40 metru kwadru tista' tiġi trasferita.", "Naqbel li jekk ikollok għalqa b'kamra għall-għodda tista' tittrasferixxiha, imma allaħares nippermettu li art li fiha għandek xi farmhouse b'xi mħażen u li qed tħallas kera agrikola fuqha ta' €20 jew €30 fis-sena, tista' tispekulaha għal raġunijiet li mhumiex intiżi għall-biedja.", "Min għandu tomna u nofs art b'razzett li jinkludi maħżen u garaxx u qed jgħix fih u jħallas €30 kera fis-sena, m'għandux jingħata d-dritt li jittrasferixxi proprjetà li tiswa mijiet ta' eluf ta' ewro!", "L-iskop li l-Gvern jippermetti inter vivos trasfeiment tal-art huwa biex nikkonsolidaw il-qbiela u mhux biex xi ħadd jagħmel il-qligħ minn fuq proprjetà tal-poplu.", "Din l-emenda tal-Oppożizzjoni ma nistax nifhimha!", "(Interruzzjonijiet) Il-punt tal-Oppożizzjoni huwa intiż biss għall-ispekulazzjoni u xejn iżjed!", "It-tieni punt li ma nistax nifhem huwa kif l-Oppożizzjoni qed tippretendi li għandna nġeddu din il-liġi li qed nagħmlu għal finijiet ta' agrikoltura għall-proprjetà li tinsab fi skema tal-iżvilupp.", "Kif nistgħu nagħmlu dan jekk qed nittrasferixxu art għal finijiet ta' biedja?", "Allaħares kellna neċċettaw li art fl-ODZ tista' tiġi trasferita b'dan il-mod!", "Wara kollox, din hija proprjetà tal-poplu kollu!", "Jidher li l-Oppożizzjoni ma fehmitx l-iskop tal-Avviż Legali.", "Niġi għall-kwestjoni tat-trasferiment bejn l-aħwa.", "Fejn hemm miktub li dan it-trasferiment ma jistax isir?", "Jekk jien għandi tomna art u mhux aktar vijabbli għalija li naħdmiha imma għandi ħija li huwa bidwi u għandu tlett itmien u jixtieq ikabbar u jikkonsolida, l-art tista' tiġi trasferita inter vivos.", "Imma jekk ħija mhux bidwi, dan it-trasferiment ma jistax isir.", "Mela xi ħadd għandu xi dritt jikkapparra proprjetà jew art tal-Gvern biex jagħmel spekulazzjoni minnha?!", "Isir it-trasferiment jekk wieħed verament irid jippromwovi l-agrikoltura, imma mhux għal skop ta' spekulazzjoni.", "Rigward il-kwestjoni ta' kif isir it-trasferiment, bħala Gvern qed inwaqqfu bord agrikolu fejn il-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura se jkun preżenti wkoll, biex jassigura li t-trasferimenti jsiru skont il-liġi.", "Dan il-bord se jagħti wkoll parir lill-Awtorità tal-Artijiet biex jassigura li dan it-trasferiment ta' proprjetà tal-Gvern ikun qed isir verament għal skop agrikolu.", "Rigward il-kwestjoni tal-irziezet, ħadd ma qal li l-problema ma tistax tiġi indirizzata, imma ma nistgħux inħalltu ħaġa ma' oħra.", "F'din il-liġi qed nitkellmu fuq konsolidament ta' art agrikola.", "Wieħed jista' jiddiskuti internament dwar l-irziezet biex nindirizzaw ukoll din il-problema, però din il-kwestjoni ma tistax tiddaħħal f'din liġi.", "Bħala Ministru, bħalissa qed nikkonsulta mal-Ministru Owen Bonnici biex nipproponu tibdil fil-mod ta' kif isir il-wirt tas-sidien.", "L-idea mhijiex li jkun hemm indħil imma li meta jsir wirt u jkun hemm kontestazzjoni u l-imħallef jiġi biex jiġġudika fuq il-qsim tal-art, dan jara jekk hijiex ekonomikament vijabbli bħala art agrikola.", "B'hekk, dejjem nipprovaw nikkonsolidaw il-qbiela u l-art li qed tinħadem.", "Id-dnub huwa li matul is-snin ġara dak li ġara u l-art li wieħed seta' jutilizza tnaqqset minħabba dan il-mod.", "B'din il-proċedura, wieħed jista' jmexxi 'l quddiem.", "Fuq il-kwestjoni tal-wirt, wieħed irid jiftakar li hawnhekk qed nitkellmu fuq wirt ta' dritt personali u mhux fuq dritt reali.", "Meta għandek dritt reali tista' tħalli l-proprjetà lil min trid però meta qed nitkellmu fuq dritt personali, qed nitkellmu dwar eċċezzjoni għal dak li huwa normali.", "Is-soltu huma biss id-drittijiet reali li jistgħu jintirtu.", "Madanakollu bħala Gvern qed nagħtu dan id-dritt personali għaliex nemmnu li rridu ngħinu lill-biedja f'pajjiżna.", "Għalhekk, qed nippermettu li jsir trasferiment mill-missier għall-iben u minn raġel għall-ispouse jew il-partner tiegħu, kif kienet diġà l-liġi.", "Però jekk bidwi jrid iħalli l-art lil ħaddieħor, il-persuna l-oħra trid tkun verament taħdem fil-biedja.", "Bl-ebda mod ma jista' jħalli din l-art lil min irid hu għax din mhijiex proprjetà tiegħu.", "F'dan il-każ ma jistax iżomm it-titolu agrikolu biex jagħmel il-flus minnu imma jekk irid jittrasferixi l-art, irridu nkunu ċerti li qed jittrasferixxiha lil persuna li verament qed taħdem fil-biedja.", "Jekk le, dan it-trasferiment ma jistax isir.", "Sur President, hawn qed nitkellmu fuq art pubblika.", "Għalhekk niskanta kif l-Oppożizzjoni qed titkellem daqslikieku qed nitkellmu fuq art kwalunkwe, b'xi dritt sagrosant ta' dak li għandu t-titolu biex jinnegozjah.", "L-Oppożizzjoni ma fehmitx l-iskop tal-Avviż Legali u onestament ngħidilhom: Go back to your books!", "Qed ngħid dan għax ma fehmux li b'dan l-Avviż Legali mhux qed nippermettu li jkun hemm lukru, qligħ jew spekulazzjoni fuq titolu jew biex isir qligħ fuq xi liċenzja, imma qed nagħtu dritt ta' trasferiment ta' qbiela b'eċċezzjoni tar-regoli normali li jeżistu kif jintirtu, pereżempju, djar jew kirjiet tan-negozju, sabiex nikkonsolidaw il-biedja f'pajjiżna.", "Imkien ma hemm fid-dritt personali d-dritt li wieħed jittrasferixxi titolu personali tiegħu.", "Dan il-Gvern qed jieħu deċiżjoni kuraġġuża li qed iħalli lill-individwu, li mhuwiex il-proprjetarju imma li għandu titolu tal-Gvern, jittrasferixxi dak it-titolu.", "Aktar minn hekk ma naħsibx li stajna nagħmlu!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, din in-naħa tal-Kamra qed tressaq dawn l-emendi għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel nett għax il-Gvern ma żammx kelmtu dwar dak li wiegħed lill-poplu fil-Manifest Elettorali tiegħu u t-tieni, għaliex bħala Oppożizzjoni aħna kostruttivi u qed nipprovaw inressqu proposti biex intejbu dan l-Avviż Legali.", "Jien mhux nieħu pjaċir bl-atteġjament tan-naħa tal-Gvern għaliex l-għan tagħna huwa li ntejbu dan l-Avviż Legali biex nagħmluh aħjar, però jidher li l-Gvern għamel complete shut down!", "Alla jbierek il-proposti tagħna huma kollha ħżiena u m'hemm l-ebda waħda minnhom li hi tajba għall-Gvern!", "Jiddispjaċini li min-naħa tal-Gvern lanqas hawn ir-rieda li tal-inqas japprezzaw li wħud mill-proposti tal-Oppożizzjoni huma tajbin.", "Jista' jkun li hemm uħud minnhom li l-Gvern ma jaqbilx magħhom, però possibbli l-proposti kollha huma ħżiena?!", "Fl-opinjoni tiegħi, dan l-atteġjament juri nuqqas ta' responsabbiltà min-naħa tal-Gvern u li mhux veru għandu għal qalbu lill-bdiewa u r-raħħala, imma li għandu għal qalbu li taparsi joħroġ ta' hero biex jgħid lill-bdiewa li l-Gvern għamel kollox sew, mentri fil-verità nafu li dan mhux il-każ.", "L-Onor.", "Jien se nikkwota l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista tal-2013, fejn il-Partit Laburista kien wiegħed li se jiffaċilita t-trasferiment tal-art bejn il-membri tal-istess familja.", "Però nistaqsi: Ħu jew oħt mhumiex ukoll membri tal-familja?", "(Interruzzjoni) Sur President, hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn il-Gvern qed jistrieħ fuq klawsola fl-Avviż Legali li tgħid li jista' jsir trasferiment fuq terzi persuni.", "Għalhekk, il-Gvern irid ipoġġi lill-aħwa paripassu ma' terzi persuni.", "Bħala Oppożizzjoni aħna qed ngħidu li fil-liġi l-aħwa għandhom jidħlu fil-preferenza tal-familja!", "(Interruzzjonijiet) Ismagħni ftit Ministru!", "Uri rispett lejn din in-naħa tal-Kamra!", "Tini ċans!", "(Interruzzjonijiet) Ministru, naħseb li inti ma tgħallimt xejn!", "Jien u inti ġejjin minn żewġ distretti fejn hemm ħafna bdiewa u għalhekk, niskandalizza ruħi kif tiġi hawn u lill-bdiewa li hemm fid-distrett tiegħek m'intix se tagħtihom iċ-ċans biex l-għalqa tagħhom tkun preferuta li tiġi ttrasferita lil oħthom jew lil ħuhom!", "Dik għandek tgħid, Ministru!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Callus, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja!", "RYAN CALLUS: Sur President, jiddispjaċini nara li n-naħa l-oħra ma jridux jidħlu f'dibattitu mal-Oppożizzjoni biex naraw x'inhu l-aħjar għall-bdiewa tagħna.", "L-ISPEAKER: Onor. Callus, kompli bid-diskors tiegħek.", "(Interruzzjonijiet)", "RYAN CALLUS: Jekk jagħtuni ċans!", "L-ISPEAKER: Onor. Callus, għandek il-kelma.", "RYAN CALLUS: Dan huwa Gvern li jisma'!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Se jkollok il-protezzjoni tas-Sedja.", "Kompli bid-diskors tiegħek.", "RYAN CALLUS: Jien qed nagħmel appell ġenwin lill-Gvern.", "Id-differenza bejn kif qed tara din l-emenda l-Oppożizzjoni u kif qed jaraha l-Gvern hija kruċjali.", "Huwa faċli biex infiehem din l-emenda.", "Il-Gvern qed jistrieħ fuq klawsola li hemm fl-Avviż Legali li jgħid li ħu u oħt jistgħu jitqiesu bħala terzi persuni jekk huma bdiewa.", "Bħala Oppożizzjoni, qed ngħidu li m'hemmx għalfejn inpoġġu … (Interruzzjonijiet) Qed tkun arroganti, Ministru!", "Ma tridx tagħtini ċans nispjega!", "(Interruzzjonijiet) Jien qed ngħid li m'għandniex inpoġġu lil ħu u oħt paripassu ma' terza persuna.", "Qed ngħidu wkoll li l-Awtorità tal-Artijiet m'għandhiex tiddeċiedi fuq din il-ħaġa.", "Minflok għandha tiddaħħal fil-preferenza … (Interruzzjonijiet) Sur President, suppost qed tipproteġini!", "L-ISPEAKER: Onor. Callus, se jkollok il-protezzjoni tas-Sedja.", "Jekk se jkun hawn aktar interruzzjonijiet, se jkolli napplika l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, li hija xi ħaġa li nipprova nevita.", "Onor. Callus, min-naħa l-oħra toqgħodx tagħmel mistoqsijiet 'l hemm u 'l hawn.", "Indirizza lis-Sedja.", "Tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "RYAN CALLUS: Sur President, se nindirizza lis-Sedja, però qed inqajjem mistoqsijiet indirizzati għan-naħa tal-Gvern.", "Sur President, l-Oppożizzjoni qed tgħid li dan l-Avviż Legali mhux qed jagħti preferenza lill-aħwa tal-kerrej imma qed ipoġġihom paripassu ma' terzi persuni.", "Din hija xi ħaġa li bħala Oppożizzjoni ma naqblux magħha għaliex tkellimna ma' numru ta' bdiewa li jixtiequ li din ir-raba' tgħaddi għand l-aħwa tagħhom stess, li huma bdiewa, u mhux jitpoġġew paripassu ma' terzi persuni.", "Wieħed mir-regolamenti f'dan l-avviż legali jara li jkun aktar faċli biex qbiela tgħaddi għand bdiewa żgħażagħ, liema punt l-Oppożizzjoni qed taqbel miegħu.", "Però l-Gvern qed jipproponi li dan ikun applikabbli għal dawk l-istudenti bdiewa li gradwaw fl-aħħar ħames snin, fejn ikollhom rati preferenzjali għal ħames snin.", "Għaldaqstant bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li għandna niftħu dan il-perjodu minn ħames snin għal għaxar snin.", "Dan għaliex ilkoll nafu kemm hawn sfidi fil-biedja.", "Possibbli din l-emenda hija ħażina wkoll għall-Gvern?", "Jekk inti żagħżugħ li studjajt l-agrikultura u gradwajt bejn sitt snin u għaxar snin ilu, xorta għandu jkollok id-dritt li tikkwalifika biex tingħata art agrikola tal-Gvern b'rati preferenzjali.", "Il-Gvern mhux jaqbel ma' din l-emenda, sakemm ma jqumx il-Ministru u jgħid li jaqbel mal-Oppożizzjoni tal-inqas fuq din.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nikkonsidraha!", "RYAN CALLUS: Ejja, tal-inqas ġibna waħda tajba!", "Qed nitkellem b'dan it-ton għax onestament nixtieq li f'dan is-suġġett naslu biex verament ngħinu lill-biedja f'pajjiżna!", "Sur President, hemm ukoll diffikultà f'numru ta' punti oħrajn li tressqu f'dan l-Avviż Legali.", "Ir-reazzjoni tal-Gvern mill-ewwel kienet waħda stretta ħafna.", "Din hija ħasra għaliex meta flimkien mal-Onor.", "Edwin Vassallo ltqajna mal-bdiewa, talbuna biex intejbu dan l-Avviż Legali.", "Dan l-Avviż Legali qed jipproponi wkoll li persuna tkun tista' tiret proprjetà mingħand il-kerrej preżenti, sakemm dan ikun miet sa sena ilu.", "Ministru, nitolbok tagħti kasi fuq din ukoll għax nixtieq li tasal taqbel miegħi.", "Bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li għandna nneħħu dan il-perjodu ta' sena għax hemm nies li mietu aktar minn sena ilu u li qabel mietu, ftiehmu jew kienu qed jaħdmu l-għalqa mal-kerrej li llum huwa rikonoxxut.", "Hemm każijiet li jmorru lil hinn aktar minn sena.", "Il-Ministru jaf b'dawn il-każijiet għax huwa l-Ministru responsabbli mill-artijiet.", "Jien nirċievi ilmenti mingħand bdiewa li ilhom jaħdmu art għal snin twal, il-persuna rikonoxxuta mill-Awtorità tal-Artijiet mietet forsi bejn sentejn u għaxar snin ilu u allura b'dan l-Avviż Legali mhux qed jingħataw iċ-ċans għal dan it-trasferiment.", "(Interruzzjonijiet) Jekk huma squatters għal ħames snin, bl-istess argument tagħkom huma squatters għal sena wkoll!", "Dawn mhumiex squatters imma huma nies li kienu qed jaħdmu l-art bil-bona volontà tal-kerrej!", "Sur President, nittama li ż-żewġ punti li għamilt jiġu aċċettati min-naħa tal-Gvern.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sur President, is-sitwazzjoni sal-lum il-ġurnata kienet li qbiela setgħet tgħaddi biss mingħand il-missier għall-iben.", "Bħala Gvern ħejjejna rapport u studju intensiv għall-għaxar snin li ġejjin dwar it-triq 'il quddiem li se nagħtu lill-biedja ġewwa pajjiżna u waħda mill-problemi li ġew identifikati f'dan l-istudju, u li rridu nilħqu b'dan l-Avviż Legali sabiex nagħtu futur lill-biedja f'pajjiżna, hija l-problema tal-art.", "Kif jaf kulħadd, għandna pajjiż żgħir b'art li hija limitata u għaldaqstant l-ispezzettar tal-art kien qed toħloq problemi, anke għall-economies of scale lill-bdiewa tagħna.", "Kif qalu tajjeb il-membri tal-Oppożizzjoni, waħda mill-wegħdi elettorali tagħna hija li noffru soluzzjoni lill-bdiewa li jixtiequ jittrasferixxu l-art tagħhom lil bdiewa oħrajn.", "Però rridu naraw il-kuntest kollu.", "Nafu li hemm ħafna mill-bdiewa li t-tfal tagħhom lanqas biss huma interessati fil-biedja għaliex ikunu qabdu jaħdmu f'setturi oħrajn.", "Għaldaqstant irridu naraw li l-art agrikola limitata li għandna f'pajjiżna tmur għand il-bidwi.", "Għalhekk ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni tgħid li trid li l-art tiġi trasferita għand l-aħwa u n-neputijiet, anke meta dawn ma jkunux bdiewa.", "Jekk nagħmlu dan, inkomplu nispezzettaw l-art!", "Aħna qed ngħidu li t-trasferiment isir lill-aħwa, lin-neputijiet u lil terzi, però l-importanti huwa li dawn ikunu bdiewa ġenwini.", "Hekk irridu nagħmlu sabiex naraw li l-biedja tikkonsolida ruħha u l-art li tiġi maħduma mill-bdiewa tagħna tkun art sostenibbli u konsolidata.", "B'hekk nevitaw dan l-ispezzettar tal-art li għandna ġewwa pajjiżna.", "Għaldaqstant ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni trid li nkomplu naqsmu u nispezzettaw l-art, sakemm nispiċċaw b'art li ma tinħadimx!", "Assolutament ma jagħmilx sens li nħallu trasferimenti ta' qbiela li jsiru lil persuni oħrajn li mhumiex bdiewa.", "Jekk nagħmlu dan, nispiċċaw li l-art agrikola ġewwa pajjiżna tingħata lill-persuni biex isiru barbecues jew attivitajiet oħrajn ġewwa fiha.", "Aħna rridu li r-raba' tal-bdiewa tagħna tibqa' għand il-bdiewa.", "Irridu wkoll li nikkonsolidaw l-art sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "L-istess ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li raba' li jkollu strutturi fih ta' aktar minn 40 metru kwadru għandu jiġi trasferit.", "Bħala Gvern, qed nillimitaw li jsir trasferiment ta' art b'bini sa 40 metru kwadru sabiex nassiguraw li ma jkunx hemm spekulazzjoni tal-istrutturi li jkun hemm fuq raba' bħal dan.", "Aħna qed inħallu li l-missier ikun jista' jittrasferixxi l-art għall-iben u mhux ikollna rziezet kbar li jkunu fuq art bi qbiela, jiġu trasferiti lil terzi, imur fuqhom xi sinjur jew kuntrattur biex jixtri dak ir-raba', jittrasferixxih fuq ismu u mbagħad jispekula minnu!", "Jien ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni qed tipproponi emendi spekulattivi fuq art ODZ!", "Bħala Gvern qegħdin ukoll nifformaw kumitat li se jkun magħmul minn diversi membri, speċjalment dawk midħla tal-agrikoltura, sabiex meta jsir trasferiment bejn bidwi u ieħor, nassiguraw li l-bidwi li se jsir it-trasferiment għal għandu jkun bidwi ġenwin li verament qiegħed jaħdem ir-raba' u li verament ikun attiv f'dan il-qasam.", "Dan qed nagħmluh biex nassiguraw li ma jkunx hemm spekulazzjoni u nħallu l-qbiela għand il-bdiewa.", "Irridu ngħidu wkoll li din kienet ix-xewqa ta' diversi bdiewa għal snin sħaħ iżda ħadd qatt ma ħa azzjoni fuqha.", "Illum, permezz ta' dan l-Avviż Legali, għall-ewwel darba se nagħtu l-possibbiltà li bidwi jittrasferixxi r-raba' tiegħu lil bidwi ieħor li jkun bidwi bona fede.", "Ninsab konvint li b'hekk se nkunu qed nikkonsolidaw l-art u nkabbru l-art tal-bidwi għaliex se nagħtu diversi opportunitajiet.", "Nafu b'diversi bdiewa li jkollhom biċċa raba' ġenb u biċċa raba' f'ġenb ieħor.", "Permezz ta' dawn ir-regolamenti se nagħtu l-opportunità li bdiewa jkunu jistgħu jittrasferixxu r-raba' lil xulxin, kważi kważi jpartu r-raba', sabiex kemm jista' jkun dawn il-biċċiet ta' raba' jingħaqdu flimkien u l-bdiewa jkollhom holding f'żona waħda, li tkun akbar u li tagħti aktar opportunità lill-bidwi sabiex jaħdem ir-raba' tiegħu b'inqas spejjeż u skariġġ.", "Għaldaqstant jien nemmen li dan huwa pass importanti ferm għall-agrikoltura f'pajjiżna.", "Dan il-pass kien wieħed mill-miri tal-Gvern għall-politika agrikola Maltija, liema mira se nkunu qed nilħquha.", "Ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni tippretendi li hija l-paladina tal-biedja meta kienu l-membri tagħha stess li tefgħu l-biedja f'pajjiżna mitt sena lura!", "Biżżejjed insemmi l-każijiet ta' meta Gvern Nazzjonalista kien għamel kuntratti mar-raħħala tal-baqar sabiex jagħmlu l-investimenti, imbagħad qalulhom li l-flus marru banda oħra u li ma kienx fadal flus biex iħallsuhom.", "Din hija problema li qed niffaċċjaw aħna bħala Gvern, liema problema qed naraw kif insolvuha biex nimxu 'l quddiem.", "Din kienet wegħda ta' Gvern Nazzjonalista li ma ġietx onorata.", "Sur President, illum nixtieq nitkellem ukoll dwar il-maltempata li kellna fil-jiem li għaddew.", "Din għamlet ħsarat kbar lill-bdiewa fir-rigward tal-uċuħ tar-raba' u tal-istrutturi tagħhom.", "Din il-maltempata laqtet ukoll numru ta' bastimenti tas-sajjieda tagħna.", "Għaldaqstant illum nidejna freephone sabiex il-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala li sofrew ħsarat ikunu jistgħu jċemplu għal aktar informazzjoni.", "Fil-fatt, ninsab informat li deħlin numru ta' telefonati.", "Bħala Dipartiment tal-Agrikultura qed nirreġistraw din il-ħsara li saret biex imbagħad inżuru għalqa għalqa u nivverifikaw il-ħsarat.", "Il-Gvern huwa kommess li jidħol sabiex jgħin lill-bdiewa u r-raħħala tagħna wara din il-maltempata, li żgur ħadd ma kellu kontroll fuqha.", "Għaldaqstant qed naraw diversi metodi ta' kif wieħed jista' jgħin lill-bdiewa u r-raħħala.", "Irridu ngħid li l-biedja u l-għajnuna li tingħata lill-biedja hija kkontrollata minn sfera Ewropea, anke permezz tal-common agricultural policy u għaldaqstant qed nevalwaw kemm il-possibbiltà ta' fondi permezz tal-EU Solidarity Fund, kif ukoll il-possibbiltà li nneħħu l-istate aid regulation sabiex inkunu nistgħu ngħinu lill-bdiewa u r-raħħala tagħna.", "Qed nikkwantifikaw il-ħsara li saret fuq żewġ binarji.", "Hemm il-ħsara li saret lill-uċuħ tar-raba' li ġew meqruda bir-riħ u x-xita, fejn wieħed irid jevalwa l-prodotti li kien hemm fir-raba' sabiex inkunu nistgħu naraw kif għandu joħroġ kumpens adegwat għal din il-ħsara, u hemm l-ispiża maġġuri fejn numru ta' strutturi, bħal serer, ġarrbu ħsarat kbar bil-maltempata.", "Għalhekk, kif għedt, illum stess, nedejna dan il-programm sabiex niġbru l-informazzjoni mingħand il-bdiewa u nikkwantifikaw din il-ħsara.", "Aktar minn hekk, permezz ta' tim li ħloqna fid-dipartimenti tagħna se nkunu qed nassistu lill-bdiewa u se nkunu qed nagħmlu l-kontrolli sabiex nivverifikaw li dak li qed jgħidu l-bdiewa huwa minnu, sabiex ovvjament nassiguraw li ma jkunx hemm abbuż.", "Għalhekk, permezz ta' dan il-freephone se nkunu qed nagħmlu kuntatt dirett mal-bdiewa tagħna sabiex kemm jista' jkun, intaffu mill-problemi li għandhom.", "Ngħid ukoll li nafu li hemm ċerti bdiewa li għamlu użu minn fondi Ewropej sabiex bnew il-ħitan tas-sejjieħ tagħhom, fost l-oħrajn.", "Nafu wkoll li waħda mill-kondizzjonijiet marbuta mal-istess fondi hija li l-bdiewa jridu jżommu dan l-investiment fi stat tajjeb.", "Għaldaqstant bħala Dipartiment tal-Agrikoltura u anke min-naħa tal-ARPA, se nkunu qed nagħmlu kuntatt mal-bdiewa sabiex jekk saru xi ħsarat f'dawn l-investimenti, ninformawhom li jridu jdaħħlu d-dokumentazzjoni sabiex ma jkollhomx problemi aktar 'il quddiem.", "Sur President, nemmen li dan huwa Avviż Legali importanti ħafna, Avviż Legali li ħaddieħor ma kienx kapaċi jagħmlu.", "Gvern Nazzjonalista kaxkar saqajh għal 25 sena u issa, wara li dan il-Gvern ressaq dan l-Avviż Legali li jipproteġi l-bdiewa, l-Oppożizzjoni mingħaliha se tgħallimna kif għandna nagħmluh!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, qabel ma nibda nitkellem dwar ir-regolamenti li għandna quddiemna nixtieq nesprimi ċerti affarijiet li għal xi ħadd bħali, li ġej mir-raħal tas-Siġġiewi, huma ovvja.", "Ir-realtà llum hi li fejn hemm raba' tal-Gvern, din l-art ilha tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra għal snin sħaħ.", "Din mhijiex kwestjoni li bdiet għaxar snin jew 20 sena ilu.", "Qed nitkellmu dwar raba' li ilha għaddejja mingħand ġenerazzjoni għall-oħra għal mitt sena jew aktar.", "Meta mbagħad ir-raba' tkun proprjetà tal-Knisja, din nafu li għaddiet għand l-Uffiċċju Konġunt, fejn kien hemm rikonoxximenti matul is-snin.", "Nafu wkoll li kien hemm komplikazzjonijiet kbar biex ċerti bdiewa jiġu rikonoxxuti li qegħdin iħallsu l-qbiela.", "Tant hu hekk li f'ħafna mir-raba' tal-Gvern, l-art aktar milli hija magħrufa bl-isem tagħha hija magħrufa bl-identità tal-familja tant kemm ilha għaddejja għand l-istess familja matul is-snin.", "Pereżempju fis-Siġġiewi nirreferu għan-naħa ta' fejn hemm l-art ta' Żammitijiet, in-naħa ta' fejn hemm l-art tal-Vassallijiet u n-naħa ta' fejn hemm l-art tal-Mifsudijiet.", "Tant hija kbira r-rabta bejn il-familja u l-art li nħolqot din is-sitwazzjoni.", "Illum hawn kilba kbira għall-art agrikola.", "Pereżempju s-Siġġiewi ma ssibx familja waħda li m'għandhiex ir-raba'.", "Kulħadd għandu r-raba' li hi maqsuma bejn diversi nies, bħal aħwa, kuġini u zijiet, u b'xi mod jew ieħor dejjem kien hemm ftehim fuq kif se tinħadem din ir-raba'.", "Ġara li matul is-snin, anke minħabba kwestjoni ta' edukazzjoni u forsi anke ta' interess, uħud ġew rikonoxxuti li għandhom il-qbiela fuq dik l-art filwaqt li oħrajn le.", "Pereżempju ġieli kellna każijiet ta' sitt aħwa fejn l-irċevuta toħroġ fuq wieħed minnhom, anke jekk hu jiġbor il-flus mingħand il-ħamsa l-oħra, bir-riżultat li l-ħamsa l-oħra baqgħu mingħajr rikonoxximent.", "Għaddew is-snin, qatt ma sar xejn u għalhekk, din l-art qed tidher fuq wieħed biss.", "Dik hija sitwazzjoni li trid titranġa.", "Matul is-snin kien hemm tentattivi biex dawn l-affarijiet jitranġaw imma r-realtà hi li dejjem jibqgħu joħorġu fil-beraħ każijiet ġodda.", "Sur President, irrid nirreferi għall-kwestjoni tas-sena.", "Il-Gvern qed jgħid li jekk kerrej imut, jekk min għandu d-dritt għall-qbiela ma jagħmilx talba bid-dikjarazzjoni u bid-dokumenti fi żmien sena, ma jiġix rikonoxxut u l-Gvern jieħu l-art lura.", "Fuq kwestjoni ta' prinċipju, meta persuna tiġi nieqsa, mal-aħħar nifs tagħha persuna oħra, ħafna drabi l-qraba, issir il-werriet, jiġfieri tidħol fiż-żarbun ta' dak li jkun.", "Issa aħna ngħidu li tidħol fiż-żarbun kemm jekk ikun ifuħ u anke jekk jinten, jiġifieri kemm bl-affarijiet pożittivi, bħall-assi u d-dritt tal-qbiela, u kemm bl-affarijiet negattivi bħad-djun.", "M'hemm bżonn ta' ebda formalità biex dak li jkun jiret.", "Malli l-persuna tmut, il-werriet jidħol fiż-żarbun tagħha.", "Għalhekk, li noħolqu din ir-regola li l-Gvern jirrikonoxxi l-inkwilin il-ġdid fi żmien sena ma tagħmilx sens għax l-inkwilin il-ġdid qiegħed hemm għax il-liġi trid li dik il-persuna tiret!", "Persuna tiret kemm jekk ikun hemm testment kif ukoll jekk le għax il-werriet jidħol fil-wirt bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tal-liġi.", "Mela meta l-Gvern qed joħloq dan l-ostaklu u jgħid li jekk fi żmien sena li persuna tiret l-art ma tagħmilx talba, din titlef id-dritt tal-qbiela u jkollha titlaq 'il barra, il-Gvern qed joħloq regola ġdida li tmur kontra l-ordinament legali tagħna, li persuna ssir werriet malli persuna oħra tmut.", "Tant huwa hekk li fejn hemm kwestjoni ta' proprjetà privata, lanqas ma hemm għalfejn tagħmel id-denunzja.", "Il-propjetà ssir tiegħek meta tiritha.", "Id-denunzja tagħmilha għax hemm l-obbligu li tiddikjara dak li diġà writt u hemm l-obbligu li tħallas it-taxxa fuqha!", "Infatti, fil-każ tad-denunzja dan l-obbligu jibqa' għaddej anke wara li tgħaddi s-sena.", "Hemm anke l-interessi fuq l-ammont ta' taxxa li titħallas.", "Għalhekk, li l-Gvern qed jagħmel din il-formalità ta' sena, bir-rispett kollu, imur kontra l-prinċipji li dejjem imxejna fuqhom f'każ ta' trasferiment bil-wirt.", "Hawn irrid nagħmel appell sinċier lill-Ministru.", "Nifhem li għandu l-maġġoranza fil-Parlament u jista' jieħu r-rebħa tal-vot illum, però nappellalu biex wara llum, inpoġġu bilqiegħda madwar mejda u naraw kif se nsibu soluzzjonijiet prattiċi għal din is-sitwazzjoni li għandna quddiemna.", "Naħseb li din ir-regola tas-sena hija inutli.", "Hemm sitwazzjonijiet fejn anke bejn l-aħwa jkun hemm diffikultà biex jaqblu fuq il-valur tal-proprjetajiet li jiddikjaraw fid-denunzja, aħseb u ara kemm se jaslu biex jagħmlu dikjarazzjonijiet flimkien, fejn uħud minnhom jiddikjaraw li qed iċedu l-qbiela favur xi ħadd mill-aħwa u jiddikjaraw li huma mhumiex interessati.", "Nafu x'inhuma s-sitwazzjonijiet reali hemm barra u għalhekk, nappella li wara li jgħaddi l-vot tal-lum, nerġgħu nikkonsidraw din ir-regola mill-ġdid.", "Naf li l-Ministru jrid li l-affarijiet jissolvew u għalhekk nappellalu biex flimkien mal-Oppożizzjoni u ma' persuni oħrajn, nagħmlu din il-bidla fir-regolamenti.", "Ir-regolament 13 jitkellem fuq id-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità u dan huwa importanti ħafna.", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Chris Agius, l-Att li taħtu qed isiru dawn ir-regolamenti jipprovdi għal mod ta' kif inti tappella minn dawk id-deċiżjonijiet.", "Dan l-Att jipprovdi li persuna trid tagħmel rikors fi żmien 20 ġurnata minn meta tirċievi d-deċiżjoni, liema rikors imur quddiem it-tribunal biex jitlob li dik id-deċiżjoni tiġi mħassra.", "Però mbagħad jekk persuna titlef dak ir-rikors, għandha d-dritt li tmur quddiem il-Qorti tal-Appell.", "L-emenda li qed iddaħħal l-Oppożizzjoni hija sempliċi ħafna; aħna qed ngħidu li dak id-dritt għadnu jitniżżel f'dawn ir-regolamenti.", "Dan għaliex meta wieħed iħares lejn dawn ir-regolamenti ħafna minnhom ma jinftehmux!", "Bħala Parlament irridu nagħmlu liġijiet li jinftiehmu min-nies u jkunu ċari għal kulħadd.", "Dan l-Avviż Legali hemm bżonn li jkun sempliċi imma ċar biex ma jħallix dubji dwar xi dritt li persuna għandha meta tapplika biex tiġi rikonoxxuta, jew inkella meta tagħmel xi talba taħt dawn ir-regolamenti.", "Għalhekk, bħala Oppożizzjoni, daħħalna l-kliem sempliċi ħafna: \"Applikant aggravat bid-deċiżjoni tal-Awtorità jista' jikkontesta d-deċiżjoni meħuda mill-Awtorità kif previst fl-Artikolu 57 tal-Att dwar l-artijiet tal-Gvern.\"", "Naħseb li din hija emenda sempliċi ħafna li lill-Gvern ma tiswielu xejn.", "Bl-ebda mod ma qed ngħidu li l-Gvern se jagħti raġun lill-Oppożizzjoni jew inkella jidher li għamel xi gabrijola, imma tajjeb li niffaċilitaw ftit kif wieħed jifhem dawn ir-regolamenti sabiex l-affarijiet ikunu ċari għal kulħadd.", "Din l-emenda hija importanti ħafna għax anke meta l-Awtorità tieħu deċiżjoni, kemm favur jew le, tkun tista' tinforma lill-persuna li għandha d-dritt li tappella minn dik id-deċiżjoni.", "B'hekk, id-deċiżjoni tkun tista' tinbidel quddiem il-Qorti jekk jitressqu l-provi li hemm bżonn.", "Jien nappella lill-Ministru li jikkonsidra din il-proposta tal-Oppożizzjoni.", "Nagħlaq billi nġedded l-appell tiegħi.", "Illum qegħdin qed nagħmlu dan id-dibattitu u se jittieħed il-vot minn hawn u ftit jiem oħra, però l-istorja ma tispiċċax hawn.", "Għalhekk nappella lill-Ministru biex b'rieda tajba, fil-kwiet u anke b'mod informali, jiltaqa' mal-Oppożizzjoni u ma' persuni oħrajn biex naraw kif se nintegraw il-proposti li ressaqna f'dawn ir-regolamenti.", "Konvint li n-naħa tal-Gvern qed taqbel mal-proposti tal-Oppożizzjoni għax dawn huma proposti li ġejjin mingħand in-nies!", "Jien ilni 14-il sena nipprattika ta' avukat f'lokalità fejn ħafna huma bdiewa u għalhekk in-nies jagħmluli diversi mistoqsijiet.", "Pereżempju: Kif ma nistax niġi rikonoxxut?", "Għalfejn għandi bżonn nagħmel dan il-proċess?", "Għalfejn irrid niffirma dawn id-dikjarazzjonijiet?", "Għalfejn ħija jrid iċedili l-qbiela u jrid jagħmel dikjarazzjoni biex iċedihieli?", "Għalfejn ikolli ngħaddi l-qbiela lura għand ommi biex mingħand ommi tmur għand xi ħadd minn ħuti?", "Dawn huma kollha diffikultajiet li n-nies hemm barra ma jkunux konxji tagħhom, imma qed jgħixuhom.", "Għalhekk, in-nies jippretendu li meta ssir emenda bħal din, dawn ir-regolamenti jagħtu kas u jipprovdu soluzzjonijiet għas-sitwazzjoni li qed jgħixu u mhux noħolqu sitwazzjoni fejn l-Awtorità tingħata d-diskrezzjoni assoluta.", "Lin-nies iridu nagħtuhom regolamenti li jkunu ċari u mhux regolamenti li jpoġġuhom ġo straitjacket.", "In-nies għandhom bżonn ta' regolamenti li jipprovdu soluzzjonijiet għas-sitwazzjonijiet li żviluppaw matul is-snin, anke biex titħares l-art agrikola f'pajjiżna", "Sur President, il-verità hi li kieku m'għandniex dawn l-eluf ta' persuni li għandhom l-art imqabbla lilhom, ma jkollniex prodotti agrikoli lokali.", "Dawn il-bdiewa li jaħdmu l-art, kemm jekk irreġistrati bħala bdiewa full-time jew part-time, huma l-għassiesa tal-ambjent rurali ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, se nibdel id-diskors li ppreparajt u nitkellem dwar xi punti oħrjan.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li hemm bżonn li nieħdu ħsieb l-agrikoltura llum qabel għada.", "Hemm bżonn riforma urġenti tal-policies u l-liġijiet tal-artijiet, b'mod partikolari biex nindirizzaw ċerti sitwazzjonijiet tal-bdiewa li jaqgħilu l-għajxien tagħhom mill-prodotti li jkabbru fir-raba' tagħhom.", "Il-Kamra taqbel fuq dan il-prinċipju u jidher li hawn kunsens.", "Li m'aħniex qed naqblu huwa fuq id-dettalji ta' kif inhuwa miktub l-Avviż Legali.", "Fil-fehma tiegħi, qegħdin f'sitwazzjoni f'pajjiżna fejn diġà qbiżna r-red line għax l-ammont ta' bdiewa li huma full-time huma ftit u jingħaddu.", "Aktar minn hekk, pajjiżna spiċċa net importer tal-ikel tiegħu, bħall-frott, ħaxix u anke laħam, minkejja l-inċentivi li qed jingħataw.", "Xħin qgħadt nisma' d-dibattitu f'din il-Kamra, li bħal donnu għandu ħerqa aktar mis-soltu, stajt nara li qegħdin naqblu u fl-istess ħin ma naqblux dwar dawn ir-regolamenti.", "Ilkoll nafu li l-poplu Malti għandu dik il-mentalità tal-kilba għall-art u l-iżvog li joħroġ hemm barra fil-kampanja.", "Bħala membru tal-Partit Demokratiku, nemmen li l-għan ta' dan l-Avviż Legali għandu jkun li nikkonsolidaw il-biedja, u għalhekk it-trasferiment għandu dejjem isir għal dak il-bidwi li jaqla' l-għajxien tiegħu minn dik ir-raba'.", "Hemm bżonn li nħarsu t-tradizzjoni agrikola li qegħdin nitilfu għax din tagħtina identità u fuq kollox, tagħtina wkoll dik ir-rieda li mill-ftit art agrikola li fadlilna, inkomplu nkabbru l-prodotti li tant għandna bżonn.", "Sur President, jien m'iniex favur li jkun hemm spekulazzjoni ta' art agrikola min-negozjanti imma meta jkun hemm it-trasferiment ta' qbiela, nemmen li għandu jkun hemm preferenza biex din l-art tingħata lil tal-familja.", "Il-ħarsien għandu jkun hemmhekk.", "Madanakollu mid-dibattitu stajt ninnota li fl-Avviż legali hemm nuqqas ta' kjarezza u ta' termini speċifiċi li jorbtu ma' dawn iż-żewġ prinċipji li għadni kif semmejt.", "Fir-rigward tal-limitu taż-żmien ta' sena, naħseb li wieħed jista' jpoġġi bilqegħda madwar mejda biex jintlaħaq kompromess.", "Waħda mill-affarijiet li ma fhimtx hija dwar id-defenizzjoni ta' x'inhu razzett.", "Qed ngħid dan, għax razzett għal bidwi jfisser mod imma għal raħħal ifisser mod ieħor.", "Naħseb li din għandha tkun waħda mill-affarijiet li għandna nistabbilixxu wara s-seduta tal-lum.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hija dwar il-kondizzjoni tal-40 metru kwadru ta' bini.", "Naf li min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa definit li bini ta' aktar minn 50 metru kwadru jagħti lok għal tkabbir tal-propjetà li hija mibnija.", "Għalhekk, id-definizzjoni ta' razzett hija importanti.", "Però rridu noqogħdu wkoll attenti li dawn l-irziezet qatt ma ngħadduhom lill-ispekulatur.", "Sur President, bħall-Onor.", "Karol Aquilina nappella biex inpoġġu madwar mejda għal aktar diskussjoni.", "Qegħdin naqblu fuq il-prinċipji imma jidher li l-mod kif inhu miktub l-Avviż Legali mhuwiex ċar biżżejjed u speċifiku.", "L-għan tal-Gvern, tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista u tal-Partit Demokratiku huwa ġenwin għax ilkoll kemm aħna għandna l-istess oġġettiv.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sur President, qabelxejn irrid nirringrazzja lill-Oppożizzjoni talli għoġobha ġġib għall-attenzjoni ta' din il-Kamra li sa fl-aħħar għandna Gvern li qiegħed jippermetti għall-ewwel darba li jsiru dawn it-trasferimenti ta' qbiela bejn bdiewa ġenwini li għandhom art tal-Gvern.", "Ħadt pjaċir nisma' wkoll lill-Onor.", "Farrugia jgħid li kellu jbiddel id-diskors tiegħu kollu.", "L-Onor.", "Farrugia għamel dan għaliex induna li dalgħodu l-Partit Demokratiku għaġġel meta ħareġ stqarrija biex jgħid li jaqbel mal-Partit Nazzjonalista u mal-kumplament tal-Oppożizzjoni.", "Xħin sema' dan id-dibattitu induna li l-Oppożizzjoni għaffġitha bil-kbir!", "Sur President, se nkompli ma' dak li qalu l-Onor.", "Chris Agius, il-Ministru Josè Herrera u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri u nispjega għaliex għall-ewwel darba qed nagħmlu dak li gvernijiet oħrajn dejjem ħallew fuq l-ixkaffa.", "Illum kulħadd qed taħarqu qalbu għall-bdiewa però f'25 sena sħaħ, Gvernijiet Nazzjonalista ma sabux il-ħin joħorġu xi skema jew jgħaddu xi avviż legali fil-Parlament sabiex jippermettu t-trasferimenti tal-art bejn il-bdiewa ġenwini!", "Sabu ħin għall-art tal-Löwenbrau u għall-art tal-Fekruna però għall-art tal-bdiewa ma sabux ħin!", "Huwa tajjeb li nfiehmu minn fejn tlaqna, x'qed nipproponu u x'se nagħmlu permezz ta' dan l-Avviż Legali.", "Nerġa' ngħid, aħna se nagħmlu dak li ħaddieħor m'għamilx.", "Dan hu Gvern li jiddeċiedi u mhux jipposponi.", "Kellna proċess twil biex wasalna s'hawn.", "Kull ġimgħa kont nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius dwar fiex wasalna u ta' spiss kien jgħidli li sibna problema 'l hawn u sibna sfida 'l hemm.", "Imbagħad konna niltaqgħu mal-Ministru Herrera u mas-Segrertarju Parlamentari Camilleri u nerġgħu nitkellmu u niddiskutu biex ikollna l-aħjar Avviż Legali possibbli.", "Ara ħadd ma jaħseb li dan l-Avviż Legali kien wieħed sempliċi.", "Se nkun ċar, għax kulħadd f'din il-Kamra qed idur magħha u ħadd ma jgħidha; aħna rridu naqtgħu l-abbużi.", "Fil-fatt, ma nafx x'ried jgħid biha l-Onor.", "Edwin Vassallo meta qalilna biex ma nimxux b'idejn iebsa mal-bdiewa.", "Forsi ried ifisser li għandna niftħu lok għall-abbużi?", "Aħna ma rridux li jkun hawn min jabbuża u nemmen li lanqas l-Onor.", "Però kulħadd jaf li virgola ħażina f'dan l-Avviż Legali tista' tfisser li jkollna rziezet li jiġu trasferiti minn bdiewa ġenwini għal fuq nies li jixtiequ jakkwistaw razzett bl-irħis minn fuq dahar il-Gvern.", "Aquilina qal li fis-Siġġiewi għandek l-art taż-Żammitijiet u l-art tal-Vassallijiet.", "Skużi, hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq art privata imma fuq art tal-poplu.", "Dik l-art la hija tal- Vassallijiet u lanqas taż-Zammitijiet!", "Dik hija art tal-Gvern!", "Kif qal l-Onor.", "Vassallo fl-introduzzjoni tad-diskors tiegħu, huwa tajjeb li nispeċifikaw li hawnhekk qed nitkellmu biss fuq l-art imqabbla mill-Gvern.", "Qed ngħid dan għax hemm ħafna bdiewa li jaħdmu l-art imqabbla mingħand il-privat.", "In-naħa ta' fejn noqgħod jien jirreferu għaliha bħala l-art imqabbla mingħand il-Baruni jew mingħand is-sinjur u f'Santa Marija kienu jeħdulu wiżna patata jew ftit ġbejniet u s-sinjur kien ikun tħallas.", "Però hawnhekk qed nitkellmu fuq l-art tal-Gvern.", "Mela ma nistax naċċetta dikjarazzjoni mingħand avukat, li hu deputat ta' din il-Kamra, li art nafuha bil-laqmijiet tal-familja!", "Mela aħna se nibqgħu sejrin b'dan il-mod li għax xi darba xi ħadd kien jaħdem ir-raba', dik l-art għandha tibqa' tintiret bl-addoċċ?", "Għalxejn l-Oppożizzjoni tipprova tbeżża' li qed inċekknu 'l-familja għax kif jaf kulħadd, il-familja hija definita bil-liġi u din id-definizzjoni ilha hemm minn żmien ta' qabilna u ħadd ma bidilha.", "Il-liġi tispeċifika kif il-qbiela tista' tintiret u dik il-parti tal-liġi mhijiex se tintmiss però fir-rigward tal-qbiela li jmorru lil hinn mill-familja kif deskritta fil-liġi prinċipali, irridu nassiguraw li l-art tintiret minn bdiewa ġenwini.", "Għalxiex għandek tiret ir-raba' taz-ziju jekk inti ma taħdmux?", "Huwa irrelevanti li inti n-neputi tiegħu ladarba m'intix bidwi.", "Aħna qed ngħidu li jekk inti bidwi ġenwin, ir-raba' taz-ziju tirtu imma jekk m'intix bidwi, dan il-wirt ma jsirx.", "Hawn mhux qegħdin nitkellmu dwar il-Kummissarju tal-Artijiet li jgħaddi memo lill-Ministru jew lis-Segretarju Parlamentari għall-firma biex l-art tiġi mqabbla.", "Illum hemm il-Bord tal-Gvernaturi li xi kultant, ġustament, inkunu kkritikati li huwa l-aktar bord tal-Gvern riġidu u li jfettaq, imma jien ngħid li hekk għandu jkun!", "Insemmi wkoll li fuq dan il-Bord hemm rappreżentant attiv ħafna tal-Oppożizzjoni.", "Din ir-riforma ma saritx minn ta' qabilna, li sena wara l-oħra sabu l-ħin għad-diversi skandli li hemm imniżżlin f'rapporti tal-Awditur Ġenerali, imma għamilnieha aħna fl-2017.", "Ovvjament din mhijiex perfetta u għalhekk qed nagħmlu dawn l-emendi.", "Però, bħala Gvern, rajna li nwaqqfu Awtorità u Bord ta' Gvernaturi b'rappreżentanza mill-Oppożizzjoni biex niddeċiedu flimkien.", "Allura li l-Oppożizzjoni tiġi titkellem b'dan il-mod u tipprova timmina l-argument tal-40 metru kwadru ma jagħmilx sens.", "Huwa ovvju li nagħmlu dawk is-salvagwardji!", "Aħna nafu li wieħed jista' jġib prova li xi ħadd kien jgħix hemmhekk minn reġistru elettorali li ma jispeċifikax id-dettalji.", "Qabel ma kienx hemm il-coordinates jew Google Earth u kulħadd jaf x'kien isir.", "Kulħadd għandu reġistru elettorali tas-snin erbgħin, ħamsin jew sittin, fejn insibu, pereżempju, razzett contrada Sant'Ursola.", "Liema razzett f'dik it-triq se tgħid li hemm referenza għalih?", "Tista' tgħid li dan ir-razzett kien residenza ta' xwejħa u jekk ikun fadal qassis ħaj, inġibu affidavit mingħand il-qassis li jgħid li kien imur iberkilha u jqarbinha, bir-riżultat li r-razzett jgħaddi għand in-neputi li ma jridx jixtri r-razzett €70,000 imma jridu mingħand il-Gvern bil-qbiela.", "L-Onor.", "Edwin Vassallo qed jgħidilna li għandna ngħaddu mozzjoni biex ngħadduhulu!", "Mhux hekk, tgħid!", "Nerġa' ngħid li aħna qegħdin nagħmlu dak li m'għamel ħadd qabel.", "Sibna s-soluzzjoni, li mhijiex perfetta, però tal-inqas qed nindirizzawha din is-sitwazzjoni, anke b'risq l-istudenti li qed jistudjaw l-agrikoltura.", "L-Onor.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Ministru.", "Onor. Vassallo, jekk jogħġbok, tagħmilx mistoqsijiet.", "IAN BORG: Din hija mistoqsija għarfa ħafna!", "L-Onor.", "Vassallo qed jistaqsi: Jekk il-Gven għandu razzett li ma jintiritx għax ħadd mhu qed jaħdem dik ir-raba', il-Gvern x'se jagħmel bih?", "Dan ifisser li qed jgħidli biex nagħtih?", "Vassallo li fl-2017 aħna ġejna f'dan il-Parlament u ddeċidejna li fir-rigward ta' kull proprjetà li tiswa 'l fuq minn €400,000, l-Awtorità tal-Ippjanar trid il-firma ta' tliet periti indipendenti, bl-istima tagħhom, u trid ukoll toħroġ sejħa pubblika mingħajr ma jkun hemm right of first refusal?", "Dan hu dak li jsir f'dak il-każ.", "Il-Gvern jiġbor l-aħjar offerta u mhux nagħtuh lin-neputi, kif qed jgħid l-Onor.", "Dik hija l-ispekulazzjoni!", "L-Onor.", "Vassallo jrid li l-Gvern qatt ma tmur għandu lura proprjetà li hija tal-poplu!", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Aquilina però, l-art tal-poplu għandha tmur lura għand il-poplu bħalma ġara, pereżempju, f'każijiet fejn għandek numru ta' NGOs li qegħdin … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Ministru.", "Jekk jogħġobkom m'hemmx cross debate.", "L-Oppożizzjoni se jkollha l-ħin għall-winding up.", "IAN BORG: Sur President, jekk l-Oppożizzjoni ma tirtirax din il-Mozzjoni se tkun ikkonfermat li fil-partit tal-avukati għandhom ċirkostanza fejn lanqas irnexxielhom jifhmu Avviż Legali!", "L-Oppożizzjoni għandha rappreżentant fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet li hu kelliem ewlieni tagħha fuq l-isport u mhux il-kelliem għall-Awtorità tal-Artijiet u forsi dan ikompli jikkonferma li l-Oppożizzjoni ftit li xejn fehmu fuq xiex qegħdin nitkellmu.", "L-Onor.", "Vassallo jixtieq li l-art taqbad u tgħaddi mingħajr restrizzjoni.", "Smajna lill-Oppożizzjoni ġġib l-argument tal-aħwa li ma jiffirmawx u fuq il-perjodu ta' sena imma aħna nafu x'jixtiequ l-Oppożizzjoni fil-verità!", "L-Oppożizzjoni kienet issibha komda li minn żmien għal ieħor ifaqqa' skandlu fl-Awtorità tal-Artijiet biex ikollha ċans tagħmel press conference fil-ġimgħa!", "Però mill-2017 'l hawn din l-Awtorità miexja b'pass kajman.", "Jien l-ewwel wieħed li nikkritika l-pass kajman li bih kultant jimxu l-affarijiet fl-Awtorità tal-Artijiet, imma issa mhuwiex il-Ministru li jiddeċiedi imma hemm 11-il persuna fuq il-Bord tal-Gvernaturi, b'żewġ pari għajnejn ta' żewġ deputati minn fuq kull naħa tal-Kamra, l-Onor.", "Muscat u l-Onor.", "Callus, li kuljum jieħdu kull deċiżjoni.", "Spiċċa ż-żmien li l-Ministru jiffirma u mbagħad xi darba jibagħtu għalih quddiem il-PAC minħabba xi skandlu li jinqabad meta jkun hemm għaxra li ma jinqabdux!", "Mhux se nagħtukom dan il-pjaċir!", "M'intomx se tagħmlu press conferences fuq skandli, inkluż skandli ta' rziezet!", "Mhux se nippermettulkom dan, Onor. Vassallo.", "Sur President, il-bdiewa huma l-veri gwardjani tal-ambjent.", "Jien ġej minn familja ta' bdiewa minn Ħad-Dingli u kburi ngħid li ġej minn dan is-settur.", "Għalhekk ħadd ma jista' jgħidli li ma nafx x'inhuma l-weġgħat tal-bdiewa.", "U ejja ma ninsewx li kien hemm ħafna politiċi li spiċċaw b'pagi tajbin fi Brussell u daħku bil-bdiewa!", "Dawn huma l-politiċi li wegħdu lill-bdiewa li se jgħaddu dan l-Avviż Legali. li jippermetti l-fakultà li l-art tiġi trasferita, imma qatt ma żammew il-wegħda tagħhom.", "Kif qalu l-Ministru Herrera u l-Onor.", "Camilleri, fost affarijiet oħra b'dan l-Avviż Legali se niffaċilitaw li jkun hemm konsolidament tal-art.", "B'hekk, bidwi jkun jaf għand min qiegħda mqabbla l-art ta' maġenbu.", "Pereżempju jista' jkollok art maġenbek li tkun qiegħda għand xi ġuvni li għandu madwar 90 sena u m'għadux jaħdimha u inti taf li hu jista' jittrasferixxihielek jekk inti bidwi ġenwin.", "Pereżempju aħna morna l-Manikata u hemmhekk rajna l-uċuħ tar-raba' u stajna nindunaw liema art hi maħduma u liema le għax stajna naraw wiċċ bil-ħass u wiċċ bil-ferli u l-bebbux abjad għax l-art ma tinħadimx.", "Fil-fatt, kien hemm min qalilna li l-art hi mqabbla għand bidwi mill-Mellieħa li għandu 80 sena, m'għadux jiflaħ jaħdimha u m'għandu lil ħadd li jiġi minnu li jista' jittrasferixxiha fuqu.", "F'sitwazzjonijiet bħal dawn, dan l-Avviż Legali se jgħin biex ikun hemm konsolidament tal-art.", "Sur President, jien nilqa' l-proposta tal-Onor.", "Aquilina li npoġġu bilqiegħda u nitkellmu però rrid ngħid li stajna nagħmlu dan mill-ewwel għax l-Oppożizzjoni ilha sena u nofs taf li qegħdin naħdmu fuq avviż legali.", "M'għandix għalfejn noqgħod ngħid kif l-Oppożizzjoni taf, però ngħid biss li għandna konsulenti viċin l-Oppożizzjoni li ħallejniehom jagħmlu xogħolhom!", "Tisfidawnix biex noqgħod insemmi ismijiet, imma rrid ngħid li dawn il-konsulenti kitbu dan l-avviż legali u għenuna nirranġawh.", "Għalhekk meta l-Oppożizzjoni qed tippreżenta din il-Mozzjoni, fil-fehma tiegħi, qed tipprova ddaħħak.", "Nilqa' l-appell li nitkellmu bil-kwiet imma għalissa ma naħsbux li l-maġġor parti assoluta ta' dawn il-provvedimenti li l-Oppożizzjoni qed tmexxi 'l quddiem huma aċċettabbli.", "Se nkunu qed inħarsu 'l quddiem biex niddiskutu dwar kif nistgħu ntejbu l-kwestjoni tal-iffaċilitar għall-istudenti għaliex għandna bżonn iżjed żgħażagħ li jidħlu f'dan is-settur.", "Jien qed inħares lejn dan l-Avviż Legali minn żewġ aspetti; l-ewwel nett biex ikun hemm sigurtà ta' provvista u t-tieni, għax nemmnu li l-bdiewa li jaħdmu r-raba' u dawk li għandhom delizzju huma l-veru ambjentalisti.", "Dawn huma n-nies li ta' kuljum, jiċċekjaw ir-raba' biex jaraw jekk il-maltemp ikunx qaċċtilhom is-siġar jew għamlilhomx ħsara fl-uċuħ tar-raba'.", "L-ambjentalist mhux dak li joqgħod fuq keyboard u jikteb kontra l-Gvern!", "Lanqas mhu dak li jara x'kantaliena qed idoqq żviluppatur, l-aqwa li jikteb kontra l-iżviluppatur l-ieħor!", "Dawn jistgħu jsejħu lilhom infushom ambjentalisti imma żgur li mhumiex.", "Dawn huma nies li jiktbu kontra l-Gvern minn filgħodu sa filgħaxija u jipprovaw jirredikolaw kull inizjattiva.", "Bħala Gvern se nkomplu naħdmu b'risq is-settur agrikolu f'pajjiżna.", "Illum stess iddiskutejna fuq livell ta' Kabinett dwar dan is-settur.", "Camileri, bħala Gvern se naraw kif nistgħu ngħinu lil min saritlu ħsara fl-aħħar ġranet, kemm jekk kienet ħsara tal-prodotti kif ukoll tal-istrutturi.", "Ovvjament irridu nikkwantifikaw il-ħsara li saret u hemm proċessi legali li rridu nsegwu jew inneħħu, bil-kunsens tal-Kummissjoni Ewropea, biex inkomplu nassistu lill-bdiewa u lir-raħħala tagħna.", "Irrid ngħid ukoll li meta tiddeċiedi li wara 60 sena taqla' dokument minn fuq l-ixkaffa, huwa ovvju li se ċċaqlaq ħafna trab.", "Pereżempju jien ċempluli nies mill-Buskett - u bħalhom hawn oħrajn - li għandhom problema għaliex jixtiequ jittrasferixxu razzett tal-majjali minn fuq persuna għal oħra imma f'dak il-każ, mhux qed nitkellmu dwar kirja bi qbiela ta' art agrikola imma dwar kirja b'ċens.", "Għalhekk, f'każijiet bħal dawn dan l-Avviż Legali ma jgħoddx.", "Ma nistgħux nippretendu li dan il-vejikolu legali huwa s-soluzzjoni tal-problemi kollha li jeżistu.", "Għandna ċirkostanzi oħrajn li dan l-Avviż Legali mhux qed jindirizzahom u għalhekk irridu nkomplu naħdmu fuqhom.", "Pereżempju nsemmi s-sitwazzjoni tar-rikonoxximenti li aċċenna għaliha l-Onor.", "Il-kelma bl-Ingliż hija 'squatter'.", "Jekk inti taħdem raba' li la huwa tiegħek u lanqas taf ta' min hu u allura ma tħallas qbiela lil ħadd, fil-każ li niskopru li dan huwa tal-Gvern, jiġfieri tal-poplu, u int tkun ilek taħdmu, ma nistgħux nittrasferixxuh fuqek.", "Nafu sew x'jiġri; wieħed iġib affidavit li ilu jaħdem l-art, imbagħad jekk jinqala' skandlu jkollu jirriżenja l-Ministru!", "Mhux hekk nibqgħu!", "Kellna membru wieħed biss ta' din il-Kamra li refa' r-responsabbiltà anke jekk mhux ta' għemil tiegħu, u lil dan il-membru nirrispettawh; fil-fatt, il-poplu reġa' tah il-fiduċja u qiegħed magħna fil-Kabinett ta' dan il-Gvern.", "Madanakollu aħna mhux se nħallu li jerġa' jkollna każijiet bħal dawn.", "Bħala Gvern irridu naraw li l-kuraġġ li kellna biex jitressaq dan l-Avviż Legali jkun parti minn mixja biex inkomlu nindirizzaw setturi oħrajn, bħal pereżempju ċ-ċnus.", "Kemm għandna ċnus tal-Gvern li skadew u l-ebda Gvern ma kellu l-kuraġġ joħroġ lin-nies 'il barra jew jerġa' jġeddilhom iċ-ċens, jew jirrevedi kemm iħallsu!", "Nafu li hemm ċnus residenzjali u ċnus kummerċjali li għalqu.", "Nafu li hawn nies jistennew li jerġa' jiġġeddilhom iċ-ċens mingħajr ma tinħareġ sejħa.", "Dawn huma d-diskussjonijiet li rridu nagħmlu bħala Parlament.", "Però jien ninkwieta meta nara din l-attitudni tal-Oppożizzjoni biex nipprovaw insibu kompromess fuq tomna raba' li hi tajba għal kaxxa patata.", "Ninkwieta għax nibda niddubita kemm se nsib sieħeb ġenwin miegħi mill-Oppożizzjoni fil-Parlament meta niġu biex niddiskutu fuq temi li jaħarqu ħafna aktar.", "Irrid ngħid li dawn huma problemi ta' ġid għax hawn qed nitkellmu dwar il-fatt li l-Gvern għandu l-proprjetà, li hija asset tal-poplu.", "Naqblu li dan l-asset mhux qed jintuża tajjeb?", "Naħseb li naqblu!", "Għandna ħafna nies li għadhom qed jużaw proprjetà tal-Gvern minkejja li skadielhom iċ-ċens, pereżempju, jew kienet ingħatatilhom b'encroachment.", "Fejn hi l-Awtorità tal-Artijiet?", "Għalhekk importanti li nirregolaw u nilleġiżlaw, però ma nistgħux nistennew dawn il-kummiedji mill-Oppożizzjoni jekk irridu nitkellmu ta' rġiel u nisa u verament irridu nilleġiżlaw għall-ġid tal-poplu kollu!", "Ejja niftakru li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar it-tieni l-akbar riżorsa importanti li għandu l-pajjiż wara r-riżors uman.", "Ejja niftakru li qed nitkellmu dwar l-assets immobbli tal-pajjiż.", "Aħna nħarsu 'l quddiem biex inkomplu nitkellmu, anke mal-Oppożizzjoni, biex inkomplu ntejbu dan l-Avviż Legali.", "Dan anke meta l-Oppożizzjoni bħal donnha l-ewwel ġiet għall-ġlieda però mbagħad indunat li għandha xi żbalji u issa trid li noqogħdu bilqiegħda u nitkellmu.", "Dan l-Avviż Legali se jgħaddi minn din il-Kamra, nibdew nimplimentawh billi nwaqqfu l-kumitati, il-bdiewa jibdew jirċievu l-applikazzjonijiet u b'hekk, inkunu qed nagħtu soluzzjoni lil min ilu għexieren ta' snin jistenna dan it-trasferiment tar-raba'.", "Xi ħadd għamel aċċenn ukoll għall-Uffiċċju Konġunt li, kif nafu, għandu ħafna minn din il-proprjetà.", "Naħseb li l-Uffiċċju Konġunt huwa pjaga li pperpettwat matul is-snin u li ħadd ma tkellem dwarha.", "Għal ħafna snin, diversi Gvernijiet ħallew dan l-uffiċċju pparkjat fil-ġenb mingħajr riżorsi.", "Illum għandna sitwazzjoni fejn hemm liġi li riesqa lejn it-tmiem tagħha u l-istat għadu lura fil-ħidma tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi.", "Għalhekk irridu naraw kif se nipprovaw nirkupraw ftit mill-ħafna ħin li nħela.", "Għaddew 23 sena minn meta sar il-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja u madwar kwart tal-artijiet biss ġew irreġistrati.", "Dan ifisser li anke b'avviż legali bħal dan, se jkollna sfida biex eventwalment jinħadmu l-applikazzjonijiet u jsiru t-trasferimenti għaliex jista' jagħti l-każ li l-art lanqas biss għadha ġiet irreġistrata.", "Irrid insemmi wkoll l-isfida li għandna fil-Land Registry.", "Tajjeb li l-midja titkellem fuq id-diffikultajiet li hemm fil-Land Registry, imma ejja nirrikonoxxu li hawn qed nitkellmu fuq diffikultajiet li nħolqu fuq medda ta' 50 sena.", "Irridu naraw kif il-Land Registry tlaħħaq maż-żieda ta' reġistrazzjoni tal-Uffiċċju Konġunt jekk irridu li nibdew noqorbu lejn mija fil-mija tar-reġistrazzjonijiet sal-2023.", "Kif għedt, mill-1993, meta kien hemm dan il-ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja, l-Uffiċċju Konġunt għadu rreġistra biss 25% tal-proprjetajiet li fuqhom kien hemm dan il-qbil.", "Ħafna minn dawn il-każijiet jirrigwardaw nies li se jibbenefikaw minn dan l-Avviż Legali u li se ngħidulhom li l-art qatt ma ġiet irreġistrata.", "Għalhekk l-ewwel irid ikun hemm ir-reġistrazzjoni, nirrikonoxxuhom u mbagħad isir it-trasferiment.", "Dawn huma diffikultajiet li tajjeb li nitkellmu dwarhom biex wieħed jieħu l-istampa kollha.", "Sur President, hemm ħafna kumplessitajiet però mhux se naqtgħu qalbna.", "Kellna l-kuraġġ li ngħaddu dan l-Avviż Legali, ġie kkritikat mill-Oppożizzjoni, qed ngħmlu din id-diskussjoni u se nkomplu niddiskutu.", "Madanakollu hemm bżonn li dan l-Avviż Legali jgħaddi biex nibdew nimplimentawh b'risq il-bdiewa ġenwini, b'risq aktar studenti li jridu jidħlu f'dan is-settur u b'risq dawk kollha ta' rieda tajba.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Marthese Portelli biex, jekk jogħġobha, tagħmel il-winding up.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, diġà kelli l-opportunità nitkellem dwar dan l-Avviż Legali u llum beħsiebni nżomm l-istess stil li addottajt fl-aħħar diskussjoni li kellna dwar dan is-suġġett.", "Wara dak kollu li ntqal f'dan id-dibattitu se nipprova nagħmel resumè ta' kollox biex verament naraw li jkollna avviż legali li huwa fl-aħjar interess ta' kulħadd u li jilħaq l-għan u l-intenzjoni għaliex qiegħed jiġi propost.", "Meta jkolli liġi quddiemi dejjem nibda billi nanalizzaha mhux minn dak li nixtieq jien imma mill-iskop tagħha.", "Illum kellna dibattitu b'ħafna battibekki bejn naħa u oħra, però meta wieħed janalizza u jidħol fil-fond ta' dak kollu li ntqal isib li hemm common ground.", "Għalhekk naħseb li jekk inżommu dan il-common ground quddiemna, verament nistgħu ndaħħlu dawk il-kambjamenti u l-emendi li hemm bżonn biex dan l-Avviż Legali jilħaq l-iskop tiegħu.", "Naħseb li lkoll naqblu li l-iskop ta' dan l-Avviż Legali hu li jgħin lill-bidwi ġenwin u biex inkun aktar speċifika, li jgħin lil min qed jaħdem ir-raba' bona fede.", "Qed ngħid dan għaliex hawn nies li jiddeskrivu ruħhom bħala bdiewa u fil-verità mhumiex.", "Ilkoll kemm aħna qed naqblu li b'dan l-Avviż Legali rridu nipproteġu lill-bidwi ġenwin u ta' bona fede u li verament qed jaħdem l-art.", "L-istatistika turina li għandna 1,000 ruħ irreġistrati mal-Pitkalija, jiġifieri qed iddaħħlu l-prodotti tal-uċuħ tagħhom fil-Pitkalija; għandna kważi 10,000 li huma reġistrati bħala bdiewa part-time, u għandna madwar 20,000 oħra li huma reġistrati mal-Integrated Administration and Control System (IACS).", "Jien naqbel kemm mal-membri tal-Oppożizzjoni kif ukoll tal-Gvern li jemmnu li hemm bżonn ta' analiżi ta' dawn in-numri biex naraw jekk dawn l-20,000 hux veru huma kollha bdiewa ġenwini u li qegħdin jaħdmu r-raba' bona fede.", "Mela jekk nitilqu minn dan il-punt insibu li qegħdin naqblu li l-għan ta' dan l-Avviż Legali huwa biex ngħinu lill-bidwi bona fede biex finalment ikompli jitkattar il-prodott agrikolu tiegħu u jgħinna nżommu l-pajsaġġ u l-kampanja tagħna.", "Il-bdiewa ġenwini li jaħdmu l-art bona fede huma l-paladini tal-kampanja tagħna.", "Naqbel li dawn huma l-ambjentalisti ġenwini u li jgħinu biex is-settur agrikolu f'pajjiżna ma jmutx.", "Għalhekk nemmen li flimkien, Gvern u Oppożizzjoni, nistgħu naslu biex intejbu dak li qiegħed jiġi propost fl-Avviż Legali biex finalment ikollna l-aħjar Avviż Legali possibbli.", "Għall-benefiċċju ta' min qiegħed jismagħna nixtieq ukoll nikkjarifika li dan l-Avviż Legali jitkellem u jirregola biss l-art pubblika, jiġfieri l-art tal-Gvern, li hija mqabbla.", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu dwar qbiela fuq art tal-privat imma fuq art li hija tal-Gvern u li hija mqabbla għand terzi.", "Tajjeb li nistaqsu: Min huwa l-bidwi ġenwin?", "Min huwa dak il-bniedem li verament qiegħed jaħdem ir-raba' bona fede?", "Naħseb li biex dan l-Avviż Legali verament ikun suċċess u jilħaq l-iskop tiegħu, irridu naqblu fuq x'qed infissru meta ngħidu li bidwi ġenwin huwa persuna li taħdem l-art bona fede.", "Jekk nitilqu minn dan il-prinċipju, naqblu li huwa irrelevanti jekk bidwi hux part-time jew full-time.", "Illum nafu li fuq il-karta għandna min huwa rreġistrat bħala part-time jew full-time farmer u fil-verità mhuwiex għaliex il-wiċċ tar-raba' li għandu qed jintuża għal kollox ħlief għall-agrikoltura.", "Naħseb li fuq dan l-ewwel punt qegħdin naqblu.", "Qed naqblu wkoll li d-Direttorat tal-Agrikoltura għandu jkompli jiġi msaħħaħ biex verament ikun jista' jagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji u mhux joqgħod biss fuq id-dikjarazzjoni tal-persuna li tmur quddiemu.", "Qed ngħid dan għaliex il-bidwi ġenwin u l-persuna bona fede se jgħidu l-verità lid-Direttorat tal-Agrikultura dwar x'uċuħ ta' raba' jkabbru u x'qed idaħħlu fil-pitkalija, mentri dak li mhuwiex ġenwin, se jivvinta u jgħid dak li jaqbillu.", "Irrid ngħid ukoll li llum it-teknoloġija tista' tgħinna ħafna, anke f'dan is-settur.", "Illum il-ġurnata hawn sistemi teknoloġiċi li permezz tagħhom mill-kumdità tal-uffiċċji stess, id-Direttorat tal-Agrikotura jista' jkun jaf jekk l-art hijiex qiegħda tinħadem, x'inhuma l-prodotti li hemm fiha jew kemm ilha ma tinħadem.", "Min huwa espert f'dan is-suġġett u min jifhem fit-teknoloġija, jaf li jeżistu dawn is-sistemi.", "Għalhekk nemmen li l-Gvern jista' jsib flus biex jinvesti f'dan it-tip ta' sistemi biex verament ngħinu lill-bidwi ġenwin li qiegħed jaħdem ir-raba' bona fede.", "Sur President, irrid nagħmel punt żgħir fuq il-wirt, jiġifieri meta qbiela tgħaddi minn persuna għal oħra.", "Smajt liż-żewġ partijiet u rajt ukoll x'hemm fil-liġi.", "Wieħed mill-kelliema min-naħa tal-Gvern qal li d-definizzjoni kif qed tiġi proposta min-naħa tal-Gvern tinkludi wkoll lin-neputijiet.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Ian Borg, kien hawn kelliem min-naħa tal-Gvern li qal ċar u tond li l-liġi li qed tkun proposta min-naħa tal-Gvern tinkludi wkoll in-neputijiet għax qal li l-liġi ssemmi axxendenti u dixxendenti.", "Jien qed ngħid li jekk inhuwa minnu li n-naħa tal-Gvern taqbel li jidħlu n-neputijiet diment li jkunu bdiewa u jkunu qed jaħdmu r-raba' bona fede, ejja nirranġaw id-definizzjoni li hemm f'dan l-Avviż Legali.", "Fil-fehma tiegħi, hemm lok għal aktar diskussjoni.", "Qed ngħid dan għaliex filwaqt li qed nagħmel dan id-diskors, il-Ministru, għalkemm mhux jinstema' fuq il-mikrofonu, qed jagħtini wkoll l-opinjoni tiegħu.", "Għalhekk jidher biċ-ċar li anke f'moħħ il-membri tal-Gvern għadu mhux ċar x'qed ikopri eżattament dan l-Avviż Legali.", "Jidher li fost il-membri tal-Gvern li tkellmu llum m'hemmx qbil dwar dak li hemm miktub f'dan l-avviż legali!", "Għalhekk, ejja niddiskutu aktar biex verament naraw x'inhuwa l-aħjar.", "Kellna kelliem tal-Gvern stess li qalilna li bħala Oppożizzjoni ma qrajniehx sew l-Avviż Legali għax in-neputijiet huma inklużi!", "Jekk il-Gvern verament qed jaħseb hekk, ejja nirrinġaw il-kliem biex ma jkollna l-ebda avukat fil-Qorti li joqgħod ifettaq fuq kelma jew oħra imma jkollna Avviż Legali li jkun ċar daqs il-kristall.", "Sur President, rigward l-istudji fl-agrikoltura nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-Avviż Legali kif propost qiegħed jagħti perjodu ta' ħames snin għal min ikun studja xi suġġetti fl-agrikoltura u matul dawk il-ħames snin, jingħata prezz li jkun aktar preferenzjali.", "Dan huwa punt tajjeb però s-suġġeriment tagħna huwa li għandna ntawlu dan il-perjodu.", "Wara dan is-suġġeriment, hemm ħsieb li ta' min jixtarru u jaħseb aktar dwaru.", "Kulħadd jaf li s-settur agrikolu ma jħallix qligħ kbir.", "Kulħadd jaf li min irid verament jinvesti fis-settur agrikolu, l-ispejjeż fil-bidu jkunu kbar, speċjalment minħabba l-fatt li l-bidwi jdum xhur sħaħ biex jara r-return tiegħu fuq il-wiċċ tar-raba'!", "Fil-bidu l-bidwi jrid jixtri l-materjal bħal, pereżempju, il-mediċini, il-fertilizzant u ċerta żerriegħa li taf tkun għolja ħafna.", "Hawn ċerti uċuħ tar-raba' li ż-żerriegħa tagħhom tinbiegħ bil-waħda!", "Għalhekk, il-bidwi jixtri, pereżmpju, 20 waħda, tant kemm hija għolja.", "Il-ħsieb tal-Oppożizzjoni hu li min studja fis-settur tal-agrikoltura għandu jingħata perjodu itwal, fejn forsi matul dawk l-ewwel snin, jidħol jaħdem ma' ħaddieħor u jibda jġemma' biex wara numru ta' snin, ikollu biżżejjed flus taħt rasu biex ikun verament jista' jibda n-negozju tiegħu fis-settur agrikolu mingħajr ma jissallab u mingħajr ma jaqta' qalbu qabel jibda!", "Dak kien il-ħsieb tagħna wara l-proposta biex minn ħames snin intawlu l-perjodu għal għaxar snin.", "Il-bidwi għandu spejjeż kbar u jdum biex jirkuprahom.", "Jekk jagħmel il-maltemp, jew jekk ma tagħmilx xita, jew jekk jagħmel ir-riħ żejjed, jew jekk ikun hawn l-umdità żejda, il-wiċċ tar-raba' jinqeridlu.", "F'sitwazzjoni bħal dik, mhux talli l-bidwi ma jagħmilx profitt, talli lanqas jirnexxilu jkopri l-ispiża inizjali li jkun għamel.", "Dak huwa l-ħsieb wara l-fatt li bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li nagħtu perjodu ta' għaxar snin.", "Sur President, rigward l-art li magħha hemm bini jew art li qiegħda f'żoni ta' żvilupp u rridu naraw jekk għandhiex tiġi trasferita tramite l-qbiela jew le, mid-diskors taż-żewġ naħat tal-Kamra ħareġ li kemm il-proposta tan-naħa tal-Gvern, kif ukoll il-proposta tan-naħa tal-Oppożizzjoni, saru bl-istess skop li ma jkunx hawn aktar spekulazzjoni fuq l-art.", "Għalhekk, ġaladarba Gvern u Oppożizzjoni qed jaqblu dwar dan, l-appell tiegħi huwa li minflok noqogħdu niġġieldu u nilletikaw bejnietna dwar min għandu raġun, għandna nirrikonoxxu li t-tnejn li aħna rridu nipproteġu l-istess ħaġa, jiġifieri li naqtgħu l-ispekulazzjoni fil-vojt.", "Għalhekk, ejja npoġġu bilqiegħda biex naraw x'inhija l-aħjar terminoloġija li għandu jkollu dan l-Avviż Legali ħalli l-ispekulazzjoni tieqaf.", "Sur President, l-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Artijiet.", "Jien waħda minn dawk li jemmnu li dejjem għandu jkun hemm id-dritt ta' appell minn kwalunkwe deċiżjoni li tkun ittieħdet minn kwalunkwe awtorità.", "Għalhekk l-appell finali tiegħi huwa biex Gvern u Oppożizzjoni, li t-tnejn għandna l-istess skop għal dan l-Avviż Legali, ċjoè li nipproteġu lill-bidwi ġenwin u lil min jaħdem ir-raba' in bona fede u li ma rridux aktar spekulazzjoni tal-art, għandna nitilqu bil-ħsieb li nimplimentaw dak li hemm tajjeb fl-Avviż Legali u npoġġu bilqiegħda biex nirranġaw fejn meħtieġ.", "Nemmen li bil-kelma t-tajba u bil-bona volontà nistgħu nimxu 'l quddiem b'risq is-settur agrikolu f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-emenda għall-Mozzjoni kif moqrija u ppreżentata mill-Onor.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "Skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, din il-votazzjoni se tittieħed fis-seduta tal-20 ta' Marzu 2019.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Ian Borg biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "IAN BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 27 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni sabiex jiġi ratifikat il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq emenda għall-mozzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, naħseb li lkoll naqblu li l-edukazzjoni effettiva – hawn irrid nagħmel enfasi fuq il-kelma 'effettiva' – jiġifieri l-formazzjoni u l-informazzjoni tal-individwu, hija ċ-ċavetta tat-tfal, taż-żgħażagħ u anke tagħna l-kbar biex nagħmlu pass 'il quddiem f'ħajjitna.", "L-edukazzjoni effettiva hija l-aktar importanti għal dak is-saff tal-familji Maltin u Għawdxin li ma jifilħux iħallsu għall-bżonnijiet tagħhom - biex ma nsejħilhomx foqra – għaliex din tagħtihom l-opportunità li t-tfal tagħhom ikun jista' jagħmlu qabża ta' kwalità fil-ħajja tagħhom.", "L-edukazzjoni hija s-suċċess tal-mobilità soċjali.", "It-terminu 'mobilità soċjali' huwa terminu li sar jintuża sew u jfisser li persuna titla' minn saff tas-soċjetà għal ieħor.", "Madanakollu ninnota l-fatt reali li qegħdin ngħixu f'soċjetà li nbidlet, soċjetà fejn sirna tallaba!", "Illum sirna naraw ftit tallaba fit-triq li jitolbuk tagħtihom xi ħaġa tal-flus biex jixtru xi ħaġa.", "Sirna wkoll tallaba bħala kotra biex ningħataw dak li huwa tagħna bi dritt!", "Fil-fehma tiegħi, il-valuri tas-soċjetà tagħna qegħdin jiddiġeneraw b'mod goff.", "Illum spiċċajna nitkellmu fuq in-nepotiżmu, il-favoritiżmu u l-egoiżmu; l-ewwel jien, imbagħad jien u li jifdal kollox jien!", "Il-ġustizzja u l-meritokrazija saru buzzwords għax ma jeżistux!", "Iżżarma d-dritt uman li bil-ħila tiegħek tista' tasal.", "Għalhekk, ladarba bil-ħila tiegħek mhux biżżejjed li tasal, ikollok tmur tittallab wara l-bibien.", "Fl-aħħar snin, dan il-fenomenu żdied u mhux naqas.", "Tant żdied li sar il-kankru tas-soċjetà bil-mentalità li ġabu fuqna l-irjus il-kbar, b'mod partikolari l-politiċi f'din il-Kamra.", "Kieku biex issib impjieg li għandek il-ħiliet għalih trid tħabbat il-bibien biex, skont wiċċek, tieħu dak li ħaqqek u nieqfu hemm, forsi nasal nifhimha.", "Però fil-verità benġilnieha ħafna aktar minn hekk!", "Illum tkun fuq il-post tax-xogħol u jkollok tieħu ċerti deċiżjonijiet fit-tmexxija tiegħek stess li ma jkunux deċiżjonijiet sewwa għax jekk ma tagħmilx kif jgħidlek ta' fuqek, tlaqqatha!", "Dan huwa l-mod kif pajjiżna qiegħed jiżżarma.", "Sirna nitkellmu fuq l-ekonomija tal-volum u mhux tal-valur tal-bniedem li huwa l-pern tal-politika.", "Sirna nitkellmu fuq kif pajjiżna qiegħed jinbena u jiżviluppa b'tali mod u manjiera li hawn ħafna ġid, meta r-realtà hija differenti.", "Sirna nitkellmu fuq kemm qed nużaw siment, ġebel u konkrit biex nibnu lil pajjiżna meta l-bini proprju ta' pajjiżna għandu jkun fuq il-valuri tal-ġustizzja, tar-rispett u tal-fairness!", "Dawn huma l-valuri li jħarsu s-soċjetà tagħna.", "Il-partiti l-kbar għandhom jagħmlu eżami tal-kuxjenza billi jħarsu lejhom infushom u jaraw jekk iridux il-vera bidla li tagħti ġieħ lis-soċjetà Maltija!", "Id-distakk bejn dak li għandu u dak li m'għandux żdied u mhux naqas.", "Illum qed nitkellmu fuq min huwa fqir u fuq is-saff ta' isfel tal-klassi medja, li qed ikollhom diffikultà biex ilaħħqu mal-ħajja.", "Illum qed nitkellmu fuq l-għani, li qiegħed isir aktar sinjur.", "Illum stess qrajna fil-gazzetti dwar l-appell mill-Prim Ministru biex il-partiti xellugin iħarsu aktar lejn il-kapitaliżmu.", "Nafu x'kapitaliżmu jrid il-Prim Ministru!", "Kapitaliżmu bla rażan, fejn m'hemmx checks and balances!", "Dan it-tip ta' kapitaliżmu jwassal biex min huwa sinjur jistagħna aktar, u biex id-distakk li jeżisti bejn min huwa fis-saff il-baxx u dak li huwa sinjur ħafna jkompli jikber aktar!", "Dan huwa dak li ġab il-pro-business bla rażan li sar għandna f'dan il-pajjiż minn dan il-Gvern, fejn ir-ruħ soċjali tiegħu li suppost tħares lill-ħaddiem u ż-żgħir, intesiet.", "U din hija waħda mir-raġuni għalfejn m'għadnix fuq dik in-naħa tal-Kamra.", "Is-sens ta' fairness, li wara kollox jimliek bit-tama u bil-kuraġġ biex tkompli ħajtek, intesa.", "X'qed jiġrilhom iż-żgħażagħ illum?", "Dawk li huma ta' ħila qegħdin imorru barra minn pajjiżna u qegħdin nitilfuhom.", "Mhux talli qegħdin jintilfu ż-żgħażagħ Għawdxin li jiġu jaħdmu Malta, talli għandna żgħażagħ Maltin u Għawdxin li qed imorru barra minn Malta u jsibu l-post fejn b'ħilithom jaslu u fejn ikollhom il-career progression li jistħoqqilhom.", "Għalhekk bdejt dan id-diskors billi tkellimt dwar l-edukazzjoni effettiva u komplejt nitkellem fuq il-ħiliet.", "Biex naslu, irridu wkoll inħarsu lejn l-oqsma tal-housing, tas-saħħa u tal-edukazzjoni, li huma tliet oqsma importanti ferm biex inħarsu s-saff ta' dawk li qegħdin taħt.", "Sur President, se nagħlaq bi ħsieb żgħir fuq il-qasam tas-saħħa.", "Ilbieraħ smajna li s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna marret lura fil-placings internazzjonali.", "Għalija din hija weġgħa tal-qalb.", "Jien għaddejt ħajti naħdem f'dak il-qasam u kont involut ukoll fil-policy framework ta' dan il-qasam.", "Fil-fehma tiegħi, hemm żewġ raġunijiet għalfejn pajjiżna nieżel fir-ranking fir-rigward tal-qasam tas-saħħa.", "L-ewwel nett minħabba l-fatt li dħalna f'public private partnerships li l-mod kif ingħataw u kif inhuma indirizzati ma jagħmilx sens, u t-tieni, tant għandna influx ta' barranin li s-sistema tas-saħħa, b'mod partikolari dik sekondarja, jiġifieri tal-Isptar Mater Dei, mhux qiegħda tlaħħaq mad-domanda.", "Aktar minn hekk, billi daħlu ħafna healthcare professionals barranin, is-servizz, minkejja l-ħiliet tagħhom, naqas għax il-komunikazzjoni hija aktar diffiċli.", "Din hija sitwazzjoni li diġà rajnieha fil-passat però did-darba qegħdin narawha fi żmien fejn m'hemmx strikes imma hemm diffikultajiet oħrajn.", "Nikkonkludi billi ngħid li biex kull ċittadin ikollu l-opportunità li għandha tkun offruta lil kulħadd biex ikun jista' jitla' s-sellum soċjali u jasal f'ħajtu, huwa importanti li jkun hemm il-prinċipji sempliċi ta' ġustizzja, fairness u rispett.", "Dawn huma tliet ingredjenti li, fil-fehma tiegħi, huma neqsin għax dan huwa Gvern li tefa' l-meritokrazija fil-landa taż-żibel.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, nixtieq ngħaddi messaġġ qasir.", "Il-Malti jgħid li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.", "Ejja ma nħallux li l-bnazzi jnessina dak li ġab miegħu l-maltemp.", "Qed ngħid dan għaliex irrid nitlob lill-Gvern biex ikollu l-kuraġġ u l-kuxjenza li verament jgħin lill-bdiewa u r-raħħala f'Malta u Għawdex, fejn hemm bżonn.", "Ilbieraħ smajna lill-Prim Ministru jitkellem u nafu xi ntqal illum waqt id-dibattitu li kellna ftit ilu.", "Ejja ma noqogħdux induru mal-lewża u minħabba r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea jew ħaġa oħra ndumu naħsbuha dwar x'għajnuna se tingħata biex tagħmel tajjeb għall-ħsara li sofrew il-bdiewa.", "F'oqsma oħrajn tal-kultura l-Gvern għamel sewwa li ħabbar li se jgħin billi jdaħħal idejh fil-but u joħroġ il-flus.", "Ejja ma nippermettux li xħin niġu għall-għajnuna mal-bdiewa, kif inħobb ngħid, il-Gvern ikun qed jimxi b'id tal-ħadid.", "Waqt il-prova kollox!", "Sur President, qed nagħmel din it-talba bl-intenzjonijiet kollha tajbin għaliex jekk inħallu sa pitgħada jew sal-ġimgħa d-dieħla biex nivverifikaw il-ħsara li saret fl-uċuħ tar-raba' se jkun diffiċli biex nikkwantifikawha.", "Din bħal xena ta' delitt; it-temp malajr jista' jħassar ix-xhieda tal-ħsara li tkun saret.", "Il-ħsara strutturali tibqa' tidher, bħal pereżempju l-ħsara li saret fis-serer.", "Kien hemm min qalli li għandu madwar €70,000 ħsara fis-serer, liema ħsara trid titranġa.", "F'dan il-każ wieħed iżomm l-irċevuti tal-ispiża.", "Però, fejn hemm l-uċuħ tar-raba' li ġew meqruda u miknusa minħabba l-irjieħ, liema wċuħ kienu lesti biex jittieħdu l-Pitkalija fl-aħħar ta' din il-ġimgħa jew il-ġimgħa d-dieħla, il-ħsara hija diffiċli biex tikkwantifikaha.", "Għalhekk ma nistgħux indumu naħsbuha jew inħallu l-burokrazija tagħmel tagħha.", "Qed ngħid dan għax dejjem kien hawn min waqa' f'din it-tentazzjoni, fejn l-għajnuna tal-Gvern tkun il-karrotta li ħadd ma jista' jilħaq!", "Sur President, qabel nikkonkludi se nirrepeti kliem li qaluli l-bdiewa: Inkredibbli l-ħsara li kelli!", "Ir-riħ ħaraqli kollox!", "Għandi serer imkissrin!", "Il-frawli nqered!", "F'postijiet oħra n-naħa ta' Ħaż-Żabbar l-uċuħ tal-patata nqerdu wkoll.", "Kien hemm min għandu tmien ta' raba' b'uċuħ li nqerdu.", "Ejja nifhmu xi jfisser dan għall-bdiewa.", "Ħafna jitkellmu dwar il-bdiewa però ħafna drabi m'aħniex kapaċi nħossu x'jiġifieri l-weġgħa ta' min jitlef.", "Jekk dan il-Gvern se jagħti l-għajnuna, ejja naraw li tkun pronta u reali.", "Qed nagħmel dan l-appell f'dan l-Aġġornament biex l-għajnuna tingħata.", "Meta nitkellmu dwar fondi tal-Unjoni Ewropea tajjeb li naraw li n-nies ikunu jistgħu jħossu l-effett tagħhom.", "Jekk dan il-Gvern qed jgħid li għandu surplus, tajjeb li jsarrfu f'realtà li tinħass min-nies.", "Ejja naraw li jkun hemm din l-għajnuna tant meħtieġa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, ningħaqad mal-Onor.", "Edwin Vassallo fl-appell lejn il-Gvern Malti biex jekk ma jirnexxilux iġib fondi tal-Unjoni Ewropea joħroġ il-flus mill-kaxxa ta' Malta.", "Tajjeb niftakru li hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar l-għajxien tal-familji tal-bdiewa u r-raħħala tagħna.", "Nixtieq inkompli nitkellem fuq il-fondi tal-Unjoni Ewropea billi naqsam ftit ideat ma' din il-Kamra.", "Se nagħmel dan mhux għax jien espert, għax il-Gvern Malti għandu ħafna esperti, iżda għax nixtieq inwassal dawn l-ideat li s'issa għad ma kellix iċ-ċans li naqsam ma' din il-Kamra.", "Nibda billi nitkellem dwar in-negozjati għall-fondi li għaddejjin bħalissa bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea għas-seba' snin ta' wara l-2020.", "Dawn il-fondi jissejħu l-multi-annual financial framework.", "Infakkar li l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, ftit qabel l-elezzjoni tal-2013, kien irnexxielu jġib €1 biljun f'fondi mill-Unjoni Ewropea għal seba' snin, liema flus qegħdin igawdu minnhom illum il-ġurnata numru kbir ta' Maltin u Għawdxin.", "Insemmi, fost l-oħrajn, diversi każini tal-banda li qed jibnu partijiet mill-każini tagħhom biex l-istudenti jitgħallmu l-mużika, NGOs u ħafna assoċjazzjonijiet oħrajn li qed jagħmlu xogħol infrastrutturali permezz ta' dawn il-fondi.", "Biex naslu għal dik il-figura ta' €1 biljun, il-Gvern Malti għandu jidħol għan-negozjati b'mod għaqli.", "Naħseb li għalkemm Malta qed tirreġistra tkabbir ekonomiku kbir meta mqabbel mal-medja Ewropea, xorta waħda ma naħsibx li Malta waslet għal-livell ta' pajjiż sinjur bħal ħafna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan sabiex il-Gvern Malti juża l-argument li Malta għadha ma waslitx għal-livelli għoljin ta' pajjiżi sinjuri fl-Unjoni Ewropea sabiex iġib aktar fondi.", "Apparti minn hekk, Malta qiegħda b'mod permanenti fil-periferija tal-Unjoni Ewropea minħabba l-lokazzjoni ġeografika tagħha bħala gżira.", "Malta fiżikament lanqas biss tagħmel parti mill-kontinent Ewropew.", "Biex niftiehmu, jekk pereżempju taqbad pajjiż bħalma hu l-Lussemburgu, li għandu bejn wieħed u ieħor l-istess popolazzjoni jew ftit aktar minn ta' Malta, u l-istess area ġeografika, tinduna li l-Lussemburgu jgawdi ħafna aktar minn Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' suq intern.", "Dan għaliex il-Lussemburgu, li qiegħed fis-suq intern, mgħandux fruntieri bejnu u bejn Franza, pereżempju, jew bejnu u bejn il-Ġermanja, jew bejnu u bejn il-Belġju u allura minn fuq it-territorju tiegħu kontinwament jgħaddu numru ta' trakkijiet mill-highways.", "Hemm ħafna kummerċ għaddej mill-Ġermanja għal Franza u minn Franza għall-Belġju u l-Lussemburgu qiegħed proprju fil-qalba tas-suq intern, għalhekk hemm l-element ta' kompetizzjoni.", "L-istess jekk, pereżempju, wieħed ikun joqgħod fi Franza imma viċin il-Lussemburgu.", "Fil-fatt, ħafna drabi l-Franċiżi jmorru lejn il-Lussemburgu għax hemmhekk is-sigaretti, pereżempju, jew il-petrol huma irħas.", "Hemm ħafna kummerċ fil-Lussemburgu li ġej proprju għax il-pajjiż qiegħed fil-qalba tas-suq intern.", "Mhux l-istess fil-każ ta' Malta, li mhux biss qiegħda fil-parti ta' barra tas-suq intern, imma hemm baħar jaqsam bejn Malta u l-Italja.", "Għawdex jerġa' huwa agħar minn Malta għax għandu insularità doppja ladarba lanqas biss jagħmel parti minn Malta għax hemm baħar jaqsam liż-żewġ gżejjer.", "Dawn huma argumenti li l-Gvern Malti għandu juża – m'għandix dubju li qed jagħmel dan – biex jekk jista' jkun iġib aktar fondi Ewropej milli ġab l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi bl-għajnuna tal-ambaxxatur ta' dak iż-żmien, Richard Cachia Caruana.", "Dan l-argument li Malta qiegħda fil-periferija huwa permanenti u għalhekk għandu jintuża dejjem.", "Malta, ġeografikament, hija barra mill-kontinent Ewropew.", "Fil-fatt fl-2013 l-Unjoni Ewropea kienet irrikonoxxiet dan l-iżvantaġġ permanenti ta' Malta.", "Bħala fondi Ewropej, naħseb tajjeb li kieku l-Gvern Malti jibda jippjana b'mod serju għal wara l-2020, jiġifieri l-perjodu li jibda mill-2021.", "Jidher li se jkun hemm ħafna fondi Ewropej għal riċerka u żvilupp, immigrazzjoni u taħriġ, bħal pereżempju l-program edukattiv Erasmus.", "Naħseb li tajjeb li l-ekonomija ta' Malta titlaq lejn dik id-direzzjoni, anke permezz ta' fondi Ewropej.", "Pereżempju Malta tista' ssir hub ta' taħriġ mhux biss għall-istudenti li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, imma anke għall-istudenti li jiġu mill-Unjoni tal-Mediterran, jiġifieri min-naħa ta' fuq tal-Afrika.", "F'Malta nistgħu noħolqu ċerti istituti ta' taħriġ u edukazzjoni b'fondi Ewropej għal studenti li jiġu mill-Afrika ta' Fuq biex jistudjaw, imbagħad jerġgħu jmorru lura lejn pajjiżhom.", "Jekk imbagħad il-Gvern Malti jagħtihom permess ta' residenza u permess ta' xogħol, ikunu jistgħu jibqgħu f'pajjiżna.", "Malta tista' tinvesti fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni, fis-settur tal-edukazzjoni u fis-settur tal-taħriġ.", "Malta jista' jkollha wkoll opportunità li tisfrutta s-sitwazzjoni partikolari tagħha wara l-Brexit, dejjem jekk ir-Renju Unit ikun ħareġ mill-Unjoni Ewropea għax kif nafu, id-deċiżjoni għadha ma tteħditx.", "Jekk il-Brexit iseħħ, Malta tispiċċa l-unika pajjiż li qiegħed fil-Commonwealth u fl-Unjoni Ewropea u li għandu l-lingwa Ingliża bħala waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu.", "Naħseb li dan huwa punt li wieħed għandu jirrifletti aktar fuqu.", "Malta tista' tgħin lir-Renju Unit biex ikompli jagħmel in-negozju u l-links tiegħu mad-dinja Għarbija.", "Kif nafu, għandna numru ta' negozjanti Maltin li għamlu ħafna negozju fid-dinja Għarbija u għalhekk, għandna ħafna kuntatti anke fil-qasam tad-diplomazija.", "Għandna wkoll ħafna esperti f'dak ir-reġjun tad-dinja u tajjeb ukoll li nisfruttaw dan l-aspett.", "Iddeċidejt li nagħmel dan l-Aġġornament u nitkellem ukoll dwar Brexit għax kelli numru ta' telefonati mingħand nies li joqogħdu f'kull rokna tar-Renju Unit, jiġifieri fl-Iskozja, fl-Ingilterra u fl-Irlanda ta' Fuq, li għandhom diffikultà biex iċemplu u jġibu l-informazzjoni mill-Kummissjoni Għolja ta' Londra.", "Dan għaliex ħafna drabi il-hotline tal-Ambaxxata Maltija f'Londra mhux qed jirrispondu għax ikun hemm numru kbir ta' telefonati.", "Wara li jipprovaw aktar minn darba normalment jaqbdu, però mhux daqshekk faċli u għalhekk qed inqajjem da il-punt.", "Mhux qed ngħid li s-sitwazzjoni hi kritika, hemm kriżi u hija urġenti, però s-sitwazzjoni tista' tiġi kritika u urġenti.", "Dan għaliex jekk ir-Renju Unit fid-29 ta' Marzu 2019 joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, se jinħoloq paniku.", "Naħseb li l-Gvern Malti mhuwiex qed jipprepara ruħu għall-eventwalità li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.", "Bħalissa hemm inċertezza kbira li mhijiex dovuta għal nuqqas ta' azzjoni mill-Gvern Malti imma hija dovuta għall-fatt li l-Gvern tar-Renju Unit għadu ma ddeċidiex x'se jagħmel u l-Parlament tar-Renju Unit għadu ma ddeċidiex xi jrid.", "Naħseb li wara l-14 ta' Marzu 2019, l-affarijiet se jkunu ħafna aktar ċari għax illum stess, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li se jkun hemm vot fit-12 ta' Marzu 2019 dwar il-ftehim li se tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament Ingliż, liema ftehim bħalissa għadha qed tinnegozjah mal-Unjoni Ewropea.", "Jekk il-Parlament Ingliż jivvota kontra dak il-ftehim, Theresa May qed tgħid li l-għada se tqiegħed vot biex tara jekk il-Parlamentari Ingliżi jridux joħorġu mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Marzu 2019 mingħajr ftehim.", "Jekk jiddeċiedu dan, ir-Renju Unit joħroġ mingħajr ftehim fid-29 ta' Marzu 2019.", "Però jekk il-Parlament Ingliż jiddeċiedi li jrid jevita sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit joħroġ mingħajr ftehim, f'dak il-każ l-għada, 14 ta' Marzu 2019, Theresa May se tqiegħed għall-vot fuq l-estensjoni ta' artikolu 50.", "Dan ikun ifisser li r-Renju Unit ma joħroġx mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Marzu 2019 imma joħroġ minn hawn u sena oħra jew sitt xhur oħra, pereżempju.", "Theresa May se tpoġġi dawn it-tliet possibbiltajiet għall-vot fil-Parlament Ingliż: l-ewwel, jekk iridux jaċċettaw il-ftehim li għandha mal-Unjoni Ewropea; it-tieni, jekk iridux joħorġu mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, jiġifieri no deal; u t-tielet, jekk iridux li r-Renju Unit ma joħroġx mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta' Marzu 2019 imma joħroġ sena wara, pereżempju.", "Naħseb li dawn it-tlett ijiem huma l-aktar importanti fl-istorja tar-Renju Unit minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija jew minn wara d-deċiżjoni li ħadu biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1973.", "Sur President, nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nappella lill-Gvern Malti biex jagħti kas aktar tal-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit, speċjalment fl-Iskozja, għax dawn għadhom ma rċevew l-ebda għajnuna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 27 ta' Frar 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha fuq TV advertising fis-sena 2018?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Infurmata li ntefqu €9,000 (VAT eskluż) u €3,450 (VAT eskluż) rispettivament mid-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi (FPD) u mill-Aġenżija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) f'dak li jikkonċerna TV advertising fil-perjodu konċernat.", "Ir-reklamar tal-FPD kien jikkonċerna reklamar muri fuq l-istazzjon PBS relatat ma' informazzjoni fuq il-programm ta' fondi mill-EEA u n-Norveġja 2009-2014 filwaqt li l-reklamar li jikkonċerna l-EUPA kien relatat ma' informazzjoni fuq il-programm Europass.", "Dan ir-reklamar intwera fuq l-istazzjon PBS.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Peress li din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa medja fix-xahar fuq TV advertising għas-sena 2018 kienet ta' €8,800.", "Fir-rigward tal-Air Malta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta' tali informazzjoni jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tabella ta' hawn taħt tindika l-entitajiet u dipartimenti li nefqu flus fuq TV advertising fis-sena 2018.", "L-entitajiet u dipartimenti mhux elenkati fl-imsemmija tabella ma kellhomx infiq fuq TV advertising fis-sena 2018.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8313 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari liema kienu l-grievances boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8314 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari liema kienu l-grievances boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8315 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari liema kienu l-grievances boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8316 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari liema kienu l-grievances boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8317 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari liema kienu l-grievances boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8317.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETT KAPITALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8318 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari liema kienu l-grievances boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIPARTIMENTI U ENTITAJIET – KAŻIJIET TA' DIXXIPLINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5643, 6009 u 6993, tista' l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentrari 5643 u 6009.", "GĦAWDEX U KEMMUNA – ĦADDIEMA LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' TINDIF FIL-LATRINI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7307 u tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull latrina pubblika madwar Għawdex u Kemmuna?", "X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU –PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – POŻIZZJONIJIET TAL-MANAGEMENT – PAKKETT FINANZJARJU", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "DIPARTIMENT TAL-KUNTRATTI – TENDER GĦAL XOGĦLIJIET FUQ PJAZZA SAN FRANĠISK, IR-RABAT GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tender li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti 'CT2263/2018 Tender for the pavement and embellishment works at St. Francis Square Victoria Gozo' ġiet irrakkomandata għall-award mat-tieni Evaluation Round?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li r-Recommended Bidder ġie rrakkomandat bi prezz ta' €150,000 aktar mill-prezz li oriġinarjament kien tefa' t-tender?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Għal din it-tender kien hemm tliet offerti.", "Fir-rapport tiegħu l-Board tal-Evalwazzjoni rrakommanda li t-tender jiġi mogħti lill-irħas offerent, li kien ukoll amministrattivament u teknikment jilħaq il-kriterji ppubblikati fit-tender.", "Wara l-ewwel preżentazzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni lill-General Contracts Committee (GCC), l-istess GCC talab xi kjarifiki dwar l-aspett amministrattiv tal-proċess ta' evalwazzjoni u għalhekk, ir-rapport intbagħat lura biex jiġi ċċarat.", "Dawn il-kjarifiki ma kellhom ebda effett fuq ir-rakkomandazzjoni.", "Fil-konkluzjoni tiegħu, il-Board tal-Kuntratti kiteb ammont differenti minn dak imniżżel fl-offerta finanzjarja u din is-somma ġiet ripetuta fl-ittra li ntbgħatet lill-istess offerent.", "Għalhekk id-Dipartiment ħa miżuri sabiex dan l-iżball amministrattiv jiġi rettifikat billi l-award ġie rtirat permezz ta' ittra lill-offerenti kollha, fejn dawn ġew infurmati li se jkun hemm rakkomandazzjoni ġdida u se jkollhom iċ-ċans li jappellaw.", "Billi d-Dipartiment tal-Kuntratti ma jistax jikkoreġi l-valur żbaljat, irid jistenna r-rakkomandazzjoni korretta mill-Kumitat ta' Evalwazzjoni biex ikun jista' jerġa' jippubblikka l-award bl-ammont korrett.", "QRATI SEDE KOSTITUZZJONALI – PENALITAJIET AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 8456, 8094 u 8095, ma jqisx il-Ministru li hemm urġenza pressanti li jsir il-bdil leġiżlattiv meħtieġ fl-iqsar żmien possibbli, dan ukoll peress li hu evidenti, anke mill-istess tagħrif mogħti mill-Ministru, li hemm diversi sentenzi tal-Qrati sede kostituzzjonali li qiesu li l-poter ta' diversi awtoritajiet pubbliċi li jimponu penalitajiet amministrattivi huma kontra l-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjonali, u li dawn is-sentenzi jistgħu jiġu riflessi f'każjiet simili fil-konfront ta' awtoritajiet pubbliċi oħra li għandhom il-poter li jimponu penalitajiet ta' din ix-xorta, b'konsegwenzi serji jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata b'mod komprensiv?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PAGA MEDJA F'MALTA U GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2018?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar valur disponibbli mill-NSO tal-paga medja hu dak ta' l-ewwel tliet xhur tas-sena 2018.", "Il-paga medja f'Malta kienet ta' €19,083, filwaqt li dik f'Għawdex kienet ta' €16,977.", "Dawn l-ammonti jkopru l-paga bażika ta' impjegat u ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances.", "Is-sors ta' din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (Labour Force Survey) ippubblikat mill-NSO.", "GOZO CHANNEL - POLICY GĦAL FREE PASS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk il-policy li kienet saret fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u li kienet ippubblikata fuq il-website tal-Gozo Channel dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel ġietx mibdula?", "Jekk ġiet mibdula, meta ġiet mibdula u fejn ġiet ippubblikata?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy dwar min għandu dritt għal dan il-pass kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista u kopja tal-policy kif inhi llum?", "Tista' tara li din il-policy terġa' titpoġġa fuq il-website tal-Gozo Channel minn fejn kienet tneħħiet fil-leġiżlatura l-oħra?", "Interpellant li l-Gozo Channel ma bidlet xejn mill-prassi li kienet tuża minn żmien l-aħħar amministrazzjoni ta' Gvern Nazzjonalista.", "Il-persuni li għandhom il-free pass għall-użu tal-vapur tal-Gozo Channel ivarjaw minn żmien għal żmien, fosthom membri parlamentari, korp diplomatiku u uffiċjali pubbliċi.", "LAQGĦAT BARRA MILL-PAJJIŻ – ATTENDENZA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħat barra minn pajjiżna attenda u huwa previst li jattendi tul din is-sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni rigward il-laqgħat li diġà saru s'issa matul is-sena 2019 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Għall-bqija tas-sena, il-Ministru se jattendi kull laqgħa li titqies ta' importanza għal pajjiżna u l-finanzi tiegħu, inkluż dawk tal-Unjoni Ewropea, u ta' banek internazzjonali għall-iżvilupp.", "BORMLA – TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ – BALAVOSTRI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla, jitlestew?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Bormla li f'laqgħa li saret ftit tal-ġranet ilu tħabbar li x-xogħol fuq il-balavostri miexi u kif jitlestew se jitkompla x-xogħol.", "Il-Kunsill Lokali għamel pressjoni sabiex dan ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li l-Knisja ta' San Pawl Bormla tiġi restawrata u mnaddfa?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Knisja ta' San Pawl f'Bormla, proprjetà tal-Knisja, kienet ġiet irrestawrata fl-2002 u inawgurata fil-bidu tal-2003.", "Ix-xogħol kien ikkummissjonat mill-Uffiċċju tar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, taħt id-direzzjoni teknika tat-Taqsima tar-Restawr.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8841, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8842, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "JOE MIZZI: Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8843, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "Tista' tgħid jekk il-persentaġġ indikat minnha huwiex parti mill-miri tal-Horizon 2020 u jekk dawn il-persentaġġi humiex il-miri tal-Gvern kollu?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – BANK ĊENTRALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni fil-Bank Ċentrali?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8839, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nisa f'pożizzjonijiet minn skala 1 sa skala 5 fis-servizz pubbliku kollu fl-2012 kien ta' 244.", "In-numru ta' nisa f'pożizzjonijiet fi skala 1 sa 5 fis-servizz pubbliku kollu llum huwa ta' 426, żieda ta' 182 fuq l-2012.", "Il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi f'dan ir-rigward u se tkompli l-ħidma sabiex jintlaħqu l-miri medja li jissemmew fil-Horizon 2020.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – SAFAR", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamel?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Minn min kien akkumpanjat għal kull safra?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – SAFAR", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamel?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Minn min kien akkumpanjat għal kull safra?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – SAFAR", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019?", "Kemm-il safra għamlet?", "X'kienet l-okkażjoni?", "Minn min kienet akkumpanjata għal kull safra?", "HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IŻ-ŻEJTUN – TRIQ IL-PRESIDENT ANTON BUTTIGIEG – TISWIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun?", "Hemm il-ħsieb li ssir private road man-naħa tad-djar residenzjali minħabba l-periklu kontinwu li toffri din it-triq għar-residenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "GĦALLIEMA LI SE JIRTIRAW", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studju/kalkolu ta' kemm huwa stmat li se jirtiraw għalliema bl-età fil-ħames snin li ġejjin?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Strateġija u Sapport, l-għadd ta' persuni preżentement fil-grad ta' għalliem li fil-ħames snin li ġejjin jilħqu l-età li jistgħu jirtiraw huwa ta' 122.", "In-numru ta' kemm għalliema effettivament se jirtiraw fil-ħames snin li ġejjin jista' jvarja għal diversi raġunijiet, fosthom għalliema li jieħdu promozzjoni, irtirar kmieni għal raġunijiet mediċi u oħrajn.", "Barra minn hekk, persuna tista' tibqa' fl-impjieg sal-età ta' 65 sena jew tagħżel li tirtira qabel jekk ikollha l-ammont rikjest ta' bolol imħallsa.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn supply teachers fl-iskejjel Maltin u Għawdxin?", "F'liema skejjel qegħdin?", "X'qed jgħallmu?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-Ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – RIŻENJA TAL-KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għaliex tkeċċa jew ġie mġiegħel jirriżenja l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament qatt ma kien jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.", "Madankollu, il-Kap Eżekuttiv li x'aktarx qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant la tkeċċa u lanqas ġie mġiegħel jirriżenja.", "Kopja tar-riżenja ta' dan l-individwu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – PERSUNI LI KIENU FIL-KARIGA TA' KAP EŻEKUTTIV", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Kap Eżekuttiv kien hemm fil-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mill-2013 sal-lum?", "Jista' jgħid min kienu, kemm damu fil-kariga u r-raġuni għalfejn spiċċaw mill-kariga?", "X'salarju kellhom?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FONDAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL T'GĦADA – TASK FORCE", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li twaqqfet task force biex tagħmel awditjar tal-operat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?", "Għaliex inħass il-bżonn ta' awditjar?", "Min qed jagħmel l-awditjar?", "Sa meta se jkun lest ir-rapport?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-task force li twaqqfet hija biss biex issaħħaħ l-istruttura tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada biex tassigura l-effiċjenza tal-FTS biex inkunu nistgħu nkomplu nibnu aktar skejjel ġodda minn dawk is-sitta (6) li diġà bnejna, u sabiex inkomplu nagħmlu aktar estensjonijiet u refurbishment ma' dawk li diġà għamilna.", "Ir-rapport ta' din it-task force, immexxija miċ-chairman preżenti tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, għandu jitlesta sal-aħħar ta' dan ix-xahar.", "SKEJJEL TAL-KNISJA – FAĊILITAJIET SPORTIVI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-eżitu tad-diskussjonijiet dwar żvilupp ta' aktar faċiltajiet sportivi fl-iskejjel tal-Knisja?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jikkjarifika din il-mistoqsija u jiċċara għal liema diskussjonijiet fuq faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Knisja qed jirreferi."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190226_202d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 27 ta' Frar 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 27 ta' Frar 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 27 ta' Frar 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 202, li saret fis-26 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba minnu dwar in-nefqa fuq TV advertising mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard matul l-2018.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, illum segwejt konferenza stampa tal-Prim Ministru li fiha ntqal li l-amputazzjonijiet kawża tad-dijabete naqsu.", "Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għal dan?", "X'ħidma qed issir sabiex ikun hawn dejjem inqas amputazzjonijiet?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, f'Diċembru tal-2015 id-Dipartiment tas-Saħħa għall-ewwel darba kien nieda pjan strateġiku ta' ħames snin għall-kura tad-dijabete f'pajjiżna.", "Dan għaliex qatt ma kellna pjan għall-kura tad-dijabete f'pajjiżna.", "Fil-fatt, għal ħafna snin kien hemm staġnar fl-innovazzjoni fir-rigward tat-trattament tad-dijabete.", "Dan minkejja li d-dijabete hija waħda mill-iżjed mard kroniku li jaffettwa lill-poplu Malti.", "Issa dħalna fir-raba' sena ta' dan il-pjan.", "Matul l-ewwel tliet snin għamilna numru ta' miżuri, fosthom li aġġornajna l-formularju, li kien ilu s-snin ma jiġi aġġornat, biex daħħalna mediċini ġodda għad-dijabete.", "Fl-2018 qassamna 27,000 magna biex tivverifika z-zokkor fid-demm.", "Kull min huwa reġistrat li għandu d-dijabete mas-sistema tas-saħħa tagħna qiegħed jingħata l-isticks mingħajr ħlas.", "B'hekk, kull min għandu d-dijabete llum, mill-faċilità ta' daru u mingħajr ebda spiża żejda, jista' jivverifika l-livell tad-demm tiegħu b'mod regolari ta' kuljum.", "Min għandu Type 1 u min qiegħed fuq l-insulina jrid jagħmel dan sa erba' darbiet kuljum.", "Apparti minn hekk, żidna wkoll faċilitajiet ta' taħriġ għall-impjegati tagħna, u anke daħħalna konsulenti ġodda fil-qasam tad-dijabete.", "Madwar 14-il xahar ilu ftaħna wkoll id-Diabetic Foot Ward speċifikament għal dawk li minħabba dijabete kronika jkollhom kumplikazzjonijiet f'riġlejhom jew minħabba nervituri jew minħabba ċirkolazzjoni.", "Ħafna drabi din twassal għat-telf ta' parti mid-driegħ, dawk li ngħidulhom amputazzjonijiet.", "Għal ħafna snin l-amputazzjonijiet kienu qed jikbru.", "F'dawn l-aħħar erba' snin però kellna tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta' amputazzjonijiet maġġuri, jiġifieri dawk li huma above knee jew below knee, minħabba komplikazzjonijiet tad-dijabete.", "Kellna tnaqqis sostanzjali għax konna qed naqbdu l-persuni bi problemi f'riġlejhom minħabba d-dijabete aktar kmieni.", "Dan grazzi wkoll għas-servizzi speċjalizzati tad-Diabetic Foot Ward.", "Peress li qed innaqqsu mill-amputazzjonijiet maġġuri, hemm aktar pazjenti li minflok qed jitilfu driegħhom sħiħ qed jitilfu xi suba' jew parti mill-pala ta' saqajhom.", "Għaldaqstant f'dawn l-aħħar tliet snin naqqasna sew l-amputazzjonijiet maġġuri imma żdiedu l-amputazzjonijiet minuri.", "Fl-2018, għall-ewwel darba mhux biss naqqasna l-amputazzjonijiet maġġuri komparat mas-sena ta' qabel, imma anke naqqasna l-amputazzjonijiet minuri.", "Mhux biss kellna pazjenti li salvajnielhom driegħhom imma tilfu xi suba', imma anke naqqasna n-nies li qed jitilfu parti minn saqajhom u allura kellhom bżonn il-kirurġija.", "Dan kollu juri li l-pjan li bdejna tliet snin ilu u li issa daħal fir-raba' sena tiegħu qed jirnexxi għax qed ikollna inqas komplikazzjonijiet tad-dijabete u qed ikollna aktar nies li jżommu taħt kontroll il-livell taz-zokkor fid-demm tagħhom.", "Dan grazzi għall-politika tal-Gvern, grazzi għall-infrastruttura li daħħalna, grazzi għall-mediċini ġodda, grazzi għall-isticks u grazzi għall-magni li qassamna u li għadna nqassmu kuljum lill-pazjenti kollha.", "Fuq kollox, dan seħħ grazzi għall-professjonisti tagħna, għat-tobba, l-infermieri, il-pedjatri u n-nies kollha li jagħtu s-servizz tagħhom.", "Illum il-pazjenti bid-dijabete qed jieħdu servizz aħjar.", "MERĦBA", "L-ISPEAKER: Nixtieq nagħti merbħa lil studenti mill-Institute of Business Management and Commerce tal-MCAST.", "L-ISPEAKER: Inkomplu bil-mistoqsijiet.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, l-aħbar li kellna li s-servizz tas-saħħa f'pajjiżna waqa' erba' postijiet lura fir-ranking tal-Ewropa tinkwetana lkoll.", "Xi pjan għandu l-Gvern biex nerġgħu nżidu r-ratings ta' pajjiżna fil-qasam tas-saħħa?", "Jaħseb il-Ministru li kien żball li pajjiżna biegħ l-isptarijiet tiegħu lill-barranin?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE: L-Onor.", "Interpellant qiegħed iħawwad ħaġa m'oħra.", "Il-fatt li qed isir aktar investiment f'pajjiżna m'għandu x'jaqsam assolutament xejn mal-klassifiki li qed isemmi hu!", "Anzi, bil-maqlub, iżjed ma jsir investiment f'pajjiżna, iżjed jitjieb is-servizz tas-saħħa!", "Stħarriġ li jikkwalifikaw jew jikkwantifikaw is-servizz tas-saħħa ta' pajjiżi differenti madwar id-dinja jkun hemm ħafna.", "Mhux kollha jużaw l-istess kriterji.", "Dan l-aħħar The Lancet, li huwa l-iżjed ġurnal ta' reputazzjoni fil-qasam tas-saħħa madwar id-dinja, għamel stħarriġ mal-pajjiżi tad-dinja kollha u uża madwar 70 indikatur differenti.", "Dan poġġa lil Malta fost l-aqwa għaxar pajjiżi fejn jidħol il-qasam tas-saħħa fid-dinja, preċiżament fid-disa' post.", "L-istħarriġ li qed jikkwota l-Onor.", "Din tagħmel dan l-istħarriġ darba kull sena u ma toqgħodx fuq kriterji oġġettivi imma toqgħod fuq kriterji suġġettivi.", "Din tibgħat questionnaire lil numru ta' nies magħżulin, l-istess nies li kienu għamlu stħarriġ fi żmien gvernijiet preċedenti għax dawn baqgħu, għal xi raġuni, jużaw lill-istess nies.", "Kif għedt, ma jużawx kriterji oġġettivi imma jużaw kriterji suġġettivi, jiġifieri x'jidhrilhom huma, xi jħossu huma u jekk iħossuhomx kuntenti bis-servizz.", "Dan l-istħarriġ ipoġġi enfasi qawwija fuq jekk il-pajjiżi li qed jiġu komparati bejniethom jagħtux servizz ta' abort, ċjoè jagħmlux terminazzjoni ta' tqala.", "F'pajjiżna ma nagħmlux dan is-servizz, allura dan l-istħarriġ ikkastigana u fil-fatt għamel kritika qawwija kontrina.", "Jien jidhirli li l-liġijiet f'pajjiżna nagħmluhom skont dak li jidhrilna aħna u mhux skont x'jgħid xi istitut ġewwa xi pajjiż Ewropew.", "Però għax ma nagħmlux terminazzjoni ta' tqala f'pajjiżna, niżżluna mill-inqas għaxar postijiet fil-klassifika ta' dan l-istħarriġ.", "Aktar minn hekk, peress li aħna ma nitterminawx it-tqala, aħna jkollna trabi li jitwieldu bi problemi maġġuri.", "F'pajjiżi oħra dawn it-trabi ma jħalluhomx jitwieldu u jagħmlulhom abort waqt li jkunu għadhom fl-ewwel tal-ħajja tagħhom ġewwa l-ġuf.", "F'Malta din ma nagħmluhiex.", "Meta dawn it-trabi nħalluhom jitwieldu, nagħtuhom il-kura però naturalment ikollna aktar trabi li jmutu kmieni għax ikollhom kumplikazzjonijiet kbar.", "F'pajjiżi oħra dawn lanqas biss jitwieldu u allura ma jidhrux fl-istatistiki tagħhom, però fl-istatistika tagħna jidhru.", "Allura meta niġi għall-infant mortality rate, jiġifieri kemm imutu tfal fl-ewwel ftit xhur tal-ħajja, tagħna tkun ogħla minn ta' pajjiżi oħra.", "Din tippenalizzana.", "Din is-sena wkoll il-Health Consumer Powerhouse daħħlu kriterju ġdid li għandu x'jaqsam ma' problemi psikoloġiċi tat-tfal.", "Dan ukoll tefagħna lura għax aħna jkollna ħafna tfal bi problemi maġġuri li f'pajjiżi oħra lanqas iħalluhom jitwieldu u allura ma jidhrux fl-istatistika.", "Aħna jkollna aktar tfal bi problemi ta' saħħa fiżika u ta' saħħa mentali.", "Din lilna tippenalizzana.", "Dan it-tip ta' stħarriġ li jdaħħal l-abort u l-konsegwenzi li għandek jew m'għandekx abort lilna dejjem ipoġġina 'l isfel.", "Aħna m'aħniex se niddeċiedu x'jiġri jew ma jiġrix ġewwa pajjiżna biex nidhru tajjeb jew le ġewwa stħarriġ li jagħmel xi ħaddieħor.", "Jien nieħu pjaċir meta l-istħarriġ ikun oġġettiv u juża kriterji kbar u li jagħrfu kemm f'Malta għandha s-sistema tas-saħħa tajba.", "Nerġa' ngħid li f'dan l-istħarriġ partikolari, peress li aħna m'għandniex l-abort, dejjem niġu minn ta' isfel.", "Din is-sena daħlu kriterji oħra li wkoll għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tat-tfal u allura iva, komplejna ninżlu 'l isfel.", "Però dan mhux għax it-tfal tagħna mhumiex b'saħħithom.", "Stħarriġ reċenti mill-Unjoni Ewropea wera li t-tfal Maltin huma l-iżjed tfal b'saħħithom fl-Ewropa kollha!", "Però dawn jibqgħu jikkwotaw dawn il-kriterji suġġettivi u allura lilna jippenalizzawna għal din ir-raġuni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ftit tal-ġimgħat ilu f'din il-Kamra kien issemma x-xogħol li se jsir fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jew fiex wasal dan ix-xogħol?", "Fiex se jkun jikkonsisti?", "Il-Ministru jħoss li se jibqa' jkun hemm il-bżonn li din il-Kamra tiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, iċ-Ċimiterju tal-Addolorata ilu għal snin twal fi stat ta' abbandun.", "Mhux qed ngħid li mhuwiex isir xogħol ta' manutenzjoni imma dan iċ-ċimiterju, li għandu kważi 140 sena, għandu bżonn xogħol ta' restawr.", "Dak huwa ġawhra arkitettonika u huwa ċ-ċimiterju prinċipali ta' pajjiżna.", "Għal ħafna snin baqa' miltuq.", "Apparti minn hekk, nafu li għal snin twal kien hemm u għad hemm lista ta' stennija ta' nies li jixtiequ li jkollhom qabar proprju fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "Amministrazzjonijiet preċedenti kienu wiegħdu li se jagħmlu xogħlijiet fuq iċ-ċimiterju tal-Addolorata.", "Tant huwa hekk li fl-2006, taħt Gvern Nazzjonalista, kien ħareġ permess mill-Malta Environment and Planning Authority (MEPA) biex jibda l-iskavar għal estensjoni fl-Addolorata.", "Ix-xogħol jidhirli li beda fl-2009.", "Kienu ntefqu aktar minn €1.5 miljun fuq dan ix-xogħol però wara inqas minn sena, dan ix-xogħol waqaf u ma tkompliex.", "Mhux talli ma tkompliex, talli l-permess skada u l-Gvern ta' dakinhar fl-2011 ħallieh jaqa'.", "Minkejja li kien waqa' l-permess biex isir ix-xogħol fuq iċ-Ċimiterju tal-Addolorata però, il-Gvern Nazzjonalista ta' dakinhar, qabel l-elezzjoni tal-2013, kien beda jagħmel il-konvenji biex ibigħ l-oqbra lill-persuni li kienu fuq il-lista ta' stennija għall-oqbra f'dan iċ-ċimiterju.", "Dan minkejja li kien jaf li mhux biss ix-xogħol kien waqaf imma saħansitra waqa' l-permess tal-MEPA.", "Kif tlajna aħna fil-gvern erġajna bdejna l-applikazzjoni mill-ġdid, saru pjanti ġodda, saru sottomissjonijiet ġodda u madwar sena ilu reġa' ħareġ permess biex isir xogħol fuq iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "Ħriġna tenders u jidhirli li kien hemm ħames konsorzji li applikaw.", "Sar proċess miftuħ u trasparenti biex intgħażlet l-offerta preferenzjali.", "Il-kuntratt imbagħad ingħata fl-aħħar tal-2018.", "Kmieni din is-sena beda x-xogħol ta' restawr li għadu għaddej bħalissa.", "Min imur l-Addolarata jara li għaddej ix-xogħol fuq il-grada u se jkompli wkoll fuq il-kappella.", "Illum nista' ngħid li f'Marzu 2019 se jibda xogħol ta' estensjoni biex ikollna 2,880 qabar ġdid.", "Dan ifisser li l-lista ta' stennija ta' nies li xi wħud minnhom ilhom mis-snin sebgħin jistennew biex ikollhom qabar f'dan iċ-ċimiterju se tiġi sodisfatta.", "Id-domanda għall-oqbra fl-Addolorata se tiġi sodisfatta kollha.", "Sur President, dan ma jfissirx li mhux se jkun hemm alternattivi għad-dfin fiċ-ċimiterju tal-Addolorata jew f'ċimiterji oħra.", "Fil-fatt, kif semma l-Onor.", "Interpellant, bħalissa għaddejja konsultazzjoni dwar liġi ġdida dwar il-kremazzjoni.", "Din il-liġi se tagħti l-għażla li min irid, minflok jindifen jiġi kremat.", "F'April se nkunu nistgħu niddibattu dik il-liġi ġewwa l-Parlament.", "Dan ifisser li mhux biss se nkunu qtajna l-lista ta' stennija kompletament għal min irid jixtri qabar ġewwa l-Addolorata jew ċimiterji oħrajn, u mhux biss se jsir ir-restawr tant meħtieġ fl-Addolarata, imma wkoll se jkun hemm l-għażla għall-Maltin u Għawdxin li jiddeċiedu huma stess kif jiddisponu mill-katavru tagħhom ladarba jkunu ħallew din id-dinja.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Il-Ministru qal li l-amputazzjonijiet naqsu minħabba dak li sar fl-aħħar tliet snin jew erba' snin.", "Jaħseb il-Ministru li l-aktar ħaġa importanti kienet il-prevenzjoni li bdiet minn ħafna snin qabel u li llum wasslet biex l-arterji ma jingħalqux?", "Jaħseb li jrid ikollok span ta' kważi għaxar snin biex ikollok rispons tajjeb u tnaqqas l-amputazzjonijiet?", "Naqbel mal-Ministru li aktar ma nżidu s-servizzi, aktar qed innaqqsu dan l-ammont, però rridu nsemmu wkoll li s-saħħa primarja kienet xi ħaġa importantissima biex naqqasna dawn l-amputazzjonijiet.", "Qed nirreferi għall-edukazzjoni li qed nagħtu anke aħna bħala tobba fin-nazzjon tagħna.", "Il-Ministru qal ukoll li l-persentaġġ tagħna waqa' minħabba li aħna ma nagħmlux aborti.", "Jaħseb il-Ministru li meta joħorġu dawn il-persentaġġi ma jdaħħlux dawk li huma każijiet naturali?", "Pereżempju diżabilità mhux dejjem tista' tipprevjeniha jew teħles minnha b'abort għaliex kif jaf id-Deputat Prim Ministru, mhux kull malformazzjoni tkun misjuba qabel it-twelid.", "Ġieli kellna persentaġġi ta' 85% li jgħidulek li hemm malformazzjoni però mbagħad it-tarbija titwieled kompletament normali.", "Dan jiġri anke bl-aħħar teknoloġija li hawn, li suppost hija preċiża b'aktar minn 90%.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, l-ewwel nett irrid nirrikonoxxi li x-xemx ma telgħetx meta tela' Gvern Laburista imma kien hemm ħafna affarijiet tajbin li saru minn gvernijiet preċedenti, inkluż fi żmien l-Eks Ministru Louis Deguara, li nsellimlu minn hawnhekk għax-xogħol kbir li għamel meta kien Ministru tas-Saħħa hu.", "Naturalment wieħed jibni fuq l-ieħor però l-figuri huma dawk li huma.", "L-2018 hija l-ewwel darba fl-istorja tal-mediċina f'Malta li naqqasna r-rata ta' amputazzjonijiet minuri u maġġuri.", "Ċertament din hija grazzi għax-xogħol akkumulattiv li sar matul dawn is-snin.", "Ovvjament wieħed jibni fuq dak li jsib.", "Ngħid ukoll li l-governanza tajba hekk għandha tkun, u dan mhux biss fil-qasam tas-saħħa.", "Dak li huwa tajjeb għandna nkomplu nibnu fuqu minn gvern għall-ieħor.", "Allaħares meta jitla' gvern jibdel dak kollu li jsib sempliċement għax ikun gvern differenti.", "Ovvjament li tibni huwa tajjeb, u li tagħti spinta huwa aħjar.", "Hawn irrid nirringrazzja lill-professjonisti tagħna tax-xogħol kbir li għamlu.", "Bħala fatt ukoll irrid ngħid li kien f'dawn l-aħħar tliet snin li kellna pjan nazzjonali għad-dijabete.", "Illum m'għadniex qed nimxu b'mod sporadiku, jiġifieri minn ġurnata għall-oħra fejn jekk xi ħadd iqum b'idea, jagħmilha, imma qed nimxu bi pjan.", "Fis-setturi kollha, inkluż fis-settur tas-saħħa, inħoss li għandna nimxu dejjem bi pjan.", "Allura nieħu pjaċir li f'dawn l-aħħar sentejn fil-qasam tas-saħħa, anke waqt id-dibattitu tal-baġit u dibattiti oħrajn, f'din il-Kamra qed ikun hawn qbil li l-affarijiet mexjin 'il quddiem u mexjin sew.", "Bil-kunsens u bil-kritika kostruttiva nistgħu nkomplu ntejbu s-saħħa tal-poplu tagħna.", "Sur President, fir-rigward tar-rankings irrid ngħid li ġeneralment immorru tajjeb ħafna fl-istħarriġ meta dawn ikunu oġġettivi.", "Nixtieq nerġa' nsemmi l-istħarriġ ta' The Lancet, li huwa stħarriġ ta' 192 pajjiż.", "Dan huwa l-aktar stħarriġ robust mill-iżjed ġurnal awtorevoli fil-qasam tas-saħħa u lilna poġġiena fid-disa' post. Meta jkun stħarriġ ieħor li jkun suġġettiv, fejn joqogħdu fuq opinjoni ta' numru ta' nies magħżula jew f'dan il-każ, joqogħdu fuq ftit indikaturi, fosthom jekk għandekx jew le l-abort, dak lilna dejjem jippenalizzana.", "Fejn jidħol kemm huwa aċċessibbli l-abort ġewwa pajjiżna dejjem nieħdu żero.", "Mhux qed ngħid li huwa ħażin li m'hawnx abort f'pajjiżna u allura jagħtuna żero, anzi jien qed ngħid li hija deċiżjoni tagħna u ma jimpurtax jekk minħabba f'hekk f'dawn il-klassifiki partikolari jpoġġuna 'l isfel.", "Min-naħa l-oħra fejn jidħlu kriterji oġġettivi bħas-saħħa tat-tfal, komparati ma' pajjiżi oħra fl-Ewropa aħna niġu l-ewwel.", "Fejn jidħol kemm ngħixu ħajja b'saħħitha dejjem niġu mal-ewwel tnejn u f'dawk li huma sustainable development goals niġu mal-ewwel għaxra.", "Fejn jidħlu affarijiet oġġettivi dejjem niġu minn tal-ewwel.", "Mhijiex xi ħaġa li jgħiduha l-klassifiki biss, imma kull min xi darba jew oħra jkollu x'jaqsam mas-sistema tas-saħħa tagħna jaf li qiegħed jieħu servizz tajjeb, jaf li għandna professjonisti tajbin u jaf li fejn ikun hemm verament bżonn, isib il-kura.", "Finalment irrid nirringrazzja lin-nies li jaħdmu fl-isptarijiet u fiċ-ċentri tas-saħħa tagħna peress li din ix-xitwa kienet xitwa qalila ħafna u kellna numru kbir ta' pazjenti fl-isptarijiet tagħna.", "Laħħaqna u lanqas ħassarna operazzjoni waħda.", "Allura b'wiċċi minn quddiem irrid nirringrazzja lill-istaff tagħna.", "Jien kburi ħafna bl-istaff li għandna u bis-servizz li nagħtu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, ftit tax-xhur ilu d-Deputat Prim Ministru kien ħabbar il-pjan li l-mediċina kollha li tingħata għall-kura tal-kanċer, f'temp ta' numru ta' snin, tibda tingħata b'xejn.", "Jista' jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal dan il-pjan?", "X'qed isir s'issa f'dan is-sens?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, għandna ħafna xi ngħidu fuq il-kanċer.", "Hawnhekk ukoll m'aħniex qed naħdmu b'mod sporadiku imma skont pjan nazzjonali li nidejna madwar sentejn ilu.", "Għaddejjin bil-pjan sena wara l-oħra, bit-timelines, bil-miri u bl-affarijiet budgeted u costed, u nafu fejn sejrin.", "Fir-rigward tal-kanċer qed naħdmu fuq ħames prinċipji.", "L-ewwel prinċipju jittratta l-prevenzjoni.", "Aħna nafu li madwar 30% tal-kanċer madwar id-dinja, jiġifieri kważi wieħed minn kull tliet każijiet tal-kanċer, jistgħu jkunu pprevenuti mhux billi nagħmlu xi affarijiet kbar jew ta' barra minn hawn, imma bl-istil ta' ħajja li ngħixu, bħal pereżempju li ma npejpux, jew li nixorbu inqas alkoħol, jew li nagħmlu iżjed eżerċizzju, jew li noqogħdu attenti x'nieklu u li noqogħdu attenti mill-piż tagħna.", "Dawn huma kollha affarijiet li jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-kanċer.", "Fil-fatt, qegħdin anke naħdmu mal-kunsilli lokali biex inwasslu dan il-messaġġ għand nies individwali.", "Il-ġimgħa l-oħra konna Raħal Ġdid, din il-ġimgħa se nkunu qegħdin il-Marsa u l-ġimgħa ta' wara se nkunu l-Mellieħa.", "Qed induru l-kunsilli lokali, kull lokalità b'mod separat, biex inwasslu dan il-messaġġ għand in-nies individwali li l-istil ta' ħajja ta' kull wieħed u waħda minna tista' tiddeterminalna r-riskju li jkollna kanċer jew le matul ħajjitna.", "Sfortunatament, peress li xorta jibqa' jkun hemm każi ta' kanċer, qed inżidu s-sorveljanza tagħna biex naqbdu l-kanċer kmieni.", "Jekk taqbdu kmieni ċ-ċans li tfejqu huwa ħafna akbar milli jekk taqbdu tard meta jkun leħaq infirex.", "Għaldaqstant qed inżidu l-iscreenings tagħna.", "Din is-sena se nkunu qed inżidu l-iscreening tas-cervical cancer wara li konna introduċejnieh għall-ewwel darba kważi tliet snin ilu.", "Se nkunu qed inżidu l-faxxa tan-nies li noffrulhom l-iscreening tal-kanċer tal-għonq tal-utru u se nibqgħu nagħmlu screening għall-kanċer tas-sider u tal-musrana.", "Fejn jidħol trattament, tajna imbuttatura kbira u qawwija fejn jidħlu mediċini ġodda għall-kura tal-kanċer.", "Fl-aħħar sena u nofs daħħalna tmien mediċini ġodda bi spiża ta' €16 miljun fis-sena.", "Din is-sena se nkunu qed indaħħlu mediċina oħra, l-PD-1 inhibitor, li hija kontra l-kanċer tal-pulmun u l-kanċer tal-ġilda.", "Kull trattament lil kull persuna jiswa €65,000.", "Nikkalkulaw li għandna mas-60 ruħ li jkollhom bżonn dan it-trattament fis-sena u allura għandna allokati €4 miljun fis-sena għal dan il-għan.", "Se nkunu qegħdin inżidu wkoll il-kura tal-kanċer b'nefqa fil-mediċini ta' €4 miljun mas-€16 miljun li diġà għandna.", "Barra minn hekk, qed indaħħlu sistemi ġodda li jgħidulhom nurse navigators.", "Qegħdin ngħidu li jekk tmur għall-kura tal-kanċer x'aktarx se tiltaqa' ma' bejn għaxra u 20 professjonist differenti, fosthom il-kirurgu li jista' jkun l-ispeċjalista tal-kanċer, jista' jkun l-infermier speċjalizzat, jista' jkun is-social worker, jista' jkun tal-x-rays, jista' jkun l-padoloġista u jistgħu jkunu n-nies kollha li xi darba jew oħra se jagħtuk parir.", "Ħafna drabi kien jiġri li persuna tintilef bejn appuntament u ieħor.", "Taf tmur għand il-kirurgu, li jgħidlek li għandek bżonn li jarak l-ispeċjalista tar-raġġi u jagħmillek appuntament.", "Forsi jgħaddu ħmistax, tliet ġimgħat u dan l-appuntament mhux dejjem jiġi segwit.", "Issa daħħalna sistema fejn kull persuna li jkollha kanċer – u qed indaħħluha għal cancers differenti – ikollha infermiera partikolari assenjata magħha li tara li minn trattament għall-ieħor, minn speċjalista għall-ieħor, u minn ġurnata għall-oħra din tiġi segwita u mhux tintilef fis-sistema.", "Aħna qed nikkalkulaw li dan inaqqas il-perjodu li wieħed jieħu l-kura tal-kanċer b'madwar 50% u allura tagħmel differenza kbira.", "Din hija sistema li daħħalna f'dawn l-aħħar sentejn u qed inkomplu nespanduha għal cancers differenti.", "Din is-sena se nkunu qed nespanduha għall-kanċer tal-prostata.", "Qed nieħdu wkoll inizjattivi fir-riċerka tal-kanċer.", "Nafu li t-trattament tal-kanċer dejjem qed jevolvi u dejjem joħorġu mediċini ġodda.", "S'issa dejjem noqogħdu fuq riċerka ta' pajjiżi differenti u nadattaw għal Malta.", "Ħafna drabi tapplika tajjeb, però mhux dejjem u allura ħdimna flimkien mal-President tar-Repubblika u mal-Università ta' Malta biex waqqafna fondazzjoni ħalli ssir aktar riċerka ġewwa pajjiżna fuq il-pazjenti tagħna.", "B'hekk ikollna riċerka li tkun speċifika għall-Maltin u allura nkunu nistgħu nagħtu trattament speċifiku għall-Maltin.", "Din ir-riċerka tista' tintuża minn istituzzjonijiet barranin ukoll.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ritratt mill-ajru tas-Senior School f'Ħad-Dingli li turi l-faċilitajiet sportivi li għandha l-istess skola, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9147.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-15 ta' Ottubru 1999 intitolata \"Optional Protocol to the Convention on the Elimination of All Forms of Discrimination against Women\".", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq it-televiżjoni mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, matul l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8689", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI SABIEX JIĠI RATIFIKAT IL-PROTOKOLL FAKULTATTIV GĦALL-KONVENZJONI DWAR", "L-ELIMINAZZJONI TA' KULL FORMA TA' DISKRIMINAZZJONI KONTRA N-NISA", "Malta għandha tiffirma u tirratifika l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, illi kopja tiegħu fl-ilsien Ingliż hija annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;", "Billi Malta rratifikat il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa fl-1991, u minn dakinhar 'l hawn, emendat numru ta'dispożizzjonijiet legali sabiex tkun konformi mal-istess Konvenzjoni;", "Billi l-Protokoll huwa kumplimentari għall-għanijiet tal-Konvenzjoni, peress illi jistabbilixxi l-kompetenza tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa sabiex jirċievi u jikkunsidra komunikazzjonijiet minn ċittadini ta' stati membri li jkunu rratifikaw dan il-Protokoll;", "Billi huwa fl-aħjar interess ta' Malta illi l-Gvern ta' Malta jirratifika l-imsemmi Protokoll;", "Illi għalhekk issa din il-Kamra tirriżolvi li tawtorizza lill-Gvern ta' Malta sabiex jiffirma u jirratifika l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Helena Dalli.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET", "TAL-PULIZIJA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' Frar 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, kif għedt nhar it-Tnejn, ix-xogħol tal-Korp tal-Pulizija mhuwiex wieħed faċli.", "Aħna konxji li mhux xogħol faċli u tajjeb li nirrikonoxxu wkoll li l-Korp tal-Pulizija u l-korpi dixxiplinati kollha għandhom jingħataw ir-rispett meħtieġ lilhom.", "Huwa fatt li jkun hemm ċerta kritika.", "Jien il-kritika naċċettaha dment li tkun kritika pożittiva u ma tkunx kritika distruttiva sempliċement biex inkunu attakkajna.", "Fil-fatt xtaqt nagħmel xi dikjarazzjonijiet, speċjalment wara dak li deher fil-ġurnali llum.", "L-ewwel u qabel kollox il-Pulizija la qiegħda hemmhekk biex tweġġa' u lanqas qiegħda hemmhekk biex tiġi mweġġgħa.", "Il-Pulizija qiegħda hemmhekk biex tinvestiga u biex tipprevjeni l-kriminalità.", "Il-Pulizija qiegħda hemmhekk biex tieħu l-azzjonijiet li jkun hemm bżonn skont iċ-ċirkostanzi.", "Anke l-liġi stess tgħid ċar u tond li trid taġixxi b'mod li l-azzjoni tkun waħda ekwivalenti għaċ-ċirkostanzi li l-pulizija jsibu ruħhom fihom.", "Irrid ngħid li dwar il-każ li ssemma llum għaddejja inkjesta maġisterjali.", "Parti mill-inkjesta tal-ħruq tat-trakk ġiet estiża għall-akkużi li kien hemm.", "Qabel nikkummenta jien se nistenna r-riżultat tal-inkjesta maġisterjali.", "M'għandix dritt u lanqas ma għandi ħsieb li nindaħal lill-ebda maġistrat li jkun qiegħed jagħmel inkjesta.", "Imbagħad skont kif jirriżulta minn dik l-inkjesta jittieħdu l-passi kollha meħtieġa, però nirrikonoxxi li l-akbar problema li teżisti fil-Korp tal-Pulizija tittratta t-taħriġ dwar kif individwu għandu jaġixxi f'ċerti ċirkostanzi.", "Din il-problema ilha magħna s-snin.", "Għalhekk se nkunu qed ninvestu aktar fit-taħriġ, mhux biss dwar kif jintuża ċerta apparat, imma dwar dak kollu li huwa relatat ma' taħriġ differenti li għandu jingħata lill-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Sur President, naħseb li aħna għamilna ħafna għall-Korp tal-Pulizija u allura nistenna li jkun hemm koperazzjoni anke min-naħa tal-membri.", "Fil-fatt, beda proġett pilota fejn il-pulizija tat-traffiku ngħataw il-body cameras.", "Ippruvajna mmorru pass oltre biex numru ta' pulizija oħrajn jiġu ppruvati l-body cameras fuqhom f'ċerti livelli ta' responsabbiltà fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.", "Li dejjaqni huwa li jkun hemm individwi li jgħidulek li ma jkunux iridu l-body cam fuqhom.", "Sakemm huwa proġett pilota ma għandi l-ebda problema, imma meta naslu biex nattwaw huwa fl-interess tal-membri tal-Korp tal-Pulizija stess li jkollhom il-body cameras.", "B'dawn il-cameras ċerti mistoqsijiet la jqumu u lanqas ikollhom għalfejn isiru għax il-body cam stess dak il-ħin tagħtik l-informazzjoni ta' x'ġara u x'ma ġarax waqt inċident partikolari.", "Nerġa' ngħid, huwa fl-interess tal-pulizija li jkollhom il-body cameras u għalhekk se nkompli għaddej biex nara li dawn jiddaħħlu b'mod gradwali kemm fl-interess tal-investigazzjoni li tkun qed issir, kif ukoll għall-protezzjoni tal-membri stess tal-Korp għax dawn juru kif ikun aġixxa dak il-membru tal-Korp f'dak il-każ partikolari.", "Jekk ikun hemm dawn il-body cameras ħadd ma jkun jista' jipponta subgħajh u jgħid affarijiet li mhumiex veri jew jaqla' qlajja biex jipprova jgħatti xturu.", "Sur President, mingħajr ma nidħol fid-dettall, nixtieq nieħu ftit minuti biex nagħmel punt importanti.", "Lill-membri tal-Korp tal-Pulizija ħaddieħor qalilhom li m'għandhomx dritt li jitħallsu tal-overtime li ħadmu u aħna tajnihulhom.", "Qalulhom ukoll li ma setax ikollhom assigurazzjoni u aħna ħdimna u daħħalna skema ta' assigurazzjoni mhux biss għall-membri tal-Pulizija, imma għall-korpi dixxiplinati kollha.", "Qalulhom ukoll li m'għandhomx dritt ikunu f'union u aħna tajniehom id-dritt li jkunu rappreżentati minn union.", "Aktar minn hekk, għall-ewwel darba fl-istorja, membri tal-Korp tal-Pulizija kellhom ftehim kollettiv li ma ġiex deċiż mill-Kummissarju imma sar b'diskussjoni bejn l-awtoritajiet tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru għall-Finanzi u l-unions li kienu qed jirrappreżentaw lill-ħaddiema.", "Issa għaddejjin diskussjonijiet oħrajn biex membri oħrajn tal-korpi dixxiplinati jkollhom ftehim kollettiv li għall-ewwel darba ma jiġix deċiż minn fuq għal isfel imma jkun deċiż b'diskussjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.", "Sur President, għalissa se nieqaf hawnhekk.", "Nisma' l-kummenti tal-kollegi tiegħi u mbagħad jekk jibqa' ħin, nirrispondi aktar tard f'din is-seduta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, l-ewwel nett ninnota li llum għandna numru ta' żgħażagħ isegwuna f'dan il-Parlament.", "Ikollna istanzi f'dan il-Parlament fejn inkunu qed nitkellmu waħedna.", "Ġieli ma jkun hawn ħadd faċċata tagħna imma llum minbarra li hawn numru ta' Deputati min-naħa tal-Gvern, għandna wkoll udjenza li qiegħda tisma' dan id-diskors.", "Illum għandna liġi ta' paragrafu wieħed u m'hemm l-ebda raġuni għalfejn l-Oppożizzjoni m'għandhiex taqbel magħha.", "Bażikament kulma qed isir huwa li qed nestendu l-perjodu ta' żmien li timponi l-liġi biex sid ta' dar iwettaq l-obbligu li jwaħħal in-numru tad-dar mal-faċċata tad-dar tiegħu wara li jingħata dan in-numru mill-Kummissjoni Elettorali.", "Din hija liġi amministrattiva u l-Oppożizzjoni qed taqbel magħha.", "Ġustament il-Ministru responsabbli għal din il-liġi ddedika ħafna mid-diskors tiegħu biex jitkellem dwar l-operat tal-Korp tal-Pulizija.", "Jien ningħaqad f'dak li esprimiet din il-Kamra u nirringrazzja lill-forzi tal-ordni u lill-korpi dixxiplinati kollha f'dan il-pajjiż li nhar il-Ħadd li għadda għaddew minn esperjenza li forsi lanqas konna qed nobsru li se ngħaddu minnha bħala pajjiż.", "Il-fenomenu ta' nhar il-Ħadd li għadda wera li donnu għandna ħut li ma jafx jgħum.", "Qed ngħid dan għax f'dan il-pajjiż għandna ħut li f'daqsxejn maltemp jispiċċa barra mill-baħar u kieku kelli nagħmel riflessjoni ngħid li l-bniedem tant bagħbas fin-natura li ħoloq ħut speċjali għax kienet razza waħda biss ta' ħut li spiċċat fuq l-art.", "Naħseb li dan huwa wkoll frott l-intervent tal-bniedem, ta' kif inrabbu l-ħut fil-gaġeġ, għax dawn il-ħut litteralment ma jafux jgħumu u mal-inqas maltempata spiċċaw fuq l-art!", "Minbarra dak il-fenomenu li assistejna għalih, kellna wkoll l-intervent f'waqtu tal-korpi dixxiplinati.", "Jien insellem lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-membri kollha tal-Armata u lill-membri kollha tal-korpi dixxiplinati għall-mod kif nhar il-Ħadd issugraw ħajjithom biex isalvaw ħafna nies li sabu ruħhom f'periklu.", "Ħafna nies sabu ruħhom f'periklu mhux għax xtaqu però b'mod inkrebibbli kien hemm ukoll nies li pperikolaw ħajjithom billi għamlu l-ħmerijiet li rajniehom jagħmlu f'ċerti żoni ġewwa dan il-pajjiż.", "Għalhekk, f'isem l-Oppożizzjoni nerġa' nsellem lil dawk kollha li b'xi mod kienu involuti fil-ħidma li saret fi tmiem il-ġimgħa.", "Sur President, ilbieraħ u llum il-Ministru tkellem fuq is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija.", "Jien insegwi dak li qed jiġri u segwejt ukoll l-istorja li tfaċċat fil-ġurnali llum.", "Hija storja li tinkwetana għaliex kif qal tajjeb il-Ministru, din hija storja li kieku jeżistu l-body cameras tirriżolvi ruħha malajr, fis-sens li wieħed ikun jaf eżattament x'ġara.", "Però llum qegħdin ngħixu wkoll fl-era tal-mobile phones u l-istorja li kellna llum fil-ġurnal kienet akkumpanjata wkoll minn filmat li probabbilment kien ikun identiku għall-filmat li kien ikun hemm bil-body camera.", "Jien mhux qed ngħid li għandu jkun hemm ħtija jew nuqqas ta' ħtija, jien qed ngħid li donnu f'dan il-pajjiż, sfortunatament, għandna sistema ta' two weights and two measures.", "Ftit tal-ġimgħat ilu f'dan il-pajjiż kien hawn vidjo, li mar viral, ta' suldat li b'ċajta ffilmja lilu nnifsu jdur madwar xatba li kienet twaħħlet mill-Forzi Armati ta' Malta.", "L-Onor.", "Manuel Mallia qed jidħak għax vera kienet ċajta, ma tistax tiddeskriviha mod ieħor.", "Il-Forzi Armati ta' Malta għamlu xatba u dan bil-karozza tas-servizz tiegħu spjega kif din ix-xatba, li allegatament qamet eluf ta' ewro, saret għalxejn għax tista' ddur magħha bit-trakk kif fil-fatt għamel.", "Naturalment uża lingwaġġ ikkulurit ukoll, kellu lingwaġġ li ma nistax nirrepetih f'din il-Kamra, u kellu kritika ħarxa għall-Gvern immexxi mill-Partit Laburista li donnu sab il-flus biex jagħmel ix-xatba però ma sabx il-flus biex jgħin u nsejt lil min semma.", "Hija ċajta li dan iżżufjetta b'xi ħaġa li kienet għadha kif għamlet il-Forzi Armati ta' Malta, però dan illum tilef xogħlu.", "Din il-persuna l-Gvern niżel fuqha like a ton of bricks, u mhux issospendieha imma sa fejn naf jien, din il-persuna tkeċċiet minn xogħolha u llum qiegħda tieħu proċeduri fil-qrati biex tieħu dak li fil-fehma tagħha huwa ġust.", "Dalgħodu kellna storja xokkanti li, sfortunatament, tfakkarna fi żmenijiet fejn kien hemm is-swat mill-Pulizija.", "Rajna persuna b'wiċċha mbenġel u bi black eye, u jakkumpanja din l-istorja kien hemm filmat li minnu jidher li din il-persuna kienet qiegħda tiġi mishandled – u qed ngħid 'mishandled' biex inkun ġeneruż – u Alla jbierek il-Gvern iħabbar li hemm inkjesta u l-Ministru jiġi hawnhekk frisk daqs ħassa jgħidilna li se jistenna l-eżitu tal-inkjesta!", "Lis-suldat li għamel ċajta goffa keċċejtuh u dawn is-sinjuri, li ma nafx min huma u lanqas jinteressani min huma, la ġew sospiżi u lanqas tpoġġew fuq half pay.", "Dawn irrapportaw lura għax-xogħol u mbagħad meta xi darba tinqata' din l-inkjesta naraw!", "Jien nistenna li l-Ministru jispjegali għalfejn wieħed addirittura tkeċċa, filwaqt li fil-każ tal-pulizija li dehru fil-filmati tal-lum, skont ir-risposta tal-Ministeru - għax il-Ministru ġie mistoqsi jekk dawn il-persuni ġewx sospiżi minn xogħolhom – joħroġ li ma ġewx sospiżi.", "Sur President, l-appell tiegħi hu biex ma neħdux l-affarijiet lightly.", "Allaħares f'dan il-pajjiż nerġgħu mmorru għaż-żmien meta l-pulizija kienu jingħataw l-impressjoni li għandhom l-impunità, li jistgħu jsawtu lil xi ħadd, li jistgħu jabbużaw mid-drittijiet li tagħtihom il-liġi bil-konsegwenza li tidħol din il-mentalità.", "Sfortunatament, hawn din il-mentalità mhux fil-maġġoranza tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, però hemm mentalità f'uħud mill-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħsbu li ladarba jilbsu l-uniformi jistgħu jagħmlu dak li jidhrilhom.", "Dawn jagħmlu ħsara lill-Korp tal-Pulizija u jagħmlu ħsara wkoll lill-maġġoranza kbira tal-membri tal-Korp tal-Pulizija li jirrispettaw l-uniformi li jilbsu, jirrispettaw il-ġurament li ħadu u jifhmu li dik l-uniformi ma tagħtihomx il-poter li jsawtu lil xi ħadd.", "It-tieni punt li rrid nagħmel hu li fil-ġranet li għaddew kien hemm vidjo għaddej fuq Facebook ta' persuna li għamlet allegazzjonijiet serji fil-konfront tal-Prim Ministru, fil-konfront ta' Ministri tal-Gvern u fil-konfront ta' esponenti tal-Gvern.", "L-aħħar li ċċekkjajt dan il-vidjo kienu rawh 126,000 ruħ.", "Dawn kollha raw il-vidjo, semgħu dak li ntqal u semgħu l-allegazzjonijiet li saru.", "Fil-mument li dan il-vidjo ħa dik id-dimensjoni, dan ma baqax xi ħaġa li tista' tinjoraha.", "Ma jistax jibqa' xi ħaġa li twarrabha u tħalliha tgħib u tmut.", "Il-verità kienet li wara dak il-vidjo ħareġ vidjo ieħor, imbagħad, agħar minn hekk, rajna xeni li fil-fehma tiegħi jqajmu numru ta' mistoqsijiet.", "L-interess pubbliku jitlob li l-mistoqsijiet li saru jiġu mwieġba.", "Ilbieraħ, f'wieħed min-news portals ta' pajjiżna, intqal li l-Kummissarju għas-Saħħa qed jinvestiga dan il-każ.", "Dan mhuwiex biżżejjed.", "Ma jistax ikun li jkollna allegazzjonijiet, fil-fehma tiegħi serji, ta' persuna li marru l-pulizija d-dar tagħha u qabduha u kaxkruha lejn Mount Carmel.", "Qalet x'qalet din il-persuna, gravi kemm kienu gravi l-allegazzjonijiet li għamlet, għandha kemm għandha problemi din il-persuna, fuq jekk għandhiex problemi ta' saħħa mentali jew le, hemm proċedura li trid tiġi segwita.", "Il-Ministru qed iċaqlaq rasu u qed jgħid iva, però s'issa għad m'għandna ebda dikjarazzjoni min-naħa tal-Gvern li bl-aktar mod ċar tispjega li l-liġi ġiet osservata.", "Il-Mental Health Act huwa ċara ħafna u jistabbilixxi protokoll li jrid jiġi segwit; jistabbilixxi bl-aktar mod metikoluż dak li għandu jseħħ u allura meta jkollok pajjiż sħiħ qed jitkellem fuq dak li ġara, u meta l-persuna kkonċernata tkun qiegħda tgħid b'vuċi għolja li l-proċedura ma ġietx segwita, allura nippretendi … (Interruzzjonijiet)", "Il-Ministru qed jistaqsini min qalli.", "Żgur mhux hu!", "Il-Gvern żgur ma qal xejn.", "Il-Gvern għadu sieket ġimgħa wara li din il-persuna tkaxkret lejn Mount Carmel.", "Il-preokkupazzjoni tiegħi hija l-preokkupazzjoni ta' ħafna nies hemm barra, inkluż speċjalisti f'dan il-qasam, u allura nistieden lill-Ministru biex jiċċara l-affarijiet dwar dan il-każ.", "Ftit ġranet ilu tkellmet l-Alliance for Mental Health, li hija magħmula minn nies kompetenti.", "Dawn mhumiex nies estranei għas-suġġett.", "Dawn mhumiex nies li jqumu filgħodu u jgħidu \"ħa noħorġu stqarrija\", imma dawn huma nies li l-mistier tagħhom, ir-raġuni għalfejn jeżistu hija proprju biex iħarsu u jippromwovu d-difiża ta' min ibati bi problemi mentali.", "Din hija alleanza li hija magħmula mill-Mental Health Association, mill-Malta Association of Psychiatric Nurses u mir-Richmond Foundation u dawn spjegaw li hemm stringent requirements laid down by law u qalu li l-pulizija ma jistgħux imorru fid-dar ta' xi ħadd u jaqbduh u jkaxkruh lejn Mount Carmel.", "Il-pulizija ma jistgħux jagħmlu hekk qabel mal-persuna tkun eżaminata minn tabib u ħadd ma jista' jitlob li persuna titpoġġa Mount Carmel għax jidhirlu li għandha tkun Mount Carmel.", "Jekk jien ikolli problema ta' saħħa mentali, li jista' jkolli bħalma jista' jkollu kulħadd, ma jistax iqum it-tifel tiegħi għada filgħodu u jiddeċiedi li posti mhux iżjed id-dar u allura jċempel il-Pulizija u nispiċċa Mount Carmel.", "Jew jekk ikolli problema ta' saħħa mentali, missieri jew il-mara tiegħi, pereżempju, ma jistgħux iċemplu lill-Pulizija biex jiġu u jeħduni lejn Mount Carmel, irrid u ma rridx.", "Hemm proċeduri li jridu jiġu segwiti u allura nistieden lill-Ministru biex iserraħ moħħ il-poplu għax hemm min hu inkwetat hemm barra.", "Meta jkollok xi ħadd li qed iwerżaq minn ġo Mount Carmel li qiegħed maqful hemmhekk u nkisru d-drittijiet tiegħu, jista' ma jkollux raġun, imma trid tisimgħu.", "Aħna rridu soċjetà that cares.", "Dan bħal meta jkollok lil xi ħadd il-ħabs li jallega li qiegħed il-ħabs intortament għax kien hemm miscarriage of justice.", "Jista' jkun li ma jkollux raġun imma li ma tagħtix kasu, li tinjorah u li turi li ma jimpurtakx huwa ħażin.", "Fil-fehma tigħi anke f'dan il-każ qed jiġri hekk.", "Aħna soċjetà that cares.", "Aħna Oppożizzjoni that cares ukoll.", "Aħna jimpurtana minn jekk hemmx persuna f'Mount Carmel li qiegħda tallega li din tpoġġiet hemmhekk mingħajr il-kunsens tagħha, mingħajr ma ġiet eżaminata minn tabib u mingħajr ma ġiet segwita l-proċedura.", "Mhijiex raġuni biżżejjed li tgħidilna li ċemplu l-ġenituri tagħha u talbukom tintervjenu, jew li bdejtu tħossu li hemm periklu għall-Prim Ministru għax beda jistiednu għal dibattitu l-Imsida.", "Jista' jkollok ħafna preokkupazzjonijiet però dawn il-preokkupazzjonijiet ma jiġġustifikawx ċerta azzjoni.", "Qed ngħid hekk għax dan il-Gvern għandu track record fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Din mhijiex l-ewwel persuna.", "Kulħadd jiftakar il-każ ta' ċertu Ignatius Busuttil li fl-2014 kienet iddeċieda li jmur jagħmel protesta quddiem Kastilja fuq kwestjoni tal-MEPA.", "Il-Gvern Laburista, li l-kollegi ta' faċċata tiegħi jagħmlu parti minnu … (Interruzzjonijiet) Meta jissemma dan il-każ jibdew joqomsu ftit!", "Din il-persuna kienet qed tipprotesta quddiem Kastilja kontra l-MEPA u kienu marru l-pulizija, arrestawha u bagħtuha Mount Carmel.", "(Interruzzjonijiet) Toqgħodx tkellimni fuq sparar, Onor. Cardona, isma' minni!", "(Interruzzjonijiet) Onor. Cardona, int ma kellekx id-diċenza li tqum u tiċħad l-allegazzjonijiet li għamlet fil-konfront tiegħek il-persuna li semmejt ftit tal-ħin ilu.", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja u kompli bid-diskors.", "BEPPE FENECH ADAMI: Dan huwa l-uniku pajjiż fid-dinja fejn isiru akkużi fil-konfront ta' esponent ewlieni tal-Gvern, l-Onor.", "Chris Cardona, li b'xi mod huwa involut fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u ma jiġri assolutament xejn.", "(Interruzzjonijiet) Fid-dinja m'hemm imkien fejn ministru ma jqumx u jgħid li allegazzjoni bħal dik mhijiex vera.", "Dan biex tifhmu f'liema stat assurd wasal dan il-pajjiż!", "Din il-persuna li għamlet dan il-vidjo ntefgħet Mount Carmel għax għamlet allegazzjonijiet fil-konfront tal-Onor.", "Cardona li huwa involut fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u tliet ġimgħat wara, il-Ministru jidhirlu li m'għandux jiċħad dawn l-allegazzjonijiet.", "(Interruzzjonijiet) Bħala fatt inti s'issa għadek ma ċħadtx l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħek.", "L-ISPEAKER: Indirizza lili, jekk jogħġbok.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, kont qed ngħid … (Interruzzjonijiet) Din il-persuna dan qalitu barra u s'issa għadek ma ċħadtux.", "(Interruzzjonijiet) Għid li mhux veru!", "Iċħadha!", "L-ISPEAKER: Onor. Beppe Fenech Adami, ħu paċenzja, ibqa' indirizza lili.", "Mhux is-soltu li titħawwad daqshekk, ibqa' indirizza lili.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, serraħ moħħok li mhux jien qed nitħawwad imma huma qed jitħawdu.", "L-ISPEAKER: Għalhekk qed ngħidlek hekk, biex tkompli bid-diskors tiegħek.", "BEPPE FENECH ADAMI: L-Ispeaker għadu kemm qal li qed jitħawdu.", "Ignatius Busuttil kien mar jipprotesta quddiem Kastilja u għax mar jipprotesta quddiem Kastilja spiċċa Mount Carmel.", "Dan imbagħad kien għamel kawża kontra l-Gvern u rebaħ somma flus u allura f'isem l-Oppożizzjoni, f'isem id-diċenza f'dan il-pajjiż, għax għandna bżonn daqsxejn diċenza f'dan il-pajjiż, nitlob lill-Ministru biex meta jiġi biex jagħmel ir-replika tiegħu jassigura u jserraħ moħħ il-poplu Malti li ġiet osservata l-liġi meta l-persuna li tellgħet vidjo b'akkużi serji fil-konfront tal-Prim Ministru u fil-konfront tal-Onor.", "Chris Cardona spiċċat Mount Carmel.", "Jekk jiriżulta li din il-persuna spiċċat Mount Carmel mingħajr ma ġew osservati l-liġijiet ta' dan il-pajjiż, allura xi ħadd għandu jerfa' r-responsabbiltà.", "Allaħares f'dan il-pajjiż nispiċċaw f'sitwazzjoni fejn persuna li tikkritika jew tagħmel allegazzjonijiet fuq dan il-Gvern tispiċċa maqfula u midfuna ħajja f'kamra f'Mount Carmel.", "Sur President, il-Ministru tkellem fuq il-Pulizija però nappella lill-Ministru biex juża l-istess kejl għal kulħadd.", "Naf persuni li ftit taż-żmien ilu għax tellgħu post jikkritikaw b'mod goff lill-Prim Ministru u kienu membri f'korp dixxiplinat, ġew imsejħa u ħadu l-penitenza għal dak li għamlu.", "Niġbed l-attenzjoni għal vidjo li ttella' fuq Facebook fil-ġranet li għaddew minn membru fil-Korp tal-Pulizija, bl-isem ta' Edward Falzon, l-għada li rajna l-festin sabiħ li sar il-Girgenti.", "Dan għajjar lin-Nazzjonalisti u qagħad jitkellem fuq dan l-aqwa żmien, fuq kemm l-Onor.", "Joseph Muscat ħaqqu jagħmel parties u kemm għandu biex jixxala u kemm aħna n-Nazzjonalisti maħruqin għax naraw lill-Onor.", "Joseph Muscat jixrob ix-xampanja għax aħna qatt ma xrobna xampanja f'ħajjitna.", "Bħalma tieħdu passi kontra membri tal-korpi dixxiplinati li jagħmlu kritika fil-konfront tal-Gvern u kultant jesaġeraw u allura tagħmlu sew, hemmhekk ukoll kellkom tużaw l-istess kejl!", "L-isem tal-persuna li tellgħet dan il-vidjo ftit tal-ġranet ilu semmejtulek, Ministru.", "Mhux biżżejjed li issa tgħidilha biex tneħħi dak il-post.", "Kemm hu faċli issa li tagħtuh ordni biex ineħħi dak il-post!", "Għat-tieni darba, din l-istess persuna bl-aktar mod oxxen qiegħda tgħajjar lill-Oppożizzjoni, qiegħda tgħajjar lin-Nazzjonalisti, qiegħda tgħajjar kważi nofs il-poplu Malti li ma jappoġġjax lill-partit li tappoġġja hi.", "Imma ħalli issa niġi għal xi punti oħra li xtaqt inqajjem fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi jitkellem fuq in-numri tal-bibien li f'dan il-pajjiż huma responsabbiltà tal-Kummissjoni Elettorali.", "Kif qegħdin xahrejn 'il bogħod mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew nixtieq nagħmel kumment.", "Fl-elezzjonijiet li ġejjin għall-ewwel darba f'dan il-pajjiż se nużaw is-sistema tal-għadd elettroniku.", "Wara li bdejna nivvotaw aħna b'mod elettroniku fil-Parlament, tħajru biex f'dawn l-elezzjonijiet jibdew jgħoddu b'mod elettroniku.", "Madanakollu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, l-Onor.", "Clyde Puli, fil-ġimgħat li għaddew kien esprima preokkupazzjoni dwar il-mod kif se titħaddem din is-sistema.", "Din hija preokkupazzjoni ġustifikata għax minn dak li ġie rapportat jidher li fl-ewwel mock run, jiġifieri fl-ewwel test li sar tas-sistema tal-għadd tal-voti, l-error rate kienet ta' madwar 40%.", "Mela meta l-computers ġew biex jgħoddu l-voti fl-ewwel mock run kien hemm 40% tal-voti li ma nqrawx tajjeb.", "Sussegwentement sar mock run ieħor u l-error rate niżlet minn 40% għal 20%.", "Mill-informazzjoni li għandi dik hija l-aħħar mock run li saret, fejn kellna 20% error rate fl-għadd tal-voti.", "Issa f'pajjiżna l-elezzjonijiet jintrebħu b'5% jew 6% u allura b'error rate ta' 20% ifisser li jista' jkollna riżultat pervers, biex nuża kelma li kien uża l-Perit Mintoff fl-1981.", "Mingħajr ma nallarma lin-nies, irrid li l-poplu Malti jingħata s-serħan tal-moħħ.", "Li jinkwetani wkoll huwa l-fatt li skont dak li qrajt, għax jien m'iniex involut direttament, meta ġew biex inaqqsu l-error rate minn 40% għal 20% kien il-kuntrattur li aġġusta s-sistema biex l-error rate niżlet.", "Il-Kummissjoni Elettorali bilfors kellha tqabbad kuntrattur biex jagħmel dan ix-xogħol u dan ifisser li din hija sistema kompjuterizzata li tista' tiġi aġġustata biex taqra aħjar il-voti u viċi versa, ċjoè biex ma taqrax il-vot tajjeb!", "Dan qed ngħidu mingħajr ma nallarma.", "Naħseb li jien u l-Onor.", "Michael Falzon għandna rekord mondjali ta' kemm-il darba morna l-counting hall nassistu għall-għadd tal-voti u nafu l-ansjetà u t-tensjoni li jkun hemm.", "Nafu li fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jkollok sitwazzjonijiet fejn kunsill jintrebaħ b'seba' voti biss, pereżempju, jew bi 15-il vot.", "Nafu wkoll li dawn huma kunsilli fejn ħafna nies ma jiġux eletti mal-ewwel count imma jiġu eletti fl-20 count.", "Barra minn hekk, fl-elezzjonijiet tal-kunsilli jkollna ħafna cross-voting u f'dan il-kuntest, speċjalment fuq livell lokali, ikollna sitwazzjoni ta' touch and go, jiġifieri tista' tirbaħ jew titlef fuq kwestjoni ta' seba' voti jew għaxar voti.", "Għalhekk jeħtieġ li jkollna s-serħan tal-moħħ li din hija sistema li se taħdem tajjeb.", "Se nagħmel punt ieħor dwar il-Kummissjoni Elettorali.", "Naf li qed tiġi diskussa l-possibbiltà li l-partiti politiċi jingħataw kopja ta' kull vot li jintefa' fil-kaxxa.", "Il-General Elections Act, ċjoè l-liġi li tirregola l-elezzjonijiet f'pajjiżna, tagħti ħafna poteri lill-partiti biex jiskrutinizzaw, biex ikollhom aċċess, u biex ikollhom serħan tal-moħħ li l-proċess jitmexxa sew u b'mod rigoruż, però naħseb li issa qegħdin immorru daqsxejn overboard.", "Naħseb li jekk il-partiti politiċi se nagħtuhom id-dritt li jkollhom kopja ta' kull vot, se nkunu qed innaqqsu mill-konċett li l-vot huwa sigriet.", "Min hu midħla tal-proċess elettorali jaf li f'pajjiżna għandna d-distretti, fid-distretti għandna l-lokalitajiet, f'kull lokalità għandna numru ta' kaxex tal-voti u għal kull kaxxa jkun hemm numru ta' toroq allokati.", "Biex nagħtikom eżempju, ejja ngħidu li fil-kaxxa Nru 100 ikun hemm il-voti ta' min joqgħod fi Triq il-Kbira, Birkirkara.", "Allura l-partiti jkunu jafu li Beppe Fenech Adami, li joqgħod fi Triq il-Kbira, Birkirkara, se jivvota fil-kaxxa Nru 100 u dan ifisser li l-pariti politiċi se jkollhom kopja tal-vot tiegħi.", "Tgħidli: Imma x'fiha?", "Kif jista' jkun li l-partit politiku jkun jaf mill-kaxxa Nru 100 liema hu l-vot tiegħek?", "Ir-risposta hija sempliċi.", "Dan jista' jwassal għal abbuż u abbuż serju ħafna.", "Ilkoll nisimgħu stejjer ta' xiri ta' voti u ta' persuni li jieħdu ritratt tal-vot tagħhom biex juruk kif ivvotaw.", "Din is-sistema fejn il-partiti se jkollhom aċċess għall-kopja ta' kull vot tfisser li jista' jiġi kandidat partikolari, iwegħedni xi ħaġa partikolari bil-kondizzjoni li lilu nagħtih il-1, it-2 nagħtih lil xi ħadd partikolari u t-3 nagħtih lil xi ħadd ieħor.", "Min ikun xtrani lili jista' jmur għand il-partit, idur il-voti tat-triq fejn noqgħod jien u jara jekk hemmx vot bil-pattern kif ftehemna.", "Jekk hemm, dak li wegħedni jista' jroxxuli iżda jekk ma jsibx il-vot kif miftiehem ikun jaf li jien ma żammejtx kelmti fil-konfront tiegħu.", "Dan biex nagħtikom eżempju,", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa perikoluż ħafna.", "Id-drittijiet tal-partiti li jimmonitorjaw il-proċess elettorali m'għandhom bl-ebda mod jimpinġu fuq id-dritt sagrosant li l-vot ta' persuna jibqa' sigriet.", "Naħseb li dan huwa prinċipju fundamentali f'kull sistema elettorali demokratika u allura nappella lil kulħadd, lil hinn mill-partiti politiċi, biex nikkonsidraw jekk dan li qed jiġi propost huwiex ħaġa tajba fid-direzzjoni t-tajba.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jitkellem ukoll dwar l-obbligu ta' persuna li twaħħal in-numru tal-bieb mal-faċċata tad-dar tagħha.", "Mela allura jitkellem dwar dik li, skont stħarriġ ippubblikat il-ġimgħa l-oħra, hija l-aktar problema li qiegħda tinkwieta lill-poplu Malti wara l-kwestjoni tal-immigrazzjoni.", "F'dan il-pajjiż l-ewwel preokkupazzjoni tal-poplu Malti tittratta l-immigrazzjoni u t-tieni l-aktar problema li tinkwetah tittratta l-housing.", "Jien ngħid li l-problema tal-housing hjia konsegwenza tal-ewwel preokkupazzjoni, ċjoè tal-influss ta' eluf ta' ħaddiema li ġew jaħdmu f'pajjiżna biċ-cheap labour.", "Qed ngħid hekk għax f'din l-aħħar sena f'dan il-pajjiż tfaċċat problema ġdida, u dan mhux qed ngħidu jien.", "Tlaqna minn sitwazzjoni fejn kulħadd kellu saqaf fuq rasu u mxejna għal sitwazzjoni fejn numru ta' nies spiċċaw bla saqaf fuq rashom, jew għaliex ma kellhomx xogħol jew għaliex huma pensjonanti, però issa tfaċċa dan il-fenomenu ġdid, li żgur mhuwiex ċertifikat tal-aqwa żmien; għandna nies li għandhom impjieg u xorta m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "Sur President, dan mhux qed ngħidu jien.", "Fil-ġranet li għaddew il-YMCA – li nsellmilha minn hawnhekk għax-xogħol kbir li tagħmel għal dawk li m'għandhomx saqaf fuq rashom – spjegat li fis-sena 2017, minn kull 30 persuna li kienet homeless u li kienet tmur għandhom biex torqod minħabba li ma kellhiex saqaf fuq rasha, 20 kienu unemployed.", "Mela minn kull tlieta li marru għandhom, tnejn kienu bla xogħol.", "Illum il-YMCA tgħidilna li minn kull 30 persuna li qed imorru għandhom għax m'għandhomx saqaf fuq rashom, 20 għandhom impjieg.", "Dan hu ċ-ċertifikat ta' Joseph Muscat, tal-Aqwa Żmien, tal-Gvern li suppost jaħseb f'min hu l-aktar fil-bżonn!", "Iċ-ċertifikat ta' dan il-Gvern huwa li ħoloq il-faqar mill-ġdid.", "Iċ-ċertifikat ta' dan il-Gvern huwa li ħoloq faxx kbir ta' nies li jaħdmu, għax l-aqwa li niftaħru li għandna full employment, iżda jgħixu fil-faqar.", "Illum għandna faqar fost nies li jaħdmu u r-raġuni hija sempliċi ħafna; huwa fatt li b'minimum wage ta' €762 fix-xahar ma tistax tgħix ħajja deċenti.", "Niftaħru li aħna l-aqwa fl-Ewropa – għax għall-megalomania dan il-Gvern ma jirbaħlu ħadd! – u issa saħansitra qed ngħidu li aħna l-għira tad-dinja imma mbagħad, aħna li aħna l-aqwa fl-Ewropa u l-għira tad-dinja, għandna minimum wage ta' €762 meta l-medja tal-minimum wages fl-Unjoni Ewropea hija ta' €924!", "Aħna li aħna l-aqwa fl-Ewropa u l-għira tad-dinja għandna minimum wage ta' €162 inqas mill-average minimum wage fl-Unjoni Ewropea!", "Niftaħru wkoll li l-proprjetà tagħna hija l-aqwa fid-dinja.", "Fejn trid tasal iżjed?!", "Aħna l-aqwa fid-dinja u issa qed jgħidulna li l-proprjetà tagħna togħla aktar minn ta' Hong Kong!", "Jiġifieri issa ma' Hong Kong qegħdin nikkompetu!", "Iftħu widnejkom; aħna aqwa minn Hong Kong!", "Ixtru l-proprjetà f'Malta għax il-proprjetà f'Malta togħla aktar minn ta' Hong Kong!", "Ir-riżultat ta' dan kollu huwa sempliċi ħafna; għandna din il-bużżieqa li huwa evidenti li f'xi mument jew ieħor se tinfaqa', però fl-istess ħin qed noħolqu faqar ġdid.", "Għandna nies li m'għandhomx biex jixtru dar.", "Illum għandna żgħażagħ b'impjieg, żgħażagħ professjonisti, bħal avukati u periti, u anke żgħażagħ li ggradwaw mill-Università li meta jmorru l-bank biex jissellfu, il-bank ma jsellifhomx.", "Għandna avukati li għadhom ħerġin mill-Università, sabu impjieg però bl-impjieg li ngħataw ma jistgħux jixtru dar.", "Ma jeżistix iżjed suq għal dawn in-nies u meta jiġri hekk, in-numru ta' nies homeless jiżdied.", "Sur President, dan mhux qed ngħidu jien.", "Is-CEO tal-YMCA ftit tal-ġranet ilu qal li sas-sena l-oħra kien ikollu jirrifjuta talba waħda kuljum ta' xi ħadd li m'għandux saqaf fuq rasu minħabba li ma jkollux post u din is-sena, fl-aqwa pajjiż fl-Ewropa, l-għira tad-dinja, qed ikun hemm ħames talbiet kuljum ta' nies li jmorru għand il-YMCA biex jitolbu li jkollhom saqaf fuq rashom u jiġu rifjutati.", "Dan bejn is-sena l-oħra u dis-sena qed nitkellmu u mhux fuq is-snin ta' wara l-gwerra.", "Agħar minn hekk, illum għandna faqar fl-etajiet kollha.", "Qabel kien hemm min ma kienx qed jirnexxilu f'ċerta età imma llum l-akbar ammont ta' nies huma żgħażagħ bejn l-20 sena u l-35 sena u aktar minn 35 sena.", "La fil-gwerra, la wara l-gwerra, la fis-snin ħamsin, la fis-snin sittin, la fis-snin sebgħin, la fis-snin tmenin, la fis-snin disgħin u lanqas fl-ewwel snin ta' dan is-seklu ma kellna sitwazzjoni fejn ħames min-nies kuljum jitolbu li jkollhom saqaf fuq rashom.", "Għandna saħansitra numru ta' nies li qed imorru s-soup kitchens jitkarrbu biex jieklu kuljum.", "Dan huwa l-faqar ġdid, il-faqar li ħoloq dan il-Gvern bil-mudell ekonomiku li qiegħed jippromwovi.", "Mela l-Prim Ministru filli jitkellem fuq il-blockchain, fuq il-gaming u fuq kemm ġejjin nies minn barra l-pajjiż li huma high net worth, u issa nhar il-Ħadd mar jagħmel konferenza u qalilna biex inserrħu moħħna għax ġejjin 500 ħaddiem u se nassiguraw li dawn jaqilgħu l-minimum wage u mhux inqas.", "Dan x'kejl hu?! 500 biss se jġib meta qalilna li ma nafx kemm kellhom jiġu stilel taċ-ċinema, stilel tal-isport u stilel ta' ma nafx xiex f'pajjiżna?!", "Minn dak ma ġie xejn.", "Se nġibu 500 persuna mit-Turkija u l-Prim Ministru, il-kejl tas-suċċess tiegħu, is-serħan tal-moħħ tiegħu huwa li dawn se jaqilgħu l-minimum wage u mhux inqas.", "Anzi wissa lil min se jġibhom u qallu: Ara ma jfettillekx tagħtihom inqas mill-minimum wage!", "Dak l-aqwa fl-Ewropa!", "Dak l-għira tad-dinja!", "Dan hu l-istandard ta' Joseph Muscat li llum reġa' kkonferma li minn hawn u ftit ġimgħat, xhur jew ma nafx meta, se jdabbar rasu u jħalli lil dan il-pajjiż ifendi għal rasu u jipprova jsolvi l-problemi li se jkunu l-legat tiegħu wara li jitlaq.", "Dan ħoloq ekonomija fuq il-faqar, ekonomija fuq il-prekarjat, ekonomija fuq li nġibu 500 ruħ minn barra u jassigurana li se jingħataw il-minimum wage.", "Ftit tal-ġranet ilu rajna lill-Prim Ministru u l-ħbieb tiegħu jkantaw \"Ma' tagħmlu xejn mal-Perit Mintoff\".", "Dawn mhux ma jagħmlu xejn miegħu, ma jagħmlu xejn bħall-Perit Mintoff!", "Mur ġib lil Mintoff jaċċetta dan kollu!", "Mur ġib lil Mintoff jisma' lill-Prim Ministru tal-Partit Soċjalista Malti jitkellem b'dan il-mod!", "Mur ġib lil Mintoff jismagħkom tgħidu dawn l-affarijiet!", "Ma tagħmlu xejn bħall-Perit Mintoff mhux ma tagħmlu xejn mal-Perit Mintoff!", "Intom ma tagħmlu xejn bħall-Perit Mintoff.", "Intom begħtu r-ruħ soċjali tagħkom u għamiltu l-flus l-alla ta' kollox.", "Issa l-Prim Ministru se jdabbar rasu towards new pastures għax dan ġie bil-ħsieb li jagħmel bejn seba' snin u tmien snin, u jitlaq!", "Tiġi, toħloq ekonomija bużżieqa, tifqa' kullimkien bil-permessi, tifqa' kullimkien bil-ħaddiema barranin u wara seba' snin iddabbar rasek.", "Mur ġibek tkun il-Partit Nazzjonalista li tagħmel 25 sena fil-Gvern u tibdel pajjiż minn fuq s'isfel!", "Dan għamel l-eħfef ħaġa; ġie, għamel dan li għamel u se jdabbar rasu, imbagħad jaraw ta' warajh.", "Il-Ministru Farrugia qed jgħidli x'għandu x'jaqsam.", "Daqskemm għandu x'jaqsam id-diskors li għamel dwar il-cameras tal-Pulizija man-numri mwaħħlin mal-bibien!", "Imma issa ħalli nitkellem dwar l-Armata.", "Ftit tal-ġranet ilu ħareġ rapport tal-Ombudsman bit-trabuxu, għax dawn għamlu minn kollox biex ifixklu lill-Ombudsman milli jinvestiga l-abbużi u l-ħneżrijiet li twettqu fl-2013, mhux taħt il-Ministru Farrugia, però mill-Gvern Laburista li hu jirrappreżenta.", "Dan ir-rapport jitkellem bl-aktar mod ċar dwar kif il-promozzjonijiet li ngħataw fl-2013 kienu abbużivi u nħolqot sistema by design, jiġifieri apposta, biex taġevola lil min kellhom ippjanat li jaġevolaw.", "Dan ir-rapport tal-Ombudsman, li ġie ppubblikat wara daqstant snin għax l-Ombudsman kellu jmur il-Qorti biex il-Qorti tordna lill-Gvern jgħaddi l-informazzjoni lill-Ombudsman dwar dawn il-promozzjonijiet, jgħid hekk:", "Dan ifisser li kien hemm proċess ta' kif jingħataw il-promozzjonijiet u dawn l-għorrief turned it on its head b'tali mod li:", "Jgħid ukoll li l-proċess kien sar b'tali mod li:", "L-Ombudsman jgħid \"by design\" għax ivvintaw mod ta' promozzjonijiet apposta biex, pereżempju, il-Kap Kmandant u d-Deputy Commander tal-Forzi Armati ta' Malta jingħataw erba' promozzjonijiet u tliet promozzjonijiet f'daqstant xhur biex jaqbżu lil kulħadd.", "Għandna kundanna tal-Ombudsman li hija waħda sostanzjata, jiġifieri ma saritx kapriċċjożament, u l-istess Ombudsman għamel rapport voluminuż li jwaħħxek meta tara kif ħadmu biex iqaċċtu l-irjus ta' career people fl-Armata u jdaħħlu lil dak u lill-ieħor jew għax ħabib tagħhom, jew forsi għax jixorbu flimkien, jew għax joħorġu flimkien, jew għax ħbieb mal-familja jew għax għenu fil-kampanja u allura jaqbżu għal xulxin.", "Hekk jaħdmu!", "Dawn il-Forzi Armati ta' Malta!", "Il-Forzi Armati ta' Malta mhijiex entità kwalunkwe.", "Li inti tagħti l-promozzjonijiet bl-addoċċ huwa ħażin dejjem, però li tagħti promozzjonijiet bl-addoċċ fl-Armata huwa ħażin – u din jgħidha l-Ombudsman – għax jaffettwa wkoll is-sigurtà ta' pajjiżna.", "Tistgħu timmaġinaw?", "Forsi fil-Venezuela jista' jiġri hekk!", "Jumejn qabel l-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju, jiġifieri fl-1 u fit-2 ta' Ġunju, ingħataw 700 promozzjoni … (Interruzzjonijiet) Dan mhux minn ewl id-dinja?", "Ministru, jaħasra qed nitkellem fattwalment.", "Il-Gazzetta tal-Gvern lejlet l-elezzjoni ppubblikat mijiet ta' promozzjonijiet.", "Mhix xi ħaġa minn ewl id-dinja li meta tagħti promozzjoni lejliet elezzjoni … 700 promozzjoni taw lejliet l-elezzjoni ġenerali.", "Imbagħad jgħidu li ma xtrawx il-voti!", "Jgħidu: Dawk tajnihomlhom għax ħaqqhom.", "Skużi, allura tagħti promozzjoni lejliet l-elezzjoni?", "Il-Gazzetta tal-Gvern ta' lejliet l-elezzjoni toħroġ b'ismijiet ta' 700 suldat li ngħata promozzjoni.", "Issa din mhijiex armata ta' xi 20,000 suldat tafux, għax bħalissa hemm taħt l-2,000 u allura meta tagħti 700 promozzjoni jfisser li ħarbatt armata sħiħa.", "L-Ombudsman kiteb lill-Ministru u qallu: Prim Ministru, Ministru hawnhekk għamiltu oxxenità.", "Hawnhekk għamiltu inġustizzja.", "Irrimedjaw din l-inġustizzja għax weġġajtu lin-nies u kissirtu lin-nies.", "Jien naf nies li kienu fl-Armata li kissirtuhom.", "Kissirtu familji!", "Tajba, mela jkollok xi ħadd tiela' bil-mod, tarġa tarġa, imbagħad jiġi l-ieħor u jagħmel somersault ta' erba' promozzjonijiet u jiġi qablu!", "B'dan il-mod tkisser il-moral, tkisser il-familja, tkisser l-entużjażmu għall-ħajja, tkisser l-amor proprju għall-impjieg tiegħek imma għalihom dawn qisu xejn mhu xejn.", "Jikteb lill-Prim Ministru, il-Prim Ministru jirreferi lill-Ministru u l-Ministru jwieġeb u jgħidlu we have taken note.", "Imma ħalli nikkwotah eżatt għax nibża' li nikkwotah ħażin.", "B'mod insensittiv, ikollok rapport tal-Ombudsman li jgħidlek li għamiltu l-ħniżrijiet u l-Ministru jgħidlu li he disagrees!", "Aħna għandna Uffiċċju tal-Ombudsman li għamel erba' snin jagħmel ir-rapport tiegħu, imbagħad il-Ministru bagħatlu ittra wara nofs siegħa u qallu:", "– u nixtieq inkun naf fejn jaqbel ma' dan ir-rapport! –", "Ara kemm qegħdin sew!", "Mela l-Ombudsman jagħmel rapport fejn jgħid li saret inġustizzja, jgħid fil-konfront ta' min saret dik l-inġustizzja, jitlob lill-Gvern jirrimedja dik l-inġustizzja u mbagħad il-Ministru jgħidlu li qed jieħu nota.", "Jgħidlu wkoll li ma jaqbilx miegħu għax qed jgħid il-ħmerijiet u li minkejja dan, se jieħu dak li qed jgħid into consideration for future processes!", "Dawn li sofrew l-inġustizzja ħafna minnhom tilfu eluf ta' flus, tilfu karriera, telqu mill-Armata.", "Probabbilment lejlet l-elezzjoni ġenerali li ġejja!", "Ministru, dan mhuwiex sew.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Onor. Fenech Adami, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "BEPPE FENECH ADAMI: Jien mhux qiegħed hawnhekk biex ngħallmek.", "Jien qiegħed hawhekk biex … (Interruzzjonijiet) Nitgħallmu minn xulxin.", "Onor. Fenech Adami, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.", "BEPPE FENECH ADAMI: Ministru, ħalli nikkumplimentak ftit.", "Jien tlaqt bil-premessa li dawn il-ħniżrijiet ma sarux meta kont Ministru int għax int sirt il-Ministru responsabbli mill-Pulizija u l-Armata wara l-aħħar elezzjoni ġenerali.", "Però issa inti għandek rapport f'idejk u għandu jkollok il-kuraġġ li tagħmel dak li hu sewwa.", "Ejja nitilqu bil-premessa li xi ħadd għamel żball fil-passat.", "Allura dan jiġġustifika li inti tarmi r-rapport?", "Fil-fehma tiegħi, il-Ministru għandu l-privileġġ li jirranġa dak li ġara.", "Sinjura President, jien m'għandix dubju li l-Ministru jaf li dak li sar fl-2013 ma kienx korrett.", "U jekk ma kienx jaf x'ġara, issa sar jaf grazzi għar-rapport tal-Ombudsman u allura issa għandu responsabbiltà politika wkoll.", "Għandu rapport tal-Ombudsman li jelenka bl-aktar mod ċar kif saru l-inġustizzji, fil-konfront ta' min saru l-inġustizzji u x'rimedji għandhom jittieħdu biex jitranġaw dawk l-inġustizzji.", "Inti, Ministru issa għandek ir-responsabbiltà tirrimedja dawn l-inġustizzji li saru.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, jien ukoll nikkonferma li l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi, però ladarba dan huwa Abbozz ta' Liġi li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Intern, inħossni fid-dmir li nieħu din l-okkażjoni - għax mhux ta' kuljum li jkolli lill-Ministru faċċata tiegħi - biex niddiskuti xi ħaġa oħra li tmiss mar-responsabbiltà tiegħu.", "Inħossni fid-dmir li jien ukoll nitkellem fuq affarijiet marbuta mas-sigurtà f'pajjiżna.", "Huwa tajjeb li naċċenna għall-proposti relatati mas-sigurtà f'pajjiżna li bħala Oppożizzjoni konna ressaqna u ddiskutejna mal-Gvern.", "Dawn il-proposti għamilniehom b'rabta mal-Abbozz ta' Liġi li se jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali imma jidher li l-Gvern mhux qiegħed jagħti kashom.", "Dan qed ngħidu għax fil-ġranet li ġejjin f'din il-Kamra se nkunu qegħdin niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi fl-intier tiegħu imma l-Oppożizzjoni għadha qed tistenna appuntament biex aħna nispjegaw x'inhuma dawn il-proposti.", "Din hija xi ħaġa li ġiet imwiegħda lilna mis-Segretarju Parlamentari responsabbli, però ladarba l-Kabinett approva l-Abbozz ta' Liġi li se nkunu qegħdin niddiskutu fi ftit tral-ġranet oħra, jidher li l-proposti tagħna ma ġewx inklużi.", "Sinjura President, aħna f'dawn il-proposti tkellimna wkoll dwar il-community policing, xi ħaġa li l-Ministeru mmexxi mill-Onor.", "Michael Farrugia jista' jattwa fil-lokalitajiet tagħna.", "Din hija xi ħaġa fattibbli u allura għadna ma nistgħux nifhmu għaliex il-Gvern jidher li mhux qiegħed jagħtiha importanza.", "Irrid ngħid ukoll li l-Gvern jgħid li l-kriminalità f'pajjiżna qiegħda tonqos.", "Nixtieq inkun naf liema figuri qed jikkwota!", "F'dawn l-aħħar ġranet għamilt mistoqsija parlamentari biex nieħu ritratt ta' fiex tinsab in-naħa ta' fuq ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriminalità.", "Jien ġej min-naħa ta' fuq ta' Malta u allura ridt nieħu ritratt min-Naxxar 'il fuq, jiġifieri min-Naxxar, għal San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.", "Ir-risposta kopriet erba' xhur u sfortunatament, tikkonferma li r-residenti tan-Naxxar, tal-Mellieħa u ta' San Pawl il-Baħar ma jistgħux joqogħdu fuq dak li qed jgħid il-Gvern, ċjoè li l-kriminalità f'pajjiżna qiegħda dejjem tonqos.", "Qiegħed nirreferi għal mistoqsija parlamentari 9077 li t-tweġiba tagħha fiha figuri li huma inkwetanti.", "Pereżempju fil-lokalità tal-Mellieħa, fl-aħħar erba' xhur, mir-residenzi kien hemm ħames serqiet.", "Issa hawn mhux qegħdin nitkellmu fuq l-istaġun tas-sajf.", "Bħala pickpocketing fix-xhur bejn Novembru u Frar kien hemm xejn inqas minn 37 rapport dwar dan it-tip ta' serq.", "Kien hemm ukoll stabbilimenti li rreġistraw serq.", "Aktar minn hekk, insterqu tliet karozzi f'erba' xhur fil-lokalità tal-Mellieħa.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mal-lokalità tan-Naxxar, jidher li l-mewġa ta' serq fil-lokalità tan-Naxxar bdiet tgħolli rasha wkoll.", "Hawnhekk noqogħdu ngħidu kemm f'pajjiżna qegħdin naraw il-kriminalità dejjem tonqos imma mhux l-istess jista' jingħad għan-Naxxar.", "Jien ninkwieta li fl-erba' xhur bejn Novembru u Frar kien hemm xejn inqas minn għaxar serqiet minn residenzi fin-Naxxar.", "Aħna tal-Oppożizzjoni kellna raġunament meta ressaqna l-proposti biex jidħol il-community policing.", "Dan huwa konċett li jitħaddem barra minn Malta u aħna tlabna lill-Gvern jikkonsidrah bis-serjetà fir-riforma tal-kunsilli lokali.", "Fin-Naxxar kien hemm ukoll 11-il serqa ta' vetturi f'dan il-perjodu.", "Ħalli nkompli nikkwota minn din l-istatistika uffiċjali li tani l-Ministru għall-Intern.", "F'San Pawl il-Baħar in-numru huwa xokkanti għax kien hemm xejn inqas minn 58 serqa minn karozzi f'temp ta' erba' xhur.", "Serq minn djar f'San Pawl il-Baħar fl-istess perjodu kien hemm 36.", "Dawn il-figuri jinsabu f'dokument li tressaq f'din il-Kamra 24 siegħa ilu.", "Minn ħwienet f'San Pawl il-Baħar f'erba' xhur kienu rreġistrati tmien serqiet.", "Allura altru li l-Gvern irid jagħti widen għall-proposti li għamlet din in-naħa tal-Kamra!", "Sinjura President, nappella lill-Ministru sabiex iserrħilna rasna dwar dan il-konċett ta' community policing.", "Aħna rridu li jkun hemm relazzjoni ta' ħidma kontinwa u dettaljata bejn il-Korp tal-Pulizija u l-kunsilli lokali.", "Meta ħriġna b'dan il-konċett aħna kellna f'moħħna dawn il-figuri allarmanti li ħarġu mit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9077.", "Aħna ma nistgħux inħallu dan jgħaddi u business as usual.", "Ressaqna wkoll proposti dwar il-preżenza tal-pulizija b'mod regolari fl-skejjel waqt il-ħin tal-ħruġ u tad-dħul għax hemmhekk mhux qegħdin naraw pulizija jew uffiċjali tal-komunità.", "Dawn huma wkoll concerns tal-ġenituri li t-tfal tagħhom jattendu skejjel f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.", "Nafu kemm kibret il-problema tat-traffiku f'pajjiżna però mhux qed ikun hemm impenn mill-awtoritajiet biex anke f'dak il-mument, ikun hemm serħan tal-moħħ f'dak li għandu x'jaqsam ma' preżenza tal-pulizija.", "Nixtieq nagħmel parentesi żgħira biex ngħid xi ħaġa li ngħidha kull darba li nsemmi l-Korp tal-Pulizija.", "L-ewwel nett irrid nirringrazzja lill-membri kollha tal-Korp.", "Dawn waħedhom ma jimxux u jrid ikun hemm direzzjoni minn min imexxi l-Korp.", "Nittama li jkun hemm ukoll koordinament bejnhom, bejn il-Local Enforcement System Agency (LESA) u l-uffiċjali tal-komunità.", "Il-Bambin biss jaf kemm swiet din l-aġenzija li, f'isem l-Oppożizzjoni, nerġa' niddikjara li aħna ma naqblux mal-mod kif saret għax ittieħdu r-responsabbiltajiet li kienu f'idejn il-kunsilli lokali.", "Anke hawnhekk jidher li m'hemmx koordinament bis-serjetà bejn il-kunsilli lokali li għandhom ikollhom il-poter li jagħżlu huma l-ħinijiet u l-postijiet fejn għandu jkun hemm l-uffiċjali tal-komunità, il-Pulizija, u l-istess kunsilli lokali.", "Sur President, fi ftit ġranet oħra f'din il-Kamra se nkunu qegħdin niddiskutu r-riforma tal-kunsilli lokali u l-Oppożizzjoni waqt dak id-dibattitu se tibqa' tinsisti li s-sigurtà tingħata prijorità.", "Aħna jinteressana li jkun hemm ukoll sigurtà f'postijiet fejn hemm konċentrazzjoni ta' tfal bħalma huma n-nurseries f'diversi dixxiplini sportivi madwar Malta u Għawdex u fejn tkun qed tingħata l-lezzjoni tad-duttrina.", "Anke hemmhekk hemm bżonn nibdew naraw preżenza akbar ta' uffiċjali tal-komunità u ta' membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Jien konxju mill-impenn u d-dedikazzjoni tal-membri tal-Korp, però importanti li min qiegħed imexxi jippustjahom b'mod korrett, u jara li jkun hemm riżorsi biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda tal-lokalitajiet tagħna.", "Irrid nisma' wkoll lill-Ministru jserrħilna rasna li se jerġa' jkun hemm it-tourism policing.", "Dan kien suċċess fil-lokalità ta' San Ġiljan però jidher li anke hawnhekk, il-proposti tal-Oppożizzjoni ma ġewx inklużi mill-Gvern fid-dokument finali.", "Fl-Abbozz ta' Liġi finali m'hemmx aċċenn għall-preżenza tat-tourism police f'żoni turistiċi.", "Jien ikkwotajt in-numri xokkanti tal-kriminalità f'San Pawl il-Baħar; f'erba' xhur kien hemm 36 serqa minn residenzi, tmienja oħra minn ħwienet u 58 serqa minn karozzi.", "Kieku l-Gvern lest jifhem dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni u jdaħħal il-konċett tal-community policing, kieku żgur naraw differenza b'mod immedjat.", "Hemm bżonn li n-nies hemm barra jibnu aktar rispett lejn l-uffiċjali tal-pulizija u dan huwa mod ta' kif nistgħu noħolqu dan ir-rispett billi jkun hemm aktar koordinament bejn ir-residenti, bejn il-kunsilli lokali u anke fil-Korp tal-Pulizija stess.", "Jien ngħid li s'issa m'aħniex nużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi fil-Korp tal-Pulizija.", "Sur Presdent, dan l-aħħar reġgħu daħlu numru ta' pulizija ġodda.", "Nawguralhom minn hawnhekk.", "Jien konvint li daħlu għal biċċa xogħol.", "Fil-fatt ngħidilhom illi li tkun pulizija hija vokazzjoni.", "U meta tilbes l-uniformi għandek tingħata rispett minn kulħadd, minn fuq s'isfel.", "Issa li daħlu l-pulizija ġodda rridu naraw li r-riżorsi li hemm fil-Korp jintużaw bl-aħjar mod possibbli fl-interess tar-residenti fl-ibliet u l-irħula f'Malta u Għawdex.", "Nittama li l-Ministeru responsabbli ma jibqax iwebbes rasu u jarmi jew ma jagħtix kas proposta sempliċement għax ġiet mill-Oppożizzjoni.", "Nittama li għadu possibbli li dawn il-proposti jiġu inklużi fid-dokument finali li jien informat li għadda mill-Kabinett proprju ftit tal-ġranet ilu.", "Għaldaqstant nerġa' nappella lill-Ministru biex, jekk hemm bżonn, niltaqgħu u nispjegaw x'qegħdin ngħidu b'community policing.", "Irridu bis-serjetà li l-Korp tal-Pulizija jingħata r-rispett li jixraqlu għaliex hekk jistħoqqilhom dawk li jilbsu l-uniformi.", "Aħna nistennew rispons min-naħa tal-Gvern għal dak li qed nipproponu jekk verament irridu li titnaqqas il-kriminalità.", "Inutli nsemmu l-figuri u nagħmlu stqarrijiet li l-kriminalità kompliet tonqos sena wara sena.", "Jekk inti resident u wara li dħalt lura mill-quddies sibt id-dar tiegħek misruqa, naħseb tinkwieta u ma jinteressawkx il-figuri.", "Jien naf li l-Ministru qed isegwi b'attenzjoni u allura nerġa' nappellalu bis-serjetà biex il-community policing jidħol.", "Din hija xi ħaġa li taħdem barra minn Malta.", "Fil-Korp tal-Pulizija kien hemm min fis-snin passati ried li din tidħol, però jidher li meta nbidlet l-amministrazzjoni forsi ma kienx hemm min ried jattwa dak li kien lest biex jibda jitħaddem.", "Allura nerġa' nappella lill-Ministru biex jara ftit x'kien jgħid ir-rapport dwar il-community policing li kien lest biex jiġi introdott fl-ibliet u l-irħula tagħna.", "Jien nittama li dan isir.", "Nittama li ndaħħlu aktar membri fil-Korp tal-Pulizija u minn hawn u erba' xhur oħra nkun nista' niġi hawn u ngħid: Iva, Ministru, is-serq minn karozzi, djar u ħwienet naqas.", "Irrid ngħid li dak li qegħdin nitkellmu dwaru lilna jinteressana għax aħna wkoll irridu nikkontribwixxu b'risq il-komunità.", "Bħala Oppożizzjoni rridu nagħtu l-kontribut tagħna biex ikollna soċjetà li jimpurtaha.", "Nittama li anke f'dan ir-rigward l-Oppożizzjoni ma tkunx qisha qed għajta fid-deżert.", "Suppost għandna Gvern li jgħid li jisma' u nittama li bis-serjetà jisma' dawn il-proposti u jattwahom.", "Niġi għal suġġett ieħor.", "Il-korruzzjoni qed tibqa' tinkwieta lill-poplu Malti.", "Rapport li ħareġ f'waħda mill-istituzzjonijiet Ewropej jgħid li pajjiżna qed jitlef xejn inqas minn €725 miljun f'korruzzjoni.", "Madwar 54% ta' dawk li ġew intervistati jaħsbu li f'pajjiżna żdiedet il-korruzzjoni fl-aħħar tliet snin.", "Dan ukoll jirrifletti ħażin għax allura hawn xi ħaġa ħażina f'dan il-pajjiż.", "Din mhix perċezzjoni.", "Dan huma fatti.", "Il-maġġoranza assoluta tar-residenti Maltin li tkellmu f'dan l-istħarriġ jaħsbu li l-korruzzjoni f'pajjiżna żdiedet.", "Dan juri kemm verament għandna istituzzjonijiet li mhumiex qegħdin jaħdmu kif suppost.", "Sur President, nikkonkludi billi nerġa' nikkonferma li l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi però nittama li l-Gvern jagħti widen lill-Oppożizzjoni meta fi ftit tal-ġranet oħra se nkunu qegħdin niddiskutu riforma li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies b'rabta mal-kunsilli lokali.", "Nittama li l-Gvern jisma' bis-serjetà dak li pproponiet l-Oppożizzjoni.", "Dawn huma proposti fattibbli li jagħmlu differenza fil-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex nirrapporta dwar ix-xogħol tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fis-5.56 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li fil-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma I tal-lum, 27 ta' Frar 2019, ġew ikkonsidrati disa' proposti leġiżlattivi indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u rriżulta li kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità.", "Dawn huma:", "għamel skrutinju u għadda 45 proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea kif ġej:", "L-ISPEAKER: Grazzi, Onor. Zammit Lewis, u nirringrazzjak ukoll tal-ħidma li qed issir f'dan il-Kumitat.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET", "TAL-PULIZIJA", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, qegħdin nitkellmu dwar in-numri tal-bibien.", "Nieħu pjaċir ikollna dibattiti f'din il-Kamra għax b'hekk nirriflettu u naqsmu l-ideat kemm bħala leġiżlaturi kif ukoll bħala policymakers.", "Kultant il-kuntrasti tad-dibattiti li jsiru f'din il-Kamra jġegħluni nixtarr.", "Illum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li jittratta l-obbligu li wieħed iwaħħal in-numru tal-bieb ipprovdut lilu mir-Reġistru Elettorali mentri lbieraħ konna qegħdin niddiskutu emendi għal Avviż Legali biex il-Gvern jibdel xi ħaġa fil-liġi li għandha x'taqsam mat-trasferiment ta' artijiet bi qbiela bejn persuni li ġenwinament jinteressahom mill-agrikoltura u bdiewa li jaqilgħu x'jieklu mill-wiċċ tar-raba'.", "Mela ironikament, fil-każ tal-aħħar iddiskutejna sempliċi Avviż Legali imma biex indaħħlu dan il-provvediment dwar in-numri tal-bibien irridu niddibattu emenda għal-liġi prinċipali!", "Kultant il-qafas tal-liġi jkun daqsxejn ironiku.", "In-numri jfakkruni fl-istatistika, ifakkruni fil-voti li jittieħdu f'din il-Kamra, ifakkruni fis-surveys li jsiru mill-ġurnali, ifakkruni fil-petizzjonijiet u jfakkruni f'ħafna affarijiet fil-ħajja materjalistika tal-lum.", "Aħna niddependu min-numri; numri ta' maġġoranza, ta' minoranza, numri ta' drittijiet eċċ.", "Jekk naqbdu l-ġrajja ta' kif ġew in-numri mal-faċċati tar-residenzi tagħna nindunaw li fis-seklu 19 in-numri ma kenux jeżistu.", "Minflok, id-djar f'ċerti nħawi kienu jħarsu lejhom bit-toponomastika, kelma li kważi ntesiet illum il-ġurnata.", "It-toponomastika tiddeskrivi l-inħawi ta' xaqliba ta' lokalità u minn dik it-toponomastika wieħed ikun jaf fejn kien hemm dak it-tali razzett u dik it-tali residenza.", "Maż-żmien imbagħad daħlu t-toroq u mat-toroq daħlu n-numri.", "Jien se nitkellem dwar is-simboliżmu li forsi sħabi f'din il-Kamra ma daħlux fih għax tkellmu aktar mill-aspett ta' osservanza tal-liġi u dwar id-dmirijiet tal-Pulizija.", "In-numru tal-bieb jagħraf b'mod individwali identità ta' familja, identità ta' missier, ta' omm u ta' wlied.", "Fil-ħajja tal-lum aħna x'identità għandna?", "Għandna l-identità tan-numri!", "U minflok ma n-numru jagħtik id-dinjità bħala bniedem, u minflok ma għandna politika li tħares id-dinjità tal-persuni biex jilħqu l-milja tagħhom u politika tar-rispett, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza u tal-ħafna affarijiet sbieħ li permezz tagħhom il-kwalità tal-ħajja titjieb, kull ċittadin f'Malta u Għawdex ġie ridott għal numru.", "Tgħiduli: Biex ġej?!", "Int mhux Godfrey jismek?", "Ħadd ma jgħidlek \"Identity Card No. 344660(M)\", anke jekk jidher li hemm se mmorru, bħalma naraw fil-films tal-fantaxjenza!", "Mela ħalli ngħidilkom kemm sirna numri.", "Morru l-Isptar Mater Dei staqsu għal xi ħadd u taraw jekk isejħulux bin-numru tas-sodda!", "Morru fejn tridu biex tieħdu servizz u ara jekk jinteressahomx ismek jew in-numru tal-karta tal-identità jew tal-passaport tiegħek!", "Tmur fejn tmur kulma jkunu jridu huwa xi forma ta' barcoding jew identifikazzjoni.", "Huwa veru li sar il-progress imma huwa veru wkoll li l-valuri tal-bniedem qegħdin jintesew u sirna biss numri.", "Dan kullimkien u mhux f'Malta biss, imma f'Malta għandna soċjetà mibdula.", "Tant sirna numri bħala persuni li nikkonsidraw li jkun hemm mumenti meta l-persuna tkun fil-ġuf tal-omm li tista' titneħħa, għax dik hija numru, u nikkunsidraw l-ewtanasja biex nitterminaw il-ħajja ta' persuna li ma tixtieqx tkompli ħajjitha għax hija mdejqa, jew għax muġugħa, jew għax għandha marda terminali.", "Dawn huma kollha affarijiet li qegħdin jirriduċu 'l-persuna għal numru.", "F'ħaġa waħda bħala ċittadini Maltin ma ġejniex ridotti għal numru; meta aħna nkunu tallaba għad-dritt tagħna.", "Hemmhekk jarawhom l-uċuħ; jaraw min hu aħmar, min hu blu, min hu oranġjo u min hu aħdar!", "Hemmhekk mhux in-numru biss jgħodd.", "Hemmhekk hemm in-numru tal-vot imma aktar minn hekk, hemm in-numru li huwa identifikat b'wiċċ għax huwa t-tali, u għax huwa t-tali mhuwiex numru biss imma huwa numru li jista' jintuża 'l quddiem biex il-partit ikollu l-poter.", "Hemmhekk it-tali huwa persuna li jien għandi naqdi għax għada pitgħada jista' jpattihuli.", "Hawn huwa l-qofol, hawn hija l-għafsa ta' qalb meta nitkellem dwar din l-emenda li tidher ċuċata: qegħdin inħarsu lejn il-bniedem bħala numru.", "Hija għafsa ta' qalb li qed nitilfu l-valur li nħarsu lejn il-bniedem bħala persuna b'mod sħiħ.", "Minn dan l-aspett ta' numri, lill-bieb tad-dar qegħdin nagħtuh identità imma liċ-ċittadin neħħejnihielu dik l-identità għax wara kollox jitqies bħala numru u mhux mod ieħor.", "Hawnhekk jiena nara kuntrast fil-kwalità tal-ħajja li qegħdin ngħixu, fejn l-umanità qiegħda titneżża' minn ġieħha u mis-sens ta' rġulija li jagħti kobor lill-bniedem.", "Għalkemm tkellimt dwar numri, jien naħseb li wasal iż-żmien li l-Pulizija jkollha the guard who guards the guard.", "L-esperjenza li qegħdin ngħaddu minnha turina li għandu jkun hemm entità jew awtorità distinta mill-Korp tal-Pulizija li jkollha s-setgħa li tinvestiga jekk fil-Korp stess hemmx il-kriminalità.", "Jekk din tiddaħħal fil-Kostituzzjoni, u jekk tkun immexxija lil hinn mill-Korp, toħloq bilanċ ġust ieħor li jagħti serħan tal-moħħ lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Jien nemmen li kwalunkwe gvern irid jagħti direzzjoni politika, iżda qatt m'għandu jkun hemm interferenza.", "Qatt m'għandu jkun hemm influwenza politika li twassal għal complete takeover ta' korp jew ta' awtorità li hija regolatur.", "Għaldaqstant nappella għas-sens komun biex vera nservu lir-Repubblika tagħna b'mod li nħarsu l-veru interessi tagħha u mhux l-interessi ta' xi individwu, jew ta' xi partit, jew tal-ħakma taż-żewġ partiti l-kbar.", "Sur President, nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nerġa' ngħid li l-bniedem sar numru.", "Ladarba l-bniedem sar numru fis-soċjetà li qegħdin ngħixu, hemm bżonn li f'din il-Kamra nindirizzaw l-affarijiet b'mod aktar robust biex nerġgħu nqajmu l-valuri li l-bniedem għandu jgħożż u b'hekk, nerġgħu ntellgħuh fuq dak il-pedestall ta' umanità li tant jistħoqqlu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, kemm hu faċli niġi hawnhekk illum u f'dan il-winding up ninżel fil-livell mhux tal-Onor.", "Godfrey Farrugia, imma tal-kelliema tal-Oppożizzjoni l-oħrajn.", "Naħseb huwa faċli li ninżel fl-istess livell u noqgħod nitgħajjar, noqgħod ngħajjar, naqla' minn żniedi, inkun l-investigatur, inkun il-prosekutur, inkun il-ġuri, inkun l-imħallef u nkun il-bojja, għax minn ċerti diskorsi li kellna spiċċajna anke l-bojja!", "Naħseb li tajjeb li nirrispondi ċerti ineżattezzi li ntqalu, però mbagħad ma naħsibx li għandi nirrispondi dwar ċerti każi partikolari għax nirrispetta l-professjoni tiegħi bħala tabib u nirrispetta l-pożizzjoni tiegħi bħala Ministru.", "Ma naħsibx li għandi niġi fil-Parlament u nitkellem dwar persuni li jbatu b'ċerti kondizzjonijiet.", "Ma kontx nistenna li jsiru akkużi bl-addoċċ sempliċement biex ikunu ntqalu, l-aqwa li titfa', tħammeġ u ċċappas meta kulħadd jaf li ċerti affarijiet ma tistax tgħidhom għax m'għandekx dritt – u lanqas għandu jkollok id-dritt, la fil-Parlament u lanqas barra – li titkellem dwar kondizzjonijiet mediċi ta' persuni.", "Allura se noqgħod pass lura minn ċerti affarijiet b'rispett lejn is-serjetà.", "Se nibda nitkellem dwar setturi li nemmen li tajjeb li nitkellmu dwarhom u se nitkellem ukoll dwar x'inhi l-kriminalità fil-pajjiż.", "Ir-rapport dwar il-kriminalità mhux Michael Farrugia għamlu bħala l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, lanqas ma għamlu l-Prim Ministru jew xi uffiċjal tal-Gvern li forsi qed jipprova jogħġob lill-Gvern imma huwa rapport li sar mill-Kap tal-Kriminoloġija fl-Università ta' Malta.", "L-Onor.", "Robert Cutajar semma serq 'l hawn, serq 'l hemm, kriminalità 'l hawn u kriminalità 'l hemm.", "Irrid ngħid li r-rapport ma qalx li m'hemmx kriminalità u li m'hemmx serq.", "Ir-rapport qal li r-rata ta' serq f'pajjiżna naqset.", "Ir-rapport qal li filwaqt li l-medja Ewropea hija ta' 59 rapport ta' kriminalità għal kull 1,000 ruħ, Malta għandna 34 rapport għal kull 1,000 ruħ.", "Jien noqgħod fuq ir-rapporti li jkun hemm, l-evalwazzjoni li jkun hemm u l-analiżi li jkun hemm u analiżi li tressqet kienet sempliċi; meta għandek popolazzjoni li qed tiżdied, meta għandek rekord fuq ieħor fit-turiżmu sena wara l-oħra, meta fil-pajjiż għandek din l-affluwenza huwa mistenni li l-kriminalità tiżdied u mhux tonqos.", "Kif nafu, f'pajjiżna żdiedet il-popolazzjoni, żdied it-turiżmu u żdiedet l-affluwenza imma minflok żdiedet, il-kriminalità naqset.", "Il-projections ta' din il-persuna esperta fil-kriminoloġija kienu li l-kriminalità tiżdied b'4,000 jew b'5,000 każ ieħor kull sena imma minflok żdiedet, din naqset b'7%.", "Sur President, dan ifisser li xi ħaġa qed issir, xi ħadd qiegħed iwassal biex din il-kriminalità qed tonqos.", "Allura għal darb'oħra nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija għal diversi inizjattivi li qed jieħdu l-membri tiegħu minn fuq s'isfel f'mument meta hemm persuni li l-ħin kollu qegħdin ixewxu kontra l-Korp tal-Pulizija, f'mument li qegħdin immorru nitfgħu l-ajruplani lejn il-Headquarters tal-Pulizija u nagħmlu l-posters u nitfgħulhom il-bajd u nitfgħulhom minn kollox biex nheddu lil dak u lill-ieħor li dak irid jitlaq, l-ieħor irid itir u l-ieħor irridu nibagħtuh 'l hemm.", "Il-Korp tal-Pulizija, minflok infired bħalma xtaquh, ingħaqad, beda jressaq proposti 'l quddiem, beda jaħdem aktar biex jagħmel il-bidliet u ħa l-inizjattivi kollha ħalli mhux biss niġġieldu l-kriminalità, imma nipprevjenu l-kriminalità.", "Wara kollox ix-xogħol tal-Korp tal-Pulizija mhuwiex biss li jiġġieled il-kriminalità imma wkoll li jipprevjeni l-kriminalità.", "Il-Korp qed jagħti r-riżultati imma l-attakki xorta baqgħu għaddejjin fuq individwi fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija u kien hemm min saħansitra attakka l-Korp tal-Pulizija kollu.", "Issemmew il-bidliet u l-istrateġija.", "L-ewwel nett bħala strateġija rrid ngħid li bħalissa għaddejjin minn proċess fejn hemm sejħa biex titqabbad entità li tevalwa l-istrateġija tal-Korp tal-Pulizija, it-timelines u l-bidliet kollha neċessarji ħalli l-Pulizija ssir aktar effiċjenti.", "It-tieni, qegħdin naħdmu biex eventwalment ikollna aktar visible policing.", "Apparti visible policing kien hemm numru ta' pulizija mid-distretti, jiġifieri mhux mis-CID, li b'kollaborazzjoni mal-assistenti kummissarji responsabbli mir-reġjun ħarġu pajżana u rnexxielhom isolvu ħafna mill-każijiet ta' pickpocketing.", "Anzi, mhux biss solvew il-każi imma qabdu gruppi ta' nies involuti fil-pickpocketing.", "Dawn kienu gruppi barranin.", "Sussegwentement bdiet tiġri l-kelma barra minn Malta li f'Malta l-pickpocketing qed jonqos għax il-Pulizija hija effiċjenti u qed tiġġildilhom u parti mir-raġuni għax kellna dak it-tnaqqis kienet li rnexxielna nieħdu ħsieb il-kwestjoni tal-pickpocketing f'pajjiżna.", "Li ma smajtx f'dan il-Parlament huwa li għat-tieni sena konsekuttiva, il-Korp tal-Pulizija rnexxielu jaqbad l-akbar ammont ta' droga fuq is-sena ta' qabel.", "Inqabad ammont rekord ta' droga għax il-Pulizija qed timxi bl-intelligence – kont se ngħid \"b'intelliġenza\" imma \"intelliġenza\" forsi mhijiex il-kelma proprja – jiġifieri bl-informazzjoni li tiġbor kemm lokalment kif ukoll minn barra minn Malta ħalli tkun tista' taqbad il-persuni li jipprovaw idaħħlu d-droga f'pajjiżna.", "Dan grazzi wkoll għad-Dwana li qed tikkopera permezz ta' strumenti li xtrat u li kapaċi jinterċettaw mhux biss id-droga li dieħla f'pajjiżna imma anke d-droga li tkun qed tinġarr minn pajjiż terz għal pajjiż terz.", "B'hekk, qegħdin ngħinu wkoll pajjiżi barranin fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga lejn pajjiżi terzi.", "Dak huwa parti mis-suċċess tal-ġlieda tagħna kontra l-kriminalità organizzata.", "Sur President, baqa' xi jsir?", "Dażgur li baqa' xi jsir!", "Qegħdin ninvestu?", "Dażgur li qegħdin ninvestu!", "Qegħdin nagħmlu bħalma wegħedna fil-programm elettorali, ċjoè investiment bla preċedent fil-Korp tal-Pulizija, u dan qed nagħmluh mhux billi nixtru l-karozzi jew muturi ġodda, dawk ukoll qegħdin nagħmluhom imma aktar minn hekk, qegħdin nagħmlu investiment bla preċedent f'apparat għall-Korp tal-Pulizija biex ikun jista' jiġġieled il-kriminalità, jidentifika l-kriminalità u jekk jista' jkun ikunu qabel il-persuni li se jwettqu l-kriminalità.", "Dik hija l-viżjoni tagħna għal quddiem.", "Rigward il-community policing irrid ngħid li għadni kif awtorizzajt l-ingaġġ ta' persuna esperta fil-community policing ħalli tgħin lill-Korp tal-Pulizija.", "Din il-persuna se tkun qiegħda hawn Malta tgħin b'mod kontinwu biex indaħħlu b'mod aktar mgħaġġel il-konċett ta' community policing li l-Unjoni Ewropea qed taħdem fuqu.", "Aħna m'aħniex se nieqfu.", "Il-pjaċir tiegħi huwa meta mhux biss ikolli Membri min-naħa tal-Gvern imma jkolli wkoll Membri min-naħa tal-Oppożizzjoni li jiġu jagħtuni informazzjoni dwar affarijiet ħżiena li jkunu għaddejjin.", "Jien dejjem ħadt azzjoni u lil dawn in-nies dejjem irringrazzjajthom tal-informazzjoni li jkunu tawni.", "Il-community policing huwa konċett sabiħ fejn bħala komunità naħdmu flimkien, imma naħdmu flimkien mhux billi xi ħadd jiġi jgħajjar lill-Korp tal-Pulizija iżda billi jgħin u jwassal informazzjoni ħalli l-Pulizija tkun tista' taġixxi.", "Il-community policing mhuwiex li tiġi taqla' minn żniedek, tivvinta storja, issir l-investigatur u l-bojja, tiġi hawnhekk u l-aqwa li tkun ħriġt dak li trid tgħid basta jġibuk fuq il-ġurnali u jkun hemm min iċapċaplek u jgħidlek kemm inti bravu.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Robert Cutajar, bil-permess tal-Ministru.", "ROBERT CUTAJAR: Ministru, sempliċement għall-korrettezza.", "Jien fl-ebda ħin m'għamilt referenza għal xi storja b'rabta mal-pulizija.", "Jien għamilt biss aċċenn għall-community policing.", "L-ISPEAKER: Ministru, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Cutajar jaf li jien ma tantx nomgħodha u ngħid dak li jkolli ngħid, imma ma kontx qed nirreferi għalih.", "Jien se nsemmi żewġ każijiet li ssemmew.", "Fl-introduzzjoni tiegħi għal dan l-Abbozz ta' Liġi għedt b'mod ċar li meta jkun hemm każ li qed jiġi investigat minn maġistrat, jien ma niġix fil-Parlament jew barra minnu u niddeċiedi x'ġara u ma ġarax.", "Jien ma noqgħodx nisma' l-affarijiet minn terzi u nagħmilhom fatti, jew nagħmilhom tiegħi.", "Wieħed ma jistax joqgħod jikkummenta dwar każ ta' pulizija u l-aġir tiegħu u jekk qabiżx il-limitu jew le jekk hemm maġistrat inkwerenti li qed jinvestiga.", "Tissemma ħafna r-rule of law u r-rule of law tgħidlek li jekk għandek investigazzjoni, inti trid tħalli l-investigazzjoni ssir u mhux tipprova tinfluwenza jew toqgħod issemmi dak li tkun smajt minn terzi.", "Lanqas ma se noqgħod insemmi każ traġiku ta' persuni b'mard mentali, fejn kien hemm min qabeż sew il-limiti, imma se nitkellem dwar dak li ġara fl-aħħar ftit jiem.", "U dan se nirreferi għalih b'attenzjoni u se nipprova nkun ċar.", "Anzi, biex żgur ma naqbiżx il-limiti, bħalma għamel ħaddieħor, se nkun qiegħed naqra dak li ppreparajt ħalli bl-ebda mod ma nikkummenta dwar kundizzjonijiet ta' persuni.", "Jien ġejt informat li fil-każ li rrefera għalih l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, il-Pulizija aġixxiet skont is-setgħat mogħtija lilha bl-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "Nista' ngħid li hemm mistoqsijiet parlamentari fuq kull każ u se nkun qed nirrispondihom fil-ġimgħat li ġejjin.", "Dan apparti li ladarba saru rapporti minn individwi jew assoċjazzjonijiet li rreaġixxew għal dak li semgħu, għaddejja investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "Persuna jew assoċjazzjonijiet li jħossu li l-Pulizija qabżu l-limitu jistgħu jmorru quddiem dan il-Bord, li huwa mmexxi minn Eks Imħallef, u dan il-Bord jevalwa jekk il-Pulizija aġixxietx jew le barra mil-liġi.", "Anke jekk il-Pulizija ma tkunx aġixxiet barra l-liġi, ġieli jsiru numru ta' rakkomandazzjonijiet minn dan il-Bord, liema rakkomandazzjonijiet wieħed ikun jista' jimxi fuqhom.", "Ladarba dan il-każ qiegħed quddiem dan il-Bord indipendenti u anke b'rispett lejn il-persuna nnifisha, inħoss li m'għandix nagħti dettalji dwar dan il-każ.", "L-unika ħaġa li rrid ngħid hi li saħansitra kien hemm familjari ta' dan l-individwu li pubblikament irringrazzjaw lill-Pulizija, lit-tobba u lin-nies li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.", "Li kieku t-tobba raw li ma kienx hemm validità f'dik l-azzjoni li ttieħdet, il-persuna kienet tintbagħat id-dar.", "Għalissa, b'responsabbiltà lejn il-pożizzjoni tiegħi u anke b'kull rispett lejn kull persuna li kienet involuta, inkluż l-individu, se nieqaf hawn.", "Ikun qiegħed nuri diżrispett lejn il-Parlament u lejn is-soċjetà jekk inkompli nitkellem fuq dan il-każ.", "Il-Korp tal-Pulizija qiegħed hemmhekk biex jaġixxi però ma rridux naslu fis-sitwazzjoni li nippruvaw inqabblu każ ma' ieħor, ma' ieħor u ma' ieħor għax assolutament l-ebda każ m'għandu x'jaqsam mal-ieħor.", "Dwar il-każ tas-suldat irrid ngħid li ġie spjegat lilu għaliex ittieħdet id-deċiżjoni li ttieħdet u hu għandu kull dritt u awtorità li jisfida dik id-deċiżjoni, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "Ma nħossx però li għandi nitkellem favur jew kontra persuna biex la nipprova ninfluwenza l-bord tal-pulizija, la l-maġistrat inkwerenti u lanqas xi maġistrat jew imħallef tal-qorti li quddiemu jkollu każ.", "F'dan il-Parlament hemm bżonn li min jitkellem fuq is-saltna tad-dritt ikun hu minn ta' quddiem li jħalli l-liġi timxi, u mhux jiddeċiedi hu x'għandu jkun l-eżitu ta' investigazzjoni.", "Jien nirrispetta s-saltna tad-dritt u se nimxu skont is-saltna tad-dritt.", "Sur President, issemma l-faqar.", "Hawnhekk hawn il-kollega tiegħi l-Ministru Michael Falzon li jaf minn fejn bdejna u jaf fejn qegħdin.", "Il-Ministru Michael Falzon jaf ukoll fejn se mmorru.", "Jaf fejn se mmorru għax il-politika tal-Gvern hija ċara.", "Fl-2013 kellna 99,000 persuna li kienu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali.", "Domna għaxar snin bin-numru dejjem tiela' taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti u kien biss fl-2013 li għall-ewwel darba n-numru baqa' l-istess.", "Għas-sena ta' wara baqa' 99,000 imbagħad beda nieżel għal ftit inqas minn 80,000.", "Imbagħad in-naħa tal-Oppożizzjoni jiġu jitkellmu fuq il-faqar!", "Mela le, nitkellem fuq il-faqar ta' dawk li huma fl-esklużjoni soċjali.", "L-Onor.", "Cutajar jaf fuq xiex se nitkellem, għax ikopri dan is-settur.", "Bejn l-2013 u l-2017 ir-rata tal-esklużjoni soċjali niżlet b'60%.", "Dan f'temp ta' erba' snin biss.", "Aħna identifikajna setturi li għadhom ma ntlaqtux tajjeb biżżejjed u dawn qed jiġu indirizzati.", "Hemm setturi fejn jintlaqtu t-tfal.", "Liema gvern poġġa fuqu l-isfida li familji li għandhom tfal inqas minn 16-il sena, ikollhom kemm ikollhom tfal, u b'ġenitur wieħed jaħdem bil-paga minima joħroġhom 'il barra mill-faqar?", "Kien hawn xi gvern li għamel dik l-isfida lilu nnifsu?", "Kien Gvern Laburista li għamilha u qiegħed jilħaqha u miexi 'l quddiem.", "Imbagħad jien niskanta kif niġu hawnhekk u nitkellmu fuq il-faqar!", "Sur President, intqal li l-Prim Ministru Joseph Muscat se jitlaq u se jħalli legat.", "Jalla l-Prim Ministru tagħna jibqa' sabiex ikompli jmexxi dan il-pajjiż fid-direzzjoni pożittiva li qbadna.", "Bil-Prim Ministru Joseph Muscat il-pajjiż qed jagħmel bidliet kbar soċjali u amministrattivi li ħadd ma kien jemmen li dan il-pajjiż kien kapaċi jasal għalihom.", "Qed inkomplu nsaħħu l-ekonomija tal-pajjiż.", "Qabel konna drajna ngħixu fid-defiċit imma llum bdejna nidraw ngħixu fis-surplus.", "Illum qed nidraw ngħixu f'sitwazzjoni ta' qagħad baxx.", "Illum għandna aktar impjiegi milli nies biex jaħdmu u għandna għatx għal aktar persuni biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-fatt, tant mhux qed ikollna biżżejjed nies jaħdmu li qed ikollna nattiraw ħaddiema minn barra biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem.", "L-ekonomija mhux tikber għax qed inġibu l-barranin imma huwa għax qed tikber li qed ikollna nġibu l-barranin!", "Dawn qed inġibuhom biex nimlew il-postijiet tax-xogħol sabiex inkomplu nsaħħu l-ekonomija tal-pajjiż u sabiex inkomplu nagħmlu l-bidliet soċjali li tant hemm bżonn.", "Il-legat ta' Joseph Muscat huwa li biddel dak li dan il-pajjiż kien dara bih.", "Illum però għandna legat li nħarsu 'l fuq.", "Illum sirna nimmiraw 'il fuq.", "Illum sirna nemmnu fina nfusna.", "Għandna legat li dak li qabel kien impossibbli, illum narawh li huwa possibbli, anzi nagħmluh tagħna.", "Dak huwa l-legat ta' Joseph Muscat!", "Jien inħossni onorat bil-legat tal-Prim Ministru li llum imexxi dan il-Gvern.", "Dan il-Prim Ministru rnexxielu jbiddel il-pajjiż.", "Mhux se noqgħod nagħti kas x'għamel lill-Oppożizzjoni għax ma jinteressanix.", "Dik imbagħad tara l-Oppożizzjoni kif tindirizzaha, però dan huwa l-mod kif qed inħarsu 'l quddiem.", "Sur President, jien għandi r-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, ma niddejjaqx u kuntent ħafna fih.", "X'ma qalux?!", "Meta bdejt qalu li kont se nitfa' kollox lura għax ninsab imdejjaq u m'għandix direzzjoni.", "Altru minn hekk!", "Sur President, inti taf li ħafna drabi jien noqgħod kwiet, ma nirrispondix.", "Jien nemmen fil-ħidma u nemmen fir-riżultati, imma meta jkolli riżultati ma niddejjaqx niġi quddiem il-pubbliku u ngħidilhom minn fejn bdejna u fejn wasalna.", "Aħna tlaqna għall-bidla li tant hemm bżonn u jekk hemm xi ħaġa li lili ma tbeżżagħnix hija l-bidla.", "Taf meta nieqaf mill-politika?", "Meta nara li jien tlift il-possibbiltà jew l-abbiltà li nbiddel.", "Sakemm jien għadni hawnhekk, f'dan id-dekasteru, se nkompli naħdem biex inkomplu nbiddlu għall-ġid u s-sigurtà tal-Maltin u l-Għawdxin u għas-sigurtà ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.", "Kap 10\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa?", "(Onor. Membri: Iva) Mela nistgħu ngħaddu għall-Aġġornament.", "Fis-6.41 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "L-ISPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq emenda għall-mozzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sur President, ma nixba' qatt nirringrazzja lill-Ministru Falzon tal-esperjenza, is-sapport, id-dedikazzjoni u l-paċenzja li bihom jimxi magħna biex din l-avventura neħduha bħala esperjenza ta' tagħlim.", "Għal darb'oħra nixtieq nirringrazzja wkoll lilek, Sur President, għall-mod kif organizzajna l-konferenza tad-dimenzja.", "Qatt ma kont naħseb li se jkollna rispons daqshekk qawwi ta' nies li ħadu pjaċir li ġejna f'din l-ogħla istituzzjoni demokratika biex niddiskutu din l-issue li se tkun qed taffettwa dejjem aktar lill-poplu Malti.", "Kien hemm ħafna professjonisti li qalulna kemm qegħdin neħduhom bis-serjetà l-affarijiet u dan joħroġ anke mill-fatt li sibna l-ħin biex f'din l-ogħla istituzzjoni, niddiskutu din il-kondizzjoni li qed taffettwa madwar 7,000 persuna u li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se jkunu qegħdin jiżdiedu.", "Qed ngħid dan għax kif nafu mill-istudji li ppreżentajna, dawn is-7,000 persuna se jiżdiedu għal madwar 13,000 persuna.", "Jiġifieri l-persuni li se jkunu affettwati direttament se jkunu madwar 13,000 u bħala Gvern din qegħdin neħduha bħala sfida.", "Din ma nistgħux taparsi ma narawhiex u allura b'responsabbiltà, illum qegħdin hawnhekk biex nagħmlu l-pedament u nagħtu l-għodda li pajjiżna se jkollu bżonn biex jilqa' għal din l-isfda.", "Irrid nirringrazzja lill-management ta' San Vinċenz de Paul u lit-tim tad-dimenzja ta' San Vinċenz de Paul li qassam fuljetti madwar Malta kollha biex dawk in-nies li m'għandhomx background mediku jkunu jistgħu jmorru għal kors ta' għaxar ġimgħat biex ikollhom l-għerf neċessarju ħalli jkunu jistgħu jittrattaw ma' xi qarib b'din il-kondizzjoni.", "Kif nafu, bniedem avżat nofsu armat u aħna rridu li min m'għandux background mediku jkun jista' jgħin lill-individwu li jkun għaddej minn din il-kondizzjoni bl-aktar mod dinjituż.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li pparteċipaw f'din il-konferenza, lil dawk kollha li jaħdmu b'mod dirett mal-persuni bid-dimenzja, lid-Dementia Intervention Team u lil dawk li qegħdin jorganizzaw dan il-kors f'San Vinċenz.", "Dan il-kors huwa sponsorjat kollu mill-Ministeru u minn San Vinċenz de Paul u allura min se jipparteċipa fih mhux se jħallas ċenteżmu.", "Il-poplu qed jirċievi nota d-dar li jista' jagħmel dan il-kors billi jmur San Vinċenz għal-lezzjonijiet jew inkella jista' jagħmel dan il-kors onlajn.", "Illum it-teknoloġija moderna tagħtina din l-opportunità li nipparteċipaw f'korsijiet onlajn u dan il-kors qiegħed jagħti dan il-lok.", "B'sodisfazzjon nixtieq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "B'hekk dan il-fuljett dwar dan il-kors li qed nirreferi għalih jibqa' dokumentat.", "Sur President, irrid ngħid li aħna għandna relazzjoni tajba ħafna mad-Dipartiment tal-Ġerontoloġija u d-Dimenzja fl-Università ta' Malta, u hawn nixtieq nirringrazzja kemm lill-Prof.", "Formosa kif ukoll lill-Prof.", "Scerri li jgħinuna b'mod sħiħ filwaqt li nirringrazzja lil Dr Josianne Cutajar għall-impenn, id-dedikazzjoni u l-ħidma kontinwa tagħha f'San Vinċenz de Paul.", "Dak kollu li nagħmlu huwa riżultat ta' riċerka li nkunu għamilna minn qabel.", "Ir-riċerka turina x'sitwazzjonijiet irridu nindirizzaw.", "Mhux se noqgħod nirrepeti dak li għedt l-aħħar darba imma se nitkellem fuq xi ħaġa li rriżultat mir-riċerka li għamilna fid-djar tal-anzjani tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li lill-anzjani taqtagħhom milli jkomplu jipparteċipaw b'mod akkademiku hija li l-kotba tagħna jkollhom tipa żgħira.", "Għaldaqstant iddeċidejna li nagħmlu żewġ affarijiet.", "Waħda minnhom hi li bdejna korsijiet tal-kompjuter, u hawn nixtieq nirringrazzja lill-Welfare Committee li sponsorjahom.", "Dawn għamilniehom biex l-anzjani li qegħdin fid-djar tal-anzjani jkunu familjari mat-teknoloġija moderna u waqt li jkunu fil-kamra tagħhom ikunu jistgħu jikkomunikaw permezz ta' Skype mat-tfal tat-tfal tagħhom li ma jkunux marru jarawhom.", "Aħna kważi dorna d-djar tal-anzjani kollha; fadlilna xi djar tal-anzjani oħrajn imma wasalna fl-aħħar.", "Hawn nixtieq nirringrazzja lis-Sur Martin Sultana li qed jagħti l-lectures biex dawn l-anzjani jkunu aktar familjari mat-teknoloġija.", "Jekk huma jkollhom xi problema biex jaqraw minħabba tipa rqiqa, illum kulħadd jaf kemm tista' tilgħab bl-iscreens u tkabbar il-font.", "Ovvjament problema taqla' lil oħra.", "Sibna li s-saħħa tal-WiFi li kien hemm fid-djar tal-anzjani ma kenitx biżżejjed biex dawn ikunu jistgħu jużaw it-tablet li qegħdin ngħallmuhom jużaw b'kumdità.", "Mela għallimniehom jużaw it-tablet u għandna WiFi dgħajjef!", "Għalhekk, biex nagħtuhom servizz komplut żidna s-saħħa tal-WiFi fid-djar tal-anzjani biex mis-sodda tagħhom dawn ikunu jistgħu jużaw din it-teknoloġija, jaraw l-aħbarijiet, jaqraw il-gazzetti imma fl-istess ħin ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-maħbubin tagħhom, mal-qraba tagħhom u mat-tfal tat-tfal tagħhom.", "Dan iġib aktar kuntatt bejn l-anzjani u t-tfal tat-tfal tagħhom, iġib aktar kuntatt bejn il-familji u b'hekk, inżommu l-kwalità tal-ħajja tan-nies f'livell għoli.", "Sibna wkoll li għalkemm hemm uħud minn dawk li qed jagħmlu dan il-kors li qegħdin jagħmluh b'suċċess, inkluż nies ta' 90 sena li qegħdin isiru aktar familjari ma' din it-teknoloġija, għandna oħrajn li mhumiex daqshekk familjari u ma jeħdux pjaċir li jipprovaw jitgħallmu jużaw din it-teknoloġija biex jaqraw jew jikkomunikaw.", "Aħna ridna nindirizzaw lil din il-kategorija wkoll u biex nagħmlu dan għamilna proġett ieħor.", "S'issa għamilna sitt kotba b'tipa kbira u l-iskop huwa li nkomplu ninkoraġġixxu lill-anzjani jaqraw.", "Qbadna sitt kotba tal-kittieb Malti Frans Sammut, ġgant li żgur m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, u stampajniehom mill-ġdid b'tipa kbira.", "Nirringrazzja lil min qed jaħdem biex jiġu distribwiti dawn il-kotba fid-djar tal-anzjani, fiċ-ċentri ta' matul il-jum u f'kull sala ta' San Vinċenz de Paul.", "Qassamna minn dawn il-kotba anke lill-Università tat-Tielet Età.", "Aħna nixtiequ li f'dawn kollha jkun hemm librerija żgħira u bħala Segretarjat qegħdin nagħtu l-input tagħna biex ikun fiha wkoll il-kotba b'tipa kbira.", "Dawn kienu l-ewwel sitt kotba u kull post fejn ikun hemm l-anzjani se nipprovdulu tliet kopji minn kull ktieb li stampajna biex jibdew din il-librerija żgħira.", "Nixtieq li kemm indum is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam, kull sena parti żgħira mill-baġit tagħna tmur biex nistampaw kotba b'tipa kbira u nesponuhom fiċ-ċentri tal-anzjani, fid-djar tal-anzjani, f'San Vinċenz de Paul u f'postijiet oħrajn.", "Nixtieq ukoll li jkollna biżżejjed kotba biex nissupplixxu lil-libreriji pubbliċi biex huma wkoll ikollhom is-sezzjoni tagħhom ta' kotba b'tipa kbira.", "Dan ikun servizz ieħor li qegħdin nagħtu lill-anzjani tagħna.", "Għalkemm jien nagħmel kollox minn fuq il-mowbajl u ma nużax laptop jew kompjuter, għad għandi relazzjoni mal-ktieb.", "Naħseb li bħali hemm ħafna oħrajn.", "Dan il-proġett telaq, mexjin, u nixtieq li xi darba jkollna l-opportunità li nippreżentawlek dawn il-kotba, Sur President, biex anke fil-librerija tal-Parlament, f'dan il-monument tad-demokrazija, inħallu din il-preżenza.", "Dan huwa pass ieħor li permezz tiegħu qegħdin nipprovaw intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.", "Minn stħarriġ li għamilna flimkien mal-Università ta' Malta sibna wkoll li l-anzjani kultant jinsew fejn ikun qiegħdu l-affarijiet personali tagħhom.", "Biex insolvu din il-kwestjoni, bdejna nqassmu safes personalizzati u kull anzjani li qiegħed f'dar tal-anzjani, kemm tal-Gvern kif ukoll f'dawk tal-public-private partnerships (PPP), jista' jitlob li jkollu dan is-safe biex fih ikun jista' jqiegħed iċ-ċurkett tat-tieġ, pereżempju, li naturalment ikollu valur sentimentali u memorji, jew inkella jqiegħed xi karta tal-€20 jew xi arloġġ li jkunu tawhulu t-tfal jew il-mara f'xi okkażjoni speċjali.", "Dawn is-safes qegħdin inqassmuhom f'kull dar tal-anzjani.", "Jien jiddispjaċini meta nara clips ta' barra minn Malta li jirrapportaw li anzjani jkunu qed jiġu abbużati jew saħansitra msawta.", "Veru li dan ftit isir imma anke dak il-ftit mhuwiex tajjeb.", "Għaldaqstant irridu nserrħu ras l-anzjani li huma se jkunu aktar siguri f'dawn id-djar.", "Dan billi nagħtu servizz ta' kwalità biex jekk, pereżempju, ikun hemm anzjana li qiegħda fit-tielet sular u l-management ikun isfel u din taqa', il-management ikun jaf li waqgħet u malajr kemm jista' jkun jitilgħu fuq biex jgħinuha.", "Għal dan il-għan, bdejna nagħmlu CCTV cameras f'kull public area fid-djar tal-anzjani u bdejna mid-dar tal-anzjani tal-Furjana.", "Illum nistgħu ngħidu li d-dar tal-anzjani tal-Furjana għandha CCTV cameras f'kull public area.", "Dawn il-cameras jirreġistraw fuq monitor li jkun qed jarah is-security li jkun on duty.", "B'hekk, jekk xi ħadd jaqa' fit-tielet sular jew xi ħadd jiġrilu xi ħaġa, jistordi jew jkollu bżonn l-għajnuna u ma jkunx hemm carers dak il-ħin, minn isfel ikunu jafu x'inhu jiġri fuq.", "Dawn jippermettulna li nkunu nafu wkoll min daħal u min ħareġ u nkunu nafu fejn forsi jkun hemm sitwazzjoni stressanti li tkun teħtieġ li jmorru aktar ħaddiema biex jgħinu f'dik is-sitwazzjoni.", "Jekk il-Bambin irid, issa se mmorru l-Imtarfa Home u se nduru d-djar tal-anzjani kollha.", "Aħna ma rridux nitilfu okkażjoni fejn inkunu nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.", "Sur President, irrid ngħid li f'San Vinċenz de Paul biss għandna 1,100 persuna u mbagħad għandna 2,200 oħra li qegħdin fid-djar tal-anzjani.", "Dan jammonta għal kważi 3,300 ruħ u din il-popolazzjoni qiegħda kulma jmur tiżdied.", "Aħna għamilna riforma fejn lill-anzjani kkategorizzajniehom.", "Ix-xewqa tagħna hi li l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità.", "Għalhekk, se nagħmlu ħilitna kollha u se nagħtu s-sapport kollu biex jibqgħu jgħixu fil-komunità, biex jibqgħu jgawdu l-maħbubin tagħhom fil-komunità, biex jibqgħu jmorru fil-ħanut tat-te li dejjem marru fih f'ħajjithom u biex jibqgħu jmorru l-knisja kif dejjem marru tul ħajjithom kollha.", "Nafu però li jkun hemm ċirkostanzi fejn l-anzjani ma jkunux jistgħu jagħmlu mod ieħor u jkollhom bilfors jidħlu f'dar tal-anzjani.", "Għalhekk, kif għedt, lill-anzjani tagħna kkategorizzajniehom.", "Il-kategorija 3 tinkludi lil dawk li jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità jew jekk ikollhom bżonn jidħlu f'dar tal-anzjani bi ftit sapport.", "Il-kategorija 2 tinkludi lil dawk li jkunu fil-bżonn ta' nursing homes.", "Dawn huma homes li jkunu jipprovdu ftit aktar sapport ta' infermiera u ta' persuni mediċi.", "Il-kategorija 1 imbagħad hija San Vinċenz de Paul u hemmhekk jingħata full medical support il-ħin kollu.", "F'San Vinċenz de Paul hemm popolazzjoni ta' 1,100 u nofshom nistgħu ngħidu li għandhom xi tip jew ieħor ta' dimenzja.", "Hemmhekk qegħdin ninvestu wkoll u mill-2013 sal-lum investejna €80 miljun.", "Mhux ta' b'xejn in-nies jieħdu pjaċir jarawna ninvestu f'dan l-isptar li aħna qed narawh bħala ċentru ta' riabilitazzjoni u kura għall-persuni li għandhom sitwazzjonijiet ġerjatriċi fit-tul.", "Aħna rridu li n-nies tifhem li l-ispiża li nonfqu għal bniedem li jkun qiegħed f'dar tal-anzjani jew f'nursing home tvarja minn dik li tintefaq meta bniedem jiddaħħal San Vinċenz de Paul.", "Dan l-isptar se nħalluh għall-persuni li l-aktar għandhom bżonn għajnuna medika.", "Mela kif għedt, f'dan il-proċess ikkategorizzajna bejn id-djar tal-anzjani fejn jidħlu persuni bi bżonn ta' daqsxejn sapport, in-nursing homes fejn persuna tingħata aktar sapport mediku, u San Vinċenz de Paul fejn qegħdin noffru għajnuna medika bl-aktar mod tanġibbli għax ikun hemm tobba l-ħin kollu on site, ikun hemm il-professjonisti, ikun hemm il-ġerontologi u jkun hemm l-infermiera.", "Sur President, f'San Vinċenz de Paul għamilna riformi kbar u qegħdin ninvestu fih bis-sħiħ.", "Fil-fatt, f'ħames snin investejna €80 miljun u l-iskop tagħna huwa li nkomplu ninvestu fih għax nafu li ma nistgħux inħarsu lura.", "Ma nistgħux nitfgħu l-problemi taħt it-tapit.", "Illum il-ġurnata għandna 120,000 persuna li għandha 'l fuq minn 60 sena u li qed tgħix fil-komunità.", "Dawn irridu nsaħħulhom is-servizzi u nibqgħu nagħtuhom is-sapport ħalli jibqgħu jgħixu fil-komunità bi kwalità ta' ħajja għolja.", "Hemmhekk għandna ppjanat diversi servizzi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, l-ewwel nett irrid nifraħ lil sieħbi l-Onor.", "Agius Decelis għax-xogħol brillanti li qed jagħmel fil-qasam tal-anzjani.", "Jien, bħal sħabi, indur u niltaqa' man-nies u nisma' kliem ta' tifħir.", "L-Onor. kollega m'għandux qasam faċli u qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna.", "Sur President, bħalissa qegħdin fuq l-għatba tal-karnival għax, jekk Alla jrid, il-Ħamis jibdew l-attivitajiet.", "Qabel dħalt f'din is-sala kienet ix-xita u meta tkun ix-xita fi Frar u tkun il-Ministru responsabbli mill-kultura tieħu qatgħa u tittama li ma jinqala' xejn.", "Kienet daqsxejn ta' drizzle bis-silġ imma waqfet u kollox jindika li għall-karnival it-temp se jkun sabiħ ħafna.", "Nixtieq nibgħat messaġġ ta' ringrazzjament lid-dilettanti tal-karnival li nhar il-Ħadd, meta kien hemm dak ir-riħ u l-maltempata, ingħaqdu flimikien u ħadmu tajjeb ħafna.", "Ħadt gost nara nies li għandhom l-imħażen tagħhom jgħinu lil min m'għandux maħżen biex iġorru l-affarijiet fl-imħażen tagħhom.", "Ħadt gost nara, pereżempju, nies fis-settur privat joffru l-għajnuna tagħhom lin-nies tal-karnival.", "Aħna pprovdejna tined biex nipproteġu l-karrijiet imma tant kemm kienet qawwija l-maltempata tal-Ħadd li l-ebda tinda ma kienet se tagħti dik il-protezzjoni, anzi kien hemm saħansitra strutturi li nqalgħu.", "Jien xbajt nara ritratti ta' binjiet li nqalgħulhom is-soqfa.", "Għalhekk irrid nirringrazzja minn qalbi lid-dilettanti tal-karnival.", "Irrid insemmi wkoll il-proġett tal-imħażen.", "Ikun hemm min jistaqsi dwar meta ġej dan il-proġett u allura tajjeb nispjega ftit ix-xogħol li qed nagħmlu.", "Illum kelli konferenza stampa fejn spjegajt ix-xogħol li qed nagħmel però isbaħ milli tispjega b'mod dirett ma naħsibx li hawn.", "L-ewwel nett irridu nibdew billi ngħidu li d-dilettanti tal-karnival xtaqu li l-villaġġ tal-karnival ikun xi mkien qrib il-Belt.", "Pereżempju informat li l-aħħar Gvern Nazzjonalista kien offrielhom post lejn Raħal Ġdid u għalihom Raħal Ġdid huwa 'l bogħod mill-Belt u għandhom raġun għax bil-karrijiet tkun trid tkun qrib il-Belt.", "Wara li tkellimna mad-dilettanti konna individwajna sit fil-Marsa, jew fit-tarf ta' Kordin ħdejn fejn qabel kien hemm il-Millennia, u d-dilettanti qalulna li hemmhekk kien l-aħjar post biex isir dan il-villaġġ.", "Il-vantaġġ huwa li dan is-sit jinsab qrib il-Belt u l-iżvantaġġ huwa li dan il-post huwa mibni.", "Dan mhuwiex xi ground zero fejn tista' taqbad, iġġib il-gafef u tibda tibni imma huwa post mibni u fih hemm ħaddiema tal-Gvern għax huwa l-Garaxx tal-Gvern.", "Għalhekk, qabel ma bdejna nneħħu dawk l-istrutturi kollha bdejna nċaqalqu l-ħaddiema li kien hemm għal ġo post ieħor biex imbagħad inkunu nistgħu napplikaw għall-permessi.", "Fl-aħħar snin ħdimna biex naqilgħu l-ħaddiema minn hemmhekk u nneħħu l-istrutturi.", "Mela mmaġinaw: kelli mmur fuq il-Ministru Joe Mizzi, li kien il-Ministru responsabbli dak iż-żmien, u ngħidlu biex ibattalli l-Garaxx tal-Gvern għax irrid nagħmel il-villaġġ tal-karnival hemmhekk!", "Il-Ministru Mizzi però minflok ma qalli le, qalli li għandi raġun u għenni biex inbattluh, li kienet xi ħaġa sabiħa ħafna u ta' dan nixtieq nirringrazzjah.", "Fil-fatt, illum morna fuq il-post u stajna naraw dik il-medda kbira fejn qabel kien hemm il-Garaxx tal-Gvern li tbattlet kompletament.", "L-affarijiet ġew żgumbrati u llum beda l-iskavar ukoll.", "Kif nafu, il-Marsa huwa post ta' sensittività arkeoloġika u aħna mxejna ma' dak li hu rikjest mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.", "Kulma kien hemm bżonn għamilnieh, jiġifieri applikajna għall-permessi, ħarġu l-permessi, tawna l-go ahead mis-Sovrintendenza u issa kollox huwa lest biex tibda l-fażi tal-kostruzzjoni.", "Jien rajt footage tas-sit li ttieħed bid-drone.", "Dan se nxandruh anke fuq il-midja soċjali għax minnu wieħed jista' jara b'mod ċar id-differenza bejn il-parti mibnija u l-parti li issa ġiet ground zero, jiġifieri xagħri.", "Issa wasal il-pass li niżviluppaw il-villaġġ tal-karnival.", "Però biex dan isir trid il-flus u l-Gvern ma jistax jaqbad u jonfoq, il-Gvern irid bilfors jimxi bis-sistema ta' tendering, speċjalment jekk ikunu fondi Ewropej.", "Jekk ikunu fondi nazzjonali għandek ftit aktar flessibbiltà imma fejn jidħlu fondi Ewropej m'għandekx fejn tilgħab, trid timxi eżatt mal-liġijiet tal-procurement Ewropej u skont timeframes stabbilit.", "Fl-aħħar leġiżlatura sar ħafna xogħol biex napplikaw u rbaħna d-dritt ta' €5 miljun li jridu jintefqu sal-aħħar tal-2020.", "Dan it-timeframe m'għamiltux jien.", "Qed ngħid dan għax kien hemm min qal: Il-Ministru Bonnici x'qed jistenna biex jagħmel il-villaġġ tal-karnival?", "Hemm it-timeframe tal-fondi Ewropej li jispiċċa fl-aħħar tas-sena d-dieħla u dan it-timeframe m'għamiltux jien imma huwa timeframe li joħroġ mill-fond li kellna dritt napplikaw għalih.", "Pereżempju l-fond li minnu ħadna €10 miljun biex bnejna l-MUŻA għalaq fl-aħħar tal-2018.", "F'dan il-każ jagħlaq fl-aħħar tal-2020.", "Aħna qsamna l-proġett f'sitt tenders u erbgħa minnhom ġew aġġudikati.", "It-tnejn li fadal, jekk Alla jrid, jiġu aġġudikati minn hawn u sitt ġimgħat oħra.", "Jien nittama li ma jkunx hemm diffikultà, u qed ngħid dan għax meta jkun hemm tendering process dejjem jista' jkollok xi appell li jista' jispiċċalek il-qorti.", "Allura nittama li kollox jimxi sewwa għax kif jingħalqu t-tendering processes kollha, jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni.", "Fil-verità, min jifhem f'dan is-settur tal-fondi Ewropej jaf li l-kbira mhijiex li tibni.", "Ironikament li tibni naħseb hija l-eħfef.", "Il-kbira hija li tapplika għall-fondi Eworpej u ġġib il-permessi, eċċ. Qed ngħid dan kollu biex nispjega x-xogħol li sar.", "Sur President, nawgura li l-karnival ta' din is-sena jkun wieħed sabiħ u li fih il-familji jgawdu lil xulxin.", "L-aktar li jgawdu fil-karnival huma t-tfal u allura nixtieq niddedika l-karnival li se jkollna dalwaqt għat-tfal.", "Jalla jieħdu pjaċir u jalla l-familji jieħdu gost magħhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.12 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ kif ukoll l-entità li taqa' taħtu m'għamlux spejjeż għal riklami fuq it-Televiżjoni matul l-2018.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma ntefqux flus mill-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru fuq TV advertising fis-sena 2018.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-entitatjiet, li d-dettalji mitluba huma kif jidher hawn taħt:", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtha fuq TV advertising fis-sena 2018?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8043.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8319 u tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8320 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8890.", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8323 u jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8791 u 8306 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess kollu tal-Grievances Boards sar bil-kunsens tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "It-tliet membri li servew fuq kull Grievances Board inħatru abbażi ta' proċedura sanzjonata fl-2012 mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar użu ta' uffiċjali pubbliċi rtirati.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li f'dan il-proċess l-Uffiċċju tal-Ombudsman inżamm bħala possibbiltà għall-appell f'każ li persuna ma qablitx mar-rakkomandazzjoni ta' xi wieħed mill-Grievances Boards.", "Il-Grievances Boards imwaqqfa fi ħdan il-Ministeri huma kif muri hawn taħt:", "· Unit Ċentrali li kien jikkordina bejn il-Units;", "· Uffiċcju tal-Prim Ministru / Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali / Ministeru għall-Affarijiet Barranin;", "· Ministeru għat-Turiżmu / Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar / Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili;", "· Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol;", "· Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima;", "· Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura;", "· Ministeru għal Għawdex;", "· Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali;", "· Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali;", "· Ministeru għall-Finanzi/Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma;", "· Ministeru għas-Saħħa;", "Għad-dettalji tal-membri tal-Grievances Boards nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8886.", "Il-ħlas lil kull persuna fuq il-Grievances Boards għal inkariġu ta' sena kien hekk:", "In-numru ta' każijiet li daħlu mal-Gvern kollu huwa ta' 2,678.", "Intlaqgħu 62% tal-każijiet.", "It-total ta' kumpens jammonta għal €956,426.", "DIRETTUR ĠENERALI TAL-AKWAKULTURA U S-SAJD – ALLEGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, huwa kellux xi forma ta' indikazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li ġew ippubblikati minn El Confidencial fir-rigward tal-persuna li sa nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, kienet tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kelli l-ebda konoxxenza tal-kontenut tat-transcripts maħruġa jew allegazzjonijiet relatati ma' dak li ġie ppubblikat.", "Kull meta ġew għall-attenzjoni tiegħi xi spekulazzjonijiet, jien dejjem sħaqt li l-persuna li tkun qed tagħmel dan għandha tirreferi l-każ direttament lill-awtoritajiet ikkonċernati.", "DIRETTUR ĠENERALI TAL-AKWAKULTURA U S-SAJD – ALLEGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, xi persuna jew grupp ta' persuni kellmuhx jew ipprovdewlux informazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li ġew ippubblikati minn El Confidencial fir-rigward tal-persuna li sa nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, kienet tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-persuni, meta kellmuh jew ipprovdewlu informazzjoni u x'azzjoni ħa dwar dak li ntqal jew ġie provdut lilu?", "JOSÈ HERRERA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8949.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "Interpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – PAKKETT FINANZJARJU TAL-MANAGEMENT", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma' kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu?", "L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma' Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "PROGRAMM TA' FINANZJAMENT MAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid, issa li bdew id-diskussjonijiet dwar il-programm ta' finanzjament li jmiss mal-Unjoni Ewropea, jekk il-Gvern skattax dak li hemm fid-Dikjarazzjoni fuq Għawdex li hemm mat-trattat ta' adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni u ċjoè jekk Malta talbitx li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod speċjali dwar id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta?", "Tista' tgħid meta sar dan min-naħa tal-Gvern Malti u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li saret min-naħa ta' Malta?", "HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9066.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta ġietx notifikata b'xi rikors magħmul a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81, tul is-snin 2017 u 2018?", "Jekk iva kemm kien in-numru?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "QRATI – GĦADD TA' RIKORSI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors sar quddiem il-qrati tagħna a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att Dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81, tul is-snin 2017 u 2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar rikorsi li jistgħu jsiru a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att Dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap.81.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – TA' SANNAT – APPLIKAZZJONI GĦAL JUNCTION", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5237, tista' l-Ministru tgħid jekk l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi għal junction għad-daħla tar-raħal ta' Sannat ġewx approvati?", "Tista' tgħid jekk it-tenders ħarġux?", "Jekk iva, x'inhi r-raġuni li ħarġu u l-permessi meħtieġa għal junction fid-daħla ta' Sannat għadhom ma ġewx approvati?", "Interpellant li hemm ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill lokali ta' Sannat li l-Ministeru joħroġ il-fondi u l-Kunsill jieħu ħsieb l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-proġett.", "GĦAWDEX: TOROQ FIN-NADUR U GĦAJNSIELEM – SURVEY REPORT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-survey report li sar fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentrari 5259.", "KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA U ENEMALTA – XOGĦLIJIET MGĦODDIJA MINN PROPRJETÀ PRIVATA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta għamlu xogħol ta' cables, trinek u xogħol ieħor simili biex jgħaddu s-servizzi tagħhom minn proprjetà privata matul is-snin 2017 u 2018?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li min-naħa tal-Enemalta plc, ħlief f'każi biex jitwassal servizz tad-dawl mil-linja sal-meter tal-klijent, il-policy tal-kumpanija hija li ma tgħaddi l-ebda cable u trinek fil-privat.", "Fir-rigward tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – SAFAR UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8892, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8893, tista' l-Ministru:", "a. tgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tagħha; u", "b. tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8876, 8560 u 8720 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI – PRIVATIZZAZZJONI TA' CHILDCARE CENTRES", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li s-seba' Childcare Centres immexxija mill-Foundation For Educational Services se jiġu pprivatizzati?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għandha diġà ċentri amministrati mill-privat, bil-kuntratt tagħhom jiġi fi tmiem it-terminu tagħhom.", "Dan il-mudell kien introdott fl-2008.", "Il-Fondazzjoni se tkun qed iżżomm dan il-mudell u tinkludi wkoll ċentri ġodda li għadhom ma nfetħux u dak tal-Gżira.", "Fil-każ tal-Gżira l-impjegati se jibqgħu impjegati mal-FES.", "SKOLA TA' MARSASCALA – GĦAMARA – TENDERS", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-għamara li tpoġġiet fl-iskola l-ġdida ta' Marsaskala hi fil-fatt dik li ħareġ it-tender għaliha u li għaldaqstant hija skont l-ispecifications mitluba fit-tender document?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li, kif dejjem isir u skont il-proċedura normali, l-aċċertamenti meħtieġa fuq din il-materja se jkunu qed isiru.", "SKOLA NAZZJONALI TAL-ISPORT – TRACK U POOL", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux it-track u l-pool għan-National Sports School imħabbra fil-miżuri tal-baġit tal-2016?", "EVARIST BARTOLO: Il-MEDE wettaq ħidma interna għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.", "Il-ħidma inkwistjoni saret ma' numru ta' partijiet interessati, fosthom esperti tal-isport u esperti tekniċi.", "B'segwitu ta' dan, qed jiġi abbozzat dokument li jissottolinja l-possibbiltajiet u l-bżonnijiet varji kemm tal-istudenti, kif ukoll tal-pubbliku ġenerali fl-użu ta' dawn il-faċilitajiet.", "SKOLA SEKONDARJA TA' ĦAD-DINGLI – BINI TA' KLASSIJIET ĠDIDA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li issa jerġgħu jinbnew aktar kmamar fl-iskola l-ġdida ta' Ħad-Dingli li nfetħet biss tliet snin ilu?", "X'kien il-pjan li jinbnew issa?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini ta' klassijiet ġodda fis-Senior School f'Ħad-Dingli qiegħed isir biex ikunu jistgħu jiżdiedu l-laboratorji u l-workshops għal suġġetti vokazzjonali.", "SKOLA SEKONDARJA TA' ĦAD-DINGLI – FAĊILITAJIET SPORTIVI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola l-ġdida ta' Ħad-Dingli għadha mingħajr faċilitajiet sportivi?", "Ħadd ma għamel studji u pjanijiet preliminari dwar jekk dawn setgħux isiru fl-inħawi proposti?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Senior School f'Ħad-Dingli għandha faċilitajiet sportivi, kif fil-fatt jixhed ir-ritratt li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Jista' jkun li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel referenza għall-applikazzjoni li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għamlet mal-Awtorità għall-Ippjanar sabiex ikun żviluppat kumpless sportiv biswit l-istess skola.", "Dan il-kumpless ikun qed itejjeb il-faċilitajiet sportivi eżistenti."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190227_203d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 6 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 6 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 6 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 203, li saret fis-27 ta' Frar 2019, ġew ikkonfermati.", "MERĦBA", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nixtieq nagħti merħba lill-istudenti mill-Institute of Business Management and Commerce tal-MCAST li qed isegwu s-seduta mill-iStrangers Gallery.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru V tal-2019 - Att tal-2019 li jemenda l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha u l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Toni Bezzina fil-Laqgħa LX COSAC li nżammet fi Vjenna bejn it-18 u l-20 ta' Novembru 2018; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni parlamentari komposta mill-Onor.", "Ivan Bartolo fit-13-il Sessjoni Plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran li nżammet f'Belgrade fis-Serbja fil-21 u t-22 ta' Frar 2019.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-KNISJA", "L-ONOR.", "Clayton Bartolo) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lill-NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t'għajnuna finanzjarja mogħtija?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli annessi ma' din ir-risposta.", "*Ara t-tabelli fl-aħħar tad-dokument", "Sadanittant ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ tad-Direttorat tar-Restawr, dan ma ta l-ebda għajnuna finanzjarja diretta lill-Knisja.", "Mill-banda l-oħra d-Direttorat wettaq diversi xogħlijiet ta' restawr fuq diversi proprjetajiet tal-Knisja.", "F'dawn il-każi n-nefqa saret kollha mill-Gvern.", "Dettalji tal-proġetti mwettqa mill-2013 s'issa huma kif murija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5324.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, meta ftit tal-ġimgħat ilu l-avukat Dr Ramona Frendo ġiet nominata għal imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, jidhirli li kienet saret xi kritika mill-Oppożizzjoni dwar din in-nomina.", "Għalhekk, ġaladarba llum ħarġet l-aħbar li Dr Ramona Frendo ntgħażlet biex isservi bħala mħallef f'din il-qorti, il-Ministru għandu xi rimarki x'jagħmel, anke fid-dawl tal-kritika li kien hemm dwar in-nomina tagħha?", "Hawnhekk ta' min jirrimarka li din hija nomina oħra għal imħallef mara, u qed ngħid dan għax dan l-aħħar f'pajjiżna rajna diversi avukati nisa li nħatru bħala mħallfin ukoll.", "OWEN BONNICI: Sur President, nista' nikkonferma li llum spiċċa l-proċess formali kollu sabiex Dr Ramona Frendo tiġi approvata bħala mħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.", "U meta qed ngħid \"proċess formali\" ma rridx ninftiehem li dawn il-formalitajiet huma awtomatiċi, anzi biex tilħaq imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ewwel trid tirbaħ konkors fil-pajjiż membru.", "Il-konkors mhuwiex xi ħaġa obbligatorja, però huwa highly advisable li pajjiż jagħmel dan il-konkors, kif għamilna aħna f'Malta fil-każ ta' Dr Frendo.", "Imbagħad wara li tirbaħ dan il-konkors tkun trid tmur quddiem panel ta' esperti li jistudjawk u janalizzawk.", "Għaldaqstant nifraħ lil Dr Frendo tas-suċċess tagħha.", "Hija mhux biss għaddiet mill-iskrutinju nazzjonali, li diġà huwa xi ħaġa b'saħħitha ħafna għax ikun hemm ħafna nies kompetenti li japplikaw għal dawn il-pożizzjonijiet, imma għaddiet ukoll mill-iskrutinju Ewropew.", "Għalhekk nixtieq verament nifirħilha talli għaddiet minn dan il-proċess b'suċċess.", "Nixtieq nuri s-sodisfazzjon tiegħi billi nagħmel tliet punti.", "L-ewwel nett irrid ngħid li jien verament kuntent li issa għandna tliet imħallfin Maltin fil-qrati Ewropej.", "Sa ftit ilu kellna biss tnejn; wieħed fil-Qorti Ġenerali u l-ieħor fil-Qorti ta' Fuq – qed insejħilha hekk biex in-nies jifhmuni – tal-Unjoni Ewropea.", "It-tieni, Dr Frendo hija eks kunsilliera u allura bħala l-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jien kuntent ukoll għall-fatt li persuna li kienet taħdem fil-livell ta' kunsilli lokali għaddiet mill-eżamijiet Maltin u Ewropej biex issir imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan għaliex meta jieħu ċerta pożizzjoni xi ħadd li fil-passat ikun serva bħala kunsillier, ikun hemm min jagħmel ċerta kritika għax jargumenta li huwa ġie nominat biex iservi fit-tali kariga minħabba li qabel kien involut fil-kunsilli lokali.", "Inti stess kont sindku, Onor. Camilleri, u għalhekk taf x'qed ngħid.", "Din hija tip ta' kritika li lili tweġġagħni.", "Għax wara kollox aħna xi rridu, li n-nies tajbin joqogħdu 'l barra mill-politika u mis-servizz pubbliku jew inkella rriduhom li jidħlu fil-politika u fis-servizz pubbliku ħalli jkunu jistgħu jservu lil pajjiżna?", "Il-każ ta' Dr Frendo juri bil-fatti kif persuni miż-żewġ naħat tal-Kamra li fil-passat ikunu kkontribwixxew fuq livell lokali, jistgħu jkomplu jagħmlu xogħol tajjeb ħafna fuq livell Ewropew.", "Nerġa' ngħid li Dr Frendo m'għaddietx biss mill-eżamijiet lokali imma anke minn dawk Ewropej.", "It-tielet, irrid nifraħ b'mod partikolari lil Dr Frendo minħabba li hija wkoll miż-Żejtun.", "Ilbieraħ kellna l-aħbar li Dr George Vella, li hu miż-Żejtun, ġie nominat biex iservi bħala l-Għaxar President ta' Malta, u din hija t-tieni aħbar pożittiva għal min għandu għal qalbu ż-Żejtun.", "Kif kont qed ngħid lil xi ħbieb tiegħi qabel ma ġejt hawnhekk, jien niftakar li meta kont tifel u kont ngħid li jien miż-Żejtun, kien ikun hemm xi ftit kummenti minħabba dak li kien ġara fi żminijiet oħra.", "Għalhekk ikolli nammetti s-sodisfazzjon tiegħi meta nara Żwieten jimxu 'l quddiem, jagħtu kontribut lil pajjiżna u f'dan il-każ jagħtu anke kontribut fuq livell Ewropew.", "Jien nifraħ minn qalbi lil Dr Frendo kif ukoll lill-familja tagħha filwaqt li nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-imħallfin l-oħra li jservu fil-Qorti Ewropea, jiġifieri lil Dr Eugene Buttigieg, li kien jgħallimni l-liġi Ewropea bħalma kien jgħallem lil ħafna Membri Parlamentari f'din il-Kamra, kif ukoll lill-Prof.", "Xuereb li wkoll beda bħala mħallef fil-Qorti Ġenerali u baqa' għaddej sakemm anke hu ġie kkonfermat bħala mħallef fil-Qorti Ewropea.", "It-terminu ta' Dr Frendo huwa qasir għax formalment jintemm din is-sena stess, imbagħad naturalment hija terġa' tiġi mmexxija 'l quddiem għat-tieni term, anke minħabba l-fatt li l-Qorti Ewropea stess titlob lilna l-pajjiżi membri biex nassiguraw kontinwità.", "Għalhekk, aħna se naħdmu biex kemm fil-każ ta' Dr Buttigieg kif ukoll fil-każ ta' Dr Frendo jkun hemm kontinwità u b'hekk huma jiġu kkonfermati anke għat-terminu li jmiss.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, wieħed mid-dekasteri li huwa responsabbli minnu l-Ministru Owen Bonnici huwa l-kultura u naħseb li l-aħħar weekend kif ukoll nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għaddew, fil-Belt Valletta, fil-Furjana u fin-Nadur Għawdex seħħew uħud mill-aktar avvenimenti kulturali li jattendu għalihom in-nies.", "Qiegħed nirriferi għall-avvenimenti tal-karnival.", "Sfortunatament, minħabba li matul il-weekend ta' qabel qam ħafna riħ, kien hemm xi karrijiet li sofrew xi ħsara.", "Għalhekk, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk dawk il-persuni li tant iqattgħu sigħat volontarjament u li tant joħorġu flus minn buthom biex jibnu l-karrijiet ġewx megħjuna?", "Nixtieq li l-Ministru jgħarrafna wkoll x'kienu l-avvenimenti li ġew organizzati għall-karnival u jekk il-Ministeru tiegħu jistax jagħti aktar għajnuna sabiex il-karnival f'Malta jkompli jikber.", "OWEN BONNICI: Sur President, jien nista' ngħid b'idi fuq qalbi li l-karnival ta' din is-sena kien l-aqwa karnival li qatt rajt.", "Din is-sena l-livell tal-karnival tant kien wieħed straordinarju li anke dawk in-nies li ma jifhmux, jew inkella li s-soltu l-karnival ma jogħġobhomx, avviċinawni u talbuni ngħid \"prosit\" lill-organizzaturi u lid-dilettanti kollha għall-karnival straordinarju li taw din is-sena.", "Jerġa' din is-sena l-karnival kien imtappan minn żewġ avvenimenti koroh.", "Avveniment minnhom kien il-maltemp li, kif jaf kulħadd, kien straordinarju u sfortunatament wassal biex karru minnhom ġie distrutt kompletament.", "It-tieni avveniment, li huwa ħafna ikrah minn dan li għadni kemm semmejt, huwa t-telfa ta' Kelly li hija waħda miż-żeffiena tal-grupp tal-karnival Dreamteam u li litteralment tilfet ħajjitha ftit sigħat qabel il-karnival.", "Madanakollu, minkejja dawn iż-żewġ episodji koroh u diffiċli, id-dilettanti tal-karnival baqgħu għaddejjin bir-riżultat li kif għedt diġà, din is-sena l-karnival kien suċċess kbir.", "Forsi ftit jirrealizzaw li l-karnival huwa l-aktar festival kulturali antik f'pajjiżna.", "Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn il-festivals kollha jsib li l-aktar festival antik li ilu jittella' u li għandu għeruq fil-komunitajiet tagħna huwa proprju l-karnival.", "Nerġa' nenfasizza li din is-sena l-livell tal-karnival kien wieħed straordinarju u qed nieħu pjaċir immens li qed niltaqa' ma' artisti li jgħiduli li s-soltu qatt ma kienu jieħdu interess fil-karnival imma din is-sena nnotaw li l-karnival kien ta' livell għoli ħafna.", "Dan imbagħad iġibni għall-famuż villaġġ tal-karnival.", "Ftit qabel ma beda l-karnival jien mort fuq il-post fejn se jinbena l-villaġġ tal-karnival flimkien ma' uffiċjali mill-mezzi tax-xandir u n-nies setgħu jaraw b'għajnejhom, permezz ta' filmati li ttieħdu bi drone - għax meta tara minn fuq kollox jiġi spjegat aħjar - il-medda kbira ta' art fil-Marsa li ġiet assenjata biex fuqha jinbena l-villaġġ tal-karnival.", "Hemmhekk jien spjegajt li matul is-snin li għaddew waqgħu l-istrutturi li kienu jservu bħala garaxxijiet tal-gvern, il-ħaddiema li kienu jaħdmu hemmhekk ġew imċaqilqa għal postijiet oħrajn, sar ix-xogħol kollu relatat ma' ħruġ ta' permessi kif ukoll ma' monitoraġġ min-naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u saret ukoll demolition totali taż-żona.", "Meta wieħed jara r-ritratti li ttieħdu minn fuq, dan li qiegħed ngħid ikun spjegat tajjeb ħafna.", "Diġà ħarġu erbgħa mis-sitt tenders li għandhom joħorġu; erbgħa ġew awarded u jonqos biss l-aħħar żewġ tenders.", "Jekk Alla jrid, hekk kif jingħataw l-aħħar żewġ tenders ikun jista' jinbeda x-xogħol fuq il-villaġġ tal-Karnival u n-nies ikunu jistgħu jaraw b'għajnejhom il-proġett qed jitwettaq.", "Kull min kellu esperjenza ta' xi proġett li jsir minn fondi Ewropej jaf li l-qofol tax-xogħol huwa dak ta' qabel il-kostruzzjoni u li l-kostruzzjoni hija l-eħfef parti tal-proġett.", "Qed nitkellem b'dan il-mod wara l-esperjenza tal-Forti Sant'Anġlu, tal-Katakombi ta' San Pawl, tal-MUŻA u ta' lista sħiħa ta' proġetti oħra.", "Meta jekk Alla jrid tgħaddi l-fażi tal-procurement, li hija l-aktar fażi delikata, inkunu nistgħu mmorru għall-bini attwali tal-villaġġ tal-karnival li m'għandix dubju li se jinbena b'mod tajjeb u li se jagħmel ġid kbir.", "L-appell tiegħi hawnhekk hu li d-dilettanti tal-karnival jifhmu li l-karnival irid ikompli jaġġorna ruħu.", "Allaħares il-karnival ma jaġġornax ruħu!", "Id-dilettanti tal-karnival iridu jkunu miftuħin għall-ideat tan-nies minn barra s-settur tal-karnival u jridu wkoll jikkoperaw mal-organizzaturi għax ikun kollox inutli jekk l-organizzaturi jiġbdu l-ħabel naħa filwaqt li d-dilettanti tal-karnival jiġbdu l-ħabel in-naħa l-oħra.", "Nerġa' ngħid, il-karnival ta' din is-sena kien ta' livell għoli immens u għalhekk, nirringrazzja minn qalbi lid-dilettanti tal-karnival li huma u l-familji tagħhom jagħtu lil dan il-festival prijorità.", "Din is-sena kemm it-tfal kif ukoll l-adulti ħadu pjaċir fil-karnival filwaqt li bħala poplu Malti u Għawdxi rnexxielna nuru x'kapaċi nagħmlu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fil-mistoqsija supplimentari preċedenti jien għamilt referenza għall-karnival però nafu li l-kultura ma tikkonsistix biss fil-karnival.", "Pajjiżna għandu ħafna wirt kulturali u hawnhekk nixtieq nirriferi b'mod partikolari għar-restawr li jsir minn żmien għal żmien fuq diversi fortifikazzjonijiet, binjiet jew statwi oħra storiċi.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel Heritage Malta bil-għan li l-wirt kulturali tagħna mhux biss ingawduh aħna imma jgawduh anke dawk ta' warajna?", "OWEN BONNICI: Sur President, ta' min jgħid li jekk nieħdu d-Direttorat tar-Restawr waħdu u neskludu lil Heritage Malta kif ukoll entitajiet oħrajn, insibu li bħalissa qiegħed jagħmel 71 proġett ta' restawr.", "Meta naraw kemm kien isir xogħol ta' restawr qabel u kemm qed isir issa nsibu li ż-żieda hija exponential.", "Fil-fatt, l-ammont ta' proġetti ta' restawr li qed jirnexxilna nwettqu at any given moment in time huwa kbir ħafna, u dan qed jirnexxilna nagħmluh kemm għax qegħdin dejjem nipprovaw intejbu x-xogħol, kemm għax qegħdin dejjem nipprovaw noħolqu sistemi, anke interni, fid-Direttorat sabiex inżidu l-ammont ta' xogħol li nieħdu, kif ukoll għaliex żdiedet l-allokazzjoni finanzjarja matul is-snin.", "Naturalment dejjem hemm lok għal aktar titjib, però bir-riżorsi li qed ningħataw aħna qed nagħmlu l-massimu li nistgħu nagħmlu.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nagħmel punt li, fil-fehma tiegħi, huwa importanti ħafna.", "Spiss in-nies jitolbuna nagħmlu restawr ta' oġġetti li mhumiex proprjetà tal-Gvern.", "Għal dawk li huma fortifikazzjonijiet jew swar kulħadd jifhem li huwa obbligu tal-Gvern li jirrestawrahom u jieħu ħsiebhom, però ġieli jkun hemm nies li jitolbu lid-Direttorat tar-Restawr, jew lili personalment, jew inkella lil sħabi l-Ministri, biex nirrestawraw proprjetà li mhijiex tal-Gvern.", "Pereżempju spiss isemmuli d-Dar tal-Bebbux f'Ħal Għaxaq, li hija proprjetà privata.", "F'każijiet bħal dawn, l-Awtorità tal-Ippjanar toħroġ skemi apposta biex tinċentiva lin-nies jirrestawraw id-djar tagħhom.", "Madanakollu d-diffikultà tikber meta fin-nofs ikun hemm proprjetà tal-Knisja għax meta niġu għar-restawr ta' knejjes u ta' kappelli, in-nies donnhom jinsew – ma nagħtihomx tort għax ġieli din tiġri anke lili – li dawn mhumiex proprjetajiet tal-Gvern imma huma proprjetajiet tal-Knisja.", "Aħna nagħmlu xogħol tajjeb ħafna mal-Knisja u dejjem insibu kollaborazzjoni kbira magħha.", "Fil-fatt, nista' nagħti elenku ta' kappelli li rrestawrajna matul dawn l-aħħar snin avolja dawn mhumiex proprjetà tal-Gvern, meta l-obbligu tal-Gvern huwa li jirrestawra l-proprjetajiet tiegħu.", "Pereżempju sal-ġimgħa l-oħra stess morna biex naraw xogħol ta' restawr li qed isir fuq żewġ kappelli li t-tnejn huma ddedikati lil San Ġwann Battista; waħda tinsab il-Għargħur filwaqt li l-oħra tinsab is-Siġġiewi.", "Dawn iż-żewġ kappelli t-tnejn huma sbieħ ħafna u qegħdin jiġu rrestawrati kompletament a spejjeż tad-Direttorat tar-Restawr.", "Qed nagħti dawn l-eżempji biex nuri li l-Gvern qed jirrestawra anke proprjetajiet li mhumiex tal-Gvern.", "Fil-fatt illum stess qed tidher mistoqsija parlamentari li fiha hemm elenku tax-xogħol ta' restawr li sar f'ħafna kappelli u knejjes mifruxa madwar Malta u Għawdex.", "Minkejja li qed isir dan ix-xogħol kollu, xorta ssib min jgħidlek: Prosit talli għamilt it-tali kappella, però l-kappella l-oħra għadek m'għamilthiex!", "Din hija xi ħaġa li jgħaddu minnha sħabi wkoll fuq proġetti oħrajn.", "Hawn irrid inżid ngħid li mhux kull kappella teħtieġ l-istess ammont ta' restawr.", "Pereżempju bħalissa qed jiġuni f'moħħi kappella u knisja li jinsabu fi stat diffiċli u qabel ma jsiru x-xogħlijiet ta' restawr fuqhom, iridu jsiru ċerti studji.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-knisja l-antika ta' Birkirkara kif ukoll għall-kappella li hemm in-naħa tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi.", "Il-Knisja u l-esperti tagħna qed jaħdmu flimkien sabiex inkunu nistgħu nifhmu x'inhu l-aħjar tip ta' intervent li rridu nagħmlu f'dawn iż-żewġ każi.", "Dan għar-raġuni li hemm ċerti interventi li jekk tagħmilhom mingħajr ma jkun hemm ċertu ħsieb minn qabel, is-sitwazzjoni minflok ma ssir aktar sempliċi ssir aktar gravi.", "Għalhekk, għal dawn iż-żewġ ċirkostanzi aħna qed naħdmu id f'id mal-esperti tal-Knisja biex nindividwaw l-aħjar intervent li rridu nagħmlu.", "Fejn jidħlu kappelli u knejjes nixtieq nirriferi wkoll għal fondi Ewropej li għadu kemm ħabbar sieħbi s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "Huwa ta elenku ta' kappelli u knejjes li se jibbenefikaw minn fondi Ewropej, liema fondi huma proprjament tailor-made għalihom.", "Apparti l-wirt reliġjuż hemm ukoll il-wirt pubbliku tagħna u hawnhekk bilfors irrid niftaħar bix-xogħol enormi li sar.", "Pereżempju fil-Belt Valletta, tgħaddi minn fejn tgħaddi, ħlief xogħol ta' restawr ma tarax, u dan huwa kollu parti mir-riġenerazzjoni kbira li qegħdin nagħmlu u li se nibqgħu nagħmlu sabiex is-settur tal-patrimonju kulturali tagħna, li tant huwa għal qalbna, ikompli jimxi 'l quddiem, mhux biss biex insaħħu l-prodott turistiku Malti imma wkoll biex insaħħu dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 39 tal-2019 – Ordni tal-2019 li jemenda t-Tieni Skeda li tinsab mal-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni; u", "Avviż Legali Nru 40 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2019 dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Att Nru III tal-2019), minbarra l-artikoli 4(5) u 4(6), l-artikoli 22 sa 25, it-tnejn inklużi, u l-paragrafu 12 tal-Ewwel Skeda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 42 tal-2019 – Ir-Regolamenti tal-2019 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Valutazzjoni tal-Università;", "Rapport annwali u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Arkivji Nazzjonali ta' Malta għas-sena 2018; u", "Tabella li turi l-għadd u l-iskola fejn jattendu studenti bi bżonnijiet speċjali, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9200.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 38 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta' Merkanzija Perikoluża bil-Vetturi bil-Mutur; u", "Tagħrif dwar barrieri għal rimi ta' skart tal-kostruzzjoni, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9244.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq mezzi differenti tal-midja, bejn Awwissu 2017 u Diċembru 2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8727.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq mezzi differenti tal-midja, bejn l-2004 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8728; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni b'diżabilità, maqsuma skont l-età, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9199.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 41 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jħassru r-Regolamenti dwar il-Kumitat dwar is-Sistema ta' Infurzar Lokali; u", "Rapport Annwali u Financial Statements tal-Arts Council Malta għas-sena 2016.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra fil-laqgħa tal-lum l-Erbgħa, 6 ta' Marzu 2019, tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, l-Onor.", "Anthony Agius Decelis se jkun qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "Clint Camilleri u l-Onor.", "Marthese Portelli se tkun qiegħda tissostitwixxi lill-Onor.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"sabiex jissostitwixxi l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (Ħarsien Alternattiv), Kap. 569, biex jipprovdi għal ordnijiet għall-protezzjoni tal-minuri, biex jistabbilixxi ħarsien alternattiv u protezzjoni xierqa għall-minuri mċaħħda mill-ħarsien tal-ġenituri jew li huma f'riskju li hekk jiġu mċaħħda, u l-ħwejjeġ l-oħra kollha li huma anċillari jew inċidentali għal dan jew konnessi miegħu\", tirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Jannar 2019.", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jissostitwixxi l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (Ħarsien Alternattiv), Kap. 569, biex jipprovdi għal ordnijiet għall-protezzjoni tal-minuri, biex jistabbilixxi ħarsien alternattiv u protezzjoni xierqa għall-minuri mċaħħda mill-ħarsien tal-ġenituri jew li huma f'riskju li hekk jiġu mċaħħda, u l-ħwejjeġ l-oħra kollha li huma anċillari jew inċidentali għal dan jew konnessi miegħu\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "MICHAEL FALZON: Sur President, bi pjaċir illum qed inressaq għad-diskussjoni Abbozz ta' Liġi li se jkun qiegħed jissostitwixxi l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (Ħarsien Alternattiv), Kap. 569, sabiex naddattaw għan-neċessitajiet il-ġodda li għandha s-soċjetà tagħna llum kif ukoll għal sitwazzjonijiet li meta sar l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (Ħarsien Alternattiv), jew ma konniex nafu bihom jew inkella ma konniex niltaqgħu magħhom.", "Nibda biex ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi sar wara ħafna konsultazzjoni.", "Biss biss inħareġ għall-public consultation darbtejn; qabel ma abbozzajnieh għall-ewwel darba, fejn għamilna konsultazzjoni mal-istakeholders kollha, kif ukoll f'Ġunju li għadda fejn kien miftuħ għal public consultation għal sitt ġimgħat sħaħ u għal darb'oħra reġgħu saru laqgħat mal-istakeholders.", "Għaldaqstant dan l-Abbozz ta' Liġi huwa frott il-kontribut ta' ħafna persuni.", "Il-fatt li jien u l-Onor.", "Claudio Grech nidejna dan l-Abbozz ta' Liġi flimkien meta ġie ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu, proprju f'dan l-istess bini, juri li aħna rridu nwasslu messaġġ ċar u b'saħħtu li ż-żewġ partiti politiċi, anzi nażżarda ngħid li kull Membru Parlamentari, nixtiequ l-aħjar possibbli għat-tfal tal-lum u għat-tfal ta' għada.", "Huwa f'dan l-ispirtu li jien nawgura li tkompli d-diskussjoni li se nagħmlu f'dan l-istadju u anke fl-istadju ta' Kumitat.", "Il-messaġġ huwa wieħed; ejjew nagħmlu liġi tajba.", "Din il-liġi ilha biex tinbidel diċennji sħaħ.", "Meta wieħed jaħdem fuqha bilfors li se jħoss ċerti emozzjonijiet u naturalment ma tistax togħġob lil kulħadd f'kollox, imma jien ninsab konvint li qed nagħmlu pass 'il quddiem.", "Nagħmilha ċara li b'daqshekk m'iniex qed ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa perfett u li bih se nsolvu l-problemi kollha li jeżistu f'dan il-qasam.", "Lanqas mhu qed ngħid li se jogħġob lil kulħadd fl-interità tiegħu.", "Sfortunatament, f'ċerti każijiet ikun hemm ċirkostanzi fejn għalkemm forsi lkoll inkunu rridu nimxu 'l quddiem - biex ma ngħidx li d-direzzjoni tkun opposta - ma nkunux fl-istess triq imma nkunu f'toroq differenti u paralleli ma' xulxin.", "Hawnhekk nixtieq nerġa' nenfasizza li għandna nżommu f'moħħna li aħna m'aħniex qed ngħidu li se nsolvu l-kwestjonijiet kollha li jeżistu f'dan il-qasam, imma żgur li se nagħmlu sforz kbir biex intejbu dak li għandna llum.", "Sur President, illum nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li sakemm wasalna s'hawn smajna lil kulħadd, anzi biex inkun preċiż mhux biss smajna lil kulħadd għal darba darbtejn iżda aktar importanti minn hekk, tajna kas dak li smajna, speċjalment dak li dehrilna li hu fl-aħjar interess tal-poplu tagħna.", "It-tfal huma parti integrali mis-soċjetà tagħna.", "Ma niddejjaqx ngħid li fost il-persuni li ħadna xi ideat minn tagħhom hemm l-Onor.", "Robert Cutajar, li jinsab preżenti f'din il-Kamra u li kien ġentili biżżejjed biex wara li tkellimna ftit, reġa' għadda xi suġġerimenti li kien ressaq fil-passat.", "Aħna ma qgħadniex lura milli ntejbu fejn dehrilna li nistgħu ntejbu.", "Appell importanti ieħor li nixtieq nagħmel u li għandu jkun il-fulkru ta' din id-diskussjoni hu li aħna u nitkellmu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi m'għandniex naljenaw rasna u ninsew li hawnhekk qed nitkellmu fuq in-nies.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jitkellem fuq ir-relazzjonijiet, fuq l-emozzjonijiet u fuq it-tfal.", "Illum m'aħniex qed nitkellmu dwar xi Abbozz ta' Liġi li qed jirregola kif wieħed għandu jġib permess.", "Naturalment kull liġi għandha l-importanza tagħha imma l-liġi li se niddiskutu llum tidħol fir-relazzjonijiet intimi għax tidħol f'dawk il-każijiet fejn tant ikun hemm problemi f'relazzjoni bejn koppja li t-tfal tagħhom ikollhom saħansitra jinħarġu mill-kura tal-familja naturali tagħhom.", "Sfortunatament dawn il-każijiet jeżistu u għalhekk, huwa tajjeb li qed niffaċċjawhom u naraw kif nistgħu ntejbuhom.", "Biex nagħti idea, illum f'pajjiżna għandna madwar 450 tifel u tifla li mhumiex qed jgħixu fl-ambjent tal-familja naturali tagħhom u bejn wieħed u ieħor nofshom huma fostered filwaqt li n-nofs l-ieħor qed jgħixu f'dawk li jissejħu homes.", "Li kieku nistgħu konna nġibu n-numru ta' tfal li mhumiex qed jgħixu mal-familja naturali tagħhom għal żero, imma dik hija xi ħaġa utopika li żgur m'aħniex se nilħquha u allura rridu nipprovdu l-aħjar mekkaniżmi possibbli fl-aħjar interess tat-tfal, għalkemm naħseb li lkoll ikollna nammettu li huwa diffiċli immens li tilleġiżla fuq relazzjonijiet personali, anke għax żgur li mhux se tkoprihom kollha kemm huma.", "Madanakollu aħna rridu nimxu 'l quddiem.", "Sur President, qabel ma niġi biex nelenka xi ftit punti mill-Abbozz ta' Liġi nnifsu, irrid nagħmilha ċara li din in-naħa tal-Kamra se tkun disposta li tisma' kull suġġeriment li jsir biex inkunu nistgħu ntejbu dak li hemm, anke waqt l-istadju ta' Kumitat.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex cast in stone imma kemm issa li qegħdin fl-istadju tat-Tieni Qari kif ukoll fl-istadju ta' Kumitat, li naħseb se jkun stadju xi ftit intensiv, huwa importanti li ntejbu fejn nistgħu ntejbu.", "Ma niddejjaqx ngħid, pereżempju, li din il-verżjoni li għandna quddiemna hija l-20 waħda li tħejjiet mill-konsulenti legali tagħna.", "Naħseb li għamiltha ċara biżżejjed li aħna ninsabu disposti li nagħmlu tibdil imma, sfortunatament, ikolli ngħid ukoll li ċerti nies iddiżappuntawni, u dan m'iniex qed ngħidu għax naħseb li jien xi ħaġa.", "Nixtieq niċċara wkoll il-fatt li għax tkun qed issir konsultazzjoni ma jfissirx li se nħallu lil min isabbat saqajh barra minn dan il-Parlament għax jaħseb li f'dan il-qasam huwa espert f'kollox.", "Pereżempju jien ma nistax nifhem kif persuna li tkun ikkonsultajt magħha għal darba, darbtejn, tlieta toqgħod tgħaddi ħafna kummenti fuq il-mezzi tal-midja.", "Issa jien ma nafx għal liema fini persuna tkun qed tagħmel dan; jekk hux għall-pubbliċità jew inkella biex tagħmel din il-liġi ballun politiku.", "Nassigura lil kulħadd li din in-naħa tal-Kamra m'għandha l-ebda intenzjoni li tagħmel lill-qasam soċjali ballun politiku u wisq u wisq inqas m'għandha l-intenzjoni li tagħmel ballun politiku l-qasam tat-tfal.", "Ċerti nies suppost imisshom jafu aħjar u jmisshom ikunu konxji tal-fatt li xi kultant fid-dinja aħjar tagħlaq ħalqek u tipprova lilek innfisek bl-azzjonijiet li tagħmel.", "Issa se ngħaddi biex insemmi fuq fuq xi ftit mill-punti innovattivi li nsibu fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "L-ewwel nett nixtieq nibda billi nagħmel statement kategoriku li jagħmel dan l-istess Abbozz ta' Liġi.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jgħid ċar u tond li f'kull deċiżjoni li tittieħed, huma dejjem l-interessi tat-tfal li jridu jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "Madanakollu fl-istess waqt irrid ngħid ukoll li għalkemm il-liġi eżistenti ma kinitx tgħid dan iswed fuq l-abjad aħna dejjem hekk imxejna.", "Qed ngħid dan b'mod partikolari għax min kien qed imexxi inkjesta f'każ partikolari qal – u m'iniex qed ngħid li min qal hekk qal ħażin – li kien qed iħossu qisu Salamun bi tnejn min-nies quddiemu, wieħed jiġbed lit-tfal naħa u l-oħra tipprova tiġbidhom in-naħa l-oħra.", "Dawn huma sitwazzjonijiet li aħna ma rriduhomx jirrepetu ruħhom u l-ewwel interess għandu jkun dejjem dak tat-tfal.", "Irrid insemmi wkoll li f'dan l-Abbozz ta' Liġi daħħalna l-prinċipju li ċerti deċiżjonijiet, jekk mhux kollha, ikunu appellabbli.", "Sal-lum għandna sitwazzjonijiet fejn meta tittieħed deċiżjoni din tkun qisha l-Oraklu ta' Delfi għax minnha ma jista' jappella ħadd u ma jista' jgħid ħadd xejn fuqha, jiġifieri kif jgħidu bl-Ingliż one has to lump it.", "Aħna ma naqblux ma' din il-prassi u għalhekk rajna li d-deċiżjonijiet jibdew ikunu appellabbli għax nemmnu li din hija xi ħaġa li tawgura tajjeb.", "Permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qegħdin nassiguraw ukoll li jkun hemm aktar l-involviment tal-qasam ġudizzjarju.", "Waqt id-drafting ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, minbarra li tkellimna mal-istakeholders u mal-Membri tan-naħa l-oħra tal-Kamra, tkellimna wkoll mal-Ġudikatura u wieħed mill-punti li saru kien li għandu jkun hemm involviment akbar min-naħa tal-qasam ġudizzjarju fejn jidħlu, pereżempju, il-care orders.", "Sal-lum is-sistema hi li kull care order trid tiġi akkumpanjata b'rapport b'rakkomandazzjoni mill-Ministru, ikun min ikun il-Ministru.", "Issa jien l-ewwel wieħed, li l-professjoni tiegħi hi dik ta' avukat, żgur li ma nifhimx fil-qasam soċjali.", "Ma nistax niċħad li dan il-Ministeru huwa għal qalbi, imma kważi kważi huwa non sequitur li fl-aħħar mill-aħħar ikun il-Ministru, ikun min ikun, li jkun irid jiffirma l-care orders minkejja li ħafna drabi ma jkunx daqshekk intiż f'dan il-qasam.", "Għalhekk, f'ċirkostanzi bħal dawn aħna qed nipproponu l-involviment tal-qrati tagħna.", "Ħarisna wkoll lejn realtajiet ġodda li s-soċjetà qiegħda tiffaċċja llum u ħarisna lejn dawk il-persuni li huma l-aktar vulnerabbli fost il-vulnerabbli.", "Taħt din il-kategorija jaqgħu, pereżempju, l-unaccompanied minors li lanqas biss ikollhom l-għajnuna jew il-gwida ta' xi adult u allura hawnhekk aħna qed naraw li l-liġi tkun tipprovdi li apparti li jkun hemm involviment ta' qrati oħrajn, ikun hemm ukoll il-possibbiltà li l-minuri jkollu dak li qed jiġi msejjaħ bħala \"special guardian\".", "Jien persważ li l-introduzzjoni tal-ispecial guardian f'dan l-Abbozz ta' Liġi se tiġi diskussa ħafna matul dan id-dibattitu.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qiegħed jipprovdi wkoll għal konċett relattivament ġdid, li huwa l-mandatory reporting fejn jekk wieħed ikun jaf b'xi każ fejn ikun qed isir abbuż fuq it-tfal, hu ta' liema natura hu, irid jirrapporta.", "Fil-liġijiet preċedenti dan l-obbligu kien jaqa' fuq kulħadd imma aħna nafu li m'għandux ikun hekk għax dan jista' jagħti lok għal abbużi oħrajn, bħal kwestjonijiet bejn il-ġirien fejn wieħed jista' jkun qed jimbotta 'l hawn u l-ieħor ikun qed jimbotta 'l hemm.", "Għalhekk f'dan l-Abbozz ta' Liġi li qed inressqu llum qed nipproponu li jkunu biss il-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam li huma obbligati li jressqu każ għall-attenzjoni tal-awtoritajiet responsabbli fejn iħossu li jkun hemm bżonn.", "Bħal kollox fid-dinja, irid ikun hemm element ta' bilanċ, u dan ifakkarni fil-famuż golden mean tal-Griegi li baqgħu ma sabuh qatt u wara li għaddew mill-anqas 3,000 sena għadna ma sibniehx!", "Qed ngħid dan għax f'dan l-Abbozz ta' Liġi aħna qed nipproponu li jekk professjonist fil-qadi ta' dmirijietu jagħmel rapport in bona fede minħabba li jidhirlu li jista' jkun hemm abbuż u wara li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji jirriżulta li mhux qed jitwettaq abbuż, ma jkunu jistgħu jittieħdu l-ebda passi fil-konfront ta' dak il-professjonist.", "Dan għamilnieh biex nipproteġu lill-professjonisti u ġaladarba professjonist ikun għamel dak ir-rapport in bona fede, m'għandux ikun soġġett għal xi azzjoni legali.", "Huwa jkun qeda dmiru u mbagħad jekk ma jinstabu l-ebda provi li jwasslu għal dak li l-professjonist ikun qed jissuspetta, b'daqshekk ma jfissirx li xi ħadd għandu jieħu passi kontrih.", "Sur President, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi naqqasna wkoll il-perjodu qabel ma l-foster carers ikunu jistgħu jagħmlu talba lill-qorti għall-addozzjoni.", "Hawnhekk nixtieq niċċara xi ħaġa għax xi kultant mhux kulħadd jifhem eżattament il-bidliet li nkunu qed nagħmlu, għalkemm dan huwa nuqqas tagħna u mhux tagħhom.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu li wara perjodu stabbilit, hu kemm hu, foster parent ikun jista' jaddotta lil dak it-tifel jew lil dik it-tifla li jkun qed irabbi imma jista' biss jagħmel talba lill-qorti f'dan is-sens.", "Illum il-foster parents jistgħu jagħmlu talba lill-qorti għall-addozzjoni biss wara li t-tifel jew it-tifla tkun ilha tgħix magħhom mill-inqas għaxar snin, però aħna dehrilna li l-perjodu ta' għaxar snin huwa twil wisq u għalhekk naqqasnieh għal ħames snin.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi u nagħti rikonoxximent lill-foster carers.", "Fil-fatt ma niddejjaqx ngħid li jien personalment nippreferi li t-tfal li għandna in care jkunu għand foster carers responsabbli milli jkunu f'homes.", "Din hija xi ħaġa li jien nirrikonoxxiha u ngħidha bla tlaqliq ta' xejn.", "Qed nipproponu wkoll li l-foster carers jingħataw rikonoxximent għall-ħidma tagħhom.", "Pereżempju, sal-lum il-foster carers ma jistgħux jiftħu kont bankarju f'isem il-minuri li jkunu qed jieħdu ħsieb.", "Aħna jidhrilna li foster carer għandu jitħalla jiftaħ kont f'isem il-minuri li jkun qed jieħu ħsieb għax wara kollox hemmhekk x'aktarx li jkun qed ipoġġi flus li qed joħroġ hu stess.", "Huwa veru li llum hemm il-foster care allowance, li fil-Baġit għas-sena 2018 żidnieha minn €70 fil-ġimgħa għal €100 fil-ġimgħa, jiġifieri żieda ta' aktar minn 40%, imma ninsabu konvinti li min jidħol għal din il-vokazzjoni għandu jkollu ċerti drittijiet, imbasta dak li jkun qed jagħmel ikun qed jagħmlu fl-aħjar interess tat-tfal.", "Il-liġi Rumana antika kienet tgħid li wieħed irid iġib dejjem ruħu ta' bonus pater familias, jiġifieri ta' missier tajjeb ta' familja, u jien m'għandix dubju li f'ħafna każi, jekk mhux fil-każijiet kollha, hekk jiġri.", "Ta' min jgħid ukoll li sal-lum biex il-foster carers isiefru mat-tfal li jkunu qed jieħdu ħsieb ikunu jridu jgħaddu minn ħafna proċeduri, fosthom li jkun irid jiffirmalhom il-Ministru, bil-konsegwenza li min jitħajjar biex isiefer f'qasir żmien mingħajr ma jkun ippjana minn qabel, ma jkunx jista' jagħmel dan.", "Issa hawnhekk aħna qed ngħidu li wieħed jista' jsiefer mat-tfal li jkun qed jieħu ħsieb, imma ovvjament qabel wieħed irid jinnotifika lill-aġenzija biex ikun jista' jingħata l-kunsens.", "Sur President, naħseb li wieħed mill-aktar punti b'saħħithom ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex qed jipprovdi għal dak li huwa care order biss.", "Illum il-liġi qiegħda li jekk irid isir intervent f'xi każ partikolari, trid bilfors tinħareġ care order.", "Issa dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipprovdi aktar minn rimedju wieħed u minbarra li qed inħarsu lejn il-care order qed inħarsu wkoll lejn ċirkostanzi fejn tkun trid tittieħed emergency order, u f'dan il-każ ma jkunx hemm għalfejn jiġi drafted rapport u jittieħed għand il-Ministru biex jiffirmah.", "Ovvjament hemm ċirkostanzi fejn ikunu jridu jingħataw ċerti ordnijiet, anke bl-intervent tal-qrati, imma rridu nagħtu l-fakultà li fejn ikun hemm bżonn intervent malajr nipprovdu kemm għal dawk li huma emergency orders kif ukoll għal dawk li huma treatment orders.", "Il-ħsieb ġenerali wara dan kollu huwa li l-interessi tat-tfal għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jipprovdi wkoll biex f'ċerti każi li għandhom ċerta importanza jkun hemm il-preżenza ta' avukat tat-tfal u għalhekk, qed ngħidu li l-qorti se jkollha l-fakultà li taħtar avukat hi biex il-proċeduri jkunu jistgħu jibqgħu mexjin.", "Nixtieq ngħid ukoll li aħna jidhrilna li r-responsabbiltà tal-għażla dwar il-ħatra tad-direttur responsabbli għall-protezzjoni tal-minuri m'għandhiex tkun tal-Ministru biss u f'kollox imma jidhrilna li billi din l-għażla għandha ċerta importanza, għandha ssir permezz ta' sejħa pubblika li tkun miftuħa għal kulħadd, kemm għal min qiegħed f'aġenziji kif ukoll għal min mhuwiex, imbasta dan ikollu mill-anqas ħames snin esperjenza f'dan il-qasam u jkollu xi ftit skills maniġerjali.", "Aħna ma niddejqu xejn li f'każ ta' kariga li għandha ċerta importanza, niftħu r-responsabbiltà sa fejn nistgħu niftħuha.", "Sur President, naħseb li l-punti prinċipali tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna semmejthom kollha, imma hemm ħafna aktar fuq xiex wieħed jitkellem u għalhekk, kif għedt diġà, naħseb li l-istadju ta' Kumitat se jkun wieħed interessanti.", "Bla dubju ta' xejn irridu nassiguraw ukoll li jkun hemm ċerta speditezza fil-proċeduri.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed issir anke reviżjoni tat-termini legali li kienu proposti f'Abbozzi ta' Liġi preċedenti.", "Din hija xi ħaġa li ddiskutejnieha flimkien ma' rappreżentant tal-Ġudikatura għax inutli li ngħidu li ċerti każi jridu jiġu deċiżi mil-lum għal għada meta huwa ovvju li dan mhux se jsir.", "It-termini legali tal-liġi għandhom isiru bis-sens.", "Qed nissuġġerixxu wkoll li n-numru tal-membri tal-Bord ta' Reviżjoni għall-Ħarsien tal-Minuri, li se jkun ekwivalenti għas-CYPAB (Children and Young Persons' Advisory Board), jitla' minn ħamsa għal sebgħa.", "Barra minn hekk, qed indaħħlu wkoll l-obbligu speċifiku li wieħed minn dawn il-membri jkun psikologu b'warrant, jiġifieri jkun xi ħadd li verament huwa intż f'dan il-qasam.", "Sur President, naħseb li l-punti prinċipali li kelli nagħmel għamilthom kollha u issa jonqos biss li nagħmel żewġ punti tal-aħħar.", "L-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum se jkun qiegħed jissostitwixxi tliet liġijiet oħra għax qed jiiġbor flimkien il-qasam tal-ħarsien tat-tfal, il-care orders u l-fostering.", "Qed noqogħdu attenti li nipprovaw nikkonsolidaw u fejn hu possibbli nissimplifikaw.", "Bħalma għedt fil-bidu tal-intervent tiegħi, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed nipprovaw intejbu ċ-ċirkostanzi li jaqgħu taħt dan il-qasam, li huma emozzjonali ħafna.", "Min jaħdem f'dan il-qasam jaf – u llum jien bdejt nidrah ftit ukoll – li mhux faċli li tipprovdi soluzzjoni mil-lat legali għas-sitwazzjonijiet kollha li l-bniedem fl-infinezza tiegħu jirnexxilu joħloq, u din hija xi ħaġa li rridu nżommuha f'moħħna.", "Nistqarr li għalija personalment il-care orders huma l-aktar ħaġa li ddejjaqni fix-xogħol tiegħi.", "Veru li meta jinħareġ care order l-iskop ikun li nipproteġu lil dak li jkun, iżda ara ma taħsbux li huwa pjaċir għalina li noħorġu lil xi ħadd mill-ambjent tal-familja naturali tiegħu u npoġġuh xi mkien ieħor, u din qed ngħidha għax nesperjenzaha.", "Li kieku nista' ma nagħmilha qatt, imma meta jkolli rapport miktub mill-professjonisti li qed jgħid illi huwa fl-interess tat-tfal li ma nħallux is-sitwazzjoni kif inhi, jien inħossni obbligat li noqgħod fuq ir-rapport ta' dawn l-esperti, li wara kollox huma familjari ma' dawn il-każi aktar minni.", "Anzi issa bdejt nidra xi ftit, imma emmnuni li huwa verament diffiċli li tiffirma care order.", "Ma niddejjaqx ngħid li ġieli ġew mumenti, partikolarment meta kont għadni nilħaq Ministru responsabbli minn dan il-qasam, fejn kont naqsam qalbi, u din hija l-attitudni li għandna nieħdu fil-qasam soċjali, għalkemm żgur li qatt m'aħna se nkunu perfetti.", "Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lil kull min ikkonsultajna miegħu.", "Nixtieq nirringrazzja b'mod partikolari lil żewġ avukati; lill-avukat Dr Andy Ellul, li kien involut fil-konsultazzjoni kollha ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, u lill-avukat Dr Micallef Figallo li għen ħafna wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mad-drafting tal-istess Abbozz ta' Liġi.", "Nixtieq nirringrazzja pubblikament lit-tnejn li huma għax li ma kienx għalihom u għal persuni oħrajn li għenuna, ma konniex naslu.", "Nawgura wkoll li nkomplu naħdmu fl-ispirtu li kellna s'issa għax permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi rnexxielna noħolqu ċertu rapport – m'iniex qed ngħid li ma kienx hemm rapport sabiħ, imma issa hemm aktar – ma' social workers u ma' counsellors, eċċ. Din hija xi ħaġa li verament nieħu pjaċir nirrimarka dwarha.", "Sur President, nirringrazzja wkoll lill-Onor.", "Robert Cutajar li ta xi suġġerimenti, lill-Onor.", "Claudio Grech li naħseb se jitkellem warajja u lil kull min se jieħu sehem f'dan id-dibattitu.", "Aħna ma naqblux dejjem fuq kollox u żgur li m'aħniex se nogħġbu lil kulħadd, imma dejjem żammejna prinċipju wieħed u ċar; kull deċiżjoni trid tittieħed l-ewwel u qabel kollox fl-aħjar interess tat-tfal tagħna.", "Aħna qegħdin hemm biex nittutelaw.", "Hawn min jgħid li t-tfal huma l-futur ta' għada imma jien immur pass oltre u ngħid li t-tfal tagħna huma parti mis-soċjetà tagħna u bla dubju se jkunu parti akbar mis-soċjetà ta' għada.", "Kollha kemm aħna għandna l-obbligu sagrosant li naħdmu biex kemm jista' jkun ikollna inqas każijiet ta' problemi soċjali milli għandna llum u fuq kollox, kif anke jgħid dan l-Abbozz ta' Liġi, ilkoll kemm aħna npoġġu verament l-interess tat-tfal l-ewwel u qabel kollox.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex nirrapporta dwar ix-xogħol tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fil-5.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Abbozz Nru 56 – għadda mill-Kumitat b'emendi.", "Nirringrazzjak.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Rimarki.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, illum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li jirrigwarda suġġett li huwa għal qalb ħafna mid-Deputati ta' din il-Kamra, jekk mhux għal qalb kull Deputat, għaliex jirrigwarda l-politika dwar il-protezzjoni tat-tfal.", "Dan huwa suġġett illi tista' tgħid jirifletti kunsens totali dwar l-għanijiet li qegħdin niddiskutu.", "Aspett sabiħ li naħseb ħafna drabi ninjoraw f'din il-Kamra huwa li ż-żewġ partiti politiċi għandhom ħafna common grounds fejn jidħol l-aspett tal-ħajja.", "Issa meta qed nitkellem fuq l-aspett tal-ħajja m'iniex qed nintrabat biss mas-suġġett tal-abort imma mal-aspett tal-ħajja b'mod ġenerali, jiġifieri dak li jagħmel il-ħajja dik li hi, dak li jikkostitwixxi l-ħajja u l-mod kif il-Membri ta' din il-Kamra jgħożżu l-ħajja.", "Meta ftit aktar minn sena ilu ngħatajt ir-responsabbiltà li nsegwi dan is-settur u bdejt nipprova nibni qafas politiku effettiv bil-limitazzjonijiet kollha tagħna, kull meta għamilt preżentazzjoni dwar il-politika marbuta mat-tfal, dejjem irreferejt għal kwotazzjoni partikolari u ġaladarba llum qed nitkellmu fuq Abbozz ta' Liġi li ilu biex isir, se nieħu l-okkażjoni biex nerġa' nirreferi għaliha.", "Din hija kwotazzjoni ta' Nelson Mandela.", "Huwa kien ifakkar kostantement illi r-ruħ ta' soċjetà hija riflessa fil-politika li jkollha fuq it-tfal.", "Fil-fatt Nelson Mandela kien jgħid hekk:", "Naħseb huwa kruċjali li nitilqu minn dan il-punt biex inpoġġu dan kollu f'kuntest; dak li se nkunu qed nilleġiżlaw fl-aħħar ta' dan id-dibattitu huwa riflessjoni u mera tas-soċjetà tagħna u aħna għandna obbligu kbir li naraw kif dik il-mera se tkun qed tirrifletti r-ruħ ta' dan il-pajjiż.", "Jien ma nemminx li din hija liġi bħall-oħrajn, u aktar ma taqra din il-liġi aktar tibda tirrealizza kemm għandha implikazzjonijiet wesgħin għax minn naħa tkun tixtieq li l-liġi kienet iqsar biex il-qafas tagħna jkun aktar enabling u min-naħa l-oħra tkun tixtieq li l-liġi kienet usa' biex tkopri aktar każijiet u aktar ċirkostanzi li wieħed jibda jiffaċċja ta' kuljum.", "Sur President, nixtieq nesprimi wkoll l-apprezzament tiegħi għall-avukati li ħadmu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi għax, tagħmel x'tagħmel u tħares fejn tħares, żgur li se jkollok diffikultà biex issib bilanċ dwar liema estent ta' dettall se jidħol f'din il-liġi.", "Jien nemmen li d-dritt tat-tfulija mhuwiex qiegħed hemm biex nitkellmu fuqu biss.", "It-tfal kollha għandhom dritt għal tfulija sabiħa, għal tfulija kuntenta u għal tfulija normali.", "Dan kont għedtu wkoll meta flimkien mal-kollega l-Ministru Michael Falzon, varajna dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Hawnhekk se nagħmel parentesi żgħira billi nirriferi għal xi ħaġa li se nkunu qed inressquha matul il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.", "Jien nemmen li għandna ħafna tfal li jaqgħu barra mill-provvedimenti ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jiġifieri filwaqt li mhux neċessarjament se jkunu kkonsidrati taħt din il-liġi l-ġdida, it-tfulija tagħhom qed tiġi ppreġudikata minħabba, pereżempju, aspett li issa tista' tgħid li nfirex f'kull livell u f'kull settur.", "Qed nirreferi għall-bullying.", "Aħna, bħala politiċi, għandna obbligu li anke bħala spin-off minn din il-liġi, mhux biss infasslu policies imma nilleġiżlaw qafas aktar b'saħħtu u aktar leġiżlattiv li jirrikonoxxi dan il-fenomenu u jirrikonoxxi li l-problemi fit-tfulija mhumiex biss marbutin ma' dawn l-każijiet li qed nikellmu fuqhom illum, li huma każijiet in extremis.", "Jeżistu wkoll każiijet f'areas oħrajn.", "Kif għedt meta akkumpanjajt lill-kollega tiegħi biex ivara l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, jien nemmen li bħala Deputati għandna l-obbligu li naraw illi l-ebda tifel jew tifla ma tinsterqilhom it-tfulija tagħhom.", "Minnha nnifisha t-tfulija hija intiża li tkun perjodu sabiħ u li matulu l-persuna tkun tista' tifforma l-karattru tagħha.", "Fil-fatt, kull ġenitur jara li kemm jista' jkun dak li hu ikrah jew ħażin jieħdu fuqu hu sabiex jipproteġi t-tfulija tat-tfal tiegħu.", "It-tfulija tagħmel ukoll parti essenzjali mill-futur ta' pajjiżna.", "Ma ninsewx li t-tfulija hija wkoll il-perjodu li fih se jkunu qed jikbru dawk li se jkunu qed imexxu lil pajjiżna għada.", "Għalhekk nemmen li rridu npoġġu l-liġi li qed niddiskutu llum f'dan il-kuntest.", "L-implikazzjonijiet finali ta' dak li qegħdin nagħmlu f'dan l-Abbozz ta' Liġi llum iridu jkunu implikazzjonijiet li aħna qed naħsbu fihom, jiġifieri mhuwiex biżżejjed illi naraw li l-għanijiet tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jintlaħqu imma rridu naraw ukoll li mmorru oltre billi nippromwovu aktar l-idea ta' tfulija sabiħa.", "Fil-fatt, huwa f'dan il-kuntest li l-Oppożizzjoni ħadet l-atteġġjament politiku li ħadet.", "Kien hemm min staqsieni kif aħna bħala Oppożizzjoni diġà qed nappoġġjaw lill-Gvern fuq dan l-Abbozz ta' Liġi meta għadna lanqas biss bdejna niddiskutuh fil-Parlament.", "Aħna għamilna dan il-pass għal żewġ raġunijiet; l-ewwel nett għax il-Gvern kien qed jgħaddilna d-draft ta' dan l-Abbozz ta' Liġi waqt li kien qed jevolvi, u t-tieni għax minnu nnifsu dan l-Abbozz ta' Liġi diġà jipprovdi ammont sinifikanti ta' titjib fuq dak li hemm illum.", "Ovvjament dan bl-ebda mod ma jfisser li aħna m'aħniex se nipprovaw inkomplu ntejbu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Tant hu hekk li llum jien nixtieq niddedika l-parti l-kbira tal-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi prinċipalment biex nelenka dawk l-aspetti li aħna naraw li għandhom ikunu aħjar jew li għad għandna dubji dwarhom f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Għandna nassiguraw li l-aspetti prinċipali jkunu kollha f'dan l-Abbozz ta' Liġi u ma nistgħux niżbaljaw f'dan ir-rigward.", "Huwa importanti li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jpoġġi lil dan is-settur fuq saqajn stabbli u prevedibbli ħalli kull stakeholder, kull persuna interessata u kull parti milquta tkun tista' tirrelata miegħu.", "B'hekk biss nistgħu nassiguraw li meta dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi implimentat fil-prattika jkun jista' jwassal għal ġid dirett fil-qasam soċjali.", "Sur President, ġeneralment f'dan it-tip ta' diskorsi l-apprezzamenti nħalluhom lejn l-aħħar, però jien xtaqt nibda billi nuri l-apprezzament tiegħi lejn is-soċjetà ċivili, li pparteċipat f'dan il-proċess konsultattiv u li tkellmet kemm-il darba anke mal-Oppożizzjoni.", "Fil-fatt, peress li jien m'għandix background tekniku f'dan il-qasam nista' ngħid li dan kien proċess fejn tgħallimt ħafna għax smajt ħafna perspettivi differenti.", "Xi ħaġa li forsi mhux kulħadd jirrealizza f'dan is-settur hija li għalkemm l-għan huwa komuni, ħafna drabi l-metodi li wieħed juża biex jasal għal dak il-għan ikunu kompletament differenti.", "Fi kliem ieħor, għalkemm l-istakeholders kollha jkollhom l-istess għan, mhux dejjem ikunu qed jaqblu fuq il-mod kif jistgħu jaslu għal dak l-għan u ngħid għalija, fuq livell personali, dan minnu nnifsu kien proċess ta' tagħlim ukoll.", "Nixtieq nesprimi wkoll l-apprezzament tiegħi għall-professjonisti li jaħdmu fil-qasam soċjali.", "Qed nirreferi għas-social workers.", "Il-professjoni tagħhom, minħabba li minnha nnifisha tesiġi li dak li jkun jaħdem fis-silenzju, ma tingħatax ir-rikonoxximent li jixirqilha.", "Fil-fatt meta titkellem mas-social workers, b'mod partikolari ma' dawk li jkunu on the front line, jiġifieri dawk li ta' kuljum, filgħodu u filgħaxija, jiffaċċjaw każijiet soċjali li jkunu ta' ċerta diffikultà, u mbagħad tara r-rimunerazzjoni kif ukoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol li għandhom, tirrealizza li dawn huma dawk li l-Ingliżi jsejħulhom unsung heroes.", "Dawn il-persuni jagħtu kontribut enormi lis-soċjetà tagħna u żgur li din il-Kamra għandha tirrikonoxxi x-xogħol imprezzabbli li jagħmlu.", "Nemmen ukoll li dawk il-persuni kollha li jagħtu għożża u kura alternattiva kif ukoll jipprovdu saqaf lil dawk it-tfal li jkunu għaddejjin minn ċerti ċirkostanzi, kemm jekk dawn ikunu ġenituri kif ukoll jekk ikunu ħaddiema f'istituzzjonijiet, mhux biss għandhom ikunu apprezzati imma għandhom jitpoġġew fiċ-ċentru tal-proċess kollu li aħna qegħdin inressqu tramite dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Dan għas-sempliċi raġuni li dawn il-persuni mhux biss qed jgħinu lil dawn it-tfal imma qegħdin ukoll jagħtu opportunità lil dawn it-tfal li jgawdu t-tfulija tagħhom.", "Dan ifisser li dawn il-persuni qed jagħtu kontribut soċjali sostanzjali.", "Kif qal il-Ministru, dan l-Abbozz ta' Liġi nbidel kemm-il darba u għandna diversi verżjonijiet tiegħu.", "Fil-fatt, l-ewwel verżjoni kienet saret meta l-E.T. l-President ta' Malta kienet il-ministru responsabbli mill-politika soċjali, imbagħad it-tieni verżjoni saret lejn l-aħħar tal-leġiżlatura preċedenti u baqgħet ma ġiet fis-seħħ qatt.", "Issa għandna din il-verżjoni.", "Għalhekk huwa importanti li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum nassiguraw li mhux biss intejbu fuq dak li hemm, imma nieħdu wkoll l-opportunità biex nagħmlu l-passi li jmiss sabiex kemm jista' jkun ikollna liġi li tipprovdi u tkopri l-aktar firxa wiesgħa ta' ċirkostanzi li għandna bżonn nipproteġu lit-tfal minnhom.", "Sur President, ta' min jgħid li l-grupp parlamentari Nazzjonalista ddiskuta dan l-Abbozz ta' Liġi u kien hemm qbil unanimu fuq il-punti prinċipali li aħna rridu nressqu 'l quddiem u kien hemm ukoll qbil mal-qafas eżistenti tal-liġi.", "Għaldaqstant aħna se nappoġġjaw dan l-Abbozz ta' Liġi però m'aħniex se nieqfu hemm.", "Kemm waqt dan l-istadju tat-Tieni Qari u aktar u aktar fl-istadju ta' Kumitat, se nressqu sensiela ta' proposti – dawn aktar huma proposti milli bidliet – li huma intiżi kollha kemm huma biex jindirizzaw tliet elementi loġiċi.", "L-ewwel element huwa dak li nassiguraw li l-interess tat-tfal mhux biss ikun qed jittieħed inkonsiderazzjoni f'kull deċiżjoni imma li l-interess tat-tfal ikun interess suprem fuq kull deċiżjoni oħra, fuq kull interess ieħor u fuq kull dritt ieħor.", "Nemmen li rridu nagħmlu enfasi kbira biex dan l-interess suprem jiġi rifless across the board.", "It-tieni element huwa dak li ġaladarba tittieħed deċiżjoni u jkun hemm direzzjoni fuq il-futur ta' tifel jew tifla, dik id-direzzjoni għandha tiġi riflessa fil-prattika b'mod permanenti kemm jista' jkun malajr u mingħajr dewmien.", "It-tielet element huwa dak li filwaqt li l-ġenituri naturali tat-tfal jingħataw l-appoġġ u ċ-ċans kollu biex jaġġustaw il-pożizzjoni tagħhom għal uliedhom, dan m'għandux jirriżulta f'li t-tfal ikollhom iħallsu l-prezz ta' dak l-aġġustament permezz tat-tfulija tagħhom.", "Għalina bħala Oppożizzjoni dawn huma tliet prinċipji kardinali li huma mibnijin fuq dak kollu li se nitkellmu dwaru.", "Għalina dawn it-tliet elementi bażiċi huma l-litmus test ta' kull artiklu ta' din il-liġi u se naraw li nkunu qegħdin nolqtuhom kollha f'kull ħin.", "Ma rridx ninftiehem li qed ngħid illi l-liġi eżistenti mhijiex qiegħda tagħti kas dawn l-elementi, imma l-liġi hija twila u hemm ħafna granular details ġo fiha.", "Għalhekk ħsibt biex matul dan l-intervent insemmi xi aspetti u elementi li hawn f'dan l-Abbozz ta' Liġi u li aħna naħsbu li għandhom jiġu riflessi aħjar, anke jekk imbagħad jiġu regolati permezz ta' regolamentazzjoni sussidjarja.", "Ħalli nibda nelenka ftit minn dawn il-punti biex nagħti eżempji ta' dak li se nkunu qegħdin nitkellmu dwaru anke fl-istadju ta' Kumitat.", "L-ewwel punt li għandna aktar huwa prinċipju bażilari.", "Wieħed jista' jargumenta li what's in a name?\", però aħna nemmnu li din il-liġi trid tkun liġi dwar it-tfal filwaqt li dan l-Abbozz ta' Liġi jirriferi għall-minuri.", "Wieħed jista' jgħidlek li l-minuri huma tfal però aħna nemmnu li din għandha tkun liġi dwar it-tfal.", "Meta jien qrajt l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna għal darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet u ħames darbiet, punt li baqa' jħassibni u li baqa' at the back of my mind huwa kif l-applikazzjoni u l-proviżjonijiet tal-liġi japplikaw f'każijiet fejn fuq naħa jkollok tfal ta' seba' snin u tmien snin filwaqt li fuq in-naħa l-oħra jkollok tfal ta' 15-il sena.", "In-natura u l-proviżjonijiet tal-liġi mhux neċessarjament japplikaw l-istess għal etajiet differenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif wieħed jittratta mat-tfal u ta' kif jitmexxa l-proċess.", "Jien nemmen li l-focus tal-liġi jrid ikun marbut mat-tfal, anke fit-titolu tal-liġi.", "It-tieni, għalkemm diġà hemm xi riferenzi żgħar, trid issir riferenza ħafna akbar u jidħlu provvedimenti aktar b'saħħithom b'rabta mat-tarbija fil-ġuf u ma' kif it-tarbija fil-ġuf tingħata protezzjoni anke taħt din il-liġi.", "Aħna nemmnu li mhuwiex biżżejjed li ż-żewġ partiti politiċi jgħidu li huma kontra l-abort; nemmnu li rridu mmorru oltre minn hekk billi nistabbilixxu provvedimenti aktar ċari u b'saħħithom bil-għan li jipprovdu l-protezzjoni lil min huwa l-aktar vulnerabbli.", "Ġaladarba lkoll naqblu li l-ħajja tibda mill-konċepiment, allura żgur naqblu li t-tarbija fil-ġuf għandu jkollha l-protezzjoni neċessarja anke taħt din il-liġi.", "Punt ewlieni ieħor li aħna se nkunu qed inressqu u li fuqu tista' tgħid li prattikament hemm qbil bejn l-istakeholders kollha jirrigwarda l-bżonn li tittejjeb il-governanza u l-istruttura ta' governanza li ġiet stabbilita fil-leġiżlazzjoni.", "Għalkemm min-naħa tal-Ministru kien hemm l-indikazzjoni li d-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri se jiġi magħżul permezz ta' sejħa pubblika, aħna nemmnu li f'dan is-settur ma jagħmilx sens li nibqgħu bis-sistema antika u skaduta fejn prattikament kull persuna fil-proċess kollu u fl-istrutturi kollha minn fuq s'isfel, għajr għal persuna waħda, tiġi appuntata politikament.", "Jien nemmen li għandna nużaw dan is-settur biex nagħmlu qabża f'dan is-sens.", "Jekk hemm settur li żgur qiegħed għal qalb kulħadd huwa dan is-settur u għalhekk, nemmen li għandna nagħmlu commitment bejnietna biex in-nies li jiġu appuntati ma jiġux appuntati b'sistema partiġjana purament għaliex persuna tkun ta' kulur politiku jew ieħor.", "Il-kriterji li għandhom jintużaw huma dawk tal-professjonalità, tal-integrità u tal-esperjenza speċjalizzata li l-persuna jkollha f'dan il-qasam.", "Dan il-qasam żgur li m'għandux bżonn li jkollu appointments partiġjani u żgur li m'għandux bżonn li jkollu xi forma ta' influwenza politika.", "Wara kollox ilkoll nafu li kull fejn hemm influwenza partiġjana, din qed tħalli l-problemi warajha.", "B'rabta ma' dan ngħid li jien nemmen li għandna ndaħħlu wkoll element akbar ta' checks and balances fil-mod ta' kif joperaw id-diversi istituzzjonijiet li jeżistu.", "Lili jinkwetawni b'mod partikolari d-diversi rwoli li hemm fl-istess aġenzija b'interessi differenti għax ma nafx kemm dawn se jservu ta' benefiċċju għat-tfal.", "Fl-opinjoni tiegħi, sakemm fl-istess organizzazzjoni se jibqa' jkollna rwoli li minnhom infushom huma intiżi sabiex wieħed iservi ta' kontropiż għall-ieħor, m'aħniex se naslu għar-riżultat li qed nitolbu.", "Dan qed ngħidu b'mod partikolari għal meta wħud minn dawn il-karigi jkunu appuntati b'mod dirett mill-ministru responsabbli għal dan is-settur, ikun min ikun il-ministru.", "Għalhekk, issa li qed nersqu biex nagħmlu dan il-pass tant b'saħħtu li ndaħħlu ċerti provvedimenti fil-liġi, nemmen li dan mhuwiex il-mod kif nagħmlu l-affarijiet u għalhekk għandna naraw li nindirizzaw dan il-punt ukoll.", "Nemmen ukoll li fir-rigward taċ-checks and balances irridu ndaħħlu metodi ta' rapportaġġ u ta' verifiki għal meta l-individwi jħossu li huma milqutin b'mod ħażin bl-atteġjament ta' xi service provider.", "M'hemmx dubju li rridu nagħtu wkoll aktar prijorità u fiduċja lill-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam, b'mod partikolari lil dawk li huma lesti li joħolqu non-governmental organisations (NGOs) biex jipprovdu dawn is-servizzi.", "B'hekk nibdew nersqu lejn mudelli internazzjonali fejn is-sussidjarjetà tkun ħafna akbar f'dan is-settur u b'hekk inkunu qed ninkoraġġixxu wkoll li jiżviluppa t-tielet settur.", "Jien ma naqbilx li għandu jibqa' jsir kollox minn aġenzija waħda tal-istat, anzi fl-opinjoni tiegħi l-istat huwa obbligat li jara li l-qasam soċjali f'pajjiżna jevolvi aktar filwaqt li t-tielet settur, jiġifieri dak is-settur tan-\"not for profit\", jingħata aktar inċentiv biex jiżviluppa, jinvesti u jibda jipprovdi dawn is-servizzi b'mod separat mill-istat taħt l-enabling framework li tkun qed tħaddem l-Awtorità Maltija dwar l-Istandards, ġaladarba issa għandna din l-Awtorità.", "It-tielet punt li nixtieq nagħmel huwa marbut mad-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri li, fl-opinjoni tiegħi, għandu rwol kruċjali.", "Meta wieħed jara l-elenku tal-poteri u tar-responsabbiltajiet li għandu dan id-Direttur isib li se jiġi appuntat wara sejħa pubblika.", "Dan huwa tajjeb.", "Madanakollu nixtiequ naraw xi tibdil fir-rekwiżiti li għandu jkollu dan id-Direttur, bħal pereżempju aktar esperjenza u aktar kwalifiki, imma dak huwa purament materjal ta' dettall.", "Biss, fuq livell aktar importanti nipproponu li l-istituzzjoni tad-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri tkun separata mill-aġenziji li jipprovdu s-servizzi.", "Jekk wieħed iħares lejn id-diċitura tal-liġi jirrealizza kemm id-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri għandu rwol fundamentali.", "Fil-fatt, wieħed jista' jgħid li r-rwol tad-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri huwa ċentrali, tant li l-integrità tal-liġi kollha ddur madwaru.", "Għalhekk jien inħoss li għandna nagħmlu l-pass li jmiss illi l-istituzzjoni tad-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri ssir istituzzjoni separata u b'hekk, nibdew indaħħlu element ta' checks and balances bejn id-diversi stakeholders f'dan il-proċess.", "Forsi din hija proposta radikali, però fid-dawl tal-importanza ġusta li tagħti l-liġi lil dan ir-rwol nemmen li jekk nagħmlu dan il-pass kuraġġuż 'il quddiem, inkunu qed nassiguraw ruħna li qed nagħmlu pass fid-direzzjoni t-tajba u li żgur se jsib l-appoġġ ta' ħafna mill-organizzazzjonijiet li jaħdmu f'dan is-settur.", "Ir-raba' punt ewlieni tiegħi - u għamel referenza għalih anke l-Ministru fl-introduzzjoni għal dan l-Abbozz ta' Liġi - huwa marbut mat-tempestività li bih tittieħed l-azzjoni.", "Fil-bidu għedt kemm huwa importanti li ma nħallu lil ħadd iċaħħad lil xi tifel jew tifla mit-tfulija tagħhom, però t-tfulija hija xi ħaġa temporanja u allura meta xi ħadd jibda jnaqqar dik it-tfulija, ikun qiegħed inaqqar perjodu definit u relattivament qasir.", "Għal din ir-raġuni jien nemmen li għandna nerġgħu nħarsu lejn ċerti timeframes li hemm fl-Abbozz ta' Liġi għax inħoss li xi kultant it-timeframes li hemm huma aktar intiżi biex jakkomodaw lill-istituzzjonijiet milli biex jirriflettu l-importanza, is-sensittività u l-urġenza li jkun hemm marbuta mal-każijiet li jitressqu.", "Jien nifhem li hemm bżonn ta' capacity building, anke fir-rigward tal-ġudikanti f'dan il-proċess, però nħoss li ġaladarba skont dak li jgħid il-Gvern aħna qegħdin fi żmien li finanzjarjament nistgħu nagħmlu ċerti spejjeż addizzjonali, żgur li l-Gvern u l-istat m'għandhomx jixxaħħu milli jagħmlu l-istrutturi neċessarji għal dan il-qasam ħalli nkunu nistgħu npoġġuhom fuq sisien sodi.", "Nemmen li t-termini, b'mod partikolari dawk proċedurali li hemm fl-Abbozz ta' Liġi, iridu jitqassru aktar sabiex inkunu nistgħu verament nuru bil-prattika u bil-provi kif aħna nistgħu naġixxu f'qasir żmien meta jkun hemm dawn it-tip ta' ċirkostanzi.", "Sur President, il-ħames punt tiegħi huwa marbut mal-permanenza.", "Nerġa' ngħid li fl-Abbozz ta' Liġi hemm numru ta' passi li huma fid-direzzjoni t-tajba u li bla dubju se jwasslu għal titjib sostanzjali fir-rigward tal-permanenza, però naħseb li aħna rridu nħarsu lejn il-permanenza mhux tant mill-ottika ta' dak li nippreskrivu fil-liġi, però aktar mill-ottika ta' x'inhi x-xewqa u x'inhu l-interess suprem tat-tfal.", "Il-Ministru semma li l-perjodu li issa l-foster carers iridu jistennew biex jagħmlu talba għall-addozzjoni niżel minn għaxar snin għal ħames snin, imma jien inħoss li anke hawnhekk, ġaladarba foster carer ikun diġà għamel perjodu twil fejn wera appoġġ, għamel ħidma u ta għożża lil dawn it-tfal, aħna għandna naraw li l-perjodu jkun marbut mal-interess suprem tat-tfal.", "Prattikament ħames snin fit-terminu tat-tfulija jistgħu jfissru tfulija sħiħa u għalhekk, nemmen li għandna nħarsu lejn dan il-perjodu, niddiskutuh mal-persuni u mal-organizzazzjonijiet fis-soċjetà ċivili li jiffaċċjaw dawn il-każijiet u naraw li l-permanenza tkun waħda smooth b'mod li ma tirriżultax f'kedda għall-foster parents.", "Fl-aħħar mill-aħħar il-permanenza għandha twassal biex l-interess suprem tat-tifel jew tat-tifla jitpoġġa verament qabel kull konsiderazzjoni oħra.", "Sur President, punt ewlieni ieħor huwa li aħna nixtiequ aktar dettall u forsi aktar sustanza fl-irwol tal-foster carers.", "Jien naf li l-Ministru jirrispetta lill-foster carers imma, sfortunatament, ilkoll nafu kif kienu jiġu trattati l-foster carers.", "U dan nafuh mhux minn dak li jgħidulna n-nies jew mill-aneddoti li nisimgħu u li m'għandix dubju li jisma' kull politiku, imma minn dak li ħareġ mill-inkjesta li għamel l-Imħallef Michael Mallia fuq talba tal-Onor.", "Tant kien ikun hemm animożità u tant il-foster carers kienu jiġu mpinġija bħala dawk li qegħdin fuq in-naħa l-oħra tal-fence li meta wieħed jaqra r-rapport tal-inkjesta jiġi bejn ħaltejn dwar x'inhi l-motivazzjoni li wieħed seta' jkollu biex jasal li jittratta lil dawn il-persuni, li jagħtu tant għall-benessere ta' dawn it-tfal, b'dan il-mod.", "Din hija xi ħaġa li għadni ma nistax nifhimha sal-lum.", "Huwa veru li hawnhekk jista' jinġieb l-argument ta' Salamun, però jien ma nistax nifhem kif ikollok foster parents li jagħtu tant minn ħajjithom, li jagħtu tant mill-ġid materjali tagħhom, li jagħtu tant mill-ħin tagħhom u li ħafna drabi jkunu qed jieħdu ħsieb każijiet li jkunu komplikati minnhom infushom, imbagħad minflok ma kienu jsibu istituzzjonijiet u soċjetà li jilqgħuhom kienu jsibu organizzazzjonijiet u soċjetà li, sfortunatament, jantagonizzawhom.", "Għalhekk, illum jien nieħu pjaċir li anke l-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija tal-Foster Care qed tirrikonoxxi li l-Ministru preżenti, l-Onor.", "Michael Falzon, iħares lejn il-foster carers b'ottika kompletament differenti, però nemmen li issa dik l-ottika rridu nsaħħuha permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum.", "Irridu nsaħħu l-informazzjoni li jkollhom aċċess għaliha, irridu nsaħħu l-komunikazzjoni li l-foster carers għandhom dritt għaliha, irridu nsaħħu t-tagħrif li huma jingħataw dwar it-tfal u fil-proċess irridu insaħħu wkoll il-parteċipazzjoni tal-foster carers b'mod attiv u mhux b'mod passiv jew by second-hand information.", "Jien nemmen li għandna nieħdu anke l-opportunità li nimbottaw biex ikun hawn anke NGOs li jipprovdu servizzi għall-foster care.", "Huwa b'hekk biss li nkunu nistgħu nifirxu s-sussidjarjetà ta' dan is-settur b'mod sħiħ u b'mod komplet.", "Sur President, issa se nsemmi punt li jien personalment nemmen ħafna fih, u forsi għalkemm wieħed jista' jaħseb li dan li se ngħid huwa xi ħaġa naturali, hemm partijiet fl-Abbozz ta' Liġi li nixtieq li jiġu riveduti f'dan ir-rigward.", "Dan huwa l-punt illi t-tfal għandhom id-dritt li jinstemgħu.", "M'hemmx għażla dwar jekk it-tfal għandhomx jinstemgħu jew le u m'hemm ħadd li jista' jiddeċiedi jekk jismagħhomx jew le.", "It-tfal għandu jkollhom id-dritt speċifiku li jinstemgħu kemm fil-liġi kif ukoll fil-proċess kollu u mhux jekk xi ħadd jiddeċiedi li għandhom il-kapaċità jew sens biżżejjed li jinstemgħu.", "Għalija huwa importanti ħafna li ma jkunx ħaddieħor li jiddeċiedi jekk tifel jew tifla għandhomx jinstemgħu imma t-tfal għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-involviment tagħhom meta jkun qed isir il-care plan tagħhom kif hemm stipulat fl-Abbozz ta' Liġi, li se nidħlu aktar fih fl-istadju ta' Kumitat, kif ukoll jekk kemm-il darba jkun hemm bżonn li dan il-pjan jinbidel.", "Dan il-punt iwassalni għal punt ieħor li jirrigwarda l-avukat tat-tfal.", "Dan huwa pass importanti 'l quddiem, però aħna nixtiequ naraw dan il-pass marbut ma' definizzjoni ħafna usa' u aktar tassattiva għal dak li jien qed nifhem li fil-liġi huwa l-ispecial guardian, fejn hemmhekk ma jkollniex biss lill-avukat tat-tfal imma jkollna wkoll lill-ispecial guardian.", "Dan huwa mudell taċ-children's guardian li hemm fl-Ingilterra taħt il-CAFCASS (Children and Family Court Advisory and Support Service) fejn il-guardian jappunta lill-avukat u jkun involut mill-ewwel ġurnata tal-każ u mhux aktar tard meta l-interessi tat-tifel jew tifla jistgħu jkunu diġà bdew jiġu milquta.", "L-ispecial guardian ikun qiegħed isegwi l-interess tat-tfal throughout, jiġifieri huwa ma jarax biss il-brief tal-avukat tat-tfal imma jara l-interess tat-tfal anke fil-pożizzjonijiet li jkun qiegħed jittrażmetti lill-avukat tat-tfal stess.", "Biex inkun fair mad-drafting u ma' dak li ressaq il-Gvern, nerġa' ngħid li fl-Abbozz ta' Liġi diġà hemm referenza għall-ispecial guardian, u l-proposta tagħna hi li l-funzjoni tal-ispecial guardian tiġi definita b'mod aktar amplifikat filwaqt li l-introduzzjoni tiegħu tkun aktar tassattiva.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel jirrigwarda ċ-Children's House, li naħseb illi se tkun waħda mill-aktar legati importanti ta' din il-liġi.", "Nemmen li ċ-Children's House se tkun importanti ħafna, però rridu nassiguraw li nwaqqfuha kif għandu jkun u ma jkunx hemm half measures fil-mod kif issir.", "Qed ngħid dan għax f'dan il-każ aħna m'aħniex qegħdin sempliċement nipprovdu binja imma qegħdin nipprovdu l-qafas li fih irid jiġi trattat l-aktar element kruċjali ta' din il-liġi, ċjoè s-sensittività li biha għandek tittratta lit-tfal li jkunu għaddejjin minn dan il-proċess.", "Ikolli ngħid li meta taqra l-Abbozz ta' Liġi numru ta' drabi xi kultant tħoss il-weġgħa li dan qed jittratta lit-tfal bħala suġġett.", "B'mod naturali, minħabba n-natura ta' dan l-Abbozz ta' Liġi stess, meta taqrah tibda qisek tinqala' 'l barra minn dak li semma l-Ministru fl-introduzzjoni ta' dan id-dibattitu u tibda tħares lejn it-tfal purament bħala suġġett li matul dan il-proċess huma għaddejjin minn proċedura għal oħra jew minn kaxxa għal oħra.", "Jien nemmen li ċ-Children's House, kemm fl-infrastruttura imma aktar u aktar fil-proċessi u fil-mod ta' kif titmexxa, trid tkun is-salvagwardja ewlenija li permezz tagħha naraw li l-mekkaniżmi ta' din il-liġi se jirriżultaw f'operat sensittiv li ma jerġax jgħaddi lit-tfal mit-trawma li jkunu diġà għaddew minnha u ma jerġax iġiegħel lit-tfal iħossuhom vittmi aktar milli jkunu.", "Hawnhekk qed nipproponu li nużaw mudelli stabbiliti barra minn Malta, b'mod partikolari l-mudelli Nordiċi.", "Fil-fatt, sa fejn naf jien, il-Gvern ukoll ħares lejn il-mudelli Nordiċi u bbaża l-konċett taċ-Children's House fuqhom biex b'hekk nitgħallmu minn dak li ħaddieħor beda madwar għaxar snin jew 15-il sena ilu.", "Punt li, fl-opinjoni tiegħi, għandna nikkonsidrawh ukoll huwa li jkun hemm Children's House anke f'Għawdex.", "Lili kellmuni nies illi qaluli li peress li s-soċjetà tagħna hija żgħira, ikun hawn min minħabba ċerti ċirkostanzi jħossu kostrett li jiċċaqlaq għal Għawdex.", "Jien nemmen li biex dawn it-tfal li jkunu held in care f'Għawdex jinġabu Malta minnu nnifsu wkoll qiegħed joħloq ħafna aktar tbatija u trawma akbar fuq it-tfal.", "Jien nifhem li wieħed irid iqis ukoll l-elementi tal-investiment, però forsi tista' ssir a scaled-down version ta' dak li jseħħ f'Malta mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-livell u l-kwalità tas-servizz li jkun qiegħed jingħata.", "Punt importanti li naħseb illi għandna niddiskutu kif ukoll nidħlu ftit aktar fid-dettall fih fl-istadju ta' Kumitat jittratta l-għan tar-Review Board.", "Huwa tajjeb li għal kull deċiżjoni li tittieħed f'dan il-bord jista' jkun hemm appell, imma nemmen li aħna għandna nżommu quddiem għajnejna l-funzjoni li għandu r-Review Board kif ukoll x'nixtiequ noħorġu minnu.", "Pereżempju ma nafx jagħmilx sens jekk minflok ma nħarsu lejn l-istituzzjoni tar-Review Board inħarsu aktar lejn strutturi ta' reviewing officers, li jkunu persuni professjonali in their own social work element, biex minflok ma jkollna sitwazzjoni fejn inkunu rridu nieħdu tifel jew tifla quddiem bord ta' seba' min-nies … Għax anke jekk wieħed jieqaf jaħseb ftit dwar l-aspett emozzjonali, jien nemmen li rridu nitilqu lil hinn minn dawn il-konċetti, u fil-fatt anke l-pajjiżi l-kbar skartaw dawn il-konċetti.", "Minflok għandu jibda jkollna aktar fiduċja fil-professjonisti u fis-social workers tagħna u nemmnu li dawn, bl-esperjenza tagħhom, huma kapaċi jagħmluha wkoll ta' reviewing officers billi jieħdu dawn l-aspetti ta' verifika u ta' review fuq livell aktar deċentralizzat u sussidjarju.", "Issa jekk il-Gvern ma jridx jieħu r-rotta li nneħħu l-konċett ta' bord u minflok immorru lejn il-konċett ta' reviewing officers, hawnhekk ir-rwol tal-ispecial guardian se jkun wieħed fundamentali u jista' jitħaddem tajjeb b'nies imħarrġin f'dan is-settur.", "Punt importanti ieħor li rrefera għalih il-Ministru u li ħoloq ukoll ċertu element ta' dibattitu, b'mod partikolari fl-ambiti tal-professjonisti fil-qasam soċjali, jittratta l-mandatory reporting.", "Jien nista' ngħid a priori li l-Oppożizzjoni taqbel mal-mandatory reporting.", "Dwar dan hemm argumenti favur u hemm argumenti kontra, però jien nemmen li l-Gvern għamel the right judgement call bil-bilanċ li qed jiġi propost f'dak li għandu x'jaqsam mal-mandatory reporting.", "Fil-bidu jien kont favur il-mandatory reporting all the way, però mbagħad smajt x'jistgħu jkunu l-iżvantaġġi u forsi fl-istadju ta' Kumitat inkunu nistgħu nidħlu fuq dan l-aspett daqsxejn aktar fid-dettall biex jekk hu possibbli, nipprovaw insibu l-aħjar metodu – possibbilment anke permezz ta' regolamentazzjoni – ta' kif il-mekkaniżmu tal-mandatory reporting jista' jiġi mħaddem, imbasta f'kull ċirkostanza tingħata prijorità lill-vittmi.", "Għalija l-mandatory reporting m'għandux ikun qiegħed hemm biss għal dak li huwa ta' interess għal min jaħdem fis-settur, anzi l-interess ewlieni għandu jkun l-interess tal-vittmi u li naraw li l-ebda provvediment konness mal-mandatory reporting ma jkun, b'xi mod, jippreġudika dak li huwa l-interess prinċipali tal-vittmi.", "Nixtieq ukoll li nidħlu ftit aktar fid-dettall fuq it-Therapeutic and Secure Centre għax nemmen li huwa ċentru sensittiv ħafna.", "Tajjeb nassiguraw u ninsistu li dan iċ-ċentru ma jkunx xi mudell ta' ħabs imma r-rwol prinċipali tiegħu jkun dak ta' kura għall-ġid tat-tfal li jidħlu fih.", "Nemmen ukoll li fil-liġi hemm bżonn ta' ħafna aktar dettall dwar dak li għandu x'jaqsam mal-proċess u mal-verifika ta' min jiddaħħal f'dan iċ-ċentru, kif jiddaħħal u jekk ikun hemm challenge għal dawk id-deċiżjonijiet, kif dak iċ-challenge se jkun qiegħed jaħdem, jiġi applikat u jiġi pproċessat.", "Sur President, qabel ma nikkonkludi nixtieq nagħmel xi ftit punti żgħar oħrajn.", "Naħseb li l-fatt li qed indaħħlu ċerti provvedimenti fuq l-unaccompanied children huwa pass pożittiv għaliex dawn huma l-aktar tfal vulnerabbli mit-tfal kollha.", "Fil-fatt huwa għalhekk li qed jiddaħħlu dawn l-elementi, però nixtiequ naraw elementi oħrajn li jkomplu jsaħħu dak li hemm illum bil-ħsieb li kemm jista' jkun ninnormalizzaw it-tfulija ta' dawn it-tfal għax it-trawma li jkunu għaddew minnha hija kbira ħafna.", "Nemmen li rridu nħarsu ftit aktar lejn l-aspetti tal-ivvjaġġar u tal-aċċess għall-passaport tat-tfal li jkunu held in care, partikolarment meta dawn ikollhom bżonn isiefru mal-foster parents tagħhom.", "F'każijiet bħal dawn għandna ndaħħlu proviżjonijiet b'mod li kemm jista' jkun ma nagħmluhiex diffiċli li dawn it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw, anke għax wara kollox illum li ssiefer mhiijiex xi ħaġa daqshekk rari.", "Nemmen li rridu nħarsu wkoll b'mod sensittiv lejn l-aspetti ta' reliġjon minħabba li xi kultant ikun hemm każijiet fejn it-tifel jew it-tifla li jkunu ġew fostered ikunu ġejjin minn background ta' reliġjon differenti minn dik tal-foster parents tagħhom.", "Għall-grazzja t'Alla, f'pajjiżna hemm mutual respect bejn ir-reliġjonijiet kollha, però rridu naraw li lit-tfal ma noħolqulhomx xi tip ta' disruption jekk ikunu trabbew bi twemmin reliġjuż differenti.", "L-aħħar punt li nixtieq insemmi u li huwa relatat mal-liġi, għalkemm forsi fil-liġi huwa xi ftit nieqes, jittratta l-element ta' dak li bl-Ingliż isejħulu \"leaving care\".", "Il-frażi \"leaving care\" qed tirriferi għal dik il-fażi sensittiva ta' meta tfajla jew ġuvni jkunu ħerġin mill-kura alternattiva għal dinja indipendenti.", "Din hija fażi sensittiva ħafna, b'mod partikolari għal dawk it-tfal li jkunu fil-kura tal-istituzzjonijiet, jitfarfru u jsiru żgħażagħ.", "Forsi min ikun fil-kura ta' foster family mhux tant se jħoss dik il-qabża fil-mod ta' kif ikun qed imexxi l-ħajja tiegħu, però persuna li tkun trabbiet f'istituzzjoni tiffaċċja ħafna aktar sfidi u uphills meta tiġi biex toħroġ minn dik l-istituzzjoni.", "Fl-aħħar nett nixtieq nirreferi għal dawk il-familji fejn, sfortunatament, il-ġenituri jkunu jabbużaw mid-droga.", "F'każijiet bħal dawn, il-problemi tat-tfal ta' dawn il-familji jimmultiplikaw tant li ħafna drabi jispiċċaw in alternative care.", "Hawnhekk nieħu l-opportunità biex anke fl-ispirtu u fl-isfond ta' din il-liġi li qegħdin inressqu, li nerġa' ngħid qed issir fl-interess suprem tat-tfal, nappella lill-Gvern biex jerġa' jaħsibha dwar il-liġi li jidher li se jressaq quddiem il-Kamra u li hija relatata mal-legalizzazzjoni ta' ċerti drogi.", "M'hemm l-ebda raġuni loġika u, fl-opinjoni tiegħi, hija dikotomija kbira li filwaqt li hawnhekk qegħdin naħdmu biex insaħħu l-interess suprem tat-tfal, mill-banda l-oħra qed naraw kif se nillegalizzaw id-droga permezz ta' abbozzi ta' liġi oħrajn, anke jekk dan qed nagħmlu fir-rigward ta droga waħda biss.", "Għaldaqstant nappella lill-Ministru Michael Falzon, li hu l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, biex isemma leħnu dwar dan il-punt għax huwa punt li f'dawn iċ-ċirkostanzi jista' joħloq aktar problemi milli soluzzjonijiet.", "Sur President, dan huwa wieħed mill-ftit mumenti fil-ħajja politika fejn tħares lejn Abbozz ta' Liġi u tipparteċipa fid-diskussjoni dwaru u timtela b'sodisfazzjon personali.", "Bla dubju, kif inhu dan l-Abbozz ta' Liġi diġà qiegħed fid-direzzjoni t-tajba, però permezz tal-kontribut li qed nagħtu – u jien nittama, għalkemm lanqas biss għandi dubju, li l-Gvern se jkun qiegħed jagħti widen għall-punti li qegħdin inressqu – nemmen li se jkun xi ftit aħjar milli diġà hu.", "Naturalment aħna qed nagħmlu dan kollu bil-għan ewlieni li jkollna liġi li tkun tista' twassal għal qabża 'l quddiem fil-kwalità tat-tfulija ta' dawn it-tfal.", "Jien ngħid u nibqa' nisħaq li kull wieħed u waħda minna hawn ġew għandna obbligu li naraw illi t-tfulija ma tinsteraq lil ebda tifel jew tifla għax ġaladarba jiġri hekk, imbagħad ħadd ma jkun jista' jerġa' jġib dik it-tfulija lura.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, nibda billi nifraħ lill-kollega tiegħi l-Ministru Michael Falzon li finalment qiegħed iwassal dan l-Abbozz ta' Liġi fil-port biex imbagħad, meta jiġi approvat minn din il-Kamra, ikollna liġi dwar il-ħarsien tat-tfal li tkun rilevanti għall-ħtiġijiet tat-tfal, anke fiż-żminijiet tal-lum.", "Nixtieq nieħu wkoll l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-E.T. l-President Marie Louise Coleiro Preca.", "Kienet proprju hi li bdiet dan il-proċess twil u allura ma nistgħux nagħtuha rigal isbaħ milli nressqulha dan l-Abbozz ta' Liġi biex dan ikun wieħed mill-aħħar abbozzi ta' liġi li tiffirma.", "Ilkoll nafu kemm il-President għandha l-qasam tal-ħarsien tat-tfal għal qalbha, tant li hi tħobb issejħilhom bħala \"l-vulnerabbli fost il-vulnerabbli\".", "Niġi għall-ewwel punt tiegħi.", "Dan il-Gvern juża s-slogan \"Gvern li jisma'\" u dan l-Abbozz ta' Liġi huwa xhieda ta' dan.", "Dan huwa Gvern li telaq il-poter minn idejh u li qabel ma jagħmel xi ħaġa jikkonsulta għal darba, darbtejn, u anke tliet darbiet jekk iħoss il-bżonn, imbagħad wara konsultazzjoni wiesgħa ma' dawk kollha li jkollhom xi jgħidu u x'jikkontribwixxu, jiġi hawnhekk biex jiddiskuti anke mal-Membri ta' din il-Kamra.", "Reċentement qrajt kritika fil-konfront tal-Ministru Michael Falzon mill-ġurnal The Times of Malta jew kif isejħulu xi wħud, minn in-Nazzjon bl-Ingliż, u l-kritika kienet li dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed iħalli wisq poteri f'idejn il-Ministru, kritika li onestament jien ma naħsibx li hija ġusta.", "Fil-fatt, nixtieq nitkellem dwar dan il-punt, u dan mhux għaliex il-Ministru għandu bżonn lil xi ħadd jiddefendih, żgur li le, imma biex jekk xejn niddefendi t-track record fil-ħidma ta' dan il-Gvern.", "Kif għedt diġà, dan huwa Gvern li mhux biss jisma' imma li verament telaq il-poter minn idejh, ibda mill-ħatra tal-ġudikanti u spiċċa bil-preskrizzjoni għall-politiċi.", "Għalhekk jien niskanta meta naqra ċerti affarijiet, speċjalment dak li jgħidu ċerti NGOs, għax dawn bħal donnhom jippretendu li l-ħatriet ma jsirux mill-ministru tal-ġurnata.", "Jien naħseb li ħafna kollegi jaqblu miegħi meta ngħid li gvern jiġi elett sabiex jieħu d-deċiżjonijiet u jmexxi, u għalhekk ma nistax nifhem kif ikun hemm ċerti NGOs li bħal donnhom iridu jeskludu l-fatt li l-ministru qiegħed hemm proprju biex jieħu d-deċiżjonijiet.", "Hawnhekk nixtieq insemmi punt li, fl-opinjoni tiegħi, huwa importanti imma sfortunatament, ħafna min-nies lanqas biss jafu bih.", "Ħafna mill-NGOs huma ffinanzjati mill-Gvern sabiex jagħtu servizz lill-komunità ta' pajjiżna.", "Pereżempju din is-sena l-Gvern Laburista ta lill-NGOs li qegħdin fil-qasam soċjali s-somma ta' €12.5 miljun biex dawn ikomplu jagħtu s-servizzi tagħhom lill-komunità tagħna.", "Ta' dan jien nixtieq nagħti kreditu lil dan il-Gvern għax is-somma ta' €12.5 mhijiex xi somma żgħira, anzi hi somma kbira, u qed insemmi din iċ-ċifra anke biex wieħed jifhem kemm l-investiment min-naħa tal-Gvern huwa wieħed kbir.", "Madanakollu, oħroġ il-għaġeb, l-esponenti tal-Oppożizzjoni u ċerti NGOs issa sar idejjaqhom il-fatt li l-ministru għandu ċerti poteri!", "Għalhekk nistaqsi: Fejn kienet l-Oppożizzjoni u fejn kienu l-NGOs matul dawn il-25 sena?!", "Għax f'25 sħaħ jien qatt ma smajthom jitkellmu b'mod miftuħ u jgħidu li l-ministru għandu wisq poteri!", "Issa se jitkellmu, għax hemm il-Partit Laburista fil-gvern?!", "Waqt konferenza stampa li saret meta ġie ppreżentat dan l-Abbozz ta' Liġi fil-25 ta' Jannar 2019, jekk m'iniex sejra żball, ix-Shadow Minister u l-kollega tiegħi l-Onor.", "Claudio Grech qal lill-midja li l-Oppożizzjoni kienet se tressaq xi emendi sabiex tassigura li b'dan l-Abbozz ta' Liġi ma jkunx hemm indħil politiku ta' kuljum.", "Jien nistieden lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Grech jgħidilna jekk jafx b'ċerti okkażjonijiet fejn kien hemm indħil politiku f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Claudio Grech huwa l-aħħar persuna li għandu jitkellem dwar dan!", "Qed ngħid dan għax ilkoll nafu kemm kien viċin tal-Eks Ministru Nazzjonalista Dr Austin Gatt; waqt konferenza ġenerali tal-Partit Nazzjonalista dan l-Eks Ministru kien qal ċar u tond li l-entitajiet pubbliċi għandhom jitmexxew minn nies ta' fiduċja tal-Gvern għax b'hekk, huma jkunu jistgħu jwettqu l-proposti li jkun hemm fil-programm elettorali.", "Mela allura issa x'ġara?", "Inbidel il-ħsieb tal-Onor.", "Jew issa, għax il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-Oppożizzjoni, bidel il-verżjoni kompletament?!", "Infakkar ukoll li kien l-istess Eks Ministru Austin Gatt li kien ftaħar li l-fatt li l-Gvern Nazzjonalista kellu maġġoranza ta' ħames siġġijiet bħal donnu kien jagħtih ċertu poter li jiddeċiedi hu u ma jwaqqfu ħadd.", "U nnotaw ftit id-diskrepanza bejn iż-żewġ partiti politiċi; fuq naħa għandek il-Partit Laburista li meta jkun fil-gvern jiddiskuti u jikkonsulta ma' dawk kollha involuti u fuq in-naħa l-oħra għandek il-Partit Nazzjonalista li meta jkun fil-gvern jaħseb li għandu xi dritt divin li jgħaddi bħal romblu minn fuq kulħadd mingħajr ma jikkonsulta ma' ħadd!", "Dan il-Gvern Laburista huwa Gvern umli u huwa wkoll Gvern li għandu saqajh mal-art.", "Sur President, niġi għat-tieni punt tiegħi, li jirrigwarda l-ħruġ tal-care orders.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-akbar bidla li qed jipproponi l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum hija li l-ordnijiet tal-ħarsien tat-tfal, magħrufa aktar bħala 'care orders', ma jibqgħux jiġu ffirmati mill-ministru imma wara li jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji mid-Direttur għall-Ħarsien tat-Tfal, jiġu awtorizzati mill-qorti kompetenti.", "Din hija xhieda oħra ta' kemm dan il-Gvern qed juri bil-provi li jrid jitlaq il-poter minn idejh, però dan ma jfissirx li se jneħħi r-rwoli li għandhom il-ministri fil-qasam partikolari tagħhom.", "Fuq din il-kwestjoni, l-hekk imsejħa \"esperti\", jiġifieri l-NGOs, iriduna nemmnu li jkun hemm xi tip ta' ndħil politiku fil-ħruġ tal-care orders!", "Nitlob lill-Onor.", "Claudio Grech biex jgħidilna jekk fis-snin l-imgħoddija kienx hemm każijiet fejn ħareġ biċ-ċar li kien hemm indħil politiku.", "L-istess mistoqsija se nagħmilha lill-NGOs u se nagħmilha wkoll lill-Ministru attwali tagħna, il-Ministru Michael Falzon.", "Ministru, tista' jekk jogħġbok tgħidilna jekk kienx hemm każijiet ta' ndħil politiku matul is-snin l-imgħoddija għax kemm ilha teżisti din il-liġi, sa fejn naf jien, qatt ma kien hemm dan l-indħil politiku li qed jissemma?!", "Kif għedt, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna qed jipproponi li l-care orders jibdew jinħarġu mill-qorti però nixtieq inqajjem punt partikolari biex nuri li b'daqshekk ma jfissirx li se jkollna xi garanzija mija fil-mija li t-tfal se jkunu verament protetti.", "Qed ngħid dan l-aktar għax qrajt diversi stejjer f'dan ir-rigward, anke onlajn.", "Fil-fatt, nixtieq naqsam storja minnhom magħkom, l-istorja taċ-ċkejkna Ellie Butler.", "Se nsemmi l-każ tagħha biex dak li jkun jifhem aħjar l-argument li qed nipprova nagħmel.", "Dame Justice Madam Mary Hogg kienet skartat il-parir tal-professjonisti, neħħiet care order li kien inħareġ u reġgħet bagħtet tifla ta' sitt snin għand missierha u ommha, allavolja missierha kellu każijiet preċedenti ta' vjolenza domestika.", "Kien hemm ukoll każijiet fejn dan il-missier instab ħati \"of shaking baby\" meta din it-tifla kellha biss seba' ġimgħat.", "Allura hawn qegħdin ngħidu li lill-ministru, li huwa elett mill-poplu u jista' jitneħħa fi kwalunkwe ħin mill-prim ministru, se nneħħulu l-poter li joħroġ care order imma mbagħad dan il-poter se nagħtuh lil xi ħadd li la jiġi elett u lanqas ma jista' jitneħħa mill-prim ministru għax biex jitneħħa jridu jivvotaw favur it-tneħħija tiegħu żewġ terzi tal-Kamra!", "Meta nisimgħu każijiet bħal ta' Ellie Butler, li seħħ proprju tliet snin ilu bilfors irrid nistaqsu jekk dak li għandna quddiemna huwiex l-aħjar mezz biex nipproteġu lit-tfal tagħna.", "Għalhekk, bl-istess mod li ġew maħluqa l-assistenti ġudizzjarji biex jgħinu lill-maġistrati f'ħidmiethom, jien umilment nissuġġerixxi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi emendat b'tali mod li jkun hemm anke panel ta' esperti fil-qasam soċjali, imma partikolarment fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal, dawn ikunu maħturin b'konsultazzjoni bejn il-ministru responsabbli u l-Prim Imħallef, u xogħolhom ikun li jagħtu rakkomandazzjoni li twassal sabiex finalment tittieħed l-aħjar deċiżjoni fl-interess tat-tfal.", "It-tielet punt li nixtieq nitkellem dwaru llum jikkonċerna l-privatizzazzjoni tal-fostering.", "Onestament jien ninsab imħassba dwar din il-parti tal-liġi għax tagħti lok li jkun hemm aġenziji privati tal-fostering.", "Issa aħna nafu li ħafna mill-aġenziji privati tal-adozzjoni minflok ma joperaw fl-aħjar interess tat-tfal jispiċċaw jagħmlu purament negozju.", "Hawnhekk ta' min jgħid li l-Gvern introduċa l-adoption grant biex jgħin lill-ġenituri li jridu jaddottaw billi anke jtaffilhom l-ispejjeż kbar tal- adozzjoni però nistaqsi: Issa se niftħu l-bibien għall-fostering privat?", "Mela rridu noħolqu xi tip ta' negozju minn dawn l-affarijiet?!", "Irridu noqogħdu attenti, Sur President, għax minn rapporti li wieħed jista' jaċċessahom faċilment mill-internet u li nista' anke nqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra joħroġ ċar li l-private fostering mhuwiex biss business imma qed jiswa wkoll lit-taxpayer miljuni ta' ewro.", "Jien nifhem li se jkun hawn min jargumenta li f'dan il-każ il-private fostering se jkun qed isir mill-Knisja, iżda x'jiġri mbagħad jekk ikun hemm xi aġenzija ta' reliġjon oħra li tkun trid tagħmel l-istess?", "X'se nagħmlu f'dak il-każ?", "U kif se niżguraw li jkunu qed jiġu mħarsa mhux biss l-interessi tat-tfal imma anke d-dritt tat-tfal li jerġgħu jintegraw mal-familja naturali tagħhom?", "Ma rridx inbeżża' għax onestament dak mhuwiex l-istil tiegħi, imma reċentement kien hemm każijiet fejn il-Knisja Kattolika fi Spanja, taħt id-dittatura faxxista ta' Francisco Franco, kienet kompliċi f'teħid tat-tfal u tat-trabi tat-twelid eċċ. Nerġa' ngħid li jien m'għandix l-interess li nbeżża' imma qiegħda sempliċement naqsam l-opinjoni tiegħi magħkom umilment.", "Huwa proprju għal dawn ir-raġunijiet li nappella biex insaħħu s-servizz tal-fostering tal-Gvern, servizz li huwa mogħti tant tajjeb permezz tal-Aġenzija Appoġġ, u niskartaw kull idea ta' fostering privat, speċjalment dak li jkun immexxi minn xi entità tal-Knisja jew ta' xi reliġjon oħra.", "Sur President, qabel ma nikkonkludi nixtieq nagħmel l-aħħar punt biex inwieġeb għal kritika oħra li saret u li, fil-fehma tiegħi, hija inġusta wkoll.", "Intqal li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum mhuwiex qed jagħti dritt lit-tfal jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw lilhom infushom.", "Issa din jew hija xi gidba intenzjonata jew ma nafx għax jidher ċar li min qalha jew ma qarax l-Abbozz ta' Liġi jew inkella ma fehemx dak li hemm miktub fih!", "Dan għaliex għall-kuntrarju ta' dak li ntqal, f'kull taqsima tiegħu dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jagħmilha ċara li t-tfal, ġaladarba jkollhom ċerta età u maturità, għandhom jiġu mistoqsija l-fehma tagħhom u x'jixtiequ jagħmlu.", "Huwa tajjeb ukoll li fejn tidħol l-adozzjoni jkunu kkonsultati l-ġenituri bijoloġiċi għax, fl-opinjoni tiegħi, sfortunatament, ħafna drabi dawn jitħallew barra.", "Issa llum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi dwar il-ħarsien tat-tfal u bla dubju nagħmlu sew li nfittxu l-interess suprem tat-tfal, imma ejjew ma npinġux lill-ġenituri naturali u lill-familji tagħhom bħala xi nies li huma intrinsikament ħżiena, jew bħal donnu dawn in-nies qatt ma jistgħu jibdlu ħajjithom u qatt ma jistgħu jsiru ġenituri tajbin!", "Ejjew nirrikonoxxu li dawn huma nies vulnerabbli li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna, u allura ejjew ma nippuntawx subgħajna lejhom, ejjew ma nkomplux insawtuhom imma ejjew ngħinuhom.", "Lit-tfal għandna nipproteġuhom, imma għandna wkoll ngħinu lill-ġenituri bijoloġiċi tagħhom u mhux mal-ewwel nieħdu l-attitudni li dawn huma xi nies intrinsikament ħżiena.", "Fl-aħħar mill-aħħar let's face it; fil-ħajja kulħadd jiżbalja, kulħadd jgħaddi minn mumenti koroh u ejjew ma ninsewx li minbarra li għandna problemi soċjali għandna wkoll problemi li ġejjin mill-vizzju tad-droga.", "Għalhekk lil dawn il-ġenituri ejjew nagħtuhom iċ-ċans li jqumu fuq saqajhom u jirrimedjaw għall-iżbalji li għamlu minflok ma nikkastigawhom.", "Sfortunatament, anke l-konċett ta' kinship fostering huwa nieqes mill-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum.", "Fil-fatt, lili personalment il-kinship fostering joġħġobni ħafna u nixtieq li nikkonsidraw il-possibbiltà li meta xi tifel jew tifla jkunu se jingħataw għall-fostering jew għall-adozzjoni nduru fuq il-familja estiża tagħhom.", "B'hekk, it-trawma fuq dawn l-istess tfal tkun waħda minima għax ħafna drabi huwa aktar faċli għat-tfal li jmorru jgħixu għand xi ħadd li jiġi minnhom milli għand xi ħadd li lanqas ikunu jafuh minn Adam.", "Nikkonkludi l-intervent tiegħi billi ngħid illi huwa fatt magħruf li t-tfal għandhom bżonn il-kura, l-istabbiltà, is-sigurtà, l-għożża u l-imħabba f'ambjent ta' familja.", "Għalhekk, għalkemm it-tfal u l-interessi tagħhom qegħdin fiċ-ċentru ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, nixtieq li fl-interess tat-tfal stess il-ġenituri bijoloġiċi jingħataw l-opportunità li xi darba jerġgħu jingħaqdu lura ma' wliedhom, anke jekk biex isir dan ikollhom jgħaddu numru ta' snin.", "Sur President, finalment nitlob il-permess biex inpoġġi xi dokumenti li għamilt referenza għalihom fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku tal-gazzetta Ingliża The Guardian fit-30 ta' Jannar 2018, intitolat \"Councils face huge bills as foster carers jump ship to private agencies\"; u", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Prlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sur President, illum qed niddiskutu Abbozz ta' Liġi ieħor importanti li qiegħed jiġi ppreżentat mill-kollega tiegħi l-Ministru Michael Falzon f'isem il-Gvern.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed ikompli jipproponi aktar bidliet li huma neċessarji għat-titjib fil-livell tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Kien ilu jinħass il-bżonn li jsiru dawn il-bidliet, però huwa proprju llum li qegħdin inwettquhom; forsi għax il-politiċi li kien hawn fil-gvern qabilna ma rnexxilhomx jaslu s'hawnhekk u huwa llum li l-politiku sab il-kuraġġ li jwettaqhom.", "Mhux ta' b'xejn li l-poplu qiegħed jgħid li aħna l-aġenti tal-bidla!", "Fil-fatt hekk hu, Sur President; aħna l-aġenti tal-bidla għax qed ngħixu biex nagħmlu l-bidliet neċessarji bil-għan li l-poplu jtejjeb il-livell u l-kwalità tal-għajxien tiegħu u b'hekk jgħix aħjar.", "Permezz ta' dawn il-bidliet aħna qegħdin dejjem intejbu dak li l-poplu Malti u Għawdxi rnexxielu jikseb matul il-mixja taż-żmien tiegħu, u dan jagħtina l-kuraġġ li nkomplu nieħdu aktar deċiżjonijiet.", "Bl-umiltà kollha ngħid li aħna se nkomplu nbiddlu fejn naħsbu li b'dawk il-bidliet se nkunu qed intejbu l-ħajja u l-livell tal-għajxien tal-poplu tagħna.", "Naturalment dan ma nagħmluhx waħedna imma nagħmluh bl-għajnuna tal-professjonisti, tal-NGOs u tas-settur li għandu esperjenza kbira f'dan il-qasam partikolari.", "Aħna niġbru dik l-esperjenza u skont dik l-istess esperjenza naraw fejn sejjer tajjeb u fejn jeħtieġ li nagħmlu l-bidliet.", "Jien għandi l-unur, ix-xorti u l-grazzja minn Alla li qiegħed naħdem ma' bniedem dinamiku bħalma hu l-Ministru tiegħi li jagħtini din l-esperjenza ta' tagħlim.", "Bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani u mill-persuni b'diżabilità, dejjem nisħaq li lill-anzjani u lill-persuni b'diżabilità għandna nagħtuhom is-servizz u s-sapport kollu li għandhom bżonn biex jibqgħu jesperjenzaw attività pożittiva b'dinjità u b'opportunitajiet differenti, però l-Ministru Michael Falzon jirnexxilu jagħti dinjità mhux biss lill-anzjani u lill-persuni b'diżabilità imma lill-persuni kollha li b'xi mod jew ieħor jaqgħu taħt dan is-settur.", "Hekk kif aħna nemmnu bi sħiħ fil-protezzjoni u fis-sapport għall-anzjani, hekk ukoll nemmnu fil-protezzjoni u fit-tisħiħ tad-drittijiet tat-tfal, bħalma nemmnu wkoll fil-protezzjoni u fit-tisħiħ tal-aktar persuni li huma vulnerabbli fis-soċjetà tagħna u ta' dawk li l-aktar li jistgħu jiġu abbużati u li lanqas għandhom riżorsi u lanqas għandhom kuntatti.", "Aħna, li llum aħna responsabbli li nieħdu d-deċiżjonijiet li naraw illi hemm bżonn jittieħdu, għandna kuxjenza safja għax nafu li dejjem ikollna kuraġġ nagħmlu l-bidliet li hemm bżonn kull meta naraw li hemm persuni li qegħdin iħarsu lejna u jistennewna nieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji biex ikunu jistgħu jtejbu l-livell tal-għajxien tagħhom.", "Jien naf kemm saru bidliet fir-rigward tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità u allura ma ħadtha xejn bi kbira li llum qed inressqu quddiem din il-Kamra Abbozz ta' Liġi li qed jipproponi diversi bidliet bil-għan li jitjieb il-livell ta' għajxien tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Aħna għandna d-dmir u r-responsabbiltà li nistudjaw is-sitwazzjoni li jkun qed jesperjenza l-poplu li eleġġiena, nirriflettu fuqha, imbagħad bil-kuraġġ kollu niġu hawnhekk, f'din l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna, u nippreżentaw il-bidliet neċessarji li jkun hemm bżonn ħalli lil dak iċ-ċittadin li jkun għoġbu juri fiduċja fina ntejbulu s-sitwazzjoni tiegħu bil-għan li ħajtu tkun tista' titjieb u timxi 'l quddiem.", "Sur President, kienu l-kbar u mhux it-tfal li ddeċidew li jitressaq dan l-Abbozz ta' Liġi llum, imma dan għamilnieh għax aħna għandna l-obbligu li nħarsu l-interessi tagħhom.", "Għalina t-tfal kollha huma importanti, u aħna rridu li ma jkunx hemm lanqas tifel wieħed jew tifla waħda li nkunu nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex intejbulhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom iżda minflok inħarsu n-naħa l-oħra u ma nagħtux kas il-bżonnijiet tagħhom.", "Jien ċert li dan huwa l-ispirtu tal-Membri ta' din in-naħa tal-Kamra u nispera f'Alla li dan huwa wkoll l-ispirtu tan-naħa l-oħra tal-Kamra.", "Aħna nagħtu importanza lid-drittijiet fundamentali ta' kulħadd, mit-tfal sal-kbar, u dan mhux biss għax aħna obbligati li nagħmlu hekk iżda għax nemmnu fl-importanza li kull persuna fis-soċjetà tagħna tgħix ħajjitha bid-dinjità li jixirqilha.", "Kulħadd għandu l-valuri u l-prinċipji tiegħu imma aħna rridu noħolqu l-ambjent biex kull individwu jiżviluppa l-kapaċitajiet u l-potenzjal tiegħu ħalli fl-aħħar mill-aħħar ikun jista' jgħix b'dinjità.", "Sur President, aħna għandna wkoll obbligu morali li fil-pajjiż noħolqu sitwazzjoni fejn kull membru tas-soċjetà, hu min hu, jgħix b'dinjità mingħajr ma jsofri l-ebda diskriminazzjoni mingħand ħadd, irrilevanti mit-twemmin tiegħu.", "Jien ma niddejjaqx ngħid li għandi twemmin Kattoliku imma llum mhux il-persuni kollha fis-soċjetà tagħna huma Kattoliċi.", "Hawn min hu Musulman u hawn min hu Buddist eċċ. imma jemmen fiex jemmen kulħadd għandu dritt jgħix b'dinjità.", "Kull min jgħix fis-soċjetà tagħna għandu dritt jgħix b'dinjità, irrilevanti mill-orjentazzjoni sesswali tiegħu, mill-ġeneru tiegħu, mill-età tiegħu jew minn jekk huwiex ġej min-naħa ta' fuq jew inkella min-naħa ta' isfel ta' pajjiżna.", "Fi ftit kliem, kull familja fis-soċjetà tagħna għandha dritt li tgħix b'dinjità.", "Sur President, ġaladarba semmejt il-familja ma nistax ma nsemmix il-fatt li aħna nemmnu bis-sħiħ li l-familja hija istituzzjoni importanti ħafna fis-soċjetà Maltija.", "Il-familja hija l-istituzzjoni li fiha niġu soċjalizzati, irrilevanti minn x'forma ta' familja hi.", "Għalhekk naħseb li kulħadd jaqbel miegħi meta ngħid li l-ambjent tal-familja huwa kruċjali għall-individwu għax huwa l-pilastru li għandu bżonn biex jifforma l-karattru tiegħu.", "Il-familja hija l-istituzzjoni li fiha aħna nitgħallmu l-valuri tagħna u li fiha nitgħallmu kif għandna nġibu ruħna fis-soċjetà f'diversi oqsma u sitwazzjonijiet differenti.", "Fil-familja aħna nitgħallmu l-kultura, nitgħallmu t-twemmin, nieħdu l-edukazzjoni primarja tagħna, nieħdu d-dieta tagħna, nitgħallmu dak li hu tajjeb u dak li hu mistenni minna mis-soċjetà filwaqt li nitgħallmu wkoll dak li s-soċjetà tqis li hu ħażin u li ma tistenniex minna.", "Insomma, fi ftit kliem nistgħu ngħidu li l-familja hi bażi essenzjali fis-soċjetà li qegħdin ngħixu fiha.", "Kif jaf kulħadd, kemm f'dan il-Parlament kif ukoll barra minn dan il-Parlament il-ħajja mhijiex dejjem ward u żahar imma ġġib magħha ħafna sfidi u pressjonijiet fuq il-membri kollha tal-familja.", "Biżżejjed insemmi l-pressjonijiet li għandhom il-ġenituri, fosthom il-pagamenti fuq loans li jkunu għamlu, il-kontijiet, il-pressjoni kbira ta' xogħol li għandhom, l-overtime u t-trobbija tat-tfal.", "Din tal-aħħar waħedha diġà ġġib ħafna sfidi magħha.", "Fil-fatt, riċerka li rajt dan l-aħħar turi li waħda minn kull tliet koppji li jisseparaw fl-Amerka jagħmlu dan wara li jkollhom l-ewwel wild tagħhom, u dan proprju għaliex it-tfal iġibu magħhom aktar pressjonijiet milli l-ġenituri jkollhom diġà.", "Mill-banda l-oħra, l-isfidi li qed jiffaċċjaw it-tfal illum ukoll mhumiex żgħar.", "It-tfal illum qed ikollhom ħafna pressjonijiet mill-midja, mill-midja soċjali, mill-ħbieb eċċ. Għalhekk wieħed malajr jasal għall-konklużjoni li l-ħajja tippreżentalna sfidi kbar li mhux dejjem ikun faċli li tiffaċċjahom u ssolvihom.", "Għall-grazzja t'Alla minkejja dawn il-pressjonijiet kollha l-maġġoranza l-kbira tal-familji tagħna għadhom b'saħħithom u d-dar għadha l-post fejn inti tista' tmur tibki u ssib lil min jisimgħek, fejn tista' tmur bil-problemi u ssib lil min iwennsek, u fejn tista' tmur għal belgħa te u ssib l-imħabba li kull bniedem għandu bżonn biex ikompli jgħix u jilqa' għal dawn l-isfidi.", "Sfortunatament, uħud mill-isfidi li jiffaċċjaw il-familji ma ssolvihomx kif ġieb u laħaq.", "Xi kultant il-familji jkollhom diffikultajiet li huma żgħar, imma xi kultant ikunu kbar ukoll.", "Pereżempju meta familja tesperjenza sfida bħal separazzjoni, vjolenza domestika, problemi ta' saħħa fiżika jew mentali, problemi finanzjarji jew problemi relatati ma' vizzji żgur li ma nistgħux ngħidu li dawn huma sfidi taċ-ċajt, anzi dawn l-isfidi jieħdu ħafna mill-enerġija tal-membri kollha tal-familja bil-konsegwenza li jispiċċaw ibatu l-aktar dawk li huma vulnerabbli.", "Għalhekk, bħala persuni li għandna r-responsabbiltà li nipproteġu lil kull ċittadin, aħna obbligati li naraw li anke f'ambjent iebes ta' sfidi kbar, fejn is-sitwazzjoni tieħu ħafna enerġija minn kull membru tal-familja, l-aktar persuni vulnerabbli f'dik il-familja, li ħafna drabi jkunu jew tfal jew inkella anzjani, jiġu mħarsa u protetti.", "Sur President, naħseb li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qed jagħti sinjal ċar ta' x'inhuma l-valuri tagħna f'dan il-qasam.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi l-Gvern mhux qed iħalli ġebla waħda biss mhux maqluba biex juri b'mod pubbliku x'inhuma l-valuri u l-prinċipji tiegħu f'dan is-settur.", "Għaldaqstant inħossni onorat li qed nipparteċipa f'din id-diskussjoni għax illum qegħdin niktbu l-istorja u qegħdin nuru x'inhuma l-valuri tagħna, fiex nemmnu u għaliex qegħdin hawnhekk.", "Illum il-ħajja hekk imsejħa \"normali\" minnha nnifisha diġà toffri sfidi kbar, aħseb u ara kemm tkun aktar iebsa l-ħajja għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-membri kollha tal-familja li jkollhom sfidi oħrajn!", "Kif semmejt diġà, dawn l-isfidi jixorbulek ħafna mill-enerġija u minn dak kollu li jkun prezzjuż għalik u jġibuk f'sitwazzjoni fejn inti stess tkun qed tħoss li għaddej minn żmien diffiċli.", "Huwa fatt magħruf li fil-kultura tagħna lill-familja nagħtuha ħafna importanza, imma hemm sitwazzjonijiet fejn din l-istituzzjoni soċjali ma tkunx qed tiffunzjona bl-aħjar mod u bħala konsegwenza l-membri kollha jiffaċċjaw l-isfidi, speċjalment it-tfal, li huma l-aktar membri fil-familji tagħna li huma vulnerabbli.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel referenza għal studju li huwa rilevanti ħafna għal din id-diskussjoni għax iġegħelna nirriflettu fuq kif it-tfal jaraw id-dinja, fuq il-vulnerabbiltà tagħhom u fuq il-fatt li rridu nkunu aħna li nagħtuhom il-protezzjoni fejn ikun hemm bżonn.", "Dan l-istudju juri li anke meta t-tfal jaraw lill-ġenituri tagħhom jinħabbu u mhux jiġġieldu, dik is-sitwazzjoni ta' mħabba wkoll tħalli trawma fuqhom.", "Għalhekk, tistgħu timmaġinaw x'jgħaddi minn moħħ tifel jew tifla meta dawn ma jarawx lill-ġenituri tagħhom jinħabbu imma jarawhom jiġġieldu, jgħajtu ma' xulxin u jaraw sitwazzjonijiet ta' storbju, vjolenza u abbuż.", "Immaġinaw kemm dawn is-sitwazzjonijiet joħolqu stress u nkwiet psikoloġiku lit-tfal u kemm ikollhom jgħaddu minn żmien iebes.", "Il-fatt li t-tfal huma l-aktar membri vulnerabbli tal-familja m'iniex qed ngħidu jien imma jgħiduh ħafna riċerkaturi.", "It-tfal huma fraġli u innoċenti u dak li jgħaddu minnu jibqa' ttimbrat ġo moħħhom.", "Għalhekk irridu naraw kif nibagħtu l-messaġġ hemm barra li t-tfal huma persuni vulnerabbli u rridu nkunu aħna li nipproteġuhom, però naħseb li dak li qed nagħmlu llum qed ikun messaġġ b'saħħtu u nisperaw f'Alla li jasal mal-erbat irjieħ ta' Malta.", "Filwaqt li l-ewwel responsabbiltà tat-tfal taqa' dejjem fuq il-ġenituri, il-Gvern għandu d-dmir li f'sitwazzjonijiet fejn it-tfal ma jkunux qed jingħataw trobbija tajba, jintervjeni biex jieħu ħsieb jara li dawk it-tfal jingħataw it-trobbija li tixirqilhom.", "Fl-aħħar mill-aħħar it-tfal kollha għandhom drittijiet fundamentali li jridu jiġu dejjem imħarsa, fosthom id-dritt fundamentali – hawnhekk qed niftakar f'Maslow Hierarchy of Needs – li jkollhom xelter, li jiġu mitmugħa ikel sustanzjuż, li jingħataw l-ilma, sodda komda, post fejn jistudjaw, post fejn jaqraw u l-kumditajiet bażiċi l-oħra kollha li għall-grazzja t'Alla llum insibu kważi f'kull dar.", "It-tfal għandu wkoll ikollhom aċċess għall-edukazzjoni fejn anke jitgħallmu jużaw il-kapaċitajiet tagħhom biex ikomplu jibnu l-karattru tagħhom.", "Għandhom ukoll jitrabbew f'ambjent addattat fejn jingħataw l-opportunità li jiżviluppaw l-abbiltajiet tagħhom ħalli meta jikbru jsiru ċittadini aktar maturi u tajbin.", "It-tfal għandu jkollhom ukoll aċċess għall-kura medika u għal trobbija b'valuri tajbin; valuri li jwassluhom biex isiru adulti responsabbli fejn l-imġiba soċjali tagħhom tkun waħda eżemplari.", "Għalhekk, bħala adulti għandna nkunu responsabbli biżżejjed li nrabbu lil uliedna b'valuri sodi, speċjalment meta nafu li dawn għada pitgħada se jkunu l-mexxejja ta' pajjiżna.", "Dan iwassalni biex ngħid xi ħaġa fuq l-empowerment, jiġifieri fuq il-bżonn li adult ikun responsabbli ta' għemilu ħalli mhux biss jagħti eżempju tajjeb liż-żgħażagħ imma wkoll lit-tfal li nkunu qegħdin inrabbu ħalli nrawmu fihom dawk il-valuri li tant nemmnu li huma tajbin.", "Ħadd m'għandu jabbuża mill-innoċenza tat-tfal, la fiżikament u lanqas psikoloġikament.", "L-ebda tip ta' abbuż mhuwa skużabbli.", "Ir-riperkussjonijiet li jġorr miegħu kwalunkwe abbuż li jsir fuq it-tfal joħloq ħafna stress fuq il-ħajja ta' dawn l-istess tfal.", "Min-naħa tiegħu l-Gvern huwa fid-dover li jwaqqaf kwalunkwe abbuż li jkun qed isir filwaqt li jeduka kemm lill-adulti kif ukoll lit-tfal sabiex l-ebda abbuż ma jkun ġustifikat, permessibbli jew skużabbli.", "Ma nistgħux inkunu egoisti lanqas imma għandna nassiguraw li l-ġid tat-tfal jiġi l-ewwel u qabel kollox għax il-futur tagħhom jiddependi mid-deċiżjonijiet li nieħdu aħna l-kbar f'isimhom mingħajr ma huma lanqas biss jiġu involuti, u dan minkejja li dawn id-deċiżjonijiet ikunu se jaffettwawhom kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett.", "L-eżempju rridu nagħtuh aħna l-adulti.", "Fl-aħħar mill-aħħar kull adult jista' jkun role model għat-tfal għax dawn jistgħu jkunu qed iħarsu lejn kull wieħed u waħda minna biex imbagħad ikunu jistgħu jimitawna.", "Għalhekk, l-eżempji li nagħtu aħna l-adulti huma importanti għax permezz tagħhom se nħallu marka fuqhom.", "Ilkoll kemm aħna għandna diversi responsabbiltajiet, imma forsi ftit jiġina f'rasna li anke jekk m'aħniex konxji ta' dan, b'dak li nagħmlu nkunu qed ninfluwenzaw lit-tfal tagħna b'tali mod li mill-mod kif nirreaġixxu għal sitwazzjonijiet differenti, it-tfal jitgħallmu jiddistingwu bejn dak li hu permessibbli u dak li mhuwiex.", "Għalhekk, kull adult għandu responsabbiltà kbira xi jġorr għax b'dak li jkun qed jagħmel ikun qed jinfluwenza lit-tfal ta' madwaru.", "Bħala Gvern qegħdin ninvestu u nindirizzaw diversi problemi soċjali li jħallu impatt negattiv fuq il-familja u fuq it-tfal iżda dan mhux biżżejjed.", "F'sitwazzjonijiet fejn it-tfal jibqgħu jiffaċċjaw dawn l-isfidi, irridu nassiguraw li dawn jiġu protetti.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ix-xogħol siewi immens li qed jagħmlu diversi professjonisti, fosthom is-social workers, il-carers u oħrajn, li ta' kuljum jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet ta' dan it-tip u b'dedikazzjoni assoluta jkunu ta' sostenn għal dawn it-tfal, għall-familjari tagħhom u għall-maħbubin tagħhom.", "Dan minkejja li ħafna drabi huma stess ikollhom jiffaċċjaw ħafna oppożizzjoni mill-ġenituri ta' dawn l-ulied.", "B'dan l-Abbozz ta' Liġi li qiegħed jippreżenta l-kollega l-Ministru Michael Falzon qegħdin insaħħu l-kompetenza ta' min imexxi dan il-qasam, ir-rappreżentazzjoni tal-entitajiet, l-obbligi tal-professjonisti u qegħdin ukoll niffaċilitaw il-mod ta' kif isir r-rapportaġġ lill-pulizija.", "Aktar minn hekk, qegħdin nagħtu vuċi lit-tfal permezz tal-avukat tat-tfal, li se jara li l-miżuri li jittieħdu jkunu qed jittieħdu verament fl-aħjar interess tat-tfal u li t-tfal ma jispiċċawx ballun f'idejn l-adulti bil-konsegwenza li jispiċċaw il-vittmi ta' sitwazzjoni li tkun ibbażata biss fuq il-piki.", "B'dawn il-bidliet se nkomplu nħeġġu biex ikun hawn aktar nies li jitħajru jsiru foster carers jew adoptive parents u b'hekk joffru opportunitajiet lil tfal oħrajn biex jgħixu f'ambjent ta' familja sigur bil-għan li jirnexxilhom jilħqu l-potenzjal tagħhom.", "Waħda mill-akbar bidliet li qiegħed jipproponi dan l-Abbozz ta' Liġi hija li jitnaqqas it-terminu li jrid jgħaddi biex foster carer ikun jista' jippreżenta rikors quddiem il-qorti ħalli jkun jista' jitlob li jaddotta lill-minuri li jkun qed irabbi.", "Fil-fatt dan it-terminu qed nipproponu li jonqos minn għaxar snin għal ħames snin għax naħsbu li wara ħames snin il-foster parent ikun dara sew lill-minuri li jkun qed irabbi u allura jkun jista' jiddeċiedi jekk iħossx li għandu jaddottah biex ikun jista' jsir membru tal-familja tiegħu anke b'mod legali.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm bidla oħra li lili laqtitni ħafna għas-sempliċi raġuni li llum il-maġġoranza tal-familji Maltin u Għawdxin iħobbu jmorru xi vaganza flimkien.", "Bis-saħħa ta' din il-bidla, dawk il-minuri li jkunu fil-kustodja tal-foster carers se jkunu jistgħu jsiefru bħala familja bla problemi ta' xejn.", "M'hemmx dubju li dan huwa pass ieħor li permezz tiegħu se nkomplu ntejbu l-livell tal-kwalità tal-ħajja ta' dawn it-tfal għaliex issa, għall-ewwel darba, it-tfal li huma fostered se jkunu jistgħu jmorru vaganza mal-foster parents tagħhom mingħajr il-ħafna storm and stress żejjed li kien ikollhom jiffaċċjaw sal-lum.", "Kemm hu sabiħ li tara l-ferħ tat-tfal wara li jiġu fostered jew addottati u jkunu maħbubin mill-familja kollha minkejja li din ma tkunx il-familja bijoloġika tagħhom!", "F'dawn is-sitwazzjonijiet tiġi espressa ħafna l-imħabba u jiġi ġġenerat ambjent posittiv.", "Wara kollox aħna dak li rridu; li nagħmlu bidliet biex inkomplu ngħollu l-kwalità tal-ħajja ta' kull individwu li jiddeċiedi li jsir foster carer jew adoptive parent biex ikun bħall-kumplament tal-ġenituri Maltin u Għawdxin.", "Sur President, m'hemmx dubju li r-rwol li għandhom il-foster carers u l-adoptive parents fis-soċjetà tagħna huwa imprezzabbli.", "Kemm hu sabiħ li tiddeċiedi li ssir foster carer u tkun lest li taqsam ma' ħaddieħor dak li jkun irnexxielek tikseb matul ħajtek!", "Aħna nixtiequ li aktar nies jitħajru u jkunu kapaċi jieħdu dan il-pass li jsiru foster carers jew adoptive parents.", "Jien nappella biex min jixtieq, ma joqgħodx lura milli jieħu dan il-pass għax b'hekk ikun qed jagħti l-opportunità lil tifel jew tifla li jikber f'ambjent mimli mħabba.", "Jien naf lil diversi foster u adoptive parents u l-ambjent mimli mħabba, mimli serenità u mimli ferħ li dawn jirnexxilhom joħolqu lanqas biss tista' tiddeskrivih; jirnexxilhom joħolqu ambjent li huwa sinonimu mal-familji Maltin u Għawdxin.", "U għandna għalfejn inkunu kburin li kapaċi noħolqu dan l-ambjent.", "Sur President, jalla bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li qed niddiskutu llum f'dan il-pajjiż ma jifdalx tifel jew tifla waħda li ma jkunux protetti.", "Huwa essenzjali li f'soċjetà jinħoloq ambjent fejn kull persuna, żgħira kemm tkun żgħira, tingħata l-opportunità li tingħaqad f'familja u tistabbilixxi relazzjoni b'saħħitha magħha; relazzjoni fejn ikun hemm l-imħabba kif ukoll ambjent sabiħ, stabbli u seren bil-protezzjoni kollha li tagħti l-liġi.", "Nikkonkludi billi għal darb'oħra nifraħ lill-Ministru Michael Falzon għall-biċċa xogħol kbira li llum ippreżenta lil dan il-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa?", "(Onor. Membri: Iva) Insejjaħ lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-6.52 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "Il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari;", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq emenda għall-mozzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, ninsabu jumejn 'il bogħod minn Jum il-Mara u allura f'dan l-Aġġornament se nitkellem fuq dan is-suġġett li huwa verament għal qalbi.", "Qabelxejn nixtieq immur daqsxejn lura għall-professjoni li kelli qabel u nagħmel daqsxejn ta' riklam billi ngħid li llum waranofsinhar fil-Parlament l-Ispeaker inawgura wirja verament sabiħa li ġiet imtellgħa b'mod professjonali ħafna fuq il-mixja tal-mara fil-politika.", "Għalhekk nistieden lil kull min iħobb isegwi l-politika biex iżur din il-wirja għax hija verament interessanti.", "Sfortunatament sal-lum hemm min jgħid li qiegħed jiċċelebra dan il-jum.", "Jien ma naħsibx li għandna għalfejn niċċelebraw Jum il-Mara.", "Tiċċelebra festa, tiċċelebra ferħ, imma r-realtà trid tfakkarha u mhux tiċċelebraha!", "U r-realtà hi li sal-lum bosta nisa madwar id-dinja verament m'għandhomx raġuni valida għaliex jiċċelebraw din il-ġurnata, u fost dawn in-nisa hemm nisa li jgħixu f'pajjiżna wkoll.", "Il-Gvern preżenti jagħżel slogans tal-widna biex idoqq biss dik id-diska li tinstema' sabiħa fil-widnejn, imma slogans bħal \"L-Aqwa fl-Ewropa\", \"L-Għira tad-Dinja\" jew \"l-Aktar Gvern Femminista fl-Istorja ta' Pajjiżna\" huwa l-pakkett minn barra, dik il-karta li tleqq u tgħammex biż-żigarelli u ċ-ċfuf, imma meta tiftaħ dak il-pakkett, meta tneħħi x-xejxi kollu ta' barra, meta tneħħi l-qoxra ssib sitwazzjoni ferm 'il bogħod minn dak li jgħidu l-islogans.", "Fil-fatt nistaqsi: \"L-Aqwa fl-Ewropa\" b'liema mod?", "Illum se nkun qiegħda nirreferi għal diversi rapporti li diġà poġġejthom fuq il-Mejda tal-Kamra fix-xhur li għaddew imma llum se nkun qed nerġa' nirreferi għalihom għar-raġuni li huma kollha rapporti li għandhom valur.", "L-istess rapport ipoġġi lil pajjiżna qabel tal-aħħar f'din il-klassifika.", "L-Estonja huwa l-uniku pajjiż li huwa agħar minna.", "Huwa importanti ninnotaw li Malta ssemmiet f'dan ir-rapport proprju għal din ir-raġuni, u allura nerġa' nistaqsi: \"L-Aqwa fl-Ewropa\" u \"L-Għira tad-Dinja\" meta fir-rigward tan-numru ta' nisa fuq il-bordijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet Malta qiegħda qabel tal-aħħar f'din il-klassifika?!", "Dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "Jgħid ukoll li:", "Hawnhekk dan ir-rapport jagħtina tabella oħra u għal darb'oħra Malta tinsab fin-naħa ta' isfel.", "Xi ħaġa interessanti ferm hi li l-gender employment gap f'Malta huwa fost l-ogħla għax jammonta għal 27.7.", "Ta' min jgħid li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq nisa u rġiel li jgħixu fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u li għandhom bejn l-20 sena u l-64 sena.", "Sur President, il-problema mhijiex biss li hemm inqas nisa jaħdmu milli rġiel imma agħar minn hekk, hemm problema verament serja li rreferejt għaliha anke waqt id-diskors li għamilt fil-ftuħ tal-wirja li hawn f'dan il-Parlament.", "Biex inkun fair, din il-problema hija mifruxa mad-dinja kollha.", "Qed nirreferi għall-problema akuta tad-diskrepanza li teżisti bejn id-dħul tan-nisa u tal-irġiel.", "F'pajjiżna jekk inti mara għandek inqas ċans li taħdem, u jekk stess taħdem probabbli l-paga tiegħek tkun ferm inqas minn dik ta' raġel li jagħmel l-istess xogħol.", "F'dan ir-rigward irrid nirreferi għal dokument li jidhirli kont poġġejtu fuq il-Mejda tal-Kamra fid-diskors li għamilt dwar il-Baġit li għadda, ċjoè l-'Gender Pay Gap Report 2018', li juri b'mod ċar illi d-differenza bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel f'pajjiżna kompliet tiżdied minn 7.7% fl-2011 għal 11% fl-2016, li tfisser distakk ta' 3.3%.", "Ta' min jgħid ukoll li dalgħodu waqt konferenza li attendejt għaliha u li kienet organizzata mill-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) il-figura li semmiet il-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, is-Sinjura Renee Laiviera, kienet ta' 12%.", "Dan xi jfisser, Sur President?", "Sempliċi; dan ifisser b'mod ċar ħafna li jekk, pereżempju, ikollok raġel li jaqla' €100, mara li tagħmel l-istess xogħol ta' dak ir-raġel u li taħdem fl-istess skala tiegħu taqla' €88.", "Dan qed jiġri f'pajjiżna, Sur President!", "Din hija realtà.", "U din hija a chicken and egg situation għax dik il-mara li trid tissagrifika l-ħin tagħha minn mal-familja, mill-kura tat-tfal tagħha u mill-kura tal-ġenituri tagħha biex toħloq bilanċ bejn il-familja u x-xogħol tgħidlek: Jien se noħroġ naħdem meta naf li jekk il-kollega tiegħi jkun raġel se jaqla' ħafna aktar minni?!", "Hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu fuq differenza żgħira tafux għax qed ngħidu li għal kull €100 li jaqla' raġel, mara taqla' biss €88!", "L-Uffiċċju tal-President fis-sena 2018 kien ħareġ b'inizjattiva lokali, liema inizjattiva tirrifletti inizjattiva internazzjonali, u prattikament qalu li minn Novembru sal-aħħar tas-sena l-ħaddiema nisa f'pajjiżna ħadmu daqslikieku kienu qed imorru għax-xogħol mingħajr ma jitħallsu!", "Nerġa' ngħid li fl-2011 il-gender pay gap kienet dik ta' 7.7% u mbagħad fl-2011 telgħet għal 11% u dalgħodu ġejna informati li reġgħet telgħet għal 12%.", "Dawn huma fatti, Sur President, u mhumiex affarijiet li qed tivvintahom l-Oppożizzjoni!", "Din hija realtà u jkolli ngħid li hi realtà serja ħafna!", "Forsi quddiem din is-sitwazzjoni jkun hemm min jargumenta li għalih l-aqwa li jdaħħal il-paga ħalli r-rota tkun tista' tkompli ddur, però minn din id-diskrepanza wieħed jista' jifhem ukoll għalfejn xi kultant xi ħadd mill-koppja – jekk mhux it-tnejn li huma – ikollhom jagħmlu wkoll xi part-time job biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja.", "Kif semmejt f'diskors ieħor li kont qed nagħmel ftit tal-ġimgħat ilu, fatt ieħor interessanti hu li aktar ma tkun għolja l-pożizzjoni, aktar togħla l-gender pay gap, u dan il-fattur aktar qed jaqta' qalb lin-nisa milli jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jieħdu pożizzjonijiet ta' responsabbiltà għax naturalment imbagħad il-mara qed tirraġuna li allura lanqas ħaqq toqgħod tieħu ċerta responsabbiltà jekk ma tkunx se titħallas tajjeb għal dak ix-xogħol.", "Sur President, id-diskrepanza fil-pagi għandha konsegwenzi serji wkoll, u dan mhux biss fl-immedjat imma anke fil-futur.", "Fil-fatt, ftit tal-ġranet ilu l-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport annwali importanti intitolat '2019 European semester country report'.", "Dan ir-rapport, li rrefera għalih f'dawn l-aħħar ġranet anke d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "Chris Fearne, fost affarijiet oħra jgħid hekk:", "Issa isma' din, Sur President:", "Dan qed jgħid għal Malta.", "Mela dan ir-rapport qed jgħid li filwaqt li n-numru ta' nisa fid-dinja tax-xogħol qed jiżdied, hekk ukoll qed tiżdied id-diskrepanza fil-pagi.", "Jgħid ukoll hekk:", "Bħalma qed naraw, kollox huwa marbut katina.", "Mela nafu li għandna problema ta' gender pay gap u nafu wkoll li din hija marbuta direttament mal-problema tal-early school leavers.", "Aktar minn hekk, f'dan ir-rapport jingħad ukoll hekk:", "Jiġifieri mhux imbilli niftaħru kemm qed inġibu nies minn barra minħabba li hawn ħafna xogħol għax l-Unjoni Ewropea stess qed tappellalna f'dan il-European semester country report biex noqogħdu attenti għax issa li qed jiġri hu li persuni li huma aktar validi u kwalifikati qed jitqabbdu jagħmlu xogħol li huwa ferm aktar baxx mil-livell tal-kwalifikazzjoni tagħhom u jitħallsu ferm anqas.", "Issa se niġi għal punt ieħor li d-Deputat Prim Ministru ma semmihx meta ftaħar b'dan ir-rapport:", "Din ukoll hija aħbar interessanti għax inti tista' tiftaħar li s-sistema tas-saħħa miexja 'l quddiem imma l-European semester country report tal-Unjoni Ewropea qed jappellalna biex noqogħdu attenti għax hemm ħafna nies li minħabba li jridu jistennew ħafna biex jinqdew qed ikollhom iħallsu minn buthom.", "Dan se jdawwarna ċirku sħiħ għax jekk inti qed taqla' inqas minn ħaddieħor u jekk l-impjieg tiegħek huwa marbut ma' xi kuntratt definit mingħajr ma għandek l-ebda garanzija li dan se jiġġedded, fil-każ li ma tiflaħx tistenna biex tieħu ħsieb saħħtek xorta se jkollok tmur u tħallas għal saħħtek!", "Imma jħallas min jiflaħ iħallas, Sur President, għax min ma jiflaħx iħallas ikollu jistenna!", "Din hija r-realtà li qed issemmilna l-Unjoni Ewropea f'dan ir-rapport.", "Imbagħad dan ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "Jgħid hekk ukoll:", "Dan ifisser li n-nisa jaħdmu qed jiżdiedu imma d-diskrepanza bejn il-pagi tan-nisa u l-irġiel qed tkompli dejjem titwessa'.", "Aktar minn hekk:", "Mela dan ir-rapport qed jgħidilna li huwa veru li n-numru ta' nisa li jaħdmu żdied, u l-Gvern jiftaħar ħafna fuq dan il-punt, però jgħidilna wkoll li xorta m'aħniex fil-livell tal-Unjoni Ewropea u agħar minn hekk, id-diskrepanza bejn in-numru ta' nisa u rġiel li jaħdmu għadha kbira filwaqt li d-diskrepanza fil-pagi qed tkompli titwessa'.", "Ħalli nkompli nikkwota:", "- dan hu dak li semmejt jien l-ewwel fejn qed ikollna ħafna impjiegi bil-kuntratti –", "- mela dan ir-rapport qed jgħidilna li mill-2014 daħħalna sistema li biha wieħed jaħdem b'kuntratt miftuħ, jiġifieri ma jkunx jaf sa meta se jkollu dak l-impjieg, u l-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema li jidħlu għal dawn it-tip ta' impjiegi huma nisa –", "Mela dan ir-rapport qed jgħid li n-nisa qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol b'paga aktar baxxa minn tal-irġiel u b'nuqqas ta' serħan il-moħħ għax dawn mhumiex ħaddiema tal-post imma qed jiġu impjegati bil-kuntratt.", "U dan kollu ġej mil-\"L-aktar Gvern Femminista fl-Istorja ta' Pajjiżna!\"", "X'effett se jkollu dan fuq in-nisa u fuq il-pensjoni tagħna?", "Fil-fatt, mhux biss in-nisa imma anke l-irġiel qed jiġu affettwati minn din id-diskrepanza fil-pagi, Sur President.", "Rapport ieħor verament interessanti huwa l-'Pension Adequacy Report 2018', liema rapport qed jagħtina stampa inkwetanti daqsxejn mhux ħażin għax qed jgħidilna hekk:", "Mela dan ir-rapport qed jgħid li mill-2013 'l hawn is-sitwazzjoni tal-faqar ma tantx inbidlet fl-Ewropa ħlief fi 12-il pajjiż, fosthom fl-Istati Baltiċi (Estonja, Latvja u Litwanja) u f'Malta.", "u hawnhekk hawn xi ħaġa interessanti ħafna li lili ssoprendietni mhux ħażin għax jingħad hekk:", "Minħabba diskrepanza qawwija fil-pagi qed ikollna diskrepanza qawwija fil-pensjoni u allura fil-każ ta' koppja anzjana li tgħix bil-pensjoni, il-pensjoni tar-raġel qed ikollha sservi għal dik id-differenza enormi fil-pensjoni tal-mara.", "Ħalli nkompli nikkwota:", "– hawnhekk qed jirriferi għall-kriżi tal-2009 –", "Din hija aħbar xokkanti, Sur President!", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se npoġġi tabella li turi li fl-2009 id-differenza bejn il-pensjoni ta' mara u l-pensjoni ta' raġel kienet ta' 19.2%, jiġifieri raġel kien jaqla' kważi 20% aktar mill-mara bħala pensjoni.", "Madanakollu fl-2018 din id-differenza kibret għal 44.8%!", "Dawn huma affarijiet li lanqas jitwemmnu!", "Dan ifisser li għal kull €100 li raġel jaqla' bħala pensjoni, mara taqla' €55.20!", "Kif għedt diġà, din hija aħbar verament xokkanti!", "Sur President, bħalma tista' tara u tifhem, fis-settur tal-ugwaljanza m'aħniex \"L-Aqwa fl-Ewropa\" imma għall-kuntrarju, ninsabu fil-qiegħ tal-klassifika.", "L-istess fl-isforzi tagħna biex innaqqsu l-gender pay gap u l-pension gap.", "Jiddispjaċini ngħid li jekk dawn l-isforzi se jibqgħu ma jkunux effettivi u effettivi malajr kemm jista' jkun, bosta nisa f'pajjiżna li llum qegħdin fir-riskju tal-faqar se jispiċċaw fil-faqar.", "Hawnhekk irrid nagħmel referenza għal tabella oħra li hi meħuda mill-ewwel rapport li semmejt, jiġifieri mit-'2018 Report on Equality Between Women and Men in the EU' għaliex fit-tieni kapitlu, li huwa intitolat 'Reducing gender pay, earnings and pension gaps and thus fighting poverty among women', erġajna ninsabu fil-qiegħ tal-klassifika.", "Fatt ieħor interessanti ħafna hu li fl-Ewropa l-aktar persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar huma ż-żgħażagħ, speċjalment it-tfajliet u n-nisa.", "Ir-riskju ta' dan il-grupp huwa ta' 32%.", "Huwa interessanti kif r-riskju tal-faqar jogħla proprju f'dik l-età, imbagħad jinżel f'daqqa, jerġa' jitla' fl-età ta' bejn il-55 sena u l-64 sena u finalment, filwaqt li r-riskju ta' faqar fil-każ tal-irġiel li jagħlqu s-70 sena jibqa' kważi fl-istess livell, ir-riskju ta' faqar fil-każ tan-nisa jerġa' jispara 'l fuq.", "Sur President, filwaqt li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat qed juża slogans li juruna mod, għandna rapport wara l-ieħor li qed juruna ċar daqs il-kristall, bin-numri u bil-fatti, u l-Prim Ministru jħobbhom ħafna n-numri, li r-realtà hija mod ieħor!", "Ejjew inżommu f'moħħna li wara dawk in-numri hemm persuni u familji sħaħ.", "Il-Prim Ministru qalilna li \"Aħna l-Għira tad-Dinja\" imma din mhi xejn għajr daħka traġika.", "Jien kemm-il darba rreferejt għall-'World Economic Forum Global Gender Gap Report 2018' u hemmhekk ħarġu affarijiet li ma tantx għandna biex niftaħru bihom.", "Biżżejjed ngħid li fir-rigward tal-pagi tan-nisa Malta waqgħet lura mis-87 post fl-2013 għall-106 post; fl-ugwaljanza bejn is-sessi fil-pagi waqajna mid-19-il post għat-48 post; f'dik li hi saħħa tan-nisa morna lura 49 post għax mill-65 post issa qegħdin fil-114-il post; u fir-rigward ta' health life expectancy il-mara marret lura mit-78 post għall-120 post, u allura waqgħa ta' 42 post. Il-lista hija twila u nista' nibqa' sejra nsemmi aktar figuri.", "Ta' min jgħid li għal dik li hija ugwaljanza aħna qegħdin fost l-agħar, u dan mhux biss fl-Ewropa imma anke fid-dinja.", "Ċertament li ħadd mhu qed jgħir għalina bħalma qalilna l-Prim Ministru, u rapport wieħed wara l-ieħor qegħdin jikkonfermaw dan.", "Għalfejn?", "Sempliċi, Sur President; għax il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat mhuwiex l-aktar Gvern femminista imma huwa l-aktar Gvern korrott li qatt kellu pajjiżna!", "Sur President, fl-aħħar nett nitlob il-permess sabiex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "'Commission Staff Working Document – Country Report Malta 2019' maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fis-27 ta' Frar 2019;", "Pubblikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fl-2018 intitolata 'Pension Adequacy Report 2018 – Current and future income adequacy in old age in the EU (Volume 1)'.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.20 p.m il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari parlamentari 8260.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – FORTIZZA TA' BENGĦAJSA – KONĊESSJONIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx konċessjonijiet jew xi titolu favur terzi fir-rigward tal-Fortizza ta' Bengħajsa fil-limiti ta' Birżebbuġa jew jekk din il-fortizza hix fil-pussess tal-Awtorità tal-Artijiet?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, wara spezzjonijiet preliminari s-sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet se tkun qed tipproċedi billi tinvestiga s-sit f'aktar dettall.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8315 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890.", "QORTI – ŻGĦAŻAGĦ – OFFIŻI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra?", "X'offiżi wettqu dawn iż-żgħażagħ fir-rigward:", "d. ħsara volontarja; u", "e. ikkaġunar ta' feriti fuq persuni oħra?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li n-numru ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra fir-rigward tal-offiżi indikati huwa kif muri hawn taħt:", "b. pussess tad-droga – 15 (età bejn l-14 u 18-il sena)", "c. traffikar tad-droga – 2 (età bejn is-17 u 18-il sena)", "d. ħsara volontarja – 7 (età bejn is-16 u 18-il sena)", "e. ikkaġunar ta' feriti fuq persuna oħra – 12 (età bejn is-16 u 18-il sena).", "Din l-istatistika tirrigwarda l-kumpilazzjonijiet u mhux il-kawżi sommarji għaliex fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika għal kawżi sommarji.", "IL-GUDJA – TRIQ CASTAGNA FILIPPU – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema pożizzjoni tinsab Triq Castagna Filippu fil-Gudja u x'passi se jittieħdu biex issir?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li dan ix-xogħol beda u saret naħa waħda ta' bankina minn Infrastructure Malta.", "Dan ix-xogħol għandu jitkompla minn Infrastructure Malta.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018, xahar b'xahar u mqassma kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 8042, 5646 u 2405.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassma kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwer entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassma kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "Interpellant li mistoqsija bħal din, fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' 15-il sena, teħtieġ ħafna xogħol u riżorsi umani sabiex tinġabar.", "Għalhekk, nitlob l-Onor.", "Interpellant li jekk għandu bżonn xi informazzjoni speċifika dwar reklamar partikolari, jindika fejn meħtieġ.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassma kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "JOE MIZZI: Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Interpellant għall-fatt li mistoqsijiet bħal dawn, fejn tintalab informazzjoni dettaljata fuq medda ta' snin, jieħdu ħafna xogħol sabiex jinġabru.", "L-Onor.", "Interpellant għandu japprezza li tali riċerka tirrikjedi ħafna riżorsi u żmien biex tinġabar l-informazzjoni.", "Għalhekk nitolbu sabiex jindika x'informazzjoni għandu bżonn speċifikament fejn hija meħtieġa ħalli din tkun provduta.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtha f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassma kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "HELENA DALLI: Għas-snin 2004 sal-2012 nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11983 mit-Tnax-il Leġiżlatura.", "Għas-snin 2013 sa Lulju 2017 nitlob l-Onor.", "Interpellant jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 865 u 176 mit-Tlettax-il Leġiżlatura.", "In-nefqa fuq reklamar għall-perjodu Awwissu 2017 sa Diċembru 2018 hija kif indikata fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassma kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Peress li din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor.", "Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.", "DIRETTUR ĠENERALI TAL-AKWAKULTURA U S-SAJD – ALLEGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatt sar minnu jew minn xi ħaddieħor f'isem il-Gvern Malti mal-Kummissjoni Ewropea u b'mod partikolari mal-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, dwar l-allegazzjonijiet li ġew ippubblikati minn El Confidencial fir-rigward tal-persuna li sa nhar it-Tlieta, 12 ta' Frar 2019, kienet tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Akwakultura u s-Sajd?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mhux il-każ li kellu jsir kuntatt kif riferut minnu u dan għaliex il-materja riferuta mhix kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea.", "AWTORITÀ GĦALL-AMBJENT U R-RIŻORSI – RAPPORTI DWAR ĦMIEĠ FIL-BAĦAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet rapporti l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar każijiet ta' rqajja' kbar ta' ħmieġ u ragħwa mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-data ta' kull rapport, il-lokalità u/jew indikazzjoni tal-bajja u x'azzjoni ttieħdet dwar kull rapport?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet il-proposta tal-Gvern sabiex isir upgrading taż-żona tax-Chalet f'Tas-Sliema?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa Projects Malta Limited qiegħda tevalwa l-options.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni għamel mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema dwar il-proposta tal-Gvern li jsir upgrading taż-żona tax-Chalet, f'Tas-Sliema?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8953.", "Ngħarrfu wkoll li se ssir konsultazzjoni dwar l-options mal-Kunsill Lokali.", "IL-BAJJA TAL-BALLUTA – STUDJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tmien studji li saru mis-sena 2013 sas-2018 dwar il-Bajja tal-Balluta?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk wara dawn it-tmien studji tħejjewx studji oħra dwar il-Bajja tal-Balluta u jekk iva jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Intepellant li mill-2013 saru dawn l-istudji:", "KORP TAL-PULIZIJA – RAPPORTI TA' FAKE NEWS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva rapporti l-Korp tal-Pulizija dwar fake news sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onor.", "GĦAWDEX – TRIQ QASAM SAN ĠORĠ BEJN IR-RABAT U SANTA LUĊIJA – KISI TA' TARMAK", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5908 peress li għad ma sar ebda xogħol biex isir network ta' distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala new water fit-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b'kisja waħda u hemm ammont ta' tappieri perikolużi li huma 'l fuq mil-livell tat-triq?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li għadhom kif ġew allokati fondi tal-Unjoni Ewropea taħt EAFRD liema fondi se jintużaw biex titwettaq is-sistema tad-distribuzzjoni tan-new water.", "It-tender għal dan ix-xogħol qiegħed fl-aħħar stadju ta' preparamenti biex jiġi ppubblikat.", "Hekk kif jintemmu l-proċeduri kollha marbutin ma' dan it-tender jibdew ix-xogħlijiet.", "Sadanittant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tieħu ħsieb biex kemm jista' jkun tnaqqas l-inkonvenjent billi ddur dawn it-tappieri.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX – ORTHOPAEDIC UNIT – XOGĦLIJIIET FUQ BANKINA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestiex ix-xogħol fuq il-bankina ta' barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid jekk inħariġx il-Compliance (Completion) Certificate għal din il-binja u jekk iva jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid ukoll jekk din il-binja bdietx tintuża għall-iskop li ġiet mibnija, jiġifieri bħala Orthopaedic Unit?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadu għaddej il-proċess ta' procurement rigward il-bankina ta' barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Fix-xhur li għaddew ġew ippubblikati żewġ sejħiet għall-offerti, fejn ma kien hemm l-ebda interess min-naħa tal-kuntratturi lokali.", "Il-management tal-isptar qiegħed jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol isir.", "Il-Compliance (Completion) Certificate se jiġi mitlub wara li jitlesta x-xogħol neċessarju.", "RABAT GĦAWDEX – BINI TA' CAR PARKS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u tgħid fejn huma ppjanati li jinbnew car parks fir-Rabat Għawdex biex tkun tista' tittaffa l-problema tal-parkeġġ f'din il-lokalità?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u l-Ministeru qed jistenna l-eżitu tal-proġett tal-Parkeġġ tal-Katidral.", "GĦAWDEX – BARRIERI LI JISTGĦU JIRĊIEVU MATERJAL TAL-KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm barrieri ġewwa Għawdex li għandhom il-permessi kollha meħtieġa li jirċievu materjal tal-kostruzzjoni?", "Jista' jindika n-numru ta' dawn il-barrieri, kif ukoll f'liema lokalità jinsabu u l-indirizz ta' dawn il-barrieri u kemm minnhom qed jilqgħu skart tal-kostruzzjoni fil-preżent?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9244 f'din l-istess seduta.", "GĦAWDEX – ĠBIR TA' DEMEL LIKWIDU MILL-IRZIEZET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġimgħat id-demel likwidu tal-baqar mill-farms ta' Għawdex ma tteħidx ġewwa l-premises tal-WasteServ li jinsabu ġewwa tal-Kus fix-Xewkija, Għawdex?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sistema li biha kien qiegħed jinġabar id-demel likwidu tal-baqar u majjali ġo Għawdex, li kien jiġi ttrattat minn kuntrattur privat li kien armat biswit l-impjant tal-WasteServ ġo tal-Kus fix-Xewkija, kienet waħda temporanja.", "Sadanittant daħlu fis-seħħ miżuri oħrajn biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata.", "RABAT GĦAWDEX – SKOLA PRIMARJA ĠDIDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Iskola Primarja ġdida tar-Rabat Għawdex, li issa ilha mwiegħda aktar minn ħames snin, tilqa' fiha l-ewwel studenti?", "Jista' jgħid jekk ħarġux il-permessi meħtieġa min-naħa tal-P.A?", "Jista' jgħid jekk it-tenders ħarġux u ġewx awarded?", "Jista' jgħid kemm se tkun tista' tilqa' studenti din l-iskola?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li t-timeframes tal-proġett tal-bini ta' skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, se jkunu determinati kif jinħarġu l-permessi mill-Awtorità għall-Ippjanar.", "It-tenders għadhom qegħdin jinħadmu.", "Ngħarraf ukoll lill-Onor.", "Interpellant li l-iskola se tkun tista' tilqa' 500 student.", "QRATI – ITTRI UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali fil-Qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm minnhom ġew preżentati kemm quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili f'Malta u Għawdex?", "OWEN BONNICI: Infurmat li fis-sena 2018 ġew ippreżentati dawn l-ittri uffiċjali fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta:", "Fis-sena 2018 ġew ippreżentati dawn l-ittri uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex:", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li tul is-sena 2018 irrappurtaw lill-Ministeru u lill-Ambaxxati li kien insterqilhom il-passaport?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2018 kien hemm 14-il rapport ta' serq ta' passaporti.", "BIRGU – ĦSARA FIL-KAPPELLA TAL-QALB TA' ĠESU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi ħsara saret lill-Kappella tal-Qalb ta' Ġesu fi Triq il-Qalb ta' Ġesu, il-Birgu u jekk kemm-il darba humiex se jsiru t-tiswijiet neċessarji fiha?", "Interpellant li l-kappella mhijiex proprjetà tal-Gvern.", "Mhux eskluż li d-Direttorat tar-Restawr, għad li mhumiex proprjetà tal-Gvern, jirrestawra kappelli partikolari, partikolarment jekk jiġu suġġeriti minn Kunsilli Lokali skont skemi apposta.", "QRATI – ITTRI UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm minnhom ġew ippreżentati kemm quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili f'Malta u Għawdex?", "OWEN BONNICI: Infurmat li fis-sena 2018 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta kienu dawn:", "Fis-sena 2018 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex kienu dawn:", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ippreżentati rikorsi quddiem il-Qrati tagħna taħt l-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili tul l-2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fis-sena 2018 ġew ippreżentati 39 rikors taħt l-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili fil-Qorti ta' Malta ppreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Apparti dawn kien hemm żewġ rikorsi ta' appell ippreżentati fil-Qorti tal-Appell sabiex jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili.", "Fil-Qorti ta' Għawdex, matul is-sena 2018, ġew ippreżentati 13-il rikors ai termini tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili.", "QRATI - TALBIET GĦALL-BIDU TA' PROĊEDURI TA' SEPARAZZJONI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-bidu ta' proċeduri ta' separazzjoni permezz tal-medjazzjoni fil-qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista' jindika dan quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex?", "OWEN BONNICI: Fil-Qorti ta' Malta, matul is-sena 2018, ġew ippreżentati 1,197 proċedura ta' separazzjoni permezz tal-medjazzjoni, 907 nbdew permezz ta' ittra u 290 inbdew permezz ta' nota konġunta.", "Fil-Qorti ta' Għawdex matul is-sena 2018 ġew preżentati 45 proċedura ta' separazzjoni permezz tal-medjazzjoni, 34 inbdew permezz ta' ittra u 11 inbdew permezz ta' nota kunġunta.", "POPOLAZZJONI TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' persuni b'diżabilità maqsuma f'age groups ta' taħt it-18-il sena, bejn 18-il sena u 65 sena u 'l fuq minn 65 sena, skont l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-aħħar ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2011, kien hemm 30,183 persuna li rrappurtaw li kellhom mill-inqas waħda minn dawn it-tipi ta' diżabilità jew diffikultà:", "· kundizzjoni ta' saħħa mentali,", "· nuqqas ta' smigħ jew telf parzjali tas-smigħ,", "· nuqqas ta' vista jew telf parzjali tal-vista,", "· diżabilità intelletwali,", "· diffikultà fit-tagħlim,", "· diffikultà ta' żvilupp,", "· diżabilità fiżika u diżabilità jew diffikultà oħra.", "It-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti turi breakdown ta' dawn il-persuni skont l-età.", "STUDENTI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8869, jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' tfal b'diżabilità intellettwali, fiżika u/jew mentali?", "Jista' jgħid f'liema skejjel qegħdin jattendu?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ - SPIŻA GĦAL KULL KLIJENT LI JATTENDI F'XI ĊENTRU", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 36962 tal-11-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jindika kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi f'xi Ċentru tal-Persuni b'Diżabilità tal-Aġenzija Sapport illum?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża għal kull persuna b'diżabilità li tattendi ċ-Ċentri ta' Matul il-Jum, immexxija mill-Aġenzija Sapport, tammonta għal medja ta' €70 kuljum.", "AĠENZIJA SAPPORT – ĦIDMA", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma twettqet mill-Aġenzija Sapport f'dawn l-aħħar sentejn?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "WIED FULIJA – XOGĦLIJIET TA' RIABILITAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta se jibdew ix-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni ta' Wied Fulija li għandhom isiru mill-WasteServ?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet ta' riabilitazzjoni ta' Wied Fulija se jibdew appena jinħareġ l-executable permit mill-Awtorità għall-Ippjanar.", "F'dan l-istadju l-proġett ġie approvat u s'issa nħareġ non-executable permit minħabba li l-Awtorità tal-Ambjent (ERA) talbet li jsiru numru ta' testijiet fuq il-ħġieġ li jinsab f'din il-landfill.", "Is-samples tal-ħġieġ ittieħdu diġà u hekk kif jiġu analizzati r-riżultati, dawn sejrin jiġu sottomessi lill-ERA.", "Nifhmu li malli l-ERA tkun sodisfatta mir-riżultati, ikun jista' jinħareġ l-executable permit mill-Awtorità għall-Ippjanar.", "Sadanittant ġie ffirmat il-kuntratt mal-Joint Venture li se tkun qed twettaq ix-xogħlijiet.", "Bħalissa l-kuntrattur qed jagħmel is-surveys neċessarji fuq is-sit kif ukoll xi studji oħra.", "Malli joħroġ il-permess, ikun jista' jibda x-xogħol minnufih.", "Hu maħsub li x-xogħol se jibda għal nofs din is-sena.", "SOVRINTENDENZA TAL-PATRIMONJU KULTURALI – KAŻIJIET PENDENTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm iddum tistenna biex jinħareġ rapport mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali?", "Jista' jgħid kemm hemm każijiet pendenti għal aktar minn sena u nofs?", "OWEN BONNICI: Infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ma toħroġx rapporti iżda tagħti diversi rakkomandazzjonijiet.", "F'dan ir-rigward nitlob lill-Onor.", "Interpellant jikkjarifika għal liema tip ta' rakkomandazzjonijiet qed jirreferi.", "Infurmat ukoll li m'hemm l-ebda tip ta' każ pendenti għall-perjodu indikat mill-Onor.", "Għaldaqstant nitolbu jispeċifika għal liema tipi ta' każijiet pendenti qed jirreferi.", "L-Interpellant jista' jgħaddi d-dettalji tal-każ partikolari separatament biex is-Sovrintendenza tkun tista' tagħti risporta speċifika.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9092, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, jista' jikkonferma li l-Ministeru tiegħu m'għandux miri li jinħoloq xi tip ta' bilanċ fit-tmexxija abbażi ta' ġeneru?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2012 fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ kien hemm 16-il mara minn skala 1 sa skala 5.", "Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9093 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8874, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9094 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9095 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9096 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI ŻGĦAR – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9097 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "KORP TAL-PULIZIJA – POST FUQ FACEBOOK - PASSI KONTRA PULIZIJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fil-konfront tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li tella' video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal \"aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj\"?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li dan il-każ ġie riferut għall-investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "KORP TAL-PULIZIJA – POST FUQ FACEBOOK - PASSI KONTRA PULIZIJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'regoli interni japplikaw fil-Korp tal-Pulizija u x'passi jistgħu jittieħdu f'każ bħal dak tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li tella' video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal \"aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj\"?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ tal-pulizija inkwestjoni, il-provedimenti tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Pulizija, Kap. 164, jiġu applikati meta jkun hemm ksur ta' xi reat dixxiplinarju.", "KORP TAL-PULIZIJA POST FUQ FACEBOOK - PASSI KONTRA PULIZIJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li għandhom jittieħdu passi fil-konfront tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separtament li tella' video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal \"aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj\"?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi kif diġà ġie mwieġeb fil-mistoqsija 9217 li saret ukoll mill-Onor.", "Interpellant, dan il-każ ġie riferut għall-investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA LI TELLA' POST FUQ FACEBOOK – DĦUL LURA FIL-KORP", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid il-pulizija li tella' video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal \"aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj\" u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, meta ddaħħal lura fil-korp, f'liema grad iddaħħal u kemm kien ilu barra mis-servizz?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-uffiċjal inkwistjoni ddaħħal lura fil-Korp fis-27 ta' Lulju 2016 fil-grad ta' Surġent wara li l-Grievances Unit sabet li l-istess persuna sofriet għadd ta' inġustizzji taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Hu kien ilu barra mill-Korp mis-26 ta' Ottubru 2005.", "KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA LI TELLA' POST FUQ FACEBOOK – BLUE BADGE", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separtament li tella' video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal \"aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj\" għandux blue badge tad-diżabilità waqt li huwa parti mill-Korp tal-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-blue badges ma joħorġux mill-Kummissarju tal-Pulizija iżda mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni d'Diżabilità.", "Infurmat li l-uffiċjal imsemmi nħarġitlu Blue Badge fl-2011.", "ISTITUZZJONI TA' EDUKAZZJONI OGĦLA – LIĊENZJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta applikat u ngħatat il-liċenzja biex topera bħala università?", "Jista' jgħid ukoll meta bdiet l-operat tagħha?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li skont ir-reġistru tal-NCFHE, l-istituzzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma teżistix.", "L-unika istituzzjoni fir-reġistru tal-NCFHE li l-Onor.", "Interpellant jista' jkun qed jirreferi għaliha hija dik li l-informazzjoni dwarha qed tingħata lill-Onor.", "Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.", "Imma din l-istituzzjoni qatt ma kellha liċenzja ta' università.", "Din hija istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla u bdiet l-operat tagħha f'Ġunju tal-2018.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar x'kien l-input u l-output ta' tonn li kull fish farm tat-tonn immaniġġja rispettivament f'dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena għal kull fish farm tat-tonn?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "WIED IS-SEWDA – INVESTIGAZZJONI MILL-ERA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8901, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-investigazzjoni li saret mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u jista' jgħid x'passi ttieħdu?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ min-naħa tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi għadhom għaddejjin.", "Intalbet ukoll informazzjoni minn entitajiet oħrajn peress li hu maħsub li jistgħu jitfgħu iżjed dawl fuq l-investigazzjoni.", "BARRIERI GĦAR-RIMI TA' SKART TAL-KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8588, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barrieri li qed jintużaw għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni li l-Gvern għandu titolu ta' art fuqhom?", "Jista' jgħid liema huma billi jsemmihom?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Skont ma jien infurmat mill-Awtorità għall-Artijiet, il-mistoqsija parlamentari trid tiġi indirizzata lill-Ministru kkonċernat.", "Barriera tingħata b'kirja għat-tqattigħ ta' ġebel u żrar u mhux neċessarjament ikollna informazzjoni jekk hux qed tintuża biex jintrema skart ta' kostruzzjoni.", "Jekk jintrema skart ta' kostruzzjoni, l-azzjoni mhux bilfors hija illegali peress li waħda mill-kundizzjonijiet tal-kirjiet antiki għal barrieri kienet illi jridu jagħmlu riabilitazzjoni tal-barriera hekk kif ma jifdalx xi jqattgħu minnha.", "Riabilitazzjoni tfisser li barriera tista' timtela u ssir għalqa, u l-kuntratti ma jispeċifikawx kif.", "AWTORITÀ GĦALL-IPPJANAR – ENFORCEMENTS U DIRECT ACTIONS KONTRA GARAXXIJIET", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorità għall-Ippjanar kemm għamlet enforcements u direct actions kontra garaxxijiet li fihom jgħixu n-nies u żgumbrawhom?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat, mis-sistema informatika tal-Awtorità għall-Ippjanar jirriżulta li hemm reġistrati 60 każ ta' avviżi ta' infurzar (enforcements) li jirrelataw ma' bdil ta' użu ta' garaxxijiet għal residenzi.", "L-użu residenzjali twaqqaf fi 15-il każ minnhom, filwaqt li f'29 każ l-użu ġie sanzjonat jew regolarizzat skont il-policy rispettiva.", "Is-16-il każ l-ieħor għadhom pendenti minħabba appell, applikazzjoni sanatorja jew fil-lista ta' direct actions.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8590 u ċjoè: B'referenza għat-triq irregolari ġo Wied Qirda li ngħatat wiċċ tat-tarmak meta kienet diġà irregolari għax timblokka l-wied, kif ukoll intefa' aktar radam biex titwessa' t-triq kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separtament, jista' l-Ministru jgħid xi protest għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mal-Awtorità għall-Ippjanar dwar dan?", "Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-korrispondenza dwar dan is-suġġett?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward ta' dan is-suġġett, ir-relazzjoni kienet bejn Infrastructure Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.", "Fil-fatt, Infrastructure Malta infurmat lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li kien se jsir xogħol fuq din it-triq kif dejjem jintalab mill-Awtorità fi proġetti simili.", "ERA – PASSI KONTRA BEJGĦ TA' SIĠAR INVAŻIVI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Wara li ġew ippubblikati kemm regolamenti dwar il-ħarsien tas-siġar kif ukoll numru ta' linji gwida fejn f'kollha jissemmew siġar invażivi, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tara li l-ispeċi li huma msemmija u meqjusa bħala siġar li jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali Malti ma jibqgħux jiġu mibjugħa?", "Jista' jinforma lill-Kamra kemm ittieħdu passi mill-ERA s'issa f'dan ir-rigward?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara l-pubblikazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar fl-2018, kif ukoll il-Linji Gwida fuq Interventi fuq Siġar, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) nediet kampanja ta' għarfien u informazzjoni kemm fuq speċi protetti, kif ukoll fuq speċi invażivi tal-flora u fawna permezz ta':", "Laqgħat pubbliċi ta' informazzjoni għas-setturi kollha involuti fil-qasam u erba' laqgħat pubbliċi f'diversi żoni f'Malta u Għawdex;", "Laqgħat individwali ma' entitajiet tal-Gvern, pubbliċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi;", "Għoti ta' informazzjoni onlajn mill-aġġornar tal-website tal-Awtorità u permezz tal-email bi tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni;", "Parteċipazzjoni f'fieri u attivitajiet pubbliċi, permezz ta' stands ta' informazzjoni u tqassim ta' materjal informattiv żviluppat apposta;", "Preżenza fuq il-midja b'numru ta' artikli ppubblikati fuq rivisti u gazzetti lokali, u numru ta' intervisti u features minn uffiċjali tal-ERA fuq diversi aħbarijiet, programmi televiżi u fuq stazzjonijiet tar-radju;", "Pubblikazzjoni ta' żewġ riklami differenti għal fuq it-televiżjoni li ntwerew kemm-il darba fuq l-istazzjon nazzjonali fix-xhur li għaddew u anke ttellgħu fuq Facebook;", "Sponsorjar ta' ktieb fuq is-siġar Maltin u l-ambjenti naturali tagħhom.", "Kumplimentari għal dan, l-ERA għadha kemm nediet abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali biex Jipprevjenu u Jitnaqqsu l-Impatti minn Speċi Aljeni Invażivi fil-Gżejjer Maltin u tmien Kodiċi Nazzjonali ta' Prattika Tajba fuq Speċi Aljeni Invażivi fil-Gżejjer Maltin, li japplikaw skont is-settur indirizzat, liema dokumenti nħarġu għall-konsultazzjoni pubblika.", "Fuq dan is-suġġett partikolari:", "Se ssir laqgħa ta' konsultazzjoni għas-setturi kollha interessati li għaliha mistiedna diversi entitajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet mhux governattivi, impurtaturi, landscapers, sidien tal-ħwienet (fosthom pet shops u supermarkets) u kuntratturi;", "Se ssir ukoll sessjoni ta' informazzjoni għall-Kunsilli Lokali u l-kuntratturi tagħhom;", "Ladarba dawn id-dokumenti jiġu ffinalizzati u approvati skont il-prassi legali mfassla fil-liġi ambjentali, se titkompla l-kampanja ta' għarfien u informazzjoni dwar dan is-suġġett;", "Intbagħtu ittri flimkien ma' ktejjeb b'tagħrif dwar pjanti u annimali invażivi li l-kummerċ tagħhom huwa illegali lil numru ta' stakeholders, inklużi sidien ta' ħwienet bħal pet shops, u komplew jiġu investigati rapporti li rċeviet l-Awtorità dwar possibbiltajiet ta' bejgħ jew tħawwil illegali ta' speċi invażivi.", "Mid-data tal-pubblikazzjoni tar-regolamenti, id-Direttorat tal-Konformità u Infurzar investiga erba' rapporti.", "Sadanittant l-Awtorità xorta waħda qiegħda timplementa diversi attivitajiet biex jitneħħew pjanti u annimali aljeni u invażivi f'diversi nħawi fil-Gżejjer Maltin, bħal xogħlijiet biex jitneħħew is-sabbar tal-Amerka, il-pjuma, is-swaba' tal-Madonna, l-akaċja, il-qasab il-kbir, il-firien u speċi invażivi oħra f'postijiet imħarsa taħt Natura 2000.", "L-ERA qiegħda timplimenta l-Programm Nazzjonali ta' Monitoraġġ fil-Baħar li kien approvat mill-Gvern fl-2015, u ġabet ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm EMFF.", "Permezz ta' dan il-proġett qed isir monitoraġġ fuq l-ispeċi aljeni fil-baħar fil-portijiet u żoni mħarsa fil-baħar.", "Barra minn dan, l-ERA applikat u ħadet kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea permezz ta' proġett Interreg.", "B'dawn il-fondi qiegħda timplementa l-proġett HARMONY dwar speċi aljieni invażivi flimkien ma' entitajiet Taljani u Maltin, fosthom l-Università ta' Malta.", "Minbarra dan, sar ukoll tħawwil ta' eluf ta' siġar Maltin u ġew imsaħħa popolazzjonijiet ta' siġar eżistenti jew ġew imdaħħla mill-ġdid fis-selvaġġ (intoduzzjoni mill-ġdid) siġar Maltin li kienu nqerdu jew li kienu mhedda serjament.", "B'kollaborazzjoni mal-ERA, qed jitkabbru siġar Maltin f'mixtliet ta' Ambjent Malta, li jinkludu siġar u xtieli Maltin li qed jintużaw f'xogħlijiet ta' afforestazzjoni u restawr ambjentali madwar Malta.", "Aktar tagħrif dwar xogħlijiet fuq speċi invażivi u ħarsien ta' speċi jinstabu fil-website tal-ERA.", "PROĠETT TAS-CENTRAL LINK", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Filwaqt li napprezza r-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 8903, u peress li mhux il-mistoqsijiet oriġinali kollha ġew imwieġba, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8903 u ċjoè: B'referenza għall-proġett tas-Central Link, jista' l-Ministru jgħid:", "a. kemm huwa n-numru ta' bdiewa, sew full-time kif ukoll part-time, li sejrin jitilfu jew se jkunu milquta fix-xogħol tagħhom kemm direttament kif ukoll indirettament bħala bdiewa;", "b. kemm-il tomna raba' maħduma se tinqered minħabba dan il-proġett;", "c. kemm-il ġibjun li jaħżen l-ilma, riżors li qed isir aktar rari u mfittex minn ġurnata għall-oħra, se jinqered biex jagħmlu wisa' għal dan il-proġett; u", "d. kemm-il siġra se tinqered biex ukoll jagħmlu wisa' għal dan il-proġett?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Central Link Project huwa investiment importanti għal ambjent u kwalità ta' ħajja aħjar fiċ-ċentru tal-pajjiż, permezz tal-bini mill-ġdid u t-titjib tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, ir-Rabat u l-Imġarr.", "Permezz tiegħu se jitneħħew erba' sistemi ta' traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta' Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha li jkunu ġejjin min-naħa tal-Mosta, ta' Ta' Qali u tar-Rabat ikollhom jgħaddu minn lembut ta' korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat.", "Se jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta' Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu s-central strips.", "Bħalissa dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivvjaġġar.", "Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta' karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b'aktar riskji ta' inċidenti kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.", "Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta' aktar minn 10 kilometri ta' bankini u passaġġi għall-mixi, l-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq li qatt kien hawn f'Malta, bejn l-Imrieħel u Ta' Qali, faċilitajiet aktar sikuri għal dawk li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku u aktar minn 19,000 metru kwadru ta' żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).", "It-tagħrif dwar l-impatti pożittivi jew negattivi li dan il-proġett jista' jkollu fuq l-inħawi, fosthom id-dettalji dwar l-agrikoltura, is-siġar, strutturi u l-ambjent naturali li qed jiġu mitluba, jinsabu fl-istudji tekniċi li saru minn esperti indipendenti bħala parti mill-proċess tal-Environmental Impact Assessment (EIA), li sar bi tħejjija għat-twettiq ta' dan l-investiment.", "Dawn l-istudji kollha ġew ippubblikati mill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi fil-ġimgħat li għaddew u jinsabu disponibbli pubblikament, kif diġà indikajt fit-tweġiba għall-mistoqsija 8903 li qed issir referenza għaliha.", "TANKER TAL-GASS – SITWAZZJONI TA' ALLERT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġajr tal-Ilma: B'referenza għall-aħbar fuq is-sit ta' Net News ta' nhar il-Ħadd, 24 ta' Frar 2019, bit-titlu 'Fuq allert minħabba t-tanker tal-gass' (il-link qed jingħata separatament) u fejn intqal li \"Sorsi qalulna li l-Electrogas tinsab fuq allert massimu minħabba din is-sitwazzjoni\", jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm allert massimu nhar il-Ħadd 24 ta' Frar 2019?", "JOE MIZZI: Jien infurmat li ttieħdu l-passi ta' prekawzjoni kollha meħtieġa biex is-sitwazzjoni tinżamm taħt kontroll.", "Tali prekawzjoni hija waħda maqbula bejn il-partijiet kollha kkonċernati f'sitwazzjonijiet bħal dawk li esperjenzajna matul il-jiem ta' bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd 24 ta' Frar 2019, u għaldaqstant ma eżistiet l-ebda forma ta' allarm.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM KUNDIZZJONIJIET U PAGI DIFFERENTI MINN TAL-MALTIN", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9064, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin, u fejn fit-tweġiba ntqal li l-mezz kif impjegati Għawdxin fis-settur pubbliku jiġu jaħdmu f'Għawdex hu billi l-Ministeru għal Għawdex jidħol fi ftehim mal-entitajiet biex ix-xogħol tagħhom isir f'Għawdex, u ntqal ukoll li hija dejjem għażla tal-impjegat jekk jiġix assorbit mal-entità jew inkella jibqax mas-settur pubbliku, u peress li l-impjegati Għawdxin li jiġu trasferiti minn Malta għal Għawdex ma jagħżlux huma d-dipartiment li jkunu se jaħdmu miegħu f'Għawdex imma jiġu assenjati skont il-vakanzi li jkun hemm f'Għawdex, u peress ukoll li l-impjegati, li hemm referenza għalihom fil-mistoqsija 9064, meta saret il-bidla minn dipartiment tal-Gvern għal entità jew awtorità, qatt ma ngħataw l-opportunità li jagħżlu jekk jibqgħux mas-settur pubbliku jew jiġu assorbiti mal-entità, tista' l-Ministru tispjega l-fatt li dawn l-impjegati, bla ma għandhom l-ebda tort, qed jiġu mċaħħda minn pagi u kundizzjonijiet li għandhom ħaddiema sħabhom Maltin?", "Interpellant li għalkemm dawn l-uffiċjali jagħmlu xogħol ta' dawn l-entitajiet pubbliċi, ladarba huma kollha uffiċjali pubbliċi dawn dejjem tħallsu bir-rati tas-servizz pubbliku.", "RABAT GĦAWDEX – KAŻ TA' ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6690, li kienet tittratta art fir-Rabat Għawdex, liema art kienet esproprjata f'Mejju 1997, u li fuq l-istess art, fl-2015, 18-il-sena wara li ġie ppubblikat l-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, kienet saret kontestazzjoni minn terzi persuni, u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija ntqal li l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità qiegħed fil-proċess li jeżamina dawn id-dokumenti, jista' l-Ministru jgħid:", "(1) x'inhuma d-dokumenti li ġew ippreżentati; u (2) issa li għaddew seba' xhur minn meta ngħatat it-tweġiba, xi rriżulta mid-dokumenti li ġew ippreżentati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, fir-rigward tal-persuni li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament f'mistoqsija 6452, l-Awtorità tal-Artijiet qed tikkontendi li dawn ma jidhirx li għandhom titolu fuq l-art.", "Dan għaliex bħala prova tat-titolu ppreżentaw diviżjoni u l-art inkwistjoni ma kinitx imsemmija f'tali diviżjoni.", "Rigward dan, il-persuni inkwistjoni diġà ġew infurmati.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9086, liema domanda kienet dwar Senior Operative IV, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jibdew jitħallsu dawk it-tmien persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija li kienu mal-Gvern u ġew trasferiti u qegħdin jaħdmu mal-ELC u li kellhom jitħallsu b'lura mill-4 ta' Diċembru 2017?", "JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BIRŻEBBUĠA – RAPPORTI TA' SERQ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata f'Birżebbuġa mill-bidu ta' din is-sena sal-lum?", "Kien hemm xi arresti b'rabta ma' dawn ir-rapporti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi mill-bidu ta' din is-sena sal-lum kien hemm 34 każ ta' serq f'Birżebbuġa.", "Inkonnessjoni ma' dan is-serq kien hemm xi arresti, però l-investigazzjonijiet biex jinstabu l-ħatja għadhom għaddejjin.", "ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA – TQASSIM TA' OQBRA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid meta se jitqassmu l-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif jidher fil-kuntratt iffirmat bejn CampoSanto u l-Gvern, iż-żmien massimu li jista' jittieħed sabiex jitlestew l-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata huwa ta' 36 xahar.", "Hekk kif ikun hemm oqbra lesti u ma jkunx hemm perikli għal min ikun qed jattendi xi funeral u/jew ikun preżenti fiċ-ċimiterju, jibda t-tqassim.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8915, jista' l-Ministru jivverifika ma' korrispondenza li l-istess Transport Malta tibgħat lil min ikun qed japplika għal-liċenzja tas-sewqan u jkun diġà notifikat b'dak li hu meqjus bħala Medical Team?", "Jista' jivverifika jekk applikant li jkollu bżonn notifikazzjoni mill-Medical Team ma jkunx mitlub iħallas spiża aktar milli jkun mitlub applikant li ma jkunx referut għall-Medical Team?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, Transport Malta ma titlobx u ma timponi l-ebda ħlas addizzjonali lil kull min jeħtieġ li jintbagħat għand il-Medical Team.", "Min-naħa tal-Awtorità japplikaw biss l-istess pagamenti li huma relatati u meħtiega mat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan.", "GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI – KAŻ TA' INDIVIDWI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u jispjega għaliex wara talba li għamlu għal għajnuna supplimentari, qed jingħad lilhom li rċevew aktar minn €13,434 għas-sena 2017, meta dan l-istess ammont jidher li jinkludi ammonti dovuti għas-sena ta' qabel?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ indikat minnu ġie mistħarreġ u jidher li l-assessment li jsir mid-Dipartment sabiex jiġi stabbilit hemmx dritt għall-għajnuna supplimentari huwa korrett.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar fil-Mosta f'dawn l-aħħar xahrejn (Jannar u Frar 2019)?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant ikun speċifiku fil-mistoqsija tiegħu billi jindika lil min saru r-rapporti.", "GĦAR LAPSI – PARATI ĠODDA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9087, b'rabta mal-istallazzjoni ta' parati ġodda f'Għar Lapsi, jista' l-Ministru jgħid taħt liema Ministeru taqa' din ir-responsabbiltà?", "JOSÈ HERRERA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16985 tat-12-il Leġiżlatura.", "Għalhekk, fil-każ speċifiku huwa l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li huwa responsabbli għat-tibdil tal-parati ta' din l-islipway li hija ta' aċċess pubbliku.", "SPTAR MATER DEI – OPERAZZJONIJIET MINN VISITING CONSULTANTS MIR-RENJU UNIT", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm isiru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei kull sena minn visiting consultants mir-Renju Unit?", "Il-proċess ta' Brexit se jkollu xi impatt fuq dan?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-2016 sal-2018 fl-Isptar Mater Dei saru medja ta' 250 operazzjoni fis-sena taħt visiting consultants mir-Renju Unit.", "Mhux mistenni li l-proċess tal-Brexit ikollu impatt negattiv fuq dan is-servizz.", "GĦAJNUNA SOĊJALI – KAŻ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara jekk id-deċiżjoni rigward il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kenitx korretta?", "Jista' l-Ministru jindaga dan il-każ umanitarju sabiex jara li l-għajnuna soċjali mitluba tkun ikkunsidrata mill-ġdid?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni għall-Allowance Miżjuda għall-Carers tal-persuna li tagħha qegħdin jingħataw id-dettalji b'mod separat, ġiet irrifjutata għaliex il-pazjent li tieħu ħsieb u li applikat f'ismu ma jissodisfax il-kriterji mediċi stabbiliti fil-liġi biex jikkwalifika bħala persuna ta' dipendenza għolja.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Personal Emoluments Item 12, ġew ivvutati €750,000 addizzjonali għal salarji u pagi, tista' l-Ministru tgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu biex ikun hemm bżonn ta' din iż-żieda fl-estimi approvati fuq dan l-item għas-sena 2018?", "Interpellant li ż-żieda hija dovuta minħabba ħaddiema ġodda fil-Ministeru, trasferimenti ta' ħaddiema għall-Ministeru ta' Għawdex, u promozzjonijiet dovuti.", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Personal Emoluments Item 16, ġew ivvutati €600,000 addizzjonali għal allowances, tista' l-Ministru tgħid x'kienu dawn l-allowances li wasslu biex ikun hemm bżonn ta' din iż-żieda fuq l-estimi approvati għas-sena 2018?", "Interpellant li ż-żieda hija dovuta minħabba l-fatt li l-allokazzjoni għas-sena 2018 mill-Ministeru għall-Finanzi ma kenitx suffiċjenti sabiex tkopri l-ispiża fuq l-allowances.", "Fil-fatt l-ispiża għas-sena 2018 kienet f'konformità mas-sena 2017.", "ESTIMI FINANZJARJI SUPPLIMENTARI 2018 – OPERATIONAL AND MAINTENANCE EXPENSES ITEM 20 – ŻIEDA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Operational and Maintenance Expenses Item 20, ġew ivvutati €420,000 addizzjonali għal Contractual Services, tista' l-Ministru tgħid x'kienu dawn is-servizzi li wasslu biex ikun hemm bżonn ta' din iż-żieda?", "Interpellant li l-item number 20 imsemmi ma jeżistix.", "ESTIMI FINANZJARJI SUPPLIMENTARI 2018 – PROGRAMMES AND INITIATIVES ITEM 5724 – ŻIEDA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Programmes and Initiatives Item 5724, fejn l-estimi approvati għal Work and Training Exposure Scheme kienu jammontaw għal €350,000 u wara kien hemm żieda ta' €1,700,000 oħra, tista' l-Ministru telenka dawn il-programmi u inizjattivi?", "Interpellant li l-parteċipanti tal-Work and Training Exposure Scheme ġew impjegati mal-kuntrattur.", "B'hekk dawk il-parteċipanti issa għandhom impjieg b'kuntratt indefinit.", "IL-MOSTA – TRIQ WIED IS-SIR – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika meta se jibda x-xogħol fi Triq Wied is-Sir il-Mosta peress li t-tabella li ilha mwaħħla għal aktar minn sena tindika li x-xogħol fit-triq se jibda?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis, bl-inqas diffikultajiet għall-pubbliku.", "F'Jannar li għadda din l-Aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Fl-istess waqt, dan ix-xahar tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Aktar toroq li se jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.", "Ix-xogħlijiet fit-triq indikata huma ppjanati li jibdew mill-aktar fis fiż-żmien li ġej.", "Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta' ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f'pajjiżna.", "*Tabelli marbuta mat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6232"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190306_204d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 11 ta' Marzu, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7520 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' kollaborazzjoni li ġie ffirmat nhar is-16 ta' April 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet u/jew iż-żoni f'Malta u f'Għawdex fejn hemm fis-seħħ l-inizjattiva ta' neighbourhood watch?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' San Ġiljan inkluż Paceville?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità tal-Gżira?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta' Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ Espressjoni ta' Interess għalihom eżatt wara li tela' fil-Gvern f'Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew aktar minn ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwarhom?", "Tista' tgħid jekk dawn il-proġetti hux ser isiru u jekk l-Espressjoni ta' Interess li kienet inħarġet, għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar id-Dar tal-Anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem u x'inhu jsir bħalissa?", "Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar?", "Tista' tgħid x'tenders ġodda ħarġu matul is-sena 2018 relatati ma' dan il-proġett u x'tenders ġew ikkanċellati?", "Tista' tgħid ukoll x'tenders hemm ippjanati li joħorġu matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġetti mħabbra fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6271 għall-Forzi Armati ta' Malta ġewwa Għawdex u fiex waslu u x'sar u dan b'referenza li skont il-Ministru kellhom jitjiebu l-abluzzjonijiet, il-kwartieri tas-suldati, it-tkabbir tal-helipad u r-rilokazzjoni tal-irbit tal-bastimenti?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba tlaqqa' l-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex matul is-sena 2018?", "Tista' tgħid ukoll min kien preżenti għal kull laqgħa u t-temi li ġew diskussi f'kull laqgħa?", "Tista' tgħid min ippresjeda kull laqgħa li saret u tagħti d-data u l-post fejn saru l-laqgħat ta' dan il-Kumitat?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-biċċerija fix-Xewkija Għawdex minn fejn hi preżentement, peress li hu ppjanat li fiż-żona fejn hemm il-biċċerija, isir il-Qorti l-ġdida ta' Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mid-disinn u mill-proġett tal-Qorti l-ġdida ġewwa x-Xewkija Għawdex?", "Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s'issa u x'tip ta' xogħol sar fuq dan il-proġett, u kemm tħallas/tħallset s'issa?", "Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas?", "Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Proġett tal-Qorti l-ġdida matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Tarxien tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Gudja tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Fgura tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Raħal Ġdid tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Santa Luċija tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Birgu tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji ta' eleġibbiltà sabiex studenti jirreġistraw u jidħlu għall-Kors tal-Mediċina fl-università li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li l-Kors tal-Mediċina offrut mill-Università li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwa tabilħaqq kors li jilħaq l-istandards u l-kriterji imposti mil-liġi Maltija u Ewropea għad-dħul fil-kors u għall-eleġibbiltà għall-professjoni u warrant ta' tabib kif ukoll għar-rikonoxximent ta' tali kwalifiki f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ħa fil-konfront tal-assistent tiegħu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li kien involut f'inċident li fih għajjar bi kliem indiċenti konsulent tan-Nazzjonijiet Uniti u membru ta' PEN International?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kien involut fl-operazzjoni biex jiġi arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija li ismu qed jingħata separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar 2019 u x'kien, wieħed wieħed, il-grad tagħhom?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm preżenti uffiċjal mediku waqt u flimkien mal-membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu involut fl-operazzjoni biex jiġi arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar 2019?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex il-Pulizija jarrestaw u jieħdu l-Isptar Mount Carmel lill-eks uffiċjal tal-Pulizija li ismu qed jingħata separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar 2019?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid xi programmi ta' taħriġ ġew organizzati mill-Programm LEAP f'dawn l-aħħar tliet snin biex jiġu impjegati persuni vulnerabbli li sarilhom il-profil tagħhom mis-social mentors?", "Fejn sar dan it-taħriġ, meta sar dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu mwaqqfa Ċentri tal-Volontarjat f'pajjiżna u fejn se jkunu mwaqqfa dawn iċ-Ċentri?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti s-sena li għaddiet, u dwar xiex tressqu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6761, jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-iSkema għall-Persuni b'Diżabilità (DIS)?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19771 tat-12-il leġislatura, jista' l-Ministru jagħti tagħrif iddettaljat dwar Be Smart Online li tgawdi minn Fondi Ewropej?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8903 dwar il-Proġett Central Link, kien hemm referenza għar-rapport tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) li ġew elenkati fir-rapport tal-ERA dwar:", "Jista' jgħid jekk hux minnu li dan id-dokument iġib id-data tat-23 ta' Frar 2019 allura dan ifisser li l-approvazzjoni tal-proġett sar qabel il-konklużjoni tal-ERA?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Prim Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta' rġiel ta' nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta' nisa ta' nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ġew akkużati fil-Qorti tal Maġistrati (Għawdex) bi traffikar ta' droga, sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minn dawn instabu ħatja?", "Kemm minnhom kienu membri tal-Korp tal-Pulizija?", "Qed issir xi forma ta' investigazzjoni bejn ir-rabta li jista' jkun hemm bejn din il-forma ta' kriminalità u xi uffiċjal jew uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija ġo Għawdex?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-appartamenti tal-Gvern fil-Qasam tad-Djar f'Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex, u invista li numru sostanzjali ta' residenti huma anzjani u anke hemm persuni b'diżabilità, tista' l-Minsitru tgħid jekk hux qed tikkonsidra li jiġu installati lifts f'dawn il-binjiet?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2016, fejn f'paġna 110 kien intqal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, flimkien ma' aġenziji oħra bħal Ministeru ta' Għawdex, Transport Malta, Lands, MEPA u oħrajn, għandha l-intenzjoni \"……..li tmur lil hinn mill-bajjiet u tipprepara viżjoni għal Kemmuna bħala Park ħolistiku u mhux il-bajjiet biss\", tista' l-Ministru telenka x'azzjonijiet ittieħdu f'dan ir-rigward?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2014, fejn f'paġna 31 kien intqal \"Il-Gvern se jikkummissjona studju soċjoekonomiku u ieħor tekniku, flimkien ma' studju dwar l-impatt ambjentali, dwar l-effett ta' airstrip itwal f'Għawdex.", "Wara proċess ta' konsultazzjoni bbażat fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dan l-iżvilupp, il-Gvern se jieħu deċiżjoni strateġika għall-futur\", tista' l-Ministru tgħid jekk dawn iż-żewġ studji sarux u jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'kienu r-riżultati?", "Tista' tgħid jekk saritx il-konsultazzjoni li ssemmiet f'dan ir-rigward?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2015, fejn f'paġna 133, fost oħrajn intqal li \"Qed isiru studji relattivi għall-proġett ta' rural/green airstrip f'Għawdex.", "Dan se jkun proġett li jagħmel lil Għawdex mhux biss eqreb lejn Malta imma wkoll eqreb lejn il-kumplament tar-Reġjun Mediterranju.", "Dalwqt tinbeda konsultazzjoni pubblika għal dan il-għan\",tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-riżultati ta' dawn l-istudji?", "Tista' tgħid x'kienu l-konklużjonijiet li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2016, fejn f'paġna 152 paragrafu 9.3, intqal li \"Sar progress sinifikanti fl-istudji fuq dan l-investiment potenzjali li jagħti aċċess alternattiv ma' Malta\", tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-progress li qed jingħad li sar?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għal Triq l-Imġarr in-Nadur Għawdex, u li minn mistoqsijiet parlamentari preċedenti jirriżulta li s-Survey Report dwar il-ħsarat li hemm f'din it-triq ilu li tlesta tal-anqas mid-9 ta April 2018, tista' l-Ministru tgħid ix-xogħol li twettaq minn dakinhar 'il hawn?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titnieda l-istrateġija nazzjonali għall-isport filwaqt li jispjega l-proċedura kif ser tkun qed titfassal?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5438 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4599, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jinġabru l-multi mingħand dawk il-494 ġenitur li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6687 u jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom sentenza sospiża?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6698 u jgħid kemm saru allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern matul din is-sena 2018 u f'liema lokalitajiet?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6701 u 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta' Jannar 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017?", "Jista' jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b'xahar fiż-żmien imsemmi?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6755 u jgħid x'inhi l-politika tal-Ministeru fejn jidħlu djar battala?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6796 u ċjoè B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31246 tat-12-il leġislatura u 2567 ta' din il-leġislatura, jista' l-Ministru jagħti tweġiba dwar il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jafu bihom l-impjegati taċ-Ċentri Leap u x'qiegħed isir biex dawn il-persuni jiġu megħjuna?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Fid-dawl ta' splużjonijiet ta' ċilindri tal-gass u leakages li seħħew minn ċilindri oħra tal-gass, (jien stess kelli ċilindru li beda jillikja waqt li kien imqabbad mal-heater), jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet biex jiġu osservati standards ta' safety mill-produtturi taċ-ċilindri tal-gass u fejn jimtlew biex safejn ikun possibbli, jiġu evitati nirien, leakages jew splużjonijiet?", "Billi jidher li dis-sena ġew rappurtati numru ta' każijiet ta' leakages fejn saħansitra kien hemm posts anke fuq Facebook f'dan is-sens, jaħsibx il-Ministru li din il-materja għandha tittieħed bis-serjetà li jixirqilha?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Billi f'pajjiżna għandna numru ta' veterinary nurses li jaħdmu ma' veterinarji u ħafna minnhom, għalkemm għamlu diversi korsijiet u għandhom taħriġ u esperjenza vasta, imma m'għamlux taħriġ formali mill-MCAST u billi l-maġġoranza assoluta ta' dawn n-nurses huma mħarrġa sew f'xogħolhom bħala veterinary nurse u għandhom esperjenza vasta f'dan il-qasam, jaħsibx il-Ministru li għandha ssir liġi li tirregola dan is-settur ta' veterinary nurses fejn issir grandfather clause li tiġbor fiha l-ħafna nurses li għalkemm m'għamlux il-kors formali għandhom diversi forom ta' taħriġ ieħor u esperjenza vasta f'dan il-mistier tant li huma impjegati bħala veterinary nurses ma' għadd ta' veterinarji?", "Billi dan il-qasam ta' veterinary nurses baqa' qatt ma ġie regolat jaħsibx li b'kollaborazzjoni bejn iż-żewġt naħat tal-Kamra jista' jsir abbozz biex dawn il-veterinary nurses jiġu regolati u possibbilment reġistrati?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Minsitru jgħid, mill-2013 sal-lum, kemm tressqu nies il-qorti, sena b'sena, fuq akkużi li għandhom x'jaqsmu mal-moħqrija tal-annimali?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid, kemm ilha li tressqet il-liġi li ma jistgħux jinżammu klieb marbutin b'mod permanenti (chaining of the dogs), kemm-il spezzjoni saret?", "Meta saru dawn l-ispezzjonijiet u f'liema nħawi saru?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-każ ta' persuna li ttieħdet l-Isptar Mount Carmel dan l-aħħar eskortata mill-pulizija u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid:", "a. Jekk skont il-liġi tas-saħħa mentali dan il-klijent ingħatax id-dritt mogħti bil-liġi tal-Att dwar is-Saħħa Mentali li ġiet mgħoddija minn dan il-Parlament fl-2013, li jagħżel person of trust biex iħares l-interessi tiegħu?", "Jekk iva, intagħżel dan il-person of trust mill-klijent (naturalment ma jinteressanix min hu l-person of trust)?;", "b. Il-Ministru ħa permess mingħand il-pazjent jew mingħand dan il-person of trust qabel żvela f'sezzjoni tal-media li dan kien każ psikjatriku għax anke dan l-aspett jaqa' taħt id-dritt tal-kunfidenzjalità tal-pazjent inkwistjoni?", "c. Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali talab permess mill-klijent inkwistjoni jew mill-person of trust tiegħu qabel żvela pubblikament li qed issir inkjesta dwar il-mod kif ittieħed l-isptar?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ex-membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin) li għandhom bejn l-45 u l-61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizz ta' psikologu f'dawn l-aħħar tliet snin u jekk hemmx xi lista ta' stennija?", "Kif jistgħu l-ġenituri jagħmlu użu minn dan is-servizz għall-benefiċċju ta' uliedhom?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità jew il-persuni li jieħdu ħsiebhom, li applikaw biex jagħmlu użu mis-Servizzi ta' Matul il-Jum u għadhom fil-lista ta' stennija?", "Minn liema lokalitajiet ġejjin?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport, Aġenzija Appoġġ u Sedqa organizzawx taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati tagħhom f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Jekk iva, meta sar dan it-taħriġ?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex tikkonsisti l-kura mill-istat għall-Parkinson's Disease?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra kemm irrikorrew għal assistenza fil-poliklinka ta' Ħal Kirkop sa minn meta ġiet inawgurata fis-sena 2017?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra hemm hemm persuni li jingħataw mediċini permezz tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra kemm ingħataw assistenza medika persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza matul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jivverifika dwar x'qed iseħħ fil-ħruġ ta' kontijiet tal-elettriku li kopja tagħhom qed tingħata separament peress li f'kont datat 18 ta' Lulju 2018 sa 22 ta' Settembru 2018, l-individwu li kien dovut iħallas, spiċċa ġie mitlub iħallas €2,541.37 meta l-kontijiet tar-residenza rispettiva kienet titħallas regolarment?", "Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li tali kont kellu jiġi mħallas mis-sid tar-residenza?", "Jista' l-Ministru jagħmel il-verifiki biex jara dan is-sid tar-residenza kemm għandu ġustament iħallas u jingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar xi ħlas huwa dovut li jħallas?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li d-dawl fi Triq Nicolò Isouard fil-Mosta jerġa' jibda jinxtegħel peress li dan id-dawl tat-triq ilu mitfi għal ħafna ġranet?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari (Kontinwazzjoni) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tielet Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 56 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tielet Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali Nru 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq Emenda għall-mozzjoni.", "8 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler (Kont.);", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 fit-3.00 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar is-suġġett \"Abbuż fuq l-Anzjani\" (Kont.);", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 13 ta' Marzu, 2019 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġiżlattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;", "Skrutinju ta' proposti leġiżlattivi dwar Brexit;", "Skrutinju ta' proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Marzu, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017: Arrears of Revenue (paġni 192-213) (Kont.).", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 70 – Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 75 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "8 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190311_205a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 204, li saret fis-6 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet, etc) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna riżorsi umani sabiex tinġabar peress li tmur lura 15-il sena.", "Ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b'mod aktar produttiv.", "Iżda jekk l-Onor.", "Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari, nagħmlu dak li jkun possibbli biex din tinġabar.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem fuq il-media rajna li l-Air Malta se ġġib żewġ ajruplani ġodda għal matul is-sajf meta, kif jaf kulħadd, ix-xogħol jiżdied.", "Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħid x'xogħol ieħor se jkun possibbli li tagħmel l-Air Malta anke permezz ta' dawn iż-żewġ ajruplani ġodda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Bħalissa l-Air Malta għaddejja minn bidla bil-għan li ssir l-airline tal-Mediterran.", "Il-viżjoni tal-Gvern hi li l-airline tagħna sservi bħala pedina importanti ekonomika għall-pajjiż u taqdi lis-settur tan-negozju, is-settur turistiku kif ukoll id-domestic market tagħna.", "Tul dawn l-aħħar snin għamilna ħafna xogħol biex il-cost base tal-Air Malta tonqos u ħdimna ħafna wkoll biex niddefinixxu l-pożizzjoni tal-Air Malta fejn għandha tkun.", "Ir-realtà hi li llum għandna l-low cost carriers li joperaw minn pajjiżna u l-Air Malta needs to coexist ma' dawn il-low cost carriers u trid topera f'suq definit.", "Għaldaqstant inħossu li s-suq tal-Air Malta għandu jkun a premium brand li joffri servizzi għal main airports li low cost carriers ma joffrux, li joffri a business class li low cost carriers ma joffrux kif ukoll li jibda jħares lejn medium haul destinations li huma importanti biex niftħu swieq ġodda lil hinn minn pajjiżna.", "Eżempju ta' dan huwa Mumbai fl-Indja però jistgħu jinfetħu swieq turistiċi ġodda minħabba l-high span ta' element żgħir tal-popolazzjoni tagħhom, minħabba l-business market li hemm u anke opportunitajiet oħrajn.", "Rigward il-flotta rrid ngħid li l-Air Malta għamlet numru ta' studji u eżaminajna liema hu l-aħjar ajruplan li nużaw.", "Pereżempju eżaminajna jekk għandniex nużaw ajruplani żgħar jew dawk li għandna bħalissa u l-konklużjoni kienet li minħabba r-raġuni li nixtiequ nżommu uniformità kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' flotta kif ukoll dak li għandu x'jaqsam ma' piloti - dan biex l-istess piloti jaħdmu fuq l-ajruplani kollha - kif ukoll minħabba l-engineering base, iddeċidejna li nibqgħu naħdmu bil-flotta tal-Airbus.", "L-istrateġija tagħna hi li naqilbu l-flotta tagħna kollha minn A320 għal A320neo li huwa ajruplan ġdid u li huwa 20% aktar effiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-fuel, għandu inqas emissjonijiet, jagħmel inqas storbju u l-landing charges fl-ajruporti prinċipali li topera fihom l-Air Malta, fosthom Frankfurt, Heathrow u ajruporti oħrajn, jonqsu ħafna.", "Fis-sajf li ġej se jaslu żewġ ajruplani ġodda tat-tip A320neo, se jkun hemm a standard configuration, se jkun hemm aktar leg space għall-business class u seats aktar komdi.", "Fil-fatt dawn is-seats huma inqas wiesgħa u huma ħafna aktar komdi.", "Dawn jakkomodaw ukoll 180 passiġġier għax se jkun hemm 12-il seat aktar u żewġ fillieri aktar fihom.", "Apparti dawn, qegħdin nikkonsidraw mudell ieħor li huwa l-A321neo extended range.", "Dan huwa l-istess tip ta' ajruplan bħall-A320neo, jiġifieri huwa narrow bodied, għandu l-istess makni imma t-tube tiegħu huwa daqsxejn aktar tawwali u allura jiflaħ aktar passiġġieri u apparti minn dan kollu jista' jmur destinazzjonijiet aktar fit-tul.", "Qegħdin nevalwaw żewġ mudelli oħrajn li huma n-neo long range A321 u, kif għedt, l-extended range.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Jista' l-Ministru jitfa' dawl dwar jekk hemmx xi ħsieb, pjan jew proġett sabiex jinxtraw jew jinkrew xi helicopters għall-użu bejn Malta u Għawdex?", "Jista' jagħtina din l-informazzjoni?", "Jista' jgħidilna min hi l-kumpanija li dawn se jinkrew jew jinxtraw mingħandha?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Il-konnettività bejn Malta u Għawdex hija prijorità.", "Għall-medium and long term il-Gvern qed jaħdem fuq it-tunnel bejn Malta u Għawdex però għal dak li huwa short term hemm bżonn isiru numru ta' inizjattivi.", "Hemm bżonn li l-Ministeru għal Għawdex ikompli jaħdem fuq il-fast ferry.", "Hemm bżonn ukoll li l-Gozo Channel tagħmel leasing tar-raba' vapur biex ikun hemm servizzi aħjar.", "Apparti minn dan kollu min-naħa tal-Ministeru għat-Turiżmu tkellimna mal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana dwar il-ħtieġa li jkun hemm a helicopter link bejn Malta u Għawdex.", "Ir-realtà hi li ħafna turisti li jiġu f'pajjiżna jkunu jridu jmorru Għawdex imma t-traġitt huwa twil.", "Pereżempju jekk għandek persuna Għawdxija jew negozjant Għawdxi li jrid jaqbad it-titjira għal Heathrow tas-7.00 a.m. irid jiltaq minn Għawdex fit-3.00 a.m. jiġifieri t-tbatijiet qegħdin hemmhekk.", "Għaldaqstant aħna eżaminajna l-ħtieġa ta' helicopter service.", "Fil-passat kien hemm helicopter service taħt gvernijiet differenti.", "Minkejja li fil-heliport hemm bżonn ftit maintenance works, dan għadu fi stat li jista' jintuża u għaldaqstant iddeċidejna li l-kumpanija Malta MedAir, li hija tal-Gvern, twaqqaf sussidjarji apposta li l-memorandum and articles of association tagħha jkunu jistipulaw li tiffoka fuq is-servizz bejn Malta u Għawdex.", "Qabbadna lill-ekonomista Gordon Cordina li qed jiffinalizza studju dwar l-economics tagħhom biex jassigura li s-servizz ikun vijabbli u ladarba jinbeda, ma jiqafx imma jibqa' għaddej.", "Qegħdin nevalwaw żewġ tipi ta' helicopters flimkien mal-Airbus.", "L-Airbus taw preżentazzjoni lill-Malta MedAir u reġgħu ġejjin madwar ġimagħtejn oħra, u ż-żewġ mudelli li qegħdin jiġu evalwati huma differenti; wieħed daqsxejn iżgħar ta' eight seater u wieħed li jitla' sa 16-il seat.", "Ladarba l-mudell jintgħażel, imbagħad Malta MedAir tinnegozja mal-Airbus dwar il-leasing ta' dawn il-helicopters.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, naf li l-Ministru qed jaħdem ħafna biex l-Air Malta tkun well connected mhux biss f'diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, imma anke fil-Lvant Nofsani u f'pajjiżi oħrajn madwar id-dinja.", "Jista' l-Ministru jgħidilna liema kienu r-rotot addizzjonali li żidna s'issa u jekk jistax jispeċifika dwar ir-rotot il-ġodda li ġew introdotti għas-sena 2019?", "Jista' jgħidilna wkoll jekk hemmx ippjanat li jkun hemm rotot oħrajn ġodda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Naħseb li meta nitkellmu dwar route development huwa importanti li nitkellmu dwar l-airlines kollha li joperaw minn u lejn Malta.", "Minbarra l-Air Malta għandek il-legacy carriers l-oħrajn, fosthom l-Emirates, il-British Airways, il-Lufthansa kif ukoll is-Swiss Air.", "Hemm ukoll il-low cost carriers fosthom il-Wizz Air u r-Ryanair li llum il-ġurnata għandha 61 rotta minn u lejn Malta.", "Hemm ukoll l-Easyjet, il-Volotea, il-Vueling u l-airlines kollha li joperaw lejn u minn Malta.", "Tul dawn l-aħħar xhur u snin ħdimna ħafna fuq ir-route development.", "Ir-route development jinħadem mill-MTA flimkien mal-Malta International Airport u l-Ministeru.", "Fil-fatt hemm kumitat li jiltaqa' mal-airlines b'mod regolari, jassessja rotot differenti u naħdmu flimkien biex niftħu rotot ġodda jew inżidu l-frekwenza għal rotot differenti.", "Ix-xewqa tagħna hi li l-konsumatur ikollu għażla u jkun hemm aktar minn airline waħda topera minn destinazzjonijiet differenti.", "Tul dawn l-aħħar snin ħdimna ħafna.", "Fil-fatt illum il-ġurnata Malta għandha 110 aktar direct flights lejn l-Ewropa milli hemm pereżempju lejn London Heathrow.", "Ovvjament international flights u medium haul hija sitwazzjoni differenti ħafna.", "Il-verità hi li din is-sena żidna numru ta' rotot però mill-1 ta' April se jiġu introdotti rotot ġodda.", "Fost dawn se jkollna erba' rotot lejn l-Italja, jiġifieri żgur li se nkunu qegħdin insaħħu l-market fl-Italja.", "Se nkunu qegħdin nintroduċu żewġ rotot oħra fl-Ingilterra permezz tar-Ryanair li huma Exeter u Cardiff biex fid-dawl ta' Brexit insaħħu l-capacity lejn l-Ingilterra fis-sajf u anke fix-xitwa; se nkunu qegħdin nintroduċu wkoll titjiriet lejn u minn Cork, l-Irlanda; se jkun hemm servizz ġdid lejn il-Lussemburgu, servizz ġdid lejn Maastricht, servizz ġdid lejn belt ġdida fl-Ungerija u servizz ġdid f'Bordeaux fi Franza.", "Apparti minn dawn se jkun hemm rotot interessanti.", "F'Ġunju l-Air Malta beħsiebha tibda rotta lejn il-Kajr fl-Eġittu biex tikkonsolida l-preżenza Mediterranja tagħha li tinkludi wkoll Casablanca, Tuneż u Telaviv.", "Fil-fatt Telaviv is creating a lot of traffic u qed jiġġenera turiżmu u connecting flights interessanti wkoll.", "Qed nimmonitorjaw ukoll is-sitwazzjoni fil-Libja jiġifieri min-naħa tagħna kellna diskussjonijiet fuq titjiriet lejn Mitiga, imma dan nagħmluh biss meta s-sitwazzjoni tiġi għan-normal biex il-crews ikunu jistgħu joperaw, irrispettivament minn jekk nużawx crew Malti jew crew barrani.", "Wara kollox hemm ir-responsabiltà tagħna f'dak ir-rigward.", "Il-Qatar Airways se jibdew ukoll titjira diretta kuljum għal Doha fil-Qatar.", "Interessanti ħafna wkoll huwa l-fatt li fl-1 ta' April se jkun hemm titjira diretta tar-Ryanair għal barra mill-Ewropa u fil-fatt din se tkun għal Amman fil-Ġordan.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Jekk m'iniex sejjer żball, l-aħħar financial statements li ħarġet l-Air Malta kienu dawk li għalqu f'Marzu tas-sena 2017.", "Ġeneralment il-financial statements u l-annual report dejjem jiġu pubblikati f'Diċembru ta' dik is-sena li jkunu għalqu.", "Mela skont din il-prassi, f'Diċembru tal-2018 kellhom jiġu ppubblikati r-riżultati ta' Marzu, 2018.", "Jista' l-Ministru jgħid meta dawn se jiġu pubblikati?", "Jista' jgħidilna jew forsi jagħti xi indikazzjoni bħala rappreżentant tax-shareholder fl-azjenda, x'kienu r-riżultati finanzjarji jew x'se jkunu, sa Marzu, 2018?", "Jista' jikkonferma wkoll jekk saritx it-tranżazzjoni rigward is-slots ta' Heathrow li kellha l-Air Malta?", "Kemm kien il-valur ta' dik it-tranżazzjoni?", "Il-proceeds li kien hemm minn dik it-tranżazzjoni għal xiex se tkun qed tużahom l-Air Malta fil-financial requirements tagħha?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: It-trasformazzjoni tal-Air Malta bdiet bejn l-2013 u l-2014.", "L-ewwel fażi taħt l-Onor.", "Edward Zammit Lewis kienet tiffoka fuq cost reduction biex l-airline tkun tista' tlaħħaq mal-kompetizzjoni li kellha.", "Meta ħadt over jien imbagħad qlibna għall-fażi li kien imiss hekk kif il-cost reduction process kienet tlestiet.", "Bdejna biex niffokaw fuq ir-revenue and growth sector tal-Air Malta; din hija kontinwazzjoni tal-istrateġija.", "Il-financial results tal-Air Malta se jiġu ppubblikati fl-erba' jew fil-ħames ġimgħat li ġejjin.", "Ovvjament kien hemm diskussjonijiet mal-awdituri biex kollox jiġi finalizzat.", "Ftit tax-xhur ilu ġew ippubblikati r-results end of 2017 li kienu pożittivi.", "Il-forecast tagħna, kif qegħdin jgħidulna l-awdituri, għal Marzu, 2018 huwa li l-Air Malta se jkollha riżultat tajjeb min-naħa tal-Operations.", "Jiġifieri jekk neskludu s-slots u t-transazzjonijiet kollha li saru, se nkunu qegħdin nippreżentaw the operational P&L li huwa r-revenue from sales u tneħħi l-cost of sales, u neskludu l-extraordinary transactions.", "B'dan il-mod ikollna riżultat pożittiv jiġifieri l-break-even intlaħaq.", "Ma rridx nagħti aktar informazzjoni issa però jaf ikollna sorpriża pożittiva fil-figuri fil-ġimgħat li ġejjin meta se jkun hemm l-annual general meeting tal-Air Malta.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li t-tranżazzjoni tas-slots saret u l-Malta MedAir kienet akkwistat dawk is-slots u kriethom lura lill-Air Malta.", "Dawk is-slots huma ta' Heathrow u Gatwick.", "L-Air Malta għamlitha ċara li dak il-cashflow li ġabet mill-investiment tas-slots użathom biex issaħħaħ il-balance sheet, u d-direzzjoni tal-kumpanija, taċ-Chairman u tal-Bord kienet li dawk il-flus ma jinħarqux fl-Operations imma jintużaw għall-investiment.", "Ir-realtà hi li bħalissa qegħdin ninvestu fuq l-IT.", "Ilbieraħ ħabbarna li se jsir a network operating system tal-IT li huwa importanti ħafna.", "Fis-sentejn li ġejjin se jinvestu madwar € 8 miljun fuq l-IT biex tiġi upgraded il-booking system imma wkoll biex ikollna tim kapaċi jesegwixxi kemm l-operational improvements tax-scheduling kif ukoll l-online bookings.", "Bħalissa għad għandna ċerti constraints, jiġifieri l-platform tagħna mhijiex ideali.", "L-istess għall-online check-in li bħalissa ma ġietx rolled out fl-airports kollha li noperaw fihom u naħseb li permezz tal-IT systems il-ġodda se nkunu f'pożizzjoni li dan nagħmluh.", "Ir-risposta hi li dawk il-flus mhux se jintużaw to finance operational issues però se jintużaw għal investiment kapitali.", "Ir-realtà hi li jekk tħares lejn il-balance sheet tal-Air Malta, issib li filwaqt li d-dejn naqas konsiderevolment u l-financial results huma aħjar, in-net book value hu li hu.", "Kien hemm accumulated losses ta' bejn 15 u 20 sena u dawn ma tistax tneħħihom b'daqqa ta' pinna.", "F'ċertu punt wieħed irid jistaqsi jekk hemmx bżonn ta' injezzjoni ta' kapital biex nimxu għall-fażi li jmiss ta' tkabbir.", "Ovvjament kollox irid isir fil-parametri tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea għax kien hemm il-programm li kien spiċċa fl-2016 u hemm perjodu ta' żmien fejn il-Gvern ma jistax jintervjeni.", "Min-naħa tagħna bħalissa qed nipprovaw nassiguraw li t-tkabbir ikun sostenibbli u li bħala cash, il-kumpanija tibqa' afloat.", "Daħħalna diversi bidliet fil-flight operations u kien hemm tkabbir f'dak li għandu x'jaqsam ma' flights u tibdil fis-servizzi.", "Qegħdin nindirizzaw il-kwestjonijiet relatati ma' relazzjonijiet industrijali però l-verità hi li għad jonqosna issue mal-piloti.", "Għalkemm iffirmajna l-collective agreement, għad għandna issues ta' interpretation hemmhekk.", "Ir-realtà hi li l-flight crew qed itir ħafna aktar sigħat; aħna dan nifhmuh u nirringrazzjawhom tal-isforz li qegħdin jagħmlu, però jonqos xi kwestjonijiet li jafu jaffettwawlna dik li jgħidulha l-on-time performance, l-OTP.", "Din hija xi ħaġa li se nkunu qegħdin naħdmu fuqha fis-sitt xhur li ġejjin għax qabel ma mmorru għall-fażi li jmiss ta' connecting flights irid ikollna l-OTP in place.", "Fil-fatt ilbieraħ nidejna l-integrated operation centre ġdida fejn għaqqadna l-operation centre li jkun fiha l-flight controllers li jieħdu ħsieb ix-scheduling, ix-schedulers tal-crew, l-emergency response kif ukoll lin-nies li jagħmlu l-flight packs tal-crew ħalli jinqala' x'jinqala' ikun hemm one central brain, biex ngħid hekk, fil-flotta tal-ajru li tieħu ħsieb il-kwestjonijiet kollha relatati ma' titjiriet.", "Fil-fatt anke jekk il-flight tkun diverted minħabba maltemp jew problemi oħrajn, il-komunikazzjoni mal-passiġġieri u mal-ground handlers issir b'mod smooth.", "Dan il-consolidation qed iseħħ u taħt il-leadership tal-Kaptan Clifford Chetcuti flimkien ma' Dr Charles Mangion nisperaw li f'sitt xhur l-implimentazzjoni tkun tlestiet ukoll.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Issemmew diversi rotot li ġew introdotti mill-Air Malta matul l-2018 kif ukoll matul l-2019.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx pjanijiet għal rotot ġodda?", "Jista' jgħidilna wkoll liema huma dawk ir-rotot li żdiedu?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: L-Air Malta introduċiet rotot ġodda però żiedet ukoll il-frekwenza fuq numru ta' titjiriet.", "Fil-fatt il-capacity tal-Air Malta żdiedet bejn wieħed u ieħor b'40%.", "Li qegħdin nipprovaw nagħmlu hu li nassiguraw li l-ajruplani jiġu utilizzati għax jekk għandek ajruplan li tkun qed tħallaslu lease cost fix-xahar, jekk dan l-ajruplan itir disa' sigħat, għaxar sigħat, 11-il siegħa jew 12-il siegħa xorta l-istess kirja qed tħallas.", "Jiġifieri dak il-fixed cost kif ukoll il-ħin allokat għall-piloti u għall-flying crew li qegħdin inħallsu għalih xorta, irridu nassiguraw li nifirxuh fuq aktar titjiriet biex nassiguraw li we are profitable.", "Fil-fatt matul dawn l-aħħar snin introduċejna numru ta' titjiriet fil-Mediterran fosthom Casablanca, Tuneż u Tel Aviv.", "Issa se jkollna wkoll titjiriet għall-Kajr.", "Jiġifieri naħseb li d-dimensjoni Mediterranja tal-airline hija importanti ħafna.", "Lejn in-naħa ta' isfel tal-Mediterran żidna l-frekwenzi fi Sqallija u dan huwa importanti għaliex it's a good feed-in market.", "Fil-fatt qed ikollna ammont qawwi ta' passiġġieri li jiġu minn Sqallija biex jaqbdu titjira kemm għal Londra, kemm għal Pariġi, kemm għal Brussels u titjiriet oħrajn.", "Din hija dimensjoni importanti.", "Hekk kif għada pitgħada jkollna longer haul jew medium haul destinations, il-feed-in traffic mill-Mediterran, kemm fin-North kif ukoll minn Sqallija, se jkun importanti ħafna.", "Bħalissa l-Air Malta qed tistudja l-possibilità li jkun hemm titjira lejn l-Iskandinavja.", "Ir-realtà hi li dawn huma titjiriet li jiġu għoljin għax għandek high fuel cost, huma seasonal però they may counterbalance l-istaġjonalità ta' pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' turiżmu.", "Ikun tajjeb li ngħid ukoll li għal dak li għandu x'jaqsam mal-Iskandinavja, mill-1 ta' April Ryanair se jibda jopera għal Oslo u Torp li huwa ajruport sekondarju fl-Iskandinavja.", "Dan huwa ajruport importanti ħafna wkoll li se joħloq suq ġdid.", "Ovvjament il-kwestjoni tal-Brexit ħolqot ċerti inċertezzi fost l-Ingliżi u allura l-Malta Tourism Authority kienet qed taħdem biex ikollha strateġija ta' diversifikazzjoni għal rotot oħrajn.", "Skont il-figuri ta' Jannar u Frar irnexxielna jkollna tkabbir għax kellna d-diversifikazzjoni.", "Fil-fatt kellna tkabbir fis-suq Franċiż u fis-suq Spanjol li kiber b'aktar minn 50%.", "Fis-suq Ingliż qed ikollna strateġija daqsxejn differenti.", "Filwaqt li se nsaħħu t-titjiriet f'postijiet ġodda, fosthom Exeter u Cardiff, qegħdin naħdmu wkoll mat-tour operators fl-Ingilterra biex nippromwovu lil Malta.", "Is-sales fl-Ingilterra waqgħu għad-destinazzjonijiet kollha ħlief għat-Turkija fejn kien hemm commitments qawwijin mit-tour operators u għaldaqstant qegħdin joffru prezzijiet ferm irħas.", "Għamilna inċentivi u kampanja fl-Ingilterra flimkien mal-Malta only specialists u jidher li l-klijent qed jirrispondi għalihom.", "Qegħdin naħdmu mal-aġenziji kollha u t-tir tagħna huwa li nimmitigaw il-konsegwenzi ta' Brexit.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' Brexit, minbarra li qed insaħħu r-rotot biex nassiguraw li, jiġri x'jiġri, jkollna preżenza qawwija ta' rotot bejn Malta u l-Ingilterra, qegħdin naħdmu wkoll mal-Malta International Airport, mal-Immigration u ma' dipartimenti oħrajn biex nassiguraw li s-servizz li l-passiġġieri Ingliżi jingħataw f'kull eventwalità jkun wieħed komdu.", "Il-Prim Ministru diġà aċċenna li huwa t-tir tagħna li nkunu the most Brexit friendly country.", "Ma konniex aggressivi f'dak li għandu x'jaqsam ma' attrazzjoni għal investiment barrani min-naħa tal-Ingilterra imma konna more supportive.", "Ma ħloqniex dak l-ispirtu ta' konfrontazzjoni mal-Ingilterra.", "Fil-fatt dak l-ispirtu ta' kollaborazzjoni jidher li qiegħed hemmhekk u jridu jaħdmu magħna kemm il-Gvern Ingliż kif ukoll l-awtoritajiet Ingliżi.", "Qed nitkellmu wkoll mal-Malta International Airport kif ukoll mad-dipartimenti l-oħrajn biex nassiguraw li jkun hemm linji dedikati għall-passiġġieri li jiġu mill-Ingilterra biex ikollhom servizz smooth u ma jkollhomx l-iskariġġ u diżinċentiv biex jivvjaġġaw lejn Malta.", "Flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, mas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli kif ukoll mal-Immigration qegħdin naħdmu ħafna fuq il-visa issue li naħseb li hija kwestjoni importanti ħafna.", "Matul din l-aħħar sena ħdimna ħafna fuq swieq mhux tradizzjonali però ffokajna fuq areas fejn m'għandekx bżonn visa, fosthom l-Amerika.", "Fil-fatt għandna uffiċċju fl-Istati Uniti li qed jaħdem ħafna permezz tal-MTA u rnexxielna nattiraw 50,000 turist minn hemmhekk.", "L-Istati Uniti sar the tenth most popular market li jiġi f'pajjiżna.", "Ħdimna fuq l-Awstralja u l-Ġappun u kellna riżultati tajbin.", "Kellna target għal 10,000 turist miċ-Ċina li lħaqnieh ukoll però issa biex naslu għall-miri li jmiss għaċ-Ċina u għall-Indja naħseb li għandna bżonn bidla drammatika fil-mod kif nipproċessaw il-visas kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi, fosthom riżorsi umani, kif ukoll bidla fil-proċess u fil-mod kif nintegraw bħala ministeri.", "Bħalissa qegħdin nitkellmu mal-Ministru Michael Farrugia flimkien mal-Ministru Carmelo Abela u mas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli biex dan il-proċess isir kemm jista' jkun seamless.", "Hemm ħafna kumplessitajiet fih però r-realtà hi li hawn pajjiżi oħrajn barra minn Malta, fosthom Franza pereżempju, li qegħdin jipproċessaw il-visas b'pass ħafna aktar mgħaġġel milli nipproċessawhom aħna u xorta jassiguraw li konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza jiġu implimentati bis-sħiħ.", "Għaldaqstant ma narax għalfejn aħna m'għandniex nilħqu dak it-tip ta' livell biex niddiversifikaw is-suq u nġibu higher spending tourists lejn Malta permezz ta' kontrolli interni propizji u engineered processes.", "Minn statistika u riċerka li għamilna biex nikkomparaw kemm jonfoq turist li jiġi pereżempju mill-Istati Uniti jew mill-Ġappun meta mqabbel ma' turist li jiġi mill-Ewropa, jirriżulta li per capita dan jonfoq bejn wieħed u ieħor erba' darbiet u nofs aktar minn dak li jonfoq turist Ewropew.", "Jiġifieri jekk irridu nimxu 'l quddiem fil-value chain - u ma nistgħux nitfu switch u nixegħlu ieħor biex immorru għall-kwalità imma rridu nagħmluha fuq medda ta' sitta jew seba' snin - naħseb li dawn huma t-tip ta' swieq li rridu nindirizzaw u fl-istess ħin inkomplu nikkonsolidaw il-core markets ukoll.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Nirringrazzja lill-Ministru għat-tweġiba li tani meta staqsejtu dwar il-helicopter service bejn Malta u Għawdex u l-konnettività.", "Jekk fhimt sew, waqt ir-risposta tiegħu semma li sar kuntatt mal-Airbus.", "Jista' jekk jogħġbu jgħidli jekk f'dawn it-tip ta' affarijiet isirx kuntatt dirett, toħroġx sejħa pubblika u għaliex intgħażlet l-Airbus?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "Ma jfissirx li l-lessor - min se jikrih lill-MedAir - se tkun l-Airbus Helicopters.", "Dan bħal meta l-Air Malta, pereżempju, tiddeċiedi li jkollha flotta A320neo imbagħad tmur għand il-lessors kollha tad-dinja - hemm xi sitta jew sebgħa – dawn kollha jitfgħu l-offerta u jipprovdu l-aħjar prezzijiet.", "Li qed isir mal-Airbus Helicopters bħalissa huwa li nidentifikaw l-aħjar mudell u ladarba l-mudell jintgħażel ovvjament ikun hemm sejħa pubblika biex il-lessors jipprovdu s-servizz tal-helicopter.", "Is-servizz imbagħad se jingħata minn sussidjarja tal-Gvern li hija l-Malta MedAir.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, naf li bħala parti mill-viżjoni tal-Ministru, l-MTA qiegħda taħdem biex f'pajjiżna nġibu avvenimenti ta' kalibru u ta' fama internazzjonali.", "Xtaqtu jgħidilna ftit dwar dan.", "Pereżempju riċentement smajt li f'pajjiżna se jkollna s-Cirque du Soleil u allura xtaqtu jagħtina aktar dettalji dwar dan.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Aħna nħarsu lejn it-turiżmu mhux biss bħala settur indipendenti imma bħala katalist tal-ekonomija, kemm għall-business traveller kif ukoll għall-benesseri tas-soċjetà għaliex wieħed ma jridx jagħmel distinzjoni bejn events li jsiru għat-turisti u events li jgawdu minnhom il-familji Maltin u Għawdxin.", "Li qegħdin nipprovaw nagħmlu hu li nassiguraw li l-events li noħolqu jkunu ta' benefiċċju għall-Maltin ukoll.", "Matul dawn l-aħħar snin ħdimna ħafna fuq events varji, fosthom tal-mużika, fejn bnejna fuq it-tajjeb li sar mill-Isle of MTV taħt l-Amministrazzjoni preċedenti.", "Ġibna wkoll Radio 1 event min-naħa tal-BBC u se nespandu mar-Radio 2 din is-sena, attirajna niches differenti wkoll però ma xtaqniex nieqfu biss fuq il-mużika.", "Xtaqna nikkumplimentaw ukoll ix-xogħol tajjeb li qed jagħmel il-Ministru Owen Bonnici min-naħa tal-kultura; hemm numru ta' events li Festivals Malta qed torganizza li huma world class.", "Min-naħa tal-MTA attirajna s-Cirque du Soleil li hija l-akbar theatrical company tad-dinja bbażata fi Quebec f'Montreal.", "Dawn se jiġu Malta, se jagħmlu tliet snin wara xulxin joperaw mill-Mediterranean Conference Centre u se joperaw in the low season, jiġifieri se joperaw minn Novembru sal-perjodu ta' Diċembru ta' qabel il-Milied.", "L-idea hija li se jkun hemm daily show apposta żviluppat għal Malta.", "Fil-fatt se jkun hemm bejn wieħed u ieħor 28 show.", "L-istage tal-MCC se jikber, se jkun hemm madwar 29 jew 30 akrobat u x-show se jkun ta' klassi dinjija.", "L-interess li qajjem is-Cirque du Soleil kien kbir u se nkunu qegħdin naħdmu mat-tour operators u mal-lukandi kollha biex niżguraw li dan ix-show jiġi mbottat 'il quddiem u jgħin ukoll ir-repositioning tal-pajjiż.", "Hemm ukoll l-event tan-Nickelodeon li se jsir fi żmien l-Għid, bejn it-13 u s-17 ta' April.", "Se jkollna l-karattri kollha ta' Nickelodeon li se jkunu f'Malta u se jkun hemm treasure hunt event f'areas ewlenin madwar Malta.", "Fil-Belt Valletta se jittella' show tliet darbiet kuljum li se jkun mingħajr ħlas u miftuħ għat-tfal u għall-familji Maltin u barranin.", "Se jkun hemm ukoll parade.", "Dawn ix-shows u l-festivals kollha li qegħdin noħolqu għandhom l-objettiv li, jiġi min jiġi f'Malta, sija jekk huwa business traveller, sija jekk huwa turist, sija jekk huma familji Maltin u Għawdxin, ikollhom x'jagħmlu matul is-sena kollha.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq mezzi differenti tal-media, bejn l-2004 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 8733.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport u Stqarrijiet Finanzjarji tal-Aġenzija tal-Litteriżmu Nazzjonali għas-sena 2018;", "f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar il-laqgħat tal-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex, matul l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9088;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 43 tal-2019 - Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta' Kumpens lid-Depożitant;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi li għandhom x'jaqsmu mal-moħqrija tal-annimali bejn l-2015 u Frar 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9358; u", "Tabella li turi l-għadd ta' spezzjonijiet li saru fuq żamma ta' klieb marbutin b'mod permanenti (chaining of dogs) matul l-2018 u l-2019 u l-għadd ta' kwereli li saru bejn l-2018 u Frar 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9359;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi f'Tas-Sliema, bejn Jannar 2013 u Frar 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8961;", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi f'San Ġiljan u Paceville bejn l-2013 u Frar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8962; u", "Tagħrif dwar applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-Gżira bejn Jannar 2013 u Frar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8963.", "JUM IL-COMMONWEALTH", "ID-DEPUTY SPEAKER: Bħalma jsir kull tieni Tnejn ta' Marzu, it-53 pajjiż mill-ħames kontinenti jiċċelebraw Jum il-Commonwealth u dan qegħdin nagħmluh ukoll fil-Parlament Malti.", "Kull sena Jum il-Commonwealth jiġi mfakkar b'tema kurrenti biex il-popli madwar il-Commonwealth isibuha aktar faċli li jirrelataw mal-ħajja li jgħixu.", "Din is-sena t-tema ppreżentata hija \"A Connected Commonwealth\", Commonwealth konnessa.", "Illum id-dinja ċkienet u dan narawh biċ-ċar kuljum malli nħarsu lejn il-mobile phones tagħna b'mod partikolari.", "F'temp ta' ftit sekondi għandna l-faċilità li nagħmlu kuntatt u nikkomunikaw mal-familjari, ħbieb u kollegi tagħna li jistgħu jkunu fil-kamra ta' ħdejna jew in-naħa l-oħra tad-dinja.", "Sa mill-bidu tagħha l-Commonwealth kienet għaqda li taħdem biex tippromwovi l-prinċipji ta' demokrazija, libertajiet fundamentali, drittijiet tal-bniedem, żvilupp ekonomiku u governanza tajba fil-pajjiżi tagħha filwaqt li tgħaqqad kulturi differenti li jirriflettu d-diversità tagħha.", "Din l-għaqda li tirrappreżenta l-akbar firxa ġeografika ta' kulturi u reliġjonijiet narawha fid-diversi livelli ta' popli, gvernijiet u istituzzjonijiet.", "Aħna f'din il-Kamra, b'mod speċjali dawk minna li jattendu b'mod regolari laqgħat tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth, jistgħu jifhmu aħjar dak li qed ngħid, għax niltaqgħu ma' individwi li meta nitkellmu magħhom u naqsmu l-esperjenzi tagħna nsibu li minkejja li ġejjin minn kulturi u esperjenzi differenti, hemm aktar affarijiet komuni li jgħaqqduna u huwa proprju dan li jagħmel il-Commonwealth familja magħquda, tant ħajja u relevanti.", "Is-sena 2019 tfakkar is-70 anniversarju tal-formazzjoni tal-Commonwealth kif nafuha llum, b'rabtiet qodma kif ukoll ġodda li jippermettu u jiffaċilitaw koperazzjoni li twassal għal żvilupp soċjali, politiku u ekonomiku li huwa inklużiv u sostenibbli.", "Il-valuri u l-prinċipji tat-53 pajjiż membru u t-2.4 biljun ċittadin huma miġburin flimkien bis-saħħa tal-Commonwealth Charter li jiġbor flimkien il-valuri u l-aspirazzjonijiet li jgħaqqdu lill-Commonwealth, li huma d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.", "Il-Commonwealth Charter jesprimi l-impenn tal-istati membri għall-iżvilupp ta' soċjetajiet ħielsa u demokratiċi u l-promozzjoni tal-paċi u l-prosperità biex ittejjeb il-ħajja tal-popli kollha tal-Commonwealth.", "It-tema magħżula għal din is-sena \"A Connected Commonwealth\" mhux biss titfa' fuq quddiem l-użu tajjeb tat-teknoloġija, iżda tinkoraġġixxi wkoll kollaborazzjoni biex tipproteġi r-riżorsi naturali u l-ambjent.", "F'dan il-kontest ta' min isemmi li l-Commonwealth Blue Charter, dokument miftiehem mit-53 pajjiż tal-Commonwealth fl-2018, jippromwovi l-koperazzjoni attiva bil-għan li tinstab soluzzjoni għall-problemi relatati mal-oċeani u li jintlaħqu l-impenji għal żvilupp sostenibbli tal-oċeani.", "Il-Commonwealth Blue Charter jiżgura li l-Commonwealth tieħu approċċ ġust, ekwitabbli, inklużiv u sostenibbli għall-iżvilupp u l-protezzjoni ekonomika tal-oċeani.", "Barra minn hekk, il-Connectivity Agenda for Trade and Investment tippromwovi aktar koperazzjoni fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment biex iwassal għal ekonomija inklużiva li tippermetti lin-nies, partikolarment in-nisa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet marġinalizzati, igawdu mill-frott tal-progress u l-prosperità li toffri l-Commonwealth.", "Ta' min ifakkar li Jum il-Commonwealth jiskatta sena sħiħa ta' attivitajiet fosthom laqgħat, dibattiti, attivitajiet fl-iskejjel u attivitajiet kulturali, fost oħrajn ibbażati fuq it-tema magħżula, f'dan il-każ \"A Connected Commonwealth\".", "Dawn isiru biex jippromwovu prattiċi tajbin fost iċ-ċittadini kif ukoll jiċċelebraw il-Commonwealth b'mod ġenerali.", "F'Londra fejn jinsab is-segretarjat u l-kwartieri ġenerali tal-Commonwealth, bħal-lum issir ċerimonja multikulturali u ta' twemmin differenti f'Westminster Abbey fejn jingħaqdu rappreżentanti minn madwar il-Commonwealth kollu, fil-maġġor parti tagħhom żgħażagħ, li jaqsmu l-esperjenza tagħhom bħala ċittadini tal-Commonwealth.", "Ikun hemm ukoll esibizzjonijiet tat-tradizzjonijiet fid-diversi pajjiżi u attivitajiet kulturali marbutin mat-tema.", "Tajjeb ngħid li anke din is-sena, fost iż-żgħażagħ hemm żewġ tfajliet Maltin li qegħdin jieħdu sehem fl-attivitajiet organizzati bħala parti minn dan il-programm u hemm ukoll l-Ispeaker, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, li ġie mistieden bħala President tal-Fergħat iż-Żgħar tas-CPA biex jindirizza grupp ta' żgħażagħ minn madwar il-Commonwealth f'attività separata organizzata mis-CPA.", "Flimkien mal-President u s-Segretarju Ġenerali tas-CPA, dawn se jitkellmu dwar l-istorja u l-ħidma tas-CPA.", "Barra minn hekk fid-diskors tiegħu l-Ispeaker Anġlu Farrugia se jagħmel enfasi dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima anke għaliex fil-ħidma tiegħu fi ħdan il-fergħat iż-żgħar, għandu fuq l-aġenda, fost oħrajn, it-tibdil fil-klima fl-iżgħar pajjiżi tal-Commonwealth, ċjoè dawk li għandhom popolazzjoni ta' inqas minn nofs miljun.", "Il-ġeografija ta' dawn il-pajjiżi hija tali li twassalhom li jiġu milqutin b'mod disproporzjonat minn fenomeni tat-temp u spiss jilmentaw li huma vittmi tas-suċċess tal-pajjiżi ta' madwarhom li huma aktar żviluppati minnhom.", "Fl-aħħar nett, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Messaġġ mill-Majestà Tagħha r-Reġina Elisabetta t-Tieni, Kap tal-Commonwealth, fl-okkażjoni ta' Jum il-Commonwealth, il-11 ta' Marzu.", "CARMELO ABELA: Sinjura President, illum kif għedt tajjeb inti u kif nagħmlu fit-tieni Tnejn ta' Marzu ta' kull sena, qegħdin niċċelebraw Jum il-Commonwealth u din is-sena hija okkażjoni speċjali għall-Commonwealth għax jaħbat is-70 sena mit-twaqqif tagħha.", "Din hija meqjusa bħala waħda mill-eqdem assoċjazzjonijiet ta' pajjiżi sovrani u indipendenti fid-dinja u familja ta' pajjiżi li ngħaqadna flimkien minn jeddna għax għandna għanijiet u interessi komuni.", "Kien ta' pjaċir għalija llum ukoll li filgħodu kellna attività fl-Iskola Primarja ta' Marsaxlokk fejn l-istudenti kollha ħadu sehem f'ċerimonja li għamilna u li fiha tellajna l-bandiera tal-Commonwealth.", "Aktar minn hekk fil-ġranet li għaddew dawn it-tfal għamlu riċerka dwar il-Commonwealth u l-laqgħa li kellna flimkien kienet interessanti ħafna.", "Imbagħad f'nofs il-ġurnata llum kien hemm l-attività li ilha ssir fil-Ministeru tiegħi stess fejn flimkien mal-Kummissarji Għolja residenti hawn Malta, primarjament tar-Renju Unit, tal-Ghana, tal-Indja u tal-Awstralja, għaddejna l-messaġġi tagħna lill-mistednin li kellna fil-Ministeru.", "Biex jiġi kkommemorat dan l-anniversarju importanti, it-tema magħżula għal din is-sena hija \"A Connected Commonwealth\", liema tema tenfasizza l-valuri dejjiema u l-impenn globali ta' din l-organizzazzjoni matul is-snin li toffri lin-nies, lill-gvernijiet u lill-istituzzjonijiet tal-pajjiżi membri opportunitajiet biex jaħdmu id f'id – kif elenkajt inti, Sinjura President - u li jikkoperaw f'diversi livelli permezz ta' konnessjonijiet mifruxin u b'għeruq fondi bbażati fuq il-ħbiberija u fuq ir-rieda tajba.", "Illum il-ġurnata l-Commonwealth hija tabilħaqq network globali.", "Minn tmien membri fl-1949, illum il-ġurnata fiha 53 membru li jirrappreżentaw xejn inqas minn 2.4 biljun ruħ, li jfisser wieħed minn kull tliet persuni li jgħixu fid-dinja.", "Il-gvernijiet u l-popli jżommu kuntatt frekwenti permezz tal-istituzzjonijiet tal-Commonwealth, permezz tal-parlamenti, permezz tal-universitajiet tagħna kif ukoll permezz ta' inizjattivi bħalma huwa l-logħob tal-Commonwealth.", "Il-Commonwealth tal-lum qed taħdem biex flimkien nipproteġu l-ambjent u l-ibħra tagħna.", "Dan qed isir permezz tal-Commonwealth Blue Charter li ġiet adottata f'April tas-sena li għaddiet.", "Il-koperazzjoni kompliet tikber ukoll fil-qasam tal-kummerċ u tal-investiment u dan għen għat-tkabbir ekonomiku.", "Ma rridux ninsew ukoll il-forum tal-Commonwealth dwar in-negozju li jlaqqa' flimkien rappreżentanti tan-negozji u tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri bil-għan li jikber in-negozju bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth u tingħata spinta lill-iżvilupp sostenibbli.", "B'mod partikolari l-Commonwealth tal-lum qed taħdem favur parteċipazzjoni akbar tan-nisa kif ukoll taż-żgħażagħ u anke tal-komunitajiet li jissejħu emarġinati.", "Il-Commonwealth tal-lum hija struttura magħquda fuq il-bażi tal-valuri u l-prinċipji tal-Karta tal-Commonwealth iżda fuq kollox is-suċċess tal-Commonwealth huwa bbażat fuq il-konsultazzjoni bejn il-membri tagħha, membri ħielsa u ndaqs fil-vuċi tagħhom fi ħdan din il-komunità.", "Sinjura President, Malta ngħaqdet mal-Commonwealth wara li kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit 55 sena ilu.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn ospitajna f'pajjiżna żewġ laqgħat tal-kapijiet ta' gvern u bosta laqgħat oħrajn f'livell ministerjali u anke f'livelli tekniċi.", "Fl-aħħar CHOGM li sar f'Malta fl-2015 ilqajna 52 kap ta' gvern u delegazzjonijiet mill-pajjiżi tal-Commonwealth, u għall-ewwel darba fl-istorja tlaqqa' l-forum tal-Commonwealth dwar in-nisa.", "Kburin li dan il-forum se jitlaqqa' qabel kull CHOGM.", "Dan il-forum jenfasizza l-kontribut politiku, ekonomiku u soċjali tan-nisa madwar il-Commonwealth kif ukoll il-bżonn li l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet ikunu integrati fl-iżvilupp ta' soċjetajiet sostenibbli u reżiljenti fil-Commonwealth.", "Nafu li dan huwa suġġett pjuttost ta' konflitt, speċjalment f'ċerti pajjiżi u allura dan il-forum aktar u aktar jakkwista importanza għax ikun hemm diskussjoni dwar dawn l-oqsma li semmejt.", "Mis-sena l-oħra Malta bdiet tospita wkoll iċ-Ċentru ta' Eċċellenza tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Commonwealth, liema ċentru diġà huwa operattiv u qed jorganizza għadd ta' korsijiet f'diversi oqsma fosthom il-governanza tal-ibħra, il-bidla fil-klima, is-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-miri ta' żvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza bejn is-sessi u taħriġ fuq negozjati internazzjonali.", "Is-sena li għaddiet jien kont preżenti wkoll għaċ-CHOGM li sar f'Londra u fil-laqgħat li kellna bħala Ministri tal-Affarijiet Barranin tkellimna dwar dan iċ-Ċentru li jidher li qed iqajjem ċertu interess anke biex jiġu trattati numru ta' temi speċjalment temi li jolqtu l-aktar lill-pajjiżi ż-żgħar tal-Commonwealth, li kif nafu hemm madwar 31 pajjiż li huma meqjusin bħala pajjiżi żgħar.", "Dawn għandhom sfidi differenti minħabba l-klima u minħabba ċerti sitwazzjonijiet u inċidenti li jseħħu li jagħmluhom aktar vulnerabbli.", "Malta qed tospita wkoll il-faċilità finanzjarja tal-kummerċ tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Commonwealth li mistennija jkollha rwol importanti fil-finanzjament tal-kummerċ u l-investiment għall-pajjiżi żgħar tal-Commonwealth li għandhom aċċess limitat għall-finanzjament kummerċjali internazzjonali.", "Huwa stmat li din il-faċilità, li wkoll hija operattiva - fil-fatt f'Londra ffirmajna bħala pajjiżi l-kontribut u s-sostenn tagħna għal din il-faċilità - tista' ssostni żieda fil-flus tal-kummerċ ta' madwar USD 1 biljun fuq medda ta' tliet snin.", "Il-faċilità finanzjarja tal-kummerċ tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Commonwealth diġà ġibdet l-attenzjoni ta' numru ta' istituzzjonijiet kbar, fosthom il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-kooperazzjoni ta' finanzjament internazzjonali tal-Bank Dinji.", "Sadanittant Malta qed tkompli toffri boroż ta' studju lil studenti minn pajjiżi tal-Commonwealth li jixtiequ jkomplu l-istudju tagħhom f'livell ta' Masters.", "Filwaqt li għall-ewwel tliet edizzjonijiet dawn il-boroż ta' studju ngħataw lil studenti mill-Ghana u min-Niġerja, kien deċiż li mis-sena d-dieħla niftħu wkoll din l-opportunità għal studenti min-Namibia.", "Sinjura President, dan kollu huwa eżempju ċar tal-ħidma kostanti ta' Malta fi ħdan il-Commonwealth tul is-snin.", "Malta se tkompli tappoġġja l-ħidma tal-Commonwealth u f'ċirkostanzi fejn hu prevedibbli li l-Commonwealth takkwista aktar importanza u relevanza anke minħabba l-impenn tar-Renju Unit, ma nistgħux ma nallokawx attenzjoni dovuta lil din l-għaqda ta' pajjiżi li aħna kburin li nagħmlu parti minnha.", "Finalment se nkomplu wkoll nipparteċipaw b'mod sħiħ fiha biex nagħmluha aktar relevanti f'dinja li qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel u li fiha qed issir dejjem iktar essenzjali l-konnettività bejn il-pajjiżi, bejn ir-reġjuni u bejn il-kontinenti.", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, aħna bħala Oppożizzjoni wkoll nieħdu pjaċir ningħaqdu f'din il-kommemorazzjoni tal-lum u ningħaqdu wkoll mad-diskorsi li saru minnek u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Mingħajr dubju l-Commonwealth hija parti sħiħa minn ħajjitna kif ukoll parti sħiħa mill-politika barranija ta' pajjiżna.", "Dan kien ta' vantaġġ għalina, b'mod partikolari qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea, però llum għandna vantaġġi oħrajn li nistgħu nisfruttaw f'din l-għaqda ta' 53 pajjiż f'din is-70 sena mill-eżistenza tagħha.", "Ovvjament illum il-Commonwealth għaddejja minn mumenti diffiċli, mumenti ta' leadership, mumenti li qed titlef ftit miċ-ċentru tradizzjonali li kien tar-Renju Unit għax il-pajjiżi kollha li qegħdin fil-Commonwealth b'xi mod jew ieħor twieldu minn kolonjaliżmu jew fost kolonjaliżmu tar-Renju Unit u llum il-ġurnata għandek sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit qiegħed f'fażi ta' bidla, f'fażi ta' tibdil, f'fażi li fih irid jara jekk kemm-il darba huwiex se jibqa' jew le membru tal-Unjoni Ewropea.", "Fortunatament, f'din il-parti partikolari, f'din il-junction partikolari, aħna dħalna bħala pajjiż, organizzajna numru ta' laqgħat, kif qal tajjeb il-Ministru, kif ukoll tellajna numru ta' punti għall-aġenda tal-membri kollha.", "Il-viżjoni li biha wieħed irid iħares lejn din l-għaqda hija viżjoni ta' aktar tisħiħ tad-demokrazija, aktar tisħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u aktar tisħiħ ta' uniformità fir-regolamenti u fil-liġijiet.", "Fl-2005, jekk m'iniex sejjer żball, kien sar ħafna sforz rigward il-kummerċ.", "Ma ninsewx li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq pajjiżi li bejniethom għandhom bejn 2.5 u 3 biljun persuna, jiġifieri għandek suq ieħor enormi li wieħed jista' jisfrutta u jimxi 'l quddiem fih.", "Il-Commonwealth tista' timxi aktar 'il quddiem jekk kemm-il darba jkollha moviment kummerċjali aktar liberu, ikollha inqas forom ta' protezzjoniżmu, ikun hemm inqas impożizzjonijiet ta' dazji u tad-dwana u jkun hemm aktar veloċità fl-iskambju tal-kummerċ bejn dawn id-diversi pajjiżi.", "Ta' aktar importanza hija l-enfasi li jkun hemm programmi li jieħdu ħsieb li jissodaw id-demokraziji, id-drittijiet fundamentali u r-rule of law fil-pajjiżi kollha.", "Huwa essenzjali għalina bħala Malta li nħarsu lejn dak li sar b'tant suċċess fl-Unjoni Ewropea u dawn id-diversi stejjer ta' suċċess li kellna fl-Unjoni Ewropea naraw li mmexxuhom 'il quddiem anke fil-Commonwealth.", "Hemm diversi pajjiżi emerġenti, diversi pajjiżi li għandhom stadji varji ta' żvilupp u stadji varji ta' affluwenza.", "Hemm pajjiżi li fihom għad fadal il-faqar u hemm diversi pajjiżi li qegħdin jipprovaw minn kollox biex jimxu 'l quddiem u jsiru pajjiżi aħjar milli huma.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-Commonwealth tidħol f'fażi aktar qawwija u aktar dettaljata li permezz tagħha nieħdu ħsieb li ngħollu aktar il-livell tal-liġijiet, ngħollu aktar il-livell tal-kollaborazzjoni biex ikollna sistemi aħjar fi ħdan il-Commonwealth kollha.", "Hemm vantaġġi kbar u jkun żball politiku jekk dan ma neħduhx on board.", "Sinjura President, huwa tajjeb li pajjiżna qiegħed fil-Commonwealth u huwa tajjeb ukoll li aħna magħqudin f'din it-tema ta' din is-sena li permezz tagħha nkunu aktar konnessi f'daqqa biex inkunu nistgħu nagħtu aktar għajnuna lil xulxin.", "Kull pajjiż fi ħdan il-Commonwealth jista' jimxi 'l quddiem u ċertament pajjiżna għandu ħafna x'jikkontribwixxi lil pajjiżi oħrajn.", "Pajjiżna jista' jisfrutta aħjar il-politika tiegħu rigward id-dinja tal-Commonwealth b'mod partikolari għall-pajjiżi tal-Commonwealth li jinsabu fil-kontinent Afrikan u dan għandu jkun il-fruntiera li jmiss fil-politika tal-iżvilupp mhux biss Mediterranja tagħna imma Afrikana biex nassiguraw aktar ġid, aktar paċi u aktar stabilità fid-dinja.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-6 ta' Marzu 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, jekk tippermettili, qabel ma nibda nitkellem fuq is-suġġett li għandna quddiemna bħalissa, nixtieq insellem il-memorja ta' kollega u ħabib.", "Qed nirreferi għal Ronnie Pellegrini li l-mewt tiegħu tħabbret ilbieraħ.", "Kien bniedem li kien juri ċerta determinazzjoni u altruwiżmu, kien bniedem determinat f'dak li jemmen fih u qatt ma qagħad lura milli jesprimi dak li jemmen fih bil-mod tiegħu.", "Wieħed jista' jaqbel mal-istil tiegħu u jista' ma jaqbilx imma l-fatt li persuna temmen f'dak li tkun qed tagħmel juri ċerta determinazzjoni u anke altruwiżmu għax jimbotta 'l quddiem lil dawk li jemmen li għandhom potenzjal.", "Nixtieq ngħid ukoll li ddiżgustajt ruħi b'ċerti kummenti li saru anke wara l-mewt ta' seħibna Ronnie Pellegrini.", "Kellna hate comments fuq il-midja lokali minn nies li normalment jipprietkaw kontra l-hate speech imma probabbilment għax ma kenux jaqblu ma' Ronnie Pellegrini u mat-twemmin tiegħu, għax kien jimmilita fil-Partit Laburista u fil-General Workers Union, għamlu użu mil-liċenzja tal-ipokrezija u ħallew li jitla' t-tgħajjir online, u dan jien ma naqbilx miegħu.", "Minn hawnhekk nixtieq nagħti l-kondoljanzi lill-familja Pellegrini.", "Il-memorja tiegħu żgur li se tibqa' f'qalbna għal dejjem.", "Niġi issa għas-suġġett attwali tal-lum.", "L-ewwel nett irrid nifraħ lill-Ministru Michael Falzon li qed iressaq dan l-Abbozz ta' Liġi għall-ħarsien tat-tfal għax huwa relevanti għall-ħteġijiet taż-żmenijiet tal-lum.", "Nixtieq insemmi li dan ix-xogħol ma bediex illum imma anke l-Ministru Michael Farrugia u l-Eċċellenza Tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca, dak iż-żmien Ministru, ħadmu biex ikollna dan l-Abbozz ta' Liġi quddiemna.", "Sinjura President, jien ma kontx se nintervjeni però smajt ċerti kummenti matul dan id-dibatittu li ġegħluni nbiddel fehemti.", "Se nintervjeni għax min-naħa tal-Oppożizzjoni qegħdin nisimgħu l-ħin kollu, kemm fuq dan l-Abbozz ta' Liġi kif ukoll fuq abbozzi ta' liġi oħrajn, li ċerti liġijiet m'għandniex nagħmluhom ballun politiku.", "Jien naqbel li, speċjalment din il-liġi, m'għandniex nagħmluha ballun politiku imma li ma tagħmilx ballun politiku ma jfissirx li tagħmel dak li trid l-Oppożizzjoni biss.", "Biex ma tagħmilx suġġett ballun politiku trid tagħmel kritika ġusta u kosruttiva li twassal biex ikun hemm kompromess.", "Kelliema tal-Oppożizzjoni qalu f'dan il-Parlament li fir-rapport tal-Imħallef Mallia ntqal li kien hemm indħil politiku tal-Ministeru fil-ħruġ tal-care orders u kellna min saħansitra ma kkwotahx tajjeb.", "Ir-rapport tal-Imħallef Mallia ma jgħidx hekk, ma jasalx għal din il-konklużjoni, anzi bil-maqlub.", "Fil-fatt il-konklużjoni ewlenija hija li l-Imħallef ma sab xejn minn dak li kien allegat.", "Ma sabx li kien hemm indħil politiku min-naħa tal-Ministeru.", "Issa aħna ma rajniex ir-rapport sħiħ għax b'responsabilità sieħbi l-Ministru Michael Falzon ma ppubblikahx, u ma ppubblikahx mhux b'kapriċċ imma biex jipproteġi l-identità tal-minuri li huma msemmijin fih.", "Fil-fatt kienu ppubblikati l-konklużjonijiet biss.", "U l-konklużjoni ewlenija tal-Imħallef Mallia u li ma tistax tiġi kkontestata hija li l-Imħallef, li dam jindaga 'l fuq minn sena, ma sabx provi ta' ndħil politiku kif kien allegat f'din il-Kamra.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell, u sinċerament qed nappella lill-kelliema tal-Oppożizzjoni, biex ma joqogħdux biss fuq dak li jisimgħu u fuq dak li jiġu jgħidulhom ċerti nies, ċerti NGOs, ċerti persuni li jista' jkollhom kull interess li jgħidu dak li jgħidu għall-iskopijiet tagħhom, imma jivverifikaw l-affarijiet.", "Fil-fatt din l-inkjesta saret fuq allegazzjoni li tressqet min-National Foster Carer Association of Malta (NFCAM).", "Meta jien fittixt ftit sibt li dawn kellhom issue fuq ċerti każijiet, jiġifieri skont huma kien hemm numru ta' każijiet li fihom kien hemm indħil politiku u kienu dawn il-każijiet biss li ressqu quddiem l-imħallef.", "U taf kemm kien hemm każijiet?", "Kien hemm sitt każijiet biss minn total ta' 250 tifel u tifla li qegħdin fil-fostering.", "L-ewwel nett, dan ifisser li kien hemm 244 każ ieħor fejn żgur ma kienx hemm indħil politiku għax kieku kienu jgħaddu għand l-imħallef ukoll, u l-NFCAM, kif qed nifhem, marret titkellem mal-Oppożizzjoni fuq dawn is-sitt każijiet.", "Dan wassal biex kelliem tal-Oppożizzjoni jqum jgħid f'dan il-Parlament li kien hemm indħil politiku.", "Issa nafu li l-imħallef ma sabx li kien hemm indħil politiku fl-operat ta' kif joħorġu l-care orders u kif jitmexxa l-fostering.", "Allura min qed jippolitiċizza dan is-settur; in-naħa tal-Gvern jew in-naħa tal-Oppożizzjoni?", "Għalhekk b'dispjaċir ngħid li huwa irresponsabbli li toqgħod fuq allegazzjoni magħmula, f'dan il-każ minn NGO waħda, u tiġi f'dan il-Parlament u tagħmel allegazzjoni serja mingħajr ma tivverifika l-affarijiet minn qabel.", "Però jidher li kien hawn Membri tal-Oppożizzjoni li biex mingħalihom jiskorjaw xi punti politiċi jkunu portavuċi ta' NGO partikolari u jiġu jagħmlu allegazzjonijiet fil-Parlament li mbagħad irriżulta li ma kenux minnhom.", "Sinjura President, jien indagajt ftit biex nara din l-inkjesta lil min semgħet u kif din l-inkjesta ġabret l-informazzjoni, u nixtieq li f'każijiet bħal dawn il-ġudikatura jew min ikun qed jinvestiga jitkellem ma' kulħadd.", "Qed ngħid dan għax safejn naf jien l-Imħallef la tkellem mal-management tal-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) u lanqas tkellem mal-ġenituri bijoloġiċi tat-tfal li kien hemm f'dawn il-każijiet involuti, ħaġa li se tkun irrimedjata mil-liġi li għandna quddiemna fejn il-ġenituri bijoloġiċi se jkollhom iċ-ċans li jinstemgħu u jappellaw minn deċiżjonijiet fil-konfront tagħhom.", "Però, minkejja dawn in-nuqqasijiet u minkejja li l-inkjesta saret fuq sitt każijiet biss li ppreżentaw l-NFCAM, il-konklużjoni ewlenija tibqa' l-istess, li l-Imħallef Mallia ma sab l-ebda evidenza ta' ndħil poliitku.", "Ladarba jkun hemm min isemmi ndħil politiku, wieħed bilfors irid jara x'kien isir qabel.", "Qabel kien hemm indħil politiku?", "Dażgur li kien hemm indħil politiku!", "Jien meta nitkellem ma nitkellimx fuq allegazzjonijiet, ma nitkellimx fl-arja imma nkun iċċekkjajt, inkun indagajt u nkun irriċerkajt.", "B'dispjaċir ikolli ngħid li kien hemm każijiet fl-Amministrazzjoni ta' qabel fejn kien hemm indħil politiku.", "L-ewwel nett, naf b'każ fejn il-professjonisti tal-FSWS li jaħdmu f'dan il-qasam, ħadmu biex ikun hemm dik li tissejjaħ reintegration tat-tfal fostered mal-ġenituri bijoloġiċi tagħhom.", "Dan huwa każ fejn waħda minn tliet ulied kienet fostered minn koppja f'Għawdex u ħutha kienu f'dar tat-tfal f'Malta.", "Issa dan diġà huwa ħażin għax it-tfal għandhom jinżammu flimkien, imma agħar minn hekk, kull meta jkun hemm żjara ta' aċċess taħt superviżjoni dejjem tinstab xi skuża jew oħra biex ma ssirx, u din it-tifla la tiltaqa' ma' ħutha u lanqas mal-ġenituri tagħha.", "Dawn l-affarijiet jieħdu l-ħin biex isiru, ma jsirux malajr.", "U wara, il-foster carer Għawdxija taf x'qalet lill-omm naturali?", "Qaltilha: Għax m'għandix is-saħħa llum, għax kieku t-tlett itfal kont neħodlok!", "Issa aħna nafu x'riedet tgħid b'dan il-kliem, li m'għandhiex is-saħħa.", "Hawn kienet qed tirreferi għas-saħħa politika għax meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, anke f'dan il-qasam hekk kienu jsiru l-affarijiet; lil min taf.", "U dan kien veru ndħil politiku!", "Hekk sew, ikun hemm familja vulnerabbli fil-bżonn tal-għajnuna u minflok ngħinuha, aktar ngħakksuha billi neħdulha t-tfal!", "Bil-wiċċ tost kollu jkollok din il-foster carer u tuża dak il-kliem iebes għax hekk kienu mdorrijin bl-affarijiet qabel!", "Sinjura President, wieħed bilfors irid isemmihom dawn l-affarijiet.", "Wieħed ma jkunx jixtieq jippolitiċizza dan is-settur però ġaladarba n-naħa tal-Oppożizzjoni għoġobha tqajjem ċerti każi, wieħed irid jitkellem biex jgħid x'kien isir qabel lil dawk li llum qishom għandhom ir-raġġiera meta jiġu jitkellmu hawnhekk!", "L-ewwel nett, ikun tajjeb li nkunu nafu li ċerti ministri ta' Gvernijiet preċedenti saħansitra kien ikollhom żewġ social workers magħżula li kienu jkunu fdati politikament u kienu jkunu assenjati magħhom fil-Ministeru, u jekk dawn jaqblu li ssir care order issir, u jekk ma jaqblux ma ssirx.", "Dik hija l-verità.", "Agħar minn hekk jien tkellimt ma' social workers li qaluli li kienu jindunaw li kienet tkun ġejja elezzjoni għax l-ammont ta' care orders kienu jonqsu u minflok kienu jsiru dawk li jissejħu s-social contracts.", "Is-social contract minnu nnifsu mhuwiex ħażin li jsir tant li se jidħol anke f'din il-liġi li qed jippilota l-kollega tiegħi l-Ministru Michael Falzon, imma s-social contract m'għandux ikun għodda jew arma li jintuża biex ma tinħariġx care order.", "Meta ma kenux jistgħu jużaw is-social contract kienu jilagħbu għall-ħin u lanqas sempliċi interim care order ma kienet toħroġ.", "Jien naf x'jien ngħid u hawn nixtieq nirreferi għal każ ta' raġel b'fedina penali kriminali li sfortunatament taqqal kemm lill-partner tiegħu u anke lil bintha li kienet taħt l-età, bis-social workers jinsistu u jitolbu bil-ħniena lill-Ministeru biex toħroġ care order u din tibqa' ma toħroġx!", "Dan huwa każ dokumentat u naħseb li jekk ikun hemm min jitlob il-file dwaru - min għandu aċċess għalih żgur li jista' jarah – ikun jista' jivverifika li dak li qed ngħid jien m'iniex qed naqilgħu minn żniedi imma huwa l-verità.", "Issa jien mhux qed ngħid li r-regola kienet li jevitaw il-care orders.", "Ir-regola kienet li l-vetting isir minn social workers magħżula politikament u assenjati mas-segretarjati tal-ministri.", "Ir-regola kienet li jsiru s-social contracts speċjalment lejliet elezzjonijiet ġenerali fejn l-istatistika turi li l-care orders naqsu kemm fl-2007 u anke fl-2012.", "Wieħed jista' jivverifika dawn l-affarijiet għax din hija statistika li qiegħda hemmhekk.", "Fil-fatt kemm fl-2007, sena qabel l-elezzjoni tal-2008, kif ukoll fl-2012, l-aħħar sena sħiħa ta' Gvern Nazzjonalista, in-numru ta' care orders naqas.", "Nispera li issa ma jiġux il-kelliema tal-Oppożizzjoni jgħidulna biex ma nippolitiċizzawx dan id-dibattitu u fl-istess ħin jitfgħu l-botti u jibnu narrattiva li qisu kif tela' dan il-Gvern, eżattament sitt snin ilu - fil-fatt bħal-lum sitt snin kien ħa l-ġurament il-Prim Ministru Joseph Muscat – beda jsir l-indħil politiku f'dan il-qasam!", "Anzi l-istorja hija bil-maqlub.", "F'dan il-qasam l-indħil politiku ntemm sitt snin ilu u mhux beda sitt snin ilu, għax l-affarijiet illum qegħdin isiru b'ħafna aktar serjetà u din il-liġi se tkompli ddaħħal ħafna aktar serjetà mhux għall-ġid tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni imma għall-ġid tat-tfal.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sinjura President, illum qegħdin nitkellmu fuq Abbozz ta' Liġi li jipprova jħares l-aħjar interess tat-tfal.", "Aktar ma nimxu 'l quddiem f'dan is-settur aktar nipprovaw nagħtu prijorità lill-aħjar interess tat-tfal.", "Fil-kultura tagħna mhux dejjem ħarisna lejn it-tfal bil-mod kif għandna nħarsu lejhom.", "It-tfal mhumiex proprjetà, mhumiex oġġetti u mhumiex lanqas soġġetti għad-deċiżjonijiet jew ordnijiet li jagħmel ħaddieħor fuqhom.", "Għalkemm it-tfal huma soġġetti għat-tmexxija u d-direzzjoni tal-adulti li jkunu responsabbli mill-kura tagħhom, l-aħjar interess tat-tfal hu li nħarsu lejhom bħala persuni sħaħ bil-potenzjal tagħhom.", "Huwa veru li l-wild ikun jiddependi fuq l-adult li jkun qiegħed taħt il-kura tiegħu biex ikun protett u mħares, imma tifel jew tifla hija sħiħa u mhijiex xi clone tal-ġenituri jew tal-familja tagħha, daqskemm mhijiex oġġett ta' dik il-familja.", "Huwa importanti li t-tfal jiġu inklużi f'kull aspett tal-ħajja li jolqothom bil-mod li huwa adattat għalihom.", "Ma nistgħux inwarrbu jew neskludu lit-tfal minn deċiżjonijiet li nieħdu.", "Meta ngħid \"inħarsu lejn tifel jew tifla bħala persuna sħiħa\" qed infisser li għandna nagħtu l-opportunità u ċ-ċans lil dak it-tifel jew tifla sabiex jipparteċipa f'dik id-deċiżjoni li trid issir u li żgur se jkollha effett fuqhom, fuq il-ħajja tagħhom, fuq il-ħajja li jkunu qegħdin jgħixu dakinhar u anke fuq l-iżvilupp tagħhom u l-ħajja futura tagħhom.", "Jien nemmen li r-rwol ta' kull persuna li għandha kuntatt mat-tfal huwa li tassigura li t-tfal ikunu rispettati bħala persuni b'tali mod li jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex ikunu jistgħu jikbru fit-talenti u fl-aspirazzjonijiet tagħhom.", "Sfortunatament ftit ħafna qed isir fis-soċjetà li jagħti vuċi lit-tfal, li jinkludihom f'diskussjonijiet u f'konsultazzjonijiet u biex dawn ikollhom x'joffru u jkollhom id-dritt li jipparteċipaw b'mod attiv f'dak li qed jiġri jew li qed jiġi ppjanat fis-soċjetà.", "Ftit xhur ilu waqt li kellna l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, f'din il-Kamra lqajna tfal minn diversi skejjel li ħolmu u bnew is-soċjetà ideali tagħhom.", "Però dak li verament laqatni minn dik l-attività u minn dik id-diskussjoni kienet il-ħeġġa ta' dawk it-tfal li jipparteċipaw.", "Laqatni wkoll il-mod kif dawk it-tfal irnexxielhom jisiltu d-diffikultajiet u l-ostakli li s-soċjetà llum il-ġurnata tiffaċċja b'mod ġenerali.", "Pereżempju ssemmew id-diffikultajiet tal-ambjent, il-ħarsien tal-ambjent, id-diffikultajiet li jġibu l-konflitti fil-familja, il-konflitti fis-soċjetà kif ukoll il-konflitti bejn il-kulturi u l-pajjiżi.", "Din kienet attività li tat leħen lit-tfal, leħen li għandu juri lilna l-adulti li t-tfal huma kapaċi jifhmu dak li qed jiġri madwarhom u li għandhom xi ħaġa xi jgħidu fuq dak li qed jiġri madwarhom.", "Jekk m'aħniex se nagħtu dik il-parteċipazzjoni attiva u soċjali lit-tfal allura aktarx li dawn se jsiru ċittadini mhux ta' Malta, wisq inqas tal-Ewropa u wisq inqas tad-dinja, imma se jibqgħu biss ċittadini tan-nukleu żgħir tal-familja tagħhom biss.", "Dan huwa nukleu ferm żgħir meta tqis il-ħajja moderna u anke meta tqis in-nisġa tal-okkorrenzi f'diversi pajjiżi.", "Qed ngħid dan għax dak li jiġri f'pajjiż 'il bogħod minn artek jaffettwa wkoll il-ħajja tiegħek u mhux biss fil-qasam tal-ambjent.", "Biex nimxi fl-ambitu tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum, naħseb li qabel ma niddiskutu kura alternattiva rridu nifhmu li l-obbligu primarju li wieħed iħares l-aħjar interess tat-tfal huwa tal-ġenituri u tal-familja.", "Il-kura li qegħdin niddiskutu hawnhekk hija kura alternattiva għal dik il-kura li l-ġenituri u l-membri tal-familja huma responsabbli għaliha.", "Filwaqt li l-obbligu primarju qiegħed fuq min qed jieħu ħsieb it-tfal, aħna bħala stat irridu nassiguraw ruħna li nagħtu dik l-għajnuna kollha li għandhom bżonn il-ġenituri u kull min għandu l-kura u l-ħarsien tat-tfal minuri f'idejh, sabiex dawk it-tfal ma jitħallewx jaslu f'sitwazzjoni li tista' tkun tant ħażina għalihom li bilfors ikunu jridu jittieħdu minn fost dik il-familja u jitqiegħdu taħt kura alternattiva.", "Huwa importanti li aħna nkunu nistgħu nagħtu lil dawn il-familji dik l-assistenza meħtieġa biex huma stess ikunu empowered ħalli joffru ambjent san li fih it-tfal ikunu jistgħu jitrawmu skont l-aħjar interess tagħhom.", "Biex nagħmlu dan kollu għandna bżonn strutturi b'saħħithom li jistgħu jgħinu lil dawn il-familji u lit-tfal b'mod effettiv, fejn l-azzjoni tittieħed fil-ħin li hemm bżonn u mhux inħallu ġimgħat għaddejjin bil-konsegwenza li s-sitwazzjoni tat-tfal issir agħar f'dawk il-ġimgħat, imbagħad naslu f'point of no return.", "Nemmen li rridu nsaħħu l-istrutturi li jgħinu lil dawk il-familji li qegħdin f'sitwazzjonijiet vulnerabbli billi nfornuhom bir-riżorsi meħtieġa bħal numru ta' professjonisti mħarrġa.", "Dawn ikunu jistgħu jgħinu lil kull familja li għandha bżonn.", "Naħseb li ħafna drabi din l-għajnuna diġà tingħata u forsi fejn qegħdin nonqsu mhuwiex neċessarjament fl-għoti tal-għajnuna imma fil-punt inizjali, ċjoè dak il-punt meta rridu nindunaw li dik il-familja għandha bżonn l-għajnuna.", "Naħseb li jrid isir ferm aktar investiment biex inkunu nistgħu nindirizzaw lil dawn il-familji billi nindunaw bil-ħtieġa tagħhom ferm qabel milli qegħdin nindunaw illum.", "Sinjura President, minn hawnhekk irrid insellem lill-carers li jieħdu ħsieb u li jaħdmu ma' dawn il-familji kif ukoll lis-social workers u lil tant professjonisti li jaħdmu mat-tfal fil-bżonn.", "Irrid insellem b'mod partikolari lill-carers fil-komunità li jagħtu l-assistenza lil dawn it-tfal u lil min jieħu ħsiebhom u ħafna drabi jkun ix-xogħol u l-impenn ta' dawn il-carers u social workers li jżommu s-sitwazzjoni milli ssir waħda agħar u li mbagħad tkun teħtieġ il-ħruġ ta' care order u l-għoti ta' ħarsien alternattiv.", "Irridu nirrikonoxxu u nirrealizzaw li f'Malta hemm tfal li minn età żgħira qegħdin ibatu u jiffaċċjaw diffikultjaiet li kultant lanqas adult ma jkun jiflaħ iġorrhom.", "Nista' nsemmi l-problemi jew id-diffikultajiet li l-faqar joħloq lil tfal minuri.", "Il-faqar ma jaffettwax biss lit-tfal imma jaffettwa lil ħafna gruppi vulnerabbli tas-soċjetà tagħna li jinkludu lit-tfal.", "Fil-fatt il-Eurostat tindika li għandna 22.8% tat-tfal f'Malta li qegħdin f'riskju ta' faqar jew f'riskju ta' esklużjoni soċjali.", "Għalkemm din mhijiex l-ogħla rata fl-Unjoni Ewropea, hija rata għolja u hija viċin il-medja tal-Unjoni Ewropea, imma fejn jidħol l-aħjar interess tat-tfal, dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex jitkellem fuq li nagħtu l-average f'dak li għandu x'jaqsam mal-interess tat-tfal, mhuwiex jitkellem fuq li nagħtu l-average f'dak li għandu x'jaqsam ma' protezzjoni għall-interess tat-tfal imma qed jitkellem fuq li nagħtu prijorità lill-aħjar interess tat-tfal.", "Għalhekk m'għandniex niftaħru meta nirrealizzaw li għandna kważi kwart mit-tfal f'Malta li qegħdin f'riskju ta' faqar jew f'riskju ta' esklużjoni soċjali.", "Din hija problema u diffikultà li diffiċli tippermetti li t-tfal ikunu jistgħu jgħixu f'ambjent san li jkunu jistgħu jimirħu fih.", "Għandek tfal li jbatu minħabba ċirkostanzi li kultant jinkludu mard fil-familja, diżgwid jew tilwim fil-familja jew saħansitra nuqqas ta' ħiliet u nuqqas ta' empowerment tal-ġenituri jew ta' min ikun qed jieħu ħsiebhom.", "U n-nuqqas ta' ħiliet u empowerment tal-carers u tal-ġenituri jwassal għal nuqqas ta' opportunitajiet għat-tfal.", "Ġieli titkellem ma' social workers u ma' carers fil-komunità li jiddeskrivulek xenarji ta' qsim il-qalb fejn jidħlu t-tfal.", "Kulħadd jitkellem fuq it-tfal tal-familja tiegħu b'ċerta għożża, għax dawn huma l-aktar ħaġa importanti f'ħajjitna, u hekk għandu jkun, imma t-tfal kollha għandhom ikunu l-aktar ħaġa prezzjuża.", "Meta titkellem ma' dawn is-social wokers jew carers ma jgħidulekx li dak it-tifel partikolari m'għandux ktieb x'jaqra d-dar imma jgħidulek li m'għandux, pereżempju, biżżejjed ikel, m'għandux biżżejjed ħwejjeġ u jgħix f'appartament mal-familja fejn m'hemmx biżżejjed lożor u kutri biex almenu jgħaddu l-lejl kif suppost.", "Min hemm barra jaħseb li dawn mhumiex sitwazzjonijiet reali ngħidlu li dawn huma sitwazzjonijiet li jien iltqajt magħhom, sitwazzjonijiet li l-familja tasal fihom ħafna drabi mhux għax tkun trid imma għax tkun għaddejja minn diffikultajiet kbar u mingħajr l-għajnuna tas-soċjetà, it-tfal ibatu u jispiċċaw f'ambjent li mhuwiex san.", "Huwa għalhekk li qabel ma nibdew nitkellmu fuq ħarsien alternattiv irridu nitkellmu fuq l-istrutturi li jagħtu appoġġ, sostenn u empowerment lil dawn il-ġenituri.", "Imbagħad ikollok sitwazzjonijiet oħrajn fejn l-aħjar interess tat-tfal ikun li jinstab ħarsien alternattiv għalihom għax il-ġenituri, f'dak il-mument, ma jkunux qegħdin f'pożizzjoni li jagħtuhom il-kura bażika li jkollhom bżonn.", "Fejn l-istrutturi jfallu milli jassiguraw ambjent san għat-tfal fil-familja tagħhom jew fejn m'għandniex strutturi biex jassiguraw dan, nemmen li nkunu aħna li qegħdin nonqsu lil dawn it-tfal.", "Għalhekk irridu nagħmlu minn kollox biex nassiguraw li dawn it-tfal jingħataw l-aħjar kura u l-aħjar ħarsien.", "Sinjura President, xi rridu nfissru b'\"ħarsien alternattiv\"?", "Jien nifhem li rridu nfissru ħarsien alternattiv għall-ambjent ta' familja, u allura l-ħarsien alternattiv l-aktar ġust u l-aktar xieraq għal dawn it-tfal naħseb li għandu jingħata kemm jista' jkun f'ambjent ta' familja u mhux neċessarjament f'ambjent ta' komunità jew ta' istituzzjoni.", "Minkejja dan li qed ngħid, ma rridux ninsew nagħtu l-apprezzament u r-ringrazzjament dovut lil dawk l-istituzzjonijiet kollha u lil dawk in-nies li b'sagrifiċċju personali, b'vokazzjoni u b'dedikazzjoni jwettqu l-ħarsien u l-kura ta' ħafna tfal li ngħatawlhom biex jipproteġuhom.", "Ħafna minnhom għamlu dan b'sagrifiċċji kbar u għadhom jagħmlu dan b'sagrifiċċji personali kbar iżda anke b'ħafna nuqqas ta' riżorsi u b'ħafna diffikultajiet.", "Nemmen li s-soċjetà għandha tkun grata lejn dawn in-nies għal din il-ħidma u naħseb li ħafna drabi ma nurux apprezzament biżżejjed.", "Sinjura President, l-ambjent ta' istituzzjoni mhuwiex dak l-ambjent alternattiv għal ambjent ta' familja kif nifhmuha f'din is-soċjetà u kif kull tifel jew tifla jkun dejjem jixtieq.", "Kif għedt, naħseb li l-obbligu tagħna huwa li nagħtu lil dawn it-tfal il-possibilità li jgħixu u li jkunu parti minn familja kif tafha s-soċjetà, familja li huma jistgħu jsejħu bħala l-familja tagħhom.", "Għalhekk irrid nirringrazzja lil dawk il-ħafna foster families li jagħrfu jiftħu qalbhom, jiftħu r-riżorsi tagħhom, jiftħu d-dar tagħhom, jiftħu l-familja tagħhom sabiex jilqgħu tfal li għandhom bżonn l-imħabba, il-kura u l-assistenza.", "Minn hawnhekk irrid inħeġġeġ aktar familji sabiex jilqgħu din l-istedina u jkunu huma stess foster families però l-fostering irid isir bl-inqas preġudizzju u b'inqas kambjamenti frekwenti għall-minuri.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi l-fostering irridu nkomplu nagħtuh dik l-istabilità li kull tifel u tifla għandhom bżonn.", "Sinjura President, dan l-Abbozz ta' Liġi jitkellem ukoll fuq l-adozzjoni ta' minuri mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.", "Nistqarr li dan il-konċett jinkwetani għax fih innifsu jaħsad il-kuntatt bejn it-tifel jew it-tifla u familtu naturali.", "Dik il-ħasda tkun kemxejn waħda permanenti però hemm sitwazzjonijiet fejn tant is-sitwazzjoni tkun prekarja, tant il-ħtieġa ta' dak il-minuri tkun kbira, li forsi wieħed jiġġustifika l-adozzjoni anke mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.", "Jista' jkun li l-fatt li tkisser ir-rabta tal-familja naturali ma jogħġobnix imma dan jista' jseħħ f'mument fejn il-ġenituri naturali verament ma jkunux f'qagħda li jagħtu ħarsien lil dak it-tifel jew lil dik it-tifla.", "Iżda dak li dejjem jibqa' jberren f'moħħi huwa dan.", "Jekk fil-futur dawk il-ġenituri jiġu f'qagħda li jagħtu dak il-ħarsien, x'se tkun ir-relazzjoni tagħhom ma' dak it-tifel jew tifla?", "Jien nittama li dan il-poter jintuża b'rettezza enormi f'każijiet super eċċezzjonali u fejn verament ikun meħtieġ u mhux għax f'mument partikolari l-ġenituri ma jkunux jistgħu jagħtu lit-tifel jew lit-tifla dak li jixirqilhom jew jistħoqqilhom.", "Nispera li dan iseħħ biss għax ikun hemm x'jindika li l-ġenituri ma jkunux jistgħu jagħtu dan għal żmien twil tant li jekk dawk it-tfal ma jiġux addottati jinħolqilhom preġudizzju irraġunevoli u irrimedjabbli.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jitkellem fuq ħarsien u protezzjoni bħala dak li huwa raġunevolment mistenni mingħand ġenitur lejn il-minuri li għandu l-kura tiegħu u l-għan huwa li jippromwovi l-potenzjal sħiħ ta' dak it-tifel jew tifla filwaqt li jitqiesu wkoll il-ħiliet u xeħtiet naturali u aspirazzjonijiet tagħhom.", "Irrid nikkonkludi dan id-diskors tiegħi billi nisħaq kemm huwa importanti li verament naraw ix-xeħtiet, il-ħiliet u l-aspirazzjonijiet tal-minuri u mhux nimponu fuqhom dak li naħsbu aħna jew dak li rridu aħna għalihom.", "Kultant aħna ma nkunux ilħaqna l-aspirazzjonijiet tagħna u qisna awtomatikament nixħtuhom fuq it-tifel jew it-tifla tagħna.", "Kultant forsi huwa diffiċli nifhmu li t-tfal tagħna mhumiex il-clones tagħna imma huma persuna differenti li jgħixu fi żmien differenti.", "Nifhem li din kultant hija xi ħaġa diffiċli però rridu nifhmu li kull tifel u tifla hija persuna sħiħa fiha nnifisha, sew jekk għandha bżonn il-ħarsien alternattiv u anke jekk m'għandhiex.", "Il-ġenituri, il-familja, is-soċjetà u anke l-Istat għandhom obbligi u responsabilitajiet fil-konfront ta' kull tifel u tifla u dawn ir-responsabilitajiet u obbligi tagħna rridu nwettquhom mhux fl-aħjar interess tagħna, mhux skont ir-riżorsi tagħna iżda fl-aħjar interess ta' dak it-tifel jew tifla partikolari.", "Għalhekk huwa ferm importanti li ninvestu ferm aktar fir-riżorsi ta' dawk l-istrutturi li qegħdin hemmhekk biex jassistu lil tfal, lil ġenituri u lil familji li jkunu f'sitwazzjonijiet vulnerabbli.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, nixtieq nibda dan l-intervent tiegħi billi niċċita l-edukatur Pollakk u Lhudi Janusz Korczak li qal hekk:", "Naħseb li din il-frażi tinkapsula l-konċett dwar l-aħjar interess tal-minuri.", "Irridu nirrikonoxxu li t-tfal mhumiex biss il-persuni ta' għada imma wkoll il-persuni tal-lum.", "Li qegħdin ngħidu f'din il-liġi huwa assolutament il-kontra.", "Huwa tajjeb li rrealizzajna li dik l-idea Vittorjana kif kienu jħarsu lejn it-tfal inftamna minnha u qegħdin insaħħu l-pożizzjoni ta' dak li kiteb dan l-edukatur.", "Din il-kitba ma nkitbitx riċentement imma nkitbet diversi snin ilu fl-1929.", "Fil-fatt din il-persuna kienet mietet f'kamp tal-konċentrament jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq kitbiet ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Dak li kiteb kien jgħodd għal dak iż-żmien aħseb u ara kemm jgħodd aktar għal-lum meta għaddejna minn dawn l-avvanzi kollha, bil-Karta għad-Drittijiet tat-Tfal u bid-diversi studji dwar kif is-soċjetà għandha timxi 'l quddiem.", "Dawn huma l-prinċipji li nemmen li għandna nkomplu nibnu fuqhom, u nibnu fuqhom mhux sempliċement billi niktbu l-liġijiet.", "Fil-fehma tiegħi, l-analiżi u d-diskussjoni dwar din il-liġi mhux biss trid tmur lil hinn mill-kitba tagħha imma wieħed irid jagħti ħarsa lejn il-mod kif se tkun qed tiġi implimentata meta tiġi approvata minn dan il-Parlament.", "Sinjura President, niftakar li meta kont qed nagħmel il-kors tal-liġi konna nitkellmu anke fuq konċetti ta' child care orders u l-impenn u l-indħil tal-Istat biex jara li t-tfal dejjem ikollhom ħarsien fejn ħarsien m'għandhomx u jaċċerta li jkollna l-mekkaniżmi biex hu jkollu l-poter li jieħu azzjoni fejn it-tfal ikunu qed jiġu abbużati minflok ikollhom dik l-għożża.", "Id-diffikultà hi dwar kif tindividwa sitwazzjoni abbużiva u sitwazzjoni ta' diffikultà u x'tip ta' azzjoni trid tieħu għax fl-aħħar mill-aħħar hemm diversi bilanċi li jridu jintlaħqu.", "Wieħed irid jifhem is-sensittività tad-deċiżjoni li wieħed irid jieħu meta jiġi ffaċċjat b'ċerti fatti.", "F'ċirkostanzi bħal dawn wieħed irid jistaqsi lilu nnifsu: Biex nilħaq l-aħjar interess tal-minuri, liema tip ta' azzjoni rrid nieħu?", "Quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li, fil-fehma tiegħi, qed joffri numru ta' mekkaniżmi biex insaħħu l-ħarsien u l-mod kif nagħtu dak il-ħarsien meħtieġ fid-dawl u fiċ-ċirkostanzi ta' kull sitwazzjoni partikolari.", "Mill-esperjenza tiegħi bħala avukat, b'mod partikolari miż-żmenijiet meta kont nagħmel aktar xogħol fil-qasam tal-familja, nirrealizza li meta jkollok deċiżjonijiet dwar tfal, speċjalment fejn ikollok sitwazzjonijiet li kważi kull parti qiegħda tgħid il-biċċa tal-verità tagħha, dak li se jkun qed jieħu deċiżjoni għandu biċċa xogħol mhux faċli biex jasal għall-konklużjoni.", "Għalhekk huwa importanti li nkomplu nifformaw opinjoni u aktar ħsieb dwar x'nifhmu bl-aħjar interess tal-minuri anke fid-dawl ta' dak li għadni kemm semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi.", "Is-soċjetà tagħna żgur li ma tistax tħares banda oħra meta jkollok tfal li jeħtieġu protezzjoni u meta jkollok tfal li evidentement ikollhom bżonn l-attenzjoni.", "Għalhekk irid ikollna dak kollu meħtieġ biex nassiguraw li jkollna mekkaniżmi apposta f'ċirkostanzi varji.", "Kieku kelli nsemmi liema hu ma l-binarji li fuqhom qiegħda tiġi msejsa din il-liġi żgur li f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien, fuq quddiem nett irrid insemmi d-direttur li jieħu ħsieb il-protezzjoni tal-minuri u d-direttur li jieħu ħsieb il-ġid tal-minuri f'ħarsien alternattiv.", "Minħabba l-fatt li issa qegħdin nitkellmu fuq proċeduri li jseħħu quddiem il-qrati, wieħed irid isemmi wkoll l-avukat tal-minuri.", "Imbagħad ovvjament għandek l-aspetti l-oħrajn fejn għandek il-foster parents, l-għajnuna residenzjali u s-servizzi kollha marbutin ma' dan il-qasam.", "Nixtieq insemmi ftit ħsebijiet dwar Direttur (Protezzjoni Minuri) li, fil-fehma tiegħi, se jservi biex jinstiga dawk il-proċeduri meħtieġa f'każ li jkun hemm suspett jew rapporti li minuri jkunu f'riskju.", "L-għanijiet tad-Direttur huma li jaġixxi fl-aħjar interess tal-minuri f'riskju u jaċċerta ruħu mill-fehmiet tagħhom.", "Naħseb li l-fatt li qegħdin nagħmluha ċara f'diversi istanzi ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, li l-minuri għandu jinstema', ikompli jikkonferma l-mod differenti u l-mod aġġornat kif naħsbu li għandna nħarsu lejn dak kollu li jsir b'rabta mal-minuri.", "Id-Direttur (Protezzjoni Minuri) jrid jikkollabora wkoll mal-entitajiet relatati fil-protezzjoni tal-minuri u allura hawnhekk qegħdin naraw li l-kwestjoni ta' childcare protection mhijiex xi ħaġa li taqa' taħt entità waħda, u kif turina l-liġi stess, wieħed jifhem li għandu bżonn kważi proċess.", "Saħansitra hemm aspett interministerjali kif wieħed irid jindirizza l-affarijiet kemm biex jindividwa sitwazzjonijiet ta' abbuż iżda wkoll biex wieħed iwieġeb għal dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikollok minuri f'riskju.", "Aspett importanti ieħor tad-Direttur (Protezzjoni Minuri) huwa li jinvestiga dwar azzjonijiet li jistgħu ma jkunux xierqa fil-konfront tal-minuri.", "Hawnhekk għandek l-aspett investigattiv imma aspett ta' importanza kbira hu fejn jissemma li għandu jagħti gwida lill-ġenituri u lill-familja tal-minuri minn żmien għal żmien rigward il-mod kif għandhom jaġixxu fil-konfront tal-istess minuri.", "Hawn qegħdin naraw firxa wiesgħa ta' responsabbiltajiet, ta' poteri u ta' linji gwida biex id-Direttur (Protezzjoni Minuri) jaġixxi f'ċirkostanzi differenti.", "Ta' min jinnota li l-ħatra ta' dan id-Direttur qed tingħata kwalifiki speċifiċi dwar min huwa eliġibbli.", "L-eliġibilità tad-Direttur qiegħda tiġi mfassla fil-liġi fejn jingħad li dan id-Direttur irid jinħatar wara sejħa pubblika, irid ikollu esperjenza ta' mhux inqas minn ħames snin f'servizzi lil minuri kif ukoll li l-persuna in kwestjoni jkollha kompetenza maniġerjali.", "Hawnhekk qegħdin naraw li qed jinħoloq il-qafas meħtieġ dwar min għandu jintgħażel għal dan il-post.", "Sinjura President, irrid ngħid li fil-fehma tiegħi jeħtieġ li jiġu ċċarati xi punti rigward ir-rwol tad-Direttur.", "Għalkemm il-liġi qed toħloq il-kariga ta' Direttur (Protezzjoni Minuri), mhux qed tagħmel referenza għal xi direttorat li fih se jaħdem dan id-Direttur.", "Apparti minn dan, l-Abbozz ta' Liġi jagħmel referenza għall-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u allura jeħtieġ li tkun iċċarata r-relazzjoni li se tinbet bejn dawn iż-żewġ entitajiet.", "Fid-dawl ta' dak li hemm f'subklawsola (5) ta' klawsola 3 wieħed jistaqsi jekk l-intervent tal-Fondazzjoni hux se jkun f'każijiet partikolari u limitati jew inkella hux se jkun aktar wiesa'.", "Id-Direttur (Protezzjoni Minuri) għandu wkoll rwol li jirċievi rapporti dwar suspett ta' każijiet fejn minuri jkun sofra jew potenzjalment ikun se jsofri ħsara sinifikanti.", "Hawnhekk ta' min jinnota titjib importanti li qiegħed isir fejn qed jiġi ċċarat li jekk xi ħadd jagħmel rapport, dejjem in buona fede, dwar suspett jew ħsieb li jista' jkun hemm xi sitwazzjoni abbużiva li finalment ma jirriżultax, allura dak ir-rapport ma jikkostitwix reat.", "Il-liġi kważi kważi qed tagħmilha ċara li ħadd m'għandu jagħmel rapporti li jaf li mhumiex minnhom, imma fl-istess ħin, jekk xi ħadd ikun qiegħed iwettaq xogħlu għax jinnota jew isir jaf b'xi forma ta' potenzjal abbuż li mbagħad ma jirriżultax, dik il-persuna għandha l-konfort li mhux se tkun qiegħda tiffaċċja xi proċeduri.", "Bl-istess mod din il-liġi qed titfa' obbligu fuq professjonisti li meta jsiru jafu b'sitwazzjoni ta' abbuż, iridu jirrapportaw.", "Dawn il-professjonisti għandhom l-obbligu li jirrapportaw taħt piena li hija msemmija fil-liġi.", "Naħseb li fi stadju ta' Kumitat hemm bżonn li tiddaħħal definizzjoni għal xiex qed tagħmel referenza l-kelma \"professjonisti\".", "Qed ngħid dan għaliex in-nuqqas ta' rapport qed iwassal għal reat kriminali, u allura huwa meħtieġ li l-liġi tindika b'mod ċar min huma dawk il-professjonisti u x'qed tifhem bi professjonisti li fuqhom hemm dan l-obbligu ta' rapport, li fin-nuqqas tiegħu jkun hemm il-prosekuzzjoni bil-possibilità ta' piena penali.", "Nissuġġerixxi li l-kelma \"professjonist\" għandha tkun ċirkoskritta bil-kwalifika li tkun persuna li għandha warrant skont il-liġi u li parti mill-eżerċizzju tal-professjoni tagħha tkun xi forma ta' kuntatt jew xi forma ta' servizz lejn minuri.", "Nemmen li din il-kjarifika hija meħtieġa biex jiġi evitat nuqqas ta' qbil jew interpretazzjonijiet varji meta din il-liġi tiġi applikata.", "Waħda mill-għażliet diffiċli li għandek fejn jidħlu każijiet fil-protezzjoni ta' minuri hija dwar x'tip ta' interventi għandhom jittieħdu biex noffru l-aħjar protezzjoni.", "Ħafna jsostnu li jkun aħjar jekk il-minuri jkomplu t-trobbija tagħhom mal-ġenituri tagħhom aktar milli jitpoġġew f'xi istituzzjoni, f'xi residenza jew inkella jrabbihom ħaddieħor.", "Hawnhekk wieħed ma jistax jagħmel regola ġenerali iżda wieħed irid jara ċ-ċirkostanzi ta' kull każ partikolari u jara x'hemm bżonn u x'mhemmx bżonn.", "Fil-fatt il-liġi stess qed tgħid x'tip ta' miżuri għandhom jittieħdu f'ċirkostanzi partikolari.", "Dan se nkun qed insemmih aktar 'il quddiem.", "Irrid ngħid ukoll li waħda mill-affarijiet li tista' ssir tirrigwarda dak li qed jissejjaħ il-kuntratt soċjali.", "Qed ngħidu li se jkun hemm kuntratt mal-ġenituri jew ma' min ikun qiegħed jieħu ħsieb lit-tfal li jagħmel ċerti obbligi li għandhom jiġu segwiti b'mod skrupluż biex naraw li għalkemm it-tfal ma jitteħdux, xorta jkunu qegħdin jingħataw l-aħjar kura possibbli.", "Naħseb li l-idea ta' kuntratt soċjali hija importanti ħafna għaliex fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw li t-tfal jingħataw il-ħarsien waqt li d-deċiżjonijiet l-aktar iebsa jiġu evitati.", "B'dan il-kuntratt se jiġi aċċertat li tittejjeb il-pożizzjoni tat-tfal involuti, jittejjeb it-tip ta' ħarsien li jirċievu dawk it-tfal fl-ambjent tagħhom imma fl-istess ħin qegħdin naċċertaw ukoll li anke min jieħu ħsiebhom qed jingħata direzzjoni biex itejjeb il-mod kif jieħu ħsieb lil dawk il-minuri.", "Fil-fatt hemm tliet għanijiet li għandha l-professjoni tas-social workers li jorbtu ħafna ma' dak li wassal għad-deċiżjoni li wieħed idaħħal il-kwestjoni tal-kuntratt soċjali.", "Is-social workers, fl-aħħar mill-aħħar, għandhom l-iskop tal-analiżi soċjali, li wieħed jgħarbel fejn l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb, li wieħed jara li jkun katalist soċjali biex tittejjeb il-qagħda tan-nies iżda fuq kollox ukoll li jgħin lin-nies biex jibnu u jimxu 'l quddiem fir-relazzjonijiet tagħhom.", "Kif kont qiegħed ngħid hemm diversi miżuri li jistgħu jittieħdu f'każ li jiġi deċiż li hemm bżonn ta' azzjoni u m'hemmx biss l-ordni ta' protezzjoni.", "Bidla importanti li qiegħda ssir permezz ta' din il-liġi hi li filwaqt li qabel il-Ministru kien dak li jiffirma l-ordnijiet, issa mhux se jkun qiegħed jiffigura f'dan il-proċess kollu.", "Il-proċess ta' deċiżjoni issa se jmur quddiem il-Qorti tal-Minorenni.", "Naħseb li din hija bidla importanti li dwarha wkoll irid ikun hemm riflessjoni dwar kif se jkun qiegħed jitħaddem dan il-mekkaniżmu ġdid, mekkaniżmu li jista' jwassal biex ikun hemm ordni ta' ħarsien, ordni ta' superviżjoni, ordni ta' trattament u ordni ta' tneħħija.", "Qegħdin naraw sitwazzjoni wkoll fejn ikun hemm smigħ qabel ma tittieħed deċiżjoni, xi ħaġa importanti ħafna, u l-mod kif inhi mfassla l-liġi qiegħda tirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipju bażiku tal-ġustizzja naturali, audi alteram partem, jiġifieri li inti tisma' lill-partijiet kollha involuti u mbagħad tasal għad-deċiżjoni.", "Permezz ta' din il-liġi qed jissaħħaħ ukoll il-proċess li jinstemgħu l-minuri għax qed jiġi introdott il-personaġġ tal-avukat tat-tfal.", "Hawnhekk se jkollna avukati ta' ċerti kwalifiki, esperjenza kif ukoll taħriġ apposta dwar kif għandhom jieħdu ħsieb dawn l-każijiet.", "Suġġeriment li xtaqt nagħmel jirrigwarda kif dan se jkun qed jiġi implimentat u x'tip ta' riżorsi huma meħtieġa biex naraw li dan l-uffiċċju tal-avukat tat-tfal jaħdem b'mod effiċjenti.", "Qed ngħid hekk għaliex pereżempju rridu naraw jekk dan l-avukat, f'dan il-proċess kollu, hux se jkun uffiċjal tal-Qorti jew uffiċjal indipendenti mill-partijiet.", "Jien ma naħsibx li jista' jkun parti mill-uffiċċju ta' dak l-uffiċjal li se jkun qiegħed jinstiga dawn il-proċeduri quddiem il-qorti.", "Huwa żgur li l-kwestjoni tar-riżorsi hija xi ħaġa importantissima li rridu nżommu quddiem għajnejna.", "Bl-istess mod jien ngħid li dan il-proċess ġudizzjarju m'għandniex inħarsu lejh bħala proċess ġudizzjarju kwalunkwe.", "Għalkemm il-Qorti se tkun l-entità li tieħu d-deċiżjoni rridu nifhmu wkoll li dan huwa proċess li jeħtieġ attenzjoni ferm aktar minn proċessi oħrajn.", "Qed insemmi dan għaliex minbarra d-Direttur (Protezzjoni Minuri) li jmexxi l-każ, se jkollok ukoll il-ġenituri li forsi jkunu persuni f'diffikultajiet u jkollhom bżonn l-għajnuna min-naħa tal-aġenzija u tal-avukat tal-għajnuna legali, u hawn ukoll irridu naraw li dawn ikunu rappreżentati adegwatament.", "Wara kollox dawn huma ġenituri li jistgħu jispiċċaw li jitteħdilhom it-tifel jew it-tifla tagħhom.", "Qegħdin naraw ukoll il-figura tal-avukat tal-minuri.", "Hemmhekk ukoll hemm li jkollna r-riżorsi kollha meħtieġa ħalli dak l-istitut, dak l-uffiċċju jkun b'saħħtu u jkun jista' jagħmel biċċa xogħol tajba.", "Irridu nħarsu lejn dan il-proċess bħala wieħed li fl-aħħar mill-aħħar fih tittieħed deċiżjoni dwar kif naċċertaw li wild ikollu l-għożża, l-attenzjoni u l-ħarsien li jirriżulta li fl-ambjent attwali ma jkunx qiegħed jingħata.", "Fuq kollox huwa importanti li jkun hemm smigħ fi żmien raġunevoli.", "F'affarijiet bħal dawn ma tistax timxi bl-għaġla imma huwa importanti li jkun hemm ċerta speditezza biex l-affarijiet isiru fi żmien raġunevoli.", "Qed ngħid dan għax dawn huma każijiet verament sensittivi, każijiet li juru sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità fejn huwa importanti li kull min hu involut jimxi b'attenzjoni liema bħalha.", "Bl-istess mod l-avukat tat-tfal se jkollu wkoll parti importanti imma dan kollu qed ikompli jsaħħaħ il-fehma dwar kemm huwa importanti li nisimgħu lit-tfal.", "Punt ieħor li naħseb li huwa importanti li nissottolinjaw huwa marbut mal-fatt li f'pajjiżna hemm ukoll realtajiet ġejjin minn persuni ta' nazzjonalità mhux Maltija kemm jekk ikunu ġew hawn minħabba immigrazzjoni irregolari, kemm jekk ikollhom status ta' refuġjat kif ukoll jekk ikunu nies barranin li jagħżlu li jirrisjedu f'pajjiżna.", "Dawn ir-realtajiet ukoll wieħed irid ikun imħejji tajjeb għalihom.", "Dawn huma realtajiet li joħolqu sfidi differenti fosthom sfidi kif wieħed jifhem u realtajiet ta' familji ġejjin minn kulturi differenti, reliġjonijiet differenti u lingwi differenti.", "Fl-aħħar mill-aħħar ma nistgħux nibqgħu nqisu li kulħadd huwa Malti jew li m'għandniex realtajiet oħra.", "Hemmhekk ukoll naħseb li hemm bżonn ta' impenn, investiment u anke taħriġ ta' kif jiġu ttrattati każijiet bħal dawn u s-sensittivitajiet kollha li dawn iġibu magħhom.", "Jien ma nixtieqx intawwal wisq u l-aħħar punt li nixtieq insemmi huwa marbut mar-realtà tal-fostering.", "Naħseb li hija ħaġa ferm ammirevoli meta persuni jagħmlu l-għażla li jiftħu djarhom u jkunu lesti li jaċċettaw li joffru għożża lil dawk l-ulied u lil dawk il-minuri li jkunu ġejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli.", "Hemm uħud minnhom li jkollhom diġà l-ulied tagħhom u li magħhom jaċċettaw tfal oħra iżda jkollok ukoll persuni li forsi ma jkollhomx ulied u jiddeċiedu li jagħmlu dan il-ġest tant nobbli li jagħżlu li jkunu foster parents.", "Naħseb li tul dawn l-aħħar snin f'pajjiżna rajna titjib konsiderevoli fil-foster care.", "Huwa importanti li nkomplu ninvestu f'dan il-qasam u nagħtu s-sapport u t-taħriġ meħtieġ għaliex b'hekk inkunu qegħdin nevitaw sitwazzjoni fejn it-tfal jieħdu ħsiebhom fid-djar residenzjali.", "Hemmhekk ukoll hemm diversi sfidi li wieħed irid iwieġeb għalihom.", "Sinjura President, jien kelli l-opportunità li niltaqa' ma' diversi ġenituri li jagħmlu din l-għażla tal-foster care u hemmhekk tinduna kemm dan huwa wieħed mill-akbar atti ta' solidarjetà li wieħed jista' jagħmel.", "Permezz ta' dan is-servizz, min m'għandux l-għożża se jsib l-għożża u min m'għandux il-ħarsien se jkun qiegħed jingħata dak il-ħarsien.", "Hawnhekk qed jiġu proposti numru ta' bidliet li ta' min jinnotahom iżda fuq kollox f'din il-liġi l-aktar ħaġa importanti hija t-tisħiħ favur l-aħjar interess tal-minuri.", "Sinjura President, żgur li f'dan il-qasam irid ikun hemm sensibilità, sensittività u responsabbiltà f'kull deċiżjoni, f'kull għażla li ssir u f'kull pass li jittieħed.", "Huwa tajjeb li ngħaddu din il-liġi u li noħolqu dawn il-mekkaniżmi li forsi jekk hemm bżonn inkunu nistgħu ntejbu fuqhom fi stadju ta' Kumitat u anke niċċaraw xi punti, imma fl-aħħar mill-aħħar, minbarra li tgħaddi din il-liġi mill-Parlament, huwa importanti li jkollna r-riżorsi kollha meħtieġa biex nimplimentaw din il-liġi bl-aħjar mod possibbli.", "Irridu nitgħallmu mill-esperjenzi fejn forsi jkun hemm affarijiet li ma marrux daqstant tajjeb u allura huwa importanti li wieħed iħares lura biex jifhem fejn l-affarijiet imxew tajjeb u fejn setgħu mxew aħjar.", "Fuq kollox, f'kull għażla li ssir irridu niftakru ħaġa waħda; li f'idejna għandna r-responsabilità tat-tfal tal-lum għax dawn huma l-irġiel u n-nisa ta' għada.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, naħseb li huwa d-dmir ta' kull gvern li jħares l-interessi bażiċi tat-tfal u tal-minuri biex b'hekk id-dinjità tal-persuna tilħaq il-milja tagħha.", "Li nilħqu l-milja tagħna hija xi ħaġa li kulħadd jixtieq, anke aħna bħala politiċi hawnhekk.", "Dawn id-drittijiet fil-każ tal-minuri jinkludu d-dritt tal-ħajja, l-iżvilupp, il-protezzjoni kontra l-vjolenza, l-abbuż jew l-abbandun, l-edukazzjoni, li jikbru f'ambjent ta' familja u d-dritt li jesprimu fehemthom u li nisimgħuhom.", "Proprju din il-liġi llum qiegħda tmiss xi punti minn dawn id-drittijiet li fil-fatt joħorġu anke mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal li Malta hija firmatarja tagħha u li ħarġet 30 sena ilu.", "Jien għalija t-trobbija, il-parenting tat-tfal, huwa wieħed mill-akbar investimenti li s-soċjetà Maltija tista' tagħmel.", "Sintendi, it-trobbija tiddependi mill-imġiba tal-ġenituri, tal-komunità u tas-soċjetà li aħna ngħixu fiha.", "Jien bħala tabib u anke bħala missier nieħu pjaċir meta nara familji li għandhom co-parenting, jiġifieri jħarsu l-bżonnijiet tat-tfal b'mod ugwali fejn ir-relazzjoni bejn il-missier u l-omm hija waħda b'saħħitha.", "Nieħu pjaċir għax bis-saħħa t'hekk it-tfal jikbru f'aktar għożża, imħabba u jkollhom valuri oħrajn bħad-dixxiplina.", "Imma t-tfulija mhijiex għal dejjem, iż-żgħożija mhijiex għal dejjem u nafu li jkun hemm ir-riskji.", "Meta jkun hemm dawn ir-riskji jrid ikollna l-għodod, dak il-qafas legali u dik l-istrateġija nazzjonali biex naġixxu.", "Ma jistax ikun hemm tkaxkir tas-saqajn f'dawn l-aspetti soċjali u rridu niddeċiedu meta l-aħjar għandna nintervjenu f'każijiet bħal dawn.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Sinjura President, it-tfal kollha għandhom id-drittijiet tagħhom li nafu x'inhuma.", "Barra minn hekk ġenitur ma jistax jikkonsidra lil uliedu qishom xi biċċa proprjetà.", "Jien bħala ġenitur għandu jkolli interess li t-tfal ikollhom kwalità tajba ta' ħajja, għandi nħares l-interessi tagħhom u d-dinjità tagħhom imma m'għandix inqis lit-tfal bħala proprjetà tiegħi.", "Ġenitur, kemm jekk inhu l-ġenitur naturali u kemm jekk mhuwiex, m'għandu qatt jimponi lilu nnifsu fuq it-tfal.", "Dan ifisser li meta jkun hemm tfal bi problemi, meta jkun hemm dawk li jissejħu disfunctional families minħabba maltrattament, abbandun jew inkella minħabba problemi ta' protezzjoni ta' saħħa u sigurtà fuq it-tfal, kemm fiżika, kemm emozzjonali u anke sesswali, hemm bżonn li t-tfal mhux biss jintgħarfu li huma fir-riskju imma tittieħed azzjoni biex b'hekk ħajjithom, saħħithom u l-iżvilupp tagħhom ikun wieħed aħjar u kif jixraq lid-dinjità ta' kull persuna.", "Dan hemm bżonn li jsir mhux biss għat-tfal imma anke għax nafu li jekk dawn it-tfal jibqgħu mingħajr rimedju mill-Istat, se jkollna r-riskju li jkollna ċittadini adulti li jkollhom il-problemi.", "Sinjura President, meta nitkellmu fuq it-tfal u fuq id-drittijiet u l-interessi tagħhom mhux qegħdin nitkellmu bil-konċett ta' one size fits all. Dan huwa importanti li nifhmuh għax iċ-ċirkostanzi għal kull każ huma partikolari ħafna.", "Nieħu pjaċir ninnota li b'din il-liġi saret qabża ta' ġgant anke jekk il-liġi li se tinbidel hija relattivament ġdida għax għaddiet fl-aħħar tal-leġiżlatura u kienet ukoll aktar child-centric milli parent-centric kemm f'dik li hi adozzjoni, kemm fil-fostering kif ukoll jekk hemm care order.", "Issa se tinqata' l-għajta li l-ministru responsabbli mill-politika soċjali huwa missier ħafna tfal, għax bis-saħħa ta' din il-liġi se tkun il-Qorti li se tieħu dak il-poter f'idejha biex tħares l-interessi tat-tfal.", "Dan huwa wieħed mill-passi sbieħ li għandha din il-liġi għax dawk it-tfal li jkunu taħt care orders u jispiċċaw għall-kura fid-djar residenzjali - u hawn b'mod partikolari nixtieq insellem minn qalbi lid-djar tal-Knisja minn dan l-aspett – se jibdew jitħarsu fl-ambitu ta' qrati u mhux tal-ministru.", "Nafu li għandna ħafna koppji li juru x-xewqa li jadottaw imma fl-aħħar mill-aħħar nafu li ftit huma t-tfal, b'mod partikolari dawk Maltin, li jkollhom ir-rieda biex dan il-kuntratt soċjali jseħħ u b'hekk dawn il-koppji jkollhom ix-xewqat ta' ħajjithom maqtugħa.", "Fil-fatt jispiċċaw aktar jadottaw minn barra pajjiżna milli minn hawnhekk.", "Bil-maqlub, meta niġu għall-fostering nafu li hemm ħafna tfal li jixtiequ li jkunu fostered imma ftit huma dawk il-koppji li huma lesti biex jagħtu wens u biex jieħdu ħsieb lit-tfal.", "Jien naħseb li l-qafas kif inhu ppreżentat f'din il-liġi se jħares aktar biex jintervjeni b'mod iktar approprju f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Jien għalija l-akbar sfida preżenti dwar it-tfal hija l-ippjanar fit-tul għalihom, biex ikollhom ħajja stabbli u jkollhom ukoll dik il-permanenza, fejn iħossu dak is-sense of belonging.", "Għalhekk jien aktar kmieni għedt li hemm bżonn li l-pjan tagħna jkun wieħed child centred.", "Biex il-pjan ikun child centred hemm bżonn kordinazzjoni sħiħa mill-Aġenzija Appoġġ, minn NGOs oħrajn li jieħdu ħsieb dan is-settur, miż-żgħażagħ ta' bejn 16 u 18-il sena u anke mid-djar tat-tfal infushom li bosta huma tal-Knisja.", "Huwa l-pjan fit-tul li jħares l-iżvilupp ta' persuni mit-tfulija għaż-żgħożija, li jwassal għal aktar stabilità fil-ħajja u sintendi dan jirrikjedi riżors uman professjonali biex jissarraf.", "Sinjura President, bħala tabib irrid ngħid li fl-opinjoni tiegħi din il-liġi se ssolvi d-diskrepanza li teżisti bejn dawk it-tfal li kienu jieħdu kura taħt care order u dawk it-tfal li kien ikollhom voluntary placement fejn ikunu pereżempju ma' fostered family jew inkella jkunu adottati.", "Minkejja li dawk li kienu jkunu taħt care order sfortunatament kienu jkunu taħt il-kustodja tal-ministru u issa se jkunu fil-kustodja tal-Qorti, dawn kienu jkunu aktar segwiti u kien ikollhom trattament, fl-opinjoni tiegħi, ferm aħjar u fuq kollox kien ikun hemm il-follow-up.", "Ma nistax ngħid li fil-voluntary placement kien hemm dan it-tisħiħ anke forsi minħabba nuqqas ta' riżors uman.", "Però naħseb li bil-mod kif inhi ppreżentata l-liġi din il-ħaġa se tittaffa u b'hekk meta niġu għal voluntary placements dawn ma jkunux żvantaġġati.", "Irrid ngħid ukoll li minkejja dak kollu li hemm fil-liġi, xi ħaġa li se tibqa' sfida hija l-aftercare service.", "Żagħżugħ u żagħżugħa li għalqu 16-il sena jew 18-il sena issa m'għadhomx aktar minuri imma huma adulti u l-problemi reali li jiffaċċjaw dawn in-nies huma ħafna akbar minn dawk li jiffaċċjaw żgħażagħ li jkunu jgħixu fil-familja naturali tagħhom.", "L-ewwel nett dawn iż-żgħażagħ ikunu jridu jaċċettaw ir-realtà tas-sitwazzjoni tagħhom u jridu jkunu kapaċi jemmnu fihom infushom.", "Dawn huma affarijiet bażiċi importanti imma mhux hekk biss; għall-ewwel darba f'ħajjithom ikunu jridu jibnu dak il-ġejjieni tagħhom b'mod li jkunu indipendenti.", "Hawn mhux qed ngħid li ma jkunx hemm preparazzjonijiet għal dawn l-isfidi, għax preparazzjonijiet ikun hemm, imma tkun ħaġa tajba li jkun hemm follow-up ġej mill-familja, fejn meta trid il-parir ta' missierek tista' tfittxu fi kwalunkwe ħin, anke b'telefonata, anke jekk għandek 18 jew 20 sena.", "Mill-banda l-oħra, fil-każ ta' dawn il-persuni, l-aftercare service mhux dejjem ikun garantit.", "Jien iltqajt ma' ħafna okkażjonijiet fejn tara nies ta' din ix-xorta jbatu biex ikollhom saqaf fuq rashom bil-konsegwenza li faċilment jispiċċaw f'depressed areas u f'żoni fejn ir-riskju huwa akbar jew inkella jispiċċaw fuq il-benefiċċji soċjali.", "Għalhekk l-aftercare service huwa importanti immens.", "Sinjura President, xi ħaġa li laqtitni f'din il-liġi b'mod pożittiv hija li issa t-tfal kollha jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat.", "Din hija xi ħaġa tajba għax fil-liġi l-oħra dawk it-tfal biss li kienu taħt care order setgħu jkunu rappreżentati minn avukat.", "Xi ħaġa tajba wkoll hija li din il-liġi tħares id-drittijiet li semmejt aktar qabel u wieħed minnhom huwa d-dritt li t-tfal jesprimu fehemthom u jiġu mismugħa anke f'ċirkostanzi diffiċli.", "Xi xahar wara li kienet għaddiet il-liġi l-oħra fil-25 ta' Jannar 2017 – dak iż-żmien jien kont il-Whip tal-Gvern - jien kont tkellimt f'Aġġornament u kont għedt hekk:", "\"F'din il-leġiżlatura għaddejna l-Att dwar il-Ħarsien tat-Tfal (Ħarsien Barra mid-Dar) u dan diġà jipprovdi biex jiġi appuntat avukat mill-bidu nett sabiex iħares l-interessi tat-tfal f'dawk iċ-ċirkostanzi speċifiċi, imma dan japplika biss fil-każ ta' care orders u mhux fix-xenarji kollha li jirrigwardaw id-drittijiet tat-tfal.", "Għaldaqstant naħseb li wasal iż-żmien li kull minuri għandu jingħata d-dritt li jinstema' quddiem il-Qorti skont ix-xewqat tiegħu.\"", "Issa jien qed nieħu pjaċir li din il-fehma ġiet adottata f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din hija xi ħaġa tajba u huwa pass ieħor 'il quddiem.", "F'waħda mill-gazzetti l-Ministru semma a step-by-step approach.", "Jien se nissuġġerilu tarġa oħra biex inkunu daqsxejn aktar forward-looking.", "Jien hawnhekk diġà tkellimt biex il-Kummissarju tat-Tfal tippromwovi d-drittijiet mill-aspett ġenerali ta' public policy u liġijiet.", "Din hija xi ħaġa tajba, imma nafu wkoll li l-Kummissarju tat-Tfal m'għandhiex l-għodod legali meħtieġa biex tinvestiga każijiet individwali u tieħu d-deċiżjonijiet.", "Jien din naraha mhux biss mill-aspett legali imma anke bħala tabib.", "Mill-esperjenza tiegħi jien iltqajt ma' ħafna problemi u sfidi fil-ħajja tat-tfal u taż-żgħażagħ meta ma kellhomx dik il-familja li huma xtaqu jkunu parti minnha.", "Sinjura President, jien naħseb li wasal iż-żmien li jkollna qafas legali fejn it-tfal ikollhom id-drittijiet imħarsa b'mod individwali bis-saħħa ta' servizz indipendenti lil hinn mill-Eżekuttiv.", "Din il-ħaġa naraha bħala parti mill-funzjoni ta' Ombudsman tat-tfal.", "Din hija xi ħaġa li tista' tidħol fil-qafas li jeżisti diġà u ċjoè l-qafas tal-Ombudsman li diġà għandna, fejn apparti li jkollna l-Ombudsman li jħares is-saħħa, Ombudsman li jħares l-affarijiet parlamentari, Ombudsman li jħares l-ambjent u affarijiet oħra, ikollna wkoll l-Ombudsman tat-tfal bid-differenza li dan l-Ombudsman li jinvestiga d-drittijiet individwali ta' minuri jkollu s-snien biex jinforza dak li jinvestiga.", "Din hija d-differenza.", "Jien qed nipprova ngħid li għandu jinħoloq dan il-livell ieħor biex nassiguraw li jkollna ċ-checks and balances favur id-drittijiet ta' min bilfors irid jistrieħ fuq xi ħadd adult biex l-interessi tiegħu u d-dinjità tiegħu jiġu mħarsa.", "Għalkemm jien qiegħed nagħmel dan is-suġġeriment sintendi se jkolli wkoll il-ħin li niżvolġih aktar.", "Dan aktar u aktar meta nafu, kif intqal f'din il-Kamra, li għandna 22% tat-tfal li qegħdin f'riskju ta' faqar u jista' jkollhom id-drittijiet tagħhom mhedda.", "Għalhekk naħseb li minbarra din l-istruttura legali li qegħdin ngħaddu, ikun ferm tajjeb li nitilgħu t-tarġa li jmiss u noħolqu dawn iċ-checks and balances permezz tal-Kummissarju tat-Tfal jew permezz ta' struttura indipendenti u awtonoma li tkun l-Ombudsman tat-tfal.", "Ma nifhimx li b'hekk inkunu qegħdin niddupplikaw ix-xogħol anzi nkunu qegħdin inħarsu t-tfulija kif suppost f'soċjetà moderna u progressiva.", "F'din id-diskussjoni ma kienx beħsiebni nitkellem dwar id-dritt tal-ħajja imma la ssemma ħassejt li għandi niddedika ftit minuti dwaru.", "Hawnhekk qiegħed nirreferi għall-abort.", "Kif għedt kemm-il darba u stqarrejt minn qalbi, il-ħajja hija sabiħa u jien favur il-ħajja.", "Ħafna hawnhekk jaqblu ma' dan.", "Il-Partit li nagħmel parti minnu jien, jiġifieri l-Partit Demokratiku, huwa favur il-ħajja u fil-fehma tagħna t-tarbija għandha titqies, bi dritt, li hija membru tal-familja u persuna anke meta tkun għadha fil-ġuf.", "Dan huwa l-qofol ta' kollox, u dan jirriżulta wkoll xjentifikament, jiġifieri aħna m'aħniex ngħiduh b'sens politiku, b'sens reliġjuż jew b'sens morali biss.", "Ix-xjenza turi b'mod assolut li l-ħajja tal-bniedem tibda mill-konċepiment u m'hemm xejn xi jmeri lix-xjenza dwar dan.", "Aħna tal-Partit Demokratiku favur id-dinjità tal-ħajja tal-bniedem u nirrispettaw il-kodiċi tad-dritt naturali fejn anke l-mewt u d-dfin, iridu jsiru b'mod dinjituż.", "Aħna kontra kull forma ta' qtil, kemm jekk inhu abort, kemm jekk inhi piena kapitali kif ukoll jekk inhi ewtanasja.", "Dawn huma kollha forom ta' qtil.", "Il-qofol tal-prinċipju tad-dritt tal-ħajja hu li l-bniedem għandu dritt fundamentali li jgħix u l-ebda persuna m'għandha d-dritt li toqtol persuna oħra.", "Ma tista' qatt tħaddan politika li tħares id-dinjità tal-bniedem u d-dritt tal-ħajja jekk fil-liġijiet ċivili dwar l-opportunitajiet indaqs, ugwaljanza u dritt ta' għażla ħielsa ma tirrikonoxxix dan il-prinċipju.", "Sinjura President, jien għandi esperjenza sħiħa ta' 32 sena każijiet, li mhumiex rari, fejn nisa joħorġu tqal u ma jkunux jixtiequ jkomplu t-tqala tagħhom.", "Id-dinjità tal-mara rridu nħarsuha, u jien min jien, anke bħala tabib, bħala ċittadin jew bħala politiku li għandi nikkundanna l-fehma, l-aġir jew l-għemil ta' dik il-mara?", "Għalkemm jien nista' ngħid li jien wieħed minn dawk it-tobba li nħossni kburi li salvajt ħafna ħajjiet, nafu li hemm numru ta' nisa li qegħdin imorru barra minn pajjiżna biex ifittxu l-abort.", "Konxji ta' dan kollu, aħna tal-Partit Demokratiku nħossu li, l-ewwel u qabel kollox, il-Gvern għandu d-dmir li jeduka lis-soċjetà.", "Hemm bżonn li nedukaw lis-soċjetà tagħna u għalhekk huwa tajjeb li jkollna dibattitu b'saħħtu dwar dan.", "Dan huwa dibattitu li ma jaffettwax l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jew l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali imma jaffettwa lil dan il-Parlament u lilna.", "Kif semmejt, huwa ċar li l-Unjoni Ewropea mhux se ġġegħelna li b'xi mod indaħħlu l-abort.", "Illum din qiegħda wkoll fil-gazzetta u stqarrha wkoll l-Imħallef Giovanni Bonello fil-ġurnal The Malta Independent.", "Ħadd mhu se jiddettalna.", "Aħna bħala nazzjon nemmnu bis-sħiħ li l-ħajja hija dritt uman u d-dinjità tal-persuna toħroġ proprju minn dak id-dritt bħalma joħorġu drittijiet fundamentali oħrajn tal-espressjoni, tal-opinjoni u d-dritt li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu.", "Hawn irrid ngħid li aħna ssuġġerejna li għal dawk il-każijiet fejn omm ma tkunx trid tkompli t-tqala tagħha tkun tista' tiġi offruta ċ-ċans li t-twelid isir b'mod aktar bikri mis-soltu by medical induction, basta mill-aspett kliniku tkun kapaċi tgħix waħedha.", "Issa forsi jkun hawn min jistaqsi: Hawn biex ġej?", "Sinjura President, aħna fil-prattika ta' kuljum mhux l-ewwel darba li niltaqgħu ma' każijiet fejn ikun hemm tqaliet li minħabba raġunijiet mediċi tal-mara jew anke tat-tarbija, il-ħlas isir qabel l-40 ġimgħa.", "Illum grazzi għall-iSpecial Care Baby Unit (SCBU) tarbija li titwieled wara 28 ġimgħa ta' tqala tikber b'mod normali u b'saħħitha.", "Għalhekk hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn dik l-omm li ma tkunx trid lit-tarbija tista' tingħata ċ-ċans biex din it-tarbija titwieled qabel.", "Sintendi, biex dan iseħħ irid ikun hemm tibdil mill-aspett legali li jkopri lill-professjonist meta jieħu dik id-deċiżjoni biex isir ħlas qabel il-waqt.", "Għalfejn qiegħed nitkellem hekk?", "Hawn ma nistgħux nitkellmu fuq l-abjad biss jew fuq l-iswed biss.", "Ma nistgħux inqiegħdu lill-omm fuq naħa tal-miżien u lit-tarbija fil-ġuf fuq in-naħa l-oħra.", "Dawn it-tnejn huma persuni u t-tnejn għandhom dritt għal ħajjithom u għad-dinjità tagħhom imma bis-saħħa t'hekk inkunu qegħdin nersqu lejn soluzzjoni fejn it-tnejn isalvaw.", "Għalfejn qed ngħid li t-tnejn isalvaw?", "Għax it-tarbija titwieled u tgħix ħajjitha b'mod dinjituż u l-omm tiffranka dak l-istress psikoloġiku, dak l-istress li hi ma tkunx tixtieq tidher li hija tqila u dak l-istress li ħajjitha qisha spiċċat.", "B'dan il-mod din il-mara tingħata ħajja mill-ġdid u fl-istess ħin tkun taf li dik it-tarbija li hi ma xtaqitx għadha ħajja u m'għaddietx mill-abort.", "B'hekk jien nemmen li għandu jonqos in-numru ta' nisa li jmorru barra minn xtutna u jfittxu l-abort.", "Dan li qed ngħid huwa kollu fattibbli mill-aspett mediku.", "Sinjura President, din hija soluzzjoni li s'issa ħadd ma kellu l-kuraġġ li jvaraha b'mod politiku u jien qiegħed invaraha f'isem il-Partit Demokratiku biex tiġi studjata.", "Din tista' tkun soluzzjoni mhux biss eżemplari imma prattika għal pajjiż ċkejken li għandu għal qalbu l-ħarsien tad-dritt uman bħala persuna f'kull stadju tal-ħajja.", "Għaldaqstant meta niġu għad-drittijiet tal-bniedem verament inkunu l-aqwa fl-Ewropa.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nitlob il-permess biex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "Il-permess ingħata.", "Fis-6.32 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "IS-SOSTITUZZJONI TEMPORANJA TAS-SEDJA", "Li skont l-Ordni Permanenti 151, l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi jippresiedi l-Kamra fil-perjodu li matulu d-Deputy Speaker, l-Onor.", "Claudette Buttigieg, tagħmel id-diskors tagħha fis-seduta tal-lum, it-Tnejn, 11 ta' Marzu 2019 fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Abbozz Nru 76 - u dan ukoll billi l-Ispeaker huwa msiefer fuq xogħol parlamentari.\"", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Nissekonda.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "Stefan Zrinzo Azzopardi biex jieħu postu fis-Sedja.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "Il-Kamra rriżumiet minn ftit mumenti qabel id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv).", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER (Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi): Rimarki?", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, ħadt pjaċir ħafna nisma' d-diskorsi differenti li saru llum u l-ġimgħa li għaddiet.", "Meta tkun fuq is-siġġu fejn qiegħed inti tosserva ħafna affarijiet.", "Naħseb li xi ħaġa li rrid nirrimarka b'mod pożittiv ħafna hi li matul id-diskussjoni l-Ministru Michael Falzon ma ċċaqlaqx minn postu, baqa' hemmhekk jisma' lil kulħadd u jieħu nota dwar dak kollu li qed jingħad.", "Naħseb li dan juri sens ta' rispett lejn il-Kamra u bħala membri għandna nirrikonoxxuh.", "Rigward din il-liġi naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li kien hemm ċertu sens ta' soljev għall-fatt li hawn qbil dwar liġi daqshekk delikata, daqshekk importanti u li qed jintqalu ħafna affarijiet tajbin dwarha.", "Qisu hawn tellieqa f'din il-Kamra għal min l-aktar jista' jagħti kontribut tajjeb ħalli, kif qal l-Onor.", "Claudio Grech fil-bidu ta' dan id-dibattitu, we don't get it wrong.", "Din hija liġi li ma nistgħux niżbaljaw fiha għaliex, bħalma għedt inti Sur President, u bħalma qalu diversi kollegi f'din il-Kamra, lilna tpoġġilna responsabilità kbira fuq spallejna għaliex hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar il-ħajja u l-futur ta' uliedna.", "Nixtieq nibda billi niġbed l-attenzjoni dwar affarijiet li ntqalu ftit tal-ħin ilu.", "Godfrey Farrugia ppropona xi ħaġa li għandna niddiskutu u naħseb li qed tiftaħ tieqa daqsxejn differenti għal dawk kollha li jaħsbu li l-abort huwa l-uniku soluzzjoni għal sitwazzjonijiet daqshekk diffiċli.", "Mill-banda l-oħra, l-aktar diskors li personalment ma laqatnix għat-ton li kien fih kien id-diskors tal-Onor.", "Glenn Bedingfield, però minnu ħareġ punt validu li fid-diskorsi ta' wara rrepetewh diversi persuni fosthom inti, Sur President, li din il-liġi se tneħħi r-responsabilità tal-care orders - fil-fehma tiegħi responsabilità inutli - minn fuq il-Ministru.", "Jien mhux biss naf u napprezza x-xogħol li qed jagħmel il-Ministru Michael Falzon imma naf anke kemm il-predeċessuri tiegħu batew minnha.", "Jekk hawn min jaħseb li l-ministri jieħdu gost jiffirmaw il-care orders għandu żball.", "Din hija responsabilità żejda.", "Kollegi tiegħi li kellhom il-pożizzjoni li għandu l-Ministru Michael Falzon kemm-il darba qaluli li ma torqodx bil-lejl bl-affarijiet li jkollok taqra u tagħmel u allura lill-Onor.", "Glenn Bedingfield ngħidlu li ma nixxukkjax ruħi li ministru jitlob parir mingħand is-social workers.", "Mingħand xi ħadd trid titlob parir.", "Mela se ġġorr din ir-responsabilità waħdek għal xi ħaġa daqshekk delikata fuq il-futur ta' tfal li mhumiex tiegħek?", "Sur President, jien il-frażi \"it-tfal tiegħek\" tinkwetani.", "Nitkellmu dwar uliedna qishom oġġett li qiegħed fil-pussess tagħna.", "Pereżempju frażi li lili verament iddejjaqni u li tintuża mill-ġenituri bħal dawn iż-żmenijiet tal-eżamijiet hija: Għamel l-eżami u ġabli \"A\" jew \"B\"!", "Ma ġablek xejn, li ġab ġabu għalih!", "Għandna ħabta nużaw dan it-ton.", "Din ma nagħmluhiex b'sens ħażin imma nagħmluha għax aħna lit-tfal nadurawhom.", "Però mhuwiex sew li wieħed jitkellem fuq it-tfal tiegħu b'mod li dawn qishom għamlu xi ħaġa għalih!", "Kif kienet qed tgħid l-Onor.", "Therese Comodini Cachia, lit-tfal qisna nagħmluhom clones tagħna u dak li ma rnexxilniex nagħmlu aħna fil-ħajja rridu li jirnexxu huma.", "Imma issa ħalli ngħaddi għad-diskors proprju li ppreparajt fuq din il-liġi voluminuża.", "Jien m'iniex persuna teknika f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi u allura m'inix se nidħol f'dak l-aspett, però se niffoka fuq aspett u se niddikjara interess partikolari.", "Sur President, jien, qabel ma dħalt fil-politika, flimkien mar-raġel tiegħi u mat-tifla tiegħi konna għamilna l-kors tal-fostering.", "Bħala xandara kont nagħmel slots regolari dwar dan u kont nintervista professjonisti f'dan il-qasam.", "Fil-fatt intervistajt ħafna foster carers u kelli l-privileġġ kbir li nintervista wkoll lil tfal, żgħażagħ u adulti li għaddew mill-proċess tal-fostering.", "Nista' ngħid li kont influwenzata ħafna minn dik l-esperjenza.", "Ovvjament l-għan kien li nħeġġu aktar nies jagħmlu dan il-ġest li kif sejjaħtlu int, Sur President, huwa ġest nobbli.", "L-esperjenzi li kont qsamt jien mat-telespettaturi kienu esperjenzi pożittivi.", "Kif diġà għedt, bl-imħabba li għandna lejn it-tfal kultant ninsew li mhux it-tfal kollha għandhom il-privileġġ tal-imħabba u l-privileġġ tas-sigurtà f'ħajjithom, sigurtà ta' permanenza li naħseb li din il-liġi, fil-fehma tiegħi, qiegħda tindirizza bħalma tindirizza issues oħrajn.", "Jien hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija bażika: Nafu x'inhu l-effett tat-trawma fuq it-tfal?", "Din aċċenna għaliha wkoll l-Onor.", "Jien hawnhekk m'iniex se nagħti eżempji għax Malta hija żgħira u meta għamilt il-kors tal-fostering tgħallimt ħafna dwar kemm Malta hija żgħira.", "Nixtieq ngħid li meta fil-kors tal-fostering kienu jħarrġuna, qatt ma tawna ismijiet jew dettalji vera ta' każijiet li aħna bħala foster carers prospettivi kellna nipprovaw insolvu.", "Irrid ngħid ukoll li ġieli kien hemm każijiet li spiċċaw b'wiċċ il-ġid u ġieli kien hemm każijiet li ma spiċċawx hekk, imma dan isir biex inti tiġi mħarreġ għar-realtà t'hemm barra.", "Sur President, irrid ngħid mill-bidu li hemm konċett li lili jurtani.", "Għalkemm naħseb li jkun hemm każijiet ta' foster carers li jkollhom ix-xewqa li jadottaw, il-maġġor parti assoluta ta' foster carers jagħmlu dan b'altruwiżmu kbir u bl-ebda intenzjoni li jadottaw.", "Dan qed ngħidu għaliex naf ħafna foster carers u għalhekk irrabjajt meta l-Onor.", "Bedingfield beda jitkellem fuq foster carer speċifika.", "Dan m'għandux idea ta' dawn in-nies.", "Jien ngħid li dawn jagħmlu li jagħmlu b'intenzjoni tajba.", "Tista' ma taqbilx ma' dak li għamel xi ħadd u tista' tgħid li mhux sewwa li jkun hemm aspett politiku fejn jidħlu deċiżjonijiet bħal dawn.", "Però ejja ma nattakkawx lilhom.", "Dawn qegħdin jagħmlu xi ħaġa straordinarja f'pajjiżna.", "Jekk tridu tkunu tafu x'differenza hemm bejn il-fostering f'pajjiżna u f'pajjiżi oħrajn, agħmlu Google search bażika u tindunaw li fl-Amerka, pereżempju, il-fostering għandu a very bad name komparat mal-good name li għandu f'pajjiżna.", "Għalhekk irridu kemm jista' jkun inrawmu aktar u aktar foster carers.", "Sur President, xi tfisser li tkun foster carer?", "Ejja mmorru lura fis-snin.", "Dari kien jiġri li min kien ikollu familja kbira, iz-zijiet, il-kuġini jew xi ħaddieħor li kien jiġi minn familja bħal din, kien irabbilhom lil xi ħadd mit-tfal u qatt ma kienu jgħidu li huwa tagħhom.", "Naħseb li din f'kull familja kbira kienet tiġri.", "Sikwit tisma' kliem bħal \"Għax dak trabba maz-zijiet\", \"dak trabba man-nanniet\" jew \"dak trabba mal-kuġini\".", "Dawn l-affarijiet kienu jsiru imma ma kenux isiru b'mod organizzat kif qegħdin nagħmlu f'din il-liġi, u naħseb li din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Jien ġieli ltqajt ma' foster carers li jgħidulek minn xiex għaddew u meta tistaqsihom jekk għamlux il-kors jgħidulek le.", "Dawn ikunu ilhom snin twal ħafna jagħmlu dan ix-xogħol u forsi din hija l-mistoqsija li rrid nagħmel lill-Ministru.", "X'se jiġri f'dawk il-każijiet fejn hemm nies li mhumiex imħarrġa, bħalma qed tgħid din il-liġi, però ilhom jagħmlu dan ix-xogħol?", "Prattikament dan huwa servizz lejn is-soċjetà tagħna u servizz enormi lil dawn it-tfal.", "Din il-liġi b'xi mod se taffettwa lil min ma kienx imħarreġ u ma ħax din il-formazzjoni?", "Ma rridx ninftiehem ħażin u m'iniex qed nipprova nallarma, imma jkun tajjeb jekk il-Ministru, aktar tard f'dan id-dibattitu, jiċċara dan il-punt, għax naħseb li huwa punt li dwaru jaf ikollok min forsi se jinkwieta.", "Anke mill-body language tal-Ministru qed nifhem li m'hemm xejn assolutament f'dan ir-rigward.", "Imma issa ħalli mmur għall-pilastru ewlieni ta' din il-liġi li huma t-tfal.", "Sur President, Dr Gabor Maté li speċjalizza fuq l-effett tat-trawma, speċjalment fuq persuni li jieħdu d-droga fil-Kanada, jgħid hekk:", "Qed nikkwota minn artiklu li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex jiffoka proprju fuq dan l-aspett tat- trawma.", "Dr Gabor Maté jgħidilna wkoll li:", "Dan juri kemm huwa importanti dak li ssemmi din il-liġi u dak li semmew kważi l-kelliema kollha f'dan id-dibattitu ċjoè li rridu nieħdu ħsieb lil dawn it-tfal minn kmieni u b'mod spedit.", "Is-sens ta' urġenza qiegħed hemmhekk.", "Dr Gabor Matè jkompli jgħid hekk:", "Dr Maté qed jitkellem dwar nies li jabbużaw mill-kokaina f'żona partikolari tal-Kanada u jkompli jgħid hekk:", "Hawnhekk qed jagħmel dan il-paragun.", "Lil persuna marida b'mod terminali ma tistax tgħidilha li mhux se tgħinha aktar imma tagħtiha xi ħaġa biex tnaqqas l-uġigħ.", "L-istess ħaġa f'dak li għandu x'jaqsam mat-trawma; irridu nipprovaw kemm jista' jkun innaqqsu din il-pjaga minn fuq it-tfal.", "L-artiklu li se nkun qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar tad-diskors tiegħi jismu \"Addiction Rooted In Childhood Trauma\" meħud mill-Californa Healthline.", "Sur President, nafu li t-tfal ikunu għaddejjin minn trawma kbira f'dawn il-każijiet u aħna rridu nnaqqsu dik it-trawma u l-effetti u l-konsegwenzi tagħha.", "Irridu naġixxu malajr mat-tfal biex inwarrbuhom minn sitwazzjonijiet trawmatiċi imma l-foster carers iridu jkunu ppreparati sew biex jgħinu lit-tfal jiffaċċjaw it-trawma, li wara tista' tkun trawmatika wkoll għall-foster carers infushom jekk ma jkunux ippreparati.", "Wara li tkun temmejt il-preparazzjoni tiegħek biex tieħu l-kura ta' wild, m'hemmx għalfejn tkun taf l-affarijiet personali fid-dettall, imma huwa importanti li tkun taf il-background ta' minn fejn ġejjin dawn it-tfal.", "Hawn qed nitkellem minn esperjenza ta' ħbieb tiegħi li fil-fatt komplew il-proċess u għamlu fostering.", "Jien u l-familja tiegħi - biex il-bracket li ftaħt l-ewwel nagħlqu – m'għamilniex fostering mhux għax ma ridniex imma għax verament ma kenitx tkun fair fuq it-tarbija li ngħatajna minħabba li din ġiet fil-kampanja elettorali tal-2013.", "B'responsabilità kbira aħna għedna li mhux fair li tarbija li bla dubju ta' xejn ġejja minn ambjent li ma fihx stabilità, iddaħħalha f'kampanja elettorali.", "Naħseb li dan kien wieħed mill-ftit dispjaċiri tiegħi li dħalt fil-politika, għax dejjem ngħid minjaf x'sar minn dik it-tarbija.", "M'għandix dubju li qiegħda f'post tajjeb għaliex in-nies u l-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam huma ġenwini ħafna u l-interess tat-tfal jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Bħalma kont qed ngħid, it-trawma tat-tfal tista' tkun trawmatika anke għall-foster carers.", "Trabi li sabu l-wens u l-imħabba permezz tal-fostering kmieni f'ħajjithom, meta kibru kellhom inqas effetti trawmatiċi minn oħrajn li ġew fostered aktar tard.", "Fil-fatt ir-relazzjoni tat-tfal mal-foster carers tagħhom meta jibdew il-fostering f'età bikrija wkoll hija inqas trawmatika.", "Bħalma jaf il-Ministru, ġieli jkollok sitwazzjonijiet ta' tfal li jkunu tfarfru u jkollhom għaxar snin, 11-il sena u anke akbar.", "L-ideali hu li dawn ikunu qegħdin jgħixu f'ambjent ta' familja però huwa diffiċli ħafna ssib foster carers li jieħdu ħsieb żgħażagħ jew adolexxenti ta' din l-età u r-raġuni hija sempliċi ħafna.", "Kien hemm min ipprova u kien hemm min sabha diffiċli ferm, però m'għandniex naqtgħu qalbna, għandna nibqgħu nipprovaw għaliex il-foster carers huma nies altruwisti għall-aħħar.", "Jien naf min irnexxielu u naf min b'sodisfazzjon enormi u b'sens ta' kburija kbira jgħidlek li llum dawn it-tfal daħlu l-Università jew qegħdin jaħdmu xi mkien.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Hawn xi ftehim biex il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol jitwal bi ftit minuti?", "Fis-7.00 p.m. il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol twal bi ftit minuti, skont ftehim milħuq.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Permezz ta' din il-liġi se nkunu qegħdin nagħtu aktar vuċi lit-tfal.", "Laqatni ħafna l-kumment tiegħek, Sur President, meta kkwotajt – din irrid insibha għax verament kienet tajba – li qabel kienu jgħidu li \"children should be seen, not heard\".", "Naħseb li hawnhekk ilqatt il-musmar fuq rasu għaliex din il-liġi qiegħda tagħmel kompletament l-oppost; qiegħda tgħid li idealment lit-tfal irridu nisimgħuhom ħafna u m'għandniex għalfejn nesponuhom, m'għandniex għalfejn narawhom.", "Ovvjament irridu narawhom ħalli naraw f'liema ambjent qegħdin jgħixu.", "Jien naf ħafna stejjer ta' qsim il-qalb, bħalma jaf il-Ministru, li kultant kważi lanqas temminhom.", "Darba minnhom waqt it-taħriġ, il-grupp kien qabbad lili biex naqra l-istorja u l-każ tant kien ikrah li ma flaħtx naqra aktar, waqaft u għedtilhom: Ħudu paċenzja, tistgħu tgħiduli almenu jekk illum il-ġurnata dawn it-tfal humiex qegħdin xi mkien sikur u tajjeb?", "Imbagħad serrħuli rasi li t-tfal kienu xi mkien sikur.", "Fit-taħriġ aħna ridna ngħidu x'konna nagħmlu kieku konna f'dik is-sitwazzjoni imma tant kienet problematika s-sitwazzjoni u tant kien hemm negliġenza enormi li lanqas temmen li jeżistu dawn l-affarijiet!", "Issa dan il-każ seħħ fil-qalba ta' ħafna nies, jiġifieri mhux xi mkien imwarrab jew 'il bogħod minn għajn in-nies.", "Fis-soċjetà tal-lum irridu noqogħdu attenti aktar.", "Illum ma nafux min huma l-ġirien tagħna, ma nafux min joqgħod fuqna u ma nafux min joqgħod taħtna.", "Jien kelli każ partikolari fejn xi ħadd qalli li kien hemm tifla li ma kenitx qiegħda sew imbagħad mort niltaqa' magħha u waqt li qgħadt nilgħab magħha ndunajt li din kienet f'kondizzjoni perfetta u kienet nadifa.", "L-unika problema kienet li ma kellhomx flus u l-omm kienet tmur tittallab lin-nies però għax kienet qed tfittex l-għajnuna b'umiltà kbira ma jfissirx li kienet qed tagħmel xi ħaġa ħażina.", "It-tifla kienet f'sitwazzjoni perfetta, u meta kont irreferejt il-każ lis-social workers kienu qaluli li verament għandi raġun.", "Wara kollox min għandu t-tfal jinduna jekk humiex maħmuġin jew nodfa minn affarijiet verament bażiċi.", "Xi ħaġa importanti li għandna nsemmu dwar din il-liġi hija li t-taħriġ jissemma, jidhirli, għal madwar 12-il darba.", "It-taħriġ għall-foster carers huwa importanti ħafna.", "Għal min jaħdem f'dan is-settur il-continuous training ukoll huwa importanti.", "Xi ħaġa li forsi ma jafux ħafna nies hija li waqt it-taħriġ tal-foster carers – almenu dak li kont esperjenzajt jien – qatt ma jgħidu li t-tfal se jibqgħu b'mod permanenti għandek.", "Inti tagħtihom il-permanenza li għandhom bżonn imma qatt ħadd ma jgħidlek li jekk jgħaddu ċertu ammont ta' snin se jibqgħu għandek.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex naf b'każijiet ukoll, għalkemm dan huwa diffiċli, fejn il-foster carers spiċċaw foster friends tal-ġenituri bijoloġiċi tat-tfal u għenuhom.", "Jien naf b'każ ġenwin għall-aħħar li kien jinvolvi mard, fejn mara qaltli li allaħares ma kenux il-foster carers tat-tifla tagħha f'ħajjitha.", "Immaġina, Sur President!", "Mara għaddiet minn ħafna mard serju u tgħidlek li f'ħajjitha allaħares ma kenux il-foster carers tat-tifla tagħha li jċemplulha u jaraw jekk għandhiex bżonn xi ħaġa!", "It-tifla qiegħda fil-kustodja tagħhom, huma qegħdin irabbuha, jeħduha għandha, u jafu li l-omm mhijiex f'pożizzjoni fiżika li tieħu ħsieb bintha.", "Hemm relazzjoni inkredibbli bejniethom dawn in-nies.", "Xi ħaġa li ġibidli l-attenzjoni għaliha ħabib tiegħi, qrajt dwarha u laqtitni ħafna hi meta qalli li rridu nibdew inħarsu lejn il-foster carers bħala co-workers aktar milli sempliċement każ ta' placement.", "Inti mhux sempliċement iġġib tarbija, tifel jew tifla, imma trid tgħin biex tibni relazzjoni u biex dawn it-tfal eventwalment imorru lura lejn il-ġenituri bijoloġiċi tagħhom.", "Minkejja li qed ngħid dan, dejjem hemm dik l-\"imma\"; dejjem jekk dan ikun għall-ġid tat-tfal.", "Il-ġid tat-tfal huwa dejjem superjuri għal kull xewqa u intenzjoni tal-ġenituri bijoloġiċi, tal-foster carers u ta' kulħadd.", "Kif kont qed ngħid il-formazzjoni hija importanti ħafna.", "Foster carers ta' vera jrabbu t-tfal ta' ħaddieħor bil-ħsieb u l-intenzjoni li t-tfal, għax ikun għall-ġid tagħhom, jerġgħu jmorru lura mal-ġenituri naturali tagħhom.", "Jekk dan ma jkunx ta' ġid għat-tfal, anzi jekk dan ikun trawmatiku, f'dak il-każ għandha tiġi kontemplata soluzzjoni oħra bħall-adozzjoni.", "Aktar qabel semmejt l-eżempju ta' sinjura li kont impressjonata ħafna dwar kemm għenuha l-foster carers tat-tifla tagħha però dan mhux dejjem ikun jista' jsir.", "Inti mhux dejjem se jirnexxilek toħloq dan il-bilanċ tant sabiħ u ideali, jiġifieri rridu nkunu realistiċi wkoll.", "Forsi hemm min qed isegwina u jikkontempla li jagħmel foster caring u jgħidlek: Imma jien ma rridx noqgħod niltaqa' ma' ħafna nies differenti bi problemi.", "Għalhekk huwa importanti li tiffaċċja r-realtà ta' dawn it-tfal tant prezzjużi u li tant għandhom bżonn l-imħabba.", "Bħalma qal l-Onor.", "Claudio Grech, id-diffikultajiet tal-ġenituri bijoloġiċi ta' dawn it-tfal m'għandhomx iħallsu l-prezz għalih it-tfal stess.", "Irrid ngħid ukoll li hemm issues ta' data protection u l-liġi wkoll issemmi dan l-aspett.", "Hawn irridu noqogħdu attenti ħafna.", "Bħalma għedt, Malta hija żgħira ħafna u l-foster carers irid ikollhom xi tip ta' background fuq dawn it-tfal ħalli jkunu jafu kif jittrattaw magħhom.", "Għandek tfal li jekk issemmilhom lil xi ħadd mill-ġenituri tagħhom jispiċċaw jibżgħu u jagħmlu pipì taħthom.", "Issib min ikollu dak li bl-Ingliż jgħidulu tantrum, rabja kbira, frustrazzjoni.", "Anke tfal li m'għandhomx problemi fil-familja wkoll jgħaddu mit-tantrums, aħseb u ara tfal bħal dawn li għandhom fihom rabja enormi għal dak li ġralhom!", "Ovvjament, biex inħajru aktar foster carers it-taħriġ jibqa' importanti ħafna però naħseb li l-aktar importanti huwa s-sapport 24 siegħa kuljum.", "F'nofs ta' lejl it-tifel jew tifla li tkun qed trabbi jista' jagħtiha xi ħaġa li inti ma tistax tikkontrolla u jekk ma jirnexxilekx bit-taħriġ li tkun ħadt, almenu tkun taf li għandek is-sapport, inkluż sapport ta' sikurezza f'każijiet fejn huwa ta' periklu addirittura għat-tfal li jkunu qrib il-ġenituri bijoloġiċi tagħhom jew membri tal-familja.", "Qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi ma rridx inħalli barra pilastru importanti ħafna li din il-liġi qiegħda tiddependi ħafna fuqu, li huma s-social workers.", "Minn hawnhekk insellmilhom, naf li huma nies li qegħdin jaħdmu beyond their call of duty b'responsabilitajiet enormi, il-pagi nafu x'inhuma u l-workload ma jispiċċa qatt.", "Nixtieq forsi l-Ministru jgħidilna x'qiegħed isir biex inħajru aktar żgħażagħ jidħlu f'dan is-settur tant importanti li se jkollna bżonnu ħafna aktar fil-futur.", "Naf ukoll li hemm daqsxejn ta' problema fejn social workers li għadhom ħerġin mill-Università ta' età tenera u forsi b'nuqqas ta' esperjenza fil-ħajja, jista' jkollhom ċerti diffikultajiet f'sitwazzjonijiet bħal dawn.", "M'iniex qed ngħid li dawn m'għandhomx ikunu f'dan il-qasam però għandna bżonn aktar nies ta' ċerta esperjenza fil-ħajja.", "Fl-aħħar nett nixtieq ngħid żewġ affarijiet żgħar.", "Fi klawsola 37 tal-Abbozz ta' Liġi jissemma l-Bord għall-Fostering.", "Xi ħadd ġibidli l-attenzjoni li sentejn jista' jkun żmien qasir wisq biex il-Bord isegwi l-każijiet, għax dawn il-każijiet ikunu twal, però naf li l-liġi diġà qiegħda tipprepara ruħha li jista' jkollok nies li jdumu aktar.", "Naħseb li l-liġi qiegħda tagħmel xi ħaġa importanti fi klawsola 37 fuq l-issue tal-burnout.", "Jista' jkollok nies li ma jkunux jifilħu aktar minn ċertu ammont ta' żmien.", "Jien ma nafx jekk huwiex il-każ li l-Bord tal-Fostering ikun imwaqqaf għal aktar minn sentejn, imma ovvjament f'każijiet ta' burnout għandu jkun hemm triq minn fejn wieħed ikun jista' joħroġ.", "Fi klawsola 50 u oħrajn warajha hemm frażi li tgħid li l-pjan ta' kura għandu jiġi anness mal-kuntratt.", "Jien hawnhekk ngħid li aktar milli jiġi anness, dan il-pjan għandu jiġi spjegat fid-dettall.", "Punt ieħor jirrigwarda s-safar.", "Naf li hemm diversi foster carers li għalihom dan huwa punt importanti.", "Dawn in-nies ġieli jkunu jixtiequ jsiefru lit-tfal u naħseb li jkun tajjeb jekk minflok jingħata permess għal safra partikolari, jingħata permess għal ċertu perjodu.", "Illum il-ġurnata nafu li jekk tfittex online tista' tiġik opportunità li ssiefer għax issib xi package.", "Hawnhekk forsi nistgħu wkoll niġbdu l-attenzjoni ta' min qed jiċċekkja l-passaporti biex ma jkunx hemm trawma kbira għat-tfal li jkunu fostered minħabba xi dokument partikolari li jkunu jridu juru.", "Ovvjament irridu noqogħdu attenti għax nafu li jista' jkun hemm abbuż minn min taparsi qiegħed jagħmel fostering imma fil-fatt ikun qiegħed jittraffika lit-tfal.", "Għall-grazzja ta' Alla dan ma' jiġrix f'pajjiżna, almenu safejn naf jien.", "Imbagħad hemm klawsola 52 li hija importanti ħafna għax titkellem dwar id-drittijiet u r-responsabilitajiet tal-foster carers u hemm ukoll klawsola 59 li tirreferi għall-ħarsien residenzjali.", "Jien minn hawnhekk irrid insellem b'mod partikolari lid-djar tal-Knisja.", "Naf li l-Knisja qiegħda tagħmel sforzi kbar biex it-timbru ikrah li ngħataw dawn id-djar madwar id-dinja kollha jitnaddaf.", "Minn hawnhekk insellem ukoll lill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof ta' Malta li huwa wieħed minn dawk li l-aktar qiegħed jaħdem biex din il-pjaga kerha titneħħa mill-Knisja.", "Fl-aħħar nett nawgura lill-Ministru għal din il-liġi tant sabiħa u tant fejjieda u jalla dak kollu li hemm fiha jkun għall-ġid tat-tfal u tat-tfal biss.", "Nirringrazzjak.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER: Grazzi sar il-ħin.", "Nitlob lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.04 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 12 ta' Marzu, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq emenda għall-mozzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jidher li hemm qbil biex ma jitteħidx l-Aġġornament li llum kien għan-naħa tal-Gvern.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 12 ta' Marzu, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru.", "Fis-7.07 p.m. il-Kamra aġġornat.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onor.", "Interpellant tkopri medda ta' 14-il sena.", "L-Onor.", "Interpellant jifhem li sabiex tinġabar din l-informazzjoni tinvolvi ħafna ħin ta' uffiċjali pubbliċi u allura għandu jagħraf li dan il-ħin jista' jintuża b'mod aħjar għas-servizz pubbliku.", "Madanakollu nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li matul din il-leġiżlatura jien irrispondejt diversi mistoqsijiet parlamentari mistoqsija minnu dwar dan is-suġġett li jkopru l-perjodu 2013 sa 2018.", "Nirreferih għar-risposti li tajt għal dawn il-mistoqsijiet:", "PQ 8260 - Reklamar fuq Sit Soċjali Facebook", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – NEFQA FUQ REKLAMAR FIL-MEDIA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "CARMELO ABELA: Minħabba li sabiex tinġabar din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna riżorsi umani, ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b'mod aktar produttiv.", "Iżda jekk l-Onor.", "Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari nagħmlu dak li jkun possibbli biex din tinġabar.", "MEMORANDUM OF UNDERSTANDING IFFIRMAT BEJN IL-GVERN MALTI U KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7520 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-MOU li qed jirreferi għalih għandu klawsola ta' kunfidenzjalità u ma jistax isir pubbliku minħabba n-natura kummerċjali tiegħu, kif prattikament dejjem kienet il-prassi fi ftehimiet simili f'Malta u internazzjonalment.", "FTEHIM TA' KOLLABORAZZJONI BEJN IL-GVERN U KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' kollaborazzjoni li ġie ffirmat nhar is-16 ta' April 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament?", "Interpellant li l-ftehim li qed jirreferi għalih għandu klawsola ta' kunfidenzjalità u ma jistax isir pubbliku minħabba n-natura kummerċjali tiegħu, kif prattikament dejjem kienet il-prassi fi ftehimiet simili f'Malta u internazzjonalment.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet u/jew iż-żoni f'Malta u f'Għawdex fejn hemm fis-seħħ l-inizjattiva ta' neighbourhood watch?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-unika żona fejn hemm fis-seħħ l-inizjattiva ta' neighbourhood watch hija dik tal-Madliena li tagħmel parti mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi.", "Din ilha hemm għal diversi xhur.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL IMWEJJED U SIĠĠIJIET FI SPAZJI PUBBLIĊI F'TAS-SLIEMA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivvalidat, relatati mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi relatati magħhom f'Tas-Sliema, huwa kif muri fit-tabella li qed tiġi annessa;", "Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazzjoni jekk tali applikazzjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le u għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu jkunu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant, bħal pereżempju fil-parapett tal-istabbiliment stess.", "L-Awtorità m'għandhiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp.", "Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni li tista' tinkludi fiha wkoll id-daqs tal-istabbiliment, partikolarment fejn l-applikazzjoni kienet tinkludi wkoll xi tibdil fl-istabbiliment.", "Il-lista tal-istess applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippubblikati mill- 1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "· table iżda mhux stable, habitable, vegetable, potable, inflatable", "· siġġu", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL IMWEJJED U SIĠĠIJIET FI SPAZJI PUBBLIĊI F'SAN ĠILJAN U PACEVILLE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' San Ġiljan inkluż Paceville?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivvalidat, relatati mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi f'San Ġiljan (li jinkludi l-lokalità ta' Paceville), huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:", "Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazzjoni jekk tali applikazzjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le u għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu kienu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant, bħal pereżempju fil-parapett tal-istabbiliment stess.", "L-Awtorità m'għandhiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp.", "Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni li tista' tinkludi fiha wkoll id-daqs tal-istabbiliment, partikolarment fejn l-applikazzjoni kienet tinkludi wkoll xi tibdil fl-istabbiliment.", "Il-lista tal-istess applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippubblikati mill- 1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "· table iżda mhux stable, habitable, vegetable, potable, inflatable", "· siġġu", "· siġġijiet", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL IMWEJJED U SIĠĠIJIET FI SPAZJI PUBBLIĊI FIL-GŻIRA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità tal-Gżira?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivvalidat, relatati mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi fil-Gżira, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:", "Il-lista tal-istess applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazzjoni jekk tali applikazzjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le u għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu kienu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant, bħal pereżempju fil-parapett tal-istabbiliment stess.", "L-Awtorità m'għandhiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp.", "Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni li tista' tinkludi fiha ukoll id-daqs tal-istabbiliment, partikolarment fejn l-applikazjoni kienet tinkludi wkoll xi tibdil fl-istabbiliment.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippubblikati mill-1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "· table iżda mhux stable, habitable, vegetable, potable, inflatable", "· siġġu", "· siġġijiet", "GĦAWDEX - BINI TA' YACHT MARINA U CRUISE LINER PASSENGER TERMINAL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta' Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ espressjoni ta' interess għalihom eżatt wara li tela' fil-Gvern f'Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew aktar minn ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwarhom?", "Tista' tgħid jekk dawn il-proġetti hux se jsiru u jekk l-espressjoni ta' interess li kienet inħarġet għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentrari 6965.", "GĦAJNSIELEM GĦAWDEX – DAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar id-dar tal-anzjani li qed tinbena f'Għajnsielem u x'inhu jsir bħalissa?", "Meta huwa maħsub li titlesta din id-dar?", "Tista' tgħid x'tenders ġodda ħarġu matul is-sena 2018 relatati ma' dan il-proġett u x'tenders ġew ikkanċellati?", "Tista' tgħid ukoll x'tenders hemm ippjanati li joħorġu matul is-sena 2019?", "JUSTYNE CARUANA: Matul l-2018 saru xogħlijiet strutturali skont il-permess il-ġdid PA 09521/17 u dan sabiex fid-dar strutturalment ġiet in konformità mal-istandards nazzjonali kif ukoll mad-Dementia Strategy u qed isir ir-restawr u tikħil tal-fond.", "It-tender għall-finishing, furnishing u operat jinsab għall-procurement biex joħroġ u d-dar se titmexxa fuq il-mudell ta' Public Private Partnership.", "IN-NADUR GĦAWDEX – BARRACKS TAL-FORZI ARMATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġetti mħabbra fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6271 għall-Forzi Armati ta' Malta ġewwa Għawdex, fiex waslu u x'sar għax skont il-Ministru kellhom jitjiebu l-abluzzjonijiet, il-kwartieri tas-suldati, it-tkabbir tal-helipad u r-rilokazzjoni tal-irbit tal-bastimenti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur sar xogħol kif ġej.", "Tindif u tiswija tal-fossa, inkluż it-twaħħil ta' manholes ġodda, rinovazzjoni tal-Guard Room, installazzjoni ta' aperturi interni ġodda, separazzjoni tas-sala prinċipali f'żoni għall-irġiel u n-nisa u xogħlijiet fid-doċċi u l-abluzzjonijiet, manutenzjoni fuq sistema tal-elettriku u tal-plumbing, rinnovazzjoni tal-locker rooms u l-installazzjoni u manutenzjoni ta' sistemi tal-arja kkondizzjonata.", "Bħalissa qiegħed jiġi studjat it-tkabbir tal-helipad biex jintlaħqu l-ħteġijiet militari ġodda.", "Qed isiru wkoll laqgħat bejn l-AFM, Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Ministeru għal Għawdex għar-rilokazzjoni tal-komponent marittimu.", "KUMITAT REĠJONALI TAL-MCESD GĦAL GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba tlaqqa' l-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex matul is-sena 2018?", "Tista' tgħid ukoll min kien preżenti għal kull laqgħa u t-temi li ġew diskussi f'kull laqgħa?", "Tista' tgħid min ippresieda kull laqgħa li saret u tagħti d-data u l-post fejn saru l-laqgħat ta' dan il-Kumitat?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX - PROĠETT TAL-BINI TA' QORTI ĠDIDA FIX-XEWKIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-biċċerija fix-Xewkija Għawdex minn fejn hi preżentement, peress li huwa ppjanat li fiż-żona fejn hemm il-biċċerija ssir il-Qorti l-ġdida ta' Għawdex?", "Interpllant li l-applikazzjoni tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.", "GĦAWDEX: PROĠETT TAL-BINI TA' QORTI ĠDIDA FIX-XEWKIJA – PERITI INKARIGATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mid-disinn u mill-proġett tal-Qorti l-ġdida ġewwa x-Xewkija Għawdex?", "Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija, min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija, kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s'issa, x'tip ta' xogħol sar fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s'issa?", "Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas?", "Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-proġett tal-Qorti l-ġdida matul is-sena 2019?", "Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta' konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.", "Dawn il-konsulenti huma kollha mqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt Amministrazzjonijiet preċedenti.", "Il-perit inkwistjoni inkarigat mill-proġett huwa l-Perit Claude Mallia.", "ĦAL TARXIEN – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Tarxien tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Ħal Tarxien għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 124", "Donazzjonijiet - 126", "GUDJA - KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Gudja tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fil-Gudja għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 260", "Donazzjonijiet - 141", "FGURA – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Fgura tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fil-Fgura għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 126", "Donazzjonijiet - 249", "RAĦAL IL-ĠDID – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Raħal Ġdid tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Raħal Ġdid għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 203", "Donazzjonijiet - 297", "SANTA LUĊIJA – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Santa Luċija tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Santa Luċija għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 222", "Donazzjonijiet - 653", "BIRGU – KOTBA MIXTRIJA U MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Birgu tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fil-Birgu għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 64", "Donazzjonijiet - 113", "ISTITUZZJONI TA' EDUKAZZJONI OGĦLA: KORS TAL-MEDIĊINA – KRITERJI TA' ELEĠIBILITÀ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji ta' eleġibilità sabiex studenti jirreġistraw u jidħlu għal kors tal-mediċina fl-università li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li l-istituzzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma teżistix fir-reġistru tal-NCFHE.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-istituzzjoni li l-informazzjoni dwarha qed tingħatalu separatament u b'mod konfidenzjali, dawn għandhom akkreditat Baċellerat fil-Mediċina (Livell 6 fuq l-MQF) kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9224.", "Il-kriterji ta' eleġibilità jinkludu livell tal-edukazzjoni f'Livell 4 fuq l-MQF, ekwivalenti għall-MATSEC, test onlajn li jeżamina l-kapaċitajiet tal-istudenti li jlestu l-kors u intervista.", "Dawn it-tip ta' kriterji japplikaw għall-maġġoranza ta' programmi f'Livell 6.", "ISTITUZZJONI TA' EDUKAZZJONI OGĦLA: KORS TAL-MEDIĊINA - STANDARDS U KRITERJI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li l-Kors tal-Mediċina offrut mill-università li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwa tabilħaqq kors li jilħaq l-istandards u l-kriterji imposti mil-liġi Maltija u Ewropea għad-dħul fil-kors u għall-eleġibilità għall-professjoni u warrant ta' tabib kif ukoll għar-rikonoxximent ta' tali kwalifiki f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li l-istituzzjoni li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma teżistix fir-reġistru tal-NCFHE.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant qed jirreferi għall-istituzzjoni li l-informazzjoni dwarha qed tingħatalu separatament u b'mod kunfidenzjali, il-Baċellerat f'Livell 6 fuq l-MQF mhuwiex eliġibbli għal warrant skont id-Direttiva 2005/36/EC li tipprovdi linji gwida fuq ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali.", "Bħala parti mill-kondizzjonijiet tal-liċenzja ta' Istituzzjoni ta' Edukazzjoni Ogħla, din l-istituzzjoni hija obbligata tinforma lil kull student prospettiv li dan il-kors ma jwassalx għal warrant la f'Malta u lanqas fl-Ewropa.", "INVOLVIMENT TA' INDIVIDWU F'INĊIDENT MA' KONSULENT TAN-NAZZJONIJIET UNITI U MEMBRU TA' PEN INTERNATIONAL", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ħa fil-konfront tal-assistent tiegħu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li kien involut f'inċident li fih għajjar bi kliem indiċenti konsulent tan-Nazzjonijiet Uniti u membru ta' PEN International?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-narrativa tiegħu u n-narrativa ta' dak li seħħ hija differenti.", "PULIZIJA – OPERAZZJONI GĦALL-ARREST TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kien involut fl-operazzjoni biex jiġi arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija, li ismu qed jingħata separatament, nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar 2019 u x'kien, wieħed wieħed, il-grad tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fil-proċess biex, fuq parir mediku, jieħdu l-Isptar Mater Dei lill-persuna indikata mill-Onor.", "Interpellant biex isirulha iżjed eżamijiet, kien hemm spettur u żewġ kuntistabblijiet.", "Dawn kienu taħt is-superviżjoni ta' supretendent.", "Bħalma jiġri f'każijiet partikolari tittieħed kull prekawzjoni neċessarja.", "PULIZIJA: OPERAZZJONI GĦALL-ARREST TA' INDIVIDWU – PREŻENZA TA' UFFIĊJAL MEDIKU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm preżenti uffiċjal mediku waqt u flimkien mal-membru tal-Korp tal-Pulizija li kien involut fl-operazzjoni biex jiġi arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Frar 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-Pulizija intervjeniet wara parir mediku, waqt li kif diġà ġie indikat fi tweġibiet oħra, dan il-każ huwa soġġett għal investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija u f'dan l-istadju ma jista' jingħad xejn iżjed biex il-proċeduri ma jiġux ippreġudikati.", "PULIZIJA – ORDNI GĦALL-ARREST TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex il-Pulizija jarrestaw u jieħdu l-Isptar Mount Carmel lill-eks uffiċjal tal-Pulizija, li ismu qed jingħata separatament, nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Frar 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li dan il-każ huwa soġġett għal investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "PROGRAMM LEAP - TAĦRIĠ LILL-PERSUNI VULNERABBLI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid xi programmi ta' taħriġ ġew organizzati mill-Programm LEAP f'dawn l-aħħar tliet snin biex jiġu impjegati persuni vulnerabbli li sarilhom il-profil tagħhom mis-social mentors?", "Fejn sar dan it-taħriġ, meta sar dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Programm LEAP beda bħala proġett iffinanzjat minn Fondi Ewropej, taħt il-Fond Soċjali, b'għan speċifiku li tingħata għajnuna lil dawk li huma l-aktar f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali.", "Kien hemm b'kollox 274 persuna li bbenefikaw minn skema ta' taħriġ bil-għajnuna ta' 91 entita`.", "Kull persuna rċeviet 'il fuq minn 900 siegħa ta' taħriġ, minn mill-inqas waħda minn dawn l-entitajiet imsemmija aktar 'l isfel f'din it-tweġiba parlamentari, sabiex jiġu megħjuna jintegraw fid-dinja tax-xogħol.", "Madwar 81 persuna, bejn l-2015 u l-2016, sabu xogħol bl-għajnuna tal-Programm LEAP.", "Fl-2017 il-Programm LEAP beda jaħdem fuq il-profiling tal-persuni u l-familji li bdew jibbenefikaw mill-iskema FEAD, fejn kull erba' xhur, madwar 4,000 familja bdew jibbenefikaw minn tqassim tal-ikel.", "Saret ukoll ħidma intensiva sabiex persuni b'diżabilità bla xogħol jiġu riferuti lill-Jobsplus (Lino Spiteri Foundation) sabiex dawn jingħatalhom taħriġ speċifiku għall-ħteġijiet tagħhom.", "Is-social mentors qegħdin ukoll jaħdmu qrib il-familji fil-bżonn sabiex jiġu indirizzati diversi ħteġijiet ta' kuljum u neċessarji ta' dawn il-familji, fosthom għajnuna fuq is-self mill-banek, tibdil ta' white goods, housing, trobbija aħjar tal-ulied, qari fil-familja, tqassim tal-ikel, korsijiet tal-kompjuter għat-tfal, korsijiet ta' Għaqal id-Dar u diversi xogħlijiet oħrajn li qed isir mal-familji fil-komunità.", "Wieħed jista' jaċċessa aktar dettalji fuq il-ħidma mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, dwar il-Programm LEAP u aktar, mis-sit uffiċjali tal-Fondazzjoni.", "Kif ġie elenkat aktar 'il fuq, il-91 entità li fil-bidu tal-Programm LEAP, meta kien għadu proġett ko-finanzjat minn fondi Ewropej, għenet fit-taħriġ lill-benefiċċjarji tal-LEAP, kienu:", "ĊENTRI TAL-VOLONTARJAT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu mwaqqfa ċentri tal-volontarjat f'pajjiżna u fejn se jkunu mwaqqfa dawn iċ-ċentri?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-qasam tal-volontarjat ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Għaldaqstant nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "PERSUNI TAĦT IT-18- IL SENA MRESSQA L-QORTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti s-sena li għaddiet u dwar xiex tressqu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li matul is-sena 2018 kien hemm 301 persuna li kienu taħt it-18-il sena u li tressqu quddiem il-Qorti kif ukoll 30 li tressqu quddiem it-Tribunal minħabba reati relatati ma' droga.", "Dawk li tressqu l-Qorti kienu għal reati li jvarjaw però jinkludu reati ta' theddid u insulti, pussess ta' droga, traffikar ta' droga, feriti ħfief fuq il-persuna, feriti gravi fuq il-persuna, serq, ħsara volontarja, reati ta' bon ordni pubblika, sewqan mingħajr liċenzja u polza ta' assigurazzjoni, sewqan perikoluż, offiżi oħra tat-traffiku, diżubbidjenza ta' ordnijiet minn uffiċjali pubbliċi, użu ħażin ta' mezzi ta' telekomunikazzjoni, użu ta' forza kontra l-persuna, attentat ta' qtil, ħruq ta' vettura, ksur ta' probation, pussess ta' pornografija u attivitajiet sesswali ma' minuri.", "SKEMA GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6761, jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-Iskema għall-Persuni b'Diżabilità (DIS)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Iskema għall-Persuni b'Diżabilità tikkonsisti f'għotja sa massimu ta' €20,000 immirati biex persuni b'diżabilità jirranġaw ir-residenzi tagħhom u jagħmluhom aċċessibbli għall-bżonnijiet tagħhom għal ħajja aktar indipendenti.", "L-Awtorità tad-Djar ma toffrix biss għajnuna finanzjarja lil dawn il-persuni, iżda tagħti wkoll pariri ta' natura teknika dwar x'tip ta' xogħlijiet jistgħu jsiru għall-benefiċċju tal-applikant.", "L-għajnuna li qed toffri l-Awtorità tad-Djar f'din l-iskema tinkludi:", "- Xogħlijiet ta' alterazzjoni, b'għajnuna finanzjarja sa massimu ta' €5,000", "- Stairlift, b'għajnuna finanzjarja sa massimu ta' €5,000", "- Lift f'appartamenti privati fejn tingħata għajnuna skont l-ammont relatat mas-sehem tal-applikant b'għotja sa massimu ta' €5,000", "- Lift fi djar privati, b'għajnuna finanzjarja sa massimu ta' €15,000.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19771 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru jagħti tagħrif iddettaljat dwar Be Smart Online li tgawdi minn Fondi Ewropej?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett BeSmartOnline!, li huwa proġett ko-finanzjat minn Fondi Ewropej, taħt il-kappa Connecting Europe Facility, jiġbor flimkien l-isforzi tal-komponenti nazzjonali interessati li jaħdmu lejn użu aktar sikur tal-internet mit-tfal u miż-żgħażagħ.", "L-inizjattiva għandha l-għan li:", "· Tqajjem kuxjenza u teduka lill-minuri, lil dawk li jieħdu ħsiebhom u lill-edukaturi dwar l-użu sikur tal-internet;", "· Li tistabbilixxi, topera u tippromwovi faċilitajiet tar-rapportar għall-abbuż tal-internet;", "· U li toffri appoġġ lill-vittmi minn dan it-tip ta' abbuż.", "L-għan prinċipali tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jkun pjattaforma u jservi bħala Ċentru Malti għal internet aktar sikur.", "L-implimentazzjoni tal-proġett hija possibbli permezz ta' sħubija bejn numru ta' entitajiet, li hija kkoordinata mill-MCA u li tinkludi fiha lill-Aġenzija Appoġġ, lill-Kummissarju għat-Tfal, lid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, lic-Cybercrime Unit fi ħdan il-Pulizija ta' Malta, lis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, lill-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti, lill-Università ta' Malta kif ukoll lill-Aġenzija Żgħażagħ.", "Il-kollaboraturi ta' dan il-proġett qegħdin ukoll jipparteċipaw fin-network INSAFE għal internet aktar sikur fl-Ewropa.", "Qed ikunu organizzati diversi kampanji mmirati lejn it-tfal, iż-żgħażagħ, il-ġenituri, l-edukaturi u l-pubbliku inġenerali bil-għan li dawn jiġu informati dwar il-periklu li jġib miegħu l-użu ħazin tal-internet.", "Permezz tal-proġett, ġie mwaqqaf sit elettroniku, childWEBalert, sabiex ikunu jistgħu jsiru rapporti, minn min juża l-internet, dwar kontenut illegali.", "Ġie mwaqqaf ukoll servizz ta' helpline biex jiġu mwieġba mistoqsijiet kemm online u anke permezz ta' telefonati, minn tfal u ġenituri li jiltaqgħu ma' problemi waqt l-użu tat-teknoloġiji online.", "Dan is-servizz qed jingħata permezz tas-Supportline – 179.", "L-aktar każijiet li l-pubbliku inġenerali jċempel dwarhom huma każijiet ta' cyber-bullying, sexting, u anke l-użu eċċessiv tal-internet.", "Din il-linja qiegħda tiġi kkoordinata minn operaturi li ġew imħarrġa apposta fuq dawn it-tip ta' abbużi u riskji fost affarijiet oħra.", "L-istatistika t'hawn taħt turi l-każijiet li ġew irrapportati lill-Hotline u l-Helpline, fl-2018, dwar l-użu ħażin tal-internet.", "PROĠETT CENTRAL LINK", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8903 dwar il-Proġett Central Link, kien hemm referenza għar-rapport tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) li ġew elenkati fir-rapport tal-ERA dwar:", "Jista' jgħid jekk hux minnu li dan id-dokument iġib id-data tat-23 ta' Frar 2019 u allura dan ifisser li l-approvazzjoni tal-proġett saret qabel il-konklużjoni tal-ERA?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8903 li qed issir referenza għaliha tgħid hekk dwar id-dokumenti li qed jintalbu f'din il-mistoqsija: 'Dawn l-istudji kollha ġew ippubblikati mill-Awtorità Maltija tal-Ambjent u Riżorsi fil-ġimgħat li għaddew'.", "Huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex qed issir talba għal dawn id-dokumenti meta huma pubbliċi u aċċessibbli għal kulħadd.", "Fl-istess waqt, ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jindika għal-liema \"approvazzjoni tal-proġett\" qed jirreferi.", "Nikkonferma li l-awtoritajiet kompetenti, fosthom dawk tal-ambjent u tal-ippjanar, għadhom qed jikkonsidraw l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' Central Link Project u dan il-proċess għadu ma wasalx fi stadju ta' deċiżjoni.", "Għalhekk għad m'hemm l-ebda approvazzjoni u mhuwiex ċar għal xiex qed issir referenza f'din il-mistoqsija.", "Is-Central Link Project huwa investiment importanti għal ambjent u kwalità ta' ħajja aħjar fiċ-ċentru tal-pajjiż, permezz tal-bini mill-ġdid u t-titjib tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, r-Rabat u l-Imġarr.", "Permezz tiegħu se jitneħħew erba' sistemi ta' traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta' Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min-naħa tal-Mosta, Ta' Qali u r-Rabat ikollhom jgħaddu minn lembut ta' korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat.", "Se jitneħħew ukoll ostakli li saru minn Amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta' Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu s-central strips.", "Bħalissa dawn l-ostakli fir-rotta arterjali użata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivvjaġġar.", "Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta' karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b'aktar riskji ta' aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja.", "Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta' aktar minn għaxar kilometri ta' bankini u passaġġi għall-mixi, l-itwal korsija għar-roti maqtugħa mit-triq li qatt kien hawn f'Malta, bejn l-Imrieħel u Ta' Qali, faċilitajiet aktar sikuri għal dawk li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku u aktar minn 19,000 metru kwadru ta' żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas).", "Wara konsultazzjonijiet estensivi li saru mar-residenti tal-inħawi, għaqdiet mhux governattivi u entitajiet oħrajn, il-pjanti tal-proġett komplew jiġu rfinuti sabiex ikomplu jiżdiedu l-benefiċċji għal dawk li jużaw dawn it-toroq, u partikolarment għar-residenti tal-lokalitajiet tal-madwar fosthom Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ'Attard.", "Dawn il-pjanti finali ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar bħala parti mill-proċess biex jiġu deċiżi l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "JOSEPH MUSCAT: Il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi.", "Il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa.", "Nerġa' nfakkar li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq, waqt li fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara.", "Inżid li dan il-Gvern ħadem u se jibqa' jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - MIRI TA' HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid: a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 9279.", "IRĠIEL TA' NAZZJONALITÀ MALTIJA - ŻWIEĠ", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta' rġiel ta' nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat illi r-Reġistru Pubbliku ma jiġborx din l-informazzjoni.", "Intużat metodoloġija li tidentifika rġiel li żżewġu fl-2018 u li twieldu f'Malta.", "Ir-riżultat li pprovdiet din il-metodoloġija huwa li l-età medja tal-irġiel hija ta' 33 sena.", "NISA TA' NAZZJONALITÀ MALTIJA - ŻWIEĠ", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta' nisa ta' nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li r-Reġistru Pubbliku ma jiġborx din l-informazzjoni.", "Intużat metodoloġija li tidentifika n-nisa li żżewġu fl-2018 u li twieldu f'Malta.", "Ir-riżultat li pprovdiet din il-metodoloġija huwa li l-età medja tan-nisa hija ta' 30 sena.", "QORTI TAL-MAĠISTRATI (GĦAWDEX) – PERSUNI AKKUŻATI BI TRAFFIKAR TA' DROGA", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ġew akkużati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) bi traffikar ta' droga, sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin?", "Kemm minn dawn instabu ħatja?", "Kemm minnhom kienu membri tal-Korp tal-Pulizija?", "Qed issir xi forma ta' investigazzjoni bejn ir-rabta li jista' jkun hemm bejn din il-forma ta' kriminalità u xi uffiċjal jew uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija ġo Għawdex?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IR-RABAT GĦAWDEX – TAĊ-ĊAWLA HOUSING ESTATE – STALLAZZJONI TA' LIFTS", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-appartamenti tal-Gvern fil-Qasam tad-Djar f'Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex, u in vista li numru sostanzjali ta' residenti huma anzjani u hemm anke persuni b'diżabilità, tista' l-Minsitru tgħid jekk hux qed tikkonsidra li jiġu installati lifts f'dawn il-binjiet?", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "Irid jingħad li l-proġett tal-blokka l-ġdida li se jagħmel il-Ministeru għal Għawdex se jinkludi fiha wkoll lift għal aktar aċċessibilità.", "PJAN ĦOLISTIKU GĦAL KEMMUNA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2016, fejn f'paġna 110 kien intqal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, flimkien ma' aġenziji oħra bħall- Ministeru għal Għawdex, Transport Malta, Lands, MEPA u oħrajn, għandha l-intenzjoni \"… li tmur lil hinn mill-bajjiet u tipprepara viżjoni għal Kemmuna bħala Park ħolistiku u mhux il-bajjiet biss\", tista' l-Ministru telenka x'azzjonijiet ittieħdu f'dan ir-rigward?", "Interpellant li qed jitħejja master plan għall-immaniġġjar aħjar ta' Kemmuna u li qed jiġi diskuss mal-ERA.", "AIRSTRIP ITWAL F'GĦAWDEX – STUDJU SOĊJOEKONOMIKU U STUDJU DWAR L-IMPATT AMBJENTALI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2014, fejn f'paġna 31 kien intqal \"Il-Gvern se jikkummissjona studju soċjoekonomiku u ieħor tekniku, flimkien ma' studju dwar l-impatt ambjentali, dwar l-effett ta' airstrip itwal f'Għawdex.", "Wara proċess ta' konsultazzjoni bbażat fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dan l-iżvilupp, il-Gvern se jieħu deċiżjoni strateġika għall-futur\", tista' l-Ministru tgħid jekk dawn iż-żewġ studji sarux, u jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'kienu r-riżultati?", "Tista' tgħid jekk saritx il-konsultazzjoni li ssemmiet f'dan ir-rigward?", "Interpellant li bħalissa għaddejjin studji fuq mudelli u xenarji differenti sabiex is-servizz tal-ħelikopter jerġa' jibda jopera u jkun ekonomikament vijabbli.", "Dan ġie mħabbar pubblikament waqt konferenza stampa ftit tal-jiem ilu.", "AIRSTRIP F'GĦAWDEX – STUDJU FUQ IL-PROĠETT", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2015, fejn f'paġna 133, fost oħrajn intqal li \"Qed isiru studji relattivi għall-proġett ta' rural/green airstrip f'Għawdex.", "Dan se jkun proġett li jagħmel lil Għawdex mhux biss eqreb lejn Malta imma wkoll eqreb lejn il-kumplament tar-Reġjun Mediterranju.", "Dalwaqt tinbeda konsultazzjoni pubblika għal dan il-għan\", tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-riżultati ta' dawn l-istudji?", "Tista' tgħid x'kienu l-konklużjonijiet li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika?", "Interpellant li, kif imħabbar fl-Istqarrija għall-Istampa Nru 190393, qed isir studju fuq servizz ta' ħelikopter bejn iż-żewġ gżejjer biex jintgħażel l-aħjar mudell li fuqu jopera.", "MALTA-GĦAWDEX - STUDJI FUQ INVESTIMENT POTENZJALI GĦAL AĊĊESS ALTERNATTIV", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2016, fejn f'paġna 152 paragrafu 9.3, intqal li \"Sar progress sinifikanti fl-istudji fuq dan l-investiment potenzjali li jagħti aċċess alternattiv ma' Malta\", tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-progress li qed jingħad li sar?", "JUSTYNE CARUANA: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 9335 dwar l-iżviluppi li ġew imħabbra riċentament dwar il-konnettività bl-ajru.", "IN-NADUR GĦAWDEX – TRIQ L-IMĠARR - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għal Triq l-Imġarr, in-Nadur Għawdex, u li minn mistoqsijiet parlamentari preċedenti jirriżulta li s-Survey Report dwar il-ħsarat li hemm f'din it-triq ilu li tlesta ta' l-inqas mid-9 ta April 2018, tista' l-Ministru tgħid x'xogħol twettaq minn dakinhar 'il hawn?", "JUSTYNE CARUANA: Wara li tlesta s-survey report ħarġet negotiating procedure biex jibdew ix-xogħlijiet minħabba periklu imminenti.", "Tqabbdu wkoll esperti fuq il-ġeo teknika li issa wkoll qed jikkonkludu l-eżerċizzju tagħhom biex ikun jista' jiġi ffinalizzat id-disinn.", "Skont l-esperti t-terren huwa tal-agħar tip li jeżisti f'pajjiżna u allura l-isfidi huma kbar.", "STRATEĠIJA NAZZJONALI GĦALL-ISPORT", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titnieda l-istrateġija nazzjonali għall-isport filwaqt li jispjega l-proċedura kif se tkun qed titfassal?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni għall-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport u l-Attività Fiżika għall-għaxar snin li ġejjin twaqqfet fil-bidu ta' Novembru li għadda.", "Mill-ewwel beda xogħol mal-Kumitat Olimpiku Malti li huwa parti integrali minn din l-istrateġija, kif ukoll bdiet diskussjoni interna fuq id-dokument Politika Nazzjonali għall-Isport li ħareġ għall-konsultazzjoni f'Diċembru 2016 u li qed iservi bħala bażi għat-tfassil tal-istrateġija l-ġdida.", "Minn Diċembru bdew isiru laqgħat regolari ma' entitajiet differenti relatati mas-suġġett li qed jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-proposti tagħhom.", "Bħalissa wkoll għaddej studju fuq l-attività fiżika f'Malta, studju mal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet reġistrati ma' SportMalta, kif ukoll Economic Impact Assessment għall-isport għas-sena 2018.", "Il-Kummissjoni qed tiltaqa' b'mod regolari u beda t-tfassil tal-ewwel draft tal-istrateġija li se tkun qed titnieda f'Ġunju li ġej.", "SKEJJEL: ASSENTEIŻMU - ĠBIR TA MULTI MINGĦAND IL-ĠENITURI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5438 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4599, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jinġabru l-multi mingħand dawk il-494 ġenitur li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li biex jinġabru dawn il-multi qed isir eżerċizzju ta'debt collection b'ittra legali bonarja.", "KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA LI GĦANDHOM SENTENZA SOSPIŻA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6687 u jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom sentenza sospiża?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li hemm ħames membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom sentenza sospiża.", "ALLOKAZZJONIJIET TA' POSTIJIET TAL-GVERN - LOKALITAJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6698 u jgħid kemm saru allokazzjonijiet ta' postijiet tal-Gvern matul din is-sena 2018 u f'liema lokalitajiet?", "ONOR.MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "AWTORITÀ TAD-DJAR - ALLOKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6701 u 567 u jgħid kemm-il allokazzjoni saret mill-Awtorità tad-Djar bejn l-1 ta' Jannar 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017?", "Jista' jgħid kemm-il allokazzjoni saret xahar b'xahar fiż-żmien imsemmi?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6755 u jgħid x'inhi l-politika tal-Ministeru fejn jidħlu djar battala?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali għamilha prijorità tiegħu li jagħti ħajja ġdida lill-proprjetajiet battala li hawn fil-pajjiż.", "Fil-prattika, dan qed isir permezz ta' għadd ta' skemi li toffri l-Awtorità tad-Djar bħalma huma Nikru Biex Nassistu u l-iskema tal-għotja ta' €25,000 għar-rinovar ta' proprjetà li tkun ilha magħluqa għal aktar minn sena.", "Wara li aktar kmieni dan ix-xahar tnieda l-proġett ta' programmi ta' housing speċjalizzati li jinkludi l-użu ta' proprjetà li se tiġi riġenerata, matul din is-sena se tkun qed tibda r-riġenerazzjoni fuq aktar minn 40 proprjetà tal-Gvern illi lkoll se jintużaw għal skop soċjali.", "Dan għandu l-għan illi jsaħħaħ l-istokk użabbli fil-qasam soċjali.", "ĊENTRU LEAP – GĦAJNUNA LILL-PERSUNI BI PROBLEMI TA' SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6796 u ċjoè B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31246 tat-12-il leġiżlatura u 2567 ta' din il-leġiżlatura, jista' l-Ministru jagħti tweġiba dwar il-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jafu bihom l-impjegati taċ-Ċentru Leap u x'qiegħed isir biex dawn il-persuni jiġu megħjuna?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 2567.", "ĊILINDRI TAL-GASS – SPEZZJONIJIET BIEX JIĠU EVITATI LEAKAGES U SPLUŻJONIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Fid-dawl ta' splużjonijiet ta' ċilindri tal-gass u leakages li seħħew minn ċilindri oħra tal-gass, (jien stess kelli ċilindru li beda jillikja waqt li kien imqabbad mal-heater), jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru spezzjonijiet biex jiġu osservati standards ta' safety mill-prodotturi taċ-ċilindri tal-gass u fejn jimtlew biex safejn ikun possibbli, jiġu evitati nirien, leakages jew splużjonijiet?", "Billi jidher li dis-sena ġew rapportati numru ta' każijiet ta' leakages fejn saħansitra kien hemm posts anke fuq Facebook f'dan is-sens, jaħseb il-Ministru li din il-materja għandha tittieħed bis-serjetà li jixirqilha?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li abbażi tal-informazzjoni disponibbli s'issa, dawn l-inċidenti ma jidhrux li huma relatati.", "Rigward dawn it-tliet inċidenti riċenti li potenzjalment kienu jinvolvu ċilindru tal-gass, kemm l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kif ukoll ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bdew minnufih l-investigazzjonijiet rispettivi tagħhom.", "Jirriżulta li għaddejja wkoll inkjesta maġisterjali dwar wieħed minn dawn il-każijiet.", "Tajjeb li wieħed ikun jaf li jsiru kontrolli fuq iċ-ċilindri fir-rigward tal-integrità strutturali u tal-leaks.", "Ċilindri ġodda huma ċċertifikati fil-punt tat-tqegħid fis-suq għall-konformità mal-istandards relevanti.", "Sussegwentement iċ-ċilindri jiġu ċertifikati mill-ġdid kull għaxar snin.", "Kontrolli dokumentarji fir-rigward tal-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid jitwettqu fuq bażi kontinwa.", "Prodotti li ma jgħaddux mit-testijiet għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid jinqerdu mill-fornitur.", "Isiru wkoll kontrolli fuq regolaturi u valvi li jibdew minn verifiki dokumentarji li jindikaw li dwar il-prodott ikkonċernat ikunu twettqu l-verifiki ta' konformità kollha meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-verifiki jkunu akkumpanjati b'ittestjar fiżiku tal-prodott li jsir f'laboratorju akkreditat.", "Dawn ir-riżultati tat-test huma ġeneralment disponibbli f'madwar 15-il ġurnata, bla ħsara għad-disponibilità tal-laboratorji.", "L-individwi u l-kumpaniji li jqiegħdu fis-suq apparat, ċilindri tal-gass u regolaturi, huma responsabbli biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet kollha tas-sigurtà skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Billi f'pajjiżna għandna numru ta' veterinary nurses li jaħdmu ma' veterinarji u ħafna minnhom, għalkemm għamlu diversi korsijiet u għandhom taħriġ u esperjenza vasta, m'għamlux taħriġ formali mill-MCAST u billi l-maġġoranza assoluta ta' dawn n-nurses huma mħarrġa sew f'xogħolhom bħala veterinary nurse u għandhom esperjenza vasta f'dan il-qasam, jaħseb il-Ministru li għandha ssir liġi li tirregola dan is-settur ta' veterinary nurses fejn issir grandfather clause li tiġbor fiha l-ħafna nurses li għalkemm m'għamlux il-kors formali għandhom diversi forom ta' taħriġ ieħor u esperjenza vasta f'dan il-mestier tant li huma impjegati bħala veterinary nurses ma' għadd ta' veterinarji?", "Billi dan il-qasam ta' veterinary nurses baqa' qatt ma ġie regolat jaħseb li b'kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra jista' jsir abbozz ta' liġi biex dawn il-veterinary nurses jiġu regolati u possibbilment reġistrati?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx għalfejn isir abbozz ta' liġi sabiex jirregola lil dan il-mestier għaliex il-funzjoni ta' dawn l-infermiera veterinarji hija koperta fl-Att eżistenti, Kap. 437 li jħares is-Servizzi Veterinarji.", "Il-funzjonijiet tal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji mwaqqaf skont l-artikolu 39 tal-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap. 437), f'artikolu 42 (1) jgħidu li dan il-Kunsill għandu:", "\"(b) jżomm reġistru għar-rigward ta' dik il-professjoni u professjonijiet u snajja' supplimentari għall-professjoni veterinarja;", "(ċ) jippreskrivi u jżomm il-livelli professjonali u etiċi għall-professjoni veterinarja u professjonijiet u snajja' supplimentari għall-professjoni veterinarja;\".", "Sottokumitat fi ħdan dan il-Kunsill diġà beda jagħmel xogħol sabiex professjonijiet u snajja' supplimentari għall-professjoni veterinarja jibdew jiġu regolati u reġistrati.", "Il-veterinary nurses jaqgħu taħt din il-kategorija ta' professjonijiet u snajja' supplimentari għall-professjoni veterinarja u qegħdin jiġu inklużi fil-proċess.", "L-abbozz ta' liġi li qiegħed jiġi mfassal, filwaqt li għadu fi stadju bikri, isegwi regolamenti diġà stabbiliti għall-professjonijiet oħrajn (fosthom dik veterinarja) ta' kif professjonijiet u snajja' jiġu regolati u reġistrati.", "Dawn ir-regolamenti jaħsbu sabiex jirregolaw u jirreġistraw dawk l-individwi illi ma jkollhomx kwalifika iżda li jkollhom numru ta' snin ta' esperjenza valida sakemm dawn josservaw u jirrispettaw ċerti kriterji.", "Dan il-prinċipju li jinkludi persuni li jkunu ilhom jaħdmu f'ċertu settur meta dan is-settur jew professjoni jiġi regolat għall-ewwel darba huwa prinċipju bażiku li huwa mitlub ukoll f'direttiva Ewropea li tikkonċerna s-servizzi.", "MOĦQRIJA TAL-ANNIMALI - PERSUNI LI TRESSQU L-QORTI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Minsitru jgħid, mill-2013 sal-lum, kemm tressqu nies il-qorti, sena b'sena, fuq akkużi li għandhom x'jaqsmu mal-moħqrija tal-annimali?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid, kemm ilha li tressqet il-liġi li ma jistgħux jinżammu klieb marbutin b'mod permanenti (chaining of the dogs), kemm-il spezzjoni saret?", "Meta saru dawn l-ispezzjonijiet u f'liema nħawi saru?", "ONOR.JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-każ ta' persuna li ttieħdet l-Isptar Mount Carmel dan l-aħħar eskortata mill-pulizija u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament:", "a. Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk skont il-liġi tas-saħħa mentali dan il-klijent ingħatax id-dritt mogħti bil-liġi tal-Att dwar is-Saħħa Mentali li ġiet mgħoddija minn dan il-Parlament fl-2013 li jagħżel person of trust biex iħares l-interessi tiegħu?", "Jekk iva, intgħażel dan il-person of trust mill-klijent (naturalment ma jinteressanix min hu l-person of trust)?", "b. Il-Ministru ħa permess mingħand il-pazjent jew mingħand dan il-person of trust qabel żvela f'sezzjoni tal-media li dan kien każ psikjatriku għax anke dan l-aspett jaqa' taħt id-dritt tal-konfidenzjalità tal-pazjent inkwistjoni?", "c. Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali talab permess mingħand il-klijent inkwistjoni jew mill-person of trust tiegħu qabel żvela pubblikament li qed issir inkjesta dwar il-mod kif ittieħed l-isptar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda każ bl-isem imsemmi minnu separatament.", "EKS MEMBRI TAS-SERVIZZ – BONUS/PENSJONI TAT-TEŻOR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' eks membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin) li għandhom bejn 45 sena u 61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?", "MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizz ta' psikologu f'dawn l-aħħar tliet snin u jekk hemmx xi lista ta' stennija?", "Kif jistgħu l-ġenituri jagħmlu użu minn dan is-servizz għall-benefiċċju ta' uliedhom?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-snin 2016, 2017 u 2018 il-psikologi fi ħdan l-iSchool Psychological Service raw 3,105 każijiet.", "Il-lista ta' stennija f'Mejju tal-2016 kienet ta' 1,382 filwaqt li fi tmiem is-sena 2018 kienet ta' 390.", "Is-servizz huwa fuq bażi ta' Open Referral System u għaldaqstant il-ġenituri jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz direttament billi jimlew ir-Referral Form huma jew jitolbu assistenza mill-iskejjel.", "Din l-istatistika hija tal-iSchool Psychological Service fi ħdan l-NSSS (National School Support Services) li hija responsabbli mill-iskejjel statali.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL SERVIZZI TA' MATUL IL-JUM", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità jew persuni li jieħdu ħsiebhom, li applikaw biex jagħmlu użu mis-Servizzi ta' Matul il-Jum u għadhom fil-lista ta' stennija?", "Minn liema lokalitajiet ġejjin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent hemm 121 persuna b'diżabilità fuq il-lista ta' stennija sabiex jidħlu f'Ċentru ta' Matul il-Jum għall-persuni b'diżabilità, mmexxija mill-Aġenzija Sapport.", "Il-persuni fuq il-lista ta' stennija ġejjin minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "AĠENZIJA SAPPORT, AĠENZIJA APPOĠĠ U SEDQA - TAĦRIĠ DWAR IS-SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport, l-Aġenzija Appoġġ u Sedqa organizzawx taħriġ dwar is-saħħa mentali lill-impjegati tagħhom f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Jekk iva, meta sar dan it-taħriġ?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif jidher f'dawn it-tabelli:", "PARKINSON'S DISEASE - KURA MILL-ISTAT", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex tikkonsisti l-kura mill-Istat għall-Parkinson's Disease?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-kura tal-marda tal-Parkinson's, is-servizzi tas-saħħa tal-Istat joffru mediċini b'xejn, deep brain stimulation (operazzjoni fil-moħħ), fiżjoterapija, occupational therapy kif ukoll speech therapy.", "ĦAL KIRKOP - ASSISTENZA FIL-POLIKLINKA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra kemm irrikorrew għal assistenza fil-poliklinka ta' Ħal Kirkop sa minn meta ġiet inawgurata fis-sena 2017?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta ġie inawgurat iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Kirkop, jiġifieri mill-14 ta' Settembru tal-2018 sal-lum, kien hemm 27,400 klijent li talab u rċieva assistenza minn dan iċ-ċentru.", "SPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK – PERSUNI LI JIBBENEFIKAW MILL-ISKEMA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra kemm hemm persuni li jingħataw mediċini permezz tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2018 kien hemm 159,781 persuni li bbenefikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u li gawdew minn mediċini mingħajr ħlas.", "DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA - ASSISTENZA MEDIKA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħarraf lil din il-Kamra kemm ingħataw assistenza medika persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza matul is-sena 2018?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2018 kien hemm 142,519 attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.", "KONTIJIET TAD-DAWL - KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jivverifika dwar x'qed iseħħ fil-ħruġ ta' kontijiet tal-elettriku li kopja tagħhom qed tingħata separatament peress li f'kont datat 18 ta' Lulju 2018 sat-22 ta' Settembru 2018, l-individwu li kien dovut iħallas, spiċċa ġie mitlub iħallas €2,541.37 meta l-kontijiet tar-residenza rispettiva kienet titħallas regolarment?", "Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li tali kont kellu jiġi mħallas mis-sid tar-residenza?", "Jista' l-Ministru jagħmel il-verifiki biex jara dan is-sid tar-residenza kemm għandu ġustament iħallas u jingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar xi ħlas huwa dovut li jħallas?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji tal-individwu ġew mgħoddija lill-entità kkonċernata biex tistħarreġ dan l-ilment.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li d-dawl fi Triq Nicolò Isouard fil-Mosta jerġa' jibda jinxtegħel peress li dan id-dawl tat-triq ilu mitfi għal ħafna ġranet?", "JOE MIZZI: Ninsab informat li d-dawl fi Triq Nicolò Isouard fil-Mosta jinsab mixgħul."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190311_205d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 205, li saret fil-11 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet, eċċetra) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċetra)?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 252, 2312, 2342, 2357, 2417, 7533 u 8688 ta' din il-Leġiżlatura.", "Nirreferih ukoll għat-tweġibiet mogħtija fil-Leġiżlatura XII għall-mistoqsijiet parlamentari 2271, 4794 u 11973.", "Sinjura President, irrid nippreċiża li għadni kemm ġej mill-funeral tas-Sur Ronnie Pellegrini.", "Minn hawnhekk, f'isem in-naħa tal-Gvern kif ukoll f'isem in-naħa tal-Oppożizzjoni, irrid insellem il-memorja ta' Ronnie Pellegrini u nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb tiegħu.", "Ninformak li l-Ministru Ian Borg għadu fi triqtu lejn il-Parlament.", "Jien u l-Prim Ministru kellna l-privileġġ li naslu ftit qabel u għalhekk se nkun qiegħed nirrispondi f'isem il-Ministru Ian Borg sakemm jasal il-Parlament.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Ministru, nixtieq nagħmel mistoqsija relatata mas-saħħa.", "Il-ġimgħa li għaddiet, kont qiegħed l-Isptar Mater Dei fid-Dipartiment tal-Emerġenza matul il-lejl u kont ixxukkjat bl-ammont ta' nies li kien hemm f'nofs il-lejl fl-Emerġenza, kif ukoll bin-numru ta' sodod li kien hemm fil-kurituri.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kamra jekk l-Isptar Mater Dei hux qed jesperjenza xi sitwazzjoni li mhijiex tas-soltu?", "Fil-fatt, kif miet il-kunjatu, kont se ngħaddi minn kuritur u kelli ngħaddi minn kuritur ieħor, biex ma niddisturbax il-pazjenti li kienu reqdin f'kuritur.", "CHRIS FEARNE: Għalkemm il-mistoqsija m'għandhiex x'taqsam assolutament mas-suġġett, nieħu pjaċir li l-Onor.", "Interpellant qed jagħmel din il-mistoqsija u nieħu l-opportunità biex inweġibha.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li s-sena li għaddiet, l-ammont ta' persuni li nqdew mid-Dipartiment tal-Emerġenza kien ta' ftit aktar minn 147,000.", "Ta' dan, irrid nirringrazzja lill-istaff tad-Dipartiment tal-Emerġenza, fosthom lill-infermiera u t-tobba li jaħdmu 24 siegħa kuljum.", "L-Onor.", "Interpellant qal li kien l-Emerġenza f'nofs il-lejl u kien hemm ħafna nies.", "Id-domanda għas-servizz li jiġi mogħti mid-Dipartiment tal-Emerġenza żdiedet għal numru ta' raġunijiet, fosthom għax qegħdin nagħtu aktar servizzi, il-popolazzjoni tagħna kibret u n-nies qegħdin jgħixu aktar.", "Fil-fatt, tant aħna konxji minn din id-domanda dejjem tikber, li matul dawn l-aħħar tliet snin żidna n-numru ta' cubicles li hemm f'dan id-dipartiment.", "Ftaħna wkoll emerġenza ġdida tat-tfal u rduppjajna n-numru ta' infermiera u tobba li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Dan ma jfissirx li d-domanda li hemm mhijiex kbira.", "Kif jaf kulħadd, din is-sena kellna xitwa pjuttost twila u qalila, b'ħafna nies jirrikorru l-Emerġenza, speċjalment anzjani li daħlu b'chest infections.", "Fil-fatt, qegħdin naħdmu biex sal-istaġun tal-influwenza li ġej, jiġfieri Diċembru ta' din is-sena u Jannar tas-sena d-dieħla, inkunu erġajna kabbarna d-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Fil-fatt, bħalissa għaddej proġett biex nerġgħu nkabbru dan id-Dipartiment biex nilqgħu għad-domanda dejjem tikber għas-servizzi li nipprovdu.", "Tajjeb ngħid li bħalissa m'għandniex pazjenti li qegħdin jieħdu kura fil-kurituri.", "Dawk li forsi ra l-Onor.", "Interpellant ikunu nies li jkunu qegħdin jistennew biex jinqdew mid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Dan għaliex illum ħafna nies li jidħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza nipprovaw naqduhom b'ħafna testijiet dak il-ħin stess.", "Pereżempju, jekk għandek bżonn test tad-demm, minflok nibagħtuk fis-sala u mbagħad isirlek it-test l-għada filgħodu, ħafna drabi nagħmlu t-test tad-demm dak il-ħin.", "Ovvjament, wieħed irid jistenna sakemm joħroġ ir-riżultat.", "L-istess, jekk persuna jkollha bżonn li jitteħdilha x-ray, ħafna drabi toqgħod tistenna fuq stretcher sakemm isir l-x-ray, joħroġ ir-riżultat, jarah it-tabib u jekk hemm bżonn jiġi l-ispeċjalista biex jagħti l-parir tiegħu.", "Illum qegħdin nagħmlu anke CT Scans mid-Dipartiment tal-Emerġenza, xi ħaġa li qatt ma kienet issir qabel.", "Dan ifisser li qegħdin naqdu n-nies b'aktar effiċjenza.", "Ifisser ukoll li jkun hemm aktar nies qegħdin jistennew sakemm jidħlu jagħmlu CT Scan, joħroġ ir-riżultat, jew sakemm it-tabib jew il-professur jiġi biex jinterpreta r-riżultati tad-demm.", "Il-fatt li jkun hemm nies jistennew fid-Dipartiment tal-Emerġenza hija xi ħaġa normali.", "Irrid ngħid ukoll li jkollna nies li jkunu qegħdin jistennew sakemm tinstabilhom sodda f'sala partikolari, jiġifieri jkun hemm nies fuq stretcher jistennew, kultant anke għal numru ta' sigħat, sakemm jiġu pprovduti b'sodda f'sala partikolari.", "Li huwa ċert hu li l-ħin ta' stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza naqas b'mod drastiku.", "Illum għandna l-Patient Charter fejn nimmonitorjaw minn xħin pazjent jidħol fid-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm jarah l-ewwel darba tabib u sakemm jinqeda billi jew jiġi discharged jew jidħol f'sala.", "Għandna sistema fejn kull pazjent ikollu bracelet li tkun tagged biex b'hekk inkunu nafu eżattament kemm pazjent ikun ilu jistenna.", "Għandna wkoll id-dashboards biex il-management ikun jaf eżatt il-pazjenti kemm ilhom jistennew.", "Nista' ngħid li 'l fuq minn 80% tal-pazjenti jarahom tabib f'temp ta' sagħtejn, u mbagħad il-ħin ivarja minn pazjent għal ieħor u skont kemm ikun hemm domanda.", "Matul ix-xhur ta' Jannar u Frar ikun hemm l-aktar xogħol, però l-maġġoranza kbira tal-pazjenti jinqdew f'temp ta' erba' sigħat, jiġifieri jew jintbagħtu lejn id-dar jew jiġu riferuti biex jidħlu f'sala.", "Dan huwa titjib qawwi fuq dak li kien jiġri sa ftit tas-snin ilu, fejn kont tidħol fid-Dipartiment tal-Emerġenza u tispiċċa jaraw tabib l-għada.", "Hemm fejn intejbu?", "Dażgur li fadal fejn intejbu!", "Kif diġà għedt, beda l-proċess biex inkomplu nkabbru d-Dipartiment tal-Emerġenza ħalli nilqgħu għad-domanda dejjem tikber u nagħtu servizz aħjar lill-poplu Malti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nistaqsi mistoqsija li mhijiex eżattament relatata mal-mistoqsija oriġinali, però peress li hawn is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, forsi jkun jista' jirrispondiha.", "Ftit ilu, kien tħabbar il-ħruġ ta' White Paper dwar it-tibdiliet li kellu jkun hemm dwar il-pożizzjoni tar-real estate agents.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid fiex waslet eżatt din il-konsultazzjoni u x'deċiżjonijiet mistennija jittieħdu fix-xhur li ġejjin biex naraw li jidħol fis-seħħ dak li qed jiġi propost fil-White Paper?", "ONOR CHRIS AGIUS: (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Kif qal l-Onor.", "Interpellant, numru ta' xhur ilu, kienet ħarġet White Paper għall-konsultazzjoni dwar ir-real estate agents.", "Wara li nġabret l-informazzjoni u daħlu l-kummenti relatati, beda x-xogħol biex jinħoloq abbozz bir-regoli għar-regolatur li se jirregola r-real estate agents.", "Barra minn hekk, saru numru ta' laqgħat kemm mal-fergħa li tirrappreżenta r-real estate agents fi ħdan il-Malta Developers Association kif ukoll mas-sensara.", "Tajjeb ngħid li kif inhi l-liġi llum, kull min jaħdem fil-qasam tal-bejgħ tal-proprjetà huwa regolat bil-Kodiċi Ċivili, imma m'hemmx liġi speċifika għar-real estate agents.", "Kif qed ngħid, saru numru ta' laqgħat ma' dawn is-sensara li jagħmlu one-off trade, għaliex naħseb ikun xieraq li din il-professjoni li ilha teżisti f'pajjiżna għal għexieren ta' snin tkun salvagwardjata, però fl-istess waqt ikollna settur regolat.", "Fil-fatt wasalna fi stadju aħħari biex din il-liġi jkollha l-approvazzjonijiet neċessarji kemm mill-Kabinett kif ukoll mill-Parlament.", "Jonqos l-aħħar ftit diskussjonijiet ma' oqsma oħrajn li jaħdmu fis-settur biex fl-aħħar mill-aħħar ikollna liġi li tintlaqa' tajjeb minn dawk li jaħdmu f'dan is-settur.", "Fil-ġimgħat li ġejjin l-abbozz ta' liġi dwar ir-real estate agents se jitressaq quddiem din il-Kamra.", "Ngħid ukoll li għandna obbligi mill-Unjoni Ewropea biex il-liġi li tirregola r-real estate agents tidħol fis-seħħ.", "Għalhekk, minbarra li rridu naraw li dan is-suq ikun regolat, fl-istess waqt għandna obbligu li din il-liġi tidħol fl-iqsar żmien possibbli.", "Fil-fatt qegħdin naraw li sa nofs din is-sena din il-liġi, kif ukoll il-liġi li tirregola l-licence property brokers jidħlu fis-seħħ.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Nixtieq nagħmel mistoqsija lill-Ministru Chris Fearne dwar dak li għadu kif spjega.", "Naqbel eżattament ma' dak li kien qed jgħid.", "Id-diskrezzjoni hija f'idejn il-Ministru jekk iridx iwieġeb din il-mistoqsija.", "(Interruzzjonijiet) Onor. Camilleri, qed nistaqsi għad-diskrezzjoni.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Għall-benefiċċju tal-Onor.", "Byron Camilleri tajjeb ngħid li qabel ma ġie fil-Kamra, il-Ministru Chris Fearne kien qed iwieġeb għan-nom tal-Ministru Ian Borg li ma kienx preżenti.", "Wara, il-Ministru Ian Borg daħal fil-Kamra u reġa' ħareġ fuq xogħol ieħor.", "Għalhekk, għall-attenzjoni tal-membri li daħlu issa fil-Kamra, tajjeb ngħid li l-Ministru Chris Fearne diġà wieġeb domanda relatata mas-saħħa u għalhekk ma nħoloq l-ebda preċedent.", "Ovvjament, dejjem jekk il-Ministru huwa komdu li jwieġeb.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, id-Deputat Prim Ministru qed jinformani li m'għandu l-ebda problema li jwieġeb, bħalma dejjem nagħmlu.", "Però, il-biża' u t-tħassib tiegħi hu li noħolqu preċedenti ġodda f'din il-Kamra.", "Bħalissa hawnhekk hawn is-Segretarju Parlamentari Chris Agius li huwa responsabbli mill-ministeru u għaldaqstant jista' iwieġeb il-mistoqsija.", "Huwa minnu li l-Ministru Chris Fearne wieġeb għan-nom tal-Ministru Ian Borg, però l-Ministru Chris Fearne kien qed iwieġeb fil-ħin li la l-Ministru u lanqas is-Segretarju Parlamentari ma kienu preżenti fil-Kamra, minħabba li kważi kollha kemm aħna konna preżenti għall-funeral tas-Sur Ronnie Pellegrini.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Camilleri, jien staqsejt għad-diskrezzjoni tal-Ministru.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: It-tħassib tiegħi hu li noħolqu regoli ġodda, għax sfortunatament dejjem hekk qed jiġri, speċjalment meta s-Sedja tkun hekk ippreseduta.", "Dan huwa mod li ma naċċettahx.", "Id-Deputat Prim Ministru m'għandux problemi jwieġeb il-mistoqsija.", "Jiġifieri inti qed tgħid li jien qed noħloq regoli ġodda fil-Kamra?", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, il-fatt li jkolli nitlob …", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Chris Fearne għażel hu li jwieġeb għal mistoqsija fuq is-saħħa.", "Jien imxejt mal-fatt li kien hemm dak il-preċedent u staqsejt għad-diskrezzjoni tal-Ministru jekk iridx iwieġeb.", "Se tieħu deċiżjoni s-Sedja.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Biex niġi għall-mistoqsija li għamiltli, Sinjura President, il-fatt li rrid nagħmel point of order tlieta jew erba' darbiet dwar liema naħa tistaqsi l-mistoqsija ma jħallilix moħħi mistrieħ.", "Għaldaqstant, ikolli nagħmel dawn il-points of order.", "Id-Deputat Prim Ministru m'għandu l-ebda problema jwieġeb dik il-mistoqsija, imma ejja dejjem inżommu mar-regoli.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Camilleri, nitolbok tirrepeti dak li għadek kif għedt, għax ma fhimtx x'inhu l-argument li qed tagħmel.", "BYRON CAMILLERI: Qed nitkellem dwar ftit tal-ġimgħat jew xhur ilu bis-Sedja kif ippreseduta, kelli nagħmel point of order mill-inqas għal tliet darbiet dwar liema naħa tal-Kamra għandha tistaqsi mistoqsija supplimentari.", "Niftakar li darba minnhom kelli nagħmel point of order għax kien inqala' xi ħaġa fil-konfront tal-Onor.", "Nerġa' ngħid li dan il-fatt ma jserraħlix moħħi, għax irrid noqgħod attent il-ħin kollu x'qed jiġri.", "Qed nagħmel dawn il-points of order għax ma naċċettax li jkun hemm żball fir-regoli.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ma nixtieqx li nagħmlu dan it-tip ta' dibattitu.", "Napprezza s-sentiment tal-Onor.", "Se nieħu deċiżjoni biex inkomplu.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: L-Onor.", "Camilleri m'għandux għalfejn jinkwieta għax, kif għedt, nerġa' nafferma li qabel daħal fil-Kamra, il-Ministru Chris Fearne wieġeb mistoqsija relatata mas-saħħa.", "Jiddeċiedi l-Ministru!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ladarba l-Ministru Chris Fearne qed jgħid li m'għandux problema li jwieġeb, nagħtih il-kelma.", "Però, fil-verità, il-mistoqsija lanqas biss saret.", "CHRIS FEARNE: Qed nifhem li din hija eċċezzjoni, għax ma kienx hawn il-Ministru Ian Borg, u jien weġibt f'ismu u mbagħad kien hemm mistoqsijiet supplimentari li m'għandhomx x'jaqsmu mas-suġġett u jien ma ddejjaqtx inweġibhom.", "Però nieħu l-punt li qed jagħmel il-Whip tal-Gvern li ma tistax issir mistoqsija lil Ministru u l-mistoqsijiet supplimentari jsiru lil Ministru ieħor.", "Qed ngħid dan biex inkunu ċari u ma noħolqu l-ebda preċedent.", "Nerġa' ngħid li m'għandi l-ebda problema li nwieġeb mistoqsijiet dwar is-suġġett li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru, naqbel miegħek perfettament.", "Ladarba l-Ministru Chris Fearne qed jaċċetta li jwieġeb il-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Maria Deguara biex tagħmel il-mistoqsija tagħha.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, biex nikkjarifikaw l-affarijiet, kemm-il darba l-Ministru jaċċetta li jwieġeb il-mistoqsija, mhux eskluż li l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet li jsegwu relatati ma' dak is-suġġett.", "Ladarba l-Ministru aċċetta li jweġibhom, aħna in order li nistaqsu lil dak il-Ministru aktar mistoqsijiet.", "Qed nagħmel dan il-punt biex l-affarijiet ikunu ċari.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Sedja hija konxja li din mhijiex il-prassi, però ladarba jien staqsejt għad-diskrezzjoni tal-Ministru u l-Ministru aċċetta, nagħti l-kelma lill-Onor.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Ministru, nirringrazzjak talli qed tagħmel eċċezzjoni.", "Naqbel miegħek dwar dak li għedt dwar l-Emerġenza.", "Apparti l-fatt li qed tgħid li qegħdin inżidu l-personnel u nkabbru l-post, irridu nsibu sistema kif niffrankaw il-ħin.", "Hawn qed nitkellem bħala tabiba.", "Ħafna nies li jidħlu fl-Emerġenza qegħdin isirulhom ħafna testijiet li mhumiex relatati mal-kondizzjoni li jidħlu biha.", "Dan iwassal biex qed naħlu ħafna ħin u riżorsi.", "Però mbagħad, meta naslu għall-proprja kawża tal-persuna, qed nieħdu ħafna ħin.", "Pereżempju, jekk persuna għandu sturdament jew uġigħ ta' ras kbir u missieru miet b'kawżi simili, bi brain aneurysm, l-aktar li nistennew hu li jsirlu MRI.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Deguara, nitolbok tagħmel il-mistoqsija.", "MARIA DEGUARA: Importanti li nagħmlu l-homework sew biex in-nies li jidħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza jiġu ttrattati eżattament għal dak li daħlu bih u mhux, pereżempju, nħallu n-nies jistennew għal tmien sigħat!", "Kif nafu, il-ħinijiet li wieħed idum jistenna fl-emerġenza mhumiex daqshekk qosra, għax kif qal il-Ministru, isiru t-testijiet kollha li mhumiex relatati mal-kondizzjoni li persuna tidħol biha.", "Ħafna drabi, imbagħad, jgħidulek li se jibagħtuk id-dar, u jekk sakemm tasal id-dar jerġa' jagħtik l-istess attakk, terġa' tmur lura l-isptar u se terġa' tibda l-proċess ta' tmien sigħat stennija.", "Li qed nipprova ngħid hu li naqbel mal-Ministru li nkabbru d-Dipartiment tal-Emerġenza u nżidu l-personnel, però naħseb li l-ispeċjalisti tad-Dipartiment għandhom jingħaqdu biex jaraw kif jistgħu verament inaqqsu l-ħin ta' stennija, biex il-poplu jkun moqdi aħjar.", "M'għandi xejn kontra dak li qal il-Ministru, però naħseb li wasal iż-żmien li nsibu sistemi ftit differenti biex inkunu nistgħu mmexxu d-Dipartiment tal-Emerġenza aħjar.", "CHRIS FEARNE: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din il-mistoqsija.", "Tajjeb li nagħmilha ċara li bħala politiċi, amministraturi u leġiżlaturi ma nistgħux u lanqas għandna nikkontemplaw li nidħlu fid-deċiżjonijiet kliniċi li jieħdu t-tobba.", "Dan ifisser li jekk pazjent jidħol fl-Emerġenza u t-tabib jew il-professur jiddeċiedi li għandu bżonn CT Scan, xogħli bħala Ministru għas-Saħħa hu li nara li jkun hemm il-faċilità li jsir is-CT Scan.", "Żgur li mhux se noqgħod ngħid lit-tabib biex it-test ma jsirx jew biex jibagħtu d-dar u jagħmilulu darb'oħra.", "Ċertament li mhux se nipprovaw innaqqsu l-ħinijiet ta' stennija billi nnaqqsu s-servizzi!", "Għalhekk, jekk it-tabib jiddeċiedi li pazjent għandu bżonn test tad-demm, x-ray u CT Scan, it-testijiet se jsiru kollha.", "Ninsab informat li kontinwament u b'mod rigoruż isiru wkoll eżerċizzji ta' auditing fuq ix-xogħol li jkun għaddej fid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "M'iniex informat li qegħdin isiru xi testijiet jew proċeduri li mhux suppost qegħdin isiru.", "Anzi, nerġa' nirringrazzja lill-istaff u lil kull min jaħdem fid-Dipartiment tal-Emerġenza li qed jagħmlu dan ix-xogħol b'dedikazzjoni kbira u b'mod effiċjenti.", "Dan ifisser li ċerti testijiet isiru dak il-ħin stess, minflok ma pazjent jiddaħħal l-isptar u joqgħod jistenna sal-għada biex isirulu t-testijiet.", "Huwa minnu li dan ifisser li pazjent joqgħod fi cubicle għal tlieta jew erba' sigħat, imma qegħdin niffrankawlu li jagħmel jumejn l-isptar.", "Punt ieħor li qegħdin naħdmu fuqu hu li kemm jista' jkun innaqqsu l-ħtieġa ta' nies li jmorru fid-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Qed nagħmlu dan billi l-ewwel nett naħdmu aktar fuq il-prevenzjoni, li hija xi ħaġa long-term, fejn qegħdin naħdmu anke mal-kunsilli lokali.", "Illum, pereżempju, kont fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-ġimgħa li għaddiet kont fil-kunsilli lokali tal-Mellieħa, tal-Marsa u ta' Raħal Ġdid fejn qegħdin inżuru belt belt u raħal raħal bit-tim mediku tagħna u nwasslu l-messaġġ għand in-nies b'mod individwali ta' kif jieħdu ħsieb saħħithom aħjar biex jimirdu inqas.", "Aktar minn hekk, qegħdin nagħmlu l-kuntrarju ta' dak li kien jagħmel Gvern preċedenti qabel l-2013 fejn kien qed jikkonċentra l-ħidma kollha tas-saħħa fuq l-isptarijiet tagħna u qegħdin insaħħu l-kura primarja.", "Ilbieraħ stess, ftaħna berġa ġdida f'Tal-Pietà li fiha erba' kliniċi, b'servizzi fejn nieħdu d-demm, ta' saħħa mentali, ta' pathologists ta' speech therapists u tobba.", "B'dan kollu qegħdin niffrankaw li n-nies imorru d-Dipartiment tal-Emerġenza.", "Qegħdin ukoll insaħħu ċ-ċentri tas-saħħa tagħna.", "Kif jaf kulħadd, ftaħna ċentru tas-saħħa f'Ħal Kirkop, beda x-xogħol fiċ-Ċentru tas-saħħa Ċensu Moran f'Raħal Ġdid, hemm ix-xogħol għaddej fiċ-ċentru tas-saħħa ġdid fir-Rabat, Għawdex, u matul dawn il-ġranet se joħorġu t-tenders biex nagħmlu refurbishment fil-poliklinika tal-Gżira u fiċ-ċentri tas-saħħa kollha.", "Qegħdin nirranġaw ukoll il-bereġ u nkabbru s-servizzi li jingħataw f'dawn il-bereġ biex kemm jista' jkun ma jkollniex għalfejn nibagħtu 'l-pazjenti tagħna fl-Isptar Mater Dei.", "Dan ifisser li qed innaqqsu d-domanda fuq l-Isptar Mater Dei.", "Però ma jfissirx li m'hemmx domanda jew li mhux qiegħda tikber.", "Id-domanda qiegħda tikber għax qed tikber il-popolazzjoni, qegħdin inżidu s-servizzi u n-nies qegħdin jgħixu aktar u jkollhom bżonn ta' aktar servizzi mediċi.", "Irridu nkomplu nkabbru u nżidu r-riżorsi, inkluż it-tobba u l-infermiera, u hekk qegħdin nagħmlu biex il-poplu jingħata servizz aħjar.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: (Interruzzjonijiet) Sinjura President, se nagħmel mistoqsija lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius, għaliex ir-regoli nzertajt nafhom!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom, naħseb li diġà kellna dibattitu fuq dan il-punt.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nistaqsi llis-Segretarju Parlamentari Chris Agius dwar xi problemi li minn żmien għal żmien ikun hemm fil-Land Registry fejn, fost l-oħrajn, tissemma ħafna l-problema tal-overlapping.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jgħid x'inhu jagħmel dwar dan?", "Interpellant staqsa dwar il-Land Registry li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Chris Agius, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "Is-Sedja tagħti l-kelma lill-Onor.", "CHRIS AGIUS: Sinjura President, f'din il-Kamra, jien sirt wieħed mill-membri antiki.", "Naħseb li f'din il-Kamra, dejjem kellna l-prattika li meta jkun hemm mistoqsijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari, jirrispondi dak is-Segretarju Parlamentari.", "Ilni f'din il-Kamra 25 sena u matul dawn is-snin qatt ma kien hemm oġġezzjoni li tali mistoqsijiet ikunu mwieġba.", "(Interruzzjonijiet)", "Mela ma kontx hawn jien!", "L-Onor.", "Interpellant staqsa dwar il-Land Registry fejn ġieli kelli l-okkażjoni li nsemmi l-ħidma li għaddejja.", "Bħalissa għaddej proċess biex din l-entità tiġi aktar modernizzata.", "Sfortunatament, minn meta twaqqfet fis-snin tmenin, din l-entità ftit li xejn ingħatat attenzjoni, anke jekk hija entità importanti ħafna għaliex fiha jiġu rreġistrati dawk il-proprjetajiet li jaqgħu taħt land registration areas, li huma biss f'partijiet żgħar f'Malta.", "Tajjeb ngħid li rnexxielna nġibu fondi Ewropej li jaqgħu taħt il-CONvErGE li jammontaw għal €5 miljun.", "Fil-fatt, ħarġu t-tenders, ġew evalwati u ġiet magħżula kumpanija li se taħdem biex ikollna din is-sistema moderna.", "B'hekk se nkunu qegħdin insolvu ħafna mid-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nutara, il-periti u n-nies li huma l-klijenti tagħna.", "Diffikultajiet jinqalgħu meta jkollna overlapping ta' meta jitpoġġew il-pjanti.", "Sfortunatament, matul is-snin, kellna pjanti differenti, fosthom il-pjanti tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-pjanti tal-Government Property Division fl-Awtorità tal-Artijiet, kif ukoll pjanti oħrajn li sfortunatament ma jkunux jaqblu.", "Pereżempju, kien qed jiġri li tiddaħħal reġistrazzjoni ta' proprjetà, ikun hemm overlapping tal-istess proprjetà u l-uffiċjali tal-Land Registry isibu li din il-proprjetà ma tistax tiġi reġistrata.", "Dan kien qed iwassal biex uħud minn dawn ir-reġistrazzjonijiet tal-proprjetà jitħallew pendenti sakemm fl-aħħar xi ħadd minnhom jew inkella ż-żewġ partijiet jaslu għal kompromess.", "Huwa għalhekk li qegħdin naħdmu flimkien mal-uffiċjali tal-Land Registry kif ukoll mal-istakeholders, li huma n-nutara u l-periti, biex jinstab mekkaniżmu kif dawn l-iżbalji tal-passat jiġu indirizzati permezz ta' qafas ġdid.", "Naħseb li fiż-żmien li ġej se nkunu nistgħu nagħmlu qabża importanti biex numru konsiderevoli ta' każijiet ta' talba għal reġistrazzjoni ta' proprjetà li jmorru lura numru ta' snin, fl-aħħar jiġu solvuti.", "Naħseb li l-Land Registry, li hija entità tant importanti, u l-Insinwa fejn jiġu rreġistrati tranżazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-proprjetajiet, jistħoqqilhom li jingħataw din l-attenzjoni.", "Fir-rigward tal-Land Registry, il-ħidma hija property based, però mbagħad fl-Insinwa, hija client based.", "Qed naħdmu biex fiż-żmien li ġej dan il-proċess jiġi aktar simplifikat.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar rapporti ta' serq minn knejjes matul l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9001; u", "Tagħrif dwar inċidenti tat-traffiku f'Marsaskala, reġistrati mal-Pulizija, bejn l-2016 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9368.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq safar mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) matul l-2018 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9350; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklamar fuq mezzi differenti tal-media, bejn l-2004 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8736.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp iddiskuta u qabel b'mod unanimu mal-\"Partial Review of the North West Local Plan (2006) – Burmarrad Commercial Area\" kif imressaq quddiemu, u nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-\"Partial Review of the North West Local Plan (2006) – Burmarrad Commercial Area\", maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar fi Frar 2019.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjoniiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-IMPJIEGI U", "R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452\", ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. com. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Marzu, 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, bħala Oppożizzjoni, aħna favur din il-liġi.", "F'dan id-diskors se nressaq ftit ħsebijiet u niffoka dwar il-faqar fost it-tfal.", "L-għan hu li ntejbu din il-liġi, mhux biss bħala protezzjoni, iżda wkoll biex nippromwovu d-dritt għat-tfulija li tiġi darba biss fil-ħajja ta' kull bniedem.", "Il-kelma \"skandlu\" għandha żewġ faċċati, hemm affarijiet pożittivi li joħolqu skandlu bl-ammirazzjoni, u affarijiet oħrajn negattivi li joħolqu skandlu ta' stmerrija.", "Pereżempju, l-imħabba ta' xi ġenituri lejn uliedhom, ħafna drabi, tissejjaħ skandaluża, għaliex tant hija kbira li tixxukkjana.", "Permezz ta' din il-liġi, qegħdin proprju nwasslu sinjal ċar hemm barra li t-tfal huma l-għożża tas-soċjetà Maltija.", "Se ndaħħlu din il-liġi għall-ġid ta' wliedna u l-protezzjoni tagħhom.", "Il-Membri ta' din il-Kamra għandna l-privileġġ u x-xorti li nittrattaw lit-tfal tagħna b'dinjità, kif ħareġ tajjeb waqt dan id-dibattitu, għax dawn l-ulied jirriflettu r-ruħ tas-soċjetà tagħna ta' għada.", "Uliedna għandhom dritt għal tfulija sabiħa li jibqgħu jiftakruha għal għomorhom kollu, u meta jsiru adulti jkunu jistgħu jgħidu li dak kien żmien sabiħ.", "Però, sfortunatament, xi wħud jgħidulek li t-tfulija tagħhom ma kienet xejn sabiħa u jibdew jirrakkontawlek l-istejjer.", "Sa ftit ilu stess, għadni kif smajt storja f'dan il-bini tal-Parlament fejn jiġu jkellmuna n-nies u jgħidulna bl-esperjenza tagħhom.", "Sinjura President, dan il-perjodu tant importanti tat-tfulija mhux lil kulħadd jidħak, għalhekk mhux kulħadd jista' jsejjaħlu bħala żmien sabiħ.", "It-tfulija tifforma l-futur tat-tfal u tas-soċjetà tagħna.", "Quddiemna għandna liġi li tmiss l-umanità qabel il-profitt.", "Għandna liġi li tmiss id-dinjità tal-bniedem qabel kull fruntieri!", "Għalhekk, ejja nieħdu l-okkażjoni u nħarsu anke lejn it-tfal foqra f'pajjiżna.", "Hawn irrid insemmi tfal li wara l-iskola, għal ħabta tas-2.30 p.m., jibqgħu jduru mal-blokk biex ma jurux lil sħabhom li joqogħdu f'binja xejn sabiħa li hi kerrejja.", "Meta mbagħad jisparixxu n-nies mit-triq, imorru lejn id-dar.", "Ejja nħarsu lejn it-tfal li waqt il-break tal-iskola jinqatgħu għalihom waħedhom għax jistħu juru lil sħabhom li qegħdin jieklu ħobż bil-butir biss.", "Ejja nħarsu lejn tfal li minħabba s-sitwazzjoni tad-dar jispiċċaw jagħmlu xogħol ommhom.", "Nafu b'sitwazzjonijiet fejn omm ma tridx taf bil-familja tagħha u dan iwassal biex tfal ta' età żgħira, anke taħt l-għaxar snin, jipprovaw isajru, inaddfu d-dar żgħira li għandhom u jaqdu dmirijiet oħrajn, għax jekk ma jagħmlux dan huma, ma jagħmlu ħadd!", "Il-faqar fil-familji jħalli lit-tfal lura f'ħajjithom.", "Miżuri favur l-inklużjoni soċjali għandhom isiru b'attenzjoni.", "Il-proċess iseħħ bl-isforz ta' kull wieħed u waħda minna bil-għan li kull pesuna tilħaq il-potenzjal u l-milja ta' ħajjitha.", "Ħafna drabi niftaħru li aħna soċjetà inklużiva, però din hija kkaratterizzata minn element qawwi kontra l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni, b'bilanċ bejn id-drittijiet, ir-responsabbilitajiet, l-empowerment u l-koeżjoni soċjali.", "Il-problema tal-faqar fuq it-tfal hija waħda komplessa ħafna u għandha diversi forom ta' diskriminazzjoni.", "Għalhekk, meta nindunaw b'xi ħadd mit-tfal li qed jesperjenza l-faqar, irid isir dak kollu possibbli biex tingħata l-għajnuna.", "L-istat u s-soċjetà m'għandhom qatt jittolleraw il-faqar fuq it-tfal.", "L-Istat għandu jkun reżiljenti u jtejjeb l-għajxien tat-tfal.", "F'Malta, kif jaf kulħadd, m'għandniex tfal imutu bil-ġuħ, imma għandna tfal li b'xi mod jew ieħor qed jgħixu faqar relattiv.", "Pereżempju, għandna tfal li m'għandhomx ir-riżorsi sabiex jieklu jew biex jipparteċipaw f'kull attività u opportunità li tista titfaċċa.", "Familja b'saħħitha tgħin fit-tnaqqis tal-faqar relattiv.", "It-tfal għandhom ikunu dejjem prijorità u dan huwa l-għan tal-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu.", "Il-politika soċjali tal-Istat għandu jkollha preferenza waħda, dik li tgħin lit-tfal foqra.", "L-Istat għandu juri attenzjoni speċjali fl-aġenda tiegħu favur dawn it-tfal.", "Il-Gvern diġà qed jagħmel ħafna f'dan ir-rigward iżda, ovvjament, dan mhux biżżejjed.", "Pereżempju, għandna ommijiet li ma jaffordjawx li jagħmlu l-fotokopji ta' wliedhom.", "Min jaf kemm-il darba persuni fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jipprovaw jaqdu lil dawn il-familji mill-ewwel, u ta' dan nieħu l-opportunità li nsellem lill-istaff f'dan id-Dipartiment li b'dedikazzjoni jieħu ħsieb jagħti din l-għajnuna.", "Hawn qed insemmi xi ħaġa żgħira, imma hemm affarijiet oħra ikbar.", "Huwa importanti li nirrikonoxxu t-tajjeb li bnejna f'dan il-pajjiż, però rridu mmorru oltre minn hekk.", "Hemm evidenza li l-faqar jintiret.", "Għalhekk, il-Gvern irid jidħol bir-ras f'dawn iċ-ċirkostanzi biex jindirizza dawn is-sitwazzjonijiet.", "Fil-fatt, studju lokali juri biċ-ċar li t-tfal li jitilgħu fil-faqar imorru ħażin fl-edukazzjoni, ikollhom kwalità ta' ħajja u ta' saħħa mhux daqshekk tajba u ma jipparteċipawx fil-ħajja soċjali.", "Bħala pajjiż, ma nistgħux nippermettu li fl-2019, tfal f'Malta jikbru u jibqgħu mingħajr il-ħiliet bażiċi, għax imbagħad tkun aktar diffiċli għalihom li jsibu xogħol u b'hekk faċli aktar li jinqabdu f'dik li nsejħulha poverty trap.", "Huma bosta fatturi li jwasslu sabiex tfal jispiċċaw f'qagħda ta' faqar, u se nsemmi ftit minnhom.", "Insemmi, pereżmpju, il-livell baxx tal-edukazzjoni li jwassal għal nuqqas ta' ħiliet bażiċi.", "Mhux aċċettabbli li jkollna studenti li jfallu l-iskola.", "Ħafna drabi, il-ġenituri jeħlu multa u ma jħallsuhiex.", "Din mhijiex sitwazzjoni aċċettabbli!", "Forsi wieħed jgħidli li qed nagħmel kontradizzjoni, għax normalment dawn il-ġenituri ma jħallsuhiex għax ma jkollhomx dħul biżżejjed għall-għajxien ta' kuljum.", "Però rridu nisħqu ma' dawn il-ġenituri u nfissrulhom li meta ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola fuq tul ta' żmien hija gravità kbira.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li l-ġenituri tant iħossu dik il-multa li ma jkunux jaffordjaw ma jibagħtux lit-tfal tagħhom l-iskola.", "Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari ħareġ li fl-iskejjel statali kien hemm 3,227 student li ma marrux l-iskola għal aktar minn għaxart ijiem.", "In-numru huwa wieħed li jitkellem waħdu.", "Il-Gvern qed jonfoq aktar minn €21 kuljum għal kull student.", "Tajjeb li naraw jekk din l-ispiża hijiex adegwata, imma rridu naraw ukoll li din l-ispiża tħalli frott li jibqa'.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo jgħid li jaf b'16,000 student fil-faqar.", "Il-familji foqra, normalment, jagħmlu minn kollox biex ma jagħtux l-impressjoni li huma foqra.", "Kif jaf kulħadd ukoll, it-tfal jimirdu spiss.", "M'ilux, waqt konferenza, omm separata u li tgħix fil-faqar bdiet tispjegalna kif tqassam flusha meta jasal ir-relief biex tipprova tiffranka ewro, għax tħoss li l-ewwel prijorità tagħha huma l-pilloli ta' binha li trid tixtrihom għax mhumiex fil-lista tal-POYC.", "Hawnhekk naraw l-għaqal ta' din l-omm li qed tgħix fil-faqar imma, kif nafu, hawn ħafna ommijiet oħrajn li mhumiex fl-istess linja ta' ħsieb ta' din l-omm minħabba sitwazzjonijiet oħra.", "Jista' jagħti l-każ li l-faqar jibqa' moħbi u l-professjonisti, bħall-għalliema, ibatu biex jindunaw b'dawn it-tfal foqra.", "Għalhekk, l-Università ta' Malta għadha tħejji aħjar lill-professjonisti sabiex it-tfal li għaddejjin minn faqar relattiv jiġu xprunati 'l quddiem u joħorġu minn dan iċ-ċirku.", "Il-faqar li ħafna nies jgħaddu minnu jinkludi wkoll abbużi ta' vjolenza domestika.", "Fil-fatt, mill-istatistika joħroġ li fl-2017 kien hemm 'il fuq minn 1,300 każ ta' vjolenza domestika, li jammontaw għal sitt każijiet kuljum.", "Kemm huwa importanti li nagħrfu li meta jkun hemm vjolenza domestika, l-aktar li jbatu huma t-tfal!", "Għaldaqstant huwa ferm importanti li l-aggressuri jkunu obbligati bil-liġi li joħorġu mid-djar tal-vittmi, għax ħafna drabi t-tfal huma l-aktar li jbatu.", "Din hija forma oħra ta' faqar.", "Hemm diversi forom oħra ta' faqar, li jien spiss nitkellem dwarhom.", "Insemmi l-kirjiet li mhumiex affordabbli; nafu li l-kera f'pajjiżna żdiedet b'47% f'erba' snin.", "Jeħtieġ li nagħmlu dixxerniment u naraw minn xiex għaddejjin it-tfal anke f'dan l-aspett.", "Naf li l-Ministru Michael Falzon huwa preokkupat dwar ċerti sitwazzjonijiet, għax mhux biss huwa uman, imma huwa wkoll politiku responsabbli li bħali jħoss għal ċerti sitwazzjonijiet.", "Pereżempju, insemmi tfal nomadi jiġru minn post għal ieħor.", "Kif nafu, meta kull darba qed tibdel il-post fejn toqgħod biex issib l-irħas, it-tfal se jbatu l-konsegwenzi.", "Jekk it-tfal qed jgħixu f'raħal, fejn draw l-iskola, l-għalliema u l-ħbieb u mbagħad se jmorru f'raħal ieħor, iridu jibdew mill-ġdid.", "Għalhekk tajjeb naraw ftit minn liema fażijiet qed jgħaddu dawn it-tfal f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Għandek tfal bil-ħsieb iberren f'moħħhom u bil-mannara fuq rashom li llum jew għada se jispiċċaw barra t-triq.", "Din hija sitwazzjoni komplessa ħafna li twassal għal tant tbatija fost dawn it-tfal.", "Fl-2013, kien hawn 99 talba minn familji li kienu qed jgħixu fi djar ikkundannati, liema talba ma naħsibx li tirrifletti l-figura eżatta.", "Qed ngħid dan għax ħafna drabi l-foqra tant jaqtgħu qalbhom li l-importanti għalihom hu li jkollhom saqaf fuq rashom.", "Min hu qrib tal-foqra jaf sew x'qed ngħid.", "Għalhekk importanti li nieħdu diversi azzjonijiet anke f'dan ir-rigward.", "Huwa ferm meħtieġ li nkunu ġusti fl-għażliet ta' dawk il-familji li jieħdu post tal-Gvern.", "Bħalissa, l-għażla tikkonsisti f'kemm wieħed ikollu punti.", "Għedt dan kemm-il darba, għax nemmnu li f'din il-Kamra għandna membri fuq kull naħa tal-Kamra li huma responsabbli fil-ħidma tagħhom favur dan il-qasam.", "Il-faqar jinsab kullimkien, però huwa lokalizzat f'postijiet partikolari aktar minn oħrajn.", "Għalhekk jeħtieġ li l-Istat jieħu ħsieb aktar tar-riġenerazzjoni ta' dawn l-inħawi sabiex it-tfal ibatu inqas u tinħoloq ħajja ta' kwalità aħjar.", "Kif għedt fil-bidu ta' dan id-diskors, it-tfal ibatu meta jkunu joqogħdu f'kerrejja jew meta l-faċċata tad-dar tant hi żdingata li kważi tibża' tidħol fil-post fejn jgħixu.", "It-tfal ibatu meta joqogħdu fi blokka ta' appartamenti fejn kull familja hija mimlija sfidi soċjali tal-ħajja.", "Dawn it-tfal ma jkunux jistgħu jkampaw b'ħajjithom u jħarsu lejn il-futur tagħhom bħala duħħan.", "Ħafna drabi dawn it-tfal jispiċċaw jaqtgħu qalbhom, iħossuhom li qed jgħixu fid-dinja sempliċement għax hawn il-wisa' u jispiċċaw jimitaw lill-ġenituri tagħhom f'dik it-tip ta' ħajja.", "Il-bniedem dejjem iħoss il-ħtieġa li jkollu sigurtà ekonomika.", "Familji li jgħixu f'kultura ta' faqar relattiv jiddependu fuq l-għajnuna soċjali, magħrufa bħala r-relief.", "Ħafna drabi jkollhom xogħol li jkun imħallas bil-ftit u li faċli li jitilfuh minħabba ħiliet baxxi.", "Hawnhekk ukoll irridu nsalvaw lit-tfal l-aktar vulnerabbli f'dawn il-familji li qed jgħixu bħala tfal foqra.", "Il-ġlieda kontra l-faqar relattiv għandha tkun aktar fuq l-aġenda tal-pajjiż.", "Proprju dan li qed niddiskutu f'dan l-Abbozz ta' Liġi biex dejjem inħarsu l-well- being ta' wliedna.", "Nixtieq insemmi sitwazzjoni oħra fejn it-tfal ibatu.", "Għandna tfal li dejjem huma mwerwra, anke jekk jisimgħu l-iċken ħoss wara l-bieb ta' barra.", "Ħafna nies jispiċċaw jisselfu minħabba li jilagħbu l-flus għax jaħsbu li se jirbħu u jeħilsu mill-faqar.", "Ħafna drabi jisselfu fuq l-idejn u, iridu jew ma jridux, jidħlu fil-lista tal-bir tas-skieken.", "Ovvjament, minn hawnhekk dejjem nissuġġerixxu li qatt m'għandek tmiss ma' din il-lista.", "Però, jeħtieġ li nħarsu d-drittijiet ta' nisa abbużati u, b'mod speċjali, ta' wliedhom.", "Jeħtieġ li naħdmu flimkien biex insibu l-aħjar soluzzjonijiet sabiex innaqqsu l-faqar f'pajjiżna.", "Irridu nżommu dejjem f'moħħna li f'dan ix-xenarju, it-tfal bla ħtija huma l-aktar li jsofru.", "L-Onor.", "Claudio Grech, fid-diskors tiegħu, semma kemm huwa importanti li neradikaw l-appointments partiġġjani darba għal dejjem.", "Kif nafu, għandna mijiet ta' positions of trust.", "L-Onor.", "Grech qal li għandna nnaddfu dan is-settur darba għal dejjem u nħallu lill-professjonisti jagħmlu xogħolhom.", "Kif nafu, il-bniedem jibqa' bniedem u huwa dejjem soġġett għall-iżbalji.", "Għalhekk, huwa importanti li f'karigi u f'pożizzjonijiet ta' ċerta statura, ikun hemm persuni li jirrappreżentaw ċerta awtorità morali.", "Jekk ħaddiem f'Ministeru jiżbalja, ħafna drabi, jidher il-Ministru, anke jekk ma jkollu x'jaqsam xejn fl-istorja.", "Però, f'pajjiżna m'hawnx kultura tar-riżenji u xi wħud jibqgħu għaddejjin qisu qatt ma ġara xejn, jew nipprovaw nisparixxu l-istorja mix-xena biex kulħadd jibqa' għaddej b'ħajtu.", "Din l-affari tiġri fil-Ministeri, fil-partiti, fil-Knisja, fin-nurseries u kullimkien, però mhux sew li nagħlqu għajnejna bħallikieku mhu qed jiġri xejn.", "Jekk qassis jiżbalja, ħafna drabi, teħel il-Knisja kollha.", "Fix-xena politika, kien hemm xi Membri li kienu f'din il-Kamra u li sparixxew mix-xena politika minħabba li xi membru familjari jew ħaddiem qrib tagħhom żbaljaw.", "Ippermettuli ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa kważi sagru, għax qed nitkellmu dwar it-tfal.", "Għalhekk, huwa importanti li fl-għażla tal-pożizzjonijiet fl-istrutturi tal-pajjiż inkunu tassew serji u ma jkunx hemm x'jista' jtappan u jdaħħal dubji fl-awtoritajiet.", "Hawn qed nirreferi għal persuni li għandhom bżonn l-għajnuna, li jiċċappsu b'mod ħażin ma' minorenni għas-sodisfazzjon u l-egoiżmu tagħhom.", "Kellna stejjer minn dawn, anke f'Ministeri, fejn xi ħadd jidneb u jċappas lil ta' madwaru miegħu.", "Naħseb li kull min hu responsabbli jifhem eżatt x'qed nipprova ngħid.", "Dan huwa appell b'mod speċjali ndirizzat lejn il-Ministri u Segretarji Parlamentari.", "Mhux qed nirreferi għall-mument partikolari, għax nafu li dawn l-istejjer kienu jeżistu anke fil-passat.", "Sfortunatament, fid-dinja l-bniedem jibqa' bniedem u għad jiġi l-futur u nerġgħu nisimgħu bi stejjer simili, għax l-istorja tirrepeti ruħha.", "Huwa tajjeb li se jiġi mwaqqaf id-Direttur tal-Minuri wara applikazzjoni.", "Dan għandu rwol fundamentali u madwaru se ddur anke l-importanza tal-liġi kollha.", "Sinjura President, nagħlaq billi nappella lil kull Membru ta' din il-Kamra u lis-soċjetà inġenerali biex niddiżassoċjaw lilna nfusna mill-kultura li tarmi t-tfal u li toqtol it-trabi mhux imwielda.", "Din il-Kamra għandha tkun kburija li tipproteġi l-ħajja mill-ġuf issa, dejjem u kullimkien.", "Din għandha tkun r-rabta tagħna mas-soċjetà akkost ta' kollox.", "M'għandniex naraw lil kollox u lil kulħadd f'termini ta' voti.", "Nippreferi ġimgħa bilwieqfa milli għomri għarkuptejja!", "L-ebda persuna ma tista' tippretendi għaliha d-dritt li teqred direttament il-ħajja ta' persuna innoċenti jew tqis persuna oħra bħala bla valur jew ta' xkiel.", "Din il-Kamra għandha tipproteġi l-ħarsien ta' kull ħajja umana mit-tnissil sal-mewt, aktar u aktar meta l-persuna tkun f'pożizzjoni vulnerabbli jew żvantaġġjata.", "Irridu nkunu verament ambaxxaturi tal-ħajja u ma nistgħux inkunu ambaxxaturi fil-ktajjen.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, dan huwa suġġett li normalment ma nitkellimx dwaru, għax huwa suġġett kemmxejn lil hinn mil-lenti li nsegwi, però kif bdiet tiżviluppa d-diskussjoni, ħassejt li għandi nirreaġixxi għal ftit mill-kummenti li saru.", "Hawnhekk qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li, fuq kollox, qed ipoġġi l-interess tat-tfal l-ewwel u qabel kollox.", "Però, sfortunatament, ġieli smajna ċerti kummenti u battuti minn xi kelliema fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni li għal xi raġuni jew oħra jridu jipprovaw joskuraw lill-Gvern akkost ta' kollox, anke jekk quddiemna għandna liġi li jidher hawn qbil fuqha miż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Jekk qatt kellna Gvern li ħadem biex verament ipoġġi l-interessi tat-tfal u tal-familji fuq quddiem nett tal-aġenda tiegħu, huwa proprju l-Gvern tal-ġurnata.", "Għalhekk irrid nibda billi nirringrazzja lil-Ministru u lit-tim tiegħu għax-xogħol li għamlu fuq din l-Abbozz ta' Liġi.", "Nieħu l-okkażjoni wkoll biex nirringrazzja lill-professjonisti kollha li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Illum għandna Gvern li qed jirrikonoxxi l-ħidma ta' dawn il-professjonisti fil-qasam soċjali u qed jagħti spazju lil iżjed entitajiet u għaqdiet mhux governattivi sabiex ikunu jistgħu jżidu l-ħidma tagħhom.", "Ladarba qed insemmi dawn l-għaqdiet mhux governattivi, nixtieq nirreaġixxi għal dak li qal l-Onor.", "Claudio Grech aktar kmieni fid-diskussjoni fejn ta l-impressjoni li l-Gvern mhux qed jagħti spazju biżżejjed lil dawn l-NGOs sabiex joperaw f'dan il-qasam.", "L-Onor.", "Grech qal saħansitra li l-Gvern imissu jmur pass oltre minn hekk u jwarrab għalkollox minn dan il-qasam u jkun biss regolatur.", "Ħalli nkun ċar, bħala Gvern nemmnu f'dak li huwa welfare state u mhux welfare society.", "Fl-opinjoni tagħna, il-Gvern ma jista' qatt jabbanduna r-responsabbiltà tiegħu li jassigura li ħadd ma jaqa' lura u, fuq kollox, għandu jkun il-Gvern li jipprovdi s-servizzi essenzjali.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li l-Gvern joffri dik ix-xibka magħrufa bħala s-safety net sabiex jgħin lil min verament għandu bżonn u jagħti dik l-imbottatura biex dak li jkun jimxi 'l quddiem u b'hekk ikun jista' jlaħħaq mal-kumplament tas-soċjetà.", "Huwa minnu li hemm pajjiżi li ddeċidew li jmorru għal dik li hija magħrufa bħala l-welfare society.", "Hawn insemmi, pereżempju, l-Ingilterra fejn għamlu outsourcing ta' 90% tas-servizzi soċjali tagħhom.", "Però, mill-banda l-oħra, il-Gvern Skoċċiż għażel li jżomm ir-responsabbiltà diretta taħt idejh.", "Jekk jogħġobkom, min jixtieq jitkellem, hemm l-ispazju fuq in-naħa ta' wara.", "L-Onor.", "Clayton Bartolo jkompli bid-diskors tiegħu.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, ir-riċerka turi li meta jkollok Gvern li jżomm dawn ir-responsabbiltajiet taħt idejh u ma jagħtihomx lill-privat, jiġifieri l-Gvern ma jkunx biss regolatur imma jkun involut f'dan il-qasam, is-servizzi jkunu ħafna aħjar minn meta wieħed jagħmel outsourcing tagħhom.", "Dan qed ngħidu għax bħala Gvern, il-viżjoni tagħna fil-qasam soċjali hija li nagħtu l-aqwa u l-aħjar lil min verament għandu bżonn u mhux li mmorru għall-irħas għażla kif, sfortunatament, ġieli jiġri jekk jidħol il-privat, kif ġara fil-każ tal-Ingilterra.", "Ladarba qed insemmu dawn l-entitajiet mhux governattivi, nixtieq nagħmel punt dwar dak li approvajna fil-Baġit tal-2019 ftit tal-ġimgħat ilu.", "Kif nafu, għall-ewwel darba, qegħdin naraw żieda sostanzjali tal-public social partnerships li l-Gvern verament jemmen fihom.", "Għalhekk, il-Gvern qiegħed dejjem jalloka iżjed flus sabiex dawn l-entitajiet ikunu dejjem aktar ta' suċċess fis-soċjetà tagħna.", "Fil-Baġit tal-2019 ġew allokati xejn inqas minn €12.5 miljun taħt dan il-line item speċifiku.", "Jien, li ġej mill-background tas-Sależjani għax kont nattendi Savio College, naf ix-xogħol kbir li jsir.", "Ladarba wieħed jieħu l-edukazzjoni tiegħu mas-Sależjani, bla ma jrid jibqa' qalbu marbuta magħhom.", "Hawn nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjahom tax-xogħol li qegħdin jagħmlu f'Tas-Sliema.", "Irrid insellem fost l-oħrajn lil Fr Eric u lit-tim kollu tiegħu.", "Insellem ukoll lil diversi għaqdiet li qegħdin igawdu minn dawn il-flus tal-Gvern.", "Insemmi, pereżempju, il-Caritas, l-OASI, il-Fondazzjoni Sebħ li hija tal-Knisja, Dar Merħba Bik, Dar Qalb ta' Ġesù, il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Fondazzjoni Kenn u Tama, Fondazzjoni Dar il-Hena, Dar Frate Jacoba, Fondazzjoni RiSE u l-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl.", "Dawn huma kollha entitajiet mhux governattivi li llum qegħdin igawdu minn dan l-ikbar vot li qatt kellna f'dan il-qasam, ta' €12.5 miljun.", "Irrid infakkar li fl-2012, li kienet l-aħħar sena tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, dan il-vot kien jammonta għal €3 miljun biss.", "Jiġifieri taħt il-Gvern tal-ġurnata qegħdin naraw kif il-vot għall-NGOs kiber b'erba' darbiet aktar minn €3 miljuni fl-2012 għal €12.5 miljuni fl-2019.", "Altru milli Gvern mhux qed jagħti spazju lill-NGOs kif ipprova jallega l-Onor.", "Ladarba qed insemmi x-xogħol li jitwettaq f'dan il-qasam, ma nistax ma nagħmilx aċċenn għall-professjonisti li l-Onor.", "Naqbel miegħu, għax fil-verità hekk huma!", "Però rridu niftakru li kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li beda jitfa' aktar dawl fuq ix-xogħol li jagħmlu dawn il-professjonisti u tahom dan it-titlu ta' unsung heroes f'attività dwar il-vjolenza domestika li saret taħt il-patroċinju tal-Ispeaker fil-25 ta' Novembru tal-2017 fil-pjazza tal-Parlament.", "Dan huwa Gvern li mhux qed jirrikonoxxi biss lil dawn il-professjonisti bil-kliem, imma qed jirrikonoxxihom bl-azzjonijiet tiegħu.", "Dan il-Gvern offra l-aħjar ftehim kollettiv li qatt seta' kellhom dawn il-professjonisti li jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS).", "Dan huwa ftehim storiku li, għall-ewwel darba, qed joħloq career path ċara u distinta għal dawn il-professjonisti fi ħdan il-Fondazzjoni u qed jirrikonoxxi l-ħidmiet u l-esperjenza tagħhom permezz ta' bosta inċentivi monetarji li huma responsabbli u raġunati.", "Dan il-ftehim kollettiv il-ġdid li għandhom dawn il-professjonisti huwa għall-perjodu ta' bejn l-2017 u l-2021.", "Il-professjonisti kollha li jaħdmu bil-warrant se jibbenefikaw minn allowance ġdida magħrufa bħala l-FSWS allowance ta' €1,500 fis-sena.", "Dan huwa rikonoxximent għax-xogħol delikat li jagħmlu man-nies vulnerabbli.", "Hawn irrid insemmi każijiet fejn aġenziji u entitajiet oħrajn ġieli tterminaw is-servizzi ta' dawn il-professjonisti minħabba każijiet diffiċli u komplikati.", "Insemmi wkoll l-increments u l-collective agreement allowance bħala żieda diretta mal-paga għall-ħaddiema kollha tal-FSWS li tvarja minn €499 fis-sena għall-inqas grad u tibqa' tielgħa sa €1,270 fis-sena għall-ogħla grad.", "Dan ifisser li fuq medda ta' ħames snin, l-impjegati se jieħdu bejn €2,495 u €6,350 ras għal ras bħala żieda fil-paga tagħhom.", "Hemm ukoll increment aċċellerat għas-social workers u professjonisti oħrajn bil-warrant li huma fi skala 1, 2 u 3.", "Ġiet introdotta l-allowance għall-iżvilupp professjonali tal-professjonisti tal-FSWS u l-allowance għas-CPD li tammonta għal €700 oħra fis-sena.", "Ġiet introdotta allowance għall-ħaddiema li jaħdmu fl-oqsma tal-SAV u l-Qrati u anke bħala social support workers li tammonta għal xejn inqas minn €900 fis-sena.", "Ingħatat żieda fl-allowance lil-leaders u l-kordinaturi li jmexxu diversi servizzi tal-aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni.", "Sinjura President, dawn iż-żidiet jammontaw għal spiża addizzjonali netta ta' €4.3 miljuni fuq ħames snin.", "Qegħdin naraw kif in-nefqa fuq il-pagi se tiżdied minn €11.6 miljuni fl-2016 għall-€17.5 miljuni fl-2021.", "Dan huwa Gvern li bil-fatti qed jirrikonoxxi l-ħidma li ssir mill-professjonisti f'dan il-qasam.", "Għalhekk ma nistax nifherm kif ikollna kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni li, sfortunatament, jipprovaw jitfgħu ċerti dubju fuq kemm dan il-Gvern jirrikonoxxi jew le l-ħidma li qed issir mill-professjonisti.", "Bħala Gvern, we are not simply paying lip service, imma qegħdin inpoġġu l-kliem fuq il-karta sabiex bil-fatti nuru li dan huwa Gvern li qed jirrikonoxxi l-ħidma tant siewja li jwettqu dawn il-professjonisti.", "Ma nistax nifhem kif kien hemm kelliem tal-Oppożizzjoni li ssuġġerixxa li l-qasam tal-ħarsien tat-tfal jinqata' minn mal-FSWS u li l-kariga ta' direttur tkun miftuħa għal applikanti minn barra s-servizz pubbliku.", "Mela l-ewwel qed jgħidulna li għandna nuru iżjed rikonoxximent għax-xogħol li jagħmlu dawn il-professjonisti u fl-istess waqt qed jgħidulna li jridu jġibu lil xi ħadd minn barra biex jidħol bħala direttur.", "Nistaqsi jekk min-naħa tal-Oppożizzjoni forsi hux diġà għandhom lil xi ħadd f'moħħhom li jridu jimponu f'din il-kariga!", "Min-naħa l-oħra, li hu żgur huwa li għandna Gvern li qiegħed joffri career path ċar lil dawn il-professjonisti, qed jurihom li qed jirrikonoxxi s-servizz tagħhom u, fuq kollox, għandu intenzjonijiet ġenwini sabiex ikompli jżid l-investiment fil-qasam soċjali.", "Żgur li le!", "Però, dan huwa Gvern li jisma', li għandu għal qalbu l-qasam soċjali u, fuq kollox, għandu għal qalbu l-qasam tal-familja u l-protezzjoni tat-tfal, li qed nassiguraw b'din il-liġi.", "Dan huwa Gvern li se jkompli jaħdem biex dan il-qasam ikompli miexi 'l quddiem bħall-oqsma l-oħra kollha tas-soċjetà f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sinjura President, illum, qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li għandu l-għan li jissostitwixxi l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u sabiex jipprovdi għall-ordnijiet għall-protezzjoni tal-minuri.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi għandu l-għan ukoll li jistabbilixxi ħarsien alternattiv u protezzjoni xierqa għall-minuri mċaħħda mill-ħarsien tal-ġenituri jew li huma f'riskju li jiġu mċaħħda.", "F'Malta għandna diversi liġijiet li b'mod dirett jew indirett jipprovdu għall-ħarsien tat-tfal.", "Ippermettili li fil-bidu ta' dan l-intervent tiegħi, nirreferi għal kwotazzjoni ta' Hubert H. Humphrey li għal xi żmien kien Viċi President tal-Istati Uniti, li kien qal hekk:", "\"Kull tifel jew tifla hu jew hi avventura għal ħajja aħjar, opportunità biex jinbidel l-istil antik u jsir wieħed ġdid.\".", "M'għandix dubju li din il-liġi qed titressaq quddiem din il-Kamra għax inħass il-bżonn li f'pajjiżna l-liġi li titkellem dwar l-interessi, il-ħarsien, il-protezzjoni u d-drittijiet tat-tfal għandha bżonn tiġi aġġornata.", "Preżentement il-liġi tgħid biss li l-interessi tat-tfal għandhom jipprevalu, però ma tidħolx fid-dettall ta' kif id-drittijiet tat-tfal f'diversi ċirkostanzi għandhom jiġu mħarsa.", "Filwaqt li wieħed ma jistax ma jirrikonoxxix in-nuqqasijiet li hemm fil-liġi preżenti, irridu ngħidu wkoll li l-ħarsien tat-tfal minn dejjem kien fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali.", "L-investiment ta' gvernijiet biex jissalvagwardjaw il-ġid tat-tfal minn dejjem kien parti mis-sistema li tħares il-ġid taċ-ċittadin Malti, liema sistema hija mibnija madwar il-familja u t-tfal.", "Irridu nirrikonoxxu wkoll li fl-aħħar snin, kull amministrazzjoni tal-pajjiż kienet xhieda ta' diversi avvanzi li twettqu f'dan il-qasam, kemm mill-aspett ta' servizzi kif ukoll mil-lat regolatorju.", "Il-politika nazzjonali ta' Malta dwar it-tfal tħaddan il-viżjoni tal-UNICEF biex biha jinħoloq ambjent protettiv fejn bniet u subien huma ħielsa mill-vjolenza, l-isfruttament u separazzjoni bla bżonn mill-familja.", "Din il-viżjoni tara li l-liġijiet, servizzi, imġiba u prattiċi jnaqqsu l-vulnerabilità tat-tfal u jindirizzaw fatturi riskjużi magħrufa, waqt li jsaħħu l-kunfidenza u d-determinazzjoni tat-tfal.", "Hemm ukoll provvedimenti varji fil-Kostituzzjoni ta' Malta li jirriflettu l-artikli stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tat-Tfal.", "Barra mid-drittijiet mogħtija mill-Kostituzzjoni, kienu promulgati liġijiet li jenfasizzaw il-bżonn ta' garanzija fuq il-ħarsien li torbot legalment u għalhekk tista' tkun inforzata fil-Qorti.", "Strumenti oħra leġiżlattivi li kienu promulgati fis-snin li għaddew jinkludu l-provvedimenti relatati mal-edukazzjoni, opportunitajiet indaqs, vjolenza domestika, ħtif, kustodja, protezzjoni ta' informazzjoni, proċessar ta' data personali, kodiċi ta' xandir għall-ħarsien tal-minuri, żgħażagħ u xogħol, adozzjoni u kura ta' trobbija u xogħol taħt l-età u sigurtà fuq il-ġugarelli.", "Dan juri li matul iż-żmien daħlu ħafna liġijiet li jipproteġu lit-tfal.", "It-tfulija tirrappreżenta perjodu kruċjali fl-iżvilupp tal-individwu u għaldaqstant huwa importanti li nagħrfu li aħna l-adulti għandna rwol fundamentali biex naraw li l-kwalità tal-ħajja tat-tfal ma tkunx imxekkla.", "Nagħrfu li soċjetajiet madwar id-dinja għaddejjin minn tibdiliet kbar li qed jaffettwaw il-mod ta' kif il-bniedem jirrelata ma' ta' madwaru, kif jagħżel li jqatta' l-ħin tiegħu u, saħansitra, kif jaħseb u jirreaġixxi matul ħajtu.", "Filwaqt li għandna nkunu konxji ta' dawn il-bidliet, għandna nagħmlu l-almu tagħna biex kull tifel u tifla, l-istess bħall-adulti, ikunu kapaċi jadattaw għall-ħteġijiet ġodda tas-soċjetà.", "Huwa proprju fuq dan li rridu nkomplu nibnu biex ikollna soċjetà fejn it-tfal kollha jingħataw opportunitajiet u l-ispazji meħtieġa biex jiżviluppaw it-talenti u l-kreattività tagħhom.", "L-iskop tagħna hu li kull tifel u tifla jkunu kburin bit-tfulija tagħhom.", "Dan huwa l-messaġġ prinċipali li aħna l-adulti rridu nwasslu meta niġu biex nilleġiżlaw dwar it-tfal.", "Il-messaġġ ta' soċjetà inklużiva jitlob li l-parteċipazzjoni tat-tfal tkun parti integrali f'kull aspett tas-soċjetà.", "Dan jinvolvi l-impenn ta' kulħadd.", "Ma jistax ikollna viżjoni ta' soċjetà li tpoġġi fiċ-ċentru l-interessi u l-bżonnijiet tat-tfal jekk l-adulti u t-tfal stess ma jeħdux sehem sħiħ fl-implimentazzjoni ta' din il-politika.", "L-integrazzjoni tal-opinjonijiet tat-tfal tirrikjedi li jiġi rikonoxxut il-kunċett li kważi kull parti tal-politika taffettwa, sa ċertu punt, direttament jew indirettament lit-tfal.", "Il-Gvern għadu jassigura li l-interessi u l-bżonnijiet tat-tfal ikunu kkonsidrati u meqjusa f'kull livell.", "Filwaqt li l-integrazzjoni taf ma tkunx sfida kbira, fil-prattika tirrikjedi mod ġdid ta' kif wieħed iħares lejn it-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Permezz tal-adozzjoni ta' mġiba bħal din, il-ħsebijiet tat-tfal isiru viżibbli.", "Il-benefiċċji li jinkisbu mill-integrazzjoni tal-opinjonijiet tat-tfal huma konsiderevoli, l-aktar għaliex it-tfal jidhru bħala kontributuri attivi fit-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Il-fatt li t-tfal jistgħu ma jaqsmux l-esperjenzi tal-kbar ma jfissirx awtomatikament li m'għandhom xejn x'jgħidu jew dak li jgħidu mhuwiex importanti.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-politika u azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu speċifikament mat-tfal jew il-familja, it-tfal għandhom jiġu involuti.", "Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi l-isforzi tal-Gvern biex ipoġġi lit-tfal fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali, din il-politika għandha tinkoraġġixxi lill-partijiet interessati biex ikomplu jinvestu fl-appoġġ tal-iżvilupp tat-tfal.", "L-ambjent li fih jgħixu t-tfal għandu jkun favur it-tfal, sabiex l-għan tal-Gvern li jkun hemm soċjetà li tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq it-tfal jiġi mkabbar.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-għanijiet ta' din il-politika huwa li toffri l-opportunitajiet neċessarji lit-tfal biex jikbru f'pajjiż li jirrikonoxxi l-valur tat-tfal.", "Irridu naraw politika fejn primarjament il-ġid ma jkunx meqjus bħala lussu, iżda bħala bżonn li għandu jinqasam bejn kulħadd mingħajr eċċezzjonijiet.", "Irridu naraw politika fejn il-qafas tagħha jirrikjedi li jiġi rivedut b'mod kontinwu skont iċ-ċirkostanzi.", "Illum it-tfal qed jitrabbew f'soċjetà li hija kkaratterizzata minn bidla soċjali li kulma tmur dejjem qed tiżdied.", "Strutturi ta' familja li jivarjaw, żviluppi storiċi u progress fit-teknoloġija qed jagħmlu pressjoni fuq is-soċjetajiet biex jadattaw ma' dawn iż-żminijiet ta' bidla.", "Bidliet bħal dawn jippreżentaw numru ta' sfidi kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal.", "Però, filwaqt li t-tfal qed jikbru f'kuntest naturali fejn il-bidla soċjali hija parti minnhom, l-adulti qed jesperjenzaw bidliet differenti matul ħajjithom, bil-konsegwenza li qed tintefa' aktar pressjoni fuqhom biex ikunu konxji tal-bidla li qed issir.", "Dawn l-esperjenzi differenti jistgħu jipproduċu konflitti fir-relazzjonijiet, speċjalment meta l-istess indikaturi tal-ġid mhumiex maqsuma.", "Dan ifisser li l-istat tradizzjonali tal-ġid li kien strutturat fuq il-familja tradizzjonali fejn ir-raġel kien dak li prinċipalment jaqla' l-għajxien tal-familja u l-mara bħala dik li tieħu ħsieb il-familja, m'għadux in-norma tal-lum.", "It-tfal qegħdin jittrabbew f'familja aktar pluralistika.", "Apparti din it-tip ta' struttura tal-familja, illum hemm aktar mudelli ta' familja li qegħdin ibiddlu t-tifsira soċjali tal-familja.", "L-istess, il-kompożizzjoni tan-nies li qegħdin jaġixxu fid-dar qiegħda tinbidel.", "Iż-żwieġ u t-trobbija tat-tfal qegħdin jiġu posposti għal età ikbar u r-rata tal-fertilità naqset b'mod sinifikanti.", "Ir-rwol li qabel kellhom in-nanniet li fl-età tagħhom jieħdu ħsieb in-neputijiet qed jgħaddi minn ċerti bidliet ukoll, minħabba l-fatt li numru ta' nanniet għadhom attivi fuq is-suq tax-xogħol.", "Għalhekk attività fl-età avvanzata u l-bidliet fit-tiswir tal-familja qegħdin iġibu magħhom bżonnijiet soċjali ta' investiment f'aktar ċentri ta' matul il-jum għall-ħarsien tat-tfal u miżuri li jaħdmu favur il-familja.", "Huwa kruċjali li wieħed jagħraf li l-kwestjonijiet marbuta mat-tfal huma inter-relatati ma' setturi oħrajn, għaldaqstant jagħmluhom mhux biss prodott ta' politika soċjali.", "Sabiex is-soċjetà effettivament tindirizza l-bżonnijiet u l-interessi tat-tfal, dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet interessati għandhom jirrealizzaw li l-kwestjonijiet fuq it-tfal huma mnisslin minn sett ta' politika raġonevoli.", "Sinjura President, f'dan l-intervent nixtieq nagħmel referenza wkoll għar-rwol li għandha l-Qorti tal-Familja f'Malta.", "Nemmen li l-proċess tal-Qorti tal-Familja għandu jkun aktar child friendly u child oriented, speċjalment fejn jidħlu s-separazzjonijiet.", "Fl-istess waqt, il-Qorti għandha tgħin lill-koppji separati ħalli jgħaddu minn dan il-proċess bl-inqas tbatija possibbli.", "Il-Qorti għandha tgħin ukoll lill-koppji separati biex matul il-proċess ta' separazzjoni tonqos kemm jista' jkun it-trawma li jgħaddu minnha t-tfal.", "Hemm bżonn li l-ħteġijiet u x-xewqat tat-tfal jiġu rispettati u mogħtija prijorità fil-liġi li tirregola l-proċedura tal-Qorti tal-Familja.", "Dan għandu jsir ukoll fi proċeduri ta' Qrati oħrajn li jikkonċernaw lit-tfal.", "Hu ta' tħassib kif ċerti ġenituri qegħdin iġibu l-interessi tagħhom qabel l-interessi tat-tfal.", "Ħafna mir-rikorsi jsiru minħabba l-egoiżmu tal-adulti li huma involuti fil-proċess ta' separazzjoni.", "Apparti li dawn ir-rikorsi qegħdin jitfgħu pressjoni fuq il-Qorti, qegħdin ukoll itawlu l-proċess b'detriment għall-interessi tat-tfal.", "Hemm bżonn li l-Qorti tkun aktar sensittiva biex meta t-tfal jiġu wżati mill-adulti li, f'ħafna każijiet, huma l-ġenituri naturali tat-tfal stess, dan l-abbuż għandu jkun imwaqqaf immedjatament.", "Fil-proċess tas-separazzjoni, it-tfal għandhom jiġu protetti peress li huma l-aktar vulnerabbli.", "Matul il-proċess legali tas-separazzjoni, it-tfal m'għandhomx jitqiesu bħala oġġetti.", "Ejja niftakru li t-tfal huma parti ntegrali mill-familja u għalhekk għandhom ikunu mħarsin l-interessi u d-drittijiet tagħhom matul il-proċess kollu tas-separazzjoni u anke wara, speċjalment fejn jidħlu kwestjonijiet ta' aċċess.", "Il-proċess ta' medjazzjoni joffri ambjent imparzjali fejn persuna indipendenti tidħol fil-proċess bil-għan li twassal għal ftehim.", "Il-medjazzjoni tista' sseħħ kemm f'kawżi li jinvolvu separazzjoni kif ukoll f'talbiet ulterjuri li jsiru min-naħa ta' koppja jew xi parti biss.", "Il-medjazzjoni tintuża kemm fil-bidu tal-każ tas-separazzjoni kif ukoll meta koppja tkun isseparat u jkun hemm bżonn jinbidlu l-kondizzjonijiet tas-separazzjoni permezz ta' xi emenda fil-kuntratt tas-separazzjoni, liema separazzjoni tissejjaħ bonarja.", "Irrid ngħid li fil-medjazzjoni m'hemmx rebbieħ u tellief, imma hemm bżonn li l-mara u r-raġel jiftiehmu biex jaslu li jsolvu l-każ fl-interess tat-tfal.", "Għalhekk huwa importanti li l-medjaturi jkunu persuni kompetenti li jagħrfu jkunu imparzjali fl-interess tal-adulti, filwaqt li jagħrfu jiddefendu l-interess tat-tfal bħala prijorità.", "Dan l-interess għandu jkun miktub fil-liġi, għaliex il-medjaturi, fil-qadi ta' dmirhom, għandhom jagħrfu wkoll bħala prijorità l-ħarsien tal-interess tat-tfal li huma vittma siekta tas-separazzjoni tal-ġenituri tagħhom, li jistgħu jkunu kemm il-ġenituri naturali kif ukoll il-ġenituri legali.", "La qed nitkellem dwar is-separazzjoni, nemmen li jinħass il-bżonn li wara li jintemm il-proċess tas-separazzjoni u jiġi ffirmat il-kuntratt bejn il-koppja jew tingħata sentenza, għandu jkun hemm il-proċeduri kollha meħtieġa biex l-obbligi li hemm fil-kuntratt jiġu rispettati, speċjalment fejn jidħlu t-tfal.", "L-għan hu li l-kuntratt ikun jista' jiġi mplimentat b'mod aktar effiċjenti.", "Sinjura President, nemmen li f'każi ta' separazzjonijiet, għandhom jiġu salvagwardati wkoll l-interessi u d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf.", "Fil-preżent, il-Qorti tista' biss toħroġ twissija jew tagħti xi tip ta' direzzjoni lill-koppji li jinsabu fil-proċess ta' separazzjoni u qegħdin jistennew tarbija.", "Il-Qorti ma tistax tirregola peress li m'hemmx leġiżlazzjoni li tħares l-interess u d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf.", "Għalhekk jeħtieġ ikun hemm liġi ċara li tistipula dawn l-interessi u d-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf meta l-koppja tkun qiegħda tissepara.", "B'dan il-mod, il-Qorti tkun tista' tiddeċiedi u timponi u mhux biss tagħti suġġerimenti jew twissi lill-partijiet involuti.", "Wieħed kien jistenna li din il-liġi kellha tkun intiża biex f'pajjiżna jkollna liġi ad hoc li tirregola d-drittijiet u l-interessi tat-tfal fiċ-ċirkostanzi kollha, minn qabel it-twelid sakemm ikollhom l-età ta' 18-il sena.", "Meta nitkellmu dwar id-drittijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, dawn jirrikonoxxu li kull bniedem uman għandu d-drittijiet umani, liema drittijiet għandhom jiġu protetti kemm qabel kif ukoll wara t-twelid tat-tarbija.", "Hawn ma nistax ma nesprimix id-diżappunt tiegħi għad-deċiżjoni li kien ħa l-Gvern preżenti meta neħħa r-referenza lejn il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf mil-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika.", "Irrid ngħid li għalkemm l-Oppożizzjoni talbet kemm-il darba l-iskop wara din id-deċiżjoni, qatt ma ngħatajna risposta.", "Il-ħarsien tat-tfal li għadhom ma twildux huwa mtenni fil-politika u l-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn hemm enfasi fuq id-dritt tal-ħajja, liema dritt hu estiż għat-tfal li għadhom ma twildux mill-mument tal-konċepiment.", "Il-politika nazzjonali tistqarr ukoll li l-użu tal-abort bħala mezz biex isolvi problemi ta' saħħa u soċjali jmur kontra d-drittijiet fundamentali tal-ħajja.", "Din il-kwestjoni hija msaħħa bil-Protokoll dwar l-Abort li huwa anness mat-trattament tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Dan il-Protokoll jagħti ċertezza legali li l-ebda liġi tal-Unjoni Ewropea ma tista' tbiddel il-qafas leġiżlattiv ta' Malta fuq kwestjonijiet ta' abort.", "Sinjura President, jiddispjaċini li fl-aħħar tal-intervent tiegħi kelli nispiċċa fuq nota negattiva, però hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar xi ħaġa li kienet fil-liġi tagħna u tneħħiet, fil-fehma tiegħi, b'mod malinn.", "Apparti dan, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa pass importanti għax jirrifletti r-realtà li hemm bżonn nagħrfu li t-tfal kollha għandhom x'joffru lis-soċjetà tagħna, mhux biss għax fil-futur se jkunu l-adulti ta' għada, iżda għax huma ċ-ċittadini tal-lum.", "Fuq kollox, dan l-Abbozz jirrikonoxxi li dak li l-Istat m'għamilx biex inaqqas kemm jista' jkun l-effetti negattivi fuq it-tfal fi stadju bikri, l-Istat se jkollu jħallas għalih meta t-tfal isiru adulti.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, illum qegħdin nitkellmu dwar Abbozz ta' Liġi li, kif rajna mid-diskorsi li saru, ma jinvolvix kontroversja politika, għax qed nitkellmu dwar ir-realtà tal-imġiba tagħna l-adulti.", "Hawn mhux se nitkellmu, pereżempju, dwar l-ambjent, il-kummerċ, l-esportazzjoni jew affarijiet li huma beyond us, imma qegħdin nitkellmu dwar l-effett tal-imġiba tagħna l-adulti.", "Meta nitkellmu dwar l-ulied, qegħdin nitkellmu dwar ir-riżultat ta' kif aħna l-adulti qed inġibu ruħna fil-komunitajiet, il-familji u s-soċjetà tagħna.", "Għalhekk, meta niġi biex nitkellem f'dibattitu bħal dan, nagħmel dan b'piż ta' responsabbiltà differenti minn tas-soltu, li sa ċertu punt fih ċertu dwejjaq.", "Meta kont qed nipprepara għal dan id-diskors għedt li jew se ngħid li kollox huwa sewwa biex la nipponta lejja nnifsi u lanqas nipponta lejn il-ħażin tiegħi, imma nipprova ngħid li f'din il-ħajja kull ma qed isir kollox huwa sewwa, għax l-ordni tal-ġurnata saret li l-ħażin sar tajjeb u t-tajjeb sar ħażin, jew inkella se ngħid li ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, jien għandi nofs it-tort!", "Ħadd ma jista' jserraħli rasi li dawn it-tfal li qegħdin nitkellmu dwarhom ma jistgħux ikunu t-tfal tiegħi għada, għax l-ebda żwieġ mhu bullet proof.", "Ħadd ma jista' jiġi jitkellem f'dan il-Parlament u jserraħ moħħu li għada, uliedu mhux se jkunu l-unaccompanied children jew minors li qed nitkellmu dwarhom.", "Mela jien naf x'se jiġri minni għada, jew mill-imħabba tiegħi ma' marti jew miż-żwieġ tiegħi!", "Però, minkejja dan, it-tajjeb irid jibqa' tajjeb u dak li mhux tajjeb irridu nibqgħu ngħidulu li mhux tajjeb.", "Dan huwa s-sentiment u l-piż li niġi nitkellem dwaru, liema piż jirrifletti l-imġiba tagħna l-adulti.", "Meta nitkellmu dwar leġiżlazzjoni bħal din, ma nistgħux niġġustifikawha jew niġġustifikaw liġijiet oħrajn, jekk dawn il-liġijiet minflok ma jissodisfaw il-ħteġijiet tal-ulied ikunu ddisinjati, maħsuba u miktubin biex jissodisfaw il-ħteġijiet tagħna l-adulti.", "Din hija l-ewwel premessa li rrid nitkellem biha.", "B'liema ottika u viżjoni se niġġudika din il-liġi, kif jaqbel lili l-adult jew kif jaqbel lit-tfal li din il-liġi hija suppost iddisinjata u maħsuba biex taqdi l-ħteġijiet tagħhom?", "Ħafna drabi, meta aħna l-adulti nitkellmu dwar it-tfal, nitkellmu fuq il-ħteġijiet tat-tfal li jissodisfaw il-ħteġijiet tagħna l-adulti.", "Pereżempju, meta nitkellem dwar il-ħteġijiet ta' uliedi, niddeċiedi għall-ħteġijiet ta' uliedi skont kif jaqbel lili l-adult.", "Fil-fehma tiegħi, jekk irridu nkunu ġusti mal-verità u mat-tfal, ejja nirrispettaw il-ħteġijiet tat-tfal.", "Meta nitkellmu dwar il-ħteġijiet tat-tfal, ejja nwarrbu kull xamma tal-ħteġijiet tagħna l-adulti.", "Qed ngħid dan, għaliex ħafna drabi l-politika tat-tfal u d-deċiżjonijiet fil-familji tagħna ma jkunux jirrispettaw verament il-ħteġijiet tat-tfal, imma niddeċiedu x'inhuma l-ħteġijiet tat-tfal skont x'jaqbel lilna l-adulti, għax ovvjament ir-responsabbiltà tiġi fuqna!", "Hawn qed nitkellem dejjem fuqi u mhux dwar ħaddieħor biex f'dak li se ngħid, nitfa' l-ewwel piż fuqi, però meta qed nitkellem fuqi, qed nitkellem fuq is-soċjetà tagħna l-adulti.", "Meta nkunu għaddejjin bid-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat, nixtieq li kull min ikun involut jirrifletti jekk sentenza tagħmilx sens jew le mill-ottika ta' kif tifel jew tifla minuri se jkunu qed jiġu milquta b'dawn ir-regolamenti u l-provvedimenti ta' din il-liġi.", "Jekk se niddeċiedu x'inhu tajjeb għat-tfal skont x'inhu tajjeb għalina, allura se nieħdu falza stikka!", "Ħafna drabi, fis-soċjetà tagħna l-adulti niddeċiedu mhux skont dak li jaqbel lit-tfal, imma skont dak li jaqbel lilna l-adulti.", "Din mhix kwestjoni ta' Laburisti u Nazzjonalisti!", "Din hija kwestjoni ta' kif aħna l-adulti nagħmlu inġustizzja mat-tfal, fejn minħabba l-ebusija ta' rasna, l-egoiżmu, l-aptiti u l-pjaċiri tagħna, nispiċċaw nikkalpestaw lit-tfal.", "Sur President, irrid nibda dan id-diskors billi nagħmel l-ewwel osservazzjoni tiegħi.", "L-Onor.", "Claudio Grech, fil-konklużjoni tad-diskors tiegħu, għamel appell biex dan il-Parlament ma jilleġiżlax id-droga għall-fini ta' rikreazzjoni.", "Jekk verament irridu nirrispettaw lit-tfal, ejja nagħtu kas ta' dan l-appell.", "Il-Ministru responsabbli mit-tfal u l-familja ma setax jaħrab mir-realtà u għalhekk qed jgħidlina li f'din il-leġiżlazzjoni …", "Vassallo biex jaqra l-Abbozz u jindikali fejn hemm xi ħaġa li tindika li jien bħala l-Ministru se nkun qed nilleġiżla d-droga f'dan il-pajjiż.", "Jekk le, nistenna li jirtira dak li għadu kemm qal.", "L-Abbozz ma fih xejn minn dan.", "Onor. Vassallo, inti ma kontx hawn il-ħin kollu, però jien qgħadt hawn il-ħin kollu nisma' lil kulħadd u mkien ma saret asserzjoni bħalma għadek kemm għamilt int!", "Din hija asserzjoni tal-mistħija!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, m'għandi l-ebda diffikultà nagħmel dan, għax mhux hekk kont qiegħed ngħid.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Vassallo, għall-kjarifika, nistiednek tirtira u tikkjarifika dak li għedt.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, se nikkjarifika, għaliex dak ma kienx l-iskop ta' dak li kont qed nipprova ngħid.", "Kieku ridt nagħmel affermazzjoni, kont ngħid dak li nemmen fih, bħalma ġieli għamilt u ma niċċaqlaqx mill-ħsieb tiegħi.", "Jien kont qiegħed ngħid li r-realtà f'dan il-pajjiż hija li għandna lil min qiegħed isostni lil dan il-Gvern biex jilleġiżla favur id-droga rikreattiva.", "Pereżempju, il-proviso ta' klawsola 4, li jitkellem fuq id-direttur responsabbli għall-protezzjoni tal-minuri, naqraw hekk:", "\"Iżda wara li jirċievi rapport mingħand professjonist mediku li mara tqila jkollha dipendenzi fuq sustanzi illeċiti u dipendenzi oħra ….\"", "Jien ma kontx qed nitkellem dwar x'se jagħmel il-Ministru jew le, imma kont qed ngħid li dan l-Abbozz ma jistax jaħrab mir-realtà li l-effett tad-droga fuqna l-adulti jħalli effett diżastruż fuq l-ulied.", "Nirringrazzja lill-Ministru li talabni nikkjarifika, għax b'hekk qed ngħid l-affarijiet b'mod aktar ċar.", "Minkejja li għandna din ir-realtà, għandna Abbozz li jitkellem fuq id-droga u dipendenzi.", "Issa jien tant qrajt dan l-Abbozz li għedt li minflok il-kelma \"vizzji\" nistgħu nużaw il-kelma \"dipendenzi\", għax toqgħod aħjar.", "Dan l-Abbozz huwa intiż biex ipoġġi jdejh fuq waħda mill-feriti u r-realtajiet tas-soċjetà tagħna llum.", "Issa, jekk il-Ministru jrid jerġa' jgħidli biex nikkjarifika, nagħmel dan bil-qalb kollha.", "L-affermazzjoni tiegħi hi bl-ebda skruplu ta' xejn, li dan l-Abbozz ipoġġi idejh fuq il-ferita li d-droga f'dan il-pajjiż qed tħalli effetti diżastrużi fuq uliedna.", "Naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi dwar dan il-punt.", "Qed ngħid dan għax din il-leġiżlazzjoni turi diversi sitwazzjonijiet u realtajiet fil-ħajja fejn id-droga hija l-kawża li tfal jispiċċaw unattended u unaccompanied.", "Din hija r-rovina tas-soċjetà li qegħdin ngħixu fiha llum.", "Għalhekk, l-appell tiegħu jmur lejn dan il-Gvern, is-soċjetà u dan il-Parlament, fejn jista' jagħti l-każ li mhux bilfors kulħadd ikun qiegħed jaqbel miegħi, imma jien nerfa' r-responsabbiltà ta' dak li qiegħed ngħid jien.", "Bħala Parlament ma nistgħux ngħaddu l-messaġġ lil uliedna li fis-suq hawn id-droga għall-użu ta' rikreazzjoni jew biex itaffu mit-tensjoni għax sejrin għall-eżamijiet!", "Hawn irrid nikkwota artiklu li deher fit-Times of Malta tat-2 ta' Jannar 2019, fejn naqraw li kien hawn:", "Stħarriġ ieħor tal-Malta Today jgħid li:", "Hawn qed ngħidu li 32,000 żagħżugħ f'dan il-pajjiż diġà għaddew mill-esperjenza li għamlu użu mill-kannabis.", "Sur President, jekk inkomplu naraw rapport ieħor li għadu kemm ġie ppubblikat mill-European Monitoring Centre for Drugs and Addiction, li jidhirli jaqa' taħt il-Ministeru responsabbli mill-familja, insibu li dan jitkellem fuq kif f'dan il-pajjiż għandna policy li kienet bdiet numru ta' snin ilu biex inbiegħdu lil uliedna mid-droga.", "Jien ngħid li llum il-ġurnata hemm bżonn li nbiegħdu lill-familji tagħna mid-droga.", "Jekk le, l-Assoċjazzjoni tal-Infermiera għandha raġun tgħid li huwa ħażin li dan il-Gvern jilleġiżla l-użu tal-ħaxixa u l-kannabis għall-użu rikreattiv.", "Il-Caritas qed tgħid l-istess ħaġa wkoll.", "L-Onor.", "Ivan Bartolo qal li l-attitudni tat-tfal hija rifless tagħna l-adulti.", "Din hija r-realtà li qed ngħixu llum.", "Għalhekk m'għandniex nieħdu għalina meta npoġġu jdejna fuq il-feriti li għandna fis-soċjetà tagħna.", "Rapport ieħor ta' TheTimes of Malta tal-Erbgħa 13 ta' Frar 2019 jgħid li:", "Dawn ir-rapporti qed jgħidu li f'pajjiżna għandna tfal li kważi qed jagħmlu għalina l-adulti!", "Din hija s-serenità fost l-adulti li qegħdin irabbu?", "Jista' jkun li din is-sitwazzjoni qed tkun riflessa anke fil-qasam edukattiv?", "F'rapport ieħor tas-7 ta' Frar 2019 tat-Times of Malta, naqraw ukoll li:", "Huwa riżultat ta' kemm għandna trankwillità fil-familji li għandna vjolenza fil-qasam edukattiv?", "Huwa l-obbligu tiegħi li nitkellem dwar din ir-realtà.", "Jekk illum diġà għandna 32,000 żagħżugħ li daqu l-effett tal-ħaxixa, għandna bozza ħamra li qiegħda tixgħel.", "It-tessut soċjali tas-soċjetà tagħna m'għadux b'saħħtu, kif semma l-Onor.", "Ejjew noqogħdu attenti u nagħmlu l-kalkoli tagħna sew!", "Ejja ma naslux li ngħidu kemm konna aħjar meta konna agħar jew kemm konna aħjar ilbieraħ u qegħdin ħażin illum!", "Jien, l-ewwel wieħed, irrid nagħmel eżami u ngħid li jista' jkun li nkun qiegħed niżbalja.", "Ejja ma nkomplux inkissru l-familja fis-soċjetà tagħna!", "F'dan il-Parlament, f'isem l-hekk imsejħa \"ugwaljanza\", approvajna liġijiet li permezz tagħhom, fil-fehma tiegħi, żnaturajna l-familja.", "Qed nerfa' r-responsabbiltà ta' dan li qed ngħid.", "Infatti, meta ġiet dik il-liġi quddiem dan il-Parlament, jien ivvotajt kontra tagħha.", "Hawn mhux qed ngħid li l-Gvern approva din il-liġi, imma l-Parlament.", "F'ġieħ il-progress qegħdin inżarmaw it-tessut soċjali tal-familja tagħna.", "F'ġieħ u minħabba l-kilba għall-flus, m'aħniex napprezzaw aktar ix-xogħol li tagħmel il-mara li, bħala omm, toqgħod id-dar u trabbi lit-tfal.", "Anzi, kważi qed ngħidu: Kemm hi mbierka dik il-mara li toħroġ taħdem!", "Mingħajr ma qegħdin ngħiduha, qed infissru: Miskina l-mara li tibqa' d-dar!", "Kważi wasalna f'punt fejn il-mara li tibqa' d-dar biex trabbi lil uliedha hija meqjusa unfulfilled mill-istatistika u, bil-kuntrarju, niftaħru bil-mara li toħroġ taħdem!", "Sirna nitkellmu fuq work balance, u nagħmlu tajjeb, però ejja ma nittraskurawx it-trobbija ta' wliedna.", "Huwa minnu dak li ntqal li llum il-ġurnata, uliedi – biex nitkellem fuqi nnifsi - jistgħu jkunu ltima bil-ġenituri ħajjin!", "Hija realtà li llum, l-ulied qegħdin jikbru f'familji ta' wild wieħed, għaliex bid-dejn li għandhom iż-żgħażagħ miżżewġin tagħna ma jaffordjawx li jkollhom it-tieni wild.", "Illum il-familji żgħażagħ qed ikollhom dejn li jridu jkomplu jħallsuh tul ħajjithom kollha u allaħares jinfirdu, għax jiftaqqru biex iħallsu appartament tagħhom!", "L-istess, allaħares ikollhom it-tieni jew it-tielet wild għax jispiċċaw bi problemi finanzjarji!", "Huwa veru jew le li llum, fl-aqwa żmien, għandna ħafna familji fejn il-missier wara li jiġi mix-xogħol irid jerġa' jmur jagħmel xogħol part-time għax ma jlaħħaqx mal-għoli tal-ħajja?", "Huwa veru jew le li llum l-omm trid toħroġ taħdem biex tgħin lil bintha tiżżewweġ?", "Dawn huma affarijiet li jmorru kontra l-vija ta' dak li jitqies progress!", "Jekk inpoġġu jdejna fuq ir-realtà tal-fatti, irridu nammettu li 30 sena ilu, meta l-affarijiet kienu agħar mil-lum, l-omm li kienet tiżżewweġ kienet trabbi lil uliedha hi.", "Ftit snin ilu, it-tfal kienu jiġu mill-iskola u kienu jafu lil min qegħdin jgħidu \"Ma\".", "Illum, tfal ta' ftit xhur – forsi qed inkun kritiku tiegħi nnifsi – la jafu lin-nanna, la jafu lill-mamà u lanqas jafu lill-papà, għax qegħdin xi mkien f'xi childcare centre jitrabbew minn nies li mhumiex il-familja.", "Nistaqsi: X'se jkun l-effett ta' dan fil-futur?", "Xi darba, minn hawn u 30 sena oħra, f'dan il-Parlament - jekk iservi 30 sena oħra – se jkun hawn politiċi li se jitkellmu u jikkritikaw dak li qegħdin nagħmlu llum.", "Sinjura President, minħabba l-ebusija ta' rasna, tar-raġunar u l-egoiżmu tagħna l-adulti, dan il-Parlament kien approva l-liġi tad-divorzju, bħalma fis-snin ta' qabel kien approva l-liġi tas-separazzjoni.", "Huwa veru jew le li dawn il-liġjiet, filwaqt li qed jissodisfaw l-ħteġijiet u l-aptiti tal-pjaċiri tagħna l-adulti, qed ikissru lil uliedna?", "Min jidħol il-Qorti jew imur fl-għases jista' jifhem aħjar dak li qed ngħid.", "Darba kont f'għassa tal-pulizija, u kien hemm tifel li ttieħed mill-missier fl-għassa biex tiġi tiġbru l-omm.", "Qatt xi ħadd staqsa x'inhuma l-effetti ta' dik l-esperjenza fuq dan it-tifel?", "Meta kont nagħmel parti mill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali konna tkellimna fit-tul rigward l-effett tas-separazzjonijiet fuq it-tfal.", "Dakinhar, dan il-Parlament kien ippubblika rapporti ta' esperti fl-Università ta' Malta li kienu qed jgħidu li jekk irridu niġġieldu l-faqar, irridu nsaħħu l-familja.", "Ħdejja hawn l-Onor.", "Ivan Bartolo li ta' spiss jitkellem fuq il-faqar f'pajjiżna.", "Tajjeb nistaqsu: Qatt xi darba ġibna liġijiet li jitkellmu fuq kif se nsaħħu l-familja u t-tessut soċjali tal-familja f'dan il-pajjiż?", "Nafu jew ma nafux, naqblu jew ma naqblux, irridu nifhmu jew ma rridux nifhmu, huwa żgur li iżjed ma nkissru l-familja, iżjed se jkollna bżonn liġijiet bħal din li għandna quddiemna llum!", "Mhux qed ngħid li din hija liġi ħażina, imma soċjalment qegħdin inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar!", "Kif qal l-Onor.", "Frederick Azzopardi, konna għaddejna liġi li suppost tħares kontra l-vjolenza domestika, imma neħħejna minnha l-attenzjoni lejn it-tarbija fil-ġuf.", "Meta għamilna dan, għamilna progress jew rigress?", "Sinjura President, xi wħud jgħiduli li dak li qiegħed nikkritika jien huwa proprju dak li għandna bżonn f'ġieħ soċjetà ġusta.", "Wasalna f'punt fejn kważi jekk ma jkollokx liġi tad-divorzju jew tas-separazzjoni, pajjiż mhuwiex sħiħ!", "Hawn għal min kieku pajjiżna mhuwiex sħiħ.", "Sar qisu inevitabbli li jkollna dawn il-liġijiet f'pajjiż!", "Diġà hawn min, f'dan il-pajjiż, qed jitkellem li jekk ma jkollniex il-liġi tal-abort, kważi m'aħniex fulfilled soċjalment!", "Però, fil-verità, dawn il-liġijiet, li kollha saru minħabba l-liberaliżmu, l-hekk imsejħa ugwaljanza u d-drittijiet umani, x'effett qed iħallu fuq it-tfal tagħna?", "Nerġa' niġi għall-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum.", "F'subklawsola (2) ta' klawsola 1 naqraw li:", "\"L-għan ta' dan l-Att huwa li f'kull mument għandu jkun hemm imħares, protett u mogħti prijorità fl-aqwa interess tal-minuri li tkun żgurata l-permananza tal-kura mogħtija lill-minuri fl-inqas żmien possibbli.\".", "Hekk għandu jkun u nirringrazzja lill-Ministru li wasalna sa hawn!", "Però mbagħad nara t-tifsira tal-minuri li tgħid li huwa tifel jew tifla taħt l-età ta' 18-il sena.", "Allura fit-tifsira tal-minuri, it-tarbija fil-ġuf hija inkluża?", "Qed nagħmel din ir-riflessjoni għax xħin immur għal subklawsola (2) ta' klawsola 4, insib miktub li d-Direttur responsabbli mill-protezzjoni għall-minuri:", "\"… wara li jirċievi rapport mingħand professjonist mediku li mara tqila jkollha dipendenza fuq sustanzi illeċiti jew dipendenzi oħra u fl-opinjoni ta' dak il-professjonist mediku, dan joħloq preġudizzju kbir għal saħħet dik il-mara, id-Direttur (Protezzjoni Minuri) ikun jista' jintervjeni skont dan l-artikolu u dan l-Att.\".", "Hawn nistaqsi: Meta d-Direttur (Protezzjoni Minuri) se jkun qiegħed jidħol f'din il-kwestjoni, se jkun qiegħed jipproteġi liż-żewġ persuni?", "Id-Direttur (Protezzjoni Minuri) se jipproteġi lil dik il-mara li hija tqila, li hija taħt l-effett tad-dipendenza tas-sustanzi?", "Il-Ministru ma jistax jaħrab mir-realtà li f'dan il-pajjiż id-droga toqtol u tirristrinġi l-libertà tal-adulti u anke tat-tfal.", "Id-Direttur (Protezzjoni Minuri) se jkun qiegħed jara li f'dawn iċ-sirkostanzi jipproteġi lit-tarbija fil-ġuf?", "Hawn nerġa' mmur lura għal subklawsola (4) ta' klawsola 3 li titkellem dwar il-Pulizija Eżekuttiva.", "Bħala pajjiż, se nagħmlu qabża fil-kwalità tal-attitudni tal-Pulizija Eżekuttiva?", "Darba kien hemm sindku li wrieni ritratti ta' każ fejn il-Pulizija tieħu tifel jgħajjat, imqabbad m'ommu, għal care order, li kienet qisha xi crime scene.", "Bilkemm ma kenux se jsejħu lill-SAG!", "Nifhem li l-care orders mhux se jibqa' jiffirmahom il-Ministru, imma se jibdew jinħarġu mill-Qorti.", "Niftakar li darba, l-istess Ministru Michael Falzon, kien tkellem dwar kif dawn il-care orders huma biċċa wġigħ ta' ras.", "Ilbieraħ tkellmet dwar dan ukoll l-Onor.", "Dawn huma affarijiet li sfortunatament jiġru!", "Se jkollna attenzjoni biex fejn tidħol il-Pulizija Eżekuttiva, l-attenzjoni fuq it-tfal tingħata b'aktar sensittività?", "Niftakar li fil-Kumitat tal-Affarijiet Soċjali konna tkellimna fit-tul rigward l-effett tal-preżenza tal-Pulizija Eżekuttiva fuq it-tfal meta jiġu biex jiġu mittieħda mill-ġenituri.", "Sur President, din il-liġi tittratta proċeduri, imma fil-Qrati tagħna, it-tfal se jiġu mogħtija l-attenzjoni minn min suppost jifhem aħjar?", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm referenza għall-avukat tat-tfal.", "Imma kif se nagħtu aktar saħħa lil dan l-avukat tat-tfal biex verament ikollna nies professjonisti li jaħdmu mat-tfal?", "Nawgura li bħala Parlament, Gvern u pajjiż, nimxu 'l quddiem fit-trattament tagħna ma' wliedna.", "F'liġijiet bħal din li għandna quddiemna, l-ewwel li rridu nistaqsu huwa jekk hux qegħdin nitkellmu dwar il-ħteġijiet tat-tfal skont il-ħteġijiet tagħna l-adulti jew inkella tat-tfal infushom?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, meta din il-Kamra kienet se tiddiskuti dan l-Abbozz ta' Liġi, għall-ewwel deherli li ma kellix nieħu sehem f'din id-diskussjoni, mhux għaliex mhijiex importanti, imma għaliex naħseb li din hija waħda mill-aktar diskussjonijiet sensittivi li qed ikollna f'din il-Kamra.", "Nemmen li l-maġġoranza tad-deputati f'din il-Kamra naqblu li qed nitkellmu fuq il-ġojjelli tas-soċjetà tagħna, li huma t-tfal.", "Meta bdejt insegwi d-diskussjoni li kienet għaddejja f'din il-Kamra, speċjalment ilbieraħ, ħassejt li anke jien għandi nieħu sehem f'dan id-dibattitu.", "Dan għaliex naħseb li lkoll kemm aħna għandna l-ideat tagħna dwar x'tip ta' soċjetà rridu naraw fil-futur.", "Fuq kollox, nixtieq inrodd ħajr lil ħafna Maltin u Għawdxin li huma foster carers.", "F'dawn l-aħħar xhur kelli l-okkażjoni li nsir naf aktar mill-viċin numru ta' foster carers li meta tibda tisma' l-esperjenzi li jkunu għaddejjin minnhom tagħraf li din hija vokazzjoni ta' min jammira.", "Dawn in-nies jagħmlu dan ix-xogħol b'ċertu altruwiżmu li naħseb rari ssibu fis-soċjetà tagħna.", "Għalhekk nixtieq nibda dan id-diskors tiegħi billi nroddilhom ħajr, għaliex il-ġid li qegħdin jagħmlu b'mod volontarju huwa xi ħaġa li lili taffaxxinani.", "Ejja niftakru li hawn qed nitkellmu fuq tfal vulnerabbli.", "Minn hawn irrid nirringrazzja wkoll lill-eluf ta' ġenituri Maltin u Għawdxin li fil-maġġoranza tagħhom qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna fit-trobbija tat-tfal tagħhom.", "Irridu nifhmu li għalkemm qegħdin nitkellmu fuq tfal li għaddejjin minn problemi, kif inhu l-obbligu tagħna, hawn qegħdin nitkellmu fuq minoranza.", "Għalhekk tajjeb li npoġġu l-affarijiet f'perspettiva u ngħidu li l-maġġoranza stragranti tat-tfal tagħna huma mrobbijin sew minn ġenituri li b'tant sagrifiċċji jagħtu kollox għal uliedhom, għax jixtiequ jaraw li wliedhom jkollhom karriera u futur sabiħ.", "Ilbieraħ segwejt numru ta' diskorsi li saru f'din il-Kamra u rrid nibda billi nirringrazzja lid-deputati fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra li qed jieħdu sehem f'din id-diskussjoni fuq suġġett tant importanti u sensittiv.", "Naħseb li d-diskorsi li saru kollha rrispettaw din is-sensittività.", "Jidher li hawn qbil ġenerali dwar it-tibdiliet li rridu nagħmlu fl-aħjar interess tat-tfal li jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Dan l-Abbozz huwa pass li ilu ġej f'dan il-Parlament u għalhekk nirringrazzja lill-Ministru għall-commitment tiegħu, anke meta qed isegwi d-dibattitu kollu u jieħu noti biex fl-aħħar ikun jista' jikkjarifika mistoqsijiet li qed isiru u jilqa' ideat ġodda li saru.", "Nirringrazzja lill-kelliema kollha taż-żewġ naħat għall-atteġġjament matur li qed nuru f'dan id-dibattitu.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Buttiġieġ tkellmet dwar tliet pilastri kruċjali li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa msejjes fuqhom.", "Ovvjament, l-ewwel u qabel kollox, qed nitkellmu fuq it-tfal, b'mod partikolari fuq tfal vulnerabbli.", "Hija responsabbiltà tagħna li nilleġiżlaw favur din il-minoranza.", "Kif diġà għedt, jien nibqa' nsostni li l-maġġoranza stragranti tat-tfal tagħna huma mrobbijin sew u mingħajr problemi, però aħna għandna d-dmir li naraw li kull tifel u tifla jiġu mrobbija bl-aħjar mod possibbli.", "Hawnhekk qed niffokaw fuq din il-minoranza li għandhom ċerti problemi u sfidi u għalhekk huwa ferm importanti li nitkellmu dwarhom.", "It-tieni pilastru li tkellmet dwaru l-Onor.", "Buttigieg jittratta s-social workers.", "Ix-xogħol ta' dawn il-professjonisti huwa kruċjali u ħaqqu l-apprezzament tagħna.", "It-tielet pilastru kruċjali huwa mbagħad il-foster carers.", "Sfortunatament, għandna tfal li qed jgħaddu minn trawmi u qed ibatu ħafna.", "Hawn ma rridx ngħaġġel u nipponta subgħajja lejn il-ġenituri naturali ta' dawn it-tfal.", "Għalkemm il-probabbiltà hi li t-tbatija ta' dawn it-tfal ġejja mill-mod ta' kif qed jiġu trattati mill-ġenituri naturali tagħhom, dan ma jfissirx li l-ġenituri naturali m'għandhomx il-problemi tagħhom.", "Bħala deputati ta' din il-Kamra għandna l-privileġġ li parti minn xogħolna huwa li nidħlu fid-djar tan-nies, fejn naraw kif in-nies jgħixu b'mod differenti.", "Naħseb li lkoll għaddejna minn esperjenzi fejn tara ċerti familji li jkunu għaddejjin minn tbatija kbira.", "Tidħol fi djar li ma jkollhomx ambjent addattat għat-trobbija tat-tfal minħabba diversi problemi, bħal droga, alkoħol, logħob, faqar u vizzji oħrajn.", "Dan kollu jħalli effett dirett fuq it-tfal.", "Nafu li hawn tfal li qed ibatu u hemm ċirkostanzi li għall-ġid ta' dawn l-istess tfal ma jistgħux jibqgħu joqogħdu fid-dar tal-ġenituri naturali tagħhom.", "Kif għedt, m'għandniex nippuntaw subgħajna lejn il-ġenituri, anzi bħala soċjetà għandna naraw kif nistgħu ngħinuhom.", "Ħafna drabi jkunu ċ-ċirkostanzi tal-ħajja li jwassluhom fis-sitwazzjoni li jkunu qegħdin fiha.", "Però, bla dubju ta' xejn, ma jistax ikun li nħallu sitwazzjoni fejn it-tfal tagħna jgħaddu minn ċerti trawmi.", "Din il-liġi li għandna quddiemna hija pass 'il quddiem biex ngħinu lil dawn it-tfal.", "Jekk ikun għall-aħjar tat-tfal, jista' jagħti l-każ li t-tfal ma jibqgħux jgħixu fid-dar tal-ġenituri naturali tagħhom imma jingħataw lill-foster parents jew organizzazzjonijiet differenti.", "Wieħed mill-pilastri li semmiet l-Onor.", "Buttiġieġ jittratta l-foster carers, li nixtieq inkompli nitkellem dwarhom.", "Rari jkollna l-opportunità f'din il-Kamra li nuru l-apprezzament tagħna lejn ċerti nies.", "Forsi bla ma rridu, ċertu xogħol neħduh for granted, imma huwa importanti li nuru l-apprezzament tagħna lejn il-foster carers.", "Dawn huma nies li bl-aktar mod altruwist iħossu li jridu jagħmlu xi ħaġa sabiex tfal li mhumiex tagħhom jingħataw l-imħabba, l-affezzjoni u l-affarijiet materjali li jeħtieġu.", "Personalment naf foster carers li għandhom tfal tagħhom b'mod naturali, imma xorta jħossu li jridu jagħtu aktar u għalhekk jilqgħu lil dawn it-tfal bl-isfidi kollha li jkollhom fid-dar tagħhom u jittrattawhom qishom it-tfal tagħhom.", "Naħseb li bħala soċjetà rridu nisimgħu aktar lil dawn il-persuni biex nagħrfu aħjar l-isfidi li jiltaqgħu magħhom.", "Tajjeb nifhmu li dawn il-foster carers mhumiex qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol għal xi gwadann tagħhom, bħal xi karriera jew gwadann finanzjarju, imma qed jagħmlu dan b'mod altruwistiku.", "Dan huwa commitment kbir għax il-foster parents ikunu qed jagħtu biss.", "Għalhekk, bħala politiċi u soċjetà rridu nisimgħuhom aktar biex naraw kif nistgħu nagħmlulhom il-ħajja ftit eħfef.", "Jekk, pereżempju, għad hemm burokrazija żejda f'ċerti oqsma, ejja naraw kif se neliminawha.", "Nemmen li dawn il-foster carers huma nies li jbatu sabiex jgħinu lil dawn it-tfal li mhumiex it-tfal naturali tagħhom.", "Għalhekk, jekk hemm affarijiet li jistgħu jagħmlu l-ħajja ta' dawn in-nies ftit inqas diffiċli, tajjeb li ndaħħluhom fis-seħħ.", "Naħseb li l-ewwel u qabel kollox irridu niftħu djalogu miftuħ mal-foster carers fejn nisimgħu x'għandhom xi jgħidu u niddiskutu magħhom biex nifhmu dak li huma għaddejjin minnu ħalli ngħinuhom ikollhom ħajja aħjar.", "Din hija opportunità tad-deheb ladarba rridu nbiddlu l-liġi għall-aħjar.", "Din mhijiex kwestjoni li wieħed sempliċement jiddeċiedi li jkun foster parent, imma hemm bżonn ta' ċertu taħriġ.", "Naf li f'pajjiżna għandna organizzazzjoni li tagħti taħriġ lill-foster parents, liema taħriġ irridu nkomplu nsaħħuh.", "Hawn foster parents li m'għandhomx tfal naturali tagħhom u għalhekk ma jkollhomx esperjenza ta' ġenituri.", "Dan ovvjament bl-ebda mod ma jnaqqas mill-ġid li jkunu qed jagħmlu.", "Din hija missjoni li għandna nberkuha u nibqgħu nsaħħuha.", "Imbagħad ikollok foster carers li jkollhom esperjenza ta' ġenituri, għax ikollhom it-tfal naturali tagħhom imma, kif nafu, il-maġġoranza tat-tfal li jkunu qed jiġu fostered ikunu għaddejjin minn problemi u trawmi u għalhekk xorta jkollhom bżonn ta' taħriġ.", "Kien hemm ukoll numru ta' foster parents li qaluli li xi kultant isibu problema biex isiefru minħabba li jkollhom bżonn ta' xi permessi minħabba li t-tfal mhumiex tagħhom legalment.", "Naħseb li tajjeb li jkollna sistemi aktar sempliċi li ma joħolqux diffikultajiet bla bżonn.", "Mhux qed ngħid li ma jkunx hemm permessi, imma tajjeb li nħaffu l-proċess kemm jista' jkun.", "Nemmen li fil-maġġoranza tal-każi m'għandux ikun hemm problema li jingħata dan il-permess.", "Pilastru ieħor jittratta s-social workers.", "Naħseb li bħala deputati ta' din il-Kamra għandna rispett kbir lejn dawn il-professjonisti, li rrid insellmilhom minn hawn.", "Meta persuna sa miż-żgħożija tagħha tiddeċiedi li tibda karriera fis-social work, din tidħol għal missjoni kbira.", "Għalhekk, is-social workers jistħoqqilhom ir-rispett u l-apprezzament tagħna.", "Ix-xogħol ta' dawn in-nies huwa diffiċli u delikat ħafna, għax fih responsabbiltà enormi.", "Fl-istess ħin, il-verità hi li l-pagi tas-social workers mhumiex xi ħaġa spettakolari.", "Meta persuna tagħżel li tibda karriera fis-social work, ħafna drabi tagħmel dan bħala missjoni.", "Għalhekk inħoss li bħala soċjetà Maltija għandna naraw kif nistgħu nnaqqsu ftit mit-toqol kbir li dawn il-professjonisti jagħżlu li jġorru.", "Il-verità hi li għandna nuqqas ta' persuni li jmorru għal din il-missjoni u għalhekk il-workload fuq is-social workers hija kbira meta wieħed jara l-isfidi li s-soċjetà tagħna għaddejja minnhom.", "Spiċċajna fi stat fejn id-domanda għax-xogħol tas-social workers qiegħda l-ħin kollu tikber u l-ammont ta' nies li qegħdin jagħtu dan is-servizz qed il-ħin kollu jonqos.", "M'għandix xi soluzzjoni maġika għal din is-sitwazzjoni, però rridu naraw kif nistgħu nħajru aktar persuni biex jagħżlu din il-karriera.", "Kif għedt, din mhijiex xi ħaġa li wieħed jagħmel għall-flus imma bħala missjoni.", "Allaħares fis-soċjetà tagħna m'għandniex persuni li jidħlu għal din il-missjoni!", "Għalhekk, waqt li nagħtuhom ħajr, bħala politiċi rridu naħdmu aktar biex intejbulhom il-kondizzjonijiet tagħhom.", "Il-messaġġ tiegħi huwa ejja naraw li nagħtu vuċi lit-tfal, għax dan huwa dritt tagħhom.", "It-tfal jixirqilhom l-aqwa tfulija.", "Għalhekk, ejja nisimgħuhom, ħalli nipprovaw nifhmu aħjar dak li jkunu għaddejjin minnu.", "Fl-istess ħin, ejja nisimgħu wkoll lill-foster carers.", "Aktar kmieni f'dan id-dibattitu laqtitni frażi li uża l-Onor.", "Ivan Bartolo meta qal li fis-soċjetà tagħna llum qegħdin jinħolqu tfal nomadi.", "Dan ifisser li minħabba ċerti ċirkostanzi u sfidi, fis-soċjetà Maltija sar għandna tfal li l-ħin kollu jridu jiċċaqalqu minn belt jew raħal għall-ieħor, bil-konsegwenza li jkollhom ibiddlu d-dar fejn jgħixu u l-iskola fejn jattendu.", "Naħseb li mingħajr ħafna partiġjaniżmu żejjed, huwa tajjeb li nħarsu lejn fejn sejra s-soċjetà Maltija u x'effetti qed ikollha fuq sezzjoni tal-popolazzjoni tagħna.", "L-Onor.", "Bartolo rabat dan il-punt mal-faqar u l-għoli tal-kera.", "Naħseb li aktar mhu qed jgħaddi ż-żmien, aktar qed naraw tiżdied ċerta pressjoni fuq in-nies li qed iġġegħelhom jieħdu deċiżjonijiet diffiċli li qegħdin jaffettwaw lilhom u lill-familji tagħhom.", "Ir-realtà hi li hawn familji li ma jaffordjawx jikru post diċenti f'pajjiżna kif kienu jagħmlu sa ftit tas-snin ilu.", "Dan qed iwassal għal sitwazzjoni fejn iridu jiċċaqalqu minn post għal ieħor.", "Naħseb li rridu nirrikonoxxu li irrespettivament mill-figuri ekonomiċi li qed ikollna, li s'issa għadhom tajbin, mhux il-kwalità tal-ħajja ta' kulħadd qed timxi 'l quddiem.", "Nafu li għandna numru ta' nies, li sfortuntament qiegħed jiżdied, li l-kwalità tal-ħajja tagħhom sejra lura.", "Dan huwa riżultat tal-policies ekonomiċi li l-Gvern qiegħed jaddotta fejn qegħdin indaħħlu nies f'pajjiżna bl-addoċċ.", "Issa jien l-ewwel wieħed li m'għandi l-ebda problema li jiġu barranin f'pajjiżna, imma dan irid isir bi pjan biex naraw fejn irridu naslu bħala pajjiż.", "Hawn mhux se nidħol fl-argument ta' kemm dawn il-barranin qed jitħallsu bħala paga, imma din is-sitwazzjoni se jibda jkollha pressjonijiet soċjali kbar fuq pajjiżna, fosthom pressjoni kbira fuq il-prezzijiet tal-proprjetà u l-kera.", "Tkellimna kemm-il darba fuq il-fatt li llum għandna żgħażagħ li mhux biss qatgħu qalbhom li jixtru l-post tagħhom, imma qed isibuha diffiċli ħafna sabiex jikru.", "Ħafna minn dawn l-adulti żgħar għandhom it-tfal u ma jistgħux ilaħħqu mal-kera u mal-għoli tal-ħajja, fost l-oħrajn.", "Dan qed iwassal biex ħafna drabi jkollhom jieħdu l-ħin kollu deċiżjonijiet kontra dak li jixtiequ, inkluż li jiċċaqalqu minn post għal ieħor.", "Dan iċ-ċaqliq qed ikollu effetti fuq it-tfal tagħhom.", "Sur President, biex nagħlaq, dan huwa Abbozz ta' Liġi li qed isib kunsens ġenerali miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar it-tibdiliet li rridu nagħmlu f'pajjiżna.", "Fl-istess ħin irridu naraw li nibqgħu nsaħħu t-tliet pilastri kruċjali li dan l-Abbozz huwa mibni fuqhom.", "L-ewwel, it-tfal li huma l-bażi ta' kollox; it-tieni, il-foster carers li tant qed jagħmlu ġid f'pajjiżna u għalhekk irridu nisimgħuhom ħalli naraw kif nistgħu nagħmlu l-ħajja tagħhom aktar faċli, u t-tielet, fuq livell macro, irridu niffaċċjaw l-isfidi ġodda fis-soċjetà tagħna, fosthom il-problemi tal-pressjoni tal-kera.", "Kif għedt, għandna familji li qed ibatu huma u t-tfal tagħhom minħabba ċerti deċiżjonijiet ekonomiċi li qegħdin jittieħdu.", "Għalhekk, filwaqt li tajjeb li naraw li din il-liġi tgħaddi u nieħdu l-aħjar minnha, importanti wkoll li nħarsu fuq livell macro biex dak li sejjer tajjeb ekonomikament nibqgħu nsaħħuh, imma fejn għandna nies li qed ibatu, għandna nirrikonoxxu din is-sitwazzjoni u nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn ħalli fejn hemm it-tbatija, innaqqsuha bl-aħjar mod possibbli.", "Nirringrazzjak.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Qabel ma nsejjaħ lill-kelliem li jmiss, jien informata li se jingħata xi tagħrif dwar ftehim fuq kif se nipproċedu.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtiq nivverbalizza ftehim li ntlaħaq mal-Oppożizzjoni.", "Fid-dawl li mill-Oppożizzjoni għadhom kemm informawni li barra l-Onor.", "Cutajar hemm kelliem ieħor min-naħa tagħhom, din il-Kamra se tkun qed tagħlaq id-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari fis-seduta ta' għada, it-13 ta' Marzu 2019, ħlief għall-winding up min-naħa tal-Ministru Michael Falzon, li se jkun imsiefer fuq xogħol tal-Gvern.", "Għalhekk il-winding up imbagħad isir f'xi seduta oħra.", "Fis-seduta ta' għada se niftħu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u fiha se jitkellmu biss kelliema min-naħa tal-Gvern, kif ftehemna fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra.", "Din id-diskussjoni tkompli fis-seduta tat-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019, b'kelliema tal-Oppożizzjoni, sakemm ma jkunx hemm kelliem min-naħa tal-Gvern li jkun għadu in possession.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nikkonferma li hemm dan il-ftehim.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa nkomplu d-diskussjoni fuq l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv).", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, prinċipju kardinali fejn jidħlu t-tfal huwa li l-interessi tat-tfal għandhom jiġu dejjem salvagwardati u jiġu l-ewwel u qabel kull interess ieħor, ikun xi jkun il-każ.", "Dawn mhumiex kliem tiegħi, imma qed nikkwota lill-Imħallef Michael Mallia fir-rapport dwar l-Att tal-Inkjesti Kap. 273 li kien ġie ppreżentat f'din il-Kamra fil-21 ta' Ottubru, 2015.", "Dakinhar jien kont għamilt mistoqsija dwar każ partikolari li kien jittratta l-bord responsabbli mill-operazzjoni u t-twettiq tal-funzjonijiet tal-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ, fejn wara kien sar dan ir-rapport.", "Aħna qegħdin hawn biex Gvern u Oppożizzjoni naraw li nagħmlu leġiżlazzjoni li verament tkun denja ta' dan il-Parlament fejn nuru li tassew għandna għal qalbna l-interess tat-tfal.", "F'kull ċirkostanza, mingħajr kompromess, l-interess tat-tfal għandu dejjem jiġi l-ewwel u qabel kollox.", "Fil-fatt, nieħu gost bil-mod kif wasalna għal dan l-Abbozz li ġie ppreżentat illum mill-Ministru Michael Falzon, wara diskussjoni u konsultazzjoni serja, li mhux dejjem ikollna bħalha f'din il-Kamra.", "Nibda billi ngħid li l-Oppożizzjoni taqbel ma' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sfortunatament, dan l-Abbozz ħa fit-tul, għaliex ħlejna leġiżlatura sħiħa bejn l-2013 u l-2017 biex tellajnieh quddiem din il-Kamra.", "Dan ma kienx tort tal-Ministru Michael Falzon.", "Kif nafu, kienet inbdiet ħidma fuq dan l-Abbozz ta' Liġi mill-President Marie Louise Coleiro Preca li dakinhar kienet il-Ministru responsabbli mill-politika soċjali u mbagħad, wara li nħatret President, bqajna nkaxkru saqajna.", "Kull ġurnata li tawwalna, hemm barra kien hemm tfal li qed ibatu.", "Dan għaliex ma kienx hemm ir-rieda li mmexxu 'l quddiem din il-liġi.", "Kif illum l-Oppożizzjoni, permezz tal-Onor.", "Claudio Grech, ikkoperat mal-Gvern, dakinhar jien kelli l-privileġġ li nkun shadow minister ta' dan il-qasam u konna ppreżentajna 'l fuq minn 23 emenda.", "Sfortunatament, dakinhar il-Gvern kien rema dawn il-proposti.", "Illum b'sodisfazzjon ngħid li dak li qegħdin niddiskutu llum jirrifletti wħud minn dawk il-proposti mressqa mill-Oppożizzjoni.", "B'mod pożittiv ninnotaw li bil-konsultazzjoni denja li saret bejn l-Onor.", "Claudio Grech f'isem l-Oppożizzjoni u l-Ministru Michael Falzon, illum għandna Abbozz ħafna aħjar minn dak li kien tressaq f'din il-Kamra fl-amministrazzjoni preċedenti.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi fih bidliet importanti li jirrikonoxxu l-interess tat-tfal dejjem u f'kull ċirkostanza.", "Però hemm ukoll punti li jirrikonoxxu r-rispett li aħna l-leġiżlaturi għandna nuru lejn min qed jikkontribwixxi biex il-ġenerazzjonijiet futuri ta' dan il-pajjiż ikollhom trobbija aħjar.", "Bħala poplu għandna għal qalbna l-valuri li huma msawra fuq dak li lilna jagħmilna Maltin u Għawdxin.", "Illum qegħdin naraw li dan l-Abbozz, anke jekk forsi ma lħaqniex il-massimu tax-xewqat tan-nies, qed jagħti rikonoxximent u rispett xieraq lill-foster parents.", "Inħobb insejħilhom foster parents u mhux foster carers għax fil-fehma tiegħi qed jaqdu funzjoni importanti bħal kull ġenitur ieħor.", "Sfortunatament kien hemm mumenti fejn il-foster parents weġġgħu għaliex ma kienx hemm rispett minn min suppost kien qed jagħtihom rispett.", "Dan il-punt joħroġ ċar mill-istess rapport ta' nkjesta li għamel l-Imħallef Michael Mallia fejn qal ċar u tond li minn xhieda li kellu quddiemu ħareġ li kien hemm persuni fuq il-Bord responsabbli mill-operat u t-twettiq tal-funzjonijiet tal-bord konsultattiv tat-tfal li ttratta lill-foster parents b'ċerta arroganza.", "Ir-rapport jgħid ukoll li kien hemm xhieda quddiem l-istess Imħallef li turi li kien hemm foster parents li kienu qed jiġu intimidati mill-Bord.", "Kien hemm anke min kien ipprova jwassal il-messaġġ tiegħu quddiem dan il-Bord, imma, u nikkwota \"dawn kienu jsibu ħajt quddiemhom.\".", "Dan wassal biex ħafna nies weġġgħu, meta dawn l-istess nies kienu qegħdin jikkontribwixxu biex jagħtu ħajja diċenti u mimlija mħabba lit-tfal, bħal kull ġenitur li jixtieq jagħti l-aħjar lil uliedu.", "Anke jekk dawn it-tfal mhumiex it-tfal naturali tagħhom, dawn il-foster parents offrew il-ħin, ir-riżorsi, l-imħabba u l-ambjent ta' familja.", "Però, bħala Stat, flok rajna kif se ngħinuhom fl-interess tat-tfal, tawwalna leġiżlatura sħiħa u din il-liġi baqgħet qatt ma daħlet fis-seħħ.", "Illum, għall-grazzja ta' Alla, il-Gvern fehem li ma nistgħux nibqgħu nkaxkru saqajna.", "Però xorta jibqa' diżappunt li għal diversi drabi l-Oppożizzjoni talbet li dan ir-rapport tal-inkjesta tal-Imħallef Michael Mallia jiġi diskuss f'din il-Kamra, imma sal-lum il-Gvern m'aċċettax li dan isir.", "Hawn qed inkun kritiku b'responsabbiltà, għax qed nitkellem fl-interess ta' min jissemma f'dan ir-rapport li heżżeż lill-Gvern.", "Kif għedt, il-Ministru preżenti ma kien jaħti xejn għax dakinhar ma kienx hu l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam, però jiddispjaċini nara li ħadd ma refa' r-responsabbiltà, politika jew le, għal dan ir-rapport.", "Dan ir-rapport isemmi deċiżjonijiet li setgħu ma tteħdux fl-interess tat-tfal.", "Din hija xi ħaġa li tinkwetana, għaliex min jaf tali deċiżjoni x'setgħet tfisser għal dawk it-tfal.", "Forsi llum għaddew ħames snin minn fuq dawn it-tfal, però l-impatt li ħalliet fuqhom deċiżjoni li setgħet ittieħdet b'aktar għaqal minn dan il-bord partikolari għadu jinħass sal-lum.", "Forsi llum, dawk it-tfal huma adolexxenti li qegħdin jiġġieldu mal-isfidi li qed tagħtihom il-ħajja, għaliex f'mument partikolari ma sabux l-appoġġ minn min kellu l-obbligu li joffrilhom kull sapport.", "Naħseb li punt importanti huwa li naraw li karigi li jmissu ma' pożizzjonijiet daqshekk sensittivi għandhom jimtlew min-nies ta' esperjenza u professjonisti.", "Ejja nħallu l-politika fil-ġenb u naraw li naħtru persuni li jieħdu deċiżjonijiet fl-interess tat-tfal, b'kull mod possibbli.", "Ejja ma naħtrux nies biex sempliċement inkunu qed naġevolaw lill-ministru tal-ġurnata jew biex nagħmlu kontijiet politiċi.", "Fir-rigward ta' karigi li jmissu mat-tfal, li huma l-ġenerazzjonijiet futuri ta' għada, irridu naraw li npoġġu nies kompetenti.", "Kif għedt, minkejja d-diversi talbiet li għamlet l-Oppożizzjoni biex niddiskutu dan ir-rapport ta' inkjesta, il-Gvern baqa' ma laqax din it-talba.", "Jekk hemm bżonn, nissospendu s-seduti li seta' kien hemm fuq l-aġenda u nitkellmu dwar l-interess tat-tfal li huma l-egħżeż għal kull wieħed u waħda minnha.", "Nerġa' ngħid li hemm bżonn li nirrikonoxxu ferm aktar il-ħidma li ssir mill-foster parents.", "Fil-fehma tiegħi, dan il-Parlament u dan il-Gvern li jiddetta l-aġenda parlamentari naqas meta ma ddiskutiex dan ir-rapport.", "Dan ma kienx xi private members' bill imressaq mill-Oppożizzjoni, imma rapport li tressaq quddiem din il-Kamra wara li fil-21 ta' Ottubru 2015 bdejna nisimgħu storja wara l-oħra li kienu qed jiġu għand l-Oppożizzjoni minn foster parents li kienu qed jiġu ttrattati ħażin.", "Dan ir-rapport ikkonfermalna dan in-nuqqas.", "Biex inkun ġust, imkien ma rriżulta li seta' kien hemm indħil politiku.", "Però, fil-fehma tiegħi, meta l-Gvern jonqos li jagħżel l-aħjar nies biex jaħdmu f'qasam daqstant delikat, ikun qed jonqos bil-kbir lejn is-soċjetà.", "Hawn qed nippuntaw subgħajna lejn il-Gvern, għaliex il-Gvern huwa finalment responsabbli minn dan il-qasam.", "L-Oppożizzjoni għamlet ċerti talbiet, imma l-Gvern iddeċieda li jibqa' għaddej mingħajr ma jilqagħhom.", "Tajjeb insemmi wkoll li bħala Oppożizzjoni ltqajna kemm b'mod individwali mal-foster parents u anke mal-Assoċjazzjoni u mal-istakeholders kollha biex niddiskutu dan il-qasam.", "Għalhekk irrid nirrikonoxxi l-ħidma bla waqfien li saret fuq dan l-Abbozz.", "Biex nagħmel parentesi żgħira, għada meta niltaqgħu fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra se nkun qiegħed nistaqsi x'sar mill-abbozz ta' liġi li ġie mressaq mill-Onor.", "Qed nantiċipa din il-mistoqsija ħalli l-Whip tal-Gvern ikun jista' jinformana fiex wasal dan l-Abbozz.", "Bħala Oppożizzjoni qed nibagħtu messaġġ pożittiv li aħna mhux qegħdin hawnhekk biex nikkritikaw il-liġijiet tal-Gvern imma anke biex inressqu emendi u liġijiet.", "Dan l-Abbozz, tas-samaritan it-tajjeb, mhux suppost li fih kontroversji u għalhekk nittama li qabel l-Għid jew fl-ewwel seduti ta' wara l-Għid inkunu nistgħu niddiskutuh u napprovawh f'dan il-Parlament.", "Dan l-Abbozz se jagħmel differenza fil-ħajja ta' faxex partikolari ta' nies fis-soċjetà Maltija.", "F'diversi laqgħat li kellna, il-foster parents enfasizzaw li tajjeb li l-Gvern jirrikonoxxi l-ħidma tagħhom, mhux biss b'din il-liġi, imma jkun hemm estensjoni tas-servizzi soċjali.", "Dawn il-foster parents jenħtieġu li jsibu kull l-appoġġ min-naħa tal-Gvern.", "Għalhekk tajjeb li naraw li tingħata għajnuna addizzjonali, għaliex dawn in-nies qegħdin jagħtu servizz lis-soċjetà tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, l-ispejjeż li jagħmel il-Gvern f'għajnuna lill-entitajiet diversi, inkluż organizzazzjonijiet tal-Knisja, huma kbar.", "Però żgur ukoll li kull ċenteżmu li jintnefaq għal dan l-iskop huwa investiment biex għada pitgħada jkollna nisa u rġiel denji għal dan il-pajjiż.", "Sur President, qed nara li sar il-ħin, għalhekk se nkun qed nieqaf hawnhekk, però bil-permess tal-Kamra, se nibqa' in possession.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Robert Cutajar se jibqa' in possession.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada, l-Erbgħa 13 ta' Marzu, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata:", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtoritajiet għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta – Emenda Nru. 2 – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri, Ħarsien alternattiv – it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att tat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari;", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq emenda għal mozzjoni;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġjiiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda diversi Liġijiet, Riforma dwar il-Pensjonijiet – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, illum nixtieq nitkellem dwar skola partikolari f'Għawdex.", "Però qabel niġi għal dan is-suġġett, nixtieq ngħid li minn hawn u siegħa oħra se jkun hemm vot fil-Parlament tar-Renju Unit, fejn bħala Oppożizzjoni nisperaw li l-House of Commons taċċetta u tapprova l-ftehim tat-tluq tar-Renju Unit li ġie deċiż bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.", "Sur President, meta health inspectors isibu ħmieġ ġewwa ristorant, jagħlquh.", "Meta l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà tax-Xogħol issib irregolaritajiet fuq sit ta' kostruzzjoni, twaqqaf il-kostruzzjoni sakemm il-proġett jiġi regolat.", "Però llum għandna sitwazzjoni fejn fl-iskola primarja Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex, hemm numru ta' affarijiet li wieħed lanqas jemmen li jistgħu jeżistu fl-2019!", "Għidli int, Sur President, x'taħseb kieku kellek tħalli tifla ta' ħames snin, kif nagħmel jien bħala ġenitur, fi skola fejn fis-sala – aħna ngħidulha bitħa - tinxtamm riħa tinten ta' drenaġġ?", "It-tfal tiegħi u ta' ġenituri oħrajn għandhom sitt sigħat f'dik l-iskola fejn kull tliet ġimgħat ifur id-drenaġġ bil-ħmieġ kollu joħroġ fil-bitħa.", "Dan ifisser li s-sigurtà u s-saħħa tat-tfal qegħdin f'periklu.", "Ftit tal-jiem ilu, f'din iż-żona fir-Rabat Għawdex mar id-dawl u meta reġa' ġie d-dawl wara li sar xogħol ta' manutenzjoni, ħaraq xi projectors u ħames whiteboards.", "Fil-fatt, instemgħet splużjoni żgħira għaliex fi klassi minnhom, id-distribution box, li hija kaxxa tad-dawl, bdiet tagħmel il-ħsejjes u t-tfal tant beżgħu li kellhom jinħarġu barra mill-klassi.", "Din hija t-tip ta' sigurtà li hemm f'din l-iskola!", "Għalhekk irrid nistaqsi: Hu possibbli li biex l-għalliema u l-ġenituri jserrħu moħħhom mis-sigurtà, ikun hemm xi awtorità li tmur f'din l-iskola u tiċċertifika li hija sigura?", "Importanti li l-Ministru Evarist Bartolo jieħu azzjoni u mhux qisu xejn mhu xejn!", "Din hija skola fejn jattendu 400 student.", "Tajjeb ngħid li tant il-ġenituri huma rrabjati, li f'temp ta' tlitt ijiem persuna ħadet l-inizjattiva li tagħmel petizzjoni u rnexxielha tiġbor 300 firma biex issir xi ħaġa!", "Din hija skola antika li nbniet fl-1850.", "F'kull baġit ta' dan il-gvern mill-2013 sal-lum dejjem intqal li se jsir proġett ta' skola ġdida fir-Rabat Għawdex, imma s'issa ma sar xejn!", "Fl-2015 il-Gvern kien beda l-proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar biex tinbena skola fejn hemm il-middle school fir-Rabat, Għawdex u l-iskola l-antika tal-bniet.", "Però, wara l-2015, dak il-proċess waqaf, ipprovaw jibnu l-iskola fuq il-grawnd tal-futbol fir-Rabat, Għawdex ħdejn il-parking, imma ir-residenti oġġezzjonaw u reġgħu marru għall-iskola tal-bniet.", "Dan ifisser li mill-2015 'l hawn għamilna ċirku sħiħ, mingħajr ma sar xejn, minħabba nuqqas ta' ppjanar.", "Dan huwa każ klassiku ta' kif il-ġenituri u l-għalliema qed ibatu kuljum minħabba nuqqas ta' ppjanar min-naħa ta' dan il-Gvern.", "Dan ġabna f'sitwazzjoni fejn il-ġenituri huma nkwetati ħafna dwar is-sigurtà tat-tfal tagħhom.", "Ħaġa oħra li rrid insemmi hi li jien, sal-lum, għadni qatt ma smajt bi skola f'Malta u Għawdex li m'għandhiex sala, kif inhu l-każ ta' din l-iskola.", "Dan għaliex is-sala li kien hemm inqasmet fi klassijiet, minħabba nuqqas ta' spazju, bil-konsegwenza li t-tfal mill-klassi ma joħorġux fil-kuritur prinċipali imma joħorġu fil-kuritur ġewwa s-sala.", "Skont l-esperti, dan huwa ta' riskju, għaliex jekk jinqalgħu xi nirien f'din l-iskola, it-tfal ikollhom l-ewwel joħorġu fil-kuritur tas-sala u mbagħad joħorġu fil-kuritur prinċipali.", "Dawn il-klassijiet għandhom bieb wieħed biss prinċipali.", "L-istess, ninnota li fi skola sħiħa m'hemmx fire detector alarm wieħed!", "Nistaqsi: It-tfal u l-għalliema qegħdin f'post sigur?", "Din l-iskola tirrispetta r-regolamenti tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol?", "Għandu l-Ministru tal-inqas jibgħat inspector biex jiċċekkja u jiċċertifika s-sigurtà f'din l-iskola?", "Mhux ta' b'xejn li l-ġenituri ffirmaw il-petizzjoni!", "Bħala ġenituri nafu li se tinbena skola ġdida, imma x'se jsir sakemm din l-iskola tkun lesta?", "Ħafna drabi, meta l-ġenituri jilmentaw dwar din l-iskola, l-uffiċjali tal-gvern jgħidulhom li qed tinbena skola ġdida.", "Però l-aħħar li ċċekkjajt fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar stajt nara li l-applikazzjoni għall-bini ta' din l-iskola ġiet mitfugħa f'Diċembru 2018 u fit-8 ta' Marzu 2019, dik l-applikazzjoni waqgħet, jiġifieri lanqas għaddiet mill-iscreening process.", "Dakinhar stess li l-applikazzjoni waqgħet fit-8 ta' Marzu 2019, daħlet applikazzjoni oħra.", "Dan juri li l-proċess miexi bil-mod ħafna!", "L-esperti jgħidulek li trid tal-inqas tmien xhur sakemm l-applikazzjoni tgħaddi mill-Awtorità tal-Ippjanar u l-awtoritajiet l-oħra u mbagħad trid madwar sentejn oħra sakemm l-iskola tinbena.", "Ċerti uffiċjali jgħidulek li l-intenzjoni tal-Ministru hija li f'Settembru li ġej din l-iskola tkun lesta u l-istudenti jidħlu fl-iskola fSettembru li ġej.", "Ara kif qatt jista' jkun!", "Allura l-Ministru m'għandux jieħu miżuri temporanji sakemm din l-iskola ġdida tkun lesta?", "M'għandux il-Ministru jiġi jżur din l-iskola?", "Bir-raġun li l-ġenituri jirrabjaw, għax it-tfal ma jixirqilhomx li jkunu ttrattati b'dan il-mod!", "X'se jagħmel il-Gvern quddiem din is-sitwazzjoni?", "Forsi se jiftaħ containers li jintużaw bħala klassijiet fir-Rabat Għawdex ukoll?!", "Nagħmilha ċara li bħala Oppożizzjoni ma naqblux li jintużaw containers!", "Però nemmnu li trid issir xi ħaġa.", "Is-sistema tad-drenaġġ u s-sistema tad-dawl li huma antikwati ħafna għandhom jinbidlu.", "Għandu jiġi inspector li jiċċertifika jew jikkundanna, jekk huwa l-każ, din l-iskola.", "Sur President, irrid nistaqsi: Għalfejn il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ma titkellimx dwar dan il-każ?", "Huwa minnu li mhijiex ir-responsabbiltà tal-Ministru għal Għawdex, imma hija r-responsabbiltà tal-Ministru għall-Edukazzjoni, però naħseb li kieku l-Ministru għal Għawdex għandha taħt il-kompetenza tagħha l-iskejjel ta' Għawdex, ma tħallix is-sitwazzjoni tiddeġenera b'dan il-mod.", "Fl-istess ħin, fil-fehma tiegħi, naħseb li l-Ministru Justyne Caruana hija moralment responsabbli għaliex tagħmel parti mill-Kabinett li fih hemm ukoll il-Ministru Evarist Bartolo.", "Fejn qegħdin id-deputati Għawdxin?", "Fejn qiegħda l-Ministru Justyne Caruana?", "Din hija sitwazzjoni totalment inaċċettabbli!", "Sur President, biex nagħlaq, l-ewwel nett, irrid ngħid li jien, bħala ġenitur, iffirmajt din il-petizzjoni, għaliex nappoġġjaha.", "It-tieni nett, inħeġġeġ lill-Ministru Evarist Bartolo u lill-Ministru Justyne Caruana biex jintervjenu billi jiċċertifikaw jekk din l-iskola hijiex sigura jew le u biex jgħidulna eżattament meta se tinbena u tinfetaħ l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sur President, the ultimate secular crime, jiġifieri d-delitt sekulari aħħari li kwalunkwe stat jista' jikkommetti huwa ċ-ċaħda, ir-revoka u t-teħid taċ-ċittadinanza ta' ċittadin tiegħu.", "Kif nafu, wara li Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea, dik iċ-ċittadinanza mhux biss hija Maltija, iżda hija ċittadinanza Ewropea wkoll.", "Dan li se nkun qed ngħid huwa bil-permess u l-kunsens tal-persuna kkonċernata li fil-fehma tiegħi qatt ma kellha titteħdilha ċ-ċittadinanza.", "Ma' kull min tkellimt, ma jidhirx li qatt kellna każ f'pajjiżna fejn il-Gvern irrevoka ċ-ċittadinanza ta' persuna, mhux għaliex kellu żwieġ ta' konvenjenza.", "Biex inkun ċar u ma ninftehimx ħażin, huwa sewwa li meta Qorti tiddeċiedi li jkun hemm żwieġ li jkun sar għal-konvenjenza bejn persuna barranija u persuna Maltija, iċ-ċittadinanza tiġi revokata.", "Hekk għandu jkun u bħala pajjiż matul is-snin dejjem imxejna b'policy kostanti taħt kull Gvern.", "Però dan il-każ li se nitkellem fuqu mhuwiex ta' dak it-tip ta' każ.", "Dan huwa l-ewwel każ li qatt smajna bih fejn persuna tteħditilha ċ-ċittadinanza l-ġimgħa li għaddiet għaliex 17-il sena ilu sentenza tal-Qorti sabet li ż-żwieġ tiegħu ma' mara Maltija kellu l-kunsens ivvizzjat b'difett serju ta' diskrezzjoni ta' ġudizzju.", "Meta jkun hemm kawża ta' annullament ta' żwieġ, il-liġi tagħti diversi raġunijiet li fuqhom tista' ssir it-talba ta' nullità ta' żwieġ, inkluż meta jkun hemm il-kunsens ivvizzjat.", "Pereżempju, ma jkunx hemm diskrezzjoni u apprezzament biżżejjed tad-drittijiet u dmirijiet essenzjali li jġib miegħu ż-żwieġ.", "F'dak il-każ, mhuwiex każ ta' frodi u mhuwiex każ ta' konvenjenza.", "Fil-fatt il-Liġi taż-Żwieġ tinkludi artiklu li jelenka s-seba' raġunijiet li fuqhom wieħed jista' jitlob in-nullità taż-żwieġ, inkluż meta l-kunsens ikun ivvizzjat jew meta l-kunsens ikun marbut ma' kondizzjoni li tavvera ruħha fil-futur.", "Però mbagħad hemm l-artikolu 38 tal-Liġi taż-Żwieġ, li huwa artikolu separat u distint li jitkellem fuq żwieġ ta' konvenjenza.", "Meta l-Qrati tagħna jsibu f'kawża ta' annullament li ż-żwieġ ikun każ ta' konvenjenza, jikkwotaw dan l-artikolu 38 u jiddikjaraw iż-żwieġ null u, jekk ikun il-każ, iċ-ċittadinanza Maltija tkun revokata.", "Hekk għandu jkun!", "Dan il-każ li jien qiegħed niżvela b'xokk u b'sens ta' diżgust qatt ma kellna bħalu!", "Hawn qed nitkellmu dwar wieħed Malti Alġerin li żżewweġ mara Maltija f'April 1995, wara li kien ilu jgħix f'Malta għal aktar minn sena.", "F'Settembru tal-1995 ingħatatlu ċ-ċittadinanza Maltija, beda negozju u kien iħaddem in-nies.", "Issa ma ninsewx li hawn qed nitkellmu dwar persuna mill-Alġerija, liema pajjiż kien fl-aħbarijiet f'dawn l-aħħar xhur, għaliex l-Oppożizzjoni Nazzjonalista f'Novembru tal-2015 talbet lill-Awditur Ġenerali jagħmel investigazzjoni fuq il-proċess ta' ħruġ ta' visas mill-konsolat Malti f'Algiers, l-Alġerija, bejn Marzu 2014 u Settembru 2015.", "F'dan ir-rapport, li ħareġ f'Jannar ta' din is-sena, jingħata raġun lill-allegazzjonijiet li saru mill-whistleblower f'dan il-każ u lir-rapport li għamlet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista permezz tal-kelliem tagħha l-Onor.", "F'paġna 7 tar-rapport naqraw hekk:", "Ir-rapport sab li kien hemm it-tixħim.", "Il-Prim Ministru u dak iż-żmien l-Assistent Kummissarju Lawrence Cutajar, illum il-Kummissarju tal-Pulizija, kienu informati dwar dan it-tixħim minn dan ir-raġel Malti Alġerin, Alex Fezouine, li kellu ċittadinanza Maltija sa mill-1995 u li fl-2002 kellu ż-żwieġ tiegħu annullat, mhux għaliex kien żwieġ ta' konvenjenza.", "Wara 17-il sena, il-Gvern, permezz ta' Identity Malta, fit-8 ta' Marzu 2019, bagħatlu ittra d-dar tiegħu fejn informah li ċ-ċittadinanza tiegħu ġiet revokata.", "Mela l-ewwel punt li huwa stramb għall-aħħar huwa l-fatt li għall-ewwel darba ġiet irrevokata ċ-ċittadinanza ta' xi ħadd għaliex iż-żwieġ tiegħu ġie annullat mhux għaliex kien żwieġ ta' konvenjenza, iżda għaliex kien hemm il-kunsens ivvizzjat.", "It-tieni kumbinazzjoni, li mhi kumbinazzjoni xejn, huwa l-fatt li s-Sur Alex Fezouine kien il-whistleblower ewlieni fl-iskandlu tal-visas li kien jinvolvi lill-kuġin tal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Dan il-Gvern kattiv u vendikattiv, il-ġimgħa li għaddiet, wettaq l-agħar delitt li stat sekulari jista' qatt jikkommetti, meta ħa lura ċ-ċittadinanza ta' xi ħadd li ma kienx ġie misjub li ħa dik iċ-ċittadinanza b'qerq jew b'konvenjenza.", "Din hija xi ħaġa li ġrat għall-ewwel darba f'pajjiżna.", "Se nirrepeti biex ħadd ma jipprova jdawwar kliemi.", "Kif sar fil-passat, kif qed nagħmlu llum u kif se nibqgħu nagħmlu fil-futur għax hekk għandu jkun, iċ-ċittadinanza ta' dawk il-barranin li jiżżewġu lil Maltin għall-konvenjenza tiġi revokata.", "Però, sal-ġimgħa li għaddiet, qatt ma kien hemm każ f'pajjiżna fejn żwieġ null minħabba difett tal-kunsens, f'dan il-każ minħabba raġuni psikoloġika ta' meta ġie kkuntrattat dak iż-żwieġ, wassal biex 17-il sena wara tiġi revokata ċ-ċittadinanza!.", "Dan ġara inqas minn xahrejn wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li sab li l-allegazzjonijiet li din il-persuna, li kienet topera travel agency, kienu minnhom.", "Din il-persuna allegat u ġabet għall-attenzjoni ta' diversi awtoritajiet, fosthom Ministri u b'email lill-Prim Ministru, li kien hemm it-tbażwir, wrongdoing u affarijiet li ma jagħmlux sens, inkluż il-fatt li kien hemm min kien qed iħallas €4,000, €4,500 u €8,000 biex tinħariġlu visa mill-konslu f'Algiers fl-Alġerija fl-2014, li ma kien ħadd ħlief il-kuġin tal-Prim Ministru.", "Dan l-istess konslu nstab li warrab il-general service agreement, jiġifieri l-external service provision daparti ta' travel agency ta' dan il-whistleblower u ta lil kumpanija oħra bl-isem ta' VFS li l-Awditur Ġenerali sab li kienu qegħdin jixxaħħmu biex jinħarġu l-visas ta' nies li taparsi jiġu Malta, però fil-fatt ma kenux jersqu lejn Malta iżda jmorru f'diversi pajjiżi fl-Ewropa.", "Hawn qed nitkellmu dwar korruzzjoni permessa, aided and abetted u instigata mill-ogħla kurituri tal-poter f'pajjiżna li ħarġu visas korrotti lil persuni biex jidħlu fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri fiż-Żona Schengen, b'detriment għas-sigurtà tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, għaliex kien hemm it-tixħim għaddej.", "Aktar minn hekk, meta din il-persuna marret tirrapporta u tagħti ċerti dettalji lill-Assistent Kummissarju Lawrence Cutajar, dan qallu li l-persuna mdaħħla f'dan it-tixħim kienet il-kuġin tal-Prim Ministru!", "Ara x'kultura ta' impunità!", "Hawn qed nitkellmu fuq kultura fejn jgħaddi kollox, xejn mhu xejn, might is right, min hu l-aqwa jħawwel, l-istituzzjonijiet huma korrotti u li m'għandniex is-saltna tad-dritt!", "Dan huwa każ klassiku fejn il-Pulizija, minflok jinvestigaw u jressqu l-Qorti lil dawk li xxaħħmu, sal-lum ma interrogaw u investigaw lil ħadd, anzi l-Istat, b'deċiżjoni korrotta, abbużiva, mill-iktar oxxena, diżgustanti u bla preċedent, iddeċieda li jirrevoka ċ-ċittadinanza ta' Malti Ewropew, wara 17-il sena!", "Issa, tajjeb inkunu nafu li fil-każijiet fejn iż-żwieġ ikun instab li kien żwieġ ta' konvenjenza u allura jiġi dikjarat null, iċ-ċittadinanza ġieli tiġi revokata wara snin u mhux mill-ewwel.", "F'dan il-każ ma kellniex żwieġ ta' konvenjenza, imma għall-ewwel darba, l-Istat iddeċieda li jirrevoka ċ-ċittadinanza lil persuna li kienet whistleblower!", "Però mbagħad il-Ministru għall-Ġustizzja jmur fil-Kunsill tal-Ministri u jiftaħar li pajjiżna sejjer tajjeb, għax għandna l-Liġi tal-Whistleblower!", "Staqsu lis-Sur Jonathan Ferris dwar il-protezzjoni tal-whistleblower li ngħata dwar kawżi li għadhom għaddejjin il-Qorti u oħrajn li se jkun hemm fil-ġranet li ġejjin!", "Staqsu lil dan ir-raġel b'tifla ta' 11–il sena mwielda f'Malta li rrevokawlu ċ-ċittadinanza!", "Dan għaliex f'paġna 73 tar-rapport tal-Awditur Ġenerali naqraw li ħafna minn dak li kienet qiegħda tallega din il-persuna kien ġie ikkonfermat.", "Ir-risposta ta' dan il-Gvern, li taparsi hu progressiv u liberali imma fil-verità hu falz u ipokrita, kienet li b'mod vendikattiv u kattiv mill-aktar oxxen irrevoka ċ-ċittadinanza ta' Malti Ewropew għaliex kixef il-korruzzjoni tal-aktar nies viċin il-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa 13 ta' Marzu, 2018 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtha f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet, eċċetra) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċetra)?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċetra) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċetra)?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "KARIGA TA' MĦALLEF FIL-QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM – SELECTION PANEL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta' qabel ukoll?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UNITS/PLOTS TAL-HOME OWNERSHIP SCHEME", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit/plot tal-Home Ownership Scheme tas-snin 80 u li fuqhom ir-residenti għadhom jgħixu b'konvenju li jiġġedded għax is-sidien tal-art oriġinali għadhom ma tħallsux mil-Lands Authority ġew imħallsa mil-Lands Authority fl-2017, 2018 u 2019 (s'issa)?", "Jista' jgħid kemm intefqu flus u f'liema lokalitajiet kienu dawn ir-residenzi?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-aħħar xhur twaqqaf kumitat tekniku bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tad-Djar sabiex jibdew jissolvew in-numru kbir ta' każijiet li hemm pendenti li ilhom għexieren ta' snin pendenti sabiex is-sidien isiru verament sidien ta' djarhom, inkluż meta hu kien ministru responsabbli għall-istess ħlasijiet.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma obdiex l-ordni li ta l-Maġistrat Aaron Bugeja fil-proċess verbal tal-Inkjesta Egrant fejn dan ordna li l-Pulizija Eżekuttiva tressaq il-Qorti persuna partikolari b'akkużi kriminali partikolari?", "Jista' jgħid x'qed iżomm lill-Kummissarju tal-Pulizija jottempera ruħu ma' tali ordni meta din l-inkjesta ġiet konkluża fil-21 ta' Lulju 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi l-Kummissarju tal-Pulizija ħa konnoxxenza tar-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja fil-proċess verbal tal-Inkjesta Egrant.", "Bħalissa l-Pulizija qed issegwi l-konklużjonijiet, l-ordnijiet u r-rakkmandazzjonijiet kollha li l-istess Maġistrat Inkwirenti għamel fl-istess inkjesta.", "Infurmat li f'dan l-istadju l-Pulizija ma tistax tagħti iktar informazzjoni dwar dak mitlub minnha mill-Maġistrat biex ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet li qed tagħmel.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL IMWEJJED U SIĠĠIJIET FI SPAZJI PUBBLIĊI F'PEMBROKE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi fil-lokalità ta' Pembroke?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni għal żvilupp relatata mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi relatati magħhom, f'Pembroke, li l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivvalidat bejn l-1 ta' Jannar 2013 u s-17 ta' Frar 2019.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, ivvalidati jew ippubblikati fil-perjodu msemmi u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "· table iżda mhux stable, habitable, vegetable, potable, inflatable", "· siġġu", "· siġġijiet", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - APPLIKAZZJONIJIET GĦAL IMWEJJED U SIĠĠIJIET FI SPAZJI PUBBLIĊI F'BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ LIMITI TAN-NAXXAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u/jew strutturi oħra fuq bankini, f'toroq jew fi spazji pubbliċi f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar?", "Jista' l-Ministru jindika għal kull applikazzjoni, in-numru ta' referenza tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tas-sit, id-daqs tal-ispazju u jekk l-applikazzjoni ġietx aċċettata, rifjutata jew jekk għadhiex pendenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat/ivvalidat tliet applikazzjonijiet għal żvilupp relatat mat-tqegħid ta' mwejjed, siġġijiet u strutturi relatati magħhom f'Baħar iċ-ċagħaq, wieħed kull sena fl-2015, fl-2016 u fl-2017.", "Lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba qed tiġi annessa fit-tabella t'hawn taħt.", "*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument", "Is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar ma tinkludix indikazzjoni jekk tali applikazzjonijiet ikunux proposti fuq art pubblika jew le, għalhekk il-lista taf tinkludi xi każijiet fejn dawn l-imwejjed u siġġijiet jistgħu kienu proposti li jitpoġġew fuq art tal-applikant bħal, pereżempju, fil-parapett tal-istabbiliment stess.", "L-Awtorità m'għandhiex fis-sistema tagħha d-daqs li jkun ikopri tali żvilupp.", "Il-figuri li huma inklużi fil-lista msemmija hawn fuq huma l-qisien tas-sit li l-perit ikun indika fil-formola tal-applikazzjoni, li tista' tinkludi fiha ukoll id-daqs tal-istabbiliment, partikolarment fejn l-applikazzjoni kienet tinkludi ukoll xi tibdil fl-istabbiliment.", "Minħabba li Baħar iċ-Ċagħaq mhux kunsill lokali għalih, jekk meta ddaħħlet l-applikazzjoni ma ssemmiex l-isem tal-lokalità fl-indirizz, iżda dan tniżżel bħala indirizz fin-Naxxar, tali każ ma jkunx inkluż f'din il-lista.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, validati jew ippubblikati mill-1 ta' Jannar 2013 sas-17 ta' Frar 2019 u li fil-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "· table iżda mhux stable, habitable, vegetable, potable, inflatable", "· siġġu", "· siġġijiet", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – MEWT TA' PRIĠUNIERI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mewt ta' priġunieri seħħet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid id-data ta' kull mewt, l-età u s-sess tal-priġunier u x'kienet ir-raġuni għall-mewt tiegħu jew tagħha?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' serq minn knejjes matul is-sena 2018?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet kienu dawn il-knejjes u x'kienu l-oġġetti li ġew misruqa, il-valur tal-istess oġġetti u l-valur tal-flus li ġew misruqa?", "Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet u, jekk iva, kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li matul is-sena 2018, il-Pulizija rreġistrat 21 każ ta' serq minn knejjes kif jidher fit-tabellla li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Is-serq jinkludi kemm oġġetti proprjetà tal-knisja kif ukoll proprjetà ta' viżitaturi li kienu fil-knisja.", "Lista dettaljata li tinkludi informazzjoni dwar il-lokalità fejn sar ir-reat, deskrizzjoni tal-oġġetti misruqa, kif ukoll il-valur skont u meta dan kien provdut mill-vittma tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ħamsa minn dawk il-każi ġew solvuti u l-persuni responsabbli tressqu l-Qorti.", "MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN IL-GVERN MALTI U L-GVERN TAL-MONTENEGRO", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u dak tal-Montenegro nhar it-18 ta' Mejju 2016?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "QRATI: KAŻIJIET TA' ĦOTTABA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-listi ta' persuni li r-Reġistratur tal-Qrati, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ġabru għax ikunu għamluha jew ipprovaw jagħmluha ta' ħottaba jew li mingħajr jedd taw pariri lil persuni li jkunu f'kawża jew bil-ħsieb li jidħlu f'kawża?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ai termini tal-artikolu 44(1) tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kapitlu 10 tal-Liġijiet ta' Malta, ir-Reġistratur tal-Qrati u r-Reġistratur tal-Qrati tal-Maġistrati (Malta) u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) m'għandhomx rapporti dwar nies li għamluha jew ipprovaw jagħmluha ta' ħottaba jew li mingħajr il-jedd ikunu taw pariri lil persuni li jkunu f'kawża jew bil-ħsieb li jidħlu f'kawża.", "INFRASTRUTTURA MALTA – TISWIJIET FUQ IL-MOLL TA' MĠARR IX-XINI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jsiru t-tiswijiet meħtieġa minn Infrastructure Malta fuq il-Moll ta' Mġarr ix-Xini u l-area ta' madwar ix-xtajta, peress li huwa ta' periklu għan-nies li jiffrekwentaw din il-bajja f'Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta għaddejja bit-tħejjijiet sabiex twettaq it-tiswijiet meħtieġa fi Mġarr ix-Xini dalwaqt, qabel is-sajf.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - FONDI GĦALL-BINI TA' APPARTAMENTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8925 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għal dak li tħabbar mill-Prim Ministru reċentement li se jiġi allokat fond ta' 50 miljun ewro mill-Iskema tal-Passaporti biex jinbnew 500 appartament għall-akkomodazzjoni soċjali, jista' l-Ministru jgħid fejn se jkunu mibnija dawn l-appartamenti u kemm minnhom se jkunu f'Għawdex?", "Dawk li se jinbnew f'Għawdex, f'liema lokalità se jkunu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-indirizzi tat-22 sit fejn se jkunu qegħdin jinbnew il-units ġodda ta' social housing permezz ta' investiment ta' €50 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali se jkunu qed jitħabbru fiż-żmien illi ġej.", "GĦAWDEX - IMĦAŻEN GĦALL-KARRIJIET TAL-KARNIVAL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar x'sar s'issa u x'inhu ppjanat li jsir biex jinbnew imħażen għad-dilettanti li jagħmlu l-karrijiet tal-Karnival ġewwa Għawdex?", "Interpellant li saret laqgħa tramite l-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex biex tinġabar l-informazzjoni dwar il-bżonnijiet tas-settur.", "GĦAWDEX – SME PARK", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-SME Park li hu ppjanat li jsir mill-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' l-Ministru tgħid fejn hu ppjanat li jsir u fiex jikkonsisti u site plan tal-area kif ukoll in-numru tal-PA għal dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa dan il-proġett u kif ser jiġi ffinanzjat?", "Interpellant li għandu jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 8600.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Multi Modal Hub fix-Xewkija Għawdex?", "Tista' tgħid jekk it-tenders ħarġux u jekk ġewx awarded u jekk sarux applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa u meta ħarġu, u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-permess kif ukoll il-pjanti relatati ma' dan il-progett?", "Tista' tgħid jekk bediex ix-xogħol ta' skavar u, jekk le, meta hu ppjanat li jibda x-xogħol ta' skavar?", "Interpellant li t-tender għall-bini tal-Multi Modal Hub fix-Xewkija ġie ppubblikat u l-offerent preferut ġie magħżul.", "Saret applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bin-numru PA/01606/2019.", "Ix-xogħol li beda bħalissa huwa skont is-Subsidiary Legislation 552.08-Class 13i.", "Il-pjanti jistgħu jiġu mniżżla minn din il-link: https://1drv.ms/f/s!AoOONNs5vEDcp-IvQRT3DiFbz0T6gQ", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX – NIGHT SHELTER ĊENTRU ĠESÙ NAZZARENU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk in-Night Shelter il-ġdid (Ċentru Ġesù Nazzarenu) ġewwa x-Xagħra Għawdex li ġie inawgurat minnha f'Ottubru 2018 u li kellu jiġi mmexxi mill-Ministeru għal Għawdex hux jintuża u, jekk iva, kemm kien hemm anzjani jużaw dan il-post xahar b'xahar minn meta ġie inawgurat sal-lum?", "Tista' tgħid kemm hemm impjegati fl-istess Night Shelter u minn min qed jitħallsu u xi grad għandhom?", "Interpellant li minn Ottubru 2018 baqa' għaddej ix-xogħol li kien għad fadal biex il-post ikun lest biex jakkomoda b'mod dinjituż u xieraq lil dawk li jeħtiġuh.", "Bħalissa qed isir l-assessment tal-applikanti.", "Malli dan l-istadju jiġi eżawrit, jibda jingħata s-servizz.", "WIED IL-GĦAJN – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Wied il-Għajn tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Wied il-Għajn għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 304", "Donazzjonijiet - 2,497", "ŻEJTUN – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa ż-Żejtun tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika fiż-Żejtun għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 246", "Donazzjonijiet - 991", "MARSAXLOKK – KOTBA MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Marsaxlokk tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Marsaxlokk għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 280", "Donazzjonijiet - 442", "ĦAL GĦAXAQ – KOTBA MIXTRIJA U MOGĦTIJA LIL-LIBRERIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b'donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Għaxaq tul is-sena 2018?", "Jista' jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-librerija pubblika f'Ħal Għaxaq għas-sena 2018 hu kif se nsemmi:", "Xiri ta' kotba ġodda - 189", "Donazzjonijiet - 686", "GĦASSA TA' RAĦAL IL-ĠDID - DELITTI RAPPURTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew irrappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta' Raħal il-Ġdid tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta' Raħal Ġdid u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 538.", "Minn dawn 138 kienu każijiet ta' serq.", "GĦASSA TAL-FGURA - DELITTI RAPPURTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew irrappurtati delitti ġewwa l-Għassa tal-Fgura tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità tal-Fgura u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 221.", "Minn dawn 79 kienu każijiet ta' serq.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid abbażi ta' liema liġi u awtorità ġie arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-każ imsemmi mill-Onor.", "Interpellant il-Pulizija aġixxiet skont is-setgħat mogħtija lilha mill-provvedimenti tal-Att dwar is-Saħħa Mentali, Kap. 525.", "Kif diġà ġie indikat fit-tweġiba għal mistoqsija oħra, dan il-każ hu suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "PULIZIJA – INKJESTA DWAR L-ARREST TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx inkjesta jew stħarriġ ieħor biex jiġi stabbilit jekk ġietx segwita l-liġi u regolamenti applikabbli kif ukoll il-protokoll applikabbli fil-każ fejn ġie arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li dan il-każ ġie rriferut u huwa suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "Intqal pubblikament ukoll li, kif normalment isir, hemm l-iskrutinju tal-Kummissarju dwar is-Saħħa Mentali.", "PULIZIJA – IMĠIBA TAL-PULIZIJA INVOLUTI FL-ARREST TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-imġiba tal-Pulizija involuti fl-arrest tal-eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta' Frar 2019 u li ttieħed l-Isptar Mount Carmel kenitx imġiba konformi mal-liġi, regolamenti u/jew kodiċi applikabbli għall-Pulizija involuti f'operazzjonijiet simili?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kif diġà ġie indikat fit-tweġibiet l-oħra fuq l-istess suġġett mill-Onor.", "Interpellant, dan il-każ huwa suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "PULIZIJA – ARREST TA' INDIVIDWU BIEX JITTIEĦED L-ISPTAR MONTE CARMELI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema ċirkostanzi huwa maħsub u ġustifikat skont il-liġi li l-Pulizija jintervjenu sabiex tiġi arrestata persuna minn darha u meħuda l-Isptar Mount Carmel?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-provvedimenti tal-liġi li jirregolaw ċirkostanzi bħal dawk imsemmija mill-Onor.", "Interpellant jinsabu fl-Artikolu 44 ta' Kap. 525 tal-Liġijiet ta' Malta, u ċjoè l-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "PULIZIJA – ARREST TA' INDIVIDWI BIEX JITTIEĦDU L-ISPTAR MONTE CARMELI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ seħħ minn Marzu tal-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena, li l-Pulizija kienet involuta sabiex tiġi arrestata persuna minn darha u meħuda l-Isptar Mount Carmel?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-istatistika tal-Pulizija tiġbor l-ammont ta' rapporti dwar il-każi kollha relatati ma' insanità ta' persuni.", "Dawn jinkludi talbiet fejn il-Pulizija tintalab tikkontrolla tali persuni.", "Dawn l-ammonti jidhru fit-tabella t'hawn taħt li tkopri l-perjodu mill-ewwel ta' Marzu 2013 sas-27 ta' Frar 2019.", "Ta' min jinnota li bejn is-sena 2014 u s-sena 2018 (5 snin) kien hemm 1,663 każ, filwaqt li bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 (5 snin) kien hemm 1,591 każ.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – SAFAR LEJN IL-PANAMA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx mar il-Panama minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija u, f'każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara tiegħu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tiegħi hija fin-negattiv, jiġifieri le.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ SOĊJALI - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u, ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9279", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9279.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7684 u ċjoè: Fil-bidu tas-sena 2017, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħadet over il-programm tas-Supported Employment mill-Malta Association of Supported Employment (MASE).", "Dan fisser li ħadet over il-520 suċċessi ta' persuni vulnerabbli li kien instabilhom xogħol matul is-sena 2016 u li sa l-aħħar tal-istess sena kienu għadhom jaħdmu, u wkoll l-FSWS kienet ħadet over madwar 20 ħaddiem abbinat mal-programm.", "Jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm minn dawn il-520 ħaddiema vulnerabbli għadhom fl-impjieg?", "b) il-ħaddiema li ġew ittrenjati u ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment u li ttieħdu mal-programm mill-FSWS, lil kemm-il persuna vulnerabbli sabu xogħol matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018?", "c) illum, x'inhu ir-rwol ta' dawn il-persuni li ġabu ċertifikazzjoni fis-Supported Employment?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-perjodu msemmi kienet ittieħdet deċiżjoni li l-benefiċjarji msemmija jkunu riferuti lill-Fondazzjoni Lino Spiteri (Lino Spiteri Foundation) hekk kif il-personnel li qed jirreferi għalihom kienu għadhom ma lestewx it-taħriġ rikjest fil-job coaching.", "Fit-12 ta' Lulju 2018, kien iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u l-Aġenzija Sapport sabiex il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali tkun rikkonxuta bħala Job Coaching Provider lill-Aġenzija Sapport.", "L-għan ta' dan il-Memorandum of Understanding huwa biex jerġa' jattiva l-iskema JESS għal persuni b'dizabilità.", "Wara li ġew milqugħa l-ex-impjegati tal-MASE, li kellhom Ċertifikat fis-Supported Employment, fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ġie iffurmat tim ta' Job Coaching Services taħt il-Maniġer tal-Fondazzjoni responsabbli mis-Social Enterprise.", "Il-proġett pilota JESS għandu l-mira prinċipali li persuni b'diżabilità li huma bla impjieg ikunu inklużi u integrati fis-soċjetà.", "Ir-rwol tal-impjegati li qed jaħdmu fit-taqsima tal-job coaching tal-FSWS u li fil-preżent huma assenjati mal-Aġenzija Sapport għat-twettiq tal-programm JESS huwa li jsaħħu l-abbiltajiet ta' persuni b'diżabilità billi joffrulhom opportunitajiet u taħriġ biex jiżviluppaw ħiliet ġodda u b'hekk iżidu l-possibbiltà li jsibu mpjieg li jagħtihom dinjità.", "Mid-data li daħal fis-seħħ l-MOU, sal-ġurnata preżenti ġew megħjuna:", "· 66 klijent li nstabilhom xogħol u qed jaħdmu fuq bażi full-time;", "· 40 klijent li qed jaħdmu fuq bażi ta' taħriġ on placement għal 20 siegħa fil-ġimgħa;", "· u 13-il klijent li qegħdin fil-fażi ta' skill building.", "Dan jammonta għal 119-il klijent illi qed jibbenefikaw mill-program JESS.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7685 u ċjoè: B'referenza għall-Job Enhancing Skills Scheme (JESS) li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej u mmexxi mill-Aġenzija Sapport, jista' l-Ministru jgħid:", "a) kemm hija s-somma totali allokata għal din l-iskema?", "Kemm huwa twil dan il-programm?", "Fiex jikkonsisti dan il-programm?", "b) meta bdiet din l-iskema u kemm-il parteċipant hemm f'din l-iskema s'issa?", "Bħalissa f'liema stadju tal-proġett waslu dawn il-parteċipanti?", "ċ) skont il-proġett, kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' persuni li ser jibbenefikaw minn din l-iskema fl-għeluq tiegħu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-programm JESS mhuwiex ffinanzjat minn Fondi Ewropej.", "Is-somma totali allokata għall-iskema JESS tammonta għal €150,000.", "Din l-iskema qed titħaddem bħala proġett pilota għal mhux aktar minn sentejn.", "JESS qiegħed jipprovdi taħriġ u job placements lill-persuni b'diżabilità fl-etajiet ta' bejn is-16 u l-55 sena li l-uniku dħul tagħhom ikun mill-pensjoni tad-diżabilità.", "Il-benefiċjarji jkollhom iċ-ċans jakkwistaw esperjenza ta' xogħol, kemm f'dipartimenti tal-Gvern kif ukoll f'entitajiet non-governattivi u f'kumpaniji privati, akkumpanjati minn job coaches li jservu ta' gwida u sapport matul l-iskema.", "Din l-iskema twaqqfet fl-2017 u mill-bidu tagħha sal-lum kien hemm total ta' 119-il benefiċjarju.", "Il-mira oriġinali ta' dan il-proġett kienet li jibbenefikaw 50 persuna.", "FSWS – TAGĦRIF DWAR SAFAR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7687 u ċjoè: Mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, kemm kienet in-nefqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) għal safar?", "Għalxiex sar dan is-safar u kemm-il persuna kienet involuta f'kull safra?", "Jista' l-Ministru jagħti breakdown?", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ĦADDIEMA BIL-PAGA MINIMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7787 u jgħid kemm hawn ħaddiema f'pajjiżna li għandhom il-paga minima?", "Kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab infurmat li bħalissa m'hemm ebda impjegat fis-Servizz Pubbliku li huwa mħallas bil-paga minima.", "Dwar kemm hawn ħaddiema f'pajjiżna li għandhom il-paga minima nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.", "STENNIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8363 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta' pazjenti skont kull kategorija ta' intervent mediku?", "Jista' jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perjodi li ġejjin:", "a) anqas minn tliet xhur;", "b) bejn 3 u sitt xhur;", "c) bejn 7 u 12-il xahar;", "d) bejn 13 u 24 xahar;", "e) bejn 25 u 36 xahar; u", "f) aktar minn 36 xahar?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-maġġoranza assoluta tal-pazjenti fuq il-listi ta' stennija fl-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hija ta' anqas minn sitt xhur.", "Fil-fatt 64% tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei u 75% tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex ilhom anqas minn sitt xhur jistennew għall-intervent tagħhom.", "Wieħed għandu jkun infurmat li ż-żmien ta' stennija għal kull intervent jiddependi mill-urġenza tal-każ.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8365 u jgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta' kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali?", "Jista' jippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m'għandHiex din l-statistika.", "MARSASKALA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f'dawn l-aħħar tliet snin f'Marsaskala?", "F'liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2016 u t-28 ta' Frar 2019 il-Pulizija rreġistrat 108 inċidenti tat-traffiku f'Marsaskala fit-toroq li huma indikati fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Infurmat li din il-figura ma tinkludix kolliżjonijiet front to rear u inċidenti oħra li kienu rreferuti lill-gwardjani lokali.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid fejn huma allokati is-Smoking Cessation Clinics u x'għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li is-Smoking Cessation Clinics huma allokati fiċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, tal-Furjana u ta' Raħal Ġdid.", "Is-servizz jiġi offrut wkoll fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "L-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk (KAP.", "315) jirrekjedi li kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk għat-tipjip għandu jinkludi l-informazzjoni Tobacco Stop Line: 80073333 kif ukoll il-website: .", "Sabiex wieħed jirċievi dan is-servizz, wieħed jista':", "iċempel fuq it-Tobacco Stop Line 8007 3333 fejn jista' jħalli d-dettalji tiegħu (f'kull ħin tal-ġurnata u tal-lejl) permezz ta' answering machine; jew", "jidħol fuq is-sit u japplika onlajn fis-sezzjoni tal-Health Promotion; jew", "ikellem professjonist tas-saħħa li t/ikun t/jista' t/jiggwidah għas-servizz; jew", "jimla applikazzjoni manwalment – applikazzjonijiet jinsabu fiċ-ċentri tas-saħħa u ġol-Isptar Mater Dei.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu mill-Programm ta' Ħbiberija?", "Hemm xi lista ta' stennija għal dan il-Programm?", "X'taħriġ għandhom il-voluntiera ta' dan il-Programm?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan huwa programm ta' ħbiberija offrut b'mod volontarju fil-Komunità lil persuni b'nuqqas ta saħħa mentali.", "Dan is-servizz jindirizza persuni li għandhom diffikultà biex jissoċjalizzaw jew għandhom nuqqas ta' sapport bħal ħbieb jew familjari fil-post fejn jgħixu.", "Il-voluntiera joffru madwar siegħa jew tnejn fil-ġimgħa fejn jiltaqgħu ma persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u jieħdu sehem f'attiviitjiet li jistgħu jkunu ta' nteress u ta' bżonn, bħal joħorġu jieħdu kafè, jaqraw xi ktieb, jaraw xi film, jakkumpanjaw lil persuna f'xi post li tkun tixtieq tmur, eċċetra.", "Biex persuna li għandha nuqqas ta' saħħa mentali taċċedi għal dan is-servizz trid tiġi referuta mit-tim psikjatriku li huwa responsabbli għall-kura tiegħu/tagħha.", "Dan jista' jsir kemm mill-isptar kif ukoll mill-komunità.", "Persuni li jixtiequ joffru dan is-servizz fi ħdan il-volontarjat jeħtieġ li jċemplu d-Dipartiment tal-Psikologija 23304313/23304183 u jistaqsu għal Ms Farrugia Lauri, Ms Ellul Bonici jew Ms Buhagiar.", "Jingħataw applikazzjoni, jimlew id-dettalji neċessarji u jipprovdu d-dokumenti mitluba.", "Wara proċess ta' vetting isir interview u jekk jintgħażel jingħata t-taħriġ neċessarju.", "Dan il-proċess ta' għażla huwa neċessarju sabiex il-persuna li se toffri dan is-servizz tkun waħda idonea u sikura għal persuna li għandha nuqqas ta' saħħa mentali.", "Bħalissa qed jiġu pproċessati numru ta' applikazzjonijiet ġodda għal volontarjat u għal persuni li jixtiequ jużaw is-servizz.", "Ta' min jgħid li dan il-proċess isir b'mod regolari kull tlieta/erba' xhur.", "Ms Tessie Saliba, Practice Nurse, toffri introduzzjoni u orjentazzjoni flimkien ma' Ms Geraldine Ellul Bonici, però billi l-volontarji magħżula huma invarjabbilment persuni b'degree fil-psikoloġija jew fis-social work diġà jkunu ħadu t-taħriġ meħtieġ f'dan il-qasam.", "Dan jipprovdi sigurtà kemm għall-klijent kif ukoll għall-voluntier.", "Ħ'ATTARD: TAQSIMA TAL-FORENSIKA - PRIĠUNIERI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hemm priġunieri fit-Taqsima Forensika ta' Ħ'Attard?", "X'inhi l-ispiża ta' kull sena relatata ma' dan is-servizz f'dan il-post?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM KUNDIZZJONIJIET U PAGI DIFFERENTI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8613, 9064 u 9256, li kienu jirrigwardaw impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti li hemm f'Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u invista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi u qed jitħallsu bir-rati tas-servizz pubbliku u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet, u allura qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministrtu ġentilment jikkonsidra li l-impjegati Għawdxin, bħal sħabhom impjegati Maltin, jingħataw ukoll l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol u pagi sakemm jibqgħu mislufa ma' dawn l-entitajiet?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li dawn mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex.", "RABAT GĦAWDEX - KAŻ TA' ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9272, li fit-tweġiba għaliha ntqal li \"l-Awtorità tal-Artijiet qed tikkontendi li dawn ma jidhirx li għandhom titolu fuq l-art, dan għaliex bħala prova tat-titolu ppreżentaw diviżjoni u l-art inkwistjoni ma kenitx imsemmija f'tali diviżjoni\", jista' l-Minsitru jiċċara u jgħid li għar-rigward fejn intqal li l-Awtorità qed tikkontendi li dawn ma jidhirx li għandhom titolu fuq l-art, jekk humiex is-sidien li m'għandhomx dritt jew inkella t-terzi persuni li ressqu l-kontestazzjoni fuq l-art?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, bħalma diġà għidna fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9272, il-persuni li rreferejt għalihom u li m'għandhomx titolu fuq l-art huma dawk li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament minnu f'mistoqsija parlamentari 6452.", "Rigward dan, il-persuni inkwistjoni diġà ġew infurmati.", "IL-FGURA: DAIRY FARM - MOĦQRIJA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-istorja mtellgħa mit-Times online nhar il-Ħamis 7 ta Marzu bit-Titlu \"Disturbing images depict horrible conditions at Fgura dairy farm\", jista' l-Ministru jgħid hux se jittieħdu passi kriminali kontra s-sid fuq akkużi ta' moħqrija lill-annimali?", "X'passi ħa d-direttur inkarigat minn dan il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex dawn l-annimali ma jibqgħux ibatu u jgħixu f'dawn il-kundizzjonijiet ta' moħqrija?", "Meta saret l-aħħar viżta mid-Direttorat dwar dan il-farm u xi nstab, u dan fid-dawl li d-dipartiment ikkonċernat kien jaf b'dawn il-kundizzjonijiet fil-farm?", "Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda, waħda?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jien infurmat li l-aħħar spezzjoni li saret mid-Direttorat fuq dan ir-razzett kienet fis-7 ta' Marzu 2019.", "Qabel din id-data kienu saru spezzjonijiet oħra f'Awwissu u Diċembru 2018 u kienet anke saret twissija bil-miktub biex jirranġa l-affarijiet.", "Filwaqt li nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja huwa awtonomu fid-deċiżjonijiet regolamentorji li jieħu, jien infurmat li dan l-istess direttorat wara li ra u kkunsidra ċ-ċirkostanzi tal-każ u wara li kkunsidra wkoll il-fatt li l-operatur ewlieni tal-farm miet m'ilux kif ukoll wara li kkunsidra wkoll id-diffikultajiet li sabu l-eredi, ħass li mhux il-każ li jittieħdu passi kriminali f'dan l-istadju.", "Jien infurmat ukoll li r-regolatur ħareġ ordni biex fi żmien stipulat ta' xahar kumplessivament u bħala l-aħħar opportunità biex ir-razzett jirregola ruħu:", "Jinġieb veterinarju privat tal-fiduċja tal-eredi biex tingħata kura lil dawk l-annimali li għandhom is-slieħ u qed ibatu mid-deni fis-sider u fejn hemm mard ieħor.", "L-eredi jridu jistabbilixxu pjan tas-saħħa tar-razzett kollu flimkien mal-veterinarju u jridu jaraw kif huma bi ħsiebhom ikomplu (ġimgħa).", "Kull materjal li jinsab fir-razzett u li jista' jwassal biex jikkawża wġigħ jew tbatija bla bżonn irid jiġi mneħħi immedjatament mir-razzett (xahar).", "Id-demel kollu li jinsab fl-imħażen fejn qegħdin l-annimali jrid jiġi mneħħi u mnaddaf immedjatament u kuljum.", "L-artijiet kollha fejn għandhom aċċess għalihom il-bhejjem iridu jiġu rranġati b'tali mod li l-bhejjem ma jiżolqux meta jkunu fuqhom.", "Hemm bżonn li jintuża iktar friex mal-art biex jassorbi iktar ilma u jevita li jkun jiżloq.", "Irid isir pjan ta' azzjoni dwar kif l-ammont ta' bhejjem se jiġi mnaqqas (mill-iktar fiss possibbli).", "SPEZZJONIJIET FUQ FROTT U ĦAXIX MINN PAJJIŻI ESTERI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'tipi ta' spezzjonijiet isiru fuq frott u ħaxix importat minn pajjiżi esteri?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jsiru spezzjonijiet varji fuq il-livell ta' pestiċidi li jinsab fuq il-frott u l-ħaxix skont l-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi, Kap. 430.", "L-ispezzjonijiet huma l-istess fuq il-frott u l-ħaxix kollu, kemm dak lokali kif ukoll dak importat.", "SPEZZJONIJIET FUQ FROTT U ĦAXIX MINN PAJJIŻI ESTERI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'tipi ta' spezzjonijiet isiru fuq frott u ħaxix importat minn pajjiżi esteri?", "JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li spezzjonijiet fuq frott u ħaxix importat minn pajjizi terzi relatat mas-saħħa tal-pjanti jsiru mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti.", "Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu kontrolli fuq id-dokumenti u kontrolli fiżiċi fuq prodotti skont kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Kwarantina tal-Pjanti (Organiżmi li jagħmlu l-ħsara) SL 433.03, kif ukoll skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea u skont il-Konvenzjoni tal- International Plant Protection Convention (IPPC).", "Ħxejjex u frott li huma rregolati taħt il-liġijiet jew l-istandards imsemmija hawn fuq huma suġġetti għal spezzjonijiet.", "Waqt dawn il-kontrolli, l-ispetturi għas-saħħa tal-pjanti jivverifikaw il-kontenut taċ-ċertifikat fitosanitarju, l-identità tal-kunsinna, kif ukoll l-istat ta' saħħa u l-kwalità ta' din il-kunsinna.", "Meta dawn it-tlieta jiġu verifikati kif ukoll approvati, il-kunsinna titħalla tidħol f'pajjiżna.", "Kontrolli fuq id-dokumenti jinkludu l-verifika ta' ċertifikati fitosanitarji maħruga mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż minn fejn joriġina l-prodott.", "Iċ-ċertifikati fitosanitarji li għandhom jakkumpanjaw kull kunsinna li tiġi minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea għandhom jirflettu r-rekwiżiti tal-liġi Maltija li tittrasponi d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 29/2000.", "Kunsinni li ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikati fitosantiarji jew li ma jkunux konformi jiġu distrutti jew mibgħuta lura minn fejn oriġinaw.", "Spezzjonijiet fiżiċi jsiru wara li l-importatur jinnotifika l-importazzjoni u jimla l-formoli neċessarji provduti mid-Dipartiment tad-Dwana.", "Waqt l-ispezzjoni, spetturi jew uffiċjali awtorizzati mid-Direttorat jivverifikaw li l-kunsinna hija kif notifikata, iddikjarata u ċċertifikata fiċ-ċertifikat fitosantiarju.", "Barra minn hekk, jittieħdu kampjuni fuq bażi ta' riskju jew skont l-ammonti definiti mill-liġi sabiex jiġu spezzjonati viżwalment għal sintomi ta' mard u fejn jinħass il-bżonn biex jiġu analizzati fil-laboratorju dijanjostiku tas-Saħħa tal-Pjanti.", "Konsenji li jkollhom sintomi ta' mard tal-pjanti ta' kwarantina jew li ma jkunux konformi mad-dokumentazzjoni jiġu distrutti jew mibgħuta lura minn fejn oriġinaw.", "Jekk il-konsenja tkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-formola ta' importazzjoni tiġi ttimbrata mill-uffiċjali tad-Direttorat u l-konsenja tiġi rilaxxata mid-Dipartiment tad-Dwana.", "MEDIĊINA COMBODART - PREZZ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mediċina Combodart li tintuża minn ħafna rġiel minħabba mard fil-prostata u peress li din tiswa €29.95 u peress li din issa ilha out of stock mill-ispiżeriji numru ta' xhur u għalkemm din il-mediċina tista' tinxtara separatament bħala żewġ mediċini Avodart u Omnic u li l-prezz tagħhom flimkien huwa ta' €43.15 u jekk jinxtraw generic, id-differenza tagħhom flimkien tkun ta' €3 anqas, u peress li n-nuqqas ta' mediċina Combodart qed tissarraf f'nefqa akbar għax-xerrej li ħafna minnhom huma pensjonanti, jista' l-Ministru jgħid x'rimedji qed jittieħdu?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Combodart li fih 0.5mg dutasteride u 0.4mg tamsulosin x 30 kapsuli jinbiegħ €29.36.", "Infurmat li huwa maħsub li se jkun hawn nuqqas tiegħu mill-inqas sa April minħabba interruzzjoni fil-proċess tal-manifattura.", "Iż-żewġ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs) huma disponibbli fis-suq f'żewġ forom ta' mediċini separati:", "• Permezz ta' koperazzjoni mal-imsieħba seħħ roħs ta' €9.20 fuq il-mediċina Avodart x 30 kapsuli (dutasteride 0.5mg).", "Il-pazjent jista' jixtrih €26.70.", "• Tamsulosin 0.4mg huwa disponibli f'kapsuli ta' Tamnic x 30 kapsula u jinbiegħ €12.25 jew Omnic x 30 kapsula €16.45", "Intant għaddej djalogu kontinwu mal-imsieħba kkonċernati sabiex nassiguraw li l-pazjent jibqa' għaddej bit-trattament meħtieġ.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-art pubblika li hi bi qbiela, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Gvern idaħħal kundizzjoni li fejn f'dawk l-inħawi huma żoni stabbiliti bħala għalqa ta' ħruq tal-logħob tan-nar, dan ma jistax jiġi miċħud minn min ikollu qbiela?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "TRANSPORT MALTA - INSURANCE TAL-UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali ta' Trasport Malta, li xogħolhom hu barra fit-toroq jiggwidaw is-sigurtà u t-traffiku humiex inxurjati, bħalma huma l-pulizija?", "X'inhi r-raġuni għalfejn il-ħin ta' fixed point għal darba oħra twal minn 4 għal 8 sigħat?", "Liema union ġiet ikkonsultata?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-uffiċjali ta' Transport Malta li xogħolhom hu barra fit-toroq huma nxurjati bħal ħaddiema kollha l-oħra tal-Awtorità.", "Fir-rigward tal-fixed point hemm taħditiet għaddejjin mal-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema.", "ĦADDIEMA TAL-PRE-HOSPITAL - INSURANCE", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħaddiema tal-pre-hospital, jiġifieri dawk tal-Emerġenza, humiex inxurjati bl-istess polza bħalma huma l-pulizija u s-civil protection?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema kif imħabbra mill-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f'dan l-istadju tapplika biss għal membri ta' forzi dixxiplinati u uffiċjali tad-Dwana.", "PJAZZA RAĦAL ĠDID U ĠNIEN DUMINKU MINTOFF – BIKE RACKS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-pjazza ta' Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati wkoll mill-Bicycle Advocacy Group?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "KORSA TAT-TLIELAQ TAL-KAROZZI FUQ ART REKLAMATA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Peress li ħames snin ilu l-Gvern kellu offerta għall-iżvilupp ta' korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dan il-proġett ma kienx implImentat?", "Għaliex il-wirja tal-proġetti li kienet imwiegħda ma saritx?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejjin studji dwar riklamazzjoni ta' art ġewwa pajjiżna mill-ERA u allura qatt ma stajna nkunu f'pożizzjoni li wieħed jibni jew jikkommetti li se jibni trakka fuq art reklamata meta s'issa għadu għaddej dan l-istudju.", "*Tabella bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8965"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190312_206d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 13 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 206, li saret fit-12 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Ispeaker, fil-kapaċità tiegħu ta' President tal-Fergħat iż-Żgħar tal-Commonwealth, fl-osservanza ta' Jum il-Commonwealth li nżammet f'Londra fil-11 ta' Marzu 2019; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "RAĦAL ĠDID – TRIQ SACRED HEART – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn Sacred Heart Street f'Raħal Ġdid ilha magħluqa bil-bankini b'kollox għal diversi ġimgħat tant li ġiet tixbah lil xi war zone, bi tbatija enormi għar-residenti?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija Infrastructure Malta bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis, bl-inqas diffikultajiet għall-pubbliku.", "F'Jannar li għadda din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 triq minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Fl-istess waqt, dan ix-xahar tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti biex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Aktar toroq li se jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.", "Ix-xogħlijiet fit-triq indikata, fosthom il-bini ta' bankini ġodda mat-tul tat-triq, baqgħu għaddejjin.", "Twaqqaf biss il-bini ta' bankini quddiem xi proprjetajiet li reċentement sofrew ħsarat estensivi wara li vettura mhux marbuta mal-istess ħidma tilfet il-kontroll u ħabtet magħhom.", "Minħabba dawn il-ħsarat, Infrastructure Malta ġiet ordnata twaqqaf xogħlijiet ta' makkinarju li jista' joħloq vibrazzjonijiet u qed tevita li tħalli ħaddiema tal-bini tat-toroq viċin l-istess bini, sakemm is-sidien tal-proprjetajiet involuti jwettqu t-tiswijiet meħtieġa u jiġi kkonfermat li m'għadhomx f'riskju ta' konsegwenzi aktar gravi.", "Infrastructure Malta qed tkompli x-xogħlijiet fil-partijiet tat-triq li ma jaffettwawx l-istabilità tal-bini indikat.", "Huwa importanti li f'sitwazzjonijiet bħal dawn, is-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku u tal-ħaddiema kkonċernati tingħata kull prijorità.", "Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta' ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f'pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, se nkompli mat-tema ta' din il-mistoqsija parlamentari rigward toroq f'Raħal Ġdid u fil-lokalitajiet tal-madwar, id-distrett li ġej minnu jien.", "F'dawn il-lokalitajiet saru diversi xogħlijiet fuq toroq residenzjali.", "Jista' allura l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid x'sar f'dak li jirrigwarda t-toroq residenzjali?", "Meta twaqqfet Infrastructure Malta, anke minn dak li kien inqtal hawnhekk, l-ewwel prijorità kienu t-toroq distributorji u arterjali filwaqt li mill-aħħar ftit xhur 'l hawn ingħatat spinta qawwija lit-toroq residenzjali.", "Kif qed naraw, hemm diversi toroq residenzjali jsiru madwar il-pajjiż.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Fir-risposta li tajt għall-mistoqsija oriġinali diġà aċċennajt għal dak li qed jagħmel il-Gvern permezz ta' Infrastructure Malta fir-rigward ta' toroq residenzjali.", "Ma rridux inħalltu x-xogħol li għaddej lil hinn mis-€700 miljun li hemm investiti għat-toroq residenzjali, għax hemm bosta.", "Jekk nieħu l-proġett tal-Marsa u proġetti fejn qed nindirizzaw il-bottlenecks li għandna f'toroq arterjali u distributorji, nista' nagħmel elenku sħiħ!", "Pereżempju llum tkompla x-xogħol finali fit-Triq Tal-Balal u dak fi Triq Ta' Buqana jinsab fi stadju avvanzat ħafna.", "Qed isiru interventi oħrajn fit-triq ta' bejn Santa Luċija u Ħal-Luqa u proġetti maġġuri oħrajn.", "Sur President, il-mistoqsija supplimentari hija relatata mat-toroq residenzjali, li huma fundamentali għan-nies li jgħixu hemm jew li jaħdmu fi stabbilimenti u negozji żgħar.", "F'pajjiżna hawn madwar 160 triq li qatt ma nbnew.", "Dawn dejjem jinbidlu, jiżdiedu jew jonqsu għax għandek żoni ta' riġenerazzjoni fejn qed jitla' bini ġdid, allura jifformaw toroq ġodda.", "Ġieli jkollok xogħlijiet li jkunu qed isiru fuq toroq li qatt ma saru, però meta kkommettejna ruħna mal-poplu li se nagħmlu dan l-investiment, identifikajna madwar 160 triq li se jkunu ta' prijorità għall-ewwel tliet snin ta' din il-ħidma.", "Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra waqqafna Infrastructure Malta u rajna kif ħriġna sejħa immedjatament għall-ewwel 120 triq li f'Jannar inbdew l-ewwel 31 minnhom.", "Bħalissa ħafna minnhom jew tlestew jew waslu fl-aħħar stadju, filwaqt li l-kumplament tal-lista se jitkomplew ix-xogħlijiet fuqhom fil-ġimgħat li ġejjin.", "Sadanittant ħarġet sejħa għal 170 triq oħra.", "Mela fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin se jkollna 290 triq kuntrattati għal din is-sena biss u bejniethom jammontaw għal madwar €120 miljun investiment.", "Aħna kommettejna ruħna għal €100 miljun investiment fis-sena imma ovvjament ċerti xogħlijiet, minħabba ċerti diffikultajiet jew kumplessitajiet tax-xogħol, se jitħallew għas-sena li ġejja.", "Għalhekk, ikkommettejna €120 miljun, biex mhux nikkommettu €100 miljun, imbagħad jirnexxilna nagħmlu €80 miljun biss.", "Mela hemmhekk ukoll għandna impenn ċar.", "Camilleri, l-ewwel triq li tellaqna kienet proprju fil-Fgura, li naf li hi għal qalbu ħafna.", "Naf li ħadem ħafna meta kellu l-opportunità li jservi bħala sindku ta' din il-lokalità u naf kemm talab lill-Gvern Ċentrali biex issir din it-triq partikolari.", "Illum in-nies għandhom triq li hija denja tal-investiment li sar sabiex jinvestu fil-propjetà jew l-istabbiliment tagħhom.", "Dan huwa l-mod kif se nkomplu naħdmu.", "Ħabbarna wkoll kif permezz ta' artificial intelligence drones, se nkunu qegħdin nagħmlu stħarriġ xjentifiku tat-toroq kollha fil-pajjiż.", "Dan se jgħinna nagħżlu t-toroq għal-listi li jmiss.", "Allura bejn deċiżjonijiet politiċi mal-kunsilli lokali u deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza, se nagħmlu l-aħjar għażliet għall-poplu inġenerali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: F'Dawret il-Qalb Imqaddsa f'San Ġorġ, Birżebbuġa, kien għaddej xogħol li issa ilu wieqaf għal numru ta' ġimgħat.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat li hemm xi problema partikolari, għax l-ingombru li hemm fit-triq qiegħed joħloq inkonvenjent mhux ħażin għar-residenti u s-sewwieqa?", "Jekk mhuwiex infurmat, jista' l-Ministru jiskopri x'inhi l-problema u jara li dan l-inkonvenjent jitnaqqas kemm jista' jkun?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Kif għedt, qegħdin nitkellmu fuq 290 triq u allura mingħajr preavviż huwa diffiċli li nagħti rendikont fuq triq partikolari, però nista' ninforma ruħi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jibgħatli messaġġ bl-isem eżatt tat-triq, inkun nista' nġib l-informazzjoni anke waqt is-seduta stess.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Il-Ministru semma t-toroq residenzjali li qed isiru bis-saħħa tax-xogħol li qed jagħmel f'timeframes li huma rekord u b'ċerta effiċjenza.", "Dan jista' jarah kulħadd u qed isir bis-saħħa ta' Infrastructure Malta li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu.", "Naf li hemm pjan rigward liema toroq residenzjali se jsiru.", "Li nixtieq inkun naf hu b'liema ordni qed jintgħażlu t-toroq u kif qed tinħadem din il-prijorità?", "Jiġifieri xi kriterji qed jintużaw biex ċerti toroq residenzjali jkunu fil-pjan għas-sena 2019 u oħrajn ikunu fil-pjan għas-snin sussegwenti?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Zammit Lewis li, bħal Deputati oħrajn, ta' spiss ikellimni fuq dak li jgħidulu l-kostitwenti.", "Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f'lokalitajiet bħal Ħal-Lija, fejn naf li tkellem f'isem ir-residenti u n-nies li jutilizzaw dawk it-toroq.", "Mhuwiex faċli li tipprijoritizza.", "Meta timpenja ruħek li tagħmel il-pajjiż kollu u jkollok talba ġenerali mingħand kulħadd biex tibda t-triq tiegħu l-ewwel għax ħadd ma jixtieq li jmissu fis-seba' sena, l-isfida hija kbira.", "L-ewwel eżerċizzju sar mal-kunsilli lokali u hemmhekk ukoll kien hemm ċirkostanzi meta l-kunsilli lokali rreaġixxew għal-listi li ppubblika l-Gvern u talbu li jkun hemm ċertu bdil fl-ordni.", "Pereżempju kien hemm min qal li jħoss li t-tali triq hija aktar importanti minn triq oħra.", "Aħna m'aħniex qegħdin neskludu li nidħlu f'diskussjoni mal-kunsilli lokali u naraw kif ċerti għażliet jerġgħu jiġu riveduti bħala prijorità skont il-ħteġijiet tal-komunità.", "Bħalissa qed isiru wkoll scannings u surveyings b'artificial intelligent drones sabiex b'mod intelliġenti u b'mod xjentifiku nistabbilixxu liema huma l-aktar toroq li huma fil-bżonn.", "Ovvjament ma tistax torbot biss fuq dak li jgħidlek id-drone għax jekk id-drone se jgħidlek li l-agħar triq hija triq partikolari f'żona rurali li ma jgħaddi minnha ħadd, ma jfissirx li għandek tpoġġiha fil-lista qabel triq fil-qalba tal-aktar belt li jgħaddu karozzi minnha f'Malta.", "Mhux qed insemmi lokalitajiet biex ma ninftihemx ħażin.", "L-intelliġenza artifiċjali tagħtik mekkaniżmu li trid iżżid miegħu l-intervent uman ta' nies professjonali sabiex jipprijoritizzaw huma.", "Kif għedt, kellna kunsilli lokali li meta raw il-lista qalulna: Grazzi talli se tagħmlulna dik it-triq, però nippreferu li ssir din it-triq minflokha.", "Għalhekk, qed nidħlu f'diskussjoni sabiex naraw jekk jistgħux isiru arranġamenti mod ieħor.", "Ovvjament il-kunsilli lokali huma l-eqreb forma ta' demokrazija tan-nies u huma jafu l-ħteġijiet tal-komunità u allura ma nistgħux ninjorawhom.", "Anzi li kieku kellhom ir-riżorsi aktarx li kieku kienu jkunu diġà evalwaw x'kienu se jkunu l-prijoritajiet tagħhom.", "Allura bis-saħħa tad-diskussjoni li għaddejja ta' kuljum permezz ta' emails, ta' laqgħat, jew tal-periti rispettivi tal-kunsilli u tal-aġenzija, se jkunu jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-kumpanija Torka li ħadet it-tender tal-flyovers tal-Marsa hija dikjarata falluta f'pajjiżha?", "Jekk dan huwa l-każ, ladarba l-Ministru ħareġ il-pre-financing lil din il-kumpanija falluta, għandu s-serħan il-moħħ li din se żżomm mat-timeframe stabbilit, inkluż mill-Gvern, li sas-sajf li ġej titlesta l-ewwel flyover?", "Jista' jgħid ukoll jekk l-inġenji li ġabu magħhom f'pajjiżna humiex roadworthy għat-toroq tagħna?", "Jidhirlu li dan huwa ġust meta l-kuntratturi Maltin nenfasizzaw magħhom li jkollhom inġenji Euro V u dawn ġew b'dan ir-raċanċ ta' inġenji f'pajjiżna?!", "Dan minbarra s-sewqan perikoluż li jsuqu bih fit-toroq tagħna!", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Rigward l-aħħar kumment għandi nifhem li l-Onor.", "Interpellant għamel l-ispezzjonijiet tiegħu u wasal għall-konklużjoni li l-makkinarju użat minn kumpaniji barranin huwa raċanċ.", "Jien ma nażżardax ngħid diskors bħal dan, anzi nħeġġeġ aktar kumpaniji internazzjonali u Maltin jaħdmu ma' kumpaniji internazzjonali sabiex tiżdied il-capacity tan-nies li jaħdmu fl-industrija.", "Il-pajjiż qiegħed jikber u allura għandu bżonn aktar ħaddiema u investituri.", "Huwa żgur li l-capacity ta' ħaddiema li kellhom il-kuntratturi meta draw b'baġits ta' €8 miljun fis-sena mhuwiex l-istess ammont bħal meta għandek baġit ta' aktar €100 miljun fis-sena!", "Naħseb li jekk l-Oppożizzjoni tixtieq tkun kredibbli meta titkellem fuq dan is-suġġett, hemm bżonn li tifhimha din.", "Rigward jekk il-kumpanija hijiex falluta jew le, jien infurmat li l-kumpanija rebħet din is-sejħa għall-offerti wara proċess kompetittiv li segwa r-regolamenti kollha tal-procurement Ewropej u Maltin.", "Fuq kollox li jinteressani lili huwa li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fil-Marsa li jirriflettu l-kuntratt li għandhom mal-entità Maltija.", "Jekk l-Onor.", "Bezzina għandu xi informazzjoni li jien m'għandix, huwa tajjeb li niddiskutu dwar dan jew li jikteb formalment, anke bħala d-Deputat responsabbli minn dan is-settur f'isem l-Oppożizzjoni.", "Meta saru kummenti fil-mezzi tax-xandir minn ġurnalisti li rrapurtaw li l-inġenji setgħu ma kinux tal-livell mitlub mill-Awtorità Maltija, jien ktibt lill-Awtorità – mingħajr ma qgħadt indoqq trombi u nippubblika, però la ġejt mistoqsi rrid inwieġeb – u għedtilha biex tiżgura li kull vettura tal-kuntratturi Maltin u tal-barranin li jiġu jaħdmu fostna tkun tirrispetta l-istandards mitluba mill-Awtorità Maltija għat-Trasport.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, naf li l-Ministru u t-tim tiegħu għaddejjin b'diversi xogħlijiet, inkluż xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq diversi pontijiet li għandna f'pajjiżna bħal, pereżempju, ix-xogħol tant meħtieġ fuq il-pont tal-Mistra.", "Ftit tax-xhur ilu kont ġbidt l-attenzjoni għall-pont ta' Ħal Qormi minħabba li għandu bżonn ta' manutenzjoni fl-immedjat.", "Jista' l-Ministru jgħid lil din il-Kamra xi pjanijiet hemm fir-rigward ta' manutenzjoni ta' pontijiet, b'mod speċjali tal-pont li hemm f'Ħal Qormi li minn fuqu tgħaddi l-Marsa-Ħamrun bypass?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Il-Prim Ministru kien għamel stqarrija f'din il-Kamra meta Malta esperjenzat maltempata mhux tas-soltu fil-ġimgħat li għaddew.", "Nixtieq nerġa' nirrimarka li hemmhekk kellna test importanti għal ċerti aspetti tal-infrastruttura tagħna, inkluż tal-pontijiet.", "Ovvjament ħafna mill-manutenzjoni wieħed seta' jaraha bħala żejda, jew li mhijiex ta' prijorità, għax forsi hemm xogħol ieħor x'jista' jsir, però meta l-awtoritajiet Maltin talbu lill-professjonisti jaraw x'kienet il-qagħda ta' dawn l-istrutturi, kellna nintervjenu b'mod immedjat kemm fuq il-pont tal-Mistra, kif ukoll fuq il-pont tal-Marsa-Ħamrun bypass, li bażikament jiġi fuq toroq tal-lokalità ta' Ħal Qormi; dak li ħafna nies jirreferu għalih bħala tal-Pepsi.", "Hemmhekk kellna struttura li tiflaħ u ma kenitx qiegħda f'xi periklu, però ladarba kienu għaddejjin ix-xogħlijiet, ħassejna li għall-ewwel darba kellna nintervjenu billi npoġġu membrane fuq l-istruttura taħt l-asfalt sabiex nipproteġu l-istruttura u d-durata tal-ħajja tagħha.", "L-interventi saru matul is-sajf li għadda.", "Sur President, għamilna xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni u anke ħriġna sejħa biex ninvestu fil-mini Tal-Qroqq, f'dawk taħt Ta' Giorni, f'dawk ta' Santa Venera kif ukoll f'dawk Ħal Kirkop.", "Għaddejjin ukoll studji fuq il-mina li twasslek għall-Kottonera imma fil-każ ta' dawn l-erba' mini ħriġna sejħa sabiex mhux biss ninvestu minħabba d-dehra tagħhom imma ninvestu wkoll mill-aspett ta' sigurtà billi jitwaħħlu cameras minħabba l-inċidenti tat-traffiku li jsiru f'dawn il-mini u affarijiet relatati ma' nirien.", "Dan huwa l-mod kif nipproġettaw ruħna bħala pajjiż żviluppat li jaspira li jkompli jilqa' fi ħdanu aktar investiment u viżitaturi, kif ukoll biex jitgawda min-nies li jgħixu hawn u jħallsu l-kontribuzzjonijiet.", "Bħalissa għaddej il-proċess ta' din is-sejħa li żgur se jkun proġett ieħor interessanti fil-gżejjer Maltin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Il-ġimgħa l-oħra l-Ministru rrispondieni għal mistoqsija parlamentari 9245 u tani tagħrif dwar infurzar u azzjonijiet diretti li saru fuq garaxxijiet li nbidlu f'residenzi.", "Bażikament hu qal li nstabu 60 garaxx mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li nqalbu f'residenza u li fil-każ ta' 15 minnhom waqqfu 'l-familji milli jokkupaw dawn il-garaxxijiet bħala residenza, 29 minnhom ġew sanzjonati filwaqt li hemm 16-il każ pendenti minħabba appell.", "Mill-aspett ta' politika umana, il-Ministru jaf x'ġara mill-familji li kienu jużaw dawn il-garaxxijiet bħala r-residenza tagħhom?", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek risposta għal din id-domanda?", "IAN BORG: Naħseb li qed nitkellmu fuq suġġett li għalkemm jaqa' fil-portafoll tiegħi, mhuwiex relatat mal-mistoqsija oriġinali.", "Fi kwalunkwe każ ieħor ta' azzjonijiet diretti mill-PA, ikun hemm kordinazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet u l-entitajiet li b'xi mod jew ieħor jistgħu jkunu kkonċernati, bħall-Pulizija, l-Animal Welfare Department jew l-Awtorità tad-Djar, u allura naħseb li dan kien il-każ f'dawn iċ-ċirkostanzi wkoll.", "Irrid ngħid li mhux neċessarjament il-każijiet kollha kienu relatati ma' aspett soċjali.", "Ħafna minnhom ikunu kkonvertew il-garaxx f'appartament mingħajr ma jkunu applikaw għall-permessi mal-Awtorità.", "Fil-fatt dawk li jiġu ssanzjonati, bl-ispazju li jkun hemm ikunu jistgħu jsiru abitabbli.", "Irridu nagħmlu distinzjoni.", "Għalhekk fir-risposta li rrefera għaliha l-Onor.", "Naf li l-Onor.", "Farrugia qed jistaqsi fuq l-aspett soċjali.", "Għandi nifhem li f'dawn il-każijiet ikunu daħlu l-awtoritajiet, imma nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub ħalli nistaqsi meta kien hemm il-ħtieġa li l-Awtorità ddaħħal entitajiet oħra mill-aspett soċjali fuq il-każijiet li kien hemm.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar ġimgħat il-Ministru ħabbar u ngħatat notifikazzjoni dwar it-tender għax-xogħlijiet tal-mina bejn Malta u Għawdex.", "Forsi xi wħud ingħataw l-impressjoni li għaġġilna ħafna.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?", "Meta hu mistenni li naraw it-tendering process?", "X'tip ta' proġett hu mistenni li naraw, anke fid-dawl tad-diversi suġġerimenti li rajna fil-midja fl-aħħar ġimgħat u xhur?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Sur President, ilna nisimgħu dwar dan il-proġett għal għexieren ta' snin.", "Tkellimna fuq pont, tkellimna fuq tunnel u dan l-aħħar smajna wkoll proposti oħrajn bħal immersed tunnel eċċ. Iż-żewġ partiti politiċi rappreżentati f'dan il-Parlament fil-programm elettorali tagħhom kellhom l-impenn dwar link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer.", "L-amministrazzjoni preċedenti bdiet l-istudji fuq dan il-proġett, primarjament permezz tal-Eks Ministru Chris Said, fejn kienu tqabbdu esperti Norveġiżi li sal-lum il-ġurnata għadhom l-esperti ewlenin f'dan il-proġett li qed taħdem fuqu Infrastructure Malta.", "Irrid ngħid li bejn Novembru u Diċembru din l-entità ħarġet sejħa bikrija fejn ħabbret lis-suq internazzjonali li hemm il-ħsieb li fis-sitt xhur li ġejjin tiġi ppubblikata sejħa għal offerti fuq livell internazzjonali għal dan il-link permanenti.", "Il-ħsieb hu li dawk iż-żmenijiet ikunu rispettati.", "Ovvjament hemm diskussjoni għaddejja.", "Il-Gvern - u għandi nifhem li anke Oppożizzjoni - qabel u ddeċieda li dan il-proġett għandu jsir.", "Aħna qed nisimgħu l-ħsibijiet ta' dawk li jixtiequ jinkludu mezzi differenti ta' trasport li jagħmel użu minn dan il-link permanenti bejn dawn iż-żewġ gżejjer u l-ħsieb hu li din is-sejħa toħroġ wara li naraw l-interess li jkun hemm.", "M'għandix dubju li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin huma favur u jixtiequ li jsir dan il-proġett b'mod serju u li jħares lejn l-aspetti ekonomiċi, ambjentali u aspetti oħra fil-ħajja taż-żewġ gżejjer.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna l-opportunità li nitkellmu dwar dan.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja ta' kuntratt ta' konsulenza li d-ditta ta' avukati Zammit Lewis Advocates għandha man-National Development and Social Fund, iffirmat fit-13 ta' Novembru 2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9274;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar direct orders mogħtija minn WasteServ u mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, bejn Ottubru 2018 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9112; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar fuel allowance li ngħata lil impjegati fil-Ministeru għal Għawdex, fil-perjodu bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9206.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-grad u d-data tal-ħatra ta' impjegati nisa, f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni, fil-Bank Ċentrali ta' Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9294.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' każi ta' ħsara volontarja (wilful damage) u ta' arson f'Tas-Sliema li ġew reġistrati mal-pulizija, fis-snin bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9009; u", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni li kkommettew reati ta' vjolenza fuq anzjani u li tressqu l-Qorti bejn l-2013 u l-2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9364.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 44 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR AWTORITÀ", "GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA (EMENDA NRU 2)", "OWEN BONNICI: Sur President, f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, nipproponi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' xi klawsoli tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) skont l-Ordni Permanenti 104 u li dan isir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Owen Bonnici.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IS-SWIEQ FINANZJARJI", "OWEN BONNICI: Sur President, f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni nipproponi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' xi klawsoli tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji skont l-Ordni Permanenti 104 u li dan isir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Owen Bonnici.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-12 ta' Marzu 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, ilbieraħ għamilt referenza għal rapport relatat ma' inkjesta dwar l-operat u t-twettiq tal-funzjonijiet tal-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ, li joħroġ minn dokument li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Din l-inkjesta kienet tħalliet f'idejn l-abbli Mħallef Michael Mallia u naħseb li l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport kienu ċari ħafna.", "Fil-fatt l-aħħar tliet linji tal-aħħar paragrafu jgħidu hekk:", "\"Il-bord interess wieħed u wieħed biss għandu jkollu: dak li jippromovi esklussivament u unikament l-interessi tat-tfal l-ewwel u qabel kollox.", "Kwalunkwe interess ieħor huwa sekondarju.\"", "Dan ir-rapport jiġbor il-ħsieb u l-ġist tal-messaġġ li rrid inwassal f'dawn l-aħħar minuti li baqagħli u għaldaqstant se nkompli nikkwota minnu.", "Pereżempju f'dan ir-rapport il-Qorti qalet hekk:", "\"Aħjar tiżbalja favur il-protezzjoni tat-tfal milli tħalli żball jitwettaq kontra tali interessi bi preġudizzji serji għall-istess tfal.\"", "Sur President, ilbieraħ fl-ewwel parti tal-intervent tiegħi għamilt aċċenn għal dan ir-rapport u rrid ngħid li fi triqti lejn id-dar irċevejt telefonati u wara kelli kuntatt ma' numru ta' foster parents li għadhom għaddejjin bil-proċess, kif inhuma obbligati li jagħmlu, biex jidhru quddiem il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ u jidher li s-sitwazzjoni għadha ma ġietx imtejba kompletament skont kif jissuġġerixxi dan ir-rapport tal-Imħallef Michael Mallia.", "Huwa tajjeb li qegħdin niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi wara li saret konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha u l-Oppożizzjoni kkontribwixxiet ukoll.", "Huwa tajjeb li nirrikonoxxu però li Gvern Laburista preċedenti prattikament rema 23 proposta li kienet ressqet l-Oppożizzjoni li kienu ġejjin minn proċess wiesa' ta' konsultazzjoni li kollna għamilna ma' numru ta' individwi, assoċjazzjonijiet, għaqdiet u nies professjonali li jmissu mal-qasam tal-fostering u tal-adozzjonijiet.", "Sur President, il-kuntatt huwa element importanti f'dan il-proċess u hawn irrid nagħmel aċċenn għad-dokument li ppreżentat Dr Olivia Galea Seychell ftit tas-snin ilu, wara li għamlet riċerka interessanti b'rabta mal-qasam tal-foster care.", "Hija tgħid kemm huwa importanti l-kuntatt u f'wieħed mill-kapitli ta' dan l-istudju titkellem dwar il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li Malta hija firmatarja tagħha, u tgħid li fl-artikli 9 u 10 hemm referenza għall-kuntatt fejn jidħlu t-tfal.", "Dr Galea Seychell tgħid ukoll li huwa importanti li l-Konvenzjoni tistabbilixxi li:", "Dan jorbot ma' dak li qal l-Imħallef Mallia, ċjoè li tkun xi tkun iċ-ċirkostanza għandna dejjem naraw li b'mod esklussiv l-interess ewlieni jibqa' l-ħarsien tat-tfal.", "U jien konvint li dan huwa l-iskop ta' dan l-Abbozz ta' Liġi u tal-emendi li forsi se jitressqu.", "Konvint ukoll li d-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-passat qatt ma kienu intenzjonati biex ibatu t-tfal, però rridu naraw it-trawma li tħalliet fuq it-tfal minħabba ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu u x'jista' jsir biex nirranġawhom.", "Forsi l-liġi twalet bla bżonn għax kien hemm min intervjena meta ma kellux għalfejn jintervjeni għax ma kienx fl-interess tat-tfal; hemmhekk ħloqna trawma li t-tfal mhux faċli li jirkupraw minnha.", "Dak li jgħaddu minnu t-tfal f'età tenera, meta jkunu qed jikbru u jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli, iħalli impatt negattiv u jkollhom iħallsu għalih.", "Qed nirreferi għal ċerti deċiżjonijiet li setgħu ttieħdu b'mod aktar veloċi u inqas burokratiku biex il-ħajja ta' dawn it-tfal titqies bħala normali.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jagħmel ukoll referenza għall-permanenza.", "Din hija xi ħaġa importanti li l-Oppożizzjoni kienet tkellmet fuqha fil-leġiżlatura l-oħra u ma ngħatatx widen però jidher li fl-aħħar l-Gvern qed jirrealizza li dak li aċċennat għalih l-Oppożizzjoni huwa pożittiv.", "Aħna kulma ridna li jkollna l-aħjar leġiżlazzjoni u allura se nkunu qed nivvotaw favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "It-trawma u l-ansjetà li t-tfal jgħaddu minnha taffettwa ħażin it-trobbija tagħhom u għada pitgħada jistgħu jirriżultaw kundizzjonijiet ta' saħħa minħabba dawn il-mumenti.", "Hemm studji li jagħmlu referenza għas-saħħa tat-tfal meta jkun hemm ċirkostanzi bħal dawn u juru li meta l-awtoritajiet kompetenti jdumu ma jieħdu d-deċiżjonijiet, issir ħsara li kultant tkun irreparabbli fuq it-tfal.", "Hemm numru ta' eżempji li m'iniex se noqgħod nidħol fihom għax se jitkellem l-Onor.", "Mifsud Bonnici dwar dan, li se jkun qed jagħlaq il-ħin allokat għall-Oppożizzjoni dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sur President, jien tkellimt ħafna fuq il-foster parents.", "Inħobb ngħid \"foster parents\" aktar milli foster carers għax dawn qed jagħmlu biċċa xogħol bi mħabba u b'rispett.", "Dawn qed jittrattaw tfal li mhumiex tagħhom daqslikieku huma tagħhom u qed joffrulhom ambjent ta' familja mimli mħabba.", "Allura huwa tajjeb li din il-Kamra tirringrazzja lil kull min b'xi mod jew ieħor mess mal-qasam tal-fostering matul l-aħħar 30 sena f'pajjiżna.", "Hawn ma nistax ma nsemmix wieħed mill-fundaturi tal-foster care, is-Sur John Rolé, li ssemma diversi drabi f'din il-Kamra, anke fil-leġiżlatura l-oħra għax meta l-foster parents ma ġewx trattati tajjeb, is-Sur Rolé għadda minn mumenti diffiċli u kien hu li tkellem mingħajr tlaqliq fl-interess tat-tfal.", "Illum wieħed jittama li s-sitwazzjoni tkompli ġejja għall-aħjar.", "Minn hawnhekk nirringrazzjah għas-servizz imprezzabbli li ta flimkien mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija tal-Foster Care.", "Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li b'xi mod jaħdmu f'dan il-qasam, fosthom is-social workers, li jkun tajjeb li bħala Oppożizzjoni nirrikonoxxu x-xogħol li jagħmlu.", "Dawn huma vokazzjonijiet li pajjiżna ma jistax ma jirrikonoxxihomx.", "F'din il-Kamra ma nistgħux ma nirrikonoxxux il-ħidma imprezzabbli ta' dawn in-nies.", "Fil-pajjiż hawn nuqqas ta' social workers u allura rridu naraw kif se nkomplu ninċentivaw dan is-settur biex inħajru aktar liż-żgħażagħ jagħmlu dan ix-xogħol li jien inqisu bħala vokazzjoni.", "Matul l-aħħar snin rajna li fil-qasam tal-adozzjonijiet il-Gvern ma kienx kommess li jidħol jgħin b'impenn.", "Huwa faċli li l-missirijiet u l-ommijiet jitkellmu dwar l-ulied però lil min hemm barra kien qed jistenna biex imur għal dan il-pass, li diġà mhuwiex faċli fih innifsu, minflok ma tajnieh triq faċli, rajna kif għamilnielu ħajtu aktar diffiċli.", "Allura nieħu gost li issa sar ameljorament f'dan il-qasam.", "Il-Ministru kkonċernat qed jimpenja ruħu li jaħdem bis-serjetà u allura nittama li nkomplu nsaħħu r-riżorsi uman.", "Nirrikonoxxi li hemm il-limitazzjonijiet imma jekk il-Gvern jinvesti fir-riżors uman, dan il-qasam inkomplu mmexxuh 'il quddiem.", "In-numri jitkellmu waħedhom.", "Rajna nuqqasijiet u għalkemm kien hemm min qed jipprova jagħti l-impressjoni li l-problema kienet ġejja minn gvernijiet barranin, meta wieħed jidħol f'kull każ isib li l-entitajiet u l-awtoritajiet setgħu ffaċilitaw il-ħajja lil min kien qiegħed jistenna bħal ruħ tal-Purgatorju biex jibda familja u jaqta' x-xewqa tiegħu iżda minflok, meta dan mar barra minn xtutna biex iġib f'pajjiżna l-ulied li xtaq biex jibda jkabbar familja b'dan il-mod ma sabx min jgħinu.", "Sur President, nittama li dak li hawn propost f'dan l-Abbozz ta' Liġi l-Gvern iwettqu kemm jista' jkun malajr ladarba sab l-appoġġ tal-Oppożizzjoni fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Infakkar li din il-liġi ħadet xejn inqas minn tmien snin għax l-ewwel Abbozz ta' Liġi kien tressaq mill-E.T. il-President Marie Louise Coleiro Preca meta kienet Ministru, imbagħad meta nbidel il-Ministru ridna nibdew kollox mill-ġdid u nsejna li hemm barra kien hemm tfal u nies li kienu qed ibatu minħabba d-dewmien ta' din il-Kamra.", "L-Oppożizzjoni tat il-kontribut u se tkompli tagħti l-kontribut tagħha għax l-interess tagħna lkoll, f'kull leġiżlazzjoni li nagħmlu u li jkollha x'taqsam mat-tfal u l-familja, għandu jkun b'mod esklussiv l-interess tat-tfal.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nirringrazzjak tal-fakultà li tajtni biex nitkellem fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tant importanti.", "Irrid ngħid b'mod ċar li wliedna ħaqqhom l-aqwa protezzjoni u dan l-Abbozz ta' Liġi qed iwieġeb għal din is-sejħa li wliedna jingħataw l-aqwa protezzjoni possibbli fil-liġi.", "Is-sistema ġuridika tagħna għamlet qabżiet u tibdiliet 'il quddiem u hija ħaġa tajba li qed isir dan l-Abbozz ta' Liġi għax dan se jkompli jċaqlaq ħafna affarijiet 'il quddiem.", "Madanakollu rrid ngħaqqdu ma' dak li diġà sar preċedentement f'żewġ direzzjonijiet.", "Taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista stabbilixxejna żewġ prinċipji importanti li din il-liġi qed torbot magħhom; stabbilixxejna li mingħajr l-ebda dell ta' dubju, kull tifel u tifla f'Malta għandhom id-dritt ikunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom.", "Din id-dikjarazzjoni tidher sempliċi però hija essenzjali għal dawk li jsibu ruħhom fid-diffikultà li fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom ikun hemm imniżżel li l-missier mhuwiex magħruf, jew għal dawk li ma jkunux ċerti dwar il-paternità tagħhom.", "Irrid infakkar li llum daħħalna s-sistema tad-DNA testing u dan it-test fil-qorti qed isir indipendentement mill-volontà tal-partijiet.", "Il-qorti għandha d-dritt li tordna t-testijiet tal-paternità u kull parti f'kawża trid tissoġġetta ruħha abbażi ta' dik l-ordni.", "Dan sar biex inħarsu d-dritt fundamentali tat-tfal li jkollhom konoxxenza tal-ġenituri tagħhom.", "Kif għamilna hekk, poġġejna fiċ-ċentru l-importanza tat-tfal għax it-tfal huma importanti mhux biss fid-diskorsi li nagħmlu u fl-intenzjonijiet tajba li għandna imma anke fil-kuntest u fil-mekkaniżmu tal-liġi.", "It-tieni pass 'il quddiem li għamilna kien meta daħħalna s-sistema tar-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri.", "Kif daħħalna din is-sistema, dan ir-reġistru poġġejnieh fuq bażi kompletament differenti minn dak li hemm f'sistemi ġuridiċi barranin, però qegħidnieh dejjem fid-dimensjoni li jipproteġi lill-minuri min-nies li jew ikkommettew delitti sesswali fuq il-minuri jew li kkommettew delitti fuq minuri.", "Ir-reġistru tagħna mhuwiex sempliċement register of sexual offenders imma huwa ferm aktar minn hekk.", "F'dik il-liġi daħħalna l-prinċipju li nies li jkunu f'dan ir-reġistru għax ikkommettew delitti kontra minuri ma jistgħux jaħdmu ma' minuri fi skejjel, f'istituzzjonijiet reliġjużi, f'istituzzjonijiet edukattivi, f'istituzzjonijiet sportivi u fi kwalunkwe forma oħra ta' għaqdiet fejn ikun hemm il-minuri.", "Jiġifieri daħħalna l-prinċipju li min ikun f'dak ir-reġistru ma jistax jieħu ħsieb minuri jew jiġi impjegat bħala għalliem, jew jagħmel kwalunkwe forma ta' xogħol ieħor fejn ikun f'kuntatt mal-minuri.", "B'dan il-mod, mhux biss komplejna affermajna l-importanza tal-minuri imma daħħalna punt fil-liġi li huwa importanti ħafna għalija; daħħalna d-dmir legali li meta xi ħadd jara sitwazzjonijiet fejn qed jiġu kommessi delitti bħal dawn, għandu l-obbligu legali li jirrapporta.", "Fis-sistema ġuridika tagħna m'għandniex dispożizzjoni li tgħid li meta ċittadin jara delitt jiġi kommess quddiemu, għandu l-obbligu legali li jmur jagħmel rapport l-għassa, ħlief f'każijiet limitati.", "F'din il-liġi però daħħalna d-dmir li ċ-ċittadin imur jagħmel rapport, mhux għax irid imma għax għandu obbligu legali.", "Dan għamilnieh għaliex ħassejna li fl-interess suprem tat-tfal għandna ndaħħlu dan il-mekkaniżmu biex mhux biss niddikjaraw li għandhom jiġu protetti u niktbu d-drittijiet tagħhom, imma jkun hemm ukoll mekkaniżmu ta' difiża.", "Jekk xi ħadd jaħseb li jista' jara delitti jsiru fuq il-minuri u ma jirrapportahomx, qed jiżbalja għax il-liġi qed tobbligana li nagħmlu rapport, kif għandu jkun.", "Meta tara dawn iż-żewġ prinċipji u tħares lejn dan l-Abbozz ta' Liġi tirrealizza li qed jipprova jieħu konjizzjoni ta' żewġ affarijiet: tal-esperjenza li nġabret bl-Att kif kien qabel, u tad-diversi liġijiet oħrajn li għamilna, fosthom id-diversi reati li inkludejna fil-Kodiċi Kriminali biex nipproteġu lill-minuri f'ċirkostanzi varji.", "Allura huwa importanti li nirrealizzaw li fir-realtà qegħdin indaħħlu lura valuri li jien ngħid li ħafna minnhom twieldu minħabba l-prinċipji etiċi nsara li bħala soċjetà nħaddnu fis-sistema ġuridika tagħna.", "Dak li qabel kienet tagħmel il-familja, ċjoè dik li qabel kienet protezzjoni naturali u dak li qabel kien mekkaniżmu ordinarju, illum, minħabba l-mod kif qed ngħixu u l-mod kif qed tiżviluppa l-familja fis-soċjetà Maltija, qed inħossu li għandna bżonn indaħħluh fis-sistema ġuridika tagħna.", "Dawn huma valuri li qabel ma kienx hemm bżonn li jinkitbu u allura dan l-Abbozz ta' Liġi qed idaħħal b'mod ċar dak li qabel kien isir diversi drabi fil-familja.", "Irridu nifhmu u naċċettaw li llum ħafna mill-valuri tradizzjonali tal-familja qed jiġu mċekkna, disputati jew addirittura mkasbra kompletament.", "Allura li qed jagħmel dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li jipprova jwieġeb għal din ir-realtà billi jdaħħal fis-sistema ġuridika tagħna prinċipji, li qabel ma kienx hemm bżonnhom, biex jipproteġi lit-tfal.", "Għaldaqstant huwa tajjeb li fis-subklawsola (1) ta' klawsola 8 jingħad hekk:", "\"(1) Kull persuna li għandha raġuni taħseb li minuri, qiegħed isofri, jew qiegħed f'periklu li jsofri, ħsara sinifikanti, tista' tirrapporta dawk iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom tqis li għandha dik ir-raġuni lid-Direttur (Protezzjoni Minuri) jew lill-Pulizija Eżekuttiva.\".", "Dan il-konċett tajjeb li niktbuh għax huwa parti mill-konċett sħiħ tas-soċjetà, però dan il-paragrafu waħdu ma qed iżid xejn ma' dak li diġà għandna.", "Illum kulħadd jista' jagħmel rapport jekk jara ħsara fuq it-tfal.", "Kellna diversi sitwazzjonijiet fejn kellna nies u ġirien li rrapportaw meta raw ċerta moħqrija.", "Il-valur addizzjonali f'dan l-Abbozz ta' Liġi jkun jekk ngħidu li n-nies mhux jistgħu imma għandhom id-dmir li jagħmlu rapport.", "Għaldaqstant naħseb li din is-subklawsola għandna nemendawha u minflok ngħidu hekk:", "\"(1) Kull persuna li għandha raġuni taħseb li minuri, qiegħed isofri, jew qiegħed f'periklu li jsofri, ħsara sinifikanti, għandha l-obbligu legali li tirrapporta …\"", "Huwa importanti li wieħed jirrapporta meta f'termini legali jkun hemm suspett raġonevoli, u huwa importanti wkoll li f'dan l-Abbozz ta' Liġi daħal id-Direttur (Protezzjoni Minuri).", "Forsi bħala kritika ġenerali dan l-Abbozz ta' Liġi fih ħafna diretturi, però ċertament li d-Direttur (Protezzjoni Minuri) huwa tastiera importanti fit-tmexxija tas-sistema ġuridika kif qiegħda.", "Dan huwa konċett importanti għall-protezzjoni tal-minuri, allura naħseb li l-introduzzjoni ta' Direttur (Protezzjoni Minuri) hija ħaġa tajba, però rridu ngħidu wkoll li d-Direttur (Protezzjoni Minuri) ma jistax jgħix in vacuo, fis-sens li jgħix biss fil-kuntest tal-parametri ta' din il-liġi.", "Qed ngħid dan għax f'din l-istess subklawsola qed jingħad li wieħed jista' jagħmel rapport lid-Direttur (Protezzjoni tal-Minuri) jew lill-Pulizija Eżekuttiva.", "Diġà għandna din l-alternattiva għax biex tagħmel ir-rapport tiegħek tista' tmur għand l-awtoritajiet jew tista' tmur għand il-Pulizija u allura għandu jidħol bħala valur miżjud li jekk xi ħadd jagħmel rapport simili, għandu jżomm quddiemu l-kuntest tar-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri.", "Għalkemm fl-Abbozz ta' Liġi hawn imsemmi li d-Direttur għandu jżomm reġistru u għandu jżomm attenzjoni għall-affarijiet, m'hemmx rabta bejnu u bejn ir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri fid-dimensjoni li xi ħadd imur u jagħmel rapport il-Qorti meta jqumu każijiet il-Qorti.", "Allura naħseb li f'dan l-Abbozz ta' Liġi rridu ndaħħlu dak li aħna l-avukati nsejħulu 'locus standi in judicio' sabiex id-Direttur (Protezzjoni Minuri) ikun jista' jidher quddiem il-Qorti u jirrapportalha xi rriżultalu fuq ċerti minuri fi żmien partikolari.", "Din tagħmel differenza għax jista' jkollok affarijiet żgħar imma kif jgħidu, ħafna affarijiet żgħar jakkumulaw u jsiru affarijiet kbar.", "Allura ngħid li għalkemm dan l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jipprovdi għal aktar protezzjoni għall-minuri, jeħtieġ li wieħed jidħol ftit aktar fid-dettall dwar dan.", "Bi pjaċir ninnota li l-Abbozz ta' Liġi jmiss ukoll mal-kwestjoni spiruża tat-tfal li jiġu ma' familji minn barra minn Malta u tat-tfal ta' immigranti irregolari.", "Fl-Abbozz ta' Liġi hawn pjan apposta għal meta jkollok minuri ġejjin minn ġuriżdizzjonijiet barranin u mhux akkumpanjati.", "Fil-fatt, klawsola 20 titkellem dwar minuri li mhumiex akkumpanjati, jiġifieri minuri li jinġiebu minn barra minn Malta mingħajr ġenituri u jew ikunu maz-zijiet jew inkella jkunu ma' nies li m'għandhomx rabta magħhom.", "Jien ngħid li dawn jippreżentaw sfida, però rridu naċċettaw ukoll li hemm sfida oħra marbuta ma' dawk it-tfal li jiġu ma' immigranti irregolari, jew ma' familji li ġejjin minn ġurisdizzjonijiet oħra.", "Hemm kulturi differenti fis-soċjetajiet li jinġiebu minnhom dawn it-tfal, senjatament fuq il-pożizzjoni tal-mara fis-soċjetajiet rispettivi tagħhom.", "Ejja naċċettaw li ħafna drabi naħsbu li min jiġi minn ġurisdizzjonijiet oħrajn ikollu l-istess valuri tagħna, mentri r-realtà hi li ċerti soċjetajiet iħarsu lejn il-mara bħala inqas mir-raġel.", "Sfortunatament, ċerti soċjetajiet għadhom iħarsu lejn il-mara bħala li hija sempliċement għas-servizz ta' ħaddieħor.", "Allura naħseb li l-isfida li qed tqum fi klawsola 20 mhijiex biss għal minuri mhux akkumpanjati għax is-subklawsola (1) tagħha tgħid hekk:", "\"(1) Kull persuna li tiġi f'kuntatt ma' minuri mhux akkumpanjat għandha tirreferi lil dak il-minuri lid-Direttur (Protezzjoni Minuri) li għandu jinnotifika lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni biex jirreġistra dak il-minuri u biex joħroġ dokument ta' identità għal dak il-minuri;\".", "Issa hawnhekk għandna żewġ kwestjonjiet.", "L-ewwel kwestjoni hija dik tal-kultura u aħna nafu biha għax f'dan il-Parlament ftit tas-snin ilu daħħalna artiklu f'liġi partikolari kontra l-mutilazzjoni tal-organi ġenitali tal-mara li f'ċerti soċjetajiet hija tradizzjoni.", "Però hemm aktar minn hekk fil-mentalità u fl-edukazzjoni tan-nies li jiġu minn barra u hawnhekk għandna sitwazzjoni aktar delikata għax qed ikollna minuri li ċ-ċittadinanza tagħhom ma tkunx identifikata għal żewġ raġunijiet: jew għax twieldu f'soċjetajiet fejn la hemm reġistru pubbliku u lanqas ċertifikat tat-twelid, jew għax twieldu hawn Malta minn ġenituri li mhumiex Maltin.", "Hemmhekk qed ikollna niffaċċjaw sfidi ġodda rigward x'se nagħmlu bir-reġistrazzjoni ta' dawn it-tfal u xi protezzjoni se nagħtuhom f'dawn iċ-ċirkostanzi.", "Din il-klawsola qiegħda ċertament tiftaħ kapitlu ġdid però naħseb li m'għandhiex tkun limitata biss għat-tfal li mhumiex akkumpanjati imma għandha tinkludi wkoll tfal li huma akkumpanjati minn xi ziju jew nies oħra li jkunu abbord id-dgħajsa jew abbord il-vapur li jiġu bih, għalkemm xorta se jkollna diffikultà biex nidentifikaw u nistabbilixxu jekk dak li jingħad ikunx vera jew inkella jkunx hemm sitwazzjonijiet differenti.", "U meta ngħidu tfal, jista' jkollok tifla ta' 14-il sena jew 15-il sena li ġejja minn ġurisdizzjoni fejn it-tradizzjoni tkun li tifla ta' 13-il sena jew 14-il sena tingħata jew tinbiegħ għaż-żwieġ.", "Jiġifieri hemm sfidi oħrajn li rridu nidħlu għalihom.", "Għandna pożizzjoni aktar u aktar interessanti għax dan l-Abbozz ta' Liġi, ngħid jien b'ħafna attenzjoni u b'ħafna abbiltà, daħal ukoll fil-kwestjoni tax-xhieda tat-tfal fil-Qorti.", "Fil-fatt subklawsola (1) ta' klawsola 16 tgħid hekk:", "\"(1) Meta fil-proċeduri li jolqtu lill-minuri …\"", "– mela hija limitata biss għall-proċeduri li jolqtu lil minuri –", "\"… l-Qorti tqis li l-minuri jkollu fehim biżżejjed, qabel ma tieħu deċiżjoni l-Qorti għandha tieħu konsiderazzjoni tax-xewqat u l-fehmiet tal-minuri, kif ukoll iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u dan dejjem fl-aħjar interessi tiegħu\".", "Din, f'ħafna sens, hija ripetizzjoni ta' dak li hemm fil-Kodiċi Ċivili però subklawsola (5) mbagħad, ġustament qed tipprova tiftaħ il-bieb biex it-tfal ikollhom struttura aħjar ta' kif jistgħu jagħtu x-xhieda tagħhom fil-Qorti.", "Ma nistax ngħid mingħajr diffikultà, għax mill-esperjenza tal-Qorti u mill-esperjenza ta' nies li taw ix-xhieda tagħhom f'kawżi bejn il-ġenituri jew f'sitwazzjonijiet varji, il-Qorti kienet, għadha, u tibqa' trawma għat-tfal li jkollhom jagħtu xhieda.", "F'subklawsoli (4) u (5) ta' klawsola 16 hemm punti innovattivi, biex ngħidu hekk, u nikkwota:", "\"(4) Il-fehmiet tal-minuri li jkunu determinabbli jew, meta dawn il-fehmiet ma jkunux jistgħu jiġu determinati, ir-raġunijiet għal dan, għandhom jitniżżlu fl-atti tal-kawża mill-Qorti.", "(5) Il-fehmiet tal-minuri għandhom jiġu determinati b'sensittività u b'mod li ma tiġix ikkaġunata ħsara lill-minuri.\"", "Din hija l-ewwel darba li dawn id-dispożizzjonijiet qegħdin jidħlu fil-liġi.", "Ta' min jara però jekk kemm-il darba dak li qiegħed jiġi stabbilit f'dawn il-proċeduri ma jkunx sempliċement limitat għall-Qorti tal-Minorenni imma jkun jista' jmur barra minnha għal sitwazzjonijiet kompletament differenti.", "L-ordnijiet għall-protezzjonijiet tal-minuri huma pass ieħor importanti, però hawn ukoll il-kritika umli tiegħi hi li meta konna għamilna l-ewwel Abbozz ta' Liġi u mbagħad l-Att dwar il-Vjolenza Domestika, daħħalna l-ordni ta' protezzjoni waqt li jkunu għaddejjin il-proċeduri kriminali u l-ordnijiet li jsiru wara meta l-proċeduri jkunu magħluqa.", "Infakkar li hemmhekk qbiżna fruntieri kbar fil-protezzjoni u f'dik li s-soltu n-nies jgħidulha \"garanzija\" għax għedna li l-Qorti tista' jew timponi li bniedem joqgħod 'il bogħod, jew li jinħareġ barra mid-dar, jew timponilu multa jew inkella ġġedded l-ordni ta' protezzjoni għal perjodu itwal minn dak li tkun stabbilixxiet oriġinarjament, però hawn jidher – u dan mingħajr ma nidher li qed nikkritika l-liġi, anzi jien irrid il-ġid lil-liġi u qed nitkellem biex tiġi perfezzjonata aktar – li qisna qegħdin noħolqu sistema ġdida għall-protezzjoni tal-minuri.", "Jien ngħid li dak li hemm stabbilit fil-liġi u fis-sistema ġuridika tagħna għandu japplika wkoll f'din id-direzzjoni għax hemm sitwazzjonijiet fejn ikun hemm aġir żbaljat fil-konfront tal-minuri però mhux neċessarjament fil-konfront tal-ġenituri.", "Hemmhekk ikollok bżonn ordnijiet li jieħdu ħsieb jipproteġu l-minuri u jkollok ukoll bżonn li toħroġ ordni ta' trattament.", "L-ordni ta' trattament fis-sistema forsi seta' ngħata xi forma ta' dell negattiv għax fis-sistema ġuridika tagħna daħħalna li l-Qorti tista' timponi fuq xi ħadd li jieħu ordnijiet ta' trattament, bħal fil-każ ta' xi ħadd li għandu l-problema tax-xorb, jew xi ħadd li għandu l-problema tad-droga, jew xi ħadd li għandu l-problema li jilgħab, jew xi ħadd li għandu problema f'xi direzzjoni partikolari.", "Hemmhekk il-Qorti, fis-sentenza tagħha u anke matul il-perkors, tista' titlob li dak l-individwu jmur biex jiġi trattat.", "Hawn ikollna tfal li jaraw ċertu ġlied fil-familji u li jgħaddu minn diffikultajiet.", "Ħafna drabi t-tfal ma jkunux jistgħu jaċċettaw li dak li qed jaraw quddiemhom huwa ħażin, anzi ħafna drabi jiġu influwenzati b'tali mod li jibdew jaħsbu li dak li jkunu għaddejjin minnu jkun normali, jew li dak li qiegħed jiġri quddiemhom iridu jgħixu fih, jew li hemm bżonn jaħbu l-affarijiet, jew li hemm bżonn jigdbu, jew li għandhom jaħbu meta jaraw lill-ġenituri tagħhom jieħdu d-droga, jew li għandhom jaħbu meta jaraw lin-nannu jagħmel ċerti affarijiet.", "Dawn l-affarijiet huma importanti ħafna f'din il-liġi u jien ngħid li din il-liġi għandha timxi pass ieħor, li huwa pass fil-live wire tas-soċjetà tagħna.", "Waħda mill-problemi li għandna fis-soċjetà tagħna hi n-nuqqas ta' kontroll tad-divulgazzjoni, permezz tat-teknoloġija moderna, ta' affarijiet li t-tfal m'għandhomx jaraw.", "Is-sistema teknoloġika li bnejna llum qed tesponi lit-tfal għal affarijiet li qabel ma kenux jiġu esposti għalihom.", "Irridu naċċettaw li fi żmienna meta t-televiżjoni kien iġib xena li m'għandux iġib, il-ġenituri tagħna kienu jibagħtuna fuq, jew inkella kienu jitfu t-televiżjoni.", "Illum it-tfal, minn meta jkollhom 12-il sena jew 13-il sena, qed jiġu esposti għall-għadu tas-soċjetà, jiġifieri għall-pronografija, għall-vjolenza u għal affarijiet li finalment jaffettwawlhom il-karattru tagħhom.", "Mela jien naħseb li f'din il-liġi għandna ndaħħlu mekkaniżmu li jagħtina l-fakultà li nipproteġu lil uliedna f'din id-dimensjoni.", "Din il-liġi ċertament naqbel magħha u nieħu pjaċir jekk tkompli tiġi mtejba għax tħares l-interess tal-ulied.", "Il-pedament tagħha hu li naraw li jkollna ulied li ma jispiċċawx 'il bogħod mis-soċjetà u li ma jsirux għedewwa tas-soċjetà imma aktar minn hekk, għandha tipprovdi għal struttura legali li ddaħħal normi u mekkaniżmi li permezz tagħhom inkunu nistgħu nerġgħu nissodaw ċerti pedamenti fis-soċjetà Irridu naraw li d-dinja teknoloġika moderna ma tkabbarx l-aġir antisoċjali imma tissoda l-valuri tal-familja u l-formazzjoni taċ-ċittadini futuri tagħna.", "Sur President, illum għandna esprjenzi kbar ta' nies li għexu ħajjithom f'diffikultajiet u f'sitwazzjonijiet fejn il-familji ma kellhomx il-mekkaniżmi li għandna llum.", "Dawn l-esperjenzi għandna nitgħallmu minnhom biex inġibu fis-soċjetà tagħna aktar ħarsien tal-ulied għax ħafna drabi kieku ma jkunx għal ċerti nanniet li qed jintervjenu biex isalvaw is-sitwazzjonijiet u jgħaddu ċerti valuri lit-tfal, kieku dawn jintilfu kompletament.", "Xi kultant meta tiltaqa' mat-tfal jew ma' nies ta' ċerta età tirrealizza li hemm vakum kbir u aħna li tlajna f'ċerta ġenerazzjoni ma nirrealizzawx biżżejjed in-nuqqas li hemm u x'nistgħu nagħmlu biex wieħed ikun jista' jerġa' jipprova jagħti lil dawn it-tfal dak li ħaqqhom, jiġifieri tfulija ferħana, tfulija fejn ikunu protetti, u tfulija li fiha jistgħu jikbru u jsiru ċittadini li jservu lil pajjiżhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq fis-seduta tal-bieraħ, 12 ta' Marzu 2019, id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi llum se tieqaf hawn u tiġi aġġornata sabiex il-winding up mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet ta' Tfal u Solidarjetà Soċjali jsir fis-seduta tat-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019.", "Id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet sospiża u baqgħet aġġornata għat-18 ta' Marzu 2019, skont il-ftehim milħuq.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għar-raba' item fuq l-aġenda u nsejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ngħaddilek Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Se naqra dan il-Messaġġ:", "Il-President wara li kienet informata dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363\", tirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "8 ta' Marzu 2019.", "Is-Segretarju Parlamentari Sivio Parnis.", "SILVIO PARNIS: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS: Sur President, qiegħed nieħu pjaċir li llum qed niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi li jitkellem dwar il-Gvern Lokali.", "Hekk kif ħadt il-ħatra ta' Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Gvern Lokali, immedjatament bdiet ħidma biex flimkien nagħmlu diskussjoni dwar dak li rridu mill-kunsilli lokali.", "Dan għaliex fil-Manifest Elettorali tal-Gvern, li ngħata mandat mill-aktar b'saħħtu, għedna li ridna naraw kif nagħtu nifs ġdid lill-kunsilli lokali.", "Sena u nofs ilu, meta ħadt il-ħatra ta' Segretarju Parlamentari u bdejna niltaqgħu man-nies għax il-kunsilli lokali jagħmluk ħafna qrib in-nies, sibna li n-nies hemm barra kienu qegħdin jitilfu l-fiduċja fil-kunsilli lokali u bdew jaraw li wara 25 sena mit-twaqqif tagħhom dawn qegħdin hemm għalxejn għax mhumiex qegħdin jilħqu l-aspirazzjonijiet tan-nies.", "U meta wieħed jibda jara għalfejn ċerti nies kienu qegħdin jitkellmu b'dan il-mod isib li fejn kien hemm kunsilli lokali li qed jaħdmu ma kienx hemm din id-diskussjoni imma fejn kien hemm kunsilli lokali li kellhom xi disgwid, kienet qiegħda tinħoloq din il-kultura.", "Aħna għedna li l-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jibqgħu, allura rridu nsaħħuhom ħalli jkunu l-aspirazzjoni taċ-ċittadin.", "Għalhekk, tlaqna b'riforma li ħadet fit-tul, imma ħadet fit-tul għax tajna ċans lil ħafna nies jesprimu l-ħsebijiet tagħhom u filwaqt li madwar il-mejda kellna nies li ħadmu fil-kunsilli lokali, u li jħobbu l-kunsilli lokali u li kienu qegħdin jaħdmu għal din ir-riforma, kellna wkoll min kien xettiku u ovvjament ridna naraw għalfejn.", "Aħna involvejna wkoll lill-Oppożizzjoni li kienet immexxija mix-Shadow Minister Robert Cutajar u jien inħoss li għandna nirringrazzjawhom.", "M'iniex ngħid li dejjem qbilna, għax kien hemm mumenti fejn ma qbilniex magħhom fuq xi affarijiet u fejn huma ma qablux magħna.", "Ħadt pjaċir però li ridna naħdmu flimkien ħalli lill-kunsilli lokali nagħtuhom l-aqwa riforma.", "Dan il-kredtu ma jistax imur biss għall-Gvern imma jrid imur ukoll għall-Oppożizzjoni li ħadmet magħna.", "Hemm affarijiet li mhux qed naqblu fuqhom, fosthom il-hamlets li aħna għedna li għandna nneħħuhom u huma baqgħu jsostnu li għandhom jibqgħu, però ma jfissirx li b'daqshekk kien hemm xi disgwid.", "Kien hemm affarijiet fir-riforma li meta rajniehom fuq il-ktieb dehru mod imma meta ddiskutejniehom flimkien rajniehom b'mod differenti.", "Iddiskutejna numru ta' affarijiet flimkien biex naraw li fil-kunsilli lokali jkollna riforma li taħdem verament.", "Sur President, ħalli ngħid x'inhi l-viżjoni tagħna dwar il-kunsilli lokali; 25 sena ilu jien kont Sindku fil-lokalità ta' Raħal Ġdid u llum, 25 sena wara, qiegħed naħdem mhux ma' lokal wieħed imma ma' 68 lokal.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-sindki, l-kunsilliera u s-segretarji eżekuttivi li ħadmu fil-lokalitajiet tagħhom.", "Jien irrid nara fejn irridu naslu, x'jaħsbu n-nies fuq il-kunsilli lokali u fejn nixtiequ nwassluhom.", "Allura naħseb li hawn irridu naraw dak li konna qegħdin nisimgħu mingħand in-nies hemm barra fit-toroq u fil-laqgħat u l-konsultazzjonijiet li għamilna.", "Biex wasalna hawnhekk l-ewwel għamilna laqgħat mat-tim li konna niddiskutu miegħu, imbagħad ħriġna l-White Paper li fiha konna qegħdin nistaqsu lin-nies dwar dak li kien se jiġri.", "Aħna ħsibna li n-nies aktar kienu se jistaqsu fuq il-ħofor, it-toroq u l-bankini – hawnhekk hawn id-Direttur Ġenerali li kien qiegħed jippilota din il-White Paper u jista' jgħid li ma kellna xejn minn dan – però, ħaġa tal-iskantament, in-nies riedu jaraw li l-kunsilli lokali jkunu aktar qrib iċ-ċittadin għax iħossu li l-kunsilli lokali huma importanti.", "Qalulna wkoll li r-reġjuni ma jafux kif jaħdmu imma jixtiequ li jarawhom jaħdmu ħalli jaraw bidla fil-kunsilli lokali.", "Meta sibna x'riedu n-nies hemm barra, imbagħad bdejna konsultazzjoni ma' numru ta' entitajiet u ltqajna mal-partiti politiċi, mal-Knisja, mal-Alternattiva Demokratika, mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali (ANSEK) u ma' xi 30 entità oħra, fosthom mal-Forum Żgħażagħ Laburisti u mal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, u rajna kif jaħsbuha dwar din ir-riforma għax din għandha tkun riforma importanti.", "Issa rridu naraw, u naħseb li qed jirnexxilna, li n-nies hemm barra jibdew jifhmu eżattament x'għandhom ikunu l-kunsilli lokali.", "Jien ngħid li din kienet sfida, għax kien hemm mumenti fejn in-nies ma kinux jafu x'inhuma r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali.", "Aħna f'din ir-riforma ma tajniex aktar poteri lill-kunsilli lokali però ma ħadnilhomx poteri lanqas.", "Aħna ridna li nipperfezzjonaw dak li għandhom il-kunsilli lokali għax ma jistax ikollok kunsill lokali li ma jiffunzjonax.", "Hemm kunsilli lokali li għandhom problema għax il-kunsilliera mhux qegħdin jaqblu u l-lokal huwa staġnat għax minkejja li għandhom il-flus, ma jistgħux jintefqu.", "Illum il-ġurnata tistgħu timmaġinaw lokal mingħajr ma jkollu min jieħu ħsieb l-indafa tat-toroq, il-ġbir tal-iskart, il-ġonna pubbliċi, il-playing fields, l-infrastruttura tat-toroq, il-bus shelters, is-sinjali u l-marki tat-toroq u r-roundabouts?!", "Dawn huma l-poteri u r-responsabbiltajiet li għandhom il-kunsilli lokali, allura rajna kif mingħajr ma nieħdu xejn lill-kunsilli lokali, nagħtu poteri ġodda lir-reġjuni.", "Meta konna għaddejjin b'din ir-riforma ma ffokajniex biss fuq il-kunsilli lokali imma ffokajna wkoll fuq id-Dipartiment tal-Gvern Lokali li għedna li rridu norganizzawh bil-kbir.", "Għall-bidu ma kenitx ħaġa faċli imma l-istess nies li kienu qegħdin jopponu li norganizzaw dan id-Dipartiment, għax ħassew li din il-bidla forsi ma kenitx se togħġob lil kulħadd, illum il-ġurnata qegħdin jaħdmu mal-Gvern Lokali.", "Hawn irrid nirringrazzja lid-Direttur Ġenerali li tant ħadem bil-għaqal biex illum għandna dipartiment organizzat u li jaħdem.", "Għandna diretturi li qegħdin jaħdmu fuq l-iskemi u qegħdin naħdmu wkoll biex meta n-nies imorru għand il-kunsill lokali u dan ma jkunx jista' jgħinhom, jidħol id-Dipartiment tal-Gvern Lokali li permezz tal-customer care jilqa' l-ilmenti u jieħu l-azzjonijiet hu.", "Fil-fatt, ħadt pjaċir nisma' individwi fit-toroq u oħrajn li bagħtu l-emails biex jgħidulna li ttieħdet azzjoni u nqdew.", "M'iniex ngħid hekk biex xi ħadd jgħidli prosit imma għax nemmen li se jirnexxilna naslu fejn irridu naslu.", "Sur President, irridu naraw li l-kunsilli lokali jibdew jimpjegaw magħhom il-contract managers.", "Dan se jkun punt kruċjali fil-ħidma tagħna fejn jidħlu l-kunsilli lokali.", "Qed ngħid hekk għax jien ma rridx nara lis-sindku jiġri fit-toroq biex jara jekk il-bankina saritx.", "Fis-Segretarjat tiegħi għandi nies fil-customer care, għandi l-assistent personali tiegħi, għandi ċ-Chief of Staff u għandi n-nies tiegħi li niddelega lilhom u huma jagħmlu x-xogħol.", "L-istess irrid nara fil-kunsilli lokali.", "Irrid li jekk il-Gvern qiegħed jagħti €50 miljun lill-kunsilli lokali biex iżommu t-toroq nodfa, biex issir is-separazzjoni tal-iskart u biex jieħdu ħsieb il-ġonna, ma nħallux lill-kuntrattur jaqdef għal rasu mingħajr ma jkun hemm contract manager li jara li l-affarijiet qegħdin isiru.", "Hawnhekk qegħdin fil-Parlament u jmexxi l-Ispeaker, imma l-Ispeaker għandu n-nies taħtu li jagħmlu x-xogħol klerikali, għandu n-nies tal-maintenance u għandu l-messaġġiera.", "L-istess irid jaħdem kunsill lokali.", "Jekk illum suppost jinkinsu ċerti toroq, il-contract manager irid imur hemmhekk biex jara li x-xogħol qiegħed isir u mhux imur is-sindku jew is-segretarja għax fl-aħħar tax-xahar kulħadd jieħdu ċ-ċekk.", "M'għandna l-ebda problema li jieħdu ċ-ċekk, l-importanti hu – hawn qiegħed ngħid għall-kuntrattur – li x-xogħol isir.", "Għalhekk qegħdin naħdmu mad-Dipartiment biex ma nibqgħux immorru lura.", "Lilna jgħidulna li biex tieħu tender trid tkun l-irħas waħda.", "Mela jekk toħroġ it-tender għall-knis, se ssib li l-irħas waħda hija ta' dak li jnaddaf it-toroq b'mod manwali.", "Bilfors li dak ikun l-irħas wieħed għax dan mhux qed jonfoq flus f'makkinarju, imma mbagħad se tieħu tal-irħas.", "Jekk illum ħafna mit-toroq huma mimlijin bil-karozzi, bilfors trid tibdel l-istandards u ġġib makkinarju li jista' jnaddaf sew.", "Jekk m'aħniex se nagħmlu hekk, se nibqgħu marbutin ma' dak li bdejna 25 sena ilu u m'aħniex se nbiddlu.", "U jekk m'aħniex lesti li nbiddlu, se nibqgħu fejn aħna u m'aħna se nagħmlu xejn.", "Hu ta' sodisfazzjon għalija li nara li l-kunsilli lokali jkunu hemmhekk biex verament jibdlu l-lokalitajiet tagħna.", "Madanakollu m'aħniex se nħalluhom jaqdfu waħedhom għax ir-riforma mhijiex se tieqaf hawn.", "Meta r-riforma tgħaddi minn dan il-Parlament, se jkollna bord li jara li r-riforma sseħħ u mhux tkun inkitbet fil-liġi u daqshekk.", "Irridu naraw li dan il-bord jieħu ħsieb li din ir-riforma tibda sseħħ għax nerġa' ngħid, dawn huma flus il-poplu.", "Diġà qegħdin naħdmu biex wara l-25 ta' Mejju, meta jitilgħu l-kunsilliera u s-sindki l-ġodda, id-Dipartiment jara li lil dawk li se jġeddu l-mandat jagħtihom it-taħriġ neċessarju biex ikunu jafu kif jaħdem l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "Aħna morna għal biċċa xogħol oħra b'rabta mar-reġjuni.", "Meta twaqqfu fl-2011 ma tantx kellhom responsabbiltajiet imma llum, permezz ta' din ir-riforma, se nkunu qegħdin nagħtuhom aktar responsabbiltajiet.", "Fil-fatt, illum kellna press conference li fiha ħabbarna r-responsabbiltajiet il-ġodda li se jkollhom bil-ħsieb li dawn jagħtu servizz lill-kunsilli lokali fi ħdanhom.", "L-Oppożizzjoni ma qablitx li r-reġjuni jibda jkollhom ir-responsabbiltajiet, fosthom li jagħmlu social impact assessment.", "Għall-bidu ma konniex qegħdin niftiehmu bħala Gvern u Oppożizzjoni.", "Konna kważi qegħdin ngħidu l-istess ħaġa u ma konniex qegħdin nifhmu x'qegħdin ngħidu.", "Imma rrid ngħid li l-Oppożizzjoni ħadmet magħna.", "Għall-bidu riedu li dan ix-xogħol jibqa' f'idejn il-kunsilli lokali imma aħna ridna mmorru għar-reġjuni bil-patt li jsir social impact assessement fuq il-lokalitajiet kollha f'terminu ta' sena biex wara Mejju l-kunsilli lokali jkunu jistgħu jagħmlu pjan għall-ħames snin li ġejjin.", "Ir-reġjuni se jkollhom responsabbilitajiet bħal, pereżemju, li jaraw li jkollhom EU Officer biex ikunu jistgħu jassistu lill-kunsill lokali.", "Barra minn hekk, f'pajjiżna ma nistgħux nibqgħu nħallu s-sitwazzjoni li l-iskejjel jagħlqu fis-2.30 p.m. u wara l-ħin tal-iskola ma jsir xejn aktar fihom; għandu jintlaħaq ftehim bejn l-iskejjel u l-President tar-reġjun biex l-iskejjel jibqgħu miftuħin u jkunu ta' għajnuna għal-lokalità.", "Irridu wkoll naraw li r-reġjuni jibdew jaħdmu flimkien mal-Housing Authority biex isiru jafu liema huma l-postijiet vojta li hemm fil-lokalitajiet.", "Hekk verament nibdew naħdmu bis-serjetà f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspett soċjali.", "Qabel kellna ħames reġjuni u ridna li nagħmluhom sitta biex ikunu jmissu ma' xulxin b'mod ġeografiku.", "Jiġifieri m'għamilniex sitt reġjuni b'kapriċċ, imma għax ridna li meta jmorru għall-fondi tal-Unjoni Ewropea, ikunu jistgħu jġibu flus għar-reġjuni tagħhom.", "Pereżempju hemm ir-reġjun tal-Port li jinkludi l-lokalitajiet kollha li jmissu mal-port bħal Bormla, il-Birgu, l-Isla, ix-Xgħajra, il-Belt u l-Furjana u dawn flimkien jistgħu jġibu fondi li jagħmlu sens għalihom.", "Hemm ukoll ir-reġjuni tan-Nofsinhar u tal-Lvant.", "Lin-nies li qegħdin jistaqsu x'inhuma r-reġjuni ngħidilhom li dawn qegħdin hemm biex il-President tar-Reġjun jaħdem mas-sindki ta' dak ir-reġjun ħalli flimkien noħorġu bl-ideat tagħna.", "Issa minn ħames reġjuni se jkollna sitta.", "Sur President, aħna rajna li ma jagħmilx sens li l-elezzjonijiet isiru fil-25 ta' Mejju u l-elezzjoni tal-presidenti tar-reġjuni ssir fit-22 ta' Mejju 2022.", "Dan ma jagħmilx sens għax irridu li meta jkunu telgħu s-sindki u l-kunsilliera, ikunu jistgħu jivvotaw għall-President tar-Reġjun.", "Allura rridu naħdmu biex l-elezzjoni għall-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) issir wara l-elezzjonijiet tal-25 ta' Mejju, 2019.", "Aħna qegħdin nippjanaw li l-elezzjonijiet għall-President tar-Reġjun u l-President tal-AKL isiru f'Ottubru.", "F'dan il-każ ukoll nifhem li rridu nagħmlu biċċa xogħol tajba għax din mhijiex kwestjoni ta' x'jaqbel lili u x'jaqbel lilek.", "Din ir-riforma ma kenitx xi ħaġa faċli u ridna nibdew mill-bidu.", "Pereżempju ma kienx jagħmel sens li tkun president ta' reġjun u fl-istess ħin sindku ta' kunsill lokali.", "Ara kif jista' jkun li tkun sindku u president ta' reġjun meta hemm dawk il-poteri u r-responsabbiltajiet kollha, apparti li jkollok kunflitt ta' interess!", "Allura għedna li jekk tkun president ta' reġjun ma tistax tkun sindku; trid jew tirriżenja jew ma tikkontestax u l-partit politiku jinnominak biex tkun il-president ta' dak ir-reġjun.", "Qabel kellna min kien sindku u president ta' reġjun.", "Ridna ngħollu l-onorarja ta' president tar-reġjun bħalma rridu ngħollu l-onorarja tas-sindku, tal-kunsilliera u tal-viċi sindku.", "Kellna wkoll diskussjonijiet dwar il-possibbiltà li s-sindki jkunu kollha full-time u din kienet mistoqsija fil-programm elettorali tal-Gvern.", "Kelli diskussjoni wiesgħa ma' numru ta' sindki u ma' nies oħra dwar dan is-suġġett u rajna li kien se jkollna problema jekk ikollna xi sindku li jkun tabib jew avukat għax dan mhux se jħalli l-professjoni tiegħu biex ikun sindku.", "Għaldaqstant id-diskussjoni jekk sindku għandux ikun full-time għandha tiġi amalgamata mad-diskussjoni dwar jekk membru parlamentari għandux ikun full-time.", "Aħna ħadna ħsieb li nsaħħu r-rwol tas-Segretarji Eżekuttivi u bħalissa għaddejja diskussjoni mal-ANSEK dwar kif nistgħu ntejbu l-kondizzjonijiet tas-Segretarji Eżekuttivi.", "Aħna ma ddejjaqniex nagħmluha ċara li s-Segretarju Eżekuttiv irid ikun full-time.", "Ma jistax ikollok Segretarju Eżekuttiv fil-lokal tan-Naxxar, pereżempju, imbagħad ikun Aġent Segretarju tal-Birgu u tal-Imqabba u jispiċċa ma jkollniex riżultati.", "B'sodisfazzjon nerġa' nirringrazzja lid-Dipartiment talli wessajna l-pool tas-Segretarji Eżekuttivi u ħarġu s-sejħiet għal min ma kellux Segretarju Eżekuttiv full-time.", "Jien irrid li l-kunsilli lokali jaħdmu bis-serjetà u jkunu hemm biex jagħmlu bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Nemmen li hawnhekk se nkunu għamilna biċċa xogħol biex għall-ewwel darba naraw il-kunsilli lokali jaħdmu flimkien mar-reġjuni.", "Mhuwiex faċli li tagħmel riforma bħal din u kollox jimxi ward u żahar, imma b'din ir-riforma rnexxielna naraw li l-kunsilli lokali jibdew jaħdmu.", "Meta kellna l-kumitati tal-hamlets kien hemm mumenti fejn lanqas kellna kandidati għalihom u ġieli kellna membri li bdew u li ma komplewx.", "Apparti milli kien hemm kumitati li ħadmu u oħrajn li ma ħadmux.", "Għaldaqstant f'din ir-riforma mhux qegħdin ngħidu li se nneħħu l-hamlets imma li fil-kunsilli lokali, bil-liġi, irid ikun hemm kunsillier responsabbli mit-tali hamlets.", "Mela jekk Raħal Ġdid, l-Imtarfa u l-Imqabba jridu li jkollhom kumitat amministrattiv għall-hamlets li għandhom fi ħdanhom, dan il-kunsillier għandu jara li jinħatar dan il-kumitat.", "U fejn qabel dawn ma kellhomx vot għax ma kien hemm l-ebda kunsillier responsabbli mill-hamlets, il-kunsillier responsabbli mill-hamlets, li qed ngħidu li jrid jinħatar bil-liġi, se jkun qiegħed imexxi l-aġenda ta' dak il-kumitat fil-kunsill lokali.", "Irridu naraw li tispiċċa darba għal dejjem din li meta jkollok kunsill lokali mmexxi minn maġġoranza Laburista ma jagħtix responsabbiltajiet lill-kunsilliera Nazzjonalisti u viċi versa.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin nagħtu 14-il responsabbiltà lill-kunsilliera, fosthom li fl-aħħar tas-sena kull kunsillier irid jagħti rendikont tax-xogħol li għamel fil-kunsill.", "Il-Gvern qiegħed jagħti €50 miljun lill-kunsilli lokali, allura rridu naraw li dawn verament jaħdmu.", "Irridu naraw kunsilli lokali li jagħmlu differenza fil-lokalitajiet tagħna.", "U tajjeb ngħid li m'aħniex se nħalluhom waħedhom imma se nkunu qegħdin ngħinuhom.", "Waqt li konna għaddejjin b'din ir-riforma għamilna eżerċizzju fejn il-Gvern kien qed jagħti €1.5 miljun kull sena biex jintefqu fi proġetti kapitali fil-lokalitajiet.", "Fil-fatt, sentejn u nofs ilu kienet ħarġet skema li permezz tagħha ġew magħżulin kunsilli li kellhom proġetti in the pipeline iżda ġara li laħqet għaddiet is-sena u l-flus ma kinux għadhom użawhom għax kien għad jonqoshom xi permessi.", "Għalhekk, dawk il-flus intilfu.", "Allura mis-sena l-oħra – ta' dan nirringrazzja lis-Sa Marisa Pisani, id-Direttur il-ġdid, li ħadmet tant tajjeb u bil-għaqal – bdejna naraw li meta proġett jiġi approvat li jsir, il-flus jingħataw lill-kunsill lokali.", "Din is-sena reġa' għandna €1.5 miljun ieħor x'nagħtu lill-kunsilli lokali u din id-darba se nagħmlu skema innovattiva.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Ministru Owen Bonnici għax f'din ir-riforma sibt għajnuna tremenda mingħandu.", "Hu tana l-go ahead biex inkunu nistgħu naħdmu ħalli nagħmlu bidla fil-kunsilli lokali.", "Dalwaqt inħabbru skema biex permezz tal-istess kunsilli lokali nintroduċu għall-ewwel darba sistema ta' irrigation fil-lokalitajiet tagħna għax mhux se jibqa' aċċettabbli li jkollna ġonna li fix-xitwa jħaddru u fis-sajf kollox ikun niexef.", "Aħna rridu noħorġu lit-tfal u ż-żgħażagħ minn ġo darhom billi nagħtuhom playing fields u bandli organizzati kif jixraq ħalli jgawdu dawn il-postijiet.", "Il-ħsieb tagħna hu li nibdew nagħmlu lqugħ għax-xemx fil-playing fields li għandna, u hawnhekk m'aħna ngħidu xejn ġdid.", "Dawn l-affarijiet f'pajjiżna ma jeżistux imma barra minn xtutna narawhom.", "Irridu nibdluh lil dan l-pajjiż.", "Irridu li mill-kunsilli lokali nagħmlu gvern Lokali.", "Ma nistgħux nibqgħu marbutin mal-imgħoddi u mal-obbligazzjonijiet li kellna s'issa.", "Fil-kunsill lokali, l-unika obbligazzjoni li għandna hi lejn ir-residenti u lejn pajjiżna, u hemm irridu naslu.", "Irrid ngħid li fil-ġranet li ġejjin se nħabbru kompetizzjoni li se tkun iffinanzjata mill-privat biex insebbħu l-lokalitajiet tagħna.", "F'din il-kompetizzjoni se nagħtu premju għall-isbaħ gallarija, għall-isbaħ sqaq u għall-isbaħ faċċata mżejna bil-fjuri.", "Għal dan il-għan, ġibna sponsor ta' madwar €10,000, u dawn biex inkunu nistgħu nagħmlu differenza fil-lokalitajiet tagħna u narawhom jieħdu r-ruħ.", "Sur President, ħadt pjaċir niltaqa' mal-Ministru għall-Ambjent, l-Onor.", "Flimkien iddiskutejna kif nistgħu nħaddru l-lokalitajiet tagħna u bgħatna email lis-Sindki u lis-Segretarji Eżekuttivi u għednielhom li jekk fil-lokalità tagħhom mitulhom is-siġar jew tkissru bir-riħ u jixtiequ jagħmlu siġar ġodda, aħna se nkunu nistgħu ngħinuhom biex insebbħu pajjiżna.", "Aħna nemmnu fl-ambjent mhux bil-paroli biss, u allura rridu naraw li jekk kellhom 18-il siġra u mietu tlieta minnhom, nerġgħu nagħtuhomlhom biex verament inħaddru l-lokalitajiet tagħna.", "Dan l-aħħar organizzajna żewġ seminars għax ħassejna li l-kunsilli lokali kienu għaddejjin minn sfida kbira.", "Huma kienu qegħdin jitolbu l-għajnuna tad-dipartimenti tal-Gvern iżda dawn ma kenux qegħdin jagħtuhom widen biżżejjed.", "F'dan is-seminar laqqajna lis-Segretarji Eżekuttivi u lis-Sindki mal-entitajiet biex naraw bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Niġi għal punt ieħor.", "Lir-reġjuni m'għedniex li se nagħtuhom aktar responsabbiltajiet u ħallejniehom b'xejn imma din is-sena tajniehom €3.1 miljun.", "Barra minn hekk, dawk kollha li jaħdmu mal-LESA u fit-tribunali se jiġu mħallsin direttament mil-LESA, u r-reġjuni se jkollhom ir-responsabbiltajiet li semmejna aktar kmieni.", "Fil-kunsilli lokali ma nistgħux nibqgħu naħdmu kif konna naħdmu 25 sena ilu.", "Irridu ndaħħlu konċetti ġodda.", "Irridu wkoll nagħmlu bidla ħolistika u mhux il-kunsilli jibqgħu jkunu sempliċement parti mill-bidla.", "Pereżempju s-sena l-oħra introduċejna s-separazzjoni tal-iskart fil-kunsilli lokali u kellna kritika li ma taqta' xejn.", "Jien ukoll kont xettiku għax il-bidla ġġiblek id-dubji, però n-nies jeħtieġ li jifhmu l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart.", "Ma jistax ikun li niġbor l-iskart separat minn wara l-bieb taċ-ċittadin u wliedna jmorru l-iskola u jisseparaw l-iskart, imbagħad meta mmorru ġo playing field ma jkunx hemm bins tas-separazzjoni tal-iskart!", "Fil-fatt qegħdin naħdmu biex fil-lokalitajiet nintroduċu smart bins biex inwasslu messaġġ pożittiv.", "Ma nistgħux nibqgħu marbutin mal-imgħoddi.", "Il-bidla li rridu nagħmlu hija bidla għall-aħjar.", "B'din ir-riforma dan il-Gvern se jħalli legat u għall-ewwel darba se jkun qed jagħti fondi u responsabbiltajiet lir-reġjuni tagħna.", "Il-kunsilli lokali u l-Gvern Lokali jridu jkunu hemmhekk biex jagħmlu bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Il-Gvern qed jagħti flus u qed joffri skemi lill-kunsilli lokali.", "Pereżempju permezz tal-Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar hemm €29 miljun allokati għall-kunsilli lokali sabiex jibdlu l-pjazez u l-isqaqien tagħhom ħalli verament nagħmlu bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Jien inħossni moderat fix-xogħol li nagħmel.", "Jien mhux qiegħed fil-Parlament biex inħalli l-affarijiet kif inhuma, jew biex taparsi nagħmel ir-riformi, jew biex naqsam lill-kunsilli lokali.", "Dak li għamilna, għamilnieh bħala kumitat.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu miegħi biex wasalna fejn qegħdin illum.", "Nixtieq nirringrazzja lid-Direttur Ġenerali s-Sur Natalino Attard, lis-Sa Marisa Pisani, lis-Sur Christopher Galea, lis-Sur Etienne Mercieca, lis-Sur Michael Cohen, lis-Sur Sandro Craus, lis-Sur Mario Fava li huwa l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, lis-Sur Jonathan Attard, lill-Avukat Chris Cilia u lil dawk kollha li ħadmu biex wasalna għal din ir-riforma li permezz tagħha se nagħmlu bidla mill-qiegħ u nagħtu l-għodda lill-kunsilli lokali u lir-reġjuni.", "Fil-25 ta' Mejju se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u s-sindki u l-presidenti reġjonali se ssirilhom ir-riforma li fassalna flimkien biex nagħtu nifs ġdid lill-kunsilli lokali.", "Fadlilna xahrejn oħra għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, fejn se jkun hemm kompetizzjoni ta' min se jieħu l-maġġoranza.", "Dik hija normali li ssir.", "Wara l-25 ta' Mejju però, madwar il-mejda tal-kunsilli lokali rridu naraw sindki u kunsilliera jaħdmu għall-ġid tal-lokal.", "M'aħniex se nippermettu aktar li minħabba l-ġlied li jkun hemm fil-kunsilli lokali, inħallu lir-residenti jbatu.", "Lanqas m'aħna se naċċettaw aktar li minħabba l-ġlied intern bejn il-kunsilliera, inħallu miljuni ta' ewro jintilfu għax ma jkunux jistgħu jintużaw minħabba li jkun skada ż-żmien.", "Il-kunsilli lokali qegħdin hemm biex iċ-ċittadin ikollu ħajja aħjar fil-lokal tiegħu, u din se nkunu qegħdin nagħfsu fuqha.", "Għaddejna minn martirju f'ċerti kunsilli lokali.", "Jien għamiltha ċara u ilni ngħidha li min ħiereġ għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali jrid ikun lest li jaħdem biex nagħmlu l-bidla meħtieġa.", "Min m'għandux ċans għall-kunsilli lokali, aħjar ma joħroġ xejn milli jkun piż fuq il-lokal.", "Lil min irid jaħdem se ngħinuh u se nagħtuh l-għodda biex jaħdem.", "Biss biss din ir-riforma saret biex stajna nagħtu l-għodda biex il-kunsilli lokali jaħdmu għax ridna li mill-kunsilli lokali nagħmlu l-Gvern Lokali fil-lokalitajiet tagħna ħalli ssir il-bidla neċessarja.", "Sur President, se jkollna diskussjoni fejn kulħadd se jkollu ċans jitkellem u nixtieq li tkun diskussjoni matura.", "Nixtieq li dan il-Parlament ikun jista' verament juri li aħna mhux qegħdin hawn biex nagħmlu l-qasmiet imma biex nagħmlu l-aqwa riforma għall-Gvern Lokali.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, irrid nibda billi nirringrazzja minn qalbi lill-Onor.", "Silvio Parnis li, fil-fehma tiegħi, għamel xogħol eċċellenti biex f'għeluq il-ħamsa u għoxrin anniversarju minn mindu twaqqfu l-kunsilli lokali nkunu nistgħu niċċelebraw dan l-anniversarju mhux biss billi ngħidu kemm huma importanti l-kunsill lokali, imma billi nemendaw l-Att dwar Kunsilli Lokali b'mod li nirriformaw il-kunsilli lokali.", "Naħseb li dan is-settur għandu vantaġġ kbir li qed imexxih l-Onor.", "Silvio Parnis għax huwa kien wieħed mill-aħjar sindki li qatt kellna.", "Niftakar li kont għadni l-iskola sekondarja meta l-Onor.", "Parnis kien sindku fl-ewwel Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid u kulħadd kien ifaħħar xogħlu.", "Peress li jien miż-Żejtun, u Raħal Ġdid u ż-Żejtun bieb u għatba, il-feedback minn Raħal Ġdid jasalli mill-ewwel.", "L-istess nista' ngħid għall-Oppożizzjoni.", "Robert Cutajar, kien Sindku tal-Mellieħa tal-affari tiegħu ħafna u għamel ħafna ġid.", "Għaldaqstant f'din ir-riforma għandna nies li mhux biss jitkellmu dwar il-kunsilli lokali imma jafu x'inhuma għax għexuhom.", "Kienu sindki ta' żewġ lokalitajiet, wieħed fin-Nofsinhar u l-ieħor fit-Tramuntana u jafu xi jfisser li tkun f'kunsill lokali.", "Il-kunsilli lokali huma għal qalbi għax jien kont għal żewġ termini fil-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u allura naf x'inhu kunsill lokali.", "Għax mod li ma tkunx f'kunsill lokali u mod tkun.", "Mela meta qed nitkellmu dwar il-bżonn li nirriformaw il-kunsilli lokali u mmexxuhom 'il quddiem, qegħdin nitkellmu dwar xi ħaġa li nemmnu fiha.", "Jien nemmen li l-kunsilli lokali huma bżonjużi u rridu nirranġawhom.", "Parnis smajnieh jitkellem u hu jemmen b'qalbu kollha li l-kunsilli lokali huma bżonn f'pajjiżna, imma daqskemm huma bżonn il-kunsilli lokali hemm bżonn li jinbidlu għall-aħjar.", "Irridu nkunu onesti magħna nfusna u ngħidu li filwaqt li hemm ħafna li jaqblu mal-kunsilli lokali, għandhom riservi dwar l-effettività tagħhom, għall-inqas f'ċerti oqsma.", "Fil-fehma tiegħi, permezz tar-riforma li qegħdin nagħmlu se nbiddlu l-affarijiet li hemm bżonn li jinbidlu u se nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li qed jagħmlu l-kunsilli lokali.", "Jekk tgħidli biex nagħti assessment tal-aħħar 25 sena ta' kunsill lokali, l-assessment tiegħi jkun li l-kunsilli lokali għamlu xogħol tajjeb f'pajjiżna, kienu suċċess, però żgur li jekk ma nbiddluhomx għall-aħjar, mhux se jkunu f'pożizzjoni li jilħqu l-aspirazzjonijiet tan-nies.", "Irridu nirringrazzjaw lil ħafna sindki, viċi sindki u kunsilliera li jaħdmu ħafna.", "Pereżempju jien għandi ammirazzjoni tremenda lejn dawk il-kunsilliera li huma pensjonanti.", "Jien għandi ħabta nqum kmieni u qabel is-7.00 a.m. kemm-il darba nara kunsilliera anzjani jduru l-lokalitajiet u meta nieqaf bil-karozza biex insellmilhom, ngħidilhom \"Mela diġà bdejt?\" u huma jgħiduli li diġà ilhom siegħa jduru!", "Dawn in-nies nammirahom ħafna u nixtieq nirringrazzjahom għax naħseb li l-ebda persuna oħra li għandha kariga pubblika ma tagħmel dak li jagħmlu dawn il-kunsilliera.", "Kieku l-Gvern jgħid li minflok il-kunsilli lokali se jkun hemm dipartiment tal-Gvern f'kull lokalità, jien ngħid li ma jqumux filgħodu kmieni u jmorru jduru.", "Sur President, aħna nafu l-inkwiet li ngħaddu minnu jien u sieħbi meta jkun hemm kunsilli lokali li ma jiffunzjonawx!", "Jien irrid niġi hawn u ngħid l-affarijiet kif inhuma.", "Ġieli jkollok kunsill lokali li ma jiffunzjonax, bħal dak ta' San Pawl il-Baħar.", "Jien u l-Onor.", "Parnis nafu x'jiġifieri meta tirċievi email wara oħra mingħand ir-residenti biex jgħidulek li ma jistax ikun li jgħixu f'dak il-ħmieġ.", "Aħna dawn nipprovaw nikkumpensawhom billi nagħmlu dan ix-xogħol mir-riżorsi tal-Ministeru u pereżempju nċemplu lid-Direttur Ġenerali tal-Cleansing Department u għalkemm nafu li mhijiex il-mansjoni tiegħu, nitolbuh imur San Pawl il-Baħar biex jagħmel ix-xogħol neċessarju.", "Mhux qed insemmi San Pawl il-Baħar għax għandu maġġoranza Nazzjonalista.", "Seta' kellu maġġoranza Laburista għax kont niġi hawn u ngħid l-istess ħaġa għax għalija dan huwa inaċċettabbli.", "Bħalma nfaħħar lil min jagħmel xogħlu, għalija huwa inaċċettabbli li xi ħadd ma jagħmilx xogħlu.", "Jien ma ġejtx hawnhekk biex ngħidilhom prosit u kemm huma tajbin, nirtokkaw il-liġi u tlaqna 'l hemm.", "Jien ġejt hawnhekk biex ngħid li l-kunsilli lokali huma tajbin fil-ġeneralità tagħhom, fejn irnexxew, irnexxew ħafna, però fejn ma rnexxewx, ma rnexxewx ħafna u rridu nbiddlu l-affarijiet li hemm bżonn jinbidlu biex l-affarijiet jimxu 'l quddiem.", "Jekk wieħed jistaqsini fil-fehma tiegħi liema hi l-aktar bidla importanti mill-bidliet kollha li semma l-Onor.", "Parnis, ikolli ngħid li għalija l-aktar bidla importanti hija dik li għandha x'taqsam mar-reġjuni.", "Parnis għandu prijoritajiet oħrajn u għalih l-aktar bidla importanti hija l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ għax issa permezz ta' riforma li għamilna fl-aħħar leġiżlatura se jkunu jistgħu jipparteċipaw anke żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Forsi jkun hemm min jgħidlek li l-aktar bidla importanti hi li kunsill lokali se jkollu rappreżentant li jieħu ħsieb il-hamlet.", "Imma għalija l-aktar punt importanti huwa dak tar-reġjuni.", "Għalhekk irrid nispjega x'inhi din ir-riforma massiva li se jkun qed jagħmel l-Onor.", "Parnis permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Malta llum għandha ħames reġjuni u nqerr magħkom li qabel ma bdejt nifforma parti mill-Eżekuttiv, kont inħares b'xettiċiżmu kbir lejn ir-reġjuni.", "Kont ngħid: La f'Malta diġà għandna 68 kunsill lokali, hemm bżonn ħames reġjuni?", "Hekk kont nirraġuna.", "Illum, wara li ilni kważi seba' snin nagħmel parti mill-Eżekuttiv, ngħid li t-triq 'il quddiem huma r-reġjuni!", "Jiġifieri kelli bidla radikali fil-ħsieb tiegħi u nistieden lin-nies jagħmlu din il-bidla fil-ħsieb tagħhom ukoll.", "F'Malta qegħdin fis-sitwazzjoni li żidna l-allokazzjoni finanzjarja għat-68 kunsill lokali li għandna.", "Fil-fatt, il-baġit tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa t-tielet jew ir-raba' l-akbar mill-Gvern kollu.", "Il-Ministeru tiegħi huwa wieħed mit-top spenders u xorta ġieli ngħid li m'għandix flus biżżejjed għax inkun nixtieq nagħmel aktar, aħseb u ara l-kunsilli lokali li żżid kemm iżżid, l-allokazzjoni tagħhom tibqa' dik li hi!", "Ir-realtà f'pajjiżna hi li għandna Gvern Ċentrali kbir fuq, 68 kunsill lokali taħt u m'hemmx middle management li b'xi mod jibni fuq l-economies of scale tar-reġjuni u fl-istess waqt iressaq il-kunsilli lokali qrib il-Gvern Ċentrali.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li minflok ħames reġjuni għandu jkollna sitta u dawn għandu jkollhom il-flus, mhux kif kien isir qabel.", "Fil-fatt hawnhekk se nikkritika ftit lil sħabi tan-naħa l-oħra.", "Naf li mhux se jieħdu għalihom.", "Jekk tagħmel reġjuni bla flus tkun qed tidħak bin-nies.", "Tkun qisek qed tgħidilhom: Se nagħtik palazz imma ċ-ċavetta se nżommha jien.", "F'dak il-każ tagħtini xejn mill-ewwel u mhux toqgħod twebbilni bil-palazz!", "Issa r-reġjuni se jingħataw allokazzjoni finanzjarja.", "Aħna ma ġejniex hawn – hawnhekk nerġa' nirringrazzja lill-Onor.", "Parnis għax dan huwa mertu tiegħu – biex ngħidu li se nwaqqfu r-reġjuni u mbagħad fil-baġit li jmiss immorru għand il-Ministru għall-Finanzi u nitolbuh il-flus.", "Mhux hekk qegħdin ngħidu.", "Aħna diġà għamilna t-talba u l-Ministru tana €3.15 miljun għar-reġjuni.", "Mela minn xejn issa għandna €3.15 miljun.", "Ladarba flus għandna, issa li rridu nagħmlu huwa li nsaħħu r-reġjuni.", "Dik hija s-serjetà.", "Meta jkollna dawn is-sitt reġjuni, dawn se jitmexxew b'mod professjonali minn xi ħadd li se tkun il-professjoni tiegħu.", "Naħseb li l-Onor.", "Parnis sejjaħlu CEO.", "L-importanti mhuwiex l-isem però imma li jkollok persuna full-time li tmexxi r-reġjun b'mod diliġenti u kif suppost għax dan jagħti ħafna vantaġġi lill-kunsilli lokali.", "Meta kont kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn kellna l-kwestjoni tal-Impjant ta' Sant'Antnin u dak iż-żmien konna ħdimna mas-Sur Joe Attard, Alla jaħfirlu, u mas-Sindku ta' Ħaż-Żabbar.", "Kieku dakinhar konna organizzati f'reġjuni, kieku konna nkunu aħjar għax kien ikollna servizz ta' perit.", "U kieku ridna napplikaw għall-fondi Ewropej, bħala reġjun konna nkunu f'pożizzjoni li napplikaw b'mod aktar b'saħħtu u kien ikun hemm CEO jew direttur full-time li jmexxi r-reġjun 'il quddiem.", "Jien nemmen li s-suċċess ta' din ir-riforma jorbot mas-suċċess tar-reġjonalità ta' pajjiżna.", "Għalhekk nixtieq nappella lil dawk li jaħsbuha bħalma kont naħsibha jien biex jibdlu l-ħsieb.", "Jien m'iniex qed nipprietka imma sa seba' snin ilu ma kontx naqbel mar-reġjuni filwaqt li llum ngħid li r-reġjuni huma kruċjali biex il-governanza lokali timxi 'l quddiem.", "Għawdex kellu esperjenza reġjonali għax sħabna l-Għawdxin ġejjin minn legacy ta' reġjonalità, anke l-mod kif jirraġunaw huwa differenti minn kif nifhmuh aħna.", "L-idea ta' reġjun mhux qiegħda hemm biex ittella' l-ħitan imma biex tibni pontijiet bejn il-kunsilli lokali nfushom u l-Gvern Ċentrali, u din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Nerġa' ngħid li r-reġjuni mhux se jservu biex jibnu l-ħitan imma biex jibnu l-pontijiet bejn il-kunsilli lokali nfushom u l-Gvern Ċentrali.", "Għalija li ċerti xogħlijiet, poteri u responsabbiltajiet se jiġu mogħtija lir-reġjuni hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Se nġib eżempju li mhuwiex cutting edge jew earth-shattering imma li bħala Ministru għall-Kultura ngħaddi minnu ta' kuljum!", "Jien nirċievi emails biex jistaqsuni t-tali monument taħt ir-responsabbiltà ta' min jaqa'.", "Hawn mhux qed nirreferi għall-Monument tal-Assedju l-Kbir imma għal diversi monumenti li hemm imferrxin ma' pajjiżna.", "Meta nistaqsi lill-kunsill lokali, jgħiduli: Le, dak mhux aħna nieħdu ħsieb.", "Mela aħna għandna l-flus biex nieħdu ħsieb monument ta' dak id-daqs?", "Meta mbagħad nistaqsi lill-Cleansing Directorate, jgħiduli: Le, aħna nnaddfu t-toroq xogħolna.", "Meta nistaqsi lir-Restoration Unit, jgħiduli: Le, aħna restawr nagħmlu, mhux manutenzjoni ta' monumenti.", "Meta nistaqsi lil Heritage Malta, jgħiduli: Le, id-devoluzzjonijiet huma dawk li jinsabu fl-iskeda.", "Allura dan il-monument jispiċċa a no man's land u ma tkunx taf min se jmantnih, imbagħad tirrealizza li din hija konsegwenza tal-fatt li f'Malta m'għandniex reġjuni li jaħdmu.", "Kieku għandna reġjuni li jaħdmu, there is no way in hell li jkollok monument ta' importanza għall-pajjiż u r-reġjun iħallih mhux mantnut!", "Kieku żgur jara x'jagħmel biex jieħu ħsiebu.", "Tajt dan l-eżempju tal-monument ħalli jifhimni kulħadd però dan juri li fil-pajjiż għandna no man's lands li ovvjament imbagħad jispiċċaw għand il-Gvern Ċentrali.", "Jekk għandi a no man's land, bħala Ministru mhux se noqgħod niċċassa imma rrid nimla dak il-vojt!", "Madanakollu jekk aħna nemmnu fis-sussidjarjetà, il-vojt mhux il-Gvern irid jimlieh imma r-reġjun.", "Jien nemmen b'qalbi kollha li s-suċċess ta' din ir-riforma hu marbut mal-bżonn li r-reġjuni jaħdmu tajjeb.", "Irrid nagħmel enfasi fuq dan il-punt għax huwa kruċjali.", "Nixtieq nagħmel enfasi wkoll fuq punt ieħor li għalija huwa importanti ħafna.", "F'Mejju li ġej, għall-ewwel darba, l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Membri Parlamentari Ewropej se jsiru ma' Malta kollha fl-istess ġurnata.", "Din hija xi ħaġa li jien kelli mano in pasta fiha għax jien kont dak il-Ministru li għamel l-emendi neċessarji biex ma jibqax ikollna elezzjonijiet kull sena.", "U dan għamiltu għal diversi raġunijiet.", "Jien qbadt il-barri minn qrunu u għidt li din il-ħaġa m'għandhiex tkun.", "Jien kont tal-idea li l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għandhom isiru kollha flimkien kull ħames snin mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Meta pproponejt dik l-emenda kien hemm min ikkritikani li kont qed inkun antidemokratiku u anke qaluli li jien dittatur u ħafna paroli fil-vojt.", "Għalhekk, konna ddeċidejna li nċaqilqu l-elezzjonijiet lokali u konna lħaqna kompromess li l-elezzjoni li jmiss, li jekk m'iniex sejjer żball kienet dik tal-2017, issir fl-2019.", "B'hekk, laqqajna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kollha f'daqqa biex isiru kull ħames snin.", "Qed ngħid dan biex infakkar l-istorja reċenti ta' pajjiżna għax issa li ġejjin l-elezzjonijiet ta' Mejju, m'għadni nisma' xejn fuq dan kollu!", "Mela filli bdew jgħidu li l-Gvern imissu jistħi, li hu dittatur, li jrid joħnoq id-demokrazija u sa anke kitbu barra minn Malta u issa li waslu l-elezzjonijiet ħadd mhu qed jgħid xejn!", "Ħadd ma qal li għax l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Malta kollha se jsiru f'daqqa kull ħames snin hemm xi ħaġa ħażina.", "Anzi l-partiti politiċi qegħdin iħeġġu lin-nies biex joħorġu jivvotaw, u sewwa jagħmlu.", "Kieku kienu jemmnu li dik hija xi ħaġa ħażina, kieku ma kinux iħeġġu lin-nies biex joħorġu jivvotaw.", "Mela l-fatt li kull naħa qed tħeġġeġ lin-nies biex joħorġu jivvotaw u qed jippromwovu l-kunsilliera u l-kandidati, għalija huwa sinjal li hawn kunsens li f'dan il-pajjiż ikollna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kollha miġburin f'round wieħed mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Għalija dik hija konferma u llum qed nieħu gost li fil-Parlament qed nara din is-serenità dwar dan il-punt li sentejn jew tliet snin ilu kien hemm kontroversji kbar fuqu.", "Allura jien ukoll inħeġġeġ lin-nies biex f'Mejju li ġej joħorġu jivvotaw.", "Din se tkun l-ewwel elezzjoni li fiha l-kunsilli lokali se jiġu eletti kollha f'daqqa.", "Se tkun xi ħaġa storika wkoll għal raġuni oħra li diġà semmejt qabel, ċjoè li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena se jkunu jistgħu jivvotaw u jipparteċipaw b'mod attiv fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Meta l-Prim Ministru Joseph Muscat laħaq Kap tal-Oppożizzjoni fl-2008, fl-ewwel okkażjoni li kellu kien qal li hu jemmen fil-Vot 16.", "Dak iż-żmien kulħadd qal, \"Dan għadu kemm laħaq Kap tal-Oppożizzjoni, kif qed jgħid li jemmen fil-Vot 16?\" u kien hemm daqsxejn kontroversja.", "Niftakar meta kienu jitkellmu n-nies kienu jgħidu: Dan qed jgħid li se nagħtu l-vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena?!", "Illum kuntent immens li qed naraw li din il-viżjoni li kellu l-Onor.", "Muscat daħlet fil-liġijiet tagħna u hawn kunsens dwarha.", "Għalhekk inħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Ma rridx ngħid li se nagħtuhom id-dritt għax ma rridx ninftiehem li qisna qed nagħmlulhom xi pjaċir, jew li qed nitkellmu b'ton patronizzanti, imma l-fatt li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena llum se jivvotaw u jipparteċipaw b'mod attiv fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali hija xi ħaġa importanti u nħeġġiġhom biex jivvotaw għax il-vot tagħhom se jkun determinanti.", "Hawn mhux qegħdin nitkellmu fuq tliet familji ġo raħal b'xi 20 vot jew għaxar voti kollox, imma qed nitkellemu fuq ħafna żgħażagħ li se jivvotaw.", "M'għandix dubju li ż-żgħażagħ se jkunu f'pożizzjoni li jħallu impatt u jibdlu l-futur tal-lokalità tagħhom.", "Meta jivvotaw iż-żgħażagħ ikollok leħen b'saħħtu.", "Għalhekk inħeġġeġ lin-nies kollha biex jutilizzawh.", "Sur President, irrid nsellem lil sħabna r-residenti tar-Renju Unit.", "Kif nafu, qed jinkiteb rumanz sħiħ b'rabta mal-Brexit u qed naraw kapitlu wara ieħor ta' dan ir-rumanz li kulħadd jixtieq li jkollu konklużjoni pożittiva għax fil-mument li l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea, mhux se ssib ruħha f'xi deżert fejn ma jafha ħadd imma se tibqa' sieħeb kruċjali.", "L-Ingilterra hija pajjiż li nħobbuh ħafna u, ikunx hard Brexit jew ikunx Brexit maqbul, għandu jkollha l-aqwa relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.", "Irrid insellem lill-Brittaniċi li jgħixu f'pajjiżna u b'mod straordinarju qed ngħidulhom li se jkollhom id-dritt li jivvotaw u jipparteċipaw b'mod attiv fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Qed nibgħat dan il-messaġġ lir-residenti Brittaniċi għax aħna rridu li jibqa' jkollna l-aqwa relazzjonijiet mar-Renju Unit.", "Forsi wieħed jgħid: Ikollok l-aqwa relazzjonijiet għax tagħtihom id-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "Mhux biss, imma li tagħtihom dan id-dritt huwa sinjal ta' rispett kbir li jgawdi r-Renju Unit mingħand il-Gvern Malti.", "U fil-verità aħna ngawdu l-istess rispett għax il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit ukoll għandhom id-dritt li jivvotaw.", "Jien għandi Maltin ħbieb tiegħi li marru jistudjaw f'universitajiet fl-Ingilterra li vvotaw fit-tieni jew fit-tielet elezzjoni ta' Tony Blair.", "Jiġifieri hemm din ir-reċiproċità sabiħa bejn iċ-ċittadini Maltin u ċ-ċittadini tal-Gran Brittanja u din hija xi ħaġa li se tibqa' għax l-Ingliżi se jkollhom id-dritt li jivvotaw u jipparteċipaw b'mod attiv fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, indipendentement minn jekk ikunx hemm hard Brexit jew ħaġa jew oħra.", "Sur President, nixtieq inkompli nitkellem imma l-ħin skada.", "L-aħħar kumment tiegħi hu li, bħala ċittadin, jien nistenna li l-kunsilli lokali jkunu attivi, li jkunu l-avukati taċ-ċittadin, li ma jiddejqux jidhru koroh mal-awtoritajiet, u li jkunu l-vuċi tal-interess suprem tar-residenti, speċjalment fi kwestjonijiet ambjentali fejn iċ-ċittadin għandu ħabta li jekk ikun waħdu jħossu bla vuċi u jkun irid il-kollettività.", "Naħseb li isbaħ mill-kunsilli lokali m'hawnx biex jirrappreżentaw il-kollettività.", "Fl-aħħar nett nirringrazzja mill-ġdid lill-kunsilli lokali kollha u nemmen li bis-saħħa ta' din ir-riforma se nkunu qed nagħtuhom opportunità biex jitilgħu pass 'il fuq.", "Ix-xewqa tiegħi hi li jgħaddu ħames snin jew għaxar snin, inħarsu lura u ta' warajna jgħidu li l-2019 kienet is-sena li fiha, bis-saħħa tal-emendi li saru, il-gvern lokali ssaħħaħ, mar 'il quddiem u ngħata enerġija ġdida.", "Kollox jindika li se jkun hemm qbil unanimu dwar dawn l-emendi u għaldaqstant nirringrazzja lill-Oppożizzjoni tal-koperazzjoni li wriet tul il-proċess kollu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sur President, dan huwa suġġett għal qalbi.", "Meta niftakar li din is-sena qegħdin niċċelebraw il-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-kunsilli lokali u meta niftakar ix-xogħol li sar matul iż-żmien biex illum il-kunsilli lokali jinsabu fejn jinsabu u biex ġabu bidla fil-mentalità u fis-soċjetà bir-rieda li kellhom il-kunsilliera u s-sindki f'diversi rħula, u biex komplejna nsaħħu s-sens ċiviku f'diversi lokalitajiet, inħoss li għandi nagħti l-kontribut tiegħi, partikolarment f'dan id-dibattitu.", "Nibda billi nirringrazzja u ngħid prosit lill-Onor.", "Silvio Parnis, li għamel biċċa xogħol tajba ħafna.", "Naħseb li din hija r-raba' riforma li qed issir mit-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "Pereżempju jien niftakar id-diskussjoni qalila li kellna fil-bidu tat-twaqqif tal-kunsilli lokali dwar jekk il-partiti politiċi għandhomx jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jew le.", "Niftakar ir-riformi li kienu saru meta ġew introdotti l-gwardjani lokali; dawk kienu żmenijiet diffiċli meta ġie biex jiddaħħal ċertu infurzar fil-livell lokali.", "Fil-fatt, kien hemm każijiet fejn il-kunsilli lokali kellhom jipproteġu lill-individwi li kienu qegħdin jagħtu s-servizz ta' infurzar fil-lokalità.", "Kienu żmenijiet li matulhom il-poplu Malti għadda minn ċerti tagħlimiet importanti, kif anke l-kunsilli lokali kellhom jixprunaw ruħhom minn żmien għal żmien.", "Irrid nitkellem ftit dwar l-aspett storiku minħabba li jien niftakar it-twelid tal-kunsilli lokali għax kont wieħed mill-ewwel kunsilliera li konna ġejna eletti fl-1994.", "Dak iż-żmien kelli 18-il sena.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis kien ikkontesta dawk l-elezzjonijiet ukoll.", "Ma kenitx ħaġa faċli għax irridu nifhmu li dak iż-żmien, mingħajr riżorsi ta' xejn, kandidati indipendenti u oħrajn li kkontestaw mal-partiti politiċi, fosthom mal-Partit Nazzjonalista, kellhom aspettattiva kbira min-nies li riedu bidla fil-lokal tagħhom u li riedu l-poter biex jamministraw il-lokal.", "Permezz tal-għajnuna li taw il-kunsilli lokali stajna nersqu aktar qrib in-nies biex jittieħdu d-deċiżjonijiet fil-lokal.", "Ma kienx kollox ward u żahar.", "Irridu nifhmu li l-ewwel grupp ta' kunsilli lokali sabu ma' wiċċhom mhux biss l-aspettattiva imma anke nuqqas ta' riżorsi biex ilaħħqu mad-domanda tax-xogħlijiet li kellhom isiru fil-lokalitajiet.", "Ħafna toroq kienu għadhom fi stat diżastruż u kien hemm bankini li kienu fi stat orribbli.", "Sal-lum għadna qegħdin nirranġaw is-sistemi li sibna 25 sena ilu però sar ħafna avvanz, anke permezz tal-għajnuna li ta l-Gvern ċentrali minn żmien għal żmien lill-kunsilli lokali.", "Jien dejjem nisma' u nifhem il-problemi u l-karbiet ta' ħafna mill-kunsilliera u sindki fil-lokalitajiet dwar in-nuqqas ta' riżorsi u ta' effiċjenza minħabba nuqqas ta' kordinament bejn id-dipartimenti, għax fuq kollox meta tkun kunsillier jew sindku, tkun qed tiltaqa' man-nies biex tressaq il-vuċijiet tagħhom u ħafna drabi dawn jispiċċaw fl-entitajiet tal-Gvern.", "Fil-fatt dejjem kienet tkun problema u għadha hekk sal-lum, li l-karbiet taċ-ċittadin komuni fil-lokal jaslu fil-livell ta' dipartiment u hemmhekk trid tittieħed l-azzjoni meħtieġa.", "Għalhekk ħafna drabi ssir medjazzjoni min-naħa tal-kunsilliera u s-sindki, mhux biss bejn iċ-ċittadini u l-Gvern ċentrali imma anke biex l-ilmenti li jkunu qegħdin jitwasslu fil-livell lokali jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem.", "Niġi għall-effiċjenza.", "Jien dejjem kont ninsisti li n-nies li jaħdmu fil-kunsilli lokali ma jridx ikollhom il-mentalità tas-servizz pubbliku.", "Il-kunsilli lokali mhumiex estensjoni taċ-Ċivil, anzi bil-kontra, il-kunsilli lokali jridu jixprunaw lid-dipartimenti biex jimxu 'l quddiem ħalli jċaqilqu l-affarijiet.", "Meta tkun qiegħed fil-lokal tisma' lin-nies, trid tara li bir-riżorsi li jkollok tindirizza dawk il-problemi, imma biex tbiddel l-affarijiet mhux biss irid ikollok riżorsi qawwija iżda jrid ikollok ukoll l-appoġġ meħtieġ.", "Aħna nafu li llum il-ġurnata hemm diverġenzi kbar u mentalità differenti fil-mod kif jitwettqu ċerti affarijiet bejn kunsill lokali u dipartiment tal-Gvern.", "Allura llum il-ġurnata qegħdin nagħfsu ħafna, anke mil-livell ċentrali, fuq is-sit elettroniku 'servizz.gov' bil-għan li ntejbu s-servizz pubbliku b'dan il-mod, kif irnexxielhom jagħmlu ċerti kunsilli lokali matul dawn is-snin permezz tax-xogħol kollu li sar.", "Meta smajt lill-Onor.", "Silvio Parnis jitkellem fuq ir-riformi li xtaq imexxi 'l quddiem il-Gvern, ħassejt li kelli nagħti kontribut u naqsam l-esperjenza li kelli ta' diversi snin bħala kunsillier u sindku ta' Ħal Qormi, li hu wieħed mill-akbar lokalitajiet ta' Malta.", "Illum qed nieħu pjaċir li f'din ir-riforma qed issir differenza bejn lokalitajiet kbar u lokalitajiet ferm iżgħar.", "Meta kont sindku ta' Ħal Qormi kien ikolli bżonn riżorsi qawwija għax ma tistax tikkompara raħal kbir, jew belt ta' 20,000 ruħ, ma' raħal li għandu 300 ruħ jew 400 ruħ.", "Hemm differenza kbira tant li f'lokal bħal dak kważi kważi trid tkun full-time.", "L-Onor.", "Farrugia kien sindku ta' Ħaż-Żebbuġ, li hu raħal kbir ieħor ġar ta' Ħal Qormi u nimmaġina li hu wkoll kien ikollu dik il-problema.", "Qed nieħu pjaċir li f'dan il-Parlament illum għandna numru mhux ħażin ta' deputati ġejjin mil-livell lokali.", "Meta tarahom hawnhekk tinduna bir-riforma kbira u l-bidla li ġabu l-kunsilli lokali fil-livell politiku u tirrealizza li n-nies mhux biss iridu jħossuhom qrib tal-kunsilliera u tas-sindki imma jridu jkomplu jagħtuhom il-fiduċja tagħhom billi jeleġġuhom biex jirrappreżentawhom f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Inħoss li anke f'oqsma bħalma hu dak tal-housing hemm ħafna x'jista' jsir.", "Aħna diġà għandna koperazzjoni tajba mal-kunsilli lokali bħala Segretarjat għall-Akkomodazzjoni Soċjali meta niġu biex nagħtu għajnuniet għall-amministrazzjoni tal-binjiet.", "Jien ma nixtieqx li fil-housing estates inħallu sitwazzjoni ta' aħna u huma – hemm irħula li għandhom numru mhux ħażin ta' housing estates – qisu l-Gvern qed jaħdem kontra l-kunsilli lokali, anzi rridu naħdmu flimkien.", "Fil-fatt, tajt direzzjoni lill-awtorità tad-Djar biex tipparteċipa f'din ir-riforma ħalli bħala Awtorità tkompli twassal l-għajnuna tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi li toffri lill-kunsilli lokali, kif ukoll billi nsibu poteri ġodda li nistgħu nagħtu lill-kunsilli lokali.", "Nemmen li l-iskema tal-amministrazzjonijiet tal-binjiet tal-komun, fejn il-kunsill lokali qed jipparteċipa mar-residenti biex jamministraw dawn il-binjiet huma stess, għandha tkun ta' suċċess akbar billi nifirxu skemi u nagħtu għajnuniet u ħidmiet li l-kunsill lokali jibbenefika minnhom.", "Fil-kunsilli lokali rridu nsaħħu l-one-stop shops għax meta tgħin biex ikun hemm one-stop shop fil-kunsill lokali tkun qed tnaqqas l-iskariġġ, b'mod partikolari lill-anzjani, lill-persuni b'diżabilità u lil persuni oħrajn, u tiffrankalhom milli joqogħdu jmorru f'ċerti dipartimenti, inkluż l-Awtorità tad-Djar li tilqa' n-nies fil-Furjana.", "Pereżempju f'Raħal Ġdid diġà għandna one-stop shop bis-saħħa tas-servizz.gov, fejn l-uffiċjali tad-dipartimenti qed imorru fil-kunsill lokali u joffru servizzi lil ħafna anzjani li jiġu bżonnhom.", "B'hekk, il-ħidma fil-komunità tagħna qed tkompli tiżdied u qegħdin nersqu aktar lejn in-nies.", "Dawn huma deċiżjonijiet importanti li rridu nimirħu fuqhom u nwettquhom b'ċertu kordinament.", "Ċertament din se tkun riforma kruċjali oħra li se tagħti viżjoni lill-kunsilli lokali għas-snin li ġejjin.", "Forsi issa ma nerġgħux nitkellmu fuq riforma għal numru ta' snin, għax b'din ir-riforma qed nolqtu fil-laħam il-ħaj il-kwestjonijiet li għad hemm.", "Din ir-riforma mhijiex se tindirizza l-kwestjonijiet tal-kunsilliera u s-sindki biss imma fuq kollox għandha tkun riforma riforma taċ-ċittadini li qegħdin jgħixu fl-irħula u l-villaġġi tagħna u li ta' kuljum iħabbtu wiċċhom mal-problemi li l-kunsill lokali tagħhom għandu l-obbligu li jindirizza u jiffaċilita.", "Naħseb li b'dawn il-bidliet li qed isiru fil-liġi l-Gvern qed juri l-bżonn li nsaħħu l-għajnuna fil-livell lokali, inkluż il-fatt li nagħtu importanza lir-reġjonalità.", "Il-konċett ta' reġjonalità f'pajjiżna forsi ma bediex b'mod daqshekk mgħaġġel bħalma ġara f'ċerti pajjiżi oħrajn.", "Pereżempju l-mod kif ġew ifformati l-kunsilli lokali tagħna jixbah ħafna lil dak ta' Sqallija u tal-Italja aktar milli ta' pajjiżi li qegħdin fin-naħa ta' fuq tal-Ewropa.", "Allura fil-karatteristika ta' ħafna mill-kunsilli lokali li għandhom ġemelaġġi li ħafna drabi ssibhom fi bliet u rħula Sqallin, hemm xebh enormi mhux biss fil-mod kif inhuma ffurmati l-villaġġi tagħna, imma anke mat-tradizzjonijiet u l-kultura.", "Meta wieħed jara r-relazzjoni li hemm fil-festi, fil-lingwa, fit-tradizzjonijiet u fl-agrikoltura bejn il-kunsilli lokali, hemm xebh enormi ma' pajjiżi oħrajn, fosthom dawk ġirien tagħna.", "Hija xi ħaġa pożittiva ferm li nitgħallmu mill-esperjenzi li għadda minnhom ħaddieħor, imma rridu naraw li r-riforma tkun magħmula għall-konsiderazzjoni ta' pajjiżna.", "Kull meta matul dawn il-25 sena kellna diskussjoni, iż-żewġ partiti dejjem fittxew kunsens għax dan mhux biss huwa suġġett għal qalb iż-żewġ partiti imma huwa qasam li għandu impatt qawwi fuq iċ-ċittadini.", "Nimmaġina li ż-żewġ partiti – issa għandna anke t-tielet partit f'dan il-Parlament – m'għandux ikollhom problema bir-riformi li qegħdin nippreżentaw.", "Dan jindika mhux biss il-fiduċja li għandu l-poplu Malti fil-kunsilli lokali, imma l-appoġġ li rridu nagħtu lill-kunsilliera.", "Huwa veru li l-kunsilliera qed jingħataw l-onorarja, imma xorta waħda kważi jmissu mal-volontarjat għas-servizz li qegħdin jagħtu lill-komunità.", "Jien niftakar li meta bdew il-kunsilli lokali konna nagħmlu ħafna mix-xogħol tagħna b'mod volontarju u kważi konna noħorġu l-flus mill-but biex inkunu nistgħu ngħinu liċ-ċittadini.", "Illum il-ġurnata qed naraw din il-bidla imma rridu ngħidu grazzi lil min forsi llum m'għadux magħna u għal snin twal ta kontribut lejn raħal twelidu.", "Sur President, nawgura lis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali, li ħadem ħafna biex din ir-riforma mxiet 'il quddiem, nawgura lill-kunsilliera li jżommu kuntatt mas-Segretarjat tagħhom u nawgura wkoll li nkomplu nimirħu biex issa li ż-żgħażagħ ta' 16-il sena se jibdew jivvotaw, isiru bidliet li jkomplu jħallu impatt pożittiv mhux biss billi jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, imma wkoll bil-parteċipazzjoni tagħhom.", "Nittama li din ir-riforma tħalli aktar nies interessati li jidħlu jgħinu fil-ħidma tal-livell lokali biex finalment inkomplu nkattru l-kultura u l-ħsieb li flimkien nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, bħall-kollegi ta' qabli se nitkellem b'ċerta nostalġija fuq dan is-suġġett minħabba li jien ukoll għamilt żmien f'kunsill lokali.", "Iċ-ċittadini Mostin għażluni darbtejn biex nirrappreżentahom fil-Kunsill Lokali tal-Mosta u għamilt mill-2012 sal-elezzjoni ġenerali li għaddiet inservi l-komunità tiegħi bħala minority leader fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, jiġifieri sas-sena 2017.", "Nista' ngħid li din kienet esperjenza li mmaturatni ħafna għax hija kariga importanti fil-lokal u ta' responsabbiltà.", "Il-fatt li ċ-ċittadini tar-raħal tiegħek jagħtuk il-mandat sabiex tirrappreżentahom u taħdem f'isimhom fil-kunsill lokali, jagħtik unur u fl-istess ħin responsabbiltà għax għandek dmirjiet importanti li trid taqdi.", "Irrid ngħid li matul dawk il-ħames snin tgħallimt ħafna.", "Il-kunsill lokali kien mezz li mhux biss ġegħilni nkun aktar qrib tal-komunità tiegħi imma għallimni ħafna fuq l-operat tal-Gvern b'mod ġenerali.", "Għall-fini ta' min qatt ma segwa kif jaħdem kunsill lokali, tajjeb ngħid li l-kunsill lokali huwa estensjoni tal-Gvern.", "Għandek id-deċentralizzazzjoni tal-poter fl-oqsma lokali, fejn prattikament kif jiffunzjona l-Gvern fuq bażi nazzjonali jaħdem il-kunsill lokali fuq bażi lokali, inkluż fil-mod kif jamministra l-flus, fil-mod kif joħroġ tenders pubbliċi, fil-mod kif jagħti l-kuntratti, fil-mod kif jingaġġa n-nies li jaħdmu miegħu u fil-mod kif jiġu magħżula l-kunsilliera għax finalment għandna elezzjonijiet liberi biex jintgħażlu r-rappreżentanti tal-poplu.", "F'dawk il-ħames snin tgħallimt ħafna u nixtieq insellem il-memorja tas-Sur Ronnie Pellegrini, li lili ħeġġiġni biex noħroġ għall-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Niftakar kien wieħed mill-ewwel persuni li bagħat għalija u inkoraġġieni biex nikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali tal-Mosta u minn dak il-mument 'il quddiem dejjem sibt l-appoġġ tiegħu f'dak kollu li għamilt kemm domt inservi fil-kunsill lokali, u mhux biss.", "Għalhekk insellem il-memorja tas-Sur Ronnie Pellegrini u nirringrazzjah ta' dak kollu li għamel miegħi u ma' ħafna oħrajn.", "Sur President, f'dawk il-ħames snin irrealizzajt x'effett jista' jkollu kunsill lokali fuq ir-residenti.", "Għax x'jiswa li jkollok l-ekonomija sejra tajjeb u jkollok il-pajjiż miexi 'l quddiem jekk il-lokalitajiet li ma jkunux mexjin 'il quddiem?", "X'jiswa għar-residenti li għandna ekonomija sejra tajjeb u li niftaħru, rightly so, bis-surplus u bis-suċċessi ekonomiċi li qiegħed jagħmel il-pajjiż jekk it-triq tagħhom tkun fi stat degradanti, jew jekk il-kwalità tal-bankina tkun fi stat tal-biki, jew jekk l-ambjent ta' fejn jgħixu u l-ġonna li jkun hemm qrib tagħhom jitħallew mitluqin?", "Fil-fatt, kważi kienet qed tinħoloq sitwazzjoni fejn il-pajjiż kien miexi 'l quddiem u l-lokalitajiet kienu sejrin lura, u wisq nibża' li għandna minn dawn il-każijiet.", "Dak li qiegħed ngħid, qed ngħidu b'responsabbiltà.", "Minkejja li pajjiżna b'mod ġenerali miexi 'l quddiem b'passi ta' ġgant, b'mod partikolari f'dawn l-aħħar snin – dan mhux qed ngħidu jien, imma qed tirrikonoxxih id-dinja kollha prattikament – nażżarda ngħid li għandna ċerti żoni u rħula f'pajjiżna li minflok ma mxew 'il quddiem marru lura għal numru ta' raġunijiet, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-infrastruttura, f'dak li għandu x'jaqsam mal-indafa, f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma tal-ġonna pubbliċi u f'dak li għandu x'jaqsam ma' parkeġġ.", "Dawn huma wħud mill-isfidi li jiffaċċjaw ta' kuljum il-kunsilliera, is-sindki u l-istaff tal-kunsilli għax wara kollox il-kunsill lokali huwa the first port of call ta' dak kollu li jiġri fl-irħula tagħna.", "Mela naqblu li kienet mossa tajba li 25 sena ilu Gvern Nazzjonalista deherlu li kellu joħloq il-kunsilli lokali, imma mhuwiex tajjeb li f'dawn il-25 sena ma rriformajnihomx, u ma ħarisniex lura lejn l-eżerċizzju li għamilna u ma pprovajniex b'xi mod intejbu dak l-operat.", "U dak hu li qegħdin nipprovaw nagħmlu llum.", "Infatti dawk huma l-għanijiet ta' din ir-riforma u għalhekk illum qegħdin nilleġiżlaw.", "Il-kunsilli lokali ilhom hemm 25 sena u l-poplu kollu jista' jagħti l-ġudizzju tiegħu dwar jekk il-kunsill lokali tar-raħal tiegħu għenux biex ħajtu titjieb jew le.", "Jekk kunsill lokali jkun effettiv, il-kwalità tal-ħajja tiegħek se timxi 'l quddiem.", "Jekk il-kunsill lokali tar-raħal tiegħi jkun jaħdem, ikun effettiv f'xogħlu u jżomm ir-raħal kif suppost, inkluż il-ħteġijiet infrastrutturali u soċjali, il-kwalità tal-ħajja tiegħi se tmur 'il quddiem.", "Jien nistaqsi lil kull min qiegħed isegwina llum jekk kemm ilu jeżisti l-kunsill lokali tar-raħal tiegħu, tejjiblux il-kwalità tal-ħajja.", "Dik hija l-analisi li qegħdin nagħmlu f'din il-liġi, u dik hija r-riforma li qiegħed jagħmel is-Segretarju Parlamentari.", "Insellem u nirringrazzja lill-Onor.", "Parnis li kellu l-kuraġġ li jidħol għal din ir-riforma.", "Waqt il-konsultazzjoni pubblika wiesgħa immens li saret fuq din ir-riforma, waħda mill-aktar affarijiet li ħadt gost nara kienet l-involviment taċ-ċittadin.", "Waqt din il-konsultazzjoni pubblika ngħatat importanza massima lill-opinjoni taċ-ċittadini u tar-residenti.", "Naħseb li dak kien approċċ tajjeb għax finalment aħna qegħdin hawnhekk biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Min jista' jagħtik l-aqwa opinjonijiet aktar mir-resident dwar kif għandek ittejjeb il-kunsilli lokali?", "Jien nieħu pjaċir nara li kien hemm il-parteċipazzjoni tan-nies u għandu jkun id-dmir tagħna bħala politiċi li nħeġġu aktar lill-poplu b'mod ġenerali biex jipparteċipa f'eżerċizzji bħal dawn, għax dawn huma liġijiet li se jaffettwawlhom il-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Jien li ngħix il-Mosta, jekk għandi kunsill lokali li jaħdem, se ngħix kwalità ta' ħajja aħjar.", "Għandu jkun l-interess ta' kull ċittadin li ma jiddejjaqx jagħti l-opinjoni tiegħu u jlissen il-ħsebijiet u s-suġġerimenti tiegħu dwar kif il-lokalità tista' tkun ġestita aħjar.", "Infatti l-prinċipji li fuqhom hija msejsa r-riforma li qegħdin nitkellmu fuqha llum u li finalment se tiġi tradotta f'liġi ġdida tal-kunsilli lokali, hija bbażata fuq prinċipji tajbin immens, fosthom ir-rispett mill-Gvern ċentrali lejn l-awtonomija lokali.", "Dan ifisser li l-kunsilli lokali se jibqgħu awtonomi u se jibqgħu jiddeċiedu huma x'inhuma l-prijoritajiet tagħhom fil-lokalitajiet.", "Hemmhekk imbagħad jidħol il-ġudizzju tal-poplu, għax jista' jkollna kunsill lokali li l-prijoritajiet tiegħu jkunu qed jistonaw mal-prijoritajiet taċ-ċittadin, imbagħad iċ-ċittadin, b'mod demokratiku, kull ħames snin jagħmel l-għażliet liberi tiegħu u jagħżel lil dawk il-kunsilliera li jidhirlu li huma l-aħjar biex tassew jimplimentaw il-prijoritajiet tiegħu.", "It-tisħiħ tal-livell reġjonali diġà tkellmu fuqu b'mod tajjeb is-Segretarju Parlamentari u l-Ministru.", "Jien se ngħid l-esperjenza tiegħi, Sur President.", "Fil-ħames snin li għamilt inservi fil-Kunsill Lokali tal-Mosta dejjem kont nistaqsi x'impatt għandhom il-kumitati reġjonali fuq il-ħajja tal-Mostin.", "Jien nisfida lil kulħadd li jekk wieħed imur jistaqsi lill-21,000 resident li għandna l-Mosta, kulħadd jgħidlek li ma jafx x'jagħmel il-kumitat reġjonali għalih.", "Bir-riforma li qed jimbotta 'l quddiem is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, il-kumitati reġjonali qed jingħataw ħafna aktar snien u għodda, imma fuq kollox jien ngħid ħafna aktar responsabbiltà.", "Li jinteressah iċ-ċittadin hemm barra huwa li jkun moqdi aħjar, wara kollox għalhekk qegħdin hawn aħna, biex inservu lill-poplu li eleġġiena u biex inressqu 'l quddiem dan it-tip ta' liġjiet li l-għan aħħari tagħhom mhu xejn ħlief li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Mela jekk finalment din il-liġi ma twassalx biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, inkunu fallejna kollha kemm aħna.", "Però jien nemmen li l-għan ta' din ir-riforma li qegħdin nagħmlu huwa fid-direzzjoni t-tajba.", "Il-fatt li l-livell reġjonali jissaħħaħ, u allura għandek aktar delegazzjoni ta' poter min-naħa tal-Gvern fil-fora reġjonali, se jgħin liċ-ċittadin f'numru ta' affarijiet, bħall-economies of scale, li aħna m'għandniex.", "Jekk hemm irħula żgħar, xorta jibqgħu rħula, imma ma jistax ikollhom economies of scale bħalma għandha l-Mosta, pereżempju.", "Ħalli nitkellem ċar u tond.", "Ir-rati li tista' ġġib il-Mosta fuq il-ġbir tal-iskart, pereżempju, se jkunu differenti mir-rati li jista' jġib raħal li huwa ferm iżgħar.", "Allura huwa tajjeb li se jkollna l-kordinazzjoni tal-kunsilli reġjonali għax dawn se jgħinu biex ikollna better value for money tal-flus li qiegħed joħroġ it-taxpayer.", "B'hekk, se nagħtu assigurazzjoni liċ-ċittadini tagħna li qed ninvestu flushom aħjar.", "Wieħed mill-prinċipji bażiċi hu li jogħlew l-istandards.", "U kif se jogħlew l-istandards, Sur President?", "Wieħed mill-punti li kont nisħaq fuqhom kemm domt inservi fil-kunsill lokali hu li ma jistax jibqa' jkollok sitwazzjoni fil-kunsilli lokali fejn bilfors inkunu kostretti nagħżlu l-irħas offerta.", "Jien kelli esperjenzi fil-lokalità tiegħi fejn għax il-kunsill lokali kien kostrett jagħżel l-irħas operaturi, iċ-ċittadin ma kienx ikun moqdi, kemm jekk hi indafa kif ukoll jekk hu xogħol marbut ma' toroq, bankini ġodda jew ma' xi servizz partikolari.", "Fil-fatt, ħafna mid-drabi z-zalza kienet qed tiġina ogħla mill-ħuta u finalment kien qiegħed ibati ċ-ċittadin.", "Għalhekk huwa tajjeb li din ir-riforma qed tieħu inkonsiderazzjoni l-possibbiltà li jkollna qafas ta' tendering differenti li jkun megħjun mill-kumitati reġjonali għax bis-saħħa li qed nonfoq aktar flus, finalment qed nieħu servizz ħafna aħjar, u lili dak jinteressani, li qed nieħu servizz aħjar għaċ-ċittadin.", "Jeħtieġ li jintgħażel l-offerent li l-aktar li jimmerita, b'mod trasparenti u b'mod apert, għax b'hekk inkunu qed nagħtu servizz aħjar lill-komunitajiet.", "Iċ-ċittadin irid jibqa' fiċ-ċentru ta' dak li jagħmel il-kunsill lokali għax wara kollox il-kunsill lokali qiegħed hemm biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Għalhekk huwa kruċjali li din ir-riforma hija bbażata biex iċ-ċittadin jinqeda aħjar.", "Jekk f'dan l-eżerċizzju kollu li qed nagħmlu u fir-riforma li qed nagħmlu fil-liġi ċ-ċittadin ma jimxix 'il quddiem, se nkunu fallejna f'din ir-riforma.", "Jien nemmen però li jekk ikun hemm rieda tajba minn kulħadd, m'għandniex infallu.", "Se nagħti eżempji prattiċi ta' kif din ir-riforma se tgħin biex il-kunsilli lokali jimxu 'l quddiem u se npoġġi kollox f'kuntest.", "Il-kuntest importanti li forsi s'issa għadna ma sħaqniex biżżejjed fuqu huwa l-fatt li llum il-kunsilli lokali għandhom baġit ferm ogħla biex joperaw.", "Ma ninsewx li permezz ta' din ir-riforma qed jiġu ffrankati ħafna flus mill-elezzjoni li kienet issir kull sena.", "Din għamel referenza għaliha l-Ministru Bonnici.", "Lilna elezzjoni tiswiena kważi €3 miljun fis-sena u issa dawn se jiġu investiti lura fuq il-kunsilli lokali u fuq il-poplu Malti.", "Mela allura l-kunsilli lokali llum għandhom aktar riżorsi biex jaħdmu.", "Is-sena li għaddiet dan il-Parlament illeġiżla biex ħloqna Infrastructure Malta li kif nafu, għandha r-responsabbiltà li fis-snin li ġejjin tibni mill-ġdid it-toroq kollha ta' pajjiżna.", "Dik hija responsabbiltà kbira li però qed tħaffef parti importanti mill-piż li kellhom il-kunsilli lokali.", "Dan ma jfissirx li qed innaqqsulhom mir-responsabbiltà għax finalment il-kunsilli lokali se jibqgħu jidentifikaw il-prijoritajiet fil-lokalitajiet tagħhom, imma b'dan il-mod qed inżidulhom il-baġit b'mod qawwi.", "Se nagħti xi eżempji prattiċi ta' kif din ir-riforma se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Eżempju żgħir, li jista' jinstema' bħala xi ħaġa żgħira imma jagħmel differenza kbira, huwa dak tal-permessi.", "S'issa min ikun qiegħed jagħmel xi xogħol fid-dar u jkollu bżonn iġib xi skip jew high-up, hu x'inhu, fil-maġġoranza tal-kunsilli li għandna f'Malta u Għawdex irid jirrikorri fiżikament għand il-kunsill biex iġib dak il-permess u jekk ikollu bżonnu għal numru ta' ġranet, irid joqgħod imur kuljum biex iġib dak il-permess.", "Bl-istreaming nazzjonali, servizz bħal dak se jibda jiġi offrut online.", "Din mhijiex rocket science imma sal-2018/2019 kien għad m'għandniex dan is-servizz bażiku mifrux fuq livell nazzjonali u ċert li dan se jiffaċilita l-ħajja ta' kulħadd.", "Mela jekk ikun ġej xi ħadd id-dar tiegħi biex iġibli xi prodott u jkolli bżonn inġib permess mill-kunsill, il-fatt li jien nista' nħallas online u nirċevih online huwa pass żgħir li se jagħmel differenza enormi fil-kwalità tal-ħajja tiegħi.", "Jien għalfejn għandi noqgħod ninqala' mix-xogħol u mill-ħajja tiegħi ta' kuljum biex immur il-kunsill inġib dak il-permess meta nista' nġibu mill-kumdità ta' dari jew tal-uffiċċju tiegħi?!", "Niġi għall-użu tal-iskejjel wara l-ħin.", "Din il-ħaġa diġà konna bdejna nagħmluha l-Mosta u qed nieħu pjaċir li qed naraha ssir fuq livell nazzjonali.", "Huwa tajjeb li l-faċilitajiet tal-Gvern jintużaw biex il-poplu jiġi moqdi aħjar.", "Każ partikolari huwa dak tal-iskola taż-Żokrija li tinsab wara fejn noqgħod jien.", "Huwa tajjeb li nbniet din l-iskola, li kienet ġiet inawgurata fl-2012, però din ħolqot inkonvenjent kbir għar-residenti kollha taż-Żokrija.", "Fil-fatt, bħala kunsill lokali konna ddiskutejna mal-amminstrazzjoni ta' din l-iskola u ddeċidejna li l-parkeġġ ta' din l-iskola għandu jibqa' miftuħ għall-benefiċċju tar-residenti.", "Dik kienet miżura żgħira li għamlet impatt drastiku fil-ħajja tar-residenti ta' din il-lokalità.", "Dawn huma miżuri li se jgħinu biex din il-liġi tkun suċċess.", "Sur President, se nagħlaq b'żewġ punti u se nitfa' responsabbiltà fuq il-partiti politiċi.", "Naħseb li l-partiti politiċi kollha għandhom responsabbiltà kbira biex jagħżlu kandidati li jkunu tassew impenjati għax-xogħol li jkunu se jidħlu għalih.", "Minkejja li l-partiti politiċi mhumiex imsemmija b'mod dirett f'din ir-riforma, l-appell tiegħi rrid nagħmlu xorta u ngħidilhom li għandhom responsabbiltà kbira biex jagħżlu kandidati li jkunu impenjati għal dan ix-xogħol fil-lokalità tagħhom, inkella m'għandhomx għalfejn jidħlu għal dan ix-xogħol.", "Il-kunsill lokali mhuwiex post li tidħol għalih biex taqla' l-flus għax flus ma taqlax!", "Huwa tajjeb li qegħdin insaħħu l-onorarja għax b'xi mod trid tirrikonoxxi x-xogħol li jagħmlu l-kunsilliera u s-sindki fil-lokalitajiet tagħna, iżda bħala partiti politiċi għandna nagħżlu kandidati li jkunu ta' kwalità u li jkollhom impenn tassew lejn ir-raħal tagħhom.", "Sur President, jien nemmen li jekk din ir-riforma tgħaddi bil-parteċipazzjoni tal-Oppożizzjoni, meta l-liġi tidħol fis-seħħ l-obbligu tagħna lkoll hu li naraw li tkun riforma ta' suċċess biex finalment intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għas-sena 2018, skont l-artikolu 7 (1) tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515).", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretrju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO PARNIS: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari;", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq emenda għall-mozzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi): Sur President, illejla qiegħda nitkellem f'din il-Kamra biex nirribatti l-falsità, il-gideb u dak li hu kontradittorju.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, Membru ta' din il-Kamra, ilbieraħ żvija lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Lil qalbi llejla nixtieq nikkonvinċiha li għamel hekk bi żball ġenwin, imma quddiemi għandi fatti li juru li lbieraħ dan il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni kien selettiv.", "Lil dan l-Avukat, suppost prim, nistaqsih jekk jagħmilx ftit riċerka qabel ma jagħmel diskors bħal tal-bieraħ, imqar nitfa' ċkejkna google search fuq l-internet, kif se nispjega dalwaqt.", "Sur President, qed nitlob li l-Onor.", "Jason Azzopardi jirtira dak li qal wara li jisma' l-ispjega tal-lum.", "Jien se nispjega ġenwinament kif ġraw il-fatti f'numru ta' affarijiet.", "Nitlob li jkollu l-irġulija li jiġi f'din il-Kamra jgħid li kien żbaljat għax kellu stampa, jew xi ħadd ipprova jitimgħu stampa, li mhijiex veritiera.", "Aħna kollha umani, allura naċċetta li llum jew għada xi ħadd minna jista' jiżbalja b'mod ġenwin u jinċita xi ħaġa li ma tkunx preċiża, imma mhux li nagħtu stampa qarrieqa fuq suġġett daqstant sensittiv.", "Qed nirreferi għal każ ta' privazzjoni ta' ċittadinanza.", "Jien ma niħux gost naqbad każ personali ta' individwu u niġi niddiskutuh hawnhekk, imma rrid nirribatti l-invenzjonijiet u l-kontradizzjonijiet li ntqalu lbieraħ f'din il-Kamra meta l-Onor.", "Jason Azzopardi ta x'wieħed jifhem li ħadna ċ-ċittadinanza ta' ċittadin partikolari.", "F'radda ta' salib dan qal żewġ gidbiet f'sentenza waħda.", "L-ewwel nett mhux lil persuna waħda tlabt li titteħdilha ċ-ċittadinanza għax f'dawn l-aħħar ftit jiem kellna 17-il persuna li tlabt li titteħdilhom iċ-ċittadinanza.", "Li nipprovaw noħolqu ħrafa u nżejnuha, taparsi qbadna ma' wieħed kunjomu Fezouine, is not on għax mhijiex il-verità.", "It-tieni gidba hi għaliex s'issa għadha ma tteħditx iċ-ċittadinanza.", "S'issa skattajna l-mekkaniżmu li bih tittieħed iċ-ċittadinanza jekk il-Gvern ikollu raġun.", "Kull persuna – din se nispjegaha għall-benefiċċju tal-ġurnalisti u tal-pubbliku li qara l-gazzetti – li fl-aħħar jiem irċeviet ittra bħal din, bil-liġi għandha 21 ġurnata biex tappella minn dik id-deċiżjoni u min se jappella jrid imur quddiem bord ta' inkjesta li hu stipulat bl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.", "Ħalli niġi għall-fatti dwar il-każ ta' Abderrahmane Fezouine.", "Naħseb li lbieraħ min-naħa tal-Oppożizzjoni kien hemm min kellu xalata.", "Naħseb li kien hemm min daħak għax forsi l-Onor.", "Jason Azzopardi m'għamilx riċerka biżżejjed.", "Qed ngħid hekk, għax dan l-individwu saħansitra kien impjegat ta' wieħed mill-membri tal-Oppożizzjoni!", "Onor. Azzopardi, staqsih lill-kollega tiegħek għalfejn spiċċa bil-banda ma' dan l-individwu!", "Jien smajt verżjonijiet u naħseb li min hu fiċ-ċrieki tal-Parlament sema' wkoll ċerti dettalji, fosthom ta' kif saru photocopies ta' ċerti kuntratti tan-negozju tiegħu u mbagħad dawk l-istess photocopies intużaw bnadi oħra, imma ħalli nwaqqaf dan il-każ hawnhekk.", "Kumbinazzjoni wkoll dan l-istess Membru Parlamentari Nazzjonalista li kien jimpjega lil dan l-individwu fl-2014, waqt li kien hemm Gvern Laburista, kien għamel diskors pubbliku – Sur President, xtaqt insib il-cutting imma ma rnexxilix inġibha miegħi hawnhekk – fejn ikkritika u qal: Possibbli fil-każ tal-Air Malta ma stajtux issibu persuna aħjar biex tkun l-aġent tal-istess Air Malta?!", "Se nieqaf hawnhekk għax nixtieq niffoka fuq id-diskors li għamel ilbieraħ l-Onor.", "Jason Azzopardi, mhux b'diżrispett imma hawn qed nitkellmu fuq il-fatti.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Jason Azzopardi qalilna li qatt ma sema' li xi ħadd itteħditlu ċ-ċittadinanza għax hemm sentenza tal-Qorti li sabet li ż-żwieġ tiegħu ma' mara Maltija kellu l-kunsens ivvizzjat b'difett serju ta' diskrezzjoni ta' ġudizzju.", "Dan bis-serjetà?!", "Jien bdejt inrodd is-slaleb ilbieraħ u lanqas ridt nemmen dak li kont qed nisma'!", "Sur President, taf x'ma qalilniex l-Onor.", "Jien nistiednu b'mod sinċier jagħmel google search sempliċi ħafna li anke tifla ta' ħames snin tasal għaliha, fejn jikteb 'Fezouine Qorti' u l-ewwel każ li jitla' quddiemu jkun fih sentenza tal-Qorti li lbieraħ iċċita konvenjentament l-Onor.", "Jason Azzopardi u b'kumbinazzjoni ħalla barra żewġ paragrafi importanti ħafna.", "Meta ġie jitbaqbaq f'din il-Kamra, għal xi raġuni nesiehom dawn iż-żewġ paragrafi!", "Ħalli nserraħ moħħ in-nies, Sur President, għax bħala membru tal-Gvern jinteressani li nibqgħu konsistenti mal-kelma \"verità\", imbagħad in-nies jiġġudikaw min għandu raġun, jekk hux min jiġi hawnhekk jipprova jiżżufjetta b'din il-Kamra u joħloq storja li ma teżistix jew min jgħid il-fatti sinċieri u veritieri li wassluna għad-deċiżjonijiet li ħadna.", "Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' sentenza tal-Qorti Ċivili (Ċitazzjoni Numru 333/1999/1) fil-każ Joan Ciantar vs Abderrahmane Fezouine, mogħtija fis-Seduta tat-28 ta' Novembru 2002.", "Se nikkwota kelma b'kelma dak li qalet il-Qorti biex nesponi l-verità.", "B'hekk, min qiegħed jismagħna minn daru jagħmel il-konklużjoni tiegħu dwar jekk kellix raġun nitlob li tiġi rtirata din iċ-ċittadinanza.", "Il-Qorti qalet hekk:", "\"Illi mill-provi prodotti rriżulta bla ebda dubju kwalunkwe li l-konvenut iżżewweġ lill-attriċi biex ikun jista' jottjeni ċittadinanza u passaport Malti.", "Infatti meta ltaqgħu qalilha li kien Franċiż u li kien jismu Alex, kien biss wara tliet xhur/erba' li qalilha l-verità ċjoè li kien Alġerin u jismu Abder.", "Wegħedha li kien lest li jiżżewweġ bil-Knisja għax għaliha kien importanti iżda meta ġie ż-żmien qalilha li ma riedx.", "Importanti li jiġi rilevat li tlett ijiem biss wara ż-żwieġ ċivili tagħhom hu mar japplika għaċ-ċittadinanza.", "Qalilhom biex jgħaġġlulu għax kellu bżonn il-passaport biex imur Franza għand ħuh mill-aktar fis.\"", "Se nikkwota kelma b'kelma parti oħra mis-sentenza tal-Qorti Maltija:", "\"Kwindi hu ovvju li l-uniku ħsieb tal-konvenut meta żżewweġ ċivilment lil – u hawn l-isem tal-mara – kien li jiżżewwiġha biex jottjeni l-iskop tiegħu, ċjoè ċ-ċittadinanza u l-passaport u b'hekk kif għamel ġab anke l-liċenzja biex ikun gwida tat-turisti.", "B'hekk bla ebda dubju l-kunsens tal-konvenut kien ukoll vvizzjat ai termini tal-artikolu 19 (1)(f).\"", "Hawnhekk smajna r-raġuni għalfejn il-qorti qalet li dan kien żwieġ ta' konvenjenza.", "Din hi s-sentenza tal-Qorti tal-2012 u mhux ta' Identity Malta jew tal-Gvern Malti.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, bir-rispett kollu, ipprova jpinġiha li dan kien whistleblower.", "Ejja niċċarawha din il-gidba.", "Is-sinjur indikat imkien ma uża l-mekkaniżmu tal-Whistleblower Act.", "Jiġifieri dik il-premessa hi żbaljata u hija tfigħ ta' tajn bl-addoċċ f'din il-Kamra.", "Issa se jkun hemm min ġenwinament jgħid: Jien iżżewwiġt barrani u l-liġi tgħid li wara ħames snin jista' japplika għaċ-ċittadinanza.", "U għandhom raġun.", "Fil-verità, meta ġara dan il-każ u oħrajn bħalu l-liġi kienet tgħid li jekk tiżżewweġ Malti jew Maltija, fi żmien siegħa jew naqra aktar wara li jkollok iċ-ċertifikat taż-żwieġ, tista' tmur Kastilja – għax dak iż-żmien Kastilja kien id-dipartiment li jieħu ħsieb dawn il-proċessi – u tapplika għaċ-ċittadinanza.", "Naħseb li kienet xi ħaġa verament tajba meta fis-sena 2000 ittieħdet id-deċiżjoni li jemendaw dik il-liġi minħabba li kienu qed jaraw patterns xejn sbieħ ta' nies li kienu qegħdin jiżżewwġu lill altin purament mhux għax iħobbuhom imma biex iġibu ċ-ċittadinanza Maltija u mbagħad jarmuhom.", "F'Awwissu tas-sena 2000 dik il-liġi nbidlet u ġiet tgħid li wara ħames snin u ġurnata li tkun ilek miżżewweġ Malti jew Maltija, tkun tista' tapplika għaċ-ċittadinanza, u jien żammejtha din il-liġi għax hija tajba.", "Ma tarax li mhux se nerġgħu mmorru lura għal dak iż-żmien li ftit sigħat wara li tiżżewweġ tista' tapplika għaċ-ċittadinanza!", "Issa ħalli nispjega x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-liġi tagħtik il-poter li tieħu ċ-ċittadinanza mingħand individwu.", "Hemm ħames raġunijiet.", "L-ewwel waħda, u din hija imniżżla fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija bħala r-raġuni ewlenija għalfejn lil wieħed tista' titteħidlu ċ-ċittadinanza, hi meta persuna tkun ħadet iċ-ċittadinanza Maltija b'sistema ta' reġistrazzjoni jew permezz ta' naturalisation u tkun għamlet dan b'qerq jew bi frodi.", "Issa żwieġ ta' konvenjenza hu klassifikat bħala qerq jew frodi u għalhekk, dak li ntqal min-naħa tal-Oppożizzjoni huwa falz u diżonest.", "Jien nirrabja u ġenwinament jiddispjaċini meta nara diskussjoni tiddeġenera b'dan il-mod u għalhekk, se niżvela dokument ieħor.", "Hemm dokument sensittiv, datat 21 ta' Novembru 2006, li kien sar fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista – se ngħatti l-ismijiet li jidhru f'dan ir-rapport għax hawn materjal li għadu qed jiġi investigat u ma nixtieqx li nippreġudika l-każijiet tagħhom – u dan jgħid ċar u tond li 19-il persuna ħadu ċ-ċittadinanza bi żwieġ ta' konvenjenza \"whose case should therefore be examined by the Committee of Inquiry\".", "Jiġifieri fl-2006 dawn suppost kellhom dokument ta' 19-il persuna li ħadu ċittadinanza b'qerq għax iżżewġu lil xi ħadd u ramewh.", "Taf għalfejn huma foloz dawn in-nies, Sur President?", "Għax f'dan id-dokument, fost l-oħrajn, hemm imniżżel l-isem ta' Fezouine.", "Mela l-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien diġà kellu rapporti li dan l-individwu ħa ċ-ċittadinanza b'qerq.", "Allura għalfejn ma ħaduhilux?", "Minn xiex beżgħu?", "Għalfejn beżgħu jieħdu d-deċiżjonijiet?", "Taf x'naf, Sur President, illi f'din il-lista hemm każijiet li meta sar dan ir-rapport kienu jmorru għal tmien snin qabel, jiġifieri għall-1998, u hemm oħrajn li verament kienu friski.", "Fir-rapport li sar fl-2006 hemm mill-inqas tmien każijiet li fl-24 xahar ta' qabel biss, kellhom sentenza friska tal-qorti li tgħid li kellhom żwieġ ta' konvenjenza.", "Bżajtu tieħdu d-deċiżjonijiet!", "Dak li intom m'għamiltux 21 sena ilu, aħna qed nagħmluh issa!", "Għax intom kontu komdi tagħlqu għajnejkom quddiem ksur sfaċċat tal-liġi, tippretendu li aħna nagħmlu l-istess?!", "Jien xħin inpoġġi rasi fuq l-imħadda rrid norqod tajjeb u norqod tajjeb għax naf li qed nimxi mal-liġi kif suppost.", "Jien tkellimt f'din il-Kamra minn tal-inqas f'żewġ okkażjonijiet dwar x'sibt sena u nofs ilu meta ngħatajt dan il-portafoll.", "Jiġifieri din mhijiex xi ħaġa li qed nivvinta issa imma qiegħda dokumentata fil-files li hawn f'din il-Kamra.", "Dak li sibt meta ngħatajt dan il-portafoll, ċjoè l-qasam taċ-ċittadinanza, huwa tal-mistħija!", "Sibt mijiet ta' files akkumulati ta' nies li kienu qed jistennew id-deċiżjoni għax ta' qabli ma kenux kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet.", "Għalija hija tal-mistħija li ftit tax-xhur ilu ħadt deċiżjonijiet u ffirmajt files li kienu jmorru lura għal żmien l-Eks Ministru Tonio Borg, li ma waqafx ilbieraħ minn Ministru responsabbli miċ-ċittadinanza u warajh kien hemm kemm Ministru ieħor responsabbli minn dak il-Ministeru.", "Jien sibt ħniżrijiet ta' files ta' nies li kellhom raġun u ma tawhulhomx u sa ftit tax-xhur ilu kienu għadhom qegħdin jistennew.", "Issa la ftaħnielha nkomplu għaddejjin biha, Sur President!", "Hemm dokument ieħor li fih lista ta' seba' persuni li tteħditilhom iċ-ċittadinanza.", "Ħelwa din, taf kemm hi ħelwa!", "Mela żżewġu lil xi ħadd Malti u ħadulhom iċ-ċittadinanza għax is-sentenza tal-Qorti kienet hemm u ma setgħux joħorġu minnha, imma mbagħad lil tlieta minnhom fetħulhom tieqa oħra.", "Mela dawn qarrqu bl-aktar ħaġa sensittiva tal-pajjiż u minflok ma mxew mal-prinċipju etiku u morali, tawhom iċ-ċittadinanza taħt klawsola oħra fil-liġi li tgħid li setgħu jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija għax kienu ilhom ilu 15-il sena Malta.", "Hemm prinċipju etiku u morali f'każijiet bħal dawn u jien dan napplikah fil-ġurnata tax-xogħol tiegħi.", "Imma ħalli nitkellem ftit dwar il-kejl kontradittorju li semma lbieraħ f'din il-Kamra l-Onor.", "Ilbieraħ ammetta li meta wieħed jieħu ċ-ċittadinanza b'serq … Għax meta tiżżewweġ lil xi ħadd għax taparsi tħobbu iżda tagħmel dan unikament biex issir ċittadin Malti, skont l-Onor.", "Jason Azzopardi tkun qed tingannah u dik hija xi ħaġa ħażina.", "Hekk qalilna l-Onor.", "Jason Azzopardi u jien nixtieq u personalment nitlob lill-Onor.", "Jason Azzopardi jkun konsistenti ma' dak li qal ilbieraħ meta qalilna li dan il-każ hu differenti.", "Qalilna li kieku kien każ ta' xi ħadd li ħa ċ-ċittadinanza għax iżżewweġ lil xi ħadd b'qerq, hemmhekk ikun hemm raġuni.", "Issa qed nagħtih sentenza tal-qorti, iswed fuq l-abjad, li kulħadd jista' jaraha għax hija pubblika, li tgħid li dan qarraq bil-mara tiegħu u żżewwiġha sempliċement biex jieħu ċ-ċittadinanza.", "Mela allura jien nistenna li wara l-frattarija li pprova joħloq ilbieraħ, l-Onor.", "Jason Azzopardi jkun raġel, bħalma jien kont mara u qed ngħid il-fatti għalfejn wasalna s'hawnhekk, u jirtira jew inkella jiċċara d-dikjarazzjoni li għamel.", "Sur President, biex inserraħ moħħ in-nies, irrid ngħid li aħna ħadna r-rakkomandazzjonijiet u l-pariri legali minn oqsma differenti, inkluż mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Minħabba li għaddew numru ta' snin sostanzjali, ridt nara jekk fil-verità l-pożizzjoni tal-Gvern tagħtinix raġun li nista' niskatta dak il-proċess u s-solliev bil-miktub ġie minn bnadi differenti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "RAĦAL ĠDID – TRIQ SACRED HEART – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għala Sacred Heart Street f'Raħal Ġdid ilha maqlugħa bil-bankini b'kollox diversi ġimgħat biex ġiet tixbah war zone bi tbatija enormi għar-residenti?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid li Triq il-Qalb ta' Ġesu hija responsabbli mix-xogħol tagħha Infrastructure Malta.", "Għaldaqstant nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-twegiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 8908.", "KUMMISSJONI GĦAR-RIFORMA ĦOLISTIKA FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA – IMPLIMENTAZZJONI TA' MIŻURA NUMRU 148", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi implimentata l-miżura numru 148 kif imniżżla fir-rapport finali tal-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja tat-30 ta' Novembru 2013 u ċjoè sabiex issir is-separazzjoni tal-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-miżura hija wkoll suġġett tar-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja li bħalissa qed isir xogħol ta' analisi dettaljata dwaru.", "Kif intqal diġà diversi drabi, il-Gvern jaqbel b'mod ġenerali mal-bulk tal-proposti msemmija.", "ĦRUĠ TA' NOLLE PROSEQUI MILL-AVUKAT ĠENERALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu nolle prosequi mill-Avukat Ġenerali u jindika wkoll dwar liema każijiet kienu sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li minn riċerka fl-atti tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jirriżulta li l-ordnijiet ta' nolle prosequi maħruġa mill-Avukat Ġenerali mill-1 ta' Jannar 2013 sad-19 ta' Frar 2019, skont il-provvedimenti tal-artikoli 433 u 569 tal-Kodiċi Kriminali, huma s-segwenti:", "i. Fis-7 ta' Jannar 2013 inħareġ nolle prosequi dwar każ ta' allegata malafama bejn konjugi fil-kors ta' xhieda mogħtija fi proċeduri ta' separazzjoni;", "Fil-21 ta' Jannar 2016 inħareġ nolle prosequi biex ma jitteħdux proċeduri kriminali għal omiċidju involontarju abbażi biss tal-konklużjonijiet ta' Inkjesta Maġisterjali kontra għaddas li kien qiegħed jogħdos ma' żewg persuni oħra li mietu f'inċident waqt l-għadis;", "Fid-19 ta' Ġunju 2017 inħareġ nolle prosequi minħabba insuffiċjenza ta' provi kontra wieħed mill-akkużati f'każ ta' assoċjazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta' kannabis.", "ATT DWAR IL-MIDJA U L-MALAFAMA – KAWŻI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) kemm-il każ kien hemm li fih il-Qorti fis-smigħ preliminari ddeċidiet li l-kawża tista' tiġi deċiża permezz ta' medjazzjoni, bi ftehim bejn il-partijiet jew inkella permezz ta' apoloġija u għalhekk irreferiet il-partijiet għal medjazzjoni?", "Jista' jagħti l-okkju tal-kawżi li l-partijiet fihom ġew riferuti mill-Qorti għal medjazzjoni u jindika jekk il-medjazzjoni rnexxietx, fallietx jew inkella għadhiex għaddejja?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta), fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma kien hemm l-ebda każ li fih il-Qorti fis-smigħ preliminari ddeċidiet li l-kawża tista' tiġi deċiża permezz ta' medjazzjoni, bi ftehim bejn il-partijiet jew inkella permezz ta' apoloġija.", "ATT DWAR IL-MIDJA U L-MALAFAMA – KAWŻI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) kemm-il każ kien hemm li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lill-operatur jew l-editur ta' sit elettroniku li fuqu tkun ġiet ippubblikata d-dikjarazzjoni ta' malafama sabiex ineħħi d-dikjarazzjoni minn dak is-sit elettroniku?", "Jista' jagħti l-okkju tal-kawżi li fihom il-Qorti tat dik l-ordni u jindika jekk l-ordni tal-Qorti ngħatatx fuq talba ta' xi waħda mill-partijiet jew inkella b'inizjattiva tal-Qorti nnifisha?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) fil-Qorti ta' Malta u Għawdex s'issa ma kien hemm l-ebda każ li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lill-operatur jew l-editur ta' sit elettroniku li fuqu tkun ġiet ippubblikata d-dikjarazzjoni ta' malafama sabiex ineħħi d-dikjarazzjoni minn dak is-sit elettroniku.", "ATT DWAR IL-MIDJA U L-MALAFAMA – KAŻIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) kemm-il każ kien hemm li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lil kwalunkwe persuna li mhijiex l-awtur, l-editur jew ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni malafamanti sabiex tieqaf milli tiddistribwixxi, tbigħ jew turi materjal li fiha dik id-dikjarazzjoni?", "Jista' jagħti l-okkju tal-kawżi li fihom il-Qorti tat dik l-ordni u jindika jekk l-ordni tal-Qorti ngħatatx fuq talba ta' xi waħda mill-partijiet jew inkella b'inizjattiva tal-Qorti nnifisha?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li minn meta daħal fis-seħħ l-Att tal-2018 dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta) fil-Qorti ta' Malta u Għawdex s'issa ma kien hemm ebda każ li fih il-Qorti f'azzjoni ta' malafama ordnat lil kwalunkwe persuna li mhijiex l-awtur, l-editur jew ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni malafamanti sabiex tieqaf milli tiddistribwixxi, tbigħ jew turi materjal li fiha dik id-dikjarazzjoni.", "PULIZIJA – RAPPORTI DWAR VANDALIŻMU FUQ PROPRJETAJIET F'TAS-SLIEMA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Tas-Sliema, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq f'Tas-Sliema seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrappurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew irreġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta' Ħsara Volontarja (Wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2019 fuq proprjetajiet fil-lokalità ta' Tas-Sliema kienu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew.", "Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar, iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kinetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżamx taħt forma ta' statistika.", "APPLIKAZZJONIJIET GĦAL VISA – ĊITTADINI MIN-NEPAL, BANGLADESH, INDJA U PAKISTAN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni saret għal visa Maltija minn ċittadini tan-Nepal, il-Bangladesh, l-Indja u l-Pakistan mill-2013 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati maqsuma skont l-isem tal-applikant?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA U WASTESERVE – DIRECT ORDERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8550 u 7876 u jgħid fid-dettall x'kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-WasteServ u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta' Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – KONSULENTI INGAĠĠATI – ISMIJIET U ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8462, 7415 u 4309 u ċjoè: Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta' kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-31 ta' Diċembru 2018.", "*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument.", "AREAS GĦAL TKABBIR TA' SIĠAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Filwaqt li nagħmel referenza għall-artikolu li deher f'The Sunday Times of Malta tal-11 ta' Settembru 2016 intitolat 'Seven zones to get trees in nationwide green lung project' li kopja tiegħu qed tiġi annessa ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' dak kollu li effettivament sar mill-Gvern minn dak elenkat minnu f'dan l-artiklu tal-2016?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tħawwil tas-siġar indiġeni f'dawn is-siti msemmija f'artiklu ta' The Times of Malta tal-11 ta' Settembru, 2016 saru kollha u qed isiru arranġamenti biex ikompli jiżdied it-tħawwil f'dawn il-postijiet fejn hemm post u skont il-programm tax-xogħlijiet.", "Hawn taħt qed ngħaddi d-dettalji tal-ammont li tħawlu f'kull sit s'issa.", "· Baħar iċ-Ċagħaq – 718 siġar u arbuxelli indiġeni", "· Swatar 455 siġar u arbuxelli indiġeni", "· Wied Blandun – 200 siġar u arbuxelli indiġeni", "· Verdala – 35 siġar u arbuxelli indiġeni.", "Dawn tħawlu fil-parti tal-Palazz tal-Verdala.", "Tħawlu wkoll 'il fuq minn 3,300 ġewwa l-Buskett li l-Verdala jagħmel parti minnu wkoll.", "Hemm pjanat li jitkompla t-tħawwil ġewwa l-Buskett matul din is-sena wkoll.", "· Burmarrad – Parti mit-tħawwil sar minn proġett li kien kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u sar b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "Se jitkompla jsir aktar tħawwil ġo dan il-wied bħala parti minn proġett ieħor kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Ix-xogħol għandu jibda din is-sena u jitlesta fl-2020.", "· Żabbar Foss – Sar intervent ta' tindif u tħawwil f'partijiet ġewwa din iż-żona.", "Bħala parti mill-istrutturar ta' dan is-sit, se jkun qed jitkompla t-tħawwil ġewwa dan il-post.", "Dan l-intervent huwa mistenni li jitlesta kollu lejn l-aħħar ta' din is-sena.", "Sar ukoll xogħol ieħor ta' tħawwil ġo siti oħra:", "· Wied il-Kbir – 200 siġar u arbuxelli indiġeni", "· Wied Ħesri – 581 siġar u arbuxelli indiġeni", "· Wied iċ-Ċawsli – 403 siġar u arbuxelli indiġeni", "· Wied is-Sewda – 20 siġar u arbuxelli indiġeni", "Bħala parti minn proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea se jkun qed jitkompla t-tħawwil ta' siġar ġewwa Wied l-Għasel, Wied tal-Ġnejna u Wied Għomor.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta' Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta' Ħal Tarxien u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 151.", "Minn dawn 36 kienu każijiet ta' serq.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa tal-Gudja tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità tal-Gudja u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 189.", "Minn dawn 90 kienu każijiet ta' serq.", "ĦAL GĦAXAQ – DELITTI RAPPURTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta' Ħal Għaxaq tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta' Ħal Għaxaq u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 105.", "Minn dawn 22 kienu każijiet ta' serq.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa taż-Żejtun tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità taż-Żejtun u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 310.", "Minn dawn 91 kienu każijiet ta' serq.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta' Marsaxlokk tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta' Marsaxlokk u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 202.", "Minn dawn 140 kienu każijiet ta' serq.", "SANTA LUĊIJA – DELITTI RAPPURTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta' Santa Luċija tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fis-sena 2018 fil-lokalità ta' Santa Luċija u li ġew irreġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 58.", "Minn dawn 18 kienu każijiet ta' serq.", "GĦAWDEX – SPEZZJONIJIET FI DJAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet u f'liema djar tal-anzjani ġewwa Għawdex saru dawn l-ispezzjonijiet minn kemm ilha li ġiet imwaqqfa l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali?", "Kemm kien hemm djar tal-anzjani li ma kinux qed jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja jew li kellhom xi nuqqasijiet?", "Dawn in-nuqqasijiet ġew irranġati?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-ewwel xhur tal-2019, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali għamlet sitt spezzjonijiet fi djar tal-anzjani f'Għawdex li jinkludu r-Residenza Sant'Anna, San Lawrenz Home, Male Geriatric u Saint Dominic Home.", "L-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali identifikat numru ta' nuqqasijiet waqt dawn l-ispezzjonijiet u għamlet ukoll diversi rakkomandazzjonijiet.", "L-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali, qiegħda tikkollabora mad-djar tal-anzjani msemmija, sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati waqt dawn l-ispezzjonijiet, u finalment tara li tittieħed azzjoni fuq il-punti li jkunu tqajmu u nġiebu għall-attenzjoni tal-istess djar, fl-interess tal-anzjani residenti fl-imsemmija residenzi għall-anzjani.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA JIEĦDU L-FUEL ALLOWANCE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jieħdu l-fuel allowance fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid x'inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu u taħt liema direttorat jaqgħu?", "X'inhi r-raġuni li jieħdu l-fuel allowance u min approva l-fuel allowance?", "Kemm kienet l-ispiża minn kull direttorat fuq fuel allowance sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – PROPRJETAJIET LI GĦANDU L-GVERN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern f'Għawdex?", "Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din id-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "NADUR GĦAWDEX – TA' XĦAJMA – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' skavar jew xogħol ieħor simili li ilu għaddej għal dawn l-aħħar 15-il ġurnata ħdejn il-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur, Għawdex, huwiex kopert bil-permessi tal-Awtorita tal-Ippjanar?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni, meta saret l-applikazzjoni u meta ġiet approvata?", "Jista jispjega wkoll x'inhu l-kontenut ta' din l-applikazzjoni, x'tip ta' żvilupp se jsir u min hu l-iżviluppatur li qed jagħmlu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, ix-xogħlijiet li qed isiru huma skont l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (LS552.08) u għalhekk ma jirrikjedux permess ta' żvilupp.", "SAN ĠWANN – TRIQ IL-BALAL – PLATE BEARING TESTS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-Triq tal-Balal, it-triq ta' bejn in-Naxxar u San Ġwann, sarux it-testijiet tal-Plate Bearing?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm-il test sar, f'liema parti saru u jindika permezz ta' street plan fejn saru l-plate bearning tests u x'kien ir-riżultat?", "Jista' jgħid min għamilhom u min iċċertifika r-riżultat ta' dawn il-Plate Bearings Tests?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR LEJN IN-NEW ZEALAND", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx mar New Zealand minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija u f'każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara tiegħu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tiegħi hija fin-negattiv, jiġifieri le.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR LEJN IL-BAHAMAS JEW BERMUDA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx mar il-Bahamas jew Bermuda minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija u f'każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara tiegħu?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta tiegħi hija fin-negattiv, jiġifieri le.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR LEJN DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx mar Dubaj minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija u f'każ li mar, jagħti d-dati taż-żjara jew żjarat tiegħu?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li żort Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet.", "F'din il-leġiżlatura ma kien hemm l-ebda żjara.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – KONSULENZA MINN INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' konsulenza li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament għandu man-National Development and Social Fund u/jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu?", "JOSEPH MUSCAT: Id-dokument mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-ditta legali tal-persuna msemmija bdiet tagħmel xogħol ta' konsulenza legali flimkien ma' ditta legali oħra għan-National Development and Social Fund (NDSF) wara li l-NDSF għamel sejħa pubblika għal espressjonijiet ta' interess.", "Sal-lum il-ħlas li sar lil dawn iż-żewġ ditti legali jammonta għal €2,700.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija m'għandha ebda konsulenza ma' xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni abbażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Interpellant tirreferi għar-risposta tal-mistqosija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOJALI – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:", "a) tal-inqas 40% tal-persuni f'pożizzjoni ta' deċiżjoni jkunu nisa;", "b) tal-inqas 50% tal-persuni f'advisory groups ikunu nisa; u", "c) jiżdied in-numru ta' nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta' deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.", "Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9279.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – BANK ĊENTRALI – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9102, jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom f'din l-iskala dawn in-nisa?", "Jista' jgħid f'liema sena ġew promossi għal din l-iskala?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9098 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8841, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari .", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9099 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8842 jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9103.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARD", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta' żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "SANNAT GĦAWDEX – TRIQ BARDAN – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta l-proġett ta' asfaltar imwettaq mill-Kunsill ta' Sannat minn fondi tal-Unjoni Ewropea fi Triq Bardan ġewwa s-Sannat Għawdex?", "Kemm ġie jiswa u x'varjazzjonijiet kien hemm mit-tender oriġinali?", "Jista' jgħid min kien il-perit li ċċertifika x-xogħol u l-varjazzjonijiet, jekk kien hemm, fuq din it-triq?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Sannat li dan ix-xogħol ta' asfaltar ta' Triq Bardan minn fondi tal-Unjoni Ewropea sar f'Settembru 2018 u ġie jiswa €62,824.17.", "L-ammont tat-tender oriġinali kien ta' €54,935.45.", "Il-varjazzjonijiet mit-tender oriġinali kienu ta' €7,888.72.", "Il-Perit Edward Scerri ċċertifika x-xogħol u l-varjazzjonijiet ta' din it-triq.", "MEDIĊINA CONCERTA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 8852, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex waslu t-talbiet tat-38 persuna li applikaw biex jerġgħu jingħataw il-mediċina Concerta mill-Gvern?", "Jista' jgħid kemm minnhom inqdew u kemm għad baqa' pazjenti jistennew?", "Jista' jgħid ukoll kemm żmien jikkalkula li se jieħu biex il-pazjenti kollha jingħataw lura l-prodott Concerta mill-Gvern, anki ġaladarba dawn qed isibuha diffiċli jixtruha privatament minħabba li jidher li tinsab out of stock?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif ilu isir f'diversi legiżlazzjonijiet preċedenti, il-Gvern jixtri mediċina abbażi ta' speċifikazzjonijiet ġeneriċi li jassiguraw mediċini ta' kwalità li huma reġistrati fl-Ewropa.", "F'dan il-każ beda l-proċess biex jiġu analizzati mill-Kap tad-Dipartiment tal-Psikjatrija bl-għajnuna ta' esperti biex tinstab alternattiva klinika.", "Il-Gvern qiegħed b'komunikazzjoni mas-settur privat biex il-mediċina tkun f'Malta fl-inqas żmien possibbli.", "GĦAJNUNA SOĊJALI – ABBUŻI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8663 u jgħid kemm twaqqfu każijiet ta' benefiċċji soċjali minħabba ksur ta' provvedimenti tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali matul is-sena l-oħra?", "X'inhuma r-raġunijiet li dawn il-persuni twaqqfulhom dawn il-benefiċċji?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2018 kien hemm 667 każ li ġie mwaqqaf mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minħabba allegati abbużi, fosthom 130 każ li kienu investigati mill-ispetturi tad-Direttorat għall-Osservanza ta' Benefiċċji u li l-istess Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali aċċetta r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat biex jitwaqqaf l-intitolament.", "Ir-raġunijiet għat-twaqqif ta' dawn il-benefiċċji kienu varji, fosthom :", "· Kapital jeċċedi l-iskali", "· Assenti minn Malta", "· Mhux tifforma familja għal rasek", "· Mhux toqgħod fl-indirizz mogħti", "· Qiegħed taħdem", "· Tgħix ma' ħaddieħor", "· Ostakolajt lill-ispetturi fil-qadi ta' dmirijiethom", "· Ċaħħadt lilek innifsek minn mezzi sabiex tikkwalifika għall-għajnuna.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8918, 6705 u 3427 u jgħid kemm hawn single mothers irreġistrati?", "Kemm minnhom jaħdmu?", "Kemm minnhom huma dipendenti fuq benefiċċji soċjali bħala l-unika sors ta' income?", "Kif inhi komposta l-familja tagħhom?", "Kemm għandhom tfal?", "Kemm hawn single mothers li huma f'riskju ta' faqar (jew qegħdin fil-faqar)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jistax jgħid kemm hawn single mothers irreġistrati, in-numru li jibbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal huwa ta' 5,275.", "Dawk dipendenti fuq l-Għajnuna Soċjali issa niżlu sew u jammontaw għal 1,891 u l-kompożizzjoni tal-familja tagħhom hija kif ġej:", "SKOLA TAL-ISTAT – SPIŻA GĦAL KULL STUDENT", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża llum għal kull student għal kull ġurnata li jattendi l-iskola tal-Istat?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża għal kull student fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-2018 kienet ta' €4,987.44.", "Din in-nefqa tinkludi s-salarji tal-għalliema, LSEs u servizzi ta' appoġġ (support services), superviżjoni, trasport, kotba u fondi tal-imprest għall-operat tal-iskejjel.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PRIĠUNIERI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li weħlu l-ħabs minħabba li ma ħallsux il-manteniment lil uliedhom u/jew lill-konjugi f'dawn l-aħħar tliet snin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Qorti ma jkollhiex informazzjoni.", "PERSUNI MRESSQA L-QORTI FUQ REATI TA' VJOLENZA FUQ ANZJANI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenari 1983 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b'sena b'mod separat?", "Jista' jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija u kemm ta' nazzjonalità barranija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tipi ta' reati kriminali rrappurtati lill-pulizija fis-sena 2017 u fis-sena 2018?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "* Tabella bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9113"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190313_207d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 18 ta' Marzu, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' San Ġiljan sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq f'San Ġiljan seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità tal-Gżira, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq fil-Gżira seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Pembroke, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq f'Pembroke seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq f'Baħar iċ-Ċagħaq seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti li b'xi mezz ikkaġunat l-abort ta' mara tqila sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta' Wied il-Għajn tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa tal-Birgu tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew deċiżi arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fl-aħħar tas-sena 2018 u jista' jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta' Malta f'ikel u akkomodazzjoni ta' ġurati fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jelenka l-membri kollha, kemm uffiċjali pubbliċi u le, li akkumpanjawh u kienu parti mid-delegazzjoni fiż-żjara tiegħu fil-Ġappun fl-2018?", "Jista' jagħti d-dati li dawn kienu fil-Ġappun?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8657 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sitt snin il-Bank of Valletta xtara/akkwista bonds fi ħruġ ta' bonds mill-privat f'Malta?", "Jista' jagħti d-dettalji f'kull każ?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9100 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8843, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "Tista' tgħid jekk il-persentaġġ indikat minnha huwiex parti mill-miri tal-Horizon 2020 u jekk dawn il-persentaġġi humiex il-miri tal-Gvern kollu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9101 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Pjazza tas-Sannat?", "Tista' l-Ministru tgħid jekk it-tenders ħarġux u ġewx awarded u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq din il-pjazza?", "Tista' tpoġġi kopja tal-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra kif ser tiġi din il-Pjazza?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Peress li ħareġ it-tender għal Triq Masri ġewwa x-Xagħra Għawdex u anke ġie awarded, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn f'din it-triq m'huwiex ser isir culvert li jilqa' l-ilma tax-xita?", "Min ta l-opinjoni teknika u x'inhuma r-raġunijiet biex dan ma jsirx?", "Jista' jgħid min ser jerfa' r-responsabbiltà għal dan in-nuqqas f'din it-triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra peress li fil-laqgħat tal-kunsill qed jingħad li dan qed isir u jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' tagħti timeframes ta' x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 8984, tista' l-Ministru tgħid għaliex il-policy dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel mhijiex fuq il-website tal-istess kumpanija, meta sa ftit tas-snin ilu din kienet pubblikata fuq il-website?", "X'inhu jżomm lill-Ministru milli tara li din il-policy tkun fuq il-website biex kulħadd ikollu aċċess għaliha?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet kien hemm ħaddiema ta' Infrastructure Malta jieħdu surveys u jimmarkaw marki fit-triq, f'ċertu toroq ġewwa Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ta' Identity Malta u qegħdin detailed f'Għawdex ma' dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?", "Dawn il-ħaddiema jaqgħu taħt il-collective agreement ta' Identity Malta jew taċ-Ċivil?", "Jista' jgħid liema huma l-entitajiet jew dipartimenti f'Għawdex li jagħmlu xogħol għal Identity Malta iżda huma parti mill-Ministeru għal Għawdex?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9106, 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9107 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8892, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għal Għawdex", "TJista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9108 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8893, tista' l-Ministru:", "a. tgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tagħha; u", "b. tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9109 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9055 dwar kopja tal-kuntratt li jirrigwarda r-rating agency li qed titħallas mill-Ministeru għall-Finanzi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li bagħat il-Ministeru lir-rating agency li permezz tagħha, talab il-permess tal-aġenzija sabiex jiġi ppubblikat il-kuntratt?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal illitterati li spiċċaw mill-Primarja fl-aħħar sena skolastika u minn liema lokalitajiet ġejjin?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9273 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9086, liema domanda kienet dwar Senior Operative IV, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser jibdew jitħallsu dawk it-tmien persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija li kienu mal-Gvern u ġew trasferiti u qegħdin jaħdmu mal-ELC u li kellhom jitħallsu b'lura mill-4 ta' Diċembru 2017?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9310, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' serq sar fil-Mosta f'dawn l-aħħar xahrejn (Jannar u Frar 2019)?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-għaliex ingħalaq il-programm JESS?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara għaliex anzjani li għandhom il-pensjoni, mhux qed jingħataw b'xejn il-mediċini Rivaroxaban 20 mg li kull kaxxa ta' 28 tablet tiswa €85, kif ukoll l-Ideos tablets li jiswew €10 fix-xahar?", "Billi naf każ ta' anzjan li dawn iż-żewġ mediċini jeħodhom kuljum, u jgħid li għandu spiża ta' 'l fuq minn €100 fix-xahar, jista' l-Ministru jara li dawn il-pilloli jingħataw b'xejn f'każijiet bħal dawn?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk waslux ilmenti fl-Uffiċċju tiegħu, jew tas-Segretarju Permanenti jew tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, dwar problemi ta' natura infrastrutturali u oħrajn, li qed jingħad li hemm fl-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu dawn il-problemi u x'passi ttieħdu, jew hu ppjanat li jittieħdu, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa tal-għalliema u l-istudenti f'din l-iskola?", "Jista' jgħid meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol biex tinbena l-iskola ġdida fl-istess lokalità?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta' surġent u li dan l-aħħar tella' fuq Facebook, video post mimli diskors partiġġjan, għaddiex minn eżami mediku jew fitness test qabel iddaħħal lura?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji mediċi li persuna trid tissodisfa biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija jew sabiex terġa tiġi reinstated fil-korp wara numru ta' snin u jekk l-individwu li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta' surġent u li dan l-aħħar tella' fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan u li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issodisfax dawn il-kriterji qabel reġa' ddaħħal?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9219, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta' surġent u li dan l-aħħar tella' fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta għandux ħatriet oħra jew ġiex appuntat fuq bordijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u f'dak il-każ:", "(i) liema huwa dawn il-bordijiet/entitajiet?", "(ii) kemm hija r-remunerazzjoni marbuta magħhom?", "(iii) kemm huwa twil il-perjodu tal-ħatra?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'remunerazzjoni totali qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta / Infrastructure Malta qattx għamlet talba f'isem partijiet terzi biex isir esproprjazzjoni ta' żvilupp eżistenti privat, biex jingħata aċċess għal parti minn triq, minn April 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema kienu dawn it-talbiet u f'liema stadju waslu?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkunsidra l-installazzjoni ta' pixxina fl-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa, bħal mudell li hemm fis-seħħ fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi?", "Jista' jikkunsidra jadotta l-mudell tal-pixxina li hemm fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, għal skejjel oħra madwar Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' dak li għandha tieħu l-Enemed mingħand l-Air Malta għall-prezz tal-fuel?", "Jista' jindika x'qed isir sabiex dawn l-ammonti jiġu rkuprati?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u jindika meta dawn l-ammonti ġew dovuti?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jindika kemm għandha tagħti l-Air Malta lill-Enemed għal fuel li hija xtrat mingħandha?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi d-dettalji jekk hemm xi skema li tgħin fir-restawr ta' knejjes ta' valur reliġjuż u kulturali?", "X'inhuma l-kriterji sabiex tikkwalifika?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex individwat sit, fejn se ssir id-Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara?", "Hemm xi pjan ta' meta se jibda x-xogħol b'mod konkret?", "Kemm ser jinħolqu postijiet għall-anzjani?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-proġetti tal-Housing fil-lokalità ta' Birkirkara?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kif qed titħaddem l-iskema l-ġdida ta' sussidju ta' kera li tħabbret fl-aħħar Pjan Finanzjarju tal-Gvern?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-poliklinika fiċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara tibda tiftaħ ukoll billejl jew għal aktar ħin milli qiegħda attwalment?", "Jekk le, jħossx li hu opportun li din ir-rikjesta tiġi evalwata fid-dawl tad-domanda li teżisti?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet min-naħa tal-Gvern li l-poliklinika fiċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara tibda żżid is-servizzi mediċi li toffri milli qiegħda attwalment?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jagħti lista xahar b'xahar minn Jannar 2018 sal-lum kemm ġew irrappurtati serqiet f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid illum x'inhi l-pożizzjoni tal-Boeing 737 Max 8, li ġew banned mir-Renju Unit?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward inkonvenjent li qed jostakola l-bieb tad-dar tiegħu liema inkonvenjent tpoġġa biex iżomm gallarija minħabba ħsarat?", "Jista' jara li ssir it-tiswija meħtieġa?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Childcare Centre jopera f'Malta u Għawdex?", "Kemm minnhom huma reġistrati?", "Kemm hawn Childcare Centres li għadhom qed jistennew li jiġu reġistrati?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li n-National Standards in Childcare ilhom ma' jiġu aġġornati mill-2004?", "Meta se jiġu mħabbra l-istandards aġġornati?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Childcare Centre li hu reġistrat bħalissa, mhux jilħaq l-istandards nazzjonali tal-2004?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru audits matul l-2018 fuq Childcare Centres?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li għal dawn l-audits, iċ-Childcare Centres ikunu avżati madwar tliet ġimgħat qabel u qatt ma jsiru audits b'sorpriża?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child carers ċertifikati għal kull tifel u tifla fiċ-Childcare Centres f'Malta u Għawdex?", "Kemm hawn tfal f'dawn iċ-Childcare Centres li ma għandhomx child carer kwalifikati kif stipulat min-National Standards in Childcare?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Child Carer kwalifikat b'Level 4 hawn reġistrat f'Malta u Għawdex?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew re-instated fil-Korp mill-2013?", "Kemm ġew seconded barra mill-Korp mill-2013?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9351 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f'pajjiżna li għandhom il-paga minima?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ex-membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin) li għandhom bejn il-45 u 61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Għalkemm saru ħafna lmenti lill-awtoritajiet, jista' l-Ministru jgħid meta Infrastructure Malta se terġa' tiftaħ il-water culverts fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara, peress li għal sena oħra r-residenti qed jegħrqu kull darba li tagħmel ix-xita?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Qorti u tal-istess Ministeru dwar jekk litigant/attur li jixhed viva voce fil-Qorti, għandux ikollu mezz li huwa u/jew l-avukat tiegħu jingħata kopja tar-recording tax-xhieda tiegħu kif ukoll traskrizzjoni ta' dik ix-xhieda biex jaċċerta li dak li nkiteb, ikun fidil max-xhieda tiegħu fil-kawża, speċjalment jekk l-attur ikollu problema li jaqra u jikteb bil-Malti u allura x-xhieda tiegħu tkun bl-Ingliż?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Fid-dawl tar-rapport fuq il-mezzi tax-xandir li nfetħet inkjesta maġisterjali dwar priġunier li allegatament instab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u dan kif ġie rrappurtat nhar l-Erbgħa 13 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk il-priġunier inkwistjoni kienx Malti jew barrani u minn min qed titmexxa din l-inkjesta Maġisterjali?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Billi irċevejt ilmenti min-nies li d-dentisti tal-Isptar Mater Dei qegħdin b'direttiva, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li d-dentisti qed jittrattaw biss każijiet ta' aċċidenti u nies b'emoroġija biss?", "Jekk iva, x'inhi l-kwistjoni mad-dentisti u kemm ilha fis seħħ id-direttiva?", "Meta hemm il-ħsieb li tiġi riżolta billi n-nies qed ikollhom imorru privat biex jinqdew?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li \"impjegati fl-istess klassi ta' impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ta' valur ugwali\" jista' l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tielet Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali Nru 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq Emenda għall-mozzjoni.", "15 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019, fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019, fl-3.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 75 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 70 – Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni tar-Rapport Annwali 2018 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017: Arrears of Revenue (paġni 192-213) (Kont.).", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler (Kont.)", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "15 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190318_208a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 18 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru. 207 li saret fit-13 ta' Marzu 2019 ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru VI tal-2019 - Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KORP TAL-PULIZIJA – RAPPORT DWAR VANDALIŻMU FUQ PROPRJETAJIET F'SAN ĠILJAN", "L-ONOR.", "Karol Aquilina) staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' San Ġiljan sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq f'San Ġiljan seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrappurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija r-rapporti li ġew reġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta' Ħsara Volontarja (wilful damage), jew bħala Arson, mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2019 fuq proprjetajiet fil-lokalità ta' San Ġiljan kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew.", "Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar, iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kenitx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti ma tinżammx taħt forma ta' statistika.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Michael Farrugia tal-informazzjoni li għadda lill-Kamra.", "Xtaqt nistaqsih mistoqsija dwar sigurtà fit-toroq.", "Naf li l-Gvern huwa committed kemm mill-aspett ta' kostruzzjoni ta' toroq, jiġifieri li jagħmel toroq li huma sikuri permezz ta' Infrastructure Malta kif ukoll mill-aspett ta' viġilanza, mill-aspett ta' Pulizija f'dak li huwa l-bonordni u li jiġu osservati wkoll r-regolamenti tat-traffiku.", "Huwa opportun li f'ċerti stanzi u f'ħin partikolari tal-ġurnata jew ta' bil-lejl ikun hemm ukoll f'xi ġranet fil-ġimgħa l-viġilanza u l-preżenza tal-Forzi Armati ta' Malta fuq it-toroq tagħna għal skopijiet speċifiċi?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li tajjeb wieħed jgħid li matul il-ġurnata u anke matul il-lejl ikun hemm rondi kontinwi kemm bil-karozzi tad-distrett kif ukoll bil-karozzi tar-Rapid Intervention Unit.", "Ikun hemm numru ta' postijiet fejn ikun hemm rondi b'aktar frekwenza milli f'postijiet oħrajn.", "Naħseb tajjeb wieħed jgħid li għal raġunijiet ta' sigurtà f'ċerti postijiet li huma hot spots ikun hemm ċirkolazzjoni ta' pulizija iktar minn postijiet oħrajn, u qed nirreferi għal postijiet bħal, pereżempju, il-Marsa, il-Hamrun, in-naħa ta' Birżebbuġa, in-naħa ta' Ħal Far, ġewwa Paceville u l-akkwati ta' Paceville kemm matul il-ġimgħa imma aktar u aktar lejn l-aħħar tal-ġimgħa.", "Irrid insemmi wkoll li jkun hemm numru ta' roadblocks b'mod regolari f'ċerti ħinijiet ta' filgħaxija u anke bil-lejl li jsiru b'mod haphazard madwar il-pajjiż imma li ma jkunux kordinati bil-ġranet speċifiċi.", "Dan għal raġunijiet ovvji.", "Ċertu sigurtà wieħed ma jistax jipprovdiha billi jgħid li nhar ta' Ġimgħa jagħmel roadblock hemm u l-Ħamis jagħmel oħra hemm għax hekk ikun prevedibbli.", "Nista' ngħid li kien hemm membri min-naħa tal-Oppożizzjoni li anke ġibduli l-attenzjoni li mhux l-ewwel darba wkoll li kienu għaddejjin minn ċerti toroq fejn kienu qed isiru roadblocks u faħħru lill-Korp tal-Pulizija għal dawn ir-roadblocks.", "Dan juri ċerta serjetà.", "Irrid nieħu l-opportunità hawnhekk li nfaħħar il-Korp tal-Pulizija u nirringrazzja speċjalment lit-Taqsima tad-Droga u t-Taqsima tas-Servizz tas-Sigurtà għas-suċċess li qed ikollhom fil-ġlieda kontra d-droga ġewwa pajjiżna u kontra l-kriminalità organizzata.", "Illum m'għadux jiġi targeted iż-żgħir imma qed jiġu targeted persuni li huma l-moħħ wara l-kriminalità organizzata.", "Apparti minn hekk, f'dan l-istadju wieħed irid jirrikonoxxi x-xogħol kbir li jagħmlu l-Forzi Armati mhux biss madwar Malta imma anke madwar il-kosta Maltija, anke permezz ta' titjir ta' helicopters kemm fil-partijiet fuq l-art kif ukoll fil-viċinanzi fuq il-baħar.", "Apparti x-xogħol kbir li jagħmlu fis-search and rescue ta' Malta, huma għandhom ir-responsabbiltà li jaraw li ma jkunx hemm dgħajjes li jkollhom bżonn għajnuna.", "Dan jagħmluh permezz ta' ajruplani, patrol boats u diversi vetturi oħrajn.", "F'dan l-istadju l-Forzi Armati jidħlu biss meta jiġu mitluba min-naħa tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jassistu.", "Nafu li kien hemm ċirkostanzi fejn kien hemm bżonn l-involviment tal-Armata biex isiru ċerti interventi.", "Hawn irrid infaħħar il-koperazzjoni bejn is-setturi differenti tal-korpi dixxiplinati li jieħdu ċerti inizjattivi biex jikkontrollaw il-kriminalità organizzata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, bħala avukat li naħdem fil-qasam tal-Liġi tal-Familja nisma' ħafna drabi b'każi ta' vittmi ta' vjolenza domestika li ħafna drabi jkunu nisa imma jistgħu ma jkunux nisa wkoll, li jkunu marru jirrapportaw il-każ tagħhom u l-uffiċjali tal-pulizija jipprovaw inaqqsu mill-importanza tal-każ.", "F'dan il-Parlament ftit tax-xhur ilu ħarraxna l-liġijiet fejn tidħol il-vjolenza domestika.", "Naħseb li dan kien pass fit-triq it-tajba.", "Però x'qed isir sabiex effettivament min imur ġo għassa tal-pulizija ma jiġix iffaċċjat bis-sitwazzjoni li għadni kif semmejt?", "Wieħed irid jifhem li mhux dejjem tmur u ssib spettur imma ħafna drabi ssib kuntistabbli.", "X'qed isir sabiex dak il-kuntistabbli jkun mħarreġ kif suppost sabiex ikun kapaċi jieħu ħsieb sitwazzjoni bħal dik?", "MICHAEL FARRUGIA: Hawn irrid insemmi l-kollaborazzjoni bejn il-Korp tal-Pulizija u l-ħaddiema soċjali.", "Din saret kemm qabel u anke eżattament wara li ddiskutejna l-liġi f'dan il-Parlament fejn għandha x'taqsam il-vjolenza domestika.", "Naħseb li r-raġuni hija li l-pulizija mhumiex social workers.", "Minkejja li diġà sar taħriġ lil għexieren, jekk mhux mijiet, ta' pulizija fl-Akkademja bi preparament għal kif jimxu ma' persuni li jkunu għaddew minn vjolenza domestika, xorta waħda għad hemm issues li wieħed irid jitkellem fuqhom, fosthom li mhux kull għassa hija attrezzata biżżejjed biex isiru ċerti laqgħat bejn il-pulizija u l-vittmi b'mod li dawn iħossu li jistgħu jitkellmu b'ċerta libertà.", "Irrid ngħid li f'ħafna mill-għases li qed jiġu rinovati, qegħdin nirranġaw kamra fejn wieħed ikun jista' jitkellem mal-vittmi kif wieħed ikun jista' jitkellem anke ma' persuni li jkunu qed jiġu interrogati.", "Din hija l-problema attwali.", "Ma naħsibx li hija sitwazzjoni ideali li wieħed ikollu kamra għal kollox.", "Għal din ir-raġuni se nkunu mexjin fuq pjan li hemm il-preparamenti għalih, li madwar Malta jkun hemm mill-inqas erba' hubs u forsi mini-hub ieħor ġewwa Għawdex biex ikunu forma ta' headquarters li taħthom ikollhom reġjun u taħt dak ir-reġjun ikun hemm numru ta' għases separati.", "Dan anke skont il-programm elettorali.", "Fil-hub huwa ttamat li jkun hemm il-faċilitajiet u nies b'esperjenza li jkunu ġew imħarrġa speċifikament biex ikunu hemmhekk 24 siegħa kuljum biex ikunu jistgħu jiddiljaw ma' vittmi tal-kriminalità on site.", "Dan huwa pjan li se nkunu mexjin fuqu u allura jrid ikun hemm kamra speċifika fejn wieħed jittratta dawn il-każijiet.", "Il-liġi titkellem ukoll fuq li l-pulizija jagħmlu assessment tar-riskju li jkun hemm għall-vittma li tkun għaddiet minn vjolenza domestika.", "Bħalma għedt, il-pulizija mhumiex social workers, jistgħu jiġu mħarrġa dwar kif jiddiljaw ma' vittma, imma mhux li jkunu jistgħu jagħmlu assessment.", "Għal dan il-għan sar ftehim bejn il-Pulizija u l-Aġenzija Appoġġ li jagħti l-possibbiltà li dak l-assessment isir mill-Pulizija flimkien mas-social workers li huma persuni aktar idonei biex jagħmlu evalwazzjoni tar-riskju li jkun hemm.", "Imbagħad jew jgħidu lill-perpetrator biex joħroġ jew inkella jaraw jekk ikunx aħjar li tkun il-vittma li toħroġ temporanjament.", "Imma dawk huma affarijiet li jkunu deċiżi każ każ minn persuni kkwalifikati u wieħed imbagħad jimxi minn hemmhekk.", "Però għad baqa' ħafna xi jsir.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Grazzi ħafna, Sur President.", "Biex inkompli mal-mistoqsija supplimentari tal-Onor.", "Byron Camilleri, il-Ministru għadu kemm semma r-refurbishing ta' għases.", "Jista' jispeċifika liema għases issa jistgħu jilqgħu vittmi ta' vjolenza domestika f'dawn il-kmamar speċifiċi?", "Infakkar ukoll lil din il-Kamra li dan huwa rekwiżit tal-Istanbul Convention li ffirmajna, bħalma hu wkoll rekwiżit it-taħriġ.", "Il-Ministru għadu kemm qal li mbagħad jiddeċiedu jekk joħroġx 'il barra l-perpetrator jew il-vittma.", "Il-Konvenzjoni ta' Istanbul tispeċifika li l-perpetrator joħroġ 'il barra, u allura forsi jista' jiċċara dan il-punt ukoll.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Ħalli nibda mill-aħħar parti rigward min joħroġ.", "Il-każi jiġu deċiżi b'mod individwali skont iċ-ċirkostanzi partikolari.", "Preferibbilment u idealment għandu jkun dejjem il-perpetrator li joħroġ minn hemmhekk.", "Dik hija l-prijorità.", "Imma l-każi mhux kollha huma l-istess, mhux kollha huma skont textbook u allura jkun hemm evalwazzjoni li ssir b'mod temporanju dak il-ħin li mbagħad tiġi rranġata wara numru ta' sigħat wara li wieħed ikun għamel evalwazzjoni aħjar tas-sitwazzjoni.", "Bħala prijorità dejjem għandu jkun il-perpetrator li għandu joħroġ.", "Niftakar li meta rratifikajna l-Konvenzjoni kont jien li ressaqtha f'dan il-Parlament u tkellimt fuqha, u dejjem għedt li preferibbilment ikun il-perpetrator li jitlaq.", "It's a case by case scenario, imma idealment huwa dejjem il-perpetrator li għandu joħroġ.", "Dwar il-kmamar fl-għases, offhand m'għandix informazzjoni imma bħalissa jiġuni f'moħħi ċerti għases li żort li għandhom din il-kamra.", "Xorta m'iniex kuntent għax dik il-kamra tintuża għal kollox.", "Dik il-kamra tintuża kemm għal każijiet ta' vjolenza domestika, kif ukoll biex isiru ċerti interrogazzjonijiet fil-kwiet u b'serenità f'ċerti każijiet li tkun għaddejja investigazzjoni dwarhom.", "Huwa għalhekk u huwa għaliex mhux kull pulizija huwa kapaċi jittratta ma' każijiet ta' vjolenza domestika li qegħdin ngħidu li fl-erba' ċentri prinċipali għandu jkun hemm pulizija fuq bażi ta' 24/7 li jkunu mħarrġa speċifikament u li jagħmlu l-korsijiet kollha neċessarji biex jittrattaw mill-bidu sal-aħħar każijiet simili.", "Dak huwa l-pjan li mexjin fuqu u li qed isiru l-preparamenti dwaru.", "F'kull wieħed minn dawn il-hubs se jkun hemm kamra dedikata biss, u għal xejn iktar, għal każijiet ta' persuni li huma vittmi ta' vjolenza domestika.", "B'dan il-mod ikunu jistgħu jitkellmu dwar dak li jkunu għaddew minnu f'ċerta privatezza mhux biss ma' membri tal-Korp tal-Pulizija imma anke ma' persuni li jkunu speċjalizzati fil-vjolenza domestika.", "Jekk jista' jkun dawn ma jagħmlu xejn iktar ħlief jittrattaw każi ta' vjolenza domestika.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, fl-aħħar ġimgħat kellna sitwazzjoni fejn ġiet rilevanti ħafna sezzjoni oħra importanti taħt id-dekasteru tiegħu li hi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "X'għandu f'moħħu l-Gvern biex isaħħaħ din il-branka?", "X'investiment qed isir biex dawn ikollhom l-għodda suffiċjenti biex kif tinqala' sitwazzjoni kif inqalgħet ikunu armati biex ikunu jistgħu joħorġu jagħmlu xogħolhom bl-aħjar mod u jissalvagwardjaw il-ħajjiet ta' Maltin u Għawdxin li jinqabdu f'xi għawġ?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Irrid nieħu l-opportunità hawnhekk ukoll biex nirringrazzja lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili għall-mod kif imxew kemm fil-maltempata kbira li kellna kif ukoll f'diversi inċidenti oħra; f'dawn l-aħħar jiem kellna numru ta' nirien li donnhom inħolqu kollha f'daqqa.", "Kellna nirien f'żewġ lukandi fejn r-residenti kellhom joħorġu barra għas-sigurtà tagħhom u tal-ħaddiema, u kellna anke ħruq fil-Marsa fejn hemm diversi faċilitajiet relatati mal-Karnival u fejn jinsab materjal li jaqbad ħafna.", "Dawn apparti diversi inizjattivi oħra, uħud minnhom ħelwin, fejn salvaw annimali li jkunu f'sitwazzjoni ta' periklu jew jinqabdu xi mkien minn fejn ma jistgħux jinżlu.", "Ta' min jgħid li għall-Protezzjoni Ċivili għamilna pjan għas-seba' snin li ġejjin.", "Dan huwa pjan ambizzjuż li jilqa' l-bżonnijiet tal-lum u ta' għada.", "Ftit taż-żmien ilu jiena kont semmejt xi ħaġa u kien hemm min għamel patafjun ta' kummenti.", "Is-sabiħa hija li l-high rise buildings mhux illum bdejna nitkellmu fuqhom, Sur President.", "Il-high rise buildings ilna nitkellmu fuqhom u ilhom jeżistu għexieren ta' snin.", "Is-sabiħa hija li l-Protezzjoni Ċivili qatt ma ħasbu li jkollhom l-inġenji u l-vetturi biex jittrattaw każijiet li jinqalgħu fejn jidħlu high rise buildings.", "Għal din ir-raġuni qegħdin nibdlu numru ta' vetturi ma' oħrajn b'teknoloġija ġdida.", "Dawn qatt ma nbidlu għal 20 sena sħaħ.", "Bdew jinbidlu tul dawn l-aħħar tliet snin u se jkomplu jinbidlu kollha.", "Se jkollna wkoll tip ta' vetturi fil-Protezzjoni Ċivili li qatt ma eżistew qabel.", "Apparti minn hekk, irrid nirringrazzja lill-Malta Industrial Parks u lill-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jaraw kif jassistu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b'inġenji.", "Il-Malta Industrial Parks se jkunu qegħdin jagħtu bowsers kbar li jesgħu 20,000 u 40,000 litru, li huma l-ikbar li qatt kellna, biex jintużaw f'każ ta' nirien kbar.", "Min-naħa tagħha l-Planning Authority se tgħaddi tower ladder lill-Protezzjoni Ċivili, u dan apparti numru ta' tower ladders oħrajn li se nkunu qegħdin nixtru.", "Xi ħaġa li ma ridtx nemmen hi li l-fire stations tad-Dipartment tal-Protezzjoni Ċivili mhumiex mibnijin biex jilqgħu kontra t-terremoti, u dawk in-nies li jridu jmorru biex jagħtu l-assistenza jistgħu jkunu l-ewwel nies li jispiċċaw taħt it-tiġrif.", "Dan mhuwiex aċċettabbli.", "Qed insaħħu wkoll ir-riżorsi umani, u kellna numru ta' persuni li riċentement marru barra l-pajjiż għal taħriġ f'ċerti setturi.", "Hemm preparamenti biex inżidu r-riżorsi umani, imma wieħed mhux iżid in-numru biss irid, irid jara li jkollu nies imħarrġin u ppreparati biex id-Dipartiment ma jibqax biss dipartiment tal-fire fighters imma jkun verament dipartiment għall-protezzjoni ċivili.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jieħu xi passi dwar l-inċidenti li kien hawn dan l-aħħar marbutin ma' ċilindri tal-gass?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Ovvjament id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ra x'kienu l-każi u kien hemm l-investigazzjonijiet għaddejjin.", "Ir-regolatur evalwa x'seta' wassal għal dawk il-każijiet u ħareġ ir-rapport tiegħu.", "Ovvjament, la dan mhuwiex fir-responsabbiltà tiegħi, wieħed jifhem li m'għandix nidħol f'dak il-lat.", "Xi ħaġa li ridt ngħid qabel dwar id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hi li sar assessment ukoll ta' x'koperazzjoni kien hemm ma' volontiera, NGOs u s-settur privat meta kien hemm dik il-maltempata.", "Qed nagħmlu evalwazzjoni ta' ċerti nuqqasijiet li kien hemm, ċerti suċċessi li kien hemm, ċertu ħidma li kien hemm, ċerta koperazzjoni li kien hemm, u fejn seta' kien hemm xi nuqqasijiet, dawk qed jiġu indirizzati.", "Dawn mhux bilfors huma nuqqasijiet min-naħa tal-Protezzjoni Ċivili imma l-mod kif ħadem is-settur kollu.", "Hawn irrid nieħu l-opportunità wkoll biex nirringrazzja entità li mhijiex taħt ir-responabbiltà tiegħi imma tal-Ministru Joe Mizzi, li hija l-Enemalta, li bl-intervent tal-ħaddiema tagħha evitaw sitwazzjoni li setgħet kienet anke fatali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Invista tal-liġi l-ġdida dwar il-protezzjoni ta' vittmi ta' vjolenza domestika, il-Pulizija kemm hija ppreparata għal dan is-settur?", "X'tip ta' taħriġ jistgħu jingħataw il-pulizija biex ikunu jafu kif iġibu ruħhom f'dawn il-każijiet li ħafna drabi jkunu delikati?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Bħalma għedt iktar qabel, tħarreġ kemm tħarreġ, qatt mhu biżżejjed.", "Fil-fatt, minkejja t-taħriġ li qed jingħataw fl-Akkademja kemm lir-rekluti biex jidħlu fil-Korp tal-Pulizija imma aktar u aktar lil dawk li diġà qegħdin fil-Korp tal-Pulizija, fl-aħħar mill-aħħar il-pulizija m'għandhomx dik l-esperjenza li jaħdmu bħala social workers.", "Għalhekk hemm ħidma kontinwa bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Aġenzija Appoġġ biex jissapportjaw lil xulxin f'każijiet ta' vjolenza domestika.", "Bħalma għedt iktar qabel, il-pjan hu li jkun hemm numru ta' pulizija li jkunu iktar speċjalizzati fil-materja fiċ-ċentri li tkellimt dwarhom aktar kmieni.", "Eventwalment f'dawn il-hubs irid ikun hemm in-nies li huma speċjalizzati 24/7 biex jittrattaw każi simili.", "KORP TAL-PULIZIJA – RAPPORT DWAR VANDALIŻMU FUQ PROPRJETAJIET FIL-GŻIRA", "L-ONOR.", "Karol Aquilina) staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità tal-Gżira, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq fil-Gżira seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta' Ħsara Volontarja (Wilful Damage) jew bħala Arson mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2019 fuq proprjetajiet fil-lokalità tal-Gżira kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew.", "Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar, iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kenitx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti, ma tinżammx taħt forma ta' statistika.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat jew xhur kien hemm xi lmenti fejn jidħol l-ikel fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?", "Kien hemm anke xi persuni li għandhom xi familjari hemmhekk li kellmuni.", "X'passi qed jittieħdu fir-rigward?", "MICHAEL FARRUGIA: Fid-diversi rapporti li kienu jitressqu fejn tidħol il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin dejjem kien jissemma l-ikel bħala issue, u kien ikun hemm anke ċerti lmenti li ħafna drabi r-raġunar ikun li dak li jipprovdi l-kunvent kulħadd irid jiekol minnu!", "Dan kien iwassal biex jiddaħħal ħafna ikel mill-familjari ġewwa l-Faċilità.", "Kien inħass li hemm bżonn bidla sostanzjali fl-infrastruttura tal-kċina u allura ridna niddeċiedu jekk nibnux kċina ġdida jew inkella nmorrux għal sistemi diġà użati f'diversi dipartimenti u entitajiet oħrajn governattivi.", "Ittieħdet id-deċiżjoni li noħorġu expression of interest biex naraw kif nistgħu noffru servizz ta' ikel aħjar u ġie deċiż li kull ġurnata jkun hemm menù għal filgħodu u għal filgħaxija li r-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ikunu jistgħu jagħżlu minnu.", "Aħna rajna li f'dak il-menù jkun hemm mill-inqas item wieħed li persuni ta' reliġjonijiet differenti minn tagħna jkunu jistgħu jagħżlu.", "Dak il-menù jinbidel kuljum fuq perjodu ta' ħmistax-il ġurnata u wara ħmistax-il ġurnata wieħed jerġa' jibda r-rutina tal-menù.", "Rajna wkoll li jkun hemm ġranet fejn wieħed ikollu menù speċjali.", "Apparti l-kwestjoni tal-menù, sar assessment ta' dawk il-persuni li jistgħu jaħdmu fil-Faċilità u jgħinu fit-tqassim tal-ikel u rajna wkoll min huma l-persuni li jistgħu joħorġu mill-Faċilità u jaħdmu mal-kuntrattur barra minn hemmhekk biex fl-aħħar mll-aħħar ikun hemm it-taħriġ neċessarju u l-persuni jkunu jistgħu joħorġu wkoll b'ċertifikat.", "Fl-ewwel ġurnata kien hemm daqsxejn teething troubles, imma eventwalment is-sitwazzjoni ġiet irranġata u bħalissa mhux qed nirċievi lmenti partikolari.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 45 tal-2019 – Ordni tal-2019 dwar Obbligi ta' Manteniment Internazzjonali (Għajnuna Legali).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Finanzi.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar infiq fuq safar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn l-2013 u l-2017, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9331.", "L-ISPEAKER: Il-Ministu għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar rapporti li waslu għand il-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' San Ġiljan bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9010;", "Tagħrif dwar rapporti li waslu għand il-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Gżira bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9011;", "Tagħrif dwar rapporti li waslu għand il-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Pembroke bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9012; u", "Tagħrif dwar rapporti li waslu għand il-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità tan-Naxxar, bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9013.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2019;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019; u", "Tagħrif dwar il-Benefiċċju tal-Kera f'Residenzi Privati (2019) maħruġa mill-Awtorità tad-Djar, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9431.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li fil-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma I tat-13 ta' Marzu 2019, ġew ikkonsidrati tliet proposti leġiżlattivi indikati hawn taħt għall-fini ta' Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u rriżulta li kienu konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità.", "Dawn huma:", "Il-Kumitat għamel skrutinju u għadda 46 proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea, li se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dawn huma:", "L-ISPEAKER: Nixtieq li nfakkru l-50 vittma li nqatlu kif ukoll għexieren midruba fl-attakk barbaru li seħħ il-ġimgħa li għaddiet, proprju l-Ġimgħa 15 ta' Marzu 2019, ġewwa żewġ moskej fi Christchurch New Zealand.", "Insejjaħ lill-Viċi Prim Ministru Chris Fearne biex jagħmel il-kummenti tiegħu.", "CHRIS FEARNE (Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Grazzi, Sur President.", "Bħalma qed tgħid inti u bħalma taf din il-Kamra, il-ġimgħa li għaddiet 50 ruħ minn tfal ta' 3 snin sa anzjani ta' 77 sena kienu qegħdin f'żewġ postijiet ta' talb, Al-Noor Mosque u Linwood Islamic Centre ġewwa Christchurch fi New Zealand u dawn b'mod brutali tilfu intortament ħajjithom wara attakk terroristiku.", "Ma' dawn il-50 ruħ hemm ukoll 50 ruħ oħra li huma midruba, xi wħud minnhom b'mod serju, u bl-ebda mod wieħed ma jista' jifhem għalfejn atti daqshekk barbari jseħħu.", "Jien f'isem il-Gvern u f'isem din in-naħa tal-Kamra mhux biss nikkundanna bla ebda riżerva dan l-att terroristiku u att barbaru imma nistqarr li fl-ebda istanza u taħt l-ebda ċirkostanza u għal ebda raġuni m'għandu jkun aċċettat li tintuża l-forza biex wieħed mingħalih jipprova jieħu xi raġun.", "Għalhekk, jien flimkien ma sħabi nikkundanna dan l-attakk li seħħ fi Christchurch il-ġimgħa li għaddiet u minn hawnhekk inwassal il-kondoljanzi lill-familjari u l-ħbieb ta' dawk il-persuni li kienu involuti.", "Sfortuntament illum ukoll fil-10.45 a.m. kien hemm attakk terroristiku ieħor din id-darba fl-Ewropa, f'Utrecht l-Olanda fejn l-informazzjoni li għandna s'issa tindika li tlieta min-nies tilfu ħajjithom u disa' persuni oħra huma midruba.", "Hawnhekk ukoll wieħed ma jistax jifhem kif persuni li kienu qegħdin għall-kwiet, f'dan il-każ fuq tramm, jispiċċaw vittmi ta' atti terroristiċi bħal dawn.", "Nerġa' ngħid, f'isem il-kollegi tiegħi nikkundanna bla riserva dawn l-atti barbari u nwassal il-kondoljanzi lill-Gvern u l-poplu tal-Olanda bħalma nwassal ukoll lill-poplu ta' New Zealand u lill-qraba u ħbieb tan-nies involuti.", "Jien qiegħed nifhem li inti se tkun qiegħed tipproponi li minn hawn u ftit ieħor nagħmlu minuta silenzju bħala turija ta' solidarjetà mal-popli u l-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi.", "L-ISPEAKER: Insejjaħ issa lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Grazzi ħafna, Sur President.", "Aħna wkoll bħala Oppożizzjoni ninstabu b'qalbna tqila għal dan l-attakk barbaru, attakk li kif ingħad m'għandux spjegazzjoni u ma jista' qatt isib xi forma ta' ġustifikazzjoni.", "Li toqtol in-nies b'dan il-mod huwa wieħed mill-iktar atti koroh u atroċi li għandu jkollhom kundanna min-naħa tagħna u ta' kwalunkwe pajjiż ċivilizzat fid-dinja.", "M'għandux ikun u qatt m'għandu jkun, u dan jurina kemm hu importanti li nżommu għoli l-livell tas-sigurtà.", "Ebda pajjiż m'għandu xi garanzija li mhux se jkollu xi attakk simili.", "Ebda pajjiż ma jista' jwaqqa' lura d-difiża tiegħu kontra attakki ta' terroriżmu simili.", "Aħna bħala Oppożizzjoni nikkundannaw il-qtil ta' numru ta' nies li mhux biss kienu innoċenti, imma kienu qegħdin jitolbu.", "Dawn il-persuni waqt li kienu qegħdin jitolbu nqatlu b'dan il-mod daqshekk atroċi u żbaljat.", "L-Oppożizzjoni tikkundanna dan kif tikkundanna wkoll l-attakki li ġraw dalgħodu fuq tramm ġewwa Utrecht fl-Olanda.", "Ovvjament, irrid b'mod partikolari nwassal il-kondoljanzi għal dawk li mietu, għal dawk li ġew feruti s-simpatija tagħna, però rrid ukoll nassigura lill-komunità Maltija li għandna fi New Zealand kif ukoll lill-komunità Maltija li għandna fl-Olanda li qegħdin f'qalbna u aħna naħsbu f'dak li għaddejjin minnu.", "Jistgħu jserrħu moħħhom li dak li nistgħu nagħmlu minn dan il-Parlament, aħna se nagħmluh.", "Allura ningħaqdu mal-Gvern f'din il-kundanna għal dan l-attakk daqshekk atroċi u ikrah li bl-ebda mod ma jista' jiġi ġustifikat.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad kemm mal-Gvern u kemm mal-Oppożizzjoni.", "New Zealand fl-istorja tiegħu ftit li xejn kellu esperjenzi koroh ta' terroriżmu ta' din l-iskala.", "Mhux il-poplu Malti biss imma d-dinja kollha hija xxokkjata b'din l-aħbar għal diversi raġunijiet, imma l-iktar għaliex att terroristiku huwa att kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Għalhekk f'dawn l-okkażjonijiet inħoss li anke aħna, minkejja d-distanza ġeografika li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi, għandna nieqfu għal ftit minuti biex nagħtu messaġġ ta' solidarjetà speċjalment mal-poplu ta' New Zealand.", "Ningħaqad ukoll mal-kummenti fuq dak li ġara dalgħodu f'Utrecht l-Olanda, fejn s'issa mietu tliet persuni u hemm diversi oħra midruba.", "Jien se nwassal il-kondoljanzi tiegħi u tal-Kamra lill-ħabib tiegħi l-Ispeaker Trevor Mallard ta' New Zealand kif ukoll lil Khadija Arib li hi l-Ispeaker tal-Parlament tal-Olanda.", "Dawn it-tnejn kienu f'Malta ftit tal-ġimgħat ilu.", "Trevor Mallard kien hawn għall-Konferenza tal-Ispeakers tal-Commonwealth u Khadija Arib kienet magħna meta kellna l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017.", "Irrid ngħid ukoll li kemm aħna kif ukoll New Zealand qed niċċelebraw is-70 anniversarju tal-Commonwealth, u żgur mhux qed niċċelebraw li jkollna dawn l-azzjonijiet.", "Għalhekk nitlob lill-Kamra biex tingħaqad miegħi ħalli nosservaw minuta silenzju.", "Il-Kamra osservat minuta silenzju f'ġieħ il-vittmi f'dawn l-attakki.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-MINURI (ĦARSIEN ALTERNATTIV)", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-13 ta' Marzu 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "MICHAEL FALZON: Nirringrazzjak, Sur President.", "Ippermettili nibda billi qabel xejn nirringrazzja lill-kollegi taż-żewġ naħat tal-Kamra li tkellmu fuq din il-liġi.", "Grazzi kbira ovvjament tmur lill-istakeholders li huma l-għaqdiet tal-Knisja, l-NGOs, il-professjonisti, l-għaqda tal-foster carers u ħafna u ħafna oħrajn.", "Il-liġi li għandna quddiemna għandha għan li nġibu fis-seħħ regoli ġodda li huma aħjar u aktar adatti għall-ġurnata tal-lum.", "Il-leġislazzjoni attwali hija waħda ta' madwar 40 sena ilu u minn dakinhar is-soċjetà tagħna tbiddlet ħafna.", "Illum għandna realtajiet ġodda, għandna sitwazzjonijiet ġodda, għandna problemi ġodda u għandna emerġenzi ġodda fejn tidħol is-soċjetà.", "It-tibdil qawwi li kien hemm affettwa ftit mhux ħażin lil kulħadd.", "Għaldaqstant huwa importanti li l-liġi tibqa' tiġi dejjem aġġornata.", "Bl-Ingliż jgħidu li \"the only constant is change\", l-unika ħaġa li ma titbiddilx hija l-bidla, għax din hija dejjem kontinwa u l-isfida tagħna hawnhekk bħala leġiżlaturi mhijiex li b'xi mod nipprovaw inwaqqfu l-bidla imma li nipprovdu regoli u liġijiet li jirrispekkjaw il-bżonnijiet tal-lum.", "Din il-liġi għandha preċiżament dak l-għan.", "F'soċjetà ideali ma jkollokx bżonn leġiżlazzjoni bħal din, imma l-ebda soċjetà mhi perfetta, inkluż tagħna.", "Is-sitwazzjoni attwali fejn jidħlu t-tfal li qegħdin b'care order hi li hawn qed nitkellmu fuq madwar 450 jew 460 każ.", "Jekk irridu nsejħulhom hekk, dawn huma każi li jirriżultaw mill-imperfezzjoni tas-soċjetà tagħna.", "Dan in-numru huwa wkoll imbagħad maqsum bejn wieħed u ieħor nofs b'nofs bejn dawk li huma fil-kura ta' foster carers u dawk li qegħdin ġo home.", "Kif diġà ssemma, wieħed jippreferi li dawn it-tfal ikunu fostered milli jkunu ġo home, imma hawn nixtieq nibda b'punt li semmew diversi kollegi, partikolarment l-Onor.", "Robert Cutajar fejn ħaseb li hemm xi diżgwid mal-foster carers.", "Nassigurah li dan mhuwiex il-każ.", "Ftit wara li dħalt fil-Ministeru kienu stednuni għal xi laqgħa tal-Milied u ngħid il-verità kien hemm xi tnejn minnhom li ħaduli rasi, għax kif tagħtihom idejk issib li ħadulek anke saqajk, imma dan sforz l-entużjażmu tagħhom u l-intenzjoni li hija tajba.", "Anzi jiena nixtieq ngħid mill-bidu nett li kull stakeholder għandu r-rwol importanti tiegħu, hu fejn hu u hu min hu.", "Imma nixtieq issa bħas-soltu mmiss ftit il-punti saljenti li semmew il-kelliema kollha li ħadu sehem f'dan id-diskors.", "Mhijiex l-intenzjoni li nirribatti jew immeri, anzi rrid nikkomplementa dak li ntqal għax jiena konxju li għalkemm għandna ħafna u ħafna qbil bejnietna, żgur li mhux se naqblu fuq kollox.", "Ħadt pjaċir ninnota li tista' tgħid kull min tkellem fuq din il-liġi tkellem b'mod pożittiv anke fuq l-aspett ta' konsultazzjoni li għamilna u li lesti nkomplu nagħmlu anke fl-istadju ta' Kumitat.", "Fejn nistgħu nirranġaw aħna lesti li nkomplu nirranġaw.", "Nixtieq ngħid ukoll li jiena kont fiżikament preżenti għad-diskorsi kollha u l-unika parti li ma kontx hawn għaliha kienet l-aħħar parti tad-diskors tal-Onor.", "Robert Cutajar u tal-Onor.", "Dawk qgħadt nismagħhom dalgħodu biex verament inkun smajt il-feedback kollu fuq liġi li jien nemmen li għandha ċerta importanza, għandha sfida kbira u tittratta suġġett tant u tant emozzjonali.", "B'din il-liġi m'aħniex se nsolvu l-problemi kollha.", "Il-liġi bla dubju ma tkoprix l-istanzi kollha li l-bniedem fl-inġenwità tiegħu jista' joħloq, imma għalkemm il-liġi mhux se togħġob lil kulħadd - u naħseb li mhux se togħġob f'kollox lil ħadd - għall-inqas għandna mmorru għall-common ground.", "Claudio Grech tkellem ħafna fuq l-interess komuni, il-common ground li għandna bejnietna, u dik hija xi ħaġa sabiħa.", "Jiena ma niddejjaqx ngħid li fost l-emendi li saru hemm anke emendi li jirriflettu dak li ressqu l-kollegi min-naħa tal-Oppożizzjoni fid-diskussjoni li kellna.", "L-Onor.", "Claudio Grech għamel ħafna punti, fosthom punt interessanti immens li huwa d-dritt fundamentali tat-tfal li jkollhom tfulija tajba u allura rridu nagħmlu minn kollox biex dak id-dritt ikun gawdut mit-tfal kollha tagħna.", "Dan huwa punt interessanti li wieħed għandu jirrifletti fuqu.", "Imbagħad issemmew żewġ jew tliet common grounds li tista' tgħid hemm qbil dwarhom.", "Jiena m'iniex qed ngħid li qabel ma kienx isir hekk, imma din il-liġi speċifikament tgħid abjad fuq l-iswed li l-interess tat-tfal f'kull deċiżjoni, f'kull azzjoni li tittieħed taħt din il-liġi, huwa suprem.", "Jiena nieħu pjaċir nara lill-ħabib tiegħi l-Onor.", "Cutajar jitbissem għax hija xi ħaġa li emminna fiha mill-bidu.", "L-interess tat-tfal huwa dejjem suprem!", "Issue oħra li qamet u nkompli nitkellem fuqha aktar 'il quddiem hija dik tal-permanenza.", "Kien dibattut meta nistgħu mmorru għall-permanenza.", "F'din il-liġi qegħdin naraw li kemm jista' jkun mill-bidu tal-każ l-issue tal-permanenza għandha tingħata ċerta prijorità.", "Punt ieħor li semma l-Onor.", "Claudio Grech kien li għandna nagħtu ċans lill-ġenituri, li għal xi raġuni jew oħra jkollhom it-tfal meħudin bi protection order jew b'care order, li jirriformaw ruħhom.", "Iva, il-liġi tipprovdi għal dan.", "Nagħmlu minn kollox biex ikollna servizzi għal dan il-għan imma wieħed irid jagħmilha ċara mill-ewwel li jekk mhux se jkun hemm it-tibdil neċessarju, xi ħadd irid jieħu d-deċiżjonijiet u dawk id-deċiżjonijiet sal-lum iridu jittieħdu minna li rridu niffirmaw il-care order, irridu niffirmaw il-medical consent form, u meta japplikaw għall-passaport trid tiffirma inti għal dawn l-450 tifel u tifla.", "Issa se jidħol aktar l-involviment tal-qrati fejn jinħarġu l-care orders.", "Huwa importanti li jingħata ċ-ċans ta' riforma, imma hawn irrid ngħid, fl-ispirtu tal-istess liġi, li jekk ir-riforma ma tiġix, irridu npoġġu l-interess tat-tfal l-ewwel u qabel kollox.", "L-Onor.", "Claudio Grech tkellem fuq diversi issues, fosthom fuq iċ-checks and balances bejn l-istituzzjonijiet eżistenti.", "Nassigura lil kulħadd li dik hija xi ħaġa li qed nimmiraw għaliha.", "Tkellem ukoll fuq rikonoxximent lill-NGOs li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Jiena mhux qed ngħid li dawn l-NGOs ma jaħdmux jew li ma jagħtux sehem.", "Fil-fatt il-Gvern fil-preżent għandu 41 public social partnership u qed naħdmu fuq oħrajn.", "Jiġifieri l-Gvern jaħdem flimkien ma' għaqdiet mhux governattivi, ma' għaqdiet tal-Knisja, ma' gruppi volontarji, u ma nistax ma nirrimarkax li qegħdin ninvestu ħafna aktar milli konna ninvestu f'dan il-qasam.", "Jekk niftakar sew, fil-Baġit tal-2014 kienu vvotati madwar €3 miljun u llum qed nitkellmu fuq vot ta' madwar €15-il miljun.", "Din mhux qed ngħidha biex inkun għedtha u bl-ebda mod ma qed nitfa' battuta politika.", "Qed ngħidha biex nuri wkoll li bħala Gvern aħna nemmnu fl-NGOs, nikkoperaw mal-NGOs u naħdmu f'dan il-qasam bil-qalb kollha mal-NGOs.", "Partikolarment naħdmu ħafna mal-għaqdiet tal-Knisja li huma wieħed mill-istakeholders f'dak li għandu x'jaqsam ma' kura tat-tfal.", "Tkellimna wkoll fuq il-kwalifiki u l-esperjenza.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra ta' Direttur Protezzjoni tat-Tfal qed ngħidu li jkun magħżul wara sejħa pubblika, irid ikollu ċerti kwalifiki u li ma jkunx xi ħadd li sempliċiment jitwaddab hemmhekk.", "Dwar permanenza, waħda mill-aktar affarijiet li għoġbu lil ċerta sezzjoni ta' stakeholders kienet li qabel wieħed ried ikun ilu jgħix ma' foster carer għal għaxar snin qabel ma jkun jista' jitlob l-adozzjoni, imma issa dak il-limitu naqqasnieh bin-nofs u bil-liġi l-ġdida tista' tagħmel dik it-talba wara ħames snin.", "L-Onor.", "Claudio Grech qal li ħames snin f'ħajja ta' tifel jew ta' tifla huma ħafna.", "Naħseb li dan huwa minnu wkoll, imma ma rridux li minn estrem tal-pendlu mmorru għall-estrem l-ieħor.", "Ta' min jgħid li l-liġi, minkejja li tgħid li l-perjodu huwa ta' ħames snin, tagħti l-fakultà lill-qorti li f'ċirkostanzi speċjali jew li jidhrilha, wild jiġi adottat anke wara inqas minn ħames snin.", "Hawn ta' min jgħid li wieħed irid japplika għall-adozzjoni u din mhux xi ħaġa li tiġi awtomatikament.", "Tkellem ukoll dwar ir-rwol tal-ispecial guardian fejn qegħdin inħarsu lejn l-iktar vulnerabbli fost il-vulnerabbli, bħal meta jkollok tfal li huma immigranti.", "Dawn hawn min isejħilhom \"irregolari\" u hawn min isejħilhom \"refugees\", u l-ispirtu ta' din il-liġi hu li dawk jitqiesu bħala vulnerabbli aktar minn oħrajn, u għalhekk hemmhekk hemm il-lok li minbarra l-parti legali, huma intitolati li jkollhom ukoll dak li qed insejħu l-ispecial guardian.", "Tkellem ukoll dwar iċ-children's house.", "Dan huwa konċett li, jekk m'iniex sejjer żball, l-ewwel li nbeda kien fl-Iżlanda.", "Il-konċett huwa li meta jiġu biex jixhdu t-tfal, ix-xhieda tat-tfal ma tinstemax f'awla tal-qorti fejn il-klima tkun overpowering.", "Wieħed irid iqis li t-tfal x'aktarx f'dak iż-żmien ikunu għaddejjin minn trawma, għax biex wieħed jitneħħa mill-kura tal-familja naturali tiegħu bilfors li hemm xi ħaġa li għandha bżonn titranġa, u allura dik hija xi ħaġa li fil-liġi qegħdin nipprovdu għaliha permezz ta' children's house.", "L-Onor.", "Grech talab għal oħra f'Għawdex.", "Ejja għall-inqas nibdew, imbagħad naraw kif imorru l-affarijiet meta tidħol il-liġi fis-seħħ.", "Bir-rispett kollu lejn l-Għawdxin, Onor. Azzopardi, imma qed inħarsu lejn dik ukoll.", "L-Onor.", "Claudio Grech għamel referenza għal dak li huwa mandatory reporting fejn il-liġi qed tipprovdi li fejn professjonisti jista' jkollhom suspett li hemm xi forma ta' abbuż fuq minuri, huma għandhom l-obbligu legali li jirrapportaw.", "Fil-bidu l-ħsieb kien li l-mandatory reporting ikun jorbot lil kulħadd.", "Naħseb li hija ftit drakonjana u tista' tagħti lok li wieħed jaqbad mal-ġirien, imma jidhrilna li għall-inqas il-professjonisti għandu jkollhom dan l-obbligu li jirrapportaw.", "Biex nipproteġu lill-professjonisti li jekk wieħed għamel rapport u fil-fatt ma tivverifikax ruħha dik l-eventwalità, ladarba jkun reporting li sar b'bonafidi allura ma jistgħux jittieħdu passi legali kontra dak il-professjonist.", "Kien hawn kumment ukoll mill-Onor.", "Claudio Grech li hawnhekk forsi nistgħu nsaħħu l-liġi.", "Jekk ikun hemm suġġeriment tajjeb m'għandniex problema biex neħduh on board.", "Waħda mill-innovazzjonijiet li l-liġi se tipprovdi għaliha hija dik li tissejjaħ secure therapeutic unit.", "Sal-lum pajjiżna m'għandux dik il-faċilità.", "L-Onor.", "Claudio Grech qal li jittama li jekk isir - u l-ħsieb hu li jsir – dan ma jkunx sempliċiment ħabs għall-minuri.", "Mhuwiex l-iskop li dan ikun ħabs għall-minuri.", "Anzi l-enfasi qiegħda fuq it-therapeutic, jiġifieri jrid ikun hemm servizzi edukattivi, servizzi ta' sport, servizzi ta' guidance, imma huwa sigur, jiġifieri wieħed mhuwiex free to come and go għax huwa post fejn hemm l-element ta' restraint, hemm l-element li żżomm lil xi ħadd within a compound, imma l-iskop huwa dejjem li wieħed jingħata l-kura biex ibiddel ċerti attitudnijiet.", "Ħafna nies tkellmu wkoll fuq id-dritt tat-tfal li jsiefru mal-foster carers.", "Naħseb li din hija problema tal-passat.", "Kemm ili fil-kariga jien, xi każ jew tnejn niftakar, imma l-liġi se tipprovdi iktar faċilità biex il-foster carers ikunu jistgħu jsiefru mat-tfal tagħhom.", "Dawn jinnotifikaw lill-aġenzija u sakemm ma jkunx hemm xi diffikultà, jistgħu jaqbdu u jmorru.", "Biex inkun fair, il-punt li jqum huwa meta jiddeċiedu li jsiefru lit-tfal fil-jiem tal-iskola.", "Jien nifhem li llum tista' tidħol online u tixtri l-biljetti tal-ajru bl-irħis.", "Jiena personalment iffirmajthom dejjem, ma jdumux iktar minn siegħa fuq l-iskrivanija tiegħi, imma meta jkun hemm xi ħadd li se jmur ġimgħa jew għaxart ijiem fl-aqwa tal-iskola ma nħossx li għandi ngħidlu li kollox sew.", "Ġieli tlabna li fi żmien ta' festi għall-inqas ikollhom ittra mill-iskola li tgħid li dan dakinhar għandu l-concert jew xi ħaġa oħra u mhux se jitlef wisq skola.", "Imma dan it-tħassib ma tantx stajt nifhmu, jiġifieri llum naħseb li hemmhekk imxejna pass 'il quddiem.", "Issemmew ukoll tfal li ġejjin minn djar bi problemi ta' droga.", "Iva, sfortunatament għandna minnhom.", "Wieħed jinnota wkoll, u hija verament ħasra, li qegħdin nesperjenzaw każi li jmorru minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Illum għandna tfal li qegħdin b'care order u ommhom jew missierhom jew it-tnejn li huma kienu huma nfushom b'care order.", "Din hija xi ħaġa xi ftit jew wisq inkwetanti u wieħed irid jara kif se jaħdem iktar għaliha.", "Minn dan il-lat naħseb li din il-liġi għandha tgħin fis-sens li mhux sempliċement ħriġt care order, qbadt il-minuri, qlajtu mid-dar u daqshekk, imma qed naraw li jista' jkun hemm treatment orders u hemm diversi orders oħrajn.", "L-Onor.", "Grech tkellem ukoll fuq il-kwestjonijiet tal-governanza, tal-ħatriet politiċi u l-indħil politiku.", "Jien naqsam l-istess ħsieb li l-qasam soċjali m'għandu qatt ikun politiċizzat.", "Huwa veru li jkun hemm ċerti ħatriet li wieħed irid jagħmel, imma naħseb li hemmhekk ir-raġuni għandha tirbaħ dejjem.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield ukoll tkellem fuq dan il-fattur.", "Jiena ma naqbilx miegħu u għedt li ma naqbilx miegħu.", "Jiena m'għandix diffikultà li nistgħu nirranġaw ċerti ħatriet, imma min-naħa l-oħra ejja ma noqogħdux nagħmlu ballun politiku minn dan is-suġġett.", "Jien ngħid bla tlaqliq li qatt, kemm ilni fil-kariga, ma ħarist lejn uċuħ politiċi.", "L-Onor.", "Comodini Cachia tkellmet ukoll fuq li t-tfal għandhom ikunu stmati bħala individwu sħiħ u mhux xi ħaġa inqas minn adult.", "Naqblu mija fil-mija.", "Comodini Cachia qalu wkoll li t-tfal għandhom dejjem jiġu kkonsultati.", "F'din il-liġi qed ngħidu li t-tfal jinstemgħu dejjem meta l-Qorti jidhrilha li ftit jew wisq jafu x'għandhom jgħidu, kapaċi jgħidu u, naħseb iktar importanti f'dawn iċ-ċirkostanzi, li t-tfal ikunu kapaċi jirreżistu jekk xi ħadd mill-ġenituri jibda jġebbed fihom.", "M'iniex qiegħed nivvinta stejjer u naħseb ilkoll nafu li jkollok okkażjonijiet fejn it-tfal jispiċċaw qishom il-ħabel f'tug of war, min jiġbed 'l hawn u min jiġbed 'l hemm, f'każijiet ta' separazzjoni jew każijiet ta'natura oħra.", "Comodini Cachia u l-Onor.", "Ivan Bartolo f'ħin minnhom aċċennaw għall-faqar fost it-tfal.", "Huwa minnu li għandna l-faqar, imma huwa minnu wkoll li f'dawn l-aħħar sitta, sebgħa snin irnexxielna nnaqqsuh ħafna.", "F'dik li hija material deprivation għandna statistika, l-iStatistics on Income and Living Conditions (SILC), li hija maqsuma wkoll f'etajiet.", "L-istatistika tal-2014, li tkun ibbażata fuq l-introjtu tal-2013, turi li kellna 22.8% tat-tfal f'sitwazzjoni ta' material deprivation u, biex inkun preċiż għall-aħħar, konna qed nitkellmu fuq 17,258.", "L-aħħar SILC li ħareġ huwa tal-2018 u hawnhekk naraw li dak it-22.8% niżel għal 9.7%, jiġifieri minn 17,260 nieżel għal 8,600.", "Dawn huma persuni li mhumiex f'deprivazzjoni materjali severa imma ma jlaħħqux ma' tal-inqas tlieta minn dawk li huma l-indicators li huma aċċettati internazzjonalment.", "Fejn tidħol is-severe material deprivation, fejn hemm iktar nuqqas fil-familja, fejn hemm iktar problemi, wieħed ma jistax ma jinnotax li minn 12.7% li kellna fis-SILC tal-2014, fejn dakinhar in-numru kien ta' 9,653, fl-aħħar SILC niżel għal 4%, u qed nitkellmu fuq 3,200.", "Idealment m'għandux ikollna 3,200, imma rridu nirrimarkaw ukoll dwar it-titjib kbir li kien hemm f'dak li huwa tnaqqis ta' faqar.", "Dawn huma numri li nħadmu fuq statistika internazzjonali.", "L-Onor.", "Comodini Cachia rreferiet ukoll għall-adozzjonijiet mingħajr il-kunsens tal-ġenituri.", "Il-Qorti għandha dik il-fakultà u llum qed nagħtu iktar dik l-fakultà lill-Qorti.", "Min-naħa l-oħra, il-liġi sejra wkoll fid-direzzjoni kif semma l-Onor.", "Claudio Grech li naraw li nagħtu biżżejjed opportunità li wieħed ikun jista' jirriforma.", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi qal li d-drittijiet tat-tfal jiġu l-ewwel u li t-tfal iridu jinstemgħu.", "Naqblu dwar dan.", "Qal ukoll li billi issa se jidħol il-mandatory reporting, forsi jkun tajjeb li nagħtu xi forma ta' definizzjoni lill-kelma \"professjonist\" biex iktar nikkristallizzaw min hu effettivament marbut li jagħmel mandatory reporting.", "L-Onor.", "Aħna ħarisna ħafna lejn il-UNCRC li pajjiżna huwa firmatarju tagħha.", "Din kienet ġiet varata fl-1979 u aħna ffirmajnieha fl-1989.", "Ħarisna wkoll lejn in-National Children Policy li konna varajna għall-aħħar tal-2017, imma naħseb li l-iktar punt li laqatni mid-diskors tiegħu kien meta qal li t-tfal mhumiex oġġett tal-ġenituri.", "Naħseb li dik kienet xi ħaġa li qal l-Onor.", "Godfrey Farrugia u li kienet worth noting.Tkellimna ukoll fuq koperazzjoni ma' kulħadd u dwar li nagħtu iktar riżorsi.", "Huwa qasam fejn għandek bżonn ir-riżorsi, u għalkemm aħna ninvestu ħafna fir-riżorsi, imma, kif spiss jingħad, effettivament qatt mhu biżżejjed.", "Comodini Cachia urew tħassib li mid-dritt ċivili se mmorru għal xi dritt ieħor fejn jidħol l-abort.", "Nixtieq nagħmilha ċara li l-abort mhuwiex fuq l-aġenda ta' dan il-Gvern u lanqas mhu fuq l-aġenda tal-Partit.", "Dik ngħidha bla ebda tlaqliq ta' xejn u ngħidha għax hija l-verità.", "M'hemm ebda intenzjoni li b'xi mod jew ieħor jiddaħħal l-abort f'pajjiżna.", "Dwar dan l-Abbozz ta' Liġi qbilna ħafna, u għoġobni l-kumment tiegħek li nagħmlu tellieqa għall-ġid, Sinjura President.", "Ħadd minna m'għandu xi monopolju li jgħid li hu biss jagħmel il-ġid.", "Aħna għandna d-dover u l-obbligu li nagħmlu l-ġid, għandna ħafna responsabbiltà fuq spallejna, imma huwa importanti li nimxu fuq pariri esperti f'dan il-każ ta' foster carers.", "Sinjura President, waqt li int kont qed tagħmel il-kummenti tiegħek dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, semmejt ukoll l-effett psikoloġiku fuq it-tfal.", "L-effett psikoloġiku jibqa' għal dejjem.", "Jekk wieħed huwa bil-ġuħ forsi għada jiekol u jaqta' dak il-ġuħ jew jekk qed iħoss il-bard, għada jaf ikollu dar, imma l-effett psikoloġiku, sfortunatament, huwa xi ħaġa li t-tfal iġorru ħafna.", "Għamilt żewġ indikazzjonijiet, Sinjura President, u nista' ngħidlek li se nieħdu ħsiebhom mill-ewwel.", "Fi klawsola 37, fejn qed nitkellmu fuq it-terminu ta' fostering board, inti għamilt il-punt validu li sentejn huwa qasir.", "Naqblu, u se nirranġawh fl-istadju ta' Kumitat.", "Fuq tas-safar, kif għedt, hemm klawsoli 52 u 59 fejn lill-foster carers qed nagħtuhom id-dritt mhux biss li jistgħu jsiefru mingħajr ħafna komplikazzjonijiet, imma qegħdin naraw ukoll li, pereżempju, jistgħu jżommu kont f'isem il-minuri.", "Mela trabbih, titimgħu, tagħmel dak kollu għalih, imbagħad għadna sal-lum ma jistax ikollok kont fuq isem dak il-minuri.", "Wara li tiġi fis-seħħ din il-liġi wieħed se jkun jista' jiftaħ kont u jmexxi dak il-kont skont il-ġudizzju tal-liġi Rumana ta' bonus pater familias.", "Tkellimna wkoll fuq permanenza, fuq taħriġ u fuq foster carers.", "Punt ieħor kien li l-iżbalji tal-ġenituri m'għandhomx iħallsu għalihom it-tfal.", "Sfortunatament, ħafna drabi, hekk jiġri!", "L-Onor.", "Jiena nixtieq li nkomplu ma' dak li diġà għamilna.", "Irrid ngħid ukoll li lill-Onor.", "Edwin Vassallo frankament ma tantx fhimtu, u kien waqt id-diskors tiegħu li jien għamilt l-uniku point of order f'dan id-dibattitu.", "Wieħed mill-punti li semma kien li fejn tidħol droga fil-familja, kważi kważi b'dan l-Abbozz qed nilleġittimizza d-droga jew b'xi mod irrid nagħmilha legali.", "Altru minn hekk!", "L-għażla hija ċara!", "Stajt ma nagħmel xejn, nitfa' rasi fir-ramel u noqgħod bi kwieti u ħadd ma jikkritikani, jew seta' jkolli l-kuraġġ u l-animu li nipprova nieħu ħsieb dan il-punt.", "L-Onor.", "Hawn irrid ngħid li ħadt pjaċir nisma' lil kulħadd, imma l-Onor.", "Robert Cutajar min-naħa tal-Oppożizzjoni kienu verament pożittivi u nieħu pjaċir immens li qed nirrikonoxxu dak li jgħaqqadna u mhux dak li jifridna.", "L-Onor.", "Cutajar għamel ħafna punti fuq l-inkjesti li kien hemm.", "Waħda minnhom hija pubblika u qegħedtha fuq il-Mejda tal-Kamra u l-oħra diġà offrejt li dak li jkun jista' jiġi jaraha.", "Din mhux għax ma rridux nippubblikawha imma għad għandna inkjesta maġisterjali għaddejja u sfortunatament hawn Malta – u int ukoll, Sinjura President, għamilt dan il-punt – minkejja li ma tagħmilx l-ismijiet, kulħadd jibda jidentifika lil dak u lill-ieħor.", "Dak huwa l-uniku skop imma, kif għedt, il-kelliema tal-Oppożizzjoni għandhom kull fakultà li jiġu jarawha l-Ministeru.", "Tkellem ukoll fuq il-kondizzjonijiet tas-social workers u fuq koperazzjoni magħhom.", "Din ma stajtx nifhimha.", "Aħna għandna relazzjoni tajba ħafna mas-social workers u fil-fatt meta riedu jagħmlu ktieb fuq etika aħna konna minn tal-ewwel li ngħinuhom.", "Is-social workers se jagħmlu kampanja ta' pubbliċità u ta' awareness fuq il-professjoni tagħhom u bħala Ministeru se ngħinuhom.", "L-aħħar punt tal-Onor.", "Robert Cutajar kien dwar l-adozzjonijiet.", "Sfortunatament, bil-liġi kif inhi, huwa diffiċli li jkollna adozzjonijiet lokali u għalhekk nirrikorru għal adozzjonijiet barranin.", "Għall-grazzja t'Alla, l-2017 kienet sena record u l-2018 kienet record ukoll f'dawk li huma adozzjonijiet.", "Biex inkunu ċari, in-nies ma jadottawx għall-flus, imma l-inċentiv fiskali li daħħal il-Gvern għen ħafna.", "Fil-fatt ikun hemm min jonfoq tliet darbiet aktar mill-€10,000 li jagħti l-Gvern.", "Milli stajt nifhem, donnu ntqal ukoll li hemm xi diffikultà mal-aġenziji tal-adozzjonijiet.", "Nassigurakom li m'hemmx.", "Ġew jiltaqgħu darba miegħi, mhux għax jien l-espert tal-adozzjonijiet, imma llum l-aġenziji kollha, inkluż l-aġenzija tal-Istat li hija l-Appoġġ, għandhom pjattaforma u jiltaqgħu b'mod regolari.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici - biex nuri li veru smajtu - llum waranofsinhar, tkellem fuq it-test tal-paternità.", "Naqblu wkoll fuq ir-reġistru protezzjoni tal-minuri u fuq dak li huwa compulsory reporting.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici semma wkoll il-kwestjoni tal-unaccompanied minors u li qal forsi wieħed jista' jiftħu aktar, imma issa xtaqt nagħmel żewġ punti qosra biex nikkonkludi.", "Sinjura President, l-ewwel nett din mhijiex liġi li se togħġob lil kulħadd u nista' ngħidilkom li ma għoġbot lil ħadd f'kollox.", "Id-Dipartimenti tal-Gvern qalu li din il-liġi qed tpoġġi ħafna aktar piż fuq il-Qorti, imma ta' min jgħid li qabel ma ressaqna din il-liġi kkonsultajna mal-Ġudikatura biex ma nagħmlux xi ħaġa li mbagħad nispiċċaw ma nistgħux inwettquha.", "Żgur mhux se nkopru kollox mija fil-mija, imma nieħu pjaċir ninnota li kulħadd jaqbel li dan huwa pass 'il quddiem.", "Il-ħajja kollha għażliet, tista' tagħżel dak li jgħaqqadna jew dak li jifridna, imma nieħu pjaċir ninnota li dwar din il-liġi lkoll kemm aħna għażilna dak li jgħaqqadna.", "Wara kollox, ilkoll għandna l-obbligu u d-dover li nagħmlu l-ġid f'ħajjitna, għax li tagħmel il-ġid ma hu monopolju ta' ħadd.", "Meta wieħed imur quddiem il-Ħallieq la jieħu l-poter miegħu, la jieħu t-titlu u lanqas il-karozzi!", "L-unika ħaġa li tissarraf hemm fuq hija kemm tkun għamilt ġid f'ħajtek!", "Irridu nkunu kuntenti bħala Parlament li wasalna biex nagħmlu liġi bħal din.", "Kien fadalli ħafna aktar xi ngħid, imma sar il-ħin u għalhekk nagħlaq billi niringrazzja lil kulħadd, lil dawk li kkonsultajna, lill-Oppożizzjoni li kkonsultajna, lil kull min ta sehmu.", "Ngħid grazzi speċjali lill-Avukat Andy Ellul u lill-Avukat Edric Micallef Figallo li ħadu paċenzja kbira, l-ewwel wieħed bija.", "Nagħlaq billi nawgura li meta jispiċċa l-istadju ta' Kumitat ikollna liġi aħjar minn dik li ppreżentajna fil-Parlament flimkien, Gvern u Oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "MICHAEL FALZON: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Altenrattiv) jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-13 ta' Marzu, 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Skont ftehim milħuq illum se jkomplu jitkellmu kelliema min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, l-istorja ta' 25 sena kunsilli lokali qiegħda hemm miktuba u ma jħassarha ħadd.", "Din in-naħa tal-Kamra, minkejja li llum qegħdin fl-Oppożizzjoni, komdi bħal dejjem li niġu hawn u nitkellmu dwar il-kunsilli lokali.", "Kienet deċiżjoni għaqlija tad-dakinhar amministrazzjoni Nazzjonalista mmexxija mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Dr Eddie Fenech Adami li ħolom bid-devoluzzjoni tal-poter, jiġifieri li minn fuq inniżżlu l-poteri fil-livell tal-lokalitajiet l-aktar viċin tar-residenti.", "Il-kunsilli lokali qegħdin hemm biex jibqgħu.", "Lill-kunsilli lokali rridu nagħtuhom aktar poteri.", "Gvern u Oppożizzjoni għamilna sigħat twal niddiskutu din l-hekk imsejħa riforma.", "Kien hemm punti li dwarhom ersaqna viċin, kien hemm numru ta' proposti li ressaqna bħala Oppożizzjoni li l-Gvern aċċetta li jdaħħal, però rrid nistqarr li bħala Oppożizzjoni filwaqt li se nkunu qed nivvotaw favur dan l-Abbozz ta' Liġi, għad hemm punti li nixtiequ li l-Gvern jifhem li għandu jdaħħal jekk verament jemmen li jrid jagħmel bidla għall-aħjar fil-kunsilli lokali.", "Huwa importanti li bis-serjetà lill-kunsilli lokali nsaħħuhom, u nsaħħuhom mhux billi niġu hawn u nressqu numru ta' emendi għal dan l-Abbozz jew proposti, imma naħseb irridu mmorru oltre minn hekk.", "Kien hemm kelliema min-naħa tal-Gvern li bħal donnu riedu jagħtu l-impressjoni li din hija l-ewwel riforma f'25 sena.", "Dan mhuwiex il-każ, għax apparti li wellidhom hu, kull meta kien fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista kabbar u saħħaħ il-kunsilli lokali.", "Fil-fatt għamilna żewġ jew tliet riformi oħra, l-aħħar waħda taħt it-tmexxija tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Chris Said li kien il-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali.", "Jien inħoss li għadna 'l bogħod biex ngħidu li wasalna.", "Naħseb li jekk ikollna nagħsru dak li l-Gvern qed iressaq f'dan l-Abbozz ta' Liġi, filwaqt li hemm punti pożittivi u hemm rieda li nipprovaw nersqu 'l quddiem, però f'dan il-pakkett li għandna quddiemna llum, m'aħniex inżidu aktar poteri lill-kunsilli lokali, konċett ewlieni li għalih twaqqfu 25 sena ilu.", "Ejja ngħiduha kif inhi, il-kunsilli lokali f'Malta għamlu d-differenza.", "Jekk inħarsu lejn l-aħħar 25 sena, bla dubju ta' xejn naraw li l-lokalitajiet imxew 'il quddiem.", "Naħseb minn hawnhekk joħroġ l-obbligu tiegħi li f'isem l-Oppożizzjoni nirringrazzja lil kull min b'xi mod ħadem u kkontribwixxa, kemm jekk huma kunsilliera, sindki, kif ukoll l-istaff f'kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex.", "Nemmen li bil-ħidma tagħhom illum għandna pajjiż aħjar u llum kulħadd jaqbel li din kienet esperjenza sabiħa.", "Sinjura President, 25 sena ilu l-Partit Laburista ma kienx jaqbel mal-kunsilli lokali.", "Illum b'xi mod jew ieħor resaq ħafna lejhom, però rridu naraw bil-fatti kemm verament nemmnu li rridu nsaħħu l-kunsilli lokali.", "Din in-naħa tal-Kamra kburin li kkontribwejna anke f'din ir-riforma fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Meta konna qegħdin nitkellmu dwar 80 proposta ma konniex qegħdin niċċajtaw.", "Iva, l-Oppożizzjoni ressqet dokument ta' 80 proposta lill-Gvern qabel ma ħarġet il-white paper u biex stajna fassalna dan id-dokument, apparti milli ma' numru ta' kunsilliera u sindki ġejjin miż-żewġ partiti, tkellimna wkoll ma' firxa wiesgħa ta' esperti ġejjin minn oqsma differenti li jmissu mas-soċjetà Maltija u li verament setgħu u offrew il-kontribut tagħhom.", "Illum, partijiet minn dan id-dokument qed jiġu riflessi fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna u fil-ħin li ġej se nidħol f'dak li l-Gvern irrealizza li ma kellux triq oħra ħlief li jaċċetta l-proposti li kienu fattibbli.", "Dan apparti wħud mill-proposti li mhux se jkunu qed jidħlu fil-liġi, għax huma aktar proposti mil-lat amministrattiv, però l-Gvern ta l-kelma tiegħu li se jkun qed idaħħalhom fid-day to day tal-ħidma tal-kunsilli lokali.", "Hawn irridu naraw jekk verament mill-kliem aħniex se ngħaddu għall-fatti.", "Kien hemm punti li wrew li l-Gvern fehem l-ispjegazzjoni tal-Oppożizzjoni, però hemm oħrajn li juru li l-Gvern jidher li ramiehom, li ma tax kashom.", "Hemm oħrajn li l-Gvern qed jgħid li mhux qegħdin inklużi però mhux qed jagħlaq il-bieb li nistgħu nkomplu niddiskutuhom.", "Aħna tal-Partit Nazzjonalista rridu li l-kunsilli lokali jservu b'mod aħjar lilek li qed issegwina, irridu li verament il-kunsilli lokali ma jkunux biss estensjoni tal-customer care.", "Huwa tajjeb li wieħed jifhem il-bżonnijiet, però rridu naraw li l-kunsilli lokali jibdew jagħmlu d-differenza mill-għatba 'l ġewwa.", "Illum lanqas nistgħu nibqgħu ngħidu \"kunsilli lokali tal-bankini u t-toroq\" għax dan il-Gvern anke dik ir-responsabbiltà ħadilhom.", "Dan kien punt kardinali meta f'din il-Kamra, b'responsabbiltà u konsistenza ta' ħsieb, aħna vvotajna kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta, awtorità li bħalha l-Gvern qed joħloq oħrajn bl-addoċċ.", "In-nies ma jinteressahomx minn min issir it-triq ta' fejn joqogħdu imma jinteressahom biss li ssir.", "Il-Gvern ħa l-eħfef triq li deherlu u minflok ta lill-kunsilli lokali aktar poteri u żied aktar il-finanzjament biex ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu t-toroq, il-Gvern iddeċieda li jagħmel it-toroq hu u li jagħżel hu.", "Għal dan il-Gvern il-kelma \"konsultazzjoni\" ma ssibhiex għax dan joħlom b'xi ħaġa filgħaxija u filgħodu jqum jagħmilha!", "Hekk ġara b'Infrastructure Malta fil-lokalità tiegħi tal-Mellieħa, fit-triq prinċipali tal-Għadira.", "Iqum filgħodu s-sid ta' lukanda li se tiftaħ fi ftit tal-ġranet oħra u jsib l-inġenji quddiem il-bieb tal-lukanda tiegħu.", "Hemmhekk hemm madwar seba' jew tmien ristoranti li bla ma ġew ikkonsultati sabu l-inġenji quddiem il-ħwienet tagħhom b'detriment għan-negozju tagħhom.", "Tajjeb li t-toroq isiru, imma mhux hekk.", "Ma naħsibx li kienet din l-impressjoni li pprova jagħti l-Ministru meta konna qed nitkellmu fuq Infrastructure Malta!", "Irrid ngħid ukoll li hemm ħafna x'wieħed jistaqsi dwar il-mod kif qed jiġu magħżula t-toroq.", "Aħna se nkomplu nkunu attenti filwaqt li nittamaw li l-Gvern iżomm il-wegħda tas-€700 miljun li dwarha jħobbu jużaw il-frażi \"bla preċedent\".", "Hawnhekk wieħed irid jifhem li t-toroq li qed isiru għall-ewwel darba kienu diġà responsabbiltà tal-Gvern ċentrali.", "Allura għaliex il-Gvern qed jibqa' jinganna u jsemmi ammont ta' toroq b'€700 miljun bla preċedent?", "Ejja ngħidu lin-nies li dawk it-toroq il-Gvern kien diġà responsabbli tagħhom, il-Gvern suppost għamilhom u ma kellux għalfejn iwaqqaf Infrastructure Malta.", "Transport Malta kienet diġà responsabbli minn dawn it-toroq però l-Gvern għoġbu jaħtar aġenzija oħra fejn il-Bambin biss jaf il-mod kif ġew impjegati n-nies fiha!", "Hawn qed nitilqu mill-iskop ewlieni li għalih kienu twaqqfu l-kunsilli lokali fejn naqqasna minflok żidna r-responsabbiltajiet u l-poteri lill-kunsilli lokali.", "Illum Infrastructure Malta qed tieħu responsabbiltajiet li dejjem kienu f'idejn il-kunsilli lokali f'dak li għadu x'jaqsam mat-toroq.", "Illum il-Gvern qed jagħżel hu t-toroq liema jagħmel u għad hemm anomaliji f'din il-liġi.", "Il-Gvern kellu għaġġla li jgħaddi l-liġi ta' Infrastructure Malta waqt il-konsultazzjoni li kellna ma' Ministeri differenti dwar dak li għandu x'jaqsam mar-riforma tal-kunsilli lokali, skoprejna li hemm anomaliji f'dik il-liġi u issa hija problema tal-Gvern li jsolvihom.", "Fit-80 proposta li ressaqna aħna tajna importanza lill-aspett soċjali.", "Aħna nemmnu li rridu nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies u fl-aktar affarijiet li jolqtu u li jinteressaw lin-nies.", "Fil-fatt għedna li bħala parti mir-riforma tal-kunsilli lokali l-Gvern għandu jara li jsir social impact assessment f'kull kunsill lokali possibbilment b'finanzjament addizzjonali mill-Gvern.", "Il-Gvern laqa' din il-proposta anke jekk dan mhux se jkun qed isir mill-kunsill lokali imma se jkun qed isir mir-reġjuni, u dan isir għal kull lokalità.", "Aħna nemmnu li jekk kunsill lokali jrid jippjana b'viżjoni u b'serjetà fejn jonfoq il-flus biex jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies allura għandu jkollu dan ir-ritratt, dan l-istudju soċjali li permezz tiegħu jifhem fejn hemm problema.", "Kunsill lokali kapaċi jifhem problema fil-lokalità tiegħu żgur aktar milli jista' jasal il-Gvern ċentrali.", "F'dan id-dokument aħna tkellimna dwar is-saħħa mentali, dwar id-diabete, dwar l-obeżità u dwar problemi oħra tad-droga, housing, problemi tal-anzjani u anke dwar persuni b'diżabilità.", "Aħna rridu li l-kunsilli lokali jkunu dejjem aktar rilevanti għall-bżonnijiet tan-nies u allura nittama li dan l-istudju jsir kif għandu jsir, b'impenn mir-reġjuni biex il-kunsilli lokali jkollhom dan ir-ritratt li permezz tiegħu jkunu jistgħu jippjanaw biex jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti li jkunu eleġġewhom.", "L-Oppożizzjoni qed tinsisti wkoll dwar proġett pilota li kien twaqqaf mill-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti li kien suċċess, dak li f'kull lokalità jkollna uffiċċju tas-sigurtà soċjali li jekk mhux kuljum, però jiftaħ f'ċerti ġranet matul il-ġimgħa.", "Naħseb li dan huwa fattibbli, irnexxa f'numru ta' kunsilli lokali u allura qegħdin ninsistu li l-gvern b'mod immedjat idaħħal dawn l-uffiċċji f'kull belt u raħal.", "Għaliex fil-kunsilli lokali m'għandux jingħata servizz soċjali mill-uffiċċju tal-kunsilli lokali darba jew darbtejn fil-ġimgħa biex dak li jkun ma jkollux għalfejn joqgħod imur fid-distrett f'lokalità oħra?", "Din hija xi ħaġa li teżisti diġà barra minn Malta, fosthom fil-Lussemburgu u f'Ċipru li huma żewġ nazzjonijiet żgħar bħal Malta.", "Dawn huma sfidi li m'għandniex għalfejn nibżgħu minnhom però ejja ma nġibux l-iskużi biex ma nżidux aktar responsabbiltajiet u poteri lill-kunsilli lokali.", "Sur President, illum nafu li kull kunsill lokali għandu kunsillieri responsabbli minn kumitati f'diversi oqsma li jmissu s-soċjetà.", "Aħna pproponejna - u l-Gvern laqa' l-proposta tagħna - li tidħol fil-liġi li jitwaqqfu kumitati mmexxija minn kunsilliera li darba fis-sena jkollhom l-obbligu li jressqu s-suġġerimenti li għandhom x'jaqsmu mas-settur li huma jkunu responsabbli għalih.", "Fil-fatt dan jinsab f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Irrid ngħid ukoll li l-qasam soċjali kien dejjem prijorità għal din in-naħa tal-Kamra.", "Waħda mill-proposti li ressaqna kienet li fost ir-responsabbiltajiet għandu jkun hemm il-qasam soċjali.", "Hemm diversi oqsma li qegħdin fi skeda partikolari, fosthom l-istili ta' ħajja sana.", "Din in-naħa tal-Kamra fl-2016 ressaqna Abbozz ta' Liġi li jittratta l-istili ta' ħajja sana li dwaru kien hemm qbil unanimu, u jiena nieħu gost li l-Ministru Fearne, pereżempju l-ġimgħa l-oħra, mar fiċ-ċentru ta' matul il-jum tal-Mellieħa u tkellem dwar id-diabete, dwar l-obeżità u dwar l-istili ta' ħajja sana.", "Hawn għandna nagħtu l-kredtu lil min ħaqqu f'din il-Kamra, u qed ngħid dan għax meta d-Deputat Prim Ministru Fearne mar fiċ-ċentru ta' matul il-jum tal-Mellieħa ġimgħa ilu ma lissen ebda kelma li kienet l-Oppożizzjoni li fl-2016 ressqet dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Illum qegħdin nesiġu li l-kunsilli lokali jkollhom ring-fence f'dak li għandu x'jaqsam ma' ammont ta' flus li jiġu allokati biex mhux noqogħdu nistennew lill-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet fuq skala nazzjonali imma jkunu l-kunsilli lokali li jagħmlu dan.", "Dan qed ngħidu għax aħna nemmnu fid-devoluzzjoni anke f'dak li hu l-aktar bażiku, dak li l-aktar jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Għedna wkoll li l-kunsilli lokali għandhom ikunu huma li jixprunaw aktar informazzjoni, jixprunaw aktar inijzattivi b'rabta mal-istili ta' ħajja sana b'laqgħat u korsijiet u jinfirxu mhux biss f'livell ta' skejjel u uffiċini tal-kunsilli lokali imma anke fil-livell ta' ċentri ta' matul il-jum.", "Aħna tlabna lill-Gvern li jikkonsidra bis-serjetà biex jagħmel investiment jew iżid l-allokazzjoni lill-kunsilli lokali biex ikunu f'pożizzjoni li jikkonvertu wesgħat pubbliċi li forsi llum huma mitluqa f'postijiet fejn wieħed ikun jista' jagħmel eżerċizzu biex naraw aktar kuxjenza sportiva tinfiltra fil-lokalitajiet.", "L-open-air gyms kienu esperiment li kiber fl-aħħar leġiżlatura mmexxija mill-Partit Nazzjonalista u llum irridu naraw li dawn jidħlu f'kull belt u raħal.", "Il-Gvern jidher li ma daħħalx proposta tagħna dwar ċentri ta' matul il-jum u night shelters u aħna se nkunu qegħdin naraw li b'xi mod bis-serjetà jieħu stock-take ta' fejn għandna nuqqas ta' dawn iċ-ċentri f'pajjiżna.", "Kull fejn hemm night shelter u ċentru ta' matul il-jum rajna differenza, għax permezz tagħhom qed nagħtu dinjità lill-anzjani.", "Dak li għandna llum huwa mertu tal-anzjani, ta' dawk li ġew qabilna u allura meta l-Gvern jitkellem fuq l-aqwa żmien u fuq ekonomija b'saħħitha, għaliex m'għandniex naraw li f'kull belt u raħal ikun hemm night shelter?", "Il-kunsilli lokali kapaċi jidħlu f'responsabbiltà li jkunu huma li jixprunaw dawn l-inizjattivi b'rabta mal-qasam soċjali.", "Dawn huma ftit mill-punti li tkellimna dwarhom mal-Gvern rigward il-qasam soċjali, li ħafna minnhom ma ġewx inklużi, u għalhekk l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq xi emendi fl-istadju ta' Kumitat.", "Issa hawn irrid ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi fih l-input tal-Oppożizzjoni għax ħdimna tajjeb mal-Gvern, però m'aħniex kuntenti bir-riżultat finali li qegħdin niddiskutu hawnhekk.", "Is-sigurtà kienet kapitlu ieħor importanti.", "Il-kunsilli lokali għandhom ikunu parteċipi f'dak li għadnu x'jaqsam mas-sigurtà tal-ibliet u l-irħula.", "Illum jeżisti l-obbligu fil-liġi tal-Puliizja li għall-inqas darba fix-xahar ikollhom laqgħat regolari mal-kunsilli lokali.", "Din mhijiex qed issir.", "Irridu naraw li l-Korp tal-Pulizija jwettaq l-obbligi tiegħu flimkien mal-kunsilli lokali u naraw li dawn il-laqgħat mhux biss isiru imma fihom jittieħdu deċiżjonijiet li jagħmlu differenza.", "Ftit tal-ġranet ilu tkellimt fuq statistika dwar kriminalità fin-naħa ta' fuq ta' Malta fejn rajna żieda qawwija ta' serq minn residenzi.", "Anke l-każi ta' pickpocketing rajniehom jiżdiedu fix-xhur li suppost li jkunu kwieti, jiġifieri Ottubru, Novembru u Diċembru.", "Dan jista' jiġi mtaffi kemm-il darba fil-lokalitajiet jidħol il-konċett tal-community policing.", "Dan huwa konċett li b'responsabbiltà għedt f'din il-Kamra li l-Korp tal-Pulizija kellu studju dwaru u kien qed jippjanah però xi ħadd iddeċieda li dan ma jwettqux.", "Fil-laqgħat ta' konsultazzjoni kien jidher li dan il-konċett il-Gvern ma riedx jimbarka fuqu, u allura nieħu gost li wara l-appelli li għamilt f'din il-Kamra u barra, ftit tal-ġranet ilu, b'sorpriża, il-Ministru għall-Intern weġibni direttament li qed jikkonsidra bis-serjetà li f'pajjiżna jidħol il-community policing.", "Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Hekk irridu nimxu.", "L-Oppożizzjoni ressqet proposta, il-Gvern deher li mhux se jiċċaqlaq, però nieħu gost li skont l-informazzjoni mogħtija hawnhekk fil-Parlament fl-aħħar diskors li għamel il-Ministru Michael Farrugia qal li kien qed jifhem il-bżonn ta' dak li qalet l-Oppożizzjoni u kien se jġib persuna esperta, jidhirli minn barra minn Malta, biex tibda tara l-eventwalità li f'Malta jibda jitħaddem il-community policing.", "Fil-lokalitajiet irridu wkoll li jkun hemm l-aktar affarijiet bażiċi, fosthom li jkollok għassa li tkun miftuħa l-ġurnata b'pulizija li jkun preżenti hemmhekk.", "Dan hu dritt taċ-ċittadini.", "Minn hawnhekk insellem lill-membri kollha tal-Korp u lill-familji tagħhom, però min qed imexxi l-Korp tal-Pulizija għandu jifhem il-bżonnijiet veri tal-kunsilli lokali.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, qegħdin nipproponu li l-preżenza tal-pulizija m'għandhiex tkun biss fil-ħin ta' dħul u ħruġ fl-iskejjel.", "Issa ħalliha li qed jaslulna rapporti li f'ċerti postijiet mhux qed ikun hemm pulizija minkejja l-ingaġġ ta' membri ġodda, u allura nistaqsu: Hemm tmexxija tajba?", "Fejn qed jiġu mqassma dawn il-membri ġodda tal-Korp tal-Pulizija?", "Aħna qegħdin ngħidu li bit-traffiku dejjem jikber, il-ġenituri u n-nies għandu jkollhom serħan tal-moħħ rigward żoni fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' tfal bħal f'attivitajiet sportivi li jsiru matul il-ġimgħa, fejn hemm id-duttrina u postijiet oħra simili.", "Naħseb li anke hawnhekk irridu nagħmlu qabża fil-kwalità.", "Il-Local Enforcement System Agency (LESA) l-Gvern ftit li xejn għamel referenza għaliha f'din ir-riforma għax, ovvjament, dak li kellha tagħmel fi-LESA għamlitu, però din in-naħa tal-Kamra qed issegwi x'inhu għaddej fil-LESA u se nkunu qegħdin nesiġu trasparenza assoluta fil-mod kif jiġu mmaniġġjati l-kuntratti, fil-mod kif qed jingħataw it-tenders u fil-mod kif qed jiġu impjegati l-gwardjani lokali jew l-uffiċjali tal-komunità.", "Dawn in-nies għandhom jingħataw rispett anke permezz tal-pagi li jingħataw.", "Rajna wkoll f'risposta parlamentari li kien hawn ftit flus mhux ħażin mogħtija f'konsulenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-LESA.", "F'artiklu li deher fil-ġurnal The Times of Malta s-Sibt li għadda rajna li ntefqu 'l fuq minn €70,000 f'konsulenzi f'dak li għandu x'jaqsam mal-LESA.", "Donnu l-Gvern iddeċieda li jkompli għaddej bil-konsulenzi li jfaqqsu mil-lejl għan-nhar f'kull dipartiment, f'kull Ministeru u l-Bambin biss jaf kemm joħorġu flus f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsulenzi, imma ejja nittrattaw b'rispett lill-uffiċjali tal-komunità.", "Għamilt mistoqisjiet parlamentari, nispera li għada jkolli risposti, dwar kemm hi l-paga li uffiċjal tal-komunità qed jitħallas.", "Irrid ngħid li fl-aħħar ġranet ħarġu żewġ calls fil-LESA, fosthom sejħa għal kap eżekuttiv.", "Bħalissa hemm persuna li skadielha l-kuntratt ftit tax-xhur ilu imma baqgħet hemmhekk, u issa jirriżulta li se jkun qed jidħol xi ħadd flokha.", "Jirriżultalna wkoll li l-persuna għal din il-kariga hija diġà magħżula.", "Jalla li m'aħniex korretti f'dan, imma kif jgħid il-Malti, il-qasba ma ċċaqċaqx għal xejn u jidher ukoll li diġà hemm il-persuna magħżula biex tieħu t-tmexxija tal-LESA bħala kap eżekuttiv.", "Fil-LESA nħolqot ukoll pożizzjoni oħra biex nifirxu biċċa oħra fil-famuż ċirku żgħir ta' dawk li dejjem iridu jibqgħu jieklu.", "Fil-fatt il-Gvern iddeċieda li joħloq post ieħor ta' deputat kap eżekuttiv biex jiekol biċċa wkoll!", "Sur President, aħna tal-Oppożizzjoni rridu naraw li l-accounts tal-LESA jkunu trasparenti u allura se nitolbu li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra biex naraw kif qegħdin jintefqu l-flus li qegħdin jinġabru miċ-ċitazzjonijiet.", "Kull ċenteżmu li jintefaq hemmhekk għandu jkun accounted for.", "Kull persuna responsabbli, inkluż il-Ministru responsabbli, għandu jkun accountable ta' dak li qed isir fil-LESA.", "B'responsabbiltà nerġa' ngħid li l-LESA kienet falliment.", "Jiena tkellimt ma' sindki li jgħidulek li qabel kienu aħjar.", "Qabel kien ikun il-kunsill li jiddeċiedi l-ħin u l-post fejn għandhom ikunu l-uffiċjali tal-komunità.", "Illum tmur f'laqgħa fejn ikun hemm l-entitajiet tal-Gvern – u se nitkellem ftit ukoll fuq l-entitajiet tal-Gvern - fejn il-persuna responsabbli mil-LESA tgħidlek li ma tagħmilx mirakli u m'għandhiex biex taħdem.", "Dan huwa falliment, għax filwaqt li għal-LESA kienu komdu biex bidlu l-uniformijiet u xtraw il-karozzi u binja ġdida minn fejn joperaw, mbagħad qegħdin naraw il-falliment f'dak li għandu x'jaqsam mal-aktar ħaġa importanti fil-funzjonijiet tagħhom, jiġifieri fl-inforzar biex in-nies hemm barra jħossuhom komdi.", "Wara kollox m'għandux jeħel it-tajjeb mal-ħażin.", "Min qed jikser ir-reoglamenti, iva, għandu jkun hemm inforzar, però mhux sew li kulħadd jitfa' t-tort fuq il-kunsilli lokali minħabba nuqqasijiet, imbagħad m'għandhiex inforzar.", "Mela ntefqu l-flus f'dak li għandu x'jaqsam mal-LESA imma on the ground m'aħniex qed naraw l-effett, u hawn l-Oppożizzjoni se tibqa' tikkritika b'responsabbiltà.", "Irrid nagħmel ukoll punt żgħir marbut mal-LESA fuq l-ambjent.", "Il-PBS, l-istazzjon nazzjonali li huwa mħallas mit-taxxi tagħna għoġbu jagħmel news item b'ritratt li ttieħed minn fuq Facebook.", "Issa tidħol fi xħin tidħol fuq Facebook issib li n-nies jieħdu ħafna ritratti ta' nuqqasijiet fil-lokalitajiet u jitfugħhom fuq Facebook.", "Idħol u fittex fuq Facebook u tara r-ritratti.", "Però kumbinazzjoni l-PBS ma kellhomx biex jimlew l-aħbarijiet u qabdu storja waħda minn fuq Facebook, qabdu tliet ritratti ta' skart mormi f'lokalità partikolari u ġabuha bħala news item.", "Verament il-PBS kompliet waqgħet fi stat tal-biki.", "X'kienet l-intenzjoni aħħarija ta' min kien responsabbli mill-kamra tal-aħbarijiet u ħalla dan l-artiklu joħroġ?", "Il-PBS ġabet ritratti tal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, u min kien responsabbli kellu l-ardir li jikkwota x'kien hemm miktub taħt dawn ir-ritratti, irringrazzja wkoll lill-persuna li tellgħet ir-ritratti, u għal ġieħna rringrazzja lid-Dipartiment tat-Tindif li bagħat lill-ħaddiema jnaddfu wara li sar ir-rapport mir-residenti.", "Ovvjament jiena wkoll nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tad-Dipartiment għaliex nemmen li huma nies li jaħdmu b'vokazzjoni, b'impenn u b'imħabba, però mhuwiex ġust li l-PBS tinqeda bi storja biex toskura lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Issa jiena mhux qed niddefendi lil dan il-kunsill, u jekk kien hemm responsabbiltà ta' kuntrattur li suppost ġabar dak l-iskart u ma nġabarx, allura hemmhekk inkun l-ewwel wieħed li nikkritika, kien liema kien il-kunsill lokali, kien min kien is-sindku.", "Jien naħseb li hemm stejjer oħrajn li messha ġabet il-PBS!", "Jekk il-PBS trid, jiena m'għandix problema nibagħtilha l-istejjer u ġġibhom fl-aħbarijiet biex tkompli taqa' għar-redikolu.", "Issa dan l-iskart żgur li mhux il-kunsill poġġieh.", "Jien mhux qed niddefendi kunsill li seta' żbalja.", "Hemmhekk inkun l-ewwel wieħed li nikkritika, però mhux aċċettabbli li l-kamra tal-aħbarijiet tkun kompliċi biex joskuraw lokalità billi jagħmlu distinzjoni bejn il-ħidma tal-Kunsill u d-Dipartiment.", "Infakkar li d-Dipartiment responsabbli mit-tindif ħa madwar €160,000 mill-baġit tal-kunsill is-sena li għaddiet biex tnaddfet il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar.", "Sur President, irrid ukoll nappella lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikun responsabbli u joħroġ il-boroż tal-iskart fil-ġranet u l-ħinijiet li suppost.", "Veru li l-Gvern m'għamilhiex faċli f'ċerti lokalitajiet għaliex seta' pprepara lil pajjiżna aħjar, però issa s-sistema ilha madwar tliet xhur li bdiet tiffunzjona jew suppost bdiet tiffunzjona, u l-appell ġenwin tiegħi lill-poplu Malti u Għawdxi hu: Ejja nkunu responsabbli.", "Jekk suppost noħorġu l-borża fis-7.00 a.m. jew fit-8.00 a.m. għandna noħorġuha dak il-ħin u mhux xħin ifettlilna, ġejna mix-xogħol filgħaxija u ħriġnieha.", "Ejja nkunu dixxiplinati!", "Pajjiżna huwa tagħna lkoll.", "Aħna responsabbli li nħallu nadif.", "Aħna poplu magħruf li mill-għatba 'l ġewwa kapaċi nżommu nadif.", "Ejja nkunu kapaċi u nagħtu eżempju lil uliedna b'reklam sabiħ għal pajjiżna, inkunu kburin b'pajjjiżna u nkunu responsabbli.", "Jekk il-bulky refuse suppost jinġabar għada, m'għandniex noħorġu l-affarijiet jumejn qabel.", "Huwa hawnhekk li għandu jsir l-infurzar, għaliex min hu irresponsabbli għandu jħallas ta' għemilu.", "Meta kellna l-gwardjani lokali, kienu l-kunsilli lokali li kienu jagħżlu l-ħinijiet u l-postijiet fejn dawn imorru.", "Għandna nerġgħu mmorru għal din is-sistema għax b'hekk biss nistgħu nilħqu dak li suppost twaqqfu għalih il-wardens f'pajjjiżna.", "Dwar l-ambjent, aħna tlabna li jiġi varat proġett b'rabta mas-CCTV cameras.", "Irridu naraw li jiġi salvagwardjat l-ambjent ta' pajjiżna.", "Biżżejjed mhux qed ikun hemm preżenza ta' gwardjani lokali biex inkunu nistgħu nevitaw ċertu vandaliżmu li din in-naħa tal-Kamra tikkundanna bla riżervi.", "Filwaqt li l-Gvern għandu jgħin lill-kunsilli f'dan l-investiment, irridu naraw ukoll li l-awtoritajiet responsabbli bħalma hi l-Planning Authority (PA) tisma' lill-kunsill lokali.", "Inutili niġu nitkellmu hawnhekk dwar inizjattivi b'rabta mal-ambjent imbagħad naraw deċiżjonijiet oxxeni waħda wara l-oħra fejn il-PA tiġi taqa' u tqum mill-ambjent ta' pajjiżna.", "Illum għandna l-Gvern li ddeċieda jidħol f'artijiet verġni biex iwessa' t-toroq.", "Dik hi l-viżjoni ta' dan il-Gvern, li jaqbad jidħol f'żoni verġni, f'żoni ODZ u jwessa' it-toroq biex mingħalih qed isolvi problema li ħallieha tirkeb lil pajjiżna għal numru ta' snin.", "Biex inkunu kredibbli, meta nitkellmu dwar l-ambjent ejja nitkellmu dwar it-totalità tal-ambjent f'pajjiżna.", "Jiena ma rridx ikolli x'naqsam ma' deċiżjonijiet fil-PA li jkunu qegħdin iħassru l-ambjent ta' madwarna.", "Ma rridx inkun kompliċi b'xi mod f'dawn id-deċiżjonijiet.", "Hekk titlob ir-responsabbiltà tiegħi bħala deputat ta' din il-Kamra, u għalhekk aħna nesiġu li jkun hemm konsultazzjoni serja mal-kunsill lokali għaliex huwa l-kunsill lokali li jaf il-bżonnijiet tal-lokalitajiet.", "Huwa l-kunsill lokali li għandu l-obbligu jiddefendi l-karatteristiċi ta' kull belt u raħal f'pajjiżna, però l-kunsilli lokali llum qed isibu Gvern u l-PA li jiġu jaqgħu u jqumu mill-karatteristiċi tal-ibliet u l-irħula tagħna.", "L-appell tiegħi lin-nies li jpoġġu fuq il-bordijiet tal-PA huwa wieħed ċar: Ejja nkunu responsabbli għaliex se jkunu wliedna u l-ġenerazzjonijiet ta' għada li se jħallsu l-prezz tad-deċiżjonijiet li qed nieħdu llum.", "Irrid li l-PA taħdem għal żoni aktar pedonali f'pajjiżna u b'kordinament u konsultazzjoni mal-kunsill lokali tara fejn nistgħu nagħtu iktar arja friska.", "Jiena nittama wkoll li l-Gvern qed jara li kull lokalità qiegħda in line mal-obbligi tal-Convenant of Mayors li suppost iffirmaw il-maġġorparti tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Hawn ukoll tinħtieġ l-għajnuna min-naħa tal-Gvern.", "L-appell tiegħi lill-PA hu li importanti nikkonsultaw bis-serjetà mal-kunsill lokali.", "Mhux billi poġġejna lill-kunsilli lokali b'vot fuq il-Bord tal-PA!", "Jiena rrid li l-kunsilli lokali jinstemgħu, għaliex il-vuċi tal-kunsill lokali anke f'dak il-livell hija l-vuċi tan-nies.", "Tajjeb nitkellmu dwar policies, però rridu noqogħdu attenti kif inbiddlu l-policies u mhux nibdluhom biex naġevolaw lil xi ħadd, kif diġà għamilna.", "Nerġa' ngħid, ma rridx inkun kompliċi f'deċiżjonijiet, ġejjin minn fejn ġejjin, u l-uffiċini tal-kunsilli lokali rridu narawhom jiftħu u jimirħu aktar.", "Għal diversi snin tkellimna wkoll dwar il-famuż one-stop shop, però m'aħniex narawh jimmatura.", "Aħna mill-Oppożizzjoni qegħdin ngħidu li hemm bżonn ikollna taħriġ f'dak li għandu x'jaqsam ukoll mar-riżors uman fi ħdan il-kunsill lokali.", "Dwar ir-reġjuni wkoll il-Gvern laqa' l-proposta tagħna u se jkollna persuna li se tkun qed tiffoka fuq il-fondi Ewropej.", "Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx ir-riżorsi umani adegwati biex japplikaw għal fondi Ewropej u allura kienet xi ħaġa tajba li l-Gvern laqa' l-proposta tagħna li jkun hemm uffiċjal f'kull reġjun li jgħin lill-kunsilli lokali jimlew u jmexxu 'l quddiem applikazzjoniijiet għall-fondi Ewropej.", "Meta tkellimna dwar one-stop shop bis-serjetà kellna f'moħħna wkoll l-SMEs, is-sidien tal-ħwienet iż-żgħar.", "Dawn għaliex m'għandux ikollhom il-faċilità li jmorru fil-kunsilli lokali tagħna u jinqdew hemmhekk?", "Allura nittama li anke hawnhekk il-Gvern jifhem il-kunċett li rridu ndaħħlu fil-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Rigward il-Vot 16, aħna ta' din in-naħa tal-Kamra mill-kliem morna għall-fatti.", "Tkellimna wkoll dwar parteċipazzjoni diretta taż-żgħażagħ billi nagħtuhom iċ-ċans jivvotaw.", "Infakkar li l-Gvern, bla konsultazzjoni, ġie f'din il-Kamra u ħassar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali sentejn ilu.", "Mela int li int żagħżugħ u sentejn ilu għalaqt is-16-il sena u kellek id-dritt għall-vot, dan il-Gvern tahulek minn naħa u ħadulek minn oħra b'mod konvenjenti.", "Il-Gvern ġie hawn u għadda gaffa mingħajr ma kkonsulta, mingħajr ma ra x'kien verament jagħmel sens u ddeċieda li jħassar l-elezzjonijiet b'mod kapriċċuż.", "Naħseb li din ukoll tibqa' tebgħa f'dak li għamel il-Gvern.", "Il-Gvern bħal donnu issa jrid jerġa' jħassar mhux l-elezzjonijiet li ġejjin, imma mandat li diġà jeżisti.", "Dan l-Abbozz qed jgħid li għandu jkun hemm żgħażagħ ta' 16-il sena li mhux biss jivvotaw, imma jipparteċipaw u ovvjament ma jkunux sindki jekk ikunu l-kandidati li jġibu l-iktar voti tal-partit li jirbaħ il-maġġoranza f'dik il-lokalità.", "Hawnhekk wieħed irid ikun kawt, irridu nitkellmu bilgħaqal u nifhmu li jekk se nkunu qegħdin nagħtu responsabbiltajiet liż-żgħażagħ għandna naraw li nkunu qegħdin nifirxu dawn ir-responsabbiltajiet.", "Aħna ta' din in-naħa tal-Kamra saħansitra biddilna l-istatut biex iż-żgħażagħ tagħna jidħlu fl-istrutturi tal-Partit fl-età tenera ta' 14-il sena.", "Irridu li ż-żgħażagħ ikunu parteċipi u mhux spettaturi biss.", "Dan ukoll huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, però rridu naraw bis-serjetà li liż-żgħażagħ nippreparawhom u mhux sempliċement poġġejniehom fil-liġi biex ikunu jistgħu jikkontestaw.", "Irridu naraw li ż-żgħażagħ tagħna jkunu ppreperati sa mill-età tenera ta' 14-il sena dwar xi tfisser ir-responsabbiltà li toħroġ għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u li tkun elett ukoll.", "Huwa privileġġ, però hija responsabbiltà li rridu nfehmuha liż-żgħażagħ tagħna.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi l-Gvern qed jipproponi wkoll li nħassru mandat ta' ħames reġjuni li kienu eletti sas-sena 2021.", "Ma semax mill-proposta tal-Oppożizzjoni li l-mandat tas-sitt reġjuni - għaliex issa r-reġjuni permezz ta' dan l-Abbozz minn ħamsa ġejjin sitta – jidħol fis-seħħ meta jintemm it-terminu ta' dak li hemm eżistenti llum.", "Il-Gvern ma laqax il-proposta tal-Oppożizzjoni u ddeċieda li jħassar il-mandat ta' ħames reġjuni li suppost fadallu sas-sena 2021 u jrid li f'Ottubru li ġej isiru l-elezzjonijiet tas-sitt reġjuni biex mill-1 ta' Novembru tidħol fis-seħħ il-kompożizzjoni tas-sitt reġjuni li wħud minnhom tnaqqsulhom xi lokalitajiet jew żdidulhom biex il-Gvern minn ħamsa ġabhom sitta.", "Hawnhekk mill-Oppożizzjoni nerġgħu nappellaw b'mod konsistenti.", "Li tiġi hawnhekk u tħassar mandat simili mingħajr konsultazzjoni mhijiex aċċettabbli.", "Nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni tat il-parir tagħha li l-konċett tas-sitt reġjun jidħol fl-2021 meta jintemm il-mandat tal-ħames reġjuni l-oħrajn, imma l-Gvern s'issa jidher li baqa' jgħid li jrid jagħmel kollox matul din is-sena, ftit xhur biss wara l-elezzjonijiet ta' Mejju li ġej.", "Din in-naħa tal-Kamra rajna li jidħlu anke f'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabilitajiet.", "Ma rriduhomx responsabbiltajiet sempliċement fuq il-karta biss.", "Jidhrilna li l-kunsilli lokali għandhom ikunu fuq quddiem nett li jkunu parteċipi fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali.", "Nafu li l-imħabba lejn l-annimali f'pajjiżna hija waħda ta' min jammiraha.", "Allura rridu naraw li l-kunsilli lokali jingħataw poteri mhux biss permezz ta' sotto-kumitat f'kunsill lokali, imma jkollhom poteri li jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien tal-annimali.", "Meta l-Oppożizzjoni ressqet t-80 proposta li tajna lill-Gvern qabel ma ppubblika l-white paper, konna qegħdin naraw viżjoni wiesgħa u konna qegħdin nikkonsidraw is-setturi kollha li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.", "B'obbligu u b'rispett ma stajniex inħallu barra l-ħarsien tal-annimali.", "Hemm punti oħrajn li xtaqt nagħmel referenza għalihom, fosthom punt kardinali li l-Gvern ukoll hawnhekk wera biċ-ċar li bil-kliem jgħid ħafna li jemmen fil-kunsilli lokali imma bil-fatti meta ġejna fil-mument l-iktar importanti li npoġġu bilqiegħda u niddiskutu kif se nsaħħu iktar il-poteri, il-Gvern falla fl-ewwel test li kellu quddiemu.", "Dan għaliex il-Gvern, sa mill-bidu nett, minn qabel ħarġet il-white paper, iddeċieda li jeqred il-kumitati amministrattivi, il-hamlets.", "Bħala Oppożizzjoni għedna li għandna naraw x'seta' mar ħażin u ntejbuh, però l-Gvern tefa' lil kulħadd f'keffa waħda.", "Il-Partit Laburista kien ikollu problemi, fosthom problemi biex isib kandidati biex jikkontestaw fil-hamlets u allura anke hawnhekk ħa l-iqsar triq u ddeċieda li jelimina l-hamlets.", "Naħseb li anke hawnhekk il-Gvern falla dan it-test importanti meta kellu ċ-ċans isaħħaħ id-devoluzzjoni tal-poter.", "Minflok, il-Gvern iddeċieda li jkompli jnaqqar ir-responsabbiltajiet u issa qed jipprova jbenġilha għax jaf li hemm barra n-nies jinteressahom, kif in-nies fil-lokalitajiet għandhom l-interess li jeleġġu n-nies huma biex jirrappreżentawhom, u l-istess f'dawn il-hamlets.", "Jekk kien hemm uħud minnhom li fallew, ejja naraw x'mar ħażin u nirranġaw.", "Qrajna li dawn bdew jiffunzjonaw imma ma komplewx, jiġifieri xi ħaġa ħażina kien hemm.", "Aħna tajna wkoll il-parir tagħna lill-Gvern.", "Ftit tax-xhur ilu kien hemm kumitat amministrattiv ta' Burmarrad li ma kienx qed jiffunzjona u l-Gvern seta' faċilment xolja dak il-kumitat amministrattiv.", "Imma le, għaliex kellu l-intenzjoni li jeqridhom darba għal dejjem, ħallieh ikompli ma jiffunzjonax minflok ħa d-deċiżjonijiet li kien obbligat jieħu.", "Sur President, qed nagħti eżempju wieħed, imma hawn irrid ngħid li l-maġġorparti tal-hamlets f'pajjiżna ħadmu.", "Jekk il-Partit Laburista għandu problema biex isib il-kandidati, dik isolviha hu, imma mhux jitfa' lil kulħadd f'keffa waħda kif għamel.", "Aħna wkoll minn hawnhekk se nkunu qegħdin inressqu emenda fi stadju ta' kumitat biex dawn il-kumitati amministrattivi mhux talli jibqgħu jeżistu imma talli nsaħħuhom.", "Il-Gvern ħareġ avviż legali l-ġimgħa l-oħra fejn qal li qed jissospendi l-elezzjonijiet li suppost isiru matul din is-sena.", "Il-Gvern irid jiddeċiedi x'se jagħmel, però nittama li meta nkunu qegħdin madwar il-mejda fi stadju ta' Kumitat jagħti każ l-emendi li din in-naħa se nkunu qegħdin inressqu.", "Irrid ngħid ukoll li nittama li meta nitkellmu dwar il-kunsilli lokali ma nkunux qegħdin nitkellmu b'mod konvenjenti.", "Il-kliem sabiħ ma jgħoddx f'din il-Kamra!", "F'din il-Kamra rridu azzjonijiet, irridu leġiżlazzjoni li tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Meta l-Oppożizzjoni ħriġna l-proposti tagħna u għedna rridu kunsilli lokali li jservu lilek aħjar, għamilna dan għaliex nemmnu fil-kunsilli lokali.", "Aħna komdi nitkellmu dwar il-kunsilli lokali għax ma kienx hemm sena waħda f'25 sena li din in-naħa, sew meta konna fil-Gvern kif ukoll fl-Oppożizzjoni, ma konniex konsistenti fejn jidħlu l-kunsilli lokali.", "Il-Gvern ma kienx fil-bidu.", "Meta nagħsru l-kontenut ta' dan l-istess Abbozz ta' Liġi naħseb li nistgħu ngħidu li filwaqt li hemm miżuri fid-direzzjoni t-tajba, però din in-naħa tal-Kamra stenniet aħjar, stenniet li dan l-Abbozz ikun jirrifletti dak li n-nies jixtiequ, dak li bih nagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom.", "Il-poplu Malti u Għawdxi f'dawn il-ġimgħat se jkun qed jisma' ħafna fuq il-kunsilli lokali għaliex fil-25 ta' Mejju, għall-ewwel darba, f'pajjiżna se nkunu qed nivvotaw fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex u l-poplu se jkollu l-opportunità li jagħżel lill-kunsilliera li jixtieq li jirrappreżentawh.", "L-appell tagħna tal-Oppożizzjoni, anke meta konna fil-Gvern, dejjem kien li l-interess tal-kunsilli lokali għandhom ikunu l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-lokalitajiet tagħna.", "X'jaqbel lill-partit hija xi ħaġa sekondarja.", "Nappella lill-Gvern għaliex meta tkellimna madwar il-mejda tad-diskussjoni ddikjarajna li se jkun hemm impenn miż-żewġ naħat li meta niġu biex nagħżlu l-kandidati tagħna, dawn ikunu kandidati denji li jirrappreżentaw lill-partit fil-lokalitajiet tagħna, però ladarba jkunu hemmhekk għandhom l-obbligi li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-interess tan-nies u fl-interess tal-ġid komuni u mhux ta' x'jaqbel lill-partit!", "Nittama li l-Gvern iżomm ukoll din il-kelma li naraw li jkollna l-aħjar nies għaliex aħna responsabbli wkoll li lill-poplu nagħtuh il-lista ta' kandidati li se jkun qed jagħżel minnha fil-25 ta' Mejju.", "Nittama li l-poplu Malti jkun rispettat minn din il-Kamra u meta niġu biex niffinalizzaw, dan ikun Abbozz ta' Liġi li jirrifletti verament il-bżonnijiet tan-nies.", "Importanti li l-Gvern jifhem li l-kunsilli qegħdin hemmhekk biex jibqgħu, il-kunsilli qegħdin hemmhekk biex inkomplu nsaħħuhom, u għaldaqstant aħna obbligati li anke b'din il-leġiżlazzjoni li għandna quddiemna nkomplu nagħtuhom aktar poteri.", "Huwa meħtieġ ukoll li l-entitajiet tal-Gvern jirrispettaw lill-kunsilli lokali.", "Illum għandna enitajiet li jiġu jaqgħu u jqumu mir-rispett lejn il-kunsilli lokali.", "Importanti li l-messaġġ tal-Gvern ikun ċar fid-dipartimenti u fl-entitajiet kollha tiegħu li huwa obbligu tagħhom li jaraw li jikkonsultaw u li jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess tar-residenti tagħna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, wara dak l-intervent sostanzjali tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Cutajar, li huwa l-kelliem ewlieni dwar dan is-suġġett, l-intervent tiegħi se jkun iffokat fuq in-numru ta' proposti li bħala Oppożizzjoni ressaqna għall-konsiderazzjoni tal-Gvern.", "L-ewwel nett illum il-ġurnata, 25 sena wara li twaqqfu l-kunsilli lokali, ħadd ma tgħaddilu minn moħħu jgħid li se nwaqqfu l-kunsilli lokali u l-ebda partit ma tgħaddilu minn moħħu li jgħid li mhux se jikkontesta bħala partit!", "L-istorja f'pajjiżna nafuha.", "In-naħa l-oħra, li dakinhar kienet fl-Oppożizzjoni, kienet kontra l-kunsilli lokali tant li fil-bidu bħala partit ħareġ il-kandidati tiegħu bħala indipendenti sakemm imbagħad irrealizza, bħal affarijiet oħrajn, fosthom is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, li dawn kienu deċiżjonijiet importanti.", "Din mhijiex xi ħaġa partiġjana, u naħseb li huwa sodisfazzjon ngħidu li llum lil-partit tan-naħa l-oħra, illum fil-Gvern, fehem u apprezza din il-viżjoni li dejjem kellu l-Partit Nazzjonalista li l-politiku m'għandux ikollu l-poter kollu f'idejh.", "Sur President, 25 sena ilu kellna sitwazzjoni fejn għal kull ħaġa ta' xejn kont trid toqgħod tmur għand il-Ministru.", "Illum lanqas biss tgħidha għax jidħku bik!", "Naħseb li dan huwa żvilupp importanti fid-demokrazija ta' pajjiżna li ġab il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.", "Aħna qatt ma bżajna li nitilqu xi ftit il-poter minn idejna biex ngħadduh lil oħrajn li wkoll kapaċi jmexxu, ikunu parteċipi fit-twettiq tal-poter, però fuq livell iżgħar ta' lokalità.", "Qabel il-politiku kien biss il-membru parlamentari, imma llum il-politika twessgħet biex tinvolvi ħafna iktar nies.", "Illum m'għandekx biss 69 membru parlamentari, imma ma' dawk trid iżżid il-kunsilliera u s-sindki kollha.", "Għandna kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li huma magħmula minn 13-il kunsillier, f'oħrajn għandek sebgħa u f'oħrajn għandek ħamsa, u dan qed ngħidu biex wieħed jara kemm involvejna iktar Maltin u Għawdxin fil-proċess sabiħ tad-demokrazija, u naħseb li dan huwa l-ewwel punt li rridu nirrikonoxxu.", "M'hemmx dubju li hemm lokalitajiet fejn għad hemm stennija li jkunu iktar effiċjenti u proattivi lejn il-komunitajiet tagħhom, però nafu wkoll b'kunsilli li huma ta' eżempju għal kunsilli oħrajn, u tinduna anke bin-numru ta' proġetti u ideat sbieħ li joħorġu bihom.", "Illum qegħdin hawnhekk biex nirriformaw.", "Kif qal tajjeb il-kollega ta' qabli l-Onor.", "Robert Cutajar, din mhijiex l-ewwel riforma.", "Huwa tajjeb li minn żmien għal żmien tieħu stock-take tal-inizjattiva li tkun għamilt u tipprova ttejjeb il-qafas regolatorju li permezz tiegħu jiffunzjonaw il-kunsilli lokali.", "Għal dan il-għan aħna tal-Oppożizzjoni ressaqna ħafna proposti, saħansitra qabel ħarġet il-white paper.", "Għal min jgħid li din in-naħa hija negattiva, din hija prova kemm f'dan is-settur m'aħniex, għaliex l-Oppożizzjoni kienet saħansitra iktar proattiva mill-Gvern għax ħarġet 80 proposta qabel mal-Gvern ippubblika l-white paper dwar il-kunsilli lokali.", "Dawn it-80 proposta, li kważi kważi titfixkel fihom, juru mhux jekk għandniex fiduċja fil-kunsilli lokali, għax dik hija xi ħaġa li wrejnieha matul iż-żmien għax kien il-Partit Nazzjonalista li welled il-kunsilli lokali, però juru l-viżjoni tagħna li l-kunsilli lokali mhumiex bħal inkwatru li poġġejtu fuq ħajt u baqa' dejjem hemm bl-istess stampa.", "Maż-żmien tgħaddi minn sitwazzjonijiet fejn tirrealizza li l-liġi jkollha bżonn tinbidel u li hemm bżonn li lill-kunsilli lokali nżidulhom il-poteri.", "Hawn irrid ngħid li donnu hija l-kultura tal-Partit Laburista li l-poter jibża' jitilqu minn idejh.", "Dan rajnieh meta ġejna biex inwelldu l-kunsilli lokali 25 sena ilu, però iktar u iktar rajnieh matul dawn l-aħħar snin fejn rajna Gvern li tant għadha fih li ma jitlaqx minn idejh xi ftit mill-poter tiegħu għax huwa ffissat fuq li jkollu f'idejh il-kontroll totali, li matul dawn l-aħħar ħames snin kellna azzjonijiet fejn il-kunsilli lokali naqqsilhom il-poter.", "Għalkemm il-Gvern ma waqqafx il-kunsilli lokali, però rridu ngħidu l-verità li tahom daqqa ta' ħarta, bħal meta twaqqfet l-Awtorità għall-Uffiċjali tal-Komunità.", "Niftakar dakinhar ġejt hawnhekk nitkellem f'isem l-Oppożizzjoni u għamilna dibattitu ta' seduta sħiħa biex minn gwardjani lokali biddilna l-isem u ġibnieh \"uffiċjali tal-komunità\" u tajniehom uniformi ġdida.", "Minkejja dan, illum dawn qegħdin jaħdmu?", "Mhux billi ġejna hawnhekk u biddilna isimhom, għax li tbiddel l-isem sabiħ, imma l-poplu hemm barra mhux l-isem differenti jrid!", "Jiena naħseb li din ir-riforma tal-LESA – u jiena ngħidilha aktar it-twaqqif milli riforma - kienet intenzjonata biss biex tneħħi l-poteri mingħand ir-reġjuni.", "Lil min mhuwiex daqstant intiż ngħidlu li r-reġjuni huma gruppi ta' kunsilli lokali li jmissu ma' xulxin.", "Dawn il-kunsilli lokali probabbli jkollhom sfidi aktar simili għal xulxin għaliex imissu ma' xulxin, u biex ngħinuhom saħansitra konna ħriġna bil-kunċett li jitwaqqfu r-reġjuni biex ikun hemm amministrazzjoni li mhux biss tkun fuq livell ta' lokalità.", "L-intenzjoni kienet biex jekk hemm xi problemi komuni għal numru ta' kunsilli, dawn ikunu jistgħu jiffaċċjawhom flimkien bħala reġjun.", "Pereżempju, jekk tieħu n-naħa tal-Port il-Kbir, hemm problema ta' iktar tniġġis ta' arja, u għalhekk dawn il-kunsilli jistgħu jiġu flimkien permezz tar-reġjun tagħhom biex joħorġu b'inizjattivi.", "Altru jitkellem kunsill wieħed u altru jkollok ħames kunsilli jitkellmu flimkien u jimbuttaw inizjattiva flimkien.", "Bħalma kienu twaqqfu r-reġjuni, kienu twaqqfu wkoll dawk li ngħidulhom il-hamlets, il-kumitati amministrattivi.", "Dawn il-kumitati amministrattivi kienu intiżi għal fejn hemm komunitajiet żgħar bħal, pereżempju, Burmarrad.", "Li kieku ma kienx hemm il-kumitat amministrattiv, Burmarrad kien jagħmel parti minn San Pawl il-Baħar u niġu f'sitwazzjoni fejn ħafna mill-attenzjoni tmur lejn il-lokalità l-kbira.", "Kien għalhekk li Gvern Nazzjonalista, f'riforma oħra li għamel, kien welled il-kumitati amministrattivi.", "L-intenzjoni kienet li dawn il-kumitati amministrattivi jkunu iktar inklinati biex jaħdmu fl-interess ta' komunità speċifika.", "Jiena jiddispjaċini li l-ħsieb tal-Gvern hu li dawn il-hamlets jitneħħew.", "Din għal darb'oħra hija daqqa ta' ħarta mill-Gvern lill-kunsill lokali.", "Ir-raġunar x'għandu jkun, Sur President?", "Jekk hemm kunsill lokali ta' xi mkien li mhuwiex qed jaħdem, x'tagħmel?", "Inneħħu l-kunsilli lokali kollha?", "Le, mhux hekk!", "Nara għalfejn dak il-kunsill lokali mhux qed jaħdem u niżgura li jsiru inizjattivi biex fejn dak il-kunsill ma wettaqx, dawk l-inizjattivi jitwettqu xorta biex ma jbatux in-nies tal-lokalità.", "Bl-istess mod, jekk hemm kumitat amministrattiv li ma kienx jaħdem, ma nagħmilx kif irid jagħmel dan il-gvern u neqred il-kumitati amministrattivi kollha, għaliex mal-ħażin m'għandux jeħel it-tajjeb.", "Qatt ma kienet u qatt m'għandha tkun!", "Hija daqqa ta' ħarta wkoll li se jitneħħa dan il-kunċett li kien twettaq proprju minn Gvern Nazzjonalista biex saħansitra mhux biss il-ministru għadda l-poter lill-kunsill lokali però issa jekk hemm komunità iżgħar fi ħdan kunsill lokali li ma tagħmilx parti ġeografikament minn dik il-lokalità jew hija ftit 'il bogħod, ikollok nies li jmexxu huma dik il-parti għaliex m'hawn ħadd aħjar għal dan ix-xogħol milli l-persuni tal-lokal.", "Jiena kont ġbidt l-attenzjoni dwar daqqa ta' ħarta oħra lill-kunsilli lokali meta l-Ministru Ian Borg kien ġie f'din il-Kamra biex iressaq il-liġi dwar it-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Dakinhar din in-naħa tal-Kamra konna kkritikajna lill-Gvern li qed inaqqas il-poteri tal-kunsilli lokali u qed jagħtihom daqqa ta' ħarta oħra.", "Qabel, il-kunsilli lokali kellhom ir-responsabbiltà li jamministraw u jagħmlu l-manutenzjoni tat-toroq eżistenti.", "Dawn ma kenux jagħmlu toroq ġodda għaliex dik tibqa' dejjem responsabbiltà tal-gvern ċentrali imma kienu jagħmlu manutenzjoni tat-toroq eżistenti.", "Għal darb'oħra l-Gvern kellu għażla.", "Seta' ddeċieda li jżid il-fondi lill-kunsilli lokali għal dak li għandu x'jaqsam maż-żamma tat-toroq.", "Robert Cutajar, seta' rabat lill-kunsill lokali li bilfors irid jonfoq dawk il-flus fit-toroq.", "Biex nagħti eżempju ipotetiku, jista' jkollok lokalità li għandha toroq fi stat diżastruż imma l-kunsill lokali l-flus jonfoqhom fuq xinxilli oħrajn.", "X'għamel il-Gvern?", "Flok ta vot speċifiku lill-kunsill lokali għaż-żamma tat-toroq, iddeċieda li jerġa' jieħu l-poter minn għandhom ħalli dak il-poter ikun għandu u jiddeċiedi hu liema toroq jagħmel.", "Sur President, din kienet il-kritika li għamilna aħna lill-Ministru Ian Borg li taħtu taqa' Infrastructure Malta.", "Il-Ministru ma jistax ikun jaf il-bżonnijiet vera ta' kull lokalità.", "Forsi jaf tal-lokalità fejn joqgħod hu, bħalma naf ħafna jiena tal-lokalità fejn noqgħod jien, imma l-bżonnijiet tal-lokalitajiet l-oħra ma jistax ikun jafhom kollha.", "Jiena għamilt żmien f'kunsill lokali - ma domtx ħafna, għamilt sena viċi sindku - imma l-Ministru Ian Borg dam ħafna aktar fil-kunsill lokali bħala sindku u allura suppost qiegħed f'pożizzjoni ħafna aħjar minn kulħadd hawn ġew biex jifhem xi tfisser li bħala sindku jonqoslok il-poter.", "Meta jiġu għandek in-nies jgħidulek li għandhom it-triq diżastru, issa trid toqgħod tibgħathom Infrastructure Malta kif konna qabel.", "Qabel għal bozza jew bankina trid tmur għand il-ministru!", "Illum spiċċa dak iż-żmien, imma dan il-Gvern reġġa' l-arloġġ lura u effettivament naqqas il-poteri tal-kunsilli lokali.", "Issa meta ngħidu \"naqqas\" xi tfisser, Sur President?", "Naqqas tfisser li jekk jiena ċittadin u noqgħod f'lokalità, jiena m'għadnix nista' mmur fiċ-ċentru ċiviku bil-kumdità tiegħi biex nirrapporta problema għaliex il-kunsill se jgħidli: Ħabib tiegħi, jiena nixtieq ngħinek, imma issa Infrastructure Malta trid tagħmilhomlok dawn it-toroq.", "U allura rridu noqogħdu nibagħtu lil din il-persuna għand Infrastructure Malta anke jekk hi anzjana jew anzjan?!", "B'din id-deċiżjoni wrejna nuqqas ta' sensittività lejn iċ-ċittadini tagħna, jiġifieri meta ngħidu qegħdin ibatu l-kunsilli, qed ibatu mhux il-politiċi fil-kunsill, imma mid-deċiżjonijiet li jieħu dan il-Gvern ibati min huwa ċ-ċittadin f'dik il-lokalità.", "Proposta oħra li qed tiddaħħal f'din il-liġi hija li nagħtu d-dritt li jikkontestaw żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Issa jiena kelli x-xorti li fil-perjodu meta daħal dan id-dritt tal-vot kont għadni kemm ġejt inkarigat minn dan is-suġġett li qabel kien involut fih ħafna l-l-Onor.", "David Agius, illum il-Viċi-Kap.", "Dakinhar iddeċidejna li nagħtu l-vot lil dawk ta' 16-il sena biex minflok ta' 18-il sena jivvotaw ta' 16-il sena fil-kunsilli, fl-elezzjoni ġenerali u anke fil-Parlament Ewropew.", "Issa din il-liġi qed tmur pass oltre u tagħti d-dritt li tikkontesta ta' 16-il sena anke jekk hemm il-proviso li jekk jinzerta dan il-kandidat jġib l-ogħla numru ta' voti ma jkunx jista' jsir sindku, u allura qed issir dik id-distinzjoni li tista' tikkontesta però l-kariga li tista' tokkupa hija dik ta' kunsillier.", "Sur President, se niġi issa għal numru ta' proposti li ressaqna bħala Oppożizzjoni li jittrattaw il-problemi soċjali fil-lokalitajiet tagħna.", "Kif ilna ngħidu, aħna partit li nemmnu f'soċjetà li jimpurtaha, però mhux bil-paroli biss, imma billi nagħtu l-proposti, u l-kunsilli għandhom responsabbiltà kbira kif jidħlu aktar fit-tessut soċjali tal-lokalitajiet tagħna.", "Individwu li jmur il-kunsill lokali mhuwiex sempliċement vot wieħed, imma huwa persuna, huwa xi ħadd li għandu l-problemi soċjali tiegħu, u naħseb din hi l-qabża li din in-naħa tal-Kamra qiegħda tħares lejha fejn jidħlu l-kunsilli lokali.", "Ejja ma nibqgħux naraw il-kunsill lokali bħala post fejn immorru bix-shopping list tagħna!", "Ejja nħarsu lejn il-kunsill lokali bħala partner fil-komunità tiegħek.", "X'qed nipprova nfisser b'dan il-punt?", "Aħna għamilna proposta li jkun hemm kunsillier responsabbli mill-qasam soċjali.", "Jiena bħalissa qed nagħmel house visits, indur mal-kandidati li ħerġin għall-kunsill lokali u mal-kandidati li ħerġin għall-Parlament Ewropew.", "Din il-ġimgħa ltqajt ma' persuna ta' 70 sena minn Ħal Qormi li tgħix ġewwa garaxx.", "Dan issepara minn mal-mara, il-mara tiegħu għadha f'dik ir-residenza u hu qiegħed f'garaxx.", "Dan juża l-lampi għax lanqas għandu dawl.", "Dan hu eżempju wieħed li rajtu b'għajnejja jiena.", "F'din is-sitwazzjoni, kif jista' jgħin il-kunsill lokali?", "Bħalissa l-kunsilliera probabbilment qed igħiduli: Imma biex ngħinu jrid ikollna l-fondi, tafx!", "Nifhem, u għalhekk importanti li nuru fiduċja fil-kunsill lokali billi nżidulhom il-vot u mhux innaqqsuhulhom jew billi neħdulhom il-poteri.", "Huwa b'dan il-mod li aħna qed inħarsu lejn il-kunsill lokali tagħna, bħala entità fil-lokalità li tkun iktar viċin min għandu l-problemi soċjali.", "Il-proposta li qed inressqu aħna lill-Gvern hi li jkun hemm kumitat soċjali magħmul mill-kunsillier responsabbli mill-qasam soċjali u minn rappreżentanti ta' għaqdiet lokali li jaħdmu f'dan is-settur.", "Pereżempju, is-Siġġiewi jiġi f'moħħi l-grupp \"Solidarjetà\".", "Dan huwa grupp li naqlagħlu l-kappell; jaf b'każijiet soċjali fis-soċjetà u jorganizzalhom ħarġiet, anke l-Ħadd - għaliex dawn ħafna minnhom m'għandhom lil ħadd mill-familja tagħhom - u jgħin ukoll nies li għandhom problemi forsi kif iħallsu l-kont tad-dawl u problemi oħrajn ta' saħħa.", "Din il-proposta toffri sens ta' tama, turi wiċċ ta' kunsill lokali li mhuwiex hemm biss bħala binja, bħala istituzzjoni imma bħala għodda li bih nistgħu ngħinu lis-soċjetà.", "Hawn qed nitkellmu fuq persuni li jgħixu weħidhom, persuni li huma emarġinati u persuni bi problema ta' housing.", "Illum għandna 3,000 ruħ jistennew fuq il-lista bla saqaf fuq rashom.", "Qed nitkellmu wkoll fuq anzjani u carers tagħhom, fuq persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar u fuq persuni li m'għandhomx ħiliet bażiċi kif jimmaniġġjaw il-familja, li hija waħda mir-raġunijiet tal-faqar.", "Biex nagħti eżempju, inti tirċievi l-pensjoni jew il-paga u tberbaqha għaliex ma tafx kif għandek tuża l-flus biex tgħajjex il-familja tiegħek.", "Il-kunsill lokali jista' jgħin f'dawn iċ-ċirkostanzi billi jagħmel korsijiet għal dawn il-persuni partikolari li jekk ma jinqabdux mill-entitajiet governattivi dawn jibqgħu sejrin lura mingħajr ħadd ma jkun jaf dwarhom.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-kunsill lokali għandu jingħata baġit apposta biex jindirizza din il-pjaga soċjali li għandna f'pajjiżna fejn iktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed nindunaw li s-sinjur isir iktar sinjur u l-fqir iktar ikompli jiftaqar.", "Iktar ma tikber din il-gap bejn is-sinjur u l-fqir, iktar ikollna soċjetà li nistgħu ngħidu nkunu fallejna fiha.", "L-Oppożizzjoni mhijiex qed iddur fuq il-kunsilli lokali u tgħidilhom biex jieħdu ħsieb huma din il-pjaga soċjali.", "Mhux qed tieqaf hemm.", "Qed ngħidu li għandu jkollhom din ir-responsabbiltà, però qed inħarsu lejn il-Gvern u ngħidulu biex iżid l-allokazzjoni finanzjarja, imma mhux biex il-kunsilli jużawha kif iridu, għax norbtuha speċifikament mal-għajnuna soċjali fil-komunità tagħna.", "Marbut ukoll ma' dan il-punt soċjali rridu naraw li jkollna iktar ċentri ta' matul il-jum.", "Is-Siġġiewi huwa a case in point.", "Għandi warajja lill-eks sindku Karol Aquilina li kien hu li ħareġ bil-proġett taċ-ċentru ċiviku tas-Siġġiewi.", "Tmur illum hemmhekk u tara anzjani li altrimenti nhar ta' Tnejn u Tlieta m'għandhomx fejn imorru.", "Dawn imorru hemm jiltaqgħu bejniethom, u jiena nieħu gost immur hemm u nisma', xi drabi forsi lil min mietlu xi ħadd u min għandu problema.", "Dan huwa punt ta' riferenza fejn tista' tmur u ssejjaħlu t-tieni dar tiegħek!", "Kemm ikun sabiħ kieku jkollna dawn iċ-ċentri ta' matul il-jum fil-kunsilli lokali kollha!", "Din hi l-kwalità ta' ħajja aħjar li naspiraw għaliha, Sur President.", "Naf ukoll li fid-distrett tiegħi ta' Ħal Luqa u Ħal Qormi hemm kostitwenti tagħna li jmorru fin-night shelters, li wkoll huma importanti.", "In-night shelter mhuwiex dar tal-anzjani imma huwa intiż għal dawk l-anzjani li forsi f'lejl partikolari fil-ġimgħa jkunu weħedhom u allura jmorru n-night shelter.", "Din hija s-soċjetà inklużiva li nixtiequ naraw, u dan ikun pass 'il quddiem li jagħmlu l-kunsilli lokali tagħna.", "Hemm affarijiet oħrajn li l-kunsilli lokali jistgħu jinvolvu ruħhom fihom, bħalma huma s-saħħa mentali, id-dimensja, id-dijabete u l-obeżità li ssemmew diġà.", "Jiena bħala l-persuna responsabbli mill-obeżità rrid ukoll ngħaddi messaġġ.", "L-obeżità hija problema kbira llum f'pajjiżna.", "Aħna qegħdin fost l-agħar fl-Ewropa u hemm bżonn bidla kbira fil-mentalità mhux biss min-naħa tal-Gvern waħdu, għalkemm il-Gvern għandu responsabbiltà kbira.", "Jiena nħoss li l-Gvern mhux qed jagħmel biżżejjed fuqha u allura mmur oltre u ngħid li għandna ninvolvu wkoll il-kunsilli lokali fiha.", "Tkellimna fuq id-day centres u ngħid li hem bżonn ta' ċerta bidla fil-mentalità anke fir-rigward ta' x'tip ta' ikel jiġi kkonsmat f'dawn id-day centres.", "Suppost ħriġna avviż legali biex idaħħal regolamenti dwar it-tip ta' ikel ikkonsmat fid-day centres.", "Irridu nġibu bidla fil-mentalità, inkella se nibqgħu fejn aħna.", "Sur President, li tkun obeż tfisser li inti se tgħix inqas.", "Din inħobb nużaha għax ħafna drabi n-nies jifhmuni mill-ewwel.", "Jekk inti obeż inti se tgħix inqas milli kieku inti fil-kategorija ta' piż proprju tiegħek.", "Illum dejjem nitkellmu dwar kif se ngħixu iktar.", "Din hija waħda mill-kondizzjonijiet li importanti li nagħrfu u allura l-kunsilli lokali wkoll jistgħu jiddaħħlu f'din il-ġlieda kontra l-obeżità.", "Irrid ngħid li hemm ukoll numru ta' lokalitajiet li għandhom problemi ta' sigurtà, fosthom il-Marsa u postijiet oħrajn.", "Mingħajr ma nkunu estremisti fir-rigward ta' xi faxxa partikolari tas-soċjetà tagħna, jeħtieġ nindirizzaw fejn hemm kwestjonijiet ta' żieda ta' kriminalità.", "Waħda mill-proposti tagħna hija li jkun hemm community policing li tkun pulizija apposta għal dik il-lokalità, u l-komunità tibni relazzjoni mal-uffiċjal tas-sigurtà tal-lokalità li jaqa' taħt il-Korp tal-Pulizija.", "Fil-lokalitajiet għandu jkollna għases tal-pulizija li jkunu mgħassa 24 siegħa kuljum.", "Fid-distrett tiegħi l-għassa ta' Ħal Qormi, li hi ċentrali, tkun miftuħa dejjem, però hem lokalitajiet oħrajn, fosthom tas-Siġġiewi, fejn ġieli tmur billejl u ssib l-għassa magħluqa.", "Biex il-lokalitajiet tagħna jkunu iktar siguri jrid ikun hemm link bejn il-kunsill lokali u dawn il-community officers li xogħolhom hu li jaraw li l-lokalitajiet tagħna huma siguri għat-tfal u għall-anzjani tagħna u mhux iħabbat il-bieb u dak li jkun jibża' jħares mit-tieqa.", "Jiena ma rridx nitfa' responsabbiltà fuq l-ispetturi tad-distretti partikolari.", "Ir-responsabbiltà nitfagħha fuq il-Kummissarju tal-Pulizija għaliex huwa hu li għandu l-kompitu li jalloka numru ta' uffiċjali f'kull lokalità.", "Jekk jien ma jkollix biżżejjed uffiċjali mhu se nagħti tort lil ħadd li l-għassa ma tkunx dejjem miftuħa, u għaldaqstant l-appell tiegħi llum qed imur lejn il-Kummissarju tal-Pulizija li għandu responsabbiltà li kull għassa tkun mgħassa 24 siegħa kuljum.", "Fiż-żewġ minuti li fadalli, Sur President, xtaqt nitkellem dwar l-allokazzjoni finanzjarja.", "Hawn ukoll għamilna numru ta' proposti.", "Aħna qed ngħidu li hemm bżonn li nżidu l-baġit, u nżidu l-baġit mhux biċ-ċuċati kif nisimgħu fil-baġit.", "Għandna nżidu l-baġit b'mod sostanzjali u b'mod ta' veru.", "Kif qegħdin ngħidu li dan għandu jsir?", "Aħna għamilna erba' proposti.", "Waħda minnhom hi li persentaġġ mid-dħul tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura f'dik il-lokalità għandha tmur għand il-kunsill lokali.", "It-tieni li l-permessi li jitħallsu fil-lokalità lill-kunsill lokali għandhom jibqgħu għand dik il-lokalità.", "Din tagħmel sens ukoll għal lokalitajiet fejn hemm ħafna żvilupp għaddej bħalissa.", "Fejn hemm ħafna żvilupp għaddej għandek iktar talbiet għal permessi biex wieħed jagħmel tower crane jew jagħlaq it-triq, u allura huwa xieraq li min għandu ħafna permessi f'dik il-lokalità, minħabba ħafna inkonvenjent, il-flus jibqgħu f'dik lokalità.", "It-tielet, il-50% tat-taxxa tat-turiżmu tmur għand il-kunsill lokali u, ir-raba', hemm il-ħlas għal permessi ta' encroachment, imwejjed u siġġijiet, li wkoll għandhom imorru għand il-kunsill lokali minflok għand l-Awtorità tal-Artijiet.", "Jien niġi biex nagħlaq, Sur President.", "Aħna qed nagħmlu dan id-dibattitu b'onestà lejn il-kunsilli lokali tagħna għax nemmnu fihom u dejjem emminna fihom.", "Għamilna dawn il-proposti għaliex irridu naraw kunsilli lokali li jiżdidilhom il-poter mhux li jitnaqqsilhom kif sfortunatament rajna f'dawn l-aħħar snin.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, jien xtaqt nagħti ħarsa lejn il-politika Ewropea relatata mal-kunsilli lokali u mal-fondi Ewropej li jistgħu jirċievu l-kunsilli lokali u kif jista' l-Gvern Malti jakkwista iktar fondi Ewropej issa li l-uffiċjali tal-Gvern Malti qegħdin jinnegozjaw mal-Unjoni Ewropea dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għal wara l-2020, jiġifieri dawk is-seba' snin baġit li bl-Ingliż insejħulhom multiannual financial framework.", "Imma qabel nibda fuq il-politika Ewropea xtaqt nenfasizza għalfejn aħna bħala Partit Nazzjonalista dejjem emminna fil-kunsilli lokali.", "Sur President, konna aħna li daħħalna l-kunsilli lokali.", "Il-Gvern tal-lum dakinhar kien kontra, imma llum b'umiltà aċċetta li dawn huma ta' benefiċċju għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Il-politika, bħalma nafu, hija dwar in-nies.", "L-istrutturi politiċi huma għan-nies u l-politiċi u l-kunsillieri qegħdin hemm għan-nies.", "Meta nitkellmu dwar kunsilli lokali, kunsilli reġjonali, Parlament Malti u Parlament Ewropew qed nitkellmu dwar strutturi li qegħdin hemm biex iservu n-nies.", "M'aħniex qegħdin hawn bħala Maltin u Għawdxin biex inservu lill-Parlament Malti jew lill-Parlament Ewropew, anzi bil-kontra.", "Il-politiċi qegħdin hemm biex iservu lin-nies, il-Parlament Malti qiegħed hemm biex iservi lin-nies, u dan jgħodd ukoll għall-kunsilli lokali, u ladarba qed tinfetaħ diskussjoni dwarhom, għall-kunsilli reġjonali wkoll.", "Għalfejn qed ngħid dan?", "Għaliex b'dan il-punt inħoss li nista' mmiss punt ieħor bażiku, punt ieħor kardinali.", "Għalfejn aħna favur il-kunsilli lokali?", "Għalfejn il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien favur il-kunsilli lokali?", "F'pajjiż fejn hemm dittatorjat iċ-ċittadini m'għandhomx dritt jesprimu l-opinjoni tagħhom u fil-fatt ma jesprimuhiex għaliex ħafna drabi jkun ta' periklu għalihom.", "Min-naħa l-oħra, f'pajjiżi demokratiċi bħal Malta, iċ-ċittadini jistgħu jesprimu ruħhom, jitfgħu l-opinjoni tagħhom fuq facebook, jistgħu wkoll joħorġu għall-elezzjoni u għall-kunsilli lokali, u jekk jitilgħu mbagħad ikunu jistgħu jpoġġu u jwettqu l-ideat tagħhom.", "Dan il-proċess kollu huwa ta' benefiċċju għall-komunità, però iktar minn hekk, dawn in-nies qed jissawru.", "Il-kunsilliera, il-politiċi u l-membri parlamentari qed jissawru.", "Meta inti jkollok is-sodisfazzjon li twettaq idea tiegħek u ġġibha fir-realtà, dik hija xi ħaġa tajba, dik issawrek.", "Tgħaddi minn perjodi diffiċili, għaliex kultant meta taħdem tkun qiegħed tikkumbatti kontra l-mewġ, però meta tasal huwa ta' sodisfazzjon u tikber fil-personalità.", "Il-punt tiegħi hu li l-kunsilli lokali mhumiex hemm biss għall-komunità.", "Qegħdin hemm għall-komunità u tajjeb li jkunu hekk, però l-kunsilli lokali qegħdin hemm biex isawru n-nies, u għalhekk aħna nemmnu fil-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Xi jfisser il-prinċipju tas-sussidjarjetà?", "Aħna nemmnu li iktar ma tifrex il-poter fil-pajjiż, iktar ma tneħħi l-poter miċ-ċentru, fil-każ tagħna minn Kastilja, u toħorġu 'l barra kemm jista' jkun, tiddiċentralizzah, aktar ikun aħjar.", "Jekk xi ħaġa tista' ssir fuq l-iktar livell baxx għandha ssir fuq l-iktar livell baxx.", "Jekk xi ħaġa tista' ssir fuq livell ta' kunsill lokali għandha ssir fuq livell ta' kunsill lokali u mhux fuq livell ta' gvern ċentrali.", "Dan norbtu wkoll mal-Unjoni Ewropea.", "Aħna bħala Partit Nazzjonalista ma naqblux u ma nixtiqux naraw lill-Unjoni Ewropea tikkonċentra jew tiġbor iktar poteri u l-poter jiġi iktar iċċentralizzat fuq livell Ewropew.", "Aħna nixtiequ li l-Unjoni Ewropea tibqa' b'saħħitha fuq kwestjonijiet globali li pajjiż waħdu bħal Malta, bħall-Ġermanja jew bħall-Italja ma jistax isolvi, fosthom il-fenomenu tal-immigrazzjoni, il-fenomenu tat-terroriżmu globali u l-fenomenu tat-tibdil fil-klima.", "Dawk huma issues li aħna bħala pajjiż u anke pajjiż kbir bħal Ġermanja waħdu ma jistax jsolvi, u għalhekk hemm bżonn tal-Unjoni Ewropea, imma mbagħad kwestjonijiet u affarijiet li jistgħu jkunu deċiżi fuq livell lokali għandhom ikunu deċiżi fuq livell lokali.", "Jekk hemm kwestjonijiet li għandhom jiġu deċiżi fuq livell ta' reġjun, għandhom ukoll ikunu deċiżi fuq livell ta' reġjun u mhux mill-gvern ċentrali.", "Dan huwa dak li jissejjaħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Aħna naħsbu li huma n-nies tal-lokal l-iktar li jafu x'għandhom ikunu l-pjan u l-politika tal-lokal.", "Aħna nemmnu wkoll li huma n-nies tar-reġjun l-iktar li jafu x'għandu jsir fir-reġjun.", "Huwa ovvjament il-gvern ċentrali l-iktar li jaf x'għandu jsir fuq livell nazzjonali, imbagħad hemm il-kwestjonijiet kbar globali li għandhom ikunu deċiżi fuq livell Ewropew jew inkella mill-Ġnus Maqgħuda.", "Sur President, il-punt tiegħi huwa li l-kunsilli lokali mhux biss jgħinu lill-komunità imma jibnu u jsawru l-karattru tan-nies tal-lokalità.", "Kieku m'hemmx il-kunsilli lokali – u jien niftakar żmien fejn ma kienx hemm kunsilli lokali – kien ikollna ħafna inqas nies li jipparteċipaw fil-politika u li jagħtu kontribut lill-komunità.", "Il-kunsilli lokali ħarġu ħafna nies ta' kull età minn djarhom u għenuhom ikunu iktar integrati fil-komunità.", "Illum il-ġurnata jivvotaw ta' 16-il sena fil-livell ta' kunsilli lokali u eventwalment dawn iż-żgħażagħ se joħorġu wkoll għall-kunsilli lokali, joħorġu biex isiru anke huma kunsilliera.", "Dak kollu huwa pożittiv għaliex qed naraw komunità mimlija ħajja anke permezz tal-NGOs u l-assoċjazzjonijiet.", "Dawn l-elezzjonijiet li ġejjin tal-kunsilli lokali huma proprju l-mutur tal-ħajja li bħalissa għaddejja fl-irħula u l-ibliet tagħna.", "Sur President, nafu li diversi kunsilli lokali jirċievu wkoll fondi Ewropej, u allura l-Unjoni Ewropea hija importanti wkoll fuq livell lokali.", "L-Unjoni Ewropea tipprova tgħin kemm jista' jkun fuq livell lokali.", "Ma ninsewx li aħna bħala Partit Nazzjonalista ġejjin mill-Partit Popolari Ewropew, European People's Party (EPP).", "Dan huwa l-partit tan-nies.", "Dan x'ifisser?", "Aħna min aħna bħala European People's Party, bħala Partit Nazzjonalista?", "Il-kelma ċentrali hija \"people\".", "Aħna partit tan-nies.", "Il-politika tagħna titlaq min-nies.", "Bl-Ingliż jgħidulha bottom-up approach u mhux top-down.", "Aħna nixtiequ l-ħin kollu ninteraġixxu, nitkellmu u nieħdu l-feedback tan-nies.", "Il-politika tagħna hija magħmula min-nies għan-nies u l-istess nagħmlu fuq il-livell Ewropew.", "Meta mmorru niddeċiedu bħala EPP fuq il-baġit Ewropew, aħna ninsistu ħafna fuq il-qasba u mhux fuq il-ħuta.", "Aħna ninsistu ħafna fuq it-taħriġ.", "Ma nagħtux il-flus bl-addoċċ lin-nies imma ninsistu fuq it-taħriġ u t-tagħlim, kif ukoll fuq proġetti, bħal tal-kunsilli lokali, li bihom in-nies jidħlu fil-politika, jitgħallmu u jikbru.", "Għandek ukoll il-European Social Fund, li Jobsplus u l-eks ETC gawdew ħafna minnu.", "Dawn huma fondi Ewropej biex inħarrġu lin-nies.", "Aħna bħala EPP nemmnu fil-kunsilli lokali u nemmnu ħafna fis-sussidarjetà.", "Nemmnu li n-nies li jgħixu fil-periferija tal-Unjoni Ewropea jew f'partijiet rurali u mhux fl-ibliet il-kbar għandu jkollhom għajnuniet speċjali, u hawn se nagħti xi eżempji ċari anke biex nidħol fuq id-dibattitu li għaddej bħalissa relatat mal-baġit tas-seba' snin wara l-2020.", "Sur President, speċjalment jekk taqbad ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Frar 2016, magħmula mill-Ewro Parlamentari Antonio Tajani u Salvatore Cicu, issib li tgħid speċifikament li pajjiżi jew gżejjer li qegħdin fil-periferija għandhom ikunu trattati b'mod iktar speċjali mill-Unjoni Ewropea.", "Din ir-riżoluzzjoni, li ġibnieha aħna tal-PPE, tirrikonoxxi li fl-Ewropa hemm ħafna bliet li jikkonċentraw il-poter ekonomiku, bħal Londra, Berlin u Milan.", "Huwa tajjeb li jkun hemm l-ekonomija sejra tajjeb f'dawn il-bliet, però huwa importanti li dawn ma jixorbux l-ekonomija minn postijiet rurali oħra speċjalment minn gżejjer li qegħdin fil-periferija.", "F'dan il-każ qed nitkellmu dwar Sardenja, Korsika, Malta u Ċipru.", "Aħna m'aħniex fil-qalba tas-suq intern u allura aħna għandna bżonn għajnuna speċjali, għandna bżonn fondi speċjali.", "Din hija biss opinjoni, imma tajjeb li l-Gvern Malti, issa li qed jinnegozja dwar fondi għal Malta għal wara l-2020, isemmi din ir-riżoluzzjoni u jużaha bħala argument biex inġibu iktar flus.", "Ma ninsewx li fl-2013, l-Eks Prim Ministru tagħna Lawrence Gonzi ġab €1 biljun.", "Dan l-aħħar konna qed nisimgħu lis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia jgħidilna li probabbilment Malta se tirċievi inqas minn €1 biljun.", "Għaliex?", "Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jagħtu flus skont it-tkabbir ekonomiku u l-prodott domestiku gross per capita, jiġifieri t-tkabbir ekonomiku ras għal ras.", "Qal li f'Malta mxejna 'l quddiem, qed naraw iktar tkabbir ekonomiku u qal li lħaqna 90% tal-medja Ewropea.", "Qalilna li peress li llum il-ġurnata qegħdin fil-livell ta' 90% u m'aħniex fil-livell ta' 75% bħalma konna fl-2013 fi żmien Lawrence Gonzi, probabbli se nirċievu inqas.", "Però r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tgħid hekk:", "Tagħti wkoll definizzjoni ta' xi jfisser \"from natural permanent handicaps\" u nikkwota:", "Fi ftit kliem, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew qed tgħid li, pereżempju, Malta u Ċipru għandu jkollhom fondi speċjali għalihom mhux biss ibbażati fuq kemm sejra tajjeb l-ekonomija ta' Malta, imma għas-sempliċi raġuni li qegħdin fi żvantaġġ ġeografiku.", "Aħna m'aħniex qegħdin fil-qalba tal-Ewropa bħalma huwa l-Lussemburgu, m'aħniex qegħdin fil-qalba tal-kontinent Ewropew.", "Jekk tmur il-Lussemburgu, fuq il-highways tara ħafna trakkijiet għaddejjin mill-Ġermanja għal Franza jew minn Franza għall-Bejġu.", "Il-Lussemburgu, li bejn wieħed u ieħor għandu l-istess popolazzjoni ta' Malta, igawdi sempliċement mill-fatt li qiegħed fil-qalba bejn pajjiżi kbar, u allura jkun hemm kummerċ mill-Ġermanja għal Franza li jgħaddi mil-Lussemburgu.", "Aħna mhux biss qegħdin fil-periferija tas-suq intern, imma Malta hija wkoll gżira, u allura hemm baħar jaqsam minn Malta għall-gżira ta' Sqallija, u hemm baħar ieħor jaqsam għal Għawdex, l-insularità doppja.", "Jiena nħeġġeġ lill-Gvern ma jaqtax qalbu biex iġib dawk il-€1 biljun mill-Unjoni Ewropea, li minnhom imbagħad jistgħu jgawdu l-kunsilli lokali jew il-kunsilli reġjonali.", "Aħna għandna dan l-argument li huwa b'saħħtu.", "Il-Kummissjoni Ewropea fl-2013 irrikonoxxiet dan l-argument u qalet li Malta tbati minn żvantaġġi permanenti.", "It-Trattat tal-Unjoni Ewropea f'Artiklu 174 jgħida li għandu jkun hemm politika speċjali għall-gżejjer.", "Qed naraw riżoluzzjoni sħiħa ta' Frar 2016 tal-Parlament Ewropew li qed issejjaħ u qed titlob lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lin-negozjaturi ta' dan il-baġit biex ma jikkalkulawx kemm hemm bżonn fondi għal Malta bbażat biss fuq it-tkabbir ekonomiku, imma jikkalkulaw ukoll fuq ċerti statistiċi li jirriflettu d-dgħufija ta' gżejjer bħal Malta.", "Dan huwa importanti ħafna.", "Sur President, biex nagħlaq, nixtieq infakkar li l-Partit Nazzjonalista kien il-partit li daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea u għalhekk għandna ċans niġbdu dawn il-fondi.", "Hu kien ukoll il-partit li welled il-kunsilli lokali.", "Huwa għalhekk li aħna naqblu mal-kunsill reġjonali li jkun elett b'mod demokratiku u dirett mill-Maltin u l-Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għall-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019, fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari; u", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq emenda għall-mozzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji; – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, ilbieraħ f'San Ġiljan, kif kulħadd jaf, ġiet organizzata attività fl-okkażjoni tal-festa ta' San Patrizju.", "Kif ħafna jafu, din hija festa li llum il-ġurnata tiġi ċċelebrata fis-17 ta' Marzu f'ħafna pajjiżi fid-dinja kollha.", "F'Malta din il-festa mhijiex festa liturġika.", "M'hawnx parroċċa ta' San Patrizju jew xi funzjoni reliġjuża jew xi purċissjoni b'xi statwa ta' dan il-qaddis.", "F'pajjiżna din il-festa llum il-ġurnata hija sempliċement okkażjoni fejn tiġi organizzata attività li matulha eluf ta' żgħażagħ, iżda mhux biss, jassedjaw il-lokalità ta' San Ġiljan, partikolarment ix-xatt ta' Spinola, biex jiddevertu l-aktar bix-xorb u l-mużika.", "M'hemm xejn ħażin li n-nies jiddevertu, anzi s-soċjetà tagħna żviluppat b'mod li tħeġġeġ lin-nies li tiddeverti u li jkun hemm okkażjonijiet bħal tal-bieraħ fejn in-nies tiddeverti u tissoċjalizza b'mod san.", "Din l-attività llum il-ġurnata kibret ħafna, minn sena għal oħra qed tkompli żżid fil-kobor tagħha u qed tkompli żżid il-parteċipazzjoni b'mod partikolari taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.", "Kif diġà għidt, ma hemm xejn ħażin li jkollna attivitajiet bħal din tal-bieraħ, però attività kbira bħal din qed ikollha wkoll effetti negattivi u jiena se nitkellem fuq l-effetti negattivi li sfortunatament qed ikun hemm fuq il-lokalità ta' San Ġiljan.", "L-ewwel nett, San Ġiljan żviluppa b'mod li matul l-aħħar għexieren ta' snin sar bażikament il-mekka tad-divertiment f'Malta u Għawdex.", "Huwa l-iktar lokalità li hemm postijiet tad-divertiment fih b'mod organizzat, partikolarment ikkonċentrati fil-parti ta' Paceville, imma matul l-aħħar snin infirxu wkoll mad-diversi toroq tal-lokalità.", "Matul is-sena r-residenti ta' San Ġiljan ikollhom jissaportu ħafna inkonvenjenti minħabba l-attività ta' divertiment li hemm fil-lokalità tagħhom.", "Ta' spiss ukoll ikun hemm inċidenti, vandaliżmu, nies involuti fi ġlied, ħsara fil-proprjetà pubblika u anke proprjetà privata.", "Illum stess ħarġet informazzjoni minn mistoqsija parlamentari li għamilt jien dwar każijiet ta' inċidenti simili fil-lokalità ta' San Ġiljan u wieħed jimpressjona ruħu meta jara n-numri li qed jiġu rrapportati u li l-Pulizija jkollha tieħu azzjoni dwarhom.", "Sur President, din l-attività tant kibret li dalgħodu l-awtoritajiet ħabbru li matul il-lejl li għadda nġabru mal-15-il tunnellata ta' skart mit-toroq ta' San Ġiljan waħedhom.", "Hawn qed nitkellmu fuq ammont enormi.", "Qed nitkellmu fuq folla kbira ta' eluf ta' nies li jinżlu fit-toroq ta' San Ġiljan, jiċċelebraw din il-festa, imma wkoll iħallu konsegwenzi warajhom.", "Il-maġġoranza assoluta tan-nies ma toħloq ebda diffikultà għax huma nies prudenti li jafu jiddevertu u jiċċelebraw okkażjoni mingħajr ma ħadd jgħidilhom x'għandhom jagħmlu u ma jagħmlux.", "Il-maġġoranza kbira tan-nies jafu jiddevertu b'mod li ma jdejqux lil ħaddieħor, però lbieraħ kien hemm sitwazzjoni fil-lokalità ta' San Ġiljan li kważi wieħed jibda jgħid li din mhijiex Malta li nafu aħna, imma kważi hija Malta oħra.", "Minħabba l-attività kif żviluppat, kellna nies li ħassewhom priġunieri f'darhom.", "Jien hawnhekk irrid nirringrazzja b'mod partikolari lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan immexxi minn Guido Dalli u l-Viċi Sindku Albert Buttigieg tas-sehem tagħhom biex l-affarijiet ikunu kkontrollati.", "Nirringrazzja wkoll lill-forzi tal-ordni, lill-Pulizija u lil diversi uffiċjali oħra li ħadu ħsieb il-bonordni matul l-attività u t-tindif wara.", "Però hemm ukoll reazzjoni li wieħed ma jistax jinjora.", "Ir-residenti ta' San Ġiljan jiddeskrivu din l-attività b'mod differenti minn kif jiddeskrivu attivitajiet oħra, differenti minn kif jirrakkontaw l-esperjenza tagħhom ta' matul is-sena fil-ġranet normali ta' tmiem il-ġimgħa jew ta' matul il-ġimgħa.", "Jien rajt kummenti fuq Facebook ta' nies jgħidu li din hija biċċa uġigħ ta' ras kbira jew inkella li din hija attività li ġġib diżastru f'San Ġiljan.", "Fuq Facebook kienu mijiet in-nies ta' San Ġiljan li kellhom kritika ħarxa għall-effetti negattivi li din l-attività qed ikollha fuq il-lokalità tagħhom.", "Fil-fatt ilbieraħ stess u anke dolgħodu, il-Viċi Sindku ta' San Ġiljan wassal din il-karba tan-nies ta' San Ġiljan dwar din l-attività u qal hekk:", "\"St. Patricks ġie u mar.", "Eluf ġew.", "Warajhom ħallew karti u tazzi mal-art.", "Ħallew ukoll ħafna awrina u anke vomtu.", "Ir-residenti x'ħadu?", "Storbju, mużika qawwija, ħmieġ wara biebhom u xi wħud ma setgħux joħorġu mid-djar tagħhom.\".", "Il-Viċi Sindku ta' San Ġiljan għandu raġun.", "Jiena ma nħossx li huwa ġust li biex xi ħadd jiddeverti rridu nħarbtu komunità sħiħa.", "Jien ma nħossx li jkun ġust li biex wieħed jagħmel negozju ta' divertiment għandu jħarbat il-ħajja ta' ħaddieħor.", "In-nies ta' San Ġiljan għandhom dritt li ma jgħaddux minn martirju kull meta tintuża l-bajja ta' Spinola għal xi attività bħalma kien hemm ilbieraħ.", "Ma jkunx hemm attivitajiet ta' spiss, imma jkun hemm okkażjonijiet li jkun hemm attivitajiet kbar, forsi mhux kbar daqs tal-bieraħ, fejn ikun hemm effett mhux biss fuq dik il-parti ta' San Ġiljan, imma fuq it-toroq kollha tal-madwar.", "In-nies ta' San Ġiljan għandhom dritt li ma jħossuhomx priġunieri fi djarhom stess, għaliex waqt din l-attività jkun prattikament impossibbli li titlaq mid-dar u tgħaddi minn ċerti toroq f'San Ġiljan.", "Għandhom dritt li jekk quddiem id-dar tagħhom huwa nadif, ma tiġix din l-attività u tispiċċa t-triq tagħhom mandra, jekk mhux saħansitra jsibu lil xi ħadd fis-sakra bilqiegħda fuq l-għatba tad-dar tagħhom jew jagħmel affarijiet oħra.", "In-nies ta' San Ġiljan, partikolarment dawk ta' Paceville, qed ibatu l-effetti negattivi tal-fatt li San Ġiljan prattikament m'għadux lokalità residenzjali imma sar lokalità ta' divertiment mingħajr limitu.", "Sur President, l-appell tan-nies huwa: Ejja ma niggravawx iktar is-sitwazzjoni!", "Din l-attività tista' tgħid li hija waħda nazzjonali.", "Huwa tajjeb li n-nies jiċċelebraw, imma jrid jintlaħaq bilanċ bejn il-fatt li San Ġiljan huwa lokalità residenzjali u l-fatt li f'parti mil-lokalità ta' San Ġiljan hemm ċentri kbar ta' divertiment u huwa ċentru ewlieni ta' divertiment f'pajjiżna.", "Għalhekk irrid li l-għada ta' din l-okkażjoni nappella lill-awtoritajiet biex jieħdu bis-serjetà l-karba tan-nies ta' San Ġiljan.", "In-nies ta' San Ġiljan mhux se jagħmlu protesti, imma jitkellmu bil-kwiet.", "Jesprimu ruħhom li hemm sitwazzjoni ta' frustrazzjoni, issa li din qed tirrepeti ruħha ta' spiss, u jridu li l-affarijiet isiru kif suppost.", "Iridu li jekk ikun hemm okkażjoni bħal tal-bieraħ, ikun hemm sens ta' moderazzjoni u ta' bilanċ, bilanċ bejn il-bżonn u d-dritt tagħhom li jgħixu fil-kwiet, u d-dritt ta' ħaddieħor, inkluż tal-komunità kummerċjali, li toħloq okkażjoni ta' divertiment.", "Dan il-bilanċ jista' jintlaħaq, imma ma jistax jintlaħaq minn parti waħda biss, imma jrid ikun hemm is-sehem ta' kulħadd.", "Issa li għaddiet l-okkażjoni ta' din is-sena, irrid nappella lill-awtoritajiet, inkluż il-Kunsill Lokali li naf li huwa disponibbli ħafna, sabiex jaraw x'jagħmlu biex is-sitwazzjoni ma tkunx iktar gravi, biex minn issa jkun hemm diskussjoni u pjan serju ta' kif din is-sitwazzjoni se tiġi indirizzata.", "Kif diġà għidt, ilbieraħ kien hemm ħafna nies li kitbu fuq Facebook dwar is-sitwazzjoni kif żviluppat, imma kien hemm numru ta' ritratti li jien jidhirli li għandi nġib għall-attenzjoni tal-pubbliku, anke permezz ta' dan l-intervent hawnhekk f'din il-Kamra, għaliex deherli li huwa eżempju ċar ta' kif is-sitwazzjoni f'San Ġiljan, fl-okkażjoni tal-bieraħ ħarbet kompletament minn idejn l-awtoritajiet.", "Ilbieraħ fuq Facebook kien hemm xi ħadd li ppubblika numru ta' ritratti li juru l-ġnien tal-palazz ta' Spinola, li fih ġiet organizzata parti mill-okkażjoni sħiħa ta' San Patrizju.", "Dan ir-ritratt juri numru ta' nies preżenti għal dan il-party.", "Fil-fatt hemm ritratt mill-arju li juri l-ġnien tal-palazz bin-nies preżenti fih.", "Kif nafu, dan il-palazz illum il-ġurnata qed isir restawr fih.", "Hemm anke organizzazzjoni internazzjonali li qiegħda tuża dan il-bini bħala sede uffiċjali tagħha.", "In-nies ilhom snin jgħidu li dan il-palazz għandu jkun miftuħ għall-pubbliku, u naħseb li l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw lil dan il-palazz, bħala wirt storiku, ikun miftuħ għall-pubbliku.", "Però li tiġi okkażjoni bħal tal-bieraħ u jintefaħ biex isir party bħalma sar ilbieraħ, naħseb li jistona ftit mal-karba tan-nies li dan il-post ikun miftuħ għall-pubbliku.", "Il-palazz għandu protezzjoni ta' grade 1, li huwa l-ogħla livell ta' protezzjoni li jingħata sit storiku.", "Il-ħitan ta' madwar il-ġnien tiegħu huma grade 2, allura l-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll awtoritajiet li jieħdu ħsieb il-wirt storiku f'pajjiżna għandhom l-obbligu li jipproteġuh.", "Wieħed jinkwieta meta mbagħad fuq Facebook naraw ritratti ta' żewġ persuni mdendlin b'sellum mal-ħajt ta' dan il-bini, wieħed minnhom b'martell f'idejh isammar banner ta' party mal-ħajt storiku ta' dan il-post!", "Minn hawn irrid nappella lill-awtoritajiet biex jinvestigaw dan il-każ u jiżguraw li okkażjonijiet simili ma jirrepetux ruħhom.", "Naħseb li pajjiżna żviluppa għarfien u sensittività kbira għall-wirt storiku u ma naħsibx li għandna nkunu f'sitwazzjoni fejn xi ħadd jista' jaqbad u jieħu l-liġi b'idejh, fejn xi ħadd jidhirlu li ladarba huwa ħajt pubbliku allura jista' jaqbad u jmur iwaħħal xi ħaġa miegħu, speċjalment meta dak il-ħajt ikun jifforma parti minn wirt storiku u nazzjonali bħalma huwa dan il-palazz f'San Ġiljan.", "Nappella li jkun hemm is-salvagwardji meħtieġa partikolarment f'okkażjoni bħal tal-bieraħ, fejn kien hemm eluf ta' nies, u allura wieħed forsi jitlef il-kontroll.", "In-nies ta' San Ġiljan qed jippretendu li jkun hemm kontroll effettiv biex huma jkunu jistgħu jgħixu fil-paċi, biex il-lokalità tagħhom tibqa' waħda predominentement residenzjali, u mhux tispiċċa esklussivament għad-divertiment ta' ħafna persuni li jiġu minn Malta stess u minn barra minn Malta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għall-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PULIZIJA – RAPPORTI DWAR VANDALIŻMU FUQ PROPRJETAJIET F'PEMBROKE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Pembroke, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq f'Pembroke seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapportati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew reġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta' Ħsara Volontarja (wilful damage) jew bħala Arson mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2019 fuq proprjetajiet f'Pembroke kienu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, li tinkludi wkoll it-toroq fejn dawn seħħew.", "Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar, iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kinetx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti ma tinżamx taħt forma ta' statistika.", "PULIZIJA – RAPPORTI DWAR VANDALIŻMU FUQ PROPRJETAJIET F'BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar vandaliżmu fuq proprjetà pubblika u privata f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq f'Baħar iċ-Ċagħaq seħħew l-atti ta' vandaliżmu li ġew irrapurtati lill-Pulizija u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, ir-rapporti li ġew irreġistrati dwar vandaliżmu taħt il-kategorija ta' Ħsara Volontarja (wilful damage) jew bħala Arson mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2019 fuq proprjetajiet fin-Naxxar, li tinkludi Baħar iċ-Ċagħaq, kienu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, li tinkludi wkoll dettalji tat-toroq fejn dawn seħħew.", "Ir-rapporti jinkludu kull rapport li sar, iżda informazzjoni dwar jekk il-proprjetà involuta kenitx pubblika jew privata kif ukoll dettalji dwar jekk persuni tressqux il-Qorti ma tinżammx taħt forma ta' statistika.", "KUNSILL LOKALI TA' TAS-SLIEMA – SKEMA TA' PPARKJAR IKKONTROLLAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat il-Ministeru għadu għaddej bl-istudju tiegħu hekk kif kien diġà infurmat fl-aħħar mistoqsija parlamentari ta' Settembru 2018 u għad m'hemmx żvilupp.", "Li nistgħu nżidu hu li għaddejjin diskussjonijiet ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Kunsilli Lokali biex naraw kif tista' titjieb din is-sitwazzjoni.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti li b'xi mezz ikkaġunat l-abort ta' mara tqila sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infumat li bejn is-sena 2000 u l-aħħar Frar 2019 kien hemm żewġ każi fejn persuni ġew akkużati fil-Qorti li b'xi mezz ikkaġunaw l-abort ta' nisa tqal.", "L-ewwel każ kien fis-sena 2014 fejn persuna barranija, femminili ta' 35 sena ġiet akkużata b'dan ir-reat u weħlet 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.", "It-tieni każ kien fis-sena 2017 fejn persuna barranija, maskili ta' 26 sena kien tressaq il-Qorti fuq reat simili.", "Il-każ għadu sub judice.", "Ma' din il-persuna kien hemm suspettat ieħor barrani, li sal-lum għadu mfittex u huwa suġġett ta' mandat ta' arrest internazzjonali.", "GĦASSA TA' WIED IL-GĦAJN – DELITTI RAPPURTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa ta' Wied il-Għajn tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità ta' Marsaskala u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 341.", "Minn dawn, 112 kienu każijiet ta' serq.", "GĦASSA TAL-BIRGU – DELITTI RAPPURTATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew rappurtati delitti ġewwa l-Għassa tal-Birgu tul is-sena 2018 u kemm minnhom kienu dawk ta' serq?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità tal-Birgu u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija jammonta għal 89.", "Minn dawn, 30 kienu każijiet ta' serq.", "ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew irreġistrati 30 każ volontarju, 299 każ mandatorju u 9 każijiet internazzjonali.", "ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI DEĊIŻI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew deċiżi arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew deċiżi 20 każ volontarju, 238 każ mandatorju u 5 każijiet internazzjonali.", "ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI PENDENTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fl-aħħar tas-sena 2018 u jista' jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li mis-sena 2000, jiġifieri minn meta beda jopera ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ, sal-aħħar tal-2018 kien hemm dawn il-każijiet pendenti:", "QRATI – SPIŻA TA' IKEL U AKKOMODAZZJONI GĦALL-ĠURATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kienet l-ispiża li tħallset mill-Qrati ta' Malta f'ikel u akkomodazzjoni ta' ġurati fis-sena 2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fis-sena 2018 l-ispiża totali li tħallset mill-Qrati ta' Malta f'ikel u akkomodazzjoni ta' ġurati kienet tammonta għal €47,090.48 kif muri hawn taħt:", "Akkomodazzjoni €35,965.57", "ŻJARA FIL-ĠAPPUN – TAGĦRIF DWAR DELEGAZZJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jelenka l-membri kollha, kemm uffiċjali pubbliċi u le, li akkumpanjawh u kienu parti mid-delegazzjoni fiż-żjara tiegħu fil-Ġappun fl-2018?", "Jista' jagħti d-dati li dawn kienu fil-Ġappun?", "Interpellant li d-delegazzjoni li akkumpanjatni fil-Ġappun kienet magħmula minn dawn il-persuni :", "· L-Onor Stefan Zrinzo Azzopardi", "Kif diġà huwa magħruf pubblikament, iż-żjara uffiċjali fil-Ġappun saret bejn it-28 ta' Lulju u t-3 ta' Awwissu.", "Fl-istess perjodu żaret il-Ġappun trade mission minn Malta li kellha numru ta' impenji kkordinati minn Trade Malta.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8657 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar sitt snin il-Bank of Valletta xtara/akkwista bonds fi ħruġ ta' bonds mill-privat f'Malta?", "Jista' jagħti d-dettalji f'kull każ?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba n-natura kummerċjali tal-Bank of Valletta, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata it-tagħrif mitlub mill-Onor.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· Tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· Introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· Installazzjoni tal-panelli; u", "· Il-flessibbiltà mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "CHRIS CARDONA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· Tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· Introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· Installazzjoni tal-panelli; u", "· Il-flessibbiltà mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· Tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· Introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· Installazzjoni tal-panelli; u", "· Il-flessibbiltà mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· Tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· Introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· Installazzjoni tal-panelli; u", "· Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9100 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8843, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "Tista' tgħid jekk il-persentaġġ indikat minnha huwiex parti mill-miri tal-Horizon 2020 u jekk dawn il-persentaġġi humiex il-miri tal-Gvern kollu?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9103 tas-seduta 202 f'din il-Leġiżlatura.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA'DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9101 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u, jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9103 tas-seduta 202 f'din il-Leġiżlatura.", "TA' SANNAT GĦAWDEX - PROĠETT TAL-PJAZZA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Pjazza tas-Sannat?", "Tista' l-Ministru tgħid jekk it-tenders ħarġux u ġewx awarded u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq din il-pjazza?", "Tista' tpoġġi kopja tal-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra kif ser tiġi din il-Pjazza?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tender fuq il-pjazza Santa Margerita ħarġet darbtejn fejn issottomettew l-interess li jagħmlu x-xogħol żewġ kuntratturi.", "L-ewwel darba li ħarġet it-tender ġiet over budget u l-kunsill reġa' ħareġ is-sejħa għat-tieni darba fejn reġgħet ġiet over budget madwar 44%.", "Bħalissa l-kunsill qed jaħdem fuq bill of quantities ġdid.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru daħal fi ftehim mal-Kunsill Lokali fejn il-Ministeru ħareġ il-fondi u l-proġett jiġi implimentat mill-Kunsill.", "XAGĦRA GĦAWDEX: TRIQ MASRI - CULVERT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li ħarġet it-tender għal Triq Masri ġewwa x-Xagħra Għawdex u anke ġiet awarded, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'din it-triq mhuwiex ser isir culvert li jilqa' l-ilma tax-xita?", "Min ta l-opinjoni teknika u x'inhuma r-raġunijiet biex dan ma jsirx?", "Jista' jgħid min ser jerfa' r-responsabbiltà għal dan in-nuqqas f'din it-triq?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bħalissa l-Kunsill Lokali tax-Xagħra għaddej b'taħditiet sabiex ikun jista' jibda x-xogħol ta' asfaltar (resurfacing) u l-culverts fi Triq Masri.", "Dan ix-xogħol se jkun qed isir mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra b'fondi mogħtija mill-Ministeru għal Għawdex u skont l-istimi ppreparati mill-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX - MASTER PLAN GĦALL-PJAZZA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra peress li fil-laqgħat tal-Kunsill qed jingħad li dan qed isir u jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' tagħti time-frames ta' x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?", "JUSTYNE CARUANA: Il-Ministeru għal Għawdex għadu ma rċieva ebda informazzjoni mill-Kunsill Lokali s'issa, iżda laħqu saru taħditiet u ntlaħaq ftehim fejn il-Ministeru għadda l-fondi lill-Kunsill biex isiru Triq Masri, Triq Gajdoru u Triq il-Kommuttiva.", "GOZO CHANNEL – AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-POLICY DWAR FREE PASS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 8984, tista' l-Ministru tgħid għaliex il-policy dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel mhijiex fuq il-website tal-istess kumpanija, meta sa ftit tas-snin ilu din kienet ippubblikata fuq il-website?", "X'inhu jżomm lill-Ministru milli tara li din il-policy tkun fuq il-website biex kulħadd ikollu aċċess għaliha?", "Interpellant li deciżjonijiet ta' din ix-xorta jittieħdu mill-Gozo Channel Operations Limited u mhux mill-Ministeru.", "GĦAWDEX - IMMARKAR TA' TOROQ MINN INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet kien hemm ħaddiema ta' Infrastructure Malta jieħdu surveys u jimmarkaw marki fit-triq f'ċerti toroq ġewwa Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom huma b'rabta mal-istudju nazzjonali li Infrastructure Malta qed tagħmel bl-użu ta' drones biex tikseb ġabra ta' tagħrif tekniku li janalizza l-istat tat-toroq kollha madwar Malta u Għawdex.", "Permezz ta' dan l-istudju, li għandu jkun lest sas-sajf, qed tinġabar informazzjoni dettaljata dwar it-toroq sabiex tappoġġja lill-aġenzija fl-ippjanar tal-investiment ta' €700 miljun li għadha kemm varat biex ittejjeb l-infrastruttura tat-toroq matul is-seba' snin li ġejjin.", "L-eżerċizzju se jgħin ukoll fil-ħidma ta' manutenzjoni kontinwa tat-toroq u fit-tfassil ta' proġetti oħra fil-futur.", "Waqt dan l-eżerċizzju, li beda fin-naħa ta' fuq tal-pajjiż, fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qegħdin jittajru drones speċjalizzati biex permezz tagħhom jittieħdu ritratti mill-ajru ta' 2,500 kilometru ta' toroq kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.", "Dawn ir-ritratti ser jintużaw biex jinħolqu mapep magħmulin minn sekwenza ta' ritratti tat-toroq meħudin mill-ajru (orthophoto maps).", "B'hekk tiġi żviluppata applikazzjoni ġdida għas-Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika (GIS) li tinkludi l-orthophoto maps tat-toroq kollha b'informazzjoni dettaljata dwar il-ħsarat u l-kundizzjoni tagħhom.", "Din is-sistema tkun tista' tintuża biex issir klassifikazzjoni tat-toroq f'ordni ta' prijorità skont liema jeħtieġ jinbnew mill-ġdid l-ewwel.", "Fiż-żmien li ġej, se tibqa' tiġi aġġornata gradwalment b'iżjed dettalji tekniċi biex tkompli ssir dejjem aktar utli għal Infrastructure Malta fl-ippjanar u t-twettiq tal-ħidma tagħha.", "Il-ġbir ta' informazzjoni f'dan l-istudju qed isir skont ir-Regolamentazzjoni Ġenerali tal-Protezzjoni tad-Data tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant ir-ritratti li qed jittieħdu se juru biss it-toroq u l-madwar immedjat tagħhom bla ma tinġabar l-ebda data li tista' tidentifika individwi partikolari.", "It-titjiriet bid-drones qed jiġu ppjanati b'kollaborazzjoni sħiħa mad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Transport Malta li qed japprova u jsegwi l-proċeduri qabel kull titjira.", "Id-drones li qed jintużaw huma forma ta' ajruplan żgħir u huma attrezzati b'diversi tagħmir biex tkun imħarsa s-sigurtà ta' dawk li jużaw it-toroq u tal-proprjetajiet fl-inħawi tagħhom.", "L-esperti li qed itajru d-drones qegħdin jippjanaw kull titjira ġimgħa bil-quddiem billi jqisu diversi fatturi, fosthom it-temp, l-użu tat-toroq fil-madwar, kif ukoll il-pajsaġġ naturali u l-bini u strutturi oħra fl-inħawi.", "Fil-ftit xhur kemm ilha mwaqqfa Infrastructure Malta diġà bdiet twettaq diversi proġetti kbar biex ittejjeb is-sistema tat-toroq arterjali u tibni mill-ġdid mijiet ta' toroq residenzjali u toroq rurali.", "Dan l-istudju se jipprovdi lill-aġenzija għodda importanti li tkompli ssaħħaħ il-ħidma tagħha fi proġetti li qiegħda twettaq, u fl-ippjanar ta' investimenti oħrajn li se twettaq fil-futur.", "L-analiżi tal-istat tat-toroq li qed tagħmel bħala parti minn dan l-eżerċizzju, flimkien ma' studji oħrajn, se tgħinha tidentifika liema nħawi fil-pajjiż għandhom jingħataw prijorità fis-snin li ġejjin.", "Permezz ta' dan l-istħarriġ, Infrastructure Malta se tiżviluppa sistema interattiva ta' tagħrif dwar il-kundizzjoni tal-uċuħ tat-toroq.", "Is-sistema se tkompli tiġi aġġornata b'informazzjoni minn sorsi oħrajn fis-snin li ġejjin sabiex tibqa' tgħin fl-analiżi sħiħa tal-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Fl-istess waqt, din l-informazzjoni se tkun ukoll il-bażi li fuqha jitqiesu d-durabilità u l-effettività ta' metodi differenti għall-bini u l-manutenzjoni tat-toroq matul is-snin.", "IDENTITY MALTA – ĦADDIEMA F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ta' Identity Malta u qegħdin detailed f'Għawdex ma' dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?", "Dawn il-ħaddiema jaqgħu taħt il-collective agreement ta' Identity Malta jew taċ-Ċivil?", "Jista' jgħid liema huma l-entitajiet jew dipartimenti f'Għawdex li jagħmlu xogħol għal Identity Malta iżda huma parti mill-Ministeru għal Għawdex?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bejn entitajiet u dipartimenti tal-Gvern ma teżistix sistema ta' detailing iżda jeżisti posting.", "Ġejt infurmat li Identity Malta għandha ħaddiem wieħed li huwa impjegat tagħha u qiegħed posted f'Għawdex.", "Dan il-ħaddiem jaqa' taħt il-ftehim kollettiv ta' Identity Malta.", "Minn din l-istess informazzjoni jirriżulta li d-dipartimenti li jagħmlu xogħlijiet għal Identity Malta imma jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huma l-E-Residence Unit, l-Uffiċċju tal-Passaporti u l-Public Registry (Gozo).", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9106, 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9107 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8892, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u, jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9108 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8893, tista' l-Ministru:", "a. tgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tagħha; u", "b. tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux targets għall-Horizon 2020 u, jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9109 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u, jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "AĠENZIJI TA' KREDITU - KUNTRATTI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9055 dwar kopja tal-kuntratt li jirrigwarda r-rating agency li qed titħallas mill-Ministeru għall-Finanzi, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li bagħat il-Ministeru lir-rating agency li permezz tagħha talab il-permess tal-aġenzija sabiex jiġi ppubblikat il-kuntratt?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn meta saret il-mistoqsija parlamentari 9055 irċevejna l-kunsens minn Fitch Rating Agency, u allura ż-żewġ kuntratti – dak iffirmat mal-istess Aġenzija fis-sena 2005, u l-aħħar kuntratt iffirmat fis-sena 2016 - tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ILLITTERIŻMU FI TFAL LI JISPIĊĊAW IL-PRIMARJA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal illitterati li spiċċaw mill-Primarja fl-aħħar sena skolastika u minn liema lokalitajiet ġejjin?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fi tmiem il-primarja jsir l-Assessjar tal-Benchmark.", "Matul is-sena skolastika 2017-2018, kien hemm 65 student (2.8%) li ġabu 25 marka (minn 100 marka) jew inqas kemm fil-Malti u kemm fl-Ingliż.", "Kien hemm ukoll 83 studenti (3.6%) li l-iskejjel talbu li jiġu eżentati mill-Benchmark tal-Malti u l-Ingliż minħabba learning difficulties jew għax huma barranin li ilhom inqas minn sentejn hawn Malta.", "It-tabella ta' hawn taħt turi minn fejn huma l-65 student li ġabu marki baxxi ħafna fil-Malti u l-Ingliż:", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9273 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9086, liema domanda kienet dwar Senior Operative IV, jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser jibdew jitħallsu dawk it-tmien persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija li kienu mal-Gvern u ġew trasferiti u qegħdin jaħdmu mal-ELC u li kellhom jitħallsu b'lura mill-4 ta' Diċembru 2017?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-fatt l-uffiċjali li qed jirreferi għalihom irċevew iż-żieda dovuta lilhom.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9310, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' serq sar fil-Mosta f'dawn l-aħħar xahrejn (Jannar u Frar 2019)?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' serqiet rapportati lill-Pulizija u li seħħew fil-lokalità tal-Mosta matul l-ewwel xahrejn tas-sena 2019 juri tnaqqis fuq dak irrappurtat fis-snin ta' qabel, u huwa ta' 22.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-għaliex ingħalaq il-programm JESS?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "ANZJANI – MEDIĊINI B'XEJN", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara għaliex anzjani li għandhom il-pensjoni mhux qed jingħataw b'xejn il-mediċini Rivaroxaban 20 mg li kull kaxxa ta' 28 tablet tiswa €85, kif ukoll l-Ideos tablets li jiswew €10 fix-xahar?", "Billi naf każ ta' anzjan li dawn iż-żewġ mediċini jeħodhom kuljum, u jgħid li għandu spiża ta' 'l fuq minn €100 fix-xahar, jista' l-Ministru jara li dawn il-pilloli jingħataw b'xejn f'każijiet bħal dawn?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħti aktar informazzjoni dwar l-imsemmija anzjani sabiex il-każ ikun jista' jiġi segwit.", "RABAT GĦAWDEX: SKOLA PRIMARJA – PROBLEMI INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk waslux ilmenti fl-Uffiċċju tiegħu, jew tas-Segretarju Permanenti jew tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, dwar problemi ta' natura infrastrutturali u oħrajn li qed jingħad li hemm fl-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu dawn il-problemi u x'passi ttieħdu, jew hu ppjanat li jittieħdu, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa tal-għalliema u l-istudenti f'din l-iskola?", "Jista' jgħid meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol biex tinbena l-iskola l-ġdida fl-istess lokalità?", "EVARIST BARTOLO: Għalkemm nikkonferma li waslu lmenti dwar l-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, infurmat li kull manutenzjoni neċessarja qed issir u din issir kontinwament min-nies tal-kulleġġ u tal-MEDE.", "Interpellant, inbeda l-proċess għall-bini ta' skola ġdida żmien ilu u nkun nista' nagħti iktar dettalji dwar pjanijiet kif jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "KORP TAL-PULIZIJA: DĦUL LURA TA' SURĠENT - PROĊEDURA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta' surġent u li dan l-aħħar tella' fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan, għaddiex minn eżami mediku jew fitness test qabel iddaħħal lura?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li dwar il-persuna msemmija mill-Onor.", "Interpellant, dan kien suġġett għall-istess proċedura li tittieħed qabel ma uffiċjal jerġa' jiddaħħal lura fil-Korp.", "KORP TAL-PULIZIJA: DĦUL LURA TA' SURĠENT – KRITERJI MEDIĊI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji mediċi li persuna trid tissodisfa biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija jew sabiex terġa tiġi reinstated fil-Korp wara numru ta' snin u jekk l-individwu li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta' surġent u li dan l-aħħar tella' fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan u li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issodisfax dawn il-kriterji qabel reġa' ddaħħal?", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Interpellant hu konxju li mhux prudenti u possibbli li tingħata informazzjoni medika personali fuq l-ebda persuna.", "Ninsab infurmat li l-kriterji mediċi li persuna trid tissodisfa biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija jew sabiex terġa' tiġi reinstated fil-Korp huma dawk li jinsabu fir-Regolament 3(b) tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 164.01.", "Infakkar li dan il-każ ġie rriferut għall-investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.", "KORP TAL-PULIZIJA: DĦUL LURA TA' SURĠENT - INVESTIGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9219, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta' surġent u li dan l-aħħar tella' fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi mill-Onor.", "AUM – INDIVIDWU MAĦTUR BĦALA RAPPREŻENTANT TAL-GVERN", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta għandux ħatriet oħra jew ġiex appuntat fuq bordijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u f'dak il-każ:", "(i) liema huwa dawn il-bordijiet/entitajiet?", "(ii) kemm hija r-remunerazzjoni marbuta magħhom?", "(iii) kemm huwa twil il-perjodu tal-ħatra?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha ma kenitx appuntata fuq bordijiet oħra li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "AUM – INDIVIDWU MAĦTUR BĦALA RAPPREŻENTANT TAL-GVERN - REMUNERAZZJONI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'remunerazzjoni totali qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li qed jagħmel referenza għaliha ma tirċievi l-ebda remunerazzjoni bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta.", "TRANSPORT MALTA / INFRASTRUCTURE MALTA – TALBIET GĦALL-ESPROPRJAZZJONI TA' ŻVILUPP EŻISTENTI PRIVAT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta / Infrastructure Malta qattx għamlet talba f'isem partijiet terzi biex issir esproprjazzjoni ta' żvilupp eżistenti privat, biex jingħata aċċess għal parti minn triq, minn April 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema kienu dawn it-talbiet u f'liema stadju waslu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "ĦAL LUQA – STALLAZZJONI TA' PIXXINA FL-ISKOLA PRIMARJA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jikkunsidra l-installazzjoni ta' pixxina fl-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa, bħal mudell li hemm fis-seħħ fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi?", "Jista' jikkunsidra jaddotta l-mudell tal-pixxina li hemm fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi għal skejjel oħra madwar Malta u Għawdex?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li min-naħa tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) hemm il-konferma kemm tal-Prinċipal tal-Kulleġġ kif ukoll tal-Kap tal-Iskola li talba bħal din qatt ma saret f'dawn il-livelli.", "Din hija skola fejn l-ispazju huwa wieħed limitat għal proġetti bħal dawn.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-mument m'hemmx dan il-ħsieb.", "ENEMED - FLUS DOVUTI MILL-AIR MALTA GĦALL-FUEL", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' dak li għandha tieħu l-Enemed mingħand l-Air Malta għall-prezz tal-fuel?", "Jista' jindika x'qed isir sabiex dawn l-ammonti jiġu rkuprati?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u jindika meta dawn l-ammonti ġew dovuti?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva għall-kumpanija Enemed.", "AIR MALTA - FLUS DOVUTI LILL-ENEMED GĦAL FUEL", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika kemm għandha tagħti l-Air Malta lill-Enemed għal fuel li hija xtrat mingħandha?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.", "SKEMI GĦAL RESTAWR TA' KNEJJES TA' VALUR RELIĠJUŻ U KULTURALI", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi d-dettalji, jekk hemm xi skema, li tgħin fir-restawr ta' knejjes ta' valur reliġjuż u kulturali?", "X'inhuma l-kriterji sabiex tikkwalifika?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li d-Direttorat tar-Restawr flimkien mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali kull sena joħroġ skema li permezz tagħha l-kunsilli lokali jkunu jistgħu japplikaw biex jipproponu proġetti ta' restawr fuq bini/ monumenti storiċi li jinsabu fil-lokalità tagħhom.", "Il-proġetti magħżula taħt din l-iskema imbagħad jitwettqu direttament mid-Direttorat tar-Restawr matul ix-xhur ta' wara l-għażla.", "Il-proġetti proposti mill-kunsilli lokali jkunu jridu jikkwalifikaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għażla tal-proġetti u li jiġu ppubblikati mas-sejħa kull sena.", "Fl-erba' snin li ilha tinħareġ din l-iskema kienu diversi l-kunsilli li pproponew proġetti ta' restawr fuq kappelli u knejjes fil-lokalitajiet tagħhom, u diversi minnhom intagħżlu u twettqu jew qed jiġu mwettqa.", "BIRKIRKARA – DAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex individwat sit fejn se ssir id-Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara?", "Hemm xi pjan ta' meta se jibda x-xogħol b'mod konkret?", "Kemm ser jinħolqu postijiet għall-anzjani?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sit għal dar tal-anzjani ġewwa Birkirkara ġie identifikat u d-dar prospettiva se jkollha entratura minn Triq Ganu.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet flimkien ma' Projects Malta sabiex jiġu ffinalizzati l-pjanti tad-dar u jinġiebu l-permessi kollha meħtieġa.", "Dawn il-permessi, kif ukoll il-proċess tal-akkwist pubbliku ser jiddeterminaw il-bidu tax-xogħol ta' din id-dar.", "Huwa ppjanat li din id-dar tkun qiegħda takkomoda 150 resident.", "BIRKIRKARA – PROĠETTI TA' HOUSING", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-proġetti tal-housing fil-lokalità ta' Birkirkara?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' skavar ta' dan is-sit huwa lest u beda x-xogħol ta' kostruzzjoni.", "SKEMA ĠDIDA TA' SUSSIDJU TA' KERA", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif qed titħaddem l-iskema l-ġdida ta' sussidju ta' kera li tħabbret fl-aħħar Pjan Finanzjarju tal-Gvern?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-benefiċċju tal-kera, għall-ewwel darba qiegħed jiġi kkalkulat mhux biss fuq id-dħul u l-kompożizzjoni tal-familja tal-applikanti iżda anke fuq in-nefqa tagħhom fuq il-kera.", "L-inkwilin irid ikollu ftehim validu tal-kirja ta' mhux anqas minn sitt xhur u jissottometti wkoll irċevuti tal-kera mħallsa kull xahar.", "It-tabella t'hawn taħt qiegħda turi d-dħul massimu li jista' jkollu l-applikant sabiex ikun eleġibbli għal dan il-benefiċċju kif ukoll l-ammont massimu ta' benefiċċju li kull applikant ikun intitolat għalih:", "F'każ ta' persuna jew familji li jkollhom membru tal-familja b'diżabilità, id-dħul li jista' jkollu l-applikant m'għandux jeċċedi t-€30,000, filwaqt illi l-benefiċċju mogħti lil din il-familja jkun b'żieda addizzjonali ta' €125 fis-sena.", "Ta' min iżid ukoll illi l-iskema ġdida ta' sussidju ta' kera qiegħda wkoll tagħti €125 addizzjonali fis-sena mal-benefiċċju li jkunu intitolati għalih, lill-familji li jkunu aktar minn ħames membri u €300 benefiċċju addizzjonali fis-sena lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom tfal fostered.", "Il-benefiċċju jiġi mħallas dirett lill-applikanti li jikkwalifikaw għalih permezz ta' direct credit.", "Dan il-benefiċċju jiġi rivedut kull sentejn.", "Il-kondizzjonijiet tal-Benefiċċju tal-Kera tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BIRKIRKARA: ĊENTRU TAS-SAĦĦA – ĦINIJIET TAL-FTUĦ", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-poliklinika fiċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara tibda tiftaħ ukoll billejl jew għal aktar ħin milli qiegħda attwalment?", "Jekk le, iħoss li hu opportun li din ir-rikjesta tiġi evalwata fid-dawl tad-domanda li teżisti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ftit tas-snin ilu, matul il-leġiżlatura li għaddiet, id-Dipartiment tal-Kura Primarja kien estenda l-ħin ta' diversi ċentri tas-saħħa, fosthom dak ta' Birkirkara biex b'hekk bdew jinfetħu s-sibtijiet ukoll u kuljum sat-tmienja ta' filgħaxija minflok sal-ħamsa.", "Dan wara li waqt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti l-ħin ta' ftuħ ta' ħafna Ċentri tas-Saħħa kien tnaqqas.", "Bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex naraw kif nistgħu nutilizzaw bl-aqwa mod ir-riżors uman li għandna fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, anke fid-dawl tat-twessigħ ta' servizzi f'numru ta' Bereġ tas-Saħħa.", "BIRKIRKARA: ĊENTRU TAS-SAĦĦA – SERVIZZI MEDIĊI", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet min-naħa tal-Gvern li l-poliklinika fiċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara tibda żżid is-servizzi mediċi li toffri milli qiegħda attwalment?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qed jitfasslu l-pjanijiet sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibda l-proġett tal-immodernizzar tas-sezzjoni tal-Podiatrija li tinsab fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara.", "L-iskop aħħari hu li jitwaqqaf Ċentru ta' Eċċellenza tal-Podjatrija minn fejn il-pazjenti jkunu jistgħu jibbenifikaw minn servizz ta' Podjatrija mill-aktar wiesa' u tal-ogħla livell b'apparat modern u tal-aħħar ġenerazzjoni.", "Permezz ta' dan il-proġett se jiżdiedu wkoll is-servizzi tal-podjatrija u se jiġu pprovduti servizzi li bħalissa jingħataw biss mill-Isptar Mater Dei.", "BIRŻEBBUĠA - RAPPORT TA' SERQ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista xahar b'xahar minn Jannar 2018 sal-lum kemm ġew irrappurtati serqiet f'Birżebbuġa?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' serqiet li ġew irrappurtati f'Birżebbuġa xahar b'xahar bejn Jannar 2018 sat-13 ta' Marzu 2019 kien kif jidher hawn taħt:", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid illum x'inhi l-pożizzjoni tal-Boeing 737 Max 8 li ġew banned mir-Renju Unit?", "KONRAD MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward inkonvenjent li qed jostakola l-bieb tad-dar tiegħu, liema inkonvenjent tpoġġa biex iżomm gallarija minħabba ħsarat?", "Jista' jara li ssir it-tiswija meħtieġa?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "CHILDCARE CENTRES IRREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il childcare centre jopera f'Malta u Għawdex?", "Kemm minnhom huma rreġistrati?", "Kemm hawn childcare centres li għadhom qed jistennew li jiġu reġistrati?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li n-numru ta' childcare centres li joperaw f'Malta u Għawdex u li huma rreġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni huwa ta' 139 (136 f'Malta u 3 f'Għawdex).", "Iċ-childcare centres li għadhom qed jistennew li jiġu rreġistrati huma 3.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li n-National Standards in Childcare ilhom ma' jiġu aġġornati mill-2004?", "Meta se jiġu mħabbra l-istandards aġġornati?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Istandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta' Matul il-Jum kienu mnedija fl-2006.", "Il-proċess ta' reviżjoni ta' dawn l-istandards jinsab fi stadju avvanzat.", "L-istandards (2006) ġew riveduti sabiex ikunu aġġornati u jirriflettu aktar ir-realtajiet tal-kuntest Malti llum.", "L-abbozz tal-istandards aġġornati tlesta wara konsultazzjoni mal-istakeholders prinċipali f'dan il-qasam, fosthom l-Assoċjazzjoni ta' min qed jipprovdi s-servizz fiċ-ċentri għat-tfal (Childcare Centre Providers Association – CCPA) u esperti lokali u internazzjonali.", "Din ir-reviżjoni waslet fl-istadju fejn l-istandards aġġornati se jmorru għall-konsultazzjoni pubblika estensiva li tinkludi l-pubbliku inġenerali u stakeholders varji oħra.", "L-istandards aġġornati se jkunu mnedija sal-aħħar tal-2019 u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-2020.", "CHILDCARE CENTRE – STANDARDS NAZZJONALI TAL-2004", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Childcare Centre li hu reġistrat bħalissa mhux jilħaq l-istandards nazzjonali tal-2004?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Istandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta' Matul il-Jum tal-2006 jinkorporaw għaxar standards li sabiex jintlaħqu jeħtieġ proċess kontinwu.", "Madankollu, mill-analiżi tal-evalwazzjonijiet esterni li saru matul dawn l-aħħar sentejn, hemm indikaturi ċari li qed juru li qed ikun hemm titjib fil-kwalità tas-servizz ipprovdut.", "Infurmat li fi tmiem l-2018, kien hemm tmien ċentri li kellhom nuqqasijiet serji fil-proċessi li jwasslu biex jintlaħqu wħud mill-istandards.", "Wara moniteraġġ u gwida, il-parti l-kbira minn dawn diġà ħadu passi sodisfaċenti u kien hemm titjib f'dawn il-proċessi u għalhekk sar titjib fis-servizz li qegħdin joffru.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru audits matul l-2018 fuq childcare centres?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li għal dawn l-audits, iċ-childcare centres ikunu avżati madwar tliet ġimgħat qabel u qatt ma jsiru audits b'sorpriża?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li matul l-2018 saru 124 evalwazzjoni esterna f'childcare centres.", "Mix-xahar ta' qabel, iċ-ċentri jkunu avżati li ser issir evalwazzjoni esterna u jintalbu jissottomettu dokumentazzjoni aġġornata sabiex din tkun ikkunsidrata bħala parti mill-proċess tal-evalwazzjoni.", "Iktar 'il quddiem ikunu avżati bil-ġimgħa li matulha ser ikun hemm iż-żjara esterna.", "Il-ġurnata eżatta meta ssir iż-żjara ma tingħatax.", "L-evalwazzjonijiet esterni jsiru sabiex tiġi mmoniterjata l-kwalità tas-servizz u biex jingħataw rakkomandazzjonijiet ħalli jkun hemm titjib kontinwu għall-benefiċċju tat-tfal.", "Evalwazzjonijiet esterni b'sorpriża jsiru f'każijiet fejn ikun hemm ilmenti li jirrikjedu żjara ta' dan it-tip.", "Isiru wkoll meta wara evalwazzjoni esterna jkun hemm raġunijiet fejn id-Dipartiment għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità jara li għandu jerġa' jmur mingħajr ma javża liċ-ċentru.", "L-intenzjoni wara dawn l-evalwazzjonijiet b'sorpriża hija li nivverifikaw ċerti dettalji u nkomplu niggwidaw liċ-ċentri sabiex titjieb il-kwalità tas-servizz offrut.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child carers ċertifikati għal kull tifel u tifla fiċ-Childcare Centres f'Malta u Għawdex?", "Kemm hawn tfal f'dawn iċ-Childcare Centres li m'għandhomx child carers kwalifikati kif stipulat min-National Standards in Childcare?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-Ministeru ma jżommx din it-tip ta' informazzjoni.", "Madankollu, l-Istandards jistipulaw li Child Carer irid ikollu ċertifikat MQF Level 4 u kull ċentru hu marbut li jżomm ratio stabbilit mill-Istandards bejn carers u tfal.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il child carer kwalifikati b'Level 4 hawn irreġistrati f'Malta u Għawdex?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li n-numru ta' child carers bil-kwalifika minima ta' MQF Level 4 li bħalissa huma rreġistrati mad-DQSE hu ta' 589.", "KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA SECONDED U REINSTATED", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew reinstated fil-Korp mill-2013?", "Kemm ġew seconded barra mill-Korp mill-2013?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li fil-perjodu mis-sena 2013 sat-13 ta' Marzu 2019 in-numru ta' pulizija li ġew reinstated fil-Korp kien ta' 119.", "Fl-istess perjodu kien hemm 26 membru tal-Korp li ġew seconded barra mill-Korp.", "ĦADDIEMA BIL-PAGA MINIMA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9351 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema f'pajjiżna li għandhom il-paga minima?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-entità fi ħdan il-MEDE li għandha x'taqsma mal-impjiegi, jiġifieri l-Jobsplus, ma jkollhiex informazzjoni dwar salarji ta' individwi.", "EKS MEMBRI TAS-SERVIZZI – PENSJONI/BONUS MIT-TEŻOR", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ex-membri tas-servizzi (Pulizija, Forzi Armati, Protezzjoni Ċivili u Gwardjani tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin) li għandhom bejn il-45 u 61 sena u li huma intitolati għall-bonus/għotja finanzjarja/pensjoni mit-Teżor?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Għalkemm saru ħafna lmenti lill-awtoritajiet, jista' l-Ministru jgħid meta Infrastructure Malta se terġa' tiftaħ il-water culverts fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara, peress li għal sena oħra r-residenti qed jegħrqu kull darba li tagħmel ix-xita?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "QORTI: AĊĊESSIBILITÀ GĦAL RECORDINGS U TRASKRIZZJONIJIET TAX-XHIEDA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Qorti u tal-istess Ministeru dwar jekk litigant/attur li jixhed viva voce fil-Qorti għandux ikollu mezz li huwa u/jew l-avukat tiegħu jingħata kopja tar-recording tax-xhieda tiegħu kif ukoll traskrizzjoni ta' dik ix-xhieda biex jaċċerta li dak li nkiteb ikun fidil max-xhieda tiegħu fil-kawża, speċjalment jekk l-attur ikollu problema li jaqra u jikteb bil-Malti u allura x-xhieda tiegħu tkun bl-Ingliż?", "OWEN BONNICI: Peress li l-Onor.", "Membru qiegħed jirrferi għal-\"litigant/attur\" qiegħed nassumi li huwa qiegħed jirreferi biss għal proċeduri ċivili fejn ix-xhieda kollha hija aċċessibbli għall-pubbliku sakemm il-qorti ma tkunx ordnat mod ieħor.", "Madankollu hija dejjem aċċessibbli għall-partijiet u għall-avukati tagħhom.", "L-artikolu 7 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni Elettro-Manjetika ta' Proċedimenti (Kap 284) jipprovdi ukoll hekk:", "Ir-Reġistratur jista' jagħti kopji tal-oriġinali ta' tapes mal-ħlas ta' dak id-dritt li l-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista'b'regolamenti jistabbilixxi.\".", "Ir-regolament 2 tal-legiżlazzjoni sussidjarja 284.01 jipprovdi hekk:", "Għandu jitħallas dritt ta' sitt ewro u disgħa u disgħin ċenteżmu (€6.99) lir-Reġistratur tal-Qrati għax-xiri ta' kull kopja ta' tape li fuqha jkunu gew registrati proċedimenti b'xi mezz elettro-manjetiku, irrispettivament mit-tul ta' zmien ta' dak it-tape.\"", "Il-lingwa li biha tingħata x-xhieda ma tagħmilx differenza.", "Dwar proċeduri kriminali japplika l-artikolu 518 tal-Kodici Kriminali li jipprovdi, fost affarijiet oħra, hekk:", "\"L-Atti u d-dokumenti tal-Qorti ta' Ġustizzja Kriminali ma jistgħu jintwerew lil ħadd, lanqas ma jistgħu jingħataw kopji tagħhom mingħajr permess speċjali tal-Qorti, ħlief lill-Avukat Ġenerali, lill-partijiet fil-kawża jew lil avukat jew prokuratur legali li jkun awtorizzat mill-istess partijiet; imma dawk l-atti kollha li jkunu nqraw fil-qorti bil-miftuħ jista' jarahom kull min irid u jistgħu jingħataw kopji tagħhom bil-ħlas tad-dritt soltu.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – INKJESTA FUQ MEWT TA' PRIĠUNIER", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Fid-dawl tar-rapport fuq il-mezzi tax-xandir li nfetħet inkjesta maġisterjali dwar priġunier li allegatament instab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u dan kif ġie rrappurtat nhar l-Erbgħa 13 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk il-priġunier inkwistjoni kienx Malti jew barrani u minn min qed titmexxa din l-inkjesta maġisterjali?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-priġunier hu ta' nazzjonalità Maltija u l-Maġistrat li qed tagħmel l-inkjesta hi Dott. Astrid May Grima.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Billi irċevejt ilmenti min-nies li d-dentisti tal-Isptar Mater Dei qegħdin b'direttiva, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li d-dentisti qed jittrattaw biss każijiet ta' aċċidenti u nies b'emorroġija?", "Jekk iva, x'inhi l-kwistjoni mad-dentisti u kemm ilha fis-seħħ id-direttiva?", "Meta hemm il-ħsieb li tiġi riżolta billi n-nies qed ikollhom imorru privat biex jinqdew?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-negozjati għadhom għaddejjin biex jinstab arranġament li jkompli jtejjeb il-prospetti professjonali tad-dentisti li jagħżlu li jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur pubbliku, kif ukoll li jipprovdi qafas li permezz tiegħu jkun jista' jingħata servizz aħjar u aktar fil-pront lill-pazjenti li jirrikorru għal dan is-servizz.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM KUNDIZZJONIJIET U PAGI DIFFERENTI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwarda impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta, u ċjoè fl-uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u invista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn il-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress li l-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u invista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li \"impjegati fl-istess klassi ta' impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ta' valur ugwali\" jista' l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku għax għandhom l-istess grad u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-artiklu tal-liġi msemmija?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190318_208d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 20 ta' Marzu, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mara ġiet akkużata fil-Qorti li kkaġunat l-abort fuqha nfisha jew li tkun qagħdet għall-użu tal-mezzi li bihom l-abort ġie ikkaġunat, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti l-età u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar telefonati qarrieqa sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiż ġie rrapurtat li saru dawn it-telefonati u x'azzjoni ħadet il-Pulizija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar one ring scams u ċjoè meta persuna jċemplilha xi ħadd u jaqta', biex imbagħad il-persuna ċċempel lura u tispiċċa tħallas premium rate għat-telefonata, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid minn liema pajjiż ġie rrapurtat li saru dawn it-telefonati u x'azzjoni ħadet il-Pulizija?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm-il laqgħa saret tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Programm tal-Investitur Individwali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' kull waħda mil-laqgħat u jindika wkoll il-persuni li kienu preżenti għal-laqgħat apparti l-membri tal-Kumitat?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġie msejjaħ ir-Regolatur sabiex jidher quddiem il-Kumitat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'funzjonijiet oħra assenja lir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwistjonijiet ġew irrapurtati lilu mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (7) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista' jindika kemm persuni u¿aw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista' jindika kemm persuni u¿aw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista' jinforma l-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm persuni użaw is-servizzi tal-Berġa tas-Saħħa ta' Ħal Tarxien tul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni żaru l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni tul is-sena 2018?", "Jista' jinforma wkoll lill-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm persuni ġew ammessi fl-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm kien hemm persuni rikoverati fl-aħħar tas-sena?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li suldati Għawdxin li qatt ma kienu ħadmu f'Għawdex ġew trasferiti minn Malta lejn Għawdex?", "Jista' jgħid meta hu maħsub li jiġu trasferiti suldati Għawdxin lejn Malta issa meta hu magħruf li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern f'Malta aktar minn ittriplaw f'dawn l-aħħar ħames snin?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex suldati stazzjonati f'Għawdex mhumiex eleġibbli għal promozzjonijiet sakemm ma jkunx hemm xi ħadd li jirtira minn fost is-suldati li jaħdmu Għawdex?", "Ma jaħsibx li din hija diskriminazzjoni kontra suldati Għawdxin?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-laneċ li hemm fil-Port tal-Imġarr f'kull shift hemm biss tmien suldati assenjati meta dawn il-laneċ ma jistgħux jitħaddmu b'anqas minn seba' suldati u għalhekk kull darba li xi wieħed minnhom ikun kors, training jew fuq xi impenn ieħor l-ebda wieħed mis-suldati l-oħra ma jista' jieħu leave?", "Jaf il-Ministru li dan prattikament qed jagħmilha diffiċli immens li dawn is-suldati jieħdu l-leave tagħhom?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9111, 8876, 8560 u 8720 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandhom f'Għawdex aġenziji jew dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' jelenkahom u jgħid fejn qegħdin u x'servizzi joffru?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull uffiċċju u xi grad għandhom dawn l-impjegati f'kull uffiċċju?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9215 u 9097 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9214 u 9096 u ċjoè B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9213 u 9095 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9212 u 9094 u ċjoè B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9211 u 9093 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8874, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors sar ai termini tal-artiklu 495A \"Meta l-komproprjetarji ma jaqblux fuq il-bejgħ ta' xi ħaġa li tkun miżmuma in komun.\" tal-Kodiċi Ċivili minn meta daħal fis-seħħ dan l-artiklu sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm minn dawn kienu f'Għawdex u kemm f'Malta?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti?", "Jista' jgħid kemm-il appell sar minn dawn ir-rikorsi?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu ta' ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni maħtura f'isem il-Gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju mill-gvern lill-kumpanija privata li tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku, sena b'sena, mill-bidu tal-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Storage Facility għandha l-Wasteserv mikrija mingħand il-privat ġewwa Malta u Għawdex u għal xiex qed jintużaw?", "Jista' jgħid il-Wasteserv mingħand min kriet (persuna/kumpanija) u f'liema raħal u area u jekk hemmx il-permessi meħtieġa tal-awtoritajiet konċernati bħall-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm huma kbar l-iStorage Facilities?", "Jista' jgħid ukoll b'liema forma ta' procurement ġew mikrija?", "Jista' jgħid għal kemm-il sena hi l-kirja u kemm qed tħallas kera l-Wasteserv għal kull metru kwadru, xahar b'xahar u sena b'sena?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru s'issa f'Birkirkara, Iklin, Ħal Lija, Swatar, Imrieħel u Ħal Balzan minn Lulju 2017 'il hawn?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa, mill-aspett infrastrutturali bejn wieħed u ieħor, id-dannu li sar fit-toroq ta' pajjiżna fil-maltemp tat-23 u l-24 ta' Frar 2019?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra ġarrbet ħsara fil-maltemp bejn it-23 u l-24 ta' Frar 2019?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi entità taħtu li qiegħda taħseb jew twettaq studju sabiex jitnaqqas il-volum tat-traffiku mill-qalba tal-lokalitajiet ta' Ħal Lija u Ħal Balzan?", "Jekk le, jaħsibx li dan hu opportun li jsir?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kif se jgħinu l-proġetti l-ġodda turistiċi f'pajjiżna sabiex tiżdied il-kwalità tat-turisti li jiġu Malta?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lukandi f'Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Tas-Sliema u San Ġiljan li għandhom flus jew arretrati dovuti lill-Awtorità Maltija Għat-Turiżmu?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Assistant Child Carers li qed jaħdmu f'Malta u Għawdex?", "X'inhuma l-kwalifiċi minimi li qed jintalbu qabel jingħataw l-impjieg?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Assistant Child Carers li qed jaħdmu f'Malta u Għawdex u li m'għandhomx aktar minn School Leaving Certificate?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema rata qed jitħallsu ċ-Child Carers u l-Assistant Child Carers?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Child Carers li ma jitkellmux bil-Malti jew bl-Ingliż?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Childcare Centres li jitmexxew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?", "Jista' jgħid jekk hux minnu li se jiġu privatizzati ċ-Childcare Centres tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-healthy eating policy hijiex qed tiġi attwata anke fiċ-Childcare Centres?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kienu t-tipi ta' reati kriminali rrapurtati lill-pulizija fis-sena 2017 u fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f'dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f'dak il-każ lil min akkumpanja?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati mal-Aġenzija LESA sal-14 ta ' Marzu 2019?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga tagħhom, meta ġew impjegati u mil-liema lokalitajiet ġejjin?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-paga bażika li kull uffiċjal tal-komunità impjegat mal-Aġenzija LESA għandu kull xahar?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija mill-Uffiċjali tal-Komunità f'kull reġjun bejn Jannar 2016 u Frar 2019 sena b'sena b'mod separat?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9371 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet irreferuta lilu u jgħid kemm hemm priġunieri fit-Taqsima Forensika ta' Ħ'Attard u x'inhi l-ispiża ta' kull sena relatata ma' dan is-servizz f'dan il-post?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mit-870 każ ta' tfal li għamlu użu mis-servizz tal-emerġenza psikjatrika minn Ġunju 2016, kien hemm li ġew irreferuti mill-iskola?", "Kemm minn dawn it-870 każ ta' tfal, kellhom jiddaħħlu l-isptar mentali?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm adoloxxenti taħt is-16-il sena li għamlu użu mis-servizz tal-Child Guidance Clinic f'dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm adoloxxenti 'l fuq minn 16-il sena li f'dawn l-aħħar tliet snin għamlu użu mis-servizz tal-Out Patients Clinic tal-Isptar Mater Dei?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux sejrin jinfetħu aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali matul din is-sena?", "Jekk iva, fejn sejrin jinfetħu dawn iċ-Ċentri?", "Jekk le, meta se jinfetħu aktar ċentri?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 65 - Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi – Tielet Qari - Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Votazzjoni fuq it-Tieni Qari.", "Mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali Nru 438 tal-2018 dwar art agrikola proprjetà tal-Gvern – Votazzjoni fuq Emenda għall-mozzjoni.", "18 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019, fl-3.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 75 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 70 – Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni tar-Rapport Annwali 2018 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017: Arrears of Revenue (paġni 192-213) (Kont.).", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler (Kont.)", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "18 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190320_209a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 208, li saret fit-18 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "NISA AKKUŻATI LI KKAWŻAW ABORT FUQHOM INFUSHOM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mara ġiet akkużata fil-Qorti li kkaġunat l-abort fuqha nnifisha jew li tkun qagħdet għall-użu tal-mezzi li bihom l-abort ġie kkaġunat, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti l-età u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab informat illi fil-perjodu indikat mill-Onor.", "Interpellant u ċjoè mis-sena 2000 sal-aħħar ta' Frar 2019, kien hemm tliet każi fejn nisa ġew akkużati fil-Qorti li kkaġunaw l-abort fuqhom infushom jew li qagħdu għall-użu tal-mezzi li bihom l-aborti ġew ikkaġunati.", "L-ewwel każ kien fl-2006 li kien jikkonċerna mara Maltija ta' 23 sena, li ngħatat ordni ta' probation għal tliet snin.", "It-tieni każ kien fis-sena 2014 u kien jikkonċerna mara barranija ta' 29 sena li ġiet issentenzjata 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.", "L-aħħar każ kien fis-sena 2014 ukoll u kien jikkonċerna mara barranija ta' 30 sena u li kienet issentenzjata sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, l-ewwel nett irrid nirreferi lill-Ministru kkonċernat għall-aħbar li qiegħda ddur fuq il-midja kollha dwar il-qabda ta' droga li għamlu b'suċċess il-Pulizija eżekuttiva, liema droga tiżboq il-valur ta' €32 miljun.", "Mill-informazzjoni li ħarġet jidher li din id-droga kienet ġejja minn pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni Ewropea u li kienet destinata għal pajjiż li huwa membru tal-Unjoni Ewropea, bil-proċedura fil-qasam marittimu ta' transhipment f'erba' containers partikolari.", "Filwaqt li nifraħ lill-Pulizija eżekuttiva għax-xogħol li għamlet, nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet lill-Ministru.", "Jista' l-Ministru jagħti aktar informazzjoni dwar dan il-każ mingħajr ma jippreġudika l-indaġini u l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm abbokkament mal-Europol, tenut kont li qed nitkellmu dwar droga li kienet sejra f'pajjiż li huwa stat membru tal-Unjoni Ewropea fl-Ewropa, u mal-Interpol minħabba l-fatt li d-droga kienet ġejja minn pajjiż tal-Amerika Latina?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Qabelxejn irrid infaħħar il-kollaborazzjoni li għaddejja kontinwament bejn is-Servizzi tas-Sigurtà u l-Uffiċjali tad-Dwana, li issa għandhom l-apparat li qed iwassal biex il-containers li jkun hemm suspett dwarhom ikunu skennjati meta jgħaddu mill-portijiet tagħna.", "Dan juri li l-investiment li sar min-naħa tad-Dwana qiegħed jagħti riżultati konkreti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.", "Kull meta jkun hemm informazzjoni, sejbien u involviment ta' persuni li jkunu qegħdin jiġu indagati, ħafna drabi l-Pulizija tkun f'kuntatti mal-Europol u mal-Interpol.", "Irrid ngħid ukoll li mhux l-ewwel darba li min-naħa tal-Uffiċjali tad-Dwana, il-Korp tal-Pulizija u s-Servizzi tas-Sigurtà jaraw li ċerti containers ikunu immarkati u jitħallew jgħaddu minn pajjiżna, wara arranġamenti li jsiru bilateralment.", "Waħda mir-raġunijiet hija li jekk il-pajjiż aħħari fejn tkun iddestinata d-droga jkun indikat bħala l-aħjar post biex tinqabad il-kriminalità organizzata, il-container jitħalla jgħaddi.", "Din hija ħidma li ssir ma' diversi pajjiżi, inkluż meta jkun hemm persuni li jkunu qegħdin iġorru d-droga lejn pajjiżna.", "Ħafna drabi, wara kollaborazzjoni sħiħa, jinstab li jkun għaqli li d-droga titħalla tgħaddi biex jinqabdu l-persuni li fl-aħħar mill-aħħar, id-droga tkun ddestinata għalihom.", "Din hija kooperazzjoni li tkun għaddejja bejn pajjiżi differenti.", "Bħala pajjiż, mhux l-ewwel darba li pparteċipajna b'dan il-mod biex ngħinu pajjiżi oħrajn jaqbdu ċ-ċirku ta' kriminalità organizzata fl-importazzjoni tad-droga.", "F'dawn il-każijiet kollha, l-informazzjoni tgħaddi lil pajjiżi differenti, lill-Europol u lill-Interpol, għax ħafna drabi, il-konsenja ma tkunx sejra għal pajjiż wieħed biss imma tkun sejra lejn dak il-pajjiż biex imbagħad titqassam fost diversi pajjiżi oħrajn.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Il-ġimgħa li għaddiet għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Michael Farrugia dwar ir-rapporti ta' serq li kellna f'Birżebbuġa f'dawn l-aħħar 15-il xahar.", "Minn informazzjoni li ta l-Ministru jidher li meta kkomparat mas-sena l-oħra, fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena, is-serq fil-lokalità ta' Birżebbuġa kważi rdoppja.", "Informat ukoll mill-Pulizija li mill-aħħar tas-sena 'l hawn inqatgħu r-rondi li kienu jsiru f'Birżebbuġa u f'postijiet oħrajn u li l-pulizija kienu jitħallsu extra tagħhom.", "Għalhekk mhuwiex eskluż li din iż-żieda qawwija fir-rapportaġġ ta' serq minn Birżebbuġa u lokalitajiet oħrajn hija riżultat tan-nuqqas ta' dawn ir-rondi.", "Għaldaqstant jista' jekk jogħġbu l-Ministru jinforma lil din il-Kamra għaliex inqatgħu dawn ir-rondi u jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jiġu introdotti?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: L-ewwel nett, ikun tajjeb li ngħid li minkejja dak kollu li jingħad, il-kriminalità f'pajjiżna matul l-2018 naqset b'7%.", "Issa ovvjament jien m'iniex kuntent b'dan għax għad hemm ħafna aktar x'jista' jsir.", "Però jkun tajjeb li nirrikonoxxu li fil-maġġor parti tal-lokalitajiet, ir-rata ta' serq naqset drastikament, inkluż il-pickpocketing.", "Fir-rigward tal-pickpocketing qegħdin ninnotaw li ħafna drabi dan jimxi minn post għal ieħor.", "Pereżempju kien hemm żmien meta Paceville kien il-mira prinċipali għall-pickpocketing u meta mbagħad il-Pulizija kienet qed tiffoka fuq Paceville, dan mexa lejn in-naħa tal-Belt u huwa hawnhekk fejn naħdmu bħala target policing.", "Nerġa' ngħid li minkejja dan kollu, il-pickpocketing naqas drastikament b'madwar 60% jew 70% ikkomparat mal-2017.", "Forsi wieħed jista' jgħid li ma jarax uffiċjali tal-pulizija bl-uniformi, imma jien nista' ngħid li nhar il-Ħadd li għadda, pereżempju, kien hemm pulizija għaddejjin bir-ronda bil-karozzi ġewwa Marsaxlokk u anke fin-naħa ta' Birżebbuġa għax kont hemmhekk u rajthom jien stess.", "Fil-fatt il-pulizija kienu qegħdin jiċċirkondaw iż-żona biex isegwu dak li jkun għaddej.", "Min-naħa l-oħra, kif għedt, meta jkun hemm ċertu serq li jkun identifikat f'lokalitajiet partikolari, nibagħtu lill-pulizija tad-distrett, bħalma għamilna fil-Belt Valletta, fejn irnexxielna nindirizzaw il-problema ta' pickpocketing.", "Apparti li qed nużaw it-teknoloġija tal-informatika aħjar u l-ħidma tinqasam bejn il-pulizija ta' distretti differenti, qed nibagħtu numru ta' pulizija li minflok jirrapportaw l-għassa tal-Belt bl-uniformi, jirrapportaw l-għassa tal-Belt pajzana.", "Ir-rwol tagħhom ikun li jduru fit-toroq tal-Belt u jipprovaw jidentifikaw lil dawk il-persuni li jkunu se jwettqu reat.", "Kif għedt, qed naħdmu bħala target policing u għalhekk ix-xogħol li jkun għaddej mhux bilfors ikun viżibbli għas-sempliċi raġuni li l-pulizija jkunu pajżana.", "Rigward l-overtime tal-Korp tal-Pulizija rrid ngħid li dan ma nqatax imma għadu għaddej.", "Meta jkun hemm target policing, ħafna drabi, inġibu pulizija minn dipartimenti u distretti oħrajn biex attwalment naraw li l-affarijiet ikunu aktar koordinati.", "Nista' nassigura wkoll li bħalma tal-RIU jagħmlu rondi b'mod regolari u persistenti ġewwa l-Marsa u l-Ħamrun, dawn jagħmlu rondi wkoll f'Birżebbuġa u Ħal Far b'mod speċjali, għal raġunijiet ta' ordni pubblika u biex wieħed josserva u jiġbor aktar informazzjoni.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Aktar kmieni l-Ministru kien qed jitkellem dwar aktar kollaborazzjoni biex tiġi miġġielda b'mod aktar qawwi l-ġlieda kontra d-droga.", "Fid-dawl li dan l-aħħar rajna aktar informazzjoni dwar droga sintetika mogħtija, fost l-oħrajn, mill-midja, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx xi miżuri partikolari li qegħdin jittieħdu, anke fid-dawl li riċentement kellna emenda fil-liġi li tirrigwarda proprju dan il-qasam?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li l-akbar sfida li kellna kien il-fatt li fir-rigward tad-droga sintetika, ħafna drabi, il-kriminal jipprova dejjem ikun pass quddiem il-liġijiet ta' pajjiżna.", "Fil-fatt kif semmejt kemm-il darba, 85% tad-droga li wieħed jipprova jdaħħal f'pajjiżna u li tinqabad ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hija droga sintetika li ma ssibhiex fl-iskeda li tagħmilha illegali.", "Ir-riżultat ta' dan hu li ħafna drabi l-persuni li jkunu residenti hemmhekk jittieħdu passi kontra tagħhom għax ikollhom xi ħaġa illeċita, imma fir-rigward ta' min jinqabad qed jipprova jdaħħal id-droga ma tistax tieħu passi kriminali kontrih għax din id-droga mhijiex illegali.", "Għalhekk pass għaqli li sar min-naħa tal-Gvern u min-naħa tal-Deputat Prim Ministru kien li daħħalna emendi, li ddiskutejna f'dan il-Parlament u li diġà għaddew mill-istadju ta' Kumitat, biex kif il-liġi tidħol fis-seħħ, se tbiddel il-konċett kollu.", "S'issa l-liġi kienet tgħid li xejn mhu illegali sakemm mhuwiex fl-iskeda li tagħmlu illegali.", "Bħala Parlament irriversjajna s-sitwazzjoni u għedna li kollox huwa illegali jekk għandek ċerti komponimenti fih li mhumiex fl-iskeda li tagħmilhom legali jew li m'għandhomx l-awtorizzazzjoni tal-Medicines Authority.", "Din il-liġi se tkun qed tgħin ħafna fil-ġlieda kontinwa kontra d-droga.", "Sur President, hawn irrid nagħmel il-punt li d-droga sintetika, ħafna drabi, hija aktar perikoluża minn kull droga oħra.", "Għalhekk irridu niġġeldulha bis-serjetà u nwasslu l-messaġġ li din tagħmel ħafna ħsara għax hemm l-impressjoni li d-droga sintetika mhi xejn.", "Fir-realtà, l-ewwel nett, wieħed ma jkunx imdorri b'din it-tip ta' droga u t-tieni, din hija droga perikoluża ħafna għas-saħħa tal-individwi jekk jikkonsmawha.", "Għal din ir-raġuni, jekk irridu nirnexxu fil-ġlieda tagħna kontra d-droga bħala pajjiż, irridu nkomplu niġġieldu din id-droga bis-serjetà f'kull settur.", "Issa mhuwiex faċli li l-ġlieda kontra d-droga tirnexxi kompletament u għalhekk irridu nżidu fl-edukazzjoni, fl-impenn, fil-ħidma u fil-kollaborazzjoni bejn is-setturi differenti tas-soċjetà u nkomplu nsaħħu l-għajnuna li nagħtu lill-individwi.", "Xi ħaġa oħra li qiegħed ninsisti dwarha hija r-riabilitazzjoni mid-droga ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Wieħed m'għandux jasal fl-aħħar sena tiegħu li jiskonta s-sentenza tal-ħabs biex jintbagħat għar-riabilitazzjoni, imma għandu jingħata l-għajnuna minn qabel.", "Ma nistgħux nirraġunaw li persuna tieħu d-droga faċilment fil-ħabs u mbagħad fl-aħħar nipprovaw ngħinuha.", "Irid ikun hemm pjan għal kull persuna fil-ħabs u min huwa vittma tad-droga għandu jingħata r-riabilitazzjoni meħtieġa sakemm ikun qed jiskonta s-sentenza.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi, mistoqsija supplimentari.", "JASON AZZOPARDI: Fil-Fgura u f'Raħal Ġdid, fl-aħħar jiem, żdied ħafna s-serq, partikolarment mill-ħwienet bil-lejl.", "Minn ċerti filmati li rajna fuq il-midja soċjali, jidher li probabbilment qegħdin nitkellmu fuq l-istess żewġ persuni.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat b'dan?", "It-tieni, jista' l-Ministru jserraħ ras ir-residenti ta' Raħal Ġdid u l-Fgura li l-ħidma tal-pulizija żdiedet fl-intensità tagħha biex din il-mewġa ta' serq li kellna f'dawn l-aħħar ġranet ma tkomplix għaddejja?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Apparti r-rondi li jsiru minn diversi setturi tal-Korp tal-Pulizija, kemm pajzana kif ukoll bl-uniformi, il-pulizija tiffoka fuq iż-żoni fejn ikunu qed isiru atti ta' kriminalità.", "Kif għedt aktar qabel, ħafna drabi, il-kriminalità ma tibqax ikkonċentrata f'post wieħed imma timxi minn post għall-ieħor.", "Għalhekk il-pulizija tagħmel evalwazzjoni kuljum, u xi kultant anke aktar minn darba kuljum, dwar it-trend li jkollha quddiemha biex tikkonċentra aktar il-ħidma ta' target policing.", "Target policing huwa meta l-pulizija tara ċertu tip ta' kriminalità li tkun qed tiġri f'ċerta lokalità jew żona partikolari u tiffoka aktar fuq dik iż-żona.", "Ikun hemm pulizija bl-uniformi li jagħmlu r-rondi normali kif ukoll pulizija pajżana li jkunu qegħdin iduru f'dawk l-akkwati ħalli jipprovaw jaqbdu lill-persuni red-handed.", "Nerġa' ngħid li l-kriminalità qed tonqos u s-serq naqas drastikament però aħna xorta konxji li għad fadal kriminalità u serq għaddej.", "Jekk ngħid mod ieħor inkun qiegħed naħrab mir-realtà.", "L-aħjar mod kif tindirizza problema li tkun qiegħda titfaċċa huwa billi tiġġieled u tipprova tkisser ċerti ċrieki f'żoni partikolari.", "Irrispettivament minn x'inhi t-tip ta' kriminalità, il-pulizija hija dejjem ikkonċentrata biex tiġġildilha.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Riċentement sfortunatament segwejna diversi inċidenti li kienu jinvolvu n-nar.", "Naf li min-naħa tal-Ministeru sar investiment fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, b'mod speċjali fir-riżors uman u anke fl-apparat li jintuża min-nies li jaħdmu ma' dan id-dipartiment.", "Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra bit-tibdiliet li saru riċentement fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Qabel nitkellem fuq l-apparat li investejna fih, irrid nitkellem fuq l-ewwel konċett.", "S'issa għad għandna ħafna persuni li meta tkellimhom fuq il-Protezzjoni Ċivili, kulma jiġihom f'moħħhom huwa li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jiġġieled in-nar.", "Bi pjan mifrux fuq seba' snin li tkellimt fuqu nhar it-Tnejn li għadda, aħna rridu bidla fil-mentalità.", "Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jrid ikun verament Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u għal din ir-raġuni rridu ninvestu fir-riżorsi umani.", "Waħda mill-affarijiet li għamilna enfasi fuqha hija l-ilbies ta' protezzjoni li jilbsu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.", "Bħala Ministeru, diġà ħadna l-passi kollha meħtieġa biex ninvestu fl-aħjar ilbies protettiv.", "Għalina, din hija l-ewwel prijorità.", "It-tieni prijorità hija li tliet snin ilu ddeċidejna li nibdew inbiddlu l-flotta kollha tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, bħalma huma l-fire engines, it-trakkijiet u anke d-dgħajjes li jintużaw f'ċerta ħidma ta' rescue u ġlidiet kontra t-tifi tan-nar fl-ibħra tagħna.", "It-tielet prijorità hija li qed ninvestu bil-kbir f'vetturi li s'issa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma kellux, bħal bowsers kbar.", "Hawn irrid nirringrazzja lill-Malta Industrial Parks għall-għajnuna u l-koperazzjoni li qegħdin insibu mingħandhom, biex jipprovdu dawn il-bowsers kbar ta' 40,000 u 20,000 litru.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-Awtorità tal-Ippjanar li min-naħa tagħha, qed tagħti mill-fondi li tiġbor biex nixtru tower ladders li jwasslu sa ammont ta' sulari.", "Bħala Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed nixtru wkoll tower ladders oħrajn.", "Ikun tajjeb li nsemmi wkoll li l-apparat se jkun state of the art u tal-aħħar teknoloġija.", "Huwa importanti wkoll li jkollna infrastruttura tal-ogħla livell u li tlaħħaq għall-bżonnijiet tal-Protezzjoni Ċivili fl-ambjent fejn jopera dan id-Dipartiment.", "Irridu postijiet li jipproteġu l-inġenji, l-apparat u lin-nies li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jekk ikun hemm xi diżastru naturali jkunu jistgħu jirrispondu għal dak li jista' jinqala' mill-ewwel.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Irrid ningħaqad mal-Ministru biex nifraħ lill-Korp tal-Pulizija għall-qabda tad-droga li saret ilbieraħ.", "Però rrid ngħid ukoll li jistona daqsxejn li l-Ministru ma kienx preżenti għall-press conference li saret illum wara nofsinhar mill-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Konrad Mizzi li fiha faħħru ħafna lid-Dwana, però eskludew lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija milli jieħu daqsxejn mill-mertu tal-ħidma tal-pulizija.", "Kif spjega tajjeb il-Ministru, m'għandix dubju li l-pulizija kellhom sehem importanti fil-qabda kbira ta' droga li saret.", "Jien segwejt il-press conference u naħseb li hija daqsxejn simplistika li wieħed jgħid li dawn il-qabdiet qegħdin isiru għaliex sar investiment f'makkinarju ġdid fid-Dwana.", "M'għandix dubju li dan l-investiment għen, però naħseb li hawn fenomenu ġdid li pajjiżna qed jintuża bħala rotta minn fejn tgħaddi d-droga.", "Skont ċifri li ħarġu jidher li din is-sena nqabdet droga b'valur ta' €132 miljun.", "Din tixgħel bozza ħamra.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax lill-Gvern Malti li Malta saret parti minn rotta internazzjonali tad-droga?", "Qabda ta' droga b'valur ta' €132 miljun matul din is-sena tindika li għal xi raġuni, pajjiżna jista' jkun li sar parti minn ċirku tat-traffikar tad-droga internazzjonali.", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex Malta ma tibqax tintuża għal dan it-traffikar ta' droga?", "Qed nieħdu l-mertu li naqbdu d-droga però qed nieħdu wkoll il-fama li sirna ċentru tat-traffikar ta' droga!", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Għall-inqas Malta ma tispiċċax il-pajjiż fejn jinqabdu t-traffikanti, nagħtuhom maħfra Presidenzjali u nibagħtuhom 'l hemm!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata qed tingħata l-attenzjoni u l-prijorità meħtieġa.", "Qegħdin nagħmlu dawn il-qabdiet għaliex qed inkunu effiċjenti!", "Issa nispera li għax qed naqbdu d-droga, ma niġux akkużati li hawn ħafna droga fil-pajjiż u li hawn id-droga għaddejja mill-portijiet tagħna!", "Nixtieq inkun naf jekk l-Oppożizzjoni tixtieqx li ma nkunux effiċjenti, li ma jkollniex l-apparat, li ma jkollniex il-kolloborazzjoni, li tiddeċiedi li s-Servizz tas-Sigurtà … (Interruzzjonijet)", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Diġà skada l-ħin però se nara x'inhu l-point of order.", "(Interruzzjonijiet)", "BEPPE FENECH ADAMI: Il-Ministru qiegħed ipoġġi kliem f'ħalqi.", "Jien fl-ebda mument m'għedt dan il-kliem!", "Jien staqsejt jekk jistax ikun li Malta saret parti minn rotta ta' traffikar tad-droga.", "Il-Ministru huwa żleali meta jipprova jattribwixxi lili affarijiet li m'għedtx.", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, ikkonkludi.", "Jien taf biex nieħu pjaċir?", "Li qed inkunu effiċjenti aktar minn qatt qabel, li għandna l-apparat biex niġġieldu din il-kriminalità u li għandna l-koperazzjoni internazzjonali li qed twassal biex qegħdin nirnexxu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Statement tal-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2018 tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, flimkien mal-Estimi tal-istess Korporazzjoni għall-2019.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHEAL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' tipi ta' reati kriminali li ġew irrapportati lill-pulizija fis-snin 2017 u 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9499.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar uffiċċji ta' aġenziji u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali miftuħa f'Għawdex , bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9325.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Kumitati Permanenti u nsejjaħ lill-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta - Abbozz Nru. 49 - u l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, - Abbozz Nru. 50 - wara li xi klawsoli minn dawn l-Abbozzi ta' Liġi kienu ġew ikkonsidrati mill-ġdid fil-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, għaddew mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Emenda Nru 2) - Abbozz Nru 75 -għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "L-ISPEAKER: Skont ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, f'din is-seduta se jittieħdu numru ta' votazzjonijiet.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, skont ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra se ngħaddu għal item numru 6 fuq l-aġenda, jiġifieri t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi, u wara għas-seba' item u għat-tmien item fuq l-aġenda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, qed naqblu li għandna mmorru għas-sitt item fuq l-aġenda, però qed nitlob il-permess li nissospendu għal ħames minuti qabel immorru għall-vot.", "BYRON CAMILLERI: M'hemmx oġġezzjoni,", "L-ISPEAKER: Kollox sew, se mmorru għal item numru 6, imbagħad is-seduta tkun sospiża għal ħames minuti qabel ma jittieħed il-vot.", "Il-Ministru għall-Finanzi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JIMPLIMENTA MIŻURI TAL-ESTIMI", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi jkun moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: Skont ftehim milħuq din id-division tittieħed ħames minuti oħra.", "Fl-4.35 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet fl-4.41 p.m.", "L-ISPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jimplimenta Miżuri tal-Estimi Finanzjarji għall-2019 u miżuri amministrattivi oħra\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni.", "Niddikjara minn issa li l-ħin tal-votazzjoni huwa miftuħ.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AWTORITÀ GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI TA' GĦAWDEX", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għas-seba' item fuq l-aġenda li hija l-votazzjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex li ntalbet fis-seduta numru 200 ta' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Frar, 2019.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-twaqqif ta' Awtorità li tkun magħrufa bħala l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u għall-eżerċizzju, minn jew f'isem dik l-Awtorità, ta' funzjonijiet regolatorji u konsultattivi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u sabiex jagħmel provvedimenti dwar affarijiet anċillari għal dan jew konnessi ma' dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, aħna tal-Partit Demokratiku se nivvotaw favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nittamaw li l-Gvern għandu r-rieda li jħalli lil din l-Awtorità Reġjonali taħdem lil hinn mill-influwenza politika.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni.", "Skont ftehim milħuq, din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "Niddikjara minn issa l-ħin tal-votazzjoni miftuħ.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq il-mozzjoni ħalli dan l-Abbozz ta' Liġi, minkejja li kien jirrikjedi l-Messaġġ tal-President, jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għal Għawdex.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "MILL-OPPOŻIZZJONI SABIEX JIĠI EMENDAT L-AVVIŻ LEGALI NRU 438 TAL-2018 DWAR ART AGRIKOLA PROPRJETÀ TAL-GVERN – VOTAZZJONI FUQ EMENDA", "GĦALL-MOZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa mill-Onor.", "Edwin Vassallo fis-seduta numru 202 tas-26 ta' Frar, 2019, sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali Nru 438 tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess skont ftehim milħuq.", "Niddikjara l-ħin tal-votazzjoni miftuħ minn issa.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda m'għaddietx.", "L-ISPEAKER: Ngħaddi issa biex inqiegħed il-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif imressqa mill-Oppożizzjoni sabiex jiġi emendat l-Avviż Legali Nru 438 tal-2018 dwar Art Agrikola Proprjetà tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Din id-division tittieħed issa stess skont ftehim milħuq.", "Niddikjara l-ħin tal-votazzjoni miftuħ minn issa.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-KUNSILLI LOKALI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-18 ta' Marzu 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, illum qed inkomplu niddiskutu t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "Għażilt li nitkellem f'dan id-dibattitu bħala persuna li kelli esperjenza fil-kunsilli lokali.", "Niftakar li ta' 18-il sena kont ikkontestajt għall-ewwel darba għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali u kont tlajt fil-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa.", "Kont għamilt dan għax ħassejt li kelli nagħti s-sehem tiegħi biex intejbu l-lokalità li trabbejt u għext fiha.", "Ikolli nistqarr li, bħala kandidat ġdid, ikollok ħafna entużjażmu, ideat u ħeġġa biex tbiddel l-affarijiet, però finalment, kollox jirriduċi ruħu għar-riżorsi u s-saħħa li jkollhom il-kunsilli lokali.", "Naħseb li minkejja li l-kunsilli lokali huma eżerċizzju tajjeb u f'ħafna lokalitajiet irnexxew, kien hemm lokalitajiet fejn minħabba sfidi differenti, il-proġett tal-kunsilli lokali ma kienx suċċess.", "Għalhekk naħseb li r-riforma li qegħdin niddiskutu bħalissa hija f'waqtha.", "Nixtieq nibda billi ngħid prosit lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għall-ħidma kbira li għamel fuq din ir-riforma, fejn iltaqa' ma' kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex biex ikollna riforma ħolistika li tolqot lil kull lokal.", "Nistgħu ngħidu li hawn entużjażmu u rispons pożittiv ħafna għal din ir-riforma.", "Għalhekk, f'dan is-sens, qed inħares 'il quddiem sabiex din ir-riforma tiġi implimentata.", "Naħseb li huwa importanti li nifhmu wkoll id-diffikutlajiet li jgħaddu minnhom il-kunsilliera u s-sindki tal-kunsilli lokali.", "Jekk jogħġobkom, is-Segretarju Parlamentari qed jagħmel id-diskors tiegħu u b'rispett lejh u lejn din il-Kamra, nitlob li min jixtieq jitkellem, joħroġ barra mill-Kamra.", "Onor. Schembri, tista' tkompli.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, naħseb li ċ-ċentru ta' din ir-riforma huma n-nies li jaħdmu fil-kunsilli lokali, bħall-impjegati, is-segretarji eżekuttivi, is-sindki u l-kunsilliera.", "Il-fatt li saret konsultazzjoni estensiva ma' kull kunsill lokali mmexxija mis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis sabiex naraw x'jixtiequ minn din ir-riforma għen biex din ir-riforma tkun tista' tirnexxi fl-intier tagħha.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq riforma żgħira imma qed nitkellmu fuq riforma li se tolqot lil kull lokal f'Malta u f'Għawdex.", "Nerġa' ngħid, li meta kont ħriġt għall-ewwel darba għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali kelli ħafna entużjażmu però meta tiġi biex timplimenta ċerti miżuri jew ċerta ħidma, issib li r-riżorsi huma limitati.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li f'din ir-riforma ma rajniex sempliċement il-mod kif se jkunu qed joperaw il-kunsilli lokali però ffokajna wkoll fuq ir-riżorsi.", "Il-fatt li issa r-responsabilità tat-toroq għaddiet għand Infrastructure Malta se jgħin lill-kunsilli lokali.", "Kif nafu, bħala Gvern, għandna proġett li permezz tiegħu se nagħmlu t-toroq kollha tal-pajjiż fi żmien seba' snin, imma fl-istess ħin, il-fondi tal-kunsilli lokali ma ntmissux.", "Dan ifisser li indirettament l-allokazzjoni finanzjarja għall-kunsilli lokali qed tiżdied b'mod sostanzjali.", "Jien niftakar żmien fejn kont trid iġġemma' ftit flus biex tagħmel triq fil-lokal u dan b'sagrifiċċji kbar.", "Niftakar żmien fejn ridt tkun kreattiv sabiex tara kif se tiffranka ftit eluf minn hemm u minn hawn biex tkun tista' tagħmel minn triq sa tlieta f'sena.", "Din kienet xi ħaġa li kienet iġġib anke ċerta rabja lejn il-kunsilli lokali.", "Ħafna drabi l-kritika kienet tkun li l-kunsilli lokali qegħdin hemm għalxejn għax it-triq kienet tkun ilha mħaffra u kienet tibqa' mħaffra jew kienet tkun ilha biex issir u tibqa' ma ssirx.", "Ir-realtà ħafna drabi kienet tkun li l-kunsilli lokali ma kienx ikollhom fondi biżżejjed għal dawn il-proġetti minkejja li kienu jkunu jixtiequ jagħmlu dan.", "Illum, grazzi għall-għajnuna u l-investiment kbir bla preċedent li qed jagħmel dan il-Gvern fuq l-infrastruttura tal-pajjiż, b'mod partikolari fuq it-toroq, il-kunsilli lokali jistgħu jiffokaw il-ħidma tagħhom fuq affarijiet b'effett aktar dirett lejn iċ-ċittadin.", "Il-kunsilli lokali ma rridux inħarsu lejhom biss għat-toroq u l-bankini.", "Illum il-ġurnata qed naraw li t-toroq jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' Infrastructure Malta però b'sehem dirett tal-kunsill lokali.", "Fil-fatt diġà rajna b'mod fattwali kif qed taħdem din is-sistema.", "Qed naraw li numru ta' toroq mifruxin ma' Malta u Għawdex qegħdin isiru mill-ġdid bir-riżultat li l-kunsilliera jkunu jistgħu jiffokaw fuq aktar ħidma soċjali.", "Waqt il-preżentazzjoni dwar din ir-riforma s-Segretarju Parlamentari semma diversi oqsma fejn il-kunsilli lokali jista' jkollhom aktar sehem attiv, bħal pereżempju mill-aspett edukattiv, mill-aspett ta' saħħa u mill-aspett soċjali, fost l-oħrajn.", "B'hekk il-ħidma tal-kunsilli lokali se tkun qed tifforma parti essenzjali mill-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadin f'dak il-lokal partikolari.", "Sinjura President, naħseb li jkun tajjeb li nuru l-apprezzament tagħna lejn is-sindki u l-kunsilliera li jaħdmu għal-lokalitajiet tagħhom.", "Kulħadd jaf li hemm kunsilliera u sindki dedikati u sfortunatament hemm ukoll kunsilliera u sindki li forsi ma jiddedikawx tant ħin għall-kunsill lokali.", "Għalhekk wieħed għandu jikkonsidra metodi ta' kif wieħed jeżamina l-ħidma li tkun qed issir, bħalma pereżempju, isir f'din il-Kamra.", "Kif nafu, riċentement dan il-Gvern daħħal sistema fejn jekk Membru Parlamentari ma jattendix għas-sessjoni tal-Parlament, titnaqqaslu mir-remunerazzjoni tiegħu.", "Tajjeb ngħid li għandna naraw li l-kunsilliera u s-sindki jingħataw rikonoxximent għax-xogħol tagħhom, għax dawn fl-aħħar mill-aħħar, ir-remunerazzjoni tagħhom żgur li ma tirriflettix id-dedikazzjoni u l-ħin li jqattgħu f'din il-ħidma.", "Però għandu jkun hemm sens ta' responsabilità wkoll.", "Filwaqt li lkoll naqblu li għandna nżidu l-apprezzament lejn il-kunsilliera u s-sindki, irid ikun hemm ukoll ħidma b'saħħitha min-naħa tagħhom.", "Ma jistax ikollna sitwazzjoni fejn qabel l-elezzjoni nibdew naraw lill-kunsilliera ma' kullimkien, imma wara l-elezzjoni, il-kontribut tagħhon lejn il-kunsill lokali jkun żero.", "Naħseb li rridu niżguraw li jekk persuna toħroġ biex isservi fil-kunsill lokali, għandha tagħmel dan b'dedikazzjoni.", "Għalhekk nemmen li għandna nevalwaw il-ħidma li ssir mill-kunsilliera.", "Sfortunatament xi kunsilliera litteralment jisparixxu hekk kif tgħaddi l-elezzjoni u dan jagħti isem ħażin lill-politika lokali.", "Naħseb li din hija xi ħaġa importanti li wieħed irid jagħti kasha.", "Nemmen li din ir-riforma se tidħol fis-seħħ b'mod fattibbli.", "Xi ħaġa li wieħed irid jinnota huwa l-aspett tar-reġjuni u tal-hamlets.", "Naħseb li lkoll naqblu li l-esperiment tal-hamlets, fil-parti l-kbira tiegħu, ma rnexxiex.", "Għalhekk din ir-riforma se tkun qed tabolixxi l-hamlets u nerġgħu nirritornaw għas-sistema li kellna qabel fil-livell ta' kunsill lokali.", "Però jagħmel sens li nibdew insaħħu r-reġjuni.", "Il-fatt li r-riforma se tipproponi li l-elezzjonijiet tar-reġjuni jsiru wara l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali se jagħti aktar ftuħ u opportunitajiet lil min irid jikkontribwixxi fuq livell lokali iżda anke fuq livell reġjonali.", "Se jkollna nies professjonali li xogħolhom ikun proprju dak li naraw li jsir ċertu koordinament ta' ħidma fuq livell reġjonali.", "Hemm konċetti ġodda li rridu nitkellmu aktar dwarhom.", "Pereżempju, għadu jagħmel sens li kull lokalità jkollha l-kuntrattur tat-tindif jew tal-ġbir tal-iskart tagħha meta għandek lokalità ta' 5,000 ruħ u lokalità ta' 20,000 ruħ?", "Jagħmel sens li forsi jkun hemm kuntrattur wieħed għal numru ta' lokalitajiet?", "Mil-lat ekonomiku u mil-lat ta' effiċjenza huwa tajjeb li jsiru aktar diskussjonijiet.", "Huwa hawn fejn jidħol ir-reġjun li b'kordinament mal-kunsilli lokali rispettivi jaraw li jkun hemm aktar value for money.", "Inutli nitkellmu dwar aktar allokazzjoni ta' fondi jekk din l-allokazzjoni ma tkunx qiegħda tiġi utilizzata bl-aħjar mod possibbli.", "Il-fatt li r-riforma qed tidħol anke f'dan id-dettall, jagħmilha riforma ħolistika.", "Minbarra l-miżuri tajbin kollha li qegħdin insemmu hemm bżonn ukoll li jingħata ċertu taħriġ lill-kunsilliera.", "Il-fatt li kunsillier jikkontesta fuq it-ticket ta' partit, ħafna drabi, il-partit jassistih b'ċertu taħriġ sal-elezzjoni, però l-esperjenza dejjem urietna li sfortunatament imbagħad kulħadd jintelaq għal rasu u kulħadd irid jitgħallem mill-iżbalji tiegħu.", "Ħafna drabi, ma jkunx hemm it-taħriġ neċessarju.", "L-istess wieħed jista' jgħid għal meta wieħed jidħol f'din il-Kamra.", "Niftakar li meta tlajt l-ewwel darba bħala Membru Parlamentari, ikun hemm dik id-dawra mal-Parlament fejn jispjegawlek il-proċeduri ta' din il-Kamra, fosthom l-iStanding Orders, però fil-verità, trid tfendi għal rasek.", "Din hija r-realtà!", "Trid titgħallem mill-iżbalji tiegħek!", "Ovvjament, ma ddumx ma titgħallem, għax meta tieħu żball, mill-ewwel jiġbdulek l-attenzjoni.", "Barra minn dan, fil-Parlament, li huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, għandek numru ta' ħaddiema li joffrulek assistenza, kemm-il darba tfittixha.", "Però fuq livell ta' kunsill lokali, fejn is-segretarjat tal-kunsill lokali huwa limitat ħafna, sfortunatament, l-assistenza b'mod professjonali hija nieqsa ħafna.", "Nemmen li persuna għandha tibqa' fil-libertà li tikkontesta u li għandha tingħata l-opportunità li tagħmel dan.", "Fil-fatt qegħdin inwessgħu l-età biex wieħed ikun jista' jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Però huwa importanti wkoll dak li jiġri meta wieħed jitla' fil-kunsill lokali.", "Huwa tajjeb li jkun hemm dik l-imbottatura mill-partiti biex jiġbdu aktar kandidati li jikkontestaw u jikkontribwixxu għal-lokalitajiet però huwa importanti wkoll li naraw li jkun hemm it-taħriġ neċessarju.", "Naħseb li r-riforma għandha tħares anke lejn dan l-aspett.", "Qed nifhem li hawn qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra dwar din ir-riforma u għalhekk inħeġġeġ biex inħarsu 'l quddiem ħalli din ir-riforma mhux sempliċement tgħaddi mill-Parlament iżda nagħmluha tagħna.", "Bħala partiti politiċi, għandna naraw li din ir-riforma tiġi trażmessa u mqassma lill-kunsilliera u lill-kandidati rispettivi.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja mill-ġdid lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, lill-Ministru Owen Bonnici u lill-istakeholders kollha ta' din il-konsultazzjoni wiesgħa għal din ir-riforma.", "Kif għedt, mill-esperjenza li kelli fil-kunsill lokali nista' ngħid li wieħed kien imur b'ħafna entużjażmu però r-riżorsi kienu jkunu limitati ħafna.", "Illum il-ġurnata nemmen li din ir-riforma se tkun qed tagħmel tibdil u differenza fil-mod kif jaħdmu l-kunsilli lokali.", "Minbarra li din ir-riforma qed tagħti aktar riżorsi b'mod finanzjarju lill-kunsilli lokali, se tkun qed tagħtihom direzzjoni ċara ta' fejn iridu jiddedikaw il-ħidma tagħhom, direzzjoni li għandha tkun iffokata aktar fuq il-familji tal-lokalità u s-soċjetà b'mod ġenerali.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nirringrazzja lilek kif ukoll lill-Onor.", "Kemm ilni f'dan il-Parlament kienu diversi d-drabi li ġejna hawnhekk biex niddiskutu l-kunsilli lokali u r-riformi li jkun hemm bżonn minn żmien għal ieħor.", "Il-konċett ta' sussidjarjetà li fuqu tfasslet il-liġi li tirrigwarda l-gvern lokali snin ilu huwa wieħed fundamentali.", "Daqstant ieħor huwa importanti l-proċess ta' devoluzzjoni fejn il-Gvern ċentrali jgħaddi poteri li dejjem kienu tiegħu lill-kunsilli fil-lokalitajiet rispettivi.", "Illum, proprju 26 sena wara li twaqqfu l-ewwel kunsilli lokali fl-1993, għal darb'oħra, reġgħet qed tinħass il-ħtieġa ta' riforma u emendi fil-liġi li jirriflettu r-realtà tal-lum.", "Dan għaliex, illum, is-soċjetà qed tinbidel u tevolvi.", "Barra minn hekk, minħabba t-tibdiliet kbar li qegħdin jitwettqu fuq bażi nazzjonali mill-Gvern preżenti, il-kunsilli lokali jridu jżommu l-pass ma' dan it-tibdil u rridu nipprovdulhom l-għodod biex jimxu 'l quddiem u jgawdu mill-ġid li qed jinħoloq fil-pajjiż.", "Permezz tar-riformi li qegħdin inressqu għall-approvazzjoni tal-Kamra, l-ewwel nett qegħdin inħarsu lura biex nikkonstataw l-esperjenzi li kellna tal-kunsilli lokali kemm ilhom joperaw, però fl-istess ħin, qegħdin inħarsu 'l quddiem biex mhux biss ikollna tibdil u aġġornament, imma jkollna wkoll viżjoni fit-tul.", "Hawn irrid nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis u lit-tim tiegħu għall-eżerċizzju eżawrjenti li għamlu, fejn kellna proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa ħafna.", "Jien kelli l-opportunità li nkun parti mill-proċess ta' konsultazzjoni, minħabba r-realtà partikolari ta' Għawdex, fejn ħadt sehem f'diversi laqgħat u stajt nara r-rispons li hemm għall-ħtieġa ta' dawn ir-riformi.", "Jien nemmen fil-kunsilli lokali u nemmen ukoll li fil-prinċipju l-kunsilli lokali huma storja ta' suċċess però huwa fatt ukoll li hemm kunsilli lokali li spikkaw aktar minn oħrajn fejn tidħol il-ħidma sfiqa b'risq il-lokalitajiet rispettivi.", "Kellna mbagħad kunsilli lokali li ma ħadmux b'mod tajjeb u sfortunatament, ħafna drabi, mal-ħażin jeħel it-tajjeb.", "Jekk xejn, il-proċess ta' riforma qed jagħtina opportunità li nagħmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa dikjarazzjoni ċara li rridu s-serjetà.", "Mhuwiex sew li tiġġeneralizza imma nafu li għandna kunsilliera u sindki li huma ddedikati u għalhekk jistħoqqilhom li nagħtuhom kull appoġġ u fiduċja.", "Però hemm oħrajn li l-fiduċja li jingħataw mill-poplu ma jrodduhiex lura.", "Onestament, fil-fehma tiegħi, din hija ħasra għaliex minn dan kollu mbagħad ibatu n-nies u l-lokalità.", "Filwaqt li għandna ħafna regoli fl-Abbozz ta' Liġi, inkluż fil-Protokoll, fil-fehma tiegħi, huwa importanti ħafna l-kodiċi tal-etika għall-kunsilliera u s-sindki.", "Dan il-kodiċi ta' etika qed jitfa' responsabbiltà fuq dawk kollha parteċipi fil-governanza lokali.", "Illum, li proprju qegħdin lejliet l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u għaddejjin bin-nominazzjonijiet tal-kandidati, qegħdin ngħaddu messaġġ ċar lil dawk kollha li jridu jidħlu għal din il-ħajja pubblika, li rridu nies responsabbli, dedikati u li jridu jaħdmu.", "Parti importanti ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jirrifletti riforma kbira oħra li wettaq dan il-Gvern fejn jidħol il-Vot 16.", "Minn hawnhekk irrid nifraħ lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli għal din il-ħidma.", "Aħna Gvern li nemmnu fiż-żgħażagħ u dejjem mexxejna 'l quddiem riformi biex nagħtu aktar vuċi ħalli jkun hemm aktar parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.", "Bħala Gvern għandna l-kredenzjali kollha f'dan ir-rigward li ġew issiġillati bil-Vot 16.", "Matul l-ewwel leġiżlatura tiegħi f'din il-Kamra, fl-2003, kont kelliema għaż-żgħażagħ f'dan il-Parlament u kont responsabbli wkoll mid-dokument dwar il-politika taż-żgħażagħ, fejn dakinhar, mill-Oppożizzjoni, konna qed nimbottaw riforma bħal din, liema riforma kellha tkun imwettqa minn dan il-Gvern.", "Illum, għall-ewwel darba, iż-żgħażagħ ta' 16-il sena qegħdin jingħataw iċ-ċavetta biex ikunu parteċipi bis-sħiħ fil-proċess demokratiku fit-teħid tad-deċiżjonijiet ta' pajjiżna.", "Dan qed jiġi rifless ukoll fl-emendi li għandna quddiemna llum.", "Sinjura President, jien qatt ma kkontestajt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u għalhekk qatt ma servejt bħala kunsillier jew sindku, però kemm ilni Membru tal-Kabinett, kelli l-opportunità naħdem ma' diversi kunsilli lokali.", "Fl-Amministrazzjoni preċedenti, ħdimt mal-kunsilli lokali ta' Malta kollha u issa, bħala Ministru għal Għawdex, qed naħdem aktar mill-qrib mal-kunsilli lokali Għawdxin.", "Nemmen li l-ħidma li ssir bejn il-Gvern u l-kunsilli lokali tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ta' kull lokalità.", "Naf u konxja mil-limitazzjonijiet li għandhom il-kunsilli lokali u dejjem nagħmel mill-aħjar li nista' biex naħdem magħhom u ngħinhom fix-xogħol li jkunu jridu jwettqu ta' kuljum, inkluż fejn jidħlu proġetti kapitali.", "Bil-kollaborazzjoni li nibtet b'mod strutturat dan l-aħħar bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-kunsilli lokali Għawdxin, qegħdin naħdmu f'sinerġija sħiħa biex inwettqu proġetti infrastrutturali kbar li fil-passat, il-kunsilli lokali lanqas biss kienu joħolmu bihom.", "Ftit tal-ġranet ilu ħabbart proġett għal Għawdex fejn elenkajt 50 triq li se nkunu qegħdin nagħmlu.", "Il-kunsilli lokali kienu stakeholders importanti f'dan il-proġett għaliex flimkien magħhom, iddiskutejna, ippjanajna u għamilna lista ta' prijoritajiet skont il-bżonnijiet tal-lokalità partikolari ta' kif se jsiru x-xogħlijiet.", "Dan juri li f'dan il-proċess kollu l-kunsilli lokali huma partners sħaħ magħna.", "Qed ngħid hekk għaliex minbarra li stabbilixxejna l-prijoritajiet flimkien mal-kunsilli lokali, tkellimna wkoll b'mod apert magħhom.", "Illum f'Għawdex ma nagħmlux distinzjoni bejn dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali u dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern, imma qegħdin naħdmu bi programm sħiħ id f'id billi bħala Ministeru qegħdin noħorġu l-fondi kollha u l-kunsilli lokali qegħdin jgħinuna fejn jidħlu l-preparamenti u l-ħruġ ta' tenders.", "B'hekk qegħdin niffrankaw il-ħin u nużaw ir-riżorsi ta' xulxin.", "B'mod kollettiv, il-ħidma tista' ssir aktar malajr u qed nirbħu ħafna żmien.", "Għall-benefiċċju tal-kunsilli lokali, is-sena l-oħra, għall-ewwel darba, nidejna skema ta' restawr.", "Fil-fatt qegħdin nistiednu lill-kunsilli lokali jersqu 'l quddiem bi proġetti ta' restawr biex inkunu nistgħu ngħinuhom jippreservaw il-wirt u l-patrimonju fil-lokalitajiet rispettivi.", "Minn din l-iskema, is-sena l-oħra bbenefikaw ħames kunsilli lokali li wettqu ħames proġetti distinti.", "Din is-sena reġgħet ħarġet skema oħra, fejn irċevejna 11-il applikazzjoni li jfisser li 11-il kunsill lokali resqu 'l quddiem biex inkunu nistgħu nagħmlu dawn ix-xogħlijiet.", "Rigward l-attivitajiet kulturali rrid ngħid li bħalma jaf kulħadd, dan l-aħħar f'Għawdex qegħdin nagħmlu programm estensiv ta' attivitajiet; prattikament kull tmiem il-ġimgħa qed ikun mimli b'attivitajiet.", "Dawn l-attivitajiet qegħdin isiru kollha taħt kappa waħda, jiġifieri qegħdin niġbru flimkien lill-għaqdiet, lill-kunsilli lokali u lill-individwi biex infasslu l-programm u nikkordinaw l-affarijiet flimkien, anke għal skopijiet ta' reklamar, u b'hekk qegħdin inkunu aktar iffokati.", "Bħala Ministeru, qegħdin nagħtu għajnuna finanzjarja diretta, għajnuna loġistika u għajnuna għar-reklamar, fejn qegħdin naħdmu id f'id mal-kunsilli lokali.", "Irrid insemmi wkoll li f'dawn l-aħħar ġranet ħadna sehem fil-fiera tal-ITB f'Berlin u hemmhekk Għawdex rebaħ il-premju ta' Best of Communities and Culture minn Green Destinations.", "Ovvjament dan seta' jsir għaliex ippromwovejna l-attivitajiet fil-komunitajiet tagħna.", "Bħala Ministeru nafu li l-kunsilli lokali jkollhom bżonn l-għajnuna kuljum u għalhekk nedejna pjattaforma diġitali.", "B'dan il-mod dawn ikunu jistgħu jilloggjaw u jressqu l-ilmenti tar-residenti tagħhom kif ukoll it-talbiet għal diversi xogħlijiet.", "Kull kunsill lokali ngħata numru biex ikun jista' jilloggja fuq din il-pjattaforma li jisimha Gozo Local Councils u kull talba li tiġi sottomessa tiġi reġistrata, imbagħad tiġi evalwata, biex wara jiġi deċiż jekk tiġix approvata jew le.", "Finalment ikun hemm il-feedback biex naraw l-implimentazzjoni ta' tali talba.", "B'hekk qegħdin nassiguraw li mhux biss ikun hemm kontabilità imma jkun hemm ukoll responsabbiltà fuq ix-xogħol li qed isir.", "Matul dawn l-aħħar xhur kemm ilha mwaqqfa din is-sistema, diġà kellna total ta' 308 talbiet li jvarjaw fin-natura tagħhom, fosthom talbiet ta' patching u għall-bankini, però anke talbiet pereżempju, għar-rikostruzzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ.", "Wara l-maltemp li kellna, daħlulna diversi lmenti biex inkunu nistgħu nassistu lill-kunsilli lokali biex jerġgħu jibnu l-ħitan u l-affarijiet li ġġarrfu minħabba l-maltemp.", "Ikun hemm talbiet ukoll għal tindif.", "Bħala Ministeru, qegħdin ngħinu lill-kunsilli lokali mhux biss finanzjarjament imma qegħdin nallokawlhom ukoll materjal, ħaddiema u anke makkinarju.", "Kont qed nisma' lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jitkellem dwar l-indafa.", "Nafu li l-kunsilli lokali jkollhom ċerti diffikultajiet rigward iż-żamma tal-indafa għaliex jiddependu ħafna mill-kuntratturi li nafu kemm huma limitati.", "Bħala Ministeru, qed nassistu lill-kunsilli lokali permezz tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, fejn qed nużaw in-nies u l-makkinarju tagħna biex inkunu nistgħu ngħinuhom, speċjalment meta jkun hemm xi avveniment li jattira massa ta' nies.", "Ovvjament, wara kull avveniment, trid tnaddaf kemm jista' jkun malajr biex terġa' tirriabilita l-post fl-inqas żmien possibbli.", "Permezz tad-Direttorat Eko Għawdex qegħdin nikkollaboraw anke fejn jidħlu clean up events.", "Uħud mil-lokalitajiet għandhom il-bajjiet tagħhom u għalhekk għandhom bżonn ta' aktar riżorsi.", "Huwa ferm importanti li bħala ministeru, nagħtu l-aħjar sostenn possibbli.", "Qegħdin ngħinu wkoll fejn jidħlu l-proġetti soċjali.", "Qed nara lill-Onor.", "Karol Aquilina; niftakar li konna niltaqgħu frekwentement meta kont inżur iċ-ċentru tal-anzjani tal-lokalità fejn hu kien sindku.", "Fil-fatt konna għamilna diversi proġetti ma' diversi kunsilli lokali oħrajn b'risq l-anzjani.", "Illum, bħala Ministru għal Għawdex, qed nipprova nirreplika dawn l-affarijiet f'Għawdex ukoll.", "Pereżempju, qegħdin f'kollaborazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali u l-għaqdiet tar-raħal biex nagħmlu programmi u proġetti għall-adolexxenti, għaż-żgħażagħ u anke għall-anzjani.", "Rigward l-anzjanità attiva, matul din l-aħħar sena, ftaħna ċentri fiż-Żebbuġ, fil-Qala u fil-Munxar fejn l-anzjani jiġu offruti programmi ta' anzjanità attiva, b'diversi attivitajiet, kif ukoll sessjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni.", "Is-sabiħ u l-vantaġġ tal-Ministeru għal Għawdex huwa li għandna ministeru wieħed li jkopri s-setturi kollha.", "Fil-fatt il-kunsilli lokali Għawdxin għandhom vantaġġ komparat mal-kunsilli lokali ta' Malta għaliex iħabbtu bieb wieħed u jkunu jistgħu jeċċedu għal ħafna affarijiet f'daqqa.", "Jien dejjem emmint fil-koordinazzjoni u meta konna qegħdin niddiskutu l-white paper fi stadju ta' konsultazzjoni, kont għamilt ħafna enfasi dwar il-ħtieġa li jkun hemm ħidma kordinata.", "Għal skopijiet ta' din il-liġi, Għawdex huwa reġjun wieħed, għaliex aħna territorju wieħed u għalhekk huwa aktar importanti li nikkordinaw.", "Qed ngħid hekk għax kien hemm istanzi fejn pereżempju, fuq bażi ta' reġjun, konna qed nimxu mod u fuq bażi ta' Gvern u amministrazzjoni konna qegħdin nixmu b'mod parallel.", "Dan ifisser li jkun hemm duplikazzjoni ta' xogħol u ħela ta' ħin u riżorsi.", "Aħna ma rridux intellfu lil xulxin imma rridu naħdmu flimkien.", "Irrid ngħid li minkejja li mal-kunsilli lokali individwali għandna armonija sħiħa, f'dak li għandu x'jaqsam mar-reġjun b'mod kollettiv għad hemm ħafna fejn intejbu.", "Fil-fatt, biex nassigura din il-koordinazzjoni, fl-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex li għadna kemm ivvotajna dwaru u li issa se jmur quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi, inkludejt membru tal-kunsilli lokali bħala rappreżentant ex officio biex nassigura li nkunu front wieħed u magħqudin.", "Fejn tidħol l-istrateġija għall-implimentazzjoni, irridu nkunu vuċi waħda biex tiġi implimentata.", "Importanti li r-relazzjonijiet tagħna jkunu kumplimentari għal xulxin biex nassiguraw li dak li qed jiġi propost ikun jista' jiġi mwettaq anke fuq livell ta' gvern lokali.", "Qed ninsisti fuq dan il-punt, għaliex jekk nitilfu dawn l-opportunitajiet, ifisser li nkunu qegħdin nitilfu anke l-lokalitajiet li għandna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk ma naħdmux flimkien, jista' jkollna kwestjonijiet ta' internal dynamics li jkun ifisser li ntellfu mill-possibbiltajiet li nimmassimizzaw l-isforzi li nkunu qegħdin nagħmlu.", "Kif nafu, il-kunsill lokali huwa magħmul min-nies għan-nies u l-politika titlob li inti tippreżenta ruħek u titlob il-fiduċja tan-nies, però mbagħad trid issarraf dik il-fiduċja f'ħidma fil-kunsilli lokali għall-ġid tal-lokalità.", "Nemmen li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa pass għaqli ħafna.", "Qed nara wkoll li l-istatus u l-kondizzjoni tas-sindki u tal-kunsilliera se jkunu qegħdin jitjiebu.", "Irridu nirrikonoxxu li għandna lokalitajiet li huma mmexxijin min-nies iddedikati ħafna li litteralment abbandunaw affarijiet oħrajn biex jiffokaw totalment fuq il-ħteġijiet tal-lokalità u għalhekk ikun tajjeb li jkollhom rikonoxximent u kondizzjonijiet aħjar.", "Fl-aħħar mill-aħħar, jekk irridu nattiraw talent ta' stoffa li jkun iffokat fuq ix-xogħol, irridu nippermettu li l-kunislliera u s-sindki jkollhom kondizzjonijiet tajbin.", "B'hekk, inkunu f'pożizzjoni li nattiraw nies li għandhom ċerti ħiliet.", "Kif għedt qabel, messaġġ ċar li joħroġ minn dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li rridu s-serjetà u l-kontabilità mhux biss morali, imma anke amministrattiva.", "Naqbel ħafna li għandu jkun hemm taħriġ u assistenza mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali fejn ikun hemm ċerti diffikultajiet.", "Ġieli niltaqa' ma' każijiet fejn il-kunsill lokali jkollu diffikultà dwar kif se jmexxi ċerti proċeduri jew kif se jmexxi 'l quddiem xi proġett min-naħa ta' management.", "Nemmen li d-Dipartiment għandu jkollu pool ta' riżorsi biex ikun jista' jagħti dak l-input li xi kultant ikun hemm bżonn anke fuq bażi regolari.", "Jien se nikkonkludi d-diskors tiegħi billi nirringrazzja lil dawk kollha li matul is-snin tal-eżistenza tal-kunsilli lokali, ħadmu u għamlu ħafna ġid lin-nies u lill-komunitajiet tagħhom.", "Nawgura li permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, dawk li jridu jaħdmu u verament għandhom ir-rieda tajba, isibu l-għodod li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jmexxu l-aġenda tagħhom u tal-lokalità 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sinjura President, meta niġi biex nitkellem dwar is-suġġett tal-kunsilli lokali, nagħmel dan bi kburija minħabba l-fatt illi nqis li l-kunsilli lokali kienu l-ewwel tarġa fil-ħajja pubblika tiegħi.", "Permezz tal-esperjenza li rnexxieli nikseb fi żmien li servejt bħala sindku tal-lokalità tal-Imsida, ksibt ħiliet li sibthom ta' benefiċċju aktar 'il quddiem fil-ħajja pubblika tiegħi u fil-mod kif qed naħdem fil-Parlament biex inservi lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Meta wieħed jitkellem dwar kwalunkwe riforma li tkun qiegħda ssir, l-aktar ħaġa importanti hi li wieħed jistaqsi x'inhu l-għan ta' din ir-riforma.", "Dan għaliex ladarba jinħass il-bżonn li ssir riforma, ikun hemm raġuni u ħsieb għalfejn ikun hemm bżonn li ssir bidla u għanijiet li jridu jiġu milħuqin.", "Ikun tajjeb li ngħid li din ir-riforma bdiet b'mod immedjat mal-bidu ta' din il-leġiżlatura f'Lulju tas-sena 2017.", "Jekk wieħed ikollu juża kelma waħda biex jiġbor fiha dak kollu marbut ma' din ir-riforma, naħseb li l-aħjar kelma tkun \"relevanza\".", "Permezz ta' din ir-riforma, se nkunu qegħdin naraw kif il-kunsilli lokali jkunu aktar relevanti.", "Minn hawn irrid insellem lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għax-xogħol siewi li qed jagħmel, mhux biss f'dan l-Abbozz ta' Liġi iżda ta' kuljum mal-kunsilli lokali.", "Din ir-riforma hija relevanti għax tolqot l-affarijiet li ċ-ċittadin imiss magħhom ta' kuljum u tolqot id-diversi oqsma u materji li l-kunsilli lokali jmissu magħhom, inkluż l-għodod neċessarji biex tabilħaqq ikunu jistgħu jaqdu dmirhom u jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini.", "Naħseb li kull meta jkun hemm riforma, wieħed għandu jagħmel eżami tal-kuxjenza u jistaqsi mistoqsijiet kruċjali li jwassluk biex tagħmel il-bidliet neċessarji.", "Dawn il-mistoqsijiet għandhom iwasslu għal tweġiba li tissodisfa l-kriterji elementari biex iċ-ċittadin iħoss li l-gvern lokali verament qiegħed hemmhekk biex iservih u jgħinu fil-ħajja tiegħu ta' kuljum.", "Meta qegħdin naħdmu fuq din ir-riforma rridu nżommu f'moħħna r-riżorsi li huma tant importanti u meħtieġa biex il-kunsilli lokali jkunu jistgħu joperaw bl-aħjar mod.", "Huwa ferm importanti li ntejbu l-performance tal-kunsilli lokali għax b'hekk ikun hemm kordinazzjoni aħjar f'dawk li huma servizzi offruti mill-istess kunsilli lokali.", "Illum qegħdin niddiskutu din il-liġi wara proċess ta' konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa li ħarset lejn diversi setturi u oqsma tas-soċjetà tagħna.", "Kien hemm konsultazzjoni anke ma' diversi dipartimenti, entitajiet u assoċjazzjonijiet involuti b'mod dirett fil-qasam tal-gvern lokali, il-kumitati reġjonali, il-kumitati amministrattivi, il-Kummissjoni Elettorali u l-partiti politiċi, fost l-oħrajn.", "Morna anke fuq il-korpi akkademiċi, fosthom l-Università ta' Malta u l-MCAST li taw l-input tagħhom.", "Saret anke konsultazzjoni pubblika mill-aktar wiesgħa fin-Nofsinhar ta' Malta, fit-Tramuntana ta' Malta kif ukoll fil-gżira Għawdxija.", "Ma ninsewx ukoll li kien hemm konsultazzjoni online bejn Ottubru u Novembru tal-2018 u ta' dan minn hawnhekk irrid nifraħ lill-Onor.", "Ħafna drabi llum il-ġurnata nitkellmu dwar l-importanza tat-teknoloġija u l-fatt li qed ngħixu f'villaġġ globali.", "Permezz tat-teknoloġija wieħed jista' jikkomunika ma' nies li qegħdin f'kontinenti 'l bogħod minna u f'time zones differenti minn tagħna b'mod istantanju.", "Però mbagħad f'pajjiżna, minkejja d-daqs tiegħu, ħafna drabi ma nużawx it-teknoloġija bl-aħjar mod.", "Għalhekk ninża' l-kappell lill-Onor.", "Parnis għal din l-inizjattiva.", "Kieku wieħed kellu jagħsar il-prinċipji bażiċi li fuqhom hija mibnija din ir-riforma, naħseb li ewlieni fosthom hemm ir-rispett lejn l-awtonomija lokali, fejn il-gvern lokali u l-Gvern ċentrali għandhom ir-rwoli rispettivi tagħhom.", "Fl-istess nifs, waqt li din ir-riforma se tkun qed tgħin lill-kunsilli lokali, se tkun qed tirrispetta l-awtonomija fil-mod kif joperaw il-kunsilli lokali mingħajr l-ebda xkiel.", "Ir-riforma titkellem dwar l-importanza li l-kunsilli lokali jkollhom l-għodda neċessarja biex joperaw kif ukoll dwar it-tisħiħ fuq livell reġjonali.", "Pajjiżna huwa maqsum f'numru ta' reġjuni u bħala Gvern, qegħdin naraw li dawn ir-reġjuni jkollhom l-għodda neċessarja sabiex ikunu jistgħu jagħtu kontribut siewi lejn il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.", "Dan kollu se jgħin biex jissaħħu l-istandards tas-servizzi offruti mill-kunsilli lokali.", "Sabiex dan isir, hemm bżonn li wieħed isaħħaħ ir-riżorsi tal-gvern lokali.", "Nemmen li fil-qalba ta' din il-ħidma mill-kunsilli lokali dejjem għandu jkun hemm iċ-ċittadin.", "Dan il-ħsieb imur anke fl-ispettru politiku, fejn iċ-ċittadin dejjem għandu jkun fil-qalba tal-ħidma tagħna.", "Meta riforma, b'xi mod jew ieħor, tbiegħed liċ-ċittadin miċ-ċentru, ikun qiegħed isir żball u nkunu qegħdin nagħmlu disservizz lejn is-soċjetà.", "Jekk wieħed iħares lejn numru ta' punti prinċipali li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika u li jinteressaw lill-pubbliku, isib li r-reġjuni, minħabba li huma akbar fid-daqs mill-kunsilli lokali, se jibda jkollhom responsabbiltajiet definiti, biex jagħtu anke servizz lill-kunsilli lokali li jinsabu fl-istess reġjun.", "Kien hemm enfasi kbira dwar il-bżonn li jkun hemm sistema u kordinazzjoni aħjar f'dak li għandu x'jaqsam ma' permessi li joħorġu mill-kunsilli lokali.", "Dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ħadmu fil-kunsilli lokali jew kellhom bżonn xi permessi mill-kunsilli lokali jafu li hemm numru ta' punti li wieħed jista' jtejjeb.", "Waħda mill-aktar ħaġa importanti u li l-aktar tolqot lid-dekasteru politiku tiegħi hija l-involviment taż-żgħażagħ fil-kunsilli lokali.", "Ejja niftakru li ż-żgħażagħ dejjem jingħataw fiduċja mill-elettorat.", "Jekk wieħed iħares lejn din il-Kamra, ħafna mir-rappreżentanti tal-poplu minn diversi distretti mxerrdin ma' Malta kollha, bdew proprju mill-kunsilli lokali.", "Naħseb li l-poplu, b'mod fattwali, dejjem ta fiduċja liż-żgħażagħ.", "Bħala Gvern, qegħdin naraw li ż-żgħażagħ ikollhom rwol ċentrali anke fil-kunsilli lokali.", "Dan kollu joħroġ ukoll mill-konsultazzjoni li saret mal-pubbliku inġenerali.", "Punti oħrajn li huma sinonimi mal-kunsilli lokali jinkludu s-sistema tal-ġbir tal-iskart, it-tisbiħ ambjentali tal-pajjiż u l-one-stop shop fil-kunsilli lokali.", "Kulħadd jaf kemm huwa importanti li ċ-ċittadin ikun jista' jinqeda għal diversi servizzi governattivi minn binja waħda.", "Issemmew ukoll l-effiċjenza tas-servizzi online u l-inklużjoni tas-setturi kollha fil-lokalità.", "Nemmen li ċentrali f'dan kollu huma l-uffiċjali tal-komunità li xogħolhom mhuwiex biss li jagħtu ċ-ċitazzjonijiet imma li jgħallmu.", "Jekk xejn, il-konsultazzjoni pubblika għenet biex wieħed japprezza kemm il-pubbliku inġenerali jħares lejn il-kunsilli lokali b'importanza.", "Issa se nħares b'mod fattwali lejn il-bidliet prinċipali li se jkunu qegħdin iseħħu permezz ta' din ir-riforma.", "L-ewwel nett, se jkollna żieda fir-reġjuni.", "S'issa pajjiżna kien maqsum f'ħames reġjuni u b'din ir-riforma se jkun maqsum f'sitt reġjuni.", "Naħseb li mil-lat loġistiku, dan se jgħin biex ikollok reġjuni milħuqin b'mod aħjar min-numru ta' lokalitajiet u fuq kollox, ikollok reġjuni li kapaċi jagħtu servizz lin-nies li jgħixu fihom.", "Qegħdin naraw li jkun hemm allokazzjoni finanzjarja lir-reġjuni, liema allokazzjoni għandha tkun waħda idonea u li tkompli tibni fuq dak it-tajjeb li diġà sar, biex il-kunsilli reġjonali jkunu jistgħu jagħtu s-servizzi li tant huma neċessarji.", "Qegħdin naraw ukoll li ż-żgħażagħ se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Minn hawnhekk, irrid insellem lil dawk kollha li huma involuti, b'mod fattwali u mhux bin-narrattiva politika biss, fil-ħidma biex ninkludu aktar żgħażagħ fil-kunsilli lokali.", "Iż-żgħażagħ huma l-preżent u l-futur ta' pajjiżna.", "Għalhekk, għal darb'oħra, inħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jersqu lejn il-ħajja pubblika u jservu lil pajjiżhom għax nassigurahom li s-sodisfazzjon li jieħdu huwa immens u huwa diffiċli li tiddeskrivih bil-kliem.", "Wieħed mill-punti li l-aktar li għoġobni kien proprju l-obbligu li l-kunsill lokali jiddiskuti l-pjan ta' ħidma tiegħu mar-residenti.", "Dan il-pjan għandu jkun fuq bażi ta' ħames snin u għandu jagħti dettalji dwar il-ħidma li jkun qiegħed jagħmel il-kunsill lokali.", "Naħseb li dan huwa importanti ħafna għax iċ-ċittadin se jkollu roadmap biex ikun jista' jżomm lill-kunsill lokali accountable u jkun jista' jitkellem mal-kunsilliera biex jara fejn wasal ix-xogħol imwiegħed fil-manifest tal-istess kunsill lokali.", "Sur President, fl-aħħar nett, irrid ngħid li l-kunsilli lokali huma parti integrali mill-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Dawn il-bidliet huma intiżi biex jagħtu aktar relevanza.", "Ma ninsewx li l-kunsilli lokali ilhom għexieren ta' snin imwaqqfin f'pajjiżna u l-għan ta' dawn ir-riformi għandu dejjem ikun biex il-kunsilli lokali jkollhom rwol aktar ċentrali, relevanti u li jirrispekkja n-natura tas-soċjetà Maltija, li tevolvi u tinbidel maż-żmien.", "Għalhekk irridu nassiguraw li l-kunsilli lokali ma jkunux xi ħaġa statika, iżda jikbru, jevolvu u jaddattaw irwieħhom għaż-żmenijiet tal-lum.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, meta ġew imwaqqfa l-kunsilli lokali 25 sena ilu f'pajjiżna, għal min jiftakar id-dibattitu li kien hawn dakinhar fil-pajjiż dwar dan is-suġġett, kellna żewġ estremitajiet.", "Kien hawn min kien jemmen bis-sħiħ fil-konċett tal-kunsilli lokali, anke għaliex kellna diversi lokalitajiet li kellhom diġà xi forma ta' kunsill lokali, li kienu jissejħu kumitati ċiviċi mwaqqfa mir-residenti stess biex jipprovaw javvanzaw l-interess tal-lokalità u li f'ċerti rħula kienu għamlu effett imma min-naħa l-oħra kien hemm min kien xettiku immens u wħud saħansitra kienu kontra li jitwaqqfu l-kunsilli lokali.", "Mil-lat politiku, kellek il-Partit Nazzjonalista li ried il-kunsilli lokali b'ruħu u b'ġismu tant li poġġa l-kunsilli lokali bħala waħda mill-wegħdi li kien se jagħmel meta jkun fil-gvern.", "Hawn qed nitkellmu dwar dak li ġara qabel l-1987 meta l-Partit Nazzjonalista avvanza din l-idea tal-kunsilli lokali.", "Però mbagħad, wara l-1992, beda l-proċess veru u proprju biex jitwaqqfu l-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Għal min jiftakar kellna dibattiti jaħarqu dwar dan is-suġġett.", "Il-Partit Laburista kien iddeċieda li jkun kontra l-kunsilli lokali u saħansitra kien argumenta li l-partiti m'għandhomx jidħlu fil-kunsilli lokali billi ma jipparteċipawx fl-elezzjonijiet.", "Il-Partit Laburista kien jargumenta li jkun aħjar jekk il-kunsilli lokali ma jsirux, u jekk isiru, ma jsirux bis-sehem tal-partiti politiċi.", "Il-Partit Laburista ma kienx jagħti importanza lid-dritt fundamentali li wieħed jassoċja ruħu u għalhekk kien kontra li meta persuna tikkontesta elezzjoni, tagħmel dan f'isem partit, bi programm ċar impoġġi quddiem il-votant li jkun qed jitolbu l-fiduċja tiegħu.", "F'dawk iż-żmenijiet kien hawn dawn iż-żewġ estremitajiet ta' pożizzjoni fil-pajjiż, li mbagħad, biż-żmien, bdew jinbidlu.", "Fil-fatt min-naħa tal-Partit Laburista, din il-pożizzjoni nbidlet radikalment.", "Minn 25 sena ilu 'l hawn, din it-tarbija li welled il-Partit Nazzjonalista bl-isem ta' kunsilli lokali saret żagħżugħ jew żagħżugħa u minn tarbija li bilkemm tiċċaqlaq, saret istituzzjoni li llum il-ġurnata qed tiġri fil-ħidma tagħha.", "Dan huwa l-mod kif żviluppaw il-kunsilli lokali.", "Għall-bidu, il-kunsilli lokali kienu istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb ftit affarijiet fil-lokalità, imma mbagħad, Gvern wara l-ieħor, kważi kollha mmexxija mill-Partit Nazzjonalista, taw aktar poteri u responsabiltajiet lill-kunsilli lokali.", "Dan il-vjaġġ tal-kunsilli lokali kien parallel ma' kemm in-nies jafdawhom.", "Għall-bidu mhux kulħadd kien jirrikorri għand il-kunsilli lokali għal ħafna mill-affarijiet li jkun hemm bżonn fil-lokalità.", "Donnu l-kultura li trid tmur għand il-ministru biex issir xi ħaġa fil-lokalità tiegħek jew quddiem id-dar tiegħek, kienet baqgħet teżisti.", "Però mbagħad, wara numru ta' snin, kulħadd beda jifhem li inti għandek tmur għand il-kunsilli lokali mhux għal xi pjaċir imma biex l-affarijiet bżonjużi fil-lokalità tiegħek isiru għax il-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jirrappreżentaw l-interessi tiegħek.", "Għalhekk illum il-ġurnata l-kwestjoni dwar jekk il-kunsilli lokali għandhomx jibqgħu jeżistu jew le m'għadhiex teżisti għaliex il-partiti kollha f'Malta jaqblu li l-kunsilli lokali qegħdin hemm biex jibqgħu.", "Tant hu hekk li ftit tas-snin ilu saret emenda fil-Kostituzzjoni ta' pajjiżna biex iddaħħal il-konċett tal-kunsilli lokali fiha.", "Illum il-ġurnata ż-żewġ partiti mhux qed jaqblu dwar kemm lesti li jafdaw poter lill-kunsilli lokali.", "Il-politika tal-Partit Nazzjonalista hi li kemm jista' jkun, il-kunsilli lokali għandhom jiġu fdati bil-poteri kollha marbuta mal-lokalità tagħhom.", "Ovvjament mhux qed ngħidu li dawn għandhom jingħataw il-poteri kollha f'daqqa imma għandu jkun hemm devoluzzjoni tal-poter fuq numru ta' snin fejn il-Gvern jerħi minn idejh il-poteri li għandu hu bħala Gvern u jagħtihom lill-gvern lokali.", "Ovvjament dan huwa rebħ għar-residenti f'kull lokalità f'Malta u Għawdex.", "Illum dan il-prinċipju tant jinftiehem u tant huwa aċċettat minn kulħadd f'Malta, li għandna lokalitajiet li ma kenux lokalitajiet qabel imma saru lokalitajiet għax ir-residenti insistew li l-lokalità tagħhom għandha tkun separata minn oħra.", "Pereżempju hawn nista' nsemmi l-każ tal-Imtarfa.", "Qabel din ma kenitx lokalità għaliha imma saret lokalità wara insistenza mir-residenti.", "Din hija d-differenza bejn iż-żewġ partiti u bejn l-attitudni tan-naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni.", "L-Oppożizzjoni trid li nsaħħu lill-kunsilli lokali billi nagħtuhom aktar poteri u l-Gvern, minflok qed iżid il-poteri, ir-responsabilitajiet u l-funzjonijiet tal-kunsilli lokali, qed jeħdilhom il-poter minn idejhom biex jerġa' jikkonċentra l-poter f'idejh.", "Qed ngħid dan bħala introduzzjoni, biex wieħed jifhem kif in-nies iħarsu lejn il-kunsilli lokali, u bħala raġunament storiku, biex wieħed jara kif għandu jimxi 'l quddiem fis-settur tal-kunsilli lokali.", "Sur President, f'dan l-intervent, nixtieq nitkellem dwar aspett partikolari tal-kunsilli lokali.", "Jien kelli x-xorti li missieri kien fil-kunsill lokali sa mit-twaqqif tiegħu, imbagħad meta ddeċieda li ma jkomplix, ikkontestajt l-elezzjoni jien.", "Fil-fatt ġejt elett, u servejt bħala sindku tas-Siġġiewi għal ħames snin u bħala kunsillier għal 15-il sena.", "Għalhekk jien għext l-esperjenza tal-kunsilli lokali u għal dawn l-aħħar 25 sena, segwejt mill-qrib ħafna dak li kien għaddej f'dan il-qasam.", "Wieħed mill-aktar aspetti importanti tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali, li ilu hemm sa mill-ewwel ġurnata li saret il-liġi, huwa l-funzjoni li l-kunsill lokali jkun ikkonsultat dwar dak kollu li jolqot il-lokalità.", "Fil-fatt jekk naraw il-lista ta' funzjonijet li hemm fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali, f'paragrafu (i) ta' artiklu 33 insibu hekk:", "\"li jagħti pariri lil u, meta dan ikun japplika, li jkun ikkonsultat minn kull awtorità li jkollha s-setgħa li tieħu xi deċiżjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsill u lir-residenti li jkun responsabbli għalihom;\"", "Din hija funzjoni li l-liġi tagħti lill-kunsilli lokali.", "Il-Gvern u l-awtoritajiet għandhom l-obbligu li jikkonsultaw lill-kunsilli lokali kemm fuq affarijiet li huma direttament relatati mal-lokalità kif ukoll fuq affarijiet li jolqtu lil-lokalità b'mod indirett.", "Naturalment il-kunsill lokali għandu l-obbligu li jagħti l-pożizzjoni tiegħu.", "Il-kunsill lokali ma jistax jgħid li se jiġi kkonsultat dwar xi ħaġa imma se jaħsel idu u ma jgħid xejn għax dan għandu l-obbligu li jfassal il-pożizzjoni tiegħu u jagħmilha magħrufa pubblikament billi jissottomettiha fejn meħtieġ.", "Forsi wieħed mill-aktar oqsma li kunsill lokali jiġi kkonsultat dwaru, għax hekk titlob il-liġi, huwa dak tal-ippjanar tal-iżvilupp.", "Illum nafu li meta jkun hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, il-kunsilli lokali jiġu kkonsultati b'mod formali u jagħtu s-sehem tagħhom billi joġġezzjonaw, jappoġġaw l-iżvilupp, jgħaddu l-kummenti tagħhom jew jagħmlu suġġerimenti ta' kif isir l-iżvilupp, fost l-oħrajn.", "Dak kien aspett li tejjeb is-sitwazzjoni fil-lokalitajiet tagħna u żgura biex ċerti affarijiet li jkunu ta' detriment għall-kunsilli lokali, ma jsirux.", "Dan il-konċett ta' obbligu ta' konsultazzjoni mal-kunsilli lokali mhuwiex xi ħaġa ta' Malta biss imma jeżisti kull fejn hemm sistema ta' gvern lokali jew reġjonali.", "Għalhekk, jekk nieħdu l-pajjiżi kollha Ewropej, dan il-prinċipju huwa osservat f'livelli differenti.", "Però dan tant huwa prinċipju importanti, li saħansitra qiegħed fil-European Charter of Local Self Government tal-Kunsill tal-Ewropa, li ġie ffirmat għall-ewwel darba fi Strasburgu fil-15 ta' Ottubru 1985.", "Il-Gvern Malti kien iffirma dan iċ-Charter proprju fil-perjodu meta f'pajjiżna kienu qed jitwaqqfu l-kunsilli lokali, fit-13 ta' Lulju 1993.", "Niftakru li dak iż-żmien, kien hemm sensiela ta' elezzjonijiet waħda wara l-oħra, fi spazju ta' sena, li bihom ġew eletti għall-ewwel darba l-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex.", "Dan iċ-Charter jgħid hekk:", "Dan ifisser li f'Malta mhux biss għandna liġi tal-kunsilli lokali li tgħid li l-kunsilli lokali jridu jiġu kkonsultati imma l-Gvern ta' pajjiżna obbliga ruħu b'Charter tal-Kunsill tal-Ewropa li jiżgura li fejn jidħlu affarijiet li jolqtu l-lokalità, il-Gvern, l-awtoritajiet u l-entitajiet tal-Gvern għandhom l-obbligu li jikkonsultaw lill-kunsilli lokali bħala istituzzjonijiet eletti f'isem ir-residenti.", "Mela hawn qed ngħidu li skont dan iċ-Charter, m'hemmx dubju dwar l-obbligu u d-dmir li l-kunsilli lokali jiġu kkonsultati.", "Sur President, jien tajt daqqa t'għajn sewwa lejn dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum u sfortunatament imkien ma sibt xi forma ta' miżura, imqar l-inqas waħda possibbli, biex dan il-konċett u l-prinċipju fundamentali fil-liġi dwar il-kunsilli lokali jiġi msaħħah, spjegat aħjar, jew imbottat aktar 'il quddiem.", "Anzi llum il-ġurnata għandna r-realtà li fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, qegħdin immorru lura!", "Dan għaliex l-ewwel nett illum għandek numru ta' funzjonijiet li ttieħdu mingħand il-kunsilli lokali.", "Illum kunsill lokali lanqas jiddeċiedi liema triq jagħmel!", "Illum hija Infrastructure Malta li tiddeċiedi liema toroq isiru.", "Illum, fejn jidħol l-infurzar lokali tal-ordni, il-kunsilli lokali ma jiddeċiedu xejn, għax huwa l-Gvern li jiddeċiedi u mhux il-kunsilli lokali!", "Kif nafu, ħafna drabi l-kunsilli lokali ma jiġux ikkonsultati, ħlief meta l-kunsill lokali jkollu xi sitwazzjoni partikolari u jkun hu li jitlob li jsir ċertu infurzar.", "Però mill-bqija l-kunsilli lokali tagħna ma jkunux jafu fejnhom il-gwardjani lokali, liema ċitazzjonijiet jingħataw u liema kontravenzjonijiet qegħdin isiru fil-lokalità tagħhom, ħlief meta jitolbu għall-informazzjoni.", "L-istess qed isir f'numru ta' affarijiet oħra.", "Pereżempju fejn jidħol l-immaniġġjar tat-traffiku, illum il-ġurnata l-kunsilli lokali m'għandhomx il-funzjoni li jimmaniġġjaw it-traffiku imma hija Transport Malta li tiddeċiedi.", "Jidher li se jkun hemm diversi affarijiet oħrajn li se jittieħdu minn idejn il-kunsilli lokali.", "Pereżempju, dalgħodu ngħatatli l-informazzjoni li jidher li s-servizz tal-iskart mhux se jibqa' f'idejn il-kunsill lokali imma se jmur f'idejn ir-reġjuni.", "Dan ifisser li għal darb' oħra qed nerġgħu nneħħu funzjoni minn idejn il-kunsill lokali u nagħtuha lil xi ħadd ieħor.", "L-istess, pereżempju, fejn jidħlu d-dwal tat-toroq.", "Diġà kellna proċess ta' numru ta' kunsilli lokali li tteħditilhom din il-funzjoni u ġiet delegata lir-reġjuni.", "Il-kunsilli lokali ma baqgħux jistgħu jiddeċiedu fejn isiru d-dwal.", "Naturalment dan iġib konsegwenza f'affarijiet oħrajn.", "Sur President, irrid nappella lill-kunsilli lokali biex jinsistu fuq l-obbligu li jiġu kkonsultati.", "Ħafna kunsilli lokali donnhom jieħdu l-attitudni – ma nagħtihomx tort sa ċertu punt – li l-konsultazzjoni magħhom tkun qisha xi forma ta' ħniena min-naħa tal-Gvern.", "Assolutament dan m'għandux ikun il-każ!", "L-obbligu tal-konsultazzjoni mhuwiex kapriċċ imma huwa obbligu bil-liġi favur il-kunsilli lokali u huwa d-dmir tal-Gvern li jara li dan l-obbligu jiġi osservat!", "Għalhekk meta tkun se ssir xi ħaġa u l-kunsilli lokali jirrealizzaw li lanqas biss ġew informati jew mitluba jagħtu l-opinjoni tagħhom dwarha, il-kunsilli lokali m'għandhomx jaċċettawha!", "Il-kunsilli lokali għandhom ikunu għajnejhom u widnejhom miftuħin għad-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu mill-Gvern ċentrali, mill-awtoritajiet u minn entitajiet differenti, li jolqtu l-lokalità tagħhom b'mod dirett jew indirett u jaraw x'għandhom xi jgħidu dwar dak is-suġġett.", "Huwa importanti li l-kunsill lokali jistaqsi jekk il-lokalità tiegħu hux se tmur tajjeb jew ħażin bid-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu.", "Jekk ir-risposta tkun li l-Gvern ma kkonsultahomx, jiskattaw żewġ obbligi.", "L-ewwel obbligu huwa li immedjatament, il-kunsill lokali jieħu pożizzjoni u jinforma lill-Gvern dwar x'inhi l-pożizzjoni tiegħu.", "Jekk hemm bżonn, ikun hemm diskussjoni fil-kunsill lokali u jittieħed vot.", "It-tieni obbligu huwa li għaliex il-kunsill lokali jirrispetta lilu nnifsu u lil kunsilli lokali oħrajn, jieħu azzjoni biex issir il-konsultazzjoni.", "Forsi jkun hawn min jistaqsi: Kif jista' l-kunsill lokali jesiġi li jkun hemm il-konsultazzjoni?", "Jien għandi l-esperjenza li darba ġrat lili bħala sindku fejn jien m'aċċettajtx deċiżjoni li kienet ittieħdet min-naħa tal-Gvern.", "Mhux se nitkellem dwar il-każ partikolari u mhux se nsemmi ismijiet però se nsemmi l-fatti kif inhuma biex wieħed jifhem l-argument li qed nagħmel.", "Numru ta' snin ilu, ministru tal-Gvern kien qabad u ffirma u ppubblika tneħħija ta' skedar fuq proprjetà privata li kienet fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi, lokalità li kont immexxi jien.", "Din kienet kwestjoni li tirrigwarda l-ambjent għax fil-fehma tal-kunsill lokali, din il-parti tal-lokalità kellha tingħata ċerta protezzjoni u tkun skedata, għax jekk jitneħħa l-iskedar kien ifisser li jkun jista' jsir ċertu żvilupp li l-persuna kienet qed tipprova tagħmel.", "Jien sirt naf b'din id-deċiżjoni b'kumbinazzjoni mill-Gazzetta tal-Gvern.", "Naturalment kont konxju ħafna li hemm dan il-prinċipju u l-obbligu li l-Gvern jikkonsulta mal-kunsilli lokali, għamilt il-verifika interna fil-kunsill lokali u skoprejt li l-Gvern, fl-ebda ħin, qatt ma talab l-opinjoni tal-kunsill lokali.", "Immedjatament, laqqajt il-kunsill lokali b'urġenza, spjegajtilhom dan il-prinċipju u l-konċett fil-liġi dwar il-kunsilli lokali, u ħadt lill-Gvern quddiem it-tribunal.", "Dan l-appell kien ibbażat fuq in-nuqqas tal-Gvern li jikkonsulta mal-kunsill lokali.", "Issa hawn mhux qed ngħid li dak li jgħid il-kunsill lokali bilfors għandu jiġi implimentat però l-obbligu tal-konsultazzjoni huwa sagrosant!", "Il-Gvern u l-entitajiet tiegħu ma jistgħux jagħmlu proċessi marbuta mal-lokalitajiet mingħajr ma jikkonsultaw lill-kunsilli lokali.", "Sfortunatament, fir-rigward ta' kull ħaġa immaġinabbli li tiġri fil-lokalitajiet tagħna, il-Gvern ma jikkonsultax!", "Anzi 99% tad-drabi meta l-Gvern jiddeċiedi xi ħaġa dwar lokalità, ma jikkonsultax!", "Huwa biss f'każijiet rari li l-Gvern jagħmel proċess formali ta' konsultazzjoni.", "Hemmhekk il-Gvern ikun pożittiv għaliex jirrealizza xi tkun is-sitwazzjoni fil-lokalità u jagħti kas però dan isir meta jkun hemm bżonn u meta jidhirlu li dak li jkun qed jgħid il-kunsill lokali jkun xieraq.", "Sfortunatament ir-realtà hi li fejn hemm kunsilli lokali Nazzjonalisti donnu l-Gvern ma jisma' xejn minn dak li jkollhom xi jgħidu, imbagħad fejn hemm kunsilli lokali Laburisti, il-Gvern jagħti kas dak li jkunu qed jgħidu biex donnu jikkalma lin-nies li jappoġġjawh.", "Għalhekk irrid nappella lill-kunsilli lokali biex ikunu viġilanti fuq id-deċiżjonijiet li jieħdu l-Gvern u l-entitajiet tiegħu.", "Fejn jaraw li ma jaqblux u li ma ġewx ikkonsultati, dawn għandhom jieħdu azzjoni, inkluż li jippreżentaw kawżi quddiem il-Qorti jekk ikun hemm bżonn, biex jiżguraw li dan il-prinċipju jiġi osservat.", "Din hija xi ħaġa li nixtieq li jagħmluha mhux biss il-kunsilli lokali individwali imma anke l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li qiegħda hemm biex tipproteġi l-interessi kollettivi tal-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex.", "Dan huwa prinċipju li l-Assoċjazzjoni għandha tisħaq dwaru b'mod kontinwu.", "Sur President, nixtieq intemm dan id-diskors billi nirringrazzja lil kull min ħa sehem u pparteċipa fil-kunsilli lokali matul l-aħħar 25 sena u lil dawk li għadhom jaħdmu sal-lum, imma naħseb li hemm persuna waħda li jien nakkreditaha bil-mertu li waqqfet il-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex.", "Huwa minnu li l-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex twaqqfu meta Eddie Fenech Adami kien Prim Ministru u l-kunsilli loakli kienu parti mill-viżjoni tiegħu imma hemm persuna li kienet ħadmet bis-sħiħ biex il-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex isiru realtà.", "Hawn qed nirreferi għall-Eks Ministru Austin Gatt.", "Meta Dr Austin Gatt kien ġie elett fil-Parlament kien ġie fdat bir-responsabilità ta' ministru għall-kunsill lokali.", "Għalhekk minn hawnhekk irrid nirringrazzjah pubblikament għaliex meta ma kienx Ministru, kien għen u mbotta ħafna biex jiġu organizzati l-elezzjonijiet, biex ikun hemm il-kandidati u biex ikollna liġi tajba ħafna bis-set-up kollu li hemm bżonn biex il-kunsilli lokali jsiru realtà.", "Imbagħad, meta kien ministru, żgura li l-kunsilli lokali jibdew mexjin 'il quddiem fil-ħidma tagħhom.", "Irrid ngħid li l-imbottatura li kien ta Austin Gatt meta kien ministru responsabbli mill-kunsilli lokali għadha tinħass sal-ġurnata tal-lum.", "Warajh kompla wkoll l-Onor.", "Chris Said però Austin Gatt jibqa' l-moħħ u l-magna wara l-ħolqien tal-kunsilli lokali f'pajjiżna, fejn minn ideat u konċett miktub fuq karta, il-kunsilli lokali saru realtà pożittiva għal kull Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, nixtieq inkompli fejn ħalla l-Onor.", "Illum qed niddiskutu l-kunsilli lokali.", "Ħafna mill-Membri ta' din il-Kamra kellna l-esperjenza li nkunu membri ta' kunsilli lokali, b'uħud anke sindki, u għalhekk napprezzaw ħafna x-xogħol, il-pressjoni, id-dedikazzjoni u l-impenn li għandhom il-kunsilliera tagħna.", "Nibda billi nirringrazzja lil dawk li qed iservu bħalissa u lil dawk li servew fil-passat.", "Fl-istess ħin irrid inħeġġeġ lil dawk li għadhom qed jaħsbuha sabiex jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali li ġejjin fl-aħħar ta' Mejju 2019.", "Meta tkun membru ta' kunsill lokali jkollok ċerta pressjoni u kultant tibda tgħid: X'fettilli ħriġt għall-kunsill?", "Però meta mbagħad taħdem u tagħti l-mija fil-mija tiegħek tibda tgħid li kienet deċiżjoni tajba.", "Ngħid għalija personali, naħseb li s-snin li għamilt inservi fil-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, b'mod partikolari s-sena u ftit li għamilt bħala sindku, kienu fost l-isbaħ snin li kelli fil-politika.", "Għalhekk nerġa' nirringrazzja lil kull membru tal-kunsill lokali u nħeġġeġ lil persuni oħrajn, li forsi għadhom qed jaħsbuha, biex jagħmlu dan il-pass u jikkontestaw mal-partit li l-aktar li jħossuhom komdi miegħu.", "Il-kunsilli lokali huma għodda b'saħħitha li tista' tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Il-fatt li tkun il-ħin kollu man-nies, jagħtik esperjenza inkredibbli.", "Sur President, illum qed nitkellmu fuq ir-riformi tal-kunsilli lokali.", "Naħseb li wieħed jistenna li nħarsu lejn dak li għamlu l-kunsilli lokali, lejn is-suċċessi li akkwistaw u lejn l-affarijiet li jistgħu jkunu aħjar, biex flimkien inkomplu nsaħħu lill-kunsill lokali tagħna.", "Naħseb li kollha kemm aħna naqblu li l-esperjenza tal-kunsilli lokali f'pajjiżna kienet esperjenza tajba għax il-kunsilli tejbu l-lokalitajiet tagħna.", "Bħala partiti mhux qed naqblu dwar il-poteri li għandu jkollhom il-kunsilli lokali.", "Meta twaqqfu l-kunsilli lokali, il-Gvern ta' dakinhar kellu ċertu kuraġġ biex jgħaddi poteri li għal ħafna snin kienu f'idejn il-ministri u l-politiċi lill-kunsilli lokali.", "Però l-Gvern dakinhar kien iddeċieda li n-nies li jiġu eletti minn lokalitajiet differenti għandhom jingħataw il-poter li jieħdu ċerti deċiżjonijiet li jaffettwaw il-lokalità tagħhom.", "Din kienet viżjoni li rnexxiet.", "Ħafna drabi n-nies li jgħixu fil-lokalità huma l-aktar kapaċi li jieħdu tali deċiżjonijiet.", "Ma rridx inkun negattiv però naħseb li f'dawn l-aħħar snin qed naraw proċess fejn il-Gvern, minflok qed jara kif iżid ir-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali tagħna, anke permezz ta' żieda fir-riżorsi, qed inaqqas il-poteri li dawn għandhom.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa ħażin!", "Jista' forsi jkollok kunsillieri li ma jaqdux il-funzjoni tagħhom bl-aħjar mod, però, b'mod ġenerali, naħseb li l-maġġoranza stragranti tal-kunsilli lokali, immexxijin minn partiti politiċi differenti, urew li kienu kapaċi jmexxu u jagħmlu titjib fil-lokalità tagħhom.", "Nasal ngħid illi kieku tajniehom aktar riżorsi kienu jkunu kapaċi jieħdu fuqhom funzjonijiet oħrajn.", "L-Onor.", "Karol Aquilina għadu kif semma l-konsultazzjoni.", "Fil-lokalitajiet li nirrappreżenta jien, b'mod partikolari Tas-Sliema, San Ġiljan, Pembroke, il-Gżira u s-Swieqi, kellna sitwazzjoni fejn jekk xi ħadd ried jagħmel xi forma ta' żvilupp, ħafna drabi f'postijiet pubbliċi, bħal fit-toroq u fuq il-bankini tagħna, dan kellu bilfors imur għand il-kunsilli lokali u entitajiet governattivi biex jitlob in-no objection.", "Il-kunsill lokali kien jiddiskuti l-applikazzjoni mar-residenti u jiddeċiedi jekk għandux jagħti l-approvazzjoni tiegħu jew le.", "Niftakar li fil-lokalitajiet tagħna dan il-proċess kien jagħti vuċi ftit aktar b'saħħitha lir-residenti, biex meta jkun hemm ċerti żviluppi li jkunu se jaffettwaw lir-residenti b'mod dirett, dawn setgħu jiddeċiedu li joġġezzjonaw permezz tal-kunsilli lokali.", "Hawn mhux qed ngħid li l-proġett kien jieqaf imma għall-inqas kellna sitwazzjoni fejn l-iżviluppatur kellu jmur jitkellem mal-kunsill lokali u jara jekk jistax jagħmel tibdiliet biex il-proġett ma jkunx ta' detriment għal-lokalità u r-residenti.", "Dan kollu llum spiċċa!", "Illum jingħataw permessi, pereżempju, għal tables and chairs fit-toroq u fuq il-bankini tagħna, mingħajr l-ebda approvazzjoni mill-kunsilli lokali.", "Anzi kważi ġibna lill-kunsilli lokali f'sitwazzjoni li jridu jokorbu lill-midja sabiex iwasslu l-vuċi tagħhom.", "Dan rajnieh iseħħ kemm-il darba!", "Meta jkollok xi forma ta' mostrożità għaliex ċerti ristoranti jiddeċiedu li joħorġu fit-triq u fuq il-bankini, u r-residenti u l-kunsill lokali jħossu li dan ma jixraqx lil-lokalità tagħhom, l-uniku mod kif iwasslu l-messaġġ tagħhom huwa billi jużaw il-midja soċjali jew jitolbu lill-midja tagħmel dan f'isimhom.", "Kellna esperjenzi fejn ikun hemm proġett li jibda mingħajr ma jkun jaf il-kunsill lokali.", "Kellna drabi fejn kunsilli lokali tagħna marru għand il-midja jew użaw il-midja soċjali biex iwasslu t-tħassib tagħhom u dan wassal biex wara ftit ġranet, il-proġett waqaf.", "Uħud mill-proġetti jkollhom il-permessi però ġieli jkun hemm proġetti li jkunu bdew anke bla permess.", "Dan juri l-importanza tal-konsultazzjoni mal-kunsilli lokali, speċjalment fejn jidħlu proġetti ta' ċertu tip.", "Għalhekk għandna naraw li nerġgħu ndaħħlu l-konsultazzjoni biex il-kunsill lokali jkun involut b'mod aktar dirett.", "Irrid insemmi d-deċiżjoni tal-Gvern li l-infurzar jitneħħa minn idejn il-kunsilli lokali.", "L-infurzar kellu żewġ tipi ta' benefiċċji għall-kunsilli lokali.", "L-ewwel nett, ma jistax ikollok kunsill lokali li ma jkunx kapaċi jagħmel infurzar fuq affarijiet li jkun responsabbli għalihom.", "Nerġa' ngħid li huma r-residenti li joqogħdu fil-lokalitajiet u dawk li jirrappreżentawhom fil-kunsilli lokali li jafu fejn l-aktar ikun hemm problema ta' ksur ta' liġi.", "Għalhekk għandhom ikunu l-kunsilli lokali li jiddeċiedu, pereżempju, fejn għandhom imorru l-gwardjani lokali u fejn għandhom jikkonċentraw l-infurzar.", "Naħseb li waħda mill-għodod u s-saħħa li kellhom il-kunsilli lokali tagħna kienet proprju li kienu responsabbli mill-gwardjani lokali għax kienu jkunu jafu eżatt fejn għandu jsir l-infurzar fil-lokalità tagħhom, fi żmenijiet u ġranet differenti.", "It-tieni, il-flus li kienu jidħlu mill-infurzar għal ksur ta' liġijiet, bħaċ-ċitazzjonijiet, kienu jmorru għand il-kunsilli lokali biex jużawhom għall-proġetti tagħhom.", "Issa huwa veru li kien hemm min igerger li l-formula wżata ma kenitx perfetta u setgħet kienet aħjar però l-kunsill lokali kellu dħul ta' flus għal diversi proġetti għall-ġid tal-lokalità.", "Pereżempju niftakar li fil-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ma konniex nużaw il-flus li jidħlu mill-ksur ta' liġijiet għad-day-to-day administration għax għal dan, konna nużaw il-flus li nirċievu mill-Gvern, imma konna nużawhom biex nagħmlu proġetti fit-tul li minnhom setgħet tibbenefika l-lokalità.", "Bħalna kienu jagħmlu ħafna kunsilli lokali oħrajn.", "Għalhekk naħseb li kienet deċiżjoni ħażina li neħħejna s-saħħa tal-infurzar mill-kunsilli lokali u poġġejnieha taħt il-Gvern ċentrali għax ġibna sitwazzjoni fejn minflok il-kunsilli lokali jiddeċiedu huma, ikollhom jokorbu mal-LESA sabiex isir l-infurzar meħtieġ.", "Sur President, naħseb li huwa żball kbir li kull ftit xhur qed inneħħu biċċa oħra mill-poteri li għandhom il-kunsilli lokali.", "Dan l-aħħar il-Gvern iddeċieda li jieħu wkoll ir-responabilità tat-toroq minn taħt idejn il-kunsilli lokali.", "Hawn ukoll, ikun hawn min jargumenta li ċerti toroq fil-lokalitajiet ma kenux ta' livell u l-kunsill lokali ma kienx qed jieħu ħsiebhom kif suppost.", "Però jien naħseb li fil-maġġoranza straordinarja tal-kunsilli lokali tagħna, ir-raġuni għal dan ma kenitx li huma kienu irresponsabbli imma kienet kwestjoni ta' nuqqas ta' riżorsi.", "Jekk verament nemmnu fil-kunsilli lokali ta' pajjiżna ma nistgħux nibqgħu nnaqqsu mir-responsabbiltajiet tagħhom.", "Jekk hemm affarijiet li mhumiex sejrin tajjeb, għandna naraw kif inżidu r-riżorsi tal-kunsilli lokali sabiex ikunu jistgħu jtejbu l-operat tagħhom.", "Naf li xi kultant din il-kritika tinstema' negattiva però naħseb li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qegħdin irrendu lill-kunsilli lokali tagħna irrelevanti.", "Naħseb li dan huwa ħażin ħafna!", "Nemmen li ż-żewġ naħat tal-Kamra jemmnu fil-potenzjal tal-kunsilli lokali li issa se jibdew jissejħu gvernijiet lokali.", "Però jekk verament nemmnu li l-kunsilli lokali huma essenzjali għal pajjiżna, jekk verament nemmnu li saru parti mit-tessut ta' pajjiżna u li qed jagħmlu ġid kbir fil-lokalitajiet tagħna, ma jistax ikun li nnaqqsu l-poteri tagħhom.", "Jien ngħid li rridu naraw kif se nżidu l-poteri u r-riżorsi tal-kunsilli lokali.", "Sfortunatament dan il-Gvern qed iġib il-kunsilli lokali qishom uffiċini tal-customer care, fejn wieħed imur u jagħmel l-ilment tiegħu.", "Barra minn hekk, biex il-kunsilli lokali jgħinu lin-nies u jagħmlu t-tibdil meħtieġ, il-ħin kollu jridu jokorbu ma' xi dipartiment tal-Gvern jew ma' xi aġenzija.", "Naħseb li dan huwa ħażin ħafna!", "Il-kunsilli lokali għandu jkollhom is-saħħa li jieħdu ħafna mid-deċiżjonijiet tagħhom u għandu jkollhom ir-riżorsi biex iwettquhom.", "Ovvjament għandu jkun hemm l-awditjar biex naraw li ma jkunx hemm abbuż u li l-affarijiet isiru kif suppost, imma ejja nitilqu bil-premessa li nemmnu verament li l-maġġoranza assoluta tal-kunsilli lokali ta' pajjiżna huma tajbin u li l-maġġoranza tal-kunsilliera tagħna jieħdu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-lokalitajiet tagħhom.", "Ftit tas-snin ilu konna bdejna proġett pilota ta' community police.", "Jien kont involut direttament għaliex il-lokalità li kont immexxi dak iż-żmien kienet waħda mil-lokalitajiet fejn kien sar dan l-esperiment minn dan il-Gvern, fil-leġiżlatura preċedenti.", "Pulizija pajżana kienu qed jaħdmu bħala parti mit-tourism police u xogħolhom kien li jduru mal-lokalità u żoni fejn ikun hemm l-aktar nies biex tinżamm il-bonordni, jitkellmu mar-residenti u jgħinu lit-turisti, fost l-oħrajn.", "Fil-fehma tiegħi, dan kien esperiment li ħadem, imma sfortunatament, wara ftit xhur, dan l-esperiment waqaf.", "Naħseb li għandna naraw li nerġgħu ndaħħlu l-konċett ta' community police bi ftehim bejn il-kunsilli lokali u l-Korp tal-Pulizija għax dan jagħti aktar serħan il-moħħ lir-residenti u lil kull min ikun qed igawdi l-lokalitajiet ta' pajjiżna, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa.", "L-appell tiegħi huwa li dan l-esperiment li ħadem u rnexxa għandu jerġa' jidħol fis-seħħ.", "Mill-feedback li kellna mir-residenti, naħseb li wasal iż-żmien li nerġgħu nimplimentawh.", "Naħseb li kull lokalità ta' pajjiżna, min għal mod u min għal ieħor, għandha bżonn ta' dawn il-community police.", "Jista' jkun li jintużaw għal ċerti ġranet meta jkun hemm aktar pressjoni fuq dik il-lokalità imma dan huwa esperiment li ħadem u li għandu jerġa' jiddaħħal.", "Xi ħaġa oħra li rrid nitkellem dwarha hija t-tindif.", "L-ewwel nett, irrid nirringrazzja lill-kunsilli lokali li bir-riżorsi li għandhom, għalkemm they are stretched to their limits, speċjalment f'lokalitajiet fejn ikun hemm influss ta' nies, qed iżommu lil pajjiżna nadif.", "Hawn irrid nirringrazzja lid-Dipartiment tat-Tindif immexxi mis-Sur Ramon Deguara li, bir-riżorsi li għandu, qed jagħmel biċċa xogħol brillanti.", "Mill-esperjenza li kelli jien fil-kunsill lokali u li għandhom diversi sindki u kunsilliera oħrajn, dan huwa dipartiment li jemmen fil-kunsilli lokali u jgħinhom bl-aktar mod possibbli.", "Dan narawh meta jsiru attivitajiet kbar f'pajjiżna bħalma kellna l-Ħadd li għadda f'San Ġiljan fl-okkażjoni ta' St Patrick's Day u attivitajiet oħrajn li jsiru fuq il-Fosos tal-Florjana, fost l-oħrajn.", "Wara kull attività, il-kunsilli lokali u id-Dipartiment tat-Tindif jibagħtu armata nies biex inaddfu l-post.", "Għalhekk nixtieq nirringrazzja lil kull ħaddiem li jaħdem f'dan id-Dipartiment għall-ħidma tagħhom.", "Naħseb li anke f'dan ir-rigward hemm bżonn li nagħmlu ftit ta' rethinking.", "Pereżempju, il-festa ta' St Patrick's Day hija sfida li l-lokalità ta' San Ġiljan ikollha ta' kull sena.", "Din l-attività kibret u splodiet f'dawn l-aħħar snin u għalhekk il-kunsill lokali jaħdem kemm jiflaħ biex kemm jista' jkun, inaqqas mid-detriment u l-inkonvenjent li jgħaddu minnu r-residenti.", "Sena wara l-oħra, il-kunsill jara li jiżdiedu n-nies tas-sigurtà u l-gwardjani lokali, però ċerti pressjonijiet jibqgħu hemm.", "Din is-sena s-Sindku ta' San Ġiljan qal li l-attività tiswa lill-kunsill lokali madwar €20,000, inkluż biex jitnaddaf il-post wara l-attività.", "Għalhekk naħseb li tkun idea tajba li qabel ma jkun hemm attivitajiet kbar bħal dawn, naraw li l-kunsill ikollu fondi speċjali biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti, anke billi jsir aktar infurzar ħalli ħadd ma jabbuża.", "Il-kunsill lokali għandu jkollu l-poter li joħroġ aktar regoli b'saħħithom dwar x'għandu jsir jew le, biex ir-residenti jbatu mill-inqas meta jsiru attivitajiet kbar bħal dawn.", "Naf li r-riforma qed tgħid li se nżidu l-ammont ta' reġjuni minn ħamsa għal sitta, b'ħamsa f'Malta u wieħed f'Għawdex.", "L-Oppożizzjoni taqbel ma' dan però l-unika problema li hemm hija meta se jkun hemm l-elezzjonijiet għal dawn ir-reġjuni.", "L-Oppożizzjoni qed tgħid li jekk il-ħames reġjuni li hemm bħalissa għandhom mandat biex iservu sal-2021, għandna nħalluhom iservu sal-2021 u meta jiskadi l-mandat tagħhom, noħolqu s-sitt reġjun u jsiru elezzjonijiet ġodda però l-Gvern jidher li jrid jagħmel dan din is-sena stess.", "L-argument tal-Oppożizzjoni huwa li jekk għandek persuni li ġew eletti għall-mandat ta' ħames snin, m'għandekx twaqqaf il-mandat tagħhom fin-nofs.", "Sur President, biex nikkonkludi, naħseb li din ir-riforma setgħet tkun ħafna aħjar, biex ma ngħidx li kważi ma tiswiex il-karta li hija miktuba fuqha!", "Qed ngħid dan għax wieħed stenna li se tkun riforma li ssaħħaħ il-kunsilli lokali u mhux teħdilhom aktar mill-poteri tagħhom.", "Fil-verità qed nagħmlu pass lura u mhux 'il quddiem!", "F'dan il-pajjiż konna drajna li wara kull tant żmien inħarsu lejn il-kunsilli lokali u nagħmlu riforma, kif sar minn Gvern Nazzjonalista meta l-kunsilli lokali għalqu 20 sena mit-twaqqif tagħhom.", "Dakinhar konna ltqajna mal-kunsilli lokali kollha u rajna x'inhuma l-isfidi tagħhom, bil-għan li nkomplu nsaħħuhom billi nagħtuhom aktar riżorsi u aktar responsabilitajiet.", "Gvern Nazzjonalista ried li jerħi ċerti responsabilitajiet li kellu l-Gvern ċentrali u jpoġġihom fuq il-kunsilli lokali, għax il-filosofija tagħna hija mibnija fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jiġifieri ċerti deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn dawk l-aktar viċin in-nies għax huma jafu l-aħjar.", "L-appell tiegħi huwa dan.", "Ejja ma nreġġgħux l-arloġġ lura, ejja nkomplu nsaħħu l-kunsilli lokali u ejja nisimgħu aktar lill-kunsilliera u lir-residenti.", "Ejja ma jkollniex riforma bħal din li se tnaqqas l-importanza u l-poteri tal-kunsilli lokali.", "Bħala Oppożizzjoni, nemmnu li d-dmir tagħna l-politiċi huwa li nagħtu akar riżorsi u saħħa lill-kunsilli lokali, sabiex mhux biss jieħdu d-deċiżjonijiet, imma jkunu jistgħu wkoll jattwaw id-deċiżjonijiet tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Karl Gouder spiċċa d-diskors tiegħu b'sentenza verament interessanti fejn qal li l-kunsilli lokali għandhom bżonn ir-riżorsi.", "Jien se nibda b'sentenza li forsi tista' tinstema' kontroversjali.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal l-istess ħaġa li se ngħid jien, imma forsi b'mod differenti.", "Naħseb li biex tirriforma l-kunsilli lokali, l-ewwel trid tirriforma lill-parteċipanti.", "Forsi qed inkun daqsxejn iebes, imma se nispjega għalfejn qed ngħid dan.", "Jien naqbel kompletament mas-Segretarju Parlamentari meta qal ċar u tond li jekk m'għandekx vokazzjoni li tiddedika ħajtek għan-nies, postok mhuwiex fil-kunsill lokali.", "Smajna lis-Segretarju Parlamentari jitkellem ħafna dwar din ir-riforma.", "Bħala Oppożizzjoni Nazzjonalista ppreżentajna 80 proposta dwar il-kunsilli lokali għax nemmnu fir-riforma.", "Kif nafu, il-kunsilli lokali twaqqfu 25 sena ilu u ħadmu b'mod tajjeb, però maż-żmien, ħafna drabi trid tirriforma u ġġedded dak it-tajjeb li jkun hemm.", "Huwa importanti li nifhmu eżattament x'qed ngħidu bil-kelma \"riforma\".", "Riforma tfisser bidla radikali, bħal pereżempju, meta fl-1947, it-tmexxija tal-Eks Prim Ministru Pawlu Boffa għamlet riforma soċjali fosthom fil-pensjonijiet, jew pereżempju, meta aktar qabel, Gvern Nazzjonalista biddel is-sitwazzjoni u l-qagħda tar-romol u tat-tfal iltiema f'pajjiżna.", "Riforma tfisser bidla mill-qiegħ nett.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jinteressani ħafna għax nifhem l-importanza tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Il-kunsilli mhumiex paraventu, kif jiġri ħafna drabi fil-ministeri, fejn biex ngħattu ċerti diffikultajiet, nitfgħu l-isfidi fuqhom.", "Kif smajt tajjeb matul dan id-dibattitu, il-kunsilli lokali għandhom ikunu t-tieni dar taċ-ċittadin.", "Fil-bidu tas-snin ħamsin rajna bidla radikali fil-mod kif kien jiġi stmat il-ħaddiem.", "Bidla radikali oħra f'dawn iż-żmenijiet saret meta Gvern Nazzjonalista kien introduċa għall-ewwel darba l-income tax.", "Dawn huma wħud mir-riformi li saru f'pajjiżna matul iż-żmien.", "Tajjeb nifhmu li r-riformi mhumiex monopolju ta' xi partit jew ieħor, imma meta jsiru għall-ġid taċ-ċittadin u ta' Malta, għandna nkunu kburin bihom u niedu gost insemmuhom.", "Qed insemmi ftit mill-istorja għax inħobb naqra fuq x'ġara fil-passat.", "Fil-fatt qrajt dwar x'għamel kemm l-Eks Prim Ministru Pawlu Boffa u anke l-Eks Prim MInistru George Borg Olivier fir-rigward tal-qagħda soċjali u r-riformi li saru f'pajjiżna.", "Qed nieħu sehem f'dan id-dibattitu għax verament nixtieq il-ġid lill-kunsilli lokali u li jkun hemm riforma.", "Jien servejt fil-kunsill lokali, bħalma serva l-Onor.", "Clint Camilleri li kollha kienu sindki u anke s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis li dak iż-żmien kien sindku indipendenti.", "Nemmen li għandna nkomplu nsaħħu lill-kunsilli lokali tagħna biex nagħmluhom aktar utli.", "Sur President, nixtieq nitkellem dwar ċerti punti li hemm fl-Abbozz ta' Liġi għax hemm affarijiet li kienu diġà hemm u kienu qed jaħdmu, u hemm affarijiet li bdew jaħdmu, imma mbagħad tnaqqsu jew ma rajniehomx aktar.", "Se nibda billi nsemmi l-quorum.", "Meta jiltaqa' l-kunsill, wieħed jistenna 30 minuta biex jaslu l-kunsilliera u jekk le, ikun hemm il-famuż quorum.", "Ħafna drabi l-kunsill lokali jkollu aġenda u jekk kunsillier ma jkunx preżenti ma jkunx jista' jsegwi dik l-aġenda.", "Issa jkun tajjeb li ngħidu li bil-liġi, kull kunsillier jirċievi l-aġenda ġimgħa qabel.", "Għalhekk wieħed dejjem jista' jniżżel nota biex jattendi għal-laqgħa tal-kunsill lokali.", "Niftakar li kemm domt sindku jien, kont inċempel lill-membri kollha tal-kunsill lokali biex jattendu għal-laqgħa tal-kunsill.", "Kont nagħmel dan għax kont ninkwieta li kien ikolli nwaħħal laqgħa tal-kunsill għax it-tali kunsillier irid, pereżempju, jiftaħ il-bar u m'għandux ħin għall-kunsill!", "Kont ninkwieta meta kunsillier ma kienx jiġi għal-laqgħa darba, darbtejn, tlieta, imbagħad inċempillu u dejjem bl-iskużi!", "Fil-fatt jien għamilt ftit riċerka dwar kunsilliera partikolari.", "Mhux se nsemmi ismijiet imma qed ngħid dan biex nagħti eżempju.", "F'leġiżlatura ta' tliet snin, kien hemm kunsilliera li minn 45 laqgħa tal-kunsill attendiet għal 21 laqgħa u fi 12 minn dawn il-laqgħat, telqet qabel jew waslet tard.", "Issa din mhux ftit minuti telqet qabel imma sigħat sħaħ!", "Fil-fatt meta tiġbor is-sigħat ta' din il-kunsilliera partikolari, jiġi qisu attendiet għal disa' laqgħat tal-kunsill lokali mil-bidu sal-aħħar tal-leġiżlatura!", "Pereżempju, fl-10 ta' Mejju 2012 din il-kunsilliera telqet 35 minuta qabel; fl-24 ta' Mejju 2012 telqet siegħa u għaxar minuti qabel; fil-5 ta' Lulju 2012 telqet 25 minuta qabel u fit-2 ta' Awwissu 2012 waslet 45 minuta tard u telqet siegħa u tliet kwarti qabel.", "Hemmhekk tinduna li, bir-rispett kollu, is-sentiment tal-persuna mhuwiex qiegħed fil-qalba tal-komunità.", "Ma rridx noqgħod naqla' dan kollu, imma ġbart din l-informazzjoni biex jekk xi ħadd jagħmilli mistoqsija, ikolli l-provi.", "U meta kienu jiġbdulha l-attenzjoni l-iskuża dejjem kienet tkun minħabba t-tqala.", "Dan kien ifisser li t-tqala ta' din il-persuna damet sentejn!", "Lanqas tqala ta' iljunfant ma ddum daqshekk!", "Qed insemmi każ wieħed, imma hemm diversi każijiet li ma rridx ngħid li huma allarmanti, imma juru b'mod ċar li l-persuna ma tkunx interessata.", "Din hija xi ħaġa li lili tinkwetanti.", "Diġà tkellimt darb'oħra dwar kemm huwa importanti li bħala partiti nagħżlu nies li jħobbu l-komunità.", "Bħalissa, bħala partiti, qed infittxu l-kandidati biex joħorġu għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li ġejjin u huwa ferm importanti li nagħżlu persuni ta' stoffa.", "Ma jistax ikollok kunsilliera li ma jattendux għal-laqgħat tal-kunsill.", "Issa bħala kunsill issir laqgħa waħda kull xahar.", "Ovvjament wieħed ma jattendix għal-laqgħa għall-€100 li l-Gvern jagħtik bħala onorarja però jkun tajjeb li ngħid li meta jasal dak l-imbierek ċekk kull sitt xhur, dejjem jeħduh.", "Għalhekk qed nagħmel dan l-ewwel punt tiegħi dwar il-quorum.", "Ma nafx x'mekkaniżmu jista' jintuża biex il-kunsill lokali jibqa' għaddej bl-aġenda tiegħu u ma jbatix minħabba l-imġiba ta' xi wħud mill-kunsilliera.", "Hawn mhux qed nipponta subgħajja lejn naħa jew oħra tal-Kamra imma qed nitkellem b'mod ġenerali għax dawn it-tip ta' kunsilliera jinsabu fuq kull naħa.", "Huwa importanti li kull sindku u kunsillier jifhem eżattament ir-responsabilità li għandu lejn dawk in-nies li eleġġewh biex jirrappreżentawh fil-kunsill.", "Illum smajt storja ta' lokalità fejn ġie ċċelebrat jum il-lokalità u s-sindku dakinhar kien se jkun imsiefer.", "Din hija xi ħaġa inaċċettabbli!", "Pereżempju, fil-lokalità tiegħi, meta niċċelebraw il-festa tar-raħal, nagħmlu dan b'mod sabiħ, imma għal din iċ-ċerimonja jattendu biss nofs il-kunsilliera.", "Emmnuni, din hija xi ħaġa li ma nifhimhiex u tajjeb li wieħed jaħseb ftit fuqha.", "Irrid insemmi wkoll il-kumitati reġjonali, li onestament, fil-fehma tiegħi, qatt ma ħallew dak l-impatt mixtieq.", "Fir-realtà, jekk immur nagħmel vox pop xi mkien il-Belt jew f'xi pjazza f'xi raħal tagħna u nagħmel mistoqsija sempliċi, bħal pereżempju jekk in-nies jafux li jeżistu r-reġjuni, kemm għandna reġjuni f'pajjiżna, x'inhu r-reġjun li tifforma parti minnu l-lokalità ta' dak li jkun jew min hu l-president tar-reġjun, ninsab ċert li żgur ħadd ma jaf iweġibni.", "Ħafna drabi lanqas l-istess kunsilliera ma jkunu jafu li jeżisti reġjun u li s-sindku jew il-viċi sindku, darba fix-xahar, imur għal-laqgħa tar-reġjun biex jiddiskutu xi temi marbuta mar-reġjun.", "L-istess, jekk inċempel persuna at random u nistaqsih x'qegħdin jiggwadanjaw mir-reġjun jew jekk qattx raw l-arma tar-reġjun, żgur li r-risposta se tkun fin-negattiv.", "Għalhekk irridu nammettu li għad hawn nuqqas ta' għarfien dwar il-kumitati reġjonali.", "Semmejt kunsilliera li ma jafux li jeżistu r-reġjuni imma għandna anke nies li huma involuti fil-komunità, li lanqas jafu bl-eżistenza tagħhom.", "Ara l-kunsilli lokali, b'xi mod kulħadd sema' bihom u xi darba jew oħra għamel użu mis-servizz offrut minnhom.", "Però jiddispjaċini ħafna meta l-kunsill lokali jintuża bħala paraventu.", "Ovvjament, dan la huwa tort tas-sindki u lanqas tal-kunsilliera.", "Kif nafu, ħafna drabi s-sindku jeħel għal kull ħaġa li tinqala'.", "Pereżempju fi tmiem il-ġimgħa li għadda kellimni xi ħadd b'Whatsapp u b'ton xejn sabiħ u ċivili beda jirrabja għax ma dawwartlux it-triq.", "Probabbilment dan ħaseb li jien għadni s-sindku tal-Mosta!", "Niftakar sew għal-liema triq kien qed jirreferi dan l-individwu għax meta kont għadni sindku, kont laqqajt lir-residenti u ddiskutejna din il-problema però mbagħad din il-kwestjoni kienet għaddiet f'idejn Transport Malta.", "La jien bħala sindku dakinhar u lanqas is-sindku preżenti, ma stajna nagħmlu xejn aktar.", "Qed nirreferi għall-Mosta imma din hija sitwazzjoni li tiġri f'kull lokalità, fejn it-tajjeb ma jissemmiex, però l-ħażin jissemma dejjem.", "Sur President, huwa importanti ħafna li s-sindki tagħna nibżgħu għalihom.", "Tajjeb li nirrealizzaw li qed insibu nuqqas ta' kandidati għall-kunsilli lokali għax meta n-nies jisimgħu b'dawn it-tip ta' stejjer, jirrealizzaw li ma jridux ikunu f'pożizzjoni fejn jiġu mgħajra mir-residenti tal-lokalità.", "Nemmen li għad hemm ħafna nuqqas ta' informazzjoni f'dan ir-rigward.", "Sur President, qed nieħu gost li fil-Kamra hawn is-Segretarju Parlamentari għax nixtieq li jisma' dak li se ngħid rigward Triq il-Fortizza fil-Mosta.", "Jien kont laqqajt ir-residenti, il-kwestjoni li kien hemm ġiet diskussa fil-kunsill lokali, ittieħed il-vot tal-kunsill u għamilna dak kollu possibbli.", "Però għidli x'jibqa' fik bħala sindku - jien ċert li kull sindku, f'sitwazzjoni simili, kien jimxi bħali - meta tiġi l-elezzjoni u jumejn qabel, it-triq iddur kontra dak li ġie miftiehem mill-maġġoranza tar-residenti!", "Niftakar li għal din il-laqgħa kienu attendew madwar 40 ruħ, kien hemm l-approvazzjoni mill-kunsill lokali, Transport Malta semgħet l-ilment, però jumejn qabel l-elezzjoni, it-triq iddawret kif kienet qabel, kontra r-rieda tar-residenti!", "Għalhekk nistaqsi: Din hija s-saħħa li għandu jkollu l-kunsill lokali?", "Din hija r-riforma li rridu li jkollna fil-kunsilli lokali?", "Dan hu r-rispett li għandu jgawdi s-sindku?", "Aktar 'il quddiem, se nitkellem dwar ir-rispett lejn is-sindku, imsemmi f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Issa ħalli nerġa' nitkellem ftit dwar ir-reġjuni.", "Jekk wieħed iħares lejn il-liġi kif inhi s'issa jsib li l-funzjonijiet tar-reġjuni huma l-manutenzjoni tad-dwal, tat-toroq u l-organizzazzjoni ta' attivitajiet kulturali.", "Ta' min isemmi li fl-2015 ir-reġjuni tteħdulhom ir-responsabilitajiet tal-infurzar lokali, li kien is-sors prinċipali tal-finanzjament tagħhom.", "Fil-fatt dak iż-żmien kont tisma' ċertu tfesfis fil-laqgħat tal-kumitati reġjonali f'pajjiżna, fejn xi wħud kienu jistaqsu: X'futur għandhom il-kumitati reġjonali f'pajjiżna?", "Il-kumitati reġjonali kienu twaqqfu biex inkunu konformi ma' ċerti obbligazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u sabiex inkunu eliġibbli li jkollna rappreżentanza tal-kumitati tar-reġjuni tal-istess Unjoni Ewropea.", "Però l-kumitati reġjonali baqgħu ma ngħatawx funzjonijiet speċifiċi.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin naraw li jeħtieġ li dawn il-kumitati reġjonali jkunu qegħdin joperaw b'mod effettiv.", "Però f'dan l-Abbozz ta' Liġi jien qed nara ċerta dgħufija ta' dawn il-kumitati u allura jkolli nistaqsi: X'inhi eżattament il-funzjoni tar-reġjuni f'pajjiżna?", "Għad fadlilhom spazju?", "Il-bidla fil-konfini tagħmel sens?", "Hemm imbagħad rakkomandazzjonijiet li naqbel magħhom, bħal pereżempju li l-libreriji reġjonali jiġu devoluti lir-reġjuni, li jkun hemm one stop shops li jservu ta' informazzjoni f'kull reġjun u li kull reġjun ikollu fi ħdanu struttura soċjali li taħdem fil-qrib, tikkordina ma' entitajiet oħrajn u toffri assistenza lil dawk l-entitajiet, b'mod speċjali volontarji, li huma midħla fil-qasam soċjali tar-reġjun.", "Naqbel ukoll li l-kumitati reġjonali jikkordinaw l-attivitajiet kulturali u sportivi flimkien mal-kunsilli lokali, mal-għaqdiet sportivi u mal-għaqdiet kulturali tar-reġjun però biex dan iseħħ jeħtieġ li jiġu mħaddma professjonisti kif hemm imniżżel fl-Abbozz ta' Liġi, bħall-uffiċjal tal-fondi Ewropej, uffiċjal tas-saħħa u sigurtà, works manager u espert ambjentali fost l-oħrajn.", "Irridu nsemmu wkoll li fiż-żmien meta jien kont sindku, kien beda jaħdem xi ħadd fir-Reġjun tat-Tramuntana, għamel jumejn u waqaf għax ir-reġjuni pprovaw jimxu b'ċertu mod imma dan mhux dejjem irnexxa.", "Sur President, ċerti tenders fil-kunsilli lokali jistgħu jibbenefikaw meta jinħarġu bħala reġjun minħabba economies of scale.", "Jekk, pereżempju, kuntratti tal-ġbir tal-iskart, tal-indafa pubblika u tal-landscaping jinħarġu kollettivament mir-reġjun, il-kunsill lokali se jaqbillu.", "Però r-responsabilità tal-operat tal-kuntratt u l-kuntratt dirett mal-kuntrattur għandhom jibqgħu fir-responsabilità tal-kunsill lokali.", "Ir-riforma għandha tkun mill-qiegħ nett għall-ġid tar-residenti.", "Pereżempju, mhuwiex aċċettabbli li kuntrattur jagħmel li jrid, ma jisma' mill-ebda sindku, toħroġlu default notice u qisu ma ġara xejn, għax għandu ħabib Kastilja!", "Din hija sitwazzjoni li għaddejt minnha jien!", "Dan meta, kif nafu, is-sindku jeħel għal kulma jiġri fil-lokalità.", "Irridu ngħidu wkoll li hemm min joħroġ għall-kunsill lokali għax jaħseb li l-impenn huwa differenti, però mbagħad isib ruħu f'bir tas-skieken.", "Lokalitajiet bħal Birkirkara, il-Mosta, San Ġiljan, Ħal Qormi u Tas-Sliema għandhom ħafna sfidi u proprju għalhekk li r-riforma trid tkun mill-qiegħ nett.", "Pereżempju, il-ġimgħa li għaddiet għamilt mistoqsija parlamentari fejn staqsejt kemm saru rapporti ta' serq fil-Mosta bejn Jannar u Frar tal-2019 u l-Ministru Michael Farrugia weġibni li saru 22 rapport, jiġifieri tlieta fil-ġimgħa.", "Issa hawn qed nitkellmu dwar każi li ġew irrapportati, għax jien naf b'dettalji oħrajn.", "Kif nafu mhux kull anzjan u anzjana jirrapportaw lill-pulizija u f'ċerti lokalitajiet, dawn imorru għand is-sindku.", "Mhux kull lokalità hija l-istess; pereżempju fil-każ tal-Mosta, hemm ċertu link bejn is-sindku u l-għassa u bejn is-sindku u l-iskejjel.", "Sur President, jien ġieli għedt li f'ċerti lokalitajiet tlifna kull kontroll bir-riżultat li għandna anzjani mwerwrin.", "Pereżempju, bħala deputati mmorru nagħmlu house visits u nista' ngħid li ċerti anzjani jibżgħu jiftħulek.", "Fil-fatt meta mmur inħabbtilhom, l-ewwel jittawlu minn wara l-persjana, imbagħad ngħidilhom li jien Ivan Bartolo u meta jagħrfu leħni, idaħħluni.", "Dan meta dan il-Gvern wegħedna li tista' toqgħod f'darek bla biża'.", "Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid ukoll li f'San Pawl il-Baħar, pereżempju, ġew irrapportati 60 serqa.", "Kull sindku u kunsillier li jħobb il-lokalità jaqla' kollox fuq wiċċu, ir-risq it-tajjeb u l-ħażin, bħaż-żwieġ.", "Però r-residenti għandhom ikunu jafu li l-amministrazzjoni tal-kunsill lokali mhijiex f'idejh.", "Pereżempju n-nies iċemplulek u jgħidulek li l-livell tal-customer care huwa below zero għax ħadd ma jwieġeb it-telefon.", "Però jkun tajjeb li n-nies ikunu jafu li s-sindku ma jistax ikellem lill-istaff hu; dan irid isir mis-segretarju eżekuttiv.", "Jekk tara ħaddiem fuq il-Facebook waqt il-ħin tax-xogħol, ma tistax tkellmu bħala sindku!", "Dik hi l-liġi!", "L-istess fejn jidħlu l-kuntratturi u fejn jingħata l-irħas tender.", "Kif nafu, tal-irħas tieħu!", "Huwa għalhekk li għandna bżonn ta' riforma mill-qiegħ.", "L-iskuża hija li rridu noqogħdu mal-liġi!", "Però hemm bżonn ta' aktar edukazzjoni indirizzata lejn iċ-ċittadin.", "Hemm sindki li jaħdmu minn filgħodu sa filgħaxija u li huma verament dedikati għal-lokalità.", "Però, sfortunatament, kif qiegħda l-liġi bħalissa, iċ-ċittadini ma jarawx dak li verament ikun qed jagħmel is-sindku.", "Bħalissa qed tiġini f'moħħi esperjenza fejn saret konferenza stampa min-naħa tal-Gvern u kien informat kulħadd minbarra s-sindku!", "Fil-fatt darba kien ġie l-Ministru Josè Herrera fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta u kien hemm il-kunsilliera ta' naħa, imma s-sindku ma kienx jaf b'din iż-żjara tal-Ministru!", "Allura nerġa' nistaqsi: Dan huwa r-rispett lejn is-sindku?", "Jidher li taħt dan il-Gvern, kollox huwa possibbli!", "Mal-Partit Nazzjonalista kont tista' tgħid li flimkien kollox huwa possibbli imma ma' dan il-Gvern kollox huwa possibbli, anke jekk mhux flimkien!", "Huwa importanti li ma nħallux il-ħafna kliem jiġri bina biex taparsi nkunu qed nagħmlu riforma fil-kunsilli lokali, però mbagħad insibu li din hija riforma kożmetika.", "L-għan tagħna għandu dejjem ikun li dan it-tibdil iwassal sabiex jitjieb l-operat u s-servizzi offruti mill-kunsilli lokali għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Sur President, f'dan l-Abbozz ta' Liġi jissemmew ukoll il-famużi attivitajiet organizzati mill-kunsill lokali, il-postijiet waqt il-laqgħa tal-kunsill, ir-rispett lejn il-kariga tas-sindku u tal-kunsilliera u r-rispett lejn il-kariga tal-president tar-reġjun.", "Dan huwa kollu tajjeb.", "Kif għedt, huwa ferm importanti li nuru rispett lejn is-sindku u lejn il-president tar-reġjun, però r-rispett irid ikun ta' veru.", "Hawnhekk nerġa' nsemmi l-konferenza stampa li għadni kif semmejt biex nuri kemm huwa importanti li s-sindku jkun informat b'kollox.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi naqraw ukoll li huwa rrakkomandat li għal kull attività organizzata mill-kunsill lokali, għandha tiġi nominata persuna li preferibbilment ma tkunx kunsillier jew segretarju eżekuttiv imma li sservi ta' ċeremonjier.", "Din hija xi ħaġa li verament iddaħħakni u qed tfakkarni fi ktieb li għadni kemm qrajt bl-isem ta' La Chiesa del Grembiule ta' Don Tonino Bello, fejn naqraw li l-knisja għandha tneħħi l-paguni u ċ-ċerimonji.", "Mela tajjeb, il-Knisja se tneħħi dawn iċ-ċerimonji u se nżiduhom fil-kunsill lokali!", "Sur President, naħseb li minflok ħafna ċerimonji, pożi u kummiedji, in-nies trid li fil-bidu tal-leġiżlatura, is-sindku mal-insinja jingħata papoċċ, ħalli fl-aħħar tal-leġiżlatura nħarsu lejn dan il-papoċċ biex naraw kemm ikun migruf u mqatta' u naraw kemm ħadem għall-ġid tar-residenti tagħna.", "Din hija r-riforma vera tal-kunsill lokali li qed jistenna l-poplu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO PARNIS: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Marzu, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, minn żmien għal żmien, l-Oppożizzjoni tagħmel ċerti attakki fuq il-Gvern, fuq il-ministri u fuq l-istituzzjonijiet regolatorji ta' pajjiżna.", "Dawn l-attakki jiġu minn ċerti individwi kemm permezz tal-kitba u anke b'diskorsi fil-Parlament.", "Ninnota li dawn l-attakki, b'koinċidenza jew le, jiżdiedu kull darba li toħroġ xi aħbar tajba dwar l-ekonomija ta' pajjiżna, bħal pereżempju, meta joħroġ xi rapport tar-rating agencies jew tal-IMF.", "Huwa ovvju li aktar ma l-ekonomija tmur tajjeb, min għandu interess li jara li ċ-ċansijiet tiegħu fl-elezzjoni jmorru 'l quddiem, se jinħasad!", "Għalhekk in-knee-jerk reaction tkun attakk fejn jikkopjaw u jissellfu l-kampanja telliefa tal-Onor.", "Simon Busuttil biex ikomplu jipprovaw ikerrhu lil dan il-Gvern u lil pajjiżna, speċjalment mal-barranin.", "Dawn l-attakki jipprovaw jgħattu u jiġġustifikaw attakki oħrajn li jsiru fil-Parlament Ewropew minn membri parlamentari Ewropej Maltin li jirrappreżentaw lill-Oppożizzjoni.", "Dan qed isir anke jekk ħafna drabi qed jirrealizzaw li dawn l-attakki mhu qed jieħu gost bihom ħadd, la min-naħa ta' dawk li jissimpatizzaw mal-Gvern u lanqas ma' min jissimpatizza mal-Oppożizzjoni.", "Hemm ċertu pride f'kull Malti u Għawdxi u hemm ukoll ċertu tħassib għax-xogħol tat-tfal tagħna f'ċerti setturi, bħas-setturi finanzjarji u l-iGaming.", "L-MEPs Nazzjonalisti qed jipprovaw juru li qed jiġġieldu għal pajjiżna u għall-prinċipji li qatt ma naf li meta kienu fil-gvern kienu xi champions tagħhom, biex inkun diplomatiku!", "B'dawn l-attakki qed jipprovaw ukoll jgħattu l-konflitti ta' interessi li għandhom ċerti Membri tal-Oppożizzjoni.", "Pereżempju, ġieli semmejt li Membri Parlamentari Ewropej li huma avukati, li f'xogħolhom jiddefendu ċerti kriminali inkluż il-Mafja – din ma fiha xejn għax dan huwa xogħolhom – imorru fil-Parlament Ewropew u jitkellmu fuq ċerti suġġetti b'ċertu ton.", "Dan joħloq konflitt ta' interess bħalma hu konflitt ta' interess li tkun involut f'ċerti kuntratti bħala practitioner, imma mbagħad bil-kappell ta' membru parlamentari tattakka kuntratti li jingħataw lil xi kuntratturi li huma assoċjati ma' dan il-Gvern.", "Huwa għalhekk li l-Venice Commission tikkritika l-fatt li l-Membri Parlamentari Maltin mhumiex full-time.", "Ovvjament, dawk fil-klassi legali ma jeħdux gost jisimgħu din il-kritika għaliex jippreferu jagħmlu x-xogħol legali matul il-ġurnata u mbagħad filgħaxija jiġu hawnhekk lebsin il-kappell ta' membri parlamentari.", "Ovvjament, dan hu dritt tagħhom, ladarba huma eletti mill-poplu.", "Però din il-kritika ddejjaqhom u għalhekk jispiċċaw jattakkaw iżjed lill-Gvern u lill-isituzzjonijiet f'pajjiżna.", "Sur President, jien m'iniex se nidħol fid-dettalji tal-inkwiet li hemm bħalissa fil-Partit Nazzjonalista għaliex kull bnieden fit-triq jaf dwaru, speċjalment l-inkwiet li hemm fil-fazzjoni ta' kampanja telliefa mmexxija mill-Eks Kap tal-Oppożizzjoni li għadna nħossu r-riperkussjonijiet tagħha.", "Mhuwiex il-kompitu tiegħi li nidħol f'din is-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista però wieħed jifhem għalfejn issir ċerta kritika lejn il-Gvern.", "Lil hinn minn dan kollu, naħseb li l-poplu jrid jisma' eżattament kif oriġinaw is-servizzi finanzjarji, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u kif Malta daħlet f'dan kollu.", "Dawn ma bdewx minn mindu l-Onor.", "Simon Busuttil kien jieħu l-hints li jaqra fil-gazzetti u beda kampanja kontra l-Gvern, fejn mingħalih kien il-cavallo di battaglia li se jirbaħ l-elezzjoni.", "Nafu kif kienu marru żmerċ bil-kbir huma u l-gazzetti li kienu jappoġġjaw din il-kampanja.", "Tajjeb ngħid, kif semmejt kemm-il darba, li fi żmien il-Gvern tal-Eks Prim Ministru Dom Mintoff, is-servizzi finanzjarji kienu assoċjati ma' tax haven.", "Dan ifisser li l-gżejjer fil-Paċifiku u l-Karibew jispeċjalizzaw f'servizzi finanzjarji b'mod li ma jħallsux taxxa u hemm is-segretezza li timplika wkoll il-kriminalità.", "Huwa għalhekk li l-Eks Prim Ministru Mintoff qatt ma kien jafda f'bankiera jew esperti tat-taxxa li jħawdu f'dawn l-affarijiet u qatt ma riedhom wara biebu!", "Sakemm kien hemm Gvern Laburista ma kellna l-ebda tax haven jew offshore centre f'pajjiżna.", "Però meta nbidel il-Gvern, kien hemm min ikkonvinċa lill-Partit Nazzjonalista biex jibda attività ekonomika ġdida f'pajjiżna billi jmur għal tax haven u offshore centre li jfisser li jkollok kumpaniji li ma jħallsux taxxa u li tinżamm segretezza kbira dwar l-attività tagħhom.", "Dan kien ifisser ukoll li wieħed ma setax jagħmel superviżjoni fuq attività marbuta mal-kriminalità.", "Din kienet l-istampa bejn l-1987 u l-1989 sakemm twaqqfet il-MIBA li kienet offshore centre.", "Fl-1992, jiġifieri ħames snin wara, Gvern Nazzjonalista kellu aspettattivi għoljin ħafna li se jaċċettawna bħala membri tal-Unjoni Ewropea, però żgarralhom għax ħasbu li ħbieb tagħhom fl-Italja se jaqbżu għalina.", "Min-naħa l-oħra, ftit kellhom kuntatti mal-Ġermaniżi, li kif nafu, dejjem kellhom ċerta influwenza.", "Dakinhar il-Ġermaniżi ħassew li pajjiżna ma kienx ippreparat u kellu bżonn aktar preparazzjoni biex isir membru tal-Unjoni Ewropea.", "Naħseb li fattur importanti kien l-għeluq tal-MIBA li fuq l-għatba tal-Unjoni Ewropea kien ċentru li għadu jitwieled u li pprova jikkopja dak li kien isir minn tax havens fil-Karibew u fil-Paċifiku.", "Dan wassal biex tittieħed deċiżjoni sinifikanti fejn ingħatat notice liċ-ċentru tal-offshore MIBA.", "Dan kien meħtieġ biex Malta tmexxi 'l quddiem l-applikazzjoni tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, Malta kellha tbiddel il-leġiżlazzjoni kollha kemm hi biex tiġi tixbah lil pajjiżi membri stati tal-Unjoni Ewropea bħal-Londra, il-Lussemburgu u l-Irlanda, li kollha għandhom ċentri finanzjarji ta' suċċess u liġijiet li huma approvati u konsonanti mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea.", "Dakinhar Malta ħadet din id-deċiżjoni u tat notice ta' għaxar snin lil dawk il-banek kollha offshore li twaqqfu Malta b'riħet il-MIBA.", "Ovvjament dawn ma stajtx tgħidilhom biex jitilqu mil-lum għal għada.", "Dan iċ-ċentru issa għalaq imma kien hemm proċess fejn min kien qiegħed ġewwa beda jipprepara biex joħroġ u ma beda jiġi aċċettat ħadd ġdid taħt il-MIBA.", "Minn hemm imbagħad, fl-1994, kien twaqqaf ċentru finanzjarju ġdid bi stil Ewropew, li ġie msejjaħ il-Malta Financial Services Centre (MFSC).", "L-ewwel chairman tal-MFSC kien il-Professur Joe Bannister u madwar tliet snin wara, ġejt appuntat jien bħala chairman, fejn servejt għal ftit iżjed minn sentejn taħt tliet Ministri, il-Ministru Lino Spiteri, il-Ministru Leo Brincat u l-Ministru John Dalli.", "Nista' ngħid li kienet saret ħidma kruċjali għax meta kien twaqqaf il-MIBA u anke l-MFSC kien hemm ftehim kbir u importanti bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Peress li dan iċ-ċentru seta' jiġi attakkat minn kompetituri barranin rajna li kien hemm bżonn li jkun hemm l-għaqda bejn iż-żewġ naħat għaliex l-attakki setgħu jkunu kbar.", "Ladarba verament xtaqna li din l-industrija tikber u tikkrea l-impjiegi kien hemm bżonn tal-għaqda bejn iż-żewġ partiti.", "Dan il-ftehim sar u nistgħu ngħidu illi baqa' għaddej għal 25 sena taħt Gvern Nazzjonalista u sena u nofs taħt Gvern Laburista.", "Bħala chairman niftakar li kont nikkonsulta kemm mal-ministru kif ukoll max-shadow minister.", "Niftakar li fi żmien John Dalli, kemm meta kien fl-Oppożizzjoni kif ukoll meta kien il-Ministru tiegħi, dan il-ftehim kien inżamm u kien hemm trasparenza bejn iż-żewġ naħat tal-politika sabiex is-settur finanzjarju jikber.", "Għalhekk forsi wieħed jistaqsi: Meta twaqqaf dan il-ftehim?", "Jien niftakar li meta kien sar attakk fuq il-Professur Bannister, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi kien kiteb lill-Kap tal-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien Joseph Muscat dwar dan il-fatt u niftakar li kienu żammew dan il-ftehim bejniethom u raw kif se jimxu 'l quddiem.", "Dan il-ftehim inkiser mill-Onor.", "Simon Busuttil bl-attakki sfrenati kontra Malta u s-settur finanzjarju tiegħu, fuq hints li kien jieħu minn kitba fil-ġurnali.", "Dawn l-attakki għadhom sejrin sal-lum, għalkemm nisperaw li taħt il-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid, nerġgħu mmorru għall-mudell li dejjem irnexxielna nħaddmu fejn jidħlu s-setturi finanzjarji.", "Ovvjament, fejn hemm bżonn wieħed għandu jikkritika b'mod kostruttiv u nirranġaw fejn meħtieġ bil-kunsens taż-żewġ naħat, imma l-attakki fil-beraħ, speċjalment fil-midja internazzjonali, ma' istituzzjonijiet internazzjonali u fil-Parlament Ewropew, għandhom jieqfu!", "Kif ngħidu bl-Ingliż, common sense should prevail!", "Ninsab ċert li r-riżoluzzjoni li se jkun hemm fil-Parlament Ewropew il-ġimgħa d-dieħla hija preċiżament fuq pajjiżna.", "Nafu li l-MEPs David Casa u Roberta Metsola bl-ebda mod ma kkritikaw din ir-Riżoluzzjoni, li qed tipprova ġġib lil Malta fl-aktar preċipizju li tista' ġġibu.", "Ejja niftakru li pajjiżna bil-Kostituzzjoni għandu t-tradizzjonijiet tiegħu tal-Indipendenza u r-Repubblika, u dejjem kellna l-ħarsien tas-saltna tad-dritt.", "Għalhekk assolutament mhuwiex aċċettabbli li llum Malta qed tiġi kkritikata li l-qafas tagħha huwa dgħajjef.", "Il-mod kif jaħdem il-qafas tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna dejjem kien aċċettat, imma Alla jbierek, għax illum hemm Gvern Laburista, qed jingħad mod ieħor.", "Infakkar li l-attakki li għaddejjin qed jipperikolaw l-għajxien tal-poplu tagħna.", "Hawn mhux qed nagħmel statements bl-addoċċ imma qed nitkellem dwar riżoluzzjoni fuq is-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Mhux qed nitkellem fuq il-Polonja jew fuq l-Ungerija fejn hemm il-veru periklu għas-saltna tad-dritt, għax pereżempju, hemm indħil dirett fl-appointments tal-imħallfin, fis-sens li jneħħu lil xi wħud biex ilaħħqu oħrajn.", "Hawn qed nitkellem fuq attakk sfaċċat fuq pajjiżna fejn qed jipprovaw jiżolaw lil Malta.", "Irrid ngħid li żgur li l-ebda Parlament Ewropew ma kien se jagħmel dan li kieku ma kienx instigat mill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Oppożizzjoni.", "Ma nafx b'liema mod jistgħu jiġġustifikaw dawn l-attakki fuq pajjiżna.", "Però, biex nerġa' niġi għall-istorja f'pajjiżna, irrid ngħid li l-ewwel sfidi ma kenux dwar il-ħasil tal-flus, imma kienu dwar ir-reġim tat-taxxa.", "Konna nafu mill-bidu nett li r-reġim tat-taxxa ta' Malta li writna mingħand l-Ingliżi, magħruf bħala full imputation system, kien attraenti għal kumpaniji barranin biex jiġu Malta.", "Niftakar li meta kont għadni chairman tal-MFSA, kont irċevejt ittra mingħand l-OECD biex tgħidilna li hemm definizzjoni ġdida li qed tissejjaħ harmful tax competition.", "Meta t-taxxa ta' pajjiżek tkun aktar baxxa minn ta' pajjiż ieħor ma timplikax diffikultà, però hemm definizzjoni li jekk ma toqgħodx attent, ir-reġim tiegħek jista' jkun harmful bid-definizzjoni ta' ringfencing, fejn pereżempju, tittratta lill-barranin differenti mill-Maltin.", "Hemmhekk, il-pajjiż jiġi blacklisted.", "Niftakar li dakinhar konna bdejna naħdmu, nissieltu u nġibu l-pariri mill-aqwa avukati f'Londra, li ġew magħna f'Pariġi, biex Malta ma tiġix blacklisted għax konna nemmnu li r-reġim ta' taxxa ta' pajjiżna mhuwiex harmful, u kien irnexxielna bi ftit tweaking 'l hemm u 'l hawn.", "Ir-reġim ta' taxxa tagħna kien baqa' kompetittiv u konvinċenti tant li rbaħna l-argument mhux biss mal-OECD, imma meta fl-2003, Gvern Nazzjonalista kien qed jipprepara biex isir membru tal-Unjoni Ewropea, irnexxielna li r-reġim ta' taxxa jiġi aċċettabbli mid-DG Competition kif ukoll mill-code of conduct li għadu jeżisti sal-lum.", "Kif bdiet l-istorja dwar il-ħasil tal-flus?", "Kif nafu, inti tiġġieled il-kriminalità mhux direttament billi tarresta l-kriminal u taqbdu fil-fatt, imma billi tagħlaqlu l-ossiġnu, li huma l-finanzi tiegħu.", "Il-kriminalità tagħmel il-flus, li jissejħu flus maħmuġin, u dawn ikunu ġejjin minn droga, terroriżmu, armamenti u smuggling, fost l-oħrajn.", "Għalhekk, il-G7, li huma l-akbar seba' pajjiżi tad-dinja, iltaqgħu fil-bidu tal-1989 fejn ġiet imwaqqfa l-Financial Action Task Force (FATF) li xogħolha kien li tiġġieled il-ħasil tal-flus.", "Sentejn wara, bdiet tiġġieled ukoll il-finanzjament tat-terroriżmu.", "L-ewwel żjara f'pajjiżna mill-Moneyval li kien qed jirrappreżenta l-FATF fl-Ewropa saret fl-1998, jiġfieri qabel ma konna membri tal-Unjoni Ewropea u dak iż-żmien ġiet imwaqqfa l-FIAU li llum l-Oppożizzjoni qed tattakkaha wkoll.", "Irrid ngħid li għall-kontinwità, fl-2013, jien ħallejt l-istess bord tal-MFSA li ġie appuntat minn Gvern Nazzjonalista sakemm spiċċa t-terminu tiegħu f'Diċembru tal-2014.", "Din il-ħrafa u gidba li l-bord li waqqaft jien ta l-liċenzja lill-Pilatus Bank mhi vera xejn.", "Iċ-chairman, il-bord kif ukoll in-nies li kienu appuntati fi żmien Gvern Nazzjonalista ħallejniehom hemm u kien proprju taħt it-tmexxija tagħhom li ngħatat il-liċenzja ta' Pilatus.", "Hawn ma qed ngħid xejn ġdid ħlief fatti!", "L-istess sar fir-rigward tan-Nemea Bank li ngħata l-liċenzja dak iż-żmien.", "L-Oppożizzjoni tiġi tgħid li ndħalna fir-reklutaġġ, proposta 7 on a case by case basis.", "Staqsu lill-Prof.", "Bannister u lil Dr Manfred Galdes kemm-il darba ndaħlilhom il-Ministru Scicluna, biex jimpjegaw imqar persuna waħda f'dawn iż-żewġ istituzzjonijiet!", "Ħafna drabi jsemmu lil Jonathan Ferris.", "Jien lanqas biss kont naf li jeżisti, aħseb u ara kemm kont naf li ġie reklutat jew tkeċċa mill-FIAU!", "Dawn huma affarijiet importanti li ngħidhom.", "Tajjeb li l-Oppożizzjoni tgħid eżattament xi trid għax min-naħa jgħidulek ara ma tmurx tindaħal bħala Ministru - jiġifieri qed jimplikaw li ndħalt meta fil-fatt m'għamiltx dan - għax iridu jipproteġu l-indipendenza tal-istituzzjonijiet u min-naħa l-oħra jgħidulek li l-liċenzja tat-tali bank ingħatat under your watch, bħallikieku tort tiegħi!", "Skużi, dawn jistgħu jiddeċiedu xi jridu?", "Iridu li l-isituzzjonijiet ikunu indipendenti u jiddeċiedu huma lil min jagħtu l-liċenzja u mhux jiddeċiedi l-Ministru jew għax f'daqqa waħda, fl-opinjoni tagħhom, iħossu li dik il-liċenzja ma misshiex ingħatat, iridu jwaħħlu fil-Ministru?", "Dan huwa t-taħwid tal-Oppożizzjoni!", "Ta' min jgħid ukoll li n-National Risk Assessment (NRA) għamiltu qabel ma bdiet din il-kontroversja, fi żmien il-kriżi ta' Ċipru.", "L-istess fir-rigward tat-tisħiħ tal-Economics Crimes Unit; għadni niftakar ċar li fl-uffiċċju tiegħi kont laqqajt lill-Eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, lill-Avukat Ġenerali u lis-Segretarju Permanenti, u hemmhekk il-messaġġ kien ċar.", "Dakinhar kont tlabthom biex jirreklutaw nies fil-forensika, irrispettivament mill-fatt li dan kien se jiswa l-flus.", "Il-messaġġ mill-bidu nett kien li nsaħħu l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Għalhekk inħoss li l-kritika li qed issir illum hija inġusta u sproporzjonata.", "Qed ngħid dan għar-raġuni li kif nafu, smajna bi Swiss Leaks, Lux Leaks, Jersey List, Paradise Papers u Panama li huma ġurisdizzjonijiet barranin.", "Imbagħad kellna banek li ġew akkużati b'ħasil ta' flus, bħal Danske Bank, fejn bejn l-2007 u l-2015, kien hemm ħasil ta' flus ta' USD230 biljun.", "L-istess, fir-rigward tas-Swedbank u n-Nordea Banke fejn qed nitkellmu dwar miljuni.", "Mhux qed ngħid li għax dawn il-banek għamlu l-ħażin allura għandna niġġustifikaw il-ħażin tagħna.", "Żgur li le!", "Il-ħażin huwa dejjem kundannabbli imma l-kritika trid tkun proporzjonata.", "Rigward dawn il-banek barranin, il-Parlament Ewropew u l-kumitat li twaqqaf bagħtu għall-Prim Ministri, għall-Ministri u għall-Avukat Ġenerali tagħhom biex jagħtu rendikont fil-Parlament Ewropew għal dan il-ħasil ta' flus li sar fuq skala enormi Ewropea u mhux fuq proċeduri?", "Sur President, għandi ħafna aktar xi ngħid imma se jkolli nikkonkludi.", "Il-punt tiegħi huwa li l-politika ta' attakki indirizzata lejn il-Gvern meta tkun fl-Oppożizzjoni hija mistmerra u aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed turi kemm m'għandhiex bażi soda.", "Ir-re qed jidher li huwa mingħajr ħwejjeġ!", "Huwa ċar li l-attakki kienu biss politiċi u għalhekk, l-elettorat, fl-elezzjoni li ġejja, se jagħti l-messaġġ li jistħoqq lil min juża din il-politika mistkerrha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 25 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqisja.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar telefonati qarrieqa sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiż ġie rrapportat li saru dawn it-telefonati u x'azzjoni ħadet il-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-informazzjoni dwar telefonati qarrieqa kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tinżammx taħt forma ta' statistika u mhux possibbli li din tinġabar.", "Informat li sal-lum il-Pulizija għad ma kellhiex istanzi fejn l-investigazzjonijiet fuq dawn ir-rapporti ntemmu b'suċċess u għalhekk mhux possibbli li wieħed jindika minn fejn oriġinaw dawn it-telefonati, għalkemm jidher li dawn ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Bħalma jsir fil-każi ta' one ring scams imsemmija f'mistoqsija oħra mill-Onor.", "Interpellant, il-Pulizija tagħmel dak kollu possibbli biex toħloq għarfien dwar dan ir-reat bħala prevenzjoni u meta jkollha numri ta' telefonati minn dawn, tikkoordina mas-service providers tat-telefonija lokali, biex fejn hu possibbli jieħdu dawk il-passi u jipprevenu li dawn in-numri jibqghu jintużaw, bil-mezzi tagħhom.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar one ring scams u ċjoè meta persuna jċemplilha xi ħadd u jaqta', biex imbagħad il-persuna ċċempel lura u tispiċċa tħallas premium rate għat-telefonata, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid minn liema pajjiż ġie rrapportat li saru dawn it-telefonati u x'azzjoni ħadet il-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-informazzjoni dwar one ring scams kif mitluba mill-Onor.", "Interpellant ma tinżammx taħt forma ta' statistika u mhux possibbli li din tinġabar.", "Informat li sal-lum il-pulizija għad ma kellhiex istanzi fejn l-investigazzjonijiet fuq dawn ir-rapporti ntemmu b'suċċess u għalhekk mhux possibbli li wieħed jindika minn fejn oriġinaw dawn it-telefonati, għalkemm jidher li dawn ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.", "Madankollu, il-Pulizija tagħmel dak kollu possibbli biex toħloq għarfien dwar dan ir-reat bħala prevenzjoni u meta jkollha numri ta' telefonati minn dawn, tikkordina mas-service providers tat-telefonija lokali, biex fejn hu possibbli jieħdu dawk il-passi u jipprevenu li dawn in-numri jibqghu jintużaw, bil-mezzi tagħhom.", "IIP: KUMITAT TA' MONITORAĠĠ - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Programm tal-Investitur Individwali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' kull waħda mil-laqgħat u jindika wkoll il-persuni li kienu preżenti għal-laqgħat apparti l-membri tal-Kumitat?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġie msejjaħ ir-Regolatur sabiex jidher quddiem il-Kumitat?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif titlob il-liġi saru ħames laqgħat.", "Id-dati huma dawn:", "Il-mistednin għal dawn il-laqgħat ikunu r-Regolatur u l-Kap tal-Programm ta' Investitur Individwali.", "Ir-Regolatur attenda kull laqgħa msemmija hawn fuq.", "IIP: FUNZJONIJIET ASSENJATI LIR-REGOLATUR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'funzjonijiet oħra assenja lir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li qatt ma ġew assenjati funzjonijiet oħra skont kif hemm ipprovdut fl-artiklu 25(4) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188) lir-Regolatur tal-Programm Investitur Individwali.", "IIP: KWESTJONIJIET RAPPORTATI LIR-REGOLATUR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwestjonijiet ġew irrapportati lilu mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali skont dak li jipprovdi l-artikolu 25 (7) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li r-Regolatur kull sena jippubblika r-rapport annwali tiegħu u fejn iħoss il-ħtieġa jinkludi r-rakkomondazzjonijiet tiegħu.", "Dan ir-rapport tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li dan l-istess rapport ikun diskuss mill-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Programm tal-Investitur Individwali.", "FGURA – UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista' jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu Acting Manager tliet darbiet fil-ġimgħa u żewġ skrivani.", "In-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn dan l-uffiċċju matul l-2018 kien jammonta għal 8,458.", "RAĦAL IL-ĠDID – UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista' jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2018?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-Uffiċċju Distrettwali ta' Raħal Ġdid hemm jaħdmu żewġ skrivani full-time u persuna li tattendi darbtejn fil-ġimgħa, waqt li l-pożizzjoni ta' Manager qed timtela permezz ta' roster minn Managers oħra li qed jintbagħtu minn uffiċċji distrettwali oħra.", "In-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi offruti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minn dan l-uffiċċju kien ta' 14,817.", "ĦAL TARXIEN – TEMPJI NEOLITIĊI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista' jinforma lill-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĦAL TARXIEN – UŻU TAL-BERĠA TAS-SAĦĦA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra kemm persuni użaw is-servizzi tal-Berġa tas-Saħħa ta' Ħal Tarxien tul is-sena 2018?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi kien hemm madwar 2,819 il-persuna matul is-sena 2018 li użaw is-servizz ta' tabib mill-Berġa tas-Saħħa ta' Ħal Tarxien.", "IPOĠEW TA' ĦAL SAFLIENI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni żaru l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni tul is-sena 2018?", "Jista' jinforma wkoll lill-Kamra kemm studenti tal-primarja ttieħdu fih, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li l-ammont ta' viżitaturi li żaru l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni kien jammonta għal 33,033 viżitatur u d-dħul totali mill-bejgħ ta' biljetti kien jammonta għal €715,906.", "Intant informat li l-ispejjeż relatati mal-post kienu jammontaw għal €180,056.", "Skejjel primarji ma jżurux dan is-sit.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra kemm persuni ġew ammessi fl-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2018 u jista' jindika kemm kien hemm persuni rikoverati fl-aħħar tas-sena?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2018 kien hemm 2,154 persuni li ġew ammessi fl-Isptar Monte Carmeli li minnhom 1,366 kienu ammessi għal aktar minn darba.", "Fl-aħħar ġurnata tas-sena 2018 kien hemm 367 persuni li kienu qed jiġu rikoverati fl-istess sptar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· introduzzjoni tal-Online Government, li qed twassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· installazzjoni tal-pannelli; u", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· introduzzjoni tal-Online Government li qed twassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· installazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed twassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement; · introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; · installazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "AFM - SULDATI GĦAWDXIN LI QATT MA ĦADMU F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li suldati Għawdxin li qatt ma kienu ħadmu f'Għawdex ġew trasferiti minn Malta lejn Għawdex?", "Jista' jgħid meta hu maħsub li jiġu trasferiti suldati Għawdxin lejn Malta issa meta hu magħruf li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern f'Malta aktar minn ittriplaw f'dawn l-aħħar ħames snin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-aħħar sena (2018) ħarġet applikazzjoni u sar proċess sħiħ ta' selezzjoni sabiex 11-il membru ġdid li qatt ma kienu ħadmu f'Għawdex mal-Forzi Armati ta' Malta, jitilgħu jaħdmu Għawdex u jifformaw komponent ta' salvataġġ marittimu u uffiċjali tal-EOD, sabiex tali servizzi jiġu estiżi lejn Għawdex u b'hekk ikun aċċertat rispons aktar malajr f'każ ta' bżonn.", "AFM: SULDATI GĦAWDXIN – ELIĠIBBILTÀ GĦAL PROMOZZJONIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex suldati stazzjonati f'Għawdex mhumiex eliġibbli għal promozzjonijiet sakemm ma jkunx hemm xi ħadd li jirtira minn fost is-suldati li jaħdmu Għawdex?", "Ma jaħsibx li din hija diskriminazzjoni kontra suldati Għawdxin?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-liġi li tirregola l-FAM teħtieġ li jingħataw promozzjonijiet sabiex jimtlew postijiet vakanti.", "Il-postijiet vakanti jiġu ġġenerati meta suldati jiġu promossi, trasferiti, jinħallu mis-servizz jew l-establishment jitkabbar.", "Il-liġi hija applikata b'mod ugwali madwar l-FAM.", "Din l-amministrazzjoni kabbret l-establishment f'Għawdex billi żiedet komponenti ta' salvataġġ marittimu u tal-EOD.", "B'hekk żiedu l-opportunitajiet għas-suldati Għawdxin.", "Barra minn hekk, postijiet vakanti kienu regolarment disponibbli f'Għawdex matul l-aħħar snin.", "GĦAWDEX - PORT TAL-IMĠARR – SULDATI ASSENJATI MA' LANEĊ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-laneċ li hemm fil-Port tal-Imġarr f'kull shift hemm biss tmien suldati assenjati meta dawn il-laneċ ma jistgħux jitħaddmu b'inqas minn seba' suldati u għalhekk kull darba li xi wieħed minnhom ikun kors, training jew fuq xi impenn ieħor, l-ebda wieħed mis-suldati l-oħra ma jista' jieħu leave?", "Jaf il-Ministru li dan prattikament qed jagħmilha diffiċli immens li dawn is-suldati jieħdu l-leave tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda suldat membru fil-FAM, inkluż dawk irreferuti għalihom li jaħdmu ġewwa Għawdex, ma ġie miċħud id-dritt tagħhom tal-leave.", "Dan dejjem jingħata lilhom meta jitolbuh ħlief jekk l-esiġenzi tas-servizz ma jkunux jippermettu.", "Meta dan ikun il-każ l-individwu jingħata ċ-ċans li jieħu l-leave tiegħu mal-eqreb opportunità.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9111, 8876, 8560 u 8720 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq.", "Fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.", "Fir-rigward tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, illum hemm 39 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew ogħla.", "Fir-rigward tal-kumpanija WasteServ (Malta) Ltd. in-numru ta' nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet baqa' fl-istess livelli tal-2010, filwaqt li fir-rigward tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma jistax isir tali paragun għax din l-Awtorità twaqqfet fl-2016.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – UFFIĊĊJI TA' AĠENZIJI U DIPARTIMENT F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandhom f'Għawdex aġenziji jew dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' jelenkahom u jgħid fejn qegħdin u x'servizzi joffru?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull uffiċċju u xi grad għandhom dawn l-impjegati f'kull uffiċċju?", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9215 u 9097 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8840, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-Servizz Pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk hux se jintlaħqu?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9103 tas-seduta 202 f'din il-leġiżlatura.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9214 u 9096 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8871, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-Servizz Pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk hux se jintlaħqu?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9103.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9213 u 9095 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8872, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-Servizz Pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk hux se jintlaħqu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9103, tas-seduta 202 f'din il-leġiżlatura.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9212 u 9094 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-Servizz Pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk hux se jintlaħqu?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9103 tas-seduta 202 f'din il-leġiżlatura.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9211 u 9093 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8874, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-Servizz Pubbliku kollu fl-2012?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk hux se jintlaħqu?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9103 tas-seduta 202 f'din il-leġiżlatura.", "KODIĊI ĊIVILI – RIKORSI TAĦT ARTIKLU 495A", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors sar ai termini tal-artiklu 495A \"Meta l-komproprjetarji ma jaqblux fuq il-bejgħ ta' xi ħaġa li tkun miżmuma in komun.\" tal-Kodiċi Ċivili minn meta daħal fis-seħħ dan l-artiklu sal-lum, sena b'sena?", "Jista' jgħid kemm minn dawn kienu f'Għawdex u kemm f'Malta?", "Jista' jgħid kemm minnhom kienu deċiżi u kemm minnhom għadhom pendenti?", "Jista' jgħid kemm-il appell sar minn dawn ir-rikorsi?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) promulgat bl-Att tal-2004 li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Att Nru XVIII tal-2004) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005 (Avviż Legali 48 tal-2005).", "In-numru ta' rikorsi li saru ai termini ta' dan l-artiklu li jittratta każijiet \"Meta l-komproprjetarji ma jaqblux fuq il-bejgħ ta' xi ħaġa li tkun miżmuma in komun\", kif ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm għadhom pendenti sas-7 ta' Marzu 2019 huwa kif muri fit-tabelli t'hawn taħt.", "Qorti ta' Malta", "Minn dawk ir-rikorsi li ġew deċiżi kien hemm numru ta' appelli kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:", "Qorti ta' Għawdex", "Minn dawk ir-rikorsi li ġew deċiżi kien hemm numru ta' appelli kif indikat fit-Tabella t'hawn taħt:", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu ta' ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-Gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħatra tal-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha hija għal perjodu ta' tliet snin.", "Il-ħatra ta' din il-persuna fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta ilha żmien twil magħrufa pubblikament.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni maħtura f'isem il-Gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li l-persuna maħtura f'isem il-Gvern fuq il-Board of Trustees tal-American University of Malta hija s-Sur Adrian Hillman.", "TRASPORT PUBBLIKU - ĦLAS TA' SUSSIDJU MILL-GVERN LILL-KUMPANIJA LI TĦADDEM IS-SERVIZZ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju mill-Gvern lill-kumpanija privata li tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku, sena b'sena, mill-bidu tal-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien informat mill-Awtorità tat-Trasport, għandu jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 28413 tat-12-il leġiżlatura rigward is-sussidju li tħallas bejn is-snin 2013 u 2015 kif ukoll għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4197 ta' din il-leġiżlatura rigward is-sussidju li tħallas fl-2017.", "Jien informat ukoll minn Transport Malta li s-sussidju li tħallas fl-2016 kien jammonta għal €29,199,996 filwaqt li l-ammont li tħallas fis-sena 2018 kien ta' €29,530,095.", "L-ammont li tħallas bejn Jannar u l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena jammonta għal €7,299,999.", "WASTESERV – KIRI TA' FAĊILITAJIET TA' ĦAŻNA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il storage facility għandha l-WasteServ mikrija mingħand il-privat ġewwa Malta u Għawdex u għal xiex qed jintużaw?", "Jista' jgħid il-WasteServ mingħand min kriet (persuna/kumpanija) u f'liema raħal u area u jekk hemmx il-permessi meħtieġa tal-awtoritajiet konċernati bħall-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jista' jgħid kemm huma kbar l-istorage facilities?", "Jista' jgħid ukoll b'liema forma ta' procurement ġew mikrija?", "Jista' jgħid għal kemm-il sena hi l-kirja u kemm qed tħallas kera l-WasteServ għal kull metru kwadru, xahar b'xahar u sena b'sena?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-WasteServ għandha mikri mingħand il-privat storage facility wieħed fil-limiti tan-Naxxar Malta u li dan jintuża għall-iskart li ġej minn tagħmir elettriku u elettroniku.", "Din il-faċilità hija mikrija mingħand V&C Contractors Ltd. u għandha permess ambjentali EP 013/18 li kopja tiegħu tinsab online fuq is-sit tal-ERA.", "Il-faċilità, li ġiet mikrija permezz ta' negotiated procedure approvata mill-MFIN, tinsab fuq medda ta' art li tkopri 4,000 metru kwadru u ġiet mikrija għal tliet snin.", "Il-kirja stabbilita għal sena flimkien mas-servizzi anċillari hija ta' €79.50/m2.", "Din il-kera titħallas kull tliet xhur f'ammont ta' €79,500 (eskluża l-VAT) u €318,000 għal terminu ta' sena.", "BIRKIRKARA, IKLIN, ĦAL LIJA, SWATAR, IMRIEĦEL U ĦAL BALZAN - TOROQ", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'toroq saru s'issa f'Birkirkara, l-Iklin, Ħal Lija, is-Swatar, l-Imrieħel u Ħal Balzan minn Lulju 2017 'il hawn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ĦSARAT INFRASTRUTTURALI BIL-MALTEMP - SPIŻA", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa, mill-aspett infrastrutturali bejn wieħed u ieħor, id-dannu li sar fit-toroq ta' pajjiżna fil-maltemp tat-23 u l-24 ta' Frar 2019?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sa minn kmieni s-Sibt filgħodu tat-23 ta' Frar 2019, ċjoè ftit sigħat wara li l-irwiefen bdew jaħkmu l-gżejjer Maltin, Infrastructure Malta kienet diġà qed issegwi l-effett tal-maltemp fuq it-toroq, filwaqt li tappoġġa lill-entitajiet responsabbli mill-għajnuna lill-persuni f'diffikultà u t-tindif tat-toroq mill-materjali li ttajru fihom.", "Fost oħrajn, kien hemm kordinazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, ma' Transport Malta, mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali kif ukoll mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mal-Korp tal-Pulizija.", "Minkejja l-qawwa tal-maltempata li pajjiżna kien ilu snin ma jesperjenza bħalha, bħala strutturi t-toroq ma ġarrbux ħsarat estensivi.", "Dan ħlief għal tkissir ta' żewġ bus shelters, tabelli li wkoll tkissru jew inqalgħu u ħitan fil-ġnub tat-toroq li waqgħu f'lokatajiet varji, u każ fejn inqalgħu l-crash barriers li kien hemm fil-ġenb tat-triq.", "Minnufih Infrastructure Malta ħadet ħsieb li t-triq tingħalaq temporanjament sakemm tneħħew il-crash barriers minn nofs it-triq.", "Malli għadda l-maltemp, bdew ix-xogħlijiet biex it-tabelli fit-toroq li tkissru jew ġarrbu ħsarat bdew jinbidlu jew jitranġaw ukoll minnufih.", "Bħala valur approssimattiv dawn il-ħsarat fit-toroq flimkien ilaħħqu s-somma ta' €118,500.", "ĦSARAT FUQ SIĠAR BIL-MALTEMP", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra ġarrbet ħsara fil-maltemp bejn it-23 u l-24 ta' Frar 2019?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru konċernat.", "ĦAL LIJA U ĦAL BALZAN – STUDJI BIEX JITNAQQAS IL-VOLUM TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi entità taħtu li qiegħda taħseb jew twettaq studju sabiex jitnaqqas il-volum tat-traffiku mill-qalba tal-lokalitajiet ta' Ħal Lija u Ħal Balzan?", "Jekk le, jaħseb li dan huwa opportun li jsir?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fost il-proġetti li Infrastructure Malta qed tippjana li twettaq aktar tard din is-sena hemm is-Central Link Project, investiment ewlieni biex intejbu l-kwalità, is-sigurtà, is-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f'Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ'Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta' Ta' Qali.", "Il-ħin tal-ivvjaġġar f'dan in-network ta' toroq fiċ-ċentru tal-pajjiż għandu jonqos bin-nofs billi se jinbnew mill-ġdid 13-il junction, jitneħħew erba' sistemi ta' traffic lights u jiżdiedu aktar minn seba' kilometri f'korsiji ġodda tul din ir-rotta ta' 4.3 kilometri.", "Central Link Project se jinkludi wkoll diversi kilometri ta' bankini ġodda, l-itwal korsija għar-roti f'żewġ direzzjonijiet u maqtugħa għaliha mit-triq li qatt saret f'Malta u aktar żoni b'siġar u pjanti f'Ħal Balzan u Ħ'Attard.", "B'hekk persuni li jivvjaġġaw fil-lokalitaijiet tal-inħawi se jkollhom aktar riżorsi siguri biex jitħajru jużaw mezzi alternattivi għall-karozza.", "Bħalissa eluf ta' persuni ta' kuljum jużaw diversi toroq residenzjali f'Ħal Lija, Ħal Balzan, Birkirkara u Ħ'Attard biex jevitaw ir-rotta ta' toroq ewlenin dojoq bejn l-Imrieħel u Ta' Qali.", "Peress li dawn it-toroq qatt ma ġew imtejba biex ilaħħqu mad-domanda tat-trasport tal-lum, qed iwasslu għal ħafna dewmien fl-ivvjaġġar u tniġġis tal-arja fl-inħawi.", "Dan qed iwassal għal żieda ta' vetturi f'toroq residenzjali bil-konsegwenza li jiżdied it-tniġġis tal-arja u tal-ħoss u jiżdiedu wkoll ir-riskji t'aċċidenti għar-residenti li jkunu mexjin quddiem djarhom.", "L-istudji li saru waqt l-ippjanar ta' Central Link Project jikkonfermaw li bit-titjib tat-toroq arterjali b'inqas bottlenecks u aktar kapaċità għad-domanda tal-lum u tal-futur, se jonqos l-ammont ta' persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jipprovaw jaslu aktar malajr.", "B'hekk se jgawdu mhux biss il-lokalitajiet ta' Ħal Balzan u Ħ'Attard iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.", "L-istudji wrew ukoll il-ħtieġa li titranġa l-junction li hemm bejn Vjal De Paul u Triq l-Imdina viċin il-ġonna ta' San Anton.", "Din hija waħda mid-daħliet ewlenin għal Ħal Balzan u fost l-aktar ħoloq problematiċi fis-sistema tat-toroq tagħna.", "Fil-fatt Central Link Project se jibni din il-junction mill-ġdid sabiex jitneħħew it-traffic lights u jonqos id-dewmien u t-tniġġis tal-arja li jġibu magħhom f'din iż-żona ta' Ħal Balzan.", "L-istudju dwar l-impatt ambjentali (EIA) ikkonferma li s-Central Link Project kif qed ikun propost minn Infrastructure Malta huwa l-aktar soluzzjoni effettiva u sostenibbli biex jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar f'din ir-rotta ewlenija bejn l-Imrieħel u Ta' Qali u titjieb il-kwalità tal-arja fil-lokalitajiet tal-madwar.", "L-EIA juri li kemm-il darba ma jsirx it-titjib propost, sas-sena 2030 il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi jiżdied bi 2.8 darbiet aktar fil-ħinijiet ta' filgħodu u 4.4 darbiet aktar waranofsinhar, waqt li sal-2045 dan ikompli jiżdied għal 8.1 u 7.8 darbiet aktar rispettivament.", "L-istudju dwar il-kwalità tal-arja, li huwa bbażat fuq monitoraġġ tal-arja li sar is-sena li għaddiet f'diversi nħawi matul ir-rotta, juri l-effetti ħżiena li din il-konġestjoni severa tħalli fl-arja tal-madwar.", "Kieku l-proġett ma jsirx, it-trab iswed u l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja, inkluż f'Ħ'Attard u Ħal Balzan, jiżdiedu b'104% u 35% rispettivament sal-2030 u b'229% u 86% sa 15-il sena wara.", "It-trab iswed u d-dijossidu tan-nitroġenu huma l-akbar żewġ sorsi ta' tniġġis ikkaġunat mill-emissjonijiet tal-karozzi.", "Bis-Central Link Project tkun eliminata l-konġestjoni ta' bħalissa fit-toroq u l-junctions fl-inħawi u dan iwassal għal tnaqqis medju fit-trab iswed ta' 42% sal-2030 u 60% sal-2045, anke meta tikkonsidra ż-żieda li se jkun hawn fit-trasport.", "Bl-istess mod huwa proġettat li l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu jonqsu bi 15% fl-2030 u bi 30% fl-2045.", "PROĠETTI TURISTIĊI", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kif se jgħinu l-proġetti turistiċi ġodda f'pajjiżna sabiex tiżdied il-kwalità tat-turisti li jiġu Malta?", "KONRAD MIZZI: Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għall-mistoqsija tiegħu nixtieq insemmi ftit mill-proġetti li l-Ministeru tiegħi qed jaħdem fuqhom sabiex jitjieb il-prodott turistiku Malti u li indirettament huma ntiżi li jtejbu l-kwalità ta' turisti li jiġu Malta u sabiex dejjem itejbu l-istaġjonalità.", "Nibda biex insemmi x-xogħol siewi tal-GHRC fil-Belt Valletta, fejn qed inkomplu naraw investiment ta' miljuni ta' euro fin-naħa t'isfel – f'restawr ta' binjiet storiċi u anke residenzjali – u proġett li se jara r-riġenerazzjoni ta' Marsamxett.", "Ma nistax ma nsemmix Ġnien Laparelli li għadu kemm ġie inawgurat u li qed ikompli jżid il-valur tal-proġett tad-daħla tal-Belt li ġie inawgurat m'ilux.", "Però l-interventi tal-GHRC ma jiqfux fil-Belt u qed ikomplu bi proġetti ta' riġenerazzjoni ta' żoni li ilhom ma jaraw interventi għal snin twal – bħax-Xatt ta' Tas-Sliema u l-Imsida.", "Dawn il-proġetti se jkomplu fejn qed jimplimenta l-Ministeru f'Marsaxlokk.", "Aġenzija oħra li qed taħdem fuq skala ta' proġetti kbar hija Projects Malta/Projects Plus, li qed taħdem fuq il-link bejn il-Port ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir u b'mod l-aktar importanti fuq proġett ieħor ta' riġenerazzjoni ġewwa Birżebbuġa.", "Bi pjaċir insemmi wkoll il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi li qed tieħu bixra ġdida u sehem ġdid fil-manutenzjoni taż-żoni turistiċi.", "B'danakollu mhux qed nieqfu hawn għax din il-Fondazzjoni qed tieħu sehem ukoll fl-implimentazzjoni ta' proġetti żgħar li qegħdin ukoll itejbu l-prodott u anke proġetti kbar u qed jinkludu proġett estensiv ta' upgrading ta' żoni ġewwa Paceville, San Ġiljan fejn insibu anke l-involviment ta' kumpaniji rinomati internazzjonalment.", "Dawn il-proġetti jafu jiswew madwar €10 miljun u qegħdin isiru b'kollaborazzjoni sħiħa mal-industrija taħt id-direzzjoni diretta tal-Ministeru għat-Turiżmu.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll ix-xogħol tal-MTA li tibqa' involuta fi proġetti relatati mal-baħar, mal-bajjiet tar-ramel, mal-industrija tal-għadds u ma' xogħol relatat ma' restawr ta' siti storiċi b'kollaborazzjoni ma' NGOs lokali.", "F'dan il-kontest tal-MTA, insemmi wkoll in-numru record ta' applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni li qed nipproċessaw li qed jiddiversifikaw il-lokalitajiet u anke t-tip differenti ta' prodott ta' akkommodazzjoni.", "Insemmi x-xogħol li qed isir fil-gżira t'Għawdex li wkoll qed naraw kif intejbu l-aċċessibilità b'metodi ġodda bħal helicopter link sabiex dejjem inkunu nistgħu ntejbu l-kwalità fit-turiżmu.", "Din mhijiex lista eżawrjenti tal-proġetti kollha li qed naħdmu fuqhom imma tagħti stampa tax-xogħol kbir li qed isir f'dan il-qasam waħdani tat-turiżmu, mingħajr ma nsemmi dak ix-xogħol kollu li jsir u li jikkumplimenta dawn il-proġetti.", "AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU – ARRETRATI DOVUTI MINN LUKANDI", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lukandi f'Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Tas-Sliema u San Ġiljan li għandhom flus jew arretrati dovuti lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġejt informat li hemm ħames lukandi li għandhom flus jew arretrati dovuti lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.", "Tlieta minn dawn il-lukandi mhumiex joperaw.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Assistant Child Carers li qed jaħdmu f'Malta u Għawdex?", "X'inhuma l-kwalifiki minimi li qed jintalbu qabel jingħataw l-impjieg?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Istandards ma jipprovdux għall-pożizzjoni ta' Assistant Child Carer.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Assistant Child Carers li qed jaħdmu f'Malta u Għawdex u li m'għandhomx aktar minn School Leaving Certificate?", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9451.", "ASSISTANT CHILD CARERS U CHILD CARERS - ĦLASIJIET", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid b'liema rata qed jitħallsu ċ-Child Carers u l-Assistant Child Carers?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) li skont il-Ftehim Kollettiv, fl-2018 persuna impjegata bħala Child Care Assistant tista' titħallas minn minimu ta' €13,250 (step 1) sa massimu ta' €18,430 (step 15) fis-sena, jiddependi minn kemm tkun ilha fl-impjieg mal-FES.", "Dawn ir-rati huma skont il-Ftehim Kollettiv li skada fl-aħħar ta' Diċembru 2018.", "Il-Ftehim Kollettiv għadu ma ġiex iffinalizzat u għalhekk bħalissa r-rati ġodda qegħdin jiġu diskussi.", "CHILD CARERS LI MA JITKELLMUX BIL-MALTI JEW BL-INGLIŻ", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Child Carers li ma jitkellmux bil-Malti jew bl-Ingliż?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Child Carers li minimament irid ikollhom ċertifikat MQF Level 4 kollha jkunu jitkellmu bil-Malti jew bl-Ingliż biex jakkwistaw dan iċ-ċertifikat.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI EDUKATTIVI – CHILDCARE CENTRES", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn childcare centres li jitmexxew mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?", "Jista' jgħid jekk huwiex minnu li se jiġu privatizzati ċ-childcare centres tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li bħalissa l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi qed topera 14-il ċentru.", "Wieħed minnhom, dak tal-Gżira, se jiġi privatizzat.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Healthy Eating Policy hijiex qed tiġi attwata anke fiċ-childcare centres?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Istandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta' Matul il-Jum tal-2006 (Standard Nru 9) jirrikjedu miċ-ċentri li min qed jipprovdi s-servizz għandu jippromwovi l-benefiċċji ta' dieta sanitarja u jinkoraġġixxi lill-ġenituri jipprovdu ikel bnin u nutrittiv għat-tfal.", "Qabel ma ċentru jibda jopera u qabel ma tingħata r-reġistrazzjoni inizjali ta' ċentru huwa rikjest li ċ-ċentru jinkludi fil-manwal tal-politika u l-proċeduri tiegħu l-Healthy Eating Policy.", "Meta ssir l-evalwazzjoni esterna fiċ-ċentri, isir monitoraġġ li Standard Nru 9 qed ikun implimentat kif xieraq.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kienu t-tipi ta' reati kriminali rrapportati lill-pulizija fis-sena 2017 u fis-sena 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – ŻJARAT F'DUBAI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f'dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f'dak il-każ lil min akkumpanja?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?", "KONRAD MIZZI: Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – KUNTRATT TA' SERVIZZ TA' KONSULENZA TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m'hemm l-ebda ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – KUNTRATT TA' SERVIZZ TA' KONSULENZA TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet tiegħu m'għandhom ebda ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-individwu kkonċernat.", "LESA - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati mal-Aġenzija LESA sal-14 ta ' Marzu 2019?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga tagħhom, meta ġew impjegati u mil-liema lokalitajiet ġejjin?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UFFIĊJAL TAL-KOMUNITÀ - PAGI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-paga bażika li kull uffiċjal tal-komunità impjegat mal-Aġenzija LESA għandu kull xahar?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ - ĊITAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija mill-Uffiċjali tal-Komunità f'kull reġjun bejn Jannar 2016 u Frar 2019 sena b'sena b'mod separat?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "LESA – STRUTTURA TA' KARIGI U POŻIZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TAQSIMA FORENSIKA TA' Ħ'ATTARD – PRIĠUNIERI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9371 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm priġunieri fit-Taqsima Forensika ta' Ħ'Attard u x'inhi l-ispiża ta' kull sena relatata ma' dan is-servizz f'dan il-post?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "EMERĠENZA PSIKJATRIKA - TFAL LI UŻAW IS-SERVIZZ", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mit-870 każ ta' tfal li għamlu użu mis-servizz tal-emerġenza psikjatrika minn Ġunju 2016, kien hemm li ġew riferuti mill-iskola?", "Kemm minn dawn it-870 każ ta' tfal kellhom jiddaħħlu l-isptar mentali?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 79 tifel u tifla li ġew ammessi fil-YPU (Young People's Unit) wara li kienu rrikorrew għas-servizz tal-CAPES (Child Adolescent Psychiatric Emergency Services).", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm adolexxenti taħt is-16-il sena li għamlu użu mis-servizz tal-Child Guidance Clinic f'dawn l-aħħar tliet snin?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-CYPS (Children and Young People Service) joffru s-servizzi tagħhom lil tfal/adoloxxenti sal-età ta' 18-il sena.", "Fis-CYPS fl-2016 saru 6,780 sessjonijiet/appuntamenti, fl-2017 saru 6,275 filwaqt fl-2018 saru 7,031.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm adolexxenti 'l fuq minn 16-il sena li f'dawn l-aħħar tliet snin għamlu użu mis-servizz tal-Outpatients Clinic tal-Isptar Mater Dei?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2016 kien hemm total ta' 436,259-il vista lil adolexxenti 'l fuq minn 16 il-sena fl-Outpatients Clinic tal-Isptar Mater Dei, fl-2017 kien hemm 449,436 filwaqt li fl-2018 kien hemm 466,885.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – FTUĦ TA' AKTAR ĊENTRI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux sejrin jinfetħu aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali matul din is-sena?", "Jekk iva, fejn sejrin jinfetħu dawn iċ-Ċentri?", "Jekk le, meta se jinfetħu aktar ċentri?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qiegħed jiġi mistħarreġ ir-rispons li kellu d-dipartiment għad-dokument ta' konsultazzjoni dwar il-pjan nazzjonali għall-kura tas-saħħa mentali."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190320_209d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 25 ta' Marzu, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ilment ġie investigat mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda r-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali fuq inizjattiva tiegħu stess, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-investigazzjonijiet u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors ġie ppreżentat mis-sid quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera sabiex jiġu ffissati ġranet, ħinijiet u kundizzjonijiet biex is-sid jeżerċita d-dritt ta' aċċess għall-fond sena b'sena mis-sena 2009 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-imsemmija rikorsi kienu dwar dar ta' abitazzjoni u kemm dwar fond kummerċjali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-imsemmija rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il każ il-Bord li Jirregola l-Kera ordna li l-ispezzjoni ssir taħt is-superviżjoni u fil-preżenza ta' marixxal tal-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex qed tikkunsidra li tagħmel il-Kummissjoni Elettorali?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u ta' Għawdex għal tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet tagħhom mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali?", "Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena, il-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università li huma aċċessibbli kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ħaddiema, jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm inġabru lura mill-ispejjeż peritali f'kawżi kriminali tul is-sena li għaddiet 2018?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni impjegati ġewwa l-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2018 u jista' jindika l-iskala rispettiva tagħhom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm requisition orders pendenti fl-aħħar tas-sena 2018 li għaddiet u jista' jinforma kemm kienu jirrigwardjaw proprjetajiet f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward l-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jista' l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat, jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward l-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jelenka d-data u l-post u skop u ma' min kellu, hu jew xi uffiċjali f'xi entità li jaqgħu taħtu, laqgħat ma' rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi sussidjarja tagħha?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8988,jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi għall-junction għad-daħla tar-raħal ta' Sannat, liema proġett hu f'idejn il-Kunsill Lokali Sannat, ġewx approvati?", "Jista' jgħid jekk it-tenders ħarġux?", "Jekk iva x'inhi r-raġuni li ħarġu u l-permessi meħtieġa għal-junction fid-daħla ta' Sannat, għadhom ma ġewx approvati?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-prezzijiet tal-bidders għat-tender MGOZ/MPU T 5/2019 li għalqet fis-27 ta' Frar 2019, mhumiex jidhru fuq il-website www.etenders.gov.mt?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar x'sar f'dawn l-aħħar sentejn fil-proġett ta' decorbonisation permezz tal-bini ta' Park and Ride Facility?", "Tista' tgħid fejn hu ppjanat li jsir dan il-proġett, kif ukoll tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number għal dan il-proġett?", "Tista' tgħid jekk dan il-proġett ġiex approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar u meta?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra x'sar f'dawn l-aħħar sentejn dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan tax-Xlendi u x'hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) qabel jibda s-sajf 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid liema Ministeru ser ikun imexxi u jamministra l-Gozo Museum meta dan ikun lest?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number tal-proġett ta' Ċentru ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria?", "Tista' tgħid meta hu ppjanat li jitlesta u jilqa' l-ewwel pazjenti?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li Palazzo Spinola jintuża għal skopijiet turistiċi jew mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fil-ġejjieni?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm skemi għal panelli miftuħa għall-Każini soċjokulturali mużikali?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9285 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9286 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9287 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9288 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9289 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Iskola Sekondarja tal-Gozo College fir-Rabat Għawdex, ripetutament qed jitħassru numru ta' lezzjonijiet għall-istudenti tal-Form 5?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-refurbishment li sar fi blokk fl-eks Skola Sekondarja Maria Assumpta li fih se jkunu akkomodati d-Dipartiment tal-E-learning u entitajiet oħra?", "Jista' jgħid min wettaq dan ix-xogħol?", "Meta ħarġu t-tenders?", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rifjutati talbiet minn edukaturi għal leave 'to try alternative employment'?", "X'suġġetti jew f'liema qasam jgħallmu dawn l-għalliema?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jagħti lista tal-membri tal-Kamra tad-Deputati li jagħtu xi tip ta' lectures ġewwa l-Università ta' Malta?", "Jista' jagħti informazzjoni wieħed b'wieħed ta' kemm ilhom iwettqu dan, kif ukoll l-Onorarja li jirċievu kull sena jew permezz ta' xi rata oħra?", "F'kull każ għandu jindika ukoll jekk kienx hemm sejħa ta' interess qabel ma ntgħażlu?", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux intitolat għal persuna ta' sigurtà?", "Jekk iva, jista' jiġi indikat jekk dan hux qed jitħallas mill-Gvern?", "Jista' jindika wkoll kemm qamet l-ispiża s'issa u kemm ilu b'dan l-arranġament?", "Jista' jindika x'inhi preċiżament id-'detail' ta' dawn il-persuni ta' sigurtà?", "Jista' jindika jekk fid-'detail' ta' dawn il-persuni ta' sigurtà hemmx indikat li dawn il-persuni jintużaw ukoll bħala 'driver' għal dan l-individwu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-Membru Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta' żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8832, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Karta ta' Servizz ta' Kwalità li għandhom il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta kif ukoll Ħal Għargħur?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li organizzaw klassijiet/laqgħat sabiex wieħed jiġġieled l-illiteriżmu matul din il-Leġiżlatura?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' stennija tas-servizzi kollha mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux il-ġudikatura kollha għandhom sentencing guidelines li jridu jsegwu fid-deċiżjonijiet tagħhom speċjalment f'każijiet bħal vjolenza domestika, stupru u abbużi fuq anzjani jew persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6432 bid-data tad-19 ta' Ġunju, 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni ddettaljata dwar l-iskema li qed tiġi segwita, fejn tobba tal-familja fil-privat jinvistaw pazjenti b'nuqqas ta' saħħa mentali fil-komunità?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Fgura fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Fgura li hemm pendenti bħalissa?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tax-Xgħajra fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tax-Xgħajra li hemm pendenti bħalissa?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Kalkara fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Kalkara li hemm pendenti bħalissa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9398, jekk il-gvern kien għadu ma lestix l-istudji neċessarji, għalfejn inħarġet is-sejħa għall-proġetti fuq art reklamata ħames snin ilu?", "Għalfejn kien wiegħed li se jagħmel wirja b'dawn il-proġetti, jekk l-istudji ma kenux għadhom lesti?", "Jista' jgħid min kien/kienu l-investituri li tefgħu l-proposta għall-iżvilupp ta' korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata?", "Għalfejn il-gvern ħela l-ħin u l-flus ta' dan/dawn l-investituri?", "Jistgħu d-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi ikomplu juru fiduċja f'dan il-gvern?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "L-Att dwar l-Elezzjonijiet jistipula li l-għasses tal-Pulizija u l-Kunsilli Lokali għandhom il-jedd li jgħaddu l-formoli biex residenti jkunu jistgħu jimtlew u b'hekk jiġu rreġistraw bħala votanti.", "Minkejja dan l-Kummissjoni tavża, anke fis-sit elettroniku tagħha, li dan il-proċess jista' jsir biss fl-uffiċċju l-Belt.", "Għaldaqstant jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm ħjiel meta dan il-proċess ser tħares dak li tiddetta l-liġi?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għal pjazza ta' Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati ukoll mill-Bicycle Advocacy Group?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħdidiet min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura mal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni fejn dawn l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi ta' ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Support Line 179 għandux teknoloġija sabiex ċittadini li jċemplu b'urġenza fuq din il-linja, iħallu messaġġ meta l-linji kollha jkunu okkupati, sabiex jiġu kkuntattjati lura kemm jista' jkun malajr?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm jista' jkun fid-dettall, kemm u kif intefqu flus fuq għajnuna lill-familji fil-bżonn is-sena l-oħra?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara li Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq l-Indjana, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara li ilha fi dlam ċappa għal ħafna ġranet, flimkien mal-arkati tal-Akwedott, u l-Ġnejna, jiġu mixgħula mill-ġdid mill-aktar fis?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk huwiex minnu li t-tliet social workers u żewġ occupational therapists li bħalissa huma fuq bażi full-time fl-Isptar Monte Karmeli, però jibbenefikaw minn għaxar sigħat fil-ġimgħa teleworking, għaż-żamma tal-bilanċ aħjar bejn il-familja u x-xogħol, jekk hemm xi pjani li l-għaxar sigħat fil-ġimgħa teleworking, jiġux ridotti għal ħames sigħat fil-ġimgħa?", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa miġbura fuq il-kirjiet tal-proprjetà, mill-2008 'l hawn, maqsuma sena b'sena?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li d-detentur tal-encroachment 079313 miet, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kiosk qiegħda titħalla topera ladarba l-encroachment jispiċċa mal-mewt tad-detentur?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9500 u ċjoè: Għalkemm saru ħafna lmenti lill-awtoritajiet, jista' l-Ministru jgħid meta Infrastructure Malta se terġa' tiftaħ il-water culverts fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara, peress li għal sena oħra r-residenti qed jegħrqu kull darba li tagħmel ix-xita?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jsiru servizzi ta' parkeġġi biex jiffaċilitaw l-użu tat-trasport bil-baħar lejn il-Belt Valletta mill-postijiet minn fejn huwa pprovdut is-servizz tat-trasport bil-baħar lejn il-Belt?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid hekk hemmx xi pjan biex fiż-żona fejn taqbad il-bypass li mit-Telgħa t'Alla u Ommu tagħti lejn l-Iklin/Naxxar, isir proġett li jiffaċilità l-moviment tat-traffiku?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex jiġi indirizzat il-volum tat-traffiku miċ-ċentru tal-lokalità tal-Iklin u tan-Naxxar?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru konċernat jgħid kemm hemm PC applications li qed jiġu pproċessati mill-PlanningAuthority u dan b'rabta ma' żoni ta' rationalisation?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm il-PC application ġiet approvata biex żoni ta' rationalisation jiżdiedu ma' żoni li fihom jista' jsir żvilupp?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett infrastrutturali li tħabbar u nbeda fl-Imqabba u dan biex jiġi indirizzat l-għargħar b'mod partikolari fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ġibjun fl-Imqabba?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-ġibjun preżenti hux se jitneħħa jew hux se jsir xi xogħol fuqu?", "Jista' jgħid hux maħsub li jinbena xi ġibjun ieħor f'xi żona fil-qrib?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Peress li statistika uffiċjali tindika li fl-aħħar kwart tas-sena 2018, kien hemm current account surplus fit-transazzjonijiet bejn Malta u pajjiżi oħra, jista' l-Ministru jindika liema kienu dawk il-fatturi li wasslu għal dawn ir-riżultati u liema oqsma jara li hemm bżonn jissaħħu biex nibqgħu niksbu riżultati bħal dawn?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni fl-aħħar jiem kien qed isir tħaffir b'inġenji ta' kostruzzjoni fuq il-moll (li jinsab metri bogħod mil-lukanda Gillieru u l-pitch tal-Klabb tal-Boċċi) fi Triq Dawret il-Gżejjer f'San Pawl il-Baħar?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jsir ix-xogħol ta' bini mill-ġdid tat-triq li mix-Xemxija tagħti għal San Pawl il-Baħar, liema triq hi mimlija ħofor u li dawn qed jikkawżaw ħsarat lill-karozzi li jgħaddu minn din it-triq apparti l-periklu li qed jinħoloq meta x-xuffiera jippruvaw jiskansaw l-istess kwantità ta' ħofor li fiha din l-istess triq?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8417 u li kienet tirrigwardja ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Bill of Quantities li d-dipartiment konċernat kellu għad-dispożizzjoni tiegħu sa minn Ġunju 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8417 li kienet tirrigwardja ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet ir-raġuni li b'permess validu (PA 5636/07) u approvat fil-25 ta' Novembru 2011, il-Gvern Laburista ħalla dan il-permess jiskadi bla ma' għamel l-ebda xogħol fuq is-sit inkwistjoni bejn l-2013 u l-2017 minkejja li kien sar ix-xogħol preparatorju kollu fil-leġislatura preċedenti?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8417 u li kienet tirrigwardja ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kien bagħat fl-2012 lil dawk l-individwi kollha li kienu urew interess li jixtru qabar fiċ-Ċimiterju msemmi?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8417 li kienet tirrigwardja ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm bdil tal-perit li oriġinarjament kien ħadem fuq l-applikazzjoni tal-permess approvat (PA 5636/07) u jekk iva jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Gvern iddeċieda li jibdel il-perit wara l-elezzjoni tal-2013?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta biħsiebha Infrastructure Malta tagħti wiċċ ġdid lit-Triq il-Kanun f'Ħal Qormi peress li tinsab fi stat ħażin?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single b'riżultat ta' separazzjoni?", "Jista' jgħid kemm hawn single fathers b'riżultat ta' separazzjoni?", "Jista' jgħid kemm hawn single mothers b'riżultat ta' separazzjoni?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li single mothers għandhom aċċess biex japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali u f'Novembru li għadda, is-Segretarju Parlamentari ġie kkwotat jgħid li hawn 1,700 single mother b'applikazzjoni għas-social housing, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma single mothers b'riżultat ta' separazzjoni minn żwieġ jew koppja?", "Jista' jgħid jekk hemmx single fathers b'riżultat ta' separazzjoni li jistgħu japplikaw għal social housing?", "Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta' single fathers?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern kien ħabbar li se jneħħi l-means testing fuq is-sussidju tal-kera u minflok se jdaħħal benchmarks, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn daħlux fis-seħħ?", "X'inhuma l-kriterji?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern ħabbar ukoll li s-sussidju tal-kera għal familji bit-tfal se jiżdied minn €2,000 għal €5,000 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk din daħlitx fis-seħħ?", "Jekk iva, minn meta?", "Kemm hawn familji li bbenefikaw minnha?", "Jista' jgħid jekk ġenituri separati (single parents) humiex meqjusin bħala familja bit-tfal u allura jgħid jekk humiex eleġibbli għal dan is-sussidju?", "Jekk iva, kemm hawn single parents li qed jibbenefikaw minnha?", "Jista' jgħid jekk teżistix statistika skont il-ġeneru jiġiferi ġenitur raġel/mara?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Peress li l-Gvern ħabbar programm għall-individwi li għandhom 45 sena u aktar, li ma jaffordjawx jixtru darhom, u għalhekk hemm ftehim mal-APS Bank biex il-Gvern iħallas in-nofs, u wara 20 sena l-individwu jkollu l-għażla li jista' jixtri l-kumplament tad-dar mill-Gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li ma jaffordjax, jistgħux ikomplu jikru d-dar mingħand il-Gvern?", "Jista' jgħid jekk dan il-programm huwiex immirat ukoll għal dawk l-individwi li jkunu sseparaw u wara li jkunu qasmu d-dar, xorta ma jkollhomx biżżejjed biex jixtru dar oħra għal rashom?", "Jista' jgħid jekk dan il-programm daħalx fis-seħħ?", "Jekk iva, meta?", "Kemm-il individwu li ssepara, ibbenefika minn jew applika għal dan il-programm?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9238 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar x'kien l-input u l-output ta' tonn li kull fish farm tat-tonn immaniġġja rispettivament f'dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena għal kull fish farm tat-tonn?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9116 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li kitbet id-Direttur Ġenerali sospiża rigward kemm kien in-numru ta' tonn żejjed fil-gaġeġ li nstabu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il strike jew azzjoni ittieħdet minn oqsma differenti ta' professjonijiet fil-Qasam tas-Saħħa matul din is-sena 2019 sal-lum?", "Kemm kienu in-numru ta' jiem li ħa kull strike jew azzjoni ta' protesta sakemm kien riżolt?", "Jista' jgħid fil-preżent meta bdiet l-azzjoni tad-dentisti u jekk waslitx fi tmiemha?", "X'qed isir biex din l-azzjoni tkun solvuta?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex issir ħidma ta' manutenzjoni f'Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta peress li għal dawn l-aħħar ġimgħat qed jidhru vireg tal-ħadid fil-ħofor tal-istess triq li faċilment jistgħu joħolqu periklu għas-sewwieqa ta' roti u muturi?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadx għandu appuntament għall-proċeduri tal-appell fuq każ li jidher fil-korrispondenza li qed tingħata separatament?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie nominat espert psikjatra fis-snin 2015 sa 2018 fi Qrati kriminali u f'inkjesti maġisterjali?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi -", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Avukat Ġenerali)\".", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi -", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Pulizija)\".", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi -", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Kummissjonijiet Kostituzzjonali)\".", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi -", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Ombudsman)\".", "IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Jipproponi -", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Servizz Pubbliku)\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 49 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 50 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 75 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tielet Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "22 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017: Arrears of Revenue (paġni 192-213) (Kont.).", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019, fit-3.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta –Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019, fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali 2018 tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515).", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler (Kont.)", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "22 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190325_210a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 25 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 25 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 25 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 209, li saret fl-20 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru VII tal-2019 – Att tal-2019 li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "REGOLATUR TAL-PROGRAMM TAL-INVESTITUR INDIVIDWALI – ILMENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ilment ġie investigat mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informata li minn meta tnieda l-Progamm ta' Investitur Individwali, in-numru ta' ittri ta' lment li rċieva r-Regolatur sena b'sena kien hekk:", "mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Frar 2019: 1.", "Kollha kienu jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm għar-raġuni li l-applikant ma kienx konformi ma' xi waħda jew aktar mill-ħtiġijiet tar-regolamenti.", "Ir-Regolatur fl-ebda każ minnhom ma ħass illi kien hemm raġuni valida għalfejn għandu jintervjeni favur l-applikant u informa b'dan lil kull min kien bagħatlu dawn l-ittri tal-ilment.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fil-midja segwejna li bdiet riforma fir-rigward tat-traffikar tal-persuni u fost l-ewwel miżuri li ssemmew, anke f'dan il-Parlament, kien hemm it-taħriġ lill-ħaddiema ta' Identity Malta biex jitgħallmu jidentifikaw u jirrapportaw dawn it-tip ta' każijiet.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tinforma lil din il-Kamra x'tip ta' taħriġ ingħata u x'inhuma l-passi li jmiss sabiex inkomplu niġġieldu din il-problema kbira ta' traffikar tal-persuni li teżisti mhux biss f'Malta imma mad-dinja kollha?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, din hija mistoqsija tajba ħafna.", "F'dawn l-aħħar xhur komplejna nibnu fuq dak li bdejna aktar kmieni s-sena ta' qabel.", "Fil-bidu l-bażi kienet li l-ewwel taħriġ jingħata lill-ħaddiema ta' Identity Malta peress li jmissu ma' eluf ta' applikazzjonijiet ta' persuni però issa wessajna ċ-ċirku għal stakeholders li nemmnu li b'xi mod jew ieħor hu importanti li jkollhom dan it-tip ta' taħriġ.", "Pereżempju l-ġimgħa li għaddiet kellna kors għall-avukati kollha tal-għajnuna legali għax nemmnu li huwa kruċjali li dawn il-ħaddiema jkollhom it-taħriġ neċessarju ladarba qed ikunu huma l-ewwel li jmissu mal-vittmi.", "Tajjeb ngħid li b'kollaborazzjoni tajba mal-Ministru Owen Bonnici għamilnieha mandatorja li l-avukati kollha li joffru din l-għajnuna legali jkollhom dan it-taħriġ.", "Għamilna wkoll Memorandum of Understanding mal-Kummissjoni Għolja Ingliża li permezz tiegħu skatta mekkaniżmu li, fost affarijiet oħra, jistabbilixxi li għandu jkun hemm taħriġ u skambji bejn iż-żewġ pajjiżi f'dan il-qasam.", "Grazzi għal dan il-ftehim f'pajjiżna kienet ġiet l-esperta Ingliża Lysbeth Ford mill-Gangmasters and Labour Abuse Authority.", "Hija taħdem f'dan is-settur u għaldaqstant meta ġiet f'pajjiżna kellha kuntatt u tat taħriġ lil numru ta' stakeholders bħal Jobs+, il-Korp tal-Pulizija u Identity Malta.", "Wessajna wkoll il-laqgħat li kellna ma' stakeholders differenti li jimpjegaw ħaddiema direttament magħhom.", "Ovvjament it-taħriġ kien jikkonċerna firxa wiesgħa ta' ħiliet; minn dawk bażiċi, bħal kif persuna tista' tidentifika individwi li potenzjalment jistgħu jkunu vittmi, sa protokolli li wieħed jista' jagħmel f'industriji differenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Tista' s-Segretarju Parlamentari tgħid jekk il-Gvern huwiex lest li jikkonsidra li jibda jippubblika l-ismijiet tal-persuni li japplikaw għaċ-ċittadinanza Maltija?", "B'hekk, ikun hemm skrutinju pubbliku qabel ma eventwalment dawn il-persuni jiġu skrutinizzati minn Identity Malta.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din il-mistoqsija.", "Nibda billi nfakkar li pajjiżna għandu fost l-aqwa mekkaniżmi fejn tidħol id-due diligence għaliex għandu a four tier due diligence.", "Hemm pajjiżi li mhux se ngħid li ma jagħmlux il-bażiku, imma żgur li ma jidħlux fid-dettall u ma jonqfux dawk il-flus kollha biex jagħmlu due diligence mifrux fuq livell internazzjonali.", "Infakkar ukoll li fix-xhur li għaddew saret konsultazzjoni wiesgħa u wieħed jistenna li fil-ġimgħat li ġejjin il-feedback kollu li jingħata jkun ippubblikat għad-dominju pubbliku.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, f'dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat is-Segretarju Parlamentari u l-Prim Ministru tkellmu fuq miżuri pożittivi biex ikollna aktar nisa fil-Parlament.", "Naf li fil-passat kien hemm min tkellem ukoll fuq kwoti.", "Tista' allura s-Segretarju Parlamentari tispjega lil din il-Kamra d-differenza li hemm bejn kwoti u miżuri pożittivi?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Bħala mara l-kelma \"kwoti\" ddejjaqni, forsi minħabba l-konnotazzjoni tradizzjonali li għandna marbuta magħha.", "Din in-naħa tal-Kamra tista' titkellem fuq din il-kelma mill-esperjenza għax kien hemm mekkaniżmi fi ħdan l-istrutturi tal-Partit li permezz tagħhom mara anke neħħiet raġel li ġab aktar voti minnha.", "Naħseb li l-kelma \"kwoti\" fiha ċertu element ta' qrusa u antipatija.", "Il-kumitat tekniku li fix-xhur li għaddew kien qed jaħdem fuq din ir-riforma kien jgħarbel mekkaniżmi li hemm barra minn Malta u kien qed jipprova jara x'kienu r-raġunijiet li xekklu lil pajjiżna b'mod li n-numru ta' nisa li għandna fil-Parlament hu ta' għaxra biss.", "Il-pakkett ta' ideat li se jkun qed jitressaq għall-konsultazzjoni pubblika ftit taż-żmien ieħor se jkun qiegħed jiffoka fuq miżuri pożittivi u mhux fuq l-element tradizzjonali li normalment wieħed jassoċja mal-kelma \"kwota\".", "Fi ftit żmien ieħor se nkunu qegħdin niltaqgħu mal-istakeholders kollha, inkluż l-Oppożizzjoni, u ngħarblu punt punt il-pakkett ta' miżuri pożittivi li se jiġi propost.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fuq il-midja segwejna li Identity Malta bdiet toffri servizz biex in-notifika tat-twelid tkun tista' ssir fl-Isptar Mater Dei.", "Għaldaqstant persuna li jkun għadha kif kellha tarbija ma tridx toqgħod tieħu ġurnata leave, tmur il-Belt u tara fejn se tipparjka biex tmur Evans Building ħalli tagħmel in-notifika, iżda tista' tagħmilha meta tkun ħierġa mill-Isptar stess.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tinforma lill-Kamra kif sejjer dan is-servizz?", "Il-Gvern qed jara li jkun hemm aktar minn dawn id-deċiżjonijiet tajbin li qed inaqqsu l-burokrazija li kellna għal ħafna snin?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, ma kontx ippreparata għal din il-mistoqsija u allura m'għandix statistika f'idi.", "Madanakollu l-aħħar li tkellimt internament jidhirli li l-figura kienet tqarrab it-80%.", "Jiġifieri 80% tal-ġenituri tat-trabi li jkunu mwielda fl-Isptar Mater Dei, minflok ma joqogħdu jmorru Identity Malta l-Belt Valletta biex jirreġistraw it-tarbija tagħhom, xi ħadd minnhom jinżel fil-pjan ta' isfel fl-Isptar Mater Dei u jirreġistraha hemmhekk.", "It-tifla tiegħi twieldet sitt snin ilu u għadni niftakar l-ereżijiet li kont nisma' mill-ġenituri għaliex fiċ-ċirkostanzi li jkunu għaddejjin minnhom iridu joqogħdu jduru u jagħqdu biex forsi jsibu parkeġġ fil-periferija tal-Belt Valletta, żona li diġà għandha l-isfidi tagħha ta' nuqqas ta' parkeġġ.", "Nemmen li dan mhuwiex biżżejjed; irridu nersqu lejn mekkaniżmu fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu jirreġistraw it-tarbija tagħhom online permezz tal-e-ID ħalli nkomplu nissimplifikaw u niffrankaw it-traffiku mit-toroq Maltin u Għawdxin.", "Dan jista' jsir billi nersqu lejn servizzi li huma user-friendly u li wieħed ikun jista' jużahom mill-kumdità ta' daru.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, rajna li se jkun hemm tibdil fil-passaporti.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tinforma lil din il-Kamra x'se jkun ifisser dan it-tibdil u jekk min għandu passaport li għadu ma skadiex għandux l-obbligu li jmur l-Uffiċċju tal-Passaporti biex jibdlu, minkejja li għadu ma skadiex?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Ħalli nibda mill-aħħar parti biex inserraħ ras min qed isegwina.", "Min għadu kif għamel il-passaport din il-ġimgħa m'għandux għalfejn jieħu qatgħa u jaħseb li aktar tard din is-sena se jkollu jbiddel il-passaport u jerġa' jonfoq il-flus.", "Li qed ikun propost hu li meta wieħed jiskadilu l-passaport attwali tiegħu, huwa jkun jista' jingħata dan il-passaport differenti li fih se jkollu aktar sigurtà.", "Irrid ngħid li l-passaport li għandna bħalissa diġà huwa meqjus fost l-aktar passaporti li għandhom livell ta' sigurtà fid-dinja.", "Li qed ikun propost issa hu li tintuża karta aktar sensittiva li jkollha embedded fiha elementi ta' sigurtà li diffiċli li wieħed jiffalsifikahom.", "F'dan is-settur irridu nkunu dejjem pass 'il quddiem minn min ikollu intenzjonijiet qarrieqa.", "Pereżempju l-paġni ta' ġewwa se jkollhom disinn differenti li jippromwovi parti mill-kultura u l-identità ta' pajjiżna.", "Din mhijiex sempliċiment estestika għax qabel ma jibda l-proċess ta' produzzjoni fid-De La Rue f'pajjiżna morna u rajnieha taħdem barra minn Malta u għalkemm mad-daqqa t'għajn ma tarax li dik ix-xena fiha ċertu livell ta' sigurtà, meta din tiġi analizzata taħt apparat apposta joħorġu minnha ċerti marki ta' sigurtà.", "Kif qiegħda hawnhekk tajjeb li nippromwovi l-fatt li kif għamilna f'dawn l-aħħar snin, min iġedded il-passaport tiegħu fix-shoulder period li jispiċċa fl-aħħar ta' Marzu minflok ma jġeddu fis-sajf, li huwa l-peak għall-ħaddiema tal-istess aġenzija, se jingħata roħs ta' €10.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Peress li s-Segretarju Parlamentari għandha taħt ir-responsabbiltà tagħha s-simplifikazzjoni tal-burokrazija u jekk m'iniex sejjer żball ftit tal-ġranet jew ġimgħat ilu ssemma xi tibdil marbut mal-preżentazzjoni taċ-ċertifikati tal-mard, tista' tispjega eżattament x'qed jinbidel u x'se jsir f'dan ir-rigward?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "Interpellant il-portafoll tiegħi jinkludi s-simplifikazzjoni.", "Fuq dan is-settur qed naħdmu tajjeb ħafna ma' diversi Ministri u mal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni, l-Onor.", "Rosianne Cutajar, però rrid ngħid li l-Ministru Michael Falzon huwa wieħed mill-aktar Ministri li joħorġu b'ideat ta' simplifikazzjoni.", "Fil-bidu tas-sena diġà jkollna draft plan b'numru ta' proposti li jkollu f'moħħu biex nintroduċuhom!", "Nieħu gost nara dan iż-żelu u din l-imħabba min-naħa tal-ħaddiema taċ-ċivil li joħorġu b'dawn l-ideat innovattivi.", "Rigward il-mistoqsija li għamel l-Onor Muscat, jien nemmen li din se tolqot tajjeb ħafna lil numru ta' ħaddiema; wara kollox illum jew għada xi ħadd minna se jimrad.", "Qabel kellna sitwazzjoni fejn jekk it-tabib lill-ħaddiem jiċċertifikah li sa ġimgħa wara mhux se jkun tajjeb għax-xogħol, wara ġimgħa dan kien ikollu jmur iġedded iċ-ċertifikat mediku tiegħu.", "Għaldaqstant introduċejna mekkaniżmu li qiegħed jiffaċilita dan il-proċess u l-ħaddiem qed ikun mitlub li jġedded iċ-ċertifikat tiegħu wara ġimagħtejn.", "Ovvjament ma rridux nassumu li kulħadd għandu l-mobilità.", "Jista' jkollok ukoll sitwazzjoni fejn it-tabib tal-familja ma jmurx id-dar u allura wieħed ikun jiddependi mill-familjari u l-qraba, jew inkella mill-benefiċenza tal-kollegi li jaħdmu miegħu li jkollhom jieħdu l-leave huma biex iwassluh għand it-tabib.", "Allura dan il-mekkaniżmu jagħmilha aktar faċli u jissimplifika l-proċess kollu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Is-Segretarju Parlamentari kienet il-persuna li f'din il-Kamra ressqet il-liġi li permezz tagħha fl-elezzjonijiet li jmiss għall-ewwel darba se jkunu qed jivvotaw żgħażagħ ta' 16-il sena u 17-il sena.", "Minn dak li nsegwi, għaddejja wkoll kampanja ta' tagħlim u informazzjoni għal dawn iż-żgħażagħ.", "Tista' allura s-Segretarju Parlamentari tgħid fiex tikkonsisti din il-kampanja, fejn tixtieq li naslu u jekk taħsibx li fl-aħħar mill-aħħar se jkun hemm turnout importanti miż-żgħażagħ ta' 16-il sena u 17-il sena li se jkollhom iċ-ċans li jivvotaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-MEPs u tal-kunsill lokali li jmiss?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Jekk kien hemm riforma fejn tul il-proċess ta' stakeholder management rajna unità u grinta biex inbiddlu kienet proprju r-riforma tal-Vot 16.", "Infakkar li din ir-riforma kellha wkoll qbil unanimu f'din il-Kamra; iż-żewġ naħat qablu li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għandu jkollhom id-dritt tagħhom estiż biex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet ġenerali.", "Tajjeb infakkar li aħna se nkunu l-ewwel pajjiż fil-Mediterran li se jkun qed jagħti dan id-dritt f'elezzjonijiet maġġuri.", "Hemm ukoll il-Kroazja li għandha dan id-dritt.", "Il-kampanja li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant hija bbażata fuq x'jiġri f'elezzjoni.", "Parti mill-kampanja trid tispjega mistoqsijiet li kull wieħed u waħda minna staqsejna meta vvotajna ta' 18-il sena, bħal jekk tagħmilx \"x\" ħdejn min tippreferi jew tagħmilx \"\", jew tistax timmarka san-numru tlieta u tieqaf hemm.", "Jingħata wkoll tagħrif ġenerali fuq l-elezzjonijiet.", "Din il-kampanja hija mibnija fuq l-ideat li kellhom iż-żgħażagħ wara li f'din il-Kamra għaddejna din il-liġi u staqsejniehom fejn jaħsbu li hemm bżonn l-input tagħhom.", "Din il-kampanja mhux qed issir waħedha imma qed tingħaqad tajjeb mal-ħidma li qed tagħmel l-Aġenzija Żgħażagħ fl-iskejjel Maltin u Għawdxin.", "Jidhrili li s'issa kellna 'l fuq minn 5,000 żagħżugħ u żagħżugħa li ngħataw dan l-exposure fil-klassi u nemmen li għada pitgħada għandna nkomplu b'din il-kampanja għall-ġenerazzjoni li jkun imiss biex tivvota fl-elezzjonijiet ġenerali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ftit tal-ġimgħat ilu saret konferenza stampa mill-Onor.", "Farrugia Portelli u mill-Prim Ministru li matulha, apparti li tkellmu dwar Brexit, tkellmu wkoll dwar x'inhu mistenni li jsir f'pajjiżna wara li tidħol fis-seħħ Brexit.", "Bla dubju ta' xejn, kif rajna anke fil-midja, kien hemm influss ta' persuni li riedu japplikaw għaċ-ċittadinanza Maltija anke minħabba dan il-fenomenu ta' Brexit.", "Peress li s-Segretarju Parlamentari hi resposabbli wkoll miċ-ċittadinanza, tista' tgħid kif qed jaħdmu bħala Identity Malta u bħala segretarjat sabiex jaraw li wara li kien hemm dan l-influss ta' applikazzjonijiet, ikun hemm proċess kemm jista' jkun effiċjenti?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: B'rabta ma' Brexit il-Gvern għamel dikjarazzjoni b'saħħitha ħafna, li aħna rridu nkunu l-aktar pajjiż UK friendly fost il-pajjiżi li hemm fl-Unjoni Ewropea.", "Qegħdin naħdmu tajjeb ħafna mal-Ministru Helena Dalli u għandna task force fejn il-ħaddiema u l-impjegati tagħha flimkien ma' Identity Malta diġà skattaw mekkaniżmi interni ta' kif irridu naħdmu meta ngħaddu minn Brexit.", "Għamilna wkoll helpline għal min ikollu xi mistoqsijiet.", "Rigward il-mistoqsija tal-Onor.", "Camilleri rrid ngħid li din il-mewġa fl-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza li kellna fi ħdan Identity Malta bdejna nħossuha sa minn sena u nofs ilu.", "Pereżempju kellna sitwazzjonijiet fejn persuni Ingliżi li kienu ilhom jgħixu Malta għal tliet snin jew erba' snin applikaw għaċ-ċittadinanza imma, kif nafu, ir-regoli jgħidu li f'dak il-kuntest ma jikkwalifikawx.", "Sal-ġimgħa l-oħra stess kellna każ ta' anzjan li għandu aktar minn 80 sena u li kien ilu jgħix Malta għal aktar minn 20 sena però qatt ma kien ħass il-ħtieġa li japplika għaċ-ċittadinanza għax qiegħed irtirat f'pajjiżna u jħoss li qed jagħti kontribut fis-soċjetà u hu aċċettat fostna.", "Allura, b'mod awtomatiku, wieħed jasal għall-konklużjoni li Brexit ħalliet dan l-impatt.", "Diġà konna qegħidna fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika li turi kemm kellna żieda f'dan it-tip ta' applikazzjonijiet.", "Ovvjament il-pressjonijiet qed jiżdiedu minħabba li qed tiżdied il-work load fuq il-ħaddiema ta' Identity Malta f'dan is-sens.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, fil-gimgħat li għaddew, minkejja li kien hawn min qal li l-programm ta' ċittadinanza Malti huwa uniku fl-Ewropa, ħareġ rapport sħiħ fuq programmi bħalu fil-bqija tal-Ewropa.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tgħid jekk in vista ta' dan ir-rapport hemmx bżonn li tittieħed xi azzjoni?", "X'inhu l-parir tagħha fuq ir-rapport li ħareġ?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Naħseb li meta tisma' kummenti bħal dawn awtomatikament tasal għall-konklużjoni li jew qed jisimgħu wisq il-midja tal-Partit Nazzjonalista, qisu aħna biss għandna dan il-programm, jew inkella qed jisimgħu sezzjoni oħra tal-midja li konvenjentament trid tpinġi dan il-programm bħala xi ħaġa ħażina.", "Il-Gvern Malti diġà kkummenta pubblikament dwar kif janalizza u jieħu konnotazzjoni ta' dawk il-punti li nemmnu li hemm lok li wieħed ikompli jiddiskuti fuqhom, kif ukoll dwar il-punti kardinali li joħorġu minn dan ir-rapport.", "Jien nixtieq nara pajjiżi oħra li għandhom dan il-programm ta' ċittadinanza jagħmlu four-tier due digilence b'investiment b'saħħtu daqs kif jagħmel pajjiżna.", "Ma nixtieqx nara sitwazzjoni, kif diġà kellna, fejn aħna nirrifjutaw każijiet ta' ċittadinanza u mbagħad jiġi pajjiż ieħor u jaċċettahom ħelu ħelu!", "Naħseb li r-red flags li telgħu f'pajjiżna kellhom iservu għal pajjiż ieħor biex jagħmel l-istess refusal.", "F'dan is-sens nemmen li meta jkun hemm każijiet bħal dawn, għandu jkollna database li tkun ċentrali ħalli l-pajjiżi kollha jieħdu l-istess linja.", "IIP - INVESTIGAZZJONIJIET MIR-REGOLATUR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda r-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali fuq inizjattiva tiegħu stess, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-investigazzjonijiet u x'kien l-eżitu ta' kull waħda minnhom?", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (f'isem il-Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob tingħata b'mod dettaljat fir-Rapport Annwali li joħroġ ir-Regolatur, li kopja tiegħu titqiegħed b'mod regolari fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ninsab informata li ma kienx hemm investigazzjonijiet oħrajn.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ftit tal-jiem ilu s-Segretarju Parlamentari waqt il-ħin tal-Aġġornament wieġbet għal allegazzjonijiet li saru f'dan il-Parlament għax kien hemm min qal li kien hawn każ ta' individwu li tteħditlu ċ-ċittadinanza.", "Tista' s-Segretarju Parlamentari tinforma lil din il-Kamra jekk kienx hemm każijiet oħrajn u tagħti r-raġuni għalfejn ikun hemm każijiet bħal dawn?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, dakinhar għamilt 20 minuta nispjega li dik kienet gidba u tajt ir-raġuni għalfejn jien ninsisti li hija gidba.", "Mhuwiex veru li ħadna ċittadinanza lil individwu partikolari imma skattajna l-mekkaniżmu li fih 17-il persuna rċevew ittra għax f'għajnejna u f'għajnejn il-liġi kien qed jinkiser prinċipju importanti u ewlieni li joħroġ mill-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija li jgħid li jekk persuna tieħu ċittadinanza b'qerq, għandu jiskatta mekkaniżmu li bih wieħed għandu jisma' l-każ quddiem bord ta' inkjesta indipendenti.", "Ovvjament jien ma niħux gost li niġi hawn nitkellem fuq każijiet individwali.", "Nixtieq li l-proċess b'rabta ma' dawn il-17-il każ jinstema' b'mod ġust quddiem il-bord ta' inkjesta.", "Il-kummenti li kelli nagħmel fuq dak il-każ partikolari għamilthom il-ġimgħa li għaddiet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nqiegħed fuq il- Mejda tal Kamra:", "Kopja tal-Bill of Quantities ippubblikat mat-tender għall-bini ta' oqbra fiċ-Ċimiterju Omm tal-Ħniena f'Marfa Road, il-Mellieħa, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari numru 9672;", "Annual Work Report – Trends and figures of fertility treatments in Malta for 2018 maħruġ mill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni fi Frar 2019;", "Rapport u stqarrijiet finanzjarji għas-sena 2018 tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni; u", "Estimi finanzjarji għas-sena 2019 tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni;", "f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il Mejda tal Kamra:", "Informazzjoni dwar xogħol li sar fl-uffiċini tad-Digital Literacy Unit u l-Uffiċini tal-Education Officers fil-Kumpless Edukattiv Maria Assunta, fil-Ħamrun, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9476; u", "Tagħrif dwar membri tal-Kamra tad-Deputati li jagħtu lectures ġewwa l-Università ta' Malta, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9478;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 49 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar Ftehim Barra l-Qorti;", "Tabella li turi l-input u l-output ta' tonn, f'tunnellati, bejn l-2016 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9697; u", "Estimi tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2019;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 46 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta' Entitajiet li Joperaw fis-Setturi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali;", "Avviż Legali Nru 47 tal-2019 – Regoli tal-2019 li jemendaw ir-Regoli dwar Kreditu ta' Taxxa (Riċiklaġġ ta' Skart tal-Kostruzzjoni); u", "Tabella li turi t-taxxa miġbura fuq kiri ta' proprjetà fis-snin bejn l-2008 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9650;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 48 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Vetturi bil-Mutur.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Rapport annwali u stqarrijiet finanzjarji għas-sena 2018 tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, flimkien mal-estimi finanzjarji tal-istess Awtorità għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja tal-Karta ta' Servizz ta' Kwalità li għandhom il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta u l-Għargħur, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9529;", "Ir-rapport annwali għas-sena 2018 tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;", "L-istqarrijiet finanzjarji awditjati għas-sena 2018 tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;", "L-estimi finanzjarji għas-sena 2019 tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali;", "Ir-rapport annwali għas-sena 2018 tal-Awtorità dwar il-Mediċini;", "Ir-rapport u Financial Statements għas-sena 2018 tal-Awtorità dwar il-Mediċini; u", "L-estimi finanzjarji għas-sena 2019 tal-Awtorità dwar il-Mediċini.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Aġenzija Identity Malta għas-sena 2018; u", "Ir-rapport annwali u l-istqarrijiet finanzjarji tal-Malta Individual Investor Programme Agency għas-sena 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Il-Prim Ministru.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, nixtieq nirrapporta lil din il-Kamra dwar ix-xogħol li sar waqt is-Summit bejn il-mexxejja Ewropej li tlaqqa' bejn il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta' Marzu.", "Għaldaqstant, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew li nżammet fil-21 ta' Marzu 2019; u", "Kopja tal-Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li nżammet fil-21 u t-22 ta' Marzu 2019.", "Kif kulħadd jaf, dan il-Kunsill Ewropew kien jinkludi parti straordinarja li ddiskutiet l-estensjoni tal-proċeduri ta' Artiklu 50 wara t-talba li għamlet il-Prim Ministru Theresa May biex ir-Renju Unit jingħata sat-30 ta' Ġunju 2019 biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea.", "Jiġifieri, li minflok ma Brexit issir nhar il-Ġimgħa li ġej, kif oriġinarjament ippjanat, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir tliet xhur wara.", "It-talba tal-Prim Ministru May kienet mibnija fuq it-twemmin tagħha li kapaċi ġġib vot favur il-ftehim għall-ħruġ mill-Parlament tar-Renju Unit ladarba tressaq quddiemu l-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew tad-dokumenti supplimentari li kien hemm qbil dwarhom mal-President Juncker u li jagħtu spjegazzjoni aħjar tal-aktar punti kontroversjali tal-ftehim.", "Irrid ngħid li ftit tal-minuti ilu ġie rapportat fir-Renju Unit li jidher li l-Prim Ministru May tista' tinforma lill-membri tal-Gvern li ma tħossx li għandha din il-maġġoranza biex tressaq dan il-ftehim għall-vot.", "Fl-ittra lill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-Gvern tar-Renju Unit esprima x-xewqa li t-tluq mill-Unjoni Ewropea jkun wieħed ordnat, kif miftiehem bl-arranġament tat-tluq maqbul f'Novembru tal-2018.", "Nemmen li huwa fl-interess ta' kulħadd li wara d-deċiżjoni demokratika tal-Brittaniċi, li aħna ma naqblux magħha imma nirrispettawha, Brexit għall-inqas isir bl-aktar mod matur, b'paramteri ċari u b'kemm jista' jkun ċertezza.", "Wara li l-Parlament tar-Renju Unit għat-tieni darba reġa' vvota kontra dan l-arranġament tat-tluq, il-Prim Ministru May talbet estensjoni ta' Artiklu 50 – sat-30 ta' Ġunju mingħajr ma jiġu organizzati elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew – biex ir-Renju Unit ikollu żmien biżżejjed biex jirratifika l-arranġament tat-tluq.", "L-argument tagħha kien li filwaqt li huwa ovvju li l-proċess kien sar aktar ikkumplikat, issa li l-ftehim irid jitressaq għat-tielet vot temmen li l-approvazzjoni tista' tkun possibbli jekk mal-ftehim jingħaqdu proposti domestiċi favur il-protezzjoni tas-suq intern tar-Renju Unit, kif ukoll l-istrument konġunt maqbul mal-President tal-Kummissjoni Ewropea fil-11 ta' Marzu li għadda dwar l-interpretazzjoni tal-backstop, dik il-forma ta' assigurazzjoni li l-fruntiera tal-Irlanda tibqa' miftuħa kif inhi llum.", "Diskussjoni dwar it-Talba ta' May", "L-ewwel li ġiet ikkunsidrata kienet estensjoni qasira sat-23 ta' Mejju li ġej.", "Inqtal li f'dan ix-xenarju r-Renju Unit ma jkunx obbligat li jorganizza elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jżid is-siġġijiet lil 14-il stat membru wara t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tibqa' tapplika.", "It-tieni konsiderazzjoni quddiem il-Kunsill Ewropew kienet estensjoni għal wara t-23 ta' Mejju fejn ir-Renju Unit ikun obbligat li jorganizza l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bejn it-23 u s-26 ta' Mejju li ġej.", "F'dan ix-xenarju tajna ħarsa elaborata dwar il-konsegwenzi ta' deċiżjoni bħal din.", "Kien hemm qbil li jekk tingħata estensjoni twila bla ma jsiru elezzjonijiet fir-Renju Unit, il-formazzjoni ta' Parlament Ewropew b'membri ġodda tkun prattikament illegali u eventwalment tista' twassal għal sfidi legali fuq kull deċizjoni li tieħu din l-istituzzjoni, inkluż il-formazzjoni ta' Kummissjoni Ewropea ġdida.", "Intqal ukoll li jekk ir-Renju Unit ma jorganizzax l-elezzjonijiet, jista' jkun hemm proċeduri legali mhux biss miċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea imma anke minn dawk tar-Renju Unit.", "Diskussjoni oħra saret dwar il-fatt li jekk l-elezzjonijiet fir-Renju Unit biex jeleġġu Membri tal-Parlament Ewropew isiru wara s-26 ta' Mejju, dawn se jkollhom impatt politiku fuq l-istati membri, partikolarment f'dawk l-14-il stat li, skont id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2018, se jeleġġu numru akbar ta' MEPs milli għandhom bħalissa.", "Issemma wkoll il-punt li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma marbuta li jiffinalizzaw il-listi tal-kandidati għal dawn l-elezzjonijiet sa mhux aktar tard minn nofs April li ġej.", "Quddiem dawn ix-xenarji, Malta espremiet qbil li għandu jkun hemm xi tip ta' estensjoni bi pjan, mhux sempliċiment biex intawlu, iżda filwaqt li rridu nħarsu lejn id-data, aktar importanti hija d-direzzjoni li sejrin fiha.", "Il-pożizzjoni tiegħi kienet li issa li ninsabu f'xifer ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, irridu naraw x'se jiġri jekk il-Parlament Ingliż jerġa', għat-tielet darba, jivvota kontra l-ftehim ta' Brexit, u jekk ir-Renju Unit ma jippreżentax xi kambjament li jwassal għal xenarju ieħor.", "Ġaladarba m'hemm l-ebda tip ta' indikazzjoni, anke forsi biex il-Gvern tar-Renju Unit ma jikxifx il-karti tiegħu, sħaqt li l-Unjoni Ewropea trid tkun lesta għal kwalunkwe eventwalità, anke għall-agħar ipotesti, dik li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim, li qed issir dejjem aktar realistika.", "Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew", "Wara din id-diskussjoni pjuttost twila bejn il-mexxejja Ewropej – fil-format ta' 27 – intlaħaq qbil li r-Renju Unit jingħata estensjoni sat-22 ta' Mejju 2019 f'każ iżda li l-ftehim dwar il-ħruġ jiġi approvat mill-House of Commons din il-ġimgħa.", "Fin-nuqqas t'hekk, ir-Renju Unit għandu sat-12 ta' April li ġej biex jindika t-triq 'il quddiem qabel din id-data għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill Ewropew.", "Sur President, qed nikkoreġi l-istqarrija tiegħi: mhux sa din il-ġimgħa.", "L-estensjoni sat-22 ta' Mejju tkun jekk ikun hemm xi tip ta' approvazzjoni sal-11 ta' April.", "Intgħażlet id-data tal-11 ta' April għax bil-proċeduri tal-House of Commons Ingliża u l-passi kostituzzjonali Ingliżi, dik hija l-aħħar ġurnata li fiha tista' toħroġ ir-writ tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ġewwa r-Renju Unit.", "Sur President, nemmen li kien importanti ħafna li jiġi indirizzat it-tħassib ta' ħafna stati membri li l-Unjoni Ewropea din il-ġimgħa setgħet tispiċċa b'daharha mal-ħajt biex tieħu deċiżjoni f'24 siegħa dwar x'jiġri mir-Renju Unit u tingħata l-impressjoni li hija l-Unjoni Ewropea li qed tkeċċi lir-Renju Unit.", "Bid-deadline doppju deċiż mill-Kunsill Ewropew, issa r-Renju Unit ingħata l-messaġġ li, kif qalet il-Prim Ministru May, verament wasal iż-żmien li jieħu d-deċiżjonijiet.", "Naħseb li issa hemm żmien biżżejjed biex l-Unjoni Ewropea tkun ippreparata b'mod realistiku għal kull sitwazzjoni u tħalli wkoll il-bieb miftuħ għal żvilupp ieħor fir-Renju Unit li jista' jagħti nifs lil kulħadd.", "Fil-fatt, madwar ħames sigħat ilu l-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi stqarrija fejn qed tgħid li l-preparamenti għal no deal issa ġew finalizzati fuq livell Ewropew.", "Il-Kunsill Ewropew iddeċieda wkoll li japprova, kif mitlub mill-Prim Ministru May, l-istrument legali relatat mal-ftehim dwar il-ħruġ u d-dikjarazzjoni konġunta li tissupplimenta d-dikjarazzjoni politika maqbula bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tar-Renju Unit fi Strasburgu fil-11 ta' Marzu li għadda.", "Fl-istess ħin huwa ċar li l-arranġament tat-tluq mhux se jerġa' jinfetaħ u kull pass ieħor irid ikun kompatibbli mal-ispirtu ta' dan il-ftehim approvat f'Novembru 2018.", "Ovvjament il-mexxejja Ewropej ftehemna li għandha titkompla t-tħejjija u kontinġenza fil-livelli kollha għall-eventwalitajiet kollha, għax il-qbil ta' dan is-Summit ma jfissirx li mhux se jkun hemm it-tensjoni tal-aħħar sigħat.", "Għall-inqas, bil-mod kif ġiet imfassla din l-għażla, qed jgħaddi messaġġ ċar lill-Parlament Ingliż li l-Ewropa m'għandhiex fejn iddur iktar, u lill-Unjoni Ewropea li trid tingħata prijorità għall-ħidma anke fl-agħar eventwalità.", "Xenarji minn issa 'l quddiem", "Mindu ntemmet il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, kif mistenni, ma waqfux ir-reazzjonijiet u l-previżjonijiet dwar x'se jkun jista' jiġri.", "Lil hinn mill-battibekki politiċi interni fir-Renju Unit, realistikament ix-xenarji possibbli li għandna quddiemna minn issa 'l quddiem huma erbgħa.", "L-ewwel, li l-Parlament tar-Renju Unit fil-jiem li ġejjin japprova l-ftehim tal-ħruġ.", "F'dan il-każ l-estensjoni sat-22 ta' Mejju toffri ċ-ċans biex jiġi ratifikat dan l-arranġament.", "Wara din id-data jiskatta l-perjodu tranżitorju msemmi fl-istess ftehim u jkunu jistgħu jibdew in-negozjati dwar ir-relazzjonijiet futuri.", "It-tieni xenarju hu li l-Parlament tar-Renju Unit fil-jiem li ġejjin ma jaqbilx mal-arranġament tat-tluq u ma jkunx hemm impenn li jsiru elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sat-12 ta' April.", "Dan awtomatikament ikun ifisser li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea permezz ta' no deal.", "It-tielet xenarju hu li l-Parlament tar-Renju Unit fil-jiem li ġejjin ma jaqbilx mal-ftehim tal-ħruġ imma sat-12 ta' April ikun hemm impenn mir-Renju Unit li jsiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Hemmhekk il-Kunsill Ewropew ikun irid jiddiskuti l-pass li jmiss, jekk hemmx lok ta' estensjoni itwal u, f'dak il-każ, x'kundizzjonijiet għandhom ikunu marbuta ma' estensjoni itwal.", "Irrid infakkar li biex tingħata kwalunkwe estensjoni jrid ikun hemm qbil bejn is-27 pajjiżi kollha, ċjoè jrid ikun hemm l-unanimità.", "Ir-raba' xenarju huwa li jiġi revokat Artiklu 50 u r-Renju Unit jibqa' stat membru.", "Il-Kunsill Ewropew għamilha ċara li l-bibien jibqgħu miftuħa jekk ir-Renju Unit jixtieq jieħu din id-deċiżjoni.", "Nagħmilha ċara li tali deċiżjoni tista' tittieħed b'mod unilaterali mir-Renju Unit u ma għandha bżonn l-ebda tip ta' approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew.", "Liema se jkollna minn dawn ix-xenarji hija deċiżjoni sovrana li jrid jieħu r-Renju Unit.", "Li hu żgur hu li rridu naraw x'impatt se jkollhom fuq Malta, speċjalment fuq l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'pajjiżna.", "Impatt fuq Malta", "Kif konna għedna f'Jannar li għadda waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-preparamenti għal no deal, il-Gvern ma jemminx li ċittadini ta' pajjiż mhux fl-Unjoni Ewropea għandu jkollhom dritt jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Għaldaqstant biex jipprepara għat-tluq tar-Renju Unit, fid-29 ta' Marzu l-Gvern ħadem fuq avviż legali biex tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni Elettorali biex għall-elezzjonijiet tal-25 ta' Mejju li ġej, tneħħi mir-reġistru elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ċittadini li ma jkunux għadhom ikkunsidrati bħala ċittadini ta' stat membru tal-Unjoni Ewropea.", "L-estensjoni maqbula fil-Kunsill Ewropew tbiddel ħafna minn din is-sitwazzjoni u bħalissa qegħdin f'diskussjonijiet mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u maċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali biex inħejju ruħna għax-xenarji kollha possibbli.", "Jekk ir-Renju Unit japprova l-arranġament tat-tluq din il-ġimgħa jew fil-jiem ta' wara, fiż-żmien li indikajt aktar qabel, allura ma jkunx hemm problemi għaliex fid-data tal-elezzjonijiet iċ-ċittadini tar-Renju Unit ma jkunux ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ma jkunux eleġibbli biex jivvotaw.", "Madanakollu xorta qed nieħdu pariri legali dwar il-bżonn ta' aġġustamenti żgħar minħabba li fid-data li jibda l-advanced voting, fit-18 ta' Mejju, iċ-ċittadini tar-Renju Unit xorta jkunu meqjusa ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Qed nieħdu parir dwar dik il-parti għax fl-advanced voting se jkunu għadhom membri tal-Unjoni Ewropea.", "Id-dati ġewna pinna!", "Fl-eventwalità li r-Renju Unit ma jaqbilx mal-ftehim tal-ħruġ din il-ġimgħa jew fil-jiem ta' wara u ma jkunx hemm ċertezza dwar estensjoni itwal sad-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistru elettorali għal dawn l-elezzjonijiet, il-Gvern qed jikkunsidra kif il-Kummissjoni Elettorali tkun tista' tneħħi mir-reġistru elettorali lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiż li jkun se jitlaq mill-Unjoni Ewropea, anke f'każ li d-data tat-tluq tkun wara l-pubblikazzjoni tar-reġistru imma qabel id-data tal-elezzjonijiet.", "F'każ li jiġi revokat Artiklu 50, jew li d-data tal-ħruġ tkun posposta għal wara Mejju ta' din is-sena, iċ-ċittadini tar-Renju Unit jibqgħu ċittadini tal-Unjoni Ewropea u naturalment jibqgħu eliġibbli li jivvutaw.", "Dan ifisser ukoll li meta jkunu qegħdin isiru l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fir-Renju Unit, iċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jivvotaw f'dawk l-elezzjonijiet ukoll.", "Sur President, irrid ngħid li din hija issue li mhijiex tagħna biss imma hija issue tal-pajjiżi kollha membri.", "Tidher żgħira imma hija kwestjoni legali delikatissima.", "Infakkar ukoll li l-Gvern ressaq emendi għal-liġi dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li jinkludu proposti biex jitwettaq l-impenn li ċ-ċittadini tar-Renju Unit jibqgħu eliġibbli biex jivvotaw u jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet.", "Din m'għandhiex impatt fuq il-kunsilli lokali.", "Din il-liġi qiegħda fl-istadju tat-Tieni Qari u ninsab infurmat li dalwaqt tgħaddi lill-kumitat parlamentari kkonċernat.", "Preparamenti għal Brexit bla ftehim", "Il-Gvern qed jiffinalizza wkoll il-preparamenti tiegħu għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea bla ftehim, jiġifieri xenarju no deal.", "Il-ġimgħa li għaddiet kellna f'Malta lid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għal numru ta' laqgħat dwar dawn it-tħejjijiet, inkluż laqgħa li għaliha ġew mistiedna l-membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.", "Biex nagħti ftit elenku tal-ħidma ta' kontinġenza, s'issa fuq livell Ewropew ġew konklużi 17 mill-20 proposta leġiżlattiva proposti mill-Kummissjoni Ewropea f'Diċembru li għadda biex itaffu l-konsegwenzi ta' no deal.", "Dawn jinkludu proposti għal regolamenti f'setturi importanti ħafna, inkluż it-trasport, is-servizzi finanzjarji, il-kordinament dwar is-sigurtà soċjali, l-Erasmus+ u oħrajn.", "Fost il-leġiżlazzjoni li għadha pendenti, u li għandha tiġi konkluża fil-futur qrib, hemm l-emendi għar-regolamenti tal-Visa li permezz tagħhom se tingħata waiver liċ-ċittadini tar-Renju Unit li jivvjaġġaw għal perjodi qosra lejn l-Unjoni Ewropea għal skopijiet mhux kummerċjali.", "Fil-ġranet li ġejjin il-Kabinett se jkun qed jiddiskuti abbozz ta' leġiżlazzjoni sussidjarja dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit f'Malta.", "Ta' min jirrimarka li waqt diskussjonijiet informali, il-Kummissjoni Ewropea ddeskriviet il-pjani tal-Gvern Malti f'dan il-qasam bħala eċċellenti u fost l-aktar ġenerużi fl-Unjoni Ewropea.", "Naturalment imbagħad qed tkompli l-ħidma mill-Ministeri differenti, fosthom il-Ministeru għas-Saħħa u l-Awtorità tal-Mediċini; id-Dipartiment tad-Dwana li nieda korsijiet għal negozji li jagħmlu kummerċ mar-Renju Unit; il-forzi tal-ordni u l-Ministeru għall-Ġustizzja fuq oqsma fejn ir-Renju Unit jiġi disconnected minn sistemi bħax-Schengen Information System; il-Ministeru għall-Ekonomija flimkien mal-Malta Enterprise biex jiggwidaw intrapriżi, speċjalment dawk żgħar, li huma kummerċjalment esposti għar-Renju Unit.", "Dawn il-Ministeri u oħrajn qegħdin jikkordinaw ħidma, fil-fehma tagħna effettiva, biex Malta tkun lesta għal kull eventwalità.", "Nerġa' ngħid li bħalissa x-xenarju li politikament jidher li huwa a default scenario huwa a no deal Brexit.", "Dan sabiex indawru l-isfidi f'opportunitajiet, biex jiġri x'jiġri Malta tibqa' l-aktar ġurisdizzjoni qrib il-Brittaniċi fl-Unjoni Ewropea, u biex iċ-ċittadini Brittaniċi f'Malta jkunu jafu li pajjiżna jista' jibqa' meqjus bħala darhom.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn mistoqsijiet?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, nirringrazzja lill-Prim Ministru talli tana ftit aktar dettalji fuq dak li qed jiżvolġi f'dak li għandu x'jaqsam ma' Brexit.", "Meta konna tħadditna fil-Parlament u konna għedna li hemm żewġ sitwazzjonijiet ovvji, dik tal-ħruġ miftiehem jew tal-ħruġ mhux miftiehem, in-no deal, dakinhar jien kont għedt li hemm ukoll il-possibilità li r-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea.", "Ir-raba' stipulazzjoni, dik li l-Prim Ministru spjega llum, hija waħda ftit aktar ikkumplikata u taffettwa aktar lir-Renju Unit per se.", "Sur President, illum jien se nitkellem biss dwar il-konsegwenzi tat-tliet ċirkostanzi li jistgħu jaffettwaw lil pajjiżna skont mhu se jiġri fir-Renju Unit.", "Nerġa' ngħid, l-ewwel ċirkostanza hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea bi ftehim u allura jkun ċar x'inhu dak il-ftehim u għal kemm żmien; it-tieni ċirkostanza hija li r-Renju Unit joħroġ mingħajr ma jkun hemm ftehim u allura jkun hemm aktar inċertezza; u t-tielet ċirkostanza hija li r-Renju Unit jibqa' membru tal-Unjoni Ewropea.", "Ejjew għall-mument niskartaw it-tielet waħda, ċjoè li r-Renju Unit jibqa'.", "L-ispjega tal-Prim Ministru dwar is-sitwazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fi kwalunkwe minn dawn it-tliet ċirkostanzi kienet ċara, però l-akbar preokkupazzjoni tiegħi mhijiex x'se jiddeċiedu fir-Renju Unit, jew x'se jiġri mir-Renju Unit, imma kif dak li se jiġri fir-Renju Unit se jaffettwa lil Malta.", "Allura nippretendi li l-Gvern Malti jkun ċar ma' dawk il-Maltin u Għawdxin li għandhom interess fir-Renju Unit, kemm jekk jgħixu hemm, kemm jekk jikkommutaw hemm kif ukoll jew jekk għandhom xi negozju u investiment.", "Irridu nkunu nafu x'se jiġri fit-tliet eventwalitajiet u dak li jingħad u li qed isir jien ma nqisx li hu ċar biżżejjed.", "Issa jien insegwi b'mod assidwu dak li qed jiġri kemm min-naħa Maltija kif ukoll min-naħa barranija, anke meta, bħall-Prim Ministru, nattendi għal summits Ewropej, aħseb u ara kemm qed jifhmu dawk li qegħdin fin-negozju u dawk li l-informazzjoni li għandhom hija aktar skarsa minn dik li għandna aħna.", "Fl-aħħar xahrejn iltqajt ma' 'l fuq minn 1,200 persuna li għandhom negozju żgħir u ftit minnhom biss kienu jafu x'effetti se jħallu fuq in-negozju tagħhom dawn iċ-ċirkostanzi varji.", "Għalhekk l-ewwel ħaġa li nesiġi mill-Gvern hija li jara li t-tliet xenarji possibbli nkunu fhimniehom u jkun ċert li ċ-ċittadini, partikolarment dawk li jinteressahom, ikollhom informazzjoni ċara fuq l-eventwalitajiet kollha.", "Nafu li hemm l-inċertezza, però hemm tliet possibilitajiet u allura nippretendi li dawk in-negozji li għandhom interess li jkunu jafu, għandu jkollhom l-informazzjoni, l-appoġġ u ċ-ċertezza min-naħa tal-Gvern dwar dak li se jiġri fit-tliet ċirkostanzi.", "Jekk hawn xi ħadd li għandu negozju mar-Renju Unit, kemm jekk qed ibigħ kif ukoll jekk qed jixtri, kemm jekk qed jesporta kif ukoll jekk qed jimporta, irid ikunu jaf x'inhi s-sitwazzjoni tiegħu kemm jekk joħorġu bid-deal kif ukoll jekk joħorġu mingħajr id-deal.", "Naħseb li jekk jibqgħu, se jkollna aktar komfort.", "Nafu b'diversi negozji li diġà huma miftiehma, mhux kuntrattwlament imma anke bi stipulazzjoni.", "Pereżempju fil-każ ta' kumpaniji jew individwi mir-Renju Unit li għandhom konvenju ta' akkwist ta' proprjetà kummerċjali f'Malta, jekk ikun hemm ħruġ b'deal hemm stipulat il-perjodu transitorju imma jekk ikun hemm ħruġ mingħajr deal, venditur Malti li qed ibigħ proprjetà kummerċjali lil entità mir-Renju Unit jaf x'se jiġri?", "Jaf jekk il-perjodu transitorju japplikax jew le, jew jekk il-bejgħ hux se jimxi jew hux se jkollu l-ħtieġa li jitlob il-permess tal-awtoritajiet biex dak in-negozju jseħħ?", "In-negozjanti m'għandhomx din l-informazzjoni.", "Mela f'dan ir-rigward, naħseb li hemm nuqqas ċar min-naħa tal-Gvern.", "Il-Gvern mhux qed jelenka ċ-ċirkostanzi kollha li jista' jkun hemm u l-konsegwenzi li se jaffettwaw lin-negozji tagħna.", "Ħadt pjaċir li l-Prim Ministru aġġornana fil-konfront ta' Brexit imma nixtieq inkun naf min-naħa tiegħu jew min-naħa tal-Ministru għall-Finanzi x'inhu jipprepara l-pajjiż meta aħna qed nitilfu alleat prinċipali fil-ġlieda tagħna biex nipproteġu l-leġiżlazzjoni tagħna mill-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni.", "Ħalli ngħid xi rrid infisser b'dan.", "Aħna għandna liġi li tipprovdi għal pakkett dwar kif tapplika t-taxxa għal dawk il-barranin li għandhom negozju f'Malta.", "Ir-Renju Unit kien l-aktar pajjiż li jieħu pożizzjoni qrib ta' Malta.", "Minn din il-liġi jiddependu eluf kbar ta' ħaddiema fis-settur finanzjarju; it-tip ta' ħaddiema li rridu aħna, dawk li jaqilgħu pagi b'valur miżjud u li jiġġeneraw in-negozju f'pajjiżna, mhux il-ħaddiema li jaqilgħu ftit jew kważi xejn li qed jimporta dan il-Gvern!", "F'dan is-settur, meta nkunu qegħdin niddefendu lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea biex nissalvagwardaw il-leġiżlazzjoni tagħna dejjem sibna alleat mir-Renju Unit.", "Għaldaqstant il-Gvern kif qed jipprepara fl-eventwalità li r-Renju Unit joħroġ?", "Ħalli għal ftit minuti naljena ftit minn Brexit.", "Jien niskanta kif ladarba l-Gvern ħass li għandu jagħtina l-informazzjoni kollha relatata ma' Brexit, ma ħassx il-bżonn li jitkellem ukoll dwar leak oħra – qishom l-istituzzjonijiet tagħna ħlief l-informazzjoni li toħroġ f'mumenti opportuni ma jesperjenzawx – dwar il-Moneyval li kien hemm f'ġurnal ewlieni dalgħodu.", "Biex in-nies li qegħdin id-dar ikunu jafu x'inhu l-Moneyval, dan huwa kumitat ta' esperti – kien jeżisti qabel ma' dħalna fl-Unjoni Ewropea u għandu x'jaqsam mal-Kunsill tal-Ewropa – li jagħmel evalwazzjoni u jiżen l-abilità ta' pajjiż li jipprevjeni l-ħasil ta' flus.", "Nafu li meta nistaqsuh dwar il-ħasil ta' flus il-Gvern kemm jista' jkun jibqa' lura u ma jitkellimx, jew inkella jgħid li ma jinkwetah xejn.", "Dalgħodu però kien hemm gazzetta li qalet li dan il-kumitat ta' esperti ma jarax biss jekk għandekx il-liġijiet – dan ir-rapport bejn wieħed u ieħor isir f'ċikli ta' ħames snin – u jgħid x'leġiżlazzjoni għandek, kif iħobb jagħmel il-Ministru Bonnici meta jgħid li għamilna din il-liġi, din il-liġi u din il-liġi, imma jara jekk dawk il-liġijiet humiex verament qed jaħdmu, humiex qed jiġu esegwiti u humiex qed jiffunzjonaw sew.", "Dan ir-rapport, li għandi ngħid li huwa rapport proviżorju li fi ftit xhur irid ikun finali, sfortunatament għal huwa rapport negattiv li jikkundanna l-istituzzjonijiet tagħna u l-abilità tal-Gvern li jiġġieled il-ħasil ta' flus.", "X'inhi l-konsegwenza ta' dan?", "Dan huwa rapport, karta, dokument, ċertifikat, jew huwa riżultat li minnu ma jirriżulta xejn?", "Jekk il-Gvern fil-ftit xhur li ġejjin ma jirnexxilux juri li qed jagħmel biżżejjed u jwettaq biex dan ir-rapport ma jiġix ikkonfermat f'wieħed konklussiv, se jittieħdu l-passi u Malta tiġi blacklisted.", "Blacklisted tfisser li pajjiżna jkun qiegħed fuq il-lista s-sewda, ċjoè mal-ħżiena!", "Min ikun irid jagħmel in-negozju u jrid jinvesti f'xi pajjiż se jevita pajjiżi li qegħdin f'din il-lista u fil-każ ta' min jippersisti li jrid jagħmel dak l-investiment, dan ikollu jagħmel ċerti proċeduri li żgur ma jħeġġux aktar investiment f'pajjiżna.", "Sur President, il-Gvern falla f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien li pajjiżna jagħmel fil-ħasil ta' flus.", "Allura nippretendi li l-Ministru għall-Finanzi u l-Prim Ministru jgħidulna x'se jagħmlu biex dan ir-rapport ma jsirx wieħed finali għax jekk jiġri hekk, għal sena sħiħa nkunu qegħdin nirriskjaw li pajjiżna verament isofri konsegwenzi finanzjarji u telfien ta' impjiegi li huma l-aktar imħallsin f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, nixtieq naġġorna lill-Kamra b'aħbar li ħarġet ftit tal-minuti ilu mill-House of Commons fejn id-Deputati tar-Renju Unit qegħdin jiddibattu dwar Brexit.", "Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May informathom li mhux beħsiebha terġa' tpoġġi għall-vot il-ftehim tat-tluq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit li kien intlaħaq f'Novembru li għadda u li fuqu kien hemm diġà żewġ voti fil-House of Commons stess.", "Theresa May għadha kemm qalet fil-House of Commons li m'għandhiex biżżejjed appoġġ, allura din il-ġimgħa mhux beħsiebha titfa' dak il-ftehim għall-vot fil-House of Commons.", "Dan kien parti mill-ftehim li sar ftit tal-jiem ilu bejn Theresa May u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ċjoè l-kunsill tal-kapijiet tal-istat u prim ministri.", "Ninsab sorpriż li l-House of Commons qed tgħid eżattament x'ma jridux u mhix qed tgħid eżattament xi jridu.", "Il-Partit Nazzjonalista, kif qal il-Kap tal-Partit l-Onor.", "Adrian Delia, jaqbel mal-approċċ li ħadet l-Unjoni Ewropea fin-negozjati kollha dwar Brexit għax għandna sitwazzjoni fejn ma nafux eżattament xi jrid il-Gvern tar-Renju Unit.", "Fil-fatt, ftit tas-sekondi ilu Theresa May qalet lill-House of Commons li mhux beħsiebha tappoġġja t-tibdil tal-Letwin amendment li jipproponi li jista' jgħaddi mingħajr l-appoġġ tal-Prim Minisru tar-Renju Unit, però llejla beħsiebhom jivvotaw fuq din l-emenda li tagħti l-opportunità lill-House of Commons biex tiddeċiedi fuq numru ta' għażliet, inkluż li jkun jista' jsir referendum jew li tkun customs union.", "B'dawn l-indicative votes inkunu nafu eżatt fejn irid imur bi Brexit il-Parlament tar-Renju Unit.", "Sur President, aħna naqblu mal-approċċ tal-Unjoni Ewropea.", "L-importanti, kif qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, hu li Malta u l-Gvern Malti jkunu ppreparati sa snienhom f'każ ta' no deal.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, fl-istqarrija tiegħu l-Prim Ministru reġa' għamel referenza għax-xogħol kbir li sar min-naħa tal-Gvern fil-preparazzjoni għal kull eventwalità ta' Brexit.", "Xtaqt nistaqsi lill-Prim Ministru biex ikompli jagħti aktar dettalji dwar kemm pajjiżna hu mħejji biex nilħqu l-mira li tfasslet minn dan il-Gvern biex f'pajjiżna, fl-eventwalità ta' no deal jew f'kull eventwalità, nagħtu trattament preferenzjali biex inkomplu nsostnu r-relazzjonijiet eċċellenti li pajjiżna dejjem kellu mar-Renju Unit, kif ukoll li naraw li l-iskopijiet kollha ta' kummerċ, ta' relazzjonijiet, kif ukoll tal-preżenza ta' diversi residenti Ingliżi f'pajjiżna, ikunu faċilitati ħalli nżommu dik ir-relazzjoni bl-aħjar mod minkejja li r-Renju Unit joħroġ.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar rapport li deher f'ġurnal rigward kwestjonijiet ta' ħasil tal-flus.", "Dan ir-rapport fit-titlu tiegħu jgħid ħaġa iżda fil-kontenut jgħid xi ħaġa kompletament differenti, b'mod partikolari li dan ir-rapport għadu draft.", "Dan jgħid ukoll li l-affarijiet jinbidlu meta joħroġ ir-rapport finali.", "Xtaqt li l-Prim Ministru jikkummenta dwar dan.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONICI: Sur President, min-naħa tal-Oppożizzjoni tkellimna diversi drabi b'inkwiet fuq il-kwestjoni ta' Brexit with no deal u fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat li attendejna għaliha jien u l-Onor.", "David Stellini, konna offrejna lin-naħa tal-Gvern li nassistu fil-liġijiet li qed isiru jekk kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit.", "Din l-offerta qed nerġgħu nagħmluha.", "Aħna ilna bejn xahrejn u tliet xhur li tkellimna u l-Ministru Helena Dalli ma sabet l-ebda oġġezzjoni.", "Daparti tagħna nqiegħdu lilna nfusna għad-dispożizzjoni tal-Gvern u nuru l-inkwiet kbir tagħna għax-xenarju li ġej fuqna.", "Xtaqt ukoll niġbed l-attenzjoni li qed jingħad diskors min-nies dwar il-kwestjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew.", "Il-Prim Ministru semma li meta r-Renju Unit joħroġ, jekk joħroġ, jista' jkun hemm ridistribuzzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew u ġie mistoqsi min-nies jekk Malta daħlitx fix-xenarju li permezz tiegħu żżid siġġu mas-sitta li għandna.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jgħidilna jekk din il-possibilità ġietx diskussa, jekk pajjiżna għamilx rappreżentazzjonijiet dwarha, jew jekk hijiex xi ħaġa li qiegħda biss fl-arja.", "Ix-xenarju ta' referendum ma ġiex diskuss.", "Fil-pożizzjonijiet li tkellem dwarhom il-Prim Ministru u li probabbilment ġew diskussi fil-Kunsill, issemmiet il-possibilita li jkun hemm referendum li permezz tiegħu n-nies jiddeċiedu li jibqgħu fl-Unjoni Ewropea?", "Aħna mhux daqstant id-deċiżjoni li tinteressana imma l-perjodu partikolari li fih irid ikun hemm żmien għar-referendum u x'se jiġri fil-frattemp, jekk hemmx pjan għalih jew le.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nirringrazzja lill-Prim Ministru għall-ispjegazzjoni erudita li ta dwar dak li qed jiġri bħalissa.", "Nifhmu li s-sitwazzjoni hija tant fluwida li waqt li kien qed jitkellem il-Prim Ministru seħħ żvilupp li frankament, fl-opinjoni umli tiegħi, kien antiċipat li jressaqna aktar lejn is-sitwazzjoni ta' no deal.", "Sur President, nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Ministru Helena Dalli li dejjem kienet disponibbli biex tiġi quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej biex taġġornana, għalkemm nistqarr li kien ikun diffiċli minħabba li s-sitwazzjoni tinbidel minn ħin għall-ieħor.", "Jien għandi żewġ mistoqsijiet qosra.", "L-ewwel waħda tirrigwarda l-perspettiva finanzjarja tal-Multiannual Financial Framework li qed jiġi nnegozjat għall-perjodu 2021-2027.", "Il-Kummissarju Oettinger ġie hawn Malta biex jispjegalna li l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea nbidlu u allura rridu nitfgħu aktar flus f'sitwazzjonijiet fejn xi reġjuni waqgħu lura u fejn hemm l-immigrazzjoni.", "Għaldaqstant il-mistoqsija tiegħi hi dwar il-flus li soltu jidħlu fil-baġit bħala kontribuzzjoni għax ir-Renju Unit huwa a net contributor.", "Nixtieq inkun naf jekk kienx hemm assunzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li dawn mhux se jkunu hemm.", "Jekk kien hemm din l-assunzjoni huwa tajjeb, imma jekk m'hemmx din l-assunzjoni jfisser li jridu jmorru lura u jerġgħu jaħdmu ċerti allokazzjonijiet.", "It-tieni mistoqsija tiegħi hi f'każ li jkun hemm no deal, possibilità li qed issir ferm aktar plawsibbli fiċ-ċirkostanzi u anke fil-kuntest ta' dak li semma fil-Kamra l-Onor.", "Stellini, fis-sitwazzjoni tagħna mar-Renju Unit se nqajmu l-ftehim bilaterali li kellna qabel, speċjalment fejn jidħlu l-oqsma tal-edukazzjoni, tas-sigurtà soċjali u tas-saħħa?", "Dawn għadhom ireġu legalment jew inkella rridu nagħmlu ftehim ġdid?", "Se nieħdu an EU approach kif ħadna s'issa għal dawk li huma negozjati ta' Brexit?", "Jien nisħaq li s-sitwazzjoni tagħna trid tkun regolata aktar minn qatt qabel b'bosta ftehim bilaterali għall-ġid taċ-ċittadini tagħna.", "Nistaqsi wkoll jekk hux se naħdmu fuq linji bilaterali jew fuq linji abbażi ta' EU approach u ninnegozjaw qua EU mar-Renju Unit dawn is-setturi sensittivi tagħna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, se nagħmel xi mistoqsijiet lill-Prim Ministru dwar ir-rapport tal-Moneyval li ħareġ dalgħodu mill-midja indipendenti.", "Qed nistaqsi dwar il-Moneyval għax is-settur tas-servizzi finanzjarji se jiġi impattat b'mod dirett mill-kwestjoni tal-Brexit.", "L-ewwel mistoqsija tiegħi hi jekk il-konklużjonijiet tal-ewwel draft kinux mistennija, jekk kinux sorpriża jew inkella jekk kinux dak li kienu qed jistennew bħala Gvern.", "Nistaqsi wkoll lill-Prim Ministru hux se jilħaq jagħmel pjan ta' azzjoni biex inkunu ppreparati ferm aktar għall-konklużjonijiet finali u jekk ħax reazzjoni għal dak li qalu l-istakeholders dwar il-konklużjonijiet tal-ewwel draft u bi tħejjija għall-konklużjonijiet finali.", "Nixtieq li l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk huwiex kuntent bid-draft li ġie leaked dalgħodu, u kemm biħsiebu jeħodha bis-serjetà biex il-konklużjonijiet ikunu ferm aħjar u jagħti l-konfort tant mistħoqq u mistenni lis-settur tas-servizzi finanzjarji dwar il-Moneyval.", "Prim Ministru, kif nafu, ir-rapport tal-Moneyval huwa test importanti ħafna li kien hemm tħejjija għalih mill-istakeholders, allura nittama li l-Gvern jieħdu bis-serjetà fattwalment biex naraw li l-konklużjonijiet ikunu ferm aktar pożittivi minn dak li rajna s'issa fl-ewwel draft.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Il-Prim Ministru semma l-erba' xenarji li jista' jkollna.", "Jidhirli li hemm ukoll ix-xenarju ta' elezzjoni bikrija fl-Ingilterra u ma nafx kif dan jista' jimpatta fuq il-proċess kollu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Jien kont diġà staqsejt lill-Prim Ministru biex jikkonferma li l-pazjenti Maltin li jmorru l-Ingilterra mhumiex se jkunu affettwati taħt l-ebda xenarju u llum nerġa' nagħmillu l-istess mistoqsija sabiex inserrħu ras dawn il-pazjenti.", "Nistaqsih ukoll jekk l-istudenti Maltin li qed jistudjaw l-Ingilterra hux se jkunu milqutin minn xi xenarju partikolari li jista' jkollna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Nixtieq nistaqsi lill-Prim Ministru jekk bil-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea, min ikun se jżur l-Ingilterra għal perjodu twil li jaqbeż is-sitt xhur, hux se jkollu bżonn jagħmel il-visa.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Aktar mistoqsijiet?", "(Onor. Membri: No) Nistieden lill-Prim Ministru biex iwieġeb il-mistoqsijiet li saru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-kollegi miż-żewġ naħat tal-Kamra li għamlu dawn il-mistoqsijiet.", "Kif beda jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni ħsibtu li se jwaħħal fija fuq Brexit ukoll, imma tal-inqas s'issa għadna ma wasalniex s'hemm!", "Apparti ċ-ċajt, nibda billi nindirizza numru ta' mistoqsijiet li saru mill-Onor.", "Schiavone u mill-Onor.", "Mifsud Bonnici dwar l-għażla bejn referendum u elezzjoni ġenerali.", "Il-Kunsill Ewropew ma daħalx fil-metodoloġija ta' x'jista' jiġi użat imma tkellem fuq l-erba' xenarji li huma possibbli llum il-ġurnata.", "L-ewwel xenarju hu li l-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jintlaħaq sal-11 ta' April li ġej u jiġi kkomunikat sal-għada, 12 ta' April.", "Il-ftehim mhux se jerġa' jinfetaħ, dak huwa l-pakkett u hemm il-possibilità li min-naħa tal-Parlament Ingliż japprovawh.", "Hemmhekk jiskatta l-perjodu ta' transizzjoni li jwassal biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea b'mod ordnat, kif ippjanat, u eventwalment imbagħad inkunu f'sitwazzjoni li nibdew id-diskussjonijiet mar-Renju Unit dwar ir-relazzjonijiet futuri.", "It-tieni xenarju huwa li l-Parlament Ingliż m'hemmx għalfejn jerġa' jivvota imma jista' ma jagħmel xejn.", "Kif kien qed jgħid l-Onor.", "Stellini, u jien irreferejt għal dan kollu fil-bidu tal-istqarrija tiegħi, skont dak li ħiereġ issa stess mill-House of Commons, il-Prim Ministru Ingliż qed tgħid li m'għandhiex in-numru biex tmexxi 'l quddiem dan il-vot.", "Fil-verità, jekk is-sitwazzjoni tibqa' kif inhi, fejn m'hemm bżonn li jsir l-ebda vot, ikun ifisser li fil-11 ta' April li ġej ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.", "Hemmhekk id-default situation tkun li mmorru għar-regoli tal-World Trade Organisation (WTO) u f'dak il-każ, l-impatt ikun pjuttost aħrax għax ma jkollniex separazzjoni bonarja imma jkollna separazzjoni bl-aktar mod iebes.", "Fil-fatt, din it-tip ta' double deadline li ta l-Kunsill Ewropew sa din id-data f'April qed tiġi użata mill-Unjoni Ewropea biex inżidu l-preparazzjonijiet u nkunu ċerti li din issa mhijiex it-tieni l-aktar għażla ovvja imma hija l-aktar għażla ovvja ta' kif jistgħu jiġru l-affarijiet.", "Dan iwassalni biex nindirizza l-mistoqsijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi dwar il-preparamenti li qegħdin nagħmlu aħna fir-rigward ta' no deal.", "Fil-każ li jkun hemm deal u jiġi approvat, is-sitwazzjoni hija spjegata b'dokumenti Ewropej.", "F'każ ta' no deal, kull pajjiż qed jagħmel il-preparamenti tiegħu.", "Biex il-Kummissjoni Ewropea tkun aċċertata li l-preparamenti qed isiru kif suppost, il-preparamenti li ġejt nitkellem dwarhom fil-Parlament madwar xahar ilu, u li ġew esposti fil-kumitati relevanti u li tkellimna dwarhom pubblikament, ġew reviewed min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea u tawna l-impressjonijiet tagħhom.", "Kien hemm oqsma fejn l-Unjoni Ewropea ħasset li mexjin tajjeb ħafna, ħlief li semmew xi affarijiet fejn jemmnu li għandna nżidu l-preparamenti li qegħdin nagħmlu.", "Din l-analisi ngħatat u qiegħda fil-Ministeri relevanti.", "B'mod ġenerali però l-preparamenti kienu meqjusa bħala tajbin ħafna.", "Mela dak huwa x-xenarju fejn il-Parlament Ingliż m'hemmx għalfejn jivvota kontra xejn imma jista' jibqa' kif inhu għax bħalissa fil-Parlament Ingliż hemm maġġoranza negattiva.", "Hemm maġġoranza kontra no deal, li ma jfissirx li hemm deal, u hemm maġġoranza kontra l-ftehim preżenti, li ma jfissirx li hemm alternattiva.", "M'hemm maġġornaza favur xejn imma hemm maġġoranza kontra kollox prattikament!", "It-tielet għażla hi li l-Parlament Ingliż jagħmel żvilupp u permezz ta' dak l-iżvilupp tiskatta estensjoni sa Mejju, ċjoè sa qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, sabiex ikun hemm ċans li jsiru l-affarijiet li hemm bżonn isiru miż-żewġ naħat.", "Issa jekk ikunx żvilupp biex jinbidel il-Prim Ministru, ikunx żvilupp għax tiġi fformata maġġoranza trasversali, ikunx żvilupp għax jinbidlu r-red lines li poġġew l-Ingliżi stess f'dawk li huma negozjati, jew ikunx żvilupp minħabba li l-indicative votes li aktarx jittieħdu fil-Parlament Ingliż u li juru li hemm xi tip ta' maġġoranza favur customs union, l-importanti li jseħħ żvilupp.", "Ingħatat id-data tat-12 ta' April għax fl-ambitu ta' dak ix-xenarju hemm sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit jgħid: Hawnhekk ma wasalniex, għandna problema, allura għandna bżonn aktar żmien biex ikun hemm riflessjoni nazzjonali, jew referendum, jew ħaġa jew oħra.", "Irrid ngħid li waħda mir-riservi konxji li hemm dwar il-kwestjoni tar-referendum – mhux qed ngħid li din intqalet mill-Prim Ministru May – hi li ħadd mhu qed jeskludi li jekk ir-referendum jerġa' jikseb dak ir-riżultat, ikun hemm referendum ieħor u min jitlef jerġa' jagħmel xi ħaġa oħra s-sena d-dieħla!", "U dan minkejja li huwa ovvju li r-referendum huwa fejn wieħed għandu jmur.", "Jiġifieri din tista' tiġi a never ending story.", "Il-11 u t-12 ta' April ġew magħżula għax il-11 ta' April hija l-aħħar ġurnata meta jista' joħroġ ir-writ tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Biex ir-Renju Unit ikollu xi tip ta' estensjoni fit-tul, li tmur lil hinn minn Mejju, irid bilfors jorganizza l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "De facto dan ifisser li jekk wieħed jitlob estensjoni lil hinn minn Mejju, ir-Renju Unit se jibqa' membru tal-Unjoni Ewropea għall-futur prevedibbli.", "Dik hija l-verità.", "Issa jekk ngħiduhiex jew le tibqa' f'limbu, imma se jibqgħu parti mill-Unjoni Ewropea u qegħdin fl-istituzzjonijiet Ewropej sakemm ma jkunx hemm xi proviso u jibda l-uġigħ ta' ras il-kbir.", "Bħalissa l-uġigħ ta' ras mhuwiex min-naħa Ewropea imma min-naħa Ingliża għax ladarba inti membru trid tħallas, trid tħalli l-freedom of movement u trid tibda tinnegozja biex tieħu l-flus mill-baġit Ewropew.", "Allura għal pajjiż li ħiereġ mill-Unjoni Ewropea, ladarba jkun qed jiddeċiedi li jieħu sehem f'istituzzjoni Ewropea u de facto jibqa' membru, hija contradiction in terms.", "Id-data tal-11 ta' April hija data kruċjali li permezz tagħha l-prezz li titlob estensjoni fit-tul hu li essenzjalment, anke jekk m'intix qed tammettiha, se tibqa' membru tal-Unjoni Ewropea mhux biss in the short-term imma anke in the medium-term.", "L-aħħar għażla hi r-revoka ta' Artiklu 50.", "Hawnhekk, mill-ġdid, we are in uncharted territory.", "Artiklu 50 huwa dak l-artiklu tat-Trattat li jista' jiġi invokat minn kwalunkwe stat membru biex permezz tiegħu joħroġ mill-Unjoni Ewropea.", "Kif tinvoka Artiklu 50, ikun hemm sentejn ċans biex isiru negozjati biex xi ħadd joħroġ mill-Unjoni Ewropea.", "Irrid infakkar li Artiklu 50 ma faqqax mill-ewwel hekk kif ħareġ ir-riżultat tar-referendum.", "Jekk m'iniex sejjer żball, għaddew madwar sitt xhur mir-riżultat tar-referendum sa meta ġie invokat Artiklu 50 li matulhom iż-żewġ naħat ippreparaw, minkejja li ma kienx hemm diskussjonijiet, u minn hemhekk bdew id-diskussjonijiet dwar Artiklu 50.", "Artiklu 50 jista' jiġi rtirat mill-pajjiż li jkun invokah f'kull ħin u f'kull mument u b'mod unilaterali.", "Kien hemm min ta l-impressjoni li hemm bżonn xi tip ta' permess min-naħa tal-Kunsill Ewropew imma fil-verità m'hemmx bżonn.", "Huwa strument li jista' jiġi rtirat b'mod unilaterali.", "Bħalissa għaddejja diskussjoni fir-Renju Unit dwar jekk id-dritt li tirtira Artiklu 50 huwiex vestit fil-Prim Ministru, huwiex vestit fil-Gvern, jew jistax jiġi vestit fil-Parlament.", "Hemm din id-diskussjoni teknika li ma naħsibx li għandna ċans nidħlu fiha.", "Però l-mument li jiġi rtirat Artiklu 50 jista' jkun sinjal li fir-Renju Unit xi ħadd ħa d-deċiżjoni li, jekk hux b'referendum, jekk hux b'maġġoranza parlamentari, jekk hux b'ħaġa jew oħra, mhux se joħorġu mill-Unjoni Ewropea!", "Hemmhekk wieħed diġà jkun qiegħed jikkontribwixxi bħala flus u jieħu sehem fil-Multiannual Financial Framework (MFF)", "Biex inwieġeb għall-mistoqsija tal-Onor.", "Zammit Lewis, is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea hi li mhux se jkun hemm kontribut min-naħa Ingliża u bl-istess mod mhux se jkun hemm bżonn li jingħataw ir-refunds li sal-lum ir-Renju Unit kien eliġibbli għalihom.", "Imma, u din irrid nagħmilha ċara ħafna, jista' jkun hemm a fallback position biex ma tintalabx xi tip ta' estensjoni fit-tul, jiġi revokat Artiklu 50, you stop the clock, imbagħad dan l-Artiklu jerġa' jiġi invokat xi darba down the line.", "Teknikament, għall-inqas minn dak li qrajt, tista' ssir imma twassal għal inċertezza enormi, mhux min-naħa Ewropea imma min-naħa tar-Renju Unit.", "Jiġifieri jista' jkollna sitwazzjoni fejn jekk hemm bżonn li jiġi mwaqqaf l-arloġġ għax forsi hemm forzi jew maġġoranza fir-Renju Unit li tgħid li se jirtiraw dan l-Artiklu għal ammont ta' żmien, għall-inqas sakemm issir elezzjoni jew sakemm ipoġġu bilqiegħda u jiftiehmu x'se jagħmlu bħala pajjiż, jiġi mwaqqaf l-arloġġ.", "L-aktar punt li rrid nenfasizza hawnhekk hu li dak li ma riedx il-Kunsill Ewropew hu li niġu f'sitwazzjoni fejn bħala Ewropa nkunu daharna mal-ħajt u tkun l-aħħar deċiżjoni tagħna ta' x'se jiġri mir-Renju Unit.", "Ma jfissirx li mhux se jkun hemm cliff hangers jew cliff edges f'dak kollu li jiġri, imma kieku ħallejna l-affarijiet kif inhuma, kieku nhar il-Ħamis li ġej kien ikollna niltaqgħu Brussell u kien ikollna sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit ma jkollu bżonn jagħmel xejn mentri aħna rridu niddeċiedu jekk l-għada dan il-pajjiż hux se jitlaq mill-Unjoni Ewropea jew le.", "Onestament sitwazzjoni bħal dik kienet twassal għal kroll finanzjarju kbir ta' diversi ishma Ewropej għaliex ma jkun hemm l-ebda ċertezza.", "Il-fatt li tajna dawn iż-żewġ deadlines se jagħti ċ-ċans lill-Unjoni Ewropea li, kif qalet illum stess, tkun ippreparata għal no deal u titfa' d-deċiżjoni f'idejn ir-Renju Unit.", "B'hekk ir-Renju Unit huma l-aħħar nies li jridu jieħdu d-deċiżjoni.", "Dak kien punt importanti ħafna.", "Xorta nantiċipa li f'xi mument f'April se jkun hemm bżonn laqgħa tal-Kunsill Ewropew, imma l-onus ikun biex nieħdu konjizzjoni tad-deċiżjoni tar-Renju Unit u mhux biex niddeċiedu aħna f'isem ir-Renju Unit x'għandhom jagħmlu jew ma jagħmlux.", "Rigward dak li għandu x'jaqsam ma' dak li staqsa l-Onor.", "Schiavone dwar is-sitwazzjoni tal-pazjenti u l-istudenti, aħna għandna diversi ftehim bilaterali u għandna l-kelma tal-Gvern Ingliż li se jiġu attivati.", "Jien noqgħod fuq il-kelma tal-Gvern Ingliż għax kienet xi ħaġa li ddiskutejna fit-tul.", "Il-mod kif ittrattajna maċ-ċittadini Ingliżi naħseb li jagħtina l-konfort li mhux se jkun hemm problemi u għandna l-kelma politika qawwija tan-naħat kollha li dawn il-ftehim se jiġu rispettati.", "Rigward il-punt li ssemma dwar is-siġġijiet tal-Parlament Ewropew ngħid li dik id-deċiżjoni ttieħdet is-sena l-oħra fuq bażi ta' proposta tal-Kummissjoni Ewropea li kellha tibbilanċja ftit, fost l-oħrajn, il-formola li kienet intużat għal pajjiżi bħal Malta.", "Aħna meqjusin – mhux qed ngħid li hu minnu imma qed ngħid x'kien l-argument – li r-rappreżentanza tagħna fil-Parlament Ewropew, meta tqis l-ammont ta' ċittadini li għandna, hi ferm aktar b'saħħitha minn ta' pajjiżi bħall-Ġermanja.", "Insejt kemm eżatt imma fil-każ tal-Ġermanja, kull Membru Parlamentari Ewropew (MEP) jirrappreżenta xi miljun persuna filwaqt li f'pajjiżna kull MEP jirrappreżenta xi 40,000 persuna.", "Jiġifieri kienu qed jużaw dan il-mekkaniżmu biex iċaqalqu ftit il-bilanċi biex ikunu aktar ekwiparabbli.", "Rigward il-preparamenti u dak li nistgħu naqsmu bejnietna, l-Oppożizzjoni diġà għandha membru fuq it-task force tal-Brexit.", "Madanakollu m'hemm l-ebda diffikultà li jekk hemm bżonn naqsmu bejnietna b'mod pubbliku jew privat ċerti liġijiet li qegħdin nagħmlu.", "Illum stess għedt x'liġijiet qed isiru.", "Pereżempju bħalissa in the pipeline hemm l-għażliet differenti dwar l-elezzjonijiet tal-MEPs għax f'daqqa waħda mhux qegħdin naħdmu fuq xenarju wieħed imma qegħdin naħdmu fuq mill-inqas tliet xenarji.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn li jkun hemm aktar abbokkamenti parlamentari biex permezz ta' hekk, meta niġu għas-si u n-no fi ftit tal-ġimgħat oħra u jkollna bżonn ngħaddu liġijiet pjuttost malajr biex nirrispetaw id-deadlines elettorali, insibu l-koperazzjoni taż-żewġ naħat, kif nemmen li se jiġri.", "Niġi għall-mistoqsijiet li saru fuq ir-rapport tal-Moneyval, allavolja m'għandhomx x'jaqsmu.", "M'iniex se noqgħod nidħol fuq kwestjonijiet bħal kif dan ir-rapport spiċċa għand il-mezzi tax-xandir.", "Xħin il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsieni dwar il-money laundering u r-rapporti ħsibtu se jirreferi għal xi ħaġa oħra, imma ma rreferiex għal hekk!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Li hu żgur hu li dan il-Gvern jieħu dawn ir-rapporti b'serjetà kbira.", "Dan huwa proċess u min ipprova joħroġ dan id-dokument m'għamlux biex jagħmel xi whistleblowing.", "Whistleblowing kieku l-Gvern qed jipprova jaħbi xi ħaġa u xi ħadd jesponiha.", "Min ħareġ dan it-tip ta' dokument ma naħsibx li kellu l-interess tal-proċess.", "Il-proċess għadu għaddej u jien nemmen li b'ingaġġ naslu għalih, kif wasalna għal proċess ieħor li ġie konkluż imma ħadd ma semmieh.", "Qed nirreferi għall-proċess tal-EPSA, li huwa simili għal tal-Moneyval u li ġie ppubblikat.", "Dan qalilna fejn irridu ntejbu imma ta riżultat tajjeb ħafna.", "Fil-fatt, jien nippreferi nitkellem fuq l-EPSA għax huwa xi ħaġa konkluża.", "L-Onor.", "Debono staqsiet dwar jekk aħniex se nagħmlu xi tip ta' pjan ta' azzjoni.", "Iva, mhux biss se nagħmluh imma ppubblikajna pjan ta' azzjoni ta' 50 punt li kien bla preċedent għax qatt ma jidhirli li xi gvern ippubblika pjan ta' azzjoni rigward il-qasam tas-servizzi finanzjarji.", "Bir-rispett kollu, minflok il-mistoqsija jekk il-Gvern hux se jagħmel pjan ta' azzjoni, meta l-pjan ta' azzjoni mhux biss għamilnieh imma ppubblikajnieh biex ikun eżaminat, jien kont nippretendi li niġi mistoqsi x'qed isir minn dak il-pjan ta' azzjoni, f'ġieħ kemm hemm!", "Nifhem li l-ġimgħa d-dieħla stess is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam se jressaq numru ta' emendi għal liġijiet differenti li jwasslu f'dik id-direzzjoni.", "Naħseb li llum jew għada se jkollna l-Ewwel Qari u f'dak id-dibattitu jkun hemm iċ-ċans kollu li nitkellmu dwar dan u oqsma oħra.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JWETTAQ RIFORMI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA (AVUKAT ĠENERALI)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Avukat Ġenerali)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Avukat Ġenerali)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JWETTAQ RIFORMI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA (PULIZIJA)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Pulizija)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Pulizija)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JWETTAQ RIFORMI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA KUMMISSJONIJIET KOSTITUZZJONALI)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Kummissjonijiet Kostituzzjonali)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Kummissjonijiet Kostituzzjonali)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JWETTAQ RIFORMI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA (OMBUDSMAN)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Ombudsman)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Ombudsman)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JWETTAQ RIFORMI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA (SERVIZZ PUBBLIKU)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Servizz Pubbliku)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex ikompli jwettaq Riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Servizz Pubbliku)\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET DWAR SERVIZZI FINANZJARJI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz tal-Liġi msejjaħ \"Att li jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda diversi liġijiet dwar servizzi finanzjarji u biex jipprovdi dwar affarijiet anċillari jew inċidentali għalihom\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-AWTORITÀ", "GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA' MALTA", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta, Kap. 330\".", "L-ISPEAKER: Min jisskeonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IS-SWIEQ FINANZJARJI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji, Kap. 345\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar nipproponi l-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' klawsoli 12, 16 u 29 tal-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks skont l-Ordni Permanenti 104 u li dan isir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Joe Mizzi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-20 ta' Marzu 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, din hija riforma importanti ta' entitajiet li jien nemmen fihom bis-sħiħ.", "Meta kelli 18-il sena jien u grupp ta' żgħażagħ oħrajn mil-lokalità ta' Ħad-Dingli konna nifformaw parti u mmexxu fergħa tal-Forum Żgħażagħ Laburisti f'raħal twelidna u konna ġejna avviċinati mill-Partit Laburista sabiex nikkonsidraw li nersqu 'l quddiem u nagħtu s-sehem tagħna fil-kunsill lokali.", "Jien kont aċċettajt li nikkontesta dawk l-elezzjonijiet u niftakar li l-kampanja kienet tiffoka fuq il-familji tal-lokalità, li tiltaqa' ma' kemm tista' nies, li tmur għandhom u tisma' x'jaħsbu dwar il-politika lokali u dwar kif jiffunzjona, jew ċerti drabi ma jiffunzjonax, il-kunsill lokali tagħhom, li tiltaqa' mal-għaqdiet tal-lokalità u tisma' l-ħteġijiet li għandhom, tisma' d-diskussjonijiet li jkunu għaddejjin mal-Gvern ċentrali u anke jekk tkun qed tirrappreżenta partit fl-oppożizzjoni, xorta waħda tagħmel kuraġġ biex tersaq 'il quddiem u sservi lil raħal twelidek.", "Dak iż-żmien kienet għadha kif inbidlet il-liġi biex min iġib l-aktar ammont ta' voti fil-partit li jkun ġab maġġoranza awtomatikament jinħatar sindku.", "Ma kenitx sfida żgħira li eventwalment ta' 19-il sena mmexxi l-kunsill lokali.", "Kelli kunsilliera miegħi li kienu ħafna iżjed esperjenzati għax kellhom numru ta' snin ta' tmexxija jew ta' parteċipazzjoni fil-kunsill lokali.", "Ovvjament, bħal ħuta żgħira, trid taqdef fost dawk li jkunu adattaw ruħhom f'dak l-ambjent.", "Ipprovajt nagħmel dan u għal darba, tnejn, tlieta, ġejt mogħti mandat mill-poplu ta' raħal twelidi biex naħdem u mmexxi l-kunsill lokali.", "Qatt ma ninsa dak iż-żmien, anzi ngħożżu għax f'din l-eqreb forma ta' demokrazija f'pajjiżna kelli l-opportunità biex inkompli nisma' lill-familji, inkompli niltaqa' ma' kull resident, ma' kull familja u mmur f'kull razzett fl-aktar post imwarrab li tista' timmaġina f'lokalità rurali bħalma hija dik ta' Ħad-Dingli.", "Jien bdejt naħdem fuq dak li qaluli, bl-għodda u r-riżorsi limitati li jkollu kunsill lokali ta' ħamsa min-nies, u nerġa' nirrepeti li dan għamiltu minn partit fl-oppożizzjoni.", "Allura trid titgħallem min hu l-gvern, min huma l-ministri, min huma n-nies li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-awtoritajiet u fid-dipartimenti u tara kif iġġib l-aħjar deċiżjonijiet lejn il-lokalità tiegħek.", "Esperjenza li ngħożż u li qatt ma jien se ninsieha.", "Sur President, jien rajt il-kunsilli lokali jevolvu, jikbru u jingħataw aktar importanza imma, sfortunatament, ir-riżorsi qatt ma żdidulhom.", "Fil-ġurnata li dħalt fil-kunsill lokali tista' tgħid li kien hemm ammont ta' impjegati limitat ħafna u fil-ġurnata li ħriġt tmien snin wara, biex dħalt nirrappreżenta lill-poplu tas-Seba' Distrett fil-Parlament, ftit jew wisq bqajna bl-istess ammont ta' ħaddiema, bqajna ningħataw l-istess ammont ta' allokazzjonijiet però l-aspettattiva tal-poplu kienet kibret.", "Ikolli ngħid li kien hemm żminijiet meta kien iżjed eċitanti minn oħrajn li tkun sindku jew kunsillier.", "Nistqarr li meta kien hemm Segretarju Parlamentari u Ministru responsabbli li kienu diġà għaddew mill-esperjenza tal-kunsilli lokali, kien hemm iżjed entużjażmu.", "Qed nirreferi għaż-żmien meta kien responsabbli mill-kunsilli lokali l-Onor.", "Chris Said u saru riformi importanti u interessanti, però naħseb li kien sforz ta' Membru tal-Kabinett li mhux neċessarjament kellu l-appoġġ ta' sħabu fil-gvern.", "Dik hija l-parti interessanti; ir-riformi qatt ma saru fl-intier tagħhom.", "Pereżempju niftakar id-diskussjonijiet li wasslu għal soluzzjoni li frankament ħadd ma ried imur għaliha b'rabta mal-infrastruttura u t-toroq.", "Jien nemmen – u ħadd ma kkonvinċieni mod ieħor - li l-Ministru għat-Trasport ta' dak iż-żmien, l-Onor.", "Austin Gatt, ma kienx f'sintonija mar-riformi li ried iġib l-Onor.", "Fil-fatt kienu ħarġu skemi bħal tal-Public Private Partnership li kienu l-uniċi mekkaniżmi u għodod li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-kunsilli lokali.", "Allura ħafna mill-kunsilli lokali, inkluż dak li kont sindku tiegħu jien, għażilna li mmorru għal dik l-għażla.", "Qed ngħid hekk għax, kif jgħid il-Malti, bla flus la tgħannaq u lanqas tbus.", "Għalxejn ikollna kunsilli lokali li jixtiequ jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies jekk ma nagħtuhomx l-għodda.", "Ir-riforma li qed nipproponu llum hi turija ta' kemm il-Gvern jemmen fil-kunsilli lokali u jafda fihom, imma mhux biss trid tafda u temmen fil-kunsilli lokali, trid ukoll tiffaċilitalhom il-ħidma tagħhom.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qiegħed iressaq 'il quddiem din ir-riforma bħala eks Sindku ta' Raħal Ġdid, raħal twelidu, fi sfond fejn il-Gvern qed jieħu r-responsabbiltà u qed jerfa' l-piż li l-kunsilli lokali qatt ma kienu jifilħu għalih, ċjoè li jieħdu ħsieb l-infrastruttura tat-toroq residenzjali u mhux biss dawk arterjali u distributorji.", "Din ir-riforma qed issir fi sfond fejn il-kunsilli lokali għandhom €29 miljun jistennewhom fid-Development Planning Fund u numru ta' opportunitajiet oħrajn.", "Dawn fiż-żmien li jien kont sindku ma kinux jeżistu.", "Anzi, dak iż-żmien lill-kunsilli lokali l-Gvern kien jibgħathom jiddejnu u ma setax joffrilhom fondi tal-iżvilupp għax kien hemm slowdown ekonomiku rifless fl-industriji rispettivi, inkluż dawk tal-iżvilupp, u għaldaqstant il-karus tal-lokalità kien ta' ftit eluf li jservu biss biex tagħmel xi ġnien żgħir jew issewwi xi ftit bankini.", "Aktar milli niffoka fuq l-aspett legali ta' din ir-riforma rrid infaħħar il-ħidma li għamel il-Gvern qabel ma ġie fil-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam ma' konsultazzjoni.", "Il-Gvern ikkonsulta ma' kull min hu kkonċernat, fosthom l-entitajiet li huma involuti direttament mal-kunsilli lokali, il-partiti politiċi, l-entitajiet u l-organizzazzjonijiet rispettivi, u saret ukoll konsultazzjoni pubblika.", "Aħna ma rridux ngħaddu liġi għall-kunsilliera fi 68 lokalità.", "Aħna qegħdin ngħaddu liġi biex il-kunsilliera li se jkunu eletti fil-25 ta' Mejju jservu lill-poplu ta' 68 lokalità rispettiva, allura l-konsultazzjoni ġabret xi jrid il-poplu.", "Hawn ma nistax ma nfaħħarx mill-ġdid lill-Onor.", "Silvio Parnis u lit-tim tiegħu li ħadmu biex wasalna għal dan l-Abbozz ta' Liġi li qed iressaq 'il quddiem numru ta' prinċipji bażiċi, fosthom rispett sħiħ lejn l-awtonomija lokali, it-tisħiħ tal-livell reġjonali, it-tisħiħ tal-istandards biex jingħataw servizzi ta' kwalità fil-komunità, it-tisħiħ tar-riżorsi tal-Gvern lokali u ż-żamma taċ-ċittadin fil-qalba ta' dawn is-servizzi.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna ma rridux nagħmlu liġi li tkun komda għas-sindku, għall-viċi sindku, għall-kunsilliera, għas-segretarju eżekuttiv, għal min imexxi r-reġjun jew għall-assoċjazzjoni, imma rridu liġi li tkun tajba għax se tkun ta' benefiċċju għall-familji, għan-negozji u għall-industriji li jaħdmu, jiffunzjonaw, jgħixu, jorqdu, jivvjaġġaw u jiddevertu fit-tali lokalità permezz tal-prinċipji li l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni mexa fuqhom.", "Ir-reġjuni se jkollhom ir-responsabbiltajiet tagħhom u mhux għamilna r-reġjuni u ħallejniehom mingħajr responsabbiltà!", "Ir-reġjuni jridu jagħtu servizz u jrid ikun hemm aktar parteċipazzjni taċ-ċittadini u taż-żgħażagħ.", "Irid ikun hemm ukoll sistemi aħjar tal-ġbir tal-iskart, li hu servizz bażiku li allaħares ma jingħatax bl-aħjar mod possibbli għax ma nistgħux nimmaġinaw il-lokalitajiet tagħna u lil pajjiżna jekk kemm-il darba l-iskart ma jinġabarx.", "Nista' nibqa' nsemmi numru ta' prinċipji li diġà rreferew għalihom sħabi meta intervjenew fuq dan l-Abbozz ta' Liġi però nħoss li jkun aħjar jekk niffoka fuq ir-responsabbiltajiet li llum għandi l-privileġġ li mmexxi bħala Ministru u ngħid kif dawn jaħdmu għall-kunsilli lokali biex illum għandhom iżjed riżorsi biex jaħdmu.", "Hawn mhux qed nirreferi sempliċement għal xi bozza jew xi bankina, li xorta huma importanti u jagħmlu differenza fil-ħajja ta' dik l-anzjana li għandha problema ta' mobilità u ma tistax taċċetta li l-bankina quddiem ir-residenza tagħha ssir b'tali mod li żżommha milli toħroġ minn ġo darha, jew dik il-bozza li bi traskuraġni tkun ilha maqtugħa xi tliet ġimgħat wara xi maltempata jew wara xi lejl riħ u dawk it-tfal li jkunu bdew jieħdu l-indipendenza tagħhom jibdew jibżgħu jmorru għall-attivitajiet soċjali tagħhom ta' filgħaxija għax jafu li meta jirritornaw lejn darhom id-dawl fit-triq tagħhom se jsibuh maqtugħ.", "Jiġifieri ma rridx b'xi mod inkun dispreġjattiv lejn il-ħidma relatata mal-bankini jew mal-bozoz imma l-kunsilli lokali qegħdin ikomplu jimmaturaw, qegħdin ikomplu jiggradwaw u jaħdmu fuq oqsma li tant huma bżonjużi fil-komunitajiet tagħna, kemm jekk hu l-aspett soċjali, kemm jekk inhi l-ħidma fl-oqsma tas-saħħa kif ukoll jekk inhi l-ħidma u l-kollaborazzjoni ta' programmi edukattivi, mhux biss mal-Gvern imma anke mal-għaqdiet tal-lokal.", "Dawn huma kollha responsabbiltajiet li l-kunsilli lokali komplew jerfgħu u jżidu fil-portafoll tagħhom.", "L-istess il-ħidma turistika f'żoni li jżuruhom numri kbar ta' turisti.", "Il-lista ma tispiċċa qatt.", "Hawn nerġa' nagħmel referenza għad-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Naħseb li din kienet waħda mill-aħjar inizjattivi li l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet matul l-aħħar snin għax qed tagħti lura lil-lokalità skont l-ammont ta' żvilupp li jkun sar ġo fiha ħalli jkun hemm proġetti pożittivi li jagħmlu tajjeb għal xi inkonvenjent li ż-żieda ta' żvilupp tkun ġabet magħha.", "Jien jiddispjaċini li meta nqassam xi €1 miljun jew €2 miljun kull darba jfakkruni li għad fadal €29 miljun għad-dispożizzjoni tal-kunsilli lokali.", "Allura nistaqsi: X'qegħdin jistennew dawk is-sindki u dawk il-kunsilli lokali li għadhom ma resqux 'il quddiem bil-proġetti tagħhom?", "Hu mistenni li jiġu ffirmati ftehimiet ta' dan it-tip għal tmien proġetti oħrajn f'seba' lokalitajiet li se jkunu qegħdin jutilizzaw €2.8 miljun mit-tali fond.", "Madanakollu nerġa' nħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex jersqu 'l quddiem.", "Issa daħħalna wkoll prinċipju ġdid, dak li nagħmlu l-pagament avvanzat ta' 30% ħalli l-kunsilli lokali jkunu jistgħu jħallsu lill-perit jew lill-kuntrattur qabel ma jibda x-xogħlijiet tal-proġett.", "Hemm ukoll inizjattivi oħrajn li ġabet magħha l-inizjattiva \"Sebbaħ il-Lokal\".", "F'dan il-fond hemm €2 miljun għal dawk il-lokalitajiet li kellhom inqas minn €100,000 biex ikunu jistgħu jżidu sa €50,000 mal-fondi disponibbli għalihom.", "Mal-Awtorità tal-Ippjanar qed isir ukoll xogħol għaqli mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fi ħdan l-istess Ministeru.", "Hemm għexieren ta' proġetti permezz tal-ħaddiema magħrufa bħala tal-Gvern, li jaħdmu fuq konservazzjoni, riġenerazzjoni, bini ta' ġonna u manutenzjoni ġenerali ħalli naraw li l-ispazji pubbliċi jinżammu fl-aħjar mod, liema ħidma ħafna drabi tkun mitluba mill-istess kunsilli lokali.", "Il-proġetti jinkludu wkoll għajnuna lill-entitajiet ekkleżjastiċi.", "Pereżempju żort il-lokalità taż-Żejtun fejn sar il-pavimentar biswit il-knisja parrokkjali, li lanqas ngħidlu zuntier imma aktar narah bħala spazju pubbliku kbir u miftuħ fil-qalba tal-lokalità.", "Bħalissa għaddej ukoll xogħol fil-lokalità tal-Mellieħa.", "Aktar minn hekk, kelli x-xorti nżur ix-xogħol li sar fuq il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu, fejn fi ftit ġranet oħra jkollna ċ-ċans infakkru l-anniversarju daqstant importanti ta' din il-festa nazzjonali.", "Hemm ħafna xogħol ieħor relatat mal-ġbir tal-ilma, fosthom il-water culverts u l-proġett importanti li jinsab għaddej fil-lokalità tal-Imqabba b'ħafna xogħol mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.", "Nista' nsemmi ħafna xogħol ieħor li jsir, speċjalment minn Transport Malta u l-Awtorità tal-Artijiet, il-ħidma li ssir mal-kunsilli lokali fuq it-trasport u t-trasport alternattiv, kif ukoll inizjattivi fil-ġimgħa tal-mobilità li mbagħad isiru permanenti, fosthom f'Bormla u f'Tal-Pietà, fejn il-kunsilli lokali ħadmu u qegħdin jagħtu servizzi bla ħlas lil min jordna trasport li jdur mal-lokalità u jagħti aċċess għal mobilità aħjar lill-anzjani u l-persuni b'diżabilità.", "Ejja ngħiduha kif inhi, fil-lokalitajiet kollox idur mal-proġetti relatati mat-toroq.", "Kemm ilhom jeżistu mis-snin disgħin il-kunsilli lokali għamlu għexieren ta' snin jaħdmu u jfaddlu s-sena kollha biex forsi jagħmlu xi triq mill-ġdid jew jagħtu wiċċ lil xi triq partikolari fil-lokalità.", "B'dak ir-ritmu konna se nieħdu għexieren ta' snin biex xi darba t-toroq fil-lokalità jkunu ta' kwalità tajba.", "Għalhekk, kien għaqli li l-partit li jien kburi li nagħmel parti minnu, sena u nofs ilu ressaq programm elettorali quddiem il-poplu Malti u Għawdxi u fuq quddiem nett għamillu l-akbar wegħda infrastrutturali ta' kull żmien, dik ta' €700 miljun għal seba' snin li issa bdejna ninvestuhom fit-toroq tagħna!", "Matul din is-sena b'€120 miljun se nkunu kkommettejna 290 triq residenzjali, li wħud minnhom diġà tlestew filwaqt li hemm oħrajn li għaddej ix-xogħol fuqhom u oħrajn li qegħdin jiġu kkuntrattati ħalli nkomplu nagħmlu d-differenza għall-familji u n-negozji fl-ibliet u l-irħula tagħna.", "Aktarx li l-akbar investiment li kulħadd jagħmel f'ħajtu jkun meta jixtri r-residenza tiegħu u t-tieni investiment tkun il-vettura.", "Nifhem li rridu nkomplu naħdmu biex tonqos id-dipendenza fuq il-vettura privata b'mod volontarju, però dawk huma l-fatti, allura l-importanza tal-infrastruttura fl-irħula tagħna hija indiskutibbli.", "Għalhekk nifhem li l-Oppożizzjoni nqabdet fuq sieq waħda meta l-Partit Laburista dak iż-żmien għamel din il-wegħda, però ma stajtx nifhem kif wara sena fl-oppożizzjoni u wara li l-poplu ma fehemx dikjarazzjonijiet pubbliċi bħal dawk tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qal li f'Malta m'għandniex ħofor, eventwalment meta kważi sena ilu, proprju fl-4 ta' Lulju, ġejna f'din il-Kamra, l-Oppożizzjoni vvotat kontra dan l-investiment ta' €700 miljun għat-toroq ta' pajjiżna.", "Dan l-investiment huwa rilevanti fir-riforma tal-kunsilli lokali aktar minn kull ħaġa oħra għax dan ifisser li l-kunsilli lokali għandhom iżjed fondi biex jaħdmu f'oqsma oħrajn fejn m'hemmx bżonn critical mass biex iġġib prezz tajjeb u mhuwiex każ li għandek bżonn esperti fis-settur bħalma għandek bżonn fil-każ tat-toroq.", "Daż-żmien m'għadniex noħorġu tender għal kull triq imma qegħdin noħorġu tenders li jkollhom mijiet ta' toroq f'tender wieħed u qegħdin naraw kif il-kuntratturi jtejbu l-kwalità u jżidu l-capacity ħalli jagħtu aktar għax mhuwiex aċċettabbli li t-toroq tagħna jsiru fuq medda ta' 30 sena jew 40 sena bir-ritmu tal-kunsilli lokali u bil-flus li tajniehom għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Pajjiż li żviluppa daqstant l-ekonomija tiegħu u li għandu d-direzzjoni u l-ambizzjoni politika li jkompli jimraħ u jikber f'ċerti setturi, ma jistax ikollu infrastruttura tat-tielet klassi.", "Għalhekk sar pjan realistiku fuq seba' snin.", "Lil min jistaqsini jekk it-triq tiegħu hux se ssir fis-seba' sena jien nipprova nfiehmu li hemm il-possibbiltà li ssir fis-seba' sena għax ta' xi ħadd trid issir fl-ewwel sena u ta' xi ħadd trid issir fis-seba' sena.", "Il-verità hi li kieku l-Partit Laburista ma resaqx 'il quddiem b'dan il-pjan, aktarx kont tibqa' tiġri wara s-sindku, wieħed wara l-ieħor, għal 20 sena jew 30 sena biex forsi xi darba jkun faddal biżżejjed flus ħalli jagħmillek it-triq!", "It-toroq qegħdin nagħżluhom mal-kunsilli lokali u mhux il-Ministru jiddeċiedi liema triq issir l-ewwel.", "Il-kunsilli lokali mhux biss qegħdin parteċipi f'dan l-eżerċizzju imma issa se jkollhom l-għajnuna tal-informazzjoni intelliġenti li qed tinkiseb permezz tal-artificial intelligence drones u se jkunu jistgħu jkejlu l-ħteġijiet li għandha bżonn triq partikolari.", "B'hekk, niżguraw li nipprijoritizzaw mhux biss b'dak li jkunu qalu l-periti tal-Awtorità u l-kunsilli lokali, imma permezz tal-informazzjoni xjentifika li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, liema informazzjoni sal-lum la l-Gvern u wisq inqas il-kunsilli lokali qatt ma kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Lil hinn minn xi kummenti ironiċi li smajt f'din il-Kamra waqt li kont qed nindirizza lilek, Sinjura President, nemmen li llum kulħadd huwa konxju li d-deċiżjonijiet li ħadna qegħdin iħallu effett pożittiv fl-ibliet u l-irħula tagħna.", "Jien nemmen li s-sindki tal-partit politiku fl-oppożizzjoni li kienu kontra tali deċiżjoni, qegħdin jgħidulhom kemm illum jinsabu aktar ottimisti li l-infrastruttura tal-lokalità tagħhom se tmur għall-aħjar milli kieku bqajna bil-formola l-antika li l-kunsill irid joqgħod jittallab biex forsi f'sena jirnexxilu jagħmel triq waħda.", "Allura din ir-riforma hija tajba għax se ġġib bidliet u se ssaħħaħ prinċipji fundamentali, però hija tajba wkoll għax fl-aħħar mill-aħħar il-kunsilli lokali se jibqgħalhom iżjed flus li permezz tagħhom il-kunsilliera u s-sindki li se jkunu eletti fil-25 ta' Mejju li ġej, ikunu jistgħu jippjanaw u jaħdmu għas-snin li ġejjin b'risq il-familji u n-negozji fit-68 lokalità ta' Malta u Għawdex.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, se ngħidha kif inhi.", "Se nitkellem daqsxejn differenti minn sħabi f'din il-Kamra u mhux se noqgħod indur mal-lewża.", "Nifhem li qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-kunsilli u l-gvernijiet lokali se jitilgħu fit-tarġa li jmiss bis-saħħa ta' din il-liġi, imma qegħdin ngħixu fi żmien fejn il-konċett tal-kunsilli lokali huwa għodda politika li, fil-fehma tiegħi, mhux qiegħda twassal għall-għanijiet u l-oġġettivi li nħolqu għalihom.", "Allura rrid nistaqsi għalfejn twaqqfu.", "Ir-realtà hi li d-devoluzzjoni tal-poter biex il-kunsilli lokali kollha jkollhom l-istatura ta' Gvern lokali llum il-ġurnata nqisha kważi finta, u hemm bżonn li niħduha fit-tarġa li jmiss kif suppost, b'mod imġedded.", "Lil hinn mill-paroli sabiħ li smajna f'din il-Kamra dwar il-kunsilli lokali, hemm bżonn ukoll ta' għemil eżemplari li jibda minn din il-Kamra stess minn ċerti membri tagħha.", "Min jaf fejn stajna wasalna mill-1993 'l hawn kieku dejjem kien hemm ir-rieda politika biex il-ħidma tal-kunsilli lokali u tal-gvernijiet lokali tissarraf b'mod tanġibbli?", "Sinjura President, fil-fehma tiegħi l-kunsilli lokali spiċċajna rriduċejniehom għal biċċa plasticine li qed nagħġnuha b'idejn il-politika u anke bi ħsieb.", "Allura nispera li l-emendi li qegħdin isiru llum, f'għeluq il-25 sena minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali, se jkunu s-salva uomo ta' rieda politika biex ikun hemm il-vera tiġdid tagħhom.", "Nittama li bis-saħħa ta' bosta emendi li jeżistu f'din il-liġi – mhux kollox, imma hemm ħafna tajjeb fiha – tissaħħaħ id-demokrazija, tissaħħaħ l-awtonomija lokali li hija l-pedestall ta' awtorità ta' Gvern lokali, u sintendi tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadin.", "Dan però jista' jseħħ biss sakemm ma jkunx hemm indħil u influwenza politika mill-partiti.", "Din hija premessa li nemmen li għandna nieħdu lkoll jekk verament irridu li dan il-konċett mhux biss jasal, imma jwassal.", "Għalhekk fid-diskors tiegħi se nistaqsi żewġ mistoqsijiet lili nnifsi u se nitkellem dwar ir-risposti tagħhom.", "Dawn huma x'inhi r-realtà llum dwar il-Gvern lokali u x'għandu jkun ir-rwol tal-kunsilli lokali.", "Ir-realtà llum hi waħda, u nixtieq nitkellem b'mod onest u nixtarr il-politika tal-verità li se naqsamha f'erba' punti.", "Fil-fehma tiegħi, il-kunsilli lokali spiċċaw estensjoni tad-driegħ tal-Gvern ċentrali, b'mod partikolari fit-tkaxkir li jeżisti fil-burokrazija tal-Gvern ċentrali.", "U din hija xi ħaġa li trid tiġi rranġata minnufih.", "Barra minn hekk, spiċċaw arma fid-driegħ tad-Deputati ta' din il-Kamra u tal-kumitati sezzjonali tal-partiti politiċi, fejn ċerti Ministri, Segretarji Parlamentari u Membri ta' din il-Kamra spiċċaw b'canvassers mhux tal-partit imma tagħhom personali bħala kunsilliera fl-istess kunsill jew ħaddiema tal-istess Ministeru.", "Dan ma jawgurax tajjeb għax iġib dubju dwar jekk hux se sservi lill-komunità, jekk hux se sservi b'lealtà lill-partit partikolari li tirrappreżenta u l-ideali tiegħu, jew inkella hux qed tħares aktar lejn l-interess pekunjarju.", "Għalhekk ngħid grazzi speċjali lil dawk il-kunsilliera kollha li l-aġenda tagħhom mhijiex hekk.", "Sinjura President, nafu b'każijiet ta' kunsilliera u sindki li meta ma joqogħdux għad-direzzjoni tal-aġenda politika ta' partit, jaqilgħu taptipa fuq rashom, b'mod partikolari jekk ikunu qegħdin jiġġustifikaw għemilhom b'mod korrett jew b'mod li juri ċertu fairness, jew agħar milli spjegajt, jitwarrbu minħabba intriċċi oħrajn li forsi jinvolvu wċuħ f'xi partit li huma aktar preferuti minn xi kunsillier jew sindku.", "Hawnhekk qed jiġini f'moħħi l-każ tas-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi li, fil-fehma tiegħi, twarrab mingħajr ġustifikazzjoni.", "Lil din il-persuna nixtieq nawguralha kull suċċess.", "Niġi għat-tielet punt tiegħi u nistaqsi x'inhuma r-raġunijiet li kien hemm kunsilli lokali f'ċerti lokalitajiet li fallew.", "Qed ngħid li fallew mhux biss għax fallew mill-aspett finanzjarju għax huma midjunin, imma fallew ukoll għax ma laqħux l-oġġettivi tal-kunsilli lokali fil-komunità li jirrappreżentaw.", "L-Awditur Ġenerali ta' kull sena joħroġ rapporti dwar kif il-kunsilli lokali qegħdin iħaddmu r-riżorsi tagħhom.", "Għalhekk nistaqsi: X'follow-up qed isir min-naħa tas-Segretarjat jew min-naħa tad-Dipartiment konċernat biex jitwettaq dak li jissuġġerixxi l-Awditur Ġenerali?", "Qed insemmi lilhom imma nixtieq insemmi wkoll il-kunsilli lokali partikolari li jissemmew mill-Awditur Ġenerali, għax wara kollox dan huwa skrutinju li jgħodd.", "Sinjura President, li hu żgur hu li dawn huma ħwejjeġ li jitolbu trasparenza.", "Meta ssemmi l-Awditur u l-ħidma tal-kunsilli mingħajr ma trid titkellem dwar it-trasparenza, il-kontabilità, il-value for money u r-riżorsi finanzjarji mogħtija.", "Jeħtieġ li flus il-poplu jintużaw b'mod kontabbli u jkollna l-assigurazzjoni li l-kunsilli lokali jitqiesu bħala awtorità – għax mhux dejjem jitqiesu hekk – li n-nefqa tagħhom tagħti value for money u r-riżorsi tal-Gvern ċentrali jkunu b'tali mod li jsir ippjanar fit-tul biex ikun hemm is-sostenibilità biex b'hekk jitwettqu l-oġġettivi tal-kunsilli lokali, b'mod partikolari fid-deċentralizzazzjoni tal-poter.", "Huwa tajjeb li jissemmew iċ-ċifri ta' flus li jiġu vvotati lill-kunsilli lokali imma fl-istess ħin, hemm bżonn nirrispettaw id-deċentralizzazzjoni tal-poter jekk verament għandna d-demokrazija għal qalbna.", "Nifhem ukoll li wasal iż-żmien li l-kunsilli lokali iservu ta' eżempju għall-Gvern ċentrali u mhux jiddakkru mill-ħażen tal-partiti jew jikkoperaw fil-ħażen tagħhom.", "Naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem kieku nagħtu kas ta' dan, għax dan hu li ġara u din hija sitwazzjoni reali li għandha bżonn it-tiġdid.", "Spiċċajna li l-kunsilli lokali ddaħħlu f'nassa ta' politika partiġjana li tqis l-uċuħ u f'ċerti sitwazzjonijiet l-interess pubbliku, jiġifieri l-interess komunitarju lanqas biss jitqies.", "Għalija, kwalunkwe kunsill li jimxi b'dan il-mod mhux qiegħed jimxi kif suppost.", "Illum fil-Kamra ssemmiet ħafna l-kelma \"no deal\" u jien insemmiha hawnhekk b'mod partkolari.", "Qed ninnota li s-soċjetà tant inbidlet li ġabet sfidi ġodda fil-komunitajiet tagħna, tant li llum nafu li għandna żewġ estremi.", "Għandna kunsilli lokali multikulturali li kibru ħafna filwaqt li kunsilli lokali oħrajn, bħal dawk ta' Għawdex, ċkienu ħafna għax ma tantx għad hemm nies joqogħdu f'dawk il-lokalitajiet, tant li kważi l-ammont ta' votanti tgħoddhom fuq idejk u jekk ma noqogħdux attenti, dawn il-komunitajiet jgħibu.", "Nafu wkoll li f'ċerti lokalitajiet – hawn qed nirreferi għall-konfini – wasalna fis-sitwazzjoni li tant hemm diffikultajiet li nistgħu naslu f'punt ta' no return.", "Hawn nista' nsemmi lil dawk il-kunsilli lokali li għandhom żoni urbani li huma ppopolati aktar milli suppost, dawk li għandhom nuqqas ta' spazju pubbliku, jew dawk li t-toroq tagħhom mhumiex tali li l-komunità tista' tgħix fihom minħabba li l-istess raħal jew belt huma passaġġi biex it-traffiku jasal għal destinazzjonijiet oħrajn.", "Dan biex ma nsemmix il-problema tal-Outside Development Zone (ODZ) u l-konsegwenzi li qed ikollhom isofru ċerti bliet u rħula meta niġu għat-tniġġis, b'mod partikolari tal-arja, tal-ħamrija, tal-ilma, jew tal-baħar.", "Punt ieħor li naħseb li wasal iż-żmien li nindirizzaw b'mod aktar robust f'ċerti komunitajiet fejn għandna soċjetà li nbidlet, hu fejn l-identità tagħhom, b'mod partikolari l-identità kulturali, qed tintilef u għaldaqstant hemm bżonn inħarsuha.", "Hawn niġi għar-raba' punt u l-aktar punt li jolqotni, għalkemm it-tlieta l-oħra huma importanti wkoll fil-kuntest ta' soċjetà li nbidlet u għaldaqstant qed nirrappreżenta r-realtà li teżisti f'kull lokalità bħalissa.", "In-normi u l-valuri li nħaddnu qegħdin jgħibu jew jinbidlu u għaldaqstant feġġew numru ta' sfidi, allura jien nemmen li jekk il-kunsilli lokali se jħaddmu politika ta' responsabbiltà soċjali, għandhom jidħlu f'dawn l-isfidi.", "Illum qegħdin ngħixu f'soċjetà fejn il-pjaga taż-żmien hija s-solitudni li titlob wens u dinjità, fejn l-aktar li huma milqutin huma ż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk li jgħaddu minn kriżi ta' identità jew dawk li huma early school leavers, l-anzjani li jkunu qegħdin jgħixu waħedhom fil-komunità, u dawk il-familji li mhumiex stabbli minħabba problemi ta' relazzjonijiet u għaldaqstant tidħol il-pjaga tas-solitudni.", "Xi ħaġa oħra li bħalissa ħafna lokalitajiet qegħdin iħossu ferm hija l-konsegwenza tat-tniġġis.", "Meta nsemmi t-tniġġis mhux qed nirreferi biss għal dak ta' barra t-triq jew fil-kampanja imma anke għat-tniġġis ta' darna - indoor and outdoor pollution.", "Ħalli ngħidilkom x'jirriżulta mit-tniġġis u ma nirrealizzawx, u jiddispjaċini li meta f'din il-Kamra qed nitkellmu dwar il-konċett tal-kunsilli lokali, ħadd ma missu.", "Jirriżulta li minħabba t-tniġġis hawn nuqqas ta' ugwaljanza fil-ħarsien tas-saħħa ambjentali tal-bniedem, u din tvarja mhux biss minn lokalità għal oħra imma anke minn triq għal triq fl-istess lokalità minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Din qed tolqot l-aktar lil dawk is-saffi tas-soċjetà li huma vulnerabbli, ċjoè dawk li qegħdin fil-qiegħ tas-saff soċjoekonomiku.", "Għaldaqstant, għalkemm hawnhekk nitkellmu fuq l-ugwaljanza, meta niġu għall-ugwaljanza fil-ħarsien tas-saħħa ambjentali mhux kulħadd hu l-istess bħala ċittadin Malti jew Għawdxi.", "Punt ieħor li rrid inqajjem huwa li, fl-opinjoni tiegħi, fil-politika m'għadniex inħarsu lejn il-familja bħala l-istituzzjoni ewlenija fis-soċjetà tagħna, u dan huwa għajb għax il-familja għandha tkun wieħed mis-sisien fl-implimentazzjoni ta' din il-liġi.", "Nistgħu ngħidu li aħna progressivi, nistgħu ngħidu minn kollox, imma jekk qegħdin nieħdu dan il-konċett for granted u l-familja mhux qegħdin nagħmluha bħala l-fus tal-politika komunitarja fil-kunsilli lokali, allura qegħdin infallu.", "Dan il-punt irridu nindirizzawh għax il-familji huma l-akbar stakeholders li jeżistu fil-komunità, flimkien mal-volontarjat u s-soċjetà ċivili.", "Għaldaqstant jien nemmen li fid-dawl ta' hekk hemm bżonn li kull kunsill lokali b'xi mod jibda jindirizza l-bidla soċjoekonomika li qed titwettaq, b'mod partikolari fir-raħal jew belt tiegħu.", "Sinjura President, x'għandhom ikunu r-rwoli tal-kunsilli lokali, jiġifieri x'inhi r-raġuni li għandhom jaħdmu?", "Fuq dan se nitkellem minn tliet aspetti: mill-aspett tiegħi personali, mill-aspett tal-qasam tad-dipartiment tal-kunsilli lokali nnifsu u mill-viżjoni politika tal-Oppożizzjoni Demokratika.", "Jien kont wieħed mill-ewwel sindki eletti fl-1993 u domt fil-kunsilli lokali sal-1999.", "Poter, komunità, kwalità tal-ħajja.", "Dan huwa t-trianglu li jeżisti.", "Id-devoluzzjoni tal-poter li jagħtik il-Gvern ċentrali biex jitwettaq fil-komunità tiegħek; il-komunità nnifisha bħala s-sies li għandha tiġi indirizzata; u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja.", "Għalija jkun hemm governanza tajba u deċentralizzazzjoni tal-poter meta ċ-ċittadin fil-komunità jkun jista' jipparteċipa b'mod attiv.", "Meta jkollok il-ħidma tal-kunsill bil-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadin, il-kwalità tal-ħajja titjieb.", "U din kienet ir-raġuni li għaliha kont ħriġt għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali l-ewwel darba.", "Kont ikkmandat mis-sens ċiviku u l-għożża li kelli għar-raħal li rrappreżentajt.", "Ir-rwol tad-dipartiment jew tas-segretarjat għandu jkun wieħed li jassigura li fis-sistema ta' Gvern lokali l-awtorità nnifisha tkun effettiva.", "Mhux hekk biss, imma tieħu l-passi meħtieġa u meta jkun hemm bżonn tintervjeni fil-ħin u fl-immedjat, mhux tintervjeni skont jekk huwiex kunsill li għandu maġġoranza Laburista jew maġġoranza Nazzjonalista.", "Id-dipartiment għandu jkun lil hinn mill-id politika u għandu jintervjeni f'ħin immedjat skont il-bżonn.", "Għalhekk, biex ikollna dan irid ikollna governanza tajba fejn l-iskrutinju jkun tajjeb, kemm intern min-naħa ta' kull kunsill u kif ukoll estern min-naħa tad-dipartiment għall-kunsilli.", "B'hekk, ikun hemm immaniġġar amministrattiv tajjeb kif ukoll dawk ir-red alerts meta jidħol ir-risk management.", "Sintendi dan jeħtieġ iż-żamma tal-istandards lokali u tal-best practices f'kull qasam, inkluż l-etika.", "Għalhekk, meta nara l-Kodiċi ta' Etika u l-protokoll mniżżlin f'dan l-Abbozz ta' Liġi fit-Tnax-il Skeda u fit-Tlettax-il Skeda, mingħajr ma rrid nieħu pjaċir u niftakar fiż-żmien meta kont wieħed minn tlieta fis-sotto-kumitat tal-kunsilli lokali tad-dipartiment li kien għadu kemm twaqqaf u flimkien konna ktibna l-Kodiċi ta' Etika tal-kunsilli lokali.", "Jien ħadt sehem ukoll f'kumitat ieħor simili biex jinbidlu l-emblemi tal-kunsilli lokali ta' ċerti lokalitajiet li ma kenux ħarġu korretti u biex fejn il-protokolli ta' ċerti affarijiet fil-kunsilli lokali ma kenux imniżżlin, jitniżżlu.", "Meta jien kont sindku konna għaddejna l-protokolli dwar il-mod kif għandna nimxu biex nuru li aħna gvern lokali li jġib ruħu b'mod esiġenti u ta' stoffa.", "Il-viżjoni dwar il-kunsilli lokali l-Oppożizzjoni Demokratika teħodha fuq l-istess ambitu bħal kwalunkwe servizz pubbliku, forsi bid-differenza li hawnhekk l-awtorità tinħass aktar.", "Għalhekk il-ħtieġa li t-tmexxija b'għaqal fil-kunsilli lokali b'mod li tkun effettiva u ssir bil-ħsieb tal-interess pubbliku, hija ewlenija, bħalma hu l-immaniġġjar tal-finanzi u li r-riżorsi mogħtija biex jintefqu jkollhom valur miżjud.", "Jien nemmen li bħala komunità għandna nkunu ggwidati mis-sens ċiviku u l-volontarjat għandu jirbaħ dejjem.", "Għalhekk kull Gvern lokali għandu jkun l-għodda diretta ta' jdejn il-poplu u mhux ta' jdejn il-politiku biex b'hekk naddottaw il-konċett ta' active citizenship.", "Għandna nqarrbu lill-poplu biex fis-sub-cultures li jeżistu f'kull komunità, min għax ma' dik il-parroċċa, min għax ma' dak il-każin, min għax ma' dik l-għaqda jew ħaġa jew oħra, ngħaqqduh fi ħsieb wieħed meta niġu għall-komunità nnifisha.", "L-isfortuna hi li s'issa l-kunsilli lokali fframmentawha aktar, b'mod partikolari meta niġu għall-kuluri politiċi.", "Fil-fatt, xi ħaġa oħra li nixtieq nara hi li nkunu favur politika aktar għaqlija, fejn meta jkun hemm in-nuqqasijiet min-naħa ta' Gvern ċentrali f'dik il-lokalità, il-kunsill lokali bħala gvern lokali għandu jimla l-vojt u qatt m'għandu jkun rubber stamp tal-Gvern ċentrali għax l-interessi huma differenti.", "Sintendi hemm bżonn li l-ħidma tal-customer care tkun aktar effikaċi u effettiva u tkun waħda fejn persuna tinqeda minn kollox, jiġifieri jkollna customer care li jkun a one-stop shop.", "Nixtieq nara wkoll li tiġi adottata politika bi tmexxija aktar umana.", "Dan huwa rwol kruċjali tal-kunsilli lokali fit-tmexxija ta' demokrazija, fejn we humanize politics biex tirrenja l-politika tar-rispett u l-politika ħanina.", "Il-kunsilli lokali jistgħu jkunu l-għodda biex noħolqu din ir-responsabbiltà soċjali u jkunu proattivi mhux biss biex jidentifikaw il-problemi li jeżistu, imma joffru s-soluzzjonijiet komunitarji.", "Minn dan l-aspett nixtieq nirringrazzja lil dawk il-lokalitajiet, is-sindki, il-kunsilli lokali u l-kunsilliera li f'dan ir-rigward iħarsu l-interess tal-komunità tagħhom.", "Nixtieq li dawn ikunu n-nies li kunsilli oħrajn jieħdu l-eżempju tagħhom.", "Se nsemmi xi affarijiet li, fil-fehma tiegħi, għalkemm ivarjaw skont il-ħteġijiet ta' dik il-belt jew raħal u skont id-domanda tal-lokalità, hemm bżonn li jiġu indirizzati mill-aspett ta' responsabbiltà soċjali fiż-żmien li qegħdin ngħixu llum.", "Hawn se nitkellem dwar il-qasam tal-impjiegi, fosthom il-work-life balance, l-equal work equal pay, il-gender pay gap u l-impjiegi stabbli.", "Forsi wieħed jgħid: Il-kunsill għandu jidħol f'dan?", "Għalfejn le?!", "Wara kollox għandu jsemma' leħnu in a whole-of-government approach.", "Il-kunsill lokali huwa wkoll it-tarka ta' kull ċittadin f'dik il-komunità fejn jidħlu l-edukazzjoni, il-lifelong learning, il-protezzjoni tal-ħarsien kulturali, ir-rikreazzjoni u d-divertiment, kif ukoll fil-politika tal-akkomodazzjoni.", "Għalfejn m'għandux ikun li l-politika li jkollok darek titħares anke mill-aspett ta' kunsill?", "Fl-aħħar imma mhux l-inqas, il-kunsill għandu jħares ukoll liċ-ċittadini mill-aspett ta' ambjent u ta' żvilupp sostennibbli.", "Għalija, dawn il-ħames punti, apparti l-ħidma ta' kull kunsill lokali bħala Gvern lokali, ċjoè bħala awtorità mill-aspett ta' dak li jeżisti, kemm jekk hija ndafa, toroq, jew affarijiet oħrajn, dan l-aspett uman huwa importanti immens!", "U huwa hawnhekk fejn il-kunsilli lokali jistgħu jagħtu eżempju lill-Gvern ċentrali.", "Aħna tal-Partit Demokratiku determinati li fil-kunsilli lokali nadottaw politika li ssaħħaħ u tagħraf it-trasparenza u d-drittijiet fundamentali, li ma jsir xejn bil-moħbi - min kien fil-kunsilli lokali jaf għal xiex qed nirreferi - li nsaħħu s-solidarjetà bejn ir-residenti tal-istess post u bejn nies ta' etajiet differenti, li nikkontribwixxu għall-inklużjoni tal-persuni dgħajfa u vulnerabbli, u li nikkonsolidaw il-kontribut tal-istat favur il-konċett tal-kunsilli lokali.", "Lil hinn mill-kliem fieragħ, hemm bżonn li nuru li aħna verament nemmnu fl-eżempju tal-kunsilli lokali bħala Gvern lokali u li l-politika twassal għal ħajja aktar sħiħa.", "Kemm nixtieq nara lill-kunsilli lokali jaħdmu minn dan l-aspett, biex jassiguraw il-ġustizzja soċjali fil-komunità nnifisha.", "Sinjura President, bħala membru tal-Oppożizzjoni Demokratika nifhem li lkoll kemm aħna għandu jkollna l-ħerqa u l-ħeġġa biex inwettqu u biex insaħħu l-potenzjal ta' kull ċittadin u ta' kull komunità li għandna f'Malta.", "Għandu jkollna dik it-tama li bis-saħħa tagħha tikber il-governanza li tixhed li pajjiżna huwa verament għal qalbna!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, għadni kif segwejt id-diskors li għamel l-Onor.", "Godfrey Farrugia li kellu diversi punti validi dwar il-kunsilli lokali, bħalma kellhom punti validi ċerti membri oħrajn tal-Oppożizzjoni fil-kuntest li bħal-lum xahrejn se nkunu qegħdin nivvotaw għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Biex issib persuna li toħroġ għall-kunsill lokali mhuwiex faċli għax hija kariga ta' responsabbiltà.", "Allura ma nistax naqbel ma' dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Farrugia, li qisu b'xi mod ried jikkritika l-fatt li nies li huma involuti fil-politika jikkontestaw l-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Jien ma rridx li b'xi mod neskludu xi nies għax ikunu membri tas-Segretarjat, jew ikunu involuti fil-partit politiku tal-lokalità tagħhom.", "Fl-1993 il-Partit Laburista kien ħa d-deċiżjoni iebsa li ma jikkontestax dawn l-elezzjonijiet.", "Kien hemm min qabel u kien hemm min ma qabilx, però mbagħad il-Partit Laburista bidel il-ħsieb tiegħu u beda jikkontestahom l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Il-kunsill lokali huwa l-Gvern lokali u allura l-membri ta' partiti politiċi xorta għandhom jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet.", "Bla dubju jekk ikunu membri ta' partit politiku, il-kunsilliera mhumiex aljeni u allura wieħed jistenna li jkun hemm problemi ta' dixxiplina politika għax meta wieħed joħroġ f'isem partit, irid isegwi r-regoli ta' dak l-istess partit.", "Hawnhekk irrid ngħid li apparti l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista hemm ukoll partiti politiċi oħrajn li jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet.", "Pereżempju l-Alternattiva Demokratika qatt ma rnexxielha ttella' deputat f'din il-Kamra, però rnexxielha ttella' membri f'xi kunsilli lokali u naturalment dawn il-membri jridu joqogħdu għad-dixxiplina tal-kunsill, bħalma joqogħdu għad-dixxiplina tal-partit.", "Li l-partit jiddixxiplina lill-membri tiegħu naħseb li hija xi ħaġa tajba għax ma jistax ikun li kulħadd jagħmel li jrid u li jfettillu.", "Jien ma kellix esperjenza diretta, fis-sens li qatt ma kont membru ta' kunsill lokali.", "Kien reċentament li kelli kuntatt dirett mal-kunsilli lokali meta konna qed inħejju l-istrateġija għall-Kottonera, però mill-esperjenza li kelli mal-kunsilli lokali nista' ngħid li għandna kunsilli lokali li jaħdmu.", "Forsi jkollok uħud li jaħdmu aktar minn oħrajn, però fil-ħajja dejjem hekk jiġri.", "Ġieli jkollok sindki li jkollhom sens ta' tmexxija aktar minn oħrajn.", "Ġieli jkollok pika bejn nies tal-istess partit fl-istess kunsill, jew pika bejn il-partiti politiċi fuq livell lokali, però fil-maġġoranza tal-każijiet, naf b'ħafna kunsilliera minn żewġ partiti differenti li jaħdmu id f'id u jikkoperaw ma' xulxin għax ikollhom sens ċiviku kbir.", "Jien dan nista' ngħidu għax esperjenzajtu meta konna qed nagħmlu l-istrateġija tal-Kottonera.", "Irrid ngħid li fil-jiem li għaddew l-istrateġija tal-Kottonera ġiet approvata mill-Kabinett u b'hekk issa saret policy tal-Gvern li se tkun implimentata permezz tat-twaqqif tal-Fondazzjoni Kottonera li bħalissa qiegħda fl-istadju li titwaqqaf.", "Għalhekk, il-kunsilli lokali huma parti importanti u integrali ta' din l-istrateġija tal-Kottonera u rridu naħdmu bħala tim.", "Dak li qed tagħmel din ir-riforma u dak li qed nagħmlu aħna fil-Kottonera huwa mera ta' dak li qed isir f'din ir-riforma, fejn il-kunsilli reġjonali qed jissaħħu, qed jingħataw ċerta awtonomija, qed jingħataw aktar flus – jidhirli li qed jingħataw mat-€3 miljun il-kunsilli reġjonali – u issa żdied kunsill reġjonali ieħor u allura l-kunsilli reġjonali ċkienu ftit.", "Pereżempju l-kunsill reġjonali tax-Xlokk, fejn hemm il-Kunsill Lokali tal-Kottonera, issa fih madwar 15-il lokalità għax fejn qabel kellna ħames kunsilli reġjonali, illum għandna sitta.", "Ir-riforma tal-Gvern lokali trid tirrispondi għal diversi sfidi li nħolqu.", "Jien rajt kif saret ir-riforma fil-kunsilli lokali u hemm differenza kbira bejn kif saret din ir-riforma minn dan il-Gvern u r-riforma li saret fl-2011 meta ma saritx il-konsultazzjoni wiesa' li saret fir-riforma li qegħdin nippreżentaw illum.", "Din ir-riforma nbdiet mill-ewwel mis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, li nifraħlu għax-xogħol li għamel.", "Huwa beda jaħdem fuq din ir-riforma f'Ġunju tal-2017 meta bdejna t-twettiq ta' wegħda oħra mill-manifest elettorali tagħna.", "Ir-riforma tal-kunsilli lokali li qed nippreżentaw illum ħadet konjizzjoni tal-opinjonijiet ta' kulħadd, inkluż tal-Oppożizzjoni.", "M'iniex ngħid li qegħdin naqblu f'kollox għax kien hemm ħafna affarijiet li nqtalu f'din il-Kamra, kemm matul dan id-dibattitu kif ukoll fid-diversi dibattiti li jkollna.", "Il-kritika li qed issir min-naħa tal-Oppożizzjoni fejn jidħlu l-kunsilli lokali u l-flus is a bit rich coming from them għax filwaqt li dan il-Gvern lill-kunsilli lokali qiegħed dejjem iżidilhom l-allokazzjoni finanzjarja b'€7 miljun fis-sena, – jidhirli li l-allokazzjoni finanzjarja tal-kunsilli lokali llum hija madwar €57 miljun – hemm kunsilli li għadhom qegħdin iħallsu d-dejn li kellhom taħt amminstrazzjonijiet preċedenti għax kienu jitħallew mingħajr fondi u biex jagħmlu l-proġetti neċessarji kien ikollhom imorru jiddejnu, dejn li għadhom qed iħallsuh sal-lum!", "Qisu d-dejn u l-Partit Nazzjonalista jmorru flimkien għax kull meta jkun hemm il-Partit Nazzjonalista jkollok id-dejn u kull meta jkun hemm il-Gvern Laburista jkollok is-surplus jew tal-inqas ma jkunx hemm dejn!", "Ma nistgħux ngħidu li l-kunsilli kollha għandhom surplus, imma llum is-sitwazzjoni f'ħafna kunsilli lokali hi ferm aħjar milli kienet sa ftit taż-żmien ilu.", "Sinjura President, din ir-riforma hija bbażata fuq diversi prinċipji bażiċi, fosthom li nkomplu nsaħħu r-rispett lejn l-awtonomija lokali u t-tisħiħ tal-livell reġjonali.", "Kif diġà semmejt, għandna kunsilli lokali żgħar, ta' ftit mijiet jew ta' ftit eluf, u jien nixtieq nara aktar kunsilli jikkoperaw flimkien.", "Għalhekk, huwa tajjeb li wieħed mill-prinċipji ewlenin u bażiċi tar-riforma li qed nagħmlu jkun it-tisħiħ reġjonali u t-tisħiħ tal-istandards biex jingħataw servizzi ta' kwalità.", "Hawnhekk ukoll, mhux imbilli nagħtu l-flus lill-kunsilli lokali, imma rridu nassiguraw li dawk il-flus jintefqu b'mod tajjeb.", "Għalhekk, qed jiddaħħlu sistemi ġodda fejn, pereżempju, kull kunsill lokali jrid ikollu contracts manager li xogħlu jkun li jara li l-kuntratti li jingħataw mill-kunsill lokali, bħall-kuntratt tal-ġbir tal-iskart, il-kuntratt tat-tindif u l-kuntratti kollha li jinħarġu mill-kunsilli lokali, ikunu osservati.", "Għandu jkun hemm contracts manager li jkun responsabbli li jara li s-servizz li l-Gvern lokali qiegħed iħallas għalih, jingħata verament liċ-ċittadin.", "Kellna t-tisħiħ tar-riżorsi tal-Gvern lokali, fosthom il-fatt li komplejna nsaħħu d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ż-żamma taċ-ċittadin fil-qalba tas-servizz.", "Huwa inutli nagħmlu r-riforma fuq il-karta biss.", "L-eħfef ħaġa li stajna nagħmlu hija li niktbu d-dokument, imma issa din ir-riforma rridu nimplimentawha.", "Hu hawnhekk fejn irridu nżommu liċ-ċittadin fil-qalba ta' dak kollu li nagħmlu, kemm fuq livell reġjonali kif ukoll fuq livell lokali.", "Illum għandna l-Local Enforcement Services Agency (LESA) li hija awtorità b'libsa ġdida u għalkemm tkun ikkritikata ħafna, għandha funzjoni importanti.", "Id-dħul li tagħmel il-LESA huwa differenti mid-dħul li kien isir mill-uffiċjali tal-komunità, dawk li konna nsejħulhom gwardjani lokali, li kien ikollhom kwota ta' kemm iridu jagħtu ċitazzjonijiet kuljum.", "Din il-kwota llum spiċċat.", "L-uffiċjali tal-komunità jagħtu ċitazzjonijiet, mela le, għalhekk qegħdin hemmhekk, imma m'għandhomx numru ta' kemm iridu jagħtu.", "Illum il-mod ta' kif tingħata ċitazzjoni lin-nies sar ħafna aktar ġust għax m'hemmx interess privat fl-għoti ta' ċitazzjonijiet.", "Mela l-flus minn kontravvenzjoni tat-traffiku għandha tmur fil-but tan-nies?!", "Għalhekk kienet deċiżjoni għaqlija u importanti li l-uffiċjali tal-komunità llum ġew integrati bħala ħaddiema tal-Gvern.", "Dawn għandhom ftehim kollettiv ġdid għalihom, għandhom ukoll it-taħriġ li qed jingħata fl-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati u mhux ikollok xi ħadd li ma jista' jsib xogħol imkien u jidħol warden.", "Trid tkun dedikat għal dan ix-xogħol u mhux la kemm taqbad u tidħol għax-xogħol ta' uffiċjal tal-komunità!", "Din ir-riforma trid twassal biex finalment tissaħħaħ l-istruttura tal-Gvern lokali.", "M'għandix dubju li l-Gvern se jagħti aktar riżorsi meħtieġa biex jitjiebu l-istandards ħalli ċ-ċittadin ikollu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Qed jissaħħaħ ukoll il-livell reġjonali biex minbarra li jkun hemm funzjonijiet speċifiċi, ikun hemm aktar kordinament fejn jidħol ix-xogħol tal-kunsilli lokali, kemm għas-servizz dirett taċ-ċittadin kif ukoll għas-servizzi li joffru l-kunsilli lokali.", "Sinjura President, bħal-lum xahrejn inkunu kważi wasalna biex nagħlqu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-MEPs.", "Aktar kmieni kont qed ngħid li mhuwiex faċli li ssib kandidati, anzi ġieli jkun diffiċli għal ċertu nies, però rrid ngħid li għal dawn l-elezzjonijiet qed jikkontestaw numru ta' kandidati li għandhom ħtiġijiet speċjali u li mhu qed jiddejqu xejn li jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet minkejja d-diżabilità fiżika li għandhom.", "Meta titkellem ma' dawn in-nies ma jkellmukx fuq id-diżabilità u ma jkunux negattivi lejn il-ħtiġijiet speċjali li għandhom, imma jkunu pożittivi u jaraw kif jistgħu jkunu ta' ġid għaċ-ċittadini tal-lokalitajiet fejn jgħixu.", "Hawn qed nirreferi għal Clifford Portelli, li qed jikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid, għal Gianluca Cutajar li qed jikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali taż-Żurrieq, għal Jonathan Pace li qed jikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa u għal Matthew Chetcuti u Matthew Giordmaina li qed jikkontestaw l-elezzjoni għall-kunsill lokali tal-komunità Rabtija.", "Dawn il-kandidati li għandhom ħtiġijiet speċjali qed juru motivazzjoni kbira u qed ipoġġu l-aspirazzjonijiet tagħhom 'il fuq mill-ħtiġijiet speċjali li għandhom.", "Din hija tagħlima għal kulħadd fil-mod kif inħarsu lejn il-politika, fil-mod kif inħaddmu l-politika tagħna, u fil-mod kif inħarsu lejn il-ħajja b'pożittività minkejja d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom.", "Semmejt lil dawn il-kandidati għax huma l-ewwel ħames kandidati bi bżonnijiet speċjali li se jkunu qegħdin jikkontestaw u jien nittama li jkunu ta' eżempju għal oħrajn.", "Nawgura lill-kandidati kollha tal-kunsilli lokali li se jikkontestaw bħal-lum xaharejn għax dawn l-elezzjonijiet mhumiex faċli u din hija l-ewwel darba li se jkun hemm elezzjonijiet tal-kunsilli lokali mifruxa ma' Malta kollha.", "Il-partiti politiċi bħalissa jkunu għaddejjin bi tħejjijiet għal dawn l-elezzjonijiet però bla dubju dawn huma elezzjonijiet tan-nies għax fihom niddeċiedu min se jirrapreżentana bħala Gvern lokali.", "Nieħu pjaċir nara li ħafna nies jitħajru jikkontestaw għal dawn l-elezzjonijiet għax dan ifisser li f'pajjiżna hawn mijiet ta' nies li għandhom sens ċiviku u jridu jkunu ta' servizz għal ħaddieħor fuq livell lokali.", "Sur President, nirringrazzja lill-kandidati kollha ta' kull partit li għandhom il-kuraġġ li jpoġġu lilhom infushom għall-iskrutinju tan-nies u jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet, li mhumiex faċli.", "Jien nieħu pjaċir nara nies li għandhom sens ċiviku u li huma lesti jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u nawgura lil kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għa għada t-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Emenda Nru 2) – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, illum għażilt li nieħu Aġġornament fuq suġġett li mhux soltu nitkellem fuqu imma li laqatni daqsxejn mill-qrib.", "Dl-aħħar sirt naf bi grupp ta' dilettanti tal-karnival li ntlaqtu ħażin minn deċiżjoni tal-Gvern u allura xtaqt niġbed l-attenzjoni tal-Kamra fuq dan il-punt.", "Sur President, meta persuna tidħak bik għax taħbilek il-verità jew ma tgħidlekx il-verità kollha, speċjalment meta tkun verità li tista' taffettwak serjament, tħossok tradut.", "Hekk qed iħossuhom id-dilettanti tal-karnival, b'mod partikolari l-kumpanija tal-banda Carnival Troupe, li nsellmilha minn hawn.", "F'daqqa waħda qrajna fil-gazzetti li dawn se jitkeċċew minn posthom; il-maħżen tagħhom se jitteħdilhom u se jitkeċċew 'il barra.", "Aktar tard se nqiegħed xi artikli fuq il-Mejda tal-Kamra, inkluż artiklu minn Net News bit-titlu: \"Dilettanti tal-karnival jitkeċċew minn maħżen; jispiċċaw f'kontejners\".", "F'dan il-pajjiż saret moda li nirriferu għall-kontejners, però jien segwejt din l-istorja mill-qrib.", "Din il-kumpanija fil-karnival ta' din is-sena għamlet is-satira politika.", "Ma ninsewx li f'din il-Kamra konna emendajna l-liġi biex fil-karnival setgħet issir is-satira politika iżda b'dispjaċir ngħid li din is-sena karru wieħed biss kien hemm ta' satira politika, li kumbinazzjoni kien hemm fuqu jien u l-Onor.", "Hosè Herrera, jiġifieri kien ibbilanċjat sew fil-fehma tiegħi.", "Dan il-grupp ta' dilettanti joħorġu l-flus minn buthom u jaraw kif jagħmlu biex jibnu karru b'passjoni kbira.", "Dawn għamlu disa' xhur maqfulin ġo maħżen jibnu, jiddisinjaw, jgħaddu d-dawl fil-karru u jaraw kif se jaħdem il-makkinarju tiegħu, imbagħad bla ma kienu jafu, ftit ġimgħat wara l-karnival qalulhom li jridu jitilqu minn dan il-post.", "Sur President, kif kont qed ngħid, dawn qed iħossuhom traduti u rrid nagħmilha ċara li hawnhekk m'iniex qed inkun partiġjana għax id-dilettanti tal-karnival politikament huma mħalltin u l-biċċa l-kbira meta tidħol f'nofshom u tara kif jaħdmu flimkien tinduna li għalihom l-aqwa li huma ta' dik il-kumpanija u mhux ta' oħra.", "Kważi kważi lanqas jimpurtahom min hu Nazzjonalist u min hu Laburist.", "Jiġifieri hawnhekk m'iniex nitkellem fuq politika partiġjana.", "Semmejt il-karru marbut mal-politika għax vera ma stajtx nifhem għalfejn tkeċċew u allura staqsejthom direttament u tlabthom jispjegawli x'ġara.", "Isma' din, Sur President!", "Dawn ma kinux jafu imma jidher li l-Ministeru responsabbli mill-kultura ilu aktar minn sena jaf li dan il-maħżen irid jitwaqqa' għax kumbinazzjoni se jgħaddu triq oħra!", "Dan il-maħżen qiegħed mibni fuq ġibjun u jien żortu.", "Il-Ministru responsabbli mit-toroq kien hawnhekk aktar kmieni u ma nafx jekk għalih jagħmilx sens li tibni triq fuq ġibjun.", "Nispera li mhux se jieħdu d-deċiżjoni bravissima li jneħħu l-ġibjun ukoll meta pajjiżna tant għandu bżonn l-ilma bħala riżorsa naturali!", "Ma neħodha bi kbira xejn, però l-punt prinċipali huwa dan.", "Ejja ngħidu li hemm bżonn tgħaddi din it-triq u se tgħaddi din it-triq.", "Ma ġara xejn, u l-kumpanija tal-banda Carnival Troupe li qed nirriferi għaliha hekk qed jarawha.", "Jekk hemm bżonn tgħaddi triq, tgħaddi triq, imma jekk kienu jafu sena ilu għalfejn ma qalulhomx biex jibdew jaħsbu għal xi mkien ieħor?", "Jekk qegħdin fl-aqwa żmien, mhux issibilhom xi mkien ieħor?!", "Issibilhom spazju kbir fejn ikunu jistgħu jaħdmu.", "Agħar minn hekk, bħalma anke qalu l-headlines verament effettivi ta' Net News, offrewlhom soluzzjoni li, fil-fehma tiegħi, hija insult ferm akbar għax offrewlhom żewġ kontejners.", "Qisu xi ħadd jeħodlok il-garaxx fejn tpoġġi l-karozza u jagħtik kaxxa taż-żraben.", "Huwa ovvju li min offrielhom il-kontejners m'għandux l-iċken idea fuq xiex qed jitkellem.", "Jien biex mort nara dan l-imbierek karru, u bħali l-Onor.", "Josè Herrera għax qalulna biex niffirmawhulhom, kelli nitla' sellum ta' xi żewġ sulari.", "U dakinhar il-karru lanqas biss kien għadu miftuħ.", "Allura jista' xi ħadd jispjegali kif se jpoġġu dawn l-affarijiet f'kontejner?", "M'għandix dubju li xi ħadd se jgħidli: Mhux iżarmawh?", "Iva, mela le, l-affarijiet jiżżarmaw, imma nafu li fil-biċċa l-kbira karru jkun fuq chassis ta' trakk.", "Nafu x'aħna ngħidu?!", "Dan huwa insult lejn id-dilettanti tal-karnival, anke mill-Ministru responsabbli mill-kultura.", "Jien illum ġejt hawnhekk b'dispjaċir kbir nitkellem fuq din il-kwestjoni, mhux biss ta' din il-kumpanija partikolari għax bħalha hemm oħrajn.", "Pereżempju rrid insellem lill-kumpanija li nħarqilha l-maħżen u minn hawn nistaqsi x'għajnuna qed noffrulhom illum lil dawn in-nies.", "Ma ninsewx li qegħdin fl-aqwa żmien!", "Dan huwa l-Gvern li wegħedhom villaġġ.", "L-Onor.", "Galea qed jiġbidli l-attenzjoni li dan huwa fi żmien meta l-maltemp għamlilhom ħafna ħsara.", "Jiġifieri rridu naraw kif se ngħinuhom finanzjarjament għax qed ibatu.", "Bir-rispett kollu, bħalma qed tiġi offruta għajnuna lill-bdiewa, lis-sajjieda eċċ, irridu noffru għajnuna lid-dilettanti tal-karnival ukoll.", "Jekk irridu li nżommu kultura bħalma hija l-kultura tal-karnival, irridu ngħinuhom.", "Sur President, waħda mill-aktar affarijiet li tolqot lit-turist li jżur Malta fi żmien li mhuwiex iż-żmien tas-sajf, iż-żmien tal-għawm u ż-żmien tal-baħar, hija l-kultura ta' pajjiżna u l-karnival huwa attrazzjoni importanti ħafna.", "Jiġifieri li niġu nitmejlu altament u ngħidu li lil dawn se nagħtuhom żewġ kontejners biex jużaw lilhom, hija assurdità kbira.", "Nerġa' ngħid li minbarra l-istruttura nnifisha tal-karru li mhux se jidħol ġo kontejner, dawn għandhom ħażna kbira ta' materjal u ta' kostumi.", "Prattikament lil dawn qed jgħidulhom li se jagħtuhom żewġ kontejners imma mhux qed jgħidulhom fejn se jinħadem ix-xogħol tas-sena li ġejja għax issa dawn dalwaqt jibdew jaħdmu.", "Jekk mhux diġà bdew, minn hawn u ftit ieħor se jibdew żgur.", "Probabbilment hemm min diġà beda bid-disinji u bl-ideat.", "Sur President, id-dilettanti tal-karnival huma mnikktin ħafna b'dak li qed jiġri għax, bħalma għedt, qed iħossuhom traduti minn min wegħedhom għal sena wara l-oħra villaġġ tal-karnival u mhux żewġ kontejners.", "Infakkar lil din il-Kamra li aktar minn ħames snin ilu sirna nafu li l-Gvern addirittura appunta persuna, li jagħtiha paga mhux ħażin, biex issib spazji u garaxxijiet għar-rock bands.", "Sa fejn naf jien, dawn l-ispazji għadhom ma nstabux, forsi l-Ministru jikkoreġini u jgħidli li nstabu.", "Ma jidhirlix li l-persuna li kellha tfittixhom tilfet xogħolha u jidhirli li għadha tfittex.", "Allura ma stajniex lill-istess persuna ngħidulha ssib spazju adegwat, bħal xi maħżen kbir, biex dawn id-dilettanti jkunu jistgħu jaħdmu fih?", "Diġà nafu li l-ispazji huma limitati.", "Jien żortu dan il-maħżen u ara taħsbu li huwa xi ħaġa lussuża.", "Hemm l-ilma nieżel mis-saqaf u qiegħed fuq ġibjun b'umdità tremenda.", "Ara taħsbu li dawn qed jaħdmu f'xi lussu.", "Dawn qed jagħmlu sagrifiċċji kbar minn filgħodu sa tard billejl u dejjem joħorġu l-flus minn buthom.", "Imbagħad aħna qed nittrattawhom b'dan il-mod.", "Bħalma għedt, dan mhuwiex argument politiku partiġjan imma huwa argument fis-sens ta' x'policies żbaljati għandna fil-kultura, speċjalment fejn jidħol dan il-qasam.", "Aħna għandna bżonn il-kultura biex inbiegħu lil pajjiżna lit-turist, speċjalment meta ma nkunux fl-aqwa tal-istaġun tat-turiżmu.", "Imma minflok ma naraw kif nagħmlu biex ngħinuhom, qegħdin naraw każ lampanti ta' traġedja f'dan il-qasam.", "Sur President, fl-artikli li rreferejt għalihom ta' Net News, li l-ewwel wieħed diġà semmejtu, hemm ukoll dettalji dwar xi ntqal fuq il-midja soċjali, partikolarment fuq Facebook.", "Kien hemm kliem bħal \"tal-mistħija\", \"x'għarukaża ħa jitfgħukom fil-kontejners\" eċċ, eċċ. Illum ħareġ artiklu ieħor li jirreferi għal dak li kiteb Net News, imma din id-darba l-artiklu huwa ta' Lovin Malta, li l-headlines tiegħu jgħidu hekk: 'After Getting Kicked Out Of Their Beloved Warehouse, One Maltese Carnival Company's Resilient Hashtag Goes Viral'.", "Dan huwa s-sabiħ; dan l-artiklu jurik verament xi jfisser li tkun parti mill-karnival ta' Malta għax filwaqt li wrew is-sogħba u d-dieqa tagħhom, saru kummenti bħal \"we may find ourselves houseless but definitely we are family and we know on whom to count and who is a member of our family\" u dan il-messaġġ wassal biex inħolqot hashtag.", "Jien minn hawnhekk inħeġġeġ lil kull min qiegħed isegwina biex jidħol u jsir parti minn din il-hashtag tal-banda We are Family.", "Irridu nuru solidarjetà man-nies li jiddedikaw ħajjithom b'mod volontarju biex iferrħu lil ħaddieħor.", "Dawn joħorġu l-flus, jagħmlu s-sagrifiċċji għal tal-inqas disa' xhur fis-sena biex iferrħu lil ħaddieħor, imbagħad minfuq nagħtuhom daqqa ta' sieq u niftgħuhom 'il barra.", "L-artiklu ta' Lovin Malta huwa dettaljat ħafna u jiġbed l-attenzjoni li dawn salvaw anke wara l-maltempata kbira li għamlet.", "Bħalma għedt, meta mort inżurhom kien is-Sibt lejliet il-maltempata u kellhom kullimkien iqattar l-ilma u kullimkien miksi bil-plastik.", "Jiġifieri hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq lussu.", "Dak huwa l-impenn, dik hija d-dedikazzjoni, u l-Gvern għandu obbligu li jekk fl-aqwa żmien ma kienx kapaċi jagħtihom il-villaġġ li tant wegħedhom għal sena wara l-oħra, almenu jagħtihom post alternattiv, spazjuż, u dinjituż, fejn verament jistgħu jikkompetu.", "Sur President, m'iniex ngħid li huwa hekk imma f'ġieħ kemm hemm, nispera li dan mhuwiex xi attentat biex terġa' tieqaf is-satira politika.", "Min daħħalha qisu ma tantx qed jieħu gost biha għax ftit, ftit, qed terġa' tmut.", "Lil dawn in-nies irridu ngħinuhom u mhux nikkalpestawhom.", "Nirringrazzjak.", "Sur President, nitlob il-permess biex inqiegħed żewġ dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku www.netnews.com.mt fit-23 ta' Marzu 2019, intitolat \"Dilettanti tal-karnival jitkeċċew minn maħżen; jispiċċaw f'kontejners\"; u", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, huwa obbligu tiegħi li bħala rappreżentant tal-poplu tat-12-il Distrett Elettorali ma nħallix l-episodju li ġara nhar il-Ħamis fl-Awtorità tal-Ippjanar iseħħ bla ma niġi hawn u nikkummenta dwar il-fatti.", "Huwa obbligu tiegħi li nara li n-nies li qegħdin isegwuna jkunu jistgħu jifhmu x'ġara preċiżament nhar il-Ħamis meta b'mod stramb, ngħid jien, ittieħed vot li ma jirriflettix dak li jgħidu l-policies li jissalvagwardaw żona partikolari fid-daħla tal-Mellieħa.", "Nhar il-Ħamis li għadda l-Bord ta' din l-Awtorità ddeċieda li jippermetti li fid-daħla tal-Mellieħa, proprju kif titla' t-telgħa ta' Selmun, tiġi żviluppata binja ta' tmien sulari li tikkonsisti f'lukanda u ta' mill-inqas 120 appartament.", "Qed ngħid \"mill-inqas\" għax nafu x'qed jiġri ftit passi 'l bogħod minn dan il-post fiż-żona Ta' Masrija.", "Qed nirreferi għall-famuża storja tal-bypass, li għadha ma waqfitx hawn għax għad irridu naraw il-verità tal-fatti u niskopru x'ġara.", "Ma rrid lil ħadd jaħseb li qtajt qalbi u m'iniex se nibqa' niġri biex niskopri l-verità.", "Meta nbidlet il-policy kien hemm intenzjoni imma din id-darba kien hemm interpretazzjoni żbaljata tagħha minn min nhar il-Ħamis li għadda deherlu li kellu jgħolli jdejh favur proġett li jmur kontra l-ġid komuni u kontra l-interessi u l-karatteristiċi uniċi tal-lokalità tal-Mellieħa, b'mod partikolari taż-żona li ftit passi 'l bogħod minnha hemm ir-ridge tal-Miżieb.", "Is-Sinjuri membri tal-Bord interpretaw il-policy eżistenti kif deherilhom huma u ma tawx kas il-policy li tgħid li din hija żona residenzjali u allura ma setax jiġi approvat il-permess biex tinbena lukanda.", "L-istess membri tal-Bord nhar il-Ħamis għollew idejhom biex japprovaw binja għolja ta' mill-inqas tmien sulari li tmur kontra l-pjan lokali għal dik iż-żona għax mhuwiex aċċettabbli li f'dik iż-żona partikolari tinbena lukanda ġdida, aktar u aktar jekk se jitilgħu tmien sulari.", "Ġimgħa wara ġimgħa qed naraw permessi jinħarġu b'mod oxxen u addio l-ambjent ta' madwarna u addio l-karatteristiċi tal-bliet u l-irħula tagħna!", "Mhux sew li xi ħadd ikollu l-poter li jiddeċiedi fuq permessi bħal dawn.", "Hemm nies fuq bordijiet li qed jiddeċiedu u jinterpretaw il-policies skont kif jidhrilhom imma ddur kemm iddur mal-policies f'din iż-żona partikolari tal-Mellieħa, dawn ma setgħu qatt jagħmlu dan.", "Ħadt gost li fost dawk li bdew jgħollu jdejhom kien hemm iċ-Chairman, il-Perit Cassar, li fehem li dak il-permess ma setax joħroġ u kellu l-kuraġġ jgħolli idejh biex jivvota kontrih.", "Minn hawnhekk insellimlu u nsellem lil nies oħra li vvotaw kontra dan il-permess biex issir din il-binja.", "Aħna mhux qed ngħidu li m'għandux isir bini hemmhekk, imma għandu jkun hemm ftit rispett.", "Jien m'iniex kontra l-iżviluppaturi imma naħseb li għandu jkollna ftit rispett lejn il-ġenerazzjonijiet tal-lum u dawk li ġejjin warajna.", "Aħna obbligati li nissalvagwardaw l-ambjent ta' madwarna u l-karatteristiċi li ħallewlna missirijietna u mhux ngħollu jdejna kull nhar ta' Ħamis biex nikkwotaw dak li jidhrilna fil-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar!", "Le, mhuwiex aċċettabbli li ħareġ il-permess għal hemmhekk.", "Jien jiddispjaċini u nuri solidarjetà mal-poplu tal-Mellieħa.", "Se nkun qed nitkellem ukoll fuq il-permess tal-Mistra u fuq il-permess tan-Naxxar fejn hemm il-ħsieb li fil-post fejn kien hemm it-Trade Fair Grounds issir belt oħra.", "F'dan il-pajjiż kollox qisu xejn mhu xejn.", "Fil-fatt, il-Membru tal-Bord li jirrappreżenta lill-Gvern, li ironikament ġej mill-Mellieħa, ivvota favur il-proġett nhar il-Ħamis.", "Ħasra, għax aħna interess komuni wieħed għandna.", "Din mhijiex kwestjoni ta' partit, jekk jekk hux aħmar jew blu, imma hija kwestjoni ta' ġid komuni u kull wieħed u waħda minna f'dan il-Parlament obbligati li niġu hawn u naraw li nwasslu l-vuċi tan-nies hemm barra għax għada pitgħada nistgħu ndawru d-deċiżjonijiet il-ħżiena, nistgħu nibdlu n-nies mill-bordijiet li ma jkunux qed jaqdu d-doveri tagħhom, però ma nistgħux inreġġgħu lura l-ftit ambjent li baqagħlna.", "Hemm barra għandna nies bla limitu u bla xebgħa, li qegħdin jaraw kif se jkomplu jaħtfu biċċa art 'l hemm u biċċa art 'l hawn bil-konsegwenza li f'pajjiżna l-wesgħat pubbliċi qegħdin jintilfu.", "Min se jkun qed iwieġeb għal dan kollu?", "Hija ħasra li l-Mellieħa se tieħu daqqa oħra.", "Fl-2015 kont ġejt f'din il-Kamra u għedt li l-bdil fil-policy Ta' Masrija kien se joħloq preċedent ikrah fil-Mellieħa, imma dakinhar ma sibtx lill-kunsill lokali jiddefendini.", "Dawn huma l-istess nies li meta fl-2013 kont immexxi l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jien, kienu qablu miegħi u konna unanimi fid-deċiżjoni li fiż-żona Ta' Masrija m'għandniex nippermettu bini ta' tmien sulari.", "Dakinhar konna unanimi imma fl-2013 inqalbet il-folja u Alla jbierek bdew iduru l-policies waħda wara l-oħra u l-Kunsill Lokali minflok ma ddefenda l-interessi tal-Mellieħa u l-interess tal-ġid komuni, deherlu li kellu jċedi, jagħlaq għajnejh u jagħti l-barka tiegħu biex f'dik iż-żona tinbidel il-policy.", "Ara x'qed jiġrilna llum, Sur President.", "Kemm konna ngħidu bil-ġmiel naturali tal-lokalità tal-Mellieħa iżda llum dan qed jintilef bis-sigħat!", "Il-Kunsill Lokali għamel sew li mar jikkontesta d-deċiżjoni nhar il-Ħamis, għalkemm jiddispjaċini ngħid li dan il-Kunsill Lokali, immexxi minn maġġoranza Laburista, mhuwiex kredibbli, anke minħabba l-mod kif inħareġ it-tender għal dik l-art.", "Immaġinaw art tinqasam f'biċċtejn biex joħorġu żewġ tenders!", "Dan bilfors joħloq id-dubji u jixgħel bozoz ħomor dwar kif id-Dipartiment tal-Artijiet iddeċieda li joħroġ żewġ tenders fuq biċċa art fejn se tinbena lukanda bi tmien sulari u 120 appartament.", "Meta kont sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa madwar il-mejda kien hemm min illum qed imexxi l-istess Kunsill u kellna titlu ta' encroachment li ma kienx b'saħħtu legalment, imma dakinhar konna nafu x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.", "Konna nafu li dik l-art ridnieha tibqa' titgawda mill-komunità Melliħija.", "Fl-2014 il-kunsill lokali seta' jsegwi x'kien qed jiġri u ċeda għall-pressjoni tal-Gvern fuq dik l-art fid-daħla tal-Mellieħa, ċjoè fl-aktar parti li konna ngħidu li tħossok qiegħed f'ambjent naturali.", "Illum din ma nistgħux nibqgħu ngħiduha għax dalwaqt nibdew naraw monstru tiela'.", "Tibda tiela' t-telgħa tal-Mellieħa u tara binja ta' tmien sulari!", "Titla' t-telgħa tal-Miżieb u tara binja ta' tmien sulari!", "Hekk ġabna l-Partit Laburista!", "Qed inkun kritiku lejn il-Gvern għax kien il-Gvern li ħatar il-membri tal-Bord.", "Kieku l-membri tal-Bord kellhom kuxjenza għall-ambjent, kieku kienu jagħmlu bħaċ-Chairman tal-MEPA, il-Perit Cassar li nerġa' nsellimlu minn hawnhekk, li ma ddejjaqx jivvota kontra dan il-proġett.", "Għalkemm m'għadnix sindku, xorta ħassejt id-dover li kelli mmur u nitkellem f'isem ir-residenti fiż-żewġ okkażjonijiet.", "Fil-fatt, mort quddiem dan il-Bord u għamilt l-ispjegazzjonijiet tiegħi u kkwotajt policies li ma nistax nifhem kif il-membri tal-istess Bord iddeċidew li jdawru l-mod kif jinterpretawhom.", "Ġabu l-iskuża li l-għoli tal-lukanda u l-għoli tal-appartamenti se jiġu d-daqs ta' stabbiliment li hemm fil-viċin.", "B'min ridtu tidħku, Sinjuri membri tal-Bord?!", "Għax ma tgħidux li dik it-triq fiha niżla u allura jekk tgħolli tmien sulari prattikament se tkun qed tirbaħ id-diżlivelli li hemm biex tilħaq l-għoli tal-ħames sulari li hemm biswit din il-binja?!", "Għalfejn jingannaw dawn in-nies?", "Il-Malta Tourism Authority (MTA) approvat li tinbena lukanda mingħajr problemi u mingħajr oġġezzjoni, bħal donnu se ngħollu l-pakkett turistiku billi nkomplu neqirdu l-ambjent ta' madwarna.", "Hekk iddeċidew, u kien hawn min interpreta r-rapport tal-case officer bħala li rrakkomanda refusal fuq l-għoli biss, imma ma kienx korrett għax il-pjan lokali jgħid li filwaqt li fl-għoli kellu raġun, ma setgħet qatt tinbena lukanda.", "Madanakollu l-case officer għalaq għajnejh u tahielhom.", "Aħna mhux qed ngħidu li hemmhekk m'għandux jinbena, imma jridu jiġu rispettati l-policies u r-residenti tal-madwar.", "Jien għamilt mistoqsijiet parlamentari fuq żewġ lukandi differenti, li waħda minnhom hi l-Panorama Hotel li hemm talba li togħla bi tliet sulari.", "Hemmhekk jidher li kien hemm xi bdil fil-pjanti u se nkunu qed insegwu x'inhu għaddej.", "Fir-risposta però qalulna li s-sit ta' dik il-lukanda mhux qiegħed f'żona turistika.", "Ovvjament, fejn jaqblilhom jissalvagwardaw naħa u fejn jaqblilhom jissalvagwardaw naħa oħra!", "Kien hemm mistoqsijiet parlamentari mwieġba mill-Ministru Ian Borg, li ftit tal-ħin ilu smajnieh jitkellem fuq il-kunsilli lokali, fosthom il-mistoqsija parlamentari 8066 li tittratta dwar il-lukanda fid-daħla tal-Mellieħa li qed nagħmel referenza għaliha u hemmhekk il-Ministru qalilna li l-art inkwestjoni tinsab f'żona residenzjali kif ukoll f'lokalità turistika, għaldaqstant il-policies li jirregolaw tali żona japplikaw.", "Mela għalfejn lill-Awtorità tal-Ippjanar, li hu l-Ministru responsabbli għaliha, ħallieha tapplika l-policies ħażin meta ż-żona ta' Triq Ħalq iċ-Ċawl fid-daħla tal-Mellieħa hija żona residenzjali?!", "Għalfejn il-Ministru qalli li se tkun qed tiġi applikata l-policy taż-żona residenzjali u mbagħad ma ġarax hekk nhar il-Ħamis?", "Il-Ministru semma wkoll li l-Melllieħa hi lokalità turistika, li huwa veru, imma dan ma kellux għalfejn jgħidulna l-Ministru jew l-MTA għax ilna s-snin naħdmu biex inżommu l-karatteristiċi tagħna biex inkunu destinazzjoni ta' eċċellenza!", "Fl-2009, b'kunsill lokali mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, irnexxielna nġibu l-Mellieħa bħala destinazzjoni ta' eċċellenza, però nafu wkoll li policy ma tippermettix li tinbena lukanda ġdida f'żona residenzjali.", "Li titwaqqa' lukanda jew issir estensjoni ta' lukanda eżistenti huma permessibbli u l-policy tagħtik raġun, però għal dak li ġie deċiż nhar il-Ħamis li għadda mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, meta vvotaw favur dak il-proġett, il-membri jridu jħallsu għad-deċiżjoni li ħadu u jridu jwieġbu għall-isfreġju ambjentali li se nkunu qegħdin insofru bħala pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar il-Mellieħa jgawdi minnha kulħadd.", "Bħala pajjiż għandna pakkett turistiku wieħed biex nattiraw turisti ta' kwalità, u mela jiġi jgħidilna f'dan ir-rapport li b'dan il-proġett se nkunu qed nameljoraw il-pakkett turistiku f'pajjiżna?!", "B'min tridu tidħku, Sinjuri?", "B'min tridu tidħku?", "Żgur li b'binja ta' tmien sulari fid-daħla tal-Mellieħa m'aħniex se nżidu l-pakkett turistiku u lanqas se nżidu l-valur għax dan mhuwiex żvilupp sostenibbli.", "Huwa żvilupp sostenibbli għall-ftit nies li se jkunu qed jibbenefikaw minnu!", "Sur President, ma jistax ikun li f'pajjiżna jittieħdu d-deċiżjonijiet, ingergru ftit u qisu xejn mhu xejn.", "Allura rrid nagħlaq b'dan il-ħsieb.", "Bħal-lum xahrejn ikun baqa' biss ftit sigħat biex jagħlqu l-postijiet tal-votazzjoni u rrid nagħmel l-appell tiegħi lill-poplu Malti biex bħal-lum xahrejn nibagħtu messaġġ fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u aktar importanti fl-elezzjonijiet għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u għall-kunsilli lokali li għaddejjin minn xi sfreġju, fosthom San Ġiljan, Tas-Sliema, Pembroke, San Pawl il-Baħar, il-Mistra fejn hemm monstru ieħor ta' proġett, u n-Naxxar, li f'pajjiżna mhux business as usual.", "Ma nistgħux inħallu lil dawn il-ftit nies biex kull nhar ta' Ħamis jieħdu d-deċiżjonijiet u, skont kif idawru l-policies, l-ambjent ta' pajjiżna jkompli jiġi kkalpestat.", "Allura aħna għandna l-obbligu li nhar il-25 ta' Mejju mmorru u nivvotaw lil min verament jista' jkun it-tarka tal-interess tal-ġid komuni u tal-interess tal-ftit ambjent li fadlilna.", "Nittama li l-poplu Malti jirrealizza u jifhem fis-skiet ta' daru li pajjiżna mhuwiex business as usual u ma jistax ikun li nħallu l-permessi jibqgħu ħerġin bl-addoċċ.", "Nittama li l-poplu Malti bħal-lum xahrejn jifhem dan il-messaġġ.", "Jien ġibt l-eżempju tal-Mellieħa u intom li qegħdin tisimgħuna żgur li qed tindunaw li f'pajjiżna mhux kollox miexi sew, minkejja l-impressjoni li qed ningħataw mill-Gvern tal-ġurnata.", "Allura l-appell tiegħi hu li bħal-lum xahrejn nibagħtu messaġġ bil-vot tagħna.", "Sur President, kien hemm min ipprova jinterpretaha li dak il-post partikolari b'xi mod seta' jiġi żviluppat mod ieħor.", "Iva, setgħet tiġi żviluppata l-parti inizjali tat-telgħa tal-Mellieħa u jsir proġett li setgħu jgawdu minnu biss il-komunitajiet u l-NGOs, imma llum dik il-possibbiltà taret mar-riħ.", "Huwa importanti li niftakru li dik l-art setgħet tiġi żviluppata għall-ġid tal-komunità u tal-poplu Malti, però fl-2014, b'deċiżjoni stramba, il-Kunsill ħalla l-art titlaqlu minn idejh u l-Gvern ħareġ tender għal din l-art maqsum fi tnejn, imbagħad iċ-ċirasa fuq il-kejk kienet proprju nhar il-Ħamis b'vot li skont il-policies seta' faċilment ġie interpretat biex dik il-binja ma tinbeniex kif ġie approvat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IIP – INVESTIGAZZJONIJIET MIR-REGOLATUR DWAR ILMENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il ilment ġie investigat mir-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat illi minn meta tnieda l-Progamm ta' Investitur Individwali n-numru ta' ittri ta' lmenti li rċieva r-Regolatur sena b'sena kien hekk:", "Kollha kienu jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm għar-raġuni li l-applikant ma kienx konformi ma' xi waħda jew aktar mill-ħtiġijiet tar-regolamenti.", "Ir-Regolatur fl-ebda każ minnhom ma ħass illi kien hemm raġuni valida għalfejn għandu jintervjeni favur l-applikant u informa b'dan lil kull min kien bagħatlu dawn l-ittri tal-ilment.", "IIP - INVESTIGAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni beda r-Regolatur tal-Programm tal-Investitur Individwali fuq inizjattiva tiegħu stess, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-investigazzjonijiet u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob tingħata b'mod dettaljat fir-Rapport Annwali li joħroġ ir-Regolatur u li kopja tiegħu titqiegħed b'mod regolari fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Infurmat li ma hemmx investigazzjonijiet oħra.", "BORD LI JIRREGOLA L-KERA – RIKORSI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors ġie ppreżentat mis-sid quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera sabiex jiġu ffissati ġranet, ħinijiet u kundizzjonijiet biex is-sid jeżerċita d-dritt ta' aċċess għall-fond sena b'sena mis-sena 2009 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-imsemmija rikorsi kienu dwar dar ta' abitazzjoni u kemm dwar fond kummerċjali?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-imsemmija rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?", "Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il każ il-Bord li Jirregola l-Kera ordna li l-ispezzjoni ssir taħt is-superviżjoni u fil-preżenza ta' marixxall tal-Qorti?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn l-informazzjoni mitluba.", "Qorti ta' Malta", "In-numru ta' rikorsi ppreżentati mis-sid quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera quddiem il-Qorti ta' Malta sabiex jiġu ffissati ġranet, ħinijiet u kundizzjonijiet biex is-sid jeżerċita d-dritt ta' aċċess għall-fond huwa kif ġej:", "Ma tinżammx statistika dwar it-tip ta' fond jew dwar l-eżitu tar-rikors.", "Fil-Qorti ta' Għawdex ma ġie ppreżentat ebda rikors mis-sid quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera sabiex jiġu ffissati ġranet, ħinijiet u kundizzjonijiet biex is-sid jeżerċita d-dritt ta' aċċess għall-fond.", "KUMMISSJONI ELETTORALI – TIBDIL FIL-KONFINI TAL-LOKALITAJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex qed tikkunsidra li tagħmel il-Kummissjoni Elettorali?", "Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija enti Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta' xi Ministeru ieħor.", "KUNSILLI LOKALI – TIBDIL FIL-KONFINI TAL-LOKALITAJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet saru mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u ta' Għawdex għal tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet tagħhom mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mir-rekords misjuba fid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali jirriżulta li mis-sena 2013 sal-lum kien hemm ħames talbiet għal tibdil fil-konfini tal-lokalitajiet tagħhom, skont kif muri fit-tabella t'hawn taħt:", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali?", "Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "UNIVERSITÀ TA' MALTA – TRANĠAR TAL-KMAMAR TAL-BANJU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena l-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università li huma aċċessibbli kemm għall-istudenti kif ukoll għall-ħaddiema jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif ikkomunikat fir-risposti għall-mistoqsijiet preċedenti, il-kmamar tal-banju kollha tal-Librerija tal-Università se jiġu sostitwiti matul is-sena 2019.", "Għaldaqstant infurmat li tħejjew il-pjanti ta' dawn il-kmamar tal-banju u bħalissa qegħdin fil-proċess sabiex jitħejja t-tender għal dawn ix-xogħlijiet.", "KAWŻI KRIMINALI – SPEJJEŻ PERITALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru lura mill-ispejjeż peritali f'kawżi kriminali tul is-sena li għaddiet 2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta nġabar l-ammont ta' €173,767.17 bħala spejjeż peritali matul is-sena 2018.", "Fir-rigward tal-Qorti ta' Għawdex inġabar l-ammont ta' €4,880.13 bħala spejjeż peritali matul is-sena 2018.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni impjegati ġewwa l-Isptar Monte Carmeli tul is-sena 2018 u jista' jindika l-iskala rispettiva tagħhom?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa l-Isptar Monte Carmeli fl-2018 kien hemm 409 ħaddiema li kellhom skala minn 1 sa 10 u 294 li kellhom skala minn 11 sa 18.", "REQUISITION ORDERS LI JIRRIGWARDAW PROPRJETAJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm requisition orders pendenti fl-aħħar tas-sena 2018 li għaddiet u jista' jinforma kemm kienu jirrigwardaw proprjetajiet f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija u l-Fgura?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fl-aħħar tas-sena 2018 l-Awtorità tad-Djar kellha 162 requisition order pendenti.", "Minn dawn 9 kienu jirrigwardaw proprjetajiet f'Raħal Ġdid, 3 f'Ħal Tarxien u 2 fil-Fgura.", "Ma kien ebda requisition order fl-2018, ta' proprjetajiet fil-Gudja u Santa Luċija.", "ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward tal-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jista' l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-proposta diġà tħabbret fid-Diskors tal-Baġit 2019 paġna 17.", "ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fir-rigward tal-Avviż Legali Nru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dak li hemm stabbilit bl-Avviż Legali Nru 289/2016 issa huwa applikabbli wkoll għas-settur pubbliku b'effett minn Jannar 2019.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "CHRIS FEARNE: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għal xiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· istallazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għal xiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· istallazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "IAN BORG: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għal xiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· istallazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għal xiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· istallazzjoni tal-pannelli;", "· ol-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – GREEN LEADERS", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.", "Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.", "Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin kien hemm:", "· tisħiħ tal-Green Public Procurement;", "· introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għal xiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi;", "· istallazzjoni tal-pannelli;", "· il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta' dmirijiethom.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - LAQGĦAT MA' KUMPANIJA PARTIKOLARI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jelenka d-data u l-post u skop u ma' min kellu, hu jew xi uffiċjali f'xi entità li taqa' taħtu, laqgħat ma' rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi sussidjarja tagħha?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għall-istqarrija numru PR182523 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-23 ta' Novembru 2018.", "Saru wkoll diskussjonijiet mal-Malta MedAir u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru in vista tal-pjanijiet li jerġa' jibda jaħdem is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex.", "TA' SANNAT GĦAWDEX – APPLIKAZZJONI MAL-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR GĦAL JUNCTION", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8988, jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi għal junction għad-daħla tar-raħal ta' Sannat, liema proġett hu f'idejn il-Kunsill Lokali Sannat, ġewx approvati?", "Jista' jgħid jekk it-tenders ħarġux?", "Jekk iva x'inhi r-raġuni li ħarġu u l-permessi meħtieġa għal junction fid-daħla ta' Sannat għadhom ma ġewx approvati?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Sannat li dawn il-permessi qegħdin fil-proċess li jinħarġu u li t-tender ħareġ.", "Ninsab infurmat ukoll li l-permess kien diġà maħruġ fl-2011 u skada peress li ma ġiex mġedded fl-2016.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-prezzijiet tal-bidders għat-tender MGOZ/MPU T 5/2019 li għalaq fis-27 ta' Frar, 2019 mhumiex jidhru fuq il-website www.etenders.gov.mt?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dakinhar li suppost infetħu l-offerti kien hemm problema teknika fuq il-portal www.etenders.gov.mt li ma ppermettietx li jinfetħu l-offerti.", "Wara intervent li sar bl-għajnuna tas-system developers barranin, il-problema teknika ġiet riżolta u l-offerti setgħu jiġu miftuħa.", "Dan sar il-Tnejn, 4 ta' Marzu 2019 u kif l-offerti nfetħu, il-valur tagħhom ġie jidher fuq is-sit.", "GĦAWDEX - BINI TA' FAĊILITÀ TA' PARK AND RIDE U PROĠETT TA' DECARBONISATION", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar x'sar f'dawn l-aħħar sentejn fil-proġett ta' decorbonisation permezz tal-bini ta' Park and Ride Facility?", "Tista' tgħid fejn hu ppjanat li jsir dan il-proġett, kif ukoll tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number għal dan il-proġett?", "Tista' tgħid jekk dan il-proġett ġiex approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar u meta?", "Interpellant li l-Park and Ride ssemma għall-ewwel darba fil-Manifest Elettorali f'Mejju 2017 u dan il-proġett huwa biss fażi mid-Decarbonisation Strategy.", "In kwantu għall-Park and Ride, sar Cost Benefit Analysis, Site Selection, kif ukoll tħejja pjan tal-proġett u l-fażijiet tiegħu, liema pjan jista' jiġi aċċessat mill-pubbliku bil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar numru PA/01606/2019.", "XLENDI GĦAWDEX - MASTER PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra x'sar f'dawn l-aħħar sentejn dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan tax-Xlendi u x'hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) qabel jibda s-sajf 2019?", "Interpellant li dan il-proġett li ssemma l-ewwel darba f'din il-leġiżlatura jikkonsisti f'diversi fażijiet.", "L-ewwel fażi hi faċilitajiet għas-sajjieda li għalihom il-Ministeru għal Għawdex akkwista fondi Ewropej u x-xogħol diġà beda flimkien mar-riġenerazzjoni tal-boathouses kif ukoll r-riorganizzazzjoni tal-parkeġġ li permezz tiegħu se jiżdied il-parkeġġ b'60%.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema Ministeru se jkun imexxi u jamministra l-Gozo Museum meta dan ikun lest?", "JUSTYNE CARUANA: Il-proġett tal-Mużew huwa proġett ambizzjuż ħafna li qed jitwettaq mill-Gvern preżenti fejn il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem fuq il-proġett infrastrutturali u qed ukoll jakkwista opri tal-arti skont il-pariri esperti ta' Heritage Malta li qed jieħdu ħsieb li jiżvolġu l-istory line tal-Mużew.", "RABAT GĦAWDEX – ĊENTRU TAS-SAĦĦA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-PA number tal-proġett ta' Ċentru ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria?", "Tista' tgħid meta hu ppjanat li jitlesta u jilqa' l-ewwel pazjenti?", "Interpellant li n-numru rikjest tal-PA huwa Tracking Number 219464.", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li Palazzo Spinola jintuża għal skopijiet turistiċi jew mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fil-ġejjieni?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalissa m'hemmx dawn il-pjanijiet.", "SKEMI TA' PANELLI FOTOVOLTAJĊI - KAŻINI SOĊJOKULTURALI MUŻIKALI", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm skemi għal panelli miftuħa għal każini soċjokulturali mużikali?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm diversi skemi li huma miftuħin għal kulħadd.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "JOSEPH MUSCAT: Għall-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx aktar xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li 40% tad-diretturi u 50% tal-Assistenti Diretturi fiċ-Ċivil huma nisa.", "Fl-istess ħin nitlob lill-Onor.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9285 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9286 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9458.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9287 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba parlamentari 9458.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9288 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 9458.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9289 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.", "RABAT GĦAWDEX – GOZO COLLEGE – LEZZJONIJIET IMĦASSRA", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Iskola Sekondarja tal-Gozo College fir-Rabat Għawdex, ripetutament qed jitħassru numru ta' lezzjonijiet għall-istudenti tal-Form 5?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li mill-eżamijiet ta' nofs is-sena sal-14 ta' Marzu 2019, il-lezzjonijiet tal-ħames sena li ma sarux kienu minħabba sick leave, attivitajiet edukattivi ġol-iskola u barra mill-iskola, special leave u laqgħat tal-għalliema dwar is-suġġetti li jgħallmu.", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-refurbishment li sar fi blokk fl-eks Skola Sekondarja Maria Assunta li fih se jkunu akkomodati d-Dipartiment tal-E-learning u entitajiet oħra?", "Jista' jgħid min wettaq dan ix-xogħol?", "Meta ħarġu t-tenders?", "EVARIST BARTOLO: Qiegħed jinftiehem li b'din il-mistoqsija l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għax-xogħlijiet li saru reċentement fuq żewġ blokkijiet fil-Kumpless Edukattiv Maria Assunta u li fihom hemm l-uffiċini tad-Digital Literacy Unit u l-Education Officers.", "L-informazzjoni mitluba tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦALLIEMA – RIFJUT TA' TALBIE GĦAL LEAVE 'TO TRY ALTERNATIVE EMPLOYMENT'", "L-ONOR.", "CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rifjutati talbiet minn edukaturi għal leave 'to try alternative employment'?", "X'suġġetti jew f'liema qasam jgħallmu dawn l-għalliema?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Strateġija u Sapport, każi ta' talbiet minn edukaturi għal leave 'to try alternative employment' li ġew rifjutati huma kif se nsemmi:", "MEMBRI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI -LECTURES FL-UNIVERSITÀ TA' MALTA", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti lista tal-membri tal-Kamra tad-Deputati li jagħtu xi tip ta' lectures ġewwa l-Università ta' Malta?", "Jista' jagħti informazzjoni wieħed b'wieħed ta' kemm ilhom iwettqu dan, kif ukoll l-onorarja li jirċievu kull sena jew permezz ta' xi rata oħra?", "F'kull każ għandu jindika wkoll jekk kienx hemm sejħa ta' interess qabel ma ntgħażlu?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fil-lista li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux intitolat għal persuna ta' sigurtà?", "Jekk iva, jista' jiġi indikat jekk dan hux qed jitħallas mill-Gvern?", "Jista' jindika wkoll kemm qamet l-ispiża s'issa u kemm ilu b'dan l-arranġament?", "Jista' jindika x'inhi preċiżament id-detail ta' dawn il-persuni ta' sigurtà?", "Jista' jindika jekk fid-detail ta' dawn il-persuni ta' sigurtà hemmx indikat li dawn il-persuni jintużaw ukoll bħala drivers għal dan l-individwu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li waqt li huwa kkonfermat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament jingħata sigurtà, ma nħossx li aktar tagħrif kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar din is-sigurtà għandu jkun ippubblikat.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – KUNTRATT TA' SERVIZZ TA' KONSULENZA TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, jew kwalunkwe entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu, għandhomx ftehim jew kuntratt ta' servizz ta' konsulenza mal-Membru Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Film Commission u l-Malta Film Fund għandhom kuntratt ta' servizzi legali mal-Membru Parlamentari msemmi.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARD", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta' żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8832, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Karta ta' Servizz ta' Kwalità li għandhom il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta kif ukoll Ħal Għargħur?", "OWEN BONNICI: Fil-ħin ta' Tqegħid ta' Karti poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba.", "KUNSILLI LOKALI – MIŻURI KONTRA L-ILLITERIŻMU", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li organizzaw klassijiet/laqgħat sabiex wieħed jiġġieled l-illiteriżmu matul din il-Leġiżlatura?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-informazzjoni miġbura jirriżulta li matul din il-Leġiżlatura kien hawn b'kollox 18-il Kunsill Lokali li organizzaw klassijiet/laqgħat sabiex wieħed jiġġieled l-illiteriżmu.", "Dawn kienu l-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi, Iż-Żejtun, Ħad-Dingli, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, l-Imġarr, Tal-Pietà, Ir-Rabat (Malta) u x-Xgħajra.", "Il-Kunsill Lokali ta' Bormla, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, Il-Ħamrun, In-Naxxar, Santa Luċija, Santa Venera u Tas-Sliema organizzaw il-klassijiet/laqgħat flimkien mad-Direttorat għat-Tagħlim tul-il-Ħajja (Life Long Learning).", "FONDAZZJONI GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI – LISTA TA'STENNIJA GĦAL SERVIZZI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' stennija tas-servizzi kollha mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ĠUDIKATURA - SENTENCING GUIDELINES", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux il-ġudikatura kollha għandhom sentencing guidelines li jridu jsegwu fid-deċiżjonijiet tagħhom speċjalment f'każijiet bħal vjolenza domestika, stupru u abbużi fuq anzjani jew persuni b'diżabilità?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li f'Malta qatt ma eżistiet sistema ta' sentencing guidelines.", "Però għandu jingħad ukoll li ġeneralment is-sentenzi tal-Qrati jipprovdu gwida.", "SAĦĦA MENTALI – KURA MINN TOBBA TAL-FAMILJA FIL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6432 bid-data tad-19 ta' Ġunju, 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni ddettaljata dwar l-iskema li qed tiġi segwita, fejn tobba tal-familja fil-privat jinvistaw pazjenti b'nuqqas ta' saħħa mentali fil-komunità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara proġett pilota fejn tobba tal-familja fil-privat ġew imħarrġa fi problemi ta' saħħa mentali u bdew jipprovdu servizz lill-pazjenti tagħhom, dan il-programm issa ġie evalwat biex jiddaħħal għall-pajjiż.", "Saru diversi laqgħat pożittivi bejn l-entitajiet ikkonċernati.", "Issa waslu biex jikkonkludu arranġamenti biex pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali serji illi jattendu fit-tul is-Psychiatric Outpatients u huma stabbli, minbarra l-appuntamenti li jkollhom mal-psikjatra jibdew jiġu mħarsa u ttrattati minn tobba tal-familja fil-komunità bi ħlas mill-Gvern wara żmien ta' taħriġ għall-istess tobba.", "Dan hu mistenni illi jibda f'qasir żmien.", "FGURA – LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Fgura fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hija waħda minn 31 domanda mressqa f'daqqa li jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "FGURA – LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Fgura li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hija waħda minn 31 domanda mressqa f'daqqa li jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IX-XGĦAJRA – LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tax-Xgħajra fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hija waħda minn 31 domanda mressqa f'daqqa li jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IX-XGĦAJRA – LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tax-Xgħajra li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hija waħda minn 31 domanda mressqa f'daqqa li jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-KALKARA – LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Kalkara fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hija waħda minn 31 domanda mressqa f'daqqa li jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-KALKARA – LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Kalkara li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hija waħda minn 31 domanda mressqa f'daqqa li jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu minflok utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "KORSA TAT-TLIELAQ TAL-KAROZZI FUQ ART REKLAMATA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9398, jekk il-Gvern kien għadu ma lestiex l-istudji neċessarji, għalfejn inħarġet is-sejħa għall-proġetti fuq art reklamata ħames snin ilu?", "Għalfejn kien wiegħed li se jagħmel wirja b'dawn il-proġetti jekk l-istudji ma kinux għadhom lesti?", "Jista' jgħid min kien/kienu l-investituri li tefgħu l-proposta għall-iżvilupp ta' korsa tat-tlielaq tal-karozzi fuq art reklamata?", "Għalfejn il-Gvern ħela l-ħin u l-flus ta' dan/dawn l-investituri?", "Jistgħu d-dilettanti tat-tlielaq tal karozzi ikomplu juru fiduċja f'dan il-Gvern?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li meta ħarġet is-sejħa għall-espressjoni ta' interess għall-bini ta' korsa tal-karozzi kien intqal li l-proponent għandu jidentifika sit għal Motor Recreation and Education Park li tkun tista' tospita numru ta' attivitajiet marbuta mat-tlielaq tal-karozzi.", "Hemm programm elettorali li fuqu ġie elett dan il-Gvern u se nassiguraw li dan jiġi mwettaq.", "ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: L-Att dwar l-Elezzjonijiet jistipula li l-għases tal-Pulizija u l-Kunsilli Lokali għandhom il-jedd li jgħaddu l-formoli biex residenti jkunu jistgħu jimtlew u b'hekk jiġu rreġistrati bħala votanti.", "Minkejja dan il-Kummissjoni tavża, anke fis-sit elettroniku tagħha, li dan il-proċess jista' jsir biss fl-uffiċċju l-Belt.", "Għaldaqstant jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm ħjiel meta dan il-proċess se jħares dak li tiddetta l-liġi?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entità Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta' xi Ministeru ieħor.", "Madankollu ninsab informat li l-Kummissjoni ħadet il-passi kollha meħtieġa sabiex ir-reġistrazzjoni tal-votanti ssir skont il-provvedimenti tal-liġi elettorali.", "RAĦAL IL-ĠDID: PJAZZA U ĠNIEN DUMINKU MINTOFF – BIKE RACKS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għal pjazza ta' Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-Gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati wkoll mill-Bicycle Advocacy Group?", "Interpellant li bike racks li huma Sheffield type ġew approvati mill-Gvern fis-sena 2018 filwaqt li kuntratt għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza Antoine De Paul ta' Raħal Ġdid kien approvat fis-sena 2016.", "Rigward Ġnien Duminku Mintoff, nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "ART PUBBLIKA AGRIKOLA BIL-QBIELA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħditiet min-naħa tal-Ministeru għall-Kultura mal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni fejn dawn l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi ta' ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Supportline 179 għandux teknoloġija sabiex ċittadini li jċemplu b'urġenza fuq din il-linji jħallu messaġġ meta l-linji kollha jkunu okkupati, sabiex jiġu kkuntattjati lura kemm jista' jkun malajr?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant illi s-Supportline 179 huwa servizz illi joffri kunfidenzjalità sħiħa lill-klijent li jirrikorri lejn l-użu ta' dan is-servizz.", "In-numru minn fejn l-individwu jċempel ma jiġix irrekordjat sabiex l-anonimità ta' min iċempel tiġi rispettata.", "Dan billi jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun ta` periklu u riskju għall-persuna li tkun ċemplet li tirċievi telefonata lura min-naħa tas-service provider.", "Tajjeb illi wieħed isemmi wkoll li sa minn Diċembru 2018, is-Supportline 179 minbarra l-voluntiera li ilhom jagħtu servizz tul dawn l-aħħar 20 sena, issaħħaħ peremzz tal-ingaġġ ta' 12-il ħaddiem full-time sabiex dan is-servizz tant importanti jkun jista' jilħaq aktar nies, filwaqt illi jingħata servizz fl-immedjat u mingħajr dewmien żejjed, hekk kif il-klijenti li jirrikorru għall-għajnuna tas-Supportline 179, ikunu jeħtieġu għajnuna ta' natura sensittiva u immedjata.", "GĦAJNUNA LILL-FAMILJI FIL-BŻONN – NEFQA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, kemm jista' jkun fid-dettall, kemm u kif intefqu flus fuq għajnuna lill-familji fil-bżonn is-sena l-oħra?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "FLEUR-DE-LYS, L-ARKATI TAL-AKWEDOTT U ĠNEJNA – DAWL", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq l-Indjana, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara li ilha fi dlam ċappa għal ħafna ġranet, flimkien mal-arkati tal-Akwedott u l-Ġnejna, jiġu mixgħula mill-ġdid mill-aktar fis?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk huwiex minnu li t-tliet social workers u żewġ occupational therapists li bħalissa huma fuq bażi full-time fl-Isptar Monte Karmeli, però jibbenefikaw minn għaxar sigħat fil-ġimgħa teleworking għaż-żamma tal-bilanċ aħjar bejn il-familja u x-xogħol, hemmx xi pjani li l-għaxar sigħat fil-ġimgħa teleworking jiġu ridotti għal ħames sigħat fil-ġimgħa?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa jagħraf l-importanza ta' work-life balance favorevoli u għalhekk jappoġġja kull inizjattiva li waqt li tiżgura l-effiċjenza u l-kontinwità tas-servizz mediku, ittejjeb dan il-bilanċ.", "Fil-każ tal-professjonisti msemmija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mar-rappreżentanti tagħhom sabiex waqt li jinżammu l-miżuri tal-teleworking, ikun żgurat illi r-riżorsi u l-esperjenza tagħhom ikunu użati bl-aħjar mod fl-interess tal-pazjenti.", "KIRJIET TAL-PROPRJETÀ – TAXXA MIĠBURA", "L-ONOR.", "KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa miġbura fuq il-kirjiet tal-proprjetà mill-2008 'l hawn, maqsuma sena b'sena?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Is-sistema tat-TA24 bdiet mis-sena bażi 2014 u għaldaqstant ma teżistix informazzjoni qabel din id-data.", "Il-valur li jidher fl-2018 huwa temporanju peress li jinkludi biss pagamenti mill-1 ta' Jannar s'issa.", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li d-detentur tal-encroachment 079313 miet, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kiosk qiegħda titħalla topera ladarba l-encroachment jispiċċa mal-mewt tad-detentur?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, it-talba sabiex jiġġedded l-encroachment tal-kiosk imsemmi saret meta d-detentur kien għadu ħaj.", "L-Awtorità qiegħda fil-proċess li tevalwa t-talba sabiex il-permess ta' encroachment jingħata f'isem detentur ieħor.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9500 u ċjoè: Għalkemm saru ħafna lmenti lill-awtoritajiet, jista' l-Ministru jgħid meta Infrastructure Malta se terġa' tiftaħ il-water culverts fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara peress li għal sena oħra r-residenti qed jegħrqu kull darba li tagħmel ix-xita?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-interventi meħtieġa fuq il-water culverts fi Triq Fleur de Lys, Birkirkara, diġà kienu ppjanati u se jsiru fil-jiem li ġejjin.", "Dan bħala parti mix-xogħlijiet li Infrastructure Malta tagħmel kontinwament f'dik li hija manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq, li jinkludu wkoll tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 23341000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna Infrastructure Malta.", "IL-BELT – PARKEĠĠI GĦAL UTENTI TAT-TRASPORT BIL-BAĦAR", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jsiru servizzi ta' parkeġġi biex jiffaċilitaw l-użu tat-trasport bil-baħar lejn il-Belt Valletta mill-postijiet minn fejn huwa pprovdut is-servizz tat-trasport bil-baħar lejn il-Belt?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "IN-NAXXAR – TELGĦA T'ALLA U OMMU – MOVIMENT TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid hekk hemmx xi pjan biex fiż-żona fejn taqbad il-bypass li mit-Telgħa t'Alla u Ommu tagħti lejn l-Iklin/Naxxar, isir proġett li jiffaċilita l-moviment tat-traffiku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq ta' investiment bla preċedent sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Fl-ewwel xhur mit-twaqqif tagħha, fis-sajf 2018, l-aġenzija wettqet ħidma estensiva sabiex ittejjeb għadd ta' konnessjonijiet fit-toroq arterjali li minnhom jivvjaġġaw eluf ta' persuni kuljum.", "Fost dawn kien hemm ir-roundabout tat-Telgħa t'Alla u Ommu, bejn in-Naxxar u Burmarrad.", "Permezz ta' dan it-titjib, tneħħa xkiel li kien joħloq dewmien fl-ivvjaġġar minn Burmarrad lejn in-Naxxar, billi t-triq twessgħet b'korsija ġdida f'din id-direzzjoni.", "Is-sena li għaddiet saru wkoll tiswijiet f'partijiet minn Triq il-Fortizza tal-Mosta, li tingħaqad mar-roundabout imsemmija, sabiex jonqsu d-diffikultajiet għal dawk li jużaw din ir-rotta alternattiva bejn Burmarrad, il-Mosta u n-Naxxar.", "Fl-istess waqt, Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid u t-twessigħ ta' Triq tal-Balal, li tgħaqqad in-Naxxar ma' San Ġwann.", "Wieħed mill-benefiċċji ta' dan il-proġett, li se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi b'madwar 30%, huwa li se jtaffi d-diffikultajiet ta' dewmien u konġestjoni fi Triq Margaret A. Murray.", "Din it-triq tgħaqqad ir-roundabout tat-Telgħa t'Alla u Ommu mar-roundabout fil-bidu ta' Triq tal-Balal.", "Fost oħrajn, se jkun hemm bypass lane ġdida li biha dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw mit-Telgħa t'Alla u Ommu u Triq Margaret A. Murray ikunu jistgħu jduru għal Triq tal-Balal mingħajr ma jidħlu jduru mar-roundabout.", "B'hekk ser jonqos il-ħin tal-istennija u d-dewmien anke ma' Triq Margaret A. Murray u t-Telgħa t'Alla u Ommu.", "Infrastructure Malta se tkompli tqis u tanalizza l-andament tal-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar f'dawn l-inħawi, kif ukoll ir-riżultat tax-xogħol li sar fix-xhur li għaddew u li qed isir bħalissa fi Triq tal-Balal, sabiex jekk ikun hemm bżonn aktar titjib fit-toroq arterjali f'dawn l-inħawi, ikun jista' jsir ukoll.", "IN-NAXXAR U L-IKLIN – VOLUM TA' TRAFFIKU", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex jiġi indirizzat il-volum tat-traffiku miċ-ċentru tal-lokalità tal-Iklin u tan-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq ta' investiment bla preċedent sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Fl-ewwel xhur mit-twaqqif tagħha, fis-sajf 2018, l-aġenzija wettqet ħidma estensiva sabiex ittejjeb għadd ta' konnessjonijiet fit-toroq arterjali li minnhom jivvjaġġaw eluf ta' persuni kuljum.", "Fost dawn kien hemm ir-roundabout tat-Telgħa t'Alla u Ommu, bejn in-Naxxar u Burmarrad.", "Permezz ta' dan it-titjib, tneħħa xkiel li kien joħloq dewmien fl-ivvjaġġar minn Burmarrad lejn in-Naxxar, billi t-triq twessgħet b'korsija ġdida f'din id-direzzjoni.", "Is-sena li għaddiet saru wkoll tiswijiet f'partijiet minn Triq il-Fortizza tal-Mosta, li tingħaqad mar-roundabout imsemmija, sabiex jonqsu d-diffikultajiet għal dawk li jużaw din ir-rotta alternattiva bejn Burmarrad, il-Mosta u n-Naxxar.", "Xogħlijiet oħrajn saru fi Triq il-Mosta u Triq il-Kbira li jinsabu fir-rotta bejn il-Mosta, l-Iklin u Ħal Lija, kif ukoll fuq ir-roundabout ta' Ħal Lija.", "B'hekk mhux biss tjiebet din il-konnessjoni imma tnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi billi saret bypass lane ġdida mar-roundabout biex ġie mtejjeb l-aċċess għall-bypass ta' Birkirkara.", "Fl-istess waqt, Infrastructure Malta bħalissa għaddejja bil-bini mill-ġdid u t-twessigħ ta' Triq tal-Balal, li tgħaqqad in-Naxxar ma' San Ġwann.", "Wieħed mill-benefiċċji ta' dan il-proġett, li se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar fl-inħawi b'madwar 30%, huwa li se jtaffi d-diffikultajiet ta' dewmien u konġestjoni fi Triq Margaret A. Murray.", "Din it-triq tgħaqqad ir-roundabout tat-Telgħa t'Alla u Ommu mar-roundabout fil-bidu ta' Triq tal-Balal.", "Fost oħrajn, se jkun hemm bypass lane ġdida li biha dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw mit-Telgħa t'Alla u Ommu u Triq Margaret A. Murray ikunu jistgħu jduru għal Triq tal-Balal mingħajr ma jidħlu jduru mar-roundabout.", "B'hekk ser jonqos il-ħin tal-istennija u d-dewmien anke ma' Triq Margaret A. Murray u t-Telgħa t'Alla u Ommu.", "Proġett ieħor li wkoll qed isir bħalissa huwa l-bini ta' roundabout ġdida ħdejn il-Mosta Technopark, biex ittejjeb il-konnessjoni bejn Vjal il-Labour minn u lejn in-Naxxar, Triq Franġisku Pisani, li tagħti lejn l-inħawi ta' Santa Margerita, il-Mosta, u Triq l-Awstralja, fl-inħawi residenzjali tan-Naxxar.", "Infrastructure Malta se tkompli tqis u tanalizza l-andament tal-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar f'dawn l-inħawi, kif ukoll ir-riżultat tax-xogħol li sar fix-xhur li għaddew u li qed isir bħalissa, sabiex jekk ikun hemm bżonn aktar titjib fit-toroq arterjali f'dawn l-inħawi, ikun jista' jsir ukoll.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR: ŻONI TA' RATIONALISATION – PC APPLICATIONS", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru konċernat jgħid kemm hemm PC applications li qed jiġu pproċessati mill-Awtorità tal-Ippjanar u dan b'rabta ma' żoni ta' rationalisation?", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il PC application ġiet approvata biex żoni ta' rationalisation jiżdiedu ma' żoni li fihom jista' jsir żvilupp?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, hemm 28 PC application li qed tiġi pproċessata mill-Awtorità tal-Ippjanar b'rabta ma' żoni ta' rationalisation.", "Ħamsa minn dawn l-applikazjonijiet qed jipproponu biss tibdil fil-linja tat-triq, u allura hemm biss 23 applikazzjoni pendenti li jistabbilixxu parametri ta' bini.", "L-Awtorità approvat 76 PC application li kienu jistabbilixxu parametri ta' bini f'dawn iż-żoni.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet ta' ppjanar ta' żvilupp (PC applications).", "Għall-ewwel parti tad-domanda, ġew inklużi applikazzjonijiet validati sad-19 ta' Marzu 2019 u li kienu għadhom mhux deċiżi sal-istess ġurnata.", "Fit-tieni parti ġew inklużi l-applikazzjonijiet deċiżi u approvati sal-istess data.", "Fiż-żewġ każijiet, applikazzjonijiet li daħlu qabel l-2006 ma tqisux minħabba li f'dak iż-żmien iż-żoni ta' rationalization kienu għadhom ma ġewx stabbiliti.", "IMQABBA – ŻONA TAL-ĠIBJUN – PROĠETT KONTRA L-GĦARGĦAR", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett infrastrutturali li tħabbar u nbeda fl-Imqabba u dan biex jiġi indirizzat l-għargħar b'mod partikolari fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ġibjun fl-Imqabba?", "Jista' jgħid ukoll jekk il-ġibjun preżenti hux se jitneħħa jew hux se jsir xi xogħol fuqu?", "Jista' jgħid hux maħsub li jinbena xi ġibjun ieħor f'xi żona fil-qrib?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li l-proġett biex tiġi indirizzata l-problema tal-għargħar fiż-żona tal-Imqabba msemmija mill-Onor.", "Interpellant tikkonsisti f'dawn it-tliet fażijiet:", "Sistema ta' katusi tal-ilma tax-xita li jgħaddu minn Triq Karmenu Ciantar, Triq il-Konvoj ta' Santa Marija u Triq Xandru Farrugia.", "Din il-fażi tal-proġett se titlesta din il-ġimgħa u wara jkun jonqos ix-xogħol marbut mal-għoti mill-ġdid tal-uċuħ bil-hot asphalt tal-partijiet affettwati bix-xogħlijiet li saru fit-toroq imsemmija.", "Bini ta' ġibjun kbir imiss ma' Triq George Darmanin, li fih se jinżel l-ilma kollu li se jinġabar mill-infrastruttura l-ġdida li qed tibena.", "Għal dan ix-xogħol għadha kif ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti li tagħlaq fid-9 ta' April 2019.", "Il-kapacità ta' dan il-ġibjun se tkun ta' madwar 11,000 metru kubu.", "L-ilma li jaqa' fit-toroq li jagħtu għall-pjazza se jinġabar f'sistema ta' katusi tal-ilma li eventwalment jingħaqdu mal-istess infrastruttura.", "Din il-fażi tal-proġett se ssir bħala parti mix-xogħol li hu ppjanat għat-tisbiħ tal-Pjazza tal-Imqabba.", "Bl-infrastruttura ta' sistemi kontra l-għargħar li qegħdin isiru u qed jiġu ppjanati li jsiru f'dan il-proġett, il-ġibjun eżistenti jista' jiġi eliminat fil-futur jekk ikun hemm il-ħtieġa li jsir dan, mingħajr ma titnaqqas mill-effiċjenza tas-sistema l-ġdida li qed tiġi mibnija f'dawn l-inħawi.", "TRANŻAZZJONIJIET BEJN MALTA U PAJJIŻI OĦRA - CURRENT ACCOUNT SURPLUS", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Peress li statistika uffiċjali tindika li fl-aħħar kwart tas-sena 2018 kien hemm current account surplus fit-transazzjonijiet bejn Malta u pajjiżi oħra, jista' l-Ministru jindika liema kienu dawk il-fatturi li wasslu għal dawn ir-riżultati u liema oqsma jara li hemm bżonn jissaħħu biex nibqgħu niksbu riżultati bħal dawn?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-current account surplus fl-aħħar kwart tas-sena 2018 kien primarjament riżultat ta' bilanċ nett pożittiv fil-kont tas-servizzi.", "Il-kontributur ewlieni kienet il-Kategorija Personal, Cultural and Recreation activities li tinkludi l-industrija tar-remote gaming.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ DAWRET IL-GŻEJJER – XOGĦOLIJIET FUQ IL-MOLL", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni fl-aħħar jiem kien qed isir tħaffir b'inġenji ta' kostruzzjoni fuq il-moll (li jinsab metri bogħod mil-lukanda Gillieru u l-pitch tal-Klabb tal-Boċċi) fi Triq Dawret il-Gżejjer f'San Pawl il-Baħar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fix-xhur li għaddew Infrastructure Malta ġiet fdata bl-iżvilupp u ż-żamma tal-infrastruttura marittima max-xtut u fil-portijiet ta' Malta u Għawdex.", "Mill-ewwel bdiet ħidma sabiex din l-infrastruttura tkompli tiġi mtejba u msaħħa wkoll, sabiex pajjiżna jibqa' jibbenefika mill-opportunitajiet tal-ivvjaġġar bil-baħar u attivitajiet marittimi oħra relatati bl-aħjar mod possibbli.", "Ix-xogħol indikat mhuwiex ta' kostruzzjoni iżda parti minn studji tekniċi ta' Infrastructure Malta sabiex tqis il-qagħda u l-istabbiltà tal-pedamenti u l-istrutturi tal-mollijiet indikati, ħalli tkun tista' tippjana x-xogħlijiet ta' manutenzjoni u tisħiħ li jistgħu jkunu meħtieġa u talloka r-riżorsi meħtieġa biex jitwettqu.", "TRIQ LI MIX-XEMXIJA TAGĦTI GĦAL SAN PAWL IL-BAĦAR – BINI MILL-ĠDID TAT-TRIQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jsir ix-xogħol ta' bini mill-ġdid tat-triq li mix-Xemxija tagħti għal San Pawl il-Baħar, liema triq hi mimlija ħofor u li dawn qed jikkawżaw ħsarat lill-karozzi li jgħaddu minn din it-triq apparti l-periklu li qed jinħoloq meta x-xuffiera jipprovaw jiskansaw l-istess kwantità ta' ħofor li fiha din l-istess triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-passat it-triq indikata qatt ma nbniet b'pedamenti adattati u b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għad-domanda tal-istess triq.", "Fl-istess waqt, hemm diversi servizzi taħt il-livell tat-triq li jeħtieġ jinbidlu qabel ma' tkun tista' tinbena mill-ġdid bl-istess mod li qed naraw f'toroq arterjali oħrajn li fihom qed issir qabża 'l fuq fil-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà.", "Filwaqt li dan ix-xogħol jinsab fil-pjanijiet futuri ta' Infrastructure Malta, qabel is-sajf li għadda nħass il-bżonn li partijiet sostanzjali mit-triq jiġu rranġati b'mod temporanju waqt ħidma ta' titjib tar-rotot li jwasslu għal postijiet popolari tas-sajf.", "Dan ix-xogħol ta' tiswijiet estensivi sar f'dawk il-partijiet tar-rotta bejn il-bajja tax-Xemxija u l-Mellieħa li l-aktar li kellhom ħsarat.", "Infrastructure Malta qed tkompli taħdem biex fiż-żmien li ġej isir aktar investiment infrastrutturali f'din it-triq u biex eventwalment jissolvew id-diffikultajiet ikkawżati mit-telqa u nuqqasijiet oħrajn tal-passat.", "Sakemm ikunu finalizzati t-tħejjijiet kollha biex din it-triq tinbena mill-ġdid, fost oħrajn bl-investimenti meħtieġa minn entitajiet li għandhom is-servizzi taħt l-art f'din it-triq, Infrastructure Malta xorta qed tkompli tagħmel tiswijiet u manutenzjoni b'mod regolari biex jittaffew id-diffikultajiet għal dawk li jużawha.", "Fil-fatt, saru xi tiswijiet fil-ġimgħat li għaddew stess.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet b'xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 23341000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna Infrastructure Malta.", "IL-MELLIEĦA: ĊIMITERJU OMM IL-ĦNIENA – BILL OF QUANTITIES RELATAT MA' BINI TA' OQBRA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8417 u li kienet tirrigwarda ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Bill of Quantities li d-dipartiment ikkonċernat kellu għad-dispożizzjoni tiegħu sa minn Ġunju 2018?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bill of Quantities li kien ippubblikat mat-tender li jġib ir-referenza CT 2100/2017 u li kien ippubblikat fl-4 ta' Awwissu tal-2017 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MELLIEĦA: ĊIMITERJU OMM IL-ĦNIENA – OQBRA ĠODDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8417 li kienet tirrigwarda ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet ir-raġuni li b'permess validu (PA 5636/07) u approvat fil-25 ta' Novembru 2011, il-Gvern Laburista ħalla dan il-permess jiskadi bla ma għamel l-ebda xogħol fuq is-sit inkwistjoni bejn l-2013 u l-2017 minkejja li kien sar ix-xogħol preparatorju kollu fil-leġiżlatura preċedenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-konvenji fuq oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, wara li x-xogħol tal-estensjoni ta' dan iċ-ċimiterju jinsab fi stadju avvanzat.", "MELLIEĦA: ESTENSJONI TAĊ-ĊIMITERJU OMM IL-ĦNIENA – KORRISPONDENZA MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8417 u li kienet tirrigwarda ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kien bagħat fl-2012 lil dawk l-individwi kollha li kienu wrew interess li jixtru qabar fiċ-Ċimiterju msemmi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm l-ebda korrispondenza mdaħħla fil-files li ntbagħtet fis-sena 2012.", "MELLIEĦA: ESTENSJONI TAĊ-ĊIMITERJU OMM IL-ĦNIENA – BDIL TA' PERIT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8417 li kienet tirrigwarda ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm bdil tal-perit li oriġinarjament kien ħadem fuq l-applikazzjoni tal-permess approvat (PA 5636/07) u jekk iva jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Gvern iddeċieda li jibdel il-perit wara l-elezzjoni tal-2013?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-perit li kien tqabbad mill-kunsill biex jagħmel il-pjanti neċessarji għall-estensjoni tal-imsemmi ċimiterju kien inbidel stante li fl-istess dipartiment kien hemm ingaġġat perit li seta' jagħmel l-imsemmi xogħol.", "Il-perit kien tħallas tax-xogħol kollu li kien għamel.", "ĦAL QORMI – TRIQ IL-KANUN – WIĊĊ ĠDID", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta biħsiebha Infrastructure Malta tagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Kanun f'Ħal Qormi peress li tinsab fi stat ħażin?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet ta' Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Fil-fatt, f'Jannar li għadda din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Fi Frar tħabbret lista ta' 170 triq oħra li wkoll se jibdew jinbnew mill-ġdid din is-sena u t-triq indikata hija inkluża f'din il-lista.", "Aktar toroq li se jinbnew mill-ġdid jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali mhuwiex sempliċiment xogħol ta' asfaltar biex it-triq tingħata wiċċ ġdid.", "Il-bini mill-ġdid ta' kull triq jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Bħala parti mill-proġett, Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt, ix-xogħlijiet fl-ewwel 31 triq li nbdew jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf direttament lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati bid-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi.", "ĠENITURI SINGLE", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single b'riżultat ta' separazzjoni?", "Jista' jgħid kemm hawn single fathers b'riżultat ta' separazzjoni?", "Jista' jgħid kemm hawn single mothers b'riżultat ta' separazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – SINGLE PARENTS – APPLIKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li single mothers għandhom aċċess biex japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali u f'Novembru li għadda s-Segretarju Parlamentari ġie kkwotat jgħid li hawn 1,700 single mother b'applikazzjoni għas-social housing, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma single mothers b'riżultat ta' separazzjoni minn żwieġ jew koppja?", "Jista' jgħid jekk hemmx single fathers b'riżultat ta' separazzjoni li jistgħu japplikaw għal social housing?", "Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta' single fathers?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li f'Ottubru 2018 il-Gvern kien ħabbar li se jneħħi l-means testing fuq is-sussidju tal-kera u minflok se jdaħħal benchmarks, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn daħlux fis-seħħ?", "X'inhuma l-kriterji?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "SUSSIDJU TAL-KERA GĦAL FAMILJI BIT-TFAL", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li f'Ottubru 2018 il-Gvern ħabbar ukoll li s-sussidju tal-kera għal familji bit-tfal se jiżdied minn €2,000 għal €5,000 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk din daħlitx fis-seħħ?", "Jekk iva, minn meta?", "Kemm hawn familji li bbenefikaw minnha?", "Jista' jgħid jekk ġenituri separati (single parents) humiex meqjusin bħala familja bit-tfal u allura jgħid jekk humiex eleġibbli għal dan is-sussidju?", "Jekk iva, kemm hawn single parents li qed jibbenefikaw minnha?", "Jista' jgħid jekk teżistix statistika skont il-ġeneru, jiġiferi ġenitur raġel/mara?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "PROGRAMM TA' GĦAJNUNA BIEX INDIVIDWI JIXTRU DARHOM", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li l-Gvern ħabbar programm għall-individwi li għandhom 45 sena u aktar, li ma jaffordjawx jixtru darhom, u għalhekk hemm ftehim mal-APS Bank biex il-Gvern iħallas in-nofs, u wara 20 sena l-individwu jkollu l-għażla li jista' jixtri l-kumplament tad-dar mill-Gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li ma jaffordjax jistgħux ikomplu jikru d-dar mingħand il-Gvern?", "Jista' jgħid jekk dan il-programm huwiex immirat ukoll għal dawk l-individwi li jkunu sseparaw u wara li jkunu qasmu d-dar, xorta ma jkollhomx biżżejjed biex jixtru dar oħra għal rashom?", "Jista' jgħid jekk dan il-programm daħalx fis-seħħ?", "Jekk iva, meta?", "Kemm-il individwu li ssepara bbenefika minn jew applika għal dan il-programm?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9238 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar x'kien l-input u l-output ta' tonn li kull fish farm tat-tonn immaniġġja rispettivament f'dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena għal kull fish farm tat-tonn?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-ħin ta' Tqegħid ta' Karti poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru t-totali għas-snin 2016, 2017 u 2018.", "Dan minħabba li l-informazzjoni mitluba b'mod separat għal kull operatur tikkostitwixxi informazzjoni kummerċjalment sensittiva għaliex turi l-kapacità individwali ta' tkabbir.", "L-informazzjoni għas-snin l-oħra mhix miġbura b'mod elettroniku u tirrikjedi ħafna xogħol biex tinġabar.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9116 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li kitbet id-Direttur Ġenerali sospiża rigward kemm kien in-numru ta' tonn żejjed fil-gaġeġ li nstabu f'dawn l-aħħar tliet snin?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lil Onor.Interpellant li dawn ir-rapporti huma parti minn Inkjesta Maġisterjali li għadha għaddeja.", "Għaldaqstant mhux għaqli li dawn ir-rapporti jiġu ppubblikati.", "QASAM TAS-SAĦĦA – STRIKES JEW AZZJONIJIET TA' PROTESTA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il strike jew azzjoni ttieħdet minn oqsma differenti ta' professjonijiet fil-qasam tas-saħħa matul din is-sena 2019 sal-lum?", "Kemm kienu in-numru ta' jiem li ħa kull strike jew azzjoni ta' protesta sakemm kien riżolt?", "Jista' jgħid fil-preżent meta bdiet l-azzjoni tad-dentisti u jekk waslitx fi tmiemha?", "X'qed isir biex din l-azzjoni tkun solvuta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "IL-MOSTA – TRIQ IL-KOSTITUZZJONI – ĦIDMA TA' MANUTENZJONI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex issir ħidma ta' manutenzjoni fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta peress li għal dawn l-aħħar ġimgħat qed jidhru vireg tal-ħadid fil-ħofor tal-istess triq li faċilment jistgħu joħolqu periklu għas-sewwieqa ta' roti u muturi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni se tiġi mgħoddija lil Infrastructure Malta għall-evalwazzjoni tagħha u biex jiġi evitat kull periklu li jista' jkun hemm.", "Fi Frar tħabbret lista ta' 170 triq oħra li wkoll se jibdew jinbnew mill-ġdid din is-sena, waqt li aktar toroq li se jinbnew mill-ġdid jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Filwaqt li t-triq indikata tinsab fil-pjanijiet ta' dan l-investiment għall-bini mill-ġdid tat-toroq, Infrastructure Malta diġà kellha ppjanat biex fiż-żmien li ġej isiru xogħlijiet ta' manutenzjoni temporanji f'din it-triq.", "Dan bħala parti mill-ħidma kontinwa tagħha f'dik li hija manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq li minbarra tiswijiet tal-wiċċ tat-triq jinkludu wkoll tiswijiet ta' tabelli u crash barriers fost oħrajn.", "L-aġenzija se tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf direttament lill-pubbliku u lil dawk ikkonċernati bid-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi.", "PROĊEDURI TA' APPELL – KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadx għandu appuntament għall-proċeduri tal-appell fuq każ li jidher fil-korrispondenza li qed tingħata separatament?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-appell inkwistjoni nstema' nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Marzu 2018, kif kien indikat fid-dokument mehmuż mal-mistoqsija.", "L-appell dakinhar stess ġie differit għad-deċiżjoni, liema deċiżjoni ntbagħtet lill-appellant fil-21 ta' Marzu 2018 b'posta reġistrata.", "Minn informazzjoni li għandu d-dipartiment, l-ittra waslet fid-destinazzjoni fl-24 ta' Marzu 2018.", "QRATI KRIMINALI U INKJESTI MAĠISTERJALI – ESPERTI PSIKJATRI", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie nominat espert psikjatra fis-snin 2015 sa 2018 fil-Qrati Kriminali u f'inkjesti maġisterjali?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar in-nomini ta' esperti psikjatri fil-Qrati Kriminali u f'inkjesti maġisterjali."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190325_210d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 26 ta' Marzu, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 1993 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il petizzjoni ġiet ippreżentata lilu mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema Kunsilli Lokali ġew ippreżentati l-imsemmija petizzjonijiet u liema minnhom ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 1993 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni saret lilu mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex sabiex jingħataw approvazzjoni li jużaw motto?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema Kunsilli Lokali ġew ippreżentati l-imsemmija applikazzjonijiet u liema minnhom ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Kunsill Lokali organizza referendum sabiex ir-residenti japprovaw proġett li l-Kunsill Lokali jkun ippropona li jiġi ffinanzjat b'self?", "Jista' jgħid dwar liema proġetti saru r-referenda, meta saru r-referenda u x'kien ir-riżultat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' Tas-Sliema u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' San Ġiljan u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità tal-Gżira u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2018?", "Jista' jinforma wkoll kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba, meta u minn liema MEP Maltin kien hemm/saru talbiet biex iżuru uffiċjalment is-Suq tal-Pitkalija f'Ta' Qali mill-2014 'l hawn?", "Liema ġew approvati jew saru, u liema huma pendenti u liema rifjutati, u għala?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li dawk li jbatu mill-epilessija jerġgħu jibdew jingħataw il-mediċina Kepra minflok Levetiracetam Crescent?", "Jaf il-Ministru li hemm diversi pazjenti li mindu bdew jingħataw il-Levetiracetam Crescent, li tqum inqas mill-Kepra, qed ikollhom uġigħ kbir ta' ras il-jum kollu u spiċċaw b'ħajjithom imqallba?", "Jaf il-Ministru li l-konsulenti mediċi fl-Isptar Mater Dei qalu lill-pazjenti tagħhom li l-awtoritajiet tal-Ministeru ġabuhom li bilfors ikollhom jippreskrivu l-Levetiracetam Crescent għax hija orħos mill-Kepra u mhumiex iktar awtorizzati jippreskrivu l-Kepra?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx u jaqbilx li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, permezz ta' Infrastructure Malta, qed tagħmel sfreġju gravi f'Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat fejn qed tinqered il-biodiversità mħallsa minn flus pubbliċi u dawk tal-UE billi tant kemm qed isir twessigħ ta' passaġġi miksija bil-konkos li jistgħu anke jgħaddu tliet u erba' vetturi ħdejn xulxin (three u four lane) u billi tant kemm niżlu 'l isfel li nkixfet il-ħamrija li fuqha qed iżomm il-ħajt tas-sejjiegħ li spiċċa waqa' f'partjiet minnu u fejn is-sodda tal-wied saret gandott?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid b'liema dritt Infrastructure Malta qed tagħmel sfreġju gravi f'Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat, fejn qed tinqered il-biodiversità mħallsa minn flus pubbliċi u dawk tal-UE billi tant kemm qed isir twessigħ ta' passaġġi miksija bil-konkos li jistgħu anke jgħaddu tliet u erba' vetturi ħdejn xulxin (three u four lane) u billi tant kemm niżlu 'l isfel li nkixfet il-ħamrija li fuqha qed iżomm il-ħajt tas-sejjiegħ li spiċċa waqa' f'partjiet minnu u fejn is-sodda tal-wied saret gandott?", "Dan hu l-mod kif qed iħares l-ambjent?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' revoka ta' ċittadinanza Maltija fl-aħħar 10 snin?", "Kemm minnhom kienu minħabba l-artiklu 38 tal-Att dwar iż-Żwieġ u ċjoè minħabba li l-Qorti lokali tkun iddikjarat iż-żwieġ null minħabba li tkun iddikjaratu żwieġ ta' konvenjenza?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il appell minn deċiżjoni ta' revoka ta' ċittadinanza sar quddiem il-Kumitat ta' Inkjesta mwaqqaf permezz tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.02 fl-aħħar 10 snin?", "F'kemm minnhom ġiet ikkonfermata din id-deċiżjoni u f'kemm revokata?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9290 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9280 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9281 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9282 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9283 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija oriġinali u tgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Tista' tgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9284 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid xi pjan hemm għat-toroq Santa Marija u Qbajjar f'Marsalforn, Għawdex peress li dawn jinsabu fi stat ħażin ħafna?", "Meta hu maħsub li ser isir ix-xogħol meħtieġ fuq dawn it-toroq, li huma toroq li minnhom jgħaddi ħafna mit-traffiku li jkun sejjer għal Marsalforn?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment ġie investigat u deċiż mill-Awtorità tax-Xandir fil-konfront ta' One TV mill-bidu tal-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid kif individwalment ivvutaw il-membri tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-konfront ta' awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm irriżenjaw impjegati fir-rigward ta' kull awtorità, mill-bidu tal-2015 sal-lum maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ, jista' jgħid x'kienet il-kariga tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l- Ministru jgħid fil-konfront ta' awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm irriżenjaw impjegati fir-rigward ta' kull awtorità mill-bidu tal-2015 sal-lum maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ, jista' jgħid x'kienet il-kariga tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permess 01717/18 għall-bini ta' skola ġdida primarja ġewwa r-Rabat Għawdex ġie withdrawn?", "U x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet saret applikazzjoni ġdida quddiem il-P.A. bin-numru PA 01898/19?", "X'inhi r-raġuni li saret applikazzjoni ġdida li tikkonsisti 'Extention to existing school of 130 Classrooms for 500 students, Multipurpose halls, Playgrounds and roofing over of part of private road' u x'tibdil hemm mill-ewwel applikazzjoni għat-tieni applikazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9148 tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni (P.A. Number) għal bini ta' biċċerija ġdida ġewwa Għawdex?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Marsa fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Marsa li hemm pendenti bħalissa?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Ħamrun fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun li hemm pendenti bħalissa?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Furjana fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Furjana li hemm pendenti bħalissa?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu jgħixu fil-komunità u li kienu 'outpatients' fis-servizz tas-Saħħa Mentali, li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu suwiċidju?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-iSkema ta' Installar ta' Lifts?", "Kemm ġew installati lifts mill-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pensjonijiet li ma għandhomx capping?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9245 fejn ingħata tagħrif li xi familji setgħu ġew żgumbrati minn garaxxijiet li kienu nqalbu f'residenti, jista' l-Ministru jgħid x'kordinament seħħ mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) mal-Awtorità tad-Djar?", "X'sar minnhom dawn il-familji li ġew żgumbrati?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-riżultati fil-qasam tal-produzzjoni industrijali fl-aħħar tliet snin u x'inhuma l-prospetti għaż-żmien li ġej?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li fi Triq Lewis Wettinger (Mellieħa Bypass) matul il-lejl qed jintfew numru ta' lampi li hemm fuq l-arbli fl-istess triq wara lmenti min-numru ta' residenti?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx konsultazzjoni u allura s-sidien tan-negozji li jinsabu fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa kenux infurmati qabel ma' inbeda x-xogħol fit-triq imsemmija?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lukandi (ta' kull tip) li kellhom il-permessi approvati jew pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'estensjonijiet jew binjiet ġodda fil-lokalità tal-Mellieħa bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u t-18 ta' Marzu 2019?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hijiex qed tikkunsidra favorevolment l-applikazzjoni (2284/16) għall-proġett li jikkonsisti f'mijiet ta' appartamenti fiż-żona fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar?", "Jista' jindika wkoll fiex waslet din l-istess applikazzjoni?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jindika meta mistenni jibda u jintemm ix-xogħol fuq l-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentri 6177 u 6563 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, is-speċi tas-siġra u timmarka b'distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le?", "Fil-każ li ma kienx hemm permess, x'passi ttieħdu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux biħsieb li jippubblika r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar li l-konsultazzjoni pubblika dwarhom għalqet fl-1 ta' Marzu 2018?", "Jekk iva, meta se jiġi ppubblikat?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9513 u ċjoè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f'dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f'dak il-każ lil min akkumpanja?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9407 jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Independent Police Complaints Board, meta ġew appuntati u kemm huwa twil il-mandat tal-ħatra tagħhom?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9407 jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li jieħu żmien biex dan il-każ jiġi investigat u deċiż mill-Independent Police Complaints Board?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9408, jista' l-Prim Minsitru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux kuntratt ta' servizzi ta' konsulenza mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-proġett tat-twessigħ ta' Triq Buqana (Rotta 16) li mir-Rabat/Imtarfa tagħti għall-Mosta/Imġarr, il-ħitan tas-sejjieħ li qed jinbnew qed jiġu mibnija tant għolja li qed jgħattu l-veduta tal-għelieqi, tal-Imdina u tal-ambjent sabiħ tal-madwar?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux il-ħsieb li joħroġ sejħa għal tender kompetittiv, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-kuntratt tas-servizz ta' IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) jagħlaq, u jekk le, għaliex?", "MOZZJONIJIET", "IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI TAL-PROĊESSI AMMINISTRATTIVI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 75 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi dwar il-Liġijiet tal-Pulizija – Tielet Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "25 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017: Arrears of Revenue (paġni 192-213) (Kont.).", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019, fit-3.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta –Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex", "Abbozz Nru 60 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019, fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali 2018 tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta skont is-sub-artiklu (2) tal-artiklu 7 tal-Att dwar Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap. 515).", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler (Kont.)", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "25 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190326_211a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 26 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 210, li saret fil-25 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Dokument Konsultattiv intitolat \"Gender Balance in Parliament Reform - Towards Equal Representation\" maħruġ mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi fis-26 ta' Marzu 2019;", "Rapport Annwali tal-Verifika għas-sena 2018 maħruġ mill-Awtorità tal-Artijiet skont l-artikolu 24 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet, Kap. 563;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici fil-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (CFSP/CSDP) li nżammet ġewwa Bucharest, ir-Rumanija fis-7 u t-8 ta' Marzu 2019; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Byron Camilleri u l-Onor.", "Frederick Azzopardi fit-18-il laqgħa tax-Xitwa tal-Assemblea Parlamentari tal-OSCE li nżammet fi Vjenna fil-21 u t-22 ta' Frar 2019.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILLI LOKALI – PETIZZJONIJIET IPPREŻENTATI GĦALL-BDIL TA' STEMMA TAL-LOKALITÀ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 1993 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il petizzjoni ġiet ippreżentata lilu mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema kunsilli lokali ġew ippreżentati l-imsemmija petizzjonijiet u liema minnhom ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li mir-records li għandha d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali jirriżulta li mis-sena 1993 sat-12 ta' Marzu 2019 saru 27 petizzjoni minn 26 kunsill lokali għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom.", "Minn dawn is-27 petizzjoni, 18 ġew aċċettati, tlieta ma ġewx aċċettati u sitta għadhom pendenti.", "Hawn taħt hawn tabella b'aktar informazzjoni.", "Lista tal-Kunsilli Lokali li ppreżentaw il-petizzjonijiet għal tibdil fid-disinn tal-istemma tal-lokalità tagħhom u f'liema stadju waslet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nixtieq nidħol f'suġġett importanti għaliex naf li pubblikament ħarġet vakanza għall-European Public Prosecutor for Malta u li sar xi ftehim mill-Gvern fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid x'se jsarraf dan il-ftehim għal pajjiżna f'dak li għandu x'jaqsam ma' terroriżmu, korruzzjoni u ħasil ta' flus?", "Kif se jgħin dan l-uffiċċju f'dan kollu anke meta tqis li l-akbar kriminalitajiet li qegħdin isiru fuq livell Ewropew huma dawk imsejħa transborder jiġifieri jiżbqu t-territorju nazzjonali ta' pajjiż partikolari u jmorru minn stat membru għall-ieħor?", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għal din id-domanda għax naħseb li hija domanda pertinenti ħafna.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li l-idea li fl-Ewropa jkollna prosekutur pubbliku Ewropew ilha fuq il-mejda tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja mill-inqas minn żmien Viviane Reding, jiġifieri minn qabel il-Kummissarju tal-Ġustizzja li għandna llum li hija Vera Jourova.", "Fil-fatt illum jien ngħodd mal-aktar anzjani fil-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja.", "Niftakar li fl-2013 kienet għadha hemm Viviane Reding, konna għadna qegħdin niddiskutu l-European Public Prosecutor's Office u kien hemm nuqqas ta' qbil bejn numru ta' pajjiżi li riedu li l-European Public Prosecutor's Office ikun sopranazzjonali, jiġifieri jkun istituzzjoni Ewropea iċċentrata fi Brussell jew aktar preċiż fil-Lussemburgu.", "Kien hemm numru ta' pajjiżi oħrajn, fosthom pajjiżna, li kienu qegħdin jgħidu li l-prosekuzzjonijiet huma poter nazzjonali.", "Aħna ma rridux nitilqu l-poter li jkollna prosekuzzjoni għax dik hija parti mis-sovranità nazzjonali però konna kuntenti li naqsmu dan il-poter ma' ħaddieħor.", "Dik kienet id-distinzjoni bejn il-grupp ta' pajjiżi bħalna, li kien hemm madwar 15 minnhom fosthom l-Isvezja u l-Olanda, u grupp ieħor ta' pajjiżi li kienu qegħdin jgħidu dak li għedt fil-bidu.", "Eventwalment spiċċat Viviane Reding, ġiet Vera Jourova, mill-Presidenza Irlandiża kien hemm ħames presidenzi, u aħna, bħala Presidenza Maltija konna dik il-presidenza li rnexxielha tagħlaq il-kapitlu dwar il-European Public Prosecutor's Office.", "Dan qed ngħidu għaliex x'imkien fil-ġurnali ġieli kont nara li Malta għandha xi problema bil-European Public Prosecutor.", "Malta tant ma kellhiex problema li konna aħna, waqt il-presidenza tagħna, li għalaqna l-file dwar il-European Public Prosecutor.", "Li kellna diffikultà kienet waħda ta' prinċipju, ċjoè l-idea li jkollok a supranational organization meta l-prosekuzzjonijiet jagħtuha ambitu nazzjonali.", "Aħna niftaħru li aħna pajjiż sovran bħal pajjiżi sovrani l-oħrajn tal-Ewropa.", "Li ġara mbagħad kien li ntlaħaq kompromess fil-Presidenza Maltija u l-qbil kien li jkun hemm European Public Prosecutor però minn kull pajjiż membru jkun hemm a national prosecutor fis-sens li jkun hemm xi ħadd minn kull pajjiż membru li jaġixxi b'koordinament mal-istati nazzjonali.", "Sussegwentement Malta ddikjarat li taqbel u dawn id-diffikultajiet ġew riżolti.", "Ftit ilu kien hemm sejħa għall-European Public Prosecutor li ġiet mimlija minn ċittadin Franċiż.", "Jien informat li kien hemm Maltin li applikaw għall-European Public Prosecutor però din ġiet mimlija minn persuna Franċiża wara li kien hemm shortlist ta' tliet persuni.", "Issa jmiss il-pass li jiġu mimlijin il-vakanzi għal kull pajjiż membru.", "Fil-fatt ġibna avviżi fil-ġurnali u anke fuq il-Gazzetta tal-Gvern fejn stedinna lill-prosekuturi lokali u membri tal-ġudikatura.", "Din hija miftuħa biss għal min hu fil-ġudikatura u min hu fl-AG, biex jekk irid japplika għall-post ta' European Prosecutor.", "L-aħħar kelma li rrid ngħid hija - u niskuża ruħi jekk ħadt ħafna ħin imma jkun tajjeb li nispjegaha din – li l-European Public Prosecutor m'għandux l-għan li jiġġieled ir-reati li f'pajjiżna jiġġelidhom l-Avukat Ġenerali jew il-Kummissarju tal-Pulizija.", "L-għan tal-European Public Prosecutor huwa li jiġġieled dawk li jissejħu l-PIF crimes, il-protection of the EU's financial interests, li huma reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.", "Il-funzjoni ta' dan il-European Public Prosecutor, bil-European Prosecutors ta' kull pajjiż membru li daħal fil-club tal-European Public Prosecutor's Office, (EPPO) inkluż Malta, se tkun li jiġġieled il-crimes kontra dawn l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.", "M'għandix dubju li l-qbil dwar il-libsa l-ġdida tal-EPPO, li nerġa' ngħid saret waqt il-Presidenza Maltija - u niftaħar b'din il-kisba għall-ġid tal-Ewropa kollha – se jkun pass ieħor importanti fil-ġlieda kontra r-reati fl-Unjoni Ewropea.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nixtieq nirreferi għar-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja fejn kemm l-ewwel reazzjoni kif ukoll issa li għadda ftit taż- żmien intqal mill-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja li l-Gvern jaqbel mal-maġġoranza assoluta ta' dawn il-proposti u se jkun qed jieħu l-ewwel miżuri biex jindirizzahom.", "Jista', jekk jogħġbu, jagħti aktar informazzjoni lill-Kamra dwar dan u dwar x'se jkunu l-ewwel miżuri li se jpoġġi għad-diskussjoni f'din il-Kamra?", "OWEN BONNICI: Sur President, se nibda billi nagħmel żewġ punti introduttorji.", "L-ewwel punt hu li aħna ilna għaddejjin bir-riformi fil-qasam tal-ġustizzja u fis-saltna tad-dritt sa mill-2013.", "Jien niftaħar li dan kien il-Gvern li daħħal fis-seħħ numru ta' liġijiet li konna ilna nitkellmu dwarhom però kienu baqgħu fuq il-karta.", "Jien dejjem ngħid li huwa faċli ħafna li tpaċpaċ dwar ir-rule of law u dwar kemm din hija importanti imma l-importanza, il-kejl u l-crux hija li twettaq u li tbiddel l-affarijiet biex issaħħaħ is-saltna tad-dritt.", "Jekk irrid nista' nsemmi lista ta' liġijiet li għamilna.", "Biżżejjed insemmi poter ġdid li tajna lil dan il-Parlament biex qabel ikun hemm appointment ta' chairperson ta' awtorità regolatorja jkun hemm grilling parlamentari.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja lil sieħbi l-Onor.", "Edward Zammit Lewis li qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna f'dan il-kumitat li għalkemm għadu żagħżugħ, nistgħu ngħidu li diġà huwa storja ta' suċċess.", "Naħseb li dan kien esperiment li rnexxa u jien kburi li din kienet riforma li saret fi żmien dan il-Gvern li qed ibiddel l-affarijiet u jrid ikompli jbiddel.", "It-tieni punt li rrid nagħmel hu li meta kellna dan is-suġġeriment mill-MEP Sophia in 't Veld biex naraw x'għandha xi tgħid il-Kummissjoni ta' Venezja li hija kummissjoni rispettata ħafna dwar is-saltna tad-dritt f'pajjiżna, ma kellna ebda diffikultà għax dan huwa Gvern riformista.", "Jien kien ikolli diffikultà kieku nifforma parti minn gvern li ma jrid ibiddel xejn.", "Aħna Gvern li rridu nbiddlu l-affarijiet u inċidentalment irrid ngħid li jkun tajjeb li jsir daqsxejn eżami komparattiv ukoll tal-liġijiet li għaddejna aħna fl-aħħar sitt snin biex insaħħu r-rule of law mal-liġijiet li għaddew fil-kwart tas-seklu ta' qabel biex tissaħħaħ ir-rule of law.", "Nassigura lil kulħadd f'din il-Kamra li jekk ikollok tagħmel dan l-eżerċizzju komparattiv joħorġu ċerti konklużjonijiet interessanti ħafna.", "Biex niġi lura għall-punt li għamel l-Onor.", "Camilleri rrid ngħid li lbieraħ, fl-ewwel opportunità li kelli wara li ħabbarna x'konna se nagħmlu fi press conference, ressaqna għall-Ewwel Qari Abbozz ta' Liġi li għandu l-għan li jissepara l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali.", "L-Avukat Ġenerali għandu żewġ funzjonijiet ewlenin fosthom li jilbes il-kappell ta' dik il-persuna li għandha numru ta' poteri fil-kamp kriminali.", "Hawn irrid infakkar li aħna diġà naqqasna l-poter li kellu l-Avukat Ġenerali li jiddeċiedi jekk jibgħatx akkużat b'reati ta' droga l-qorti ta' fuq jew il-qorti ta' isfel.", "Dan huwa Gvern li diġà beda jindirizza l-kritika li kien hemm, fil-fehma tiegħi ġustifikata, li l-Avukat Ġenerali kellu numru ta' poteri.", "Dawn huma poteri li ma ngħatawlux issa imma ilhom hemmhekk sa minn qabel l-Indipendenza.", "L-Avukat Ġenerali għandu poteri penali fil-kamp kriminali u għandu wkoll funzjonijiet ta' natura ċivili.", "Anke dwar din nixtieq nagħmel statement.", "Meta ngħidu li l-Avukat Ġenerali għandu poteri ċivili, hawn min jissimplifikaha din u jgħid li l-Avukat Ġenerali għandu l-funzjoni ta' avukat tal-Gvern.", "Dan huwa veru jiġifieri l-Avukat Ġenerali llum għandu l-funzjoni ta' avukat tal-Gvern, huwa konsulent legali tal-Gvern u jgħin fid-drafting tal-liġijiet u affarijiet oħrajn però m'għandux dan biss.", "Fil-funzjonijiet ċivili – u tajjeb li nispjegawha din – l-Avukat Ġenerali għandu l-obbligu li jiddefendi l-legalità tal-atti tal-istat legali li jkun hawn f'dak il-pajjiż.", "Pereżempju fl-aħħar leġiżlatura kellna sitwazzjonijiet fil-Qorti fejn il-Partit Laburista, li kif nafu għandu l-maġġoranza tas-siġġijiet f'dan il-Parlament u allura għandu dritt li jiggverna, u l-Avukat Ġenerali, kienu fuq naħat differenti tal-kwestjonijiet fil-Qorti.", "Kieku l-Avukat Ġenerali huwa sempliċement l-avukat tal-Gvern, kieku dan li qed ngħid ma setax jiġri, imma għaliex l-Avukat Ġenerali mhuwiex biss avukat tal-Gvern imma aktar, għandu l-funzjoni li jiddefendi l-legalità tal-affarijiet f'pajjiżna u għandu wkoll din il-funzjoni li jaġixxi fl-interess tal-Istat.", "Din qed ngħidha għaliex li tgħid li l-Avukat Ġenerali huwa biss l-avukat tal-Gvern, fil-vesti ċivili tiegħu, mhuwiex korrett.", "Imma x'inhi din is-sitwazzjoni taż-żewġt ikpiepel, jekk irridu ngħidulha hekk, li ilha hemmhekk mill-1936 u li dan il-Gvern beda proċess, permezz tal-Ewwel Qari ta' abbozz ta' liġi biex dawn iż-żewġ funzjonijiet jiġu separati sas-sajf li ġej, għax dak huwa l-commitment tagħna?", "Għaddejna wkoll l-Ewwel Qari fuq numru ta' abbozzi ta' liġi oħrajn li jolqtu l-Ombudsman, il-Pulizija, il-positions of trust u s-Servizz Pubbliku fejn qed nitkellmu dwar xejn inqas minn terz tas-suġġetti li tkellmet dwarhom il-Kummissjoni Venezja.", "Mela hawnhekk x'qegħdin ngħidu?", "Qegħdin ngħidu li f'inqas minn 100 jum minn mindu ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, għax dan il-Gvern huwa riformista diġà mexxa 'l quddiem ħames abbozzi ta' liġi fi stadju tal-Ewwel Qari li b'kollox jolqtu terz tal-kwestjonijiet, tal-bidliet u tas-suġġetti li tkellmet dwarhom il-Kummissjoni Venezja.", "Inserraħ ras l-Onor.", "Byron Camilleri li aħna Gvern riformista konna, Gvern riformista għadna u Gvern riformista se nibqgħu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Qegħdin nitkellmu dwar il-kwestjoni tal-Kummissjoni Venezja li kif qal tajjeb il-Ministru, il-Gvern ma ddejjaq xejn li jieħu l-parir u jmexxi bir-riformi.", "Riforma importanti li kienet saret b'mod partikolari fid-dritt amministrattiv kien it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva.", "F'Jannar li għadda tħabbru żewġ panels speċjalizzati tiegħu.", "Wieħed minn dawn il-panels jirrigwarda l-gaming, li huwa t-tielet settur l-aktar importanti f'pajjiżna mill-aspett ta' dħul, u l-panel l-ieħor jirrigwarda l-innovazzjoni diġitali, xi ħaġa li għadha fil-bidu tagħha però ċertament hija xi ħaġa li l-Gvern qed jagħfas ħafna biex fiha jkun minn ta' quddiem fl-Ewropa u fid-dinja.", "Il-mistoqsija tiegħi hija dwar dak li jaraw in-nies minn barra fis-sistema ġudizzjarja.", "It-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva jaqdi funzjoni, fl-opinjoni tiegħi, importanti ħafna għax tingħata l-opportunità liċ-ċittadin li jissindika dak li tagħmel awtorità partikolari.", "Allura din l-ispeċjalizzazzjoni tgħin biex jiġu deċiżi l-kawżi aktar malajr?", "It-tieni punt huwa mill-aspett ta' statistika.", "Naf li forsi l-Ministru m'għandux l-istatistika għad-dispożizzjoni tiegħu bħalissa, però x-xejriet jindikaw li aktar nies qegħdin jirrikorru lejn dan it-Tribunal u qegħdin jidrawh.", "Kif qed jopera dan it-Tribunal mill-aspett ta' qtugħ ta' deċiżjonijiet?", "X'inhuma t-time frames?", "X'sodisfazzjon qegħdin jingħataw in-nies kemm meta jingħataw raġun kif ukoll meta ma jingħatawx ir-raġun, in linea ma' prinċipju ta' judicial review li jitkellem dwar li persuna għandha dritt li tingħata raġunijiet anke f'każ ta' rifjut?", "OWEN BONNICI: Sur President, f'din il-leġiżlatura fil-qasam tal-ġustizzja komplejna nibnu fuq ix-xogħol li sar fil-leġiżlatura preċedenti.", "Fil-leġiżlatura preċedenti fil-qasam tal-ġustizzja, minkejja l-isforzi li saru minn Gvern preċedenti – u m'għandix dubju mill-intenzjonijiet ġenwini ta' kull min okkupa l-kariga li qed nokkupa jien illum – kellna sitwazzjoni fejn id-dewmien fil-Qorti kien sar xi ħaġa kronika.", "Illum, għalkemm għad hemm sfidi, naraw li skont l-aħħar justice scoreboard pajjiżna huwa l-aqwa pajjiż fl-Ewropa fl-ammont ta' kemm jinqatgħu kawżi aktar milli jidħlu fil-kamp ċivili.", "Jiġifieri bħala fatt xjentifiku ċar, pajjiżna huwa l-aqwa fl-Ewropa fl-ammont ta' kawżi ċivili li jinqatgħu komparat ma' kemm jidħlu.", "Ladarba rnexxielna naqilbu s-sitwazzjoni li kien hemm, f'din il-leġiżlatura stajna nibdew nispeċjalizzaw.", "Issa l-ispeċjalizzazzjoni tiswa l-flus u jekk se taraha mil-lat purament ta' effiċjenza, hija inqas effiċjenti għax għandek ġudikanti li qegħdin jisimgħu ammont ta' kawżi u trid tara kemm hu l-ammont ta' kawżi li jidħlu, però hija bżonjuża.", "Immaġinaw ftit, għandna Gvern li qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna fejn tidħol l-innovazzjoni u fejn tidħol l-artificial intelligence.", "Hawnhekk irrid inneħħi l-kappell lil sieħbi l-Onor.", "Silvio Schembri li kull ġimgħa jipproponi liġijiet, emendi, innovazzjonijiet u proġetti biex ikompli jmexxi 'l quddiem dan is-settur.", "Però aħna ma rridux inkunu f'sitwazzjoni fejn xi ħadd li jiġi hawnhekk biex jinvesti, ikollu bżonn jidħol il-Qorti u jsib sitwazzjoni fejn il-ġudikanti għadhom iridu jifhmu x'inhu dan is-settur li aħna qegħdin naħdmu tant biex nippromwovu 'l quddiem.", "Għalhekk aħna ħadna deċiżjoni li fil-mument li jkollna l-liġijiet li jirrigwardaw ċerti setturi fosthom il-blockchain, l-artificial intelligence u l-innovazzjoni, paripassu magħhom nagħmlu speċjalizzazzjonijiet fit-Tribunal Amministrattiv biex fil-mument li xi ħadd ikollu kwestjoni u jispiċċa l-Qorti dwar xi ħaġa relatata mal-artificial intelligence, pereżempju, ikollu quddiemu tribunali speċjalizzati.", "Jien niftaħar li din il-ħaġa saret, imma nifhem id-diffikultà biex tispjegaha lin-nies għax dak li jkun jgħidlek: Jien ma nafx x'inti tgħid.", "Hawn min jgħidlek: Jien il-Qorti anke naraha nibża' aħseb u ara noqgħod nisma' dwarha!", "Imma bħala stat ta' fatt illum għandna sitwazzjoni fejn fil-Qorti hemm tribunal speċjalizzat li jisma' kwestjonijiet li jistgħu jqumu minn dawn is-setturi li għalina huma setturi tal-avangwardja, setturi li jagħmlu lil dan il-pajjiż ippreparat għaż-żmien li ġej u jkun fuq quddiem fl-innovazzjoni.", "Għalhekk naqbel mal-Onor.", "Interpellant dwar kemm hija ħaġa tajba t-triq tal-ispeċjalizzazzjoni.", "Infakkar li sa sentejn ilu, jekk mhux inqas, Malta lanqas kellna qorti tal-kummerċ.", "Kien hemm żmien fejn kellna qorti tal-kummerċ u gvernijiet preċedenti kienu waqqfuha għaliex sabu li jekk inti tiġġeneralizza minflok tispeċjalizza se żżid l-effiċjenza.", "Kien dan il-Gvern li reġa' daħħal qorti tal-kummerċ speċjalizzata u li tagħmel sens għaż-żmenijiet tal-lum.", "Jiġifieri lanqas f'dak il-livell ma konna.", "Kellna noħolqu qorti tal-kummerċ li ma kellniex.", "Irrid nispjega dan il-fatt billi ngħid li qisek trid issuq karozza meta tkun għadek qed titgħallem issuq rota.", "Aħna mhux biss irnexxielna nsaħħu l-ispeċjalizzazzjoni b'qorti tal-kummerċ imma introduċejna wkoll dawn it-tribunali amministrattivi li mhux biss jitkellmu dwar oqsma li konna nistudjaw jien u l-Onor.", "Zammit Lewis meta konna studenti, imma jitkellmu wkoll dwar dawn l-oqsma li meta konna studenti aħna – issa aħna m'aħniex mill-aktar anzjani f'din il-Kamra – lanqas biss konna noħolmu bihom.", "Dan huwa s-sabiħ tal-ħidma li qegħdin nagħmlu fil-Gvern; li qegħdin nilqgħu minn issa għall-bżonnijiet tal-futur.", "L-aħħar kelma li nixtieq nagħmel hija dwar it-Tribunal Amministrattiv.", "Tajjeb infiehmu li f'pajjiżna, fejn suppost m'hawnx rule of law u l-ebda sistema ma taħdem – għax dik hija l-kritika inġusta ta' xi wħud min-naħa tal-Oppożizzjoni – għandna tribunal li għandu l-poter li jaqleb kwalunkwe deċiżjoni li jieħu l-Gvern, xi ħadd mill-Ministri jew l-awtoritajiet tagħhom.", "Jiġifieri jekk awtorità tieħu deċiżjoni, kwalunkwe ċittadin f'Malta għandu dritt imur quddiem it-Tribunal Amministrattiv u jattakka dik id-deċiżjoni.", "Jekk trid tieħu t-triq ta' judicial review għandek ukoll il-Prim'Awla imma dan it-Tribunal – biex in-nies jifhmu fuqiex qegħdin nitkellmu – għandu l-poter li kwalunkwe deċiżjoni li nieħdu aħna fuq din in-naħa tal-Kamra tmur quddiem it-Tribunal Amministrattiv u jekk dan iħoss li mhijiex tajba, jaqlibha.", "Il-konċett ta' judicial review mhux aħna wellidnih, lanqas welldu l-Partit Nazzjonalista, imma ilu magħna numru ta' snin.", "Pereżempju jekk tmur lura ssib li fl-Istati Uniti hemm deċiżjonijiet tas-seklu 19 li jitkellmu dwar judicial review.", "Qed ngħid dawn l-affarijiet għax jien kburi bis-sistema legali ta' pajjiżna u niftaħar li għandna sistema legali tajba, robusta u b'saħħitha.", "Naturalment hemm fejn tittejjeb imma mhu se nasal qatt biex narmi barra mit-tieqa t-tagħlim u l-ġurisprudenza ta' ġenerazzjonijiet u ta' sekli ta' awturi u ta' ħidma favur demokrazija b'saħħitha.", "Il-messaġġ tiegħi huwa li fejn jidħlu t-Tribunali Amministrattivi, il-judicial review u d-drittijiet li jagħti l-Gvern liċ-ċittadin se nkomplu nirriformaw, se nkomplu ntejbu u se nkomplu nsaħħu s-sistema legali li fil-fehma tagħna hija bżonjuża għal soċjetà demokratika.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nirreferi lill-Ministru għad-dekasteru l-ieħor li huwa responsabbli għalih ċjoè d-dekasteru tal-kultura u li naf li jħobbu ħafna.", "Nixtieq nirreferi proprju għall-qasam tan-nar f'pajjiżna, qasam li min iħobb il-festi żgur li jħobbu ħafna.", "F'dawn il-jiem tħabbar li bħalma kien ġara għall-ewwel darba s-sena l-oħra, kien hemm fondi anke għall-kmamar tan-nar.", "Għalhekk jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kamra liema kmamar tan-nar jistgħu jgawdu minn dawn il-fondi?", "X'attivitajiet jistgħu jiġu organizzati biex igawdu minn dawn il-fondi?", "OWEN BONNICI: Sur President, jien naqbel mal-Onor.", "Camilleri li l-piroteknika hija arti kruċjali ħafna f'pajjiżna.", "Jien dejjem ngħid li l-pirotekniċi Maltin huma fost l-aqwa mhux fl-Ewropa imma fid-dinja.", "Meta naraw il-premjijiet li jieħdu l-pirotekniċi Maltin insibu li huma premjijiet għal innovazzjoni u għal sistemi ġodda li jiġu maħluqin f'pajjiżna.", "Għandek a critical mass b'saħħitha ħafna fid-diversi komunitajiet ta' nies li b'mod volontarju jaħdmu fis-settur tal-piroteknika.", "Jien dejjem ngħid li bħalma artist ipinġi fuq tila, il-pirotekniku jpinġi fis-smewwiet.", "Għalhekk huwa importanti ħafna li filwaqt li napprezzaw is-sbuħija tal-arti tal-pirotekniċi, nagħmlu xi ħaġa b'mod konkret biex inżidu s-sigurtà fil-kmamar tan-nar.", "Kien għalhekk li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna - u mhux għall-ewwel darba fl-aħħar ħames snin - is-sena l-oħra nidejna fond biex ninċentivaw il-kmamar tan-nar li jirreġistraw ruħhom bħala organizzazzjoni volontarja.", "B'dan il-mod l-ewwel nett inżidu s-serjetà u t-tieni nagħtuhom fondi sa massimu ta' €5,000 biex jagħmlu proġetti biex isaħħu s-sigurtà fil-kmamar tan-nar.", "Jien nieħu gost immur inżur kmamar tan-nar bħalma jagħmlu wħud minn sħabi f'din il-Kamra li jaraw b'għajnejhom proġetti li saru bis-saħħa ta' dawn il-fondi.", "Pereżempju jgħidulek li qabel kienu jnixxfu x-xogħol barra u jekk allaħares qatt ikun hemm xi xita jew xi nida, il-Bambin jaf il-konsegwenzi fuq dak il-materjal.", "Illum għamilna shed tal-aqwa livell kif suppost biex l-affarijiet jinxfu fih u b'hekk insaħħu s-sigurtà.", "Qed nagħti eżempju wieħed ta' ħafna ġid li joħroġ minn dawn it-tip ta' fondi.", "Barra minn hekk din is-sena għadna kemm varajna t-tieni programm.", "Dan ġie varat bid-differenza li din id-darba għamilna partnership mar-Red Cross fejn qegħdin nagħtu lill-membru ta' kull kamra tan-nar f'pajjiżna kors speċjalizzat tal-aqwa livell u anke tagħmir mediku li jista' jkun hemm bżonn fl-operat ta' dawn il-kmamar.", "Nirringrazzja lill-Għaqda tal-Pirotekniċi Maltin għas-sapport enormi li tawna u kuntent ħafna li bis-saħħa ta' dawn l-inizjattivi qegħdin insaħħu s-sigurtà f'dan is-settur u nżidu dan il-qasam b'iktar innovazzjoni, b'mod sigur u favur il-kultura.", "L-ISPEAKER: Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Istitut għall-Edukazzjoni għas-sena 2018; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar lukandi fil-Mellieħa li għandhom il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar għal estensjoni jew bini mill-ġdid li ġew ippubblikati/validati bejn Ġunju 2013 u Marzu 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9678.", "TAL-FRANKOFONIJA", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, il-Kamra issa se tgħaddi biex għall-ewwel darba tikkommemora l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija jew aħjar il-jum ta' dawk il-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jitkellmu l-lingwa Franċiża b'mod estensiv jew inkella għandhom, b'xi mod, rabtiet mill-qrib mal-kultura Franċiża.", "Irrid ngħid li madwar id-dinja dan il-jum jiġi ċċelebrat fil-21 ta' Marzu u l-Parlament se jieħu din l-okkażjoni biex jiċċelebrah illum.", "Qegħdin nagħmlu hekk għaliex Malta, proprju fil-bidu ta' Ottubru tas-sena l-oħra, ġiet aċċettata wkoll bħala membru osservatur f'din l-organizzazzjoni internazzjonali.", "Għalhekk il-Parlament qiegħed jirrikonoxxi din il-kisba importanti li permezz tagħha Malta se tkun qed tipparteċipa f'organizzazzjoni reġjonali ta' madwar 900 miljun ruħ, organizzazzjoni li fi ħdanha tfisser u tfittex li twessa' b'mod sħiħ il-koperazzjoni politika, ekonomika u anke kulturali f'reġjuni ġodda kif ukoll tkompli tikkontribwixxi lejn id-diversità tagħha.", "Permezz ta' dan il-pass inħoss li bħala Parlament Malti għandna wkoll din l-opportunità li nissieħbu fl-Assemblea Parlamentari tal-Frankofonija li għandha l-għan li tirrappreżenta l-interessi ta' komunitajiet li jitkellmu bil-lingwa Franċiża, tippromwovi d-demokrazija, ir-rispett tas-saltna tad-dritt kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi membri.", "Barra minn hekk, din l-Assemblea tgħin ukoll fl-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni maqbula fl-istess Assemblea fil-pajjiżi rispettivi u tippromwovi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-komunitajiet frankofoni.", "Preżentement l-Assemblea Parlamentari tal-Frankofonija tiġbor fiha 77 parlament, inkluż il-Parlament Malti bħala osservatur f'din l-Assemblea.", "Nittama li fil-jiem li ġejjin il-Parlament Malti jkun f'pożizzjoni li jikkomunika wkoll l-ismijiet ta' dawk il-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra li se jkollhom l-opportunità li jirrappreżentaw lill-Parlament Malti f'din l-Assemblea, biex ikompli dejjem isaħħaħ il-kontribut tiegħu f'dik li hija diplomazija parlamentari.", "Għalhekk għall-introduzzjoni dwar dan il-jum importanti nsejjaħ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, nirringrazzjak tal-introduzzjoni tiegħek u tal-informazzjoni li tajt dwar id-dimensjoni parlamentari wara li pajjiżna għadda minn dan l-iżvilupp li, kif għedt inti, huwa wieħed importanti.", "Din hija l-ewwel darba li f'dan il-Parlament Malti qegħdin nitkellmu dwar dan l-iżvilupp li seħħ li ra lil Malta toqrob lejn din l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija billi ssir membru osservatur.", "Kif għedt tajjeb inti, Sur President, il-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija jaħbat fl-20 ta' Marzu ta' kull sena.", "Ħafna jqabblu din l-organizzazzjoni mal-Commonwealth fejn hemm ġabra ta' pajjiżi li tradizzjonalment, b'xi mod jew ieħor, għandhom rabta mar-Renju Unit.", "Din hija organizzazzjoni li bejn wieħed u ieħor hija l-istess però din id-darba r-rabta hija ma' Franza, mal-lingwa Franċiża u mal-kultura u l-valuri umanisti li tirrappreżenta din l-għaqda.", "Fil-fatt din l-għaqda internazzjonali hija għaqda dinjija li tiġbor fiha lil dawk il-pajjiżi, u anke reġjuni, fejn il-Franċiż huwa l-lingwa li jużaw b'mod regolari jiġifieri din hija l-lingwa abitwali tagħhom, fejn hemm parti sostanzjali mill-popolazzjoni li titkellem bil-Franċiż jew fejn hemm xi tip ta' affiljazzjoni mal-kultura Franċiża u mal-valuri umanisti li din tirrappreżenta.", "Din l-organizzazzjoni hija magħmula minn 88 stat u l-miri prinċipali tagħha huma li jiġu promossi l-lingwa, id-diversità kulturali u l-lingwistika Franċiża kif ukoll il-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.", "Id-deċiżjoni ta' Malta li titlob għall-istat ta' osservatur f'din l-organizzazzjoni kienet proprju motivata minn numru ta' fatturi li jvarjaw minn dawk storiċi, kulturali u anke lingwistiċi.", "Fattur ieħor huma r-rabtiet li ġew konsolidati mal-milja tas-snin bejn Malta u pajjiżi li diġà huma membri ta' din l-organizzazzjoni u li magħhom s'issa ma kellna l-ebda pjattaforma komuni li tipprovdi l-opportunità għal djalogu b'mod konsistenti.", "Għalhekk, permezz ta' din l-organizzazzjoni, qegħdin naraw li għandna pjattaforma fejn nistgħu nsaħħu d-djalogu b'mod aktar konsistenti ma' dawn il-pajjiżi.", "Sur President, id-deċiżjoni tagħna li nidħlu għal relazzjoni eqreb mad-dinja frankofonika tixhed mod ġdid ta' ħsieb.", "M'hemmx għalfejn ngħidu li tradizzjonalment pajjiżna kien jinklina, u sa ċertu punt għadu jinklina, prinċiparjament lejn rabtiet anglosassoni, jiġifieri rabtiet ma' tradizzjonijiet Brittaniċi tanġibbli.", "Madanakollu, Malta tirrikonoxxi bis-sħiħ ukoll il-valuri umanisti promossi mil-lingwa Franċiża u tappoġġja l-objettivi tal-frankofonija li huma d-demokrazija, is-saltna tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-prevenzjoni tal-konflitti, id-djalogu kulturali, is-solidarjetà, l-edukazzjoni u l-koperazzjoni multilaterali.", "Dawn huma wkoll raġunijiet li jqarrbu lil pajjiżna lejn din l-organizzazzjoni.", "Sur President, kien proprju f'April tas-sena l-oħra li nbeda l-proċess biex Malta tissieħeb bħala osservatur, u ġejna aċċettati f'Ottubru li għadda waqt il-laqgħa għolja tal-istess organizzazzjoni li saret fil-kapitali Armena Yerevan.", "Flimkien magħna kien hemm l-Irlanda, il-Gambja u l-istat Amerikan ta' Louisiana li kisbu l-istat ta' osservatur.", "Huwa ta' sodisfazzjon li naraw li l-ħidma u l-kollaborazzjoni diġà bdiet u b'riżultat ta' dan, ix-xandir nazzjonali Malti l-PBS flimkien ma' TV5MONDE, in-network televiżiv Franċiż, diġà beda jxandar numru ta' programmi bil-lingwa Franċiża fuq skambju ta' programmi televiżivi bejn dawn iż-żewġ stazzjonijiet.", "Fil-fatt ġiet ukoll skedata żjara minn uffiċjali eżekuttivi ta' TV5MONDE li mistennija ssir fil-futur qarib biex tiġi aktar konkretizzata din il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fil-qasam tax-xandir.", "Naturalment il-pjan tagħna hu li nkunu parteċipanti attivi u proattivi biex nimmassimizzaw l-użu tal-għodda kollha disponibbli għalina u nwasslu lil Malta għall-attenzjoni anke tal-pajjiżi membri fl-istess organizzazzjoni.", "Fil-fatt tajjeb li jingħad li diġà għamilna ħidma ma' numru ta' ambaxxaturi residenti f'pajjiżna f'laqgħa organizzata mill-istess Ambaxxatur Irlandiż għal Malta, li minn hawnhekk irrid nirringrazzjah kif nirringrazzja wkoll lill-Ambaxxaturi akkreditati għal Malta tal-Eġittu, ta' Franza, tal-Ghana, tal-Qatar u tat-Tuneżija li lkoll huma membri f'din l-organizzazzjoni.", "Irrid ngħid li ddiskutejna temi komuni u kif nistgħu naħdmu flimkien.", "Għall-ewwel darba din il-kollaborazzjoni ssarrfet billi ċċelebrajna l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija li, kif għedt fil-bidu, jaħbat fl-20 ta' Marzu ta' kull sena.", "Saru diversi attivitajiet mifruxin fuq medda ta' ġimgħa u dan bis-saħħa ta' din il-koperazzjoni.", "Barra minn hekk, kif diġà għedt, din l-organizzazzjoni se tgħin lil pajjiżna biex isaħħaħ il-koperazzjoni u d-djalogu ma' stati membri oħrajn anke fuq bażi multilaterali, anke fid-dawl tal-kandidatura ta' Malta għal siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-perjodu bejn l-2023 u l-2024.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li huwa importanti li napprezzaw u nkomplu nenfasizzaw, anke bħala pajjiż , l-importanza tat-tagħlim tal-lingwi u ċertament anke t-tagħlim tal-lingwa Franċiża li hija waħda ewlenija.", "Għal pajjiżna huwa importanti li mhux biss ikollna l-ewwel u t-tieni lingwa, imma jekk jista' jkun ikollna anke t-tielet u aktar lingwi, għax fl-aħħar mill-aħħar dawn isarrfu f'opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna.", "Din is-sħubija li għamilna tgħin biex nippromwovu t-tagħlim ta' lingwi oħrajn, f'dan il-każ il-lingwa Franċiża.", "Minn hawnhekk irrid nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk l-istudenti u anke adulti li ħadu sehem biex ġew organizzati dawn l-attivitajiet.", "Ninsab ġenwinament konvint li dan il-pass, jiġifieri l-kisba tal-istat ta' osservatur f'din l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, se jkompli jesponi lil Malta f'postijiet oħrajn għax aktar minn qatt qabel jeħtieġ li nkunu preżenti biex pajjiżna jibqa' jkattar il-ġid, filwaqt li jsaħħaħ l-influwenza tiegħu anke fuq livell globali.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, l-ewwel nett irrid ningħaqad mas-sentimenti sbieħ tiegħek u tal-Ministru.", "Naqbel li għandna d-dmir li niddefendu l-wirt kulturali tagħna bl-għeruq u x-xniexel.", "Il-lingwi huma għodda essenzjali tagħna u pajjiżna għandu bżonn jassigura dejjem aktar li ċ-ċittadini tagħna u wliedna jitgħallmu aktar minn lingwa waħda.", "Għalina li m'għandniex riżorsi materjali, imma għandna dawk umani fuqiex naħdmu, huwa essenzjali li dawn nissodawhom.", "Kien għalhekk pass tajjeb li pajjiżna ngħaqad, bi qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra, biex ikun osservatur ma' din l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija.", "Kif diġà ntqal, din hija organizzazzjoni li għandha 61 membru u 27 osservatur, organizzazzjoni li tagħti kontribut importanti fil-progress u l-iżvilupp uman u wieħed m'għandu jsib ebda oġġezzjoni għall-għanijiet prinċipali tagħha anzi wieħed għandu jsostnihom.", "Fost dawn l-għanijiet hemm l-ewwel nett it-tixrid tal-lingwa Franċiża.", "Għalina din mhijiex xi theddida jew xi tibdil fl-identità nazzjonali tagħna imma hija parti essenzjali mill-kultura sħiħa tagħna.", "Hawn irrid infakkar kemm għad għandna dokumenti f'idejna li ħallewlna l-Kavallieri ta' San Ġwann li huma miktubin bil-Franċiż li jridu jinqraw u jiġu analizzati.", "Dan huwa punt li l-Professur Alain Blondy f'diversi kitbiet tiegħu wera, ippubblika u espona.", "Barra minn hekk hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq lingwa li 60% tagħha tiġi wżata minn żgħażagħ taħt it-30 sena u minn 55% li jgħixu fil-kontinent Afrikan, u għalina dan għandu jkun mira għat-tisħiħ ekonomiku fis-snin li ġejjin.", "Dan apparti li rridu naraw x'effett lingwistiku se jkun hemm fl-Unjoni Ewropea dejjem jekk ir-Renju Unit joħroġ u għalhekk jonqos l-użu tal-Ingliż fid-dokumenti uffiċjali.", "Huwa proprju għalhekk li hemm bżonn nassiguraw li aktar studenti jiġu mgħallmin din il-lingwa.", "Hemm bżonn ħidma akbar għax bejn is-sena 2015 u s-sena 2017 rajna tnaqqis ta' madwar 1,000 student, minn 7,620 għal 6,060 student, li qegħdin jitgħallmu l-Franċiż fl-iskejjel sekondarji tagħna.", "Hemm bżonn ukoll li jinxtraw aktar kotba u ebooks f'din il-lingwa biex ikunu jistgħu jiġu mislufin mil-libreriji pubbliċi tagħna u b'hekk ikun hemm aktar it-tixrid kemm tal-lingwa Franċiża kif ukoll tal-kultura Franċiża.", "Infakkar ukoll il-fatt li din l-organizzazzjoni mhux biss tassigura aktar it-tixrid tal-Franċiż imma tħares u xxerred il-valuri umanisti, il-paċi u d-demokrazija.", "Dan huwa frott ta' ħidmet diversi kittieba u movimenti politiċi.", "Hawn nieħu l-okkażjoni li nfakkar dak li qal Antoine de Saint-Exupéry fil-ktieb tiegħu \"Pilote de Guerre\".", "Dan qal hekk:", "Infakkar ukoll f'dak li qal is-Centre des Démocrates Sociaux (CDS), il-Partit Demokristjan Franċiż ta' Robert Schumann, fundatur tal-Ewropa magħquda.", "Dan qal hekk:", "Qed jgħid għal dawk li bħalna jħarsu lejn id-demokrazija mhux bħala parti minn règle du jeu imma bħala valur determinanti.", "Pajjiżna għandu ħafna x'jitgħallem mingħand dawn il-bnedmin u wieħed irid jgħid li tul dawn l-aħħar snin żidna sew fir-rabtiet tagħna speċjalment wara li dħalna membri fl-Unjoni Ewropea.", "Inħoss li nkun qed nonqos jekk ma nsemmix żewġ persuni li għalija għenu f'din il-linja.", "L-ewwel li rrid insemmi hu l-mibki ħabib tagħna Jacques Barrot, Kummissarju Franċiż fl-Unjoni Ewropea, li aħna ġustament onorajna b'Ġieħ ir-Repubblika, u lil Daniel Rondeau, wieħed mid-diversi ambaxxaturi li konna fortunati li ġew f'pajjiżna.", "Komuni bejnietna hemm il-vokazzjoni Ewropea u l-vokazzjoni Mediterranja.", "Fil-ktieb tiegħu Carthage, Daniel Rondeau, kiteb hekk dwarna:", "Iva, aħna wkoll parti minn dan il-wirt ta' valuri, ta' ideat u ta' kultura li sawruna u li jiddistingwuna.", "M'għandniex nintilfu f'dinja li trid tkisser il-valuri etiċi nsara tagħna li għandna dmir li nissodaw u nxerrdu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Fil-fatt diġà qegħdin nieħdu l-qagħda tal-lingwa fil-Frankofonija.", "Nirringrazzjakom.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA", "CARMELO ABELA: Sur President, f'isem is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI TAL-LIĠIJIET TAL-PULIZIJA (EMENDA NRU 2)", "CARMELO ABELA: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, Kap. 10\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Emenda Nru 2) ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-25 ta' Marzu, 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, mill-Franċiż ngħaddu għall-Malti pur - jista' jkun għall-Għawdxi wkoll - għax meta rajt dan l-Abbozz ta' Liġi ġieni f'moħħi l-qawl Malti: Ħoblot il-muntanja biex welldet ġurdien.", "Wara li ilna sentejn nisimgħu li se ssir riforma kbira fil-kunsilli lokali, wara l-konsultazzjoni li kienet għaddejja u wara li rajna press release waħda wara l-oħra, wieħed kien jistenna li l-Gvern jiġi hawnhekk fil-Parlament b'abbozz ta' liġi li verament juri kif se nsaħħu l-kunsilli lokali f'pajjiżna, kif se nagħtuhom aktar poteri u kif se nagħtuhom aktar finanzi u aktar riżorsi umani biex ikunu jistgħu jidħlu għal responsabilitajiet ġodda.", "Meta wieħed jagħsar dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jsib li minbarra xi tibdiliet kożmetiċi, minflok pass 'il quddiem pjuttost qed nagħmlu pass lura għax minflok qed inżidu, hawnhekk qed innaqqsu r-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali.", "L-esperiment tal-kunsilli lokali f'pajjiżna issa ilu 25 sena, sar realtà u sar storja ta' suċċess.", "Issa li kulħadd jaqbel li dan kien esperiment li rnexxa, wieħed ma kienx jippretendi li niġu hawnhekk u nsibu abbozz ta' liġi li ma jagħti l-ebda responsabilità ġdida lill-kunsilli lokali anzi jeħdilhom, kif se nispjega fid-diskors tiegħi.", "Hawnhekk għandna biss abbozz ta' liġi li jagħmel tibdiliet - uħud minnhom tajbin - kożmetiċi li fis-sustanza ma jbiddlu xejn.", "Il-kunsilli lokali f'pajjiżna issa ilhom 25 sena.", "Meta fl-1992 dan il-Parlament kien qed jiddiskuti d-dħul tal-konċett tal-kunsilli lokali f'pajjiżna kellna Gvern li ma beżax li jitlaq parti mill-poter minn idejh u jpoġġi l-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-prattika.", "Iva, kien Gvern kuraġġuż li jiġi hawnhekk fil-Parlament u jgħaddi liġi biex jitwaqqfu 67 kunsill lokali li eventwalment saru 68 kunsill lokali meta żdiedet l-Imtarfa diversi snin wara.", "Dawn il-kunsilli lokali kellhom jieħdu f'idejhom poteri li sa dak iż-żmien kienu f'idejn il-Gvern ċentrali f'pajjiżna.", "Dakinhar il-liġi li ġiet proposta f'dan il-Parlament kellha lista ta' responsabilitajiet li kellhom jgħaddu għand il-kunsilli lokali fuq perjodu qasir ta' snin u hekk ġara.", "Għaxar snin ilu, meta konna qegħdin infakkru l-15-il sena mid-dħul tal-kunsilli lokali f'Malta, ridna nieqfu, naraw dak li ħadem u nsaħħuh, u nżidu r-responsabilitajiet.", "Għal dan il-għan għaxar snin ilu saru emendi sostanzjali għall-Kapitlu 336 tal-Liġijiet ta' Malta, li huwa l-Att li waqqaf il-kunsilli lokali f'pajjiżna, biex żidna r-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali.", "Mela minbarra li erġajna poġġejna aktar fil-prattika l-prinċipju tas-sussidjarjetà għax daħħalna l-konċett tal-kumitat reġjonali u daħħalna 16-il kumitat amministrattiv biex frixna aktar it-tħaddim tal-poter, żidna wkoll b'mod sostanzjali r-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali mogħtija taħt l-artiklu 33 tal-Att.", "Fl-opinjoni tiegħi, l-aktar artiklu importanti fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali huwa artiklu 33 li jispeċifika x'inhuma r-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali.", "Mela għaxar snin ilu saru emendi sostanzjali f'dan l-artiklu biex daħlu responsabilitajiet ġodda.", "Illum, meta qed infakkru l-25 sena tal-kunsilli lokali, fl-artiklu 33 ma qed tiddaħħal l-ebda responsabilità ġdida.", "Anzi, meta nħarsu lejn l-aħħar snin naraw li r-responsabilitajiet li hemm taħt l-artiklu 33, jiġifieri t-toroq, il-latrini pubbliċi u issa anke l-immaniġġjar tal-iskart, ittieħdu minn taħt idejn il-kunsilli lokali u tpoġġew taħt entitajiet oħra.", "Mela allura minflok jara kif iżid ir-responsabilitajiet, minflok jara kif isaħħaħ il-kunsilli lokali biex verament ikunu gvern lokali, għandna Gvern li qed inaqqsilhom ir-responsabilitajiet.", "Waħda mill-bidliet kożmetiċi li qed isiru hija li qed ngħidu li minflok il-kliem \"kunsill lokali\" jidħol il-kliem \"gvern lokali\".", "Mhux li ddaħħal il-kliem \"gvern lokali\" jgħodd imma li verament ikunu gvern lokali, u biex il-kunsilli lokali jkunu verament gvern lokali jrid ikollhom il-poter f'idejhom f'ċerti oqsma.", "Biex il-kunsilli lokali jkunu verament gvern lokali jridu jkunu awtonomi mill-Gvern ċentrali, irid ikollhom il-poteri definiti u jrid ikollhom biex jaħdmu.", "Din il-liġi u dawn l-emendi, mhux hekk qed jagħmlu, anzi qed jagħmlu bil-maqlub, u minflok gvern lokali, minflok kunsilli lokali, ftit ftit qegħdin nirriduċuhom għal kumitati ċiviċi jew kumitati lokali.", "Sur President, kif diġà għedt, artiklu 33 huwa l-aktar artiklu importanti fil-liġi tal-kunsilli lokali.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi dan l-artiklu jissemma biss fi klawsola 24 u ma qed tiddaħħal l-ebda responsabilità ġdida.", "Anzi meta nħarsu lejn klawsola 31 tal-Abbozz ta' Liġi nsibu li din tgħid li issa anke l-immaniġġjar tal-iskart, l-unika responsabilità importanti li fadlilhom il-kunsilli lokali, se jittieħed minn taħt ir-responsabilità tagħhom.", "Sena ilu tteħdulhom it-toroq biex għaddew għand Infrastructure Malta.", "Dakinhar wegħduna l-ilma jiżfen u qalulna li Infrastructure Malta se tikkonsulta mal-kunsilli lokali u li se jkunu l-kunsilli lokali li jiddeċiedu liema toroq isiru, però assolutament mhux qed isir hekk.", "Imma dik hija xi ħaġa oħra.", "Il-punt hu li wara li sena ilu r-responsabilità tat-toroq, anke toroq lokali, minn taħt idejn il-kunsilli lokali għaddiet għand Infrastructure Malta, aġenzija tal-Gvern ċentrali biex jikkontrolla kollox il-Ministru u l-Gvern ċentrali, issa f'dan l-Abbozz ta' Liġi, għandna sitwazzjoni fejn l-immaniġġar tal-iskart li, kif spjegajt, hija waħda mill-aħħar responsabiltiajiet, jekk mhux l-unika responsabilità importanti li fadlilhom il-kunsilli lokali f'idejhom, se tittieħed u se tmur f'idejn il-Kunsilli Reġjonali.", "Allura x'responsabilitajiet diretti se jibqgħalhom il-kunsilli lokali?", "Ftit ilu, f'dan il-Parlament, kellna ministru li qal li se jara li l-latrini pubbliċi jittieħdu minn taħt il-kunsilli lokali biex jgħaddu għand aġenzija ċentrali għax b'hekk jiġu mmaniġġjati aħjar u wieħed ikun jista' jħaddimhom aħjar.", "S'issa ma jidhirx li din għadha saret, imma forsi jkun tajjeb li jgħidulna jekk għadhomx bl-intenzjoni li l-latrini pubbliċi jittieħdu minn taħt idejn il-kunsilli lokali wkoll.", "Dan huwa l-aktar punt kruċjali meta nkunu qed nitkellmu fuq riforma.", "Issa ħalliha li llum inbidlet id-diska u l-kelma \"riforma\" ma tantx għadhom jużawha.", "Illum dan l-Abbozz ta' Liġi m'għadux jissejjaħ \"riforma tal-kunsilli lokali\" għax fil-verità mhu riforma xejn, anzi huwa rigress fil-qasam tal-kunsilli lokali u huwa pass lura fejn jidħlu responsabilitajiet.", "Sur President, fl-aħħar sentejn smajna ħafna dwar sindki full-time.", "Fil-fatt kellna wkoll diskussjoni għaddejja dwar jekk is-sindki għandhomx jingħataw l-opportunità li jkunu full-time.", "Però din il-proposta sparixxiet u ma tidhirx f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Tkellimna dwar żieda għas-sindki u żieda fl-allowances tal-kunsilliera.", "Huwa tajjeb li nirrikonoxxu x-xogħol li qed isir minn dawn in-nies però din il-possibilità sparixxiet.", "Wieħed irid jirrimarka dwar il-bżonn li aktar milli allowance dawn in-nies għandhom jingħataw l-opportunità minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom li jkollhom ċertu ammont ta' sigħat jew ġranet ta' leave fis-sena biex ikunu jistgħu jaqdu aħjar il-lokalità li jkunu qegħdin jirrappreżentaw.", "Jekk huma impjegati mal-Gvern din tista' tiġi implimentata bla problema ta' xejn u jekk jaħdmu mal-privat jistgħu jidħlu xi forma ta' tax credits lill-kumpaniji fejn jaħdmu.", "Imbagħad għandna wkoll it-taħwida li tirrigwarda liż-żgħażagħ ta' 16-il sena li issa jistgħu jikkontestaw għall-kunsill lokali.", "Dawn jistgħu jiġu eletti kunsilliera imma ma jistgħux ikunu sindku u jien din ma nistax nifhimha.", "Qisu qed niġu hawnhekk b'emenda fejn ngħidu li xi ħadd jista' jiġi elett f'dan il-Parlament imma l-Prim Ministru jkun prekluż milli jagħżlu bħala ministru.", "Kif jista' jkollna emenda li tgħid li persuna ta' 16-il sena issa tista' tikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, tista' tiġi eletta, imma jekk iġġib l-akbar ammont ta' voti minn dak il-partit li jkollu l-maġġoranza f'dak il-kunsill, ma tistax tkun sindku?", "Il-liġi tipprekludiha milli din tkun sindku, u din hija xi ħaġa li ma nistax nifhimha.", "Ladarba qed nagħtu d-dritt liż-żgħażagħ li jikkontestaw u ladarba qed nagħtu d-dritt lir-residenti biex jagħżlu lil dik il-persuna biex tirrappreżentahom, jekk ir-residenti jagħtu lil dik il-persuna l-akbar fiduċja u din tkun fil-partit li jġib il-maġġoranza, dik il-persuna għandha tkun sindku.", "Se mai kellna nbiddlu l-liġijiet l-oħrajn li jżommuna jew ixekkluna milli nagħtu l-possibilita li dik il-persuna tkun sindku.", "Irrid ngħid ukoll li anke t-tneħħija tal-kumitati amministrattivi kienet rigress għax dawn huma espressjoni tal-konċett tas-sussidjarjetà.", "Għaxar snin ilu daħħalna l-kumitati amministrattivi ridna li 16-il komunità żgħira f'pajjiżna, fosthom Burmarrad, Santa Luċija f'Għawdex, il-Madliena, il-Kappara u s-Swatar, ikollhom il-kumitat amministrattiv tagħhom.", "Issa din il-liġi qed tneħħihom.", "Mela minflok insaħħu l-konċett ta' sussidjarjetà f'pajjiżna, qegħdin innaqqsuh.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi li qed jikkanċella xi ħaġa li daħlet għaxar snin ilu u l-iskuża hija li kien hemm minnhom li ma ħadmux kif kellhom jaħdmu.", "Hemm oħrajn li ħadmu u ħallew il-frott, u hawn jiġini f'moħħi l-kumitat amministrattiv ta' Santa Luċija f'Kerċem, Għawdex li kien kumitat amministrattiv li ħadem u li kien xempju ta' kif għandhom jaħdmu l-kumitati amministrattivi.", "Jiġini f'moħħi wkoll il-kumitat amministrattiv tal-Madliena li waħdu, bħala kumitat amministrattiv, irnexxielu jagħmel il-bankini u t-toroq kollha tal-Madliena.", "Issa qed niġu hawn u nipproponu li dawn, b'daqqa ta' pinna, jiġu kkanċellati u ma jibqgħux jeżistu.", "Qisna ġejna hawn u għedna li 16-il kunsill lokali ma jibqgħux jeżistu.", "Hekk qed nagħmlu.", "Allura qed immorru 'l quddiem jew lura?", "Jekk kien hemm kumitati amministrattivi li ma kenux qegħdin jaħdmu, il-Gvern kellu obbligu li jagħmel l-emendi li hemm bżonn biex jassigura li l-kumitati amministrattivi kollha, jew fil-maġġornaza tagħhom, jagħtu l-frott.", "Il-Gvern kellu jara fejn dan l-esperiment li daħal għaxar snin ilu kellu bżonn jiġi tweaked u rranġat biex dawn il-kumitati amministrattivi jħallu l-effett pożittiv tagħhom bħalma ħallew kumitati amministrattivi oħra fuq ir-residenti ta' dawn is-16-il lokalità żgħira madwar Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Issa lin-nies ta' dawn il-lokalitajiet, li bejn wieħed u ieħor jgħoddu mal-25,000 jew 27,000 persuna, qed ngħidulhom li għaxar snin ilu dan il-Parlament tahom rappreżentanza u issa qed jeħodhielhom għax kien hemm minnhom li ma ħadmux, jew agħar minn hekk kien hemm sindki jew kunsilliera fil-kunsill lokali li taħthom jaqgħu dawn il-kumitati amministrattivi li rawhom bħala xkiel.", "Din, fil-verità, tiġri kull darba li xi ħadd jitlaq il-poter minn idejh u jgħaddih aktar qrib ir-residenti li jkunu milqutin.", "Hekk ġara fil-kumitati amministrattivi.", "Sur President, kif diġà spjegajt, hemm ħafna emendi kożmetiċi, uħud huma bżonjużi għax iż-żmien jurik il-bżonn li tagħmel ċerti emendi fil-liġi biex ċerti loopholes jiġu magħluqa u ċerti affarijiet jiġu ċċarati, imma hemm oħrajn li mhuma bżonjużi xejn u wisq nibża' li qed isiru għall-konvenjenza politika, biex forsi jkun hemm xi persuna li nsibulha post xi mkien.", "Bħalissa qed tiġini f'moħħi l-kwestjoni tal-Presidenti tar-Reġjuni.", "Pereżempju sal-lum il-President ta' Reġjun dejjem ried ikun kunsillier elett biex il-persuna li tokkupa dik il-kariga tkun persuna li verament tirrappreżenta lin-nies u tkun ġiet magħżula min-nies.", "Issa qed ngħidu li jekk ikun kunsillier dan ikun irid jirriżenja mill-kariga tiegħu fil-kunsill lokali.", "Laqtitni wkoll klawsola 26 tal-Abbozz ta' Liġi li titkellem dwar il-bye-laws tal-kunsilli lokali.", "Din il-klawsola dejjem kienet hemm u kienet tgħid li l-kunsill lokali jista' jagħmel, jemenda jew jirrevoka bye-laws sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u sabiex iħares u jnaqqas ċerti inkonvenjenzi fil-lokalità tiegħu.", "Dak kien l-iskop tal-bye-laws, imma issa qed inżidu:", "\"… sabiex idaħħal aktar fondi minn dawk allokati lilu taħt l-artikolu 55.\"", "Jidher ċar li l-Gvern irid li l-bye-laws jibdew jintużaw biex jiddaħħlu taxxi lokali.", "Issa dan qed isir minn Gvern li tgħidx xi storbju kien jagħmel f'dan ir-rigward, anzi kienet fil-programm elettorali tiegħu, għal darba wara oħra, li ma jridx li l-kunsilli lokali jagħmlu taxxi lokali.", "Issa, iswed fuq l-abjad, qed tiżdied fi klawsola 26 li l-bye-laws qegħdin hemm biex il-kunsilli lokali jdaħħlu aktar fondi minn dawk allokati lilhom taħt l-artiklu 55.", "Huwa importanti li wieħed jgħid ukoll li issa r-reġjuni minn ħamsa se jitilgħu għal sitta.", "Dan forsi se jsir ukoll għall-konvenjenza politika però, kif diġà għedt, l-aktar ħaġa li laqtitni hija li l-President ta' Reġjun ma jistax ikun kunsillier.", "M'għandix dubju li din l-emenda qiegħda ssir biex jinħolqu ċerti postijiet, għax hemm nies li forsi ma jriduhomx jibqgħu jservu bħala sindku f'xi lokalità u b'hekk isibulhom post. M'għandix dubju minnha din għax m'hemm l-ebda raġuni għalfejn il-President ta' Reġjun, li sal-lum dejjem ried ikun elett min-nies, issa ma jistax ikun kunsillier.", "Paragrafu (4) ta' klawsola 30 jgħid li kull entità tal-Gvern trid tirrikonoxxi distribuzzjoni ġeografika skont dawn ir-reġjuni.", "Forsi s-Segretarju Parlamentari jispjegalna kif l-entitajiet governattivi se jkunu mġegħlin jirrikonoxxu din id-distribuzzjoni ġeografika.", "Xi ħaġa oħra hija dwar l-assistenza ta' fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Waħda mill-ftit responsabilitajiet li għaddew għand il-kunsilli reġjonali hi li dawn iridu jgħinu lill-kunsilli lokali biex jakkwistaw fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li dawn il-kunsilli reġjonali jrid ikollhom struttura ta' nies esperti biex jgħinu lill-kunsilli lokali.", "Sal-lum, din l-istruttura kienet fi ħdan il-MEUSAC li ħadmet tajjeb ħafna meta ġiet użata tajjeb u ħalliet riżultati pożittivi immens.", "Issa donnu li minn struttura waħda fi ħdan il-MEUSAC se jkollna sitt strutturi fi ħdan il-kumitati reġjonali.", "Jien ma nafx kemm se nsibu nies esperti biżżejjed fil-qasam tal-fondi tal-Unjoni Ewropea biex iservu kull reġjun.", "Jekk tirnexxi hija ħaġa tajba, imma tibqa' l-problema tan-nies u tal-finanzi li wieħed irid biex iħaddimha.", "L-aħħar punt li rrid insemmi qabel nagħlaq huwa li meta tara dan l-Abbozz ta' Liġi tistagħġeb kemm fih paġni imma mbagħad tibda tiżnu u tara li l-bulk tiegħu huwa l-kodiċi tal-etika u l-kodiċi tal-protokoll. ll-Gvern, b'għażla tiegħu, dawn qed idaħħalhom fi skeda tal-liġi u allura wieħed jinduna li din hija emenda kożmetika għax dawn kienu jeżistu diġà u issa qed jidħlu bħala skeda fil-liġi.", "Sur President, jien se nagħlaq billi ngħid li jekk ridna nagħmlu xi ħaġa tajba - u għadna fil-ħin li nagħmlu xi ħaġa tajba - kellna niġu hawn u naraw x'responsabilitajiet jistgħu jgħaddu taħt il-kunsilli lokali.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Cutajar, fid-diskors tiegħu semma diversi responsabilitajiet li b'rieda tajba min-naħa tal-Gvern jistgħu jgħaddu għand il-kunsilli lokali.", "Biex dan isir il-Ministri tal-Gvern iridu jkunu lesti li jitilqu ċerti poteri minn idejhom.", "Bħalissa qed jiġuni f'moħħi t-tmexxija diretta tal-bereġ fil-lokalitajiet, il-qasam tal-anzjani, fejn wieħed jista' jgħaddi responsabilitajiet diretti bħall-Home Help u diversi servizzi oħrajn lill-anzjani.", "Wieħed jista' jgħaddi responsabilitajiet ukoll fil-qasam tat-tfal, fil-qasam tal-familja, fil-qasam tal-ambjent u fil-qasam infrastrutturali.", "Għalkemm ftit tard, dan nistgħu nagħmluh b'rieda tajba minn kulħadd u b'hekk inkunu qed insaħħu l-konċett tal-kunsilli lokali f'pajjiżna.", "Jekk ma nagħmlux hekk, dan ikun biss eżerċizzju li qed jaħli ħafna mill-ħin tal-Parlament għax huwa biss eżerċizzju kożmetiku.", "Qegħdin fi żmien idoneu li jsiru emendi importanti għax bħal-lum xahrejn se jkunu qed jiġu ppubblikati r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew.", "Għalhekk ejja minn din l-okkażjoni ma jkollniex opportunità mitlufa imma jkollna opportunità mirbuħa.", "Ejja verament inħarsu lejn il-konċett tal-kunsilli lokali f'pajjiżna u dawn l-emendi jservu biex nieħdu l-kunsilli lokali fid-direzzjoni t-tajba għall-għaxar snin, 15-il sena li ġejjin.", "Dan nistgħu nagħmluh billi fil-liġi ndaħħlu responsabilitajiet ċari li rridu ngħaddu għand il-kunsilli lokali.", "Anke jekk ma jgħaddux minn għada, imma l-liġi għandha tispeċifika li l-Gvern irid jibda proċess biex dawk ir-responsabilitajiet li jkunu diġà qegħdin fil-liġi, ftit ftit matul is-snin li ġejjin jgħaddu direttament għand il-kunsilli lokali.", "Għalhekk nappella biex fl-istadju ta' Kumitat dan l-eżerċizzju jsir b'mod tajjeb miż-żewġ naħat ħalli l-kunsilli lokali jkunu gvern lokali mhux fuq il-karta biss imma wkoll fil-prattika, bir-responsabilitajiet li jkollhom u bir-riżorsi finanzjarji u umani.", "Jekk verament nemmnu fil-prinċipju tas-sussidjarjetà rridu npoġġu dan il-prinċipju fil-prattika bl-emendi li nkunu qed nagħmlu għall-Kapitlu 363 tal-Liġijiet ta' Malta.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, dan huwa suġġett interessantissmu, suġġett li beda minn eżempju ta' sussidjarjetà fil-prattika fl-1993.", "Irridu ngħidu li d-deċiżjoni tal-Gvern ta' dak iż-żmien li jidħlu l-kunsilli lokali kienet waħda tajba.", "Dak iż-żmien kien hemm dibattiti sħaħ dwar il-kompożizzjoni tal-kunsilli lokali u dwar jekk għandhomx jidħlu l-partiti jew le.", "It-tnejn għandhom l-argumenti u l-kontro-argumenti tagħhom però li hu żgur huwa li l-esperjenza wrietna li ċerti kunsilli lokali, bħal kull ħaġa fil-ħajja, imxew 'il quddiem u taw servizz lill-komunità u ċerti kunsilli lokali oħrajn weħlu, iddejnu, baqgħu b'dejn strutturali għal żmien twil u ma tantx kienu, jew ma kenux biżżejjed, ta' servizz għall-komunità tagħhom.", "B'dan ma rrid innaqqas xejn mill-mertu li dik id-deċiżjoni li ttieħdet fl-1993 kienet deċiżjoni tajba.", "Hawnhekk irrid insemmi esperjenza personali.", "Jien bdejt fil-politika b'żewġ affarijiet.", "Fl-1997 jien kont President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti u kont ġejt imħeġġeġ biex noħroġ għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Dr Alfred Sant - insellimlu minn hawnhekk u nawguralu għax-xogħol li qed jagħmel - u minn persuna oħra li kienet taħdem ħafna għall-Partit Laburista f'Ħ'Attard li llum m'għadhiex magħna u minn hawnhekk insellem il-memorja tagħha u tal-familja tagħha, is-Sur Franco Azzopardi.", "Dik kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fil-politika.", "Il-politika tista' titgħallimha billi tmur korsijiet ta' public speaking u ta' kif tittratta man-nies permezz ta' workshops 'l hawn u 'l hem.", "Però m'hemmx mod isbaħ kif titgħallem il-politika milli billi tibda minn taħt.", "Jien ngħid li l-aħjar politiċi huma dawk li bdew minn taħt.", "Niftakar li dak iż-żmien kont fir-raba' sena tal-kors tal-liġi, jiġifieri kont għadni student – hawnhekk qed nara lill-kollega tiegħi, l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, li qasam miegħi is-snin tal-Università u nsellimlu wkoll – u spiċċajt ħriġt għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali fuq Ħ'Attard.", "Issa hemmhekk ma kont naf kważi lil ħadd għax jien minn Birkirkara, però missieri kien iddeċieda li jmur joqgħod Ħ'Attard u allura ħriġt fuq dik il-lokalità.", "L-ewwel ħaġa li qaluli biex nagħmel - ironikament din għadha tapplika sal-lum - hija li nitlaq għal għonq it-triq, inħabbat bieb wara bieb u niltaqa' man-nies.", "Naħseb li dik hija l-aħjar skola tal-politika; kienet effikaċi dak iż-żmien u għadha effikaċi llum.", "Fil-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard għamilt sitta jew seba' snin, eżattament sal-2004.", "Ma' dan il-kunsill lokali partikolari għandna storja, għax għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali kien ħareġ ukoll missieri u sal-lum għamel ir-raba' term tiegħu.", "Insellimlu minn hawnhekk.", "Kultant ix-xogħol li tagħmel fil-kunsilli lokali mhuwiex daqshekk gratifikanti.", "Ikollok pressjonijiet fl-istess lokalità li toqgħod fiha u allura minn hawnhekk irrid insellem lin-nies kollha li servew fil-kunsilli lokali, lil dawk li qed iservu u lill-kandidati kollha li ħerġin għall-elezzjonijiet li se jkollna f'Mejju.", "Minn hawnhekk nawguralhom u nawgura b'mod speċjali liż-żgħażagħ.", "Dawn jistgħu jieħdu korsijiet però fil-politika l-aħjar ħaġa hija li tmur tħabbat il-bibien u tiltaqa' man-nies.", "Dik kienet l-esperjenza tiegħi tal-kunsilli lokali u dak kien il-bank tal-iskola tal-politika tiegħi.", "Niġi issa għal dak li sar dwar din il-liġi partikolari u nibda billi ngħid li ma naqbel xejn ma' dak li qal l-Onor.", "Minn hawn nifraħ lill-Onor.", "Silvio Parnis li għamel proċess sħiħ u rrid nibda nitkellem fuq kif wasalna s'hawnhekk.", "Kif jista' l-Onor.", "Said jgħidilna li din hija liġi kożmetika!", "L-ewwel nett, hawnhekk nagħrblu l-liġijiet però l-Gvern ma jeħux ħsieb il-kunsilli lokali bil-liġijiet biss.", "Chris Said nifhmu għax forsi dak iż-żmien kienu jagħmlu l-liġijiet biss u jħalluhom fuq il-karta, imma dak mhuwiex l-istil ta' din in-naħa u tal-Gvern.", "Kien hemm emendi li kienu importanti u l-Onor.", "Parnis ma ċaqlaqx il-liġi aktar milli kien hemm bżonn.", "Għamel l-emendi li kien hemm bżonn imma ma jfissrix li dawn huma kożmetiċi.", "Sinjura President, nistgħu nitkellmu ħafna fuq sussidjarjetà, fuq konsultazzjoni u fuq li nagħtu aktar poteri, imma l-ewwel nett, bir-rispett kollu, il-fatt li titfa' aktar responsabilitajiet fuq il-kunsilli lokali ma jfissirx li tkun qed tagħtihom aktar awtonomija.", "Din hija konfużjoni fil-moħħ tal-politiċi li qaluha.", "Lill-kunsilli lokali trid tagħtihom responsabilitajiet li jifilħuhom.", "Trid tagħtihom ir-riżorsi finanzjarji u riżorsi oħrajn biex jaħdmu.", "Eżempju ċar huwa l-public order.", "Ittieħdet id-deċiżjoni minn dan il-Gvern, immexxija u ggwidata tant tajjeb mill-Onor.", "Silvio Parnis, li l-kunsilli lokali ma jibqgħux kunsilli taċ-ċitazzjonijiet.", "Sal-2012 konna spiċċajna bil-kunsilli lokali magħrufin għall-patching u ċ-ċitazzjonijiet.", "Aħna ma ridniex li l-ordni pubblika fil-lokalitajiet u fil-komunitajiet tispiċċa eżerċizzju ta' twaħħil ta' multi, bil-public order nagħtuh lis-settur privat.", "Jidhirli li din semmieha l-Ministru Ian Borg ilbieraħ.", "Deċiżjoni importanti li għandna nsemmu hija li dan il-Gvern qal li l-ordni pubblika tal-komunitajiet m'għandhiex tkun immotivata mill-profitt.", "Saret ukoll riforma fejn tajna aktar dinjità b'kondizzjonijiet aħjar lill-uffiċjali fil-komunità.", "Din mhijiex xi ħaġa kożmetika!", "Imbagħad isir ukoll l-argument ta' konfużjoni u banali li għax il-Gvern qed jagħmel it-toroq residenzjali hu, qed inaqqar mill-awtonomija tal-kunsilli lokali.", "Mela l-Gvern qed jagħmel it-toroq bi pjan nazzjonali u b'baġit ta' €100 miljun fis-sena għal seba' snin, qed jagħmel it-toroq residenzjali bi prijorità u studjati, qed ineħħi uġigħ ta' ras minn fuq il-kunsilli lokali, qed iħallilhom il-baġit li kellhom qabel, u jiġu jgħidu li qed innaqqru mill-awtonomija!", "Din x'konfużjoni ta' ħsieb politiku hi?", "Hemm ukoll il-kwestjoni tar-reġjonalità.", "Jien naqbel mal-awtonomija u mal-idjosinkrasija tal-kunsilli lokali, jiġifieri li komunità jkollha l-karatteristiċi tagħha, imma ma tistax tgħid li r-reġjonalità mhijiex importanti biex ikollok scaleability meta tiġi biex toħroġ tenders u biex tippjana t-toroq aħjar speċjalment fir-rigward ta' komunitajiet li jmissu ma' xulxin!", "Hawnhekk mhux qegħdin fir-reġjuni Ġermaniżi bil-boskijiet bejn lokalità u oħra.", "Il-maġġoranza tal-lokalitajiet tagħna jmissu ma' xulxin u l-Gvern qed joħroġ pjan nazzjonali biex jagħmel it-toroq.", "Ovvjament il-kunsill lokali jrid aktar konsultazzjoni mal-Gvern biex isiru t-toroq tiegħu.", "Huwa l-obbligu ta' kull membru fil-kunsilli lokali li jirsisti biex isiru t-toroq tiegħu, imma ma jfissirx li qed innaqqru mill-awtonomija tal-kunsill lokali għax għall-ewwel darba qed naraw pjan effikaċi ta' kif isiru t-toroq!", "Wara kollox it-toroq qed isiru f'timeframes tajbin u minnhom qed igawdu r-residenti.", "Inkunu qed innaqqru mill-awtonomija tal-kunsilli lokali kieku neħdulhom il-flus, kieku ma nagħtuhomx fond ta' żvilupp, kieku l-Onor.", "Ian Borg ma ħax dawn l-inizjattivi, jew kieku l-ħabib tiegħi l-Ministru Chris Fearne m'għamilx l-inizjattivi ta' kura primarja fil-bereġ fil-komunità.", "Mela għax il-bereġ qed jirranġahom il-Ministeru għas-Saħħa mhumiex ta' għajnuna lill-komunità?", "Mela l-kunsilli lokali u l-Gvern ċentrali huma Ateni u Sparta?!", "Dawn għandhom jaħdmu flimkien u għandu jkun hemm kordinament.", "Aħna għandna 54 berġa li minnhom jinqdew viċin il-kwart ta' miljun persuna, jiġifieri dawn huma importanti ħafna.", "Hemm ivvotati €1 miljun għar-rinovar tal-bereġ fil-komunità.", "Jista' jkun li dan ir-rinovar m'għamlux il-kunsill lokali, imma mhux xorta għall-ġid tal-komunità qed isir!", "Mela għandu jkollna kunsill lokali versu Gvern ċentrali!", "Sinjura President, jien ma rridx nara kunsilli lokali tal-patching u taċ-ċitazzjonijiet.", "Aħna fil-Parlament ngħaddu l-liġijiet però hawnhekk aħna m'aħniex avukati biss; aħna politiċi wkoll, u rridu ngħidu li kien hemm kunsilli lokali li kienu organizzati u lil hinn mill-partiti politiċi, imxew 'il quddiem, ma qagħdux jimxu eżatt mad-dettami tal-liġi, ikkordinaw mad-dipartimenti u mal-Gvern ċentrali u ħarġu bi proġetti.", "Imbagħad kien hemm kunsilli lokali oħrajn li m'għamlux dan ix-xogħol.", "Dan ma jfissirx li m'għandhomx awtonomija, imma jfisser li ma ħadmux biżżejjed jew ma ħadmux bil-għaqal biżżejjed, però għal dan la nistgħu nagħtu tort lil-liġi kif kienet qabel u lanqas kif inhi issa.", "Jekk kien hemm kunsill lokali li mexa ħażin, ma jfissirx li l-liġi kienet ħażina.", "Ejja ma nagħmlux dak l-argument.", "Irridu naraw fejn kienet il-problema u nimxu.", "Xi ħaġa li ma tantx issemmiet hi li dan l-Abbozz ta' Liġi qed idaħħal aktar dixxiplina finanzjarja.", "Dan huwa importanti għax ma nistgħux nispiċċaw f'sitwazzjoni li jkollna kunsilli lokali li jagħmlu overruns fuq overruns.", "Jien dik naraha li timpinġi b'mod mill-aktar lampanti fuq l-awtonomija tal-kunsill lokali għax jekk sena wara oħra dejjem topera b'deficit strutturali, inti tkun irbatt lill-kunsill lokali ta' warajk li ma jista' jagħmel xejn.", "Għalija dik hija problema fl-awtonomija.", "Iva, bir-reġjonalità qed indaħħlu aktar dixxiplina finanzjarja, però r-reġjonalità ma timpinġix fuq l-awtonomija.", "Ir-reġjonalità tagħmel sens filwaqt li tissalvagwarda l-karatteristika ta' kull kunsill lokali, għax il-liġi ma missitx il-kunsilli lokali jew il-konfini.", "Il-kunsilli lokali baqgħu li huma u allura jien ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq tliet pilastri li wieħed minnhom huwa l-awtonomija fil-kunsilli lokali.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jagħti tisħiħ reġjonali li huwa importanti.", "Qed nindunaw li meta l-affarijiet isiru f'kontest ta' reġjonalità, ovvjament mhux bl-esklużjoni tal-kunsilli lokali, isiru aħjar għax hemm ċerti vantaġġi loġistiċi u ċerti vantaġġi finanzjarji ta' scaleability li rridu neħduhom.", "Imma l-aktar importanti hu li b'dan l-Abbozz ta' Liġi u b'dak li qed jagħmel il-Gvern, iċ-ċittadin jibqa' fil-qalba tad-deċiżjonijiet.", "Din la hija liġi tal-kunsilli lokali, la hija liġi tad-deputati, la hija liġi tas-sindki u lanqas hija liġi tal-kunsilliera.", "Hawnhekk aħna qed nilleġiżlaw għaċ-ċittadini.", "L-aħjar kejl biex wieħed jara jekk liġi hijiex tajba jew le huwa billi jagħmel il-mistoqsija: Din se ssarraf f'value for money aħjar għaċ-ċittadini?", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar jekk sindku għandux jibqa' hemm jew le.", "Jien nawgura li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu però din qajla tinteressani.", "Jien jinteressani li dak li nagħmlu u dak li jiġi ppreżentat hawnhekk jibbenefika minnu ċ-ċittadin.", "Sur President, b'kuxjenza ngħid li dan huwa Abbozz ta' Liġi fid-direzzjoni t-tajba għax qiegħed fil-kontest ta' dak li qed jagħmel il-Gvern b'mod aktar ħolistiku.", "Jien nappella biex il-kunsill lokali jikkoopera mal-Gvern.", "Il-kunsill lokali m'għandux għalfejn ikun u qatt m'għandu jkun - u din il-liġi mhux qed tagħmel hekk –xi lunga manus tal-Gvern.", "Ilbieraħ smajt lill-Onor.", "Godfrey Farrugia jitkellem u jgħid li l-kunsilli lokali saru qishom kumitati tal-Laburisti jew tan-Nazzjonalisti.", "Għandek kunsilli lokali li jaħdmu, għandek kunsilli lokali li huma kkuluriti b'Laburisti u b'Nazzjonalisti u ħadmu tajjeb.", "Il-kunsill lokali mhuwiex Gvern u Oppożizzjoni, mhuwiex parlament.", "Min jitla' jkollu l-qasam tiegħu u jrid jikkopera ma' dik il-persuna l-oħra li tkun telgħet.", "Suġġeriment tiegħi hu li forsi wasal il-mument li fil-liġi tagħna u fil-komputazzjonijiet tagħna, anke f'allokazzjonijiet annwali u ta' fondi, nieħdu konjizzjoni ta' ċirkostanzi speċjali li għandhom il-kunsilli lokali.", "Hemm kunsilli lokali li qed iħossu strain għax għandhom ħafna territorju.", "Hemm kunsilli lokali li qed iħossu strain għax minnhom jgħaddi ħafna traffiku li mhux neċessarjament ikun destinat għal dik il-lokalità però dik il-lokalità sservi biex it-traffiku jgħaddi għal postijiet oħra.", "Hemm kunsilli lokali li għandhom pressjonijiet ambjentali kbar u pressjonijiet fejn tidħol kostruzzjoni u ċ-ċittadini qed ibatu minn dawn l-affarijiet.", "Dawk huma affarijiet li għandna nieħdu ħsieb ukoll.", "Hemm kunsilli lokali li jbatu minn aspetti ta' divertiment għax għal jumejn jew tlieta fil-ġimgħa jkun hemm influss ta' nies li jmorru f'postijiet ta' divertiment.", "Ovvjament dan ukoll joħloq pressjoni fuq ir-residenti.", "Dawn huma affarijiet li 'l quddiem irridu nibdew nieħdu ħsiebhom aktar.", "Pilastru ieħor huwa l-aspett soċjali.", "Il-kunsilli lokali huma l-aktar entitajiet qrib is-soċjetà u għalhekk nemmen fir-rwol soċjali tagħhom lil hinn minn dak li hu legali.", "Kif għedt, jien l-argument li għax ħadtilhom it-toroq residenzjali allura ma baqgħux awtonomi ma nistax nifhmu.", "Għalija dan huwa argument li la jagħmel sens loġiku u lanqas politiku, imma rridu nidħlu aktar fil-eproblemi soċjali li qed jinbtu fil-komunitajiet anke sforz is-suċċess ekonomiku li qegħdin nagħmlu.", "Bħala eżempju nista' nsemmi s-solitudni fost l-anzjani u problemi soċjali ta' familji.", "Irridu li l-kunsill lokali jieħu aktar dak ir-rwol.", "Nerġa' ngħid, aħna rridu kunsilli lokali b'impenn soċjali u mhux kunsilli lokali tal-patching, tal-bozoz u tal-bankini.", "Għalkemm dawn huma importanti wkoll għall-persuni involuti, il-missjoni tal-eżistenza tal-kunsill lokali m'għandhomx ikunu l-bozoz u l-patching.", "Hemm ħafna x'jista' jagħmel il-kunsill lokali.", "Hemm ukoll l-aspett ambjentali li sar importanti ħafna.", "Nitkellmu ħafna fuq waste management li huwa pjan nazzjonali imma fl-aħħar mill-aħħar dan jinżel fil-komunitajiet tagħna.", "Huwa importanti wkoll li l-kunsilli lokali jieħdu inizjattivi ambjentali li jistgħu jkunu żgħar biex jibda jkollna lokalitajiet li ngħixu aħjar fihom.", "Imbagħad hemm it-tielet pilastru li huwa dak edukattiv.", "Aħna bdejna billi ma ħallejniex l-ordni pubblika fil-komunitajiet tkun motivata biss mill-profitt u dik kienet xi ħaġa importanti ħafna.", "Tajna impetu lill-edukazzjoni, biex in-nies isegwu l-ordni pubblika għax jiġu edukati mhux għax jibżgħu li jekk jieqfu biex jixtru xi ħaġa, pereżempju, isibu xi multa mill-ewwel.", "Aħna biddilna dik il-mentalità però m'hemmx dubju li l-kunsilli lokali jistgħu jidħlu f'aspetti oħra ta' edukazzjoni li huma importanti.", "Aħna għamilna proċess tajjeb ħafna ta' konsultazzjoni.", "Dan huwa Gvern li jisma'.", "Jgħidulna li dan huwa biss slogan imma dan mhuwiex minnu.", "Dan huwa verament Gvern li jisma'.", "L-Onor.", "Parnis beda konsultazzjoni f'Ottubru tal-2018 fuq il-White Paper u sema' lil kulħadd.", "Min ma tax kontribut u jiġi issa fil-Parlament jgħidilna li ċerti affarijiet m'għamilniehomx ngħidlu li kellu ż-żmien tiegħu, però rridu nimxu 'l quddiem u ma nistgħux nibqgħu nisimgħu dejjem.", "Fil-passat kellna gvernijiet li kienu jisimgħu dejjem u l-liġijiet kienu jibqgħu żmien twil fuq l-ixkaffa tant li jqabbduk il-ħakk kif taqlagħhom.", "Dawn il-gvernijiet kienu ilhom 20 sena dejjem jisimgħu!", "Dan huwa Gvern li jisma' imma li jaġixxi wkoll.", "Din il-liġi qed naġixxu dwarha wara proċess impekkabbli.", "Il-proċessi huma importanti u jien nemmen fihom ħafna għax biex l-affarijiet isiru sew u biex tagħti sodisfazzjon lin-nies trid timxi bil-proċessi.", "Dan kien proċess per eċċellenza li mexa tajjeb sabiex laħaq lil kulmin ried jgħid tiegħu qabel ġejna niddiskutu hawnhekk.", "L-Onor.", "Said semma l-Vot 16 u qal li dan huwa problema.", "L-ewwel nett dan mhu problema xejn.", "L-emenda hija ċara u hemm regoli ċari dwar il-Vot 16.", "Wieħed jista' jkun eliġibbli meta jagħlaq l-età.", "Fil-liġi din ngħidulha ius superveniens għax sakemm il-post ta' sindku jiġi vakanti, wieħed jilħaq jagħlaq l-età u jaqbeż it-18-il sena, jiġifieri kif qiegħda hija ġusta.", "L-Onor.", "Said qalilna li jew tafdah jew le.", "Bir-rispett kollu, sakemm tagħtini l-memorja l-Vot 16 sar taħt din l-Amministrazzjoni.", "Jekk l-Onor.", "Said għandu daqshekk riżervi jkolli ngħidlu li din imissu għamilha hu meta kien segretarju parlamentari u ministru.", "Mela jiġi jikkritika għax tajna ċans lil persuna ta' 16-il sena tidħol fil-kunsill lokali!", "Missu għamilha hu forsi kienet tkun aħjar!", "L-Onor.", "Hawnhekk irridu nserrħu ftit ras in-nies għax l-Onor.", "Said qalilna li klawsola 26 temenda subartiklu (1) ta' artiklu 34 tal-liġi sabiex il-kunsilli lokali jdaħħlu aktar fondi minn dawk allokati.", "Qal li l-Gvern se jibda juża l-kunsilli lokali biex jiġbor it-taxxi.", "Imma dan kif irid jitwemmen!", "Lil dawk li qed jarawna u jisimgħuna ngħidilhom: Lanqas il-Gvern ma daħħal taxxi ġodda mill-2013 'il hawn, se jdaħħluhom il-kunsilli lokali?", "Dan huwa Gvern li fl-ewwel Baġit tiegħu naqqas it-taxxa fuq id-dħul meta implimenta wegħda li kienet issemmiet f'Baġit tal-Partit Nazzjonalista li kien fil-gvern li mbagħad ma kienx tela' fl-2013.", "Għalhekk ċertament li dan mhuwiex il-każ.", "Din kienet emenda li l-ewwel nett mhijiex issemmi l-kelma \"taxxi\" imma tgħid:", "\"… sabiex idaħħal aktar fondi minn dawk allokati lilu.\".", "Sur President, biex ikun hemm sorsi oħra ta' dħul ma jfissirx li inti bilfors trid timponi t-taxxi.", "Kieku kienet tkun aktar ċara milli hi.", "Għalhekk jien, minn hawn, inserraħ ras in-nies dwar dan.", "Jien irrid nagħlaq id-diskors tiegħi billi l-ewwel nett nirringrazzja lilek, Sur President, ta' din l-opportunità li ngħatajt.", "Dan huwa suġġett li biex ippreparajt għalih mort daqsxejn lura fil-memorja, għal meta kont fil-kunsill lokali li kienet l-ewwel esperjenza politika tiegħi.", "Jien nappella liż-żgħażagħ tagħna biex jieħdu l-kunsilli lokali bis-serjetà.", "Hija esperjenza importanti li dawn jibdew jipparteċipaw f'dawk il-livelli għaliex aktar 'il quddiem jifhmu l-politika, jifhmu l-istrutturi tal-Gvern u jifhmu aktar kif jimxu l-affarijiet.", "Għalhekk nappellalhom biex jagħtu l-kontribut tagħhom.", "Nerġa' nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għal dan il-proċess impekkabbli.", "Il-messaġġ qiegħed hemm u huwa ċar.", "Id-dinja qed tinbidel, l-Ewropa qed tinbidel, is-soċjetà tagħna qed tinbidel, aħna qed ninbidlu, u allura dan il-Gvern qed ibiddel ukoll il-kunsilli lokali biex fl-aħħar mill-aħħar ikunu ta' servizz għaċ-ċittadin Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, irrid nibda dan l-intervent tiegħi billi ngħid li aħna bħala Oppożizzjoni dejjem emminna li n-nies jixirqilhom kunsilli lokali li jservuhom bl-aħjar mod fl-ibliet u fl-irħula madwar Malta u Għawdex.", "Ħadd ma jista' jmeri l-fatt li fil-bidu t-twaqqif tal-kunsilli lokali seta' kien esperiment imma llum ilkoll naqblu li din saret esperjenza sabiħa.", "Ilkoll nirrikonoxxu l-fatt li kunsilli lokali kienu żvilupp pożittiv.", "Il-kunsilli lokali rnexxew għax in-nies kienu kapaċi jipparteċipaw fi proċess demokratiku sabiex jeleġġu r-rappreżentanti li jridu fil-kunsilli lokali.", "Din hija esperjenza sabiħa li minnha qed igawdu r-residenti tal-irħula u l-bliet tagħna.", "Kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li 25 sena ilu welled il-kunsilli lokali biex ikun hemm deċentralizzazzjoni tal-poter u biex dawn ikunu ta' servizz u aktar qrib in-nies.", "Il-kunsilli lokali rnexxielhom ikollhom aktar poteri u fondi sabiex verament ikunu jistgħu jwettqu aktar proġetti għan-nies però b'dispjaċir ngħid li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna ftit li xejn qed jirrikonoxxi dan.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi li minflok jgħid kif il-kunsilli lokali se jkomplu jingħataw aktar poter, aktar jitkellem dwar doveri amministrattivi.", "Għandna Abbozz ta' Liġi li mhu qed iżid l-ebda poteri lill-kunsilli lokali, anzi, nżid ngħid li qed ikompli jnaqqas il-ftit poteri li baqgħalhom.", "Sur President, illum xtaqt nitkellem b'mod pożittiv dwar ir-riforma tal-kunsilli lokali però meta wieħed jiżen il-proposti li ressaq il-Gvern, wieħed jara kif bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.", "Il-Gvern, mill-bidu nett li bdiet tissemma din ir-riforma, wera li warajha kellu intenzjonijiet ulterjuri.", "Il-fatt li l-Gvern fetaħ il-konsultazzjoni dwar din ir-riforma man-nies fi żmien meta kien qed jiġi diskuss il-Baġit, mhu xejn ħlief ingann lill-poplu.", "Il-Gvern saħansitra wasal biex ressaq proposti li diġà qegħdin fil-liġi u allura dawn huma proposti mingħajr sustanza ta' xejn.", "Għalhekk proposti bħal dawn mhuma xejn ħlief insult u ingann għall-intelliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi ma ssemmewx suġġetti bħas-sigurtà, il-finanzjament tal-kunsilli lokali u l-istaff amministrattiv fil-kunsilli lokali stess.", "Din hija riforma li qed tinsa u twarrab il-bżonnijiet taż-żgħażagħ.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi nsibu provvediment li fl-opinjoni tiegħi ma jagħmel xejn ħlief li jinsulenta l-intelliġenza tal-poplu.", "Hawn qed nirreferi għall-bidla fl-isem fejn minn \"kunsilli lokali\" issa l-Gvern se jibda jsejħilhom \"gvernijiet lokali\".", "Mela niftaħru li l-kunsilli lokali issa se nibdew ngħidulhom gvernijiet lokali u fl-istess waqt, b'dan l-Abbozz ta' Liġi, il-Gvern qed jabolixxi l-kumitati amministrattivi.", "Il-Gvern qed jgħid li jrid isaħħaħ il-kunsilli lokali u b'daqqa ta' pinna jrid ineħħi dawn il-kumitati.", "Dan huwa teħid ċar ta' poter.", "Nhar it-2 ta' Marzu, jiġifieri għaxart ijiem ilu, ħareġ Avviż Legali Nru 44 tal-2019 li għandu l-iskop li jemenda r-regolamenti dwar il-kumitati amministrattivi għall-komunitajiet.", "Din l-emenda tgħid li l-elezzjonijiet għall-membri tal-kumitati amministrattivi li kellhom isiru f'Mejju 2019 għandhom jiġu posposti u jsiru f'xi data oħra kif pubblikati b'regolamenti maħruġa mill-Ministru.", "Il-Ministru qed jinħeba wara dan l-Avviż Legali u jgħid biss li l-elezzjonijiet ta' dawn il-kumitati se jiġu posposti.", "Donnu qed isib diffikultà jgħid li dawn se jiġu aboliti.", "Dawn il-kumitati amministrattivi ġew imwaqqfa minn Gvern Nazzjonalista għaliex inħass li ċerti żoni għandhom bżonn iktar attenzjoni.", "Huwa kkalkolat li madwar 25,000 li jgħixu f'dawn il-komunitajiet se jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom li jeleġġu persuni mill-komunità biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tagħhom.", "Irrid nirreferi wkoll għat-tibdil dwar il-kunsilli reġjonali li qed jiġi propost f'din ir-riforma.", "Klawsola 30 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi tgħid li l-kunsilli reġjonali, il-president u l-membri tagħhom, li għandhom il-mandat sal-25 ta' Mejju 2019, l-elezzjonijiet għalihom isiru fit-tieni Sibt ta' Ottubru tal-2019.", "Sal-lum l-elezzjonijiet għal dawn il-karigi kienu jsiru kull erba' snin.", "L-aħħar elezzjoni kienet saret f'Ottubru tal-2017, jiġifieri dawk eletti għandhom mandat sas-sena 2021.", "Għalhekk wieħed jistenna li ladarba l-aħħar elezzjoni saret f'Ottubru tas-sena 2017, il-mandat preżenti għandu jiġi rispettat u l-elezzjonijiet isiru fl-2021.", "Sur President, bħala Oppożizzjoni nemmen li huwa importanti li ssir differenza fil-ħajja tar-residenti bil-ħidma tal-kunsilli lokali.", "Nemmnu li huwa inutli li nitkellmu dwar riforma jekk ma jkunx hemm rieda li naħdmu flimkien għax b'hekk biss verament naraw li din ir-riforma ttejjeb il-kunsilli lokali.", "Irridu naraw li din ma tkunx riforma kożmetika imma riforma li verament tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.", "Proprju għal dan l-iskop l-Oppożizzjoni ppreżentat 80 proposta b'enfasi partikolari fuq is-sigurtà u l-aspett soċjali, fost l-oħrajn.", "Ħafna drabi, ngħid inġustament, niġu kkritikati li aħna negattivi.", "Proprju dawn it-80 proposta li ressaqna juru biċ-ċar li anke wara 25 sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali f'pajjiżna, aħna bħala Oppożizzjoni rridu nkomplu nkunu parteċipi fit-tisħiħ tagħhom.", "Aktar minn hekk, permezz ta' dawn it-80 proposta, il-Partit Nazzjonalista, bħala Oppożizzjoni pożittiva, qed juri li jrid isaħħaħ il-konċett li l-kunsilli lokali qegħdin hemmhekk biex jaraw x'inhuma l-bżonnijiet tan-nies, biex iwieġbu għat-tħassib tan-nies u fuq kollox biex iservu lin-nies.", "Dawn it-80 proposta juru bl-aktar mod ċar li l-Oppożizzjoni mhux ħsiebha biex tikkritika biss, anzi trid tkun parteċipi fit-twettiq ta' riformi għall-aħjar.", "Tant trid tkun parteċipi li dawn it-80 proposta b'risq ir-riforma tal-kunsilli lokali ġew ippubblikati saħansitra qabel il-pubblikazzjoni tal-White Paper li ħareġ il-Gvern.", "Sur President, il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għandhom aspetti importanti ħafna, saħansitra anke dwar dak li għandu x'jaqsam mal-qasam soċjali għaliex bħala Oppożizzjoni nemmnu li għandu jkollna kunsill lokali b'kuxjenza soċjali.", "Il-kunsilli lokali mhumiex hemm għat-toroq u għall-bankini biss.", "Dawk ukoll huma importanti imma rridu narawhom ukoll attivi biex jittrattaw u jsolvu l-problemi soċjali li qegħdin jiżdiedu fil-lokalitajiet tagħna.", "B'dan il-mod jiżdied iċ-ċans li nsolvuhom qabel ma jkun tard wisq.", "Huwa importanti li l-kunsilli lokali jkollhom informazzjoni dwar l-aspett soċjali tal-komunitajiet u allura hemm bżonn li jkun hemm support worker u care worker f'kull kunsill lokali.", "Hemm bżonn li jiżdiedu wkoll id-day centres u n-night centres waqt li jkunu involuti aktar l-għaqdiet volontarji.", "Permezz ta' din il-proposta, filwaqt li l-kunsill lokali għandu jaħdem fil-qasam soċjali fis-sens wiesa' tal-kelma u mingħajr fruntieri, irid jibbaża u jiffoka l-ħidma tiegħu primarjament fuq ċerti oqsma, fosthom dak ta' persuni li jgħixu waħedhom u persuni emarġinati, persuni bi problemi ta' housing jew saħansitra li huma mċaħħdin mid-dritt bażiku ta' saqaf fuq rashom, anzjani u l-carers tagħhom, persuni u familji li jinsabu f'riskju ta' faqar jew jgħixu fil-faqar, persuni b'diżabilità u l-familjari tagħhom, persuni li jesperjenzaw vizzji inkluż il-logħob tal-ażżard u realtajiet ġodda f'dan il-qasam u fl-aħħar u mhux l-inqas oqsma tas-saħħa u mard partikolari.", "Sur President, ninnota li xi proposti minn dawn ġew inklużi fl-Abbozz ta' Liġi li qegħdin niddiskutu llum.", "Fid-dokument tal-Partit Nazzjonalista hemm proposti oħrajn ferm importanti dwar is-sigurtà u aktar ordni fil-lokalitajiet tagħna.", "Il-kunsilli lokali għandhom ikunu spalla ma' spalla mal-forzi tal-ordni biex il-ġlieda kontra l-kriminalità titwettaq ukoll fuq bażi lokali u dan jista' jsir permezz ta' inizjattivi varji bi preżenza aktar qawwija tal-pulizija f'kull lokal.", "Anke strateġija ta' prevenzjoni tal-kriminalità u delinkwenza fuq livell lokali jista' jkollha riżultati pożittivi.", "Għal dan il-għan il-Partit Nazzjonalista ressaq ħafna proposti u ssuġġerixxa li għandu jiddaħħal il-konċett tal-community policing.", "Dan ifisser li kull lokalità jkollha pulizija on duty 24 siegħa kuljum, liema grupp ta' pulizija jkunu dejjem l-istess u jkunu familjari mal-lokalità u mar-residenti.", "Il-kunsill lokali jkollu dritt jitlob direttament lil dawn il-pulizija tal-komunità biex jinvestigaw ilmenti li jkollhom in konnessjoni ma' ordni pubblika, traffiku u trasport, ambjent u infurzar ġenerali tal-liġi.", "F'kull lokalità mhux biss għandu jkun hemm għassa tal-Pulizija attrezzata għaż-żmenijiet tal-lum iżda l-għassa għandha tkun miftuħa 24 siegħa kuljum.", "Fi ftit kliem dawn il-prinċipji tal-Partit Nazzjonalista jikkonċernaw fuq aktar koperazzjoni bejn il-kunsilli lokali f'reġjuni u kif il-kunsilli lokali jistgħu jgħinu fil-problemi soċjali li jkun hemm fil-lokalitajiet però dan ma jistax jintlaħaq jekk ma jiġux investiti aktar finanzi pubbliċi fil-lokalitajiet.", "Għal dan il-għan il-Partit Nazzjonalista ppropona li parti mid-dħul li jiġi ġġenerat mil-lokalità fuq l-użu tal-art u l-permessi tmur għand il-kunsilli lokali biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu aħjar u jassiguraw li jkollhom fondi biżżejjed biex ħidmiethom tissaħħaħ.", "Hawn irrid ngħid li filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista l-kunsilli lokali nħolqu biex iservu lin-nies, il-Partit Laburista jaħseb li dawn qegħdin hemm biex iservu lill-Gvern.", "Il-proposti li kienet ressqet l-Oppożizzjoni kellhom il-ħsieb li l-kunsilli lokali jkollhom iktar awtorità biex iservu aħjar lin-nies u jsolvu l-problemi tal-lokalitajiet.", "Sur President, m'hemmx dubju li dawn huma 80 proposta li jindirizzaw direttament il-ħteġijiet taċ-ċittadin Malti fl-irħula u jagħmlu differenza għall-aħjar f'ħajjithom.", "Dawn huma proposti li saru wara sensiela ta' konsultazzjonijiet mill-Partit Nazzjonalista ma' sindki u kunsilliera miż-żewġ kampi politiċi flimkien ma' esperti fuq is-suġġett.", "Dawn il-konsultazzjonijiet għenu lill-Partit Nazzjonalista jfassal il-fehma tiegħu permezz ta' dokument li jolqot l-aspetti kollha fil-lokalitajiet tagħna.", "Irrid ngħid li xi wħud mill-proposti li fih dan id-dokument ġew riflessi fl-abbozz dwar ir-riforma li qegħdin niddiskutu però b'dispjaċir ninnota li l-Gvern intenzjonalment għażel li jiskarta bosta proposti importanti oħrajn tal-Partit Nazzjonalista.", "Din id-deċiżjoni ħażina tal-Gvern se tfisser li r-riforma, fost oħrajn, mhux se tagħti aktar poteri lill-kunsilli lokali.", "Il-Gvern preżenti, bid-diversi miżuri li ħa kemm ilu jiggverna lill-pajjiż, qed irendi lill-kunsilli lokali f'customer care tal-Gvern minflok ma jagħmel mezz biex dawn ikunu ta' servizz għan-nies u jagħmlu d-differenza fil-lokalitajiet.", "Permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi l-Gvern qed ineħħilhom il-poteri minflok iżidhom imma fejn jaqbillu xorta jixħet it-tort fuq il-kunsilli lokali.", "L-Oppożizzjoni dejjem kienet kontra li jitnaqqsu l-poteri tal-kunsilli lokali, anzi dejjem saħqet li għandhom jingħataw aktar responsabilitajiet.", "Fuq kollox il-Partit Nazzjonalista dejjem ħaddan il-prinċipju li l-kunsilli lokali għandhom ikunu motivati u mhux jitnaqqsulhom ir-responsabilitajiet.", "Il-Partit Nazzjonalista fil-gvern dan kollu wettqu għax dejjem żied il-poteri tal-kunsilli lokali imma Gvern Laburista qed jagħmel bil-kontra.", "Sur President, wasalna fi stat li qegħdin immorru 25 sena lura fil-kunsilli lokali għax ir-responsabilitajiet, kif diġà spjegajt aktar qabel, qegħdin jitnaqqsu kuljum u hawn nista' nsemmi diversi deċiżjonijiet li ħa l-Gvern li wasslu għat-tnaqqir ta' poteri tal-kunsilli lokali.", "Fost dawn hemm il-poteri li kellhom il-kunsilli lokali fuq it-toroq u li issa għaddew għand Infrastructure Malta, awtorità maħluqa mill-Gvern biex tiddetta hi x'toroq isiru.", "Dan sar mingħajr konsultazzjoni kif jixraq mal-kunsilli lokali, in-negozji u r-residenti ta' dawn it-toroq bil-konsegwenza li qed jikber l-inkonvenjent għalihom.", "Ma smajt l-ebda sindku li tkellem b'mod pożittiv dwar din id-deċiżjoni.", "Waqt li bħalissa jinsab għaddej il-pjan tal-Gvern ta' bini ta' toroq, proġett li se jiswa €700 miljun minn flus il-poplu, ħafna kunsilli lokali qegħdin jilmentaw għall-fatt li mhumiex qegħdin jiġu kkonsultati dwar it-toroq magħżulin u x-xogħol li qed isir.", "L-istess ġara dwar id-deċiżjoni dwar l-iskema tal-ġbir tal-iskart u fil-każ tal-LESA.", "Id-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar il-LESA ma ġabu xejn ħlief falliment.", "Dawn id-deċiżjonijiet mhux biss taw daqqa ta' ħarta lill-kunsilli lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' infurzar tal-lokalitajiet, iżda ġabu sitwazzjoni fejn il-problemi li jikkonċernaw lil-lokalitajiet m'għadhomx jiġu indirizzati.", "Is-sindki jammettu li qabel is-sitwazzjoni kienet ferm aħjar għax huma l-kunsilliera li jafu meta u fejn għandu jkun hemm il-gwardjani lokali.", "Però l-Gvern kien injora għalkollox il-proposta li kienet ressqet l-Oppożizzjoni meta tressqet ir-riforma tal-LESA.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll id-diżappunt kbir meta s-swieq miftuħin tneħħew minn taħt ir-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali.", "Hija tal-mistħija kif ministru wara l-ieħor qegħdin qishom f'kompetizzjoni bejniethom min minnhom huwa l-iżjed kapaċi li jieħu l-aktar responsabilitajiet mingħand il-kunsilli lokali u jgħaddihom lura għal għand il-Gvern.", "Il-kunsilli lokali mhux qed jiġu kkonsultati u qed jiġu injorati għalkollox anke f'dan il-każ.", "Hija ironija li wara 25 sena mit-twaqqif tagħhom qegħdin nassistu biss għal xenarju ta' tnaqqis ta' poter wara l-ieħor.", "Sur President, x'sens jagħmel dan l-Abbozz ta' Liġi meta f'nifs il-Gvern jitkellem dwar ir-riforma, imbagħad permezz tad-diversi ministri qegħdin jinsterqu r-responsabilitajiet minn idejn il-kunsilli lokali?", "Biex il-Gvern ikun kredibbli m'għandux ikompli jirredikola lill-kunsilli lokali u l-awtorità tagħhom.", "Id-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Gvern huma prova ċara li dan mhuwiex Gvern li jemmen fil-kunsilli lokali anzi huwa Gvern li ma jirrispettahomx għax ma jikkonsultax magħhom.", "Din is-sitwazzjoni qed twassal biex għandna sindki u kunsilliera li huma demotivati għaliex mhuma qegħdin jiġu kkonsultati f'xejn u hemm dipartimenti tal-Gvern li qegħdin jgħadduhom biż-żmien.", "Sur President, qabel nikkonkludi nixtieq ngħid, li jekk xejn, l-esperjenza tal-kunsilli lokali wrietna li l-poplu Malti u Għawdxi kapaċi jiddibatti l-għażliet differenti fil-proċess politiku fl-aqwa sens tiegħu.", "Din kienet esperjenza li għallmitna niddeċiedu flimkien u naħdmu dwar il-futur tal-lokalitajiet tagħna.", "Dan hemm bżonn inseddquh b'aktar poteri lill-kunsilli lokali.", "Il-poter huwa servizz u aktar ma jkun qrib in-nies aktar ikun ta' servizz għan-nies.", "Bħala Oppożizzjoni nemmnu li jekk verament irridu li r-riforma ppjanata għal dan is-settur tħalli l-frott mixtieq, il-Gvern u l-entitajiet kollha għandhom jaħdmu spalla ma' spalla mal-kunsilli lokali.", "Fuq kollox, l-Oppożizzjoni taħt it-tmexxija tal-Kap tagħna Adrian Delia temmen li jekk il-kunsilli lokali ma jkunux relevanti għan-nies, ir-riforma tkun falliment.", "Il-kunsilli lokali u l-kunsilliera, huma ta' liema partit huma, għandhom l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista li se jsibuh bħala tarka għal kull aġir sistematiku tal-Gvern kontra l-eżistenza tal-kunsilli lokali.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna jittratta l-kunsilli lokali.", "Jien għamilt ħafna snin naħdem fil-kunsilli lokali u nista' ngħid li l-isbaħ żmien, mhux biss fil-ħajja politika imma anke ta' żgħożiti, qattajtu fil-kunsilli lokali.", "Għaldaqstant nifhem kemm huma importanti l-kunsilli lokali fil-komunitajiet tagħna u fil-lokalitajiet tagħna.", "Mill-ħidma tal-kunsilli lokali ħafna drabi jiddependi jekk wieħed ikunx qed jgħix komdu jew le f'lokalità.", "Irrid ngħid li l-iskop ta' dan l-Abbozz ta' Liġi kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha li nieħdu f'din il-Kamra rigward il-kunsilli lokali huwa li l-komunitajiet u l-lokalitajiet ikunu aħjar u allura nixtieq nagħmel referenza għal xi affarijiet li ntqalu llum li jien inqishom ereżijiet speċjalment meta wieħed iqabbel ma' x'kien isir qabel.", "Sur President, l-għan aħħari għandu dejjem ikun li n-nies li jgħixu f'dik il-lokalità jkunu aħjar, il-lokalità nnifisha tkun aħjar, ikollha infrastruttura aħjar, ikollha immaniġġjar aħjar u jkollha nies b'viżjoni.", "Irridu naraw li dan mhux biss ikun jgħodd għal-lum imma anke fil-futur.", "Għaldaqstant nixtieq nagħti ftit ħarsa mhux biss lejn dawn l-emendi imma anke fejn nixtieq nara l-kunsilli lokali tagħna jaħdmu biex imexxu l-lokalitajiet tagħhom 'il quddiem.", "Qabelxejn nixtieq nikkummenta ftit dwar punt li semma l-kollega tiegħi l-Onor.", "Chris Said dwar iż-żgħażagħ.", "Dawn huma elezzjonijiet storiċi għaliex għall-ewwel darba żgħażagħ ta' 16-il sena se jkunu jistgħu jivvotaw mhux biss fl-elezzjoniijiet tal-kunsilli lokali imma wkoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Dan huwa pass importanti ħafna 'l quddiem għax qed niftħu d-demokrazija tagħna u għaldaqstant dawn iż-żgħażagħ ta' 16-il sena u 17-il sena, għall-ewwel darba, se jkunu jistgħu jsemmgħu leħenhom.", "Wara kollox anke huma għandhom leħen xi jsemmgħu u kapaċi jagħmlu għażla.", "Għall-ewwel darba wkoll dawn iż-żgħażagħ se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali imma mhux se jkollhom iċ-ċans isiru sindki.", "Jien informat li kien hemm ukoll consensus dwar il-fatt li dawn iż-żgħażagħ ta' 16-il sena u 17-il sena jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Forsi meta għada pitgħada l-parteċipazzjoni ta' dawn iż-żgħażagħ fil-kunsilli lokali tkun meqjusa storja ta' suċċess, imbagħad inkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet ulterjuri rigward dan il-Parlament.", "Jien wieħed minn dawk li kont żagħżugħ ħafna fil-kunsilli lokali.", "Kont membru ta' kunsill lokali meta kelli madwar 21 sena u kont għadni l-Università, imbagħad kont sindku ta' 22 sena, u nista' nassigurakom li mhuwiex faċli li tkun sindku ta' età żgħira ta' lokalità kbira bħalma kont jien, jiġifieri l-lokalità tal-Fgura.", "Kultant ma tkunx faċli mhux għax ma tkunx kapaċi iżda forsi minħabba l-impressjoni ta' ċerti nies li jarawk żgħir ħafna u jgħidu: Dan mhux se jkun kapaċi.", "Niftakar li wieħed mill-kummenti online li kien hemm għal artiklu fil-ġurnal The Times of Malta, kien: Dan aktar jaf fejn hu Paceville milli jaf fejn hu l-kunsill lokali jew il-lokalità tiegħu!", "Dak iż-żmien kelli 22 sena u allaħares ma kontx naf fejn hu Paceville.", "Imma bl-impenn li kelli jien u li kellhom u għad għandhom żgħażagħ oħrajn fil-kunsilli lokali għandna ħafna stejjer ta' suċċess u tajna risposta lil kulħadd.", "Jien tajt risposta għaliex kont erġajt ġejt elett bl-aqwa ammont ta' voti storikament mhux biss fil-lokalità tiegħi iżda anke f'Malta u Għawdex.", "Kien hemm stejjer oħrajn ta' suċċess ta' diversi żgħażagħ.", "Pereżempju fuq il-bankijiet tan-naħa tal-Gvern hawn diversi żgħażagħ li kienu sindki, fosthom jien, Ian Borg, Rosianne Cutajar, Clint Camilleri u Clifton Grima.", "Aħna lkoll konna żgħażagħ fl-istess żmien għaliex kważi kollha tal-istess età u mhux biss għamilna suċċess fil-lokalitajiet tagħna, iżda komplejna l-mixja tagħna fil-politika u llum qegħdin nirrappreżentaw mhux biss lil dik il-lokalità imma lil lokalitajiet oħrajn f'dan il-Parlament.", "Għaldaqstant huwa pass kbir 'il quddiem li se naraw żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena li se jipparteċipaw fil-kunsilli lokali tagħna u mhux kif qal ħaddieħor li qisu din hija xi deċiżjoni żbaljata.", "Diversi kelliema tal-Oppożizzjoni għamlu referenza għat-toroq.", "Forsi għall-Onor.", "Chris Said is-soluzzjoni hi li jġiegħel lill-kunsilli lokali jiddejnu biex jagħmlu t-toroq.", "Il-Partit Nazzjonalista ilu li spiċċa mill-gvern sitt snin u l-kunsilli lokali għadhom qegħdin iħallsu d-dejn li ġegħlithom jagħmlu l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan il-Gvern mhux biss neħħa dak il-piż minn fuq il-kunsilli lokali iżda qed jinvesti ħafna iktar miljuni minn kemm kienu jiġu investiti qabel f'toroq fil-lokalitajiet tagħna.", "Mhuwiex ġust li nipprovaw ngħidu li dak li għamel Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien fejn jidħlu t-toroq fil-lokalitajiet kien il-pass it-tajjeb u dak li qed isir illum huwa ħażin.", "Naħseb li n-nies ilkoll kapaċi jiddeċiedu jekk kenitx deċiżjoni tajba dak iż-żmien li jibagħtu lill-kunsilli lokali jiddejnu.", "Hawn kunsilli lokali li għadhom sal-lum idejhom marbutin ma jistgħux jagħmlu xogħol ieħor għaliex ma jibqgħalhomx flus meta jaqtgħu l-fixed costs u l-pagamenti li għandhom jagħtu fuq dawk it-toroq.", "Għalhekk illum ittieħdet id-deċiżjoni biex jitneħħa dan il-piż minn fuq il-kunsilli lokali u fl-istess ħin qed isir investiment bla preċedent fuq it-toroq li huwa ħafna akbar milli qatt setgħu jinvestu l-kunsilli lokali.", "Huwa faċli tgħid li l-kunsilli lokali għandu jkollhom ir-responsabilità tat-toroq, imbagħad ma tagħtihomx finanzjament għaliex b'dan il-mod tkun qed tidħak bin-nies f'wiċċhom minbarra li tkun qed titfa' l-problema f'riġlejn ħaddieħor.", "Dak hu li ġara dak iż-żmien.", "Illum differenti, illum hemm Infrastructure Malta li tikkonsulta mal-kunsilli lokali rispettivi.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi qal li ma semax sindku wieħed ifaħħar din id-deċiżjoni.", "L-esperjenza li għandi jien u l-ħbieb tiegħi kollha li għandi sindki jitkellmu b'mod totalment differenti.", "Forsi kienet il-konsultazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li ma saritx ma' kulħadd għaliex ir-realtà hi li n-nies qegħdin jgħixu aħjar.", "In-nies qed ikollhom toroq aħjar u mhux qed isiru biss dawk it-toroq li qatt ma saru fil-lokalitajiet tagħna.", "Jien niftakar triq partikolari fil-Fgura li r-residenti tagħha damu madwar 12-il sena jgħixu fit-tajn.", "Ma' kull ħalba xita kien ikollhom iħallu l-boots wara l-bieb biex ikunu jistgħu joħorġu lit-tfal għall-iskola u fl-aħħar kienet saret.", "Illum hemm toroq li ġew ifformati dan l-aħħar, wara sena, sentejn, u wkoll ikollna t-tgergir għax idumu daqshekk għax għal min ikun residenti fihom jekk jista' jkun dawn isiru fi ftit ġimgħat.", "X'differenza llum li għandna Infrastructure Malta u qed ikun hemm baġit ta' €100 miljun fis-sena li qegħdin jiġu investiti f'dawn it-toroq!", "In-nies jafu jekk is-sitwazzjoni hijiex aħjar illum jew kenitx aħjar meta kien hemm il-kunsilli lokali bla flus responsabbli biex jagħmlu dawk it-toroq.", "Ħaddieħor bagħat lill-kunsilli lokali jiddejnu imma llum aħna ħloqna Infrastructure Malta u tajnieha l-finanzjament u l-expertise li hemm bżonn biex taħdem.", "Hawn tajjeb li nifhmu li l-kunsilli lokali ma kellhomx l-expertise biex jagħmlu dawk it-toroq.", "Niftakar każ fil-kunsill lokali li kont immexxi jien fejn qabbadna perit b'tender – dan ikollok tagħżlu għaliex ikun l-orħos offerta - imma meta bdejna nagħmlu x-xogħlijiet infrastrutturali rriżulta li dan il-perit ma kien jifhem xejn fuq toroq!", "Imbagħad kellna problema kbira biex nagħmlu dawn it-toroq għaliex dan kien kapaċi jagħmel xogħlijiet oħra imma ma kienx kapaċi jagħmel toroq!", "Għaldaqstant ridna niltaqgħu ma' kuntratturi li riedu jagħmlu x-xogħol u ħriġna t-tenders li kien hemm bżonn.", "Sur President, illum hemm Infrastruttura Malta li mhux biss għandha l-finanzjament iżda għandha wkoll l-expertise.", "Kif semma l-Ministru matul din il-ġimgħa f'din il-Kamra, illum qegħdin joħorġu tenders mhux biex isiru triq triq imma tenders b'ammont ta' toroq f'daqqa u b'mod li jiġi assigurat li x-xogħlijiet isiru b'mod tajjeb.", "Issa jeħtieġ naraw li l-kuntratturi jagħmlu dawn it-toroq, jinvestu aktar u jagħtuna riżultati aħjar.", "Nixtieq nitkellem dwar l-amministrazzjoni tal-kunsilli lokali.", "Kunsill lokali jkun effiċjenti jew le skont kemm tkun effiċjenti l-amministrazzjoni tal-kunsill.", "Jista' jkollok l-aqwa sindku possibbli, jista' ikollok l-aqwa kunsilliera possibbli, imma jekk l-amministrazzjoni tal-kunsill, immexxija mis-segretarju eżekuttiv u mill-istaff tal-kunsill, ma tkunx effiċjenti, dik il-lokalità tieqaf.", "Ikun inutli li l-kunsilliera u s-sindku jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fil-laqgħa tal-kunsill jekk imbagħad l-affarijiet jeħlu fil-parti amministrattiva.", "Pereżempju meta kont sindku jien kont dejjem nenfasizza li hemm differenza kbira bejn ir-rwol politiku tas-sindku u l-kunsilliera, li jeħtieġ li jieħdu deċiżjonijiet politiċi u skont il-viżjoni li jkollhom għal dik il-lokalità, u r-rwol amministrattiv tas-segretarju eżekuttiv u l-istaff tal-kunsill li xogħolhom hu li jimplimentaw dawk id-deċiżjoniiet.", "Jekk ma jkollokx amministrazzjoni tajba, b'saħħitha u effiċjenti li timplimenta kif suppost dawk id-deċiżjonijiet, ikun inutili li jittieħdu l-aqwa deċiżjonijiet fil-laqgħat tal-kunsill lokali.", "Għaldaqstant nixtieq nara amministrazzjoni tal-kunsilli lokali aktar b'saħħitha.", "Peress li jien għamilt snin twal fil-kunsilli lokali, naf ħafna minn dawn is-segretarji eżekuttivi u naf li xi wħud huma verament persuni effiċjenti u kapaċi jmexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Fejn ikun hemm amministrazzjoni tajba r-riżultati f'lokalità jkunu jidhru.", "L-effiċjenza tal-amministrazzjoni ta' kunsill lokali tkun riflessa wkoll fir-rapport tal-awdituri u sfortunatament xi kultant, meta jkun hemm xi ħaġa ħażina, jeħlu s-sindku u l-kunsilliera meta l-persuna responsabbli li tara li l-affarijiet isiru kif suppost fil-kunsill lokali hija s-segretarju eżekuttiv.", "Naf ukoll li hemm segretarji eżekuttivi li mhumiex daqstant kif nixtequhom u jkun tajjeb jekk is-Segretarjat Parlamentari jaħdem fuq dan il-qasam sabiex ikollna segretarji eżekuttivi aktar effiċjenti u li fl-aħħar mill-aħħar jaħdmu sabiex id-deċiżjonijiet korretti li jieħu l-kunsill lokali jkunu jistgħu jiġu msarrfa f'riżultati konkreti fil-lokalitajiet tagħna.", "Issemmiet ukoll il-LESA, li hija l-aġenzija li tmexxi s-sistema tal-gwardjani lokali.", "Huwa veru li qabel din kienu jmexxuha l-kunsilli lokali permezz ta' kumitati bejniethom b'mod li l-kunsilli kellhom kontroll dirett, però mbagħad fil-leġiżlatura ta' bejn l-2008 u l-2013 inħolqu l-kumitati reġjonali, ma tawhomx flus u qalulhom: Jekk tridu toperaw, biex tħallsu l-pagi, morru agħtu ċ-ċitazzjonijiet.", "Minħabba f'hekk spiċċajna b'sitwazzjoni ta' ċitazzjonijiet mingħajr daqsxejn sens loġiku, fejn jekk pereżempju tmiss daqsxejn il-bankina bit-tyre jagħtuk ċitazzjoni u mbagħad ikollok xi entità kummerċjali kbira li tkun qed tabbuża kontinwament u l-gwardjani lokali ma kenux jersqu 'l hemm!", "Din kienet ir-realtà ta' kuljum.", "Illum is-sitwazzjoni hija differenti.", "Bil-LESA s-sitwazzjoni ma baqgħetx hekk, m'għadhiex entità li bilfors trid tagħti ċ-ċitazzjonijiet sabiex tamministra lilha nnifiha.", "Illum anke l-kumitati reġjonali qegħdin jissaħħu u qed jingħataw funding li huwa bla preċedent.", "Sur President, dwar il-finanzi rrid ngħid li s-sitwazzjoni finanzjarja kemm tal-kumitati reġjonali kif ukoll tal-kunsilli lokali tjiebet ħafna għaliex l-allokazzjoni finanzjarja tal-kunsilli żdiedet sena wara sena.", "Dan joħroġ minn diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt f'dan il-Parlament.", "Kultant nagħmel ukoll mistoqsijiet parlamentari meta xi kunsill jilmenta li mhux qed jirċievi għajnuna mill-Gvern – pereżempju dan l-aħħar għamilt waħda fuq il-Kunsill Lokali ta' San Ġwann – imbagħad jirriżulta li l-allokazzjoni finanzjarja ta' dak il-kunsill tkun żdiedet ħafna mill-2013 'l hawn.", "F'każ bħal dan jirriżulta li dak ikun biss kumment politiku bla ebda bażi.", "Peress li l-allokazzjoni finanzjarja tal-kunsilli lokali żdiedet u r-responsabilità tat-toroq ittieħdet minn taħt il-kunsilli lokali għal għand Infrastructure Malta, il-kunsilli lokali qed jibqgħalhom ħafna aktar flus f'idejhom.", "Wieħed irid jgħid li l-kunsilli lokali għadhom involuti fid-deċiżjonijiet għax qed ikunu kkonsultati minn Infrastructure Malta liema toroq isiru fil-lokalità.", "Sur President, dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex effettivament dak li jinteressahom il-kunsilli lokali - dak li kien jinteressa lili meta kont sindku – hu li l-lokalità li jgħixu fiha timxi 'l quddiem, irrelevanti minn min jagħmel l-affarijiet.", "In-nies jinteressahom biss li t-triq tagħhom issir u ssir b'mod tajjeb u minn nies esperti ħalli mhux wara sentejn nibdew naraw il-ħofor.", "Ħaddieħor qed jiġi hawn b'ħafna buzzwords.", "Ħafna qed jgħidulna li qed nieħdu ċerti responsabbiltajiet mill-kunsilli lokali imma effettivament in-nies qed jgħixu aħjar.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, l-ewwel nett irrid nirringrazzja lill-kollegi tiegħi li kkontribwew f'dan id-dibattitu fuq suġġett importanti ħafna fil-governanza ta' pajjiżna.", "Jien ukoll, għal numru ta' snin kont ħdimt f'dan il-livell ta' politika u allura dan huwa suġġett li xi ftit jew wisq huwa għal qalbi.", "Dan il-qasam rajtu jevolvi fis-snin bejn l-1999 u l-2003 b'mod li minn idea, minn konċett, bdejna nersqu lejn verament dak li huwa gvern lokali.", "F'din il-parentesi inizjali nixtieq insellem lil numru ta' nies li ħadmu f'dan is-settur fil-bidu.", "Huwa faċli li llum, 25 sena wara li twaqqfu, niġu hawn u nitkellmu fuq il-kunsilli lokali iżda jkun tajjeb li niftakru ftit ukoll f'min kien ħadem fuq il-kunsilli lokali.", "Minbarra l-politiċi direttament nixtieq infakkar ukoll f'numru ta' nies li jien kelli l-pjaċir li naħdem magħhom dak iż-żmien fosthom l-Eks Sindku taż-Zurrieq is-Sur Joe Cassar li llum ħalliena.", "Għalkemm dan il-bniedem kien ġej mill-kamp politiku oppost jibqa' mnaqqax fil-memorja tiegħi bħala persuna li kellha għal qalbha ħafna s-sens ta' komunità.", "Il-kunsill lokali ma kienx jarah bħala xi ħaġa amministrattiva imma kien jarah bħala xi ħaġa li tagħti sens ta' komunità.", "Irrid insellem ukoll lill-Eks President tal-Assoċjazzjoni, is-Sindku tal-Gżira, Ian Micallef; lill-Eks Sindku tal-Kalkara Michael Cohen; lis-Sindku tal-Mellieħa Joe Borg; lil Adrian Mifsud li kien jikkoordina l-ħidma tas-segretarji u lil diversi nies oħrajn inkluż ukoll in-nies li kienu jaħdmu fid-Dipartiment dak iż-żmien fosthom Maurice Caruana u Victor Rizzo li ħadmu ħafna biex taw il-ħajja lil dak li qegħdin niddibattu llum.", "Dawn kienu wkoll nies li ħajru ammont kbir ta' nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fil-politika fuq livell lokali.", "Il-karatteristiċi ewlenin ta' dawn in-nies li kienu jersqu lejn dan il-qasam kien dejjem l-impenn lokali, l-imħabba lejn il-komunità u l-aktar id-dedikazzjoni tal-ħin personali tagħhom.", "F'din il-Kamra hawn ħafna Membri li kibru politikament fl-ambitu tal-kunsilli lokali.", "Dan minnu nnifsu juri kemm il-konċett tal-kunsilli lokali huwa skaluna importanti li bniedem jitla' minnha biex jidħol għal politika fuq livell nazzjonali.", "Dan juri wkoll kemm dan kien eżerċizzju li ħalla frott kbir f'dan il-pajjiż.", "Is-sempliċi fatt li f'din il-Kamra għandek numru ta' deputati li raw l-oriġini politika tagħhom fil-kunsilli lokali juri l-validitià tal-konċett u juri wkoll kemm din il-ħidma wasslet biex illum aħna għandna preparazzjoni aktar attiva fil-politika minn dik li kellna qabel.", "Minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali taħt Gvern Nazzjonalista, tista' tgħid mill-1994 'il quddiem, kien hemm programm sistematiku ta' devoluzzjoni.", "Il-kelma operattiva f'dan il-qasam dejjem kienet \"id-devoluzzjoni\", li tfisser id-delegazzjoni tal-poter.", "Għaliex?", "Għaliex wieħed mill-għanijiet ewlenin għalfejn twaqqfu l-kunsilli lokali kien proprju s-sussidjarjetà; li deċiżjoni tista' tittieħed aktar viċin iċ-ċittadin, aktar viċin ir-resident u aktar viċin il-komunità u mhux tittieħed ċentralment, fejn biex titwaħħal bozza fit-triq jew biex inti jkollok telefon, trid tmur għand il-Ministru.", "Il-prinċipju tas-sussidarjetà huwa pilastru ewlieni li daħħal il-Gvern Nazzjonalista f'dan il-pajjjiż u dik kienet dejjem hallmark tat-twaqqif tal-kunsilli lokali.", "Kienet deċiżjoni politikament kuraġġuża li Gvern Nazzjonalista jitlaq minn idejh il-poter ċentrali, aktar u aktar meta kien jaf li kien hemm ammont kbir ta' gvernijiet lokali li kienu se jiġu amministrati minn rappreżentanti tal-partit politiku oppost.", "Dan seħħ għax il-konċett ta' power sharing, il-konċett li miċ-ċentru l-poter imur għall-komunità, kien xi ħaġa li kienet fid-DNA politika tal-Amministrazzjoni Nazzjonalista.", "Illum, 25 sena wara, qegħdin naraw il-frott ta' din id-deċiżjoni.", "Sur President, illum huwa faċli li kulħadd jiġi hawn u jitkellem fuq il-pożittività tal-kunsilli lokali.", "Jien nieħu pjaċir nisma' lill-Membri tal-Gvern jitkellmu fuq kemm huma importanti l-kunsilli lokali u fuq kemm kienu pass kruċjali, għaliex wieħed irid ifakkar li l-partit li llum qiegħed fil-gvern u li qiegħed jipproponi din il-leġiżlazzjoni inizjalment kien kontra l-kunsilli lokali.", "Kieku ma kienx għall-viżjoni ta' Gvernijiet Nazzjonalisti u għall-fatt li s-sussidjarjetà kien prinċipju ewlieni tal-politika tagħna, illum mhux talli mhux qed niddiskutu liġi biex tirriformahom, talli lanqas għandna kunsilli lokali.", "L-istess japplika fil-każ tal-Unjoni Ewropea.", "Li kieku ma kienx għall-viżjoni ta' Gvernijiet Nazzjonalisti kieku lanqas biss qegħdin membri tal-Unjoni Ewropea.", "Illum, wara ħafna riformi u wara ħafna sforz ta' mijiet ta' kunsilliera u sindki mill-1994 'l hawn, qed naraw li dak li beda bħala esperiment politiku llum huwa riżultat b'saħħtu tad-demokrazija.", "Kien hemm kunsilli lokali li ħadmu tajjeb u li ħadmu inqas tajjeb però finalment il-kunsilli lokali huma rappreżentazzjoni ħajja tad-demokrazija f'pajjiżna.", "Minbarra s-sussidjarjetà l-kunsilli lokali kellhom ukoll l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Aħna naspiraw, u dejjem għandna naspiraw, li l-kwalità tal-ħajja dejjem tkun aħjar u mhux tmur għall-agħar.", "Aħna lill-ġenerazzjonijiet futuri ma rridux inħallulhom kwalità tal-ħajja agħar minn dik li għandna llum.", "Dak kien l-għan tagħna, għax meta d-deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-komunità u mal-lokalità jittieħdu aktar viċin ir-residenti ta' dik il-komunità, allura l-parteċipazzjoni attiva twassal biex ikun hemm aktar titjib fil-kwalità tal-ħajja b'mod partikolari fil-komunità.", "Irrid ngħid li għalkemm hemm diversi elementi, li kif spjegaw diġà l-kollegi tiegħi hemm qbil dwarhom, wieħed kien jistenna li l-liġi altru milli tkun tħares internament fuq l-amministrazzjoni u l-mekkanika tal-kunsilli lokali.", "Dak huwa tajjeb però huwa purament element pjuttost amministrattiv.", "Irridu nħarsu wkoll lejn l-element aktar fundamentali tal-kunsilli lokali u xi rwol dawn għandhom fl-amministrazzjoni pubblika u fil-ħajja fil-komunità b'mod partikolari jekk aħna verament nemmnu, bħala żewġ partiti politiċi, fil-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Dak li kien hemm preċedentement f'dak li għandu x'jaqsam mad-devoluzzjoni, fejn il-poter jiċċaqlaq miċ-ċentru u jmur aktar lejn in-nies, qed jittiekel u llum għandna, tista' tgħid, devoluzzjoni li hija inversa.", "Ftit ftit, bil-pulit u bl-iskuża finanzjarja, id-devoluzzjoni llum qed tittiekel u qed jerġa' jinbeda l-proċess taċ-ċentralizzazzjoni.", "Iċ-ċentralizzazzjoni hija l-antiteżi tas-sussidjarjetà għaliex il-poter ftit ftit tieħdu mill-komunitajiet lokali u terġa' tressqu lejn l-awtoritajiet u l-entitajiet ċentrali fil-pajjiż.", "Sur President, mingħajr ma nnaqqas xejn mill-mertu ta' dawk il-bidliet amministrattivi li anke l-Oppożizzjoni taqbel magħhom, nerġa' ngħid li din hija opportunità mitlufa għaliex tlifna ċ-ċans li nħarsu lejn il-passi li jmiss f'dak li għandu x'jaqsam mal-politika tal-kunsilli lokali.", "Tlifna l-opportunità li naraw kif nistgħu nespandu d-delegazzjoni tar-responsabilitajiet u d-devoluzzjoni tal-poter biex verament nersqu lejn it-terminu ta' gvern lokali.", "Gvern lokali ma jkunx gvern lokali sempliċement għax hekk huwa msemmi però jkun gvern lokali meta jkollu r-responsabilitajiet u l-poteri li jappartjenu lil gvern lokali.", "Jien nixtieq insemmi ftit punti li naħseb li jekk ma niddiskutuhomx f'din il-liġi, fix-xhur li ġejjin, f'din il-leġiżlatura, ikollna l-opportunità li nibdew nesplorawhom biex verament indaħħlu aktar iggvernar fuq bażi lokali bbażat fuq programm aktar wiesa' ta' devoluzzjoni tal-poter u ta' delegazzjoni ta' responsabbiltajiet li jinkludu wkoll servizzi pubbliċi.", "B'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspett amministrattiv, illum bl-infrastruttura u bil-qafas ta' gvern elettroniku, hemm il-fakultà li prattikament kull servizz amministrattiv li jagħti l-Gvern mill-entitajiet ċentrali, jista' jingħata lir-residenti fil-komunità b'mod elettroniku mill-uffiċċju tal-kunsilli lokali.", "Id-devoluzzjoni tal-poter u d-delegazzjoni tar-responsabilitajiet iwasslu biex ikun hemm rwol aktar sinifikanti għall-kunsill lokali.", "Is-sinifikat tal-kunsill lokali m'għandux jieqaf sempliċement fl-aspetti amministrattivi però jidħol anke fi proċessi tal-ippjanar.", "Jien nemmen li kunsill lokali għandu kapaċità ħafna akbar biex jagħmel dan ġaladarba jmiss il-ħajja tal-komunità.", "Illum il-kunsilli lokali għandhom vot wieħed f'dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet li jitilgħu fuq ċerti proġetti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar però nemmen li l-piż tal-vot tal-kunsilli lokali għandu jmur oltre sempliċement vuċi waħda fost numru kbir ta' vuċijiet.", "Dan għaliex il-kunsill lokali qiegħed hemm biex jirrappreżenta lir-resident fil-proġetti li jsiru fil-lokalità.", "Huwa inutli li tagħti vot wieħed min-numru kbir ta' voti lill-kunsill lokali jekk dak il-vot bażikament se jkun a voice in the wilderness.", "Jien nemmen li jekk lill-kunsilli lokali rridu verament nagħtuhom sinifikat, dawn għandu jkollhom rwol akbar anke fil-parti tal-bidu tal-proċess tal-ippjanar.", "B'hekk l-impact assessment ma jsirx sempliċement mill-konsulenti però jsir ukoll fuq bażi ta' dak li jħoss li għandu jwassal il-kunsill lokali, u dak jingħata l-piż neċessarju.", "Finalment id-development capacity ta' lokalità trid tiġi rispettata.", "Id-development capacity hi kemm lokalità tiflaħ aktar attività kummerċjali u attività ta' żvilupp.", "Din ukoll trid tittieħed inkonsiderazzjoni għaliex il-kunsill lokali qiegħed hemm biex finalment iwassal għat-titjib u għall-preservazzjoni tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti tiegħu.", "Nemmen ukoll li fuq livell ta' ggvernar lokali rridu nħarsu wkoll lejn ir-rwol tas-soċjetà ċivili u kif din tista' tibda tipparteċipa ħafna aktar b'mod partikolari f'dik li hi l-intrapriża soċjali fuq livell lokali.", "Hawn qed nirreferi għall-mod kif l-intrapriża soċjali tista' tibda tallinja ruħha u tissieħeb mal-kunsilli lokali biex tkun tista' twassal u tesegwixxi servizzi pubbliċi fl-interess tal-komunità.", "Dan is-settur, li hu magħruf bħala t-tielet s-settur, huwa kruċjali fl-amministrazzjoni pubblika moderna, u qed isir sforz enormi f'kull pajjiż biex id-devoluzzjoni ta' responsabilitajiet mhux sempliċement tgħaddi għand il-gvern lokali però jkun hemm ukoll it-tielet settur li jipparteċipa b'mod aktar attiv u b'mod aktar parteċipattiv biex iwassal is-servizzi soċjali u s-servizzi pubbliċi b'mod aktar effiċjenti u b'mod aktar effettiv direttament fil-komunità.", "Inħoss ukoll li hawnhekk tlifna l-opportunità li niddibattu, u forsi niflu aktar, il-mudell kif jiġu ffinanzjati l-kunsilli lokali.", "Jien inħoss li għandna opportunità kbira biex nibdew inħarsu lejn kif l-introjtu tal-kunsilli lokali jista' jiġi kkumplimentat billi jkun hemm partijiet mid-dħul fiskali li jiġi ġġenerat f'dik il-lokalità li jibda jiġi ringfenced fil-lokalità nnifisha.", "Meta lokalità sservi bħala post li fiha tkun qed issir attività ekonomika jew industrijali, din tkun qed terfa' piż.", "Din ma tkunx sempliċement qed toffri l-post u l-qafas però tkun qed terfa' piż u dak il-piż, ħafna drabi, jikkorrispondi f'attività finanzjarja li tkun qed trendi fiskalment lill-Gvern f'termini ta' VAT, ta' taxxa fuq id-dħul u ta' taxxi li jħallsu l-kumpaniji li jkunu qed joperaw hemmhekk.", "Inħoss li wara 25 sena wasal iż-żmien li jekk tkun qed issir attività ekonomika f'lokalità partikolari, jekk dik l-attività tħalli impatt ambjentali fuq dik il-lokalità, l-impatt ambjentali jkun jista' jitpatta bl-element finanzjarju fil-komunità nnifisha.", "Minbarra l-aspett inward-looking tal-kunsilli lokali li qed nagħmlu permezz ta' din il-liġi u li fih l-Oppożizzjoni pparteċipat mill-ewwel ġurnata b'sensiela twila ta' proposti, jien inħoss li għandna nidħlu wkoll fl-aspett ta' fejn aħna rridu nieħdu lill-kunsilli lokali.", "Irridu naraw x'inhuma l-isfidi l-kbar li għandna quddiemna fuq livell lokali mill-ambitu micro soċjoekonomiku fuq il-livell ta' lokalitajiet.", "Irridu naraw x'rispons jistgħu joffru l-kunsilli lokali biex huma wkoll ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom lejn dawn l-isfidi.", "Sur President, nemmen li t-tliet elementi fuq livell lokali li rridu verament naħdmu fuqhom huma l-ewwel nett il-kwalità tal-ħajja, dik li bl-Ingliż jgħidulha \"liveability\" jiġifieri kemm tkun tista' tgħix b'mod seren fir-raħal jew belt li tgħix fiha, kemm mill-aspett ambjentali kif ukoll minn aspett ta' infrastruttura, konġestjoni u faċilitajiet biex il-lokalità tkun tista' titgawda u jkun hemm spazji miftuħin.", "Irridu naraw kemm aħna kapaċi nkunu aktar innovattivi fuq livell lokali biex inwessgħu dawn il-faċilitajiet.", "Aħna pajjiż żgħir, pajjiż li sfortunatament għandna restrizzjonijiet kbar ta' spazju però xorta rridu nibdew nagħtu prijorità lejn il-kwalità tal-ħajja.", "Fit-tieni lok hemm il-ġlieda kontra l-medjokrità li tara f'ħafna postijiet.", "Ħafna drabi f'ħafna lokalitajiet issib element ta' telqa mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' responsabiltajiet tal-Gvern però f'ċertu istanzi anke responsabilitajiet tal-privat li jkun qiegħed juża spazji pubbliċi mingħajr rispett lejn is-sens ċiviku f'dik il-lokalità.", "It-tielet element huwa s-sens ta' komunità.", "Għandna bżonn naħdmu aktar biex fl-irħula u fl-ibliet tagħna jkun hemm sens akbar ta' identità u ma nitilfux dawk l-elementi li jiddistingwu lokalità minn oħra.", "Minkejja ċ-ċokon ta' numru ta' lokalitajiet - u ngħiduha kif inhi, anke l-akbar lokalitajiet meta tikkonsidrahom fuq skala internazzjonali jibqgħu lokalitajiet żgħar - kull lokalità, it-68 li għandna, għandha l-identità tagħha.", "Hawn irridu noqogħdu attenti ħafna meta niġu għall-politika marbuta mar-reġjonalità.", "Filwaqt li rridu nsaħħu u nippreżervaw is-sens ekonomiku tar-reġjun, għax hemm wieħed jista' jagħmel l-economies of scale, dak m'għandux iwassal biex ftit ftit tibda tintilef l-identità lokali.", "Pereżempju ma jagħmel l-ebda sens li titneħħa l-funzjoni ewlenija tal-kumitati amministrattivi.", "Żgħar kemm huma żgħar, il-kumitati amministrattivi magħrufa bħala l-hamlets, huma magħmula minn komunità żgħira li għandha sens ta' identità.", "Għaldaqstant jien nappella lill-Gvern biex dan l-element jerġa' jikkonsidrah għaliex wara kollox huwa element li mhux se jimpatta fuq dak li jrid jagħmel fil-liġi.", "Forsi in the whole scheme of things dawn il-hamlets ma jħallux impatt daqshekk kbir però fl-aħħar mill-aħħar huma karatteristika li tagħti identità lil dik il-parti tal-komunità lokali.", "Finalment meta inti tneħħi l-hamlets tkun qiegħed tneħħi parti mill-katina li torbot lil dawk il-familji f'dik il-komunità ma' dik il-belt jew raħal.", "Nikkonkludi l-ħsebijiet tiegħi fuq din il-liġi billi nappella li minbarra l-aspetti interni ta' kif joperaw il-kunsilli lokali u ta' kif jamministraw l-attività interna tagħhom, hemm bżonn inħarsu verament lejn il-politika tal-gvern lokali.", "Irridu nħarsu lejn il-viżjoni fejn aħna rridu nieħdu l-gvernijiet lokali.", "Lill-gvernijiet lokali m'għandniex inħarsu lejhom bħala estensjoni ta' dipartimenti jew entitajiet pubbliċi però għandna nħarsu lejhom aktar bħala l-flag-bearers tal-komunità, bħala t-tarka tad-drittijiet tar-residenti.", "Fuq kollox irridu nibqgħu naraw li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jibqa' dejjem salvagwardat u dejjem nibqgħu mmexxuh 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Hawn qbil li ngħaddu immedjatament għall-Aġġornament?", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament.", "Fis-6.52 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 27 ta' Marzu, 2018 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali – it-Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – it-Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet Oħra – it-Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar iż-Żoni Ħielsa f'Malta – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri, Ħarsien alternattiv – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda diversi Liġijiet, Riforma dwar il-Pensjonijiet – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, illum il-Gvern ħabbar il-proposta tiegħu dwar l-azzjoni pożittiva biex jgħolli b'mod sinifikanti r-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament.", "Jien kuntenta ħafna li l-proposta tiegħi li kont ili nisħaq dwarha u li għaliha għamilt technical working group li qed jaħdem fuqha, kienet adottata mill-kumitat u inkluża fil-proposta finali.", "Il-proposta kienet li minflok iż-żieda tan-nisa fil-Parlament tnaqqar min-numru ta' rġiel eletti demokratikament, in-nisa co-opted ikunu miżjuda sabiex jintlaħqu n-numri mixtieqa.", "Jien naħseb li dan huwa l-aktar mod ġust biex nimxu 'l quddiem għax biex inżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa ma nistgħux innaqqsu l-parteċipazzjoni tal-irġiel.", "Din il-proposta tara li n-nisa li se jkun hemm iżjed, ikunu over and above in-numru tan-nies li jitilgħu fil-Parlament.", "Irridu ngħidu wkoll li dawn in-nisa jridu jkunu ħarġu għall-elezzjoni u għaddew mill-proċess kollu ta' kampanja u ta' xogħol li trid tagħmel sabiex inti tiġi eletta fil-Parlament.", "Qed ngħidu li jrid ikollok sistema ta' runners-up li se jidħlu fil-Parlament.", "Jien kburija wkoll li kont jien li pproponejt li din l-azzjoni pożittiva tidħol fil-programm elettorali tal-Partit Laburista u issa qed nara li l-gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, qiegħed iwettaqha.", "Ovvjament tieħu pjaċir tara tinbet żerriegħa li tkun żrajt.", "Permezz ta' inizjattiva oħra se nkunu qegħdin nintroduċu wkoll azzjoni pożittiva fir-rigward tal-bordijiet tal-Gvern fejn mill-inqas 40% tal-postijiet għandhom ikunu mimlijin mis-sess l-inqas rappreżentat.", "Qed ngħidu \"l-inqas rappreżentat\" għaliex hemm ukoll ċerti oqsma fejn hemm nuqqas ta' rġiel.", "Din se tkun qed tagħti spinta 'l quddiem lir-rappreżentazzjoni tan-nisa f'qasam ieħor importanti ta' poter u ta' postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Irrid ngħid li hija x-xewqa tiegħi li jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra dwar kif għandna mmexxu sabiex niżguraw l-ogħla standards għan-nisa u għall-irġiel f'pajjiżna.", "Jien ma nemminx li dan għandu jkun qasam li jkun hawn kontroversja dwaru però rrid ngħid li dan ma kellux ikun.", "Qed ngħid hekk għax meta l-Onor.", "Claudette Buttigieg tkellmet fl-Aġġornament fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara sabiex tindirizza s-sitwazzjoni tan-nisa f'pajjiżna – u s'hawnhekk kollox sew - minflok smajna x'qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista sabiex l-affarijiet imorru 'l quddiem għan-nisa f'pajjiżna, kellna litanija ta' tmaqdir fieragħ mingħajr proposta waħda.", "Jien ngħid li għandna nibdew mil-lum u nħeġġeġ lill-Onor.", "Buttigieg biex taħdem ħalli nsibu s-sapport tal-Partit Nazzjonalista fil-proposti għaż-żieda tan-nisa fil-Parlament.", "Biex din iż-żerriegħa tinbet u tagħti l-frott hemm bżonn li jkun hemm ftehim bejn iż-żewġ naħat ta' din il-Kamra.", "Għalhekk ejjew inħarsu lejn din il-proposta leġiżlattiva b'mod pożittiv u naħdmu flimkien fuqha għax inkella dak tal-Onor.", "Buttigieg ikun biss ħafna kliem fieragħ.", "Issa huwa l-mument tal-prova.", "L-Onor Buttigieg ikkwotat ukoll minn xi rapport.", "Hawn irrid ngħid li waħda mir-raġunijiet li nibqgħu lura f'dawn ir-rapporti internazzjonali fejn tidħol demokrazija hija proprju minħabba dan in-nuqqas ta' nisa fil-Parlament.", "Qabel ma nindirizzaw b'mod konkret din ir-realtà, nistgħu nikkwotaw kemm irridu mir-rapporti għaliex se nibqgħu niġu lura.", "Il-Partit Nazzjonalista qalilna le għall-biċċa l-kbira tal-affarijiet li kienu importanti kemm għan-nisa, kemm għall-irġiel kif ukoll għall-familji tagħna.", "Qalilna le, pereżempju, meta għaddejna l-liġi sabiex nipproteġu lil kulħadd kontra l-vjolenza domestika abbażi tal-ġeneru u niftakar li dakinhar kienu nġiebu ħafna skużi.", "Kien hemm min qalilna li se jispiċċaw Jum l-Omm u Jum il-Missier u kien hemm min qalilna li se ndaħħlu l-abort u għalhekk kien qed jivvota kontra.", "L-Onor.", "Buttigieg għandha tkellem lill-partit tagħha u tgħidlu fuq dawn l-affarijiet u mhux tiġi hawnhekk tkellem lilna li qegħdin naħdmu fuq dan is-settur u lill-partit tagħha ma tgħidlu xejn meta jgħidu dawn l-affarijiet li assolutament, kif jaf kulħadd, mhumiex minnhom.", "Fil-fatt, bħalma spjegajt diversi drabi fl-interventi tiegħi, l-abort għadu illegali imma li kieku l-Parlament dak iż-żmien irriġetta dik il-liġi bħalma riedet il-maġġoranza assoluta tal-Partit Nazzjonalista, kieku l-protezzjoni kontra l-vjolenza kienet tibqa' ma tidħolx fis-seħħ.", "Sur President, Gvern Laburista ma waqafx mar-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-implimentazzjoni tagħha.", "Waqt li kont għall-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Uniti (CSW) aktar kmieni dan ix-xahar, ħadt ħsieb li nwettaq wegħda oħra tal-Gvern, jiġifieri r-ratifika ta' protokoll tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa.", "Illum jekk in-nisa jħossuhom diskriminati għandhom livell ieħor fejn jistgħu jirrikorru fi ħdan dan l-istrument tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Daqshekk aħna nieħdu d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa bis-serjetà.", "Aħna ma noqogħdux lura milli nħarsu lejn min huwa aħjar minna u nitgħallmu mingħandu.", "Fil-fatt, fost l-oħrajn, qed inħarsu wkoll lejn mudelli mill-Iżlanda, l-Awstralja u r-Renju Unit sabiex niżguraw li d-differenza fil-pagi, dik li nitkellmu fuqha spiss, il-gender pay gap bejn l-irġiel u n-nisa tkun ikkontrollata u mreġġgħa lura.", "Minkejja li f'pajjiżna d-diskrepanza hija ħafna inqas mill-medja Ewropea, il-Gvern jemmen li kull mara għandu jkollha f'idejha l-ammont sħiħ ta' paga li ħaqqha.", "Għalina anke l-iċken diskrepanza hija żejda f'għajnejna.", "Kuntrarju għall-mod kif il-Partit Nazzjonalista mexxa, jew aħjar ma mexxiex, il-kwestjoni tal-ugwaljanza tan-nisa meta kien fil-gvern, il-Gvern Laburista introduċa diversi miżuri li permezz tagħhom għolla r-rata tan-nisa fil-postijiet tax-xogħol li llum tlaħħaq il-61.5%.", "Sitt snin ilu meta tlajna fil-gvern ir-rata kienet biss ta' 46%.", "Qed naraw ukoll li f'pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ikun hemm aktar nisa.", "Fil-Ġudikatura għandna aktar nisa u fil-Ministeru tiegħi, biex nieħu eżempju, u fid-dipartimenti u dak kollu li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi, hemm maġġoranza ta' nisa fil-livelli ta' management.", "Però rridu nagħmlu ħafna iżjed biex ikollna dak il-bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-postijiet ta' management u fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Il-Gvern Laburista introduċa wkoll diversi inizjattivi bħal pereżempju l-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa u waqqaf taqsima apposta għall-integrazzjoni tal-ġeneru, il-gender mainstreaming fl-oqsma kollha tal-ħajja.", "B'riżultat ta' dan u tax-xogħol li wettqu dawn iż-żewġ entitajiet, nhar it-8 ta' Marzu, jien ħabbart konsultazzjoni pubblika sabiex il-pubbliku jaqsam magħna dak li jemmen li għandu jsir biex il-Gvern imbagħad jindirizza dan il-qasam permezz ta' strateġija u pjan ta' azzjoni kif ukoll permezz ta' liġi speċifika għal dan il-qasam.", "Nispera li l-Partit Nazzjonalista jissapportja dawn l-inizjattivi għaliex dan huwa qasam li jekk nirnexxu fih tkun qed tiggwadanja s-soċjetà kollha; in-nisa, l-irġiel, it-tfal u kulħadd.", "Din se tkun strateġija li verament tindirizza l-bżonnijiet tan-nisa u iva, Malta tkun ukoll wieħed mill-pajjiżi li l-aktar li jirrispetta d-drittijiet ta' kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi l-Ministru Helena Dalli titkellem fuq il-ħidma sfiqa tagħha.", "Mhux biss fiż-żmien riċenti imma fis-snin kollha li ilni involuta fil-politika, dejjem niftakar lill-Ministru Dalli taħdem mhux biss għad-drittijiet tagħna n-nisa u biex aħna n-nisa nimxu 'l quddiem u jkollna ħlas indaqs bħall-kumplament tal-irġiel l-oħrajn, imma b'mod speċjali wkoll biex aħna n-nisa nimirħu aktar 'il quddiem fil-professjonijiet u l-karrieri tagħna u anke nidħlu fid-dinja politika.", "Nixtieq nibda proprju b'episodju li kelli jien ftit tal-jiem ilu.", "Ħbieb tiegħi li jgħixu l-Kuwajt ikkuntattjawni fuq Instagram u qaluli kif fuq fomm sħabhom kien hemm isem Malta.", "Din mhijiex xi ħaġa tas-soltu għax ħafna drabi n-nies li jgħixu f'dawn it-tip ta' pajjiżi lanqas biss ikunu semgħu b'pajjiżna.", "Dan il-ħabib tiegħi partikolari huwa gay u beda jirrakkontali kif sħabu bdew jitkellmu proprju fuq kif dan il-pajjiż tant ċkejken bl-isem ta' Malta qiegħed imniżżel bħala l-aqwa fid-dinja f'dik li hija ġlieda kontra l-omofobija u l-protezzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali.", "Dan huwa mument fejn jien, bħall-kumplament ta' sħabi fuq din in-naħa tal-Kamra, inħossuna kburin għaliex pajjiżna verament qed isir l-aqwa fid-dinja.", "Fi ftit tal-jiem oħra se nkunu qegħdin niċċelebraw Jum il-Ħelsien u l-ħelsien mhuwiex biss avveniment ta' darba li jinkiseb u nfakkruh ta' kull sena.", "Il-ħelsien huwa wkoll li kull bniedem iħossu ugwali daqs ħaddieħor għax tingħatalu d-dinjità li tixraqlu.", "Sur President, Malta mhijiex biss l-aqwa fl-Ewropa imma hija wkoll l-aqwa fid-dinja.", "Dan issa ħareġ uffiċjalment u ġie kkonfermat mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Persuni Lesbjani, Gay, Bisesswali, Trans u Intersex permezz ta' rapport li kien ippubblikat ftit tal-jiem ilu fi New Zealand.", "L-Assoċjazzjoni msemmija kienet qed tiċċelebra l-40 anniversarju mit-twaqqif tagħha flimkien ma' attivisti minn madwar id-dinja u minn dan ir-rapport joħroġ ċar li Malta hija l-uniku pajjiż li ssodisfat il-kriterji kollha stabbiliti li jinkludu l-protezzjoni kostituzzjonali, il-protezzjoni anke fil-liġi tax-xogħol, il-protezzjoni kontra kull forma ta' diskriminazzjoni u mibegħda, iż-żwieġ ugwali, l-unjoni ċivili, l-adozzjoni konġunta jew adozzjoni mit-tieni ġenituri u l-projbizzjoni ta' prattiċi ta' konverżjoni jew reklamar tagħhom.", "Kif tista' ma tkunx kburi meta tara rapport bħal dan li jġiegħlek tirrealizza kemm aħna verament konna fuq in-naħa tajba tal-istorja!", "Din is-sentenza ma jistax jgħidha kulħadd, Sur President, għaliex kien hawn min irreżista dan it-tibdil.", "Kien hawn min irreżista l-fatt li aħna xtaqna nagħtu dawn id-drittijiet lil persuni LGBTIQ.", "Jien nixtieq insemmi li filwaqt li aħna f'Malta qegħdin nifirħu u niċċelebraw il-kisbiet tagħna li jħarsu d-dinjità ta' kull individwu, għad hawn pajjiżi madwar id-dinja fejn li inti tkun gay huwa att kriminali.", "Saħansitra hawn 72 pajjiż li fihom inti ma tistax tħobb lil min tixtieq.", "Hawn saħansitra pajjiżi fejn li inti tkun gay, li inti jkollok orjentazzjoni sesswali partikolari, tista' twasslek saħansitra għall-piena kapitali.", "Allura kif tista' ma tkunx kburi li Malta, pajjiż daqstant żgħir, qed ikun fuq quddiem nett f'dik li hija ġlieda kontra l-omofobija!", "Dan huwa riżultat pożittiv li ma ġiex b'kumbinazzjoni, imma ġie, kif kont qed ngħid, minkejja reżistenza sħiħa li kien hemm fil-konfront ta' din ir-riforma li mexxiet il-Ministru Helena Dalli.", "Illum nistgħu ngħidu lil dawk li kienu jgħidu li s-slogan \"l-aqwa fid-dinja\" huwa fieragħ, li dan illum huwa fatt. Pajjiżna mhuwiex biss l-aqwa fl-Ewropa imma saħansitra huwa l-aqwa fid-dinja.", "Forsi hemm min qed isegwi li qiegħed jgħid li għad ma wasalniex.", "Huwa veru, jonqos ħafna xi jsir, għad baqa' ħafna x'nagħmlu fuq livell soċjokulturali, naf li hemm anke diversi sfidi u ċerti mentalitajiet li aħna lkoll niltaqgħu magħhom, imma nemmen li fiż-żmien li ġej se nkomplu nersqu lejn soċjetà aktar inklużiva li ma tħalli lil ħadd jaqa' lura.", "Kif aċċennat il-Ministru Dalli, ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm anke l-varar ta' strateġija nazzjonali għal ugwaljanza sħiħa fil-ħajja ta' kuljum u fl-isferi kollha tas-soċjetà.", "Jien nieħu gost nara li jiġu varati dawn it-tip ta' strateġiji.", "Dan ix-xahar stess ukoll, il-Gvern permezz tal-Ministru Helena Dalli, irratifika l-protokoll fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa.", "Kif qegħdin naraw, il-ħidma tinsab għaddejja b'ritmu mgħaġġel ħafna.", "Jien ninsab kuntenta bix-xogħol li qiegħed isir u m'għandix dubju li se jkompli jkollna riżultati ferm u ferm pożittivi.", "Dan jawgura tajjeb mhux biss għal dan il-Gvern imma wara kollox għal pajjiżna, pajjiż fejn kulħadd jista' jimxi 'l quddiem f'soċjetà ugwali, f'soċjetà li ma tħarisx lejn l-uċuħ, lejn l-orjentazzjoni sesswali, lejn il-ġeneru jew lejn il-kulur tal-ġilda.", "Din hija Malta li nixtiequ u li aħna qegħdin naħdmu għaliha.", "Din il-ħidma qed issir b'ħafna u ħafna determinazzjoni u mill-qalb anke b'lealtà lejn il-mandat li tana l-poplu mhux biss fl-2013 imma wkoll fl-2017.", "Sur President, jien kont qed nitkellem fuq kif kien grazzi għall-Gvern kuraġġjuż li għamilna dawn il-liġijiet u ksibna dawn il-kisbiet flimkien.", "Issa se nitkellem fuq liġi li jekk il-Bambin irid, fil-jiem li ġejjin, se nkunu qegħdin niddiskutu proprju hawnhekk fil-Parlament.", "Nixtieq nieħu l-opportunità biex infakkar li fil-jiem li ġejjin se tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Att li jillegalizza u jirregola s-Servizzi tal-Kremazzjoni f'pajjiżna.", "Mill-esperjenza tiegħi, għall-inqas fuq din il-liġi tal-kremazzjoni, nista' ngħid li l-poplu bħal donnu għad m'għandux il-kultura li jipparteċipa fil-konsultazzjonijiet pubbliċi.", "Għalhekk nixtieq nappella biex in-nies jaħtfu din l-opportunità.", "Ejja ma neħdux for granted il-fatt li qabel ma jiddiskuti liġi fil-Parlament, il-Gvern joħroġha għall-konsultazzjoni.", "Meta għamilt il-preżentazzjoni tiegħi ta' dan l-Abbozz ta' Liġi quddiem sħabi tal-Kabinett, kienet esperjenza mill-isbaħ għalija u kienet proprju l-Ministru Dalli li ssuġġerixxiet li nwessgħu u noħorġu dan id-dokument anke għall-konsultazzjoni pubblika.", "Aħna jinteressana li nisimgħu l-opinjoni tan-nies u tal-pubbliku inġenerali, u poġġejna anke diversi mistoqsijiet li wħud minnhom jistgħu jqajmu ftit diskussjoni.", "Fost dawn il-mistoqsijiet staqsejna x'jaħsbu n-nies fuq x'għandu jkun ir-rwol tal-Gvern fil-bini tal-krematorju.", "Kien mistoqsi wkoll jekk dan il-proġett għandux isir mill-Gvern, mill-privat jew flimkien mill-Gvern u l-privat.", "Staqsejna jekk għandux ikun hemm xi forma ta' reġistru simili ħafna għar-reġistru nazzjonali għal min jixtieq jagħti d-donazzjoni tal-organi tiegħu.", "Mistoqsija oħra li qajmet anke diskussjoni hija jekk in-nies jaħsbux li l-krematorju għandu joffri faċilitajiet fejn tiġi preżervata d-DNA tal-persuna li tiġi kremata.", "Jekk persuna tiġi nieqsa u tindifen tista' tiġi eżumata biex jittieħdu kampjuni tad-DNA imma f'każ li l-persuna tiġi kremata dan ma jistax isir.", "Sur President, aħna qegħdin ngħidu lin-nies li minbarra li jwieġbu dawn il-mistoqsijiet jistgħu jagħmlu l-input tagħhom fuq diversi affarijiet oħrajn, basta dawn ikunu relatati mas-suġġett.", "Din il-konsultazzjoni pubblika se tagħlaq nhar id-29 ta' Marzu, imbagħad wara dik id-data nerġgħu niltaqgħu mill-ġdid u naraw x'qegħdin jgħidu n-nies.", "Jekk hemm bżonn, nemendaw l-Abbozz ta' Liġi li għandna ppreparat s'issa ħalli mbagħad niġu bih il-Parlament u niddiskutu mal-Oppożizzjoni.", "Jien nittama li anke l-Oppożizzjoni tkun magħna fuq din il-liġi.", "Naf li ma tantx kien hemm drabi fejn l-Oppożizzjoni kienet magħna imma nixtieq verament li f'dan is-suġġett tkun magħna.", "Il-mewt hija suġġett skomdu għal ħafna imma hija realtà li kulħadd irid jesperjenza u huwa suġġett li jinteressa lil ħafna nies.", "In-nies għandhom għal qalbhom dak li jiġri kemm minn ġisimhom wara mewthom kif ukoll minn ġisem l-għeżież tagħhom wara mewthom u allura nemmen li l-kremazzjoni għandha tkun aċċessibbli f'pajjiżna bħala alternattiva għad-dfin normali li attwalment għandna.", "Nagħlaq billi nħeġġeġ lil kulħadd idaħħal formalment l-opinjonijiet tiegħu.", "Jien irċevejt ħafna messaġġi fuq Facebook, Whatsapp u Instagram imma sabiex idaħħlu formalment l-opinjonijiet tagħhom inħeġġiġhom jibagħtu email fuq .", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, l-Erbgħa 27 ta' Marzu, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.17 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILLI LOKALI – APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI GĦAL MOTTO", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 1993 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni saret lilu mill-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex sabiex jingħataw approvazzjoni li jużaw motto?", "Jista' l-Ministru jgħid minn liema kunsilli lokali ġew ippreżentati l-imsemmija applikazzjonijiet u liema minnhom ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mir-records misjuba fid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali jirriżulta li mill-1993 sal-lum kien hemm tliet talbiet għall-bdil fil-motto, skont kif muri fit-tabella t'hawn taħt:", "KUNSILLI LOKALI – REFERENDUM GĦAL APPROVAZZJONI TA' PROĠETT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il kunsill lokali organizza referendum sabiex ir-residenti japprovaw proġett li l-kunsill lokali jkun ippropona li jiġi ffinanzjat b'self?", "Jista' jgħid dwar liema proġetti saru r-referenda, meta saru r-referenda u x'kien ir-riżultat?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mill-kunsilli lokali sal-aħħar ta' Frar 2019, ma jirriżultax li kien hemm min minnhom li organizza referendum sabiex ir-residenti japprovaw proġett li jkun ippropona li jiġi ffinanzjat b'self.", "TAS-SLIEMA - AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PERMESSI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' Tas-Sliema u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkolat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2013 sat-28 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 499 applikazzjoni għal żvilupp f'Tas-Sliema li kienu jirrikjedu ħlas ta' kontribut lejn il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS).", "Mis-somma dovuta tħallsu €445,239.26 u l-ammont dovut ġie kkalkolat fuq il-213-il spazju ta' parkeġġ li ma ġiex provdut fis-siti koperti bil-permessi relevanti.", "L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi annessa hawn taħt.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet deċiżi bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-28 ta' Frar 2019 li kienu jinkludu l-kondizzjoni standard relatata mas-CPPS.", "SAN ĠILJAN – AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PERMESSI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' San Ġiljan u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkolat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2013 sat-28 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 356 applikazzjoni għal żvilupp f'San Ġiljan li kienu jirrikjedu ħlas ta' kontribut lejn il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS).", "Mis-somma dovuta tħallsu €3,126,866.66 u l-ammont dovut ġie kkalkolat fuq l-1728 spazju ta' parkeġġ li ma ġiex ipprovdut fis-siti koperti bil-permessi relevanti.", "L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi annessa hawn taħt.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet deċiżi bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-28 ta' Frar 2019 li kienu jinkludu l-kondizzjoni standard relatata mas-CPPS.", "GŻIRA – AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – PERMESSI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità tal-Gżira u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkolat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma teżstix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità tal-Gżira.", "ARBITRU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI – KAŻIJIET PENDENTI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2018?", "Jista' jinforma wkoll kemm każijiet ġew deċiżi tul l-istess żmien?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-aħħar tas-sena 2018 kien hemm 739 każ ta' appell pendenti quddiem l-Arbitru.", "B'kollox matul is-sena 2018 ġew deċiżi 373 każ ta' appell.", "TA' QALI - SUQ TAL-PITKALIJA - TALBIET", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba, meta u minn liema MEPs Maltin kien hemm/saru talbiet biex iżuru uffiċjalment is-Suq tal-Pitkalija f'Ta' Qali mill-2014 'l hawn?", "Liema ġew approvati jew saru, liema huma pendenti u liema rifjutati, u għala?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saru żewġ talbiet minn MEPs u l-ebda minnhom ma ġiet rifjutata.", "MEDIĊINA GĦAL PAZJENTI LI JBATU MILL-EPILESSIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li dawk li jbatu mill-epilessija jerġgħu jibdew jingħataw il-mediċina Kepra minflok Levetiracetam Crescent?", "Jaf il-Ministru li hemm diversi pazjenti li mindu bdew jingħataw il-Levetiracetam Crescent, li tqum inqas mill-Kepra, qed ikollhom uġigħ kbir ta' ras il-jum kollu u spiċċaw b'ħajjithom imqallba?", "Jaf il-Ministru li l-konsulenti mediċi fl-Isptar Mater Dei qalu lill-pazjenti tagħhom li l-awtoritajiet tal-Ministeru ġabuhom li bilfors ikollhom jippreskrivu l-Levetiracetam Crescent għax hija orħos mill-Kepra u mhumiex aktar awtorizzati jippreskrivu l-Kepra?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-mediċina leviteracetam li tinsab fil-formularju tal-Gvern tingħata lil pazjenti li jbatu mill-epilessija.", "Ma jirriżultax li kien hemm ilmenti bil-miktub fuq dawn l-effetti msemmija minnu mill-konsulenti jew mill-pazjenti.", "Il-mediċina leviteracetam mhijiex mediċina li skont gwidi internazzjonali hija rakkommandata li hemm bżonn tkun tad-ditta oriġinali u għalhekk tinkiteb fuq bażi ġenerika.", "IR-RABAT – WIED L-ISQOF – TWESSIGĦ TA' PASSAĠĠI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx u jaqbilx li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, permezz ta' Infrastructure Malta, qed tagħmel sfreġju gravi f'Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat fejn qed tinqered il-bijodiversità mħallsa minn flus pubbliċi u dawk tal-Unjoni Ewropea billi tant kemm qed isir twessigħ ta' passaġġi miksija bil-konkos li jistgħu anke jgħaddu tlieta u erba' vetturi ħdejn xulxin (three u four lane) u billi tant kemm niżlu 'l isfel li nkixfet il-ħamrija li fuqha qed iżomm il-ħajt tas-sejjieħ li spiċċa waqa' f'partjiet minnu u fejn is-sodda tal-wied saret gandott?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dwar dan il-każ jien informat li r-regolatur ħa l-passi neċessarji.", "IR-RABAT – WIED L-ISQOF – TWESSIGĦ TA' PASSAĠĠI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid b'liema dritt Infrastructure Malta qed tagħmel sfreġju gravi f'Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat, fejn qed tinqered il-bijodiversità mħallsa minn flus pubbliċi u dawk tal-UE billi tant kemm qed isir twessigħ ta' passaġġi miksija bil-konkos li jistgħu anke jgħaddu tliet u erba' vetturi ħdejn xulxin (three u four lane) u billi tant kemm niżlu 'l isfel li nkixfet il-ħamrija li fuqha qed iżomm il-ħajt tas-sejjieħ li spiċċa waqa' f'partjiet minnu u fejn is-sodda tal-wied saret gandott?", "Dan hu l-mod kif qed iħares l-ambjent?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b'ħidma sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li jintużaw mill-bdiewa sabiex jaslu għall-għelieqi tagħhom.", "L-aġenzija qed twettaq għadd ta' proġetti sabiex tibni mill-ġdid mal-40 kilometru toroq fil-kampanja li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal.", "Ħafna bdiewa f'diversi partijiet ta' Malta kienu ilhom snin twal jitolbu lill-awtoritajiet jgħinuhom fil-ħidma tagħhom billi jipprovdulhom aċċess aktar sikur għall-għelieqi li jaħdmu.", "Fl-istess waqt dawn it-toroq fil-kampanja jintużaw ħafna wkoll minn dawk li jħobbu jmorru xi passiġġata, ġirja jew dawra bir-rota fl-inħawi.", "Ix-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom jifformaw parti minn dan l-investiment bla preċedent tal-Gvern fit-toroq rurali.", "Il-wiċċ eżistenti tat-toroq li qed jinbnew mill-ġdid, li jkun tal-konkos, asfalt jew materjal ieħor ħafna drabi jkun fi stat ħażin ħafna minħabba nuqqas ta' manutenzjoni jew għax ma jkunx sar fuq sisien sodi fil-passat.", "Minflok l-uċuħ tat-toroq eżistenti qed isiru pedamenti aktar b'saħħithom u saffi ta' wiċċ it-triq ġodda.", "F'postijiet fejn mal-ġnub tat-triq maż-żmien inġemgħet ħamrija li taqa' mill-għelieqi, skart u materjal ieħor, kien meħtieġ li jsir tindif sabiex ix-xogħol ikun jista' jsir b'mod tajjeb u li jservi aktar.", "Ħaxix li jikber mill-uċuħ imkissra tat-triq ikollu jitneħħa wkoll meta jinqalgħu l-istess uċuħ.", "Ix-xogħol tal-bini mill-ġdid ta' dawn it-toroq isir fl-istess spazju meħud mill-wisa' tat-triq eżistenti.", "L-allegazzjonijiet li xi passaġġi twessgħu b'mod li \"jistgħu jgħaddu tlieta jew erba' vetturi ħdejn xulxin\" jew li waqgħu xi ħitan tas-sejjieħ minħabba x-xogħlijiet huma foloz.", "Madanakollu Infrastructure Malta ħadet nota tat-tħassib li ntwera dwar ix-xogħol li sar u ddiskutiethom bir-reqqa mal-awtoritajiet tal-ambjent.", "Fost oħrajn, ġew identifikati miżuri addizzjonali li jistgħu jittieħdu sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tal-ambjent naturali mal-ġnub tal-istess triq.", "Infrastructure Malta se tkompli għaddejja bil-ħidma kontinwa sabiex twettaq il-pjan fit-tul biex ikollna infrastruttura ta' kwalità, effiċjenti u sostenibbli, hekk kif jixraq lill-familji u n-negozji f'Malta u Għawdex.", "REVOKI TA' ĊITTADINANZA MALTIJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' revoka ta' ċittadinanza Maltija fl-aħħar għaxar snin?", "Kemm minnhom kienu minħabba l-artiklu 38 tal-Att dwar iż-Żwieġ u ċjoè minħabba li l-Qorti lokali tkun iddikjarat iż-żwieġ null minħabba li tkun iddikjaratu żwieġ ta' konvenjenza?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sub-artikolu 14(1) tal-Kap 188 jipprovdi li l-Ministru jista' jippriva miċ-ċittadinanza Maltija lill-individwu li jkun akkwista din permezz ta' reġistrazzjoni jew naturalizzazzjoni ġaladarba dan ikun sar b'qerq, rappreżentanza falza jew ħabi ta' xi fatt sostanzjali.", "F'dan ir-rigward, żwieġ ta' konvenjenza jaqa' taħt din id-dispożizzjoni.", "Subartikolu 14(2) tal-Kap 188 isemmi ċirkostanzi oħra fejn jagħti l-każ li l-persuna tiġi pprivata miċ-ċittadinanza tagħha.", "Ninsab informat li f'dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm tliet każijiet ta' pprivazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija.", "Minn dawn it-tliet każijiet jirriżulta, fuq il-bazi ta' deċiżjoni tal-Qorti, li kien hemm tnejn li kienu każijiet ta' żwieġ ta' konvenjenza.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li aktar kmieni din is-sena ntbagħtu 17-il ittra li permezz tagħhom il-persuni kkonċernati ġew informati li fil-konfront tagħhom se jiskatta l-proċess sabiex jiġu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija.", "Fost dawn kien hemm każijiet li s-sentenza tal-Qorti dwarhom tmur lura snin sħaħ.", "Fil-fatt fl-2006 kien hemm diġà lista ta' persuni li kellu jiskatta l-proċess ta' pprivazzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom.", "Madankollu l-mekkaniżmu neċessarju baqa' qatt ma skatta.", "REVOKI TA' ĊITTADINANZA MALTIJA – APPELLI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il appell minn deċiżjoni ta' revoka ta' ċittadinanza sar quddiem il-Kumitat ta' Inkjesta mwaqqaf permezz tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.02 fl-aħħar għaxar snin?", "F'kemm minnhom ġiet ikkonfermata din id-deċiżjoni u f'kemm revokata?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab informat li t-tliet każijiet ta' pprivazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija fl-aħħar għaxar snin ġew riferuti lill-Kumitat tal-Inkjesta dwar il-Privazzjoni taċ-Ċittadinanza Maltija fuq it-talba tal-individwi involuti.", "Il-Kumitat, imwaqqaf skont ir-Regoli dwar Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta' Ċittadinanza Maltija (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.02), jagħmel rapport u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-materji ta' ċittadinanza dwar l-eżitu tal-inkjesta.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet mhumiex pubbliċi għar-raġuni li l-funzjoni tal-Kumitat mhijiex dik ta' Qorti iżda hija intiża sabiex tiġbor il-provi u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Ministru responsabbli mill-materja ta' ċittadinanza. ​", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9290 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9280 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9281 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9458.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9282 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "JOE MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9283 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija oriġinali u tgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Tista' tgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "HELENA DALLI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458 li ngħatat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fis-seduta 210 f'din il-leġiżlatura.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9284 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9458.", "MARSALFORN GĦAWDEX – TOROQ SANTA MARIJA U QBAJJAR - PJANIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid xi pjan hemm għat-toroq Santa Marija u Qbajjar f'Marsalforn, Għawdex peress li dawn jinsabu fi stat ħażin ħafna?", "Meta hu maħsub li se jsir ix-xogħol meħtieġ fuq dawn it-toroq li huma toroq li minnhom jgħaddi ħafna mit-traffiku li jkun sejjer għal Marsalforn?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-toroq imsemmija huma inklużi fit-tieni programm ta' Toroq taħt Proġett Għawdex u bħalissa qed jitħejjew it-tenders.", "AWTORITÀ TAX-XANDIR – ILMENTI INVESTIGATI U DEĊIŻI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment ġie investigat u deċiż mill-Awtorità tax-Xandir fil-konfront ta' One TV mill-bidu tal-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid kif individwalment ivvotaw il-membri tal-Bord tal-Awtorità tax-Xandir?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li matul il-perjodu indikat l-Awtorità ttrattat ilment wieħed kontra One TV u dan kien ilment mill-UHM (Voice of the Workers) kontra One News – datat 11 Marzu 2016.", "L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Membru Parlamentari dwar kif individwalment ivvotaw il-membri tal-Bord hija materja interna tal-Awtorità u sabiex din tkun tista' tkompli taqdi l-funzjoni tagħha din ma tistax tiġi ppubblikata.", "AWTORITAJIET – ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fir-rigward ta' awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm irriżenjaw impjegati fir-rigward ta' kull awtorità, mill-bidu tal-2015 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ, jista' jgħid x'kienet il-kariga tagħhom?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "AWTORITAJIET – ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fil-konfront ta' awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm irriżenjaw impjegati fir-rigward ta' kull awtorità mill-bidu tal-2015 sal-lum maqsuma sena b'sena?", "F'kull każ, jista' jgħid x'kienet il-kariga tagħhom?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "RABAT GĦAWDEX - BINI TA' SKOLA PRIMARJA ĠDIDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permess 01717/18 għall-bini ta' skola primarja ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex ġie withdrawn?", "U x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet saret applikazzjoni ġdida quddiem il-P.A. bin-numru PA 01898/19?", "X'inhi r-raġuni li saret applikazzjoni ġdida li tikkonsisti f'\"Extension to existing school of 130 Classrooms for 500 students, Multipurpose halls, Playgrounds and roofing over of part of private road\" u x'tibdil hemm mill-ewwel applikazzjoni għat-tieni applikazzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li t-Traffic Impact Assessment involva aktar ħin milli kien maħsub, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada kellha tirtira l-applikazzjoni numru 01717/18 u tagħmel applikazzjoni ġdida (numru 01898/19).", "Il-proġett għadu l-istess wieħed kif oriġinarjament maqbul.", "IX-XEWKIJA – BIĊĊERIJA – PROĊESS TA' TNEĦĦIJA GĦAL BINI TA' QORTI ĠDIDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9148 tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni (P.A. Number) għall-bini ta' biċċerija ġdida ġewwa Għawdex?", "Interpellant li għandu jirreferi għall-mistqosija parlamentari 9148.", "IL-MARSA - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Marsa fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 mistoqsija mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-MARSA - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Marsa li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn 31 mistoqsija mressqa f'daqqa jitlobu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-ĦAMRUN - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Ħamrun fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 mistoqsija mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-ĦAMRUN - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn 31 mistoqsija mressqa f'daqqa jitlobu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-FURJANA - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Furjana fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 mistoqsija mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-FURJANA - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Furjana li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 mistoqsija mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "PAZJENTI LI KIENU JGĦIXU FIL-KOMUNITÀ U WETTQU SUWIĊIDJU", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu jgħixu fil-komunità u li kienu outpatients fis-servizz tas-saħħa mentali, li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu suwiċidju?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-imwiet, kien hemm 137 imwiet kawża ta' suwiċidju f'residenzi ta' Malta bejn l-2013 u l-2017.", "Minn dawn 30 attendew il-Psychiatric Outpatients fl-Isptar Mater Dei għall-inqas darba fil-perjodu bejn l-2011 u l-2017.", "SKEMA TA' INSTALLAZZJONI TA' LIFTS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-Iskema ta' Installazzjoni ta' Lifts?", "Kemm ġew installati lifts mill-Gvern f'dawn l-aħħar tliet snin?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar toffri Skema ta' Installazzjoni ta' Lifts fi blokok li huma proprjetà tal-Gvern.", "Id-dettalji kollha dwar din l-iskema jinsabu fuq is-sit uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar.", "Fl-2016 u l-2017 l-Awtorità tad-Djar installat 22 lift filwaqt illi sa tmiem is-sena 2018 kien għaddej ix-xogħol fuq 12-il lift ieħor.", "PENSJONIJIET LI M'GĦANDHOMX CAPPING", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pensjonijiet li ma għandhomx capping?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pensjonijiet imħallsa bis-saħħa tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) kollha għandhom capping.", "ŻGUMBRAMENT TA' GARAXXIJIET LI KIENU QED ISERVU TA' RESIDENZI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9245 fejn ingħata tagħrif li xi familji setgħu ġew żgumbrati minn garaxxijiet li kienu nqalbu f'residenzi, jista' l-Ministru jgħid x'koordinament seħħ bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tad-Djar?", "X'sar minnhom dawn il-familji li ġew żgumbrati?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, bħal f'kull każ ieħor, tagħti l-attenzjoni meħtieġa lill-applikazzjonijiet ta' familji li jkunu ġew żgumbrati.", "Għalhekk jekk dawn l-individwi japplikaw għal akkomodazzjoni soċjali jew għall-iskemi tal-Awtorità huma jingħataw l-attenzjoni neċessarja.", "PRODUZZJONI INDUSTRIJALI - RIŻULTATI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-riżultati fil-qasam tal-produzzjoni industrijali fl-aħħar tliet snin u x'inhuma l-prospetti għaż-żmien li ġej?", "CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma li fi Triq Lewis Wettinger (Mellieħa Bypass) matul il-lejl qed jintfew numru ta' lampi li hemm fuq l-arbli fl-istess triq wara lmenti minn numru ta' residenti?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat", "MELLIEĦA – TRIQ IL-MARFA – KONSULTAZZJONI MAS-SIDIEN TAN-NEGOZJI RIGWARD XOGĦLIJIET FIT-TRIQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx konsultazzjoni u allura s-sidien tan-negozji li jinsabu fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa kenux informati qabel ma nbeda x-xogħol fit-triq imsemmija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor Interpellant li Triq il-Marfa bejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa u l-Bajja tal-Għadira, hija waħda mit-toroq li Infrastructure Malta se tibda tibni mill-ġdid bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li qed jitwettaq sabiex intejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "F'din it-triq ta' madwar kilometru u nofs se jsiru diversi servizzi ġodda taħt l-art, se tiġi estiża s-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita u se jinbnew madwar 400 metru f'bankini ġodda.", "Il-wiċċ tat-triq se jitħaffer u fejn hemm pedamenti antiki bit-tafal jew materjal ieħor mhux b'saħħtu, se jinbidlu ma' oħrajn sodi, biex it-triq ma tibqax iċċedi.", "Infrastructure Malta għaddejja b'konsultazzjoni kontinwa mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, u ma' entitajiet u persuni oħrajn konċernati, sabiex jiġi żgurat li dan ix-xogħol li tant ilu biex isir, ikun jista' jitwettaq bl-inqas diffikultajiet possibbli għar-residenti, negozji u dawk kollha li jużaw l-istess triq.", "Fil-fatt, wara diskussjonijiet mal-kunsill lokali, se jsiru arranġamenti ta' aċċess temporanju kemm għall-karozzi u anke għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jew b'tal-linja sakemm partijiet mit-triq ikunu magħluqin minħabba x-xogħlijiet.", "L-uffiċjali ta' Infrastructure Malta se jkunu wkoll qed isegwu mill-qrib ix-xogħol kollu li se jkunu qed jagħmlu l-kuntratturi tal-bini ta' din it-triq, sabiex fejn ikun hemm xi diffikultajiet, tittieħed azzjoni minnufih.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "MELLIEĦA – LUKANDI LI KELLHOM PERMESSI GĦALESTENSJONI JEW BINJIET ĠODDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lukandi (ta' kull tip) li kellhom il-permessi approvati jew pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'estensjonijiet jew binjiet ġodda fil-lokalità tal-Mellieħa bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u t-18 ta' Marzu 2019?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtoritaà tal-Ippjanar, hemm erba' applikazzjonijiet għal żidiet jew bini mill-ġdid ta' lukandi li qed jiġu pproċessati mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-Mellieħa li ġew ippubblikati / validati bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u t-18 ta' Marzu 2019.", "Fl-istess perjodu, l-Awtorità approvat disa' applikazzjonijiet għall-istess tip ta' żvilupp.", "Il-lista tal-applikazzjonijiet relevanti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet għal permess ta' żvilupp (PA applications) li fid-deskrizzjoni tal-proposta tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti:", "Minn dawk l-applikazzjonijiet li jaqgħu fi klassi 3A (tal-Use Classes Order) ġew eskluzi hostels, guest houses u akkommodazzjoni għat-turisti li ma jaqax taħt id-deskrizzjoni ta' lukanda.", "NAXXAR – ĊENTRU TAL-FIERI – APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETT TA' APPARTAMENTI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar hijiex qed tikkonsidra favorevolment l-applikazzjoni (2284/16) għal proġett li jikkonsisti f'mijiet ta' appartamenti fiż-żona fejn qabel kien hemm iċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar?", "Jista' jindika wkoll fiex waslet din l-istess applikazzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni PA2284/16 tinsab fuq art li skont il-pjan lokali hija indikata għall-iżvilupp u għalhekk japplikaw policies li jirregolaw it-tali żoni.", "L-ipproċessar tal-applikazzjoni preżentement jinsab sospiż jistenna informazzjoni meħtieġa biex b'hekk ikun jista' jipproċedi għall-ipproċessar komplut tal-proposta.", "BAJJA TAL-GĦADIRA – STUDJI DWAR PROĠETT GĦAL ESTENSJONI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċessi għadhom għaddejjin.", "BAJJA TAL-GĦADIRA – XOGĦOL FUQ IL-PROĠETT GĦAL ESTENSJONI", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika meta mistenni jibda u jintemm ix-xogħol fuq l-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ewwel iridu jsiru l-istudji meħtieġa.", "SIĠAR MEQRUDA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentri 6177 u 6563 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra nqalgħet jew tqaċċtet jew inqerdet, bil-permess u mhux, matul l-2016, l-2017 u l-2018 sa Mejju?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tinkludi s-sena, l-ispeċi tas-siġra u jimmarka b'distinzjoni jekk kienx hemm permess jew le?", "Fil-każ li ma kienx hemm permess, x'passi ttieħdu?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "REGOLAMENT GĦALL-ĦARSIEN TAS-SIĠAR U L-IMSAĠAR - PUBBLIKAZZJONI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux beħsiebu jippubblika r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar li l-konsultazzjoni pubblika dwarhom għalqet fl-1 ta' Marzu 2018?", "Jekk iva, meta se jiġi ppubblikat?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar ġew ippubblikati fil-31 ta' Lulju, 2018​.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – ŻJARAT F'DUBAI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9513 u ċjoè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f'dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f'dak il-każ lil min akkumpanja?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif qed jinġabar.", "KORP TAL-PULIZIJA – INDEPENDENT POLICE COMPLAINTS BOARD", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9407 jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Independent Police Complaints Board, meta ġew appuntati u kemm huwa twil il-mandat tal-ħatra tagħhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Il-membri tal-Independent Police Complaints Board kienu maħtura permezz ta' notifika fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19787 paġna 5873 tas-26 ta' Mejju 2017, skont l-artikolu 35 tal-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) għal perjodu ta' tliet snin b'seħħ mit-12 ta' Mejju 2017.", "KORP TAL-PULIZIJA – INDEPENDENT POLICE COMPLAINTS BOARD", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9407 jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li jieħu żmien biex dan il-każ jiġi investigat u deċiż mill-Independent Police Complaints Board?", "MICHAEL FARRUGIA: Il-Kummissarju tal-Pulizija talab lill-Independent Police Complaints Board biex jinvestiga dan il-każ u l-Bord beda jeżamina d-dokumenti relattivi.", "Huwa ttamat li l-investigazzjoni msemmija mill-Onor.", "Interpellant tiġi magħluqa fi żmien relattivament qasir.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – ĦATRA TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9408, jista' l-Prim Minsitru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux kuntratt ta' servizzi ta' konsulenza mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4301.", "IR-RABAT/IMTARFA – TWESSIGĦ TA' TRIQ BUQANA – ĦITAN TAS-SEJJIEĦ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-proġett tat-twessigħ ta' Triq Buqana (Rotta 16) li mir-Rabat/Imtarfa tagħti għall-Mosta/Imġarr, il-ħitan tas-sejjieħ li qed jinbnew qed jiġu mibnija tant għolja li qed jgħattu l-veduta tal-għelieqi, tal-Imdina u tal-ambjent sabiħ tal-madwar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta qed tagħmel dan il-proġett b'investiment ta' madwar €3.6 miljun biex twessa' u tibni mill-ġdid Triq Buqana, il-konnessjoni ewlenija bejn l-Imtarfa, il-Mosta u l-Imġarr.", "Permezz ta' dan il-proġett se tiżdied korsija għall-vetturi mill-Imtarfa lejn il-Mosta u l-Imġarr u korsija għar-roti ġdida b'tul ta' 1.8 kilometri fl-istess direzzjoni.", "B'hekk Infrastructure Malta se tkun qed tkompli żżid aktar infrastruttura sigura li tħajjar aktar persuni jużaw mezzi ta' vvjaġġar alternattivi.", "Fl-istess waqt, qed tkompli tnaqqas id-diffikultajiet li jwasslu għal dewmien fl-ivvjaġġar għal madwar 18,000 persuna li ta' kuljum jużaw din ir-rotta fi triqithom minn u lejn it-tramuntana tal-gżira u Għawdex.", "Bħala parti minn dan il-proġett se jinbena mill-ġdid ukoll il-pont ta' Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes) li minn fuqu tgħaddi din it-triq.", "Bi tħejjija għall-bini tal-korsiji ġodda tal-karozzi u r-roti, kellu jsir skavar wara l-ħitan tal-ġnub tat-triq, u qegħdin isiru wkoll 1.8 kilometri ta' ħitan bil-ġebel tas-sejjieħ ġodda.", "Il-ħitan indikati huma meħtieġa biex iżommu l-ħamrija milli tinġarr mir-riħ u bix-xita bil-konsegwenza li tintilef mill-għelieqi billi tisipiċċa fit-triq.", "SERVIZZ TAL-IT FL-ISPTAR MATER DEI (CPAS) – TENDER KOMPETITTIV", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux il-ħsieb li joħroġ sejħa għal tender kompetittiv, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-kuntratt tas-servizz ta' IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) jagħlaq, u jekk le, għaliex?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ħsieb hu li toħroġ sejħa pubblika għal interess kompetittiv, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropeja, hekk kif il-kuntratt tas-servizz tal-IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) jiskadi.", "Dan se jsir skont il-prassi legali biex jiġi evalwat jekk hemmx il-kompetizzjoni neċessarja biex il-kuntratturi jkomplu jiżviluppaw is-sistema."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190326_211d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 27 ta' Marzu 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 211, li saret fis-26 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Performance Audit: A Review on the Contract for Mount Carmel Hospital's Clerical Services maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f'Marzu 2019; u", "L-edizzjoni 126 tal-pubblikazzjoni Dumnikana, Knisja 2000 \"L-etika fil-Politika\" għall-perjodu Ottubru-Diċembru 2018.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "PEMBROKE - AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - PERMESSI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' Pembroke u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkolat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma teżistix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità ta' Pembroke.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ - AWTORITÀ TAL-IPPJANAR - PERMESSI GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkolat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?", "MICHAEL FALZON (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma teżistix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità ta' Baħar iċ-Ċagħaq.", "DIPARTIMENT TAS-SAJD U TAL-AKWAKULTURA – PERMESSI U KONTROLLI FUQ L-OPERAT TAL-FISH FARMS TAT-TONN", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' inkjesta mmexxija miċ-Chairperson, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar l-operat tad-Dipartiment tas-Sajd u tal-Akwakultura fejn jikkonċerna l-permessi u l-kontrolli fuq l-operat tal-fish farms tat-tonn u li ġie ppreżentat nhar id-9 ta' Ġunju 2017?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fir-rigward tar-rapport ta' inkjesta li tikkonċerna l-permessi u l-kontrolli fuq l-operat tal-fish farms tat-tonn, wieħed jista' jifhem li fid-dawl tal-iżviluppi riċenti fid-Dipartiment tas-Sajd u tal-Akwakultura, mhuwiex għaqli li tiġi ppubblikata l-inkjesta fl-intier tagħha minħabba li għaddejja investigazzjoni ulterjuri mill-Maġistrat Inkwerenti.", "Imma nista' nippubblika l-konklużjonijiet tar-rapport hekk kif ġej:", "1. ld-Dipartiment, bħala Regolatur tal-Akwakultura, għandu sistema ta' kontrolli fuq l-operaturi tal-fish farms tat-tonn u l-proċess relatat, għalkemm inħass li hemm bżonn ta' riżorsi ulterjuri tenut kont tal-mod qawwi Ii bih kibret l-industrija taI-fish farms tat-tonn f'Malta, partikolarment sabiex isiru l-kontrolli fuq il-fish farms biex jiġi żgurat Ii mhux qed isir abbuż mill-operaturi.", "2. ll-Bord ma sab l-ebda evidenza li tindika li l-proċess innifsu adottat mid-Dipartiment qed jagħti preferenza lil xi operatur partikolari a skapitu ta' operaturi oħrajn.", "Jirriżulta li l-proċess huwa l-istess għall-operaturi kollha.", "Il-Bord lanqas ma sab evidenza ta' xi forma ta' kollużjoni bejn uffiċjali pubbliċi li permezz tiegħu jista' jkun ivvantaġġjat xi operatur 'il fuq minn ieħor.", "Madanakollu l-Bord sab illi jeżistu ċirkostanzi li jagħtu wieħed x'jifhem illi jista' jkun hemm xi abbuż daparti ta' operatur, u dan għar-raġunijiet indikati fil-proċess tal-harvesting.", "Il-Bord ma sab ebda evidenza li d-Dipartiment huwa kompliċi f'dan, għalkemm jidhirlu li fiċ-ċikorstanzi setgħu saru aktar kontrolli, u għandhom isiru aktar kontrolli biex jiġi aċċertat illi diskrepanzi kbar li jirriżultaw fll-weight gain tat-tonn mhumiex ir-riżultat ta' xi abbuż.", "Il-Bord ma sabx evidenza li xi uffiċjal pubbliku kkommetta xi aġir li jnaqqas il-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika.", "Madanakollu, għall-ilmenti dwar konflitt ta' interess, il-Bord sab illi l-fatt illi sa dak iż-żmien Assistent Direttur hija l-konjuga ta' manager ta' wieħed mill-erba' operaturi tal-fish farms kienet qed tnaqqas il-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika mill-operaturi l-oħra tal-fish farms.", "Nixtieq ninforma lill-Kamra li abbażi ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ħa l-azzjonijiet biex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet.", "Wieħed jifhem li żviluppi li seħħew fl-aħħar ġimgħat juru li fadal aktar xi jsir fir-rigward ta' reklutaġġ ta' uffiċjali, taħriġ u introduzzjoni ta' sistemi li jsaħħu l-operat ta' dan id-Dipartiment.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, bħala persuna li noqgħod u nqatta' ħafna ħin fin-naħa t'isfel ta' Malta nista' ngħid li għalina Marsaskala huwa post importanti, speċjalment fis-sajf meta ħafna persuni li joqogħdu fin-naħa t'isfel ta' Malta jmorru f'dawk l-inħawi.", "Wieħed mill-isbaħ postijiet f'Marsaskala, u sfortunatament wieħed mill-aktar mitluqin, huwa l-Magħluq.", "Ilna snin twal nistennew li tittieħed azzjoni sabiex post verament sabiħ ma jkunx daqshekk mitluq u jkun riġenerat.", "Nassumi li l-Ministru jaf li hemmhekk hemm problema ta' ġrieden.", "Fil-fatt kultant tkun għaddej minn hemmhekk u tara l-ġrieden li jiġu minħabba l-ħmieġ li jintefa' minn persuni irresponsabbli.", "F'dawn il-jiem saret anke konferenza stampa dwar dan.", "Għalhekk jista' l-Ministru jispjega x'se jkun qed isir hemmhekk, kemm min-naħa tal-Ministeru kif ukoll min-naħa ta' għaqdiet volontarji ambjentali, li wkoll qed jieħdu interess?", "Din hija inizjattiva tajba li biha qed jiġi ġġenerat il-Magħluq ġewwa Marsaskala.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għal din il-mistoqsija.", "Il-Magħluq u l-akkwati tiegħu huma parti miż-żoni senjalati bħala siti ta' Natura 2000 jiġifieri siti ta' portata ekoloġika.", "Fil-fatt il-parti fejn hemm il-wet lands hija ta' portata ekoloġika kbira.", "L-ewwel nett, l-ERA ħadmet fuq il-management plans u qalet b'mod xjentifiku x'hemm bżonn isir biex wieħed jippreserva l-aspett ekoloġiku u ambjentali tas-sit.", "Għalhekk bdejna nħaddmu dawn il-pjanijiet ta' immaniġġar tas-sit.", "L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li mmarkajna Il-Magħluq u l-akkwati tiegħu bħala sit Natura 2000.", "Bdejna billi għamilna x-xogħol tat-tindif, imbagħad iddeċidejna li hemm bżonn isir dredging.", "Fil-fatt id-dredging ma kenitx l-aktar ħaġa faċli għaliex hemmhekk hemm sistema ekoloġika; pereżempju hemm ħuta li tissejjaħ il-Bużaqq, li hija ħuta endemika għal Malta biss u li ftit ilu ddikjarajnieha bħala l-ħuta nazzjonali ta' Malta.", "Biex sar id-dredging u x-xogħol li kien hemm bżonn isir wieħed kellu juża kawtela kbira; saru l-istudji relattivi, sar koordinament bejn l-ERA u Ambjent Malta u daħħalna wkoll ENGO biex tiġi involuta fl-immaniġġjar ta' dan is-sit.", "Minbarra dan, għamilna wkoll programm biex nippreżervaw il-Bużaqq, waħħalna wkoll CCTV cameras għal aktar sigurtà u ħawwilna aktar siġar indiġeni biex nippreżervaw il-madwar.", "Bażikament li se jsir hemmhekk huwa li se nirrestawraw is-sit biex inġibuh fl-istat pristin li kien fih qabel ma beda jiġi degradat konsegwenza tal-iżvilupp kbir li sar hemmhekk minħabba l-aspett turistiku.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-azzjonijiet li ħa biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet li jissemmew fil-konklużjonijiet tar-rapport tal-inkjesta?", "JOSÉ HERRERA: Kif japprezza l-Onor.", "Interpellant, meta inti tkun ministru, inti ma tkunx il-manager.", "Jalla jilħaq ministru xi darba għax kulħadd jaspira li jilħaq ministru.", "L-iskop ta' ministru mhuwiex li jkun manager imma li jkun policy director u jikkoordina l-politika, ikun jaf x'inhu għaddej u jippromwovi l-ideat tiegħu.", "Ministru jkollu ħafna dipartimenti, aġenziji, eluf ta' nies jaħdmu miegħu u ma jkunx jaf, u lanqas għandu jkun jaf, id-day-to-day running tal-ministeru tiegħu.", "Allaħares ikun hekk, għaliex minflok ikun ministru, jispiċċa CEO.", "Però kif ilħaqt Ministru responsabbli mill-ambjent, bħalma ġrali meta lħaqt l-ewwel darba Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kultura u kunsilli lokali wara li kien hemm Gvern Nazzjonalista, bdew jiġu n-nies jgħiduli xi jkun ġara 'l hawn u 'l hemm, li jkunu saru ċerti irregolaritajiet, eċċ..", "Allura tagħmel inkjesta fuq kull ħaġa li tisma'?", "Jekk tagħmel hekk tispiċċa ma tagħmel xejn għax kuljum jiġi xi ħadd jgħidf xi ħaġa, jew b'mod sigriet jew anonimu.", "Il-Maltin, speċjalment, iħobbu jallegaw ħafna affarijiet fuq kulħadd.", "Kieku kellek tagħmel inkjesta fuq kull allegazzjoni li ssirlek, tagħmel allegazzjoni kuljum.", "Pereżempju jekk jinqabeż xi ħadd, jew jiffissa li nqabeż, jew inkella xi ħadd ippretenda li kellu jieħu xi ħaġa u ma ħadhiex, jiġi jagħmillek rapport fuq sieħbu.", "Kuljum ikollok rapporti u allura trid toqgħod tibbilanċja dak li tisma'.", "Però meta sirt ministru ta' dan id-dekasteru kelli ċerti lmenti li ma kenux partikolari u jien deherli li kelli ninvestiga.", "Sur President, il-liġi tagħtik il-poter li bħala ministru tagħmel inkjesta ministerjali u mhux inkjesta kriminali.", "L-iskop ta' inkjesta ministerjali mhijiex biex inti tara jekk hemmx xi reat jew delitt kriminali imma biex tara jekk l-affarijiet jistgħux isiru aħjar mill-aspett amminstrattiv.", "Jekk imbagħad jirriżultalek li hemm xi ħaġa kriminali, tagħmel ir-rapporti li għandek tagħmel.", "Bażikament, wara li jien smajt li kien hemm ċerti lmenti għamilt inkjesta ministerjali.", "Fil-fatt informajt lill-Kamra min kienet il-persuna li jien għażilt biex tħejji l-inkjesta ministerjali; f'dan il-każ kien l-Avukat Paul Cachia.", "Meta tagħmel inkjesta ministerjali l-liġi tagħtik id-dritt li tagħżel wieħed, jew tista' tagħżel tim.", "F'dan il-każ deherli li kelli nagħżel persuna partikolari u għalhekk għażilt lill-Avukat Paul Cachia, li ra l-affarijiet u kkummenta kif kellu jikkummenta.", "Fil-fatt sab li kien hemm żewġ aspetti li kellhom bżonn jiġu rimedjati b'mod immedjat.", "Ma jfissirx li m'hemmx affarijiet oħrajn ħżiena, għax nispiċċa jien, jiġi ta' warajja, u ta' wara, jiġifieri dejjem ikun hemm affarijiet li jistgħu jiġu mtejba u dejjem ikun hemm min jabbuża mill-kariga tiegħu.", "Tista' tkun l-aqwa ministru fid-dinja u tista' tkun l-aktar bniedem rett, għax dejjem ikun hemm min jabbuża.", "In-natura umana hekk hi, dejjem hekk kienet u dejjem hekk se tibqa'.", "Irridu nkunu onesti magħna nfusna u ma rridux inkunu estremisti u ngħidu li għax ikun hemm xi ħaġa ħażina allura spiċċat id-dinja.", "Wieħed irid jindirizza l-problemi, jimminimizza l-abbużi li jkun hemm u jibqa' għaddej għax inkella ma jieqaf qatt.", "Kif diġà għedt, kien hemm żewġ aspetti li kellhom bżonn jiġu indirizzati.", "Wieħed minnhom kien il-mod kif jiżnu l-ħut għax kien qed jagħti lok għal abbuż serju, hekk kif stabbilit minn dan ir-rapport, u t-tieni aspett kien li kien hemm persuna li peress li kellha parentela ma' operatur partikolari, seta' kellha xi konflitt ta' interess imma ma ġiex ipprovat li kienet tabbuża jew tagħmel xi ħaġa illegali.", "Bażikament dawn kienu ż-żewġ affarijiet li riedu li jiġu indirizzati b'mod immedjat.", "Il-kwestjoni ta' kif jiżnu t-tonn ġiet indirizzata u ħareġ avviż legali ftit xhur wara li tħejja dan ir-rapport, għax huwa veru li kien qed ikun hemm lok għal ċerti abbużi.", "Jekk l-Onor.", "Interpellant jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun nista' nagħtih id-dettalji.", "Saret liġi ad hoc li permezz tagħha din il-problema partikolari ġiet indirizzata u jien ninsab sodisfatt b'dan.", "Rigward il-persuna li kellha parentela ma' operatur partikolari rrid ngħid li ma ġiex ipprovat li din għamlet xi ħaġa illegali, iżda minħabba s-sensittività tal-kariga tagħha ngħatat kariga oħra.", "Naħseb li dak li kkonkluda li għandu jiġi rimedjat iċ-Chairperson tal-Bord tal-Inkjesta ġie implimentat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, waħda mill-akbar problemi ambjentali u ta' theddida għall-ambjent huwa l-konsumeriżmu.", "M'ilux kont ġo supermarket u nnotajt li anke sempliċement toothpaste jkollu kaxxa tal-kartun sabiħa, kollha kuluri, imbagħad meta tmur id-dar l-ewwel ħaġa li tagħmel hija li taqbad dik il-kaxxa tal-kartun u tarmiha.", "Filwaqt li ċerti pajjiżi ma qatgħux dan it-tip ta' mekkaniżmi, naf li kien hemm anke kampanja ta' edukazzjoni sabiex in-nies jagħżlu prodott minn ieħor biex ma jkunx hemm ħafna rimi.", "Pereżempju, qed jissemma ħafna s-single use plastic, bħal straws, eċċ. X'qed isir mill-Ministeru sabiex din il-problema tkun indirizzata?", "JOSÉ HERRERA: L-istil ta' ħajja tagħna llum inbidel radikalment mill-istil ta' ħajja li kellhom l-antenati tagħna.", "Aħna qegħdin f'epoka fejn il-konsumeriżmu ħakem kollox.", "Illum jekk ikollok karozza li jkollha ftit ħsara, minflok tirranġa dik il-ħsara, tbiddel il-parti bil-ħsara u tarmi l-antika.", "Meta kont żgħir jien kont noqgħod Tas-Sliema - jien għandi 56 sena – u niftakar li kien jiġi wieħed jgħidulu l-landier u jekk kien ikollok, pereżempju, xi taġen b'xi qasma – illum din forsi jiswa' €4 jew €5 – kien isewwihulek.", "Anke meta kont tmur tixtri, kont tieħu qisha karta pesta u tixtri l-kunserva fiha, jew biex tixtri l-larinġ kont tieħu l-qoffa.", "L-iskart kien ħafna inqas, litteralment kien żero.", "Ma kellniex din l-idea li tixtri oġġett u tarmih u tixtri oġġett ieħor u tarmih.", "Dari l-ħajja kienet aktar sostenibbli.", "Imbagħad fis-snin tmenin u disgħin dħalna f'epoka fejn il-bniedem ġie elevat iżjed u sar aktar emanċipat.", "Il-plastik u l-parts saru irħas u allura bħala konsumaturi sirna nixtru u nbigħu u nixtru u narmu.", "Fil-verità dan l-istil ta' ħajja għamel ħafna ħsara lill-ambjent.", "L-aktar aspett li għamel ħsara lill-ambjent f'dan ir-rigward huwa l-plastik.", "Il-plastik huwa materjal irħis ħafna biex tipproduċih.", "Għall-ewwel in-nies kienu jaħsbu li dan huwa materjal inearth u allura jekk inti tużah bħala kontenitur u tarmih, dan eventwalment, tul is-snin, jispiċċa u jerġa' jidħol fin-natura.", "Għalhekk biddilna s-sistema tagħna ta' kif nippreżervaw l-affarijiet, kif nużaw l-affarijiet u bdejna nużaw ħafna plastik single use.", "L-istil ta' ħajja tagħna llum iwassal biex ngħarrqu l-ambjent.", "Għaldaqstant irridu nagħmlu żewġ affarijiet; irridu nbiddlu l-istil ta' ħajja tagħna billi nedukaw u nikkreaw policies u qafas legali adegwat u rridu nindirizzaw il-problema tal-plastik.", "Il-plastik huwa l-akbar problema f'dan ir-rigward u Malta qiegħda ftit lura, però se nkunu minn ta' quddiem nett għaliex qed naħdmu fuq politika u qafas leġiżlattiv fir-rigward ta' plastik single use.", "Il-plastik mhuwiex ħażin.", "Pereżempju hija ħaġa tajba li jkollok ġugarell tal-plastik li tużah għal sentejn u m'hemm xejn ħażin li xi partijiet tal-karozza jkunu tal-plastik imma mhux ikollok flixkun tal-ilma tal-plastik li tarmih mill-ewwel hekk kif tixtrob l-ilma.", "Huwa l-plastik single use li huwa ħażin u mhux il-plastik fih innifsu però qed nabbużaw minn dan il-materjal.", "Għalhekk irridu nedukaw lin-nies kif jużaw il-plastik aħjar u rridu nieħdu pożizzjonijiet leġiżlattivi ebsin.", "Sur President, l-ewwel ħaġa li se nagħmlu hija l-bottle refund scheme għaliex l-aktar plastik li qed jintuża u jintrema huwa dak tal-kontenituri tal-minerali tal-ilma, eċċ. Irid ikollna sistema fejn il-plastik li qed jiġi wżat għal dawn il-fliexken jiġi riċiklat u allura jrid ikollok bottle refund scheme.", "Ninsabu f'punt avvanzat dwar dan u fix-xhur li ġejjin se jkollna sistema in vigore.", "Din hija xi ħaġa tajba ħafna.", "Irid ikollna wkoll qafas leġiżlattiv biex ċerti oġġetti, bħall-boroż u kontenituri oħrajn li jintużaw kapriċċożament bħal pereżempju, l-istraws, naqtgħuhom għax qed jagħmlu ħafna ħsara lill-ambjent.", "Irid ikollok kuraġġ, koperazzjoni u edukazzjoni, però fl-aħħar mill-aħħar irridu nieħdu passi ebsin f'dan ir-rigward.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, l-industrija tat-tonn f'pajjiżna hija industrija importanti ħafna mhux biss għall-operaturi li jaħdmu bil-purse-seiners u għal dawk li għandhom il-fattening farms hawn Malta imma wkoll għas-sajjieda żgħar Maltin, li ħafna minnhom qegħdin Marsaxlokk.", "Wara l-istorja sfortunata li kellna ftit tax-xhur ilu dwar it-tonn, jista' l-Ministru jgħidilna jekk kellniex xi riperkussjonijiet mill-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas)?", "Kien hemm xi sanzjonijiet fuq pajjiżna?", "X'qed jagħmel il-Ministru biex ikompli jiddefendi l-interess tas-sajjieda speċjalment is-sajjieda żgħar Maltin?", "JOSÉ HERRERA: Sur President, wieħed japprezza dawn it-tip ta' mistoqsijiet.", "Hija l-funzjoni tal-Oppożizzjoni li b'kawtela u b'responsabbiltà tiskrutinja dak li jkun għaddej.", "Naħseb li dawn it-tip ta' mistoqsijiet fiċ-ċirkostanzi huma pertinenti u f'waqthom u jien għandi l-obbligu li ninforma.", "L-industrija tat-tonn hija industrija li kibret matul dawn l-aħħar 12-il sena.", "M'għandekx xi miljun ruħ involut fl-industrija tat-tonn.", "Bażikament għandek erba' kumpaniji kbar.", "Fl-akwakultura għandek aktar minn erba' kumpaniji għax għandek il-kumpanija tal-awrat, eċċ. Irrid ngħid li dawn l-erba' kumpaniji waħedhom għandhom bejn 2% u 3% tal-ekonomija kollha ta' Malta.", "Din l-industrija kibret mhux biss għaliex għandna l-kwoti tagħna imma għaliex b'mod legali dawn jixtru kwoti jew biċċiet minn kwoti ta' pajjiżi oħrajn.", "It-tuna penning ma ngħidlux akwakultura fis-sens li inti tkabbar il-ħut.", "Min qiegħed irabbi t-tonn jew imexxi l-industrija tat-tonn mhuwiex qed ikabbar il-ħut.", "It-tonn jinqabad fis-salvaġġ, jiġi penned, jiġi mitmugħ ċertu ikel, jeħxien, imbagħad hemm l-istaġun meta jinqatel u jiġi esportat.", "L-industrija tat-tonn hija industrija li tħalli ħafna qligħ imma ftit huma n-nies involuti.", "Id-Dipartiment tas-Sajd huwa r-regolatur, għandu l-limitazzjonijiet tiegħu u rriżulta li tul is-snin, taħt gvernijiet oħrajn, mhux taħt dan il-Gvern, kien hemm ċerti abbużi.", "F'kull setter dejjem se jkun hemm l-abbużi u l-inkwiet imma dejjem tista' timminimizza.", "Però meta jkollok żbroff ta' allegazzjonijiet kif kien hemm f'dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, speċjalment f'kontest Ewropew, billi Malta hija parti mill-Unjoni Ewropea, ikun hemm ċerti riperkussjonijiet.", "Kif qed jgħid l-Onor.", "Interpellant, kellna riperkussjonijiet.", "Meta jiġri hekk ikollok l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-fora internazzjonali u tal-ICCAT aktar iffokata fuq Malta.", "Anke l-Ġappun, li huwa l-importatur ewlieni tagħna, jibda jibża' jimporta l-ħut mingħandna.", "Kellna numru ta' problemi.", "Għalhekk inkun qed nigdeb jekk niġi hawnhekk u ngħid lill-Onor.", "Interpellant li ma ġara xejn, għax fil-fatt ġara.", "Kien hemm problemi u riperkussjonijiet politiċi fuq livell Ewropew u internazzjonali.", "Dik hija l-verità però d-dover tiegħi bħala Ministru u tad-Dipartiment kien li nirrispondu għal dawn l-allegazzjonijiet li saru.", "Kelli l-għażla li jew niddeċiedi b'mod irrazzjonali, nieħu ċerti miżuri bl-addoċċ u nibqa' miexi jew inkella nimxi b'mod kawt.", "Ħalli nkun onest mal-Onor.", "Interpellant; l-ewwel tentazzjoni hekk kienet, li nqum filgħodu, naqbad nieħu erba' deċiżjonijiet kif naf jien u mmexxu.", "Però l-esperjenza ta' dawn l-aħħar sitt snin turik li jekk tiddeċiedi fis-saħna, tiżbalja.", "Għalhekk trid tgħarbel iċ-ċirkostanzi u l-problemi, imbagħad tara x'hemm bżonn isir.", "Nista' nserraħ ras l-Onor.", "Interpellant li, l-ewwel nett, il-mistoqsijiet li sarulna mill-Kummissjoni Ewropea rrispondejniehom, qed nieħdu miżuri u se nkomplu nieħdu, però l-aktar ħaġa importanti hija li rridu ngħarblu x'kien hemm u naraw x'irridu nagħmlu.", "Fil-ġimgħat li ġejjin jien se nkun f'pożizzjoni li niġi hawn fil-Parlament jew barra l-Parlament, nagħmel stqarrijiet għall-istampa u ngħid x'miżuri radikali u ebsin ħadna biex insaħħu l-aspett regolatorju tal-industrija tagħna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk Malta hux se tieħu sehem fl-Earth Hour din is-sena wkoll?", "JOSÉ HERRERA: Sur President, nixtieq nirringrazzjak talli tajtni l-permess li nniedi l-parteċipazzjoni ta' Malta f'dan il-programm tal-Earth Hour mill-Parlament u bħala Kap ta' dan il-Parlament għoġbok tonorana bil-preżenza tiegħek.", "Naf li inti wkoll qed issegwi b'mod assidwu l-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent, speċjalment fir-rigward tal-klima u kont ukoll Nairobi, fejn jinsab l-Uffiċċju Ewlieni tan-Nazzjonijiet Uniti, għall-Assemblea tal-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, li fiha Malta qed tipparteċipa wkoll.", "Din is-sena l-punt fokali tal-Earth Hour huwa l-mod kif ngħixu.", "Bażikament qed tgħid li l-Gvern jista' jitkellem, jista' jagħmel policies, jista' jagħmel leġiżlazzjonijiet, però jekk ma nbiddlux il-mentalità u d-drawwiet tan-nies se nibqgħu fejn qegħdin.", "Drawwa mhijiex idea, imma li tagħmel ħaġa, imbagħad ta' warajk jerġa' jagħmilha, ta' warajh jerġa' jagħmilha u kulħadd jibqa' jagħmel l-istess ħaġa, imbagħad issir pależi u ssir a way of life.", "U meta xi ħaġa ssir a way of life mhux faċli tbiddilha, anke jekk tkun ħażina.", "Jien ngħid li kważi lanqas il-ġenerazzjoni tiegħi u l-ġenerazzjoni tiegħek, Sur President, għax aħna trabbejna fis-snin sebgħin, u għalkemm konna konsumeristi, ma konniex daqs illum imma konna differenti … Qed nirreferi għas-sistema moderna li trabbew fiha t-tfal tagħna.", "Kif kont qed nispjega qabel, illum tant aħna konsumeristi li nixtru oġġett u narmuh.", "Din it-tip ta' ħajja qed taffettwa l-ambjent speċjalment meta nużaw il-plastik.", "Għaldaqstant l-Earth Hour hija att simboliku biex nuru li rridu nbiddlu s-sistema ta' kif aħna ngħixu.", "Dak huwa l-messaġġ tal-Earth Hour ta' din id-darba.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali ta' Jobsplus għas-sena 2018; u", "L-estimi finanzjarji ta' Jobsplus għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSÉ HERRERA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport annwali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Marzu, 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, illum għandna quddiemna Abbozz ta' Liġi li jemenda l-kunsilli lokali ta' pajjjiżna.", "Il-kunsilli lokali ilhom magħna għal numru kbir ta' snin, rajniehom jitwieldu, rajniehom jibdew jimxu, u issa, 25 sena wara, qegħdin f'dan il-Parlament biex naraw jekk nistgħux intejbu l-mod kif dawn jaħdmu.", "Jien naħseb li dan l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, li għandu l-intenzjoni li l-kunsilli lokali ta' pajjiżna nagħmluhom aħjar, leaves much to be desired.", "Fadal u għad hemm bżonn nagħmlu ħafna aktar milli hawn f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Naħseb li dan mhux biss qed ngħidu jien bħala deputat u Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista ġewwa dan il-Parlament imma naħseb li qed jgħiduh il-Laburisti stess, fosthom sindki u kunsillieri Laburisti f'Malta u f'Għawdex, għax meta raw dan l-Abbozz ta' Liġi ma ħassewx li se jgħinhom jimxu 'l quddiem, u meta tagħsru tibda tistaqsi: X'poteri se jżid lill-kunsilli lokali tagħna?", "Liċ-ċittadini tagħna kif se jagħmlilhom ħajjithom aħjar?", "Kif se jagħti s-saħħa lis-sindki, lill-viċi sindki, lill-kunsilliera u lill-ħaddiema li jaħdmu fil-kunsilli lokali biex jagħmlu xogħolhom aħjar?", "Naħseb li meta wieħed janalizza dan l-Abbozz ta' Liġi kif analizzawh diversi nies fosthom sindki u oħrajn barra dan il-Parlament, jirrealizza li bir-riforma li dan il-Gvern qed jipprova jagħmel fil-kunsilli lokali, se jneħħilhom il-poteri biex verament ikunu gvern lokali!", "Kif tista' tkun gvern lokali u ma jkollokx is-saħħa li twettaq l-affarijiet fil-lokalità tiegħek?", "Tant hu hekk, li meta kont qed nipprepara għal dan id-diskors tiegħi rnexxieli nsib ukoll kif kien jaħsibha l-Partit Laburista dwar il-kunsilli lokali ftit qabel ma tela' fil-gvern.", "Pereżempju kien hemm paġna sħiħa li fost affarijiet oħra kienet tgħid hekk: \"Partit Laburista għall-elezzjoni tal-10 Marzu 2012: Għaqal fit-tmexxija, progress u stabbiltà\" u \"Infrastruttura, ambjent u toroq li jixirqu lill-komunità\".", "Jekk l-infrastruttura, l-ambjent u t-toroq jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali trid tagħtihom il-fondi biex ikunu jistgħu jaħdmu u jkunu jistgħu jwettqu l-affarijiet.", "Però meta nħarsu u naraw Gvern Laburista x'għamel fil-kunsilli lokali nindunaw li t-toroq m'għadhomx jaqgħu taħthom!", "Il-Partit Laburista lanqas jista' jerġa' jmur għal din l-elezzjoni li ġejja f'Mejju li ġej u jgħidilna li se jieħu ħsieb it-toroq ta' pajjiżna permezz tal-kunsilli lokali għax ħadhom f'idejh jiġifieri neħħielhom dan il-poter.", "Minn taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali tneħħew ukoll l-oqsma tal-ambjent u l-indafa jiġifieri l-poteri minflok żdiedu, naqsu.", "Diġà tajt żewġ eżempji ta' fejn naqsu.", "Sur President, fil-lokalitajiet tagħna għandna l-gwardjani lokali li kienu jieħdu ħsiebhom ir-reġjuni u l-kunsilli lokali imma anke dan il-poter tneħħielhom lill-kunsilliera tagħna, lill-viċi sindki tagħna u lis-sindki tagħna.", "Lanqas l-infurzar m'għadu jaqa' taħt il-kunsilli lokali!", "Mela x'poteri għandhom illum il-kunsilli lokali?", "Għaliex il-Gvern minflok żied il-poteri tal-kunsilli lokali, naqqashomlhom?", "Riforma ma tistax tkun riforma jekk ma tagħtix saħħa lill-kunsilli lokali.", "Qed jittieħdu poteri aktar milli jingħataw poteri!", "Dan il-Gvern verament jemmen fil-kunsilli lokali?", "Għax il-prinċipju fundamentali tal-kunsilli lokali huwa li tneħħi l-poter minn idejn il-gvern u tniżżlu għand il-poplu, tniżżlu għand is-sindki u tniżżlu għand il-kunsilliera f'kull lokalità.", "Anzi aħna għamilna aktar minn hekk.", "Aħna tajna wkoll poter f'lokalitajiet iżgħar, li jissejħu hamlets u kumitati amministrattivi, biex il-poter jerġa' jinżel aktar 'l isfel fil-lokalitajiet tagħna.", "X'qed jagħmel dan l-Abbozz ta' Liġi?", "X'qed jagħmel dan il-Gvern Laburista?", "Qed ineħħi wkoll il-kumitati amministrattivi!", "Jien kont immur konferenzi stampa meta kont kelliem għall-Oppożizzjoni dwar il-kunsilli lokali u niftakar li kien ikun hemm anke ministri u nies mid-distrett.", "Pereżempju fiż-Żurrieq hemm il-kumitat amministrattiv ta' Bubaqra li kien jaħdem ħafna, li kien jagħmel l-attivitajiet u kienu jiġu u jfaħħruh kemm huwa tajjeb.", "Però issa dan il-Gvern irid ineħħihom dawn!", "Sur President, il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni tal-poter, jiġifieri li tniżżel il-poter 'l isfel, għal dan il-Gvern telaq ukoll!", "Għalhekk irridu nikkonvinċu lin-nies li dan il-Gvern m'għandux għal qalbu l-kunsilli lokali għax kieku kien jaqbad il-kumitati amministrattivi u jelevahom biex kull lokalità, żgħira kemm hi żgħira, ikollha l-kunsill tagħha.", "Hawn nista' nsemmi, pereżempju, is-Swatar u Tal-Virtù.", "Imma le, bil-kontra, dawn qed ineħħuhom!", "U issa mhux biss neħħejna l-poteri u sfaxxaw fix-xejn il-kumitati amministrattivi, imma issa rridu nagħtu aktar poter lir-reġjuni.", "Mela minflok ma jmur viċin in-nies, dan il-Gvern qed jitbiegħed u jmur lil hinn min-nies.", "Dik hija d-deċiżjoni ta' dan il-Gvern.", "Sur President, nerġa' ntenni li aħna nemmnu fil-kunsilli lokali u rridu nżidulhom il-poteri imma llum għandna Gvern li qed inaqqashomlhom dawn il-poteri.", "Għalhekk mhux ta' b'xejn li llum hemm sindki, viċi sindki u kunsilliera Laburisti li mhumiex kuntenti bil-mod kif dan il-Gvern qed imexxi f'dan is-settur.", "Jekk neħħejtilhom it-toroq, it-tindif u l-gwardjani lokali, x'se tħallilhom f'idejhom?", "Li jiġbru l-iskart?", "X'poteri se tagħtihom?", "Issa nħolqu wkoll Infrastructure Malta u diversi aġenziji oħrajn.", "Tisma' sindki jgħidu li huma jgħidu ħaġa u l-Gvern u l-awtoritajiet jagħmlu mod ieħor, jew inkella jagħmlu xogħlijiet fil-lokalitajiet tagħhom mingħajr lanqas biss jgħidulhom.", "Dak huwa r-rispett lejn is-sindki!", "Dak huwa r-rispett ta' dan il-Gvern u ta' dawn l-awtoritajiet lejn il-kunsilli lokali tagħna!", "Dan mhux bil-paroli imma bil-fatti.", "Jien ċert li l-Gvern semagħhom lis-sindki, lill-viċi sindki u lill-kunsilliera jgħidu li fil-lokalitajiet tagħhom jinbdew xogħlijiet li lanqas biss ikunu informawhom dwarhom!", "Jekk il-Gvern verament jemmen fil-kunsilli lokali ma jistax ikun gaffa u jibqa' għaddej minn fuq kulħadd, inkluż kunsilli lokali mmexxija mill-Partit Laburista.", "Infrastructure Malta hija każ ċar.", "Pereżempju, din tiddeċiedi li f'Ħ'Attard trid tagħmel triq u taqbad u tagħlaq it-toroq, imbagħad in-nies iridu joqogħdu jistennew fit-traffiku, bid-dħaħen deħlin fid-djar tan-nies.", "U għax il-Ministru ddeċieda li jrid jagħmel bypass minn Ħ'Attard għal Ħ'Attard, ma kkonsultax mal-kunsill lokali.", "In-nies għamlet il-petizzjonijiet imma dan il-Gvern baqa' għaddej romblu!", "Għalhekk irridu naraw li f'lokalitajiet bħall-Mellieħa u Marsaxlokk ix-xogħlijiet li jkunu għaddejjin isiru b'konsultazzjoni suret in-nies mal-kunsilli lokali tagħna.", "Jien nifhem is-sindki, il-viċi sindki, il-kunsilliera, is-segretarji eżekuttivi u l-ħaddiema minn xiex għaddejjin.", "Minn hawn insellmilhom u nagħmlilhom appell biex ma jaqtgħux qalbhom u jibqgħu jaħdmu għaliex għada pitgħada Gvern Nazzjonalista jerġa' jagħtihom il-poteri lura.", "Naħseb li għandna nkomplu nagħtu aktar saħħa wkoll lis-segretarji eżekuttivi u l-ħaddiema fix-xogħol tagħhom, u b'mod aktar miftuħ lill-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "Illum l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali m'għandhiex snien, tipprova tagħmel xi ħaġa u ma tasal imkien u tipprova tagħti l-proposti tagħha għall-baġit u dawn ma jidħlux.", "Irridu nifhmu li jekk irridu kunsilli lokali b'saħħithom u li jiffunzjonaw, irridu nagħtuhom il-poteri u l-flus u nagħmlu analisi ta' dak li jkun hemm bżonn isir bħal impact assessments - anke dak soċjali - u kif il-lokalitajiet jistgħu jgħinu aktar lill-persuni b'diżabilità u l-anzjani.", "Aħna rridu naraw aspett ieħor fil-kunsilli lokali, ċjoè dak relatat ma' xogħol soċjali.", "Aħna ma rridux naraw kunsilli lokali li jaħdmu biss fuq infrastruttura jew ġbir tal-iskart.", "Pereżempju, il-Kunsill Lokali tal-Mosta li huwa mmexxi mill-Partit Nazzjonalista kellu l-kampanja \"Mosta Solidali\".", "Hemmhekk is-sindki, kemm dawk li kellna fil-passat kif ukoll l-aħħar tliet Sindki Keith Cassar, Ivan Bartolo u Edwin Vassallo, jaħdmu biex mhux biss il-Mosta jkollha infrastruttura tajba imma biex tkun Mosta solidali għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità.", "Pereżempju meta l-Onor.", "Clyde Puli kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport għamilna ħafna affarijiet relatati mal-isport fil-lokalitajiet, fosthom l-open air gyms.", "Morru sa Ta' Qali u lokalitajiet oħrajn ħalli taraw!", "Jien nitlob lill-Ministru biex iżur il-bandli ta' diversi lokalitajiet u jara f'liema stat qegħdin!", "Allura lill-kunsilli lokali m'għandniex ngħinuhom sabiex naraw li l-bandli, fejn imorru l-familji biex jistrieħu u fejn jilagħbu ftit it-tfal, ikunu tal-aqwa kwalità?", "Issa ovvjament hemm bandli li huma tajbin, imma għandna bżonn niffokaw ħafna sabiex il-bandli tal-lokalitajiet tagħna, u anke l-open air gyms, ikunu suret in-nies.", "Sur President, jekk il-Gvern ma jridx jagħmel dan, x'nistgħu nagħmlu aħna?", "Nibdew nieħdu r-ritratti, inġibuhom fuq il-ġurnali u l-midja soċjali, imbagħad il-Gvern jgħid li aħna negattivi!", "Negattivi għax inti tkun qed tgħid lill-Gvern għal darba, tnejn, tlieta biex jirranġa l-affarijiet u jgħin lill-kunsilli lokali għax hu ma jkunx qed jagħmel dan?", "L-istess f'dak li għandu x'jaqsam mal-Pulizija.", "Kellu jinżel il-Kap tal-Oppożizzjoni l-Marsa biex naraw li l-għassa tal-Marsa tkun miftuħa?", "Ftit ilu kien hawn l-Onor.", "Hermann Schiavone jitkellem - u naħseb li aktar tard se jitkellem anke l-Onor.", "Toni Bezzina – u semma lil Birżebbuġa u l-problemi ta' serq u kriminalità li hemm hemmhekk.", "Kemm-il darba tkellimna dwar dan?", "X'qed jagħmel dan il-Gvern dwar dan?", "Kemm qed jgħin lill-kunsilli lokali biex naraw li l-kriminalità f'diversi lokalitajiet, inkluż Birżebbuġa, jingħataw is-saħħa, il-flus u l-poter biex jgħinu?", "Huwa importanti li l-komunità u l-anzjani tagħna jkunu aktar siguri.", "Fejn hija t-trasparenza fil-LESA?", "Aħna konna appellajna biex il-gwardjani lokali jibqgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali għax huma jafu fejn l-aħjar li jmorru.", "Sur President, mur isma' t-tgergir li għaddej dwar kif jiġu trattati mhux biss il-gwardjani lokali imma anke ċerti lokalitajiet partikolari.", "Pereżempju, f'ċerti lokalitajiet jingħataw iċ-ċitazzjonijiet u f'oħrajn ma jingħatawx u f'ċerti lokalitajiet imorru l-gwardjani lokali u f'oħrajn ma jmorrux.", "Jekk aħna rridu li jkollna s-sigurtà, toroq siguri, mhux biss mill-aspett ta' kriminalità u serq imma anke mill-aspett ta' traffiku, huwa importanti li jkollna l-gwardjani lokali tagħna mħarrġin b'mod tajjeb u jkun hemm il-ħsieb dwar fejn dawn għandhom imorru.", "Pereżempju, kemm ilna ngħidu li f'lokalitajiet bħal San Ġiljan, Paceville u s-Swieqi jkun hemm każijiet ta' ħsarat fuq il-karozzi tar-residenti!", "Għaliex hemmhekk ma jkunx hemm pulizija jew gwardjani lokali jduru on foot biex jaraw li dawn il-lokalitajiet ikunu aktar siguri?", "Meta n-nies jaraw il-pulizija joqogħdu ħafna aktar attenti.", "Hemm imbagħad il-mod kif niġbru l-iskart.", "Issa li għandna aktar barranin jgħixu f'pajjiżna, il-problema tat-tindif u tal-infurzar kibret imma din neħħejnieha minn taħt idejn il-kunsilli lokali tagħna.", "Jien niskanta kif dan il-Gvern f'ċerti lokalitajiet imur jgħaġġel inaddaf u f'lokalitajiet oħrajn idum biex jagħmel dan.", "Pereżempju f'San Pawl il-Baħar tgħidx kemm idumu biex inaddfu u biex l-infurzar isir kif għandu jsir!", "Forsi għax San Pawl il-Baħar hija lokalità ta' maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista?", "Sur President, mur Ta' Qali u lokalitajiet oħrajn, bħall-Mellieħa, sabiex tara kemm hemm bżonn tindif hemm!", "Hemm bżonn li diversi lokalitajiet f'Malta jkunu miżmuma ħafna aħjar milli huma llum.", "Anke l-Awtorità tal-Ippjanar, dik li konna ngħidulha l-MEPA, qed tiġi taqa' u tqum mill-pariri tal-kunsilli lokali.", "Kemm qed ikollna deċiżjonijiet fl-Awtorità tal-Ippjanar li huma kontra dak li jkunu jridu l-kunsilli lokali, mhux biss Nazzjonalisti imma anke Laburisti!", "Dan l-aħħar aktar qed insibuha komda li biċċa xogħol nagħtuha lil xi NGO milli ngħidu lill-kunsill lokali jagħmilha!", "Pereżempju, fl-aħħar sigħat sirna nafu li ż-żona tal-Magħluq f'Marsaskala minflok tajnieha lill-kunsill lokali, li kien għamel konferenza stampa dwarha sena u nofs ilu, il-Gvern Laburista taha lil NGO.", "L-NGO hija tajba imma dan huwa ċertifikat ieħor li dan il-Gvern ma jridx isaħħaħ l-id tal-kunsilli lokali.", "Issa dan huwa kunsill lokali b'maġġoranza Laburista!", "Għalhekk jien qed nifhem li dan il-Gvern għandu diffikultà biex f'ċerti lokalitajiet jibqa' għaddej bil-ħidma naturali tiegħu għaliex irid kollox f'idejh, irid li jkollu l-poter ċentralizzat f'idejh.", "Fil-fatt it-toroq, l-infurzar, il-LESA, il-gwardjani lokali u t-tindif spiċċaw kollha f'idejn il-Gvern.", "Mela ninsewh is-sabiħ tal-kunsilli lokali u d-deċentralizzazzjoni tal-poter li għandu jkollna ġewwa dan il-pajjiż!", "Imbagħad lill-kunsilli lokali nagħtuhom ftit fondi 'l hemm u 'l hawn, nagħmlu l-Vot 16 u ngħidu kemm aħna tajbin u kemm huwa importanti li liż-żgħażagħ nerġgħu ninvolvuhom, imma mbagħad kollox jerġa' jmut.", "Tant m'għandhomx fiduċja fil-kunsilli lokali li sa ftit tas-sigħat ilu ġo dan il-Parlament ingħatajna l-Gender Balance in Parliament Reform.", "Dan il-Gvern ħaseb għall-Parlament u għall-Gvern Ċentrali imma għall-kunsilli lokali ħaseb jew insiehom?", "Din hija d-differenza bejn partit fil-gvern u ieħor.", "Din hija d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista.", "Anke f'dan il-każ, issa qed ngħidu li għandu jkollna aktar nisa fil-politika.", "Mela l-politika lokali mhijiex importanti?", "Mela li nżidu aktar il-preżenza femminili jew maskili fil-kunsilli lokali u li jkollna bilanċ fil-kunsilli lokali - issa dan il-Gvern irid isejħilhom gvern lokali - ma teżistix għal dan il-Gvern?", "Sur President, in-nies hemm barra għandhom moħħ biex jaħsbu u allura meta dan il-Gvern jagħmel xi riforma jew xi diskussjoni u tibda tinduna kemm ikun hemm nuqqasijiet, tibda taħseb u tistaqsi għalfejn ikun għamilha.", "Pereżempju bħalissa għaddejja liġi mill-Parlament dwar il-kunsilli lokali imma lanqas ġietu l-aktar ħaġa sempliċi f'moħħu, ċjoè kif nistgħu ninvolvu aktar nisa fil-politika lokali biex ikollna aktar sindki, viċi sindki u kunsilliera nisa.", "Dan il-Gvern tant jgħaġġel li anke ħaġa bħal din nesa imma mingħalih qed jidħaq bin-nies.", "Jien naħseb li lanqas biss ġietu f'moħħu għax m'għandux għal qalbu l-kunsilli lokali ta' pajjiżna.", "Anke jekk tara t-talbiet li għamlu l-kunsilli lokali jew il-mod kif il-kunsilli lokali qed jiffunzjonaw, tinduna li dan il-Gvern m'għandux għal qalbu l-kunsilli lokali.", "Pereżempju, nistgħu niffokaw ftit fuq il-binjiet tal-kunsilli lokali?", "Kull bini huwa aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani?", "Kull bini għandu lift?", "Pereżempju, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex huwa aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi jista' jgħidilna li mhuwiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Imma lil dan il-Gvern tgħidlu darba, tnejn, tlieta, u għalxejn!", "Anke l-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard minn fejn niġi jien, biex titla' fuq, bit-taraġ trid titla'.", "Allura dan il-kunsill lokali huwa aċċessibbli?", "Allura b'din il-liġi jew b'din ir-riforma li permezz tagħha rridu naraw il-kunsilli lokali jimxu 'l quddiem, fejn irridu naslu?", "Problema oħra li jiffaċċjaw diversi lokalitajiet bħall-Mosta, Paceville u Tas-Sliema hija l-parkeġġ.", "Ovvjament ladarba qed jiżdiedu n-nies qed jiżdiedu l-karozzi, u l-karozzi xi mkien iridu jipparkjawhom.", "Imma fejn se jipparkjawhom?", "Fejnhom il-ħsebijiet ta' dan il-Gvern mal-kunsilli lokali biex naraw li verament il-parkeġġ jiżdied b'mod intelliġenti?", "Jekk tmur il-Marsa tista' tara l-kriminalità u d-diffikultajiet kbar li hemm f'dik il-lokalità.", "Hawnhekk nista' nsemmi wkoll il-Belt.", "Kemm ilna ngħidu dwar il-Kunsill Lokali tal-Belt, li bħal Paceville u lokalitajiet oħrajn għandu l-bżonnijiet tiegħu għaliex minbarra l-ħafna Maltin li jidħlu hemmhekk, jidħlu wkoll ħafna barranin!", "Din hija lokalità li mhux biss jgħixu fiha l-Beltin imma jmorru fiha wkoll ħafna ħaddiema, fosthom aħna f'dan il-Parlament.", "Allura l-Belt m'għandux ikollha għajnuna b'mod differenti minn lokalitajiet oħrajn?", "Ħdejja hawn l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li kollha jidħlu l-Belt għax-xogħol.", "L-Onor.", "Mario de Marco l-ħin kollu għaddej hawnhekk u jikkontesta wkoll l-elezzjonijiet fuq il-Belt.", "Fejn hu dan it-tibdil f'din ir-riforma għal lokalità bħalma hija l-Belt Valletta?", "Għalhekk jekk verament irridu li l-kunsilli lokali jimxu 'l quddiem irridu verament naraw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet tagħna u naraw kif din il-liġi tista' ssir aħjar.", "Aħna bħala Partit Nazzjonalista, bil-kelliem tagħna l-Onor.", "Robert Cutajar, diġà għedna li għandna 80 proposta konkreta b'risq din ir-riforma fil-kunsilli lokali.", "Ftit minnhom qegħdin f'din il-liġi, però oħrajn le, u allura aħna, bħala Oppożizzjoni, se nagħmlu emendi għal din il-liġi biex intejbuha.", "Aħna nemmnu fil-kunsilli lokali b'mod konkret u allura meta jkollna l-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nressqu l-emendi.", "Se naraw ukoll li jseħħu ċerti affarijiet amministrattivi u naraw x'nistgħu nagħmlu fuq id-diffikultajiet li hemm anke fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.", "Sur President, jien informat ukoll li d-Direttur tal-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jew spiċċa, jew se jispiċċa, jew mhux se jkompli fil-kariga tiegħu għal xi raġuni partikolari li forsi għada pitgħada nkunu nafu x'inhi.", "Però ejjew naħdmu aħjar fil-kunsilli lokali, u biex naħdmu aħjar hemm bżonn li dak li jingħad anke mill-Oppożizzjoni, li għandha verament għal qalbha l-kunsilli lokali, jitwettaq għall-ġid tal-lokalitajiet tagħna.", "Sabiex l-Onor.", "Robert Cutajar, flimkien mal-Partit, wasal għal dawn il-proposti, tkellem ma' sindki, ma' kunsilliera u ma' ċittadini li għandhom għal qalbhom il-kunsilli lokali.", "Allura huwa importanti li meta nkunu qegħdin inressqu dawn l-emendi nżommu f'moħħna li, l-ewwel nett, nagħtu aktar poteri lill-kunsilli lokali, u t-tieni, naraw li jkollna l-aqwa nies fil-kunsilli lokali u nħeġġuhom biex anke huma jagħmlu l-almu kollu tagħhom.", "Għalkemm hemm diffikultajiet kbar biex tmexxi kunsill lokali, jien ċert li bil-ħidma ta' kull wieħed u waħda minna, bl-appoġġ tagħna wkoll bħala membri parlamentari f'dan il-Parlament u bħala partiti politiċi, mhux biss naħdmu biex inħeġġu lin-nies joħorġu jivvotaw u joħorġu bħala kandidati, imma nibqgħu magħhom anke wara dawn l-elezzjonijiet, ngħinuhom, inħarrġuhom u naraw id-diffikultajiet fix-xogħol tagħhom ta' kuljum.", "Irridu nkunu magħhom f'din it-triq li issa hija triq ta' ħames snin.", "L-elezzjoni li għandna fil-25 ta' Mejju f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex se teleġġi lis-sindki, viċi sindki u kunsilliera għall-ħames snin li ġejjin.", "Għaldaqstant nappella lill-poplu Malti u Għawdxi li qed isegwina minn dan il-Parlament biex joħroġ jivvota għall-aqwa nies li jistgħu jmexxu l-lokalitajiet tagħna u jagħti l-vot lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista li għandhom verament għal qalbhom il-lokalitajiet bil-fatti.", "Hemm ukoll kandidati, kunsilliera, sindki u viċi sindki Laburisti li wkoll għandhom għal qalbhom il-lokalità u jinkwetaw meta jaraw il-Gvern inaqqas il-poteri lill-kunsilli lokali, u allura lilhom stess.", "Għaldaqstant inħeġġeġ lin-nies biex jagħmlu għażla bil-għaqal u l-għażla għandha tkun għażla ta' min verament għandu għal qalbu l-lokalità partikolari ta' fejn ħiereġ jivvota.", "Din hija elezzjoni li se tagħti riżultat għal ħames snin li ġejjin li fihom wieħed irid imexxi l-kunsill lokali tiegħu.", "Aħna fil-Parlament se nibqgħu nsusu wara l-Gvern biex jagħmel l-emendi neċessarji biex dak li nixtiequ għall-kunsilli lokali jipprova jdaħħalhom f'dan l-Abbozz ta' Liġi u jwettaqhom.", "Huwa inutli li jkollok liġi imma mbagħad ma ddaħħalx fis-seħħ l-affarijiet neċessarji għal dik il-liġi partikolari.", "Allura, iva, bħala Partit Nazzjonalista se nibqgħu nsegwu dak kollu li jkun għaddej fil-kunsilli lokali għax konna aħna bħala Partit Nazzjonalista li wellidniehom il-kunsilli lokali.", "Aħna dejjem emminna fil-kunsilli lokali, dejjem ħriġna kandidati f'isem il-Partit Nazzjonalista, rajniehom jimxu 'l quddiem ilkoll flimkien, għamlu differenza fil-lokalitajiet tagħna u allura issa rridu nieħdu ħsieb li dak li rnexxielna niksbu f'dan il-pajjiż, ma nitilfuhx minħabba s-suppervja ta' Gvern li ma jkunx irid emendi li jkunu ġejjin min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Inħeġġeġ lill-Gvern biex din ir-riforma fil-kunsilli lokali nagħmluha u hu jaċċetta l-emendi li għandu l-Partit Nazzjonalista biex il-kunsilli lokali jibqgħu jkunu dawk il-kunsilli lokali li l-poplu Malti u Għawdxi jixtieq fil-lokalitajiet tiegħu.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Fil-5.05 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tkun sospiża għal ftit mumenti ħalli nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-permess ingħata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar iż-Żoni Ħielsa f'Malta - Abbozz Nru 70 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, irrid nivverbalizza ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li se jkun jista' jikkonfermah l-Onor.", "Robert Cutajar, jew fin-nuqqas tiegħu l-Onor.", "Irrid nagħmel referenza għal dak li ntqal fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li fis-seduta tat-2 ta' April se jkun hawn żewġ mozzjonijiet f'din il-Kamra; waħda marbuta ma' ringrazzjament għall-President uxxenti l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, u l-mozzjoni l-oħra ppreżentata mill-Prim Ministru dwar il-ħatra ta' Dr George Vella bħala President ta' Malta.", "Il-ftehim huwa li fuq dawn iż-żewġ mozzjonijiet se tittieħed kwarta miż-żewġ naħat fuq kull mozzjoni.", "Min-naħa tagħna se jkun il-Prim Ministru li jressaq 'il quddiem il-mozzjoni u jidher li hemm ftehim ukoll li din se jkun qed jissekondaha l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Imbagħad ikun hemm diskorsi ta' kwarta kull wieħed mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Wara ngħaddu għat-tieni mozzjoni u l-istess; ikun hemm diskors ta' kwarta mill-Prim Ministru u kwarta mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Biex inkunu ċari, Onor. Camilleri, qed ngħidu kwarta u kwarta fuq mozzjoni u kwarta u kwarta fuq il-mozzjoni l-oħra, hux hekk?", "BYRON CAMILLERI: Iva, hekk hu, kwarta fuq kull naħa fuq l-ewwel mozzjoni dwar ringrazzjament lill-President uxxenti u kwarta fuq kull naħa għat-tieni mozzjoni rigward il-ħatra tal-President il-ġdid.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Tista', jekk jogħġbok, tindika min se jiftaħ u jagħlaq id-diskussjoni ħalli nkunu ċari fuq dak ukoll?", "BYRON CAMILLERI: Bħalma ġara dejjem, jiftaħ il-Prim Ministru, imbagħad it-tieni kelliem ikun il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, m'għandniex diffikultà b'dan l-arranġament u fil-fatt diġà tkellimna dwar dan mal-Whip tagħna.", "Qed nifhem li jkun hemm il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fl-4.30 p.m., imma mbagħad is-seduta tkompli jew tieqaf wara li jkollna dawk iż-żewġ mozzjonijiet?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Jien ma semmejtx dawn id-dettalji għax kienu diġà verbalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, fejn konna għedna li jkun hemm il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari b'mod normali bejn l-4.00 p.m. u l-4.30 p.m., imbagħad wara li jkunu eżawriti dawk iż-żewġ mozzjonijiet il-Kamra taġġorna għall-għada l-Erbgħa, 3 ta' April.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Fil-5.08 p.m. il-Kamra rriżumiet minn ftit mumenti qabel, id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI (KONT.)", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sinjura President, jien segwejt b'interess id-diskors tal-Onor.", "David Agius u kważi kważi nista' ngħid li fl-aħħar tad-diskors tiegħu ħassejtni li qiegħed f'każin tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan huwa l-Parlament u allura naħseb li għandna nżommu d-diskors bħala wieħed li jixraq lill-Parlament, u min għandu l-aħjar kandidati u min m'għandux hija xi ħaġa li jrid jiddeċiedi dwarha l-poplu.", "Jien mhux se noqgħod insemmi n-negattiviżmu tad-diskors, id-doom and gloom, imma se mmur għal dak li huwa pożittiv u għal dak li huwa forward-looking fl-emendi għal-liġi li qegħdin niddibattu.", "(Interruzzjonijiet) Jimporta ma jkollix interruzzjonijiet u nkun nista' nagħmel l-argumenti tiegħi b'mod aktar kostruttiv milli għamluhom il-Membri tal-Oppożizzjoni!", "Billi nkun kostruttiv ma jfissirx li ma nkunx kritiku wkoll u se nkun … (Interruzzjonijiet) Ma jridux iħalluni nitkellem, ma jimpurtax, mhux qed jogħġobhom dak li qed nitkellem dwaru.", "Forsi jħalluni nitkellem kif tkellmu huma.", "Jien se nitkellem mill-ewwel dwar l-emenda li turi l-kuraġġ u l-fiduċja li għandu dan il-Gvern fiż-żgħażagħ.", "Din hija waħda mill-isbaħ emendi li hawn f'din il-liġi li mill-Att dwar il-Kunsilli Lokali se tiġi elevata għall-Att dwar il-Gvern Lokali.", "Però din l-emenda tant kruċjali se tippermetti li żgħażagħ li għandhom bejn 16-il sena u 18-il sena mhux biss se jkunu jistgħu jivvotaw, - dik kienet l-ewwel milestone lura fl-2014, li żgħażagħ ta' 16-il sena setgħu jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali - imma permezz ta' din it-tielet milestone wara l-Vot 16, li bih iż-żgħażagħ ingħataw id-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll fl-elezzjonijiet ġenerali, issa se jkollhom id-dritt tant importanti li jistgħu jikkandidaw ruħhom għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Din hija bidla fundamenali, kruċjali u importanti ħafna li ssammar il-fiduċja li għandu dan il-Gvern fiż-żgħażagħ.", "Sinjura President, dan ma nsejjaħlux esperiment.", "Forsi l-kelma \"esperiment\" hija l-agħar kelma li wieħed jista' juża għax inti tagħmel esperiment meta ma tkunx taf x'se jkun l-eżitu.", "L-eżitu ta' din l-emenda aħna diġà nafu x'se jkun.", "Din hija emenda li se twassal għas-suċċess għax id-deċiżjonijiet li dejjem għamlu ż-żgħażagħ huma karatterizzati b'responsabbiltà, b'maturità, b'viżjoni u bl-imħabba li għandhom lejn il-pajjiż.", "Għalhekk bilfors li jkolli din l-emenda għal qalbi għax permezz tagħha żgħażagħ ta' 16-il sena, ta' 17-il sena u dawk li waslu biex jagħlqu t-18-il sena se jkunu jistgħu jikkandidaw ruħhom għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "U mhux biss jikkandidaw ruħhom, imma jaħdmu bis-saħħa u jitilgħu bis-saħħa wkoll.", "Fil-fatt nixtieq niffoka l-parti l-kbira tad-diskors tiegħi llum fuq il-kwestjoni ta' meta ż-żgħażagħ jirnexxielhom jiġu eletti.", "Jien persważ li se jkunu eletti numru ta' żgħażagħ mill-kandidati prospettivi li jien tkellimt magħhom min-naħa tal-Partit Laburista u persważ ukoll li se jiġu eletti wkoll kandidati validi min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Ilbieraħ smajt lill-Onor.", "Chris Said jitkellem dwar dan.", "Jien ma naqbilx mad-diskors tiegħu però se nitkellem fuq il-punt fejn semma l-kwestjoni meta żagħżugħ ta' 16-il sena jew 17-il sena se jkollu dritt li jikkandida ruħu, jitla', però jekk l-aktar wieħed li jkun ġab l-akbar ammont ta' voti jkun żagħżugħ taħt it-18-il sena min-naħa ta' dak il-partit li jirbaħ l-elezzjoni f'dik il-lokalità, mhux se jkollu d-dritt li jkun is-sindku.", "Huwa tajjeb li wieħed jispjega fil-qosor kif se jaħdem dan il-mekkaniżmu.", "Din hija ċirkostanza li tista' tiġri faċilment għax huwa ċar ħafna li l-poplu, fil-maġġoranza assoluta tiegħu, jafda fil-ġenerazzjoni żagħżugħa għax din dejjem tat riżultati pożittivi u ma nistax ninsa kull darba li jkollna l-Parlament taż-Żgħażagħ.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija l-isbaħ sessjoni li jkollna kull sena u kull darba li nitkellem fil-Parlament naqra - u għad għandi d-dokumenti li ħejjew iż-żgħażagħ f'kull edizzjoni tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ - id-dokumenti li jippreparaw għax minnhom titgħallem ħafna.", "Mela fix-xenarju li żagħżugħ taħt it-18-il sena jġib l-akbar numru ta' voti f'dik il-lokalità u jkun fuq in-naħa tal-partit rebbieħ ta' dik il-lokalità, skont kif inhuma proposti l-emendi tal-lum mhux se jkun jista' jokkupa l-kariga ta' sindku tul il-leġiżlatura sħiħa, imbagħad wara li jagħlaq it-18-il sena l-kariga ta' sindku ma tiġix vakanti.", "Jekk dak iż-żagħżugħ jagħlaq l-età ta' 18-il sena, għall-argument jagħlaq 19-il sena, u l-kariga ta' sindku tiġi vakanti, hemmhekk dak il-kandidat li jkun ġab l-ogħla ammont ta' voti jingħata d-dritt ta' għażla, jiġifieri jista' jagħżel li jidħol hu għall-kariga ta' sindku jew jista' jagħżel li jirrifjutaha.", "Però dik l-għażla tidħol fis-seħħ biss jekk il-kariga tiġi vakanti.", "Għaldaqstant, iva, jista' jkollok xenarju fejn żagħżugħ ta' 17-il sena jġib l-ogħla numru ta' voti però jkun f'sitwazzjoni li għall-ħames snin ta' wara ma jkunx jista' jkun sindku.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jgħid li hemmhekk jiskatta mekkaniżmu, fejn it-tieni l-aktar kandidat tal-partit rebbieħ ikun ġab voti jsir hu s-sindku.", "Jekk ikollok ċirkostanza fejn il-kandidati eletti kollha tal-partit rebbieħ ikunu kollha taħt it-18-il sena, allura hemmhekk jiskatta mekkaniżmu ieħor u jiġi elett kandidat li ma jkunx tela'.", "Jekk ma jkollokx kandidat li ma jkunx tela' li jkollu 'l fuq minn 18-il sena, allura l-partit jingħata d-dritt li jinnomina persuna biex tokkupa l-kariga ta' sindku.", "Dak huwa l-mekkaniżmu kif qed jiġi propost.", "Sinjura President, jekk tistaqsini jekk iniex konvint minn dan il-mekkaniżmu kompletament ngħidlek li huwa l-ewwel pass u bħala l-ewwel pass m'għandniex noqtluh.", "Qed ngħid dan għax kull emenda proposta f'dan l-Abbozz ta' Liġi – u hawnhekk insellem lill-Onor.", "Silvio Parnis kif ukoll lill-Ministru Owen Bonnici għall-ħidma tagħhom b'tant dedikazzjoni – ma saritx u ma nkitbitx minn żniedha.", "Irrid infakkar li kien hemm proċess sħiħ li wassal għal dawn l-emendi, li fihom kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-Oppożizzjoni, u għalhekk huwa tajjeb li l-emendi wieħed jiddjalogahom b'mod kostruttiv.", "Jien se ngħid x'inhi r-raġuni wara din l-emenda kif inhi proposta.", "Li huwa żgur huwa li hija pass enormi 'l quddiem għax għall-ewwel darba se jkollna liġi li tippermetti kandidatura ta' żgħażagħ ta' 16-il sena.", "Mela lanqas hemm dubju li dan huwa pass ta' ġgant 'il quddiem għax din l-emenda se tkun katalista tad-dritt li eventwalment irid jiġi estiż sabiex żgħażagħ ta' 16-il sena jikkandidaw ruħhom għall-elezzjonijiet ġenerali.", "Għalhekk dan huwa l-ewwel pass imma minn hemmhekk trid tibda.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Chris Said qal li hija taħwida li jkollok kandidat li l-eletturi jagħtuh il-fiduċja bl-ogħla ammont ta' voti f'dik il-lokalità però ma jistax ikun sindku.", "Jien ma ngħidx li hija taħwida.", "Jien ngħid li hemm fatturi wara r-raġuni għalfejn il-proposta saret hekk.", "Mhux qed ngħid li hemm fatturi li ma jistgħux jinbidlu mal-mogħdija taż-żmien imma qed ngħid x'inhi ċ-ċirkostanza tal-lum b'mod fattwali.", "Wara li rajt x'inhuma s-setgħat tas-sindku f'kull lokalità, is-setgħa tal-amministrazzjoni tal-kunsill lokali tiegħu, fosthom is-setgħat li jikkonċernaw id-disbursement ta' fondi tal-kunsill u l-kapaċità kuntrattwali tiegħu li jorbot il-kunsill li tiegħu jkun sindku, naħseb li nista' ngħid li hemm raġunijiet, anke legali, għalfejn wieħed mar fid-direzzjoni tal-emenda kif inhi proposta.", "Kif għedt, ma jfissirx li din hija xi ħaġa cast in stone, li bdejnieha hekk u li se tibqa' hekk għal dejjem.", "Għalhekk naħseb u nemmen ukoll li l-emenda kif inhi miktuba se tkun katalista mhux biss għall-bidla li għadni kemm tkellimt dwarha, jiġifieri dik il-bidla li żgħażagħ ta' 16-il sena jkollhom id-dritt li fi żmien qarib - u żmien qarib mhuwiex żmien li ma nafux meta - jikkandidaw ruħhom ukoll f'elezzjoni ġenerali, imma se tkun katalista wkoll għat-tieni bidla li jien dejjem emmint li għandha ssir f'pajjiżna, ċjoè l-emenda li torbot mal-kwestjoni tal-età maġġoritarja.", "L-età maġġoritarja forsi qiegħda f'ħalq kull wieħed u waħda minna.", "Meta konna iżgħar konna ngħidu lill-ġenituri tagħna - niftakarni ngħidha – li meta nagħlqu t-18-il sena nagħmlu dak li jidhrilna.", "Fil-verità d-definizzjoni legali tal-età maġġoritarja hija meta żagħżugħ jew żagħżugħa li jagħlqu l-età ta' 18-il sena jingħataw il-jedd legali li jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom mingħajr ma jkunu soġġetti iżjed għall-età tal-ġenituri tagħhom.", "Kif jaf kulħadd, l-età maġġoritarja f'Malta għall-finijiet ċivili hija ta' 18-il sena.", "L-argument loġiku li issa qed iqum wara ħafna emendi huwa jekk għadhiex tagħmel sens li l-età maġġoritarja nħalluha dik ta' 18-il sena.", "Jien nemmen li din l-età għandha tinżel - għalkemm dan m'għandux isir fl-għama - għall-età ta' 16-il sena u se nispjega x'inhuma r-raġunijiet li lili jwassluni għal din il-konvinzjoni.", "L-ewwel nett, żagħżugħ u żagħżugħa ta' 16-il sena, bil-liġijiet tagħna, għandhom dritt li jidħlu f'wieħed mill-aktar kuntratti solenni u serji, ċjoè d-dritt li jiżżewġu.", "Anzi, skont il-Liġi Kanonika tal-Knisja hemm diskriminazzjoni għax raġel jista' jiżżewweġ bil-Knisja ta' 16-il sena u mara tista' tiżżewweġ ta' 14-il sena.", "Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, hija ftit illoġika li tista' tidħol f'kuntratt taż-żwieġ ta' 16-il sena imma l-età maġġoritarja hija dik ta' 18-il sena.", "Skont il-Kodiċi Kriminali tagħna wieħed ta' 16-il sena ma jitqiesx li huwa aktar minorenni fejn jidħlu reati jew kwestjonijiet relatati ma' att sesswali.", "Din hija ċara ħafna.", "Illum il-liġi tagħna hija emendata u wieħed ta' 16-il sena huwa meqjus bħala maġġorenni.", "Għalhekk ma jagħmilx aktar sens li jkollna età maġġoritarja ta' 18-il sena, meta ta' 16-il sena tista' taħdem u meta ta' 16-il-sena l-qorti tista', b'deċiżjoni sempliċi, temanċipak għan-negozju.", "Dan ifisser li b'deċiżjoni tal-qorti ma jkollokx aktar bżonn l-awtorità tal-omm u l-missier biex teżerċita l-kummerċ.", "Mela inti tista' ssir negozjant ta' 16-il sena imma l-età maġġoritarja tibqagħlek ta' 18-il sena.", "Ta' 16-il sena tista' wkoll tamministra kont bankarju u tista' tiddepożita u tiġbed il-flus minn dak il-kont, imma l-età maġġoritarja tibqa' dik ta' 18-il sena.", "Ta' 16-il sena tista' wkoll tivvota għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u għall-elezzjonijiet ġenerali.", "Għalhekk jien nemmen li hemm anomaliji li rridu nibdew inħarsu lejhom bis-serjetà.", "Issa se mmur lura għall-argument tal-bidu.", "Fil-verità x'loġika fadal li nħallu l-età maġġoritajra ta' 18-il sena meta l-istat fattwali, reali u legali huwa wieħed li l-età ta' 16-il sena hija età maġġoritarja kważi kważi f'kull settur?", "Jien ċert li qbiżt eżempji oħrajn imma dan kollu jkompli jipponta u juri li din hija xi ħaġa li rridu nħarsu lejha bis-serjetà u naħsbu għall-emendi f'dan is-sens.", "Jien ċert - u nista' nifhem - li se jkun hemm xi oġġezzjonijiet, fosthom li wieħed jibda jagħmillek l-argument klassiku, li normalment jimmilita kontra li tnaqqas l-età maġġoritarja, li issa se jkollna żgħażagħ ta' 16-il sena li jibdew isuqu fit-toroq u li jiġru 'l hemm u 'l hawn bil-karozzi.", "Dan huwa argument li jagħmlu min ifixkel il-kwestjoni tal-età maġġoritarja mal-età tal-liċenzjar.", "Hawnhekk qed nitkellem dwar l-età maġġoritarja fejn iż-żgħażagħ ikollhom il-jeddijiet legali li jieħdu d-deċiżjonijiet fuqhom infushom, fosthom li jidħlu f'kuntratti mingħajr ma jkollhom il-bżonn tal-awtorità tal-ġenituri tagħhom.", "Jien qed ikolli x-xorti li regolarment niltaqa' ma' żgħażagħ li huma involuti sew fl-arena politika u nimmeravilja ruħi bil-maturità tagħhom.", "Mingħajr dubju u mingħajr eżitazzjoni nemmen li l-ġenerazzjoni tal-lum - issa jien għadni relattivament żgħir fl-età - hija ġenerazzjoni superjuri fil-ħsieb, fl-ideat tagħha, fil-kapaċitajiet intellettwali u fil-kapaċitajiet li tieħu d-deċiżjonijiet.", "Għalhekk nemmen fl-empowerment ta' din il-ġenerazzjoni żagħżugħa.", "Rigward il-kwestjoni tal-età tal-liċenzjar, jekk għandna naqtgħu linja u ngħidu li l-età maġġoritarja tinżel għal 16-il sena imma l-età tas-sewqan tibqa' dik ta' 18-il sena, allura wieħed jista' jikkonsidraha.", "Ma jfissirx li jekk l-età maġġoritarja tinżel, b'xi mod se tinbidel l-età tal-liċenzjar imma wieħed irid jara b'maturità anke l-istatistika fejn jidħol is-sewqan.", "Pereżempju, jekk wieħed iħares lejn il-mudell Amerikan, isib li hemmhekk l-età maġġoritarja hija mod, imma mbagħad wieħed jista' jixtri l-alkoħol meta jkollu 21 sena.", "Wieħed jista' jikkonsma l-alkoħol ta' età inqas imma l-età biex wieħed ikun jista' jixtri l-alkoħol hija ta' 21 sena.", "Għalhekk huwa tajjeb li wieħed iżomm din id-distinzjoni netta u ċara bejn l-età maġġoritarja u l-età tal-liċenzjar.", "Jien nemmen li fil-mument li wieħed iniżżel din l-età maġġoritarja 'l isfel għal 16-il sena nkunu indirizzajna kwalunkwe diffikultà li jista' jkun hemm rigward din il-liġi li qegħdin niddibattu għal dawn iż-żgħażagħ li jkunu telqu mill-punt tat-tluq li ħarġu għall-elezzjoni tal-kunsill lokali.", "Dan l-argument mhux qed ngħidu fil-għama imma qed ngħidu wara diskussjonijiet li kelli ma' kandidati prospettivi.", "S'issa ltqajt ma' dawk li se jikkandidaw ruħhom mal-Partit Laburista imma jekk ikolli l-opportunità niltaqa' wkoll ma' kandidati żgħażagħ li se jikkandidaw ruħhom f'isem il-Partit Nazzjonalista għax dawn il-laqgħat verament huma esperjenzi li titgħallem minnhom u fihom tara l-livell ta' maturità.", "Il-fatt waħdu li ta' 16-il sena jew 17-il sena tieħu deċiżjoni li trid tkun ta' kontribut għal-lokalità tiegħek, li trid tikkandida ruħek u li trid toħroġ għall-ħajja pubblika biex eventwalment tkun ta' servizz għall-pajjiż, hija deċiżjoni matura.", "Meta tisma' l-argumenti dwar il-viżjoni u l-pjanijiet li għandhom dawn iż-żgħażagħ għall-futur tal-pajjiż u fejn jaraw lil Malta sejra fl-għaxar snin, 15-il sena li ġejjin, imurlek kwalunkwe dubju u xettiċiżmu li jista' jkollok li dawn iż-żgħażagħ mhumiex kapaċi jmexxu l-lokalità tagħhom.", "Sinjura President, jien rajt l-emendi, studjajthom u nifhem li f'dan il-mument din l-emenda kienet emenda għaqlija fil-mod kif inhi miktuba però rridu nħarsu wkoll lejn x'se jiġri 'l quddiem u lejn din il-ġenerazzjoni li tant nemmen fiha biex timmudella u tifforma mhux il-futur ta' pajjiżna imma l-preżent.", "Jien liż-żgħażagħ ma narahomx il-futur ta' pajjiżna imma narahom il-preżent.", "Għalija żagħżugħ mhuwiex għada imma huwa llum.", "Id-deċiżjonijiet u l-viżjoni taż-żgħażagħ għalija huma d-deċiżjonijiet li għandna nieħdu llum.", "Jien kburi ħafna li għandna ġenerazzjoni żagħżugħa li qatt ma tiddiżappuntak u li kull deċiżjoni li tieħu, fil-maġġoranza tagħhom, huma deċiżjonijiet maturi u responsabbli.", "Hawn nerġa' mmur lura għall-Parlament taż-Żgħażagħ għax hemmhekk tinduna bil-kuraġġ li bih jiddiskutu temi li aħna bħala membri parlamentari eletti forsi lanqas għandna l-kuraġġ li niddiskutu.", "Dawn id-diskussjonijiet isiru b'mod matur u ċerti punti lanqas taħseb dwarhom kieku mhux għax tisma' lilhom jitkellmu.", "Għalhekk nemmen li għandna nkomplu nsaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fi kwalunkwe aspett tal-ħajja pubblika.", "Ma rridx immur wisq lura għax irrid nimxi 'l quddiem fid-diskors tiegħi imma ma nistax ma nsemmix l-argumenti fid-diskors tal-Onor.", "David Agius li, bir-rispett kollu lejh, - u għandi rispett lejh - jgħidlek li m'hemmx proposta biex ikollna bilanċ bejn is-sessi fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali!", "Naħseb li jekk tikkritika lil dan il-Gvern li ma jemminx fil-bilanċ bejn is-sessi, in-nies li qed jisimgħu ma jemmnukx għax il-Partit Laburista dejjem kien favur il-parteċipazzjoni tal-mara fil-ħajja pubblika, fil-ħajja politika u fil-bilanċ bejn is-sessi.", "Il-Partit Laburista minn dejjem kien favur id-dritt tal-vot.", "Minn hemm jibda l-Partit Laburista.", "Infakkar li fis-snin mhux tant twal ilu mhux kull raġel kellu d-dritt tal-vot.", "Minn hemm tlaqna.", "Fil-fatt tlaqna minn ċirkostanza politika fejn kien hemm min kellu vot, kien hemm min kellu żewġ voti u kien hemm min kellu saħansitra tliet voti, skont kemm kellu proprjetà.", "Hekk kienet tiġi mkejla s-saħħa tal-vot dari; skont kemm kellek proprjetà!", "Mela kien hemm irġiel li ma kellhomx vot, il-mara ovvjament ma kellha l-ebda vot u kien hemm min kellu tliet voti, skont kemm int sinjur, skont kemm il-but jiflaħ.", "Imbagħad is-sitwazzjoni nbidlet billi kull raġel ingħata d-dritt tal-vot u minn hemm imxejna 'l quddiem - u dawk li dejjem kienu jgħidu le, il-le tal-konservazzjoniżmu, qatt m'emmnu li se naslu għaliha – sakemm wasalna biex il-mara ngħatat ukoll id-dritt tal-vot taħt il-Partit Laburista.", "Illum għamilna l-pass li jmiss biex ikollna bilanċ bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni f'dan il-Parlament.", "Jien ma nista' naċċetta qatt l-argument tal-Oppożizzjoni li tgħid li m'għamilniex emenda partikolari mal-emendi li qed nipproponu dwar il-kunsilli lokali.", "Għamilna emendi anke għal dan il-Parlament, se niddejqu nagħmluhom għall-kunsilli lokali?!", "Huwa tajjeb li nibdew billi nagħmlu statistika u naraw jekk f'dak li jolqot ir-rappreżentanza, il-parteċipazzjoni u l-elezzjoni tan-nisa - għandniex problema f'livell ta' kunsilli lokali - dawn dalwaqt se jibdew jissejħu gvern lokali – f'livell ta' lokalitajiet u ta' reġjuni kif għandna f'dan il-Parlament.", "F'dan il-Parlament għandna problema għax għandna rappreżentanza ta' membri parlamentari femminili li hija l-istess kif konna madwar 50 sena ilu.", "In-numri ftit varjaw; kultant jitilgħu ftit, kultant jinżlu ftit, imma bejn wieħed u ieħor żammejna l-istess numri batuti.", "Għalhekk tajjeb li wieħed jara jekk f'livell ta' kunsilli lokali hemmx dik il-problema u wieħed jitlaq minn hemmhekk.", "Però żgur li se nibqgħu miftuħin għal kwalunkwe diskussjoni u proposti għax aħna nemmnu li għandu jkollna kemm jista' jkun bilanċ u ugwaljanza tas-sessi fil-parteċipazzjoni f'kull livell tal-ħajja pubblika, żgur u xejn inqas f'livell ta' kunsilli lokali.", "Sinjura President, jien se nkompli nitkellem fuq it-tema taż-żgħażagħ u nagħlaq id-diskors tiegħi fuqha.", "Issa hawnhekk mhux qed nirreferi biss għal dawk iż-żgħażagħ ta' 16-il sena jew 17-il sena biss imma anke għal dawk ta' età ftit ikbar jew dawk li qegħdin jimmilitaw fil-partiti politiċi rispettivi imma li għandhom il-ħolma li eventwalment jikkandidaw ruħhom.", "Lil kull wieħed minnhom irrid ngħaddilhom il-messaġġ sempliċi li jaħsbu u jiffokaw bis-saħħa fuq il-ħajja politika tagħkom, fuq il-parteċipazzjoni politika, u jagħtu kontribut kemm jistgħu fil-ħajja pubblika, għax ħadd daqshom iż-żgħażagħ ma jista' jagħti kontribut hekk b'saħħtu.", "Minkejja dan dawn m'għandhomx jinjoraw l-istudji tagħhom u hemmhekk tidħol il-kwestjoni tal-bilanċ.", "Liż-żgħażagħ li qed jidħlu f'din it-triq ngħidilhom li l-politika mhijiex karriera imma vokazzjoni u għalhekk huwa ta' sodisfazzjon għalija meta nara lil dawn iż-żgħażagħ jagħmlu kampanja bis-saħħa però lil kull wieħed u waħda minnhom ngħidilhom biex ma jabbandunawx l-istudji, il-karriera, il-professjoni jew in-negozju tagħhom.", "Il-vokazzjoni politika hija mislufa lilhom mill-fiduċja tal-poplu.", "Qed nagħfas kontinwament fuq dan il-messaġġ għax meta jkollok l-indipendenza finanzjarja tiegħek li jagħtuk il- professjoni tiegħek, in-negozju tiegħek u l-impjieg tiegħek tasal biex tkun politiku aħjar u aktar matur għax ikollok aktar libertà tal-ħsieb u jekk tħoss li għandek tkun kritiku, dejjem b'mod kostruttiv, m'għandekx il-biża' li jekk ma tibqax fil-politika se tispiċċa fit-triq.", "Dik hija l-maturità, il-libertà tal-ħsieb u l-libertà tal-espressjoni li tagħmlek politiku aħjar u aktar kuraġġuż; li inti taf li għandek l-indipendenza tiegħek u ma tkunx dipendenti fuq il-politika.", "B'hekk inti tkun aktar liberali fil-ħsieb tiegħek, tkun aktar forward-looking, ma tiddejjaqx tikkritika fejn tara li jista' jiġi rranġat u ma tibżax tkun katalista tal-bidliet għax taf li f'ħajtek tkun diġà rnexxejt fil-professjoni u fin-negozju jew inkella jkollok impieg b'saħħtu.", "Bil-ħila tiegħek tkun mort l-Università, studjajt, iggradwajt, avvanzajt 'il quddiem, imbagħad timxi u tagħti l-kontribut fix-xena politika.", "Inkella l-mixja politika u l-mixja fil-karriera tagħmilhom flimkien, waħda tikkumplimenta lill-oħra.", "Minn dawn id-diskussjonijiet li ta' spiss ikolli ma' ħafna żgħażagħ ninduna kemm dawn jemmnu fil-prinċipju ta' bilanċ bejn l-edukazzjoni, il-karriera, l-istudji u l-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika u għalhekk nemmen li bħala pajjiż għandna ġenerazzjoni żagħżugħa li għandna għaliex inkunu kburin biha; ġenerazzjoni żagħżugħa tant matura, tant pożittiva, tant responsabbli, tant enerġetika, tant ma tibżax mill-ideat ġodda u tant għandha viżjoni sabiħa tal-ħajja.", "Sinjura President, jien nogħxa nkun maż-żgħażagħ.", "Ftit tal-ġranet ilu kont f'xi attivitajiet tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li jimmeraviljawk bl-ideat, bl-organizzazzjoni, bis-set-up li jkollhom għal kull attività u minn hawnhekk insellmilhom kollha għall-ħidma tagħhom, ħidma li jagħmluha b'tant dedikazzjoni mingħajr ma jistennew xejn lura.", "U jien għalhekk inħossni verament kburi b'din l-emenda ġdida li daħħalna fl-Att dwar Kunsilli Lokali li issa se jiġi elevat għall-Att dwar il-Gvern Lokali, għax issa ż-żgħażagħ se jingħataw dan id-dritt tant importanti li jikkandidaw ruħhom.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nitkellem fuq ir-raġunijiet wara l-emendi tant importanti li qed isiru f'għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-kunsilli lokali, anniversarju tant importanti.", "Jien ngħid li l-kunsilli lokali mxew 'il quddiem għax kien hemm impenn mill-partiti politiċi kollha - u nenfasizza fuq il-kelma \"kollha\" - li emmnu fil-konċett ta' kunsilli lokali.", "Bil-ħidma taż-żewġ partiti politiċi l-konċett ta' kunsilli lokali mexa 'l quddiem.", "Jien nemmen ħafna fir-relevanza tal-kunsilli lokali llum, relevanza li qed tikber u titwessa' aktar.", "Ma rridux ngħidu li l-parametri tas-setgħat tal-kunsilli lokali se nwaqqfuhom hawn għax nemmnu fil-prinċipju tas-sussidjarjetà, li safejn hu possibbli d-deċiżjonijiet jittieħdu f'livell aktar 'l isfel.", "Sinjura President, l-iskop finali jibqa' wieħed, ċjoè t-tisħiħ tas-sinerġija bejn il-gvern lokali u r-reġjuni.", "L-għan finali huwa li l-effiċjenza u s-servizzi ta' eċċellenza miżjuda jissarrfu f'servizz aħjar lil kull resident f'kull lokalità - nemmen li għandu jkun hekk għal kull liġi – ħalli jkollna kwalità ta' ħajja aħjar għar-residenti tal-lokalitajiet kollha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, 25 sena ilu rajna l-bidu ta' esperjenza politika ġdida.", "Fil-fatt 25 sena ilu l-Gvern Nazzjonalista waħdu welled il-kunsilli lokali.", "Dak iż-żmien il-Partit Laburista kien assenti għax m'emminx fil-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Robert Abela qal li l-kunsilli lokali emmnu fihom iż-żewġ partiti politiċi però l-Partit Laburista emmen fil-kunsilli lokali meta l-kunsilli lokali kienu fait accompli, kienu realtà fil-ħajja.", "Kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li riedhom u wettaqhom.", "L-istess hija r-realtà tal-Unjoni Ewropea, li wellidha u wettaqha l-Partit Nazzjonalista fil-gvern għax il-Partit Laburista kien kontriha.", "Qed ngħid dan biex inpoġġu l-istorja f'postha għal min m'għadux jiftakar.", "Illum huwa tajjeb li għandna l-Partit Laburista on board imma fil-bidu ma kienx, u jien, li 25 sena ilu kont l-ewwel President tal-Kulleġġ tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, niftakarni fl-ewwel dibattiti politiċi tiegħi.", "Hawnhekk nixtieq insemmi lis-Sur Joe Cassar li kien sindku taż-Żurrieq, sindku f'isem kandidati Laburisti li kienu jissejħu indipendenti.", "B'din il-ħrafa konna bdejna!", "Jien għalaqt 25 sena fil-politika u dan iż-żmien bdejtu grazzi għall-esperjenza tal-kunsilli lokali.", "Bħal-lum 25 sena ilu inti, Sur President, kont spettur il-Mosta u niftakar li bħala kunsill lokali konna ġejna …", "L-ISPEAKER: Dak iż-żmien kont supretendent.", "EDWIN VASSALLO: Skużani, grazzi talli fakkartni.", "Issa llum qed niġi hawnhekk u nindirizzak bħala l-Ispeaker ta' din il-Kamra.", "Din hija r-realtà.", "Illum b'dawn l-emendi l-Partit Laburista qed jitlef opportunità li biha seta' jwettaq eżerċizzju ta' tisħiħ għall-kunsilli lokali jekk veramment jemmen fil-kunsilli lokali.", "Il-Partit Laburista fil-gvern seta' ġie hawnhekk u offrielna li jagħmel emendi li jsaħħu l-effiċjenza u l-awtonomija tal-kunsilli lokali.", "Jien smajt b'attenzjoni lil ħafna deputati, inkluż il-Whip tan-naħa tal-Gvern u oħrajn, li kollha ġew hawnhekk jitkellmu dwar kemm il-Gvern żied il-finanzi u l-poteri tal-kunsilli lokali, biex juruna li l-kunsilli lokali qatt ma kienu tajbin daqs illum u biex jgħidu kemm il-Gvern għandu għal qalbu l-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Robert Abela dejjem jibda d-diskors tiegħu billi jgħid li mhux se jkun negattiv imma kieku jismagħni nitkellem jgħid li jien negattiv.", "Għax jekk tiġi tgħid il-verità li tweġġa' lill-Gvern, inti tkun negattiv!", "Mela ħalli nipprova nkun kostruttiv.", "Issa min irid jgħid li jien negattiv jgħid li jien negattiv!", "Jien se mmur mill-ewwel dritt fuq il-ferita.", "Sur President, is-Sindku tal-Qrendi kien negattiv meta qal dawn il-preċiżi kelmiet fil-preżenza tiegħek, meta kien hawn mistednin is-Sindki f'dan il-Parlament?", "Dan qal hekk:", "\"Nirċievi ittra minn dipartiment tal-Gvern fejn inkun mitlub nagħti risposta within five working days imma meta tikteb lil entità u tistenna risposta mingħand dipartiment, jekk tirċievi risposta f'five weeks tiskanta.\".", "Mela dan is-sindku Laburista tal-Qrendi qed jgħid li jekk tirċievi ittra mingħand dipartiment, lill-kunsill lokali dan jobbligah biex jirrispondi within five days però jekk tirċievi risposta within five weeks mingħand xi dipartiment tibqa' skantat għax is-soltu jdumu aktar minn hekk biex jirrisponduhom!", "Hekk qed jgħidlu lill-Gvern tiegħu stess dan is-sindku minn dan il-Parlament!", "U wisq probabbli din tkun irċevejtha wara t-tieni, it-tielet u r-raba' reminder.", "Dan is-sindku Laburista qed jitkellem hekk, mela xi jgħidu s-sindki Nazzjonalisti li mhumiex il-ħbieb tal-Membri ta' dan il-Gvern jew tad-dipartimenti tal-Gvern?", "Qed ngħid hekk għax is-sindku ta' Marsaskala f'dan il-Parlament, meta kien hawn il-laqgħa li fiha kont preżenti inti, Sur President, kien qal hekk:", "\"Biex tinqeda minn dipartiment tal-gvern irid ikollok il-ħbieb tiegħek li jaħdmu hemm.", "Għaliex għandek tistenna ġimgħa, tnejn, tlieta, jew xahar, xahrejn jew tlieta biex tinqeda u turi li qed tagħmel xogħlok lill-persuna li tkun qed tipprova taqdi?\"", "Dan huwa kliem is-sindku Laburista ta' Marsaskala.", "X'differenza l-kliem ta' dawn is-sindki minn dak li pprovaw jgħidulna hawnhekk dwar kemm sejrin tajjeb il-kunsilli lokali taħt dan il-Gvern!", "Kieku jien kont is-Segretarju Parlamentari waqt li kienu qegħdin jitkellmu dawn is-sindki kont nipprova niżżerżaq fis-siġġu biex forsi ma nidhirx!", "Għax hija tal-mistħija meta s-sindki tal-Partit tiegħek jgħidulek dan id-diskors u inti minflok tammetti li dawn l-atteġġjamenti negattivi se tirranġahom, tgħid li l-kunsilli lokali qegħdin jissaħħu!", "Imma aħna f'liema realtà qegħdin?", "Il-Gvern jgħid li qegħdin insaħħu l-kunsilli lokali u s-sindki jgħidu f'liema realtà jinsabu!", "Sur President, min-naħa tal-Gvern m'hawn ħadd imma forsi qed jieħdu kafè u qed jisimgħuni.", "Pereżempju s-Sindku Laburista ta' Birżebbuġa qal:", "\"Jekk mhux se jkollna r-rinforz li għandna bżonn, għalxejn l-isforzi li nagħmel jien u sħabi kollha kollegi tiegħi preżenti f'din il-Kamra.", "Għalhekk nappella lill-Gvern ċentrali li mhux biss jgħaddilna l-poteri iżda jgħaddilna l-għodda biex inkunu nistgħu naħdmu u nagħtu servizz.", "Mela nirrapportaw bozza li tkun mitfija biex tinxtegħel u jgħaddu erba' ġimgħat biex nixegħluha!", "Mela ara kemm irridu aktar ħin biex nagħmlu xi ħaġa kbira fil-lokalità.", "Qed inġib dan l-eżempju li għal xi wħud huwa banali biex ngħid li filwaqt li l-kunsilli lokali jagħmlu l-isforzi kollha biex jagħtu s-servizz fil-lokalità, kif inhi mibnija l-burokrazija tal-Gvern, il-kunsill lokali ma jasal qatt.\"", "Dan qalu sindku Laburista fil-Gvern.", "Immaġina sindku Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni kemm se jiġi megħjun jew xi jkollu xi jgħid fuq il-burokrazija!", "Issa se nikkwota kelma b'kelma x'intqal hawnhekk fil-preżenza tiegħek, Sur President, tal-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali u tas-Segretarju Parlamentari, fost l-oħrajn, mis-Sindku tal-Furjana li għandu kunsill lokali b'maġġoranza Laburista:", "\"Hemm ċerti barrieri li jieħdu ġimgħat sabiex tilħaq il-persuni kkonċernati u jekk irridu kunsilli lokali jiffunzjonaw irridu li jkollna persuni li qegħdin f'kull entità sabiex iwasslu l-ilment jew sabiex jgħidulna fejn wasal l-ilment.\"", "Dawn huma r-realtajiet u l-esperjenzi tal-kunsilli lokali mhux kif ġew jgħidulna d-deputati tan-naħa tal-Gvern dwar kemm ix-xemx tiddi fuq il-kunsilli lokali.", "Hemm ħafna affarijiet li huma tajbin, hemm ħafna nies li qed jipprovaw jagħmlu sforz, imma hawnhekk irrid nistaqsi l-mistoqsija tad-deheb: Dawn l-emendi li dan il-Gvern ippreżentalna llum, dawn il-problemi ta' veru li dawn is-sindki tkellmu dwarhom, qed jiġu indirizzati minn dan il-Gvern li jgħid li huwa Gvern li jisma'?", "Fil-fehma tiegħi, le għax jien ma rajt l-ebda emenda mressqa f'dan l-Abbozz ta' Liġi li tgħin biex titnaqqas il-burokrazija; ma rajt l-ebda emenda f'dan l-Abbozz ta' Liġi li tgħin biex il-kunsilli lokali jwettqu l-aktar ħaġa li jridu n-nies, u ċjoe, servizz effiċjenti; ma rajt xejn f'dan l-Abbozz ta' Liġi li qegħdin jitolbu dawn is-sindki, Nazzjonalisti jew Laburisti.", "Is-sindki kollha jgħixu fl-istess realtà imma s-sindki Nazzjonalisti huma ferm aktar mgħobbijin b'piż minn sindki Laburisti.", "Issa tgħidlix li jien negattiv.", "Għax allura dawn is-sindki Laburisti huma negattivi għax qegħdin jgħidu ajma fejn juġagħhom?", "Sur President, is-Segretarju Parlamentari jemmen li qed ibiddel il-ħajja tan-nies għall-aħjar imma l-veri problemi tal-kunsilli lokali mhumiex qed jiġu indirizzati.", "Dan huwa kliem is-sindku tal-Birgu:", "\"Hemm mumenti fejn jien niġi kkalkolat u hemm mumenti fejn niddubita jekk jien spiċċajtx minn sindku.\"", "Din mhijiex karba ta' ħmar imma hija karba ta' sindku li naħseb li għalaq 25 sena f'din il-kariga.", "Dan jiġi hawn, għax ingħata din l-opportunità, u jgħid \"ajma\" biex juri fejn qed juġgħu.", "Issa jien qed nuża kliemu mhux biex narmih f'wiċċ il-Gvern imma biex nuri r-realtà fejn hi, għax jekk nuża kliem sindku Nazzjonalist, il-poplu hemm barra jgħidli li huwa ovvju li dan jgħid ċerti affarijiet!", "Nerġa' ntenni għall-għaxar darba, immaġina fejn huma l-problemi tas-sindki Nazzjonalisti!", "Dan is-Sindku tal-Birgu qal li jkun hemm mumenti fejn jiddubita jekk spiċċax minn sindku jew hemmx kunsill lokali jew le fil-lokalità tiegħu!", "Issa biex is-Sindku tal-Birgu jgħid li Gvern Laburista jinsa l-lokalità tal-Birgu mmexxija minn maġġoranza Laburista, kbira!", "Jien nistenna li l-Gvern jinsa l-maġġoranza Nazzjonalista Slimiża, nistenna li jinsa l-maġġoranza Nazzjonalista fil-Mosta, nistenna, kif qal l-Onor.", "David Agius, li jinsa lil San Pawl il-Baħar, bil-ħmieġ dejjem jiżdied u ma jinġabarx biex jiġi skurat kunsill lokali b'maġġoranza Nazzjonalista!", "U huwa veru dak li qal l-Onor.", "David Agius għax dan kollu qed isostnih anke sindku b'maġġoranza Laburista.", "Imbagħad jiġi l-Onor.", "Robert Abela u jgħid li n-Nazzjonalisti jitkellmu dejjem b'mod negattiv!", "Is-Sindku tal-Birgu kompla jgħid:", "\"Tiġi applikazzjoni biex individwu jkollu reserved parking quddiem il-bieb tiegħu biex itaffi ftit mit-tbatija li jkun iffaċċja u wara ftit tirċievi ittra minn Transport Malta li tgħid hekk:", "\"Sur Sindku, jekk mhux se titneħħa dik ir-reserved parking teħel multa ta' €500\".", "Imbagħad is-Sindku Laburista tal-Birgu jkompli jgħid hekk:", "\"Wara ġimagħtejn, l-istess applikant iċempel u jgħidlek: Irranġajna, se jerġgħu jagħmluha dik ir-reserved parking.\"", "Is-Sindku tal-Birgu, li kien faċċata fuq quddiem, kompla jgħid hekk f'dan il-Parlament:", "\"Iva, wasalna f'din l-estremità li niġu redikolati b'dan il-mod.", "U meta fil-passat …\"", "- hawnhekk kien qed jirreferi għal attività oħra -", "\"… kont nieħu €15,000 biex nagħmel attività, kont nispiċċa nittallab, biex ngħid hekk.", "Din id-darba nirċievi notifika mid-Dipartiment li l-allokazzjoni li kont qed nieħu ġiet imnaqqsa għal €11,000.\"", "Imbagħad jiġu d-deputati min-naħa tal-Gvern jiftaħru b'kemm żdiedet l-allokazzjoni meta ftit tax-xhur ilu jiġi sindku hawnhekk fil-preżenza tiegħek, Sur President, fil-filliera ta' quddiem u jgħid dan il-kliem!", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa wieħed fjakk għax dak li kellu jsir u dak li ntqal fil-konsultazzjoni pubblika, ma twettaqx.", "Dawn in-nies qalu x'jistennew imma dan ma ngħatalhomx.", "Il-kunsilli lokali jridu effiċjenza, iridu spazji, toroq, bankini u ġonna pubbliċi nodfa u jridu li jkun hemm qasam soċjali b'saħħtu fil-komunitajiet.", "Is-servizz li jingħata għandu jkun wieħed effiċjenti għax is-sindki qed jibku biex jiġu moqdija mid-dipartimenti.", "Kif għedt aktar qabel, is-sindku ta' Marsaskala hawn ġew qal li jekk ma jkollokx il-ħbieb tiegħek jaħdmu fid-dipartimenti ma tinqediex u s-Sindku tal-Birgu qal li kultant jibda jiddubita jekk għadhomx jafu li jeżisti.", "Dawn huma l-istilel tal-Partit Laburista fil-komunitajiet tagħhom jiġifieri mhux qed insemmi sindki Nazzjonalisti.", "Dawn l-emendi huma tajbin u jtejbu l-livell amministrattiv imma l-kunsilli lokali mhux qed insaħħuhom, anzi bilkemm ma ngħidx bil-kontra.", "Qed ngħid dan għax bil-poter li qed nagħtu lill-kunsilli reġjonali bilkemm mhux qed nitfu l-awtonomija tal-kunsilli lokali.", "Irridu nistennew u naraw kif se jaħdmu.", "Issa rrid nitkellem fuq punt ieħor.", "Illum mhux il-liġijiet qed jagħmlu d-differenza imma l-attitudni tan-nies.", "Ftit ilu qrajt fuq l-emendi tal-Kostituzzjoni u xi ħadd magħruf sewwa qal li mhux emendi tal-Kostituzzjoni neħtieġu, għax il-Kostituzzjoni hija miktuba b'mod tajjeb.", "Il-problema hija n-nies li jħaddmu l-Kostituzzjoni.", "Huma n-nies li jipprattikawha li qegħdin jabbużaw mill-Kostituzzjoni.", "Hawnhekk għandna Gvern li qed jabbuża min-nies għax huwa gvern li ma jirrispettax lis-sindki, lanqas lis-sindki Laburisti.", "Allura kif nista' nistenna li jirrispetta s-sindki tal-minoranza?", "Għalhekk dan huwa l-iżball li hawn f'dawn l-emendi.", "Illum qed ngħid dan id-diskors jien u għada jista' jiġi deputat Laburista u jgħid dan l-istess diskors li qed ngħid jien għax illum hemm il-Partit Laburista fil-gvern u għada jkun hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern għax il-poter jitbiddel maż-żmien.", "Jien ma rridx li jsir hekk.", "Jien ma rridx li jkun hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern u jkun hemm sindku Laburista jgħid id-diskors li ntqal hawnhekk.", "Tkun xi ħaġa tal-mistħija għalija li nkun fil-gvern u sindku Laburista jgħid li mhuwiex qed ikun moqdi, imma jkun għaxar darbiet aktar tal-mistħija għalija jekk meta jkun hemm Gvern Nazzjonalista jkun hemm sindku Nazzjonalista jgħid li mhux qed ikun moqdi.", "Mela biex naqtgħu dan it-tgerfix kollu għaliex ma tressqitx liġi li tpoġġi lid-dipartiment f'ċerta awtonomija?", "Għaliex illum għandna Gvern li jitkellem fuq it-tisħiħ tal-kunsilli lokali imma mbagħad jittratta ċerti kunsilli lokali tal-first class u ċerti kunsilli lokali, mhux tas-second, imma tal-fourth class?", "Se nerġa' mmur lura għad-diskors li għamel l-Onor.", "David Agius, li bir-raġun kollu qalilna biex immorru naraw Buġibba f'liema stat ta' abbandun jinsab fih għax il-Gvern ma jagħtix l-istess attenzjoni lil-lokalitajiet kollha.", "Għalhekk nerġa' ntenni li filwaqt li dan il-Gvern jgħid li qed isaħħaħ il-kunsilli lokali bil-mod il-mod qed joqtol l-awtonomija tal-kunsilli lokali u jeqridhom.", "Il-kunsill lokali issa se nibdew insejħulu gvern lokali imma din hija cliché għax fir-realtà mhux it-titlu jgħodd imma kemm tistmah ta' gvern lokali.", "B'dak li ntqal f'dan il-Parlament u bil-mod kif tkellmu s-sindki Laburisti, li jien ikkwotajt erbgħa minnhom, tinduna kemm qegħdin 'il bogħod milli dawn il-kunsilli lokali huma tassew gvernijiet lokali.", "Sinjura President, nappella biex ma noqtlux it-tama fil-poplu tagħna li aħna kapaċi nsaħħu l-komunitajiet tagħna.", "Hemm barra hemm għatx biex il-kunsilli lokali verament inħalluhom jaħdmu.", "Hemm barra hemm ħtieġa li l-gvernijiet lokali jaġixxu ta' gvernijiet lokali.", "Jien għamilt sena u nofs sindku u kienu l-aktar sena u nofs intensivi li qatt għamilt fil-ħajja politika tiegħi.", "Lanqas meta kont Segretarju Parlamentari ma kelli aġenda daqshekk mimlija li tieħu ħsieb ħafna petty issues imma li żżommok imsammar mal-art.", "Hawnhekk irrid nirringrazzja, napprezza u nfaħħar is-sehem tas-sindki kollha Laburisti u Nazzjonalisti li jixirqilhom ir-rispett ta' veru.", "Jien ġejt nikkwota lil dawn is-sindki b'dispjaċir.", "Nixtieq li dawn is-sindki qatt ma qalu dak id-diskors li qalu.", "Jien nixtieq li ġejt hawnhekk nitkellem fuq emendi li tassew huma maħsuba sabiex jagħmlu bidla waħda importanti ċjoè dak li tkellmu fuqu dawn is-sindki li kkwotajt jien.", "Sinjura President, peress li s-Sindku ta' Marsaskala qal li meta tintbagħat ittra minn dipartiment, dan jgħidlek li trid tirrispondi f'ħamest ijiem imma jekk hu jirrispondik f'ħames ġimgħat tiskanta – ovvjament dan wara li tkun inbagħtet it-tieni, it-tielet u r-raba' reminder - ma setgħetx iddaħħlet proposta f'dawn l-emendi sabiex id-dipartimenti jew fejn il-Ministru jkun irid jirrispondi, almenu jkun hemm time frame?", "Pereżempju f'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm li l-Ministru għall-Finanzi jrid jagħti tweġiba.", "Allura ma stajniex almenu nibdew indaħħlu l-konċett li l-Ministru għall-Finanzi jrid jagħti tweġiba lill-kunsill lokali dwar jekk japprovax proġett jew ieħor u jkun hemm xi ħadd marbut biż-żmien?", "Is-sindki marbutin biż-żmien u d-dipartimenti u l-ministeri alaxanxè, jistgħu jieħdu kemm iridu huma żmien?!", "U ż-żmien għaddej u meta jgħaddi ż-żmien minn fuq kunsill lokali jfisser li hemm ħteġijiet li mhumiex qegħdin jiġu moqdija.", "Fl-opinjoni tiegħi mhux bidla għandna bżonn imma rivoluzzjoni jekk tassew irridu li l-kunsilli lokali jaħdmu u jkunu apprezzati ta' gvernijiet lokali.", "X'jiswa li jiġi hawn is-Segretarju Parlamentari u jgħid li l-kunsilli lokali jistmawhom.", "Lis-Segretarju Parlamentari ngħidlu li taħt it-tmexxija tiegħu l-kunsilli lokali ma marrux 'il quddiem.", "Kieku ma kenux jiġu hawnhekk sħabu, fosthom is-Sindku tal-Birgu, u jgħidlu li hemm mumenti fejn jiddubita jekk spiċċax minn sindku.", "Jien nitolbu jirrispondi għal din il-karba.", "Kif se nittrattawhom lil dawn is-sindki?", "Dawn qed jirrappreżentaw lin-nies, lill-familji, lill-anzjani u lit-tfal.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nappella biex ma noqtlux il-gvernijiet lokali.", "Ejjew ma nagħmluhomx sempliċement dehra ta' xi ħaġa li fir-realtà ma teżistix.", "Darba kien hemm wieħed li qal:", "Din verament tgħodd għal dan il-Gvern li moħħu biss kif jakkwista l-poter.", "Dan huwa Gvern li jimpurtah mill-ftit imma ma jimpurtahx min-nies.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, kieku l-Gvern ħa l-opportunità u għamel din ir-riforma kif suppost setgħet tħalli ġid kbir għall-kunsilli lokali però, kif se nispjega aktar 'il quddiem fid-diskors tiegħi, sfortunatament minflok mexxejna l-kunsilli lokali 'l quddiem spiċċajna tfajniehom aktar lura u reġġajna l-arloġġ lura għall-bidu tagħhom, 25 sena ilu.", "Meta twaqqfu l-kunsilli lokali, ix-xogħol li kienu jagħmlu kien jikkonsisti fi ftit patching ta' triq jew jirranġaw xi bankina u dak iż-żmien kienu jieħdu ħsieb ukoll il-ġbir tal-iskart.", "Illum se nerġgħu nġibuhom customer care u forsi jkunu jistgħu jirranġaw bankina jew jimlew xi toqba b'xi ftit cold asphalt.", "Fil-każ tal-kunsilli lokali dorna dawra tond għax bdew bi ftit responsabbiltajiet, Gvernijiet Nazzjonalisti mas-snin komplew iżidulhom dawn ir-responsabbiltajiet u poteri ġodda biex ikunu jistgħu jaqdu lir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom però, sfortunatament, kemm ilu fil-gvern il-Partit Laburista, spiċċa reġa' naqqas dawn il-poteri u minflok kompla fuq il-passi ta' Gvernijiet Nazzjonalisti, li jiddeċentralizza l-poter, reġa' ċċentralizza l-poter kollu tal-pajjiż f'idejn il-Gvern ċentrali.", "Għalkemm qatt ma kelli x-xorti li nkun kunsillier f'xi kunsill lokali, għal dawn l-aħħar 25 sena, minħabba l-professjoni tiegħi ta' perit, kelli x-xorti naħdem ma' diversi kunsilli lokali, kemm min-naħa t'isfel ta' Malta, kemm miċ-ċentru ta' Malta kif ukoll min-naħa ta' fuq u kemm ma' Maltin kif ukoll ma' Għawdxin.", "Kelli x-xorti naħdem ma' kunsilli lokali li kienu mmexxijin kemm minn maġġoranza Nazzjonalista kif ukoll minn maġġoranza Laburista; kemm kunsilli kbar kif ukoll kunsilli żgħar.", "Però kumment li nista' nagħmel huwa li l-maġġoranza assoluta tal-kunsilli lokali, immexxijin minn min kienu mmexxijin jew ta' liema kobor kienu, dejjem ħadmu fl-interess tal-lokalità tagħhom u fl-interess tar-residenti.", "L-interess tal-lokalità tagħhom dejjem ġabuh quddiem l-interessi partiġjani tal-partit politiku li kienu jirrappreżentaw.", "Kienet din ir-raġuni partikolari li Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem raw li jiddeċentralizzaw il-poteri u jagħtuhom f'idejn il-kunsilli lokali għax dejjem emmnu li kunsill lokali, immexxi minn min kien immexxi, dejjem ħadem għall-ġid tal-lokalità u għall-ġid tar-residenti li joqogħdu f'dak ir-raħal jew belt partikolari.", "Però, kif għedt diġà, ġejna f'sitwazzjoni li f'sitt snin Gvern Laburista reġa' mexxa l-arloġġ lura u dak li għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti f'25 sena rnexxielu jħassru.", "Sur President, jekk tippermettili, qabel ma nkompli bid-diskors tiegħi, nixtieq li minn hawnhekk nirringrazzja lis-sindki, viċi sindki, kunsilliera, segretarji eżekuttivi u ħaddiema ta' kull kunsill lokali, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, għall-ħidma fejjieda tagħhom b'risq il-lokalitajiet tagħhom għax dejjem ħadmu biex imexxu l-interessi tar-residenti tagħhom 'il quddiem.", "Fid-diskors tiegħi fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel referenza għal diversi punti li qajjem il-Ministru Ian Borg jumejn ilu f'dan il-Parlament meta tkellem dwar ir-riforma tal-kunsilli lokali.", "Fid-diskors tiegħu l-Ministru għamel referenza għall-kelma \"konsultazzjoni\" billi qal li l-Gvern ikkonsulta lil kulħadd.", "Però, kif jgħid il-Malti, mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti.", "Min sema' lill-Ministru Ian Borg jitkellem jaħseb li l-Gvern Laburista hu xi paladin tal-konsultazzjoni imma ma tridx tkun xi ġenju biex tinduna li d-definizzjoni tal-kelma \"konsultazzjoni\" dan il-Gvern dawwarha f'\"informazzjoni\".", "Dawn huma żewġ kelmiet distinti u b'definizzjoni differenti.", "Qed ngħid dan għax għalkemm il-Gvern sema', xorta spiċċa għamel ta' rasu.", "Minflok ra kif lill-kunsilli lokali verament jgħinhom billi jagħtihom l-għajnuna u l-għodda kollha neċessarja biex ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet huma imma mbagħad jgħinhom fl-implimentazzjoni, spiċċa ġabhom bħal kelb bla snien; imorru n-nies għandhom, iressqu l-ilmenti għandhom, però x'ħin jiġu biex iwettqu jridu bilfors imorru jitkarrbu għand il-Gvern.", "Qabel, minbarra x-xogħol ta' tarmak u xogħol ta' toroq li kien jagħmel il-Gvern, il-kunsilli lokali kellhom il-fondi biex dawn it-toroq ikunu jistgħu jagħmluhom huma wkoll.", "Hemm il-fondi tal-UIF u kien hemm kunsilli lokali li setgħu jużaw dawn il-flus biex jagħtu t-tarmak.", "Jien naf b'kunsilli lokali li kienu ilhom jaħdmu sitt xhur jew sena jippreparaw l-istimi, japplikaw għall-permessi u jġibu diversi clearances però sfortunatament ġara li wara li kienu ilhom għaddejjin bil-konsultazzjonijiet serji u kif suppost ma' diversi entitajiet - u dawn mhux konsultazzjonijiet taparsi - il-Gvern qalilhom li t-tarmak ħadu f'idejh u allura dawn il-proġetti kellhom jieqfu.", "Dan huwa ħażin.", "Għax hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li l-kunsill lokali mhux bħall-Gvern li jqum filgħodu u jaqbad u jiddeċiedi li jagħmel triq bla permessi ta' xejn.", "Il-kunsill lokali, kif inhu sewwa, irid jagħmel diversi konsultazzjonijiet, pereżempju mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, ma' diversi entitajiet li jieħdu ħsieb is-servizzi fit-toroq u mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Hemm proċess sħiħ li jridu jgħaddu minnu.", "Il-Ministru semma wkoll – iħobb isemmiha din – l-iskema tal-public private partnership li skont kliemu stess - qed nikkwotah – hija \"soluzzjoni li frankament ħadd ma ried imur għaliha\".", "Naħseb li jkun tajjeb li wieħed ifiehem x'kienet din l-iskema tal-public private partnership li ħareġ biha Gvern Nazzjonalista.", "Bażikament qabel kien ikollok triq li għandha l-ħofor, kien isirilha xogħol ta' patching bil-cold asphalt u forsi kienet isservi sitt xhur oħra u jekk tkun xortik tajba sservi sena, però sena wara sena kont trid toqgħod tirranġaha.", "Għalhekk il-kunsilli lokali kienu ġew f'sitwazzjoni li minn sena għal sena kienu jonfqu ħafna flus però l-uċuħ tat-toroq kienu qed jitranġaw għal ftit żmien għax wara li jinqala' ftit maltemp jerġgħu jiġu back to square one.", "Allura l-Gvern Nazzjonalista kien ħa l-inizjattiva li permezz ta' skemi jgħin lill-kunsilli lokali biex il-flus li kienu jintnefqu fuq disa' snin biex isir dan il-patching jintużaw biex jingħata wiċċ lit-triq kollha.", "B'dan il-mod minflok toqgħod toħroġ ammont ta' flus kull sena biex tirranġa t-triq, toħroġ ammont sostanzjali darba u b'dak li kont tonfoq fuq perjodu ta' disa' snin, jirnexxilek tagħti l-wiċċ lit-triq kollha.", "Grazzi għal din l-inizjattiva – hawnhekk ikun tajjeb li wieħed jgħid li kważi l-kunsilli lokali kollha daħlu għaliha, fosthom anke l-kunsill lokali li kien imexxi l-Onor.", "Ian Borg - diversi toroq ngħatalhom wiċċ ta' tarmak u b'hekk ġew irranġati darba għal dejjem.", "Tant hu hekk li llum il-ġurnata ftit li xejn għadu jsir patching.", "Dak iż-żmien il-patching kien isir bil-cold asphalt imma llum dan lanqas issibu fis-suq għax tant naqas dan it-tip ta' xogħol, grazzi għal din l-iskema li qed insemmi, li llum il-ġurnata patches kważi kważi m'għadu jsir xejn.", "Il-Ministru għamel referenza wkoll għal toroq residenzjali, u nikkwota:", "\"Il-Gvern qiegħed jieħu r-responsabbiltà u qiegħed jerfa' l-piż li l-kunsilli lokali qatt ma kienu jifilħu għalih, jiġifieri li jieħdu ħsieb l-infrastruttura tat-toroq residenzjali, mhux biss dawk arterjali u distributorji però anke t-toroq residenzjali.\"", "Hawnhekk lill-Ministru ngħidlu: Skużi, il-Gvern se jerfa' l-piż tiegħu stess, piż li sfortunatament għal dawn l-aħħar sitt snin il-Gvern abdika milli jerfa'.", "Possibbli l-Ministru responsabbli mit-toroq ma jafx li t-toroq residenzjali ġodda minn dejjem kienu responsabbiltà tal-gvern u qatt ma kienu responsabbiltà tal-kunsilli lokali?!", "Possibbli l-Ministru għadu ma ndunax li mill-290 triq li semma li se jsiru mill-fondi tal-€100 miljun fis-sena hemm ammont sostanzjali minn dawn it-toroq li huma toroq arterjali u distributorji?!", "Jien hawnhekk se nsemmi tnejn li ngħaddi minnhom kuljum ċjoè Triq it-Tempesta fil-Qrendi u Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba.", "Ovvjament huwa tajjeb li dawn it-toroq se jsiru imma dawn spiċċaw fl-istat li jinsabu fih illum għax sfortunatament matul dawn l-aħħar sitt snin ma saritx il-manutenzjoni li kien hemm bżonn li ssir fihom.", "Mela għalkemm il-Gvern qiegħed jipprova jagħti l-impressjoni li billi se jagħmel dan ix-xogħol fuq dawn it-toroq qisu qiegħed jagħmel xi pjaċir lill-kunsilli lokali, il-verità hi li l-maġġor parti tax-xogħlijiet li se jsiru huwa xogħol li suppost ilu jagħmlu sitt snin.", "Dawn huma toroq residenzjali ġodda li dejjem kienu fir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali u toroq arterjali u distributorji.", "Nixtieq insemmi wkoll il-punt li għamel il-Ministru dwar id-Development Planning Fund li l-kunsilli lokali għandhom €29 miljun mhumiex mimsusa għad-dispożizzjoni tagħhom u li fiż-żmien meta kien sindku hu ma kenux jeżistu.", "Din hija gidba sfaċċata u ħoxna!", "Id-Development Planning Fund, jew kif jissejjaħ illum, l-Urban Improvement Fund – għalkemm inbidel l-isem baqa' l-istess - ilu hemm minn żmenijiet Gvernijiet Nazzjonalisti u kienu diversi kunsilli lokali, kemm dawk immexxija minn maġġoranza Laburista kif ukoll dawk immexxija minn maġġoranza Nazzjonalista, li gawdew minn dawn il-fondi.", "Mela li jiġi l-Ministru jgħidilna li qisu vvinta xi fond ġdid, mhuwiex veru!", "Qalilna li kiber il-fond.", "Mela le, kiber il-fond, però l-fond kiber għax qed jagħmlu kif jgħidu l-Ingliżi, robbing Peter to pay Paul bil-famuża skema ta' regolarizzazzjoni li qed tisloħ lin-nies bl-ammont ta' multi li qed jeħlu.", "Fil-fatt filwaqt li qabel min kellu irregolarità żgħira ried iħallas €250 biex ikun jista' jbigħ il-post tiegħu jew biex ikun jista' jdaħħal id-dawl u l-ilma, illum il-ġurnata jrid iħallas fuq €4,000, 16-il darba aktar!", "Hemm ukoll l-iskema li tirrigwarda l-lost parking spaces; filwaqt li qabel kont tħallas €1,000 għal kull spazju ta' karozza inqas, illum dan il-ħlas jista' jitla' sa €9,000 jiġifieri disa' darbiet aktar għal kull spazju ta' karozza inqas li jkollok.", "Mela għandna Gvern li biex joqgħod jiffanfra li għandu €29 miljun fl-Urban Improvement Fund spiċċa seraqhom minn ħalq il-familji tagħna u qed jipprova jagħti l-impressjoni li dawn qiegħed joħroġhom hu!", "Mhux ta' b'xejn li l-prezzijiet tal-proprjetà mbagħad jitilgħu mas-sema!", "Però din l-iskema fiha catch u kważi kważi għadu ma nduna biha ħadd, speċjalment il-kunsilli lokali.", "X'inhi din il-catch?", "Ħarġet ċirkolari f'Jannar tal-2018, PA Circular 3/18, li proprju tirrigwarda d-Development Planning Fund.", "Din iċ-ċirkolari tgħid li filwaqt li qabel kunsill lokali seta' jibbenefika minn 100% tal-fondi meta jkun se jagħmel proġett, issa kunsill lokali jista' jieħu biss 70% tal-fondi u t-30% l-oħra jrid joħroġhom il-kunsill lokali.", "Dan ifisser li biddlu r-rekwiżiti inkiss inkiss bil-konsegwenza li diversi kunsilli lokali li ma jkollhomx minn fejn joħorġu t-30% ta' kemm jiswa l-proġett, sfortunatament se jispiċċaw ma jagħmlu xejn!", "Mela minflok ma l-Gvern jgħin lill-kunsilli lokali, b'mod indirett se jċaħħad lilhom u lir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom minn proġetti li suppost jibbenefikaw minnhom bi dritt minn dan il-fond.", "Il-Ministru qalilna wkoll li jiddispjaċih meta jmur iqassam xi €1 miljun jew €2 miljun minn dan il-fond però mbagħad fadal €29 miljun għad-dispożizzjoni tal-kunsilli lokali u staqsa, u se nikkowta:", "\"X'qed jistennew dawn is-sindki, dawn il-kunsilli lokali, li għadhom ma resqux 'il quddiem bil-proġetti tagħhom?\"", "Jien nista' ngħidlu x'qed jistennew dawn il-kunsilli lokali u s-sindki li għadhom ma resqux 'il quddiem bil-proġetti tagħhom.", "Taf x'qed jistennew dawn?", "Qed jistennew li joħorġilhom il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar biex ikunu jistgħu japplikaw għal dawn il-fondi.", "Il-kunsilli lokali mhumiex bħall-Gvern li jqum filgħodu u jiddeċiedi li jaqbad u jagħmel triq, imbagħad forsi japplika wara, jekk jiddeċiedi li japplika!", "Kunsill lokali jrid japplika qabel, irid iġib il-permessi qabel u jrid iġib il-clearances qabel.", "Sfortunatament għandi każijiet - naħseb li jaf għalxiex qed nirreferi, imma jekk irid niltaqgħu u ngħidlu għal liema każijiet qed nirreferi - fejn kunsill lokali partikolari ilu tliet snin biex joħroġlu l-permess, meta kieku japplika l-privat f'sitt xhur – li huwa żmien raġonevoli - dan joħroġ.", "Illum għal ċerti proġetti trid il-clearance tal-Awtorità tal-Artijiet però biex tieħu clearance iddum tkaxkar xahar, xahrejn, tlieta, u din il-clearance ma tasal qatt, bil-konsegwenza li jkollok applikazzjoni mal-Awtorità, tispiċċa taqgħalek u trid terġa' tibda l-proċess kollu mill-ġdid!", "Jew inkella jdumu xhur sejrin mingħand Qajfas għal għandu Pilatu!", "Li jingħataw dawn il-fondi huwa tajjeb però mbagħad tiġix tgħajjar lill-kunsill lokali għax għadu ma applikax għall-fondi!", "Hemm il-proċessi.", "Ċerti proġetti jieħdu aktar żmien minn proġetti oħrajn minħabba ċerti clearances u permessi oħrajn però nistenna li l-Ministru għandu jifhem li hemm proċess li jridu jgħaddu minnu u mhux ngħajruhom għax qisu ċerti kunsilli lokali għandhom il-flus u ma jridux japplikaw għalihom!", "Pereżempju jien nistenna li l-Ministru jintervjeni biex ċerti applikazzjonijiet, speċjalment minn kunsilli lokali, jitħaffu iktar.", "M'aħna ngħidu xejn ta' barra minn hawn b'daqshekk.", "Dan bħal meta jkun hemm ċerti applikazzjonijiet għal fondi tal-Unjoni Ewropea u l-Awtorità tal-Ippjanar tgħaġġillek aktar il-proċess biex ma jintilfux il-flus.", "Naħseb li ma tkunx idea ħażina li proġetti tal-kunsilli lokali jingħataw dik l-għajnuna biex il-proċessi tagħhom ikunu mħaffa.", "Il-Ministru semma wkoll it-toroq u qal li se jintnefqu €700 miljun.", "Din hija xi ħaġa tajba u jalla mhux €700 miljun jonfqu fuq it-toroq imma d-doppju, jew jonfqu €7 biljuni, għaliex le?", "Però huwa faċli li tiftaħar b'rix ħaddieħor!", "Taf x'ma jgħidx il-Gvern?", "Li dawn is-€700 miljun huma parti mill-€1.3 biljun li ġab Gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "Kieku kien għall-Partit Laburista llum il-ġurnata la qegħdin fl-Unjoni Ewropea u lanqas qegħdin ingawdu minn dawn il-fondi.", "Jinkwetani wkoll il-fatt li l-Ministru jipprova jagħti l-impressjoni li t-toroq qegħdin fl-istat li qegħdin tort ta' Gvernijiet Nazzjonalisti għax qatt m'għamilna xogħlijiet ta' toroq.", "Sur President, issa rrid insemmi ftit mit-toroq li kienu saru sabiex min qed jismagħna jkun jaf x'għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti.", "It-toroq qegħdin fl-istat li qegħdin għaliex f'dawn l-aħħar sitt snin ma saritx il-manutenzjoni li kien hemm bżonn issir.", "Jien inħobb nagħti l-eżempju ta' saqaf ta' bejt.", "Saqaf ta' bejt ta' dar trid idduru kull sena għax jekk titilqu jidħollok l-ilma, isaddadlek ix-xibka u jkollok tibdel is-saqaf.", "L-istess it-toroq; jekk titlaqhom għal ħamsa jew sitt snin, il-ħsara tant tkun kbira li tispiċċa jkollok tibdel it-triq mill-qiegħ.", "U dak li ġara fit-toroq tagħna; nuqqas ta' manutenzjoni serja min-naħa tal-Gvern preżenti, imbagħad jipprovaw jitfgħu t-tort fuq il-Gvern ta' qabel u jgħidu li dan ma kien għamel xejn!", "Jien naħseb li n-nies li qed jisimgħuna kollha jafu x'għamel Gvern Nazzjonalista.", "Biex insemmi t-toroq kollha li għamel Gvern Nazzjonalista rrid nitkellem daqskemm ili nitkellem għal għaxar darbiet oħra, però se nsemmi ftit minnhom: Triq Ħal Far li mill-Freeport tagħti għall-ajruport, Triq il-Kunsill tal-Ewropa Ħal Luqa, Triq Garibaldi l-Marsa, Triq Diċembru 13 il-Marsa, Triq il-Belt Valletta ż-Żurrieq, Triq tal-Barrani, il-Bypass ta' San Pawl il-Baħar, il-Bypass tal-Imrieħel, Triq l-Imdina li minn Ħal Qormi twasslek għal Ħaż-Żebbuġ u tibqa' tielgħa r-Rabat, Triq Sir Temi Zammit li mill-Mosta twasslek għall-Imġarr, Triq is-Salina li min-Naxxar tieħdok għal San Pawl il-Baħar, Triq M. Murray li minn Tal-Balal tieħdok għan-niżla t'Alla u Ommu, il-Bypass ta' Birkirkara u l-Bypass tal-Mellieħa.", "Saru wkoll mijiet ta' toroq residenzjali.", "Anke Għawdex gawda taħt Gvern Nazzjonalista għax saru diversi toroq, kemm arterjali kif ukoll distributorji.", "Fosthom insibu Triq l-Imġarr li mix-xatt tieħdok għal Għajnsielem għax-Xewkija u tibqa' sejra sar-Rabat, it-triq tar-Rabat li twasslek għax-Xlendi, it-triq li mir-Rabat twasslek għal Ta' Pinu u t-triq li minn San Lawrenz twasslek għad-Dwejra.", "Kienu saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' inġinerija ċivili, fosthom il-mini ta' Santa Venera, il-mini ta' quddiem l-Università u diversi mini għal servizzi infrastrutturali madwar il-pajjiż kollu.", "Però l-għerf mhuwiex kemm tonfoq flus iżda kif tonfoq il-flus.", "Huwa tajjeb li tonfoq €100 miljun fis-sena fil-bini ta' toroq però l-aktar ħaġa importanti hija li dawn jintnefqu fejn verament hemm bżonn, mhux nagħmlu triq biex ngħidu li qed jagħmilha l-Gvern jew inkella nispiċċaw naqilgħu triq li jkun għadu kif għamel kunsill lokali.", "It-toroq iridu jsiru bi pjan, mhux bħalma ġara fi Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq, fejn xogħol ta' sitt xhur spiċċajna nkarkru bih għal sentejn, jekk mhux tliet snin!", "Ix-xogħol irid isir ta' kwalità u ta' livell u mhux għandna skoss xogħol li jsir illum u jinqala' erbat ijiem wara.", "Pereżempju hawnhekk nista' nsemmi l-Bypass tal-Mellieħa kif ukoll biċċiet mit-triq tal-Marsa.", "Sa dalgħodu stess ċemplitli persuna li qaltli li għadhom kemm taw it-tarmak u bl-ewwel xita għerqet bl-ilma.", "Għadek tagħti t-tarmak u t-triq tegħreq bl-ilma?!", "Nista' nsemmi wkoll ix-xogħol li sar f'Paceville, fejn nefqu €1 miljun, biex imbagħad taw kisja fuq kollox u la nbidlu s-servizzi u ma nbidel xejn, u issa se jkollu jerġa' jsir ix-xogħol mill-ġdid!", "U hemm problema oħra għax la jiksu triq bit-tarmak, skont il-liġi li għamel il-Gvern stess, se jerġgħu jmorru lura għand il-kunsilli lokali.", "B'dawn il-€100 miljun missu jsir xogħol kif suppost, pereżempju billi jsiru jsiru s-service ducts.", "Għalfejn m'għadhomx isiru s-service ducts fit-toroq?", "Aħjar nonfqu ftit aktar però x-xogħol isir darba għal dejjem.", "Is-servizzi għandhom jgħaddu minn service duct biex jekk tinqalagħlek ħsara fl-ilma, pereżempju, ikollok dual main għaddej mis-service duct maż-żewġ naħat tat-triq u b'hekk inti qatt ma terġa' ttaqqab it-triq imma ssewwi l-ħsara li jkollok, terġa' tagħlaq il-kaptell u daqshekk.", "B'dan il-mod it-triq tibqa' tajba, u mhux nonfqu ħafna miljuni f'toroq imbagħad sfortuntament, biex ma nonfqux xi ħaġa żejda, malli tinqala' xi ħsara t-toroq kollha jiġu qishom zip, imċarrta minn hawn u minn hemm biex nipprovaw nirranġaw il-ħsarat li jkun hemm fis-servizzi!", "Pereżempju waħda mill-wegħdi li għamel il-Prim Ministru waqt li kien qiegħed jagħmel diskors ta' inawgurazzjoni f'lokalità partikolari kienet li jneħħi l-cables kollha tad-dawl minn mal-faċċati tad-djar.", "Din hija xi ħaġa tajba, mela le, però għandu jwettaqha, mhux jgħidha qabel l-elezzjoni u issa qed jgħidu li dan mhuwiex possibbli.", "Missu ma qal xejn mill-ewwel jekk kien jaf li dan mhuwiex possibbli.", "Però ma naħsibx li biex nagħmlu s-service ducts qisna se nitilgħu fuq il-qamar!", "Diġà saru service ducts fil-passat u għandhom isiru l-istudji kollha neċessarji biex dawn isiru u jkollna qabża ta' kwalità.", "Sur President, ħafna toroq rurali qed jingħataw it-tarmak ukoll.", "Din hija inizjattiva tajba, mela le, però tkun tajba jekk issir bi ħsieb u mhux meta taqbad tagħti kisja tarmak jew ħafna konkos u mbagħad it-triq daqqa taqleb 'l hawn u daqqa taqleb 'l hemm.", "L-ewwel nett, jekk għandna triq rurali, bħal triq fil-kampanja, għandna napprofittaw irwieħna biex isiru catchments tal-ilma ħalli l-ġwiebi li jkollhom il-bdiewa jkunu jistgħu jimtlew bl-ilma tax-xita.", "U mela jkollok catchment tal-ilma fuq naħa tat-triq u tagħmel it-triq taqleb għan-naħa l-oħra, bil-probabbiltà li l-ilma ma jispiċċax għand il-bidwi!", "Jew inkella għaliex għandek tagħmel triq ġdida u jżommlok l-ilma u tiġi taqleb għal ġol-irziezet tan-nies?", "Il-Ministru qal li qed isiru diversi xogħlijiet għal diversi kunsilli lokali.", "L-ewwel nett, ninkwieta li jekk taqbad tgħodd il-proġetti li qed isiru, anke mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, tinduna li sfortunatament dawn spiċċa żarmahom.", "Jien nemmen li l-ħaddiema tal-gvern huma l-aktar nies tas-sengħa li kapaċi jagħmlu x-xogħol, però trid tagħtihom l-għodda u r-riżorsi biex jagħmlu x-xogħol.", "Iżda sfortunatament f'dawn l-aħħar sitt snin ġie żarmat kull dipartiment li kien hemm tal-gvern.", "Jien niftakar żmien fejn il-maġġor parti assoluta tal-proġetti li kienu jsiru f'pajjiżna kienu jsiru minn ħaddiema tal-gvern, ħaddiema tas-sengħa, u kien isir xogħol ta' kwalità, però dawn trid tagħtihom biex jaħdmu.", "Sur President, jien diġà rringrazzjajt lill-kunsilli lokali, sindki, viċi sindki, segretarji eżekuttivi u ħaddiema għax-xogħol li jagħmlu.", "Dawn saħansitra jagħmlu xogħol b'mod volontarju u li kieku ma jkunx għalihom kieku l-lokalitajiet tagħna jinsabu fi stat iktar ħażin.", "Dan jagħmluh anke permezz tal-attivitajiet li jsiru, li bihom qajmu l-irħula tagħna.", "Jien nemmen li b'din ir-riforma kellna ċ-ċans li nagħtu lir-rappreżentanti tal-lokalitajiet tagħna kull għajnuna neċessarja biex titwettaq ir-rieda tar-residenti, u fl-istess ħin konna nħallulhom l-awtonomija tagħhom, iżda sfortunatament dan il-Gvern spiċċa ħanaqhom u rabtilhom idejhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Issa nitlob lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "SILVIO PARNIS (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, l-ewwel nett irrid nirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw f'dan id-dibattitu ċjoè lill-Ministru Owen Bonnici, lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, lill-Onor.", "Alex Muscat, lill-Onor.", "Robert Abela, lill-Onor.", "David Agius, lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, lill-Ministru Justyne Caruana, lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, lill-Onor.", "Chris Said, lill-Ministru Edward Scicluna, lill-Onor.", "Frederick Azzopardi, lill-Onor.", "Robert Cutajar, lill-Onor.", "Toni Bezzina u lill-Onor.", "Kulħadd ġie hawnhekk biex iwassal il-messaġġ tiegħu dwar il-gvern lokali.", "Ikun aktar faċli għalija li llum niġi hawnhekk u noħroġ nirribatti u nkun negattiv għal dak kollu li qalu xi wħud mill-kelliema tal-Oppożizzjoni.", "Mhijiex il-politika tiegħi li minn abbozz ta' liġi bħal dan nipprova noħloq element ta' qasma bejn huma u aħna.", "Hekk kif ħadt il-ħatra sena u ftit tax-xhur ilu, jien u t-tim kollu li ħdimna flimkien kellna viżjoni li filwaqt li napprezzaw dak li seħħ, il-bidu tat-twaqqif tal-kunsilli lokali 25 sena ilu, issa rridu nagħmlu l-bidla meħtieġa, fosthom il-bidla fil-mentalità li jrid ikollna fil-kunsilli lokali tagħna.", "Din il-bidla trid twassal biex ikollna lokalitajiet ta' kwalità.", "Il-pjan u l-ħsieb tagħna huwa li flimkien ma' Infrastruttura Malta u flimkien ma' dak li qed nagħmlu fil-kunsilli lokali, f'medda ta' seba' snin ikollna lokalitajiet ta' eċċellenza u gvernijiet lokali ta' eċċellenza.", "Irrid ngħid li jien bqajt sorpriż li minkejja s-sigħat twal ta' diskussjoni li kellna mal-Oppożizzjoni, fejn nista' ngħid li kważi kellna ftehim fuq din il-liġi kollha, minn fost il-Membri tal-Oppożizzjoni bdew jinbtu dawk li ma jaqblux fuq xi affarijiet.", "Qabel ma bdejna d-diskussjoni jien għaddejt in-noti kollha lill-kollegi tiegħi biex ikollhom fuqiex ikunu jistgħu jitkellmu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Però kien hemm min tkaża bina meta qbilna bejn Gvern u Oppożizzjoni li għall-ewwel darba se jkollna parteċipazzjoni ta' żgħażagħ ta' 16-il sena li jikkandidaw ruħhom għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, li però jekk ikollhom 16-il sena ma jistgħux ikunu sindki.", "Din m' għamilnihiex aħna bħala Gvern, imma ftehemna bejnietna, Gvern u Oppożizzjoni, li dak huwa l-aħjar stil jew l-aħjar tmexxija.", "Però kien hawn min, minn fost l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li ma qabilx ma' dan.", "Jien ma nieħu xejn bi kbir għaliex l-effett tal-qasma interna li hemm fi ħdan il-Partit Nazzjonalista qed tinħass anke f'dan il-Parlament!", "Pereżempju lanqas jafu x'inhi l-policy u ma neħodhiex sorpriża li meta niġu fi-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi jkollna xi u-turns ukoll!", "Sur President, aħna ddiskutejna numru ta' kwestjonijiet importanti fosthom li minkejja li l-elezzjoni għall-kunsilli reġjonali, b'mandat, għandha ssir fis-sena 2022, kien hemm qbil li l-elezzjoni ssir wara Mejju li ġej.", "Konna anke semmejna d-data ta' Ottubru tal-2019.", "Jien se nħalli f'idejn il-poplu biex jiġġudika jekk dak li rridu f'din ir-riforma huwiex ta' ġid għal-lokalitajiet tagħna.", "F'Mejju li ġej se jkun hemm l-elezzjoni tal-kunsilli lokali, il-poplu se jkollu dritt għall-vot tiegħu, imbagħad nibdew naħsbu biex ikollna l-elezzjoni għall-presidenti tar-reġjuni.", "Huwa veru li l-mandat kien jitlob li l-elezzjoni għall-kunsilli reġjonali ssir fl-2022 imma konna qed ngħidu li jekk din issir ftit xhur wara l-elezzjoni tal-kunsilli lokali - u l-Oppożizzjoni hemmhekk qalet li dan jagħmel sens - kull ħames snin ikollok gvernijiet lokali u presidenti tar-reġjuni li jagħżluhom in-nies, u president tal-Assoċjazzjoni li jagħżluh l-istess kunsilliera.", "Fil-fatt aħna ridna naslu għal dan għaliex inħobbu verament lill-kunsilli lokali u għaliex nemmnu fihom imma jidher li kien hemm xi ħaġa u f'daqqa waħda biddilna kollox.", "U fil-bank tad-diskussjoni ma kienx hemm biss nies min-naħa politika imma kien hemm nies min-naħa tal-Gvern li għalihom l-għan ewlieni ta' din ir-riforma huwa kif se nsaħħu l-kunsilli lokali, il-gvern lokali.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni qed jibqgħu jgħidu li lill-kunsilli lokali neħħejnielhom ir-responsabilitajiet.", "Min neħħa r-responsabilitajiet tal-kunsilli lokali?", "Fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista r-responsabilità tal-gwardjani lokali, li llum jissejħu uffiċjali tal-komunità, kienu f'idejn il-kunsilli lokali u għaddew f'idejn ir-reġjuni!", "Però dawn donnhom jaħsbu li tista' tiġi hawn f'dan il-Parlament u tgħid li trid.", "Illum aħna nistgħu ngħidu li writna reġjuni, li nemmen li huma wkoll skala oħra ta' gvern lokali, u dawn ma kellhomx baġit.", "Issa dawn qed jgħidu li aħna ma nemmnux fir-reġjuni u fil-gvern lokali, meta konna aħna li għall-ewwel darba tajniehom €1.1 miljun.", "Amministrazzjoni Nazzjonalista qatt ma tathom flus biex imexxu lir-reġjuni.", "Aħna qed nagħtuhom responsabilitajiet li qatt ma kellhom u li ma ħadniex minn tal-kunsilli lokali.", "Imbagħad jiġu hawnhekk u jgħidu li ma nemmnux fil-kunsilli lokali!", "Jiġu hawnhekk u jgħidu li dan il-Gvern ma jemminx fil-kunsilli lokali meta kien dan il-Gvern li minbarra li fl-2013 ta d-dritt tal-vot lil żgħażagħ li għalqu 16-il sena, b'din ir-riforma qegħdin ngħidu li żgħażagħ ta' 16-il sena se jkollhom ċans li jikkandidaw ruħhom fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?", "Kultant nibda nistaqsi jekk iniex qed ngħix fl-istess pajjiż għax ma nisma' xejn ħlief kantaliena dwar l-istess ħaġa; Infrastruttura Malta u toroq.", "Aħna taf x'm'għamilniex fit-toroq?", "M'għamilniex dak li għamel l-Eks Ministru Chris Said meta tefa' lill-kunsilli lokali fid-dejn.", "Imbagħad l-Onor.", "Said semma l-Kumitat Amminstrattiv tal-Madliena u qal li dan għamel it-toroq kollha tal-Madliena.", "Dażgur li għamel it-toroq kollha tal-Madliena; għaliex meta hu kien Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali tahom €0.5 miljun biex jagħmlu t-toroq u lill-kunsilli lokali l-oħrajn qalilhom biex imorru jiddejnu biex jagħmlu t-toroq!", "Sur President, fis-sena 2019 dan il-Gvern se jkun għamel 290 triq fil-lokalitajiet.", "Jien nappella lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex ma jkunux iktar negattivi għax mhux lilna biss qed idejqu, imma qed idejqu lill-istess nies li baqgħu jagħtuhom l-appoġġ.", "Nitlobhom ikunu pożittivi!", "Minn din ir-riforma li kienu parti minnha m'hemm xejn tajjeb?!", "Fuq il-bank tad-diskussjoni kellna rappreżentanti tal-Oppożizzjoni, allura m'hemm xejn tajjeb?", "U meta ħadmu magħna ma kien hemm xejn tajjeb?", "Issa qed iħawdu u jdawru l-kliem u jgħidu li aħna se nneħħu l-kumitati amministrattivi.", "Aħna dawn mhux se nneħħuhom imma se nagħmlu kunsillier responsabbli mill-kumitati li se jsiru fil-lokalitajiet tagħna.", "Dan il-kunsillier, li se jkollu l-vot fil-kunsill lokali għax se jkun kunsillier responsabbli mill-hamlets, flimkien mas-sindku se jara fejn hemm bżonn li jinħatru kumitati.", "Allura se jinħatru kumitati minn ħdan il-kunsilli lokali.", "Il-Membri tal-Oppożizzjoni qed jgħidu li għamlu 80 proposta.", "Pereżempju fil-qasam soċjali qalu li se jieħdu ħsieb lill-anzjani u lill-vulnerabbli u qagħdu jgħodduhom waħda waħda biex jgħidu li għamlu 80 proposta.", "Fil-fatt ma kienx hemm 80 proposta imma pprovaw jimpressjonaw bħal tal-20 punt.", "Jien niskanta meta nara li nkunu daqstant negattivi.", "Illum kien hawn xi ħadd li ftaħar li fi żmienhom fetħu l-open air gyms, eċċ. Sal-lum stess wara nofsinhar aħna qassamna €98,000 lill-kunsilli lokali għal inizjattivi sportivi fil-lokalitajiet tagħhom.", "Fil-ġranet li ġejjin aħna, flimkien mal-Ministru José Herrera, se nkunu qed nikkonkludu skema biex inħaddru l-lokalitajiet tagħna billi nagħtu siġar lil-lokalitajiet tagħna.", "Diġà għandna 40 kunsill lokali li applika u fil-fatt diġà daħlet talba għal 2,000 siġra.", "Qed nagħmlu wkoll skemi edukattivi tal-lifelong learning li għalihom applikaw 23 kunsill lokali.", "Hemm ukoll l-iskema tal-libreriji li għaliha applikaw 41 kunsill lokali u għall-programm tal-isport and physical education applikaw 43 kunsill lokali.", "Meta nibda nara dan kollu ngħid li qed jipprovaw jimminaw dak li nemmnu fih aħna u qed jipprovaw ma jħallux dak li qed nipprovaw nagħmlu flimkien.", "Aħna tajniehom iċ-ċans kollu biex ikunu magħna f'dan is-suċċess u ħlief litanija li m'għamilna xejn u li rridu nneħħu l-poteri lill-kunsilli lokali ma jgħidux!", "Din mhijiex il-politika li jridu n-nies hemm barra.", "In-nies iridu jisimgħu proposti pożittivi u dak huwa li se nipprovaw nagħmlu.", "Aħna rridu nwasslu lill-gvern lokali tagħna f'sitwazzjoni li f'seba' snin, flimkien ma' Infrastruttura Malta, ikun jista' jagħmel il-lokalitajiet tagħna ta' eċċellenza.", "Pereżempju llum qed naħsbu kif ma nibqgħux marbutin ma' tenders antiki li biex tnaqqaf it-toroq tagħna trid tibqa' għaddej bix-xogħol manwali.", "Irridu ndaħħlu ħsebijiet u ideat ġodda.", "Irridu naraw kif l-iskart, li llum qed ikun separat, mhux biss jinġabar minn wara l-bieb tad-dar u mill-iskejjel tagħna imma jkun hemm sistemi ġodda wkoll fil-ġonna u fil-bandli.", "Aħna mhux qed ngħidu li dak li għamel Gvern Nazzjonalista f'25 sena ma kienx pass tajjeb.", "Kieku ma kienx tajjeb m'għandniex kważi nofs il-Membri tal-Parlament li kienu jew sindku jew fil-kunsilli lokali.", "Naħseb li fuq din in-naħa għandna ferm aktar nies li kienu fil-kunsilli lokali u kienu sindki!", "Irridu naraw kif naħdmu flimkien biex verament nagħmlu bidliet fil-lokalitajiet tagħna.", "Pereżempju, jien irrid nibda nara li f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex ikollna trasport nadif, kif jidhirli li hemm bħalissa fil-Pietà, fin-Naxxar u f'Bormla.", "Hemmhekk qed jingħata servizz ta' trasport lin-nies tal-lokalità.", "Ejjew ħalli niftħu u naraw l-affarijiet li nistgħu nagħmlu.", "Aħna tant nemmnu fil-kunsilli lokali li waqqfna skema ta' €29 miljun permezz tal-Planning Fund u qed ngħidulhom biex jagħmlu użu minn din l-iskema biex itejbu u jirranġaw il-lokalitajiet tagħna.", "Sur President, min ma jemminx fil-kunsilli lokali?", "Nagħmlu kif għamlet l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ġewwa Birżebbuġa, fejn il-Freeport kellu jagħti eluf ta' ewro lill-Kunsill Lokali u qabel l-elezzjoni tal-2013 ħafrithomlhom u baqgħu b'xejn?!", "Dawn jemmnu fil-kunsilli lokali?!", "Hawnhekk hawn l-Eks Sindku ta' Ħal Qormi li jaf dwar dak li kien hemm fuq l-art fejn hemm il-Löwenbräu, fejn il-Kunsill Lokali kellu jidħol il-qorti biex jieħu xi €100,000.", "Naħfrulhom lil dawn!", "Dawn huma n-nies li jemmnu fil-kunsilli lokali?", "Kien hawn min semma s-sindki ta' xi lokalitajiet.", "Jien ngħidlu biex imorru jitkellmu mas-sindku taż-Żebbuġ f'Għawdex, fejn minħabba l-qasma politika li għandhom lanqas se joħroġ mal-Partit Nazzjonalista; mas-sindku tal-Belt jew ma' kunsillier fiż-Żejtun kif ukoll kunsilliera oħrajn li mhux se joħorġu magħhom u qed jitkellmu magħna biex joħorġu għall-elezzjoni ġenerali!", "Aħna rridu li mill-kunsilli lokali nagħmlu verament gvernijiet lokali.", "Jien ma rridx nieħu ħafna ħin għaliex hawn min irid jitkellem warajja però jekk verament iridu jkunu parti mis-suċċess għandhom jingħaqdu magħna sabiex ikunu parti minn dan is-suċċess ta' pajjiżna.", "Sur President, nixtieq nirringrazzja lil kull min ħadem f'din ir-riforma, fosthom is-sindki, il-kunsilliera, is-segretarji eżekuttivi u l-istaff kollu tal-kunsilli lokali, huma x'inhuma, Laburisti jew Nazzjonalisti.", "Aħna ma nħarsux lejn il-kulur imma nħarsu lejn il-lokalitajiet tagħna.", "Jien persważ li minkejja n-negattività kollha tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, għandna riforma li biha nafu fejn irridu naslu u żgur li permezz tagħha f'seba' snin se nkunu qed naraw bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 363\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS: Sur President, nipproponi li l-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi maħtur skont il-Mozzjoni Nru 21 tat-3 ta' Lulju 2017.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR", "IL-KOMUNIKAZZJONI", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, Kap. 418\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, f'dawn l-aħħar sentejn stajna naraw sforz qawwi sabiex nagħtu spinta dejjem aktar lill-ekonomija diġitali ġewwa pajjiżna.", "Dan għaliex nemmnu bil-bosta li l-ekonomija diġitali, li magħha hija abbinata wkoll il-komunikazzjoni diġitali, hija waħda mill-mezzi ewlenin li pajjiżna jista' jkollu biex ikompli għaddej fil-mixja tiegħu fl-iżvilupp u l-kompetittività.", "Illum is-settur tal-komunikazzjoni jikkontribwixxi b'mod dirett għal madwar 6% tal-ekonomija ta' pajjiżna.", "Qiegħed nagħmel enfasi b'mod partikolari għall-kliem \"b'mod dirett\" għaliex bla dubju ta' xejn f'dan is-settur huwa importanti li nħarsu lejn l-effett dirett, għaliex jekk imbagħad niftħu l-effett indirett, il-kobor tiegħu huwa b'mod esaġerat, b'mod li għal raġunijiet ovvji, mingħajru ħafna setturi oħrajn fl-ekonomija ta' pajjiżna ma jkunux jistgħu joperaw.", "Sur President, immaġina kieku llum il-ġurnata m'għandniex is-servizz tal-internet, is-servizz tat-televiżjoni, is-servizz tal-mobile u tat-telekomunikazzjoni!", "Kieku ħafna mis-servizzi u l-industrija ta' pajjiżna u tad-dinja jieqfu.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li l-komunikazzjoni tista' tkun ikkonsidrata bħall-ossiġnu għall-ħajja, li mingħajru ma tistax tgħix.", "Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn dan is-settur fl-aħħar sena jsib li f'pajjiżna dan kiber bi kważi 5% filwaqt li kważi f'kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea ċkien.", "Wieħed jista' jsemmi wkoll li numru ieħor ta' indikaturi wkoll jagħtu stampa ċara dwar l-andament ta' dan is-settur.", "Pereżempju f'dak li għandu x'jaqsam mad-domanda u l-prodotti li jippermettu fast u ultra fast download speed kellna żieda ta' 6% fin-numru ta' abbonamenti matul l-2018.", "Dan jorbot ma' inizjattivi li ttieħdu dan l-aħħar rigward il-5G.", "Il-5G hija magħna.", "Minbarra li hija ħafna aktar mgħaġġla bħala speed minn verżjonijiet preċedenti, hija maħsuba wkoll li tiftaħ opportunitajiet għall-użu ġdid ta' mobile data.", "Nemmnu li din se tkun qed tagħti opportunità għal ħafna servizzi u swieq li jinfetħu ġewwa pajjiżna.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-operaturi kollha tal-pajjiż, b'mod partikolari fil-komunikazzjoni, ċjoè l-GO, il-Melita u l-Vodafone, għaliex it-tlieta li huma jikkontribwixxu b'mod b'saħħtu ħafna għal dan is-settur.", "L-infrastruttura broadband hija żviluppata sew u s-suq Malti laħaq ċerta maturità fejn tidħol konnettività.", "Fil-fatt din hija fuq quddiem fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.", "Dan huwa importanti b'mod partikolari għal pajjiżna.", "Sur President, il-konnettività hija rikonoxxuta bħala l-faċilitatur ewlieni għall-ekonomija diġitali u f'Malta nistgħu ngħidu li qed niksbu suċċess kbir anke f'dan il-qasam.", "Fil-fatt dan is-suċċess ġie kkonfermat ukoll mill-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali tal-2018, li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea, li jipproklama li Malta hija l-aqwa pajjiż mill-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea fejn jidħol il-qasam tal-konnettività tal-broadband.", "Illum il-ġurnata l-komunikazzjoni għas-servizzi diġitali dejjem qed isiru parti integrali mill-ħajja ta' kuljum u allura hawnhekk ma nistax ma nagħmilx referenza għall-ħidma mwettqa wkoll mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni.", "Ix-xogħol tal-Awtorità jkompli jissostanzja l-importanza tar-regolamentazzjoni ta' dan is-settur biex nagħtu kwalità ta' servizz aħjar.", "Illum qed nitkellmu fuq l-implimentazzjoni ta' direttiva li mhijiex se ġġib xi effett kbir però hija direttiva importanti.", "Illum Malta diġà hija waħda mill-aktar pajjiżi fid-dinja li jgawdu minn aċċessibbiltà fit-teknoloġija ta' telekomunikazzjoni.", "L-internet, kif diġà semmejt, tista' tgħid li sar parti mill-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Aħna nemmnu li l-inklużjoni - mhux fil-ħajja normali biss imma anke fil-ħajja diġitali - tista' tikkontribwixxi wkoll u minnha tibbenefika kemm l-ekonomija kif ukoll is-soċjetà b'mod ġenerali.", "Għalhekk l-aċċessibbiltà għall-internet tfisser ukoll l-inklużjoni soċjali għall-persuni b'diżabilità, kif ukoll gruppi żvantaġġati oħrajn, bħall-anzjani.", "Ix-xejra lejn soċjetà diġitali tagħti mezzi ġodda biex naċċessaw l-informazzjoni u s-servizzi.", "Il-fornituri ta' informazzjoni ta' servizzi, bħas-settur pubbliku, jiddependu dejjem iktar mill-internet sabiex jipproduċu u jiġbru firxa wiesgħa ta' data u informazzjoni li huma essenzjali għall-pubbliku.", "Għal dan il-għan – u din id-Direttiva dak li se tkun qed timplimenta – is-siti elettroniċi kollha tas-settur pubbliku għandhom ikunu konformi mad-direttiva l-ġdida dwar l-aċċessibbiltà Ewropea.", "Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol jiġi estiż bi ftit ħin sakemm intemm id-diskors tiegħi u allura ma jkunx hemm għalfejn nibqa' in possession.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fis-7.00 p.m. il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol twal bi ftit minuti.", "SILVIO SCHEMBRI: Id-direttiva tiżgura li s-sit elettroniku u l-applikazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku jkunu kollha aċċessibbli.", "Fil-kuntest ta' din id-direttiva l-aċċessibbiltà għandha tinftiehem bħala l-prinċipji u t-teknikalitajiet li għandhom jiġu osservati waqt il-fażi ta' disinn u l-kostruzzjoni ta' siti elettroniċi u applikazzjonijiet mobbli.", "Kif fil-fatt huwa enfasizzat fl-Aġenda Diġitali Ewropea, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu minn ta' quddiem nett sabiex jagħtu sehemhom fil-promozzjoni tas-swieq għall-kontenut online.", "Il-Gvern irid ikun minn ta' quddiem u jrendi l-informazzjoni tas-settur pubbliku disponibbli f'termini trasparenti, effikaċi u mhux diskriminatorji.", "Dan huwa sors importanti għat-tkabbir potenzjali ta' servizzi online.", "Finalment, fi kliem sempliċi u kif qed tgħid din id-Direttiva, dan li qed nipproponu f'dan l-Abbozz ta' Liġi huwa li b'dan l-Att se nkunu qed nassenjaw lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni bħala l-awtorità li se tkun qed timplimenta d-direttiva.", "Allura dawn l-emendi se jkunu qed iwessgħu l-poteri tal-Awtorità sabiex tkun tista' ssir l-awtorità kompetenti fl-implimentazzjoni tad-direttiva.", "Fil-fatt meta jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi u jiġu ppubblikati r-regolamenti permezz ta' leġiżlazzjoni sussidjarja, l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni se tkun qed tgħasses is-siti elettroniċi pubbliċi kollha u tassigura li dawn ikunu konformi mal-obbligazzjonijiet imposti.", "F'każ ta' nuqqasijiet f'aċċessibbiltà ta' siti elettroniċi u servizzi online din l-Awtorità se tingħata wkoll poteri li tieħu miżuri sabiex dawn jiġu rranġati u jekk in-nuqqasijiet jippersistu tkun tista' timponi wkoll penali.", "Huwa tajjeb li ngħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq siti elettroniċi pubbliċi.", "Id-dipartimenti u l-entitajiet pubbliċi li jkunu identifikati mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni li s-sit elettroniku tagħhom mhuwiex konformi mad-direttiva, u li sussegwentement jiġu penalizzati, xorta se jkollhom id-dritt li jappellaw il-każ tagħhom quddiem quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amminstrattiva.", "Sur President, fil-ftit ħin li kelli għad-dispożizzjoni tiegħi pprovajt nagħti kemm jista' jkun definizzjoni ċara tad-Direttiva kif se tkun qed tiġi applikata.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Sar il-ħin.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-7.02 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, l-1 ta' April, 2019 fl-4.00 pm b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari.", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili", "u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, kif ġieli nagħmel fl-Aġġornament, se nitkellem dwar diversi punti li jolqtu lil Għawdex, ir-reġjun li jien ġejt elett minnu u li jien il-kelliem ewlieni tiegħu għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Fl-aħħar ġranet erġajna smajna ħafna dwar il-link permanenti bejn Malta u Għawdex.", "Għalhekk b'sodisfazzjon ngħid li l-Gvern, wara li għal tlieta jew erba' snin kaxkar saqajh fuq dak li kien diġà nbeda mill-2009 'l quddiem mill-aħħar leġiżlatura ta' Gvern Nazzjonalista, issa jidher li fl-aħħar xhur qabad ritmu biex dan il-proġett ikompli għaddej u finalment jittieħdu d-deċiżjonijiet finali dwar jekk għandux isir jew le.", "Kif diġà għedt, dan ir-ritmu lili jagħtini sodisfazzjon għaliex kont jien li mbottajt 'il quddiem biex din l-idea tiġi studjata.", "Għalhekk nieħu din l-okkażjoni biex nagħmel appell lill-Gvern biex ma jibżax jippubblika l-istudji li għamel.", "Nifhem li fl-istudji se jkun hemm affarijiet li juru ċertu aspetti negattivi però minkejja dan, il-Gvern għandu jippubblikahom biex jiġu diskussi ħalli jekk hemm bżonn nilqgħu wkoll għal dawk l-aspetti negattivi.", "M' hemm l-ebda proġett li għandu kollox pożittiv mija fil-mija għax xi aspetti negattivi se jkun hemm.", "Meta Gvern Nazzjonalista għamel l-istudji dwar dan il-proġett tal-link permanenti bejn Malta u Għawdex ma beżax jippubblikahom.", "Irrid infakkar li fil-bidu tal-2012 sar il-Prefeasibility Study minn Mott MacDonald – dawn kienu mqabbdin direttament mill-Kummissjoni Ewropea - u ġie pubblikat fl-intier tiegħu biex issir diskussjoni fuqu ħalli naraw dak li huwa pożittiv u dak li huwa negattiv.", "L-istess għamlet il-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex li għamlet studju dwar l-impatt ta' link permanenti soċjali u ekonomiku fuq Għawdex u ma beżgħetx tippubblikah.", "Allura l-appell tiegħi lill-Gvern huwa biex jippubblika l-istudji li għandu sabiex issir diskussjoni fuqhom.", "Huwa importanti wkoll li tingħata l-informazzjoni.", "Minn dak li smajt u segwejt f'dawn l-aħħar ġimgħat jidher li hemm nuqqas ta' informazzjoni u hemm nies li qed ifajru u qegħdin jaslu għall-konklużjonijiet bl-addoċċ mingħajr ma jkollhom l-informazzjoni.", "Jien smajt nies jitkellmu b'ċerta awtorità u nnotajt li dawn lanqas biss qraw ir-rapporti u l-istudji li hemm pubblikati, aħseb u ara kemm jafu l-informazzjoni kollha!", "Għalhekk nappella lill-Gvern biex ma jiddejjaqx jagħmel sessjonijiet ta' informazzjoni, sessjonijiet ta' mistoqsija u tweġiba, fejn l-esperti jwieġbu lil dawk kollha li jinteressahom dan is-suġġett u jwieġbu wkoll mistoqsijiet li kultant ikunu diffiċli fuq proġett daqstant importanti.", "Irrid infakkar li fl-2010 u fl-2011 Gvern Nazzjonalista kien ukoll għamel sessjonijiet ta' informazzjoni miftuħa għall-pubbliku.", "Dakinhar l-esperti, inklużi esperti barranin, setgħu jwieġbu kull mistoqsija li tpoġġitilihom dwar dan il-link permanenti.", "F'waħda mis-sessjonijiet Professor Elvind Grøv, il-President tal-International Tunnelling Association, li kien konsulent tal-Gvern dakinhar u li issa l-Gvern reġa' qed jieħu s-servizzi tiegħu għax huwa konsulent bravu, kien wieġeb kull mistoqsija li tpoġġietlu.", "Allura huwa importantissimu li dan jerġa' jsir.", "Sur President, nixtieq insemmi wkoll il-qasam tax-xogħol f'Għawdex u nagħmel referenza għal żewġ punti inkwetanti.", "L-ewwel punt huwa dwar il-paga medja f'Malta u Għawdex.", "Minn tweġiba għal mistoqsija parlamentari li jien għamilt lill-Ministru Edward Scicluna rriżulta li fl-aħħar tal-2018, id-differenza bejn il-paga medja f' Malta u l-paga medja f'Għawdex kibret għall-ammont straordinarju ta' €2,300!", "Dan ifisser li l-paga medja f'Għawdex hija €2,300 fis-sena inqas mill-paga medja f'Malta!", "Din il-gap qiegħda tikber sena wara l-oħra.", "Fl-2012 id-differenza fil-paga medja kienet ta' €300 fis-sena u issa telgħet għal €2,300 fis-sena.", "Sur President, dan ifisser li ħaddiem Għawdxi, ras għal ras, jaħdem xahrejn għalxejn ħdejn sieħbu l-ħaddiem Malti.", "Din is-sitwazzjoni trid tiġi indirizzata malajr kemm jista' jkun għax jekk mhux se tiġi indirizzata l-eżodu tal-ħaddiema Għawdxin minn Għawdex lejn Malta se jkompli jikber.", "Jista' jkun ukoll li huwa l-Gvern stess li qed joħloq din is-sistema.", "Għandi informazzjoni li f'ċerti aġenziji u dipartimenti tal-Gvern ħaddiema Għawdxin qed jitħallsu bil-wisq inqas minn sħabhom il-ħaddiema Maltin li jagħmlu l-istess xogħol fl-istess dipartimenti u aġenziji tal-Gvern ġewwa Malta.", "Però mbagħad jinkwetani wkoll in-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern f'Malta.", "Għandna Gvern li sitt snin ilu tela' bl-għajta li se jsib xogħol għall-Għawdxin kollha f'Għawdex stess.", "Sitt snin ilu kien hemm 500 ħaddiem Għawdxi jaħdmu ma' dipartimenti tal-Gvern jew ma' entitajiet governattivi ġewwa Malta.", "Illum minn 500 dan in-numru tela' għal 1,400, kważi tliet darbiet iżjed!", "Dan qed narawh minn Gvern li qalilna li se joħloq xogħol għall-Għawdxin kollha f'Għawdex stess.", "Lanqas għall-ħaddiema li jaħdmu miegħu stess mhu kapaċi joħloq xogħol, anzi, ittrippla n-numru tal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu ġewwa Malta mal-Gvern.", "Sur President, rigward il-qasam legali nixtieq nagħmel referenza għal qasam importanti ħafna, u ċjoè, il-Qorti tal-Familja u l-qasam tal-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex.", "F'Għawdex hemm medjatur wieħed u lanqas huwa full-timer imma part-timer, u mhux bi 30 siegħa fil-ġimgħa, imma b'erba' sigħat biss fil-ġimgħa, bil-konsegwenza li l-każijiet li qed imorru għall-medjazzjoni - li qegħdin jiżdiedu - qed jieħdu diversi ġimgħat u anke xhur biex jinstemgħu l-ewwel darba.", "Issa jkun hemm każijiet li jkunu sensittivi li jkun importanti li l-medjazzjoni tagħhom tibda malajr kemm jista' jkun imma għax dan il-Gvern f'dan il-qasam qiegħed jixxaħħaħ u hemm biss medjatur wieħed part-time b'erba' sigħat biss fil-ġimgħa ġewwa l-Qorti tal-Familja f'Għawdex, f'dan il-qasam id-dewmien huwa xi ħaġa fenomenali.", "Ladarba qiegħed nitkellem fuq il-qasam legali rrid nagħmel referenza għall-famuż bini tal-qorti ġdida f'Għawdex.", "Ilna sitt snin nisimgħu, f'baġit wara l-ieħor, li se tinbena din il-qorti.", "Qalulna li ħarġu l-permessi, li sabu s-sit, kellna d-disinn, ħarġu t-tenders imbagħad inbidel il-Ministru u waqqfet kollox għax qaltilna li se ssib post ġdid.", "Mela allura dak li għamel il-Ministru ta' qabel, taqbel jew ma taqbilx miegħu, ġie skartat kollu?!", "Dan huwa ħela ta' flus.", "Issa qed jgħidulna li l-qorti l-ġdida se tinbena ġo nofs iż-żona industrijali tax-Xewkija!", "Ara qorti għandhiex tinbena f'żona industrijali?!", "Fil-fatt din se tinbena bieb ma' bieb mal-Biċċerija.", "Huwa veru li forsi min imur il-qorti kważi qisu sejjer il-Biċċerija però bieb ma' bieb mal-Biċċerija hemm sit li jaqdi skopijiet agrikoli li kien sar bil-fondi tal-Unjoni Ewropea.", "Dan x'ippjanar hu?", "Din hija biss pika bejn żewġ Ministri tal-istess Gvern biex ma jitkompliex il-proġett li sar qabel?", "U inti tieħu l-Qorti minn ġoċ-ċentru tal-belt kapitali tar-Rabat għal ġo żona industrijali, bieb ma' bieb mal-Biċċerija, ġo nofs żona li sservi għal skopijiet agrikoli?", "Dan kollu juri nuqqas ta' ppjanar.", "Biex nagħlaq fuq il-qasam legali rrid ngħid li sena ilu dan il-Parlament approva emendi sostanzjali biex il-Qorti t'Għawdex tibda tiġi preseduta minn imħallef.", "Għaddiet sena u dawn l-emendi ma ddaħħlux fis-seħħ.", "Għaliex?", "X'inhi r-raġuni?", "Biex il-Gvern jelimina lil xi ħadd jew jistenna lil xi ħadd jispiċċa bl-età qabel jaħtar l-imħallef?", "Għax xi skop hemm li tgħaddi emendi li dan il-Parlament jaqbel magħhom b'mod unanimu, tgħaddi sena u dawn l-emendi ma ddaħħalhomx fis-seħħ?", "Nixtieq insemmi wkoll Infrastruttura Malta u t-toroq.", "Qalulna li se titwaqqaf Infrastruttura Malta li se tieħu t-toroq minn idejn il-kunsilli lokali u se tonfoq €700 miljun.", "U din veru hija Infrastruttura Malta għax Għawdex ma jaqax taħtha!", "Allura x'inhi s-sitwazzjoni f'Għawdex?", "It-toroq li kienu taħt il-kunsilli lokali f'Għawdex taħt min għaddew?", "Meta tagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru responsabbli mit-trasport u lill-Ministru għal Għawdex jaħarbu milli jwieġbu u jidher li hemm problema anke f'dan il-qasam.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi b'punt pożittiv.", "Nhar it-Tnejn kont mistieden għall-preżentazzjoni dwar ir-restawr tal-pittura ta' Ġużeppi Briffa li hemm fil-knisja tal-Qalb ta' Ġesu fin-Nadur iżda ma stajtx inmur minħabba impenji li kelli.", "Din hija kappella privata li fis-saqaf tagħha għandha kapolavur tal-artist Malti Ġużeppi Briffa.", "Sfortunatament din il-pittura qed tintilef, qed jiġrilha ħsara enormi u fil-fatt biċċa minnha diġà ntilfet.", "Fuq inizjattiva tal-Onor.", "Anton Refalo, - irrid insellimlu minn hawnhekk u nirringrazzjah għal din l-inizjattiva - iċ-Chairman ta' Heritage Malta beda proċess privat biex din il-pittura tiġi restawrata u salvata.", "Dan huwa proċess importanti ħafna.", "Hawnhekk irrid insellem ukoll lir-restawratriċi Amy Sciberras li qed tmexxi dan il-proċess.", "Ma nistax ma nimbottax u ma nħeġġiġx lill-awtoritajiet kollha, inklużi l-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali biex jagħtu l-għajnuna kollha tagħhom biex dan il-kapolavur ma jintilifx.", "Fl-istess knisja hemm ukoll orgni tal-1914 ta' Inzoli li wkoll għandu ċertu preġju u huwa importanti li jittieħdu l-passi biex dan ma jintilifx.", "Jien bħala l-kelliem għal Għawdex għall-Oppożizzjoni se nagħti s-sostenn kollu tiegħi biex dan isir.", "Ma nistax ma nagħlaqx b'dan il-punt pożittiv dwar din l-inizjattiva li ttieħdet.", "Inħeġġeġ lill-NGOs u għaqdiet li jaħdmu f'dan il-qasam, lill-Gvern b'mod partikolari u lill-Ministeru għal Għawdex, biex huma wkoll jagħtu l-imbottatura meħtieġa biex din ir-rikkezza tal-patrimonju tal-artist Ġużeppi Briffa tiġi salvata.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, nixtieq nieħu ftit ħin biex naġġorna lin-nies li jsegwuna, speċjalment minn djarhom, fuq dak li qiegħed jingħad fuq pajjiżna barra minn pajjiżna.", "Jien minn żmien għal żmien nagħmel diskorsi biex inressaq għall-attenzjoni tal-pubbliku xi rapporti, speċjalment dawk l-aktar importanti dwar Malta, li jitkellmu dwar is-sitwazzjoni attwali f'pajjiżna.", "Pereżempju, f'Jannar tkellimt dwar ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja li kien ħareġ f'Diċembru u li meta tagħsru ssib li f'pajjiżna m'għandniex demokrazija li qiegħda tiffunzjona sew.", "Dan huwa forsi l-aktar rapport serju u gravi li ħareġ fuq pajjiżna u s-sitwazzjoni ta' Malta fl-aħħar żmien.", "Fil-fatt dan ir-rapport wassal lill-Gvern biex fl-aħħar jiem iħabbar sensiela ta' riformi li nixtieq nagħmel referenza għalihom.", "Ix-xahar li għadda tkellimt fuq rapport ieħor, din id-darba mill-Parlament Ewropew, li ġie adottat diġà fil-kumitat ix-xahar li għadda, imma se jivvotaw fuqu fil-Parlament Ewropew proprju għada.", "Dak huwa li qiegħed jingħad fuq pajjiżna.", "Jekk dan ir-rapport jgħaddi għada, pajjiżna jidħol taħt il-lenti tal-Kummissjoni Ewropea bħala pajjiż li jridu joqogħdu attenti għalih minħabba l-mod kif qed taħdem id-demokrazija, minħabba l-fatt li l-liġi donnu mhijiex l-istess għal kulħadd u minħabba li jidher ukoll li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni mhux qiegħda tittieħed bis-serjetà tassew.", "Ftit tal-ġimgħat ilu ħareġ rapport mill-Fond Monetarju Internazzjonali li wkoll poġġa subgħajh fuq in-nuqqasijiet serji li dan qiegħed jara fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus f'pajjiżna.", "Ftit tal-ġimgħat ilu wkoll il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-Country Report Malta, li jsemmi, fost affarijiet oħrajn, kemm f'pajjiżna mhux qed tittieħed bis-serjetà l-governanza tajba.", "In-nuqqasijiet qed ikollhom effett negattiv fuq l-investiment f'pajjiżna.", "Dan il-Kummissjoni Ewropea ħarġitu fl-aħħar tax-xahar li għadda.", "Dawn ir-rapporti fuq pajjiżna qegħdin joħorġu proprju f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "Dan huwa l-mod kif qed iħarsu lejn pajjiżna.", "Kif diġà għedt, il-Parlament Ewropew se jivvota fuq dan ir-rapport fuq Malta għada.", "Ilbieraħ ivvotaw u adottaw rapport ieħor li jinkludi lil Malta.", "Huwa rapport dwar taxxa li jitfa' spotlight fuq is-sistema tat-taxxa tagħna u huwa rapport li ma kellniex bżonnu.", "Kieku jien kont nivvota kontra tiegħu għaliex jitfa' spotlight kerha fuq is-sistema tat-taxxa tagħna.", "Sur President, aħna ilna bl-istess sistema ta' taxxa mill-1994.", "Allura hawnhekk nixtieq nistaqsi lil min qiegħed isegwina: Għaliex l-Unjoni Ewropea qatt ma ħarġet rapport kontra s-sistema ta' taxxa f'pajjiżna meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern?", "Għax konna serji u għax isimna kien nadif.", "Issa għax isimna m'għadux nadif, anke s-sistema ta' taxxa qiegħda tiġi affettwata.", "Isem pajjiżna qed jegħreq fit-tajn u qed issir il-ħsara.", "Illum sirna nafu, b'kumbinazzjoni, li fl-aħħar jiem il-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa, magħruf bħala l-GRECO, – u inti tafu sew, Sur President – li jiġġieled kontra l-korruzzjoni u li huwa ffokat fuq hekk, għadda rapport dwar Malta u l-Gvern għadu ma ppubblikahx.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Minuti tal-laqgħa tal-GRECO li saret, li l-ewwel nett jgħid li addotta rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fuq Malta - il-Bambin biss jaf x'se jgħidu - u jitlob ukoll il-kunsens tal-Gvern Malti biex dan ir-rapport jippubblikah.", "Nispera li l-Gvern jagħti l-kunsens tiegħu immedjatament biex il-GRECO jippubblika minnufih dan ir-rapport.", "F'ħames minuti semmejt dawn ir-rapporti kollha.", "Kemm-il rapport irid jinkiteb kontra pajjiżna biex il-Gvern jirrealizza xi ħsara qed jagħmel minħabba li mhux qed jiġġieled il-korruzzjoni?", "Kemm-il rapport irid jinkiteb kontra pajjiżna biex il-Gvern jirrealizza xi ħsara qed jagħmel minħabba li għandu nies fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li hemm allegazzjonijiet ta' korruzzjoni dwarhom?", "Dawn ir-rapporti ma nkitbux għax għedtilhom jien jew għax qalilhom il-Partit Nazzjonalista imma nkitbu għaliex dak li nara jien qegħdin jarawh huma u l-verità li qed ngħid jien qegħdin jgħiduha huma wkoll, għax din hija l-verità.", "Jien ili nitlob għal dawn ir-riformi.", "Biss biss f'Diċembru tal-2015 il-Partit Nazzjonalista ħareġ studju dettaljat b'aktar minn 100 proposta fuq il-governanza tajba f'pajjiżna imma għaddew aktar minn tliet snin u l-Gvern m'għamel xejn.", "Dan l-istudju ħriġnieh bħala reazzjoni għal skandlu wieħed wara l-ieħor li kien qiegħed iseħħ f'pajjiżna, imma ma semgħux minna.", "Aħna bqajna nitkellmu fuqu, jien l-ewwel wieħed bqajt u għadni sal-lum nitkellem dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, minni ma semgħux, imma issa, għax qegħdin jitkellmu minn barra, il-Gvern qed jibża' u għax il-morsa bdiet tagħfas, beda l-paniku tar-riformi.", "F'daqqa waħda matul il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, bħal sajjetta fil-bnazzi, bagħat ittra lill-Kummissjoni Ewropea li fiha qal li se jagħmlu ħafna riformi.", "L-ewwel riforma se tkun li se naqsmu l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u nagħmlu l-Avukat Ġenerali għalih u l-Prosekutur għalih.", "Huwa qal li din ilha hemm minn żmien l-Ingliżi.", "Bħal dak li qallu taħtna ma kenitx hekk!", "Bħal dak li qallu taħtna kien hemm ministri li nqabdu fil-Panama Papers li se jieħdu €5,000 kuljum!", "Mela s-sistema ma kenitx hekk taħtna?", "Allura jipprovaw iwaħħlu fl-Amministrazzjoni preċedenti?", "Qal li din is-sistema ilha hekk mill-Amministrazzjoni ta' qabilhom, anzi minn żmien l-Ingliżi, imma safrattant la taħtna u lanqas fi żmien l-Ingliżi ma kien hemm il-ħmieġ li qegħdin naraw illum!", "Però, kif għedt, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali bagħat ittra lill-Kummissjoni Ewropea u jidher li din qed tagħfas lill-Gvern biex jagħmel dawn ir-riformi.", "Jumejn ilu l-Ministru Bonnici ħareġ ukoll stqarrija oħra u tana lista kbira ta' riformi li se jħabbar, mhux biss fuq l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, – għalkemm għadu ma ppubblika xejn – imma wkoll fuq il-Pulizija, fuq il-kummissjonijiet kostituzzjonali, fuq l-Ombudsman u fuq is-Servizz Pubbliku.", "Allajbierek f'daqqa waħda se jsiru ħafna riformi.", "U hawnhekk jien nistaqsi: Il-Gvern huwa kredibbli biex jagħmel dawn ir-riformi?", "Le, għax l-intenzjoni tal-Gvern mhijiex li jagħmel riforma fil-prattika, mhijiex li jasal għall-ġustizzja ta' vera, imma li jkun għamel paraventu, l-aqwa li jidher li jkun għamel xi ħaġa.", "U minn fejn joħroġ li l-intenzjoni tal-Gvern mhijiex ġenwina f'dawn ir-riformi li qiegħed iħabbar?", "L-ewwel nett, għax il-problemi ħoloqhom hu stess.", "Kien hemm gvernijiet oħrajn qablu, l-istess istituzzjonijiet kellna, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali taħtna magħqud kien mal-prosekuzzjoni, imma taħtna ma kienx hemm ministri li nqabdu b'korruzzjoni, ma kienx hemm Chief of Staff tal-Prim Ministru b'allegazzjonijiet ta' korruzzjoni!", "Jiġifieri mhux l-istituzzjoni l-problema.", "Il-problema ħolquha huma.", "Huwa veru li jkun tajjeb li tibdilhom u ssaħħaħhom l-istituzzjonijiet però l-pern tal-problema huwa li l-ħmieġ qiegħed fi ħdan il-Gvern innifsu.", "Allura jekk il-problemi ħoloqhom huwa stess huwa diffiċli li nemmnu jekk jipprova jgħidli dwar x'riformi kbar se jagħmel, għax s'issa dak li għamel kien biss paraventu, riformi taparsi.", "Neħħew il-preskrizzjoni kontra l-politiċi imma smajna b'xi politiku li tressaq il-Qorti fuq korruzzjoni?", "Anke lill-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, li kien hemm rapport mill-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni kontra tiegħu, għadhom lanqas ressquh.", "Imbasta neħħew il-preskrizzjoni fuq il-politiċi!", "Ħafna bla, bla, bla u jgħidu kemm għamlu riformi!", "Pereżempju, daħħlu l-liġi tal-whistleblower.", "Jien kont Kap tal-Partit Nazzjonalista dak iż-żmien u vvotajt favur tagħha, imma mbagħad ġie Jonathan Ferris u ma tawhx protezzjoni ta' whistleblower.", "Anke Maria Efimova, li kixfet il-ħmieġ fil-Bank Pilatus, spiċċat kellha taħrab għax beżgħet li se joqtluha.", "Biex inpaċpċu biss u bħala paraventu?", "Le, il-kredibbiltà mhijiex qiegħda hemm, imma issa wara li aħna kif ukoll il-Maltin ilna nitolbu għar-riformi u ma tawx kasna, issa hemm pressjoni minn barra u allura qed jagħtu kas għax il-morsa qiegħda tagħfas.", "Però m'hemmx intenzjoni ġenwina ta' good faith.", "Ir-riformi li l-Gvern seta' għamilhom f'Diċembru, meta ħareġ ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, jistgħu jsiru minnufih imma qalulu li membru parlamentari tan-naħa tal-Gvern ma jistax ikun chairman ta' bord pubbliku jew ta' entità pubblika għaliex dak huwa konflitt ta' interess.", "Din seta' jagħmilha, m'għandux bżonn ibiddel il-Kostituzzjoni, imma m'għamilhiex.", "Mela riformi li jista' jagħmilhom mingħajr ma jibdel xejn fil-Kostituzzjoni għadu m'għamilhomx u dan juri l-intenzjoni tal-Gvern.", "Hemm ħaġa oħra dwar ir-riformi li jiżguraw l-indipendenza tal-Ġudikatura.", "Mela l-ewwel se jimla l-Ġudikatura bin-nies li jrid hu, imbagħad jagħmel ir-riformi.", "Dan juri li l-intenzjoni mhijiex ġenwina.", "U fuq kollox, għax il-fus tal-problema ta' dan il-Gvern, ċjoè li l-Prim Ministru għandu nies fl-uffiċċju tiegħu mċappsin b'allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, ma jridu jagħmlu xejn fuqhom.", "Infakkar li sal-ġurnata tal-lum jien qiegħed niġġieled fil-Qorti, permezz ta' rikors, biex tinfetaħ inkjesta fuq il-ħmieġ li sirna nafu li hemm f'Panama Papers u sal-lum il-Gvern, il-Prim Ministru, iċ-Chief of Staff tiegħu u l-Ministru Konrad Mizzi qegħdin jiġġieldu fil-Qorti kontra tiegħi biex il-Qorti ma tiftaħx inkjesta.", "Sur President, tibda trodd is-slaleb bil-maqlub!", "Min m'għandux x'jaħbi jgħid: \"Dażgur li tinfetaħ inkjesta u għandi niġi investigat, mhux problema.\"", "Però sal-ġurnata tal-lum il-Gvern għadu qed jopponi li tinfetaħ investigazzjoni.", "U l-messaġġ tiegħi lill-Gvern huwa li qabel ma jieħu passi fuq il-korruzzjoni, speċjalment dik li hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ħadd ma jista' jemmen li veru jrid ibiddel ir-rotta.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li le, dan il-Gvern m'għandux kredibbiltà fuq ir-riformi li qiegħed iħabbar.", "Il-Prim Ministru jħobb jiftaħar li qed imexxi gvern riformista, imma filwaqt li huwa tajjeb li tkun riformista, dan mhuwiex biżżejjed.", "Qabelxejn gvern irid ikun serju, onest u nadif u dan il-Gvern la huwa serju, la huwa onest u lanqas huwa nadif.", "Qabel nagħlaq id-diskors tiegħi rrid nitlob il-permess biex inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tad-deċiżjonijiet li ttieħdu fit-82 Laqgħa Plenarja ta' GRECO li sar fi Strasburgu bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2019.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, l-1 ta' April, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.32 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "DIRETTORAT DWAR IR-REGOLAMENTAZZJONI VETERINARJA DWAR IL-QTIL TA' BHEJJEM - OPERAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta mmexxija miċ-Chairperson li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar l-operat tad-Direttorat dwar ir-Regolamentazzjoni Veterinarja dwar il-qtil ta' bhejjem wara li allegatament fil-merħliet tagħhom instabet il-marda tat-tuberkulożi u li ġiet maħtura nhar it-23 ta' Lulju 2018 tlestietx?", "Jekk iva, jista' jagħti d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport tal-inkjesta u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li l-inkjesta għadha mhijiex konkluża.", "Il-Kumitat konċernat talab għal estensjoni sabiex ikun jista' jingħalaq dan il-proċess, liema talba ġiet milqugħa.", "KUMPLESS TAL-MAGĦTAB – ĦRUQ – TMEXXIJA TA' INKJESTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta mmexxija miċ-Chairperson li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar il-ħruq li sar ġewwa l-kumpless tal-Magħtab nhar il-Ġimgħa, 31 ta' Awwissu 2018 u li ġiet maħtura nhar l-10 ta' Settembru, 2018 tlestietx?", "Jekk iva, jista' jgħid id-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport tal-inkjesta u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fuq il-każ in kwestjoni jien kont tlabt biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali, iżda ftit wara ġejt informat li l-maġistrat inkwerenti ma ħassitx il-bżonn li tinfetaħ din l-inkjesta.", "Għaldaqstant jien kont tlabt biex isir rapport intern fuq dan l-inċident u rriżulta li:", "Il-kawża tan-nar ġiet identifikata u stabbilita dakinhar stess bħala li kienet ikkawżata minn materjali kombustibbli – Refuse Derived Fuel (RDF).", "Il-Protezzjoni Ċivili kkonfermat dakinhar stess u b'mod pubbliku li l-Wasteserv kienet attrezzata u preparata tajjeb sabiex tilqa' għal eventwalità bħal din.", "Barra minn hekk, f'rapport li sar minn esperti mqabbdin mill-ERA rriżulta li d-duħħan ma ħalliex impatt negattiv fuq l-ambjent kif ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – REVIŻJONI TAL-PJANI LOKALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-pjani lokali mill-Awtorità għall-Ippjanar?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-pjani lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta' issues li huma ta' natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta' aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta' għażliet differenti.", "REVOKI TA' ĊITTADINANZA MINĦABBA ANNULLAMENT TA' ŻWIEĠ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il revoka ta' ċittadinanza kien hemm fl-aħħar għaxar snin minħabba żwieġ annullat b'deċiżjoni tal-Qrati Maltin?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9402.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – NEFQA FUQ REKLAMAR FIL-MEDIA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8724 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sabiex tinġabar din l-informazzjoni tirrikjedi ħafna riżorsi umani peress li tmur lura 15-il sena.", "Ikun jaqbel li dawn ir-riżorsi jintużaw b'mod aktar produttiv.", "Iżda jekk l-Onor.", "Interpellant għandu bżonn xi informazzjoni aktar preċiża għal xi żmien partikolari, nagħmlu dak li jkun possibbli biex din l-informazzjoni tinġabar.", "PROTOKOLL NUMRU 12 TAL-KONVENZJONI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jinkorpora fil-liġi Maltija l-Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – NEFQA FUQ REKLAMAR FIL-MEDIA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8730 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li billi r-responsabbiltajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru preżenti huma differenti minn kif kienu bejn l-2004 u Jannar 2018 mhuwiex possibbli li din ir-risposta tingħata.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – NEFQA FUQ REKLAMAR FIL-MEDIA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8732 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – NEFQA FUQ REKLAMAR FIL-MEDIA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8737 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu peress illi l-informazzjoni mitluba trid ħafna ħela ta' riżorsi biex tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9291 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) u x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9458 f'seduta 210.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9292 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija oriġinali u tgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tagħha sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Tista' tgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Għall-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemmx aktar xi nżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9279.", "Għat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor.", "Interpellant li 40% tad-Diretturi u 50% tal-Assistenti Diretturi fiċ-Ċivil huma nisa.", "Fl-istess ħin nitlob lill-Onor Interpellant tispjega iktar x'tifhem b'advisory board.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - MIRI TAL-HORIZON 2020", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9293 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:", "a) jekk dawn il-miri hux se jintlaħqu sa ftit xhur oħra;", "b) kemm aħna 'l bogħod minn dawn il-miri; u", "ċ) x'qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t'hawn fuq?", "Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':", "a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 9458.", "IL-MOSTA - TRIQ IL-FORTIZZA - TKOMPLIJA TA' XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn xogħol fuq Triq il-Fortizza, il-Mosta, ma tkompliex biex jinkludi l-parti tal-istess triq li tagħmel parti min-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Triq il-Fortizza tal-Mosta, li tgħaqqad il-Mosta mal-inħawi t'Alla u Ommu, in-Naxxar hija twila madwar 1.6 kilometri.", "Minħabba f'hekk, il-pjanijiet minn Infrastructure Malta għax-xogħlijiet f'din it-triq mill-bidu kienu li ssir fi tliet fażijiet.", "Medda twila mit-triq, min-naħa tal-Pont ta' Wied il-Għasel, il-Mosta, tlestiet fl-ewwel żewġ fażijiet billi ġiet irranġata u nksiet bl-asfalt.", "L-aħħar parti, in-naħa tar-roundabout tat-Telgħa t'Alla u Ommu, in-Naxxar, se ssir fiż-żmien li ġej.", "IN-NAXXAR - TRIQ SAN PAWL - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq San Pawl fin-Naxxar, liema triq saret traffikuża ħafna u fiha ħsarat konsiderevoli?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis, bl-inqas diffikultajiet għall-pubbliku.", "F'Jannar li għadda din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Uħud minn dawn it-toroq diġà qed jitlestew u minflokhom diġà beda x-xogħol fuq aktar toroq.", "Fl-istess waqt, għadha kemm tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Aktar toroq li se jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.", "Infrastructure Malta tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu se jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent u kwalità ta' ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f'pajjiżna.", "IN-NAXXAR - XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità tan-Naxxar fis-sena 2018?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità tan-Naxxar.", "Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta' Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta' Kowalska, parti min Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq Tal-Balal, fost oħrajn.", "Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riżerva Naturali tas-Salina.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħra.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom se jinbeda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li x-xogħol ta' ppjanar tagħhom beda fl-2018, hemm parti minn Triq il-Kappella ta' San Mikiel, Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki, Triq il-Magħtab, Triq Leli Falzon u Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa (il-Magħtab), li lkoll jinsabu fil-lokalità tan-Naxxar.", "Kmieni din is-sena nbeda wkoll il-proġett li tant kien ilu jiġi mitlub, u li Infrastructure Malta temmet l-ippjanar tiegħu fl-2018, sabiex issir roundabout ġdida u sistemi ta' kontra l-għargħar f'waħda mid-daħliet tan-Naxxar, fit-tarf ta' Vjal il-Labour.", "REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA U L-ILMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid min hu r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u għalkemm żmien hi l-ħatra tar-Regolatur attwali?", "JOE MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3003.", "IR-RABAT GĦAWDEX - PJAZZA SAN FRANĠISK - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett ta' pavimentar u xogħol ieħor fi Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex?", "Tista' tgħid f'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett u f'liema xahar u sena għandu jitlesta?", "Interpellant li x-xogħol beda propju llum.", "IX-XEWKIJA GĦAWDEX - RAĦĦALA LI JIDDEPOŻITAW IL-ĦALIB", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-post fejn preżentement ir-raħħala kollha Għawdxin imorru ta' kuljum jiddepożitaw il-ħalib tal-baqar fix-Xewkija, Għawdex u dan peress li f'dan il-post hemm ippjanat li ssir il-qorti l-ġdida ta' Għawdex kif ukoll bħalissa fiż-żona qed jinbena l-Enterprise Hub iffinanzjat minn fondi Ewropej?", "Tista' tgħid fejn se jsir il-post il-ġdid fejn ir-raħħala Għawdxin jiddepożitaw il-ħalib tal-farms tagħhom?", "Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ipprepara masterplan għall-farm sperimentali tax-Xewkija biex tkun il-one-stop shop għar-raħħala Għawdxin.", "IL-BELT - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Belt fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-BELT - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Belt li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "TAL-PIETÀ - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Pietà fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "TAL-PIETÀ - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Pietà li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "SANTA VENERA - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità ta' Santa Venera fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "SANTA VENERA - LISTA TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL ŻVILUPP PENDENTI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità ta' Santa Venera li hemm pendenti bħalissa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "KUMMISSJONI EWROPEA - ITTRA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li ġiet mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea li permezz tagħha l-Gvern Malti talab li jsir studju dwar Għawdex indikat fl-annex tat-trattat tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u dan qabel jiġi konkluż il-programm ta' finanzjament li jmiss tal-Unjoni Ewropea?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8985.", "PROĠETT GĦAWDEX – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti lista tal-50 triq li skont il-Press Release maħruġa fit-18 ta' Marzu 2019, ingħata bidu għalihom minn Proġett Għawdex f'Għawdex?", "Tista' tgħid f'kull każ fejn wasal ix-xogħol fuq dawn it-toroq u meta hu mistenni li kull triq tkun lesta?", "Interpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar.", "IN-NADUR GĦAWDEX – TRIQ L-IMĠARR – ESPERTI FIL-ĠEO TEKNIKA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9338, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li tqabbdu esperti fuq il-ġeo teknika wara li kien tlesta s-survey report u ħarġet it-tender permezz tan-Negotiated Procedure?", "Min huma dawn l-esperti fil-ġeo teknika?", "Kif intgħażlu?", "Min ta l-approvazzjoni biex jintgħażlu, kemm tħallsu s'issa u kemm huwa ppjanat li dawn l-esperti fil-ġeo teknika jitħallsu?", "X'se jkun eżatt ix-xogħol tagħhom?", "Interpellant li peress li Gvernijiet Nazzjonalisti ma ħadu ebda azzjoni fuq din it-triq, l-istat ta' deterjorazzjoni ta' din it-triq kien tali li ma jippermettix iktar dewmien.", "Kien għalhekk li l-Ministeru ħass li kellu jadopera l-proċeduri ta' emerġenza u fil-fatt hekk kif ġew awtorizzati kkollassat parti mit-triq.", "Peress li x-xogħol u t-terren huma ta' natura kumplessa ħafna, is-servizzi setgħu biss jiġu mogħtija mill-uniku espert b'esperjenza fil-qasam li għandna f'pajjizna li min-naħa tiegħu ukoll kellu jirrikorri għall-esperti minn barra.", "BAJJA TAL-GĦADIRA - PROĠETT GĦALL-ESTENSJONI - XOGĦOL", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x'tip ta' xogħol se jkun qed isir fuq l-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Għadira?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9681.", "BEJGĦ TAL-LUKANDA SELMUN PALACE", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess dwar il-bejgħ ta' dik li qabel kienet il-lukanda Selmun Palace?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed isiru numru ta' film productions internazzjonali biswit dan is-sit.", "Fil-futur dan is-sit se jiġi użat għal skopijiet turistiċi.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra bis-serjetà li l-Palazz ta' Selmun jerġa' jgħaddi lura għand il-poplu Malti b'possibbiltà li jiġi amalgamat mal-kumpless ta' rziezet li hemm biswit l-istess Palazz, liema rziezet kienu ngħataw b'devoluzzjoni mill-Gvern fl-2012 lill-Kunsill Lokali Mellieħa?", "Dan sabiex jiżdied il-valur turistiku fiż-żona bla ma ssir ħsara lill-ambjent tal-madwar.", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9683.", "LESA - ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9518 u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati mal-Aġenzija LESA sal-14 ta ' Marzu 2019?", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga tagħhom, meta ġew impjegati u mil-liema lokalitajiet ġejjin?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Mija u tnejn u tlettin (132) impjegat huma impjegati mal-Aġenzija LESA sal-14 ta Marzu 2019.", "L-impjegati kollha ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:", "UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ - PAGA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9519 u jgħid kemm hi l-paga bażika li kull uffiċjal tal-komunità impjegat mal-Aġenzija LESA għandu kull xahar?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Pagi bażiċi fix-xahar tal-uffiċjali tal-komunità jibdew minn:", "Tajjeb li wieħed jiftakar li dawn huma pagi skont struttura ta' pagi li ntirtet mill-privat u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fuq l-ewwel ftehim kollettiv minn mindu sar it-transfer of business għal mal-Gvern.", "UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ - ĊITAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9520 u jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija mill-uffiċjali tal-komunità f'kull reġjun bejn Jannar 2016 u Frar 2019 sena b'sena b'mod separat?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument", "SPTAR MATER DEI - SERVIZZ TAL-IT (CPAS)", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min qed joffri s-servizz ta' IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) illum, kemm ilu joffri dan is-servizz u kemm qed jitħallas għalih kull sena?", "Jista' jgħid ukoll kemm tħallas kull sena, sena b'sena, minn meta beda l-kuntratt sad-data ta' din il-mistoqsija?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz tas-CPAS fl-Isptar Mater Dei qed jiġi provdut minn Cursor LTD waqt li l-manutenzjoni tas-sistema hija pprovduta minn Mall Systems LTD.", "Is-CPAS ġiet introdotta uffiċjalment fl-2014.", "L-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onor.", "Busuttil hija ta' natura kummerċjali.", "Ninformah ukoll illi hekk kif kien inbidel il-Gvern fl-2013 is-supplier tas-sistema korrenti dak iż-żmien kien informa lill-Isptar Mater Dei li t-teknoloġija kienet fi stadju ta' end of life u għalhekk ma kienx possibbli li jkompli jsirilha manutenzjoni.", "Dan kien ifisser li minħabba dik is-sistema 'skaduta', l-Isptar Mater Dei kien f'riskju imminenti u serju li tikkrollalu l-infrastruttura u dan b'detriment dirett għall-pazjenti u għall-kwalità tal-kura mogħtija.", "SPTAR MATER DEI - SERVIZZ TAL-IT (CPAS)", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-kuntratt għas-servizz ta' IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) viġenti illum ingħatax wara sejħa għall-offerta kompetittiv b'tender jew inkella b'direct order?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9718.", "SPTAR MATER DEI - SERVIZZ TAL-IT (CPAS)", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta' kuntratt ta' servizzi ta' IT, inkluż manutenzjoni, bħalissa viġenti, fil-Ministeru tiegħu kif ukoll l-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, flimkien ma' dettalji f'kull każ ta' min huma l-entitajiet jew persuni fiżiċi u/jew legali li joffri dan is-servizz, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kuntratt viġenti u kemm qed jitħallsu kull sena, sena b'sena, għas-servizz li joffru?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "SPTAR MATER DEI - SERVIZZ TAL-IT (CPAS)", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi ħadd li jaħdem fil-Ministeru tiegħu li għandu parentala mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta' IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS), u jekk iva, min?", "CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex ikun aktar speċifiku u jindika l-persuna jew persuni li qed jirreferi għalihom ħalli nkun nista' nagħtih risposta kompluta.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – ĦADDIEMA B'INTERESS F'XI SOĊJETÀ KUMMERĊJALI LI TAGĦTI SERVIZZ LILL-MINISTERU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu jew fil-Ministeru tiegħu li għandhom, fl-istess ħin, interess dirett jew indirett f'xi soċjetà kummerċjali li tagħti servizzi lill-istess Ministeru permezz ta' kuntratt ta' servizzi?", "CHRIS FEARNE: Jista' l-Onor.", "Interpellant jippreċiża għal-liema kuntratt ta' servizzi qed jirreferi?", "ITTRA MIBGĦUTA LILL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U LILL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-ĠUSTIZZJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Věra Jourová, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-ittra ntbagħtitx wara talba tal-Kummissjoni Ewropea biex jagħmel dan?", "OWEN BONNICI: Il-Gvern kontinwament iżomm djalogu mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fuq materji varji fi spirtu ta' koperazzjoni kostruttiva.", "L-ittra msemmija mill-Onor.", "Interpellant intbagħtet fuq inizjattiva tal-Gvern f'dan l-ispirtu.", "* Tabella marbuta mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9695", "Kontravvenzjonijiet maħruġa mid-diversi entitajiet bejn l-1 ta' Jannar 2016 u t-28 ta' Frar 2019"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190327_212d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 1 ta' April, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema sena ġie mwaqqaf il-Bord dwar id-distruzzjoni ta' passaporti?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-Bord, kif ġew magħżula u kemm-il laqgħa saret tal-Bord mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il persuna ġiet akkużata li għamlet użu jew ippruvat tagħmel użu minn passaport maħruġ lil persuna oħra sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ntużaw, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata li ffalsifikat, biddlet jew għamlet xi tibdil f'passaport jew inkella wżat jew kellha passaport li taf li ġie ffalsifikat, mibdul jew sar tibdil fih sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' telf ta' passaporti lill-Korp tal-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrapurtati bħala mitlufa, kemm-il passaport instab u kemm-il passaport baqa' mitluf?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' telf ta' passaporti lill-Uffiċċju tal-Passaporti, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrapurtati bħala mitlufa, kemm-il rapport sar personalment u kemm-il rapport sar bil-miktub, kemm-il passaport instab u kemm-il passaport baqa' mitluf?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Korp tal-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew ikkonsenjati lill-Korp tal-Pulizija?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta' qabel ukoll?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità tal-Mellieħa fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fis-sena 2018?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità tan-Naxxar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?", "Jista' jgħid ukoll ir-rank/grad ta' dawn in-nisa?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9104 u jgħid kemm-il applikazzjoni saret għal visa Maltija minn ċittadini tan-Nepal, il-Bangladesh, l-Indja u l-Pakistan mill-2013 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati maqsuma skont l-isem tal-applikant?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8822 fejn il-Ministru jirreferi għal perjodu meta jien kont Ministru responsabbli għall-ħlasijiet ta' Home Ownership Scheme plots, meta fil-fatt jien kont l-ewwel Ministru għall-Artijiet mill-1981 sal-2008 li kien ta direzzjoni biex kull sena l-Lands jibdew iħallsu lil min kien itteħdietlu l-art bejn l-1981-1983 biex fuqhom inbnew l-HOS plots, u fil-fatt bejn l-2008 u l-2013 għall-ewwel darba saru miljuni ta' euro fi ħlasijiet ta' arretrati biex mijiet ta' nies ħadu li ħaqqhom u oħrajn setgħu jsiru sidien ta' djarhom, jista' issa l-Ministru jwieġeb dak li staqsejtu fil-mistoqsija parlamentari 8822 u jgħid kemm-il unit/plot tal-HOS tas-snin 80 ġew imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u li fuqhom ir-residenti għadhom jgħixu b'konvenju li jiġġedded, ġew imħallsa fl-2017, 2018 u 2019 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm intefqu flus u f'liema lokalitajiet kienu dawn ir-residenzi?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8209 u 8074 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk id-data sets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għad-domanda parlamentari numru 27945 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie introdott S. L. 378.18 fil-liġijiet ta Malta dwar alternative dispute resolution kemm entitajiet applikaw mal-Consumer Affairs Council sabiex jottjenu liċenzja skont il-liġi msemmija, min huma dawk kollha li applikaw, kemm u min minnhom ġie aċċettat, kemm u min minnhom ġew rifjutati, kemm hemm u min huma li għad għandhom l-application tagħhom being processed?", "Jista' jgħid ukoll dawk li ġew aċċettati f'liema setturi joffru s-servizzi tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-Press Release 190321 maħruġa mill-Ministeru tagħha, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-P.A. number għall-proġett ta' bini ta' Qorti ġdida ġewwa Għawdex kif ukoll kopja tal-pjanti u applikazzjoni tal-istess binja?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'widien ġew imnaddfa u rijabilitati minn Ġunju 2017 sal-lum ġewwa Għawdex?", "Tista' tgħid x'kienet l-ispiża fuq kull wieħed mill-widien u fiex kien jikkonsisti x-xogħol?", "Tista' tgħid x'widien hemm ippjanati li jitnaddfu matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza ġie applikat il-proviso tal-artiklu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali u senjatament fejn jipprovdi: \"Iżda jekk l-Avukat Ġenerali jkun ordna li ma għandhom jittieħdu ebda proċeduri, huwa għandu jibgħat rapport lill-President ta' Malta fejn jiddikjara r-raġunijiet għaliex ikun għamel dan.\"?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9521 u jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandhom f'Għawdex l-aġenziji jew dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' jelenkahom u jgħid fejn qegħdin u x'servizzi joffru?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull uffiċċju, kull impjegat kemm ilu snin u xhur jaħdem, u xi grad għandhom dawn l-impjegati f'kull uffiċċju?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9305, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawn l-istudji li qed isiru minn Infrastructure Malta fuq it-toroq kollha ta' Għawdex peress li dawn għadhom ma jiffurmawx parti mix-xogħol li trid tagħmel Infrastructure Malta iżda jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9155, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li dan in-night shelter ġewwa x-Xagħra Għawdex għadu mhux lest meta kien inawgurat minnha f'Ottubru 2018 ħames xhur ilu?", "Tista' telenka fid-dettall x'għad fadal isir f'dan in-night shelter u f'liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jilqa' l-ewwel residenti?", "Tista' tgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-assessment tal-applikant għadu mhux lest u ħa diġà iktar minn ħames xhur biex isir?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie użat minn meta daħal fis-seħħ l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 552.08) u għal liema applikazzjonijiet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat?", "Jista' jgħid f'liema kmamar fil-Berġa ta' Kastilja jinsabu esposti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk hu jew rappreżentanti oħra tal-Gvern kellux/kellhomx laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kontenut ta' din l-ittra u/jew dwar ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja qabel ma ntbagħtet din l-ittra?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qattx intalab, formalment jew informalment, mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħmel il-bidliet proposti f'din l-ittra?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ingħatax lista ta' riformi li huwa mistenni jwettaq mill-Kummissjoni Ewropea in segwitu għar-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jikkonferma jekk Malta għandhiex proċedura ta' infringement miftuħa jew jekk irċevitx reasoned opinion mill-Kummissjoni Ewropea dwar materji mniżżla jew relatati ma' din l-ittra?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk jinsabx infurmat li fid-Djar tal-Anzjani taż-Żejtun, anzjani li jkollhom imorru l-isptar bħala emerġenza jew għal xi vista u m'għandhomx qraba, qed jintbagħtu waħedhom bla carer meta qabel il-prassi kienet li jekk ma jkollhomx qraba jintbagħat carer magħhom?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża totali kuljum ta' kull pazjent li jinsab fil-Forensic Unit tal-Isptar Monte Karmeli?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti ngħata promozzjoni u nħatar kummissarju meta kiteb kliem ta' natura politika fuq il-Facebook tiegħu, filwaqt li suldat li kkritika lill-gvern fuq xatba u għadda kumment kontra l-gvern, tkeċċa minn suldat?", "Jaħsibx li dan huwa attakk kontra l-libertà tal-espressjoni li fizzjal tal-Korp tal-Pulizija kiteb favur il-gvern u membru tal-AFM tkeċċa għax għadda rimarki simili imma li setgħu jiġu interpretati li huma kontra l-Gvern?", "Ma jaħsibx li dan huwa każ ċar ta' diskriminazzjoni politika?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ħajt fi Triq il-Merħba Fgura faċċata tar-residenzi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, huwiex proprjetà tal-Uffiċċju Konġunt jew entità oħra li taqa' taħtu?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tinqala' Triq in-Naxxar Birkirkara, u ssir mill-ġdid partikolarment in-naħa tal-ħwienet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li waqt li għaddej ix-xogħol mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, kantuniera ma' Triq Sant Anna, liema xogħol jikkonsisti fi bdil ta' 6 tarġiet għal rampa, instab xelter?", "Jekk iva x'passi ser ikunu qed jittieħdu sabiex dan jiġi protett u ma ssirlux ħsara?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġie approvat il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħol li għaddej mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier kantuniera ma' Triq Sant Anna fuq bdil ta' 6 tarġiet għal rampa?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-accounts li nqraw fl-Annual General Meeting tal-Airmalta reċentement?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9509 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li \"impjegati fl-istess klassi ta' impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ta' valur ugwali\" jista' l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-ħtieġa ta' LSE lill-istudent li ilu jistenna minn Frar 2018?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-ħtieġa ta' LSE lill-istudent li ilu jistenna għal aktar minn 3 snin?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "In vista tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9457, jista' l-Ministru jgħid fejn ġew seconded is-26 Membru tal-Korp?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il revoka ta' ċittadinanza ġew komunikati minn Identity Malta fl-2019, u f'kull waħda, jista' jgħid f'liema sena ż-żwieġ kien ġie deċiż mill-Qorti li kien b'qerq?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għall-inkjesta dwar il-Malta Racing Club tas-27 ta' Awwissu 2014, f'paġna 24 jingħad li \"In case of a power failure on the national grid the generator on the Club's premises kicks in 30 seconds after black out.\" - il-Ministru huwa konxju li dan mhux il-każ, u li minflok, id-dwal iridu jinxtegħlu manwalment?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għall-istatut tal-Malta Racing Club (MRC) fejn jingħad li f'Diċembru ta' kull sena għandha ssir elezzjoni bejn is-sidien taż-żwiemel, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien li ġew eletti fl-elezzjoni ta' Diċembru 2018 sabiex jagħmlu parti mill-Kumitat tal-MRC?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid il-kunsill responsabbli mill-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa meta beħsiebu jagħti wiċċ ġdid ta' ramel lill-korsa?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali - - taħt it-titlu Commissioner for the Older Persons m'hemm l-ebda isem imniżżel, la tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u lanqas ta' xi persuna oħra, u lanqas m'hemm indirizz elettroniku jew website bħalma hemm fil-każ tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju mniżżel fil-website li jidher bħala tal-Commissioner for the Older Persons, u li jġib l-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux fil-fatt qed jintuża mill-Kummissarju għall-Anzjani u jekk le, minn fil-fatt qiegħed jużah, jekk qiegħed jintuża?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li joħorġu rivista u jibagħtuha lir-residenti tal-lokalità tagħhom b'mod speċjali biex jinfurmawhom x'qiegħed jiġri fil-lokalità?", "Kemm-il darba fis-sena dawn il-kunsilli jibagħtu dawn ir-rivisti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum li qed jinvolvu l-klijenti tagħhom f'sessjonijiet ta' tisjir?", "Kemm hemm klijenti li qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum kif ukoll id-Djar Residenzjali mmexxija mill-Aġenżija Sapport għandhomx polza ta' assigurazzjoni komprensiva?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' abbuż fuq persuni b'diżabilità rċevew l-Aġenzija Sapport, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tieni Qari (Kont.) - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 80 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "29 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' April 2019, fit-3.15 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 60 – Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar – Konsiderazzjoni mill-Ġdid.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler (Kont.)", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "29 ta' Marzu 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190401_213a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 1 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 1 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 1 ta' April 2019", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni t-talba tal-Onor.", "Silvio Grixti sabiex huwa jiġi reġistrat bħala skużat fil-Minuti tas-seduta Nru 210 tal-25 ta' Marzu 2019, is-Sedja ordnat li ssir il-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduta msemmija.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 212, li saret fis-27 ta' Marzu 2019, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:", "Att Nru VIII tal-2019 – Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta;", "Att Nru IX tal-2019 – Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji; u", "Att Nru X tal-2019 – Att tal-2019 li jemenda l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Emenda Nru 2).", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "BORD DWAR ID-DISTRUZZJONI TAL-PASSAPORTI", "L-ONOR.", "Karol Aquilina) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema sena ġie mwaqqaf il-Bord dwar id-Distruzzjoni tal-Passaporti?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-bord, kif ġew magħżula u kemm-il laqgħa saret tal-bord mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi) (f'isem il-Prim Ministru): Minn informazzjoni mgħoddija lili minn Identity Malta jirriżulta li fil-5 ta' Jannar 2016 inħatar Bord għad-Distruzzjoni tal-Passaporti li kien kompost mis-Sur Stephen Vassallo bħala Chairperson u l-membri kienu s-Sur Matthew Borg u s-Sur Paul Azzopardi.", "Dan il-bord tlaqqa' nhar id-19 ta' Jannar 2016.", "Fil-25 ta' Jannar 2016 inħatar bord ieħor li kien kompost mis-Sur Cleavon Vella (Chairperson), is-Sa Marylee Camilleri Kasap u s-Sur Nathaniel Cutajar (Membri).", "Aktar tard fl-4 ta' Mejju 2016 inħatret is-Sa Nathalie Cutajar bħala membru fl-istess bord.", "Fl-20 ta' Lulju 2017 inħatar bord ġdid li kien kompost mis-Sa Yvonne Arqueros (Chairperson), is-Sa Moira Galea u s-Sur Kurt Zammit (Membri).", "L-informazzjoni dwar kemm-il darba ltaqa' l-bord u min kien preżenti għal dawn il-laqgħat qed tingħata fit-tabella t'hawn taħt:", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, il-ġimgħa l-oħra rajna t-tnedija ta' riforma importanti fejn issa permezz ta' din ir-riforma minflok m'aħna se nibqgħu nitkellmu b'mod ġenerali fuq in-nisa, bdejna nitkellmu fuq l-hekk imsejjaħ \"sess sotto-rappreżentat\".", "Tista' jekk jogħġobha s-Segretarju Parlamentari tispjegalna x'inhu l-għan ta' din ir-riforma u tgħidilna għaliex qegħdin nitkellmu fuq is-sess sotto-rappreżentat?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Diġà għamilna riferenza kemm-il darba, anke fi stqarrijiet pubbliċi li kellna matul dawn l-aħħar jiem, għall-impenn li għandna bħala pajjiż fi ħdan il-Ġnus Magħquda biex nibagħtu messaġġ anke fuq livell internazzjonali li sa 11-il sena oħra din il-Kamra jrid ikollha mill-anqas 40% tal-membri tagħha li jew ikunu nisa jew inkella li jkunu rġiel.", "Għal din ir-raġuni aħna ridna nħarsu lejn mekkaniżmu li jindirizza l-urġenza li nilħqu dik il-mira fi żmien ħdax-il sena b'mod awtomatiku, però ridna nħarsu wkoll lejn mekkaniżmu li ma jħarisx purament lejn dak l-angolu imma jindirizza anke mistoqsijiet oħra li jkollna saħansitra bejnietna fil-fora informali, inkluż minn nies li tinteressahom il-mixja politika imma li għal xi raġuni jew oħra dejjem baqgħu lura.", "Pereżempju, minkejja li f'din il-Kamra kien hawn ftehim miż-żewġ naħat tal-Kamra li ntejbu l-ħinijiet li fihom jiltaqa' l-Parlament, kif prattikament għamilna tul dawn l-aħħar sitt xhur, għad irridu nkomplu nindirizzaw ċerti pockets li sal-lum għadhom vojta.", "Meta bdilna l-ħinijiet tal-Parlament biex ikunu aktar family-friendly, jien kien mingħalija li sewwejna parti kbira minn din il-problema, imma fil-verità kemm-il darba kellna diskursati, anke b'mod informali, man-naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni - li rrid insellmilhom minn hawnhekk - għall-fatt li dan mhux biżżejjed għax it-tfal jirritornaw lura d-dar mill-iskola proprju nofs siegħa qabel ma jinbdew is-seduti tal-Parlament, jiġifieri fl-4.00 p.m., u proprju f'dak il-ħin jibda l-ġiri għal attivitajiet extrakurrikulari.", "Fil-fatt, ħafna minna li għadhom qed irabbu t-tfal, semmewh dan il-punt.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet lis-Segretarju Parlamentari dwar ir-riforma li tnediet il-ġimgħa l-oħra u li rriferiet għaliha l-Onor.", "Rosianne Cutajar fil-mistoqsija supplimentari li għamlet.", "L-ewwel nett nixtieq nistaqsiha jekk il-bord li ġie maħtur huwiex qed jirriforma s-sistema elettorali preżenti biss biex ikollna aktar nisa fil-Parlament jew huwiex qiegħed jikkonsidra tibdil aktar drastiku billi nintroduċu sistema elettorali fejn ma jkunx hemm bżonn li jiġu introdotti l-kwoti biex jiżdiedu n-nisa fil-parlament?", "It-tieni mistoqsija li għandi tirrigwarda l-konsultazzjoni pubblika li jidhirli tagħlaq fil-21 ta' Mejju, 2019.", "X'forma se tieħu din il-konsultazzjoni?", "Il-pubbliku huwa mistenni li jibgħat mistoqsijiet jew suġġerimenti bil-miktub?", "U se jsiru xi laqgħat pubbliċi dwar dan?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Ħalli nibda billi nirrispondi t-tieni mistoqsija, Sur President.", "Kif qal tajjeb ħafna l-Onor.", "Hermann Schiavone, din il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħa sal-21 ta' Mejju li ġej.", "Kif jiġri kull meta nressqu issue għal konsultazzjoni pubblika, jista' jagħmel is-suġġerimenti tiegħu bil-miktub kull min huwa interessat, kemm jekk huwa individwu, kemm jekk huwa stakeholder kif ukoll jekk huwa NGO, u mbagħad wara jsir eżerċizzju ieħor fejn jiġu mgħarbla l-proposti kollha li jkunu saru.", "Fil-fatt dik hija l-ewwel fażi.", "Il-bieb tiegħi huwa dejjem miftuħ biex ikollna dawn it-tip ta' skambji u ideat, però naħseb huwa importanti wkoll li nwessgħu d-diskussjoni u jkun hemm anke f'konferenzi f'dan ir-rigward biex id-diskussjoni tkompli tieħu l-ħajja.", "L-ewwel mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Interpellant kienet fis-sens ta' jekk aħniex qegħdin inħarsu lil hinn minn sempliċement din ir-riforma.", "Jekk qed nifhem tajjeb, l-Onor.", "Interpellant irid ikun jaf jekk aħniex inħarsu lejn mekkaniżmi differenti bħal, pereżempju, lejn il-mekkaniżmu li jkun il-partit li jagħżel liema kandidati għandhom jiġu eletti, u f'dak il-każ le, aħna m'aħniex qegħdin inħarsu lejn dawk il-parametri.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, sfortunatament qed nisma' lil ħafna nies hemm barra, inkluż lil ċerti nies fuq il-midja, jirriferu għal din ir-riforma bħala riforma tal-kwoti, u dan huwa skorrett.", "Għalhekk xtaqt li s-Segretarju Parlamentari tispjega għaliex dak li qed jiġi propost ma jikkonsistix fi kwoti filwaqt li tispjega d-differenza bejn \"kwoti\" u l-\"miżuri pożittivi\" li qiegħda titkellem dwarhom din ir-riforma.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Fil-verità meta sentejn ilu staqsewni biex noħroġ għall-elezzjoni ġenerali, l-ewwel reazzjoni tiegħi meta semmewli l-kwoti kienet waħda ta' skantament għax f'għajnejja l-\"kwoti\" kienu jippreżentaw xenarju - u fl-istrutturi tal-Partit Laburista kien hemm min daq din fil-verità sakemm in-nies bdew jeleġġu lin-nisa fl-istrutturi tal-Partit b'mod awtomatiku - fejn ikollok ċiklu ta' elezzjoni interna, jew inkella f'dan l-każ fuq medda ta' pajjiż, kandidat maskili jġib 4,000 vot, kandidat mara ġġib 3,000 vot, jiġifieri 1,000 vot anqas minnu, u teħodlu postu.", "F'għajnejja dak kien il-konċett tal-kwoti għax in-narrattiva lokali dejjem kienet tirriferi għall-kwoti b'mod tradizzjonali.", "F'dan il-każ id-differenza li qiegħda tagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "Cutajar hi din li se nispjega.", "Aħna qed nipproponu li l-mekkaniżmu taċ-ċiklu ta' elezzjoni jibqa' jsir kif kien isir sal-lum b'mod komplut, jiġifieri l-poplu jagħżel lil dawk il-kandidati li jħoss li ħaqqhom post f'din il-Kamra, min jiġi elett minn żewġ distretti jagħżel liema distrett jixtieq iċedi, issir il-by-election u b'hekk jiġi fformat il-Parlament.", "Xejn mhu se jinbidel minn dak il-proċess.", "Id-differenza hi li aħna qed ngħidu li l-voti ta' dawk il-persuni li jkunu baqgħu mdendla … Għax kif nafu, is-sistema elettorali tagħna hi li fuq distrett irridu neleġġu dejjem ħames kandidati, u allura meta niġu biex niddividu b'sitta, kif nagħmlu dejjem b'mod awtomatiku, dejjem se jibqgħalna persuna li teknikament se tibqa' mdendla b'ammont sostanzjali ta' voti.", "Għalhekk aħna qed nipproponu li meta naslu għal dan l-istadju għandhom jinfetħu l-pakketti ta' dawk il-kandidati li jkunu telgħu bil-by-election u naraw liema nisa huma next in line.", "Illum il-persentaġġ ta' Membri Parlamentari nisa fil-Parlament huwa dak ta' 30%, imma aħna rridu dejjem inżommu quddiem għajnejna l-mira li bħala pajjiż tajna obbligu li niġu konformi magħha sa 11-il sena oħra, anke fuq livell ta' Ġnus Magħquda.", "Fi ftit kliem, aħna rridu siġġijiet addizzjonali biex il-persentaġġ ikun dak ta' 40%.", "Issa f'dak il-każ aħna mhux se jkollna bżonn 12-il siġġu extra imma se jkollna bżonn anqas biex nilħqu dan il-persentaġġ.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, għalkemm jeżistu sistemi fejn biex teleġġi aktar kandidati ta' xi sess partikolari m'hemmx għalfejn iddaħħal il-kwoti, sfortunatament bis-sistema tagħna, il-PR-STV, bilfors irridu ndaħħlu l-kwoti biex nagħmlu hekk.", "Li nistgħu hu li nsejħu l-kwoti b'xi terminu ieħor, però xorta kwoti jibqgħu.", "Jien nixtieq nistaqsi lis-Segretarju Parlamentari jekk s'issa l-partiti politiċi, kemm kbar kif ukoll żgħar, ġewx avviċinati biex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom f'dan ir-rigward.", "Jekk dan għad irid isir aktar 'il quddiem, is-Segretarju Parlamentari f'liema stadju taħseb li dan se jsir?", "Għax wara kollox din ir-riforma teħtieġ is-sapport taż-żewġ partiti politiċi l-kbar.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħa għal kulħadd sal-21 ta' Mejju li ġej u allura jien nitlob lil kull min għandu xi pożizzjoni b'rabta ma' dan is-suġġett biex jagħmilha b'mod formali ħalli meta ngħaddu għat-tieni fażi jkollna fuq il-mejda tad-diskussjoni stampa ċara ta' xi jrid il-poplu wara kollox.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nixtieq li s-Segretarju Parlamentari tispjega x'differenza kien se jkun hawn f'din il-Kamra li kieku dan il-mekkaniżmu diġà ntuża fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 biex b'hekk wieħed ikun jista' jifhem id-differenza li se jagħmel il-mekkaniżmu li qed jiġi propost.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant huwiex qed jirriferi biss għas-siġġijiet addizzjonali li qed nipproponu.", "Jien nemmen li jekk inneħħu xi pilastru jew tnejn mill-erba' pilastri li ressaqna għad-diskussjoni m'aħniex se nilħqu l-mira li semmejt aktar kmieni.", "Jiġifieri jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna għandna nammettu li l-mekkaniżmu se jaħdem bl-aħjar mod jekk ikollna dawn l-erba' pilastri flimkien.", "L-ewwel nett f'din il-binja għandu jkollna struttura li twieżen lill-familja, u meta nsemmi \"familja\" qed nirriferi għad-definizzjoni wiesgħa tagħha, għax min m'għandux tfal, għandu lill-ġenituri li jrid jieħu ħsieb.", "F'din il-Kamra hawn firxa ta' xenarji differenti għax hawn min hu ġenitur ta' tfal żgħar, hawn min hu ġenitur ta' tfal li issa kibru fl-età u għandna saħansitra nanniet, jiġifieri huwa importanti li din il-binja jkollha family rooms.", "Fiż-żewġ naħat tal-Kamra għandna sitwazzjoni fejn illum jew għada rridu nieħdu ħsieb il-kumplament taċ-ċiklu tal-familja.", "Anke min hu bla tfal għandu lill-ġenituri x'jieħu ħsieb, u jien naħseb li għalhekk għandna nibagħtu messaġġ b'saħħtu li min jixtieq jagħmel il-pass li jidħol fil-politika m'għandux iqis lill-familja bħala xkiel imma għandu jwieżen lilu nnifsu biex ikun jista' jagħti s-servizz li jixtieq jagħti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, ħadt pjaċir nisma' lis-Segretarju Parlamentari tirriferi għall-ħinijiet il-ġodda li qed jiltaqa' fihom dan il-Parlament għax jien ukoll naqbel li l-ħinijiet il-ġodda mhumiex l-aktar ħinijiet family-friendly li jista' jkollna.", "Nixtieq nistaqsiha jekk taħsibx li għandu jkun hemm fondi statali biex b'xi mod ninċentivaw lill-partiti politiċi jħeġġu iżjed il-parteċipazzjoni tas-sess sotto-rappreżentat.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, hawnhekk se nitkellem fuq l-esperjenza personali tiegħi.", "Qabel m'aċċettajt li noħroġ għall-elezzjoni ġenerali, jiena kelli ħafna biżgħat illi li kieku kont b'xi mod jew ieħor diġà involuta fi struttura ta' partit politiku ma kienx ikolli.", "Naf li minn żmien għal żmien l-Akkademja għall-Iżvilupp ta' Ambjent Demokratiku (AŻAD) tagħmel korsijiet tajbin f'dan ir-rigward.", "Fil-fatt meta kont għadni żagħżugħa niftakar li darba attendejt għal kors organizzat mill-AŻAD, u għalhekk naf kemm joħroġ ġid minn dawn il-korsijiet, hekk kif joħroġ ġid ukoll mill-korsijiet organizzati mill-Fondazzjoni IDEAT, li ġiet imwaqqfa mill-Partit Laburista.", "L-ideal hu li jkun hemm modules apposta fejn wieħed ikun jista' jieħu idea ċara ta' xi jfisser li tkun kandidat għall-elezzjoni, li tiffinanzja kampanja elettorali jew li tkun membru tal-Parlament.", "Kull min minna ma kienx imdaħħal b'xi mod jew ieħor fil-qasam politiku u mbagħad ġie elett u spiċċa f'xi kariga, ma kienx ippreparat għal ċerti sitwazzjonijiet.", "Pereżempju, inti ma tkunx taf kif tgħaddi liġi qabel ma ssir Membru tal-Parlament.", "Fil-fatt ġimagħtejn biss wara li ġejt eletta fil-Parlament jien kelli l-ewwel liġi quddiemi.", "Jiġifieri dan huwa ċiklu mgħaġġel li fih inti trid tassorbi xi tfisser il-ħajja politika b'mod mgħaġġel ħafna.", "Għalhekk nemmen li hemm bżonn illi dawk li beħsiebhom jidħlu fil-qasam politiku imma għadhom ma għamlux dan il-pass ikollhom l-opportunità li jifhmu għal xiex deħlin through a proper structure ta' partit politiku, jingħatalhom taħriġ apposta u nobbligaw lill-partiti politiċi jagħtu pjattaforma ugwali.", "Issa bi \"pjattaforma ugwali\" jien ma nifhimx li jkollok dibattitu politiku u tara dejjem lill-istess erba' persuni imma li jkollok ċans li tagħti pjattaforma b'saħħitha b'mod ugwali lil firxa usa' ta' kandidati.", "Ta' min jgħid ukoll li permezz tal-mekkaniżmu li qed nipproponu f'din ir-riforma qed ngħidu li għandna nwessgħu r-remits tal-Kummissjoni Elettorali li tagħmel audits annwali fuq il-partiti politiċi u li dawn ikunu huma stess li jagħżlu jekk iridux jieħdu minn dawn il-fondi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għall-ispjegazzjonijiet li qiegħda tagħtina, u fil-fatt jien naħseb li l-vera problema qiegħda f'dak li għadha kemm qalet issa hi.", "Il-biża' tiegħi hi li fil-midja qegħdin niddiskutu s-sintomu u mhux il-problema.", "Il-problema hija biex insibu aktar nisa li jkunu lesti jsiru kandidati u ovvjament li neleġġuhom.", "Il-mekkaniżmu li hemm propost fid-dokument jipprovdi għal dak li jiġri b'mod aħħari jekk ma naslux għal dan.", "Għalhekk is-Segretarju Parlamentari ma taħsibx li forsi għandna nibdew nitkellmu daqsxejn aktar fuq dan l-aspett milli fuq il-mekkaniżmu li għandna nħaddmu jekk kemm-il darba ma jirnexxilniex nilħqu dawk l-40%?", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, naqbel mal-Onor.", "Interpellant li hemm bżonn nagħmlu din id-diskussjoni, u hemm bżonn nagħmluha ż-żewġ naħat tal-Kamra flimkien fl-istrutturi li għandna stess.", "Għandna nkunu onesti u huwa inutli li noqogħdu nduru mal-lewża.", "Ma naħsibx li jekk se nibqgħu niddiskutu u jekk se nibqgħu nagħtu biss skossaturi interni mingħajr ma nagħmlu xi ħaġa konkreta se naslu għall-erba' pillars li semmejt aktar kmieni, u għalhekk hemm bżonn dik l-imbottatura.", "Però għandna nkunu onesti anke fuq il-kwestjoni tal-bordijiet.", "Ilna nisimgħu - sa minn meta jiena kont għadni ġurnalista - li rridu nżidu aktar il-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet fejn jittieħdu ċerti deċiżjonijiet.", "U dan il-Gvern x'għamel?", "Dan il-Gvern żied fuq dak li għamlet l-Oppożizzjoni meta kienet fil-gvern, li bdiet timbotta aktar lill-mara f'ċerti livelli ta' fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, anke fuq bordijiet.", "Fil-fatt issa dik l-istatistika rranġat xi ftit għax jidhirli li telgħet b'xi 11%, imma dan xorta waħda għadu mhux biżżejjed, jiġifieri li kieku kelli nkun onesta miegħi nnifsi nixtieq nara li ssir din l-imbottatura flimkien mad-diskussjoni li qed tagħmel riferenza għaliha l-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, ta' min ifakkar li din ir-riforma hija waħda temporanja sakemm nilħqu dak li aħna verament nixtiequ, ċjoè rappreżentanza aktar ekwa bejn iż-żewġ sessi.", "Naf li qed tiġi proposta dik li nsejħulha sunset clause għal 20 sena.", "Għalhekk nixtieq li s-Segretarju Parlamentari tispjega x'inhi sunset clause għall-benefiċċju ta' min qed isegwina filwaqt li tagħtina aktar dettalji dwarha.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Sur President, jiena noħlom li naslu għall-elezzjoni ġenerali li ġejja jew inkella għal dik ta' warajha u nsibu li m'għandniex bżonn dan il-mekkaniżmu!", "Biex niġi għal dak li staqsietni l-Onor.", "Interpellant, din is-sunset clause li għamilna għandha żewġ punti importanti.", "L-ewwel nett aħna qed ngħidu li wara 20 sena, il-ġenerazzjoni li tkun qed tmexxi għandha tpoġġi madwar mejda u tiddiskuti jekk ikunx għad hemm bżonn dan il-mekkaniżmu jew le.", "Jiena ngħid li allaħares 20 sena oħra jkun għad għandna bżonn dan il-mekkaniżmu!", "Ta' min iżid jgħid li s-sunset clause tiskatta b'mod awtomatiku wkoll jekk għall-grazzja tal-argument għaxar snin oħra fil-pajjiż issir elezzjoni ġenerali u ma jkunx hemm 40% tal-persuni li jkunu ġew eletti rġiel jew inkella nisa, jiġifieri dik is-sunset clause se tkun qiegħda hemmhekk bħala safeguard, anzi rridu nibagħtu messaġġ b'saħħtu li aħna mhux sempliċement irridu aktar nisa f'din il-Kamra imma rridu nagħmlu l-isforzi kollha biex dan il-mekkaniżmu ma jiskattax.", "Fil-fatt jekk ikun hemm xenarju li 40% tal-membri ta' din il-Kamra jkunu rġiel jew nisa, allura dan il-mekkaniżmu ma jiskattax.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nixtieq inkun naf x'inhi l-opinjoni tas-Segretarju Parlamentari għall-kumment li qed isir bħalissa fejn qed jingħad li bil-mekkaniżmu propost, prattikament il-kandidati rġiel jistgħu jgħidu lill-elettorat biex ma jivvotax lill-kandidati nisa għax bil-mekkaniżmu li se jitħaddem, dawn xorta se jitilgħu.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "JULIA FARRUGIA PORTELLI: Iva, naħseb li fil-verità kollox se nisimgħu mingħand min irid ikun kreattiv!", "M'għandix dubju li se jkun hemm min jipprova jdaħħak b'dan il-mod!", "Hawnhekk l-Onor.", "Buttigieg semmiet xi ħaġa li jiena m'għandix dubju li hemm min moħħu diġà beda jmur f'dik id-direzzjoni!", "Malta żgħira, in-nies magħrufa u llum huwa faċli li l-midja soċjali tesponik!", "Jiena għaddejt minn sitwazzjoni fejn minkejja li ma kellniex mekkaniżmi, għax jien kont mara, xi ħadd ipprova jdaħħak billi jumejn qabel l-elezzjoni qal: \"Eh, jien qdejtek ta, u …\", imma f'sekonda sab kappell jiġih!", "Illum il-midja soċjali tant hija b'saħħitha li xi ħadd li jesponi ruħu b'dak il-mod żgur li se jsib bużżieqa li tisplodi f'wiċċu!", "Jiena jidhirli li fl-aħħar mill-aħħar l-elettorat għandu moħħ biex jiddeċiedi u, pereżempju, hu se jiġġudika lill-Onor.", "Buttigieg fuq kemm din tkun ħadmet tul l-erba' snin ta' qabel, kif nittama li se jagħmel l-istess b'mod ġenwin fir-rigward ta' kull Membru f'din il-Kamra.", "In-nies se jkunu qed jagħtu l-voti tagħhom skont kif ikunu ħasbu li l-individwu jkun mexa tul il-leġiżlatura ta' qabel, u fil-każ ta' kandidati ġodda huma se jkunu qed jagħtu l-voti tagħhom skont l-idea li huma għandhom fuq dak l-individwu partikolari.", "PERSUNI AKKUŻATI LI GĦAMLU UŻU MINN PASSAPORT TA' ĦADDIEĦOR", "L-ONOR.", "Karol Aquilina) staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata li għamlet użu jew ipprovat tagħmel użu minn passaport maħruġ lil persuna oħra sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ntużaw, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-qorti?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab informat li mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Frar 2019 kien hemm 81 persuna li ġiet akkużata li għamlet użu jew ipprovat tagħmel użu minn passaport maħruġ lil persuna oħra.", "Dettalji dwar ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ntużaw ma tinżammx, iżda dettalji dwar l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati kif ukoll il-piena li ngħatat mill-Qorti jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ftit minuti ilu s-sit ta' TVM irrapporta li sar xi rejd ieħor relatat mad-droga.", "Fil-fatt dan huwa wieħed mill-ħafna rejds ta' suċċess li kellhom il-Pulizija fejn tidħol id-droga, u dan mhux biss fuq bażi lokali għax instabet droga saħansitra f'containers li kienu għaddejjin minn Malta fi triqithom lejn xi pajjiż ieħor.", "Jista' l-Ministru jispjega kif il-Pulizija se jkomplu jiġġieldu l-kriminalità?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Min-naħa tal-Korp tal-Pulizija hemm numru ta' affarijiet li huma importanti, imma l-ewwel u qabel kollox hemm il-prevenzjoni, u fil-fatt diġà qegħdin naraw ir-riżultati ta' diversi inizjattivi li qed jittieħdu fil-Korp tal-Pulizija.", "Biżżejjed ngħid li matul is-sena li għaddiet il-kriminalità naqset b'7%, filwaqt li s-sena ta' qabel naqset biss b'0.9%, u dan meta fil-pajjiż qed tiżdied il-popolazzjoni, qed jiżdied it-turiżmu u qed tiżdied ukoll l-affluwenza.", "Mela minn hawn nistgħu naraw li l-inizjattivi li qed jittieħdu qegħdin jagħtu riżultati.", "Dan ifisser li jien kuntent?", "Le, m'iniex kuntent, għax nemmen li jista' jsir aktar.", "Għalhekk, min-naħa tal-Korp tal-Pulizija għaddej investiment kbir kemm b'fondi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll b'fondi lokali filwaqt li qed isir taħriġ lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f'setturi differenti.", "Apparti minn hekk għaddejjin bil-proċess fejn il-Korp tal-Pulizija qiegħed jaħdem aktar fuq target policing, jiġifieri l-ewwel il-Pulizija qed jiġbru l-informazzjoni u l-intelliġenza fuq ċerta kriminalità organizzata u mbagħad qed jaġixxu fuq dik il-kriminalità organizzata skont l-informazzjoni kollha li tkun qiegħda tidħol.", "Ta' min iżid jgħid li issa, permezz ta' espert li se jkun qiegħed jiġi ingaġġat mal-Korp tal-Pulizija, se mmorru għal struttura oħra, dik li jgħidulha community policing, tendenza li ħafna pajjiżi fl-Unjoni Ewropea qed jimxu lejha, imma dwar din il-policy ikollna ċans nitkellmu aktar 'il quddiem.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' kumpaniji li ġew xolti u dawk li nfetħu ġodda matul l-2017 u l-2018, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9552.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar inizjattivi li ttieħdu matul l-2018 u l-2019, biex binjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9556;", "Rapport u estimi finanzjarji tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi għas-sena 2018; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar notifikazzjonijiet dwar żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet bejn it-3 ta' Ġunju 2016 u l-21 ta' Marzu 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9705.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Rapport finanzjarju għas-sena 2018 maħruġ mit-Teżor skont l-artikolu 65 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika tal-1962;", "Kopja tar-rapport annwali tar-Revenue Remissions Supervisory Board għas-sena 2018 skont l-artikolu 5 tal-Att XXIII tal-2014; u", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali u l-Istqarrijiet Finanzjarji ta' Heritage Malta għassena 2018;", "Ir-Rapport Annwali ta' Heritage Malta għassena 2018; u", "L-Estimi Finanzjarji ta' Heritage Malta għassena 2019.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' persuni akkużati b'falsifikazzjoni ta' passaport bejn l-2013 u Frar 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9072;", "Tabella li turi l-għadd ta' passaporti mitlufa u dawk misjuba bejn l-2013 u Frar 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9073; u", "Rapport Annwali għas-sena 2018 tal-Uffiċċju tal-Bord ta' Monitoraġġ għal Persuni Detenuti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks - Abbozz Nru 60 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-27 ta' Marzu 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sur President, skont il-Kostituzzjoni ta' Malta kull ċittadin Malti, hu min hu, għandu dritt igawdi kull servizz li hu pprovdut mill-gvern, irrispettivament mill-kondizzjoni fiżika tiegħu.", "Dan id-dritt jinkludi u jgħodd ukoll għal persuni li jbatu minn xi forma ta' diżabilità.", "Għalhekk għandna naqblu lkoll dwar il-ħtieġa li nemendaw l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna se nkunu qed nikkonfermaw li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) se tkun l-entità kompetenti li jkollha l-poter li tara li safejn hu possibbli, il-website u l-mobile applications tal-gvern ikunu dejjem aċċessibbli għal kulħadd, inkluż għal persuni b'diżabilità.", "Il-kontenut u r-rekwiżiti msemmija f'dan l-Abbozz ta' Liġi saru kollha skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant huma aċċettati mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD).", "Huwa fatt li ż-żewġ naħat tal-Kamra dejjem qablu b'mod unanimu kull meta ġie ppreżentat abbozz ta' liġi li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti inġenerali f'dan il-Parlament, imma aktar u aktar fejn ikun hemm involuti persuni b'diżabilità, bil-għan dejjem ikun li jitnaqqsu t-tbatijiet għal persuni żvantaġġjati.", "Madankollu m'għandniex inkunu kuntenti b'dak li nilleġiżlaw jekk ma nkunux kommessi li naraw illi dak li nkunu qbilna dwaru jiġi implimentat u inforzat.", "Jekk nonqsu milli ninforzaw, mhux aħna nispiċċaw inbatu iżda dik il-faxxa tal-poplu li l-aktar tista' tgawdi u tibbenefika mid-deċiżjonijiet li nieħdu f'din il-Kamra.", "Ħalli nieħdu xi eżempji minn dak li qed jagħmel dan l-Abbozz ta' Liġi biex nispjega aħjar dak li qed ngħid.", "Ikun inutli li l-MCA tagħmel tibdil fil-websites jew fil-mobile applications jekk dawn ma jkunux aċċessibbli bil-fatti għall-maġġoranza ta' persuni b'diżabilitajiet varji.", "Jekk dan ma jsirx inkunu qegħdin niżvantaġġjaw lill-aktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà tagħna bil-konsegwenzi psikoloġiċi kollha li dan in-nuqqas iġib miegħu.", "Wara kollox, kif semmejt fil-bidu tad-diskors tiegħi, dawn il-persuni għandhom dritt igawdu dak kollu li jgawdu minnu l-bqija taċ-ċittadini kollha, u allura huwa importanti li l-MCA tiżgura li tagħmel minn kollox biex, safejn hu possibbli, dak kollu li hu relatat mal-e-communications ikun disability friendly.", "Sur President, bħala x-Shadow Minister tas-settur tal-persuni b'diżabilità nixtieq li f'dan l-intervent nieħu spunt billi nsemmi ċerti nuqqasijiet li hemm bżonn nindirizzaw jekk verament għandna lill-persuni b'diżabilità għal qalbna.", "Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet attendejt għal-laqgħa ġenerali annwali tal-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità fejn tqajmu numru ta' punti u osservazzjonijiet interessanti li kienu qed jippreokkupaw lill-parti l-kbira tal-ġenituri li kienu preżenti.", "Għalhekk jidhirli li jkun opportun li llum inqajjem dawn il-punti, għalkemm sfortunatament bosta minnhom m'iniex se nqajjimhom f'din il-Kamra għall-ewwel darba.", "Kollha kemm aħna tkellimna kemm-il darba dwar l-importanza tal-inklużjoni tat-tfal b'diżabilità fil-mainstream schools.", "Għal dan il-għan ġew introdotti għajnuniet ġodda, fosthom learning support educators (LSEs).", "Minn mindu ġew introdotti dawn l-LSEs, in-numru tagħhom baqa' dejjem jiżdied tant li llum għandna numru mhux ħażin minnhom fil-kamp edukattiv, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat.", "Xogħolhom hu li jgħinu lit-tfal b'diżabilità jitħalltu u jintegraw mal-bqija tat-tfal li jattendu mainstream schools filwaqt li jgħinuhom jiżviluppaw il-potenzjal u l-kapaċitajiet moħbijin li għandhom.", "Biex jagħmlu dan jeħtieġ li l-LSEs mhux biss jifhmu dan ir-rwol importanti li għandhom imma, aktar importanti minn hekk, jeħtieġ li jkunu preparati sew biex jagħmlu dak kollu li huwa mistenni minnhom.", "Madankollu, meta nitkellem ma' ġenituri li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali li jattendu l-iskola jibda jqum dubju serju dwar kemm verament għandna LSEs li huma kapaċi jagħmlu dan.", "Mhux l-ewwel darba li l-LSEs infushom jammettu li xogħolhom huwa biss wieħed ta' superviżjoni li jinvolvi biss illi jżommu lil dawn it-tfal kwieti fil-klassi biex ma jtellfux lil sħabhom l-oħra waqt il-lezzjonijiet tal-ġurnata.", "Uħud minn dawn l-LSEs huma konvinti li xogħolhom hu biss dak illi meta t-tfal li jkunu qed jieħdu ħsieb joqogħdu mqarbin iżjed mis-soltu joħorġuhom 'il barra mill-klassi.", "Hawnhekk m'iniex nagħti tort lill-LSEs għal dan in-nuqqas għax huma jkunu attendew kors kif inhu mitlub u mistenni minnhom qabel ma jkunu bdew dan l-impjieg.", "Għalhekk hawn jibdew jitqanqlu dubji serji dwar dawn il-korsijiet, jew aħjar dwar il-mod kif persuna tikkwalifika biex tibda tissejjaħ learning support educator.", "Jidher li persuna li tattendi għal kors ta' ftit xhur u persuna li tattendi għal kors ta' iżjed minn sena, it-tnejn li huma jitqiesu bħala LSEs.", "Ħafna agħar minn hekk huwa l-fatt li l-paga tagħhom ftit li xejn tvarja, u dan qed iservi ta' diżinċentiv akbar biex persuna tiġi motivata ttejjeb is-servizzi li tagħti.", "Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni hu fid-dover li jagħmel korsijiet strutturati u adegwati li verament iwasslu biex kull LSE tkun ippreparata sew u mgħarrfa kif jixraq dwar d-diżabilitajiet differenti u x'inhija mistennija li tagħmel, almenu għall-aktar diżabilitajiet komuni.", "Ladarba l-LSE tkun mgħarrfa x'inhi d-diżabilità tal-persuna li se tieħu ħsieb, il-multidisciplinary team involut għandu jiltaqa' mal-LSE biex jiddiskuti magħha x'se jkun ir-rwol tagħha filwaqt li din tingħata programm ta' kif tista' tgħin lill-persuna b'diżabilità li tkun qed tieħu ħsieb biex tiżviluppa l-potenzjal tagħha, tkun aktar indipendenti u tissoċjalizza mal-bqija tal-klassi malajr kemm jista' jkun.", "Jekk dan isir, inkunu qed ngħinu kemm lill-LSEs fix-xogħol tagħħom kif ukoll lill-persuni b'diżabilità għax b'hekk inkunu qed nagħtu lill-persuni b'diżabilità dak li wara kollox hu dritt tagħhom.", "Fi ftit kliem, il-messaġġ li rridu nwasslu aħna huwa li mhux biss irridu naraw żieda fil-kwantità ta' LSEs biex inkunu nistgħu nlaħħqu mad-domanda, li qiegħda dejjem tikber, iżda aktar importanti minn hekk huwa li naraw qabża fil-kwalità tal-LSEs bil-għan li jingħata l-aħjar servizz possibbli.", "Sur President, kif nafu, għal ċerti diżabilitajiet l-LSEs għandhom bżonn ċerta għodda biex biha jkunu jistgħu jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom.", "Din l-għodda għandha tingħata lill-LSEs mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol stess jekk irridu li l-LSEs ikunu kuntenti u ma jbatux waqt ix-xogħol tagħhom.", "Bħalissa għaddejja diskussjoni bejn dawk li jirrappreżentaw lill-LSEs u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni.", "Jiena nispera biss li tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr biex ma jbati ħadd.", "Huwa importanti li ma nħallux nuqqasijiet bħal dawn itellfu lill-LSEs milli jagħmlu xogħolhom.", "Min ma jkunx kuntent f'xogħlu ma jistax jagħti l-aħjar, u fl-aħħar minn l-aħħar f'każijiet bħal dawn huma l-persuni vulnerabbli li jispiċċaw ibatu.", "Il-ġenituri ta' tfal b'diżabilità huma preokkupati serjament ukoll dwar numru ta' servizzi li jingħataw lil uliedhom, kemm lil dawk li għandhom diżabilità fiżika kif ukoll lil dawk li għandhom diżabilità mentali.", "Kulħadd jaqbel li l-gvern tal-ġurnata dejjem jagħmel ħiltu biex imexxi lil dan il-qasam 'il quddiem billi kważi f'kull baġit u ta' kull sena jiżdiedu s-servizzi għal dawn il-persuni.", "Naturalment din hija xi ħaġa tajba għax kull inizjattiva favur titijib fis-servizzi, speċjalment lil dawk fostna li l-aktar għandhom bżonn, għandha tiġi mfaħħra.", "Madankollu kulħadd jaqbel li minkejja li r-rieda qiegħda hemm, sal-lum is-servizzi pprovduti mhumiex qed ilaħħqu mad-domanda.", "Dan in-nuqqas narah ripetutament kull meta jiġi introdott xi servizz ġdid, fis-sens li donna kuntenti li nniedu servizz ġdid mingħajr ma nantiċipaw id-domanda għalih.", "Din hija ħasra għax bi pjan fit-tul, b'żieda sinifikanti fil-professjonisti involuti u b'żieda f'servizzi adegwati ta' livell għoli, fl-aħħar mill-aħħar huwa pajjiżna li se jiggwadanja l-aktar minħabba li h'hekk ikollna anqas nies jiddependu għal għomorhom fuq il-gvern.", "Investiment għaqli llum biex kull persuna tilħaq l-istat indipendenti tagħha dejjem jibqa' l-aħjar investiment għas-soċjetà.", "Sur President, fl-20 ta' Frar, 2019 jiena għamilt mistoqsija parlamentari 9105 lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fejn staqsejtu jekk kienx veru li l-Educational Support Services Department mhuwiex se jkompli jissussidja s-servizzi li l-Inspire tipprovdi għal persuni bi bżonnijiet speċjali.", "Staqsejtu wkoll jekk il-ġenituri tagħhom kellhomx jerġgħu japplikaw mil-ġdid tramite l-Inclusive Education Coordinator (INCO), kif qalulhom l-uffiċjali tal-Inspire.", "Ir-risposta kienet li wara diskussjonijiet estensivi bejn l-Inspire u s-Servizzi Nazzjonali ta' Sapport għall-Iskejjel sar kuntratt ġdid mal-Inspire dwar is-servizzi li jistgħu jingħataw.", "F'din ir-risposta l-Ministru qalli wkoll li jekk hemm bżonn ta' iżjed kjarifiki, il-ġenituri jistgħu jikkomunikaw mal-kap tal-iskola jew mal-uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi Nazzjonali ta' Sapport għall-Iskejjel.", "Issa, fil-verità, sfortunatament sal-lum dawn il-ġenituri għadhom ma jafux x'se jiġri, u xi wħud minnhom diġà qed jibagħtu lil uliedhom għal dawn is-servizzi fil-privat b'riżultat ta' piż finanzjarju akbar.", "Dan għaliex meta s-servizzi mogħtija mill-gvern ma jkunux biżżejjed, kull ġenitur li jixtieq l-aħjar għal uliedu jkollu jirrikorri għas-servizzi tal-privat, anke meta dan ikun ifisser piż finanzjarju akbar fuq il-familja.", "Naħseb li kien ikun iżjed f'waqtu li kieku d-Dipartiment bagħat għall-ġenituri ta' dawn it-tfal jew għar-rappreżentanti tagħhom biex jekk qed jingħad li sar kuntratt ġdid ifehemhom x'fih, x'se jsir, kif u lil min se jingħataw is-servizzi ġodda.", "Qegħdin fi żmien ta' surplus kbir, u allura għandna nieħdu din l-opportunità unika biex ngħollu l-livell tal-ħajja tal-persuni b'diżabilità.", "Dejjem nisimgħu li l-Gvern ma jistax ilaħħaq mad-domanda għax hawn nuqqas ta' professjonisti.", "Jekk ngħollu l-pagi tal-professjonisti f'dan il-qasam, żgur li nħajru aktar żgħażagħ jagħżlu karrieri fejn ikunu ta' servizz għal dawk fosthom li huma l-aktar fil-bżonn.", "Il-verità hi li mentri fis-settur privat hemm professjonisti kemm trid minħabba li dawn finanzjarment jaqblilhom jaħdmu għal rashom - u ma nagħtihomx tort - mhux kulħadd jitħajjar jidħol fis-servizz pubbliku, u dan għal numru ta' raġunijiet li jista' jifhimhom kulħadd.", "Min jiflaħ iħallas u ma jingħatax servizzi mill-gvern minħabba li jħoss illi dawn is-servizzi mhumiex adegwati xorta waħda għandu l-għażla li jibgħat lil uliedu fis-settur privat.", "Madankollu min ma jiflaħx iħallas m'għandux għażla, u din hija inġustizzja mal-persuni vulnerabbli kif ukoll mal-ġenituri tagħhom, li fuq kollox m'għandhom tort ta' xejn.", "Ġaladarba l-Gvern mhux qed ilaħħaq mad-domanda u mhuwiex lest jattira iżjed professjonisti biex iwasslu s-servizz meħtieġ, dan ifisser li wasal iż-żmien biex, int min int, għandu jkollok dritt tieħu dawn is-servizzi fil-privat u l-ispejjeż jiġu rifużi lill-ġenituri jew lill-individwi konċernati.", "Sur President, ilna snin inħambqu li l-postijiet pubbliċi u privati għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Fil-fatt il-pjanti kollha li jidħlu l-Planning Authority (PA) jiġu vetted biex jiġi żgurat li dawn il-postijiet huma aċċessibbli għal kulħadd, u mbagħad dawn ikunu jridu jerġgħu jiġu konfermati mill-Commission for the Rights of Persons with Disability (CRPD).", "Minkejja li ngħata żmien xieraq biex il-kunsilli lokali jagħmlu lill-irħula u l-bliet tagħhom aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, sfortunatament għad hawn kunsilli lokali li sal-lum dan għadhom ma għamluhx, anzi, agħar minn hekk, hemm postijiet fejn għaddej ix-xogħol min-naħa ta' Transport Malta u l-bankini l-ġodda mhumiex qed isirulhom rampi biex ikunu aċċessibbli għal min juża l-wheelchair.", "Ta' min jgħid ukoll li ġieli l-bankini tant qed isiru dojoq li la huma aċċessibbli għall-ommijiet li jużaw il-pushchairs u lanqas mhuma tajba jew adegwati għall-wheelchairs.", "Naturalment ikolli ngħid għal darb'oħra li dan mhuwiex aċċettabbli Hawnhekk jiena nistaqsi: Mela għalfejn ngħaddu l-liġijiet u għandna lis-CRPD, li ta' sikwit issemma' leħinha biex iġġibna konxji li l-persuni vulnerabbli qed jiġu żvantaġġjati?!", "Jekk ma ninforzawx il-liġi malajr kemm jista' jkun, in-nies vulnerabbli, inkluż il-persuni b'diżabilità, se jibqgħu jbatu.", "Dan l-aħħar smajna li l-Gvern se jintroduċi sistema li permezz tagħha l-pensjonanti, jekk iridu, jistgħu jissellfu fuq darhom jekk isibu ruħhom f'sitwazzjoni finanzjarja ħażina.", "Mal-ewwel daqqa ta' għajn wieħed jista' jinterpreta din is-sistema bħala waħda pożittiva.", "Tista' tinterpretaha wkoll bħala ammissjoni min-naħa tal-Gvern li qed jirrikonoxxi li l-pensjonijiet preżenti mhumiex biżżejjed biex il-pensjonanti jlaħħqu mal-ħajja.", "Minflok ma ħsibna kif nistgħu ngħollu l-pensjonijiet ħalli l-anzjani tagħna jkunu komdi u fi xjuħithom jibqgħu jgħixu b'dinjità, għażilna l-eħfef triq, jiġifieri li ndaħħlu lill-anzjani fid-dejn fl-aħħar ta' ħajjithom, meta nafu li dawn żgur mhumiex se jkunu jistgħu jħallsuh lura qabel ma jmutu.", "L-anzjani tagħna mhumiex qed iħossuhom kuntenti b'din is-sitwazzjoni, anzi qed iħossuhom falluti għax fejn qabel kienu jserrħu moħħhom li se jħallu xi ħaġa lil uliedhom bħala wirt wara mewthom, issa se jdaħħlu lil uliedhom fid-dejn wara mewthom jekk u meta dawn jiddeċiedu li jridu jżommu d-dar li l-ġenituri kellhom f'ħajjithom.", "Qed insemmi dan il-punt għax jekk il-Gvern aċċetta l-fatt li l-pensjonijiet tal-anzjani mhumiex biżżejjed, mela l-istess nistgħu ngħidu għall-pensjonijiet tal-persuni b'diżabilità, li meta jilħqu l-età tal-pensjoni ftit li xejn minnhom se jkunu f'pożizzjoni li jiddejnu fuq il-proprjetà.", "Għalhekk, għal darb'oħra nerġa' nappella f'isem il-persuni kollha b'diżabilità biex ngħollu l-pensjoni tal-persuni b'diżabilità malajr kemm jista' jkun b'mod li almenu din tibda tlaħħaq mal-paga minima.", "Dan minbarra l-benefiċċji l-oħra li dawn il-persuni jeħtieġu biex niżgurawlhom livell ta' għajxien diċenti u indipendenti.", "Naturalment dan li qed ngħid fuq il-pensjoni tal-persuni b'diżabilità jgħodd ukoll fuq il-pensjoni tal-anzjani.", "Sur President, dawn il-punti kollha li qajjimt illum la qed insemmihom jien biss u lanqas qed insemmihom għall-ewwel darba f'din il-Kamra għax qrajna u smajna dwarhom fuq il-mezzi tax-xandir, iddiskutejniehom kemm-il darba mar-rappreżentanti tal-persuni b'diżabilità - fil-fatt iddiskutejthom anke jien personalment - u kif għedt matul id-diskors tiegħi ħafna mill-punti msemmija ġew diskussi wkoll waqt il-laqgħa annwali li organizzat l-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità nhar is-Sibt li għadda.", "Minnu nnifsu dan ifisser li hawn għarfien, jew aħjar preokkupazzjoni, dwar il-qagħda preżenti ta' dawn ħutna li huma anqas ixxurtjati minna.", "Bħala poplu aħna magħrufin għas-solidarjetà li nuru ma' persuni vulnerabbli, saħansitra anke ma' dawk li jgħixu barra minn xtutna.", "Għalhekk jiena nappella liż-żewġ naħat tal-Kamra biex f'affarijiet bħal dawn ningħaqdu lkoll biex innaqqsu t-tbatija li dawn il-persuni u l-familji tagħhom għaddejjin minnha billi ngħinu ħalli jiġu inforzati l-liġijiet eżistenti filwaqt li nħaffu l-proċess għal liġijiet ġodda li minnhom ikunu jistgħu jgawdu dawk kollha li jeħtieġu l-għajnuna tagħna.", "Nirringrazzjak.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sinjura President, qabelxejn nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Maria Deguara għall-intervent tagħha u lill-parteċipanti kollha li qegħdin jieħdu sehem f'din id-diskussjoni.", "Illum ma nistax ma nibdiex dan l-intervent ukoll mingħajr ma nifraħ lit-tim Malti tal-iSpecial Olympics għall-prestazzjoni eċċellenti li taw fl-iSpecial Olympics.", "Kumbinazzjoni f'għeluq l-40 sena anniversarju minn mindu Malta ngħatat il-ħelsien, it-tim Malti tal-iSpecial Olympics rebaħ 40 midalja għal Malta!", "Ma nistax ma nfaħħarx ukoll lil Ms Anna Calleja, lil Ms Muscat u lit-timijiet kollha tagħhom kollha għas-serjetà, għad-dedikazzjoni u għad-dixxiplina li bihom jieħdu dan l-isport.", "Bla dubju ta' xejn dawn iż-żgħażagħ taw eżempju ħaj ta' kemm meta atleta jittrenja u jipprepara bis-serjetà għal logħob kompetittiv ikun kapaċi jġib ir-riżultati mixtieqa.", "Jidher ċar li b'ħafna dixxiplina u dedikazzjoni aħna kapaċi ngħollu l-kwalità tal-isports tagħna.", "L-atleti li ħadu sehem fl-iSpecial Olympics f'isem Malta din is-sena kollha kemm huma kienu bravi u mħarrġa sew, anke dawk li ma rebħux il-midalji.", "Lil min jaħseb li dan il-logħob huwa faċli jien nista' nassigurah li mhu faċli xejn, u fil-fatt nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li jekk tagħsar kull midalja u kull żigarella li ddendlet m'għonq dawn l-atleti u nġabet lejn pajjiżna ssib id-dedikazzjoni kif ukoll l-impenn tagħhom u tal-ġenituri tagħhom.", "Jiena tkellimt ma' waħda minn dawn l-atleti, Maria Pia minn Għawdex, li rebħet il-medalja tad-deheb u li nixtieq insellmilha minn hawnhekk.", "Ommha qaltli li kienu jaqbdu l-vapur minn Għawdex ħamest ijiem fil-ġimgħa, anke fil-kesħa u l-maltemp, biex Maria Pia setgħet tibqa' titħarreġ b'dedikazzjoni u b'dixxiplina kbira, imma fl-aħħar ir-riżultat wasal ukoll!", "Għalhekk hawn għal darb'oħra nixtieq ngħid prosit lill-atleti Maltin tal-iSpecial Olympics għall-40 midalja li rebħu f'għeluq l-40 anniversarju minn meta pajjiżna ħa l-ħelsien!", "Dawn l-atleti wrew lil kulħadd li aħna kapaċi daqs ħaddieħor meta jkollna d-dixxiplina u s-serjetà!", "Issa ħalli ngħaddi għas-suġġett tal-lum, Sinjura President.", "Għal darb'oħra qegħdin naraw li dan il-Gvern qed jagħmel pass wara ieħor biex permezz tal-politika tiegħu kull Malti u Għawdxi jgawdi minn drittijiet u opportunitajiet indaqs.", "Għal dan il-Gvern persuni li jesperjenzaw xi sfida aktar minn oħrajn, inkluż il-persuni b'diżabilità u l-anzjani, m'għandhom xejn anqas minn ħaddieħor, anzi aħna pjuttost nifhmu li ħafna drabi l-limitazzjonijiet li nassoċjaw id-diżabilità magħhom huma prodott tas-soċjetà stess magħmula minna l-bnedmin.", "Ħafna drabi l-barrikati li jkun hemm jiġu maħluqin minna stess, u allura aħna konxji li nistgħu nkissru dawn il-barrikati biex ngħixu f'soċjetà fejn kulħadd ikun jista' jipparteċipa, jilħaq il-massimu tal-potenzjal tiegħu u jingħata opportunitajiet biex jiżviluppa l-abbiltajiet u l-kapaċitajiet tiegħu.", "Il-politika tagħna bħala Gvern, partikolarment bħala Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, hija dik li naddottaw il-mudell soċjali tad-diżabilità.", "Qegħdin nagħtu prijorità lil dan is-settur, u fil-fatt matul l-aħħar sitt snin ta' dan il-Gvern rajna l-investiment fis-settur tad-diżabilità jkompli jikber u jissaħħaħ.", "Li kieku nistgħu nixtiequ li nagħmlu kollox f'salt.", "Nixtiequ wkoll li ta' qabilna għamlu dak kollu li għamilna aħna għax kieku konna nkomplu nibnu fuq dak li għamlu huma billi nagħmlu inizjattivi ġodda u inizjattivi oħrajn.", "Dak li għamilna matul dawn l-aħħar sitt snin għamilnieh għax ta' qabilna m'għamluhx.", "Kif għedt diġà, aħna nixtiequ nagħmlu ħafna aktar affarijiet għal dan is-settur, però qegħdin nipprovaw nagħmlu kemm nistgħu.", "Nixtieq nagħmel enfasi fuq l-investiment kbir li qed isir f'dan is-settur.", "Biżżejjed ngħid li filwaqt li tlaqna b'baġit ta' anqas minn €9 miljuni, li kien jintuża anke għal affarijiet oħrajn, illum qegħdin nitkellmu fuq baġit ta' madwar €23 miljun fis-sena.", "Rajna l-implimentazzjoni ta' diversi miżuri, proġetti u inizjattivi.", "Saħħaħna wkoll l-aċċessibbiltà, anke pereżempju permezz tal-proġett INK, biex aktar persuni b'diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Ta' min jgħid li l-proġett INK qed iħarreġ lill-ġenituri ta' persuni b'diżabilità, qed iħarreġ lil min qed jaċċetta lill-persuni b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol tiegħu u qed iħarreġ ukoll lill-persuni li deħlin fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba bil-barrikati u d-diffikultajiet kollha li jsibu quddiemhom.", "Sur President, dalgħodu attendejt seminar mal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fejn fost affarijiet oħra ġie diskuss studju li għamel is-CRPD f'Għawdex kif ukoll riċerka li għamlet l-Università dwar kemm il-ġenituri huma lesti li jitilqu liż-żgħażagħ tagħhom b'diżabilità biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "F'din il-Kamra hawn ħafna ommijiet u missirijiet, inkluż jien, li jkolli nammetti li lit-tfal ma nafx kemm niffittahom u ma nafx kemm-il darba nċemplilhom kuljum!", "Allaħares it-tifla ddum xi żewġ minuti aktar ma tiġi mill-Mużew għax rasi ssir daqsiex, u l-istess nistgħu ngħidu għat-tifla l-oħra, li għadha kemm marret tagħmel kors barra minn Malta, għax il-ħin kollu naraw jekk waslitx.", "Imma dik hi l-imħabba, u rridu nirringrazzjaw lil Alla għall-fatt li l-familji tagħna għadhom daqshekk b'saħħithom, li għadhom daqshekk magħqudin u li għad għandhom din l-imħabba kbira għal uliedhom.", "F'kull tip u f'kull forma ta' familja għad hemm din l-imħabba kbira għall-ulied.", "Meta wliedna jiġu biex jitilqu x'imkien u nkunu nafu li se jkun hemm perjodu fejn ma nibqgħux narawhom, nibdew ninkwetaw li jistgħu jweġġgħu, li jistgħu jiltaqgħu ma' xi tentazzjoni, u għalhekk hawn tidħol l-importanza tat-taħriġ.", "Permezz tal-proġett INK, li hija kelma fil-qosor għall-kelma \"inklużjoni\", qegħdin inħarrġu lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità biex ma joqogħdux jinkwetaw iżżejjed meta t-tfal tagħhom ikunu se joħorġu mid-dar waħedhom għax ħafna drabi huma jkunu kapaċi jagħmlu dan, u mbagħad wara li t-tfal imorru x'imkien barra mid-dar mingħajr il-preżenza tal-ġenituri tagħhom għal darba darbtejn, il-ġenituri jibdew jafdawhom aktar, u għalhekk dan it-tip ta' taħriġ huwa ferm importanti.", "Imma kif għedt diġà, il-proġett INK mhux biss qed iħarreġ lill-ġenituri iżda wkoll lil min iħaddem għax jista' jkun li jekk min ikun qed iħaddem jippretendi tant minn bniedem u mbagħad dan jagħtih daqsxejn anqas, iħossu diżappuntat.", "Għalhekk, permezz tat-taħriġ aħna qed nuru lil min iħaddem li mhux kulħadd jista' jagħtik ċertu xogħol mill-ewwel, imma permezz tat-taħriġ il-persuna b'diżabilità tista' tkun kapaċi tagħti lil min ikun qed iħaddimha dak li jistenna minnha.", "Għalhekk il-proġett INK huwa proġett sabiħ għax permezz tiegħu se nkunu qed nagħmlu ħafna ġid lis-soċjetà tagħna.", "Waqqafna wkoll il-proġett Festi Inklużivi, proġett li kemm-il darba tkellimt dwaru.", "Aħna l-Maltin inħobbuhom il-festi għax huma okkażjoni fejn nistgħu nieħdu pjaċir niċċelebraw flimkien.", "Nixtiequ ndaħħlu wkoll dak l-entużjażmu fost il-każini tal-baned tagħna billi jekk illum hemm ċerti barrikati li minħabba fihom aħna qed inħallu sezzjoni mill-poplu tagħna, żgħira kemm hi żgħira, eskluża milli tipparteċipa fil-festa, irridu nkissru dawk il-barrikati b'mod li l-poplu kollu jkun jista' jipparteċipa.", "Għamilna wkoll sistemi ta' hearing loop systems fi Spazju Kreattiv, u hemm bżonn li nkomplu għaddejjin b'dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Kumbinazzjoni dan kien punt li ġie mqajjem dalgħodu meta kien hemm xi ħadd nieqes mis-smigħ u qalilna li meta jmur il-knisja mhux dejjem ikun jista' jisma' dak li jkun qed jingħad.", "Huwa tajjeb li naraw x'inizjattivi jkunu qed jittieħdu u ngħinu lil xulxin biex inizjattivi bħal dawn jiġu kkupjati anke minn entitajiet oħra.", "Pereżempju, huwa tajjeb li anke fil-knejjes tagħna tiddaħħal is-sistema ta' hearing loop system għal dawk il-persuni li jużaw il-hearing aid u li mhux dejjem ikunu f'post fejn jistgħu jaraw lill-qassis jippriedka biex għall-inqas b'dan il-mod il-persuni neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jsegwu dak li jkun qed jingħad anke meta jmorru l-knisja.", "Sinjura President, tajna wkoll sapport finanzjarju lil dawk l-għaqdiet li jaħdmu direttament fil-qasam sportiv mal-persuni b'diżabilità.", "Ta' min iżid jgħid li aħna għamilna l-uffiċini tas-CRPD aktar aċċessibbli filwaqt li stampajna sett kotba b'tipa kbira għal dawk li jixtiequ jkomplu jaqraw imma li t-tipa kienet qed timpedihom milli jkomplu jagħmlu dan.", "Għamilna wkoll proġett pilota fil-komunità billi pprovdejna servizz ta' trasport f'uħud mill-bliet u l-irħula tagħna għax ma nixtiqux li l-problemi fiżiċi li ħafna drabi jkollhom l-anzjani tagħna, fosthom dawk ta' mobilità, jillimitawhom milli jkomplu jipparteċipaw fis-soċjetà tagħna.", "Dawn huma biss ftit mill-ħafna inizjattivi li ħadna f'diversi oqsma matul dawn l-aħħar xhur u li permezz tagħhom qegħdin inkomplu nkabbru l-aċċessibbiltà, u qgħadt insemmihom biex aħna lkoll inkunu nistgħu nifhmu x'inhuma l-prinċipji tagħna.", "Kif għedt diġà, aħna nixtiequ nagħmlu ħafna aktar affarijiet, imma kull ħaġa li tagħmel trid tippjanaha sew u trid tkun ibbażata fuq ir-riċerka.", "Għalkemm pajjiżna għandu surplus, ir-riżorsi ta' pajjiżna huma limitati, jiġifieri żgur li m'għandniex riżorsi x'naħlu, u allura dak kollu li nagħmlu jrid ikun ibbażat fuq ir-riċerka biex ir-riżorsi li għandna ma jiġux moħlija.", "Hemm inizjattivi li qed isiru permezz tal-fond lokali u hemm inizjattivi oħra li qed isiru mill-fondi Ewropej wara li nkunu ressaqna l-proposti għalihom.", "Ta' min jgħid li dawn l-inizjattivi qed jiġu implimentati bl-involviment u bil-kollaborazzjoni ma' diversi stakeholders, NGOs, ġenituri u saħansitra mas-settur privat.", "Aħna naħdmu bħala team wieħed għax nemmnu li ġaladarba fl-aħħar mill-aħħar hija s-soċjetà Maltija kollha li se tgawdi minn dak kollu li qegħdin nagħmlu, huwa tajjeb li meta niġu biex nimplimentaw xi ħaġa jkun hemm kulħadd on board ħalli dan il-proġett ikun il-frott ta' ħafna entitajiet bravi u esperti fis-suġġett.", "Irridu nammettu wkoll li aktar ma jgħaddi ż-żmien, is-soċjetà tagħna aktar qed tagħti importanza lill-użu tat-teknoloġija diġitali, u allura aħna rridu nagħtu kas anke dan l-aspett u ma nistgħux inħallu persuna lura milli tiffamiljarizza ruħha mat-teknoloġija diġitali.", "Kif se nispjega aktar 'il quddiem, hemm gap bejn dawk il-persuni li għandhom aċċess għat-teknoloġija moderna u bejn dawk li m'għandhomx, u allura sfortunatament dawk li ma jkollhomx aċċess għal din it-teknoloġija sa ċertu punt ikunu qed jiġu esklużi.", "Fil-fatt, waħda mill-miri tal-istrateġija għal anzjanità attiva hi dik li nġibu lill-anzjani eqreb tat-teknoloġija dwar l-informatika u l-komunikazzjoni, dik li nsejħulha information and communications technology (ICT).", "It-teknoloġija twassal għall-bidliet fil-mod kif l-individwi fis-soċjetà tagħna jesperjenzaw il-ħajja ta' kuljum.", "Diġà semmejt ir-riċerka, u hawn se nerġa' nagħmel aċċenn għaliha.", "Ir-riċerka turi li l-anzjani tagħna huma fost l-akbar grupp soċjali li l-anqas jagħmlu użu mill-ICT.", "Issa aħna għandna għażla, jew se naħdmu biex inġibu lill-anzjani aktar familjari mal-ICT jew inkella m'aħniex se nagħtu kas din ir-riċerka.", "Aħna ddeċidejna li rridu naħdmu biex inġibuhom aktar familjari mat-teknoloġija.", "Huwa fatt li t-teknoloġija qiegħda tinbidel b'rata mgħaġġla, bħalma huwa fatt ukoll li ħafna anzjani jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jitgħallmu jiffamiljarizzaw mat-teknoloġija għax jgħidulek li issa xjaħu wisq biex jitgħallmu, imma jekk lill-anzjani tagħna nagħtuhom l-opportunità li jitgħallmu, dawn se jkunu on the ball, kif inhu kulħadd.", "Fl-aħħar mill-aħħar bir-rata mgħaġġla li biha qed tinbidel it-teknoloġija, għandna nħossu li huwa dmir tagħna li nassiguraw illi l-anzjani tagħna ma jaqgħux lura fis-soċjetà.", "Irridu naraw ukoll li dawk l-anzjani li jitħajru jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ICT ma jesperjenzawhiex biss darba, bħal meta xxawwat idejk ma' xi ħaġa u allura toqgħod attent li ma terġax tersaq aktar qrib tagħha, imma tkun esperjenza sabiħa li jerġgħu jmorru għaliha u jkomplu jitgħallmuha.", "Fil-prattika aħna qegħdin ninforzaw din l-istrateġija b'diversi metodi u permezz ta' diversi inizjattivi.", "Pereżempju, fost l-inizjattivi li ħadna hemm il-korsijiet tal-ICT kważi fid-djar tal-anzjani kollha.", "Organizzajna korsijiet tal-ICT anke għal dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità tagħna.", "Biżżejjed insemmi l-proġett \"Ċavetta Diġitali\", li kien organizzat mill-MCA, liema proġett wassal it-teknoloġija kemm fiċ-ċentri ta' matul il-jum kif ukoll f'ċentri oħra li għandna mferrxin fil-bliet u l-irħula tagħna.", "Dan il-proġett kien sar bejn is-Segretarjat tagħna u s-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema proġett ħalla ħafna frott.", "Grazzi għal dan il-proġett, dawk l-anzjani kollha li jgħixu fil-komunità u li xtaqu jipparteċipaw kellhom l-opportunità li jattendu għal kors bla ħlas fejn setgħu jħarrġu lilhom infushom u jsiru aktar familjari mat-teknoloġija.", "Għalhekk nistgħu ngħidu li dan il-proġett kien verament iċ-ċavetta diġitali li permezz tagħha setgħu jidħlu f'dinja li forsi qabel kienu għadhom qatt ma esperimentaw fiha, imma permezz ta' kollaborazzjoni bejni u bejn il-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri stajna norganizzaw dan il-proġett biex ngħaddu lill-anzjani tagħna minn din l-esperjenza li ħalliet impatt pożittiv fis-soċjetà.", "It-tieni proġett li wettaqna kien simili għal \"Ċavetta Diġitali\", però din id-darba dan il-proġett kienet sponsorjat mill-Welfare Committee li għandu s-Segretarjat Parlamentari miegħu.", "Tradizzjonalment dan il-Welfare Committee jiġbor ftit mill-input li jagħtu l-anzjani tagħna li jgħixu fid-djar tal-anzjani fejn jinqatgħulhom 60% jew 80% mill-pensjoni tagħhom, il-Welfare Committee jieħu porzjon minn dak il-persentaġġ u mbagħad jerġa' jużahom biex bihom jieħu diversi inizjattivi għall-anzjani tagħna ħalli huma wkoll ikunu jistgħu jimxu maż-żminijiet.", "Fil-fatt huwa l-Welfare Committee li qed jisponsorja l-korsijiet li għandna għaddejjin fid-djar tal-anzjani, u din kienet importanti li ngħiduha.", "Aħna ridna li jekk l-anzjani tagħna m'għadhomx mobbli biżżejjed biex imorru ħdejn uliedhom u wlied uliedhom kull meta jixtiequ, almenu jkunu jistgħu jagħmlu dan permezz tat-teknoloġija moderna.", "Għalhekk aħna ħadna ħsieb insaħħu wkoll il-wi-fi f'dawn id-djar tal-anzjani biex meta l-anzjani jidħlu fuq it-tablet tagħhom huma ma jsibu l-ebda problema biex jikkomunikaw mal-qraba tagħhom u jsibu din l-esperjenza pożittiva.", "Sfortunatament anke l-persuni b'diżabilità huma maqtugħin mit-teknoloġija moderna, għalkemm hawn min jgħid bil-kontra, li fis-settur tad-diżabilità t-teknoloġija tintuża ħafna, speċjalment dik assistiva.", "Pereżempju, jien affaxxinajt ruħi meta f'Novembru li għadda attendejt konferenza fi Vjenna li kienet tittratta t-teknoloġija avvanzata li qed tinħoloq biex tgħin lill-persuni b'diżabilità, speċjalment lil persuni bid-dimensja.", "Hemmhekk kelli l-opportunità nkun naf b'ħafna proġetti kbar li qed isiru permezz tat-teknoloġija bil-għan li nkunu nistgħu ntejbu l-ħajja ta' dawn il-persuni.", "Aħna qegħdin b'għajnejna miftuħa għal dawn id-devices li jistgħu jservu biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta' dak li jkun, però rridu naraw x'nistgħu naffordjaw għax ikun inutli li twiegħed kollox jekk imbagħad tirrealizza li dak li wegħidt ma tkunx taffordjah.", "Irridu naraw ukoll li dak li naffordjaw ma nibqgħux nibbenefikaw minnu għal xi sena biss imma jkun sostenibbli qabel ma nippreżentaw din it-teknoloġija għall-użu tal-persuni b'diżabilità Maltin u Għawdxin.", "Qed inħarsu wkoll lejn ċerti teknoloġiji assistivi, bħal screen readers, magnifiers, speech recognition u motion tracking, li bihom persuna b'diżabilità tkun tista' tikkomunika aħjar.", "Ta' min jgħid li hemm riċerka li turi li madwar l-Ewropa hemm 1.3 miljun persuna b'diżabilità li għandhom bżonn din it-tip ta' teknoloġija biex ikunu jistgħu jtejbu ħajjithom fil-bżonnijiet tagħhom ta' kuljum, u għaliex le?!", "Malta wkoll qed tħares lejn din it-tip ta' teknoloġija li bil-mod il-mod dieħla anke f'pajjiżna biex inkunu nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta' din is-sezzjoni tal-poplu tagħna.", "Madankollu, kif kulħadd jaf, il-maġġoranza tat-teknoloġija hija mainstream, jiġifieri ġeneralment it-tekoloġija tintuża biex entitajiet, għaqdiet governattivi, NGOs u anke s-settur privat iwasslu l-messaġġ tagħhom.", "Illum it-teknoloġija saret part and parcel mill-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Issa jekk hemm affarijiet teknoloġiċi li sal-lum għadhom mhumiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità minkejja li jistgħu jagħmluhom il-ħajja tagħhom aktar faċli, dan ifisser li l-messaġġ li rridu nwasslu mhuwiex qed jilħaq lil kulħadd u allura aħna rridu naraw kif se nneħħu din il-barrikata.", "Forsi fis-settur privat wieħed jista' jiddeċiedi lejn min ikun qiegħed jimmira l-istrateġija ta' bejgħ tiegħu, iżda l-informazzjoni u s-servizzi fis-settur pubbliku u fl-entitajiet parastatali huma miftuħin għal kulħadd, u aħna għandna responsabbiltà li l-messaġġ tagħna jkun qiegħed hemmhekk biex inwassluh lil kulħadd.", "Ma nistgħux inkunu aħna stess li noħolqu l-barrikati għall-persuni b'diżabilità.", "Aħna ma rridux inkunu hemmhekk biex noħolqu dawn il-barrikati, anzi rridu nkunu hemmhekk biex inkissruhom, u għalhekk irridu nkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà f'pajjiżna.", "Sur President, illum qegħdin nipproponu emendi legali li se jwasslu biex kull sit jew app tas-settur pubbliku jew tal-entitajiet parastatali jkunu aċċessibbli.", "Emendi li se jiddaħħlu fil-liġi se jagħtu s-setgħa lill-MCA biex din tkun tista' tagħmel moniteraġġ, tinforza u tagħti pieni meta jinstab li entitajiet pubbliċi jew parastatali ma jkollhomx sit elettroniku jew mobile apps li huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Permezz ta' dawn l-emendi pajjiżna se jkun qed jikkonforma mal-obbligazzjonijiet tagħna tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tas-Siti Elettroniċi u l-Applikazzjonijiet Mobbli tal-Entitajiet tas-Settur Pubbliku u anke ma' artiklu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, li jitkellem dwar l-aċċessibbiltà.", "Jista' jkun hawn min jargumenta li qed nagħmlu ħafna għaġeb għax kulma qed inbiddlu hawnhekk huma żewġ sentenzi fil-liġi, imma Sur President, kif taf tajjeb inti, il-liġi qiegħda hemmhekk l-ewwel u qabel kollox biex tissalvagwarda d-drittijiet taċ-ċittadini, u bl-istess mod l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum qiegħed jissalvagwarda d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità f'pajjiżna biex l-informazzjoni u s-servizzi diġitali jkunu aċċessibbli għalihom ukoll.", "Għandna liġijiet li jipproteġu l-interessi ta' kulħadd, għandna liġijiet li jipproteġu lill-persuni minn kull tip ta' diskriminazzjoni, għandna liġijiet li jissalvagwardaw id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, u issa se jkollna liġi speċifika li tipproteġi d-dritt tal-aċċessibbiltà għall-informazzjoni u s-servizzi tas-settur pubbliku trażmessi b'mod diġitali lill-persuni b'diżabilità.", "Aħna ma qgħadniex ċassi, lanqas xejn!", "Tajjeb ngħid li dan il-Gvern ma qagħadx jistenna sakemm tiġi fis-seħħ din il-liġi biex jibda jagħmel il-bidliet neċessarji f'dan l-aspett, u fil-fatt ċerti siti elettroniċi diġà jinsabu aċċessibbli b'mod elettroniku fuq il-mobile apps.", "Għalhekk, għalkemm dawn il-bidliet jistgħu jidhru żgħar, fil-verità għandhom impatt qawwi għax issa dak li bdejna se jkompli jinfirex mas-setturi kollha.", "Dan huwa pass ieħor li qed jieħu dan il-Gvern biex aktar persuni jkunu jistgħu jgawdu mill-aċċessibbiltà li kull persuna għandu jkollha dritt għaliha.", "Ġieli l-KNPD tirċievi rapporti ta' websites u apps li ma jkunux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità bil-konsegwenza li dawn il-persuni ma jkunux jistgħu jagħmlu użu minn din it-teknoloġija u lanqas jaċċessaw servizzi jew informazzjoni li jkunu qed jiġu offruti.", "Din hija barriera, u aħna ma nistgħux noqogħdu ċassi quddiemha.", "Dawn l-emendi li qed nagħmlu se jkunu qegħdin ukoll jagħtu aktar saħħa legali lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità meta dan jiġi biex jiddefendi d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.", "Hawnhekk nixtieq insellem lill-Kummissarju preżenti, is-Sur Oliver Scicluna, li qed jagħmel biċċa xogħol kbira, kif ukoll lit-tim kollu tiegħu għall-impenn u l-ħidma tagħhom.", "Meta nitkellmu dwar l-aċċessibbiltà ta' dawn it-teknoloġiji nistgħu nirraġunaw b'mod prattiku wkoll.", "Illum jeżistu metodi, bħal format, li jkunu \"easy read\" u anke \"easy use\" għall-persuni b'diżabilità intellettwali.", "Persuni li għandhom diffikultà fil-vista għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jkabbru l-fonts.", "Għandhom jintużaw kuluri b'kuntrast adegwat fejn jintużaw videos u sottotitli biex jgħinu lill-persuni neqsin mis-smigħ.", "Sur President, jien ninsab kommess li nkomplu nsaħħu l-aċċessibbiltà anke fis-settur tat-teknoloġija.", "Fil-fatt aħna, bħala Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, qegħdin naħdmu bis-sħiħ biex matul ix-xhur li ġejjin għall-ewwel darba f'pajjiżna ssir konferenza li tittratta dan is-suġġett fejn diversi organizzazzjonijiet ikollhom l-opportunità li jistabbilixxu u jesebixxu t-teknoloġija u innovazzjonijet ġodda li jkunu qegħdin fis-suq, liema innovazzjonijiet ikunu jistgħu jtejbu l-kwalità ta' ħajja tal-persuni b'diżabilità.", "Illum qegħdin naraw tinkiteb parti oħra mill-istorja fis-settur tad-diżabilità.", "Qegħdin naraw emendi legali li se jwasslu biex jiġu introdotti siti jew apps tas-settur pubbliku u ta' entitajiet parastatali fil-mobile biex dawn ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Jien nawgura li jkomplu jidħlu fis-seħħ aktar inizjattivi u liġijiet bħal dawn biex ikun hemm aktar aċċessibbiltà ħalli jkomplu jitneħħew aktar barrikati biex fis-soċjetà tagħna l-inklużjoni ssir aktar possibbli.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, illum qed ngħixu f'soċjetà li hija aktar progressiva, aktar libera u aktar individwalista, imma għandha dak l-għatx għal aktar informazzjoni.", "Għalkemm illum is-soċjetà tagħna hi aktar informata mill-aspett elettroniku - aħna ngħidu li hija aktar digitally smart – hija għandha dak l-għatx għal aktar informazzjoni u anke għas-serħan tad-drittijiet tagħha.", "Nifhem li l-oġġettiv tal-MCA huwa dak li tassigura u tħares il-konnettività, li tipproteġi s-swieq b'mod ġust, iżda fuq kollox li tipproteġi lill-konsumatur.", "Għalhekk huwa importanti li filwaqt li jkun hemm l-aċċessibbiltà, ikun hemm ukoll l-inforzar.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa dan l-inforzar li jagħmel lir-regolatur aktar denju f'xogħlu jekk imexxi l-inforzar kif suppost.", "Qed ninnota li fi klawsola 7 tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, liema klawsola qed temenda artiklu 46 tal-Att prinċipali, il-ministru qed jingħata aktar poteri f'kull funzjoni assenjata lill-MCA, u għalhekk bħala rappreżentant tal-poplu se nwassal it-tħassib tiegħi għal dan.", "Meta kien qed jagħmel l-intervent tiegħu l-kollega tiegħi s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, huwa semma l-avvanzi li se jsiru minn kumpanija privata li qed tniedi proġett dwar it-telefonija 5G f'Malta.", "Jien naf ukoll li f'pajjiżi oħra, minħabba raġunijiet ta' sigurtà, din l-istess kumpanija ġiet imġiegħla tnaqqas il-ħidma tagħha, u kien hemm anke min semma l-possibbiltà ta' spjunaġġ.", "Madankollu r-rwol tiegħi mhuwiex dan.", "Jien, bħala persuna medika, aktar nixtieq is-serħan tal-moħħ dwar is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa komunitarja u, fuq kollox, il-benesseri tan-nazzjon Malti u Għawdxi.", "Huwa fatt magħruf li fil-każ tal-5G is-saħħa tar-raġġi elettromanjetiċi huma ferm u ferm aktar b'saħħithom mill-oħrajn, u għalhekk jekk l-oħrajn huma meqjusa bħala hazard, dawn huma hazardous aktar minnhom u għaldaqstant il-periklu jista' jkun ferm akbar meta niġu għall-konsegwenzi tagħhom fit-tul fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Issa meta qed insemmi s-saħħa tal-bniedem, jien aktar qed nirriferi għall-mard psikoloġiku, allavolja forsi hawnhekk jista' jidħol ukoll il-mard fiżiku, għalkemm b'mod indirett.", "Skont il-portal tagħha, matul l-aħħar sitt xhur tas-sena l-oħra, l-MCA żdidulha l-ilmenti li s-soltu tirċievi bi 13%, u jien nieħu pjaċir nisma' li meta ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin iħossu li għandhom isemmgħu leħinhom, qegħdin iressqu l-ilmenti tagħhom quddiem awtorità bħal din.", "Jien ukoll bħala rappreżentant tal-poplu, issa mill-pożizzjoni tiegħi tal-Oppożizzjoni, se nindirizza xi lmenti u suġġerimenti kostruttivi lis-Segretarju Parlamentari, li tant qed jagħmel xogħol siewi f'dan ir-rigward.", "Irrid nagħmilha ċara li jien favur il-progress.", "Jien favur li Malta tkun fuq quddiem nett fin-novità teknoloġika.", "Madankollu huwa wkoll fid-dmir tiegħi bħala rappreżentant tal-poplu li niġbed l-attenzjoni tal-MCA biex tuża aktar kawtela fuq il-punt li se nsemmi dwar is-saħħa tal-bniedem.", "Qabelxejn, biex inkun fair huwa xieraq li naqra r-risposta twila u dettaljata li tani s-Segretarju Parlamentari - fil-fatt nixtieq nirringrazzjah tad-dettalji li tani fir-risposta tiegħu - għal mistoqsija parlamentari 8904 li kienet tirrigwarda t-telekomunikazzjonijiet u t-trażmissjonijiet 5G u l-effetti li dawn iħallu fuq is-saħħa tal-bniedem:", "\"Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) bħala l-entità nazzjonali responsabbli mill-immaniġġjar tal-frekwenzi tar-radju ma tat l-ebda liċenzja għal trażmissjonijiet ta' servizzi mobbli fuq bażi ta' esperimentazzjoni jew kummerċjali ta' natura 5G li jagħmlu użu minn bandwidths ferm usa', frekwenzi għolja u li għandhom bżonn żieda sostanzjali fin-numru ta' antenni.\".", "Hawnhekk il-mistoqsija supplimentari li bilfors tqum hi: Mela aħna x'tajna bħala permess?", "Għalfejn f'din il-Kamra reġa' ssemma li din il-kumpanija se tniedi servizzi innovattivi ta' telekomunikazzjoni?", "Aħna mill-aspett tagħna bħala ċittadini għandna nkunu nafu dwar dan, u aktar tard se nispjega għalfejn.", "Ir-risposta kienet tkompli tgħid hekk:", "\"Dwar l-effetti tal-electromagnetic waves fuq is-saħħa pubblika, l-MCA toqgħod fuq direzzjoni mogħtija lilha mill-awtorità kompetenti għas-saħħa ambjentali.", "Għaldaqstant, sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika minn riskji assoċjati ma' trażmissjonijet, skont l-Att li jirregola l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Kap. 399), operaturi li jipprovdu servizzi u netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huma soġġetti għal diversi kondizzjonijet.", "Fost dawn hemm il-kondizzjoni li l-livell ta' radjazzjoni min-netwerks tagħhom irid ikun konformi mal-istandards tal- International Commission for Non-Ionising Radiation Protection (ICNIRP).", "Dawn l-istandards huma rikonoxxuti minn diversi istituzzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tas-Saħħa (WHO) u l-Kumitat Xjentifiku tal-Unjoni Ewropea (SCENIHR).", "S'issa ma ngħatat l-ebda direzzjoni mill-awtoritajiet responsabbli mis-saħħa ambjentali li jitolbu bidla fil-liġi msemmija sabiex Malta taddotta standards ta' radjazzjoni li huma aktar riġidi minn dawk tal-ICNIRP.\".", "Hawnhekk il-kelma \"s'issa\" hija l-qofol ta' kollox għax tiġbor is-sustanza u l-pern ta' din ir-risposta.", "Hawnhekk qed nitkellem b'mod tekniku għax din hija liġi teknika u għaldaqstant irrid inkun fair lejn is-Segretarjat Parlamentari, imma fuq kollox irrid inkun fair u nħares is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi mingħajr ma nallarma lil ħadd, għax dak huwa wkoll id-dmir tiegħi.", "Ħalli nkompli nikkwota din ir-risposta:", "\"Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika, l-MCA tagħmel kejl fuq antenni tat-telekomunikazzjoni biex tikkonferma li r-radjazzjonijiet elettromagnetiċi huma konformi mal-livelli tal-ICNIRP.", "Din it-tip t'attività ilha ssir mill-MCA għal diversi snin u l-medja tar-riżultati tal-kejl ma jeċċedux il-ħamsa fil-mija tal-livell massimu tal-ICNIRP rilevanti għall-pubbliku.", "Id-Dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika jiġi informat bir-riżultati miksuba.", "Dawn ir-riżultati jkunu wkoll ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità.\".", "Għalhekk, Sur President, hawnhekk jien nagħmel l-appell tiegħi lid-Dipartiment għax huwa d-Dipartiment li jrid jitkellem la l-awtorità regolatorja qed titfa' dawn ir-riżultati fi ħdanu biex jikkummenta dwarhom.", "Issa jien, li anke kont Ministru għall-qasam tas-saħħa, naf il-mod kif jimxi s-servizz, kif naf ukoll fejn hemm il-ħtieġa li nipperfezzjonaw dan is-servizz, u għalija dan mhuwiex serħan tal-moħħ.", "Jekk l-MCA tagħti r-riżultati li ġġib lid-Dipartiment tas-Saħħa u mid-Dipartiment tas-Saħħa ma jkollniex risposti realistiċi li huma plawsibbli u li jindirizzaw ir-riżultati li tagħti din l-Awtorità, għalija ma nkunux qegħdin nagħmlu ħidmietna kif suppost.", "Għaldaqstant, ġaladarba issa l-Abbozz ta' Liġi qiegħed jipprovdi li l-ministru jista' josserva wkoll li l-funzjonijiet assenjati lill-MCA jiġu mħarsa kif suppost, jien nappella lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex la l-liġi li qegħdin nemendaw se tkun qed tagħtih din is-saħħa, jassigura li d-Dipartiment tas-Saħħa jagħti risposti xierqa f'dan ir-rigward u li dawn l-istess risposti jiġu ppubblikati anke fis-sit elettroniku tal-MCA.", "Se nikkwota l-konklużjoni tar-risposta parlamentari li kont qed nikkwota ftit ilu, għax jien staqsejt ukoll dwar l-użu tal-mobiles u dwar il-fatt li issa nstab b'mod xjentifiku u b'mod ipprovat li dawn qed jagħmlu ħsara lill-ġisem tant li t-3G - jiġifieri issa m'għadniex nitkellmu fuq il-5G - huma kklassifikati li r-radjazzjoni tagħhom hija carcinogenic fuq grad ta' 2B, u dan huwa fatt magħruf u rikonoxxut anke mill-World Health Organisation (WHO).", "Ir-risposta li ngħatajt għal din il-mistoqsija kienet din:", "\"Dwar l-istudju tal-WHO indikat fil-mistoqsija, dan jittratta radjazzjoni emessa mill-mobile phones infushom.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu f'dan ir-rigward lill-Ministru responsabbli.\".", "Mela, Sur President, huwa fatt magħruf li t-telefonija tagħmel ħsara lill-bniedem.", "Kulħadd jitkellem dwar il-kanċer, imma jien bħala bniedem mediku nitkellem anke dwar il-mood swings li persuna jista' jkollha, dwar in-nuqqas ta' konċentrazzjoni fuq il-post tax-xogħol u dwar nuqqasijiet oħra bħal dawn li jaffettwaw lill-persuna anke mill-aspett soċjali tagħha.", "Fil-fatt, kien proprju l-aħħar paragrafu tar-risposta parlamentari li kkwotajt li nkwetani għax jien nemmen li għandu jkun hemm responsabbiltà kemm min-naħa tal-MCA kif ukoll mil-lat politiku biex inħarsu s-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Aħna kollha nemmnu f'government approach, u quddiem din il-biċċa tax-xogħol m'hemmx tfarfir ta' responsabbiltà.", "Is-saħħa taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin għandna nħarsuha minn kull aspett u f'kull livell.", "Anke jekk jinteressana biss il-marketing tal-komunikazzjoni, xorta waħda għandna nħarsu lill-konsumatur għax fl-aħħar mill-aħħar il-konsumatur mhuwiex apparat imma huwa bniedem.", "Issa ejjew ngħiduha kif inhi.", "Aħna ngħixu fi gżira li hija popolata żżejjed, ngħixu f'żoni urbani li huma overcrowded, u għaldaqstant l-interferenza ta' konċentrazzjoni ta' diversi raġġi elettromagnetiċi żgur tħalli effett fuq is-saħħa pubblika, aktar u aktar issa li se nżidu anke dawk tal-5G.", "S'issa ma nistax ngħid li mill-aspett xjentifiku dan huwa fatt, imma l-indikazzjonijiet 'l hemmhekk qed jibdew imorru.", "Din bħall-istorja tas-sigaretti.", "Qabel kienu jgħidu li s-sigaretti ma jagħmlux kanċer, imma llum nafu li s-sigaretti jagħmlu kanċer b'mod fattwali.", "Qabel konna ngħidu wkoll li t-telefonija mhijiex assoċjata mal-kanċer, imma llum nafu, anke mir-riċerka li saret, li t-3G huwa assoċjat mal-kanċer.", "Għalhekk, l-appell meqjus tiegħi huwa għall-kawtela.", "Huwa tajjeb li pajjiżna jimxi fi progress ta' novità, imma fl-istess ħin irridu noqogħdu attenti biex ma nesperimentawx bis-saħħa tal-bniedem għax is-saħħa hija l-akbar investiment li persuna jista' jkollha.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Ħalli nfakkar xi ħaġa lil din il-Kamra.", "Il-5G mhuwiex bħall-4G.", "Fil-każ tal-4G tara antenni fuq ċerti postijiet li huma viżibbli, imma l-5G jaħdem b'antenni u b'devices żgħar li jinsabu fit-toroq residenzjali tagħna u li huma aktar frekwenti mingħajr ma ħadd miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ma jkun jaf li fit-triq residenzjali li qed jgħix fiha għandu device li jkun qed jagħmel l-istess effetti daqs kemm tagħmel effetti antenna kbira li jkun qed jaraha kulħadd.", "Jien naf pazjenti li ġieli ma xtrawx proprjetà minħabba antenna li kien hemm fil-qrib għax mhux kull bniedem jirrispondi bl-istess mod għal ċerti sitwazzjonijiet.", "Bħal meta ġieli jkun hemm ċertu ikel li persuna tkun allerġika għalih, l-istess nistgħu ngħidu għal dawn ir-raġġi elettromanjetiċi.", "Hemm ċerti persuni li huma aktar sensittivi minn oħrajn f'dan ir-rigward, dawn ir-raġġi jaffettwawhom, u għalhekk huma ta' detriment għal saħħithom.", "Għalhekk il-fatt li dawn l-antenni mhumiex viżibbli u aħna ma nistgħux nirrikonoxxuhom kif suppost jitfa' obbligi differenti fuq l-MCA.", "Minħabba din ir-raġuni ħadt pjaċir li l-emenda li qed issir għall-artiklu 46 tal-Att prinċipali qed titfa' aktar responsabbiltà politika fuq il-ministru kkonċernat li jkun jista' jiggwida lill-MCA aktar b'mod aħħari, għax l-importanti hu li nevitaw.", "Sur President, jien ninnota li jekk se ndaħħlu l-5G, l-MCA se jkollha obbligu differenti, obbligu ċivili u etiku, u huwa hawnhekk fejn l-MCA trid tieħu pariri tekniċi biex tħares is-saħħa pubblika għax aħna bħala ċittadini għandna dritt li nkunu nafu fejn huma dawn l-antenni u fejn ġew approvati.", "Ma ninsewx li hemm ċittadini li ma jkunux jistgħu jiffunzjonaw kif suppost minħabba r-raġġi li tuża din in-novità ta' telekomunikazzjoni.", "Għalhekk, filwaqt li jien napprezza l-ħidma li qed issir f'dan ir-rigward, qed nitlob, anzi kważi qed nitkarrab lill-MCA, biex lil hinn mill-obbligi u mid-dmirijiet tagħha, tħares ukoll l-interess pubbliku mill-aspett ta' saħħa.", "Il-fatt li hi tirriferi biss għall-indiċi ta' moniteraġġ li tagħmel fuq ir-raġġi elettromanjetiċi mhuwiex biżżejjed u huwa importanti wkoll li jkollha risposti xierqa dwarhom ħalli jkun hemm is-serħan tal-moħħ.", "Aħna lkoll irridu nimxu 'l quddiem, imma qabelxejn irridu ngħożżu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi għax wara kollox huwa dan il-fattur li jiddetermina l-kwalità tal-ħajja li aħna rridu ngħixu.", "Għaldaqstant nixtieq nikkonkludi d-diskors tiegħi b'dan il-ħsieb.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, jista' jidher li kulma qed nagħmlu fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna hija emenda żgħira, imma din tfisser ħafna għal minoranza ta' nies f'pajjiżna li għandhom ħtiġijiet speċjali.", "Jien niddejjaq li meta nirreferi għal dawn in-nies nuża l-kelma \"diżabilità\" għax naħseb li fil-verità kulħadd għandu xi diżabilità.", "Pereżempju, jekk inneħħi dan in-nuċċali jien ma narax, u allura jien niġi diżabbli wkoll għax biex ikolli l-abbiltà li nara rrid nilbes in-nuċċali.", "Permezz ta' din l-emenda qed nilleġiżlaw biex kulħadd ikollu aċċess għall-websites u għall-mobile apps ħalli b'hekk kull persuna jkollha l-abbiltà li taċċessa s-servizzi neċessarji għaliha mingħajr tfixkil, irrispettivament mill-ħtiġijiet personali tagħha.", "Kif qal il-kollega ta' qabli l-Onor.", "Godfrey Farrugia, ġaladarba issa f'Malta se tiddaħħal is-sistema tal-5G, ir-responsabbiltà tal-MCA qed tkompli tiżdied.", "Godfrey Farrugia meta qal li issa l-MCA se jkollha rwol akbar għax trid tassigura li ma jkunx hawn il-problemi li semma hu matul l-intervent tiegħu.", "Aħna rridu li l-MCA tkun awtorità regolatorja li l-ewwel u qabel kollox tħares l-interessi tan-nies, però tajjeb ukoll li tissalvagwarda l-interessi tal-industrija, jiġifieri trid tipprova ssib bilanċ bejn l-interessi tal-industrija u l-interessi tan-nies.", "Hawnhekk jien nixtieq nagħmel appell lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri, li qed jagħmel xogħol tajjeb f'diversi awtoritajiet li jaqgħu taħtu.", "Issa huwa ċ-ċans li l-Gvern ikompli jimxi bil-politika tiegħu li jagħmel aktar checks and balances fuq dawn is-sistemi, fuq kif taħdem l-MCA u fuq kif isiru ċerti affarijiet biex b'hekk jiġi żgurat li din it-teknoloġija li se jkollna għad-dispożizzjoni tagħna tkun qed tintuża b'mod għaqli.", "Dan l-aħħar saru riformi f'diversi awtoritajiet regolatorji.", "Żewġ riformi li qrajt dwarhom u li kienu importanti ħafna huma dawk li saru fil-Malta Financial Services Authority (MFSA) u fil-Malta Gaming Authority (MGA), żewġ awtoritajiet li jirregolaw żewġ setturi importanti ħafna għal Malta, jekk mhux ukoll vitali f'ċerti każi, il-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-qasam tal-gaming, li qiegħed dejjem jikber u jespandi.", "Ta' min jgħid li permezz tar-riforma li saret f'dawn l-awtoritajiet il-Gvern neħħa l-konċett ta' executive chairperson u mar għall-mudell li f'awtorità jkun hemm kap eżekuttiv u non-executive chairperson.", "Fl-opinjoni tiegħi, b'dan il-mod l-eżekuttiv u l-policy makers ikunu jistgħu jħarsu internament fuq xulxin, u allura ma narax għalfejn il-Gvern mhuwiex qed jimxi bl-istess mod anke fejn tidħol l-MCA.", "Għalhekk jien nappella lill-Gvern, b'mod partikolari lil sieħbi s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri, biex il-mudelli li applika għall-MFSA, għall-MGA u għal awtoritajiet oħrajn, liema mudelli jidher li ħallew effett tajjeb ħafna, japplikahom ukoll għall-MCA għax b'hekk ikun jista' jżomm iċ-checks and balances bejn l-eżekuttiv u l-policy makers.", "Bħala riżultat tat-teknoloġiji ġodda li qed jidħlu f'ħajjitna aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-MCA aktar qed issir awtorità importanti, u ġaladarba t-teknoloġija saret daqstant importanti għas-soċjetà kollha, m'għandix dubju li anke n-naħa tal-Oppożizzjoni taqbel li kulħadd għandu jkollu aċċess għal din it-teknoloġija, inkluż dawk il-persuni li għandhom ħtiġijiet differenti.", "Kif għedt diġà, kemm jista' jkun jien nevita li nuża l-kelma \"diżabilità\" għax dan hu Gvern li huwa fformat minn partit li jagħti ħafna kas tal-minoranzi, u huwa fatt li f'pajjiżna hawn minoranza li għandha ħtiġijiet speċjali.", "Sur President, aħna tajna kas lil dik il-minoranza f'pajjiżna li kellha d-diffikultajiet fiż-żwieġ tagħha u li xtaqet li jkollha t-tieni opportunità biex tifforma familja.", "Aħna tajna kas lil dik il-minoranza li għandha orjentazzjoni sesswali differenti mill-maġġoranza, u tajna kas ukoll lil dik il-minoranza li għandha delizzju li kien ġie mxekkel mill-Gvern Nazzjonalista.", "Insomma, fi ftit kliem, aħna tajna drittijiet ċivili lill-minoranza ta' nies li kienu jeħtiġuhom.", "Aħna tajna wkoll impjieg lil dik il-minoranza f'pajjiżna li ma setgħetx toħroġ taħdem għax għandha ħtiġijiet differenti mill-maġġoranza.", "Biżżejjed ngħid li llum hawn madwar 3,500 persuna bi ħtiġijiet differenti li qegħdin jaħdmu.", "Dan irnexxielna naslu għalih mhux billi daħħalna liġi ġdida imma billi bdejna ninforzaw liġi li kienet ilha magħna għal tul ta' żmien, liema liġi tgħid ċar u tond li f'ċerti postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm aktar minn għaxar impjegati, 2% ta' dawk l-impjegati jridu jkunu persuni bi ħteġijiet differenti.", "Din il-liġi kienet baqgħet fuq l-ixkaffa u kellu jkun dan il-Gvern li beda jattwaha bir-riżultat li, kif għedt diġà, illum għandna madwar 3,500 persuna bi ħtiġijiet differenti li ħarġu jaħdmu, u dan meta sa ftit taż-żmien ilu dawn qatt ma kienu ngħataw l-opportunità li jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Jekk irridu nibqgħu fuq l-issue tal-minoranzi ma nistgħux ma nsemmux ukoll lil dik il-minoranza f'pajjiżna li għandha dħul baxx.", "Pereżempju, hawn ftit nies li jaqilgħu l-paga minima, imma fil-Baġit għal din is-sena aħna qed ngħidu li ħadd ma jista' jagħmel aktar minn sena fuq il-minimum wage.", "Għalhekk, fejn jidħlu l-minoranzi m'hemmx dubju li aħna għamilna ħafna, imma rridu nibqgħu nagħmlu aktar għax fil-verità dan huwa Gvern li jimpurtah mis-soċjetà kollha u ma jagħżilx settur minn ieħor jew inkella persuna minn oħra.", "Aħna nemmnu li kulħadd għandu jingħata d-drittijiet tiegħu, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali, mill-kulur jew mill-opinjonijiiet tiegħu.", "Id-drittijiet ċivili għandhom ikunu ugwali għal kulħadd.", "Issa lleġiżlajna biex illum qed inressqu emenda fil-liġi li se tkompli tgħin lil persuni bi ħtiġijiet differenti jużaw it-teknoloġija aħjar, għax ejjew ngħiduha kif inhi, illum il-ġurnata min ma jħobbx juża t-teknoloġija?", "Anke issa, sakemm qed nitkellem jien, qed nara lil min juża l-mobile phone, lil min juża l-laptop u lil min juża apparat elettroniku ieħor.", "Aħna l-ħin kollu qed niġu esposti għall-informazzjoni minn din it-teknoloġija li takkumpanjana, u għalhekk aħna ridna nassiguraw li kulħadd jingħata d-dritt li jaċċessa l-informazzjoni.", "Sur President, hawnhekk nixtieq naċċenna għal wieħed mill-akbar proġetti li qed nagħmlu fejn jidħlu persuni bi ħteġijiet differenti.", "Ta' min isemmi li aħna diġà konna trattajna kondizzjonijiet ġodda, bħall-awtiżmu, li konna saħansitra għaddejna liġi għaliha.", "Issa nixtieq nitkellem fuq il-proġett Soċjetà Ġusta, li naħseb li se jkun wieħed mill-isbaħ proġetti li se nkunu għamilna bħala Gvern.", "Fil-fatt ta' min jgħid li nfetħu 12-il residenza madwar Malta u Għawdex li jistgħu jilqgħu fihom persuni bi ħtiġijiet differenti għaliex aħna nemmnu li ċerti servizzi jistgħu jingħataw aħjar jekk jingħataw fil-komunità.", "Meta l-Prim Ministru kien qiegħed jiftaħ wieħed minn dawn iċ-ċentri, huwa ddeskriva dan il-proġett bħala proġett monumentali ta' dan il-Gvern, u wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' dan.", "Ovvjament, ġaladarba żdiedu d-djar, żdiedu wkoll il-carers li jagħtu kura u s-servizzi speċjalizzati skont il-ħtiġijiet tal-persuna partikolari.", "Fil-fatt hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex insellem lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'dan is-settur, li jagħmlu xogħol siewi imma li forsi ħafna drabi ma jkunx apprezzat biżżejjed għax ma jidhirx.", "Madankollu dawn il-ħaddiema jagħmlu xogħol brillanti għax li kieku ma kienx għalihom, il-persuni bi ħtiġijiet differenti ma kienx jista' jkollhom id-dinjità tagħhom.", "Dan jien lanqas insejjaħlu bħala xogħol imma aktar insejħilha vokazzjoni għax ngħid għalija jien m'iniex kapaċi nagħmel dak ix-xogħol.", "Imma hemm nies li l-vokazzjoni tagħhom twassalhom biex ikunu ta' servizz għal ħaddieħor billi jaħdmu bħala carers u jieħdu ħsieb persuni bi ħtiġijiet speċjali minn filgħodu sa filgħaxija, anzi issa anke matul il-lejl għax estendejna dawn is-servizzi.", "Sur President, nixtieq nikkonkludi l-intervent tiegħi billi nirriferi għal xi ħaġa li jsejħulha \"diżabilità\".", "Nixtieq insellem li dawk l-atleti Maltin li ħadu sehem fl-Olimpjadi Speċjali u li ġabu lejn Malta 40 midalja.", "Issa għiduli lili min f'Malta kellu l-abbiltà li jmur barra minn Malta u jġib il-midalji!", "Imbagħad għal ġieħna aħna lil dawn il-persuni nsejħulhom \"disabled\"!", "Ħadd ma kellu l-abbiltà li jmur jikkompeti barra minn Malta u jġib 40 midalja fl-Olimpjadi Speċjali!", "Huma x'inhuma, dawn huma midalji, u dan huwa unur għal Malta.", "Minn hawnhekk jien nixtieq insellem lit-tim kollu ta' dawn l-atleti, li huma l-uniċi atleti li kellhom l-abilità - fil-fatt huwa proprju għalhekk li ddejjaqni l-kelma \"diżabilità\"! - li jġibu l-akbar ammont ta' midalji li l-atleti Maltin qatt ġabu lejn Malta.", "Bla dubju l-Gvern qed ikompli jibni fuq ix-xogħol li kien għamel il-Gvern ta' qablu, imma huwa importanti li naġġornaw maż-żminijiet billi nżidu s-servizzi u noffru aktar għajnuniet.", "Kif għedt fl-introduzzjoni tiegħi, l-emenda li qed indaħħlu f'dan l-Abbozz ta' Liġi li qed jitressaq quddiemna llum għad-diskussjoni hija żgħira, imma żgħira kemm hi żgħira, għandha sinifikat qawwi għax se tkun qed tagħti d-dritt għall-aċċess tal-informazzjoni lil kulħadd.", "Nirringrazzjak.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex titressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fis-6.56 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-LIĠIJIET ELETTORALI", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Liġijiet Elettorali\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Liġijiet Elettorali\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA'", "MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI", "Il-Kamra rriżumiet minn ftit minuti qabel id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Aktar rimarki?", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sur President, l-ewwel nett nixtieq nibda billi ningħaqad mal-awguri tal-Onor.", "Glenn Bedingfield u wkoll nifraħ lit-tim tal-Olimpjadi Speċjali f'isem l-Oppożizzjoni, kemm għas-suċċess personali u, aktar minn hekk, għas-suċċess nazzjonali li huma kisbu u għall-unur li ġabu lil pajjiżna.", "Grazzi, u grazzi mill-qalb.", "Illum qegħdin niddiskutu emenda għall-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni li permezz tagħha l-MCA qiegħda tingħata l-poter li tiftaħ il-proċess sabiex tassigura li s-siti elettroniċi u l-applications tal-mobile tal-gvern ikunu konformi mad-direttivi Ewropej u jkunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Dan huwa proċess li mhux biss jirrikjedi ħsieb imma wkoll struttura, xogħol u konsultazzjoni effettiva mal-istakeholders kollha, mhux biss dawk tekniċi imma anke mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD), mal-NGOs u ferm u ferm oħrajn.", "Il-kontenut, il-proċeduri, il-kriterji tekniċi u l-prattiċi huma skont id-direttivi Ewropej u għaldaqstant anke hawnhekk, żgur li l-fatt li din l-emenda qiegħda hemm sempliċement biex taħtar lill-MCA bħala l-amministratur ta' dawn id-drittijiet ta' aċċess għal kulħadd hija liġi pożittiva u straightforward ħafna li m'hemmx kritika dwarha.", "Jiġifieri aħna se nkunu qegħdin nappoġġjaw din l-emenda bis-sħiħ.", "M'iniex se noqgħod nirrepeti d-diskorsi tant tajbin tal-Onor.", "Maria Deguara u tal-Onor.", "Godfrey Farrugia, li daħlu f'tant dettall, però rrid ngħid, Sur President, li fir-realtà tal-lum fejn id-dinamika tat-teknoloġija qiegħda tiżviluppa b'rata mgħaġġla ħafna, l-akbar sfida li għandna llum bit-teknoloġija hi biex nassiguraw li fil-proċess tal-bidla għal dan l-avvanz ħadd ma jaqa' lura.", "Irridu nassiguraw li t-teknoloġija u l-iżvilupp tekniku ma jsirx l-għadu tagħna iżda jibqa' għodda li tiffaċilita l-ħajja ta' kuljum ta' kull wieħed u waħda minna.", "Għalhekk jeħtieġ li kull ċittadin ikun megħjun sabiex kull tip ta' teknoloġija tissarraf f'opportunità għal ħajja aħjar.", "Naturalment dan irid isir permezz ta' aktar għarfien u ta' aktar inizjattivi, bħal inizjattivi bħal din, ħalli s-siti elettroniċi governattivi verament ikunu aċċessibbli għal kulħadd u b'hekk ħadd ma jaqa' lura.", "Sur President, l-MCA hija waħda minn dawk l-entitajiet li tul is-snin u taħt amminstrazzjonijiet diversi dejjem wettqet ħidmietha bi professjonalità filwaqt li rat li żżomm l-awtonomija tagħha u tibqa' 'l bogħod minn kull kontroversja politika.", "Din l-Awtorità kompliet ittejjeb l-istandards regolatorji, il-konsultazzjoni mal-operaturi u nażżarda ngħid li hija waħda mill-aktar awtoritajiet eżemplari li wieħed ftit li xejn jista' jsib x'jikkritika fiha.", "Dan żgur li ma ġarax b'kumbinazzjoni imma huwa mertu tal-ħaddiema tal-MCA, taċ-chairperson attwali Dr Edward Woods, taċ-chairperson preċedenti u tad-diretturi preżenti u dawk preċedenti, li rnexxielhom isaħħu din l-awtorità bl-akbar għaqal u professjonalità.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità anke billi nirrikonoxxi wħud mill-milestones li laħqet din l-Awtorità tul is-snin għax f'dan is-settur iż-żewġ naħat tal-Kamra jħaddnu politika ta' kunsens u allura dak li huwa tajjeb għandna nibqgħu ngħidu li huwa tajjeb filwaqt li fejn jista' jsir xogħol aħjar u tkun mistħoqqa kritika kostruttiva, dik għandna nagħmluha wkoll.", "Hawnhekk irrid insemmi l-aġġornar kontinwu fir-regolamentazzjoni ta' diversi setturi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà regolatorja ta' din l-Awtorità sabiex jiġi assigurat li s-settur tat-teknoloġija, li huwa tant dinamiku, jibqa' rilevanti, jibqa' aġġornat u jsir dejjem aktar effettiv.", "Irrid insemmi wkoll l-aġġornar fil-framework regolatorju għall-użu tal-internet of things, li ta l-opportunità lill-operaturi biex ikunu aktar flessibbli u jaddottaw l-użu eżistenti tal-ispectrum bands rispettivi għall-internet of things, għas-swieq tal-kommunikazzjoni u l-applikazzjonijiet tagħhom f'setturi varji, il-mod kif l-MCA tippromwovi l-innovazzjoni f'teknoloġija diġitali li ġiet elevata għall-iskambju ta' għarfien innovattiv permezz tal-konċett \"ZEST\" u l-mod ħabrieki ta' kif l-MCA dejjem kompliet tmexxi programm ambizzjuż immirat biex inaqqas il-qasma diġitali permezz ta' inizjattivi u programmi speċifiċi id f'id mal-Malta Information Technology Agency (MITA).", "Jiena verament nemmen li l-qasma diġitali hija waħda mill-akbar sfidi anke għal intrapriżi żgħar u medji li għandhom riżorsi limitati, u jeħtieġ ferm u ferm aktar programmi, kemm mill-MCA u kemm mill-Malta Enterprise, sabiex jgħinu lil dawn is-small and medium-sized enterprises (SMEs), speċjalment lill-micros, jagħrfu jbiddlu kull sfida li ġġib magħha t-teknoloġija f'opportunità.", "Kif għedt diġà, dan jista' jsir biss permezz tal-għodod neċessarji u ta' inizjattivi effettivi.", "Jeħtieġ li nkunu wkoll aktar innovattivi fl-implimentazzjoni tal-istess inizjattivi u fit-tagħlim u fl-għarfien dwarhom.", "L-MCA, bħal kull awtorità oħra, tista' tkompli taħdem b'mod effiċjenti sakemm tkompli tingħata r-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji, għalkemm din l-Awtorità hija self-sufficient għax huma l-operaturi nnifishom li jħallsu għall-amministrazzjoni tal-Awtorità, u dan permezz tal-administrative fees.", "Għaldaqstant jeħtieġ li nkomplu ninvestu fir-riżors uman, fir-research and development (R&D) u fl-għodod neċessarji kollha biex inkomplu nkunu innovattivi u nilħqu l-eċċellenza.", "Jekk verament irridu naraw li l-blockchain tissarraf f'industrija tas-settur tal-logħob u tas-servizzi finanzjarji jeħtieġ ukoll li l-Gvern jagħmel aktar sforzi effettivi biex insaħħu l-infrastruttura għas-servizzi u l-fondazzjonijiet involuti biex inkunu nistgħu nibdew il-passi ambizzjużi tal-artificial intelligence (AI).", "Ma nistgħux ngħollu l-aspettazzjonijiet, b'mod partikolari waqt il-proċess tat-tfassil tal-liġi tal-blockchain, u mbagħad ma nżommux il-momentum.", "Pereżempju, ftit tal-ġimgħat ilu smajna lill-Gvern iwiegħed li fi żmien ftit xhur kumpanija tal-blockchain kienet se tħaddem għexieren ta' impjegati, imma mbagħad smajna li din waqqfet l-operat tagħha.", "Għalhekk, kif għadni kemm għedt, jeħtieġ li jinżamm il-momentum u jinżammu wkoll l-expectations biex dawn jissarrfu f'deliverables.", "L-appoġġ tagħna f'dan is-settur kien, għadu u jibqa', anke invista tal-fatt li kienet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li ħejjiet l-ewwel konferenza ta' għarfien dwar il-liġijiet marbuta mal-blockchain u mal-virtual financial assets.", "Għalhekk anke hawn, nappella lill-Gvern biex itejjeb il-konsultazzjoni tiegħu anke dwar dan is-settur tal-blockchain, b'mod partikolari dwar il-progress, it-tmexxija u d-direzzjoni tiegħu.", "Il-ġimgħa li għaddiet tnediet b'mod uffiċjali t-Tech.mt, li tippromwovi l-industrija tat-teknokoloġija barra minn xtutna u li kienet ħidma konġunta flimkien maċ-Chamber of Commerce.", "Nemmen li dan huwa konċett tajjeb ħafna, però anke hawn, issa nistennew aktar informazzjoni.", "Fil-fatt se nerġa' nagħmel l-istess mistoqsija li kont għamilt matul l-intervent tiegħi wara d-Diskors tal-Baġit, għax ma jidhirlix li ngħatajt tweġiba, fejn kont staqsejt kif se topera t-Tech.mt, x'se jkun hemm kopert fiha u anke jekk l-information society, li bħalissa taqa' taħt l-MCA b'mod dirett, hijiex se tiġi trasferita taħt it-Tech.mt.", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax napprezza li għad hemm tħassib fost l-impjegati mal-MCA li jaħdmu f'din is-sezzjoni u allura lanqas hu ġust li l-futur tal-post tax-xogħol tagħhom jibqa' sigriet.", "Sur President, nikkonkludi billi nerġa' ngħid li l-emenda li qed issir permezz tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna hija imposta fuqna mill-Unjoni Ewropea, però aħna naqblu magħha għax bla ebda dubju hija pass importanti 'l quddiem għall-aċċessibbiltà ta' kulħadd.", "Kienet ukoll deċiżjoni għaqlija li dan il-proċess ġie fdat f'idejn l-MCA.", "Jiena ninsab konvinta li issa l-proċess li jsegwi se jkun ibbażat fuq konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha kkonċernati sabiex dan jiġi implimentat bl-aktar mod effettiv, effiċjenti u trasparenti.", "Nerġa' nikkommetti ruħi li se nagħti l-appoġġ tiegħi mhux biss għal din l-emenda imma wkoll għall-policy of consensus fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming, fejn il-policy of consensus dejjem irrenjat.", "Issa li jeħtieġ biss huwa li jkun hemm aktar konsultazzjoni sabiex naħdmu id f'id għall-ġid ta' dawn is-setturi tant u tant importanti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nixtieq nibda billi nirringrazzja lill-Onor.", "Membri li ħadu sehem f'dan id-dibattitu, jiġifieri lill-Onor.", "Maria Deguara, lill-Onor.", "Glenn Bedingfield, lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Bħalma smajna fid-diskussjoni, illum għandna quddiemna għad-diskussjoni Abbozz ta' Liġi li se jkun qed jimplimenta direttiva tal-Unjoni Ewropea biex is-siti elettroniċi tal-gvern isiru aċċessibbli anke għall-persuni b'diżabilità.", "Mill-mod kif tkellmu l-Membri tal-Oppożizzjoni matul dan id-dibattitu jien ħadt l-impressjoni li hemm qbil fuq din id-direttiva li eventwalment se tiġi implimentata.", "Nibda mill-ewwel billi naqbel mal-Onor.", "Kristy Debono fuq il-bżonn ta' konsultazzjoni għall-implimentazzjoni ta' din id-direttiva, li minkejja li fid-dieher tidher bħala waħda żgħira, se jkollha effett sostanzjali għax permezz tagħha s-siti elettroniċi kollha tal-gvern se jsiru aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Aħna nafu li llum il-ġurnata s-servizzi kollha tal-gvern jinsabu online, u allura bażikament din id-direttiva se tkun qed taffettwa lid-dipartimenti kollha tal-gvern.", "Ta' min isemmi li hemm imposti saħansitra multi għal dawk is-siti li ma jkunux konformi mal-implimentazzjoni ta' din id-direttiva, u hemm ukoll proċess li jrid jiġi segwit biex dan isir.", "Irrid nagħmilha ċara li hawnhekk qed nitkellmu fuq is-siti tal-gvern u mhux fuq siti privat, u din id-direttiva li se nkunu qed nimplimentaw hija ċara f'dan is-sens.", "L-MCA se tkun l-awtorità responsabbli minn dan kollu u se tara li dak li għandu bżonn jiġi implimentat fil-fatt jiġi implimentat.", "Issa, Sur President, xtaqt nirrispondi għal xi kummenti li saru waqt din id-diskussjoni.", "Sar kumment validu mill-Onor.", "Godfrey Farrugia li semma l-kwestjoni tal-5G u l-bżonn li jkun hemm aktar konsultazzjoni.", "Jien naqbel perfettament miegħu, anke għax is-sistema tal-5G se tkun qed tbiddel ħafna mill-proċessi li aħna nagħmlu llum il-ġurnata, jiġifieri kemm il-mod ta' kif ngħixu, kemm il-mod ta' kif naħdmu kif ukoll il-mod ta' kif niddevertu.", "Is-sistema tal-5G se tkun qed iżżid l-operat tal-aċċessibbiltà u l-fatt li din is-sistema se tkun qed tintroduċi servizzi ġodda li sal-lum mhumiex permessibbli iżda bl-introduzzjoni tal-5G se jkunu permessibbli, dak ovvjament se jkun qed ibiddel l-istil tal-għajxien u l-livell tal-ħajja tagħna, għalkemm, iva, hemm ukoll fatturi oħra li wieħed irid jara li jidħol fihom.", "Imbagħad l-Onor.", "Godfrey Farrugia għamel ukoll kummenti li jien ma naqbilx magħhom.", "Pereżempju, huwa beda jitkellem fuq l-effett tal-5G, li huwa kklassifikat bħala cancerogenic class rate 2B, fuq in-nies.", "Jien m'iniex persuna li ġej mill-kamp mediku, però vverifikajt ma' nies li ġejjin mill-kamp mediku u staqsejt fuq dawn ir-ratings ukoll.", "Hawnhekk qed nirriferi għall-International Agency for Research on Cancer (IARC).", "Kollegi tiegħi li ġejjin minn dan il-kamp spjegawli li m'hemmx kwestjoni ta' allarm f'dan is-sens.", "Fil-fatt huma qaluli li l-ikel ipproċessat, bħal bacon, kollu jiġi rated taħt il-klassifikazzjoni 2B.", "Saħansitra l-grapefruit juice huwa kklassifikat taħt din il-kategorija, jiġifieri ma' dawk il-prodotti li huma meqjusa bħala li għandhom il-possibbiltà li jkunu cancerogenic, anzi biex inkun preċiż il-grapefruit juice huwa kklassifikat 2A, li tiġi skala ogħla minn 2B.", "Għalhekk ejjew ma nagħtux l-impressjoni li għax inti tuża mobile phone, b'daqshekk se jaqbdek cancer, għax inkella fl-opinjoni tiegħi nkunu qed nallarmaw lin-nies għalxejn.", "L-ogħla klassfika hija dik ta' 1, li hija s-sunlight, jiġifieri meta toħroġ barra wkoll tkun qed tesponi lilek innifsek għal ċertu riskju.", "Għandna noqogħdu attenti kif inpoġġu ċerti argumenti għax forsi n-nies li ġejjin mill-kamp mediku jistgħu jifhmuha din, però naħseb li n-nies t'hemm barra, inkluż jien li m'iniex ġej mill-kamp mediku, meta smajtu allarmajt ruħi u rrikorrejt mal-ewwel għand il-kollegi tiegħi li huma tobba, li min-naħa tagħhom bdew jispjegawli.", "Għalhekk huwa tajjeb li meta n-nies ikunu qed jisimgħuna, nispjegaw l-affarijiet sewwa u npoġġu kollox fil-perspettiva tiegħu.", "Għall-Onor.", "Farrugia, li ġej mill-kamp mediku, hija xi ħaġa komuni li juża ċerta lingwistika teknika meta jkun qed jitkellem ma' persuni oħra li jkunu ġejjin mill-kamp mediku, imma min-naħa l-oħra ħaddieħor jista' jiġi allarmat għalxejn, jiġifieri naħseb li huwa tajjeb li niċċaraw ċerti affarijiet.", "Mill-bqija, jien naqbel mal-Onor.", "Godfrey Farrugia li l-MCA għandha bżonn tagħmel konsultazzjoni wiesgħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-konċett tal-5G għax dan huwa konċett li fl-aħħar mill-aħħar se jkollu effett dirett fuq il-livell tal-għajxien tagħna.", "Min-naħa tiegħu l-Onor.", "Glenn Bedingfield spjega x'inhi l-policy tal-gvern, speċjalment fir-rigward tal-awtoritajiet regolatorji, fejn qed nimplimentaw il-konċett li jkun hemm aktar checks and balances u li l-board of governors ikun jirrispondi għall-executive arm, jiġifieri se jkun hemm separazzjoni minn dak li ngħidulu \"executive chair\" għal non-executive chair u għal chief executive officer (CEO).", "F'dan il-każ is-CEO ikun responsabbli mill-eżekuttiv u mill-operat kollu tal-MCA, però mbagħad ikun irid jirrispondi għall-board of governors, li huwa indipendenti.", "Ta' min jgħid li din il-policy li qed jimplimenta l-Gvern fejn l-executive chair jiġi separat minn dak ta' non-executive chair u jiddaħħal CEO b'mod partikolari fl-MFSA, fl-MGA u wkoll fil-Malta Residency and Visa Programme (MRVP) … Bażikament tista' tgħid li ddaħħlet fuq ir-regolaturi kollha.", "Wieħed irid ifakkar li anke matul il-Leġiżlatura li għaddiet, meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-Oppożizzjoni, fl-MCA kien hemm non-executive chair u CEO u mbagħad eventwalment ir-rwol kien dar għal dak ta' executive chair.", "Imma jien naħseb li din hija xi ħaġa li wieħed ikun jista' jiddiskutiha u jikkunsidraha fi stadju ta' kumitat.", "Sur President, nixtieq niċċara wkoll xi punti li qajmet il-kollega tiegħi l-Onor.", "Kristy Debono fuq il-blockchain.", "L-Oppożizzjoni dejjem tirriferi għall-istess kumpanija li kellha twaqqaf il-pjani minħabba li kellha problema bl-investiment oriġinali tagħha, u dan meta bħalissa, pereżempju, hemm 300 kumpanija li qed jistennew applikazzjoni.", "L-Oppożizzjoni dejjem issemmi lill-istess kumpanija li marrilha investiment ħażin f'pajjiż ieħor li m'għandux x'jaqsam ma' Malta u b'kawża ta' hekk kellha tibdel il-pjani tagħha, imma jien ma naħsibx li għandna naqbdu dak ix-xogħol kollu li għamilna u narmuh sempliċement għax kien hemm kumpanija li sabet ruħha f'diffikultà.", "Issa ovvjament wieħed jista' jara l-istess affarijiet minn lenti differenti.", "Wieħed jista' jgħid li t-tazza hija nofsha vojta jew inkella jista' jgħid li t-tazza hija nofsha mimlija.", "Ara l-Oppożizzjoni ħafna drabi tħobb tara t-tazza nofsha vojta mentri aħna nħobbu naraw it-tazza nofsha mimlija, u jekk stess naraw in-nofs l-ieħor vojt aħna naraw kif se nimlewh!", "L-Onor.", "Kristy Debono appellatilna wkoll għall-konsultazzjoni.", "Il-konsultazzjoni ssir.", "Biżżejjed ngħid li fir-rigward tas-settur tal-blockchain saru seba' livelli ta' konsultazzjonijiet biex nirċievu l-proposti, fosthom anke mill-Oppożizzjoni, però fil-fatt min-naħa tal-Oppożizzjoni ma ġew l-ebda proposti f'dan is-sens!", "Għalhekk jien naqbel li ssir il-konsultazzjoni, però rridu nikkontribwixxu wkoll.", "Jekk hemm affarijiet li ma naqblux magħhom għandna nsemmuhom, imma min-naħa l-oħra jekk hemm affarijiet li naqblu magħhom, għandna ngħidu li naqblu magħhom.", "Jien personalment għandi relazzjoni tajba mal-Oppożizzjoni fuq dan is-settur.", "Biżżejjed insemmi li meta kont għamilt preżentazzjoni f'dan ir-rigward kien hemm kollaborazzjoni sħiħa, anke bl-aċċess għall-informazzjoni li pprovdejna, jiġifieri naħseb li nkunu skorretti jekk ngħidu li ma saritx konsultazzjoni.", "Fuq dan is-settur biss saru seba' konsultazzjonijiet pubbliċi!", "Tajjeb li nagħtu wkoll ftit informazzjoni fuq it-Tech.mt.", "Kif qalet il-kollega tiegħi l-Onor.", "Kristy Debono, it-Tech.mt hija inizjattiva ġdida u hija a public-private partnership maċ-Chamber of Commerce li se tkun qed tieħu r-responsabbiltà tal-promotional arm tas-settur tat-teknoloġija.", "Ta' min jgħid li dan il-konċett kien diġà ġie implimentat matul il-Leġiżlatura li għaddiet f'dik li kienet intitolata bħala ICT Malta, li sfortunatament, minkejja li hemm diskussjonijiet kif ukoll qbil dwarha, din qatt ma ffunzjonat.", "Għalhekk jien meta ħadt ir-responsabbiltà tad-dekasteru bdejna niddiskutu jekk għandniex, pereżempju, noħolqu AIMalta jew inkella Blockchain Malta.", "Madankollu rajna li b'dak il-mudell se jkun hemm ħafna frammentazzjoni u allura poġġejna bilqiegħda mal-uffiċjali taċ-Chamber of Commerce, u billi rajna li t-terminu \"ICT\" diġà huwa terminu antikwat, ħriġna bil-proposta li naġġornaw aktar maż-żminijiet u noħolqu tip ta' umbrella foundation li tkun tista' tieħu r-responsabbiltà tat-teknoloġiji kollha.", "Għalhekk illum it-Tech.mt għandha r-responsabbiltà li tippromwovi l-ġurisdizzjoni tagħna, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, li għandha x'taqsam mal-industrija tat-teknoloġija diġitali.", "Fi ftit kliem, hawnhekk qed nitkellmu fuq distributed ledger technologies (DLTs), blockchain, artificial intelligence, internet of things, eventwalment fuq quantum ukoll u bażikament fuq it-teknoloġiji kollha.", "Dawn huma mudelli li diġà jeżistu.", "Aħna ħarisna lejn il-mudell Ingliż, it-TechUK, u rajna li huwa mudell effiċjenti ħafna.", "Fil-fatt jien personalment żort xi operat minn tagħhom u se nkunu qed naraw li nimplimentaw sistemi li huma diġà tajbin ħafna u li jimplimentaw l-Ingilterra f'dan is-settur, li huma kkonsidrati bħala leaders fejn tidħol il-promozzjoni.", "Apparti minn hekk, aħna żidna xi ħaġa oħra li hija importanti billi fir-responsabbiltà tat-Tech.mt daħħalna wkoll element ta' edukazzjoni.", "Anke jekk wieħed iħares lejn l-istatut isib li wieħed mill-membri tal-board of governors li jipproponi l-gvern - għax ta' min jgħid li hemm struttura fejn jipproponi ammont il-gvern u ammont ieħor iċ-Chamber of Commerce - irid ikun student.", "Fil-fatt diġà ġie propost student, anzi f'dan il-każ din hija studenta, u din l-istudenta għandha wkoll ir-rwol li tippresiedi sotto-kumitat magħmul mill-istudenti.", "Aħna rridu li kemm jista' jkun ninċentivaw aktar studenti jidħlu f'din l-industrija.", "Għalhekk aħna se nimpenjaw ruħna wkoll mil-lat edukattiv sabiex dak li nkunu qed nagħmlu aħna bħala Gvern mil-lat ta' policy jasal ukoll għand l-industrija privata permezz taċ-Chamber of Commerce.", "Imbagħad mill-aspett ta' riżorsi umani aħna kemm jista' jkun qed inħajru lill-istudenti biex minn età żgħira, jiġifieri sa minn meta jkunu qegħdin fil-livell post-sekondarju fejn ikunu għadhom qed jiddeċiedu liema triq se jaqbdu bil-għan li jaħdmu fiha aktar 'il quddiem, jidħlu f'dan il-qasam b'mod dirett.", "Din hija xi ħaġa li ntlaqgħet b'mod tajjeb ħafna kemm min-naħa taċ-Chamber of Commerce kif ukoll min-naħa tal-istakeholders kollha li qed jipparteċipaw, u allura għall-ewwel darba se nkunu qed naraw istituzzjoni mmexxija mill-gvern u mill-privat li se tkun qed tinvolvi b'mod dirett anke lill-istudenti fil-policy decisions tagħhom at a board level.", "Daqshekk se nagħtuhom importanza aħna lill-istudenti, sal-livell li direttur nominat mill-gvern se jkun student!", "Dik hija l-istruttura li se nkunu qed nagħmlu!", "Qed naraw ukoll li din l-istruttura tkun qed tpoġġi taħt l-istess uffiċċju tar-registry of companies.", "Aħna qegħdin naraw li biex ikun hemm aktar consolidation u aktar economies of scales minflok ma nibqgħu nħaddnu sitwazzjoni ta' fragmentation fejn kull awtorità, kull fondazzjoni u kull entità jkollha l-back-office tagħha, ikun hemm back-office wieħed li jkun aktar professjonali u li mbagħad ikun jista' jagħti servizz lill-public relations agencies.", "Fil-fatt il-pjani huma li FinanceMalta tiċċaqlaq biex tmur taħt l-istess saqaf ukoll, jiġifieri minkejja li se jibqa' jkun hemm l-istess struttura u minkejja li se jibqa' kollox kif inhu, il-back-office tagħhom se jkun ċentralizzat.", "Back-office ifisser legal department li jitwaqqaf b'mod organizzat sabiex meta jkun hemm bżonn ta' riċerka legali jkun hemm uffiċċju professjonali li wieħed ikun jista' jirriferi għalih.", "Qed naraw ukoll sezzjoni ta' sapport għall-information technology (IT) u għall-public relations (PR) professjonali.", "Dan kollu qed isir sabiex fl-aħħar mill-aħħar il-fondi li jingħataw aġenziji bħal FinanceMalta, GamingMalta u issa anke Tech.mt jintnefqu għall-użu primarju tagħhom.", "Jien kont qed nara sitwazzjoni fejn aġenzija kien qed ikollha tħallas ċertu ammont għall-ispazju li tikri, kien qed ikollha tħallas persuna li teħdilha ħsieb l-IT, u kien qed ikollha tħallas persuna oħra biex tkun responsabbli mill-pagi.", "Dawn huma kollha affarijiet li mhumiex parti mill-iskop oriġinali ta' dawn l-aġenziji, u ħafna mill-flus li l-gvern kien jagħti lil dawn l-aġenziji biex jippromwovu l-ġuriżdizzjoni tagħna kienu qed jintnefqu f'affarijiet sekondarji u mhux għall-għan prinċipali.", "Ta' min jgħid li dan il-mudell li qed nagħmlu ntlaqa' tajjeb ħafna minn kull tip ta' industrija, fosthom minn GamingMalta, minn Tech.mt, miċ-Chamber of Commerce u mill- Institute of Financial Services Practitioners (IFSP).", "Saret diskussjoni twila fuq dan il-mudell li kulħadd qiegħed on board fuqu u ħerqana ħafna biex nibdew nimplimentawh.", "Anke fejn tidħol riċerka, Sur President, għamilna passi kbar 'il quddiem.", "Pereżempju, jien kont inħossni verament infiskat meta kont nattendi għal xi konferenza, l-ewwel jitkellem rappreżentant ta' awtorità partikolari li jikkwota ċerti ċifri u mbagħad nofs siegħa wara jitkellem rappreżentant ieħor u jikkwota figuri differenti fuq l-istess settur.", "Dan meta dawn iż-żewġ persuni jkunu qed jitkellmu fl-istess konferenza, fuq l-istess pajjiż u dwar l-istess settur.", "Din hija xi ħaġa li ma turix professjonalità, u allura kif għedt diġà, se jitwaqqaf uffiċċju responsabbli mir-riċerka, u l-informazzjoni li dan se jagħti se tkun komuni għall-awtoritajiet u l-PR organisations kollha.", "L-affarijiet b'hekk biss jistgħu jsiru b'mod professjonali.", "Ta' min isemmi wkoll li qabel mhux l-ewwel darba li kont niltaqa' ma' sitwazzjoni fejn, pereżempju, nattendi għal konferenza u nara lil kulħadd qiegħed hemmhekk u mbagħad nattendi għal konferenza oħra u ma nara lil ħadd minn Malta hemmhekk.", "Bla dubju dan kien sinjal ċar ta' nuqqas ta' kordinament.", "Għalhekk jien qed nipproponi biex issa li l-aġenziji finanzjarji se jkunu kollha taħt saqaf wieħed ikun hemm dak li ngħidulu \"steering committee\" bejniethom.", "Il-format ta' dawn l-aġenziji se jibqa' l-istess, imma issa se jibdew jiltaqgħu darba fix-xahar jew meta jkun hemm bżonn u jitkellmu bejniethom dwar il-pjani tagħhom fuq kif se jkunu qed jippromwovu l-ġuridizzjoni tagħna.", "B'hekk tispiċċa s-sitwazzjoni fejn ikollok event importanti li ma jattendilek ħadd filwaqt li mbagħad ikun hemm event ieħor u tara lil kulħadd hemmhekk!", "B'dan il-mod inkunu qed nimmassimizzaw l-użu tar-riżorsi li nkunu qed ninvestu, kemm mill-aspett finanzjarju kif ukoll mill-aspett tar-riżorsi inġenerali.", "Ngħaddi issa biex nitkellem fuq is-sezzjoni tal-Information Society (IS) li taqa' taħt l-MCA u li hija responsabbli mil-lat edukattiv għal dak li għandu x'jaqsam ma' komunikazzjoni.", "Madwar 12-il sena ilu din is-sezzjoni kienet taqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, iżda dak iż-żmien il-Gvern kien ħass li ma kellux riżorsi biżżejjed biex iwettaq dik il-ħidma hu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u għalhekk fin-nuqqas ta' dawn il-kapaċitajiet li kellu għadda din ir-responsabbiltà lir-regolatur.", "Issa jien ħassejt - u dwar dan ir-regolatur qabel miegħi wkoll - li mhuwiex ir-rwol tar-regolatur li jagħti informazzjoni edukattiva f'dak il-livell għax ir-rwol prinċipali tar-regolatur huwa li jirregola l-industrija, jiġifieri li jara li l-operaturi jkunu qed jobdu l-liġijiet, it-terms and conditions tal-liċenzja tagħhom, fost oħrajn.", "Għalhekk qbilna li l-IS għandha timxi mill-MCA għal Tech.mt sabiex din tkun tista' taqdi l-funzjoni edukattiva tagħha hemmhekk.", "Pereżempju, programmi edukattivi bħal \"Be Smart Online\" jew \"Ċavetta Diġitali\" li semma aktar qabel is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Agius Decelis issa saru jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Tech.mt.", "Rigward il-kwestjoni tal-ħaddiema sinċerament ma nafx x'informazzjoni qed tasal, però jien sal-lum stess għadni kif iltqajt mal-ħaddiema kollha ta' l-IS fi ħdan l-MCA fejn spjegajtilhom kif se nkunu qed nimxu, u nistqarr li dawn huma entużjasti għall-aħħar bil-proġett il-ġdid.", "Jien tkellimt mal-ħaddiema kollha u għidtilhom li fl-aħħar mill-aħħar aħna qed nagħmlu dak li qed nagħmlu anke fl-interess tagħhom.", "Għalhekk għamilthielhom ċara li jekk forsi xi ħadd minnhom ma jixtieqx jgħaddi minn din it-transition imma jixtieq jibqa' fl-MCA, aħna nistgħu niddiskutu flimkien il-vakanzi li hemm u l-possibbiltajiet li jeżistu ħalli min jixtieq ikun jista' jibqa' hemmhekk.", "Madankollu dawn qaluli ċar u tond quddiem kulħadd li l-pjan għoġobhom u li kollha kemm huma kellhom l-intenzjoni li jmorru ma' Tech.mt.", "Fil-fatt illum stess iltaqgħu mas-CEO ta' Tech.mt, jiġifieri d-diskussjoni tinsab għaddejja u l-komunikazzjoni qiegħda hemmhekk ukoll.", "Ta' min jgħid li s-CEO ta' Tech.mt għadha kif ġiet appuntata l-ġimgħa l-oħra wara sejħa pubblika u proċess ta' selezzjoni li kien immexxi mill-bord ta' Tech.mt.", "Ta' min jirrimarka wkoll li l-proġetti li għadni kif semmejt, jiġifieri \"Be Smart Online\" u \"Ċavetta Diġitali\", se jibqgħu għaddejjin.", "Billi ħafna minn dawn il-proġetti huma funded minn fondi Ewropej, meta ġiena l-ħsieb li mmexxu lill-IS mill-MCA għal Tech.mt, madwar erba' xhur ilu ddiskutejna dan il-ħsieb anke fuq livell Ewropew mal-Kummissjoni Ewropea, u din qaltilna li ma ssib l-ebda problema biex isir dan iċ-ċaqliq ġaladarba l-iskop ta' dawn il-programmi se jibqa' l-istess u li sempliċement se jinbidel l-isem tal-entità, li xorta għandha l-appoġġ tal-gvern.", "Hija qaltilna li aħna għandna sempliċement ninformawha b'dan it-tibdil, imma mill-bqija dawn il-proġetti jistgħu jibqgħu għaddejjin b'mod normali.", "Għalhekk kemm id-diskussjonijiet kif ukoll il-konsultazzjonijiet jinsabu għaddejjin.", "Issa ovvjament jien ma nafx x'informazzjoni waslet għand l-Oppożizzjoni, però għall-inqas lili mhux dik hi l-informazzjoni li ngħatatli, u dan jien nista' ngħidu għaliex jien wieħed mill-persuni li qed immexxi d-diskussjonijiet.", "Sur President, naħseb li bażikament dawk kienu r-rimarki li xtaqt ngħaddi, però qabel ma nikkonkludi nixtieq nirringrazzja mill-ġdid lil dawk kollha li ħadu sehem f'dan id-dibattitu filwaqt li nistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna għax nemmen li meta jiġi implimentat dan se jġib bidla pożittiva, speċjalment lil dawk li se jkunu involuti b'mod dirett mit-traspożizzjoni ta' din id-direttiva.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, Kap. 418\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. com. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER:Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li jitressaq l-Aġġornament?", "Fis-6.32 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "L-ISPEAKER: Nistieden lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO SCHEMBRI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għat-Tlieta, 2 ta' April 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni ta' ringrazzjament lill-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca għall-qadi ta' dmirijietha fil-kariga ta' President ta' Malta; u", "Mozzjoni li taħtar lil Dr George Vella President ta' Malta.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "Ninforma lill-Kamra li skont ftehim milħuq, fis-seduta ta' għada t-Tlieta, 2 ta' April, wara l-ħin tal-mistoqsijiet, il-Kamra se tgħaddi għall-konsiderazzjoni ta' żewġ mozzjonijiet bil-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellmu għal massimu ta' 15-il minuta kull wieħed fuq kull mozzjoni.", "F'każ li jintalbu divisions, dawn jittieħdu fi tmiem is-seduta.", "Il-Kamra tiġi aġġornata malli jgħaddu ż-żewġ mozzjonijiet u l-ħin tal-Aġġornament ma jitteħidx.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, xtaqt li fl-Aġġornament tal-lum nitkellem fuq żewġ issues partikolari li huma importanti għal kull pajjiż.", "Qabelxejn nixtieq nitkellem ftit fuq it-tnaqqis tal-faqar li ġab dan il-Gvern f'pajjiżna mill-2013 sal-lum.", "Nistgħu ngħidu li nużaw tliet metodi ta' kejl għall-faqar billi naraw dawk li qed jgħixu fil-faqar, dawk li qed jgħixu f'riskju ta' faqar u dawk li qed jgħixu f'esklużjoni soċjali.", "Nixtieq nibda billi nitkellem dwar dawk il-persuni li huma mċaħħda materjalment b'mod sever, jiġifieri dwar dak il-kejl li jidentifika lill-aktar persuni li qegħdin lura fis-soċjetà.", "L-ewwel nett irrid ngħid li għalkemm għadna ma wasalniex fejn irridu naslu f'dan il-qasam, irnexxielna nagħmlu ħafna.", "Jekk inħarsu lejn is-sena 2014, li tkun imfassla fuq il-figuri tal-2013, insibu li kellna 43,000 persuna li kienu mċaħħda materjalment b'mod sever.", "Dan ifisser li matul l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista 10.2% tal-popolazzjoni tagħna kienet imċaħħda materjalment b'mod sever.", "Issa l-aħħar figuri li għandna, li dejjem ikunu bbażati fuq is-sena ta' qabel, juru li sas-sena 2017 il-persuni mċaħħda materjalment b'mod sever niżlu għal 14,200, jiġifieri minn 10.2% illum qed nitkellmu fuq 3%.", "Dan ifisser ukoll li filwaqt li matul l-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista kien hemm 43,000 persuna li kienu mċaħħda materjalment b'mod sever, illum madwar sitt snin wara qed ngħidu li dan in-numru ġie ridott għal anqas minn terz ta' dak li kien.", "Jiġifieri b'hekk għamilna biżżejjed?", "Hemm fejn naħdmu aktar, u issa l-isfida tagħna hi li nolqtu lil dawn l-14,200 persuna, però ħadd ma jista' jiċħad il-fatt li għal din il-kategorija ta' nies ġibna riżultati tassew tajbin.", "Biżżejjed ngħid li din ir-rata hija l-anqas waħda li qatt ġiet reġistrata f'pajjiżna mill-2005 'l hawn, jiġifieri minn meta bdiet tinġabar din l-informazzjoni, u llum ir-rata tagħna qed tikkompara tajjeb ħafna mal-pajjiżi Ewropej, filwaqt li għal dak li huwa żvilupp soċjali qed nersqu dejjem aktar qrib il-pajjiżi Nordiċi.", "Jien ngħid li dawn ir-riżultati rnexxielna naslu għalihom bħala poplu flimkien.", "Hawnhekk ta' min jirrimarka wkoll li r-rata ta' 3% hija n-nofs tal-medja fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, il-medja ta' persuni li jinsabu mċaħħda materjalment b'mod sever fl-Unjoni Ewropea hija dik ta' 6.6%, filwaqt li llum l-aħħar figuri li għandna stabbilixxew dik ir-rata għal 3%.", "Għalhekk dawn ir-riżultati huma inkoraġġanti ħafna u ma ġewx mix-xejn imma ġew minn ħafna ħidma li saret, anke f'dawk li huma miżuri tal-Budgets u miżuri tas-servizzi soċjali.", "Pereżempju, ma nistax ma nsemmix fost oħrajn it-tapering of benefits, li għen lin-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jibqgħu fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll l-in-work benefit, iż-żieda fiċ-children's allowance u miżuri oħrajn.", "Hawnhekk aħna qed ngħidu li fuq medda ta' madwar sitt snin irnexxielna nnaqqsu madwar 29,000 persuna li sas-sena 2013 kienu meqjusa li huma mċaħħda materjalment b'mod sever.", "Sur President, xi nkunu qed ngħidu meta nirriferu għal persuna li hija mċaħħda materjalment b'mod sever jew inkella li hija mċaħħda materjalment imma mhux b'mod sever?", "Hawnhekk se nipprova ma nkunx tekniku.", "Il-persuni li jsir l-istudju fuqhom jiġu ppreżentati b'disa' tipi ta' spejjeż - fost dawn hemm, pereżempju, jekk jaffordjawx li jsaħħnu d-dar fix-xitwa - u jekk persuna ma tkunx taffordja mill-anqas tlieta minnhom, allura titqies li hija mċaħħda materjalment, filwaqt li jekk ma tkunx taffordja erbgħa jew aktar minnhom, f'dak il-każ din il-persuna titqies li tkun imċaħħda materjalment b'mod sever.", "Diġà tajt eżempju ta' waħda mill-ispejjeż li tissemma f'dan il-kejl li jsir.", "Eżempji oħra huma jekk persuna taffordjax tħallas spejjeż li jinqalgħu għall-għarrieda, jekk persuna taffordjax tħallas btala ta' ġimgħa 'l bogħod mid- dar, jekk persuna taffordjax tħallas is-self jew il-kera fuq il-proprjetà tagħha, jekk persuna taffordjax tħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew ħlasijiet oħra li jkunu qed isiru bin-nifs, jekk persuna taffordjax tiekol laħam, tiġieġ jew ħut kull jumejn u jekk għandhiex magna tal-ħasil, sett tat-televixin tal-kulur, telefon u karozza.", "Kif għedt diġà, dawk il-persuni li ma jlaħħqux ma' erbgħa jew aktar minn dawn l-ispejjeż jiġu meqjusa li qegħdin f'sitwazzjoni ta' ċaħda materjali severa filwaqt li dawk il-persuni li ma jlaħħqux ma' mill-anqas tlieta minn dawn l-ispejjeż ikunu meqjusa li qegħdin f'ċaħda materjali.", "Hija xi ħaġa inkoraġġanti ferm li taħt din l-Amministrazzjoni, grazzi għall-miżuri soċjali li semmejt kif ukoll għal miżuri oħra li ttieħdu f'baġits differenti, fosthom għaż-żieda li ngħatat lill-pensjonanti għal darba, tnejn, tlieta - ta' min jgħid li diġà għandna commitment li se nerġgħu nagħtu żieda oħra - u l-ħruġ ta' bonds hekk imsejħa \"62+\" b'rata favorevoli ta' interessi għal dawk il-persuni li għandhom aktar minn 62 sena, b'naqra mbottatura oħra 'l quddiem illum wieħed qed jgħix kwalità ta' ħajja aħjar.", "Sur President, matul is-sitt snin li għaddew irnexxielna nagħmlu progress konsiderevoli.", "Biżżejjed ngħid li fl-aħħar sena ta' Gvern Nazzjonalista dawk li kienu meqjusa bħala li huma mċaħħda materjalment kienu jlaħħqu 20.2% tal-popolazzjoni, u allura kienu jammontaw preċiżament għal 83,949, imma issa l-aħħar figuri li għandna għad-dispożizzjoni tagħna qed juru li dak in-numru naqas b'aktar min-nofs u llum qed nitkellmu fuq madwar 40,800 jew għal 8.7%.", "Irrid ngħid ukoll għall-korrettezza li s-sena li għaddiet, li ġiet maħduma fuq il-figuri tal-2016, dak il-persentaġġ kien ta' 8%, jiġifieri hawnhekk rajna żieda marġinali ta' 0.7%, imma aħna qed naħdmu biex neliminaw din iż-żieda.", "Fil-fatt mill-istatistika li ħarġet jidher li l-aktar żewġ fatturi li kkontribwew għal din iż-żieda marġinali kien dak tal-kera kif ukoll il-pagamenti tal-loans li wieħed jista' jkollu fuq daru.", "Madankollu, ir-riżultati kienu tajbin għax il-fatt jibqa' li minn 20.2% irnexxielna ninżlu għal 8.7%, u dan filwaqt li l-medja fl-Unjoni Ewropea hi dik ta' 13.8%.", "Minkejja dan, aħna xorta waħda rridu naħdmu biex neliminaw dawk ir-riżultati li ma kinux daqstant pożittivi.", "Ta' min igħid li mir-riżultat li ħareġ jidher li tnejn mill-ispejjeż li n-nies sabuha diffiċli biex ilaħħqu magħhom kien hemm dik tal-pagamenti fuq self u kirjiet kif ukoll dik li jsaħħnu djarhom fix-xitwa.", "Aħna bdejna wkoll nieħdu ċerti miżuri sabiex nimmiraw li nolqtu l-lakuna li ġiet identifikata fir-rigward tal-kirjiet.", "Hawnhekk qed nirriferi b'mod partikolari għal waħda mill-miżuri li ddaħħlu fl-aħħar Baġit, li hija l-miżura tal-home benefit, fejn f'dan il-każ in-nies mhux biss se jiġu megħjuna skont il-qligħ tagħhom, jiġifieri skont jekk inti taqbiżx il-limitu biex tikkwalifika jew le … Dak jgħodd ukoll, imma aħna issa qed inħarsu anke lejn il-persentaġġ tal-income li persuna tonfoq fuq il-kera.", "B'hekk hawn qed ngħidu li l-ewwel kejl tradizzjonali huwa dak li wieħed ma jaqbiżx ċertu threshold - u hawn ta' min jirrimarka wkoll li filwaqt li qabel il-gvern kien jagħtu sussidju li kien jammonta għal €83, issa dan il-Gvern irdoppja dak is-sussidju b'100% biex ġabu għal €166 - u mbagħad jekk wieħed ma jaqbiżx dak it-threshold, imbagħad se naraw x'persentaġġ mill-income tiegħu dak l-individwu jonfoq fuq il-kera.", "Ovvjament il-Gvern jikkonsidra jekk proprjetà għandhiex kamra tas-sodda waħda, żewġt ikmamar tas-sodda jew tlieta, jivvaluta kemm għandha tkun il-kera fuq dik il-proprjetà u minbarra li l-individwu kkonċernat jingħata sussidju li, kif għedt diġà, issa jammonta għall €166, il-Gvern jagħtih ukoll id-differenza bħala home benefit.", "Ta' min jgħid li hawnhekk qed nitkellmu fuq benefiċċju li jista' jlaħħaq massimu ta' €5,000 fis-sena.", "Għalhekk illum altru li mhux €166 biss qed jingħata bħala għajnuna mingħand il-gvern dak li jkun f'dik li hija kera, għax dan qed jingħata wkoll mill-anqas €400 fix-xahar, skont il-qagħda finanzjarja ta' dak li jkun.", "Din il-miżura tal-Baġit li tħabbret għal din is-sena 2019 għandha tgħin ħafna, għalkemm jeħtieġ li jittieħdu miżuri oħrajn ukoll f'dan il-qasam għax ikun tajjeb li we call a spade a spade u nammettu li n-nies qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-kirijiet tal-proprjetà.", "Jien m'għandi xejn kontra l-proprjetarji u nifhem li one makes hay while the sun shines, imma forsi l-proprjetarji qed jipprovaw jagħmlu aktar minn \"hay\", u għalhekk il-white paper li nidejna kienet bżonnjuża ħafna.", "Ovvjament hawnhekk qed nirreferi biss għal dawk il-proprjetajiet li huma residenzjali għax aħna assolutament m'għandniex l-intenzjoni li nagħtu direzzjoni lil dawk il-kirijiet li huma ta' natura turistika jew li mhumiex ta' natura residenzjali.", "Fil-fatt din il-white paper diġà ħarġet għall-konsultazzjoni u ma niddejjaqx ngħid li fl-opinjoni tiegħi wasal iż-żmien li jibdew jittieħdu ċertu deċiżjonijiet għax ġaladarba huwa ċar li hemm xi ħaġa li qed taffettwa lis-soċjetà ħażin, allura aħna bħala Gvern għandna nidħlu biex nindirizzaw is-suq.", "Hawn nixtieq nagħmilha ċara li aħna m'għandna l-ebda intenzjoni li nirreġimentalizzaw jew li b'xi mod jew ieħor nidħlu fil-ftehim ta' bejn il-partijiet, imma ovvjament irridu naraw aktar trasparenza, irridu naraw aktar stabbiltà fis-suq, u fl-aħħar mill-aħħar irridu naraw ukoll li jekk ikun hemm xi kwestjonijiet, dawn jiġu solvuti malajr kemm jista' jkun u ma noqogħdux intawlu s-snin, kif aħna mdorrijin nagħmlu meta jkollna proċeduri bħal dawn.", "Naturalment min-naħa l-oħra wieħed irid jara wkoll li min ikun investa jieħu dak li jkun ħaqqu wara l-investiment li jkun għamel.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel fuq dan is-suġġett huwa li wieħed jieħu pjaċir jara li fil-ġlieda tagħna kontra l-faqar mhux biss qed naraw riżultati tajbin u mhux biss naqas il-persentaġġ globali, imma rnexxielna nolqtu l-etajiet kollha.", "Pereżempju, jekk inħarsu lejn dawk il-persuni li għandhom anqas minn 18-il sena u li allura huma meqjusa bħala tfal, hemmhekk insibu li n-numru naqas b'madwar nofs minn dak li kien fl-2013 u minn dak li kien fl-2018.", "L-istess nistgħu ngħidu għal dawk il-persuni li għandhom bejn it-18 u l-64 sena għax hemmhekk ukoll rajna ċertu tnaqqis.", "Għalkemm kien diffiċli biex wieħed jilħaq il-faxxa ta' dawk li għandhom 65 sena jew aktar, bi pjaċir ngħid li rajna titjib anke f'dan is-settur.", "Dan ifisser li mhux biss qed jirnexxilna nnaqqsu n-numru ta' nies foqra b'mod globali, imma qed jirnexxilna wkoll nolqtu lill-persuni ta' kull età.", "Aktar ma l-income tal-pajjiż jogħla, sfortunatament aktar se jkun diffiċli li wieħed joħroġ mill-marġini tal-faqar minħabba li l-kejl jiġi kkalkolat fuq 60% tal-pagi kollha tal-pajjiż, imma dan ma jfissirx li b'xi mod għandna nnaqqsu r-riżoluzzjoni tagħna li nibqgħu naħdmu dejjem aktar sabiex intejbu s-sitwazzjoni tal-ħajja ta' kulħadd.", "Sur President, ma nistax nonqos milli nitkellem fil-qosor ukoll dwar ir-riformi kostituzzjonali li se jsiru u li se jolqtu lil dan il-Parlament bil-għan li din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ikollha rappreżentanza aħjar taż-żewġ sessi.", "L-ewwel nett ta' min jgħid li dak li ġie propost għad-diskussjoni mhuwiex kwestjoni ta' kwoti.", "Il-kelma \"kwota\" minnha nnifisha diġà tinstema' daqsxejn ħażin, u l-ħsieb wara dawn l-emendi li qed jiġu proposti huwa li ma nitkellmux fuq kwota imma fuq mekkaniżmu korrettiv li f'dan il-każ huwa bbażat fuq il-ġeneru.", "Il-mira prinċipali tagħna hija dik li għall-inqas ikollna 40% tas-siġġijiet li jkunu rappreżentati jew min-nisa jew inkella mill-irġiel.", "Ta' min jgħid li s-sistema preżenti li għandna fiha nnifisha diġà għandha mekkaniżmu korrettiv.", "Fil-fatt meta s-siġġijiet li jitilgħu bil-voti ma jirriflettux bi preċiżjoni l-persentaġġi tal-first count votes li jġibu l-partiti, jiżdiedu s-siġġijiet biex jiġi rifless dak ir-ratio bejn iż-żewġ partiti.", "Kif għedt diġà, aħna issa qed nitkellmu fuq mekkaniżmu korrettiv li jista' jwassal biex jassigura li għall-inqas 40% tas-siġġijiet ikunu rappreżentati jew min-nisa jew inkella mill-irġiel, għax ovvjament jekk ikollok 40% tar-rappreżentanti ta' ġeneru partikolari, imbagħad se jkollok 60% mill-ġeneru l-ieħor.", "Jien naħseb li xi ftit jew wisq din kienet mira kuraġġjuża li żgur ħolqot diskussjoni u li m'għandix dubju li se tkompli toħloq diskussjoni.", "Ta' min jgħid li l-ħsieb wara dan kollu huwa li f'dan il-Parlament naraw rappreżentanza aktar ugwali bejn il-ġeneri kemm jista' jkun possibbli.", "Aħna qed ngħidu li wħud mill-miżuri li se ndaħħlu biex nilħqu din il-mira se jkunu temporanji, jiġifieri jekk pereżempju fl-2020 se nibdew inħaddmu ċerti sunset clauses, wara 20 sena l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri tiskadi.", "Qed niddiskutu wkoll il-mainstreaming tal-ġeneru fil-Parlament, qed niddiskutu l-possibbiltà ta' ħinijiet aħjar, u qed niddiskutu wkoll il-proposta li dan il-Parlament ikollu faċilitajiet li jkunu jistgħu jservu ta' għajnuna għal dawk il-Membri Parlamentari li jkunu ġenituri.", "Qed nissuġġerixxu anke li jingħataw ċerti fondi lill-partiti politiċi mill-Istat sabiex ikun hemm ċerti inċentivi li joffru appoġġ.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-liġi tal-finanzjament tal-partiti, li għamilha Gvern Laburista wara li ħaddieħor kien għamel 25 sena jwiegħed li se jagħmilha u fil-fatt baqa' m'għamilhiex.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li qed nikkonsidraw ukoll jekk ċerti responsabbiltajiet tal-Kummissjoni Elettorali għandhomx jiġu estiżi.", "Hemm saħansitra ħsibijiet dwar il-possibbiltà li l-backbencher jiġi full-time, u bla dubju dawn il-proposti li semmejt u li hemm għad-diskussjoni llum huma proposti interessanti.", "Minn hawnhekk nixtieq ngħid verament \"prosit\" lil kull min ħadem biex setgħu jitressqu dawn il-proposti, mhux l-anqas lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi ħafna.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 2 t'April 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Fis-6.58 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "FALSIFIKAZZJONI TA' PASSAPORTI – PERSUNI AKKUŻATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata li ffalsifikat, biddlet jew għamlet xi tibdil f'passaport jew inkella wżat jew kellha passaport li taf li ġie ffalsifikat, mibdul jew sar tibdil fih sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li matul is-sena 2013 sal-aħħar ta' Frar 2019 kien hemm 395 każ fejn persuni barranin instabu li għamlu użu b'passporti falsifikati, u dawn ġew skoperti fis-snin kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, li tinkludi wkoll l-ammont ta' dokumenti skoperti kull sena, l-etajiet u s-sess.", "Dwar nazzjonalità tal-persuni misjuba jagħmlu użu ta' dawn il-passaporti, kienu diversi u jinkludu Afgani – Albaniżi – Kongoliżi – Kosta tal-Ivorju – Eġizzjani – Eritrej – Etjopiani - Iranjani – Libjani – Mali – Niġer – Niġerjani – Serbi – Somali – Sudaniżi – Sirjani – Torok – Gambjani – Lebaniżi – Senegaliżi – Bosniaċi – Kolumbjani – Russi u Togoliżi, fost oħrajn.", "Filwaqt li f'erba' każi minn dawn il-persuni mressqa ġew liberati u fi 12-il każ ieħor is-sentenza għadha pendenti, fil-każijiet l-oħra l-persuni mressqa kollha nstabu ħatja.", "Il-pieni kienu jvarjaw minn priġunerija effettiva, għal sentenzi sospiżi b'perjodi diversi u libertà kundizzjonata.", "TELF TA' PASSAPORTI – KAŻIJIET RAPPORTATI LILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' telf ta' passaporti lill-Korp tal-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrappurtati bħala mitlufa, kemm-il passaport instab u kemm-il passaport baqa' mitluf?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li skont is-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, fil-perjodu ta' bejn is-sena 2013 u t-28 ta' Frar tal-2019 l-ammont ta' passaporti li ġew irrapurtati mitlufa u dawk misjuba kien kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Mis-sistema ma jistgħux jiġu elenkati d-dettalji ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrappurtati bħala mitlufa għax din l-informazzjoni ma tinżammx taħt forma elettronika.", "TELF TA' PASSAPORTI – KAŻIJIET IRRAPPURTATI LILL-UFFIĊĊJU TAL-PASSAPORTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' telf ta' passaporti lill-Uffiċċju tal-Passaporti, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew irrappurtati bħala mitlufa, kemm-il rapport sar personalment u kemm-il rapport sar bil-miktub, kemm-il passaport instab u kemm-il passaport baqa' mitluf?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċittadini barranin li jintilfilhom jew jinsterqilhom il-passaport iridu jagħmlu rapport fl-għases tal-Pulizija u/jew fl-Ambaxxati u Konsolati, u mhux mal-Uffiċċju tal-Passaporti.", "Bl-istess mod, ċittadin Malti wkoll għandu l-ewwel jagħmel rapport fl-għases tal-Pulizija.", "Madanakollu, ninsab infurmat minn Identity Malta li bejn l-2013 u llum l-ammont ta' passaporti ta' ċittadini Maltin immarkati mitlufa jew misruqa fis-sistema tal-Uffiċċju tal-Passaporti kien kif ġej:", "PASSAPORTI RRAPPURTATI MITLUFA KKONSENJATI LILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Korp tal-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew ikkonsenjati lill-Korp tal-Pulizija?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta' kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Korp tal-Pulizija kif mitlub mill-Onor.", "Interpellant, u dan anke fid-dawl li dawn setgħu nstabu u ma ġewx ikkonsenjati lilhom, ġew ikkonsenjati lil awtoritajiet oħra, u raġunijiet oħra.", "KARIGA TA' MĦALLEF FIL-QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM – PANEL TAL-GĦAŻLA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-selection panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta' qabel ukoll?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IL-MELLIEĦA - XOGĦLIJIET FUQ TOROQ MINN INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità tal-Mellieħa fis-sena 2018?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-Aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità tal-Mellieħa.", "Dawn kienu jinkludu xogħol fi Triq it-Telgħa ta' Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Louis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma u l-pont tal-Mistra.", "Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm erba' toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Mellieħa - Taraġ il-Landiera, Triq il-Marfa, Triq it-Tabib Joseph Grech Attard u Triq ir-Rattan.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fis-sena 2018?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar.", "Dawn kienu jinkludu xogħol f'Telgħet ix-Xemxija, Triq Simar, Triq it-Turisti, Triq San Martin, Xatt il-Pwales, u parti minn Triq it-Tamar.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħra.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm xejn inqas minn ħdax-il triq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar – Triq il-Luzzu u Triq it-Turisti (li diġà beda x-xogħol fihom), Triq San Pawl, Triq Għawdex, Triq Ibħra, Triq il-Mistrieħ, Triq Ċensu Tanti, Triq il-Ġifen, Triq Annetto Caruana, Triq Paderborn u Triq Sir Luigi Preziosi.", "IN-NAXXAR - XOGĦLIJIET FUQ TOROQ IPPJANATI LI JSIRU MINN INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità tan-Naxxar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tan-Naxxar - Triq il-Ġdida fi Triq Ix-Xbieki, Triq il-Forġa parti minn Triq il-Kappella ta' San Mikiel, Triq Il-Magħtab, Triq Leli Falzon u Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa.", "Ser isiru wkoll xogħlijiet f'parti minn Triq Il-Kosta, Triq il-Prinjol, Triq ta' Qadi, triq li tmiss ma' Triq tal-Imdawra, triq fil-limiti ta' Budaqq, Triq Kampanjol u Triq John Adye.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet f'diversi toroq oħrajn fil-lokalità tan-Naxxar.", "Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgħa t'Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta' Kowalska, parti min Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq Tal-Balal, fost oħrajn.", "Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħra.", "IL-MELLIEĦA - XOGĦLIJIET FUQ TOROQ IPPJANATI LI JSIRU MINN INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità tal-Mellieħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli twaqqfet fis-Sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm erba'toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Mellieħa - Triq Il-Marfa, Taraġ il-Landiera, Triq it-Tabib Joseph Grech Attard u Triq ir-Rattan.", "Ser isiru wkoll xogħlijiet fi Triq il-Wilġa u partijiet minn Triq il-Mellieħa, waqt li għadu qed isir xogħol fi Triq il-Palma.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll fi Triq it-Telgħa ta' Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Louis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma u l-pont tal-Mistra.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħra.", "SAN PAWL IL-BAĦAR - XOGĦLIJIET FUQ TOROQ IPPJANATI LI JSIRU MINN INFRASTRUTTURA MALTA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2019, Infrastruttura Malta fuq liema toroq se taħdem fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm xejn inqas minn ħdax-il triq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar – Triq il-Luzzu u Triq it-Turisti (li diġà beda x-xogħol fihom), Triq San Pawl, Triq Għawdex, Triq Ibħra, Triq il-Mistrieħ, Triq Ċensu Tanti, Triq il-Ġifen, Triq Annetto Caruana, Triq Paderborn u Triq Sir Luigi Preziosi.", "Infrastructure Malta qed tqis sew is-sitwazzjoni u l-qagħda tat-toroq f'San Pawl il-Baħar, u qed tippjana mhux biss bini ta' toroq ġodda, iżda wkoll ħidma ta' manutenzjoni u tiswijiet f'toroq oħrajn f'din il-lokalità li għal dawn l-aħħar snin sofriet minn nuqqas ta' investiment lokali fiż-żamma tat-toroq.", "Fil-fatt diġà saru xogħlijiet f'diversi toroq oħrajn fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar.", "Dawn kienu jinkludu xogħol f'Telgħet ix-Xemxija, Triq Simar, Triq it-Turisti, Triq San Martin, Xatt il Pwales, u parti minn Triq it-Tamar.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħra.", "Inbeda wkoll xogħol fi triq rurali li tmiss ma' Triq Busewdien, waqt li għal din is-sena diġà hemm ippjanati xogħlijiet oħrajn fi Triq Rihana, triq li hemm fl-inħawi ta' Wied il-Ħżejjen u triq rurali oħra li tinsab bejn Triq il-Bidnija u Triq l-Imġarr.", "KORP TAL-PULIZIJA - MEMBRI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?", "Jista' jgħid ukoll ir-rank/grad ta' dawn in-nisa?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li sal-20 ta' Marzu 2019, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 2,263 membru.", "Fosthom 1,798 huma rġiel u 465 huma nisa fir-rankijiet li jidhru fit-tabella t'hawn taħt:", "APPLIKAZZJONIJIET GĦAL VISA - ĊITTADINI MIN-NEPAL, BANGLADESH, INDJA U PAKISTAN", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9104 u jgħid kemm-il applikazzjoni saret għal visa Maltija minn ċittadini tan-Nepal, il-Bangladesh, l-Indja u l-Pakistan mill-2013 sal-lum?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati maqsuma skont l-isem tal-applikant?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bil-mod ta' kif inhi miktuba l-mistoqsija parlamentari 9498, din ma tistax tiġi mwieġba għaliex tmur kontra l-protezzjoni u l-privatezza tad-data tal-individwi.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – ĦLASIJIET LIS-SIDIEN TAL-ART MEĦUDA GĦALL-HOME OWNERSHIP SCHEMES", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8822 fejn il-Ministru jirreferi għall-perjodu meta jien kont Ministru responsabbli għall-ħlasijiet ta' Home Ownership Scheme plots, meta fil-fatt jien kont l-ewwel Ministru għall-Artijiet mill-1981 sal-2008 li kien ta direzzjoni biex kull sena l-Lands jibdew iħallsu lil min kienet itteħditlu l-art bejn l-1981-1983 biex fuqhom inbnew l-HOS plots, u fil-fatt bejn l-2008 u l-2013 għall-ewwel darba saru miljuni ta' ewro fi ħlasijiet ta' arretrati biex mijiet ta' nies ħadu li ħaqqhom u oħrajn setgħu jsiru sidien ta' djarhom, jista' issa l-Ministru jwieġeb dak li staqsejtu fil-mistoqsija parlamentari 8822 u jgħid kemm-il unit/plot tal-HOS tas-snin 80 ġew imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u li fuqhom ir-residenti għadhom jgħixu b'konvenju li jiġġedded, ġew imħallsa fl-2017, 2018 u 2019 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm intefqu flus u f'liema lokalitajiet kienu dawn ir-residenzi?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li matul l-aħħar xhur intensifikaw id-diskussjonijiet teknici bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorijiet tad-Djar sabiex jibdew jissolvew in-numru kbir ta' każijiet li ilhom għexieren ta' snin pendenti sabiex is-sidien isiru verament sidien ta' djarhom inkluż meta hu kien ministru responsabbli għall-istess ħlasijiet.", "KUMPANIJI LIKWIDATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8209 u 8074 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b'xahar?", "JOSEPH MUSCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fl-2017 u fl-2018 għal kull kumpanija xolta, infetħu 4 kumpaniji ġodda.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk id-data sets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ġejt informat mill-MITA li l-Gvern għandu bosta data sets u informazzjoni oħra strutturata li huma fid-dominju pubbliku u aċċessibbli minn diversi siti elettroniċi tal-gvern.", "Però bhalissa m'hemmx lista ta' data sets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data.", "Ghalhekk qed jiġi implimentat proġett li se jipprovdi Portal Nazzjonali tad-Data, minn fejn open data ser tkun aċċessibbli taħt licenzja li tagħti dritt ta' użu mill-ġdid, li tkun tista' tiġi mniżżla taħt format miftuħ (open format) u li ma tkunx marbuta ma' xi teknoloġija partikulari (non-proprietary).", "B'hekk inkunu qed norbtu iktar mad-definizzjoni stretta tat-terminu \"open data\".", "Ninsab informat mill-MITA, li qed tieħu ħsieb li jinbena dan il-portal, li dan ikun lest fit-tielet kwart tas-sena 2019.", "Għaddej ukoll xogħol biex isiru d-dispożizzjonijiet tal-liġi biex ikun hemm Awtorità Regolatorja u tinħatar l-entità responsabbli mill-implementazzjoni tal-open data.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2023.", "Għar-rigward tal-binja tal-Information Management (IMU), din hi binja antika li ma toffrix wisq flesibbiltà, iżda l-fatt li l-IMU jaħdmu permezz tat-teknoloġija tal-informatika, jagħmilha possibbli li l-impjegati ma jkunx hemmx bżonn li joperaw bilfors minn din il-binja.", "Dwar il-binja tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, dan huwa post tal-privat.", "Internament il-post huwa aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, iżda hemm problema dwar l-aċċess minn barra, liema problema qed ikun esplorat kif tista' tiġi solvuta.", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni li s-servizzi offruti minn din il-binja jistgħu jiġu aċċessati kemm online kif ukoll mis-servizz.gov.", "Dwar il-binja tad-Dipartiment tal-Verifika Interna u Investigazzjonijiet, ġejt informat li se jkun hemm binja ġdida.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, kif ukoll l-entitajiet u dipartimenti fid-dekasteru tiegħi huma kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, b'eċċezzjoni għal binja tal-Kordin Grain Terminal li tinsab fil-port u f'żona fejn l-aċċess huwa kkontrollat.", "F'dan ir-rigward qegħdin isiru evalwazzjonijiet biex dan is-sit ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Kull entità u dipartiment li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħi huma impenjati li fejn hu teknikament possibbli dejjem ikomplu jtejbu l-aċċessibbiltà tal-postijiet tagħhom.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL - AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-parti l-kbira tal-postijiet fid-dekasteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Pereżempju, il-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, li tinkludi wkoll dipartimenti u direttorati, hija kompletament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Madankollu, mhux il-postijiet kollha fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma kompletament aċċessibbli.", "Uħud huma aċċessibbli parzjalment.", "Għalhekk, il-MEDE qed jaħdem bi pjan biex il-binjiet kollha li jaqgħu taħtu isiru aċċessibbli.", "Fl-aħħar sena ġew installati numru ta' lifts, rampi u ġew ukoll irranġati numru ta' faċilitajiet sanitarji biex dawn isiru aktar aċċessibbli.", "Il-bini fejn hemm id-Dipartiment tal-Eżamijiet huwa aċċessibbli fis-sular t'isfel biss.", "Dan huwa bini skedat u ma tistax issir stallazzjoni ta' lift.", "L-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA - AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2026.", "ALTERNATIVE DISPUTE RESOLUTION – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL-LIĊENZJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għad-domanda parlamentari numru 27945 tat-12-il leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie introdott S. L. 378.18 fil-liġijiet ta Malta dwar alternative dispute resolution kemm entitajiet applikaw mal-Consumer Affairs Council sabiex jottjenu liċenzja skont il-liġi msemmija, min huma dawk kollha li applikaw, kemm u min minnhom ġie aċċettat, kemm u min minnhom ġew rifjutati, kemm hemm u min huma li għad għandhom l-applikazzjoni tagħhom being processed?", "Jista' jgħid ukoll dawk li ġew aċċettati f'liema setturi joffru s-servizzi tagħhom?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-lista tal-entitajiet kollha li applikaw sabiex jingħataw ADR status sa issa huma t-tmienja li ġejjin:", "· L-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju", "· Id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur", "· Dr Mario Caruana LL.D għall-'ADR Malta Centre'", "Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur s'issa għadu qatt ma rrifjuta ebda talba mingħand kwalunkwe entità li ressqet applikazzjoni uffiċjali għal ADR status f'pajjiżna.", "Attwalment, il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandu talba waħda pendenti minn entità kummerċjali.", "Pardee Consulta, eCOGRA u MADRE jispeċjalizzaw fis-settur tal-gaming, EADR toffri servizz ta' 'alternative dispute resolution' ġenerali, l-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju jispeċjalizza fi kwistjonijiet ta' 'alternative dispute resolution' li għandhom natura finanzjarja, id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur joffri servizz ta' 'residual ADR', filwaqt li Dr Mario Caruana għall-'ADR Malta Centre' joffri servizz ta' 'alternative dispute resolution' ġenerali.", "BINI TA' QORTI ĠDIDA F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Press Release 190321 maħruġa mill-Ministeru tagħha, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-P.A. number għall-proġett ta' bini ta' Qorti ġdida ġewwa Għawdex kif ukoll kopja tal-pjanti u applikazzjoni tal-istess binja?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tracking number huwa 216321.", "GĦAWDEX - WIDIEN RIJABILITATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'widien ġew imnaddfa u riabilitati minn Ġunju 2017 sal-lum ġewwa Għawdex?", "Tista' tgħid x'kienet l-ispiża fuq kull wieħed mill-widien u fiex kien jikkonsisti x-xogħol?", "Tista' tgħid x'widien hemm ippjanati li jitnaddfu matul is-sena 2019?", "Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu proġett ambizzjuż li għalih akkwistajna fondi mill-Unjoni Ewropea għall-ammont ta' €8,066,000.", "Il-widien li huma inklużi f'dan il-proġett huma:", "PROVISO TAL-ARTIKLU 569(6) TAL-KODIĊI KRIMINALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza ġie applikat il-proviso tal-artiklu 569(6) tal-Kodiċi Kriminali u senjatament fejn jipprovdi: \"Iżda jekk l-Avukat Ġenerali jkun ordna li ma għandhom jittieħdu ebda proċeduri, huwa għandu jibgħat rapport lill-President ta' Malta fejn jiddikjara r-raġunijiet għaliex ikun għamel dan.\"?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-proviso tal-artikolu 569(6) mill-2013 sal-20 ta' Marzu 2019 ġie applikat darba fl-2016 b'relazzjoni ma' inċident waqt l-għads li kien jinvolvi persuni ta' nazzjonalità Brittanika u li seħħ f'Għawdex.", "LESA - STRUTTURA TA' KARIGI U POŻIZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9521 u jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI: DIPARTIMENTI U AĠENZIJI – UFFIĊĊJU F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċċju għandhom f'Għawdex l-aġenziji jew dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?", "Jista' jelenkahom u jgħid fejn qegħdin u x'servizzi joffru?", "Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull uffiċċju, kull impjegat kemm ilu snin u xhur jaħdem, u xi grad għandhom dawn l-impjegati f'kull uffiċċju?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "INFRASTRUTTURA MALTA: ĦADDIEMA – MARKI F'TOROQ F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9305, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawn l-istudji li qed isiru minn Infrastructure Malta fuq it-toroq kollha ta' Għawdex peress li dawn għadhom ma jiffurmawx parti mix-xogħol li trid tagħmel Infrastructure Malta iżda jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istudju nazzjonali li qed twettaq Infrastructure Malta, u li dwaru ngħata t-tagħrif fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9305 f Seduta 208, se joffri għodda importanti ferm għall-ippjanar tal-iżvilupp, bini mill-ġdid u manuntenzjoni tat-toroq f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Is-sistema elettronika ġdida li qed tinħoloq b'tagħrif dwar l-istat tat-toroq mistennija tkompli tiġi aġġornata regolarment sabiex ikollna kejl aktar preċiż tal-andament ta' din l-infrastruttura tat-trasport daqstant importanti għall-ħajja soċjali u ekonomika tagħna.", "Għall-ewwel darba, pajjiżna se jkollu tagħrif dettaljat tal-istat ta' kull triq, b'dettalji tekniċi li jappoġġjaw il-ħidma ta' dawk kollha involuti f'dan il-qasam biex nippjanaw bl-aħjar mod il-prioritajiet tal-investiment bla preċedent li qed isir mill-Gvern fl-infrastruttura tat-trasport u biex niżguraw li nieħdu l-aħjar valur minnu.", "Filwaqt li l-ħidma ta' titjib fil-kwalità tat-toroq, li kien ilha meħtieġa snin, diġà bdiet u tinsab għaddejja b'ritmu qawwi, sa minn meta tħabbar dan l-investiment fl-2017, l-istudju li qed isir bħalissa se jkompli jsaħħaħ u jiffaċilita dan ix-xogħol fis-snin li ġejjin.", "Kif intqal kemm-il darba, Infrastructure Malta qed tappoġġja wkoll lill-Ministeru għal Għawdex, kunsilli lokali u entitajiet oħra fil-kontinwazzjoni ta' proġetti u ħidmiet differenti fit-toroq f'Malta u Għawdex.", "Fid-dawl ta' dan, ma kienx ikun għaqli għal Infrastructure Malta li fl-istudji tagħhha tiffoka biss fuq it-toroq fdati lilha b'mod dirett f'din l-ewwel sena ta' ħidma tagħha.", "Il-kollaborazzjoni kontinwa bejn dawk kollha involuti fl-iżvilupp u t-titjib tat-toroq se tkompli tissaħħaħ ukoll bit-tagħrif u l-għodda elettroniċi li qed jinkisbu permezz tal-istudji li għaddejjin bħalissa.", "XAGĦRA GĦAWDEX – NIGHT SHELTER ĠDID", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9155, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li dan in-night shelter ġewwa x-Xagħra Għawdex għadu mhux lest meta kien inawgurat minnha f'Ottubru 2018 ħames xhur ilu?", "Tista' telenka fid-dettall x'għad fadal isir f'dan in-night shelter u f'liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jilqa' l-ewwel residenti?", "Tista' tgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-assessment tal-applikant għadu mhux lest u ħa diġà iktar minn ħames xhur biex isir?", "Interpellant li l-assessments tal-applikanti saru bejn it-tieni u t-tielet ġimgħa ta' Marzu 2019.", "In-night shelter ġewwa x-Xagħra ħa jibda jopera f'April 2019 wara li tlestew l-aħħar xogħlijiet li kellhom isiru mill-Parroċċa tan-Nazzarenu.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie użat minn meta daħal fis-seħħ l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 552.08) u għal liema applikazzjonijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, irċeviet 3,638 applikazzjoni għal Notifika ta' Żvilupp mit-3 ta' Ġunju 2016 (meta ġie fis-seħħ l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 552.08)).", "Minn dawn, l-Awtorità rċeviet 1,099 Commencement Notice fir-rigward tal-2,980 notifikazzjoni li ġew aċċettati mill-Awtorità.", "It-tabella li turi ma' liema klassi ta' żvilupp dawn in-notifikazzjonijiet kienu relatati tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Wieħed irid iżomm f'moħħu li notifika waħda tista' tkun relatata ma diversi klassijiet ta' żvilupp, għalhekk l-istess notifika tista' tkun qed tingħadd f'aktar minn klassi waħda, u diversi xogħlijiet ma jirrikjedux notifika lill-Awtorità.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità dwar notifikazzjonijiet dwar żvilupp rċevuti mill-Awtorità mit-3 ta' Ġunju 2016 sal-21 ta' Marzu 2019.", "BERĠA TA' KASTILJA – OPRI TA' ARTI MISLUFA MINN HERITAGE MALTA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat?", "Jista' jgħid f'liema kmamar fil-Berġa ta' Kastilja jinsabu esposti?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ITTRA MIBGĦUTA LILL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U LILL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-ĠUSTIZZJA - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk hu jew rappreżentanti oħra tal-Gvern kellux/kellhomx laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kontenut ta' din l-ittra u/jew dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja qabel ma ntbagħtet din l-ittra?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 9727.", "ITTRA MIBGĦUTA LILL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U LILL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-ĠUSTIZZJA – BIDLIET PROPOSTI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qattx intalab, formalment jew informalment, mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħmel il-bidliet proposti f'din l-ittra?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 9727.", "ITTRA MIBGĦUTA LILL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U LILL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-ĠUSTIZZJA – LISTA TA' RIFORMI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ingħatax lista ta' riformi li huwa mistenni jwettaq mill-Kummissjoni Ewropea insegwitu għar-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li r-risposta hija fin-negattiv.", "ITTRA MIBGĦUTA LILL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U LILL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-ĠUSTIZZJA – PROĊEDURI TA' INFRINGEMENTS", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jikkonferma jekk Malta għandhiex proċedura ta' infringement miftuħa jew jekk irċevietx reasoned opinion mill-Kummissjoni Ewropea dwar materji mniżżla jew relatati ma' din l-ittra?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li r-risposta hija fin-negattiv.", "DJAR TAL-ANZJANI TAŻ-ŻEJTUN - CARERS MA' ANZJANI LI JMORRU SPTAR", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jinsabx infurmat li fid-Djar tal-Anzjani taż-Żejtun, anzjani li jkollhom imorru l-isptar bħala emerġenza jew għal xi vista u m'għandhomx qraba, qed jintbagħtu waħedhom bla carer meta qabel il-prassi kienet li jekk ma jkollhomx qraba jintbagħat carer magħhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-responsabbiltà sabiex anzjani residenti ġewwa d-djar tal-Gvern jittieħdu għall-appuntamenti l-isptar hija primarjament tal-familjari.", "Madankollu, fl-assenza tal-familjari, it-tmexxija tad-dar tal-anzjani tara li tipprovdi l-assistenza ta' carer.", "Rigward djar tal-anzjani taħt Public Private Partnership, l-assistenza lill-anzjan/a issir skont kif maqbul fil-kuntratt.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża totali kuljum ta' kull pazjent li jinsab fil-Forensic Unit tal-Isptar Monte Karmeli?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull pazjent li hemm ġewwa l-Forensic Unit tal-Isptar Monte Karmeli hu stmat li jiġi jiswa madwar €115 kuljum.", "KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - KUMMENTI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti ngħata promozzjoni u nħatar kummissarju meta kiteb kliem ta' natura politika fuq il-Facebook tiegħu, filwaqt li suldat li kkritika lill-gvern fuq xatba u għadda kumment kontra l-gvern, tkeċċa minn suldat?", "Jaħsibx li dan huwa attakk kontra l-libertà tal-espressjoni li fizzjal tal-Korp tal-Pulizija kiteb favur il-gvern u membru tal-AFM tkeċċa għax għadda rimarki simili imma li setgħu jiġu interpretati li huma kontra l-Gvern?", "Ma jaħsibx li dan huwa każ ċar ta' diskriminazzjoni politika?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rimarki li għadda l-membru tal-AFM bl-ebda mod ma kienu interpretati li huma kontra l-Gvern.", "FGURA: TRIQ IL-MERĦBA – ĦAJT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħajt fi Triq il-Merħba, Fgura faċċata tar-residenzi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament huwiex proprjetà tal-Uffiċċju Konġunt jew entità oħra li taqa' taħtu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar", "BIRKIRKARA: TRIQ IN-NAXXAR – XOGĦOL", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinqala' Triq in-Naxxar, Birkirkara, u ssir mill-ġdid partikolarment in-naħa tal-ħwienet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq indikata jinsab fil-pjanijiet futuri ta' Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent li dan il-Gvern qed jagħmel sabiex itejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-sistema tat-toroq f'pajjiżna.", "Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, Infrastructure Malta qed tkompli tagħmel tiswijiet u manutenzjoni b'mod regolari f'din it-triq, bħala parti minn programm ta' manutenzjoni u tiswijiet kontinwi tat-toroq biex jittaffew id-diffikultajiet għal dawk li jużawhom u sabiex jiġu evitati ħsarat akbar.", "Fil-fatt, fit-triq indikata hemm diversi xogħlijiet diġà ppjanati u skedati li jsiru mill-aktar fis.", "Infrastructure Malta qed tkompli taħdem biex fiż-żmien li ġej isir aktar investiment infrastrutturali f'din it-triq u f'ħafna oħrajn f'pajjiżna, biex eventwalment jissolvew b'mod sħiħ id-diffikultajiet ikkawżati mit-telqa u nuqqasijiet oħrajn tal-passat.", "L-aġenzija ser tieħu ħsieb li wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta' meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f'toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.", "Sadanittant, persuni li jkollhom diffikultajiet b'xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 23341000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "MELLIEĦA: TRIQ ĠORĠ BORĠ OLIVIER – SEJBA TA' XELTER", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li waqt li għaddej ix-xogħol mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, kantuniera ma' Triq Sant Anna, liema xogħol jikkonsisti fi bdil ta' 6 tarġiet għal rampa, instab xelter?", "Jekk iva, x'passi ser ikunu qed jittieħdu sabiex dan jiġi protett u ma ssirlux ħsara?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li huwa minnu li fil-post indikat instab dak li qed jiġi meqjus bħala xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "Il-perit tal-Kunsill talab lis-Sovrintendenza għall-Wirt Storiku sabiex tibgħat l-uffiċjali tagħha ħalli jispezzjonaw il-post u jagħmlu r-rapport tagħhom.", "Ix-xogħlijiet jitkomplew skont l-eżitu tal-istess rapport.", "MELLIEĦA: TRIQ ĠORĠ BORĠ OLIVIER – PERMESS MILL-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR GĦAL XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta ġie approvat il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħol li għaddej mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier kantuniera ma' Triq Sant Anna fuq bdil ta' 6 tarġiet għal rampa?", "IAN BORG: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9749, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tirrispondi din il-mistoqsija mingħajr ma jkollha referenza ċara għal liema applikazzjoni qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Għaldaqstant, nitlob lill-Onor.", "Interpellant ipoġġi quddiem il-Kamra n-numru tal-applikazzjoni sabiex l-istess Awtorità tkun f'pożizzjoni li tirrispondi id-domanda mressqa.", "AIR MALTA: AGM – ACCOUNTS TAL-KUMPANIJA", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-accounts li nqraw fl-Annual General Meeting tal-Air Malta reċentement?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Financial Statements se jkunu ppubblikati fil-ġranet li ġejjin skont ir-regolamenti tal-MFSA.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA B'KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL U PAGI DIFFERENTI MINN ĦADDIEMA MALTIN", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9509 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwarda impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u invista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress li l-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u invista tal-artiklu 27 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) li jgħid li \"impjegati fl-istess klassi ta' impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ta' valur ugwali\" jista' l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku għax għandhom l-istess grad u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-artiklu tal-liġi msemmiha?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-ħtieġa ta' LSE lill-istudent li ilu jistenna minn Frar 2018?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-ġenituri għandhom appuntament għall-istatementing għall-bidu tax-xahar id-dieħel.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-ħtieġa ta' LSE lill-istudent li ilu jistenna għal aktar minn 3 snin?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan il-każ deher quddiem l-iStatementing Panel f'Diċembru 2017 u l-Panel irrakkomanda li jingħata sapport mir-riżorsi li hemm fil-klassi u l-iskola u li t-tifel jagħmel il-programm tal-Alert mill-O/T. L-iskola qed tara li l-istudent jiġi segwit mil-LSEs li hemm preżenti fil-klassi tant li ma saret l-ebda talba biex it-tifel jidher quddiem l-iStatementing Review Panel.", "KORP TAL-PULIZIJA - SECONDMENT TA' MEMBRI LI ĠEW REINSTATED", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Invista tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9457, jista' l-Ministru jgħid fejn ġew seconded is-26 Membru tal-Korp?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li s-26 Membru tal-Korp imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9457 ġew seconded kif jidher hawn taħt:", "Missjonijiet tal-UE 6", "Mal-Aġenzija tal-UE 2", "IDENTITY MALTA – REVOKA TA' ĊITTADINANZA", "L-ONOR.", "KARL GOUDER staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il revoka ta' ċittadinanza ġew ikkomunikati minn Identity Malta fl-2019, u f'kull waħda, jista' jgħid f'liema sena ż-żwieġ kien ġie deċiż mill-Qorti li kien b'qerq?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bejn Frar u Marzu ta' din is-sena kien hemm 15-il każ fejn il-persuni kkonċernati ġew informati li se jiskatta l-proċess fil-konfront tagħhom sabiex jiġu ipprivati miċ-ċittadinanza Maltija wara li l-Qorti kienet iddeċidiet li kien hemm żwieġ ta' konvenjenza.", "Is-snin li fihom dawn iż-żwiġijiet kienu ddikjarati bħala ta' konvenjenza huwa kif jidher f'din it-tabella:", "Infakkar mill-gdid lill-Onor.", "Interpellant illi fl-2006 kien hemm diġà lista ta' persuni li kellu jiskatta l-proċess ta' pprivazzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom.", "Madankollu l-mekkaniżmu neċessarju baqa' qatt ma skatta.", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għall-inkjesta dwar il-Malta Racing Club tas-27 ta' Awwissu 2014, f'paġna 24 jingħad li \"In case of a power failure on the national grid the generator on the Club's premises kicks in 30 seconds after blackout.\" - il-Ministru huwa konxju li dan mhux il-każ, u li minflok, id-dwal iridu jinxtegħlu manwalment?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Kunsill huwa konxju ta' dan għall-fatt li minn meta ġie installat u inawgurat id-dawl, fit-22 ta' Frar 2003, dan dejjem kien mixgħul manwalment.", "MALTA RACING CLUB – ELEZZJONI GĦALL-KUMITAT", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għall-istatut tal-Malta Racing Club (MRC) fejn jingħad li f'Diċembru ta' kull sena għandha ssir elezzjoni bejn is-sidien taż-żwiemel, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien li ġew eletti fl-elezzjoni ta' Diċembru 2018 sabiex jagħmlu parti mill-Kumitat tal-MRC?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-istatut ma jindika l-ebda xahar li fih għandha ssir l-elezzjoni, però l-Kunsill qed jippjana li din l-elezzjoni ssir sal-aħħar ta' dan ix-xahar.", "KORSA TAŻ-ŻWIEMEL TAL-MARSA – WIĊĊ ĠDID TAL-KORSA", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid il-kunsill responsabbli mill-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa meta beħsiebu jagħti wiċċ ġdid ta' ramel lill-korsa?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li r-ramel ġie mixtri xi ġimgħat ilu minn barra minn Malta u dan mistenni jkun mogħti skont ix-xewqa tas-sidien.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - WEBSITE", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali - https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx - taħt it-titlu Commissioner for the Older Persons m'hemm l-ebda isem imniżżel, la tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u lanqas ta' xi persuna oħra, u lanqas m'hemm indirizz elettroniku jew website bħalma hemm fil-każ tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – UŻU TA' UFFIĊĊJU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju mniżżel fil-website https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx li jidher bħala tal-Commissioner for the Older Persons, u li jġib l-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux fil-fatt qed jintuża mill-Kummissarju għall-Anzjani u, jekk le, min fil-fatt qiegħed jużah, jekk qiegħed jintuża?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li joħorġu rivista u jibagħtuha lir-residenti tal-lokalità tagħhom b'mod speċjali biex jinfurmawhom x'qiegħed jiġri fil-lokalità?", "Kemm-il darba fis-sena dawn il-kunsilli jibagħtu dawn ir-rivisti?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – TISJIR MILL-KLIJENTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum li qed jinvolvu l-klijenti tagħhom fis-sessjonijiet tat-tisjir?", "Kemm hemm klijenti li qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM - POLZA TA' ASSIGURAZZJONI KOMPRENSIVA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum kif ukoll id-Djar Residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport għandhomx polza ta' assigurazzjoni komprensiva?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal persuni b'diżabilità u r-Residenzi għal persuni b'diżabilità huma kollha koperti minn polza ta' assikurazzjoni komprensiva.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ – KAŻIJIET TA' ABBUŻ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' abbuż fuq persuni b'diżabilità rċevew l-Aġenzija Sapport, l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190401_213d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 2 ta' April, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa, lill-Uffiċċju tal-Passaporti sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew ikkonsenjati lill-Uffiċċju tal-Passaporti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8307 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8309 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7680, 8148 u 8797 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret dwar il-pubblikazzjoni bl-isem 'Moving Forward - Government of Malta Magazine' ippubblikat fi Frar 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġiet imqassma bieb bieb l-imsemmija pubblikazzjoni?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armata ta' Malta?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?", "Jista' jgħid ukoll ir-rank/grad ta' dawn in-nisa?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika rappurtati lill-Pulizija, sena b'sena bejn is-sena 2010 u s-sena 2018?", "Jista' jindika ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu vjolenza fuq:", "b. l-irġiel;", "d. l-anzjani?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu ta' vjolenza fiżika u kemm minnhom ta' vjolenza psikoloġika?", "Liema kienet l-età ta' dawn il-vittmi?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' vjolenza domestika?", "X'kienu l-pieni li ngħataw f'dawn il-każijiet?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' neglect?", "Kemm minn dawn il-każijiet kienu fuq tfal (0 sa 18-il sena) u kemm minnhom fuq anzjani (60+)?", "Kemm kien hemm każijiet fuq persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018 kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika?", "Jista' jindika ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu vjolenza fuq:", "b. l-irġiel;", "d. l-anzjani?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu ta' vjolenza fiżika u kemm minnhom ta' vjolenza psikoloġika?", "Liema kienet l-età ta' dawn il-vittmi?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid, attwalment kemm hemm foster carers?", "Kemm minnhom huma koppji u kemm minnhom huma single?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il medjatur hemm jaħdem fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "Jista' jgħid jekk dan jew dawn jaħdmux fuq bażi part-time jew full-time?", "Jekk fuq bażi part-time jista' jgħid kemm-il siegħa fil-ġimgħa hu assenjat jew huma assenjati l-medjaturi fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2015, 2016, 2017 u 2018, kemm-il każ ġie riferut għall-medjazzjoni mill-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "Jista' jgħid preżentament kemm-il każ hemm fl-istadju ta' medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għas-sit taċ-Ċirku tax-Xagħra (Brockdorff Circle) fix-Xagħra, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk dan huwiex miftuħ għall-pubbliku u jekk le meta hu mistenni li jinfetaħ għall-pubbliku?", "Jista' jgħid matul dawn l-aħħar sentejn x'investiment sar min-naħa tal-Gvern jew Heritage Malta fuq dan is-sit?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Peress li Triq il-Ħamrija fix-Xewkija Għawdex qed tinbena mill-ġdid u diġà bdiet tingħata l-ewwel kisja tarmak, tista' l-Ministru tgħid jekk f'din it-triq sarux it-testijiet tal-Plate Bearing?", "Jekk iva, tista' tgħid kemm-il test saru u d-dati meta saru?", "F'liema parti saru u jindika permezz ta' street plan fejn saru l-plate bearing tests u x'kien ir-riżultat?", "Jista' jgħid min għamilhom u min iċċertifika r-riżultat ta' dawn il-Plate Bearing Tests?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8224 u jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' Negotiated Procedure u x'tip ta' Negotiated Procedure kienu u dan sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "F'kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b'dan il-mod?", "Kemm kien il-valur ta' kull tender?", "Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' skart ta' kostruzzjoni tneħħa mill-area ta' Kassja mill-Kunsill Lokali tal-Qala?", "Min kien il-kuntrattur inkarigat mit-tneħħija ta' dan l-iskart tal-kostruzzjoni, kif intgħażel dan il-kuntrattur u kemm tħallas u min iċċertifika l-ħlas u x-xogħol li għamel dan il-kuntrattur?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li d-dog friendly beach fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara tkun tassew aċċessibbli, għax ilha iktar minn sentejn mirduma b'ġebel, ħadid u knaten, tant li hija eyesore u periklu?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għala t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għal ġbir tal-borza s-sewda, għadha mhux approvata minn Novembru li għadda?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kummissjoni/bord dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport?", "Kemm qed jitħallsu u x'perkaċċi għandhom?", "Jista' jgħid il-għala din l-istrateġija ma tħallietx f'idejn Sport Malta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9427 u 8732 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9422 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jinkorpora fil-Liġi Maltija, il-Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9517 u 9089 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta' żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 9516 li fiha l-Ministru żvela li l-Membru Parlamentari li ismu qed jingħata separatament għandu kuntratt ta' servizzi legali mal-Malta Film Commission kif ukoll mal-Malta Film Fund, jista' l-Ministru:", "(i) jgħid meta ġew iffirmati dawn il-kuntratti u meta jintemm it-terminu tagħhom;", "(ii) jgħid kemm huwa l-ħlas li se jitħallas il-Membru Parlamentari in kwistjon bħala remunerazzjoni skont dan il-kuntratt?", "(iii) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn iż-żewġ kuntratti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta' Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħasil tal-Flus, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba tal-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għall-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-FIAU mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta' Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mal-liġi applikabbli tal-Unjoni Ewropea, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbux lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda (UAE) sabiex iżommu ffriżati l-assi fil-kont jew kontijiet bankarji tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u dan b'konnessjoni mal-investigazzjoni dwar l-istess kumpanija anke wara li issa huwa magħruf li sid din il-kumpanija mhu ħadd ħlief wieħed mis-sidien tal-power station il-ġdida mibnija taħt id-direzzjoni politika tal-Ministru għat-Turiżmu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbux li jitwaqqaf Joint Investigation Team ai termini tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Model Agreement for setting up a Joint Investigation Team (OJ C 18, 19.1.2017, p.1) u dan sabiex tissaħħaħ l-investigazzjoni dwar il-kumpanija reġistrata fid-Dubai li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport għandhiex manwal ta' proċeduri li jiddefinixxi kif l-istaff tiegħu għandu jinteraġixxi mal-klijenti tagħhom?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-manwal?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu d-dog bins u litter bins fit-traffic island tal-parking space ta' Triq il-Knisja l-Qadima faċċata ta' Triq Karm Zerafa, Birkirkara kif ukoll it-tindif ta' ħaxix ħażin li kiber mal-bankini fl-istess triq?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-ħsara kawżata mill-maltemp li saret bejn iż-żewġ bajjiet fl-Għadira fil-Mellieħa (ritratt qed jingħata separatament) issirilha l-manutenzjoni meħtieġa?", "MOZZJONIJIET", "IL-PRIM MINISTRU Jipproponi -", "Illi din il-Kamra tistqarr l-apprezzament tagħha għall-mod siewi u dinjituż li bih l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca qdiet id-dmirijiet tagħha lejn il-Poplu Malti fil-kariga ta' President ta' Malta, u filwaqt li tirringrazzjaha ta' dan, tixtiqilha għomor twil u ħieni u aktar servizz għal pajjiżna.", "IL-PRIM MINISTRU Jipproponi -", "Billi skont id-dispożizzjoni tas-subartikolu (1) tal-artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta għandu jkun hemm President ta' Malta li jiġi maħtur b'Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati;", "U billi skont is-subartikolu (3) tal-istess artikolu tal-Kostituzzjoni l-kariga ta' President ta' Malta ssir vakanti fl-4 ta' April 2019;", "Għalhekk il-Kamra tad-Deputati bis-saħħa u għall-finijiet tal-imsemmi artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta tirriżolvi li taħtar lid-Dottor George Vella President ta' Malta.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 80 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "Abbozz Nru 60 – Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar.", "1 ta' April 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Laqgħa mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler (Kont.)", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 8 ta' April, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar l-iskart tal-kostruzzjoni f'pajjizna.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' April, 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017:", "Arrears of Revenue - risposti mir-rappreżentanti tal-Awtorità tal-Artijiet għal mistoqsijiet magħmula lilhom fil-laqgħa preċedenti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017:", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "1 ta' April 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190402_214a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 2 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 2 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 2 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 213, li saret fl-1 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UFFIĊĊJU TAL-PASSAPORTI – RITORN TA' PASSAPORTI LI KIENU RRAPPURTATI MITLUFA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkonsenjati passaporti li kienu mitlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-passaporti li ġew ikkonsenjati lill-Uffiċċju tal-Passaporti?", "JULIA FARRUGIA PORTELLI (Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi) (f'isem il-Prim Ministru): Nixtieq nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 9074 f'dak li jikkonċerna ċittadini barranin.", "Fil-każ ta' ċittadini Maltin, bħala regola ġenerali, il-passaporti mitlufa jew misruqa li jiġu rritornati lil dan l-uffiċċju jkunu kkanċellati immedjatament u rritornati lid-detentur.", "Statistika f'dan ir-rigward ma tinżammx peress li dawn il-passaporti ritornati ma jkollhom l-ebda użu ieħor.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8307 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Grazzi.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija dwar il-kura primarja u l-54 berġa li għandna fil-lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex.", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm maħsub mill-Gvern biex ikun hemm titjib fl-istruttura u fis-servizz li jingħata u jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm aktar enfasi fuq is-settur tal-kura primarja?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Il-kura tas-saħħa f'pajjiżna ilha tajba għal ħafna snin.", "Fil-fatt matul amministrazzjoni wara l-oħra dejjem sar titjib fil-qasam tas-saħħa.", "Kien hemm aspetti li kellhom bżonn jitranġaw u f'dawn l-aħħar sitt snin tajniehom spinta 'l quddiem.", "Però, b'mod ġenerali, fl-aħħar 60 sena, dejjem rajna kif se ntejbu s-sistema tas-saħħa f'pajjiżna.", "Illum waħda mid-differenzi kbar li qed naraw bejn il-ħidma ta' dan il-Gvern u dik ta' Gvern Nazzjonalista ta' seba' snin ilu hi li filwaqt li Gvern preċedenti kien iżjed iffokat fuq il-kura tas-saħħa fl-isptarijiet tagħna, illum qed niffokaw aktar fuq il-kura primarja.", "Huwa tajjeb li jkollna sptarijiet tajbin u fil-fatt bħala Gvern qed inkomplu nżidu u ntejbu s-servizzi fl-isptarijiet, waqt li qed niftħu wkoll sptarijiet oħrajn.", "Però, għal ħafna snin, ittraskurajna u naqqasna s-servizzi tas-saħħa li jingħataw fil-komunità, bħall-kura primarja, jiġifieri l-kura tat-tobba tal-familja, il-kura fiċ-ċentri tas-saħħa u l-kura fil-bereġ.", "Tant kien qiegħed jitnaqqas is-servizz fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-bereġ tagħna, li wħud minnhom spiċċaw magħluqin, żdingati u dawk li baqgħu miftuħin kienu jiftħu għal xi nofs siegħa fil-ġimgħa.", "Għall-kuntrarju, illum, filwaqt li qegħdin inkomplu nsaħħu u nżidu s-servizzi fl-isptarijiet tagħna u qed nagħtu iżjed opportunitajiet lit-tobba u lill-infermiera li jispeċjalizzaw, qed nagħmlu aktar enfasi fuq il-kura primarja.", "Fil-fatt qed naħdmu aktar mat-tobba tal-familja u daħħalna s-sistema tal-myHealth biex it-tobba tal-familja jkollhom f'idejhom b'mod immedjat, ir-records kollha tal-pazjenti għall-kontinwità tal-kura.", "Qegħdin insaħħu ċ-ċentri tas-saħħa u fil-fatt ftaħna ċentru ġdid f'Ħal Kirkop, qed naħdmu fuq iċ-ċentru Ċensu Moran f'Raħal Ġdid, qed naħdmu mal-Ministru għal Għawdex fuq ċentru tas-saħħa ġdid f'Għawdex u se nagħmlu poliklinika kbira n-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Fl-istess ħin qegħdin naħdmu fuq il-bereġ u kif semma l-Onor.", "Interpellant, għandna 'l fuq minn 50 waħda li huma riżorsa kbira għal pajjiżna.", "Ħmistax-ilu ftaħna wkoll berġa ġdida li kważi hija ċentru tas-saħħa f'Tal-Pietà, minn fejn qed nagħtu servizzi ta' mental health, podiatry, phlebotomy - jiġifieri fejn jeħdulek id-demm - speech therapy, lifestyle clinic u ovvjament servizz ta' tabib.", "L-istess qed nagħmlu f'ħafna bereġ oħrajn.", "Pereżempju, irranġajna l-berġa ta' Ħaż-Żebbuġ u tax-Xewkija f'Għawdex fejn inkludejna blood bank service ħalli wieħed ikun jista' jmur jagħti d-demm.", "Nista' ngħid li qegħdin fi programm biex nirranġaw il-maġġoranza tal-bereġ ta' Malta u Għawdex.", "F'dawn il-ġranet se jitlesta x-xogħol f'berġa ġdida f'Ħ'Attard, se niftħu servizz ġdid ta' podiatry fil-Mellieħa u f'Ħaż-Żabbar, se nżidu x-xogħol fuq il-berġa fiż-Żejtun, qed niffokaw biex ikollna berġa f'Marsaxlokk fejn kellna ċerti problemi, qed niffokaw biex ikollna berġa fil-Kalkara, fejn ukoll kellna xi problemi, u qed nirranġaw il-berġa fil-Birgu.", "Qed nagħmlu dan biex inkomplu nagħtu aktar servizz fil-komunità ħalli għal ħafna mis-servizzi n-nies ma jkollhomx għalfejn imorru fl-isptarijiet imma jinqdew miċ-ċentri tas-saħħa.", "B'hekk il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom servizz ta' saħħa aħjar, aktar viċin tagħhom u fil-pront.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Naqbel perfettament mal-Ministru li l-kura primarja hija importanti ħafna però jkun tajjeb li ngħidu li dak li għandna llum beda iżjed minn kważi 20 sena ilu meta nbdiet l-ewwel struttura biex ikollna l-kura primarja.", "L-ewwel nett, kien taħt amministrazzjonijiet oħrajn li nħoloq id-degree tal-family practice, l-MMCFD (Membership of the Malta College of Family Doctors), li ġie kkwalifikat u magħruf fl-Ewropa taħt l-MRCGP International (Membership of the Royal College of General Practitioners).", "Nerġa' ngħid li huwa tajjeb li nkomplu niżvolġu l-kura primarja li hija importanti ħafna fil-mediċina però rridu nammettu li xi ħadd ried jibda din il-kura 20 sena ilu u maż-żmien bqajna nżidu s-servizzi.", "Huwa tajjeb li nżidu iżjed strutturi u infrastruttura għall-kura primarja u għalhekk nawgura li nkomplu nżiduha għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin.", "CHRIS FEARNE: Sur President, napprezza dak li għadha kemm qalet l-Onor.", "Irrid ngħid li meta r-raġel tagħha Louis Deguara kien Ministru tas-Saħħa, kien sar xogħol tajjeb mhux biss fil-kura primarja imma fis-servizz tas-saħħa kollu.", "Però ma nistax ngħid li l-kura primarja bdiet 20 sena ilu!", "Ovvjament hawnhekk qed nitkellem dwar il-kura primarja tal-Istat għax it-tobba tal-familja minn dejjem kienu hemm.", "Il-kura primarja bdiet fi żmien l-Eks Prim Ministru Duminku Mintoff u l-Eks Ministru għas-Saħħa Ċensu Moran 50 sena ilu.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Taħt Gvern Nazzjonalista tnaqqas il-ħin tal-ftuħ taċ-ċentri tas-saħħa li ħafna minnhom ma baqgħux jiftħu s-Sibt u l-Ħadd.", "Jien nirrikonoxxi li sar xogħol taħt Gvern Nazzjonalista, speċjalment meta Louis Deguara kien Ministru tas-Saħħa, imma ma nistgħux ngħidu li x-xemx telgħet 20 sena ilu!", "Iċ-ċentri tas-saħħa żgur li bdiehom Ċensu Moran fi żmien Gvern Laburista.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nixtieq nagħmel mistoqsija dwar id-dijabete li hija marda kronika u li sfortuntament taffettwa lil ħafna Maltin u Għawdxin.", "Ninsab informat li qed jittieħdu xi inizjattivi biex din il-marda kronika tibqa' tiġi miġġielda.", "Jista' l-Ministru jgħidilna aktar dwar dawn l-inizjattivi ġodda?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Mill-istudji li qed isiru jidher li madwar 12% tal-popolazzjoni Maltija għandha xi forma ta' dijabete.", "Kif nafu, id-dijabete Type II hija prevenibbli f'nofs il-każi u d-dijabete Type I sal-lum għadha mhijiex prevenibbli.", "Id-dijabete Type II hija dik id-dijabete li toħroġlok meta jkollok ċerta età.", "Bħala Gvern, qed niffokaw mal-kunsilli lokali biex inwasslu messaġġ ta' prevenzjoni għand iċ-ċittadini tagħna.", "Fuq bażi individwali, jekk tiekol aħjar, tagħmel iżjed eżerċizzju u tieħu ħsieb il-piż tiegħek, tista' tbiegħed ir-riskju tad-dijabete.", "Fil-fatt għandna unit fil-qasam tas-saħħa li b'ħidma mal-kunsilli lokali qed imur fiċ-ċentri tal-komunità u fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali, raħal raħal u belt belt, biex jitwassal dan il-messaġġ.", "Kif diġà għedt, nafu li għandna numru sostanzjali ta' nies li għandhom id-dijabete.", "Għalhekk, madwar tliet snin ilu, konna ħriġna għall-ewwel darba pjan nazzjonali ta' ħames snin għall-kura tad-dijabete.", "Minn dakinhar 'l hawn għamilna ħafna kambjamenti, daħħalna mediċini ġodda, bħal Repaglinide u tajna l-isticks għal kulħadd, jiġifieri llum, kull min għandu d-dijabete jieħu l-isticks b'xejn id-dar, fejn jista' jiċċekkja z-zokkor bil-magna li ngħatat b'xejn ukoll.", "Hawn qed nitkellmu dwar madwar 27,000 pazjent.", "Dan huwa proċess li spiċċajnieh fl-aħħar tas-sena li għaddiet.", "Ladarba t-teknoloġija qiegħda tavvanza, irridu nużaw din it-teknoloġija ġdida.", "Huwa importanti li min għandu d-dijabete ma jkollux kumplikazzjonijiet, għax id-dijabete fiha nnifisha hija skumdità, imma meta jibdew jinqalgħu l-kumplikazzjonijiet ikun agħar.", "Jekk ma tikkontrollax il-livell taz-zokkor fid-demm tista' titlef għajnejk, il-kliewi jew parti minn riġlejk, fost tant kumplikazzjonijiet oħrajn.", "Bit-teknoloġija ġdida llum hawn il-possibilità li minflok toqgħod titniggeż, speċjalment dawk li jieħdu l-insulina tat-Type I li jitniggżu erba' jew ħames darbiet kuljum, tagħmel patch ma' jdejk li jagħtik ir-reading il-ħin kollu.", "Din hija sistema tajba li pereżempju, fil-każ tat-tfal, tevitalhom li joqogħdu jitniggżu kull erba' jew ħames sigħat.", "Għal din l-inizjattiva, ħriġna avviż fil-journal Ewropew biex inkunu nistgħu noħorġu t-tenders, ħalli din is-sena, tfal taħt is-16-il sena li għandhom id-dijabete se jkunu qegħdin jużaw il-patches għall-continuous glucose monitoring.", "Dan ifisser li se nevitaw it-tingiż u se jkollna livell taz-zokkor iżjed regolat biex inbiegħdu l-kumplikazzjonijiet.", "Minbarra li se nkunu qegħdin nagħtu dawn il-glucose monitors li jittestjaw iz-zokkor il-ħin kollu, bil-kunsens tal-ġenituri se nqabbdu dawn il-monitors kollha ma' sistema ċentrali li tkun qed tara l-livell taz-zokkor fid-demm ta' kull pazjent li għandu dan il-monitor.", "Dan ifisser li kull tifel jew tifla taħt is-16-il sena bid-dijabete se jkun imqabbad ma' sistema ta' software li tkun qed timmoniterja 24 siegħa kuljum il-livell taz-zokkor tagħhom u jekk il-livell taz-zokkor jaqbeż ċertu ammont jew jinżel ħafna, toħroġ alert.", "Din hija sistema innovattiva magħrufa bħala remote patient monitoring, u se nkunu l-ewwel pajjiż fid-dinja li se nkunu qed indaħħluha għall-popolazzjoni kollha.", "Fil-fatt diġà ħriġna t-tenders biex din is-sena jkollna din is-sistema l-ġdida li permezz tagħha t-tfal Maltin kollha bit-Type I diabetes ikunu monitored il-ħin kollu, 24 siegħa kuljum.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Minkejja dak kollu li qal il-Ministru fuq il-kura primarja, jien niftakar il-klinika tal-Mosta li qiegħda ftit 'il bogħod minn fejn noqgħod jien, li kienet ġiet mibnija mill-ġdid fi żmien Gvern Nazzjonalista mill-Ministru Joe Cassar.", "Apparti minn hekk, jista' l-Ministru jgħidilna jekk huwiex konxju tal-azzjonijiet industrijali li jeżistu fil-preżent?", "Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-azzjonijiet industrijali u minn liema professjonisti?", "Jaf il-Ministru li llum, pazjenti Maltin imorru fil-bereġ u jsibu li ma jistgħux jingħataw il-kura għax hemm l-azzjonijiet industrijali?", "Dan qed jiġri llum taħt dan il-Gvern.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Nirringrazzja ħafna lill-Onor.", "Interpellant għal din il-mistoqsija li nassigura lil kulħadd li mhijiex mistoqsija ppjanata imma qed jistaqsihieli spontanjament.", "Is-soltu l-Oppożizzjoni tgħid li l-mistoqsijiet ikunu ppjanati min-naħa tal-Gvern u għalhekk qed nieħu pjaċir b'din il-mistoqsija.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sa sitt ijiem ilu kien hemm azzjoni industrijali li kienet ilha tkarkar għal numru ta' ġimgħat fil-qasam tad-dentistrija.", "Din l-azzjoni industrijali kienet ġiet ordnata mill-UHM kif għandhom dritt li jagħmlu.", "Bi pjaċir irrid ngħid li wara negozjati intensivi lħaqna ftehim u dik l-azzjoni industrijali tneħħiet.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant talli tani l-opportunità li nwieġeb dwar dan.", "Però rrid ngħid xi ħaġa oħra lill-Onor.", "Interpellant għax forsi nesa.", "Sa ftit ilu l-Onor.", "Vassallo kien is-sindku tal-Mosta u dan kien jiktibli u jibgħatli mistoqsijiet għalfejn ma nbajdux il-faċċatta taċ-ċentru tas-saħħa li qiegħed fiċ-ċentru ċiviku tal-istess lokalità.", "Ir-raġuni kienet li dan kien xogħol is-sindku li kien hu stess!", "Però rajna li nbajduh min-naħa tal-Gvern.", "Irrid ngħid ukoll li issa se jkollna kunsill lokali ġdid fil-Mosta u nawgura li s-sindku l-ġdid jagħmel dan ix-xogħol ħalli ma jkollux għalfejn jiġi bżonn il-Gvern ċentrali.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Ħadt gost li l-Ministru qal li l-kura tas-saħħa primarja bdiet fi żmien l-Eks Prim Ministru Mintoff u fi żmien l-Eks Ministru Moran.", "Meta tibda sistema ġdida fil-qasam tas-saħħa trid tibda mill-pedament u tkompli tiela' bil-mod il-mod.", "Kif jaf il-Ministru, meta lanqas biss kien għad hemm staff biex nimlew il-periferija, stajt tiftaħ il-health centres għal ħamest ijiem u dawn kienu jagħlqu s-Sibt u l-Ħadd.", "Imbagħad kien hemm hub, biex ngħid hekk, in-naħa ta' fuq u n-naħa ta' isfel ta' Malta biex dak li jkun jinqeda.", "Jien ma nara xejn ħażin li kull Gvern ikompli fuq dak li jkun għamel ta' qablu biex dejjem nimxu 'l quddiem fil-qasam tas-saħħa.", "Però rrid niġbed l-attenzjoni li ħadd ma jista' jgħid li dik il-ħaġa għamiltha jien u l-oħra m'għamilthiex jien għax fil-mediċina l-aħjar ħaġa hi li kulħadd jibqa' jibni biex il-pajjiż kollu jiggwadanja mis-servizzi tas-saħħa.", "L-ISPEAKER: Dan huwa statement u mhux mistoqsija.", "CHRIS FEARNE: Nifhem li din ma kenitx mistoqsija però napprezza li Membru tal-Oppożizzjoni qiegħda tapprezza l-pożizzjoni tal-Gvern.", "Dan għandu jkun il-mod kif nagħmlu d-diskussjoni f'dan il-Parlament.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Dan l-aħħar, il-Ministru għas-Saħħa u s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri kellhom diskussjoni biex jiġu evalwati sinerġiji bejn it-teknoloġija tal-informatika, f'dan il-każ b'mod speċifiku l-blockchain, u s-settur tas-saħħa.", "Jista' l-Ministru jgħid kif dan is-settur tal-blockchain jista' jgħin fid-diversi livelli tas-servizz tas-saħħa?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Din hija mistoqsija importanti għax għal ħafna nies, meta jisimgħu l-kelma \"blockchain\" jaħsbu li din hija xi ħaġa li għandha x'taqsam biss mal-cryptocurriences, mal-muniti u mal-bitcoin.", "Għalkemm huwa minnu li hemm rabta b'saħħitha ma' dawn l-oqsma, dan mhuwiex l-uniku użu, imma huwa biss wieħed mill-użi li jista' jkollha s-sistema tal-blockchain across the board.", "Fil-qasam tas-saħħa nistgħu nużaw il-blockchain mhux sempliċement biex inkunu qed ngħidu li qed nagħmlu xi ħaġa bil-blockchain imma għax dan joffri servizzi, opportunità u aktar sigurtà.", "Pereżempju, aħna għandna sistema f'pajjiżna li nbdiet mill-Amministrazzjoni preċedenti, magħrufa bħala l-myHealth.", "Għalkemm il-Gvern joffri s-servizz tas-saħħa fuq il-livelli kollha, għandna ħafna pazjenti li filwaqt li jieħdu s-servizz ta' kura fl-isptarijiet, imbagħad jippreferu jmorru għand it-tabib tal-familja privat.", "Bħala Gvern din hija xi ħaġa li naqblu magħha.", "Għalhekk huwa tajjeb li noffru servizzi ta' saħħa anke fil-privat.", "Issa waħda mill-problemi li kien hemm kienet li t-tobba tal-familja privati ma jkunux jafu x'ġara meta pazjent ikun mar l-Emerġenza tal-isptar, meta għamel xi operazzjoni jew meta kellu xi appuntament għand l-ispeċjalista, fost l-oħrajn.", "Għalhekk biex ikun hemm kontinwità tal-kura, inbeda proċess biex titnaqqas din il-problema, billi r-records tal-pazjenti jibdew ikunu f'forma diġitali u t-tabib tal-familja jkun jista' jarahom anke mid-dar tal-pazjent jew mill-klinika tiegħu.", "Din is-sistema myHealth kienet bdiet taħdem taħt Amministrazzjoni preċedenti u wara xi tliet snin kienu applikaw għaliha 1,000 ruħ minn Malta kollha.", "Fil-fatt ma kenitx qed taħdem bil-mod mixtieq u għalhekk biddilna s-sistema u bi pjaċir ngħid li s-sena l-oħra, kellna 60,000 ruħ li aċċessaw il-myHealth.", "Dan ifisser li għandna dawn il-pazjenti kollha li t-tabib tagħhom jista' jara x'kura ngħataw meta marru l-isptar, jekk saritilhomx operazzjoni, meta għandhom l-appuntament li jmiss, x'mediċini jkunu qed jieħdu, ir-riżultati tad-demm u r-riżultati tal-X-rays, fost l-oħrajn.", "Dan qed iwassal biex it-tabib tal-familja jkun jista' jagħti kura aħjar fil-komunità.", "Il-blockchain tista' tagħmel din is-sistema aktar sigura u tista' twassal ukoll biex dik l-informazzjoni li hemm fil-myHealth ma tibqax biss bejn pazjent u tabib wieħed li jkun reġistrat mas-sistema kif jiġri llum imma tkun tista tmur għand il-pazjent u dan ikun jista' jeħodha għand liema tabib irid u ġo liema pajjiż irid.", "Sal-lum għandna sistema ta' cross border care.", "Dan ifisser li jekk pazjent ikun irid imur jagħmel operazzjoni pereżempju fl-Italja, f-Ingilterra – wara Brexit, ma nafux jekk l-Ingilterra hux se tkun għadha inkluża jew le – il-Ġermanja jew Franza, jiftiehem mal-Gvern Malti u l-Gvern Malti jħallas għal din l-operazzjoni daqslikieku għamilha f'Malta.", "Din is-sistema ma tantx qed jużawha nies, mhux f'Malta biss imma fl-Ewropa kollha, għaliex l-informazzjoni ma tmurx mal-pazjent.", "Pereżempju, jekk pazjent imur Spanja biex jara speċjalista, dan l-ispeċjalista ma jkunx jaf x'hemm miktub fil-file ta' dan il-pazjent fl-Isptar Mater Dei u lanqas ikollu aċċess għall-myHealth jekk ma jkunx irreġistrat.", "Bil-blockchain, l-informazzjoni se tkun għand il-pazjent u l-pazjent ikun jista' jeħodha u jagħti aċċess għaliha lil liema tabib irid, lil liema istituzzjoni jrid u ġo liema pajjiż irid.", "Dan ifisser aktar mobilità tal-pazjenti bejn pajjiż u ieħor u din hija xi ħaġa tajba.", "Hemm xi ħaġa oħra li rridu nagħmlu bil-blockchain li għadna ma wasalniex għaliha imma qed nesplorawha.", "Sal-lum il-mediċini li nixtru nħallsu għalihom skont kemm nixtru jiġifieri jekk mediċina tiswa €1 u nixtru 1,000 mediċina, inħallsu €1,000.", "Issa aħna nixtiequ li l-mediċini ma nħallsux għalihom skont kemm nixtru u nużaw, imma skont ir-riżultati li jagħtu.", "Mela jekk nixtru mediċina li min għamilha jgħidilna li din tfejjaq din il-marda, imma fil-verità lill-pazjent ma tfejqux, il-Gvern ma jħallasx għal dik il-mediċina.", "Diġà konna bdejna nimxu lejn dan il-mudell imma waqafna għax ma kellniex il-mod kif nivverifikaw.", "Rigward il-mediċini ġodda li jidħlu fis-suq, li min qed ibigħhomlna qed jgħidilna li se niffrankaw il-flus għax se jevitaw li n-nies jidħlu l-isptar jew se jfiequ qabel, irridu niġu f'punt fejn nikkwantifikaw kemm se jkunu dawk is-savings li nagħmlu u nħallsu għall-mediċini li nixtru minn dawk is-savings.", "Jekk pereżempju, niffrankaw €1 miljun, meta nistgħu nżommu nofshom għalina u n-nofs l-ieħor inħallsu l-mediċini bihom.", "Hawn tidħol is-sistema tal-blockchain li biha nistgħu nivverifikaw kemm qed nagħmlu savings, kemm qed niffrankaw, kemm qed ikollna saħħa aħjar u kemm qed ikollna inqas mard.", "B'hekk inkunu nistgħu nixtru aktar mediċini u jkollna riżultati aħjar.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-proġett taċ-ċentru tas-saħħa fir-Rabat Għawdex?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Ma nafx jekk l-Onor.", "Interpellant hux qed jistaqsi dwar iċ-ċentru tas-saħħa l-antik jew il-ġdid.", "F'Għawdex hemm ċentru tas-saħħa fir-Rabat li ilu hemmhekk is-snin.", "Dan huwa ċentru żgħir, fejn it-tobba u l-infermiera li jaħdmu fih jagħmlu xogħol tajjeb u jaraw ħafna nies għax il-popolazzjoni ta' Għawdex żdiedet, żidna s-servizzi u qed ikun hemm numru ta' Maltin li jqattgħu ħafna ħin f'Għawdex.", "Huwa għalhekk li hemm bżonn li nkabbru ċ-ċentru tas-saħħa f'Għawdex.", "Għalhekk flimkien mal-Ministru Justyne Caruana identifikajna post ċentrali viċin parkeġġ kbir li jinfed ma' Pjazza San Franġisk u hemmhekk inbeda x-xogħol biex jinfetaħ ċentru tas-saħħa ġdid.", "Fil-fatt għaddej ix-xogħol fuq il-binja min-naħa ta' barra u fir-rigward tal-binja minn ġewwa, għandna l-pjanti u l-permessi lesti.", "Il-pjan hu li madwar sena oħra nkunu nistgħu nibdew nagħtu l-ewwel servizzi minn dan iċ-ċentru tas-saħħa ġdid f'Għawdex.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 52 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għas-Certificate in the Practice of Cooperative Societies taħt il-patroċinju taċ-Ċentru ta' Studji dwar ix-Xogħol;", "Avviż Legali Nru 53 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science – M.Sc. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni;", "Avviż Legali Nru 54 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għas-Certificate in Sport Administration and Management taħt il-patroċinju tal-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport;", "Avviż Legali Nru 55 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master in Teaching and Learning – MTL - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 56 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Postgraduate Certificate in the Teaching of Core Science and Applied Science – P.G. Cert. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 57 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 biex jemendew ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad;", "Avviż Legali Nru 58 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2010 skont ir-Regolamenti tal-2008 għall-Grad ta' Doctor of Philosophy - Ph.D. taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;", "Avviż Legali Nru 59 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 biex jemendew ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad; u", "Avviż Legali Nru 60 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2008 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Gradi ta' Bachelor of Science – B.Sc. – u Bachelor of Science (Honours) – B.Sc.", "(Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenza.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali nqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet ta' Vjolenza Domestika u l-vittmi tagħhom irrapportati lill-Pulizija bejn l-2010 u l-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9492;", "Tagħrif dwar inizjattivi li ttieħdu matul l-2018 u Marzu 2019, biex binjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9561; u", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 50 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta' Ġarr ta' Passiġġieri; u", "Rapport annwali ta' Transport Malta għas-sena 2017.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra:", "Tagħrif dwar inizjattivi li ttieħdu matul l-2018 u Marzu 2019, biex binjiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi jkunu aċċessibli għal persuni b'diżabilità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9559;", "Tagħrif dwar tenders li ngħataw b'Negotiated Procedure minn Ġunju 2013 sa Frar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9722; u", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet ta' vjolenza domestika bejn l-2010 u Ġunju 2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9495.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 51 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-ordni għat-twaqqif tal-aġenzija kulturali għall-Belt Valletta (L.S. 542.05); u", "K.L.B.L Nru 49/04/2019 - Bye-Laws tal-2019 dwar Attivitajiet fil-Beraħ fil-Lokalità tal-Qrendi (Kunsill Lokali Il-Qrendi).", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont il-paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra fil-laqgħa tal-lum it-Tlieta, 2 ta' April 2019 tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, l-Onor.", "Byron Camilleri qiegħed jissostitwixxi lill-Onor.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li l-Kumitat iltaqa' nhar is-27 ta' Marzu, 2019 u ddiskuta r-Rapport Annwali għas-sena 2018 tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta skont il-provvedimenti tal-artikolu 7(2) tal-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta (Kap.515) u kien hemm qbil dwar il-mod kif kienu qegħdin jiġu indirizzati l-kwestjonijiet li jolqtu lil dawn il-Maltin.", "Dan ir-rapport kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta ta' nhar it-13 ta' Marzu, 2019.", "Il-Kumitat innota l-kwestjonjiet li kienu qegħdin jiġu diskussi fi ħdan il-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta matul is-sena 2018 kif ukoll ir-rakkmandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li kienet qiegħda tittieħed dwarhom.", "Segwa l-preżentazzjoni li għamel il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ l-Onor.", "Carmelo Abela, ex officio membru tal-Kumitat u President tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta.", "Il-Kumitat sema' l-ispjegazzjonijiet ta' Dr Raymond Xerri, Kap tad-Direttorat responsabbli għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta u tas-Sur Joseph Scerri, Segretarju, kif ukoll ir-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-membri.", "Sur President, il-Kumitat innota u apprezza b'sodisfazzjon il-ħidma fejjieda tad-Direttorat u tal-istess Kunsill kif muri fir-Rapport Annwali għas-sena 2018 u qabel mal-mod kif kienu qegħdin jiġu indirizzati l-issues li jolqtu lill-Maltin li jgħixu barra minn xtutna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Abbozz Nru 77 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nixtieq nagħmel intervent qasir.", "L-Oppożizzjoni Demokratika mhux se tipparteċipa fil-Mozzjonijiet dwar il-Presidenza bħala protesta għall-għemil tal-Gvern li m'għandux ir-rieda politika li jara li l-Presidenza tkun l-assigurazzjoni tal-poplu biex il-ġid komuni, il-ġustizzja u r-renju tad-dritt ikunu b'saħħithom f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa nsejjaħ lill-Prim Ministru.", "MOZZJONI TA' RINGRAZZJAMENT LILL-PRESIDENT TA' MALTA", "Illi din il-Kamra tistqarr l-apprezzament tagħha għall-mod siewi u dinjituż li bih l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca qdiet id-dmirijiet tagħha lejn il-Poplu Malti fil-kariga ta' President ta' Malta, u filwaqt li tirringrazzjaha ta' dan, tixteqilha għomor twil u hieni u aktar servizz għal pajjiżna.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, għandhom isiru diskorsi ta' kwarta kull wieħed min-naħa tal-Prim Ministru u min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, il-fatt li llum, għal darb'oħra, qegħdin miġburin f'dan il-Parlament niddiskutu proposta tal-Prim Ministru tal-ġurnata li hija ssekondata mill-Kap tal-Oppożizzjoni tal-ġurnata biex b'mod wiesa' nirringrazzjaw lill-President uxxenti, juri l-maturità l-kbira li wasalna għalih bħala pajjiż.", "Ta' min jirrimarka li l-persuni li okkupaw il-kariga ta' President, li hija l-ogħla kariga f'pajjiżna, kollha kemm huma, b'eċċezzjoni tal-Ewwel President, kienu ġejjin mill-bankijiet tal-politika.", "Huwa importanti li ngħid li kollha kemm huma, bla eċċezzjoni, għarfu li matul il-mandat tagħhom għandhom jintrefgħu għalkollox mill-politika partiġjana.", "Kemm dawk li kienu aktar voċiferi minn oħrajn meta kienu involuti fid-dinja tal-politika kif ukoll dawk li kienu inqas involuti u voċiferi, fiż-żmien li okkupaw il-kariga ta' President tar-Repubblika they rose to the occasion u neżgħu għalkollox l-għamad partiġjan biex għamlu l-almu tagħhom sabiex jgħaqqdu lil pajjiżna.", "Irrid nibda dan id-diskors billi nirringrazzja lill-President Marie Louise Coleiro Preca u lit-tmien predeċessuri tagħha kif ukoll lill-Aġent President Pawlu Xuereb, li kollha kemm huma għamlu xogħol imprezzabbli.", "Il-kariżma ta' kull wieħed u waħda minnhom għenet biex sawru lil dan in-nazzjon kif inhu llum.", "Meta ħames snin ilu ġejt f'din il-Kamra u pproponejt lill-President Coleiro Preca għall-Presidenza, wieħed mill-aktar kummenti komuni li kont smajt minn persuni minn kull qasam kienet li l-Gvern se jkun qiegħed jiċċaħħad minn waħda mill-aħjar esponenti tiegħu li għadha fl-aqwa tagħha biex tagħti servizz lill-pajjiż.", "Dakinhar, f'dak id-dibattitu, kont għedt li jien nemmen li bħala Gvern konna qed nitilfu asset importanti ħafna, imma kien se jirbaħ u jiggwadanja l-pajjiż.", "Illum, wara ħames snin, ninsab konvint aktar minn qatt qabel li l-President Coleiro Preca tat ħafna lil dan il-pajjiż li sar aktar sinjur fid-dibattiti li kellna.", "Il-President Coleiro Preca kienet ta' kuxjenza u ġibdet widnejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fejn kien hemm bżonn; widnejja l-ewwel wieħed.", "Il-President Coleiro Preca hija persuna li tgħid l-affarijiet kif temmen hi u kienet il-leħen ta' tant persuni li ħafna drabi jsibu ruħhom f'minoranza, jekk mhux waħedhom.", "Naħseb li dan il-Parlament għandu jirrikonoxxi bis-sħiħ dan ir-rwol li qdiet il-President Coleiro Preca li tat leħen lil dawk li ftit li xejn kellhom leħen.", "Hawn mhux qed nirreferi biss għall-emarġinati u għall-persuni li qed iħossuhom li qegħdin fit-tarf tas-soċjetà tagħna għax għaddejjin minn problemi psikoloġiċi jew psikosoċjali imma qed nirreferi wkoll għad-difiża li għamlet il-President għall-minoranzi fis-soċjetà tagħna, bħalma huma l-immigranti.", "Dan għamlitu waqt dibattiti internazzjonali jaħarqu dwar din il-kwestjoni - mhux dibattiti lokali għax għall-grazzja t'Alla naħseb li s-sensibilità f'din il-Kamra kważi dejjem irrenjat - u qabżet għal dan is-settur ta' persuni vulnerabbli allavolja dawn mhumiex ċittadini ta' pajjiżna.", "Il-President tat leħen u kienet punt ta' referiment kontinwu anke għat-tfal.", "Fil-fatt il-President ħadmet biex it-tfal jingħataw leħen.", "Forsi bħala politiċi, edukaturi u anke ġenituri, mhux dejjem nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu t-tfal.", "Illum jien sirt nemmen aktar minn qatt qabel li dan l-eżerċizzju tas-smigħ jirresponsabilizza lit-tfal tagħna bħala ċittadini ta' pajjiżna.", "Fost l-attivitajiet lil hinn mill-cameras li ħallew effett f'din il-Presidenza kienu l-laqgħat fl-iskejjel tal-President mat-tfal.", "Jidhirli li l-President irnexxielha ddur l-iskejjel kollha f'pajjiżna - naf li kienet tqatta' ċertu ħin mat-tfal - mhux biex tieħu r-ritratti biss imma biex ġenwinament tingħalaq ma' gruppi ta' tfal fi klassi fejn ikun hemm rappreżentanti tat-tfal u tagħmel sigħat titkellem magħhom biex tisma' x'għandhom xi jgħidu.", "Jien mhux l-ewwel darba li fil-laqgħat regolari li kelli magħha, kif kelli mal-predeċessuri l-oħra tagħha li kelli x-xorti li nservi taħthom, bħal Dr Eddie Fenech Adami bħala Prim Ministru u President u lil Dr George Abela, kienet tgħidli b'dak li jinkwieta lit-tfal.", "Naħseb li mhu se nikser l-ebda sigriet ta' konfidenzjalità meta qed ngħid dan.", "Fil-fatt nirringrazzjaha għall-konfidenzjalità li dejjem żammet fil-laqgħat kollha delikati li saru maż-żewġ naħat tal-Kamra u ma' nies oħrajn, fejn dejjem kienet hemmhekk bħala interlokutur li wieħed jista' jafda.", "Waħda mis-sitwazzjonijiet li kienet tirrimarkali ħafna dwarha kienet fi żmien meta kellna ftit tensjoni fir-relazzjonijiet tagħna mal-pajjiż ġar tagħna l-Italja.", "Fost l-oħrajn kienet tgħidli li kienet qed tiltaqa' ma' tfal li ġejjin minn familji mħallta Taljani u Maltin li qed iħossu t-tensjoni fil-familji tagħhom u ma jixtequx li jkun hemm ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Qed ngħid dan biex nuri kif imqar f'affarijiet li forsi jistgħu jidhru daqshekk żgħar, imma importantissimi, kellha kuxjenza li dejjem kienet konsistenti.", "Nistqarr li mal-President Coleiro Preca, kemm fil-funzjoni tagħha bħala Membru Parlamentari kif ukoll bħala Ministru, kien hemm pożizzjonijiet ta' policies li jien u hi konna nħarsu lejhom b'mod differenti.", "Dawn huma fatti dokumentati f'dibattiti kbar li kien hawn f'dan il-pajjiż.", "Però jien dejjem apprezzajt il-pożizzjoni tagħha għaliex qatt ma kienet imnebbħa minn interess personali u dejjem kienet konsistenti f'dak li tgħid, b'mod li taf fejn qiegħed magħha.", "Ta' dan għandna nirringrazzjawha.", "Il-President Coleiro Preca mxiet fuq il-passi tal-predeċessuri tagħha.", "Konvint li se tkompli tagħti ħafna lil dan il-pajjiż speċjalment issa li se tkompli tmexxi l-Malta Foundation for the Wellbeing of Society li għandha rwol importanti ħafna u tista' tkun parti mil-legat tagħha.", "Mhux qed ngħid dan bħala kirjanza imma għax verament nemmen li l-President fadlilha ħafna x'tagħti lis-soċjetà tagħna.", "Waħda mill-affarijiet li tgħallimt kemm ili nokkupa din il-kariga hi kemm pajjiżna ma jagħmilx użu biżżejjed mill-għerf istituzzjonali.", "F'pajjiżna għandna nies li huma mogħnija mill-esperjenza li huma riżorsa kbira.", "Pereżempju, ċerti pajjiżi għandhom is-Senat.", "Niftakar lill-President Emeritu George Abela jipproponi kunsill tal-Istat, xi ħaġa li jien ma neskludix li niddiskutu meta nkunu qegħdin nitkellmu dwar ir-riforma Kostituzzjonali.", "Dan il-kunsill tal-Istat ikun jista' jagħti pariri, jekk mitlub, lill-prim ministru tal-ġurnata dwar issues partikolari.", "Pereżempju nista' nsemmi bħala fatt li f'dawn il-ħames snin, il-President Emeritu George Abela kien kruċjali biex il-Gvern għalaq il-ftehimiet mal-ħaddiema tal-Air Malta.", "Bl-istess mod nara li fis-snin li ġejjin, il-President Coleiro Preca tista' tkun mgħajta minn kwalunkwe gvern jew prim ministru biex fejn hemm il-lok, tgħin biex dan il-pajjiż ikompli miexi 'l quddiem.", "Ta' dan insellmulha u għalhekk qed nipproponi din il-Mozzjoni u nirrakkomandaha lil din il-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, kull kariga pubblika ġġib magħha responsabilità u aktar ma tkun għolja l-pożizzjoni, akbar tkun ir-responsabilità.", "Il-Presidenza hija l-ogħla kariga f'dan il-pajjiż u s-saħħa tagħha mhijiex qiegħda fil-poteri eżekuttivi imma fil-moralità u dak li jirrappreżenta lil pajjiżna.", "Jien inqabbel lil din il-kariga xi ftit jew wisq mal-bandiera nazzjonali tagħna li jiġri x'jiġri fil-pajjiż, trid tibqa' tperper u turi the true colours tal-Istat, għax hija ogħla minn kollox u minn kulħadd.", "Il-President mhijiex qiegħda tirrappreżenta lill-Gvern jew lill-parti mill-poplu, imma qed tirrappreżenta lill-pajjiż kollu, f'dak kollu li jagħmilna nazzjon.", "Min jokkupa din il-pożizzjoni għandu l-obbligu li jista' jkun xi ftit kontradittorju, għax jista' jkun involut b'mod sensittiv u jħoss il-ħteġijiet tal-pajjiż, imma jrid ikun distakkat għax mhuwiex fil-pożizzjoni li jiddeċiedi bħall-Eżekuttiv.", "Il-President jirrappreżenta lill-pajjiż fil-funzjonijiet u l-viżti uffiċjali imma jirrappreżenta wkoll l-aspirazzjonijiet, it-twemmin u l-valuri tal-pajjiż.", "Naħseb li dan il-kuntrast inħass mill-Presidenti kollha.", "Għalhekk ningħaqad mal-Prim Ministru u minn hawnhekk insellem lill-Presidenti kollha ta' Malta, kemm lil dawk li ħallewna kif ukoll lil dawk li għadhom magħna għas-servizz tagħhom.", "Insellem b'mod partikolari lill-President Marie Louise Coleiro Preca li għamlet il-missjoni tagħha, anke meta kienet fil-politika għax tgħin liż-żgħir, lill-batut u lil dawk vulnerabbli.", "Meta kienet għadha fil-politika, anke bħala Membru tal-Oppożizzjoni, kienet taħdem bla heda biex tgħin lil min ikun qiegħed jiffaċċja l-problemi.", "Naf li kienet tgħin lil kulħadd, irrispettivament mill-kulur politiku jew minn kwalunkwe twemmin partiġjan.", "Għalhekk ma kelli l-ebda dubju li ġaladarba ġiet magħżula biex tokkupa l-ogħla kariga f'dan il-pajjiż, hi kienet se taqdi din il-missjoni tagħha b'lealtà u b'fedeltà mhux biss lejn il-pajjiż imma wkoll lejn kull ċittadin ta' dan il-pajjiż.", "Ma kellix dubju lanqas li l-Kabinett kien tilef vuċi importanti favur iż-żgħir, il-fqir, il-batut u l-vulnerabbli.", "Dan ġara proprju fl-iżjed żmien li l-Kabinett kellu bżonn din il-vuċi u llum qegħdin inħossu l-effett ta' din it-telfa.", "Għalhekk dak li rebħet il-Presidenza, sfortunatament tilfu l-pajjiż mill-Eżekuttiv li spiċċa ltim mill-vuċi rappreżentattiva tad-dgħajjef u tal-batut.", "Jien kelli diversi okkażjonijiet li nitkellem mal-President Marie Louise Coleiro Preca fis-sentejn li għaddew għax kienet issejħilna biex niltaqgħu magħha, anke fuq bażi personali, prattikament kull xahar.", "F'dawn il-laqgħat kienet tolqotni l-abilità tagħha li tisma'.", "Kif nafu llum qed ngħixu f'dinja fejn ninsabu bbumbardjati b'messaġġi li ġejjin minn kullimkien.", "Illum kulħadd jista' jgħid tiegħu għax bil-mezzi ta' komunikazzjoni, fid-dinja tas-selfies, tista' tikkomunika anke jekk tkun waħdek ġo darek.", "Wieħed jista' jitkellem fit-tajjeb, fil-ħażin, biex jixxokkja, jgħin, ikisser, jifred jew jipproponi, fost l-oħrajn.", "Però l-President għandha l-abilità li tisma' u fid-dinja tal-lum hija xi ħaġa rari ħafna li ssib lil xi ħadd li jisimgħek.", "Il-President, li hija l-ogħla rappreżentant f'pajjiżna, jinteressaha minn dak li tkun qed tgħidilha u ġġiegħlek tħossok li inti l-aktar persuna importanti fil-Kamra f'dak il-mument.", "M'hemmx għalfejn tkun il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni jew xi dinjitarju, imma tista' tkun l-aktar persuna debboli, fil-bżonn u fqajra, għax il-President għandha l-abilità li tisma' lil kulħadd.", "Il-President kienet tagħtik il-ħin mingħajr kondizzjoni li forsi llum hija l-aktar ħaġa prezzjuża u skarsa li għandu l-bniedem fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu.", "Naħseb li din hija tagħlima għalina l-politiċi biex nagħrfu li qegħdin fil-ħajja pubblika biex inservu u nagħtu l-ħin tagħna mhux biex nieħdu xi ħaġa lura imma biex inkunu ta' servizz għall-oħrajn.", "Naf li l-President kienet taħdem sa minn filgħodu kmieni.", "Il-ħidma tagħha tul l-aħħar ħames snin kienet eżemplari għax ma kenitx tħares lejn il-kuluri tal-politika, tal-ġilda, tal-opinjonijiet jew tal-ġeneru, imma kienet tħares biss lejn il-persuna bħala uman.", "Naf li kellha jaħdmu fil-qrib tagħha, kemm internament kif ukoll bħala estensjoni, nies li ġejjin minn kull twemmin u kredu differenti u li kollha jistqarru li ma kienet tagħmel differenza ma' ħadd u ma kienet iġġiegħel lil ħadd iħossu differenti minn ħaddieħor.", "Forsi bħala battuta żgħira ngħid li bil-ħidma tal-President verament twettqet il-wegħda ta' Malta Tagħna Lkoll.", "Din hija lezzjoni li għandna nieħdu minn din il-Presidenza.", "Hija sfortuna li f'pajjiż żgħir bħal tagħna tibqa' tirrenja l-firda politika li rridu nibqgħu nissieltu biex neqirduha, għax għandha implikazzjoni diretta għad-demokrazija ħajja u b'saħħitha f'pajjiżna.", "Id-demokrazija qatt ma tista' tissarraf f'firda li tweġġa' u tiżola n-nies minħabba t-twemmin tagħhom.", "Hawn nixtieq nieħu spunt minn dak li kitbet il-President f'artiklu li deher fil-ġurnali tagħna l-Ħadd li għadda, fejn qalet li hija ma waqfet qatt titgħallem, speċjalment mit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Din hija lezzjoni oħra li għandna nieħdu minn din il-Presidenza.", "Kultant fil-politika, forsi minħabba l-mod ta' protokoll u kif niġu ttrattati bħala politiċi, nibdew inħossu li kbirna, inħossuna aħjar minn ħaddieħor, inħossu li nafu kollox u li sirna professuri.", "Il-messaġġ li joħroġ minn din il-Presidenza huwa li aħna studenti għax obbligati li nibqgħu nitgħallmu mingħand in-nies inkluż dawk li huma l-iċken fis-soċjetà tagħna.", "Il-Prim Ministru semma li l-President kienet daret l-iskejjel kollha u ma naħsibx li għamlet hekk biex tixprunahom jistudjaw u jitgħallmu aktar biss, imma wkoll biex titgħallem mingħand it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li rridu nitgħallmu minnha, nemmnuha u nwettquha fil-prattika.", "Fl-aħħar tal-karriera politika tagħna, kull wieħed u waħda minna jrid jistaqsi lilu nnifsu x'tgħallem u x'radd lura lis-soċjetà biex inħallu lil pajjiżna aħjar milli sibnieh.", "Naħseb li l-President Marie Louise Coleiro Preca mhu se ssib l-ebda diffikultà li twieġeb din il-mistoqsija bl-aktar mod kuxjenzjuż.", "Jien qrajt li l-President qed tħares lejn futur 'il barra mix-xena politika partiġjana u għalhekk nittama li tkompli trendi s-servizz lin-nazzjon tagħna li għandu bżonn vuċi b'saħħitha favur iż-żgħir, il-fqir u l-vulnerabbli għal aktar ugwaljanza fl-interess nazzjonali.", "Il-vuċi tal-President hija waħda b'saħħitha għaliex matul dawn il-ħames snin uriet li ma kenitx biss persuna politika imma telgħet 'il fuq mill-politika partiġjana u saret persuna li tissimbolizza s-servizz lejn l-Istat.", "Nittama li tibqa' tuża din il-vuċi biex tibqa' tirrappreżenta lil dawn is-setturi, li normalment ma jkollhomx il-leħen tagħhom.", "Għalhekk irrid nagħmel ukoll stedina lill-President.", "Ħafna drabi naraw li l-vuċijiet iż-żgħar huma dawk li jispiċċaw ma jsibux lil min jismagħhom.", "Iċken ma tkun il-vuċi, inkluż ta' min għadu ma twelidx, aktar inħossu li nistgħu nikkalpestawha mingħajr rimors.", "Għalhekk nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex f'pajjiżna jkun hawn aktar min jitkellem favur it-tarbija fil-ġuf.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li jekk hawn eżempju ta' mara li rnexxiet fil-ħajja mingħajr il-bżonn tal-kwoti kienet Marie Louise Coleiro Preca.", "Il-passjoni, l-enerġija, l-abilità, il-kapaċità u l-kredenza f'dak li emmnet u riedet tagħmel, wassluha fl-ogħla pożizzjoni f'pajjiżna.", "Nawguralha affarijiet sbieħ u ħajja twila.", "Mhux se nawguralha l-mistrieħ għax ninsab ċert li l-enerġija li wriet fl-aħħar snin se tibqa' toffriha għas-servizz ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Issa nerġa' nsejjaħ lill-Prim Ministru biex jekk jogħġbu jressaq il-Mozzjoni dwar il-ħatra ta' President ta' Malta.", "MOZZJONI DWAR IL-ĦATRA TA' PRESIDENT TA' MALTA", "L-ISPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, nipproponi illi:", "Billi skont id-dispożizzjoni tas-subartikolu (1) tal-artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta għandu jkun hemm President ta' Malta li jiġi maħtur b'Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati;", "U billi skont is-subartikolu (3) tal-istess artikolu tal-Kostituzzjoni l-kariga ta' President ta' Malta ssir vakanti fl-4 ta' April 2019;", "Għalhekk il-Kamra tad-Deputati bis-saħħa u għall-finijiet tal-imsemmi artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta' Malta tirriżolvi li taħtar lid-Dottor George Vella President ta' Malta.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, din hija l-għaxar darba li dan il-Parlament qed jaħtar persuna sabiex tkopri din l-ogħla kariga tal-Istat.", "Nemmen li matul id-dibattitu li kien hawn fil-pajjiż b'mod ġenerali fl-aħħar xhur, l-ismijiet tal-persuni kollha li ssemmew, ġejjin minn fejn ġejjin, kienu meritevoli ta' kull konsiderazzjoni biex jokkupaw din il-kariga.", "Nemmen li m'għandniex niġġudikaw persuna sempliċement skont minn fejn tkun immilitat jew x'temmen politikament, imma għandna niġġudikawha fuq l-aġir u l-ħsebijiet tagħha matul ħajjitha.", "Forsi l-iżball li sar miż-żewġ naħat tal-Kamra matul is-snin kien li konna niġġudikaw persuna skont minn liema naħa tkun ġejja.", "Nemmen li għad jasal iż-żmien fejn il-persuna nnominata għall-Presidenza ma tkunx ġejja strettament minn din il-Kamra, minkejja li tkun involuta fil-politika.", "Fil-każ ta' Dr George Vella, m'għandix dubju li huwa l-aħjar persuna li pajjiżna jista' jkollu biex jokkupa l-kariga ta' Kap tal-Istat f'dan il-mument partikolari u se nispjega għaliex.", "Dr Vella għandu tliet kwalitajiet li huma magħġunin fih u li nemmen li l-poplu diġà japprezzahom.", "Nista' ngħid li kont milqut mill-mod prattikament unanimu li bih intlaqget din in-nomina hekk kif ħarġet fil-pubbliku ftit tal-ġimgħat ilu.", "L-ewwel nett, Dr Vella huwa persuna ta' integrità.", "Ftit nista' naħseb f'persuni li għamlu aktar min-nofs ħajjithom fil-ħajja pubblika u ma jkunx hemm dell wieħed fuqhom!", "Dr Vella huwa wieħed minn dawn il-persuni!", "Dr Vella kien fil-front line politics, fejn serva bħala Deputat Prim Ministru u jien kelli l-unur li nservi miegħu meta kien jokkupa l-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin.", "Meta tqis kollox, wieħed ma jistax jaħseb f'każ wieħed fejn Dr Vella ġie akkużat b'xi mod li mexa b'mod li ma kienx integru!", "Seta' kien hemm diskussjonijiet mixgħula politikament, imma l-integrità tiegħu qatt ma ġiet imqiegħda fid-diskussjoni.", "Għalhekk naħseb li din hija kwalità li permezz tagħha Dr Vella jaspira lill-poplu u lill-klassi politika.", "Lil dawk kollha minna li qed iservu fil-ħajja pubblika, Dr Vella huwa punt ta' riferiment.", "Naħseb ukoll li minħabba l-esperjenza twila tiegħu fil-ħajja politika, il-kelma tiegħu għandha ħafna kredibilità u terfa' ċertu piż kemm meta jitkellem privatament mal-Eżekuttiv u l-Membri Parlamentari kif ukoll pubblikament fl-indirizzi tiegħu lejn il-poplu.", "It-tieni nett, Dr Vella jemmen fis-servizz pubbliku jiġifieri li tkun ta' servizz għan-nies.", "M'hemmx dubju li din hija karatteristika ġejja mit-trobbija tiegħu u mill-mod kif minn familja umli wasal biex sar tabib ta' riferiment mhux biss għar-raħal tiegħu ż-Żejtun imma anke għan-nies tan-naħa t'isfel tal-pajjiż, għan-nies fit-tarzna ta' Malta u għan-nies fl-Air Malta.", "Ftit nies jafu li Dr Vella huwa wieħed mill-ftit nies f'pajjiżna li speċjalizza fil-mediċina tal-avjazzjoni.", "Dr Vella kien dejjem għas-servizz tan-nies.", "M'intix se tmur għandu għall-karezzi jew biex joqgħod ifissdek!", "Ma naħsibx li se jieħu għalih meta qed ngħid dan!", "Kont tmur għandu sabiex jgħidlek l-affarijiet kif inhuma, anke jekk dawk l-affarijiet ikunu diffiċli.", "Naħseb li dik hija trait ta' matul ħajtu fil-professjoni medika tiegħu.", "Ħadt pjaċir ħafna nara intervisti fuq il-mezzi tax-xandir ma' nies li żgur ma kenux imġiegħla jitkellmu b'ċertu mod, li jgħidulek li meta kienu jmorru għandu, jekk jinduna li m'għandhomx biex iħallsu jew isir jaf li għaddejjin minn żmien diffiċli f'ħajjithom, ma kienx iżommilhom flus!", "Dan ix-xogħol kien jagħmlu b'integrità u b'sens ta' servizz, biex ikun hemmhekk għal ħaddieħor.", "Niftakar li waħda mid-drabi fejn rajtu verament imweġġa' fil-politika kien meta reġa' sar Ministru fl-2013.", "Konna qed nitkellmu u qalli li ma jiflaħx jara li ma jistax jiftaħ il-klinika biex jiltaqa' man-nies!", "Niftakru jgħidli kemm jixtieq jibqa' jagħmel ix-xogħol ta' tabib, imqar b'xejn, basta jżomm il-kuntatt man-nies!", "Kienet tagħtih ġewwa ħafna li ma jistax jiftaħ il-bieb tal-klinika tiegħu nhar ta' Sibt jew matul il-ġimgħa, biex jara n-nies u jitkellem magħhom.", "Kien jgħidli li ilu jara ċerti klijenti għal dawn l-aħħar 50 sena u issa kien qed iħoss li għalqilhom il-bieb f'wiċċhom!", "Kważi kważi kien iħossu li qed jonqos lil dawn il-persuni.", "Dak huwa s-sens ta' servizz; li inti tkun qiegħed hemmhekk għal ħaddieħor u mhux ħaddieħor qiegħed hemmhekk għalik!", "Naħseb li Dr Vella huwa wieħed mill-ftit politiċi li kien offrut il-poter u rrifjutah!", "Dawk li huma iżgħar minni fl-età forsi ma jiftakrux dan il-fatt.", "Niftakar li jien kont għadni fi tfuliti meta kont bdejt insegwi l-politika u ssemma isem Dr Vella mix-xejn.", "Ngħid il-verità qatt ma kont smajt bih!", "Jidhirli li waqt meeting fil-Gżira, eżatt wara r-riżultat elettorali tal-1992, l-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kien qal li Dr George Vella għandu jkun il-mexxej tal-Partit Laburista.", "Niftakar li l-għada l-gazzetta l-orizzont ġabet ir-ritratt tiegħu u niftakarni nistaqsi lil missieri min huwa Dr Vella.", "Wara ftit jiem, il-mezzi tax-xandir kienu rrapportaw li Dr Vella ma kienx interessat fil-kariga ta' Kap u mbagħad, eventwalment, kien sar Deputat Mexxej u baqa' għaddej bil-karriera politika tiegħu.", "Fil-fehma tiegħi, il-fatt li kien offrut il-poter u rrifjutah, hija xi ħaġa sinifikanti ħafna!", "It-tielet punt huwa l-exposure u l-esperjenza internazzjonali li għandu Dr Vella.", "Naħseb li Dr Vella huwa second to none fil-ġenerazzjoni ta' politiċi li għandna ħajjin illum il-ġurnata f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif inhu magħruf u rispettat barra l-pajjiż.", "Dr Vella huwa erudit ħafna fil-ħsieb tiegħu fir-rigward tal-politika barranija, speċjalment il-politika fil-Mediterran, fejn huwa meqjus bħala espert tas-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.", "B'dan il-mod naħseb li l-Presidenza ta' Dr Vella se timxi u ssegwi l-linja tal-Presidenza tal-Eks President Guido de Marco, li fuq livell internazzjonali, kien diġà magħruf ħafna u seta' jieħu sehem f'numru ta' fora internazzjonali, fejn kien meqjus bħala awtorità.", "Naħseb li fil-każ ta' Dr Vella qed nitkellmu fuq Presidenza li tista' tieħu dak it-tip ta' kalibru.", "Din hija t-tieni darba li se jkollna tabib li jokkupa l-kariga ta' President wara l-Eks President Ċensu Tabone.", "Nemmen li se tkun Presidenza impekkabbli, fis-sens li, kif ġara mill-Presidenti kollha ta' qablu, se jintrefa' 'l fuq mill-politika, jgħid l-affarijiet kif inhuma, ma jiddejjaqx jiġbed l-attenzjoni fejn meħtieġ u jsemmi l-issues li huma għal qalbu.", "Nieħu pjaċir li kien hemm xi mezzi tax-xandir li ddeskrivew lil Dr Vella bħala mentor tiegħi.", "Dan ma kienx intenzjonat bħala xi kumpliment.", "Però għalija huwa kumpliment kbir li nista' ngħid li Dr Vella kien wieħed min-nies li ggwidawni fil-politika!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa din mhijiex kwestjoni li għax hu emmen fija, jien nemmen fih.", "Xejn minn dan!", "Nista' ngħid li kien hemm bżonn konvinċiment kbir biex Dr Vella jaċċetta din il-kariga.", "Dan mhux xi ħadd li wara l-konsultazzjonijiet li kelli miegħu, qalli mill-ewwel: Iva, meta se nidħol San Anton?", "Xejn minn dan!", "Naħseb li kieku kellna dibattitu dwar dan fil-Parlament kien ikun dibattitu iebes ħafna fl-argumentazzjoni tiegħu għaliex beda jistaqsi dwar kull punto e virgola.", "Il-mod kif wasal għad-deċiżjoni li jaċċetta din in-nomina hija xhieda tal-punti kollha li semmejt.", "Dr Vella mhuwiex persuna li jagħmel għall-poter, għaċ-ċerimonji u ċ-ċerimonjali, imma fl-istess ħin huwa persuna tal-Istat.", "Nemmen li Dr Vella se jissimbolizza l-Istat Malti u d-demokrazija Maltija fl-aqwa tagħha!", "Sur President, huwa proprju għalhekk li qed inpoġġi din il-Mozzjoni quddiem din il-Kamra.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sur President, fl-aħħar ġranet tal-Presidenza attwali kien qam id-dibattitu dwar il-ħatra ta' min għandu jkun il-President li jmiss ta' pajjiżna.", "Bħala Oppożizzjoni, konna tkellimna b'mod ċar li xtaqna li jkollna President li jkun ġej mill-kamp oppost tal-Gvern.", "Infakkar li l-ħatra tal-President Emeritu George Abela kienet ġest ta' kuraġġ mill-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, li meta għażel il-President mill-kamp oppost ta messaġġ politiku b'saħħtu.", "Sa dakinhar kellna kultura li l-President ikun magħżul mill-kamp tal-Gvern.", "Sur President, għadna kif għamilna d-diskorsi dwar il-President Marie Louise Coleiro Preca, fejn l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet appoġġjat il-ħatra tagħha biex tirrinforza l-messaġġ ta' għaqda.", "Din id-darba, meta ġejna għall-għażla tal-President li jmiss, bħala Oppożizzjoni ssolleċitajna lill-Gvern biex f'mument fejn din l-għaqda nazzjonali hemm tant bżonnha, nagħtu messaġġ lill-poplu Malti u Għawdxi billi jkollna figura li tgħaqqad, iġġib il-pajjiż flimkien u tirrappreżentah fl-intier tiegħu.", "Għalhekk ipproponejna biex l-għażla tal-President tkun ġejja mill-kamp oppost tal-Gvern.", "Jien għandi rispett kbir lejn Dr George Vella, kif jaf hu u l-familja tiegħu.", "Però, bħala Oppożizzjoni, issuġġerejna ismijiet li l-Gvern seta' jikkonsidra għal din il-kariga imma l-Gvern għażel li ma jeħux dak il-pass.", "Nemmen li f'pajjiżna għandna bżonn li jkollna President li jinħatar biż-żewġ terzi tal-Kamra, biex b'hekk, ikun jista' jitneħħa biss biż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Bħalissa qegħdin niddiskutu dwar emendi kostituzzjonali.", "Sfortunatament, forsi m'aħniex qed nagħmlu biżżejjed progress, imma qed nagħmlu diversi rakkomandazzjonijiet u proposti ċari u konkreti dwar x'poteri jista' jkollu l-President, minbarra dawk ċerimonjali u ta' rappreżentanza tal-Istat.", "Fost l-oħrajn qed ngħidu li fil-pajjiż hemm bżonn li l-istituzzjonijiet tagħna jissaħħu u għalhekk, meta jkun hemm ħatriet u għażliet ta' funzjonarji u karigi pubbliċi, dawn jinħatru biż-żewġ terzi tal-Kamra u jekk ma jkunx hemm il-kunsens, ikun il-President li hu nnifsu jkun maħtur biż-żewġ terzi tal-Kamra, li jagħmel l-aħħar għażla.", "L-Oppożizzjoni ddeċidiet b'responsabilità li ma topponix il-ħatra tal-President il-ġdid u tkun favur tagħha, billi ssekondajnieha.", "Dan qed nagħmluh għax nemmnu li hekk hemm bżonn.", "Mill-Oppożizzjoni qed nibagħtu dan il-messaġġ b'saħħtu, fejn dak li m'għamilx il-Gvern, qed nagħmluh aħna.", "Fil-ġranet li ġejjin se nkun qiegħed nippreżenta emenda kostituzzjonali biex b'mod statutorju, ikun obbligatorju li l-Gvern tal-ġurnata jfittex li l-Presidenza ssir biż-żewġ terzi u titneħħa biż-żewġ terzi wkoll.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dak huwa messaġġ b'saħħtu biex ikollna tisħiħ tal-istituzzjonijet tagħna!", "Forsi bħala politiċi ma jirnexxilniex infiehmu biżżejjed l-importanza li jkollna demokrazija li taħdem, fejn mhux biss ikollna elezzjonijiet li jkunu ħielsa imma jkollna Gvern li jamministra b'mod li kull parti tal-funzjoni tal-istituzzjoni tal-pajjiż titmexxa' b'mod demokratiku.", "Naħseb li llum għandna okkażjoni unika f'dan il-Parlament fejn qed nagħżlu l-Presidenza biex inkomplu bir-riformi li għandna bżonn bħala pajjiż.", "Hawn qed nitkellem dwar dawk ir-riformi kostituzzjonali li rridu naqblu dwarhom bis-saħħa taż-żewġ terzi, kif ukoll dwar riformi oħrajn li l-Gvern jista' jimplimentahom minnufih!", "Dawn ir-riformi hemm bżonn urġenti għalihom biex nissalvagwardaw id-demokrazija f'pajjiżna!", "Sur President, kif nafu, sal-lum, f'pajjiżna, il-President m'għandux funzjoni eżekuttiva, jiġfieri mhuwiex il-persuna li jiddeċiedi, jikkmanda, jiggverna u jmexxi l-pajjiż 'il-quddiem.", "Hemm pajjiżi fejn il-President għandu dik it-tip ta' saħħa.", "Però l-President f'pajjiżna għandu r-responsabilità kollettiva morali.", "Jista' jkun li fix-xhur jew snin li ġejjin, din il-Presidenza se jkollha terfa' din ir-responsabilità.", "Nemmen li se jkun hemm il-bżonn li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet fejn il-President, bi prudenza, ikollu l-aħħar kelma.", "Se jkun hemm l-obbligu li tinġarr din ir-responsabilità.", "Ninsab konvint li Dr George Vella huwa l-persuna idonea li terfa' din it-tip ta' responsabilità, għax konvint mill-istatura u l-fibra morali tagħha, irrispettivament mill-kulur u t-twemmin politiku.", "Fix-xhur jew snin li ġejjin, il-valuri u l-morali jistgħu jkunu l-akbar testijiet għal pajjiżna.", "Bħala Oppożizzjoni konvinti li Dr George Vella ċertament kapaċi jerfa' din ir-responsabilità.", "Ma nixtieqx li nagħmel analiżi tal-ħajja professjonali u politika ta' Dr George Vella u lanqas irrid nantiċipa dik li se tkun il-funzjoni tiegħu fil-Presidenza.", "Kull Presidenza tiġi fformata u tingħata x-xbieha ta' min tkun il-persuna li tkun qed tmexxi dan l-uffiċċju.", "Il-President isir is-simbolu tal-pajjiż.", "Kif nafu, pajjiżna qed jinbidel b'rata mgħaġġla ħafna.", "Qed naraw li l-fibra soċjali tas-soċjetà qed tinbidel mil-lum għal għada, fejn dak li normalment isir fuq medda ta' snin, qed isir fi żmien qasir.", "Jista' jkun li t-tessut tas-soċjetà fl-irħula u l-villaġġi u t-twemmin tal-valuri tagħna jkunu mhedda.", "Malta nazzjon għexet mijiet ta' snin taħt assedju.", "Malta nazzjon għexet mijiet ta' snin iffortifikata u magħluqa, biex tipproteġi kontra l-influwenzi ta' barranin li riedu jaħtfu lil pajjiżna.", "Illum il-ġurnata l-mentalità tbiddlet u l-istorja tal-pajjiż uriet li aħna kellna l-abilità, il-kredenza, ir-rieda u x-xewqa li noħorġu fid-dinja aktar miftuħin, biex nesploraw l-opportunitajiet imma wkoll biex nilqgħu għall-isfidi.", "Fl-istess ħin, ma rridux nitilfu l-identità tagħna u dak jagħmilna Maltin!", "Ma rridux nitilfu dak li jagħmilna differenti minn oħrajn fejn nitgħallmu nikbru minn ħaddieħor, però nibqgħu uniċi!", "Din il-kwalità li tagħmilna verament Maltin u Għawdxin trid tiġi salvagwardata.", "Naħseb li l-President f'pajjiż demokratiku bħal tagħna jrid ikun is-simbolu ta' dak li huma l-Maltin!", "Tajjeb li neżaminaw xi tfisser li tkun Malti u Għawdxi f'dinja li qed tiċkien u ssir aktar mgħaġġla.", "Tajjeb li naraw xi tfisser li jkun hawn varjetà kbira ta' nazzjonalitajiet li qegħdin jitħalltu magħna u kif kapaċi nilqgħu għal dawn l-isfidi li jridu jimmaturawna u mhux idgħajfuna.", "Naħseb li din se tkun l-isfida ewlenija fil-Presidenza ta' Dr George Vella.", "Bħala Oppożizzjoni, konvinti li l-President se jkun kapaċi jwettaq u jegħleb dawn l-isfidi.", "Konvint li f'dak li se jiffaċċja pajjiżna matul din il-Presidenza, se negħlbu l-isfidi flimkien.", "Sur President, jien għandi xewqa waħda; li nħarsu lejn pajjiżna bħala l-pajjiż li huwa tagħna lkoll.", "Naħseb li meta nħarsu lejn il-President verament irridu nifhmu xi jfissru dawn il-kliem.", "Lil hinn minn min ikun fil-gvern, l-ewwel u qabel kollox, irridu nkunu kburin li aħna Maltin!", "Hemm sfidi kbar quddiemna, fosthom sfidi soċjali, ta' popolazzjoni u tal-faqar fejn dawk li huma l-inqas iffortunati u l-aktar vulnerabbli jridu jingħataw prijorità u sfidi ambjentali fejn l-iżvilupp iġib lill-pajjiż vittma.", "Għalhekk irridu naraw li nħarsu mhux biss il-wirt kulturali u storiku tagħna, imma anke l-wirt ambjentali.", "Irridu nkunu kapaċi li nħarsu lura u ngħidu li rnexxielna nħallu pajjiż aħjar milli sibnieh.", "Dawn mhumiex sfidi żgħar imma rridu nħarsu 'l quddiem b'fiduċja u tama.", "Nawgura lill-President George Vella ħames snin ta' fejda u servizz għall-poplu tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa mill-Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, skont il-ftehim milħuq mal-Oppożizzjoni, ninforma lill-Kamra li fis-seduta ta' għada, minkejja l-aġenda li se tkuċn moqrija minn hawn u ftit minuti oħra, se jitressaq għad-diskussjoni l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet Elettorali.", "L-Ewwel Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi sar ilbieraħ u se jkun ippubblikat fuq il-Gazzetta tal-Gvern għada, u għalhekk ma jistax ikun imniżżel fuq l-aġenda li se nressqu llum.", "Hawn ftehim ukoll li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduta ta' għada għandu jiġi estiż, skont il-bżonn u bi qbil tal-Kamra, sakemm dan l-Abbozz ta' Liġi jgħaddi mill-istadji kollha tiegħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nikkonferma li hemm dan il-ftehim.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Id-Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fil-5.28 p.m., skont il-ftehim milħuq, il-Kamra għaddiet għall-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "Fil-5.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 8890.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8309 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari .", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – SPIŻA TA' SERVIZZ TA' MOBILE PHONE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7680, 8148 u 8797 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret dwar il-pubblikazzjoni bl-isem Moving Forward - Government of Malta Magazine ippubblikat fi Frar 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġiet imqassma bieb bieb l-imsemmija pubblikazzjoni?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispiża totali tal-magazine Moving Forward kienet ta' €38,871 (VAT inkluża).", "Din l-ispiża tinkludi disinn, ipprintjar kif ukoll distribuzzjoni tal-magazine lill-177,780 dar f'Malta u Għawdex kollha.", "L-iskop ta' dan il-magazine huwa li jinforma lill-pubbliku dwar il-ħidma li qed iwettaq il-Gvern.", "Magazines simili kienu ppubblikati matul is-snin minn gvernijiet differenti.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta' Malta?", "Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?", "Jista' jgħid ukoll ir-rank/grad ta' dawn in-nisa?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-membri fil-Forzi Armati ta' Malta huma 1,750.", "1,650 minnhom huma rġiel u 100 huma nisa.", "Ir-rank tal-membri nisa huwa kif ġej:", "KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika rrapportati lill-Pulizija, sena b'sena bejn is-sena 2010 u s-sena 2018?", "Jista' jindika wkoll kemm minn dawn il-każijiet kienu vjolenza fuq:", "b. l-irġiel;", "d. l-anzjani?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu ta' vjolenza fiżika u kemm minnhom ta' vjolenza psikoloġika?", "Liema kienet l-età ta' dawn il-vittmi?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li bejn is-sena 2010 u s-sena 2018 il-każijiet u tipi ta' vjolenza domestika kif irrapportati fis-sistema tal-Pulizija, sena b'sena, kien kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "It-tabella tinkludi wkoll l-ammont ta' vittmi tal-vjolenza u l-etajiet tagħhom, maqsuma fil-kategoriji indikati fil-mistoqsija.", "VJOLENZA DOMESTIKA - KAŻIJIET IL-QORTI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' vjolenza domestika?", "X'kienu l-pieni li ngħataw f'dawn il-każijiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li fil-Qorti ta' Malta, fir-rigward ta' kumpilazzjonjiet, l-istatistika bdiet minn Jannar ta' din is-sena u mill-1 ta' Jannar sal-21 ta' Marzu, 2019 daħlu 18-il kawża.", "Fir-rigward ta' kawżi sommarji (tad-distrett) mis-sena 2015 sa Diċembru 2018 kien hemm 2,256 każ bil-pieni mniżżla fit-tabella t'hawn taħt.", "Fil-Qorti ta' Għawdex ma tinżammx statistika rigward każi ta' vjolenza domestika peress li dawn jidħlu bħala każi tad-distrett u ma jiġux indikati b'din in-nomenklatura.", "KAŻIJIET TA' NEGLECT", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018, kemm tressqu nies il-Qorti fuq każijiet ta' neglect?", "Kemm minn dawn il-każijiet kienu fuq tfal (0 sa 18-il sena) u kemm minnhom fuq anzjani (60+)?", "Kemm kien hemm każijiet fuq persuni b'diżabilità?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar nies li tressqu l-Qorti fuq każijiet ta' neglect.", "KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2010 sas-sena 2018 kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika?", "Jista' jindika wkoll kemm minn dawn il-każijiet kienu vjolenza fuq:", "b. l-irġiel;", "d. l-anzjani?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu ta' vjolenza fiżika u kemm minnhom ta' vjolenza psikoloġika?", "Liema kienet l-età ta' dawn il-vittmi?", "MICHAEL FALZON: L-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, attwalment, kemm hemm foster carers?", "Kemm minnhom huma koppji u kemm minnhom huma single?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba hija kif ġej:", "Koppji bħala foster carers 171 Foster Carers Singles 41", "Numru totali ta' Foster Carers 212", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, il-binjiet li minnhom joperaw ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari .", "Bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' refurbishment fil-binja tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza kif ukoll fid-DIER.", "Huwa ppjanat li jiġu implimentati inizjattivi b'rabta ma' dawn ix-xogħlijiet sabiex fejn hu possibbli tiżdied l-aċċessibilità.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-binjiet li joperaw minnhom il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu huma fil-parti l-kbira tagħhom diġà aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Il-Malta Film Commission kif ukoll Dar il-Mediterran għall-Konferenzi għaddejjin bi proġetti infrastrutturali fejn il-faċilitajiet tagħhom se jsiru aktar aċċessibbli.", "L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha uffiċċju tal-informazzjoni (TIO) ġewwa l-Imdina li jinsab ġo torri antik u qed jiġi studjat kif din l-aċċessibilità tista' ssir possibbli.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2018 u fl-ewwel kwart ta' din is-sena ttieħdu bosta miżuri biex il-binjiet li minnhom joperaw l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru jkunu aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Dettalji jinsabu fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw ikunu aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Ministeru tiegħi l-binja fejn jinsab is-Segretarjat Permanenti diġà kienet attrezzata b'lift u faċilitajiet sanitarji għall-persuni b'diżabilità, madankollu matul l-2018 ġiet installata rampa fid-daħla ewlenija sabiex ikun hemm aċċess ħieles għar-reception.", "Fir-rigward tal-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd., matul l-2018, ġiet approvata estensjoni tal-uffiċini fil-Magħtab fejn fil-proċess tal-ippjanar saret konsultazzjoni mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.", "Dan sabiex l-aċċessibilità tkun assigurata.", "Inizjattivi oħra favur aktar aċċessibilità twettqu f'Hexagon House mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.", "Dawn kienu jinkludu l-iddisinjar u t-twaħħil mill-ġdid ta' faċilitajiet sanitarji sabiex f'kull livell tal-binja jkun hemm żewġ kmamar tal-banju aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Barra minn hekk saru xogħlijiet ta' twessigħ ta' bibien u kurituri, tbaxxew l-iswitches tad-dawl u l-palm readers, u ġew allokati spazji ta' parkeġġ għall-persuni b'diżabilità.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "QORTI TAL-FAMILJA F'GĦAWDEX - MEDJATURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il medjatur hemm jaħdem fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "Jista' jgħid jekk dan jew dawn jaħdmux fuq bażi part-time jew full-time?", "Jekk fuq bażi part-time jista' jgħid kemm-il siegħa fil-ġimgħa hu assenjat jew huma assenjati l-medjaturi fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex hemm medjatriċi waħda li taħdem fuq contract for service mal-Qrati tal-Ġustizzja (Malta).", "Hi ġiet assenjata erba' sigħat mill-Qrati tal-Ġustizzja (Malta) biex tagħmel il-medjazzjonijiet tal-Qorti ta' Għawdex.", "QORTI TAL-FAMILJA F'GĦAWDEX - KAŻIJIET TA' MEDJAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2015, 2016, 2017 u 2018, kemm-il każ ġie riferut għall-medjazzjoni mill-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "Jista' jgħid preżentament kemm-il każ hemm fl-istadju ta' medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IX-XAGĦRA - SIT TAĊ-ĊIRKU TAX-XAGĦRA - PJANIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għas-sit taċ-Ċirku tax-Xagħra (Brockdorff Circle) fix-Xagħra, Għawdex?", "Jista' jgħid jekk dan huwiex miftuħ għall-pubbliku u jekk le meta hu mistenni li jinfetaħ għall-pubbliku?", "Jista' jgħid matul dawn l-aħħar sentejn x'investiment sar min-naħa tal-Gvern jew Heritage Malta fuq dan is-sit?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li Triq il-Ħamrija fix-Xewkija, Għawdex qed tinbena mill-ġdid u diġà bdiet tingħata l-ewwel kisja tarmak, tista' l-Ministru tgħid jekk f'din it-triq sarux it-testijiet tal-plate bearing?", "Jekk iva, tista' tgħid kemm-il test saru u d-dati meta saru?", "Tista' tindika, permezz ta' street plan, fejn saru l-plate bearing tests u x'kien ir-riżultat?", "Tista' tgħid min għamilhom u min iċċertifika r-riżultat ta' dawn il-blate bearings tests?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'din it-triq saru testijiet tal-plate bearing kemm fuq il-wiċċ tas-sodda sekondarja (Type 1D) kif ukoll fuq il-wiċċ tas-sodda primarja (Type 1).", "Fuq l-ewwel tul ta' madwar 350m tat-triq saru xejn inqas minn 19-il test.", "It-testijiet saru f'dawn id-dati:", "Type 1D: 3 ta' Jannar 2019, 12 ta' Frar 2019", "Type 1: 12 ta' Frar 2019, 18 ta' Frar 2019 u 7 ta' Marzu 2019", "Intenni li dawn saru fuq l-ewwel tul ta' madwar 350m tat-triq, ċjoè fuq il-parti li tibda minn ħdejn Triq il-Mitħna sal-parti li tmiss ma' Triq Widnet il-Baħar.", "Ir-riżultati kienu kollha sodisfaċenti għan-nies tekniċi tagħna ħlief għal tnejn li fallew għal ftit.", "Fejn fallew it-testijiet, ġegħelna lill-kuntrattur jerġa' jirrombla l-uċuħ tas-sodda tat-triq u jerġa' jittestja sakemm joħorġu riżultati sodisfaċenti.", "Dan huwa proċess normali u kollu sar għas-spejjeż tal-kuntrattur.", "L-ebda tarmak ma ngħata qabel in-nies tekniċi kienu sodisfatti bir-riżultati tal-plate bearing.", "It-testijiet saru fil-maġġor parti mill-kuntrattur li kien obbligat iqabbad kumpanija tat-testijiet indipendenti.", "Fil-fatt dawn saru mid-ditta Solid Base Laboratory Ltd, u ġew iċċertifikati minn nies tekniċi tagħha.", "Minħabba li l-perit u n-nies tekniċi tal-Ministeru riedu korrelazzjoni tar-riżultati, tqabbad ukoll l-MCCAA Laboratory sabiex jagħmel testijiet ulterjuri fejn dawn iċċertifikaw riżultati sodisfaċenti wkoll u kkonfermaw it-testijiet kollha li ċċertifikat id-ditta Solid Base Laboratory Ltd.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8224 u jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' Negotiated Procedure u x'tip ta' Negotiated Procedure kienu u dan sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "F'kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b'dan il-mod?", "Kemm kien il-valur ta' kull tender?", "Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija u awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI TAL-QALA - TNEĦĦIJA TA' SKART TA' KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta' skart ta' kostruzzjoni tneħħa mill-area ta' Kassja mill-Kunsill Lokali tal-Qala?", "Min kien il-kuntrattur inkarigat mit-tneħħija ta' dan l-iskart tal-kostruzzjoni, kif intgħażel dan il-kuntrattur, kemm tħallas u min iċċertifika l-ħlas u x-xogħol li għamel dan il-kuntrattur?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat mill-Kunsill Lokali tal-Qala li l-kuntratt li ħareġ il-kunsill kien għal xogħol ta' surfacing bit-tarmak tat-Triq ta' Kassja.", "Waqt li kien qed isir ix-xogħol instab dan l-iskart ta' kostruzzjoni f'naħa waħda tat-triq.", "Il-kunsill, iżda, m'għandux informazzjoni ta' kemm skart tneħħa.", "Informat ukoll li għal dan ix-xogħol għadu ma sarx il-ħlas u ċ-ċertifikazzjoni tiegħu peress li dan għadu kif sar riċenti iżda l-istima ta' dan ix-xogħol ġiet approvata mill-perit tal-kunsill u hija lump sum ta' €1,997 excluding VAT.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li d-dog friendly beach fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara tkun tassew aċċessibbli għax ilha aktar minn sentejn mirduma b'ġebel, ħadid u knaten, tant li hija eyesore u periklu?", "JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "KUNSILL LOKALI ĦAL BALZAN – TALBA GĦAL ŻIEDA TA' ĠURNATA GĦALL-ĠBIR TAL-BORŻA S-SEWDA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għall-ġbir tal-borza s-sewda għadha ma ġietx approvata minn Novembru li għadda?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-ISPORT – MEMBRI TAL-KUMMISSJONI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kummissjoni/bord dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport?", "Kemm qed jitħallsu u x'perkaċċi għandhom?", "Jista' jgħid għalfejn din l-istrateġija ma tħallietx f'idejn Sport Malta?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni hija komposta kif ġej:", "Ir-remunerazzjoni hi kif se nsemmi:", "Chairperson - €15.89 kull siegħa sa massimu ta' €3,100", "Membru - €13.07 kull siegħa sa massimu ta' €1,550.", "Membri ex officio mhumiex intitolati għal ħlas.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li SportMalta hija rappreżentata miċ-Chief Executive Officer.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – NEFQA FUQ REKLAMAR FIL-MIDJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9427 u 8732 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalunkwe entità li taqa' taħtu f'reklamar fuq kull mezz tal-midja bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b'xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta' reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż.", "Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont sostanzjali ta' ħin u riżorsi biex tinġabar u għaldaqstant għandu jkun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.", "KONVENZJONI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM - PROTOKOLL NUMRU 12", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9422 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jinkorpora fil-liġi Maltija l-Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern għandu l-ħsieb li jinkorpora fil-liġi Maltija l-Protokoll Numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Fil-fatt dan il-Protokoll se jkun parti mill-pakkett tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Ugwaljanza li se jitressaq mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Għal din ir-raġuni nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi lill-Ministeru kkonċernat jekk hemm bżonn ta' aktar informazzjoni.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – GRIEVANCES BOARD", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9517 u 9089 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta' żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa'/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "JOSEPH MUSCAT: Il-proċess tal-grievances li nbeda fl-2014, intemm fl-2016 u għaldaqstant il-membri msemmija fil-mistoqsija parlamentari 8886, temmew it-terminu tagħhom.", "Uħud minnhom servew fuq il-Grievances Board għal uffiċjali pubbliċi li twaqqaf fl-2017.", "Uħud servew bħala membri ta' bordijiet ta' reklutaġġ, ta' dixxiplina jew ta' proġetti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-membri li servew fuq kull Grievances Board inħatru abbażi ta' proċedura sanzjonata fl-2012 mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar użu ta' uffiċjali pubbliċi rtirati.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li l-proċess kollu tal-Grievances Boards sar bil-kunsens tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – KUNTRATT TA' SERVIZZ TA' KONSULENZA TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 9516 li fiha l-Ministru żvela li l-Membru Parlamentari li ismu qed jingħata separatament għandu kuntratt ta' servizzi legali mal-Malta Film Commission kif ukoll mal-Malta Film Fund, jista' l-Ministru:", "(i) jgħid meta ġew iffirmati dawn il-kuntratti u meta jintemm it-terminu tagħhom;", "(ii) jgħid kemm huwa l-ħlas li se jitħallas il-Membru Parlamentari in kwistjoni bħala remunerazzjoni skont dan il-kuntratt?", "(iii) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn iż-żewġ kuntratti?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Intepellant li ż-żewġ kuntratti ta' servizzi legali ġew iffirmati f'Awwissu 2017 u huma validi għal sentejn.", "Il-kuntratt mal-Malta Film Commission huwa ta' €200 fix-xahar filwaqt li dak mal-Malta Film Fund huwa ta' €400 fix-xahar.", "FIAU – OPINJONI FORMALI MILL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR ID-DIRETTIVA TAL-UE FUQ ĦASIL TA' FLUS", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta' Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħasil tal-Flus, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi din l-informazzjoni hija aċċessibbli online fuq is-sit –https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/2_en_act_part1_v7-adopted_text.pdf", "Kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "FIAU – KOPJA TAT-TWEĠIBA TAL-OPINJONI FORMALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba tal-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għall-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-FIAU mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta' Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mal-liġi applikabbli tal-Unjoni Ewropea, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-FIAU ma tistax tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Ministru għaliex din l-informazzjoni li qed tintalab għandha x'taqsam mal-operat tal-FIAU, u għalhekk titqies bħala informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali li ai termini tal-Att Kontra l-Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) ma tistax tiġi żvelata.", "PULIZIJA – TALBA LILL-UAE GĦALL-IFFRIŻAR TA' ASSI TA' KUMPANIJA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbux lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda (UAE) sabiex iżommu ffriżati l-assi fil-kont jew kontijiet bankarji tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u dan b'konnessjoni mal-investigazzjoni dwar l-istess kumpanija anke wara li issa huwa magħruf li sid din il-kumpanija mhu ħadd ħlief wieħed mis-sidien tal-power station il-ġdida mibnija taħt id-direzzjoni politika tal-Ministru għat-Turiżmu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li dan il-każ huwa soġġett għal inkjesta maġisterjali.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbux li jitwaqqaf Joint Investigation Team ai termini tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Model Agreement for setting up a Joint Investigation Team (JIT) (OJ C 18, 19.1.2017, p.1) u dan sabiex tissaħħaħ l-investigazzjoni dwar il-kumpanija reġistrata fid-Dubai li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li dan il-każ huwa soġġett għal inkjesta maġisterjali.", "AĠENZIJA SAPPORT – MANWAL U PROĊEDURI TA' KIF JAĠIXXU MA' KLIJENTI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport għandhiex manwal ta' proċeduri li jiddefinixxi kif l-istaff tiegħu għandu jirreaġixxi mal-klijenti tagħhom?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-manwal?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija Sapport għandha manwal ta' proċeduri u numru ta' policies għall-impjegati tagħha li jiddefinixxi kif jirreaġixxu mal-klijenti.", "Dawn il-manwali u policies fil-preżent qed jiġu aġġornati u għalhekk mhux possibbli li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "BIRKIRKARA – TRIQ IL-KNISJA L-QADIMA – KONTENITURI GĦALL-ISKART U TINDIF", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu d-dog bins u l-litter bins fit-traffic island tal-parking space ta' Triq il-Knisja l-Qadima faċċata ta' Triq Karm Zerafa, Birkirkara kif ukoll it-tindif ta' ħaxix ħażin li kiber mal-bankini fl-istess triq?", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Minsiteru kkonċernat.", "IL-MELLIEĦA – BAJJA TAL-GĦADIRA – ĦSARAT IKKAWŻATI MILL-MALTEMP", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-ħsara kkawżata mill-maltemp li saret bejn iż-żewġ bajjiet fl-Għadira fil-Mellieħa (ritratt qed jingħata separatament) (anness fl-aħħar tad-dokument) u ssir il-manutenzjoni meħtieġa?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tat-Trasport, fil-ġimgħat li ġejjin TM se tagħmel it-tiswijiet meħtieġa fuq dan il-moll imsemmi.", "Ritratt marbut ma' mistoqsija parlamentari Nru 9795"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190402_214d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 3 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 3 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 3 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 214, li saret fit-2 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "Karol Aquilina) staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8310 u 8853 u ċjoè jista' jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għall-aħbar li ħarġet ftit tal-jiem ilu fejn ġie mħabbar li l-Kummissjoni Ewropea approvat funding ta' €74 miljun fejn jidħol l-investiment li hemm bżonn isir fil-kwalità tal-ilma f'Malta.", "Jista' jekk jogħġbu jagħti aktar informazzjoni dwar x'inhu dan l-investiment u kif ir-residenti se jgawdu minn dan l-investiment li se jsir fil-kwalità tal-ilma tax-xorb?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Il-Kummissjoni Ewropea approvat kważi €74 miljun biex jitjieb il-livell tal-ilma tax-xorb fil-gżejjer Maltin.", "Il-Kummissjoni Ewropea qalet li permezz tal-proġetti li qed twettaq il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tissaħħaħ ukoll is-sigurtà tal-ilma f'pajjiżna kif ukoll l-effiċjenza fl-użu tal-ilma tal-pjan.", "Qed ngħid hekk għax dan il-proġett li ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea mhux biss se jwassal għal titjib drastiku fil-konservazzjoni tal-ilma tal-pjan imma se jwassal ukoll għall-użu tal-enerġija b'mod iktar effiċjenti.", "Fuq kollox, kif diġà għedt, se titjieb ukoll il-kwalità tal-ilma fid-djar kollha Maltin u Għawdxin.", "Dan il-proġett se jagħmel revoluzzjoni sħiħa fil-mod ta' kif se nipproduċu u nqassmu l-ilma f'pajjiżna.", "Wieħed jista' jsemmi l-impjanti tar-reverse osmosis f'Malta.", "Minkejja li qegħdin jipproduċu iktar ilma, qed ikun hemm inqas użu ta' enerġija.", "Din hija xi ħaġa li tgħinna nilħqu t-targets fejn tidħol l-effiċjenza ta' enerġija.", "Fl-istess waqt nista' ngħid li l-użu tal-ilma tal-pjan se jonqos b'erba' miljun litru ilma fis-sena.", "Mela, filwaqt li se nipproduċu iktar ilma u l-użu tal-enerġija se jonqos, se nkunu wkoll indirettament qegħdin nipproteġu l-ilma tal-pjan għaliex se ntellgħu inqas ilma mill-pjan.", "Il-Korporazzjoni diġà bdiet tibni l-impjant il-ġdid tar-reverse osmosis f'Għawdex b'kapaċità li jipproduċi disa' miljun litru kuljum u dan se jassigura provvista ta' ilma ta' kwalità tajba għall-Għawdxin.", "Issa l-Għawdxin mhux se jibqgħu jiddependu mill-ilma li jiġi minn Malta permezz tal-pipe imma se jkunu indipendenti u allura jkollhom iktar sigurtà.", "Apparti dan, diġà qed titħaffer mina minn Pembroke għal Ta' Qali b'investiment ta' €33 miljun biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ilma.", "Illum l-ilma li jiġi ġġenerat mir-reverse osmosis ta' Pembroke jiġi ppumpjat lejn il-ġibjun ta' Ta' Qali.", "Din il-mina se tkun magħmula b'tali mod li mhux se jkun hemm bżonn enerġija biex tiddistribwixxi l-ilma għax dan se jimxi by gravity.", "Jiġifieri anke minn hemm se niffrankaw l-enerġija.", "Aħna qed nieħdu bis-serjetà kull ħaġa li nagħmlu fejn tidħol l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għax inqas ma tuża enerġija inqas ikollok tinġis.", "Fejn tidħol l-effiċjenza fl-enerġija qegħdin nilħqu l-miri fl-obbligi tagħna, allura qegħdin naraw li nkunu ħolistiċi fejn jidħol l-ilma u fejn tidħol l-enerġija.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Jiena nifhem li wieħed mill-klijenti ewlenin tal-Enemed hija l-Air Malta.", "Jista jekk jogħġbu l-Ministru jikkonferma jekk l-Air Malta, li ftit tal-ġranet ilu ħabbret surplus, għandhiex kontijiet pendenti li jlaħħqu viċin l-€20 miljun mal-Enemed?", "Jista' jikkonferma wkoll li kien hemm repayment agreement bejn l-Air Malta u l-Enemed u dan ma ġiex onorat ripetutament mill-Air Malta?", "Jista' jgħidilna jekk l-Enemed hijiex qiegħda tikkontempla azzjoni kontra l-Air Malta biex tiġbor il-flus dovuti lilha?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: L-Enemed għandha ħafna klijenti u ovvjament informazzjoni bħal din hija sensittiva fejn jidħol negozju.", "Apparti li m'għandix din l-informazzjoni, din hija xi ħaġa ta' natura kunfidenzjali fejn jidħol kummerċ u allura l-informazzjoni ma tistax tingħata.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Hemm xi ħsieb li l-Enemed tagħmel upgrading tal-ħażna tal-fuel li għandha fl-ajruport.", "Kif beħsiebha tagħmel dan it-tibdil?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: L-aħħar darba għamilt referenza dwar l-impjant ta' Birżebbuġa fejn hemm il-ħażna tal-Enemed li wasal biex jagħlaq.", "Sal-aħħar ta' din is-sena nkunu lestejna l-proġett li qegħdin nagħmlu f'Ħas-Saptan li se jkun state of the art.", "Aħna dejjem nagħtu priorità lis-sigurtà u l-effiċjenza tal-enerġija u huwa għalhekk li qed nużaw teknoloġiji state of the art kull fejn qegħdin nagħmlu dawn it-tip ta' proġetti.", "Aħna x-xogħol qegħdin nagħmluh bi pjan u qegħdin norbtu kollox ħolistikament.", "In parallel ma' dan il-proġett ta' Birżebbuġa qed nagħmlu wkoll it-tankijiet tal-aviation fuel għall-ħażna tal-Jet A1.", "It-tankijiet il-ġodda qegħdin jinbnew fl-istess sit fejn sa ftit żmien ilu kien hemm tankijiet ta' żmien l-Ingliżi.", "Dawn qed jinbnew bil-permessi kollha meħtieġa u wara l-istudji kollha neċessarji li saru, inkluż il-health and safety li huma konformi mal-Control of Major Accident Hazards Regulations (COMAH) u anke s-Seveso 2.", "Fejn għandu x'jaqsam ma' rwejjaħ saru studji u rriżulta li l-ajruplani li jużaw l-A1 li jiġi maħżun hemmhekk iħallu riħa waqt it-tlugħ u l-inżul ħafna iktar minn dawn it-tankijiet fejn jiġi maħżun dan it-tip ta' fuel.", "Biex inserraħ moħħ kulħadd tajjeb ngħid ukoll li saru konsultazzjonijiet pubbliċi fejn il-kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta kollha kienu mitlubin jagħmlu l-kummenti u l-oġġezzjonijiet tagħhom u anke l-pubbliku kien imħeġġeġ jagħmel dan fuq is-sit tal-Planning Authority.", "Nista' ngħid li dan sar skont il-liġi u kien hemm żmien biżżejjed biex wieħed seta' jara l-pjanti fid-dettall flimkien mal-istudju.", "Tajjeb ngħid ukoll li kien hemm min kien preokkupat li dan jista' jkun qiegħed qrib in-nies.", "Fil-fatt f'dan ir-rigward jiena rajt xi ritratti mis-satelliti fejn kienu mmarkawli fejn kienu qegħdin u jirriżulta li hemmhekk se jkun hemm holding down area li dak li jkun jaħsibha li hemmhekk ġejjin it-tankijiet.", "Fil-fatt it-tankijiet il-ġodda li qegħdin jinbnew se jkunu 40 metru aktar 'il bogħod minn fejn kien hemm it-tankijiet li kienu ġew żarmati.", "Jiġifieri mhux talli mhux se jkunu fis-site eżatt fejn kien hemm it-tankijiet l-antiki, imma se jkunu 40 metru iktar 'il bogħod.", "Skont l-istandards ta' Seveso 2 hemmhekk huwa safe ħafna u anke mir-rapport joħroġ ċar li jekk ikun hemm inċident, ir-residenti ma jkunu qatt fil-periklu.", "Kif għedt fil-bidu, importanti ngħid ukoll li t-teknoloġija li qed tintuża għal din il-ħażna hija state of the art.", "Fil-fatt lanqas f'Heathrow Airport m'hemm sistema komputerizzata bħal din li tagħmel monitoraġġ kontinwu tal-proċess biex mal-iċken riskju ta' tixrid ta' fuel kif ukoll f'każ li jiġri xi ħaġa jsir shutdown awtomatikament tal-impjant kollu filwaqt li tidħol fis-seħħ proċedura awtomatika ta' emerġenza.", "Irrid inserraħ ras in-nies ta' dawk l-akkwati li l-proġett il-ġdid huwa iktar sikur mit-tagħmir tal-ħażna li konna nużaw qabel.", "Sur President, aħna qed naraw li l-affarijiet isiru bl-aktar teknoloġija moderna kemm mill-aspett ta' effiċjenza u anke mill-aspett ta' sigurtà, u dan mhux f'dan il-proġett biss.", "Fejn jidħlu sigurtà u effiċjenza wieħed jista' jara li hemm pjanijiet serji speċjalment fejn tidħol l-enerġija u l-ilma.", "F'kull qasam qegħdin naraw li ndaħħlu l-prinċipju li jkun hemm is-sostenibbiltà biex nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Bi pjaċir ninnota li qed issir protezzjoni tal-ilma tal-pjan u li se jkun hemm użu tal-enerġija b'mod aktar effiċjenti fl-impjanti tar-reverse osmosis.", "Nixtieq nagħmel żewġ domandi, waħda hija teknika u l-oħra iktar biex inserraħ ras il-poplu.", "Permezz tar-reverse osmosis nipproduċu ilma msaffi mill-baħar.", "Kemm qegħdin nużaw mill-output ta' kull makna?", "Qed nistaqsi dan għax il-Ministru qal se nżidu oħra Għawdex.", "Kellna għalfejn inżidu dik ta' Għawdex jekk l-output tat-tlieta l-oħra kien suffiċjenti?", "Nixtieq nistaqsi wkoll xi prekawzjonijiet qegħdin jittieħdu min-naħa ta' dipartimenti oħrajn biex l-ilma li jieħdu dawn l-impjanti tar-reverse osmosis ma jkunx imniġġes.", "B'mod partikolari qed nirreferi għall-kontaminazzjoni mid-drenaġġ li hija xi ħaġa frekwenti.", "Il-baħar fuq in-naħa tas-Siġġiewi qed ikun kontaminat bid-drenaġġ li joħroġ mill-boathouses t'hemmhekk li huma qrib l-impjant tar-reverse osmosis.", "X'qed isir min-naħa tad-Dipartiment biex dan jiġi salvagwardat?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Nirringrazzjak.", "Rigward il-produzzjoni tal-ilma, bħalissa għandna ċertu persentaġġ li jiġi mir-reverse osmosis u persentaġġ ieħor mill-aquifer.", "Il-persentaġġ mill-aquifer safejn naf jien kien ta' madwar 60%.", "Meta tieħu inqas ilma mill-aquifer tkun qed ittejjeb l-istess aquifer.", "Barra minn hekk, tajjeb li ngħid ukoll li l-ilma li nippurifikaw mid-drenaġġ qabel konna narmuh il-baħar.", "Illum ma narmuhx il-baħar.", "Illum nippurifikawh u nagħtu ammont sostanzjali minnu għall-argikultura.", "Minnu nnifsu hemmhekk qed jiġi ppumpjat inqas mill-aquifer u allura qed nifrankaw ukoll.", "Wara kollox, il-kwalità tal-ilma mill-polishing plant, in-new water, huwa ta' kwalità tajba ħafna għall-agrikultura u dan qaluh anke l-bdiewa.", "Hemmhekk hemm domanda kbira.", "F'ċerti żoni bħall-Mellieħa għandna problema minħabba li d-domanda hija ikbar mid-drenaġġ li jidħol.", "Wieħed irid jistudja x'se jagħmel biex jilħaq ċerti żoni oħra, imma meta saru l-istudji ppjanajna d-distribuzzjoni skont fejn l-iktar li hemm bżonn ilma għall-agrikultura.", "Hemmhekk urejna biċ-ċar li l-impjant qed neħduh bis-serjetà ħafna.", "Rigward Għawdex, hemmhekk ħafna mill-ilma jitla' mill-pjan.", "Issa permezz ta' din ir-reverse osmosis dan mhux se jibqa' jittella' iktar għax se jkollna kapaċità aktar minn biżżejjed għal Għawdex.", "Anke hemmhekk, mingħajr ma daqqejna trombi wrejna kemm veru qegħdin nieħdu ħsieb l-ilma tal-pjan.", "Mhux hekk biss, imma qed naraw li jkun sostenibbli.", "Fil-fatt qabel konna nitilfu 'l fuq minn 90% tal-enerġija, imma grazzi għal din it-teknoloġija li għamilna, ftit li xejn qed jiġi mitluf minnha.", "Bħala pajjiż aħna avvanzati ħafna f'dan il-qasam.", "Rigward it-tniġġis naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li t-tesijiet isiru kuljum u mhux wieħed.", "Aħna anke l-inqas dubju nieħdu bis-serjetà.", "S'issa ma kellniex problemi minn dawn, però naċċerta lill-Onor.", "Interpellant li jsiru diversi testijiet ta' kuljum.", "Irrid ngħid ukoll li sfortunatament hemm ċerti żoni f'pajjiżna fejn it-togħma tal-ilma mhijiex pjaċevoli.", "Dak li jkun ma jeħux pjeċir juża l-ilma tal-vit meta huwa tajjeb.", "B'din is-sistema li se nagħmlu anke l-kwalità u t-togħma se tkun tajba.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, fix-xhur li għaddew il-Ministru informa lill-Kamra li kien qed jaħdem fuq il-possibbiltà ta' pipeline tal-gass li jgħaqqadna mal-Italja.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-pjan għadux fis-seħħ?", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fejn wasalna fuq dan il-proġett?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, jiddispjaċini ngħid li inkonnessjoni ma' dan il-pipeline tal-gass tlifna persuna minn Sqallija li kienet kapaċissima fl-ekoloġija.", "Sfortunatament dan kien wieħed mill-vittmi fl-inċident tal-ajru fl-Etjopja.", "Jiddispjaċini.", "Dan kien wieħed li jieħu ħsieb l-affarijiet kulturali ġewwa Sqallija.", "Kien l-Assessore, u bħala Ministru kontinwament kien ikolli kuntatti miegħu biex naraw l-istudji fuq il-baħar u l-art.", "Kien kapaċissimu, kien wieħed li jħobb lil pajjiżna u kien jaf dak li għandna f'pajjiżna u anke x'hemm fil-baħar.", "Sqallija wkoll tiflet lil din il-persuna u ma nafx kemm se jsibu wieħed bħalu li kien kapaċissimu fejn tidħol l-ekoloġija.", "Sur President, tajjeb li ngħid li s'issa, fejn jidħlu l-istudji ambjentali kif ukoll studji tekniċi għall-ħruġ ta' permessi f'Malta u fl-Italja biex fuqhom jitfassal dan it-tender ta' xogħlijiet imxew skont il-pjan.", "Fil-fatt tlestiet l-ewwel fażi tal-istħarriġ marittimu fejn saret analiżi ġeofiżika u anke ġeoteknika tar-rotta 'l barra mix-xtajta b'tul ta' 150 kilometru.", "Sal-aħħar ta' dan ix-xahar mistenni li jitlesta l-istħarriġ ġeofiżiku qrib il-kosta ta' Delimara u ta' Gela fi Sqallija.", "Nista' ngħid li bdiet wkoll l-analiżi ta' kampjuni fil-laboratorju biex jiġu analizzati rapporti ta' wara l-istħarriġ imsejjaħ post survey assessment.", "Fl-istess ħin għaddej ukoll ix-xogħol tal-istudju ambjentali li jinkludi l-istudji tal-impatt ambjentali f'Malta u fi Sqallija.", "Għaddej ukoll ix-xogħol fuq id-disinn dettaljat tal-inġinerija, il-front-end engineering design, kif ukoll tal-pipeline innifsu kif ukoll taż-żewġ stazzjonijiet terminali f'Malta u fi Sqallija.", "Fil-fatt b'mod regolari mmur Gela biex nitkellmu u mmexxu l-proġett 'il quddiem.", "Jiena sodisfatt ħafna bil-mod tal-awtoritajiet Taljani u bil-mod kif qed nikkollaboraw flimkien biex nipproteġu liż-żewġ naħat.", "Iż-żewġ naħat fehmu kif fehmet l-Ewropa wkoll li dan huwa proġett ta' interess għall-pajjiżi tal-Ewropa kollha, kif ukoll għal Malta u għal Sqallija.", "Ikollna diskussjonijiet regolari biex immexxu l-proġett u nista' ngħid li l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat hija eċċellenti.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Nirringrazzjak.", "Rigward l-Air Mmalta l-Ministru qal li hija materja kunfidenzjali.", "L-Airmalta hija kumpanija tal-poplu Malti u l-Enemed hija kumpanija tal-poplu Malti.", "Kif il-Gvern ftaħar bi profitti tal-Air Malta l-ġimgħa l-oħra, naħseb li l-poplu Malti għandu jingħata l-konfort u l-informazzjoni mill-Ministru responsabbli mill-Enemed jekk hux veru li l-Enemed għandha tieħu €20 miljun mill-Air Malta.", "Dan ifisser li l-ftaħir tal-€1 miljun profitt tal-Air Malta jisfuma fix-xejn!", "Huwa veru li l-Ministru dwar dan għandu kwestjonijiet jaħarqu mal-Ministru Konrad Mizzi fejn qed jiġri warajh u jinsisti dwar dan, għax biex jidher sabiħ hu qed jidher ikrah il-Ministru Joe Mizzi?", "L-ISPEAKER: Din id-domanda diġà saret, u skont l-Ordnijiet Permanenti ma tistax tirrepeti ruħha.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Inti tridni ngħidlek kemm il-Partit Nazzjonalista għandu jagħti lil Enemalta?", "Dawn huma affarijiet kunfidenzjali!", "Lill-poplu għidlu inti u mhux jien kemm għandu jagħti l-Partit Nazzjonalista lill-Enemalta!", "Jien sempliċement qed nimxi b'mod rett.", "Kull fejn hemm negozju, il-mod professjonali jitlob li dawn ma tidħolx fihom.", "(Interruzzjonijiet) Mela l-Partit Nazzjonalista mhuwiex pubbliku?", "Ma jkunx jaf il-pubbliku!", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Il-Ministru ma jistax jiżvija lil din il-Kamra.", "Hemm distinzjoni netta bejn l-Enemalta li hija tal-poplu Malti u l-Partit Nazzjonalista li huwa klijent bħal kull klijent ieħor tal-Enemalta!", "BEPPE FENECH ADAMI: Il-Ministru qiegħed konvenjentament jiżvija lil din il-Kamra meta jipprova jpoġġi lill-Air Malta on par mal-Partit Nazzjonalista!", "Dik hija żlealtà lejn din il-Kamra!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: M'għandekx għalfejn twieġeb.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, jien niddeċiedi u mhux inti!", "JOE MIZZI: Point of order isir fejn jidħlu ordnijiet permanenti.", "Dak ma kienx point of order, però jien bl-ebda mod ma ppruvajt inħallat l-affarijiet…(Interruzzjonijiet) Għidtlu biss li ma nistax nagħti informazzjoni ta' natura kummerċjali.", "L-ISPEAKER: Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet li Malta intervjeniet fihom wara li ġiet notifikata minn xi Qorti jew Tribunal f'xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea bejn l-2007 u l-2017, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 9763.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "L-Onor.", "INFORMAZZJONI LILL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ninforma lill-Kamra li n-naħa tal-Gvern se tagħmel użu mis-seduta tal-Ħamis 11 ta' April fejn se jiġi diskuss l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni, hekk kif miftiehem waqt il-House Business Committee.", "Din is-seduta se ssir fl-4.00 p.m. Dan l-Abbozz ta' Liġi se jiġi ppubblikat għada fil-Gazzetta tal-Gvern u nitlob il-permess tal-Kamra biex issa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja draft tiegħu.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "BYRON CAMILLERI: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja draft tal-Abbozz ta' Liġi tal-2019 dwar il-Kremazzjoni.", "PERMESS TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sur President, nitlob il-permess biex titressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Dan il-ftehim diġà ġie rreġistrat ilbieraħ.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nikkonferma l-ftehim.", "L-ISPEAKER: Mela hawn il-permess.", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-KREMAZZJONI", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 dwar il-Kremazzjoni\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 dwar il-Kremazzjoni\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Ordnijiet tal-Ġurnata.", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, xtaqt nitolbok tagħti ftit il-kelma lill-Kap tal-Oppożizzjoni li għadu kif wasal issa rigward diskussjoni ta' natura urġenti.", "L-ISPEAKER: Il-ħin li fih setgħu jitressqu l-mozzjonijiet għadda.", "Imma jekk hawn permess min-naħa tal-Kamra, kollox huwa possibbli.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew.", "Mela l-Kamra hija sospiża għal ftit minuti biex wieħed jiddiskuti.", "Fl-4.36 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet fl-4.39 p.m.", "CHRIS FEARNE: Sur President, qed naqblu li jagħmel intervent qasir ħafna u mhux xi diskors.", "L-ISPEAKER: Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzoni): Sur President, kif nafu dalgħodu ġie ppubblikat il-GRECO Report li fost ir-rapporti kollha li qed nassistu għalihom f'dawn l-aħħar ġranet u xhur naħseb huwa l-aktar wieħed li jiġbor kollox f'daqqa.", "Sfortunatament għal darb'oħra jagħti kundanna ċara lill-aġir tal-Gvern f'dik li hija l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-passi li qed jieħu u allura juri li għandna theddida ċara għad-demkokrazija.", "Taħt ċirkostanzi normali kont nitlob li niddiskutu dan ir-rapport illum taħt l-Ordni Permanenti 13, però nifhem li qegħdin niddiskutu l-liġi elettorali, għandna parametri tal-ħin u allura t-talba tiegħi hi li nsibu l-ewwel seduta possibbli, imma żgur mhux aktar tard minn ġimgħa mil-lum, ħalli nkunu nistgħu nagħmlu dibattitu xieraq u importanti mhux biss fuq dan ir-rapport imma fuq x'se nagħmlu minnufih biex nimplimentaw it-tisħiħ kollu lill-istituzzjonijiet tagħna biex nissalvagwardaw id-demokrazija.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE: Sur President, aħna m'għandna l-ebda problema, anzi nilqgħu l-istedina li f'dan il-Parlament issir diskussjoni fuq ir-rapport tal-GRECO.", "Naqblu li niddiskutu l-affarijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma' money laundering, però m'aħniex naqblu mal-istatement tal-Kap tal-Oppożizzjoni li din hija kwestjoni li għandha tiġi diskussa taħt l-Ordni Permanenti 13.", "Il-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jitlob li din issir sa bħal-lum ġimgħa diġà juri li m'hemmx dik l-urġenza.", "Però iva, nilqgħu l-istedina li niddiskutu dan is-suġġett f'xi ġurnata l-ġimgħa d-dieħla li niftiehmu dwarha bejnietna.", "Ovvjament irridu nkunu ċerti li jkun hawn il-Ministru għall-Ġustizzja hawnhekk għax jaf ikun għall-laqgħa tal-Council of Europe.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar): Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi dwar it-Trademarks ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IL-PATRIMONJU KULTURALI", "(Konsiderazzoni mill-ġdid mill-Kumitat)", "OWEN BONNICI: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jerġa' jiġi kkonsidrat mill-ġdid mill-Kumitat.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont ftehim milħuq, il-Kamra issa se tgħaddi biex tiddiskuti mill-istadji kollha l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet Elettorali (Abbozz Nru 81) li ma jidhirx fuq l-aġenda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-LIĠIJIET ELETTORALI", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354, u konsegwentement l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Kap. 363\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "OWEN BONNICI: Sur President, l-ewwel nett, irrid ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa wieħed tekniku li wasalna għalih wara diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Irrid ngħid li ħafna drabi huma l-liġijiet li dwarhom ma jkunx hemm qbil li bħal dejjem jieħdu l-akbar attenzjoni fil-mezzi tax-xandir, imma wara diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat irrid nirrapporta b'sodisfazzjon li hemm qbil fuq l-Abbozz ta' Liġi kollu.", "Kif nafu, il-Kummissjoni Elettorali għandha fiha membri nominati kemm mill-Prim Ministru kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni u dawn il-kummissjonarji qablu fuq il-bżonn li jkun hemm numru ta' emendi għal-liġi.", "Uħud minn dawn l-emendi għall-bidu ma kienx hemm qbil unanimu dwarhom imma llum nista' ngħid li dan il-pakkett għandu l-qbil unanimu taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Biex inkun korrett u preċiż mija fil-mija, fl-istadju ta' Kumitat se naqblu dwar emenda li tirtokka aktar id-diċitura milli s-sustanza biex wieħed jirrifletti aħjar il-qbil li lħaqna sabiex żgur ikun hemm serħan il-moħħ li dak li hawn fl-Abbozz ta' Liġi huwa dak li qbilna dwaru.", "Mela l-ewwel ħaġa li rrid nirrapporta b'sodisfazzjon hi li hawn dan il-qbil.", "Hawn qbil ukoll li f'din is-seduta nipproċedu bl-istadji kollha ta' dan Abbozz ta' Liġi u allura fil-ftit ħin li għandi xtaqt nagħti spjega tal-bidliet li se jidħlu fis-seħħ hekk kif jgħaddi dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ewwel bidla hija dik li tirrigwarda d-definizzjonijiet.", "It-tieni bidla hija rigward il-qtugħ mir-reġistri elettorali tal-kunsilli lokali u tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni Elettorali hija konxja li fir-reġistri elettorali tal-kunsilli lokali u tal-Unjoni Ewropea hemm numru sostanzjali ta' persuni reġistrati bħala votanti li fir-realtà m'għadx għandhom il-kwalifiki biex jibqgħu reġistrati bħal, pereżempju, m'għadhomx jgħixu Malta.", "Mingħajr dubju hemm numru ta' votanti li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u mhux Maltin li kienu marru lura lejn pajjiżhom mingħajr ma qalu lil ħadd.", "Il-provvedimenti tal-liġi jagħmluha diffiċli li jinqata' isem ta' votant mir-reġistru jekk ma jkunx hemm kuntatt mal-votant u b'dawn l-emendi se nsolvu din id-diffikultà.", "It-tieni emenda hija l-pubblikazzjoni tar-reġistru elettorali.", "Din se jieħu pjaċir biha sieħbi l-Ministru Josè Herrera, għaliex it's a green measure.", "Biex nevitaw ħafna karti r-reġistru elettorali jiġi pubblikat fuq il-website tal-Kummissjoni Elettorali imma b'mod ristrett fis-sens, l-ewwel nett, biex nevitaw dawn il-ħafna karti li żgur mhumiex ta' għajnuna għall-ambjent u t-tieni ma tinħariġx aktar il-compact disc li kienet issir mid-Dipartiment tal-Informazzjoni minħabba data protection.", "Naħseb li hija ħaġa tajba li ż-żewġ partiti qablu li spiċċa ż-żmien li kull min irid jagħmel marketing campaign imur jixtri s-CD tar-reġistru elettorali u mbagħad joqgħod jibgħat l-SMSs lil kulħadd fejn joqogħdu jgħidulek fuq il-washing machines u ma nafx fuq xiex aktar.", "Naħseb li s-serjetà titlob li jkun hemm sistema aktar regolarizzata ta' aċċess għal dan ir-reġistru elettorali.", "Il-partiti li huma għodda f'demokrazija bilfors irid ikollhom aċċess, u jekk tkun reġistrat bħala partit għall-finijiet tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, allura se jkollok dritt għar-reġistru elettorali u għall-website.", "B'mod regolat se jkollhom aċċess anke nies oħrajn li mhumiex partiti, però se ndaħħlu aktar serjetà u din hija xi ħaġa tajba.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-frontispizji tar-reġistru tal-kunsilli, dan se jieħu l-istess forma bħal dawk tal-elezzjoni ġenerali, jiġifieri li jidher total wieħed ta' votanti għal kull lokalità minflok ma jinqasmu votanti ta' bejn is-16-il sena u t-18-il sena u votanti li għandhom 'il fuq minn 18-il sena.", "Issa se jkun hemm lista waħda.", "Il-ġranet għan-nomini ta' kandidati hija xi ħaġa li aktar tinteressa lil min jaħdem f'dan is-settur milli lill-pubbliku inġenerali, imma tajjeb li wieħed ikun jaf li r-rakkmandazzjoni hija li għan-nomini ewlenin ikun hemm ħamest ijiem u għan-nomini każwali jkun hemm tlett ijiem.", "Se jitwal ukoll iż-żmien li l-Kummissjoni Elettorali tista' tistampa l-poloz tal-vot u allura naħseb li b'din il-bidla l-Kummissjoni Elettorali se tkun tista' taħdem aħjar.", "Din hija xi ħaġa li tiffaċilita l-ħajja tal-Kummissjoni Elettorali.", "F'dak li għandu x'jaqsam mar-ritratti tal-kandidati, min m'għadux grazzja magħna se jiddejjaq ikun jaf li issa fuq il-ballot paper se jkun hemm ir-ritratt tal-kandidati u allura ħdejn l-isem se naraw wiċċ l-Onor.", "Cutajar li qiegħed hawnhekk ħdejja.", "L-idea hija li jekk wieħed ikollu ftit diffikultà li jaqra imma jagħraf il-wiċċ, allura jkollu aktar konfidenzjalità meta jiġi biex jivvota.", "Wieħed jippreżumi li jekk wieħed jagħraf il-wiċċ ma jkollux għalfejn jistaqsi għall-assistenza tal-assistenti elettorali u allura wieħed jissalvagwarda aktar is-segretezza tal-vot li hija kardinali.", "Ħaġa oħra hi li n-nomini tal-kandidati, inkluż il-pagamenti tad-deposits, se jkunu jistgħu jsiru online permezz tal-website tal-Kummissjoni Elettorali, imma se jkun hemm is-sistema manwali in parallel.", "Għandna wkoll proċedura f'każ li kandidat imut wara l-istampar tal-poloz.", "Din hija l-aktar ħaġa li qanqlet dibatittu fil-Kabinett.", "Hawnhekk għandna sistema fejn se nkunu nafu x'se jiġri jekk kandidat imut wara li jiġu stampati l-poloz tal-vot.", "Naħseb li vi jew va, tajjeb li jkun hemm deċiżjoni f'każ li tinqala' din l-eventwalità.", "Jalla ma tinqala' qatt, għax jien nawgura ħajja twila lil kulħadd li qiegħed fil-politika, imma tajjeb li wieħed ikun jaf x'jiġri f'dan il-każ u hekk nagħtu aktar uniformità.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-poloz tal-vot, ħaġa li ma kontx naf imma tgħallimtha issa, fejn jidħlu votazzjonijiet fuq il-polza tal-vot fl-elezzjonijiet ġenerali u tal-Parlament Ewropew nivvotaw fuq il-lemin, mentri fejn jidħlu l-kunsilli lokali nivvotaw fuq ix-xellug.", "Hawn min jitfixkel biha din u allura l-idea hija li l-poloz ikunu uniformi u jkunu kollha fuq in-naħa tal-lemin.", "Se jkun hemm ukoll post allokat għat-timbri fuq in-naħa ta' wara tal-polza tal-vot u allura din żgur se tgħin fejn jidħol l-iscanning.", "Qabel, it-timbru seta' jsir kullimkien fuq wara.", "Sinjura President, l-aktar innovazzjoni li kienet fil-mezzi tax-xandir kienet dik dwar l-għadd elettroniku u skeda ġdida tal-għadd tal-voti b'mod elettroniku.", "Din l-iskeda tal-għadd tal-voti b'mod elettroniku u anke l-emendi kollha dwar dan is-settur saru wara diskussjonijiet estensivi, u rrid ngħid li fuq dan il-punt kien hemm diskussjonijiet bejn iż-żewġ partiti.", "Innotajt li l-Partit Nazzjonalista xtaq sistema mista fejn ma nistriħux biss fuq għadd elettroniku imma jkun hemm sistema manwali qabel jibda l-għadd elettroniku sabiex wieħed jassigura fiduċja fis-sistema.", "Aħna bħala Gvern tkellimna bejnietna u qbilna li m'għandux ikun hemm diffikultà li nilqgħu l-proposta tal-Oppożizzjoni għax aħna rridu li ż-żewġ naħat tal-Kamra u kull partit f'pajjiżna jkollu fiduċja fis-sistema elettorali.", "Dik hija paramount, l-ewwel u qabel kollox.", "Qed naqblu li jkun hemm din is-sistema fejn il-voti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u, eventwalment, tal-elezzjoni ġenerali jinqalbu wiċċhom 'l isfel, wara li jinqalbu l-voti kollha wiċċhom 'l isfel jinqalbu wiċċhom 'il fuq, isiru l-verifiki li hemm bżonn, l-esperti jgħidulna liema verifiki, imbagħad wara jsir l-għadd tal-voti b'mod elettroniku.", "B'hekk kulħadd ikollu moħħu mistrieħ.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-elezzjonijiet lokali wieħed m'hemmx għalfejn joqgħod jistenna li jaqleb il-voti wiċċhom 'l isfel ta' Malta kollha, imma hekk kif raħal partikolari f'dan il-proċess jiġi konkluż, imbagħad mill-ewwel isir dan il-proċess li semmejt bla ma jistenna rħula oħrajn, ċjoè l-voti minn wiċċhom 'l isfel jinqalbu wiċċhom 'il fuq, isiru l-verifiki u mbagħad isir l-għadd elettroniku.", "Irrid ngħid li l-esperti qed jgħidulna li l-għadd elettorniku – u naħseb li għandhom raġun – jagħti l-vantaġġ li neliminaw żbalji umani li inti, Sinjura President, għaddejt minnhom.", "Fil-fatt hawn diversi membri fl-istorja ta' dan il-Parlament li għaddew minn kwestjonijiet ta' żbalji umani.", "Veru li la tkun uman tkun soġġett għall-iżball, imma jekk tkun inti li qed tbati l-iżball assolutament ma teħux pjaċir.", "Hija xi ħaġa pożittiva li jkollna sistema li telimina l-iżball.", "Barra minn hekk se jkollna wkoll riżultati f'ħin qasir, fis-sens li hekk kif jibda l-għadd elettroniku l-proċess se jitħaffef aktar.", "Hawn nixtieq nirrakkonta esperjenza bħalma jgħaddi minnhom kulħadd fejn tiġi għat-tieni għadd tal-voti, tkun ilek lejl sħiħ tistennihom, jibdew jgħoddu u jgħidulek li se jieqfu għal break u tagħmel xi erba' sigħat bejn is-2.00 a.m. u s-6.00 a.m. tippassiġġa fil-counting hall!", "Dawn huma kollha esperjenzi li kulħadd għadda minnhom u allura naħseb li huwa għall-ġid ta' kulħadd li jkun hemm aktar speditezza.", "Se jkun hemm ukoll sistema ġdida tal-aġġudikar tal-poloz tal-voti dubjużi u se jkun hemm tliet livelli ta' aġġudikar, fil-bidu quddiem aġġudikatur tal-Kummissjoni Elettorali u quddiem il-kummissjonarji stess.", "Din hija xi ħaġa pożittiva.", "Huwa ovvju wkoll li meta jkun hemm ħtieġa ta' elezzjoni każwali, din is-sistema elettronika se tagħti riżultat ferm aktar malajr milli kieku tintuża s-sistema manwali li għandna preżentement.", "Din hija l-ispjega li ridt nagħti.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Puli li ħdimna tajjeb ħafna flimkien, lill-Onor.", "Aquilina li naf li kien involut fid-drafting, lil sieħbi l-Ministru Michael Falzon li fejn ma nifhimx nistaqsi lilu, u lil sħabi kummissarji li għamlu xogħol kbir u ġieli f'time-frames qosra ħafna.", "Nassigurahom li kulħadd grat għax-xogħol li għamlu.", "Naħseb li dak li jagħmlu l-kummissarji elettorali jolqot is-sisien tad-demokrazija tagħna li huma l-elezzjoni ġenerali, l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-kunsilli lokali għax dawn huma espressjoni tar-rieda tal-poplu.", "Jien jidhirli li b'dan l-Abbozz ta' Liġi se nsaħħu l-fiduċja fis-sistema elettorali tagħna, se nkomplu nimmodernizzaw u, wara l-vot tal-lum, dan il-Parlament se joħroġ aktar magħqud favur sistema aktar b'saħħitha, tajba, effikaċi u effiċjenti.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER (L-Onor.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Sinjura President, illum qegħdin niddiskutu din l-emenda importanti għal-liġi elettorali tagħna u rrid ngħid mill-ewwel li, kif diġà ġie spjegat, f'din il-parti ta' dan il-proċess l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dawn l-emendi, imbagħad fl-istadju ta' Kumitat nirfinaw l-affarijiet.", "Se nivvotaw favur għax wara xhur ta' diskussjoni nistgħu ngħidu li jekk il-proċess elettorali jitħaddem b'din is-sistema, se jsarraf f'ċertu serħan il-moħħ li finalment ikun qed jirrifletti r-rieda sovrana tal-poplu u se jaspira wkoll fiduċja li l-affarijiet qegħdin isiru sew.", "Illum ninsabu tmien ġimgħat bogħod mill-elezzjonijiet u qegħdin niddiskutu dawn l-emendi importanti li dwarhom kellna diskussjonijiet li kienu pjuttost twal.", "Dawn id-diskussjonijiet ħadu x-xhur, però ninsabu sodisfatti li b'din is-sistema ġdida u b'dan it-titjib nistgħu mmorru għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-kunsilli lokali.", "Sfortunatament mhux se jkun hemm tal-hamlets u, fil-fatt, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Robert Cutajar ressaq mozzjoni biex noġġezzjonaw għal dik in-notice tal-Gvern li tħassar dawn l-elezzjonijiet.", "Imma mill-bqija se mmorru għall-elezzjonijiet u ninsabu kburin ħafna li aħna tajna l-opportunità lill-poplu Malti li jivvota f'żewġ saffi oħra ta' ggvernar u ta' governanza.", "Saff minnhom tajnieh 25 sena ilu meta ħloqna l-kunsilli lokali bbażati fuq il-prinċipju ta' sussidjarjetà u llum dan l-esperiment iffjorixxa, sar realtà u, tista' tgħid, li huwa esperiment li jaċċettah kulħadd anke jekk kien diffiċli dakinhar li tikkonvinċi li din hija xi ħaġa tajba.", "Imbagħad kellna s-saff l-ieħor li tajnieh 15-il sena ilu bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Għal darb'oħra din in-naħa tal-Kamra, il-Partit Nazzjonalista, mhux biss ta demokratizzazzjoni, ta sussidjarjretà fejn il-poter jinżel eqreb lejn il-poplu fil-kunsilli lokali, imma għamel mezz li jkollna saff ieħor ta' gvernar supranazzjonali, saff fejn kapaċi npoġġu ma' nazzjonijiet oħra Ewropej, ngħidu tagħna u ninsġu flimkien politika internazzjonali.", "Illum, f'din id-dinja globalizzata nifhmu li hemm il-bżonn li tkun eqreb lejn l-għeruq, imma jrid ikollok ukoll politika li m'għandekx il-poter totali tagħha, fejn kważi kważi għandek sovranità li hija maqsuma, a shared interdependence, u allura dawn iż-żewġ saffi ta' gvernar huma importanti ħafna.", "F'dan il-każ ridna li nkunu ċerti li qed nagħtu s-serħan tal-moħħ li l-affarijiet qegħdin jirriflettu r-rieda sovrana tal-poplu.", "Diġà għedt li aħna se nkunu qegħdin nivvotaw favur, imma konvint li l-poplu jifhem u japprezza li aħna nkunu viġilanti anke fuq dawn il-proċessi.", "Issemma, pereżempju, min għandu dritt għall-vot u kif wieħed jista' jitneħħa mir-reġistru.", "Wieħed forsi jiftakar li fl-aħħar xhur kellna mmorru l-qorti nagħmlu protest ġudizzjarju minħabba li Identity Malta kienet qed tonqos milli tipprovdi min huma n-nies kollha li potenzjalment setgħu jkunu votanti għax finalment seta' kellhom dritt għall-vot.", "Imbagħad konna raġonevoli biżżejjed li naqblu ma' emendi li fil-fatt semma l-Ministru li r-Reġistru Elettorali jista' jneħħi nies mingħajr ħafna burokrazija u proċeduri żejda fil-każ tal-elezzjoni tal-kunsilli lokali u tal-Parlament Ewropew.", "Dan jgħodd għal meta, pereżempju, persuna la tqassmilha d-dokument tal-vot tagħha, lanqas ma ġabritu fl-elezzjonijiet miżmuma fl-aħħar 12-il sena u m'għandhiex karta tal-identità valida jew residence card valida jew li tkun naqset totalment li twieġeb għall-avviżi msemmija fiż-żmien stipulat.", "Dan qed nagħmluh għar-raġuni sempliċi li jekk tara, pereżempju, illum l-ixjeħ persuna li skont dan ir-reġistru għandha dritt tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew issib li hija ta' 117-il sena, u fil-kunsilli lokali għandna persuna li hija ftit ixjeħ, għax għandha 119-il sena, li skont ir-reġistru għandha dritt li tivvota.", "Kieku hawn id-Deputat Prim Ministru probabbilment jgħidilna li dan grazzi għal-livell tas-settur tas-saħħa li mexa 'l quddiem, imma l-probabbiltà iktar hi li dawn in-nies m'għadhomx magħna.", "Aħna rridu sistema aktar effiċjenti, aħna bħala partit nifhmu dan, u rridu nkunu viġilanti imma fl-istess ħin inkunu raġonevoli.", "Fuq il-kwestjoni tal-għadd elettroniku, bħala Partit Nazzjonalista għamilna diskussjoni profonda u dettaljata b'ċertu dibattitu f'kurituri, telefonati, b'konferenzi stampa, u allura diġà kien hemm l-qbil fis-sustanza u, for the record, irrid ngħid li s-sena li għaddiet konna diġà vvotajna favur u tajna l-go-ahead tagħna biex is-sistema tal-għadd tal-voti tibda ssir b'mod elettroniku.", "Aħna fhimna li dan ikun mezz aktar effiċjenti kif nagħmlu l-affarijiet, imma l-oġġezzjoni tagħna kienet meta bdejna nittestjaw din is-sistema u diriġenti tal-ELCOM, li huwa l-uffiċċju elettorali tal-Partit Nazzjonalista, kienu ndunaw li s-sistema setgħet tiġi mmodifikata mingħajr ma tinduna la l-Kummissjoni Elettorali u lanqas ir-rappreżentanti tal-partiti.", "Din setgħet tiġi modifikata minn wara dahar il-gwardjani tas-sistema u dan seta' joħloq periklu għar-riżultat finali.", "Kif għedt, l-unika ħaġa li rridu hija li s-sistema tirrifletti r-rieda sovrana tal-poplu u allura dakinhar konna għedna li aħna tlifna s-sens ta' fiduċja li kellna fis-sistema u konna tlabna li nsibu metodu kif jista' jerġa' jidħol is-serħan tal-moħħ.", "Jien kont spjegajtha b'ċertu mod li inti għandek xi ħaġa li se titfagħha fi strongroom, għandek tliet partijiet li għandhom ċavetta kull wieħed, u biex tmiss din is-sistema kulħadd irid idaħħal iċ-ċavetta tiegħu.", "Skoprejna li din is-sistema setgħet tiġi mbagħbsa mingħajr ħadd minn dawn ma jkun uża ċ-ċavetta tiegħu u allura dak is-serħan tal-moħħ kien telaq.", "Imbagħad, wara li studjajna s-sistema u wara li ressaqna l-proposti tagħna għad-diskussjoni konna wasalna b'emendi li setgħu jagħtu dak is-serħan tal-moħħ u għalhekk konna ressaqna emendi elettorali li jneħħu kull suspett u kull possibbiltà ta' manuvri li jistgħu jtellfu l-fiduċja.", "Dan għax, kif għedt, u din nibqa' nirrepetiha, aħna rridu li jkollna sistema trasparenti, ġusta u ħielsa minn kull possibbiltà ta' manuvri, inkluż ta' corrupt practices, fejn stajt tagħti indikazzjoni ta' kif inti vvotajt jekk tkun mitlub minn xi ħadd biex tagħmel dan.", "Li għamilna kien li pproponejna din is-sistema hybrid, sistema mista kif sejħilha l-Ministru, li permezz tagħha jkollna skrutinizzar manwali qabel dak elettroniku, kif kien isir qabel, biex naraw li l-ebda vot ma jkun immarkat b'tali mod li jkun identifikabbli.", "Hawnhekk irrid niċċara li l-vot ikun identifikabbli fis-sens li l-persuna li tkun qed tivvota tkun tridu wkoll ikun identifikabbli għax jista' jkun li tkun intalbet minn xi ħadd.", "Aħna allura neħħejna dik il-possibbiltà.", "Pożizzjoni ċarissima, Sinjura President.", "Il-Partit Nazzjonalista, li kellu programm elettorali mal-Partit Demokratiku, għamel proposta li hija pjuttost simili:", "\"Nagħtu liċ-ċittadini Maltin li jgħixu f'pajjiżi oħra Ewropej id-dritt li jivvotaw f'elezzjonijiet ġenerali f'Malta permezz ta' sistema ta' distance voting\".", "L-Alternattiva Demokratika wkoll għamlet proposta u qalet li waħda mill-issues li se timbotta 'l quddiem kienet l-użu tal-ambaxxati ta' Malta biex Maltin bi dritt tal-vot ikunu jistgħu jivvotaw barra minn Malta minflok joqogħdu jinżlu Malta.", "Maltin li jgħixu barra li jkunu rreġistraw mar-rappreżentanzi diplomatiċi barra minn Malta jkunu jistgħu jivvotaw fl-eqreb ambaxxata jew konsolat.", "Mela jekk jiġbor flimkien dawn it-tliet proposti, mingħajr ma wieħed jidħol fid-dettall ta' jekk hux f'ambaxxata, jekk tivvotax bil-posta, jew jekk tivvotax b'xi mod ieħor, wieħed isib li hemm qbil li din l-issue trid tiġi indirizzata.", "Hawn irrid nesprimi dispjaċir li wasalna għal elezzjoni oħra tal-Parlament Ewropew u din l-issue għadha ma ġietx indirizzata.", "Naħseb li wasal iż-żmien li wieħed jibda jiddiskuti bejn il-partiti dwar kif nistgħu nindirizzaw din is-sitwazzjoni.", "Ma naħsibx li hija aċċettabbli aktar li llum għandna prattikament erba' partiti ngħidu l-istess ħaġa imma ma nagħmlu xejn dwarha.", "Hemm sens ta' dispjaċir fost il-Maltin li jgħixu barra li nafu li għandhom interess li jipparteċipaw fil-proċess demokratiku ta' pajjiżna billi jivvotaw u allura naħseb li rridu nibdew insibu soluzzjoni.", "Is-soluzzjoni tista' tinstab biss billi nitkellmu bejnietna.", "Soluzzjoni żgur mhux se tinstab billi xi ħadd jimponiha fuqna imma tinstab billi bil-fiduċja li nibnu ma' xulxin insibu soluzzjoni li wieħed ma joqgħodx jissuspetta fl-ieħor li din is-sistema tista' taħdem kontrih jew din is-sistema tista' tivvantaġġja lil xi ħadd li mhux suppost.", "Jiena naħseb li hemm metodi li jippermettu lill-partiti kollha, u mhux il-kbar biss, jafdaw lil xulxin f'din.", "Dak ikun ukoll vot ta' fiduċja fil-Maltin li jgħixu barra li nafu li jinteressahom ħafna.", "Dawn ħafna drabi jsegwu x'ikun qed jiġri f'pajjiżna ħafna aktar milli jsegwu l-Maltin u jkunu aktar ħerqana li jiġu jivvotaw.", "M'għandniex nibqgħu nagħmlu ostakli lill-Maltin li jgħixu barra billi nġegħluhoim joqogħdu jiġu hawn Malta jew inkella jagħmlu affarijiet li jkunu ta' skumdità kbira biex jipparteċipaw f'wieħed mill-aktar drittijiet fundamentali importanti fis-sistema demokratika, jiġifieri d-dritt li wieħed jagħmel l-għażla permezz tal-vot tiegħu fl-elezzjoni.", "Irrid nappella li għandna nibdew id-diskussjonijiet, informali kemm trid, imma li jwasslu għar-riżultat li minn hawn u ftit tas-snin oħra jkollna ċittadini Maltin u Għawdxin li jgħixu u jaħdmu barra li jkunu jistgħu jivvotaw mingħajr ma joqogħdu jiġu f'pajjiżna u mingħajr ma joqogħdu jidħlu fi spejjeż kbar.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, hija opportunità għalija li nirrappreżenta l-Oppożizzjoni Demokratika biex nappella biex forsi f'dan il-Parlament nagħmlu differenza u biex il-barri naqbduh minn qrunu u jkun hawn fair play u level playingfield.", "Nieħu pjaċir li għandna Abbozz ta' Liġi mlaħħam li jaħseb biex ikollna proċess simplifikat anke bis-saħħa tat-teknoloġija u Abbozz ta' Liġi li jagħmel regoli li huma ċari u speċifiċi.", "Irrid ngħid ukoll li jiena differenti minn ħaddieħor u m'ilix ix-xhur li rajt dan l-Abbozz.", "Qed ngħid dan għax ġie żvelat f'din il-Kamra li l-kontenut ta' dan l-Abbozz ta' Liġi ilu x-xhur jiġi diskuss.", "Din hija waħda mid-differenzi, imma meta rajt dan l-Abbozz ta' Liġi llum ħadt pjaċir ninnota kemm hemm affarijiet pożittivi biex nirregolaw dak li għaddejna bħal-lum sena f'dan il-Parlament, jiġifieri l-għodda elettronika li bis-saħħa tagħha jsir l-għadd tal-voti.", "Qed nifhem li minn dakinhar 'l hawn tħejjew dawn ir-regoli biex ikun hemm ċarezza fil-mod kif dan isir u jiena ħadt pjaċir li l-kontenut juri ċerta serjetà u maturità meta niġu għall-għadd.", "Jien dejjem għedt anke f'kumitati oħrajn - u hawn mhux qed nirreferi għall-Kummissjoni Elettorali biss li hija mwaqqfa b'mod kostituzzjonali - li f'pajjiżna mhijiex xi ħaġa li tawgura tajjeb li jkun hemm backroom deals bejn iż-żewġ partiti l-kbar meta f'din il-Kamra hawn tliet partiti u mhux tnejn.", "Din ma ddoqqlix bħalma ma ddoqqlix ukoll li fil-Kummissjoni Elettorali hemm biss rappreżentanza ta' tliet membri min-naħa tal-Partit Laburista u tlieta min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.", "Għall-inqas għandu jkun hemm wieħed mhux mill-Partit Demokratiku imma mill-kumplament, huma min huma.", "Hemm ħafna aktar partiti reġistrati, u tkun ħaġa tajba li jkollna rappreżentanza hemmhekk, li jkun hemm the third voice, hu min hu, fil-Kummissjoni Elettorali.", "Nispera wkoll li f'qasir żmien kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista jkollhom għall-inqas rappreżentant li tkun mara f'din il-Kummissjoni Elettorali li hija magħmula minn disgħa min-nies.", "Sinjura President, l-elezzjonijiet huma eżerċizzju ta' demokrazija u allura dejjem għandu jkun hemm level playingfield.", "M'għandu qatt ikun hemm ostakli, u fejn jeżistu l-ostakli għandna nindirizzawhom.", "Jekk ma nindirizzawhomx ikollna pjaga.", "Rigward level playingfield nixtieq nislet żewġ punti li nixtieq li 'l quddiem inkunu nistgħu naslu dwarhom.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Karol Aquilina min-naħa tal-Oppożizzjoni semma punt li kien f'rasi, imma dawn il-punti huma dwar l-elettorat u l-partiti.", "Meta nitkellem fuq l-elettorat irrid ngħid li kwalunkwe servizz, kemm jekk edukattiv, kemm jekk ikun tas-saħħa jew tal-welfare, dejjem irid ikun aċċessibbli.", "Kull persuna hija ugwali u allura għandu jkun hemm l-aċċessibilità għal kulħadd.", "Aħna suppost li lkoll l-istess, imma meta niġu għall-elettorat, f'għajnejn l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali dan mhuwiex il-każ għax l-aċċessibilità mhijiex l-istess għal kulħadd.", "Hawnhekk qed nirreferi għal ċittadini li huma tal-Unjoni Ewropea li għandhom id-dritt jivvotaw f'Malta imma li kellhom diffikultajiet biex jirreġistraw.", "Mhux se nerġa' nirrepeti, kulħadd jaf x'inhuma, kulħadd jaf jipponta subgħajh fejn hemm id-diffikultajiet, però ngħid biss li faċilment stajna sibna soluzzjoni, imma kien hemm it-tlajjar sal-aħħar mument.", "Hawn qed nirreferi għall-Maltin sħabna li jaħdmu barra minn Malta biex ma jkollhomx bżonn jagħmlu traġitt li jridu jinqalgħu minn pajjiż barrani biex jiġu Malta ħalli jkunu jistgħu jivvotaw.", "Aħna nafu li jistgħu jagħmlu dan bil-posta, jistgħu jagħmlu dan permezz tal-ambaxxati u jista' jkun hemm online voting ukoll.", "Hawnhekk forsi din tkun okkażjoni biex nibdew inħarsu lejn l-encrypted voting li bħala bidu jintuża għal dawk li jinsabu barra minn Malta li ma jkollhomx għalfejn jinqalgħu.", "Jiena ninnota li kemm il-manifest tal-Forza Nazzjonali li aħna bħala Partit Demokratiku konna parti minnu kif ukoll dak tal-Partit Laburista jsemmu din l-aċċessibilità li għandha tinħoloq għall-Maltin li jgħixu jew jaħdmu barra minn pajjiżna.", "Anke sitt snin ilu, meta aħna tal-Partit Demokratiku lanqas biss konna għadna neżistu, kien hemm qbil dwar dan.", "Fil-fatt dan jirriżulta anke jekk naraw il-gazzetta il-Mumen.", "Jiġifieri kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista kienu qablu li jridu jsibu soluzzjoni biex tissolva din il-kwestjoni tal-aċċessibilità, imma minkejja dan, għadna mwaħħlin.", "Issa kellna sitt snin ta' Gvern Laburista, ir-riedni qiegħed f'idejh, u allura jiena bilfors irrid inniggeż lill-Partit Laburista biex jekk verament irid li l-aċċessibilità tkun għal kull ċittadin li għandu d-dritt li jitfa' l-vot f'kull elezzjoni, huwa obbligu tiegħu biex naqbdu l-barri minn qrunu u naslu.", "Fl-elezzjoni tal-2017 intefqu, jekk m'iniex sejjer żball, €1.6 miljun f'titjiriet biex il-Maltin jaslu.", "Għalfejn għandna naħlu l-flus b'dan il-mod meta llum hawn il-kumdità tat-teknoloġija?", "Wara kollox in-naħa tal-Gvern tgħidx kemm jiftaħru li qed idaħħlu inizjattivi innovattivi!", "Għalfejn din m'għandhiex tkun waħda minnhom?", "Għalfejn il-proċess biex wieħed ikun jista' jivvota għandu jibqa' fil-Medjuevu?", "Fil-Medjuevu qegħdin!", "F'Novembru li għadda l-Prim Ministru qal li nfetħu konsultazzjonijiet biex insibu soluzzjoni għal din il-biċċa xogħol.", "X'ġara minn dawk il-konsultazzjonijiet ma nafx, imma ta' min noħolqu dan il-level playingfield li huwa dritt għall-elettorat.", "Imbagħad irrid insemmi wkoll il-level playingfield mill-aspett ta' partiti, huma min huma, jew il-persuni li jridu jikkontestaw b'mod indipendenti.", "Hawnhekk jidħlu d-drittijiet tal-minoranzi, hawnhekk tidħol l-ugwaljanza.", "Hawnhekk għandna Parlament li huwa paladin fuq l-ugwaljanza u fuq id-drittijiet tal-minoranzi, imma meta niġu għall-affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-pern, li huma d-demokrazija u l-governanza, hemmhekk ninsew id-drittijiet tal-minoranzi u ninsew li aħna lkoll ugwali.", "Bħal-lum sena ddiskutejna xi emendi oħrajn għal din il-liġi u ħadt pjaċir ninnota li kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista ntqal li l-elezzjonijiet huma espressjoni tar-rieda tal-poplu.", "Hekk għandhom ikunu!", "L-Onor.", "Clyde Puli, il-kelliem ewlieni min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, qal li l-elezzjoni hija rieda sovrana tal-poplu.", "Tajjeb immens, hekk nixtieq, imma ħalli nfakkar x'għedt jien bħal-lum sena waqt id-diskors tiegħi fejn dħalt anke fil-proċess elettroniku.", "Se nitkellem fuq punt wieħed li joħloq inġustizzji kbar mhux lill-partiti biss imma anke lill-elettorat li jitfa' l-vot tiegħu ta' għażla ħielsa imma ma jiġix rikonoxxut.", "Din hija pjaga oħra li rridu nsolvu bħalma rridu nsolvu dik tal-aċċessibilità.", "Jiena dakinhar kont għedt hekk:", "\"Nafu wkoll xi jsegwi wara rebħa elettorali.", "Hekk kif jiġu eletti d-deputati u partit jirbaħ l-elezzjoni b'maġġoranza ta' voti, il-kap ta' dak il-partit jieħu l-ġurament u jifforma gvern biex imexxi l-leġiżlatura li jmiss.", "Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni Elettorali tipprepara l-proċess għall-elezzjonijiet każwali u jitwettaq ukoll l-aġġustament tas-siġġijiet biex dawn jirriflettu l-proporzjon ta' voti miġjuba mill-partiti li jkunu eletti fil-Kamra.", "B'hekk ikun hemm serħan il-moħħ li jekk partit ma jkunx ġab maġġoranza tal-voti ma jkunx jista' jiggverna għalkemm seta' jkun ġab il-maġġoranza tas-siġġijiet.\".", "S'issa hawn ilkoll naqblu.", "Din hija xi ħaġa li hija korretta u hekk għandu jkun, għax m'għandux għalfejn ikollna l-iżball li kien sar wara l-elezzjoni tal-1981, imma l-bużillis qiegħed hawn.", "Jiena dakinhar kont għedt ukoll li dan il-proċess ta' aġġustament ma jgħoddx għal partit żgħir li ma jtellax deputat minn distrett però li jkun ġab kwota nazzjonali.", "Dan il-partit żgħir ma' jingħatax siġġu bħalma jiġri fil-każ tal-partiti l-kbar.", "Fi kliem ieħor, f'dan il-proċess ma jitqisux il-voti kollha mixħuta lil dawk il-partiti ż-żgħar jew lil dak l-individwu li seta' ġab ċertu ammont ta' voti li fil-fatt jista' jkollu rappreżentanza hawnhekk meta jsir l-aġġustament.", "Għalhekk, meta magħduda fuq skala nazzjonali qatt ma jiġu kkonsidrati u b'hekk tintilef ir-rappreżentanza ta' dawk l-eluf ta' ta' nies.", "Dakinhar kont għedt li huwa f'dan il-mument fejn il-proċess elettorali ma jiggarantix l-għan ewlieni tad-demokrazija, jiġifieri rappreżentanza li tħares l-interessi tas-soċjetà pluralistika.", "Dan, għalija, huwa delitt ieħor fuq id-demokrazija bħalma hija l-aċċessibilità.", "Qed ngħid hekk għax qed ngħixu f'xenarju politiku fejn tul dawn l-aħħar snin mill-Indipendenza 'l hawn tajna spazju wiesa' għal xibka ta' parrinijiet u nepotiżmu.", "Jien mhu qed nipponta lejn l-ebda leġiżlatura, imma b'mod partikolari f'dik li għaddiet dan in-nepotiżmu żdied immens.", "Għandna sistema fejn id-demokrazija u l-governanza huma dgħajfa, huma kkonċentrati aktar f'idejn l-Eżekuttiv jew, aktar minn hekk, f'idejn il-Prim Ministru.", "Dan qed idgħajjef is-sistema politika li għandna u hemm bżonn li nirranġawha.", "Skont l-Att tal-Elezzjonijiet Ġenerali, partiti żgħar m'għandhomx iċ-ċans li dan l-aġġustament isir favurhom.", "Is-sistema politika mhijiex waħda pluralistika, mhijiex waħda kif suppost.", "Forsi f'dan il-Parlament, għall-ewwel darba wara ħafna snin, għandna sistema politika pluralistika, imma nista' nassigurakom li l-minoranza fil-Parlament għandha żvantaġġi enormi li joħorġu mhux biss mill-Ordnijiet Permanenti imma minn ħafna affarijiet.", "Madankollu leħinna nkomplu nsemmgħuh u importanti li naslu.", "Nemmen li l-Parlament joħloq saff ieħor ta' checks and balances li huwa importanti fil-pajjiż u mill-Indipendenza 'l hawn, bil-bipartisan approach, dawn iċ-checks and balances ma tħaddmux kif suppost.", "Nafu lkoll li fil-passat mhux l-ewwel darba kien hemm kollużjoni bejn il-partit fil-gvern u dak fl-oppożizzjoni meta kienu partit u partit.", "It-tielet partit fil-Parlament jiġbed l-attenzjoni għal affarijiet that are missed out jew intenzjonalment jew, biex nagħti l-benefiċċju tad-dubju, b'kumbinazzjoni.", "Dawn iċ-checks and balances ikunu garantiti biss jekk ikollna rappreżentanza tat-tielet partit hawnhekk.", "Għaldaqstant, biex nassiguraw li dan isir, hemm bżonn li jkun hemm level playingfield billi noħolqu aċċessibilità għal dawk il-votanti li m'għandhomx għax ikunu jaħdmu barra minn Malta jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, huma ċittadini li jgħixu hawnhekk imma kellhom diffikultajiet biex jirreġistraw.", "Apparti minn hekk, għandu jkun hemm level playingfield meta niġu biex nagħmlu l-aġġustamenti wara elezzjoni ġenerali biex tiġi riflessa r-rappreżentanza f'dan il-Parlament.", "Hemm bżonn insibu soluzzjoni għal dan, imma din il-ħaġa żgur li la tinteressa lill-Partit Laburista u lanqas lill-Partit Nazzjonalista.", "Kemm il-Kummissjoni Elettorali, minkejja li għandha rappreżentanza ewlenija ta' dawn iż-żewġ partiti, u kemm il-President ta' Malta bħala kustodju tal-Kostituzzjoni - jekk Alla jrid għada se jkollna ċ-ċeremonja tal-ħatra ta' Dr George Vella – għandhom id-dover li jaraw li l-vera demokrazija nħaddmuha b'mod matur hawn Malta għax inkella aħna mhux veru għandna demokrazija rappreżentattiva li hija matura.", "Kif qiegħda titħaddem hemm xi ħaġa nieqsa, hemm pjaga, hemm delitt fuq id-demokrazija u għaldaqstant bħala membri ta' din il-Kamri għandna d-dover u l-obbligu biex nixtarru u nsibu soluzzjoni.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, illum qegħidn niddiskutu Abbozz ta' Liġi ta' natura urġenti u allura se nieħu biss ftit minuti biex ngħid dak li għandi ngħid.", "L-ewwel nett jidhirli li emendi fi proċess elettorali għandhom dejjem isiru mhux lejlet elezzjoni meta jkollna ċerta għaġla.", "Fil-passat mhux l-ewwel darba li saru emendi kostituzzjonali u emendi għall-proċess elettorali lejlet elezzjoni.", "Jien jidhirli li dawn l-affarijiet għandhom isiru f'nofs leġiżlatura meta nkunu nistgħu nevalwaw u nieħdu l-ħin tagħna biex ngħaddu l-emendi neċessarji.", "Din il-liġi konna ddiskutejnieha wkoll xi tliet xhur ilu, jiena kont ipparteċipajt fiha anke fi stadju ta' kumitat u dakinhar kont għamilt diversi rimarki, suġġerimenti u stqarrijiet.", "Mhux se noqgħod nidħol f'dak li għedt dakinhar imma niftakar li kont għamilt paragun ma' raġel li jkun xtara karozza ġdida biex imur il-quddies biha li hija biss żewġ kantunieri 'l bogħod!", "Għaliex kont għedt hekk?", "Għedt hekk għax ma tixtrix karozza biex tmur żewġ kantunieri 'l bogħod għall-quddies, biex tiffranka ftit ħin timxi.", "Biex timmassimizza l-valur ta' karozza jrid ikollok l-opportunità li ddur mal-gżira kollha.", "Fl-opinjoni tiegħi hekk qed nagħmlu bl-introduzzjoni tas-sistema elettronika li jien fil-prinċipju m'għandi xejn kontra tagħha, anzi nieħu gost li pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Din is-sistema stajna ħadna ħafna aktar minnha imma qegħdin nużawha biss bħala għodda biex inħaffu l-ħin biex joħroġ ir-riżultat elettorali.", "Ma naħsibx li għandu jkun dak l-iskop ewlieni għalfejn tintroduċi l-mezz elettroniku biex tgħodd il-voti.", "Ġralna bħal dak li mar il-quddies bil-karozza u ma sabx jipparkja u xorta se jdum biex jidħol fil-knisja daqslikieku mexa!", "Grazzi għall-aġenti tal-Partit Nazzjonalista fl-ELCOM, wara numru ta' mocks irrealizzajna li din hija sistema li r-reliability tagħha hija quesitoned.", "Jiena nirringrazzja lil dawn l-aġenti li għamlu biċċa xogħol verament tajba.", "Dakinhar ma konniex ċerti li din tista' tagħtina riżultat kif suppost u allura llum erġajna ġejna hawn biex nagħmlu dawn l-emendi.", "Madankollu jiena jidhirli li hemm ħafna aktar x'nieħdu minn din is-sistema tal-vot elettroniku li se tkun applikata.", "Stajna nagħmlu affarijiet oħra biex ir-riżultat joħroġ kmieni, jiġifieri ma kellniex bżonn din is-sistema, u nittama li fil-futur qarib anke qabel elezzjoni ġenerali l-partiti jpoġġu flimkien mal-Kummissjoni Elettorali u naraw kif nieħdu l-massimu ta' din is-sistema.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, dan kien dibattitu interessanti ħafna li mess il-punti tekniċi li qed nipprovaw nemendaw u mess ukoll affarijiet oħra.", "Ma nixtieqx li llum nidħol f'kontroversji jew nidħol fi kwestjonijiet ta' dibattitu politiku qawwi għax dak għandna ċans ieħor li nagħmluh mingħajr ebda diffikultà, imma xtaqt biss ngħid tliet afffarijiet.", "L-ewwel nett naħseb li dan ix-xogħol li sar huwa xogħol importanti ħafna.", "L-emendi li ż-żewġ naħat tal-Kamra se jkunu qed jaqblu dwarhom huma emendi importanti immens.", "Nifhem ukoll li bħalma ntqal minn xi wħud, wieħed għandu jkompli jagħmel emendi u jirrifletti.", "Hija xi ħaġa tajba li jkun hemm diskussjonijiet u jien żgur mhux se nwaqqaf ebda diskussjoni milli ssir, però rridu ngħidu li dawn huma emendi importanti li naħseb li se jagħmlu differenza.", "Kien hemm kritika li dawn l-emendi qed jgħaddu tard.", "Naħseb li dik hija kritika ftit inġusta għax meta l-Oppożizzjoni, fil-ħin li għażlet hi, qalet li għandha riżervi, aħna bħala Gvern kellna żewġ options, jew ma nagħtux kas l-Oppożizzjoni jew inkella npoġġu bilqiegħda u naslu għal kompromess.", "Naħseb li l-aħjar triq hija dik tal-kompromess sabiex b'hekk kulħadd iserraħ rasu li hemm fiduċja fis-sistema.", "It-tielet punt huwa dwar kif inhi komposta l-Kummissjoni Elettorali.", "Smajt min jgħid li għandek żewġ membri tal-Partit Laburista u żewġ membri tal-Partit Nazzjonalista.", "Dan mhuwiex il-każ.", "Hemm żewġ persuni nominati mill-Prim Ministru u żewġ persuni nominati mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Farrugia jkollu biżżejjed siġġijiet biex ikun hu l-partit fil-maġġoranza tal-Oppożizzjoni, imbagħad nawguralu li jaħtar dawk il-membri li jidhirlu hu però, fil-fehma tiegħi, huwa misnomer li jrid jiġi korrett li l-Kummissjoni Elettorali hija komposta minn rappreżentanti tal-partiti.", "Il-Kummissjoni hija komposta min-nies nominati teknikament mill-Prim Ministru li jagħti l-ismijiet lill-President u l-President jimxi fuq il-parir tal-Prim Ministru, però l-konswetudni hija li l-Prim Ministru jikkonsulta mal-Oppożizzjoni u ċ-chairperson li normalment ikun hemm qbil dwaru.", "Dan qed ngħidu għax kultant nemmen li rridu nirrifriskaw il-basics tagħna, għax jekk il-punti ewlenin ikunu skorretti, dak li nibnu fuq dak il-punt ewlieni jiġi skorrett ukoll.", "Nirringrazzja lil kulħadd tal-koperazzjoni u naħseb li bis-saħħa ta' dawn l-emendi se nkunu qegħdin noħorġu minn din il-Kamra b'aktar fiduċja fis-sistema elettorali li fl-aħħar mill-aħħar se jgawdi minnha l-votant li se jkollu moħħu mistrieħ li dan il-Parlament għandu fiduċja sħiħa fis-sistema elettorali.", "Pereżempju, ftit jiem qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali smajt lil wieħed mill-membri ta' din il-Kamra jallarma lin-nies għax il-voting document jitħassar jekk taħslu b'xi deterġent.", "Dawn huma affarijiet li wara ma rriżultawx.", "Illum forsi nitbissmu xi ftit, imma dak iż-żmien ma kenux affarijiet li titbissem bihom għax hija ħaġa ħażina li tipprova tattakka l-fiduċja tas-sistema elettorali.", "Il-fatt li llum qegħdin insaħħu l-fiduċja fis-sistema elettorali hija ħaġa tajba.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354, u konsegwentement, l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Kap. 363 jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "Skont ftehim milħuq, il-Kamra għaddiet għall-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ordni għal-Kumitat ġie moqri.", "FIL-KUMITAT", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield, Viċi President tal-Kumitat, jippresiedi.", "Klawsola 2 – Emendi għall-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.", "OWEN BONNICI: Sur President, m'għandix rimarki fuq klawsola 2.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 2.", "Klawsola 2 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 3 – Emenda tal-artiklu 2 tal-Att prinċipali.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Sur President, fi klawsola 3 hawn irfinaturi ta' definizzjonijiet.", "Għandna tlieta, \"mingħajr faċilità ta' tfittxija\", \"sistema ta' għadd elettroniku\" u \"żmien riżervat għall-wiri\".", "L-ewwel waħda tirreferi għar-Reġistru Elettorali li jkun online, it-tieni waħda tispjega s-sistema elettronika proposta, u t-tielet waħda tirreferi għall-ħin allokat lid-delegati biex jaċċessaw l-immaġni u l-interpretazzjoni ta' kull polza tal-vot.", "Jien informat li hawn qbil fuq din il-klawsola.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nikkonferma li hawn qbil dwar din il-klawsola.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn aktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 3.", "Klawsola 3 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 4 – Emenda tal-artiklu 26 tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, klawsola 4 hija dik li tkelimna dwarha fl-istadju tat-Tieni Qari dwar faċilità biex jekk fir-Reġistru Elettorali hemm ismijiet li huma ċari li m'għandhomx ikunu hemmhekk, pereżempju xi ħadd li telaq minn Malta u m'għadux jissodisfa r-rekwiżiti li trid il-liġi, allura jkun aktar faċli għall-awtorità kompetenti, li hija l-Kummissjoni Elettorali, biex tnaddaf jew tikkanċella l-isem ta' dak li m'għandux dritt li jkun fir-Reġistru Elettorali.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 4.", "Klawsola 4 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 5 – Emenda tal-artiklu 33 tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, klawsola 5 tirreferi għal dak li spjegajna fl-istadju tat-Tieni Qari rigward ir-Reġistru Elelttorali li jkun fuq website u li jkun aċċessibbli b'ċerti salvagwardi minħabba d-data protection.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 5.", "Klawsola 5 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 6 – Emenda tal-artiklu 45 tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, din hija emenda teknika li għandha l-għan li tiffaċilita l-ħajja tal-operaturi tal-elezzjonijiet ġenerali.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 6.", "Klawsola 6 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 7 – Emenda tal-artiklu 49 tal-Att Prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, dawn huma kollha emendi tekniċi.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 7.", "Klawsola 7 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 8 – Emenda tal-artiklu 51 tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, hawnhekk se jkun possibbli li l-kandidati għall- elezzjoni ġenerali – u hawn nawgura lil kulħadd, kemm lil dawk minna li jitħajru jerġgħu joħorġu u oħrajn ġodda - jkunu jistgħu japplikaw online.", "B'dan il-mod tiffranka milli toqgħod tmur fiżikament fuq il-post, imma l-faċilità li tmur fuq il-post se tibqa'.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 8.", "Klawsola 8 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mil-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 9 – Emenda tal-artiklu 55 tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, hawnhekk għandna deċiżjoni vi jew va ta' x'jiġri jekk xi ħadd imut wara li jiġu stampati l-poloz tal-vot.", "Jekk kandidat imut - u nawgura li din ma tiġri qatt għall-ġid ta' min joħroġ - il-kandidatura tibqa' meqjusa bħala valida u jekk jirnexxilu jitla' minkejja li miet, il-Kummissjoni Elettorali tiddikjara l-post battal u tagħti avviż li se ssir elezzjoni biex jimtela t-tali post vakat.", "Fil-fatt, il-Ministru Falzon qed jgħidli li kellna l-każ ta' Albert Rizzo, Alla jaħfirlu, li kien ġie nieqes fil-perjodu ċċitat.", "Issa għandna ċertezza u nafu x'jiġri jekk allaħares qatt jinqala' dan il-każ.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 9.", "Klawsola 9 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 10 - Żieda ta' artiklu 55A mal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, din hija klawsola importanti kontra l-abbuż mis-sistema l-ġdida.", "Jekk ikun hemm xi ħadd li jingħata aċċess għall-poloz elettroniċi flimkien mal-intepretazzjoni tagħhom u juża d-data b'mod li ma tippermettilux din il-liġi, allura hemmhekk ibati l-konsegwenzi u jista' jiġi misjub ħati mill-Qorti ta' reat li hedded is-segretezza tal-vot li huwa reat pjuttost serju.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hija klawsola 10.", "Klawsola 10 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 11 – Emenda tal-artiklu 99 tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Sur President, għandna tliet klawsoli li dwarhom kien hemm il-kompromess.", "Il-kompromess bejn iż-żewġ partiti, kif spjegajnieh, huwa mniżżel fl-Abbozz ta' Liġi kif ippubblikat, però l-kollega l-Onor.", "Aquilina ssuġġerew emendi ulterjuri biex nispjegaw aħjar dak li ftehemna.", "Jiena m'għandix diffikultà, bħala Gvern qegħdin naqblu mal-proposta tal-Oppożizzjoni u għaldaqstant se nħalli f'idejn il-kollegi biex imexxu l-emenda huma, imbagħad aħna nivvotaw favur.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nipproponi din l-emenda \"A\":", "\"A\" Fi klawsola 11 minflok il-kliem:", "\"Iżda meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tuża Sistema ta' Għadd Elettroniku, il-kaxxa tal-votazzjoni għandha tinfetaħ u kull polza tal-votazzjoni għandha l-ewwel tiġi murija wiċċha 'l isfel biex jiġi aċċertat li fiha t-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni, u li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' wara ħlief it-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-partiti politiċi li jagħżlu li jagħmlu l-marka uffiċjali, imbagħad wara li dak l-imsemmi proċess ikun intemm dwar il-poloz ta' votazzjoni kollha mitfugħa f'dik l-elezzjoni ġenerali l-poloz għandhom jiġu mdawra, murija u mqiegħda wiċċhom 'l fuq biex jiġi aċċertat li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' quddiem ħlief għan-numri li jindikaw il-preferenzi tal-votant.", "L-għadd u l-qbil tal-poloz tal-votazzjoni għandhom isiru skont ir-regoli ddikjarati fl-Iskeda Tlettax-A.\",", "għandhom jidħlu l-kliem:", "\"Iżda meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tuża Sistema ta' Għadd Elettroniku, il-kaxxa tal-votazzjoni għandha tinfetaħ u l-poloz tal-votazzjoni għandhom jitqiegħdu wiċċhom 'l isfel fuq il-mejda fejn ikun qed isir il-ftuħ tal-kaxxa.", "Meta l-poloz tal-votazzjoni kollha f'kaxxa tal-votazzjoni waħda jkunu ġew impoġġija wiċċhom 'l isfel fuq il-mejda fejn ikun qed isir il-ftuħ tal-kaxxa, il-persuna li tkun qed tissorvelja għandha tqiegħed dawn il-poloz tal-votazzjoni f'mazz wieħed, wiċċhom 'l isfel u f'kontenitur separat għal kull kaxxa tal-votazzjoni u li jkun immarkat bin-numru tal-kamra tal-votazzjoni u, fejn applikabbli, id-distrett.", "Il-persuna li tkun qed tissorvelja għandha minnufih tpoġġi l-kontenitur fuq xkaffa f'post li l-aġenti għall-għadd ikunu jistgħu jaraw sew.", "Dan il-proċess għandu jittenna sakemm il-kaxxi tal-votazzjoni kollha jkunu ġew miftuħa.", "L-għadd u l-qbil tal-poloz tal-votazzjoni għandhom isiru skont ir-regoli ddikjarati fl-Iskeda Tlettax-A.\".", "L-emenda saret, Sur President, biex nevitaw duplikazzjoni ta' affarijiet jew proċessi li m'hemmx ħtieġa għalihom u allura l-poloz tal-votazzjoni se jitqiegħdu wiċċhom 'l isfel fejn jinfetħu l-kaxxi, imbagħad jitqiegħdu f'kontenitur, imbagħad sussegwentement meta nagħmlu l-għadd tal-voti skont l-iskeda 13, hemmhekk il-voti nibdew narawhom min-naħa ta' quddiem.", "Dik l-emenda tiċċara ftit dak il-proċess.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, biex inkunu ċerti li qegħdin naqblu mija fil-mija, il-proċess se jkun li fl-ewwel parti tiegħu se niftħu l-kaxxi u l-voti ta' kaxxa kollha jitpoġġew wiċċhom 'l isfel, m'aħniex se nagħmluhom ħamsin ħamsin u jkunu fl-istess direzzjoni.", "Dik se tkun l-ewwel parti tal-proċess.", "Fit-tieni parti se jiġi ċċekkjat quddiem u wara, imbagħad jintbagħtu għall-iscanning, u fejn aħna jkollna dubju dwarhom se jiġi ttimbrat u dik il-kaxxa se tmur għall-iscanning b'dawk li hemm dubju jew timbru.", "Aħna se nimmarkawhom b'timbru fis-sens li jridu jiġu ċċekkjati mill-Kummissjoni u dawk jiġu fil-wiċċ.", "It-tielet parti hi li dik li nibagħtu l-iscanner trid tkun dejjem kaxxa kaxxa u mbagħad hemmhekk issir ir-rikonċiljazzjoni li konna nagħmlu qabel kaxxa kaxxa mar-rendikont tal-votazzjoni, ma' kemm ikun għadd voti l-iscanner meta jsir l-iscanning.", "Din hija l-parti kruċjali.", "It-tieni proċess ma jistax jibda qabel is-7.00 a.m. tal-ġurnata tal-għada tal-votazzjoni f'każ ta' elezzjonijiet fuq bażi nazzjonali.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Nikkonferma dak li għadu kif qal il-Ministru Michael Falzon fis-sens li l-proċess se jimxi b'dak il-mod.", "Ovvjament din l-emenda ma tolqotx il-proċess kollu imma tolqot biss l-ewwel parti.", "Li forsi mhux qegħdin naqblu hu li fil-liġi ma nistabilixxux is-7.00 a.m. preċiż, imma ovvjament qegħdin nifhmu li l-Kummissjoni se tindika dak il-ħin bħala l-ħin ideali biex nibdew l-għadd tal-voti biex nevitaw sitwazzjonijiet li nkunu marbutin b'dak il-ħin jew li jinqala' xi ħaġa li hija estranja għas-sala tal-għadd tal-voti u ma nkunux nistgħu nibdew.", "MICHAEL FALZON: It-tieni parti tal-proċess ma tistax tibda qabel is-7.00 a.m. Naqblu jew le?", "Qed nirreferi fejn jidħlu elezzjonijiet ġenerali.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ma tistax tibda qabel is-7.00 a.m. però għal raġunijiet loġistiċi u biex inkunu flessibbli kemm jista' jkun, il-Kummissjoni jkollha ċerta libertà.", "Wara kollox hi tikkmanda fis-sala tal-għadd tal-voti.", "Il-Kummisjoni Elettorali se tiggwida ruħha b'dak li qegħdin ngħidu hawnhekk li ma jibda xejn qabel is-7.00 a.m., imma jekk jinqala' xi ħaġa, pereżempju jiġri xi ħaġa barra mis-sala tal-voti u ma jaslux il-counting agents, ma nistgħux nibdew qabel ma jaslu, allura l-Kummissjoni jkollha dritt tiftiehem, tiddeċiedi ħin li mbagħad jiġi ssettjat u maqbul.", "MICHAEL FALZON: L-istess li għadu kemm qal l-Onor.", "Karol Aquilina, imma l-aħħar biċċa fejn qed tgħid \"it-tqabbil mal-kaxxa tal-voti ma jsirx f'dak l-istadju\", se jsir meta jkunu ġew scanned il-voti.", "(Interruzzjonijiet) Kollox sew, naqblu.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-Emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Onor Karol Aquilina Dawk favur?", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi Klawsola 11 kif emendata.", "Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 12 u 13 għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 14 - Sostituzzjoni tat-Tmien Skeda tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: F'din il-klawsola hawn bidla fil-polza tal-vot biex nagħmlu tajjeb għall-fatt li se jkun hemm ir-ritratt tal-kandidat.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 14.", "Klawsola 14 għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 15 - Żieda ta' Skeda ġdida mal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Huwa kurjuż kif għażlu l-ismijiet li hawn fil-liġi, fosthom Albert Azzopardi.", "F'din il-klawsola nsibu n-naħa ta' wara tal-polza tal-vot kif se tidher għax, kif għedna, se nagħmlu post fejn isir it-timbru u dan jgħin anke fl-iscanning.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 15.", "Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 16 - Żieda ta' Skeda ġdida mal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Din hija l-iskeda bir-regolamenti dwar l-elezzjonijiet ġenerali fejn jidħol l-għadd elettroniku.", "Ma nafx jekk hux se ngħaddu għar-regolamenti nfushom jew inkella aħniex se napprovaw kollox f'daqqa.", "Jekk se napprovaw kollox f'daqqa għandi xi ngħid, imma jekk se nagħmluhom wieħed wieħed, f'dan l-istadju m'għandix xi ngħid.", "(Interruzzjonijiet)", "Hawn qbil li klawsola 16 naqrawha f'daqqa, jiġifieri r-regolamenti kollha minn paġna 2684 sa paġna 2706, it-tnejn inklużi.", "Ladarba se jiġri hekk irridu nagħmlu emenda fuq l-istess vena li tkellimna qabel u, b'etika, inħoss li għandu jagħmilha l-Onor.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "\"B\" Klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:", "Fir-regolament 6 minflok il-kliem:", "Ladarba jinfetħu l-kaxex tal-votazzjoni, kull polza tal-votazzjoni għandha tinħareġ u l-ewwel titqiegħed wiċċha 'l isfel biex jiġi aċċertat li fiha t-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni, u li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' wara ħlief it-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-partiti politiċi li jagħżlu li jagħmlu l-marka uffiċjali, imbagħad wara li dak l-imsemmi proċess ikun intemm dwar il-poloz ta' votazzjoni kollha mitfugħa f'dik l-elezzjoni ġenerali il-poloz għandhom jiġu mdawra, murija u mqiegħda wiċċhom 'l fuq biex jiġi aċċertat li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' quddiem ħlief għan-numri li jindikaw il-preferenzi tal-votant.", "Il-polza tal-votazzjoni għandha mbagħad titqiegħed f'kontenitur xieraq immarkat bin-numru tal-Kamra tal-Votazzjoni u, fejn applikabbli, id-distrett jew in-numru tal-mejda u l-isem tal-lokalità.", "Kopja tar-Rendikont ta' poloz tal-votazzjoni flimkien mal-poloz tal-votazzjoni u l-kontenituri tagħhom għandhom jinżammu f'żona li għandha tkun viżibbli f'kull ħin għall-kandidati u l-aġenti tagħhom:\",", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Ladarba jinfetħu l-kaxex tal-votazzjoni, kull polza tal-votazzjoni għandha tinħareġ u l-ewwel titqiegħed wiċċha 'l isfel biex jiġi aċċertat li fiha t-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni, u li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' wara ħlief it-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-partiti politiċi li jagħżlu li jagħmlu l-marka uffiċjali, imbagħad tiġi mdawra, murija u mqiegħda wiċċha 'l fuq biex jiġi aċċertat li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' quddiem ħlief għan-numri li jindikaw il-preferenzi tal-votant.", "Wara li dak l-imsemmi proċess ikun intemm, il-poloz tal-votazzjoni għandhom imbagħad jitqiegħdu wiċċhom 'il fuq f'kontenitur xieraq immarkat bin-numru tal-Kamra tal-Votazzjoni u, fejn applikabbli, id-distrett jew in-numru tal-mejda u l-isem tal-lokalità.", "Kopja tar-Rendikont ta' poloz tal-votazzjoni flimkien mal-poloz tal-votazzjoni u l-kontenituri tagħhom għandhom jinżammu f'żona li għandha tkun viżibbli f'kull ħin għall-kandidati u l-aġenti tagħhom:\".", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Hemm qbil ma' din l-emenda.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi l-emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "L-emenda \"B\" għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi Klawsola 16 kif emendata.", "Klawsola 16, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 17 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 18 - Emenda tal-artikolu 2 tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: Infakkar li f'din il-parti tal-Abbozz ta' Liġi qed nitkellmu dwar emendi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali u hawnhekk se nagħmlu tifsira ġdida għal \"sistema ta' għadd elettroniku\".", "Hawnhekk hawn definit xi tfisser \"sistema ta' għadd elettroniku\".", "Imbagħad hemm ukoll tifsira ġdida ta' \"żmien riservat għall-wiri\".", "B'hekk se jkun hemm update ta' dawn iż-żewġ definition clauses.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn iktar rimarki?", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 18.", "Klawsola 18 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Emenda tat-Tielet Skeda tal-Att prinċipali.", "OWEN BONNICI: F'din il-klawsola se jkun hemm dak kollu li għedna qabel, imma din id-darba qegħdin nitkellmu dwar il-kunsill lokali.", "Jien informat li hemm emenda, kif għedna qabel, u allura nistieden lill-Onor.", "Karol Aquilina biex jipproponiha u aħna mill-ewwel qegħdin ngħidu li naqblu ma' din l-emenda għax hija riflessjoni ta' dak kollu li għedna qabel.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, għandi żewġ emendi għall-Klawsola 19 li huma riflessjoni ta' dak li għamilna fl-Att prinċipali.", "Nipproponi din l-emenda \"C\":", "\"C\" Fil-paragrafu (f) ta' klawsola 19, minflok il-kliem:", "\"Iżda meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tuża Sistema ta' Għadd Elettroniku, il-kaxxa tal-votazzjoni għandha tinfetaħ u kull polza tal-votazzjoni għandha l-ewwel tiġi murija wiċċha 'l isfel biex jiġi aċċertat li fiha t-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni, u li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' wara ħlief it-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-partiti politiċi li jagħżlu li jagħmlu l-marka uffiċjali mbagħad wara li l-imsemmi proċess ikun intemm dwar il-poloz tal-votazzjoni kollha mitfugħa f'dik l-elezzjoni fil-lokalità partikolari l-poloz għandhom jiġu mdawra, murija u mqiegħda wiċċhom 'il fuq biex jiġi aċċertat li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' quddiem ħlief għan-numri li jindikaw il-preferenzi tal-votant.", "L-għadd u l-qbil tal-poloz tal-votazzjoni għandhom isiru skont ir-regoli ddikjarati fl-Iskeda Tlettax-A.\",", "għandhom jidħlu l-kliem:", "\"Iżda meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tuża Sistema ta' Għadd Elettroniku, il-kaxxa tal-votazzjoni għandha tinfetaħ u l-poloz tal-votazzjoni għandhom jitqiegħdu wiċċhom 'l isfel fuq il-mejda fejn ikun qed isir il-ftuħ tal-kaxxa.", "Meta l-poloz tal-votazzjoni kollha f'kaxxa tal-votazzjoni waħda jkunu ġew impoġġija wiċċhom 'l isfel fuq il-mejda fejn ikun qed isir il-ftuħ tal-kaxxa, il-persuna li tkun qed tissorvelja għandha tqiegħed dawn il-poloz tal-votazzjoni f'mazz wieħed, wiċċhom 'l isfel u f'kontenitur separat għal kull kaxxa tal-votazzjoni u li jkun immarkat bin-numru tal-kamra tal-votazzjoni u l-isem tal-lokalità.", "Il-persuna li tkun qed tissorvelja għandha minnufih tpoġġi l-kontenitur fuq xkaffa f'post li l-aġenti għall-għadd ikunu jistgħu jaraw sew.", "Dan il-proċess għandu jittenna sakemm il-kaxxi tal-votazzjoni kollha jkunu ġew miftuħa.", "L-għadd u l-qbil tal-poloz tal-votazzjoni għandhom isiru skont ir-regoli ddikjarati fl-Iskeda Tlettax-A.\".", "Inressaq ukoll din l-emenda \"D\":", "\"D\" Fil-paragrafu (j) tal-klawsola 19, minflok il-kliem:", "Ladarba jinfetħu l-kaxex tal-votazzjoni, kull polza tal-votazzjoni għandha tinħareġ u l-ewwel titqiegħed wiċċha 'l isfel biex jiġi aċċertat li fiha t-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni, u li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' wara ħlief it-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-partiti politiċi li jagħżlu li jagħmlu l-marka uffiċjali u mbagħad wara li dak l-imsemmi proċess ikun intemm dwar il-poloz ta' votazzjoni kollha mitfugħa f'dik l-elezzjoni fil-lokalità partikolari l-poloz għandhom jiġu mdawra, murija u mqiegħda wiċċhom 'l fuq biex jiġi aċċertat li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' quddiem ħlief għan-numri li jindikaw il-preferenzi tal-votant.", "Il-polza tal-votazzjoni għandha mbagħad titqiegħed f'kontenitur xieraq immarkat bin-numru tal-Kamra tal-Votazzjoni u l-isem tal-lokalità.", "Kopja tar-Rendikont ta' poloz tal-votazzjoni flimkien mal-poloz tal-votazzjoni u l-kontenituri tagħhom għandhom jinżammu f'żona li għandha tkun viżibbli f'kull ħin għall-kandidati u l-aġenti tagħhom:\",", "għandhom jidħlu l-kliem:", "Ladarba jinfetħu l-kaxex tal-votazzjoni, kull polza tal-votazzjoni għandha tinħareġ u l-ewwel titqiegħed wiċċha 'l isfel biex jiġi aċċertat li fiha t-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni, u li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' wara ħlief it-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-partiti politiċi li jagħżlu li jagħmlu l-marka uffiċjali, imbagħad tiġi mdawra, murija u mqiegħda wiċċha 'l fuq biex jiġi aċċertat li ma hemmx marki oħra fuq in-naħa ta' quddiem ħlief għan-numri li jindikaw il-preferenzi tal-votant.", "Wara li dak l-imsemmi proċess ikun intemm, il-poloz tal-votazzjoni għandhom imbagħad jitqiegħdu wiċċhom 'l fuq f'kontenitur xieraq immarkat bin-numru tal-Kamra tal-Votazzjoni u l-isem tal-lokalità.", "Kopja tar-Rendikont ta' Poloz tal-Votazzjoni flimkien mal-poloz tal-votazzjoni u l-kontenituri tagħhom għandhom jinżammu f'żona li għandha tkun viżibbli f'kull ħin għall-kandidati u l-aġenti tagħhom:\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda \"Ċ\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "L-emenda \"C\" għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi l-Emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi Klawsola 19 kif emendata.", "Klawsola 19, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Niġbed l-attenzjoni li naħseb li hemm żball ta' traduzzjoni.", "Fi Klawsoli 16 u 19 fit-test Malti nużaw il-kliem \"informazzjoni oħra\", filwaqt li fit-test Ingliż nużaw any information li huma differenti minn xulxin fil-kuntest tal-artikolu kif inhu miktub.", "Nissuġġerixxi forsi jkun hawn qbil li nagħmlu recommital biex tiġi other information u mhux \"any other information\" għax inkella qisha tiġi timplika li l-informazzjoni li hemm imsemmija fl-artikolu tista' tingħata mingħajr ma jkun hemm is-sanzjoni.", "Qed nirreferi għal paragrafu (4) ta' regolament 14 li hemm fi klawsola 16, fejn fl-aħħar parti nsibu:", "\"… kif muri fil-poloz elettroniċi u għandha tiżgura li ma tagħti l-ebda informazzjoni oħra li b'xi mod tista' tfixkel is-segretezza tal-vot.\".", "Dik timplika li l-Kummissjoni tista' tagħti xi informazzjoni li tissemma qabel fl-artikolu li se tfixkel is-segretezza tal-vot.", "Fit-test Ingliż qiegħda \"any information\".", "Naħseb trid tiġi \"li ma tagħti l-ebda informazzjoni\" u mhux \"l-ebda informazzjoni oħra\".", "OWEN BONNICI: Se nikkonsulta mal-esperti.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-Kumitat huwa sospiż għal ftit minuti sakemm isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa.", "Fis-6.17 p.m. il-Kumitat ġie sospiż u rriżuma fis-6.23 p.m.", "PERMESS TAL-KUMITAT", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kumitat sabiex tkun tista' terġa' tinfetaħ id-diskussjoni fuq klawsoli 16 u 19 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-permess ingħata.", "Klawsola 16 - Żieda ta' Skeda ġdida mal-Att prinċipali.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "Fil-paragrafu (4) tar-regolament 14 ta' klawsola 16, fit-test Malti, minflok il-kliem \"li ma tagħti l-ebda informazzjoni oħra li b'xi mod\", għandhom jidħlu l-kliem \"li ma tagħti l-ebda informazzjoni li b'xi mod\".", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi l-emenda verbali kif imressqa mill-Onor.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi Klawsola 16 kif emendata verbalment.", "Klawsola 16, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 19 - Emenda tat-Tielet Skeda tal-Att prinċipali.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: L-Onor.", "Fil-paragrafu (4) tar-regolament 14 tal-klawsola 19, fit-test Malti, minflok il-kliem \"li ma tagħti l-ebda informazzjoni oħra li b'xi mod\", għandhom jidħlu l-kliem \"li ma tagħti l-ebda informazzjoni li b'xi mod\".", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda verbali għal klawsola 19.", "L-emenda verbali għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Il-mistoqsija hi Klawsola 19 kif emendata verbalment.", "Klawsola 19, kif emendata verbalment, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "Klawsola 1 u t-Titolu għaddew nem. con. u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.", "OWEN BONNICI: Nipproponi li l-Kumitat jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "ID-DEPUTY CHAIRPERSON: Hawn qbil?", "Il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji tal-ortografija, jagħmel ir-rinumerazzjoni meħtieġa u xi emendi żgħar li jista' jkun hemm bżonn.", "Fis-6.27 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-seduta hija sospiża għal ftit minuti.", "Fis-6.27 p.m. il-Kamra ġiet sospiża u rriżumiet fis-6.39 pm.", "Skont ftehim milħuq, il-Kamra għaddiet għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Nistieden lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq it-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet Elettorali.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Liġijiet Elettorali.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Elezzjoni Ġenerali, Kap. 354, u konsegwentement l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, Kap. 363\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, il-Kamra issa tgħaddi immedjatament għall-Aġġornament.", "Insejjaħ lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.41 p.m. il-Kamra għaddiet għall-Aġġornament skont il-ftehim milħuq.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis 4 ta' April, 2019 f'12.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ħatra ta' President ta' Malta.", "Ninforma lill-Kamra li ċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġurament lill-President ta' Malta se tiġi trażmessa dirett fuq il-mezzi tax-xandir.", "Skont ftehim milħuq, f'din is-seduta ma hu se jsir l-ebda xogħol ieħor ħlief il-ħatra tal-President ta' Malta.", "Il-Minuti tas-seduta tal-lum, 3 ta' April, u ta' għada, l-4 ta' April, għandhom jiġu kkonfermati fis-seduta tat-Tnejn, 8 ta' April 2019.", "Fis-seduta ta' għada, 4 ta' April, ma jitteħidx l-Aġġornament u s-seduta tingħalaq wara li tinqara l-Proklama mill-President ta' Malta.", "L-Ispeaker stess jaġġorna l-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' April, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni - Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skont il-ftehim milħuq, illum mhux se jittieħed il-ħin tal-Aġġornament u għaldaqstant il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 4 ta' April 2019 bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Michael Farrugia.", "Fis-6.43 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skont il-ftehim milħuq.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8311 u 8854 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha?", "Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890 tas-seduta 203 f'din il-Leġiżlatura imwieġba mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8312 u 8855 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8890.", "Peress li din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor.", "Interpellant li, jekk jixtieq, għal tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid attwalment kemm hemm tfal taħt care order?", "Kemm minnhom huma taħt il-kura ta' Foster Carers u kemm minnhom fi djar tat-tfal?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:", "MINISTERU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-2018 u l-ewwel xhur ta' din is-sena saru diversi xogħlijiet fil-binjiet li minnhom joperaw diversi dipartimenti u entitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa sabiex ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Fil-binja fejn jinsab is-CPSU matul l-2018 saret rampa fit-tarf tal-amministrazzjoni kif ukoll fl-emergency exit.", "Bħala parti mill-proġett tat-tieni sular tal-istess binja ser isir lift sabiex kull persuna b'nuqqas ta' mobilità u b'diżabilità tkun tista' tagħmel użu minnu.", "Ġie rinovat il-parkeġġ u fiż-żmien li ġej mistenni jkun hemm numru ta' parkeġġi assenjati lill-persuni li għandhom il-badge il-blu.", "Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja ttieħdu diversi inizjattivi matul l-2018 sal-lum, li huma:", "Proġetti oħra li jinsabu f'diversi fażijiet tal-proċess fl-istess dipartiment huma:", "Bini / Immodernizzar taċ-Ċentri tas-Saħħa skont il-liġijiet li jħarsu d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità", "Il-proġetti kollha tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex li saru jew li qed isiru matul iż-żmien indikat huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Dawn il-proġetti jinkludu s-sala l-ġdida tal-Ortopedija li ser tiġi inawgurata fil-ġimgħat li ġejjin, iċ-Ċentru ġdid tal-Anatomija tal-Iskola Medika ta' Barts li ġie inawgurat f'Diċembru 2018 kif ukoll l-iskola medika ta' Barts li ser tospita l-ewwel studenti f'Settembru 2019.", "Matul l-2018, fil-binja tal-Ministeru tas-Saħħa t-taraġ li kien jagħti għall-uffiċini ġie mibdul f'rampa biex l-istess binja u l-uffiċini kollha fi ħdan il-binja jkunu aċċessibbli għal kullħadd.", "Ninfurmah ukoll li l-bini tad-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa minn fejn jingħata servizz mediku diġà huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru ħa ħsieb sabiex il-proġetti strutturali li kienu ppjanati li jinbdew matul is-sena 2018 u jitkomplew fis-sena 2019, f'Malta kif ukoll barra minn Malta, ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "L-istess sar meta kien hemm il-ħtieġa li tinbena struttura temporanja fil-bitħa ta' Palazzo Parisio fil-Ministeru stess sabiex isiru attivitajiet 'awdjoviżivi' ta' Sempre Viva.", "Il-kuntrattur ġie mitlub jinstalla rampa apposta li setgħet tipprovdi aċċess lil persuni b'diżabilità.", "Dan minkejja l-fatt li l-binja nnifisha ta' Palazzo Parisio hija skedata u ma tistax tagħmel tibdil strutturali.", "Inżid ninforma wkoll li l-uffiċini ta' TradeMalta huma attrezzati b'aċċessibilità għal persuni b'diżabilità.", "L-uffiċini li joperaw minnhom diġà kellhom din l-aċċessibilità meta nkera l-post.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hawn taħt tinsab lista bl-inizjattivi li ttieħdu, skont ma jien infurmat mill-entitajiet u dipartimenti li għalihom jien responsabbli:", "Ministeru u dipartimenti - Il-binjiet kollha tal-Ministeru f'Beltissebħ huma aċċessibbli għall- persuni b'diżabilità.", "Dawn il-binjiet kollha għandhom lift funzjonabbli u rampi bi gradient adegwat skond ir-regolamenti ta' CRPD.", "Infrastructure Malta - Minn meta twaqqfet ftit tax-xhur ilu, Infrastructure Malta bdiet taħdem biex tiżgura l-aċċessibilità tal-uffiċċji assenjati għall-operat tagħha f'Ħal Luqa.", "Filwaqt li l-entratura ewlenija ta' dan il-bini, li jintuża wkoll minn entitajiet oħra, diġà hija aċċessibbli għall-persuni b'diffikultajiet ta' mobilità, bħalissa qed jiġi installat lift sabiex anke s-sulari ta' fuq tal-bini jkunu jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd.", "L-Awtorità tal-Ippjanar", "· 4 spazji ta' parkeġġ fl-uffiċini prinċipali tal-Awtorità fil-Furjana riservati għall-persuni b'diżabilità.", "· Rampa ta' emerġenza fl-uffiċini tal-Kummissjoni għall-Ippjanar.", "· Temporanjament kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta l-Awtorità tal-Ippjanar qed tagħmel użu minn bini li huwa kompletament aċċessibbli sakemm isiru x-xogħlijiet ta' ristrutturar u mmodernizzar fl-uffiċini li l-Awtorità għandha f'Għawdex u fil-blokka tad-Direttorat tal-Infurzar fil-Furjana, li se jkunu kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "· Tiġi miġbura kontribuzzjoni f'applikazzjonijiet għal żvilupp li ma jkollux aċċess għal persuni b'diżabilità.", "· Tenders għal servizzi li jinkludu kiri ta' postijiet ta' taħrig u/jew konferenzi jew kiri ta' trasport għal massa jitolbu li dawn is-servizzi jipprovdu aċċess lil kulħadd.", "Transport Malta - Il-binjiet kollha li jappartjenu lil Transport Malta kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex għandhom aċċess għal rampi u lifts għal użu ta' persuni b'diżabilità.", "BICC - Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba li l-binja minn fejn jopera l-BICC hija skedata ma jistgħux isiru xogħlijiet fuqha.", "BRO - Infurmat li fil-bini li minnu jopera l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini saru xogħlijiet ta' tneħħija ta' turġien kemm kien umanament u strutturalment possibbli.", "L-Awtorità tal-Artijiet hija aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, kemm fir-rigward tal-impjegati tagħha kif ukoll għall-pubbliku.", "Eżempji jinkludu rampa li ġiet installata quddiem l-entratura tal-binja, toilets għall-persuni b'diżabilità fis-sular ta' isfel kif ukoll dak ta' fuq, filwaqt li hemm ukoll lift li jagħti aċċess għas-sulari kollha tal-binja.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sar audit ħolistiku tal-binja kollha tal-Ministeru u ser isiru xogħlijiet biex ikollna binja aċċessibbli u energy efficient biex ukoll tkun mudell ta' binja amministrattiva li hija eco-friendly.", "Apparti l-aċċessibilità fiżika, qed jittieħdu wkoll inizjattivi favur l-aċċessibilità b'mod ħolistiku u allura materjal informattiv bis-sottotitoli, bil-lingwa tas-sinjali u easy to read u addattat għall-persuni fuq il-firxa wiesgħa tal-awtiżmu.", "Dan apparti li f'kull proġett qed jiġu inklużi loop systems għall-persuni neqsin mis-smigħ, pathways għall-persuni neqsin mid-dawl u qed jiġu osservati l-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità kif ukoll il-kunċett tal-Universal Design kif promoss mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għad-Drittijiet tal-Persuni b'diżabilità.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s'issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ttieħdu diversi azzjonijiet u saru diversi xogħlijiet sabiex il-binjiet li joperaw minnhom, id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Dan jinkludi dipartimenti, entitajiet u kummissjonijiet li mxew għall-binjiet ġodda, li huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Saru xogħlijiet u ġie installat apparat sabiex titjieb l-aċċessibilità f'numru ta' binjiet oħra.", "L-aħħar proġett kien il-ftuħ ta' Ċentru Servizz Familja, li huwa wkoll aċċessibbli skont l-istandards stabbiliti.", "SPTAR MATER DEI U SIR ANTHONY MAMO ONCOLOGY CENTRE – OPERATURI TAL-PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8179, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "a. Lista tal-offerenti kollha li ssottomettew l-offerta tagħhom;", "b. Il-prezzijiet u/jew l-offerti finanzjarji li ssottometta kull offerent; u", "c. Il-bażi/kriterji li fuqhom saret l-evalwazzjoni?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tabella t'hawn taħt filwaqt li ninfurmah li l-kuntratt ingħata lill-kumpanija li offriet l-aktar konċessjoni vantaġġjuża u li kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9312 u 9107 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8892, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u, jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ tal-ewwel parti tal-mistoqsija għandha tirreferi lill-Ministeru konċernat.", "Min-naħa l-oħra, kif diġà ntqal, il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi.", "Għaldaqstant il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa.", "Nerġa' nfakkar li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq, waqt li fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara.", "Inżid li dan il-Gvern ħadem u se jibqa' jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9313 u 9108 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8893, tista' l-Ministru:", "a. tgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tagħha; u", "b. tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux targets għall-Horizon 2020 u, jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "JUSTYNE CARUANA: Kif diġà ntqal, il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi.", "Għaldaqstant il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa.", "Nerġa' nfakkar li fis-Servizz Pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq, waqt li fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara.", "Inżid li dan il-Gvern ħadem u se jibqa' jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - NISA F'POŻIZZJONI TA' TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9314 u 9109 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8894, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tiegħu; u", "b. jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux targets għall-Horizon 2020 u, jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-każ tal-ewwel parti tal-mistoqsija, din għandha tkun riferuta lill-Ministeru kkonċernat.", "Min-naħa l-oħra, kif diġà ntqal, il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi.", "Għaldaqstant il-ħidma tal-Gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa.", "Nerġa' nfakkar li fis-servizz pubbliku kollu, fil-preżent hemm 5,445 mara f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-grad ta' Prinċipal jew 'il fuq, waqt li fit-top management tas-Servizz Pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara.", "Inżid li dan il-Gvern ħadem u se jibqa' jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9311, 9106, 8895 u 8772 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017 kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għalfejn l-istess Ministru ilu fil-fatt kważi ħames snin biex jirrispondi din il-mistoqsija li fil-fatt saret għall-ewwel darba fit-12-il Leġiżlatura fit-2 ta' Ottubru, 2014?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "GĦASES TAL-PULIZIJA - KMAMAR GĦAL KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema għases f'Malta u Għawdex għandhom kmamar iddedikati għall-każijiet ta' vjolenza domestika (hekk imsejħa soft areas) kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Istanbul?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fl-għases f'Malta u Għawdex il-kmamar iddedikati għall-każijiet ta' vjolenza domestika huma kmamar fl-għases prinċipali u cjoè l-Belt Valletta, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, Tas-Sliema, Birkirkara, il-Mosta, in-Naxxar, il-Qawra u r-Rabat Għawdex li għalkemm ma jissejħux soft areas, huma identifikati li jintużaw meta persuni li huma vittmi jew xhieda ta' każijiet relatati ma' vjolenza domestika, jistgħu jiġu mitkellma fil-privat.", "Fit-Taqsima tal-Victim Support fil-Korp tal-Pulizija hemm żewġ kmamar li jintużaw għall-istess skop fejn waħda tintuża biex jiġu mitkellma adulti u l-oħra biex jiġu mitkellma minuri.", "Eventwalment, malli jitwaqqfu l-Police Regional Hubs, hu ttamat li jkun hemm persuni aktar speċjalizzati f'dan is-settur li jiffunzjonaw minnhom.", "PROĠETT TA' RESTAWR TAL-FANAL TAL-ĠORDAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8922, tista' l-Ministru taġġorna dwar il-Proġett ta' Restawr tal-Fanal tal-Ġordan ġewwa Għawdex?", "Kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu kuljum u x'inhu l-grad tagħhom?", "F'liema xahar u sena huwa ppjanat li jitlesta dan il-proġett?", "Kemm kienet in-nefqa s'issa fuq dan il-proġett?", "Interpellant li x-xogħol ta' restawr fil-Fanal tal-Ġordan qed isir minn grupp ta' 12-il ħaddiem tal-Ministeru għal Għawdex.", "Ix-xogħol jinvolvi restawr fuq il-binja kollha, kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa u qed isir skont il-permessi bis-sorveljanza tal-Heritage Planning Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba li din hija binja ta' importanza storika.", "Ix-xogħol qed ikun ikkordinat ma' diversi stakeholders u huwa ppjanat li jitlesta f'Settembru 2019.", "SAN ĠWANN: TRIQ TAL-BALAL - PLATE BEARING TESTS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9209 u jgħid jekk fit-Triq tal-Balal, it-triq ta' bejn in-Naxxar u San Ġwann, sarux it-testijiet tal-plate bearing?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm-il test sar?", "F'liema parti saru u jindika permezz ta' street plan fejn saru l-plate bearing tests u x'kien ir-riżultat?", "Jista' jgħid min għamilhom u min iċċertifika r-riżultat ta' dawn il-plate bearing tests?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat minn Infrastructure Malta, li l-proġett tal-bini mill-ġdid Triq tal-Balal, l-arterja prinċipali bejn San Ġwann u n-Naxxar, wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu hekk kif bdew jitqiegħdu s-saffi tal-asfalt fil-korsiji ġodda li nbnew f'din it-triq f'dawn l-aħħar xhur, u fiż-żewġ korsiji li kien hemm qabel, li qed jinqalgħu u jibnew mill-ġdid ukoll.", "Minn din it-triq ta' madwar 1.8 kilometri jgħaddu aktar minn 2,100 karozza fis-siegħa fil-ħinijiet ta' filgħodu u tard waranofsinhar (rush hours).", "B'dan il-proġett, hekk kif it-triq qed titwessa' minn tnejn għal erba' korsiji, il-ħin tal-ivvjaġġar mistenni jonqos b'bejn 30% u 40%, u jkun hemm kwalità tal-arja aħjar permezz ta' tnaqqis fl-emissjonijiet.", "Il-korsiji ġodda f'din it-triq ifissru 3.6 kilometri ta' korsiji ġodda.", "It-triq qed titjieb ukoll b'bosta faċilitajiet għall-mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi u b'miżuri li jnaqqsu r-riskji ta' aċċidenti.", "Minħabba l-importanza ta' din l-arterja ewlenija, il-proġett ġie mfassal b'mod li t-triq tibqa' miftuħa kull ħin, fiż-żewġ direzzjonijiet, matul il-ġurnata.", "Xogħlijiet li jkunu jeħtieġu għeluq tal-korsiji eżistenti qed isiru bil-lejl, biex jonqsu d-diffikultajiet lill-pubbliku.", "Minbarra l-korsiji ġodda, il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta' bankina ġdida matul it-triq kollha bejn in-Naxxar u San Ġwann, peress li din it-triq qatt qabel ma kellha aċċess sikur għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi f'dawn l-inħawi.", "Qed jinbnew ukoll madwar 2.5 kilometri ta' ħitan tas-sejjieħ mal-ġnub tat-triq.", "Ħafna minnhom inbnew b'ġebel riċiklat li nqala' waqt it-tħaffir tal-pedamenti tal-istess triq.", "Infrastructure Malta qed ittejjeb ukoll id-disinn ta' erba' roundabouts li hemm f'din it-triq biex titjieb is-sigurtà u l-effiċjenza tagħhom.", "Uħud mill-korsiji ġodda li nbnew f'din it-triq se jkunu użati bħala shared priority cycle lanes għaċ-ċiklisti.", "It-triq se jkollha wkoll faċilitajiet għal dawk li jużaw it-trasport pubbliku.", "Taħt il-livell tat-triq, waqt li kienu qed isiru l-pedamenti ġodda tat-triq, inbidlu jew żdiedu l-cables u l-pajpijiet tad-distribuzzjoni tad-dawl, ilma u telekomunikazzjoni biex jonqos ir-riskju li t-triq ikollha tinqala' mill-ġdid fil-futur.", "Uħud minn dawn is-sistemi kienu antiki ħafna u kien ilhom ma jinbidlu għexieren ta' snin.", "Biex tiżdied is-sigurtà għal dawk li jivvjaġġaw minn din it-triq, qed issir ukoll sistema ta' dwal tat-toroq, b'madwar 160 arbli bil-bozoz.", "Għal din is-sistema tpoġġew 10 kilometri ta' pajpiet biex minnhom jgħaddu l-wires taħt l-art li se jissupplixxu dawn il-bozoz.", "B'hekk mhu se jkun hemm ebda wires imdendlin mal-arbli.", "Waqt it-tħaffir tal-pedamenti nstabu erba' barrieri li meta oriġinarjament kienet saret it-triq imtlew b'materjal li ma kienx b'saħħtu biżżejjed.", "Dan wassal biex maż-żmien it-triq bdiet iċċedi.", "Dawn il-barrieri kellhom jitħaffru biex minflok it-terrapien qadim isiru pedamenti sodi bi strutturi bil-blokki tal-ġebel, tal-konkos u ħadid.", "Waqt li jkun qed isir it-tqegħid tas-saffi differenti li jkunu meħtieġa sabiex jinbnew l-uċuħ tat-toroq, u qabel ma jsiru s-saffi li jkun imiss, Infrastructure Malta tagħmel diversi testijiet biex tiżgura l-kwalità u s-saħħa tal-materjal li jkun qed jintuża.", "Dawn it-testijiet isiru minn entitajiet jew kumpaniji indipendenti li jkunu akkreditati biex jagħmlu dawn it-tip ta' testijiet.", "Fil-każ ta' Triq tal-Balal, it-testijiet indikati diġà saru fi 30 post differenti f'żewġ sezzjonijiet tat-triq, mir-roundabout tal-Għargħur sar-roundabout magħrufa bħala tal-Mekkek, u minn quddiem iż-żona residenzjali sar-roundabout tal-Għargħur.", "It-testijiet saru mil-laboratorji akkreditati ta' Terracore Ltd u Solid Base Laboratory Ltd, taħt is-sorveljanza ta' Infrastructure Malta.", "It-tagħrif miġbur waqt dawn it-testijiet jiġi analizzat minn Infrastructure Malta f'diversi stadji tat-twettiq ta' proġetti bħal dawn sabiex jekk ikun hemm xi nuqqasijiet, il-kuntratturi jintalbu jirranġawhom minnufih.", "It-testijiet kollha li saru s'issa kkonfermaw li l-materjali użati għandhom is-saħħa mitluba minn Infrastructure Malta biex jilqgħu tajjeb għall-piżijiet tat-trasport fl-istess triq.", "XEWKIJA: TRIQ SANNAT – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8709 u 8204 kollha u tgħid min hu l-perit inkarigat mit-tieni parti ta' Triq Sannat, Xewkija, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa?", "Tista' tgħid min ipprepara l-bill of quantities għal din it-triq?", "Interpellant li l-perit inkarigat huwa uffiċjal fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.", "Il-bill of quantities ġie referut mill-Kunsill Lokali ta' Sannat.", "Irid jingħad ukoll li l-parti l-oħra li twassal sal-pjazza ukoll ġiet iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali ħa ħsieb li joħroġ it-tenders u huwa responsabbli mill-project management.", "ĦONDOQ IR-RUMMIEN - LIKWIDU GRIŻ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal diversi drabi f'dawn l-aħħar ġranet qed joħroġ likwidu griż u qed jispiċċa fil-baħar minn ġewwa l-bini fejn hemm ippjanat li jsir ir-RO Plant ġewwa Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex?", "Jista' jgħid x'azzjoni qed tittieħed mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru xi testijiet fuq l-ilma tal-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien biex iserraħ moħħ in-nies li jiffrekwentaw din il-bajja?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-likwidu li qed issir referenza għalih huwa ilma baħar imħallat bir-ramel maħruġ mill-post stess li rriżulta b'mod naturali f'każi iżolati mit-tħaffir tal-bjar tal-ilma baħar.", "Dan ix-xogħol tlesta u b'kollox tħaffru sitt ibjar ta' mitt metru fond il-wieħed.", "Minn dawn il-bjar li jinsabu fl-impjant se jkun qed jinġibed l-ilma baħar li ser ikun qed jiġi msoffi biex Għawdex jirċievi ilma ta' kwalità għolja.", "Ta' min wieħed iffakkar kif l-investiment li qed isir f'Għawdex f'dan is-settur hu bla ebda preċedent.", "GĦAJNSIELEM: TRIQ SANT'ANTNIN - TENDERS GĦAL XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li l-Ministru qalet li sar survey report dwar Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem Għawdex, tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jinħarġu t-tenders għal din it-triq u jekk hux ser jibda x-xogħol infrastrutturali fuq din it-triq matul is-sena 2019?", "Interpellant li x-xogħlijiet fit-toroq qed jiġu ppjanati b'tali mod li jkollhom l-inqas impatt possibbli fuq it-traffiku.", "Din it-triq għalhekk hija ppjanata li ssir hekk kif tkun lesta Triq iż-Żewwieqa li diġà ħarġet it-tender tagħha u hekk kif Triq l-Imġarr fin-Nadur tilħaq stadju iktar avvanzat.", "Flimkien ma' dawn hemm ukoll il-pjanijiet għat-triq alternattiva mill-Imġarr li wkoll qed jiġu studjati mill-esperti.", "Il-Ministeru diġà ħejja d-dokumenti kollha meħtieġa biex fil-mument opportun jinħareġ it-tender ta' Triq Sant'Antnin li f'partijiet minnha trid tinbena mill-ġdid.", "CJEU – NOTIFIKI MINN QRATI/TRIBUNALI FL-UE - INTERVENTI MINN MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il każ intervjeniet Malta wara li ġiet notifikata b'referenza preliminari magħmula minn xi Qorti jew Tribunal f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea lill-Court of Justice of the European Union (CJEU – preċedentement ECJ) għall-interprezzjoni tal-istess CJEU ta' xi direttiva jew regolament tal-UE, sena b'sena mid-data tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?", "Jekk kien hemm xi interventi, jista' jgħid kemm kien hemm, sena b'sena u f'liema oqsma kienu?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-każijiet li fihom sar intervent minn Malta huma indikati fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, magħruf bħala l-Fifth Round Evaluation Report on Malta (GrecoEvalSRep(2018)7) li ġie addottat waqt it-82 laqgħa plenarja tal-GRECO li saret fi Strasburgu bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2019?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-Gvern awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-interpellanza li għandu jkun disponibbli llum, nhar it-3 ta' April 2019, fuq is-sit elettroniku tal-GRECO.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk weġibx għat-talba tal-GRECO sabiex jiġi ppubblikat ir-rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tal-istess GRECO dwar Malta, magħruf bħala l-Fifth Round Evaluation Report on Malta (GrecoEvalSRep(2018)7) li ġie addottat waqt it-82 laqgħa plenarja tal-GRECO li saret fi Strasburgu bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2019 u jekk tax il-kunsens tal-Gvern Malti sabiex jiġi ppubblikat dan ir-rapport, hekk kif talbet l-istess GRECO?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-approvazzjoni tal-Gvern għall-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-interpellanza ngħatat.", "Għandu jiġi preċiżat li t-talba għall-approvazzjoni ma saritx lil Malta biss u li minn dak li jidher Malta hija l-ewwel pajjiż li tat tali approvazzjoni minn dawk li r-rapporti dwarhom ġew approvati mill-GRECO fil-laqgħa li saret bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2019.", "KUMMISSARJU GĦALL-ANZJANI - UFFIĊĊJU GĦALL-PERSUNA MAĦTURA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li f'Novembru 2016 il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru u fl-istess ħin ukoll kienet ġiet espressa t-tama mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà u Anzjanità Attiva responsabbli ta' dak iż-żmien biex minn Jannar 2017 din il-persuna jkollha l-uffiċċju tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx fil-fatt ingħata uffiċċju lil din il-persuna f'Jannar 2017 jew sussegwentement?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "KUMMISSARJU GĦALL-ANZJANI – ESPERJENZA TAL-PERSUNA MAĦTURA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li f'Novembru 2016 il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta din il-persuna f'dawn l-aħħar sentejn u erba' xhur u jekk qattx ħareġ rapport ta' ħidma dwar ix-xogħol li wettqet?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "PJANIJIET LOKALI - REVIŻJONI KOMPRENSIVA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-issues li fuqhom qed isir focus u li huma ta' natura aktar strateġika u li jinħtieġu ġbir ta' aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta' għażliet differenti bħala parti mill-proċess tar-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "KUMPLESS TAL-MAGĦTAB – RAPPORT DWAR IL-KAŻ TA' ĦRUQ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9038, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intern li huwa talab li jsir dwar il-ħruq li sar ġewwa l-kumpless tal-Magħtab nhar il-Ġimgħa 31 ta' Awwissu 2018?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9038 li fiha elenkajt il-konklużjonijiet tar-rapport, u allura f'dan l-istadju ma hemmx iżjed xi nżid.", "IL-BAJJA TAL-BALLUTA - STUDJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8955, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru mis-sena 2013 sas-sena 2019 dwar il-Bajja tal-Balluta?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Intepellant li mill-2013 saru dawn l-istudji:", "ERA – KORS GĦAL OPERATURI TA' NEGOZJI RELATATI MAL-ISKART", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid għala ċerti negozji (bħal dawk li jiddisponu minn tyres) rċevew ittra mill-Environment and Resources Authority (ERA) biex b'obbligu jattendu kors li għalih iridu jħallsu iżda li meta dawn ċemplu l-ERA biex jistaqsu dettalji dwar dati u ħinijiet intqal lilhom li l-ERA ma kenitx taf?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li negozji jew individwi li huma reġistrati mal-ERA sabiex iġorru xi tip ta' skart huma obbligati jagħmlu b'suċċess kors (skont A.L. 549.63) li ser ikun qed jingħata mill-MCAST.", "Dan il-kors jittratta aspetti relatati mal-iskart u l-immaniġġjar tiegħu.", "L-ERA, bħala l-Awtorità kompetenti għall-implimentazzjoni tal-liġijiet ambjentali għandha obbligu li tirreġistra vetturi tal-ġarr tal-iskart.", "Għaldaqstant, qiegħda tinforma lil dawk li preżentement għandhom vettura b'reġistrazzjoni valida dwar din il-ħtieġa skont il-liġi hawn fuq imsemmija, dan permezz ta' ittra u telefonata.", "F'din il-komunika l-ERA tinforma lill-individwi dwar kif jikkuntattjaw 'l-MCAST sabiex jirreġistraw għall-kors.", "Minħabba li dan il-kors huwa organizzat mill-MCAST, dati u ħinijiet u dettalji prattiċi għal dan il-kors għandhom jiġu miksuba mill-MCAST."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190403_215d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "Il-Ħamis, 4 ta' April, 2019 f'nofsinhar", "Ħatra tal-President tar-Repubblika ta' Malta.", "3 ta' April 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "Skont il-ftehim milħuq, din is-seduta se tiġi trasmessa dirett fuq it-televiżjoni."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190404_216a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 4 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ħamis, 4 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Gran Kunsill,", "il-Palazz, il-Belt Valletta, f'12.04 p.m.", "Il-Ħamis, 4 ta' April 2019", "Skont il-ftehim milħuq, il-Minuti tas-Seduta Nru 215, li saret fit-3 ta' April 2019, kellhom jiġu kkonfermati fis-seduta tat-8 ta' April 2019.", "Skont l-istess ftehim, iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġurament tal-President Elett kellha tixxandar b'mod dirett fuq il-mezzi tax-Xandir.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Is-Seduta issa se tiġi sospiża għal ftit minuti sakemm jien immur għall-President u l-President Elett.", "F'12.05 p.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet f'12.21 p.m.", "ĠURAMENT TAL-KARIGA", "DR GEORGE VELLA (President Elett): Jien, George Vella, solennement naħlef li naqdi fedelment il-kariga ta' President ta' Malta, u li, skont l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Hekk Alla jgħinni.", "Il-President iffirma quddiem l-Ispeaker, fil-preżenza tal-Kamra, il-ġurament tal-kariga bħala President ta' Malta.", "PROKLAMA MILL-PRESIDENT TA' MALTA", "IL-PRESIDENT (L-E.T. Dr George Vella): Se naqra l-Proklama Nru VI:", "Billi b'riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati mgħoddija fit-2 ta' April, 2019, jien ġejt maħtur President ta' Malta;", "U billi jien ħadt u ffirmajt il-ġurament tal-kariga quddiem il-Kamra tad-Deputati fl-4 ta' April, 2019 kif meħtieġ bl-artikolu 50 tal-Kostituzzjoni ta' Malta;", "Issa għalhekk jien, George Vella, qiegħed hawnhekk ngħarraf u nipproklama illi fl-4 ta' April, 2019, skont l-imsemmija Kostituzzjoni, assumejt il-funzjonijiet ta' President ta' Malta.", "Magħmula fil-Palazz, il-Belt Valletta, illum, l-4 ta' April, 2019.", "Il-President ta' Malta u l-Prim Ministru ffirmaw il-Proklama Nru VI tal-2019.", "AĠĠORNAMENT", "L-ISPEAKER: Il-Kamra issa hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 8 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. fis-Sala tal-Parlament, il-Belt Valletta, bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali l-Onor.", "Michael Farrugia fis-Seduta Nru 215 tal-Erbgħa, 3 ta' April 2019.", "F'12.22 p.m. il-Kamra aġġornat skont il-ftehim milħuq."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190404_216d_par.docx"} {"text": ["Il-Ħamis, 4 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, il-Belt Valletta, fi 12.05 pm.", "L-Ispeaker, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, ippreseda.", "PREŻENTI", "Il-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni l-Onor.", "Silvio Schembri kienu msiefra fuq xogħol tal-Gvern.", "L-Onor.", "Hermann Schiavone kienu skużati.", "L-Onor.", "Frederick Azzopardi u l-Onor.", "L-Iskrivan tal-Kamra qal it-talba.", "Skont il-ftehim milħuq il-minuti tas-Seduta Nru 215 tat-3 ta' April 2019 kellhom jiġu kkonfermati fis-seduta tat-8 ta' April 2019.", "Skont l-istess ftehim iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġurament tal-President Elett kellha tixxandar b'mod dirett fuq il-mezzi tax-Xandir.", "GĦOTI TAL-ĠURAMENT TAL-KARIGA TA' PRESIDENT TA' MALTA", "F'12.05 p.m. il-Kamra kienet sospiża u rriżumiet f'12.21 p.m.", "Id-Dottor George Vella ħa u ffirma quddiem l-Ispeaker, fil-preżenza tal-Kamra, il-Ġurament tal-Kariga bħala l-President ta' Malta, skont l-artikolu 50 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Il-President ta' Malta qara u ffirma l-Proklama Nru VI tal-2019 li tgħid li d-Dottor George Vella assuma l-funzjonijiet ta' President ta' Malta.", "Il-Prim Ministru ffirma l-istess Proklama.", "AĠĠORNAMENT", "F'12.22 pm l-Ispeaker aġġorna l-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' April 2019, fl-4.00 pm, fis-Sala tal-Parlament, il-Belt Valletta bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali l-Onor.", "Michael Farrugia fis-Seduta Nru 215 tal-Erbgħa, 3 ta' April 2019.", "SKRIVAN TAL-KAMRA", "ANĠLU FARRUGIA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190404_216m_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 8 ta' April, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li kien sar minn Colin Toms and Partners dwar il-fattibilità ta' breakwater f'Marsalforn u tindika wkoll x'inhi l-ispiża stmata li jiswa l-imsemmi breakwater?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta' flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet Kap. 473) minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta' flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet Kap. 473) minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalitajiet li minnhom inġabret l-imsemmija eko-kontribuzzjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid fuq liema proġetti/inizjattivi ġew użati l-fondi kollha miġbura mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet Kap. 473) u għal kull proġett/inizjattiva jgħid:", "a. fiex kien jikkonsisti l-proġett/inizjattiva;", "b. f'liema lokalità twettaq il-proġett/inizjattiva;", "d. kemm tħallsu jew intefqu flus fuq il-proġett/inizjattiva?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm appartamenti/proprjetajiet liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) li jistgħu jservu bħala postijiet għall-akkomodazzjoni fuq bażi short-let, f'dawn id-dati: 31 ta' Diċembru 2012, 31 ta' Diċembru 2013, 31 ta' Diċembru 2014, 31 ta' Diċembru 2015, 31 ta' Diċembru 2016, 31 ta' Diċembru 2017, 30 ta' Ġunju 2018 u l-31 ta' Diċembru 2018?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk l-istabbilimenti kollha li għandhom permess biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta?", "Għal kull permess jista' jagħti:", "a. l-isem tal-istabbiliment;", "b. it-triq li jinsab fih; u", "c. l-ammont ta' mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f'metri kwadri li għandu permess jokkupa?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid, wara n-numru ta' każijiet riċevuti fejn kien hemm inċidenti serji ta' nirien, li wkoll kellhom vittmi, x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jassigura aktar sigurezza fl-użu ta' ċilindri tal-gass?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru wara l-inċidenti tan-nar kawża tal-gass li ħareġ minn ċilindri tal-gass?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx irtirati ċilindri tal-gass mis-suq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jispjega għalfejn fil-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika Kap. 595 fir-rigward tal-entitajiet, hemm imsemmija li fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) tapplika għal Chairman u l-bord kollu (referenza għal mistoqsija parlamentari 9510 fejn il-Ministru konċernat ġie mitlub jgħid min hu r-regolatur, u fejn allura mit-tweġiba mogħtija jirriżulta li r-regulator huwa ċ-Chairman flimkien mal-membri tal-Bord kollu), waqt li fil-każ tal-entitajiet l-oħra, hemm imsemmija li din tapplika biss għaċ-chairpersonsossia kapijiet biss tal-istess entitajiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Renju tal-Belġju lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika tal-Panama lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Emirati Għarab Magħquda lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9027 u jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali?", "Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom, meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9272, liema mistoqsija kienet tittratta esproprjazzjoni ta' art fir-Rabat Għawdex, fejn intqal li l-Awtorità tal-Artijiet qed tikkontendi li l-persuni, li dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ma jidhrux li għandhom titolu fuq din l-art, u dan għaliex bħala prova tat-titolu ppreżentaw diviżjoni u l-art in kwistjoni ma kinitx imsemmija f'tali diviżjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni msemmija ppreżentawx ukoll dokumentazzjoni f'testmenti, riċerki testamentarji u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis kif ukoll dokumenti dwar fidi ta' ċens tal-istess art u rċevuti ta' ħlas ta' ċens maħruġa fuq isem l-istess persuni?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kunsiderazzjonijiet għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-effett li se jkun hemm fuq ix-Xatt tal-Gżira mill-proġett ta' Manoel Island?", "Jista' jikkonferma li parti sewwa mill-promenade dik bejn Triq Sir Patrick Stuart u Triq Manoel de Vilhena se tispiċċa u ssir triq, roundabout u pont għal Manoel Island?", "Jikkonferma li l-pont se jogħla bejn 6 u 8 metri minn fuq wiċċ il-baħar?", "Liema disinji ġew ippreżentati mill-MIDI biex jagħtu ħjiel ta' kemm se jintilef mix-Xatt tal-Gżira li qiegħed biex jitgawda mill-poplu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Peress li r-rapport tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) jirriserva d-dritt dwar il-landscape mix-Xatt tal-Gżira wara studju li sar mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kkonkludiet li hemm bżonn ta' tibdiliet sostanzjali fil-bini propost faċċata tax-Xatt tal-Gżira fuq il-veduti fir-rapport tagħha bħala parti mill-Environment Impact Assessment?", "Liema tibdil sar wara dawn ir-riżervi tal-ERA?", "Jaf li l-case officer tal-Planning Authority stess semma l-ħtieġa li l-landscape jiġi rivist?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li l-proġett ta' Manoel Island huwa marbut mad-Development Brief tal-1992, jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjan il-ġdid ibiddel drastikament il-mix u l-iskala tal-użu tal-art kif kien approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94 peress minn proġett primarjament kummerċjali sar wieħed primarjament residenzjali?", "Jikkonferma li dan it-tibdil jirrikjedi l-ħruġ ta' Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar kif jidher fin-North Harbour Local Plan policy NHGT16?", "Jista' jikkonferma jekk dan is-Supplementary Planning Guidance kienx ippubblikat mill-Awtorità?", "Jekk kien ippubblikat jista' jgħid meta u fejn tista' tinkiseb kopja u għaliex mhux ippubblikat fuq il-website tal-awtorità?", "Jekk le kif seta' jiġi approvat il-pjan il-ġdid?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jikkonferma għaliex l-iskall pubbliku u l-faċilitajiet anċillari fejn wieħed jerfa' d-dgħajjes u tenders se jispiċċa b'dannu għal għadd kbir ta' dilettanti tas-sajd u dgħajjes żgħar?", "Jikkonferma li fil-pjan l-antik PA 2135/94, dan l-iskall kien previst li jsir fuq Manoel Island u għaliex dan tneħħa mill-pjan il-ġdid?", "Fejn se jkun il-post alternattiv għall-iskall u faċilitajiet anċillari?", "Peress li l-post imsemmi mhux adegwat għax jagħti ġo main road u m'hemmx il-faċilitajiet anċillari għall-parkeġġ ta' karozzi, trailers u tenders, jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-faċilitajiet se jkunu daqs dawk li se jintilfu?", "Jista' jagħmel mezz biex biċċa mill-art reklamata mill-baħar tingħata għall-iskall u faċilitajiet anċillari minflok tingħata kollha lill-Manoel Island Yacht Yard?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kanal madwar Manoel Island hux se jkun navigabbli wara li titqatta' t-tarf ta' Manoel Island u jsir pont għoli 6 metri minn wiċċ il-baħar?", "Jekk dan se jsir navigabbli jista' jgħid jekk hux se jiġi estiż il-fairway?", "Jekk iva kemm se jkun wiesa' u kemm se jintilfu postijiet ta' rmiġġ għad-dilettanti?", "Jista jgħid jekk hux se jitneħħew l-irmiġġi biex il-baħar jiġi riżervat lill-Manoel Island Yacht Yard b'telf ta' irmiġġi għad-dilettanti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li Policy NHGT04 tan-North Harbour Local Plan twiegħed titjib u tisbiħ ta' Triq ix-Xatt (The Strand) bejn Manoel Island u Tigné u peress li l-pjan iwiegħed immaniġġjar aħjar tat-traffiku u aktar sigurtà għan-nies, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dan?", "Jaqbel li l-ħafna tined li nibtu fuq il-bankini qed ikerrhu l-ambjent kif ukoll qed jirrendu l-ħajja aktar diffiċli kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk il-persuni li jkunu qed jimxu peress li l-bankini tant qed ikunu mblukkati minn siġġijiet, imwejjed eċċ li jkollhom jimxu fi triq traffikuża ħafna?", "Jaqbel il-Ministru li t-tneħħija ta' parkeġġi u unloading bays mit-triq qed iwasslu biex karozzi jieqfu fil-kariġġjata b'periklu ovvju għal kulħadd?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija Għawdxin u huma stazzjonati ġewwa Malta?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid meta reġa' ġie ingaġġat lura fil-Korp, il-pulizija lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn huwa stazzjonat illum u kemm ilu stazzjonat hemm?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti fil-Korp tal-Pulizija sabiex pulizija Għawdxin li jaħdmu f'Malta, jiġu rilokati u stazzjonati ġewwa Għawdex?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tneħħija ta' skedar mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar ta' proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm korrispondenza lill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità li nfurmathom li kien hemm appell?", "Jekk iva, b'liema mod u f'liema dati?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ jew impjieg tal-uffiċċjal għoli mil-Litwanja li qed jamministra l-iskema tar-ritorn tal-fliexken b'salarju u perkaċċi ta' iktar minn €110,000 fis-sena?", "Kif saret l-għażla?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa kienet irrappurtata f'Birżebbuġa matul ix-xahar ta' Marzu 2019?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi arresti kif ukoll ġew ipproċessati xi individwi b'rabta mar-rapporti ta' serq f'Birżebbuġa mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm ser idumu jgħixu fit-trab il-familji ta' Triq Gorf fix-Xagħra, Għawdex u dan peress li t-triq tagħhom inqalgħet fil-bidu ta' Diċembru u llum, aktar minn 4 xhur wara, ix-xogħol ma tkompliex?", "Tista' tgħid jekk dawn il-familji għandhomx tama li fi żmien qasir ikollhom is-servizz tad-drenaġġ u x'inhu l-pjan tal-Ministeru tagħha biex f'din it-triq jgħaddi s-servizz tad-drenaġġ?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' asfaltar fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ Għawdex twasslek għall-Bajja tax-Xwejni peress li t-tender ta' din it-triq ilu iktar min xahar u nofs li ġie awarded?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Principal Curator tal-Gozo Museum?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6166 jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex issir il-Fire Alarm System u l-Intruder System ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet biex issir l-Intruder System ingħalqux sal-aħħar tas-sena 2018 u x'kien l-eżitu tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq it-triq li tagħti għal Ħondoq ir-Rummien ġewwa l-Qala Għawdex?", "Tista' tgħid kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'din it-triq?", "Tista' tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat?", "Tista' tgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar f'din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender?", "Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru?", "Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk ma sarux testijiet tista' tagħti r-raġuni għala ma sarux?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8417 u li kienet tirrigwardja ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Bill of Quantities li d-dipartiment konċernat kellu għad-dispożizzjoni tiegħu sa minn Ġunju 2012?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9756 u jgħid għala t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għall-ġbir tal-borża s-sewda, għadha mhux approvata minn Novembru li għadda?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9708 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9707 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat?", "Jista' jgħid f'liema kmamar fil-Berġa ta' Kastilja jinsabu esposti?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9472 u 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta' qabel ukoll?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9747 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li d-dog friendly beach fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara tkun tassew aċċessibbli, għax ilha iktar minn sentejn mirduma b'ġebel, ħadid u knaten, tant li hija eyesore u periklu?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta hu ppjanat li jsir lift ġewwa blokka ta' appartamenti tal-Awtorità tad-Djar li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 7795 u 8235, jista' l-Ministru jara li x-xogħol ikun konkluż, għaliex jirriżulta li parti biss mill-passaġġ tnaddfet u hija aċċessibbli?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara li s-slabs tad-drenaġġ quddiem id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jissewwew għax qed ikunu ta' periklu kemm għar-residenti kif ukoll problema għal persuna b'diżabilità fl-istess inħawi?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestitx l-investigazzjoni dwar il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "Jekk iva, jista' jgħid x'kienu l-konklużjonijiet?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett POLIFEST li l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun responsabbli tiegħu?", "Liema huma dawk is-setturi differenti ta' żgħażagħ li se jkunu involuti u meta se jibda jitwettaq dan il-proġett?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u kemm minnhom kienu vittmi ta' vjolenza domestika qabel ma' daħlu fil-Ħabs?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm matul dawn l-aħħar sentejn u liema kunsilli lokali bbenefikaw minnhom?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jindika x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern kif ukoll dawk li jaħdmu mal-privat?", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jindika x'inhija l-għajnuna mogħtija lil dawk iż-żgħażagħ li kkommettew reat u li qegħdin allokati fil-YOURS?'", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 80 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "Abbozz Nru 77 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari - Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 82 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Tieni Qari – Onorevoli Rosianne Cutajar.", "5 ta' April 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' April, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017:", "Arrears of Revenue - risposti mir-rappreżentanti tal-Awtorità tal-Artijiet għal mistoqsijiet magħmula lilhom fil-laqgħa preċedenti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017:", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' April, 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar l-iskart tal-kostruzzjoni f'pajjizna.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex (Kont.)", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "5 ta' April 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190408_217a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 8 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 8 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 8 ta' April 2019", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Skont il-ftehim milħuq, se ngħaddu l-ewwel għall-konferma tal-Minuti tas-Seduta Nru 215 tal-Erbgħa, 3 ta' April.?", "Hemm xi korrezzjonijiet għal dawk il-Minutir?", "Jidher li m'hawnx korrezzjonijiet u allura jistgħu jiġu kkonfermati.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 215, li saret fit-3 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu issa għall-konferma tal-Minuti tas-Seduta Nru 216 tal-Ħamis, 4 ta' April.", "Hemm xi korrezzjonijiet għal dawk il-Minuti?", "Jidher li m'hawnx korrezzjonijiet u allura jistgħu jiġu kkonfermati.", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 216, li saret fl-4 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XI tal-2019 – Att tal-2019 li jemenda l-Liġijiet Elettorali.", "INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja fil-High Level Segment for Speakers fil-140 Assemblea Ġenerali tal-Unjoni Interparlamentari li nżammet f'Doha, Qatar, fis-6 u s-7 ta' April 2019.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li kien sar minn Colin Toms and Partners dwar il-fattibilità ta' breakwater f'Marsalforn, u tindika wkoll x'inhi l-ispiża stmata li jiswa l-imsemmi breakwater?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma kkummissjona ebda studju minn Colin Toms and Partners dwar il-fattibilità ta' breakwater f'Marsalforn.", "EKO-KONTRIBUZZJONI FUQ L-AKKOMODAZZJONI – FLUS MIĠBURA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta' flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet, Kap. 473) minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministeru kkonċernat.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Riċentement, smajna aħbarijiet tassew pożittivi fir-rigward tal-Air Malta, li hija l-linja internazzjonali ta' pajjiżna, għaliex rajna li għall-ewwel darba f'tant snin, l-Air Malta għamlet profitt ta' €1.2 miljun.", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-inizjattivi li wasslu biex nirreġistraw dan ir-riżultat pożittiv?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: L-Air Malta qed taħdem ħafna biex tkun sostenibbli.", "Naħseb li lkoll naqblu li l-Air Malta hija parti mill-infrastruttura nazzjonali ta' pajjiżna li lkoll kburin biha.", "Sfortunatament, ftit tas-snin ilu, l-Air Malta kienet daħlet f'restructuring programme maqbul mal-Kummissjoni Ewropea li, ovvjament, illimita l-operat tal-Air Malta, li kellha taħdem u topera bilfors fi ħdan dan il-qafas.", "Tajjeb ngħid li fl-ewwel ħames snin tal-Gvern, il-focus fl-Air Malta kien fuq cost consolidation, jiġifieri li nnaqqsu l-ispejjeż.", "Naħseb li din il-fażi rnexxiet.", "Hawn nixtieq irrodd ħajr lill-predeċessuri tiegħi, l-eks-Ministru Karmenu Vella u lill-Onor.", "Edward Zammit Lewis, tax-xogħol li għamlu.", "Meta mbagħad fl-2017, jien ġejt inkarigat mill-Air Malta, bħala ministeru poġġejna bilqiegħda mal-Prim Ministru u mal-Onor.", "Edward Zammit Lewis, fejn iddeċidejna fuq il-fażi li jmiss tal-Air Malta, li kienet iffokata fuq it-tkabbir.", "Ir-raġunar kien li, ladarba naqqasna l-ispejjeż, issa kien importanti li nifirxu l-ispejjeż fuq aktar rotot u aktar passiġġieri.", "Meta tħares lejn l-ajruplani li għandek, jekk itiru sitt sigħat jew 14-il siegħa, il-kirja hija l-istess.", "Tajjeb ngħid li t-tkabbir ħadem, fejn allura żidna 21 rotta u r-revenue żdied kemm fl-2018, kif ukoll matul din is-sena.", "Fil-fatt, din is-sena, l-Air Malta ġarret madwar 2,000,000 passiġġier, li hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Matul din is-sena wkoll, l-Air Malta kienet ukoll l-ikbar airline li kabbret, meta tradizzjonalment kienu jkunu linji tal-ajru oħrajn li jikbru, fosthom ir-Ryanair.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-Air Malta waslet għal dawn ir-riżultati għaliex innegozjajna ħames collective agreements ma' diversi unions, fosthom il-unions tal-cabin crew, tal-piloti, il-GWU kellhom żewġ collective agreements: tal-inġiniera u għall-ħaddiema kollha.", "Minn hawnhekk, nixtieq nirringrazzja lill-President Emeritus George Abela tal-għajnuna li tana biex ninnegozjaw dawn l-agreements li permezz tagħhom irnexxielna nieħdu aktar produttività fejn il-ħaddiema taw is-sehem tagħhom.", "Tajjeb ngħid li l-bidla hija dejjem diffiċli.", "Però, bħala Gvern, ma nimplimentawx il-bidla għaliex hija faċli jew diffiċli, iżda għaliex nemmnu fiha.", "Spjegajna lill-ħaddiema, kif ukoll lill-unions kollha, li l-bidla kienet neċessarja.", "Irrid ngħid li l-bidla għadha ma tlestietx għax jonqos ħafna aktar affarijiet xi jsiru.", "Ir-realtà hi li rridu nibqgħu għaddejjin b'aktar tibdil.", "Jien qed inħares 'il quddiem biex nara li l-Air Malta tkun parti minn hub internazzjonali f'pajjiżna li tinvolvi linji tal-ajru oħrajn li jikkollaboraw flimkien, biex b'hekk Malta tkun connected ma' diversi swieq ġodda li jwassluna minn New York sa Mumbai u pajjiżi oħrajn madwar id-dinja biex niddiversifikaw is-swieq tagħna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Ftit tax-xhur ilu, ġiet mgħoddija trinka u numru ta' cables mill-Power Station ta' Delimara sa Ħal Far.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkonferma jekk f'dawn it-trinek ġiex imgħoddi wkoll power supply għall-Freeport?", "Kif jaf il-Ministru, il-Freeport huwa sors ta' tbatija kbira għar-residenti ta' Birżebbuġa.", "Żgur li l-Ministru japprezza li s-soluzzjoni aħħarija trid tkun ix-shore to ship supply biex jinqatgħu l-ħsejjes esaġerati tal-ġeneraturi.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jinforma lill-Kamra dwar din is-sitwazzjoni?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Naħseb li lkoll naqblu li l-Freeport qed jikkawża ċertu inkonvenjent lir-residenti, inkluż ta' ħsejjes.", "Ir-realtà hi li n-numru ta' containers li jgħaddu mill-Freeport illum jaqbeż it-3,000,000 container fis-sena.", "Din hija industrija li tagħti kontribut kbir lil pajjiżna u għalhekk, filwaqt li ma rridux inxekklu l-ekonomija, irridu naraw kif nistgħu nnaqqsu l-ħsejjes.", "Tajjeb ngħid li bħalissa qegħdin nistudjaw ix-ship to shore connection; però l-ikbar sfida li jkollha x-ship to shore hija l-fatt li l-maġġoranza assoluta tal-vapuri li joperaw fil-Mediterran ma jkunux kompatibbli max-ship to shore interface.", "Fil-fatt, għamilna daqsxejn ta' eżerċizzju mal-vapuri li l-aktar li jiġu f'pajjiżna – li huma tas-CMACGM – u minnu ħareġ li minn dawk il-vapuri kollha li jiġu Malta, madwar 10% biss jista' jkollhom din il-connection.", "Però xorta waħda nixtiequ ninvestu f'din il-connection biex, aktar ma jiżdied in-numru ta' vapuri li jkollhom din il-faċilità, aktar innaqqsu l-inkonvenjent għar-residenti.", "Qegħdin nagħmlu l-istess diskussjoni mhux biss għan-naħa tal-Freeport, imma anke għan-naħa tal-Belt Valletta, fejn hemm il-Cruiseliner Terminal.", "Fil-futur, se jkollna aktar cruiseliners li qegħdin jaqilbu għan-natural gas.", "Hija sfortuna li fil-Mediterran il-maġġoranza tal-cruiseliners m'għandhomx din il-faċilità.", "Meta tħares lejn il-pajjiżi Nordiċi, fosthom in-Norveġja u l-Fjord tan-naħa ta' fuq, issib li dawn għandhom din it-tip ta' faċilità.", "Irrid ngħid li, bħala Gvern, ma qtajniex qalbna, anzi ħdimna flimkien mal-Kunsill biex ikollna a short, medium u long term plan għall-Freeport biex innaqqsu l-ħsejjes.", "Interpellant, flimkien mal-Freeport, din is-sena bdejna nbiddlu u ninvestu flus fi cranes ġodda li ma jagħmlux storbju li jinstema' barra mill-grajjed tal-Freeport.", "Fil-fatt, sal-aħħar ta' Marzu, kellna madwar 18-il crane ġdid.", "Però, ir-realtà hi li l-Freeport għandu madwar 50 crane ieħor li għadhom jagħmlu l-istorbju.", "Mal-Freeport Terminals qbilna li fuq medda ta' tliet snin u nofs dawn il-cranes se jinbidlu kollha.", "Apparti dan kollu, hemm diskussjonijiet mal-Freeport biex kemm jista' ikun inċaqilqu l-operat aktar 'il barra miż-żona residenzjali.", "L-għan tagħna hu li idealment fejn hemm ir-residenti jiġu maħżuna biss containers vojta, u mhux ikun hemm dak it-tip ta' operat.", "Id-diskussjoni tagħna mal-Freeport Terminals għadha għaddejja u hija kontinwa.", "Din il-ġimgħa, kellna ftehim mal-Freeport Terminals fejn iffirmaw biex ċedew biċċa art li kienu ħaduha taħt Gvern preċedenti u tawha lura lir-residenti biex isir parkeġġ għar-residenti.", "Ftehemna wkoll mal-Club tar-Regatta ta' Birżebbuġa u s-Sailing Club biex nagħtuhom biċċa art – fil-fatt iffirmajna l-kuntratt nhar is-Sibt li għadda flimkien mal-kollegi tiegħi – biex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-faċilitajiet tagħhom.", "Barra minn hekk, bħalissa l-Freeport qegħdin ilestu t-tender document biex, kif ikollna l-permess, niżviluppaw ġnien bejn il-Freeport u l-komunità.", "Dan il-ġnien se jkun a natural barrier bejn it-tnejn.", "Se jkun hemm ukoll a sailing village li huwa xi ħaġa sabiħa għall-komunità ta' Marsaxlokk, u se jsir ukoll il-promenade fuq in-naħa ta' Birżebbuġa.", "Flimkien mal-Eks President Marie Louise Coleiro Preca, investejna fi skate park, għax nemmnu fil-potenzjal ta' Birżebbuġa.", "Apparti minn dan, ħabbarna wkoll li, fix-xhur li ġejjin, se nkunu qegħdin inniedu skema ġdida ta' double glazing għall-aperturi tad-djar f'Birżebbuġa biex b'hekk inkomplu nnaqqsu l-inkonvenjent.", "Se nkunu qegħdin indaħħlu wkoll cameras biex nassiguraw li s-sigurtà f'din l-istess lokalità tiżdied, peress li hemm ħafna barranin li jmorru Birżebbuġa filgħaxija u dan qed jaffettwa s-sigurtà tar-residenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Nixtieq nagħmel mistoqsija doppja.", "Kif nafu, bħalissa, kulħadd qed isegwi dak li għaddej minnu r-Renju Unit dwar Brexit fejn għad hemm inċertezza kbira.", "Mil-lat turistiku, nafu li s-suq Ingliż għadu suq importanti ħafna għal pajjiżna.", "Fix-xenarju possibbli, inkluż dak reali ħafna li ma jkunx hemm ftehim u l-Ingilterra toħroġ mingħajr ftehim, jista' l-Ministru jgħid x'impatt dan jista' jkollu fuq it-turiżmu li jiġi f'pajjiżna mir-Renju Unit?", "Nafu wkoll li l-linja nazzjonali ta' Malta, l-Air Malta ittir lejn rotot importanti fir-Renju Unit.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm preparamenti mill-Air Malta f'dan is-sens, u x'impatt jista' jkollha Brexit mingħajr ftehim għal-linja nazzjonali tal-ajru Maltija?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Il-mistoqsija li għamel l-Onor.", "Interpellant nistgħu naqsmuha fi tnejn.", "Għandek il-parti li għandha x'taqsam mal-marketing u t-turisti li jiġu f'pajjiżna, u l-parti li għandha x'taqsam ma' Brexit, jekk dan iseħħ.", "Ir-realtà hi li, bi Brexit jew mingħajr Brexit, bħalissa fir-Renju Unit hemm ċerta inċertezza.", "Għaldaqstant, inqas nies qegħdin isiefru u aktar ċittadini Ingliżi qegħdin jiddeċiedu li jmorru for late bookings milli jibbukkjaw minn qabel, kif kien tradizzjonalment isir.", "Aħna nehdejna żewġ strateġiji sentejn ilu dwar dan kollu.", "L-ewwel strateġija tirrigwarda l-Brexit, fejn rajna li xorta waħda nsaħħu s-suq Ingliż.", "Fil-fatt, għamilna ħafna interfacing through l-MTA mal-Malta-only specialists li tajniehom inċentiv biex kemm jista' jkun jimbuttaw lil Malta.", "Din l-istrateġija tat ċertu riżultat, u żammejna kemm jista' jkun is-suq Ingliż.", "It-tieni parti tal-istrateġija kienet li nagħmlu interfacing ma' tour operators l-oħrajn.", "L-isfida li kellhom it-tour operators l-oħrajn kienet li huma diġà kellhom commitments kbar mat-Turkija, it-Tuneżija u l-Eġittu.", "Għaldaqstant, qabel ma dawk il-commitments jimtlew, fejn huma jkunu diġà ħallsu kemm għall-flights kif ukoll għal-lukandi fit-Turkija, ħafna drabi ma jkollhomx dak l-inċentiv biex jibdew ibigħu destinazzjonijiet oħrajn.", "Aħna ħdimna magħhom biex nagħtuhom inċentivi to incentivise the right behaviours fuq dawk is-sales u rajna riżultati pożittivi.", "Bħala suq Ingliż, ħassejna li kien importanti li nżommu l-operat u l-foothold li għandna.", "Fil-fatt, ma naqqasna l-ebda rotot mis-suq Ingliż, u fis-sajf se jkollna xejn inqas minn 24 ajruport li se jkun serviced minn Malta għall-Ingilterra.", "Tajjeb ngħid li, mill-1 ta' April 2019, nedejna rotot ġodda, fosthom ta' Exeter u Cardiff f'Wales, li huma importanti wkoll, biex b'hekk nibqgħu nsaħħu s-suq Ingliż u kemm jista' jkun inżommu n-numri.", "Però, apparti dan kollu, ħdimna wkoll fuq strateġija differenti ta' diversifikazzjoni, fejn ħdimna fuq rotot ġodda lil hinn mill-Ingilterra.", "Din is-sena kellna l-ikbar tkabbir li ġie minn Spanja u Franza, fejn minn Spanja kellna double digit growth.", "Permezz ta' sforz li għamilna kellna dan it-tkabbir, u issa qegħdin nibdew nifirxu lil hinn mill-Ewropa.", "Fil-fatt, kellna tkabbir kbir minn Tel Aviv, Iżrael, l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Ġappun.", "Dan kollu huwa importanti biex inkomplu nsaħħu t-turiżmu li jiġi f'pajjiżna u biex nattiraw turisti li jonfqu aktar flus.", "It-tieni mistoqsija hija dwar Brexit u dwar xi preparamenti għandna biex, jiġri x'jiġri minn Brexit, inkunu lesti biex nilqgħu lill-Ingliżi f'pajjiżna.", "Il-Prim Ministru, li bħalissa jinsab imsiefer fir-Renju Unit, ikkommetta li Malta se tkun l-aktar Brexit-friendly country fl-Ewropa.", "Għal dan il-għan, ħdimna mal-Malta International Airport biex, jiġri x'jiġri f'każ ta' Brexit, fl-ajruport ta' Malta mhux biss ikollna EU u non-EU line, imma jkollna linja apposta għall-passiġġieri li ġejjin mill-Ingilterra biex b'hekk nagħmlulhom ħajjithom kemm jista' jkun faċli u jħossuhom milqugħin f'pajjiżna.", "Għamilna l-istess f'dak li għandu x'jaqsam mar-residenti Ingliżi li qegħdin f'pajjiżna u li għandna pjaċir bihom.", "Ħafna minnhom huma persuni rtirati u qegħdin iħallsu l-kera u jonfqu l-pensjoni tagħhom f'pajjiżna.", "Għaldaqstant, se nagħmluha aktar faċli biex huma jkollhom a long term residence permit f'pajjiżna.", "Bħala Gvern, qed inħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ġaladarba l-Ministru qed jitkellem dwar l-Air Malta, nixtieq nagħmel żewġ mistoqsijiet supplimentari marbutin mal-Air Malta.", "Ftit tal-ġranet ilu, f'komunikat tal-Istampa, il-Ministru ħabbar li l-Air Malta għamlet profitt għall-ewwel darba, wara numru ta' snin, ta' €1 miljun.", "Jikkonferma jew le l-Ministru li hemm dejn tal-Air Malta b'rabta mal-fuel li jlaħħaq €20 miljun?", "It-tieni mistoqsija hija dwar il-Palazz ta' Selmun, fejn bħal donnu l-Ministru qed iżżomm kollox mistur.", "Għal sena wara l-oħra, din in-naħa tal-Kamra ilna nagħmlu numru ta' mistoqsijiet li jibqgħu mhux imwieġba.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu għaddej fir-rigward tal-Palazz ta' Selmun u l-parti li qabel kienet lukanda?", "Għaliex qed jibqa' kollox mistur?", "It-tweġibiet tal-Ministru dejjem huwa xotti b'rabta mal-Palazz ta' Selmun.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju li n-nies hemm barra qegħdin jitolbu biex il-Palazz ta' Selmun jgħaddi lura għand il-poplu Malti?", "Ovvjament, qed nagħmel referenza mhux biss għall-Palazz, imma anke għal-lukanda.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Se nibda mil-mistoqsija dwar il-Palazz ta' Selmun.", "Dan il-palazz huwa proprjetà tal-Gvern, fejn għandna lukanda li mhijiex qed tintuża, u għandna wkoll il-palazz.", "Bħalissa l-Palazz qed jintuża għal numru ta' TV productions.", "Fil-fatt, tliet xhur ilu, sar reality show fil-Palazz, u f'Mejju li ġej se jkun hemm żewġ produzzjonijiet tal-grupp Viacom li se jiġu ffilmjati barra Selmun u fl-akkwati tiegħu.", "Il-ħsieb tagħna hu li l-Palazz ikun salvagwardat.", "Bħalissa qegħdin nistudjaw liema hu l-aħjar mod biex nikkummerċjalizzaw il-lukanda antika ta' Selmun.", "Il-ħsieb u l-commitment tal-Kabinett u tiegħi dwar Selmun huwa li l-lukanda tintuża biss għal skopijiet ta' lukanda u ta' turiżmu.", "Dan ifisser li mhu se jkun hemm l-ebda tip ta' residential development fil-lukanda ta' Selmun.", "Fil-fatt, il-ħsieb tagħna se jkun li toħroġ request for proposals biex tiġi żviluppata lukanda f'dawk l-akkwati.", "Bħalissa qegħdin nitkellmu mal-MEPA biex naraw liema hija l-aħjar forma ta' lukanda li tista' tiġi żviluppata fuq dan is-sit, u liema hi l-aħjar niċċa.", "Kollox se jsir permezz ta' tender tal-Gvern.", "Fl-istess ħin, se nibqgħu nassiguraw li jkun hemm manutenzjoni fil-Palazz ta' Selmun.", "Aħna ħassejna li l-aħjar mod li nżommu dan il-palazz ħaj huwa billi nibqgħu nużawh.", "Il-fatt li qed isir filming storiku fil-Palazz ta' Selmun u se jkollna ukoll żewġ produzzjonijiet tal-Viacom f'Mejju li ġej, se jgħin ukoll f'dan ir-rigward.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-Air Malta, nikkonferma li l-Air Malta rreġistrat profitt għall-ewwel darba wara 18-il sena, liema profitt huwa wieħed operazzjonali, jiġifieri ġej mill-bejgħ ta' biljetti.", "Ġieli jkollna mistoqsijiet dwar jekk dan il-profitt hux ġej għax neħħejna l-ground handling?", "Le, il-ground handling baqa' fl-equation.", "Ikun hemm min jistaqsi wkoll jekk hux ġej għax biegħna s-slots ta' Heathrow u Gatwick.", "Le, bis-slots ta' Heathrow u Gatwick għamilna qligħ ta' €15-il miljun.", "Il-qligħ huwa operazzjonali, jiġifieri ġej mill-bejgħ ta' biljetti u l-ispejjeż biex tbigħ dawk il-biljetti.", "Dan il-profitt ġie ffirmat mill-awdituri tagħna, li huma l-PricewaterhouseCoopers.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa wkoll mistoqsija dwar l-Enemed.", "Ninsab informat li l-Air Malta qed iżżomm mal-credit terms li għandha mal-Enemed u l-pagamenti kollha qegħdin isiru, fejn sar pagament fl-aħħar ġimgħat, u kollox qiegħed in order f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti u l-credit terms li qegħdin jissemmew.", "(Interruzzjonijiet) Le, m'hemmx dak l-ammont.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: F'dak li għandu x'jaqsam ma' turisti li jżuru pajjiżna, qed nirreġistraw numri record.", "Naf li din iż-żieda mhijiex reġistrata biss fl-ammont ta' turisti li jiġu f'pajjiżna bl-ajru, imma qegħdin jiżdiedu wkoll il-passiġġieri li jiġu Malta bil-cruiseliners.", "Jista' l-Ministru jagħtina xi ċifri approssimattivi f'dan ir-rigward u jgħidilna aktar dwar il-ħidma tal-Ministeru għat-Turiżmu b'risq dan is-settur?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: Naqbel mal-Onor.", "Interpellant li, apparti t-turiżmu konvenzjonali, it-turisti li jiġu permezz tal-cruiseliner terminal huma importanti għal pajjiżna wkoll għal tliet raġunijiet.", "Huma importanti għaliex permezz tagħhom hemm cluster of activities ta' tour operators, handling agents, ship supplies, gwidi, mużewijiet u coaches li jiddependu minn dan is-settur.", "Huma importanti wkoll għaliex 15% tal-passiġġieri li jiġu Malta permezz tal-cruiseliners jerġgħu jiġu Malta bħala turisti konvenzjonali u jgħixu f'pajjiżna wkoll.", "Huma importanti wkoll għaliex il-Valletta Cruise Port kien suċċess u wassal biex il-Belt, inkluż in-naħa t'isfel u n-naħa tal-Marsa, tiġi riġenerata.", "Bħala Gvern, nixtiequ li r-riġenerazzjoni tibqa' ħierġa mill-Belt Valletta u twassal lejn in-naħa tal-Marsa.", "Naħseb li dan kien proġett suċċess li sar taħt amministrazzjoni preċedenti, u llum qegħdin inkomplu nevolvu u nsaħħu dan is-suċċess li ġie.", "Tajjeb ngħid li bħalissa qegħdin niddiskutu mal-Valletta Cruise Port biex tnejn mill-jetties li għandhom bħalissa – jidhirli Pinto IIII u V – jitkabbru, biex b'hekk il-vapuri li huma ferm ikbar fid-daqs ikunu jistgħu jitrakkaw mal-Port ukoll.", "Fir-rigward tal-figuri rreġistrati, tajjeb ngħid li fl-aħħar kwart tas-sena, jiġifieri minn Ottubru sa Diċembru 2018, irreġistrajna żieda ta' 2.1% fil-passiġġieri, allavolja kellna ċertu maltemp.", "Fil-fatt, il-passiġġieri bil-baħar żdiedu għal 191,000.", "Tajjeb ngħid ukoll li din is-sena se jkollna żieda ta' passiġġieri b'saħħitha hekk kif, il-ġimgħa li għaddiet, il-Costa Cruises ikkonfermaw li bejn April u Novembru 2019 se jkunu qegħdin joperaw ta' kull ġimgħa f'Malta.", "Dan ifisser żieda ta' 72,000 passiġġier fis-sena, li hija żieda konsiderevoli.", "L-oġġettiv tagħna hu li, apparti ż-żieda ta' cruises li jagħmlu waqfa f'pajjiżna, insaħħu wkoll il-fly cruise fejn, nhar ta' Ħamis, qed ikollna numru ta' passiġġieri li jiġu f'pajjiżna bl-ajruplan, joqogħdu Malta għal ġurnata jew tnejn, u mbagħad jieħdu cruise minn pajjiżna.", "Dan iħalli ferm aktar valur f'pajjiżna.", "Għalhekk, qegħdin naħdmu kemm mal-Malta International Airport kif ukoll mal-Valletta Cruise Port f'dan ir-rigward.", "Apparti t-tkabbir li hemm fil-Valletta Cruise Port, fl-MIA qegħdin insaħħu wkoll il-parkeġġ ta' ajruplani, fejn kien hemm biċċa art li kienet imwegħda taħt Gvern preċedenti u li issa għaddejnieha lill-MIA biex isir parkeġġ li jiflaħ madwar seba' ajruplani ħalli, fi ġranet bħall-Ħamis, l-ajruport ikun at full capacity.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Fir-risposta tal-Ministru Mizzi lill-Onor.", "Robert Cutajar dwar id-dejn tal-Air Malta, intqal li l-Air Malta għamlet profitt ta' madwar €1.5 miljun.", "L-informazzjoni hija li l-Air Malta għandha madwar 15-il darba aktar dejn mal-Enemed milli għamlet profitti għas-sena li għaddiet.", "Tajjeb li nkunu ċari dwar dan.", "Il-Ministru qal li m'hemmx daqshekk dejn.", "L-ISPEAKER: Onor. Callus, ma tistax tagħmel l-istess mistoqsija darbtejn.", "RYAN CALLUS: Sur President, din hija mistoqsija differenti.", "L-ISPEAKER: Mela ejja għall-mistoqsija, Onor. Callus.", "RYAN CALLUS: Sur President, qed nagħmel mistoqsija differenti ħalli l-Kamra tifhem aħjar.", "L-ISPEAKER: Onor. Callus, tagħmilx statement, imma ejja għall-mistoqsija.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Ministru, inti għidt li m'hemmx €20 miljun dejn li l-Air Malta għandha tagħti lill-Enemed.", "Mela nisfidak tgħidilna inti kemm hemm dejn.", "L-ISPEAKER: Onor. Callus, ejja għall-mistoqsija.", "F'din il-Kamra ma jsirux sfidi.", "RYAN CALLUS: L-Air Malta għandha d-dejn mal-Enemed.", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu dak id-dejn, jekk hux 15-il darba aktar mill-profitti li għamlet l-Air Malta għas-sena li għaddiet?", "L-ISPEAKER: Ministru, għandek informazzjoni xi żżid?", "KONRAD MIZZI: Tajjeb li nispjegaw dan il-punt.", "L-ewwel nett, importanti nagħmlu differenza bejn il-profitt u l-cash flow.", "Bħalissa, l-Air Malta għandha cash flow tajba.", "Id-dejn tagħha mal-Enemed u mas-suppliers kollha huma l-istess ta' 90 ġurnata.", "Dan ifisser li ġeneralment, meta tixtri l-fuel, inti tħallsu 90 ġurnata wara.", "Dan l-arranġament li għandha l-Enemed mhuwiex biss mal-Air Malta, imma naħseb huwa arranġament mal-airlines kollha tad-dinja li jiġu f'pajjiżna.", "Kif jgħaddu 90 ġurnata, l-Air Malta tħallas, u naħseb li jagħmel sens li l-cash flow tiġi mmaniġġjata b'dan il-mod, kif jagħmel kull operatur.", "Ir-realtà hi li l-Air Malta rreġistrat profitt.", "Ir-realtà hi li, fi żmien Gvern Nazzjonalista, il-ħaddiema tal-Air Malta kienu qatgħu qalbhom u kienu jħossuhom jistħu jgħidu li jaħdmu mal-Air Malta għaliex kienu jħossu li n-nies fit-triq qed iħarsu lejhom u jaħsbu li qegħdin jitħallsu permezz tat-taxxi tal-poplu.", "Bħala Gvern, b'għaqal tul dawn l-aħħar snin irnexxielna ndawru din l-istampa.", "Kif nafu, l-Air Malta ħarġet mir-restructuring programme tal-Kummissjoni Ewropea.", "Qegħdin noperaw b'mod kummerċjali, nikkompetu u nsaħħu wkoll ir-rotot.", "Bdejna wkoll nifhmu x'inhi l-aħjar pożizzjoni għall-Air Malta.", "Se nkun onest: ipprovajna angoli differenti tas-suq, kien hemm minnhom li ħadmu u kien hemm minnhom li kellna nirranġawhom.", "Hemm rotot low cost li l-Air Malta mhijiex well placed bl-overheads li topera fihom; però mbagħad hemm rotot oħrajn f'ajruporti ewlenin li l-Air Malta taqla' l-flus minnhom.", "Naħseb li l-pożizzjoni tal-Air Malta għandha tkun mibnija fuq tliet affarijiet.", "Għandna naraw li nikkonnettjaw lil Malta mal-kapitali kollha tal-Ewropa, tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofsani.", "It-tieni, irridu nipprovdu business class product li l-low cost carriers ma jipprovdux.", "Fil-fatt bħalissa qegħdin intejbu l-business class product tal-Air Malta.", "It-tielet, irridu nsaħħu l-konnettività għal żoni oħrajn li huma ferm lil hinn minn pajjiżna u li linji oħrajn tal-ajru ma joperawx minnhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Nixtieq nagħmel mistoqsija dwar l-Air Malta.", "Kif qal il-Ministru, bir-restructuring li sar f'dawn l-aħħar sitt snin, l-Air Malta gradwalment reġgħet qamet fuq saqajha.", "Jihirli li reċentement il-Ministru semma l-possibbiltà li l-Air Malta ġġib ajruplani ġodda u ikbar, jiġifieri, li kapaċi jtiru anke aktar fit-tul.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkonsidrati xi long hauls għall-Air Malta?", "Jista' l-Ministru jgħid x'rotot ġodda qed jara li jistgħu jiġu operati b'mod imminenti biex l-Air Malta tkompli miexja 'l quddiem u tavvanza?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Konrad Mizzi.", "KONRAD MIZZI: L-Air Malta studjat liema hi l-aħjar flotta li għandha tuża minn pajjiżna.", "Meta fil-bidu bdejna nesploraw il-fatt li nużaw ajruplani żgħar, fejn għamilna analiżi dettaljata, ħareġ biċ-ċar li bl-ispejjeż li għandha l-Air Malta, ikun aħjar li jkollna tip wieħed ta' ajruplan biex b'hekk inżommu l-istess inġiniera, l-istess spare parts u nużaw l-istess piloti.", "Għaldaqstant, iddeċidejna li nbiddlu l-ajruplani kollha fuq medda ta' ħames snin u jkollna ajruplani tat-tip A320 Neo li huma moderni u li jaħlu bejn 17% u 25% inqas fuel, ovvjament skont ir-rotta.", "Fil-fatt diġà għandna wieħed minn dawn l-ajruplani u dan is-sajf se jaslu żewġ ajruplani oħrajn tat-tip Neo biex b'hekk ikollna flotta moderna li taħli anqas fuel u għandha bżonn inqas engineering spending.", "It-tieni punt, għall-medium-haul routes hemm ajruplan ġdid tat-tip A321 extended range.", "Dan ifisser ajruplan bħalma għandna, però daqsxejn aktar tawwali li jieħu madwar 240 passiġġier, li jekk nagħmluh aktar komdu għall-medium-haul destinations, nistgħu ndaħħlu madwar 180 seat fih.", "Dan l-ajruplan jaħli anqas fuel u, permezz ta' dan l-XLR model, se nużaw l-istess piloti u l-istess engineering base, ma jkollniex riskju ta' wide-bodied li huwa riskju li ma nixtieqx li nieħu fuq l-Air Malta għaliex, jekk jinqala' xi ħaġa u ma nkampawx bir-revenue, dan jista' jagħti daqqa kbira lill-Air Malta.", "B'dan it-tip ta' mudell, se nimmitigaw ir-riskju u nkunu nistgħu noperaw lil hinn minn pajjiżna.", "Għas-sena d-dieħla, qegħdin inħarsu li jkollna l-ewwel rotta għas-Sub-Sahara fl-Afrika biex b'hekk inkunu nistgħu ikollna hub biex inġibu passiġġieri minn Accra fil-Ghana.", "Bħala Gvern, din is-sena ftaħna ambaxxata ġdida fil-Ghana.", "L-għan huwa li l-passiġġieri jibqgħu sejrin għall-Ewropa, b'titjiriet lejn Heathrow, Brussell u Frankfurt, fost l-oħrajn.", "Bħalissa, qegħdin nikkonsidraw ukoll Mumbai, fejn in-numri jidhru tajbin, kemm bħala hubbing concept, kif ukoll għal swieq ġodda.", "Naħseb li dan kollu, flimkien ma' strateġiji oħrajn, se jkompli jsaħħah l-Air Malta mingħajr ma nieħdu riskju kbir fuq l-operat tagħha.", "Filwaqt li nixtieq nagħmel affarijiet oħrajn, naħseb li dak kollu li għandna nagħmlu għandu jkun ikkalkolat.", "Jien noħlom ukoll li kemm jista' jkun malajr, ladarba jkun hemm aktar stabilità fil-Libja, nibdew noperaw lejn Tripli.", "Ir-realtà fil-Libja hi dik li hi, fejn bħalissa hemm avvanzi ħdejn Tripli u għalhekk ma nistgħux noperaw lejn Tripli.", "Però, ninsabu ppreparati biex, malli l-ajruport ta' Mitiga fi Tripli jkun klassifikat bħala sigur, l-Air Malta tkun waħda mill-ewwel linji tal-ajru li terġa' tibda topera għal dan l-ajruport.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru għall-Finanzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali għas-sena 2018 tal-Bank Ċentrali ta' Malta; u", "Rapport annwali dwar il-Management of Central Government Debt of the Republic of Malta għas-sena 2018, maħruġ mid-Dipartiment tat-Teżor, Ministeru għall-Finanzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal għas-sena 2018;", "Rapport annwali tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2018;", "Estimi finanzjarji tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019;", "f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-Libreriji ta' Malta għas-sena 2018 u stqarrijiet finanzjarji għall-2018; u", "f'isem is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali u financial statements għas-sena 2017 tal-Aġenzija Maltija għar-Residenza u l-Visa (MRVA).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI U L-ATT DWAR L-AFFARIJIET", "TAL-KONSUMATUR U LIĠIJIET OĦRA", "L-ISPEAKER: Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u Sostenn tal-Belt Valletta biex, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u Sostenn tal-Belt Valletta): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet Oħra.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Rimarki?", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, wara diversi xhur ta' ħidma kontinwa, illum, b'sodisfazzjon kbir, qiegħed nippreżenta lill-Kamra l-Abbozz ta' Liġi għat-Tieni Qari li permezz tiegħu se jiġu emendati l-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-Att dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur, il-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u 15-il liġi sussidjarja tagħhom.", "Qegħdin isiru wkoll emendi anċillari fl-Att dwar Proċedimenti Kollettivi u fir-Regolamenti dwar l-Istabbiliment ta' Sanzjonijiet u Pieni taħt l-Att dwar is-Servizzi li jingħataw fis-Suq Intern.", "Nixtieq nibda dan l-intervent billi nagħti sfond għas-suġġett li se jiġi diskuss illum.", "Hawn qed niddiskutu essenzjalment l-importanza u n-neċessità ta' Liġi tal-Kompetizzjoni b'saħħitha u effikaċi.", "Il-fatt li l-pajjiż ikollu Liġi tal-Kompetizzjoni b'saħħitha huwa mezz indispensabbli għall-ekonomija.", "Dan għaliex, permezz ta' din il-liġi, l-intrapriżi se jkunu jistgħu joperaw f'ambjent san u ġust.", "Però l-Liġi tal-Kompetizzjoni ma tiqafx biss f'dan il-livell u f'livell ta' intrapriżi, imma tmur ukoll lil hinn minn hekk għax f'suq kompetittiv jibbenefika l-konsumatur innifsu.", "Meta, pereżempju, intrapriżi li huma kompetituri fis-suq jiftehmu biex ma jibqgħux jikkompetu bejniethom fuq il-prezzijiet jew jiftehmu biex jgħollu l-prezzijiet, jiġi milqut ħażin il-konsumatur, għaliex il-konsumatur ma jkunx jista' jgawdi minn prezzijiet vantaġġjużi, kif ukoll minn kwalità għolja ta' servizz.", "Il-Liġi tal-Kompetizzjoni tfittex li tiżgura li l-industrija hija waħda kompetittiva b'numru ta' manifatturi jew distributuri ta' prodotti u servizzi li jfittxu li jattiraw kemm jista' jkun klijenti.", "Kompetizzjoni qawwija teħtieġ li n-negozji jagħmlu ħilithom biex ibaxxu l-prezzijiet u jtejbu l-kwalità tal-prodotti u s-servizzi tagħhom.", "Il-kompetizzjoni tqawwi qalb in-negozji biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom stess u jaraw kif joffru prezzijiet kompetittivi għall-prodotti u servizzi li joffru.", "Jolqotni l-kliem tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager, meta ddiskutiet kif il-kompetizzjoni tista' tibni suq aħjar.", "F'diskors li għamlet Vestager ftit taż-żmien ilu, iddeskriviet l-importanza tal-kompetizzjoni fis-swieq b'dan il-mod:", "Fil-fatt, meta jkun hemm il-prevenzjoni jew ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni għal negozji li jidħlu fi ftehim dwar prezzijiet ma' kompetituri oħrajn, il-prezzijiet x'aktarx jiżdiedu u l-kwalità x'aktarx tonqos drastikament ukoll.", "Jekk negozju ma jiffaċċjax il-kompetizzjoni, għandu verament ftit jew xejn inċentiv li jbaxxi l-prezzijiet jew itejjeb il-prodotti tiegħu.", "Mentri, minn suq ħieles li huwa kompetittiv jibbenefika kemm il-konsumatur, kif ukoll in-negozji stess.", "Hawn nixtieq nagħmel aċċenn ukoll għall-irwol tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni li għandu rwol primarju li jara li jkun hemm kompetizzjoni ġusta fis-swieq kollha, u jinvestiga ilmenti rigward allegati prattiċi restrittivi.", "L-uffiċċju jista' jwettaq investigazzjonijiet ex officio, jiġifieri minn jeddu, jew għax xi ħadd jagħmel ilment bil-miktub dwar allegazzjonijiet raġjonevoli ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, jew wara li ssir talba minn xi awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' xi stat membru ieħor, jew wara li ssir talba mill-Kummissjoni Ewropea.", "Sur President, wieħed għandu jenfasizza li s-setgħat tal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni huma wesgħin, fejn b'mod partikolari jista' jitlob ukoll informazzjoni u produzzjoni ta' dokumenti, jisma' xhieda u jwettaq spezzjonijiet b'sorpriża ġewwa fond, art jew mezzi ta' trasport ta' intrapriżi waqt investigazzjoni.", "Ftit huma dawk li huma informati dwar kemm isir xogħol fi ħdan l-uffiċċju, għaliex fil-verità l-Uffiċċju jagħmel ħafna xogħol li ma jidhirx.", "Ta' min isemmi li bil-liġi in vigore bħalissa, l-Uffiċċju ħareġ numru ta' miżuri u għalaq numru ta' ilmenti li rċieva, fejn kull każ li jingħalaq huwa riżultat ta' investigazzjonijiet rigorużi.", "Ftit jafu li l-Uffiċċju jiġi wkoll imqabbad mill-Qorti Ċivili biex jipprepara u jissottometti r-rapport tiegħu meta quddiemha jiġi allegat li xi ftehim jew deċiżjoni huma nulli u mhux esegwibbli skont l-artikolu 5 u / jew l-artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew meta jiġi allegat li jkun hemm abbuż minn xi intrapriża f'pożizzjoni dominanti skont l-artikolu 9 u / jew l-artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "F'dak il-każ, l-Uffiċċju jħejji rapport wara li jkun wettaq investigazzjoni komprensiva tal-każ.", "L-Uffiċċju jkollu wkoll laqgħat ma' awtoritajiet pubbliċi fejn jagħti pariri dwar kwestjonijiet ta' kompetizzjoni li jistgħu jitqajmu fit-twettiq tal-funzjonijiet ta' dawn l-awtoritajiet, u jagħti pariri fuq restrizzjonijiet ta' kompetizzjoni imposti minn prattiċi amministrattivi.", "L-Uffiċċju jeżamina wkoll notifiki ta' konċentrazzjonijiet, u jgħasses jekk akkwisti minn intrapriżi jew amalgamazzjonijiet ta' intrapriżi humiex se jwasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-kompetizzjoni fis-suq Malti.", "Il-Liġi tal-Kompetizzjoni Maltija tmur lura għall-1995, meta l-Att dwar il-Kompetizzjoni daħal fis-seħħ.", "Din il-liġi kienet stabbilixxiet il-parametri li fihom l-intrapriżi jistgħu jwettqu n-negozji tagħhom b'mod li jkunu konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni ġusta, u ggarantixxiet lin-negozji u lill-konsumaturi l-benefiċċji tal-kompetizzjoni.", "Permezz ta' dan l-att, kienu ġew introdotti regoli li jipprojbixxu ftehim bejn intrapriżi li jkollhom bħala l-għan tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew ix-xkiel tal-kompetizzjoni f'Malta jew f'xi parti minn Malta, kif ukoll jipprojbixxu kull abbuż, fosthom il-prezzijiet eċċessivi minn intrapriża waħda jew iżjed li jkunu f'pożizzjoni dominanti.", "Aktar tard, fl-1 ta' Jannar 2003, daħlu fis-seħħ regolamenti dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet, liema regolamenti taw is-setgħa lill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li jipprojbixxi l-akkwisti u l-amalgamazzjonijiet ta' intrapriżi li jaqbżu ċertu turnover meta, wara analiżi, jikkonkludu li tali akkwisti jistgħu jwasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-kompetizzjoni fis-suq Malti jew f'xi parti minnu.", "Għaddew kważi għaxar snin u fl-2011 saru emendi sinifikattivi ħafna fl-Att dwar il-Kompetizzjoni.", "Fl-istess sena, kienet twaqqfet ukoll l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u t-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, li ssostitwixxa l-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust.", "L-emendi li ġew introdotti fl-Att kienu taw is-setgħa lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni biex iwettaq spezzjonijiet f'bini ta' intrapriżi b'awtorizzazzjoni ffirmata minnu stess, joħroġ stqarrija ta' oġġezzjonijiet u jieħu deċiżjoni u jimponi rimedji u multi amministrattivi f'każ ta' ksur ta' liġi.", "Dawn l-emendi taw ukoll id-dritt lill-intrapriżi jippreżentaw il-każ tagħhom fi smigħ orali qabel ma d-Direttur Ġenerali jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu li jaċċessaw l-evidenza u d-dokumenti li jkunu qegħdin jintużaw kontrihom, sakemm ma jkunx fihom sigrieti kummerċjali, informazzjoni kunfidenzjali jew dokumenti interni, u li introduċew proċeduri ġodda fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, magħrufa bħala riżoluzzjoni u rabtiet.", "Madanakollu, kif tafu, ħames snin wara, din il-liġi ġiet sfidata kostituzzjonalment.", "Kien għalhekk li nħass il-bżonn kruċjali li fir-rigward ta' dak in-negozju li jkun qiegħed jiġi investigat mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, jiġi aċċertat li d-drittijiet fundamentali tiegħu jkunu kollha mħarsa.", "Għalhekk, saret tabilħaqq evalwazzjoni wiesgħa u dettaljata li wasslet għal dawn l-emendi li qegħdin irressqu llum.", "Dawn l-emendi li qegħdin jitressqu huma turija ċara u serja ta' impenn li sar biex nassiguraw li pajjiżna jkollu Liġi tal-Kompetizzjoni li, filwaqt li tħares sew lejn id-drittijiet fundamentali tal-intrapriżi li jkunu qegħdin jiġu investigati, tiżgura l-kompetizzjoni effettiva bejn l-intrapriżi u suq verament ħieles.", "Dan l-abbozz ta' liġi kien meħtieġ fid-dawl ta' sentenzi kostituzzjonali.", "Fis-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, mogħtija nhar it-3 ta' Mejju 2016, fl-ismijiet Federation of Estate Agents vs Direttur Ġenerali, il-Qorti tat sentenza fejn iddeċidiet li l-proċedimenti ta' kompetizzjoni kif attwalment jinsabu fl-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-penali amministrattivi li jinsabu f'dan l-att għandhom jiġu kkonsidrati ta' natura kriminali.", "Għal din ir-raġuni, l-impożizzjoni ta' dawn il-penalitajiet taqa' fil-parametri tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, li tipprovdi li d-determinazzjoni ta' akkuża kriminali tista' issir biss minn Qorti.", "F'din is-sentenza, il-Qorti kkonsidrat li l-multi imposti mid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni dwar ksur tal-Liġi tal-Kompetizzjoni jservu ta' deterrent minħabba li l-multi imposti mid-Direttur Ġenerali jistgħu jkunu severi, u għalhekk multi bħal dawn kienu kklassifikati mill-Qorti Kostituzzjonali bħala ta' natura punittiva.", "Il-Qorti kkonkludiet li l-proċeduri preżenti fl-Att dwar il-Kompetizzjoni li kienu daħlu fis-seħħ fl-2011 u li wasslu sabiex fejn id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jsib ksur tad-dispożizzjonijiet fl-Att u kien jimponi multi, dawn il-multi kienu jiksru l-jedd tal-intrapriżi kkonċernati li qed jiġu investigati għal smigħ xieraq, kif imħares taħt l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni.", "Il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat ukoll li fis-subartikolu (1) tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jsemmi speċifikament qorti indipendenti u imparzjali.", "Il-Qorti saħqet li, minkejja l-fatt li t-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur li jisma' appelli mid-deċiżjonijiet tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni huwa indipendenti u imparzjali u b'ġurisdizzjoni sħiħa, xorta ma jikkostitwixxix Qorti skont l-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni.", "Min-naħa l-oħra, il-Qorti ma sabitx ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem minħabba l-fatt li, skont il-Konvenzjoni – għall-kuntrarju tal-Kostituzzjoni – is-smigħ ta' dan it-tip ta' kawżi jista' jsir minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqfa b'liġi.", "Fid-dawl ta' dan, il-Gvern kien ippropona li tiġi emendata l-Kostituzzjoni sabiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni.", "Il-Gvern apprezza t-tħassib imqajjem dak iż-żmien fuq tali emenda u rreveda l-proposta.", "Kien għalhekk tassew bżonnjuż li jittieħed iż-żmien neċessarju biex jittieħdu l-konsiderazzjoijiet kollha sabiex niżguraw li jkollna liġi li din id-darba tkun tassew tissalvagwardja d-drittijiet tal-individwi, waqt li tagħti s-setgħat kollha possibbli fl-isfond tal-Kostituzzjoni lid-Direttur Ġenerali biex jiżgura l-kompetizzjoni fis-suq.", "Minkejja l-fatt li s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tapplika biss inter partes, ġie kkonsidrat li t-tħassib tal-Qorti Kostituzzjonali fil-każ kontra d-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni japplika wkoll għall-proċeduri li bihom jopera l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Għalhekk, l-Abbozz ta' Liġi propost jinkludi wkoll emendi fil-liġijiet tal-konsumatur sabiex il-proċeduri li bihom jopera dan l-uffiċċju jiġu konformi wkoll mad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Ġew meqjusa numru ta' mudelli leġiżlattivi u, is-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Ġustizzja nieda konsultazzjoni pubblika fuq Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Fil-fatt, sabiex jiġu indirizzati l-konsiderazzjonijiet magħmula mill-Qorti Kostituzzjonali sa dak iż-żmien, ġie propost mudell leġiżlattiv ġdid.", "Dan il-mudell kien imsemmi wkoll mid-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi fl-Università ta' Malta f'Jannar tal-2017, meta kien tqajjem tħassib serju dwar l-implikazzjonijiet tal-proposta li tinbidel il-Kostituzzjoni.", "Dan il-mudell introduċa l-konċett ta' reviżjoni mid-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali simili għal dik adottata mit-Tribunal Amministrattiv.", "Il-proposta kienet ipproponiet ukoll reviżjoni li ssir quddiem il-Qorti Ċivili dwar punti ta' liġi, kif ukoll ta' fatt, minn intrapriżi li jħossuhom aggravati mad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali u appell ieħor mis-sentenza tal-Qorti Ċivili li jkun jista' jsir kemm fuq punti ta' liġi, kif ukoll ta' fatt, quddiem il-Qorti tal-Appell.", "Ta' min jirrimarka b'sodisfazzjon li l-feedback li rċieva l-Gvern fuq dawn l-emendi kien wieħed kostruttiv u pożittiv.", "Sfortunatament, wieħed jista' jgħid li, wara li kienet tlestiet l-analiżi tar-risposti riċevuti mill-konsultazzjoni pubblika, ittieħdet sentenza kostituzzjonali oħra li ngħatat wara tmiem il-konsultazzjoni pubblika li biha deher b'mod ċar li l-Abbozz ta' Liġi hekk kif ġie ppreżentat ma kienx biżżejjed sabiex iġib il-proċeduri tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni konformi mal-Kostituzzjoni.", "Il-Qorti saħqet li l-fatt li kien hemm żewġ possibilitajiet li tiġi kkontestata d-deċiżjoni quddiem żewġ qrati dwar punti ta' liġi u ta' fatt ma kienx biżżejjed sabiex tali proċeduri jkunu kkonsidrati konformi mal-Kostituzzjoni, peress li l-Kostituzzjoni ta' Malta teħtieġ li l-proċedura kollha li tiddetermina akkuża kriminali għandha tinstema' quddiem Qorti.", "Fl-isfond ta' din id-direzzjoni ċara tal-Qorti Kostituzzjonali, saru emendi ulterjuri għall-Abbozz ta' Liġi sabiex jiġu indirizzati s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali li għadni kemm semmejt, u biex jissaħħu proċeduri oħrajn eżistenti fl-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur sabiex jiġi żgurat li jkun hemm infurzar effettiv tal-liġi tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jimmira li, filwaqt li jissaħħu d-drittijiet fundamentali tal-intrapriżi jew negozjanti kkonċernati, jiġi aċċertat ukoll li l-Uffiċċju u l-uffiċċji rispettivi jibqgħu mogħnija bis-setgħat b'saħħithom u proċeduri effettivi biex jinvestigaw ksur tal-liġiijiet rispettivi.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex se jbiddel xi ħaġa mil-liġi sostantiva tal-kompetizzjoni.", "Dan ifisser li l-artikoli tal-liġi li fuqhom tista' tkun ibbażata azzjoni għall-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni se jibqgħu tale quale, jiġifieri l-artikoli 5 u 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni li jirregolaw il-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni, u l-artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Iż-żewġ artikoli 5 u 9 huma mmudellati fuq l-artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rispettivament, ħlief għall-fatt li l-artikoli 5 u 9 jikkonċernaw aġir li jaffettwa l-kompetizzjoni f'Malta u ma jeħtiġux effett fuq il-kummerċ bejn l-istati membri.", "Bħala deskrizzjoni qasira ta' dawk iż-żewġ artikoli, meta nitkellmu rigward subartikolu (1) tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, inkunu qegħdin infissru l-projbizzjoni ta' kwalunkwe ftehim bejn intrapriżi, kull deċiżjoni minn għaqda ta' intrapriżi u kull prattika miftiehma bejn intrapriżi li għandhom l-għan jew l-effett li jipprevenu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni f'Malta jew fi kwalunkwe parti ta' Malta.", "Min-naħa l-oħra, l-artikolu 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni jipprojbixxi kwalunkwe abbuż minn intrapriża waħda jew aktar ta' intrapriża f'pożizzjoni dominanti f'Malta jew fi kwalunkwe parti ta' Malta.", "Preżentement, il-mudell ikkontemplat kemm fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, kif ukoll fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, huwa mudell amministrattiv unitarju li fih l-istess uffiċċju jinvestiga ksur potenzjali tal-liġi rispettiva u jieħu deċiżjoni u jimponi rimedju u multa.", "Il-mudell li huwa propost taħt dan l-Abbozz ta' Liġi huwa wieħed magħruf bħala dual administrative judicial enforcement model, fejn l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jagħmel investigazzjoni tal-każ, imbagħad iressaq il-każ quddiem il-Qorti għad-deċiżjoni finali li fiha l-Qorti ssib jekk sarx ksur tal-kompetizzjoni, u timponi multi u rimedji.", "Dan ifisser li l-mudell propost f'dan l-Abbozz ta' Liġi llum huwa wieħed fejn l-entitajiet tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jinvestigaw kwalunkwe allegat ksur skont il-liġijiet rispettivi tagħhom, imma mbagħad jiftħu proċeduri quddiem il-Qorti permezz ta' rikors ġuramentat kontra l-intrapriżi konċernati.", "Il-liġi sostantiva, kif ukoll it-tipi ta' rimedji u penali eżistenti fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, huma fil-parti l-kbira konformi mal-mudell u mal-mudelli adottati minn awtoritajiet nazzjonali tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.", "Iżda, id-differenza ewlenija li qed tiġi proposta f'dan l-Abbozz ta' Liġi hija li l-emendi se jipprovdu għal separazzjoni netta fis-setgħat tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni li se jkollu rwol investigattiv, u setgħat tal-Qorti li se tieħu deċiżjonijiet rigward is-sejbien ta' ksur fil-liġi tal-kompetizzjoni.", "Il-mudell propost huwa l-aktar simili għal dak tal-Awstrija fejn l-entità responsabbli mill-kompetizzjoni tinvestiga, u l-Qorti tagħti sentenzi ta' ksur u timponi rimedji u penali f'każ ta' ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.", "Fi kliem ieħor, is-setgħa li għandhom preżentament tramite l-liġi tal-2011 id-diretturi ġenerali li jieħdu deċiżjonijiet rigward ksur jew xort'oħra tal-liġi tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur li jimponu rimedji u penalitajiet f'każ ta' ksur tal-liġijiet rispettivi, se tkun mgħoddija kollha f'idejn il-Qorti.", "L-emendi li ġew introdotti fl-2011 taw ukoll il-fakultà lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni sabiex iwettaq spezzjonijiet f'kull fond, art u f'kull mezz ta' trasport tal-intrapriża konċernata fuq turija ta' awtorizzazzjoni bil-miktub iffirmata mid-Direttur Ġenerali stess mingħajr il-ħtieġa ta' mandat maħruġ mill-Qorti.", "Rigward l-ispezzjonijiet, għandu jingħad li, skont dan l-Abbozz ta' Liġi, dawn se jitmexxew biss meta d-Direttur Ġenerali jkun debitament awtorizzat b'mandat maħruġ minn maġistrat.", "Din l-emenda nħasset tassew neċessarja sabiex din is-setgħa tkun konformi primarjament mal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Waħda mid-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-Abbozz ta' Liġi tikkonċerna d-drittijiet tad-difiża li jappartjenu lill-intrapriżi f'konnessjoni ma' investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni.", "Id-dritt li intrapriża ma tinkriminax lilha nnifisha minn dejjem kien rikonoxxut mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni bħala dritt li jappartjeni lill-intrapriżi matul l-investigazzjonijiet, u huwa dritt li jispikka fil-ġurisprudenza Ewropea tal-Qorti ġenerali u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.", "Din il-protezzjoni issa se tkun inkluża espliċitament fl-emendi proposti sabiex tiċċara l-pożizzjoni tal-intrapriża li hija s-suġġett tal-investigazzjoni.", "Talbiet ta' informazzjoni mill-Uffiċċju jeħtieġu li ma jġegħlux intrapriża jew għaqda ta' intrapriżi sabiex tammetti li tkun wettqet ksur li, għall-kuntrarju, hija unikament responsabilità tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jevidenzjawh.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Segretarju Parlamentari, hemm problema teknika żgħira, kemm titfi l-microphone għal 30 sekonda.", "L-ISPEAKER: Tista' tkompli, Onor. Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Madankollu, l-intrapriżi jew l-għaqda ta' intrapriżi jibqgħu obbligati li jwieġbu mistoqsijiet fattwali u li jipprovdu d-dokumenti mitluba.", "Min-naħa l-oħra, fl-isfond ta' investigazzjonijiet mibdija mid-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur, dan id-dritt illum diġà jinsab fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Sabiex inkomplu niżguraw id-dritt fundamentali ta' smigħ xieraq, li jinkludi wkoll id-dritt għall-assistenza legali, persuni soġġetti għall-ispezzjoni se jkunu jistgħu jiġu assistiti minn rappreżentanti legali u, għal dan il-għan, l-uffiċċji li jkunu qegħdin iwettqu l-ispezzjonijiet jistgħu jistennew għal ħin raġonevoli sakemm tinbeda l-ispezzjoni biex jiġi rappreżentant legali.", "Min-naħa l-oħra, għandu jingħad li d-dritt għal din l-assistenza m'għandux ikollu l-effett li jissospendi l-ispezzjoni jew jagħti lok biex il-provi jiġu distrutti.", "Għal dan il-għan, ħadna ħsieb biex nagħtu s-setgħa lill-uffiċjali li jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jipprevenu milli jsir xi tbagħbis potenzjal fl-evidenza jew sabiex jipprevenu l-possibilità ta' komunikazzjoni li biha intrapriżi oħrajn jiġu informati li tkun għaddejja investigazzjoni.", "Qed jiġi propost li tiġi estiża l-kompetenza tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni tal-Kummerċ, sabiex tisma' rikorsi relatati ma' kwestjonijiet mhux biss regolati mill-Att dwar il-Kumpaniji, imma anke rikorsi relatati mal-Att dwar il-Kompetizzjoni u kull regolament magħmul taħtu, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u kull regolament magħmul taħtu u l-Att dwar l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Din il-Qorti se tissostitwixxi t-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur preżenti.", "L-ewwel nett, għandu jingħad li r-rimedji kollha kontemplati flimkien mal-penalitajiet preżenti fl-Att dwar il-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konumsatur se jibqgħu japplikaw, bid-differenza li se tkun il-Qorti li tieħu dawn id-deċiżjonijiet.", "Is-setgħa li għandu llum id-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni li jista' joħroġ ordni ta' waqfien u ta' ebda tkomplija li biha tordna lill-intrapriża u/jew lill-għaqda ta' intrapriżi kkonċernati sabiex jieqfu u ma jkomplux jipparteċipaw f'tali ftehim, deċiżjoni, prattika jew imġiba, u/jew toħroġ ordni ta' konformità li tippreskrivi r-rimedji fl-imġiba jew rimedji ta' struttura indirizzati lill-intrapriża u/jew lill-għaqda ta' intrapriżi kkonċernati bil-għan li jwaqqfu l-ksur b'mod immedjat u effettiv, se tgħaddi f'idejn il-Qorti.", "L-istess, il-poter tad-Direttur Ġenerali tal-Affarijiet tal-Konsumatur li joħroġ ordni ta' tħaris kontra kummerċjant li kiser il-liġijiet tal-konsumatur li bih jeħtieġ li jittieħdu miżuri korrettivi, inkluż it-tħassir jew it-tibdil ta' klawsoli f'kuntratt, jew sabiex il-kummerċjant jieqaf milli jadotta xi prattika kummerċjali mhux ġusta, se jiġu mgħoddija lill-Qorti.", "L-emendi tal-2011 għall-Att dwar il-Kompetizzjoni introduċew il-proċedura tar-rabtiet magħrufa bl-Ingliż bħala commitments.", "Minflok li jkun id-Direttur Ġenerali li joħroġ deċiżjonijiet rigward rabtiet, f'dan il-każ se tkun il-Qorti li tista' tagħti sentenza li tiddikjara li r-rabtiet offruti mill-intrapriżi u/jew mill-għaqda ta' intrapriżi kkonċernati jkunu tali li jwasslu sabiex is-suspettat ksur jiġi tterminat.", "L-emendi tal-2011 għall-Att dwar il-Kompetizzjoni introduċew il-proċedura ta' riżoluzzjoni, dik magħrufa aħjar bħala settlement għall-każijiet ta' cartels meta l-partijiet jammettu li kisru l-liġi u, min-naħa tagħhom, jirċievu tnaqqis ta' 10% tal-multa jekk jammettu l-involviment tagħhom f'dan il-ksur.", "Din il-proċedura tipprovdi rimedju alternattiv għall-proċeduri litiġużi tal-Qorti u twassal għar-riżoluzzjoni f'qasir żmien għall-benefiċċju tal-ekonomija u tal-konsumatur.", "Skont il-liġi kif qed tiġi proposta, il-proċedura tar-riżoluzzjoni mhux se tibqa' waħda limitata għall-każijiet ta' kartelli biss, iżda se tapplika wkoll għal kwalunkwe prattika restrittiva taħt il-liġi tal-kompetizzjoni, jiġifieri, inkluż każijiet ta' abbuż ta' dominanza u ftehim ta' abbuż ta' dominanza u ftehimiet illegali oħrajn li mhumiex kartelli.", "Barra minn hekk, qed jiġi propost li l-Qorti tista' tnaqqas l-ammont ta' penali propost mid-Direttur Ġenerali bejn 10% sa 35%, bl-għan aħħari jkun li jiġu inċentivati l-intrapriżi li kisru l-liġi tal-kompetizzjoni sabiex jammettu mal-Uffiċċju l-involviment tagħhom fil-ksur u jikkoperaw bi sħiħ sabiex jinkixef l-aġir restrittiv u jagħtu d-dettalji meħtieġa relatati mal-ksur.", "Skont l-emendi kif qegħdin jiġu proposti, il-proċedura tar-riżoluzzjoni tagħti l-possibilità lid-Direttur Ġenerali, flimkien ma' kwalunkwe intrapriża u/jew għaqda ta' intrapriżi, sabiex jitolbu, kemm fl-istadju tal-investigazzjoni quddiem l-Uffiċċju, jew fi stadju ulterjuri meta d-Direttur Ġenerali jippreżenta r-rikors ġuramentat kontra intrapriża u/jew kontra l-għaqda ta' intrapriżi konċernati li l-investigazzjoni jew il-proċedimenti quddiem il-Qorti, skont il-każ, jiġu tterminati permezz ta' proċedura ta' riżoluzzjoni li tkun tinkludi l-impożizzjoni ta' penali mill-Qorti.", "It-terminazzjoni tal-investigazzjoni quddiem l-Uffiċċju jew it-terminazzjoni tal-proċedimenti quddiem il-Qorti permezz ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu mogħtija b'sentenza tal-Qorti fuq talba konġunta tad-Direttur Ġenerali u tal-intrapriża u/jew tal-għaqda ta' intrapriżi konċernati li fiha d-Direttur Ġenerali u l-intrapriża u/jew l-għaqda ta' intrapriżi konċernati jaqblu li l-investigazzjoni quddiem l-Uffiċċju jew il-proċedimenti quddiem il-Qorti, skont il-każ, jiġu tterminati permezz ta' proċedura ta' riżoluzzjoni li tinkludi l-impożizzjoni ta' penali.", "Il-konċett ta' garanziji bejn id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur u kummerċjant se jinżamm.", "Fejn jidhirlu prima facie d-Direttur Ġenerali li kummerċjant ikun ġab ruħu bi ksur jew ta' nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet tal-konsumatur, id-Direttur Ġenerali Affarijiet tal-Konsumatur jista', minflok jistitwixxi proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qorti Ċivili kontra l-kummerċjant, jammonixxi lill-kummerċjant u jikseb mingħandu garanzija bil-miktub li l-kummerċjant għandu jieqaf milli jkompli jġib ruħu skont ma hemm miktub fil-garanzija.", "F'każijiet ta' urġenza minħabba r-riskju ta' ħsara immedjata u serja lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jew f'każijiet ta' urġenza minħabba f'riskju li ssir ħsara serja u irreparabbli lill-kompetizzjoni fuq il-bażi ta' sejba ta' ksur prima facie tal-artikoli 5 u/jew 9 tal-Att u/jew tal-artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti se tkun tista' toħroġ miżuri interim fuq kummerċjant, intrapriża u/jew għaqda ta' intrapriżi konċernati skont il-każ fuq talba tad-Direttur Ġenerali rispettiv.", "L-Abbozz ta' Liġi jipprovdi għall-atturi attenwanti u aggravanti li l-Qorti għandha tikkonsidra meta tiffissa l-ammont ta' multa.", "Sabiex ikun hemm aktar kjarezza u trasparenza għall-intrapriżi, l-Abbozz ta' Liġi jintroduċi eżempji ta' fatturi aggravanti u attenwanti li għandhom jiġu kkonsidrati mill-Qorti meta tiffissa l-ammont tal-penali.", "Bħalissa, appell jista' jsir biss minn deċiżjoni tat-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fuq punti ta' liġi.", "L-emendi qegħdin jipproponu li d-Direttur Ġenerali rispettiv u kull parti fil-proċediment quddiem il-Qorti li tħossha aggravata bis-sentenza tal-Qorti tista' tappella, kemm fuq punti ta' liġi, kif ukoll fuq punti ta' fatt, quddiem il-Qorti tal-Appell permezz ta' rikors ippreżentat fir-Reġistru ta' dik il-Qorti fi żmien 20 jum mid-data tas-sentenza.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li mal-medda taż-żmien, hekk kif is-swieq isiru eqreb ta' xulxin, kemm bi proċess naturali ta' globalizzazzjoni, kif ukoll biż-żieda f'kummerċ online, il-ħtieġa ta' kompetizzjoni ġusta u tal-protezzjoni tal-konsumatur tiżdied.", "F'dawn ix-xhur minn meta nqatgħet l-ewwel kawża kostituzzjonali kontra l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni, l-Uffiċċju ma waqafx jaħdem imma baqa' jinvestiga każi biex jiżgura kompetizzjoni ġusta fis-suq Malti.", "Il-proposta li tinbidel il-Kostituzzjoni sabiex tiġi konformi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma ġietx milqugħa tajjeb.", "Fil-fatt, kienu bosta l-artikli fil-gazzetti, inkluż mix-shadow minister ta' dak iż-żmien, li esprimew it-tħassib li emenda fil-Kostituzzjoni li tippermetti li kawżi ta' natura kriminali li jinstemgħu fit-tribunal tkun qed iddgħajjef id-dritt ta' smigħ xieraq.", "Għaldaqstant, ittieħdu l-passi biex jibda x-xogħol biex jiġi emendat l-Att tal-2011.", "Dawn l-emendi huma sforz ta' proċess twil u dettaljat sabiex niżguraw qafas legali b'saħħtu għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur f'pajjiżna.", "Din is-sena ġiet introdotta wkoll id-Direttiva 2019/1 li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-istati membri sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi u sabiex tiżgura l-funzjonament xieraq fis-suq intern.", "Din id-Direttiva ġiet ippubblikata fil-ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta' Jannar 2019 u għandha tiġi trasposta fil-liġi tal-kompetizzjoni Maltija sal-4 ta' Frar 2021.", "Id-Direttiva għandha l-għan li jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jkollhom l-istrumenti kollha li jkollhom bżonn sabiex jinforzaw b'mod effettiv il-liġi tal-kompetizzjoni u jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom.", "Issa se jibda x-xogħol fuq din id-Direttiva sabiex tiġi trasposta fil-liġi Maltija.", "Filwaqt li b'sodisfazzjon nirrimarka li l-liġi Maltija tal-kompetizzjoni diġà hija konformi ma' numru ta' dispożizzjonijiet eżistenti f'din id-Direttiva, din id-Direttiva se ddaħħal xi innovazzjonijiet fil-liġi Maltija, bħall-programm ta' klemenza, li huwa wieħed mill-għodod użati mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni sabiex jindirizza l-kartelli sigrieti.", "Il-programm ta' klemenza joħloq inċentivi akbar għall-kumpaniji sabiex iressqu u jammettu l-aktar ksur serju tar-regoli tal-kompetizzjoni.", "Bil-programm ta' klemenza, l-intrapriżi involuti tista' tinħafrilhom totalment il-penali jew ikollhom tnaqqis sostanzjali fil-każ li jammettu l-involviment tagħhom f'kartell sigriet.", "Ta' min jirrimarka wkoll li fis-17 ta' Jannar tal-2020 se tidħol fis-seħħ ir-riforma tar-regolament dwar koperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi.", "Din ir-riforma tindirizza l-ħtieġa ta' infurzar aktar effettiv tal-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni Ewropea, speċjalment fl-isfera diġitali.", "Din ir-riforma se ssaħħaħ setgħat tal-awtoritajiet pubbliċi għall-protezzjoni tal-konsumatur biex dawn ikunu jistgħu jikkoperaw fil-kontest ta' każijiet transkonfinali, u biex jiġu indirizzati prattiċi ħżiena online f'qasir żmien.", "Dawn jinkludu s-setgħa li jsiru test purchases u mystery shopping waqt investigazzjonijiet ta' allegat ksur tal-liġi tal-konsumatur.", "Ta' min ifakkar ukoll li, fil-11 ta' April 2018, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-proposta hekk imsejħa 'New deal for consumers' bl-għan li tirriforma u timmodernizza l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex konsumaturi Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mid-drittijiet tagħhom.", "Din ir-riforma timmira li żżid aktar trasparenza fis-swieq u pjattaformi online u tagħmilha possibbli li entità kwalifikata bħall-organizzazzjoni tal-konsumatur tfittex rimedju bħall-kumpens, sostituzzjoni jew tiswija f'isem grupp ta' konsumaturi li jkunu sofrew ħsara minn prattika kummerċjali illegali permezz ta' azzjoni rappreżentattiva.", "Permezz ta' din ir-riforma, iċ-ċirkostanzi fejn tali azzjoni tista' tittieħed se jiġu estiżi.", "Din il-proposta tipproponi wkoll penali effettivi għall-ksur tal-liġi tal-konsumatur li jaffettwa konsumaturi f'aktar minn stat membru wieħed.", "Dawn se jkunu qed jiġu kkalkolati fuq id-dħul totali tan-negozjant.", "Għaldaqstant, ħassejna li jkun għaqli li kwalunkwe emenda fil-penali għall-ksur tal-liġi tal-konsumatur, inkluż dawk li jaffettwaw biss konsumaturi f'pajjiżna, għandha tiġi kkonsidrata, ġaladarba l-proposta tal-Unjoni Ewropea tiġi ffinalizzata.", "Fi kliem il-Kummissarju Ewropew Věra Jourová:", "Bl-istess mod, dan l-Abbozz ta' Liġi għandu l-għan aħħari sabiex f'Malta jkun hawn għassiesa għall-kompetizzjoni u għall-protezzjoni tal-konsumatur li jaħdmu f'qafas regolatorju li huwa komprensiv u b'saħħtu, li jirrispetta l-Kostituzzjoni u, fuq kollox, ikun ekwu għall-benefiċċju tal-konsumaturi, l-intrapriżi u l-kummerċjanti u, fl-aħħar mill-aħħar, l-ekonomija.", "Sur President, qabel nagħlaq, irrid nirringrazzja lill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali għall-ħidma kollha tagħhom tul dawn l-aħħar xhur u l-paċenzja li ħadu bija sabiex jiġi mħejji dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista għall-introduzzjoni li għamel dwar dan l-Abbozz ta' Liġi li jmiss żewġ oqsma importanti ħafna, li huma l-qasam tal-kompetizzjoni u l-qasam tal-protezzjoni tal-affarijiet tal-konsumatur.", "Sfortunatament, f'pajjiżna dawn l-oqsma ma tantx jingħataw importanza, mhux daqskemm jingħataw minn pajjiżi oħra Ewropej u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid dan għax dawn huma oqsma li, speċjalment f'suq f'pajjiż żgħir bħal tagħna, huma importanti jekk verament irridu li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur.", "Kull wieħed u waħda hu konsumatur, inkluż il-kummerċjanti u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kummerċ, għax filwaqt li jbigħu jew jikkummerċjaw f'ċerti oqsma, huma konsumaturi f'oqsma oħrajn.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jagħtina l-opportunità li nitkellmu dwar dawn l-oqsma u dwar x'jista' jsir biex nassiguraw li f'pajjiżna l-liġi tal-kompetizzjoni ma tkunx biss fuq il-karta, imma tkun qed taħdem.", "Wisq nibża' li b'dak li seħħ, b'mod partikolari fl-aħħar snin, għandna liġi tal-kompetizzjoni li qiegħda biss fuq il-karta, imma fil-verità mhijiex qiegħda titħaddem kif suppost.", "Għalhekk, nisperaw li fix-xhur u fis-snin li ġejjin, din il-liġi tkun tista' titħaddem b'mod li jkollna riżultati aħjar biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur, għax meta jseħħ dan fis-swieq tagħna, igawdi kulħadd.", "Kif qal tant tajjeb is-Segretarju Parlamentari, hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq emendi għall-Att tal-2011 li waqqaf l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, flimkien ma' numru ta' emendi oħrajn, b'mod partikolari għall-kapitli 378 u 379 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Qed nitkellmu wkoll dwar emendi għall-Awtorità li jien, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-oqsma tal-kompetizzjoni u l-konsumatur, kelli l-opportunità li rressaq att f'dan il-Parlament biex waqqafna din l-Awtorità li ġabret diversi dipartimenti u awtoritajiet oħrajn bi skop ewlieni, dak li jkollna Awtorità li jkollha s-snien, is-saħħa, l-għodda u r-riżorsi finanzjarji u umani biex taħdem f'dawn l-oqsma importanti.", "Nerġa' ngħid li meta dawn l-oqsma jitħaddmu tajjeb, iħallu effett pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Din l-Awtorità twaqqfet fl-2011 wara konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha.", "Niftakar f'laqgħat twal li kienu saru mal-Kamra tal-Kummerċ, mal-GRTU, mal-Għaqda tal-Konsumaturi, diversi għaqdiet oħrajn u mal-pubbliku inġenerali biex setgħet titressaq 'il quddiem dik il-liġi, li ġiet approvata b'mod unanimu minn dan il-Parlament.", "Din l-Awtorità għandha erba' diretturi ġenerali f'erba' oqsma speċifiċi, fejn kull direttur ġenerali għandu l-poter li jieħu d-deċiżjonijiet, jagħmel l-investigazzjonijiet li hemm bżonn u jmexxi 'l quddiem fl-oqsma li hu responsabbli minnhom.", "Irrid ngħid ukoll li din l-Awtorità kienet twaqqfet għax fis-snin ta' qabel il-Kummissjoni Ewropea, fil-kummenti tagħha dwar in-National Reform Programme, ta' kull sena kienet tiġbed l-attenzjoni li pajjiżna kellu bżonn struttura tajba, b'saħħitha u li tagħti riżultati aktar konkreti u effettivi fl-oqsma importanti tal-kompetizzjoni u tal-konsumatur.", "Min-naħa l-oħra, kellna wkoll il-wegħda elettorali fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-2008 li nwaqqfu din l-Awtorità.", "Nerġa' ngħid, dan sar b'unanimità fil-Kamra, wara diskussjoni tajba, b'mod partikolari fl-istadju ta' Kumitat, biex wara li għaddiet din il-liġi, l-Awtorità bdiet taħdem mill-ewwel.", "Ħames snin wara, kif qal tajjeb is-Segretarju Parlamentari, kien hemm id-deċiżjoni fil-kawża ta' rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fejn il-Qorti sabet li l-mod kif kienu qegħdin jiġu imposti l-penali amministrattivi u ċerti multi kien qed jikser subartikolu (1) tal-artikolu 39 tal-Kostituzzjoni tagħna.", "Irrid ngħid li għat-talba biex jiġi ddikjarat li kien qed jinkiser id-dritt fundamentali tal-bniedem, l-istess sentenza ddikjarat b'mod ċar li l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem ma kienx qed jinkiser.", "Nerġa' niġi għal dan il-punt aktar 'il quddiem.", "Is-Segretarju Parlamentari ġabli tbissima – bħal ħafna drabi kull meta nitkellmu flimkien – meta xħin kien qiegħed jitkellem, dejjem irrefera għal dawn l-aħħar ftit xhur.", "Però s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ngħatat fil-3 ta' Mejju 2016, kważi tliet snin ilu.", "Meta jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi, żgur li se jkunu għaddew tliet snin.", "Naħseb li matul dawn l-aħħar tliet snin inħela ċertu żmien għax l-Awtorità Maltija dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ma setgħetx tkun effettiva kemm suppost.", "Dan għaliex kellek sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li sabet dan in-nuqqas u ksur, u għalhekk ċerti rimedji u deċiżjonijiet ma setgħux jittieħdu.", "Naħseb li l-Gvern kaxkar saqajh mhux ftit għal tliet snin sħaħ sakemm ressaq dawn l-emendi f'din il-Kamra.", "Sadanittant, kien hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet dwar cartels, abbuż minn pożizzjoni ta' dominanza, u diversi deċiżjonijiet oħrajn li żgur ġew imxekkla matul dawn l-aħħar tliet snin.", "Hawnhekk irrid nagħmel parenteżi żgħira.", "Hemm bżonn li fir-riforma kostituzzjonali li qegħdin niddiskutu nkunu kuraġġużi biex nieħdu deċiżjoni li fil-Kostituzzjoni tagħna jkollna mniżżel ċar li, jekk ikun hemm sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali u jgħaddi ċertu perijodu ta' żmien – pereżempju, massimu ta' sena – u l-Parlament ma jeħux passi biex jagħmel ir-ratifika u jirranġa dak li tkun sabet il-Qorti Kostituzzjonali wara sentenza finali u, jekk ikun hemm bżonn, appell, dik il-klawsola tiġi nulla mill-ewwel.", "Illum, għandna sitwazzjoni fejn għalkemm ikollok deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, il-Gvern jista' jibqa' jkaxkar saqajh fuq ċerti emendi li hemm bżonn li jinġiebu fil-Parlament biex iġibu fis-seħħ dak li tkun iddeċidiet il-Qorti Kostituzzjonali.", "Hawn mhux qed nirreferi għal każ partikolari jew għal dan il-Gvern biss.", "Però, nerġa' ngħid li f'perijodu ta' tliet snin, naħseb li kellhom jittieħdu deċiżjonijiet biex dawn l-emendi jsiru qabel, għax kellek Awtorità li prattikament spiċċat li għal tliet snin ma tistax tagħmel l-aktar xogħol importanti f'oqsma bħal mhuma l-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumatur.", "Il-Gvern ħareġ il-consultation paper fl-10 a' Awwissu 2018, jiġifieri kważi sentejn u nofs wara li kien hemm id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Dan juri li l-Gvern ma tantx imbotta 'l quddiem biex ikun hemm xi diskussjoni wiesgħa fuq dawn l-emendi importanti.", "Qed ngħid dan għax, meta tara r-rapport li ħareġ il-Gvern bħala rispons għall-konsultazzjoni fis-16 ta' Novembru 2018, wieħed isib li kien hemm biss ħames entitajiet jew persuni li pparteċipaw fil-proċess ta' konsultazzjoni.", "Dan juri li f'pajjiżna dan il-qasam ma jingħatax biżżejjed importanza.", "Fuq liġi bħal din li tmiss l-oqsma tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni, m'għandix dubju li f'parlamenti oħrajn ikun hemm diskussjoni estensiva.", "Nerġa' ngħid li dawn l-oqsma jmissu mal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Skont dan id-dokument, f'paġna 15, naqraw li minn dawn il-ħames entitajiet, tnejn kienu barranin – l-American Bar Association u l-European Commission Services, u kien hemm tliet sottomissjonijiet lokali, li kienu, l-Mamo TCV Advocates, persuna individwali u l-Għaqda tal-Konsumaturi li hija responsabbli minn dan il-qasam.", "Hawn mhux qed nitfa' l-oneru jew it-tort biss fuq il-Gvern, però żgur li l-Gvern seta' mbotta ħafna iżjed biex ikun hemm proċess ta' konsultazzjoni biex noħorġu bl-aħjar emendi u nsibu l-aħjar soluzzjoni.", "Is-Segretarju Parlamentari, fl-introduzzjoni tiegħu għal din il-liġi, qal li l-feedback li kien hemm kien pożittiv.", "Issa jien nifhem li kien hemm feedback pożittiv minn dawn l-erba' assoċjazzjonijiet u persuna li għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom, però lbiraħtlula, l-Għaqda tal-Konsumaturi li tirrappreżenta lill-konsumaturi f'pajjiżna ħarġet stqarrija għall-istampa dwar dawn l-emendi.", "Is-Segretarju Parlamentari m'għamel l-ebda referenza għall-pożizzjoni tal-Għaqda tal-Konsumaturi li għandha importanza f'pajjiżna u fil-fora internazzjonali.", "F'din l-istqarrija għall-istampa jingħad li l-Qrati qalu li l-penali amministrattiva li hija intenzjonata li tippenalizza lil min jikser il-liġi tista' tiġi imposta biss mill-Qorti.", "Hawnhekk l-għaqda qed tinterpreta dak li qalu l-Qrati tagħna fid-deċiżjoni tagħhom, b'mod partikolari fid-deċiżjoni tal-Federation of Estate Agents, li diġà għamilna referenza għaliha kemm jien kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "Però rrid nikkwota minn din il-press release li hija importanti, għax tagħti l-veduti tal-Għaqda tal-Konsumaturi li, nerġa' ngħid, f'pajjiżna tagħmel ħafna xogħol f'dan il-qasam.", "\"L-Għaqda tal-Konsumaturi temmen li l-aktar soluzzjoni effettiva biex jiġi indirizzat dan il-punt hi li jsiru l-emendi fil-Kostituzzjoni ta' Malta biex awtoritajiet pubbliċi, anke jekk mhux Qrati, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet u jimponu penalitajiet amministrattivi meta tinkiser il-liġi.", "L-Għaqda tqis li għandhom isiru emendi fil-Kostituzzjoni b'mod li jinżamm bilanċ fejn l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jieħdu passi effettivi f'waqthom biex irażżnu l-ksur tal-liġi, waqt li jiġu mħarsa d-drittijiet għal smigħ xieraq ta' min ikun soġġett għal penali quddiem Qorti.", "L-Għaqda tqis li dan jista' jsir billi l-infurzar ta' deċiżjoni ta' awtorità pubblika li tippenalizza min jikser il-liġi tkun infurzabbli biss wara l-għeluq taż-żmien ta' appell quddiem il-Qorti, u f'każ fejn isir appell wara li jiġi mitmum il-każ quddiem il-Qorti.", "B'dan il-mod, l-awtorità pubblika tkun tista' taġixxi u tieħu l-passi li tqis meħtieġa waqt li jiġi mħares id-dritt ta' kontestazzjoni tal-individwu jew entità kummerċjali konċernata quddiem il-Qorti.\".", "Din hija l-pożizzjoni tal-Għaqda tal-Konsumaturi ta' pajjiżna.", "\"L-Għaqda tinnota li jekk ma jsirx it-tibdil meħtieġ fil-Kostituzzjoni jkun ifisser li kull ħaġa li għandha x'taqsam mal-kompetizzjoni u mal-ħarsien tal-konsumaturi se tibda tintefa' quddiem il-Qrati.\".", "Dan ovvjament ikun ifisser aktar piż fuq il-Qrati.", "L-istess Għaqda tgħid li:", "\"Dan ifisser li se jkun hemm aktar dewmien biex jittieħdu deċiżjonijiet, b'detriment għall-konsumaturi u kumpaniji li jkunu qed jiġu affettwati ħażin b'abbuż minn kumpaniji oħra.\".", "L-aktar parti importanti ta' din l-istqarrija li ħarġet l-Għaqda tal-Konsumaturi hija din li ġejja:", "\"Tiddikjara wkoll li b'dan l-Abbozz l-Għaqda tqis li se nkunu qed inġibu lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumaturi (MCCAA) bla saħħa u ineffettiva meta din ġiet imwaqqfa biex tieħu azzjoni malajr u effettiva biex tħares id-drittijiet tal-konsumaturi u ta' dawk in-negozji li jkunu qed josservaw il-liġi.\".", "Hawnhekk l-Għaqda tal-Konsumaturi qed tgħid lill-Gvern li b'dawn l-emendi li qed iressaq quddiem dan il-Parlament qed iġib lil din l-Awtorità bla saħħa u ineffettiva, speċjalment fir-rigward tal-iskop li għalih twaqqfet.", "L-Għaqda tal-Konsumaturi tkompli:", "\"Għalina dan hu ta' tħassib speċjalment meta Malta hi kkaratterizzata minn nuqqas ta' kompetizzjoni sew minħabba ċ-ċokon tagħna …\"", "- f'ċerti oqsma m'għandekx numru kbir ta' kumpaniji u ħafna drabi jkollok kumpanija waħda li tkun qed topera jew tagħti servizzi f'dak il-qasam -", "\"… u nuqqas ta' infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni.", "Barra minn hekk dan id-dewmien ser ikollu wkoll effett fuq Malta meta tkun qed tħajjar kumpaniji jiftħu hawn peress li kull kwestjoni ser tieħu wisq żmien biex tiġi riżolta.\".", "Dan ifisser li se tiġi affettwata wkoll il-kompetittività tagħna ma' pajjiżi oħrajn biex nattiraw investiment lejn Malta.", "Sur President, dan mhux qed ngħidu jien, imma qed tgħidu l-Għaqda tal-Konsumaturi.", "Ħassejt li għandi nagħmel referenza għal dan li qed jingħad fit-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, għax probabbilment din hija l-unika għaqda li topera f'dan il-qasam u li ilha diversi snin taħdem b'risq dan il-qasam.", "\"L-Għaqda tinnota wkoll li dan l-Abbozz ivarja sew mill-proposti leġiżlattivi li kienu ġew mqiegħda għall-konsultazzjoni pubblika s-sajf li għadda.", "L-aktar tibdila importanti hi li l-MCCAA se tibda titfa' kollox quddiem il-qrati irrispettivament kemm ikun serju n-nuqqas.", "L-Għaqda tħoss li dan l-Abbozz ma jinkludix numru ta' tibdil li konna ressaqna meta saret il-konsultazzjoni pubblika.\".", "Sur President, prattikament l-Għaqda tal-Konsumaturi qed tgħid li ressqet numru ta' tibdil, però ġiet injorata f'dak li ħareġ minn dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fl-aħħar nett, l-Għaqda tgħid li:", "\"L-Għaqda tinnota li l-miżuri kif proposti jistgħu wkoll iservu ta' preċedent fir-rigward tal-poteri simili ta' awtoritajiet pubbliċi oħra li għandhom id-dmir ta' infurzar tal-liġijiet, fejn allura jista' jiġri li dawn ukoll jispiċċaw li, biex jimponu sanzjonijiet, iridu ta' bilfors imorru l-Qorti.\".", "Sur President, dan l-aħħar paragrafu tal-istqarrija tal-Għaqda tal-Konsumatur huwa proprju dak li l-aktar li jinkwetani.", "Hawnhekk qed nindirizzaw biss dak li qalet il-Qorti Kostituzzjonali fil-konfront tal-MCCAA u l-liġi li waqqfitha.", "Però hemm lista sħiħa ta' liġijiet oħrajn fil-pajjiż li waqqfu awtoritajiet simili u li għandhom il-poteri li jagħmlu penali amministrattivi.", "Dan ifisser li, wara dik is-sentenza, illum jew għada dawn l-awtoritajiet se jiġu attakkati b'xi mod jew ieħor.", "Wara s-sentenza tal-2016, kellna l-każ ta' \"Rosette Thake kontra l-Kummissjoni Elettorali\" fuq l-istess bażi.", "Nistaqsi: Issa x'se nagħmlu?", "Se niġu f'din il-Kamra rressqu emendi simili kull meta jinqala' każ fejn jidħlu dan it-tip ta' liġijiet fir-rigward ta' l-awtoritajiet f'pajjiżna?", "Insemmi, pereżempju, l-Awtorità tat-Turiżmu, l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità tal-Ambjent u l-Awtorità tat-Trasport, fost l-oħrajn, li għandhom dawn il-poteri, poteri li jeżistu kważi f'kull awtorità li għandna f'dan il-pajjiż!", "Minn hawn irrid insellem lill-Għaqda tal-Konsumaturi għax-xogħol li għamlet matul is-snin f'dan il-qasam, u nawguralha li tkompli taħdem favur dan is-settur.", "Nispera li l-MCCAA jkollha aktar riżorsi biex twassal leħinha f'dan il-qasam, li huwa ferm importanti għax jaffettwa lil kull wieħed u waħda minna.", "Nerġa' ngħid li, sfortunatament, f'pajjiżna dan il-qasam ma jingħatax daqstant importanza bħal f'pajjiżi oħrajn.", "Però, bir-riżorsi limitati li għandha l-MCCAA rnexxielha toħroġ b'din il-pożizzjoni b'saħħitha.", "Sur President, din hija stqarrija b'saħħitha ta' għaqda importanti f'pajjiżna, liema stqarrija ħarġet jumejn ilu u ngħatat biss importanza sekondarja mill-midja f'pajjiżna.", "Dan juri li l-midja għandha bżonn tibda titkellem iżjed fuq affarijiet ta' kompetizzjoni u konsumatur, għaliex jolqtu l-ħajja ta' kuljum ta' kull wieħed u waħda minna.", "Sur President, wara li tajt ħarsa lejn dak li qalet l-Għaqda tal-Konsumaturi, nixtieq nagħmel xi ftit punti.", "L-ewwel nett, jidher li l-emendi fl-Abbozz ta' Liġi huma differenti minn dawk proposti fil-konsultazzjoni li saret matul is-sajf li għadda.", "Ma jidhirx li dak li hemm fl-Abbozz ta' Liġi ħareġ waqt il-proċess ta' konsultazzjoni, jew li kien hemm xi ħadd li waqt il-proċess ta' konsultazzjoni ppropona din it-tip ta' soluzzjoni.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk il-Gvern jispjegalna min ħareġ b'din is-soluzzjoni li qed tidher f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jista' jkun li d-deċiżjoni sussegwenti, mhux tal-Federation of Estate Agents imma d-deċiżjoni \"Rosette Thake kontra l-Kummissjoni Elettorali\" ġabet tibdil fil-ħsieb tal-Gvern u tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u għalhekk kien hemm din il-bidla.", "Però naħseb li l-Gvern għandu jkun ċar u jgħid li fil-proċess ta' konsultazzjoni kellu pożizzjoni, waqt il-proċess ta' konsultazzjoni ħadd ma ġie b'soluzzjoni, imma li, sussegwentament, il-pożizzjoni tal-Gvern u ta' dawk li taw sehemhom fil-proċess ta' konsultazzjoni inbidlet totalment minħabba t-tali raġunijiet.", "Jien nissuspetta li dan it-tibdil sar minħabba d-deċiżjoni li għadni kif għamilt referenza għaliha.", "Sur President, il-proposti mressqa f'dan l-Abbozz ta' Liġi jmorru ferm oltre dak li huwa meħtieġ biex jissodisfa dak li ddeċidiet dwaru l-Qorti Kostituzzjonali.", "Il-Qorti Kostituzzjonali qalet li penali amministrattiva ma tistax tiġi imposta minn awtorità pubblika, li mhijiex Qorti għall-finijiet tal-Artikolu 39, Subartiklu 1, tal-Kostituzzjoni.", "Però, il-fatt li issa qed jiġi propost li anke, pereżempju, compliance order biex jitneħħa unfair term tiġi riferuta lill-Qorti, imur ferm oltre minn dak li ddeċidiet dwaru l-Qorti Kostituzzjonali.", "Dan għaliex, fejn għandek compliance order, m'għandekx multa amministrattiva.", "Jekk xejn, il-parti tas-sanzjoni tidħol jekk il-compliance order ma tiġix obduta u jinħarġu l-penali; imma, fl-ewwel fażi tagħha, m'għandekx penali imma ordni fejn, b'dan l-Abbozz, issa wieħed irid imur il-Qorti.", "Żgur li l-Qorti Kostituzzjonali ma daħlitx f'dan il-punt.", "Sur President, diġà għamilt referenza għat-tliet snin li għaddew mid-deċiżjoni tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali Kompetizzjoni, fejn l-MCCAA kienet effettivament impotenti biex timponi sanzjonijiet.", "Din mhijiex sitwazzjoni aċċettabbli li f'pajjiżna ikollok awtorità ta' dik il-portata li għal tliet snin tkun impotenti!", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed jiġi propost li l-Competition and Consumer Appeals Tribunal jiġi kkanċellat u postu jittieħed mis-Sezzjoni tal-Kummerċ fil-Qorti Ċivili.", "Naħseb li setgħet tiġi kkonsidrata l-possibilità li dan it-tribunal speċifiku u speċjalizzat li jaħdem f'dawk l-oqsma jiġi riformat.", "L-irwol tal-esperti mhuwiex dak ta' imħallfin, u għalhekk is-security of tenure fuq dak it-tribunal jibqa', però mingħajr id-dritt tal-vot.", "F'dak il-każ, ikun l-imħallef li jiddeċiedi waħdu, li jfisser li l-imħallef għandu l-poteri kollha, imma għandu wkoll l-għajnuna tal-esperti fl-oqsma tekniċi biex tingħata l-aħjar deċiżjoni.", "B'hekk ikun hemm forum li jkun jispeċjalizza fil-qasam.", "Naħseb li, meta tiġbor kollox, l-Abbozz ta' Liġi jonqos milli jħares lejn il-problema b'mod komprensiv.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se joħloq preċedent fir-rigward ta' awtoritajiet pubbliċi oħrajn.", "Nafu li ġejjin deċiżjonijiet oħrajn tal-Qorti Kostituzzjonali, u kull darba se jkollna niġu fil-Parlament biex insibu soluzzjoni ad hoc għal dik l-awtorità partikolari.", "Naħseb li fi tliet snin kellna nsibu soluzzjoni komprensiva.", "Ikun tajjeb jekk fil-winding up is-Segretarju Parlamentari jgħidilna x'intenzjoni għandu l-Gvern f'dan ir-rigward, speċjalment meta se jkun hemm kawżi kostituzzjonali oħrajn, kif fil-fatt ġara fil-każ tal-Uffiċċju tal-Konsumatur.", "Sur President, nibqa' nsostni li dan l-Abbozz ta' Liġi ma joffrix soluzzjoni komprensiva għad-diversi deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Pereżempju, fl-Objects and Reasons tal-istess Att hemm referenza għal żewġ sentenzi tal-Qrati Kostituzzjonali, waħda li diġà semmejnieha kemm-il darba, is-sentenza tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali Kompetizzjoni, tat-3 ta' Mejju 2016, u s-sentenza li għamilt referenza għaliha jien, \"Rosette Thake kontra l-Kummissjoni Elettorali\", tat-8 ta' Ottubru 2018.", "Però għal dak li qalet is-sentenza \"Rosette Thake kontra l-Kummissjoni Elettorali\" ta' Ottubru 2018, dan l-Abbozz ta' Liġi, għalkemm isemmiha fl-Objects and Reasons, ma joffri l-ebda soluzzjoni!", "Dan ifisser li l-Abbozz ta' Liġi mhux qed jindirizza dak li qalet dik is-sentenza.", "Għalhekk, nerġa' nsostni li dan l-Abbozz ma joffrix soluzzjoni komprensiva.", "Fl-opinjoni tiegħi, is-soluzzjoni trid tkun waħda komprensiva u mhux soluzzjoni li hija ffokata biss fuq Liġi tal-kompetizzjoni u l-konsumatur.", "Irrid infakkar li se jkollna nemendaw kull liġi li tiġi sfidata, fuq il-bażi li l-istess liġi tagħti poter lil xi awtorità partikolari li timponi multi amministrattivi.", "Naħseb li din id-diffikultà tista' tiġi solvuta b'emenda komprensiva tal-artikolu 39 (1) tal-Kostituzzjoni.", "Però rrid inkun ċar li l-emenda ma trid tnaqqas xejn mid-drittijiet fundamentali tal-individwu jew tal-persuna ġuridika; anzi, jekk nistgħu, għandna nżidu d-drittijiet tal-persuna.", "Sur President, f'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm emendi sostanzjali għall-Kap.", "378 u Kap. 379.", "Dawn huma żewġ liġijiet importanti ħafna, li huma l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.", "Naħseb li għaċ-ċarezza, biex wieħed ikollu referenza ċara, huwa importanti li wieħed jikkonsidra jekk għandux jikteb dawn iż-żewġ liġijiet mill-ġdid, sabiex ikunu aktar komprensivi u ċari b'mod li wieħed jista' jagħmel referenza għalihom.", "Però dik hija xi ħaġa kożmetika li tista' ssir matul ix-xhur li ġejjin.", "Sur President, nixtieq nagħlaq b'żewġ suġġerimenti żgħar.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi, għamilt referenza għall-fatt li għalkemm kien hemm it-talba biex ikun hemm dikjarazzjoni li l-Liġi tikser ukoll l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qorti Kostituzzjonali qalet li dak l-Artikolu ma jinkisirx.", "B'hekk għandna dikjarazzjoni finali u ċara mill-Qorti Kostituzzjonali li dak l-Artikolu mhux qed jinkiser.", "Għalhekk wieħed jista' faċilment jikkonsidra li dak l-Artikolu, jew kliem simili għal dak li hemm f'dak l-Artiklu, jidħol fil-Kostituzzjoni tagħna fejn jidħlu dan it-tip ta' awtoritajiet.", "Mhux se noqgħod naqra l-Artikolu 6 tal-ECHR, però l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li dak l-Artikolu ma jinkisirx.", "L-emendi jiffokaw fuq is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta' tliet snin ilu, tal-Federation of Estate Agents.", "Però la qed isiru dawn l-emendi, nissuġġerixxi li jsir titjib ieħor.", "Forsi wasal iż-żmien li naraw jekk il-kompetenza tal-Consumer Claims Tribunal għandhiex titla' minn €3,500 għal ammont iktar realistiku.", "Illum għandna t-Tribunal għat-Talbiet iż-Żgħar li jisma' każijiet sa €5,000.", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar tribunal speċjalizzat, u għalhekk nemmen li l-kompetenza ta' dan it-tribunal għandha tiżdied ukoll.", "Hemm ukoll l-estensjoni tal-Collective Proceedings Act, li huwa Att importanti, li jmiss mal-liġijiet kollha relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni, u mhux ma' dawk biss infurzati mad-diretturi ġenerali tal-MCCAA.", "Bħalissa dan l-Att huwa relatat biss ma' dak li huwa infurzat mid-diretturi ġenerali tal-MCCAA.", "Forsi wasal iż-żmien li l-Collective Proceedings Act ikun japplika wkoll għal dawk il-liġijiet relatati mal-konsumatur imma li jaqgħu, pereżempju, taħt il-Malta Tourism Authority.", "Hawn jiġini f'moħħi l-Avviż Legali 409.02 li jitkellem dwar it-time share, u l-Avviż Legali 409.19 li jitkellem dwar it-travel package.", "Qed insemmi dawn l-avviżi legali bħala eżempju, imma bħalhom hemm oħrajn fejn wieħed ikun jista' japplika d-dispożizzjonijiet tal-Collective Proceedings Act.", "Sur President, nikkonkludi billi ngħid li b'dan l-Abbozz ta' Liġi qegħdin immissu oqsma importanti ħafna li, kif għedt, ma naħsibx li f'pajjiżna nagħtuhom biżżejjed importanza.", "Nixtieq li dawn l-oqsma jkunu aktar fuq l-aġenda mhux biss ta' dan il-Parlament, imma anke fuq l-aġenda tad-diskussjoni pubblika.", "Dawn huma oqsma li, jekk jittieħdu deċiżjonijiet tajbin dwarhom, igawdu minnhom il-konsumaturi kollha!", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, l-ewwel nett, nibda billi nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista għal dawn l-emendi għal żewġ Atti importanti u Atti anċillari u kapitli oħrajn tal-liġi anċillari li kien hemm bżonn jiġu emendati.", "Illum qed nitkellmu fuq il-Liġi dwar il-Konsumatur u l-Att dwar il-Kompetizzjoni.", "Dan huwa suġġett importanti ħafna, għaliex jolqot lill-konsumatur u 'l-operaturi f'diversi swieq.", "Dan l-Abbozz għandu effett ekonomiku importanti, kif ukoll għandu effett importanti mill-aspett ta' protezzjoni tal-konsumatur.", "Tajjeb li nserrħu ras kulħadd li ħafna mill-emendi huma proċedurali.", "Mill-aspett ta' liġi u drittijiet li kellu l-konsumatur, dawn għadhom l-istess.", "Anzi, jien ngħid li tjiebu.", "Aktar 'il quddiem, se jkolli l-opportunità li nirribatti xi punti li għamel l-Onor.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi proċeduralment, jagħti poteri u jiddelinea aktar b'mod ċar il-poteri li għandu jingħata d-Direttur Ġenerali u l-poteri li jħarsu d-drittijiet ta' min ikun indagat.", "Illum il-ġurnata, nitkellmu ħafna dwar is-saltna tad-dritt; però, xi kultant nibda nissuspetta li ħafna nies lanqas jifhmu eżattament xi tfisser.", "Parti importanti mis-saltna tad-dritt huwa l-prinċipju tal-equality of arms, li huwa prinċipju sogrosant proċedurali.", "L-equality of arms ifisser li jekk inti sejjer tiġġieled, iż-żewġ partijiet għandhom ikollhom l-istess armi.", "Fuq livell ta' qorti, iż-żewġ partijiet irid ikollhom l-istess proċedura biex jisimgħu u jirribattu l-każ.", "B'hekk ikollok sitwazzjoni fejn iż-żewġ partijiet jingħataw l-istess opportunitajiet.", "Dan il-prinċipju ta' smigħ ġust, li nsibuh fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea Dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, huwa importanti ħafna.", "L-Onor.", "Chris Said qalilna li l-Gvern kaxkar saqajh.", "Jekk irridu mmorru għall-battuti politiċi, ngħidlu li l-Liġi ilha hemm mill-2011 u l-Kostituzzjoni ilha hemm mill-1964.", "Jekk nagħtu l-benefiċċju tad-dubju u ngħidu li l-Artikolu 39 ma kienx hemm, però jibqa' l-fatt li pajjiżna ilu firmatarju tal-Konvenzjoni mill-1987.", "Dawk l-artikoli kienu hemm meta Gvern Nazzjonalista għamel il-Liġi fl-2011.", "Illum il-Qorti qed tgħid li l-liġi li saret fl-2011 ma kenitx konformi mal-Kostituzzjoni, għax ma tagħtix dritt ta' smigħ xieraq lil min qed ikun indagat.", "Qed nuża kliem sempliċi biex jifhimni kulħadd.", "Għalhekk, jekk hawn xi ħadd li kaxkar saqajh, ma naħsibx li kien is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, lanqas ma kienu n-nies fl-entità tal-kompetizzjoni jew il-Gvern.", "Però, kif nafu, kien hemm żviluppi ta' ġurisprudenza, b'żewġ sentenzi kostituzzjonali, li ovvjament influwenzaw kif din l-entità topera u x'għandha tkun il-proċedura li tintuża.", "Għalhekk pajjiżna bilfors kellu jirregola ruħu skont sentenzi kostituzzjonali.", "Irrid ngħid li jekk is-sentenzi ma jiġux implimentati, l-Oppożizzjoni tgħid li bħala Gvern qed nimxu mal-Qorti Kostituzzjonali, imma mbagħad jekk membru tal-Eżekuttiv jgħarbel sewwa żewġ sentenzi importanti tal-Qorti Kostituzzjonali, li kienu l-każ tal-Federation of Estate Agents u l-każ ta' Rosette Thake fil-kapaċità tagħha li tirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni qed tgħid li l-Gvern mhux qed jimxi mal-Qorti Kostituzzjonali.", "Tajjeb li l-Oppożizzjoni tagħżel eżatt x'inhuwa l-argument tagħha!", "Dan huwa suġġett importanti u hawn ma naqbilx mal-Onor.", "Chris Said li dan is-suġġett ma jingħatax importanza f'pajjiżna.", "Dan is-suġġett ingħata importanza anke meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Il-Liġi tal-Kompetizzjoni, li hija importanti ħafna, saret fl-1995.", "Dan huwa qasam li jibqa' jiżviluppa, għalhekk ma tistax iżżomm liġi mill-1995 sal-lum mingħajr ma temendaha.", "Jekk inħarsu fuq livell Ewropew naraw li l-liġi tal-kompetizzjoni qed tinbidel u tingħata importanza mid-Directorate General Competition fuq livell ta' Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm suq intern li qed jaħdem fuq livell ta' stati membri.", "Il-kompetizzjoni għandha element trans-border, jiġifieri li tolqot l-istati membri differenti f'kummerċ li ma jsirx biss b'mod lokali, imma jsir fuq livell ta' bejn pajjiżi differenti f'suq intern.", "Din il-Liġi tal-Kompetizzjoni hija waħda sofistikata ħafna fuq livell ta' Unjoni Ewropea.", "Nemmen li dawn l-emendi li qed jitressqu se jkomplu jirfinaw l-istitut tagħna tal-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, mhux biss biex niġu konformi ma' dawn iż-żewġ sentenzi kostituzzjonali, però hemm emendi importanti għal aktar avvanz u titjib ta' dan l-istitut.", "Tajjeb li wieħed jgħid li dan l-istitut tal-kompetizzjoni ilu magħna għal ħafna snin.", "Fir-Repubblika Rumana, 50 sena qabel Kristu, ir-Rumani kienu ħarġu digriet biex ħadd ma jwaqqaf bastimenti fir-Repubblika Rumana li kienu jittrasportaw il-qamħ.", "L-għan kien li ma jħallu l-ebda żona tar-Repubblika Rumana mingħajr qamħ.", "Ovvjament, il-qamħ għadu jitkabbar sal-lum, imma dak iż-żmien il-qamħ kien materja prima importanti.", "Kif nafu, l-iskarsezza tal-qamħ kienet iġġib sitwazzjoni ta' għoli ta' prezzijiet, u anke black market.", "Dan jurina kemm ir-Rumani kienu avvanzati f'dawk iż-żmenijiet.", "Dan l-avvanz baqa' jiżviluppa fuq livell internazzjonali matul is-snin.", "Minn wara l-aħħar gwerra, kellna l-famuż ftehim GATT, li pprova jagħmel a level playing field u jiżviluppa regoli internazzjonali fuq livell dinji ta' kif għandhom iġibu ruħhom u jikkompetu pajjiżi u potenzi ekonomiċi differenti fid-dinja.", "Fl-1974 il-GATT żviluppa fil-World Trade Organisation.", "Din hija xi ħaġa internazzjonali li hija aktar irfinata u b'regoli stabbiliti bil-ħsieb li tipprova kemm jista' jkun tirregola l-kummerċ u l-potenzi ekonomiċi l-kbar biex ikun hemm a level playing field u regoli komuni li bihom il-pajjiżi jkunu jistgħu jikkompetu.", "Hawn qed ngħidu li jkun hemm kompetizzjoni, però din tkun b'sett ta' regolamenti li jkunu ċari.", "Il-liġi titkellem fuq anti-competitive practice.", "Tajjeb li nispjegaw eżattament x'inhuma dawn il-prattiċi.", "Fl-opinjoni tiegħi, hemm tmien tipi ta' prattiċi li mhumiex kompetittivi.", "L-ewwel prattika hija d-dumping.", "Dan iseħħ meta jkollok xi ħadd li huwa b'saħħtu fis-suq, ibigħ dak il-prodott bi prezzijiet verament baxxi, biex ovvjament il-konsumaturi jixtru dak il-prodott, bir-riżultat li jaqla' 'l barra kompetitur tiegħu jew ma jħallix lil ħaddieħor jidħol fis-suq.", "Prattika oħra hija dik li tissejjaħ exclusive dealing.", "Dan ġieli rajnieh jiġri anke lokalment u kien hemm ċensura fuqu.", "Hawnhekk il-bejjiegħ jgħidlek li jekk se tixtri prodott A mingħandu, se jagħmillek kuntratt li inti trid tixtri prodott A, B, C u D mingħandu bilfors u ma tistax tittratta mal-kompetitur tiegħu.", "Dan huwa exclusive dealing, li hija prattika oħra li ma tħallix kompetizzjoni u level playing field b'mod li kulħadd jista' jikkompeti b'mod liberu.", "It-tielet prattika hija dik ta' price fixing.", "Dan jiġri meta jkun hemm sitwazzjoni ta', pereżempju, tliet operaturi f'suq jew f'sub market partikolari, li jiftiehmu bejniethom li se jbigħu prodott bi prezz fiss u, jiġri x'jiġri, ma jikkompetux bejniethom.", "Huma jkunu kuntenti li qegħdin tlieta fis-suq u ma jkunux iridu lil ħaddieħor jidħlilhom f'dak is-suq.", "Hemm ukoll il-prattika li bl-Ingliż tissejjaħ refusal to deal, meta inti tiftiehem minn qabel li l-materja prima li għandek bżonn, pereżempju, mhux se tixtriha minn supplier partikolari.", "B'hekk inti lil dak is-supplier qatt ma tagħtih ċans li jidħol f'suq partikolari.", "Il-ħames prattika hija li inti tiddividi t-territorji u pereżempju tgħid li f'territorju A se topera b'mod u bit-tali prezz, mentri f'territorju B se tagħmel prezz ieħor.", "Dan jiġri f'pajjiżi ikbar minna.", "Kien hemm sitwazzjonijiet fejn operaturi pprovaw ma jħallux kompetizzjoni bejn operaturi oħrajn f'territorji differenti b'dan il-mod billi jispezzettaw f'territorji differenti u jagħmel regoli differenti għalihom.", "L-għan f'dan il-każ hu li wieħed ikollu kontroll u ma jħalli lil ħadd jidħol fis-suq.", "Is-sitt prattika hija dik tal-limit pricing, li tiġri l-aktar meta għandek suq monopolistiku.", "F'dan il-każ xi ħadd li jkollu monopolju partikolari jillimita l-prezz – li ħafna drabi jkun prezz aktar baxx minn dak li jkun hemm fis-suq – biex ma jħallix operatur ġdid jidħol fis-suq.", "Is-seba' prattika hija meta taqbad tliet prodotti li m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin, torbothom flimkien, u lill-konsumatur tgħidlu li biex jixtri A, irid jixtri B u C ukoll.", "Jekk il-konsumatur jgħidlek li jrid jixtri A biss, għax m'għandux bżonn prodotti B u C, l-operatur se jgħidlu le għax irid jixtrihom kollha flimkien.", "Din hija miżura kontra l-konsumatur u għalhekk hija miżura li mhijiex kompetittiva.", "It-tmien prattika hija r-resale price maintenance; buyers differenti jkunu xtraw prodott li se jerġgħu jbigħuh, imma jkun hemm ftehim li dawn ir-resellers iridu jbigħu bl-istess prezz bla ma jitħallew jiddeċiedu huma l-marġini tal-profitt tagħhom.", "Din hija prattika oħra li mhijiex kompetittiva.", "Qed insemmi dawn il-prattiċi biex min qed jismagħna jkun jaf fuq xiex qed nitkellmu.", "Sur President, nixtieq issa nindirizza xi punti li semma l-Onor.", "Chris Said, għax huwa importanti li jiġu ċċarati, anke biex inserrħu ras min qed jarana u jismagħna li l-liġi hija tajba u taħseb għalihom ukoll.", "L-Onor.", "Said qalilna li bħal qisu wasal iż-żmien li napplikaw id-deċiżjonijiet kostituzzjonali mill-ewwel jew ikun hemm terminu biex jiġu implimentati.", "Bħala pajjiż m'għandniex xi track record partikolari fejn jidħlu deċiżjonijiet kostituzzjonali, aktar u aktar meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Hawn insemmi, pereżempju, is-sentenzi li nirċievu mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kirjiet u ċ-ċnus.", "Għal snin sħaħ kien hemm konfużjoni legali totali f'dan il-qasam.", "Il-Gvern beda jirċievi sentenza wara oħra ma' wiċċu, iħallas il-kumpens, però l-liġi ma ġiet mibdula qatt.", "Bla dubju, naqbel mal-Onor.", "Said li dan huwa l-pass li jmiss, għax dan il-punt jissemma wkoll f'dak li qalet il-Kummissjoni Venezja.", "Però biex nagħmlu hekk irridu noqogħdu attenti għar-riperkussjonijiet soċjali li jista' jkollhom ċerti sentenzi li jingħataw.", "Minn banda, fil-prinċipju dan huwa tajjeb, però irridu noqogħdu attenti dwar l-impatt ta' ċerti sentenzi bħal, pereżempju, kif semmejt, fil-qasam tal-kirjiet u taċ-ċnus.", "L-Onor.", "Said tkellem ukoll dwar il-konsultazzjoni pubblika u qal li kien hemm tliet entitajiet li rrispondew għal din il-konsultazzjoni.", "Ma naħsibx li huwa tort tal-Gvern li għamel konsultazzjoni pubblika u rrispondew tlieta biss!", "Dan huwa suġġett tekniku u għalhekk huwa ovvju li se jkollok persuni jew entitajiet speċifiċi li jkollhom l-interess li jwieġbu għall-konultazzjoni pubblika.", "L-Onor.", "Said qalilna wkoll x'qalet l-Għaqda tal-Konsumaturi, li nifirħilha minn hawn għax- xogħol tajjeb li tagħmel.", "L-Onor.", "Said qalilna li għandu suspett għalie il-Gvern qed jagħmel din il-bidla, li trid tkun qorti li tiddeċiedi.", "Din il-bidla ma waqgħetx mill-qamar!", "Jekk tara l-għanijiet u r-raġunijiet tal-Abbozz ta' Liġi ssib li fosthom kien hemm is-sentenzi ta' Rosette Thake.", "F'dan il-każ, li kien ġie promoss mill-Eks Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Simon Busuttil, is-sentenza qalet bl-aktar mod ċar li trid tkun qorti li timponi multa.", "Fil-każ tal-Federation of Estate Agents kienet ġiet imposta multa ta' €1.2 miljun.", "Hemmhekk il-Qorti qalet li t-DGCom jinvestiga u jiddeċiedi hu.", "Fit-tieni każ ta' Rosette Thake kontra l-Kummissjoni Elettorali, is-sentenza tgħid li meta jkun hemm somom amministrattivi kbar, għandha tkun qorti li tiddeċiedi, għax il-qorti għandha l-imparzjalità.", "Fil-qorti għandek imħallef li ma nistgħux niġu hawn u naqbdu u nneħħuh.", "Il-Gvern, jekk ma togħġbux sentenza ta' mħallef, bl-ebda mod ma jista' jneħħih.", "F'termini legali, l-imħallef għandu s-security of tenure u huwa imparzjali.", "U s-sentenza ta' Rosette Thake, tajjeb jew ħażin, hija sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, fejn il-Qorti qed tgħid li trid tkun Qorti biex toħroġ dawn il-multi.", "Kien hemm bżonn li jsiru dawn l-emendi.", "Irrid ngħid li forsi l-Għaqda tal-Konsumaturi u l-Onor.", "Said ma rawx l-Abbozz ta' Liġi l-ġdid.", "Din il-liġi toffri miżuri intermedji billi, pereżempju, sakemm jinstema' l-każ, il-Qorti tista' twaqqaf prattika li mhijiex kompetittiva permezz ta' proċedura ad hoc li tieħu ftit ġimgħat, kemm il-darba dik il-prattika tkun ta' preġudizzju kbir għall-konsumatur.", "Għandek ukoll ordnijiet ta' restituzzjoni lill-konsumatur, li s'issa ħadd ma għamel referenza għalihom.", "Fil-każ ta' konsumatur li jkun tilef il-flus minħabba prattika li mhijiex kompetittiva, il-Qorti, fis-sentenza tagħha, tista' tagħtih ir-restituzzjoni lura.", "Mela l-operatur mhux biss ħa l-penali u ġie ċċensurat, imma għandu restituzzjoni.", "Hemm ukoll l-ordnijiet ta' tħaris magħmula mill-Qorti.", "Dan l-Abbozz qed jgħid li l-Qorti, fis-sentenza tagħha, tista' tgħid li klawsoli partikolari li jitniżżlu f'kuntratti bejn operatur u konsumatur – pereżempju, fejn jeżentaw lill-konsumatur minn ċerti responsabilitajiet partikolari – mhumiex kompetittivi u tordna kif għandhom jinkitbu.", "Mhuwiex minnu li se noqogħdu nistennew is-sentenzi tal-Qorti biss; però, hemm interim measures li jistgħu jittieħdu.", "Wara kollox, il-liġi trid tkun konformi mas-sentenzi kostituzzjonali.", "Jien nirrispetta ħafna lill-Għaqda tal-Konsumaturi għax, kif għedt, tagħmel xogħol tajjeb ħafna.", "Però l-Abbozz ta' Liġi kellu jinbidel.", "Dan huwa Gvern li jisma' u f'dan il-każ baqa' jisma'.", "Però jekk għandek sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, bilfors li l-liġi trid tiġi emendata biex tkun konformi.", "Dan hu dak li għamel is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u l-istaff tiegħu, inkluż is-Sinjura Helga Pizzuto u s-Sur Mangion, li nirringrazzjahom minn hawn tax-xogħol tajjeb li qed jagħmlu.", "Seta' kien hemm proċess aktar spedit?", "Iva, però rridu naraw li jkollna ċertu bilanċ biex waqt il-kawża jittieħdu wkoll ċerti miżuri.", "L-Onor.", "Chris Said qal ukoll li għandna nemendaw il-Kostituzzjoni, biex ma noqogħdux naraw awtorità u oħra kif taħdem.", "Fl-2016, tressaq dan l-Abbozz ta' Liġi, u dakinhar l-Onor.", "Clyde Puli kien oġġezzjoni għall-Abbozz ta' Liġi kif kien u li għandha tiġi emendata l-Kostituzzjoni biex l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni jiġi bħall-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni li ffirmajna fl-1987.", "Se nkun ċar, mill-aspett akkademiku, jien naqbel mal-Onor.", "Puli li m'għandniex nemendaw il-Kostituzzjoni, għaliex jekk l-Artikolu 39 jagħti aktar garanziji mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni, fil-fehma tiegħi, għandna nżommu l-Kostituzzjoni li għandna.", "Però l-Oppożizzjoni trid tiddeċiedi jekk tridx li nemendaw il-Kostituzzjoni jew le.", "F'dan il-każ, l-Onor Said mhux jaqbel mal-Onor.", "Puli, mal-Avukat Ġenerali u mad-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, il-Professur Kevin Aquilina, li fl-2016 kien qal li l-Gvern went too far meta ppropona l-emenda fil-Kostituzzjoni.", "Dan huwa Gvern umli u li jisma', u għalhekk reġa' mar lura to the drawing board biex għamel din il-liġi.", "Kien hemm bżonn li niddeċiedu dwar dawn l-emendi.", "B'kull rispett lejn l-Għaqda tal-Konsumuturi, ma jfissirx li għax tkellmet din l-għaqda, għandna nimxu ma' dak li qed tgħid mingħajr ma nieħdu konjizzjoni ta' din is-sentenza, li jidhirli ngħatat f'Awwissu 2018.", "Din is-sentenza biddlet il-goal posts totalmenti.", "Irrid ngħid li din is-sentenza kontra l-Kummissjoni Elettorali, li stabbiliet dan ir-rekwiżit, issorprendiet anke lili.", "Dan huwa rekwiżit iebes, però hawn qed nitkellmu dwar sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Meta nitkellmu dwar is-saltna tad-dritt, qed nitkellmu wkoll dwar il-prinċipju li jekk il-Qorti Kostituzzjonali tagħti sentenza, irridu nimxu magħha.", "Però mbagħad ma jistax jiġi l-Onor.", "Said u jgħidilna biex nibdlu l-Kostituzzjoni.", "Jew se nimxu mal-Qorti Kostituzzjonali, jew se nagħmlu dak li jiġi f'moħħna, jew se nagħmlu bilfors eżatt dak li tgħidilna l-Għaqda tal-Konsumaturi!", "Sur President, irrid inkun ċar u nserraħ ras kulħadd li b'dan l-abbozz il-konsumatur żgur li ma tilef xejn.", "Però, proċeduralment se jkun hemm titjib.", "Pereżempju, hemm il-protezzjoni ta' sigrieti kummerċjali; għalkemm tkun qed tinstema' l-kawża, hemm proċedura li tipproteġi dawn is-sigrieti kummerċjali.", "Meta hemm perkwiżizzjoni, jiġifieri meta d-DG għandu bżonn warrant ta' maġistrat u jagħmel search, dan huwa parallel għal kif jagħmel membru ta' pulizija eżekuttiva, liema proċedura tara li l-persuna li qed tiġi indagata tkun salvagwardjata.", "Niskanta kif dawn l-affarijiet mhux qed jissemmew!", "Din il-liġi hija avvanz kbir, u għalhekk minn hawnhekk nerġa' nifraħ lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, għax quddiemna għandna liġi li saret b'ħafna ħsieb.", "Din il-liġi għamlet balancing act formidabbli bejn dak li qalet il-Qorti Kostituzzjonali li għandu jiġi osservat, il-protezzjoni tal-konsumatur li hija paramount f'dan is-suġġett, u fl-istess ħin qed tipproteġi wkoll lill-operatur.", "Ħafna drabi, l-operatur ikun ġej minn negozju żgħir jew medju; mhux bilfors ikun ġej minn xi kumpanija multinational.", "Jista' jkun li xi darba, l-operatur ikun xellef daqsxejn subgħajh mal-liġi, imma b'daqshekk mhux se taqa' d-dinja.", "Aħna mhux qegħdin hawnhekk biex nagħmlu ġudizzju mill-operaturi.", "Bil-maqlub, il-liġi trid tipproteġi wkoll ċerti affarijiet li jagħmel l-operatur, is-sigrieti kummerċjali li jkollu u li forsi ma jkunx irid jiżvelahom, u d-dritt li jagħti l-verżjoni tiegħu tal-affarijiet.", "Dan ifisser li l-prinċipju sagrosant, li hawn min isejjaħlu l-prinċipju tal-ġustizzja naturali jew equality of arms, huwa salvagwardat.", "F'kull mument, l-operatur jagħmel ir-rappreżentazzjoni tiegħu u, anke qabel ma tiġi imposta xi interim measure, hemm żmien biex l-operatur jagħti risposta, għax dik se toħloqlu preġudizzju fl-operat tiegħu.", "Huwa proprju għalhekk li din il-liġi hija bilanċjata.", "Sur President, kien pjaċir tiegħi li dħalt f'din il-liġi u studjajtha.", "Nerġa' nirringrazzja lin-nies kollha li ħadmu biex sar dan l-abbozz li, m'għandix dubju, se jkollu ħajja twila, b'suġġett li għandu aspett nazzjonali, Ewropew u anke internazzjonali.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, f'dan id-dibattitu, għalkemm qegħdin niddibattu bejn in-naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni, żgur li ma nistgħux ngħidu li hija kwestjoni ta' jekk għandux raġun il-Gvern jew jekk għandhiex raġun l-Oppożizzjoni.", "Hawn mhux qed nitkellmu dwar l-ideali, għalkemm is-Segretarju Parlamentari li ressaq dan l-abbozz, l-Onor.", "Zammit Lewis kollha tkellmu dwar l-ideal ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Però, l-ideal hu li naraw il-punt minn fejn tlaqna.", "Se nitkellem f'awla ta' avukati bil-lingwa tan-nies biex jifhimni kulħadd.", "F'pajjiżna għandna l-Kostituzzjoni u l-Qorti tħarisha bħala l-liġi primarja li tirregola l-liġijiet l-oħrajn konsegwenzjali għal dak li qed tgħid il-Kostituzzjoni.", "Huwa fatt li l-Gvern ħa tliet snin biex ressaq dan l-abbozz.", "Kien hemm deċiżjonijiet importanti f'dawn it-tliet snin li l-Gvern seta' ħa u ma ħax.", "Huwa fatt li llum, il-Gvern huwa komponent ewlieni fis-suq li jrid jirrendi kompetizzjoni ġusta.", "Huwa fatt ukoll li ħafna drabi l-Gvern bħala service provider ikun qiegħed iwettaq kompetizzjoni inġusta u ma tista' tagħmillu xejn.", "Huwa fatt li, minkejja l-kliem sabiħ li qal is-Segretarju Parlamentari fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu biex spjega kemm hi importanti l-Liġi tal-Kompetizzjoni Ġusta u kemm huwa indispensabbli għall-ekonomija li jkollok ambjent san u ġust, għandna Gvern li jaġixxi b'ċertu mod.", "Hawn irrid inkun ċar li qed nirreferi għal kull gvern.", "Però llum hawn dan il-Gvern li suppost ġie elett biex ikun aħjar minn ta' qablu.", "Issa, jekk dan il-Gvern mhux qiegħed ikun aħjar minn ta' qablu, nonqsu kemm-il darba ma nikkritikawhx.", "Bħala Oppożizzjoni, irridu nuru li jekk ningħataw ir-responsabilità li niggvernaw, ikollna viżjoni mill-ewwel ġurnata u mhux niskantaw dwar x'se nagħmlu.", "Żgur li ladarba l-Gvern huwa fornitur ewlieni ta' ċerti servizzi li jingħataw lill-konsumatur, ma nistgħux nibqgħu nkunu aħna li nipprovdu cartel.", "Fatt jew mhux fatt li minkejja dak kollu li qal is-Segretarju Parlamentari fuq kemm hi indispensabbli għall-ekonomija li jkollna kompetizzjoni ġusta, f'dan il-pajjiż għandna cartel meta niġu għall-prezz li l-konsumatur iħallas għall-fuel, id-diesel u l-petrol, fost l-oħrajn?", "Huwa fatt li kien se jkun hemm deċiżjoni importanti dwar jekk il-pompi tal-petrol għandhomx jibdew ibigħu l-petrol u d-diesel bi prezz differenti minn xulxin, kif jiġri barra minn Malta?", "Huwa fatt li aħna għandna suppliers differenti, imma l-Enemed jew entità oħra tal-Gvern, tistabbilixxi l-prezz?", "Huwa fatt li llum l-uniku service provider għall-enerġija hija l-ARMS Ltd?", "Huwa fatt li llum il-Gvern jista' jtella' persuna l-Qorti?", "Fil-qasam tas-saħħa, illum għandna barranin li jħallsu għas-servizz u, jekk ma jħallsux, jitellgħu l-Qorti.", "Fil-leġiżlazzjoni hemm miktub li jekk xi ħadd irid iressaq appell fuq kuntratt, bħal, pereżempju, dwar xiri ta' passaġġ bl-ajru mill-Air Malta, l-individwu jrid imur quddiem il-kompetizzjoni ġusta … Qed ngħid dan biex nuri li huwa fatt li jekk il-Gvern mhux cartel, huwa għandu pożizzjoni dominanti fis-suq.", "Għalhekk jien nispekola li l-Gvern kien qabillu li dam tliet snin biex żamm din l-Awtorità bħala ineżistenti!", "Din hija battuta politika, imma bbażata fuq realtà politika.", "Qed ngħid dan għaliex naħseb li l-Gvern kaxkar saqajh biex ressaq din il-leġiżlazzjoni, u f'dawn it-tliet snin il-konsumatur Malti ma kienx verament issalvagwardjat.", "Sur President, il-Kostituzzjoni tat il-verżjoni tagħha.", "Jidher li hemm żewġ manjieri ta' loġika.", "L-ewwel, li nemendaw il-Kostituzzjoni u naraw x'effett jista' jkollha tali deċiżjoni.", "It-tieni, li ma nemendawx il-Kostituzzjoni u nwettqu dawn l-emendi li tressqu quddiem din il-Kamra.", "Tista' tkun Nazzjonalist jew Laburist u tgħid li l-ideal hu li temenda l-Kostituzzjoni, kif ipprununzjat l-Għaqda tal-Konsumaturi.", "Però, fl-istess ħin, jista' jkollok min – bħal f'dan il-każ, il-Gvern – li jgħid li l-aħjar loġika hi li temenda liġijiet partikolari.", "Però, minn hawn issa rridu nitilqu għat-tieni pass.", "Issa m'aħniex iżjed niddiskutu l-ideal, imma qed niddiskutu l-liġi.", "Mela issa nafu eżatt dak li qiegħed jiġi ppreżentat quddiemna mill-Gvern, qed niddiskutu t-Tieni Qari, u fl-istadju ta' Kumitat inkomplu nirfinaw din il-liġi.", "Però f'dan l-istadju ta' diskussjoni l-Gvern m'għandux jieħu għalih jekk ikun hawn min jgħid li tajjeb nifhmu eżattament dwar xiex qed niddiskutu.", "Dan hu l-punt li qed nipprova nagħmel jien.", "Tajjeb li naraw, effettivament, x'se jiggwadanja l-konsumatur minn din il-leġiżlazzjoni li qegħdin irressqu.", "Issa m'għadniex aktar nitkellmu fuq l-ideal, għax issa l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jressaq dawn l-emendi.", "Però rrid nara x'se jgħid id-Dekan tal-Liġi meta jara din il-leġiżlazzjoni.", "Issa tlaqna mil-livell ta' konċett u mxejna għal-livell tar-realtà.", "Għalhekk qed nesprimu l-preokkupazzjonijiet tagħna b'mod konkret u mhux aktar b'mod ideoloġiku.", "L-għan hu li jekk jista' jkun hemm bżonn ta' xi emendi, dawn isiru biex nagħmlu l-liġi aħjar milli hi.", "Waħda mill-ewwel riperkussjonijiet li tbeżżagħna hija proprju li l-Awtorità mhux se tibqa' awtorità.", "Nibża' li filwaqt li dawn l-emendi qegħdin jagħtu poter lill-Qorti, issa se naraw id-DG li se jieħu l-warrant mingħand il-maġistrat u se jkollu l-poter biex jinvestiga, bħal pulizija, bħalma jiġri f'kull każ ieħor tal-Pulizija.", "Għalissa qed nipprovaw naraw kif se jaħdem dan il-konċett fir-realtà; però, tajjeb naraw ukoll x'se jiġri sussegwentament.", "S'issa, għadna fi stat fejn nistgħu niddiskutu u nikkoreġu, però ladarba din il-liġi tidħol fis-seħħ, trid tiġi applikata, sakemm ma nerġgħux niġu f'din il-Kamra u nemendawha.", "Tajjeb li nistaqsu: Il-konsumatur se jkun aħjar milli hu llum?", "Wisq probabbli, l-Għaqda tal-Konsumaturi tkellmet kif tkellmet mhux għax għadha qed titkellem fuq livell ta' konċett dwar x'inhu l-aħjar, jekk immorrux għall-emendi tal-Kostituzzjoni jew tal-liġijiet, imma għax qed tara l-affarijiet fuq livell ta' realtà.", "Kif qal l-Onor.", "Chris Said, għandna liġi ta' importanza kbira li f'pajjiżna ftit li xejn nagħtu kasha, sakemm xi ħadd ma jkunx irid joħloq każ u jużaha.", "Niftakar li meta kont għadni fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, kellna l-każ dwar ix-xandiriet tal-logħob tal-futbol, għaliex kważi kien hawn monopolju li ċerti logħob kien qiegħed jurih stazzjon u mhux ieħor.", "Waħda mill-ikbar laqgħat li kelli bħala President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet proprju mal-istakeholders kollha tal-istazzjonijiet li juru l-futbol; konna attendejna seduta fil-bini tal-Qorti ppreseduta mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ġusta.", "Dak iż-żmien forsi ma konniex armati biżżejjed legalment, u stajna tlifna l-każ jew baqa' sine die biex ma nitilfuhx uffiċjalment.", "Insejt id-dettalji kollha tal-każ, però għadni niftakar il-kawża u qed nara xi esperti hawnhekk li żgur għadhom jiftakru dak il-każ.", "Kienet kawża sinċiera ħafna għaliex, kif għedt, kważi kien hawn monopolju tal-istazzjon televiżiv tal-Istat li juri ċertu logħob.", "Din kienet il-verità!", "Il-mistoqsija li rridu nsaqsu hi: B'dawn l-emendi, il-poter tal-konsumatur se jiżdied jew le?", "Ejja nipprovaw ngħaddu din il-liġi mit-test, bħal ajruplan qabel ma jibda jtir, biex naraw kif din il-liġi se taħdem fir-realtà.", "Nixtieq li meta niġu għad-diskussjoni tat-Tielet Qari, tkun mistiedna wkoll l-Għaqda tal-Konsumaturi biex ikollna diskussjoni aktar miftuħa.", "F'din il-liġi għandek l-informazzjoni kollha rigward il-penalitajiet: imma, fir-realtà, il-konsumatur kif se jintlaqat?", "Biex nagħti eżempju, jekk xi ħadd jiddeċiedi li jressaq każ għaliex għandna cartel għaliex l-Enemed tistabbilixxi l-uniku prezz għall-fuel, x'se jiġri?", "Illum il-ġurnata, għandek min ma jridx jidħol il-qorti, għax jaqta' qalbu mill-ispejjeż jew mill-proċeduri tal-qorti.", "Għandna nies li jipprovaw ma jersqux il-qorti u jgħixu bit-tort.", "Għandna konsumaturi li lanqas biss jersqu quddiem l-Awtorità tal-Konsumatur.", "Il-mistoqsija tad-deheb hija: B'dawn l-emendi, se mmorru pass 'il quddiem jew lura f'dak li huwa dritt tal-konsumatur?", "Hawn mhux qed nitkellem ta' avukat, għax m'iniex; imma qed nitkellem f'isem il-poplu.", "In-numru ta' issues li se jiġu diskussi biex il-konsumatur Malti jkun veru protett se napplikawhom fir-realtà li jgħixu n-nies ta' kuljum?", "Kif se jintlaqat b'dawn l-emendi min għandu pożizzjoni dominanti fis-suq?", "Jien nibża' li se jkollna Awtorità li suppost ħadmet, imma għax ma ħadmitx qegħdin inġibuha f'sitwazzjoni li ma taħdimx aktar milli ħadmet.", "Hawn mhux qed nagħmel kritika partiġjana, imma qed nitkellem f'isem in-nies, għax dan hu l-Parlament tan-nies.", "Din mhijiex kwestjoni ta' Laburist jew Nazzjonalist.", "Bl-ebda mod ma qed nagħmel battuta politika, għax jekk se noqogħdu nitgħajru bejnietna, il-konsumatur Malti se jibqa' dejjem passi wara l-konsumatur f'pajjiżi oħrajn; hekk kien u għada pitgħada jista' jispiċċa għoxrin pass wara.", "Naħseb li l-Għaqda tal-Konsumaturi għandha istess preokopazzjoni li għandi jien.", "Niġi biex nagħmel it-tielet punt.", "Jekk in-norma tal-Gvern se tibda' tkun li jrid jagħmel ġustizzja aħjar, ejja naħdmu lkoll flimkien.", "Però rrid infakkar li meta kien hemm każ ta' konsumaturi li tellgħu lill-ARMS Ltd il-qorti, min kien responsabbli mill-ARMS Ltd kien qiegħed jeħodha kontra l-klijenti li jieħdu l-każ tagħhom il-qorti.", "Hawn qed nitkellmu fuq l-istess Gvern li huwa responsabbli mill-ARMS Ltd.", "Mela għandna Gvern li qed jersaq b'din il-loġika permezz ta' dawn l-emendi, waqt li fl-istess ħin għandna l-istess Gvern taħt Ministeru ieħor li jaġixxi bil-maqlub.", "Miegħi għandi r-rapport li deher fit-Times of Malta tal-11 ta' Frar 2019 bit-titlu: Court will continue hearing ARMS billing challenge.", "F'dan l-artiklu naqraw li min hu responsabbli, f'isem il-Gvern, fi ħdan l-ARMS sfida lil dawn in-nies milli jidhru quddiem il-qorti, u l-qorti kellha tinnega x'kienu qegħdin jitolbu l-uffiċjali tal-ARMS, li skonthom dawn il-klijenti ma setgħux jersqu l-qorti biex jisfidaw kont tal-ARMS.", "Qed ngħid dan għax hu importanti li naraw kif se jaħdmu dawn l-emendi fil-prattika.", "Forsi qed ngħidu li kull proċedura legali li tista' timponi pieni se tibda tidher quddiem il-qorti?", "Iva, hekk qegħdin ngħidu!", "Tajjeb!", "Mela, fi żmien għaxar snin oħra rridu nkabbru l-qorti!", "Jekk xi ħadd irid jikkoreġi dak li qed ngħid, nagħtih il-fakultà tal-point of order.", "Wara kollox, hawn qegħdin niddiskutu.", "Però jekk se nagħmlu dan, qisna qed ngħidu li fil-qasam tas-saħħa, se nagħlqu l-bereġ kollha li għandna f'pajjiżna u nħallu biss Mater Dei jaħdem!", "Din hija r-riflessjoni li qed jagħmlu n-nies fit-triq.", "Kif qal l-Onor.", "Chris Said, jekk l-Awtorità tal-Ippjanar se twaħħalni piena li jien ma togħġobnix, nista' mmur quddiem il-qorti u permezz tal-avukati tiegħi ngħid li se nimxi fuq il-preċedent tal-kawżi l-oħrajn li kien hemm, bħal tal-Kummissjoni Elettorali u tar-real estate agents, u nimpedixxi lill-Awtorità tal-Ippjanar milli timponili din il-piena.", "L-istess, jekk l-Awtorità tat-Turiżmu timponi fuqi piena, biex jien inwaqqaf dik il-piena mmur quddiem il-qorti u niftaħ kawża.", "Però, fid-dawl ta' dan kollu, il-Gvern lest biex f'daqqa waħda, jemenda dawn is-sistemi kollha?", "Hemm bżonn li jkollna viżjoni, kelma li dan il-Gvern ma jimpurtahx minnha.", "Din il-leġiżlazzjoni hija parti minn vizjoni, jew hija biss patch work?", "Jew inkella qegħdin naraw lill-Gvern jaħdem bl-udit?", "Jew qegħdin naraw Ministru jaħdem mod u Ministru ieħor jimxi b'mod differenti?", "Jien ħdimt f'Kabinett u naf li xi kultant ikollok tellieqa bejn il-Ministri jew wieħed jifhem mod u l-ieħor jifhem mod ieħor!", "Jekk il-Qorti qed tindika li l-Kostituzzjoni għandha tiġi riveduta, il-Gvern kollu huwa miexi f'dik id-direzzjoni?", "Hemm viżjoni koordinata biex nimxu f'dik id-direzzjoni?", "Jien l-unika risposta li naf s'issa hija waħda, dik li meta l-Prim Ministru kien ittantat mill-iżviluppaturi jitkellem fuq viżjoni, qalilhom li hu ma jemminx f'viżjoni, imma jaħdem mil-lum għal għada!", "Għandna Gvern li qiegħed jaħdem mil-lum għal għada jew għandna viżjoni?", "Nerġa' mmur lura lejn l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ġusta.", "Din l-Awtorità diġà kellha d-diffikultajiet tagħha biex toħroġ ċerti deċiżjonijiet, bid-DG li jaġixxi bħas-supretendent jew l-ispettur li jtella' każ il-qorti wara li jkun investigat.", "Però issa x'ser isir mir-responsabbiltà ta' din l-Awtorità?", "Il-Qorti hija esperta biżżejjed biex tiddeċiedi fuq il-Liġi tal-Kompetizzjoni?", "Is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dan l-Att semma li ħa l-eżempju tal-Awstrija, imma l-kompożizzjoni tal-qrati fl-Awstrija hija bħal dik tal-qrati tagħna?", "Fil-ġudizzju li kien ikollu jagħmel min hu responsabbli mill-kompetizzjoni ġusta kien ikollu numru ta' esperti miegħu biex jasal għad-deċiżjoni tiegħu.", "Issa d-deċiżjoni kif se tittieħed?", "L-Onor.", "Zammit Lewis qal li l-maġistrat għandu l-imparzjalità tiegħu.", "Aħna nirrispettaw u napprezza l-imparzjalità ta' kull maġistrat u mħallef; però, dawn l-emendi se jarrikkixxu u jagħmlu l-Liġi tal-Kompetizzjoni Ġusta iżjed b'saħħitha jew le?", "Jista' jagħti l-każ li hemm bżonn li nkomplu ntejbu dawn l-emendi biex nissostanzjaw x'se jiġri meta dawn l-emendi jiġu approvati u jibdew jitħaddmu fil-prattika.", "Min hu f'pożizzjoni dominanti jew min għandu cartel kif se jintlaqat b'dawn l-emendi?", "Min b'xi mod jew ieħor iwettaq kompetizzjoni inġusta se jiġi mwaqqaf permezz ta' dawn l-emendi?", "Jekk hu l-Gvern li huwa l-culprit li qed iwettaq kompetizzjoni inġusta jew inkella li għandu pożizzjoni dominanti, dan se jiġi mrażżan b'dawn l-emendi?", "Jew inkella dawn l-emendi qed isiru biex bħala Gvern nidhru li qed nagħmlu xi ħaġa, imma mbagħad fir-realtà mhu qiegħed jissaħħaħ l-ebda dritt tal-konsumatur?", "Irridu niftakru wkoll li jekk il-każijiet li kellna s'issa quddiem l-Awtorità għall-Kompetizzjoni Ġusta kienu minimi, meta dawn il-każijiet se jidhru quddiem il-Qorti n-numru tagħhom se jiżdied.", "Ħalli nagħti eżempju wieħed li laqat lili li m'iniex avukat.", "Meta taqra l-liġi, sa mill-ewwel paġna ssib li l-liġi qisha ġiet miktuba minn tlieta min-nies differenti fi tliet stadji differenti.", "Qed ngħid dan għax fl-ewwel parti nsibu l-kelma \"kummerċjant\" bħala dak li jista' jinstab ħati; imbagħad insibu l-kelma \"intrapriżi\"; wara hemm il-kelma \"għaqda tal-intrapriżi\", u mbagħad jerġgħu jirreferu għal \"kull persuna\".", "Hemm xi ħsieb għaliex hemm dawn it-termini differenti?", "Qed nagħmel din l-osservazzjoni għax meta se nidhru l-qorti, hemm se jkun hemm l-avukati li, kif nafu, jafu jaqbdu ma' kelma u jduru magħha.", "Għalhekk, il-kelma trid tkun bullet proof, għax inkella l-każ jista' jaqa'.", "Irridu naraw li l-liġi li qegħdin irressqu hija liġi tajba biżżejjed biex meta l-konsumatur isib ruħu jakkuża xi intrapriża kbira jew lill-Gvern, ma jispiċċax ikollu l-AG kontra tiegħu.", "Immaġinaw, pereżempju, li l-Enemed ma tkunx trid titlef kawża biex tneħħi l-pożizzjoni dominanti tagħha dwar kif tiffinalizza l-prezz tal-fuel u tad-diesel, jew l-ARMS Ltd li ma tkunx trid titlef il-każ tagħha; l-avukati jafu jaqbdu ma' kelma u jduru magħha.", "Hawn qed nitkellmu dwar proċeduri legali tal-qorti, fejn l-avukati se jkunu mgħallmin biżżejjed biex, jekk ma jirbħux kawża, jaraw kif iwaqqfuha jew idewmuha.", "Dan hu d-dritt li se nagħtu lill-konsumatur permezz ta' dawn l-emendi?", "Sal-lum, l-istess avukati setgħu jidhru quddiem it-Tribunal; però issa m'għadniex aktar qed nitkellmu fuq proċeduri tal-kompetizzjoni ġusta jew inġusta, imma fuq proċeduri legali ta' kif tagħmel ir-rikors.", "Għalhekk, il-ħsieb finali tiegħi hu dwar jekk il-poplu hux se jgawdi minn dan is-suq ħieles f'pajjiżna.", "Il-konsumatur se jibbenefika minn din il-leġiżlazzjoni biex f'pajjiżna verament inkunu nistgħu nersqu lejn suq ħieles?", "Sur President, nagħlaq bl-aħħar referenza.", "Għadu kif tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali għall-2018.", "F'paġna 36 tiegħu naqraw li fost \"the most pressing problems facing SMEs\", hemm \"strong market competition\" u \"a burdensome regulatory framework\", fost l-oħrajn.", "Il-Bank Ċentrali qed jgħid li fost l-ikbar problemi li għandhom dawk li qegħdin fin-negozju hemm il-kompetizzjoni akuta li hija verament b'saħħitha.", "Għalhekk nerġa' nistaqsi: Dawn l-emendi li se nagħmlu se jgħinu biex ikun hawn suq ħieles mill-kompetizzjoni inġusta?", "Se nżidu l-ispejjeż u l-burokrazija għall-konsumatur u għal min qiegħed fin-negozju, jew se naraw li nissimplifikaw u jkollna spejjeż anqas?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista biex iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "DEO DEBATTISTA: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 9 ta' April 2019, fl-4.00 pm. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex l-Avviż Legali 44 tal-2019 li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet jiġi mħassar.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, nirringrazzjak tal-opportunità li ninforma lill-Kamra dwar ix-xogħol li jien u sħabi għamilna fl-aħħar ġimgħat fejn jidħlu fondi Ewropej.", "Se nagħti ħarsa lejn il-proġetti li ħabbarna u nedejna flimkien għall-benefiċċju tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Hawn qed nitkellmu dwar il-mod ta' kif il-fondi Ewropej mhux biss qegħdin joħolqu l-ġid, imma l-ġid qed jiġi mqassam lura mas-saffi kollha tas-soċjetà.", "B'hekk, qed naraw li l-fondi Ewropej imorru għand kulħadd.", "Dalgħodu kont Għawdex fejn, flimkien mal-Ministru Justyne Caruana, ħabbarna investiment ta' madwar €1 miljun ta' fondi Ewropej mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Marittimu u għas-Sajd.", "F'Għawdex, bdejna x-xogħol fix-Xlendi u fl-Imġarr għall-benefiċċju tas-sajjieda li huma importanti ħafna fis-soċjetà Maltija.", "Ejja niftakru li wara kull sajjied hemm familja u l-għajxien ta' familja.", "Dan l-investiment b'fondi Ewropej se jmur lura fl-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex biex inkomplu nippreparaw lill-pajjiż għall-infrastruttura ta' għada.", "Apparti l-infrastruttura li qed nagħmlu fl-industrial parks, qed naħdmu wkoll fuq infrastruttura li qed tmur lura għand is-sajjieda Maltin u Għawdxin.", "Kien hemm min staqsa dwar il-fondi Ewropej li qed imorru lejn is-sajjieda.", "Illum, is-sajjieda mhux biss qegħdin jieħdu infrastruttura ġdida li tgħinhom ikomplu jikbru u jimirħu 'l quddiem, imma permezz ta' fondi Ewropej is-sajjied qiegħed jingħata l-għodda u l-faċilità li jiddiversifika s-servizz u l-prodott tiegħu, kif ukoll biex ikollu magni aħjar minn dawk li għandu llum l-ġurnata.", "Bħalissa, qed nagħmlu studji biex nifhmu aħjar fejn sejra s-sajda Maltija.", "L-għan hu li s-sajjied ikun jista' jkompli jikber u jimraħ.", "Flimkien mal-Ministru Chris Cardona, konna fil-Crafts Village f'Ta' Qali fejn għaddej proġett li kien ilu jiġi mwiegħed sena wara l-oħra, f'manifest wara l-ieħor, u llum dan il-proġett qed jiġi mwettaq b'fondi Ewropej ta' madwar €10 miljun.", "Il-Crafts Village f'Ta' Qali qiegħed jingħata lura lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Għandna t-tenants li diġà daħlu fil-binjiet il-ġodda, u bdew joperaw u qed inkomplu ngħinuhom jikbru.", "Bħala Gvern, nemmnu li meta noħolqu l-ġid, il-ġid irid imur lura għand il-poplu Malti.", "Illum il-Crafts Village f'Ta' Qali huwa eżempju ta' kif għandu jkun industrial park.", "Bl-istess mod, qed naħdmu fuq l-industrial park fix-Xewkija, Għawdex, fejn qed ninvestu €10 miljun minn fondi Ewropej.", "Dan qed iwassal biex f'Ta' Qali u x-Xewkija qed nippromwovu n-negozji Maltin u Għawdxin fil-pajjiż.", "Dan mhux Gvern li jwiegħed, imma Gvern li jwettaq dak li għandna fil-manifest elettorali li bih ġejna eletti f'Ġunju 2017.", "Illum, in-negozji Maltin u Għawdxin, speċjalment in-negozji żgħar u medji li nsejħulhom micro, qed ikomplu jikbru permezz ta' €30 miljun ta' fondi Ewropej li qed nagħtu f'cash grants.", "Illum, hemm firxa ta' servizzi u opportunitajiet li dawn in-negozji jistgħu jagħmlu użu minnhom.", "Irrid ninforma lill-Kamra kif dawn il-fondi qegħdin jgħinu lil dawn in-negozji żgħar u medji li għandna mifruxin madwar Malta u Għawdex.", "Infakkar li 85% tan-negozji f'pajjiżna huma negozji żgħar u medji, li huma l-backbone tal-ekonomija Maltija u Għawdxija.", "Insemmi l-iStart-ups, fejn min joħlom b'konċett ta' negozju jingħata l-għajnuna biex iwettaq il-ħolma tiegħu.", "Illum anke l-frame of mind hu differenti mill-kultura ta' dawk li għexu meta jien kont żagħżugħ, fejn kbirna f'ambjent li konna naraw fejn se mmorru naħdmu meta nispiċċaw mis-Sekondarja, l-MCAST jew l-Università.", "Illum, anke grazzi għal dawn il-fondi Ewropej, dawk li jridu jiftħu negozju qed jingħataw in-nifs li huwa l-ikbar sfida għall-entrepeneur Malti.", "Illum permezz tal-iStart-ups qed nagħtu kważi n-nofs tal-ispiża.", "Ovvjament, wieħed jidħol fid-dettall ta' kif jintefqu l-fondi, imma dan huwa l-mod ta' kif qed inkunu pro-business – mhux kliem biss imma bil-fatti.", "L-għan hu li n-negozji jkomplu jespandu u jikbru.", "Nemmen li pajjiżna jista' jsir hub mhux biss ta' start-ups Maltin, imma għandna wkoll noffru inċentiva biex start-ups barranin Ewropej iħarsu lejn Malta bħala l-mekka ta' fejn wieħed jista' jopera, jaħdem u jkollu s-serħan il-moħħ.", "F'pajjiżna għandna ekonomija vibranti li qed tikber, imma għandna wkoll regolamenti ċari.", "Bl-għajnuna ta' fondi Ewropej qed inkomplu ngħinu lil dawn l-istart ups.", "Bħala Gvern, qegħdin inħarsu lejn SMEs' growth, diversification and internationalisation, fost ħafna inizjattivi oħrajn.", "Għall-ewwel darba fil-pajjiż, qed nallokaw €20 miljun biex il-kumpaniji l-kbar jinvestu f'riċerka, żvilupp u innovazzjoni.", "Nafu li f'dan is-settur, bħala pajjiż, fadlilna ħafna fejn nimirħu, għax għadna lura.", "Jekk wieħed iħares lejn il-klassifika fl-Ewropa, isib li f'ħafna aspetti Malta tinstab mal-ewwel tlieta jew erbgħa, imma fejn jidħlu l-iżvilupp, ir-riċerka u l-innovazzjoni, għadna lura.", "Għalhekk qed nivvotaw fondi Ewropej ta' €20 miljun biex nindirizzaw dan il-vacuum.", "Nixtieq infakkar ukoll li qed nagħtu fondi Ewropej lill-Jobsplus biex, pereżempju, ikollna aktar aċċess għall-impjiegi.", "Jiġifieri, qed ngħinu lill-employer billi nagħtuh parti mis-salarju tal-ħaddiem li se jdaħħal miegħu biex ikollna aktar opportunitajiet ta' xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Qed nagħmlu dan mhux għax ix-xogħol huwa nieqes, imma għaliex nemmnu li nistgħu ngħinu lill-entrepreneur, u l-employer ikompli jimpjega n-nies.", "Qegħdin nagħtu wkoll fondi Ewropej biex il-workforce preżenti u dik futura jkollha l-ħiliet għad-dinja tal-lum u ta' għada.", "Ħafna drabi, nisimgħu lill-Prim Ministru u lill-membri tal-Gvern jitkellmu dwar il-bżonn li nħarrġu l-workforce tagħna, għax għad għandna ħiliet partikolari neqsin.", "Hemm industriji li qed narawhom jersqu lejn pajjiżna, imma ħiliet għalihom għad m'għandniex.", "L-għażla hija ċara: jew ikollna nimpurtaw il-ħaddiema barranin b'dawk il-ħiliet partikolari, jew ninvestu fil-workforce, kif qed nagħmlu.", "Għalhekk qed nagħtu investiment ta' fondi Ewropej għal din l-iskema ta' investing in skills li hija mmexxija minn Jobsplus.", "Qed nallokaw fondi Ewropej għal kulħadd.", "Insemmi, fost l-oħrajn, is-settur tal-ambjent li huwa pilastru importanti għall-pajjiż, fejn fadal ħafna x'nagħmlu speċjalment għall-fatt li llum l-infrastruttura ta' pajjiżna tinsab fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern, u għalhekk hemm bżonn bilanċ, ħalli l-iżvilupp ikun sostenibbli u l-ftit ħdura li għandna f'Malta nsostnuha u nkabbruha.", "Fil-fatt, flimkien mal-Ministru José Herrera, kif ukoll mal-Ministru Joe Mizzi, ħabbarna proġetti b'fondi Ewropej li jagħtu nifs ġdid lill-ambjent f'pajjiżna.", "Pereżempju, se nsemmi żewġ proġetti li ħabbarna fl-aħħar ġimagħtejn u nofs li huma turija u eżempju ċar ta' kif il-fondi Ewropej qed imorru, anke għall-qasam tal-ilma u tal-ambjent.", "F'Wied Għomor f'San Ġiljan, mal-Ministru Joe Mizzi u mal-Ministru José Herrera, ħabbarna proġett li permezz tiegħu madwar 60 wied f'Malta u Għawdex se jiġu rijabilitati.", "Ftit tal-jiem ilu, f'Wied il-Għasel fil-Mosta kellna l-opportunità li, flimkien mal-Ministru José Herrera, inħabbru proġett ta' madwar €2 miljun ta' fondi Ewropej biex naraw li l-water catchment f'dawn il-widien imur bħala ilma safi għand il-familja Maltija, is-sajjied u l-bidwi Malti biex verament ikollhom kwalità ta' ilma tajjeb.", "Niftakru li f'pajjiżna għandna skarsezza tal-ilma, b'popolazzjoni dejjem tikber, urbanizzazzjoni u l-isfidi tal-bidla fil-klima.", "Għalhekk, huwa importanti li nagħmlu fil-qasam tal-ilma.", "Infakkar li, fl-aħħar seba' snin, il-pajjiż investa madwar €100 miljun ta' fondi Ewropej fejn jidħol il-qasam tal-ilma.", "Is-sabiħ tal-fondi Ewropej huwa li issa mhux biss qegħdin inħarsu lejn proġetti nazzjonali, bħall- proġetti tal-Mużew kontemporanju MUŻA fil-Belt Valletta, it-Teatru Manoel u l-Palazz tal-Gran Mastru, fejn hemm ix-xogħol li għaddej bħalissa, imma qed nitkellmu wkoll fuq livell lokali.", "Din il-ġimgħa, ħabbart żewġ proġetti, bl-ewwel wieħed ikun ir-rinovar tal-Mitħna tan-Naxxar, li tinsab ftit passi 'l bogħod mill-Higher Secondary.", "Għal dan il-proġett investejna €700,000 biex nerġgħu nagħtu lura din il-mitħna lill-familji li jgħixu f'dawk l-akkwati.", "L-artisti Maltin issa se jkollhom post ieħor fejn jistgħu jippromwovu x-xogħol tagħhom.", "Ftit tal-jiem ilu, ħabbart ukoll proġett ta' madwar €1.2 miljun fejn se nirrijabilitaw ir-railway stations ta' Birkirkara, il-Ħamrun u Ħ'Attard.", "Dan proġett interessanti ħafna li qiegħed jagħti lura parti mill-wirt storiku lill-Maltin u l-Għawdxin.", "Kulħadd jaf li l-ferrovija u l-istazzjonijiet li kienu jmissu magħha huma parti mill-wirt tagħna li kien qiegħed jispiċċa.", "Jien urewni ritratti tal-istat li kienu jinsabu fihom dawn il-ferroviji u l-istazzjonijiet, u llum, b'investiment għaqli ta' €1.2 miljun, se nerġgħu nagħtuhom lura lill-kunsill lokali biex ikun responsabbli minnhom fuq livell lokali.", "Biex inkompli nitkellem fuq l-infrastruttura rrid ngħid li ftit tal-ġimgħat ilu kien hawn magħna l-Kummissarju Ewropew Violeta Bulc, li hija responsabbli mit-toroq u l-infrastruttura tal-Unjoni Ewropea u, flimkien mal-Ministri sħabi, żorna x-xogħol li għaddej fuq il-flyovers tal-Marsa.", "Bħalissa għaddej xogħol enormi, b'investiment ta' fondi Ewropej u b'sinerġija kbira.", "Is-somma investita għal dan il-proġett tammonta għal 'il fuq minn €55 miljun.", "Dak huwa proġett li qiegħed isir b'għaqal u fiż-żmien stipulat.", "Sur President, biex nagħlaq irrid ngħid li bħala Gvern qed inħarsu lejn aktar proġetti.", "Fil-jiem li ġejjin, se nkomplu nħabbru aktar proġetti importanti għall-infrastruttura, is-sigurtà tal-pajjiż u għall-ħiliet tal-poplu Malti, bil-għan li nagħtu kwalità ta' ħajja aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin.", "Fil-fatt pitgħada se nkun qiegħed Bucharest fir-Rumanija fejn għandna laqgħa informali tal-Ministri biex niddiskutu l-pakkett ta' fondi Ewropej li l-pajjiżi, inkluż Malta, se jieħdu fiż-żmien li ġej.", "It-target tagħna huwa li, fil-ħarifa ta' din is-sena, nagħlqu n-negozjati sabiex Malta u pajjiżi Ewropej oħrajn jingħataw pakkett ta' fondi għall-2020 'il quddiem.", "Fl-istess ħin, qegħdin naraw fejn se jiġu investiti dawn il-fondi.", "Il-Gvern Malti diġà għadda r-rimarki tiegħu dwar fejn jixtieq juża dawn il-fondi, u nemmen li hemm sinerġija mal-Kummissjoni Ewropea għax hemm qbil dwar fejn se jiġu investiti dawn il-fondi.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, flimkien mal-Kabinett, se nkomplu niddiskutu ma' kull Ministeru biex naraw xi proġetti, konċetti u viżjoni hemm għal dawk is-setturi partikolari, biex imbagħad il-fondi Ewropej jaqblu ma' dak il-ħsieb fil-manifest u l-viżjoni li nippreżentaw bħala Gvern.", "Sur President, għandna passat riċenti li ta' min niftaħru bih.", "Irrid insemmi l-endorsement b'saħħtu li għamlet il-Kummissarju Ewropew Corina Cretu fejn faħħret lil Malta mhux biss għall-fatt li lħaqna t-targets finanzjarji, imma qalet ukoll li Malta llum hija l-eżempju mhux biss ta' kif tinvesti l-fondi Ewropej, imma anke kif taħdem għalihom.", "Dak huwa ċertifikat li, bħala Gvern, kburin bih, u għalhekk qed inħarsu 'l quddiem biex fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin il-poplu Malti jkompli jieħu l-aħjar mill-fondi Ewropej għal pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, nhar is-Sibt li għadda, inkitbet storja relatata mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Ftit ġimgħat ilu, kien hemm talba mill-Isqof ta' Għawdex Mario Grech biex numru ta' residenti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin imorru bħala parti minn pellegrinaġġ f'Ta Pinu biex jikkommemoraw l-400 sena mill-pittura tal-Madonna ta' Pinu.", "Meta saret it-talba, jien tkellimt mad-Direttur Ġenerali tal-Faċilità Korrettiva dwar x'jaħseb dwar dan, anke dwar il-fatt jekk setax ikun hemm problemi ta' sigurtà, fejn ma nstabet l-ebda oġġezzjoni biex tingħata din l-opportunità lir-residenti fil-Faċilità ta' Kordin.", "L-iskop kien li dawn ir-residenti jittieħdu ġewwa Għawdex, fejn jattendu għall-quddiesa u talb lejn il-Madonna ta' Pinu.", "Hemmhekk, l-Isqof Grech u diversi qassisin oħrajn kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma' diversi residenti mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Fost l-oħrajn, tkellmu dwar kif persuna li tkun instabet ħatja għandha titgħallem minn dak il-kastig li tkun ħadet biex eventwalment terġa' tirritorna lura fis-soċjetà.", "Irrid ngħid li kienet storja wkoll il-fatt li għall-ewwel darba fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin l-ammont tad-droga naqas drastikament.", "Qed ngħid dan b'responsabbiltà minn rapporti li qed jasluli b'mod regolari.", "Nistennew ukoll li l-ammont ta' droga se jkun qiegħed ikompli jonqos meta tidħol fis-seħħ liġi li għaddiet minn dan il-Parlament dwar id-droga sintetika.", "Permezz ta' din il-liġi, bażikament se nagħmlu l-oppost ta' dak li kien hemm fil-liġi eżistenti li tistipula li d-droga hija illegali skont skeda ta' lista tad-drogi li jkunu mniżżlin f'dik l-iskeda.", "Nafu li l-kriminalità organizzata kienet tkun dejjem pass 'il quddiem u għalhekk rajna li nemendaw il-liġi.", "Min idaħħal id-droga fil-Faċilità ħafna drabi jgħidlek li jekk jinqabad ma jistgħux jittieħdu passi legali kontra tiegħu, għax id-droga mhijiex fil-lista ta' dawk id-drogi li huma illegali.", "Bil-liġi l-ġdida, kull droga hija illegali sakemm ma tistax tinbiegħ fis-suq b'mod legali bil-permess u l-awtorizzazzjoni tal-Medicines Authority jew li tkun fuq l-iskeda Ewropea tal-Mediċini.", "B'hekk biddilna l-parametri kollha u fi ftit tal-ġimgħat oħra kull min ikun qiegħed idaħħal droga sintetika fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin se tkun meqjusa bħala illegali.", "Hawn irrid ngħaddi dan il-messaġġ biex ħadd ma jkollu skuża li ma kienx jaf.", "Qed nirreferi għal kull min ikollu bżonn jidħol fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, kemm jekk inhuma residenti, qraba, ħbieb u, se nażżarda ngħid, anke ħaddiema.", "Se jkunu qed jittieħdu l-passi kollha mingħajr ma noqogħdu pass lura kontra persuni li, b'xi mod jew ieħor, ikunu qegħdin idaħħlu d-droga fil-Faċilità.", "Għall-ewwel darba, se nkunu qegħdin nagħmlu użu minn scanners, kif qed isir f'diversi postijiet barra minn Malta, bħal f'ħabsijiet fl-Ingilterra, bħala parti mill-ġlieda kontra d-droga u strumenti illeċiti li jistgħu jiddaħħlu fil-faċilitajiet korrettivi.", "Kien wasal iż-żmien ukoll li jkun hemm reviżjoni u upgrading tal-cameras tas-sigurtà ġewwa l-Faċilità ta' Kordin.", "Għall-ewwel darba wkoll, ir-residenti fil-Faċilità qed jingħataw l-opportunità li jagħżlu minn menu li jiġi ppreżentat lilhom kuljum.", "Dan il-menu jinkludi lista ta' ikel fejn ir-residenti jistgħu jagħżlu x'se jieklu dakinhar stess.", "Ħsibna wkoll għal reliġjonijiet differenti, fejn wieħed mill-items fuq il-menu huwa għal min ma jistax jiekol ċertu tip ta' ikel.", "Dan kollu qiegħed isir biex intejbu s-servizz li nagħtu f'din il-faċilità, għaliex nemmnu li l-ewwel huwa importanti li jkollok id-dixxiplina.", "It-tieni, li ma jkunx hemm preferenzi bejn ir-residenti, imma kulħadd ikun ugwali.", "It-tielet, li s-servizzi li jingħataw ikunu tajbin u diċenti għaż-żmenijiet tal-lum.", "Huwa importanti wkoll li nħarsu lejn ir-rijabilitazzjoni tar-residenti.", "Għalhekk, qed naraw li jkun hemm opportunità ta' taħriġ biex, meta r-residenti joħorġu mill-Faċilità, ikunu jistgħu jsibu x-xogħol biex jimxu 'l quddiem.", "Kemm ħadt pjaċir nhar is-Sibt li għadda, meta kont qed nitkellem ma' resident li wasal fl-aħħar ta' kors li qiegħed fl-ogħla gradi tal-edukazzjoni, liema kors se jagħtih opportunità li jkollu ċertifikat minn istituzzjoni Maltija għolja.", "Irridu li jkollna ħafna aktar residenti li jsegwu korsijiet.", "Għandna diġà persuni li qed jagħmlu dan, imma għadni m'iniex kuntent biżżejjed bl-ammont ta' persuni li qed jieħdu l-opportunitajiet li qed nagħtuhom.", "Irrid infaħħar id-diversi setturi fil-privat li qegħdin jagħtu opportunità ta' xogħol lir-residenti fil-Faċilità.", "Għal dan il-għan, qegħdin nagħmlu preparamenti biex ġewwa l-Faċilità jinbnew binjiet forma ta' fabbriki li fihom ikun jista' jsir xogħol divers.", "B'hekk, ir-residenti jkollhom ċerta rutina ta' fi xħin tibda x-xogħol, ikollok il-brejk ta' nofsinhar biex tiekol, terġa' tidħol għax-xogħol u xħin tispiċċa.", "Se jkun hemm regolamenti stabbiliti biex ir-residenti jkollhom l-istess sens ta' dixxiplina u responsabilità bħal min jaħdem fil-komunità.", "Bħala Gvern, qegħdin naħdmu biex noħolqu opportunitajiet ġodda, u qed naraw anke li jitjiebu l-ħlasijiet tar-residenti li jaħdmu fil-Faċilità mas-settur privat.", "Konxji wkoll bid-diffikultaijiet li jkollhom ir-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin meta jiġu għall-pensjoni għax ma jkollhomx kontribuzzjonijiet biżżejjed minħabba l-perjodu li jkunu għamlu fil-Faċilità.", "Għalhekk qegħdin nagħtu opportunità ta' xogħol fil-Faċilità u anke barra l-Faċilità lil dawk li waslu lejn l-aħħar tat-terminu tagħhom fil-Faċilità.", "Fil-fatt qegħdin nagħmlu evalwazzjoni dwar x'tip ta' bolol jistgħu jitħallsu biex eventwalment meta dawn il-persuni jaslu għall-pensjoni ma jkollhomx problema ta' pensjoni mnaqqsa.", "Kif diġà għidt, fir-rigward tal-ikel, qed ikun hemm menu differenti fuq perjodu ta' ħmistax, li jfisser li wieħed jista' jkun qed jiekol l-istess ikel darbtejn f'xahar biss.", "B'hekk qed noffru varjazzjoni fl-ikel li tgħin biex il-ħajja fil-Faċilità ma tkunx monotona.", "Importanti naraw li jkun hemm inqas ħin fejn wieħed ma jkollux x'jagħmel.", "Huwa importanti mentalment u psikoloġikament li persuna jkollha x'tagħmel matul il-ġurnata.", "Għad baqa' ħafna xogħol xi jsir, fosthom li jkollna Faċilità li tkun addattata għaż-żmenijiet tal-lum.", "Fil-fatt, qegħdin nagħmlu evalwazzjoni dwar l-infrastruttura tal-Faċilità, biex naraw jekk wasalx iż-żmien li jkollna Faċilità ġdida, jista' jkun fl-istess post, b'servizzi moderni, biex il-persuni fil-Faċilità jkunu ttrattati ta' nies.", "Irrid insemmi li partijiet mill-Faċilità preżenti għandhom madwar 170 sena.", "Hemm nuqqasijiet serji f'partijiet mill-Faċilità li mhumiex denji li jgħixu l-persuni fihom.", "Minkejja li dawn il-persuni għamlu reat kriminali fil-passat u issa qed iħallsu tiegħu, m'għandhomx jiġu ttrattati b'mod inuman.", "Sur President, nagħlaq b'appell lis-soċjetà.", "Jista' jkun li persuna tkun għamlet żball f'ħajjitha u hi stess tagħraf li dak li tkun għamlet ma jistax jitħassar.", "Il-persuna tingħata l-kastig, li ħafna drabi jiġi aċċettat, għax tagħraf il-ħażin li tkun għamlet.", "Hija tagħraf ukoll li kien hemm persuni li spiċċaw vittma tar-reat li tkun wettqet hi.", "Min-naħa l-oħra, huwa importanti li l-persuna tingħata opportunità li tirriforma ruħha biex terġa' lura fis-soċjetà u tgħix bħal kull persuna oħra.", "Jekk imbagħad il-persuna terġa' taqa' fil-kriminalità, imbagħad sta għaliha.", "Bħala Gvern qegħdin insaħħu l-Korp tal-Pulizija b'taħriġ u apparat biex ikompli jiġġieled il-kriminalità f'pajjiżna u jipproteġi lis-soċjetà Maltija.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, 9 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "Fis-7.30 p.m., il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EKO-KONTRIBUZZJONI FUQ L-AKKOMODAZZJONI – LOKALITÀ MINN FEJN INĠABRU", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dwar l-ammont ta' flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet, Kap. 473) minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum, u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalitajiet li minnhom inġabret l-imsemmija eko-kontribuzzjoni?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "EKO-KONTRIBUZZJONI FUQ L-AKKOMODAZZJONI – PROĠETTI/ INIZJATTIVI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema proġetti / inizjattivi ġew użati l-fondi kollha miġbura mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet, Kap. 473) u għal kull proġett / inizjattiva jgħid:", "a. fiex kien jikkonsisti l-proġett / inizjattiva;", "b. f'liema lokalità twettaq il-proġett / inizjattiva;", "d. kemm tħallsu jew intefqu flus fuq il-proġett / inizjattiva?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġetti li twettqu mill-fondi miġbura mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni li ġew allokati lill-Ministeru tat-Turiżmu fl-2017 u l-2018 huma:", "Xogħlijiet ta` resurfacing fit-toroq tal-Promenades ta' Buġibba u l-Qawra, li twettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz ta` Transport Malta.", "Proġett pilota tal-Pulizija għaż-Żoni Turistiċi, li twettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi.", "Titjib f'bajjiet, li twettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.", "Riġenerazzjoni ta` Paceville, li qed jitwettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu b'kollaborazzjoni mal-MHRA.", "Road Markings wara li sar resurfacing ta` toroq f'Paceville, li twettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi.", "Proġett relatat ma' 3D modelling tar-riferti arkeoloġiċi li jinsabu f'qiegħ il-baħar bil-għan li niżviluppaw iktar l-industrija tad-diving.", "Il-proġett qed jitwettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.", "MTA – PROPRJETAJIET LIĊENZJATI GĦAL AKKOMODAZZJONI GĦAL SHORT LET", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm appartamenti / proprjetajiet liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) li jistgħu jservu bħala postijiet għall-akkomodazzjoni fuq bażi short-let, f'dawn id-dati: 31 ta' Diċembru 2012, 31 ta' Diċembru 2013, 31 ta' Diċembru 2014, 31 ta' Diċembru 2015, 31 ta' Diċembru 2016, 31 ta' Diċembru 2017, 30 ta' Ġunju 2018 u l-31 ta' Diċembru 2018?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif qed jinġabar.", "BELT VALLETTA – STABBILIMENTI LI GĦANDHOM PERMESS JARMAW IMWEJJED U SIĠĠIJIET FUQ ART PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk l-istabbilimenti kollha li għandhom permess biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta?", "Għal kull permess jista' jagħti:", "a. l-isem tal-istabbiliment;", "b. it-triq li jinsab fih; u", "c. l-ammont ta' mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f'metri kwadri li għandu permess jokkupa?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Belt Valletta hawn 44 stabbiliment li għandhom il-permess li jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fit-toroq li ġejjin:", "ĊILINDRI TAL-GASS", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid, wara n-numru ta' każijiet riċevuti fejn kien hemm inċidenti serji ta' nirien, li wkoll kellhom vittmi, x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jassigura aktar sigurezza fl-użu ta' ċilindri tal-gass?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, b'referenza għal każ imsemmi fejn kien hemm vittma, infakkar li dwar dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali.", "Nirreferi wkoll lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9356.", "RAPPORTI TA' INĊIDENTI TA' NIRIEN MINN ĊILINDRI TAL-GASS", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru wara l-inċidenti tan-nar kawża tal-gass li ħareġ minn ċilindri tal-gass?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġewx irtirati ċilindri tal-gass mis-suq?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li fl-ewwel każ (dak ta' Raħal Ġdid) irriżulta li l-problema ġiet ikkawżata mill-użu ta' appliance tal-kċina.", "Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq.", "Minkejja li l-problema ma kinitx ikkawżata miċ-ċilindru nnifsu, dan xorta ġie ttestjat u ma nstablu xejn ħażin.", "In-nar fil-każ l-ieħor (Qawra) jirrriżulta li ġie kkawżat minn pajp tar-rubber li kien iddeterjora u li kien hemm leak żgħira li x'aktarx ikkawżat fjamma li ħadet billi l-pajp kien jinsab qrib sors tal-elettriku.", "Iċ-ċilindru ġie ttestjat u nstab li kien fi stat tajjeb u li ma kellux ħruġ ta' gass minnu.", "Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq.", "Ta' min jgħid ukoll li fl-ebda każ minn dawn imsemmija ma kien hemm il-ħtieġa li ssir inkjesta mill-Maġistrat.", "Għar-rigward tat-tielet każ riċenti, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9635.", "Dan il-każ qiegħed jiġi investigat mill-Maġistrat.", "REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA U L-ILMA – ĦAMES SKEDA TAL-KAP.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega għalfejn fil-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, Kap. 595, fir-rigward tal-entitajiet, hemm imsemmija li fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) tapplika għal Chairman u l-bord kollu (referenza għal mistoqsija parlamentari 9510 fejn il-Ministru konċernat ġie mitlub jgħid min hu r-regolatur, u fejn allura mit-tweġiba mogħtija jirriżulta li r-regolatur huwa ċ-Chairman flimkien mal-membri tal-Bord kollu), waqt li fil-każ tal-entitajiet l-oħra hemm imsemmija li din tapplika biss għaċ-chairperson, ossia kapijiet biss tal-istess entitajiet?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-Att tal-2015 dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, meta jirreferi għar-\"Regolatur\", jikkontempla lir-\"Regolatur\" bħala entità u mhux bħala persuna fiżika.", "Madanakollu, l-Artikolu 38 (1) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jirreferi għal persuni fiżiċi u jistipula li l-proċedura parlamentari kontemplata f'dak l-artikolu tapplika meta Ministru \"jkollu l-intenzjoni li jinnomina persuna sabiex tkun f'kariga f'aġenzija tal-Gvern, entità, bord jew kummissjoni jew sabiex tmexxi xi istituzzjoni oħra stabbilita bil-liġi, kif jista' jiġi stabbilit b'ordni mill-Prim Ministru fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda\".", "Il-kliem \"Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma\" li hemm fit-Tieni Taqsima tal-Ewwel Skeda jagħmel sens biss jekk jirreferi għal min imexxi dik l-entità, għax \"Regolatur\" li huwa fih innifsu entità u mhux persuna fiżiku qatt ma jista' jissottometti ruħu għall-proċedura parlamentari.", "Il-Gvern madanakollu huwa dispost li jagħmel kjarifika f'dan is-sens.", "STATI UNITI TAL-AMERIKA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "RENJU TAL-BELĠJU – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Renju tal-Belġju lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "REPUBBLIKA TAL-PANAMA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika tal-Panama lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Emirati Għarab Magħquda lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9027 u jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali?", "Jista' jgħid, għal kull wieħed minnhom, meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "RABAT GĦAWDEX – KAŻ TA' ESPROPRJAZZJONI TA' ART", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9272, liema mistoqsija kienet tittratta esproprjazzjoni ta' art fir-Rabat, Għawdex, fejn intqal li l-Awtorità tal-Artijiet qed tikkontendi li l-persuni, li dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, ma jidhrux li għandhom titolu fuq din l-art, u dan għaliex bħala prova tat-titolu ppreżentaw diviżjoni, u l-art in kwistjoni ma kinitx imsemmija f'tali diviżjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni msemmija ppreżentawx ukoll dokumentazzjoni f'testmenti, riċerki testamentarji u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis, kif ukoll dokumenti dwar fidi ta' ċens tal-istess art u rċevuti ta' ħlas ta' ċens maħruġa fuq isem l-istess persuni?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li m'hemmx iktar x'iżżid mal-informazzjoni li diġà għaddejna dwar dan il-każ fil-mistoqsijiet parlamentari 6452 f'Seduta 133 u 6648 f'Seduta 137 rispettivament.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – EFFETTI FUQ IX-XATT TAL-GŻIRA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-effett li se jkun hemm fuq ix-Xatt tal-Gżira mill-proġett ta' Manoel Island?", "Jista' jikkonferma li parti sewwa mill-promenade, dik bejn Triq Sir Patrick Stuart u Triq Manoel de Vilhena, se tispiċċa u ssir triq, roundabout u pont għal Manoel Island?", "Jikkonferma li l-pont se jogħla bejn 6 u 8 metri minn fuq wiċċ il-baħar?", "Liema disinji ġew ippreżentati mill-MIDI biex jagħtu ħjiel ta' kemm se jintilef mix-Xatt tal-Gżira li qiegħed biex jitgawda mill-poplu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – TELF TA' VEDUTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Peress li r-rapport tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) jirriserva d-dritt dwar il-landscape mix-Xatt tal-Gżira wara studju li sar mill-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kkonkludiet li hemm bżonn ta' tibdiliet sostanzjali fil-bini propost faċċata tax-Xatt tal-Gżira fuq il-veduti fir-rapport tagħha bħala parti mill-environment impact assessment, liema tibdil sar wara dawn ir-riżervi tal-ERA?", "Jaf li l-Case Officer tal-Planning Authority stess semma l-ħtieġa li l-landscape jiġi revist?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jidher li hemm misinterpretazzjoni bejn it-termini landscape u landscaping.", "L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlet il-valutazzjoni tagħha dwar il-proġett abbażi ta' Studju dwar l-Impatt Ambjentali (EIA) sottomess dwar l-applikazzjoni outline (PA 9407/18).", "Fir-rapport tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar, l-ERA nnutat li biex jittaffa l-impatt viżiv u biex l-iżvilupp jintegra ruħu aħjar fil-pajsaġġ ta' madwaru, kien hemm bżonn ta' landscaping plan.", "Huma d-dettalji tal-landscaping plan li kellhom bżonn jitħallew bħala materja riservata sabiex ikunu jistgħu jitqiesu fil-proċess full tal-applikazzjoni.", "Wara dan, kien hemm xi tibdiliet fid-disinn tal-proġett.", "Dwar dawn, il-koordinaturi tal-EIA ikkonfermaw li l-bidla ser ikollha tnaqqis tal-impatti viżivi minn ċerta viewpoints, waqt li l-impatti viżivi kienu ser jiżdiedu minn viewpoints oħra.", "Din in-nota kkonfermat li għalkemm kien hemm xi tibdil fl-impatti viżivi, l-impatti kif ġew assessjati fl-EIA għadhom validi.", "Għaldaqstant, l-ERA ma kellhiex oġezzjoni fuq il-proposta kif ġiet riveduta.", "Il-mistoqsija dwar l-aspetti msemmijin mill-Case Officer tal-Awtorità tal-Ippjanar għandha tiġi indirizzata direttament lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – TIBDIL MID-DEVELOPMENT BRIEF", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li l-proġett ta' Manoel Island huwa marbut mad-Development Brief tal-1992, jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjan il-ġdid ibiddel drastikament il-mix u l-iskala tal-użu tal-art kif kien approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94 peress li minn proġett primarjament kummerċjali sar wieħed primarjament residenzjali?", "Jikkonferma li dan it-tibdil jirrikjedi l-ħruġ ta' Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar, kif jidher fin-North Harbour Local Plan policy NHGT16?", "Jista' jikkonferma jekk dan is-Supplementary Planning Guidance kienx ippubblikat mill-Awtorità?", "Jekk kien ippubblikat, jista' jgħid meta u fejn tista' tinkiseb kopja u għaliex mhux ippubblikat fuq il-website tal-Awtorità?", "Jekk le, kif seta' jiġi approvat il-pjan il-ġdid?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – TNEĦĦIJA TAL-ISKALL U FAĊILITAJIET ANĊILLARI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma għaliex l-iskall pubbliku u l-faċilitajiet anċillari fejn wieħed jerfa' d-dgħajjes u tenders se jispiċċa, b'dannu għal għadd kbir ta' dilettanti tas-sajd u dgħajjes żgħar?", "Jikkonferma li fil-pjan l-antik PA 2135/94, dan l-iskall kien previst li jsir fuq Manoel Island, u għaliex dan tneħħa mill-pjan il-ġdid?", "Fejn se jkun il-post alternattiv għall-iskall u faċilitajiet anċillari?", "Peress li l-post imsemmi mhux adegwat għax jagħti ġo main road u m'hemmx il-faċilitajiet anċillari għall-parkeġġ ta' karozzi, trailers u tenders, jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-faċilitajiet se jkunu daqs dawk li se jintilfu?", "Jista' jagħmel mezz biex biċċa mill-art reklamata mill-baħar tingħata għall-iskall u faċilitajiet anċillari, minflok tingħata kollha lill-Manoel Island Yacht Yard?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – TELF TA' RMIĠĠ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kanal madwar Manoel Island hux se jkun navigabbli wara li titqatta' t-tarf ta' Manoel Island u jsir pont għoli 6 metri minn wiċċ il-baħar?", "Jekk dan se jsir navigabbli, jista' jgħid jekk hux se jiġi estiż il-fairway?", "Jekk iva, kemm se jkun wiesa' u kemm se jintilfu postijiet ta' rmiġġ għad-dilettanti?", "Jista jgħid jekk hux se jitneħħew l-irmiġġi biex il-baħar jiġi riżervat lill-Manoel Island Yacht Yard b'telf ta' rmiġġi għad-dilettanti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li Policy NHGT04 tan-North Harbour Local Plan twiegħed titjib u tisbiħ ta' Triq ix-Xatt (The Strand) bejn Manoel Island u Tigné, u peress li l-pjan iwiegħed immaniġġjar aħjar tat-traffiku u aktar sigurtà għan-nies, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dan?", "Jaqbel li l-ħafna tined li nibtu fuq il-bankini qed ikerrhu l-ambjent, kif ukoll qed jirrendu l-ħajja aktar diffiċli, kemm għar-residenti, kif ukoll għal dawk il-persuni li jkunu qed jimxu, peress li l-bankini tant qed ikunu mblukkati minn siġġijiet, imwejjed eċċ li jkollhom jimxu fi triq traffikuża ħafna?", "Jaqbel il-Ministru li t-tneħħija ta' parkeġġi u unloading bays mit-triq qed iwasslu biex karozzi jieqfu fil-kariġġjata b'periklu ovvju għal kulħadd?", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant għandu jitlob l-informazzjoni meħtieġa fuq l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "Fuq il-kumplament, ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li fir-rigward ta' mwejjed u siġġijiet ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika fejn saret kampanja qawwija sabiex kemm is-sidien tal-istabbilimenti, kif ukoll il-pubbliku, jissottomettu opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet li ġew ikkunsidrati u diskussi.", "Il-politika tal-imwejjed u siġġijiet hija waħda ċara u mfassla fuq regolamenti li l-entitajiet jevalwaw dan it-tip ta' talbiet li huma marbutin li jħarsu.", "Apparti evalwazzjoni mill-entitajiet ewlenin, entitajiet oħrajn, bhas-CRPD u l-Environment Health Directorate, jiġu wkoll ikkonsultati fl-applikazzjonijiet varji illi l-Gvern jirċievi f'dan ir-rigward.", "Inżid wkoll li, skont l-Awtorità tal-Trasport, l-un/loading bays isiru biss fejn huma meħtieġa u dan sabiex:", "1) ikun jista' jsir ħatt ta' merkanzija fl-eqreb post possibbli lill-ħwienet;", "2) ma jitħalliex li jsir ħatt ta' merkanzija f'nofs ta' triq li jwassal għall-konġestjoni tat-traffiku u periklu għal min ikun jagħti s-servizz.", "KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA GĦAWDXIN STAZZJONATI F'MALTA", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija Għawdxin u huma stazzjonati ġewwa Malta?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li fil-Korp tal-Pulizija hemm mija u tmienja u ħamsin (158) membru Għawdxi jew membri li għandhom residenza ġewwa Għawdex u qegħdin stazzjonati ġewwa Malta.", "KORP TAL-PULIZIJA – INGAĠĠ LURA TA' MEMBRU", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta reġa' ġie ingaġġat lura fil-Korp il-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn huwa stazzjonat illum u kemm ilu stazzjonat hemm?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-pulizija li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, reġa' ġie ingaġġat fil-Korp fl-20 ta' Marzu 2019, u kien stazzjonat ġewwa Għawdex u għadu hemm sallum.", "KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA GĦAWDXIN – TALBIET", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti fil-Korp tal-Pulizija sabiex pulizija Għawdxin li jaħdmu f'Malta jiġu rilokati u stazzjonati ġewwa Għawdex?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li m'hemmx lista fil-Korp tal-Pulizija b'talbiet pendenti minn pulizija li jaħdmu f'Malta sabiex jiġu rilokati u stazzjonati ġewwa Għawdex.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija jirriloka pulizija għal Għawdex skont min ikun imissu mil-lista tas-sinjorità u kif jitolbu l-esiġenzi tas-servizz.", "TRIBUNAL TA' REVIŻJONI TAL-AMBJENT U L-IPPJANAR – TNEĦĦIJA TA' SKEDAR TA' PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tneħħija ta' skedar mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar ta' proprjetà, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm korrispondenza lill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità li infurmathom li kien hemm appell?", "Jekk iva, b'liema mod u f'liema dati?", "IAN BORG: B'referenza għall-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant, qed niġi infurmat mis-Segretarjat tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar li l-proċedura ta' notifika tar-rikors tal-appell lil terzi persuni interessati jew kunsulenti esterni, inkluż Kunsill Lokali, huwa regolat skont il-proċeduri stabbiliti fl-Att V tal-2016 dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, illi, skont il-liġi, notifika tar-rikors tal-appell isiru biss lil terzi persuni interessati li jkunu rreġistraw l-interess tagħhom jew konsulenti esterni li jkunu għamlu r-rakkomandazzjonijiet fi proċess ta' applikazzjoni tal-iżvilupp skont il-Kapitolu Nru. 552.", "F'każ ta' appell minn deċiżjoni ta' skedar jew minn tneħħija ta' skedar, il-liġi ma tipprovdix mekkaniżmu ta' notifika lil terzi u dan anke tenut tal-fatt li l-proċess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'każ ta' skedar huwa wieħed magħluq.", "Għalhekk qed jiġi kkonfermat li ma kien hemm ebda korrispondenza mal-Kunsill Lokali tal-Fgura fil-proċess tal-appell imsemmi.", "SKEMA GĦAR-RITORN TAL-FLIEXKEN - INGAĠĠ TA' UFFIĊJAL MIL-LITWANJA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ jew impjieg tal-uffiċjal għoli mil-Litwanja li qed jamministra l-iskema tar-ritorn tal-fliexken, b'salarju u perkaċċi ta' iktar minn €110,000 fis-sena?", "Kif saret l-għażla?", "Interpellant li mhux minnu li ġiet ingaġġata mill-Gvern xi persuna kif allegat fil-mistoqsija.", "BIRŻEBBUĠA – RAPPORTI TA' SERQ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa kienet irrappurtata f'Birżebbuġa matul ix-xahar ta' Marzu 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li n-numru ta' serqiet irrapportati lill-Pulizija fil-lokalità ta' Birżebbuġa matul ix-xahar ta' Marzu 2019 kien ta' disa' (9) każi.", "BIRŻEBBUĠA – RAPPORTI TA' SERQ – ARRESTI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi arresti, kif ukoll ġewx ipproċessati xi individwi, b'rabta mar-rapporti ta' serq f'Birżebbuġa mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li, kif diġà ġie aċċennat fit-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti fuq dan is-suġġett, kien hemm xi arresti kif ukoll ġew ipproċessati xi individwi b'rabta mar-rapporti ta' serq f'Birżebbuġa fil-perjodu msemmmi, filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar ir-reati mill-istess post qed ikomplu.", "XAGĦRA GĦAWDEX – TRIQ GORF – XOGĦLIJIET INKLUŻ IS-SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ser idumu jgħixu fit-trab il-familji ta' Triq Gorf fix-Xagħra, Għawdex, u dan peress li t-triq tagħhom inqalgħet fil-bidu ta' Diċembru, u llum, aktar minn 4 xhur wara, ix-xogħol ma tkompliex?", "Tista' tgħid jekk dawn il-familji għandhomx tama li fi żmien qasir ikollhom is-servizz tad-drenaġġ u x'inhu l-pjan tal-Ministeru tagħha biex f'din it-triq jgħaddi s-servizz tad-drenaġġ?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol f'din it-triq ġie ripetutament imwaqqaf mill-Qorti wara proċeduri li saru minn uħud mir-residenti f'din it-triq.", "Il-Ministeru jifhem li dan huwa ta' inkonvenjent għar-residenti l-oħra, iżda x-xogħol irid isir fil-parametri tal-ordnijiet mogħtija mill-Qorti.", "GĦAWDEX – TRIQ GĦAJN MHELHEL – XOGĦOL TA' ASFALTAR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' asfaltar fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ, Għawdex, twasslek għall-Bajja tax-Xwejni, peress li t-tender ta' din it-triq ilu iktar min xahar u nofs li ġie awarded?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex, li x-xogħol ta' asfaltar fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ, Għawdex, twasslek għall-Bajja tax-Xwejni, huwa ppjanat li jibda fix-xahar t'April 2019 u jitlesta f'Lulju 2019.", "IL-MUŻEW TA' GĦAWDEX – KURATUR PRINĊIPALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-Principal Curator tal-Mużew ta' Għawdex?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li hemm grupp ta' nies li jaħdmu fuq il-Gozo Museum, iżda l-Kuratur Prinċipali tal-mużew hija s-Sa Daphne Sant Caruana.", "GĦAWDEX - ARKIVJI NAZZJONALI U LIBRERIJA – FIRE ALARM SYSTEM U INTRUDER SYSTEM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6166, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex issir il-Fire Alarm System u l-Intruder System ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet biex issir l-Intruder System ingħalqux sal-aħħar tas-sena 2018 u x'kien l-eżitu tagħhom?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-binja li preżentement tospita l-Iskola Primarja, il-Librerija Nazzjonali u l-Arkivji Nazzjonali, se tiġi rinovata, liema rinovar jinvolvi anke xogħol strutturali.", "Għaldaqstant, infurmat li l-proġett tal-Fire Alarms qiegħed on-hold sakemm l-entitajiet li jagħmlu użu minn din il-binja jkollhom aktar informazzjoni fuq il-futur ta' din il-binja.", "Fir-rigward tas-security cameras, infurmat li d-Dipartment tax-Xogħol u Infrastruttura qed jieħu ħsieb id-dokument tat-tender, liema proċess għandu jitlesta din is-sena.", "QALA GĦAWDEX – TRIQ LI TAGĦTI GĦAL ĦONDOQ IR-RUMMIEN – PERIT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq it-triq li tagħti għal Ħondoq ir-Rummien ġewwa l-Qala, Għawdex?", "Tista' tgħid kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'din it-triq?", "Tista' tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat?", "Tista' tgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar f'din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender?", "Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru?", "Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra?", "Jekk ma sarux testijiet, tista' tagħti r-raġuni għala ma sarux?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika għal liema xogħol qiegħed jirreferi.", "IL-MELLIEĦA – ĊIMITERJU OMM IL-ĦNIENA – BILL OF QUANTITIES", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8417 u li kienet tirrigwardja ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Bill of Quantities li d-dipartiment ikkonċernat kellu għad-dispożizzjoni tiegħu sa minn Ġunju 2012?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uniku Bill of Quantities li ġie ppreparat mill-2012 sal-lum kien dak li diġà poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta Seduta 210 tal-25 ta' Marzu ta' din is-sena.", "Ma nstabet l-ebda informazzjoni li kien sar xi Bill of Quantities għaċ-Ċimiterju Omm tal-Ħniena fil-Mellieħa qabel l-2013.", "KUNSILL LOKALI ĦAL BALZAN – TALBA GĦAL ŻIEDA TA' ĠURNATA GĦALL-ĠBIR TAL-BORŻA S-SEWDA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9756 u jgħid għala t-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għall-ġbir tal-borża s-sewda, għadha mhix approvata minn Novembru li għadda?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan li f'laqgħa urġenti ta' nhar it-Tnejn, 5 ta` Novembru 2018, ġie deċiż li nhar ta' Tnejn jibda jinġabar kemm skart organiku u kif ukoll skart imħallat.", "Dan ma jistax iseħħ għalissa peress li l-ewwel trid issir emenda fl-iskeda li tidher fl-Avviż Legali Nru 346 tal-2018, li daħlet fis-seħħ mill-31 ta` Ottubru 2018.", "Intant, minn Novembru l-Kunsill baqa' jsegwi regolarment it-tibdil fil-liġi mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9708 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BERĠA TA' KASTILJA – OPRI TA' ARTI MISLUFA MINN HERITAGE MALTA U MILL-PRIVAT", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9707 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja, mislufa sija mingħand Heritage Malta u sija mill-privat?", "Jista' jgħid f'liema kmamar fil-Berġa ta' Kastilja jinsabu esposti?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "KARIGA TA' MĦALLEF FIL-QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM – SELECTION PANEL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9472 u 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena, u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta' qabel ukoll?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9747, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, u li issa ġiet riferuta lilu u jara li d-dog friendly beach fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara tkun tassew aċċessibbli, għax ilha iktar minn sentejn mirduma b'ġebel, ħadid u knaten, tant li hija eyesore u periklu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat, bil-maltemp ta' dan l-aħħar waqgħu partijiet mill-istruttura tat-triq li twasslek għal Forti Ricasoli.", "Parti minn din it-triq kienet ilha perikoluża għal numru ta' snin u kienet inaċċessibli għall-pubbliku għax ingħalqet b'chain link fence.", "Hu ppjanat li ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura jnaddfu l-parti tal-bajja msemmija meta t-temp jippermetti qabel il-bidu tas-sajf", "AWTORITÀ TAD-DJAR – STALLAZZJONI TA' LIFT", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta hu ppjanat li jsir lift ġewwa l-blokka ta' appartamenti tal-Awtorità tad-Djar, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni sabiex jiġi installat lift fil-blokka msemmija.", "IL-FGURA – TRIQ VALPERGA – DAĦLA GĦAL WIED BLANDUN", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 7795 u 8235, jista' l-Ministru jara li x-xogħol ikun konkluż, għaliex jirriżulta li parti biss mill-passaġġ tnaddfet u hija aċċessibbli?", "Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol li kellu jsir fil-fatt għadu għaddej u għandu jkun lest fil-jiem li ġejjin.", "KAPTELLI RELATATI MAS-SERVIZZ TAD-DRENAĠĠ QUDDIEM RESIDENZA PRIVATA - TISWIJA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li s-slabs tad-drenaġġ quddiem id-dar, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jissewwew għax qed ikunu ta' periklu, kemm għar-residenti, kif ukoll problema għal persuna b'diżabilità fl-istess inħawi?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li l-kaptelli huma fuq sufun privat li ma jaqax taħt ir-responsabilità tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "SAĦĦA MENTALI - INVESTIGAZZJONI DWAR INDIVIDWU", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestietx l-investigazzjoni dwar il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?", "Jekk iva, jista' jgħid x'kienu l-konklużjonijiet?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-investigazzjoni dwar il-każ tal-individwu msemmi minnu saret minn bord ta' investigazzjoni maħtur mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali.", "Din l-investigazzjoni ġiet konkluża.", "Peress li r-rapport tal-Bord fih dettalji mediċi u personali tal-persuna msemmija, ma jistax jiġi ppubblikat.", "Però qiegħed nippubblika kelma b'kelma mill-konklużjoni tar-rapport, kif ġej:", "AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ – PROĠETT POLIFEST", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett Polifest li l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun responsabbli minnu?", "Liema huma dawk is-setturi differenti ta' żgħażagħ li se jkunu involuti, u meta se jibda jitwettaq dan il-proġett?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li Polifest huwa proġett li qiegħed jiġi mħaddem minn Aġenzija Żgħażagħ u ko-finanzjat minn fondi Ewropej tal-Erasmus+.", "Dan il-proġett jagħmel parti minn Djalogu Strutturat, u allura l-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq spazji fejn żgħażagħ jiddiskutu ma' policy makers dwar dawk l-issues li jaffetwawlhom ħajjithom.", "Gruppi ta' żgħażagħ minn setturi differenti, bħal għaqdiet taż-żgħażagħ differenti u studenti minn diversi istituzzjonijiet edukattivi, qegħdin jieħdu sehem f'Polifest.", "Polifest huwa proġett ta' sena u huwa magħmul minn 12-il attività marbuta ma' ġranet internazzjonali tal-Ġnus Magħquda bħal Jum id-Demokrazija, Jum l-Għaqdiet Non-governattivi, Jum id-Diversità Kulturali, u l-Ġurnata Internazzjonali kontra l-Abbuż mid-Droga u t-Traffikar Illeċitu, fost l-oħrajn.", "L-ewwel attività ta' Polifest kienet iċċelebrata f'Jum iż-Żgħażagħ f'Awwissu tal-2018, u s'issa saru tmien (8) attivitajiet.", "Dan il-proġett jiġi fi tmiemu f'Ġunju 2019.", "Matul dawn l-attivitajiet, żgħażagħ Maltin u Għawdxin jattendu workshops imtellgħa minn youth workers professjonali li matulhom jingħataw l-opportunità li jiddiskutu issues relatati mal-politika taż-żgħażagħ bħall- parteċipazzjoni, l-inklużjoni soċjali, id-diversità, l-empowerment u d-demokrazija.", "L-għan ta' dan il-proġett huwa li ż-żgħażagħ li jkunu ħadu sehem matul l-attivitajiet ta' Polifest ser ikunu qegħdin jippreżentaw numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar il-politika taż-żgħażagħ sabiex iż-żgħażagħ stess ikollhom sehem iktar attiv f'dak kollu li jinteressahom.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PRIĠUNIERI NISA LI KIENU VITTMI TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u kemm minnhom kienu vittmi ta' vjolenza domestika qabel ma' daħlu fil-ħabs?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 73 mara, li 2 minnhom qed jagħmlu programm ta' rijabilitazzjoni.", "Fil-Faċilità ma tinżammx statistika ta' kemm minnhom sofrew vjolenza domestika qabel ma daħlu fil-Faċilità.", "KUNSILLI LOKALI – PROĠETTI RELATATI MAL-FONDI TAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm matul dawn l-aħħar sentejn, u liema kunsilli lokali bbenefikaw minnhom?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "DRITTIJIET U DMIRIJIET TAL-ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jindika x'inhuma d-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern, kif ukoll dawk li jaħdmu mal-privat?", "EVARIST BARTOLO: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din il-mistoqsija ma taqax fir-remit ta' Jobsplus jew tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "YOURS – GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "ALEX MUSCAT staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika x'inhija l-għajnuna mogħtija lil dawk iż-żgħażagħ li kkommettew reat u li qegħdin allokati fil-YOURS?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ż-żgħażagħ allokati fil-CoRRS (Centre of Residential Restorative Services) jingħataw għajnuna fuq diversi livelli.", "Jingħataw diversi korsijiet edukattivi fuq bażi regolari.", "Fil-preżent, dawn jinkludu taħriġ tal-informatika, lezzjonijiet tal-mużika, edukazzjoni fiżika, lezzjonijiet tal-Ingliż u korsijiet b'enfasi fuq ħiliet tal-ħajja."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190408_217d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 9 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 9 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 9 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 207 tat-8 ta' April 2019 ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li, wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni l-korrespondenza li għaddiet mill-Onor.", "Silvio Grixti sabiex jiġi rreġistrat bħala skużat fis-Seduta Nru 211 tas-26 ta' Marzu 2019, is-Sedja laqgħet din it-talba u qed tordna l-korrezzjoni relattiva fil-minuti tas-seduta msemmija.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lis-Sedja li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XII tal-2019 – Att tal-2019 dwar it-Trademarks.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "EKO-KONTRIBUZZJONI FUQ L-AKKOMODAZZJONI – FLUS MIĠBURA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar l-ammont ta' flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet, Kap. 473) minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Ftit tal-ġranet ilu l-Ministru ħabbar skema marbuta ma' home equity release.", "Milli qed nifhem, jistgħu jibbenefikaw minnha ċertu kategoriji ta' nies, anke biex b'xi mod tissuplementalhom il-pensjoni tagħhom.", "Jista' l-Ministru jispjega sewwa lil din il-Kamra kif taħdem skema bħal din?", "Min jista' jirrikorri u japplika għaliha?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Nirringrazzjak.", "Sur President, bħalma jaf kulħadd, f'dik li hija proprjetà, pajjiżna għandu biex jiftaħar li madwar 82% tal-familji Maltin jgħixu fid-dar tagħhom.", "Dan huwa ta' vantaġġ kbir għaliex, meta jkollok il-proprjetà tiegħek, għandek ass li dejjem jitla' fil-valur.", "Il-proprjetà tista' tpartatha, tkabbar jew iċċekken, iżżid fuqha jew tnaqqas.", "Naħseb li l-ikbar vantaġġ huwa li l-familja tiġi ddixxiplinata li ġġemma'.", "Jiġu fażijiet fil-ħajja ta' familja fejn ikun diffiċli li ġġemma', is-sagrifiċċji jikbru u jispiċċaw li ma jkomplux iġemmgħu.", "Jekk inti under mortgage, xahar wara xahar m'għandekx għażla ħlief li tonora dan il-mortgage tiegħek.", "Huwa ta' vantaġġ li tkun sid darek, imma bħal kull ħaġa tajba oħra, din għandha n-naħa l-oħra tal-munita.", "Persuna li tasal biex tirtira li ma investietx fi proprjetà imma poġġiet flusha l-bank tkun tista' tmur u tiġbed ftit mill-flus li tkun ġemmgħet għar-raġunijiet tagħha, forsi trid tmur cruise jew għandha bżonn tagħmel operazzjoni.", "Imma, dak li għandu proprjetà ma jistax jagħmel hekk għax il-proprjetà mhijiex likwida.", "Lanqas ma jista' jieħu partijiet minnha, sakemm ma jbigħhiex kollha kemm hi.", "Din hija xi ħaġa li ġġib problemi lill-persuni li huma avvanzati fl-età li ma jkollhomx għażla ħlief li jgħixu biss fuq id-dħul tal-pensjoni.", "Kif wegħedna fil-programm elettorali, u kif ħabbarna fil-Baġit, jiena waqqaft task force biex inniedu skema għal dawn in-nies.", "Hemm ħafna mudelli barranin, imma aħna għażilna l-iktar wieħed addattat għal pajjiżna.", "Din l-iskema hija kompletament volontarja, imma naf li hemm ħafna interessati li jużawha, fejn jieħdu lump sum mingħand bank, jew jirċievu pagamenti kull xahar jew kull tliet xhur fuq id-dar tagħhom li jibqgħu jgħixu fiha.", "Dawn jibqgħu sejrin hekk għal kemm jridu.", "Il-bank, b'mod prudenti, ma jsellifx iżjed minn 60% tal-proprjetà.", "Il-vantaġġ huwa li l-pensjonant jew dak li jirtira jgħix aħjar għaliex għandu l-għażla li kellu sieħbu li kellu l-flus fil-bank.", "Irrid ngħid li meta l-werrieta jirtu l-proprjetà li huwa jibqa' jgħix fiha, se jkollhom tliet snin ċans biex ibiegħu dik il-proprjetà għall-prezz li jridu huma u lil min iridu huma.", "L-importanti huwa li l-bank ikun notifikat meta fl-aħħar tinbiegħ, u l-bank jieħu lura dawk il-flus li jkun għadda lil dik il-persuna u l-imgħax fuqhom.", "Ta' min jgħid ukoll li l-imgħax, kontra l-mortgage li jitla' skont is-suq, ikun kostanti u capped.", "Ma jitbiddilx tul il-ħajja ta' din l-iskema.", "Se nipprovdu wkoll protezzjoni lill-konsumatur permezz ta' pariri ta' konsulenti.", "Jitqabbad konsulent indipendenti li jagħti parir lil din il-persuna li tkun trid tieħu din l-iskema dwar għalxiex għandha toqgħod attenta.", "Se tiġi tassattiva li jrid jingħata parir lil dawk kollha li jkunu se jirtiraw f'xi dar u jiġu mistiedna li jbigħu l-proprjetà tagħhom biex imbagħad jidħlu f'din id-dar.", "Anke f'dan il-każ, minkejja li mhux marbut mal-iskema tal-equity release, iridu jieħdu dan il-parir.", "Żgur li l-werrieta mhux se jiġu mitluba jħallsu iżjed mill-proprjetà.", "Dan ifisser li mhux se jkun hemm negative equity.", "Jekk il-bank ikun ħa xi żball ikollu jsofrih hu; il-werrieta mhux se jħallsu iktar mill-flejjes li ma wirtux.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Nirringrazzjak, Sur President.", "Rigward it-tabella li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'ċerti xhur hemm drop sostanzjali fiċ-ċifri?", "Donnu li f'Marzu u f'Settembru d-dħul mill-eko-kontribuzzjoni jaqa' b'mod sostanzjali.", "Jista' jispjega ftit kif jaħdem il-mekkaniżmu tal-ġbir ta' din it-taxxa?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, fejn jidħol id-dħul, mhux biss għal din l-iskema, imma għat-taxxa inġenerali, fosthom il-VAT u anke l-bolla, il-flus ma jidħlux b'mod kostanti.", "Tant huwa hekk li biex jipprova jipproġetta kemm jistenna li jdaħħal f'dak ix-xahar biex jara jekk hemmx xi varjabilità, il-Gvern joħloq indiċi ta' staġjonalità.", "Fil-każ tal-VAT nafu li hemm xahar fejn tidħol iżjed minn xhur oħra.", "L-istess it-taxxa.", "Suppost li, bejn wieħed u ieħor, kull xahar it-taxxa għandha tkun l-istess, u l-istess il-bolla, imma dan mhuwiex il-każ.", "Hemm ċerti kumpaniji li għal raġunijiet tagħhom iħallsu l-bolla wara xahrejn minflok wara xahar.", "Hemm ukoll l-istaġjonalità tat-turiżmu nnifsu li fuqu qiegħda l-bolla; però, m'aħniex qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-management ta' lukanda mill-ewwel jirreġistra l-flus li jkun ġabar u jgħaddihom lill-Gvern.", "Nafu li l-Gvern għaddej f'diskussjonijiet mill-qrib mal-MHRA sabiex ma jkunx hemm free riders li jipprovaw jaħarbu minnha.", "Fil-fatt, kien hemm infurzar u kien hemm ħafna oħrajn li ma kellhomx liċenzja, inkluż l-airbnb.", "Dan il-proċess għaddej.", "Qed nitgħallmu, u naf ukoll li qabel din kienet titmexxa mid-Dipartiment tat-Taxxa u issa mxiet għall-Ministeru għat-Turiżmu, għax huwa fl-interess tiegħu li jimmassimizza d-dħul sabiex ikollu x'jonfoq fiż-żoni turistiċi.", "Ta' min ngħidu li r-rata li għandna f'pajjiżna mhijiex qawwija daqskemm hija f'pajjiżi oħra.", "S'issa hija ġusta, it-tfal ma jiġux inklużi, u nisperaw li bil-mod il-mod issir stabbli.", "Il-Gvern jixtieq li jkun hemm dħul stabbli li bil-mod il-mod jgħin biex it-turist jagħti lura ftit minn dak li jkun ħa.", "Il-wear and tear, għalkemm mhuwiex intenzjonat, jiġri.", "Jien dejjem nagħti eżempju tal-istatwa tal-bronż ta' San Pietru fil-Vatikan fejn, għax kulħadd ibus saqajh b'intenzjonijet sublimi, din spiċċat ċkienet bin-nofs.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Il-Ministru għadu kif spjega dwar il-loans li jittieħdu fuq id-djar mill-anzjani u semma li se jkun hemm ċertu ammont ta' interessi li se jkunu capped.", "Il-Ministru jista' jgħid jekk ġiex deċiż kemm se jkunu l-interessi?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, min se joffri dan is-servizz ma jistax jgħidlek li skont ir-rati jkollok tħallas.", "Inti ma tistax tesponi persuna ta' dik l-età għal riskji li r-rati jkunu għoljin u jispiċċaw jiklulha l-proprjetà.", "Il-bank irid jagħmel is-somom hu u jiddeċiedi bil-quddiem kemm jitlob interessi skont stimi li jagħmel il-bank, pereżempju, għal għaxra jew għoxrin sena.", "Hemm metodu ta' kif huma jkunu jistgħu jagħmlu stima.", "Dan huwa suq: il-banek huma liberi li joffru l-aħjar rata biex jiġbdu l-klijenti, imbagħad sta għal dak li jkun li jara għand liema bank, żgħir jew kbir, imur.", "Fl-aħħar nett, nixtieq ngħid li r-regolamenti li jagħmlu din l-iskema magħrufa b'mod uffiċjali lill-banek waslu biex jiġu finalizzati mill-MFSA.", "Meta jiġu ppubblikati, dak li jkun jista' jmur għand il-banek u jara humiex se joffruha.", "Għalissa, jekk tmur għandhom jgħidulek li ma jafu b'xejn, għax għalkemm ġiet imħabbra u mnehdija, huma r-regolamenti fil-Gazzetta tal-Gvern li jagħmluha reali u tassattiva.", "Ir-rata tkun f'idejn il-banek.", "Għandna numru ta' banek li lesti li joffruha, u naħseb li f'dik li hija kompetittività bejniethom, ir-rati se jkunu fl-istess skala.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Nirringrazzjak.", "Ta' kull sena, fil-baġit nisimgħu għadd ta' miżuri.", "B'mod speċjali dan il-Gvern għamel għadd ta' miżuri li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar u jikkontribwixxu wkoll biex il-livell tal-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin jkompli kull ma jmur dejjem jitjieb.", "Jista' l-Ministru jsemmi liema kienu dawk il-miżuri li l-iktar ikkontribwixxew biex ir-rata ta' faqar f'pajjiżna tkompli dejjem tonqos?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Nirringrazzjak.", "Ħafna ikunu anzjużi jistennew ir-riżultati tal-Eurostat dwar is-sitwazzjoni tal-faqar f'pajjiżna; imma jiena dejjem ngħidilhom li jien kalm u ma nistenniex sorpriżi.", "Dan għaliex meta inti tkun qed taħmi l-ħaġa, tkun tista' tobsor x'riżultat x'se joħroġ.", "Jekk inti għażilt miżuri li l-intenzjoni tagħhom ġiet studjata biex jolqtu n-naħa t'isfel b'mod aħjar min-naħa ta' fuq, dak huwa l-mod kif inti taqta' l-faqar.", "Veru li hemm ħafna indikaturi, bħal material deprivation, u Gini coefficient, id-de Sailles eċċ. però l-Eurostat għandha indiċi komprensiv li huwa l-at risk of poverty or social exclusion, magħruf bħala l-Arope, u dak b'mod uffiċjali - u mhux is-sub indicators - jagħti l-istampa kemm jista' jkun komprensiva.", "S'issa l-Gvern huwa kburi li jista' juri li mill-2013 'l hawn l-indikatur ewlieni, minbarra l-material deprivation u l-oħrajn tal-Eurostat, juru li n-numru ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali niżel sena wara sena.", "Niżel minn 102,101 għal 99,000 fl-2015, għal 90,000 fl-2016 u għal 87,000 fl-2017.", "L-istatistika tal-2018 għadha ma ħarġitx, però nistennewha li tinżel ukoll.", "Bħala persentaġġ ta' persuni fil-populazzjoni Maltija fil-familji Maltin f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, minn rata ta' 24.6% waqgħet għal 23.9%, għal 23% fl-2015, għal 20.3% fl-2016, u għal 19.3% fl-2017.", "Li tgħid li l-faqar baqa' f'pajjiżna mhuwiex ġust ma' dak li qed jagħmel il-Gvern biex inaqqas ir-rata ta' nies f'riskju ta' faqar.", "Ovvjament, l-istatistika ma turix li m'hemmx nies f'riskju ta' faqar, għax għad hemm; però, ir-rata taħt dan il-Gvern niżlet sena wara sena.", "Aħna nippjanaw miżuri biex inwaqqgħu dan il-persentaġġ.", "Nista' ngħid li dan l-eżerċizzju jsir kull sena, u din id-darba l-ekonomisti fl-Economic Planning Division beħsiebhom jippubblikaw impact study fuq kull miżura li saret għal din is-sena.", "Pereżempju, iż-żieda tal-pensjoni għandha l-effett li dik ir-rata li għadni kif qrajt taqa' b'0.16%.", "Għal dawk li qed jaħdmu, kif ukoll għall-anzjani, din taqa' b'iżjed, għal 0.8%.", "Il-mudell Ewropew li użajna aħna juri li dik il-miżura mistennija li twaqqa' l-persentaġġ ta' riskju ta' faqar.", "Rigward it-tax refund, aħna m'għedniex li minħabba li l-piż tat-taxxa huwa għoli allura għandna naqtgħu t-taxxa, għax tispiċċa li min qiegħed fuq jieħu €2,000, min qiegħed fin-nofs jieħu €1,000 u min qiegħed isfel ma jieħu xejn.", "Għall-kuntrarju, biċ-ċekk li qed jirċievu l-familji kull sena qed nagħtu ammont iżjed għal min ma jħallasx it-taxxa, ammont ftit iktar baxx għal min iħallas it-taxxa, u min jaqla' iktar minn €60,000 ma jirċievi xejn.", "Dan huwa mistenni li jgħin biex titnaqqas ir-rata tal-faqar.", "L-istess għaċ-children's allowance, fejn qed nistennew li din ir-rata taqa' b'0.07%.", "Għat-tfal, fejn hemm it-tfal, 0.2%, u l-istess qed tagħmel l-iskema tas-sussidju fuq ir-renta li qed tiġi introdotta mill-Ministeru responsabbli mill-politika soċjali.", "Qed nistennew li taqa' b'0.6%, u għan-nies anzjani, l-iżjed waħda taqa' b'0.08%.", "Dawn huma erba' miżuri mill-Baġit ta' din is-sena.", "Jekk immorru lura naraw li kull sena qed togħla d-discretionary expenditure tal-Gvern.", "Din hija nefqa li l-Gvern jagħmel għax irid u mhux għax huwa marbut mis-sena ta' qabel, bħal fil-każ tal-pensjonijiet, il-pagi u l-ftehim kollettivi.", "Id-discretionary expenditure tinkludi chidcare, breakfast club, l-inwork benefits, l-equity release scheme u mediċini b'xejn fost l-oħrajn, u dawn kollha huma skemi li finalment jindirizzaw lin-nies tan-naħa t'isfel tal-iskala tad-dħul u allura jgħinu biex inaqqsu r-rata ta' riskju ta' faqar f'pajjiżna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Nirringrazzjak.", "Sur President, ħarġu ċifri kontrastanti mill-mexxejja politiċi dwar eżattament jekk għalaqniex is-sena li għaddiet b'surplus jew b'deficit.", "Jista' l-Ministru jikkonferma ma' din il-Kamra eżattament x'inhija s-sitwazzjoni tal-finanzi tal-Gvern, u kif ingħalqet is-sena 2018?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Nirringrazzjak.", "Sur President, min mhuwiex midħla tal-finanzi tal-Gvern jitħawwad u ma jagħmilx distinzjoni li l-Gvern għandu żewġ sistemi ta' accounting.", "Fil-fatt, kull kumpanija għandha dawn iż-żewġ sistemi, li jew tħares lejn il-cash flow, jiġifieri, kemm ħarġu flus dak ix-xahar u kemm daħlu flus dak ix-xahar u, fil-verità, x'daħal u x'ħareġ.", "Il-\"frazi \"fil-verità\" tfisser li inti ma tħarisx sal-ponta ta' mnieħrek u tgħid: Tajjeb, għax fil-cash register għandna surplus għax baqgħalna l-flus, jew bil-kontra għax għandna deficit.", "Sid ta' ħanut żgħir jaf li jista' jkun li xi ħadd xtara oġġetti mill-ħanut tiegħu u, għal xi raġuni jew oħra, ma ħallasx fil-pront u niżżlu fil-pitazz biex iħallas l-għada jew ix-xahar id-dieħel.", "Dan ma jfissirx li ma biegħx dawk il-prodotti.", "Meta tagħmel l-accounts bis-sistema tal-accruals, inti tniżżel x'biegħejt, u tniżżel mhux biss lil min ħallsek, imma anke min ma ħallsekx.", "Għad hemm probabilità kbira li se jħallsek.", "Dawk għandhom jitniżżlu.", "L-istess għall-infieq.", "Jekk ġie d-distributur, imliek bil-prodotti u inti ma ħallastux ifisser li dawn iffrankjathom?", "Jew trid tgħid: Jekk jien xtrajt b'kemm jiswew €1,000 prodotti, u ħallasthom jew ma ħallasthomx iridu jitniżżlu fl-accounts.", "Issa, sta għall-Oppożizzjoni li tifhem dawn l-affarijiet.", "Ma tistax tieħu kollox at face value.", "Huwa minnu li kultant ċerti affarijiet ma jkunux ċari u jkunu jridu jitfissru.", "Pereżempju, kien hemm il-mistoqsija dwar kif it-taxxa ma kibritx daqs is-sena ta' qabel.", "Dan ġara għax kellek ċertu ċirkostanzi għal dik is-sena.", "Pereżempju, il-Bank Ċentrali, f'dawk li huma grants, ta inqas mill-profitti tiegħu għaliex il-profitti tiegħu kienu jiddependu minn imgħax li nafu li fid-dinja kollha huwa baxx.", "Allura d-dħul tal-Bank Ċentrali naqas, u allura għadda inqas lill-Gvern.", "Jekk il-banek, speċjalment il-bank li l-Gvern għandu shareholding fih – il-Bank of Valletta – jiddeċiedi li jagħti dividends iktar baxxi jew ma joħroġx dividend, se jaffettwa kull shareholder, inkluż il-Gvern.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jarahom.", "L-iktar li hija delikata biex wieħed jifhem hija s-sistema ta' fondi mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-fondi suppost jinnewtralizzaw lil xulxin.", "Allura, meta inti tara infieq kbir u d-dħul ma jinnewtralizzawhx minn Brussell, jista' jagħti l-każ li dawk il-miljuni jridu jitħallsu u jinnewtralizzaw in-nefqa tal-Gvern fuq il-proġetti tal-Unjoni Ewropea.", "Huwa għalhekk li aħna ngħidu l-Kont Konsolidat huwa l-bidu.", "Dan jerġa' jiġi trasformat f'sistema ta' accruals, u hija dik biss li tmur għand il-Eurostat.", "Wara li l-Eurostat jagħmel l-audit, jagħti r-risposta uffiċjali ta' kemm huwa d-deficit jew surplus f'pajjiżna.", "Din il-figura tingħata fit-23 ta' April u tinkludi mhux biss il-Gvern ċentrali, imma wkoll l-periferija fejn hemm xi 50 units parastatali, kif ukoll il-gvern lokali.", "II-Gvern qed jistenna li għal din is-sena li għaddiet ikollu surplus pożittiv.", "Wieħed irid jistenna biex naraw kemm huwa eżatt.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Skada l-ħin tal-mistoqsijiet.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 63 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar l-Istatus tal-Immigrazzjoni taċ-Ċittadini Brittaniċi Residenti f'Malta fid-Data tat-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea; u", "Tagħrif dwar il-membri tal-Bord ta' Monitoroġġ tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9843", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 62 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar Standards Soċjali Regolatorji fuq Servizzi ta' Respite għal Persuni b'Diżabilità;", "f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 61 tal-2019 – Ordni tal-2019 li jemenda l-Att dwar Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew (Emenda Nru 3);", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 67 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar Inċentivi Finanzjarji għall-Industrija Awdjoviżiva;", "Avviż Legali Nru 68 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jissostitwixxu l-Iskeda li tinsab mal-Att dwar il-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 64 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għal Staġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2019 għas-Summien);", "Avviż Legali Nru 65 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Qafas sabiex tiġi Permessa Deroga għall-kontroll tal-Għasafar fl-Interess tas-Sigurtà tal-Ajru);", "Avviż Legali Nru 66 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għall-Kontroll tal-Għasafar fl-Interess tas-Sigurtà tal-Ajru); u", "Tagħrif dwar rapporti ta' rqajja' kbar ta' ħmieġ u ragħwa fil-bajjiet, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9786.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Nifhem li hawn ftehim biex minflok il-Mozzjoni li tidher fuq l-Aġenda, il-Kamra l-ewwel tgħaddi għall-ewwel item tal-Ordnijiet tal-Ġurnata li huwa t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "Hawn dan il-ftehim?", "Mela ngħaddu għall-ewwel item tal-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR", "IL-KOMUNIKAZZJONI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att għat-twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, Kap 418, ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Issa ngħaddu għall-Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "MOZZJONIJIET", "MOZZJONI TAL-OPPOŻIZZJONI SABIEX JITĦASSAR L-AVVIŻ LEGALI 44 TAL-2019 LI JEMENDA", "R-REGOLAMENTI DWAR KUMITATI AMMINISTRATTIVI GĦAL KOMUNITAJIET", "Karol Aquilina u f'isem l-Onor.", "Peress illi, bis-saħħa tal-Att tal-2009 li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, ġew imwaqqfa l-Kumitati Amministrattivi għal komunitajiet li permezz tagħhom ir-residenti ta' sittax-il komunità f'Malta u f'Għawdex għall-ewwel darba ngħataw id-dritt li jeleġġu Kumitat Amministrattiv f'elezzjoni li ssir apposta fost ir-residenti f'kull waħda mill-komunitajiet;", "Peress illi l-ħolqien u t-twaqqif tal-Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet kien u għadu jifforma parti minn proċess ta' devoluzzjoni tal-poter lill-komunitajiet skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;", "Peress illi l-aħħar elezzjonijiet tal-Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet saru fis-sena 2014;", "Peress illi s-subartikolu (6) tal-artikolu 47A tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap. 363 tal-Liġijiet ta' Malta) jipprovdi li l-persuni eletti fil-Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet għandhom iservu għal perijodu ta' ħames snin, u għalhekk l-elezzjonijiet li jmiss kellhom isiru matul is-sena 2019;", "Peress illi, permezz tal-Avviż Legali 44 tal-2019, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali għamel bdil fir-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet sabiex l-elezzjonijiet għall-membri tal-Kumitati Amministrattivi li kellhom isiru f'Mejju tal-2019 jiġu posposti għal data oħra li għadha mhix imħabbra u li skont l-istess regolamenti ser jiddeċidiha l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali;", "Peress illi effettivament. permezz tal-imsemmi Avviż Legali 44 tal-2019. il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħassar l-elezzjonijiet li kellhom isiru nhar is-Sibt, 25 ta' Mejju 2019, għal Kumitati Amministrattivi ta' dawn il-komunitajiet:", "Marsalforn, fil-lokalità taż-Żebbuġ (Għawdex);", "Xlendi, fil-lokalità tal-Munxar (Għawdex);", "Santa Luċija, fil-lokalità ta' Kerċem (Għawdex);", "Paceville, fil-lokalità ta' San Ġiljan;", "Kappara, fil-lokalità ta' San Ġwann;", "Madliena, fil-lokalità ta' San Ġwann;", "Bubaqra, fil-lokalità taż-Żurrieq;", "Fleur-de-Lys, fil-lokalità ta' Birkirkara;", "Ħal Farruġ, fil-lokalità ta' Ħal Luqa;", "St Peter's, fil-lokalità ta' Ħaż-Żabbar;", "Is-Swatar, fil-lokalitajiet ta' Birkirkara u l-Imsida;", "Burmarrad, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar;", "Il-Baħrija, fil-lokalità tar-Rabat;", "Baħar iċ-Ċagħaq, fil-lokalità tan-Naxxar; u", "Gwardamanġa, fil-lokalità tal-Pietà,", "U peress illi, filwaqt il-Gvern m'għandu l-ebda mandat elettorali biex ineħħi, ixolji jew iwaqqaf il-ħidma tal-Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet, huwa xieraq u meħtieġ li dawn il-Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet jibqgħu jeżistu, jaħdmu u jiġu eletti mir-residenti tal-komunitajiet f'Malta u f'Għawdex bħala parti minn proċess ta' devoluzzjoni tal-poter u skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;", "Għaldaqstant, din il-Kamra taqbel u tirriżolvi li tħassar, tirrevoka u tannulla r-Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet – Avviż Legali 44 tal-2019.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Nirringrazzjak.", "Sur President, din il-mozzjoni tikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista baqa' konsistenti; 26 sena ilu, Gvern Nazzjonalista emmen bis-serjetà fid-devoluzzjoni tal-poter meta dakinhar welled il-kunċett tal-kunsilli lokali.", "Leġiżlatura wara l-oħra baqa' konsistenti, u anke llum li qegħdin fl-Oppożizzjoni, meta, fl-hekk imsejħa riforma għall-kunsilli lokali, l-Partit Nazzjonalista wera dan permezz ta' 80 proposta li ressaq.", "Apparti li permezz ta' dawn il-proposti nersqu iktar viċin in-nies, però l-ħsieb u kunċett ewlieni kien li nkomplu nagħtu iktar devoluzzjoni, iktar poteri lill-kunsilli lokali u lill-kumitati amministrattivi.", "Sur President, ftit tas-snin ilu, f'amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista konna ħloqna wkoll saff ieħor ta' devoluzzjoni tal-poter.", "Dawn kienu l-kumitati amministrattivi, jew kif inhuma magħrufa aħjar il-hamlets.", "Fil-maġġoranza assoluta tagħhom dawn il-kumitati ħadmu u għamlu d-differenza.", "Dan il-kunċett ħadem sew f'numru ta' lokalitajiet.", "Dan huwa ammess anke fi stqarrijiet li għamel is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali fl-aħħar leġiżlatura immexxija minn Gvern Laburista.", "Stefan Buontempo ġie rrappurtat fuq is-sit http://www.inewsmalta.com li kien żar waħda minn dawn il-hamlets, li kienet proprju St Peters, Ħaż-Żabbar.", "Dakinhar, il-perit Buontempo ġustament kien fakkar fit-tendenza li żoni fil-periferija jkunu ftit jew wisq minsija peress li dawn ikunu fiżikament maqtugħin mill-qalba tal-belt jew raħal.", "Kompla jgħid li l-kumitati amministrattivi għandhom rwol kruċjali li jwasslu leħen ir-residenti li fiżikament huma mbegħdin mill-kumplament tal-belt u raħal tagħhom.", "Din kienet stqarrija li Stefan Buontempo għamel fil-21 ta' Ġunju tal-2016.", "Sur President, f'dawn is-26 sena ta' kunsilli lokali kellna żewġ esperjenzi.", "Fuq naħa kellna l-Partit Nazzjonalista li welled, kabbar u saħħaħ il-kunsilli lokali kien fejn kien, jekk hux fil-Gvern jew fl-Oppożizzjoni, u mill-banda l-oħra kellna l-Partit Soċjalista, li jgħid x'jgħid illum, ma emminx f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali.", "Aħna dejjem konna konsistenti, dejjem emminna fil-kunsilli lokali, u huwa għalhekk li llum qed irressqu din il-mozzjoni.", "Sur President, jiddispjaċik meta nhar il-Ħadd filgħodu fil-Ħamrun tisma' lill-Prim Ministru jgħid li l-kumitati amministrattivi qatt m'għamlu differenza.", "Dan huwa statement li ma nistax inħallih għaddej.", "Kien għalhekk li l-bieraħ il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija.", "Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat nhar il-Ħadd fil-Ħamrun!", "Hawn jiena se nagħti eżempji biex imbagħad jiddeċiedu n-nies jekk id-deċiżjoni meħuda dakinhar mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern għamlitx differenza fil-ħajja tan-nies.", "Aħna hawn qed nitolbu lill-Gvern biex jirrevoka dan l-avviż legali.", "Għall-Partit Soċjalista mhijiex l-ewwel darba li jiddeċiedi, bla konsultazzjoni, li jħassar xi ħaġa.", "Pereżempju, sentejn ilu ħassar elezzjonijiet li suppost ikunu ppjanati li se jsiru.", "Hekk għamel sentejn ilu l-Ministru responsabbli!", "Ġie f'din il-Kamra u bla konsultazzjoni ddeċieda li jħassar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali għal nofs pajjiżna.", "Issa, wara din il-mozzjoni, nittama li l-Gvern juri li għadu konsistenti ma' dak li kien qal Stefan Buontempo.", "Diġà semmejna li l-Gvern m'għandux mandat li jħassar l-elezzjonijiet.", "Imkien fil-programm elettorali tiegħu l-Partit Laburista ma rriżultat l-intenzjoni tiegħu li jħassar dawn l-elezzjonijiet.", "Huwa insult dak l-istatement li smajna nhar il-Ħadd mill-Prim Ministru!", "Jien hawnhekk għandi elenku sħiħ ta' kumitati amministrattivi li min-naħa tagħhom ħadmu qatigħ u għamlu d-differenza.", "Jien nifhem li l-Partit Laburista kien ikollu problema biex isib il-kandidati, u din żgur kienet waħda mir-raġunijiet li wasslu biex jikkanċella l-elezzjonijiet.", "Il-Prim Ministru nhar il-Ħadd għoġbu jsemmi l-eżempju ta' Burmarrad.", "Aħna ftit tas-snin ilu għidnielu lill-Gvern li kien hemm il-possibilità li, jekk ried, seta' jxolji Burmarrad.", "Ma għamilx hekk, però!", "Il-Prim Ministru seta' semma wkoll il-Baħrija, li wkoll kien kumitat immexxi minn maġġoranza Laburista.", "Matul l-aħħar snin rajna ċ-chairperson tal-istess kumitat amministrattiv li prattikament ma jlaqqa' qatt dan il-kumitat li ovvjament suppost kien qed jiġi elett biex jirrappreżenta l-interessi tan-nies tal-Baħrija.", "Mhux l-istess irid jingħad għal, pereżempju, Baħar iċ-Ċagħaq.", "Hawnhekk insellem lir-rappreżentanti eletti minn Baħar iċ-Ċagħaq, fejn il-Kumitat Amministrattiv ħadem biex għamel bozoz ġodda, ħadem biex għamel bankini ġodda u ġab mobile post office.", "Altru milli għamlu d-differenza f'Baħar iċ-Ċagħaq!", "Għamlu wkoll żjarat kulturali li pprovaw joħolqu identità ta' żona li ma kellhiex.", "Hemm ukoll il-Kappara li għamlu outside gym, kif ukoll mapep tal-lokalità.", "Għamlu wkoll cat shelters, lampi, planters, għamlu tisbieħ f'żewġ postijiet li kienu abbandunati u kienu mitluqa u kkonvertewhom f'soft areas.", "Fil-Madliena wkoll ittieħdu patafjun ta' inizjattivi, fosthom taw ukoll it-tarmak.", "Hemmhekk ma kienx hemm Infrastructure Malta, però għamluha l-Kumitat Amministrattiv tal-Madliena għax kienu responsabbli.", "Hemmhekk ukoll saru numru ta' inizjattivi, fosthom ħitan tas-sejjieħ, u applikaw għal fondi Ewropej.", "Bdew ukoll jaħdmu fuq heritage trail madwar il-Forti tal-Madliena.", "Nista' nsemmi wkoll il-hamlets fil-gżira Għawdxija.", "L-Onor.", "Chris Said ukoll ħadem qatigħ meta kien responsabbli mill-kunsilli lokali.", "Dak kien żmien differenti.", "Illum sa smajna f'din il-Kamra sindki Laburisti li taw ċanfira lill-Ministru responsabbli, lill-Gvern tal-ġurnata.", "Dan seħħ proprju ftit tal-ġimgħat ilu, u inti, Sur President, kont hawnhekk preżenti u smajt sindku jqum minn dawn is-siġġijiet, wieħed wara l-ieħor, u jgħid lill-Ministru preżenti: Ġibtuna tallaba, qed tonqsu mir-rispett.", "Saħansitra s-sindku ta' Wied il-Għajn ġie hawnhekk u qal li biex tinqeda mid-dipartimenti tal-Gvern trid tkun tal-qalba.", "Dan hu li qed jgħidu s-sindku anke Laburisti!", "Hija ħasra.", "Jiena fuq Għawdex mhux se nidħol fid-dettall għaliex l-Onor.", "Said jista' jitkellem ħafna aħjar minni; però, hemmhekk ukoll kien hemm hamlet mhux immexxi mill-Partit Nazzjonalista, li hu dak ta' Santa Luċija f'Kerċem.", "Dawn ukoll applikaw u rnexxielhom jirbħu l-unur ta' destinazzjoni ta' eċċellenza fl-Unjoni Ewropea.", "Allura għaliex il-Gvern se jibqa' jippersisti biex jelimina dan il-faxx?", "F'pajjiżna rajna inizjattivi pożittivi li ttieħdu minn dawn il-kumitati li għamlu differenza fil-ħajja tan-nies, u hija ħasra li niġu hawnhekk illum biex niddiskutu biex il-Gvern jerġa' jikkonsidra.", "Sur President, aħna komdi nitkellmu fuq dawn il-hamlets u fuq il-kunsilli lokali.", "Preżentament, qed nitkellmu fuq ir-riforma tal-kunsilli lokali li l-Oppożizzjoni ddikjarajna li se nivvutaw favur; però dan ma jfissirx li għax se nivvutaw favur, dak li hemm fir-riforma jirrifletti dak li ressqet l-Oppożizzjoni fit-80 proposta tagħha.", "Aħna se nkunu qed irressqu numru ta' emendi għax aħna responsabbli u konsistenti f'dak li nemmnu fir-rigward tad-devoluzzjoni tal-poter.", "Irrid ngħid li fejn għandha x'taqsam is-sigurtà, li dwarha ma hemm xejn fir-riforma tal-kunsilli lokali, kellna l-hamlet tal-Madliena li ħadet inizjattiva u għamlet in-neighbourhood watch, u llum qed naraw anke riżultati pożittivi f'dik li hija kriminalità.", "Għalhekk ġew maħluqa l-hamlets f'pajjiżna, u fil-fatt hekk kien qal Stefan Buontempo meta kien segretarju parlamentari fil-leġiżlatura preċedenti.", "Dakinhar huwa qal li jemmen li r-rwol tal-kumitati amministrattivi huwa kruċjali.", "Iktar minn hekk, l-istess Segretarju Parlamentari kien ukoll ħolom biex jagħti taħriġ bl-iskop li jkun hemm iktar kordinament.", "Fil-fatt tajjeb li jingħad li dakinhar il-Partit Soċjalista fil-Gvern kien daħħal il-hamlets biex ikunu parti mill-istrateġija nazzjonali ta' taħriġ.", "Kemm konna korretti meta lbieraħ fl-istqarrija tagħna għedna li l-istorja tibqa' tirrepeti ruħha għal 26 sena.", "Il-Partit Laburista mill-Gvern u mill-Oppożizzjoni qatt m'emmen fil-kunsilli lokali.", "Hawnhekk insellem lill-Onor.", "Silvio Parnis, illum Segretarju Parlamentari, li kien ukoll sindku, kif wara kollox kienu wkoll numru ta' ministri.", "Huma li kienu sindki jafu d-differenza bejn dak li kienu jesperjenzaw taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti u dak li qed jesperjenzaw illum.", "Sfortunatament, illum għandna ministri li bdew il-karriera politika tagħhom fil-kamp tal-kunsilli lokali u minflok ikunu pampaluni, fuq quddiem nett, biex jiddefendu l-interessi tal-kunsilli lokali u jżidulhom ir-responsabilitajiet, qegħdin joħonqu lill-kunsilli lokali.", "Illum għandna ministri li minflok iżidu, qed inaqqsu l-poteri li kellhom il-kunsill lokali li huma kienu jagħmlu parti minnhom.", "Fir-riforma li l-Gvern ilu ġej biha sena u nofs m'hemm l-ebda responsabilità waħda ġdida li qed tingħata lill-kunsilli lokali.", "Anzi f'din is-sena u nofs, qabel ma ġejna biex niddiskutu din ir-riforma hawnhekk, minflok ingħataw, ir-responsabilitajiet ittieħdu.", "Fost oħrajn ittieħdu r-responsabilitajiet tal-infurzar.", "B'responsabilità ngħid li dan il-pass kien falliment.", "Il-LESA suppost qed topera bil-fondi tagħha stess.", "Għaliex il-LESA ilha 'l fuq minn sentejn ma tippreżenta l-audited accounts tagħha?", "Għal min inħolqot il-LESA?", "Biex inpoġġu n-nies li jidhrilna li forsi wasal il-mument li niġu paċi magħhom fuq xi wegħdiet?", "Hekk biss qed jiġri, u rridu naraw x'tip ta' kuntratti qed jingħataw fil-LESA, għax it-trasparenza u l-good governance iridu jkunu across the board.", "Ma nistgħux nitkellmu mod, imbagħad għax għandna saħħa xi mkien nipprovaw inħallu kollox għaddej.", "Lil dawn il-ħaddiema li din il-ġimgħa tkellmu miegħi konna nsejħulhom wardens u llum qed insejħulhom uffiċjali tal-komunità, biddilnilhom l-uniformi u l-karozza, infaqna ma nafx kemm biex għamilna binja ġdida, però dawn huma ħaddiema li huma demotivati.", "Dawn huma ħaddiema li mhumiex qegħdin imorru għal qalbhom fuq il-post tax-xogħol.", "Dawn huma ħaddiema li qed jiġu murija nuqqas ta' rispett.", "Biżżejjed wieħed jitkellem f'dak li għandu x'jaqsam il-paga.", "Però, lil hinn minn dan kollu, illum għandna kunsilli lokali li jaqilgħu kritika mingħand in-nies għax mhux qed isir infurzar.", "Id-dokument tal-Partit Nazzjonalista li fih dawn it-80 proposta jitkellem ukoll dwar l-infurzar.", "Nistennew li dawn il-proposti jiġu kkunsidrati meta mmorru għall-istadju ta' Kumitat.", "Meta tħares lejn il-bankijiet tal-Gvern tara numru ta' deputati li kienu fit-tmexxija jew kienu jifformaw parti minn kunsilli lokali.", "Għaliex ma ningħaqdux flimkien biex f'dak li għandu x'jaqsam mad-devoluzzjoni nagħtu aktar poteri lill-kunsilli lokali?", "Ma rridx intawwal għax hawn tliet kelliema oħra min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Però hija ħasra li f'għeluq il-25 sena tagħhom, minflok tajniehom responsabilitajiet ġodda, dawn naqqasnihomlhom.", "Din is-sena se tibqa' mfakkra bħala l-aktar sena f'25 sena li l-kunsilli lokali kienu ttrattati ħażin li tnaqqsulhom ir-responsabilitajiet.", "Mhux qed ngħid hekk b'mod negattiv għax, wara kollox, dawn qaluh ukoll sindki Laburisti f'din il-Kamra, fosthom John Boxall, is-sindku tal-Birgu, is-sindku tal-Qrendi, dak ta' Marsaskala, kif ukoll is-sindku tar-Rabat, li nsellimlu minn hawnhekk għax għadu kif kien rikoverat l-isptar.", "Nagħlaq billi ngħid li jidher li hemm strateġija biex ikomplu jagħtu d-daqqiet fuq San Pawl il-Baħar.", "Il-Gvern qatt ma rrimedja jew ħa l-passi kontra min kien qed ifixkel.", "Il-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar illum żdiedet b'mod drastiku.", "Illum San Pawl il-Baħar għandu 26,000 resident u għandu bżonn li l-Gvern bis-serjetà jagħtih l-għajnuna.", "Hemm bżonn li l-Gvern jgħin u mhux iħalli lil min qed ifixkel fi ħdan il-kunsill lokali jibqa' jfixkel.", "Il-kunsill lokali tar-Rabat li għandu sindku Laburista kien ikollu problemi regolarment għax ma kienx ikollu l-maġġoranza ta' sħabu r-rappreżentanti f'isem il-Partit Soċjalista.", "Però, għax kien hemm kunsilliera responsabbli f'isem il-Partit Nazzjonalista, dan il-kunsill kompla jaħdem u tħalla jwettaq il-proġetti tiegħu.", "F'San Pawl il-Baħar mhux hekk.", "F'San Pawl il-Baħar niġu biex tittieħed deċiżjoni biex tingħata tender u jitilquv 'l barra l-kunsilliera, inklużi dawk f'isem il-Partit Soċjalista.", "Tiġi biex tittieħed deċiżjoni biex jiġu impjegati erba' ħaddiema għax kien hemm ammont ta' ħaddiema nieqsa, u tara lill-kunsilliera jitilqu 'l barra biex id-deċiżjoni ma titteħidx.", "Dan b'detriment għar-residenti ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.", "Nagħlaq billi ngħid li nittama li l-Gvern juri kemm għandu għal qalbu l-kunsilli lokali, u dan mhux bil-kliem biss.", "Mhuwiex biżżejjed li ngħidu li l-kunsilli lokali se nagħmluhom gvern lokali, għax what's in a name?", "B'daqshekk x'se jiġri billi nibdlu l-kelma \"kunsilli\" għall-kelma \"gvern\"?", "Aħna mhux kliem irridu, imma azzjoni.", "Irridu li jkollna Gvern kif kellna fis-snin passati li bis-serjetà jemmen fid-devoluzzjoni tal-poter u jagħti aktar responsabilitajiet lill-kunsilli lokali.", "B'hekk biss nistgħu naraw li l-kunsilli lokali jkomplu jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, meta tisma' lill-kollega jitkellem fuq din il-mozzjoni tinduna li jew l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma fehmitx eżattament l-avviż legali li ġie ppreżentat, jew inkella b'mod konvenjenti qed tinterpreta kif jidhrilha hi l-liġi l-ġdida li tressqet marbuta mar-riforma tal- kunsilli lokali.", "Naħseb bħala punt ta' premessa rridu ngħidu li llum bħala Gvern ġejna f'sitwazzjoni fejn ma nafux eżattament ma' min irridu nitkellmu mill-Oppożizzjoni fuq is-suġġett partikolari.", "Spiċċajna fis-sitwazzjoni redikola li titkellem ma' parti mill-Oppożizzjoni u tiftiehem, però l-parti l-oħra tal-Oppożizzjoni toħroġ b'argumenti differenti.", "Għas-saħħa tal-argument, inkunu ftehemna jien u inti, Sur President, u f'daqqa waħda inti tiġi hawnhekk u tgħidli li milli għedna m'hemm xejn, dawwarna l-pożizzjoni tagħna.", "Din ma ġratx biss fuq ir-riforma li għaddejja fuq il-kunsilli lokali.", "Il-kollega tiegħi bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika kkonsulta wkoll mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, u kien hemm punti li dwarhom kien hemm ftehim u konverġenza.", "Imma, ovvjament, kien hemm punti li ma kienx hemm qbil dwarhom, imma l-fatt li niġu hawnhekk illum b'din il-mozzjoni juri kemm illum, sfortunatament, il-Gvern, minkejja li jkun tkellem u ftiehem mal-Oppożizzjoni, ma jistax tieħu lill-Oppożizzjoni bis-serjetà.", "Aħna ma nafux fejn qegħdin mal-Oppożizzjoni, aħseb u ara l-poplu hemm barra meta jiġi biex jagħmel l-għażliet demokratiċi teigħu.", "F'din il-mozzjoni l-Oppożizzjoni qed tgħidilna li jridu jwaqqfu din ir-riforma li aħna bħala Gvern qegħdin nagħmlu għax b'xi mod se nneħħu l-hamlets.", "Mela ħa nibdew biex nispjegaw lil kull min qed jismagħna.", "Il-hamlets kienu riżultat ta' inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista meta, permezz ta' avviż legali madwar disa' snin ilu, fl-2010 kienu waqqfu numru ta' hamlets.", "Dawn kienu żoni żgħar li mhumiex raħal per se, imma tista' tgħid li huma parti minn raħal partikolari, u li minnhom kien hemm madwar 16.", "Nista' nsemmi, pereżempju, Burmarrad, li huwa parti minn San Pawl il-Baħar, li ġie meqjus li huwa hamlet għalih.", "Tajjeb ngħid li wieħed irid jara kif intgħażlu dawn il-hamlets, u nażżarda ngħid li hemm lokalitajiet oħra li ġew imħollija barra milli jkollhom rappreżentanza b'mod aktar diretta … Imma dak argument ieħor.", "Dawn b'xi mod jew ieħor bdew jiffunzjonaw.", "Kien ikollok elezzjoni li kienet issir biss f'dawn il-hamlets biex ir-residenti jagħżlu lil min jirrappreżentahom b'mod speċifiku f'dawn il-hamlets mingħajr ma dawn ma kellhom xi influwenza fuq it-tmexxija tal-kunsill lokali.", "Dawn il-hamlets ma kenux jieħdu sehem attiv u jiddeċiedu fid-deċiżjoijiet ta' kunsill lokali.", "Dawn il-hamlets finalment huma parti minn kunsilli lokali, jiġifieri, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl jibqa' l-kunsill lokali responsabbli minn Burmarrad, imma Burmarrad kellu kumitat li suppost kien qed jaħdem fl-interess ta' dan il-hamlet b'mod speċifiku.", "Il-hamlet per se ma kellux mod kif jikkondizzjona d-deċiżjonijiet li jieħu l-kunsill lokali.", "Tant hu hekk li lanqas ma kellhom xi vot, la l-president ta' dan il-hamlet u lanqas il-membri l-oħra.", "Illum, permezz ta' din il-mozzjoni, l-Oppożizzjoni qed titlob li dawn il-hamlets ma nneħħuhomx u nżommu dan is-set-up, li bla tlaqliq ngħid ma ħadimx.", "M'għandix dubji li meta l-Partit Nazzjonalista fl-2010 waqqaf dawn il-hamlets, kien hemm intenzjonijiet tajbin biex possibbilment dawn iż-żoni partikolari jkunu kkurati b'mod aħjar, jiġifieri, jkun hemm min hu aktar responsabbli minn dawn iż-żoni.", "Illum – u ngħidha b'responsabilità – nistgħu nammettu li dan l-esperiment falla.", "Morru tkellmu ma' kull min kien fil-hamlets, u tkellmu mas-sindki ta' Malta u Għawdex kollha, inkluż dawk l-irħula li għandhom hamlets, kif għamel il-kollega tiegħi l-Onor.", "Dawn kollha jgħidulek li fil-maġġoranza assoluta tal-każi dan l-esperiment falla.", "Illum qegħdin ngħidu li għandna nsaħħu l-kunsilli lokali u nirriformaw dak li ma ħadimx sabiex inġibuh jaħdem.", "Inutli noqgħod ngħid għax dik għamilha l-Partit Nazzjonalista kienet tajba.", "Ejja nirrikonoxxu flimkien, ta' nies maturi f'din il-Kamra, li dan l-esperiment fil-maġġoranza tiegħu falla, u li hemm bżonn nindirizzaw din l-isfida b'mod differenti.", "Hekk qed nagħmlu llum, u dan l-avviż legali li ppreżenta s-Segretarju Parlamentari ma tridx tarah waħdu, imma trid tieħdu f'kontest.", "Il-kontest huwa li l-liġi li qed iressaq is-Segretarju Parlamentari tipproponi li dawk il-lokalitajiet kollha fejn hemm dawk il-hamlets illum ikollhom b'mod speċifiku kunsillier responsabbli minn dak il-hamlet partikolari.", "Mela, biex nerġa' nieħu l-istess eżempju, meta tgħaddi din il-liġi mill-Parlament, is-sindku ta' San Pawl il-Baħar ikun marbut bil-liġi li jappunta kunsillier responsabbli minn Burmarrad li jkun ugwali daqs kull kunsillier ieħor li jkun elett.", "Dan għandu ferm aktar saħħa f'kunsill lokali milli seta' kellu l-president ta' kumitat amministrattiv, għas-sempliċi raġuni li għandu vot.", "Jekk għandi kunsillier b'vot li jista' jinfluwenza d-deċiżjonijiet li jittieħdu minn kunsill, allura saħħaħt ir-rappreżentanza ta' dik iż-żona u mhux naqqastilha s-saħħa.", "Tajjeb nispjega wkoll li l-flus allokati għal dawn il-hamlets baqgħu hemmhekk.", "Aħna fl-ebda mument mhu qed ngħidu li se jittieħdu jew se jitnaqqsu xi flus mill-kunsilli lokali.", "Fil-verità, hawnhekk tara l-ipokrezija tal-Oppożizzjoni u n-nuqqas ta' lealtà lejn il-fatti meta jgħidulna li dan il-Gvern ma jemminx fil-kunsilli lokali.", "Dan il-Gvern, bil-fatti, żied għal numru ta' snin il-budgets allokati għall-kunsilli lokali.", "Illum il-kunsilli lokali għandhom ferm aktar flus biex jaħdmu.", "Meta nagħti aktar flus lill-kunsilli, finalment huma r-residenti fl-irħula u fl-ibliet tagħna li se javvanzaw.", "Il-kunsilli lokali se jkollhom iżjed flus biex iżommu l-irħula tagħhom maintained kif suppost, biex iżommu l-ġonna fl-irħula aktar ikkurati, u biex iżommu l-irħula aktar nodfa.", "Allura, finalment, dawn il-flus qed imorru biex ikollna kwalità ta' ħajja aħjar.", "X'irridu nagħmlu jekk kien hemm xi ħaġa li mhux qed taħdem?", "Mhux niġu hawn u b'responsabilità naraw kif se nirriformaw dak li ma kienx qed jaħdem?", "Aħna hekk għamilna.", "Is-Segretarju Parlamentari kellu l-kuraġġ li, wara proċess ta' konsultazzjoni, wasal sabiex qed jagħmel il-proposti tiegħu ħalli ntejbu s-sitwazzjoni.", "Però, importanti li nenfasizzaw li m'huwa veru xejn li qed inneħħu l-kumitati amministrattivi.", "Il-kumitati amministrattivi se jibqgħu hemm, se jkunu parti mill-operat tal-kunsilli lokali, u se jkollok kunsillier apposta ffokat fuq dak il-lokal li taħtu jkollu kumitat amministrattiv sabiex jaraw l-esiġenzi ta' dak is-sit partikolari.", "Hawnhekk se nsemmi eżempju.", "Fil-Mosta, il-lokalità li nirrappreżenta f'dan il-Parlament u li inti, Sur President, familjari magħha, hemm il-Bidnija li tista' tgħid li hija hamlet għaliha.", "Sal-lum, qatt ma kellha kumitat amministrattiv tagħha.", "Ma timmeritax li kunsill lokali ġdid fil-Mosta jappunta kunsillier li jkun responsabbli mill-Bidnija?", "M'għandux ikollu dritt dak il-kunsillier li jappunta kumitat amministrattiv li jkun fid-dekasteru tiegħu sabiex jara x'inhuma l-bżonnijiet tal-Bidnija?", "Dik hija l-għodda ġdida li qed nagħtu lill-kunsilli lokali.", "Mela tiġi hawn u tipprova tagħti l-impressjoni li b'xi mod qed nieħdu xi ħaġa mill-poteri tal-kunsill!", "Titkellem mas-sindki kollha li għandhom il-kumitati amministrattivi taħthom jgħidulek li aktar ma ħadmux mal-kumitati amministrattivi milli ħadmu, inqas kien hemm sinerġija milli kien hemm sinerġija.", "Illum, iva, b'responsabilità qegħdin hawnhekk intejbu dak li seta' ħadem aħjar.", "Sur President, l-impressjoni li tipprova tingħata mill-Oppożizzjoni hija li dawn il-hamlets bħal donnu kienu jaħdmu kollox ward u żahar.", "Bħala stat ta' fatt, dawn il-hamlets ġew ifformati fl-2010, disa' snin ilu, fejn twaqqfu 16-il kumitat.", "Meta, fl-2010 kien hemm l-elezzjonijiet ta' dawn il-kumitati, kien hemm eliġibbli biex jivvotaw madwar 16,800, u ħarġu jivvotaw ftit aktar minn 5,500, li huwa 33% tal-elettorat eliġibbli.", "Għal elezzjoni ta' kunsill lokali joħorġu 70%, 80%, 90%, waqt li fil-hamlets l-interess kien ta' ftit aktar minn 30%!", "Qed jurik li anke r-residenti stess ma rawx li hemm xi benefiċċju maġġuri jew addizzjonali għall-fatt li jkollok dawn il-hamlets; se mai għandek burokrazija żejda.", "Ġejna f'sitwazzjoni kważi redikola fejn il-kunsill spiċċa jwaħħal fil-hamlet, il-hamlet beda jwaħħal fil-kunsill, u ċ-ċittadin spiċċajna nibagħtuh mingħand Kajfa għal għand Pilatu.", "Staqsu kunsill partikolari ta' Għawdex dwar dan!", "Ma tagħmilx sens.", "Hawnhekk qed tiġi proposta riforma li se twassal biex l-affarijiet ikunu ferm aktar ċari.", "Bniedem li joqgħod il-Baħrija jaf li dan il-post huwa parti mill-Kunsill Lokali tar-Rabat u ma jridx joqgħod imur jiġri għand il-kunsill amministrattiv li se jibagħtu għand il-kunsill jew viċiversa.", "Dan jaf li hemm kunsillier responsabbli minn dik iż-żona partikolari, u dan jagħti aktar serħan tal-moħħ u aktar accountability.", "Kieku fil-ħames snin li servejt fil-Kunsill Lokali tal-Mosta jiena ġejt appuntat bħala l-kunsillier responsabbli mill-Bidnija, ir-residenti kollha kienu jkunu jafu li. jkun hemm x'ikun hemm, trid tkellem lil Alex Muscat, għax hu l-persuna responsabbli.", "Dan hu li se nkunu qegħdin nagħmlu llum.", "Aħna qed nirresponsabilizzaw lill-kunsilli lokali sabiex jappuntaw kunsillier li jkun responsabbli minn ċerti żoni partikolari u, bis-saħħa ta' din ir-riforma, iċ-ċittadini se jkunu aħjar u lill-kunsilli se nkunu tajnihom aktar saħħa milli ħadnilhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, quddiemna għandna avviż legali li ħareġ il-Gvern li fih qed jgħid li qed jipposponi l-elezzjonijiet tal-kumitati amministattivi.", "Fil-verità, qed jagħmel l-ewwel pass biex iħejji s-sodda biex ineħħi l-kumitati amministrattivi, u nibqa' mmeraviljat kif jiġi l-Onor.", "Muscat hawnhekk u jgħid li l-kumitati amministrattivi se jibqgħu meta fid-dokumenti tal-konsultazzjoni stess u meta l-istess abbozz ta' Liġi li għandna quddiem dan il-Parlament jaħseb għat-tneħħija tal-kumitati amministrattivi!", "Illum, fl-Att dwar il-Kunsillli Lokali hemm ċar li għandu jkun hemm kumitati amministrattivi f'dawk il-lokalitajiet żgħar li minn żmien għal żmien jiġu identifikati, lokalitajiet li m'għandhomx kunsill lokali.", "L-ewwel 16-il lokalità ġew identifikati b'avviż legali li kien ħareġ fl-2009.", "Dan qed jiġi mneħħi permezz ta' klawsola fl-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Il-konċett ta' kumitati amministrattivi se jiġi mneħħi, imma ħsibna minn issa b'avviż legali biex inneħħu l-elezzjonijiet tagħhom.", "Din mhux l-ewwel darba li l-Gvern f'dawn l-aħħar sitt snin qed jiġi hawnhekk biex jipposponi elezzjonijiet.", "Din agħar minn tal-aħħar darba, għax l-aħħar darba ġie biex sempliċement jipposponi l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, imma din id-darba qed jipposponi l-elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi bil-ħsieb li jneħħihom.", "Għandna 18,000 persuna li jgħixu f'dawn is-16-il lokalità li sal-lum kellhom id-dritt li jeleġġu ħames persuni mil-lokalità tagħhom biex jirrappreżentawhom: imma llum dan id-dritt qed jitneħħielhom b'dan l-avviż legali.", "Issa, dan l-avviż legali kulma qed jagħmel hu li qed jipposponi.", "Imma l-ħsieb minn issa hu li dak il-posponiment isir permanenti, għal dejjem, u jitneħħa bl-Abbozz ta' Liġi li qed jitressaq dwar is-suppost riforma kbira li qed issir fil-kunsilli lokali.", "Dan kollu lejliet elezzjoni li suppost issir f'dawn is-16-il lokalità fil-25 ta' Mejju li ġej biex jeleġġu l-kumitati amministrattivi.", "Dan, nerġa' ngħid, bil-ħsieb ċar li dawk l-elezzjonijiet mhux jiġu posposti, imma jiġu kkanċellati għal dejjem.", "Is-suppost riforma li qed issir f'għeluq il-25 sena minn meta twaqqfu qed titfa' lill-kunsilli lokali lura.", "Il-kunsilli lokali huma mibnija fuq il-konċett ta' sussidjarjetà, u dan il-konċett tas-sussidjarjetà minflok jissaħħaħ, b'din il-famuża riforma qed jiddgħajjef.", "Meta tieħu d-dritt lill-18,000 ruħ li jeleġġu lil min jirrappreżentahom, m'hemmx kelma oħra ħlief li qed iddgħajjef il-konċett tas-sussidjarjetà f'dawn il-lokalitajiet.", "Dan huwa partit li mhux l-ewwel darba li għamel xi ħaġa simili meta jkun fil-gvern.", "Jekk imur jara d-dibattiti ta' 25 sena ilu meta ġew introdotti dawn il-kunsilli lokali wieħed jibqa' mbellah u mmeraviljat b'ċerti argumenti li kienu nġiebu.", "L-Onor.", "Muscat ipprova jġebbed billi qal li dawn xorta se jibqgħu hemm, imma lir-rappreżentanti ma jagħżluhomx in-nies tal-lokalità imma jagħżlu s-sindku, u forsi s-sindku jiddeċiedi li jkun hu stess li jkun il-kunsillier responsabbli minn dak il-hamlet biex żgur il-poter jibqa' kollu f'idejn l-istess persuna!", "Mhuwiex dan li jemmen fih il-Partit Nazzjonalista.", "Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem emmen li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu l-eqreb lejn in-nies li jolqtuhom, anke jekk huwa raħal ta' 500 ruħ.", "Sur President, aħna ma ddejjaqniex nagħtu kunsill lokali lill-Imdina, lix-Xgħajra u lill-Għasri, Għawdex.", "L-Għasri f'Għawdex hemm 300 ruħ.", "F'San Lawrenz f'Għawdex hemm 400 ruħ.", "Għamel differenza l-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz f'dawn l-aħħar 25 sena?", "Għamel differenza l-Kunsill Lokali tax-Xgħajra fix-Xgħajra f'dawn l-aħħar 25 sena?", "Dażgur li għamel!", "Minflok rajna kif insaħħu, insostnu u nagħtu l-għodda biex il-kumitati amministrattivi jaħdmu aktar, rajna li biex insolvu l-problemi nieħdu the easy way out u nneħħuhom, nikkanċellawhom.", "Lil dawk it-18,000 votant u 30,000 ruħ li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet b'daqqa ta' pinna qed ineħħulhom dan id-dritt.", "Jien għandi l-unur ngħid li kont is-Segretarju Parlamentari li daħħalthom, u s-Segretarju Parlamentari Silvio Paris se jkollu l-unur jgħid li hu neħħihom.", "Dritt li tajna aħna qed ineħħih is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis u l-Gvern tiegħu.", "Għaxar snin ilu, meta ġejna biex niddiskutu riforma fil-kunsilli lokali, rajna kif ħadmu f'dawk il-15-il sena li kienu għaddew u rajna fejn nistgħu nsaħħu.", "Smajna wkoll il-karba ta' nies li jgħixu f'numru ta' lokalitajiet żgħar li kienu qed jgħidu li huma qegħdin iħossu li m'għandhomx rappreżentanza u qed iħossuhom minsijin mill-kunsilli lokali.", "Hawn qed nirreferi għan-nies ta' Burmarrad, ta' Marsalforn, tax-Xlendi, tal-Baħrija, Tal-Virtù u nista' nibqa' nsemmi.", "Dakinhar wellidna l-konċett tal-kumitati amministrattivi.", "Dan ħadem fuq ir-rubini?", "Dażgur li ma ħadimx fuq ir-rubini!", "Dażgur li hemm fejn tirranġa.", "Dan bħal fil-każ tal-kunsilli lokali li kultant snin inpoġġu bilqiegħda u naraw kif nistgħu nsaħħuhom, kif nistgħu nagħtuhom iżjed poteri, kif nistgħu nagħtuhom iżjed riżorsi biex jaħdmu.", "Illum m'aħna qed nagħtu l-ebda poter ġdid lill-kunsilli lokali jew l-ebda responsabilità ġdida.", "Sur President, għaxar snin ilu aħna daħħalna l-konċett tal-kumitati amministrattivi mhux b'avviż legali, kif qal l-Onor.", "Muscat, imma fil-liġi dwar il-kunsilli lokali.", "L-avviżi legali li saru sussegwentement kienu dawk li daħħlu fis-seħħ il-metodi ta' kif għandhom jaħdmu dawn il-kumitati amministrattivi.", "In-nies ta' dawn il-lokalitajiet eleġġew il-kunsilli lokali għal darbtejn, marru jivvotaw fl-2009 u fl-2014.", "L-Onor.", "Muscat, fl-intervent tiegħu, qal li dawn tant ma riduhomx in-nies li marru jivvotaw 33% biss.", "L-ewwel nett, ma qalx li kien hemm numru ta' kumitati amministrattivi fejn ma saritx elezzjoni għax in-numru ta' kandidati li ħarġu kien daqs in-numru li jridu jiġu eletti.", "Dan hu riżultat ta' nuqqas min-naħa tal-Partit Laburista li ma sabx kandidati biżżejjed jew ma tax importanza mill-bidu nett lil dawn il-kumitati amministrattivi.", "Il-Partit Laburista lanqas indenja ruħu jimbotta 'l quddiem kandidati biex jagħtu s-sehem tagħhom f'dawn il-kumitati amministrattivi.", "Allaħares jirraġunaw b'dan il-mod pajjiżi oħra Ewropej.", "Fl-Ewropa kollha, it-turnout fl-elezzjonijiet lokali jkun ta' 33%, 40%.", "Veru li f'pajjiżna jivvotaw iżjed fil-kunsilli lokali; imma, bl-istess mod, meta kellna elezzjonijiet fejn ivvotaw 60% fil-kunsilli lokali, għax ma jivvotawx 90% jew 95% daqs l-elezzjoni ġenerali ngħidu li n-nies ma jinteressahomx?", "Hemm l-għodda li inti tagħtiha lin-nies biex jeleġġu, imbagħad sta għalihom.", "Hemm min ma jinteressahx, u forsi meta kien għadu konċett ġdid.", "Ħafna nies kienu għadhom lanqas jafu kemm jistgħu jkunu effettivi fejn jaħdmu tajjeb.", "Iva, kellna żewġ elezzjonijiet; imma, sfortunatament, b'dan l-avviż legali l-Gvern qed jgħid it-tielet elezzjoni mhux tiġi posposta, imma tiġi kkanċellata għal dejjem.", "Il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Robert Cutajar, semma numru ta' lokalitajiet.", "Dan l-aħħar inqtajt ftit mix-xogħol tagħhom; però, minn dak li nara nista' ngħid li l-Kumitat ta' Baħar iċ-Ċagħaq, li issa mhux se jibqa' jeżisti, ħa ħsieb playing field, il-pjazza tal-lokal, il-bankini u toroq.", "Il-Kumitat Amministrattiv tal-Madliena għamel it-toroq kollha tal-Madliena bil-bankini.", "Ma ħadimx dan il-kumitat amministrattiv tal-Madliena?", "Issa, b'daqqa ta' pinna l-Kumitat Amministrattiv tal-Madliena se jispiċċa.", "Il-lokalità ta' Santa Luċija f'Kerċem, Għawdex, rebħet il-European Destination of Excellence, premju prestiġjuż tal-Unjoni Ewropea mirbuħ minn lokalità żgħira ta' ftit mijiet għall-inizjattivi li ħa l-kumitat amministrattiv.", "M'għandix dubju li s-Segretarju Parlamenari fid-diskors tiegħu mhux se jsemmi kemm-il darba l-kumitat amministrattiv ta' Santa Luċija talbu bil-ħniena biex ma jneħħihomx għax kienu qed jaħdmu tajjeb u kienu qed iħallu effett tajjeb ħafna.", "(Interruzzjonijiet) Dawk l-affarijiet għidhom, tinkwetax.", "Għid x'qalulek!", "Il-kumitati amministrattivi li semmejt u oħrajn ħadmu u ħallew l-effett tagħhom.", "Kien hemm oħrajn li, iva, fl-ewwel snin tagħhom sabu diffikultà u d-diffikultajiet kienu ġejjin forsi wkoll għax mhux kulħadd jieħu pjaċir jitlaq il-poter minn idejh.", "Hawn ġew għandna membri parlamentari u ministri li ma jeħdux pjaċir jitilqu l-poter minn idejhom, u sfortunatament għandna wkoll sindki li ma jeħdux pjaċir jitilqu l-poter minn idejhom.", "Meta parti mill-poter tagħhom kienet qed tingħata lill-kumitati amministrattivi, kien hemm min għamel minn kollox biex itellef u għamel il-bsaten fir-roti biex dawk il-kumitati amministrattivi ma jiffunzjonawx.", "Issa qed inċedu għal dawn in-nies li għamlu dawk il-bsaten fir-roti.", "Minflok ġejna hawn u rajna kif nagħtu l-għajnuna lill-kumitati amministrattivi fir-riforma li qed nagħmlu, minflok rajna kif nagħtu aktar fondi diretti lill-kumitati amministrattivi, kif nagħtuhom l-għajnuna biex jieħdu aktar fondi tal-Unjoni Ewropea biex jagħmlu iżjed proġetti fil-lokalitajiet tagħhom, ġejna hawn u, għax kien hemm xi problemi, qed inneħħuhom.", "L-Onor.", "Muscat qal li kien hemm lokalitajiet żgħar li tħallew barra.", "Kieku ried, il-Gvern seta' faċilment idaħħalhom mal-lista tas-16 li diġà jeżistu permezz ta' avviż legali.", "Dak messu sar, u mhux niġu hawn u nneħħuhom!", "Irrid ngħid ukoll li lili jweġġagħni kliem bħal dak li qal il-Prim Ministru dan il-weekend meta qal li l-kumitati amministrattivi qatt m'għamlu d-differenza.", "Dan huwa diżrispett lejn dawk l-għexieren ta' volontiera li ħadmu fil-kumitati amministrattivi li matul dawn l-aħħar għaxar snin taw mill-ħin tagħhom biex iġibu 'l quddiem il-lokalità tagħhom.", "Kien hemm fejn irnexxielhom, u kien hemm fejn forsi ma rnexxilhomx daqshekk; però, mur għid dan il-kliem lill-Kumitat Amministrattiv tal-Madliena li m'għamlux id-diferenza!", "Mur għidu lill-Kumitat Amministrattiv ta' Santa Luċija, Għawdex, li m'għamlux id-differenza!", "Mur għidu lill-Kumitat Amministrattiv ta' Baħar iċ-Ċagħaq!", "Il-Prim Ministru tefa' lil kulħadd fl-istess keffa sempliċiment għax iridu jneħħuhom, għax ma jemmnux fid-devoluzzjoni tal-poter, għax ma jemmnux fil-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif temmen din in-naħa.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiena minn hawnhekk insellem u nirringrazzja lil dawk l-għexieren ta' persuni li f'dawn l-aħħar għaxar snin taw is-sehem tagħhom fil-kumitati amministrattivi.", "L-Onor.", "Muscat qal li dawn kienu kumitati amministrattivi bla poter.", "Mhu minnu xejn.", "Il-liġi tgħid li dawn il-kumitati amministrattivi jkollhom il-baġit tagħhom li hu maħdum bl-istess formola tal-baġit tal-kunsilli lokali.", "Mhux hekk biss, imma l-kunsill lokali ma jista' jieħu l-ebda deċiżjoni li tkun tirrigwarda ż-żona tal-kumitat amministrattiv.", "Kull deċiżjoni fuq dik il-hamlet irid jeħodha bilfors il-kumitat amministrattiv, u l-kunsill lokali ma jistax jibdel dik id-deċiżjoni ħlief fejn dik id-deċiżjoni tmur kontra l-liġi jew m'hemmx flus biex titwettaq fil-baġit tal-kumitat amministrattiv.", "Dan kollu qiegħed fil-liġi, imma dak ovvjament se jitneħħa.", "Il-poter tal-kumitat amministrattiv kien totali f'dak li jirrigwarda l-hamlet li jirrappreżenta.", "Issa dan kollu qed jiġi mneħħi b'daqqa ta' pinna f'dan l-avviż legali u sussegwentement fil-liġi li qed issir.", "Sur President, irrid ngħid li huwa minnu li kien hemm okkażjonijiet fejn il-liġi ma tħaddmitx tajjeb.", "Imma kien sta għall-Gvern li jsib il-metodi biex jara li l-liġi titħaddem tajjeb.", "L-ebda liġi ma tkun perfetta meta ssir l-ewwel darba, u jekk kien hemm it-toqob kien sta għall-Gvern li jirranġaha billi jagħmel l-emendi li hemm bżonn biex dawk it-toqob jingħalqu u l-kumitati amministrattivi jkunu effettivi.", "Anke fuq l-issue tal-kuntatt bejn il-kunsill lokali u l-kumitat amministrattiv, fil-liġi kien hemm li ċ-chairperson tal-kumitat amministrattiv ipoġġi fuq il-kunsill lokali, jieħu sehem fid-dskussjonijiet, imma ma jkollux vot.", "Is-sindku kien ipoġġi fuq il-kumitat amministrattiv, jieħu sehem fid-diskussjonijiet, imma ma jkollux vot, filwaqt li kull deċiżjoni meħuda b'vot fil-kumitat amministrattiv kienet torbot lill-kunsill lokali u, nerġa' ngħid, il-kunsill lokali seta' jibdilha biss f'żewġ istanzi li kienu ċari u miktuba fil-liġi: ċjoè jew meta dik id-deċiżjoni tkun illegali jew għax ma jkunx hemm flus fil-baġit tal-kumitat amministrattiv biex titwettaq dik id-deċiżjoni.", "Biex ma neħux aktar ħin milli kelli allokat għalija, fl-opinjoni tiegħi, nikkonkludi billi ngħid li din il-mozzjoni li qed titressaq mill-kollegi tiegħi għandha tiġi approvata biex ma nneħħux dritt li għandhom dawn l-eluf ta' ċittadini Maltin u Għawdxin li jeleġġu lil min jirrappreżentahom.", "B'dak li se jsir b'dan l-avviż legali qed immorru lura minflok 'il quddiem.", "Nerġa' ngħid, dan l-avviż legali qed isir bil-ħsieb li meta tgħaddi l-liġi jiġu kkanċellati l-kumitati amministrattivi.", "Minflok qed nagħtu iżjed, minflok qed inpoġġu fil-prattika u nsaħħu l-konċett tas-sussidjarjetà, qed indgħajfuh.", "Minflok id-deċiżjonijiet jittieħdu l-eqreb possibbli lejn in-nies, qegħdin nerġgħu niċċentralizzaw.", "Dan ifakkarni f'dak li kien ġara fl-1971.", "Fis-sittinijiet, f'Għawdex kien hemm kunsill reġjonali mwaqqaf b'Ordinanza tal-1962.", "Kien magħruf bħala l-Kunsill Ċiviku ta' Għawdex, li kien effettiv u għamel ħafna xogħlijiet.", "Inbidel il-gvern u ġab elf skuża biex iwaqqfu għax ried ineħħieh bħalma qed jinġiebu llum fuq il-kumitati amministrattivi.", "Minflok dak il-kunsill ċiviku tah iżjed poter u riżorsi biex jaħdem, Gvern Soċjalista kien qatlu ftit ftit, biex imbagħad ġie fil-Parlament u qal dan il-kunsill għandu dak id-difett u dak id-difett, sakemm ġie b'liġi f'dan il-Parlament biex neħħieħ.", "Dakinhar ukoll, il-prinċipju tas-sussidjarjetà kien daħal fl-1962 u kien tneħħa fl-1972, għaxar snin wara mill-Gvern Laburista.", "Hekk qed jerġa' jsir illum fil-kumitati amministrattivi permezz ta' dan l-avviż legali, u anke permezz tal-emendi proposti fl-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, għandna quddiemna din il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, li hija ftit sorprendenti għax il-ġimgħa l-oħra dawn ivvotaw favur l-Abbozz ta' Liġi fit-Tieni Qari.", "F'din il-mozzjoni qed nagħtu l-impressjoni li l-Gvern irid ineħħi l-kumitati amministrattivi.", "Dan mhux veru; minn imkien ma jirriżulta li dan il-Gvern irid ineħħi l-kumitati amministrattivi għall-hamlets.", "Li qed jagħmel il-Gvern huwa li qed isaħħaħ ir-rappreżentanza amministrattiva tal-hamlets. u qed ineħħi, qed jipposponi l-elezzjonijiet; imma mkien mhu qed jgħid li l-kumitati amministrattivi għandhom jitneħħew.", "Għalhekk hija sorprendenti din il-mozzjoni, u sorprendenti aktar u aktar meta l-ġimgħa d-dieħla se niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi fl-istadju ta' Kumitat u jkollhom kull ċans li jagħmlu emendi f'dak l-istadju.", "Kien hemm għalfejn niġu b'mozzjoni f'din il-Kamra?", "Jew m'hemmx qbil bejn il-Membri tal-Oppożizzjoni kollha dwar kif għandha titmexxa din il-liġi?", "Dawn donnhom fuq xejn m'huma qed jaqblu llum.", "Forsi llum ikolli ċans ngħid fuq xiex aktar mhux qegħdin jaqblu, imma mkien fil-liġi m'hawn li l-kumitati amministrattivi se jitneħħew.", "Is-saħħa tagħhom se tiżdied għax issa se jkollhom vot fil-kunsill lokali meta sal-lum il-president tal-kumitat amministrattiv ma kellux vot fil-kunsill lokali.", "Illum se jkun hemm kunsillier li se jkun responsabbli mill-hamlet fil-kunsill lokali rispettiv u dak il-kunsillier se jkollu vot.", "Il-kumitat amministrattiv se jkollu l-istess ammont ta' flus biex jagħmel ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru; però qed ngħidu li minflok ikun hemm elezzjoni, il-kunsill lokali għandu jaħtar kunsillier li jkun responsabbli għal dik iż-żona.", "Għalhekk mhux veru dak li pprova jgħid il-kollega, l-Onor.", "Chris Said, li dan il-Gvern qed iċaħħad lil eluf ta' nies li jgħixu f'dawn il-hamlets mid-dritt tal-vot.", "Dawn in-nies xorta għandhom id-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "In-naħa tal-Oppożizzjoni qed tipprova tqarraq b'dawn in-nies meta qed tbellgħalhom li rridu neħdulhom id-dritt tal-vot.", "Jiena nsellem – bħalma għamel il-kollega, l-Onor.", "Chris Said – lil dawk kollha li wrew is-sens ċiviku u kkontestaw l-elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi.", "Issa, mingħajr ma jikkontestaw elezzjoni, xorta se jkollhom l-opportunità li jagħtu s-sehem tagħhom fil-kumitat amministrattiv.", "Dan huwa żvilupp li se nkunu qegħdin indaħħlu f'din il-liġi li rrid ngħid li għaddiet mill-istadju tat-Tieni Qari bi qbil, u għalhekk hija sorprendenti din il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni llum.", "L-Onor.", "Robert Cutajar qal li n-naħa l-oħra trid tkun konsistenti.", "Veru konsistenti, imma konsistenti fit-tidwir tal-fatti u fil-qerq għax aħna mkien ma għedna li rridu nneħħu l-vot lil xi ħadd!", "Nistgħu nduru l-liġi kelma kelma u naraw fejn għedna li lil dawn in-nies qed inneħħulhom id-dritt tal-vot.", "Sibuhieli fejn għandhom id-dritt tal-vot imneħħi!", "(Interruzzjonijiet) Għidli inti, Onor. Aquilina, inti abbli biżżejjed biex xi ħaġa bħal din issibha!", "L-ISPEAKER: Indirizza lis-Sedja.", "GLENN BEDINGFIELD: Però trid tkun ġenwin!", "Nispera li mhux se jislet xi parti mil-liġi u jdawwarha kif irid hu.", "Nistiednu jgħidilna jekk nies li jgħixu fil-hamlets li hawn imniżżla f'din il-mozzjoni hux se jkollhom id-dritt li jivvotaw fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali jew le.", "Jekk hawn xi ħaġa li l-Oppożizzjoni hija konsistenti fiha hija t-tidwir tal-fatti.", "Imbagħad l-Onor.", "Robert Cutajar beda jirreferi għalina bħala l-Gvern Soċjalista.", "Dawn erbat ijiem ilu kienu qed jgħidulna li aħna m'aħniex soċjalisti.", "Allura issa sirna soċjalisti?", "Jien nieħu pjaċir li jirreferu għalija bħala soċjalist għax jien kburi li jien soċjalist, però kulħadd jaf għaliex qed jgħidulna soċjalisti.", "Qed jgħidulna hekk għax il-partiti soċjalisti Ewropej mhux sejrin daqshekk tajjeb fl-Ewropa!", "Imma llum il-ġurnata s-soċjalisti f'Malta sejrin tajjeb u mas-soċjalisti f'Malta sejrin tajjeb in-nies ukoll.", "Is-soċjaliżmu x'inhu?", "Is-soċjaliżmu huwa li toħloq il-ġid u l-ġid tqassmu b'ġustizzja bejn kulħadd.", "Dak li qed jagħmel dan il-Gvern.", "Jekk wieħed joqgħod jara l-budgets soċjalisti wieħed wara l-ieħor li ressaqna aħna jinduna b'dan li qed ngħid.", "(Interruzzjonijiet) Iva, ibqgħu għiduli li jien soċjalist!", "Dawn mingħalihom li qed tiddegradawna meta jsejħulna soċjalisti, imma fil-verità lilna jkunu qed jonorawna.", "Aħna nafu li aħna soċjalisti; imma intom x'intom?", "Aħna t-twemmin tagħna huwa soċjalista, nafu x'inhu, imma intom x'inhu t-twemmin tagħkom?", "Hemm minnkom li jmorru jiltaqgħu mal-businessmen imbagħad teħduha kontrihom.", "Hemm xi boycott?", "Se tagħmlu boycott fuqhom?", "Lanqas naf, ma tistax tgħid.", "Ma nistgħux ngħidu x'inhu t-twemmin tagħkom.", "(Interruzzjonijiet) Intom demokristjani qed tgħidu?", "X'inhi d-demokristjanità tagħkom?", "(Interruzzjonijiet) Titfixklu.", "Aħjar il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni jgħidilna x'inhi, għax lanqas aħna ma nafu x'inhi, għax filli jgħidu mod u filli jgħidu mod ieħor.", "Dawk li qed jakkużawna li aħna champagne socialists imorru jiltaqgħu magħhom, imbagħad ikollok ieħor li joħroġ għalihom.", "(Interruzzjonijiet) Hawn jew m'hawnx boycott kontra ċerti kumpaniji?", "Għidilna!", "Hawn il-Viċi Kap, jekk irid nagħtih mill-ħin tiegħi u jgħidilna jekk hawnx boycott kontra xi kumpaniji jew kontra xi nies jew le.", "Lanqas tista' tgħid fiex jemmnu.", "Din l-istess bħalma kien hemm fil-liġi fuq l-elezzjonijiet ġenerali.", "Mela fil-Kummissjoni Elettorali d-delegati tal-Oppożizzjoni jaqblu, imbagħad imorru quddiem il-partit, il-partit ma jaqbilx u jkollna nerġgħu niġu hawn biex kellna nerġgħu nemendaw il-liġi.", "Għandek naħa taqbel u naħa ma taqbilx.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk insibu biżibilju każi oħrajn ta' fejn mhumiex qegħdin jaqblu ma' xulxin.", "Fil-fatt, għandi dubji dwar x'se tkun il-pożizzjoni tagħhom dwar il-proġett li jgħaqqad lil Malta u Għawdex, għax ilbieraħ qalu li jridu referendum, u referendum ma jriduhx dwar jekk għandhiex issir il-mina jew le, imma dwar kif għandha ssir u jivvotaw l-Għawdxin biss.", "Għal li jista' jkun se jbiddlu l-pożizzjoni tagħhom?", "Għax m'hawnx suġġett wieħed, m'hawnx issue waħda li jaqblu bejniethom dwarha: min jgħid mod u min jgħid mod ieħor.", "Ma tistax teħdilhom kopja u n-nies qed tifhem.", "Sur President, jiena nixtieq li jgħidulna x'inhuma l-proposti tagħhom dwar x'se jagħmlu dwar il-kunsilli lokali u x'se jagħmlu għall-hamlets.", "Qegħdin nitkellmu dwar il-kunsilli lokali, imma hemm ħafna affarijiet oħrajn, u minn hemm imbagħad joħroġ x'inhu l-veru twemmin politiku tagħhom.", "Mhux billi jgħidu li huma demokristjani.", "Issa, jekk nibqgħu sejrin bil-kantaliena ta' fejn jaqblu u fejn ma jaqblux, anke fejn jidħlu l-kunsilli lokali nistgħu noqogħdu nsemmu fejn, kif u x'fatta.", "Jiddispjaċini m'hawnx il-kollega, l-Onor.", "Hu qal li nqata' mix-xogħol, imma jiena naħseb li anke minn nies inqata', kemm hu u ħafna minn sħabu.", "Qed ngħid hekk għaliex ħafna minn dawk involuti fil-kunsill lokali lkoll jgħidulek li, kif inhuma, il-kunsilli amministrattivi m'għandhomx leħen fil-kunsill lokali.", "Irridu ngħidu li apparti li issa se jkollhom leħen u se jkollhom vot fil-kunsilli lokali, mhux se jkollhom flus imnaqqsin.", "Jiġifieri jekk kien hemm vot li kien allokat għall-kunsilli amministrattivi, permezz ta' din il-liġi dan se jibqa' hemm.", "Ma rridux inneħħu d-dritt tal-vot, jekk hemm il-flus ivvotati se jibqgħu hemmhekk, u jekk ma kellhomx vot fil-kunsill lokali, illum se nagħtuhom vot fil-kunsill lokali.", "Sur President, aħna hawn ġew qbilna dwar din ir-riforma fil-kunsilli lokali fl-istadji kollha li s'issa għaddiet mill-Parlament, u allura nixtieq li min se jitkellem warajja jgħidli għalfejn qegħdin irressqu din il-mozzjoni.", "Jista' xi ħadd jispjegalna x'inhi r-raġuni warajha?", "L-Oppożizzjoni tgħid li Malta mhux pajjiż normali, imma jekk hawn xi ħaġa mhux normali f'dan il-pajjiż hija l-Oppożizzjoni.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Sur President, għadni kif smajt lill-Onor.", "Glenn Bedingfield jagħmel kwarta jinbaħ qisu kelb tal-but ma jafx fejn se jaqbad jagħti rasu.", "L-ISPEAKER: Onor. Aquilina, jekk jogħġbok, nitolbok tuża lingwaġġ aħjar.", "KAROL AQUILINA: Qed ngħid kelb tal-but fis-sens pożittiv.", "Bedingfield indenja ruħu jfittex, fuq il-Mejda tal-Kamra hemm dokument li ilu hemmhekk ġimgħat li kien aċċessibbli għal kulħadd li huwa d-dokument li bih is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis u l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħabbru l-famuża riforma tal-kunsill lokali.", "Dan id-dokument qiegħed kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż.", "Bedingfield ma jifhimx bl-Ingliż, u allura ngħidhielu bil-Malti.", "Dan id-dokument jgħid ċar u tond … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma ngħaddux rimarki!", "Bedingfield indenja ruħu jaqra x'qed jipproponu l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis kien jifhem għal liema raġuni qed issir din il-mozzjoni.", "Id-dokument jgħid ċar u tond li l-kumitati amministrattivi għandhom jiġu xolti.", "Qiegħda ċara.", "Ħalliha li forsi t-translation mhijiex korretta, imma din hija ċara fid-dokument tal-Gvern tiegħu, li minnu mbagħad għaddejna biex irressqu l-liġi.", "Issa, dan huwa t-tieni deputat li qed jgħid li mhux veru li l-Gvern irid ixolji l-kumitati amministrattivi għax apparti l-Onor.", "Bedingfield qalha wkoll l-Onor.", "Tistgħu tgħidulna x'intom tagħmlu?", "Tafu tiktbu biċċa avviż legali suret in-nies?", "Kif jista' ikun tgħid li inti tipposponi l-elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi, imbagħad tgħid li m'intix qed iċċaħħad lin-nies mill-vot tagħhom?", "Għandkom idea kif taħdem id-demokrazija?", "Kif tista' tgħid lil xi ħadd li se jibqagħlu d-dritt tal-vot jekk imbagħad tgħidlu li mhux se ssir elezzjoni?", "X'jiswa li tgħidlu li qiegħed fil-lista tal-eletturi, imbagħad tgħidlu li din l-elezzjoni ma ssir qatt?", "Mela hawnhekk dawn bħall-elezzjonijiet li jsiru f'ċerti pajjiżi Afrikani fejn issir elezzjoni darba kull meta jfettillu min għandu l-kontroll tat-tribujiet?", "Suppost li din hija demokrazija sħiħa, u allura meta hemm elezzjonijiet skedati dawn iridu jsiru.", "Il-liġi kif inhi fil-preżent tagħmilha ċara; m'hemm l-ebda dubju li jridu jsiru l-elezzjonijiet għall-kumitati amministrattivi.", "Din darbtejn tissemma fil-liġi: tissemma fl-Att prinċipali, Kap. 363, u tissemma wkoll f'dan l-avviż legali li qegħdin nitkellmu dwaru, u tagħmilha ċara li n-nies li jitilgħu fil-kumitati amministrattivi għandhom perijodu ċar meta jservu, imbagħad isiru elezzjonijiet oħrajn.", "Saħansitra l-liġi tagħmilha ċara kif saru l-ewwel elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi, u kif imbagħad kienu f'żewġ gruppi differenti, u kif imbagħad jibqgħu jsiru wara numru ta' snin.", "Allura li tiġu f'din il-Kamra u tipprovaw tbellgħuha lil kulħadd li l-liġi tgħid xi ħaġa oħra minn dak li qegħdin ngħidu aħna, jew li l-liġi kif se tinbidel mhux se tkun kif qegħdin ngħidu aħna, skużawni ngħidilkom, qegħdin tipprovaw titmejlu bin-nies, u dan mhuwiex aċċettabbli.", "Irrid infakkar li l-kunċett tal-hamlets ma bediex jeżisti għaxar snin ilu.", "Il-kunċett tal-hamlets fl-Att dwar il-Kunsill Lokali beda jeżisti 26 sena ilu.", "Meta twaqqfu l-kunsilli lokali, l-Att diġà kien jirrikonoxxi li għandna partijiet mil-lokalitajiet tagħna li huma komunitajiet separati.", "Tradizzjonalment, kienu meqjusa kważi bħala rħula separati u, meta twaqqfu l-kunsilli lokali, il-Gvern kien ħa ħsieb li fil-liġi li ppreżenta jirrikonoxxi l-bżonnijiet ta' dawn il-hamlets, dawn il-komunitajiet differenti, u allura pprovda wkoll li l-kunsilli lokali għandhom responsabbiltà diretta ta' dawn il-hamlets.", "Imma x'ġara matul dawn is-26 sena?", "Sur President, 26 sena ilu l-kunsilli lokali ma kenux fdati b'ħafna affarijiet.", "Konna bdejna b'numru limitat ta' funzjonijiet, li mbagħad biż-żmien żviluppaw għaliex il-kunsilliera li eleġġejna bdew jidraw u l-Gvern deherlu li għandu jżid il-funzjonijiet, u sewwa għamel!", "Jiena nawgura li gvernijiet ġodda Nazzjonalisti jkomplu jżidu l-funzjonijiet mhux kif qed jagħmel il-Gvern preżenti li jnaqqas il-funzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Huwa b'hekk li kibret il-fiduċja fil-kunsill lokali.", "Ħafna mill-membri ta' din il-Kamra, inkluż jien, kienu membri tal-kunsilli lokali, u aħna għaddejna minn esperjenza pożittiva ħafna meta servejna fil-lokalitajiet tagħna.", "Nafu x'jiġifieri li tkun tmexxi lokalità u li trid taqdi l-bżonnijiet ta' dik il-lokalità.", "Għaxar snin ilu mbagħad sar l-iżvilupp importanti ħafna fejn lil dawn il-hamlets għall-ewwel darba m'għednilhomx: 'Għandkom id-dritt li tivvotaw fil-kunsill lokali', imma għednilhom: 'Intom għandkom id-dritt li jkun hemm kumitat amministrattiv elett minnkom, liema kumitat ikun responsabbli mill-komunità tagħkom, żgħira kemm hi żgħira dik il-komunità.'", "Dak kien żvilupp 'il quddiem fil-proċess biex jissaħħu l-kunsilli lokali fid-devoluzzjoni tal-poter.", "Dan kien pass kuraġġjuż immens, u meta sar ma kienx kwestjoni ta' jekk il-partit li qed jagħmilha ried li jikseb xi kontroll ikbar, anzi ried li kemm jista' jkun il-kunsilli jibdew jiffokaw iktar fuq komunitajiet li forsi sa dak iż-żmien ma konniex qed nilħquhom.", "Hemm komunitajiet li kienu jintlaħqu diġà, imma hemm komunitajiet li kienu jħossuhom maqtugħin.", "L-esperjenza komuni fost dawn il-komunitajiet kienet tkun li forsi hemm sfidi akbar fiċ-ċentru tal-lokalità, imbagħad fil-periferija wieħed kien joqgħod kważi lura milli jagħmel xi ħaġa.", "Dak li sar fl-2010 kien żvilupp pożittiv ħafna u ġie aċċettat.", "Ma ġiex aċċettat mill-Partit Laburista għaliex mal-ewwel opportunità meta ġejna għall-elezzjonijiet qagħad lura ħafna milli jikkontesta, u saħansitra kellu diffikultajiet kbar biex isib kandidati.", "Allaħares ma kienx għall-Partit Nazzjonalista li f'ċerti sitwazzjonijiet imbotta hu lin-nies.", "Nista' nsemmi l-każ klassiku ta' Bubaqra, fiż-Żurrieq.", "Iż-Żurrieq huwa lokalità b'maġġoranza kbira tal-Partit Laburista: però, jirriżulta li l-membri ta' dan il-kumitat amministrattiv huma fil-maġġoranza tagħhom nazzjonalisti.", "Għaliex?", "Għax il-Partit Laburista kellu diffikultajiet kbar biex isib nies li jkunu lesti jagħtu sehemhom f'dawn il-komunitajiet, żgħar kemm huma żgħar, u din hija problema.", "Is-sistema tagħna tiddependi ħafna wkoll fuq ir-rieda tal-partiti li jesiġu li jkollhom kandidati ta' kwalità, li għandhom rabta mal-lokalitajiet, li huma committed, u li ladarba jitilgħu, iwarrbu l-partiti fil-ġenb u jagħmlu li hemm bżonn għall-komunitajiet tagħhom.", "Għalhekk hija importanti din il-mozzjoni.", "Jiena stagħġibt meta rajt l-avviż legali.", "Lanqas il-kuraġġ jaqbad u jħassar l-avviż legali ma kellu.", "Il-Gvern sempliċement għamel emenda żgħira biex jiġu posposti l-elezzjonijiet.", "Skużi, posposti għal meta?", "Hawn xi ħadd minnkom jgħidli għal meta se jiġu posposti?", "Mela hawn xi elezzjoni tiġi posposta b'mod indefinit?", "Hawn xi elezzjoni tiġi posposta għal data li ma nafux x'inhi?", "Meta l-liġi tagħti l-poter lill-ministru jipposponi elezzjoni, hemm sitwazzjonijiet ċari: pereżempju, meta jkollok każ li l-elezzjoni tal-kunsill lokali tkun se ssir f'Marzu, imma jinzerta li f'dik is-sena jkun hemm l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jew inkella jkun hemm referendum ġej.", "F'dak il-każ, iva, il-liġi tagħti l-poter lill-ministru jipposponi dik l-elezzjoni għal data speċifika.", "Però, mhux jiġi l-ministru jagħmel avviż legali u jipposponi elezzjoni għal data mhux imħabbra.", "Jekk vera tridu li l-kumitati amministrattivi jibqgħu, tridu tgħidu lin-nies meta se jivvotaw għalihom.", "Qegħdin titmejlu b'dawn in-nies meta tgħidulhom li m'intomx se tneħħulhom il-vot meta nafu li l-elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi kellhom isiru issa ma' tal-Parlament Ewropew.", "Jiena stagħġibt ukoll nhar il-Ħadd nisma' lill-Prim Ministru jitkellem qisu jgħix f'dinja oħra meta qal li dawn il-hamlets kważi m'għamlu xejn, li dawn huma irrelevanti u li dawn ma jirrappreżentaw lil ħadd.", "Jien ngħid li biex tkellem hekk qatt ma tkellem ma' ħadd dwar il-hamlets għaliex, filwaqt li f'ċerti lokalitajiet veru kien hemm diffikultajiet, hemm imbagħadhamlets li ħadmu verament tajjeb, li ħallew impatt pożittiv fuq il-komunità tagħhom u hemm apprezzament kbir għal dak li jagħmlu.", "Hemm kunsilli lokali li mnalla kienu l-hamlets biex il-funzjonijiet tal-kunsilli lokali laħqu l-erba' rjiħat tal-lokalità tagħhom, u mhux sempliċement il-qalba tal-lokalità.", "Jiena stagħġibt, però kkonfermajt xi ħaġa b'dak li qal il-Prim Ministru.", "Ikkonfermajt li hu mhux vera jemmen fil-kunsilli lokali.", "Għall-Gvern immexxi mill-Prim Ministru, il-kunsilli lokali huma tfixkil, huma ostaklu għall-kontroll li jeżerċita l-Gvern.", "Hawnhekk fuq hekk qegħdin nitkellmu, fuq id-devoluzzjoni tal-poter.", "Mhux qegħdin nitkellmu dwar xi ħaġa miktuba fuq il-karta li ma tfisser xejn.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar id-dritt tar-residenti li jivvotaw u jiddeċiedu huma min għandu jmexxi l-lokalità tagħhom, bil-prioritajiet li jidentifikaw huma.", "Għax meta mmorru nivvotaw ma nivvotawx biss għall-persuna, imma nivvotaw ukoll għall-programm li jkun qed jippreżenta dak il-partit jew dik il-persuna.", "Id-deċiżjoni tal-Gvern li joħroġ dan l-avviż legali tfisser li madwar 18,500 persuna se jiġu mċaħħda mid-dritt tal-vot tagħhom.", "Wieħed jistaqsi: Imma dawn kollha lokalitajiet żgħar?", "Le, hemm ukoll komunitajiet kbar u għamilt lista li se nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli kulħadd ikun jaf fuqiex qegħdin nitkellmu.", "Pereżempju, fis-Swatar, komunità li taqa' f'żewġ lokalitajiet li huma Birkirkara u l-Imsida, hemm madwar 3,000 ruħ.", "Kieku dawn se jmorru jivvotaw biex jeleġġu kumitat għall-komunità tagħhom, imma se jiġu mċaħħdin minn dan id-dritt.", "Għandek il-Baħrija b'2,200 ruħ, mhux ammont żgħir; il-Kappara b'2,000 ruħ, u għandi lista sħiħa li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqegħedha fuq il-Mejda tal-Kamra biex kulħadd ikun jista' jsegwi.", "Dan huwa pass negattiv ħafna fil-konfront tal-kunsilli lokali.", "Jien ngħid li għandna bżonn ħafna iktar elezzjonijiet u ħafna iktar okkażjonijiet fejn ikun hemm parteċipazzjoni tar-residenti fit-teħid tad-deċiżjoni.", "Pereżempju, dan l-aħħar għamilt mistoqsija parlamentari li tirrigwarda dik il-parti tal-liġi li tgħid li fejn il-kunsill ikun se jagħmel nefqa li l-ħlas tagħha jrid isir fuq sitt snin, il-kunsill huwa obbligat jagħmel referendum.", "Dan il-pass l-ebda kunsill qatt m'għamlu.", "Jiena nistaqsi: Wasal iż-żmien li f'ċerti deċiżjonijiet li jieħu l-kunsill jibda jkun hemm referenda dwar dawk id-deċiżjonijiet?", "Dan l-aħħar kellna esperjenzi tal-kunsilli lokali li jorganizzaw referenda, imma hemm ħafna iktar suġġetti li l-kunsill għandu jikkonsulta mar-residenti b'mod dirett.", "Sur President, aħna pajjiż li għamilna għexieren ta' snin nivvotaw biss fl-elezzjoni ġenerali.", "Jekk wieħed jara l-istorja politika ta' pajjiżna jsib li mill-1973 sas-sena 2003, jiġifieri, qegħdin ngħidu żmien pjuttost twil, ma sar l-ebda referendum f'Malta.", "L-ewwel referendum li sar kien meta ġejna għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad, minn hemm saru żewġ referenda oħrajn.", "Aħna konna drajna mmorru nivvotaw darba kull ħames snin u nieqfu hemm.", "Qisu d-demokrazija tiġi sospiża matul dawk il-ħames snin, imbagħad bħala pajjiż għamilna l-pass kuraġġuż li daħħalna l-kunċett tal-kunsill lokali u bdejna mmorru nivvotaw kull tliet snin.", "Imbagħad kellna l-iżvilupp tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea b'referendum, li mbagħad introduċa l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li jiġu kważi bejn elezzjoni u oħra, u fiha jivvota l-pajjiż kollu.", "Illum għandna d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħmel elezzjonijiet darba kull ħames snin, u jiena personalment ma naqbilx magħha.", "Naħseb li wieħed seta' jkun daqsxejn iktar flessibbli.", "Nixtieq nikkonkludi dan l-intervent tiegħi billi nagħmel appell sinċier li nirrevedu din id-deċiżjoni tal-Gvern.", "Qatt mhu tajjeb li jitħassru elezzjonijiet, anzi rridu nagħmlu l-kontra.", "Irridu ninsistu li f'pajjiżna l-elettorat jingħata iktar u mhux inqas okkażjonijiet fejn jivvota.", "Għandna nimxu lejn sitwazzjoni fejn l-elettorat ikollu dritt ikbar u mhux inqas li jeleġġi lir-rappreżentanti tiegħu u li jsemma' leħnu dwar kwalunkwe ħaġa li tkun qed isseħħ.", "Id-dritt tal-vot huwa xi ħaġa bażika.", "Mhux qegħdin nitkellmu dwar xi ħaġa eċċezzjonali, u huwa l-inqas mod li wieħed jesprimi ruħu.", "Imbagħad hemm ħafna affarijiet oħrajn li wieħed jista' jsemma' leħnu bihom, fosthom il-konsultazzjoni pubblika u billi jkun hemm iktar trasparenza fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Nappella kemm lis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, kif ukoll lill-Ministru Owen Bonnici biex jirrevedu din id-deċiżjoni.", "Għadna biċ-ċans li fil-25 ta' Mejju jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli amministrattivi.", "Qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rreferejt għalihom.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "KAROL AQUILINA: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd approssimattiv ta' votanti reġistrati fid-diversi hamlets f'Malta u Għawdex fl-2018", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sur President, illejla qegħdin niddiskutu mozzjoni li tressqet min-naħa tal-Oppożizzjoni, mozzjoni li fil-verità l-Oppożizzjoni diġà b'xi mod jew ieħor ivvotat kontriha hija stess għaliex, kif nafu, meta ttieħed il-vot fit-Tieni Qari tal-abbozz ta' liġi li tressaq mis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, dawn ivvotaw favur.", "Hawn wieħed jistaqsi: Imma l-Oppożizzjoni mexjin ilkoll kemm huma flimkien jew inkella titkellem ma' persuna taħseb li wasalt, u mbagħad meta din il-persuna tmur titkellem ma' persuni oħrajn fi ħdan il-partit tagħha stess tibda tirrealizza li ma tkunx wasalt?", "Dan huwa l-mod kif qegħdin jaħdmu tan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Illum qegħdin naraw mozzjoni li fiha qed jingħad li l-kumitati amministrattivi se jispiċċaw u li dawn in-nies se jitilfu l-vuċi tagħhom.", "Qegħdin jgħidu ħafna affarijiet, u allura jkun tajjeb jekk naraw x'sarrfu dawn il-kumitati amministrattivi.", "Fl-2010 kien hemm żewġ kumitati amministrattivi li lanqas biss saru l-elezzjonijiet għalihom, u dakinhar il-voting turnout kienet ta' 33%.", "Meta tqabblu mat-turnout li jkollok fil-kunsilli lokali, tinduna kemm fil-verità wisq probabbli lanqas in-nies ma riedu dawn il-kumitati amministrattivi.", "Imma għal xi raġuni dak iż-żmien il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien iddeċieda li jwaqqaf dawn il-kumitati amministrattivi.", "Sur President, il-kunsilli lokali jafu taħt liema amministrazzjoni kienu l-aħjar.", "Illum il-ġurnata għandhom Gvern li jaħseb biex jieħu miżuri kif iħallilhom iżjed flus biex ikunu jistgħu jagħmlu iżjed proġetti fil-lokalità tagħhom.", "F'amministrazzjonijiet preċedenti kien hemm gvernijiet li lill-kunsilli lokali bagħtuhom jiddejnu bl-iskema tal-public-private partnership biex ikunu jistgħu jagħmlu t-toroq.", "Għandek kunsilli lokali li sal-lum għadhom qegħdin jaqtgħu dak id-dejn.", "Mela, kien ikollok sindku li jaqta' ż-żigarella u s-sindku ta' warajh li kien irid iħallas għal dak li jkun ħa l-preġju tiegħu s-sindku ta' qablu.", "Hekk sewwa!", "Dan kien il-mod kif l-amministrazzjoni preċedenti riedet li l-kunsilli lokali jimxu.", "Illum għandna Gvern li rrealizza li hemm ċerti responsabilitajiet li l-kunsilli lokali forsi ma jifilħux għalihom jew li m'għandhomx ċertu knowhow dwarhom.", "Għandna Gvern li għaraf kif, filwaqt li jżomm lill-istess kunsilli lokali in the loop biex jibqgħu dejjem jagħtu s-sehem tagħhom, ċertu xogħol maġġuri jsir minn awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern.", "Fosthom, pereżempju, insemmi l-Aġenzija Infrastruttura Malta li qiegħda twettaq xogħlijiet kbar ta' toroq madwar il-pajjiż.", "Li kieku ma kienx għal dan il-vot li ngħatat din l-istess aġenzija, kieku dan ix-xogħol ma jistax isir għaliex il-kunsilli lokali ma kienx ikollhom dawk il-fondi disponibbli biex jagħmluh.", "Insemmi, pereżempju, triq waħda li jinsab għaddej ix-xogħol fuqha bħalissa, Triq il-Marfa fil-Mellieħa, li kienet responsabilità tal-Kunsill Lokali.", "Issa qegħdin naraw lil Infrastruttura Malta tagħmel din it-triq; twessa' l-bankini fejn hemm bżonn.", "Kien hemm anke talbiet minn sidien tal-ħwienet biex jitwessgħu l-bankini biex in-nies ikunu jistgħu jgħaddu b'mod aktar komdu.", "Ovvjament, dan dejjem fejn possibbli, għaliex ikun hemm ċerti istanzi fejn dan ma jkunx possibbli.", "F'dan kollu kien hemm min ipprova jagħti l-impressjoni min-naħa l-oħra li la kien hemm ippjanar u lanqas konsultazzjoni, meta fil-verità l-konsultazzjonijiet kienu għaddejjin, l-ippjanar kien qed isir u llum ix-xogħol qiegħed jitwettaq.", "Forsi dan joħloq ftit inkonvenjent; sakemm isir ix-xogħol bilfors ikollok ftit inkonvenjent, imma grazzi għall-koperazzjoni u l-ippjanar li kien hemm bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Aġenzija Infrastruttura Malta, l-inkonvenjent huwa wieħed mill-inqas possibbli u saħansitra l-Kunsill Lokali qed joħroġ il-flus biex joffri shuttle service fil-lokalità stess li qed jissostitwixxi s-servizz tat-trasport pubbliku.", "Hawnhekk qegħdin naraw kif, b'kollaborazzjoni sħiħa u b'ippjanar serju, qegħdin jitwettqu iżjed proġetti u qed ikun hemm iżjed investiment fuq l-infrastruttura fil-lokalità.", "Għamilna aċċenn għal diversi hamlets li kellhom il-kumitati amministrattivi.", "Hawnhekk nixtieq inqabbel żewġ lokalitajiet li t-tnejn li huma għandhom hamlet, imma li għal xi raġuni jew oħra mhux it-tnejn kellhom kumitat amministrattiv.", "Dak iż-żmien ftit kienu jafu għalfejn intgħażlet hamlet \"A\" u ma ntgħażlitx hamlet \"B\" biex jingħataw kumitat amministrattiv.", "Insemmi, pereżempju, San Pawl il-Baħar li għandu lil Burmarrad b' kumitat amministrattiv, u fuq in-naħa l-oħra nsemmi l-Mellieħa li għandha l-Manikata li m'għandhiex kumitat amministrattiv.", "Kien hemm differenza kbira fil-mod kif ħadmu l-affarijiet.", "Ħalli nieħdu San Pawl il-Baħar; l-ewwel nett jiddispjaċini għall-istat li jinsab fih il-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità u anke għas-sofferenzi li qegħdin jgħaddu minnhom ir-residenti, kif ukoll in-negozji ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.", "Smajna mingħand il-kelliem tal-Oppożizzjoni li qal jekk jitilqu 'l barra l-kunsilliera tal-Partit Laburista – u hu qal tal-Partit Soċjalista – il-Kunsill Lokali ma jkunx jista' jieħu deċiżjonijiet.", "Mela l-maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista għandha bżonn lill-kunsilliera tal-Partit Laburista biex tmexxi!", "Skużi, jekk għandek il-maġġoranza, għandu jkollok il-kunsilliera tiegħek hemmhekk li lkoll kemm huma magħqudin biex imexxu huma!", "Jiġifieri t-tmexxija minnha nnifisha diġà hija zoppa.", "Imbagħad kellna l-Kumitat Amministrattiv ta' Burmarrad li matul dawn l-aħħar snin m'għamel xejn.", "Titkellem ma' residenti ta' Burmarrad u jgħidulek: Il-Kumitat Amministrattiv għalxiex qiegħed hawnhekk?", "Ikollok residenti minn San Pawl il-Baħar stess li jagħmlu l-istess mistoqsija dwar il-Kunsill Lokali tagħhom.", "Dawn huma kummenti li tismagħhom ta' kuljum, u sfortunatament meta tidħol fil-mod ta' kif jaħdem il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar tinduna kemm hemm anke ndħil politiku mill-Partit Nazzjonalista stess.", "Jiddispjaċini nisma' kummenti mingħand kunsilliera fi ħdan il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jgħidulek li jkollhom indħil politiku mill-Partit Nazzjonalista dwar ċerti issues.", "Ejja nħallu lill-kunsilli lokali jaħdmu jekk verament nemmnu fihom!", "Ejja nagħtuhom iċ-ċans jaħdmu.", "Hemm nies li huma validi fil-kunsilli lokali, u allura ejja ma noqogħdux nindaħlu b'dawn il-battuti politiċi biex imbagħad nispiċċaw niġu f'sitwazzjoni fejn kunsill lokali lanqas bil-kunsilliera tal-partit li jkollu maġġoranza ma jkun kapaċi jieħu deċiżjoni.", "Mill-banda l-oħra, insemmi wkoll il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li sa sentejn ilu kont nifforma parti minnu.", "Dan huwa kunsill lokali li għandu l-Manikata taħt il-kappa tiegħu.", "Il-Manikata ma ngħatatx kumitat amministrattiv, però s-sindku preżenti, John Buttigieg – u minn hawnhekk insellimlu u nsellem ukoll lill-kunsilliera u lis-sindki ta' Malta u Għawdex – appunta persuna, li nzertajt kont jiena, li kont responsabbli mill-Manikata.", "Jiena kont inżomm laqgħat mar-residenti mill-Manikata, kont waqqaft sotto-kumitat u bdew ħerġin ir-riżultati.", "Investejna xejn inqas minn €55,000 f'dawl ġdid għall-Knisja tal-Manikata li hija binja storika u għandha ċerta rikkezza fl-arkitettura tagħha.", "Mela, grazzi għall-komunikazzjoni li kien hemm bejn il-Kunsill Lokali u r-residenti ta' din il-lokalità stajna naslu biex sar dan l-investiment.", "Illum il-ġurnata qed isir xogħol ieħor fil-Manikata.", "Din hija xi ħaġa li diġà rajnieha taħdem fil-Mellieħa, u hija simili għas-sistema li qiegħda tiġi proposta mis-Segretarju Parlamentari.", "Dan għax huwa ċar li meta fil-kunsill ikollok persuna li żżomm il-kuntatt mar-residenti, is-sistema se taħdem.", "Aħna ma rridux li jkun hemm kumitati amministrattivi tal-isem.", "Aħna rridu li jkun hemm persuni li verament għandhom għal qalbhom dawn il-komunitajiet li jaħdmu biex imexxu 'l quddiem l-interessi ta' dawn l-istess komunitajiet żgħar fi ħdan lokalitajiet ħafna ikbar.", "Sur President, la qed insemmi l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ma nistax ma nagħmilx referenza għas-servizz tal-ġbir ta' skart b'mod separat li huwa regolat mill-memo maħruġ mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.", "Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, bħalma jagħmlu l-kunsilli lokali l-oħrajn kollha, irid joħroġ sejħa rigward żewġ skemi li hawn f'pajjiżna.", "Hawn qed nitkellem dwar il-GreenMT Ltd. jew inkella l-GreenPak Coop.", "Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa f'dan il-każ mexa skont il-memo maħruġa mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali; però, li nsib interessanti huwa li l-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista għall-kunsilli lokali għamel ittra ta' referenza biex tkun waħda mis-submissions tal-GreenMT.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-ittra li kienet daħlet bħala waħda mis-sottomissjonijiet li għamlet il-GreenMT.", "Huwa inaċċettabbli li jkollok membru parlamentari, iktar minn hekk il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-kunsilli lokali, li jipprova b'xi mod jiffavorixxi koperattiva u mhux oħra.", "Jiena naħseb jekk qatt xi darba kellna mossa ċara ta' kemm il-Partit Nazzjonalista verament ma jemminx fil-kunsilli lokali u jrid b'xi mod jew ieħor jindaħal hija din, meta għandek lill-Onor.", "Robert Cutajar li għamel reference letter biex b'xi mod jaġevola lil GreenMT.", "Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa m'għażilx din l-iskema tal-GreenMT.", "Għal xi raġuni jew oħra, il-kunsilliera kollha qablu b'mod unanimu li jmorru għall-iskema l-oħra, u allura jiena nistaqsi: Tgħid għalhekk li l-Onor.", "Cutajar infexx jattakka lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa diversi drabi, anke fuq il-media soċjali, għax m'għażlux lill-kuntrattur preferut tiegħu?", "Nispera li dan mhuwiex il-każ, u nispera li affarijiet bħal dawn ma jibqgħux jiġru.", "Aħna waqqafna l-Kummissarju għall-Istandards, imma xi standards huma meta fuq in-naħa l-oħra għandna nies li jitkellmu fuq il-governanza u fuq ir-rule of law, u mbagħad ikollok il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni jiġi jdaħħal reference letter bħal din biex lill-kunsill lokali jipprova jgħidlu jagħżel skema u mhux l-oħra?", "Bl-ikbar rispett lejn kulħadd, jiena naħseb li għandna ngħollu l-istandards tagħna ħafna aktar minn hekk.", "Jekk verament irridu li l-kunsilli lokali tagħna jittieħdu bis-serjetà ejja nkunu aħna l-ewwel nies li neħduhom bis-serjetà!", "Ejja nħallu dan it-tip ta' deċiżjonijiet f'idejn is-sindki u l-kunsilliera li jkunu qegħdin jagħmlu l-aġġudikazzjoni ta' din it-tender li tkun inħarġet.", "Inħeġġeġ biex il-Kamra kollha kemm hi tivvota kontra din il-mozzjoni.", "Ovvjament, in-naħa tal-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tivvota favur il-mozzjoni mressqa minnha stess, imma aħna għandna nkomplu għaddejjin bir-riforma hekk kif proposta mis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "Qabel nagħlaq nitlob il-permess biex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rreferejt għalihom.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "CLAYTON BARTOLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' reference letter datata l-1 ta' Frar 2019 mill-Onor.", "Robert Cutajar dwar servizzi relatati mal-indafa fil-Mellieħa.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, qegħdin nitkellmu dwar avviż legali dwar l-irħajla.", "It-traduzzjoni ta' hamlet bil-Malti hija rħajjel, u nieħu pjaċir nuża din il-kelma u nerġa' nrawwem il-qawmien tagħha għax qegħdin niddiskutu dwar il-qawmien ta' komunità ġo komunità.", "Jiena qed nisma' dan id-dibattitu u qrajt ukoll l-avviż legali u l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, u jidher li hawn nuqqas ta' ċarezza.", "Irridu niftakru li din is-sena għalaqna 25 sena minn meta twaqqfu dawn l-awtoritajiet ta' gvern lokali.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn saret evoluzzjoni tagħhom u mxew 'il quddiem.", "Huwa veru li kien hemm ukoll ċerti skossi, imma dan in-nuqqas ta' qbil fil-Kamra dwar l-għeruq tal-komunità tagħna ma jawgurax tajjeb.", "Hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu dwar xi kumitat ta' kunsill ċiviku, imma qegħdin nitkellmu dwar awtoritajiet.", "Waħda mill-pjagi li għandna f'dawn il-gvernijiet lokali llum hija l-marda politika li taħkimhom, u hemm bżonn li dawn insaffuhom minnha.", "Importanti nfiehem li dan ma jfissirx li l-partiti politiċi m'għandhomx jieħdu sehem fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, anzi dan huwa parti mid-devoluzzjoni tal-poter – u hekk għandu jkun – imma din hija għodda ta' demokrazija, u l-ikbar stakeholders tal-kunsilli lokali għandhom ikunu n-nies li jgħixu f'dik il-komunità.", "Aħna lejn dawn irridu nħarsu.", "Jiena jiddispjaċini ninnota l-id twila tal-politiċi, b'mod partikolari dawk li għandhom kariga eżekuttiva, li tinfluwenza lill-kunsilli lokali b'mod ħażin.", "B'riżultat ta' dan, fl-għeruq tas-soċjetà tagħna għandna tribaliżmu sfrenat u nħarsu lejn l-uċuħ qabel ma nħarsu lejn dak li wieħed għandu jieħu bi dritt.", "Aħna tal-Partit Demokratiku se nieħdu sehem f'dawn il-kunsilli lokali għall-ewwel darba.", "Aħna naħsbu li għandna nibnu l-komunitajiet mill-ġdid bi tmexxija għaqlija, fejn inħarsu wkoll lejn il-kontabilità tal-kunsilli lokali.", "Qed ngħid hekk għax il-kontabilità hija nieqsa f'uħud minnhom.", "Imma għandna nħarsu wkoll lejn ir-responsabbiltà soċjali u r-responsabbiltà ambjentali ta' dawn il-gvernijiet lokali għax huma dawn l-affarijiet li jissarrfu fi kwalità ta' ħajja aħjar.", "S'intendi, irridu nibnu l-komunitajiet bil-parteċipazzjoni tar-residenti.", "Irridu nassiguraw ruħna li l-Gvern ċentrali jagħtihom ir-riżorsi biex dawn jaslu u jwettqu.", "Sur President, illum qed niddiskutu dan l-avviż legali dwar l-irħajla; imma wieħed mingħajr ma jrid iħares lejn Malta bħala nazzjon ċkejken.", "Minkejja li għandna diversi kunsilli lokali u kunsilli reġjonali, hawn ħafna li lil Malta jqisuha bħala belt waħda kważi integrata.", "Dak huwa veru, imma l-ġid li qed jagħmlu l-kunsilli lokali hu li dawn qed iħarsu u jkattru l-kulturi uniċi tal-komunitajiet tagħna.", "Huma dawn il-kulturi li jagħtu identità lil kull komunità, u dawn qegħdin jitkattru u jitħarsu.", "Huwa dan li aħna għandna nsaħħu bis-saħħa tal-liġijiet li ngħaddu minn din il-Kamra.", "Mhuwiex tajjeb li jkollna liġijiet sbieħ imma meta jiġu biex jitħaddmu jkun hemm l-influwenza tal-kankru politiku.", "Dak mhux se jrawwem il-ġid li nixtiequ, dak is-sens ċiviku, dik il-kburija li tagħmilna lkoll Maltin u Għawdxin.", "Il-kunsilli lokali ma jistħoqqilhomx ostakli.", "Il-kunsilli lokali jistħoqqilhom jingħataw il-mertu li bis-saħħa tagħhom qed jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tal-komunitajiet.", "Din hija ħaġa li għandha tawgura biex, jekk Alla jrid, fil-25 sena li jmiss inkunu kburin li, bir-riformi li qegħdin nagħmlu fil-kunsilli lokali, bnejna komunitajiet li huma denji għal isimhom u komunitajiet li jagħtu identità u għarfien lil Malta u lil Għawdex.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS: (Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet): Sur President, f'dan il-ftit ħin li għandi se nipprova nfiehem dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu fil-gvern lokali.", "Sena u nofs ilu komplejna vjaġġ fejn ridna naraw li l-kunsilli lokali jkunu gvern lokali.", "Meta bdejna dan il-vjaġġ, ridna naraw in-nies hemm barra kif jaħsbuha dwar il-kunsilli lokali.", "Ħafna nies kienu tal-idea li l-kunsilli lokali kienu qegħdin hemmhekk għalxejn.", "B'sodisfazzjon ngħid li f'sena u nofs ta' ħidma flimkien bdejna nerġgħu nagħtu nifs lill-kunsilli lokali.", "Minkejja l-kritika li naqilgħu mill-Oppożizzjoni, aħna smajna ħafna u nipprovaw naraw li f'din ir-riforma jidħlu l-ideat ta' kull wieħed u waħda minna.", "Illum smajna lill-Oppożizzjoni tikkritika dak li qegħdin nipprovaw nagħmlu aħna.", "Jiena ma nieħu xejn bi kbir.", "Ili f'dan il-Parlament wieħed u għoxrin sena, ilħaqt gvernijiet Nazzjonalisti u lħaqt l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għal dawn l-aħħar sitt snin u nofs, u ħlief negattività ma smajtx.", "Ma smajna xejn ħlief negattività, waħda wara l-oħra.", "Però tajjeb li nsemmi żewġ punti kruċjali dwar dak li qegħdin niddiskutu llum f'din il-Kamra.", "Sur President, fil-liġi hemm ipprovdut li jkollok il-hamlets.", "Kelliem tal-Oppożizzjoni fuq it-televiżjoni qal li l-proposti tagħna huma proposti b'ħafna kuluri.", "Issa nerġgħu mmorru lura u nagħmlu kollox black and white biex ma jkunx b'ħafna kuluri!", "Ta' min ngħid li dawk kienu għadhom proposti u ma kien hemm xejn deċiż.", "Minn hemmhekk bdiet il-konsultazzjoni, imma ħafna għorrief mill-ewwel għamlu dawn il-proposti xi ħaġa diġà fatta.", "Fost dawn il-proposti aħna għedna li kien hemm numru ta' problemi fil-kumitati amministrattivi.", "Hemm ħafna affarijiet li ma naqblux dwarhom, u naħseb li din hija waħda minnhom.", "B'daqshekk ma ġara xejn.", "Intom twasslu l-ideat tagħkom, aħna nwasslu tagħna, u jekk aħna nħossu li dak li qegħdin ngħidu huwa tajjeb, naslu għall-vot.", "Mhu se jkun hemm l-ebda tfixkil biex l-affarijiet jiġu diskussi fil-Kumitat tal-Abbozzi, imma hawn tajjeb li nagħti xi numri rigward dawn il-kumitati amministrattivi.", "Tajjeb ngħid li l-ewwel elezzjoni għalihom saret fl-2010 u f'dik l-elezzjoni vvotaw biss 33%.", "Kien hemm żewġ elezzjonijiet li ma sarux, u reġgħet saret elezzjoni fl-2014 fejn fi 11 minn 16-il kumitat amministrattiv lanqas saret elezzjoni għaliex kien hemm ħames kandidati biss li jitilgħu kollha.", "Din tfakkarni meta l-għorrief tad-demokrazija ma kenux ħallew li jsiru l-elezzjonijiet fiż-Żejtun u fil-Marsa għax kienu jafu li se jieħdu daqqa elettorali.", "Imma dan apparti; aħna għedna li ladarba l-kunsill lokali huwa elett demokratikament permezz ta' elezzjonijiet: jekk hemm hamlet, il-kunsill lokali jagħżel kunsillier elett li jkun responsabbli ta' dak il-hamlet.", "Din qiegħda fil-liġi u ma nistax nifhem kif dawn jiġu hawnhekk u jgħidu li aħna se nneħħu l-kumitati amministrattivi.", "Ma nistax nifhimhom lil dawn in-nies!", "Dan meta se jibqa' ikun hemm il-flus għal dawn il-hamlets.", "Il-baġit se jkun hemm.", "Mela se jkollna kunsillier responsabbli u se nħallu l-flus għalihom.", "Qabel il-kumitat amministrattiv ma kellux vot fil-kunsill lokali, imma issa l-hamlets se jkollhom vot permezz ta' dan il-kunsillier rappreżentant tagħhom.", "Dik hija l-istorja kollha.", "Chris Said qalli li jien u l-partit tiegħi se nibqgħu mfakkrin li neħħejna l-kumitati amministrattivi.", "Chris Said ngħidlu li jekk jien se nibqa' mfakkar li neħħejt il-kumitati amministrattivi, hu se jibqa' u baqa' mfakkar li qasam u farrak il-kunsilli lokali f'Għawdex.", "Għaliex qed ngħid dan?", "Għaliex kull fejn ra li s-sindku ma kienx wieħed minn tiegħu, ra kif għamel biex jaqsam.", "Dan nista' nissostanzjah illum bl-eks Sindku Nazzjonalista fiż-Żebbuġ, Għawdex, li kien sindku f'isem il-Partit Nazzjonalista u l-Onor.", "Said għamillu minn kollox biex ifarrku fil-kunsill lokali biex ikun jista' jeħodlu postu l-viċi sindku Nazzjonalista.", "Dan l-eks Sindku llum il-ġurnata se joħroġ għall-elezzjonijiet fiż-Żebbuġ, Għawdex, imma se joħroġ indipendenti għax dawn li għandhom għal qalbhom il-kunsilli lokali ma ħallewhx jaħdem!", "Semma l-Kumitat Amministrattiv ta' Kerċem.", "Staqsi lill-eks Sindku Stellini f'Sta Luċija għalxiex ma ħariġx għall-elezzjoni tal-kunsill lokali!", "L-Onor.", "Chris Said se jibqa' mfakkar ukoll li fl-2012 ħalla 25 kunsill lokali bid-dejn, waqt li aħna fl-2018 niżżilna dan in-numru bi 12.", "Forsi wieħed jistaqsi għaliex qed insemmi lill-Onor.", "Qed insemmih għaliex kien hu li bagħat lill-kunsilli lokali jiddejnu biex jagħmlu t-toroq.", "Aħna lill-kunsilli lokali tagħna mhux nibagħtuhom jiddejnu biex jagħmlu t-toroq; aħna lill-kunsilli lokali tagħna nippumpjawlhom €100 miljun fis-sena biex jirranġaw it-toroq fil-lokalitajiet tagħna.", "U mhux hekk biss.", "Illum kelli l-opportunità li nmur fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u nagħtu għotja mill-Planning Fund ta' €4 miljun lil 12-il kunsill lokali bi 22 proġett fil-lokalitajiet.", "Dan huwa l-Gvern li huma jgħidu li ma jemminx fil-kunsilli lokali!", "Aħna tajna l-vot ta' 16 liż-żgħażagħ biex jivvutaw għall-kunsilli lokali, u se nkunu qegħdin nagħtuhom issa ukoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u se nkunu qegħdin nagħtuhom il-vot għall-elezzjoni ġenerali!", "Ta' 16-il sena inti tkun tista' tikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali!", "Aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali għaliex tajna €3.1 miljun lir-reġjuni tagħna?!", "Tajniehom ir-responsabbiltajiet lir-reġjuni tagħna.", "Se nkunu qegħdin nagħtuhom EU officer lir-reġjuni tagħna.", "Aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali għaliex qegħdin indaħħlu skemi tar-reġjuni, tas-saħħa u tal-wellbeing?!", "Aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali u fir-reġjuni tagħna meta din is-sena żidna l-baġit b'€7 miljuni?!", "Aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali li bdejna proċess ta' mobile app fil-lokalitajiet tagħna?!", "Aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali li xahar wara xahar nagħtu l-iskemi lill-kunsilli lokali?!", "Aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali meta għandna 19-il sindku aktar mill-Partit Nazzjonalista u 55 kunsillier aktar mill-Partit Nazzjonalista?!", "Aħna ma nemmnux fil-kunsilli lokali?!", "Sur President, aħna qegħdin naħdmu biex, minkejja t-tfixkil kollu tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, mill-kunsilli lokali verament nagħmlu Gvern lokali.", "Fil-25 ta' Mejju 2019 se jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Allura aħna fid-diskussjonijiet għedna li ladarba l-elezzjonijiet ta' Mejju li ġej se jagħtu ċ-ċans lill-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi tagħżel sindki u kunsilliera, jiġifieri bil-vot tiegħu l-poplu se jkollu ċ-ċans li jwassal leħnu fl-elezzjonijiet, imbagħad ma jagħmilx sens li ssir elezzjoni għas-sitt reġjuni fl-2022.", "Ma tagħmilx sens.", "Għandha ssir ftit wara li l-poplu jkun għażel il-kunsilli lokali kollha, issir elezzjoni bejn il-kunsilliera u s-sindki biex jintgħażlu l-presidenti tar-reġjuni.", "U fil-laqgħat li kellna huma wkoll kienu jgħidu li hekk jagħmel sens.", "Cutajar, flimkien mas-Sur Bonello, rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista, u xi minn daqqiet kien jiġi s-Sur Samuel Azzopardi li huwa l-President tar-reġjun ta' Għawdex.", "F'daqqa waħda, ma nafx x'ġara.", "Jekk tistaqsini x'ġara, ngħidlek li ma nafx.", "Meta se nressqu l-proposta tagħna f'dan il-Parlament, jekk l-Oppożizzjoni mhux se tkun magħna għax xorta waħda jridu li mmorru għall-elezzjonijiet fis-sena 2022 … Aħna konna se mmorru għall-elezzjonijiet ta' 2022 flimkien mal-Presidenti tar-reġjuni u flimkien mal-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.", "Issa din hija xi ħaġa li hija f'idejn l-Oppożizzjoni biex tara jekk jagħmilx sens li l-elezzjonijiet isiru kollha f'daqqa, in-nies jinħatru kollha f'daqqa u tkun ir-rieda tal-maġġoranza li tiddeċiedi x'għandu jsir.", "Għax jekk fl-elezzjoni li ġejja l-poplu juri li jrid reġjun Labour, il-kunsilliera u s-sindki se jivvotaw u jagħżlu reġjun Labour; jekk il-poplu jkun irid reġjun PN, skont kif tkun ivvotat il-maġġoranza fl-elezzjoni li se ssir fil-25 ta' Mejju, allura ssir dik l-għażla.", "Imma l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ddeċidiet li ma tridx dan.", "Però, Sur President, nerġa' ngħid li kienet għaddejja diskussjoni u konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni.", "Hawnhekk għandi l-minuti ta' laqgħa tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli lokali li saret fil-Marsa; dawn il-minuti qegħdin online u se npoġġihom ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa f'dawn il-laqgħat ikollok il-ħames presidenti tar-reġjuni u jien se nikkwota x'qal il-President tar-reġjun ta' Għawdex, is-Sur Samuel Azzopardi, li minn hawn insellimlu għax-xogħol li jagħmel.", "Minn dawn il-minuti tistgħu taraw x'qal fuq l-Oppożizzjoni jew min kien qiegħed imexxi l-laqgħat ta' konsultazzjoni ġewwa u flimkien fis-Segretarjat, is-Sur Samuel Azzopardi f'isem il-Partit Nazzjonalista ġewwa Għawdex:", "\"Fir-rigward tal-laqgħat li s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, flimkien mal-kumitat tar-riforma, kellhom ma' Robert Cutajar u n-nies magħżula minnu, illum ġie żvelat li l-istess Robert Cutajar qatt ma kkonsulta mal-Oppożizzjoni, li hu stess kien qiegħed jirrappreżenta f'dawn il-laqgħat.", "F'minuti li ttieħdu l-Ħamis, 28 ta' Frar, mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, liema Minuti jinstabu disponibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni, Dr Samuel Azzopardi, li huwa l-minority leader fl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, semma b'diżappunt li mill-aħħar laqgħa tal-Eżekuttiv, u anke mil-laqgħat ta' konsultazzjoni li saru mis-Segretarjat għall-Gvern Lokali, kemm-il darba kien hemm referenza mill-Onor.", "Parnis li l-Oppożizzjoni kienet qed tiġi kkonsultata.", "Dr Azzopardi xtaq jikkjarifika li fl-ebda mument l-organi tal-Partit Nazzjonalista ma kienu qegħdin jiġu kkonsultati.", "Saħaq li dan ikkonfermawh ukoll mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Adrian Delia.\"", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ippermettili.", "(Interruzzjonijiet) Dak bil-permess.", "Hawn permess għal point of clarification?", "ROBERT CUTAJAR: Għall-korretezza rrid nagħmilha ċara li l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kienu infurmati b'dak li aħna konna se niddeċiedu.", "Darbtejn il-Grupp Parlamentari u darba l-Kumitat Eżekuttiv.", "Jiena fl-ebda ħin ma kont preżenti biex stajt niċħad jew nikkonferma.", "Però qed nikkonferma għat-tieni darba li l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista għal darba darbtejn ġie kkonsultat bil-proposti li konna se rressqu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. Silvio Parnis.", "SILVIO PARNIS: Sur President, jien se npoġġi dawn il-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Rigward il-qasma li hemm fuq in-naħa l-oħra dik ma nidħolx fiha jiena.", "(Interruzzjonjijiet) Tajtek iċ-ċans li titkellem … (Interruzzjonijiet) Lanqas jien ma kont hemmhekk.", "Mela jien nista' nkun fl-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali?!", "Mela jien membru tal-AKL?!", "Jien qed ngħidlek li Dr Samuel Azzopardi … (Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Silvio Parnis, indirizza lili, jekk jogħġbok.", "SILVIO PARNIS: Dr Samuel Azzopardi huwa President tar-Reġjun ta' Għawdex f'isem il-Partit Nazzjonalista, u jien ikkwotajt x'qal.", "Jiena ma ħadtilhomx il-karti; kulma għamilt niżżilthom online!", "Dawn jista' jarahom il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien għaliex ġejt għal dan?", "Jiena m'iniex it-tip li nitkellem b'dan il-mod.", "Aħna qed nippruvaw nagħmlu riforma għax hija x-xewqa tiegħi, ta' sħabi u ta' nies oħra, anke min-naħa tal-Oppożizzjoni, li nippruvaw flimkien naraw kif in-nies hemm barra jieħdu xi ħaġa mill-kunsilli lokali.", "Aħna rridu li mill-kunsilli lokali nagħmlu t-tieni dar taċ-ċittadin.", "Aħna rridu nagħmlu bidla fil-lokalitajiet tagħna permezz tal-kunsilli lokali.", "Jien għalhekk kburi li nagħmel parti minn partit li diġà għandu 'l fuq minn 400 kandidat biex joħorġu għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.", "Kburi għaliex f'sena u nofs, flimkien ma' sħabi, irnexxielna nerġgħu nqajmu l-kunsilli lokali biex verament iċ-ċittadin hemm barra jħoss li qed issir bidla, iċ-ċittadin hemm barra jkun kburi bl-identità tiegħu.", "Iċ-ċittadin għandu jkun kburi b'dak li qegħdin nagħmlu.", "Sur President, jiena niskanta kif l-Oppożizzjoni titkellem b'mod negattiv dwar dak li qed nippruvaw nagħmlu.", "Qed nippruvaw nagħmlu bidliet għall-aħjar fil-LESA, l-uffiċjali tal-komunità.", "X'ma semmiex il-kollega ħabib tiegħi, l-Onor.", "Qal li jmorru għandu nies igergru għax huma mdejqin fil-LESA.", "Kien hemm mumenti fejn kien hemm min xtaq bidla, imma aħna llum kburin li mexjin b'collective agreement mal-union li tirrappreżentahom biex intejbulhom il-kondizzjonijiet tagħhom.", "Jiena kburi wkoll li llum l-uffiċjali tal-komunità għandhom personalità, bdilnilhom l-uniformi.", "Issa mhux għax bdilnilhom l-uniformi, imma għall-inqas nistmawhom ta' persuni, ta' ċittadini, u dan għax għandi għal qalbi lill-ħaddiem.", "Jien kburi li bniedem jidħol uffiċjal fil-komunità mhux għax ma sabx jaħdem.", "Illum, grazzi wkoll għall-Ministru Michael Farrugia, ingħaqadna mal-Akkademja biex dawk li daħlu u dawk li se jidħlu bħala uffiċjali tal-komunità jingħataw it-taħriġ.", "Ikkritikaw anke l-fatt li dawn marru f'post ġdid.", "Mhux bilfors trid tmur f'post ġdid jekk issa dawn m'għadhomx mal-privat?!", "Tmur fil-pjazza?", "Dawn kif iridu jippoppaw sidirhom li se jkunu gvern alternattiv?", "Tan-naħa l-oħra qalu wkoll li aħna lill-kunsilli lokali ħadnielhom il-poteri.", "Kien Gvern Nazzjonalista li neħħa lill-gwardjani lokali, l-uffiċjali tal-komunità minn mal-kunsilli lokali u tefagħhom fir-reġjuni.", "Il-bidla qiegħda ssir.", "Sur President, ejjew ħa nħarsu 'l quddiem.", "Ejjew ħa nkomplu naħdmu flimkien.", "Ejja ma nħallux li jidħol xi feles biex jagħmel il-ħsara.", "Aħna din is-sena kellna record ta' żieda fl-allokazzjoni għall-kunsilli lokali b' €7.1 miljun.", "Dawn ġew allokati biex inkunu nistgħu nagħmlu l-bidla fil-lokalitajiet tagħna, u se nkunu qegħdin nagħmluha din il-bidla.", "Ma nistgħux nibqgħu marbutin ma' dak li konna 25 sena ilu.", "Għad għandna tenders li għadhom marbutin ma' dak li kienu jagħmlu 25 sena ilu.", "Jekk irridu li f'pajjiżna ndaħħlu l-indafa, ma nistgħux nibqgħu bis-sitwazzjoni fejn it-toroq tagħna jitnaddfu b'mod manwali.", "Irridu nibdew naħdmu, u qegħdin noħorġu skemi fejn se nibdew nagħtu skemi lill-kunsilli lokali fejn ngħinuhom biex jagħmlu l-irrigation fil-lokalitajiet tagħhom ħalli l-lokalitajiet tagħna jkunu dejjem iħaddru.", "Din se toħroġ fi ftit tal-ġranet oħra.", "Għal dan il-għan hemm disponibbli għalihom €29 miljun mill-Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Hemm €100 miljun ieħor fis-sena biex nibdlu t-toroq fil-lokalitajiet tagħna.", "Għamilna u nedejna skema biex insebbħu l-faċċati u b'hekk il-lokalitajiet.", "Daħħalna l-aspett sportiv u fiżiku fil-kunsilli lokali u fir-reġjuni tagħna u se nibqgħu naħdmu.", "Fil-25 ta' Mejju 2019 hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, u minn hawn irrid nagħmel appell lill-kandidati kollha li se joħorġu f'isem il-Partit Laburista, f'isem il-Partit Nazzjonalista, f'isem il-Partit Demokratiku u f'isem l-Alternattiva Demokratika.", "F'din il-kampanja nistgħu ma naqblux, imma meta wara l-25 ta' Mejju jinħatru l-kunsilli lokali, dawn iridu jkunu hemmhekk biex verament nagħmlu bidla fil-lokalitajiet tagħna.", "Qabel nagħlaq inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Estratt mill-Minuti tal-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tat-28 ta' Frar 2019 b'referenza għal dak li qal Dr Samuel Azzopardi.", "Grazzi ħafna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nistieden issa lill-aħħar kelliem min-naħa tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "DAVID AGIUS: Grazzi ħafna, Sur President.", "Naħseb li negattiv huwa dak li jkun qiegħed ineħħi xi ħaġa milli hemm bħalissa, għaliex inti tkun negattiv dwarha u tneħħiha.", "L-Onor.", "Membri tal-Gvern qalu li aħna Oppożizzjoni negattiva.", "Negattiv hu min joħroġ avviż legali biex ineħħi xi ħaġa li qed tħalli l-frott f'pajjiżna.", "In-negattiv huwa l-Partit Soċjalista, il-Partit li għandna fil-gvern illum, is-soċjalisti ta' quddiemna, li joħorġu avviż legali biex ineħħu xi ħaġa li timxi bil-prinċipju tad-demokrazija u tas-sussidjarjetà.", "Aħna li nemmnu fis-sussidjarjetà, aħna li nemmnu fid-devoluzzjoni tal-poter, aħna li rridu li d-deċiżjonijiet jittieħdu l-aktar viċin in-nies, aħna ma nagħmlux bħas-soċjalisti ta' faċċata.", "Għax nemmnu fid-demokrazija, għax nemmnu li l-vot għandu jinżel viċin min se jintlaqat bid-deċiżjonijiet ta' nies li se jitilgħu bil-vot tagħna, allura nemmnu fil-kumitati amministrattivi.", "Konferma ta' dan huwa d-diskors li għadu kif għamel l-Onor.", "Bartolo tal-Mellieħa meta ftit tal-ħin ilu qal li meta kien kunsillier lokali huwa kien responsabbli mill-Manikata għax il-Manikata ma kienx hemm kumitat amministrattiv u s-sindku tah lilu.", "Qal li hu ħa l-Manikata f'idejh u bdew ħerġin ir-riżultati.", "Jekk hemm konferma ta' kemm huma importanti l-kumitati amministrattivi, huwa proprju dak li qal l-Onor.", "Meta inti tagħti l-għodda, meta tagħti l-awtorità u l-flus, allura jibdew ġejjin ir-riżultati.", "Jekk il-Manikata ma kellux kumitat amministrattiv, minflok allura l-Gvern messu għamel emenda u tah kumitat amministrattiv, u mhux għamel din l-emenda u neħħa l-kumitati amministrattivi!", "(Interruzzjonijiet)", "Agius qiegħed idawwar il-kliem li għedt jiena.", "Kompli d-diskors tiegħek, Onor. Agius.", "DAVID AGIUS: Kull min semgħu jitkellem jaf li l-Onor.", "Bartolo qal li tant ħadem li bdew ħerġin ir-riżultati fil-lokalità tal-Manikata.", "(Interruzzjonijiet) Issa jekk taħseb li m'għedtx hekk, nistiednek tisma' r-recording.", "M'għandi l-ebda diffikultà.", "Jekk għandna lokalità bħall-Manikata, li kellha riżultati tajbin għax dik l-area ffukajna fuqha, allura ejja nagħtuha kumitat amministrattiv!", "Jien ngħid aktar minn hekk.", "Jiena ngħid li llum għandna kumitati amministrattivi li tant qegħdin jaħdmu li jixirqilhom anke jsiru fil-livell ta' kunsill lokali.", "L-Onor.", "Bartolo qed jidħak.", "Mur is-Swatar u ara jekk is-Swatar ħaqqux li jsir lokalità b'kunsill lokali.", "Mur Bubaqra u staqsi lis-sindku taż-Żurrieq jekk jaqbilx li fil-lokalità ta' Bubaqra sar ix-xogħol.", "Jien meta kont il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-kunsilli lokali, kont inkun mistieden għall-press conferences tal-attivitajiet li jagħmel il-kumitat amministrattiv ta' Bubaqra, u kien ikun hemm waħda wara l-oħra.", "Morru araw ix-xogħol li jsir Fleur-de-Lys, St Peter's, Marsalforn, ix-Xlendi, Santa Luċija, is-Swatar, Burmarrad, il-Baħrija, Baħar iċ-Ċagħaq u Gwardamangia!", "Sur President, il-problema li għandna quddiemna llum hi li l-Partit Laburista ma jemminx fil-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Għax huwa soċjalist u mhux demokristjan ma jemminx fil-valuri tas-sussidjarjetà. **Flok insaħħu liċ-ċittadini tagħna bil-vot u nagħmlu hamlets aktar b'saħħithom, issa se jkollok persuna waħda li jagħżilha s-sindku li tirrappreżentahom.", "Għaliex?", "Għaliex hemm 30,000 biss jgħixu fihom?", "Dawn m'huma ħadd għax aħna b'saħħitna, għax aħna naraw kbir bħala Gvern Laburista, issa soċjalista!", "Aħna issa għandna ħafna voti u ma jinteressaniex minn dawn it-30,000 vot!", "L-Onor.", "Alex Muscat qalilna li kieku hu anke għall-Bidnija jagħmel kumitat amministrattiv mal-lokalità tal-Mosta.", "Għaliex m'għamilthiex?", "Kellek u għandek l-awtorità llum.", "Qabel kont fil-Kunsill; illum għandek l-awtorità għax qiegħed fil-gvern.", "Jekk hemm postijiet li tħallew barra u kellhom bżonn isiru kumitati amministrattivi, mela ejja nagħmluhom kumitati amministrattivi!", "Issa se jkollna kunsillier li se jkun responsabbli minn dan il-kumitat.", "Jiġifieri wieħed isir flok kumitat.", "Din diġà ma tagħmilx sens, li inti b'kunsillier wieħed tagħmel kumitat.", "Fil-kumitat irid ikollok in-nies jiddiskutu, imma ħalliha dik.", "Allura fejn għandna postijiet li llum m'għandhomx kumitat amministrattiv, jistgħu jagħmlu kumitat amministrattiv jew le?", "Fuq din ma qalilna xejn is-Segretarju Parlamentari.", "Is-Segretarju Parlamentari ħa pjaċir jitkellem fuq kollox barra fuq kumitati amministrattivi.", "Qalilna: Għax ftit ħarġu jivvotaw.", "Ftit ħarġu jivvotaw minn 30,000 ruħ f'dawn il-lokalitajiet … Issa li qorbu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex kollha u li magħhom se jkollna l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, irridu nifhmu li Gvern m'għandux jibqa' jżomm l-affarijiet hu.", "Għandu jibda jaqta' u jneħħi.", "Imma dan il-Gvern ma jagħmilx hekk għax ma jemminx fil-prinċipju u fil-valur tas-sussidjarjetà.", "Qalilna li lill-kunsilli lokali qed jagħtuhom €100 miljun għat-toroq.", "U inti taħseb li se tmur għand il-kunsilli lokali u ssib li għandhom €100 miljun għat-toroq?", "Bil-kontra, dan il-Gvern Laburista ħadilhom ir-responsabbiltà tat-toroq.", "Dan il-Gvern Soċjalista ta' faċċċata tagħna, flok ta iktar flus lill-kunsilli lokali biex huma jagħmlu t-toroq, għamlilna Infrastructure Malta biex nieħdu l-poter f'idejna minn idejn il-kunsilli lokali.", "Dan il-Gvern Soċjalista huwa għatxan għall-poter.", "Nispera li issa ma nibdewx nindaħlu x'qiegħds tagħmel persuna jew oħra fil-kunsilli lokali tagħna.", "Is-Segretarju Parlamentari ddeċieda li jsemmi biss persuna waħda – li nsellimlu minn hawnhekk – fil-lokalità taż-Żebbuġ, Għawdex.", "Qisu r-Rabat Malta ma jmurx is-Segretarju Parlamentari!", "Qisu lis-Sindku Laburista tar-Rabat insieh.", "Jew ġegħluh jinsieh minn Kastilja?", "Jew qalulu biex ma jitkellimx dwaru biex ma jagħtihx l-importanza lis-Sindku preżenti tar-Rabat?", "Kif ma tgħidilniex x'qal is-Sindku Laburista tar-Rabat?", "Għaliex ma tgħidilniex għalfejn illum intom bħala Partit Soċjalista ma triduhx u ma ħallejtuhx jikkontesta?", "X'għamel ħażin dan ir-raġel?", "Lil min ma ssodisfax dan ir-raġel?", "Lil min ma qediex dan is-Sindku Laburista tar-Rabat Malta?", "Sur President, jekk is-Segretarju Parlamentari verament irid l-għaqda, allura jrid isemmi ż-żewġ naħat tal-munita.", "Ma tistax tgħid li tan-Nazzjonalisti huwa kollu ħażin u tas-Soċjalisti kollox tajjeb.", "Anke issa ġejt hawnhekk tkisser l-istorja u tgħid li l-Vot 16 tajtuh intom liż-żgħażagħ tagħna.", "Ara veru ma tkunx fil-Parlament!", "Għedt li ilek 21 sena fil-Parlament u allura missek taf li kien hemm mozzjoni minni u mill-Onor.", "Marlene Farrugia biex nagħtu d-dritt tal-vot ta' 16-il sena, u intom ma tellajtuhiex f'dan il-Parlament għax ma ridtuhiex.", "Forsi għamiltu hekk għax konna se nieħdu l-glorja aħna, għax konna se nidhru sbieħ maż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li tajniehom il-Vot 16.", "Mhumiex is-Soċjalisti li tawh il-Vot 16, imma aħna bħala Partit Nazzjonalista li dejjem emminna fiż-żgħażagħ.", "Dan jixhdu anke l-ewwel diskors tiegħi f'dan il-Parlament.", "Is-Segretarju Parlamentari jista' jmur u jfittxu.", "Issa iva, konvenjentement hekk jgħid.", "Fid-diskors tiegħu fil-Ħamrun, il-Prim Ministru qalilna li jekk il-Gvern iħalli f'idejn il-kunsill ma jiġri xejn u li l-kumitati amministrattivi qatt m'għamlu differenza.", "Dawk is-16-il kumitat amministrattiv kollha volontarji, kollha jaħdmu għas-soċjetà tagħna, dawn m'għamlux differenza?!", "Donnu li Joseph Muscat u l-Partit Soċjalista biss jagħmlu d-differenza f'pajjiżna!", "Jekk il-Gvern iħalli f'idejn il-kunsilli ma jiġri xejn.", "Mur għidilhom lis-sindki Laburisti li ma jiġri xejn fil-lokalitajiet tagħhom!", "Għalfejn tridu tagħmlu riforma jekk tridu taħtfu kollox f'idejkom?", "Meta tgħidu dan id-diskors li jekk il-Gvern iħalli f'idejn il-kunsill ma jiġri xejn tkunu qed turu li ma temmnux fil-kunsilli lokali.", "Din qalha l-Prim Ministru Soċjalista Joseph Muscat, jiġifieri mhux qed insemmi lil xi ħadd li mhuwiex importanti fil-pajjiż jew fil-Partit Soċjalista.", "Aħna, bħala Partit Nazzjonalista u bħala Oppożizzjoni, lill-Gvern illum qed ngħidulu li jekk jaħseb li se jgħaddi minn fuqna b'romblu għaliex qabad u għamel avviż legali biex ineħħi l-kumitati amministrattivi tal-kunsilli lokali f'pajjiżna se jiżbalja għax lilna se ssibna hawnhekk.", "Qalulna li aħna vvotajtna favur fit-Tieni Qari.", "Allura s-Soċjalisti ta' faċċata tagħna lanqas f'din ma jifhmu?!", "Robert Cutajar, tkellimt jien u tkellmu diversi oħrajn li qalu li hemm affarijiet tajbin fir-riforma u, għax aħna mhux negattivi, se nivvotaw favur fit-Tieni Qari u se nagħmlu wkoll emendi fi stadju ta' Kumitat.", "Għandna l-emendi u għednielkom li rridu nimxu 'l quddiem.", "Iva lanqas fuq din ma tridu tgħidu li aħna qed nimxu skont ir-regoli tal-Parlament?", "Kellna kelliem wieħed wara l-ieħor wara l-ieħor jgħid l-istess ħaġa.", "Sur President, jien inħeġġeġ lill-Gvern biex ma jibqax għaddej fuq dak li kiteb fir-riforma li l-kumitati amministrattivi jiġu xolti, u lanqas jibqa' għaddej fuq dak li qal fl-avviż legali biex f'Mejju li ġej ma jsirux elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi.", "Il-Gvern għandu iżda jagħmel dak li qed ngħidulu aħna fil-mozzjoni.", "Aħna qed ngħidulu li dawn huma kumitati importanti, huma viċin in-nies u għaldaqstant għandu jiġi revokat, annullat u mħassar l-avviż legali biex b'hekk jibqa' jkollna l-kumitati amministrattivi f'pajjiżna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif lmressqa u moqrija mill-Onor.", "Skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra fil-laqgħa tal-25 ta' Frar 2019, il-votazzjoni tittitieħed fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 17 ta' April 2019.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari Parnis biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO PARNIS: Nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 10 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari; u", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jitħassar l-Avviż Legali 44 tal-2019 li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, nitkellmu ta' spiss dwar id-dinjità tal-persuna, dwar il-mod kif kull bniedem għandu d-dritt li jilħaq il-milja tiegħu.", "Imma llum rrid inħares lejn faxxa tas-soċjetà Maltija u Għawdxija li qed tikber, li hija importanti ferm u li kultant ninjorawha.", "Qiegħed nirreferi għax-xjuħ tagħnap; 25% tal-popolazzjoni f'Malta u Għawdex huma anzjani.", "F'din il-Kamra ta' spiss nitkellmu fuq ħwejjeġ li jolqtu din l-età u kemm persuna taħdem tul ħajjitha biex b'hekk ikollha pensjoni adegwata.", "Nieħu pjaċir ninnota li għall-ewwel darba n-Nazzjonijiet Magħquda qiegħda tagħraf din l-età.", "Tgħidli: Għall-ewwel darba?", "Iva, għax bħalissa għaddej it-tfassil ta' konvenzjoni dwar l-etaiżmu!", "Naħseb li din hija kelma ġdida.", "Illum, waqt id-dibattitu fuq il-mozzjoni jiena semmejt il-kelma \"rħajjel\", li hija kelma Maltija li pprovajt nerġa' nqajjem.", "Din hija kelma oħra li naħseb dieħla fil-vokabolarju Malti biex minflok ngħidu \"aged\" jew \"ageism\", ngħidu \"etaiżmu\".", "Il-fatt hu li n-Nazzjonijiet Magħquda qiegħda tirrikonoxxi dan permezz ta' konvenzjoni.", "In-Nazzjonijiet Magħquda għandha l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Mara, imma dwar l-anzjanità m'għandhiex.", "Sur President, jien irrid nitkellem fuq erba' punti li nħoss li huma importanti ferm f'dan il-qasam meta nħarsu lejn id-dinjità tax-xjuħ.", "Biex ikollhom livell ta' għajxien ta' kwalità tajba jrid ikollhom pensjonijiet adegwati, liveable pensions.", "Nafu l-problemi li jeżistu, nafu kif leġislatura wara l-oħra jagħtu kas din l-isfida; imma nafu wkoll li, minħabba t-traskuraġni b'mod partikolari qabel l-2014, għad fadal ħafna xi jsir.", "Jekk nieħdu dak it-terminu li jgħidulu equalising income nindunaw li l-maġġoranza tax-xjuħ tagħna għandhom pensjoni li mhux biss hija inadegwata imma taqa' taħt il-mean average tal-pensjonijiet li jieħdu sħabna l-Ewropej.", "Importanti wkoll li l-capping ikun liberat għal kulħadd u mhux ikun biss għal ċerti sezzjonijiet li huma privileġġjati, bħalna l-membri parlamentari li aħna privileġġjati meta niġu għall-pensjonijiet.", "Wara kollox, kulħadd huwa ugwali u kulħadd qiegħed fl-istess keffa u allura, iva, kulħadd għandu jkollu l-istess dritt għal pensjoni.", "Huwa importanti wkoll li x-xjuħ tagħna jkollhom servizzi li jkunu aċċessibbli, servizzi li jkunu ekwi u li dawn s-servizzi joffru provvista ta' tagħmir jew benefiċċji li huma l-ewwel ħaġa orjentati skont l-età.", "Naf li f'dan il-qasam mexjin sew, imma huwa importanti wkoll li s-servizz jingħata f'waqtu.", "Mill-aspett ta' saħħa wkoll hemm ħafna nistgħu ntejbu.", "Wara kollox aħna xi rridu?", "Aħna rridu li x-xjuħ ikunu attivi b'mod sħiħ imma b'saħħithom.", "Għalfejn qed ngħid hekk?", "Jiena nemmen li persuna li għalqet 61 jew 62 sena għad għandha sehem sew x'tagħti fis-soċjetà Maltija, sew mill-aspett ta' xogħol, kif ukoll mill-aspett ta' familja.", "Hawnhekk ukoll, mingħajr ma rrid, niftakar li iktar ma jgħaddi żmien minn fuqna iktar hemm ċans li jkollna mhux biss mard imma anke kondizzjonijiet li jagħmluna iktar diżabbli minħabba l-età tagħna.", "Dawn il-25% tal-popolazzjoni li qed insemmi huma iktar vulnerabbli f'dan is-sens, bħalma huma vulnerabbli fejn jidħlu l-vjolenza domestika u l-abbuż.", "Sur President, meta nitkellem dwar l-abbuż fuq l-anzjani mhux qed nirreferi biss mill-aspett fiżiku, imma wkoll mill-aspett psikoloġiku u mill-aspett finanzjarju.", "Jien nemmen li jekk dawk li jiġu biex jirtiraw mix-xogħol għad għandhom is-saħħa, dawn għandu jkollhom l-opportunità li, jekk jixtiequ, ikunu jistgħu jkomplu fid-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk jiena ninnota ħafna nies ta' ħila, ħafna nies ta' esperjenza li wara li jirtiraw isibu ruħhom mhumiex iktar impjegabbli, jew inkella ċ-Ċivil ma joffrilhomx alternattiva fejn ikunu jistgħu jkomplu b'ħidmiethom biex b'hekk ikunu jistgħu jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma ħaddieħor.", "Fil-privat insibuha wkoll, anzi aktar, għax minn ħames snin qabel l-irtirar, qisu minn 55 sena, il-privat jibda jipprova jwarrab lil ċerti nies li huma fit-tmexxija b'mod partikolari fil-middle management, u jagħmel sostituzzjoni tagħhom b'nies li huma iżgħar, u għaldaqstant anke jagħmel early retirement schemes.", "Għalfejn qed insemmi dan?", "Għalfejn qed insemmi d-dinja tax-xogħol u lil dawn in-nies li jkunu għalqu 61 sena u xorta għadhom kapaċi jagħtu l-ħidma tagħhom lis-soċjetà Maltija?", "Għax aħna qegħdin f'mument fejn il-popolazzjoni qiegħda tiżdied minħabba li ċerti ħiliet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol m'aħniex qegħdin insibuhom.", "Jiena nemmen li hemm sezzjoni ta' pensjonanti li l-ħiliet tagħhom m'aħniex nisfruttawhom għall-użu ta' pajjiżna għax ir-regoli taċ-Ċivil jiddettaw hekk, għax ir-regoli fl-isptar jiddettaw li jekk inti kont konsulent u ta' 61 sena rtirajt, ma tibqax tagħmel operazzjonijet imma tintefa' ġo health centre.", "Dan x'raġunament hu meta għandna dawn in-nies mhux biss ta' ħila imma tal-esperjenza wkoll?!", "Ħaġa oħra li nsibu li qed tiġri llum hi li tfajna ħafna piż fuq persuni li huma pensjonanti u nanniet.", "Illum, ħafna mit-tfal tat-tfal qegħdin jiġu mtellgħa b'imħabba u b'għożża minn persuni li mhumiex il-ġenituri tagħhom, imma huma n-nanniet.", "Biex ikollok ħajja diċenti fid-dinja tal-lum iridu joħorġu jaħdmu ż-żewġ ġenituri, u għaldaqstant mhux l-ewwel darba li dawn it-tfal jispiċċaw jitrabbew min-nanniet.", "Jiġri hekk anke minħabba problemi ta' familji li mhumiex stabbli.", "Din hija sfida ġdida fis-soċjetà Maltija fejn in-nanniet ġieli ma jkomplux b'dak li jixtiequ f'ħajjithom minħabba l-piż tal-familja.", "Nixtieq insemmi wkoll żewġ sitwazzjonijiet li jġibu lil dak li jkun vulnerabbli mil-lat ta' pensjoni.", "Din l-aktar li tolqot lin-nisa, imma jistgħu jkunu rġiel ukoll.", "Qed nirreferi b'mod partikolari għan-nisa li qatt ma jkunu ħadmu ħlief mal-familji tagħhom u li jisseparaw jew jiddivorzjaw meta jkollhom ċerta età 'l fuq minn 55 sena.", "Dawn jispiċċaw mingħajr benefiċċji adegwati biex ikomplu ħajjithom.", "Hawnhekk hawn vacuum enormi mill-aspett soċjali, u jiena nistenna li l-Gvern fil-baġit li jmiss jindirizzah.", "Nixtieq li jiġu indirizzati wkoll dawk il-koppji xjuħ li qabel kienu jikru d-dar mhux bil-mod kif jinkrew illum, imma kien ikollhom ċens għal numru ta' snin, ngħidu aħna 17, 18-il sena jew 20 sena.", "Meta jagħlaq dan iċ-ċens, ngħidu aħna din is-sena jew is-sena d-dieħla, dawn se jagħtuhom daqqa ta' sieq u jkeċċuhom 'il barra.", "Bil-pensjoni li għandhom dawn qatt m'għandhom ċans li jkunu jaffordjaw kera ta' post. Il-problema tas-social housing nafu kif inhi u nafu x'qiegħed jiġrilhom dawn l-anzjani li ġeneralment jistgħu jkomplu jagħtu sehemhom fis-soċjetà.", "Dawn se jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom, u qegħdin jiġu kostretti, mingħajr ma jridu, jidħlu ġo dar residenzjali tax-xjuħ.", "Dawn huma r-realtajiet li rridu niffaċċjaw dwar id-dinjità tal-persuna u l-etaiżmu li pajjiżna qiegħed jiffaċċja.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor Robert Cutajar.", "ROBERT CUTAJAR: Grazzi, Sur President.", "Ma rridx inħalli okkażjoni li ġrat dalgħodu tgħaddi u ma nkunx għamilt referenza għaliha f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Dalgħodu kont preżenti għaċ-ċerimonja tat-tħabbir ta' numru ta' proġetti ġejjin mill-Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Il-flus ta' dan il-fond jiġu minn ħlasijiet li jsiru lil din l-Awtorità biex toħroġ il-permess għal xi żvilupp, u dawn il-flus imbagħad imorru għal proġetti li jiġu identifikati b'involviment dirett mill-kunsill lokali u entitajiet oħra.", "Jien hawnhekk se nagħmel referenza għal xi proġetti partikolari, u se nibda b'dak tal-Mosta fejn il-Kunsill Lokali applika u ngħata fondi għal proġett ta' restawr.", "Is-Siġġiewi wkoll ingħata fondi biex isir night shelter.", "Din kienet waħda mill-proposti li ressaqna bħala Oppożizzjoni.", "Għaliex aħna pożittivi u mhux negattivi, kif qed tingħata l-impressjoni, apparti li daħħalna l-konċett tan-night shelter meta konna fil-Gvern, issa ressaqna wkoll proposti biex anke fir-riforma tal-kunsilli lokali naraw li jekk hu possibbli l-Gvern jgħin lill-kunsilli lokali ta' kull lokalità f'Malta u Għawdex biex jinfetħu night shelters.", "Jien kelli l-privileġġ li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista ftaħna night shelter fil-Mellieħa, b'kollaborazzjoni mal-Onor.", "Mario Galea li kien segretarju parlamentari responsabbli mill-anzjani.", "Kien it-tieni wieħed f'pajjiżna għaliex l-ewwel wieħed kien infetaħ f'San Vincenz.", "Naħseb li llum dak il-pass wieħed ibierku, u nieħu gost li l-Kunsill tas-Siġġiewi se jingħata fondi għal din l-inizjattiva.", "Ngħid b'sodisfazzjon li l-Kunsill fis-Siġġiewi mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista fehem dan il-konċett soċjali importanti u se jniedi dan il-proġett.", "Prosit għalhekk lil dawn il-kunsilli lokali.", "Kien hemm ukoll każ partikolari li minħabba fih, sfortunatament, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kull darba jitpoġġa in a bad light.", "Donnu li dan il-kunsill lokali ma jagħmel xejn tajjeb.", "Nafu li hemm sfidi; nafu li hemm problemi u saħansitra kien hemm – u jien ngħid għad hemm – min għandu intenzjonijiet li b'xi mod irid ifixkel għax jaħseb li l-fatt li jitlaq 'il barra minn laqgħa qabel ma tittieħed deċiżjoni fl-interess tar-residenti jkun qiegħed jagħmel xi ħaġa ta' min japplawdiha.", "Jiena nikkundanna dan l-aġir b'mod voċiferu.", "Din in-naħa ma naċċettaw qatt li jkun hemm xi kunsillier, jiġi minn fejn jiġi, li b'xi mod ifixkel il-ħidma tal-kunsill lokali.", "Qed nitkellem dwar San Pawl il-Baħar għaliex, kif għedt, dejjem jitpoġġa in a bad light.", "Fuq Facebook naraw ukoll ritratti li jkollhom x'jaqsmu ma' separazzjoni ta' skart, ta' boroż li jitħallew barra jew ma jinħarġux.", "Filwaqt li l-kunsill lokali għandu jara li, iva, il-kuntratturi responsabbli mill-ġbir tal-iskart, kien x'kien it-tip ta' skart, iżommu ħinijiethom, però r-residenti wkoll iridu jkunu responsabbli.", "Għad hawn min mhuwiex responsabbli u dawn jistgħu jkunu wkoll nies li jiġu f'pajjiżna f'xi appartamenti għal ftit żmien, u allura jkun tajjeb li s-sidien ta' dawk l-appartamenti jdaħħlu dan is-sens ta' responsabilità u jagħtu direzzjoni lil kull resident li jiġi jgħix Buġibba u l-Qawra.", "F'San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, Burmarrad u l-Wardija hemm xejn inqas minn 26,000 resident, u l-ewwel appell tiegħi, ġenwinament u qabelkollox, hu biex kull membru tal-kunsill lokali jkun responsabbli għal dak is-siġġu li hu privileġġ mogħti lilu fl-elezzjonijiet ta' ħamsa jew sitt snin ilu.", "Rajna nuqqasijiet kbar f'San Pawl il-Baħar.", "Rajna kunsilliera b'mod irresponsabbli jaħarbu mir-responsabilità li għandhom, u kien hemm numru ta' eżempji li semmejthom iktar qabel fil-Parlament.", "Dawn l-affarijiet qed nerġa' ngħidhom b'responsabilità biex ma jibqgħux jiġru mhux f'San Pawl il-Baħar biss, imma fl-ebda kunsill lokali.", "Hemm kunsilliera li qed jaħarbu mir-responsabilità fil-mument meta jiġu biex tittieħed deċiżjoni, biex jingħataw tenders jew biex ikun hemm ingaġġ ta' ħaddiema biex l-operat tal-Kunsill Lokali f'San Pawl il-Baħar ikun jista' jaħdem aħjar, anke minħabba d-domanda dejjem tiżdied – hawn insellem ukoll lill-istaff tal-Kunsill– ikollok min b'mod irresponsabbli, minħabba raġuni jew oħra, skuża jew oħra, jitlaq 'il barra biex ma jintlaħaqx il-quorum, u allura d-deċiżjoni ma titteħidx u jibqa' kollox imwaħħal.", "Huma dawn is-sitwazzjonijiet li jeżistu fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Allura naħseb li kien aġir responsabbli tal-Partit Nazzjonalista li morna l-Qorti biex, min kellu l-intenzjoni li jfixkel ħalli l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jitwaqqaf u dak li b'xi mod ried jieħu l-maġġoranza li ma kenitx mogħtija lilu fl-aħħar elezzjonijiet skont dak li riedu r-residenti tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, Burmarrad u l-Wardija, ma jibqax ifixkel.", "Irrid ngħid li llum ingħataw fondi lil 13-il lokalità għal 22 proġett.", "Semmejt il-Mosta u s-Siġġiewi, u allura tajjeb li nsemmi u nirrikonoxxi l-pass li ħa l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, anke jekk ma kienx hemm kulħadd – u din qed ngħidha b'responsabilità – u din id-deċiżjoni ma tteħditx b'mod unanimu.", "L-intenzjoni tal-maġġoranza assoluta fil-Kunsill ta' San Pawl il-Baħar kienet li kellhom jagħtu l-appoġġ tagħhom biex ikun jista' jsir proġett tal-club tal waterpolo tal-lokal, li huwa s-Sirens, anke b'fondi li ssemmew dalgħodu.", "Kif qed nitkellem fuq dan nixtieq li minn hawnhekk insellem lill-għaqdiet sportivi kollha ta' pajjiżna, ġejjin minn fejn ġejjin.", "Qed nitkellem fuq San Pawl il-Baħar għax huwa parti mid-distrett tiegħi, u allura rrid nirrikonoxxi wkoll il-ħidma.", "Illum ħadt gost nisma' li din hija l-iktar nursery tal-waterpolo li għandha atleti fil-waterpolo u fi sports ieħor tal-għawm.", "Insellem lill-Kumitat Ċentrali tas-Sirens, mhux tal-lum biss, imma anke dawk kollha li ħadmu fis-snin passati sa mit-twaqqif ta' dan il-klabb.", "Naħseb li kien għaqli li l-Kunsill Lokali ta l-approvazzjoni tiegħu biex isir dan il-proġett ta' pixxina tal-ogħla standard għan-naħa ta' fuq ta' Malta.", "Din għandna bżonnha għax tajjeb li nirrikonoxxu li l-pixxina Tal-Qroqq qed tagħmel il-mirakli.", "Kien il-Gvern Nazzjonalista li fassal il-viżjoni għal dan kollu; però issa wasal iż-żmien f'pajjiżna li jkollna iktar pixxini.", "F'Għawdex ukoll kellna Gvern Nazzjonalista, dakinhar taħt il-Ministru Giovanna Debono, li bdiet il-proċess; però mbagħad rajna ħafna tlajjar, u ma rajniex pass li wieħed għandu jimxi bih biex l-Għawdxin ukoll ikollhom dak li jixirqilhom.", "Però, irrid nirrikonoxxi dak li għamel il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, illum immexxi mis-Sindku Anne Fenech, u minn hawnhekk nuri l-appoġġ.", "Kultant, jew ħafna drabi, l-kunsilliera lokali wkoll, anke f'San Pawl il-Baħar, jaqilgħu kritika.", "Ikun hemm kritika li tkun ġusta; però, lir-residenti ngħidilhom li l-infurzar biex warden ikun jista' joħroġ fit-toroq u jara min qed jonqos milli jagħmel l-obbligi tiegħu, illum dik ittieħdet minn idejn il-kunsilli lokali.", "Sur President, nirringrazzja wkoll lill-istaff kollu ta' kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex, għaliex jista' jkollok l-aqwa sindki, imma jekk ma jkollokx staff effiċjenti li jagħmel ix-xogħol b'imħabba, ma jistax ikollna suċċess, inizjattivi suċċess mill-kunsilli lokali.", "Irrid nirrikonoxxi wkoll li faċli li wieħed jikkritika u jipponta subgħajh lejn il-kunsill lokali; però rridu nifhmu li l-Gvern ċentrali ħa r-responsabilità ta' meta kunsill lokali, segretarju eżekuttiv, sindku, jista' jiddeċiedi x'ħin u fejn għandu jkun hemm l-uffiċjal tal-komunità f'dik il-lokalità partikalari.", "F'San Pawl il-Baħar il-popolazzjoni kompliet tikber, u allura nappella anke minn hawnhekk – kif diġà appellajt iktar qabel – biex il-Gvern jifhem li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar għandu bżonn l-appoġġ b'rispett lejn ir-residenti.", "Ma jistax ikun li ma tarax wardens fit-toroq!", "Ma jistax ikun li ma tarax pulizija!", "Għalhekk aħna bħala Oppożizzjoni pproponenja wkoll il-community policing.", "Anke f'San Pawl il-Baħar hemm bżonn isir xi ħaġa biex innaqqsu l-kriminalità, li dejjem qed tiżdied.", "Filwaqt li l-Gvern jgħid li l-kriminalità qed tonqos, mhux l-istess jista' jingħad għal San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.", "Sur President, jiena nittama li l-Gvern jifhem il-proposti li qed irressqu bħala Oppożizzjoni, biex il-community policing jibda jitħaddem mhux biss f'San Pawl il-Baħar, imma f'Malta u Għawdex kollha.", "In-nies għandhom dritt jgħixu fil-kwiet f'darhom.", "Aħna għandna l-obbligu li nserrħu ras in-nies li mill-għatba 'l barra jkunu moħħhom mistrieħ minn ċerti inċidenti li jistgħu jiġu evitati.", "Biex nispiċċa b'nota pożittiva fuq il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, irrid ngħid li meta l-Kunsill Lokali kien qed jivvota favur li l-klabb tas-Sirens għandu jingħata l-għajnuna biex jagħmel mhux biss pixxina imma faċilitajiet oħra sportivi state of the art, li se jkunu wkoll lussu għan-naħa ta' fuq ta' Malta, kien hemm punt interessanti. ll-Kunsill Lokali ma vvotax biss favur u waqaf hemm, imma ried li dan il-proġett ikun sostenibbli għal-lokalità biex itejjeb bil-kbir din iż-żona.", "Bil-ħsarat li saru minn maltempata waħda wara l-oħra, il-pitch prattikament spiċċa.", "Issa l-Kunsill Lokali, filwaqt li ta l-appoġġ tiegħu għal dan il-proġett, għamel żewġ affarijiet importanti li nħoss li huwa obbligu tiegħi li nirrikonoxxi.", "Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar laħaq ftehim mal-awtoritajiet jew mal-kumitat tas-Sirens Aquatic Club biex it-tfal tal-iskola ta' San Pawl il-Baħar ikollhom il-faċilità li jagħmlu użu minn din il-pixxina fil-ħinijiet tal-iskola.", "Din hija xi ħaġa innovattiva u importanti ferm.", "Din il-pixxina mhix se tkun miftuħa biss għal San Pawl il-Baħar, imma wkoll għaż-żona tat-Tramuntana.", "Kif għedt, it-tfal tal-iskola ta' San Pawl il-Baħar se jkunu qed jużaw bi dritt din il-pixxina.", "Mhux hekk biss, imma anke l-anzjani u faxex oħra mis-soċjetà, mill-komunità ta' San Pawl il-Baħar, se jgawdu minn dan il-proġett b'arranġament li sar mal-Kunsill Lokali, flimkien mal-uffiċjali għolja u l-kumitat ċentrali tas-Sirens Acquatic Club.", "Dan il-proġett se jsir bi flus li ġew minn żviluppi li saru.", "Hawn nagħmel parentesi żgħira.", "Huwa tajjeb li jkollna dan il-fond, li jissarraf f'benefiċċji għar-residenti tagħna.", "Ma ninsewx li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha obbligu li tqassam dawn il-flus.", "Din hija inizjattiva li ilha għaddejja minn amministrazzjoni Nazzjonalista u li kienet inbdiet fi żmien il-MEPA.", "Però rrid ngħid li filwaqt li tajjeb li dawn il-flus li jinġabru minn permessi li jingħataw għal żvilupp, jitqassmu fost il-lokalitajiet, daqstant ieħor huwa importanti li kull min b'xi mod huwa responsabbli biex jivvota fuq proġetti partikolari jara li d-deċiżjonijiet jittieħdu f'ġieħ żviluppi sostenibbli.", "Kif kelli l-opportunità ngħid f'din il-Kamra madwar tliet ġimgħat ilu, aħna responsabbli għad-deċiżjonijiet li qed nieħdu llum u, għada pitgħada, se jkunu qed jiġġudikawna l-ġenerazzjonijiet futuri.", "Aħna se nkunu ġġudikati mit-tfal u t-tfal tat-tfal tagħna fuq kull deċiżjoni għal kull żvilupp li ma jkunx sostenibbli, mhux biss għal-lum imma għall-għexieren ta' snin li ġejjin.", "Se jkun hemm it-tfal u t-tfal tat-tfal tagħna li jiġġudikawna dwar deċiżjonijiet ħżiena li tkun ħadet il-PA.", "Sur President, l-appell tiegħi huwa li l-flus ta' dan il-fond jitqassmu b'mod ekwu u fl-aħħar mill-aħħar naraw li dawn igawdu minnhom ir-residenti billi jsiru proġetti li jkunu sostenibbli u li jtejbu l-livell tal-għajxien.", "Irrid ngħid prosit lill-kunsilli lokali u lil dawk l-organizzazzjonijiet li ressqu proġetti fl-interess tal-komunitajiet tagħna.", "Jalla nibqgħu naraw lill-kunsilli lokali f'pajjiżna jibqgħu jkunu responsabbli.", "Kull membru, kull sindku u kull kunsillier li jpoġġi fuq dak is-siġġu għandu jiftakar ħaġa waħda biss, li dak is-siġġu ġie mogħti lilu mir-resident, u l-ewwel prijorità għandha tkun il-lokalità u t-titjib tal-ħajja tar-residenti ta' dik il-lokalità.", "Huwa tajjeb li ntellqu bħala partiti f'kampanja elettorali, però ġaladarba tidħol fl-uffiċċju tal-kunsill, inti trid tħares biss il-ġid komuni u l-interess tal-komunità li inti tirrappreżenta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 10 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EKO-KONTRIBUZZJONI FUQ AKKOMODAZZJONI – FLUS MIĠBURA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont ta' flus li nġabru mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni (skont l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjonijiet, Kap. 473) minn meta ddaħħlet fl-2016 sal-lum, u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalitajiet li minnhom inġabret l-imsemmija eko-kontribuzzjoni?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mhux possibbli tingħata l-informazzjoni fil-forma mitluba skont il-lokalità, peress li ħlasijiet tal-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni jiġu rreġistrati skont in-numru tar-reġistrazzjoni tal-Eko-Kontribuzzjoni tal-operaturi, li l-indirizzi privati jew tan-negozji tagħhom ikunu differenti minn tal-proprjetajiet mikrija.", "TAXPAYERS REĠISTRATI BĦALA KUMPANIJI – AZZJONISTI LI TALBU GĦAL RIFUŻJONI TA' TAXXA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 692, 2097 u 4664, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths), u x'kien it-total tar-refunds imħallsa?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "TAXPAYERS REĠISTRATI BĦALA KUMPANIJI – AZZJONISTI LI TALBU GĦAL RIFUŻJONI TA' TAXXA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 693, 2098 u 4665, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths), u x'kien it-total tar-refunds imħallsa?", "EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ĊERTIFIKAT LIT-TABIB GĦALL-EWWEL TLETT IJIEM SICK LEAVE", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kif il-miżura li impjegat ma' jkollux bżonn jippreżenta ċertifikat tat-tabib għall-ewwel tlett ijiem sick leave ser tiġi applikata?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont il-miżura msemmija, persuna li tiġi ċċertifikata li, minħabba mard jew kundizzjoni medika, ma tkunx kapaċi tirrapporta għax-xogħol għal perjodu ta' tlett ijiem jew anqas, ma jkunx hemm l-obbligu li tibgħat iċ-ċertifikat mediku lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, hekk kif id-Dipartiment ma jħallasx il-Benefiċċju tal-Mard għal perjodu ta' anqas minn tlett ijiem.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - UNITS ĠODDA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7020, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u jgħid kemm (bħala numru) tlestew units ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2016, 2017, 2018 u 2019 s'issa?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq diversi units ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali.", "AWTORITÀ GĦALL-AMBJENT U R-RIŻORSI – RAPPORTI DWAR ĦMIEĠ FIL-BAĦAR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952 u jgħid kemm irċeviet rapporti l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar każijiet ta' rqajja' kbar ta' ħmieġ u ragħwa mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-data ta' kull rapport, il-lokalità u/jew indikazzjoni tal-bajja u x'azzjoni ttieħdet dwar kull rapport?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MAĦFRIET PRESIDENZJALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8889 u 8323 u jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-dettalji ta' kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "GĦAWDEX – KLINIKA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li x-xogħol fuq il-Klinika ta' Għawdex ilu wieqaf aktar minn sena, u peress li ċ-ċentru preżenti joffri lok li mhux idoneu, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-ħsieb għal dan?", "Meta ser jitwettaq il-proġett?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol fuq il-Klinika ta' Għawdex għaddej b'rata mgħaġġla.", "Bħalissa qed isiru l-preparazzjonijiet neċessarji sabiex il-binja l-ġdida li ġiet identifikata biex takkommoda dan iċ-ċentru jsirulha t-tibdiliet meħtieġa biex tkun tista' tiġi transformata f'Ċentru tas-Saħħa tal-aqwa kwalità, b'apparat mediku modern bil-għan li jingħata servizz ta' prevenzjoni u kura tal-ogħla livell.", "Diġà tlestew il-pjanti kollha taċ-Ċentru, flimkien mar-room loading, il-mechanical u l-electrical requirements, u tlestew it-tenders tal-għamara u tal-appart mediku.", "Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda x-xogħol tat-tfassil tal-kmamar.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – PRIĠUNIERI NISA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fil-preżent, u kemm minnhom soffrew vjolenza domestika meta kienu jgħixu fil-komunità?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 73 mara, li 2 minnhom qed jagħmlu programm ta' rijabilitazzjoni.", "Fil-Faċilità ma tinżammx statistika ta' kemm minnhom sofrew vjolenza domestika meta kienu jgħixu fil-komunità.", "ĦABS – KONSULTAZZJONI DWAR TIBDIL", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika jekk f'dawn l-aħħar sentejn sarux konsultazzjonijiet mal-priġunieri sabiex jaraw xi jridu li jinbidel u x'qiegħed isir verament fil-ħabs?", "Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qatt ma kienet il-prassi li jsiru konsultazzjonijiet mal-priġunieri.", "L-Amministrazzjoni tikkonsulta mal-Prison Board, il-Psikjatri, il-Psikologi, is-Social Workers u professjonisti oħra biex tfassal dak li hu tajjeb għall-priġunieri.", "QRATI - KAŻIJIET LI ĠEW PRESKRITTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7199, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tinżammx statistika tant importanti fir-rigward ta' każijiet li jiġu preskritti?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat li l-kawżi fil-Qorti ta' Malta u Għawdex, kemm dawk tal-Qorti Kriminali u Tribunali Kriminali, u kemm dawk tal-Qrati Ċivili u Tribunali Ċivili, meta jiġu terminati jiddaħħlu fis-sistema bħala deċiżi, u r-Reġistraturi ma jidħlux fil-mertu dwar jekk kawża tkunx ġiet deċiża fuq punt ta' preskrizzjoni jew xi punt ieħor.", "DJAR TAL-ANZJANI MMEXXIJA MILL-PRIVAT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi Djar tal-Anzjani mmexxija mill-privat li jixtiequ li l-Gvern jibda' jibgħat anzjani għandhom u l-Gvern mhux qed jilqa' t-talba tagħhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xiri ta' sodod mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jsir skont l-eżerċizzji ta' ppjanar u l-fondi allokati.", "Id-Dipartiment mhuwiex obbligat li jixtri kull sodda disponibbli fil-privat.", "TRASPORT PUBBLIKU – SUSSIDJU MOGĦTI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu s-sussidju li ngħata lis-servizz tat-trasport pubbliku għal kull sena minn dawn: 2016, 2017 u 2018?", "Kemm huma l-kilometri ta' vjaġġi għal kull sena: 2016, 2017 u 2018?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, rigward is-sussidju li tħallas għas-servizz tat-trasport pubbliku nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9412 f'Seduta 209.", "Ninsab infurmat ukoll li l-ammont ta' kilometri ta' vjaġġi għas-snin 2016, 2017 u 2018 huma skont it-tabella segwenti:", "GĦAWDEX – ĠBID TA' PRODUZZJONIJIET/FILMS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid xi produzzjonijiet/films hemm ippjanati li jinġibdu ġewwa Għawdex matul is-sena 2019, u kemm hu l-valur fi flus ta' dawn il-produzzjonijiet/films?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kummissjoni Maltija għall-Films tinsab f'diskussjonijiet ma' producers indipendenti u studios barranin biex jagħżlu lil Malta u lil Għawdex għall-produzzjonijiet tagħhom matul din is-sena u fis-snin li ġejjin.", "L-aħbar riċenti li se jingħata massimu ta' 40% cash rebate lill-produzzjonijiet li jiffilmjaw f'pajjiżna se tkun qed tgħin bil-kbir biex jiġu iżjed produzzjonijiet ta' kwalità lejn pajjiżna.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIRETTURI ĠENERALI, DIRETTURI U ASSISTENTI DIRETTURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fil-Ministeru għal Għawdex?", "Tista' tgħid jekk fl-aħħar ġimgħat inħarġux calls biex jiżdiedu d-Diretturi Ġenerali, Diretturi jew Assistenti Diretturi?", "Jekk iva, għaliex inħasset il-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent fil-Ministeru għal Għawdex hemm Direttur Ġenerali wieħed, ħames Diretturi, u 14-il Assistenti Diretturi.", "Fl-aħħar ġimgħat reġgħu ħarġu sejħiet biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta' żewġ Diretturi Ġenerali u seba' Diretturi, li wħud minnhom ser jiskadilhom il-kuntratt jew li ilhom vakanti għal xi żmien.", "Is-sejħiet il-ġodda huma għal żewġ Diretturi, dak tal-Public Registry li kien qed jimtela minn Aġent Direttur, u dak tal-Cultural Heritage, fejn il-Ministeru ħass il-ħtieġa li l-Wirt Kulturali, fosthom iċ-Ċittadella, jistħoqlu Direttorat għalih ħalli jiġi mħares aħjar.", "SPTAR ĠENERALI TA' GĦAWDEX – APPUNTAMENTI GĦAD-DIPARTIMENT TAL-OPHTHALMIC OUT-PATIENTS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex daż-żmien meta pazjent jiġi riferut minn tabib għad-Dipartiment tal-Ophthalmic Out-Patients fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, il-pazjent jingħata appuntament għal aktar minn erba' xhur wara, meta qabel tali appuntamenti kienu jingħataw biss għal ftit ġimgħat wara li kien isir ir-riferiment?", "Jaf il-Ministru li dan qed iwassal għal inkonvenjenza kbira għall-pazjenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li kien hemm żieda fid-domanda għad-dipartiment imsemmi minnu, bħalissa fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex għaddej il-proċess sabiex jiġi impjegat Konsulent addizzjonali għall-Oftalmoloġija.", "XAGĦRA GĦAWDEX – PROĠETT TAL-GĦAR TA' CALYPSO", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Għar ta' Calypso ġewwa x-Xagħra, Għawdex, u tgħid jekk ix-xogħol ta' 3D scanning tas-sit u tal-għar tlestiex?", "Tista' tgħid ukoll jekk sarux studji oħra, u x'kienu l-konklużjonijiet tagħhom u f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?", "Interpellant li t-3D scanning tas-sit minn barra u tal-għar minn ġewwa tlesta.", "Dan ta' l-aħħar għandu jerġa' jiġi ripetut minħabba li r-riżultati miksuba ma kinux dawk mistennija.", "L-istudji l-oħra li hemm ippjanati mistennija jibdew meta jitlestew it-3D scanning.", "Xogħlijiet ta' monitoraġġ fuq is-saff ta' tafal li hemm u kif dan jaffettwa l-moviment tal-blat irid isir fuq perjodu ta' erba' staġuni.", "Ix-xogħlijiet ser jiġu ppjanati meta jkollna l-istudji lesti.", "RABAT GĦAWDEX – ARKIVJI NAZZJONALI – UŻU TA' TOILET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-toilet li kien jintuża mill-istaff (ħaddiema) ġewwa l-bini tal-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat, Għawdex, minn ftit ġranet ilu ma jistax jiġi wżat iktar mill-istaff (ħaddiema) maskili?", "Min ħa din id-deċiżjoni u x'inhuma r-raġunijiet għalxiex ttieħdet din l-azzjoni?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat minn Malta Libraries li b'mod immedjat dan l-imsemmi toilet jintuża mill-istaff kollu ta' Malta Libraries, kif ukoll tal-Arkivji Nazzjonali.", "UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ – FTEHIM KOLLETTIV", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8499 u jgħid jekk l-uffiċjali tal-komunità għandhomx collective agreement in vigore?", "Jekk iva, meta sar u meta jiskadi?", "Jekk le, meta skada l-aħħar collective agreement u fiex wasal il-proċess għal collective agreement ġdid?", "Jista' jgħid x'benefiċċji bħal allowances, eċċ. li dawn il-persuni kienu jieħdu meta kienu gwardjani lokali u issa ma għadhomx jieħdu meta saru Uffiċjali tal-Komunità, u r-raġuni għaliex ma baqgħux jeħduhom?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-ftehim kollettiv kien sar mal-kumpanija G4S u kien validu sa Marzu 2016, fejn ġie estiż f'Settembru 2016.", "Dan il-ftehim għadu in vigore sal-ġurnata tal-lum, anke fid-dawl tat-Transfer of Business li għadu kemm seħħ.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fuq collective agreement ġdid, u wieħed jawgura li t-trattattivi jintemmu bla dewmien.", "Naturalment, f'dan il-perjodu sakemm jintemmu t-trattattivi ma tnaqqas xejn minn dak li l-uffiċjali tal-komunità kellhom fil-collective agreement.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – SPIŻA FUQ SERVIZZ TA' MOBILE PHONE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7680, 8148, 8797 u 9082 u jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "INFIQ FUQ IL-PUBBLIKAZZJONI MOVING FORWARD - GOVERNMENT OF MALTA MAGAZINE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9091, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u", "/jew talba għal ħlas dwar in-nefqa għall-pubblikazzjoni bl-isem \"Moving forward - Government of Malta Magazine\" ippubblikat fi Frar 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant hija kif tidher hawn taħt:", "POSTIJIET IDDIKJARATI BĦALA ĦABS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema postijiet jew binjiet jew partijiet minnhom ġew iddikjarati minnu bħala ħabs mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-data ta' meta l-ordnijiet mogħtija minnu dwar postijiet jew binjiet dikjarati bħala ħabs ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jiena infurmat li l-ebda post jew bini ma ġie ddikjarat bħala ħabs mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – BORD TA' MONITORAĠĠ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Bord ta' Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-data tal-ħatra ta' kull wieħed mill-membri, u jindika wkoll jekk għadhomx iservu bħala membri?", "MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9497, jista' l-Ministru jindika jekk dawn il-figuri humiex għall-perjodu li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija (3/4/2019)?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm tfal taħt foster care u taħt residential care fl-2018?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9497, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal taħt voluntary care?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.", "GĦASES – RINOVAZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9634, jista' l-Ministru jgħid meta, fit-18 ta' Marzu 2019 fil-Parlament, l-istess Minsitru rrefera għal \"rinovazzjoni fl-għases\" kienx qed jirreferi għall-għases imsemmija fit-tweġiba 9634?", "Jista' jgħid x'tip ta' rinovazzjoni qed issir?", "Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ta' rinovazzjoni huwiex biex dawn l-ispazji jsiru skont il-Konvenzjoni ta' Istanbul?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li \"rinovazzjoni fl-għases\" mhix relatata ma' dawk l-għases imsemmija fit-tweġiba 9634.", "Ir-rinovazzjoni tal-Għases tikkonsisti f'xogħol meħtieġ minn żmien għal żmien minħabba diversi fatturi, fosthom dawk ta' manutenzjoni u/jew titjib ġenerali fil-binjiet, kif ukoll fl-ambjent tal-lok.", "KORP TAL-PULIZIJA - MEMBRI MĦARRĠA FUQ KAŻIJIET TA' VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika, kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Istanbul?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-ammont ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li tħarrġu fuq il-Vjolenza Domestika kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Istanbul matul taħriġ divers li ngħata lilhom mis-sena 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8772, 8895, 9106, 9311 u 9633, u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8566, jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar għall-perjodu mill-2013 sal-2017, kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?", "Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li l-istess Ministru ilu fil-fatt kważi ħames snin biex jirrispondi din il-mistoqsija, li fil-fatt saret għall-ewwel darba fit-12-il Leġiżlatura fit-2 ta' Ottubru 2014?", "KONRAD MIZZI: It-tagħrif qed jinġabar."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190409_218d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 10 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "l-Erbgħa, 10 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 10 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 218, li saret fid-9 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Pubblikazzjoni \"Każijiet fil-Qosor 2018\" – Edizzjoni 38 – maħruġa mill-Uffiċċju tal-Ombudsman.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TWETTIQ TA' MIŻURI TAL-BAĠIT", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Minħabba li mhux kull miżura ngħataw dettalji dwar it-twettiq tagħha waqt il-proċess tal-estimi, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7016, u ċjoè, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-Miżuri tal-Baġit li tħabbru fil-Baġit tas-sena l-oħra (jiġifieri dak imħabbar f'Ottubru 2017) u jgħid liema miżuri twettqu u jispjega kif twettqu fid-dettall?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li nitlob li tittieħed bħala moqrija.", "*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument.", "L-ISPEAKER: Hawn permess biex il-Ministru jkun eżentat milli jaqra t-tweġiba?", "(Onor Membri: Iva) L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: L-ewwel nett, irrid nirringrazzja lill-Ministru tat-tweġiba eżawrjenti li ta.", "Napprezza d-dettall kollu li daħal fih.", "Wara li kienet ħarġet il-White Paper dwar l-akkomodazzjoni soċjali, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet bħalissa?", "X'inhuma l-passi li jmiss biex mill-istadju ta' white paper ngħaddu għal proposti leġiżlattivi jew eżekuttivi?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, rigward il-Liġi tal-Kera rrid ngħid li f'pajjiżna għandna realtà favorevoli għax madwar 80% tan-nies huma sid ta' darhom.", "Minn dawk, 70% m'għadx fadlilhom dejn fuq darhom.", "Għandna madwar 15% mill-popolazzjoni Maltija li qegħdin f'kirja, imma bil-liġijiet l-antiki.", "Interpellant, uħud minn dawn il-liġijiet antiki ilhom ġejjin mill-erbgħinijiet.", "Hemmhekk il-kerrej għandu ċerta protezzjoni u s-sid huwa xi ftit jew wisq żvantaġġjat.", "Allura jibqa' madwar 5% mill-popolazzjoni Maltija li qegħdin f'kirjiet bil-kuntratti li saru mill-1995 'il quddiem.", "Min beda jikri proprjetà mill-1995 sal-lum ma baqgħux jgħoddu għalih il-kondizzjonijiet ta' qabel l-1995, imma jekk ftehmt mas-sid li kull sitt xhur jista' jirrevedi l-kera jew qed jikrilek sitt xhur sitt xhur, allura hemmhekk inti ġejt marbut biss b'dawk il-kondizzjonijiet tal-kuntratt li tkun iffirmajt.", "Bejn l-1994 u l-1997 ir-realtà kienet dik li kienet.", "Ma kienx hawn daqshekk issue dwar is-suq tal-kera.", "Ir-realtà hija li mill-2015 'l hawn għandek dawn il-5% li m'għandhomx il-protezzjoni tal-liġi antika u qegħdin skont il-kuntratt.", "Għal dawn wieħed jista' jieħu l-attitudni li s-suq isuq: imma, jekk qed isuq u qabad triq ħażina, naħseb li għandna d-dover u l-obbligu mhux li nwaqqfuh imma li forsi wieħed jiddritta d-direzzjoni tiegħu.", "Huwa preċiżament dak li hemm fil-ħsieb tal-White Paper.", "Il-mudell li qed inħarsu lejh huwa kemm jista' jkun li nibbilanċjaw.", "Qed ngħidu li għandu jkun hemm iktar stabbiltà, iktar ċarezza, fejn kulħadd ikun jaf iktar fejn qiegħed, u jekk ikun hemm każijiet fejn jidħol xi element ta' diżgwid – u se jkun hemm żgur – irridu nipprovdu mekkaniżmu li bih flok ma ndumu tmien snin jew għaxar snin quddiem il-Bord tal-Kera, taħt dawn ir-realtajiet il-kwestjoni tinqata' malajr.", "Ara ma taħsibx li qed nivvintaw ir-rota!", "F'Berlin se jagħmlu referendum biex fejn hemm sid li għandu iktar minn ċertu ammont ta' proprjetà, jinnazzjonalizzawhielu.", "Din hija xi ħaġa li litteralment fis-soċjetà Maltija lanqas tgħaddilna minn moħħna, li għax għandek ħafna proprjetà neħodhielek u nagħmilha tal-Istat.", "Il-miżuri li qed inħarsu lejhom huma li għandu jkun hemm perjodu minimu ta' kirja.", "Ovvjament, iridu jiġu skartati totalment dawk li huma bed and breakfast u kirjiet tat-turisti għal ħmistax.", "Imma għandu jkun hemm perjodu li jagħti ċerta stabbiltà.", "Irridu naraw ukoll li jekk lill-kerrej nagħtuh ċerta stabbiltà ma jkunx jista' jqum burdata ħażina u jitlaq 'il barra, imma jrid jagħti wkoll avviż xieraq.", "L-istess bil-maqlub.", "Qed inħarsu wkoll li jkun hemm ċerta ħeffa anke meta jkun hemm diżgwid bejn il-partijiet.", "Hemmhekk irridu nipprovdu sistema li hija iktar effikaċi u li permezz tagħha tħaffef iktar.", "L-aħħar punt huwa dwar l-istabbiltà, u semmejt ukoll li għandna neskludu r-residenzi.", "Punt ieħor kruċjali li rridu nħarsu ftit lejh huwa li fil-bidu jrid ikun hemm intervent tal-gvern.", "Jekk jien u xi ħadd ieħor se niftehmu fuq kirja, aħna liberi li nagħmlu l-kondizzjonijiet aħna, imma rridu naraw li maż-żmien ikun hemm kontinwità.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, fil-ġranet li għaddew il-Ministru tkellem fuq is-settur tal-adozzjonijiet.", "Huwa ta wkoll xi ċifri ta' adozzjonijiet f'pajjiżna ta' tfal li ġejjin minn barra minn Malta.", "Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra kemm kellna adozzjonijiet matul l-2018?", "Jista' jindika minn liema pajjiżi?", "Marbut mal-adozzjonijiet kien hemm miżura fil-Baġit li permezz tagħha dawk il-familji li kienu se jadottaw qed jingħataw anke għajnuna speċifika.", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar kemm intużat din il-miżura?", "X'konkorrenza kien hemm?", "Hemm xi ħsieb li forsi tiġi estiża?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, naħseb li l-kwestjoni tal-adozzjonijiet f'pajjiżna huwa suġġett għal qalb, u huwa viċin ta', ħafna nies.", "Huwa fatt li l-adozzjonijiet lokali mhumiex daqshekk komuni u mhumiex daqshekk faċli, u allura l-persuni li jixtiequ jadottaw f'pajjiżna jkollhom jirrikorru għal pajjiżi barrranin.", "L-2018 kienet rekord, fis-sens li ġew konklużi – ovvjament dawn ikunu nbdew qabel, biex inkun preċiż – 58 addozzjoni minn pajjiżi barranin.", "L-ikbar numru ġie mill-Indja, fejn il-ftehim mal-awtorità ċentrali tagħhom forsi huwa daqsxejn favorevoli għax il-persuni li jingħataw għall-adozzjoni jkunu relattivament żgħar.", "Fil-fatt, minn hemmhekk fl-2018 ġew konklużi 38 adozzjoni.", "Kellna wkoll adozzjoni waħda mit-Tajlandja u diversi adozzjonijiet mill-Islovakkja u l-Portugall; f'pajjiż minnhom – ma nafx eżatt liema wieħed – kien hemm sitt adozzjonijiet u fl-ieħor kien hemm tmien adozzjonijiet.", "L-2018 kienet rekord għax f'dawn l-aħħar snin qatt ma kellna dak l-ammont ta' adozzjonijiet konklużi f'sena waħda.", "Inkwantu tal-miżura tal-Baġit, nista' ngħid li l-miżura twettqet.", "Forsi konna ftit konservattivi, għax mhux talli twettqet, talli għal din il-miżura kien hemm ivvotati €400,000, imma bi pjaċir ngħid li morna ftit żmerċ għax kien hemm il-bżonn ta' €180,000 oħra.", "Kull min ikun se jagħmel adozzjoni minn barra minn Malta kulħadd se japplika għal din il-miżura.", "L-ewwel nett, l-ispejjeż huma ferm ikbar mill-€10,000 li l-gvern jagħti b'għajnuna għax, pereżempju, tkun trid tagħmel ħmistax jew tliet ġimgħat tgħix fil-pajjiż minn fejn ġejja t-tarbija, u għandek il-vjaġġi.", "Il-miżura se tibqa' hemmhekk, mhijiex miżura li ngħatat għal baġit wieħed, imma hija miżura li se tibqa' hemmhekk rikorrenti.", "Aħna nixtiequ kollha kemm aħna li niffaċilitaw l-adozzjonijiet lokali.", "F'pajjiżna għad hemm ċerti regoli ta' drittijiet paternali li jagħmluha daqsxejn iktar diffiċli.", "Anke ċ-ċokon ta' pajjiżna jagħmilha iktar diffiċli li wieħed ikun jista' jadotta lil xi ħadd.", "Sal-lum, wieħed jista' japplika biex jadotta lil xi ħadd wara li jkun ilu għaxar snin foster carer tiegħu.", "Jidhrilna li hemmhekk għandna mmorru 'l quddiem.", "Fil-fatt, dak l-ammont niżel għal ħames snin.", "Hemm proċeduri oħrajn fil-liġi.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sur President, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex deċiż minn meta, u jekk aħniex se nagħtu d-dritt li l-persuni b'diżabbiltà jużaw it-trasport pubbliku b'xejn?", "Wara li din kienet ħarġet fil-Baġit, konna tkellimna li probabbli lill-persuni b'diżabbiltà se ndaħħluhom bħat-tfal tal-iskola.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "Interpellant, it-trasport pubbliku b'xejn ġie mogħti lill-istudenti sal-età ta' 22 sena, kif ukoll lill-anzjani.", "Fil-każ ta' persuni b'diżabbiltà din hija miżura li qed inħarsu lejha.", "Minbarra li wieħed joffri trasport pubbliku b'xejn, il-persuni b'diżabbiltà li jixtru karozza ma jħallsux taxxa tar-reġistrazzjoni.", "Għandhom ukoll ċerti benefiċċji marbutin … Dan jiddependi wkoll mit-tip ta' diżabbiltà li wieħed ikollu u l-iscore tiegħu, jekk hux minn wieħed sa erbgħa, jew minn wieħed sa tmienja, eċċ. Dan huwa settur fejn irnexxielna nagħmlu ħafna, anke billi nfurzajna l-liġi.", "Dawn in-nies trid tħaddimhom, u ħafna minnhom iridu u għandhom kull dritt li jkunu parti integrali mis-soċjetà, inkluż ix-xogħol.", "Din hija miżura li se naraw li tiġi implimentata.", "PENSJONIJIET MILL-ISTAT", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7968 u 8131, u ċjoè, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta' pensjoni mill-Istat, u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej:", "- Anqas minn €400 fix-xahar;", "- Bejn €401 u €500 fix-xahar;", "- Bejn €501 u €600 fix-xahar;", "- Bejn €601 u €700 fix-xahar;", "- Bejn €701 u €800 fix-xahar;", "- Bejn €801 u €900 fix-xahar;", "- Bejn €901 u €1,000 fix-xahar;", "- Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u", "- Aktar minn €1,101 fix-xahar?", "MICHAEL FALZON: Sur President, hawnhekk irridu ngħaddu minn 93,000 rekord għax pensjonanti f'pajjiżna daqshekk għandna, madwar 93,000.", "Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni hekk kif mitluba għadha qed tinġabar.", "Bil-permess tas-Sedja, irrid nagħmel appell lill-Onor.", "Din hija biċċa xogħol massiċċa.", "Mhux se ngħid li ma rridx nirrispondi, imma forsi jogħġbu jindika benefiċċju, huwa liema huwa, u minflok ngħaddu 93,000 rekord, tal-inqas immorru għal benefiċċju partikolari.", "M'iniex qed nirrifjuta li nagħti tweġiba, imma forsi nkunu nistgħu rraqquha naqra.", "L-ISPEAKER: Onor. Alex Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ALEX MUSCAT: Sur President, reċentement ħarġet statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika marbuta mal-persuni li jiddependu minn miżuri soċjali.", "Jidher li dan l-ammont, meta nqabbel mas-snin li għaddew fejn il-benchmark kien mill-2012 sal-lum, kien hemm riduzzjoni importanti ħafna.", "Jista' l-Ministru jelabora ftit iktar?", "Jista' jgħid x'wassal biex dawn il-persuni tnaqqsu minn fuq l-għajnuna soċjali?", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk għandux pjan dwar kif se jkompli jnaqqashom dawn in-numri?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Falzon.", "MICHAEL FALZON: Sur President, naħseb li llum qed ngħixu realtà fejn nasal li ngħid li kważi kważi kull min irid jaħdem jista' jsib jaħdem.", "Inkwantu għan-nies li jiddependu fuq il-benefiċċju tal-qgħad, jiġifieri l-unemployment benefit, in-numru niżel għal madwar 1,700.", "Din hija l-iżgħar figura li qatt kellna ta' persuni li qed jieħdu u jiddependu fuq il-benefiċċju tal-qgħad.", "Dan huwa numru li wieħed irid jarah b'ċerta pożittività, u jien ngħid li rridu nipprovaw ukoll inħajru iktar nies li jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Kien hemm diversi fatturi li wasslu għal dan.", "Bħalma kien hemm anke inqas nies, mhux biss fuq il-benefiċċju tal-qgħad, imma anke inqas nies fuq il-benefiċċji soċjali inġenerali.", "Kellek miżuri bħall-In-work Benefit, fejn għal kull wild wieħed jingħata allokazzjoni ta' ċertu somma.", "Naħseb li wieħed mill-iktar li swew ta' ġid kien il-benefiċċju tat-Tapering of Benefits.", "B'din l-iskema, li ġiet introdotta fl-2014, meta persuna mid-dinja tal-qgħad tidħol fid-dinja tax-xogħol, minflok jinqatgħulha l-benefiċċji soċjali kollha ħesrem, il-benefiċċji soċjali jibqgħu jingħataw fuq perjodu ta' tliet snin: 75% l-ewwel sena, 50% fit-tieni sena u 25% għat-tielet sena.", "Il-messaġġ wara din l-iskema kien ċar: make work pay – jaqbillek li taħdem.", "Aħna lkoll inħabbtu l-bibien tad-djar u lkoll nafu li kemm-il darba tidħol għand xi ħadd u jgħidlek li jrid jaħdem.", "Imbagħad, pereżempju, tgħidlu b'xi post tax-xogħol b'€200 fil-ġimgħa u jgħidlek li huwa benefiċċji jieħu €180, u li allura għal €20 mhux se jmur jaħdem!", "Bl-iskema tat-Tapering of Benefits, peress li inti tibqa' tieħu dawk il-benefiċċji, tingħata tliet snin tapering biex minn dinja fejn mhux qed jaħdem imur għad-dinja tax-xogħol.", "Fil-bidu bdejna b'madwar 500 ruħ, u llum qed nitkellmu fuq madwar 2,000 ruħ.", "Iktar sinifikanti minn hekk huwa l-fatt li madwar 80% li approfittaw ruħhom minn din is-sistema baqgħu fid-dinja tax-xogħol.", "Minn dawk it-80%, 70% minnhom huma nisa.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, irrid niċċara ftit il-mistoqsija.", "Din il-mistoqsija kont diġà għamiltha preċedentement f'żewġ istanzi oħra.", "Li qed nitlob jien huwa kemm hemm persuni li b'xi forma ta' pensjoni li jieħdu jaqgħu f'dawk il-brackets, fuq bażi ta' sena.", "B'hekk forsi tkun iktar straight forward u nimmaġina li din tista' tiġi estratta mis-sistemi.", "Bla dubju m'iniex qed nitlob li l-Ministeru jgħaddi r-rekords wieħed wieħed; però jekk tkun iktar faċli li skont il-benefiċċju – li għandu x'jaqsam ma' pensjoni qed ngħid, mhux il-benefiċċji l-oħrajn – jieħu medja ta' sena, jew jaqbad xahar partikolari u jgħid, pereżempju, f'dan ix-xahar partikolari dawk li jieħdu bejn €400 u €500 kien hemm 10,000; bejn €500 u €600 kien hemm 20,000.", "Allura wieħed jista' jaqsamhom skont l-informazzjoni li għandu disponibbli u ma tkunx tirrikjedi li jgħaddihom wieħed wieħed.", "Mhijiex dik it-talba, imma hija purament talba ta' statistika.", "L-ISPEAKER: Tajjeb, hekk ġiet spjegata.", "Però rrid nagħmel osservazzjoni bħala Sedja.", "Jien kont tajt ruling li jsegwi dak li jsir anke fil-House of Commons fejn jekk mistoqsijiet li jsiru jkunu jirrikjedu spejjeż li jaqbżu l-£750, hemmhekk hemm il-kawtela li l-mistoqsija trid tiġi riveduta biex ma jkunx hemm spejjeż.", "Qed nagħmel referenza għal dan:", "Ovvjament, din għadha l-pożizzjoni tal-lum, għax inkella nispiċċaw li tista' tagħmel mistoqsija ġenerali u twaqqaf dipartiment sħiħ biex joqogħdu jiġbru t-tagħrif ħalli jwieġbu l-mistoqsijiet.", "Fil-fatt kien hemm ruling fl-2015; jidhirli fuq punt imqajjem minn Dr George Vella, li llum huwa l-President.", "Però naħseb li bil-mod kif spjegaha l-Onor.", "Claudio Grech, il-Ministru jista' jimxi.", "Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar files u dokumenti distrutti abbażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data fid-direttorati fid-dekasteru tal-Ministru għal Għawdex bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9864; u", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar pożizzjonijiet li fihom ġew ingaġġati persuni fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali bejn l-2017 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9585.", "FTEHIM FIL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, nixtieq ninforma lill-Kamra li qed naqblu li nhar it-Tnejn is-Seduta tiġi ddedikata għad-diskussjoni marbuta mar-rapport tal-GRECO, bil-ħin jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni.", "Nhar l-Erbgħa, 17 ta' April 2019, niddiskutu l-Mozzjoni marbuta mal-mina bejn Malta u Għawdex li ġiet ippreżentata mill-Gvern ilbieraħ.", "Hawn ukoll il-ħin jinqasam indaqs bejn Gvern u Oppożizzjoni u, peress li hija mozzjoni ppreżentata mill-Gvern, jiftaħ u jagħlaq id-diskussjoni l-Gvern.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nikkonferma dan il-ftehim.", "Però għal nhar it-Tnejn għedna li l-probabbiltà hija li se jkun hemm stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru fl-4.30 p.m., u allura l-ħin li jittieħed mill-istqarrija ministerjali jiżdied mad-diskussjoni relatata mar-rapport tal-GRECO.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, iva, hemm dan il-ftehim.", "L-ISPEAKER: Nifhem ukoll li din id-diskussjoni hija waħda ġenerali mingħajr vot, bil-ftuħ u l-għeluq għan-naħa tal-Gvern.", "L-ISPEAKER: Tajjeb.", "Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITÀ TA' MALTA DWAR", "IL-KOMUNIKAZZJONI", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mit-8 ta' April 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sur President, illum qed inpoġġu fuq il-karta dak li nemmnu fih fil-prattika.", "Illum qed nitkellmu dwar emendi fil-liġi li jolqtu lil kulħadd.", "Fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd huwa konsumatur, min b'mod u min b'ieħor, min fuq servizz u min fuq servizz ieħor; imma, f'xi ħin jew ieħor, xi darba jew oħra, kull persuna se tkun konsumatur.", "Legalment, il-konsumatur għandu ħafna drittijiet u f'pajjiżna għandna wkoll awtorità li tħares l-interessi tiegħu.", "Insellem lill-ħaddiema tal-Awtorità li, b'wiċċi minn quddiem, hawnhekk nista' ngħid li din l-Awtorità u l-membri tagħha jagħmlu ħafna xogħol b'mod professjonali, fejn narawhom kontinwament jagħtu l-informazzjoni lill-konsumaturi.", "Għax, kif jgħid il-Malti, 'bniedem avżat nofsu armat'.", "Parti mix-xogħol ta' din l-Awtorità huwa li b'mod kontinwu tagħti l-informazzjoni lill-konsumatur sabiex, meta dan jasal biex jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu, dawn id-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq informazzjoni konkreta.", "Għaliex anke hawn, kif jgħidu bl-Ingliż, \"knowledge gives you power\" u allura inti tkun empowered bit-tagħrif li jkunu tawk fuq prodott jew servizz, u tkun tista' b'mod liberu tagħżel jew ma tagħżilx li tixtri dak is-servizz jew prodott partikolari.", "Però, bħal kull ħaġa oħra, iċ-ċirkostanzi jinbidlu, il-ħtiġijiet isiru differenti u t-tweġiba tagħna għalihom tkun li trid taġġorna ruħek fuq dak li inti tkun qiegħed taħdem bih.", "L-għodda li kienet tajba għal 30 jew 40 sena ilu, illum trid tiġi mibdula u mtejba għax iż-żminijiet jinbidlu u jkollok l-iżviluppi, u allura ma' dawn l-iżviluppi rridu nbiddlu l-għodda– li qed nirreferu għaliha – li bħala pajjiż qed nimbottaw 'il quddiem biex tkun hemmhekk sabiex tiggwidana.", "Illum ma nistax ma nirringrazzjax lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista għall-biċċa xogħol tajba li għamel bil-proposti li ressaq quddiem dan il-Parlament u li issa qiegħed jiddiskuti.", "Illum irrid nieħu din l-opportunità li għandna biex nitkellmu fuq dawn l-emendi li għandna quddiemna u nitkellem ukoll min-naħa tagħna bħala persuni fdati mill-poplu dwar kif ħarisna lejn id-drittijiet tal-konsumatur, u ċjoè, bil-fatti, b'mod konkret, b'affarijiet li diġà wettaqna, bl-imġiba tagħna lejn il-konsumatur u d-drittijiet tiegħu, mhux biss mil-lat ta' kif qegħdin nippreżentaw din il-liġi, imma b'dak li għamilna kemm ilna fdati bit-tmexxija ta' dan il-pajjiż fl-aħħar sitt snin u x'kien it-track record tagħna fuq dak li għamilna.", "Dan għax bniedem tista' tiġġudikah fuq dak li jagħmel.", "Mhux l-ewwel darba li niġu akkużati li fuq il-karta, fuq il-manifest, inkunu wegħedna mod, imbagħad fil-prattika nkunu għamilna xi ħaġa oħra.", "Allura lilna se jiġġudikawna fuq dak li għamilna kemm ilna fil-Gvern u kif ġibna ruħna.", "Minn hemmhekk tinduna fiex nemmnu.", "Dawn l-emendi għandhom il-ħsieb li jsaħħu l-id tal-konsumatur li forsi jispiċċa f'sitwazzjoni fejn ikun jeħtieġ rimedju.", "Mhux l-ewwel darba li tixtri prodott jew servizz, imma mbagħad dak li tirċievi jkun xi ħaġa differenti, u allura dak li qed nagħmlu llum huwa biex insaħħu l-id tal-konsumatur.", "Dawn huma emendi li jirrikonoxxu wkoll sentenza tal-qorti li talbet għal ċerti bidliet bil-għan li dak deċiż ikun skont il-Kostituzzjoni.", "Għalhekk il-bidliet huma importanti biex ħadd ma jkun jista' jiżgiċċa taħt xi skuża jew oħra d-deċiżjonijiet li jkunu ġew deċiżi.", "Dawn huma bidliet li f'settur ieħor qed narawhom ikomplu jimmodernizzaw lil dan il-pajjiż.", "Aħna l-bidla nwettquha, mhux biss nitkellmu fuqha - għax hija l-iktar ħaġa faċli li titkellem fuq oġġett, tibqa' titkellem, tagħmel l-istudji u ma tagħmel xejn iktar – imma ngħixuha.", "Aħna ngħixu biex inbiddlu għall-aħjar għax nemmnu li l-poplu tagħna jixraqlu l-aħjar.", "Naf li forsi kellna xi kritika li domna xi ftit biex inħejju u rressqu dawn il-bidliet; iżda kif jgħid is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.", "U veru, hekk hu; hu jkun qed jgħidha mill-esperjenza, mill-qasam mediku, imma dik hi r-realtà!", "Allura aħjar meta tasal ikollok riżultati tajbin u sodi b'mod li tista' tibni fuqhom, milli tipprova tagħmel xi ħaġa mgħaġġla u mbagħad wara ssib li din kienet nofs sajran.", "F'oqsma oħrajn kien hemm esperjenzi simili li jgħallmuk li trid tippjana sew; kif jgħid il-Malti, taħseb mitt darba u taqta' darba.", "Dak li qegħdin irressqu ilu jiġi diskuss, u naħseb li huwa tajjeb li fl-aħħar mill-aħħar wasalna għal xi ħaġa konkreta.", "Jgħidu li l-konsumatur dejjem għandu raġun u aħna bħala Gvern, li aħna service providers, irid ikollna din il-filosofija li fuqha nibnu l-approċċ tagħna meta niġu biex nagħtu servizz lill-konsumaturi.", "Jiddispjaċini ngħid li forsi mhux dejjem kien hemm dan l-approċċ minn dawk li jagħtu servizz fid-dipartimenti li nirrappreżentaw aħna, u dan m'għandux ikun.", "Inti qiegħed hemm biex tagħti servizz u għandek tirrispetta lil min ikollok quddiemek.", "Nistgħu ngħidu li ħafna drabi min jersaq 'il quddiem għas-servizzi jagħmel dan għax ikollu bżonn dawk is-servizzi.", "Huma ftit dawk in-nies li jersqu biex jieħdu s-servizzi li m'għandhomx bżonn.", "Allura, min qed jipprovdi dak is-servizz irid ukoll jirrispetta l-fatt li qiegħed f'pożizzjoni ta' poter, u min qiegħed quddiemu qiegħed hemm għax għandu bżonn dak is-servizz.", "Irid ikun hemm rispett mibni mhux biss fuq il-prinċipju li l-konsumatur dejjem għandu raġun, imma wkoll fuq prinċipju ieħor, li dak li għandek quddiemek huwa bniedem bid-dinjità tiegħu u inti trid tagħtih l-aħjar servizz possibbli.", "Biex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni aktar b'saħħitha, il-Gvern, apparti permezz ta' din il-liġi li qiegħed jippreżenta, bil-fatti għamel diversi affarijiet oħrajn li bihom irrispetta lill-konsumatur.", "U se nagħti ftit eżempji għax, kif għedt, in-nies iridu jiġġudikawna fuq dak li għamilna, u fuq dak li għamilna niġu ġġudikati.", "Aħna bħala Gvern qbadna 'l-istakeholders kollha u għednielhom li aħna rridu naraw kif nagħmlu ħalli kemm hu possibbli, pereżempju, irraħħsu l-pilloli li juża l-poplu.", "Dan għax nafu li jekk se traħħas il-pilloli u għandek popolazzjoni ta' anzjani li jużaw dawn il-pilloli, se jkollhom iktar x'jonfqu f'affarijiet oħrajn.", "Is-side effect ta' din hija li jekk ma tagħmel xejn, jibqgħu għaddejjin kif kien isir, imma jekk traħħas il-pilloli l-anzjani jkollhom iktar flus f'buthom.", "Bil-fatti aħna għamilna affarijiet li permezz tagħhom gawdew l-anzjani tagħna.", "Meta konna ngħidu li rridu rraħħsu l-pilloli kienu jgħidulna li dan ma jistax isir u kienu jġibu mitt elf skuża, fosthom l-ispejjeż tal-vapur u li hemm il-burdnara u l-ispejjeż tat-trasport, u għax aħna gżira, u għax l-affarijiet dejjem jogħlew; ma nafx x'ma kenux jgħidu!", "Aħna mhux waħedna għamilnieha din, ngħaqadna madwar mejda, ħdimna flimkien u wasalna.", "U dan għax kellna r-rieda li naslu.", "Ma konniex waħedna, kien hemm diversi nies li ħadmu u tul dawn l-aħħar sitt snin ġabu r-riżultati, fosthom is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, il-Ministru Helena Dalli u l-kumplament.", "Ma nafx jekk kienx hemm ukoll l-Onor.", "Godfrey Farrugia, bħala eks Ministru tas-Saħħa, li kien involut fiha din.", "Qed jgħiduli li kien involut ukoll, jiġifieri dan li qed ngħid sar anke bis-saħħa tal-Onor.", "Farrugia meta kien għadu man-naħa tagħna.", "Kif diġà għedt, qabel kienu jgħidulna li l-pilloli qatt ma jistgħu jorħsu, li dik kienet xi ħaġa impossibbli, u dejjem kienu jwaħħlu f'xi ħadd, imma issa wasalna.", "F'sitt snin raħsu 235 mediċina, ħafna minnhom b'70%.", "Tafu x'qegħdin ngħidu?", "Li jekk pillola kienet tiswa €20, wara l-ħidma ta' dan it-team kollettiv, u grazzi wkoll lill-Onor.", "Farrugia, issa ġiet tiswa €6.", "Ġew introdotti kważi 180 mediċina oħra li, permezz tal-metodi ġodda li bdew jintużaw, kważi raħsu 60%.", "Dan ifisser li, jekk kaxxa pilloli kienet tiswa €40, issa ġiet tiswa €16.", "Mela kellek pilloli li raħsu b'70%, oħrajn raħsu b'60% … Dan seħħ għax kien hemm ir-rieda u ħdimna flimkien biex b'hekk gawda l-konsumatur, li huma dawk l-anzjani li ħafna drabi jkollhom lista twila ta' pilloli li jridu jixtru, jew dik il-mara, dik l-omm, dak il-missier li għandu t-tfal ma jifilħux u jmur it-tabib u jagħtihom il-lista tal-pilloli.", "Lil dawn aħna ma tajnihomx daharna.", "Jiena hawnhekk kont xbajt nisma' kemm hu diffiċli.", "Raħħasna diversi pilloli minn dawn il-180, u min hu interessat jista' jitlob lill-Onor.", "Deo Debattista jagħtih il-lista u joqgħod jiċċekkja x'pilloli kienu.", "Imma, li naf żgur hu li dawn il-pilloli raħsu, fadal iktar flus fil-but ta' min kien jikkonsma, u cjoè, il-konsumatur.", "Barra minn dan nixtieq insemmi affarijiet oħrajn.", "Din kienet l-ewwel bidla kbira li għamilna fil-mentalità li kellna.", "Kellna mentalità f'dan il-pajjiż li għax dawn il-pilloli jiġu minn barra qatt ma setgħu jorħsu – kienu jistgħu jogħlew biss.", "Għamilna ħidma bis-saħħa ta' dawk kollha li ħadmu f'din id-direzzjoni, bdejna u għal ħdax-il darba wara xulxin raħħasna l-pilloli.", "Sur President, se nsemmi xi ħaġa oħra li hija tajjeb li nsemmuha.", "Irrid infakkar li waħda mill-ikbar bidliet li gawda minnhom il-konsumatur Malti f'dawn l-aħħar ħames snin kien proprju r-roħs fil-kontijiet tal-enerġija.", "Raħħasna l-kontijiet, żammejnihom irħas u bina fil-Gvern se jibqgħu rħas.", "Illum kważi ħadd m'għadu jsemmi dan ir-roħs li, ngħiduha kif inhi, meta daħal fil-pajjiż tant ġab arja pożittiva, tant ġab impatt pożittiv, li dan kien game changer.", "Tlaqna minn post fejn kellna l-ogħla prezzijiet fl-Ewropa – u dan iż-żmien kulħadd jiftakru – u morna għall-post li l-iktar li naqqasna l-prezzijiet tal-fuel fl-Ewropa.", "Daqshekk għamilna bidliet kbar li jinħassu mill-konsumatur Malti.", "Niftakar żmien meta l-anzjani kont immur u nsibhom bil-fann mitfi fi sħana tremenda u bil-heater fix-xitwa kien ikollhom problema.", "Illum, lanqas għadna nitkellmu dwar dawk iż-żmenijiet, u din il-bidla għamilniha minkejja li kienu jgħidulna li l-wegħdi dwar is-suġġerimenti tagħna ma kenux possibbli.", "U l-poplu jiftakar għax m'għandux memorja qasira, jiftakar li kienu jgħidulna li din hija l-gimmick tal-millennju, li qegħdin inwiegħdu lin-nies li se rraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li l-proposti tagħna kienu tajbin biss għal ġox-shredder.", "Niftakruhom dawn iż-żmenijiet.", "Dan sitt snin ilu, mhux mijiet ta' snin qed insemmu; nies li llum għadhom hawnhekk magħna u jekk iridu jitkellmu jistgħu jieħdu l-opportunità li jitkellmu għax dan huwa pajjiż demokratiku, fejn kulħadd għandu d-dritt jgħid li jrid.", "Għalhekk il-poplu ma jistax jafda lil ċerti nies għax jafu li fl-enerġija vroma kien hemm.", "Jien niftakar ukoll – mhux biex insemmih, u nsellimlu minn hawnhekk, imma la qalha rridu nfakkruh – lill-eks Prim Ministru Gonzi dieħel il-Parlament u qalilna li se jmur jivvota bil-qalb favur prezzijiet tad-dawl u l-ilma iktar għoljin.", "Dak hu l-konsumatur!", "Dak iż-żmien kienu jinsewh lill-konsumatur.", "Dan il-Gvern lill-familji Maltin u Għawdxin u lin-negozji ħallielhom €80 miljun f'buthom, li baqgħu għandhom u permezz tagħhom għamlu affarijiet oħrajn biex jgħixu kwalità ta' ħajja aħjar.", "Jekk aħna ħallejna €80 miljun, mela f'ħames snin ħallejna €400 miljun, li kienu qegħdin hemm biex ġibna l-bidla mill-qiegħ.", "Kieku m'għamilniex din il-bidla kienu jmorru f'bir bla qiegħ, kienu jitħallsu min-nies biex bihom l-Enemalta toqgħod tħallas id-djun u l-imgħaxijiet.", "Fl-istess ħin li l-familji kienu jħallsu l-kontijiet għoljin, kellna l-entità li tipprovdi s-servizzi qed tfalli, mingħajr flus biex tinvesti u jkollha iktar saħħa biex tagħmel distribuzzjoni.", "U ma nistgħux naħarbuha, imma l-ordni tal-ġurnata kienet il-qtugħ tad-dawl.", "Dawn illum spiċċaw.", "Sur President, kien ukoll żmien fejn il-flus kienu jmorru għall-korruzzjoni taż-żejt, korruzzjoni ta' vera u bil-provi li minnha kien ibati ħadd ħlief il-konsumatur.", "Huwa tajjeb li ngħidu kif l-Enemalta rnexxielna ndawruha minn mażżra m'għonq il-poplu Malti għall-mutur tal-ekonomija tagħna.", "Kienet Enemalta falluta, b'dejn enormi u l-poplu jħallas kontijiet għoljin.", "Għandhom jgħidulna dawn x'kienu jagħmlu bil-flus; għaliex l-Enemalta kellha dak id-dejn enormi u fl-istess ħin kienet iddaħħal dawk il-miljuni kollha.", "Dan imissu jispjegalna ftit min joqgħod jitkellem dwar dawn l-affarijiet!", "Għax ma nistax nifhimha din, kif ikollok korporazzjoni falluta u fl-istess ħin ikollha monopolju u dawk il-flus kollha deħlin.", "Xi ħaġa ħażina hemm fil-formula.", "Aħna, għax ħdimna bil-għaqal, żammejna l-irħas prezzijiet tal-fuel tant li issa huma irħas mill-medja fl-Ewropa.", "U dan grazzi għal dawk kollha li ħadmu magħna u li kellhom il-kuraġġ jgħidulna, jemmnu fina u jimbottawna 'l quddiem biex ħadna d-deċiżjonijiet u biddilna.", "Il-konsumatur tista' tagħmillu mitt liġi.", "Mhux kemm trid tagħmel liġijiet?", "Niġu f'din il-Kamra u noqogħdu nagħmlu l-liġijiet, u huma tajbin u importanti.", "Imma biex igawdi b'mod dirett u jmiss il-frott, tkun trid tieħu deċiżjonijiet drastiċi li permezz tagħhom tkun qiegħed taffettwa dak li l-konsumatur jibqagħlu fil-but, jekk imbagħad fl-aħħar mill-aħħar trid li d-dħul li jkollu jkun jista' jgħinu biex jgħix aħjar.", "Għax forsi hawn min jaħseb li dan sar mingħajr tbatija, mingħajr enerġija u mingħajr ma konna grupp.", "Le, dan sar frott ta' ħidma kollettiva li aħna għamilna u grazzi għal dawk kollha li ħadmu magħna.", "Lill-konsumatur Malti sa għaxar snin ilu kien hawn min kien qiegħed jisirqu kull meta jixtri karozza ġdida, kien iħallas taxxa fuq taxxa.", "Aħna mill-Oppożizzjoni konna għedna li dan mhux sewwa, li tħallas taxxa fuq taxxa.", "Iżda, iktar minn hekk, għedna li min insteraq se rroddulu flusu lura, għax il-ġustizzja mhux biss trid titkellem dwarha, imma trid twettaqha u trid turi li qed twettaqha.", "Hawn min illum qed jismagħni u jgħidlek: Tajjeb, mhux hekk għandu jsir?", "Imma qabel mhux kulħadd kien jaħseb hekk; il-proċedura li kienu jużaw kienet li kull darba li konsumaturi jixtru karozza ġdida kellhom iħallsu taxxa fuq taxxa.", "U kienu kontra dak li konna qed nipproponu.", "Tant kienu kontra li tgħidx kemm beżżgħu lin-nies.", "Kien hawn min qalilna li jekk se nagħtu t-taxxa lura lil min xtara karozza, nistgħu naslu f'sitwazzjoni ta' bailout!", "Kulħadd jiftakarhom dawn, fosthom sħabi li qegħdin fil-Kamra.", "Kienu qalulna li aħna ma nirrispettawx ir-rule of law għax konna wegħedna li se nagħmlu hekk, jiġri x'jiġri.", "Iva, għax aħna xi ħaġa tajba, anke jekk inkunu waħedna, ma noqogħdux niddejqu ngħiduha għax la nkunu qegħdin nemmnu fiha u tkun tajba, nibqgħu ngħiduha.", "U meta nkunu fil-Gvern aħna nagħtu provi ta' dak li nemmnu għax inwettqu dak li nkunu emminna fih.", "Aħna meta tlajna fil-Gvern, bħalma għamilna fl-affarijiet l-oħrajn kollha li wegħedna, żammejna kelmtna u għamilna dak kollu li wegħedna lin-nies.", "Aħna għalhekk kellna road map għax konna nafu minn fejn se nitilqu u konna nafu fejn se naslu, u aħna ma qgħadniex inwiegħdu lin-nies affarijiet biex nirbħu l-vot, imbagħad wara ngħidulhom li għax hemm il-problemi u għax sibna ħofra u għax il-finanzi ma kenux fis-sod!", "F'dawn l-aħħar seba' snin ħallasna b'lura, sena wara sena, u l-konsumatur gawda għax erġajna tajnieh lura l-flus żejda li kien ħallas.", "Din is-sena, nirringrazzjaw lil Alla, wettaqna din il-wegħda mal-konsumatur.", "Bis-saħħa ta' Gvern li żamm kelmtu, 29,000 persuna li matul dawn is-snin ħallsu t-taxxa doppja ħadu lura f'buthom €24 miljun.", "Hekk tistmah lill-konsumatur, billi tippjana, billi twiegħdu u billi żżomm kelmtek miegħu!", "Aħna ma kellniex manifesti elettorali li l-aħħar punt jgħidlek li minn dak li għedna m'hemm xejn.", "Aħna jekk ħriġna b'manifest elettorali u wegħedna lin-nies, żammejna kull punt li kellna, għax dik tfisser l-irġulija u hemm tirbaħ il-fiduċja tan-nies.", "Sur President, €24 miljun li nbierku kull ewro minnhom u tajniehom lura lill-poplu biex seta' jużahom f'affarijiet oħrajn u biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu.", "Ma naħsibx li hemm iktar xi ngħid dwar dan il-punt għax naħseb li l-figuri jitkellmu waħedhom.", "Aħna fissirna prezzijiet orħos, ġustizzja u iktar flus fil-but biex in-nies jgħixu aħjar.", "Issa hawnhekk qed insemmu ftit affarijiet, imma hemm oħrajn.", "Jekk nieħdu l-pensjonanti pereżempju, żidna l-pensjoni għal erba' snin wara xulxin.", "Mela dak li kienu jdaħħlu qegħdin nipprovaw mhux biss inżiduhulhom, imma dak li għandhom f'idejhom nagħtuhom opportunità li jkunu jistgħu jużawh biex jixtru iktar servizzi għaliex jorħsu - bħalma raħsu diversi pilloli - u biex jgħixu aktar komdi għaliex jistgħu jaffordjaw ikollhom fann jew air conditioner u heater fix-xitwa.", "B'hekk il-kwalità tal-ħajja titjieb u l-livell tal-għajxien jibda jogħla.", "Aħna dak li rridu, li l-poplu tagħna jgħix kuntent u jgħix ħajja ta' kwalità għax nieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin.", "Aħna bħala Gvern inħossuna responsabbli li nkunu ta' eżempju.", "Ma nistgħux nippretendu li jekk il-Gvern, li hu s-service provider f'ħafna oqsma, ma jistmax lill-konsumatur tajjeb, meta niġu biex niġbdu widnejn ħaddieħor li ma jkunx qed jagħti servizz kif jixraq, dan se jobdina għax dan se jħares lejna bħala role models.", "U żgur li ma konniex nistgħu nitkellmu dwar dawn il-livelli kieku lill-konsumatur ma narawhx bħala persuna li rridu nagħtu kas ta' dak li qed jgħidilna.", "Aħna semmejna x'għamilna biex raħħasna l-pilloli.", "Jiena nistaqsi: Fi żmien gvernijiet preċedenti kien qiegħed jittieħed il-feedback tal-pazjenti muġugħa li ma setgħux ilaħħqu biex jixtru l-pilloli li suppost kienu bla ħlas fuq l-ixkaffa u kienu jkunu out of stock?", "Kien hemm drabi meta kien hemm kważi 190 pillola out of stock, uħud minnhom għal għaxar snin.", "Fejn kienu jagħtu kas il-feedback tan-nies?", "Xi drittijiet kellu l-konsumatur?", "Kif kienu jistmawh?", "X'widen kien jingħata?", "X'kien qiegħed isir biex dak li kien qed jilmenta dwaru jiġi solvut?", "Naħseb li l-poplu ġġudika, u kellu bażi soda fuq xiex jiġġudika.", "Hemm ukoll ġibna bidla kbira u importanti.", "Din tal-pilloli out of stock saret xi ħaġa tal-imgħoddi.", "Illum tmur u tinqeda.", "Dan juri kemm u kif stmajna lill-konsumatur.", "L-ewwel kien hawn il-Ministru Evarist Bartolo.", "Meta konna fl-Oppożizzjoni diversi drabi kien għamel intervent biex irraħħsu l-uniformijiet.", "U raħħasna l-uniformijiet.", "Aħna nirraġunaw li ftit minn hawn u ftit minn hemm jifdallek iktar f'butek.", "Din hija l-attitudni li rridu nieħdu u nimbottaw 'il quddiem, li mhux kollox jgħaddi, li mhux kollox qisu aħna m'għandna l-ebda saħħa.", "Ir-riċetta mhix maġika; ir-riċetta hija li dan il-poplu qed jagħraf li flimkien, kemm l-NGOs, l-istakeholders, is-service providers u aħna bħala Gvern, insibu soluzzjoni biex nagħtu servizz aħjar, iktar affordabbli u li bih nistmaw iktar lill-konsumaturi tagħna.", "Għax fl-aħħar mill-aħħar m'aħniex qegħdin hawnhekk għalina, qegħdin hawnhekk biex nagħtu servizz aħjar lil dawk in-nies li jafdawna biex immexxu lil pajjiżna.", "U b'din il-liġi li qed iressaq l-Onor.", "Debattista llum qegħdin inkomplu nsaħħu dan l-apparat, dan il-makkinarju, biex il-konsumatur tassew ikun jista' jgħix aħjar.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, qegħdin niddiskutu emenda fil-liġi li hija teknika, imma mill-aspett prattiku għandha implimentazzjoni wiesgħa u li taffettwa lil kull wieħed u waħda minna, għax wara kollox kull waħda u wieħed minna lkoll konsumaturi.", "Jiena niddejjaq nisma' lin-naħa l-oħra tal-Kamra titkellem b'mod li din qisha liġi li se tagħti stima jew rispett lill-konsumatur.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar drittijiet li kull konsumatur għandu jkollu, u minn hemmhekk irridu nitilqu.", "Wara kollox aħna, bħala membri tal-Unjoni Ewropea, nemmnu fil-moviment ħieles, mhux biss tan-nies, imma tal-ħwejjeġ u tal-oġġetti, tas-servizzi u tal-kapital.", "U għaldaqstant, meta jiena nħares lejn din l-Awtorità, li jien kemm-il darba kkritikajt b'mod kostruttiv, mhux biss minn din in-naħa tal-Kamra, imma anke min-naħa l-oħra meta kont Whip, ninnota li din l-Awtorità għal dawn l-aħħar snin kienet ipparalizzata sforz dawn is-sentenzi.", "Imma mhux biss; kienet ipparalizzata wkoll għax min mexxa kellu nuqqas ta' ħila biex iħares id-drittijiet tal-konsumatur, u se ngħid għaliex.", "Huwa tajjeb li jkollna suq ħieles, u lkoll naqblu li għandu jkollna suq ħieles.", "Imma, irid ikollna dak il-bilanċ ġust fejn id-dritt, u mhux l-istima jew ir-rispett tal-konsumatur, għandu jiġi mħares.", "U dan il-bilanċ ġust huwa importanti u għandu ħafna parametri.", "Wieħed jista' jitkellem anke fuq is-saħħa tal-flus u kemm il-paga fil-fatt twassal, u dan ukoll għandu jkun parti mill-binarju meta tħares il-keffa l-oħra tal-konsumatur.", "L-Awtorità tista' tgħidli li dak ma jaqax taħt il-kompitu tagħha, bħalma ma jaqgħux affarijiet oħrajn, u se nsemmi eżempji tagħhom iktar tard.", "Hemm bżonn li dak li huwa tal-konsumatur bi dritt nagħtuhulu, daqskemm dak li hu bi dritt tan-negozjant nagħtuhulu wkoll.", "L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, permezz ta' dan l-abbozz tekniku, se tagħraf li f'pajjiżna għandna xi ħaġa li hija ogħla minn din l-istituzzjoni, mill-Parlament, il-Qorti Kostituzzjonali.", "Is-supremazija għandha tkun hemmhekk.", "Din hija xi ħaġa li l-Kostituzzjoni tagħna ma tagħrafx, ħlief meta niġu għad-drittijiet tal-bniedem, u għaldaqstant, iż-żewġ kawżi li kien hemm fejn kien hemm id-Direttur Ġenerali – bil-perfezzjoni jew l-imperfezzjoni tiegħu – skont kif kien iggwidat jew żgwidat, kien waħħal multa, u bis-saħħa t'hekk il-Qorti Kostituzzjonali qaltlu li din m'għandhiex tkun.", "Jien qed nieħu pjaċir li l-Gvern wara ftit snin ġie f'din il-Kamra biex jemenda din il-liġi u li qegħdin nirrikonoxxu li l-Qorti Kostituzzjonali fl-aħħar mill-aħħar għandha tkun hi li taqtagħha jekk l-affarijiet humiex ġusti jew le.", "Jien ngħid li qatt m'għandu jkun tribunal, mhux għal affarijiet hekk.", "Nifhem ukoll li ladarba tgħaddi din il-liġi mit-tliet stadji tal-Kamra, liġi li mill-aspett oġġettiv tagħha qiegħda timxi b'mod rett u f'direzzjoni tajba, se tiftaħ il-bieb beraħ ukoll.", "Għaliex l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumatur mhijiex l-uniku regolatur li għandha liġi li l-qafas tagħha jimplimenta dan it-tip ta' proċess.", "Hemm regolaturi oħrajn; hemm kwantità minnhom u ħafna minnhom lanqas biss huma magħrufin.", "Nemmen li 'l quddiem, meta ssir ir-riforma Kostituzzjonali, ikunu magħrufin billi jkunu mitkubin fl-istess liġi, li nispera li 'l quddiem tinbidel.", "Qed nirreferi għall-Kostituzzjoni.", "U peress li hemm regolaturi oħrajn li għandhom l-istess proċess ta' governanza miktuba fil-liġi tagħhom, se nkun qed nistenna li jkun hemm bosta emendi ta' regolaturi oħrajn, għaliex bis-saħħa ta' din il-liġi l-prassi ta' kif jitħaddmu se tinbidel.", "Għaldaqstant naħseb li rridu noqogħdu attenti ħafna għall-mod kif il-klawsoli jkunu miktubin b'mod partikolari fl-istadju ta' Kumitat.", "Il-kelma trid tkun mirquma u magħżula sew għax dan se jaffettwa regolaturi oħrajn.", "Jiena ma niġix minn background legali, imma dan il-paragun nista' narah u għaldaqstant qed niġbed l-attenzjoni tal-kollega tiegħi, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, li naf li jemmen ħafna fid-drittijiet tal-konsumatur, mhux biss fir-rispett jew l-istima lejn il-konsumatur, u naf li qed jagħmel l-almu tiegħu, flimkien mat-team tiegħu, biex jasal għal korrezzjoni ta' liġi li hija finta, għax fil-fatt wasslitna fi sqaq.", "Issemmew żewġ eżempji mill-kelliema ta' qabli, wieħed dwar il-mediċina u l-ieħor dwar l-elettriku, u se nerġa' nsemmi ż-żewġ eżempji li semma hu u nuri veduta oħra ta' dak li qal hu; se nuri li hemm diskriminazzjoni - u hawnhekk l-Awtorità trid tieħu ħsieb - din id-darba bejn sezzjonijiet tal-poplu, jekk mhux in-nazzjon kollu.", "Se nibda bl-ewwel eżempju li kelli f'rasi.", "Is-sena l-oħra kont staqsejt mistoqsija lill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li tirrigwarda l-polza tas-sigurtà tal-karozzi.", "F'pajjiżna għandna fenomenu, hawn cartel – ma nistgħux ngħidu mod ieħor – hawn ftehim sigriet bejn in-negozjanti li joffru l-poloz tas-sigurtà, il-mod kif amalgamaw anke flimkien bi żvantaġġ għal kull konsumatur li għandu karozza.", "Dan nafu bih, nafu l-mod kif il-kondizzjonijiet jinbidlu, nafu l-mod kif il-prezzijiet jogħlew, b'mod partikolari għal dawk il-karozzi li huma koperti b'assigurazzjoni fully comprehensive.", "Meta staqsejt il-mistoqsija ftit tax-xhur ilu lill-MCCAA, it-tweġiba kienet li qatt ma kellhom ilment dwar dan.", "Din hi l-awtorità li għandu jkollna?", "Jiena nistenna li kull awtorità li hija regolatur tħares hi nnifisha u tkun proattiva biex tfittex dawn l-affarijiet.", "Qed insemmi eżempju li jaffettwa lil kulħadd f'Malta.", "B'xi mod jew ieħor fil-familja kulħadd għandu xi karozza jew mutur li għandhom bżonn polza tal-assigurazzjoni.", "Biex inkun ċar, fit-tweġiba qaluli li qegħdin iħarsu lejn it-tiswijiet tal-karozzi jekk humiex ġusti jew le, mhux fuq il-polza tal-assigurazzjoni.", "Għalija dik kienet tweġiba li ma turix serjetà min-naħa tal-MCCAA fir-rigward tad-drittijiet tal-konsumatur.", "Jekk ħadd ma kien ilmenta qabel, għallinqas għandha tara li kien hawn rappreżentant tal-poplu li qed jilmenta dwar hekk, u allura għandha tistħarreġ.", "Għandha tirrikonoxxi lil dan il-Parlament u ladarba kien hawn deputat tal-Kamra li għamel mistoqsija parlamentari, hu min hu u ġej minn liema naħa ġej, għandha tistħarreġ dik il-kwestjoni.", "Ħalli ngħaddi għaż-żewġ eżempji li ssemmew.", "L-elettriku roħos, dan ħadd mhu qed imerih u hekk hu, imma ejjew noqogħdu attenti u niftakru li l-MCCAA m'għandhiex awtorità fuq dawn l-affarijiet u kif jolqtu lill-konsumatur għax dawn jaqgħu taħt l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi.", "Ovvjament l-MCCAA ma tmejjilx il-kappell tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, u se ngħid għaliex.", "Aħna nemmnu fil-prinċipju ta' \"the polluter pays\"?", "Naħseb li lkoll naqblu li aħna qegħdin inħabirku biex innaqqsu t-tniġġis fl-arja, fl-ilma, fl-art u fl-ibħra tagħna, u nipprovaw nużaw enerġija nadifa.", "Hemm numru ta' għażliet.", "Ejjew inħarsu lejn familja li hija kbira fid-daqs, b'ħames membri jew sitt membri.", "Illum issib anke familji li jgħixu flimkien – mhux bilfors ikunu tfal tal-istess koppja, imma jista' jkun, pereżempju, in-nanna jew iz-ziju li jgħixu flimkien.", "Dawn il-familji, il-konsum tal-elettriku tagħhom per unit, jispiċċaw jużaw iktar minn familji oħrajn li jirċievu l-kont għal kull ras.", "U din hija bil-figuri, hija fattwali, għax jekk din il-familja tagħżel il-polluter pays principle u għaldaqstant tuża l-airconditioner minflok in-nar tal-injam, tal-faħam jew il-heater tal-gass, u tuża l-elettriku – li niftaħru bih illum il-ġurnata, kemm għandna sistema iktar nadifa u ma toħloqx daqshekk tniġġis – biex issaħħan il-kmamar ta' darha, tispiċċa tħallas ferm iktar minn familja li tkun qiegħda tniġġes iktar l-arja bil-metodu li tuża biex isssaħħan darha.", "Hawnhekk ninnota li hawn diskriminazzjoni, u nemmen li l-MCCAA għandha jkollha an overriding regulation biex tkun tista' tirregola dawn l-affarijiet kif suppost jekk sezzjoni tal-konsumaturi huma żvantaġġjati, u mhux noqogħdu ngħidu li dan jaqa' taħt awtorità oħra.", "Issemmew ukoll il-mediċini mill-kelliem ta' qabli.", "Iva, il-mediċini raħsu u dan għax qegħdin nimportaw iktar mediċina ġenerika.", "Imma issa hemm l-abbużi min-negozjanti.", "Vera raħsu l-mediċini?", "Mhux kollha, mhux vera, qegħdin nidħku bin-nies.", "Ma jistax ikun ngħidu li kollox raħas.", "Ħalli nagħtikom eżempju wieħed dwar Mediċina \"A\" li tintuża minn ħafna rġiel anzjani.", "Ilbieraħ f'din il-Kamra għedt li 25% tal-popolazzjoni Maltija għandha 'l fuq minn 61 sena, li bosta minnhom huma rġiel u ħafna minnhom jużaw mediċina partikolari minħabba saħħithom – kważi lkoll jużawha b'xi mod jew ieħor.", "Dik il-mediċina partikolari għandha żewġ kimiċi fiha.", "X'jagħmel l-importatur?", "Għal mument ma jġibhiex, għal mument ma tiddaħħalx f'Malta u l-konsumatur biex ikollu dik il-mediċina li għandha żewġ kimiki jkollu jixtri mediċina b'kimika waħda u mediċina b'kimika oħra.", "Id-differenza fil-prezz tkun 'il fuq minn €25.", "Allura nistgħu ngħidu li hemm ġustizzja bejn is-suq u l-konsumatur?", "U hawnhekk huma d-drittijiet, u hawnhekk huwa fejn l-MCCAA trid tqajjem rixha.", "Ma jistax ikollna awtorità bħal din, li hija mansa.", "Il-vuċi tagħha trid tkun leħen qawwi favur il-konsumatur għax f'leħen għas-suq li huwa ħieles huwa faċli li l-konsumatur jitgħakkes minn dawk l-affarijiet li jkunu żbilanċjati kontrih.", "L-ISPEAKER: Bil-permess tiegħek, point of explanation.", "Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Il-mediċina li qed tirreferi għaliha vera għamlet żmien nieqsa mis-suq għax kien hemm problema fil-produzzjoni mill-originator, imma issa reġgħet qiegħda disponibbli.", "Kif qed jgħid tajjeb, sfortunatament peress li hija a combination drug, meta tieħu kull prodott per se tiġi iktar għolja għax għandek l-ippakkjar, il-produzzjoni, eċċ. L-Onor.", "Farrugia jifhimni bħala tabib.", "Imma issa, għall-grazzja t'Alla, dik il-mediċina li qed jirreferi għaliha reġgħet qiegħda preżenti fis-suq.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Kompli bid-diskors tiegħek, Onor. Godfrey Farrugia.", "GODFREY FARRUGIA: Qed nieħu pjaċir ninnota li din il-mediċina partikolari reġgħet qiegħda fis-suq, imma jien biha qiegħed nagħti eżempju.", "Jien semmejt waħda partikolari, u l-Onor.", "Deo Debattista rrispondieni għall-istess mediċina partikolari – u nirringrazzjah – imma bħalha hemm eżempji oħrajn li l-istess MCCAA tista' tiċċekkja dwarhom.", "Jien ġibt dan l-eżempju biex ma nidħkux bina nfusna u ngħidu li l-mediċini kollha raħsu, għax hemm metodi kif is-suq jista' jirregola mod ieħor, bi skuża jew b'oħra.", "Huwa hemm fejn l-MCCAA għandha jkollha għajn ta' seqer biex dawn l-affarijiet ma jsirux, u għaldaqstant il-konsumatur jiġi protett.", "Jiena nemmen li kull persuna li taħdem f'din l-Awtorità għandha r-rieda.", "Nemmen li f'dawn l-aħħar snin kellha ankra bi ktajjen ħoxnin warajha u ma setgħetx timxi minħabba s-sentenzi li kellha fil-Qorti, u nemmen li, bis-saħħa ta' din l-emenda, iva, se nagħtu d-dritt lill-konsumatur biex imur il-Qorti u jappella mis-sentenza, mill-multa li tkun tat l-MCCAA, u dak huwa dritt fundamentali li joħloq anke bilanċ ta' ġustizzja anke soċjali, u din hija xi ħaġa tajba.", "Imma jien nixtieq inħeġġeġ lil din l-Awtorità biex tkun iktar bil-kmiem tagħha mxammrin u rasha iktar fuq għonqha biex f'suq li huwa ħieles - li jien nemmen fih - il-konsumatur jiġi mħares iktar.", "Jien nemmen li kieku l-MCCAA ftit snin ilu ħadet iktar ir-riedni f'idejha fis-suq tal-kirjiet, kieku llum ma kienx ikollna dawn il-problemi; illum nafu xi pjaga hi għal ħafna familji, u kieku hi setgħet tieħu passi - minħabba dawn is-sentenzi fil-Qorti ma setgħetx - kieku l-kirjiet ma spiċċawx għoljin daqskemm huma llum il-ġurnata.", "Issa jekk dak ma sarx, għall-inqas issa nitlobha biex wara li tlabtha għat-tieni darba fil-pubbliku, tħares lejn il-polza tal-assigurazzjoni.", "Dan huwa fattur li huwa importanti.", "Sur President, dawn kienu l-ħsebijiet li kelli.", "Se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li jiena nemmen ħafna fl-oġġettivi u fl-għanijiet li għandu dan ir-regolatur, li hija awtorità, u għalkemm m'għandhiex ħidma faċli għax trid issib il-bilanċ bejn żewġ entitajiet, id-dritt tal-konsumatur u d-dritt tas-suq, jekk l-affarijiet isiru b'mod ġist, isiru clean u jsiru b'governanza tajba u b'saħħitha, nemmen li, wara li din il-liġi tgħaddi mit-Tielet Qari, l-MCCAA se jkollha iktar saqajha mal-art biex taġixxi kif suppost.", "Imma nappellalha ħaġa waħda: nitlobha tkun aktar proattiva u ma tistenniex lin-nies biss jilmentaw jew jissuġġerixxu x'għandha tinvestiga.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, fix-xogħol politiku tiegħi jien insegwi u naħdem fuq id-drittijiet bażiċi u fundamentali ta' kull wieħed u waħda minna.", "Huwa settur li huwa għal qalbi ħafna, u fost dawn id-drittijiet hemm ukoll id-drittijiet li għandhom x'jaqsmu magħna kollha kemm aħna bħala konsumaturi.", "Nixtieq nibda mill-punt fundamentali dwar l-edukazzjoni u l-għarfien, li forsi kien hemm ħjiel għalih, imma ma ssemmiex daqshekk fid-dettall.", "Naħseb li aħna bħala konsumaturi għandna nistaqsu lilna nfusna x'nafu fuq id-drittijiet tagħna bħala konsumaturi.", "Minn hawnhekk ippermettili nsellem lit-tim fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur, li naf li huwa tim li jikkontribwixxi ħafna u li, f'isem id-Dipartiment, ikunu qegħdin iduru l-mezzi kollha tax-xandir u jinformaw lin-nies x'inhuma d-drittijiet tagħhom.", "Mhuwiex xogħol faċli, kultant anke daqsxejn repetittiv; kemm-il darba bħala xandara kelli nisma' ripetutament kważi l-istess ħaġa, pereżempju, fuq kif taqra t-tikketti, fuq kif tista' tirritorna oġġett, eċċ. Però, tgħid kemm tgħid, qatt ma huwa biżżejjed.", "Forsi nitkellmu fuq dak li huwa oġġett żgħir u kultant anke daqsxejn frivolu; però, minn hemmhekk irridu nibdew, li aħna kollha kemm aħna rridu nkunu nafu x'inhuma d-drittijiet tagħna.", "Għaldaqstant, kampanji edukattivi għandhom isiru wkoll fl-iskejjel.", "Jien konxja li tingħata edukazzjoni fl-iskejjel fuq dan ir-rigward, għalkemm ma naħsibx li l-iskejjel kollha jagħtuh l-importanza li jistħoqqlu.", "Naqbel mal-Onor.", "Chris Said li meta nitkellmu fuq id-drittijiet tal-konsumatur ġo pajjiżna - m'iniex qed ngħid li min qiegħed imexxi jew il-Gvern, imma aħna bħala soċjetà - m'għandniex il-polz u l-kuxjenza li għandhom pajjiżi oħrajn fuq dan is-suġġett.", "Biss biss, jekk issiefer f'ċerti pajjiżi … Jien darba kont qiegħda f'post fl-Awstralja, u xi ħadd hu u dieħel żelaq u qalli: Dont' worry, I will sue them.", "Jien għedtlu \"Sue them?", "Mhux inti żlaqt?!\"", "Jiġifieri mbagħad hemm ukoll l-estrem l-ieħor biex ngħidu hekk.", "Din l-idea li inti tkun taf x'inhuma d-drittijiet – u jien inżid magħha – u anke x'inhuma d-dmirijiet tiegħek bħala konsumatur, tgħin ukoll f'dak li qegħdin niddiskutu hawnhekk illum u fl-emendi li għandna quddiemna.", "Għaliex, meta inti tinqeda mingħand ażjenda privata, dipartiment tal-gvern … Għaliex ħafna drabi ma nagħmluhiex id-distinzjoni li meta mmorru ninqdew mingħand dipartiment tal-gvern għax jaħsbu li għax b'xejn, għax ma tħallasx, qisek m'għandekx ċerti drittijiet.", "Dan huwa żball kbir, żball enormi għaliex hemmhekk il-ħlas qiegħed joħroġ mit-taxxi tagħna u minn dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tagħna lkoll bħala ċittadini.", "Kultant ngħidu li s-suġġett tal-konsumatur forsi huwa suġġett daqsxejn ġdid.", "Forsi għal pajjiżna.", "Jien u nfittex fuq is-sit elettroniku tal-MCCAA sibt li l-ewwel awtorità kbira li tkellmet fuq id-drittijiet tal-konsumatur kien il-President John F. Kennedy, li fl-1962 kien indirizza l-Kungress u, fost affarijiet oħrajn, kien qal hekk:", "Hawnhekk qed nitkellmu dwar l-1962, mhux issa, mhux ilbieraħ!", "F'dawk iż-żmenijiet ukoll kien introduċa l-erba' drittijiet bażiċi li għadhom jeżistu sal-lum: id-dritt għas-sigurtà, id-dritt għall-għażla, id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt għas-smigħ xieraq fost l-oħrajn.", "Imbagħad, kienu żdiedu iktar drittijiet li huma fundamentali, fosthom hemm id-dritt tar-rimedju, id-dritt tal-edukazzjoni, id-dritt għal ambjent b'saħħtu, eċċ. Fost id-drittijiet bażiċi u fundamentali – u se norbotha mal-emendi li qegħdin nitkellmu fuqhom illum – hemm id-dritt għall-informazzjoni, hemm id-dritt għall-edukazzjoni, imma hemm ukoll id-dritt għas-smigħ xieraq u d-dritt għar-rimedju.", "U naħseb li l-emendi li għandna quddiemna jwassluna proprju biex, jekk aħna nagħtu kas dawn id-drittijiet daqshekk fundamentali, forsi nindirizzawhom b'mod daqsxejn iktar, biex ngħid hekk, uman.", "Sur President, qed nitkellem minn perspettiva ta' persuna li mhix ġejja mil-lat legali.", "Qed ngħid dan għaliex naħseb li meta beda dan id-dibattitu mar f'dak li huwa tekniku ħafna, u tifhimha għalfejn, għaliex hemm legaliżmi u dettalji legali li jridu jkunu l-avukati b'mod partikolari li jidħlu sew f'dan il-qasam.", "Però, irridu noqogħdu daqsxejn attenti minn dan it-tip ta' lingwaġġ, eċċ. Naħseb li pprova jitfagħna f'din il-linja li qed naċċenna għaliha issa l-Onor.", "Edwin Vassallo, meta qal li fil-lingwaġġ tiegħu qiegħed jitkellem mil-lingwaġġ ta' lay person.", "U anke jien ma nitkellimx mill-aspett legali, nirreferi għall-kollegi tiegħi, nieħu pariri mingħandhom eċċ; però, fl-aħħar mill-aħħar, irridu noqogħdu attenti li l-maġġoranza tan-nies li qed isegwuna qegħdin jifhmuna.", "Dan hu l-punt li qiegħed nipprova nagħmel jiena, li n-nies li qegħdin isegwuna qegħdin jifhmuna għaliex huma l-konsumaturi u huma għandhom id-drittijiet ukoll.", "Għalkemm ma kontx preżenti għax kont qiegħda barra minn Malta fuq xogħol, iddedikajt daqsxejn ħin li noqgħod nisma' wkoll id-dibattitu, u ħadt pjaċir nisma' dak li ntqal.", "Ħalli nirreferi għal xi affarijiet li ntqalu f'dan id-dibattitu s'issa, u se nkun qed ngħin lill-Onor.", "Deo Debattista jerġa' jagħmel refreshment tan-noti tiegħu.", "L-Onor.", "Deo Debattista tkellem fuq l-idea ta' suq ħieles li huwa kompetittiv u li minnu jibbenefika s-suq innifsu, imma fuq kollox il-konsumatur.", "Naħseb li dak huwa punt validu ħafna.", "L-Onor.", "Debattista kkwota fid-dettall lill-Kummissarju tal-Kompetizzjoni Ewropea Margaret Vestager, u ovvjament kien kliem li huwa denju tal-portafoll li tmexxi.", "Semma wkoll l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta u semma wkoll il-bżonn kruċjali li jsiru emendi wara l-każ kostituzzjonali tat-3 ta' Mejju 2016.", "Naf li diġà saret kritika fuq id-dewmien, però jien ma naħsibx li d-dewmien kien intenzjonat.", "Almenu din hija l-opinjoni tiegħi.", "Però, naħseb li rridu nitgħallmu minnu dan id-dewmien għaliex naħseb li rridu nkunu, kif jgħidu l-avukati kollegi tagħna, aktar spediti fix-xogħol tagħna f'dan ir-rigward.", "Dan għax m'għandix dubju li t-Tribunal kien affettwat kompletament minnha din.", "U allura, jekk is-soltu nieħdu dan iż-żmien kollu, naħseb li rridu nibdew inħarsu lejn modi differenti ta' kif nagħmlu l-affarijiet, u f'sitwazzjonjiet bħal dawn nagħmluhom aħjar.", "Bħalma diġà għedt, għaddew tliet snin …", "Issa hawnhekk f'ċerti diskorsi kien hemm anke referenza għall-fatt li qegħdin nemendaw liġi tal-2011.", "Qisu hemm xi ħaġa ħażina li qed nemendaw liġi tal-2011.", "Lanqas xejn!", "Jien nixtieq infakkar lil din il-Kamra li dik il-liġi tal-2011 għaddiet minn dan il-Parlament b'mod unanimu, u kienet saret diskussjoni tajba ħafna.", "Dak iż-żmien jien kont naħdem ġo Ministeru kompletament differenti u niftakar li kont segwejtha mill-qrib.", "Però, nixtieq infakkar ukoll li m'hemm xejn ħażin li inti temenda liġi ta' ftit snin ilu.", "Kemm ilna li emendajna liġijiet li l-linka kienet għadha lanqas nixfet fuqhom, meta għaddejna liġijiet u kellna nemendawhom ftit wara?", "Ma rridux immorru għal dik l-idea arkajka li liġi tinkiteb u ma tmisshiex.", "Il-liġi hija ħajja u tirrifletti dak li jkunu qed jagħmlu ċ-ċittadini.", "Però min-naħa l-oħra nifhem ukoll lil dawk li jikkritikaw u jgħidulna biex fl-aħħar mill-aħħar nagħmlu liġijiet sew ħalli ma jkollniex għalfejn noqogħdu nemendawhom.", "Kumment li sar u jien għandi tendenza li forsi naqbel miegħu – però jien lesta li nisma' r-reazzjoni għalih – huwa għaliex ladarba qegħdin nemendaw daqshekk f'uħud mil-liġijiet li għandna quddiemna – għax aħna m'aħniex immissu liġi waħda – kienx ikun iktar tajjeb li forsi erġajna ktibna ċerti liġijiet mill-ġdid.", "Nixtieq nisma' min-naħa tal-Onor.", "Debattista x'jaħseb fuq dan il-punt għaliex ma naħsibx li huwa punt li għandna nwarrbuh.", "Għaliex inti meta ċċaqlaq minn hemm u ċċaqlaq minn hawn kważi kważi jaqbel li terġa' tikteb mill-ġdid.", "Bħalma għedt, l-Onor.", "Chris Said għamel diskors tekniku ħafna ta' persuna li ħadmet sew f'dan il-qasam, b'mod partikolari għaliex hu stess kien involut fit-tfassil tal-liġi tal-2011.", "Ovvjament, semma l-fatt li aħna ma nagħtux importanza xierqa lil dan is-settur u kien, fost affarijiet oħrajn, semma xi ħaġa li jien għedtha kemm-il darba f'dan il-Parlament u nerġa' ngħidha, li l-liġi m'għandhiex tkun għal fuq il-karta.", "Il-liġi fl-aħħar mill-aħħar qiegħda hemmhekk biex titħaddem kif suppost, u nikkwota lill-Onor.", "Chris Said: \"biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur\".", "Jekk il-konsumatur ma jħossx li hemm liġijiet li qegħdin jipproteġuh sew, speċjalment f'sitwazzjonijiet ta' rimedju … Diġà nafu mill-esperjenza u mill-intervisti li kont nagħmel jien lir-rappreżentanti tad-dipartiment li kienu jgħiduli kemm-il darba li għalkemm jgħidulhom biex imorru d-Dipartiment jew biex iċemplulhom, u mbagħad minn hemmhekk forsi jidħlu aktar fid-dettall, l-ilment tiegħek jitressaq iktar 'il quddiem, qishom mal-ewwel in-nies jibdew jaqtgħu qalbhom u jgħidu \"jien għalfejn noqgħod nidħol fiha din il-biċċa tax-xogħol\".", "M'għandniex dik it-tradizzjoni, biex ngħidu hekk.", "Sur President, ma nistgħux inwarrbu l-fatt li dawn l-emendi qegħdin isiru wkoll fid-dawl ta' sentenza kostituzzjonali.", "U allura dan huwa ta' importanza.", "U fil-fatt se nagħmel parentesi żgħira dwar dan.", "Jien kont ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru Owen Bonnici fuq xi ħaġa li m'għandha x'taqsam xejn ma' din il-liġi, fejn proprju l-Qorti Kostituzzjonali kienet tat raġun lil persuna u din il-Kamra kienet baqgħet ma emendatx kif talbet il-Qorti Kostituzzjonali.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Karol Aquilina qiegħed jiġbidli l-attenzjoni li għadna m'emendajnihiex.", "Kif diġà għedt, mhux fuq din il-liġi u m'għandhiex x'taqsam ma' dan is-suġġett, imma rrid niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra, għaliex meta aħna ma nagħtux widen, bħalma qiegħed isir hawnhekk illum … Dan huwa proprju għalfejn qegħdin isiru dawn l-emendi, għax il-Qorti Kostituzzjoni qaltilna li għandna l-affarijiet li mhumiex qegħdin sew.", "Kien hemm każijiet oħrajn u jien ġbidt l-attenzjoni tal-Ministru Owen Bonnici.", "Jidher li forsi kif kienet miktuba s-sentenza – biex nagħti l-benefiċċju tad-dubju bl-ikbar onestà – tal-Qorti Kostituzzjonali … Qed nitkellem fuq il-każ ta' Marie Therese Cuschieri vs l-Avukat Ġenerali, li jien ressaqtu f'din il-Kamra.", "Fil-fatt, l-istess Marie Therese Cuschieri kienet talbitni biex irressaq il-każ.", "Però sal-lum għadna m'għamilniex l-emendi li talbitna l-Qorti Kostituzzjonali.", "Irridu noqogħdu attenti ħafna għax altru wara tliet snin, bħalma qiegħed jagħmel illum l-Onor.", "Deo Debattista u nistgħu nikkritikawh, u altru ma nagħmlu assolutament xejn.", "Hemm differenza kbira, nistgħu nikkritikaw kemm irridu b'rispett kbir – u l-Onor.", "Debattista jaf – imma li assolutament ma jsir xejn wara sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, speċjalment fejn jidħlu affarijiet li huma anke fuq livell li jaffettwaw il-ħajja personali tan-nies, huwa totalment inaċċettabbli.", "Fil-fatt, l-Onor.", "Chris Said għamel proposta interessanti ħafna, meta staqsa jekk huwiex il-każ li nibdew ngħidu minn sitt xhur sa sena jekk ikun hemm sentenza kostituzzjonali.", "U naħseb li dan huwa suġġeriment kuraġġjuż u forsi fit-Tielet stadju għandna niddiskutuh u għandna ngħidu \"let's take the bull by the horns\".", "Qed nagħmlu affarijiet kuraġġjużi ħafna f'dan il-Parlament, għaliex ma nieħdux din ukoll.", "Għaliex hekk la nistgħu nwaħħlu f'Ċikku, la f'Peppu, la fil-Gvern, la fl-Oppożizzjoni, u lanqas f'min b'rispett kbir jaħdem f'dan il-qasam.", "Hekk anzi nkunu qegħdin ngħinu biex nagħtu l-parametri, għaliex kultant … Anke dak li semma l-Onor.", "Chris Said waqt id-dibattitu fuq l-istess liġi, li qal li ma kienx hemm parteċipazzjoni daqshekk b'saħħitha għal dokument għall-konsultazzjoni, din iġġiegħlek taħseb.", "Ma naħsibx li nistgħu naqbdu n-nies minn għonqhom u ngħidulhom li aħna qed nikkonsultaw fuq xi ħaġa li taffettwakom.", "Imma din turi li fis-soċjetà tagħna m'għandniex dak l-interess daqshekk kbir għal dan is-suġġett.", "Allura aħna għandna responsabbiltà – u qed ngħid \"aħna\", m'iniex qed ngħid \"intom, \"dawk\" jew \"huma\" – kollettivament … Għandna affarijiet li jiġru f'dan il-Parlament li, jekk ma nagħmluhomx kollettivament u ma naħdmux flimkien u mhux għax titlobna l-Kostituzzjoni biż-żewġ terzi, ma nirnexxux.", "U ma nirnexxux bħala pajjiż.", "Jiġifieri naħseb li l-punt li semma l-Onor.", "Chris Said huwa punt tajjeb ħafna.", "Fil-fatt meta tħares lejn min ipparteċipa fil-konsultazzjoni pubblika, iktar tħabbel rasek.", "Fosthom hemm l-avukati li kienu involuti fil-każ, żewġ assoċjazzjonijiet barranin kbar u, allaħares le, l-Għaqda tal-Konsumaturi, fost l-oħrajn.", "Jiġifieri kważi kważi min imiss fil-laħam il-ħaj u min għandu profil daqshekk għoli.", "Allura rridu nibdew inħarsu lejna nfusna u nistaqsu għalfejn in-nies mhumiex jipparteċipaw f'diskussjoni bħal din?", "Hawnhekk nixtieq nirreferi għall-istqarrija li l-Għaqda tal-Konsumaturi ħarġet proprju fis-6 ta' April, li naf li kien hemm min diġà rrefera għaliha.", "Fil-fehma tiegħi, din l-istqarrija qed tagħmel punti tajbin ħafna u tagħtina qafas tad-diskussjoni li għandna hawnhekk illum.", "Fosthom, fit-tielet paragrafu l-Għaqda qalet li temmen li l-aktar soluzzjoni effettiva biex jiġi ndirizzat dan il-punt hi li jsiru l-emendi fil-Kostituzzjoni ta' Malta biex awtoritajiet pubbliċi, anke jekk mhux qrati, ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet u jimponu penalitajiet amministrattivi meta tinkiser il-liġi.", "Tista' taqbel magħhom u tista' ma taqbilx, imma huwa punt validu ta' diskussjoni.", "Fl-istess stqarrija l-Għaqda tal-Konsumaturi tgħid:", "\"Biss tajjeb li nfakkru li jekk ma jsirx it-tibdil meħtieġ fil-Kostituzzjoni jkun ifisser li kull ħaġa li għandha x'taqsam mal-kompetizzjoni u mal-ħarsien tal-konsumaturi ser tibda tintefa' quddiem il-qrati.", "Dan ifisser li ser ikun hemm aktar dewmien biex jittieħdu deċiżjonijiet, b'detriment għall-konsumaturi u kumpaniji li jkunu qed jiġu affettwati ħażin b'abbuż minn kumpaniji oħra.", "Fuq kollox, b'dan l-abbozz l-Għaqda tqis li nkunu qegħdin inġibu l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumaturi (MCCAA) bla saħħa u ineffettiva, meta din ġiet imwaqqfa biex tieħu azzjoni malajr u effettiva biex tħares id-drittijiet tal-konsumaturi u ta' dawk in-negozji li jkunu qed josservaw il-liġi.", "Għalina dan hu ta' tħassib speċjalment meta Malta hi karatterizzata minn nuqqas ta' kompetizzjoni sew minħabba ċ-ċokon tagħha u nuqqas ta' infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni.", "Barra minn hekk dan id-dewmien …\"", "- dan huwa punt tajjeb ħafna -", "\"… ser ikollu wkoll effett fuq Malta meta tkun qed tħajjar kumpaniji jiftħu hawn peress li kull kwestjoni ser tieħu wisq żmien biex tiġi riżolta.\".", "Qed nitkellmu fuq il-kwestjoni tal-kompetittività hawnhekk.", "\"L-Għaqda tinnota li dan l-Abbozz ivarja sew mill-proposti leġiżlattivi …\".", "Jidhirli li l-Onor.", "Chris Said semma dan il-punt, u forsi jkun tajjeb li nkun nafu x'kien hemm u għalfejn saru ċerti tibdiliet.", "Jien m'iniex kontra li jsiru t-tibdiliet.", "Jien għalija, meta dokument imur għall-konsultazzjoni, il-fatt li tkun bdiltu jfisser li tkun smajt mingħand ċerti nies.", "Jiġifieri naħseb li l-konsultazzjoni proprju għalhekk issir.", "Però huwa tajjeb ukoll li din il-Kamra tkun taf x'wassal għal dan it-tibdil li qed tiġbdilna l-attenzjoni għalih ukoll l-Għaqda.", "L-istqarrija tagħlaq b'dan il-kliem:", "\"L-Għaqda tinnota li l-miżuri kif proposti jistgħu wkoll iservu ta' preċedent fir-rigward tal-poteri simili ta' awtoritajiet pubbliċi oħra li għandhom id-dmir ta' infurzar tal-liġijiet, fejn allura jista' jiġri li dawn ukoll jispiċċaw li biex jimponu sanzjonijiet, iridu ta' bilfors imorru l-Qorti.\".", "Ladarba semmejt il-każ Kostituzzjonali, irrid ngħid li l-ġurnal The Times of Malta fil-25 ta' April tal-2015 kien diġà qed jirrapporta fuq dan il-każ.", "Naħseb li minn hemmhekk bdiet tinħema daqsxejn l-istorja ta' fejn wasalna llum.", "Ħalli nmur lura għad-dibattitu u nirreferi għal dak li qalu dawk li tkellmu s'issa.", "L-Onor.", "Zammit Lewis, fil-fehma tiegħi, kien tekniku daqsxejn iżżejjed.", "Fil-fatt, jien bdejt inbati biex nifhem x'kien qiegħed jipprova jgħid, però fhimt il-punt tal-equality of arms.", "Kif għedt, irridu napprezzaw lil ħaddieħor u meta nitkellmu fuq affarijiet legali, naraw li ma nitilfux lill-poplu.", "Żgur li meta nitkellmu fuq dak il-livell in-nies iridu jifhmuna li aħna qegħdin nipprovaw nitkellmu fuq dak li qed jgħidu huma.", "Kumbinazzjoni għadu kemm wasal ħdejja l-Onor.", "Edwin Vassallo u naħseb li l-Onor.", "Vassallo għamel punt validu ħafna.", "Mhux qed ngħid hekk għax qiegħed hawn, imma għax ħadt nota tad-diskors tiegħu, u se ngħid għalfejn.", "Huwa tkellem fuq ir-realtà.", "Huwa inutli li niġu f'din il-Kamra u ngħaddu liġijiet li lill-poplu ma jolqtuhx fil-laħam il-ħaj.", "L-Onor.", "Vassallo ta diversi eżempji – u m'iniex se noqgħod nirrepetihom – però aktar kmieni kien hawn l-Onor.", "Agius Decelis u naħseb li dak li qal l-Onor.", "Edwin Vassallo ħadu minn lat kompletament ta' taħt fuq ta' dak li kien qiegħed jipprova jgħid.", "Għaliex?", "Għax ir-realtà hi li għandna diversi awtoritajiet ġo pajjiżna li jagħmlu xogħol li huwa simili għal dak li tagħmel l-MCCAA, bħall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorità għat-Trasport Pubbliku, l-Awtorità għall-Ambjent, il-Kummissjoni Elettorali, u ħafna oħrajn, u rridu noqogħdu attenti li ma noħolqux preċedent minn wieħed għall-ieħor u nibdew niġu hawnhekk kull darba biex nemendaw liġi, wara liġi, wara liġi.", "Ejjew inħaddmu rasna u nispera li dawk li huma legalment tekniċi ġo din il-Kamra, fosthom anke dawk li tkellmu, fit-Tielet Qari dak jużawh ukoll ħalli nkunu qed insaħħu.", "Sur President, wegħedt lill-Onor.", "Bedingfield li m'iniex se ndum nitkellem, allura se nikkonkludi.", "Hawnhekk nistaqsi jekk aħniex nagħmlu l-kalkoli sew, speċjalment fuq dak li semmiet l-Għaqda tal-Konsumaturi, jiġifieri li jinħoloq preċedent fuq awtoritajiet differenti, bħalma semmejt.", "Nieħu din l-okkażjoni biex inħeġġeġ aktar għarfien fuq il-kompetizzjoni ġusta, fuq id-drittijiet tal-konsumatur u fuq x'inhi kompetizzjoni ġusta vera.", "Aħna għandna realtà ġewwa pajjiżna li aħna nassumu li għax il-gvern jipprovdilek id-dawl u l-ilma, mela inti m'għandek dritt tiftaħ ħalqek fuq xejn.", "Se nerġa' nirrepetiha, ġo pajjiżna aħna naħsbu li għax il-gvern huwa l-uniku fornitur, pereżempju, tad-dawl u tal-ilma, jew tad-diesel u tal-petrol, bħala konsumatur m'għandniex dritt niftħu ħalqna.", "Ejjew noqogħdu attenti għaliex meta aħna nkunu nafu li dipartiment għandu customer care jrid ikun ġenwinament a customer care u mhux uffiċċju politiku biex naqdi lil dak u lill-ieħor fuq livell partiġjan.", "Irridu noqogħdu attenti minn dawn l-affarijiet u jien ma se nipponta subgħajja lejn ħadd għax, jekk nipponta lejn dik in-naħa, żgur li jduru s-swaba' lejn din in-naħa wkoll.", "M'iniex qed ngħid li dawn l-affarijiet ma sarux fil-passat u m'iniex qed ngħid li mhumiex qegħdin isiru llum.", "Tisma' ħafna stejjer ta' anzjani li jinqalgħu minn darhom u jridu jmorru, pereżempju, Ħal Luqa bil-karozza tal-linja, jaslu hemm u jgħidulhom li mhux dik il-karta riedu jieħdu u kellhom jieħdu xi ħaġa oħra, u jkollhom jerġgħu jmorru lura.", "Jien naf wieħed li ħassu ħażin malli qalulu li jrid jerġa' jmur lura, għax kien vera anzjan miskin.", "Lin-nies qed naqtgħulhom qalbhom fuq livell li bħala konsumatur għandhom drittijiet.", "U f'dan il-każ id-dritt mhuwiex il-vot.", "Id-dritt m'għandux ikun il-vot biex inti tieħu li trid, għax inti tieħu dak li għandek dritt għalih.", "Hawnhekk nikkwota ukoll dak li qalilna l-President ta' Malta fl-ewwel diskors tiegħu bħala President:", "\"Ejjew nieqfu naħsbu li n-nies iridu jittalbu għal dak li hu tagħhom bi dritt.", "U dan nagħmluh biss permezz tal-edukazzjoni.\"", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, ħa nibda billi nżid ma' dak li qalet l-Onor.", "Claudette Buttigieg fejn jidħol il-customer care service.", "Naħseb li fejn jidħol il-customer care service, mhux biss fl-uffiċini u fid-dipartimenti tal-gvern, imma anke f'kumpaniji privati, bħala pajjiż għandha titbiddel il-mentalità u tingħata iktar care, iktar għajnuna.", "Dan ma jgħoddx mhux biss fejn jidħlu dipartimenti tal-gvern, imma anke kumpaniji.", "Illum hawn ċerti kumpaniji li ċċemplilhom u jħalluk fuq il-linja ma nafx għal kemm, imbagħad tagħfas 'l hemm u tagħfas 'l hawn, tgħaddi ħames minuti fuq it-telefon u tkun għadek ma kellimt lil ħadd.", "U dawn huma affarijiet li naħseb li jdejqu lin-nies.", "Għaldaqstant, iva, qed naqbel mal-Onor.", "Buttigieg li fejn jidħol customer care service naħseb li għandna naraw li jkun aħjar u nbiddlu l-mentalità tal-pajjiż.", "F'dan l-abbozz ta' liġi li qegħdin nemendaw qegħdin nitkellmu fuq l-Att dwar il-Kompetizzjoni li daħal fis-seħħ għall-ewwel darba fi Frar tal-1995.", "Taħt din il-liġi tal-kompetizzjoni il-proċeduri tal-infurzar kienu jsiru quddiem il-Qorti.", "Imbagħad, fl-2011 kienu introdotti poteri ġodda lid-Direttur Ġenerali meta jiġi biex iwettaq spezzjonijiet minn jeddu jew jiddeċiedi li jimmulta fuq ksur ta' liġi tal-kompetizzjoni, bil-possibbiltà li kien isir anke appell fit-Tribunal.", "U din hija l-liġi li qegħdin nemendaw illum, liġi li llum nafu li kienet anti-kostituzzjonali għax ma kenitx tirrispetta l-Kostituzzjoni, u għalhekk qegħdin nemendawha.", "Dan wara li ntilfu anke kawżi min-naħa tal-Gvern.", "Ilbieraħ kien hawn min qalilna li dan huwa gvern li jippretendi li huwa aħjar minn ta' qablu.", "Fil-fatt, iva, vera huwa gvern aħjar mill-gvern ta' qablu, anke għaliex qiegħed jirranġa dan it-tip ta' liġijiet.", "Issemmew kawżi hawnhekk, fosthom il-kawża tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali tal-2016, li fiha l-Qorti Kostituzzjonali kienet qalet li l-ksur tal-Liġi tal-Kompetizzjoni huwa meqjus ta' natura kriminali u għalhekk dan it-tip ta' kawżi jridu jinstemgħu quddiem il-qorti biss, u dan skont il-Kostituzzjoni.", "Il-Qorti kienet ikkonsidrat li la d-Direttur Ġenerali u lanqas it-Tribunal tal-Appell ma huma qorti, u għalhekk l-appell mis-sentenza tat-Tribunal jista' jsir biss fuq punt ta' liġi u mhux fuq punt ta' mertu.", "Il-Qorti kienet ikkonkludiet li l-proċeduri li bihom jopera l-Uffiċċju jmorru kontra l-Kostituzzjoni, iżda ma jmorrux kontra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Dan għax taħt il-Konvenzjoni m'hemmx għalfejn tkun qorti, imma jista' jkun ukoll tribunal li jiddeċiedi fuq ksur ta' natura kriminali.", "Irrid ngħid li minn din is-sentenza għaddew tliet snin u wieħed jista' jargumenta li għadda wisq żmien.", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg kienet iktar kostruttiva fil-kritika tagħha dwar għalfejn ittieħed dan iż-żmien ta' tliet snin biex ġejna quddiem il-Parlament b'din l-emenda għal-liġi.", "Kienet iktar kostruttiva minn diskorsi li smajna hawnhekk f'dan il-Parlament minn min suppost jaf aħjar kemm idumu l-affarijiet biex isiru, jew anke biex ma jsirux għax ġieli wiegħdu ħafna affarijiet u baqgħu ma sarux!", "Però f'dawn it-tliet snin, kemm l-Awtorità u kemm il-Gvern kienu qegħdin jaraw x'inhu l-aħjar kors li jieħdu.", "Ħadna dan iż-żmien.", "Kien ikun aħjar li kieku dawn l-emendi tressqu aktar qabel, però rrid ngħid ukoll li fil-leġiżlatura li għaddiet kien hemm emenda fil-Kostituzzjoni li kienet proposta mill-Ministru Helena Dalli, li kienet responsabbli politikament mill-Awtorità dak iż-żmien, biex temenda l-liġi tal-2011 u tkun konformi mal-Konvenzjoni u mal-Kostituzzjoni, iżda din l-emenda ma kenitx intlaqgħet mill-Oppożizzjoni.", "Jiġifieri dan il-Gvern fil-leġiżlatura l-oħra pprova jemenda l-Kostituzzjoni, però ma sabx l-appoġġ tan-naħa tal-Oppożizzjoni biex il-liġi, allura anke l-Kostituzzjoni, li hija l-ogħla liġi ta' Malta, tkun emendata f'dan is-sens.", "Għalhekk hija ġusta l-kritika li l-Gvern dam tliet snin?", "Tista' tkun ġusta, imma ma naħsibx li għandu jkun il-Gvern li jġorr ir-responsabbiltà sħiħa talli din il-liġi ma kenitx emendata qabel.", "Għaliex in-naħa tal-Gvern ipprovat tirranġa l-affarijiet, però n-naħa tal-Oppożizzjoni ma qablitx, għal raġunijiet li taf hi, u llum qegħdin jikkritikawna.", "Ma jimpurtax, hemm min għamel kritika li kienet ġusta, hemm min għamel kritika li kienet kostruttiva, hemm min għamel kritika politika, min imissu jaf aħjar.", "Issa nipprovaw inżommu l-poteri tad-Direttur Ġenerali li jieħu deċiżjoni, filwaqt li nassiguraw il-proċedura u nġibuha konformi mal-Kostituzzjoni.", "Fl-ewwel abbozz ta' liġi li kien ġie ppreżentat fil-Kabinett fit-3 ta' Lulju 2018, u anke wara li kien ġie ppubblikat għall-konsultazzjoni, ipproponejna li d-Direttur Ġenerali jkompli jieħu d-deċiżjonijiet u li jimponi l-multi, imma dawn jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Ċivili, is-Sede Kummerċjali, il-Qorti tal-Kummerċ, li kien ser ikollha s-setgħa li tiftaħ il-każ mill-ġdid.", "Iżda mbagħad kien hemm żvilupp ieħor importanti fil-qrati tagħna wara l-kawża li kienet saret f'Ottubru tal-2018, kawża li kienet infetħet mis-Segretarja Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ta' dak iż-żmien, is-Sinjura Rosette Thake, kontra l-Kummissjoni Elettorali talli l-Kummissjoni Elettorali kienet qiegħda tinvestiga - u allura mbagħad setgħet tagħti d-deċiżjoni tagħha - lill-Partit Nazzjonalista fuq il-finanzjament tal-Partit Nazzjonalista.", "Mhux se noqgħod nidħol fil-mertu ta' dak li ntqal, però l-argument ewlieni tal-Partit Nazzjonalista kif imressaq fil-Qorti Kostituzzjonali kien li l-Kummissjoni Elettorali, ġaladarba mhijiex qorti, ma setgħetx tinvestiga u fl-istess waqt timponi d-deċiżjoni tagħha fuq il-Partit Nazzjonalista.", "Dan kien żvilupp ieħor li tista' tgħid kompla għarraq jew kompla jikkomplika l-affarijiet jew żviluppa l-affarijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' din il-liġi u liġijiet oħrajn, għax għandna kemm awtoritajiet kif ukoll figuri pubbliċi oħrajn li sal-lum għad għandhom dan id-dritt.", "Pereżempju, fl-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika l-Kummissarju għandu wkoll il-poteri li jinvestiga u jiddeċiedi.", "Allura dan, b'dak li llum qed inbiddlu fil-qorti se jiġi affettwat ukoll?", "Hemm awtoritajiet u karigi oħrajn istituzzjonali li se jkunu affettwati?", "Din hija xi ħaġa li għadha qed tiżviluppa.", "Fil-fatt, l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika għadda ftit tax-xhur ilu minn dan il-Parlament, iżda għandna awtoritajiet u entitajiet oħrajn li ilhom magħna u ilhom joperaw din is-sistema, bħall-MCCAA, u jistgħu jkunu affettwati.", "Imma dawk huma affarijiet legali li rridu narawhom permezz ta' dak li għad irid iseħħ.", "Kif diġà għedt, is-sistema li biha kienet topera l-Kummissjoni Elettorali hija identika għal dik il-proposta fl-Abbozz ta' Liġi li ġie ppubblikat għall-konsultazzjoni pubblika, u għaldaqstant l-emendi kienu riveduti b'tali mod li l-infurzar tal-Liġi tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur se jsir permezz ta' każ imressaq mid-Direttur Ġenerali quddiem il-Qorti Ċivili, Sezzjoni tal-Kummerċ, wara li jkun hemm investigazzjoni.", "Aktar minn hekk, id-Direttur Ġenerali se jkun jista' jwaqqaf aġir ta' detriment għall-konsumatur u għall-kompetizzjoni – sakemm tinstab ħtija – permezz ta' rikors fil-Qorti li għandu jinstema' b'urġenza.", "Qed ngħid dan għax kien hawn min kien qed jgħid li issa se jkun hemm il-każi li jmorru l-Qorti, u jafu kemm il-każi tal-Qorti jistgħu jdumu għax il-każi l-Qorti jistgħu jibdew u ma jispiċċaw qatt.", "Kien hawn min għamel din il-kritika, li hija kritika ġusta wkoll għax, kif jgħid il-Malti, taf meta tidħol il-Qorti, però ma tafx meta toħroġ.", "Għalhekk, biex żgur ma jkunx hemm dewmien aħna qed ngħidu li għandu jsir rikors fil-Qorti, u dan ir-rikors għandu jinstema' b'urġenza.", "Sur President, saħħaħna wkoll mezzi oħrajn fil-liġi sabiex aġir ta' detriment għall-kompetizzjoni u għall-konsumatur ikun jista' jitwaqqaf fi żmien qasir mingħajr il-bżonn li l-każ jinstema' quddiem il-Qorti, bħal proċeduri ta' riżoluzzjoni aktar attraenti għall-intrapriża investigata.", "It-tibdil li qegħdin naraw f'dan l-Abbozz ta' Liġi huwa kollu tibdil marbut mal-proċedura u l-liġi tal-kompetizzjoni, u l-Liġi tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur mhux qed jintmessu, la d-drittijiet tal-konsumatur u lanqas drittijiet oħrajn fejn tidħol il-kompetizzjoni ġusta.", "Meta jiġi xi ħadd jistaqsi hawnhekk jekk il-konsumatur huwiex se jkun affettwat ħażin jew affettwat tajjeb, jew kif se jmur il-konsumatur wara li jgħaddi dan l-Abbozz ta' Liġi mill-Parlament, it-tweġiba hija li l-konsumatur se jibqa' fejn hu.", "Dan għax fil-konfront tal-konsumatur din il-liġi m'hi qed tbiddel xejn, u ma nafx għala kien hawn min kellu l-interess – jew aħjar, min ġieh id-dubju – li f'dan l-Abbozz ta' Liġi se jsir xi ħaġa biex il-konsumatur ma jkomplix igawdi mid-drittijiet li għandu llum.", "Hija xi ħaġa impensabbli li l-Gvern, jew dan il-Parlament, inaqqas l-ammont ta' drittijiet li jkollok.", "Għax, jekk xejn, aħna nilleġiżlaw biex id-drittijiet insaħħuhom u nagħtu lill-konsumatur aktar drittijiet, mela nneħħuhom!", "Kien hawn ukoll min esprima – mhux ħa ngħid sfiduċja – li ġieh dubju mill-Qorti u kif il-Qorti se timxi f'dawn l-affarijiet, u staqsa jekk il-Qorti hijiex esperta.", "Meta tkun esperta l-Qorti, meta tagħti s-siġġijiet lill-Oppożizzjoni biss?", "Hemmhekk kollox sew?!", "Ma nafx il-għala kien hawn kelliema li pprovaw idaħħlu dubju fuq l-expertise tal-Qorti u dwar kif joperaw il-qrati tagħna anke f'każijiet bħal dawn li għad ikun hemm quddiem il-qorti minħabba din il-liġi.", "Fid-diskorsi tas-seduta l-oħra smajna biss kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Irrid nerġa' ngħid li parti mill-kritika kienet ġusta, kien hemm kritika li kienet kostruttiva, kien hemm kritika li kienet inġusta, però ma kienx hemm proposta waħda.", "Jiġifieri, jekk kien hawn min qed jaħseb li b'din il-liġi se jitnaqqru d-drittijiet, mank ħareġ bi proposta waħda dwar xi emenda jew biex, pereżempju, indaħħlu xi dritt ġdid.", "Tkellmu fuq il-monopolji u tkellmu fuq il-kumpaniji tal-gvern.", "Issa dawn ma kenux eletti fil-Parlament illum, ma daħlux fil-politika llum, uħud minnhom kienu parti mill-gvernijiet li bejn l-1987 u l-2013 kienu jifformaw parti mill-Gvern li kompla saħħaħ il-monopolji ta' ċerti kumpaniji.", "Semmew l-Enemalta, li llum hija l-Enemed.", "Setgħu lleġiżlaw mod ieħor f'dawk iż-żmenijiet, imma m'għamluhiex.", "Illum qed jikkritikaw lil dan il-Gvern għax kompla fejn ħallew huma.", "Sur President, fl-opinjoni tiegħi jridu jiddeċiedu liema tip ta' politika jridu, għax sinċerament ma nafux eżattament x'iridu.", "Din hija liġi voluminuża ħafna, u jien tajtha daqqa t'għajn biex ippreparajt dan id-diskors.", "Hawnhekk irrid nifraħ lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u t-team tiegħu li għamlu emendi għal din il-liġi li se jkomplu jsaħħuha.", "U mhux faċli li ssib bilanċ bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-proċedura li trid issir kull meta jkun hemm ksur ta' dan l-Att biex nassiguraw kompetizzjoni ġusta u protezzjoni għall-konsumatur.", "Din hija liġi bilanċjata ħafna, l-emendi li qegħdin isiru saru bi ħsieb, ma sarux bl-addoċċ, saru anke wara li saret konsultazzjoni pubblika wiesgħa.", "Kien hawn min ikkritikana li fil-konsultazzjoni pubblika ma kienx hemm ħafna sottomissjonijiet.", "Imma skużani, issa jew se jikkritikawna għax qegħdin nikkonsultaw … Il-Gvern ma jista' jaqbad lil ħadd minn xagħru u jgħidlu biex jagħmel sottomissjoni; ma jista' jaqbad lil ħadd u jobbligah li jagħmel is-sottomissjonijiet.", "Il-Gvern ħareġ din il-liġi, bħalma joħroġ liġijiet oħrajn għall-konsultazzjoni pubblika, imbagħad sta għall-pubbliku, għal dawk l-għaqdiet, l-NGOs u għaqdiet oħrajn.", "Pereżempju, l-Għaqda tal-Konsumaturi tat il-kontribut tagħha billi pparteċipat f'din il-konsultazzjoni pubblika.", "Il-Gvern qed jagħmel l-almu kollu tiegħu biex il-liġijiet ikunu liġijiet tan-nies, jiġifieri n-nies jagħtu l-opinjoni tagħhom, u mbagħad sta għal dawk in-nies li huma interessati biex jersqu u jagħtu l-kontribut tagħhom billi jagħtu l-veduti u l-verżjonijiet tagħhom.", "Minn dak li rajna f'diversi liġijiet oħra nista' ngħid … Għall-inqas nista' ngħid li meta konna qegħdin nagħmlu l-istrateġija għall-Kottonera għamilna perjodu ta' konsultazzjoni pubblika, rajna s-sottomissjonijiet, inkludejna parti mis-sottomissjonijiet u dalwaqt nibdew nirrispondu kull sottomissjoni li ssir.", "Konsultazzjonijiet pubbliċi jsiru ħafna.", "Fil-fatt, il-kollega tiegħi l-Onor.", "Rosianne Cutajar għada se tkun qed tressaq il-Private Member's Bill tagħha dwar il-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Għal darb'oħra, din hija xi ħaġa ġdida li se nkunu qegħdin nintroduċu u l-Gvern ma qabadx ġie u introduċieha mil-lum għal għada, imma ħarġet konsultazzjoni pubblika, kien hemm il-laqgħat, il-Gvern irċieva l-feedback, iltaqa' ma' dawk kollha interessati u għada se tkun qed titressaq din il-liġi.", "Xogħol isir u nappella biex meta jkun hemm konsultazzjoni pubblika ma jipparteċipawx biss dawk li jkunu interessati fil-liġi partikolari, għax hemm ħafna liġijiet … Pereżempju, fil-każ ta' din il-liġi mhux kulħadd huwa konsumatur?", "Kulħadd huwa konsumatur, imma għandna ħafna liġijiet li jersqu quddiem il-Parlament li joħorġu għall-konsultazzjoni pubblika.", "Nappella lill-pubbliku biex jipparteċipa fil-konsultazzjonijiet pubbliċi li jsiru għax dan huwa Gvern li jisma'.", "U kien hemm liġijiet, anzi kien hemm ħafna liġijiet, li l-Gvern ħa konsiderazzjoni ta' dak li jkun qal il-pubbliku dwarhom – naturalment ta' dawk l-affarijiet li jkunu jagħmlu sens – u ra li dawk is-suġġerimenti għandhom jidħlu u jifformaw parti mil-liġi.", "Għalhekk nappella lin-nies biex jipparteċipaw aktar.", "Nista' ngħid li fejn tidħol il-Kottonera sodisfatt bil-livell ta' parteċipazzjoni li kien hemm fil-konsultazzjoni pubblika.", "Bla dubju xtaqt li kien hemm aktar sottomissjonijiet f'din il-liġi li qegħdin niddiskutu f'dan il-Parlament illum għax hija liġi li tolqot lil kulħadd, u kulħadd b'xi mod jilmenta, daqqa minn dak id-dipartiment u daqqa minn dik il-kumpanija.", "Jien nagħmilha man-nies u l-ħin kollu nisma' n-nies igergru fuq kif ikunu ttrattati.", "Sur President, se nagħlaq id-diskors tiegħi fuq il-customer care li tkellimt dwaru fil-bidu tad-diskors tieghi.", "Aktar milli ngergru naħseb li bħala poplu rridu nkunu mħeġġa aktar biex nieħdu azzjoni.", "Nerġa' ngħid li waħda mill-azzjonijiet li l-poplu Malti jista' jieħu hija li meta jkun hawn liġijiet li jkunu għall-konsultazzjoni pubblika jipparteċipa, għax dan huwa Gvern li jisma', dan huwa Gvern li jattwa.", "Aħna qrajna dak li qalet il-Qorti, smajna dak li qalu n-nies, l-għaqdiet tal-konsumaturi u nies oħrajn involuti, u llum qegħdin nattwaw billi qegħdin irressqu din il-liġi pilotata mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "Dan biex inkomplu nsaħħu din il-liġi u nkomplu nsaħħu l-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nirringrazzjak tal-paċenzja li toqgħod tismagħna seduta waħda wara l-oħra.", "Nirringrazzja wkoll lill-kollegi tal-Oppożizzjoni li ħadu sehem f'dawn is-seduti, fosthom lill-Onor.", "Godfrey Farrugia u lill-Onor.", "Claudette Buttigieg tal-kontribut tagħhom.", "Nixtieq li min-naħa tal-Gvern nirringrazzja lill-Onor.", "Glenn Bedingfield u lill-Onor.", "Agius Decelis u nirringrazzja t-team tal-MCCAA, l-Avukat Ġenerali li kollha taw kontribut, u anke dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni pubblika.", "Irrid ngħid għax qegħdin jgħidu li kien hemm ħamsa biss, imma kien hemm żewġ awtoritajiet kbar, waħda Amerikana, l-American Bar Association, u l-oħra hija l-Kummissjoni Ewropea stess, li b'mod kostruttiv u pożittiv taw kontribut għal dawn l-emendi, jiġifieri faħħru x-xogħol li kien qed isir biex jitressqu dawn l-emendi.", "F'dan id-diskors konklussiv tiegħi se nindirizza t-tħassib li qajmu l-kollegi tiegħi fl-interventi tagħhom fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ħa nfakkar ftit li subartiklu (1) ta' artiklu 39 tal-Kostituzzjoni jagħmilha ċara li, u nikkwota:", "\"Kull meta xi ħadd ikun akkużat b'reat kriminali, huwa għandu, kemm-il darba l-akkuża ma tiġix irtirata, jiġi mogħti smigħ xieraq għeluq żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali mwaqqfa bil-liġi.\".", "Hekk tgħid il-Kostituzzjoni ta' Malta.", "Hawnhekk nixtieq infakkar li l-ewwel ħaġa li dan il-Gvern ippropona kienet proprju li tinbidel il-Kostituzzjoni.", "U dik kienet parti minn dawn it-tliet snin għax l-ewwel parir li kien ingħatalna kien li nibdlu l-Kostituzzjoni u nemendawha b'mod li jkun tribunal li jiddeċiedi u mhux il-qorti.", "Iżda, fis-sentenza tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni, il-Qorti kienet ċara li l-Liġi tal-Kompetizzjoni, hekk kif adottata fl-Att tal-2011, kienet kompletament konformi ma' Artiklu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li jgħid, u nikkwota:", "\"Fid-determinazzjoni tad-drittijiet ċivili u tal-obbligi tiegħu, jew ta' xi akkuża kriminali kontra tiegħu, kulħadd huwa intitolat għal smigħ imparzjali u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'liġi.\".", "Il-proposta li l-Kostituzzjoni tinbidel b'tali mod li jkun jista' jkun tribunal li jisma' kawżi ta' natura kriminali, sfortunatament, ma kenitx intlaqgħet tajjeb.", "Ta' min ifakkar – mhux biex inkun distruttiv, anzi! – li l-Onor.", "Clyde Puli, f'artiklu fil-ġurnal The Malta Independent tat-22 ta' Jannar 2017, kien qal li emenda fil-Kostituzzjoni sabiex tiġi konformi mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem se tkun qed iddgħajjef id-drittijiet tal-akkużat.", "U jien naqbel miegħu.", "L-Onor.", "Clyde Puli kien qal hekk:", "Kien hemm ukoll il-pożizzjoni tad-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, kif ukoll ta' esperti legali, li saħqu li dan id-dritt ma kellux jiġi mittiefes.", "Kien proprju għalhekk – u hekk sewwa u xieraq – li l-Gvern għażel li, minflok ibiddel il-Kostituzzjoni, isiru l-emendi neċessarji fl-Att tal-2011.", "Ta' min jinnota wkoll li anke fl-Awstrija, is-smigħ f'każijiet ta' xejra kriminali jsir quddiem qorti.", "Inżamm il-mudell fejn hija l-qorti u mhux id-direttur ġenerali li jiddeċiedi u jimponi multi f'każ ta' ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni.", "Nixtieq nerġa' nenfasizza li l-emendi neċessarji kienu sostanzjali u numerużi għax kellhom jindirizzaw il-punti mqajma f'żewġ deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, kemm fil-każ tal-Federation of Estate Agents, kif ukoll fis-sentenza li ngħatat fil-każ ta' Rosette Thake kontra l-Kummissjoni Elettorali.", "Meta wieħed iqis is-sentenza ta' Rosette Thake jinduna li din is-sentenza marret pass oltre mill-każ tal-Federation of Estate Agents.", "F'dan il-każ, ir-raġunament tal-Qorti kien li anke kieku kellu jkun hemm qorti ta' reviżjoni li tqis sewwa id-deċiżjonijiet tad-Direttur Ġenerali, imbagħad ikun hemm qorti oħra ta' appell li tisma' appelli, kemm fuq punti ta' liġi, kif ukoll fuq punti ta' fatt, xorta l-proċedura ma tkunx konformi mal-Kostituzzjoni għax il-proċedura għandha tinstema' quddiem qorti sa mill-bidu nett.", "Ta' min jiċċara wkoll li s-sentenza ta' Rosette Take kontinwament tirreferi għas-sentenza tal-Federation of Estate Agents, u fil-fatt huwa għalhekk li din is-sentenza ngħatat l-attenzjoni neċessarja.", "Dan ifisser li, għall-kuntrarju ta' dak li ntqal mill-Onor.", "Chris Said, meta qal li s-sentenza ta' Rosette Thake ma ġietx implimentata fl-emendi, kien proprju minħabba din is-sentenza li l-emendi oriġinali mressqa f'Awwissu tas-sena l-oħra kellhom jiġu riveduti.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi ġie kkritikat li ma ħax inkonsiderazzjoni l-proposti tal-Għaqda tal-Konsumaturi.", "Ta' min jgħid li numru mill-punti mressqa mill-Għaqda tal-Konsumaturi fuq l-Abbozz ta' Liġi ppreżentat għall-konsultazzjoni pubblika ma baqgħux relevanti fid-dawl tas-sentenza mogħtija fil-każ ta' Rosette Take kontra l-Kummissjoni Elettorali.", "Madankollu, l-opinjonijiet imressqa mill-Għaqda li baqgħu relevanti xorta waħda ġew meqjusa bir-reqqa u huma implimentati f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Uffiċċju ta widen lill-Għaqda rigward l-osservazzjoni li għamlet dwar kif kien propost li jsiru l-ispezzjonijiet fl-uffiċċji tal-intrapriżi, u dan l-Abbozz ta' Liġi jinkludi proċedura li tirrifletti dan is-suġġeriment.", "Fil-fatt, filwaqt li fl-Abbozz ta' Liġi ppreżentat għall-konsultazzjoni pubblika kien mandatorju għall-uffiċjali tal-kompetizzjoni sabiex jistennew għal żmien raġjonevoli sabiex jaslu r-rappreżentanti legali tal-intrapriża fuq il-post qabel ma tibda spezzjoni, issa, kif diġà semmejt fl-indirizz tal-ftuħ tiegħi, huwa biss fid-diskrezzjoni tal-uffiċjali li jagħmlu dan.", "Sur President, ħadna ħsieb ukoll nindirizzaw it-tħassib tal-Għaqda fuq x'se jiġri mill-investigazzjonijiet li bħalissa għadhom għaddejjin.", "L-Abbozz ta' Liġi jikkjarifika li dawn il-każijiet se jkunu qed jiġu regolati taħt il-liġi kif emendata b'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-Għaqda kienet irrimarkat ukoll li l-emendi proposti għandom jiżguraw li prattiċi li jmorru kontra l-Liġi tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur jistgħu jiġu mwaqqfa f'qasir żmien.", "Għal dan il-għan, l-Abbozz ta' Liġi ħa ħsieb li, f'każijiet ta' urġenza, id-Direttur Ġenerali għall-Kompetizzjoni, kif ukoll id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur, f'kull stadju qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni ikunu jistgħu jippreżentaw rikors, li għandu jinstema' b'urġenza, fejn jitolbu li jinħarġu miżuri intermedji sabiex il-persuna konċernata tirrimedja s-sitwazzjoni.", "Ġie suġġerit ukoll mill-Għaqda tal-Konsumaturi li jkun hemm panel ta' esperti li ma jkollhomx id-dritt tal-vot iżda jagħtu l-opinjoni esperta tagħhom lill-imħallef li jippresiedi din il-qorti.", "Huwa tajjeb li jingħad li dan is-suġġeriment ġie kkonsidrat ukoll u l-Qorti, kif sikwit jiġri fi qrati oħrajn Maltin, se tkun tista' taħtar esperti skont in-neċessità tal-każ.", "L-Onor.", "Said irrimarka wkoll li f'każ ta' ordni ta' konformità jew, kif magħrufa aħjar, compliance orders, dawn jistgħu jibqgħu jinħarġu mid-Direttur Ġenerali peress li ma jinvolvux l-impożizzjoni ta' penali.", "F'dan ir-rigward, nixtieq niċċara li s-sentenza tal-Federation of Estate Agents semmiet diversi artikli fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, u ddikjarathom li jmorru kontra l-Kostituzzjoni.", "Dawn kienu l-artikli 12A, 13, 13A u 21 tal-Att, liema artikli jagħtu s-setgħa lid-Direttur Ġenerali li, minbarra li jimponi multi, jimponi wkoll miżuri bħall-compliance u cease-and-desist orders.", "Għaldaqstant, dawn l-artikli kellhom jiġu emendati b'mod li tiġi rispettata bis-sħiħ il-konklużjoni tal-Qorti Kostituzzjonali.", "Fuq id-dewmien biex jiġi ppreżentat l-Abbozz ta' Liġi, naħseb li għandu jiġi apprezzat li biex il-liġi setgħet tiġi emendata b'tali mod li jinħoloq bilanċ bejn l-interessi kollha tal-partijiet milquta, kellhom isiru emendi f'21 liġi.", "Biex wieħed jifhem sew x'qed ngħidu, l-aħħar Att li emenda drastikament il-Liġi tal-Kompetizzjoni, l-Att tal-2011, kien dam madwar sentejn biex jiġi abbozzat.", "Kif rikonoxxut mill-Għaqda tal-Konsumaturi stess, il-konsiderazzjonijiet imressqa kienu komplessi u kien meħtieġ li ssir analiżi dettaljata, mhux biex inġibu l-proċeduri konformi mal-Kostituzzjoni, imma sabiex intejbu u nsaħħu l-qafas regolatorju, filwaqt li nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-akkużat u konformi mad-dritt fundamentali ta' smigħ xieraq protett taħt il-Kostituzzjoni.", "Huwa tajjeb li jitqies ukoll li kienet laħqet saret konsultazzjoni pubblika rigward dawn l-emendi meta fil-frattemp ħarġet is-sentenza ta' Rosette Thake, li marret oltre mir-raġunament tal-Qorti fil-każ tal-Federation of Estate Agents, u għaldaqstant kellhom isiru bidliet sostanzjali mill-ġdid.", "Kif inhu mistenni minn pajjiż demokratiku, is-sentenza kostituzzjonali tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali kellha tiġi rispettata.", "Minkejja dan, ara ma taħsbux li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni kien qiegħed b'idejh fuq żaqqu kif ġie insinwat.", "Għall-kuntrarju, minn meta ngħatat is-sentenza kostituzzjonali l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, minkejja li ma setax jimponi multa, xorta baqa' għaddej b'numru ta' funzjonijiet li għandu.", "Biex insemmu ftit mix-xogħol li sar f'dan il-perijodu, l-Uffiċju ħareġ miżuri interim fis-settur tal-assigurazzjoni tal-vetturi fuq erba' kumpaniji tal-assigurazzjoni: impona rabtiet magħrufa bħala commitment fis-settur tal-uniformijiet tal-iskejjel sabiex il-ġenituri jitħallew fil-libertà dwar minn fejn għandha tinxtara l-uniformi għall-istudenti fi skola partikolari; evalwa wkoll numru ta' konċentrazzjonijiet, fosthom in-notifika tal-konċentrazzjoni li kienet se ssir bejn żewġ kumpaniji fis-suq tat-telekomunikazzjoni, li għaliha ħareġ statement of objections u l-partijiet fl-aħħar irtiraw din il-konċentrazzjoni; saret ukoll tħejjija ta' rapporti quddiem il-Qorti Ċivili sabiex l-Uffiċċju jevalwa jekk sarx ksur jew le skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni fis-settur tal-avjazzjoni u tal-enerġija; ingħataw ukoll pariri lill-awtoritajiet pubbliċi dwar diversi mistoqsijiet fuq restrizzjonijiet ta' kompetizzjoni imposti minn prattiċi amministrattivi; ittieħdet deċiżjoni dwar il-miżati tat-trasport tal-istudenti lejn l-iskejjel, li fiha nstab li ma kienx hemm evidenza biżżejjed li turi prezzijiet eċċessivi; sar ukoll monitoraġġ sabiex l-Uffiċċju jaċċerta ruħu li l-banek qegħdin jimplimentaw tassew ir-rakkomandazzjonijiet li ssuġġerixxa l-Uffiċċju fl-inkjesta settorjali tiegħu li wettaq fis-suq tal-banek fir-rigward ta' rati ta' interessi fuq self lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; u ħa wkoll deċiżjoni importanti fejn sab ksur tal-liġi fis-settur tad-diesel.", "Ma kienx b'idu fuq żaqqu żgur.", "Għalhekk żgur ma jistax jingħad li minn mindu nqatgħet id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali kontra d-Direttur Ġenerali dan l-uffiċċju ma ħadimx b'mod kontinwu għaż-żamma tal-kompetizzjoni.", "L-Uffiċċju dejjem ħadem bla waqfien sabiex jindirizza prattiċi restrittivi, u jinsab determinat biex jibqa' jagħmel dan, issa aktar u aktar bis-sistema proposta li twiegħed azzjoni konkreta skont id-dettami tal-Kostituzzjoni.", "Hawn ġew ġie argumentat ukoll dwar x'se jkun qiegħed jiggwadanja minn din il-liġi l-konsumatur.", "Kemm il-konsumaturi, kif ukoll l-intrapriżi konċernati, jistgħu jserrħu rashom li b'dan il-mudell ta' liġi kull allegazzjoni ta' prattika anti-kompetittiva jew li tmur kontra l-liġi tal-konsumatur se tiġi investigata u se ssib qafas regolatorju fejn jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet ta' ksur u jiġu imposti penali jew rimedji, skont il-każ, li jkunu konformi mal-Kostituzzjoni.", "Iżda mhux biss: meta l-Qorti Ċivili tagħti s-sentenza li fiha ssib ksur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew ta' xi regolament magħmul taħtu, il-Qorti Ċivili se tkun tista' tordna rimedju ieħor ipprovdut fil-liġi u tordna r-restrizzjoni ta' kwalunkwe flus jew proprjetà mogħtija mill-konsumatur.", "Sur President, se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li, kif qal tajjeb l-aħħar darba l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Zammit Lewis, dawn l-emendi ħolqu sistema fejn tirrenja l-equality of arms u l-prinċipji inġenerali tal-ġustizzja naturali.", "Id-drittijiet tal-intrapriżi u n-negozjanti li se jkunu qed jiġu investigati jew protetti fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet imqajma mill-Qorti Kostituzzjonali, iżda l-konsumatur ġie salvagwardat b'mod ulterjuri peress li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur f'dan l-Abbozz ta' Liġi se jibqgħu mogħnija bl-għodda kollha investigattivi sabiex jindirizzaw prattiċi abbużivi u jindirizzaw ukoll sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata.", "Ta' min jinnota li l-proċedura preżenti li biha jopera l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni tirrikjedi tliet stadji ta' proċedimenti.", "L-ewwel issir l-investigazzjoni u d-Direttur Ġenerali jieħu deċiżjoni; imbagħad hemm appell fit-Tribunal tal-Appell, li ta' min jgħid li huwa presedut minn imħallef u s-smigħ isir f'awla tal-qorti; u mbagħad hemm appell ieħor fil-Qorti tal-Appell.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi, l-ewwel stadju se jitneħħa u s-smigħ tal-kawża se jkun qed isir mill-ewwel quddiem il-Qorti.", "Barra minn hekk, l-Abbozz ta' Liġi jsaħħaħ miżuri bħall-Proċedura ta' Riżoluzzjoni, magħrufa aħjar bħala settlement procedure, li tipprovdi rimedju alternattiv għall-proċeduri litiġużi tal-qorti u twassal għar-riżoluzzjoni f'qasir żmien.", "Għaldaqstant, nemmnu li l-proċeduri proposti huma l-aktar effiċjenti u efffettivi, waqt li jirrispettaw il-Kostituzzjoni.", "Nemmnu wkoll li l-Abbozz ta' Liġi li qed jiġi ppreżentat illum ma jneħħi xejn mid-drittijiet tal-konsumatur u jissalvagwarda d-drittijiet kostituzzjonali għal smigħ xieraq.", "Għalhekk wieħed irid jevalwa li, filwaqt li l-liġi li kienet għaddiet fl-2011 kienet ħadet inkonsiderazzjoni dak kollu kif irrakkomandat mill-istess Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi protett il-konsumatur, wara dik is-sentenza tal-Federation of Estate Agents fl-2016 skoprejna li din il-liġi ma kenitx qed tirrispetta artiklu 26 tal-Kostituzzjoni.", "Allura ridna nagħżlu bejn li nibdlux il-Kostituzzjoni ta' Malta jew nemendawx il-liġi.", "Infakkar li l-ewwel parir li kellna kien li tinbidel il-Kostituzzjoni biex nagħmlu kollox aktar faċli.", "Iżda mill-feedback li ħadna – għax dan fuq kollox huwa Gvern li jisma' – kemm mid-Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, kif ukoll mill-istess Oppożizzjoni, li dehrilha – u aħna qbilna magħha – li m'għandhiex tinbidel il-Kostituzzjoni a skapitu li se jbati dak li jkun qed jiġi mressaq il-Qorti jew quddiem it-Tribunal … Li l-MCCAA turi snienha u tneħħi t-tarka ma jfissirx li ħaddieħor jista' jipproteġi ruħu.", "Dan qatt ma għednieh.", "Jien m'iniex bniedem legali, iżda kemm ili f'dan is-settur irrikonoxxejt u bi kburija ngħid li niddistingwu ruħna mill-bqija tal-Ewropa fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Aħna u l-Awstrija biss għandna dan l-artiklu fil-Kostituzzjoni li jħares id-dritt tal-individwu li jfittex ġustizzja mill-qorti.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi, apparti li nħarsu u nissalvagwardaw id-drittijiet kollha tal-konsumatur, fl-istess ħin qegħdin nagħtu d-dritt, kif inhu ġust, li min jiġi imputat ma tkunx biss deċiżjoni tat-Tribunal, iżda b'rispett kbir lejn il-Qorti tkun hi li tiddeċiedi jekk min hu imputat ħaqqux jew le li jeħel dik il-piena.", "Fl-opinjoni tiegħi, b'dan l-Abbozz ta' Liġi qed immorru oltre, qed intejbu l-liġi li diġà kien hemm fl-2011 u, bl-għajnuna tal-Oppożizzjoni, minflok qgħdna mmorru għal din il-bidla kostituzzjonali, b'reqqa kbira emendajna din il-liġi, li veru ħadet fit-tul imma hija ftit ikkomplikata.", "Barra li nirringrazzja lil din is-Sedja kollha, nirringrazzja lill-MCCAA tax-xogħol kbir li għamlu minħabba li, kif għedt, aktar minn 21 liġi kellhom jiġu emendati, u nirringrazzja lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll lill-Għaqda tal-Konsumaturi tas-sehem tagħhom li naf li għamluh b'bonafidi.", "Ngħid biss li aħna mhux konna limitati, imma konna ggwidati bis-sentenzi kostituzzjonali biex dak li nagħmlu nagħmluh ġust kemm jista' jkun.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra, ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "L-ISPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Nifhem li hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li jitressaq l-Aġġornament?", "Fis-6.45 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "L-ISPEAKER: Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "DEO DEBATTISTA: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ħamis, 11 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari; u", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jitħassar l-Avviż Legali 44 tal-2019 li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ħamis, 11 ta' April 2019, fl-4.00 p.m., bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-6.48 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PERSUNI LI JIEĦDU L-BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu benefiċċji soċjali f'pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont il-benefiċċju rispettiv u l-lokalità li jgħixu fihom?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INGAĠĠ TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta' dawk il-pożizzjonijiet li fihom ġew ingaġġati / impjegati persuni fil-Ministeru, dipartimenti u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu fl-2017, l-2018 u fl-2019 sal-lum, u f'kull każ jgħid:", "a. l-entità li fiha ġiet ingaġġata l-persuna;", "b. x'inhi l-pożizzjoni li l-persuna ġiet impjegata fiha;", "c. x'inhu l-pakkett finanzjarju tal-pożizzjoni;", "d. jekk il-pożizzjoni hijiex ta' Person of Trust jew Position of Trust; u", "e. inħarġitx sejħa biex timtela l-pożizzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni miġbura tinkludi l-ingaġġi kollha li saru fis-snin imsemmija minnu.", "Fl-informazzjoni mogħtija hemm ukoll numru ta' impjegati li m'għadhomx jaħdmu mad-dipartiment/entità/awtorità kkonċernata, u għalhekk in-numru ta' impjegati ingaġġati fis-snin imsemmija mhux bilfors li jirrifletti n-numru attwali ta' impjegati li hemm fil-preżent.", "PERSUNI DIVORZJATI JEW SEPARATI –DRITTIJIET TAL-PENSJONI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern ser jindirizza l-inġustizzja ta' dawk il-persuni (fil-biċċa l-kbira tagħhom nisa) li, wara li jkunu ddivorzjaw jew isseparaw minn ma' żwieġhom u kienu preċedentement qattgħu numru ta' snin ma' jaħdmux biex jieħdu ħsieb il-familja, jispiċċaw ibatu konsegwenzi fid-drittijiet tal-pensjoni tagħhom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Manifest Elettorali tiegħu l-Gvern preżenti wiegħed li jiddaħħlu emendi legali li jassiguraw li, f'każi ta' separazzjoni, divorzju jew tmiem ta' koabitazzjoni, jipproteġu d-drittijiet għall-pensjoni tal-konjugi jew partners li jkunu għamlu xi perjodu barra mid-dinja tax-xogħol biex jieħdu ħsieb il-familja.", "Ninsab infurmat li bħalissa din il-materja qed tiġi eżaminata mill-Grupp ta' Strateġija tal-Pensjonijiet, bil-għan li fix-xhur li ġejjin iressaq proposti għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.", "Tajjeb li nfakkar lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern ħa ħsieb sabiex jirdoppja n-numru ta' snin li fihom ġenituri jistgħu jibbenefikaw minn krediti ta' kontribuzzjonijiet għal perijodi li fihom ma jkunux ħadmu sabiex irabbu lil uliedhom, kif ukoll daħħal krediti għal persuni li jkunu barra mix-xogħol biex jistudjaw.", "Dawn il-miżuri jimmitigaw xi ftit is-sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha dawn il-persuni.", "IL-MARSA – LOCAL PLAN – ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Local Plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Marsa?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument P.L. 3429 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)", "MUNXAR GĦAWDEX – TRIQ MUNXAR – XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' asfaltar u xogħol ieħor fuq Triq Munxar fil-Munxar, Għawdex, peress li t-tender ta' din it-triq ilu iktar minn xahrejn li ġie awarded?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar li x-xogħol ser jibda f'Mejju 2019.", "RABAT GĦAWDEX – TRIQ ANTON TABONE – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet reġgħet tqaxxret parti min Triq Anton Tabone fir-Rabat, Għawdex, biex isir patching fiha?", "Tista' tgħid x'inhi r-raġuni li proprju reġgħet qed tinqala' l-istess parti li kienet saret ftit tas-snin ilu taħt amministrazzjoni u ministru differenti Laburista?", "Kemm kien ġie jiswa taħt il-Ministru preċedenti dan il-patching fl-istess parti tat-triq u kemm ser jiġi jiswa issa?", "Interpellant li dan il-patching sar minħabba l-fatt li, peress li wara li saret Triq Għajn Qatet mill-ġdid, beda jgħaddi ammont kbir ta' ilma tax-xita.", "Sabiex jitneħħa dan l-inkonvenjent, it-triq kien hemm bżonn li tiġi taqleb għan-naħa l-oħra sabiex l-ilma joskula fil-gandott li jilqa' l-ilma tax-xita.", "Meta dan l-aħħar tqaxxar il-wiċċ, irriżulta li partijiet kbar minnha kienet mibnija fuq il-ħamrija u kellha terġa' ssir.", "GĦAWDEX – PROĠETTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8934 u jgħid xi proġetti infrastrutturali saru ġewwa Għawdex s'issa u kemm intnefqu flus mill-eko-kontribuzzjoni li jħallas kull turist li jżur pajjiżna, u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru matul is-sena 2019 u x'inhi l-ispiża ta' dawn il-proġetti infrastrutturali?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li jidher biċ-ċar l-impenn kontinwu tal-Gvern biex itejjeb il-prodott turistiku ġewwa Għawdex.", "Fil-fatt il-Ministeru għat-Turiżmu wettaq diversi xogħlijiet ġewwa l-gżira Għawdxija kemm permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Projects Malta u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi.", "L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu investiet bis-saħħa fil-prodott u l-immaniġġjar tal-bajjiet ġewwa Għawdex bil-għan li jitjiebu l-faċilitajiet u s-servizzi fid-diversi żoni turistiċi.", "Bejn l-2017 u l-2018, l-MTA nefqet kważi €650,000 f'Għawdex.", "Bis-saħħa ta' dan l-investiment, fl-2017 il-bajjiet ta' Marsalforn u Ħondoq ir-Rummien rebħu l-istatus ta' Blue Flag, u kien ukoll possibbli li jiġġedded il-Blue Flag status ġewwa l-bajja tar-Ramla.", "Għas-sena 2019, huwa ppjanat li dan l-investiment ikompli jissaħħaħ.", "Flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet katalista sabiex inġieb il-festival Abode on the Rock direttament għal Għawdex, torganizza wkoll l-International Fireworks Festival, fejn waħda mis-serati sseħħ proprju ġewwa Għawdex, tellgħet ukoll il-Gozo Alive, u għenet diversi attivitajiet li saru ġewwa Għawdex, fosthom il-Gozo Carnival u Gozo New Year's Eve.", "Permezz ta' Conventions Malta saru wkoll diversi konferenzi ta' daqs żgħir u medju ġewwa l-gżira Għawdxija.", "Min-naħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Conventions Malta, Għawdex qed jiġi promoss bħala destinazzjoni minnha nnifisha li għandha n-neċessitajiet kollha għal avvenimenti MICE.", "Fil-fatt waqt fieri MICE, Għawdex tkun promossa bħala post ideali għal programmi soċjali u inċentivi marbuta ma' negozju, minbarra li sservi wkoll bħala destinazzjoni alternattiva.", "Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi qed tikkollabora mal-Ministeru għal Għawdex fuq ir-riġenerazzjoni tax-Xlendi u titjib fuq il-bajjiet, filwaqt li sa mit-twaqqif tagħha Projects Malta Ltd dejjem tat prijorità lil proġetti relatati mal-qasam tas-saħħa fil-gżira Għawdxija, fosthom il-proġett ta' Barts Medical School.", "Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex flimkien ħabbru wkoll l-iskema Enable Tourism li permezz tagħha stabbilimenti turistiċi ġewwa Għawdex jistgħu jagħmlu xogħol relatat mal-aċċessibilità ta' siti turistiċi, b'50% tal-ispiża tkun iffinanzjata mill-Gvern taħt din l-iskema.", "Ġew imħabbra ukoll pjanijiet għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi, fejn apparti li l-parkeġġ eżistenti se jikber b'60 parking space oħra, għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn iż-żewġ ministeri fuq ir-riġenerazzjoni u sand replenishment tal-istess bajja.", "L-istrateġija tal-Gvern dwar it-turiżmu f'Għawdex hija li tiġi indirizzata aktar il-kwistjoni tal-istaġjonalità u jitjiebu r-rati tal-okkupanza fix-shoulder months.", "ĦABS - OSSERVAZZJONIJIET MINN VIŻITATURI SPEĊJALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il osservazzjoni ġiet imniżżla fil-Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali mill-Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs dwar il-ħabs u l-priġunieri, skont dak li jipprovdi l-artikolu 8(4) tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jispeċifika xi jrid ifisser bil-kliem \"Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs\".", "ĦABS - UFFIĊJALI LI NTBAGĦTU JAĦDMU FI STAT MEMBRU IEĦOR TAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mill-1 ta' Mejju 2004 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il uffiċjal tal-ħabs intbagħat jaħdem fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma kien hemm l-ebda uffiċjal korrettiv li ntbagħat jaħdem fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.", "DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI KORRETTIVI – UFFIĊJALI MNEĦĦIJA MILL-KARIGA TAGĦHOM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il uffiċjal huwa neħħa mill-kariga tiegħu fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi?", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għat-tneħħija ta' kull wieħed mill-uffiċjali?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uffiċjali li tneħħew mill-kariga tagħhom mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi mis-sena 2013 huwa kif gej:", "· 2018 - Uffiċjal Korrettiv (1) wieħed li twaqqaf waqt iż-żmien tal-probation.", "· 2019 - Uffiċjal Korrettiv (1) wieħed li tkeċċa mis-Servizz Pubbliku fuq azzjoni dixxiplinarja tal-PSC.", "ĦABS - DIRETTIVI MOGĦTIJA LILL-UFFIĊJALI DWAR DMIRIJIETHOM", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'direttivi ta lill-uffiċjali tal-Ħabs dwar id-dmirijiet tagħhom?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija direttivi mogħtija minnu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istanding orders (direttivi) maħruġa mill-amministrazzjoni tal-Ħabs minn żmien għal żmien huma relatati mal-operat tal-Ħabs.", "Għalhekk, f'dawn l-istanding orders hemm inkluż is-sigurtà tal-Ħabs, li hu żona ta' sigurtà massima, u hemm informazzjoni sensittiva.", "Għalhekk tali informazzjoni ma tistax tingħata.", "BORD GĦALL-GOVERNANZA TAL-ĦABSIJIET – MEMBRI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew maħtura bħala membri tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jagħti d-data meta ġie maħtur u f'liema qasam għandu għarfien u esperjenza għal kull wieħed mill-membri?", "MICHAEL FARRUGIA: L-Onor.", "Prim Ministru approva l-Bord Għall-Governanza tal-Ħabsijiet fl-20 ta' Settembru 2018, u huwa kostitwit kif ġej:", "Is-Sur Anthony Mario Ellul (esperjenza fl-immaniġġjar ta' proġetti u implimentazzjoni ta' proġetti)", "BORD GĦALL-GOVERNANZA TAL-ĦABSIJIET – DOKUMENTI GĦALL-APPROVAZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'dokumenti ġew sottomessi lilu mill-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet għall-approvazzjoni preliminari tiegħu mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-imsemmija dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Ħabs jeżisti element ta' sigurtà u kunfidenzjalità li allura jistgħu jippreġudikaw l-operat tal-istess Ħabs.", "Għaldaqstant, ma jkunx għaqli li rapporti jiġu ppubblikati.", "SANNAT GĦAWDEX – TRIQ BARDAN – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9300 intqal li t-tender għal Triq ta' Bardan fis-Sannat, Għawdex, kienet ġiet awarded għall-prezz ta' €54,935.45, iżda fuq in-Notice of Award maħruġa mill-Kunsill Lokali ta' Sannat fis-27 ta' Ġunju 2018 din it-triq kienet ġiet awarded għall-prezz ta' €46,555.47?", "Jista' jispjega dan kollu, kif ukoll jgħid kemm fil-verità kienet il-varjazzjoni mit-tender oriġinali li ġiet awarded fis-27 ta' Ġunju 2018 u jagħti break down ta' x'kienu l-varjazzjonijiet kollha u kemm ġew jiswew extra kull varjazzjoni?", "Jista' jgħid lil min ġiet awarded it-tender?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta' Sannat li fuq ix-xogħol ta' Triq Bardan b'fondi Ewropej minn Miżura 4.3 tal-fond EAFRD, l-ammont tal-offerta aġġudikata kien ta' €46,555.47 exc.", "VAT, u din ġiet aġġudikata lill-kuntrattur Gatt Tarmac Ltd.", "L-ammont finali tal-proġett kien ta' €53,240.82 exc.", "Il-varjazzjoni bejn l-ammont aġġudikat u l-ammont finali kien fix-xogħol relatat mas-sistema tal-ilma tax-xorb u s-servizzi tad-drenaġġ.", "Però l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu jistipulaw li l-kuntrattur jista' jiġi ordnat jagħmel dan ix-xogħol ukoll, kif fil-fatt sar.", "L-ammont ta' €54,935.45 kien il-grant miksub minn Miżura 4.3.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – FILES JEW DOKUMENTI DISTRUTTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7822 u 8284 u tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti abbażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?", "X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAWDEX – TOROQ RE-SURFACED", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid b'effett minn Ġunju 2017 sal-lum liema kienu t-toroq li ġew re-surfaced f'Għawdex jew li nbnew mill-ġdid mill-Ministeru tagħha?", "Tista' tagħti dawn it-toroq lokalità lokalità u tgħid kemm-il metru kwadru ta' toroq saru f'kull lokalità fl-istess perijodu?", "Tista' tgħid kemm intefqu f'kull lokalità fuq toroq mill-Ministeru tagħha fl-istess perijodu?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "*Tabella bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 9582."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190410_219d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "Il-Ħamis, 11 ta' April, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Furjana?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Belt?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Pietà?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità ta' Santa Venera?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti/binjiet fil-Belt Valletta li huma suġġetti għall-avviż ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Għal kull każ jista' l-Ministru jagħti:", "a. id-dettalji ta' fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;", "b. it-tip ta' użu tas-sit/bini;", "c. ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini;", "d. id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u", "e. x'azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar 'l hawn?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid, jekk kienx hemm persuni li ġew rilaxxati mill-iskwalifika taħt il-paragrafu 7 (f) tar-Regolamenti dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet (Leġislazzjoni Sussidjarja 260.06) mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu dawn il-persuni, x'kien l-interess li ddikjaraw u meta ġew ippubblikati d-dikjarazzjonijiet u r-rilaxx fil-Gazzetta tal-Gvern?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il laqgħa saret tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet dwar is-sena 2018 u li suppost ġie ppreżentat lilu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2019?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Balluta Bay Beach Replenishment\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Marine Benthic Survey\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Balluta Bay Beach Re-nourishment – Pilot Experimental Project\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-eżami għall-Assistant Principals fl-2017 u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga?", "Jista' jgħid sa meta għandha tispiċċa l-validità ta' dan l-eżami u jekk f'Settembru li ġej dawn il-persuni li għaddew, hux ser jiġu msejħa biex jingħataw l-appointment?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tar-REWS, għal kemm żmien hi l-ħatra ta' kull membru u jekk il-ħatra hiex fuq bażi ta' full-time jew part-time?", "Jista' jgħid ukoll x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri u jindika jekk u meta l-ħatra ta' kull membru dehret fil-Gazzetta tal-Gvern?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tal-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, għal kemm żmien hi l-ħatra ta' kull membru u jekk il-ħatra hiex fuq bażi ta' full-time jew part-time?", "Jista' jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom ntgħażlu dawn il-membri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jispjega jekk hux ir-Regolatur jew il-Ministru li hu responsabli għal ħatra ta' Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tar-REWS tenut kont ta' kif inhu mitkub l-artikolu 6(7) tal-Kap.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk teżistix statistika ta' pazjenti li ddaħħlu l-emerġenza minħabba sustanza eċċessiva ta' droga jew alkohol?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista l-Ministru jgħid f'liema ġranet u ħin tkun miftuħa għall-pubbliku t-track ta' St Margaret College Secondary School Verdala f'Bormla?", "Jista' jgħid hemmx xi bidliet bejn il-ġranet tas-Sajf u tax-Xitwa?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-parking bay quddiem il-maħżen li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, terġa' tinżebagħ?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8505 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Experimental Farm fix-Xewkija?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u x'responsabilitajiet għandhom?", "Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum, kemm-il inċident seħħ fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem/Xewkija f'Għawdex li fih xi persuna jew persuni sfaw bi ġrieħi ħfief jew gravi?", "Kemm-il persuna tilfet ħajjitha f'dawn l-inċidenti?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewg tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ?", "X' tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet?", "Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewġ tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ?", "X'tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet?", "Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq, kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ, għall-ħaddiema tal-ajruport internazzjonali ta' Malta kif ukoll għal dawk kollha li jużaw l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewġ tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ?", "X'tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet?", "Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq, kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ, għall-ħaddiema tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u għal dawk kollha li jużaw l-ajruport internazzjonali ta' Malta?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li Sqaq il-Ballott fiż-Żurrieq isirlu wiċċ tat-tarmac peress li preżentement hekk kif tagħmel ftit xita jegħreq bl-ilma u l-bdiewa li jkunu jridu jidħlu fl-għelieqi tagħhom ma jkunux jistgħu jagħmlu dan?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fuq liema toroq sar xogħol ta' bini mill-ġdid jew kisi bit-tarmac minn Ġunju 2017 sal-ġurnata litiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Għal kull triq separatament jista' jgħid:", "(a) liema permessi kienu applikabbli;", "(b) liema permessi ġew akkwistati mill-Awtorità tat-Trasport / Infrastructure Malta qabel ma beda x-xogħol u liema kienu dawk it-toroq li beda x-xogħol fuqhom qabel ma kienu nġiebu dawn il-permessi?", "(c) jekk inbidlux is-servizzi ta' taħt l-art u jekk fl-affermattiv, liema kienu s-servizzi li nbidlu?", "(d) x'interventi saru fuq kull triq (bħal bdil u bini mill-ġdid ta' bankini, surface cold milling, għoti ta' cement stabilization, twittija ta' materjal type 1, ħxuna ta' hot rolled asphalt base course, ħxuna ta' hot rolled asphalt wearing course, eċċ.)?;", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid dawk it-toroq li jkunu nbnew mill-ġdid jew ingħataw wiċċ ta' tarmac u li jaqgħu fil-konfini tal-Kunsilli Lokali, jekk hux ser jerġgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali hekk kif ix-xogħol ikun lest?", "Jekk fl-affermattiv, xi proċedura ser tkun adottata qabel dawn jerġgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali partikolari?", "X'testijiet ser isiru biex jiġi assigurat li toroq li jiġu mgħoddija lura lill-Kunsilli Lokali jkunu saru skont standards stabbiliti?", "It-toroq li ser jgħaddu lura lill-Kunsilli Lokali ser ikollhom xi perjodu ta' garanzija li jekk matulha tinqala' ħsara fit-triq din tiġi rranġata minn min għamel ix-xogħol jew minn Infrastructure Malta mingħajr spejjeż għall-Kunsilli Lokali?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 82 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Tieni Qari – Onorevoli Rosianne Cutajar.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex l-Avviż Legali 44 tal-2019 li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet, jiġi mħassar – Votazzjoni.", "10 ta' April 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 16 ta' April, 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' April 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni dwar ir-Rapport Annwali 2018 maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 17 ta' April, 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti;", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017:", "Arrears of Revenue - risposti mir-rappreżentanti tal-Awtorità tal-Artijiet għal mistoqsijiet magħmula lilhom fil-laqgħa preċedenti; u", "Rapport Annwali tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2017:", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar l-iskart tal-kostruzzjoni f'pajjizna.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.)", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex (Kont.)", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 79 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 80 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "10 ta' April 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190411_220a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "Il-Ħamis, 11 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "Il-Ħamis, 11 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "Il-Ħamis, 11 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 219, li saret fl-10 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IL-ĦAMRUN – PJAN LOKALI", "L-ONOR.", "Claudio Grech) staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Local Plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Qed nara r-risposta li ġiet imħejjija u m'iniex ċert jekk hijiex ir-risposta għal din il-mistoqsija jew għal dik tal-Onor.", "Toni Bezzina.", "Ir-risposta mħejjija taqra hekk:", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "Glenn Bedingfield, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, kif hawn il-Ministru nixtieq nistaqsi domanda li mhijiex relatata mal-mistoqsija parlamentari.", "Billi jsirulna ħafna talbiet min-naħa ta' nies mill-Kottonera, ta' nies li jiffrekwentaw il-Kottonera u minn ħafna barranin li jgħixu l-Kottonera u jitkellmu fuq il-konnettività bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid jekk jistax ikun ikkonsidrat li jkollna ħinijiet itwal milli hemm fil-preżent tal-ferry service bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta, li jidhirli li jieqaf għall-ħabta tas-7.00 pm fix-xitwa u għall-ħabta tal-10.00 pm jew ftit aktar tard fis-sajf?", "Ħafna nies, inkluż jien, jaħsbu li dan il-ħin mhuwiex biżżejjed u, għalkemm il-frekwenza hija tajba, huma tal-opinjoni li l-ħinijiet għandhom jitwalu.", "Il-Ministru jikkonsidra li fin-negozjati li jridu jsiru meta jiskadi dan il-kuntratt issir estensjoni tal-ħinijiet tas-servizz bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta?", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Bedingfield ta' din il-mistoqsija supplimentari.", "Illum il-ġurnata qegħdin niddiskutu biex inkomplu ntejbu s-servizzi tal-ferries fil-pajjiż proprju għax daħlet fir-rutina tal-mod kif in-nies jaqsmu minn port għall-ieħor, sew jekk hu l-Port il-Kbir jew il-Port ta' Marsamxett, u qegħdin jagħżlu l-ferries kemm biex iżuru l-Belt Kapitali, kemm biex imorru fiż-żona tal-Kottonera, kif ukoll biex imorru n-naħa tal-Port ta' Marsamxett, jiġifieri, Tas-Sliema, il-Gżira u dawk l-akkwati.", "Hawn huwa tajjeb li nsemmi żewġ figuri.", "Lura fl-2012, kien hemm ftit iktar minn 60,000 persuna li kienu jivvjaġġaw permezz tal-ferries, filwaqt li fis-sena 2018, 1,600,000 persuna għażlu l-ferries bħala l-mod tat-trasport tagħhom.", "Din hija qabża impressjonanti u żgur li titlob li l-awtoritajiet iħarsu lejn is-servizz li jingħata, inkluż il-ħinijiet kif qal l-Onor.", "Bedingfield, għax forsi dak li oriġinarjament kien maħsub bħala servizz sempliċement għat-turisti biex wieħed jaqsam minn naħa għall-oħra tal-port u japprezza l-ġmiel tal-Port il-Kbir jew ta' Marsamxett, illum ħafna ħaddiema u nies li jżuru belt jew oħra fil-ħin ta' rikreazzjoni tagħhom qegħdin jagħżlu l-ferries bħala mod ta' kif jivvjaġġaw, u dan ma jfissirx li ma jġibx miegħu sfidi ġodda.", "Pereżempju, jkolli ħafna nies mill-Kottonera, inkluż Bormla u l-Birgu, li jilmentaw li n-nies jaslu għas-servizz tal-ferries permezz tal-karozza privata tagħhom u jagħmlu ġurnata sħiħa jokkupaw parkeġġ li jkun qiegħed jitnaqqar lir-residenti fin-naħa tax-Xatt ta' Bormla u tal-Birgu.", "Għalhekk irridu naraw kif, kemm jista' jkun malajr, issir sejħa biex il-Gvern, flimkien mal-privat, joħloq iktar spazji ta' parkeġġ, kemm permezz ta' teknoloġiji li diġà jeżistu u qegħdin jintużaw f'diversi pajjiżi oħrajn, kif ukoll bi proġetti infrastrutturali.", "Li hu żgur hu li dak li staqsa l-Onor.", "Bedingfield diġà ġie diskuss, inkluż fuq talba tiegħu nnifsu, għax naf kemm nies fil-Kottonera jitħaddtu ma' deputati bħalu, imbagħad l-Awtorità daħlet biex tevalwa l-konċessjoni u l-ħinijiet biex wieħed iżid dan is-servizz.", "Nittama li fil-futur qarib inkun nista' nikkomunika iktar żviluppi f'dan ir-rigward.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Ħadt gost nara lill-Ministru jiddubita jekk ir-risposta li ta hijiex korretta jew le, għas-sempliċi raġuni li dak li qed jitlob l-Onor.", "Claudio Grech huwa s-submissions li saru dwar il-local plan.", "Jien għamilt l-istess mistoqsijiet dwar lokalitajiet differenti, fosthom Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira u Pembroke u, wara li għamilt il-mistoqsija numru ta' drabi, għax hemm patafjun ta' dokumenti, l-informazzjoni ngħatat kollha kemm hi.", "Jista' l-Ministru jivverifika jekk dan huwiex żball ġenwin u jobbliga ruħu li jqegħidhom fuq il-Mejda tal-Kamra mal-ewwel opportunità li jkollu?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Kif qal l-Onor.", "Aquilina, bħall-kumplament tal-kollegi tiegħi, nieħu pjaċir inwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari u m'għandix problema li nagħti l-informazzjoni.", "Però, qed ninnota li l-mistoqsija ma kenitx tittratta dwar sottomissjonijiet għal bidliet fil-pjan lokali, imma dwar il-pjan lokali u l-policies li hemm illum.", "Għalhekk, iddubitajt li r-risposta se tkun qiegħda titħejja fuq livell amministrattiv.", "Jien, bejn mistoqsija u oħra, għamilt telefonata lill-uffiċjal inkarigat u r-risposta kienet li daħlu 31 mistoqsija f'daqqa u, minħabba l-mod kif taħdem is-sistema tal-mistoqsijiet parlamentari, telgħet mill-ewwel għar-risposta.", "Però, għalkemm din l-informazzjoni hija aċċessibbli pubblikament, se nerġa' nidħol fil-każ u nara li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Naf li l-proġett tal-junction tal-Marsa għaddej ġmielu u qed ikollna ħafna kliem ta' tifħir, fosthom mingħand il-Kummissjoni Ewropea.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'rimarki sarulu bħala l-Ministru responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Ġimagħtejn ilu kellna l-opportunità li fostna jkun hawn il-Kummissarju Ewropew responsabbli mit-Trasport, Violeta Bulc, li hija waħda mill-kummissarji ewlenin u b'saħħithom fil-Kummissjoni Juncker.", "Din setgħet tapprezza l-politika tal-Gvern fuq dan is-settur u żżur ix-xogħlijiet li qegħdin isiru permezz ta' finanzjament mill-Connecting Europe Facility.", "Dan huwa l-ewwel proġett ta' din ix-xorta li bbenefika minn dan il-fond għal pajjiżna, u qegħdin naraw li l-progress tiegħu miexi bla ma qed ifixkel l-andament tat-traffiku … u mnalla.", "Qed ngħid hekk għax, kif stajt nispjega wkoll lill-Kummissarju Bulc, f'ġurnata jgħaddu 120,000 vettura minn dan il-kuritur ta' pajjiżna.", "Meta titkellem dwar 120,000 vettura, bażikament qed titkellem fuq terz tal-popolazzjoni u terz tal-flotta li għandna fit-toroq ta' pajjiżna.", "Daqshekk huwa importanti dan il-kuritur, daqstant huwa viżibbli, daqstant jista' joħloq sfidi u daqstant se jbiddel il-ħajja tan-nies ladarba llestuh.", "It-tielet fażi miexja.", "Stajna naraw li l-istrutturi qegħdin jinbnew, fejn eventwalment se jibdew ipoġġu l-pontijiet li se jagħtu seba' strutturi ħalli neliminaw darba għal dejjem il-bottleneck tat-traffic lights system li ġiet stallata bejn l-1996 u l-1998.", "Din serviet għal għexieren ta' snin, però żgur li llum m'għadhiex adegwata bl-ammont ta' vetturi li jgħaddu minn dan il-kuritur matul ġurnata waħda biss.", "Huwa maħsub li matul dan is-sajf inkunu qegħdin nagħmlu l-ewwel pont, li se jkun qed jgħaddi minn Triq Aldo Moro, li ġiet mibnija mill-ġdid u li minn sitt korsiji telgħet għal għaxra, għal Triq Garibaldi.", "Din hi direzzjoni importanti lejn l-ajruport u l-kumplament tat-traġitt industrijali għan-naħa tal-Freeport.", "Minħabba t-traffic management, wara li jkun tlesta l-ewwel bridge, din it-triq se tkun qed isservi bħala diversion fid-direzzjoni opposta biex intaffu l-isfida tan-niżla biswit iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.", "Dan mhuwiex proġett għalih waħdu, imma jsegwi l-istess kuritur li jibda mill-Coast Road li saret minn dan il-Gvern, il-proġett tal-Kappara li sar minn dan il-Gvern, kif ukoll l-interventi li qegħdin nagħmlu bħalissa fejn qed nibnu mill-ġdid il-bridge tal-Imsida, l-interventi li għamilna fuq il-Marsa-Ħamrun Bypass u l-proġett tal-Marsa li qed jagħmlu dan il-Gvern ukoll.", "Se jibdew ukoll ix-xogħlijiet fuq il-mini ta' Santa Luċija biex wieħed ikun jista' jasal fiż-żona Tal-Barrani u allura jkun hemm il-kuritur komplut.", "Ma ninsewx li dawn ix-xogħlijiet kollha li semmejt saru jew għadhom qegħdin isiru matul din l-amministrazzjoni, u żgur li huma apprezzati mill-familji Maltin u Għawdxin u anke min-negozjanti li ta' kuljum jużaw it-toroq ta' pajjiżna.", "It-traffic management hija l-ikbar sfida fil-proġett tal-Marsa, u jidher li s'issa din l-isfida qiegħda titħaddem b'mod aċċettabbli ħafna.", "'Il quddiem se nkomplu niżviluppaw dan l-ewwel pont u l-pontijiet l-oħrajn suċċessivi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Matul dawn il-jiem bdew xogħlijiet fil-Pjazza ta' Spinola, f'San Ġiljan.", "Il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan għandu applikazzjoni pendenti biex jiżviluppa din il-pjazza u jagħmilha spazju miftuħ li jagħti kas ukoll l-aċċess għall-vetturi u għat-traffiku li hemm fiż-żona.", "Jirriżulta b'mod ċar li l-Kunsill ġie injorat għal kollox fil-proposta li qed jagħmel quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Gvern qabad u mexa bix-xogħlijiet hu.", "Jista' l-Ministru jikkonsidra l-appell ġenwin li f'dan l-istadju jara li almenu jkun hemm kunsens dwar kif se jsiru x-xogħlijiet u dwar kemm għandu jkun hemm spazju miftuħ li jista' jitgawda minn kulħadd, kif ukoll li jkun hemm spazju minn fejn jeċċedu l-vetturi biex ma tinħoloqx konfużjoni?", "Qed ngħid dan għax mhux sew li l-Gvern jaqbad u jagħmel il-proġett hu meta l-Kunsill jkollu proġett ieħor ippjanat.", "Irrid ngħid li l-proġett tal-Kunsill kien sar wara proċess ta' konsultazzjoni pubblika mar-residenti, u donnu kien hemm kunsens wiesa' dwaru, inkluż mal-kunsilliera tal-Partit Laburista li vvotaw favur tiegħu.", "Jista' l-Ministru jikkonsidra li f'dan l-istadju jpoġġi bilqiegħda mal-Kunsill u jara li tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sinċerament m'iniex informat dwar dan l-intervent.", "Infakkar li bħalissa għandna għexieren, jekk ma lħaqniex il-mitt proġett fuq it-toroq tagħna.", "Ninsab informat xi ftit għax Membru tal-Oppożizzjoni nzerta l-perit tal-Kunsill Lokali u lbieraħ ġibidli l-attenzjoni.", "Se nkun qed nara fuqiex qegħdin nitkellmu, għax sinċerament ħadd ma ġibed l-attenzjoni tiegħi qabel din il-ġurnata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Qiegħda nara diversi xogħlijiet fuq livell ta' kunsill lokali u xtaqt li l-Ministru jispjega minn fejn qegħdin ikunu ffinanzjati dawn il-proġetti fid-diversi lokalitajiet tagħna.", "Ħadt pjaċir nara wkoll il-proġett ta' riġenerazzjoni f'Birkirkara, għax huwa tajjeb li l-kunsilli lokali jagħmlu użu minn dawn il-fondi li naf li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Il-kunsilli lokali bħalissa jinsabu ħafna fuq l-aħbarijiet għax fi 68 lokalità madwar il-pajjiż dalwaqt ikun hemm l-elezzjonijiet għall-ħatriet ġodda ta' sindki, viċi sindki u kunsilliera.", "Minn hawnhekk nirringrazzja lil kull min serva fil-kunsilli lokali matul l-aħħar snin u lil dawk kollha li qegħdin jersqu 'l quddiem, irrispettivament minn għal liema partit politiku se jippreżentaw ruħhom quddiem l-elettorat.", "Nimmaġina li l-proġetti li qed tagħmel referenza għalihom l-Onor.", "Cutajar fil-mistoqsija supplimentari tagħha huma dawk iffinanzjati mid-Development Planning Fund.", "Dan il-fond jara jekk il-kontribuzzjonijiet li jiġu minn applikazzjonijiet ta' żvilupp f'lokalità rispettiva humiex qegħdin jonoraw il-ħolqien ta' parkeġġi adegwati skont l-iżvilupp u, jekk le, 20% mill-multi li jeħlu dawk li jagħmlu applikazzjoni għal regolarizzazzjoni jmorru f'dan il-fond li jlaħħaq għexieren ta' miljuni li jkunu għad-dispożizzjoni ta' diversi lokalitajiet.", "Il-kunsilli lokali, bħal kull ħaġa oħra, huma differenti minn xulxin.", "Għandek kunsilli li jersqu 'l quddiem bil-proġetti, għandek kunsilli lokali ħabrieka, għandek kunsilli lokali li jafu xi jridu għal-lokalità tagħhom, imbagħad għandek kunsilli lokali li jiffunzjonaw inqas minn oħrajn.", "Ma rridx noqgħod nidħol f'eżempji, imma meta l-uffiċjali jiġu jippreżentawlek it-tabelli tal-fondi li ġew utilizzati u tal-fondi li jkun għad fadal għad-dispożizzjoni tagħhom, ikun faċli għal xi ħadd li ġieli ħadem fil-kunsill lokali li skont l-applikazzjonijiet sottomessi jara min hu iktar attiv.", "Jien f'perjodu ta' ġimgħa rajt €1.4 miljlun investiti mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara biex ġew riġenerati żewġ pulmuni ħodor f'din il-lokalità.", "Qed nirreferi għal Ġnien l-Istazzjon u Ġnien Lippu Sammut, li huma ftit mill-ispazji ħodor u mill-ftuħ li għad hemm f'lokalità b'daqstant popolazzjoni.", "Dawn ġew inawgurati f'perjodu ta' ġimgħa, wieħed mill-Prim Ministru u, fit-tieni okkażjoni, kelli l-pjaċir li niltaqa' mal-kunsilliera u man-nies fil-komunità ta' Birkirkara.", "Apparti l-proġetti li qegħdin jitlestew, hemm dawk li erġajna ħabbarna u kkuntrattajna.", "Nhar it-Tlieta filgħodu kelli l-pjaċir nisbaħ fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fejn rajna kif għall-ewwel darba kunsill lokali ppermetta li jsir klabb sportiv biex jieħu l-flus li hemm ivvotati għal-lokalità, jew għax kien ippreparat biex jidħol għalihom, jew għax inħasset il-ħtieġa li kien iktar għaqli li jidħol għalihom hu.", "Fil-fatt, is-Sirens Aquatic Sports Club ħa 'l fuq minn €2 miljun li huma ddedikati għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar biex jirriġenera din iż-żona u jaħdem id f'id mal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex joffri lezzjonijiet tal-għawm u tad-diving.", "Se jsir ukoll gymnasium li l-użu tiegħu se jkun offrut mhux biss lill-komunità ta' din il-lokalità, imma wkoll lil dawk tal-madwar.", "Jidhirli li l-ftehim dwar l-użu kien estiż għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u dak tal-Imġarr, Malta.", "Fiċ-ċerimonja, għaddejna l-fondi lis-Sirens Aquatic Sports Club u meta konna hemmhekk stajna naraw il-ħerba li ħalliet il-maltempata fuq l-infrastruttura ta' dan il-klabb, u allura ħabat tajjeb li kien hemm il-preparamenti u l-finanzjament b'mod avvanzat għall-proġett li se jinbeda b'mod immedjat, fejn kellna l-okkażjoni li nagħtu 22 proġett fi 13-il lokalità differenti.", "Semmejna l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan.", "Kif qal l-Onor.", "Aquilina, jista' jkun hemm differenzi bejn intervent u ieħor, imma l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ħa tmien ċekkijiet għal tmien proġetti differenti.", "Ovvjament, dak ifisser li f'San Ġiljan kien hemm iktar żvilupp li kkontribwixxa aktar flus, allura wieħed irid jeħodha minn dak l-ambitu wkoll.", "Huwa tajjeb li l-kunsilli lokali jersqu 'l quddiem u jissottomettu proġetti f'dan is-sens.", "Hemm 22 proġett li permezz tagħhom se naraw iktar spazji pubbliċi, aktar riorganizzazzjoni ta' parkeġġi, u interventi oħrajn fi 13-il lokalità differenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Meta kien qed isir il-ftuħ tat-Triq ta' Ħal Farruġ, il-Ministru qal li se jkollhom jagħmlu xogħol fuq l-estensjoni b'emerġenza … (Interruzzjonijiet) Jekk m'għedtux inti, forsi intqal minn Infrastructure Malta, imma intqal jew ġie rrapportat li xi ħadd responsabbli mill-Gvern qal li, minħabba l-urġenza tax-xogħol, hemm bżonn li x-xogħol isir mingħajr il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "(Interruzzjonijiet) Ministru, jekk jogħġbok, isma' l-mistoqsija ħalli tkun tista' tiċċara.", "Huwa tajjeb jekk ma ntqalx hekk.", "(Interruzzjonijiet) Inti se tirrispondi mhux jien.", "Ministru, jekk qed tgħid li ma ntqalx hekk, nitolbok tiċċara dan il-punt.", "Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun qed jagħmel biex il-Gvern, li issa ilu seba' snin fil-gvern, ma jibqax jiftaħ toroq mingħajr il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret mas-sidien tar-raba' li qed tittieħed biex isir it-twessigħ ta' dawn it-toroq u xi ħlasijiet se jkunu qegħdin jingħataw dawn is-sidien?", "Jien qed nagħtik iċ-ċans tesprimi lilek innifsek u tispjega jekk dak li qed ngħid jien mhuwiex ċar, għax fil-ġurnali ġie rrapportat b'dan il-mod.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Nirringrazzja lill-Onor.", "Vassallo, però naħseb li bħala Membri Parlamentari jkun tajjeb li ninformaw ruħna sew u meta nikkwotaw nikkwotaw is-sors u nikkwotaw eżattament lil min ikun qalu u kif ikun qalu.", "Huwa faċli li tiġi tikkwota hawnhekk, imbagħad tiġi tgħidli li qed tagħtini ċans biex nikkoreġik.", "Mhux nikkoreġik, imma agħmel il-mistoqsija tajba mill-ewwel.", "L-ewwel nett, saret konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attenda ġurnalist wieħed biss li rrapporta x'intqal mill-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta f'dik iċ-ċirkostanza.", "Jien lill-awtoritajiet inħallihom jaħdmu fil-libertà.", "Fil-fatt, iċ-ċirkostanza kienet li l-Awtorità tal-Ippjanar immultat €20,000 lil Infrastructure Malta.", "L-Awtorità tal-Ippjanar ukoll taqa' taħt il-Ministeru tiegħi, jiġifieri jien la se ngħidlek kemm għamlet tajjeb l-Awtorità tal-Ippjanar u lanqas se ngħidlek kemm għamlet tajjeb jew ħażin Infrastructure Malta li għamlet ix-xogħlijiet.", "Naħseb li l-Kap Eżekuttiv spjega ruħu tajjeb f'dik iċ-ċirkostanza; irridu niżguraw li sitwazzjonijiet bħal dawn ikunu maħsuba u jkunu fil-parametri li tippermetti l-liġi, b'konoxxenza u apprezzament lejn l-urġenzi li jirriżultaw minħabba n-nuqqas ta' deċiżjonijiet li akkumulaw għal għexieren ta' snin.", "Għamiltli mistoqsijiet suċċessivi dwar kif isir l-esproprju u se nweġibhom waħda waħda.", "L-esproprju jsir skont il-liġi tal-pajjiż u joħroġ fil-Gazzetta għax ikun hemm skop pubbliku.", "Bħalissa qegħdin nagħmlu Triq Ħal Luqa, li hi triq pubblika li minnha jgħaddu 30,000 vettura kuljum.", "Din se jużaha l-pubbliku u l-konsultazzjoni se ssir; però hemm limitu ta' kemm wieħed jista' jikkonsulta għax il-liġi tiggwidak b'mod ċar dwar kif għandek tesproprja u kif għandek tħallas.", "Hemm tabella bir-rati dovuti lil min titteħidlu art għal skop pubbliku, u min ma jaqbilx ma' dak il-ħlas – wara l-2005 din ġiet iċċarata u l-ħlas isir qabel ma l-Awtorità tal-Artijiet toħroġ l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern – ikun jista' juża rimedji legali oħrajn fil-qrati ta' pajjiżna.", "Il-punt jibqa' li aħna m'aħniex niddejqu nieħdu dawn id-deċiżjonijiet.", "Biex tgħaddi minn Triq Ħal Luqa kont tistenna bejn 10 u 20 minuta f'dik it-telgħa, għax min iddisinja t-toroq fil-passat għoġbu jagħmel bankina li ma tispiċċa qatt fuq kull naħa tat-triq, għoġbu joħloq roundabouts sbieħ u kbar fit-truf tagħhom, b'monumenti kontroversjali wkoll.", "Naħseb li n-nies japprezzaw l-interventi li qegħdin isiru bħala parti minn pjan iktar wiesa'.", "Din għedtha kemm-il darba, u dan l-aħħar irrepetiha professjonist fuq ġurnal ewlieni, u forsi meta jgħidha professjonist tinstema' differenti għax, jekk ngħidha jien fuq xi ħadd li jaħdem taħti jew fuq azzjonijiet tal-Ministeru tagħna, jgħidu li huwa ovvju li hekk se ngħid.", "Aħna, bl-interventi li qed nagħmlu fit-toroq, qegħdin nindirizzaw ċerti bottlenecks li huma bżonnjużi; però, fl-ebda ħin ma jien qed ngħid li huma s-soluzzjoni tal-bidu u t-tmiem.", "Qegħdin nirbħu l-ħin biex nieħdu deċiżjonijiet oħrajn, jekk hux dwar modi alternattivi – l-ewwel mistoqsija kienet dwar kemm jaqsmu nies bil-baħar bejn il-Kottonera, il-Port il-Kbir u n-naħa ta' Marsamxett – jekk hux dwar trasport pubbliku b'xejn, jekk hux li nkomplu nistudjaw biex xi darba niddeċiedu rigward trasport tal-massa, u nista' nibqa' nsemmi numru ta' inizjattivi li qegħdin jittieħdu.", "Matul din in-nofs siegħa, kelli l-okkażjoni li nispjega x'qegħdin nagħmlu fit-toroq, inkluż id-deċiżjonijiet li ttieħdu biex inwessgħu fejn hemm numru ta' bottlenecks u b'hekk inżidu l-kapaċità.", "In-nies tesiġi li l-Gvern jieħu azzjoni fuq l-isfida tat-traffiku fil-pajjiż, u dak huwa proprju li qegħdin nagħmlu.", "Wieħed jifhem li min titteħidlu biċċa art għal skop pubbliku ma jeħux pjaċir, però l-importanti hu li finalment tittieħed għal skop pubbliku biex titgawda minn kulħadd.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-għadd ta' inċidenti li seħħew fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem / Xewkija, Għawdex fejn persuni sfaw bi ġrieħi gravi jew tilfu ħajjithom, fil-perjodu bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9900; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd u l-grad ta' ħaddiema fil-Gozo Experimental Farm fix-Xewkija, Għawdex, fil-perjodu bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9899.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-KREMAZZJONI", "ID-DEPUTY SPEAKER: Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sinjura President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "Jidhirli huwa l-ewwel messaġġ tal-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Hekk hu, mument li ta' min ifakkru.", "Se naqra l-Messaġġ tal-President ta' Malta:", "Il-President, wara li kien informat dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jipprovdi dwar il-proċess ta' kremazzjoni, inkluż il-proċessi relatati mal-liċenzjar ta' krematorji, kundizzjonijiet ta' kremazzjoni, reġistrazzjoni ta' kremazzjonijiet, u sabiex jipprovdi għall-affarijiet relatati u konnessi ma' dan\", jirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "8 ta' April 2019", "Insejjaħ lill-Onor.", "Rosianne Cutajar biex, jekk jogħġobha, tressaq it-Tieni Qari.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, huwa ta' unur għalija li llum, 11 t'April, ninsab preżenti f'din il-Kamra biex irressaq l-ewwel abbozz privat tiegħi li se jillegalizza u jirregola s-servizzi tal-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Kienu xhur ta' ħidma, kienu xhur eċitanti …", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Cutajar, ippermettili daqsxejn.", "Niġbed l-attenzjoni li mhuwiex permess jittieħdu ritratti waqt is-seduta.", "Jekk ittieħed xi ritratt irid jitħassar immedjatament.", "Onor. Cutajar, nitlolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, kont qed ngħid li kienu xhur ta' ħidma u eċċitanti għalija personali li matulhom tgħallimt ħafna wkoll.", "Illum qiegħda hawnhekk biex irressaq dan l-Abbozz, grazzi għall-appoġġ li sibt matul l-aħħar xhur.", "Allura, ma nistax nibda qabel ma nirringrazzja lill-Prim Ministru u lid-Deputat Prim Ministru li, meta mort quddiemhom u kellimthom dwar l-inizjattiva tiegħi, tawni l-fiduċja tagħhom u l-go ahead biex nibda naħdem fuq dan l-Abbozz.", "Ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lill-persuni formidabbli Clive Tonna u Charmaine Gauci li kienu dejjem aċċessibbli u disponibbli għalija u għat-tim tiegħi matul dawn ix-xhur.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas, nirringrazzja liż-żewġ kollegi tiegħi, Dr. Desirée Attard u Mariette Borg, li kienu ta' spalla għalija f'dan il-vjaġġ hekk sabiħ u li għenuni ħafna fit-tfassil ta' dan l-Abbozz.", "Huwa veru li meta n-nisa jingħaqdu, is-suċċess ikun ikbar.", "Aħna n-nisa m'aħniex għedewwa ta' xulxin, anzi naħdmu flimkien, u meta naħdmu flimkien ikollna riżultati ferm aħjar.", "Irrid nispjega li biex sar dan l-Abbozz bdejna b'konsultazzjoni fuq livell ta' kumitat parlamentari, fejn kellna diskussjoni tassew interessanti fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u ħejjejna rapport dwar is-suġġett tal-kremazzjoni, li ġie ppreżentat lill-Kamra nhar is-16 ta' Mejju 2018.", "Wara din il-fażi ta' konsultazzjoni fuq livell ta' kumitat parlamentari, bdejna nagħmlu taqbil bejn liġi u oħra ta' diversi pajjiżi fuq is-suġġett tal-kremazzjoni biex naddottaw dak li hu l-iktar relevanti għal pajjiżna.", "Sibna interessanti ferm il-Liġi tal-Kremazzjoni tal-Iskozja, tal-Ingilterra, kif ukoll ta' New Zealand.", "Għamilna konsultazzjoni wiesgħa ħafna ma' nies li jaħdmu fis-settur u allura huma esperti tas-suġġett.", "Iddiskutejna wkoll mal-Malta Humanist Association u mal-Knisja Kattolika, u ftaħna dan l-Abbozz għall-konsultazzjoni pubblika li damet għaddejja sitt ġimgħat u għalqet fid-29 ta' Marzu.", "Irrid ngħid li r-rispons li kellna minn din il-konsultazzjoni kien tajjeb ħafna.", "Irċevejna diversi suġġerimenti interessanti, u saħansitra kellna persuni li għamlu sottomissjonijiet dettaljati immens.", "Ta' dan nirringrazzjahom, għax jidher biċ-ċar li ħadu ħafna ħin waqt li kienu qegħdin jirriċerkaw qabel ma għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom.", "Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li kemm jien, kif ukoll id-Deputat Prim Ministru, ħadna in konsiderazzjoni diversi affarijiet li wħud minnhom huma riflessi fl-Abbozz li għandna quddiemna llum.", "Sinjura President, bosta gvernijiet tal-passat tefgħu ħarsithom fuq is-suġġett tal-kremazzjoni u nistgħu ngħidu li saru wkoll ċerti pjanijiet; imma, irridu nammettu li għal xi raġuni jew oħra dawn il-pjanijiet baqgħu dejjem fuq l-ixkaffa.", "Ħafna drabi l-iskuża donnha kienet qed tkun li pajjiżna huwa wisq żgħir fid-daqs biex ikollu krematorju.", "Issa li għandna quddiemna konkretament dan il-qafas legali li jillegalizza u jirregola s-servizzi tal-kremazzjoni f'pajjiżna, ninsabu pass ferm 'il quddiem biex ix-xewqa ta' ħafna nies li jkollna s-servizz tal-kremazzjoni u ta' krematorju f'pajjiżna finalment issir realtà.", "Sinjura President, naqblu li l-mewt hija esperjenza kerha, iżda hija realtà għal kull individwu.", "Għalkemm ikolli nammetti li għal xi wħud is-suġġett jista' ikun xi ftit jew wisq makabru, huma bosta dawk li għandhom għal qalbhom is-suġġett ta' x'jiġri minn ġisimhom u minn ġisem l-għeżież tagħhom wara mewthom.", "Allura nemmen li huwa importanti li tittieħed nota tax-xewqat ta' dawn l-individwi, u jkun żgurat li kemm jista' jkun jiġu rispettati.", "Karatteristika prominenti ta' dan il-Gvern hi li ma jiddejjaqx jitkellem dwar suġġetti li huma sensittivi għal ħafna.", "Dan kien kruċjali biex bħala pajjiż għamilna passi ta' ġgant fil-qasam tal-libertajiet ċivili u, bl-istess mod, il-legalizzazzjoni tal-kremazzjoni li qed irressaq f'din il-Kamra llum hija pass 'il quddiem f'suġġett li għal mijiet ta' snin baqa' ma nbidilx, minkejja li, kif għedt, il-mewt hija realtà għal kulħadd.", "Huwa tajjeb li nisħaq li bħala Gvern se nkunu qegħdin immorru oltre minn dak li wegħedna fil-manifest elettorali lura fl-2017, meta fis-sezzjoni tad-Drittijiet Ċivili konna wegħedna li se nibdew din id-diskussjoni.", "Illum mhux talli bdejna din id-diskussjoni, talli qegħdin fil-fażi tat-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni.", "Niġi għas-suġġett innifsu.", "Sinjura President, il-kunċett li l-ġisem jiġi kkremat wara l-mewt mhuwiex xi kunċett ġdid: anzi, matul is-sekli kienu bosta ċ-ċivilizzazzjonijiet li kienu jikkremaw il-mejtin tagħhom u r-riċerka u l-istorja juru li din hija prattika li saħansitra tmur lura għal 3,000 sena Qabel Kristu.", "Matul is-snin iktar riċenti, anke minħabba l-progress u l-iżvilupp teknoloġiku, ġew żviluppati teknoloġiji ġodda li jħaddmu l-krematorji permezz ta' gass naturali, propane, jew saħansitra elettriku, iżda dwar dan se nkun qiegħda nitkellem iktar 'il quddiem.", "Sinjura President, naf li wħud illum segwew dak li qal l-Arċisqof dwar is-suġġett tal-kremazzjoni.", "Nixtieq ngħid li inizjalment il-Knisja kellha riservi fil-konfront tal-kremazzjoni: però, lura fl-2015, il-Vatikan ħareġ linji gwida ġodda fejn il-Knisja aċċettat il-prattika tal-kremazzjoni bil-kondizzjoni li l-irmied tad-deċedut jitpoġġa f'urna li suċċessivament titpoġġa f'post sagru, jiġifieri ċ-ċimiterju.", "Il-popolarità ta' din il-prattika hija riflessa fil-fatt li l-kremazzjoni llum il-ġurnata hi aċċessibbli fil-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja, inkluż f'dawk Ewropej.", "Fil-fatt huwa stmat li kull sena 18-il miljun persuna tiġi kkremata madwar id-dinja.", "Allura, bħala Ewropea, jien nemmen li din l-aċċessibilità rridu nestenduha f'pajjiżna wkoll mingħajr distinzjoni bejn klassi, kultura, jew reliġjon.", "L-awtonomija u l-għażla personali huma prinċipji fundamentali mhux biss tul ħajjitna, iżda wkoll meta niġu għall-mewt.", "Irridu nżommu f'moħħna li għall-għeżież tagħna l-aħħar tislima tkun mument ferm diffiċli.", "Jien nemmen li permezz tal-kremazzjoni se nkunu qegħdin noffru alternattiva dinjituża għal min ma jħossx li ċ-ċerimonja tad-dfin attwali tirrappreżentah b'mod adegwat.", "Sinjura President, waqt li konna qegħdin naħdmu fuq dan is-suġġett, għamilna riċerka li minnha rriżulta li wieħed minn kull tlieta f'pajjiżna diġà jikkonsidra l-prattika tal-kremazzjoni minflok id-dfin tradizzjonali.", "Dan ifisser li minkejja li għad m'għandniex is-servizz tal-kremazzjoni aċċessibbli f'pajjiżna, diġà għandna wieħed minn kull tliet persuni li jikkonsidrah, aħseb u ara kieku jkollna l-kremazzjoni aċċessibbli f'pajjiżna kemm ikomplu jiżdiedu dawn in-numri.", "Xtaqt li nħarsu lejn ir-rata ta' popolarità tal-kremazzjoni f'diversi żoni madwar id-dinja.", "Ikun interessanti li wieħed jinnota li fl-Indja 85% tan-nies li jiġu nieqsa jiġu kkremati.", "Hawnhekk qegħdin insemmu perċentwali għoljin immens.", "Pereżempju, il-Ġappun huwa wieħed mill-pajjiżi li għandu l-ogħla rata ta' kremazzjoni, fejn in-numri saħansitra jlaħħqu sa 95%.", "Jekk inħarsu lejn l-Ungerija nsibu li fl-1996 ir-rata ta' nies li kienu jiġu kkremati kienet tlaħħaq is-27%, u fl-2016, jiġifieri numru ta' snin wara, din ir-rata telgħet għal 60%.", "Minn dawn il-ftit numri naraw li ġaladarba jkollna aċċessibilità għall-kremazzjoni fil-pajjiż, il-popolarità tal-istess prattika tkompli tiżdied.", "Sinjura President, se nispjega għalfejn issir l-għażla tal-kremazzjoni.", "L-ewwel u qabel kollox hemm l-element tax-xewqa, jew aħjar għażla personali.", "Iva, għandu jkun hemm il-possibbiltà għall-alternattiva tad-dfin normali, għax huwa tajjeb li ngħidu li m'aħna nimponu xejn fuq ħadd.", "Kull ma qegħdin nagħtu hija għażla lill-individwu.", "It-tieni punt huwa dak li bl-Ingliż insejħulu religious freedom.", "Hu x'inhu t-twemmin tiegħek, jekk inti nisrani jew ta' kwalunkwe reliġjon oħra, anke jekk inti ateu jew anjostiku, għandek id-dritt li jkollok ċelebrazzjoni wara mewtek li tkun libera minn kull referenza għal reliġjon.", "Sinjura President, s'issa f'pajjiżna għad m'hawnx post fejn jistgħu jiġu organizzati funerali mhux reliġjużi.", "Bħalissa ma jistax ma jiġinix f'moħħi Ramon Casha, li bla dubju ta' xejn m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, li kien igħix Ħal Qormi, proprju ftit 'il bogħod minn fejn noqgħod jien.", "Lil Ramon, li sfortunatament ħalliena fl-2017, ħafna jafuh bħala ċ-Chairman ta' The Malta Humanist Association u bla dubju se jibqa' mfakkar bħala umanist li tul ħajtu ħadem biex Malta tkun sekulari u miftuħa għal kulħadd, irrispettivament minn dak li temmen jew ma temminx.", "Sinjura President, nitolbok tippermettili nsellem il-memorja tiegħu u il-ħidma kbira tiegħu f'dan il-qasam.", "Ninsab konvinta li, kieku għadu ħaj, kien ikun kuntent ħafna u bla dubju għada filgħodu kont insibu ħdejn il-bieb tiegħi biex flimkien konna naqbdu xi konverżazzjoni tipika tagħna dwar suġġetti li kienu jappassjonaw ħafna lil Ramon.", "Waħda mit-talbiet li resqu quddiemi mingħand l-umanisti – u minn hawnhekk insellem anke lil Roger Tirazona li miegħu kelli diversi kuntatti – kienet proprju li jkollhom post biswit il-krematorju li jilqa' ammont sostanzjali ta' nies biex jagħmlu fih iċ-ċelebrazzjoni ta' wara l-mewt.", "Huwa tajjeb li ngħid li dan il-punt ħadnieh in konsiderazzjoni.", "Tant hu hekk li fil-liġi qegħdin nirreferu għaliha bħala viewing room, jew aħjar kamra tal-espożizzjoni, u din se tkun kamra multipurpose li fiha tista' ssir kwalunkwe tip ta' ċelebrazzjoni jew ċerimonja li jkun xtaq id-deċedut jew il-familjari tiegħu.", "Mill-ġdid, hawnhekk qegħdin naraw kif dan l-Abbozz, l-ewwel u qabel kollox, qiegħed jirrispetta x-xewqat individwali.", "Issa se nasal għat-tielet punt tiegħi, dak tal-ambjent.", "Nemmen li l-kremazzjoni hija environmentally friendly.", "Li wieħed ikollu l-għażla tal-kremazzjoni mhijiex biss miżura liberali, iżda hija wkoll miżura ambjentali.", "It-teknoloġija ta' żminijietna tippermetti metodi ta' kremazzjoni li għandhom impatt minimu fuq l-ambjent f'termini ta' emissjonijiet u, naturalment, il-faċilitajiet krematorji ma jeħtiġux l-ammont ta' spazju li jeħtieġ iċ-ċimiterju.", "Naqblu li pajjiżna huwa żgħir fid-daqs, u saħansitra pajjiżi li huma ferm u ferm ikbar minna diġà jitkellmu dwar is-sostenibilità tal-bini ta' oqbra f'pajjiżhom, aħseb u ara f'pajjiż żgħir bħal Malta ta' 27 kilometru kif jista' jkun li nkomplu nibnu iktar oqbra!", "Hawnhekk tidħol il-bidla fil-mentalità, li m'għandix dubju li se tkun qiegħda ssir f'moħħ in-nies fis-snin li ġejjin.", "Punt ieħor importanti meta nitkellmu dwar il-kremazzjoni huwa l-kwestjoni tal-aċċessibilità.", "Minn riċerka li saret jirriżulta li dawk il-pajjiżi li introduċew il-kremazzjoni rrapportaw li mill-aspett finanzjarju hija għażla inqas għolja meta mqabbla mad-dfin.", "Irridu nirrikonoxxu li l-prezz biex wieħed jixtri qabar huwa dak li hu, anke minħabba li l-art hija limitata, u allura rridu nkunu onesti u ngħidu li mhux kulħadd jaffordja li jkollu qabar tal-familja.", "Dan huwa Gvern Laburista, Gvern Xellugi, iżda wkoll Gvern b'ruħ soċjali.", "Dawn huma l-għeruq tagħna, u l-legalizzazzjoni ta' alternattiva iktar aċċessibbli mid-dfin tirrifletti proprju dawn l-għeruq u l-prinċipji b'saħħithom.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas il-kremazzjoni tagħtik l-opportunità li żżomm rikordju tal-għeżież tiegħek billi l-irmied ikun imferrex jew jinżamm f'kontenitur dekorattiv, dik li jsejħulha urna.", "Hemm metodi iktar moderni ta' kif tiddisponi mill-irmied, fosthom li żżommu f'xi ġiżirana.", "Hemm min jikkonsidra dik li ngħidulha tree cremation.", "Il-possibilitajiet huma varji.", "Hemm min iħallat l-irmied mal-ħġieġ, imbagħad tiġi ffurmata xi skultura.", "Hemm diversi affarijiet oħra li wieħed jista' jagħmel.", "Sinjura President, jien hawnhekk kont qed nagħti ħarsa ġenerali lejn is-suġġett, però issa nixtieq nikkonċentra fuq il-punti li joħorġu minn dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jitkellem fuq il-proċess tal-kremazzjoni, inkluż il-proċess relatat ma' liċenzjar, il-kundizzjonijiet tal-kremazzjoni, ir-reġistrazzjoni, eċċ. Però, fl-opinjoni tiegħi, il-punti saljenti li joħorġu minn dan l-Abbozz huma għaxra.", "L-ewwel punt huwa li l-awtorità responsabbli se tkun is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, li se jkollu l-inkarigu li joħroġ il-liċenzji, jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ftuħ ta' krematorji, u li jispezzjona l-krematorji li jkunu qed joperaw b'mod regolari tal-inqas darba fis-sena.", "Bħala awtorità se jkollu s-setgħa li jieħu kull azzjoni f'każ li l-kundizzjoni tal-liċenzja u l-istandards ma jiġux imħarsa, inkluż ir-revoka jew sospensjoni tal-liċenzja maħruġa.", "Huwa tajjeb li ngħid li f'każ li persuna tikser id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, qed nipproponu żewġ livelli ta' pieni.", "Għandna l-ogħla piena għal dawk li jħaddmu krematorju mingħajr liċenzja ta' mhux inqas minn sentejn ħabs u mhux iktar minn ħames snin, u multa ta' mhux inqas minn €10,000 u mhux iktar minn €30,000.", "Kif qegħdin naraw, il-pieni huma riġidi.", "It-tieni livell ta' pieni jitkellem fuq ksur ieħor.", "F'dan il-każ, għandna priġunerija ta' mhux iżjed minn sitt xhur u multa ta' mhux inqas minn €5,000 u mhux iktar minn €15,000.", "Sinjura President, it-tieni punt li joħroġ minn dan l-Abbozz ta' Liġi hu li, filwaqt li l-Abbozz ma jidħolx fl-ispeċifiku u fit-tekniku ta' faċilità ta' kremazzjoni, il-faċilitajiet bażiċi jew minimi li għandu jkollu l-krematorju huma l-kamra mortwarja, il-kamra tal-espożizzjoni li tkellimt fuqha aktar kmieni, il-faċilitajiet adegwati biex jekk ikun hemm bżonn tkun tista' ssir estrazzjoni ta' materja barranija – ċjoè, ta' materjal li kien fil-ġisem imma li ma jistax jiġi kkremat, bħalma hu pacemaker – irid ikun hemm ukoll tal-inqas kamra tal-kremazzjoni u spazju fejn ikunu miżmuma l-fdalijiet tal-kremazzjoni.", "Sinjura President, diġà tkellimt fuq l-importanza tax-xewqa tad-deċedut.", "Din m'aħniex qed ngħiduha aħna biss, iżda enfasizzaha kull min wieġeb għall-konsultazzjoni pubblika.", "Hemm bżonn ta' Reġistru Nazzjonali tal-Kremazzjoni, u dan l-Abbozz qiegħed jagħmel proprju dan.", "Permezz ta' dan ir-reġistru, kull persuna se tkun tista' tirreġistra x-xewqa tagħha li wara mewtha tiġi kkremata, kif ukoll x'tixtieq li jiġri mill-fdalijiet, li informalment insejħulhom irmied, li fil-verità jkunu frammenti tal-għadam.", "Dan dejjem skont il-limiti li qegħdin nipproponu f'dan l-Abbozz ta' Liġi għall-fini ta' saħħa u sigurtà.", "Iktar minn hekk, fl-istess reġistru tista' tiddikjara li ma tixtieqx li tkun ikkremat, għax huwa dritt tal-individwu li jiddikjara x-xewqa tiegħu.", "Huwa tajjeb li ngħid li x-xewqa tista' tiġi rtirata mill-persuna f'kull waqt, u f'każ li persuna ma tesprimi l-ebda xewqa, jiddeċiedu l-familjari.", "Fl-istess ħin, biex insibu bilanċ bejn ix-xewqa tad-deċedut u l-piż fuq in-next of kin tiegħu, f'dan l-Abbozz qegħdin nispeċifikaw li r-Reġistru mhux se jkun qed jorbot lill-familjari legalment li jesegwixxu x-xewqat tad-deċedut.", "Prattikament, qegħdin ngħidu li mhux se jkun legally binding.", "Fil-fatt, ir-Reġistru se jkun biss pjattaforma biex individwu jagħmel ix-xewqa tiegħu magħrufa li jiġi kkremat b'mod formali.", "Sinjura President, mill-Abbozz ta' Liġi joħroġ ukoll dak li huwa permessibbli b'rabta mat-tifrix tal-irmied u ż-żamma tal-urni ssiġillati.", "Donnu dan kien l-iktar aspett li interessa lin-nies, għax irċevejt mijiet ta' emails biex jistaqsuni fuq din il-ħaġa partikolari.", "Allura għall-benefiċċju ta' min qiegħed isegwina, nixtieq ngħid li t-tifrix jista' jsir fil-baħar.", "B'baħar mhux qed nifhmu portijiet, jew inkella bajjiet li fihom jgħumu n-nies.", "It-tifrix jista' jsir minn kwalunkwe ajruplan, jista' jitpoġġa f'residenza privata u f'każ li r-residenza tkun qiegħed fiha bil-kiri, ovvjament għandek bżonn il-permess tas-sid.", "It-tifrix jista' jsir ukoll fi spazju miftuħ iddedikat għat-tifrix tal-irmied tal-fdalijiet umani.", "Min-naħa l-oħra, urna ssiġillata tista' tinżamm f'residenza privata, jew tista' tiġi murija f'binja bħalma hu mużew.", "Pereżempju, f'każ ta' persuna ta' ċertu kalibru jew ta' ċerta importanza li ġiet ikkremata, jista' jagħti l-każ li l-urna tkun esebita f'mużew partikolari f'pajjiżna.", "L-urna tista' tkun ukoll midfuna fil-qabar.", "Dawk in-nies li diġà għandhom qabar tal-familja li jkunu jixtiequ li meta jiġu nieqsa jiġu kkremati, il-familjari tagħhom jistgħu jagħżlu li jżommu dik l-urna midfuna fil-qabar tal-familja u tista' wkoll tkun midfuna fil-baħar.", "Ħafna min-nies ma jafux li attwalment bniedem diġà jista' jindifen fil-baħar.", "Fil-fatt, ħafna staqsewni fuq kif l-urna tista' tiġi midfuna fil-baħar.", "L-urna tista' wkoll impoġġija f'columbarium.", "Dawk li jridu jsegwu x'tgħid il-Knisja, li ma tippermettix l-iscattering of ashes u li l-urna tittieħed id-dar, jistgħu jħallu l-urna tagħhom f'columbariums.", "Dawn ikunu qishom pigeon holes li jkun hemm l-urni ġo fihom.", "Sinjura President, il-ħames punt huwa dak li mhux se jkun permess tifrix ta' rmied f'żoni pubbliċi.", "Qed ngħidu hekk, ovvjament, għal raġunijiet ta' saħħa ambjentali.", "Kif wieħed jista' jara, l-għażliet kollha dwar it-tifrix tal-irmied huwa f'żoni miftuħin jew inkella minn għoli konsiderevoli, u allura l-ebda waħda minnhom ma jista' jkollha xi impatt negattiv fuq in-nies.", "Dan l-Abbozz jgħid li l-urni ma jistgħux ikunu kummerċjalizzati.", "Jiġifieri m'aħniex se nippermettu sitwazzjoni fejn l-urni bl-irmied ta' persuna partikolari jinbiegħu.", "Dan huwa element bażiku ta' rispett lejn il-fdalijiet umani.", "Punt ieħor li joħroġ minn dan l-Abbozz huwa li, bħalma niżżilna l-età tal-vot għaż-żgħażagħ ta' 16-il sena, fejn tidħol il-kremazzjoni qegħdin ngħidu li l-età minima biex persuna tirreġistra x-xewqa tagħha li tiġi kkremata hija ta' 16-il sena.", "Żgħażagħ ta' 16-il sena jistgħu jiddeċiedu wkoll fuq ħaddieħor, jekk kemm-il darba l-persuna li tiġi nieqsa ma tkunx esprimiet ix-xewqa li tiġi kkremata.", "Allura dan huwa vot ieħor ta' fiduċja fiż-żgħażagħ.", "Minn dan l-Abbozz joħroġ punt sensittiv għal ħafna, għax qed jingħad li persuna li tkun diġà ndifnet tista' tiġi eżumata u l-fdalijiet tal-ġisem jiġu kkremati.", "Dan huwa punt li tkellmuh miegħi diversi nies li kellhom l-għeżież tagħhom li ġew nieqsa fl-aħħar snin u jixtiequ li jkollhom din il-possibilità.", "Issa jien, minn hawnhekk, qed ngħidilhom li dan huwa possibbli.", "Punt ieħor sensittiv hu li f'każijiet fejn l-omm tmut mat-tarbija waqt il-ħlas, jew inkella f'każ li tewmin mill-istess tqala jitwieldu mejta, jekk ikun hemm it-talba, dawn jistgħu jiġi kkremati f'daqqa.", "Huwa tajjeb li ngħid li grazzi għas-servizz ta' kwalità għolja tas-saħħa tagħna, dawn huma każijiet verament rari; però, dan l-Abbozz ta' Liġi jaħseb f'dawn il-każijiet ukoll.", "Jiġifieri qegħdin ngħidu li fuq talba, l-omm u t-tarbija li jkunu mietu, jew inkella l-aħwa mill-istess tqala li jkunu stillborn, jistgħu jiġu kkremati flimkien.", "Din se tkun l-unika eċċezzjoni fl-Abbozz li tippermetti kremazzjoni ta' żewġ iġsma flimkien.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-għażla tal-kremazzjoni f'pajjiżna hija għal kull faxxa soċjali.", "Fil-fatt, fil-preżent min jiflaħ iħallas għal dan is-servizz jista' jesporta ġisem barra minn xtutna biex jikkremah, u dan kien permess mill-Gvern permezz ta' numru ta' policies.", "Issa, permezz ta' dan l-Abbozz, qegħdin niċċaraw ukoll l-oppost, ċjoè li ġisem jista' jidħol f'Malta sabiex jiġi kkremat u, bl-istess mod, l-irmied jista' joħroġ mill-pajjiż f'urna ssiġillata.", "Sinjura President, ninsab ħerqana li nisma' d-diskorsi tal-Onor.", "Bla dubju lesta li nilqa' s-suġġerimenti u nlaqqa' l-ideat tagħna flimkien, għax verament nixtieq li jkollna liġi li taħdem biex, għal darb'oħra, kif għamlu bosta liġijiet imressqa minn din in-naħa tal-Kamra, nimmodernizzaw is-soċjetà tagħna.", "Jien meta bdejt naħdem fuq dan l-Abbozz ta' Liġi kont naf li hawn bosta nies f'Malta u Għawdex ħerqana għal din l-għażla, iżda meta ħarġet l-aħbar li konna se nippreżentaw din il-liġi, onestament qatt ma stennejt ir-rispons daqshekk massiv li rċevejt fuq livell personali.", "Huwa ċar li ċ-ċittadini huma lesti għal din il-bidla, u allura nħeġġeġ lill-Onor.", "Membri ħalli flimkien niġbdu ħabel wieħed u verament naħdmu biex nagħtu lill-poplu dak li ilu tant jistenna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sinjura President, is-suġġett tal-kremazzjoni mhuwiex xi ħaġa ġdida għal Malta.", "Irrid nistqarr li jien favur l-introduzzjoni tal-kremazzjoni għax nemmen li kulħadd għandu dritt jagħmel għażliet ħielsa, basta ma jkunux imorru kontra l-Liġi jew kontra d-dritt tal-ħajja tal-persuna jew tat-tarbija fil-ġuf.", "Qabel ma nibda l-intervent tiegħi, xtaqt nagħti ftit kronoloġija tad-deċiżjonijiet li ttieħdu matul l-aħħar 30 sena, li ġurnata wara l-oħra wassluna biex illum għandna quddiemna dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kien madwar 30 sena ilu li taħt Gvern Laburista beda jidher li, kemm għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, kif ukoll minħabba d-domanda dejjem tikber għax-xiri ta' oqbra ġodda, din it-tema bdiet tiġi diskussa bejn il-Gvern ta' dak iż-żmien, il-Knisja u l-privat.", "Dak iż-żmien il-Knisja kellha numru ta' riservi dwar il-kremazzjoni, li se nidħlu fihom iktar tard.", "Kien jidher ċar li, minħabba li l-popolazzjoni Maltija bdiet tikber, il-konfini ta' numru ta' rħula bdew jespandu biex bil-mod il-mod bdew imissu maż-żoni periferali tal-irħula li f'ħafna minnhom kellhom ċimiterju.", "Hekk ġara fin-Naxxar, fil-Għargħur, fil-Mellieħa u fil-Mosta.", "Dawn li qed insemmi huma ftit eżempji.", "Il-gvern tal-ġurnata kien ħa d-deċiżjoni tajba li ma jingħatawx permessi ġodda għal ċimiterji fil-qalba jew fil-viċin tal-abitat.", "Ittieħdet ukoll id-deċiżjoni li ma jsirx iktar dfin ġo monasteri, kannierji u knejjes, ħlief f'każijiet eċċezzjonali fejn irid jintalab il-permess speċifiku tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.", "Kien sar forma ta' ċensiment fl-Addolorata biex jaraw kemm kien hemm oqbra li għal raġuni jew oħra kienu ilhom ma jintużaw, fosthom kien hemm numru li kienu jappartjenu lill-Knisja.", "Instab li kien hemm numru ta' oqbra li minħabba testmenti li jipprojbixxu dfin ta' familjari oħra fl-istess qabar, kien ilhom mitluqa għal għexieren ta' snin.", "Dan niftakru għaddej waqt li d-domanda għax-xiri tal-oqbra dejjem baqgħet tiżdied, u beda jidher ċar li t-tradizzjoni li l-familjari kollha jindifnu fl-istess qabar bdiet tmajna, għax kull wild li bena familja beda jfittex li jkollu l-qabar għal uliedu.", "Dan ix-xenarju wassal biex il-prezz biex wieħed jixtri qabar sploda, u saħansitra kien hemm każijiet fejn qabar beda jinbiegħ għal somom li bdew ilaħħqu l-Lm5,000 u anke iktar.", "F'dan ix-xenarju bdew joħorġu permessi limitati għall-estensjoni ta' ċimiterji eżistenti, dejjem 'il barra miż-żoni abitati.", "Hekk ġara f'San Pawl il-Baħar, il-Mosta, l-Imġarr u l-Mellieħa, biex insemmi uħud minnhom.", "Biex ma ssirx spekulazzjoni mill-oqbra, id-Diviżjoni tas-Saħħa taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ddeċidiet li ma jsirx iktar bejgħ ta' oqbra, u allura kull min kellu dritt u kellu applikazzjoni valida għal xiri ta' qabar, beda jsirlu konvenju li, filwaqt li jippermettilu jagħmel użu sħiħ mill-qabar allokat lilu, bħal twaqqif ta' monument, dfin u affarijiet oħrajn, ma setax ibigħu jew jittrasferixxih lil terzi.", "Kien sar ukoll studju biex jindividwaw numru ta' nies li kellhom iktar minn applikazzjoni waħda, ħafna minnhom fi rħula differenti.", "Pereżempju, raġel mill-Mosta japplika għal qabar fil-Mosta waqt li l-mara tiegħu mill-Gudja tapplika għal qabar fil-Gudja.", "Dan kien isir biex l-ewwel applikazzjoni li tintlaqa' tittieħed, u jekk tiġi milqugħa t-tieni waħda tkun opportunità biex dan ibigħ il-qabar bi profitt.", "Instabu każijiet fejn missier kien japplika fuq ismu, filwaqt li uliedu li kienu għadhom jgħixu ġo daru kienu japplikaw għal qabar fuq isimhom.", "Biex is-sitwazzjoni tkompli tikkomplika ruħha kien hemm kważi fissazzjoni fost il-Maltin li kulħadd ried jindifen fil-lokalità fejn twieled.", "Kien hemm numru ta' lokalitajiet fejn il-kummissjonanti li jieħdu ħsieb il-funerali nfushom issuġġerew fejn setgħu jinbnew ċimiterji ġodda.", "F'ħafna minnhom instab li, anke jekk kien 'il bogħod mill-abitat, setgħu jaffettwaw l-akwifer, u allura ġew rifjutati.", "Għall-istess raġuni u għal raġunijiet oħra, ċimiterji abbandunati, bħal dawk użati għall-pesta, ma kienx għaqli li terġa' tużahom.", "Niftakru li dak iż-żmien kienu diġà jeżistu ċimiterji oħra fejn kien isir id-dfin ta' persuni li kienu jħaddnu twemmin differenti minn tagħna.", "Qed nirreferi għaċ-ċimiterju tat-Torok.", "Fattur ieħor kien li bdiet tiżdied il-preżenza ta' persuni li kienu jħaddnu reliġjonijiet differenti, li kienu jitolbu dfin mhux bħal tagħna.", "F'dan ix-xenarju, il-Gvern beda jfittex soluzzjonijiet alternattivi għall-isfida mhux żgħira li kellu quddiemu.", "Dak iż-żmien id-diskussjonijiet ma kenux tkomplew għal tliet raġunijiet.", "Meta l-kremazzjoni kienet diskussa fid-dettall, il-kummissjonanti li jieħdu ħsieb il-funerali waslu għall-konklużjoni li bit-teknoloġija ta' dak iż-żmien, il-kremazzjoni f'pajjiżna ma kenitx vijabbli għal numru ta' raġunijiet, fosthom li l-ispejjeż għall-kremazzjoni kienu se jkunu over and above l-ispejjeż ta' funeral tradizzjonali, għax, apparti l-ispejjeż tal-kremazzjoni, xorta waħda kien se jkun hemm l-ispejjeż tal-Knisja, tat-tebut, il-ħruq u t-trasport tal-katavru, u affarijiet oħrajn.", "Raġuni oħra kienet l-ispiża kbira li kien hemm bżonn biex ittella' t-temperatura għolja tal-ifran li jintużaw għall-kremazzjoni.", "Jiġifieri bit-teknoloġija eżistenti ta' dak iż-żmien, l-enerġija biex il-fran ilaħħqu t-temperaturi neċessarji biex il-ġisem jiġi kkremat kienet se tkun tant għolja li kien jaqblilhom iħallu l-fran imqabbda l-ħin kollu milli jqabbduhom meta jkollhom bżonnhom.", "Kien antiċipat li l-proċess tal-kremazzjoni ma kienx se jkun daqshekk popolari, u allura d-domanda għalih kienet se tkun limitata ħafna.", "Bħala inċentiv, il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien offra lill-kummissjonanti li l-krematorju jsir fuq art tal-Gvern fil-konfini tal-Addolorata, biex jiġu ffrankati l-ispejjeż għax-xiri tal-art lil min kien interessat jibda dan il-proġett.", "Raġuni oħra kienet li, għalkemm il-Knisja ma kellha qatt oġġezzjoni u ma kienet qatt direttament kontra l-kremazzjoni, kienet tinsisti li l-proċess jirrispetta t-tagħlim Kattoliku.", "Instab ukoll li kull meta l-kremazzjoni ġiet introdotta f'pajjiżi Kattoliċi, qatt ma rnexxa, l-iktar għax ħafna Kattoliċi jassoċjaw in-nar u l-ħruq mal-kastig, jew skont ir-riċerka jassoċjawh mal-purgatorju jew l-infern.", "Kien minħabba dawn ir-raġunijiet li l-biċċa l-kbira tal-kummissjonanti qatgħu qalbhom mill-kremazzjoni u waqfu hemm.", "F'dawn l-aħħar snin, rajna influss qawwi ta' ħaddiema barranin, għax hekk kienet titlob l-espansjoni tal-ekonomija mgħaġġla preżenti.", "Rajna pajjiżna jinbidel minn kwalunkwe aspett, u rridu ngħidu li din il-bidla ma kenitx dejjem pożittiva.", "Dan l-influss qawwi ta' barranin ġab miegħu twemmin u drawwiet differenti minn tagħna.", "Hemm numru minnhom li żżewġu nisa Maltin u qed irabbu l-familja fi xtutna, u wliedhom qed jattendu l-iskejjel tagħna.", "Bħala nazzjon nagħmlu minn kollox biex nintegraw dawn il-barranin magħna, u hekk għandu jkun.", "Dawn il-barranin għandhom kulturi u reliġjonijiet differenti minn tagħna, għalhekk għandna nirrispettawlhom id-drawwiet tagħhom u dak li jemmnu fih, bħalma hu d-dover tagħhom li jirrispettaw id-drawwiet u t-twemmin tagħna.", "Fostna l-Maltin illum ukoll għandna reliġjonijiet differenti, għalhekk irridu nimxu maż-żminijiet u skont iċ-ċirkostanzi.", "F'dak li qed niddiskutu llum, qed nagħtu lil kull individwu d-dritt tal-għażla dwar kif jiddisponi minn ġismu wara mewtu, fosthom il-metodu li qed nitkellmu fuqu llum, dak tal-kremazzjoni.", "Il-funerali u d-dfin tradizzjonali għandhom u se jibqgħu jsiru skont il-kulturi u r-reliġjonijiet differenti.", "Jekk verament nemmnu fid-dritt tal-għażla ħielsa, iċ-ċimiterji tagħna għandhom jibqgħu jipprovdu spazju kemm għal dawk li jixtiequ jindifnu fil-qabar, kif ukoll għal dawk li jixtiequ li ġisimhom jiġi kkremat.", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed nintroduċu l-kremazzjoni, li huwa metodu ieħor li ilu jintuża għal ħafna snin fl-Ewropa u f'ħafna postijiet oħra fid-dinja.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa intenzjonat biex nirregolarizzaw u nilleġiżlaw il-proċess tal-kremazzjoni.", "Dan jitlob li tinħareġ liċenzja mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika taħt numru ta' kundizzjonijiet u salvagwardji.", "Fih insibu l-kundizzjonijiet tal-kremazzjoni, fosthom li l-operaturi jridu jżommu reġistru dettaljat li fih iniżżlu l-ismijiet ta' dawk li ġew ikkremati u l-proċess li ntuża, biex jitnaqqas l-abbuż.", "L-Abbozz jinsisti wkoll li għandu jinħoloq reġistru nazzjonali tal-kremazzjoni, fejn wieħed waqt ħajtu jista' jesprimi x-xewqa tiegħu kif jixtieq jiddisponi minn ġismu wara mewtu.", "Dan l-Abbozz jieħu inkonsiderazzjoni l-ispazju limitat ta' pajjiżna, u jieħu ħsieb li l-proċess tal-kremazzjoni jkollu l-inqas impatt fuq l-ambjent billi jinkoraġġixxi teknoloġiji moderni environmentally friendly, bħall-użu tal-bio-cremation, fejn l-emissjonijiet ikunu xejn jew minimi.", "Nispera li bl-użu tat-teknoloġija moderna, l-ispiża tal-enerġija biex issir il-kremazzjoni llum tkun ħafna inqas minn qabel, biex dan il-proċess ikun vijabbli.", "Huwa importanti li matul il-proċess kollu tal-kremazzjoni jkun żgurat rispett lejn il-ġisem uman.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa mmirat biex jiġi użat minn persuni li għalkemm kollha jgħixu f'pajjiż wieħed, iħaddnu twemmin u reliġjonijiet differenti.", "Aħna l-Maltin li nipprattikaw ir-reliġjon Kattolika, irridu nkunu nafu x'jgħid it-tagħlim Kattoliku f'dak li għandu x'jaqsam mal-kremazzjoni.", "It-tagħlim tal-Knisja Kattolika huwa kontra li wara l-kremazzjoni l-irmied tal-ġisem jiġi mxerred fl-arja, fuq l-art, jew fil-baħar.", "Jispeċifika wkoll li l-irmied m'għandux jiġi ppreservat f'mementos, f'ġojjellerija, f'urni, jew f'affarijiet oħrajn, imma l-irmied fl-urna għandu jitpoġġa f'ċimiterju, f'qabar jew f'post sagru.", "Għalhekk, filwaqt li l-Abbozz ta' Liġi jagħtik id-dritt tal-għażla li tagħmel dak li jmur kontra t-tagħlim tal-Knisja, mhu qed iċaħħad lil ħadd milli jagħmel dan.", "B'hekk ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn reliġjon u oħra.", "Huwa tajjeb li niftakru li fuq kollox il-kremazzjoni mhi qed tiġi imposta fuq ħadd, imma kull individwu jista' jibqa' juża l-metodu tradizzjonali tal-fehma tiegħu.", "Din in-naħa tal-Kamra m'għandha ebda oġġezzjoni għall-kremazzjoni, sakemm din tkun ikkontrollata kif speċifikat f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Waqt il-Kumitat tal-Kamra pparteċipajna b'mod attiv u pożittiv biex dan l-Abbozz jasal quddiemna għall-approvazzjoni finali, għax ninsabu konxji li kull membru għandu jagħti l-aħjar tiegħu biex pajjiżna jimxi 'l quddiem fl-aspetti kollha.", "Bħal kollox, mhuwiex biżżejjed li nagħmlu l-Abbozz ta' Liġi, imma huwa importanti li meta tibda tintuża l-kremazzjoni f'pajjiżna, l-awtoritajiet responsabbli jaraw li l-liġi kif speċifikata tkun qed tiġi osservata.", "Meta tgħaddi liġi u ma tiġix infurzata, ix-xogħol li jkun sar f'din il-Kamra u fil-kumitati jkun kollu għalxejn, għax il-poplu ma jkunx qed jieħu dak li ħaqqu u dak li nkunu wegħednieh.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "CHRIS FEARNE: Sinjura President, se nibda d-diskors tiegħi billi nifraħ lill-Onor.", "Rosianne Cutajar tax-xogħol li għamlet f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Naf li għamlet ħafna xogħol u kkonsultat ma' ħafna nies.", "Kellha tim legali li kien qed jgħinha, u matul dawn ix-xhur kelli l-pjaċir li naħdem magħha mill-viċin biex naraw id-drafts ta' din il-liġi, ħalli fejn ikun hemm bżonn nirranġawh ukoll.", "Nieħu pjaċir ninnota li l-backbench Laburista, min-naħa tal-Gvern, qed juri għal darb'oħra li huwa sod, għax għandna deputati li minkejja li mhumiex fl-eżekuttiv tal-Gvern, jimpenjaw ruħhom li jagħmlu x-xogħol u jinteressaw ruħhom bis-serjetà f'dak li jiġri f'dan il-Parlament u fit-tmexxija tal-pajjiż.", "Allura, jien ngħid li dan jawgura tajjeb għal dan il-grupp ta' Membri Parlamentari, u l-poplu huwa fiduċjuż li għandna nies ta' kalibru li se jkomplu jagħtu sehemhom għal ħafna snin.", "L-Onor.", "Rosianne Cutajar, bix-xogħol li għamlet f'din il-liġi, bla dubju hija waħda minnhom.", "Nirringrazzjaha u nifirħilha tax-xogħol li għamlet.", "Irrid ngħid ukoll li dan l-Abbozz ta' Liġi ġie diskuss fil-Kabinett tal-Ministri, li kellu l-opportunità li jara, jiddiskuti u japprova d-dokument ta' konsultazzjoni li ftaħna fi Frar ta' din is-sena, u issa, ladarba ngħalqet il-konsultazzjoni u ġie mħejji l-Abbozz ta' Liġi aħħari, il-Kabinett reġa' kellu l-opportunità li japprova l-liġi kif inhi.", "Allura, għalkemm dan l-Abbozz huwa Private Member's Bill, b'sodisfazzjon ngħid u nista' nwassal l-aħbar li l-Kabinett qiegħed wara dan l-Abbozz u kellna anke l-approvazzjoni tal-President biex inkunu nistgħu rressquh quddiem il-Kamra.", "Bħala Gvern u bħala politiċi nemmnu li din il-liġi ewlenija, fost affarijiet oħrajn, turi li x-xewqa ta' individwu għandha tibqa' bejn il-kuxjenza tiegħu, il-familjari tiegħu, u n-nies li jrid jiddiskuti magħhom, u mhijiex xi ħaġa li l-Gvern jew il-politiku għandu jidħol fiha bla bżonn.", "Aħna nemmnu – din urejniha kull fejn kien hemm dibattiti u kull fejn kien hemm bżonn indaħħlu liġijiet favur id-drittijiet ċivili – li deċiżjoni li tolqot lill-individwu biss għandha tittieħed minnu, bħal kif irid iqatta' ħajtu, lil min iħobb, ma' min irid jgħix, u issa anke x'jiġri mill-fdalijiet tiegħu wara mewtu.", "Kemm jista' jkun il-Gvern m'għandux jindaħal, ħlief biex jagħmel il-qafas regolatorju li jippermetti li x-xewqat individwali ta' kull persuna jkunu jistgħu jiġu mwettqa mingħajr xkiel, b'mod li ma jagħmlux ħsara lill-individwu jew lill-kumplament tas-soċjetà, u b'mod regolat.", "Fil-fatt, din il-liġi qiegħda tipproponi li x-xewqa ta' x'jiġri mill-ġisem ta' individwu wara mewtu tibqa' bejn l-individwu u l-qraba tiegħu.", "Issa, il-Gvern, permezz ta' din il-liġi li qed tiġi diskussa fil-Parlament, fassal ir-regoli, l-istruttura u l-mod legali kif dik ix-xewqa tista' titwettaq b'mod li ma tagħmilx ħsara lill-kumplament tas-soċjetà u b'mod li tkun espressa kif suppost.", "Allura, din il-liġi qiegħda tagħmel il-qafas regolatorju ta' kif issir il-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Jiġifieri, jekk xi ħadd jixtieq li wara mewtu, minflok ma jindifen bil-mod tradizzjonali, il-ġisem tiegħu jkun ikkremat, din il-liġi qiegħda tispeċifika kif dan jista' jsir, u għall-ewwel darba qiegħda tagħti permess għall-proċess tal-kremazzjoni.", "Naturalment, biex issir il-kremazzjoni jrid ikun hawn post adattat fejn din tista' issir, li hu l-krematorju.", "Allura din il-liġi qiegħda tagħmel qafas legali ta' kif wieħed irid japplika biex ikun jista' jagħmel krematorju, x'għandu bżonn biex ikun konformi mal-liġi u jagħmel il-kremazzjoni fil-krematorju kif suppost, u x'inhuma l-ħteġijiet biex wieħed jakkwista l-liċenzja għall-krematorju.", "Jiġifieri, din il-liġi, apparti li qed tagħti l-possibbiltà li ssir il-kremazzjoni f'pajjiżna għall-ewwel darba, qed tħejji l-qafas ta' fejn u kif tista' ssir il-kremazzjoni, u x'inhuma l-ħteġijiet biex toħroġ liċenzja.", "Il-liċenzja toħroġ mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika li għandu d-dritt – u jiena ngħid il-jedd ukoll – li jispezzjona s-sit fejn ikun hemm il-krematorju biex jara li l-istandards li wieħed jistenna u li qegħdin nesiġu bid-dettall f'din il-liġi, ikunu milħuqin u miżmumin.", "Jekk dawk l-istandards ma jinżammux, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, permezz ta' din il-liġi, se jkollu s-saħħa li, jekk ikun hemm bżonn, jirrevoka l-liċenzja u jwaħħal multi lil min ikun kiser il-kondizzjonijiet tal-liċenzja.", "Il-proċess li bih għamilna din il-liġi juri li bħala Gvern aħna nieħdu pjaċir nilqgħu s-suġġerimenti u niddiskutu.", "Jiġifieri din il-liġi mhux biss hija Private Member's Bill – għax mhijiex magħmula mill-Eżekuttiv tal-Gvern – imma qabel ma bdejna nfassluha, tajna l-opportunità ta' diskussjoni wiesgħa fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, fejn kienu mistednin l-istakeholders kollha, inkluż rappreżentanti tal-Knisja Maltija, biex ikunu jistgħu jiddiskutu mal-Membri Parlamentari l-aspetti kollha involuti mal-kremazzjoni.", "Ftaħna wkoll konsultazzjoni wiesgħa għal madwar ħames ġimgħat ma' kull min kien interessat, wara li ppubblikajna dokument ta' gwida dwar kif qegħdin naħsbu li se tkun il-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li kien hemm rispons qawwi u interessanti ħafna, fejn saru kważi 30 sottomissjoni minn individwi, għaqdiet u istituzzjonijiet differenti, li ħafna minnhom kienu dettaljati sew u mhux ta' kafkaf, b'suġġerimenti dettaljati u riċerkati.", "Irrid ngħid ukoll li, minn dan il-proċess ta' konsultazzjoni, slitna xi suġġerimenti u inkludejniehom fit-tfassil ta' din il-liġi, li sar flimkien mal-Onor.", "Rosianne Cutajar u mal-Avukat Ġenerali, li kellu sehem importanti f'din il-liġi.", "Fost dawn is-suġġerimenti, kien hemm it-twaqqif ta' reġistru biex persuna tkun tista' tesprimi x-xewqa tagħha li wara mewtha tkun ikkremata.", "Persuna tista' tgħid ukoll li wara mewtha ma tixtieqx li tkun ikkremata, però aħna jidhrilna – dan huwa suġġett li forsi meta niġu għad-diskussjoni fl-istadju ta' Kumitat wieħed jista' jiddiskutih ukoll – li dawk ix-xewqat li se jkunu rreġistrati f'reġistru li se jinżamm mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika huma espressjoni ta' x'jixtieq dak l-individwu li jsir minnu wara mewtu, u jkunu linji gwida għall-qraba tiegħu, li mbagħad sta għalihom jekk jimxux skont dik ix-xewqa jew le.", "Aħna qed ngħidu li l-Gvern mhuwiex se jinforza din il-ħaġa.", "Bħalma għidt fil-bidu, din hija kwestjoni ta' twemmin u xewqat bejn il-persuna u l-qraba tagħha; però huwa tajjeb li jkun hemm dan ir-reġistru biex ix-xewqat jiġu espressi.", "Dan mhux se jkun xi reġistru pubbliku li tista' ssibu online jew tmur għand is-Suprintendent u tistaqsiha x'se jiġri wara l-mewt ta' persuna partikolari.", "Dik l-informazzjoni mhux se tingħata, għax se jkun reġistru kunfidenzjali.", "Però ladarba persuna tmut, in-next of kin tagħha se jiġu infurmati bix-xewqa tagħha, u mbagħad sta għalihom jekk josservawx dik ix-xewqa jew le.", "Dan ir-reġistru se jkun ikkontemplat bil-liġi u, jekk din il-liġi tgħaddi kif inhi, se jiġi fis-seħħ.", "Dan kien wieħed mis-suġġerimenti li ħadna mill-konsultazzjoni li għamilna f'dawn il-ġimgħat.", "L-Onor.", "Deguara qalet li jista' ma jkunx hemm talbiet biżżejjed, jew li kien hemm perjodi fejn wieħed kien jaħseb li ma kienx hemm talbiet biżżejjed għall-kremazzjoni.", "Jien bdejt nara l-istatistika ta' numru ta' bliet fl-Awstralja u sibt li hemm bliet minnhom fejn 80% tal-persuni jagħżlu li wara mewthom ikunu kkremati, jiġifieri erbgħa minn kull ħamsa.", "F'pajjiżna kkummissjonajna studju biex naraw, bejn wieħed u ieħor, xi tkun it-talba kieku f'pajjiżna kellu jsir krematorju jew iktar minn krematorju wieħed, u rriżulta li wieħed minn kull tliet persuni, jiġifieri madwar 30%, qegħdin juru x-xewqa li wara mewthom ikunu kkremati.", "It-talba qiegħda hemmhekk: iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jixtiequ li jkollhom din l-opportunità li jiddeċiedu x'jiġri mill-ġisem tagħhom wara mewthom, u allura aħna bħala Gvern nifhmu li għandna nilleġiżlaw b'dan il-mod, mhux biex kulħadd bilfors ikun ikkremat, imma biex noffru l-opportunità li min jixtieq li wara mewtu ma jindifinx fl-oqbra bil-mod tradizzjonali, ikollu l-opportunità li jagħżel il-kremazzjoni.", "Għad fadal x'niddiskutu.", "Huwa tajjeb li llum bdejna din id-diskussjoni u meta naslu fl-istadju ta' Kumitat se nkomplu bid-diskussjoni.", "Irrid ngħid li għalkemm il-perijodu ta' konsultazzjoni formalment għalaq, għad hemm l-opportunità li nisimgħu l-opinjonijiet tal-pubbliku.", "Illum stess l-Isqof ta xi veduti, li jkun tajjeb li nisimgħuhom, kif inhu tajjeb li nkomplu nisimgħu veduti ta' nies oħrajn, ħalli meta niġu biex niddiskutu din il-liġi klawsola klawsola fl-istadju ta' Kumitat, ikun hemm l-opportunità li nibdlu.", "Waħda mill-affarijiet li ddibattejna u qbilna magħha fil-liġi kienet li persuna tista' tiddeċiedi li tirreġistera x-xewqa tagħha għall-kremazzjoni mill-età ta' 16-il sena, għax dehrilna li llum f'dik l-età ż-żgħażagħ ikunu diġà maturi.", "Naħsbu li hija idea tajba li persuna ta' 16-il sena tkun tista' tieħu dik id-deċiżjoni fuqha nnifisha.", "Ma ninsewx li xi sentejn ilu f'dan il-Parlament approvajna liġi fejn ġuvintur u xebbiet ta' 16-il sena llum jistgħu jfittxu parir mediku mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħhom.", "Din qabel kienet ta' 18-il sena, u ftit tas-snin ilu niżżilnieha għal 16-il sena.", "Għalhekk jagħmel sens li anke f'dan il-każ ikunu jistgħu jiddeċiedu ta' 16-il sena u mhux ta' 18-il sena jekk iridux jiġu kkremati.", "Ladarba tgħaddi din il-liġi, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Gauci, u t-tim tagħha jkunu marbutin li fi żmien tliet xhur joħorġu l-linji gwida ta' x'livelli wieħed irid jilħaq u xi jrid jagħmel biex ikun jista' japplika għal-liċenzja ta' krematorju, kif ukoll x'inhuma l-istandards li wieħed jistenna.", "Iridu jittieħdu wkoll deċiżjonijiet amministrattivi, bħal, pereżempju, jekk għandux ikollna krematorju wieħed biss jew għandniex inħallu lil iktar minn entità waħda tagħmel krematorji differenti.", "Naf żgur li l-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA), li kienu tħabbru madwar sentejn ilu, diġà jirregolaw mill-aspett ta' ppjanar x'inhuma r-regolamenti u l-liġijiet li wieħed irid josserva biex jagħmel krematorju.", "Ovvjament, dawk ir-regolamenti jibqgħu fis-seħħ fi kwalunkwe stadju.", "Sinjura President, nerġa' nirringrazzja lill-Onor.", "Cutajar u lit-tim tagħha talli ressqu din il-liġi u ħadmu ħafna fuqha.", "Nifraħ lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, lit-tim tagħha u lid-Direttur tas-Saħħa Ambjentali, li naf li kkontribwixxew ħafna fid-diskussjonijiet u fit-tfassil ta' din il-liġi.", "Nieħu pjaċir ninnota li l-kelliema tal-Oppożizzjoni s'issa qed jgħidu li jaqblu mal-prinċipju tal-kremazzjoni u nawgura li ladarba tkun għaddiet mill-istadji kollha u tkun saret liġi, ikollna l-interess, li jien ċert li diġà jeżisti, biex ikollna krematorju f'pajjiżna.", "B'hekk, il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom l-għażla dwar xi jsir minn ġisimhom anke wara mewthom.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sinjura President, jien ukoll irrid nagħmel l-intervent tiegħi waqt dan it-Tieni Qari li jirrigwarda d-dħul tal-proċess tal-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq suġġett li jolqot lil kulħadd.", "Qabel konna ngħidu li eventwalment kulħadd jispiċċa taħt it-trab, imma naħseb li meta tgħaddi din il-liġi u l-kremazzjoni tidħol fis-seħħ, nistgħu ngħidu li hemm min se jispiċċa fil-baħar, fl-ajru u f'postijiet oħrajn, għax l-irmied ta' min ikun għadda minn dan il-proċess se jkun jista' jiġi maħżun f'postijiet partikolari, fosthom f'residenzi privati, jew saħansitra jinxteħet fil-baħar.", "Naturalment, japplikaw ċerti regoli, fosthom li ma jistax jintefa' f'xi bajja li tintuża mill-pubbliku.", "Din il-liġi se tagħti l-opportunità lil dawk kollha 'l fuq minn 16-il sena biex jesprimu x-xewqa tagħhom u din ix-xewqa se tkun reġistrata f'reġistru partikolari.", "Sinjura President, malli sirt naf li dan is-suġġett se jkun diskuss fil-Parlament, ipprovajt nieħu feedback dwaru waqt il-ħin tax-xogħol tiegħi ta' tabib meta mmur fid-djar tan-nies, u jidher li hemm barra hemm interess kbir minn nies li jridu jagħmlu użu minn dan il-proċess.", "Hemm ħafna persuni anke ta' reliġjon Kattolika li għandhom dan l-interess.", "Kif nafu, f'pajjiżna l-maġġoranza tal-poplu tħaddan ir-reliġjon Kattolika, u hemm diversi individwi ta' din ir-reliġjon li qed juru interess minn issa li jagħmlu użu minn dan il-proċess tal-kremazzjoni.", "Jidher li anke f'dan il-Parlament ilu jitqanqal l-interess, għax mill-1998 sal-lum saru madwar 12-il mistoqsija parlamentari li jirrigwardaw il-kremazzjoni.", "Jiġifieri dan is-suġġett ilu jitla' għad-diskussjoni minn Membri ta' dan il-Parlament.", "Dan juri li din il-kwestjoni tolqot lis-soċjetà, u meta wieħed iħares lejn suġġett li jolqot lis-soċjetà inġenerali, huwa importanti li jara li jkun hemm regoli li jittieħdu bis-serjetà meta dan il-proċess ikun se jibda jiġi offrut.", "Għalhekk hemm bżonn li minbarra d-diskussjoni fit-Tieni Qari li qegħdin nagħmlu llum, meta ngħaddu għall-istadju ta' Kumitat, kif dejjem isir, inkomplu nirfinaw din il-liġi billi rressqu xi emendi li nħossu li huma meħtieġa biex il-liġi tkun għall-aħjar tas-soċjetà.", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS FEARNE: Nitlob il-permess sabiex id-diskussjoni tiġi interrotta għal ftit mumenti u nipproponi mozzjoni mingħajr avviż.", "Se jkolli nagħmel dan għaliex għandi impenji oħra u ma nistax nibqa' hawnhekk għalissa.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Hawn permess sabiex id-diskussjoni tiġi interrotta għal ftit mumenti u sabiex id-Deputat Prim Ministru jressaq mozzjoni mingħajr avviż?", "Il-permess ingħata u fil-5.43 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti sabiex titressaq mozzjoni.", "SOSTITUZZJONI TEMPORANJA TAS-SEDJA", "CHRIS FEARNE: Sinjura President, biex inti wkoll ikollok l-opportunità li tieħu sehem f'dan id-dibattitu, nipproponi li, skont l-Ordni Permanenti 151, l-Onor.", "Frederick Azzopardi jippresiedi l-Kamra fil-ħin li matulu d-Deputy Speaker, l-Onor.", "Claudette Buttigieg, tagħmel id-diskors tagħha fis-seduta tal-lum, il-Ħamis, 11 ta' April 2019, fuq it-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni (Abbozz Nru 82), billi l-Ispeaker huwa msiefer fuq xogħol parlamentari.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-KREMAZZJONI", "Il-Kamra rriżumiet minn ftit tal-mumenti qabel id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Stephen Spiteri jista' jkompli bid-diskors tiegħu.", "STEPHEN SPITERI: Sinjura President, irrid nuri apprezzament għar-rapport dettaljat li sar mill-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali li ddiskuta dan is-suġġett fil-fond u ħejja rapport dettaljat u interessanti, li se jkompli jgħin biex eventwalment ikollna liġi li tirregola l-kremazzjoni f'pajjiżna u toħloq salvagwardi importanti.", "Ladarba qed insemmi s-salvagwardi, irrid nibda billi nsemmi s-saħħa u l-ambjent vis-à-vis l-impatt tal-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Kif nafu, il-kremazzjoni tista' ssir bi proċess fejn tintuża l-enerġija għall-ħruq tal-ġisem li jkun mejjet, u għalhekk se jkun hemm emissjonijiet partikolari li jistgħu joħolqu problemi ambjentali ta' tniġġis.", "Però, jidher li din il-kwestjoni qed tiġi indirizzata f'dan ir-rapport, fis-sens li qed jiġi rakkomandat li jkun hemm filters li kemm jista' jkun jaqbdu dawn l-emissjonijiet u għalhekk ikun proċess aktar environmentally friendly.", "Il-bidu ta' dan il-proċess wieħed irid jagħmlu bl-aħjar mod, għax dan mhuwiex xi proċess li ilu jsir f'pajjiżna u rridu nirfinawh.", "La għadu se jibda, ejja nagħmluh mill-ewwel kif jixraq u kif inhu l-aħjar, bl-inqas impatt ambjentali.", "Irrid ngħid li meta ssir difna f'qabar bil-mod tradizzjonali, qisu jitqies li ma ssirx ħsara għall-ambjent, imma wieħed irid jikkonsidra li xorta tista' ssir ħsara għall-ambjent u għall-water table ta' pajjiżna minħabba l-filtrazzjoni ta' ċerti sustanzi, li jistgħu jkunu tossiċi, li jitħalltu mal-ilma tax-xita li jibqa' nieżel u jikkontamina l-ilma li hemm taħt l-art.", "Jiġifieri, wieħed irid jagħmel paragun bejn dak li jseħħ meta ssir kremazzjoni u d-dfin li jseħħ illum, li qisna ħadnieh for granted li huwa normali.", "Meta wieħed jikkonsidra li f'pajjiżna jkollna madwar 3,400 imwiet fis-sena, ma jidhirx li se jkun hemm lok għal aktar minn krematorju wieħed, u b'hekk ikollna inqas problemi loġistiċi ta' fejn se jinbena, għax meta jkun hemm aktar minn wieħed, aktar jinqalgħu problemi.", "Nistgħu nqisu li dan se jkun krematorju li joffri l-aħjar proċess u li huwa environmentally friendly.", "Jeżistu wkoll proċessi li huma bio, li fihom ma jintużax il-ħruq u b'hekk tevita l-emissjonijiet, però dwar dan wieħed jara aktar 'il quddiem.", "Ladarba l-liġi tidħol fis-seħħ, kif qal il-Ministru Fearne, is-Suprintendent tas-Saħħa tkun tista' tilqa' l-applikazzjonijiet u tersaq lejn min hu interessat bil-proposti u l-proċessi meħtieġa.", "Din il-liġi wieħed irid iħares lejha b'mod li qed tagħti lok għall-opportunità li nibżgħu aktar għall-art, li f'pajjiżna hija skarsa.", "Kif nafu, f'pajjiżna l-oqbra u ċ-ċimiterji dejjem qegħdin jiżdiedu.", "Kif wieħed jista' jara, fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata l-oqbra dejjem telgħin 'il fuq u resqin lejn ir-residenzi; għalhekk, dan il-proċess mhux se ngħid li se jwaqqaf id-difniet li aħna mdorrijin bihom, imma se jkun hemm aktar bilanċ.", "Jiġifieri, meta n-nies jibdew jagħżlu li jiġu kkremati, żgur li se jieħdu inqas spazju milli jieħu ġisem sħiħ, u għalhekk nistgħu nikkonsidrawha bħala xi ħaġa pożittiva li tgħin biex nibżgħu għall-art.", "Din se ngħidha b'ton daqsxejn ċajtier, imma se nkunu qed nikkontrollaw ukoll il-prezzijiet tal-oqbra li tant qed ikun hawn talba għalihom, li qegħdin jogħlew u qed jinbiegħu bi prezzijiet fenomenali.", "Kultant tikkonfondi tixtrix garaxx jew qabar!", "Għalhekk, naħseb dan il-proċess jista' jkollu dan l-impatt f'pajjiżna, għax naħseb li se jkun hawn min imur għalih u min iħares lejh bħala l-aħjar għażla għal wara mewtu, u bħala l-aktar post naturali ta' fejn jispiċċa ġismu wara li tintemm ħajtu f'din id-dinja.", "Wieħed irid iħares lejn affarijiet oħrajn u jidħol fid-dettall tal-proċess, però nemmen li dawn għandna nitkellmuhom aktar fl-istadju ta' Kumitat milli fit-Tieni Qari.", "Pereżempju, waqt il-ħruq tal-mejjet, wieħed irid jara jekk kellux xi sieq tal-metall, għax nafu li meta l-metall jinħaraq jista' jarmi emissjonijiet aktar tossiċi mill-ġisem tal-persuna.", "Dawn huma affarijiet li wieħed irid jidħol fihom aktar fid-dettall sabiex ikollna liġi aktar b'saħħitha li tirregola u tħares lis-soċjetà, lil dawk li jkunu għażlu li jiġu kkremati u d-drittijiet tal-familji involuti.", "Kif nafu, madwar il-mejjet ikun hemm il-familja tiegħu u, għalkemm bil-mejjet tista' tagħmel li trid, il-ħajjin trid tirraġuna magħhom u tirrispetta d-deċiżjonijiet tagħhom.", "Wieħed irid jirregola dan il-proċess mhux biss biex ikollna proċess b'saħħtu, tajjeb u li jonora l-ħsebijiet tal-persuna li tkun għażlet li tagħmel dan il-proċess, però rridu nassiguraw li ċ-ċimiterji tagħna jibqgħu joffru l-għażla lil min irid imur għad-dfin normali li mdorrijjin bih.", "Dan għandu jibqa' jsib l-ispazju addattat u ċ-ċeremonji assoċjati ma' dan il-proċess u t-tradizzjoni; però, naħseb li għandna nibdew infittxu postijiet fiċ-ċimiterji tagħna għal min irid jikkrema ruħu, u allura għandu jkun hemm spazju apposta fejn jitpoġġew dawn il-fdalijiet.", "Kif nafu, għandna tradizzjoni li wara l-mewt ta' dawk li huma qrib tagħna, bħal tal-familja u l-ħbieb, nibqgħu nuruhom rispett.", "Kieku eventwalment ikollna awtorità li tieħu ħsieb u tirregola dan il-proċess, inkunu nistgħu noħolqu qafas regolatorju li jirregola l-proċess mill-bidu sal-aħħar tal-kremazzjoni, id-drittijiet ta' min ikun irreġistra biex jgħaddi minn dan il-proċess, u jassigura li ma ssirx ħsara għall-ambjent u għall-persuni li jgħixu fil-viċin, waqt li fl-istess ħin naraw li x-xewqa ta' dak li jkun tkun rispettata.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, f'dan is-suġġett irridu nħarsu wkoll lejn il-lat reliġjuż għax nafu li ħafna mill-poplu Malti jappartjeni għar-reliġjon Kattolika.", "Għalhekk, minbarra li nisimgħu l-parti legali li tkun tgħodd għall-poplu Malti u Għawdxi kollu dwar dawk li b'xi mod jew ieħor jiġu nieqsa f'pajjiżna, irridu naraw x'għandha xi tgħid il-Knisja u x'direzzjoni tagħti lill-fidili tagħha.", "Qabel ma nitkellem fuq dan il-lat, naħseb li jkun tajjeb li nitkellem fuq il-perspettiva ta' minn fejn bdiet id-diskussjoni fuq il-kremazzjoni u se mmur lura għall-1997 meta jien kont Ministru għas-Saħħa u l-Anzjani.", "Dak iż-żmien konna qegħdin niddiskutu dwar il-futur taċ-ċimiterji f'pajjiżna u l-problemi li jinqalgħu fejn ikun hemm talbiet minn eluf ta' persuni li jindifnu f'qabar, dwar il-problemi ambjentali li joħolqu dawn iċ-ċimiterji f'pajjiżna, kif ukoll il-problema tal-ispazju għax ma nistgħux nibqgħu nkomplu nwessgħu fihom.", "L-Onor.", "Deguara wriet it-tħassib tagħha dwar il-problema ambjentali minħabba li qegħdin nużaw art li ħafna minnha tkun ODZ biex ikollna aktar oqbra.", "Irrid ngħid li wieħed dejjem jista' jnaddaf l-oqbra eżistenti, imma fir-realtà nsibu ħafna familji li jagħmluha premura li ħadd iktar ma jista' jindifen f'dak il-qabar li jkun riservat għall-persuni li jkunu diġà ndifnu fih.", "Dan joħloq ħafna problemi, aktar u aktar meta ħafna minnhom ikunu ilhom għexieren ta' snin ma jintużaw.", "Jinħolqu kwestjonijiet dwar oqbra eżistenti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw, apparti li dan iwassal biex familji oħrajn fil-futur jagħmlu l-istess ħaġa.", "Dakinhar konna qegħdin ngħidu li rridu nħarsu b'mod laterali lejn il-problema tal-espansjoni tal-oqbra, ta' nuqqas ta' oqbra u tan-numru ta' talbiet li hemm minn ħafna nies biex jixtru oqbra għalihom u għall-familja tagħhom.", "Dakinhar konna dħalna f'diskussjonijiet mal-Knisja u mal-Vigarju li jirrappreżenta l-Vatikan biex inkunu nistgħu naraw kif taħsibha l-Knisja fuq il-kremazzjoni, u kienu tqajmu diversi punti, fosthom li wieħed irid jirrikonoxxi li bl-ebda mod ħadd ma jista' jwaqqaf mit-tagħlim tal-Knisja dwar x'jista' u x'ma jistax isir.", "Għalkemm huwa ċar li mhijiex problema li persuna nisranija tiġi kkremata għax mhijiex xi ħaġa li tmur kontra t-tagħlim tal-Knisja, hemm regoli dwar x'jiġri wara.", "Wieħed mill-għanijiet kien li, jekk wieħed jagħżel il-kremazzjoni, ma jagħmilhiex bil-ħsieb li jaħraq ruħu.", "Dawn huma direzzjonijiet li, meta wieħed ikun qed iressaq il-liġi, irid iżomm f'moħħu għax il-liġi tolqot lil kulħadd.", "Skont it-tagħlim tal-Knisja, hemm raġunijiet għalfejn wieħed ma jistax jagħmel kremazzjoni, li mhumiex għax inti nisrani, imma minħabba l-ħsieb li jkollok f'moħħok.", "Hemm ukoll restrizzjonijiet dwar x'jiġri wara l-kremazzjoni, għax il-Knisja għandha l-libertà kollha li tagħti d-direzzjonijiet tagħha lill-Kattoliċi, u min hu Kattoliku jrid joqgħod għad-direzzjoni li tagħtih il-Knisja.", "Qed ngħid hekk għax din id-diskussjoni tmur lura għal aktar minn 20 sena.", "Sfortunatament, minkejja li konna diġà qegħdin naraw il-pjanti dwar kif wieħed għandu jimxi 'l quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidliet neċessarji għall-introduzzjoni ta' oqbra ġodda, fejn konna għidna li parti mill-ispiża kellha tmur għar-rinovazzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata li huwa ġojjell li jaffaxxina lil ħafna nies li jiġu pajjiżna minħabba l-arkitettura li hemm fih.", "Fil-fatt kien diġà beda x-xogħol fil-Kappella, imma sfortunatament dan il-ġojjell kompla jiddeterjora matul iż-żmenijiet.", "Għaddew is-snin u dħalt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn kont responsabbli mill-ippjanar, u konna ressaqna policy li kellha x'taqsam speċifikament maċ-ċimiterji f'pajjiżna.", "Dak iż-żmien kelli diversi diskussjonijiet u laqgħat.", "Erġajt iltqajt mar-rappreżentanti tal-Knisja biex nara li għadu jgħodd dak li kienu ddiskutew magħna dwar id-direzzjoni li kienu qegħdin jagħtu qabel, jiġifieri, li għall-Knisja mhijiex problema li persuna Kattolika tiġi kkremata, basta skont ir-regoli li kienu ġew diskussi fl-1997.", "Hemmhekk konna ħadna d-deċiżjoni li noħorġu policy li tirrigwarda ċ-ċimiterji, li fiha kien hemm inkorporata l-kremazzjoni u dak li kien hemm min tkellem dwaru f'din il-Kamra, bħall-kwestjoni tad-distanzi, tal-ambjent u d-diversi prekawzjonijiet li wieħed għandu jieħu biex jibni krematorju f'pajjiżna.", "Kien hemm interess mis-settur privat u saru diskussjonijiet dwar jekk dan għandux jinbena mill-Gvern u jiġi mmaniġġjat mill-privat, jew għandux jinbena mill-privat u jiġi mmaniġġjat mill-privat.", "Saret ukoll evalwazzjoni ta' jekk il-Gvern għadnux jibnih hu u jmexxih hu.", "Qed ngħid dan biex nuri li hemm viżjoni ċara li ilha għaddejja għal aktar minn 20 sena dwar il-ħtieġa li jkollna l-kremazzjoni f'pajjiżna.", "Għalhekk, meta l-Onor.", "Cutajar ressqet l-Abbozz ta' Liġi li bih qed tipproponi li tiddaħħal il-kremazzjoni f'pajjiżna, ma stajtx ma nagħtihiex l-appoġġ tiegħi, għax qegħdin nersqu biex inkunu nistgħu nwettqu dak li bdejna 20 sena ilu.", "Għall-inqas, għandna l-Abbozz ta' Liġi li eventwalment iwassal għall-pass li jmiss, li s-setturi jkomplu jibnu fuq il-policy tal-Awtorità tal-Ippjanar, li tolqot kemm iċ-ċimiterji kif ukoll il-krematorju.", "B'hekk issa wieħed se jkollu direzzjoni ta' kif jista' jidħol għal dan is-settur u jimxi 'l quddiem.", "Irrid ngħid li dan ma jfissirx li għandna nabbandunaw ċerti opportunitajiet – hawn se nsemmi affarijiet li m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-kremazzjoni – bħalma huma d-donazzjonijiet tal-organi.", "Ftit ilu, f'dan il-Parlament, uħud mill-Membri Parlamentari u mill-ħaddiema tal-Parlament irreġistraw ruħhom għad-donazzjoni tal-organi.", "Jien l-ewwel darba li għamiltha madwar 22 sena ilu u erġajt ikkonfermajtha ftit tal-ġimgħat qabel ma saret hawnhekk, waqt show tal-112 fejn kien hemm l-opportunità li tirreġistra għad-donazzjoni tal-organi, u jien kont irreġistrajt hemmhekk.", "Waħda mill-kwestjonijiet prinċipali li ddiskutejna bejnietna kienet dwar is-sigurtà.", "Forsi hawn min qed jistaqsi fiex tidħol is-sigurtà f'dak li għandu x'jaqsam mal-kremazzjoni.", "Is-sigurtà tidħol minħabba ċerti ċirkostanzi li jistgħu jinqalgħu b'relazzjoni ma' kawżi li jkun hemm fil-qrati jew investigazzjonijiet li jkunu qegħdin isiru min-naħa tal-Korp tal-Pulizija.", "Fil-fatt, dan l-Abbozz ta' Liġi ħa ħsieb dan il-punt, li rridu nkomplu nenfasizzawh waqt id-diskussjoni li se ssir fl-istadju tal-Kumitat.", "B'hekk inkunu qegħdin nassiguraw li ma jkun hemm l-ebda abbuż mill-kremazzjoni biex wieħed jgħatti xturu fuq xi ħaġa.", "Huwa importanti li nkomplu niffokaw fuq dan il-punt, ħalli ma jkollniex sitwazzjonijiet fejn jinqalgħu xi problemi u jkollna nwaqqfu xi ħaġa tajba li nkunu bdejna.", "Nifraħ lill-kollega l-Onor.", "Cutajar għall-preżentazzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, li se jkun qed iġib fis-seħħ u jikkonsolida deċiżjonijiet li diġà ttieħdu minn dan il-Gvern f'leġiżlatura preċedenti biex tkun tista' tiddaħħal il-kremazzjoni, u nkomplu nkunu innovattivi bla ma nibżgħu nieħdu ċerti passi.", "Nagħlaq billi ngħid li l-Knisja mhijiex kontra l-kremazzjoni, imma rridu nirrispettaw it-tagħlim li tagħti kemm dwar qabel ma ssir il-kremazzjoni, kif ukoll dwar x'jista' jsir mill-irmied ta' dawk li jiġu kkremati.", "Nemmen li dan huwa pass 'il quddiem, pass bżonjuż, u pass relattivament urġenti.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, qed nieħu pjaċir nara mozzjoni privata mressqa mill-Onor.", "Cutajar dwar dan is-suġġett, li t-triq biex ikun jista' jitwettaq diġà kienet tħejjiet.", "Fil-fatt, fil-leġiżlatura l-oħra kienet saret konsultazzjoni pubblika dwar il-policy taċ-ċimiterji u l-gwidi tad-disinn kif iċ-ċimiterji għandhom joperaw skont l-Awtorità tal-Ippjanar, li dak iż-żmien kienet għadha l-MEPA.", "Kien fl-2014 meta fil-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp ġie diskuss il-proċess biex 'il quddiem f'pajjiżna tibda ssir il-kremazzjoni, u fil-fatt illum wasalna għal dan il-pass.", "Nafu li din il-liġi ilha approvata madwar id-dinja għal aktar minn 130 sena u l-Knisja Kattolika ilha li approvatha aktar minn 50 sena.", "Imma, f'dak il-Kumitat konna qajjimna żewġ punti li huma relevanti.", "L-ewwel punt huwa dwar metodu ieħor ta' dfin dinjituż – hawn mhux qed nitkellem fuq il-kremazzjoni, imma qed nitkellem fuq resomation – fejn, minflok ma jsir il-ħruq tal-katavru, dan jitpoġġa ġo banju b'kimika li tħoll il-ġisem b'tali mod u manjiera li l-ġisem jispiċċa bio-fluid u jibqa' l-irmied – jekk trid issejjaħlu hekk, għax m'hemmx ħruq – jew aħjar il-fdal tal-għadam jew xi prosthesis li l-ġisem jista' jkollu, bħal stainless steel ta' xi hip replacement jew xi metall tas-snien u affarijiet bħal dawn.", "Ir-resomation hija xi ħaġa riċenti u qed tidħol f'ċerti pajjiżi bħala metodu alternattiv għall-kremazzjoni.", "Din daħlet wara l-marda qerrieda tal-annimali, il-Mad Cow Disease, li taffettwa lill-bniedem ukoll, u allura riedu jkunu ċerti li jeqirdu l-mikrobu totalment.", "Qed ngħid hekk għax id-dfin tradizzjonali mhuwiex sterili għax hemm infezzjonijiet li wieħed jista' jieħu mill-mikrobi, filwaqt li l-kremazzjoni toqtol il-mikrobi għax it-temperatura hija għolja ħafna.", "Il-vantaġġ tar-resomation fuq il-kremazzjoni huwa li l-prezz hu irħas u allura naħseb li mill-aspett ekonomiku rridu nħarsu lejh ukoll.", "Barra minn hekk, mill-aspett ambjentali it's a green burial għax il-waste tiegħu mhuwiex ħruq – il-ħruq naturalment iżid il-carbon footprint – u l-ilma tiegħu jista' jintuża għall-irrigazzjoni, u l-irmied li jifdal jista' jmur fis-sistema.", "Ir-resomation huwa pass 'il quddiem li soċjetà aktar moderna tista' tintroduċi.", "Dan huwa proċess mgħaġġel ħafna ta' dak li s-soltu jsir b'mod naturali bil-mikrobi biex il-ġisem jinħall minn mal-iskeletru u l-iskeletru jsir irmied.", "Permezz ta' din il-kimika, il-proċess isir f'numru ta' sigħat.", "Din hija xi ħaġa li l-Knisja għadha ma daħlitx fiha sew, imma ta' min jgħid li forsi 'l quddiem f'din il-Kamra dan is-suġġett – forsi jien ma nkunx hawnhekk – ikun jista' jiġi diskuss.", "Hemm ħaġa oħra li konna tkellimna fuqha fil-Kumitat, u din hija r-regolamentazzjoni għax kien hemm bżonn li nsaħħu r-regoli ta' kif għandhom jidħlu aktar standards ta' good practice.", "Qed nieħu pjaċir li hawn fostna s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.", "Naħseb li wasal iż-żmien li meta niġu għar-regolamentazzjoni ma nagħmluhiex biss permezz ta' public private partnership; hemm bżonn li l-kuntratt li jsir meta niġu għad-dfin, ikun aktar strett.", "Ma rridx ninftiehem ħażin, hemm serħan il-moħħ imma tajjeb li jkun hemm restrizzjonijiet u monitoraġġ ferm aħjar.", "Hemm xi ħaġa li jien żgur bħala tabib niltaqa' magħha minħabba ċerti affarijiet li jsiru wara l-mewt.", "Meta katavru jinqala' mill-qabar wara li jkun midfun b'mod tradizzjonali biex il-fdalijiet tiegħu jiġu trasferiti xi mkien ieħor, jew biex issir manutenzjoni tal-qabar, jew biex jitnaddaf, l-emozzjonijiet li jinħolqu lill-membri tal-familja huma ta' qsim il-qalb, u nemmen li bis-saħħa tal-kremazzjoni dan se jiġi evitat.", "Nifhem ukoll li l-qafas ta' din il-mozzjoni qed iħares lejn kull possibilità li tista' tinħoloq, u għaldaqstant hija xi ħaġa għall-aħjar.", "Bħala Mexxej tal-Partit Demokratiku, irrid ngħid x'inhu l-istatement tagħna.", "Aħna favur il-ħajja u l-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem mill-konċepiment sal-mewt naturali tiegħu, u nemmnu li għandna nħarsu lejn il-mewt b'dinjità u li ċ-ċerimonja tad-dfin għandha ssir b'dinjità.", "Nifhem li dan l-Abbozz ta' Liġi qed iħares lejn dawn iċ-ċirkostanzi biex iseħħu b'dan il-mod, imma kulħadd jaf li dan l-istatement li għadni kemm qrajt meta tkellimt favur il-ħajja u l-ħarsien tal-bniedem mill-konċepiment sal-mewt naturali u li mmutu b'dinjità, f'din il-Kamra mhux kulħadd jaqbel miegħu, u għalhekk nixtieq inwessa' l-ħsieb tiegħi fuq dan il-punt.", "Smajt diversi kelliema qabli jitkellmu fuq xewqat u opportunitajiet ta' għażla dwar x'għandu jsir wara l-mewt ta' individwu, imma ħadd ma tkellem fuq drittijiet u dmirijiet.", "Se nikkwota lill-E.T. il-President George Vella li fid-diskors tal-ħatra tiegħu nhar l-4 t'April, waqt is-seduta speċjali li saret fil-Palazz il-Belt, qal hekk:", "\"Fuq kollox, ir-rispett tal-ħajja mill-bidu nett tagħha sal-aħħar nifs tal-individwu.", "Huwa dan il-ħarsien u r-rispett lejn il-valuri etiċi, morali u soċjali li jgħollu d-dinjità tal-individwu fis-soċjetà tagħna.\"", "Hawnhekk il-President meta tkellem dwar tmiem il-ħajja, ma tkellimx dwar xewqat jew opportunitajiet, imma tkellem fuq drittijiet u dmirijiet li għandna lkoll kemm aħna f'din il-Kamra.", "Qed ngħid hekk għax kienu ħafna l-kelliema li kienu qegħdin jitkellmu fuq kif għandna niddisponu mill-ġisem wara mewtna, però hemm drittijiet oħra li rridu nħarsu.", "F'din il-Kamra ħadd ma tkellem dwar l-ewtanasja, li huwa suwiċidju assistit b'mod mediku, anke jekk id-deċiżjoni tkun ittieħdet b'mod legali minn qabel minn dik il-persuna.", "F'din il-Kamra ntqal li hemm bżonn inħarsu b'mod laterali, u se niftaħ id-dibattitu b'mod laterali fuq dan is-suġġett għax qegħdin nitkellmu fuq x'jiġri minna wara li mmutu biex immutu b'dinjità.", "Bħala politiċi kulħadd jaqbel li għandna nħarsu d-dinjità tal-persuna u li għandna nqisu li tintlaħqet il-milja tagħha matul il-ħajja.", "Jien nemmen li d-dinjità tal-persuna għandna nħarsuha mill-ewwel farka ossiġnu li l-bniedem jieħu meta jkun għadu zygote – li hu l-ewwel stadju tal-embrijun – sal-aħħar nifs li jieħu meta jmut mewta naturali li tkun komda u mmaniġġjata kif suppost.", "Wara kollox, l-Istat għandu d-dmir li jipprovdi għal dak it-tip ta' xenarju, li wieħed imut mewta dinjituża, għax dak huwa dmir soċjali, u għaldaqstant nifhem li bħalma jien kontra l-piena kapitali, hekk ukoll għandi nkun kontra dik l-għażla.", "Din ngħidha bl-ikbar responsabbiltà bħala tabib li ffaċċjajt il-mewt kemm-il darba f'ċirkostanzi differenti, biex ma ngħidx li rajtha jien personali, imma llum għadni magħkom.", "Id-dritt tal-ħajja huwa xi ħaġa sagrosanta, u mhijiex tal-bniedem biss imma tappartjeni lill-komunità.", "Il-fatt li nħarsu l-ħajja huwa dritt fundamentali li aħna bħala persuni pubbliċi għandna nħarsuh.", "Ladarba qed nitkellem fuq id-dritt tal-ħajja, mingħajr ma rrid - għax wara kollox jien kont il-Ministru li daħħalt l-IVF f'Malta, li hija xi ħaġa li nemmen ħafna fiha - se nsemmi dritt tal-ħajja ieħor, ta' dawk l-individwi li jiffaċċjaw problemi dwar il-mod kif se tiżvolġi ħajjithom, jew jekk ħajjithom hux se tintemm b'mod artifiċjali għax ix-xjenza ma tiggarantixxix li meta joħorġu mill-iffriżar, ħajjithom se tkompli.", "Dawn għalija, bħala tabib, huma individwi wkoll u għaldaqstant qed nitkellem f'isimhom.", "Illum il-ġurnata, għandna 15-il embrijun iffriżat – isejħulu embrijun, imma jien insejjaħlu bniedem – li sas-sena d-dieħla żgur li se jiżdiedu u ħadd ma jaf eżattament x'se jiġri minnhom.", "Meta jkun hemm ħames embrijuni ffriżati, jien min jien bħala tabib biex lil tnejn minnhom ngħidilhom li se jitwieldu disa' xhur oħra, u lit-tlieta l-oħra ngħidilhom li ma nafx meta se jitwieldu u jista' jkun li jieħdu s-snin, jiddependi mill-ġenituri tagħhom jew jiddependi jekk jaqgħux taħt il-kustodja tal-Istat li mbagħad jara lil min se jagħtihom?", "F'dan l-aspett ukoll irridu nħarsu d-dinjità, u hawnhekk huwa l-qofol ta' kollox.", "Dan l-embrijun, li huwa bniedem li għall-mument l-istadju tal-ħajja tiegħu twaqqaf permezz tal-friża u jistgħu jgħaddu numru ta' snin qabel ma jerġgħu jagħtuh iċ-ċans li jkompli ħajtu, meta jiġi mogħti lil koppja oħra li mhumiex il-ġenituri tiegħu, l-ewwel mistoqsija naturali li se nidħlu fiha bħala pajjiż … Għax min ikun se jaddotta persuna li għadha fi stadju ta' embrijun, ma jridx li tkun diżabbli jew li jkollha xi mard ereditarju.", "Allura l-pass li jmiss se jkun l-ittestjar ġenetiku u, jgħidu xi jgħidu min-naħa tal-Gvern, l-ittestjar ġenetiku biex jaraw jekk l-embrijun jissodisfax lil dawk li jkunu se jaddottawh, se jkun kriterju li mingħajr ma rridu se jidħol u qiegħed wara biebna, għax bdejna bi 15-il embrijun iffriża u dawn se jiżdiedu.", "Meta nitkellem fuq mewt dinjituża u fuq id-dinjità tal-persuna wara l-mewt, la konna qegħdin nitkellmu fuq xewqat u opportunitajiet ta' għażla dwar kif għandna niddisponu minn persuna wara mewtha, għalija dan jgħodd ukoll fil-każ ta' pazjent li jista' jkun għadu qed jiddeċiedi minħabba li l-liġi dwar l-ewtanasja għadha se tiġi diskussa.", "Tissemma fil-manifest, imma għadna ma nafux x'inhi għax is-sentenza hija qasira.", "B'dak li implimenta l-Gvern bis-saħħa tal-IVF daħħalna lis-soċjetà fi sqaq li pajjiżi oħra qegħdin ibatu minnu, meta l-IVF waħdu mingħajr l-iffriżar għandu s-suċċessi tiegħu.", "Forsi m'għandux is-suċċessi tal-indiċi li wieħed jixtieq bl-IVF bl-iffriżar, imma hemmhekk lgħabna mal-ekwità u l-ugwaljanza bejn persuni li huma differenti.", "Lgħabna wkoll mal-valuri li lill-bniedem ma nirrikonoxxuhx meta jkun għadu fil-ġuf tal-omm.", "Jien nemmen ħafna fid-dinjità tal-mara.", "Mhux nemmen biss, imma b'għemili wettaqtha tul ħajti kollha.", "Lili tolqotni fil-laħam il-ħaj meta d-dinjità tal-mara ma titħarisx.", "Għalkemm lit-tarbija b'mod mediku nsejħulha embrijun jew fetu, għalija xorta hija tarbija, u għad irrid insib omm li tidħol fil-klinika tiegħi u tistaqsini kif inhu l-fetu, jew kif inhu l-embrijun!", "Ħadd ma jiġi jgħidli hekk, imma kulħadd jistaqsini kif inhi t-tarbija, għax dawk huma qisien arbitrarji b'mod mediku min-naħa tal-klinika tagħna.", "Allura aħna qegħdin f'sitwazzjoni fejn, minkejja l-progress kollu li għamilna, bħala soċjetà qegħdin narmu l-ħajja ta' bniedem li jista' jkollu ċ-ċans li jgħix.", "Nagħlaq billi ngħid li l-pass li sar b'dan il-Private Member's Bill, li tressaq min-naħa tal-Onor.", "Cutajar, huwa fit-triq it-tajba.", "Nemmen li aktar 'il quddiem meta jidħol ir-resomation għad ikun hemm pass ieħor, li wara kollox għandu inqas effetti fuq in-natura.", "Nemmen ukoll li meta nħarsu lejn id-dinjità tal-aħħar mumenti tal-ħajja ta' persuna u dak li jiġri wara mewtha, hemm bżonn niflu l-affarijiet sew, anke f'ċirkostanzi oħra, bħal jekk dan il-Parlament jgħaddi l-ewtanasja, kif ukoll fiċ-ċirkostanzi li dan il-Parlament għadda liġi dwar l-iffriżar tal-embrijuni.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER (Onor. Frederick Azzopardi): Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, se nitkellem strettament fuq l-Abbozz ta' Liġi li qed tippreżenta l-Onor.", "L-ewwel nett, nifirħilha għal dan l-Abbozz ta' Liġi, mhux biss għax hija mara bħalma semmiet fil-bidu ta' din id-diskussjoni, imma wkoll għax, bħalma qal l-Onor.", "Fearne, hija waħda mill-iżgħar Membri ta' din il-Kamra.", "Jien naħseb li jawgura tajjeb ħafna meta f'din il-Kamra jkollna l-aktar Membri żgħar li jippreżentaw ħidma bħal din, li naf li mhijiex ħidma faċli.", "Jien għamilt żmien naħdem fil-Ministeru tas-Saħħa u allura kelli mmiss ma' kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' oqbra, ma' mewt eċċ. u naf li mhuwiex suġġett favorit ma' ħafna nies.", "Waqt li kienu għaddejjin id-diskorsi, bdejt nieħu xi noti u se nibda minn xi ħaġa li aċċenna għaliha l-Onor.", "Michael Farrugia meta qal li l-Abbozz ta' Liġi qed jipprovdi għal sitwazzjonijiet fejn, minħabba raġunijiet ta' qrati, ikunu jridu jsiru xi testijiet jew ikollu jinqala' l-katavru mill-qabar.", "Jien nixtieq li l-Onor.", "Cutajar tispjegalna daqsxejn fuq dan.", "Infakkar lil din il-Kamra li artiklu 553 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) jitkellem dwar il-qligħ ta' katavru mill-qabar, u naħseb li jkun hawn ħafna nies li jistaqsu dwar dan.", "Forsi jien ma rnexxilix nidħol sewwa f'dan l-aspett, imma nixtieq li l-Onor.", "Cutajar tispjegah, ħalli min qiegħed isegwina jkun jista' jifhem.", "Naf li f'pajjiżi differenti hemm il-prassi li jittieħdu xi kampjuni qabel ma ssir il-kremazzjoni; allura forsi l-Onor.", "Cutajar tista' tiggwidana.", "Ħadt nota ta' diversi aspetti li jissemmew u hemm xi affarijiet oħra li xtaqt niġbed l-attenzjoni għalihom.", "M'għandix dubju li għalkemm hemm ħafna nies li ma jeħdux gost jitkellmu fuq dan is-suġġett, huwa suġġett li jqajjem ħafna interess.", "Meta kont naf li se jitressaq dan l-Abbozz ta' Liġi, bdejt nistaqsi lin-nies ta' madwari, u jkolli ngħid li l-iktar reazzjoni li kelli hi li hemm ħafna nies, tal-inqas fiċ-ċirku ta' nies li naf jien, li jew qatt ma ħasbuha jew li ħasbuha sew u l-idea tal-kremazzjoni tinteressahom.", "L-iktar li jinteressahom huwa l-fatt li eventwalment il-fdalijiet fl-urni jinżammu fil-qabar tal-familja, fejn qisek tkun qed torbot ir-rabta emozzjonali ma' tal-familja.", "Kif semmiet l-Onor.", "Cutajar, jista' jkun hemm min ikollu interess li jagħmel affarijiet oħra; però m'iniex se noqgħod nidħol fuq x'tgħid u ma tgħidx il-Knisja.", "Fl-aħħar mill-aħħar, naħseb li l-Knisja kienet ċara ħafna fuq il-pożizzjoni tagħha, u dak irridu nirrispettawh sew.", "Naħseb li din il-liġi hi miktuba b'tali mod li qed tagħti l-għażla lil dak li jkun biex jiddeċiedi jridx jimxi ma' dak li tgħid il-Knisja jew iridx jagħmel affarijiet oħra, imma ovvjament dik hija għażla personali ħafna.", "Li jinkwetani daqsxejn hu jekk l-għażla aħniex se nirrispettawha mija fil-mija, għar-raġuni li kemm f'dan l-Abbozz u kif ukoll minn xi kelliema ssemmiet il-kwestjoni tar-reġistru li m'għandux rabta legali.", "Dan nifhmu eżattament, però minn hawnhekk irrid nagħmel appell.", "Illum il-ġurnata, bħalma semma l-Onor.", "Farrugia, ir-reġistru tad-donazzjoni tal-organi huwa xi ħaġa formalizzata ħafna.", "Waqt id-dibattitu dwar jekk għandniex naslu għal dan tip ta' reġistru, qamet il-kwestjoni jekk għandniex nagħmlu an opt-out, an opt-in, eċċ. Peress li huwa reġistru pjuttost għall-awtoritajiet, f'dan il-każ is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika – minn hawnhekk insellem lil Dr Gauci u nirringrazzjaha għax-xogħol tagħha – u ma jkunx hemm dik ir-rabta, ma naħsibx li għandna nagħtu l-messaġġ li l-familjari ma jirrispettawx dik ix-xewqa, minkejja li l-għażla hi kompletament f'idejhom.", "Jien nappella li għalkemm il-liġi mhux qed tgħid li hemm rabta legali – u nifhem perfettament għalfejn għax, jekk qed ngħidu li hija l-għażla tal-indivdwu, m'għandux ikun il-Gvern li jimponiha, għax dik hija daqsxejn ta' kontradizzjoni, imma rridu nifhmuha – min-naħa l-oħra rridu nagħmluha ċara għax forsi jkollok individwi li jiddejqu jitkellmu ma' tal-familja dwar x'jixtiequ li jsir wara mewthom.", "Tal-familja tiegħi jafu eżattament f'inhuma x-xewqat tiegħi.", "L-organi li jistgħu jingħataw jittieħdu u, fil-każ tal-kremazzjoni, żgur li se nkun waħda minn tal-ewwel li nirreġistra għaliha.", "Però, hemm nies li mhumiex komdi li jagħmlu dan it-tip ta' diskors.", "Mela, ladarba r-reġistru qed jintuża biex turi b'mod ċar li dik hija x-xewqa tiegħek, minn hawnhekk nappella maturità min-naħa tal-poplu biex jirrespetta dik ix-xewqa, għax inkella l-idea ta' reġistru kważi se tkun falza f'wiċċna, speċjalment għal min ikun għamel dik ix-xewqa.", "Bħalma għidt, il-liġi tagħmilha ċara b'mod ovvju – imma forsi mhux għal kulħadd – li din qiegħda taqa' taħt is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, li wara li tgħaddi din il-liġi se tkun qed toħroġ linji gwida.", "Tissemma wkoll il-liċenzja tal-krematorju u, bħalma qalet l-Onor.", "Cutajar, il-krematorju għandu jinkludi l-kamra mortwarja, il-viewing room, il-faċilitajiet ta' qabel il-kremazzjoni fejn jitneħħew partijiet li ma jinħarqux, u l-liċenzja li hija għal ħames snin.", "Minn hawnhekk nixtieq nitlob lill-Onor.", "Cutajar biex tiċċara daqsxejn il-punt fuq it-trasferiment tal-liċenzja.", "Dan huwa punt li lili jinkwetani daqsxejn għax, jekk individwu jkollu l-liċenzja, b'liema mod jista' jaqbad u jittrasferixxi dik il-liċenzja lil ħaddieħor?", "Dan il-punt ma rajtux daqshekk ċar, u forsi nistgħu nispjegawh.", "Jien nibża' mill-abbużi, u f'din il-Kamra dejjem nippruvaw naħsbu fil-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx.", "Bħalma għidt, ir-raba' parti ta' dan l-Abbozz hi ddedikata kompletament għar-reġistru.", "Naħseb li huwa importanti li n-nies jifhmu li, għalkemm m'hemmx rabta legali, xi tip ta' rabta għandu jkun hemm.", "Jekk inħarsu lejn subklawsola 14 (4), minn paragrafu (a) sa (d) jitkellmu fuq ir-raġunijiet għalfejn jista' jkun li r-reġistru ma jiġix segwit.", "Forsi hemmhekk tista' wkoll tamplifika daqsxejn oħra l-Onor.", "Hemm xi ħaġa oħra li għandna bżonn niċċarawha xi ftit.", "Filwaqt li fi klawsola 15 tissemma l-kwestjoni tad-data protection – wieħed jifhem li ma tistax tkun taf min qiegħed f'dan ir-reġistru sakemm tasal il-mewt – hemm imniżżel li r-reġistru jistgħu jsirulu emendi.", "Allura forsi dak li jkun jistaqsi jekk ladarba jirreġistra, jistax jitneħħa mir-Reġistru mingħajr ma jkun jaf, għax jekk se jiġi infurmat b'xi emendi, il-kwestjoni tad-data se taqa'.", "Nixtieq daqsxejn spjegazzjoni fuq dan il-punt ukoll, għax naħseb li la hemm il-kwestjoni tad-data protection, għandna bżonn inkunu ċari dwar x'tip ta' emendi jistgħu jsiru.", "Klawsola 17 tgħid li:", "\"Mal-mewt ta' persuna li mhijiex reġistrata skont dan l-Att, l-għażla jekk tiġix ikkremata jew midfuna tittieħed minn:\"", "u jispjega minn min.", "Waħda mill-affarijiet li għoġbuni f'din il-liġi, u li hi marbuta mar-reġistru, hija l-opt-out.", "Jiġifieri n-nies jistgħu jniżżlu b'mod ċar li ma jixtiqux li jkunu kkremati, u m'iniex se noqgħod ngħid għalfejn.", "La hija għażla personali, frankament mhi affari ta' ħadd għalfejn; però hemmhekk ukoll irridu nkunu ċerti li din ix-xewqa tiġi rispettata.", "Hawnhekk reġa' għandna din il-kontradizzjoni li r-reġistru m'għandux rabta legali, u naħseb li jista' jkollok iż-żewġ affarijiet: jista' jkun li individwu jkun jixtieq li jiġi kkremat u tal-familja jagħżlu mod ieħor, u jista' jkun li tal-familja jiddeċiedu li dik il-persuna se tkun ikkremata u jispiċċaw jagħmlu fattihom.", "Fiż-żewġ lati nifhem għalfejn m'hemmx ir-rabta legali fir-reġistru, però min-naħa l-oħra forsi għandna bżonn nedukaw lin-nies fuq l-importanza ta' din l-għażla.", "Bħalma qabel ma daħal ir-reġistru tad-donazzjoni tal-organi konna nkunu nafu li persuna għamlet dik l-għażla u rrispettajna dik l-għażla f'mument ta' deċiżjoni, dan ukoll irid ikollu tip ta' rabta, però mhux rabta legali.", "Onestament, bħalma għidt, nifhem id-diffikultà.", "Sur President, fl-aħħar minuti jien ukoll se niddevja daqsxejn minn dan is-suġġett, u din id-darba se norbot mal-kremazzjoni tal-annimali.", "Naf li ma tidħolx f'dan l-Abbozz u m'iniex ngħid li b'xi mod għandha tidħol, però nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Gvern li hawn għajta kbira għall-kremazzjoni tal-annimali.", "Jien naf b'diversi nies li mitulhom il-pets li kienu tant għeżież għalihom u kienu jqisuhom bħala parti mill-familja, u dawn iffriżawhom għax qed jistennew il-krematorju.", "Propju dalgħodu sirt naf li l-Island Sanctuary qegħdin fil-proċess li jagħmlu krematorju, li se jqumilhom madwar €24,000.", "Ovvjament, meta dan huwa l-aqwa żmien għal pajjiżna, nispera li l-Gvern jgħinhom biex dan ikun jista' jsir.", "Naħseb li hemm ħafna li jixtiquha din.", "Lili qed jgħiduli li tant hemm min iffriża l-pets tiegħu għax qed jistenna l-krematorju li saħansitra m'għadx hemm spazju.", "Issa dan bil-ħlas, għax mhuwiex sempliċement iffriżar ta' annimal mejjet, imma trid tħallas għall-ispazju li tieħu fil-friża.", "Ħafna drabi qed jispiċċaw jirnexxilhom jiffriżaw l-annimali biss dawk li jkollhom pets żgħar ħafna, fosthom qtates, għax min għandu kelb ta' daqs kbir u jixtieq jikkremah, m'hemmx spazju għalih.", "Diġà kellmuni diversi persuni fuq dan.", "Minkejja li m'għandux x'jaqsam ma' din il-liġi, m'għandix dubju li l-Onor.", "Cutajar se twassal dan il-messaġġ.", "Naħseb li għal ħafna nies li għandhom għal qalbhom l-annimali, li għalihom huma għeżież daqslikieku huma membri tal-familja, għandna ngħaddu dan il-messaġġ.", "Nerġa' nifraħ lill-Onor.", "Cutajar għal din il-liġi u għall-kuraġġ li qabdet kwestjoni bħal din u wasslitha t-triq kollha.", "Ovvjament nieħu gost nisma' l-kummenti tagħha.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Hawn iktar rimarki?", "Rosianne Cutajar biex tagħmel il-winding up.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, tassew ħadt pjaċir nisma' l-interventi validissimi li saru kemm mill-Membri tal-Gvern, kif ukoll tal-Oppożizzjoni.", "Ikolli nistqarr li l-iktar intervent li laqatni kien dak tal-Onor.", "Bla dubju, kien intervent li juri li l-liġi qratha sew.", "Dan joħroġ ukoll minn diversi mistoqsijiet li għamlet u allura nixtieq nibda minnufih billi nwieġeb għal xi punti li qajmet.", "Waħda mill-mistoqsijiet li poġġejna għall-konsultazzjoni pubblika fid-dokument li varajna kienet jekk il-pubbliku inġenerali jaħsibx li għandu jinżamm kampjun tad-DNA qabel ma l-persuna tkun ikkremata.", "Dan kien wieħed mill-punti li oriġinarjament poġġejna għad-diskussjoni, għax kellna diversi mistoqsijiet fuqu.", "Dwar dan irrispondew il-Pulizija, li pparteċipaw b'mod attiv fil-konsultazzjoni pubblika, u jidher li lil hinn mill-kwestjoni li tista' tkun għalja biex iżżomm kampjun tad-DNA, waħda mid-diffikultajiet hija minħabba d-data.", "Nista' ngħid li l-Qorti għandha s-setgħa li ma tirrilaxxax katavru għall-kremazzjoni, liema setgħa diġà teżisti għal dawk il-persuni li jiġu midfuna.", "Bħalma l-Qorti diġà għandha s-setgħa li ma tirrilixxax persuna mejta biex tiġi midfuna, tista' tordna li persuna mejta ma tiġix ikkremata.", "Il-Qorti tista' tordna wkoll ir-rilaxx tal-katavru għall-kremazzjoni, bil-patt u l-kundizzjoni li jinżamm kampjun tad-DNA.", "L-Onor.", "Buttigieg semmiet punt dwar il-qlugħ tal-katavri.", "Artiklu 553 tal-Kodiċi Kriminali jibqa' japplika għal meta l-katavru jiġi eżumat għall-kremazzjoni.", "Artiklu 553 diġà jitkellem dwar dan, u minkejja li se jkollna din il-liġi dwar il-kremazzjoni, din mhijiex se tinbidel u se tibqa' tapplika għal dawk l-iġsma li jiġu eżumati biex imbagħad ikunu kkremati.", "Punt ieħor li semmiet l-Onor.", "Buttigieg kien dwar ir-reġistru, li kien wieħed mill-ikbar xewqat tan-nies.", "Aħna wkoll kellna d-dilemma jekk ir-reġistru għandux ikun jorbot legalment jew le, għax nafu r-riperkussjonijiet li jista' jġorr jekk ikun jorbot legalment.", "Aħna ma nemmnux li l-Gvern għandu jidħol f'dak li l-individwu jixtieq li jsir minn ġismu wara mewtu, però naqbel magħha li hawnhekk jidħol il-punt importanti tar-rispett lejn ix-xewqa tal-individwu.", "Naqbel ukoll li għandna bżonn nedukaw lin-nies, għax fl-aħħar mill-aħħar il-persuna se tkun mietet u se jifdal biss ix-xewqa li tkun ħalliet b'mod formali f'dan ir-reġistru.", "Jien nemmen fir-rispett lejn l-għażla tal-individwu, u huwa proprju għalhekk li qed nagħtu din l-għażla, u allura nappella lill-familjari biex dejjem jirrispettaw ix-xewqa tad-deċedut.", "Huwa tajjeb li ngħid li bħalma jiġri fil-każ tar-reġistru għal min jixtieq joffri l-organi tiegħu wara mewtu, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika se tkun qed tinforma lill-familjari bix-xewqa tal-individwu.", "Kien hemm diversi punti oħrajn, fosthom it-trasferiment tal-liċenzja minn operatur għal ieħor, u se nispjega għalfejn għamilnieha fil-liġi.", "Aħna konna qegħdin nibżgħu li jaf ikollna sitwazzjoni sfortunata fejn, għal xi raġuni jew oħra, l-operatur tal-krematorju jieqaf jopera, u allura ma xtaqniex li s-servizz jieqaf kompletament, anke b'rispett lejn dawk in-nies li jkunu għamlu x-xewqa tagħhom li jkunu kkremati.", "Immaġina jkollok sitwazzjoni fejn imutu numru ta' persuni li f'ġimgħa partikolari u l-krematorju ma jkunx qiegħed jopera.", "Allura daħħalna din il-parti fil-liġi biex isir it-trasferiment tal-liċenzja bejn persuna A u persuna B, li però jista' jsir biss jekk ikun jissodisfa l-kriterji kollha li l-operatur A jkun intrabat magħhom.", "Ovvjament, dan il-punt partikolari se jkun fir-regolamenti.", "Huwa tajjeb li ngħid li issa se joħorġu għadd ta' dettalji wara din il-liġi, fosthom li s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika hi marbuta li fi żmien tliet xhur jinħarġu dawn ir-regolamenti.", "Allura se jkun hemm iktar dettalji, fosthom avviżi legali, li se jkunu qed isegwu dan l-Abbozz.", "Sur President, ħadt pjaċir ukoll insegwi l-intervent tal-kollega, l-Onor.", "Godfrey Farrugia, u ħadt pjaċir nisimgħu jitkellem fuq il-bio-cremation.", "Hemm diversi ismijiet li jfissru l-istess ħaġa, fosthom il-bio-cremation, il-flameless cremation, ir-resomation u l-alkaline hydrolysis.", "Prattikament, dawn huma ismijiet għall-istess prattika.", "Naqbel mal-Onor.", "Farrugia li din hija l-aħjar għażla għall-ambjent, u allura jien ukoll qed inħares lejn is-sitwazzjoni fejn inkunu qed inħaddmu din it-tip ta' kremazzjoni.", "Irrid ngħid li, fl-Abbozz ta' din il-Liġi, id-definizzjoni ta' \"kremazzjoni\" tgħid hekk:", "\"''kremazzjoni'' tfisser il-proċess tekniku li jirriduċi l-fdalijiet umani fi fdalijiet ta' kremazzjoni, inkluż il-pulverizzazzjoni ta' dawn il-fdalijiet;\".", "Aħna mkien ma semmejna l-kelma \"ħruq\", proprju għax konna qegħdin nantiċipaw u nuru x-xewqa fil-liġi nnifisha li Malta tmur lejn it-tħaddim ta' krematorju b'teknoloġiji favur l-ambjent.", "Jiġifieri, id-definizzjoni tal-kelma \"kremazzjoni\" mhijiex the burning of a body, u wżajna kliem speċifiku proprju biex infissru dan.", "Nista' ngħid ukoll li fost ir-raġunijiet għalfejn naqbel mal-bio-cremation, apparti minħabba l-aspett ambjentali għax ma jħallix emissjonijiet, hemm punti oħrajn, fosthom li l-ilma jista' jintuża għat-tisqija anke fiċ-ċimiterji stess.", "Kif nafu, iċ-ċimiterji li għandna huma ta' piż fuq il-Gvern, allura ma tkunx idea ħażina kieku permezz tal-bio-cremation inkunu qegħdin nieħdu xi ħaġa lura bħala pajjiż.", "Dan il-metodu huwa tajjeb ukoll minħabba li m'għandekx għalfejn tagħmel estrazzjoni ta' foreign bodies, bħal meta jkollok xi implant jew prosthesis, għax m'għandekx għalfejn tneħħihom qabel ma ssir il-flameless cremation.", "Sur President, nixtieq nirringrazzja lilkom kollha talli pparteċipajtu f'din id-diskussjoni interessanti ferm.", "Nirringrazzja mill-ġdid lid-Deputat Prim Ministru talli tani l-fiduċja tiegħu meta avviċinajtu b'din l-inizjattiva.", "Ħafna drabi, meta tkun għadek żagħżugħa, trid taħdem ħafna to prove yourself, u allura nittama li b'din il-biċċa xogħol li għamilna se nħallu lin-nies hemm barra sodisfatti.", "Dan kollu ma setax ikun possibbli kieku ma kellix l-għajnuna tas-Sur Clive Tonna, Dr Desirée Attard u Mariette Borg li, kif għidt fil-bidu, kienu ta' spalla għalija fit-tfassil ta' dan l-Abbozz.", "Issa nistenna li fl-istadju ta' Kumitat nagħmlu l-fine tuning li semmew l-Onor.", "Membri, biex fl-aħħar mill-aħħar ikollna liġi sekulari li tirrispetta t-twemmin reliġjuż differenti li għandna f'pajjiżna u li tissalvagwarda l-ambjent.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: Le) Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar il-proċess ta' kremazzjoni, inkluż il-proċessi relatati mal-liċenzjar ta' krematorji, kundizzjonijiet ta' kremazzjoni, reġistrazzjoni ta' kremazzjonijiet, u sabiex jipprovdi għall-affarijiet relatati u konnessi ma' dan\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, nitlob il-permess sabiex inkun nista' nipproponi l-mozzjoni sabiex dan l-Abbozz jiġi riferut lill-Kumitat Permanenti, minkejja li huwa Abbozz ta' Liġi li jirrikjedi l-Messaġġ tal-President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Hawn permess sabiex titressaq tali mozzjoni?", "Il-permess ingħata.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, nipproponi li minkejja li dan l-Abbozz ta' Liġi kien jinħtieġ il-Messaġġ tal-President, xorta waħda jiġi kkonsidrat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija l-mozzjoni mressqa mill-Onor.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nifehm li hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li jitressaq l-Aġġornament?", "Fis-6.54 p.m. il-Kamra qablet li dak ikun il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol u li jitressaq l-Aġġornament.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 15 ta' April 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Diskussjoni ġenerali mingħajr vot dwar ir-Rapport ta' Evalwazzjoni (Malta) maħruġ mill-GRECO fit-3 ta' April 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari;", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jitħassar l-Avviż Legali 44 tal-2019 li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet – Votazzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, li tirrappreżenta lill-poplu jfisser li tkun ta' eżempju għax, kif jgħid il-Malti, l-eżempju jkaxkar.", "Issa aħna nirrappreżentaw lill-poplu tagħna, imma r-responsabbiltà li għandna hija ferm itqal, għax inti tkun qiegħed iġġorr il-filosofija u l-ħsieb tal-partit li tkun ġej minnu, u f'kull partit hemm il-bnedmin l-oħra kollha.", "Jiġifieri l-imġiba żbaljata tiegħi se tirrifletti fuq sħabi l-oħrajn kollha, fosthom id-deputati, dawk li jaħdmu minn wara l-kwinti, dawk li jaħdmu fil-partit, kif ukoll dawk li vvotawli u li rrid nirrispetta l-vot tagħhom.", "Allura jien, bħala bniedem sħiħ, irrid inkun leali u etiku lejn dak li jridu n-nies, u n-nies hemm barra jridu li min jirrappreżentahom ikun bniedem li meta tarah għaddej, inissel fiduċja fik.", "Mela nkun tassew irresponsabbli jekk l-imġiba tiegħi ma tkunx xierqa, jew jekk noħroġ minn fommi kliem li ma jagħmel ġid lil ħadd, b'mod speċjali lill-Partit li nirrappreżenta u lil dawk li bil-fiduċja tagħhom ikunu tawni l-vot.", "Aħna l-politiċi ta' rieda tajba – u jien nemmen li fiż-żewġ naħat tal-Kamra hemm politiċi ta' rieda tajba – inħossuna offiżi meta f'xi ħin inpoġġu lil kulħadd f'keffa waħda!", "Eżempju żgħir ta' kif inħossuna offiżi hu meta mmorru għand in-nies u jgħidulna li aħna kollha l-istess.", "M'ilux kien hemm xi ħadd li kważi beża' jeħodli b'idejja, għax qisna aħna l-politiċi ntfajna fl-istess keffa tal-korruzzjoni, fl-istess keffa ta' dawk in-nies li jiltaqgħu bejn erba' ħitan u joqogħdu jħawdu bejniethom, fl-istess keffa tan-nies li ħsiebhom biss f'buthom.", "Allura, meta tkun persuna li tuża l-onorarja biex tagħti lil ħaddieħor, jew meta tkun bniedem li l-Ħadd filgħaxija tqattgħu tqassam l-ikel biex titma l-qtates tal-lokalità tiegħek, speċjalment dawk il-cat feeders li kważi ħadd ma jagħti kashom, jew meta tkun persuna li jkollok l-iskop li ma tħalli lil ħadd bil-ġuħ, u mbagħad jitfgħuk fl-istess keffa ta' nies li għalihom ġib 'l hawn u tiħux 'l hemm, hemmhekk tweġġa'!", "Allura jien xtaqt nieħu dan l-aġġornament fl-aħħar mumenti tal-ġurnata biex inwassal dawn il-ħsibijiet ta' etika fil-politika.", "L-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Ray Scicluna, tana ktieb interessanti immens.", "Hawnhekk jagħtuna ħafna kotba, imma dan huwa wieħed mill-kotba li laqatni.", "M'ilux tawna kotba fuq il-problema tad-droga u llum irċevejna kotba fuq il-każijiet tal-Ombudsman fil-qosor.", "Dawn jitqassmu mill-uffiċini tagħhom u jien napprezzahom.", "Però dan il-ktieb li jismu L-Etika fil-Politika jiswa mitqlu deheb.", "Jekk tarah tgħid li ilu għandi xi għaxar snin, mentri tawhulna xi ġimagħtejn ilu, imma jien għarbiltu għax lili jinteressani.", "Fih patafjun ta' informazzjoni biex aħna bħala politiċi nirriflettu dak li jridu n-nies hemm barra, dak li jridu l-Maltin u l-Għawdxin.", "Mela jekk jiżbalja xi ħadd, m'għandux jeħel kulħadd u min jiżbalja għandu jwarrab!", "Irridu nfissru lill-bnedmin ta' rieda tajba biex ma jitfgħux lil kulħadd fl-istess keffa.", "Jekk fil-Knisja jew f'kull entità oħra xi qassis jiżbalja, mhuwiex sew li ngħidu li l-qassisin huma kollha pedofili!", "Lanqas huwa sew li dak il-qassis li żbalja iġorru t-tbatija tiegħu l-qassisin l-oħra kollha, li ħafna minnhom, anke f'pajjiżna, huma qaddisin jimxu fl-art!", "Aħna noqogħdu nsemmu lil Madre Tereża, San Duminku ta' Guzman u ħafna oħrajn, qisu fi żmienna m'hawnx qaddisin.", "M'għandix dubju li hawn qaddisin fi żmienna, u nirringrazzja 'l Alla naf ħafna nies li nista' nqishom bħala qaddisin, fosthom qassisin, nies fil-Mużew, politiċi, nies li huma gay u nies li tkun qed tixtri magħhom għand tal-laħam, għand tal-grocer u għand tal-ħaxix.", "Għalhekk, ma tistax tpoġġi lil kulħadd f'keffa waħda.", "Imma n-nies fit-triq isemmu l-iżball ta' qassis u jitfgħu lil kulħadd f'keffa waħda, u jkunu qed jonqsu bil-kbir għax ma jkunux ġusti mal-Knisja u mal-kumplament tas-saċerdoti.", "B'dan irrid ngħid li l-ħażin donnu jispikka għax, jekk membru fi klabb tal-futbol ikollu mġieba ħażina, ma nistgħux ngħidu li dawk li jieħdu ħsieb it-tfal huma kollha ħżiena, u li kull min jieħu ħsieb it-tfal tan-nurseries ta' min jaborrihom, għax dan huwa żball.", "M'ilux kellna każ fejn ġiet ivvintata qlajja' dwar soċju tal-Mużew u, sakemm ħarġu l-affarijiet b'mod ċar, dan is-soċju warrab biex ma jċappasx lis-Soċjetà nisranija tal-Mużew.", "Hawn qed insemmu s-Soċjetà tal-Mużew li ta' kuljum jgħallmu tant bnedmin u jagħmlu daqstant ġid fostna; però, il-ġid li jsir mis-soċji tal-Mużew ftit jissemma, imbagħad jekk xi membru minnhom jiżbalja, kważi kważi jeħlu tal-Mużew kollha.", "B'hekk inkunu inġusti bis-serjetà b'dak li nkunu qegħdin ngħidu.", "Dan l-aħħar f'din il-Kamra smajna ħafna dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.", "Illum il-ġurnata għandna Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, u sussegwentement ġie ppreżentat Abbozz ta' Liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika.", "Dan kollu jawgura tajjeb għall-etika fil-politika Maltija.", "Però, iktar milli fl-istandards u l-liġijiet, l-etika fil-politika trid tiġi minni nnifsi.", "Fil-bidu semmejt is-Soċjetà tal-Mużew u se nerġa' nsemmiha, għax onestament irrid infaħħarha pubblikament.", "Jien kont nattendi skola tal-Mużew, kbirt fil-Mużew, fis-Seminarju u fil-Knisja, u nfaħħar lil dawn l-entitajiet għall-formazzjoni li ħadt, li llum qed nużaha bħala politiku fil-ħajja pubblika tiegħi, fil-ħajja privata tiegħi u fil-ħajja personali tiegħi, għax irrid inġib quddiem għajnejja lil dawk li vvotawli u eleġġewni.", "Hawnhekk qed nara 'l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, li huwa sieħbi u rrid inġiblu rispett.", "Allura jekk inparla żejjed inkun qed inweġġa' lilu kif ukoll lill-partit.", "Jekk nhar is-Sibt immur Paceville u nisker, qisu xejn mhu xejn, u jeħduli r-ritratti u jtellgħuhom fis-social media, inkun qed inweġġa' lill-partit, lil dawk li eleġġewni, lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha, kif ukoll lil din il-Kamra li aħna nirrappreżentaw, li f'nofsha hemm il-Kurċifiss, li jgħid ħafna.", "Allura, bħala politiku ma jistgħux jgħadduli minn moħħi ħsebijiet ulterjuri, ħlief li jien qiegħed hawnhekk biex inservi.", "B'dan il-ħsieb inħossni liberu li niġi hawnhekk illejla u nikkritika fejn nara ħażin, għax prattikament ma nistax nikkritika lill-Membri tal-Gvern jekk jien nagħmel agħar minnhom.", "Ma nistax nitkellem fuq il-korruzzjoni, meta llum il-ġurnata f'kull rokna ta' dan il-pajjiż issib għanqbuta li fiha hemm il-korruzzjoni.", "Ma nistax niġi hawnhekk b'wiċċi minn quddiem u nikkritika lil dawk ta' faċċata tiegħi, jekk fija jkolli elementi ħżiena u dijaboliċi, għax dawn huma dijaboliċi.", "Is-sataniżmu mhuwiex dak li naraw fuq il-film The Exorcist, imma huwa ħafna agħar minn hekk.", "L-introduzzjoni tiegħu għal dan il-ktieb li l-Iskrivan tal-Kamra tana ġimagħtejn ilu l-Ispeaker Anġlu Farrugia taha t-titlu L-Etika fil-Politika.", "F'dan il-ktieb hawn patafjun ta' informazzjoni, fosthom minn Patri Raymond Gatt, Dumnikan, u ħafna oħrajn.", "Dan huwa ktieb tad-deheb u nissuġġerixxi lil sħabi kollha biex jaqrawh.", "Hemm diversi affarijiet li se ngħidhom: fost oħrajn, li Plato kien iqis lil dawk li jiggvernaw u jagħmlu l-liġijiet, għax mogħnija bl-għerf, biex jgħarblu x'inhi l-ġustizzja u jmexxu lill-oħrajn fi triqatha.", "Aristotile jpoġġi l-etika u l-politika taħt il-kappa tal-għarfien politiku.", "Il-bniedem jilħaq il-milja tiegħu meta jkun qed jgħix tajjeb, u n-nies tinduna jekk intix tgħix tajjeb jew jekk hux qiegħed hemmhekk biex tiggwadanja għalik innifsek.", "Mhux biss il-filosofi Griegi tkellmu dwar l-etika fil-politika, imma anke fil-ħsieb Ruman hemm l-idea li b'xi mod kull ċittadin huwa responsabbli mill-ħajja pubblika, dik li bil-Latin konna nsejħulha res publica.", "Ċiċerun, filosofu Ruman, kien jgħid li min jiġi fdat b'uffiċċju pubbliku għandu jaqdi dmiru għall-ġid komuni li jiġi qabel il-gwadann jew l-interess politiku.", "Dawn il-ħsebijiet li ssib f'dan il-ktieb huma kollha ta' bnedmin li ġew ħafna snin … Il-ħsebijiet li ssib f'dan il-ktieb, li huma ta' bnedmin li ġew ħafna snin qabilna, u anke qabel Kristu – għadni kif semmejt lil Aristotile – sawru partijiet mill-ħsebijiet tagħna, u iktar tard sawru l-prattika tal-politika mhux biss f'Malta, imma fid-dinja kollha.", "Allura kulħadd jivvota għas-sewwa u għall-ġid.", "Ara kemm ngħidu li l-poplu llum il-ġurnata jinteressah mill-but; dan mhu veru xejn.", "Huwa veru li għandna numru ta' opportunisti li filli tarahom ma' naħa, filli tarahom man-naħa l-oħra, imbagħad terġa' tarahom man-naħa l-oħra.", "Għandna numru kbir minnhom dawn; però l-poplu hemm barra jrid is-sewwa, irid lil min jirrappreżentah b'mod etiku.", "Allura kulħadd jagħmel l-għażliet tiegħu għall-ġid komuni.", "Meta tara l-istorja impekkabbli u glorjuża tal-Partit Nazzjonalista, issib li dawn kienu pijunieri fil-housing, fit-taxxa u fl-għajnuna lir-romol.", "Issib ukoll li l-Partit Nazzjonalista, li jien kburi li nagħmel parti minnu, kien hemmhekk għall-ġid komuni.", "Meta tisma' l-istorja tal-Partit Nazzjonalista, tara li min jirrappreżentah huwa denju tan-nies hemm barra.", "Bħalissa qed tiġini f'moħħi l-istorja tal-avukat Victor Scerri – li minn hawnhekk insellimlu – li m'għamel xejn b'mod illegali, imma għax iħobb il-partit warrab f'ġenb.", "Fil-fatt, huwa tajjeb li ngħidu li ftit tal-ġimgħat ilu, dan il-politiku rebaħ fil-Qorti dak li tant kienu għajruh bih ħafna żmien qabel.", "Allura tassew iħossu diżilluż meta xi personalità mill-ħajja pubblika ssir parti minn ċorma ħallelin, għax l-imġieba tagħha ma tkunx skont il-programm elettorali li jkun ippreżenta l-partit.", "Issir parti minn ċorma ta' ħallelin meta ma tkunx b'mod etiku u lineari mal-iskop, pereżempju, fil-każ tagħna, demokristjan.", "L-abbuż tal-poter idejjaq lil kulħadd, allura mhuwiex sew li min ħsiebu fil-foqra u fil-qtates abbandunati jaqa' fl-istess keffa ta' min ikollu skopijiet malinji.", "Ir-responsabbiltà ta' kull politiku mhijiex biss li nħarsu l-liġi legali, iżda rridu nħarsu wkoll dik morali.", "Huwa veru li l-gideb jipproteġik, però jżommok 'il bogħod mill-verità.", "Min igerfex u jħawwad, min m'għandux il-filosofija li jkun qaddej tal-oħrajn u juża l-politika biex jinqeda hu, dan ma jistax jifhimni, għax dawn m'għandhomx l-istess valuri tiegħi.", "Meta niltaqa' man-nies, bosta huma dawk li jgħiduli li tant jisimgħu stejjer dwar korruzzjoni, kuljum b'xi storja ġdida, li kważi kważi qatgħu qalbhom minn Malta u mill-politiċi.", "Sinjura President, jien ma rridx inkun parti minn dan il-qtigħ ta' qalb.", "Hemm min qed jibża' jippriedka s-sewwa, għax sfortunatament illum il-ġurnata qlibna l-valuri.", "Dak li huwa sewwa għamilnih ħażin u dak li hu ħażin qegħdin insejħulu tajjeb, qisu xejn mhu xejn.", "Però, il-biża' żżommna 'l bogħod u nħallu kollox għal riħu.", "Għad fadal politiċi li ħadd ma jagħlqilhom ħalqhom, mela le!", "Għad fadal politiċi li ma jibżgħux.", "Għad fadal politiċi li se jibqgħu hawn u mhumiex se jaħarbu, għax il-politiku korrott jiżra' r-riħ, però l-politiku li jimxi fit-triq tas-sewwa kapaċi jaħsad riefnu, u jien 'l hemmhekk irrid inħares u hemmhekk nixtieq inkun.", "Min hu korrott qisu dak li libes ġlekk u ingravata, imma ħammiġhom.", "Xejn ma jibqa' fid-dlam.", "Il-manuvrar kodard tagħhom għad jisfronda kull qiegħ.", "Dawn ma jistgħux jifhmuni, għax huma sajmin mill-imħabba lejn pajjiżna, għax għalihom buthom l-ewwel!", "X'jimpurtahom mill-prinċipji tal-entità tagħhom, tal-partit tagħhom u tar-reliġjon tagħhom?", "Trid tkun qassis bla qalb jekk tara l-Knisja tiddeterjora u tidneb.", "Trid tkun bla qalb jekk tara partit borġ ġebel u l-imġiba tiegħek tkun inaċċettabbli.", "Pajjiżna qed iħallas il-prezz tal-wegħdiet li jkunu saru qabel xi elezzjoni.", "Pajjiżna qed iħallas prezz għall-għażla ħażina li ssir meta xi ħadd jiġi elett b'ingann, jew għax xi individwu tkun kibritlu rasu, għax l-umanità tibqa' umanità.", "Jien m'iniex ngħid li jien perfett u li qatt ma żbaljajt.", "Lanqas nista' ngħid li fil-futur m'iniex se niżbalja; però, l-umanità tibqa' umanità u l-karattru xi ftit jew wisq dejjem jinbidel.", "Issa dan it-tip ta' karattri jkunu qegħdin jagħmlu l-ħsara, ikunu difnu l-valuri u l-prinċipji li Malta u l-Maltin dejjem emmnu fihom, għax Malta għad fadlilha nies tajbin, għad fadlilha nies li jixtiequ l-valuri u l-prinċipji, però qegħdin fi stat tal-biki.", "L-iktar meta din l-imġieba ssir minni bħala politiku jew mill-politiċi ta' din il-Kamra, ta' din in-naħa jew tan-naħa l-oħra.", "Issib qassisin li ma tistennihiex minnhom, li jmorru from hero to zero, meta dawn fil-bidu kont taħseb li huma ideali.", "Immaġina li jien nitla' fil-Parlament u nġib ruħi mhux kif suppost għall-gwadann personali tiegħi.", "Allura nittama f'Alla li l-poplu Malti jirrealizza x'inhuma jagħmlu dan it-tip ta' bnedmin ħalli jtiru 'l barra mix-xena.", "Dik hija l-unika tama li għandhom il-Maltin hemm barra.", "Sinjura President, hawn qed nitkellem f'isem ħafna Maltin.", "Matul din il-ġimgħa, filgħaxija kważi kuljum mort nagħmel il-home visits, u allura naf x'qed inwassal hawnhekk illejla.", "Fis-soċjetà tagħna m'għandniex bżonn role models li jpaċpċu żżejjed, għax meta l-ilsien ikun twil, normalment il-moħħ ikun vojt.", "Jien ma nistax niġi nippreżenta ruħi bħala xi ħadd perfett, jekk imbagħad ikolli l-ħmieġ fil-but.", "Għalhekk nisħqu li Malta tagħna għandha tibqa' diċenti u toħroġ difrejha ma' min iħammiġha.", "Min joħloq il-maltempati, jistenna li jixxarrab bix-xita.", "Lil min jixxarrab u ma jkollux umbrella, ngħidlu li ħaqqu.", "Dawk li qegħdin fix-xena pubblika u l-imġieba tagħhom ma tkunx eżemplari, ma jistax ikollhom l-awtorità morali.", "Dawn qishom għalliema li jridu jgħallmu, imma ma jafux jiktbu u jaqraw.", "L-eżempju jkaxkar u l-moralità mhijiex materja li titkellem dwarha biex tikseb il-voti, iżda hija materja li trid tipprattikaha.", "Il-ħażin xi drabi jirrenja u min jissieħeb mal-ħażin jirnexxilu jaqleb id-dinja ta' taħt fuq.", "Fil-kelma t'Alla hemm sentenza interessanti ħafna li tgħid li ulied id-dlam jirnexxu aktar minn ulied id-dawl.", "Min isir gaffa u jibda jgħaffeġ fuq l-oħrajn, addio l-Membri Parlamentari l-oħra u sħabu tal-partit li hu parti minnu, m'għandux jibqa' jissejjaħ kredibbli.", "Ikolli ngħid li jekk m'intix kredibbli u m'intix tinduna, inti inkredibbli.", "Aħna parti minn ċiviltà li hija ferm inqas interessata li tgħallimna naħsbu u tgħallimna nkunu nies ta' ġudizzju għaqli, u allura tħallina medhijin biex intejbu s-sitwazzjoni tagħna materjalment.", "Ħafna nies jgħidulek: X'jimpurtana mill-korruzzjoni?", "Iva, sfortunatament hemm grupp ta' nies li ma jinteressahomx mill-korruzzjoni: madanakollu ma jfissirx li l-korruzzjoni hija tajba.", "Dan ma jfissirx li għandna naqtgħu qalbna.", "Lanqas ifisser li l-etika għandha togħsfor jew li m'għandux ikun hemm parametri li jirregolaw l-imġiba jew il-qafas leġiżlattiv tal-pajjiż.", "Dan huwa impenn ewlieni fil-ħajja pubblika, biex b'hekk infittxu u nissalvagwardaw il-ġid komuni li jiggarantixxi l-ġustizzja, u mhux imġieba perikoluża li ddgħajjef l-ideal ta' valuri awtentiċi li jħaddan pajjiż, partit, entità jew Knisja.", "Jien qed nitkellem b'mod ġenerali ħafna, però dar mibnija fuq ir-ramel ma tibqax f'postha meta jiġi l-kurrent.", "Is-suppervja u l-ambizzjoni ma jħallukx tara l-interessi vera ta' partit, ta' knisja, jew ta' entità.", "Kieku verament tkun tħobb l-organu minn fejn tkun ġej, dak l-organu li tkun qed tirrappreżenta u l-imġiba tiegħek mhijiex etika, m'intix kredibbli u qed tħammeġ lil sħabek.", "Meta tkun il-kawża ta' dan l-attakk ikollok twarrab f'ġenb biex ma ssirx iktar ħsara lill-borġ ġebel li tkun qiegħed fih.", "Sinjura President, jien tkellimt b'mod ġenerali dwar l-imġiba pubblika.", "Illum għandna l-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika u għandna l-midja soċjali, u allura xejn ma jibqa' fid-dlam.", "Jien tkellimt mill-fond ta' qalbi wara li qrajt dan il-ktieb – u nerġa' nfaħħru – li l-Parlament għoġbu jagħtina.", "Huwa ktieb li prattikament ħarġitu l-Knisja, li ħafna drabi tiġi insulentata u tisma' ħafna stejjer b'mod dispreġjattiv dwar l-Arċisqof, li qed jagħmel ħiltu kollha biex jara l-Knisja ta' Ġesù Kristu kif għandha tkun.", "Però dejjem jispiċċa attakkat għax il-bniedem li ma jaqbillux jisma' dak li jkun qed jingħad, ħafna drabi jgħajrek.", "Forsi jien hekk se jiġrili wara dan l-Aġġornament, imma mhux problema.", "Aħna nimxu għal għonq it-triq għax il-verità teħlisna.", "Allura llejla f'dan l-Aġġornament jien ukoll wassalt il-verità.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 15 ta' April 2019 fl-4.00 p.m., bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Michael Farrugia.", "Fis-7.26 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IL-FURJANA – LOCAL PLAN – ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Local Plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Furjana?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument P.L. 3431 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)", "IL-BELT – LOCAL PLAN – ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Local Plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Belt?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 3432 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)", "TAL-PIETÀ – LOCAL PLAN - ŻVILUPP", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Local Plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Pietà?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument P.L. 3433 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Local Plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità ta' Santa Venera?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 3434 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)", "IL-BELT – LISTA TA' BINI SUĠĠETTI GĦALL-AVVIŻ TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti / binjiet fil-Belt Valletta li huma suġġetti għall-avviż ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Għal kull każ jista' l-Ministru jagħti:", "a. id-dettalji ta' fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;", "b. it-tip ta' użu tas-sit / bini;", "c. ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit / bini;", "d. id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u", "e. x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar 'l hawn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "BORD GĦALL-GOVERNANZA TAL-ĦABSIJIET – PERSUNI RILAXXATI MILL-ISKWALIFIKA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li ġew rilaxxati mill-iskwalifika taħt il-paragrafu 7 (f) tar-Regolamenti dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 260.06) mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu dawn il-persuni, x'kien l-interess li ddikjaraw u meta ġew ippubblikati d-dikjarazzjonijiet u r-rilaxx fil-Gazzetta tal-Gvern?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li ma kienx hemm persuni li ġew rilaxxati mill-iskwalifika taħt il-paragrafu 7 (f) tar-Regolamenti dwar il-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 260.06) mis-sena 2018 sal-lum.", "BORD GĦALL-GOVERNANZA TAL-ĦABSIJIET – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord u persuni oħra li kienu preżenti u / jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet għamel xi laqgħat, imma fil-preżent mhux qed jiltaqa'.", "Malli jittieħdu deċiżjonijiet ta' struttura ta' tmexxija huwa ttamat li l-Bord għall-Governanza jkun riattivat.", "BORD GĦALL-GOVERNANZA TAL-ĦABSIJIET – RAPPORTI ANNWALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet dwar is-sena 2018 u li suppost ġie ppreżentat lilu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BAJJA TAL-BALLUTA – RAPPORT BALLUTA BAY BEACH REPLENISHMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Balluta Bay Beach Replenishment\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8955.", "BAJJA TAL-BALLUTA – RAPPORT MARINE BENTHIC SURVEY", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Marine Benthic Survey\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8955.", "BAJJA TAL-BALLUTA – RAPPORT BALLUTA BAY BEACH RE-NOURISHMENT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Balluta Bay Beach Re-nourishment – Pilot Experimental Project\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8955.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-eżami għal Assistant Principals fl-2017 u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga?", "Jista' jgħid sa meta għandha tispiċċa l-validità ta' dan l-eżami u jekk f'Settembru li ġej dawn il-persuni li għaddew hux ser jiġu msejħa biex jingħataw l-appointment?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li fil-lista għad fadal 125 kandidat.", "Il-ħatriet jiġu determinati skond il-vakanzi tul il-perjodu tal-validità tar-riżultat.", "REWS – MEMBRI TAL-BORD – ĦATRA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tar-REWS, għal kemm żmien hi l-ħatra ta' kull membru, u jekk il-ħatra hix fuq bażi ta' full-time jew part-time?", "Jista' jgħid ukoll x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri u jindika jekk u meta l-ħatra ta' kull membru dehret fil-Gazzetta tal-Gvern?", "JOE MIZZI: Filwaqt li nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3003, ninfurmah li l-ħatra tal-Bord hija fuq bażi part-time.", "MCA – MEMBRI TAL-BORD – ĦATRA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tal-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, għal kemm żmien hi l-ħatra ta' kull membru, u jekk il-ħatra hix fuq bażi full-time jew part-time?", "Jista' jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri?", "JOSEPH MUSCAT: Il-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni huwa kostitwit minn Chairman u sitt (6) membri b'terminu ta' ħatra ta' tliet (3) snin.", "Fir-rigward tan-natura tal-ħatra jekk hijiex fuq bażi full-time jew part-time, nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 4812.", "Il-kriterji li fuqhom intgħażlu l-membri preżenti huma dawk użati matul is-snin li għaddew.", "REWS – ĦATRA TA' UFFIĊJAL EŻEKUTTIV EWLIENI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jispjega jekk hux ir-Regolatur jew il-Ministru li hu responsabbli għall-ħatra ta' Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tar-Regulator for Energy and Water Services (REWS), tenut kont ta' kif inhu mitkub l-artikolu 6(7) tal-Kap.", "JOE MIZZI: Il-ħatra tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tar-REWS issir skont artikolu 6(7) tal-Kap.", "STATISTIKA TA' PERSUNI LI DDAĦĦLU L-ISPTAR MINĦABBA SUSTANZI EĊĊESSIVI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk teżistix statistika ta' pazjenti li ddaħħlu l-Emerġenza minħabba sustanza eċċessiva ta' droga jew alkoħol?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-fatt tinżamm statistika tan-numru ta' attendenzi ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza f'Mater Dei minħabba overdose jew abbuż ta' xi tip ta' droga (jew mediċina), sew jekk seħħet jew jekk kien hemm suspett li ġrat, kif ukoll minn abbuż ta' alkoħol.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid f'liema ġranet u ħin tkun miftuħa għall-pubbliku t-track ta' St Margaret College Secondary School Verdala f'Bormla?", "Jista' jgħid hemmx xi bidliet bejn il-ġranet tas-sajf u tax-xitwa?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-ġranet u l-ħin li fihom it-track ta' St Margaret College Secondary School Verdala f'Bormla tkun miftuħa għall-pubbliku huma dawn:", "Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 17:00 - 21:00", "Ħdud u Festi Pubbliċi: 08:30 - 11:00", "Ma hemmx bidliet bejn il-ġranet tas-sajf u tax-xitwa.", "PARKEĠĠ RIŻERVAT – KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li l-parking bay quddiem il-maħżen, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, terġa' tinżeba'?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont data li għandha Transport Malta ma hemmx approvazzjoni għall-parkeġġ riżervat fil-post imsemmi.", "Uffiċjali minn Transport Malta qegħdin f'kuntatt mal-Kunsill Lokali sabiex jaraw xi bżonnijiet hemm f'din it-triq.", "IX-XEWKIJA – GOZO EXPERIMENTAL FARM – ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8505, u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Experimental Farm fix-Xewkija?", "X'inhu l-grad tagħhom?", "X'tip ta' xogħol jagħmlu u x'responsabilitajiet għandhom?", "Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "GĦAJNSIELEM / XEWKIJA, GĦAWDEX – TRIQ L-IMĠARR – INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum kemm-il inċident seħħ fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem / Xewkija f'Għawdex li fih xi persuna jew persuni sfaw bi ġrieħi ħfief jew gravi?", "Kemm-il persuna tilfet ħajjitha f'dawn l-inċidenti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Marzu 2019, il-pulizija rreġistrat u rrikorriet għal ħamsa u tmenin (85) inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem / Xewkija, li kienu jinvolvu xi tip ta' korrimenti jew imwiet.", "Minn dawn kien hemm inċident wieħed fatali li ħalla persuna mejta.", "Tabella bid-dettalji dwar it-tip ta' inċidenti rreġistrati f'dan il-perijodu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ĦAL FARRUĠ – TRIQ ĦAL FARRUĠ – TANKIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewg tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ?", "X'tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet?", "Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq, kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn it-tankijiet għall-ħażna tal-JET A1 qed jinbnew bil-permessi kollha meħtieġa wara li saru l-istudji kollha neċessarji, inkluż dawk tal-health and safety, u fil-fatt huma konformi mal-COMAH sites regulations u anke SEVESO II.", "Bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni li saret (PA/02900/17), saret ukoll konsultazzjoni pubblika fejn il-kunsilli lokali tan-naħa t'isfel ta' Malta kienu kollha mitluba jagħmlu l-kummenti u l-oġġezzjonijiet tagħhom, kif ukoll il-pubbliku kien imħeġġeġ jissottometti kummenti / oġġezzjonijiet fuq is-sit tal-Planning Authority.", "Dan sar skont il-liġi, u kien hemm żmien biżżejjed biex wieħed jara l-pjanti fid-dettall flimkien mal-istudji.", "It-tankijiet il-ġodda qed jinbnew minflok it-tankijiet antiki li ġew żarmati.", "Id-distanza bejn il-ħażna u r-residenti ġiet ikkunsidrata u hija konformi mar-regoli għal inċidenti kbar skont SEVESO II.", "Mir-rapport joħroġ li anke jekk ikun hemm inċident, dawn ir-residenti m'huma qatt f'periklu.", "It-teknoloġija li qed tintuża għal din il-ħażna hija state of the art, tant li lanqas fl-ajruport ta' Heathrow m'għandhom bħalha, b'sistema kompjuterizzata li tagħmel continuous monitoring tal-proċessi biex jekk ikun hemm l-iċken riskju ta' tixrid ta' fjuwil, isir shutdown awtomatiku tal-impjant kollu, filwaqt li tidħol fis-seħħ proċedura awtomatika ta' emerġenza.", "Ir-residenti jistgħu jserrħu rashom li l-proġett il-ġdid huwa aktar sigur mit-tagħmir ta' ħażna li konna nużaw qabel.", "ĦAL FARRUĠ – TRIQ ĦAL FARRUĠ – TANKIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewġ tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ?", "X'tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet?", "Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq, kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ, għall-ħaddiema tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, kif ukoll għal dawk kollha li jużaw l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.", "ĦAL FARRUĠ – TRIQ ĦAL FARRUĠ – TANKIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewġ tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ?", "X'tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet?", "Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq, kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ, għall-ħaddiema tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u għal dawk kollha li jużaw l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "ŻURRIEQ – SQAQ IL-BALLOTT – TARMAC", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li Sqaq il-Ballott fiż-Żurrieq isirlu wiċċ tat-tarmac peress li preżentement hekk kif tagħmel ftit xita jegħreq bl-ilma u l-bdiewa li jkunu jridu jidħlu fl-għelieqi tagħhom ma jkunux jistgħu jagħmlu dan?", "IAN BORG: Infrastructure Malta għaddejja b'ħidma sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li jintużaw mill-bdiewa sabiex jaslu għall-għelieqi tagħhom.", "L-aġenzija qed twettaq għadd ta' proġetti sabiex tibni mill-ġdid mal-40 kilometru ta' toroq fil-kampanja, li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal.", "Ħafna bdiewa f'diversi partijiet ta' Malta kienu ilhom snin twal jitolbu lill-awtoritajiet jgħinuhom fil-ħidma tagħhom billi jipprovdulhom aċċess aktar sikur għall-għelieqi li jaħdmu.", "Fl-istess waqt, dawn it-toroq fil-kampanja jintużaw ħafna wkoll minn dawk li jħobbu jmorru xi passiġġata, ġirja jew dawra bir-rota fl-inħawi.", "Ix-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom jiffurmaw parti minn dan l-investiment bla preċedent tal-Gvern fit-toroq rurali.", "L-isqaq indikat diġà kien fil-pjan tax-xogħlijiet ta' Infrastructure Malta u fil-fatt diġà saret il-koordinazzjoni meħtieġa mal-entitajiet konċernati dwaru.", "Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-ħidma kontinwa sabiex twettaq il-pjan fit-tul biex ikollna infrastruttura ta' kwalità, effiċjenti u sostenibbli, hekk kif jixraq lill-familji u n-negozji f'Malta u Għawdex.", "TOROQ – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fuq liema toroq sar xogħol ta' bini mill-ġdid jew kisi bit-tarmac minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Għal kull triq separatament jista' jgħid:", "(a) liema permessi kienu applikabbli;", "(b) liema permessi ġew akkwistati mill-Awtorità tat-Trasport / Infrastructure Malta qabel ma beda x-xogħol, u liema kienu dawk it-toroq li beda x-xogħol fuqhom qabel ma kienu nġiebu dawn il-permessi;", "(c) jekk inbidlux is-servizzi ta' taħt l-art u, jekk fl-affermattiv, liema kienu s-servizzi li nbidlu;", "(d) x'interventi saru fuq kull triq (bħal bdil u bini mill-ġdid ta' bankini, surface cold milling, għoti ta' cement stabilization, twittija ta' materjal Type 1, ħxuna ta' hot rolled asphalt base course, ħxuna ta' hot rolled asphalt wearing course, eċċ.);", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din id-domanda titlob ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli li tiġi mwieġba.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "TOROQ MGĦODDIJA LURA LILL-KUNSILLI LOKALI WARA X-XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid dawk it-toroq li jkunu nbnew mill-ġdid jew ingħataw wiċċ ta' tarmac u li jaqgħu fil-konfini tal-Kunsilli Lokali, jekk hux ser jerġgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali hekk kif ix-xogħol ikun lest?", "Jekk fl-affermattiv, xi proċedura ser tkun adottata qabel dawn jerġgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali partikolari?", "X'testijiet ser isiru biex jiġi assigurat li toroq li jiġu mgħoddija lura lill-Kunsilli Lokali jkunu saru skont standards stabbiliti?", "It-toroq li ser jgħaddu lura lill-Kunsilli Lokali ser ikollhom xi perijodu ta' garanzija li, jekk matulha tinqala' ħsara fit-triq, din tiġi rranġata minn min għamel ix-xogħol jew minn Infrastructure Malta mingħajr spejjeż għall-Kunsilli Lokali?", "IAN BORG: Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment bla preċedent ta' aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Fl-ewwel xhur mit-twaqqif tagħha, fis-sajf tal-2018 bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "F'Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 triq mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Dawn iż-żewġ kuntratti ta' xogħlijiet, li qed isiru diġà jew se jibdew fix-xhur li ġejjin, jinkludu l-bini mill-ġdid jew għall-ewwel darba ta' diversi toroq f'kull lokalità f'Malta.", "Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru dalwaqt.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali m'huwiex sempliċiment xogħol ta' manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta' kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-31 triq li nbdew fil-ġimgħat li għaddew jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-internet u t-telekomunikazzjoni.", "F'kull xogħol fit-toroq li tagħmel Infrastructure Malta ssegwi proċeduri stretti ta' testijiet li jiżguraw il-kwalità tal-materjali użati u tas-saħħa tagħhom wara li jkunu tpoġġew fil-post.", "Waqt li jkun qed isir it-tqegħid tas-saffi differenti li jkunu meħtieġa sabiex jinbnew is-sisien u l-uċuħ ġodda tat-toroq, u qabel ma jsiru s-saffi li jkun imiss, Infrastructure Malta tagħmel diversi testijiet biex tiżgura l-kwalità u s-saħħa tal-materjal li jkun qed jintuża.", "Dawn it-testijiet isiru minn entitajiet jew kumpaniji indipendenti li jkunu akkreditati biex jagħmlu dan it-tip ta' testijiet.", "Uħud mit-testijiet isiru fuq il-post, fit-toroq stess, u oħrajn jinvolvu l-ittestjar ta' materjali f'laboratorji akkreditati internazzjonalment.", "Kull meta x-xogħol ma jilħaqx il-livelli ta' kwalità u sigurtà mitluba minn Infrastructure Malta, ix-xogħol jitwaqqaf u l-kuntratturi jkollhom jirranġawh jew jagħmluh mill-ġdid, skont il-każ.", "Wara jerġgħu jsiru t-testijiet.", "Fl-aħħar nett, meta x-xogħol fit-triq ikun lest, isiru testijiet oħra finali sabiex il-periti jkunu jistgħu jiċċertifikaw il-kwalità tax-xogħol, skont proċeduri stabbiliti.", "Il-kuntratti li toħroġ Infrastructure Malta għal xogħlijiet fit-toroq jorbtu lill-istess kuntratturi li jiggarantixxu x-xogħol għal ammont ta' snin, bħal ma jsir normalment f'kuntratti ta' investimenti infrastrutturali ta' dan it-tip.", "Jekk f'dawn il-perjodi ta' garanzija jinqalgħu ħsarat attribwiti għal xogħol li jkun sar ħażin mill-istess kuntratturi, ikollhom jagħmlu tajjeb għat-tiswijiet.", "Il-proċeduri ta' kif ir-responsabilità ta' triq tgħaddi minn entità għal oħra huma stabbiliti fl-Att dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190411_220d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 15 ta' April 2019", "Staéfmpat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 15 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 15 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 220, li saret fil-11 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIII tal-2019 – Att tal-2019 biex jemenda l-Att għat-Twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sentenzi tal-Prim'Awla fil-kawża Kostituzzjonali 79/14 JZM (deċiża fit-28 ta' Settembru 2017), u dik sussegwenti tal-Appell Kostituzzjonali 79/14/1 (deċiża fid-29 ta' Marzu 2019) fl-ismijiet Josephine Azzopardi et al vs il-Onor.", "MISTOQSIJIET -TWEĠIBIET ORALI", "IL-FURJANA – LISTA TA' BINI SUĠĠETTI GĦAL AVVIŻ TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti / binjiet fil-Furjana li huma soġġetti għal avviż ta' inforzar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Għal kull każ jista' l-Ministru jagħti:", "a) id-dettalji ta' fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-inforzar;", "b) it-tip ta' użu tas-sit / bini;", "c) ir-raġuni tal-inforzar u l-irregolarità li hemm fis-sit / bini;", "d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-inforzar; u", "e) x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità mid-data tal-ħruġ tal-inforzar 'il hawn?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-31 domanda li ressaq hu f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "Sinjura President, il-ġimgħa l-oħra kellna diskussjoni dwar dan, li għaliha kien hawn preżenti anke l-Onor.", "Aquilina; għall-mistoqsijiet parlamentari li l-Onor.", "Interpellant għamel rigward il-local plans eżistenti, jien tajt risposta li huwa umanament diffiċli li tinġabar l-informazzjoni għad-domandi kollha li hu għamel.", "Id-dokumenti li huwa talab dwar il-local plans huma dokumenti pubbliċi li nistgħu npoġġuhom faċilment fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Però l-mistoqsijiet tal-lum huma sett ta' domandi differenti u għalhekk kelli nerġa' nirrepeti r-risposta li tajt dakinhar.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, matul dawn l-aħħar jiem smajna fuq il-mezzi tal-midja li nbeda jew li se jinbeda x-xogħol ġewwa l-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba.", "Jien m'iniex ġej minn dawk in-naħat, u allura ma tantx niffrekwenta dawn il-lokalitajiet.", "Però kontinwament naqra fuq il-midja soċjali dwar l-abbandun sħiħ li sfortunatament kien hemm għal dawk li huma xogħlijiet infrastrutturali hemmhekk.", "Fil-fatt, jidher li lanqas il-Kunsill Lokali ma tantx jiffunzjona.", "Għalhekk nixtieq inkun naf x'se tagħmel Infrastruttura Malta f'dan ir-rigward, u għaliex bħala Ministeru ħassejtu l-bżonn li tagħmlu dak li ħaddieħor jidher li m'għamilx.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Iva, Sinjura President, sfortunatament ikollna ngħidu li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar mhuwiex jiffunzjona, anke jekk il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar hija importanti ħafna għax tinkludi fiha wkoll żoni oħrajn, bħal Qawra u Buġibba.", "Apparentement, il-kunsilliera ddeċidew li ma jsirux interventi ta' natura kapitali f'dawk in-naħat, bil-konsegwenza li allura hemmhekk għandek abbandun totali.", "Għalhekk, filwaqt li l-Gvern huwa kommess li matul is-seba' snin li ġejjin jinvesti €700 miljun fit-toroq tagħna …", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, ippermettili, Ministru.", "Sinjur, hawnhekk ma jistgħux jittieħdu ritratti.", "Il-Ministru Ian Borg jista' jkompli jagħti r-risposta tiegħu.", "IAN BORG: Sinjura President, kont qed ngħid li, għalkemm il-Gvern huwa kommess li matul is-seba' snin li ġejjin jinvesti €700 miljun madwar il-lokalitajiet tal-pajjiż kollu, dan ma jfissirx li l-kunsilli lokali huma eżonerati milli jagħmlu l-manutenzjoni ġenerali fuq it-toroq tal-lokalità tagħhom.", "Il-kunsilli lokali xorta waħda huma mitluba li jagħmlu manutenzjoni ta' natura ġenerali, u allura f'dan il-każ il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar qiegħed jonqos meta qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li jagħmel dik il-manutenzjoni u jħalli lil-lokalità f'telqa u f'abbandun totali.", "Irrid ngħid li l-Gvern, permezz ta' Infrastruttura Malta, qiegħed jidħol f'diskussjonijiet xorta waħda mal-amministrazzjoni ta' dan il-kunsill lokali għaliex aħna rridu nagħmlu 17-il triq ġewwa Buġibba u l-Qawra.", "Dawn huma Triq Isouard, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant'Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir-Ramel.", "Ta' min jgħid li dawn ix-xogħlijiet inbdew illum.", "Issa jien nifhem li jkun hemm min jipprova jieħu mertu ta' dawk ix-xogħlijiet li forsi ma sarux minħabba nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kunsill Lokali; però lilna li jinteressana huma n-nies u n-negozjanti ta' dawn in-naħat għax nafu li għal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar ġej żmien impenjattiv aktar minn lokalitajiet oħrajn u għaldaqstant Infrastruttura Malta bdiet tintervjeni mil-lum stess.", "Jien beħsiebni matul il-ġimgħa nżur dawn ix-xogħlijiet anke personalment, filwaqt li nerġa' nappella lill-kunsilli lokali li għalkemm il-Gvern se jkun qed jagħmel il-wiċċ tat-toroq kollha tal-pajjiż bl-infrastruttura kollha meħtieġa ta' taħt it-triq u l-bankini, huma xorta waħda ma jistgħux jabdikaw mir-responsabbiltà tagħhom li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni ġenerali tat-toroq, għax din tibqa' responsabbiltà tal-Kunsill Lokali sa dik il-ġurnata li l-Gvern jidħol biex jagħmel it-triq sħiħa.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sinjura President, peress li l-mistoqsija parlamentari oriġinali kienet marbuta mal-lokalità tal-Furjana, jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa għadhomx jeżistu xi pjani ta' riġenerazzjoni fil-Furjana?", "Pereżempju, matul is-snin kienu ttieħdu numru ta' inizjattivi marbutin mar-riġenerazzjoni ta' Triq Sant'Anna.", "Jista' l-Ministru jaġġornana ftit dwar dan, peress li ilna ħafna ma nisimgħu b'xi pjan ta' dan it-tip?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, filwaqt li nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant ta' din il-mistoqsija supplimentari, irrid ngħid li naħseb hija xewqa ġenerali li s-suċċessi u l-istejjer pożittivi li kisbet il-belt kapitali tagħna, il-Belt Valletta, jiġu estiżi b'mod naturali għall-belt l-oħra li tmiss magħha, ċjoè, għall-Furjana, li wkoll għandha potenzjal kbir.", "Fil-fatt, iva, hemm diskussjonijiet u proposti f'dan is-sens.", "Ta' min jgħid li wħud minn dawn il-proposti, li jiġu mgħoddija lilna minn żmien għal żmien, lanqas jiġu mill-awtoritajiet imma jiġu minn periti, żgħażagħ u studenti, u jien naħseb li wieħed ma jistax jaqbad u jiskarta dawn il-proposti, anke għaliex ikun ferm pożittiv li kieku wieħed ikun jista' jasal għal dik it-tip ta' riġenerazzjoni.", "Jien naħseb li Triq Sant'Anna hija l-aktar triq traffikuża mit-toroq tal-pajjiż kollu u, bla dubju ta' xejn, il-potenzjal li għandha huwa wieħed kbir ħafna.", "Imma, l-emissjonijiet u l-konġestjoni li tesperjenza ta' kuljum iżżomm lin-nies 'il bogħod minnha, bil-konsegwenza li kemm in-negozji kif ukoll il-proprjetà li hemm f'din it-triq huma underutilized bil-kbir.", "Naħseb li fl-istess ħin kulħadd jaqbel miegħi wkoll li wieħed ma jistax jagħlaq Triq Sant'Anna mingħajr ma jkollu alternattivi oħra għax, jekk niddevjaw it-traffiku min-naħa ta' Triq Diċembru 13 u min-naħa ta' Tal-Pietà, mhuwiex biżżejjed għall-volum ta' karozzi li jidħlu ta' kuljum fil-belt kapitali, kif ukoll fil-Furjana stess.", "Għalhekk, filwaqt li hemm ħsibijiet dwar Triq Sant'Anna, dawn qegħdin jittieħdu anke id f'id ma' studji oħra li għadhom qed isiru, bħal fil-każ ta' trasport tal-massa u mezzi oħrajn.", "Madanakollu, naħseb li min-naħa tiegħi jkun prematur u prużuntuż li niżvela aktar dwar dan, anke għaliex, kif intqal fil-pubbliku, dawn l-istudji huma dejjem soġġetti wkoll għall-feasibility ekonomika tagħhom taking into consideration in-numru ta' nies għal dik li hija popolazzjoni u l-politika li għandu l-pajjiż.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, matul dawn l-aħħar jiem ilkoll segwejna l-inċidenti sfortunati li kien hemm fit-toroq tagħna, li sfortunatament uħud minnhom kienu saħansitra traġiċi.", "Jiddispjaċini ninnota li xi wħud qed jippontaw subgħajhom lejn il-Gvern għal dawn l-inċidenti, u għalhekk xtaqt li l-Ministru jgħidilna xi ħaġa dwar dan.", "Nixtiequ jgħidilna wkoll x'miżuri ta' sigurtà qed jittieħdu waqt li jkunu qed isiru x-xogħlijiet fuq it-toroq Maltin u Għawdxin.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, naħseb li għalissa m'hemm xejn aktar xi nżid mal-kummenti li għamilt dalgħodu, u naħseb li hemm bżonn li għalissa kulħadd ikun kawt u jistenna l-eżitu tal-inkjesti maġisterjali.", "Jien dalgħodu ġejt mistoqsi fuq inċident partikolari li ġara, però dak l-inċident seħħ fi triq eżistenti u mhux fuq parti ta' triq li kienet qed tinbena jew li qed isiru xogħlijiet fuqha.", "It-triq li fiha seħħ dan l-inċident, li sfortunatament ħalla anke vittmi, ilha li ġiet iddisinjata u mibnija numru ta' snin.", "Naħseb li dak li għandna nagħmlu f'dan l-istadju huwa li nuru rispett lejn il-vittmi, lejn dawk li għadhom qed jiġu rikoverati fl-isptar u lejn il-familjari tagħhom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, nixtieq inkompli nżid mal-mistoqsija li għamlet l-Onor.", "Rosianne Cutajar dwar l-inċidenti tat-traffiku li kellna dan il-weekend, għalkemm irrid ngħid mill-ewwel li m'għandix intenzjoni li ndawwar din l-issue f'ballun politiku.", "Li nixtieq nistaqsi lill-Ministru huwa dan: Infrastruttura Malta se tagħmel xi forma ta' investigazzjoni interna biex tara kienx hemm xi ħaġa li biha seta' jiġi evitat dan l-inċident?", "Mill-bieraħ 'l hawn din l-Aġenziija ħasset li forsi għandha tieħu xi azzjoni biex tagħmel it-toroq tagħna aktar siguri, partikolarment fl-area li seħħ dak l-inċident?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, m'iniex qed nifhem din il-mistoqsija supplimentari, anke għaliex ix-xogħlijiet ta' Infrastruttura Malta huma separati u distinti mill-post u n-natura ta' dak l-inċident, u għalhekk ma nistax nara relazzjoni bejn dawk iż-żewġ aspetti.", "Ovvjament, l-inċidenti li jsiru fit-toroq tagħna jkunu soġġetti wkoll għal inkjesti maġisterjali, u għalhekk f'dan l-istadju għandna nħallu lill-maġistrat jagħmel il-parti tiegħu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, filwaqt li għandna nirringrazzjaw lil Infrastruttura Malta għax-xogħol importanti li qed tagħmel, ma naħsibx li hu l-ambitu tal-Parlament li jidħol fl-inkjesti maġisterjali li jkunu għaddejjin, u allura lill-Ministru m'għandniex nagħmlulu domandi li jippreġudikaw lil dawn l-istess inkjesti maġisterjali.", "Dik hija branka oħra tas-saltna tad-dritt, u allura l-Qorti għandha tagħmel xogħolha, filwaqt li aħna għandna nagħmlu xogħolna.", "Jien se nagħmel mistoqsija fuq xi ħaġa li għandha x'taqsam mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, u ċjoè, dwar il-koordinament li hemm mal-kunsilli lokali dwar it-toroq li qed jiġu ppjanati li jsiru.", "Naf li l-Gvern qed joħroġ budget ta' €100 miljun fis-sena għal seba' snin, però x'sar mill-fondi li normalment jgħaddu lill-kunsilli lokali biex ikunu ddedikati għat-toroq?", "Qiegħed ikun hemm kordinament mal-kunsilli lokali f'dawk li huma prijoritajiet?", "U x'forom u strutturi qed jintużaw biex ikun hemm dan il-kordinament?", "Hemm xi kumitat apposta jew qed isiru b'mod informali?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, naħseb li minn hawn u ftit ieħor il-kunsilli lokali se jerġgħu jkunu fuq fomm kulħadd, u allura tajjeb jekk nispjegaw il-bidla li għamilna.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li l-Gvern ma kellux bżonn jagħmel din il-bidla għax fil-bidu tad-disgħinijiet ġie mwaqqaf set-up, liġi jew metodoloġija – sejħilha li trid – fejn kważi kulħadd kien komdu li jibgħat lin-nies, lill-familji u lin-negozji jitkarrbu għand il-kunsilli lokali sabiex issir l-infrastruttura tal-lokalità, allavolja kienu konxji li aktarx is-sindku jew il-kunsillier kien se jgħidilhom li l-kunsill lokali m'għandux flus biżżejjed biex jagħmel dik it-triq u kulħadd ikollu jibqa' b'dik it-tweġiba.", "Madanakollu, aħna bħala Gvern irridu nkomplu nbiddlu l-mod ta' kif jinżammu l-lokalitajiet tagħna, anke għaliex ma jistax ikollna pajjiż li, filwaqt li hu kburi bl-ekonomija tiegħu u bil-mod ta' kif qed jiżviluppa, fl-istess ħin ikollu lokalitajiet li qed iħallu lill-infrastruttura tagħhom titkisser.", "Għalhekk, il-Gvern Laburista, filwaqt li kien konxju li kien hemm bżonn bidla bħal din, ippropona bħala mandat elettorali lura fl-2017 li r-responsabbiltà tal-kunsilli lokali li jagħmlu t-toroq mingħajr ma kellhom il-flus, ir-riżorsi u l-expertise li jagħmlu dan, terġa' tinġarr mill-gvern, imbasta dan isir b'koordinazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali.", "Din hija xi ħaġa li wieħed jista' jifhimha għax huma l-kunsilliera u s-sindku l-aktar nies li jafu liema huma t-toroq li għandhom jingħataw prijorità iżjed minn oħrajn.", "Għalhekk, din is-sena saru żewġ sejħiet li l-valur tagħhom jeċċedi l-€120 miljun għall-ewwel 290 triq ta' din l-ewwel sena minn mindu f'Settembru li għadda ġiet imwaqqfa Infastruttura Malta.", "Issa aħna qed naraw ukoll kif din il-koordinazzjoni tista' tkompli titjieb, u se nispjega għal xiex.", "Sinjura President, ħafna drabi l-kunsill lokali, bħall-Gvern, ikun qiegħed jirċievi lmenti u talbiet dwar il-bżonn li ssir xi triq partikolari mir-residenti jew minn nies oħrajn li jgħaddu minn hemm jew jaħdmu fl-akkwati.", "Però, ma jkunx hemm back-up xjentifiku jew riċerka li turi liema huma l-aktar toroq li jinsabu fi stat ħażin u li hemm ħtieġa urġenti li dawn isiru mill-ġdid.", "Għalhekk, bħalissa qed isir eżerċizzju li fih qed jintużaw artificial intelligent drones, li bażikament qed jieħdu scan tat-triq li dawn litteralment ikunu qed jagħmlu survey fuqha u jagħtuk l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-infrastruttura tagħha.", "Ta' min jgħid li dan it-tip ta' drones saħansitra jikklassifikaw l-istat infrastrutturali tat-triq partikolari f'livelli.", "Imma, ovvjament, imbagħad id-deċiżjoni tkun trid tittieħed minn xi ħadd uman għax apparat xjentifiku bħalma hu drone mhuwiex kapaċi jiddeċiedi liema triq għandha tingħata prijorità, anke biex tkun tagħmel sens ekonomikament.", "Għalhekk hawn jidħol il-kunsill lokali u tidħol ukoll il-kordinazzjoni mas-sindki u mal-kunsilliera għax, għalkemm dan il-proġett qed isir mill-gvern ċentrali, għandu jirrispekkja anke x-xewqat tal-komunità.", "Aħna, bħala Gvern ċentrali, iddeċidejna li nerfgħu l-piż aħna, u bla dubju ta' xejn, dak li qabel kien jieħu 20, 30 jew 40 sena biex isir, issa se jkun qed isir f'perjiodu ħafna iqsar għax se jkun qed isir f'seba' snin.", "Li kieku ridna, aħna stajna nibqgħu komdi u nħallu dan ix-xogħol f'idejn il-kunsilli lokali.", "Ovvjament, kieku għamilna hekk, nofs il-kunsilli lokali kienu joqogħdu jwaħħlu fil-gvern tal-ġurnata li m'għamlux ċerti toroq, biex ma nsemmix ukoll ċirkostanzi oħrajn f'lokalitajiet oħra.", "Però aħna ridna li s-suċċess li qed jirnexxilu jikseb pajjiżna jkun rifless anke fl-infrastruttura tal-lokalitajiet tagħna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, nixtieq niċċara li bil-mistoqsija supplimentari li għamilt jien la bdejt nipponta subgħajja lejk u lanqas lejn Infrastruttura Malta, u naħseb li din il-mistoqsija li jien għamilt lill-Ministru ftit ilu hija pertinenti ħafna.", "Jidhirli li fl-inċident li seħħ ilbieraħ karozza spiċċat ġo gandott.", "Naħseb li hemmhekk għaddejjin xi xogħlijiet.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk, l-ewwel nett, Infrastruttura Malta tħossx il-bżonn li tiċċekkja li f'dik il-parti tat-triq kollox qed isir kif suppost u, it-tieni nett, jekk instab li kien hemm xi nuqqas, jgħidilna jekk ittiħdux il-miżuri neċessarji ħalli inċidenti bħal dawn ikunu evitati?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "IAN BORG: Ħalli nerġa' nirrepeti għax jidher li m'aħniex niftiehmu!", "L-Onor.", "Interpellant ikkonkluda l-mistoqsija supplimentari tiegħu billi qal \"ħalli inċidenti bħal dawn ikunu evitati\".", "Hawnhekk hu kien qed jirreferi għal inċident ta' żewġ vetturi li ħabtu head-on fi triq li ilha teżisti s-snin, liema inċident għaddejja inkjesta maġisterjali fuqu.", "Għalhekk jien ma nistax nifhem kif l-Onor.", "Interpellant qed jallaċċja ħaġa m'oħra.", "Madanakollu, dak li l-Onor.", "Interpellant staqsa jekk jistax isir, irrispettivament minn jekk iseħħx inċident jew le.", "Allaħares li min hu responsabbli mill-infrastruttura ta' dan il-pajjiż jirreaġixxi għax isir inċident!", "Hija n-norma li awtorità, kuntrattur u anke l-awtoritajiet regolatorji l-oħrajn jaraw li x-xogħol ikun qed isir skont il-project management, is-safety features li jkunu nħarġu, eċċ. Għalhekk, m'hemmx bżonn ta' intervent politiku sabiex dawn l-affarijiet ikunu qed isiru, għax dawn huma ongoing.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, ir-residenti ta' kull lokalità huma moqdija bis-servizz tat-trasport pubbliku, li għalkemm għadu mhux perfett, matul dawn l-aħħar snin mar 'il quddiem ħafna.", "Għalhekk, nixtieq inkun naf jekk l-ilmenti li jirċievu l-kunsilli lokali dwar is-servizz tat-trasport pubbliku mingħand ir-residenti jiġux mgħoddija lil Transport Malta bil-għan li dan is-servizz ikompli jitjieb.", "Ta' min isemmi wkoll li dan l-aħħar beda jintuża mezz ta' trasport differenti f'diversi lokalitajiet, fosthom f'Tal-Pietà u f'Bormla, li permezz tiegħu qed jiġu moqdija diversi anzjani.", "Din hija inizjattiva interessanti ħafna u huwa tajjeb li nkomplu nespanduha.", "Għalhekk, nixtieq nistaqsi lill-Ministru x'qed isir sabiex dan il-mezz ta' trasport isir aktar b'mod frekwenti within the locality, jew inkella minn lokalità għal xi lokalità oħra viċin, anke jekk dan il-mezz ta' trasport ikun jiffunzjona biss f'ċerti ħinijiet tal-ġurnata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sinjura President, hawnhekk tajjeb li wieħed jgħid x'sibna, x'sar matul il-Leġiżlatura li għaddiet, fejn wasalna llum, u kif ukoll fejn irridu mmorru għal dak li għandu x'jaqsam ma' trasport.", "Qabelxejn, it-trasport pubbliku huwa bla dubju l-aktar aspett importanti sabiex nilqgħu għall-isfidi li jeżistu fit-toroq tagħna, bħal konġestjonijiet ta' traffiku, eċċ. Imma huwa tajjeb li nsibu modi oħrajn kif wieħed jivvjaġġa minn post għal ieħor.", "Lura fl-2011 in-nies kellhom aspettattivi għolja ħafna tar-riforma fit-trasport pubbliku, però sfortunatament dik ir-riforma wasslet sabiex tintilef il-fiduċja fis-servizz innifsu bi ftit aktar minn 30 miljun passiġġier fis-sena li juża dan is-servizz.", "Ta' min jgħid ukoll li f'din ir-riforma li kienet saret kienu nbidlu r-rotot mingħajr ma l-kunsilli lokali kienu kkonsultati, bil-konsegwenza li r-rotot ma baqgħux aktar ċentralizzati u ddaħħlu modi ġodda ta' kif isiru l-konnettivitajiet.", "Ir-riżultat kien dak li kien.", "Kulħadd jaf x'riżultat kienet ħalliet dik ir-riforma u li ftit kienu l-aspetti pożittivi tagħha.", "Eventwalment, wara l-2013 il-Gvern Laburista reġa' fetaħ id-diskussjoni mal-kunsilli lokali biex jirrevedi r-rotot.", "Ittieħdu diversi inizjattivi u miżuri li li wasslu biex is-servizz jerġa' jikseb fiduċja mill-ġdid.", "Biżżejjed ngħid li matul l-2018 kien hemm 54 miljun passiġġier li għamlu użu minn dan is-servizz.", "L-inizjattiva ta' servizz ta' trasport pubbliku b'xejn għal min għandu 18-il sena ġiet estiża għal min għandu bejn is-16 u t-18-il sena, imbagħad għal min għandu bejn 14 u 18-il sena, sakemm wasalna biex estendejnieha għal kull min hu student full-time, irrispettivament mill-age bracket tiegħu.", "Fl-aħħar Baġit ikkommettejna ruħna wkoll li nestendu din l-inizjattiva ta' servizz ta' trasport pubbliku b'xejn għal persuni b'diżabilità, u fil-fatt bħalissa għaddejja diskussjoni ma' dawk kollha kkonċernati ħalli naraw min għandu jikkwalifika għaliha.", "Fil-programm tiegħu, il-Gvern għandu wkoll pjan li bih huwa kommess li lill-anzjani mhux biss jagħtihom servizz bi prezz ridott, bħalma għandhom illum, imma jagħtihom servizz bla ħlas ukoll.", "Hawnhekk ta' min jagħmel riferenza wkoll għall-fatt li aħna ħadna ħsieb nieħdu anke inizjattivi oħrajn sabiex is-servizz ikun aktar komdu, bħal, pereżempju, servizz ta' Wi-Fi b'xejn fuq kull karozza tal-linja, u qed jiġu installati wkoll numru ta' bus shelters.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġbok, ikkonkludi.", "IAN BORG: Għall-kuntrarju tal-impressjoni ta' ħafna, għad fadlilna d-dilemma li l-liġi tpoġġi piż fuq il-kunsilli lokali f'dak li għandu x'jaqsam ma' bus shelters, però naf li għaddejja diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Transport Malta biex ikun hemm kordinazzjoni aħjar dwar liema bus shelters għandhom jaqgħu taħt Transport Malta u liema bus shelters għandhom jaqgħu taħt il-kunsilli lokali.", "Informat ukoll li wasal biex jinbeda x-xogħol tal-Bus Terminus li jinsab ġewwa St James Ditch biex niżguraw li dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku jkunu protetti mill-elementi b'mod permanenti.", "Rigward il-mistoqsija li għamilli l-Onor.", "Camilleri rigward l-ilmenti li jirċievu l-kunsilli lokali dwar is-servizz tat-trasport pubbliku fil-lokalità tagħhom, irrid ngħid li l-kunsilli lokali ta' spiss jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom dwar servizzi oħra li jistgħu jiġu offruti mit-trasport pubbliku għal-lokalità tagħhom.", "Madanakollu, illum l-akbar sfida mhijiex li jibqgħu jingħataw aktar servizzi min-naħa tat-trasport pubbliku, imma l-fatt li l-flotta li għandna hi dik li hi, u ladarba żdiedu daqstant commuters fuq il-flotta eżistenti, allura wieħed irid jara l-capacity tar-rotot li għandna, il-capacity tal-flotta u jara x'titjib nistgħu nkomplu nagħmlu f'dan ir-rigward.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa skada.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sinjura President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 72 tal-2019 – L-Istatut biex jemenda l-Istatut għall-Iskola Internazzjonali għall-Foundation Studies.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 69 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar Assistenza għall-Iżvilupp ta' Logħob Diġitali b'Dimensjoni Kulturali;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar derogi relatati mal-għasafar selvaġġi li ġew applikati skont l-artikolu 9 tad-Direttiva tal-Għasafar Selvaġġi, fl-2017 u fl-2018, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari numru 9970; u", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 70 tal-2019 – Ordni tal-2019 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (il-Gvern tal-Prinċipat ta' Monaco).", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 71 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Pulizija ta' Malta.", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sinjura President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja tat-Treaties Search Page li tinsab fuq il-website tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9871.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja ta' tliet ittri dwar sit fi Triq Ta' Masrija, il-Mellieħa, mibgħuta mill-Awtorità tal-Ippjanar fit-22 ta' Jannar 2018, 17 ta' Mejju 2018 u 10 ta' Marzu 2016, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari numru 9967.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "PUNT IMQAJJEM MILL-KAP", "TAL-OPPOŻIZZJONI", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, minn hawn u ftit tal-ħin ieħor il-Prim Ministru se jagħmel stqarrija ministerjali u ovvjament aħna se nagħtu r-reazzjoni tagħna, però nixtieq nistaqsi lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jekk huwiex beħsiebu jagħmel stqarrija ministerjali wkoll fid-dawl tal-inċident li seħħ matul dawn l-aħħar sigħat, u se ngħid għalfejn qed nagħmel din il-mistoqsija.", "L-ewwel nett, nixtieq noffri l-kondoljanzi tiegħi lill-familja Mallia, li ġarrbet telfa irreparabbli.", "Jien naħseb li meta tintilef ħajja l-aħħar ħaġa li għandha tiġina f'moħħna hija l-partiġjaniżmu politiku u li wieħed jgħaġġel għall-konklużjonijiet.", "Madanakollu, minkejja li l-Ministru għadu kif informana li se ssir inkjesta ministerjali fuq dan il-każ, huwa diġà ġibed il-konklużjoni tiegħu billi qal li m'hemm l-ebda responsabbiltà min-naħa tiegħu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Delia, se jkolli nwaqqfek għax …", "ADRIAN DELIA: Jien li qed nistaqsi biss huwa jekk hux se jkun hemm stqarrija ministerjali min-naħa tal-Ministru Ian Borg għax wara li kien hemm … (Interruzzjonijiet) Il-mistoqsija tiegħi hija indirizzata lill-Ministru Ian Borg.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Delia, jiddispjaċini imma l-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "ADRIAN DELIA: Jien kulma qed nistaqsi hu jekk il-Ministru Ian Borg huwiex se jagħmel stqarrija ministerjali fuq dan il-każ.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, jien ġejt hawnhekk fl-4.00 p.m. jiġifieri fil-ħin li jibda l-Parlament, u għamilt nofs siegħa nwieġeb il-mistoqsijiet, inkluż dawk li saruli min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni daħal fil-Parlament fl-4.25 p.m. Kellu ċans jiġi hawnhekk qabel u jagħmilli l-mistoqsijiet li ried jagħmilli.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, nhar lErbgħa, 10 t'April, saret laqgħa straordinarja talKunsill Ewropew filformat ta' Artiklu 50.", "Fuq ilMejda talKamra qed inpoġġi lkonklużjonijiet ta' din illaqgħa u ddeċizjoni talKunsill Ewropew li, permezz tagħha, skont Artiklu 50(3), ġiet għal darb'oħra estiża ddata li fiha rRenju Unit se jitlaq millUnjoni Ewropea (UE).", "Waqt din illaqgħa, għalkemm ilPrim Ministru May talbet estensjoni sat30 ta' Ġunju 2019 biex jiġi ratifikat lArranġament tatTluq millUE, bħala mexxejja qbilna unanimament li nagħtu estensjoni sal31 ta' Ottubru 2019.", "Madanakollu, ħallejna wkoll ilbibien miftuħa biex irRenju Unit ikun jista' jitlaq f'data aktar kmieni jekk dan larranġament jiġi ratifikat qabel.", "Qbilna li jekk irRenju Unit ma jkunx għadu rratifika lArranġament sat22 ta' Mejju, se jkun obbligat jorganizza lelezzjonijiet talParlament Ewropew skont illiġijiet talUE biex jingħata din lestensjoni u, f'każ li dan ma jseħħx, iddata tattluq tkun l1 ta' Ġunju 2019.", "F'dan irrigward però, tajjeb li wieħed ifakkar li lPrim Ministru May, flittra tagħha lillPresident talKunsill Ewropew, diġà tat limpenn tagħha li dawn lelezzjonijiet isiru.", "Filfatt, għalkemm hemm nuqqas ta' aptit li dawn lelezzjonijiet isiru, ilproċess legali filParlament tarRenju Unit diġà beda.", "Qbilna wkoll li nerġgħu nirrevedu u niddiskutu ssitwazzjoni firRenju Unit f'Ġunju li ġej, kif ukoll li nagħmlu żewġ kondizzjonijiet oħra ċari.", "Lewwel waħda kienet li rRenju Unit għandu jibqa' obbligat li jġib ruħu b'mod xieraq matul dan ilperijodu – ilprinċipju li fittrattati hu msejjaħ bħala sincere cooperation.", "Dan ifisser li rRenju Unit ma jistax juża ddrittijiet li jgawdi bħala stat membru sħiħ biex itellef lillUE filħidma dwar deċiżjonijiet li se jaffettwaw ilfutur tagħha.", "Lgħan kien li neskludu lpossibbiltà li lUE tkun rikattata f'negozjati dwar leġiżlazzjoni importanti, speċjalment f'ħidma fejn irid ikun hemm unanimità biex jittieħdu ddeċizjonijiet – bħal ma hu lQafas Finanzjarju Multiannwali.", "Għal din irraġuni, qbilna wkoll li, peress li nirrikonoxxu li rRenju Unit se jitlaq millUE, għandu jibqa' jsir koordinament bejn is27 stat loħra f'laqgħat separati dwar materji li jirrigwardaw ilfutur talUnjoni wara ttluq tarRenju Unit.", "Ittieni kienet kondizzjoni li sħaqna fuqha f'okkażjonijiet preċedenti – li lArranġament tatTluq mhux se jerġa' jinfetaħ.", "Hawn ta' min wieħed jirrimarka però li bħala Unjoni konna flessibbli dwar iddikjarazzjoni dwar ilqafas tarrelazzjonijiet futuri, g,ħalkemm erġajna nnotajna wkoll li nnegozjati dwar dawn irrelazzjoniijiet ma jistgħux jibdew qabel irRenju Unit isir pajjiż terz.", "Flaħħar, ilKunsill Ewropew innota li rRenju Unit jibqa' stat membru sħiħ talUE saddata tattluq, biddrittijiet u lobbligi kollha, kif ukoll ilpossibbiltà li rRenju Unit jirrevoka Artiklu 50 b'mod unilaterali u jibqa' membru sħiħ talUE.", "Din ma kinitx deċiżjoni faċli.", "Però, filKunsill Ewropew kien hemm atmosfera kostruttiva u li fiha nstab kompromess.", "Għal darb'oħra, madwar ilmejda rrenja ssens komun.", "Irrikonoxxejna li rRenju Unit għandu bżonn aktar żmien biex jiddeċiedi, bħala pajjiż, fuq ittriq 'il quddiem, u minn ħafna saru argumenti validi favur estensjoni twila jew qasira.", "Minn hawn 'il quddiem, għal darb'oħra, ilballun qiegħed f'saqajn irRenju Unit, u prattikament jibqgħu erbgħa xxenarji possibbli:", "Lewwel xenarju: Li jkun hemm qbil fiddiskussjonijiet li qed isiru bejn ilGvern talPrim Ministru May u lOppożizzjoni, u wara li lParlament tarRenju Unit jirratifika lArranġament tatTluq.", "Dan jista' jsir fi kwalunkwe data sal31 ta' Ottubru f'każ li rRenju Unit jorganizza lelezzjonijiet talParlament Ewropew skont illiġijiet talUE.", "Minn hemm jiskatta lperijodu tranżitorju.", "Ittieni xenarju: Li lGvern tarRenju Unit ma jirnexxilux isib qbil biex jirratifika lArranġament tatTluq sal31 ta' Ottubru u li jkun organizza lelezzjonijiet talParlament Ewropew.", "F'dan ilkaż ikun hemm tluq bla ftehim fil31 ta' Ottubru jew skont data miftiehma.", "Ittielet xenarju: Li rRenju Unit ma jorganizzax elezzjonijiet talParlament Ewropew u jitlaq fl1 ta' Ġunju.", "Irraba' xenarju: Li jiġi revokat Artiklu 50 u rRenju Unit jibqa' stat membru sħiħ talUE.", "Għaldaqstant, u biex nikkonkludi, Sinjura President, ilGvern jinnota wkoll li tluq bla ftehim għadu possibbiltà.", "Għalkemm, kif għidna filpassat, ma nixtiqux li dan iseħħ, ilGvern iħoss li lpreparamenti għal din leventwalità u li qed jiġu kkordinati misSegretarjat talUnjoni Ewropea fi ħdan ilMinisteru għallAffarijiet Ewropej u lUgwaljanza għandhom ikomplu.", "F'dan irrigward, ilġimgħa li għaddiet filGazzetta talGvern ġiet ippubblikata leġiżlazzjoni sussidjarja li tidħol fisseħħ f'każ ta' tluq bla ftehim, u li permezz tagħha se jiġu protetti ddrittijiet taċċittadini tarRenju Unit f'Malta.", "Dan sar biex jimplimenta limpenn li għamilna aktar kmieni din issena u jserraħ moħħ numru kbir ta' ċittadini tarRenju Unit f'Malta.", "Qed insegwu wkoll limplimentazzjoni taliskema tassettled u presettled status li qed tiġi implimentata mirRenju Unit biex jiġu protetti lMaltin firRenju Unit.", "Ġiet ippubblikata wkoll leġiżlazzjoni sussidjarja li ddaħħal emendi li jiżguraw li, f'każ li rRenju Unit ma jkunx membru talUE fiddata talelezzjonijiet talParlament Ewropew, iċċittadini tarRenju Unit f'Malta ma jkollhomx dritt jivvotaw f'dawn lelezzjonijiet – anke fiddata taladvanced voting.", "Barra minn hekk, qed tiġi ffinalizzata lħidma dwar lAtt dwar ilKunsilli Lokali biex iċċittadini tarRenju Unit iżommu ddrittijiet tagħhom f'dawn lelezzjonijiet.", "Ovvjament, f'każ li fiddata talelezzjonijiet irRenju Unit ikun stat membru sħiħ, iċċittadini tarRenju Unit f'Malta jżommu ddritt talvot f'dawn lelezzjonijiet awtomatikament.", "Dan hu biss però xxogħol leġiżlattiv.", "Għadha għaddejja wkoll ilħidma minn diversi entitajiet talgvern biex isiru preparamenti għal kull eventwalità.", "Ftit eżempji jinkludu lħidma bejn ilMinisteru għasSaħħa u flAwtorità talMediċini dwar ilprodotti mediċinali; fidDipartiment tadDwana permezz ta' korsijiet għal min jesporta u jimporta minn u lejn irRenju Unit, kif ukoll biex jimplimentaw irregoli taddwana f'dak li għandu x'jaqsam ma' spezzjonijiet; u filForzi talOrdni biex isiru aġġustamenti għall-mod kif tiġi skambjata linformazzjoni u jkun hemm koperazzjoni marRenju Unit.", "Din ilħidma tikkomplementa dak li sar fuq livell Ewropew fejn ġew konklużi 18 minn 19il proposta leġiżlattiva proposti millKummissjoni Ewropea f'Diċembru li għadda.", "Dwar dawn u limportanza tagħhom kelli ċċans nagħmel dikjarazzjonijiet f'diversi okkażjonijiet, fejn tkellimt dwar limportanza ta' dawn ilmiżuri f'oqsma fejn lUE għandha kompetenza u li huma sensittivi għal Malta.", "Flaħħar nett, nixtieq infakkar u nagħmel appell, speċjalment linnegozji.", "Ilfilosofija tagħna u laħjar għodda biex innaqqsu limpatt huwa li nippreparaw.", "Nedejna miżuri u offrejna assistenza anke permezz talMalta Enterprise.", "IlGvern kommess li jibqa' jgħin u jaħdem ma' kulħadd biex jittaffa limpatt, inkluż malOppożizzjoni, kif għamilna matul dan ilproċess ta' Artiklu 50.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Nixtieq infakkar lill-Kap tal-Oppożizzjoni li għandu massimu ta' għaxar minuti, u lid-Deputati l-oħra li se jagħmlu l-intervent tagħhom wara għandhom massimu ta' tliet minuti kull wieħed.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, l-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru tal-istqarrija ministerjali li għamlilna.", "M'iniex se nidħol wisq fid-dettall tad-deċiżjonijiet li qed jiffaċċja r-Renju Unit.", "Nafu li hemm dawn l-erba' possibbiltajiet.", "Kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni qed isegwu dak li qiegħed jiġri.", "Però għall-mument nixtieq niddedika l-ħin li għandi aktar għall-isfidi u l-opportunitajiet li jippreżentaw ruħhom f'dan ix-xenarju ta' ċertezza waħda biss, li hija l-inċertezza.", "Meta tara pajjiż stat membru li huwa wieħed mit-trading partners sostanzjali għan-negozji tagħna, ċertament li dawn l-inċertezzi min-naħa tar-Renju Unit jippreżentaw ċertezza waħda: l-abbiltà tan-negozji tagħna dwar kif se nirreaġixxu, dwar kif se nirristrutturaw ruħna, u dwar kif se nikkreaw minn din l-isfida opportunitajiet għan-negozji tagħna.", "Matul il-ġimgħat u x-xhur li għaddew jien kelli l-okkażjoni li nitkellem ma' diversi operaturi fis-settur tan-negozju li qed jipprovaw jikkreaw opportunitajiet huma stess billi diġà qed jinvestu, qed isiefru u qed jattendu kemm attivitajiet li jiġu organizzati minn gruppi ta' negozji, kif ukoll attivitajiet diretti.", "Għalhekk, nixtieq li l-Gvern jagħti direzzjoni aktar ċara billi jelenka liema huma l-aktar oqsma li jixtieq jara lin-negozji tagħna jimirħu fihom.", "Ċertament li trid titħalla l-libertà għal kwalunkwe attività ta' negozju, imma jekk il-Gvern ikollu l-abbiltà li jifhem eżatt x'inhuma l-opportunitajiet partikolari u jixpruna pakkett ta' inċentivi li jkun dirett, bla dubju ta' xejn ikun qed jattira lin-negozji ż-żgħar u anke lil dawk li mhumiex daqstant żgħar.", "Il-Gvern għandu jiżen x'tip ta' negozji jixtieq li nattiraw, x'tip ta' servizzi jixtieq li noffru, x'tip ta' prodotti jixtieq li nikkreaw, u għandu jgħid dan b'mod aktar ċar.", "Hemm ukoll l-issue tal-proprjetà.", "Illum ix-xiri ta' proprjetà kummerċjali f'pajjiżna minn kumpaniji mir-Renju Unit huwa regolat minħabba li l-Unjoni Ewropea għandha lir-Renju Unit membru sħiħ, u allura l-ħruġ prematur o meno tar-Renju Unit jaf jimpinġi wkoll fuq negozji li diġà huma kuntrattati.", "Naf li hemm negozji li diġà sar ftehim fuqhom u qegħdin fuq konvenju, imma l-pożizzjoni ta' dak li kien se jkun il-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kien diġà qed jistipula x'kienu se jkunu l-kondizzjonijiet li jirregolaw dak it-tip ta' negozju.", "Il-ħruġ ordnat mill-Unjoni Ewropea kien qiegħed jagħti nifs, direzzjoni u terminu stabbilit ta' żmien temporanju, waqt li l-ħruġ mhux ordnat mill-Unjoni Ewropea ma jagħtix ċertezza lil dan it-tip ta' negozji.", "Il-ħruġ mhux ordnat mill-Unjoni Ewropea diġà jista' jkun qed jaffettwa numri ta' negozji u, għalkemm lili l-aktar li jinteressawni huma n-negozji Maltin, jinteressawni wkoll dawk li jkunu qed jinvestu f'pajjiżna.", "Għalhekk nixtieq li l-Gvern jagħti dawl u ċertezza lil kull min għandu negozji li qed jiġu kkuntrattati b'mod temporanju billi jserrħilhom moħħhom dwar dak li se jiġri fir-rigward ta' dawn in-negozji, kif ukoll dwar is-sett ta' regolamenti ta' leġiżlazzjoni li jkun qed jiddetta dan it-tip ta' negozju.", "Hawnhekk jien qed nirreferi kemm għan-negozji, kemm għall-proprjetajiet, kemm għal dawk li huma servizzi mediċi, kif ukoll għall-istudenti tagħna, sew dawk li jiġu f'Malta, hekk kif ukoll dawk li jmorru jistudjaw fir-Renju Unit.", "X'inhuma ċ-ċertezzi li nistgħu noffru f'dan il-perjodu, għallinqas b'mod li wieħed ikun jista' jħares 'il quddiem?", "X'arranġamenti hemm għal dawk li diġà bdew ċerti korsijiet, għal dawk li għadhom se jibdew xi korsijiet jew għal dawk li bħalissa waslu fl-aħħar stadji tal-istudji tagħhom?", "X'serħan tal-moħħ nistgħu nagħtu lil dawk iż-żgħażagħ tagħna li kienu qed jaraw opportunitajiet, jew saħansitra li kellhom opportunitajiet partikolari fir-Renju Unit?", "Sinjura President, il-Prim Ministru diġà semma l-ħidma li qed issir flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa, mal-Awtorità tal-Mediċini, mad-Dwana, kif ukoll mal-Forzi tal-Ordni.", "Però nixtieq inkun naf f'liema mument se jkollna aktar dettall f'dan ir-rigward.", "Suppost iż-żmien diġà għalaq, imma issa għandna data ftit aktar lil hinn.", "Però x-xhur malajr igerbu u min ikun qiegħed jippjana ftit aktar fit-tul ma jistax jibqa' f'din l-inċertezza u jkun irid xi tip ta' direzzjoni min-naħa tal-Gvern.", "Il-Gvern x'qiegħed jippjana li jagħmel?", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira.", "Jien m'iniex qed nitkellem biss fuq bażi dipartimentali, imma anke fuq bażi ta' informazzjoni, jiġifieri fattwalment.", "L-ewwel nett, x'inhuma l-oqsma li ġew identifikati li huma ta' prijorità, jekk ġew identifikati?", "Il-Gvern identifika liema setturi għandhom jingħataw l-aktar prijorità minħabba li huma l-aktar setturi li jistgħu jiġu affettwati?", "Jekk iva, liema huma?", "U, fl-aħħar nett, x'se jsir kemm bħala ppjanar, kemm bħala informazzjoni, kif ukoll bħala infrastruttura interna fid-dipartimenti rispettivi nnifishom?", "Grazzi ħafna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, l-ewwel nett, nixtieq ngħid li aħna jidhrilna li s'issa l-Gvern mexa tajjeb fuq din l-issue, anke meta Malta kienet President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Però qamu xi mistoqsijiet fis-sens li Le Monde, li hija gazzetta Franċiża, irrapportat li l-Prim Ministru ta' Malta insista li l-estensjoni ta' Brexit tkun mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju.", "Issa jien u l-Oppożizzjoni nifhmu li aktar ma l-Brexit iseħħ malajr, aktar tonqos l-inċertezza għall-businesses; però, min-naħa l-oħra, huwa ċar li għall-businesses ta' Malta u għal ħafna Maltin li jgħixu fir-Renju Unit jaqblilhom li jkun hemm Brexit bi ftehim u mhux Brexit mingħajr ftehim.", "Għalhekk nixtieq nagħmel lill-Prim Ministru mistoqsija waħda: Jekk huwa jikkonferma dak li nkiteb fir-rapport tal-gazzetta Le Monde, huwa fl-interess ta' Malta li l-Brexit iseħħ fil-21 ta' Ġunju u mhux f'Ottubru, kif finalment ġie deċiż?", "Jekk dan huwa l-każ, hu normali u naturali li l-Prim Ministru, bħala persuna li ġejja mill-Partit Soċjalista Ewropew, jallinja ruħu ma' partiti soċjalisti, liberali u ċentrali.", "Pereżempju, il-President Macron, li huwa ċentrist, kien l-aktar wieħed li insista fuqha, kif għamlu wkoll il-Prim Ministru ta' Spanja Pedro Sanchez bħala Soċjalist, Charles Michel bħala Liberali, u Xavier Bettel li huwa liberali wkoll.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk insistiex għal din l-estensjoni minħabba raġunijiet politiċi Ewropej jew inkella kienx minħabba l-interess ta' Malta?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru talli jżommna kontinwament aġġornati b'dawn l-istqarrijiet ministerjali.", "Jien naħseb li l-mistoqsija li se nagħmel lill-Prim Ministru diġà saritlu qabel, imma nixtieq inserraħ moħħ in-nies.", "Nixtieq inkun naf x'se jiġri min-numru ta' tobba, konsulenti u infermiera Maltin li hemm jaħdmu fl-Ingilterra, kemm f'każ li jintlaħaq ftehim, kif ukoll f'każ li ma jintlaħaqx ftehim.", "Kif nafu, hemm sptarijiet jew aġenziji Ingliżi li jieħdu numru ta' infermiera Maltin biex jaħdmu fl-Ingilterra, u aħna wkoll għandna numru ta' infermiera Ingliżi li jaħdmu fl-isptarijiet tagħna.", "Ovvjament, la nistgħu nkampaw aħna mingħajr dawn l-infermiera, u lanqas jistgħu jkampaw l-isptarijiet Ingliżi mingħajr il-professjonisti tagħna.", "Il-Prim Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jserraħ moħħ dawn in-nies, kemm f'każ li jkun hemm ftehim, kif ukoll f'każ li ma jkunx hemm ftehim?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, wieħed mil-akbar impenji li dan il-Gvern wera biċ-ċar hu li f'kull sitwazzjoni huwa jfittex dawk l-opportunitajiet li bihom jista' jattira investiment lejn pajjiżna.", "L-istqarrija ministerjali li tana l-Prim Ministru llum tindika kemm is-sitwazzjoni hija waħda fluwida, imma fl-istess ħin rajna li matul dawn l-aħħar jiem l-istess Prim Ministru kompla bix-xogħol tiegħu barra minn Malta biex jara liema huma dawk l-opportunitajiet li, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi f'din is-sitwazzjoni ta' inċertezza, jistgħu jattiraw aktar xogħol u investiment lejn pajjiżna.", "Xtaqt li l-Prim Ministru jispjega lil din il-Kamra x'tip ta' rispons qed ikun hemm meta l-Gvern qed jippreżenta lil pajjiżna bħala alternattiva fis-sens li ċerta attività ekonomika fir-Renju Unit tista' tiġi trasferita lejn pajjiżna, x'tip ta' inizjattivi – apparti ż-żjarat tal-Prim Ministru fir-Renju Unit – qed jittieħdu mill-entitajiet tal-gvern biex ikomplu jattiraw u jippromwovu lil pajjiżna bħala post fejn jistgħu jiġu lokati mill-ġdid ċerti attivitajiet, iżda fuq kollox jagħtina indikazzjoni dwar jekk il-business community tar-Renju Unit hijiex qed tħares lejn pajjiżna bħala alternattiva, u anke kif qed tippjana li tindirizza din ir-realtà ġdida fejn, minkejja li suppost kien hemm data fissa, l-affarijiet baqgħu fi stat ta' inċertezza sakemm din l-istorja żviluppat bil-mod kif żviluppat.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, jien ukoll nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru għal din l-istqarrija ministerjali.", "Il-Prim Ministru qalilna illi li r-Renju Unit jitlaq mingħajr ftehim għadha possibbiltà, però din il-possibbiltà ġiet ruled out anke mill-Gvern Ingliż wara sensiela ta' voti li ttieħdu fil-House of Commons.", "Fir-Renju Unit intqal ukoll li kważi kważi l-preparamenti għal no deal waqfu.", "Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru qalilna li l-preparamenti se jkomplu għaddejjin, u għalhekk nixtieq nistaqsih jekk humiex se jkomplu għaddejjin bl-istess intensità li kienu għaddejjin s'issa għax in-no deal kien proprju fuq l-għatba.", "Ta' min jgħid ukoll li r-Renju Unit ikkwantifika kemm swiet lill-pajjiż l-ispiża tal-preparazzjoni għal no deal.", "Il-Gvern Malti għamel xi kalkoli ta' kemm swew il-preparamenti wkoll?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, l-ewwel nett nirringrazzja lill-Prim Ministru għar-rendikont regolari li jagħti lil din il-Kamra, għax huwa importanti li l-Kamra tad-Deputati tkun informata b'dawn l-iżviluppi importanti li jolqtu liċ-ċittadini kollha Ewropej, imma li fl-aħħar mill-aħħar jolqtu lill-poplu Malti u Għawdxi wkoll.", "Ħadt l-aħbar it-tajba li l-perijodu ta' żmien stabbilit ġie estiż għax jien nibqa' nemmen li għandu jkun hemm tluq ordnat, u dan kemm fl-interess tar-Renju Unit, kemm fl-interess tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea għax dawn ukoll għandu jkollhom ċertezza dwar id-drittijiet u obbligi tagħhom.", "Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-prinċipju ta' sincere cooperation, però l-istess Council of Europe conclusions jgħidu li għall-fini u l-effetti kollha ta' jeddijiet u obbligi, ir-Renju Unit se jibqa' membru sħiħ sakemm jitlaq.", "Issa l-mistoqsija tiegħi hija din: Dan ifisser li r-Renju Unit jista' jibqa' japplika wkoll għad-diversi funding programmes li għandha l-Unjoni Ewropea?", "Għax hemm proġetti li peress li jkunu medium to long term, ma jkunux għadhom ġew konklużi sad-data tat-tluq.", "Allura f'dan il-każ ir-Renju Unit se jkompli jieħu l-fondi tal-Unjoni Ewropea anke wara t-tluq tiegħu?", "Jien fittixt imma ma sibt li hemm l-ebda ftehim tranżitorju dwar dan.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa punt importanti għax jekk ir-Renju Unit se jibqa' jieħu fondi minn tal-Unjoni Ewropea anke wara t-tluq tiegħu, se jkun qed iċaħħadhom lil stati membri oħra, fosthom Malta.", "Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk kienx hemm xi diskussjoni jew xi tip ta' ftehim tranżitorju f'dan is-sens?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela, la m'hawnx aktar rimarki, insejjaħ lill-Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni, kif ukoll lill-Membri ta' din il-Kamra tal-interventi tagħhom.", "Se nibda billi nindirizza punt li, fil-fehma tiegħi, huwa l-aktar importanti, jiġifieri dak dwar kemm pajjiżna huwa mħejji għas-sitwazzjoni ta' Brexit.", "Jekk ir-Renju Unit joħroġ … Naħseb li kieku kellna nagħmlu full stop wara din il-frażi li għadni kif għedt, diġà jkun biżżejjed għax l-ewwel punt ta' inċertezza huwa proprju dak, jekk humiex se joħorġu jew le!", "Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea b'mod ordnat, x'jiġri u ma jiġrix se jkun pjuttost smooth għax hemm perjodu ta' tranżizzjoni relattivament twil u kważi kollox huwa ggvernat fuq livell Ewropew.", "Dan ifisser li mil-lat nazzjonali l-impatt ikun wieħed minimum.", "Però xorta waħda jibqa' l-fatt li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea f'kull ċirkostanza se jkollu effett negattiv kemm fuq livell politiku, kif ukoll fuq livelli oħra.", "Forsi l-livell ekonomiku jkun l-aktar wieħed questionable għax dan jiddependi minn kemm aħna nkunu kapaċi noħolqu opportunità minn din l-isfida.", "Imma mil-lat politiku u storiku żgur li mhijiex aħbar tajba.", "Jien naħseb li strateġikament l-issue prinċipali u l-għerq ta' kollox huwa li lanqas l-Ingliżi stess ma jafu xi jridu, u minn hemmhekk jitlaq kollox.", "Inti tista' tħejji għal kull eventwalità.", "Li kieku aħna kellna ngħaddu lin-nies u lin-negozji tagħna, il-permutations differenti li jistgħu jiġru bejn issa u Ottubru li ġej, u li kieku kellna ngħidu lin-negozji biex jippreparaw ruħhom għal kull eventwalità bl-ispejjeż kollha li dawn ikollhom jidħlu fihom b'kollox, inkunu qed nagħmlu disservizz.", "Fil-verità, aħna li qed nagħmlu huwa risk management.", "Qed naraw x'inhi l-eventwalità ta' dak li se jiġri u nimminimizzaw kemm jista' jkun l-options l-oħra li jkunu jridu jippreparaw għalihom in-negozji u n-nies tagħna.", "Ta' min jgħid li dak li qegħdin nagħmlu f'dan ir-rigward joħroġ mill-preparamenti li qegħdin isiru fuq livell Ewropew.", "Kif semmejt, diġà tlestew 18 minn 19-il proposta leġiżlattiva fuq livell Ewropew u tlestew anke t-tħejjijiet fuq livell lokali.", "Fuq livell lokali, jien sodisfatt immens bil-level of preparedness li għandna.", "Prattikament, madwar ħames ġimgħat ilu kellna anke audits esterni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea fejn ġibdulna l-attenzjoni għal xi punt jew tnejn, imma mill-bqija qalulna li aħna mħejjijin tajjeb ħafna.", "Irrid ngħid li dawn mhumiex xi tip ta' tħejjijiet sigrieti.", "Biżżejjed ngħid li l-Ministru Helena Dalli marret quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u tat spjegazzjoni pjuttost dettaljata dwar dawn it-tħejjijiet.", "Jien informat ukoll li l-Ministru Helena Dalli stess kellha kuntatt mal-Oppożizzjoni – fil-fatt naħseb li din hija xi ħaġa bla preċedent – u tat aċċess lill-Oppożizzjoni għall-memo tal-Kabinett li jelenka eżattament il-miżuri li qed jittieħdu f'każijiet ta' no-deal Brexit.", "Fil-fatt, safejn naf jien, dan it-tip t'abbokkament sar mal-Onor.", "Ovvjament dejjem inkunu nistgħu nuru aktar xi tħejjijiet qed nagħmlu.", "Dawn żgur li mhumiex tħejjijiet sigrieti, u aħna qed nagħmluhom pjuttost fl-apert.", "Imma issa ħalli nkompli nwieġeb għal aktar mistoqsijiet speċifiċi li saru.", "L-ewwel nett, Sinjura President, rigward l-issue tax-xiri tal-proprjetà, fil-verità kollox se jkun jiddependi minn kif tkun ikklassifikata l-persuna li se tkun qed tixtri l-proprjetà fil-ġurnata li tkun qed issir it-tranżazzjoni.", "Dik il-klassifikazzjoni tiddetta kollox, u għandek żewġ modi totalment differenti.", "Madanakollu, din mhijiex xi kwestjoni ta' inċertezza għax m'hemmx inċertezza f'dan ir-rigward.", "Illum ir-Renju Unit huwa membru tal-Unjoni Ewropea u l-probabbiltà hi li hekk se jibqa' s'Ottubru li ġej.", "Imbagħad, wara Ottubru hemm aktar probabbiltà – allavolja mhux b'ċertezza – li jekk persuna li tkun qed tixtri proprjetà f'Malta tkun mir-Renju Unit, din tiġi ttrattata bħala persuna li tkun ġejja minn pajjiż terz.", "Minkejja dan kollu, irrid inżid ngħid li l-Gvern Malti xorta waħda qed jittratta lill-persuni li ġejjin mir-Renju Unit b'mod preferenzjali.", "Dik hija l-kelma – \"preferenzjali\" – u ma naħsibx li nistgħu nużaw kelma oħra.", "Għaliex?", "Għax jien informat, anke mill-analiżi internazzjonali li saret, li d-deal li offrejna liċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu fostna u li se jibqgħu ġejjin fostna sa meta r-Renju Unit ikun qiegħed jitlaq mill-Unjoni Ewropea, ċjoè, dak li nagħtu għaxar snin ta' residenza, huwa meqjus bħala l-aktar wieħed ġeneruż li sar minn kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Aħna nistgħu nirregolaw biss dak li noffrulhom.", "Issa, kemm aħna nistgħu nirregolaw x'se jagħmlu l-Ingliżi aħna stess, dik tkun problema għax dwar dan lanqas huma stess għadhom ma ddeċidew!", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tar-Renju Unit, u jekk dawn it-taħdidiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fir-Renju Unit ma jirnexxux, se jkun hemm numru ta' voti indikattivi fil-Parlament Ingliż li mhux neċessarjament se jagħtuna viżjoni ta' dak li jista' jagħmel il-Gvern Ingliż.", "Issa nixtieq nindirizza l-punt li semma l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Edward Zammit Lewis, fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit.", "Lili jirriżultali li d-data tal-31 t'Ottubru ġiet magħżula bi skop importanti ħafna.", "L-ewwel nett, aktarx li sal-31 ta' Ottubru mhu se jkun hemm l-ebda tip ta' deċiżjoni maġġuri fir-rigward tal-multiannual financial framework, jiġifieri ma se tittieħed l-ebda deċiżjoni fuq il-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba' snin ta' wara.", "Minkejja li hemm il-kwestjoni ta' sincere cooperation, jien l-ewwel wieħed li kont inkun ftit xettiku b'sitwazzjoni li xorta waħda jingħata dritt ta' veto lil pajjiż li ħiereġ mill-Unjoni Ewropea fuq il-budget Ewropew għas-seba' snin li ġejjin.", "Il-probabbiltà hija wkoll li sal-31 ta' Ottubru mhux se jkun hemm il-Kummissjoni Ewropea in place, u allura f'dak il-każ l-issue ta' jekk ir-Renju Unit ikollhiex kummissarju Ewropew jew le tiġi solvuta kważi awtomatikament.", "Madanakollu, fil-fehma tiegħi, din l-issue xorta waħda mhijiex definita b'mod ċar ħafna.", "Kif ikolli ċans niċċekkja, imma jien jidhirli li dan kollu huwa ggvernat fil-withdrawal agreement, fejn hemm miktub is-sistema dwar kif meta r-Renju Unit ikun daħal għal programmi b'ċertu finanzjament, ikollha d-dritt li jew tibqa' għaddejja b'dawk il-programmi u tħallas il-kontribuzzjoni jew inkella toħroġ u, biex ngħidu hekk, ikun hemm a settlement bill ta' dan kollu.", "Hawnhekk, Sinjura President, se niġi għal waħda mill-mistoqsijiet li għamilli l-Onor.", "David Stellini fejn il-pożizzjoni tiegħi kienet pjuttost ovvja.", "X'jiġifieri?", "Meta jien nidħol għan-negozjati, jekk in-naħa l-oħra titlobna żmien sat-30 ta' Ġunju, l-ewwel mistoqsija tiegħi tkun: Għaliex għandi nagħti aktar mit-30 ta' Ġunju?", "Fil-verità, jekk ninnegozjaw b'mod normali u n-naħa l-oħra titlobni żmien sat-30 ta' Ġunju, jien se ngħidilha 'Le, se nagħtik żmien sal-aħħar t'April u mbagħad nipprovaw niftiehmu li naslu għal Mejju'!", "Is-soltu hekk isiru n-negozjati.", "Madanakollu, f'dan il-każ donnu kien hemm l-idea li la r-Renju Unit qiegħed jitlobna żmien sa Ġunju, aħna se nagħtuh aktar minn Ġunju!", "Jien l-ewwel wieħed, ridt inkun konvint dwar ir-razzjonal ta' dan kollu, u naħseb li kien hemm razzjonal importanti.", "Ma naħsibx li din kellha tkun open-ended u, fl-opinjoni tiegħi, id-data tat-31 t'Ottubru neħħiet il-concerns li kellhom numru ta' member states, inkluż aħna bħala Gvern Malti.", "Nerġa' ngħid li jien kont inkun pjuttost xettiku li nagħti dritt ta' veto lir-Renju Unit fir-rigward tal-budget Ewropew jekk kemm-il darba r-Renju Unit mhuwiex se jibqa' membru tal-Unjoni Ewropea.", "Irrid nirrimarka li jien kont konvint anke mill-attitudni tal-Prim Ministru Theresa May.", "Lill-Prim Ministru Theresa May jien nafdaha ħafna fuq livell personali għax hija persuna reliable ħafna.", "Eżempju ta' dan huwa l-fatt li ma kienx hemm darba fejn l-ewwel il-Prim Ministru Theresa May tatna kelma politika dwar x'tista' tagħmel hi u mbagħad ma żammitx dik il-kelma, u allura jien l-ewwel wieħed ridt li niċċalinġja dak il-punt.", "Jien ma nistax nitfa' l-budget Ewropew, li minnu tgawdi wkoll Malta, taħt il-ħniena ta' xi pajjiż ieħor li biex forsi jkollu deal aħjar, jgħidilna: 'Qabel ma tagħtuni dak id-deal jien m'iniex se nitlaq minn taħt idejja l-flus għall-fondi Ewropej li minnhom m'iniex se nkun qiegħed ingawdi jien!'", "Imbagħad x'se ngħidulhom lin-nies meta niġu għas-si u no?", "Li m'hemmx fondi Ewropej, li s-sitwazzjoni hija ffriżata għal sena sentejn u jibqgħu ma jiġux fondi kapitali?", "Jiġifieri, that was a concern, però naħseb li s'issa dik l-issue ġiet indirizzata b'mod tajjeb.", "Hawnhekk ta' min isemmi l-concern li jekk nagħtu b'mod immedjat xi tip ta' estensjoni fit-tul, dan de facto jkun qiegħed joħloq it-tieni tip ta' membership fl-Unjoni Ewropea minn pajjiż li qiegħed membru imma mhux qiegħed membru attiv.", "Fil-fatt, minn dan il-lat naħseb li stajna ġejna f'sitwazzjoni li toħloq preċedent pjuttost perikoluż.", "Madanakollu, bil-mod ta' kif qiegħda worded il-konklużjoni naħseb li dak il-periklu ġie mitigat ħafna.", "Issa hawnhekk, Sinjura President, irrid nagħmilha ċara li aħna m'għamilna xejn minn wara dahar ħadd.", "Dan il-kliem jien għedtu b'mod ċar anke lill-Prim Ministru Theresa May.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu ħaġa ma' xi ħadd u mbagħad nagħmlu ħaġa oħra ma' ħaddieħor.", "Aħna din ħdimnieha skont x'jaqbel lill-Unjoni Ewropea, skont x'jaqbel lilna u fl-aħħar mill-aħħar jien ngħid anke skont x'jaqbel lir-Renju Unit, allavolja mhuwiex kompitu tiegħi li noqgħod ngħid x'jaqbillu jew ma jaqbillux ir-Renju Unit.", "Ma rridx nispekula dwar dak li se jiġri u ma jiġrix, imma nemmen li hemm deċiżjonijiet li ftit li xejn hemm bibien minn fejn wieħed jista' joħroġ minnhom.", "Bibien hemm biss wieħed jew tnejn, u trid tittieħed deċiżjoni, imma dik id-deċiżjoni la għandna neħduha aħna u lanqas nistgħu neħduha aħna, għax din id-deċiżjoni trid tittieħed biss mir-Renju Unit.", "Biex niġi għall-punt li għamel l-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, irrid ngħid li aħna komplejna għaddejjin bid-diskussjonijiet, u l-attitudni tagħna f'dawn id-diskussjonijiet hi dik li nġibu aktar xogħol lejn Malta b'mod koperattiv – u mhux b'mod antagonistiku – mar-Renju Unit.", "L-aktar li rajna interess huwa fis-servizzi finanzjarji, kif ukoll fil-qasam tal-manifattura, b'mod partikolari fil-qasam tal-farmaċewtika.", "Fil-fatt nista' ngħid li kien hemm interess mhux ħażin minn dan il-lat, u l-profile ta' kull settur hu li dan l-interess ġej l-aktar minn kumpaniji li għandhom ownership li ġej minn barra r-Renju Unit, u anke minn barra l-Unjoni Ewropea, u allura jridu li jkollhom foothold strateġiku fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Nixtieq inżomm ftit kawtela dwar punt li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Filwaqt li aħna se nibqgħu għaddejjin bi strateġija li hi mmirata li niksbu investiment u li l-Oppożizzjoni qiegħda rappreżentata wkoll fil-Brexit Task Force, ma rridux nagħtu l-impressjoni li qed noħolqu xi sett ta' inċentivi biex nattiraw xi tip ta' investiment minn xi pajjiż partikolari.", "Fil-fatt, jekk nagħmlu hekk inkunu qed immorru kontra r-regoli tal-iState Aid u fil-verità aktar inkunu qed nidħlu fi problemi milli nieħdu opportunitajiet.", "Ngħaddi biex nagħmel l-aħħar punt.", "Ftit tal-jiem ilu, jien tkellimt mal-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit, is-Sur Joseph Cole – kien hemm ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ - u huwa qalli li ħafna drabi t-telefonati li jkollhom mingħand il-Maltin li jgħixu fl-Ingilterra ma jkunux jikkonsistu f'mistoqsijiet, imma jċemplu biex jassiguraw ruħhom li jekk ikun hemm xi żviluppi f'dan ir-rigward, huma jiġu informati.", "Jiġifieri dawn aktar ikunu telefonati dwar sapport.", "Lil ħutna l-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit jien irrid inserrħilhom moħħhom li għalina l-welfare tagħhom huwa kruċjali.", "Dak li għamilna fir-rigward tal-Ingliżi li jgħixu f'Malta – li kif għedt diġà tajniehom l-aktar offerta ġeneruża li ta kwalunkwe stat ieħor tal-Unjoni Ewropea – kien immirat fost l-oħrajn biex lir-Renju Unit nagħtuhom sinjal li, jekk niġu fl-agħar ipoteżi ta' xi tip ta' divorzju akrimonjuż, huma jħarsu lejn il-Maltin b'mod li jgħidu li l-Ingliżi f'Malta ngħataw trattament tajjeb ħafna u b'hekk il-Maltin fir-Renju Unit jingħataw trattament simili.", "Għalhekk, filwaqt li sal-lum il-ġurnata ma nista' nagħti l-ebda assigurazzjoni, anke għax qegħdin f'sitwazzjoni fejn lanqas ir-Renju Unit għadu ma ddeċieda xi jrid jagħmel, l-unika assigurazzjoni li nista' nagħti hi li se nkomplu naħdmu biex ngħinu lil dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Jista' jekk jogħġbu, il-Prim Ministru jweġibni għall-mistoqsija li għamiltlu dwar il-professjonisti mediċi?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: L-infermiera Ingliżi li jgħixu f'Malta m'għandhom l-ebda tip ta' problema.", "Fil-verità, kulma jridu jagħmlu huwa li japplikaw, u anke fl-agħar ipoteżi se jkollhom permess ta' residenza ta' għaxar snin, li jiġġedded għal għaxar snin oħra u li se jibqa' jiġġedded.", "Jiġifieri m'hemmx problema.", "Fil-każ tal-Maltin li jgħixu fl-Ingilterra, l-indikazzjonijiet informali li għandna huma li jekk dawn jitneħħew – b'mod partikolari dawk li qegħdin fil-qasam mediku – ikunu qegħdin jaqtgħu mneħirhom biex jinku lil wiċċhom, u jien ma naħsibx li l-Gvern Ingliż għandu dik it-tip t'attitudni.", "Infatti, anke minn diskussjonijiet informali li għamilt mal-Prim Ministru Theresa May – li nerġa' ngħid inqisha bħala persuna ta' kelma – l-indikazzjonijiet dejjem kienu li huma se jħarsu lejn ir-rabtiet storiċi bejn Malta u l-Ingilterra bħala punt kruċjali tal-mod ta' kif jieħdu d-deċiżjonijiet fir-rigward taċ-ċittadini tagħna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, ninforma lill-Kamra li, skont ftehim milħuq, il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol tas-seduta tal-lum se jkun estiż b'40 minuta, il-ħin meħud għall-istqarrija ministerjali, u li l-ħin tad-diskussjoni se jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-ftuħ għan-naħa tal-Gvern u l-għeluq għan-naħa tal-Oppożizzjoni, u l-Aġġornament jittieħed fis-7.40 p.m.", "Fis-seduta ta' nhar l-Erbgħa, 17 ta' April 2019, li fiha se tiġi diskussa l-Mozzjoni Nru 233 dwar konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex, il-ħin se jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-ftuħ u l-għeluq għall-Gvern.", "Ninforma wkoll lill-Kamra li, jekk jintalab vot, dan għandu jittieħed dakinhar stess.", "DISKUSSJONI ĠENERALI MINGĦAJR VOT DWAR IR-RAPPORT TA' EVALWAZZJONI (MALTA) MAĦRUĠ MILL-GRECO", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li d-diskussjoni dwar ir-Rapport ta' Evalwazzjoni (Malta) maħruġ mill-GRECO (Group of States Against Corruption) fit-3 ta' April 2019 se tieħu sas-7.40 pm, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-ftuħ għan-naħa tal-Gvern u l-għeluq għan-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Il-Prim Ministru.", "JOSEPH MUSCAT: Sinjura President, bħala Gvern aħna nilqgħu l-opportunità li nieħdu sehem f'dan id-dibattitu fir-rigward ta' rapport li sar mill-GRECO – li hija branka tal-Kunsill tal-Ewropa li m'għandhiex x'taqsam mal-Unjoni Ewropea – dwar is-sitwazzjoni f'Malta u, fost l-oħrajn, dwar il-kwestjoni tas-saltna tad-dritt.", "Filwaqt li se jkun hawn numru ta' esponenti differenti minn din in-naħa tal-Kamra biex jitkellmu dwar dan ir-rapport fid-dettall, jien xtaqt nillimita ruħi billi nagħmel żewġ punti.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li dan huwa rapport li aħna, bħala Gvern, nilqgħuh b'sens kostruttiv, bħalma nilqgħu dejjem ir-rapporti kollha li jsiru.", "Żgur li m'aħniex xi gvern li b'xi mod jew ieħor meta tintqal xi ħaġa li ma ddoqqx għal widnejna nipprovaw nattakkaw jew nimminaw lil min ikun għamel dan it-tip ta' rapport.", "Il-GRECO għandha storja ma' diversi pajjiżi dwar it-tip ta' analiżi li tkun qed tagħmel ta' pajjiżi differenti, saħansitra ta' pajjiżna stess.", "Pereżempju, jien naħseb li l-aktar rapport tal-GRECO li jiġi kkwotat huwa meta din kienet iddeskriviet is-sistema tal-ġudikatura f'Malta bħala li \"it's like an all-in-the family jamboree\" minħabba li l-prim imħallef, il-ministru tal-ġustizzja u l-President tar-Repubblika ta' dak iż-żmien kienu jiġu minn xulxin.", "Hekk kienu qalu!", "Aħna, min-naħa tagħna, inħarsu lejn dan ir-rapport b'mod oġġettiv, u rridu nwasslu l-punt illi rridu li jkollna dik l-oġġettività fil-mod ta' kif nanalizzawh.", "Nifhmu wkoll li l-parti l-kbira tar-rapport huwa bbażat fuq affarijiet li jkunu fuq il-mezzi tax-xandir u li, tajjeb jew ħażin, jittieħdu bħala fatti.", "Irridu anke nirrikonoxxu oġġettivament li l-istituzzjonijiet transnazzjonali qed jieħdu dak li jingħad mis-soċjetà ċivili b'aktar importanza minn dak li qed jingħad mill-gvern, u naħseb li dan huwa fenomenu jew trend internazzjonali li rridu nirrikonoxxuh.", "Din mhijiex kwestjoni ta' jekk tgħidx ħaġa jew tgħidx oħra, imma hija kwestjoni li mal-pajjiżi kollha tad-dinja dak li jgħidu n-nies mis-soċjetà ċivili kważi dejjem qed jittieħed b'aktar serjetà minn dak li jingħad minn kwalunkwe gvern.", "Din hija sitwazzjoni li rridu nitgħallmu ngħixu biha.", "Bl-istess mod, jekk ikunu se jsiru xi rapporti min-naħa tar-rapporteurs tal-Kunsill tal-Ewropa, dawn ir-rapporteurs ikollhom aġenda politika kkargata ħafna u fil-fatt mit-tweets li jibagħtu u mill-mod kif jagħmlu l-argumenti tagħhom diġà tkun taf eżatt x'se jkunu l-konklużjonijiet tagħhom.", "Imma allura x'tagħmel, tissuppervja u titlaq 'l hemm?!", "X'tagħmel jekk ikunu mitmugħin verżjoni waħda u jkunu diġà waslu għall-konklużjoni?!", "Teħodha bħala konjizzjoni!", "Nittamaw li ma jiħdux għalihom meta niġbdu dik l-attenzjoni.", "Imma mill-bqija, bla dubju ta' xejn, jekk isiru punti tajbin u importanti, aħna neħduhom on board.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-membri tad-delegazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa min-naħa tal-Gvern għax-xogħol tajjeb li għamlu matul dawn l-aħħar xhur billi wasslu l-verżjoni min-naħa tal-Gvern lill-persuni li qegħdin fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Issa ħalli niġi għat-tieni punt li xtaqt nagħmel, Sinjura President.", "Fl-aħħar mill-aħħar, min jiżra' r-riħ ikun qed jaħsad it-tempesta, u filwaqt li dawn huma fora differenti minn xulxin, irrid ngħid b'responsabbiltà li din hija parti mir-riżultat dirett tal-mod irresponsabbli li parti mill-Oppożizzjoni aġixxiet bih matul l-aħħar snin.", "Jien kont sorpriż – din għedtha pubblikament, u llum għandi wkoll iċ-ċans li nirrepeti dan l-argument hawnhekk, f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż – bil-mod ta' kif l-Oppożizzjoni ħarġet tgħid li ma taqbilx ma' dak li qal membru tal-Parlament Ewropew f'isem il-Greens Ewropej.", "Dan l-MEP qal li għandu jiġi invokat artiklu 7, li jfisser li Malta ma jkollhiex aktar dritt tal-vot fil-fora Ewropej u li jkollna fondi sospiżi fir-rigward tal-Unjoni Ewropea.", "Qed ngħid li kont sorpriż għax l-argumenti kollha li uża dan l-MEP ġew mitmugħa lilu kelma b'kelma minn esponenti ta' parti mill-Oppożizzjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Li kieku l-mod ta' kif pinġew lil pajjiżna dawn l-esponenti u l-argumenti li għamlu kienu veri, huwa ovvju li jrid ikun hemm artiklu 7.", "Għax, kif jista' jkun ikollok dawk id-defiċjenzi kollha, …?!", "L-Oppożizzjoni pinġiet lil pajjiżna bħallikieku għandu xi dysfunctional democracy fejn ħadd ma jista' jgħid li jrid f'dan il-pajjiż!", "Qisna qegħdin f'sitwazzjoni fejn jekk, pereżempju, il-Qorti tiddeċiedi li l-Oppożizzjoni għandha dritt ikollha żewġ siġġijiet extra fil-Parlament, il-Gvern jgħid: Le, se nagħmel li rrid u nibqa' għaddej!", "Hekk pinġewna lilna, u dan meta l-fatti huma bil-maqlub!", "Biżżejjed ngħid li matul il-Leġiżlatura preċedenti kellna ġudizzju li jien personalment għandi riżervi dwaru, u llum għandi ċ-ċans ngħidha din: xi darba f'xi leġiżlatura dak il-ġudizzju se jwassal għal instabbiltà politika!", "Allaħares qatt jiġri hekk!", "Allaħares qatt, imma min jaf jaqra l-liġi elettorali ta' dan il-pajjiż isib li nfetħet Pandora's box!", "Jalla li ma nkunx hawn jien l-ewwel wieħed li nara x'pandemonju jista' jinqala' fil-pajjiż b'dak il-ġudizzju.", "Imma l-Qorti ħadet deċiżjoni u aħna naċċettawha!", "Aħna qatt ġejna hawnhekk u għamilna xi ħaġa?", "Madanakollu, uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni lilna pinġewna qisna xi despotiċi fejn jew tagħna jew xejn, li għandna xi ġudikatura li ma tiffunzjonax u li għandna l-mezzi tax-xandir iċċensurati jew qed jingħalqu.", "Hawn libertà tal-espressjoni f'dan il-pajjiż jew le, f'ġieħ kemm hemm?!", "Jien nistaqsi mhux biss lil kull wieħed u waħda minna li qegħdin nagħmlu l-interventi tagħna f'din il-Kamra … Il-ġurnali u l-mezzi tax-xandir għandhom saħħa enormi, u dan huwa tajjeb.", "Aħna hekk irridu, anzi bil-liġijiet li għamilna żidnielhom is-saħħa: imma, bil-mod kif pinġewna wħud mill-esponenti tal-Oppożizzjoni bilfors li n-naħa tal-Kummissjoni Ewropea trid tagħmel artiklu 7!", "U mela mbagħad toħroġ l-Oppożizzjoni u tgħid li ma taqbilx li jkollna artiklu 7?!", "Dan ifisser li l-Oppożizzjoni stess qed tirrikonoxxi li l-propaganda mitmugħa minn uħud mill-esponenti tagħha li saru mavericks jew renegades – dan qed ngħidu b'sens politiku u mhux b'sens personali – li jagħmlu u jgħidu li jfettillu moħħhom, issa ġew f'sitwazzjoni fejn qegħdin jirrikonoxxu li qed jivvintaw l-affarijiet u li qed jivvintaw is-sitwazzjonijiet!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Għalhekk jien ngħid li hawnhekk ġejna f'sitwazzjoni fejn, permezz ta' dikjarazzjoni tal-Oppożizzjoni stess, fil-fehma tiegħi hemm ammissjoni ta' riġettazzjoni ta' dawk l-argumenti b'mod dirett, jiġifieri din minnha nnifisha hi case closed għalija għax l-Oppożizzjoni stess qed tirriġetta l-argumenti ta' parti mill-esponenti tagħha!", "Għalhekk, Sinjura President, filwaqt li qed nagħmlu dan il-punt politiku, jien l-ewwel wieħed ngħid li għad hemm ħafna titjib xi jsir fis-sistema tagħna.", "Nemmen li r-riformi li għamilna bħala Gvern kienu importanti, imma dawn huma biss parti minn proċess.", "Kif qalli tajjeb ħafna avukat dalgħodu, il-leġiżlazzjoni hija dejjem \"works in progress\" u qatt ma tista' tgħid li tkun wasalt fiha.", "Jien se nikkonkludi hawnhekk billi ngħid b'umiltà kbira li dan il-Gvern għamel parti mill-ħidma tiegħu.", "Issa jista' jkun li għamilna ħafna u jista' jkun li għamilna ftit, però fadal ħafna xi jsir.", "Jalla dan il-pajjiż jibqa' miexi 'l quddiem f'dawn il-bidliet li la bdew bina u lanqas se jispiċċaw bina, imma bdew bil-pajjiż u se jispiċċaw bil-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sinjura President, wara li smajt id-diskors tal-Prim Ministru, nixtieq insemmi każ partikolari bħala eżempju.", "Ftit tal-jiem ilu ltqajt ma' mara li għandha żewġt itfal u li wieħed mit-tfal tagħha jixtieq jagħti donazzjoni ta' organu lil ħuha.", "Però din l-operazzjoni ġiet posposta mill-anqas darbtejn.", "Għaliex qed inqajjem dan l-eżempju?", "Għas-sempliċi raġuni li meta f'dan il-pajjiż u f'kull pajjiż nitkellmu dwar il-korruzzjoni nkunu qegħdin nitkellmu dwar taxxa, u r-responsabbiltà tal-Prim Ministru u tal-Gvern hawnhekk hija bħar-responsabbiltà tal-isptarijiet, li jkollhom ir-riżorsi neċessarji biex jieħdu ħsieb lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.", "Għalhekk hija responsabbiltà tal-Gvern li dawn l-affarijiet ma jsirux.", "Imma x'għandu x'jaqsam l-isptar mal-korruzzjoni?", "Għandu x'jaqsam ħafna.", "Il-Prim Ministru fl-2012 qalilna li l-korruzzjoni hija taxxa li tħallas għaliha int. Fil-fatt, f'Diċembru li għadda l-Greens Ewropej ħarġu rapport – mhux fuq Malta biss imma fuq il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea – li fih stabbilixxew prezz għall-korruzzjoni.", "Qalulna li f'Malta nħallsu €725 miljun fis-sena għall-korruzzjoni!", "Dik hi t-taxxa li nħallsu aħna għall-korruzzjoni!", "F'sena waħda, kull persuna f'Malta tħallas għall-korruzzjoni €1,670, jiġifieri, bejn wieħed u ieħor paga ta' xahar.", "Jien u int qed inħallsu €1,670 fis-sena għall-korruzzjoni f'dan il-pajjiż!", "Il-korruzzjoni għandha prezz, u l-Prim Ministru kellu raġun jgħid fl-2012 li l-korruzzjoni hija taxxa li nħallsu għaliha int u jien flimkien!", "Li kieku dawn is-€725 miljun ġew investiti f'Malta minflok ma ntnefqu minħabba l-korruzzjoni, konna nkunu nistgħu, pereżempju, nibnu skejjel ġodda, konna nkunu nistgħu nagħmlu programm ta' affordable housing għal dawk il-koppji li ma jaqgħux taħt il-faxxa ta' social housing – bħalma kien jagħmel il-Partit Nazzjonalista qabel – jew konna nkunu nistgħu nagħmlu skema għal dawk il-koppji żgħażagħ li għadhom jibdew id-dinja u m'għandhomx mezzi finanzjarji biżżejjed biex jieħdu loan mill-gvern.", "B'hekk, dawn il-koppji żgħażagħ kien ikollhom il-possibbiltà li jieħdu proprjetà mibnija minn fondazzjoni indipendenti li tkun issussidjata mill-gvern, b'mod li appartament li jiswa €200,000 kienu jkunu jistgħu jeħduh b'€100,000.", "Kieku konna nkunu nistgħu nitkellmu dwar dawk il-proġetti ta' social housing li pajjiżna tant għandu bżonn.", "Konna nkunu nistgħu nitkellmu wkoll dwar trattament usa' tal-kanċer b'dawn is-€725 miljun li telqu minħabba l-korruzzjoni.", "Il-verità hi li aħna l-Maltin u l-Għawdxin inħallsu anqas minn €725 miljun fis-sena għall-edukazzjoni kollha ta' pajjiżna.", "Dak hu l-ammont li qegħdin inħallsu għall-korruzzjoni f'pajjiżna!", "Dan biex ma nsemmix ukoll skemi li permezz tagħhom il-gvern ikun jista' jikkopera mal-employers biex il-ġenituri jkollhom work-life balance u b'hekk ikollhom aktar ħin xi jqattgħu mat-tfal tagħhom.", "Sinjura President, il-Prim Ministru qalilna li parti mill-Oppożizzjoni qed tagħmel minn kollox biex tħammeġ isem Malta.", "Jien membru sħiħ tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) u mmur Strasburgu kull tant xhur.", "Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra stess kont hemm.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar rapport tal-GRECO, li jagħmel parti minn dik l-istruttura tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-PACE, li jien membru tagħha, ukoll tagħmel parti minn dik l-istruttura.", "Minkejja dan, jien qatt ma ltqajt jew kelli xi tip ta' komunikazzjoni ma' dawn in-nies li ġew Malta u għamlu r-rapport tal-GRECO, la b'mod formali u lanqas b'mod informali, biex il-Prim Ministru ma jagħtix l-impressjoni li jien jew sħabi kellna kuntatt ma' dawn in-nies tal-GRECO.", "Dawn huma nies indipendenti.", "Allura min huma dawn in-nies, Sinjura President?", "L-ewwel nett, ta' min jgħid li dawn in-nies la jaħdmu fil-Kunsill tal-Ewropa u lanqas joqogħdu fi Strasburgu, jiġifieri, m'għandhomx x'jaqsmu mal-GRECO.", "Dawn huma uffiċjali ta' wħud mill-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Fil-każ ta' Malta, ġew Malta f'Ottubru li għadda fejn iltaqgħu mal-Ministru u ma' numru ta' uffiċjali għolja tal-Gvern Malti.", "Ta' min jirrimarka wkoll li dawn kienu anke uffiċjali ta' pajjiżi oħra.", "Pereżempju, kellna uffiċjal mir-Rumanija, kellna uffiċjal mill-Olanda, kellna uffiċjal ieħor min-Norveġja, mis-Slovenja, eċċ., u dawn aħna qatt ma ltqajna magħhom.", "Dawn in-nies, li nerġa' ngħid huma nies totalment indipendenti, ħarġu rapport ikrah ħafna dwar Malta.", "Nerġa' ngħid li aħna, bħala Partit Nazzjonalista, la għandna u lanqas kellna kuntatt ma' dawn in-nies, jiġifieri l-Prim Ministru ma jistax jiġi hawnhekk u jgħid lin-nazzjon Malti li l-Partit Nazzjonalista mar iħammeġ lil Malta magħhom, u li dawn kienu influwenzati mill-Partit Nazzjonalista.", "Sinjura President, dan ir-rapport jgħid ċar u tond li f'Malta fuq il-karta għandna numru sew ta' istituzzjonijiet li suppost jaħdmu kontra l-korruzzjoni.", "Għalhekk, dan ir-rapport ma qagħadx jomgħodha imma qal eżattament dak li ilu jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Adrian Delia, u l-eks-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Kif kont qed ngħid, dan ir-rapport qal li f'Malta għandna ħafna istituzzjonijiet li suppost jaħdmu kontra l-korruzzjoni; però, fir-realtà hemm dubji serji dwar kemm dawn qegħdin jaħdmu b'mod effettiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "U x'inhi r-raġuni li semmew għal dan l-istatement li għamlu dawn in-nies li jaħdmu mal-Gvern Olandiż, mal-Gvern Norveġiż, mal-Gvern Rumen u mal-Gvern Sloven?", "Għax f'Malta hemm każi u allegazzjonijiet li ħarġu mill-Panama Papers u minn Swiss Leaks li jitfgħu dell ikrah fuq uffiċjali għolja tal-Gvern, u jidher li ma ttieħdu l-ebda passi dixxiplinarji jew azzjonijiet ġudizzjarji kontrihom.", "M'hemmx għalfejn nagħmel xi diskors ta' nofs siegħa jew ta' 20 minuta għax dawn huma l-konklużjonijiet.", "Sempliċi!", "Issa jew il-Gvern se jerfa' r-responsabbiltà biex isem Malta ma jibqax jiċċappas, u aħna, bħala ċittadini, ma nibqgħux inħallsu l-prezz tal-korruzzjoni – li jammonta għal €1,670 fis-sena – jew inkella se jibqai' jgħidilna: 'Mhux tort tiegħi!", "Twaħħlux fija, imma waħħlu f'dawk tal-Oppożizzjoni!'", "Sinjura President, irridu niddeċiedu hawnhekk: jew aħna verament patrijotti u għax verament irridu l-ġid lil pajjiżna u liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin se nieħdu l-affarijiet bis-serjetà, jew inkella m'aħna se nagħmlu xejn!", "Irridu nkunu serji, u huwa ċar daqs il-kristall li hemm bżonn naġixxu!", "Il-Gvern għandu bżonn jaġixxi b'mod urġenti u jieħu dawn ir-rapporti b'mod serju.", "Issa, dan in-Norveġiż, l-Olandiż, ir-Rumen u s-Sloven qalulna li sentejn oħra huma jew uffiċjali oħra tal-GRECO se jerġgħu jiġu Malta u jaraw daħħalniex it-23 rakkomandazzjoni li għamlulna jew le.", "Dawn huma rakkomandazzjonijiet li aħna nistgħu ma ndaħħluhomx.", "Sta għalina jekk indaħħluhomx jew le, jiġifieri, l-għażla hi f'idejna, anzi hi f'idejn il-Gvern Malti.", "Nerġa' ngħid li dawn huma biss rakkomandazzjonijiet u ħadd mhu qed jobbligana ndaħħluhom.", "Nistgħu ndaħħlu dawn ir-rakkomandazzjonijiet kollha; nistgħu ndaħħlu aktar minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet; nistgħu ndaħħlu nofshom, u nistgħu ma ndaħħlu xejn.", "M'għandux ikollna l-attitudni servili li, għax qalilna x'għandna nagħmlu espert Ewropew, għandna nagħmlu hekk lanqas!", "Sinjura President, jien se nikkonkludi b'punt li almenu għalija personalment huwa l-aktar wieħed importanti.", "Aħna għandna naġixxu għax nafu x'irridu u mhux għax jgħidilna xi ħadd mill-Ewropa x'għandna nagħmlu, imma huwa normali u minn ewl id-dinja li għandna nieħdu dawn l-affarijiet bis-serjetà!", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, ilna ngħidu dawn l-affarijiet minn ferm qabel ma ġew l-Ewropej jgħidulna x'għandna nagħmlu.", "Ilna ngħidu x'għandna nagħmlu minn żmien l-eks Kap tal-Oppożizzjoni tagħna, l-Onor.", "Simon Busuttil, u dawn l-affarijiet aħna għadna ngħiduhom sal-lum.", "Imma issa għandna wkoll pressjoni mill-Ewropa dwar dan.", "Għalhekk jien nappella lill-Gvern Malti biex jieħu dawn ir-rakkomandazzjonijiet bis-serjetà.", "Imma m'għandux jagħmel dan għax qalulu biex jagħmilhom dawn l-Ewropej; għandu jagħmilhom għax qegħdin ngħiduhom aħna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sinjura President, jien nieħu pjaċir nisma' lil wieħed mill-kelliema tal-Oppożizzjoni jitkellem b'dan il-mod, u nifhem għaliex huwa qed jitkellem b'dan il-mod: għax huwa Membru tal-Oppożizzjoni pjuttost ġdid.", "Sfortunatament, qalilna li dalwaqt se jħallina, u aħna jiddispjaċina li se jħallina.", "Però jista' jitkellem bil-mod kif tkellem għax huwa Membru riċenti tal-Partit Nazzjonalista.", "Huwa jista' jargumenta dwar kemm l-affarijiet messhom marru 'l quddiem u kemm xtaq li l-affarijiet imorru 'l quddiem għax ilu hawnhekk biss sena u nofs.", "Min ilu 20 sena jew aktar fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni ma jistax jgħid dan id-diskors għax meta kien fuq il-bankijiet tal-Gvern hu dawn l-affarijiet m'għamilhomx!", "L-Onor.", "David Stellini qalilna li jekk ikun hemm Gvern Nazzjonalista l-affarijiet jimxu 'l quddiem, imma jien nista' nassigura lill-Onor.", "David Stellini li aħna m'aħniex se noqogħdu nistennew li jkun hemm Gvern Nazzjonalista biex immexxu l-affarijiet 'il quddiem!", "M'għandniex nerġgħu nistennew 25 sena oħra biex xi darba l-affarijiet isiru f'dan il-pajjiż!", "Aħna nagħmlu parti minn gvern li jrid u jemmen f'governanza tajba.", "Aħna nagħmlu parti minn gvern li jrid jara s-serjetà.", "Aħna nagħmlu parti minn gvern li ma jiddejjaqx ibiddel biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet.", "Jien nifhem li, fost affarijiet oħra, xogħol l-Oppożizzjoni hu li tgħasses xogħol il-Gvern u li tikkritika fejn taħseb li l-affarijiet jistgħu jmorru aħjar, fejn tara li l-affarijiet mhumiex sejrin sew, jekk fejn taħseb li l-affarijiet mhumiex qed isiru bis-serjetà.", "Imma xogħol l-Oppożizzjoni huwa wkoll li toffri alternattivi.", "Madanakollu, fejn tidħol il-governanza u fejn tidħol is-saltna tad-dritt jiddispjaċini ngħid li hija ħasra għal pajjiżna li dwar dan l-Oppożizzjoni m'għandhiex kredibbiltà.", "Meta l-Oppożizzjoni tikkritika lill-Gvern rigward governanza, rigward kif l-affarijiet għandhom jimxu bis-serjetà u rigward jekk hemmx min għandu subgħajh dritt jew milwi, l-Oppożizzjoni m'għandhiex kredibilità!", "Il-Malti jgħid li biex tiskonġra trid tkun pur.", "Jien ma nistax inkun f'kamra fejn hemm it-tfal u ngħidlu biex ma jpejjipx f'dik il-kamra minħabba li b'hekk ikun qed jagħmel ħsara lit-tfal – għalkemm bħala tabib nista' ngħidha – jekk imbagħad f'ħalqi stess ikolli sigarett jew sigarru.", "Dawn lilna kif jistgħu jkellmuna fuq il-governanza u ma jħarsux lejhom infushom?!", "Il-Malti jgħid illi li kieku l-ġemel jara ħotobtu jaqa' u jmut zopptu, u hekk qed jiġrilha l-Oppożizzjoni llum!", "Nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni mhijiex kredibbli dwar dan, u fil-fehma tiegħi din hija traġedja għall-pajjiż!", "Jien nifhem li aħna bħala Gvern għamilna ħafna tajjeb u hemm affarijiet li nistgħu nagħmlu aħjar, mela le!", "Fl-aħħar mill-aħħar, xogħolna hu li nagħmlu l-affarijiet b'mod tajjeb kemm jista' jkun, li nsaħħu l-istituzzjonijiet, li jkollna governanza tajba u li l-affarijiet jimxu bis-serjetà.", "L-Oppożizzjoni ma tistax tikkritikana dwar dan għax jekk inti qiegħed fit-tajn ma tistax tgħajjar lil xi ħadd maħmuġ jekk inti maħmuġ iżjed minnu!", "Fil-fatt, jien ngħid li dan il-pajjiż għandu problema kbira – u hawnhekk qed nirreferi għall-problema li għandu l-pajjiż u mhux li għandha l-Oppożizzjoni, għax dik affari tagħha – għax m'għandux Oppożizzjoni kredibbli li tista' tikkritika lill-Gvern.", "Dik għalija diġà hija problema;s terġa' agħar minn hekk, illum fl-Oppożizzjoni hemm xi elementi – għalkemm nemmen li mhux kull min hu fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni huwa hekk – li meta tħares lejhom kważi jkollok temmen li dawn jieħdu pjaċir bid-deni li jseħħ f'pajjiżna.", "Kważi jieħdu pjaċir bid-deni li jiġri lil pajjiżna!", "In-nies tagħna jgħiduli – issa meta qed ngħid \"tagħna\" m'iniex qed ngħid li huma Laburisti jew li huma membri tal-Partit Laburista, imma rrid infisser li huma Maltin bħalna li jaħdmu ġewwa Brussell – li l-affarijiet li qed jiġru fi Brussell u li ilhom jiġru għal dawn l-aħħar sena u nofs jew sentejn iġibulek għajnejk wara widnejk!", "L-istejjer li qed jiġu ċċirkolati fi Brussell u l-effort kbir li qegħdin jagħmlu elementi tal-Partit Nazzjonalista mingħajr ma jiġu ċċensurati mil-leadership tal-Partit – u la ma jiġux iċċensurati, hemm il-kompliċità wkoll f'din il-ħaġa – bil-għan li jħammġu isem pajjiżna huwa inkredibbli.", "Nerġa' nirrepeti li jien nemmen illi xogħol l-Oppożizzjoni hu li tgħasses lill-gvern, imma li tagħmel sforz biex dak li mhuwiex iswed tgħidlu iswed u tagħmlu iswed hija xi ħaġa inkredibbli, u jien nifhem li n-nies qegħdin jifhmu li din hija xi ħaġa perikoluża, qegħdin jarawha, u l-kundanna se tiġi lill-Partit Nazzjonalista fil-25 ta' Mejju li ġej.", "Ħalli nagħti ftit eżempji biex nipprova dak li qed ngħid.", "M'iniex se mmur lura ħafna snin ilu.", "Pereżempju, meta kien hemm problema f'amministrazzjoni Nazzjonalista b'kummissarju Malti li kellna fl-Ewropa bil-konsegwenza li l-eks-Ministru s-Sur John Dalli kellu jiġi sostitwit bl-eks-Ministru Dr Tonio Borg, il-Partit Laburista li dakinhar kien fl-Oppożizzjoni m'għamilx bsaten fir-roti, anzi kien appoġġja n-nomina ta' Dr Tonio Borg, allavolja dak iż-żmien kien hemm sħaba fuq il-pajjiż.", "Aħna appoġġjajna lil Dr Tonio Borg biex ma jkunx hemm problemi.", "Imma, l-istess għamlu huma bl-eks-Ministru Leo Brincat?", "L-istess għamiltu intom b'Mr Leo Brincat?", "Allura għalfejn għamiltulu dawn il-bsaten fir-roti kollha?", "U lil Dr Toni Abela intom issapportjajtuh bħalma aħna ssapportjajna lil Dr Tonio Borg?!", "Issa Dr Tonio Borg kien Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, u madanakollu aħna ssapportjajnieh xorta waħda.", "Imma l-istess għamiltu intom?", "Żgur li le!", "U llum l-istess qed jiġri fir-rigward ta' pajjiżna.", "Sinjura President, il-Partit Nazzjonalista ilu s-snin jipprova jimmina l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Mela l-ewwel jaraw kif se jipprovaw ikissruhom u mbagħad joqogħdu jgħidu li dawn mhumiex qed jaħdmu sew!", "Jekk intom għamiltu ħilitkom kollha biex tipprovaw tkissru l-istituzzjonijiet tal-Pulizija, tal-Avukat Ġenerali (AG) … Issa ta' min ifakkar li l-AG kien inħatar minn Gvern Nazzjonalista, imma kif dar il-gvern qabdu jikkritikawh, u dawn ma bdewx jikkritikawh fuq xogħlu imma bdew jikkritikawh b'mod personali billi bdew jipprovaw jaraw kif jagħmlu biex ikissruh!", "Madanakollu, il-poplu m'emminhomx, u m'emminhomx mhux biss fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 fejn il-maġġoranza Laburista kibret u mhux ċkienet, imma m'emminhomx anke fuq il-kritika li dawn għamlu dwar l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Hawnhekk se nikkwota mill-Eurobarometer, li ftit xhur ilu għamel stħarriġ biex jara x'fiduċja għandu l-poplu Malti fl-istituzzjonijiet Maltin, u nstab li 80% tal-Maltin għandhom fiduċja fl-Armata ta' pajjiżna.", "Ara kemm damu jgħidu fuq il-Brigadier u fuq promozzjonijiet!", "Il-fatt jibqa' li 80% tal-Maltin, jew erbgħa minn kull ħamsa … Dan ifisser li mhux il-Laburisti biss jemmnu fl-Armata għax kieku l-persentaġġ kien ikun dak ta' madwar 55% –ma nafx kemm hemm Laburisti llum f'pajjiżna – jiġifieri tliet kwarti tan-Nazzjonalisti, in-nies tat-triq, ukoll għandhom fiduċja fl-Armata, minkejja li jgħidulhom biex ma jemmnux fiha!", "Ta' min iżid jgħid li l-Korp tal-Pulizija għandu l-fiduċja ta' 70% tal-Maltin.", "Kemm domtu tgħajruhom lill-pulizija, għax wieħed mar jiekol u l-ieħor ma marx jiekol!", "Mill-inqas nofs in-Nazzjonalisti, jekk mhux iżjed, għandhom fiduċja fil-pulizija!", "(Interruzzjonijiet) Jidher li m'għandkomx il-polz tal-poplu!", "Imbagħad 65% tal-poplu Malti għandu fiduċja fil-Gvern, u dan meta, jekk tħares lejn l-average Ewropew, issib li l-gvernijiet Ewropej igawdu l-fiduċja ta' 35% tal-poplu tagħhom.", "Dan ifisser li l-Gvern Malti għandu kważi d-doppju tal-persentaġġ ta' pajjiżi oħra Ewropej f'dik li hi fiduċja, u dan minkejja dak kollu li qed jipprovaw jagħmlu tal-Partit Nazzjonalista!", "Għalhekk huwa ċar li din hija parti mill-politika, biex ma ngħidilhiex strateġija – għax jien din lanqas insejħilha strateġija – tal-amministrazzjoni tat-tmexxija jew tat-tmexxijiet – għax illum hekk trid tgħid! – tal-Partit Nazzjonalista li jaraw kif jagħmlu biex jipprovaw iħammġu lil pajjiżna!", "Aħna m'aħniex perfetti u żgur li ma nagħmlux kollox perfett, imma li inti tagħmel l-isforz u tagħmel ħiltek kollha fejn kważi tiddedika ħajtek u l-ħajja tan-nies li hemm madwarek biex tipprova tpinġi lil pajjiżek f'dawl ikrah, dik hija xi ħaġa li l-poplu Malti mhux se jaħfirhielek!", "L-istess ħaġa nista' ngħid fuq livell Ewropew, Sinjura President.", "Kif qal il-Prim Ministru, aħna nilqgħu r-rapporti tal-istituzzjonijiet Ewropej, u jien se jkolli ċans nitkellem fil-qosor dwar dan.", "Pereżempju, irrid ngħid li konna aħna stess li tlabna lill-Venice Commission tiġi Malta u tagħmlilna rapport – u aħna nilqgħuhom ir-rapporti – però dak li jgħodd għal Pietru għandu jgħodd għal Pawlu.", "Irridu noqogħdu attenti wkoll għax ħafna minn dak li qed jiġi ripetut fuq bażi Ewropea – u qed naqraw ħafna rapporti dwar dan – hija n-narrattiva li qegħdin jipprovaw jitimgħu tal-Partit Nazzjonalista.", "Issa jien smajt argumenti f'dan ir-rigward, u wieħed mill-argumenti li jġibulna hu: Intom taħsbu li aħna daqshekk b'saħħitna li għax ngħiduha aħna se jemmnuna?!", "Fuq pajjiżna intom awtorità, bħalma huwa awtorità kull Malti, u jekk intom rappreżentanti tal-Maltin, jagħtu kas dak li tgħidu fuq Malta, mela ma jagħtux kas!", "Forsi mhumiex se jagħtu kas x'tgħidu intom fuq pajjiżi oħra, imma fuq Malta iva, il-Membri Parlamentari Maltin għandhom say!", "Iva, l-istituzzjonjiet Ewropej jagħtu kas dak li jgħidu l-Membri Parlamentari Ewropej Maltin.", "Wara kollox mhux huma jafu x'inhu jiġri f'pajjiżna?!", "Li jgħidu l-verità, kerha kemm tista' tkun kerha, huwa d-dmir tagħhom.", "Imma li tipprova tpinġi lil pajjiżna f'dawl ikrah huwa skandlu li jien ngħid illi l-poplu Malti mhux se jasal biex jaħfer!", "Huwa biżżejjed li nħarsu lejn pajjiżi oħrajn biex naraw kemm l-attitudni hija differenti.", "Pereżempju, fil-Polonja għax ma ntgħoġbux ċerti deċiżjonijiet li ttieħdu min-nies li kien hemm fil-ġudikatura, kellhom problemi mal-ġudikatura u biddlu l-liġijiet.", "Aħna Malta hekk għamilna?", "M'għamilniex hekk, anzi għamilna bil-maqlub, kif għadu kemm spjega l-Prim Ministru.", "L-Ungerija kellhom problemi mal-universitajiet privati.", "Aħna hekk għamilna?", "Anzi aħna nagħmlu bil-maqlub: nistiednu lill-universitajiet biex jiftħu ħalli jkollna aktar tagħlim u investiment ġewwa pajjiżna.", "Ir-Rumanija kellhom problema fuq ħatra ta' persuna li spiċċaw tefgħuha l-ħabs, u dan għaliex il-persuna li kienet se tinħatar f'istituzzjoni Ewropea m'għoġbitx lill-Gvern Ungeriż.", "Allura f'Malta hekk qed jiġri?", "Dażgur li le!", "Madanakollu, ċerti elementi fil-Partit Nażzjonalista qed jipprovaw ipinġu din l-istampa fuq Malta, u dan huwa gwaj.", "Sinjura President, jien ngħid li għandna ħafna x'nagħmlu bħala pajjiż, u għalhekk nistieden lill-Oppożizzjoni – għax kif għedt aktar kmieni, l-Oppożizzjoni mhijiex qiegħda hemmhekk biss biex tikkritika, imma qiegħda hemmhekk ukoll biex toffri alternattivi u soluzzjonijiet għall-problemi – biex tingħaqad magħna ħalli ntejbu l-affarijiet u nsaħħu l-istituzzjonijiet.", "Għaliex le?", "Wara kollox aħna rridu governanza aħjar, irridu li jkollna istituzzjonijiet aħjar, irridu rule of law aktar b'saħħitha, u dan aħna mhux biss ngħiduh, imma nwettquh.", "Fil-fatt, matul dawn is-sitt snin diġà bdejna nagħmluh.", "Huwa biżżejjed li nħarsu lejn dawn l-aħħar sitt xhur jew tmien xhur.", "Pereżempju, waqqafna għall-ewwel darba Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.", "B'hekk illum biex issir ħatra pubblika ta' ċerta portata, inkluż tal-ambaxxaturi, trid tgħaddi mill-iskrutinju parlamentari.", "Din hija xi ħaġa li qatt qabel ma kienet issir.", "Ara kemm dam jgħid il-kelliem tal-Oppożizzjoni li l-Partit Nazzjonalista jemmen f'dawn l-affarijiet, imma huma qatt m'għamluhom affarijiet bħal dawn; konna aħna li għamilniehom!", "Ta' min isemmi li ftit tax-xhur ilu ħtarna wkoll Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika biex jiskrutinja lilna l-Membri Parlamentari, persuna nominata mill-Kap tal-Oppożizzjoni, li huwa eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista, u dan diġà beda jagħmel xogħlu.", "Ta' min jgħid li xi ftit tax-xhur ilu wkoll il-Ministru Edward Scicluna, il-Ministru Owen Bonnici u jien kellna l-opportunità li niltaqgħu mal-LIBE Committee (Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs), Kumitat Parlamentari Ewropew li ġie Malta biex jistħarreġ ir-rule of law, u aħna min-naħa tagħna għednielhom ċar u tond biex ma joqogħdux jisimgħu l-għajdut mhux fondat, imma jimxu fuq il-fatti.", "Huma weġbuna billi qalulna li biex jimxu fuq il-fatti se jkollhom iġibu l-esperti, u l-esperti huma l-membri tal-Venice Commission.", "Ħeġġewna biex nistednuhom, u aħna hekk għamilna.", "Stedinnihom, il-membri tal-Venice Commission ġew, u erġajna ltqajna magħhom - il-Ministru Bonnici u jien - kif iltaqgħu magħhom ukoll firxa kbira ta' rappreżentanti tal-poplu Malti, fosthom rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista.", "Il-membri tal-Venice Commission tawna rapport, u aħna min-naħa tagħna diġà bdejna nattwawh.", "Tajna wkoll timeline ta' meta se nattwawh, u qegħdin nattwawh biċċa biċċa.", "Qabel nikkonkludi rrid nerġa' ngħid li aħna nemmnu li għandna fejn inkomplu ntejbu f'dan il-pajjiż biex inkomplu nsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna u r-rule of law.", "Aħna ma nibżgħux mit-trasparenza, anzi rriduha, u fil-fatt diġà nbeda l-proċess biex ikollna tibdil fil-Kostituzzjoni.", "Issa nispera biss li l-Partit Nazzjonalista jkun laħaq għamel its house in order biex ikun jista' jipparteċipa b'mod kredibbli anke f'dawn id-diskussjonijiet għal bidla fil-Kostituzzjoni.", "Fuq kollox, din hija d-differenza bejn il-partiti politiċi f'dan il-pajjiż, li filwaqt li fil-Partit Nazzjonalista hemm kompetizzjoni dwar min se jipprova jagħmel l-akbar ħsara lil Malta, fil-Partit Laburista hemm kompetizzjoni dwar min l-aktar irid isaħħaħ lil Malta, dwar min l-aktar irid isaħħaħ l-istituzzjonijiet tagħha, dwar min l-aktar irid isaħħaħ it-trasparenza, u dwar min l-aktar irid isaħħaħ is-saltna tad-dritt.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "\"Tibżgħux tgħidu dejjem il-verità; kif għextuha u kif tafuha!", "Min ma jridx jisma' l-verità jgħid li hi negattiva, li hi diviżiva jew li hija ta' tixwix, imma l-verità ma tinbidilx.", "Il-verità hija waħda, u fl-aħħar tirbaħ.", "Mhux min ikun qed jgħid il-verità jittradixxi, imma min joħloq kultura ta' omertà li ssikket il-verità.\"", "Din hija kwotazzjoni mill-omelija li s-saċerdot lissen is-Sibt li għadda waqt il-quddiesa li saret b'suffraġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia fil-kappella tal-Bidnija hekk kif qegħdin infakkru anniversarju ieħor mill-qtil tagħha, qtil li kien ippjanat minn diversi xhur qabel.", "Dan il-kliem jirrifletti verità kiefra: il-kultura ta' omertà li sija l-Venice Commission u sija r-rapport tal-GRECO jgħidu li teżisti f'Malta.", "U mela issa jiġi l-Prim Ministru jgħid li f'dan il-pajjiż tista' tgħid li trid?!", "Tista' tgħid li trid meta jekk ġurnalista tikxef il-korruzzjoni tinqatel fiżikament?!", "Tista' tgħid li trid meta għal snin sħaħ qabel ma nqatlet fiżikament, inqatel il-karattru tagħha u ġiet soġġetta ma nafx kemm-il darba għal theddid, bid-dar tagħha tingħata n-nar u b'uliedha ma jafu xejn għajr ħlief kultura ta' theddid, ta' mibgħeda u ta' vjolenza?!", "Tista' tgħid li trid meta r-rapport tal-aqwa mħuħ legali fl-Ewropa – għax din hi l-hekk imsejħa Kummissjoni Venezja, ġabra ta' fost l-aqwa nies li hemm fl-Ewropa fuq il-liġi tant li anke l-Qorti Ewropea ta' Strasburgu toqgħod fuqhom u mhux darba jew tnejn li kkwotathom fis-sentenzi tagħha; daqshekk huma t'awtorità dawn in-nies – jitkellem dwar il-kultura ta' biża' li hawn fost membri tas-soċjetà ċivili?!", "Hawnhekk qed nirreferi għar-rapport li nħareġ f'Diċembru li għadda.", "Allurakien xi ħadd mill-Partit Nazzjonalista li temagħhom din l-istqarrija?!", "Ta' min jgħid li l-GRECO huma grupp ta' esperti li ġejjin minn diversi pajjiżi taħt l-umbrella tal-Kunsill tal-Ewropa, u għalhekk il-GRECO mhumiex l-Unjoni Ewropea, imma huma komposti minn pajjiżi li jmorru lil hinn mill-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb ngħidu li l-Kunsill tal-Ewropa ħareġ ir-rapport sena qabel ma kellu joħroġ.", "Fil-fatt, fit-3 ta' April, ftit tal-ġranet ilu, ġie ppubblikat dan ir-rapport bi kliem ta' kundanna, ċertifikat li jħammar wiċċ il-Maltin minħabba l-korruzzjoni li qiegħed jiffomenta l-Gvern, b'mod partikolari permezz tal-impunità, kelma tqila li tfisser illi hemm ftit li jagħmlu li jridu.", "Jien se nikkwota minn dan ir-rapport, għax min qed isegwi dan id-dibattitu u qed jisma' lill-kelliema tal-Gvern jieħu l-impressjoni li din hija xi ħlieqa tal-Kap tal-Oppożizzjoni jew tal-Partit Nazzjonalista.", "Fil-verità, qegħdin ngħixu kriżi.", "Il-GRECO jgħidu li:", "Dan ir-rapport jgħid \"The crisis culminated …\" Mela għandna kriżi!", "Is-saqaf istituzzjonali ta' pajjiżna qed jisfronda!", "Ir-rapport tal-GRECO jkompli jgħid ċar u tond li l-istituzzjonijiet ġew hijacked mill-Gvern billi nxtara s-silenzju tagħhom.", "Pereżempju, il-GRECO, dan il-grupp ta' esperti tal-Kunsill tal-Ewropa, jgħid hekk:", "Din ma qaluhiex il-kelliema tal-Gvern.", "Imbagħad il-GRECO komplew jgħidu li:", "– jiġifieri ma kienx hemm dubju –", "– hawnhekk qed jirreferi għall-kumpaniji sigrieti fil-Panama –", "Dan huwa fatt oġġettiv li aħna nsejħulu verità inkonfutabbli, jiġifieri li ma tistax tiċħadha, li ma tistax tmeriha u li ma tistax tostorha.", "F'Malta, il-pulizija tagħna … Se nikkoreġi ruħi għax hawn m'iniex qed nirreferi għall-membri tal-pulizija on the ground, imma għat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija, li tilgħaq iċ-ċentri tal-poter biex mingħaliha tidher sabiħa!", "Din it-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija ġabet l-opprobrium tal-Kunsill tal-Ewropa fuq Malta, u dan għaliex irrifjutaw b'mod konġunt li jinvestigaw u jressqu l-Qorti lil senior government officials that:", "Jien nistieden lill-Membri tal-Gvern u lill-Prim Ministru biex jgħidu li l-GRECO qegħdin jigdbu, qegħdin jivvintaw u qegħdin jesaġeraw hawnhekk, għax s'issa ħadd minnhom ma qal dan!", "Qatt ma kien hemm rapport fuq Malta li qal dan il-kliem, għax bażikament dan ir-rapport qed jgħid li f'Malta hawn il-liġi ta' min hu l-aqwa jħawwel!", "Dan ir-rapport qed jgħid li f'Malta mhux veru li l-liġi hija l-istess għal kulħadd, imma hemm liġi għall-allat korrotti ta' Kastilja, u mbagħad hemm liġi għall-kumplament, u meta jkollok pajjiż fejn il-liġi ma tkunx l-istess għal kulħadd, ibati u jweġġa' ż-żgħir li ma jistax ifendi għal rasu għax il-kbir u s-sinjur għandhom biex ifendu għal rashom u jitkellmu għalihom infushom.", "Huwa proprju għalhekk li għandna l-liġi tal-ġungla, u huwa proprju għalhekk li mhux vera għandna s-saltna tad-dritt, imma minflok għandna d-dritt tas-saltna, b'xi forma ta' fewdu f'idejn erbgħa bla skrupli f'Kastilja!", "Dawn huma r-realtajiet!", "Sinjura President, dan ir-rapport tal-GRECO jniżżel il-maskra tal-Gvern, li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien qed jgħid: Il-kredenzjali tiegħi huma stabbiliti bir-riformi li għamilna.", "Fil-fatt il-GRECO jgħidu hekk:", "Jiġifieri fuq il-karta l-Gvern għandu istituzzjonijiet pubbliċi kemm trid!", "Issa, sa ftit tal-ġimgħat ilu l-Gvern kien qed jixħet id-dubju, jikkritika u jattakka b'mod aħrax u kiefer lil dawk kollha li jitfgħu dubju fuq l-azzjonijiet tal-ogħla uffiċjali tal-Gvern, li biex jixxaħħmu nqabdu jiksru l-liġi billi jiftħu kumpaniji b'€5,000 kuljum!", "Meta mbagħad il-ġurnalisti internazzjonali jew il-politiċi Ewropej bdew jagħtu s-sapport lil dawn il-kritiċi tal-Gvern, il-Gvern qalilhom: \"Daħku bikom tal-Oppożizzjoni!", "Intom bħala Olandiżi, Ġermaniżi, Franċiżi u lanqas naf min aktar, araw kif għandkom l-aġenda tagħkom bħala pajjiż!\"", "Huwa aħna li qegħdin fis-sewwa!", "Huwa aħna li qegħdin in line mal-linja demokratika tar-rule of law Ewropea all along!", "Imma issa li l-GRECO qalu dan kollu, Sinjura President, il-Gvern x'se jgħid?!", "Illi l-GRECO għandhom aġenda kontra Malta?!", "Illi l-GRECO huma mixtrijin?!", "Illi l-GRECO huma biased?!", "Illi l-GRECO qed jiddiskriminaw kontrina?!", "Illi l-GRECO huma parzjali?!", "Il-GRECO qed jgħidilkom li xejn anqas minn investigazzjoni kriminali u passi kriminali fuq l-ogħla uffiċjali tal-Gvern li nqabdu jixxaħħmu mhu se jkun biżżejjed!", "Il-Whip qed jagħmilli sinjal biex nikkonkludi, u għalhekk se jkolli nieqaf hawn.", "Il-ħabib tiegħi, id-Deputat Prim Ministru l-Onor.", "Chris Fearne, li bħalissa mhuwiex preżenti f'din il-Kamra għax illarga ftit, u jien insellimlu minn hawnhekk, għandu sense of humour verament uniku!", "Meta kien qed jagħmel l-intervent tiegħu ftit ilu, huwa semma lill-Eks Ministru John Dalli.", "Tafu x'ma qalx id-Deputat Prim Ministru, il-ħabib tiegħi, l-Onor.", "Illi r-rapport tal-GRECO jesprimi stagħġib – fil-fatt il-GRECO huma skantati u skandalizzati dwar dan – dwar kif wara li dan ġie mġiegħel jirriżenja minn José Manuel Barroso, huwa ġie mqabbad mill-Prim Ministru – u mhux mill-Partit Nazzjonalista! – in a position of trust!", "Iva dan tort tagħna wkoll?", "Ir-rapport tal-GRECO f'paġna 14 jgħid hekk:", "Huwa t-tort tagħna wkoll li s-Sur John Dalli nqabad li ġie nominat bħala person of trust mill-Prim Ministru Joseph Muscat?!", "Sinjura President, issa lill-Prim Ministru ngħidlu: Min żera' r-riħ?!", "Min qed jaħsad ir-riefnu issa minħabba li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħa dawn id-deċiżjonijiet?!", "Se nikkonkludi dan id-diskors bi kwotazzjoni qasira oħra mill-istess saċerdot li kkwotajt fil-bidu tal-intervent tiegħi, u dan huwa l-appell min-naħa tagħna:", "\"Ħafna jinsew li l-ġlieda għas-sewwa, għall-ġustizzja, għal stat san u għal ħajja normali hi ġlieda għall-futur tagħna u ta' wliedna.\".", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sinjura President, l-ewwel nett, irrid ngħid li aħna nilqgħu d-dibattiti li jkun hemm dwar is-saltna tad-dritt, dwar ir-rule of law u dwar it-titjib fis-sistema tal-ġustizzja.", "Dan il-Gvern ilu mis-sena 2013 jagħmel affarijiet biex itejjeb il-qasam tal-ġustizzja, u aħna l-ewwel nies li se nkunu interessati li naqraw u nixtarru dak kollu li għandhom xi jgħidu l-istituzzjonijiet kollha Maltin u barranin dwar xi rridu nagħmlu aktar biex inkomplu ntejbu l-qasam tal-ġustizzja.", "Fil-fatt, mis-sena 2013 sal-lum mexxejna 'l quddiem pjan pjuttost ambizzjuż ta' bidliet li qed iqarrbu lil pajjiżna viċin l-istandards Ewropej.", "Pereżempju, kif diġà semmew sħabi, għamilna liġi bi qbil bejn iż-żewġ naħat billi mexxejnieha aħna, u l-Oppożizzjoni vvotat favuriha wara diskussjonijiet li kien hemm biex meta l-gvern jiġi biex jaħtar chairperson t'awtorità regolatorja, l-ewwel irid imur quddiem il-kumitat parlamentari biex isir dak li jgħidulu \"grilling parlamentari\", kif jiġri barra minn Malta.", "Pereżempju, aħna għamilna liġi, u l-Oppożizzjoni qablet magħha, biex meta l-gvern jiġi biex jaħtar ġudikant, minflok ma l-prim ministru – kif għamel kull prim ministru tal-Partit Nazzjonalista fl-istorja – jaqbad u jaħtar lil xi ħadd biex isir imħallef jew maġistrat, kandidat ikun irid jiġi approvat mill-Kumitat dwar l-Għażla tal-Ġudikanti, li hu magħmul minn nies indipendenti, fosthom mill-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali, mill-Prim Imħallef, mill-President tal-Kamra tal-Avukati, u mill-Avukat Ġenerali.", "Huwa biss wara li wieħed jgħaddi minn dan l-eżami li xi ħadd jista' jinħatar bħala ġudikant.", "Għamilna wkoll liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.", "Qabel il-GRECO kienu jsawtuna f'kull rapport minħabba li f'pajjiżna ma kellniex liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, imma aħna għamilna din il-liġi u intom kontu magħna wkoll, Onor. Membri tal-Oppożizzjoni, għax anke intom ivvotajtu favuriha!", "Għalhekk, nistgħu ngħidu li dan huwa Gvern riformista li qed ibiddel l-affarijiet u li jrid ikompli jbiddel l-affarijiet.", "Però, għaliex dan huwa Gvern riformista u qed ibiddel ċerti affarijiet, anke fil-qasam tal-ġustizzja – u kull min kien ministru tal-ġustizzja, li tnejn minnhom huma preżenti f'din il-Kamra, jaf x'qed ngħid! – jeħtieġ kuraġġ, jeħtieġ ambizzjoni u jeħtieġ focus.", "Irrid infakkar ukoll għall-benefiċċju ta' min qed jismagħna … Għax xi kultant sħabna tal-Oppożizzjoni jbatu minn amneżija!", "Pereżempju, sieħbi l-Onor.", "Jason Azzopardi jgawdi minn amneżija politika għax jinsa kif kien il-qasam tal-ġustizzja qabel l-2013.", "Mela aħna nsejna li għaddejna minn kriżi fejn, minħabba nuqqas tal-gvern ta' dak iż-żmien – u din ma kinitx xi ħaġa li ġiet fuqu imma kienet xi ħaġa li ma għamilx, ħtija of omission – kellna nies akkużati b'reati serji jiġu lliberati wieħed wara l-ieħor għax ma kellhomx avukat waqt l-arrest?!", "Mela aħna ninsewhom dawn l-affarijiet?!", "U min kien il-gvern li daħħal id-dritt tal-avukat waqt l-arrest?", "Kien dan il-Gvern li daħħal id-dritt tal-avukat waqt l-arrest!", "Mela ninsewhom dawn l-affarijiet?!", "Sa ġimgħa ilu, waqt li kont qed naqra l-gazzetti, qrajt storja ta' tliet persuni akkużati b'reati serji li ġew illiberati għax ma kienx hemm id-dritt tal-avukat waqt l-arrest.", "U xi ngħidu għad-dritt tal-Avukat Ġenerali li jagħżel hu jekk persuna titressaqx il-Qorti t'Isfel jew ta' Fuq dwar każijiet ta' droga?!", "Għax jista' jkollok persuni li jinqabdu bl-istess ammont ta' drogi … L-Avukat Ġenerali jagħżel hu jekk din tidhirx quddiem maġistrat jew quddiem ġuri, u dawn jirrikjedu piena differenti.", "Dan il-Gvern!", "Qed ngħidhom dawn l-affarijiet għax ġaladarba jidħlu r-riformi, dawn jittieħdu for granted.", "Se nsemmi wkoll it-tielet eżempju.", "Kont ilni ħafna nisma'– u ġustament – li hija għarukaża kif persuna bil-vizzju tad-droga titressaq il-Qorti u sakemm jinqata' l-każ din il-persuna tilħaq tirriforma, tiżżewweġ, ikollha t-tfal, toħroġ mill-vizzju, imbagħad meta tingħata s-sentenza dan kollu jtir mar-riħ għax tispiċċa l-ħabs xorta waħda.", "Fl-2014 aħna daħħalna liġi, liema liġi daħlet fis-seħħ fil-15 ta' April 2015 – jiġifieri, qed niċċelebraw ir-raba' sena anniversarju mid-dħul fis-seħħ ta' din il-liġi – li biha jekk inti tipprova lill-Qorti u lill-Bord ta' Esperti li ħriġt mill-vizzju tad-droga, il-Qorti tista' timponi piena li mhijiex ta' ħabs.", "Mela allura kull persuna li jirnexxielha tqum fuq saqajha u toħroġ mill-vizzju, anke bl-għajnuna tal-familja tagħha, il-Qorti tista' tagħti piena li mhijiex ta' ħabs.", "Fil-fatt, illum kelli l-pjaċir inħabbar li kien hemm 50 persuna li bis-saħħa ta' din il-liġi l-ġdida dwar id-droga ntbagħtu biex jingħataw l-għajnuna, din l-għajnuna kienet waħda ta' suċċess u dawn irnexxielhom joħorġu mill-vizzju.", "Dan kollu sar bis-saħħa tar-riformi li għamilna aħna u li l-Oppożizzjoni qablet magħhom.", "Sinjura President, jien qed ngħidhom dawn l-affarijiet għax, sfortunatament, jekk dak li jkun ma jitkellimx dwar l-affarijiet li saru, jeħodhom for granted.", "Jien lin-nies ma nagħtihomx tort għal dan; imma rridu nirrikonoxxu fejn konna u fejn qegħdin illum.", "Sħabi tkellmu wkoll dwar l-atteġġjament, għax l-atteġġjament huwa importanti.", "Issa ejjew ngħiduha kif inhi: meta kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, pajjiżna għadda minn mumenti diffiċli immens fejn tidħol il-ġustizzja, u hawn se nsemmi xi ħaġa li ma ġratx tort tal-ministru ta' dak iż-żmien.", "L-ewwel semmejt xi ħaġa li kienet tort tiegħu minħabba li ma kienx daħħal liġi fis-seħħ, u issa se nsemmi xi ħaġa li ma kinitx tort tiegħu.", "Qed nirreferi għal meta kellna ġudikanti li ammettew u nstabu ħatja li wettqu l-korruzzjoni.", "Dik kienet l-aktar ħaġa serja li qatt saret f'pajjiżna.", "Jien xi kultant ngħid bejnni u bejn ruħi li allaħares dak iż-żmien kien hemm oppożizzjoni bħalma għandna llum għax kieku allaħares qatt dan il-każ ġara llum – il-Bambin inixxifli lsieni – x'kienu jagħmlu wħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni?", "Kienu jimxu bħalma konna mxejna aħna dak iż-żmien?", "Aħna lill-Prim Ministru konna tajnieh is-sapport tagħna u konna kkoperajna kemm stajna.", "Hekk kienu jimxu, jew inkella xi Onor. David Casa kien imur jitlaq jiġri barra u joqgħod isaħħan lill-barranin billi joqgħod jgħid: \"Ara x'korruzzjoni hemm fil-qrati Maltin!\", jew inkella \"Ara x'għandhom f'Malta!\"?", "X'kien jiġri kieku?", "Immaġinaw ftit li kieku dak l-iskandlu sar proprju f'dan iż-żmien!", "Nerġa' ngħid: \"Allaħares\"!", "Din hija d-differenza fl-attitudni ta' Oppożizzjoni.", "Issa l-Oppożizzjoni trid tiddeċiedi fiex temmen u xi trid.", "Hija temmen fir-rispett tad-deċiżjonijiet tal-qrati tagħna?", "Xi ħadd f'din il-Kamra qal li kien hemm ċertu aġir li tmexxa b'impunità.", "Tmexxa b'impunità meta kellna l-Qorti tal-Appell Kriminali li daħlet fil-każ u tat id-deċiżjoni tagħha?!", "Issa huma qed jgħidu li ma jaqblux ma' dak li qalet il-Qorti Kriminali!", "Imma allura aħna rridu nirrispettaw il-liġijiet u l-qrati ta' pajjiżna, jew inkella lill-qrati nfaħħruhom biss meta jiddeċiedu favur tagħna?!", "Meta l-qrati jiddeċiedu favur il-Partit Nazzjonalista, hemmhekk il-Partit Nazzjonalista joħroġ jgħid li għamel vittorja!", "Adrian Delia rebaħ kawża fuq punt proċedurali.", "Fil-fatt, din kienet sentenza preliminari li bilkemm jifhmuha l-avukati, aħseb u ara the man in the street!", "Ta' min jgħid li din il-kawża kienet fuq jekk għandekx dritt tappella fuq punti proċedurali fil-bidu tal-każ jew inkella fl-aħħar.", "Adrian Delia rebaħ din il-kawża, huwa ħareġ ikanta l-vittorja!", "L-għada din l-aħbar kienet anke fil-headlines ta' In-Nazzjon.", "Ara meta mbagħad il-Qorti tagħti digriet jew deċiżjoni li ma tkunx kif tixtieq in-naħa tal-Oppożizzjoni, hemmhekk jibdew jgħajru lill-ġudikant, jibdew jgħajru lill-qrati, imorru barra minn Malta u jgħidu li f'Malta m'għandna xejn jaħdem!", "Għalhekk mhux minnu dak li qalu tal-Oppożizzjoni, ċjoè li f'Malta hawn min għandu impunità.", "Dik mhix veru imma hija gidba, għax għal kull akkuża maġġuri li saret – u jkun tajjeb jekk tal-Oppożizzjoni jifhmuha din! – kien hemm proċess ġudizzjarju dwarha!", "Fil-fatt, ma kien hemm l-ebda akkuża maġġuri li ma ġiex skattat proċess ġudizzjarju.", "Hemm minnhom li ġew konklużi, u hawn irrid infakkar fl-akbar akkuża, l-inkjesta Egrant, fejn il-Qorti sabet li xi ħadd ftiehem u qagħad jara li jiġi framed – għax dak frame-up kien! – il-Prim Ministru u l-familja tiegħu!", "Kif semmejt qabel, kien hemm ukoll id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell Kriminali li tat id-digriet tagħha.", "U hemm inkjesti oħrajn għaddejjin.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità li nappella lill-qrati tagħna biex ikunu spediti kemm jista' jkun ħalli nkunu nafu l-eżitu ta' dawn l-inkjesti.", "Jien naqbel li l-ġustizzja trid issir b'mod spedit, imma ma naqbilx li f'dan il-pajjiż hawn xi ħadd li għandu xi impunità u jagħmel x'jagħmel qisu l-liġi ma tapplikax għalih, għax fuq kull każ maġġuri ġie skattat proċess ġudizzjarju.", "Niġi issa għall-aħħar punt għax naf li l-ħin huwa limitat.", "Xogħol il-GRECO huwa li tkun kritika.", "Jien, għad-dnubiet tiegħi, qgħadt nara r-rapporti kollha tal-5th evaluation li ġew ippubblikati, għax aħna l-5th evaluation għaddejna.", "Inċidentalment, iż-żewġ pajjiżi li kellhom l-evaluation magħna, li huma l-Maċedonja tal-Punent u l-Iżvezja, għadhom ma ppubblikawx ir-rapport tal-GRECO.", "Ara aħna ppubblikajnieh mill-ewwel u qed niddiskutuh fil-Parlament, mentri dawn għadhom lanqas ippubblikawh – u għal ġiehna hawn qed nitkellmu fuq l-Iżvezja!", "Qed ngħid dan għax kien hemm żmien fejn kont niġi mistoqsi meta se nippubblika r-rapport tal-GRECO.", "Aħna ridna nanalizzawh u nippubblikawh!", "Ara l-Iżvezja għadha lanqas ippubblikat ir-rapport tagħha, u dan minkejja li l-evaluation tagħha saret fl-istess żmien tagħna!", "Imma, apparti minn hekk, qgħadt nara r-rapporti l-oħrajn ukoll u sibt li f'kull każ hemm kritika lejn diversi pajjiżi biex ikun hemm titjib.", "Ħalli nsemmi xi eżempji biex nissostanzja l-argument tiegħi.", "Pereżempju, il-GRECO kkritikaw lill-Iżlanda minħabba li hemmhekk id-District Commissioner of Police huwa taħt l-awtorità diretta tal-ministru.", "Ara fil-każ tagħna, il-GRECO faħħruna għax sieħbi l-Ministru Michael Farrugia appunta CEO (chief executive officer) għall-Pulizija!", "Il-GRECO kkritikaw ukoll lill-Olanda għaliex għandhom liġi tal-1885 li biex inti tmexxi kontra ministru, l-ewwel trid il-permess tal-Parlament.", "Immaġinaw li kieku aħna għandna din il-liġi fejn, biex ministru jitressaq il-qorti, l-ewwel irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Parlament!", "Issa, nerġa' ngħid, din mhijiex xi liġi li għamilha l-ministru tal-ġustizzja tal-lum, imma hija liġi tal-1885!", "Din hi l-istess storja tagħna fejn għandna liġi tal-avukat ġenerali li tmur lura għall-1936 jew għall-1934.", "Dawn huma liġijiet li l-GRECO kkritikawhom.", "Eżempju ieħor hu dak tal-Ingilterra fejn dawn għandhom adviser dwar id-declaration of assets tal-ministri, bħalma aħna għandna lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika li jara d-declaration of assets.", "Il-GRECO kkritikat lill-Ingilterra għax dan l-adviser jiġi appuntat mill-prim ministru, jirrapporta lill-prim ministru u jista' jinvestiga biss jekk jgħidlu biex jagħmel hekk il-prim ministru, u dan fI-Ingilterra!", "Ara fil-każ tagħna, il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika jista' jinvestiga d-declaration of assets tagħna minn jeddu, filwaqt li jiġi appuntat b'żewġ terzi ta' din il-Kamra.", "Insemmi aktar eżempji?!", "Il-GRECO kkritikaw lil-Lussemburgu għax dawn għandhom liġi li tgħid illi jekk ministru jitressaq il-qorti minħabba li jkun għamel xi ħaġa ħażina, l-ewwel irid jinġieb il-permess tal-Parlament, anke jekk l-atti inkwistjoni jsiru barra mill-funzjoni uffiċjali tiegħu.", "L-istess fil-Finlandja, il-ministri tagħhom għandhom privileġġi li jistgħu jiġu lifted biss mill-Parlament.", "Aħna għandna liġijiet bħal dawn?", "Le, aħna m'għandniex dan it-tip ta' liġijiet li għandhom il-Finlandja, il-Lussemburgu, l-Olanda, eċċ. Issa l-pajjiżi li semmejt kollha għandhom demokraziji avvanzati.", "Ħarsu lejn ir-rapporti tal-GRECO!", "Il-GRECO kkritikahom dawn il-liġijiet u għamel proposti biex dawn jitjiebu.", "Issa jekk aħna għandna liġijiet oħrajn li ilhom magħna, bħalma hi dik tal-avukat ġenerali jew inkella bħal dik dwar il-ħatra tal-ġudikanti, għandna nkomplu ntejbuhom u nkomplu għaddejjin bir-riforma.", "Però dawn mhumiex xi liġijiet li għamilniehom aħna, imma ilhom hemmhekk għal ġenerazzjonijiet sħaħ, jekk mhux sekli sħaħ.", "Jien nappella lill-Oppożizzjoni biex tkun magħna f'din ir-riforma.", "Qegħdin ngħixu f'mument eċċitanti għas-settur tal-ġustizzja fejn fl-aħħar hawn ir-rieda li jsiru riformi li ilhom ħafna biex isiru.", "Għalhekk nappella lil dan il-Parlament biex ikun unanimu favur il-bidla, favur aktar riformi u favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, jien kburi b'pajjiżi.", "Pajjiżi huwa għal qalbi u dejjem servejtu b'lealtà.", "Inġbarna hawnhekk biex nitkellmu fuq kredibilità u konsistenza.", "Inġbarna hawnhekk mhux biex noqogħdu nqabblu l-ħażin ta' xulxin jew il-ħażin ta' pajjiżna mal-ħażin ta' pajjiżi oħra, imma biex inħarsu 'l quddiem b'mod ottimist bil-għan li ntejbu.", "Dan hu Gvern li fl-2013 kien stqarr li se jibni fuq it-tajjeb, filwaqt li se jelimina l-ħażin.", "Imma jien nistaqsi: Eliminajniha l-korruzzjoni f'pajjiżna jew inkella żidniha?!", "Nieħu pjaċir ninnota r-rapport tal-GRECO u t-23 rakkomandazzjoni li għamlu, imma qalulna ċar u tond li Malta hija stat korrott.", "It-Transparency International (TI), li hija entità oħra, ukoll ippontat subgħajha lejn il-korruzzjoni, u l-International Monetary Fund (IMF) kellimna dwar il-ħasil tal-flus.", "Għalhekk hawn nistaqsu: Malta hija fewdu?", "Nieħu pjaċir ninota li fil-ftuħ tad-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li hemm ir-rieda u li work is in progress.", "Nieħu pjaċir ninnota li d-Deputat Prim Ministru qal li jixtieq li jkun hawn governanza tajba, imma dan ma jfissirx li fil-frattemp li naħdmu għal dan il-għan għandna nabbużaw b'mod li nimxu anti-legali biex inwasslu d-direzzjoni politika tal-Gvern, anke b'vantaġġ malizzjuż għal dawk li huma ppreferuti.", "Hawnhekk jien qed nitkellem fuq l-allat tal-OPM (Office of the Prime Minister), u qed nitkellem b'moħħi miftuħ.", "Infakkarkom li darba jien kont in-naħa l-oħra, u tafu xi ktibt fl-ittra tar-riżenja tiegħi: jien xhud ta' hekk!", "Dan huwa Gvern li qed jagħmel avvanzi f'ħafna setturi, imma fejn tidħol il-governanza żelaq fin-niexef bil-kbir, bħalma żelaq fin-niexef f'dik li hi trasparenza u kontabilità!", "L-eżempju mhux qed ikaxkar minn fuq għal isfel u r-riżultat huwa sempliċi: is-soċjetà qed titlef il-fiduċja fil-klassi politika u hemm bżonn li tinbena mill-ġdid.", "L-eżempji li nista' nġib biex nissostanzja l-argumenti tiegħi huma varji, u se nsemmi erba' eżempji li jiġuni f'moħħi mill-ewwel.", "X'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern dwar is-Swiss Leaks u l-Panama Papers?", "Dgħajfa!", "Dwar ix-xiri tal-fuel?", "Lanqas hemm għalfejn insemmi!", "Dwar il-bejgħ tal-isptarijiet lill-Vitals?", "Dwar il-bejgħ tal-art, art tal-poplu?", "Dwar il-kuntratti dubjużi fil-każ tas-swali tar-residenza San Vinċenz de Paule?", "Dwar il-kickbacks fuq il-passaporti?", "Dwar in-nepotiżmu fil-karigi?", "Dwar is-silenzju tal-istituzzjonijiet?", "Dawn huma l-ġerħa li naqqsu l-kredibilità u l-konsistenza f'pajjiżna!", "Iva, hemm ir-rieda, u nieħu pjaċir għax għallinqas hemm it-tama; imma, jekk verament għandna t-tama, hemm bżonn li nibdew ma nabbużawx bis-sistema amministrattiva u bis-sistema legali kif inhi biex nattwaw il-liġi b'vantaġġ għal dawk li huma xxurtjati u l-kumplament le.", "Sinjura President, ir-rapport tal-GRECO fetħilna għajnejna u hemm bżonn li naħdmu bis-sħiħ biex nerġgħu nibnu l-kredibilità u l-konsistenza f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, ippermettili niddedika dan id-diskors lil Graziella u Fallon Mallia, li tlifniehom ilbieraħ f'inċident tat-traffiku traġiku ieħor li seħħ ilbieraħ stess filwaqt li nsellem lil diversi persuni li lbieraħ indarbu serjament u nawguralhom fejqan ta' malajr.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Ħsiebi huwa b'mod partikolari fi Graziella u Fallon, imma anke fir-raġel ta' Graziella, George, li kif jista' jimmaġina kulħadd, bħalissa għaddej minn sitwazzjoni diffiċli ferm.", "Fil-ħin qasir li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, jien nixtieq nindirizza mistoqsija waħda biss: Għaliex istituzzjonijiet li ilhom minn żmien l-Ingliżi f'pajjiżna llum spiċċaw paralizzati taħt l-Onor.", "Din hi l-mistoqsija li rridu nagħmlu!", "Ir-rapport tal-GRECO huwa l-aħħar minn sensiela ta' rapporti li diġà ħarġu dwar Malta.", "Pereżempju, hawnhekk ta' min isemmi lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea, lil Transparency International, lill-IMF, lill-Kummissjoni Venezja, u ma' dawn issa għandna r-rapport tal-GRECO, kumitat imwaqqaf apposta mill-Kunsill tal-Ewropa għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Ta' min jgħid ukoll li fi ftit xhur oħra se jkollna rapport ieħor mingħand kumitat ieħor tal-Kunsill tal-Ewropa fuq il-money laundering, il-Moneyval, li l-Bambin biss jaf biex se joħorġu!", "Ir-rapporti kollha li semmejt għandhom konklużjoni komuni, li hija li f'Malta l-liġi ma tgħoddx għal kulħadd!", "Għax dik hi r-rule of law.", "Il-liġi tgħodd għal kulħadd, jew għalik tgħodd, Sinjura President, filwaqt li għall-Ministru Konrad Mizzi ma tgħoddx?!", "F'din is-sitwazzjoni qegħdin, u dak li qed ngħidu aħna qed jgħiduh dawn ir-rapporti!", "Issa din li l-liġi ma tgħoddx għal kulħadd hija t-tifsira tan-nuqqas tar-rule of law, is-saltna tad-dritt u d-demokrazija, messaġġ li jien u l-kollegi tiegħi fuq din in-naħa tal-Kamra – il-Partit Nazzjonalista – ilna nħambqu fuqu minn ftit xhur wara li ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru l-Onor.", "Joseph Muscat u l-Gvern miegħu.", "Minn mindu sar Prim Ministru ilna nħambqu fuq l-istess ħaġa, Sinjura President, għax il-ġurnata minn filgħodu turik, u dawn ilhom mill-2003, anzi rrid ngħid mill-2013 inaqqru ftit ftit u jimmartellaw id-demokazija!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "SIMON BUSUTTIL: Qabel l-2003 kellna problema oħra bil-Partit Laburista, Sinjura President, għax dan ma ridniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox.", "Imma ħalliha dik għax mhijiex is-suġġett tal-lum!", "Sinjura President, kull rapport li semmejt kollha qalu l-istess kliem!", "Imma x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern?!", "Għax minn daqshekk huwa dejjem ikun pront bir-reazzjoni tiegħu!", "Ir-reazzjoni kienet li dan mhuwiex tort tal-Gvern!", "Qatt mhu tort tagħhom!", "Daqqa t-tort hu tal-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, daqqa t-tort hu ta' Simon Busuttil, daqqa t-tort hu tan-Nazzjonalisti li f'25 sena ma biddlux il-liġijiet, u issa smajna wkoll li t-tort huwa tal-Ingliżi għax dawk ilhom hemmhekk minn żmien l-Ingliżi!", "Qatt ma jgħidu li huwa tort tagħhom, Sinjura President!", "Allura, skont huma, is-sistemi f'pajjiżna dejjem kienu ħżiena u issa ġew isalvawna huma!", "Fi ftit kliem, Sinjura President, huwa t-tort ta' kulħadd ħlief tagħhom!", "Però il-mistoqsija tiegħi hawnhekk hija din: Għaliex dawn l-istituzzjonijiet, minkejja li qatt ma kienu perfetti, servewna minn żmien l-Ingliżi u llum jinsabu paralizzati?", "Din hi l-mistoqsija li għandha ssir!", "Għaliex dawn l-istituzzjonijiet ġew paralizzati llum?", "Għaliex ħadmu taħt l-Ingliżi u ma kinux ipparalizzati?", "Għaliex dawn l-istituzzjonijiet ħadmu taħt kull gvern li kellna wara l-Ingliżi?", "Għaliex dawn ħadmu taħt l-eks Prim Ministru Borg Olivier?!", "Huwa veru li dawn għotru taħt il-Gvern ta' Mintoff u ta' Dr Karmenu Mifsud Bonnici, imma dawn l-istituzzjonijiet ħadmu taħt l-eks Prim Ministru Alfred Sant – li nsellimlu minn hawnhekk – ħadmu taħt Dr Eddie Fenech Adami u ħadmu taħt Dr Lawrence Gonzi.", "Imbagħad tela' l-Onor.", "Joseph Muscat u ġew paralizzati!", "Mela, bir-rispett kollu, mhux tort ta' kulħadd - għax dawn huma l-istess istituzzjonijiet - imma t-tort huwa ta' dan il-Gvern, it-tort hu tal-Onor.", "Dan hu l-punt li għandna nagħmlu, Sinjura President, li filwaqt li għandna nbiddlu l-istituzzjonijiet … Għax huwa veru li dawn l-istituzzjonijiet issa ilhom hemm; huwa veru li mhumiex perfetti u huwa veru li mhumiex effiċjenti daqskemm xtaqniehom, imma servewna, u llum qed ikollna niffaċċjaw il-ħtieġa li nbiddluhom għax ipparalizzawhom u ma ħallewhomx jaħdmu!", "X'kien l-iskop tal-GRECO, Sinjura President?", "Li jindirizza proprju l-pern tal-kwistjoni.", "Ħalli ngħidlek x'indirizza r-rapport tal-GRECO!", "Ir-rapport tal-GRECO qal hekk: Jekk jinqabdu nies fil-poter bil-korruzzjoni, l-istituzzjonijiet f'Malta jaħdmu jew ma jaħdmux?", "Dak kien, Onor. Jason Azzopardi, il-pern tar-rapport tal-GRECO!", "Jekk ikun hemm min qiegħed fil-poter, bħall-Ministru Konrad Mizzi jew Keith Schembri, u jinqabad bil-korruzzjoni, l-istituzzjonijiet jaħdmu f'Malta jew le?", "U tafu x'kienet il-konklużjoni tar-rapport tal-GRECO?", "Kienet l-istess waħda li jien ilni ngħid għal sitt snin sħaħ, jiġifieri li le, ma jaħdmux għax l-Onor.", "Joseph Muscat ma ħallihomx jaħdmu!", "X'sab ir-rapport, Sinjura President?", "Sab li għad-daqs ta' pajjiżna għandna l-barka t'Alla ta' istituzzjonijiet.", "Kull tip ta' istituzzjoni għandna aħna, imma meta ġew iffaċċjati bil-korruzzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri dawn waqfu u staġnaw!", "Ipparalizzawhom, bil-konsegwenza li dawn m'għamlu xejn, u baqgħu m'għamlu xejn sal-lum!", "Ta' min jgħid li l-abbużi li semma dan ir-rapport jinkludu l-korruzzjoni, serq u abbuż ta' fondi pubbliċi, nepotiżmu, konflitt ta' interess, konflitt ta' interess fil-privatizzazzjoni, fit-tenders, fis-settur tal-enerġija, fil-power station il-ġdida, fil-bejgħ tal-passaporti … Insomma, fi ftit kliem you name it and it's there, għax hawnhekk hawn l-abbużi kollha!", "X'kienet il-konklużjoni tal-GRECO, Sinjura President?", "Li quddiem dawn l-iskandli kollha, l-istituzzjonijiet f'Malta ma ħadmux!", "Fil-fatt dan ir-rapport jgħid hekk:", "– jiġifieri l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri –", "Dak hu li qalu l-GRECO!", "Imbagħad il-GRECO qalu oħra.", "Qalu: X'jiswew l-istituzzjonijiet jekk, meta jiġu għat-test kruċjali li jieħdu passi kontra min hu fl-awtorità li nqabad red-handed bil-korruzzjoni, dawn ifallu, jieqfu, jistaġnaw u jiġu paralizzati?!", "X'jiswew l-istituzzjonijiet jekk dawn mhumiex accountable, mhumiex effettivi u jekk jiddependu fuq il-gvern għall-ħatra tagħhom u għall-promozzjonijiet?!", "X'jiswew l-istituzzjonijiet jekk dawn ma jitħallewx jaħdmu b'mod indipendenti u imparzjali?", "Ir-rapport tal-GRECO kompla jgħid li:", "Jiġifieri l-istituzzjonijiet qegħdin hemm għal kulħadd u mhux biex jaqdu llill-maġġoranza tal-Gvern.", "Dan il-kliem qed jgħiduh il-GRECO, imma dan huwa l-istess kliem li din in-naħa tal-Kamra ilha tgħid għal sitt snin sħaħ!", "Mela allura aħna qed ngħidu l-verità, Sinjura President!", "Mela aħna għandna raġun!", "Jien kont naf li kellna raġun għax naf li aħna għedna l-verità.", "Jien m'għandix bżonn dawn ir-rapporti!", "Dan il-Gvern messu ħa passi mal-ewwel, meta għednielu aħna kontra Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, u mhux staġna lill-istituzzjonijiet biex issa ġabna f'din is-sitwazzjoni!", "Biex nikkonkludi se nerġa' mmur għall-mistoqsija li għamilt fil-bidu tad-diskors tiegħi.", "Għaliex istituzzjonijiet li ilhom iservuna minn żmien l-Ingliżi, minkejja li mhumiex perfetti, illum jinsabu paralizzati?!", "Ir-risposta tiegħi hija ċara: l-istituzzjonijiet jinsabu paralizzati għax il-Gvern immexxi mill-Onor.", "Joseph Muscat ma ħallihomx jaħdmu!", "Issa, Sinjura President, l-istituzzjonijiet nistgħu nibdluhom, nistgħu nibdlu l-liġijiet, nistgħu nibdlu l-Kostituzzjoni u jista' jkollna l-aqwa Kostituzzjoni fid-dinja, imma lanqas l-aqwa Kostituzzjoni fid-dinja ma tkun tiswa xejn jekk ikollok gvern korrott li ma jħallihiex taħdem!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, dan hu Gvern li jirrispetta lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż.", "Dan hu Gvern li jevalwa kull rapport li jsir, u dan għamilnieh kemm-il darba minn din in-naħa tal-Kamra, kemm min-naħa tal-gvern, kif ukoll min-naħa tal-oppożizzjoni.", "Dan għamilnieh kemm meta l-konklużjonijiet kienu favur, kif ukoll meta kienu kontra.", "Ma jfissirx li m'għandniex dritt nuru fejn ma naqblux, imma qatt m'attakkajna lill-istituzzjoni nnifisha.", "Min jattakka istituzzjoni bil-għan li jimminaha ħaqqu kull kundanna għax ikun qed jimmina d-demokrazija u jkun qed jimmina wkoll ir-rule of law.", "Jekk nagħtu ħarsa lura lejn il-passat li mhuwiex daqshekk 'il bogħod naraw lil min, f'xi ħin jew ieħor, attakka lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż b'mod persistenti.", "Kienu mexxejja u persuni prominenti fil-Partit Nazzjonalista li attakkaw kważi lill-istituzzjonijiet kollha, mhux biss mill-Oppożizzjoni, imma saħansitra meta kienu fil-Gvern.", "Ġew attakkati l-qrati, ġiet attakkata s-sistema tal-ġurija, ġiet attakkata l-Kummissjoni Elettorali, ġie attakkat l-Awditur Ġenerali, ġie attakkat l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u ġie attakkat ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija.", "Attakkaw lil Malta fuq kollox u f'kull opportunità, filwaqt li spiċċaw jheddu lil eluf ta' ħaddiema meta għamlu l-ħsara barra minn Malta biex igerrxu l-investiment.", "Pereżempju, Sinjura President, infakkar f'kotba bħal Is Malta Burning? li tqassam barra mill-pajjiż.", "Infakkar ukoll f'meta esponenti marru barra mill-pajjiż biex igerrxu investiment privat Ġermaniż li kien f'pajjiżna, kif ukoll dak li kien qed jersaq lejn pajjiżna.", "Dawn ma nbidlux, għadhom l-istess, u ma' kull opportunità li jkollhom, sew barra minn Malta u anke f'dan il-Parlament … Għax innotajniehom; anke d-diskorsi li għamlu issa, kollha huma intenzjonati biex inawru lil pajjiżna, xejn aktar u xejn inqas.", "Din hija xi ħaġa tal-mistħija!", "Din hija kollha għira minħabba li dan il-Gvern irnexxielu joħloq ix-xogħol, inaqqas il-faqar u jsaħħaħ l-ekonomija!", "Din hija kollha għira għax dan il-Gvern ġab suċċess lil pajjiżna u żied l-affluwenza tal-poplu Malti u Għawdxi!", "Sinjura President, l-ewwel ħaġa bażika li jitgħallmu dawk l-istudenti li jagħżlu l-Communication and Media Studies, anke f'età żgħira, hija li jevalwaw dak li jkunu qegħdin jaqraw fil-midja diversa.", "Huma jitgħallmu li m'għandhomx jieħdu dak li jkunu qed jaqraw bħala fatt, u li dak li jkunu qed jaqraw m'għandhomx jagħmluh tagħhom stess.", "Saħansitra, meta wieħed jidħol fuq l-internet biex jieħu xi pariri, ħafna drabi dak li jinkiteb ikun jiddependi mil-liema sors ikun ġej, jiġifieri l-parir li wieħed jagħti minn fuq l-internet ikun jirrifletti l-opinjoni li jkollu u wkoll skont lil liema industrija jkun irid jaġevola.", "Fil-fatt, anke l-istorja, aktar u aktar dik riċenti, tiddependi ħafna minn min jiktibha għax, mingħajr ma jrid, min ikun qed jiktibha ħafna drabi jiġbed lejn is-simpatija tiegħu stess.", "Aħseb u ara, Sinjura President, meta artiklu jew rapport ikollu jew ikun se jkollu impatt politiku jew amministrattiv!", "Ħafna drabi min jikteb dak it-tip ta' rapport, ikun ġej mil-liema naħa ta' spettru politiku jkun ġej, ikollu aġenda personali u/jew editorjali fil-mod kif jinkiteb u dak li jkun irid jitwassal.", "Għalhekk, rightly so, l-istudenti minn meta jkunu żgħar jiġu mgħallma biex jevalwaw kollox qabel jiddeċiedu jekk għandhomx jemmnu dak li jkunu qed jaqraw jew le.", "Jekk il-konklużjonijiet li jinġibdu meta jiġi kkwotat kwalunkwe rapport jew meta jsiru riferenzi għal artikli fil-ġurnali, ikunu bbażati fuq dak li jkun inkiteb għax jittieħed bħala fattwali, allura dawk il-konklużjonijiet mhux dejjem ikunu jirriflettu r-realtà.", "Sinjura President, nista' ngħid li min-naħa tal-Ministeru tiegħi qed issir evalwazzjoni tar-rapport GRECO.", "Jiena nifhem li ħafna mid-dipartimenti tagħna, speċjalment il-forzi ta' dixxiplina, għadhom influwenzati minn sistemi Anglo-sassoni.", "Aktar milli l-mod kif jitmexxew, l-issue prinċipali għandha tkun jekk hemmx biżżejjed struttura sabiex jiġi ċċekkjat jekk ikunx qiegħed isir abbuż.", "Irrid ngħid li kemm is-servizzi tas-sigurtà, kemm il-Korp tal-Pulizija, kif ukoll l-Armata qed jagħmlu xogħol li jiswa mitqlu deheb għas-sigurtà ta' pajjiżna, u hawnhekk nixtieq li għal darb'oħra nieħu l-opportunità biex nirringrazzjahom pubblikament għas-servizz li huma jagħtu.", "Irridu nirringrazzjawhom mhux biss bil-kliem, imma wkoll bil-fatti.", "Dan il-Gvern diġà ħa diversi deċiżjonijiet u wettaq diversi inizjattivi.", "Issa, fost l-aħħar passi li jridu jittieħdu hemm il-ftehim kollettiv għall-Armata.", "Irrid ngħid li għalkemm il-Korp tal-Pulizija ma jagħmilx press conferences frekwenti, kif qed jitlob ir-rapport, is-CMRU (Community and Media Relations Unit), li huwa l-unit li jieħu ħsieb il-midja, jagħmel komunikazzjoni mal-midja u jagħmel mill-anqas stqarrija kuljum.", "Ta' min jgħid ukoll li dan il-unit iwieġeb għall-parti l-kbira tal-mistoqsijiet li jsirulu.", "Sinjura President, il-Korp tal-Pulizija qatt daqs illum ma kien attrezzat sabiex jipprovdi s-sapport neċessarju għall-vittmi ta' reati, l-aktar dawk vulnerabbli.", "Sena u nofs ilu twaqqaf il-Victim Support Unit b'nies professjonali.", "Issa hawn nixtieq nagħmel parentesi żgħira u ngħid li sta għall-familjari li jżommu kuntatt tajjeb ma' dan il-unit, u mhux l-ewwel jirrifjutaw l-għajnuna u mbagħad imorru jeqirdu mal-erbat irjieħ tad-dinja li ma kellhomx assistenza!", "F'Ottubru tal-2017, il-Korp tal-Pulizija waqqaf l-Equality and Diversity Working Group bil-għan li tiġi eliminata kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni jew fastidju fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jippromwovi opportunitajiet indaqs għal kulħadd fi ħdan il-Korp u lil hinn minnu, bil-għan li jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-benessere tal-membri tal-Korp kif ukoll tal-komunità inġenerali.", "Irid jingħad li l-Korp ma jimponi l-ebda kwota bbażata fuq is-sess, la fir-reklutaġġ u lanqas fil-promozzjonijiet.", "Mhux talli hekk, talli jekk hemm xi ħaġa li l-Korp jiddiskrimina favur tagħha b'mod pożittiv, din hija proprju fir-reklutaġġ, fejn hemm diskriminazzjoni pożittiva favur ir-requirements li jolqtu lis-sess femminili.", "Ftit tal-jiem ilu, ħarġet sejħa fil-Korp tal-Pulizija għal Compliance Senior Manager.", "Bħalma tista' tara, Sinjura President, anke qabel ma nħarġet l-evalwazzjoni tal-GRECO, il-Korp tal-Pulizija kien diġà qed jaġixxi.", "Infatti, ta' min jgħid ukoll li xhur qabel ma nħareġ ir-rapport, il-Korp tal-Pulizija Malti kien tefa' ħarstu fuq strateġija ta' trasformazzjoni li għandha tistabbilixxi pjani t'azzjoni ċari li l-istess Korp għandu jaddotta matul is-snin li ġejjin, u dan sabiex il-ħidma mwettqa tkun aktar effettiva, aktar effiċjenti u allura tkun tippromwovi l-valur miżjud għal kull ċittadin Malti u Għawdxi.", "L-istess nista' ngħid għal dak li għandu x'jaqsam ma' promozzjonijiet.", "Għaddejjin preparamenti biex, flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, membri tal-Korp ikollhom l-opportunità li javvanzaw fl-edukazzjoni tagħhom ħalli b'hekk ikunu jistgħu japplikaw għall-promozzjoni għax diġà jkollhom il-kwalifiki u t-taħriġ neċessarju.", "Dan huwa proprju l-kuntrarju ta' dak li qed jiġri llum, għax illum is-sitwazzjoni hi li l-ewwel wieħed jieħu l-promozzjoni u mbagħad jibagħtuh għall-kors.", "Aħna qegħdin ngħidu li l-proċedura f'dan il-każ għandha tiġi attwata bil-kontra, bħalma jsir fl-Armata.", "Fl-Armata jagħmlu l-kors, imorru s-Sandhurst Military Academy biex iġibu l-kwalifiki kollha neċessarji, ikollhom taħriġ ieħor, jingħataw diversi opportunitajiet, u mbagħad huwa biss wara li huma japplikaw biex jieħdu l-promozzjoni, u mhux the other way round, kif kien jiġri qabel l-2011.", "Naf li s-CEO qed iħares ukoll fid-direzzjoni li jiġu riveduti r-regolamenti fl-interess tal-Korp, liema regolamenti jirregolaw lill-pulizija u lil dawk li b'xi mod jew ieħor jistgħu jwasslu għal inizjattivi dixxiplinarji kontra xi membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Minkejja l-attakki inġusti li jsiru min-naħa tal-Oppożizzjoni fuq il-Pulizija, għandna Korp tal-Pulizija li qed jimmodernizza ruħu.", "Aħna anke r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-GRECO se nagħtuhom widen – mela le! – kemm jekk dawn diġà qegħdin fil-proċess li jitwettqu, kif ukoll jekk qegħdin fil-pjan li jiddaħħlu.", "Qed ninvestu f'inġenji ġodda, f'apparat ġdid, f'taħriġ aktar effettiv u f'faċilitajiet ġodda li jirrispettaw iż-żminijiet tal-lum biex niġġieldu l-kriminalità organizzata.", "Ir-realtà hi li fil-Korp tal-Pulizija qed nagħmlu verament investiment bla preċedent, eżattament kif wegħedna fil-Programm Elettorali.", "Sinjura President, il-Korp tal-Pulizija ma twaqqafx biss biex jinvestiga u jsolvi l-każijiet, imma wkoll biex jipprevjeni milli titwettaq il-kriminalità.", "Mhuwiex xogħol l-uffiċjal tal-pulizija li jxerred l-informazzjoni mal-erbat irjieħ dwar fiex ikunu waslu l-investigazzjonijiet, jew aktar u aktar xi provi jkollhom f'idejhom u xi provi jkunu jridu jiġbru u jevalwaw.", "Huwa hawnhekk fejn jien għadni ma nistax nifhem ċerti attakki li jsiru minn ċerti Membri tal-Oppożizzjoni, inkluż illum, li jitolbu li jittellgħu persuni l-Qorti fuq xnigħat, biex imbagħad, jekk m'hemmx provi konkreti … Għax hija xi ħaġa bażika li biex pulizija jressaq persuna l-Qorti jrid ikun hemm provi konkreti.", "Jekk ikun hemm provi konkreti, l-avukat difensur jista' jipprova jiddefendi lil dik il-persuna kemm irid imma l-persuna tista' tasal biex tinstab ħatja.", "Issa l-Oppożizzjoni qed tgħidilna biex, jekk għandna dubju fuq xi ħadd, lil dan għandna rressquh il-Qorti.", "Imbagħad jekk joħroġ illiberat, tista' ttellgħu bl-istess akkuża?", "Se nistaqsi lill-avukati jien hawnhekk!", "Tista' ttellgħu l-Qorti bl-istess akkuża ?", "Jew forsi hemm interess li nies jitressqu l-Qorti mingħajr provi, sempliċement għax hemm xamma, jew għax hekk jidhrilna – għax malajr inwaħħlu f'dak u fl-ieħor u nsemmu l-ismjijiet u nattakkaw bl-addoċċ – u mbagħad, jekk dawn ma jinstabux ħatja joħorġu lliberati ?", "U jekk għada pitgħada jkun hemm il-provi, xi ngħidu?", "Min se jqum mill-Oppożizzjoni u jgħid \"mea culpa\"?", "Għalhekk nista' nassigura lil kulħadd li l-każijiet li l-pulizija jkollhom provi fuqhom qegħdin jitressqu, u nista' nassigura lil kulħadd ukoll li taħt dan il-Gvern mhux se jiġri kif kien jiġri qabel l-2013 meta, hekk kif wieħed kien jara l-isem ta' politiku, kien iwaqqaf l-investigazzjonijiet.", "Irrid insemmi wkoll il-ħidma li qed issir minn dan il-unit fis-settur tal-kriminalità ekonomika.", "L-ewwel nett, ta' min jgħid li matul dawn l-aħħar xhur f'dan il-unit żidna n-numru ta' membri investigattivi b'aktar mid-doppju, u tant hemm membri ġodda li se nittrasferixxu dan il-unit għal post ġdid.", "Fil-fatt, issa t-Taqsima tal-Kriminalità Ekonomika nqasmet f'żewġ units; parti li għandha x'taqsam mal-kriminalità ekonomika, u l-parti l-oħra għandha x'taqsam mal-ħasil tal-flus.", "Apparti minn hekk, qed jinbeda proġett b'fondi tal-Unjoni Ewropea għal data platform ċentrali, fejn id-data kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija, inkluż data estera mill-Pulizija, se tkun iċċentralizzata, biex b'hekk it-Taqsima tal-Kriminalità Ekonomika tkun aktar effettiva.", "Hawnhekk ta' min jirrimarka li din it-taqsima mhux biss tinvestiga, imma fil-fatt diġà ressqet diversi każijiet li dwarhom kellha provi konkreti u li kkonkludiet l-investigazzjonijiet tagħha dwarhom.", "Niġi issa għall-aħħar punt.", "Fl-2017 il-kriminalità rrapportata naqset b'0.9%, filwaqt li fl-2018 naqset b'7%, u dan meta kulħadd jaf li ż-żieda fil-popolazzjoni, ir-rekord wieħed wara l-ieħor li kellna fit-turiżmu u ż-żieda fl-affluwenza suppost wasslu għal żieda fil-kriminalità.", "Mhux ta' b'xejn li fl-aħħar sena l-fiduċja tan-nies fil-Korp tal-Pulizija żdiedet bi 15%, u dan minkejja li f'kull opportunità li jkollha l-Oppożizzjoni tipprova timmina lill-Korp tal-Pulizija b'akkużi bla bażi!", "Għal darb'oħra, nerġa' nirringrazzja lill-membri kollha dixxiplinati għall-ħidma tagħhom, u ma rridx ninsa nirringrazzja wkoll lill-familjari tagħhom għall-paċenzja li jieħdu.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, naħseb li, kif qed jinduna l-poplu, l-Oppożizzjoni hi mpenjata li tibqa' tiddiskuti l-kwestjonijiet ewlenin li qed jolqtu lill-Maltin fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, u li aħna m'għandna l-ebda diffikultà biex nitkellmu fuq l-hekk imsejħa bread and butter issues.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, żgur li qatt ma se ninsew lil dawk li bħalissa għaddejjin minn diffikultà fil-qasam tal-housing minħabba li m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "Aħna żgur li m'aħniex se ninsew lil dawk li għolitilhom il-kera.", "Żgur li m'aħniex se ninsew lil dawk li ta' kuljum jinqabdu fit-traffiku bil-problema tat-trasport li għandna f'pajjiżna.", "Żgur li lanqas se ninsew lil dawk il-ħajjiet li ntilfu, anke matul dawn l-aħħar sigħat, minħabba nuqqas ta' ppjanar fit-toroq ta' pajjiżna.", "Dan għaliex illum il-poplu qed jidra li dak li huwa tajjeb aħna ngħidu li hu tajjeb, filwaqt li dak li hu ħażin niġġildulu bis-sħiħ.", "Għalhekk, apparti li m'aħniex se ninsew il-bread and butter issues ta' kuljum, m'aħniex se ninsew jew inħallu barra l-korruzzjoni li nawret l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna!", "Sinjura President, aħna kommessi li nikkritikaw, iżda fl-istess waqt irridu nipproponu triq 'il quddiem biex il-Gvern jirranġa s-sitwazzjoni fejn tidħol il-governanza tajba u l-ġustizzja.", "Irridu li ssir il-ġustizzja u li din tkun tidher li qed issir.", "Irridu li titħaddem il-governanza tajba u li jkun jidher li din qed titħaddem.", "Mhijiex biss l-Oppożizzjoni li qed tiġbed l-attenzjoni tal-Gvern dwar is-sitwazzjoni gravi li jinsab fiha pajjiżna.", "Hemm ir-rapport li qed niddiskutu llum, ir-rapport tal-GRECO, li huwa l-grupp tal-istati kontra l-korruzzjoni.", "Però mhux dak ir-rapport biss hemm.", "Hemm ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, hemm ir-rapport tal-Moneyval tal-Kunsill tal-Ewropa, hemm id-dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, hemm bosta deċiżjonijiet tal-qrati Maltin, hemm dikjarazzjonijiet tal-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello, hemm dikjarazzjonijiet tal-IMF, hemm dikjarazzjoni ċara min-naħa tas-CEO tal-HSBC Malta, hemm l-istqarrijiet ta' Transparency International, hemm editorjali u artikli ta' gazzetti lokali, bħal The Times of Malta, Malta Today u The Malta Independent, u hemm ukoll editorjali u artikli ta' gazzetti barranin.", "Diġà semmejt għaxar sorsi li qed jagħtu lill-Gvern Laburista jew lill-Gvern Soċjalista ta' faċċata tagħna rapport wara l-ieħor u jgħidulu: Inti l-aktar gvern korrott fl-istorja ta' pajjiżna!", "Għaxar sorsi, u dan apparti l-Oppożizzjoni!", "Iva allura huwa l-Gvern biss li hu tajjeb?", "Huwa l-Gvern biss li qiegħed fis-sewwa?", "Is-Soċjalisti biss huma tajbin, u Alla jbierek dawn l-għaxar sorsi li semmejt huma kollha ħżiena?!", "Sfortunatament, is-Soċjalisti Maltin qed jibqgħu jdaħħlu rashom fir-ramel, u jgħidu: Aħna tajbin għax aħna għandna l-maġġoranza, u allura ħalluna ħalli nagħmlu li rridu!", "Sinjura President, huwa impossibbli li f'dawn il-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nidħol fir-rapporti u fid-dikjarazzjonijiet kollha li saru waħda waħda, u allura ovvjament illum irridu niffokaw fuq ir-rapport GRECO li ġie ppubblikat dan l-aħħar.", "Dan ir-rapport jinkwetana għax huwa rapport estensiv, dettaljat u jolqot il-musmar fuq rasu.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, rridu li l-Gvern jaqra x'qed jintqal f'dan ir-rapport u jagħmel l-emendi fil-liġijiet u l-bidliet meħtieġa biex jisma' minn dak li jgħidulu.", "Ftit tas-snin ilu, aħna, bħala Partit Nazzjonalista, iddeċidejna li l-politika tagħna tkun favur l-Unjoni Ewropea, u allura ridna nidħlu fl-Unjoni Ewropea, u l-Partit Nazzjonalista għalhekk ried li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea biex inkunu tassew Ewropej u biex l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna jiffunzjonaw, kif il-poplu jistenna.", "Min-naħa l-oħra, illum għandna Gvern Soċjalista li qed jaħdem biex inawwar dawn l-istituzzjonijiet u biex itappan u jherri r-reputazzjoni li Malta rnexxielha tikseb matul is-snin ta' qabel b'ħidma għaqlija u b'tant attenzjoni.", "Konna pijunieri f'dan il-qasam u konna eżemplari fl-Ewropa u fid-dinja, Sinjura President!", "Mhux ta' b'xejn li llum lill-Ministru Soċjalista għall-Finanzi ta' quddiemna jsemmulu l-korruzzjoni kull fejn imur madwar id-dinja, saħansitra f'taxi!", "Mhux ta' b'xejn li lill-Ministru għat-Turiżmu kull fejn imur isemmulu l-Panama Papers!", "Ir-rapport GRECO qed jgħidilna li l-istituzzjonijiet tagħna huma tajbin fuq il-karta u mil-lat organizattiv, iżda llum qed jiddependu fuq il-politiċi ta' faċċata tagħna, il-politiċi Soċjalisti!", "Nafu li l-ħatriet tal-ġudikatura u l-ħatriet fil-Korp tal-Pulizija jiddependu mill-Prim Ministru.", "Nafu wkoll li, minbarra li l-Avukat Ġenerali huwa l-avukat tal-Gvern, huwa wkoll il-prosekutur pubbliku u l-President tal-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit).", "Il-Gvern Soċjalista qed jagħmel kapital minn fuq dawn id-difetti li għandna preżentement fil-liġijiet tagħna għall-gwadann politiku u partiġġjan tiegħu.", "Imbagħad hemm ukoll aspett ieħor li jsemmi r-rapport tal-GRECO, l-abbuż sfaċċat bil-positions of trust, li mill-2013 'l hawn splodew 'il fuq!", "Mhuwiex aċċettabbli li l-pożizzjonijiet ta' uffiċjali pubbliċi li m'għandhomx rwol li jeħtieġ il-fiduċja speċifika tal-ministru kkonċernat, jimtlew minn persuni bħala positions of trust.", "L-uffiċjali li jingħataw positions of trust jinsabu f'pożizzjoni fejn, jekk ma jaqblux mal-politiku li tahom dik il-pożizzjoni, ma jistgħux jitkellmu.", "Barra minn hekk, dawn jafu li jekk jinbidel il-Gvern jew il-Ministru, il-post tagħhom jinsab f'riskju li jintilef.", "Imbagħad, għandna wkoll il-kwestjoni tas-Segretarji Permanenti, pożizzjonijiet li ġew politiċizzati għalkollox wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013 meta tela' l-Partit Soċjalista fil-Gvern.", "Għandna saħansitra wħud mis-Segretarji Permanenti li jxejru l-bandiera tal-Gvern fil-miftuħ!", "Hemm ukoll bosta kwestjonijiet li jsemmi r-rapport b'rabta mal-Korp tal-Pulizija.", "Hawnhekk nixtieq insellem lill-Onor.", "Beppe Fenech Adami, li kien skedat li jitkellem ukoll waqt dan id-dibattitu, imma minħabba telfa fil-familja tiegħu llum ma setax ikun magħna, u għalhekk minn hawn nixtieq li nagħti l-kondoljanzi lilu u lill-familja tiegħu f'isem l-Oppożizzjoni.", "Ftit tal-ħin ilu smajna lill-Ministru jitkellem fuq il-Korp tal-Pulizija.", "Però li ma qalilniex il-Ministru hu li fil-Korp tal-Pulizija jkun hemm nies li jitilfu l-avvanz tagħhom fil-karriera minħabba li l-promozzjoni ma tkunx ibbażata fuq il-mertu imma fuq l-aspett politiku.", "Hemm ħafna affarijiet relatati mal-Korp tal-Pulizija, inkluż anke li tul dawn l-aħħar snin biddilna lill-Kummissarju tal-Pulizija ħames darbiet wara xulxin!", "Sinjura President, aħna tal-Oppożizzjoni wkoll ninsabu kommessi li ngħinu lill-Gvern biex jieqaf jagħmel din il-ħsara, u flimkien nerġgħu nsaħħu l-istituzzjonijiet u nagħtu reputazzjoni tajba lil Malta fil-pjattaforma dinjija; però, biex nagħmlu hekk, il-Gvern irid jinża' s-suppervja tiegħu.", "Meta aħna noħorġu l-id tal-ħbiberija tagħna, min-naħa tiegħu l-Gvern irid jaċċetta li joħroġ idejh ukoll u flimkien naraw kif nistgħu nwaqqfu din il-ħsara li qed issir.", "Ovvjament, aħna nitkellmu fuq il-ħsara u fuq affarijiet negattivi minħabba li min-naħa tal-Partit Soċjalista qed isiru affarijiet li huma ħżiena!", "Li kieku huwa verament mhuwiex qed jagħmel dawn l-affarijiet ħżiena, ma kienx ikun hemm għalfejn jinħarġu dawn ir-rapporti kollha jitkellmu fuq il-ħażin li qed jagħmel.", "Sinjura President, aħna min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni lesti li npoġġu madwar mejda għad-diskussjoni għax pajjiżna qed jitkarrab għal istituzzjonijiet u regolaturi li jiffunzjonaw; pajjiżna qed jitkarrab għal sistema ġudizzjarja soda, u pajjiżna qed jitkarrab għal avukat ġenerali li jagħmel xogħlu kif inhu mistenni u kif inhu mitlub mil-liġi.", "Għalhekk, kif għedt diġà, aħna bħala Oppożizzjoni lesti npoġġu madwar mejda u niddiskutu r-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport għall-ġid nazzjonali.", "Nittamaw biss li min-naħa tal-Gvern hemm ir-rieda li jingħaqad fid-diskussjoni magħna u jimplimenta dak li huwa meħtieġ.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sinjura President, nixtieq nibda dan l-intervent billi ngħid li Ħaż-Żabbar huwa maħsud bit-traġedja li ġrat ilbieraħ filgħaxija, u għalhekk nixtieq nieħu din l-opportunità biex nagħti l-kondoljanzi tiegħi u tal-Kamra kollha lill-familja ta' Graziella u Fallon Mallia.", "Sinjura President, meta nisma' diskors bħal dan li għadni kif smajt, li qed jirreferi għall-ħafna rapporti li nħarġu, ma nistax ma nikkummentax u ma nfakkarx li dawn il-ħafna rapporti minn dejjem kienu, u fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti nħarġu ħafna rapporti differenti wkoll.", "Id-differenza bejn dak iż-żmien u dan iż-żmien huwa li aħna nippubblikaw dawn ir-rapporti u nieħdu azzjoni fuqhom immedjatament, mentri qabel ma kien isir xejn.", "Li kieku fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti sar xi ħaġa fuq dawn l-affarijiet li semmew l-Onor.", "Membri kollha li tkellmu min-naħa tal-Oppożizzjoni, kieku llum m'aħniex f'sitwazzjoni fejn qed ikollna nagħmlu dawn il-bidliet kollha!", "Fil-fatt aħna għad għandna akkumulati rapporti li kienu jsiru fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti u li dawn ma kenux jagħtu kashom.", "Imma aħna nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà u qed inbiddlu u nindirizzaw dak li hemm f'dawn ir-rapporti.", "Dik hija d-differenza bejn il-Gvern Laburista u gvernijiet Nazzjonalisti li kellna qabel!", "Pereżempju, l-Onor.", "David Agius għadu kif semma d-diviżjoni tar-rwol tal-Avukat Ġenerali.", "Ta' min jgħid li din il-liġi ilha mill-1936, jiġifieri, anke minn meta ħadna l-Indipendenza 'l hawn dejjem baqgħet hekk.", "Imma dan l-aħħar għaddejna abbozz ta' liġi mill-Ewwel Qari sabiex fl-aħħar din il-liġi tiġi emendata wkoll!", "Għalhekk, it's a bit rich li wara ħafna u ħafna snin fil-Gvern mingħajr ma jagħmlu xejn fuq dawn l-affarijiet, issa għax qed nagħmlu dawn l-affarijiet aħna, id-Deputati tal-Oppożizzjoni qed jiġu hawn jgħidulna: Ara x'qalulkom fir-rapport!", "Iva, nafu x'qalulna fir-rapport, u dan għaliex intom ma għamiltu l-ebda tibdil fuq dawn l-affarijiet, u allura l-affarijiet bilfors jakkumulaw!", "Irrid ngħid ukoll li d-deċiżjoni li ħa l-Gvern illi jaċċetta li r-rapport tal-GRECO jkun ippubblikat tikkonferma kemm dan il-Gvern verament irid ibiddel l-affarijiet u kemm aħna m'għandniex x'naħbu!", "Qed ngħid hekk għax biex dan ir-rapport ġie ppubblikat kien hemm bżonn il-permess tal-Gvern, jiġifieri, aħna mhux biss tajna l-permess li dan ir-rapport ikun ippubblikat, imma talli kif issemma li għandha ssir seduta fuq dan ir-rapport aċċettajna mill-ewwel.", "Lilna dan ir-rapport unur jagħmlilna għax ma semmiex liġi waħda li għamilna aħna matul dawn l-aħħar sitt snin, filwaqt li l-liġijiet li semma huma kollha liġijiet li setgħu u kellhom ibiddluhom gvernijiet Nazzjonalisti!", "Anzi, dan ir-rapport irrikonoxxa l-ħidma li aħna għamilna sabiex saħħaħna s-saltna tad-dritt kemm ilna fil-Gvern mill-2013 'il hawn.", "Wara kollox, Sinjura President, is-saltna tad-dritt insaħħuha bir-riformi u mhux bil-manifestazzjonijiet jew bil-motivazzjonijiet politiċi ta' min jemmen illi għandu xi dritt divin li jibqa' jiggverna dejjem hu!", "Għax dik hija l-problema f'dan il-pajjiż, li l-Partit Nazzjonalista jaħseb li għandu xi dritt divin li jiggverna dejjem hu, u jew jiggverna jew iħassar!", "Dik hi s-sitwazzjoni ta' dan il-pajjiż!", "Il-verità hi li dan il-Gvern jaġixxi bi trasparenza.", "Tant hu hekk li aħna wrejna d-disponibilità tagħna li niddiskutu dan ir-rapport fil-Parlament immedjatament.", "Hawnhekk, ta' min ifakkar li erba' xhur ilu aħna stedinna wkoll lill-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa ħalli tara x'hemm bżonn nagħmlu biex nimmodernizzaw dawn il-liġijiet antiki.", "Normalment, f'pajjiżi oħra tkun l-oppożizzjoni li tistieden lil dawn il-kummissjonijiet biex jiġu jevalwaw il-liġijiet, però hawn Malta kien il-Gvern li stedinha, u l-Membri tal-Oppożizzjoni bilkemm ma kenux skomdi għall-fatt li l-Kummissjoni Venezja kienet se tiġi f'Malta!", "Hawn Malta ġara bil-maqlub li normalment jiġri għax kien il-Gvern stess li stieden lill-Kummissjoni Venezja.", "Għax aħna rridu li l-affarijiet isiru sew.", "Sinjura President, aħna għamilna l-liġijiet li ħassejna li għandna nagħmlu minn jeddna.", "Biżżejjed insemmi l-liġi tal-finanzjament tal-partiti, il-liġi li neħħejna l-preskrizzjoni minn fuqna l-politiċi, il-liġi tal-whistleblower, eċċ. Għamilna ħemel ta' liġijiet, però aħna ridna li dawn l-istituzzjonijiet Ewropej jiġu hawnhekk sabiex jevalwaw huma.", "Storikament, bħala partit dejjem konna aħna l-partit tal-progress u l-partit tad-djalogu soċjali.", "Aħna dejjem ħdimna biex ikollna d-demokrazija f'dan il-pajjiż, u minkejja li l-Oppożizzjoni tipprova tpinġina bħala xi Gvern li jgħaffeġ is-saltna tad-dritt, kemm f'Malta kif ukoll fuq livell Ewropew, il-verità hi li la l-Kummissjoni Venezja, li ġibnieha aħna stess, u lanqas il-GRECO m'huma nkwetati dwar il-liġijiet li ġew introdotti minn dan il-Gvern, Għalija huwa unur tiegħi li niġi hawnhekk u nitlobkom tgħiduli jekk il-GRECO jew il-Kummissjoni Venezja kkritikawx xi liġi li saret minn dan il-Gvern!", "Aħna żgur li ma nikinsux it-trab taħt it-tapit, kif konna mdorrijin naraw lill-gvernijiet Nazzjonalisti jagħmlu għal ħafna snin!", "Fil-fatt, il-liġijiet kollha li semmew il-Membri tal-Oppożizzjoni li tkellmu matul dan id-dibattitu kollha setgħu biddluhom jew neħħewhom huma, però minflok għażlu li jikinsuhom taħt it-tapit!", "Għall-kuntrarju, aħna ressaqna u għaddejna liġijiet importanti, bħal dik li tirregola l-finanzjament tal-partiti, bħal dik tal-whistleblower, bħal dik tat-tneħħija tal-preskrizzjoni fuq reati kriminali mwettqa minna l-politiċi … Fejn qatt għamluhom dawn il-liġijiet in-Nazzjonalisti?!", "Anke l-aġir trasparenti ta' dan il-Gvern huwa ferm differenti minn dak tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li dan l-aħħar qiegħda tiddeletta b'diskorsi popolisti filwaqt li, pereżempju, ma tippubblika xejn li jirrigwarda manuvri irregolari, bħal ngħidu aħna invoices foloz jew skemi tad-ċedoli!", "Dan hu proprju l-oppost ta' kif għandu jopera partit politiku li jħaddan il-prinċipju tat-trasparenza li qed nitkellmu fuqu!", "Sinjura President, huwa l-Gvern preżenti li qed iwettaq dawn ir-riformi li hemm bżonn biex isaħħaħ id-demokrazija u s-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Kif għedt diġà, matul dawn l-aħħar snin diġà twettaq ħafna, u fix-xhur li ġejjin se nwettqu aktar, kif wera l-Gvern meta f'anqas minn 100 jum wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja diġà ressaq 'il quddiem proposti biex ikunu implimentati dawn il-bidliet.", "Bħalma jsir dejjem, ir-rapport tal-GRECO jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet lill-pajjiż ikkonċernat sabiex itejjeb is-sistemi legali u amministrattivi tiegħu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur li jkun is-suġġett tal-evalwazzjoni.", "Fil-fatt, jekk wieħed jara r-rapporti li saru lil diversi pajjiżi fil-kors tal-ħames evalwazzjoni jsib li rakkomandazzjonijiet simili għal dawk li saru lil Malta saru wkoll lil diversi pajjiżi oħra.", "Naturalment, jiena m'iniex qed ngħid li din għandha tkun konsolazzjoni, jiġifieri mhux għax lill-pajjiżi l-oħra qalulhom bħalma qalu lilna, allura b'daqshekk aħna se nikkonslaw.", "Però l-fatt li għandna dan kollu xi nbiddlu huwa ċertifikat ta' kemm il-Partit Nazzjonalista, fil-ħafna snin li għamel fil-Gvern, ma għamel xejn biex ibiddel ċerti liġijiet mal-mixja taż-żmien.", "Dan apparti li ħafna mil-liġijiet li qed ikunu kkritikati oriġinarjament kien għamilhom hu.", "Pereżempju, lin-Nazzjonalisti meta kienu fil-Gvern mhux il-GRECO biss kienet ikkritikathom, imma anke l-European Court of Human Rights meta qalet li fil-qasam tal-ġudikatura għandhom family jamboree!", "Dan meta kien qed jinstema' każ ta' mara u din argumentat li ċ-Chief Justice, il-Ministru u l-President li kien hemm dak iż-żmien kollha kienu jiġu minn xulxin.", "Ara aħna għamilna xi ħaġa fuqha din ukoll għax biddilna l-mod kif isiru l-ġudikanti.", "Imma, tul is-snin kollha li għamlu fil-gvern, in-Nazzjonalisti m'għamlu xejn minn dan kollu!", "Hawnhekk ta' min jgħid ukoll li r-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO fil-qofol tagħhom jirrigwardaw sistemi u liġijiet li ilhom f'pajjiżna numru kbir ta' snin, uħud minnhom saħansitra qabel ma pajjiżna kiseb l-Indipendenza, jiġifieri qabel l-1964!", "Pereżempju, waħda mir-riformi li ssemmiet hija proprju l-liġi tas-separazzjoni tar-rwoli tal-Avukat Ġenerali, li kif għedt diġà ilha hemm mill-1936 u li reġgħet ġiet fl-1964 fil-Kostituzzjoni tal-Indipedenza.", "Għalhekk, li issa l-Membri tal-Oppożizzjoni qed jiġu hawnhekk u jiskantaw kif il-GRECO, fir-rapport tagħha dwar Malta, qed jgħid li ż-żewġ rwoli tal-Avukat Ġenerali għandhom ikunu separati … Tafu kemm ilhom jgħiduha din?!", "Imma kif għedt diġà, kellna nkunu aħna li ngħaddu abbozz ta' liġi mill-Ewwel Qari bil-għan li dawn iż-żewġ rwoli jkunu separati.", "Jiġifieri konna aħna li bdejna nagħmlu xi ħaġa f'dan ir-rigward, filwaqt li l-gvernijiet Nazzjonalisti ma għamlu xejn fuqha.", "Ilbieraħ, f'artiklu li ġie ppubblikat f'The Sunday Times, l-Avukat Max Ganado qal hekk fuq din il-kwestjoni tal-Avukat Ġenerali:", "Dan hu dak li qal l-Avukat Max Ganado lbieraħ fuq il-fatt li gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma għamlu xejn fuq din il-kwestjoni tas-separazzjoni tar-rwoli tal-Avukat Ġenerali.", "Għalhekk, nerġa' nirrepeti li it's a bit rich li llum il-Membri tal-Oppożizzjoni jiġu hawnhekk u jgħidulna: \"Araw x'qalulkom il-GRECO!\", jew \"Araw x'qaltilkom il-Kummissjoni Venezja!\", li fuq kollox ġibna aħna stess biex isir eżami fuqna nfusna!", "Jiena qed ngħid dan kollu biex min qed jisma' u jaqra dak li ilu jingħad għal ħafna xhur u anke snin – bażikament kemm ilu dan il-partit fil-Gvern! – ikun jista' jifhem aktar fuq xiex qed nitkellmu.", "Però, Sinjura President, il-Gvern Laburista xorta waħda qed joħroġ bl-unuri għax, filwaqt li dak li sar tul dawn l-aħħar sitt snin ġie mfaħħar u ma ntmessitx imqar fullstop mil-liġijiet li ressaqna aħna, dak li ma biddlux gvernijiet Nazzjonalisti qed inkunu kkritikati fuqu!", "Naturalment, issa ġaladarba hemm aħna fil-Gvern, irridu nkunu aħna li nagħmlu dawn il-bidliet.", "Fil-fatt, meta tlajna fil-Gvern aħna mal-ewwel ħadna ħsieb naraw li nagħmlu dak li kien naqas jagħmel il-Partit Nazzjonalista wara ħafna snin fil-gvern, bħal-liġi dwar il-whistleblower, bħal-liġi dwar it-tneħħija tal-preskrizzjoni minn fuqna l-politiċi f'każijiet ta' korruzzjoni, bħal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, u bħal ħafna liġijiet oħrajn.", "Issa wasal iż-żmien li nduru għal dik il-leġiżlazzjoni li ma tagħmilx aktar sens għal-lum, u huwa dak li qed nagħmlu permezz ta' dan l-eżerċizzju.", "Irid jingħad li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-GRECO huma fl-istess spirtu tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni Venezja f'Diċembru li għadda, liema rakkomandazzjonijiet il-Gvern diġà qiegħed jindirizza.", "Nerġa' nenfasizza li kien il-Gvern Malti li talab lill-Kummissjoni Venezja biex tiġi tagħmel evalwazzjoni tal-liġijiet tagħna.", "Dan juri kemm aħna m'għandna xejn x'naħbu.", "Ir-rapport GRECO jirrikonoxxi wkoll li sar xi tibdil li mhuwiex inkluż fir-rapport, u dan it-tibdil jinkludi l-funzjonijiet ġodda li ngħataw lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, li wkoll għandhom jolqtu wħud mir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-GRECO.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, segwejt b'attenzjoni d-diskorsi kollha, kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal-Gvern, u kemm dak li ntqal f'din il-Kamra kif ukoll dak li ntqal barra minn din il-Kamra rigward ir-rapport GRECO, li għandu importanza pjuttost fundamentali, għax prattikament jagħti riżultat ta' eżami dwar l-istrutturi tad-demokrazija f'pajjiżna.", "Fil-fatt, aktar tard se nispjega dawn l-istrutturi waħda waħda u mbagħad nagħti wkoll rendikont ta' rapporti oħra li saru qabel dan ir-rapport tal-GRECO li qed niddiskutu llum.", "Madanakollu, qabelxejn nixtieq nagħti reazzjoni żgħira għal dak li qal il-Prim Ministru aktar kmieni.", "Huwa ftit surreali kif l-ewwel il-Prim Ministru beda d-diskors tiegħu sew billi qal li rridu nieħdu dawn ir-rapporti b'serjetà u b'mod strutturat, però mbagħad b'xi mod jew ieħor beda jipprova jixħet fuq l-Oppożizzjoni – jew, fi kliemu stess, fuq parti mill-Oppożizzjoni – xi tort minħabba dak li nkiteb f'dawn ir-rapporti!", "Lill-Prim Ministru, lill-Parlament u lill-poplu jien nagħtihom garanzija waħda, li partikolarment fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni m'hemmx \"parti mill-Oppożizzjoni\" imma hemm Oppożizzjoni waħda, b'leħen wieħed b'saħħtu li dejjem jitkellem bl-istess mod!", "Il-Prim Ministru semma wkoll il-kwestjoni dwar Artiklu 7.", "Ħafna xhur ilu tal-gazzetti kienu staqsewni x'inhi l-pożizzjoni tiegħi dwar Artiklu 7, u jien kont skjett u ċar ħafna: Aħna dejjem niddefendu lil pajjiżna.", "Aħna niġu f'dan il-Parlament u nikkritikaw lill-Gvern, kif għandna l-obbligu li nagħmlu, imma barra mill-pajjiż ix-xogħol tagħna dejjem u qabel kollox mhuwiex illi nipproteġu lill-Gvern, imma li nipproteġu lil pajjiżna, lill-Maltin u lill-Għawdxin u li nħarsu l-interessi tagħhom!", "Il-Prim Ministru qalilna wkoll li qisha l-Oppożizzjoni jew parti minnha – u nerġa' nserraħlu moħħu li hawn Oppożizzjoni waħda li għandha leħen wieħed – qed tgħid li d-demokrazija f'pajjiżna mhijiex qed tiffunzjona.", "Infakkar lill-Prim Ministru li llum aħna m'aħniex qed nitkellmu fuq dak li qalet l-Oppożizzjoni u lanqas m'aħna qed nitkellmu fuq dak li qalet il-midja jew is-soċjetà ċivili, li qed jistagħġeb kemm għandha leħen b'saħħtu!", "Dażgur li għandha leħen b'saħħtu s-soċjetà ċivili!", "U taf għaliex?!", "Għax m'għandhiex sarima ma' ħalqha!", "Għax m'għandhiex interessi partikolari ta' gvern li kapaċi jixtriha!", "Għalhekk titwemmen aktar u tingħata s-saħħa meta jkunu qed isiru dawn ir-rapporti!", "Kif għedt diġà, il-Prim Ministru qalilna li donnha l-Oppożizzjoni trid tagħti l-impressjoni li d-demokrazija mhix qed tiffunzjona f'pajjiżna, meta fil-fatt huma r-rapporti tal-GRECO u l-Kummissjoni Venezja li qed jgħiduh dan u mhux l-Oppożizzjoni!", "Aħna llum qegħdin hawnhekk biex naraw is-serjetà, il-portata u l-konsegwenza ta' dawn ir-rapporti, u għallinqas nibdew nirrikonoxxu ċerti affarijiet!", "Dan għaliex irridu nifhmu li, jekk inti għandek problema, l-akbar żball li tista' tagħmel biex tasal li ssolvi dik il-problema huwa li ma tirrikonoxxihiex!", "Fil-fatt, sfortunatament, illum il-Gvern uża l-ħin tiegħu biex jgħid li dik il-problema ma teżistix jew inkella li dik il-problema ħolqitha l-Oppożizzjoni matul dawn l-aħħar snin.", "Issa l-Ministru Dalli għadha kif qalet li din il-problema ħolquha gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti!", "Però r-rapport tal-GRECO ma twelidx illum jew il-biraħtlula, Sinjura President!", "Dan ir-rapport ilu jsir!", "Malta qatt ma falliet dan ir-rapport, u ċertament qatt ma kellha kritika daqshekk skjaċċanti dwar l-operat tal-Gvern!", "Il-Prim Ministru qalilna wkoll li hu qed jiskanta għax, skont parti mill-Oppożizzjoni, donnu f'dan il-pajjiż ma jista' jitkellem ħadd, bħallikieku f'dan il-pajjiż mhux kulħadd hu liberu li jgħid li jrid.", "Mela nsejna li f'dan il-pajjiż inqatlet ġurnalista għax riedet tgħid li trid?!", "Mela nsejna li l-Avukat Ġenerali f'idejn il-Gvern qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni m'għandux ikollu r-rapport tal-Egrant sabiex jien ma nitkellimx dwaru għax jien m'iniex se nħallih fil-kexxun?!", "Allura biex qed jiskanta l-Prim Ministru?", "Il-Prim Ministru għandu jirrealizza li meta jkollok lill-Avukat Ġenerali jiddikjara li ma jridx jagħti r-rapport tal-Egrant … Issa kien deċiż mill-Qorti stess li dan ir-rapport jitkellem fuq affarijiet li huma ta' portata nazzjonali u li l-kontenut tiegħu jinteressa lill-poplu kollu, imma l-Avukat Ġenerali baqa' jirsisti, baqa' jmur il-Qorti u baqa' jiddefendi l-pożizzjoni li l-Oppożizzjoni m'għandux ikollha dak ir-rapport sabiex ma titkellimx dwaru!", "Dan huwa l-aktar ċertifikat maħmuġ li f'dan il-pajjiż il-Gvern qed jipprova jrażżan lil min għandu l-obbligu li jitkellem, Sinjura President!", "Issa ħalli nirreferi għal dawk ir-rapporti li ppreċedew ir-rapport tal-GRECO.", "Se nibda minn Transparency International, li elenkat skeda tal-aktar pajjiżi korrotti fid-dinja.", "Issa lil Transparency International ma għażlithiex l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u lanqas tellajnieha bix-xorti, imma għażilha l-Gvern innifsu bħala riga biex tkejlu għall-fini ta' skeda li telenka liema huma l-aktar pajjiżi korrotti fid-dinja.", "F'Jannar ta' din is-sena, pajjiżna waqa' fl-agħar pożizzjoni li qatt kien jokkupa, fil-51 post ta' din l-iskeda!", "Dan meta aħna suppost \"l-aqwa fid-dinja\"!", "Għax l-ewwel konna \"l-aqwa fl-Ewropa\" u issa sirna \"l-aqwa fid-dinja\"!", "Nerġa' ngħid li f'din l-iskeda ma ġejniex fl-ewwel post, fit-tieni post, fit-tielet post, fl-għaxar post, fl-20 post jew fit-30 post, imma ġejna fil-51 post!", "Fil-fatt, jekk wieħed jidħol fuq il-website tat-TI isib paragrafu partikolari li jindika preċiżament lil Malta u lil pajjiż ieħor bħala l-akbar losers!", "Ħalli nikkwota minnu:", "– jiġifieri, lil min tkun taf –", "– jiġifieri meta dak li għandek ma tiħdux bid-dritt -", "– għax kif qalet il-Ministru Dalli, iva, il-gvernijiet Nazzjonalisti kienu għamlu liġijiet; imma, minkejja dawn il-liġijiet, dan il-Gvern jagħżel li ma josservax il-liġi huwa nnifsu! –", "– mela mhux fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti! –", "Hawnhekk qed issir referenza għall-mod kif jittieħdu l-kuntratti.", "Dawn qed jgħidu li llum, taħt il-Gvern Soċjalista – u mhux taħt il-gvernijiet Nazzjonalisti – fil-kuntratti l-kbar li jsiru f'pajjiżna, ma jiġux osservati l-proċeduri, imma dawn il-kuntratti jingħataw lil dawk il-ftit li jiġu magħżula minn qabel, li mbagħad jagħtuhom id-direct orders.", "– jiġifieri l-Ministri ta' dan il-Gvern, u mhux ta' Gvern Nazzjonalista, li għandhom interess dirett, u allura m'għandhomx il-libertà li jagħmlu s-sewwa għax prattikament għandhom interess finanzjarju –", "– almenu sabuna uniċi f'xi ħaġa! –", "Mela fl-Ewropa kollha kull min issemma fil-Panama Papers refa' r-responsabbiltà, irriżenja u telaq, jiġifieri lanqas biss kellhom ineħħuh, imma telaq minn rajh.", "Imma Malta hi l-uniku pajjiż fl-Ewropa li l-Ministru Konrad Mizzi, li ġie msemmi fil-Panama Papers, mhux talli ma telaqx minn rajh, u mhux talli l-Prim Ministru ma neħħiehx, imma talli issa jrid isir hu l-Prim Ministru ta' dan il-pajjiż li tant inħobbu!", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-dokument li għadni kif ikkwotajt minnu.", "Issa, se nirreferi għal rapport ieħor; l-Expat Insider.", "Kull sena, din l-entità tagħmel stħarriġ dwar il-kwalità tal-ħajja li jkunu qed jgħixu l-ħaddiema li jaħdmu barra minn pajjiżna.", "Issa hawn m'iniex qed nirreferi għall-ħaddiema li qed iġib il-Gvern, li qed jitħallsu €400 fix-xahar, minkejja li dan hu kontra l-liġi.", "M'iniex qed nirreferi għal dawn l-iskjavi li qed jimporta l-Gvern f'kondizzjonijiet miżeri li ma jixirqux lill-umani!", "Qed nirreferi għall-expats li qed jgħixu f'pajjiżna u għall-kwalità ta' ħajja li dawn qed jgħixu.", "Fil-fatt, hawnhekk Malta tilfet 19-il post!", "Normalment, minn sena għal oħra titla' wieħed jew tnejn jew inkella tinżel wieħed jew tnejn.", "Imma, din id-darba tilfet 19-il post f'daqqa!", "Hawnhekk, se nikkwota silta minn The Times of Malta, li qed issemmi r-raġunijiet li wasslu għal dan l-andament ħażin.", "Fil-fatt, dan l-andament tant kien ħażin li aħna ġejna identifikati bħala \"the big losers\"!", "Expats mir-Renju Unit qalu hekk:", "Dan l-artiklu juri kemm barranin tal-affari tagħhom li jgħixu ġewwa pajjiżna huma skandalizzati bil-livell ta' korruzzjoni mifrux fuq kullimkien li ħakem lil pajjiżna.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport ukoll sabiex ikun disponibbli għal kull min ikun jixtieq jarah.", "Se nagħmel riferenza għal rapport ieħor, Sinjura President, li din id-darba huwa l-Country Report Malta 2019, rapport li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fi Frar ta' din is-sena.", "Sfortunatament, dan huwa rapport ieħor bi kritika qawwija lejn pajjiżna.", "Jien m'iniex se noqgħod naqrah kollu, imma se nikkwota biss silta minnu:", "– naħseb dawn huma dawk li kienet qed tirreferi għalihom il-Ministru Dalli –", "Jiġifieri t-tibdil fil-liġi sar, imma l-Gvern qed jinjorah.", "Fi ftit kliem, il-Gvern qed jikser il-liġijiet li għamel hu stess!", "– jiġifieri l-liġijiet li suppost jiġġieldu l-korruzzjoni mhumiex qed jaħdmu! –", "– u ġaladarba qed insemmu lil dan il-unit, ta' min jirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija għax-xogħol kbir u ta' fejda li jagħmlu minkejja n-nuqqas ta' riżorsi li joffrilhom il-Gvern –", "Jiġifieri l-Gvern qed jagħżel li ma jagħtix lill-Economic Crimes Unit is-saħħa, l-investiment u n-nies neċessarji sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu dawn ir-reati kriminali ekonomiċi.", "Imbagħad hemm ukoll ir-rapport tal-Moneyval, li hi entità esperta fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.", "Ta' min jgħid li din l-entità xorta kienet tagħmel rapport kull ħames snin dwar pajjiżna, anke li kieku aħna ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, imma din is-sena għamluh ftit qabel għax raw li l-affarijiet mhumiex qegħdin sewwa.", "Ta' min iżid jgħid ukoll li l-Gvern ikun jaf minn qabel li se jsir dan ir-rapport, u allura jkollu ċ-ċans li jipprepara għalih.", "The Times of Malta rrapportat li, għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, din id-darba fallejna f'dan l-eżami!", "Dan ir-rapport dwar pajjiżna ilu jsir madwar 25 sena; dejjem għaddejna, u din hija l-ewwel darba li fallejna f'dan l-eżami!", "Issa dan mhuwiex rapport normali.", "Fi kliem ieħor, dan mhuwiex xi rapport li aħna niġu hawn, noqogħdu nitħaddtu fuqu u ma jiġri xejn; imma dan huwa rapport li jekk sa Lulju jiġi kkonfermat … U Alla jbierek, minflok ma rajna x'qed jgħid dan ir-rapport, smajna lill-Ministru għall-Finanzi jargumenta li b'xi mod dan huwa tort tal-Oppożizzjoni li llijkjat dan ir-rapport!", "Issa aħna la rajna dan ir-rapport, la għandna dan ir-rapport u lanqas kapaċi nillijkjawh!", "Aħna kulma għamilna huwa li qrajna x'kitbet il-gazzetta.", "Imma, minflok ma l-Ministru ġie jagħtina l-konfort billi ġie jgħidilna x'se jagħmel f'dan ir-rigward, jispjegalna x'inhuma l-konsegwenzi u jħeġġiġna sabiex naħdmu flimkien ħalli nkunu kapaċi nsalvaw lil pajjiżna, lin-negozji, lill-impjiegi u lill-ħaddiema minn dawn il-konsegwenzi, moħħu biex jara min illijkja dan ir-rapport!", "Sinjura President, issa r-realtà hi li jekk sa Lulju – u l-esperti li kellimt qaluli li kważi huwa impossibbli li jiġri hekk – il-Gvern ma jirnexxilux idawwar il-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport, dan ikun ifisser li nitqiegħdu fuq il-lista s-sewda.", "U din il-lista s-sewda x'inhi?", "L-ewwel nett, ta' min ifakkar li hawnhekk qed nitħaddtu dwar l-investiment fuq is-servizzi finanzjarji.", "Hawn pajjiżi li huma fuq il-lista l-bajda.", "Fil-fatt, matul 25 sena ta' gvernijiet Nazzjonalisti, dawn dejjem aċċertaw li nkunu fuq il-lista l-bajda.", "Ta' min jgħid li l-fatt li Malta kienet dejjem fuq il-lista l-bajda kien ifisser li f'Malta tista' tagħmel in-negozju u tinvesti għax dan huwa pajjiż nadif.", "Imbagħad, kien hemm il-griż, li jfisser li qiegħed fin-nofs, jiġifieri, għalkemm ma tkunx maħmuġ, ikollok xi tbajja', u mbagħad hemm il-lista s-sewda.", "Issa, meta pajjiż jitniżżel fuq il-lista s-sewda, dan ifisser li m'għandekx titħajjar tinvesti hemmhekk għax dak huwa pajjiż blacklisted, sakemm ma tkunx korrott jew sakemm ma tkunx is-sid ta' xi Pilatus Bank!", "F'dak il-każ, iva, mur iġri!", "Mela, Sinjura President, issa d-dinja taf li jekk dan ir-rapport jiġi kkonfermat, nitqiegħdu fuq il-lista s-sewda għal sena sħiħa!", "Fi ftit kliem, il-Gvern ikollu sena ċans biex jipprova jagħmel il-mirakli.", "Jekk ma jirnexxilux, l-effett fuq l-ekonomija tagħna u fuq is-servizzi finanzjarji, li jipprovdu eluf ta' mpjiegi għaż-żgħażagħ tagħna – liema mpjiegi mhumiex imħallsin bl-€400, bis-€700 jew bit-€800 fix-xahar! – f'setturi li nħolqu taħt gvernijiet Nazzjonalisti, dan il-Gvern ikun qed jipperikolahom u l-effetti fuq l-ekonomija tagħna jafu jkunu serji ħafna.", "Madanakollu, il-Ministru Edward Scicluna jidher li ma jinteressahx minn dan kollu.", "Din id-darba ma qalilniex li kien skantat b'dan, u lanqas ma qalilna li qabdu magħna għax Malta żgħira.", "Minflok, ipprova jipponta subgħajh lejn l-Oppożizzjoni.", "Ir-realtà hi li din il-ħsara li qed issir lil pajjiżna taf iddum is-snin biex tittaffa.", "Il-Gvern qed jirrifjuta li jirrikonoxxi li qed iġib din il-ħsara b'idejh, u ma jridx jagħmel imqar pass wieħed sabiex insalvaw isem pajjiżna u r-reputazzjoni tajba li konna ħdimna snin sħaħ biex nibnuha.", "Niġi issa għall-Kummissjoni Venezja.", "Il-Ministru Dalli, li tinsab hawnhekk preżenti, matul id-diskors tagħha qalet għal darba, darbtejn, tlieta li kien il-Gvern li sejjaħ lill-Kummissjoni Venezja.", "Fil-fatt mhux vera; lill-Kummissjoni Venezja m'għajtilhiex il-Gvern!", "Ħalli nkun preċiż.", "Il-Kummissjoni Venezja kellha talba biex issir investigazzjoni fuq pajjiżna fl-10 t'Ottubru mill-PACE!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Jiena naħseb li l-Ministru Helena Dalli ġiet miżinformata f'dan il-każ għax jien ma nafhiex bħala persuna li ma tgħidx il-verità!", "Ħalli ngħidlek x'għamel il-Ministru Owen Bonnici, Onor. Dalli, li kien hawn u telaq!", "Il-Ministru Owen Bonnici, tlett ijiem wara li l-PACE għamlet din it-talba lill-Kummissjoni Venezja, mar jiġri biex jagħmel talba hu ħalli mbagħad il-Gvern ikun jista' jgħid li kien hu li qal lill-Kummissjoni Venezja tiġi f'pajjiżna!", "Imma ejjew naraw x'inhi l-aktar ħaġa importanti, għax li jinteressah dan il-Gvern huma l-public relations.", "Dan mhuwiex Gvern tal-PL, imma huwa Gvern tal-PR!", "HELENA DALLI: Sinjura President, kemm-il darba ddikjarajna pubblikament li lill-Kummissjoni Venezja aħna għidnielha biex tiġi.", "Din hija dikjarazzjoni pubblika li għamiltha jiena, li għamilha l-Prim Ministru u li għamilha wkoll il-Ministru Owen Bonnici, u ħadd ma ċaħad il-fatt li konna aħna li tlabna lill-Kummissjoni Venezja biex tiġi f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "Nitlob lill-Kap tal-Opppożizzjoni biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ADRIAN DELIA: Mingħajr ma nidħol f'dibattitu, irrid niddikjara bħala fatt li din it-talba saret fl-10 t'Ottubru mill-PACE lill-Kummissjoni Venezja!", "Issa jekk il-Gvern irid jgħid li dan mhuwiex minnu, għandu jgħidha formalment u pubblikament!", "Sinjura President, il-Gvern mhuwiex interessat li jiġġieled il-korruzzjoni, imma huwa interessat li jaħbiha!", "Li issa għaddew is-snin minn mindu aħna f'Ottubru tal-2017, jiġifieri minn wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, tlabna li jsir it-tibdil fil-liġi.", "Għaddew sitt xhur biex jinbidlu l-liġijiet li m'għandhomx bżonn iż-żewġ terzi.", "Għaddew 18-il xahar biex jinbidlu l-liġijiet li m'għandhomx bżonn iż-żewġ terzi tal-Kamra, u issa għaddew erba' xhur ukoll minn mindu l-Kummissjoni Venezja ħarġet ir-rapport tagħha, u minkejja li prattikament il-Gvern iddikjara li jaqbel miegħu, xorta waħda għadu ma għamel xejn!", "Anke meta tara dak li qed jgħidu dawn ir-rapporti, sfortunatament issib elenku sħiħ ta' ċertifikati … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru Dalli, hawnhekk se nimxi fuq l-istess passi tal-Ispeaker Anġlu Farrugia, u għalhekk ngħidlek li jekk se tagħmel xi point of order trid tgħid mil-liema paragrafu qed tikkwota.", "HELENA DALLI: Il-paragrafu hu li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jmur jara kif ħmistax ilu għaddejna dawn il-liġijiet mill-Ewwel Qari!", "Dak hu l-paragrafu!", "HELENA DALLI: Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jgħid affarijiet li mhumiex minnhom!", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom!", "Nitfu l-microphone tal-Ministru Dalli u nitlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex ikompli bid-diskors tiegħu.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, minkejja l-interruzzjonijiet, issa se nibda biex nidħol fuq dak li qed jgħid ir-rapport GRECO f'aktar dettall.", "Naħseb li għal darb'oħra l-Membri tal-Gvern qed jinterrompu biex ma jisimgħux x'jgħid ir-rapport GRECO u jċaħħdu lil dawk li qed jisimgħuna milli jkunu jafu x'inhuma l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport!", "(Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Fil-fatt, f'dan ir-rapport insibu elenku sħiħ ta' kritika dwar il-kollass tal-istituzzjonijiet f'pajjiżna.", "Dan ir-rapport jitkellem fuq il-kultura tal-biża'.", "Jitkellem fuq sistema fejn l-oġġettiv politiku partiġġjan jirbaħ fuq dak li suppost isir.", "Jitkellem ukoll fuq kif il-Korp tal-Pulizija spiċċa għodda f'idejn il-Gvern, nieqes minn kull ħeġġa li jsiru investigazzjonijiet fuq nies qrib il-Prim Ministru, bir-riżultat li allura jkollu jbiddel kummissarju wara l-ieħor.", "Ir-rapport tal-GRECO qed jgħid li qed jibni fuq dak li kien hemm fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja; jikkonferma dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea u jinsab fuq l-istess linja ta' dak li qalet il-Moneyval.", "Sfortunatament, dan ir-rapport jgħid ukoll li huwa l-Gvern immexxi minn Kastilja li ħataf l-istituzzjonijiet tagħna waħda wara l-oħra!", "Il-Prim Ministru tagħna l-Onor.", "Joseph Muscat kien wiegħed li se jeqred il-korruzzjoni, imma llum qiegħed imexxi gvern li, fl-opinjoni tagħna, kif ukoll ta' dawn l-esperti li xogħolhom huwa biss dak li jiżnu u jeżaminaw lill-gvernijiet, huwa mifni bil-korruzzjoni.", "Hawnhekk se naqra silta minn rapport ta' attività politika li kienet saret f'Jannar tal-2013, fejn kien tkellem l-Onor.", "Joseph Muscat illum Prim Ministru:", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi, se nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ġurnal The Malta Today, li kienet irrapportat dak li qal il-Prim Ministru f'dan id-diskors, fejn huwa stess qal illi l-korruzzjoni hija taxxa!", "Fil-fatt, hekk hu!", "Il-korruzzjoni hija taxxa, u ġie stmat li din it-taxxa tiswa €725 miljun fis-sena!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Issa ta' min jgħid ukoll li din hija taxxa li mhux qed iħallasha l-Gvern u lanqas qed iħallasha l-Partit Laburista, imma qed tħallsuha intom li qegħdin id-dar, qed tħallsuha intom li taħdmu, intom li għandkom xi loan, intom li tistinkaw, intom li qed issibu diffikultà biex tlaħħqu mal-ħajja, intom li kellkom negozji li fallew, intom li ma tlaħħqux sal-aħħar tax-xahar, eċċ!", "Dik it-taxxa qed titħallas minn butkom!", "Il-figura ta' €725 miljun hija akbar mill-ispiża kollha li ssir fis-settur tas-saħħa, u hija saħansitra akbar mill-ispiża kollha li ssir fis-settur tal-edukazzjoni f'sena waħda!", "Mela dan il-Gvern iddeċieda li għall-korruzzjoni jonfoq aktar milli jonfoq fl-edukazzjoni u għas-saħħa!", "Issa dan li se ngħid ma jgħidux ir-rapport GRECO imma ngħidu jien, u dan li se ngħid xejn mhu sabiħ.", "Jien nibża' li f'dan il-pajjiż hawn min biegħ ruħu u biegħ lil pajjiżna!", "Il-Gvern għamel sistema li biha anke l-Membri Parlamentari min-naħa tal-Gvern saritilhom sarima ma' ħalqhom biex ma jitkellmux!", "Il-Gvern għażel li jagħti flus lill-Membri tal-Parlament meta suppost li l-Parlament qiegħed hemm biex jagħmel l-iskrutinju tal-Eżekuttiv.", "Niġi biex nikkonkludi, Sinjura President.", "Jien jidhirli li jekk irridu nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà, irridu nuru li qed nagħmluhom bis-serjetà, u sakemm il-Gvern jagħżel li jżomm lill-Ministru Konrad Mizzi miegħu u ma jġiegħlux jirriżenja mhux se jkun kredibbli!", "It-tieni nett, nixtieq nippreżenta mozzjoni dwar it-twaqqif ta' Kumitat Parlamentari ad hoc biex jikkonsidra r-rapporti tal-Kummissjoni Venezja u tal-GRECO.", "Ħalli naqra l-aħħar parti tagħha:", "\"Illi, tenut kont tal-importanza bla preċedent ta' dawn ir-Rapporti, il-Kamra għandha tapprova t-twaqqif immedjatament ta' Kumitat Parlamentari ad hoc b'ħames Membri Parlamentari, tnejn min-naħa tal-Oppożizzjoni li jkunu jinkludu l-President tal-Kumitat Parlamentari msemmi, li allura għandu jkun min-naħa tal-membri tal-Oppożizzjoni, u tliet Membri Parlamentari min-naħa tal-Gvern;", "Illi dan il-Kumitat Parlamentari jkollu l-għan li jifli u jistudja dawn ir-Rapporti tal-Venice Commission u tal-GRECO tal-Kunsill tal-Ewropa u konsegwentement jirrakkomanda dettaljatament, fi żmien mhux iktar minn tliet xhur mit-twaqqif urġenti tiegħu, kif dawn ir-Rapporti għandhom jiġu implimentati mhux aktar tard mis-sitt xhur ta' wara;\".", "Sinjura President, hawnhekk ma nistgħux nibqgħu nparlaw u nitħaddtu biss, imma rridu nuru that we mean business, ċjoè, li rridu nissalvagwardjaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Il-Gvern irid jiċċaqlaq u jirrikonoxxi li jekk mhu se jagħmel xejn hu għal dawn il-problemi, se tkun l-Oppożizzjoni li tiddefendi lil Malta, lil Għawdex, lill-Maltin, kif ukoll lill-Għawdxin billi tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex issalva d-demokrazija ta' pajjiżna.", "Fl-aħħar nett, Sinjura President, se nqiegħed id-dokumenti li għamilt riferenza għalihom matul id-diskors tiegħi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport Malta: Overview of Corruption and Anti-corruption, maħruġ minn Transparency International fit-28 ta' Frar 2017;", "Kopja ta' artiklu li deher fuq is-sit elettroniku fis-27 ta' Jannar 2013, intitolat Fight against corruption dominates Muscat's speech.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-7.42 pm, id-diskussjoni ġiet konkluża.", "AĠĠORNAMENT", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 16 ta' April 2019 fl-4.00 pm, b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari; u", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jitħassar l-Avviż Legali 44 tal-2019 li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "RODERICK GALDES: Sinjura President, f'dan l-Aġġornament nixtieq li nitkellem dwar il-bidliet li għaddej minnhom pajjiżna bħalissa.", "Herbert Ganado kien kiteb Rajt Malta Tinbidel dwar dawk it-30 sena ta' wara l-gwerra.", "Jien naħseb illi, li kieku wieħed kellu jikkonsidra l-bidliet li għadda minnhom pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin, irridu niktbu t-tieni volum ta' dan il-ktieb!", "Qed ngħid hekk għax il-bidliet li ġabet magħha din l-Amministrazzjoni ħallew l-effett tagħhom fl-għeruq tas-soċjetà Maltija minn kull strata soċjali.", "Huwa biżżejjed li nħarsu lejn l-avvanz li għamilna mill-aspett soċjali u naraw il-bidla ekonomika li saret mill-2013 'l hawn f'dak li għandu x'jaqsam mal-infrastruttura, mal-ekonomija u mal-politika tal-pajjiż biex nirrealizzaw li pajjiżna ma setax jibqa' magħluq bħala gżira insulari li tiddependi biss minn dak li tista' tikkrea din il-gżira u niesha, imma fil-mixja tagħha, flimkien ma' pajjiżi oħra Ewropej, riedet tiftaħ il-bibien tagħha biex b'hekk setgħet tkompli tikber u tissaħħaħ.", "Pereżempju, Sinjura President, waħda mill-bidliet li seħħew matul dawn l-aħħar ħames snin permezz ta' dan il-Gvern hija dik fejn jidħlu l-libertajiet ċivili.", "Sa ftit tas-snin ilu pajjiżna kien għadu konservattiv u wieħed ma kienx jażżarda jitkellem fuq ħafna affarijiet.", "Forsi llum il-ġurnata qed nieħdu l-libertajiet ċivili li daħħalna matul dawn l-aħħar ħames snin for granted, imma jien għadni niftakar, pereżempju, l-oppożizzjoni u l-biża' li kien hawn fuq il-possibilità li d-divorzju jidħol f'Malta wkoll.", "Huwa veru li d-divorzju ma daħalx taħt dan il-Gvern u daħal taħt amministrazzjoni oħra, però naħseb li ħafna għadhom jiftakru l-oppożizzjoni tal-istess esponenti tal-Gvern ta' dak iż-żmien.", "Illum id-divorzju huwa meqjus bħala wieħed mil-libertajiet ċivili li daħlu riċentament min-naħa tagħna minkejja li dak iż-żmien konna għadna fl-Oppożizzjoni.", "Din turi l-konsistenza tagħna bħala Partit u bħala Gvern li dejjem emminna li nagħtu s-saħħa lill-individwu li jagħżel hu dak li jrid jagħmel b'ħajtu.", "Wara kollox, kulħadd huwa liberu li jgħix kif irid, u fejn l-Istat m'għandux għalfejn jindaħal ma jindaħalx ħalli jħalli lill-individwu liberu li jagħmel l-għażliet tiegħu.", "Bħalissa qed niddiskutu miżura oħra li naħseb ukoll qanqlet ċerta diskussjoni, u hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex ngħid prosit lill-Viċi Prim Ministru l-Onor.", "Chris Fearne li ressaq dan l-Abbozz ta' Liġi, kif ukoll lill-Onor.", "Rosianne Cutajar, li qed tippilota dan l-Abbozz ta' Liġi partikolari li naħseb huwa ta' interess għal ħafna, għax jitkellem dwar il-kremazzjoni.", "Naf li din hija xi ħaġa ġdida f'pajjiżna, però hija miżura li tagħti aktar libertajiet lill-individwu biex jagħmel l-għażliet tiegħu.", "Illum il-ġurnata qed nifhmu li s-soċjetà ma tistax tibqa' statika imma trid tinbidel, u għalhekk mhuwiex neċessarju li nkunu kkontrollati minn kondizzjonijiet tradizzjonali.", "Illum il-ġurnata, f'pajjiżna hawn kulturi differenti u hawn nies li jaħsbuha mod ieħor.", "Naturalment aħna rridu nibqgħu nirrispettaw it-tradizzjoni, il-kultura u anke l-ħsibijiet reliġjużi tagħna, però bħala stat sekulari qed inħallu lil kulħadd fil-libertà li jagħżel dak li jaqbel lilu.", "Fil-fehma tiegħi, Sinjura President, din hija bidla oħra li se tixpruna lis-soċjetà tagħna biex tkompli tikkonforma, tinbidel u ssir aktar progressiva.", "Din hija l-bidla li tagħmilna Partit Soċjalista, li dejjem emminna fil-progress u li għandna nkunu progressivi.", "Jien qed ninnota li llumanke l-Membri tal-Oppożizzjoni qed jerġgħu jirreferu għalina bħala Partit Soċjalista.", "Kemm nieħu pjaċir biha din!", "Ara taħsbu li meta tgħidulna \"Partit Soċjalista\" lilna qed tagħmlulna xi ħsara, għax anzi aħna kburin li Soċjalisti!", "Kburin għax nifhmu li dejjem konna minn ta' quddiem, li dejjem konna progressivi u li qatt ma bżajna mill-bidla, la fis-sebgħinijiet, la fit-tmeninijiet, la fid-disgħinijiet, u lanqas illum il-ġurnata li qed nitkellmu fuq dawn il-bidliet li qed iħallu effett fuq is-soċjetà tagħna.", "L-effett hu li b'hekk aħna m'aħniex qed nibqgħu niddependu biss minn ħaddieħor, imma qed inkunu l-mutur li bih inbiddlu lil dan il-pajjiż u nkomplu nagħtu futur aħjar liż-żgħażagħ tagħna.", "Illum aħna qed nitkellmu wkoll fuq bidla radikali oħra li għandu bżonn dan il-pajjiż: l-involviment tan-nisa anke f'dan il-Parlament.", "Għall-ewwel darba wara tant snin, aħna bħala Gvern kellna l-kuraġġ li npoġġu għad-diskussjoni mhux biss il-format ta' dan il-Parlament Malti, fejn għandu jkollna rappreżentanza aktar wiesgħa marbuta mal-parteċipazzjoni tan-nisa, imma wkoll il-metodi ta' kif għandna nilħqu dan il-għan.", "Jien naħseb li kulħadd għandu jaqbel miegħi meta ngħid li l-viżjoni tagħna li jkollna aktar nisa li jipparteċipaw fil-politika hija waħda mir-riformi li għandu jkollu pajjiżna għall-ġejjieni.", "Hawnhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni billi sinċerament nappella lill-partiti politiċi ewlenin biex waqt din id-diskussjoni nitkellmu b'mod oġġettiv.", "Nistgħu ma naqblux, imma jeħtieġ li l-għan tagħna nilħquh.", "Sal-lum, f'pajjiżna kien hemm madwar 25 mara li rnexxielhom jaslu sal-ogħla livell parlamentari, u dan mhux aċċettabbli u jeħtieġ li wieħed jagħraf il-bżonn li jkun hemm iżjed inizjattivi u ħeġġa sabiex aktar nisa jitħajru jipparteċipaw fil-politika.", "Din dejjem kienet ta' problema, għax jien nieħu mill-familja tiegħi stess.", "Huwa veru li r-raġel ukoll għandu jagħti s-sehem tiegħu, però l-mara għandha piż kbir fl-involviment tagħha fit-trobbija tat-tfal u fis-sehem li għandha biex tieħu ħsieb lill-familja.", "Għalhekk, jekk anke f'istituzzjonijiet bħalma huwa dan il-Parlament m'aħniex se nipprovdu lill-mara b'ċerti faċilitajiet biex hija tkun tista' tiddedika aktar ħin għall-politika, bħalma huwa ċ-childcare, ikun inutli li noqogħdu nitkellmu fuq il-wishlists tagħna għax lill-mara m'aħniex se nġibuha tiffunzjona fil-politika billi nfaqqgħu subgħajna, imma billi nipprovdu ambjent adegwat biex aktar nisa jsibuha aktar faċli li jaħdmu fil-qasam politiku għall-ġid ta' dan il-pajjiż.", "Żgur li ma kienx faċli għal dawk in-nisa li ħadmu fil-qasam politiku għal snin twal, u kien hemm diversi ċirkostanzi fejn fihom batew għax mhuwiex faċli li mara tiddedika ħajjitha għall-politika.", "Biżżejjed insemmi lill-eks-President Agatha Barbara u lill-eks- President Marie Louise Coleiro Preca, li għaddew minn snin ta' tbatija biex taw kontribut politiku lil pajjiżna.", "Kien hemm ukoll ħafna oħrajn li rnexxielhom jaslu s'hawn; però, min-naħa tagħna rridu naraw li mhux biss nagħtu s-sostenn tagħna, imma li jkun hemm ukoll l-ambjent neċessarju biex inkunu nistgħu nilħqu l-avvanzi tagħna anke permezz tal-mara.", "Wieħed ma jistax jitkellem fuq il-bidliet li seħħew matul dawn l-aħħar ħames snin u ma jsemmix il-bidla li għamilna fil-qasam tal-enerġija.", "Pereżempju, illum il-ġurnata m'għadniex nitkellmu aktar fuq żejt li jniġġes l-ambjent għax ħassejna li fl-enerġija kellna nagħmlu qabża kbira fil-kwalità, bir-riżultat li dan mhux biss qed jaffettwa lill-ambjent aħjar, imma wkoll lil butna, għax nafu li bil-qalba miż-żejt għall-gass il-pajjiż qed jiffranka u, barra minn hekk, naqqasna ħafna mill-emissjonijiet li kieku kienu jispiċċaw fil-pulmuni tal-Maltin u l-Għawdxin, partikolarment ta' dawk li joqogħdu fiż-żona ċentrali ta' pajjiżna.", "Illum il-ġurnata nieħdu din il-bidla for granted.", "Ħaddieħor kien jgħidilna li hemm bżonn ninvestu f'power station tal-heavy fuel oil.", "Fil-fatt, dik kienet l-unika korruzzjoni pprovata li spiċċat anke fil-qrati Maltin, dik li saret mill-Gvern tal-Leġiżlatura ta' qabel l-2013.", "Sinjura President, anke jekk tħoss il-polz tal-poplu Malti u Għawdxi tinduna li dan jitkellem b'mod pożittiv dwar pajjiżu u, minkejja l-kritika tal-Oppożizzjoni li dejjem titkellem bl-istess retorika u ssemmi akkużi ta' korruzzjoni, illum il-poplu għandu a feel-good factor li ġej minħabba dawn il-bidliet.", "Illum il-poplu qed iħoss bidla f'butu u qed iħoss bidla fl-aspett ekonomiku u fix-xogħol, u dan jiggarantixxi wkoll aktar armonija u avvanz fil-familja.", "Lill-poplu dan kollu qed jaffettwah direttament, u b'hekk jien qed nara kuntrast enormi ħdejn dak li għadha tippriedka dwaru l-Oppożizzjoni għax hija nieqsa mill-viżjoni.", "Sfortunatament, matul dawn l-aħħar 15-il sena li ilni f'dan il-Parlament, qatt ma rajt Oppożizzjoni bħal din.", "Qabel kien hemm Oppożizzjoni denja, u fl-Oppożizzjoni kien hemm partit denju li seta' jirrappreżenta lin-nies; imma, illum il-ġurnata l-Oppożizzjoni għalhekk tinsab fiex tinsab, għax qed tpinġi l-affarijiet bħala doom and gloom u mhijiex qed tara l-aspett wiesa' ta' dan il-pajjiż fejn il-poplu tiegħu qed jimxi 'l quddiem mill-aspett ekonomiku, mill-aspett soċjali u minn dak li jaffettwa l-ħajja tiegħu ta' kuljum.", "Forsi sa ftit tas-snin ilu konna naqtgħu qalbna anke milli ninvestu fl-infrastruttura u nagħmlu proġetti kbar bħal dak tal-Kappara.", "Qed naħdmu wkoll fuq proġett infrastrutturali massiv fin-naħat taċ-ċimiterju tal-Addolorata, proġett li kien ilu mistenni snin twal min-network tat-trasport.", "Dan kollu se jġib aktar progress, mhux biss permezz tal-upgrade tat-toroq li qegħdin nagħmlu, imma anke permezz tal-miżuri li qed jittieħdu bil-għan li ssir anqas ħsara lill-ambjent, filwaqt li jibbenefikaw is-sewwieqa li jagħmlu użu mit-toroq tagħna.", "Dawn il-proġetti infrastrutturali qed jiffaċilitaw ukoll il-mixja tat-trasport għal ekonomija li qed tikber, għal pajjiż li qed jikkrea aktar xogħol u għal pajjiż li qed jikkrea wkoll aktar negozju.", "Wara kollox, aħna rridu li pajjiżna jkun jirrifletti l-andament ekonomiku tiegħu.", "Sinjura President, il-kejl ekonomiku għall-ħaddiem Malti huwa dak li jħoss f'butu, u dan qed jara li llum għandna anqas taxxi xi nħallsu, filwaqt li l-faqar jinsab dejjem nieżel, grazzi għall-fatt li llum hawn ekonomija b'saħħitha u hawn aktar xogħol.", "Ix-xogħol huwa t-termometru tal-ekonomija, u għalhekk illum wieħed jista' jitkellem ukoll fuq it-tnaqqis tal-faqar.", "Iċ-ċertifikat li għandna llum marbut mal-credit ratings huwa wieħed pożittiv ukoll, u minn sena għal oħra qed nibqgħu nġibu riżultati aħjar li jirriflettu lil pajjiżna fost l-aqwa li għandna fl-Ewropa.", "Forsi kien hemm żmien meta kienu jgħidulna li qed naraw kbir meta ngħidu li aħna l-aqwa fl-Ewropa, però llum ħadd m'għadu jgħidilna hekk għax illum mhux biss sirna l-aqwa fl-Ewropa mill-aspett ekonomiku u mill-aspett ta' statistika marbuta max-xogħol, imma sirna wkoll attrazzjoni għall-investiment barrani.", "Fil-fatt, illum aktar barranin qed juru interess li jiġu jinvestu f'Malta minħabba li f'pajjiżna hawn l-aħjar klima ta' negozju li wieħed jista' jsib, ġaladarba għandna ekonomija aktar b'saħħitha.", "Illum qed noħolqu ambjent għal min irid jinvesti f'dan il-pajjiż.", "Kemm negozji kbar, kif ukoll negozji żgħar qed iħarsu b'mod pożittiv dwar fiex l-aħjar li jinvestu.", "Illum ħadd mhu qed jaqta' qalbu mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew mis-sensiela ta' taxxi li dejjem jiġu imposti fuqhom, għax dak iż-żmien spiċċa.", "Illum qed nitkellmu dwar kif nagħtu r-refunds.", "F'dawn iż-żminijiet stess qed inqassmu refunds ta' taxxa għal min huwa bieżel, għal min jixtieq li jimraħ 'il quddiem, għal min irid ikompli jkabbar in-negozju tiegħu, għal min irid ikompli jaħdem u jirsisti, kif ukoll għal min irid jagħmel l-overtime.", "M'hemmx dubju li l-klima ekonomika li ġab dan il-Gvern illum qed tħalli l-effett u l-frott mixtieq, u dan affettwa wkoll it-tip ta' mpjiegi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin.", "Pereżempju, sa ftit tas-snin ilu n-nies kienu jiġu jitolbuni x-xogħol għax ma kienx hawn xogħol fil-pajjiż.", "Illum mhux ix-xogħol saru jitolbuni imma fejn jistgħu jaħdmu biex javvanzaw aktar fil-paga tagħhom.", "Hija xi ħaġa ferm pożittiva li llum persuna għandha għażla fejn taħdem u li tista' tbiddel l-impjieg tagħha meta trid.", "Qabel, il-ħaddiem kien jaqta' qalbu li jbiddel l-impjieg tiegħu.", "Jien niftakar żmien fejn kien hemm inċertezza dwar jekk ċerti fabbriki kinux se jibqgħu joperaw minn pajjiżna jew le, bil-konsegwenza li l-ħaddiema kienu jħossuhom kontinwament bil-mannara fuq rashom.", "Għall-kuntrarju, illum in-nies jiġu għandna l-politiċi għax, minkejja li fejn qed jaħdmu għandhom paga tajba, ġaladarba f'dan il-pajjiż hawn ix-xogħol jixtiequ jsibu xogħol ieħor li jrendilhom aktar flus, u dik hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil-fatt, illum, filwaqt li l-poplu qed isib opportunitajiet ġodda ta' xogħol, dan il-Gvern qed ikompli jimraħ biex iżid aktar opportunitajiet għall-ħaddiema tagħna.", "Sinjura President, illum qed jitwettqu proġetti kbar li qabel lanqas biss konna noħolmuhom u kienu baqgħu fuq il-karta għal żewġ leġiżlaturi sħaħ taħt Gvern Nazzjonalista.", "Pereżempju, ilna nitkellmu ħafna fuq il-konnettività bejn Malta u Għawdex.", "Dan huwa proġett li mhux biss se jseħħ, imma talli jidher li wasalna wkoll fl-istadju finali biex nibdew dan il-proġett massiv, li se jkompli jbiddel mhux biss il-ħajja tagħna l-Maltin, imma wkoll il-ħajja tal-Għawdxin li huma parti mis-soċjetà tagħna.", "Illum hemm bidla anke fil-mentalità f'dawk li huma benefiċċji soċjali.", "Jien nieħu pjaċir nara statistika li turi li mhux biss naqqasna l-faqar imma żidna wkoll il-mobilità soċjali, jiġifieri, fejn qabel persuna kienet tiddependi mill-benefiċċji soċjali, illum din għandha mpjieg u għandha aktar sigurtà għax tajnieha l-assistenza neċessarja biex tqum fuq saqajha u timxi 'l quddiem.", "Illum għandna wkoll anqas abbużi għax, minn sistema fejn dak li jkun jibqa' jabbuża minħabba li m'għandux triq oħra, illum morna għal sistema fejn wieħed tant għandu għażliet x'jagħmel u tant ingħata inċentivi marbuta mal-benefiċċji soċjali li ftit huma dawk li qed jiddeċiedu li jibqgħu jabbużaw.", "M'hemmx dubju li l-miżura tat-tapering tal-benefiċċji kienet importanti wkoll għax din tagħti ċans lil min forsi qabel kien jaqta' qalbu milli jibda jfittex impjieg biex isib impjieg u l-Istat jibqa' jagħtih il-benefiċċji sakemm isib saqajh, għax wara kollox impjieg jiggarantilek għajxien aħjar mill-benefiċċji soċjali.", "L-istess nistgħu ngħidu għall-qasam tal-anzjani.", "Biżżejjed insemmi l-bidliet li għamilna f'dan il-qasam, bidliet li qed ikomplu jagħtu dinjità lill-anzjani tagħna għax permezz tagħhom qed isiru aktar indipendenti, tant li llum jistgħu jgħixu fil-komunità flimkien mal-familjari tagħhom.", "Ta' min jirrimarka wkoll għall-fatt li fejn qabel il-pensjonijiet kienu jibqgħu statiċi u ma jiżdiedu qatt, illum dawn qed jiżdiedu sena wara l-oħra f'kull baġit ta' dan il-Gvern.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll is-settur tad-djar, settur li nkarigat minnu jien.", "Sa ftit ilu konna drajna f'sitwazzjoni fejn wieħed jitkellem biss fuq il-miżuri tradizzjonali li joħloq il-Gvern permezz ta' units.", "Konna nitkellmu biss fuq il-possibbiltà li l-gvern jibni numru ta' units u jbigħhom jew jikrihom għal min għandu bżonn.", "L-Oppożizzjoni tgħidilna li ma tiddejjaqx titkellem biex issemma' leħen f'isem min m'għandux daru, u allura hawnhekk jien nistaqsi: F'25 sena fejn kontu intom biex illum il-ġurnata qed titkellmu b'dan il-mod?", "Biss biss ta' min ifakkar li l-Gvern Laburista tal-1996 kien se jintroduċi skema li permezz tagħha kien se jixtri proprjetajiet mingħand il-privat biex imbagħad dawn kienu jkunu jistgħu jintużaw għal għanijiet t'akkomodazzjoni soċjali.", "Imma dak iż-żmien kienu għajruna bil-korruzzjoni biex imbagħad instab li dak il-ministru mhux talli ma wettaqx korruzzjoni, talli ġie lliberat għax irriżulta li minn dawk l-akkużi ma kien hemm xejn!", "Dan saħansitra kien spiċċa tilef postu minn dan il-Parlament minħabba dawk l-akkużi li saru, u dik kienet l-ewwel darba li xi ħadd bħala Gvern indenja ruħu jinvesti mingħand il-privat fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali!", "Illum il-ġurnata qed naraw l-istess ammont ta' investiment li sar dak iż-żmien.", "Sfortunatament, nafu wkoll li, meta kien reġa' tela' l-Gvern Nazzjonalista, l-investiment fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali baqa' jinxef minn sena għall-oħra.", "Tant hu hekk li spiċċajna f'sitwazzjoni fejn l-unika skema li kien hemm fir-rigward tal-akkomodazzjoni soċjali kienet dik li nikru mingħand il-privat għal għaxar snin, imma mill-bqija ma sar xejn aktar biex il-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali jkollu l-istock neċessarju.", "Dik kienet is-sitwazzjoni li writna qabel l-2013!", "Jien bħala Segretarju Parlamentari ħassejt li kelli ndaħħal viżjoni, kif ukoll policies ġodda, biex dawn ikunu jistgħu jagħtu lill-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali mbottatura 'l quddiem bil-għan li l-istock tad-djar fil-qasam tal-housing jissaħħaħ.", "Fil-fatt, bħalissa qed nieħu pjaċir nara diversi siti madwar Malta u Għawdex li għaddej xogħol fuqhom, u aħna beħsiebna nkomplu naħdmu f'dan il-qasam.", "Il-Membri tan-naħa l-oħra qalulna li għadna ma bnejniex unit wieħed, imma tibżax, jasal il-mument meta taraw kemm-il unit se nibnu u kemm se nwettqu proġetti massivi li mhux biss se jħallu żieda kbira fil-units, imma li żgur se jħallu lill-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali ħafna aħjar milli sibnieh.", "Hawnhekk qed nirreferi għal akkomodazzjoni soċjali speċjalizzata, għax inutli li nitkellmu fuq il-bini biss jekk ma nindirizzawx problemi oħra li forsi għandhom dawn il-familji, liema problemi jistgħu jmorru lil hinn mill-akkomodazzjoni soċjali.", "Aħna nemmnu li rridu naqbdu l-barri minn qrunu u għalhekk daħħalna konċett ġdid, li mhux sempliċement nagħtu ċ-ċavetta u nsakkru l-bieb, imma rridu nagħtu s-servizzi neċessarji lil dawk in-nies li forsi l-akkomodazzjoni soċjali ma tkunx l-unika problema li għandhom, għax din tkun ġejja minn problema ta' droga, minn problema mentali jew minn xi problema soċjali oħra relatata mal-faqar.", "Irridu ngħinuhom joħorġu minn din ix-xibka li qed titfagħhom f'dawn il-problemi sabiex 'il quddiem isiru indipendenti u ma jibqgħux jiddependu fuq l-Istat.", "Sinjura President, ġaladarba qed nitkellmu dwar akkomodazzjoni affordabbli rrid insemmi li, filwaqt li l-housing associations madwar l-Ewropa kollha kienu ta' suċċess, sfortunatament sal-lum għadna ma daħħalniex dan il-konċett f'pajjiżna.", "Għalhekk, aħna qed nassiguraw li matul din il-Leġiżlatura se nkunu qed naħdmu biex indaħħlu dan it-tip ta' konċett ġdid marbut mal-qasam tad-djar.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll ir-riġenerazzjoni tal-housing estates.", "Wara li l-housing estates ta' pajjiżna kienu fi stat ta' abbandun għal 40 sena sħaħ, aħna se nkunu l-uniku Gvern li fi żmien sentejn se nkunu dorna nofs l-istock kollu li għandu l-Gvern.", "Fil-fatt, aktar minn 7,600 dar se jiġu riġenerati permezz ta' manutenzjoni qawwija li qatt ma rajna bħalha f'dan il-pajjiż.", "Niġi issa biex ngħid xi ħaġa dwar ir-riġenerazzjoni ta' bini antik.", "Jien bqajt ixxokkjat għall-fatt li, wara l-konkordat li kellna bejn il-Knisja u l-Istat fejn proprjetajiet u postijiet vojta li nstabu fi stat ta' abbandun għaddew għandna fl-1989, sal-lum l-ebda Gvern ma ndenja ruħu jara x'hemm ħalli dawn iservu bħala stock għall-akkomodazzjoni soċjali!", "Aħna mhux talli m'aħniex se nħallu lill-proprjetajiet f'dak l-istat, imma talli se nirranġawhom u nirrijabilitawhom.", "Fil-fatt, jien se nkun qed nagħti anke d-data li nstabet fir-rigward ta' dawn il-proprjetajiet biex nassiguraw li dawn il-proprjetajiet jiġu rijabilitati, u b'hekk l-istock t'akkomodazzjoni soċjali li għandna jkompli jissaħħaħ.", "Illum qed nitkellmu wkoll dwar l-aċċessibilità tal-liftijiet.", "Nafu li dawk il-persuni li kienu twieldu fi żmien il-baby boom ta' wara l-gwerra llum għandhom madwar 70 sena, u dawn il-persuni għandhom bżonn jingħataw dinjità fi djarhom.", "Għalhekk qed isir investiment ta' aktar minn 110 lift ġdid li ġej mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll investiment ta' madwar 50 lift ieħor li ġej mill-fondi lokali tal-pajjiż.", "B'dawn il-lifts se nkunu qed intejbu l-aċċessibilità b'mod qawwi fil-housing estates tagħna għal dawn in-nies li ilhom ibatu għal snin twal.", "Għall-ewwel darba se nkunu wkoll qegħdin irressqu quddiem dan il-Parlament riforma fis-suq tal-kera fejn se niddiskutu x'jista' jsir eżattament biex nissalvagwardjaw l-interessi ta' dawk l-inkwilini li llum qegħdin jgħixu f'post mikri, kif ukoll tas-sidien li għandhom l-investiment tagħhom fil-qasam tal-proprjetà.", "Dan il-Gvern introduċa wkoll skemi oħrajn, fosthom dik li jissieħeb mal-privat, u l-individwu jkun jista' jixtri proprjetà permezz ta' shared ownership.", "Ta' min isemmi wkoll l-iskema ta' equity sharing li hi mmirata għal min għandu aktar minn 40 sena u forsi ssepara, jew inkella ma jiflaħx jixtri proprjetà waħdu.", "Dan kollu se nagħmluh matul din is-sena sabiex immexxu din l-aġenda 'l quddiem.", "Sinjura President, illum kulħadd jista' jara b'liema effiċjenza qed naħdmu.", "Huwa biżżejjed li wieħed jara l-mod kif daħħalna l-miżura pożittiva tal-benefiċċju l-ġdid tal-kera li bdiet tħalli effett fuq ħafna familji.", "Illum m'għadniex nitkellmu fuq sussidju miżeru ta' €60 fix-xahar, imma hawn nies li qed jieħdu saħansitra sussidju ta' €416 fix-xahar.", "Naturalment, dan nistgħu nagħmluh għax illum għandna ekonomija b'saħħitha, għax illum għandna pajjiż li jista' jrendi, u għax illum għandna pajjiż li qed jiggarantixxi x-xogħol.", "X'ma nkunx kburi jien b'pajjiż li ġab il-bidla, b'pajjiż li fih in-nies tiegħu qed iħarsu li jimxu 'l quddiem b'mod pożittiv, u b'pajjiż li se jġib bidla ġenerazzjonali għall-ġejjieni!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada, it-Tlieta, 16 ta' April 2019 fl-4.00 p.m., bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari, l-Onor.", "Fit-8.08 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "IL-MARSA – LISTA TA' BINI SUĠĠETTI GĦAL AVVIŻ TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti / binjiet fil-Marsa li huma suġġetti għall-avviż ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Għal kull każ, jista' l-Ministru jagħti:", "a) id-dettalji ta' fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;", "b) it-tip ta' użu tas-sit / bini;", "c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit / bini;", "d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u", "e) x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar 'l hawn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "IL-ĦAMRUN – LISTA TA' BINI SUĠĠETTI GĦAL AVVIŻ TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti / binjiet fil-Ħamrun li huma suġġetti għall-avviż ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Għal kull każ, jista' l-Ministru jagħti:", "a) id-dettalji ta' fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;", "b) it-tip ta' użu tas-sit / bini;", "c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit / bini;", "d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u", "e) x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar 'l hawn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "TAL-PIETÀ - LISTA TA' BINI SUĠĠETTI GĦAL AVVIŻ TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti / binjiet fil-Pietà li huma suġġetti għall-avviż ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Għal kull każ, jista' l-Ministru jagħti:", "a) id-dettalji ta' fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;", "b) it-tip ta' użu tas-sit / bini;", "c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit / bini;", "d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u", "e) x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar 'l hawn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "SANTA VENERA – LISTA TA' BINI SUĠĠETTI GĦAL AVVIŻ TA' INFURZAR", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' dawk is-siti / binjiet f'Santa Venera li huma suġġetti għall-avviż ta' infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar?", "Għal kull każ, jista' l-Ministru jagħti:", "a) id-dettalji ta' fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;", "b) it-tip ta' użu tas-sit / bini;", "c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit / bini;", "d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u", "e) x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar 'l hawn?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitolbu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – STABBILIMENTI LI GĦANDHOM PERMESS JARMAW IMWEJJED U SIĠĠIJIET FUQ ART PUBBLIKA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk l-istabbilimenti kollha li għandhom permess mill-Awtorità tal-Artijiet biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta?", "Għal kull permess, jista' l-Ministru jagħti:", "a) l-isem tal-istabbiliment;", "b) it-triq li jinsab fih; u", "c) l-ammont ta' mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f'metri kwadri li għandu permess jokkupa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet, stabbilimenti li għandhom permessi ta' encroachment għal imwejjed u siġġijiet jammontaw għal 73 (tlieta u sebgħin).", "Dan l-ammont jeskludi applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess sabiex jiġu evalwati t-talbiet għall-eventwali permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kollha kkonċernati.", "BAJJA TAL-BALLUTA – RAPPORT PROPOSED BEACH REPLENISHMENT PROJECT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Proposed Beach Replenishment Project – Balluta Bay\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 8955.", "BAJJA TAL-BALLUTA – RAPPORT BEACH PROFILES, SECTIONS AND BATHYMETRIC SOUNDINGS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport intitolat \"Beach Profiles, Sections and Bathymetric Soundings\" dwar il-Bajja tal-Balluta?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8955.", "FTEHIMIET BEJN MALTA U L-GHANA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sitt ftehimiet li ġew iffirmati minn Malta u l-Ghana waqt iż-żjara statali tal-President tal-Ghana, Akufo-Addo, f'Malta f'Marzu 2019?", "CARMELO ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-sitt dokumenti li ġew iffirmati bejn Malta u l-Ghana waqt iż-żjara Statali f'Malta tal-President tal-Ghana, l-E.T. Akufo-Addo, fis-26 ta' Marzu 2019, huma s-segwenti:", "Minuti Maqbula tat-Tieni Sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta Permanenti għall-Kooperazzjoni Bilaterali bejn ir-Repubblika ta' Malta u r-Repubblika tal-Ghana (5 ta' Ġunju 2018).", "Memorandum ta' Ftehim bejn l-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini u l-Ghana Food Drugs Authority.", "Memorandum ta' Ftehim fil-qasam tat-Turiżmu, l-Arti u l-Kultura.", "Ftehim għall-Evitar ta' Tassazzjoni Doppja u l-Prevenzjoni ta' Evażjoni Fiskali Rigward it-Taxxi fuq l-Income.", "Ftehim dwar it-Tneħħija tal-Ħtiġiet tal-Viża għal Detenturi ta' Passaporti Diplomatiċi u Uffiċjali tas-Servizz.", "Memorandum ta' Ftehim dwar Servizzi tal-Ajru.", "Il-ftehimiet, li daħlu fis-seħħ b'mod immedjat, jiġifieri dawn elenkati numri (1) sa (3), jinsabu fuq it-Treaty Series tal-website tal-Ministeru tal-Affarjiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għall-konsum pubbliku:", "li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "B'mod separat, qed ngħaddi kopja ta' dawn id-dokumenti lill-Onor.", "Dawk id-dokumenti elenkati numri (4) sa (6) għalihom għad irid jiġi komplut il-proċess ta' ratifikazzjoni, u għalhekk jitqiegħdu għall-konsum tal-pubbliku meta din ir-ratifikazzjoni sseħħ.", "PERSUNI REĠISTRATI MA' RAPPREŻENTANZI DIPLOMATIĊI MALTIN BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-Maltin reġistrati mar-rappreżentanzi diplomatiċi Maltin barra minn Malta?", "Jista' jindika għal kull wieħed mir-rappreżentanzi diplomatiċi Maltin kemm hu n-numru ta' Maltin reġistrati?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Malta m'għandhiex reġistru obligatorju għall-Maltin li jgħixu barra biex jirreġistraw id-dettalji tagħhom fih.", "Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.", "REĠISTRU NAZZJONALI TAD-DONAZZJONI TAL-ORGANI U TESSUTI UMANI – PERSUNI REĠISTRATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mis-sena 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet irreġistrata fir-Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjoni tal-Organi u Tessuti Umani?", "Jista' jagħti rendikont dwar l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija persuni, kif ukoll dwar liema organi, tessuti u ċelloli partikolari l-imsemmija persuni ddeċidew li jagħtu jew li ma jridux jagħtu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sat-12 ta'April ta' din is-sena kien hemm 19,639 persuna rreġistrata fir-Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjoni tal-Organi u Tessuti Umani.", "Għal aktar informazzjoni nitolbu jirreferi għat-tabelli t'hawn taħt.", "Rigward in-nazzjonalità tal-persuni rreġistrati, skont il-liġi wieħed irid ikun residenti f'Malta u jkollu karta tal-identità Maltija.", "REĠISTRU NAZZJONALI TAD-DONAZZJONI TAL-ORGANI U TESSUTI UMANI – PERSUNI LI MA RIDUX JIBQGĦU REĠISTRATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa li-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, mis-sena 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna talbet li ma tibqax irreġistrata jew li tbiddel ir-reġistrazzjoni tagħha fir-Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjoni tal-Organi u Tessuti Umani?", "Jista' jagħti rendikont dwar l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-imsemmija persuni?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien hemm 7 persuni li rtiraw ir-reġistrazzjoni tagħhom, u 6 persuni oħra li ma jridux ikunu donaturi tal-Organi u Tessuti Umani.", "GĦAWDEX – PROĠETTI MARITTIMI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġetti Marittimi tal-gżira ta' Għawdex jaqgħux taħt Infrastructure Malta u, jekk iva, liema huma?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9444, u ċjoè: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward inkonvenjent li qed jostakola l-bieb tad-dar tiegħu, liema inkonvenjent tpoġġa biex iżomm gallarija minħabba ħsarat?", "Jista' jara li ssir it-tiswija meħtieġa?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f'kull każ ieħor.", "Id-dettalji tal-każ ma jistgħux jingħataw għax l-Awtorità tad-Djar tħoss li din hija informazzjoni personali, u għalhekk ma tistax tingħata mingħajr il-kunsens tal-individwi kkonċernati.", "ĠENITURI SINGLE", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9686, u ċjoè: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single b'riżultat ta' separazzjoni?", "Jista' jgħid kemm hawn single fathers b'riżultat ta' separazzjoni?", "Jista' jgħid kemm hawn single mothers b'riżultat ta' separazzjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, m'għandux informazzjoni fuq kemm hawn ġenituri single rreġistrati f'Malta u Għawdex.", "Id-Dipartiment ikollu biss informazzjoni dwar il-benefiċjarji tiegħu.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – SINGLE PARENTS – APPLIKAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9687, u ċjoè: Peress li single mothers għandhom aċċess biex japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali u, f'Novembru li għadda, is-Segretarju Parlamentari ġie kkwotat jgħid li hawn 1,700 single mother b'applikazzjoni għas-social housing, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma single mothers b'riżultat ta' separazzjoni minn żwieġ jew koppja?", "Jista' jgħid jekk hemmx single fathers b'riżultat ta' separazzjoni li jistgħu japplikaw għal social housing?", "Jekk iva, kemm hemm applikazzjonijiet ta' single fathers?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li sad-data tat-tweġiba l-Awtorità tad-Djar kellha 444–il applikazzjoni minn single mothers u single fathers b'riżultat ta' separazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Single father jista' japplika għall-akkomodazzjoni soċjali jekk jissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9688, u ċjoè: Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern kien ħabbar li se jneħħi l-means testing fuq is-sussidju tal-kera u minflok se jdaħħal benchmarks, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn daħlux fis-seħħ?", "X'inhuma l-kriterji?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-means test ġie eliminat mill-iskema li toffri benefiċċju fuq il-kera mħallsa fil-privat, kif kien imħabbar fil-Baġit mill-Gvern.", "Il-benefiċċju tal-kera għall-ewwel darba qiegħed jiġi kkalkulat mhux biss fuq id-dħul u l-kompożizzjoni tal-familja tal-applikanti, iżda anke fuq in-nefqa tagħhom fuq il-kera.", "L-inkwilin irid ikollu ftehim validu tal-kirja ta' mhux anqas minn sitt xhur u jissottometti wkoll riċevuti tal-kera mħallsa kull xahar.", "It-tabella t'hawn taħt tindika d-dħul massimu li jista' jkollu l-applikant sabiex ikun eliġibbli għal dan il-benefiċċju, kif ukoll l-ammont massimu ta' benefiċċju li kull applikant ikun intitolat għalih:", "F'każ ta' persuna, jew familji li jkollhom membru tal-familja b'diżabilità, id-dħul m'għandux jeċċedi t-€30,000 filwaqt li jingħataw €125 addizzjonali fis-sena lil dawn il-familji.", "Dan filwaqt li tingħata wkoll €125 addizzjonali fis-sena lill-familji li jkunu aktar minn 5 membri, u €300 addizzjonali fis-sena lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom tfal fostered.", "Persuni waħedhom li:", "(1) kienu għamlu xi żmien f'xi djar tat-tfal; jew", "(2) kienu f'xi perijodu fostered ; jew", "(3) ikunu ħerġin mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin; jew", "(4) ikunu għadhom kif temmew b'suċċess programm ta' rijabilitazzjoni,", "jibbenefikaw minn aktar benefiċċju fuq il-kera sakemm jilħqu 28 sena.", "Il-benefiċċju jiġi mħallas dirett lill-applikanti li jikkwalifikaw għalih permezz ta' direct credit.", "Dan il-benefiċċju jiġi rivedut kull sentejn.", "SUSSIDJU TAL-KERA GĦAL FAMILJI BIT-TFAL", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9689, u ċjoè: Peress li f'Ottubru 2018, il-Gvern ħabbar ukoll li s-sussidju tal-kera għal familji bit-tfal se jiżdied minn €2,000 għal €5,000 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid jekk din daħlitx fis-seħħ?", "Jekk iva, minn meta?", "Kemm hawn familji li bbenefikaw minnha?", "Jista' jgħid jekk ġenituri separati (single parents) humiex meqjusin bħala familja bit-tfal, u allura jgħid jekk humiex eleġibbli għal dan is-sussidju?", "Jekk iva, kemm hawn single parents li qed jibbenefikaw minnha?", "Jista' jgħid jekk teżistix statistika skont il-ġeneru, jiġifieri, ġenitur raġel / mara?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dak li kien is-sussidju tal-kera llum inbidel għall-benefiċċju fuq il-kera, liema benefiċċju daħal fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2019.", "Sal-lum, l-ammont totali ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi, huwa ta' 509.", "Abbażi tal-kriterja ta' eliġibilità, single parent tistà tibbenefika minn din l-iskema, bl-ammont ta' benefiċċju jiġi determinat skont in-numru ta' tfal fil-familja.", "L-istess proċedura tapplika wkoll għal koppji miżżewġa li għandhom it-tfal, kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:", "In-numru ta' single parents li qegħdin jibbenefikaw mill-benefiċċju l-ġdid tal-kera jkun jista' jingħata ladarba l-applikazzjonijiet ikunu pproċessati kollha.", "PROGRAMM GĦALL-INDIVIDWI LI MA JAFFORDJAWX JIXTRU DARHOM", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9690, u ċjoè: Peress li l-Gvern ħabbar programm għall-individwi li għandhom 45 sena u aktar li ma jaffordjawx jixtru darhom, u għalhekk hemm ftehim mal-APS Bank biex il-Gvern iħallas in-nofs, u wara 20 sena l-individwu jkollu l-għażla li jista' jixtri l-kumplament tad-dar mill-Gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li ma jaffordjawx jistgħux ikomplu jikru d-dar mingħand il-Gvern?", "Jista' jgħid jekk dan il-programm huwiex immirat ukoll għal dawk l-individwi li jkunu sseparaw u, wara li jkunu qasmu d-dar, xorta ma jkollhomx biżżejjed biex jixtru dar oħra għal rashom?", "Jista' jgħid jekk dan il-programm daħalx fis-seħħ?", "Jekk iva, meta?", "Kemm-il individwu li ssepara ibbenefika minn jew applika għal dan il-programm?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-iskema ta' Equity Sharing ser tkun immirata għall-persuni li għandhom 40 sena jew aktar, sabiex jingħataw assistenza biex ikunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom.", "Din l-iskema ser tkun qiegħda tgħin lil dawn il-persuni li għandhom ċertu ammont ta' assi, iżda li minħabba l-età tagħhom qegħdin isibuha diffiċli jaċċessaw loan biex jixtru proprjetà.", "Għaldaqstant, wara numru ta' snin, dawn l-applikanti ser ikunu jistgħu jixtru s-sehem tal-Awtorità tad-Djar, biex b'hekk isiru sidien tal-proprjetà kollha.", "Madanakollu, il-kriterju ta' eliġibilità, flimkien mal-kundizzjonijiet tal-iskema, ser ikunu qed jiġu mħabbra fil-ġimgħat li ġejjin.", "MOSTA – DAR TAL-ANZJANI – PROVVISTA TA' ILMA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex f'kamra f'Dar tal-Anzjani, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ikun jista' jkun hemm mill-ġdid l-aċċess għall-provvista tal-ilma peress li ż-żewġ anzjani residenti fl-istess kamra ilhom nieqsa mill-provvista tal-ilma minn tal-inqas għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità segwa mill-qrib din is-sitwazzjoni ġewwa d-dar tal-anzjani msemmija.", "Il-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ħadmu fuq din il-problema u nikkonferma li l-provvista tal-ilma reġgħet irritornat għan-normal.", "XOGĦOL FUQ TOROQ – GARANZIJA TA' KWALITÀ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti separatament għal kemm-il sena ser ikunu garantiti bħala kwalità ta' xogħol it-toroq arterjali, distributorji, maġġuri, residenzjali u rurali li saru / qed isiru minn Transport Malta/Infrastructure Malta mill-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ĦAL SAFI – TRIQ IL-KUĊĊARD – XOGĦOL", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla u jispiċċa x-xogħol fuq Triq il-Kuċċard, Ħal Safi, li ilu wieqaf mill-2013 peress li dan ix-xogħol kien jifforma parti integrali mix-xogħol ta' Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "KONSULTAZZJONI MAL-KUNSILLI LOKALI FUQ IL-PRIORITIZZAZZJONI TAX-XOGĦOL TA' TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-kunsilli lokali kollha qed jiġu kkonsultati fuq il-prioritizzazzjoni tax-xogħlijiet ta' toroq li qegħdin isiru minn Infrastructure Malta?", "Min qiegħed jiddeċiedi liema toroq jinbnew mill-ġdid jew jekk jingħatalhomx wiċċ ġdid?", "IAN BORG: Il-proġetti u l-ħidmiet ta' Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna, qed jiġu ppjanati b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Sussegwentement, tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali m'huwiex sempliċement xogħol ta' manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta' kull triq, li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex, qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq, jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt, ix-xogħlijiet fl-ewwel 31 triq li nbdew kienu jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-internet u t-telekomunikazzjoni.", "Wara li tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, wara li tagħmel spezzjonijiet tekniċi u wara li tqis ukoll talbiet għall-għajnuna minn ħafna residenti, Infrastructure Malta qed tiddetermina liema toroq residenzjali għandhom jingħataw prijorità biex jinbnew mill-ġdid billi tikkunsidra l-istat preżenti tagħhom u fatturi oħrajn, bħall-konnessjonijiet ta' triq ma' toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, kif ukoll il-frekwenza ta' kemm jintużaw.", "Fit-tfassil tal-għażla tat-toroq li jkunu se jsiru f'kull lokalità, l-aġenzija qed tqis ukoll fattur importanti, bħalma huma attivitajiet li jistgħu jintlaqtu ħażin bix-xogħlijiet, fosthom toroq li jinsabu f'żoni turistiċi jew viċin ta' skejjel.", "Il-konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali mhix issir biss fil-fażi tal-ippjanar dwar liema toroq residenzjali għandom jingħataw prijorità, imma hija kontinwa.", "Infrastructure Malta tkompli tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali, anke waqt li jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet għall-bini mill-ġdid tat-toroq.", "Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta' ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f'pajjiżna.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux condition surveys u condition reports tat-toroq kollha li ser isir xogħol fuqhom minn Infrastructure Malta?", "F'dawn ir-rapporti, ġie identifikat xi ħsarat għandhom dawn it-toroq bħal rutting, crocodile cracks, x'ammont mit-triq preżentement hemm mibnija, eċċ?", "Jista' jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "BIRŻEBBUĠA – XOGĦOL FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Birżebbuġa minn Infrastructure Malta, separatament, hekk kif ġej:", "(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax, għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;", "(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?", "Jista' l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:", "(a) arterjali", "(c) maġġuri", "(d) residenzjali", "(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ.", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol, kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ, jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk, jekk servizzi li bħalissa huma għaddejjin mal-faċċata tad-djar tar-residenti, humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq?", "Jista' jgħid ukoll meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq, u kemm ġejja tiswa kull triq?", "Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?", "IAN BORG: Malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex, malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u sussegwentement inbdew toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' Birżebbuġa: Triq Żaren Dalli, Triq tal-Ġebel, Triq tal-Papa, Triq il-Brolli, Triq il-Bżulija, Triq il-Għirgħien u Triq il-Musbieħ.", "Ser isiru wkoll xogħlijiet fi Triq bla isem faċċata ta' Triq ir-Rizza u Triq Gandoffla, Triq fil-limiti tal-Marniżi, Triq ta' Giligejla f'Bengħajsa, Triq bla isem li tmiss ma' Triq it-Torri, u Triq fil-limiti tal-Brolli u Ħas-Saptan.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f'toroq oħrajn fil-lokalità indikata.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "ŻURRIEQ – XOGĦOL FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità taż-Żurrieq minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:", "(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax, għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;", "(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?", "Jista' l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:", "(a) arterjali", "(c) maġġuri", "(d) residenzjali", "(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ.", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol, kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal dranaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ, jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk, jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti, humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq?", "Jista' jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq, u kemm ġejja tiswa kull triq?", "Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?", "IAN BORG: Malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex, malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġa tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u sussegwentement inbdew toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità taż-Żurrieq: Triq ġdida fi Triq Sant' Agata 1, Triq ġdida fi Triq Sant' Agata 2, Triq in-Nigret, Sqaq Barċellona, Triq bla isem fi Triq il-Wied (Wied Babu), Triq Sant' Agata (u żewġ toroq li jinfdu magħha) u Triq il-Midra.", "Ser isiru wkoll xogħlijiet fi Sqaq Ballot, Triq bla isem fi Triq Ħal Far Nru 1, Triq bla isem fi Triq Ħal Far Nru 2 u Triq fil-limiti ta' Ħlantun.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f'toroq oħrajn fil-lokalità indikata.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "SPTAR MATER DEI – TWELID MINN OMMIJIET POLLAKKI U SPANJOLI – SPEJJEŻ LI JRIDU JITĦALLSU", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma l-ispejjeż mitluba li jitħallsu mill-Isptar Mater Dei jew entità oħra li jikkonċernaw il-proċedura ta' twelid ta' tarbija f'każ ta' mara ta' nazzjonalità Pollakka u f'każ ta' mara ta' nazzjonalità Spanjola, rispettivament?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li min mhux intitolat għal servizzi tas-saħħa b'xejn, f'każ ta' twelid naturali f'Mater Dei, l-ispiża hija ta' madwar €780, li tinkorpora t-twelid u żewġ iljieli fl-istess sptar.", "Il-prezz indikat ma jinkludix servizzi oħra li jista' jkun hemm bżonn u li jvarjaw minn każ għal ieħor.", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra x'passi qiegħed jieħu l-Gvern rigward l-iżviluppi li qed jiġu reġistrati f'pajjiżna fil-qasam tal-Artificial Intelligence (AI), fid-dawl ukoll ta' dokument li ġie ppubblikat nhar it-8 ta' April 2019 mill-Kummissjoni Ewropea dwar linji ta' gwida u kodiċi ta' etika li jirregola dan il-qasam?", "JOSEPH MUSCAT: L-ambizzjoni tal-Gvern għal Malta hija li jistabbilixxi politika fil-qasam tal-AI li hija konsistenti ma' standards internazzjonali u normi oħrajn ta' etika.", "Irridu nibnu fiduċja f'din it-teknoloġija innovattiva mill-aspett ta' trasparenza u kontabilità billi l-ewwel nett niżviluppaw qafas nazzjonali ta' etika biex nassiguraw li s-sistemi tal-AI f'pajjiżna huma ethically aligned, trasparenti u li jintużaw b'mod responsabbli.", "It-tieni, billi nħarsu lejn il-qafas regolatorju li bnejna fis-settur tal-blockchain u nespanduh ukoll għall-AI u, fl-aħħar nett, billi ninkoraġġixxu lid-developers biex jadottaw dawn l-istandards.", "Id-dokument li ġie ppubblikat nhar il-21 ta' Marzu – Towards a National AI Strategy – High-Level Policy document for public consultation – li se jwassal għal strateġija nazzjonali fuq l-AI li se tiġi ppubblikata aktar tard din is-sena, jindika b'mod ċar li se nkunu qed inħarsu lejn il-linji gwida u kodiċi ta' etika ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea.", "Infatti, fid-dokument konna qed nagħmlu referenza għad-draft li kien ħareġ f'Diċembru li għadda.", "Dawn il-linji gwida jirriflettu l-prinċipji u l-valuri mħaddna fi trattati Ewropej, kif ukoll mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Fil-workshop li sar għall-pubbliku x-xahar li għadda, meta ppubblikajna l-high-level policy document għal konsultazzjoni pubblika, tkellmet f'wieħed mill-panels Ms. Irina Orssich, awtriċi tal-EU Coordinated plan on Artificial Intelligence, mill-Kummissjoni Ewropea, fejn hija wkoll faħħret ix-xogħol li sar s'issa min-naħa tal-Gvern f'dan il-qasam.", "NADUR GĦAWDEX – GĦELIEQI F'TA' SAN BLAS – ĦRUĠ TA' DRENAĠĠ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex kull darba li tagħmel xita qawwija ma jibqax joħroġ drenaġġ fl-għelieqi magħrufa bħala 'Ta' San Blas' fil-limiti tan-Nadur, Għawdex?", "Jista' jgħid x'sar sa issa u x'qed jiġi ppjanat biex din il-problema tiġi solvuta?", "Qed jikkunsidra kumpens lill-bdiewa li r-raba' tagħhom safa mgħarraq bid-drenaġġ?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li r-rappreżentanti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà marru fuq il-post wara l-aħħar xita qawwija u tkellmu mal-bdiewa kkonċernati fejn ġie evalwat x'qiegħed jiġri.", "Instab li t-triq u r-raba' qegħdin jiċċaqilqu b'rata qawwija bil-konsegwenza li diversi katusi ġew spostjati.", "Qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex ammont ta' katusi jiġu mibdula f'dan is-sajf li ġej, biex issir mill-inqas ħsara possibbli lill-wiċċ tar-raba'.", "Kwalunkwe talba għall-kumpens tiġi evalwata mill-assikurazzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "NADUR GĦAWDEX – BAJJA TA' SAN BLAS – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet saru fil-Bajja ta' San Blas fin-Nadur, Għawdex, wara l-ħsarat kbar li kien hemm f'din il-bajja konsegwenza tal-maltemp qawwi li għamel din ix-xitwa?", "Tista' telenka x-xogħol li sar sa issa u x-xogħol li mistenni jsir qabel jibda l-istaġun tas-sajf?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara l-maltempata nbeda x-xogħol minnufih fuq il-bajjiet kollha ta' Għawdex, inkluż f'San Blas.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6633, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala sabiex jiġu installati speed cameras f'din il-lokalità, speċjalment fit-toroq prinċipali, bħal Triq il-Qaliet u Triq Sant'Antnin?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala li waqt is-seduta numru 81 tat-18 ta' Frar 2019 ma qabilx li ssir speed camera fi Triq il-Qaliet.", "Triq Sant'Antnin hija arterjali u d-deċiżjoni finali trid tittieħed minn Transport Malta.", "ŻONA TA' SAN TUMAS – TISBIĦ", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Kunsill Lokali sabiex isebbaħ iż-żona ta' San Tumas speċjalment il-bajja li tiġi ffrekwentata minn ħafna nies speċjalment fis-sajf?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala li huwa limitat fuq azzjoni diretta li tittieħed fuq bajjiet.", "Madankollu, bis-saħħa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, kif ukoll il-Foundation for Tourism Zones Development, se jsir proġett biex jintefa' iktar ramel f'din iż-żona, u dalwaqt se jinbeda r-restawr tal-bankijiet.", "Ser issir ukoll kamra għall-mechanical hoist biex ikun jista' jintuża għal nies bi bżonnijiet speċjali.", "Ix-showers li hemm fil-latrina tar-Ramla ngħataw upgrade, u hemm il-possibbiltà ta' latrina addizzjonali temporanja.", "RESIDENZI GĦAL PERSUNI BI PROBLEMI TA' VIZZJI – STANDARDS", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għal persuni bi problemi ta' addiction (vizzji)?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali għadha kif spiċċat minn eżerċizzju ta' konsultazzjoni ma' diversi stakeholders f'dan il-qasam.", "L-Awtorità fil-fatt ser tkun qed tippubblika għall-konsultazzjoni pubblika l-iStandards Soċjali Regolatorji għal Servizzi Residenzjali għall-Persuni bi Problemi ta' Vizzji fix-xhur li ġejjin.", "PRIĠUNIERI - DRITTIJIET U DMIRJIIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Drittijiet u Dmirijiet tal-priġunieri li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-drittijiet u dmirijiet tal-priġunier huma kollha elenkati fil-Kap 260.03 (Liġijiet ta' Malta).", "PRIĠUNIERI - KORSIJIET", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-korsijiet li fil-preżent huma offruti lill-priġunieri, u kemm hemm priġunieri li qed jattendu dawn il-korsijiet regolarment?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa hemm 23 priġunier/a li qed jattendu għal xi kors.", "Il-korsijiet jinkludu:", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – XOGĦOL", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li fl-aħbarijiet tat-TVM tat-30 ta' Marzu 2019, il-Ministru ġie kkwotat li qal li se jibda l-proċess mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi riveduta l-lista ta' toroq arterjali biex isiru b'fondi Ewropej u, fi kliemu stess, qal li \"Sal-2030 din il-lista ta' toroq trid tkun lesta.", "Ovvjament, se jiġu diskussi issa listi ta' toroq oħra li jridu jidħlu lil hinn mill-2030, fost l-oħrajn, il-mina ta' bejn Malta u Għawdex\".", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid jekk dan ifissirx li x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma jkunx jista' jibda qabel l-2030?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – FONDI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-proġett dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett hux maħsub li jsir minn fondi pubbliċi jew hux se jkun iffinanzjat b'mod sħiħ mill-privat?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "SERVIZZ TAL-HOMEHELP – ĦASIL TAL-ART", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li persuni li għandhom is-servizz HomeHelp ġew mitluba mill-Uffiċċju tas-Sezzjoni tal-Anzjani fil-Ministeru għal Għawdex sabiex jiffirmaw dikjarazzjoni jekk humiex lesti li jixtru tip ta' reċipjent għall-ħasil tal-art?", "Interpellant li d-Direttorat ingħata struzzjonijiet biex jinħarġu regoli ċari li l-ħasil tal-art għandu jsir bil-mopp, u li kull klijent irid jipprovdi l-barmil u l-mopp biex l-Assistenti Soċjali ma jbatux.", "Inħareġ avviż lil kull klijent b'dawn l-istruzzjonijiet fejn kienu mitluba jiffirmaw dikjarazzjoni li dawn l-istruzzjonijiet waslu għandhom, dan sabiex inkomplu nisħqu fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema li jagħtu dan is-servizz.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM KUNDIZZJONIJIET U PAGI DIFFERENTI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija palramentari 9509, u ċjoè: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta, u ċjoè, fl-uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 9256, fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-Servizz Pubbliku, u b'referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija 9388, fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452) li jgħid li \"impjegati fl-istess klassi ta' impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta' remunerazzjoni għal xogħol ta' valur ugwali\", jista' l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad u l-istess klassi jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-artiklu tal-liġi msemmija?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9388.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – INGAĠĠ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-artiklu fit-Times of Malta tat-3 ta' April 2019 \"Gaffarena property scandal: Protagonist gets top job at Lands Authority\", jista' l-Ministru jgħid:", "(a) meta (id-data) l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, reġa' beda jaħdem fl-Awtorità tal-Artijiet, u f'liema pożizzjoni?", "(b) kienx hemm sejħa pubblika?", "Jekk le, min approva r-ritorn u l-grad tiegħu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu kkonċernat diġà għamel stqarrijiet f'dan ir-rigward.", "Deċiżjonijiet bħal dawk li qed niġi mistoqsi dwarhom jittieħdu mill-Awtorità nnifisha.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET – INGAĠĠ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-artiklu fit-Times of Malta tat-3 ta' April 2019 \"Gaffarena property scandal: Protagonist gets top job at Lands Authority\", jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, applikax għall-promozzjoni fil-pożizzjoni ta' Acting Chief Officer?", "Jekk le, min irrakkomanda li jingħata din il-promozzjoni?", "Jista' l-Ministru jgħid meta hija d-data statutorja tal-irtirar mill-impjieg ta' dan l-individwu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandha tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9965 tal-istess seduta.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-PC Applications li saru wara li ġiet approvata PC 46/13 u li allura fissru modifikazzjoni għall-istess applikazzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, parti mid-dokumenti mitluba diġà ġew imqiegħda fuq it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5122 f'seduta 100.", "Il-kumplament qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MELLIEĦA – TRIQ ĠORĠ BORĠ OLIVIER – SEJBA TA' XELTER – RAPPORT", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 9748 rigward is-sejba ta' xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa ( Triq Ġorġ Borg Olivier), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċjal tas-Sovrintendenza għall-Wirt Storiku?", "Dan anke għall-fatt li jirriżulta li x-xogħol relatat ma' tip ta' kostruzzjoni baqa' ghaddej.", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ĦRUĠ TA' LIĊENZJI TAL-KAĊĊA U INSIB", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tal-kaċċa fl-2017 u fl-2018?", "Jista' jgħid ukoll kemm inħarġu liċenzji tal-insib fl-2017 u 2018?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "DEROGI RELATATI MAL-GĦASFUR SELVAĠĠ", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew applikati derogi relatati mal-għasfur selvaġġ fl-2017 u fl-2018?", "Jista' jgħid ukoll liema derogi relatati mal-għasfur selvaġġ ġew applikati fl-2017 u fl-2018?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.", "KAĊĊATURI U NASSABA LIĊENZJATI", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm kaċċaturi liċenzjati?", "Jista' jgħid ukoll fil-preżent kemm għandna nassaba liċenzjati?", "Interpellant li fil-preżent, it-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi għandha 12,161 individwu b'liċenzja valida għall-kaċċa u nsib.", "Hemm 10,637 liċenzja ġenerali tal-kaċċa (jinkludu kaċċa għall-għasafar minn fuq l-art, kaċċa għall-għasafar minn fuq il-baħar, kaċċa tal-fenek selvaġġ u qbid tal-fenek selvaġġ bix-xibka) u 4,537 liċenzja ġenerali tal-insib għall-għasafar.", "Individwu jista' jkollu liċenzja tal-kaċċa kif ukoll tal-insib, u għalhekk l-ammont ta' liċenzji mhux bilfors iwassal għall-ammont ta' individwi."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190415_221d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 16 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 16 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 16 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 221, li saret fil-15 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT – VETTURI KKLAMPJATI B'REĠISTRAZZJONI BARRANIJA", "L-ONOR.", "Claudio Grech) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' vetturi b'reġistrazzjoni barranija li ġew ikklampjati mill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba li kienu f'pajjiżna mingħajr permess fl-2017, fl-2018 u fl-2019 s'issa?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella annessa:", "BYRON CAMILLERI: Waħda mill-ikbar sfidi marbutin max-xogħlijiet ta' toroq ġodda, anke wara li kien tħabbar l-investiment ta' €100 miljun kull sena għal seba' snin, hija li jkun hawn kuntratturi kapaċi jlaħħqu mal-volum ta' dan ix-xogħol.", "Qabel ma konniex imdorrijin b'dan il-volum.", "Kien jiżdied ix-xogħol meta tkun qed toqrob elezzjoni, però fejn jidħol volum kontinwu ta' xogħlijiet ta' toroq żgur li ma kienx hawn.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jara li l-kuntratturi Maltin qegħdin ikunu aktar preparati?", "Jista' jgħid ukoll jekk hux qed ikun hemm kuntratturi barranin li qed jinteressahom ix-xogħol li hawn f'Malta u allura qegħdin iġibu l-inġenji tagħhom hawn Malta u jitfgħu l-offerta għal ċerti tenders li toħroġ Infrastruttura Malta jew inkella l-Ministeru tiegħu?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Dan l-investiment ta' €700 miljun f'seba' snin huwa wieħed bla preċedent u jippermetti lis-settur privat jippjana biex jinvesti biex ikun jista' jilgħab tajjeb il-parti tiegħu.", "Nifhem li ħafna huma dawk li qegħdin jagħmlu dan.", "Ma jfissirx li aħna ma nemmnux li fadal titjib xi jsir, però rajna wkoll numru ta' kuntratturi u investituri barranin jitfgħu offerti għal diversi proġetti li kellna, kemm proġetti residenzjali, fosthom toroq żgħar fil-komunità, kif ukoll il-proġetti kbar tal-pajjiż.", "Qabel kien ikollna gvern wieħed wara l-ieħor li jinvesti madwar €8 miljuni jew €12-il miljun fis-sena fuq toroq.", "Dan huwa totalment differenti minn meta għandek iktar minn €100 miljun fis-sena u għaldaqstant kien hemm bżonn ta' ċertu capacity building, l-iżjed mhux fejn għandu x'jaqsam forsi l-makkinarju, l-inġenji u l-impjanti, imma iktar ir-riżorsi umani.", "Jiena stajt napprezza wkoll ċertu mobiltà fuq il-postijiet tax-xogħol f'dawn is-setturi fejn tiltaqa' ma' Malti, tkun tafu dejjem jaħdem fuq il-lant tax-xogħol u jgħidlek li għandhom il-ħaddiema barranin li żdiedu mal-kumpanija tagħhom u hu sar manager fuqhom u jiġġestixxihom hu.", "Hemm anke dawn l-opportunitajiet.", "Il-pjan mhuwiex wieħed ta' sena, sena kif kien isir qabel, fejn wieħed kien jistenna l-baġit biex jara kemm se jalloka flus il-Ministeru tal-Finanzi, imma għandek pjan multi-annwali li jista' jagħti aktar antiċipazzjoni u ħin biex wieħed jagħmel l-investimenti tiegħu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Invista tal-inċidenti li ġraw matul dawn l-aħħar 48 siegħa, il-Ministru jħoss li għandha tinħoloq task force ifformata minn rappreżentanti tal-Ministeru tiegħu, minn Transport Malta u mill-Pulizija li jassessjaw is-sigurtà fit-toroq tagħna?", "X'miżuri jistgħu jittieħdu biex inċidenti sfortunati bħal dawn ma jinqalgħux?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Tajjeb li saret din il-mistoqsija għaliex fil-programm tal-Gvern għandna l-commitment li matul din il-Leġiżlatura, li tinsab biss fit-tieni sena tagħha, inwaqqfu awtorità li tinvestiga l-inċidenti mhux biss fuq l-art, imma anke inċidenti relatati mal-ajru u mal-baħar, għax anke f'dawn l-oqsma kellna inċidenti fil-passat.", "Informat li t-tliet friegħi qegħdin jaħdmu biex fil-futur qarib ikollna din il-leġiżlazzjoni.", "Sadanittant għandi wkoll l-awtoritajiet regolatorji li qegħdin jagħmlu l-parti tagħhom.", "Illum komplejna naqraw l-istejjer fil-ġurnali.", "Naħseb tajjeb li wieħed ikun prudenti f'dak li jgħid u kulħadd iġorr ir-responsabbiltà ta' dak li jgħid u dak li jikteb.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Lil hinn mid-diversi xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-toroq Maltin u Għawdxin, bħala Ministeru l-ġimgħa l-oħra stess saret konferenza fejn ippromwovejtu s-sigurtà fit-toroq tagħna.", "Naf ukoll li l-Ministeru jvara diversi kampanji edukattivi rigward dan.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħidilna iktar dwar kif qegħdin jaħdmu f'dak li għandu x'jaqsam ma' infurzar, f'dak li għandu x'jaqsam ma' sewwieqa taħt l-effett tax-xorb u saħansitra droga biex dejjem ikollna iktar sigurtà fit-toroq tagħna?", "IAN BORG: Nhar il-Ġimgħa, flimkien mal-kollega tiegħi l-Ministru Michael Falzon, konna mistednin għal konferenza li ġiet imtella' mill-Malta Insurers Association li hija assoċjazzjoni li mhux biss tħares l-interessi tal-membri tal-Assoċjazzjoni, imma fuq kollox anke l-ġid komuni u sigurtà.", "Fil-fatt l-MIA hija wkoll membru tal-Kunsill għas-Sigurtà fuq it-Toroq Tagħna li twaqqaf fl-2015.", "Fl-2015 inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf kunsill, li jingħata assistenza finanzjarja minn Transport Malta, li jiġbor fi ħdanu diversi entitajiet, fosthom l-insurers, l-awtoritajiet regolatorji, il-paramediċi, il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili u entitajiet oħrajn li minn żmien għall-ieħor joħolqu kampanji, uħud minnhom innovattivi, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà fit-toroq tagħna.", "Imbagħad hemm ukoll kampanji sħaħ li jkunu għaddejjin fl-iskejjel ta' kuljum.", "Jiena nkun mistieden għal ħafna minnhom.", "Ma tkunx tista' tmur f'kull skola, imma naf kemm għaddejjin b'kampanji varji.", "Naħseb il-messaġġ li għaddejna nhar il-Ġimgħa jibqa' għal dejjem relevanti u mhu qegħdin ngħidu xejn speċjali.", "Huwa tajjeb li dan il-Parlament jilleġiżla u huwa tajjeb u meħtieġ li jkollok iktar uffiċjali tas-sigurtà fit-toroq tagħna, imma jibqa' l-fatt li kull min għandu liċenzja biex isuq vettura, kemm jekk hu mutur kemm jekk hi karozza, irid ikun responsabbli ta' għemilu għaliex fl-aħħar mill-aħħar dak huwa l-iktar importanti.", "Din hija responsabbiltà kollettiva għaliex l-awtoritajiet ma jistgħux ikunu l-ħin kollu kullimkien u allura dik is-civic responsibility hija l-iktar importanti.", "Tkellimna u smajna l-proposti li qegħdin jagħmlu l-avukati tal-insurers kif ukoll kellna preżentazzjoni interessanti ħafna mill-ġudikatura fejn ingħatat spjegazzjoni dwar l-għodda li diġà għandhom primarjament il-Puliziija Eżekuttiva biex iħaddmu dawn il-liġijiet u anke l-każistika ta' pajjiżna biex wieħed jagħraf jinterpreta jew aħjar jagħraf kif il-qrati qegħdin jinterpretaw eventwalment dawk il-leġiżlazzjonijiet.", "Apparti l-infurzar għandek ukoll id-deterrent tas-sistema tal-punti li żgur ma rebbħet l-ebda vot lill-Gvern.", "Permezz ta' din is-sistema kellna iktar minn 180 sewwieqa jirritorna lura l-liċenzja lill-Awtorità.", "Mhuwiex pjaċir li tara 180 sewwieq jirritorna l-liċenzja għax kellhom ammont ta' punti, mnaqqsa.", "Dawn kellhom iċ-ċans ipoġġu għal test, kellhom iċ-ċans ipoġġu għal iktar edukazzjoni biex jirkupraw numru ta' punti, imma sfortunatament dawn kienu ta' periklu fit-toroq tagħna bl-azzjonijiet li għamlu jekk waslu biex tilfu l-liċenzja tagħhom f'qasir żmien.", "Mela għandek l-infurzar, id-deterrent kif ukoll l-edukazzjoni li tibqa' fundamentali f'dan kollu li nagħmlu rigward sigurtà fit-toroq tagħna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Rigward l-inċidenti li saru fejn kien hemm anke mwiet f'dawn l-aħħar sigħat f'numru ta' postijiet, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jagħti konfort lil pajjiżna li ttieħdu l-passi diġà biex ma jerġgħux jiġu ripetuti dawk l-inċidenti?", "Jekk naħsbu li f'postijiet oħrajn jista' jkollna diffikultajiet simili għaliex huma perikolużi, allura nistgħu nieħdu prekawzjonijiet minn qabel biex ma jseħħux inċidenti gravi kif kellna f'dawn l-aħħar sigħat?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: L-Onor.", "Interpellant f'din il-mistoqsija kien ħafna iktar prudenti minn kif ġie kkwotat fuq mezz soċjali ftit tas-sigħat ilu.", "Qed ngħid hekk għax l-Onor.", "Interpellant ġie kkwotat li qal li kellna dan l-inċident fatali minħabba nuqqas ta' ppjanar.", "Naħseb ikun aħjar jekk l-Onor.", "Agius jispjegalna kif in-nuqqas ta' ppjanar ikkawża l-inċidenti ta' nhar il-Ħadd filgħaxija.", "Nista' nċedilu l-kelma jekk irid.", "Għadu mhuwiex ministru, forsi fadallu ħafna biex ikun, imma nċedilu l-kelma.", "Sinjura President, m'għandix aktar xi nżid.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Lil hinn mill-Oppożizzjoni li mill-ġdid sfortunatament qegħdin jipprovaw idawru f'ballun politiku dak li seħħ fil-jiem li għaddew, nixtieq … (Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Cutajar, ippermettili ftit.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: L-iStanding Orders jgħidu ċar li l-ebda deputat ma jista' jattribwixxi motivi lil membru ieħor li mhumiex minnhom.", "L-Onor.", "Interpellant qed tgħid xi ħaġa li aħna m'għedniex.", "Aħna ma qegħdin indawru l-ebda suġġett f'ballun politiku kif qed tgħid l-Onor.", "Cutajar, u nitolbok, Sinjura President, tgħidilha tirtiraha.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ftit tal-ħin ilu l-Onor.", "Agius kien qed jgħid lil deputat tagħna li ma jafx l-iStanding Orders.", "Artikolu 60 tal-iStanding Orders jitkellem dwar meta wieħed jitfa' intenzjoni ħażina fuq membru.", "Għidli f'liema mument l-Onor.", "Cutajar għamlet hekk!", "Ma tafx x'inti tgħid u ma tafx l-iStanding Orders!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Onor. Agius, x'qed titlob eżattament?", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, jew l-Onor.", "Cutajar tirtira dak li qalet jew nitolbok ruling biex iġġegħelha tirtiraha.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Ippermettuli ftit għax għadni ma fhimtx xi jrid jiġi rtirat.", "Rosianne Cutajar li inti tixtieqha tirtira?", "Ħalli nkunu ċari.", "Cutajar qalet li aħna bħala Oppożizzjoni qegħdin indawru dan l-inċident fatali fejn mietu n-nies f'ballun politiku, li mhuwiex il-każ.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nixtieq nagħmel żewġ punti.", "L-ewwel nett, dak li qalet l-Onor.", "Cutajar huwa kumment politiku li għandha dritt tagħmel f'din il-Kamra.", "Dwar dak li jgħidu l-iStanding Orders, qabel xejn jiena lbieraħ kont qed nisma' lis-Sedja fuq punt tal-Ministru Helena Dalli, li talbet biex jiġi kkwotat artiklu fl-iStanding Orders.", "Illum mhux qed nara lill-Onor.", "Agius jikkwota liema hu l-artikolu tal-iStanding Orders.", "Qed nifhem li qed jalludi għal artikolu 60 li jgħid ċar u tond għal meta jissemma membru.", "Cutajar ma attribwiet intenzjoni ħażina għal membru.", "Hawn ħafna qasmiet fl-Oppożizzjoni, hawn madwar sitta!", "Issa jekk l-Onor.", "Agius irid jitlob ruling jitolbu, imma jiena kunfidenti ħafna għax l-Onor.", "Cutajar għandha dritt u obbligu tagħmel kumment politiku f'din il-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: M'għandekx għalfejn, Onor. Camilleri.", "Safejn naf jien, lill-Onor.", "Cutajar ma smajthiex issemmi membru b'ismu u allura ma nistax nimxi fuq dak ir-ruling.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Nafu li diversi xogħlijiet li għandna għaddejjin fit-toroq Maltin u Għawdxin diġà qegħdin iħallu impatt pożittiv fuq il-konġestjoni tat-traffiku.", "Naf li hemm diversi xogħlijiet infrastrutturali oħrajn ippjanati u saħansitra għad jridu joħorġu diversi tenders biex isiru xogħlijiet addizzjonali ma' dawk li għandna għaddejjin.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jaġġorna lill-Kamra b'dak li hemm ippjanat?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Fil-fatt għadha kif għalqet it-tieni sejħa biex inkomplu l-mixja li bdejna li nagħmlu t-toroq residenzjali kollha ta' dan il-pajjiż matul is-seba' snin li ġejjin.", "Għal din l-ewwel sena bdejna x-xogħlijiet mill-ewwel ġranet ta' Jannar.", "Jiena niftakar fi triq żgħira fil-Fgura fejn wara weekend ta' xita tara n-nies ħerġin minn djarhom fit-8.00 a.m. fit-tajn u anzjani li ma jistgħux jimxu minħabba nuqqas ta' infrastruttura, imqar bankini diċenti.", "Issa 290 triq se jkunu kuntrattati biex isiru matul dawn ix-xhur li ġejjin.", "Biddilna l-mod ta' kif tintrefa' r-responsabilità.", "Neħħejna piż li s-sindki u l-kunsilliera ma setgħux ikomplu jerfgħu waħedhom.", "Apparti minn dan kollu, ivvotajna flus għal investiment mingħajr preċedent għaliex l-ekonomija u l-finanzi jippermettu.", "Nerġa' ngħid kellna snin sħaħ fejn il-baġit għall-infrastruttura tagħna ma kienx jinbidel.", "Kellek €8 miljuni fis-sena u jkollok sena fejn ikollok xi żjara tal-Papa jew xi CHOGM jew xi presidenza li jkollok madwar €5 miljuni oħrajn addizzjonali biex nagħtu dik id-dehra sabiħa lit-toroq arterjali li minnhom ikun se jgħaddi l-Papa, iċ-CHOGM, ir-Reġina jew in-nies tal-Presidenza.", "Dan ma kienx aċċettabbli, speċjalment b'ekonomija li kienet qiegħda tikber, b'finanzi li jippermettu.", "Issa jippermettu mhux għaliex sibna s-surplus, mhux għaliex sibna ekonomija tikber b'madwar 7%, imma għaliex ħadna numru ta' deċiżjonijiet matul dawn is-sitt snin u biddilna l-andament ekonomiku.", "Aħna ridna niffokaw fuq it-toroq residenzjali.", "Issa bl-ewwel €120 miljun se jsiru 290 triq madwar il-pajjiż.", "Uħud mix-xogħlijiet tlestew, oħrajn mibdijin u oħrajn se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.", "Aħna se nkomplu l-konsultazzjoni mal-komunitajiet tagħna ħalli toħroġ it-tielet, ir-raba', il-ħames lista u nkomplu naraw l-investiment fis-snin li ġejjin għaliex dan mhuwiex pjan ta' sena waħda, dan mhuwiex pjan sporadiku, imma huwa pjan multi-annwali u multi-miljunarju u rridu nkomplu naraw li dan il-programm li telaq b'andament tajjeb ħafna jitkompla matul is-snin li ġejjin.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Il-Ministru għadu kemm qal li se tiġi fformata awtorità li xogħolha jkun li tiskrutinja s-sigurtà fit-toroq tagħna.", "Jista' jekk jogħġbu jgħid jekk hemmx xi data meta din l-awtorità se tiġi fformata?", "Awtorità mhux se ssir mil-lum għal għada imma jrid jgħaddi ċertu żmien.", "Hemmx ċans li fil-frattemp, bħalma ssuġġerejt, forsi ssir task force biex is-sigurtà fit-toroq tagħna tiġi evalwata b'mod immedjat?", "Nixtieq nagħmel mistoqsija oħra addizzjonali.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru safety audits fejn qed isir twessigħ ta' toroq u junctions ġodda?", "F'dawn l-aħħar ħames snin saru safety audits ta' toroq arterjali u distributorji li għandna f'pajjiżna?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Naħseb li l-Onor.", "Bezzina ma fehemx ir-risposta tiegħi tajjeb.", "Kont qed nirreferi għal awtorità li tinvestiga l-inċidenti li qiegħda fil-programm ta' dan il-Gvern u li għandna leġiżlatura ta' ħames snin biex inwaqqfu u nimplimentaw u ma tirreferix biss għall-inċidenti tat-traffiku fuq l-art, imma anke fil-baħar u fl-ajru.", "Komplejt inwieġbu billi għedtlu li aħna għandna awtoritajiet u korpi dixxiplinarji li jiffunzjonaw u ta' kuljum jieħdu ħsieb dawn l-aspetti li hu qed jirreferi għalihom, irrispettivament mill-għexieren, mill-mijiet ta' inċidenti li jkollna fit-toroq tagħna.", "Uħud minnhom jgħaddu mingħajr ma jkunu rapportati għax ikunu minuri u oħrajn iħallu għexieren ta' ħajjiet fit-toroq tagħna ta' kull sena, kif ilu jsir.", "Aħna rridu nipprovaw nagħmlu ħilitna kollha biex nimmitigaw, imma biex nilħqu dawk il-miri huwa importanti li jkun hemm is-sens ċiviku u r-responsabbiltà kollettiva min-naħa tal-utenti kollha tat-toroq tagħna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Nitkellmu ħafna dwar il-bżonn li n-nies jirrikorru għat-trasport pubbliku.", "Naf li hemm diversi nies li l-għażla tagħhom qiegħda tkun it-trasport pubbliku.", "Xtaqt li forsi l-Ministru jagħtina xi ċifri dwar il-progress f'dan ir-rigward.", "Xtaqtu wkoll jgħidilna x'tip ta' miżuri u inizjattivi qegħdin jittieħdu biex l-għażla naturali tal-pubbliku inġenerali tkun it-trasport pubbliku.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Iċċekkjajt jekk għandix risposti għal mistoqsijiet parlamentari relatati mat-trasport biex nagħti l-aħħar figuri lill-Onor.", "Interpellant, però sfortunatament m'għandix figuri f'idejja.", "Hawn irrid ngħid li l-iskemi li permezz tagħhom estendejna t-trasport pubbliku bla ħlas għal dawk li għandhom minn 14-il sena sa 20 sena u dawk li jibqgħu full-time students irrispettivament mill-età tagħhom, qegħdin jinżlu tajjeb ħafna u qegħdin iżidu anke l-commuters fuq it-trasport pubbliku.", "Dan juri li l-Gvern għandu pjan u li l-miżuri tiegħu qegħdin iħallu effett għaliex iktar żgħażagħ qegħdin jagħżlu li jivvjaġġaw permezz tat-trasport pubbliku bla ħlas li qegħdin noffru.", "Is-servizz tat-trasport pubbliku reġa' kiseb il-fiduċja tan-nies anke jekk jien, l-ewwel wieħed, nemmen li fadal ħafna iżjed fejn wieħed jista' jtejjeb.", "Huwa ċar li hemm ċerti rotot, ċerti kurituri, fejn hemm bżonn żieda mhux biss fil-kapaċità tal-vetturi imma anke fil-frekwenza.", "B'mod partikolari issa ġej is-sajf meta jiżdied ammont konsiderevoli ta' turisti li jagħżlu li jivvjaġġaw permezz tat-trasport pubbliku u allura rridu nilqgħu għal dawk l-ammonti.", "Apparti minn dan kollu, hemm ukoll miżuri oħrajn għal min xorta waħda jagħżel li jibqa' juża l-vettura privata.", "Ħriġna diversi skemi u inizjattivi ħalli jkun hemm xiri ta' karozzi tal-elettriku jew karozzi li jniġġsu inqas.", "Saret ukoll l-iskema ta' scrappage u għamilna wkoll skema għal tipi ta' vetturi oħrajn, fosthom muturi żgħar li jkunu ta' benefiċċju mill-aspett monetarju li jħallu iktar flus fil-bwiet tan-nies li jagħżlu dawn il-mezzi ta' trasport.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Nifhem li qegħdin isiru ħafna inizjattivi ġodda mill-Aġenzija Infrastruttura u qiegħed isir ċertu progress, imma ninnota li hemm ċerti nħawi fejn ċerti toroq kemm residenzjali u anke dawk li huma fil-kampanja jiġu traskurati b'tali mod li kważi huwa diffiċli mhux biss timxi fuqhom imma anke biex issuq karozza.", "Nista' nsemmi numru minn dawn it-toroq.", "Forsi jiġri li l-kunsilli lokali ma jagħtux l-attenzjoni xierqa għal dan minħabba li jkunu jafu li xi darba se jmissha triq.", "Hemm xi mod ta' superviżjoni min-naħa tal-Aġenzija tal-Infrastruttura biex dan ma jseħħx?", "Għax wara kollox, kull min juża triq għandu dritt li t-toroq għandhom ikunu fi stat tajjeb.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Dak li qed jgħid l-Onor.", "Farrugia jagħmel sens u qegħdin ninnotawha f'ċerti lokalitajiet iżjed minn oħrajn.", "Ikollok kunsilli jew sindki li jargumentaw li xi darba f'dawn is-seba' snin it-triq tagħhom se tkun qiegħda ssir u allura ma jagħmlux manutenzjoni ordinarja.", "Jiena qed nieħu l-punt tal-Onor.", "Farrugia bis-serjetà u se niddiskutih mal-Awtorità biex nara kif qiegħda tantiċipa li tagħmel checks f'dan is-sens.", "Dan apparti l-iscans li għamilt referenza għalihom ilbieraħ permezz tal-artificial intelligent drones li qegħdin isiru minn żmien għal ieħor biex jevalwaw il-kwalità tat-toroq.", "Naħseb li l-ikbar deċiżjoni rigward kunsilli lokali mbagħad tispetta lill-elettorat li fil-25 ta' Mejju, irrispettivament mill-partiti politiċi u minn min għandu l-maġġoranza fit-tali lokalitajiet, se jagħraf bejn kunsilli li ħadu u jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-lokalità tagħhom u oħrajn li qegħdin sempliċement iserrħu fuq il-Gvern u jgħidu li xi darba se jmisshom it-toroq tagħhom ukoll, bil-konsegwenza li qegħdin iħallu abbandun totali.", "Kellna ċirkostanza f'San Pawl il-Baħar fejn il-Gvern, irrispettivament minn x'jgħid il-Partit Nazzjonalista, intervjena u qed jgħin lill-familji u lin-negozji ta' San Pawl il-Baħar għaliex il-Kunsill mhuwiex jiffunzjona.", "Il-Kunsill ma jistax jagħmel xogħlijiet u għalhekk Infrastruttura Malta qiegħda twettaq dawk ix-xogħlijiet fi 17-il triq li bdew matul din il-ġimgħa.", "Biex tagħmel press conference huwa faċli, imma biex tagħmel ix-xogħol huwa daqsxejn iktar diffiċli.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 75 tal-2019 – Supervisory Consolidation (Amendment) Regulations, 2019;", "Avviż Legali Nru 76 tal-2019 - Banking Act (Supervisory Review) (Amendment) Regulations, 2019;", "Avviż Legali Nru 77 tal-2019 - Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti kontra Money Laundering u Finanzjar ta' Terroriżmu;", "Avviż Legali Nru 78 tal-2019 - Accountancy Profession (Amendment) Regulations, 2019;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 79 tal-2019 - Cableways Installations (Implementing) Regulations, 2019; u", "f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 73 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Protezzjoni ta' Ġugaturi; u", "Avviż Legali Nru 74 tal-2019 - Regolamenti tal-2019 dwar Żamma tad-Data (Awtorità ta' Malta dwar il- Logħob).", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Tas-Sliema bejn l-2013 u Marzu 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9876;", "Tagħrif dwar każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' San Ġiljan bejn l-2013 u Marzu 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9877;", "Tagħrif dwar każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità tal-Gżira bejn l-2013 u Marzu 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9878;", "Tagħrif dwar każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Pembroke bejn l-2013 u Marzu 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9879; u", "Tagħrif dwar każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Baħar iċ-Ċagħaq bejn l-2013 u Marzu 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9880", "ID-DEPUTY SPEAKER: Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ŻONI ĦIELSA F'MALTA", "KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT", "ID-DEPUTY SPEAKER: Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar nipproponi l-Konsiderazzjoni mill-Ġdid ta' xi klawsoli ta' dan l-Abbozz ta' Liġi skont l-Ordni Permanenti Nru 104 u li dan isir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.", "CLINT CAMILLERI: Sinjura President, f'dan il-Parlament diversi drabi nitkellmu dwar oqsma differenti, fosthom l-infrastruttura, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ekonomija, l-investiment, l-ambjent u l-oqsma soċjali.", "Dawn huma setturi importanti li bla ebda dubju dan il-Gvern qed jikseb suċċess wara ieħor fihom.", "Dawn is-suċċessi li qegħdin niksbu jindirizzaw b'mod dirett il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Dan hu Gvern li jsawwar il-politika tiegħu b'tali mod li joħloq miżuri biex jindirizza b'mod dirett il-bżonnijiet, l-interessi u n-neċessitajiet ta' kull wieħed u waħda minna.", "Sena wara oħra, baġit wara ieħor, dan il-Gvern implimenta miżuri li wħud kienu ilhom fuq il-karta numru ta' snin u oħrajn li l-poplu kien jitkellem biss dwarhom.", "Biss rari rajna gvernijiet li jieħdu deċiżjonijiet konkreti.", "Dan huwa Gvern li fil-politika tiegħu ma jinsa lil ħadd.", "Sa mill-bidu tat-tmexxija ta' dan il-Gvern Laburista t-trattament xieraq tal-annimali tpoġġa fuq quddiem tal-aġenda.", "Infakkar li waħda mid-deċiżjonijiet ta' ċerta importanza li ttieħdu f'dan il-qasam kienet li ġew projbiti ċirkli bl-annimali eżotiċi.", "Għalkemm ninsab ċert li għal snin taw spettaklu lil ħafna nies, il-Gvern sema' lill-istakeholders u ħa d-deċiżjoni dwarhom li jwaqqaf dawn iċ-ċirkli għaliex huwa ċar li l-annimali ma setgħux jieħdu trattament dinjituż kemm biex jinżammu kif ukoll biex jiġu trasportati minn pajjiż għal ieħor.", "Irrid insemmi koll li fl-2016 daħħalna leġiżlazzjoni biex tipproteġi dawn it-tip ta' annimali fejn daħħalna l-bżonn li wieħed jirreġistra kull annimal ta' din ix-xorta.", "Fl-2017 daħħalna leġiżlazzjoni oħra dwar annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi.", "Wieħed irid jifhem kif tul dan iż-żmien kien hawn numru ta' persuni li kienu qegħdin iġibu annimali eżotiċi minn barra l-pajjiż.", "Dan il-qasam ma kienx regolat u kien fl-2016 li daħħalna leġiżlazzjoni li ma tħallix persuni li m'għandhomx zoo bil-permessi kollha neċessarji jdaħħlu annimali eżotiċi biex jinżammu fid-djar tagħhom.", "Meta ngħatajt ir-responsabbiltà tal-qasam tal-ħarsien u d-drittijiet tal-annimali kont kommess li dan is-settur jissaħħaħ u jittejjeb mill-bidu.", "Anzi mill-bidu għamiltha wkoll ċara li m'aħna se nittolleraw l-ebda moħqrija fuq l-annimali.", "Illum wasalna biex niddiskutu dan l-Abbozz bil-għan li jiżdiedu l-multi għal min jaħqar l-annimali, anke jekk din issir għall-ewwel darba.", "Bl-edukazzjoni u l-għarfien li hawn m'għandux ikun hemm lok għal abbuż u m'għandux ikun hemm skużi.", "Nemmen li permezz ta' din il-leġiżlazzjoni, bħala Parlament se nkunu qegħdin inwasslu messaġġ b'saħħtu lis-soċjetà tagħna u din mhijiex kwestjoni ta' Gvern jew ta' Oppożizzjoni.", "Sinjura President, minn hawnhekk nirringrazzja lill-Onor.", "L-Onor.", "Galea jieħu sehem b'mod attiv u anke jieħu interess f'każijiet li jqumu minn żmien għal ieħor fejn tidħol moħqrija tal-annimali.", "Proprju llum ukoll qed nieħu gost li dan l-Abbozz ta' Liġi ġie ssekondat mill-Onor.", "Il-messaġġ li qegħdin inwasslu bħala Parlament huwa wieħed b'saħħtu li llum l-ebda tip ta' moħqrija fuq l-annimali mhi aċċettabbli.", "Din il-moħqrija fuq l-annimali trid tinqered darba għal dejjem.", "Dak li qegħdin nipproponu llum quddiem dan il-Parlament huwa frott ta' diversi inizjattivi li ħadna tul iż-żmenijiet.", "Irrid infakkar kif is-sena l-oħra lleġiżlajna kontra r-realtà kerha ta' klieb li kienu jitħallew għal sigħat sħaħ marbutin b'ċinga għal numru ta' raġunijiet, partikolarment bħala l-mezz ewlieni taż-żamma tiegħu.", "Illum dan għamilnieh illegali.", "Din iż-żamma kienet għad-detriment tal-istess klieb li jitħallew esposti għall-elementi u eventwalment neqsin ukoll mill-bżonnijiet neċessarji tagħhom.", "Issa saret illegali li jinżammu klieb marbutin bħala l-mezz primarju taż-żamma tagħhom.", "Ma' dan ipprovdejna wkoll regolamenti dwar l-ispazju neċessarju biex wieħed iżomm il-klieb.", "Kienet sikkina li taqta' minn żewġ naħat għaliex wara li daħħalna din il-liġi, diversi klieb bdew jiġu abbandunati.", "Dan huwa att irresponsabbli u ta' kundanna liema bħalha.", "Il-messaġġ kien ċar li mhuwiex aċċettabbli u qed jittieħdu wkoll il-passi kollha neċessarji meta nsibu persuni li għal xi raġuni jew oħra l-kelb jew il-klieb tagħhom ikunu qegħdin jinżammu b'mod ħażin u, aktar minn hekk, jinżammu marbutin b'ċinga jew b'kull xorta ta' mezz ieħor b'mod fiss ma' oġġett stazzjonarju.", "Naħseb dan kien pass importanti ħafna fejn illeġiżlajna favur id-drittijiet ta' dawn il-klieb u huwa dan ukoll li se nkunu qegħdin nagħmlu tul dawn il-jiem.", "Illum fil-Parlament se nkomplu nagħtu aktar drittijiet u nistinkaw biex kemm jista' jkun ikollna deterrent adegwat fejn tidħol moħqrija tal-annimali.", "Hemm nies li meta jaraw annimali qegħdin ibatu jew forsi xi forma ta' moħqrija fuq annimali, l-ewwel reazzjoni tagħhom tkun li jikkummentaw fuq il-midja soċjali.", "Jiena nħeġġeġ lin-nies u nappella li l-ewwel reazzjoni tagħhom tkun li jċemplu u jikkomunikaw mal-linja tat-telefon 1717 li huwa servizz ta' 24 siegħa sebat ijiem fil-ġimgħa biex wieħed ikun jista' jirrapporta minnufih lill-Animal Welfare meta jinnota xi tip ta' moħqrija fuq l-annimali.", "Anke hawnhekk investejna biex l-Animal Welfare ikun armat b'ambulanzi moderni u mgħammra wkoll bl-aħjar apparat.", "Filwaqt li huwa importantissimu li wieħed jirrapporta kull moħqrija tal-annimali, irridu nkunu wkoll kawti u ma naħlux riżorsi bla bżonn.", "Qed ngħid hekk għax mill-informazzjoni li għandi jirriżulta li 65% tar-rapporti jsiru għax wieħed jaħseb li jkun hemm moħqrija tal-annimali, imbagħad meta l-enforcement officers tal-Animal Welfare imorru fuq il-post mhux dejjem isibu dan.", "Għaldaqstant wieħed għandu jivverifika b'mod mill-aħjar li jista' ħalli nassiguraw li r-riżorsi tal-Animal Welfare jiġu utilizzati bl-aħjar mod possibbli.", "Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali jagħmel xogħol siewi ħafna u minbarra li żidna l-infurzar, id-direttorat għaddej b'kampanja ta' edukazzjoni kontinwa fl-iskejjel tagħna.", "Sinjura President, irrid nieħu l-opportunità anke f'dan il-Parlament biex nuri l-appoġġ u ngħid grazzi għax-xogħol siewi li jwettqu mijiet ta' voluntiera li jgħinu fis-santwarji tal-annimali.", "Ċert li din il-Kamra tingħaqad miegħi biex nuru l-apprezzament mistħoqq.", "Is-santwarji fil-verità huma stakeholders prinċipali f'dan il-qasam.", "Ridna nkomplu ngħinu lis-santwarji bil-fatti u għalhekk komplejna nsaħħu l-għajnuniet li qegħdin nagħtu proprju lil dawn is-santwarji tal-annimali.", "Fil-Baġit għas-sena 2018 żidna l-allokazzjoni fl-Animal Welfare Fund minn €60,000 għal €80,000 u fil-Baġit għal din is-sena erġajna allokajna €85,000.", "Għalhekk qegħdin inkomplu nsostnu miżura elettorali oħra.", "Dawn l-għajnuniet jingħataw lill-NGOs sabiex ikunu jistgħu jkomplu jinvestu fl-infrastruttura u fi proġetti ta' natura kapitali bl-iskop li jtejbu l-faċilitajiet tas-siti tagħhom.", "Nieħu gost meta jkolli l-opportunità li nżur dawn is-santwarji, għax filwaqt li nara b'għajnejja l-użu li jagħmlu minn dawn il-grants, nara wkoll kif is-santwarji qegħdin dejjem iktar jimmodernizzaw ruħhom, qegħdin joffru servizz ferm aħjar, però, iktar minn hekk, dejjem ninnota l-imħabba kbira li l-persuni involuti f'dawn is-santwarji għandhom lejn dawn l-annimali.", "Irrid ngħid ukoll li nidejna l-inizjattiva ta' għajnuna finanzjarja għal servizzi veterinarji u din kienet suċċess.", "Din hija għajnuna oħra li nidejna ftit tax-xhur ilu li qiegħda tgħin b'mod qawwi lis-santwarji tagħna.", "Din l-iskema saret wara li kellna numru ta' diskussjonijiet mas-santwarji tagħna u mal-NGOs li jieħdu ħsieb l-annimali biex innaqqsu l-burokrazija, biex naraw li tkun sistema li qiegħda taħdem b'mod effiċjenti.", "Wara qbil mal-NGOs, is-santwarji llum il-ġurnata qegħdin jibbenefikaw minn allokazzjoni ta' €40 għal kull kelb u qattus li qegħdin jinżammu fis-santwarji tagħna u €160 għal kull żiemel, għax għandna santwarji taż-żwiemel ukoll.", "Permezz ta' dawn il-flus huma jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż veterinarji għall-annimali li jżommu.", "Sinjura President, fhimna wkoll li jkun hemm ċerti każi fejn dik l-għajnuna żgur ma tkunx se sservi u għaldaqstant f'każijiet fejn il-veterinarji jaraw li hemm bżonn ta' interventi kumplikati li jqumu iktar flus, qegħdin nagħtu servizz lil dawn l-NGOs biex dak l-annimal li jkollu bżonn intervent iktar kumplikat ikun jista' jieħdu fl-APH Veterinary Hospital bi spejjeż tal-Gvern.", "Irrid insemmi li mill-2017 'il hawn tajna 'l fuq minn €800,000 bħala għotjiet lis-santwarji tagħna li jaħdmu favur l-annimali kif ukoll fil-kura ta' annimali fl-isptar ta' Ta' Qali.", "L-Animal Welfare tiġbor ħafna annimali fejn isiru rapporti ta' moħqrija jew annimali li jkunu feruti fit-toroq tagħna, tagħti l-aħjar servizz anke permezz tal-APH Veterinary Hospital fejn tassigura li kull annimal jingħata t-trattament u l-kura neċessarja.", "It-target finali jkun li dan l-istess annimal tinstablu dar u familja li tixraqlu.", "Dan il-Gvern qed jaħdem ukoll mas-santwarji tagħna, li fl-aħħar mill-aħħar huma wkoll partners tal-istess Animal Welfare, fejn jidħol il-homing tal-annimali, biex nassiguraw li l-annimali li jkollna kemm fis-santwarji kif ukoll fl-Animal Welfare tingħatalhom dar u familja li tixirqilhom.", "Għaldaqstant, skema oħra li dan il-Gvern minn sena għall-oħra jkompli jġedded u jsostni hija proprju li nagħtu wkoll grants lis-santwarji tagħna għal kull annimal li dawn jirnexxilhom isibulu familja li tieħu ħsiebu madwar Malta u Għawdex.", "Aħna nagħmlu dan sabiex nuru apprezzament għax-xogħol li jagħmlu l-NGOs sabiex isibu familji li jixirqu lill-annimal u b'hekk inkunu qegħdin nagħtu ħajja aħjar lil dawn l-annimali.", "Huwa tajjeb ukoll li nirrikonoxxu x-xogħol siewi li jsir mid-Direttorat tal-Animal Welfare.", "Tajjeb li din il-Kamra u s-soċjetà ċivili tifhem u tapprezza l-ħidma kbira li ssir ħafna drabi minn wara l-kwinti u mingħajr ħafna daqq tat-trombi.", "Imma ħalli issa nagħti numru ta' figuri biex ikollna idea tax-xogħol li jwettaq dan id-direttorat.", "Tajjeb ngħid li mill-2016 'l hawn irċevejna madwar 16,000 telefonata u rikjesti għall-informazzjoni jew għal għajnuna.", "Saru wkoll madwar 3,000 spezzjoni f'postijiet differenti fejn l-għan ewlieni jkun dak li nedukaw.", "Irrid ngħid li fil-maġġoranza tal-każijiet li nassistu nsibu koperazzjoni mis-sidien tal-istess annimali.", "Mill-annimali kollha li nġabru ngħataw għall-adozzjoni madwar 1,800 annimal u tul l-2018 rajna żieda konsiderevoli fl-annimali miġbura u mgħoddija għall-adozzjoni anke wara li s-sena l-oħra daħħalna l-liġi magħrufa bħala the chained dogs.", "Filwaqt li fil-maġġoranza tal-każi li nassistu għalihom insibu l-koperazzjoni min-naħa tas-sidien, ikun hemm ċerti ċirkostanzi li d-Dipartiment ikun kostrett jieħu azzjoni legali u joħroġ kwerela sabiex il-Pulizija tipproċedi kontra individwu bil-qorti.", "Jiena informat li bejn l-2015 sal-lum kien hemm madwar 50 każ li tressqu l-qorti.", "Ix-xogħol tal-Animal Welfare jinkludi wkoll iż-żamma tal-annimali sakemm dawn l-istess annimali jiġu adottati.", "Il-post li għal snin twal ilu jintuża qiegħed l-Għammieri, post li f'dawn l-aħħar ġimgħat beda xogħol ta' rinovar biex intejbu l-kondizzjonijiet fejn jinżammu l-annimali li jkollha fi ħdanha l-Animal Welfare.", "Irrid ngħid li l-għan aħħari tal-Animal Welfare mhuwiex li jservi bħala santwarju imma ċ-ċirkostanzi juruna li numru konsiderevoli ta' annimali jibqgħu hemmhekk u għaldaqstant irridu nkomplu naċċertaw li għandna faċilitajiet tajbin.", "L-appell tiegħi u tad-Dipartiment huwa wieħed: Hemm eluf ta' annimali li qed jinżammu f'santwarji jew fi ħdan l-Animal Welfare u allura huwa importanti li wieħed jadotta annimal minn hemmhekk jew mis-santwarji u mhux nixtru jew nimportaw annimali minn barra.", "Sinjura President, biex nerġa' ngħaqqad mal-punt li semmejt qabel, dan il-Gvern jinċentiva lis-santwarji sabiex jagħtu kenn lill-annimali li jkollhom u jinċentivahom anke b'mod finanzjarju.", "Dan sabiex nirringrazzjawhom talli jgħinu lil pajjiżna u nagħtu inċentiv differenti għal kull każ fis-sens li meta l-Gvern jagħti grants lill-NGOs li jagħtu kenn lill-annimali, il-grants huma ferm ogħla għall-annimali li forsi jkollhom ftit aktar żmien.", "Dan għax nifhmu li jekk għandek kelb anzjan huwa aktar diffiċli li ssiblu dar milli meta għandek ġeru.", "L-iskema hija formolata b'dan il-mod sabiex filwaqt li ninkoraġġuhom - u naħseb lanqas għandna bżonn ninkoraġixxu għax is-santwarji tagħna u l-NGOs għandhom verament għal qalbhom l-annimali – ikomplu jagħmlu dan, inkunu qegħdin nassiguraw ukoll li jkun hemm forsi dak il-ftit akar input fejn jidħlu klieb jew annimali oħrajn ta' ċerta età.", "Fil-manifest elettorali tal-2017 bħala Partit Laburista konna wegħedna wkoll li se nħarrxu l-pieni u l-multi għal reati ta' moħqrija fuq l-annimali.", "Il-poplu tana mandat ċar u b'saħħtu fuq dak li wegħedna u għaldaqstant għandna dmir li nimplimentaw dak li l-poplu afdana għalih.", "Il-poplu jafda lil dan il-Gvern għax jaf li fi kwalunkwe settur iwettaq dak li jwiegħed u għaldaqstant b'din il-liġi se nkunu qegħdin inwettqu wegħda elettorali oħra.", "Imma issa nixtieq nagħti spjegazzjoni fil-qosor tal-emendi f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sinjura President, dawn l-emendi nistgħu naqsmuhom f'erba' prinċipji li bihom se nkunu qegħdin intejbu dawn ir-regolamenti.", "L-ewwel prinċipju huwa li nħarrxu l-piena kontra l-moħqrija.", "Dan il-Gvern, anzi dan il-Parlament, huwa sod li jrid iwassal il-messaġġ lis-soċjetà tagħna li l-moħqrija fuq l-annimali mhijiex aċċettabbli.", "Illum qegħdin ngħixu fl-2019 u ma nista' naħseb fl-ebda raġuni valida jew mhux valida li persuna għal xejn b'xejn taħqar annimal, u għaldaqstant dan huwa l-ewwel punt li dan il-Parlament se jkun qed iwassal lis-soċjetà tagħna.", "It-tieni prinċipju li se nkunu qegħdin naħdmu fuqu u li dwaru tkellimt mal-kollega tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Mario Galea huwa li se nkunu qegħdin nipproponu li wara konsultazzjoni ndaħħlu multi amministrattivi li jagħmlu sens u aktar 'il quddiem se nkun qed nispjega dan.", "Għaldaqstant, permezz ta' dawn l-emendi se nkunu qegħdin nagħtu l-fakultà lill-Ministru, li wara konsultazzjoni mhux biss mal-Oppożizzjoni imma wkoll mal-Animal Welfare Council u mal-NGOs, naraw li jekk ikun hemm qbil u jekk wieħed jara li hija t-triq it-tajba, jiddaħħlu multi amministrattivi li jagħmlu sens, però xorta jkunu ta' deterrent.", "Madankollu, fuq dan il-punt hemm bżonn ta' aktar diskussjoni.", "Se ndaħħlu wkoll poteri lid-Direttorat sabiex jiddetermina x'inhu l-aħjar li jsir mill-annimal meta jsir xi sekwestru.", "Hawn nixtieq nispjega wkoll dwar meta l-Animal Welfare isib annimal maħqur u x'isir minnu waqt li jkun hemm proċeduri l-qorti li ħafna drabi jieħdu snin jew xhur mhux ħażin fejn imbagħad jitneħħew il-liabilities minn fuq uffiċjali biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu xogħol b'mod aħjar mingħajr ma nagħtu l-ebda lok għal abbuż.", "L-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali jeħtieġ li jittejjeb u għalhekk qegħdin nirrakkomandaw li jiħraxu l-pieni u jkun imtejjeb il-mod kif jingħataw il-multi sabiex jiżdiedu r-responsabbilitajiet tas-sid meta jinstab ħati ta' moħqrija tal-annimali.", "Barra minn hekk, qegħdin nirrikkmandaw li d-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali u d-Direttur għas-Servizzi Veterinarji jingħataw il-poteri ta' infurzar neċessarji.", "Biex inkunu aktar ċari, wara t-tifsira \"moħqrija\" qegħdin nirrakkomandaw li tiżdied din it-tifsira:", "\"\"torbot\" tfisser li trażżan annimal billi torbtu ma' kwalunkwe oġġett jew struttura stazzjonarja bi kwalunkwe mezz, inkluż imma mhux limitat biss għal katina, ħabel, korda, ċinga, taljola jew cable run, iżda ma tinkludix l-użu ta' ċinga meta persuna tmexxi kelb f'post pubbliku;\"", "Jekk toħroġ bil-kelb tiegħek passiġġata ovvjament trid iżżommu fuq ċinga u ma tkun qed tikser l-ebda liġi.", "Dan qed ngħidu biex inserraħ moħħ il-pubbliku u biex ma jkunx hemm xi misinterpretazzjoni tal-liġi.", "Dan qed nagħmluh biex din il-liġi tikkomplementa r-regoli l-ġodda dwar iż-żamma tal-klieb li ħarġu permezz ta' avviż legali.", "Taħt l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali kif inhu bħalissa l-multa għal min jinstab ħati l-ewwel darba hija ta' mhux inqas minn €1,000 u mhux iżjed minn €55,000.", "Nemmen li dawn diġà kienu ħorox u ta' deterrent, imma biex inkomplu nsaħħu u nagħtu messaġġ ċar issa qegħdin ngħidu li l-ewwel darba li inti tinqabad li qed taħqar annimal il-multa se tkun mhux inqas minn €2,000 u massimu ta' €65,000.", "B'hekk qegħdin nirdoppjaw il-minimu u dan wara li l-Gvern fl-2014 kien diġà rdoppja l-minimu tal-multa li kien hemm stabbilita fl-2011 li dak iż-żmien kienet ta' €500.", "Mela fl-2011 il-multa minima għal min jinqabad jaħqar annimal kienet ta' €500, fl-2014 din ġiet irdoppjata għal €1,000 u llum se nkunu qegħdin nerġgħu nirdoppjawha għal €2,000.", "Dan ifisser li l-multa minima għall-ewwel reat bejn l-2011 sa kif qed nipproponu llum se tkun qed tiżdied b'erba' darbiet aktar.", "Dan sabiex inwasslu messaġġ ċar li aħna ma rridux nittolleraw lanqas l-ewwel darba.", "Irid ikollna messaġġ b'saħħtu li dan il-Gvern, u jien konvint li anke l-Oppożizzjoni, ma se jittolleraw ebda moħqrija fuq l-annimali.", "Jekk persuna tinstab ħatja għat-tieni darba jew aktar, s'issa l-multa qiegħda bejn €5,000 u €80,000.", "Qed ikun rakkmandat li l-minimu minn €5,000 jitla' għal €6,000.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi u anke l-liġi preżentement tagħti fakultà lill-qrati li jwaħħlu wkoll pieni ta' ħabs, jiġifieri dik il-piena se tibqa' hemm ukoll.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jkompli jikkonferma li dan il-Gvern miexi fit-triq it-tajba f'dawk li huma drittijiet tal-annimali.", "Il-Gvern daħħal numru ta' liġijiet u inizjattivi li jħarsu l-annimali, però hemm bżonn li jkompli jiġi komunikat il-messaġġ li l-ebda moħqrija fuq l-annimali mhi se tkun tollerata.", "Qegħdin inżidu l-pieni biex niskoraġġixxu persuni milli jiksru l-liġi anke għall-ewwel darba u qegħdin ukoll nagħmlu emendi fejn jidħlu l-multi amministrattivi li huma multi li jistgħu jingħataw barra mill-qorti.", "Il-vantaġġ tal-multa amministrattiva hu li l-ewwel nett tħaffef il-proċess u, it-tieni, wieħed ikun jista' jmexxi mill-ewwel, però din il-multa hija terz tal-multa massima.", "Bl-Att preżenti, jekk inti tinqabad li qed taħqar annimal, għandek żewġ għażliet, jew titla' l-qorti fejn il-minimu li teħel huwa ta' €1,000, jew inkella tħallas multa amministrattiva li għall-ewwel darba tkun ta' €18,000.", "Din ma tagħmilx sens għax huwa diffiċli biex ikollok min iħallas din il-multa meta jaf li jekk imur il-qorti hemm ċans li jista' jingħata multa ta' €1,000 jew €2,000 jekk ikun it-tieni każ.", "Din il-multa barra mill-qrati kif inhi bħalissa mhux biss ma tagħmilx sens imma awtomatikament tinkoraġġixxi lil dak li jkun imur il-qorti għax ma jaqbillux jeħel multa amministrattiva ta' €18,000 meta s'issa qatt ma kien hemm każ fejn il-qorti tat piena li kienet viċin dan l-ammont.", "Jekk din se tibqa' kif inhi, dawk kollha li jiksru l-liġi se jibqgħu jippreferu jipproċedu b'każ fil-qorti għax jafu li aktarx se jeħlu multa li tkun iżgħar mill-multa amministrattiva u b'detriment għall-istess uffiċjali tad-Direttorat li b'hekk jispiċċaw jaħlu ż-żmien u r-riżorsi.", "Din is-sitwazzjoni żgur li mhijiex f'linja mal-proċess ta' riforma għal spezzjonijiet kontinwi u żgur mhux qiegħda konformi mal-għan tagħna li nimxu minn sistema ta' pieni imposti wara proċeduri kriminali l-qorti għal sistema ta' multi u sanzjonijiet li jiġu deċiżi barra mill-qorti.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qed jagħti lok biex ikun hemm avviż legali separat ħalli naraw x'jista' jsir.", "Mela dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qed jagħti l-fakultà lill-Gvern li jdaħħal leġiżlazzjoni fuq dan il-qasam, però qabel nagħmlu dan wieħed irid jiddiskuti b'mod tajjeb il-multi amministrattivi.", "Dwar dan tkellimna fit-tul ma' numru ta' NGOs u anke mal-Onor.", "Mario Galea u preżentement jirriżulta li għandna żewġ skejjel ta' ħsieb.", "Għandna NGOs jew attivisti f'dak li għandu x'jaqsam ma-drittijiet tal-annimali li qegħdin b'mod voċiferu jippromwovu li jiddaħħlu multi amministrattivi.", "Il-ħsieb tagħhom huwa li jekk ikollok multa amministrattiva, li b'mod ovvju trid tkun inqas mill-multa minima li hemm il-qorti, fejn isibu każijiet ta' moħqrija tal-annimali wieħed ikun jista' jiġi mmultat dak il-ħin fuq il-post.", "Din is-sezzjoni ta' NGOs u attivisti jaħsbu li tkun ta' deterrent aktar b'saħħtu fejn tidħol il-moħqrija tal-annimali għax l-infurzar ikun fuq il-post u l-piż finanzjarju jingħata fuq il-post.", "Huwa veru li se jkun inqas mill-multa minima imma jkun jista' jsir mill-ewwel.", "Imbagħad għandna numru ta' NGOs u attivisti oħrajn li preżentment ma tantx jaqblu mal-proposta għar-raġuni li jekk il-multi amministrattivi jkunu irħas mill-multa minima, li llum qed nelevawha għal €2,000, wieħed ikun qed inaqqas id-deterrent.", "Għaldaqstant, filwaqt li permezz ta' dawn l-emendi se nkunu qegħdin nagħtu l-option li jiddaħħlu multi amministrattivi li jagħmlu sens, se nkunu qegħdin nitkellmu wkoll kemm mal-NGOs, kemm mal-attivisti, kemm mal-Kunsill tal-Animal Welfare u mbagħad mal-Oppożizzjoni sabiex naraw jekk, kemm, għandhom ikunu u kif għandhom ikunu.", "Għaldaqstant, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi se nkunu qegħdin niftħu din l-option li wieħed għad irid jiddiskutiha aktar fid-dettall sabiex insibu kunsens bejn l-attivisti u l-NGOs.", "Però jekk se jkollna multi amministrattivi ta' dan it-tip, iridu jkunu jagħmlu sens.", "L-Att preżenti jistipula li kwalunkwe uffiċjal awtorizzat mid-Direttur għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jew mid-Direttur għas-Servizzi Veterinarji jista' ma jagħtix lura lis-sidien kwalunkwe annimal jew oġġett li jiġi konfiskat, sekwestrat, maqbud jew imneħħi minnu.", "Qed ikun rakkomandat li l-Ministru jkun jista' jagħmel regolamenti, kif jitqies li jkun xieraq, li jipprovdu għall-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi oħra.", "Qed tingħata s-setgħa lill-Ministru biex joħroġ avviż legali li jittratta dawn il-multi amministrattivi kif spjegajt qabel.", "Ġieli kien hemm każijiet fejn kien hemm żgumbrament tal-annimali minn awtoritajiet oħrajn, jidħlu l-uffiċjali tal-Animal Welfare biex jelevaw lill-annimali għax ħafna drabi jkunu mitluqin u ma jkunux miżmumin f'kondizzjoni tajba u dawn jeħduhom fl-Animal Welfare l-Għammieri jew f'xi santwarju.", "Ikollna sitwazzjonijiet fejn l-akkużat jittella' l-qorti, is-sentenza ddum għaddejja għal numru ta' snin, u dan l-imsejken kelb jibqa' sekwestrat.", "Ovvjament jingħata l-attenzjoni xierqa, però f'sitwazzjonijiet bħal dawn ma rridux nispiċċaw bi klieb jew annimali oħrajn iżolati, waħedhom f'xi santwarju jew fl-Animal Welfare, imma rridu nagħtu l-fakultà lid-direttur li jkun jista' jagħti dan l-annimal lil familja li tieħu ħsiebu sabiex ikollu familja xierqa.", "Din hija issue oħra li qegħdin nipprovaw nieħdu ħsieb biex f'każijiet bħal dawn ikollna options oħrajn li jkunu aktar denji.", "Irrid ngħid ukoll li fil-ġranet li ġejjin se jkollna numru ta' inizjattivi oħrajn f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien xieraq tal-annimali u fi ftit tal-jiem oħra se nkunu qegħdin inniedu skema għall-kunsilli lokali fejn se nagħtu l-opportunità anke b'għajnuna finanzjarja biex ikollna numru ta' dog parks u cat cafés li jkunu mxerrda madwar l-irħula.", "Hawn irridu nikkordinaw, u jridu jkunu l-kunsilli lokali li jidentifikaw postijiet fil-lokalitajiet tagħhom fejn l-aħjar inkunu nistgħu nagħmlu dan.", "Inijzattiva interessanti ħafna li se titħabbar fi ftit tal-jiem oħra li qegħdin naħdmu fuqha hija l-Animal Adoption Scheme fejn issa se nkunu qegħdin ninċentivaw aktar ir-rehoming.", "Preżentement diġà għandna skema finanzjarja li permezz tagħha qegħdin nikkumpensaw lill-NGOs u lis-santwarji li jirnexxilhom jagħtu kenn lill-annimali f'familji.", "Issa se nkunu qed immorru pass oltre għaliex apparti li nikkumpensaw - u hekk se nibqgħu nagħmlu - lis-santwarji u lill-NGOs, se nkunu qed nagħtu grants żgħar lil dawk il-familji li għall-ewwel darba minflok jixtru annimal jagħżlu li jadottawh mis-santwarji.", "Naħseb li din se tkun inizjattiva importanti li biha nkomplu nrawmu kuxjenza favur l-adozzjoni tal-annimali minflok ix-xiri tagħhom.", "Fl-isess ħin inkunu qegħdin naqtgħu d-domanda għal annimali li jiġu bred.", "Irridu mmorru aktar lejn adozzjoni sabiex l-annimali kollha li għandna f'pajjiżna jsibu dar u familja li tixirqilhom.", "Din hija inizjattiva li se nkunu qegħdin inniedu sabiex ninċentivaw u ninkoraġġixxu lill-familji jagħmlu dan.", "Se jkun hemm ukoll numru ta' checks anke f'dik il-familja li se tkun qed tadotta kelb, jiġifieri m'aħniex se nagħtu grant u ma nagħtux kas x'qed jiġri wara.", "Se jkun hemm numru ta' checks minn żmien għal żmien sabiex nassiguraw li l-familja li tkun adottat l-annimal tkun qed tieħu ħsiebu kif suppost.", "Sinjura President, l-għan tagħna f'din il-liġi huwa li jkun hawn aktar miżuri adegwati sabiex jitħares it-trattament xieraq tal-annimali.", "Huwa impenn tagħna li nkomplu nsaħħu dan il-qasam, u biex nagħmlu dan irridu nkomplu naħdmu aktar flimkien mal-istakeholders.", "Jiena konvint li tul dawn l-aħħar snin aħna qbadna t-triq it-tajba fejn jidħlu l-liġijiet u sena wara sena, xahar wara xahar, qegħdin insaħħu d-drittijiet tal-annimali f'pajjiżna.", "Apparti minn hekk, qegħdin noħolqu numru ta' inizjattivi li bihom ngħinu lis-santwarji u lill-NGOs li l-maġġoranza assoluta tagħhom jaħdmu b'mod volontarju.", "Nemmen li permezz ta' dawn l-emendi se nimxu dak il-pass aktar sabiex nassiguraw li f'pajjiżna d-drittijiet tal-annimali jkunu verament imħarsa.", "Nirringrazzjak.", "Fil-5.20 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artiklu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa li qed tinżamm issa tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, l-Onor.", "Rosianne Cutajar qed tissostitwixxi lill-Onor.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet ġiet interrotta ftit mumenti qabel.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sinjura President, f'dan id-diskors mhux se nkun partiġjan anzi nemmen li fejn tidħol il-moħqrija tal-annimali għandna naħdmu flimkien.", "Irrid nirreċiproka dak li qal is-Segretarju Parlamenari Clint Camilleri u ngħid li jien u hu jkollna ħafna diskussjonijiet informali, naħdmu ħafna flimkien u żgur li m'hemmx lok li noqogħdu nargumentaw fuq dan is-settur.", "Jiena konvint li l-għan tiegħu huwa l-istess bħall-għan tiegħi, jiġifieri li nnaqqsu jew jekk hu possibbli neradikaw, anke jekk probabbilment dan huwa impossibbli, il-moħqrija tal-annimali.", "Irridu nipprovaw noħolqu d-deterrenti kollha possibbli biex naqtgħu dan l-aġir misħut tal-moħqrija tal-annimali.", "Kif qal l-Onor.", "Clint Camilleri, sinċerament ma nafx x'gost fiha.", "Irrid nibda billi nagħti ħajr lill-ħaddiema ta' dan is-settur.", "Nirringrazzja wkoll lis-Segretarju Parlamentari għall-mod kif naħdmu flimkien u niddiskutu l-liġijiet flimkien qabel ma jiġu ppreżentati.", "Ovvjament jiena se nagħmel kritika, imma se nipprova nkun kostruttiv kemm jista' jkun u nitlob li l-kritika tiegħi tittieħed f'dan is-sens.", "L-għan tal-kritika li se nagħmel hu biex il-liġijiet ikunu aktar effettivi.", "Wara kollox din hija liġi li aħna naqblu magħha għax qed inżidu l-pieni fejn tidħol il-moħqrija.", "Nibda mill-ewwel b'dak li qal is-Segretarju Parlamentari Camilleri fuq il-multa amministrattiva.", "Jien ukoll tkellimt mal-NGOs u għaraft li hemm żewġ skejjel ta' ħsieb.", "Li taqbad lil xi ħadd jaħqar annimal u tagħtih multa amministrattiva li jrid iħallas dak il-ħin hija tajba għax taqta' d-dewmien tal-qorti u tevita ħafna red tape, imma mbagħad hemm NGOs li qed jgħidu li jekk din se tkun terz ta' dak li jħallas jekk jitla' l-qorti, dan inaqqas id-deterrent.", "Minħabba f'hekk jien u l-Onor.", "Camilleri ddeċidejna li qabel immorru naħa jew oħra forsi nitkellmu ftit aktar mal-NGOs għax tant hawn NGOs li jaħdmu favur l-annimali li huwa diffiċli li tikkuntenta lil kulħadd.", "Jiena m'iniex kontra l-multa amministrattiva, imma hemm NGOs li qalulna li min jinqabad u jammetti jispiċċa jeħel ħafna inqas.", "Irridu nsibu l-aħjar triq u rridu naħsbu ftit aktar fuqha.", "Jekk irid, meta jiltaqa' mal-NGOs, jiena lest li nkun miegħu għax naħseb li rridu nibdew inwasslu l-messaġġ anke hemm barra li fejn tidħol il-moħqrija tal-annimali Gvern u Oppożizzjoni qegħdin flimkien.", "Jiena ma niddejjaqx inkun miegħek u nisimgħu lin-nies flimkien.", "Sinjura President, il-liġi ma tfisser xejn jekk ma jkunx hemm l-infurzar, u l-infurzar mhuwiex faċli daqskemm wieħed jimmaġinah.", "Hemm diversi entitajiet li jidħlu fl-infurzar.", "Biex inkun ċar mill-ewwel ma rridx li l-Gvern jgħaddi dawn il-liġijiet biex jgħid li qed jonora l-wegħdiet elettorali tiegħu imma mbagħad ma jiġux infurzati sew.", "Fl-opinjoni tiegħi jeżistu problemi f'dak li għandu x'jaqsam mal-infurzar.", "Hawn irrid insemmi lid-Direttur tal-Animal Welfare Unit is-Sur Noel Montebello.", "Qed insemmih għax qed nitkellem dwaru b'mod pożittiv għax kieku ma kontx nirreferi għalih.", "Mill-esperjenza tiegħi miegħu huwa bniedem li jipprova jagħmel l-aħjar li jista', huwa approachable ħafna u għall-ewwel darba, kontra d-direttur ta' qablu, għandu relazzjoni tajba mal-NGOs, li hija xi ħaġa pożittiva għax dawn iridu jaħdmu flimkien.", "Fejn ikun hemm abbuż jew fejn jirrapportaw li hemm abbuż inċempillu u jieħu passi mill-ewwel.", "Irrid nirringrazzjah għax naħseb li s-Sur Noel Montebello qed jagħmel dak kollu li jista' fil-limitazzjonijiet tal-liġi u fil-limitazzjonijiet tar-riżorsi li għandu.", "L-NGOs li tkellimt magħhom għandhom relazzjoni tajba ħafna miegħu u dan mhux dejjem kien il-każ.", "Dan huwa tajjeb ħafna u nifraħlu, nirringrazzjah u nawguralu li jibqa' sejjer hekk.", "Jien kommess li lis-Sur Montebello ngħinu b'kull mod possibbli għax nifhem ukoll il-limitazzjonijiet u l-problemi li għandu.", "Kull wieħed minna li xi darba kien f'pożizzjoni ta' poter nafu li trid taħdem bin-nies li għandek u ħafna drabi the buck stops with you – qed ngħid għal min ikun Ministru jew Segretarju Parlamentari - imma fl-aħħar mill-aħħar trid taħdem bin-nies li għandek u l-Ministru jew is-Sur Montebello ma jistgħux ikunu kullimkien f'kull ħin.", "Irrid ngħid li fl-Animal Welfare hemm staff tajjeb li verament iħobb l-annimali.", "Jiena nifirħilhom u nirringrazzjahom li qed jagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Però mbagħad hemm oħrajn li mhumiex adattati għal hemmhekk.", "Hawn irrid inkun ġust u ngħid li dan mhuwiex tort tal-Onor.", "L-Onor.", "Clint Camilleri huwa Għawdxi u żgur li m'għandux interess li jmur isib xi Għawdxi u jgħidlu li se jniżżlu Malta biex imur l-Animal Welfare, għax probabbilment dak ma jivvotalux aktar!", "Wiret sitwazzjoni fejn hemm nies fl-Animal Welfare li qatt ma jmisshom intbagħtu hemm.", "Jiena se nieqaf hawn għax ma rridx nagħmilha ovvja mingħand min wiret din is-sitwazzjoni.", "Dawn qatt ma jmisshom intbagħtu hemm u għalkemm mhuwiex tort tas-Segretarju Parlamentari għax sabhom hemm, irid jara x'se jagħmel bihom.", "Biex taħdem fl-Animal Welfare trid tkun tħobb l-annimali.", "Inutli nibgħat lil xi ħadd jaħdem mal-annimali meta dan imur bit-tir li jkollu an easy job u m'għandu l-ebda mħabba lejn l-annimali.", "F'dan il-pajjiż hawn nies li jħobbu l-annimali, hawn nies li ma jaħqruhomx imma ma jimpurtahomx mill-annimali u m'għandhomx pet u hawn nies li lanqas jimmaġinaw li annimal għandu drittijiet.", "Trid tagħmel ftit homework biex tara lil min tibgħat f'dan il-post.", "Trid tkun tħobb l-annimali u jrid ikollok vokazzjoni.", "Dan la huwa post għall-blue-eyed boys u lanqas huwa post għar-red-eyed boys!", "Mhux kulħadd huwa tajjeb għal dan il-post.", "Hemm min hu tajjeb u jħobb l-annimali u hemm min qiegħed hemm bi żball.", "Jiena nifhmu lis-Sur Montebello għax irid jaħdem b'li għandu.", "Naħseb li rridu nsaħħu l-Animal Welfare b'aktar riżorsi, fosthom riżorsi ta' apparat, riżorsi umani u taħriġ.", "Illum huwa importanti li dawn in-nies ikunu mħarrġa għax anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-annimali, id-dinja li qed ngħixu fiha llum inbidlet totalment.", "Meta kont ferm iżgħar ma kienx jgħaddilek minn moħħok li se joħorġu tal-Animal Welfare u jsibu serp velenuż maħrub, puma, tigra, iljun, polar bear jew xi annimal eżotiku.", "Illum dawn il-ħaddiema joħorġu u jiltaqgħu ma' kollox.", "M'ilux mort f'ħanut u nara wieħed bi tbenġila daqsiex u staqsejtu xi ġralu.", "Qalli li mar jagħlef is-sriep tat-tifel għax siefer u spiċċa Mater Dei għax is-serp kien velenuż u gidmu; kellu ferita kerha.", "Għalhekk qed ngħid li min jaħdem hemm bilfors irid ikun imħarreġ għax illum jiltaqgħu ma' kollox.", "Kull tip ta' annimal immaġinabbli spiċċa daħal Malta.", "It-tort huwa taż-żewġ gvernijiet, inkluż tal-Gvern Nazzjonalista, jiġifieri mhux qed nipponta subgħajja, imma dawn iridu jkunu kontinwament imħarrġa għax ma jafux ma' xiex se jiltaqgħu.", "Kultant inħares lejn dawn iż-zoos u nibda nistaqsi: Dan il-ġemel kif daħal Malta?", "Dan l-iljun kif daħal Malta?", "Din it-tigra kif daħlet Malta?", "Personalment, bħala policy ma mmurx f'zoos u jekk inkun mistieden għal tieġ jew għal attività fejn ikun hemm zoo ma mmurx għax lil dawn in-nies ma rridx inqallagħhom flus.", "Intom tafu li fiż-zoos li qed ifaqqsu f'Malta għandna annimali – u din kieku ma kenitx tal-biki, veru kienet tkun tad-daħk – li huma rreġistrati internazzjonalment bħala on the verge of extinction?", "Dawn huma annimali protetti għax qegħdin on the verge of extinction u Alla biss jaf, - għax la jien u lanqas l-Onor.", "Clint Camilleri qatt m'aħna se nkunu nafu - kif dawn spiċċaw f'xi zoo hawn Malta.", "Dawn barra minn Malta qegħdin irreġistrati li allaħares tmiss wieħed minnhom għax għandek sentenza ħabs, għax qegħdin on the verge of extinction!", "Pereżempju, f'Marsaxlokk iddur storja ħelwa.", "Ma nafx jekk hux veru, imma jgħidu li ġemel daħal marbut fuq dgħajsa tas-sajd!", "Hija storja traġika mhux ħelwa li ġemel daħal marbut f'dgħajsa tas-sajd!", "Jien għalhekk qed ngħid li dawn il-ħaddiema għandhom bżonn taħriġ.", "Għandhom ukoll nuqqas ta' riżorsi, apparat, riżorsi umani u għandhom bżonn taħriġ għax ma jafux ma' xiex se jħabbtu wiċċhom meta joħorġu.", "Diversi sriep għandhom anti-venom differenti.", "Skont il-liġi tal-2016 min idaħħal serp velenuż, apparti li jirreġistrah, huwa obbligat ukoll li jixtri l-anti-venom li wieħed iżommu d-dar u l-ieħor iżommu Mater Dei għax jekk dan jigdem lilu jew jaħrablu u jigdem lil xi ħadd, wieħed ikun ċert li f'Mater Dei ikun hemm dan l-anti-venom.", "Irrid nappella lill-Ministru għas-Saħħa li dan il-provvediment nimxu miegħu.", "Jiena għamilt żgur 14-il sena l-Casualty u qatt ma rajna gidma ta' serp velenuż dak iż-żmien, imma llum possibbli li tara.", "Jalla ma narawx, imma possibbli li tara!", "Irrid ngħid ukoll li naħseb li huwa żball li l-Animal Welfare nibagħtu nies li diġà jaħdmu mal-Gvern.", "Illum l-MCAST qed torganizza courses ta' veterinary nurses u hawn numru ta' infermiera veterinarji li forsi m'għamlux il-kors, għamlu diversi korsijiet, imma llum jaħdmu ma' veterinarji stabbiliti u għandhom l-esperjenza.", "F'mistoqsija parlamentari nru 9,357 li kont għamilt lill-Ministru kien informani li qed jrregolarizza dan il-qasam tal-veterinary nurses.", "Dawn hemm bżonn jiġu regolarizzati u naħseb li s-Segretarju Parlamentari Camilleri għandu jingħata l-faċilità mill-Gvern li fl-Animal Welfare jimpjega nies minn barra li huma infermiera veterinarji li jifhmu u li ġew imħarrġa.", "Din l-idea li fl-Animal Welfare nibqgħu nibagħtu nies tal-Gvern naħseb li trid tinbidel.", "Irridu nifhmu li din hija vokazzjoni u barra li hija vokazzjoni jrid ikollok it-taħriġ neċessarju, l-aktar issa bl-isfida tat-tipi diversi ta' annimali li qegħdin insibu f'pajjiżna.", "Qabel kont issib kelb jew qattus u ma kienx jgħaddilek minn moħħok li se ssib serp velenuż jew annimal eżotiku!", "Ftit snin ilu kienu sabu serp ħdejn il-Junior College, jiġifieri dawn iridu jkunu mħarrġa kontinwament.", "Ir-realtà hi li l-infurzar, fl-opinjoni tiegħi, leaves much to be desired.", "Għalkemm dawn il-liġijiet isiru b'intenzjoni tajba, wisq nibża' li jekk ma jiġux infurzati jispiċċaw ma jiswew xejn jew jiswew ftit.", "Pereżempju, skont mistoqsija parlamentari 9,358, fl-2015 kien hemm disgħa min-nies li tressqu l-qorti fuq akkużi li għandhom x'jaqsmu mal-moħqrija tal-annimali, kien hemm 11 fl-2016, 14 fl-2017, 12 fl-2018 u erbgħa fl-2019.", "Jalla dawk biss kienu l-każijiet tal-moħqrija, imma jien konvint li hemm aktar każijiet ta' moħqrija.", "Din ma tiddependix biss mill-Animal Welfare imma tiddependi wkoll mill-Pulizija.", "Pereżempju, minn mistoqsija parlamentari jirriżulta li hemm numru ta' kwereli li għamlu l-Animal Welfare u issa sta għall-Pulizija li tieħu passi kontrihom.", "Sinjura President, irrid inkun leali u ġust lejn is-Segretarju Parlamentari u ngħid li l-liġi mhijiex poeżija!", "Jidhirli li din kien qalha Oscar Wilde.", "Il-liġi mhijiex poeżija, mhux qiegħda hemm biex tmiss il-qalb; il-liġi qiegħda hemm għal min hu bla qalb.", "Min hu bla qalb irid isib il-forza tal-liġi bla ħniena ta' xejn għax irridu nifhmu – u din tajjeb li jifhimha kulħadd u mhux biss in-nies li hawn hawn ġew, għax dawk konvint li jifhmuha – li annimal għandu sistema ta' nervituri l-istess bħal tal-bniedem, u allura jweġġa' l-istess bħall-bniedem.", "X'ma smajniex f'dan il-pajjiż?", "Kellna kelba li ngħatat tir u ndifnet ħajja u ġriewi jew frieħ tal-qtates li jintefgħu fl-iskip!", "Kellna l-famuż farm tal-Fgura li kellu baqra marbuta minn saqajha ta' wara minħabba problemi fil-pelvis għax din il-povra bhima kienet welldet ħafna drabi.", "Din spiċċat b'saqajha marbutin bil-ħabel għax inkella ma żżommx fuqhom.", "Kellna każ ta' kelb li pprovaw jisserrawlu mnieħru.", "Immaġinaw xi tbatija u x'uġigħ!", "Annimal huwa vulnerabbli għax jekk torbtu ma jkun jista' jagħmel xejn.", "Dan la għandu vuċi u lanqas għandu sens li jmur jirrapportak.", "Għalhekk dawn in-nies bla qalb iridu jsibu l-forza tal-liġi.", "Ma nistgħux sempliċement nagħtu twiddiba u nħallu l-annimali maħqura għand is-sid.", "X'jiswa d-dritt tal-konfiska meta konfiska ma ssirx għax m'għandniex fejn inpoġġuhom!", "Jiena tkellimt ma' min għandu s-santwarji, u dawn jgħidulek li ma jifilħux idaħħlu klieb iktar għax jinsabu full-up.", "U lanqas hi soluzzjoni li tagħtihom biċċa art oħra biex ikabbru s-santwarju, għax dawn lanqas nies biżżejjed m'għandhom.", "Jgħiduli li fis-santwarji tal-klieb hemm voluntiera li huma xjuħ.", "M'ilux ġie wieħed u qalli li jixtieq imur jgħin lis-santwarju għax irtira.", "Għamel erba' xhur imur jgħinhom kuljum u f'daqqa waħda ma deherx iktar.", "Inqalgħulu ċirkostanzi fil-ħajja tiegħu u ma deherx iktar.", "Il-volontier ma tistax torbot fuqu.", "Min jieħu ħsieb dawn is-santwarji jrid ikun hemm fil-Milied, fi New Year's Eve u fi New Year's Day, eċċ!", "Persuna li nsellmilha minn hawn qaltli li hi qatt ma tista' tistieden lill-familja għall-ikel fil-Milied jew fl-Ewwel tas-Sena għax tkun trid tmur titma' lill-annimali fis-santwarju kuljum.", "Dawn iridu jieklu kuljum, trid tnaddfilhom kuljum, tbiddlilhom l-ilma kuljum u joħorġuhom għal passiġġata.", "Issa qegħdin full-up u lanqas qed isibu nies.", "Hemm skema tal-Gvern li kienet daħlet fi żmienna fejn ħaddiem tal-Gvern jibqa' jħallsu l-Gvern u jmur jaħdem ma' NGO.", "Jien ngħid għaliex ma nestenduhiex u forsi nagħtuhom żewġ ħaddiema u mhux wieħed lis-santwarji għax dawn is-santwarji qed jagħtu servizz kbir lill-pajjiż.", "L-ewwel nett klieb li jħalluhom barra qed jieħdu ħsiebhom huma u jiġbruhom huma.", "Il-klieb li jinqabdu mill-Animal Welfare jittieħdu s-santwarju wkoll u allura qed jagħtu servizz lill-Gvern minħabba nies irresponsabbli li jaħsbu li a pet is for Christmas, imbagħad iħalluhom jiġru barra!", "Għaliex ma nestendux din l-iskema forsi nkunu nistgħu nibagħtu tnejn mal-NGOs biex forsi nlaħħmu iktar l-istaff tas-santwarji?", "Jiġifieri d-dritt tal-konfiska ma nafx kemm se jaħdem għax m'għandniex fejn inpoġġu.", "Jiena qatt ma mort l-Animal Welfare għax m'għandix kuraġġ immur, imma jgħiduli li huwa mimli u mhux dejjem l-annimali tal-Animal Welfare qed jinżammu f'ċirkostanzi tajbin.", "Qaluli li mhux dejjem jiġu separati kif suppost, għax inti jekk taqbad poodle li huwa stray dog ma tistax tieħdu hemm u titfgħu ma' kelb kbir għax sa filgħodu tista' ssibu mqatta' biċċiet!", "Jiġifieri żgur li s-sitwazzjoni fl-Animal Welfare tista' titjieb u ħadt gost nisma' lill-Ministru jgħid li se jsir investiment.", "Kif għedt, is-santwarji huma mimlija u m'għandhomx nies.", "Din mhijiex biss kwestjoni ta' spazju imma anke kwestjoni ta' manpower għax dan huwa commitment ta' kuljum.", "Hemmhekk ma jeżistix vacation leave.", "Naħseb li rridu nsibu sistema kif ngħinuhom.", "Jien ma nafx ingħatawx flus is-santwarji, imma naħseb li huwa worth it li nibdew ngħinu anke finanzjarjament.", "Imbagħad fl-infurzar jidħlu wkoll il-Pulizija.", "M'ilux kellna l-famuża qattusa f'ristorant f'Għajn Tuffieħa li jien qaluli li ma sar l-ebda rapport dwarha lill-Pulizija.", "Jekk inti ssawwat kitten u toqtolha huwa reat kriminali.", "Allura jekk il-Pulizija semgħet bih għax kienet all over the social media, għaliex ma investigatx?", "Kif qal il-Ministru, huwa veru li flok ġabuha fis-social media aħjar ċemplu lill-Animal Welfare, imma allura l-Pulizija ma kellhiex obbligu tmur tinvestiga mill-ewwel?", "Mhux lanqas sabu l-karkassa tal-qattusa għax laħqet ġiet midfuna jew moħbija xi mkien biex forsi jagħmlu awtopsja fuqha u jaraw biex mietet!", "M'hemmx bżonn rapport biex il-Pulizija tmur tinvestiga reat.", "Li toqtol ferħ ta' qattusa bis-swat illum huwa reat u allura hemm bżonn rapport.", "X'investigazzjoni saret fir-ristorant ta' Għajn Tuffieħa fejn allegatament inqatlet din il-ferħ ta' qattusa billi xi ħadd sawwatha bil-bastun sakemm mietet?", "F'idejn min kienet l-investigazzjoni?", "Kemm damu biex marru l-Pulizija fuq il-post?", "Fittxew il-karkassa għall-awtopsja?", "Jien kontra u nikkundanna l-hate speech fuq il-media, imma mhux nieħdu passi kontra min għamel dawn il-kummenti!", "Għax, to add insult to injury, il-Pulizija ħadet passi - forsi għax saret kwerela mill-avukat tar-ristorant - kontra min kiteb fuq ir-ristorant involut.", "Jien qrajt li dawk li kitbu ħarġu kollha liberati – u jiena ħadt gost li dawn ħarġu liberati - imma l-Pulizija għalfejn ma użatx ir-riżorsi tagħha kontra min qatel il-ferħ?", "Xi ħadd minn dawk li kkummenta – u hawn jiena subject to correction - qal li se jagħmlu boycott lil dan ir-ristorant.", "Jiena ngħidha hawn pubblikament li jekk dan jibqa' l-uniku ristorant fid-dinja, xorta ma mmurx!", "U jien għandi dritt nagħżel fejn irrid immur u fejn ma mmurx!", "M'iniex qed insemmi r-ristorant, imma jien żgur li ma mmurx hemm.", "Naħseb li kulħadd għandu dritt jagħżel fejn imur.", "Ħadd ma jista' jiġi obbligat li jmur f'ristorant partikolari bilfors.", "Jien ngħid: Toqogħdux fuqi, imma fuq l-infurzar staqsu ftit lill-NGOs.", "Rigward spezzjonijiet, kemm ilha li daħlet il-liġi tal-kelb marbut biċ-ċinga, id-Direttur Noel Montebello għamel tliet kwereli lill-Pulizija, tnejn fl-2018 u waħda fl-2019.", "Ħadu passi l-Pulizija?", "Għax inutli li d-Direttur joqgħod jinbagħad man-nies, jagħmel il-kwereli, imbagħad huwa at the mercy tal-ispettur biex imexxi!", "L-Onor.", "Clint Camilleri ħafna drabi jiġi kkritikat inġustament li ma jħobbx l-annimali għax huwa nassab, imma jien sinċerament ngħid - u din mhux qed ngħidha biex nintgħoġob ma' xi ħadd - li daqskemm ħdimt u qed naħdem tajjeb miegħu, fejn qed ngħaddu liġijiet bi qbil miż-żewġ naħat tal-Kamra, ma ħdimt qatt qabel f'dan is-settur.", "Naħseb li he means well, ix-xogħol qiegħed jagħmlu, imma tridu tgħinuh, tridu tagħtuh ir-riżorsi.", "Biex timpjega nies tajba trid il-flus, biex tingħata l-apparat trid il-flus, biex inħarrġu 'l-impjegati tal-Animal Welfare jrid ikun hemm il-flus.", "Il-Gvern irid jgħinu biex mhux jispiċċa jlaqqat biss.", "Hemm ħafna nuqqasijiet li mhumiex tort tiegħu għax irid jingħata l-flus biex ikun jista' jaħdem kif suppost.", "Jien wisq nibża' li rridu nieħdu passi għax is-sitwazzjoni qed issir inkontrollabbli.", "Naħseb li meta Alla ħalaq il-panda żgur qatt m'għaddielu minn moħħu li din se tispiċċa f'xi dar il-Fgura!", "Donnu llum sar status symbol li nġibu dawn l-annimali eżotiċi u nrabbuhom id-dar!", "Fil-ktieb taċ-ċajt li kelli kont ktibt storja ta' deputat min-naħa tal-Gvern, li llum m'għadux hawn, li mar house visit Ħal Luqa, u sakemm il-mara li kienet toqgħod f'dik id-dar marret tgħajjat lir-raġel ra kukkudrill ġej!", "Kukkudrill jinżamm id-dar!", "Dan il-kukkudrill kellu ċinga ħamra ma' għonqu.", "Naħseb li kien Laburist għax id-deputat li mar huwa Laburist!", "Dan l-eks deputat qalli li xħin ra l-kukkudrill ħareġ jiġri 'l barra b'kemm kellu saħħa.", "Dawk li kien hemm miegħu ħasbu li keċċewh, hu qalilhom bil-kukkudrill u qalulu li kien qed jimmaġina!", "Wara dan, imbagħad, dan ir-resident fetaħ il-bieb u qallu: Dak mhux se jigdmek għax dak jiekol erba' tiġiġiet kuljum!", "Wara l-elezzjoni reġa' ltaqa' miegħu u qallu: Tlifna!", "Kienu telgħu n-Nazzjonalisti.", "Dan id-deputat qallu: Ħallik mit-telfa!", "Mur aqfel il-kukkudrill u nidħol.", "Imbagħad qallu l-istorja.", "Qallu li kien l-Eġittu u ġabu mix-xmara Nil.", "Kien għadu żgħir, xtrah, tefgħu fil-bagalja u daħħlu Malta.", "Qallu li kellu jieħdu f'pet shop u spiċċa miet għax ma setax ilaħħaq miegħu, għax beda jikber u jiekol tmien tiġiġiet kuljum!", "Qed ngħid din l-istorja biex nuri li minn kollox sirt issib illum.", "Ma nafx kif jiġihom f'moħħhom lin-nies li jdaħħlu kukkudrill id-dar!", "Jiġifieri rridu nimponu ftit ruħna u naraw ftit kif qegħdin jidħlu dawn l-annimali eżotiċi f'Malta.", "Sinjura President, imbagħad għandna problema oħra.", "Aħna qtajna ċ-ċirkli tal-annimali, u għamilna sew - aħna konna spalla ma' spalla mal-Gvern biex jinqatgħu ċ-ċirkli tal-annimali - imma mbagħad spiċċajna biż-zoos li qed jikbru l-ħin kollu!", "F'dawn iż-zoos hemm annimali eżotiċi, annimali li huma protetti internazzjonalment.", "Jien ngħid lanqas esperti taż-zoos m'għandna hawnhekk.", "Aħna m'għandniex kultura taż-zoos u allura għandna ġungla f'Malta fejn jidħlu dawn iż-zoos.", "Jien iltqajt mal-Assoċjazzjoni tal-Veterinarji u dawn bdew jispjegawli affarijiet li jien qatt ma ġewni f'moħħi.", "Qaluli li l-ewwel nett hawn orsijiet u annimali oħra li qegħdin fix-xifer tal-estinzjoni.", "Imbagħad hemm argumenti oħrajn.", "Qed jgħiduli li meta tiġi biex inti tpoġġi l-annimal fiż-zoo hemm ċerta teknika, hemm ċertu skola, hemm ċertu ħsieb.", "Inti ma tistax tpoġġi mountain goat faċċata ta' ljun għax il-mountin goat tara lill-iljun bħala predator tagħha lest biex jikolha.", "Issa l-mountain goat ma tifhimx li hemm il-barbed wire u allura dik qed tgħix f'ansjetà l-ħin kollu għax faċċata l-ħin kollu qed tara ljun li għaliha huwa predator tagħha, lest biex jikolha.", "Qalli wkoll li f'dawn il-postijiet isiru t-tiġijiet u attivitajiet bil-mużika għaddejja.", "Issa ma ninsewx li dawn l-annimali eżotiċi posthom huwa deep in the jungle, lanqas issibhom fil-bidu tal-ġungla imma very deep in the jungle.", "Dawn jgħaddu minn stress u ansjetà meta jisimgħu mużika u diskors tan-nies u jxommu lin-nies.", "Aħna, Alla jbierek għandna zoos f'postijiet li jintużaw biex isiru tiġijiet u attivitajiet oħra fihom.", "Allura naħseb li rridu nibdew nikkontrollaw dawn iż-zoos.", "Issa naf li mhux faċli għaliex ladarba dawn l-annimali tibda trabbihom, jiġu domesticated u ma tistax terġa' titfagħhom fis-selvaġġ.", "Qaluli li l-Ġermanja għamlu post ta' rijabilitazzjoni fejn annimal eżotiku li jkun ġie domesticated jgħallmuh kif jerġa' jibda jikkaċċja u jmur lura fis-selvaġġ.", "Jiena naħseb li xi ħaġa rridu nagħmlu.", "Għall-inqas għandna nipprovaw nassiguraw li ma jidħlux iktar annimali eżotiċi u ma jkomplux jikbru dawn iż-zoos illegali.", "Xi ħadd minn din il-Kamra – forsi jien ma nkunx għadni hawn - irid jiffaċċja din il-problema żgur.", "M'hemmx soluzzjoni faċli.", "Meta tkellimt mas-Sur Manuel Buhagiar, Kummissarju tal-Annimali, qalli li m'hemmx soluzzjoni faċli għax dawn trid tibgħathom f'ċentru ta' rijabilitazzjoni at a cost biex jerġgħu jiġu mgħallma jikkaċċjaw qabel ma jerġgħu jitilquhom fil-ġungla.", "Allura iktar ma jidħlu annimali minn dawn, iktar se tiżdied l-ispiża.", "Xtaqt nagħmel appell lill-Ministru wkoll fuq in-neutering.", "Safejn naf jien in-neutering kemm tal-qtates u anke tal-klieb waqaf.", "Din tan-neutering kienet ilha żmien għaddejja, anke fi żmien il-Ministru George Pullicino, li nsellimlu minn hawn.", "Naħseb li meta jieqaf il-programm tan-neutering jissallbu l-cat feeders u s-santwarji għax is-santwarji tal-klieb qaluli li qed jerġgħu jaraw klieb strays li kienu nqatgħu.", "Dawn imorru tal-Animal Welfare jiġbruhom li jċemplu lis-santwarji biex jaraw fejn se jqegħduhom.", "Hemm bżonn li n-neutering jerġa' jitkompla għaliex reġgħu qed ifeġġu klieb stray.", "Jiena ma nafx hemmx il-ħsieb li jitkompla dan il-programm, però huwa fatt li l-klieb stray qed jiżdiedu, anke jekk mhux bħal qabel meta f'kull triq kont tara kelb stray.", "Is-soluzzjoni hija n-neutering.", "Din mhux pressjoni biss fuq is-santwarji tal-klieb imma pressjoni wkoll fuq il-cat feeders għax aħna nafu kemm ikollhom frieħ il-qtates.", "Jiena nitkellem ħafna ma' dawn il-cat feeders u naf li hemm min jonfoq il-pensjoni tiegħu biex jitma' l-qtates ta' barra.", "Jgħidulna: Ma nistax inlaħħaq għax kif jgħaddi Jannar tispiċċa tirdoppja l-kolonja tal-qtates.", "Jien naħseb li rridu nerġgħu nibdew programm tan-neutering fuq il-qtates biex jiġu msewwija ħalli ma jkollhomx frieħ.", "B'hekk ma tkomplix tikber il-popolazzjoni tagħhom għax qed jagħmlu pressjoni kbira mhux biss fuq is-santwarji, mhux biss fuq l-Animal Welfare, imma anke fuq il-cat feeders.", "Apparti minn hekk, naħseb li mhux biss lis-santwarji imma anke lill-cat feeders għandna nirreġistrawhom u nippruvaw ngħinuhom, anke jekk permezz ta' means testing.", "Pereżempju x-Xagħra Għawdex hemm waħda anzjana bilkemm tiflaħ tiċċaqlaq, li titma' kolonja kbira ta' qtates kuljum lejl u nhar.", "Hemm oħra Ingliża nafha, li ġieli meta nkun hemm fis-sajf nixtrilha ftit boroż kbar ta' ikel tal-qtates biex titmagħhom.", "Taf kemm tieħu pjaċir bihom!", "Din għandha 80 sena.", "Naħseb li lil dawn in-nies irridu ngħinuhom.", "Rigward l-infurzar, għandek l-Animal Welfare, li diġà għedt li għandhom bżonn nies tajba, taħriġ u apparat, u l-Pulizija, li bir-rispett kollu mhux dejjem jieħdu bis-serjetà każijiet ta' moħqrija tal-annimali.", "Ma rridx niġġeneralizza, imma ġieli ssib pulizija jgħidlek: U jien fid-distrett diġà msallab bix-xogħol, ħa noqgħod naħli l-ħin ninvestiga għax sawtu qattusa?!", "Nixtieq li jiena u s-Segretarju Parlamentari niltaqgħu mat-tmexxija tal-Pulizija.", "Jiena ili ngħid li f'dan il-pajjiż għandu jkun hemm taqsima apposta fil-Pulizija li taħdem biss fuq każijiet biss ta' moħqrija tal-annimali u anke tuża mezzi forensiċi bħal, pereżempju, tieħu d-demm jekk qattusa mejta ssibilha d-demm ma' difrejha biex wieħed jara jkunx jaqbel mad-DNA ta' min ikun suspettat.", "Fejn tidħol krudeltà fuq l-annimali, il-Pulizija ma tużax mezzi forensiċi.", "L-Ornis Committee u l-Birdlife jridu li jkun hemm sezzjoni fil-Pulizija li tkun tissejjaħ Wildlife Crime Unit.", "Jiena ngħid li din is-sezzjoni għandha tkun anke għall-annimali domestiċi li jiġu maħqura.", "Irrid ngħid xi ħaġa wkoll fuq il-kunsilli lokali, li dwarhom semma xi ħaġa s-Segretarju Parlamentari wkoll.", "Jien tal-idea li għandu jkun hemm kunsillier li jkun inkarigat mill-istrays tar-raħal jew belt tiegħu.", "Għall-inqas għandu jkun hemm kunsillier li jirrapportaw lilu jekk ikun hemm stray dog jew stray cat u dan imbagħad jitkellem mal-Animal Welfare.", "Dan il-kunsillier għandu jkun hu wkoll li jirrapporta każijiet ta' moħqrija.", "Barra minn hekk, għandu jkun hemm ukoll wardens apposta biex jiċċekkjaw li l-klieb huma microchipped u rreġistrati.", "Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll l-inizjattivi ta' cat cafés.", "Għadu kif kien hawn l-Onor.", "Ivan Bartolo li kien ħa l-inizjattiva li jsir cat café.", "Din il-ġimgħa jien skoprejt li hemm problema ġdida, fis-sens li wħud mill-klieb huma microchipped imma mbagħad ma jiġux irreġistrati u allura l-Gvern xorta m'għandux record li l-kelb tiegħi qed jiġi rreġistrat.", "Mela jien mingħalija għamiltlu l-microchip u ġie rreġistrat imma forsi l-veterinarju jew ma nafx min ma rreġistrahx.", "Għalhekk irridu nimponu l-ewwel nett li jkunu microchipped; ma nafx kemm tressqu nies il-Qorti, imma kien numru miżeru meta min jaf kemm hawn klieb li għadhom ma ġewx microchipped minkejja li l-liġi tirrikjedi dan.", "Naħseb li l-warden apposta li jkun mal-kunsill lokali għandu jkollu dan l-apparat, li huwa apparat żgħir, biex jiċċekkja għonq il-kelb ħalli jara li huwa microchipped u wara jara jekk huwiex irreġistrat.", "Importanti wkoll li nibdew programm ta' microchipping għall-qtates u li dawn jibdew ikunu rreġistrati jew fuq is-sidien jew fuq il-cat feeders.", "Pereżempju, oħti għandha qattusa li għamlitilha microchip imma milli jidher għadu ma jeżistix reġistru biex jekk tintilfilha, tal-Animal Welfare ikunu jafu ta' min hi.", "Ngħid ukoll li l-Knisja għandha d-dnubiet tagħha fejn jidħlu l-annimali.", "Jien kont għadni dieħel fil-politika u spiċċajt nirvilla, naqbeż u nirribella meta l-Kappillan tax-Xlendi kien organizza catch a duck biex jiġbor fondi għall-festa!", "Jitfgħu l-papri jgħumu u n-nies jippruvaw jaqbduhom, u niftakar kont għamilt diskors u rvellajt.", "Naħseb anke l-Knisja għandha bżonn tibda titkellem kontra l-moħqrija tal-annimali.", "Il-Knisja hija influwenti f'pajjiżna u għandha bżonn tibda titkellem.", "Diġà għedt li naħseb li għandna bżonn animal crime unit biex tkun tista' tikkonċentra biss fuq moħqrija tal-animali stray, li tuża mezzi forensiċi għax tad-distrett, kif għedt, m'għandhomx ċans.", "Jekk naħsbu li tad-distrett għandhom iċ-ċans jinvestigaw il-moħqrija tal-annimali naħseb li nkunu qegħdin nidħku bina nfusna.", "Irrid ngħid ukoll kelma fuq il-qrati għax fejn jidħol infurzar hemm diversi entitajiet involuti.", "Jien ma nemminx li l-qorti għandha tkun qorti tal-poplu … Meta nitkellem ma' tal-Animal Welfare u mal-Kummissarju tal-Annimali, dawn jgħidlek: Jien nitbażwar biex naqbad lil xi ħadd, imbagħad jitla' l-qorti u joħroġ b'miżerja ta' sentenza!", "Naħseb li l-qorti trid tkun partner magħna u tagħti sentenzi li jkunu ta' deterrent ukoll.", "Inutli ngħollu l-multi jekk il-qorti tagħżel li tmur għall-inqas possibbli.", "Naħseb li ċerti sentenzi huma insult lejn ix-xogħol li jagħmlu l-Animal Welfare u l-Pulizija.", "Hawn ħafna u ħafna animal lovers fil-pajjiż u għandna dritt li ssir ġustizzja.", "Għandna dritt li nappellaw lill-Qorti!", "Jiena lill-ġudikatura mhux se nindaħlilha għax la huwa kompitu tiegħi u lanqas għandi n-knowhow, imma rridu naraw li l-Qorti tgħinna biex naraw li ssir ġustizzja u dawn il-liġijiet ikunu effettivi.", "Jiena nixtieq niltaqa' wkoll mal-Kummissarju tal-Annimali.", "Nistenna li l-ewwel lealtà tiegħu tkun lejn l-annimali.", "Jiena ma se ngħid xejn fuq dan il-Kummissarju tal-Annimali għax għadni ma ltqajtx miegħu.", "Ovvjament we judge him fuq kif jaħdem, imma l-lealtà tiegħu la għandha tkun lejn il-Gvern, la lejn l-Oppożizzjoni u lanqas biex jidher sabiħ, imma lejn l-annimali.", "Hawnhekk nieħu l-okkażjoni wkoll li nsellem lill-Kummissarju tal-Annimali li kien hemm qabel is-Sur Manuel Buhagiar li għamel biċċa xogħol tajba ħafna.", "Nirringrazzjah, nemmen li għad fadallu ħafna x'jagħti u naħseb għandna nibqgħu ninvolvuh b'xi mod.", "Jien dejjem sibtu ġentlom, lest li jgħin, għandu l-ideat u naħseb li huwa l-ewwel Kummissarju tal-Annimali li għamel ġieħ lil dan il-post.", "Irrid insemmi wkoll iċ-ċimiterju tal-annimali li kienet wegħda elettorali u għadha ma saritx.", "Jien ma nafx jekk hawnx il-kultura fil-pajjiż li naħarqu lil xi ħadd li nħobbu.", "Pereżempju, jien niddejjaq naħraq il-kelb tiegħi allaħares qatt jiġi biex imutli, anke jekk xi darba se jmut ukoll kif se mmut jien.", "Jiena nifhem li dan iċ-ċimiterju jrid jitmexxa mill-privat u forsi l-privat għadu qed jagħmel studju jekk huwiex vijabbli jew le, imma din kienet wegħda elettorali u hawn diversi NGOs li tkellimt magħhom, animal lovers, li jixtiequ ċimiterju tal-annimali biex jgħidu: Hawnhekk hawn midfun il-kelb tiegħi jew il-qattusa tiegħi.", "Kull min għandu kelb jaf li dan isir parti mill-familja tiegħu.", "Jien meta nidħol id-dar ma nistaqsix lill-mara għat-tfal biss imma nistaqsiha wkoll għal 'Rex' pereżempju, għall-kelb, jekk ma jiġix jifraħ bija hu.", "Jiġifieri jsir parti mill-familja tiegħek.", "Meta jmutu tgħaddi minn perjodu ta' bereavement qisu mietlek ħuk, ommok jew missierek.", "Irrid ngħid lis-Segretarju Parlamentari li reġgħet waslitli informazzjoni li reġa' beda l-vizzju misħut tal-ġlied tal-klieb.", "Jien lest li kif nispiċċa d-diskors nagħtih l-informazzjoni personalment fejn qiegħed isir dan il-ġlied tal-klieb forsi nistgħu nibagħtu uffiċjali tal-Pulizija.", "Jekk ikollna l-informazzjoni rridu nagħmlu raids u ma nħarsux lejn kuluri.", "Hemm Nazzjonalisti li għandhom il-hobby misħut li jġelldu l-klieb u hemm Laburisti, u naħseb li rridu nagħlqu għajnejna u nieħdu passi kontrihom, huma min huma.", "Irrid ngħid xi ħaġa fuq iż-żwiemel li jiena disturbed ħafna biha.", "Iltqajt ma' xi veterinarji li qaluli li fil-benniena bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi hemm post … Meta kont tkellimt, is-Segretarju Parlamentari ta' qabel kien qalli: Issa iktar diffiċli li naqbduhom.", "Qalli li kienu ilhom jafu biha u ilhom jinvestigaw.", "Imma dawn mhux erba' rziezet hemm fil-benniena bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi!", "Waslitli informazzjoni minn veterinarji li qed jaqbdu żiemel li ma jibqax tajjeb għat-tiġrija, ilibbsulu borża sewda, jagħlquha bit-tape u jħalluh jifga.", "Imbagħad jeħduh il-Biċċerija jew jiskarnawh hemmhekk u jgħidu li miet b'attakk tal-qalb.", "Ovvjament jekk jien insoddlok imniffsejk, inkun qed nagħmillek asphyxiation u jkollok attakk tal-qalb.", "Imma skużi, dan l-attakk tal-qalb jiġi induced.", "U biex żiemel imut qed nitkellmu fuq agonija ta' sitta jew seba' minuti, jiġifieri mhux minuta biss.", "Naħseb li għandna noqogħdu attenti l-ewwel nett għaliex dawn iż-żwiemel tat-tiġrija ħafna minnhom jista' jkun sar doping fuqhom u dawn jispiċċaw fil-food chain.", "Ħaġa oħra li forsi nixtieq nagħmel, li jiġi ċċekkjat, forsi anke mill-Awditur Ġenerali, kemm jiġi kkonsmat laħam taż-żiemel f'ristoranti, kemm jinxtara laħam taż-żiemel mis-supermarkets u kemm fil-fatt jinqatlu żwiemel il-Biċċerija.", "Jiena ma niklux il-laħam taż-żiemel, imma nissuspetta li hawn suq illegali fejn jinqatlu żwiemel, imbagħad isir il-bejgħ.", "Hawn ħafna ristoranti jirriklamaw li jispeċjalizzaw fil-laħam taż-żiemel.", "Xi ħadd qalli li ftit jinqatlu żwiemel u allura dawn xi mkien qegħdin jinqatlu u jiġu skarnati.", "Naħseb li rridu naraw minn fejn qed jiġi dan il-laħam taż-żiemel.", "Irrid ngħid xi ħaġa fuq ir-razzett tal-Fgura li diġà semmejt.", "Saru xi żjarat oħra biex jaraw jekk dak li ġie ordnat sarx?", "Id-Direttur mar fuq il-post?", "Min ħa d-deċiżjoni li ma jitteħdux passi?", "Forsi kellu raġun u forsi ma kellux, imma għandna dritt inkunu nafu.", "Għall-inqas is-Segretarju Parlamentari għandu jiċċekkja, u anke jekk jinformani kunfidenzjalment, għall-inqas inserraħ rasi.", "Jien kont disturbed ħafna b'dawk l-images ta' bhima marbuta minn saqajha, ta' bhima oħra bl-umbilical cord imdendla mal-art u bil-mod kif kienu qed jinżammu.", "Dawn ħallewhomlu hemm għax qalu li kien hemm ċirkostanzi familjari.", "Imma għandna dritt inkunu nafu x'sar?", "Komplew isiru żjarat biex naraw li issa qegħdin compliant?", "L-iktar ħaġa li dejqitni kienet li dan kien ilu fir-radar tad-Direttorat u kienu jafu li kien hemm ċerta negliġenza hemmhekk.", "Sinjura President, għaliex tneħħew mil-liġi l-electronic collars?", "Issa jekk kelb tagħtih xokk permezz ta' electronic collar għax jinbaħ, kif jista' jkun li it manifests its natural behaviour?", "Jiena tkellimt mal-aġent li kien jimpurtahom u qalli li m'għandux problema jekk inwaqqfu l-importazzjoni tagħhom.", "Ovvjament jistgħu jinġiebu minn fuq l-internet miċ-Ċina, imma dawn l-electronic collars jagħtu xokk lill-kelb meta jinbaħ.", "Jekk kelb ma jinbaħx, xi tridu jagħmel, jitkellem?", "Jiġi hawn jindirizza lill-Kamra?!", "Mhux jinbaħ jaf!", "Iltqajt ma' wieħed u qalli li xtara wieħed biex il-kelb ma jinbaħx għax qiegħed fi blokka flats.", "Għedtlu: Prosit għalik; jekk ma kellekx fejn tpoġġi kelb, allura tixtrix kelb.", "Mela toqgħod tagħmillu electronic collar biex jagħtih xokk!", "Irrid ngħid li hawn electronic collars oħra li jixegħlu dawl biex jekk il-kelb jaħrablek bil-lejl, tkun tista tarah, imma jien qed ngħid għal dawk li jagħtu x-xokkijiet.", "Biex nikkonkludi, l-ewwel nett nawgura li jien u l-Onor.", "Clint Camilleri, li nirringrazzjah li qed naħdmu flimkien, inkomplu naħdmu flimkien.", "Ma niddejjaqx li mmorru nitkellmu ma' NGOs flimkien u forsi anke man-nies tiegħu.", "Naħseb importanti li nuru li hawn ċerta għaqda, li ż-żewġ naħat tal-Kamra kontra l-moħqrija tal-annimali.", "Irrid nerġa' nirringrazzja lill-Ministru u lil kull min jaħdem f'dan il-qasam, lil kull min se jitkellem f'dan id-dibattitu.", "Irrid nagħlaq b'żewġ kwotazzjonijiet.", "Immanuel Kant, li huwa filosfu Ġermaniż, kien qal hekk: \"Min hu krudil ma' annimal jispiċċa aħrax anke fil-mod kif jittratta ma' ħutu l-bnedmin.", "Tista' tinduna mill-ewwel x'hemm fil-qalb tal-bniedem billi tara kif jittratta annimal.\"", "Il-profeta Mohammed kien qal: \"Ġest ta' mħabba lejn annimal għandu l-istess mertu u valur daqs ġest ta' mħabba lejn bniedem, imma daqstant ieħor att ta' krudeltà lejn annimal huwa ħażin u kundannabbli daqs att ta' krudeltà lejn il-bniedem.\"", "Naħseb li kumment ieħor min-naħa tiegħi ikun żejjed.", "Grazzi ħafna.", "Fil-6.16 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa li qed tinżamm bħalissa tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, l-Onor.", "Byron Camilleri se jissostitwixxi lill-Onor.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet ġiet interrotta ftit mumenti qabel.", "L-Onor.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilita u Anzjanità Attiva): Grazzi, Sinjura President.", "Sieħbi l-Onor.", "Clint Camilleri għandu settur iebes, però min-naħa tal-Oppożizzjoni hemm ġentlom li qiegħed jaħdem miegħu kif kien jaħdem miegħi meta kellu l-poter u kien segretarju parlamentari responsabbli mill-anzjani u jien kont shadow minister fuq l-istess suġġett.", "Jiena ċert li dan il-ġentlom se jaħdem ma' sieħbi l-Onor.", "Clint Camilleri b'qalbu, b'moħħu, b'ruħu u b'ġismu.", "Aħna nieħdu pjaċir naraw attitudni pożittiva, tkun fejn tkun il-persuna u tokkupa liema siġġu tkun qiegħda tokkupa.", "Nibda dan id-diskors tiegħi billi nagħmel dikjarazzjoni u nistqarr l-interess tiegħi f'dan is-suġġett li qegħdin nitkellmu fuqu llum.", "Mingħajr tlaqliq ta' xejn jien ngħid li jien animal lover prattikanti għaliex tul ħajti kollha ma nistax niftakar ġurnata waħda f'ħajti mingħajr ma kont ngħix ma' kreatura oħra differenti mill-bniedem.", "Nista' nsemmi lista ma tispiċċa qatt ta' annimali li kienu f'ħajti, minn klieb għal qtates, għal għasafar, tiġieġ, ħamiem, papri, ġrieden tal-indi, dundjani.", "Semmi kreatura, u aktarx li kelli perjodu f'ħajti li f'xi ħin jew ieħor kont qiegħed ngħix ma' din il-kreatura.", "Darba kont fuq ir-radju u l-ġurnalist li kien qiegħed jintervistani qalli: Kemm tidher ferħan illum.", "Għedtlu: Iva, ferħan ħafna għaliex żdidilna membru ieħor fil-familja tagħna.", "Tgħidx kemm irċevejna sms's u kemm irċevejt messaġġi jawgurawli għaliex kellna membru ieħor fil-familja tagħna, għaliex kulħadd ħaseb li t-tifla kellha tarbija, imma kont ferħan għax kont xtrajt ġeru li għadu magħna sal-lum.", "Konna għadna ferħanin għaliex dan ġie u tana ħafna enerġija pożittiva.", "Jiena nixtieq nitkellem ukoll fuq it-terapija tal-annimali għaliex tajjeb li nsemmu kemm huwa importanti u kemm jistgħu jagħtu kontribut anke f'affarijiet li forsi ma naħsbux daqshekk fuqhom.", "Jiena semmejt dan il-ġeru li għadu magħna sal-lum.", "Nista' ngħid li tidħol xħin tidħol, se ssibu jifraħ bik.", "Aħna għandna wkoll qattus veru speċjali.", "Jien qatt ma kelli relazzjoni mal-qtates għax dejjem rajthom li kienu iktar slavaġ mill-klieb, għalkemm m'għandhomx bżonn kura daqs il-klieb.", "Il-qtates li kelli qabel dan il-qattus li għandna llum dejjem spiċċaw gidmuni, jew daħħluli d-dwiefer ġo dahri jew ġo żaqqi, imma dan huwa qattus speċjali.", "Ġibnieh minn post fejn kien hemm ħafna qtates u llum jien u hu għandna relazzjoni speċjali.", "Nista' ngħidilkom li meta nkun se nniżżlu fil-garaxx biex jorqod, dan jibda jingħi qisu qed jgħid: No, no. Din lili biss jagħmilha.", "Jien ngħid li jitkellem jonqsu biss!", "Lill-mara ngħidilha li qed jgħidli li ma jridx jinżel jorqod fil-garaxx u ġieli tħassarnieh għax veru jibda jibki qisu tarbija jien u nieżel bih f'idi, u nispiċċaw inħalluh rieqed ħdejna.", "Ovvjament dan għandu istint differenti għax iqum bil-lejl u jkun irid jilgħab ukoll, meta aħna nkunu rridu norqdu.", "Qed ngħid dan għax inutli tipprova trabbi annimal jekk ma jkollokx l-ambjent adegwat.", "Nista' ngħid li l-animal lovers kollha jħobbu lill-annimali bħala parti mill-familja tagħhom u dan wieħed ikun jista' jarah anke meta jismagħhom jitkellmu dwarhom.", "Sinjura President, l-annimali kollha jistgħu jkunu ta' benefiċċju u jgħinu lill-bniedem b'modi differenti anke f'sitwazzjonijiet diffiċli.", "Ħafna drabi jgħinu lill-bniedem b'mod pożittiv fil-qasam tal-anzjani u anke fil-qasam tal-persuni b'diżabilità.", "Tant hemm benefiċċji fit-terapija tal-annimali li aħna, flimkien mat-tmexxija ta' San Vinċenz kif ukoll mal-amministrazzjoni tal-homes tal-Gvern, ħadna deċiżjoni li nibdew nagħtu servizz ta' animal therapy kuljum ġewwa s-swali differenti ta' San Vincenz de Paul u anke ġo homes oħrajn.", "Għandna sessjonijiet ta' terapija għaddejja b'mod kontinwu ħames darbiet fil-ġimgħa fejn klieb imħarrġa neħduhom fis-swali ta' San Vinċenz u nduru bihom mal-anzjani u jagħmlu ħinijiet differenti skont l-anzjan kif iġib ruħu mal-kelb.", "Jien nifhem li jista' jkollok persuna li qatt ma kellha interaction ma' kelb u tara labrador daqshekk kbir u tibda tiddejjaq minnu; allura hemmhekk forsi ddum żewġ minuti.", "Imma mbagħad ikun hemm persuni oħrajn li jogħxew, jieħdu pjaċir jitkellmu mal-klieb, imellsuhom, ibusuhom u jgħannquhom.", "Dawn ġieli kellhom sessjonijiet ta' nofs siegħa, 20 minuta jew kemm ikun hemm bżonn, skont ir-rispons tal-anzjan mal-kelb.", "Ovvjament xi ħadd li jibża' mill-annimali mhux se terħilu l-kelb hemmhekk għax fl-aħħar mill-aħħar il-pet therapy trid tkun xi ħaġa pożittiva.", "Jiena minn hawnhekk nixtieq inħeġġeġ lil kull ġenitur li jista' jrabbi pet, biex bis-serjetà jikkonsidra li jagħmel dan għaliex hemm ħafna benefiċċji għall-ulied.", "Nista' ngħid li dan joħroġ ħafna ġid minnu.", "Sibna wkoll li hemm anzjani li jieħdu pjaċir bit-terapija mhux biss tal-klieb imma anke tal-qtates jew taż-żwiemel.", "Fil-fatt hemm anke cat village żgħir ġewwa San Vinċenz.", "Hemmhekk ħadna wkoll iż-żwiemel, u anzjani li ħajjithom għexuha ma' bhejjem kbar bħaż-żwiemel jieħdu pjaċir u tara l-karattru tagħhom jinbidel, tara dik il-positive energy u tarahom iridu jmissu ż-żiemel u jmellsuh.", "Jiġifieri l-animal therapy, fosthom anke taż-żwiemel, tagħti enerġija pożittiva lil diversi persuni li jkollhom kuntatt magħhom.", "Hemm ukoll persuni b'diżabiltà li jistgħu jibbenefikaw minn din it-tip ta' terapija.", "Nista' nsemmi ċ-ċentru ta' matul il-jum tal-Imtarfa, immexxi b'għaqal kbir mis-Sinjura Tabone.", "Hemmhekk il-persuni li jagħmlu użu minn dan il-post jistgħu jsibu pets differenti, fosthom fniek, klieb u għasafar.", "Din il-pet therapy tgħidx kemm tiswa ta' ġid għal dawn il-persuni.", "Huwa xjentifikament ippruvat li t-terapija bl-annimali tagħmel ġid kbir lil kulħadd.", "Jiena kont naf biha din, però wieħed jista' jsir jaf kemm hija importanti sempliċement b'google search żgħira.", "Jien b'mod naturali, għax dejjem trabbejt mal-annimali, naf kemm hi importanti l-pet therapy u kemm tista' tagħti benefiċċji li forsi ma konniex naħsbu li anke xjentifikament jistgħu jiġu ppruvati.", "Sinjura President, il-pet therapy jagħmlek iktar ferħan, inaqqaslek id-depression, itejjiblek il-mod kif tħares lejn il-ħajja u kif tħares lejn il-problemi, inaqqas is-solitudni, jagħmlek iktar għatxan biex tħares lejn il-ħajja b'mod pożittiv, inaqqaslek l-ansjetà u jagħmlek iktar kalm u jgħin lit-tfal jitgħallmu iktar ħiliet biex jgħixu flimkien.", "Jagħmillek ukoll titjib fir-relazzjonijiet ta' bejn il-grupp u bejn il-membri li jgħixu flimkien ma' dawn il-pets, inaqqaslek il-pressjoni u jġiegħlek tfiq iktar malajr jekk tkun għaddejt minn xi operazzjoni.", "Ħafna drabi l-ammont ta' pilloli li tkun qiegħed tieħu jnaqqsuhomlok għaliex din it-terapija tkun qiegħda tgħinek b'mod tajjeb ħafna.", "Hawnhekk għandi studju li jissuġġerixxi li din it-tip ta' therapy tintuża wkoll fuq min ikollu xi kanċer u jkun qiegħed jieħu l-chemotherapy, fuq residenti f'long-term care faċility bħalma huma San Vincenz u l-homes, u fuq nies li jkollhom post trauma stress disorder.", "Tfal li kellhom physical or mental procedures ukoll jistgħu jibbenefikaw mill-pet therapy.", "Imbagħad isemmi persuni li jkunu għaddew minn stroke jew ikollhom problemi fiżiċi u people with mental health disorders.", "Jekk aħna nħallu din l-opportunità tidħol f'ħajjitna, il-pet therapy tagħtina benefiċċji kbar.", "Il-pets joffru dan kollu li għadni kif semmejt, u allura aħna bħala persuni li nafu dan irridu nagħtu l-opportunità u nipprovdu dan is-servizz lil dawk in-nies li qegħdin jafdaw lilhom infushom fil-kura tagħna.", "Jiena nissuġġerixxi lil dawk li għadhom xettiċi biex jidħlu fl-internet u jfittxu fuq pet therapy ħalli jaraw kemm hemm benefiċċji kbar meta tintegra pets fil-ħajja tiegħek.", "Għaldaqstant huwa sinifikanti u sabiħ li l-Parlament tagħna qiegħed jiddiskuti Abbozz ta' Liġi dwar trattament xieraq tal-annimali.", "Aħna mhux biss irridu naraw huma x'jagħtu lilna, imma rridu naraw ukoll aħna kif nistgħu nittrattawhom aħjar.", "Minn din l-ogħla istituzzjoni permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, qegħdin nibagħtu sinjal pożittiv lis-soċjetà, għax fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qed inħarsu kreaturi li la għandhom vot u lanqas vuċi.", "Il-liġi li għandna quddiemna għandha tagħmlilna unur.", "Minkejja li għandu ħafna abbozzi oħrajn ta' interess u importanza nazzjonali, dan il-Parlament illum qiegħed jiddiskuti dan l-Abbozz għaliex aħna nemmnu bis-sħiħ fir-rwol tal-pets fil-ħajja u rridu nieħdu l-miżuri kollha biex lil dawk il-ftit min-nies li ma jirrispettawhomx ngħidulhom li l-imġiba tagħhom mhijiex aċċettabbli.", "Illum rridu nħarsu lejn soċjetà li għandha iktar stima għal dawn il-pets li tant jimlewna b'imħabba f'ħajjitna.", "Għandna liġijiet li forsi jiġbdu iktar l-interess tal-aħbarijiet jew tal-mezzi tax-xandir, imma aħna ddeċidejna li niddiskutu din il-liġi fuq il-pets li la għandhom vuċi u lanqas għandhom vot.", "Din il-bidla ma tistax tistenna iktar għax f'dan il-pajjiż il-moħqrija tal-annimali m'għandhiex tkun aċċettabbli, anzi trid tkun imrażżna b'mod mill-aktar aħrax.", "Hekk qed nagħmlu b'dan l-Abbozz li għandna quddiemna, u dan qed isir permezz ta' introduzzjoni ta' pieni aktar ħorox.", "Filwaqt li ngħid dan kollu, b'sodisfazzjon nistqarr li jien nemmen li s-soċjetà tagħna llum hija ferm iktar konxja tal-bżonn li nieħdu ħsieb l-annimali tagħna milli kienet f'perjodi oħrajn.", "Dak li seta' kien aċċettabbli żmien ilu, għaxra jew għoxrin sena ilu, illum m'għadux.", "Biżżejjed ngħid li rajna bidla enormi fil-mentalità fejn illlum pet huwa meqjus bħala membru tal-familja, u hekk għandu jkun.", "Sinjura President, biex tfassal dan l-Abbozz ta' Liġi kemm-il darba kien hemm diskussjonijiet ma' diversi NGOs.", "Illum qed ngħidu li hemm bżonn ta' pieni aktar ħorox għal min ma jeħux ħsieb b'mod xieraq lill-annimali jew, agħar minn hekk, għal min jaħqar lill-annimali.", "Aħna nieħdu pjaċir niġu hawn u nitkellmu fuq inizjattivi ġodda bniedem ikun se jgawdi minnhom, imma kollox irid ikun u kien hemm bżonn u ħassejna l-bżonn li niġu hawn u nitkellmu fuq dan is-suġġett.", "Ikun hemm mumenti fejn bħala leġiżlaturi nintalbu biex naġixxu b'mod iebes ma' min ma jifhimx il-mod kif għandna ngħixu u naġixxu bħala ċittadini ta' dan il-pajjiż.", "Matul is-snin kellna diversi każi li xxokkjaw lil dan il-pajjiż, minn klieb jew annimali oħrajn li jispiċċaw fl-iskips għal oħrajn imsawta u maħqura għall-mewt.", "L-agħar hu li fuq is-social media jkun hemm min jiġġustifikahom.", "Eventwalment rajna anke nies jitressqu l-Qorti, imma llum qegħdin hawn biex issa nagħmlu pass ieħor u qed nieħu pjaċir li dan qed nagħmluh mhux f'xi mument ta' rabja wara li tkun faqqgħet xi kriżi partikolari.", "Dan mhux qegħdin nagħmluh reazzjonalment, m'aħniex nirreaġixxu għal xi ħaġa li saret, imma qegħdin inkunu razzjonali f'dak li qegħdin nagħmlu.", "Dan jikkonferma kemm nemmnu f'dak li qegħdin inressqu għall-approvazzjoni ta' dan il-Parlament.", "Irridu nibdlu anke dak li għal xi żmien setgħet kienet in-norma, jiġifieri li torbot kelb ma' xi grada f'għalqa jew fuq xi bejt għal sigħat twal biex tħallih għassa, moħħok mistrieħ li ħallejtlu l-ikel u s-xorb.", "Forsi hawn persuni li jgħidu li ma fiha xejn ħażin b'daqshekk jew li dak l-annimal ma jonqsu xejn għax żaqqu mimlija u għandu saqaf fuq rasu, iżda f'soċjetà moderna dan mhuwiex il-mod kif wieħed jieħu ħsieb il-pets tiegħu.", "Mhuwiex aċċettabbli li annimal jinżamm marbut bilkemm għandu fejn jiċċaqlaq.", "Ilum il-ġurnata sirna nisimgħu b'nies li jieħdu l-pets magħhom anke għall-btala.", "Hawn min jeħodhom ġo resort u saħansitra fi ħwienet apposta fejn inti tista' tkun mal-pet.", "Naħseb li dan għandu jkun l-ispirtu, dik għandha tkun ir-regola.", "Jien nista' ngħid li ħafna drabi l-ikbar spiża li jkolli f'xahar hi biex nixtri l-ikel tal-kelb u tal-qattus.", "Ħafna drabi nonfoq iktar għalihom milli nonfoq għalija, għax lil dawn nixtrilhom ħrieqi, disposables, ikel u treats.", "Onestament iktar nonfoq għalihom milli nonfoq għalija!", "Ma ġara xejn, anzi hekk għandu jkun għaliex il-pet qiegħed hemmhekk biex ikun parti mill-familja u rridu nittrattawh bħala parti mill-familja.", "Dan hu dak li nagħmlu aħna b'rispett.", "Jien għandi dan il-kelb id-dar li tgħidx kemm hu ħabib tagħna.", "Kif diġà għedt, inħobbu bħala wieħed minn tal-familja tagħna, imma nifhem ukoll lil min forsi jagħżel li ma jkollux pets u lil min ma jkunx irid irabbi pet ġewwa d-dar tiegħu.", "Għalhekk jien ngħid li pets m'għandhomx jingħataw bħala rigal jekk ma tkunx taf l-individwu.", "Mhuwiex sew li pet jingħata bħala rigal tal-birthday jew fil-Milied mingħajr ma bniedem ikun jaf jekk min se jirċevih għandux ħin għalih, għandux spazju għalih u jekk hux lest li jdaħħlu fid-dar.", "Pets m'għandhomx jingħataw bħala rigali jekk bniedem ma jkunx jaf sew lill-individwu li se jirċevih.", "Sinjura President, naħseb li l-liġi li għandna quddiemna li tipprojbixxi li l-klieb jinżammu maqfula filwaqt li ma teskludix l-użu taċ-ċinga meta kelb jittieħed jimxi f'postijiet pubbliċi hija waħda bilanċjata u meqjusa.", "Għandna mbagħad ukoll sanzjonijiet iebsa għal min iwebbes rasu u ma jismax dak li qegħdin ngħidu aħna llum.", "Il-pieni li se ndaħħlu huma ebsin, imma hekk hemm bżonn isir.", "Jiena għażilt li ningħaqad ma' sħabi biex nitkellem fuq dan is-suġġett għaliex tajjeb li nwasslu l-messaġġ, tajjeb li l-poplu jifhem issa, għaliex wara li tgħaddi din il-liġi forsi jkun tard wisq.", "Iva, qed ngħidu li hemm każ fejn il-multa tista' tkun mhux inqas minn €2000 sa €65,000 u possibbiltà ta' priġunerija għal tliet snin jekk il-bniedem ikun qiegħed jagħmel l-ewwel reat tiegħu.", "Min jinstab ħati għat-tieni darba, jiġifieri dan ikun weħel il-multa u ma tgħallem xejn, dawn il-multi jiżdiedu.", "Illum għandna lill-Oppożizzjoni u 'l-Gvern jitkellmu bi spirtu wieħed u qed jaqblu li din hija t-triq 'il quddiem u lil min jagħmel it-tieni reat qed ngħidulu li l-inqas multa hija ta' €6,000 u tista' tibqa' tielgħa sa €80,000.", "Mhijiex ċajta u m'għandhiex tkun ċajta għax il-moħqrija fuq il-kreaturi m'għandha qatt tkun aċċettata.", "Kif diġà għedt, illum għandna għarfien u min jifhem ferm aktar minni fis-suġġett jaf kemm huwa importanti dan l-għarfien u jaf kemm it-tagħlim qed jasal għand it-tfal.", "It-tfal tal-lum għandhom kuxjenza kbira kontra l-moħqrija, u hekk għandu jkun.", "Se nsemmi eżempji għax kultant ninsew kemm fil-passat ħadna deċiżjonijiet li forsi ma kenux popolari, imma b'dawk id-deċiżjonijiet tajna messaġġ b'saħħtu u messaġġ ċar li bih ġibna lill-poplu aktar konxju dwar kemm m'għandniex inkunu krudili mal-pets jew l-annimali.", "Sa ftit tas-snin ilu kulħadd kien jiftakar li l-ikbar dibattitu li kien ikollna f'dan il-pajjiż meta joqrob il-Milied kien dwar iċ-ċirkli bl-annimali.", "Il-familji forsi kienu jieħdu pjaċir imorru jaraw iċ-ċirkli bl-annimali, imma mbagħad wara li tgħaddi dik is-siegħa wieħed jirrealizza kemm ibatu u jinħaqru l-annimali f'dawn iċ-ċirkli.", "Fil-pajjiż kien hawn kontroversja dwar jekk dawk l-annimali huwiex posthom fil-gaġeġ u fil-containers jew għandhomx jibqgħu jgħixu b'dak il-mod, li jekk jobdu fil-ħin jingħataw jieklu u jekk ma jobdux fil-ħin jaqilgħu bil-frosta.", "Kien ikun hemm kontroversja!", "Min iħobb l-annimali kien jgħid li m'għandniex inħallu dawn iċ-ċirkli bl-annimali jiġu f'Malta, waqt li ħafna oħrajn forsi lanqas kienu jagħtu kas imma mbagħad meta bdew jaħsbu kienu ġew konxji li m'għandniex inħallu din it-tip ta' attività tidħol f'pajjiżna.", "Ma kenitx deċiżjoni faċli, ma kenitx deċiżjoni popolari, ma kenitx l-aktar deċiżjoni ħafifa, għax dawn konna drajniehom meta joqrob il-Milied.", "Min qatt ma kien ikun ra ljunfant, permezz ta' dawn iċ-ċirkli kien ikun jista' jara ljunfant, imma mbagħad meta tara lill-iljunfant jgħolli jdejh u tirrealizza kif tgħallem jagħmel hekk, tibda tgħid: Le, m'għandix nissapportja din it-tip ta' attività.", "Jiena qrajt kif iljunfant jitgħallem jgħolli jdejh.", "Dan jagħmlulu hotplate taħraq u jekk l-iljunfant ma jgħollix idu imma jniżżilha 'l isfel, jispiċċa jinħaraq u allura bilfors jgħolliha.", "Min ma jgħollix idejh minn fuq il-hotplate?", "Hekk jitgħallem dan il-povru ljunfant li jkunu qabduh meta kien żgħir u jrawmuh biex jagħmel dawn is-shows tul ħajtu kollha.", "Ġieli smajna b'okkażjonijiet fejn ikollok iljunfant li jitgerfex.", "Jgħidu li jiġrilu hekk għax psikoloġikament dak jibqa' bit-trawma minn meta jkunu firduh minn ommu u għax kien jitgħallem li għandu jgħolli idu meta jgħollilu l-frosta 'l fuq għax jekk ma jgħollihiex jaħraqha bil-hotplate.", "Dan il-pajiż sewwa għamel meta ħa d-deċiżjoni li m'għandniex indaħħlu aktar ċirkli tal-annimali.", "Min irid jagħmel iċ-ċirklu jista' jagħmlu, però m'għandux juża din il-moħqrija fuq dawn l-annimali biex jagħmel il-flus billi jipprovdi entertainment ta' dak it-tip.", "Dan huwa suġġett li hemm ħafna xi tgħid dwaru.", "Nista' ngħid li d-dibattitu jista' jibqa' għaddej għax huwa dibattitu b'saħħtu.", "Nisħaq li għandna nkomplu nenfasizzaw l-edukazzjoni, is-soċjalizzazzjoni u l-imħabba lejn il-pets.", "B'hekk inrawmu ċittadini fis-soċjetà li ma jkollhomx għalfejn jiddiskutu l-moħqrija fuq l-annimali għax ħadd ma jkun qed jaħqar annimali.", "Dik tkun sitwazzjoni ideali li nistgħu noqorbu lejha permezz tal-edukazzjoni.", "Fl-aħħar nett, għal darb' oħra nifraħ lill-kollega tiegħi l-Onor.", "Clint Camilleri li ressaq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nirringrazzja lill-Oppożizzjoni tal-mod pożittiv li bih qiegħda tagħmel l-argumenti tagħha u nirringrazzja lill-NGOs kollha, lis-sħab soċjali kollha u lil dawk kollha li jħobbu l-annimali li wassluna biex ressaqna dan l-Abbozz ta' Liġi flimkien.", "Nawgura li f'dan il-pajjiż ma jkun hawn qatt aktar moħqrija fuq l-annimali, anzi meta nitkellmu fuq il-pets u fuq l-annimali għandna nqisuhom parti mill-familji tagħna kif jagħmlu ħafna nies li jħobbu l-annimali.", "Dik għandha tkun in-norma ta' kull wieħed u waħda minna.", "Nirringrazzjak.", "Fis-6.47 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Id-diskussjoni hija interrotta għal ftit mumenti.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sinjura President, bħala President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363) għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "FTEHIM TAL-KAMRA", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, b'żieda ma' dak li diġà ġie verbalizzat rigward is-seduta ta' għada u fid-dawl ta' dak li ġie komunikat ftit sekondi ilu mill-kollega l-Onor.", "Glenn Bedingfield, nixtieq ninforma lill-Kamra li fis-seduta ta' għada, qabel ma ngħaddu għall-mozzjoni dwar Konnettività Permanenti bejn Malta u Għawdex, se ngħaddu għat-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, li għadu kemm ġie rrapporta li kien approvat mill-Kumitat.", "Fl-eventwalità li tintalab division fuq it-Tielet Qari, din tittieħed għada stess.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, nikkonferma li hemm qbil mal-Oppożizzjoni dwar dan.", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR IT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet ġiet interrotta ftit mumenti qabel.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sinjura President, f'dawn l-aħħar ftit minuti ridt nagħmel intervent fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li nerġa' ngħid li l-Oppożizzjoni mhux biss hija favurih, imma saħansitra ssekondatu wkoll.", "Se nkun qed nitkellem kemm bħala membru ta' din il-Kamra u allura għandi sehem fil-leġiżlazzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, kemm bħala persuna li naħdem f'dan il-qasam, però anke bħala persuna li nħobb l-annimali.", "Hija xi ħaġa rari li s-suġġett tal-ħarsien tal-annimali jitla' fuq l-aġenda, u għalhekk kien tajjeb li llum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi biex intejbu dan il-qasam.", "Nafu li hawn persentaġġ qawwi ta' familji Maltin li għandhom xi forma ta' pet jew ieħor.", "Fil-fatt, skont statistika forsi mhux uffiċjali, hemm 'il fuq minn 65% tal-households f'pajjiżna li jrabbu annimal u allura naħseb li dan ipoġġina bħala poplu li għandna għal qalbna l-ħarsien tal-annimali.", "Tajjeb li nirrikonoxxi dak li qed isir f'pajjiżna.", "Il-fatt li anke l-Oppożizzjoni qiegħda taqbel ma' dan l-Abbozz ta' Liġi u qed tissekondah jibgħat messaġġ ċar u jien, li kif għedt immiss direttament ma' dan il-qasam, irrid nirrikonoxxi l-ħidma u l-impenn b'imħabba tal-ħaddiema preżenti mid-Direttur s'isfel.", "Jien li nkun magħhom matul il-ħidma tagħhom nista' nara l-imħabba u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema.", "Forsi fuq il-Facebook ikun hemm min joskura dak li jkun għaddej.", "Ikun hemm min, ġustament, jikkritika għax fil-ħajja dejjem hemm lok fejn wieħed itejjeb, imma naħseb meta tkun qed tara mill-viċin, tinduna bl-impenn ta' dawn in-nies.", "Hawnhekk tajjeb nirrikonoxxu li l-uffiċjali responsabbli, pereżempju, mill-ambulanza, tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li wieħed jista' jaqbdu fuq in-numru 1717, joffru servizz round the clock u jkunu għad-dispożizzjoni 24/7 mingħajr distinzjoni ta' żona.", "Jekk xi ħadd iċempel fis-1.00 a.m. li xi mkien hemm inċident jew hemm moħqrija tal-annimali, forsi hemm kelb, qattus jew kwalunkwe annimal ieħor li ntlaqat, is-servizz mogħti huwa round the clock.", "Tajjeb li wieħed jirrikonoxxi wkoll l-impenn lil hinn mill-ħidma li ssir bejn erba' ħitan fl-uffiċċju tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali.", "Dawn l-uffiċjali ngħataw ir-responsabbiltà li jmorru fl-iskejjel, f'attivitajiet organizzati mill-kunsilli lokali u f'attivitajiet organizzati mill-NGOs.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira u nsellem lill-NGOs kollha li jaħdmu b'imħabba.", "Qed nirreferi għall-ħaddiema fi ħdan id-Direttorat, imma nkun qed nonqos jekk ma nsellimx ukoll lil dawk kollha li b'xi mod jaħdmu f'NGOs bir-raġuni ewlenija tagħhom tkun l-imħabba lejn l-annimali.", "Kif kont qed insemmi qabel, ix-xogħol tad-Direttorat ma jintrabatx biss ma' dak li jsir bejn erba' ħitan.", "Naħseb li fl-aħħar snin kien hemm kien hemm impenn anke permezz ta' preżenza mhux ħażin tal-uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fl-iskejjel fejn matul is-sena kollha jsiru numru ta' proġetti.", "Hawnhekk irrid insemmi żewġ proġetti pilota, wieħed minnhom għadu għaddej u l-ieħor intemm fi tmiem is-sena skolastika li għaddiet.", "Dak li ntemm kien tal-Kulleġġ f'Ħad-Dingli u matul din is-sena skolastika għaddejja l-istess inizjattiva ta' proġett pilota fil-Middle School ta' Ħal Kirkop.", "Kull ġimgħa, matul is-sena skolastika kollha u b'kordinament bejn id-Direttorat, numru ta' NGOs u uffiċjali fl-istess Direttorat, dawn in-nies imorru fl-iskola u jitkellmu fuq annimal differenti.", "Il-fatt li qegħdin nifirxu l-outreach naħseb li hija xi ħaġa pożittiva.", "Dan iqajjem interess fi tfal ta' etajiet differenti u hemmhekk tinduna l-imħabba li għandhom għall-annimali, mhux biss dawk tradizzjonali, bħal klieb u qtates, imma wkoll għadd ta' annimali differenti li jingħata tagħrif dwarhom b'mod tassew interessanti.", "Ħafna mit-tfal jidħlu anke f'interazzjoni ma' min ikun qed jispjegalhom.", "Naħseb li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Dalwaqt jibdew il-preparamenti rigward Skola Sajf u hawn tajjeb li wieħed jirrikonoxxi li f'iktar minn 20 ċentru f'Malta u f'Għawdex b'mod regolari jkun hemm preżentazzjonijiet b'mod viżwali, informattiv u edukattiv mill-uffiċjali tal-ħarsien tal-annimali.", "Dan ukoll huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Quddiemi qed nara lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani u nappellalu biex jitkompla dak li kien inbeda u li jidher li ma tkompliex.", "Għandha b'mod immedjat titkompla l-inizjattiva li fiċ-ċentri ta' matul il-jum f'Malta u f'Għawdex imorru uffiċjali tad-Direttorat u lill-anzjani jagħtuhom spjegazzjoni dwar l-inizjattivi u l-kampanji li jkunu qegħdin isiru.", "Fil-fatt kienet saret f'żewġ ċentri ta' matul il-jum, f'Ħad-Dingli u fis-Siġġiewi, intlaqgħet pożittivament, u nappella lis-Segretarju Parlamentari biex dawn l-inizjattivi jkomplu jsiru fiċ-ċentri l-oħra ta' matul il-jum.", "Ma rridx intawwal però rrid nirrikonoxxi li dan huwa qasam li dwaru għandna nħallu l-politika fil-ġenb.", "Hekk qed nagħmlu f'din id-diskussjoni sana, interessanti u matura.", "Naħseb li dan huwa qasam fejn nistgħu nieħdu deċiżjonijiet flimkien f'din il-Kamra biex inkomplu nirrikonoxxu r-rispett u l-imħabba li għandhom il-familji Maltin lejn il-ħarsien tal-annimali.", "Nagħlaq billi nikkundanna bla riżervi kull forma ta' moħqrija li ssir fuq kwalunkwe annimal.", "Kultant nitkellmu u niffokaw biss fuq il-klieb u l-qtates imma naħseb li huwa importanti li nirrikonoxxu li l-moħqrija mhi tajba fuq l-ebda annimal u mhi aċċettabbli taħt l-ebda kondizzjoni.", "Ikun hawn min jipprova jilgħabha ta' macho man u jipprova jaħqar xi annimal partikolari.", "Mill-ġdid nerġa' nirringrazzja lill-ħaddiema u 'l-NGOs kollha li qed imissu ma' dan il-qasam u jalla li f'pajjiżna jkompli jsir l-investiment min-naħa tal-Gvern, ikun min ikun il-Gvern, biex verament jissaħħu r-riżorsi umani f'dan id-Direttorat biex inkomplu nilħqu firxa akbar ta' nies u biex il-kampanji edukattivi nazzjonali dwar il-ħarsien tal-annimali jibqgħu jilħqu l-akbar numru possibbli ta' nies.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-6.57 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "ANTHONY AGIUS DECELIS: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 17 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Amministrazzjoni tal-Passività; u", "Mozzjoni dwar konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali - Tieni Qari (Kont.); u", "Mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jitħassar l-Avviż Legali 44 tal-2019 li jemenda r-Regolamenti dwar Kumitati Amministrattivi għal Komunitajiet – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni - Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, irrid niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra għad-diskors li għamel il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda, 14 ta' April.", "F'dan l-Aġġornament irrid niddiżapprova l-kliem li uża l-Prim Ministru Muscat għax fil-fehma tiegħi kien dispreġjattiv.", "Fil-fehma tiegħi – u nerfa' r-responsabbiltà ta' dak kollu li se ngħid – ma jixraqx li jkollna Prim Ministru, hu min hu, li juża dak il-kliem u jagħżel dak it-ton f'dik iċ-ċirkostanza.", "Hu qal:", "\"U jekk hawn min, bir-rispett kollu, imur iħabbat fuq sidru quddiem id-Duluri kif għamlu nhar il-Ġimgħa u jitbikkew fuq l-abort għax ħajja umana …\"", "Imbagħad kompla jgħid:", "\" għax in-nies li jkunu fuq il-baħar ħajja umana wkoll\".", "Konxju li l-Prim Ministru Muscat, qabel ma qal dan kollu, qal il-kliem \"bir-rispett kollu\".", "Il-Prim Ministru qal hekk, u nerġa' nikkwota:", "\"U jekk hawn min, bir-rispett kollu, imur iħabbat fuq sidru quddiem id-Duluri kif għamlu nhar il-Ġimgħa u jitbikkew fuq l-abort għax ħajja umana, in-nies li jkunu fuq il-baħar ħajja umana wkoll.\".", "Nerġa' ngħid, jiena konxju li l-Prim Ministru uża l-kliem \"bir-rispett kollu\", però meta xi ħadd juża l-kliem \"bir-rispett kollu\" ma jfissirx li qed jagħti dritt lilu nnifsu biex wara jkun jista' juża kliem dispreġjattiv fil-konfront ta' ħaddieħor.", "Dawk il-persuni li rrefera għalihom kienu qegħdin jaġixxu minn rajhom u fil-libertà kollha, kienu qed jesprimu dak li jemmnu fih.", "Ma naħsibx li huwa għaqli jew li huwa sinjal ta' għaqda li jkollna Prim Ministru li juża dak il-kliem.", "Ma ninsewx li hawn mhux deputat kien qed jitkellem imma Prim Ministru, kariga b'responsabbiltà unika fil-pajjiż.", "Iva, naqbel li l-ħajja umana ta' dawk li jkunu fuq il-baħar hija ħajja sagra daqskemm hija ħajja sagra dik tat-tarbija fil-ġuf, però nistaqsi: Xi prova għandu l-Prim Ministru li dawk li hu ddeskriva bħala li mxew wara d-Duluri huma ipokriti u għandhom double standards?", "Bid-diskors tiegħu l-Prim Ministru kixef, fil-fehma tiegħi, l-inkonsistenza tal-politika tal-Gvern tiegħu stess.", "Il-Prim Ministru jitkellem dwar pajjiż kożmopolitan u jistenna li billi jgħid din il-kelma \"kożmopolitan\" il-Maltin u l-Għawdxin jaqblu miegħu rigward in-numru dejjem jikber ta' barranin li qegħdin jiġu f'pajjiżna.", "Jekk wieħed joqgħod attent għall-kliem li uża l-Prim Ministru, isib li l-Prim Ministru uża kliem bħal \"ipokresija\" u qal li ma jaqbilx mal-ipokresija ta' dawk li jemmnu li għandhom jiddefendu t-tarbija fil-ġuf.", "Il-Prim Ministru uża l-kliem li nhar il-Ġimgħa dawn marru jitbikkew wara d-Duluri fuq l-abort għax hija ħajja umana.", "B'daqshekk ma jfissirx li dawn in-nies huma ipokriti jew għandhom double standards.", "Il-Prim Ministru qalilna wkoll li jekk ma jkomplux jiġu barranin, il-Maltin jitilfu x-xogħol tagħhom.", "Dan hu li jridna nemmnu l-Prim Ministru meta l-Ħadd ta' qabel qal li l-barranin qegħdin iħallsu l-pensjoni tal-anzjani.", "Qalilna wkoll li jekk ma jiġux il-barranin aħna nitilfu l-impjiegi tagħna.", "Il-Prim Ministru ma jistax jgħid ħaġa aktar grassa minn hekk.", "Fil-fehma tiegħi, żewġ sentenzi ta' din il-kwalità jpoġġu lill-Prim Ministru f'pożizzjoni ambigwa.", "Meta prim ministru jgħid lill-poplu tiegħu li bla barranin il-Maltin jitilfu x-xogħol tagħhom u meta jgħid li l-barranin qegħdin iħallsu l-pensjoni tagħna, allura rridu nibdew ngħidu li hemm xi ħaġa sejra ħażin.", "Dan il-Prim Ministru mhux qed jgħid il-verità.", "Qed iġiegħel lill-poplu Malti jadatta lilu nnifsu għall-politika li jridna ngħixu hu, politika li hija kapriċċ tiegħu, imma ma jistax jiġi jgħidilna li bla barranin il-Maltin jitilfu x-xogħol tagħhom.", "Il-Prim Ministru ma jistax jiġi jgħidilna li l-barranin qegħdin iħallsu l-pensjoni tal-Maltin u tal-anzjani, u wisq iżjed il-Prim Ministru ma jistax jiġi jgħidilna li min kien qed jimxi wara d-Duluri jew, kif qal hu, jitbikkew fuq l-abort quddiem id-Duluri, huma ipokriti.", "Meta l-Partit Nazzjonalista jitkellem fuq ir-refuġjati qatt ma smajt lill-ebda kap ta' dan il-partit jirreferi għall-kelma pushback.", "Kien il-Prim Ministru Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni fi żmien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li kien iwiegħed li jekk ikun fil-Gvern kien se jagħmel il-pushback!", "Din kienet l-iżjed ħaġa li n-nies riedu jisimgħu dak iż-żmien mingħand il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Qatt ma smajt lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, illum Dr Adrian Delia, anke meta kellna dibattiti, jgħid lill-Prim Ministru biex ikeċċi 'l barra lil dawn in-nies.", "Qatt ma smajt lill-Kap tal-Oppożizzjoni jew lil xi deputat min-naħa tal-Oppożizzjoni jgħid lill-Prim Ministru biex ma jdaħħalx dgħajjes li jersqu lejn xtutna.", "Qatt ma smajt lill-Arċisqof jew NGOs li għandhom għal qalbhom it-tarbija fil-ġuf isostnu li jekk tkun dieħla dgħajsa dawn għandhom jitkeċċew lura.", "Il-Partit Nazzjonalista dejjem tkellem b'responsabbiltà u b'rispett lejn il-ħajja, kemm jekk ta' tarbija fil-ġuf u kemm jekk ta' persuna ġejja fuq dgħajsa.", "Il-Knisja Kattolika f'Malta u l-NGOs tagħha dejjem tkellmu b'rispett fuq il-ħajja, kemm jekk ta' tarbija fil-ġuf kif ukoll jekk ta' persuna li ġejja b'dgħajsa għax qed taħrab minn pajjiżha.", "Sinjura President, kien il-Prim Ministru Muscat li qed juri li għandu problema bl-issue ta' rispett lejn il-ħajja mill-bidu sat-tmiem.", "Huwa l-Prim Ministru Muscat, wara li ċanfar lil ħaddieħor li huwa ipokrita għax mar jimxi wara d-Duluri, skont hu jitbekka għax huwa favur it-tarbija fil-ġuf, li meta wasal il-mument tal-prova għadda liġi li teħodha kontra l-vjolenza domestika u t-tarbija fil-ġuf qiesha bħala tmien ċelloli u mhux bħala persuna!", "Fejn hu r-rispett tal-Prim Ministru lejn il-ħajja?", "Fejn hu r-rispett lejn il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf meta l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu ċ-ċans li jiċċertifika u jilleġiżla li tarbija fil-ġuf hija persuna u, minflok, f'dan il-Parlament, ingħatajna x'nifhmu li għal dan il-Gvern it-tarbija fil-ġuf hija tmien ċelloli?!", "Kien il-Gvern ta' Muscat u d-Dipartiment tas-Saħħa li sostnew li tarbija fil-ġuf mhijiex meqjusa bħala persuna f'għajnejn il-liġi.", "L-ebda NGO ma tkellmet fuq tarbija fil-ġuf li mhijiex meqjusa bħala persuna.", "Hawnhekk rajna r-rapport tal-Ombudsman li fih jgħid li d-Dipartiment tas-Saħħa jsostni li t-tarbija fil-ġuf mhijiex meqjusa bħala persuna f'għajnejn il-liġi.", "Huwa taħt il-Gvern ta' Muscat li għandna min fil-poplu Malti, meta tidħol l-issue tal-abort, ma jistax jafda lill-Gvern u ma jistax jafda lanqas lill-Partit Soċjalista ta' Muscat, għax ħadd mis-soċjalisti ta' Muscat ma astjena jew ivvota kontra meta l-partiti soċjalisti vvotaw għall-manifest tagħhom għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li huwa favur l-abort.", "Ma kien hemm ħadd mill-Partit Soċjalista Malti li vvota kontra.", "Naqbel mal-Prim Ministru meta fid-diskors tal-Ħadd li għadda qal li xejn mhu abjad u iswed u hemm ħafna griż.", "Iva, Prim Ministru, hemm ħafna issues li fihom m'hemmx abjad u iswed biss, imma hemm ħafna grey areas, però mal-protezzjoni tal-ħajja jew fejn jidħol l-abort, jew int favur jew int kontra, m'hemmx grey areas!", "Meta nitkellmu dwar il-barranin f'pajjiżna, m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq dgħajsa li ġejja mil-Libja.", "Il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru tkellem mal-poplu Malti daqslikieku l-problema tal-poplu Malti bin-numru eċċessiv ta' barranin hija riżultat ta' dawk li jidħlu fuq dgħajsa mil-Libja li mbagħad il-Gvern ikun ftiehem biex dak in-numru ta' persuni li jidħlu bħala immigranti irregolari jerġgħu jmorru lura f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Dik mhijiex issue.", "Hemmhekk m'għandux problema.", "Fuq dak il-każ lill-Prim Ministru nifirħulu għax m'għandniex problema.", "Mela fuq dak il-każ il-Prim Ministru ma kellux għalfejn jgħid il-kliem:", "\"U jekk hawn min, bir-rispett kollu, imur iħabbat fuq sidru quddiem id-Duluri kif għamlu nhar il-Ġimgħa u jitbikkew fuq l-abort għax ħajja umana …\".", "Imbagħad il-Prim Ministru kompla jgħid li what is good for the goose is good for the gander, jiġifieri dak li hu tajjeb għal wieħed huwa tajjeb għall-ieħor.", "Kif huwa tajjeb għat-tarbija fil-ġuf li tipproteġiha, huwa tajjeb ukoll li nipproteġu lill-persuna li ġejja bid-dgħajsa.", "Iva, naqbel miegħek Prim Ministru, daqskemm irrid nipproteġi lit-tarbija fil-ġuf irridu nipproteġu lil dawk il-persuni li ġejjin fuq id-dgħajsa.", "Miegħek qegħdin!", "Xi ħadd qallek li m'aħniex miegħek?", "Meta kellna nitkellmu fil-Parlament ma kienx hawn diviżjoni fuq din l-issue.", "Meta darba l-Prim Ministru żamm dgħajsa 'l bogħod minn dan il-pajjiż b'numru ta' refuġjati u kulħadd jgħidlu biex idaħħalha, il-Gvern u l-Oppożizzjoni kienu flimkien.", "Il-problema lanqas tant mhi tal-barranin li jiġu bid-dgħajsa imma l-problema li għandu l-poplu Malti u Għawdxi hija l-politika tal-Prim Ministru Muscat li għalih l-ekonomija tikber skont kemm idaħħal barranin jaħdmu f'dan il-pajjiż.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq il-ħajja umana, kemm jekk ta' tarbija fil-ġuf, kemm jekk ta' persuna li ġejja fuq dgħajsa, kemm jekk ta' persuni barranin li jagħżlu li jiġu jaħdmu jew ġabhom il-Gvern ta' Muscat biex jaħdmu f'Malta, qegħdin nitkellmu fuq l-istess ħajja, qegħdin nitkellmu fuq ħajja li għandha dinjità umana.", "Sinjura President, l-ipokresija u d-double standards li jien ma naqbilx magħhom mhumiex ta' dawk li marru jimxu wara d-Duluri, skont hu jitbikkew fuq l-abort!", "Jiena ma nafx li dawn huma nies li fl-istess ħin qed jgħidulu kontra l-immigranti irregolari, speċjalment jekk tkun ġejja dgħajsa u jkunu jafu li dawk in-nies li ġejjin Malta, permezz ta' ftehim se jispiċċaw imorru f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Il-problema li għandhom il-Maltin rigward l-issue tal-barranin hija li f'Malta qegħdin inġibu persuni minn barra minn Malta biex jaħdmu bħala skjavi.", "Qed inġibuhom u nitilquhom jgħixu għaxra f'appartament.", "Meta nitkellmu fuq il-barranin qegħdin nitkellmu fuq id-dinjità tal-ħajja umana u mhux li taqbad u ġġib il-barranin u jispiċċaw jgħixu ta' lsira f'dan il-pajjiż.", "Huwa ħażin jekk dan il-pajjiż ikun overcrowded aktar milli hu.", "Dik hija l-problema tal-Maltin u tal-Għawdxin, għax ma jafux dan in-numru ta' barranin kemm se jibqa' jiżdied, jew jekk hawnx post fejn jista' jibqa' jiżdied.", "Jekk il-Prim Ministru jrid pajjiż kożomopolitan, nitlob lill-Prim Ministru jibni servizzi ta' pajjiż kożomopolitan.", "Mhux billi l-Prim Ministru jgħid li dan huwa pajjiż kożmopolitan!", "Li tkun pajjiż kożmopolitan ma jfissirx li aħna issa se noqogħdu kollha f'dan il-pajjiż, jiġu kemm jiġu nies.", "Jekk il-Prim Ministru għandu dar li hija komda għal sitta min-nies u jrid idaħħal 20, qabel ma jdaħħal 20 persuna għandu jara kif iżid in-numru ta' toilets, ta' kċejjen u ta' sodod f'dik id-dar biex dawk l-20 jgħixu ħajja dinjituża.", "Jekk f'dik id-dar li fiha sitta jgħixu komdi jdaħħal 20 jew 30 persuna, allura se jkollu problemi b'dawk is-sitta li kienu jgħixu komdi.", "Din hija l-problema tal-Prim Ministru, u mhux billi jiġi jgħidilna biex nissaportu l-kapriċċi politiċi tiegħu, imbagħad min jipprova jiftaħ ħalqu jaqla' tgħajjira mingħand il-Prim Ministru!", "Jekk trid pajjiż kożmopolitan fejn jgħixu aktar barranin, ibni aktar skejjel u mhux it-tfal tagħna jitgħallmu fil-containers.", "Dan bħalma kellek tibni l-iskola ta' San Pawl il-Baħar u bqajt tittratieni u għadek ma bnejthiex.", "Jekk trid iġġib il-barranin trid tkun ċert li twettaq dak li għedt il-Ħadd li għadda, jiġifieri tara li huma jadattaw għall-kultura tagħna.", "Hekk għedt il-Ħadd li għadda, Prim Ministru!", "Però, l-istess Gvern tiegħu f'dipartiment joħroġ twiddiba biex minn ċerti kliniċi jitneħħew is-slaleb jew sinjali oħra ta' fidi.", "Dan il-Prim Ministru jrid ikun konsistenti u mhux nhar il-Ħadd jgħid li huma jridu jadattaw għall-kultura tagħna, imbagħad ikollu min fid-dipartimenti tiegħu jgħid li jridu jitneħħew is-slaleb, imbagħad id-Deputat Prim Ministru jerġa' jdawwar l-ordni u l-ordni ma sseħħx!", "Ma sseħħx, imma tkun ħarġet, bħalma ħarġet l-ordni mid-Dipartiment tas-Saħħa biex tarbija fil-ġuf ma titqiesx bħala persuna eliġibbli biex f'dan l-istess dipartiment iħallas għall-ispiża ta' dik it-tarbija fil-ġuf.", "Nerġa' ngħid, id-Dipartiment tas-Saħħa jsostni li t-tarbija fil-ġuf mhijiex meqjusa bħala persuna f'għajnejn il-liġi, u dan fi żmien il-Prim Ministru Muscat.", "Jekk trid pajjiż kożmopolitan, ġib kemm trid barranin imma stmahom ta' nies għax dawk għandhom il-ħajja bid-dinjità umana bħal m'għandha t-tarbija fil-ġuf, u allura ibni servizz tas-saħħa li jesa' aktar nies u mhux nispiċċaw bi sptarijiet mimlijin bħalm għandna fil-preżent.", "Kellna inċident u qalulna biex ma mmorrux l-isptar għax kien overcrowded.", "Jekk il-Prim Ministru jrid iġib aktar barranin għandu jżid in-numru tal-ambulanzi.", "Dan qed ngħidu għax għaddejt minn esperjenza fejn persuna anzjana fil-preżenza tiegħi ċemplet għal ambulanza – u huwa immaterjali kenitx Maltija jew barranija, għax ugwalment huma nies tal-istess dinjità - u r-risposta kienet li m'għandhomx ambulanza disponibbli għax kollha qegħdin barra.", "Jekk irid iġib aktar nies isolvi l-problema tat-traffiku u mhux jiġu aktar nies, inwessgħu t-toroq u t-traffiku għoqda kien u għoqda se jibqa'!", "Jekk twessa' t-toroq u żżid in-numru tal-vetturi, bl-istess equation se tibqa'!", "L-ispazju li wessajt se jittieħed min-numru akbar ta' karozzi fit-toroq, għax il-popolazzjoni ta' Malta qed tiżdied.", "Jien qed nitkellem fuq nies, huma ta' liema kulur huma, huma ta' liema nazzjonalità huma, huma ta' liema reliġjon huma, Maltin u barranin.", "F'dan il-pajjiż għandna nkunu meqjusa bħala bnedmin li għandna d-dinjità umana tagħna.", "Ma nistgħux inġibu barranin f'dan il-pajjiż imbagħad inżommuhom jgħixu qishom skjavi.", "Huwa tajjeb li qegħdin ngħaddu liġi rigward kemm għandna bżonn inżommu tajjeb l-annimali, però ma nistgħux inġibu barranin f'dan il-pajjiż u nipprovdulhom postijiet fejn jgħixu li huma agħar milli nżommu l-annimali fihom, jew inġibu barranin li jipiċċaw jgħixu mal-annimali jew bħall-annimali f'dan il-pajjiż.", "Jien ma' dan ma naqbilx għax il-bniedem, hu ta' liema pajjiż hu, għandu jgħix f'dan il-pajjiż b'dinjità.", "Dan il-Parlament jesa' numru ta' persuni u ma nistgħux indaħħlu għaxar darbiet aktar, darbtejn aktar minn dak li huwa l-full capacity għax nispiċaw ngħaffġu fuq xulxin.", "Dik hija l-problema tal-poplu Malti.", "Il-Prim Ministru m'għandux għalfejn jinkwieta meta tkun dieħla dgħajsa bil-barranin għax bil-ħila tiegħu u bil-Parlament Malti warajh jaf li meta se tidħol dik id-dgħajsa dawk ir-refuġjati li se jitolbu kenn se jiġu mqassma fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Mhijiex dik l-issue tal-poplu Malti.", "L-issue tal-poplu Malti hija bil-barranin li ġejjin jaħdmu f'dan il-pajjiż mingħajr ma kabbarna s-servizzi biex inkunu nistgħu naqduhom sew.", "B'dan il-mod qegħdin jispiċċaw li lanqas in-nies tagħna mhuma moqdijin.", "Ħadd mhu qed jiġi moqdi sewwa, la l-Maltin u lanqas il-barranin.", "Din hija l-issue prinċipali ta' kemm se noffru servizz addattat biex, huma min huma dawk li qed jgħixu f'dan il-pajjiż, meta jidħlu l-isptar ikunu meqjusa bħala bnedmin bid-dinjità kollha, biex meta t-tfal imorru fl-iskejjel tagħna jkunu trattati ta' studenti b'dinjità, meta nċemplu għal ambulanza jkollna ambulanza, kemm jekk inti Tork, kemm jekk inti Musulman u kemm jekk inti Kattoliku.", "Sinjura President, jiena niddiżapprova dak li smajt mingħand il-Prim Ministru meta uża dak il-kliem li uża fil-konfront ta' nies li kienu qegħdin jixhdu għal dak li jemmnu fih.", "B'dan il-kliem il-Prim Ministru jrid jiddistanza lilu nnfisu minnhom, għax il-frażi li uża mhijiex \"hekk għamilna\" imma \"hekk għamlu\".", "Kien qed jitkellem fuq nies oħra li huma differenti minnu għax il-Prim Ministru qal:", "\"U hawn min, bir-rispett kollu, imur iħabbat fuq sidru quddiem id-Duluri kif għamlu nhar il-Ġimgħa …\".", "- ma qalx \"kif għamilna nhar il-Ġimgħa\" imma \"kif għamlu nhar il-Ġimgħa\" –", "\"… u jitbikkew fuq l-abort għax ħajja umana, in-nies li jkunu fuq il-baħar ħajja umana wkoll\".", "Fil-fehma tiegħi dak il-kumment kien dispreġjattiv fil-konfront ta' dawn in-nies u l-Prim Ministru ma kellux għalfejn jasal biex lil dawn in-nies iddeskriviehom b'dak il-mod, billi jgħid li kienu ipokriti.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 17 ta' April 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.27 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT – TNEĦĦIJA TA' VETTURI B'REĠISTRAZZJONI BARRANIJA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed tagħmel l-Awtorità dwar it-Trasport biex tara li vetturi b'reġistrazzjoni barranija li jkunu f'pajjiżna mingħajr permess jinstabu u jitneħħew mit-toroq ta' pajjiżna?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li fil-preżent Transport Malta tħaddem team tal-Clamping 24/7.", "Dan it-team li hu fornut b'vann Toyota Hilux jduru kontinwament fit-toroq Maltin sabiex jinnotaw u jieħdu azzjoni fuq vetturi bi pjanċi barranin li jkunu qed jiksru l-liġi kif imtennija f'Kaptiltu 65 u bis-saħħa mogħtija lill-Awtorità permezz tal-Liġi sussidjarja 65.13", "Fejn jinstabu dawn il-każijiet, il-vettura tiġi kklampjata għal 24 siegħa.", "Dan jagħti żmien lil sid il-vettura sabiex jitlob li titneħħa l-clamp u jirregolarizza ruħu kontra ħlas ta' €180.", "F'każ li sid il-vettura ma jagħmilx kuntatt ma' Transport Malta sabiex jirregolarizza ruħu, il-vettura tiġi ttowjata għall-compounds ta' Transport Malta.", "Fl-eventwalità li sid il-vettura ma jitlobx rilaxx tal-vettura permezz ta' regolarizzazzjoni tal-vettura, din il-vettura tiġi mtellgħa għall-irkant hekk kif deriġit fil-Liġi Sussidjarja 65.13", "SIDIEN TA' VETTURI B'REĠISTRAZZJONI BARRANIJA – KONTRAVENZJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lista ta' kontravenzjonijiet li twettqu minn sidien ta' vetturi b'reġistrazzjoni barranija li kienu f'pajjiżna fl-2017 u fl-2018, maqsumin skont ir-reat u skont il-pajjiż li fih kienet reġistrata l-vettura rispettiva?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.", "IL-FURJANA: TRIQ SANT'ANNA – POSTIJIET TAL-GVERN MAGĦLUQA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet tal-Gvern magħluqa fi Triq Sant'Anna, il-Furjana?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – ĦRUĠ TA' PERMESSI FIL-FURJANA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet permessi l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fil-Furjana fl-aħħar tliet snin li ma kenux konformi mal-Policy GF15?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn il-31 domanda mressqa f'daqqa jitlobu ammont qawwi ta' riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli.", "Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan jiġu utilizzati minflok fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8163 mill-Ministru tal-Ġustizzja fejn stqarr li flejjes ikkonfiskati jiġu depożitati fil-Fond Konsolidat, jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha konfiskati mill-Istat b'rabta ma' reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern diġà qiegħed jgħin lil diversi għaqdiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mis-sena 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li fih il-qraba ta' persuna li tkun mietet u li ma kinitx donatur irreġistrat, iddeċidew li jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex issir donazzjoni tal-organi tal-persuni li tkun mietet?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Diċembru 2016 sal-2017 kien hemm 14-il donatur, fl-2018 kien hemm 12 u fl-2019 sal-lum kien hemm 3 donaturi li l-kunsens dwarhom inġabar mill-qraba.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew irrappurtati każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Tas-Sliema, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq jew żoni f'Tas-Sliema seħħew l-imsemmija każijiet ta' ħruq, xi ħsara saret, jekk kienx hemm persuni li weġġgħu jew li tilfu ħajjithom u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mis-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta' każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata rrappurtati fil-lokalità ta' Tas-Sliema, mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Marzu 2019, kien ta' 5, kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ma jirriżultax li kien hemm persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom f'dawn il-każijiet.", "Fuq każ wieħed kien hemm persuna li tressqet il-Qorti.", "Ta' min jinnota li l-każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fl-istess lokalità għall-perjodu 2008-2012 kien ta' 9.", "SAN ĠILJAN – RAPPORTI TA' ĦRUQ FI PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' San Ġiljan, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq jew żoni f'San Ġiljan seħħew l-imsemmija każijiet ta' ħruq, xi ħsara saret, jekk kienx hemm persuni li weġġgħu jew li tilfu ħajjithom u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta' każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' San Ġiljan irrappurtati mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Marzu 2019 kien ta' 11, kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ma jirriżultax li kien hemm persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom f'dawn il-każijiet.", "Waqt li l-investigazzjonijiet ikomplu, ma kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet.", "Ta' min jinnota li l-każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika jew privata fl-istess lokalità għall-perjodu 2008-2012 kien ta' 8.", "IL-GŻIRA – RAPPORTI TA' ĦRUQ FI PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità tal-Gżira, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq jew żoni fil-Gżira seħħew l-imsemmija każijiet ta' ħruq, xi ħsara saret, jekk kienx hemm persuni li weġġgħu jew li tilfu ħajjithom u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta' każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata rrappurtati fil-lokalità tal-Gżira mis-sena 2013 sa l-aħħar ta' Marzu 2019 kien ta' 9, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma jirriżultax li kien hemm persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom f'dawn il-każijiet u żewġ persuni ġew imressqa l-Qorti b'konnessjoni ma' tnejn minn dawn l-inċidenti, wieħed għal kull każ.", "Ta' min jinnota li l-każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika jew privata fl-istess lokalità għall-perjodu 2008-2012 kien ta' 20.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Pembroke, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq jew żoni f'Pembroke seħħew l-imsemmija każijiet ta' ħruq, xi ħsara saret, jekk kienx hemm persuni li weġġgħu jew li tilfu ħajjithom u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, in-numru ta' każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata rrappurtati fil-lokalità ta' Pembroke, mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Marzu 2019 kien ta' 5, kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ma jirriżultax li kien hemm persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom f'dawn il-każijiet.", "Waqt li l-investigazzjonijiet ikomplu, ma kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet.", "Ta' min jinnota li l-każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fl-istess lokalità għall-perjodu 2008-2012 kien ta' 3.", "BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ (LIMITI TAN-NAXXAR) – RAPPORTI TA' ĦRUQ FI PROPRJETÀ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew irrapurtati każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tan-Naxxar, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid f'liema toroq jew żoni f'Baħar iċ-Ċagħaq seħħew l-imsemmija każijiet ta' ħruq, xi ħsara saret, jekk kienx hemm persuni li weġġgħu jew li tilfu ħajjithom u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, ir-rapporti ta' każijiet ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata fil-lokalità ta' Baħar iċ-Ċagħaq (limiti tan-Naxxar), mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Marzu 2019 kien ta' 6, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Ma jirriżultax li kien hemm persuni li weġġgħu jew tilfu ħajjithom f'dawn l-inċidenti u waqt li l-investigazzjonjiet ikomplu, ma kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta mal-istess każijiet.", "Ta' min jinnota li għall-perjodu 2008-2012, l-istatistika għal-Baħar iċ-Ċagħaq kienet inkluża ma' dik tan-Naxxar, fejn b'kollox kien hemm 27 każ ta' ħruq fi proprjetà pubblika u privata.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – SESSJONIJIET TA' TISJIR", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9790 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk iċ-ċentri ta' matul il-jum li qed jinvolvu lill-klijenti tagħhom fis-sessjonijiet tat-tisjir?", "Kemm hemm klijenti li qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali):", "Ċentri ta' Matul il-Jum – Anzjanità Attiva", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa m'għandna l-ebda Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani li qed jibbenefika minn sessjonijiet ta' tisjir, però qed naħdmu biex norganizzaw workshops dwar tisjir u tagħlim relatat mal-preparazzjoni tal-ikel.", "Ċentri ta' Matul il-Jum – Aġenzija Sapport", "Inżid ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-programmi ta' tisjir fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Persuni b'Diżabilità jsiru kull ġimgħa fuq bażi regolari bil-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità li jattendu ċ-Ċentri kollha li topera l-Aġenzija Sapport.", "Iktar minn 250 persuna b'diżabilità jipparteċipaw b'mod regolari f'dawn il-programmi.", "IMQABBA – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Imqabba minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:", "(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;", "(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?", "Jista' l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:", "(a) arterjali", "(c) maġġuri", "(d) residenzjali", "(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċetra, jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq?", "Jista' jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq?", "Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-Aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-Aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Imqabba – Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq Innoċenzju, Triq is-Serer u Triq George Marin.", "Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta' toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f'toroq oħrajn fil-lokalità indikata.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "ĦAL KIRKOP – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Kirkop minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:", "(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;", "(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?", "Jista' l-Ministru jagħti għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:", "(a) arterjali", "(c) maġġuri", "(d) residenzjali", "(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċetra, jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa hu għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts?", "Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru water culverts f'dawn it-toroq?", "Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq?", "Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-Aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-Aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' Ħal Kirkop – Triq il-Kbira, Triq San Benedettu, Triq San Ġużepp, Triq Nerik Xerri u Sqaq Sant'Andrija.", "Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta' toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f'toroq oħrajn fil-lokalità indikata.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "ĦAL FARRUĠ – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Farruġ minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:", "(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;", "(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?", "Jista' jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:", "(a) arterjali", "(c) maġġuri", "(d) residenzjali", "(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċetra, jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa hu għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq?", "Jista' jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq?", "Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-Aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-Aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019 mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm Triq in-Noqor fil-lokalità ta' Ħal Farruġ.", "Din is-sena se ssir ukoll Triq Ħal Farruġ li hija triq ewlenija li tasal sa taħt is-Saqqajja, fir-Rabat, u li fiha tul ta' 10 kilometri.", "Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta' toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f'toroq oħrajn fil-lokalità indikata.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "ĦAL SAFI – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Safi minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:", "(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;", "(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?", "Jista' jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:", "(a) arterjali", "(c) maġġuri", "(d) residenzjali", "(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl, eċċetra, jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizzi li bħalissa huma għaddejin mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq?", "Jista' jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq?", "Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' Ħal Safi – Triq l-Iskola, Triq San Ġwann, Triq it-Tellerit u Triq il-Kaċċatur.", "Bħalissa qed tinbena mill-ġdid ukoll Triq il-Kuċċard waqt li qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet f'toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f'toroq oħrajn fil-lokalità indikata.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "QRENDI – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Qrendi minn Infrastructure Malta separatament hekk kif ġej:", "(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina;", "(b) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?", "Jista' l-Ministru jagħti għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:", "(a) arterjali", "(c) maġġuri", "(d) residenzjali", "(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċetrta, jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizzi li bħalissa huma għaddejin mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts?", "Jista' jgħid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq?", "Jista' jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq?", "Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Fl-ewwel xhur tagħha, l-aġenzija ffinalizzat l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena 2019, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet u sussegwentement inbdew toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom beda jew se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena hemm dawn it-toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Qrendi – Triq it-Tempesta, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq il-Mejda (San Niklaw) u Triq Sant' Anna.", "Qegħdin jiġu ppjanati xogħlijiet u bini mill-ġdid ta' toroq oħrajn li jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet ukoll f'toroq oħrajn fil-lokalità indikata.", "Saru wkoll xogħlijiet oħra ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "TEMPJU TA' ĦAĠAR QIM - VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempju ta' Ħaġar Qim kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "MARSASKALA: KUNSILL LOKALI ŻGĦAŻAGĦ - PROĠETTI FIL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ġew implimentati fil-komunità ta' Marsaskala permezz tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ ta' din il-lokalità f'dawn l-aħħar tliet snin?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat li l-KLZ wettaq il-proġett YLCP 2014/04 - Niftħu Bieb Ieħor.", "Infurmat ukoll li tnieda proġett ieħor,YLCP 2016/2-05 - #Irrid Ngħin, li iżda l-implimentazzjoni tiegħu ma saritx minħabba nuqqas ta' attendenza.", "BENEFIĊĊJI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji hemm indikati għall-persuni b'diżabilità u min jieħu ħsiebhom kif ukoll għall-anzjani skont l-aħħar Baġit?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif kien imħabbar fil-Baġit għal din is-sena, mill-ewwel ta' Jannar bdew jiġu implimentati diversi miżuri soċjali, liema miżuri huma kollha immirati sabiex itejbu l-kwalità tal-għixien ta' persuni b'diżabilità u persuni li jieħdu ħsiebhom, kif ukoll l-għixien tal-anzjani tagħna.", "Dawn il-benefiċċji huma kif ġej:", "Żieda ta' żewġ ewro u sbatax-il ċenteżmu (€2.17) fil-ġimgħa lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, ċjoè pensjonanti tal-Irtirar, Romol, tal-Invalidità u dawk li jirċievu l-Pensjoni tal-Età.", "Din iż-żieda kienet barra dik maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-għoli tal-ħajja.", "B'hekk kull pensjonant irċieva żieda ta' erba' ewro u ħamsin ċenteżmu (€4.50) fil-ġimgħa.", "Pensjonanti tas-servizz kellhom żieda oħra ta' €200 fl-ammont ta' pensjoni tas-servizz li tiġi injorata fl-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, biex b'hekk is-somma eżentata issa titla' għall-ammont ta' €2,466.", "Wegħda elettorali li għamilna kienet dik li nkomplu ntejbu l-pensjonijiet tas-servizz billi l-parti li jkunu kkomutaw biex jieħdu s-somma tibda tkun injorata kollha għal fini ta' pensjoni tas-Sigurtà Soċjali.", "Bħala l-ewwel pass fit-twettiq ta' din il-wegħda elettorali, minn din is-sena l-pensjonati li jirċievu pensjoni tas-servizz u li għandhom 72 sena jew aktar, jew li minn din is-sena 'l quddiem jilħqu din l-età, ser issir reviżjoni tal-pensjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali.", "Hekk, minflok kif dejjem sar s'issa, li jiġi injorat nofs l-ammont ta' pensjoni tas-servizz li jkun ġie kkomutat, minn din is-sena ser jibdew jiġu injorati 75 fil-mija tal-ammont ikkomutat.", "L-għotja ta' €300 fis-sena lil dawk li għalqu l-75 sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom ser tkompli tingħata matul din is-sena wkoll.", "Il-bonus li beda jitħallas kull sena lil numru ta' persuni, l-aktar nisa li ma ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għal pensjoni minima, mill-1 ta' Jannar 2019 żdied b'€50.", "B'hekk, dawk li kienu ħallsu aktar minn sena kontribuzzjoni iżda anqas minn ħames snin, il-bonus żdied għal €200, filwaqt li l-bonus ta' dawk li ħallsu aktar minn ħames snin kontribuzzjonijiet żdied għal €300 fis-sena.", "B'din il-miżura bbenefikaw madwar 12,500 persuna.", "Tliet snin ilu konna daħħalna inċentiv sabiex persuni li jibqgħu jaħdmu minflok jirtiraw bil-pensjoni u b'hekk tiżdidilhom il-pensjoni tagħhom meta jagħlqu l-età ta' 65 sena.", "Din kienet miftuħa għas-settur privat.", "Minn din is-sena, dan l-inċentiv ser jiġi estiż ukoll għall-persuni li jibqgħu jaħdmu mas-settur pubbliku, b'mod gradwali.", "Dan dejjem jekk ikun hemm talba mill-impjegat u l-kunsens ta' min iħaddem.", "Matul din is-sena ser jingħataw ħlasijiet għall-anomaliji li setgħu nħolqu matul is-snin, minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet, jew għal raġunijiet oħra.", "Għat-tielet sena konsekuttiva qed nallokaw €11-il miljun ewro f'fondi biex jiġu indirizzati dawn l-inġustizzji tal-imgħoddi, li jolqtu aktar minn 6,000 benefiċċjarju jew l-eredi tagħhom.", "Matul din is-sena ser jiġi fi tmiemu l-proċess biex jitħallsu l-arretrati tal-pensjonijiet lill-eks ħaddiema tal-Malta Electricity Board jew l-eredi tagħhom.", "Qed inwettqu fażi oħra tar-riforma fl-Assistenza għal Diżabilità, mibdija s-sena l-oħra u li kienet tinkludi l-introduzzjoni tal-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, għall-persuni li assolutament ma jistgħux jaħdmu, u li dawn eventwalment jieħdu l-ekwivalenti tal-paga minima.", "Għaldaqstant, minn Jannar li għadda, il-pagament fil-ġimgħa ta' din l-għajnuna żdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa.", "L-iskema ġiet estiża għal 600 persuna oħra billi barra l-indiċi ta' Barthel li japplika għal persuni bi problemi ta' mobilità, ser tintuża wkoll dik li hi magħrufa bħala Tabella għal Valutazzjoni ta' Indeboliment.", "Għal dawk il-ġenituri ta' tfal li jsofru minn xi forma ta' diżabilità fiżika jew mentali, għollejna mill-ġdid l-allowance li jitħallsu fil-ġimgħa.", "Minn din is-sena, ir-rata ta' din l-allowance ser terġa' tiżdied b'€5 oħra għal €25 fil-ġimgħa.", "Madwar 1,400 tifel u tifla b'diżabilità u l-familji tagħhom qed jibbenefikaw minn din iż-żieda.", "Tejjibna l-ħlasijiet lil dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani fid-djar tagħhom.", "Dan sar permezz tar-riforma fl-Allowance Miżjuda għal Carers, li telgħet għal €140 kif ukoll l-Allowance għal Carers li telgħet għal €90.", "Minn Jannar li għadda, din l-eżenzjoni mit-test tal-mezzi bdiet tgħodd għaż-żewġ allowances.", "B'hekk aktar anzjani qed tingħatalhom il-possibbiltà li jibqgħu jgħixu f'darhom u fil-komunità, għax il-qraba li jieħdu ħsiebhom se jibdew jibbenefikaw huma wkoll.", "B'din il-miżura, anke persuni miżżewġa sal-età pensjonabbli li jkunu jgħixu taħt l-istess saqaf mal-anzjan jew anzjana, ser jibdew ikunu eliġibbli għall-Allowance għall-Carers.", "Minn din is-sena, meta persuna tapplika sabiex tieħu ħsieb anzjan jew anzjana li jkunu laħqu l-età ta' 85 sena mhux ser tibqa' ssir evalwazzjoni medika mill-bord multidixxiplinarju, u l-allowance titħallas awtomatikament jekk il-carer u l-anzjan jew anzjana jkunu jgħixu fl-istess dar.", "L-eżenzjoni mit-Test tal-Mezzi jgħodd ukoll għaż-żewġ benefiċċji.", "Tneħħiet ukoll l-Evalwazzjoni Medika u qed ikun hemm ħlas awtomatiku.", "Persuni li jkunu qed jieħdu ħsieb il-ġenituri u jirċievu l-Allowance Miżjuda għall-Carers jew l-Allowance għall-Carers ser jibdew ikunu kkunsidrati bħala kap ta' familja fil-kalkolu tal-Għajnuna Medika, dejjem jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi.", "Bil-għan li titneħħa diskriminazzjoni li teżisti fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kapitlu 318), saret emenda biex persuni li kienu impjegati f'entità fejn il-Gvern kien is-sid jew kellu l-maġġoranza tal-ishma u aċċettaw li jibbenefikaw minn skema ta' rtirar kmieni qabel l-1 ta' Jannar tal-2008, ser ikunu jistgħu jgawdu minn titjib fil-pensjoni tagħhom.", "Dan ser ikun possibli għaliex il-pensjoni tkun tista' tinħadmilhom fuq is-snin li kienu jaħdmu fl-ażjenda tal-Gvern u mhux bil-fors fuq il-paġi li kellhom wara li rtiraw kmieni minħabba proċess ta' ristrutturar jew privatizzazzjoni tal-azjenda.", "S'issa l-provvedimenti tal-liġi kienu japplikaw biss għal dawk l-impjegati li rtiraw kmieni għar-raġunijiet imsemmija wara l-1 ta' Jannar tal-2008.", "Minn din is-sena, dawn il-provvedimenti ser ikunu japplikaw ukoll għal dawk li rtiraw kmieni wara l-1 ta' Jannar 2003.", "Minn din is-sena, żidna wkoll il-ħlas tal-Għajnuna Medika mhux kontributorja b'€5.14 fil-ġimgħa lil dawk il-persuni miżżewġa fejn hemm żewġ adulti li għandhom mard kroniku u li qed jirċievu din l-għajnuna.", "Bħala tkomplija tar-riformi fil-benefiċċji mhux kontributorji li nieda dan il-Gvern matul l-aħħar Leġiżlatura, qegħdin nintroduċu aktar miżuri ta' fejda għall-persuni li jkunu jbatu mill-kundizzjoni bipolar, dipressjoni bi psikożi kif ukoll mard terminali.", "Għaldaqstant, minn Jannar li għadda, dejjem jekk persuna tissodisfa l-kriterji tat-test tal-mezzi, l-eliġibilità għal min ibati minn dawn il-kundizzjonijet ġiet estiża wkoll għall-kapijiet ta' familja u mhux biss għall-persuni ġuvintur u xebbiet li jkunu jgħixu ma' ġenituri pensjonanti.", "KUNSILLI LOKALI: INĊENTIV BIEX JIMPJEGAW PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir sabiex jinċentiva aktar kunsilli lokali li jimpjegaw magħhom persuni b'diżabilità?", "Fil-preżent kemm hemm kunsilli lokali li għall-inqas qed jimpjegaw persuna waħda b'diżabilità?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2016 kienet ħarġet l-aħħar sejħa tal-iskema imsejħa Community Inclusive Employment Scheme (CIES) li l-għan tagħha kien li noffru opportunità ta' xogħol fil-komunità lokali sabiex b'hekk nkunu nistgħu nagħtu xhieda ta' kemm dawn il-persuni tabilħaqq għandhom x'joffru fil-qasam tax-xogħol.", "Kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8828, sa Frar ta' din is-sena kien hemm 23 persuna ma' għoxrin (20) kunsill lokali f'din l-iskema.", "Preżentament qed issir evalwazzjoni dwar din l-iskema sabiex wieħed ikun f'pożizzjoni jara xi żviluppi saru dwar din l-iskema jew skemi simili li jista' jkun hemm.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ LI JAĦDMU FIS-SETTUR PUBBLIKU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jaħdmu fis-settur pubbliku?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fis-settur pubbliku sal-aħħar ta' Frar 2019 kien ta' 1,128.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM GĦALL-PERSUNI B'NUQQAS TA' SAĦĦA MENTALI – PROGRAMM TA' SAPPORT", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk il-management taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali fassalx programm personali ta' sapport għal kull klijent ta' dawn iċ-Ċentri bil-parteċipazzjoni tagħhom diretta u l-qraba tagħhom?", "Jekk iva, jista' jgħid meta dawn il-programmi jiġu riveduti u jekk jingħatawx kopja ta' dawn il-programmi lill-klijenti u l-qraba tagħhom?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull klijent jiġi assessjat u l-programm jitfassal skont l-għanijiet identifikati mill-persuna referuta.", "Il-programmi jsiru kemm f'sessjonijiet individwali kif ukoll fi grupp.", "Fil-każ tal-qraba, dawn ukoll ikollhom sessjonijiet kemm individwali kif ukoll fi grupp.", "Kemm fil-każ tal-persuna bi problemi ta' saħħa mentali kif ukoll fil-każ tal-qraba, isiru diversi links ma' għaqdiet u aġenżiji oħra li jistgħu ukoll ikunu ta' sapport u ta' għajnuna għal dawn il-persuni/familji.", "Peress li l-programmi jitfasslu skont l-għanijiet tal-persuna/qraba/familji, dawn jiġu reveduti kontinwament u l-informazzjoni tingħata kemm b'mod verbali kif ukoll miktuba f'forma ta' handout.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – STRATEĠIJI TA' REKLUTAĠĠ", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk il-management taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum implimentax strateġiji ta' reklutaġġ f'dawn l-aħħar tliet snin sabiex aktar persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull tim taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum jaħdem ma' aġenziji u servizzi oħra kemm dawk provduti mill-gvern kif ukoll NGOs, fosthom tobba tal-familja, Mental Health clinics, LEAP Centres, day centres tal-anzjani, kunsilli lokali, Paolo Freire Institute, Richmond Foundation, fil-parroċċi, eċċetra.", "Kull entità msemmija kif ukoll oħrajn, ġew mgħarrfa dwar is-servizz tagħna u kif persuna tista' tiġi riferuta mill-psikjatra.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM –AMMINISTRAZZJONI TAL-EWWEL GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk l-istaff kollu taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum ġewx imħarrġa sabiex jamministraw l-ewwel għajnuna f'każ ta' emerġenza?", "Jekk iva, meta sar dan it-taħriġ?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-taħriġ imsemmi minnu isi r minn żmien għal żmien.", "L-aħħar taħriġ li ngħata lill-istaff kollu taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum dwar l-amministrazzjoni tal-Ewwel Għajnuna f'każ ta' emerġenza sar fl-2018.", "DRITTIJIET U DMIRIJIET TAL-KLIJENTI LI JUŻAW IS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA MENTALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk il-management jagħtix dokument dettaljat lill-klijenti tas-servizzi kollha dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom?", "Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta' dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'kull sala ġewwa l-isptar Monte Karmeli u f'kull Community Mental Health Clinic kif ukoll fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum wieħed jista' jsib informazzjoni rigward id-drittijiet u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu bħala pazjent u tal-familjari tiegħu.", "Kull pazjent li jiġi ammess ġewwa l-Isptar Monte Karmeli jingħata admission pack li tinkludi informazzjoni diversa.", "Din l-informazzjoni tiġi provduta kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.", "Infakkru wkoll li fl-2016 ġie ppubblikat il-Patients Charter.", "Dan jinkludi tmien prinċipji sabiex il-pazjenti jkunu jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom kif ukoll biex ikunu konxji mid-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom waqt li jkunu qed jagħmlu użu mid-diversi servizzi tal-kura tas-saħħa disponibbli.", "AĠENZIJA SAPPORT – PROGRAMMI ORGANIZZATI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport organizzatx programmi dwar is-saħħa mentali, fiżika u emozzjonali lill-klijenti u l-qraba tagħhom?", "Jekk iva, meta saru dawn il-programmi f'dawn l-aħħar sentejn u fejn saru?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija Sapport ma torganizzax programmi jew seminars dwar saħħa mentali għall-klijenti u l-qraba tagħhom.", "Madankollu, professjonisti fi ħdan l-Aġenzija jaħdmu fil-qrib ma' professjonisti oħra u jirreferu klijenti u familjari lejn dawn il-professjonisti skont il-ħtieġa.", "Impjegati tal-Aġenzija Sapport jattendu wkoll, minn żmien għal żmien, għal taħriġ dwar is-saħħa mentali.", "Dan jgħinhom fil-ħidma tagħhom ta' kuljum mal-istess klijenti.", "L-Aġenzija Sapport, permezz tas-servizzi tagħha, Servizzi ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilità, Servizzi fil-Komunità, Servizzi Residenzjali, u Sharing Lives, toffri diversi programmi relatati mas-saħħa fiżika.", "Dawn isiru fuq bażi regolari mmirati għall-klijenti skont l-abbiltatjiet u l-interessi tagħhom.", "L-Aġenzija tmexxi wkoll gruppi u sessjonijiet ta' sapport b'mod regolari, lill-ġenituri ta' tfal b'diżabilità u aħwa adulti ta' persuni b'diżabilità.", "Is-sapport emozzjonali qiegħed jingħata wkoll permezz ta' servizz ta' counselling mill-Aġenzija Sapport f'każijiet speċifiċi waqt illi ssir kollaborazzjoni ma' professjonisti u entitajiet oħra, fosthom tobba, psikjatri u psikologi."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190416_222d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 17 ta' April 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 17 ta' April 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 17 ta' April 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 222, li saret fis-16 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali u financial statements għas-sena 2018 tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika;", "Ittra li s-Sedja rċeviet mingħand l-Ispeaker tal-Parlament ta' New Zealand b'risposta għat-turija ta' solidarjetà li l-Parlament Malti wera fis-Seduta tat-18 ta' Marzu 2019 wara l-attakk terroristiku li seħħ ġewwa żewġ moskej fi Christchurch fil-15 ta' Marzu 2019;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja, l-Onor.", "Anġlu Farrugia, bħala President tal-Fergħat iż-Żgħar tal-Commonwealth fl-Executive Committee Mid-year Meeting tal-Commonwealth Parliamentary Assembly, li nżamm f'Ottawa, il-Canada bejn il-11 u l-15 ta' April 2019; u", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Claudette Buttigieg, Deputy Speaker, fil-Konferenza ta' Speakers ta' Parlamenti tal-Unjoni Ewropea li nżammet fi Vienna fit-8 u d-9 ta' April 2019.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "L-IŻVEZJA – TNEĦĦIJA TA' MALTA MILL-WHITE LIST GĦAL FINIJIET FISKALI", "L-ONOR.", "Claudio Grech) staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8073, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux impact assessments qabel jew wara li l-Iżvezja neħħiet kompletament lil Malta mill-white list għal finijiet fiskali mill-1 ta' Jannar 2019 'il hawn?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali (f'isem il-Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern segwa mill-qrib l-azzjoni Żvediża u l-impatt tagħha u qiegħed jaħdem sabiex jindirizza l-problema.", "KUNSILL LOKALI TAL-BELT VALLETTA – FINANCIAL STATEMENTS", "L-ONOR.", "Claudio Grech) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?", "OWEN BONNICI: Sur President, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett tal-Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ministru, waħda mir-responsabbiltajiet tiegħek, li naf li hija mill-aktar għal qalbek, hi l-kultura f'pajjiżna.", "Għandna ħafna mużewijiet li jitmexxew minn Heritage Malta.", "Ftit xhur ilu, il-Gvern kien ħabbar li l-istudenti kollha ngħataw passaport li, permezz tiegħu, meta jżuru mużewijiet ta' Heritage Malta, jidħlu mingħajr ħlas flimkien mal-ġenituri tagħhom.", "Illum ġie mħabbar ukoll li issa anke l-anzjani jistgħu jidħlu b'xejn f'dawn il-mużewijiet.", "Kważi kważi nistgħu ngħidu li issa kull Malti u Għawdxi jista' jidħol mingħajr ħlas jara l-mużewijiet kollha mmexxija minn Heritage Malta.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jispjega kif se taħdem din l-iskema u min se jgawdi minnha biex aktar Maltin u Għawdxin jibda jkollhom il-possibbiltà li jgawdu dawn il-ġojjelli ta' pajjiżna mingħajr ħlas?", "Interpellant, illum kienet okkażjoni sabiħa ħafna għaliex bħala Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ħabbarna li Heritage Malta, b'effett immedjat, se tibda roll out bl-għajnuna tal-kunsilli lokali ta' pajjiżna biex l-anzjani kollha li għandhom aktar minn 60 sena jidħlu fil-mużewijiet kollha ta' Heritage Malta fi kwalunkwe ġurnata mingħajr ħlas.", "Din mhijiex skema għal xahar jew ftit xhur, imma hija skema permanenti.", "Aktar minn hekk, dawn l-anzjani jistgħu jdaħħlu wkoll żewġ adulti magħhom b'xejn ukoll.", "Min qed isegwina u forsi qatt ma mar il-Ġgantija jew Ħaġar Qim f'ħajtu, issa jista' jagħmel dan mingħajr ħlas.", "Kulħadd jaf li s-settur tal-kultura huwa għal qalbi ħafna u għalhekk meta nagħmel id-door to door visits, ħafna jkellmuni dwar Heritage Malta; naf nies li qatt ma żaru ċerti siti.", "Meta nistaqsihom jekk, pereżempju, qattx marru Ħaġar Qim, issib min jgħidli li żar dan is-sit meta kien għadu l-iskola.", "Permezz ta' din l-inizjattiva, l-anzjani jistgħu jmorru l-kunsill lokali fejn jingħataw passaport li permezz tiegħu jistgħu jżuru kwalunkwe sit ta' Heritage Malta mingħajr ħlas u jistgħu jieħdu magħhom żewġ adulti li m'għandhomx 60 sena.", "Din tista' sservi bħala ħarġa kulturali għall-familja.", "Tistgħu, pereżempju, tmorru l-MUŻA fejn hemm ukoll restaurant u allura hemmhekk wieħed jista' jieħu xi ħaġa tajba wkoll.", "Dawn huma kollha inizjattivi biex ngħaddu l-kultura għand il-familji Maltin u Għawdxin.", "L-aktar ħaġa li ġenwinament tirrabjani u ridt inbiddel akkost ta' kollox hi li ħafna Maltin mhumiex konxji tar-rikkezzi kulturali li għandna bħala pajjiż.", "Dan qisek għandek persuna li għandu Ferrari, imma għal xi raġuni qatt ma jsuqha u jgawdiha.", "L-istess, għandna dan il-wirt storiku fenomenali u imprezzabbli li huwa tal-Maltin u l-Għawdxin, imma għal xi raġuni kien biss fuq il-karta tal-Maltin u l-Għawdxin, għax ħafna ma japprezzawhx.", "Ħdimna biex inbiddlu din il-mentalità, u għalhekk bdejna bl-iskema tal-passaport għat-tfal li jidħlu mingħajr ħlas u jkunu akkumpanjati minn żewġ adulti li jidħlu wkoll mingħajr ħlas.", "Issa qed nestendu din l-inizjattiva għall-persuni ta' aktar minn 60 sena li jistgħu jieħdu magħhom żewġ adulti.", "Illum, waqt il-konferenza stampa biex inħabbru din l-inizjattiva, għedt li din il-miżura qed tkisser darba għal dejjem il-ħitan li seta' kien hemm bejn il-patrimonju tal-Maltin u l-Maltin infushom.", "Hawn irrid nirringrazzja minn qalbi lis-Sur Mario Cutajar li emmen f'dan il-proġett u ra kif għamel biex wasalna.", "Nirringrazzja wkoll lin-nies kollha ta' Heritage Malta, għaliex kull min kien f'kariga ministerjali jaf li ħafna drabi, ċerti inizjattivi jiddependu wkoll min-nies li jaħdmu miegħek.", "Naħseb li din hi waħda mill-isbaħ inizjattivi li qatt għamilna bħala Gvern, inizjattiva li permezz tagħha issa t-tfal u l-anzjani tagħna jistgħu jidħlu fis-siti kollha ta' Heritage Malta mingħajr ħlas.", "Ippermettuli nagħmel reklam mingħajr ħlas.", "Jien nistieden lill-anzjani kollha biex imorru fil-kunsill lokali u jġibu dan il-passaport, u jekk tgħaqqad ammont ta' punti kif stipulat f'din l-inizjattiva, tingħata xi rigali wkoll.", "Fil-ġranet li ġejjin se jkun hemm avviżi u reklami ħalli kulħadd ikun konxju ta' din l-inizjattiva li biha qegħdin ninċentivaw lill-familji jieħdu pjaċir flimkien u jgawdu aktar il-wirt storiku straordinarju li għandna f'pajjiżna.", "Jien dejjem nikkwota dak li qal espert ta' Heritage Malta li qal li Malta hija superpotenza fejn jidħol il-patrimonju kulturali.", "Dan huwa minnu, għax f'dan iċ-ċokon ġeografiku għandna kobor ta' patrimonju straordinarju.", "Ninsab sodisfatt ħafna b'dawn l-inizjattivi biex aktar nies ikunu jistgħu jgawdu dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nagħmel mistoqsija dwar il-Victoria Lines.", "Ftit tax-xhur ilu kien issemma r-restawr li nbeda fuq din il-linja ta' fortifikazzjoni.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid fiex wasal dan ir-restawr u fiex jara li jista' jkun hemm aktar ħidma biex dan il-wirt storiku ma jintilifx?", "X'miżuri qed jieħu l-Gvern biex dawn il-postijiet, bħall-mużewijiet, jinżammu fi stat tajjeb ħalli jitgawdew mill-Maltin u l-Għawdxin u mit-turisti li jiġu jżuruna?", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Kull min hu min-naħa ta' fuq ta' Malta żgur li għandu għal qalbu l-Victoria Lines.", "L-ammont ta' nies li ltqajt magħhom li ġejjin mill-Mosta, mill-Għargħur u min-Naxxar kollha qaluli li jinsabu kuntenti li fl-aħħar qed issir xi ħaġa dwar il-Victoria Lines.", "Ninsab kuntent ħafna li x-xogħol li qed isir mid-Direttorat tar-Restawr qed jiġi apprezzat mill-pubbliku.", "Għall-benefiċċju ta' min forsi mhux midħla ta' dan il-patrimonju, tajjeb nispjega x'inhuma l-Victoria Lines.", "Fiż-żmien meta Malta kienet taħt l-Ingliżi, il-Gvern Brittaniku kien iddeċieda li jaqsam it-Tramuntana ta' Malta fi tnejn; kien qabad il-parti ta' fuq ta' Malta u qasamha mill-Punent għal-Lvant bi 12-il kilometru ta' ħitan ta' difiża mill-Madliena sa Fomm ir-Riħ.", "L-għan kien li f'każ ta' attakk fuq Malta, ikun hemm linja difensiva li tista' tintuża għal diversi skopijiet militari.", "Fil-verità, din il-linja difensiva qatt ma ntużat.", "Dan bħal meta nitkellmu dwar ħafna linji difensivi u tagħmir militari li kienu saru mill-Ingliżi u mill-Kavallieri li qatt ma ntużaw.", "Anzi l-istorja għallmitna li l-unika darba li ntużaw kien proprju kontra l-Maltin stess meta rvellaw kontra l-Franċiżi.", "Kif kont qed ngħid, taħt il-ħakma Brittanika, kienu nbnew 12-il kilometru ta' fortifikazzjonijiet li jaqsmu lil Malta mill-Punent għal-Lvant.", "Sfortunatament, iż-żmien ħalla l-effett tiegħu fuq dawn il-ħitan ta' difiża u jekk wieħed imur passiġġata, pereżempju fiż-żona fil-Għargħur magħrufa bħala top of the world, li hi verament sabiħa, tinduna bil-ħsarat f'dawn il-ħitan ta' difiża.", "Jien, li m'iniex midħla ta' din iż-żona, ħadt pjaċir inżurha għax hija waħda mill-postijiet sigrieti l-aktar sbieħ ta' Malta.", "Fil-fatt, inħeġġeġ lin-nies biex imorru s'hemm.", "Però, kif għedt, hemmhekk hemm partijiet mill-Victoria Lines maqlugħin, b'ġebal nieżel u knaten imkissrin; verament hija xi ħaġa ta' qsim il-qalb.", "Għalhekk, id-Direttorat tar-Restawr beda proġett biex jirrestawra dawn it-12-il kilometru tal-Victoria Lines.", "Sur President, naf li l-Mosta hija għal qalbek ħafna u fil-fatt bdejna bir-restawr fuq in-naħa tal-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta.", "Fil-fatt, jekk wieħed imur fil-ġnien illum isib li l-ġnien reġa' ngħata l-glorja tiegħu bis-saħħa ta' xogħol li wettaq il-Ministru Josè Herrera.", "Hemm ukoll il-parti tal-Victoria Lines li tmiss mal-ġnien li ġiet restawrata kollha.", "Dak huwa kollu xogħol li sar mid-Direttorat tar-Restawr.", "Wara li għamilna r-restawr tal-ħajt tal-Victoria Lines li jmiss ma' Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, qbadna l-parti tal-Għargħur fejn bdejna wkoll xogħol ta' restawr.", "B'hekk hemm restawr li qed isir fuq żewġ bnadi u nittamaw li fil-futur li ġej ikun hemm ir-restawr tal-linja difensiva kollha.", "Dan huwa proġett kbir li qed jieħu ż-żmien tiegħu, però ninsab kuntent li dan ix-xogħol qed isir mill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr.", "L-Onor.", "Interpellant staqsa kemm se jiġi jiswa dan il-proġett.", "Fil-verità, dan il-proġett se jiġi jiswa l-mano d'opera tal-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr stess, li huma fost l-aħjar ħaddiema fil-Mediterran f'dan is-settur, tant li għandhom fama straordinarja.", "Kieku kellna noħorġu tender għall-privat, il-Bambin biss jaf il-valur li jiġi jiswa proġett ta' dan it-tip.", "Nikkonkludi billi ngħid li l-Victoria Lines huma wħud mill-aktar siti importanti li għandna f'pajjiżna.", "Kieku kellna nagħmlu lista tal-ewwel għaxar siti patrimonjali ta' valur f'pajjiżna, żgur li l-Victoria Lines ikunu fuq din il-lista.", "Kien hemm dan is-sentiment min-nies li joqogħdu fin-naħa ta' fuq ta' Malta li l-Victoria Lines jiġu restawrati u fl-aħħar qed isir dan ir-restawr.", "Dan qed nagħmluh b'ħafna impenn u għalhekk irrid nirringrazzja lill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr li bħalissa għaddejjin fuq 71 proġett ta' restawr, li hija xi ħaġa bla preċedent f'dan il-qasam f'pajjiżna.", "Aktar ma nistaqsihom dwar restawr, dawn il-ħaddiema aktar qed jiġu lura u jgħiduli li jinsabu lesti jkomplu jagħmlu aktar xogħol ta' restawr.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Kif żgur jaf il-Ministru, ftit tax-xhur ilu l-Venice Commission fir-rapport tagħha rrakkomandat li jkun hemm bidla sħiħa fil-mod ta' kif jiġu appuntati l-membri tal-Ġudikatura.", "Ftit tal-jiem ilu wkoll, l-organizzazzjoni Repubblika ppreżentat protest il-Qorti fejn talbet lill-Gvern biex iwaqqaf il-ħatra tal-membri tal-Ġudikatura sakemm ikun hemm il-bidla li qed titlob li ssir il-Venice Commission.", "Jikkonferma l-Ministru l-ismijiet ta' persuni li qegħdin jiġu mxandra fil-mezzi tax-xandir li qed jiġu kkonsidrati biex jiġu elevati minn maġistrati għal imħallfin jew saħansitra jinħatru mħallfin jew maġistrat b'mod dirett?", "X'inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern għat-talba li qed tagħmel l-organizzazzjoni Repubblika biex dawn il-ħatriet temporanjament jitwaqqfu sakemm ikun hemm il-bidla fis-sistema ta' kif isiru l-ħatriet?", "OWEN BONNICI: Ilbiraħtlula attendejt għall-aħħar seduta tal-Imħallef Silvio Meli li minn hawnhekk nawguralu u nixtieqlu għomor twil u aktar xogħol għall-ġid tal-pajjiż.", "Żgur li m'aħniex se nħalluh kwiet, imma se nagħtuh aktar x'jagħmel, għax huwa bniedem ta' integrità kbira li żgur fadallu ħafna x'jikkontribwixxi lill-pajjiż.", "F'din l-aħħar seduta, l-Imħallef Meli qal xi ħaġa li apprezzajtha ħafna.", "Huwa qal li fl-aħħar xhur kellu problema ta' saħħa u skuża ruħu ma' dawk kollha li minħabba f'hekk kellhom il-kawża tagħhom differita.", "Fil-fatt l-Imħallef Meli ma kienx qed jaqdi d-doveri tiegħu għax, kif qal hu stess, kellu l-isfortuna li ħassu ħażin meta kien Spanja u ġie operat hemmhekk stess.", "Ta' bniedem umli li hu, talab skuża lil dawk kollha li minħabba l-indispożizzjoni tiegħu, li żgur ma kenitx tort tiegħu, kellhom il-kawżi tagħhom differiti.", "Fil-verità, kelli nies li jiġu għandi jgħiduli li kellhom kawża li kienet qed tiġi differita għalxejn.", "Inċidentalment, l-Imħallef Meli, kif ġie lura Malta, kompla bis-seduti tiegħu.", "Minkejja li kien fadallu ftit ġimgħat biex jirtira u allura seta' faċilment jgħid li l-aħħar ftit ġimgħat ma jaħdimhomx, m'għamilx hekk.", "L-irġulija li għandu l-Imħallef Meli wasslitu biex xorta waħda jidħol għax-xogħol jisma' l-kawżi u jagħti s-sentenzi.", "Qed ngħid dan kollu, għaliex fil-fehma tiegħi, tkun l-ikbar inġustizzja favur in-nies li jridu jinqdew mill-Qorti li kieku kellna, minħabba raġuni jew oħra, niffriżaw il-ħatriet tal-ġudikatura u lin-nies inħalluhom in abeyance, iperpru, bil-kawżi u d-dewmien jakkumulaw u n-nies jiġu mċaħħda mid-dritt ta' smigħ xieraq fi żmien raġonevoli.", "Jekk wieħed jidħol f'Kastilja fil-kamra fejn jiltaqa' l-Kabinett isib inkwatru ta' kull Prim Ministru li kellha Malta.", "Kull wieħed minn dawn il-Prim Ministri, Laburisti u Nazzjonalisti, meta ġew biex jaħtru ġudikant kienu jqumu filgħodu u jgħidlu li jridu lit-tali persuna biex jinħatar ġudikant.", "L-unika eċċezzjoni minn dawn il-Prim Ministri kollha huwa l-Prim Ministru Joseph Muscat, għaliex hu kien mexxa 'l quddiem riforma li qbilna dwarha unanimament f'din il-Kamra, biex jinħatar kumitat magħmul minn nies indipendenti, fosthom il-Prim Imħallef, l-Awditur Ġenerali, l-Avukat Ġenerali, l-Ombudsman u l-President tal-Kamra tal-Avukati, biex persuna tkun tista' tinħatar ġudikant biss jekk ikollha l-approvazzjoni minn dan il-kumitat.", "Issa, on paper, il-Prim Ministru jista' jagħżel li jinjora dak il-parir, imma jrid jiġi l-Parlament u jagħti spjega għalfejn qed jinjora dak il-parir.", "Fil-prattika, bħala Gvern, aħna dejjem imxejna mal-pariri li tana dan il-kumitat, jiġifieri meta l-kumitat qalilna le, aħna ma pproċedejniex bil-ħatra.", "Din hija d-differenza bejn x'kien isir qabel u x'qed isir illum.", "Il-Venice Commission qalet li dan kien pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Kien ikollu raġun l-Onor.", "Interpellant f'dak li qal kieku l-Venice Commission qalet li dan kien pass fid-direzzjoni l-ħażina!", "Il-Venice Commission qalet li biex inkomplu ntejbu rridu nagħmlu pass ieħor u fil-fatt diġà kelli abbokkamenti ma' esponenti ewlenin fil-Partit Nazzjonalista dwar il-pass li jmiss.", "L-argument tal-Onor.", "Interpellant u nies oħrajn li qegħdin jgħidu li sakemm tagħmel it-tibdiliet, għandek tiffriża kollox u tagħti dahrek lin-nies kien ikun jagħmel sens kieku għamilna liġi li tefgħet kollox lura.", "Kieku, pereżempju, żmantellajna l-Judicial Appointments Committee li kien hemm, l-Onor.", "Interpellant kien ikollu raġun, imma fil-każ tagħna, dan ma seħħx.", "Allura jista' xi ħadd ifehemni, għaliex is-sistema tal-lum hija agħar minn dik li writna fl-2013?", "Illum għandna sistema aħjar milli kien hemm u l-Venice Commission Report jikkonferma dan kollu.", "Jien fiduċjuż li huwa fl-interess tal-ġustizzja li jekk ikun hemm vakanzi, dawn jimtlew u mhux jibqgħu vojta.", "X'se ngħid lin-nies li għandhom il-kawżi?", "Ngħidilhom ma jagħtux kas li l-kawża qed tiġi differita u posposta fil-vojt, għaliex il-membri tal-Oppożizzjoni qegħdin jgħidu lill-Gvern li m'għandniex naħtru aktar ġudikanti.", "Anke tifel tal-iskola jifhem dan li qed ngħid!", "Għaliex is-sistema li kien juża l-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienet tajba u issa, f'daqqa waħda, saret ħażina għaliex hemm partit ieħor fil-gvern?", "Għaliex l-Oppożizzjoni qed tgħid li s-sistema hija ħażina, meta aħna tejjibna fuq dak li kellhom huma meta kienu fil-gvern?", "Issa jien nista' nieħu t-triq li noqgħod insemmi lil min ħatar Gvern Nazzjonalista, imma mhux se nagħmel dan, għax l-istorja turi li l-ħatriet li saru miż-żewġ naħat tal-Kamra, fil-maġġoranza assoluta tagħhom, kienu suċċess.", "Nitkellem fuqi; jien kelli ħatriet li meta għamilthom ġejt ikkritikat bl-aħrax mill-Oppożizzjoni dwarhom.", "Mur kellem l-avukati llum u jgħidulek li dawk il-ħatriet kienu tajbin.", "U hekk nieħu gost, għaliex l-istorja turi li fil-mument li avukat jinħatar ġudikant, jinża' l-passat li kellu u jibda jaqdi funzjoni differenti bl-aħjar mod.", "Inċidentalment, nieħu l-okkażjoni biex nawgura lill-Imħallef Lorraine Schembri Orland għall-ħatra tagħha, li wkoll kellha passat fil-politika f'partit differenti minn dak li nħaddan jien, imma meta nħatret imħallef, uriet li kapaċi taqdi d-doveri tagħha bl-aħjar mod.", "Għalhekk m'għandix dubju li se tkompli taqdi d-doveri tagħha bl-aħjar mod issa li, f'Settembru li ġej, se tkun qed isservi fil-Qorti Ewropea.", "Però meta l-Imħallef Schembri Orland se tħalli l-Qrati Maltin, jien irrid naħseb biex min għandu kawża quddiemha, isib hemm imħallef ieħor li jisma' l-kawżi tagħha.", "Irrid nibgħat dan il-messaġġ li huwa fl-interess ta' kulħadd, li s-sistema tal-ġustizzja trid tibqa' għaddejja.", "Wara kollox, dan kien ukoll suġġeriment tal-Venice Commission li qaltilna ċar u tond li għandu jkun hemm miżuri tranżitorji u diskussjonijiet biex is-sistema tal-ġustizzja tkompli timxi 'l quddiem u tissaħħaħ għat-titjib tas-saltna tad-dritt.", "Sur President, qabel nagħlaq inqiegħed dokument fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9607:", "Kopja tal-Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għas-sena 2017.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Exemption Order IR 163/86/1 maħruġa fid-29 ta' Marzu, 2019 lil numru ta' uffiċjali tal-LAFICO sekondati ma' kumpaniji li fihom LAFICO għandha l-ishma, skont l-artikolu 12(2) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123;", "Ir-rapport annwali u financial statements għas-sena 2018 tal-Malta Development Bank; u", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Floriana għas-sena 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9608;", "Kopja tal-Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għas-sena 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9609;", "Kopja tal-Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Pietà għas-sena 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9610; u", "Kopja tal-Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sena 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9611.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AWTORITÀ", "TAL-AMMINISTRAZZJONI", "TAL-PASSIVITÀ", "JOE MIZZI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità tal-Amministrazzjoni tal-Passività.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar l-Awtorità tal-Amministrazzjoni tal-Passività\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, skont il-ftehim li vverbalizzajna fis-seduta tal-bieraħ, qabel ma l-Kamra tgħaddi għad-diskussjoni fuq il-proġett tal-konnettività bejn Malta u Għawdex, se ngħaddu għall-ewwel item tal-Ordnijiet tal-Ġurnata, li huwa t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.", "Jekk tintalab division, din tittieħed f'din is-seduta stess.", "L-ISPEAKER: Mela l-Kamra tgħaddi mill-ewwel għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR KUNSILLI LOKALI", "L-ISPEAKER: Insejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq it-Tielet Qari.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, bil-permess tiegħek, ninforma lill-Kamra li l-Oppożizzjoni mhux se titlob Division, imma se tivvota favur.", "Però rridu nagħmluha ċara li bħala Oppożizzjoni ninsabu diżappuntati għall-fatt li lbieraħ ressaqna numru ta' emendi fi stadju ta' Kumitat u, sfortunatament, il-Gvern rema l-emendi li ressaqna.", "Qed ngħid dan biex tkun on record li l-Gvern baqa' jinsisti li jneħħi l-hamlets, apparti li kellna emendi oħrajn relatati mas-sigurtà u l-infurzar li l-Gvern ma laqagħhomx.", "Minkejja dan, l-Oppożizzjoni se tkun qed tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi.", "OWEN BONNICI: Sur President, nilqa' l-fatt li l-Oppożizzjoni se tivvota favur.", "Però ma nilqax il-fatt li l-Oppożizzjoni qed tpinġi stampa daqslikieku bħala Gvern m'aċċettajna xejn mill-proposti tal-Oppożizzjoni.", "Kien hemm diskussjonijiet qabel il-laqgħa tal-bieraħ, fejn kien hemm proposti li ħadniehom on board u kien hemm proposti li dwarhom ma qbilniex.", "Ippruvajna naslu għall-kompromess u l-Oppożizzjoni ma qablitx fuq il-kompromess.", "Però b'mod ġenerali, nilqa' l-fatt li l-Oppożizzjoni se tivvota favur u nirringrazzjaha tas-sehem li tat, biex b'hekk se jkollna liġi aħjar milli kellna qabel beda dan id-dibattitu parlamentari.", "L-ISPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali, Kap. 336\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet darba u għadda.", "L-ISPEAKER: Skont il-ftehim milħuq, issa l-Kamra tgħaddi għad-diskussjoni fuq il- Mozzjoni Nru 233 kif tidher fuq l-aġenda.", "Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "MOZZJONI DWAR IL-PROĠETT", "TA' KONNETTIVITÀ PERMANENTI BEJN MALTA U GĦAWDEX", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Sur President, nipproponi din il-mozzjoni:", "Din il-Kamra tagħraf li l-proġett ta' konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex huwa parti mill-Manifest Elettorali tal-Gvern u approvat mill-maġġoranza tal-poplu, kif ukoll kien parti mill-Manifest Elettorali tal-Oppożizzjoni għal aktar minn darba;", "Tfakkar fil-miri, prinċipji u obbligi speċifikati mill-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li dan il-proġett ta' konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer effettivament ikompli miexi 'l quddiem biex finalment isir realtà.", "Dan kollu qed jitwettaq bl-akbar reqqa u attenzjoni fl-aħjar interess ta' pajjiżna u skont ir-regoli tal-ippjanar u l-ambjent ta' Malta kif ukoll tal-Unjoni Ewropea;", "Tinnota li b'konsegwenza tal-fatt li dan huwa proġett li fih diversi fażijiet, li ttellaq fil-Leġiżlatura bejn l-2008 u l-2013, li studji estensivi dwaru bdew fil-Leġiżlatura bejn l-2013 u l-2017, u li minħabba l-perjodu biex ikun implimentat jolqot iżjed minn leġiżlatura waħda;", "Peress li l-istudji tekniċi, ambjentali u soċjali u oħrajn - liema studji qegħdin u għandhom jibqgħu jkunu ppubblikati skont iż-żminijiet stipulati fil-proċessi rispettivi - jindikaw illi l-aktar mod teknikament vijabbli biex ikun hemm konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex hija mina taħt il-baħar;", "Tilqa' li l-Gvern diġà ħabbar li se jkun qed jingħata servizz ta' trasport pubbliku b'xejn permezz ta' din il-konnessjoni, u se jkompli jżomm il-bieb miftuħ għal żviluppi ġodda, fosthom dawk rigward trasport tal-massa;", "Għalhekk, din il-Kamra:", "Waqt li tirrikonoxxi l-isfidi li jġib miegħu dan il-proġett, fosthom il-materjal li se jiġi ġġenerat u x'se jsir minnu, u l-impatt fiċ-ċirkolazzjoni f'Għawdex;", "Tenfasizza li matul l-implimentazzjoni għandu jiġi żgurat li dan il-proġett jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli fl-aħjar interess tal-familji u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku f'Għawdex fl-isfond tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, waqt li wkoll jiġi ppreservat il-ġmiel naturali u l-identità kulturali u ambjentali tal-istess gżira;", "Tħeġġeġ lill-Gvern ikompli għaddej bit-tħejjijiet kollha neċessarji biex jitwettaq dan il-proġett skont il-liġijiet u regoli kollha pertinenti;", "Tirriżolvi l-appoġġ sħiħ tagħha għal dan l-imsemmi proġett.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li l-ħin għad-diskussjoni fuq din il-mozzjoni huwa sas-7.00 p.m. bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bil-ftuħ u għeluq tal-Gvern.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, għandi l-unur li għan-nom tal-Gvern qed niftaħ dibattitu dwar din il-mozzjoni li mhux biss hija storika, imma qed tissiġilla l-impenn tal-Gvern kollu għall-proġett tal-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.", "Nemmen li għalkemm dan huwa proġett ta' fejda għall-pajjiż kollu fuq livell nazzjonali, bħala Ministeru għal Għawdex qegħdin naraw li dan il-proġett huwa komponent kruċjali għall-iżvilupp reġjonali ta' Għawdex.", "Għalhekk din il-mozzjoni ġiet iffirmata minni bħala l-Ministru responsabbli minn Għawdex u l-iżvilupp tal-gżira Għawdxija.", "F'din il-mozzjoni qegħdin nitolbu li l-Kamra tagħti appoġġ sħiħ għal dan il-proġett, għal diversi raġunijiet.", "L-ewwel nett, kif qed jingħad fil-mozzjoni stess, din kienet proposta kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Oppożizzjoni fil-manifesti elettorali rispettivi.", "Għalhekk, dawk kollha li kkontestejna u ġejna eletti matul din il-leġiżlatura għandna l-obbligu li nimxu ma' dak li jgħidu l-manifesti rispettivi tagħna.", "It-tieni punt, dan huwa proġett li beda taħt amministrazzjoni Nazzjonalista permezz tal-istudji li saru u issa qed jitkompla u se jitwettaq minn dan il-Gvern.", "Dan ifisser li hemm element ta' kontinwità.", "It-tielet punt, peress li dan huwa proġett massiċċ u ta' ċerta portata, irid jinfirex fuq aktar minn leġiżlatura waħda.", "Għawdex illum mhuwiex Għawdex tal-bieraħ, u Għawdex ta' għada rriduh ħafna aħjar minn Għawdex tal-lum.", "Illum Għawdex m'għadux jitmexxa minn mument għall-ieħor, nindirizzaw biss il-kriżijiet tal-mument, imma qegħdin naħdmu bi pjan fit-tul biex jibbenefika mill-ġid li qed jiġi ġġenerat fuq livell nazzjonali.", "Minn diversi studji li saru ġie kkonfermat li bil-proġett tal-mina se jkollna aktar investiment, aktar impjiegi ta' kwalità, inqas telf ta' ħin u aktar profitti għall-imprendituri u s-settur privat li jwasslu għal pagi ogħla u kondizzjonijiet ta' xogħol aħjar għall-ħaddiema tagħna.", "Fuq kollox, aktar nies se jirbħu ħin li jistgħu jqattgħuh mal-familji tagħhom, għaliex b'saħħtu kemm hu b'saħħtu l-argument ekonomiku, dejjem jirbaħ l-argument fuq livell uman.", "Jien, bħal sħabi kollha l-Għawdxin, ilni snin ġejja u sejra Malta u għalhekk nifhem it-tbatija kbira li jgħaddu minnha l-Għawdxin.", "Uliedi wkoll dalwaqt jibdew jitilqu lejn Malta biex jistudjaw u bħal kull omm oħra se toħroġ qalbi magħhom, bħalma toħroġ qalb kull omm u missier li ta' kull filgħodu nħallu lil uliedna reqdin u naslu lura d-dar meta jkunu kważi waslu biex jorqdu.", "Għalhekk, apparti li dan il-proġett se jgħaqqad fiżikament lill-gżejjer tagħna, se jkun qed jgħaqqad ukoll lill-familji tagħna.", "Però f'okkażjoni bħal din, irrid nindirizza wkoll xi punti li qegħdin iqumu u li nħoss li għandhom jiġu indirizzati.", "L-ewwel nett, irrid insemmi l-preokkupazzjonijiet li qegħdin jiġu mxandra anke b'mod pubbliku li permezz tal-mina Għawdex se jimtela bin-nies u bil-karozzi, se jiġi estensjoni ta' Malta, se jkollna żvilupp sfrenat u li konsegwenza t'hekk se jkun hemm impatt fuq il-valur tal-proprjetà.", "Dawn il-preokkupazzjonijiet ħarġu b'mod ċar fl-eżerċizzju tas-social impact assessment, liema tħassib ġie evalwat u saru wkoll ir-rakkomandazzjonijiet.", "Fost l-oħrajn, f'Għawdex irid ikollna struttura b'saħħitha li tkun watchdog biex dawn il-preokkupazzjonijiet jiġu mħarsa.", "Fil-fatt dan se jkun ir-rwol tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, li rrid ngħid li hija ħasra li l-Oppożizzjoni vvotat kontra tagħha.", "Fost l-oħrajn, din l-awtorità se jkollha r-responsabbiltà tal-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp reġjonali ta' Għawdex biex Għawdex jimxi 'l quddiem b'mod sostenibbli.", "Din l-istrateġija qed tissemma wkoll fil-mozzjoni u fost il-pilastri ewlenin tagħha, hemm il-protezzjoni tal-ambjent, ir-ruralità u l-identità kulturali, ambjentali u naturali ta' Għawdex.", "Bħala Gvern, se nkunu ggwidati minn dawn il-prinċipji li qegħdin inqisuhom bħala kardinali.", "Huwa fatt li Għawdex diġà qed jinbidel għall-aħjar u bl-inizjattivi li qegħdin nieħdu qegħdin naraw ir-riżultati.", "Irrid ngħid li matul l-2018 Għawdex kellu l-ikbar rata ta' tkabbir ekonomiku, l-ikbar ammont ta' turisti li qatt żaru lil Għawdex, l-inqas rata ta' qgħad u erġajna rajna investiment barrani wara ħafna snin, liema investiment mistenni jiżdied permezz tal-fibre optic cable.", "Mill-figuri tal-ewwel kwart ta' din is-sena, diġà qed naraw li se jkollna riżultati aħjar mis-sena ta' qabel.", "Dan għaliex qegħdin ninvestu ħafna biex nistabbilixxu lil Għawdex mhux biss bħala destinazzjoni turistika, imma wkoll bħala destinazzjoni għall-investiment f'setturi ġodda, fosthom is-settur tas-saħħa, it-teknoloġija tal-informatika, ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Dan ifisser aktar influss ta' nies lejn Għawdex.", "Fil-fatt fl-ewwel kwart ta' din is-sena rajna li l-Gozo Channel żiedet l-operat tagħha bi 2.3% u kellna wkoll żieda ta' 7.1% fil-vetturi, meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena l-oħra.", "Dan ifisser li aktar nies qegħdin jiġu Għawdex.", "Ovvjament, man-nies qegħdin jiġu wkoll aktar karozzi u dan qed iġib piż fuq l-infrastruttura ta' Għawdex li diġà qed ikollu effett.", "Hawnhekk jidħol proprju r-rwol tal-Ministeru għal Għawdex li jrid jilqa' aktar għall-effetti negattivi li n-numri jġibu magħhom.", "Fil-fatt diġà bdejna nimplimentaw id-decarburization strategy u fost diversi inizjattivi, se jkollna l-ewwel electric buses biex nibdew naqilbu għal aktar vetturi elettriċi bħala parti mill-multimodal shift strategy.", "Parti oħra mill-istrateġija hija li jkollna trasport pubbliku mingħajr ħlas lejn postijiet f'Malta, kif ħabbar il-Prim Ministru u kif għandna msemmi f'din il-mozzjoni.", "Għandna wkoll il-proġett tal-Park and Ride li allineanieh mal-proġett tal-mina billi biddilna l-post maħsub għalih biex ikun qrib il-bokka tal-mina.", "Hemm ukoll proġetti ambjentali.", "Din il-ġimgħa stess, flimkien mal-Onor.", "Aaron Farrugia, ħabbarna investiment ta' €10 miljuni minn fondi Ewropej għar-ruralità fil-kampanja u l-pajsaġġ Għawdxi.", "Irridu niftakru wkoll f'dawk l-Għawdxin li minħabba r-realtajiet tal-lum qegħdin jibqgħu jgħixu Malta wara li jtemmu l-istudji tagħhom.", "Dan ifisser li Għawdex qed jitlef lill-Għawdxin, apparti l-fatt li għandna familji mifrudin għaliex uliedhom qed jgħixu Malta.", "Fost l-oħrajn, għandna ġenituri u anzjani waħedhom.", "Għalhekk wieħed irid iħares ukoll lejn l-impatt soċjali u uman.", "Għandna wkoll realtà oħra: dik ta' min, jiflaħ jew ma jiflaħx, irid jaqsam bilfors lejn Malta.", "Hemm imbagħad persuni li ma jifilħux jaqsmu bil-baħar u minħabba dawn iċ-ċirkostanzi qed jitfgħu l-ankri f'Malta, għaliex ma jkunux jistgħu jkampaw ma' din it-tip ta' ħajja.", "Dan ifisser li dawn il-persuni mhux qed jinvestu f'Għawdex u għalhekk mhux qegħdin jikkontribwixxu b'mod ekonomiku, lanqas inkwantu ta' parteċipazzjoni.", "Dan huwa l-fenomenu tal-brain drain li ilna tant snin nitkellmu dwaru, liema fenomenu wassal biex illum f'Għawdex għandna popolazzjoni aktar anzjana mill-medja nazzjonali.", "Għalkemm fiha nnifisha din is-sitwazzjoni tista' titqies bħala opportunità biex noħolqu aktar impjiegi u investiment fejn jidħlu s-servizzi għall-anzjani, ma rridux nillimitaw ruħna għal dawn is-setturi biss.", "Biex ikollna diversifikazzjoni ekonomika għandna bżonn diversi ħiliet f'setturi differenti, emerġenti u innovattivi.", "Jekk irridu żieda u tkabbir fl-impjiegi ta' kwalità, irid ikollna l-kapital uman meħtieġ biex nagħmlu dan.", "Jekk se jibqa' jkollna ż-żgħażagħ Għawdxin jgħixu f'Malta, żgur li ma jistax ikollna ċertu investiment.", "Għalhekk, il-benefiċċji ta' dan il-proġett huma ovvji u Għawdex għandu bżonnhom illum qabel għada.", "Dwar il-fatt li aktar nies se jixtru proprjetà f'Għawdex b'konsegwenza tal-mina hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil-fatt li jkun hemm proposti li jkun hemm ripopolazzjoni hija xi ħaġa tajba.", "Infakkar li dan il-Gvern daħħal miżura biex min jixtri proprjetà f'Għawdex iħallas rata ta' taxxa aktar favorevoli.", "Fir-rigward tal-iżvilupp, bħala Gvern se nkomplu nisħqu fuq żvilupp sostenibbli.", "Dan il-proġett tal-mina jrid ikun sostenibbli u jien l-ewwel waħda ma rridx li Għawdex isir sempliċement estensjoni ta' Malta u ma rridx nara konkrit ma' kullimkien, imma rrid nara żvilupp li huwa bżonjuż u kompatibbli ma' Għawdex.", "Għal dawk li qegħdin jinkwetaw dwar l-iżvilupp żejjed, ngħid li hawn tidħol ir-responsabbiltà tagħna l-Għawdxin.", "Jiena ngħid li Għawdex jinbidel jekk u kif irridu aħna l-Għawdxin.", "Għalhekk irridu nkunu minn ta' quddiem nett biex nipproteġu lil Għawdex minn dawk l-affarijiet li ma rridux.", "Nixtieq ngħid kelmtejn fil-qosor dwar l-impatt ta' dan il-proġett fuq il-Gozo Channel.", "Minn hawnhekk, irrid ngħid li ebda ħaddiem tal-Gozo Channel mhu se jitlef l-impjieg tiegħu minħabba l-proġett tal-mina.", "Dan għaliex bil-proġett tal-mina u mingħajru, il-Gozo Channel ma tistax tibqa' kif nafuha llum.", "Għalhekk, bħala Gvern, diġà bdejna l-proċess ta' diversifikazzjoni, għax irridu naraw Gozo Channel aktar effiċjenti, b'livell ta' servizz aktar kwalitattiv, fejn qed neżaminaw it-ticketing system, iż-żieda fil-flotta permezz tar-raba' vapur u l-fast ferry.", "Dan kollu juri li qed naraw l-istampa kollha u kull pass li qed isir huwa meqjus u kkalkolat.", "Sur President, bl-aktar mod ġenwin nemmen fil-potenzjal ta' dan il-proġett.", "Għalhekk nappella għar-responsabbiltà kollettiva biex naraw li dan il-proġett iseħħ b'rispett lejn l-interessi ta' Għawdex, tal-Għawdxin, però fuq kollox, ta' wliedna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, illum, din il-Kamra għandha okkażjoni tajba biex niddiskutu l-aċċessibbiltà ta' Għawdex li kull meta nitkellem dwarha nħobb ngħid li hija l-lifelink ta' Għawdex u tal-Għawdxin.", "Dan għaliex Għawdex u l-Għawdxin jiddependu kważi totalment mill-aċċessibbiltà bejn iż-żewġ gżejjer, li matul is-snin tjiebet, għax kull Gvern ipprova jara x'jista' jagħmel biex ikompli jtejjibha.", "L-aħħar darba li l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern, għamel investiment qawwi ħafna f'vapuri ġodda, terminals, toroq li jwasslu għall-portijiet, kif ukoll fuq il-portijiet.", "Però huwa fatt li dejjem jibqa' x'tagħmel biex din l-aċċessibbiltà tkun l-aħjar possibbli.", "Għalhekk il-fatt li llum għandna quddiemna din il-mozzjoni li tħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli għaddej bil-ħidma fuq il-permanent link bejn Malta u Għawdex hija xi ħaġa pożittiva li tista' tagħti l-opportunità lil din il-Kamra li tiddiskuti l-aċċessibbiltà u ssib is-soluzzjonijiet bi qbil.", "Personalment, dan huwa mument importanti, għax wara disa' snin qed nara l-proċess biex ikun hemm permanent link bejn Malta u Għawdex jieħu ċerta żvolta ġdida.", "Fl-2010 niftakar li kont mort fil-Kabinett bi proposta biex jibdew l-istudji dwar dan il-permanent link.", "Dakinhar mhux kulħadd kien jaqbel, anzi kien hemm ċertu xettiċiżmu, għax kien hemm min kien jgħid li din hija ħolma li ma tistax issir.", "Però dakinhar konna kkonvinċejna biex jibdew l-istudji u fl-2011 il-kumpanija Mott MacDonald, inkarigata mill-Kummissjoni Ewropea bdiet il-ħidma tagħha fuq il-pre-feasibility study dwar link bejn iż-żewġ gżejjer.", "Dak ir-rapport, li kien ġie ppubblikat, kien wera li l-aħjar għażla hija sub-sea tunnel li tgħaqqad iż-żewġ gżejjer.", "Dak kien l-ewwel pass importanti fi proċess twil.", "Il-Ministru għal Għawdex għamlet referenza li dan mhuwiex proċess ta' leġiżlatura waħda, imma huwa proċess li jmiss diversi leġiżlaturi.", "Fil-fatt, diġà mess tliet leġiżlaturi, għax hawn qegħdin nitkellmu fuq l-aħħar leġiżlatura ta' Gvern Nazzjonalista u din hija t-tieni leġiżlatura ta' Gvern Laburista.", "M'għandix dubju li jekk dan il-proġett ikompli għaddej, se jmiss iżjed minn din il-leġiżlatura li ġejja u, possibbilment, anke ta' wara.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm direzzjoni u diskussjoni tajba dwar dan il-proġett.", "Niftakar ukoll li dakinhar konna stedinna f'pajjiżna lill-President tat-Tunnelling Association Dinjija, il-Prof.", "Eivind Grov, li kien beda jagħtina l-pariri dwar dan il-proġett.", "Nieħu pjaċir ninnota li llum il-Gvern qed jerġa' juża l-expertise ta' dan il-professur fuq dan proġett.", "Fil-mozzjoni naqraw ukoll li ż-żewġ partiti inkludew din il-proposta tal-permanent link fil-programmi elettorali tagħhom.", "Fil-fatt fl-elezzjoni tal-2017, iż-żewġ partiti wiegħdu b'mod ċar permanent link bejn Malta u Għawdex u li jkomplu l-istudji u l-ħidma fuq dan il-proġett.", "Kien il-Partit Nazzjonalista li fl-elezzjoni tal-2013 tkellem dwar dan il-proġett b'mod ċar.", "Forsi dakinhar il-Partit Laburista kien għadu xi ftit xettiku, imma mbagħad aktar m'għadda ż-żmien, aktar rajna liż-żewġ partiti jikkonverġu u jaħdmu fuq l-istess linja.", "Wara l-elezzjoni tal-2013, kellna tliet snin li fihom il-Gvern mar f'direzzjoni oħra, studja l-possibbiltà ta' pont bejn Malta u Għawdex.", "L-istudju kien sar minn kumpanija Ċiniża.", "Fl-opinjoni tiegħi ħlejna ż-żmien, però forsi dan sewa wkoll għax wera li l-aħjar għażla kienet is-sub-sea tunnel kif kien ikkonkluda r-rapport ta' Mott MacDonald li kien sar fl-2011/2012.", "Għalhekk, iva, il-commitment politiku qiegħed hemm miż-żewġ naħat.", "Sussegwentement, Transport Malta u l-Gozo Business Chamber kienu ħejjew rapport importanti ħafna, li huwa ppubblikat u għalhekk jista' jinqara minn kulħadd.", "Dan ir-rapport sar mill-ekonomista Gordon Cordina u fih joħroġ ċar li l-vijabilità ekonomika u soċjali ta' sub-sea tunnel bejn Malta u Għawdex hija l-aħjar għażla, hija vijabbli u jkollha l-inqas impatti u diversi aspetti pożittivi.", "Nissuġġerixxi lil min hu interessat li jaqra dan ir-rapport, għax jidħol fid-dettall dwar kif se tiġi affettwata l-ekonomija Għawdxija, l-ekonomija nazzjonali u l-ħin li wieħed jiffranka meta jkun hemm dan il-proġett, fost diversi aspetti oħrajn.", "Ir-rapport kompla jikkonferma li l-mina hija l-aktar għażla vijabbli għall-aħjar aċċessibbiltà bejn iż-żewġ gżejjer.", "Forsi jkun hemm min jistaqsi dwar x'jaħsbu n-nies dwar dan il-proġett.", "Għalhekk tajjeb li nikkwota surveys xjentifiċi li saru dwar dan il-proġett.", "L-ewwel nett, għandna survey li kien sar meta bdejna bil-proposta fl-2010; kien ġie kkummissjonat survey lill-Allied Consultants.", "Dakinhar il-konċett tal-mina kien għadu fl-infanzja tiegħu, però 70% tad-900 persuna li pparteċipaw f'dan l-istudju qalu li huma favur mina bejn Malta u Għawdex.", "Interessanti li fis-surveys kollha li saru, il-persuni ta' taħt il-45 sena kienu ħafna aktar favur dan it-tip ta' proġett minn dawk ta' 'l fuq minn 60 sena.", "F'Settembru li għadda mbagħad, kien sar market research minn Dr Vincent Marmarà li ra x'inhi l-pożizzjoni f'Malta u x'inhi l-pożizzjoni fost l-Għawdxin dwar dan il-proġett.", "Meta tieħu l-medja tal-Maltin u l-Għawdxin, kien hemm 83% li kienu favur dan it-tip ta' proġett.", "F'dan l-istudju joħroġ ukoll li dawk iżgħar fl-età kienu l-aktar favur dan it-tip ta' proġett.", "Saru wkoll diversi surveys mill-midja, li huma pubbliċi u għalhekk b'search fil-Google wieħed jista' jaċċessahom.", "Se nikkwota s-survey li sar mill-ġurnal Malta Today fl-24 ta' Novembru 2018, fejn żewġ terzi tal-Maltin u l-Għawdxin li ġew intervistati kienu favur dan il-proġett.", "F'Għawdex, kien hemm 67% favur u 9% biss kontra, waqt li 23% ma kenux deċiżi, jiġifieri la huma favur u lanqas kontra.", "Meta tieħu l-figura b'mod nazzjonali ssib li kien hemm 66% favur u 24% kontra.", "Għalhekk minn dan is-survey joħroġ li għalkemm jinstemgħu aktar dawk li jitkellmu kontra dan it-tip ta' proġett, il-figuri qed juru mod ieħor.", "Jien nistieden lil dawn in-nies li huma kontra dan il-proġett biex jaraw aħjar ir-rapporti li diġà ġew ippubblikati u se jiġu ppubblikati biex ikollhom stampa aktar ċara.", "Naħseb li l-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna dan il-proġett nazzjonali, li mhuwiex proġett ta' Għawdex biss, imma l-aktar li se jolqot se jkun lil Għawdex u lill-Għawdxin.", "Għalhekk dak li qed jgħidu l-Għawdxin f'dawn is-surveys xjentifiċi għandu jingħata ċertu piż.", "Forsi jkun hemm min jistaqsi: Dan il-proġett huwa bżonjuż għal Għawdex?", "Dan il-proġett fih aktar vantaġġi milli żvantaġġi?", "Meta tara l-istudji li diġà saru u ġew ippubblikati huwa ċar li dan il-proġett fih aktar vantaġġi milli żvantaġġi, anzi l-vantaġġi jiżbqu bil-bosta l-iżvantaġġi li jista' jkun fih dan it-tip ta' proġett.", "M'hawn l-ebda proġett jew inizjattiva b'vantaġġi biss!", "Wieħed irid ipoġġi f'miżien kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi.", "L-appell tiegħi lill-Gvern hu biex minbarra l-istudji li diġà ġew ippubblikati, ma jiddejjaqx jippubblika studji oħrajn u jagħmel sessjonijiet ta' informazzjoni, bħalma għamilna aħna meta konna fil-gvern, biex il-pubbliku jkun mgħarraf aħjar.", "Il-Gvern m'għandux jiddejjaq jiffaċċja lill-pubbliku u jispjegalu b'mod ċar, fejn l-abjad jgħidlu abjad u l-iswed jgħidlu iswed.", "Fejn hemm problema, irridu ngħidu li hemm problema.", "M'hawn l-ebda proġett li m'għandux problemi!", "Għalhekk inħeġġeġ lill-Gvern li jkompli bil-proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa li tinvolvi lil kulħadd, għax m'għandix dubju li ħafna aktar nies se jifhmu l-importanza ta' dan il-proġett.", "Hawn irrid nieħu spunt minn dak li qalet il-Ministru għal Għawdex.", "F'Għawdex hemm statistika li hija pożittiva, però fl-istess ħin hija inkwetanti.", "Il-Ministru għamlet referenza għal kif il-popolazzjoni f'Għawdex qed issir aktar anzjana.", "Ir-raġuni hija li ħafna koppji żgħar Għawdxin qed jiddeċiedu li jiffissaw r-residenza tagħhom f'Malta, għax jaħdmu f'Malta u ma jaffordjawx li jagħmlu ħames sigħat jew aktar kuljum ta' vjaġġar għal ħajjithom kollha!", "Ovvjament, din id-diffikultà tiġbidhom lejn Malta.", "Dan il-proġett joffri soluzzjoni lill-Għawdxin li filwaqt li jkomplu jistudjaw, jaħdmu u jfittxu xogħlijiet b'pagi aħjar, anke f'Malta, ma ma jkunux preklużi milli jiffissaw ir-residenza tagħhom f'Għawdex.", "Jien, bħala Għawdxi, ma rridx li Għawdex jispiċċa dar tal-anzjnai!", "Jien, bħala Għawdxi, irrid li Għawdex ikun soċjetà vibranti, fejn hemm il-ħajja anke mit-tfal u ż-żgħażagħ.", "Dawn huma sfidi li rridu nindirizzawhom bi proġetti fit-tul biex nassiguraw li nsibu l-aħjar soluzzjonijiet.", "Ħa nagħti eżempju ta' ħaddiem jew student Għawdxi biex min qed jismagħna jifhem l-argument li qed nipprova nagħmel.", "Illum in-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta mal-Gvern ittrippla, minn kważi 500 tela' għal 1,500 Għawdxi.", "Dan barra madwar 1,300 student Għawdxi li qed jistudjaw fl-Università ta' Malta u eluf oħrajn li jaħdmu fil-privat f'Malta.", "Dawn il-ħaddiema jagħmlu miżerjament madwar 15-il siegħa ta' vjaġġar fil-ġimgħa.", "Ħaddiem Għawdxi li jaħdem f'Malta jagħmel jumejn xogħol iżjed minn ħaddiem Malti, jiġifieri l-ħaddiem Għawdxi qisu qed jaħdem tmien sigħat is-Sibt u l-Ħadd ukoll!", "Biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni, bilfors irridu nieħdu deċiżjoni għaqlija li Gvern Nazzjonalista kien diġà imbarka fuqha u kien miexi f'dik id-direzzjoni.", "Nista' nsemmi wkoll il-kwestjoni tal-extra cost għan-negozji, il-kwestjoni tal-kera f'Għawdex u elf ħaġa oħra, però m'għandix il-ħin li nagħmel dan.", "Dawn huma argumenti li żgur se nisimgħu aktar dwarhom fid-dibattitu tal-lum.", "Bħala Oppożizzjoni, fil-prinċipju, qed naqblu ma' din il-mozzjoni.", "Però nixtiequ nressqu xi emendi li jagħmlu din il-mozzjoni aktar ċara u b'saħħitha, li toqrob aktar lejn dak li jixtiequ n-nies.", "Għaldaqstant, Sinjura President, flimkien mal-Onor.", "David Stellini u l-Onor.", "Toni Bezzina qed nipproponi din l-emenda:", "\"B'referenza għall-Mozzjoni 233 imressqa mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, l-Onor.", "Ian Borg, u l-Ministru għal Għawdex, l-Onor.", "Justyne Caruana, nhar id-9 ta' April 2019:", "Fit-tieni paragrafu tal-mozzjoni għandu jitneħħa l-kliem:", "\"Dan kollu qed jitwettaq bl-akbar reqqa u attenzjoni fl-aħjar interess ta' pajjiżna u skont ir-regoli tal-ippjanar u l-ambjent ta' Malta kif ukoll tal-Unjoni Ewropea;\"", "u minflok għandu jidħol il-kliem:", "\"Il-Kamra teżiġi illi għandu jiġi żgurat li dan kollu jitwettaq bl-akbar reqqa u attenzjoni fl-aħjar interess ta' pajjiżna u skont ir-regoli tal-ippjanar u l-ambjent ta' Malta kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-istudji kollha neċessarji u pertinenti bħalma huma l-Environmental Impact Assessment u l-iStrategic Environment Assessment, u b'rispett sħiħ lejn il-ġid komuni u l-interess tal-pajjiż;\".", "- din l-emenda qed tispjega iżjed u tagħti iżjed saħħa lil din il-mozzjoni u mhi qed tbiddel xejn mis-sustanza; l-emenda qed tinforza dak li diġà hemm fil-mozzjoni biex nassiguraw u nserrħu moħħ il-poplu Malti u Għawdxi -", "Fir-raba' paragrafu tal-mozzjoni għandu jitneħħa l-kliem:", "\"Peress li l-istudji tekniċi, ambjentali u soċjali u oħrajn, liema studji qegħdin u għandhom jibqgħu jkunu ppubblikati skont iż-żminijiet stipulati fil-proċessi rispettivi jindikaw illi l-iktar mod teknikament vijabbli biex ikun hemm konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex hija mina taħt il-baħar;\"", "u minflok għandu jidħol il-kliem:", "\"Peress li l-istudji tekniċi, ambjentali, ġeoloġiċi u soċjali li saru s'issa u oħrajn, liema studji wħud minnhom u mhux kollha ġew ippubblikati u li tali li gew ippubblikati jindikaw illi l-iktar mod teknikament vijabbli biex ikun hemm konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex hija mina taħt il-baħar, l-Oppożizzjoni tesiġi illi l-istudji kollha (inkluż dawk li għad iridu jsiru) għandhom jibqgħu jkunu ppubblikati minnufih malli jitlestew;\".", "- din l-emenda torbot ma' dak li diġà sostnejt dwar l-importanza li l-istudji jiġu ppubblikati biex inkunu nafu eżatt l-affarijiet kif inhuma; żgur li se jkun hemm xi problemi, imma meta npoġġu kollox f'miżien, m'għandix dubju li se jirriżulta li dan il-proġett għandu ħafna aktar vantaġġi milli żvantaġġi -", "Fil-ħames paragrafu tal-mozzjoni għandu jitneħħa l-kliem:", "\"Tilqa' li l-Gvern diġà ħabbar li se jkun qed jingħata servizz ta' trasport pubbliku b'xejn permezz ta' din il-konnessjoni, u se jkompli jżomm il-bieb miftuħ għal żviluppi ġodda, fosthom dawk rigward trasport tal-massa.\"", "u minflok għandu jidħol il-kliem:", "\"Tilqa' li l-Gvern diġà ħabbar li se jkun qed jingħata servizz ta' trasport pubbliku b'xejn permezz ta' din il-konnessjoni, u se jkompli jżomm il-bieb miftuħ għal żviluppi ġodda, fosthom dawk rigward trasport tal-massa bejn Malta u Għawdex inkluż bl-użu tal-istess mina taħt il-baħar kif ukoll soluzzjoni għal trasport tal-massa fuq skala nazzjonali.\".", "Fis-seba' paragrafu tal-mozzjoni wara l-frażi \"f'Għawdex\" għandu jidħol il-kliem \"kif ukoll f'Malta\"\".", "- din l-emenda tirrigwarda l-istudji dwar it-traffiku -", "Fit-tmien paragrafu tal-mozzjoni għandu jitneħħa l-kliem:", "\"Tenfasizza li matul l-implimentazzjoni għandu jiġi żgurat li dan il-proġett jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli fl-aħjar interess tal-familji u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku f'Għawdex fl-isfond tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, waqt li wkoll jiġi ppreservat il-ġmiel naturali, l-identità kulturali u ambjentali tal-istess gżira.\"", "u minflok għandu jidħol il-kliem:", "\"Tesiġi li matul l-implimentazzjoni għandu jiġi żgurat li dan il-proġett jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli fl-aħjar interess tal-familji u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku f'Għawdex fl-isfond tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex, waqt li wkoll jiġi ppreservat il-ġmiel naturali, l-identità kulturali u ambjentali tal-istess gżira, u jigi żgurat illi l-vantaġġi huma ferm ikbar mill-iżvantaġġi li l-proġett jista' joħloq;\".", "Fid-disa' paragrafu tal-mozzjoni għandu jitneħħa l-kliem:", "\"Tħeġġeġ lil Gvern ikompli għaddej bit-tħejjijiet kollha neċessarji biex jitwettaq dan il-proġett skont il-liġijiet u regoli kollha pertinenti;\"", "u minflok għandu jidħol il-kliem:", "\"Tesiġi li l-Gvern minnufih jippubblika l-istudji kollha li diġà tlestew, kif ukoll ikompli għaddej bl-istudji neċessarji u minnufih jippubblika l-istess studji ġaladarba jitlestew;", "Tsżiġi li l-Gvern iżomm l-aktar konsultazzjoni pubblika wiesgħa possibbli kif ukoll ikompli għaddej bit-tħejjijiet kollha neċessarji biex jitwettaq dan il-proġett skont il-liġijiet u regoli kollha pertinenti;", "Tesiġi li l-Gvern għandu fl-immedjat jara x'passi u x'miżuri jistgħu jittieħdu sabiex il-problema tal-konnettività bejn Malta u Għawdex tiġi mitigata sakemm jitlesta l-proġett tal-mina u dan peress illi l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett jieħu numru konsiderevoli ta' snin;\".\".", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri.", "CLINT CAMILLERI (Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali): Sinjura President, illum dan il-Parlament għandu quddiemu mozzjoni mressqa minn żewġ Ministri ta' dan il-Gvern li fiha qed jiġi mtenni l-bżonn li jkun hemm link permanenti bejn Għawdex u Malta.", "Din l-istess mozzjoni qed tispjega l-proċess kollu li sar s'issa fir-rigward ta' dan l-investiment essenzjali, sabiex pajjiżna, u b'mod speċjali Għawdex, jibqa' miexi 'l quddiem.", "Din il-mozzjoni qed terġa' ssejjaħ lir-rappreżentanti tal-poplu kollu eletti f'din il-Kamra b'mod demokratiku biex jikkonfermaw l-importanza ta' dan il-proġett li għandu jibqa' miexi 'l quddiem u mingħajr waqfien.", "Aħna l-membri Parlamentari obbligati li nirrappreżentaw lill-elettorat li eleġġiena.", "Għalhekk, fid-dawl tal-manifesti elettorali kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Oppożizzjoni, dan il-proġett ta' konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer irid jibqa' miexi 'l quddiem lejn ir-realizzazzjoni tiegħu.", "Dan kollu bil-għan li Għawdex ma jibqax iddistakkat mill-opportunitajiet li kultant jaslu biss saċ-Ċirkewwa!", "Bħala Gvern irridu li Għawdex jibqa' jiġi ppopolat mill-Għawdxin stess u mhux iħallu lil familthom warajhom biex jgħixu l-ħolma tagħhom.", "Irridu li l-Għawdxin jerġgħu jirrilokaw lura lejn Għawdex.", "Bħala rappreżentanti tal-poplu, irridu li Għawdex ma jmutx mewta soċjali, għalhekk irridu nkomplu nagħtu ħajja ġdida lil Għawdex b'ekonomija sostenibbli, soċjalment attiva u mimlija opportunitajiet.", "Ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar li dalwaqt se tinħareġ is-sejħa għall-proposti internazzjonali għall-bini, l-operat u l-manutenzjoni tal-mina bejn iż-żewġ gżejjer.", "Ftit tal-jiem ilu smajna wkoll li r-rotta diġà hija mfassla u li kollox għandu jiġi ppubblikat skont kif stipulat fil-proċessi li qegħdin jiġu segwiti.", "Din l-istess mozzjoni tisħaq li l-istudji kollha tekniċi, ambjentali u soċjali jindikaw li l-aktar mod vijabbli ta' konnessjoni permanenti huwa permezz ta' mina li tgħaddi minn taħt il-baħar.", "Din il-ħolma ilha diċennji sħaħ mistennija u tiġi mwiegħda minn diversi gvernijiet.", "Illum huwa dan il-Gvern li qed jaħdem bis-sħiħ sabiex din il-ħolma ssir realtà.", "Hija realtà magħrufa li l-gżira ta' Għawdex qed tesperjenza problemi drastiċi ta' brain drain u skill drain, kif ukoll popolazzjoni li qed tixjieħ.", "B'hekk, dan il-Gvern qed jara li jdawwar ir-rotta u jara li l-Għawdxin jingħataw ħajja u opportunitajiet f'Għawdex li jkunu l-istess bħal dawk f'Malta.", "F'dawn l-aħħar snin, rajna lill-kumpanija Gozo Channel tissaħħaħ fis-servizz tagħha, u minn kumpanija b'telf ġiet imdawra f'kumpanija li qed tagħmel il-profitti, b'aktar servizzi u vjaġġi.", "Wieħed jista' jorbot aktar fuq is-servizz tal-Gozo Channel, però xorta huwa servizz imprevedibbli.", "Ir-residenti Għawdxin, bi dritt, irid ikollhom aktar kontroll fuq id-deċiżjonijiet u l-opportunitajiet li jkunu jistgħu jieħdu.", "L-Għawdxin ma jridux jibqgħu jkunu kkonsidrati bħala ċittadini tat-tieni klassi, iżda jridu li jkollhom ħajja mill-aqwa bħal sħabhom il-Maltin.", "Wieħed jista' jalludi li link permanenti li tgħaqqad il-gżejjer se twassal biex awtomatikament titkisser id-definizzjoni ta' Għawdex ambjentali jew li l-wirt ambjentali u kulturali ta' Għawdex jintilef.", "Wieħed jista' jinsinwa wkoll li l-mina se twassal għal suwiċidju tal-identità Għawdxija, fejn dak kollu li huwa Malti jew barrani, b'xi mod se jkun qed itappan lill-Għawdxin jew lill-gżira Għawdxija.", "Nemmen li link permanenti se tagħmel l-oppost ta' dan kollu.", "Link permanenti se twassal għar-rinaxximent soċjali u ekonomiku tal-gżira.", "Link permanenti se tkun qed twassal għal kontribut dirett, anke lejn l-ekonomija tal-pajjiż.", "Ir-realizzazzjoni tal-proġett tal-mina se jagħti l-opportunità li l-Għawdxin ikunu jistgħu jgħixu f'Għawdex.", "Dan il-proġett se jwassal biex il-popolazzjoni ta' Għawdex terġa' tiżdied bl-Għawdxin stess, jiġifieri bit-tfal tagħna u bl-Għawdxin li twieldu f'Għawdex imma kellhom jirrilokaw ruħhom f'Malta minħabba x-xogħol jew l-edukazzjoni.", "Dan il-proġett se jwassal biex ikun fattibbli li l-kumpaniji jirrilokaw lejn il-gżira ta' Għawdex, fejn naspiraw li jkun hemm aktar start-ups f'Għawdex mill-Għawdxin stess.", "Link permanenti se twassal għal aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ ta' għada li minflok iħarsu lejn il-futur b'mod negattiv, għax madwarhom ma tantx ikun hemm opportunitajiet, jibdew iħarsu lejn il-futur f'Għawdex b'mod pożittiv għax jaraw opportunitajiet kbar.", "Dan il-Parlament għandu jirrikonoxxi li filwaqt li dan il-proġett iġib miegħu diversi sfidi, wieħed għandu jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni ta' dan l-istess proġett.", "Bla dubju, dan il-Gvern għandu jistudja bir-reqqa u jassigura li t-twettiq ta' dan il-proġett ikun bl-aktar mod sostenibbli għall-interess taċ-ċittadini li nirrappreżentaw f'din il-Kamra.", "Dan il-Gvern se jkun qed jara li dak kollu li jsir f'dan il-proġett ikun miżmum fil-kontest tas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali, fejn se jkun qed jara li l-impatt negattiv li dan il-proġett tant kruċjali jista' joħloq ikunu kemm jista' jkun minimizzati.", "Għalhekk, inħeġġeġ lill-membri ta' din il-Kamra sabiex jilqgħu din il-mozzjoni importanti, sabiex niżguraw li t-triq twila li għadda minnha ċ-ċittadin ma titwalx aktar.", "Bħala rappreżentanti tal-poplu għandna nassiguraw li dan il-proġett, li qed jiġi meqjus fil-pożittiv kif ukoll fin-negattiv tiegħu, għandu jitwettaq wara snin twal ta' stennija.", "Dan huwa Gvern li verament iwettaq dak li jwiegħed.", "Dan huwa Gvern li jagħmel dak li l-poplu jafdah biex jagħmel, għall-ġid tal-pajjiż.", "Fl-aħħar nett, irrid nirringrazzja lil Dr. Franco Mercieca li qiegħed preżenti magħna llum, għax-xogħol u l-ħidma li qed jagħmel kontinwament fuq dan il-proġett, sabiex din il-ħolma tal-Għawdxin issir realtà.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sinjura President, fil-bidu ta' dan l-intervent irrid ngħid li l-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer minn dejjem ingħatat l-attenzjoni meħtieġa mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Kienu amministrazzjonijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista li bnew il-portijiet fl-Imġarr f'Għawdex u fiċ-Ċirkewwa f'Malta.", "Kienet l-istess amministrazzjoni li ħadet ħsieb biex inbnew tliet vapuri moderni u wettqet il-proġetti tat-terminals moderni kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa.", "Il-Gvern, permezz ta' din il-mozzjoni, qed jitlob l-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni għall-proġett tal-mina.", "Hawnhekk, irrid ngħid li dan l-appoġġ kien nieqes meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni.", "Dakinhar, l-Oppożizzjoni Laburista kienet kontra l-mina u ma kienx hemm il-kunsens għal dan il-proġett, tant li malli nbidlet l-amminsitrazzjoni, l-istudji nbidlu biex minflok mina jsir pont.", "Kellhom jgħaddu tliet snin biex Gvern Laburista induna bl-iżball u ra li l-proġett tal-mina kien jagħmel aktar sens minn dak ta' pont.", "Din ir-riżuluzzjoni li għandna quddiemna tibda billi tgħid li, u nikkwota:", "\"Il-konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex hija parti mill-manifest elettorali tal-Gvern u approvat mill-maġġoranza tal-poplu.\".", "Rebħa elettorali m'għandhiex tintuża biex jinqabeż proċess li jevalwa l-impatti komplessi ta' proġett bħal dan.", "Jekk isir dan, il-poplu jkun imċaħħad mid-dritt tiegħu li jkollu l-fatti kollha quddiemu ħalli bil-kalma jkun jista' jgħarbel sew il-proġett propost.", "Huwa proprju fuq dan il-punt li se nibbaża l-argumenti tiegħi dwar din il-mozzjoni.", "Ir-riżoluzzjoni tgħid li l-miri, il-prinċipji u l-obbligi dwar il-proġett tal-mina se jitwettqu bl-akbar reqqa u attenzjoni fl-aħjar interess ta' pajjiżna u skont ir-regoli tal-ippjanar u l-ambjent ta' Malta kif ukoll tal-Unjoni Ewropea.", "Fil-mozzjoni qed jingħad ukoll li matul l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett għandu jiġi żgurat li l-proġett jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli fl-aħjar interess tal-familji u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex, waqt li jiġu ppreżervati l-ġmiel naturali u l-identità kulturali u ambjentali tal-istess gżira.", "Tajjeb li wieħed jistaqsi jekk waqt li kien għaddej dan il-proċess għall-mina ttiħdux il-konsiderazzjonijiet kollha.", "Pereżempju, minkejja l-istqarrijiet li saru mill-Gvern, l-iStrategic Environment Assessment u l-Environment Impact Assessment li huma studji li jridu jsiru b'obbligu legali qabel kull pjan ippreżentat mill-Gvern, s'issa għadhom ma sarux.", "Kien il-Prim Ministru stess li fis-16 ta' April 2016 waqt li kien qed jindirizza konferenza nazzjonali bit-tema \"Insaħħu l-Aċċessibbiltà\", saħaq li huwa importanti li jiġi esplorat l-aspett ambjentali, kemm dirett kif ukoll dak indirett.", "Sena wara, eżattament fit-3 ta' Mejju 2017, fuq l-istazzjon televiżiv nazzjonali, il-Prim Ministru ġie kkwotat li qal li għad hemm kwestjonijiet xi jridu jiġu deċiżi, fosthom l-aspett ambjentali.", "Il-Prim Ministru qal li kellha ssir diskussjoni dwar dan kollu.", "Però mhux talli ma saritx din id-diskussjoni, imma dan l-aħħar 13-il għaqda mhux governattiva kienu kostretti joħorġu stqarrija li fiha wrew id-diżappunt tagħhom għad-dikjarazzjonijiet li saru minn esponenti tal-Gvern Laburista li d-diskussjonijiet dwar il-mina huma magħluqin.", "Dawn l-għaqdiet stqarrew li dawn id-diskussjonijiet għadhom lanqas bdew u li l-istudji li qed jissemmew baqgħu qatt ma ġew ippubblikati, aħseb u ara kemm ġew skrutinizzati.", "In-nuqqas totali ta' parteċipazzjoni pubblika fi proġett b'impatt daqstant qawwi fuq in-nisġa soiċjali ta' Għawdex huwa inkredibbli.", "M'għandna l-ebda informazzjoni li permezz tagħha wieħed jista' jgħarbel sew id-dikjarazzjonijiet li saru li, rrid ngħid, mhumiex sostanzjati b'evidenza xjentifika, kwalifikata u pubblika.", "Il-mozzjoni tkompli tgħid hekk:", "\"… listudji tekniċi, ambjentali u soċjali u oħrajn - liema studji qegħdin u għandhom jibqgħu jkunu ppubblikati skont iżżminijiet stipulati filproċessi rispettivi - …\".", "Din l-istqarrija tal-mozzjoni twassalni biex nagħmel referenza għall-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-2017 fejn kien intqal, u nikkwota:", "\"Nibdew il-proġett tat-tunnel bejn Malta u Għawdex.\",", "u li:", "\"Saru diversi testijiet tekniċi u xjentifiċi kemm mill-kumpaniji barranin u wkoll flimkien mal-Università ta' Malta u Università Taljana.", "Għaddejjin ukoll bil-proċess biex immedjatament jibda sett ta' testijiet ġeoloġiċi oħra msejħa investigative coring bil-ħsieb li naslu għal riżultati ċari f'dak li għandu x'jaqsam il-kompożizzjoni ġeoloġika ta' qiegħ il-baħar fil-fliegu bejn Malta u Għawdex.", "Dawn it-testijiet huma fundamentali biex nikkalkolaw ir-riskju tekniku tal-proġett.\".", "Wieħed ma jistax ma jaqbilx ma' dan kollu, imma jekk dawn it-testijiet qegħdin isiru, x'kienu r-riżultati?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija, għax ħafna drabi l-Gvern jgħidilna li dawn ir-riżultati huma pubbliċi u fl-istess waqt, wara pressjoni li saret sabiex l-istudji u r-riċerki dwar il-mina jiġu ppubblikati, ftit tal-ġranet ilu l-Ministru qalilna li l-istudji mistennija jiġu ppubblikati fi żmien li ġej.", "Din hija konferma ċara li l-istudji għadhom ma ġewx ippubblikati.", "Mela rrid nistaqsi: Għalfejn din l-għaġla kollha?", "Għalfejn ma stennejniex li jiġu ppubblikati l-istudji qabel ma ġiet ippreżentata din il-mozzjoni?", "Il-fatt li s'issa l-Environment Impact Assessment għadu lanqas biss ġie konkluż, il-konsultazzjoni dwar it-terms of reference tikxef l-arroganza tal-Gvern … Apparti li dan huwa l-akbar diżrispett lejn l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi min-naħa tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiż, din id-dikjarazzjoni tal-Ministru hija wkoll indikazzjoni ta' nuqqas ċar ta' governanza tajba.", "Din id-dikjarazzjoni twassal il-messaġġ ċar li l-proċess ta' studju ta' impatt ambjentali huwa meqjus bħala wieħed irrelevanti u li qed isir għalxejn, għax id-deċiżjonijiet diġà ttieħdu, irrespettivament minn dak li jista' jingħad f'dawn l-istudji.", "Jista' jkun li se niġi kkritikat li qed inkun negattiv meta qed nitlob li jkollna l-istudji kollha quddiemna, però dan it-tħassib mhux qed nesprimih jien biss.", "Kien l-istess Membru Parlamentari Ewropew Laburista, l-Onor Alfred Sant li f'Jannar li għadda, fuq il-midja soċjali, stqarr li ma jemminx li dan il-proġett se jkun ta' benefiċċju għal Għawdex u sostna li l-istudji li saru tal-impatt tal-mina għad jonqoshom ħafna irfinar.", "Tenna wkoll li l-idea kollha s'issa qatt ma ġiet ittrattata b'mod rigoruż u xjentifiku biex wieħed ikun jista' jevalwa x'hemm ħażin u tajjeb f'dan il-proġett kollu.", "Nagħlaq billi ngħid li d-deċiżjonijiet m'għandhomx jittieħdu bil-mod kif qed jagħmel il-Gvern.", "Il-pubbliku għandu d-dritt jipparteċipa f'konsultazzjoni siewja u jiġi pprovdut b'informazzjoni dwar dan il-proġett sabiex jiżviluppa opinjoni informata.", "Biex dan il-proġett isir realtà jeħtieġ li jkun hemm kunsens unanimu, anke fid-dawl li dan il-proġett se jaffettwa mhux biss lill-Gvern preżenti, iżda anke lil gvernijiet ta' warajh.", "Però l-kunsens ma jistax jintlaħaq meta niġu mitluba biex nipparteċipaw f'diskussjoni fl-għama.", "Bin-nuqqas ta' studji meħtieġa ppubblikati fl-intier tagħhom ikollna biss kunsens falz.", "Qbil fuq kwestjoni bħal din bejn partiti politiċi qatt ma jista' jieħu post studji kredibbli.", "Il-Gvern qed jgħidilna li l-proġett ta' konnettività permezz tal-mina bejn Malta u Għawdex qed jitwettaq bl-ikbar reqqa.", "Għalhekk, jekk il-Gvern huwa konvint minn dan kollu, x'inhu jżommu milli jippubblika r-riżultati tal-istudji li qed jgħid li għandu?", "Wieħed kien jistenna li dawn l-istudji jiġu ppubblikati qabel ma titressaq din il-mozzjoni.", "Hekk biss tkun tista' ssir diskussjoni matura.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali): Sur President, dan huwa wieħed minn numru ta' diskorsi li se jkollna fil-Palrament dwar dan il-proġett ta' konnettività bejn il-gżejjer Maltin.", "Naċċerta lill-Onor.", "Frederick Azzopaardi li l-istudji se jkunu ppubblikati u se jiġu dibattuti.", "Qed nieħu pjaċir li f'din il-Kamra għandna kunsens b'mod ġenerali dwar dan il-proġett, anke jekk ġew intavolati xi emendi.", "Dan il-proġett huwa bżonjuż għall-pajjiż kollu.", "Infakkar li dan il-proġett kien imwiegħed fil-manifest elettorali rebbieħ ta' dan il-Moviment u kien parti wkoll mill-manifest elettorali li bih tellaq il-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-2017.", "Il-fatt li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jaqblu dwar dan il-link permanenti bejn Malta u Għawdex iwassalni għal żewġ punti partikolari.", "L-ewwel punt huwa li qed nagħtu l-messaġġ lill-poplu li qed jismagħna li d-deputati eletti f'dan il-Parlament jaqblu mal-mod kif qegħdin naħdmu fuq dan il-proġett.", "Dan huwa importanti, għax dan mhuwiex proġett ta' sena jew sentejn, imma qed nitkellmu dwar proġett fit-tul li se jieħu mill-inqas żewġ leġiżlaturi biex jitlesta.", "Dan il-proġett huwa game changer għall-ekonomija Għawdxija kif ukoll Maltija, għalhekk huwa ferm importanti li għandna qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, liema qbil se jwassalna biex inkunu veritieri f'dak li qed ngħidu.", "Qed ngħid dan għax apparti l-istudji li ssemmew f'dan id-dibattitu mill-membri tal-Oppożizzjoni, fosthom l-istudju ta' Mott MacDonald, l-istudju ta' Gordon Cordina u l-istudju li sar mill-kumpanija Norveġiża, li bdew minn amministrazzjoni Nazzjonalista u komplew f'din il-leġiżlatura u ta' qabilha, il-fatt li qegħdin naqblu jagħtina serħan il-moħħ li nistgħu nkunu kritiċi ta' dan il-proġett b'mod kosruttiv, biex nagħmluh dejjem aħjar.", "Meta jkollna diskussjonijiet fil-Kamra u ż-żewġ naħat ma jaqblux, ħafna drabi n-naħa li taqbel tispiċċa tgħid li se tagħmel il-proġett akkost ta' kollox u n-naħa li ma taqbilx tipprova tfixkel il-proġett, anke jekk fino in fondo tkun taf li l-proġett għandu valur pożittiv u miżjud.", "Il-fatt li llum iż-żewġ naħat qegħdin naqblu li dan il-proġett huwa tajjeb għall-pajjiż, kemm għall-ġenerazzjoni preżenti kif ukoll futuri, jagħtina l-konfort u ċ-ċans li nkunu kritiċi tagħna nfusna biex ikollna l-aqwa riżultati.", "Din id-darba mhux se jkollna proġett ballun politiku imma proġett li se jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.", "Kif għedt, dan il-proġett mhux se jinbena f'ħakka t'għajn, imma huwa proġett fit-tul.", "Nemmen li l-punt li għandna nimxu għalih huwa li Għawdex għandu jitħalla jibqa' l-ġawhra rurali ta' pajjiżna.", "B'dan qed ngħid li rridu naċċertaw li nissalvagwardaw l-iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżna.", "Huwa importanti li dan il-proġett isir, għax nemmnu fih u fil-mudell ekonomiku li hemm warajh, iżda kulħadd jaf li bħal proġetti oħrajn li saru f'diversi bliet fl-Ewropa u lil hinn, il-mudell ekonomiku ta' proġett bħal dan li jiswa ħafna u hemm bżonn finanzjament qawwi warajh, huwa marbut mal-volum ta' traġitti li jkun hemm min-naħa għall-oħra.", "Il-volumi huma variable importanti fit-tħaddim ta' dan il-proġett.", "Dan iġibni għall-punt li ż-żewġ naħat tal-Kamra rridu naċċertaw li l-iżvilupp fil-madwar ikun wieħed sostenibbli li ma jwassalx biex Għawdex isir blokka konkrit jew estensjoni ta' Buġibba.", "Il-volumi jikbru b'mod sostenibbli jekk lil Għawdex inżommuh il-ġawhra rurali li hu llum.", "It-turist Malti u barrani jmur iżur lil Għawdex proprju għall-ġmiel rurali tiegħu.", "Għalhekk ma jkunx jagħmel sens li lil Għawdex inkissruh jew nagħmluh blokka konkrit biex imbagħad it-turist ma jkollux għalfejn iżur din il-gżira, bir-riżultat li l-volumi flok jiżdiedu jibdew jonqsu u l-mudell ekonomiku jkun mar żmerċ.", "Il-punt li nixtieq nisħaq fuqu huwa li l-variable predominanti f'dan il-mudell ekonomiku huwa li l-volum bejn iż-żewġ naħat għandu jkun ekwivalenti għaż-żieda fit-turisti li se jżuru lil Għawdex f'inqas ħin meta jkollna l-mina.", "Ħafna turisti li jkunu Malta jistaqsu jekk għandhomx ħin biżżejjed biex iżuru Għawdex.", "'Il quddiem, ladarba l-proġett ikun lest, it-turist se jkun jista' jżur Għawdex, il-ġawhra rurali ta' pajjiżna, f'inqas ħin.", "Fuq kollox, se jkollok aktar Għawdxin li llum jgħixu Malta għax jaħdmu f'Malta u jridu jevitaw l-inkonvenjent tal-ferry, li diġà bdew jitkellmu magħna u jgħidulna li qegħdin iħarsu biex fiż-żmien li ġej jerġgħu jmorru jgħixu Għawdex mal-familja tagħhom.", "Dan se jwassal biex ix-xogħol f'Għawdex jiżdied b'aktar interkonnettività u se jwassal ukoll biex id-diversi vulnerabilitajiet li għandu Għawdex jonqsu.", "Dak il-ħaddiem Għawdxi li fl-aħħar snin mar jgħix Malta se jkollu ċ-ċans li jmur jgħix f'Għawdex.", "Dan il-fattur jien insejjaħlu reversed brain drain.", "Il-brain drain li Għawdex sofra fl-aħħar snin se jiġi reversed b'aktar Għawdxin li jgħixu Għawdex.", "Dan huwa mudell ekonomiku li llum rajt li huwa importanti li nitkellem fuqu.", "Dan il-proġett jirrappreżenta dak li nemmnu fih bħala Moviment Laburista.", "Fuq kollox, huwa mudell ekonomiku u għandu jkun mudell ambjentali wkoll.", "Mhuwiex tajjeb li Għawdex ma jgawdix mis-suċċess u t-tkabbir ekonomiku li pajjiżna qed ikollu bħalissa.", "B'dan il-proġett, il-vulnerabilitajiet tal-gżira Għawdxija se jonqsu drastikament u l-mudell ekonomiku se jinbidel totalment.", "Il-bidla ġejja wkoll fil-qasam ambjentali permezz ta' karozzi elettriċi u l-fibre optic bejn Malta u Għawdex, fost proġetti oħrajn li qed jagħmlu lil Għawdex katalista u mutur ekonomiku.", "Nagħlaq billi ngħid li ma naqbilx mal-Oppożizzjoni meta tgħid li dan huwa proġett nazzjonali.", "Jien ngħid li dan huwa proġett Ewropew, għax il-mina bejn Malta u Għawdex se tgħaqqad lil Għawdex mal-kontinent Ewropew.", "Għalhekk huwa tajjeb li ngħidu li dan il-proġett żgur li se jsib tifħir mill-Kummissjoni Ewropea, għax għandu valur miżjud Ewropew.", "Fuq kollox, tajjeb li naħdmu biex dan il-proġett ta' link permanenti jkun parti mit-Ten-T corridor biex fis-snin li ġejjin iwassalna biex ingawdu minn fondi u strumenti Ewropej għall-ġejjieni.", "Għawdex għadu fil-ħin biex ikun mudell ta' sostenibbiltà u mhux se jitħalla jaqa' lura.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID STELLINI: Sur President, qabel nibda nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Chris Said talli fi żmien l-amministrazzjoni tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien beda dan il-proċess ta' konsultazzjoni għall-proġett ta' link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lil dan il-Gvern talli qed imexxi 'l quddiem dan il-proġett b'rieda politika b'saħħitha, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-istudji li qed isiru.", "Hija xi ħaġa sabiħa li qegħdin niddiskutu l-konnettività bejn Għawdex u Malta li nemmen hija ta' importanza nazzjonali u għandha tibqa' fuq l-aġenda nazzjonali, sakemm jitranġaw ċerti affarijiet li qed nesperjenzaw bħalissa u li mhumiex aċċettabbli.", "Hemm bżonn ta' soluzzjonijiet short-term u soluzzjonijiet long-term li se nitkellem dwarhom.", "Jien twelidt u trabbejt Għawdex, imbagħad ħdimt kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, però llum noqgħod Għawdex u ta' kuljum naqsam lejn Malta, ħafna drabi mal-vapur tas-6.00 a.m. jew tas-6.45 a.m., jiġifieri f'ħinijiet fejn ikun hemm ħafna traffiku.", "Naċċetta l-argument li Għawdex qed imut ftit ftit.", "Huwa veru li għandek numru ta' żgħażagħ u koppji żgħar li qed jitilgħu jaħdmu Malta, u dan m'għandux ikun.", "Fil-fehma tiegħi Għawdex mhuwiex biss kampanja sabiħa u destinazzjoni ta' btala għat-turisti barranin u Maltin.", "Tajjeb li f'Għawdex ikollna turisti Maltin u barranin, imma Għawdex huwa ħafna aktar minn hekk.", "Għawdex jikkonsisti wkoll f'ġenituri li qed irabbu t-tfal.", "Għawdex huwa wkoll komunità ta' nies Għawdxin u residenti Maltin li joqogħdu f'Għawdex.", "Importanti li Għawdex ma narawhx biss bħala destinazzjoni turistika, imma narawh ukoll bħala post fejn għandna noħolqu aktar opportunitajiet, inkluż ta' xogħol.", "Jien naċċetta l-argument li hemm bżonn ta' aktar konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u naħseb li huwa punt validissimu f'dan id-dibattitu.", "Però min-naħa l-oħra, naċċetta wkoll l-argument li f'Malta qed jiżdied ħafna t-traffiku.", "Fl-aħħar ħames snin it-traffiku żdied ħafna; peress li Malta qed tospita ħafna ħaddiema barranin aktar minn qatt qabel, huwa minn ewl id-dinja li t-traffiku jiżdied.", "Naħseb li dawn iż-żewġ suġġetti huma relatati ma' xulxin u t-tnejn huma ta' importanza nazzjonali.", "Dan iġibni għall-punt tal-għaqda tal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta.", "Jien kont sorpriż meta din l-għaqda ta' madwar 6,000 Għawdxin li jaħdmu f'Malta - ma nafx jekk tirrappreżentahomx kollha - ħarġet stqarrija tgħid li importanti li l-Gvern jesplora l-possibbiltà ta' light rail jew metro, jiġifieri sistemi ta' trasport pubbliku tal-massa bejn iż-żewġ gżejjer.", "Staqsejthom għalfejn, ladarba bħali, jaqsmu kuljum minn Għawdex għal Malta, qed imorru għal din l-għażla?", "Qaluli li fejn qabel kellhom sfida waħda li jekk ma tilħaqx il-vapur, trid tistenna tliet kwarti fil-Port tal-Imġarr jew fil-Port taċ-Ċirkewwa, li jfisser li se ssib aktar traffiku f'Malta, illum il-ġurnata għandhom żewġ sfidi, dik li ma tilħaqx il-vapur u l-isfida l-oħra li malli tasal iċ-Ċirkewwa, se ssib ħafna traffiku f'Malta.", "Naħseb li kull min qed jarana jaf li fil-ħinijiet ta' filgħodu jew ta' waranofsinhar issib ħafna traffiku fil-Furjana, Santa Venera, il-Ħamrun, Pembroke, l-Imġarr ħdejn l-iskejjel ta' San Anton u San Andrea, fl-Imsida u Ħ'Attard.", "Huwa għalhekk li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta qed jippreferu li jkun hemm sistema ta' trasport pubbliku tal-massa, bħal metro jew light rail.", "Issa jien m'iniex espert u għalhekk ma nixtieqx ngħaddi ġudizzju dwar dan.", "Però nixtieq li l-esperti jagħmlu l-istudji tagħhom u jippubblikawhom, kif qegħdin nipproponu bħala grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni permezz ta' emendi għall-mozzjoni tal-Gvern.", "Bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li importanti li jsiru l-istudji kollha, inkluż dwar sistemi altnerattivi bħal, pereżempju, metro jew light railway system.", "Importanti li nagħtu vuċi b'saħħitha f'dan il-Parlament lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Malta.", "Importanti li nagħtu vuċi mhux biss lil min jaqbillu li jkollu l-mina, imma wkoll lin-nies li mhux neċessarjament għandhom bżonn dik is-soluzzjoni.", "Ilna ħafna ngħidu li bħala short-term, Għawdex għandu bżonn ir-raba' vapur.", "Ilbieraħ waranofsinhar erġajna ftakarna f'dan il-bżonn, għax vapur minnhom kien għat-tiswija u vapur ieħor kellu r-rampa miksura, bir-riżultat li għal xi ħin il-Gozo Channel kienet qed taħdem b'vapur wieħed.", "Dan juri kemm hemm bżonn li jkollna soluzzjonijiet short-term, bħal fast ferry, ir-raba' vapur u, jekk hemm bżonn, nibnu moll ieħor fl-Imġarr Għawdex.", "Hemm bżonn ukoll ta' vapur tal-merkanzija li jibqa' sejjer lejn il-Marsa.", "Hemm numru ta' nies li laqgħu s-soluzzjoni li tathom il-Ministru Justyne Caruana meta pproponiet li jkun hemm vapur tal-merkanzija matul is-sigħat tal-lejl, imma kien hemm oħrajn li m'apprezzawx din il-proposta.", "Tajjeb li nikkonsidraw li jkollna vapur tal-merkanzija li jibqa' sejjer sal-Marsa u fast ferry li tidħol ħdejn il-lift tal-Belt, ħalli l-Għawdxin jitilgħu bil-lift u jispiċċaw fil-qalba tal-Belt.", "Sur President, f'din l-emenda li għadna kemm ippreżentajna qegħdin ninsistu fuq żewġ affarijiet, fosthom li l-Gvern jikkonsidra li l-istudji kollha dwar il-proġett tal-mina jiġu ppubblikati.", "Skont l-informazzjoni li għandi, hemm tliet studji li diġà ħarġu fil-pubbliku, li huma l-pre-feasibility study, il-cost benefit analysis u s-social impact assessment.", "Min-naħa l-oħra għadna qed nistennew li joħorġu s-seismic study, il-geological study, il-financial model u l-environmental impact assessment li għadu qed isir.", "Importanti li l-environmental impact assessment ma joħroġx eżatt malli jibda l-proċess tat-tender, imma joħroġ qabel.", "Għandu jsir studju wkoll fuq il-vijabilità tal-metro li min jgħid li hija vijabbli u min jgħid li mhijiex.", "Ovvjament, jien nibqa' dejjem fuq l-opinjoni tal-esperti.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li importanti ħafna li ssir konsultazzjoni pubblika malli l-Gvern joħroġ l-istudji kollha relevanti, fejn jingħata perjodu ta' żmien biex in-nies ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom.", "Ma nixtiqux naraw sitwazzjoni fejn wara l-istudji jibda mill-ewwel il-proċess tat-tender.", "Importanti li n-nies, b'mod partikolari l-Għawdxin, jitkellmu dwar il-viżjoni u s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika għal Għawdex.", "Nemmen li din il-konsultazzjoni għandha tkun miftuħa għal kulħadd.", "Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia semma l-fondi Ewropej li joħorġu mill-programm Ten-T.", "Nista' ngħid ukoll li l-Unjoni Ewropea tagħti fondi u tinkoraġġixxi mezzi alternattivi ta' trasport, jiġifieri kull tip ta' trasport li ma jinkludix il-karozzi.", "L-Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi li jsiru sistemi bħal, pereżempju, light railway, trams jew metro.", "Naqbel mal-kandidat għall-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant li wiegħed li jekk jerġa' jitla' fil-Parlament Ewropew se jaħdem biex iġib fondi Ewropej għal dawn is-sistemi ta' mezzi alternattivi ta' trasport.", "Fil-fatt, jekk il-poplu jagħtini l-fiduċja tiegħu biex inkun Membru Parlamentari Ewropew fil-25 ta' Mejju 2019, jien ukoll se naħdem biex inġibu fondi Ewropej għal dawn il-mezzi alternattivi ta' trasport.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ABELA: Sur President, nitbissem meta nipprova nifhem l-isforzi min-naħa ta' esponenti tal-Oppożizzjoni li jipprovaw juru kemm huma favur il-proġett tal-konnettività permanenti bejn Malta u Għawdex, imbagħad fl-istess ħin, sal-bieraħ stess, kellna deputati tal-Partit Demokratiku li huwa parti mill-Oppożizzjoni, li jagħmlu stqarrija pubblika u jgħidu li dan il-proġett mhuwiex vijabbli u sostenibbli u li l-aspetti negattivi tiegħu huma ferm akbar mill-aspetti pożittivi.", "Hawnhekk, għal darb'oħra, qed naraw li l-Oppożizzjoni hija maqsuma min-nofs fil-pożizzjoni tagħha fuq dan il-proġett.", "Din hija kwestjoni fejn mhux biss qegħdin niddibattu mozzjoni għal dan il-proġett infrastrutturali kbir għal pajjiżna, imma qegħdin niddibattu wkoll punti ta' prinċipju bħall-kredibilità u l-onestà.", "Tajjeb li nfakkar li dan il-proġett infrastrutturali kien imwiegħed fil-manifest elettorali taż-żewġ partiti politiċi għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet.", "Infakkar ukoll li kien hemm 100 proposta mill-Partit Nazzjonalista dwar Għawdex, inkluż dan il-proġett li kien imsemmi b'mod speċifiku, li kienu ġew endorsed mill-Onor.", "Marlene Farrugia li dakinhar kienet qed tmexxi din il-Forza Nazzjonali flimkien mal-Onor.", "Dakinhar kien hemm qbil dwar dan il-proġett, imma issa l-Partit Demokratiku qed jgħidilna li dan il-proġett mhuwiex sostenibbli.", "Dan il-proġett se jġib miegħu sfidi ta' ċerta portata.", "Però, bħala Gvern, qatt ma bżajna mill-isfidi.", "Huwa minnu li jrid ikollna fis-seħħ policies li huma ta' ċerta portata biex jipproteġu l-aktar element li nħoss li huwa kruċjali f'dan il-proġett, dak tal-preżervazzjoni ambjentali li se tieħu żewġ dimensjonijiet.", "L-ewwel nett irridu naraw liema metodu ta' konnettività se jintuża, jiġifieri jekk hux se jkollna l-metodu ta' tħaffir taħt il-qiegħ tal-baħar jew jekk hux se mmorru għal mudell ta' struttura li tkun pre-fabricated u li titqiegħed fil-qiegħ tal-baħar.", "L-istudji u l-esperjenza fi proġetti simili juru li l-proġett ta' tħaffir taħt il-qiegħ tal-baħar huwa wieħed li ambjentalment jagħmel inqas ħsara.", "Għalhekk wieħed jifhem li x'aktarx se nkunu qed nimxu f'dik id-direzzjoni.", "Naturalment, dik l-għażla ġġib l-isfida li jmiss dwar x'se jiġri mill-iskart li se jiġi ġġenerat f'dak il-proċess ta' tħaffir.", "Nemmen li din hija sfida li, bħala pajjiż, ninsabu attrezzati għaliha, anke jekk inħarsu lejn mudelli simili ta' x'ġara f'pajjiżi oħrajn.", "Forsi l-aktar mudell li wieħed irid iħares lejh huwa x'ġara fit-tunnel channel li jeżisti bejn Franza u l-Ingilterra, għax huwa mudell li naħseb li jixbah ħafna l-mudell li rridu nħarsu lejh, għalkemm f'dak il-każ il-konnettività hija permezz ta' railway.", "Nemmen li dak il-metodu ta' tħaffir għandna ħafna x'nitgħallmu minnu.", "Kif nafu, f'dak il-każ, daħlet fis-seħħ policy li titkellem dwar land reclamation jew sea reclamation.", "Naħseb li għal dan il-proġett irridu nħarsu lejn land reclamation.", "Kif tgħid il-mozzjoni, din hija kwestjoni li bilfors irridu nidħlu fiha b'ċerta serjetà.", "X'għamlu l-Ingliżi biex ħadu ħsieb it-tneħħija tal-iskart li ġie ġġenerat bit-tħaffir?", "Identifikaw żona taħt l-irdum, li tissejjaħ Shakespeare Cliff, fejn iddepożitaw l-iskart li ġie ġġenerat bit-tħaffir.", "B'hekk, minn dan il-proġett li forsi kellhom kritika ambjentali wkoll dwaru, ħolqu riżerva naturali li llum huwa bejta ta' flora u fauna.", "Dan il-park naturali huwa magħruf għall-mixjiet, tant li jżuruh 110,000 persuna fis-sena.", "F'dan il-park hemm fjuri rari, ibejtu għasafar rari u jmorru wkoll il-falkuni.", "Naħseb li dan huwa l-mudell li rridu mmorru għalih.", "Minn dik li forsi ħafna qed jarawha bħala sfida ambjentali detrimentali, nistgħu nikkonvertuha fi sfida ambjentali li minnha joħroġ il-frott.", "Għalhekk nemmen li wasal il-mument li nibqgħu għaddejjin bis-saħħa 'l quddiem lejn policy li tirregola l-land reclamation.", "Il-land reclamation mhuwiex konċett ġdid f'pajjiżna.", "F'din il-leġiżlatura, forsi ftit jafu li Gvern u Oppożizzjoni flimkien approvajna proġett f'dan il-Parlament għal-Lido tal-Gżira, li parti sostanzjali minnu se tkun fuq reclaimed land.", "Dan juri li l-prinċipju tal-land jew sea reclamation huwa proġett li saħansitra ġie endorsed minn din il-Kamra f'din il-leġiżlatura.", "Kellna ukoll il-Malta Freeport f'Birżebbuġa li huwa mibni b'land reclamation, il-Marsa Sports Ground, kif ukoll partijiet mill-Imsida, li kollha huma eżempji ta' land reclamation li seħħet f'pajjiżna.", "Għalhekk ngħid li m'għandniex nibżgħu mid-direzzjoni li hija evidenti li rridu mmorru għaliha fis-snin li ġejjin f'pajjiżna.", "Nemmen li din hija t-triq 'il quddiem biex nindirizzaw l-isfida taċ-ċokon ta' pajjiżna.", "Hija realtà li d-daqs tal-pajjiż jillimitana.", "F'pajjiżna għandna żvilupp u tkabbir ekonomiku bla preċedent, għalhekk ejja ma nħallux id-daqs jillimitana.", "Nemmen li rridu nkunu fuq quddiem b'soluzzjonijiet li huma innovattivi u oħrajn li forsi mhumiex daqstant innovattivi, għax kif għadni kemm għedt, pajjiżna diġà mexxa b'suċċess proġetti ta' land jew sea reclamation f'diversi partijiet tal-pajjiż.", "Niftakar fil-kampanja elettorali li għaddiet fejn kont qed nagħmel home visits f'Ħal Qormi u xi nies spjegawli li qabel il-baħar kien jasal sa partijiet sostanzjali bejn il-Marsa u Ħal Qormi, fejn illum hemm il-Marsa Sports Ground.", "Għalhekk, nerġa' ngħid, ejja nħarsu 'l quddiem u ma nibżgħux mill-isfidi li għandna ġejjin quddiemna.", "Kif għedt, tajjeb li nħarsu lejn x'ġara fit-tunnel channel, għax dan il-mudell jagħtina stampa tajba ta' dak li rridu noqogħdu attenti għalih.", "Fit-tunnel channel kellhom spiża li ssuperat l-istima inizjali li kellhom.", "Kif isir dejjem, saru projections tal-expenditure, però l-ispiża attwali ssuperat il-projections oriġinali bi 80%.", "Din hija possibbiltà li wieħed irid joqgħod attent minnha.", "L-Ingliżi kellhom vantaġġ li kellhom 200 sena ta' data ta' studji ġeoloġiċi.", "F'pajjiżna għandna l-iżvantaġġ li sal-lum il-ġurnata m'għandniex a national geological service li jagħmel studji ġeoloġiċi u jippreżerva dawn l-istudji fuq il-blat tagħna.", "Dan huwa nuqqas li hemm min ilu jitkellem fuqu.", "Huwa minnu li għandna dak li jissejjaħ il-Continental Shelf Department, però nemmen li dan id-dipartiment għandu jissaħħaħ b'ingaġġ ta' ġeoloġisti li jrid ikollhom l-għan u l-mansjoni li jagħmlu studji ġeoloġiċi li jservuna għal proġetti li għad irridu nwettqu fis-snin li ġejjin.", "F'dan il-każ, għandna sitwazzjoni fil-pajjiż fejn l-istudji ġeoloġiċi mhumiex suffiċjenti u regolari, Għaldaqstant huwa tajjeb li f'dan il-proġett qegħdin fil-proċess ta' studji ġeoloġiċi serji bit-teħid ta' coring.", "Dawn l-istudji preliminari huma importanti għat-twettiq ta' dan il-proġett.", "Għalhekk ngħid, Sur President, li irrespettivament minn dan il-proġett, għall-futur tal-pajjiż, inkluż għall-pedamenti ta' high rise buildings li għad iridu jiġu prospettati, huwa importanti li jkollna dan in-national geological service li jservi kemm lill-Gvern kif ukoll lill-privat.", "Nagħlaq fuq il-punt li bdejt bih; nerġa' nsemmi l-kwestjoni tal-preżervazzjoni ambjentali.", "Nemmen li rridu nikkombinaw żewġ affarijiet, il-preżervazzjoni tal-futur ambjentali tagħna u n-nefqa kapitali fil-fażi tal-bini ta' dan il-proġett.", "Dawn iż-żewġ elementi jridu jingħaqdu flimkien, sabiex b'għaqal, b'galbu, b'viżjoni u b'direzzjoni nwettqu dan il-proġett li se jkun wieħed mill-akbar proġetti infrastrutturali li qatt kellna f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, illum qegħdin niddiskutu l-mozzjoni dwar il-konnettività bejn Malta u Għawdex.", "Fil-bidu tad-diskors tiegħi rrid infakkar li kien Gvern Nazzjonalista li fl-2012 kien ħareġ bil-proposta li jkun hemm permanent link bejn il-gżira Għawdxija u dik Maltija li, sfortunatament, dan il-Gvern tefagħha tliet snin lura meta pprova joħroġ bil-proposta tal-pont.", "Kieku l-Gvern baqa' għaddej bl-istudji li kien għamel Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien, kieku llum avvanzajna tliet snin u jaf diġà bdejna bix-xogħol fuq din il-mina.", "Kif diġà ssemma, l-Oppożizzjoni taqbel li jkun hemm dan il-permanent link bejn Malta u Għawdex, però jrid jiġi assigurat li jsiru dawk l-istudji kollha neċessarji qabel jibda dan il-proġett.", "Tajjeb ukoll li l-istudji li jsiru ma jibqgħux f'xi kexxun ta' xi Ministeru, imma jkunu pubbliċi u kulħadd ikollu aċċess għalihom.", "B'hekk, dawn l-istudji jiġu diskussi ma' dawk kollha konċernati biex ikun hemm idea ċara tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dan il-permanent link.", "L-Onor.", "Robert Abela għadu kif għamel referenza għal-land reclamation bil-materjal li se jiġi mħaffer minn din il-mina.", "Hemm bżonn li jsiru l-istudji neċessarji, għax wieħed irid jara jekk il-particle grain size tal-materjal li joħroġ mit-tħaffir tal-mina ikunx tajjeb biex issir land reclamation minnu.", "Inutli li wieħed jipprova jagħmel land reclamation b'materjal li jaf jikkontamina l-baħar.", "Għalhekk, bħala Oppożizzjoni, qegħdin nenfasizzaw li jsiru l-istudji kollha neċessarji.", "Naqbel mal-Onor.", "Abela meta qal li hemm bżonn li jkollna national geological surveys tal-pajjiż kollu biex wieħed ikun jaf x'hemm fl-istrata tal-blat tal-gżejjer Maltin u Għawdxin.", "Il-Gvern qal li t-trasport pubbliku li jgħaddi minn din il-mina se jkun ipprovdut b'xejn għall-Għawdxin, però nemmen li dan mhux biżżejjed.", "Hawn se nagħmel referenza għal waħda mill-emendi tal-Oppożizzjoni.", "Il-Gvern irid jassigura li fil-bini ta' din il-mina jinħoloq l-ispazju neċessarju biex fil-futur, jekk ikun hemm bżonn u jekk ikun teknikament possibbli, ikun jista' jiġi pprovdut trasport tal-massa bħal metro bejn iż-żewġ gżejjer.", "B'hekk l-Għawdxin ikollhom l-istess faċilità bħall-Maltin b'link dirett mill-gżira Għawdxija għal postijiet strateġiċi bħall-ajruport, l-isptar u l-Università, fost l-oħrajn.", "Wieħed irid joqgħod attent ukoll għall-impatt ambjentali fuq il-postijiet fejn se tibda u tiżbokka l-mina.", "Wieħed irid jagħmel ukoll il-punt li għalkemm il-mina se tnaqqas l-istennija għal min irid jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer, però bis-sitwazzjoni tat-traffiku li għandna llum fil-pajjiż, inkluż fl-inħawi magħrufa bħala l-Imbordin f'San Pawl il-Baħar fejn se tiżbokka l-mina, xorta se jibqgħu ċerti sfidi.", "Għalhekk hemm bżonn li wieħed jieħu ħsieb li fil-mina li se tiġi mħaffra taħt il-baħar, ikun hemm l-ispazju kollu neċessarju għal proġetti nazzjonali ta' trasport tal-massa li jistgħu jiġu implimentati 'l quddiem.", "Hemm il-kwestjoni ta' kemm metro jista' jitla' bħala gradient; parti mill-mina tista' sservi għat-trasport tal-massa, imbagħad ikun hemm aġġustamenti minn fejn tidħol u toħroġ għall-metro.", "Wieħed irid jara wkoll x'se jiġri fl-immedjat.", "Kulħadd jaf li biex isiru dawn il-mini, jeħtieġ jgħaddu madwar tmien snin oħra, sakemm isiru l-istudji neċessarji, l-applikazzjonijiet jgħaddu għand l-Awtorità tal-Ippjanar, toħroġ it-tender, jibdew ix-xogħlijiet u l-proġett jitlesta.", "Għaliex sadanittant m'għandux jiżdied vapur ieħor li jkun operat mill-Gozo Channel biex tiżdied il-frekwenza tal-vjaġġi?", "Għaliex m'għandux isir fast ferry, kif semma l-Onor.", "David Stellini, li jwassal minn Għawdex sal-Port il-Kbir biex l-Għawdxin li jkunu jridu jmorru l-Università jew l-isptar ikollhom il-ħin tat-traġitt imnaqqas u jevitaw l-ammont ta' traffiku li jistgħu jħabbtu wiċċhom miegħu?", "Għaliex ma jkunx hemm vapuri li jwasslu l-merkanzija sal-Marsa sakemm isir dan il-link permanenti?", "Qabel kellna vapur li jwassal il-merkanzija sa Tal-Pietà.", "Dan il-vapur kien inaqqas b'mod sostanzjali t-traġitt għal dawk li jridu jinżlu bil-merkanzija.", "Huwa importanti li fil-frattemp ma nħallux lill-Għawdxin fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha bħalissa.", "Kulħadd jaqbel li t-traġitt biex l-Għawdxin li jaħdmu Malta jmorru x-xogħol u wara jerġgħu lura d-dar qed jieħu sagħtejn jew tliet sigħat.", "Għalhekk għandhom jittieħdu miżuri immedjati biex dan il-ħin tat-traġitt jitnaqqas fl-immedjat, għax jekk inħalluhom tmien snin fis-sitwazzjoni li qegħdin illum, naħseb li s-sitwazzjoni tista' tmur għall-agħar.", "Inutli nipprovdu permanent link tmien snin oħra, għax dak li tkun tlift, ma terġax tirkuprah.", "Għalhekk ċerti inizjattivi li jistgħu jgħinu t-trasport għall-Għawdxin għandhom jittieħdu kemm jista' jkun b'mod immedjat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat.", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, il-Gvern ħass li proġett ta' din il-portata, li huwa wieħed epokali u l-akbar proġett ta' infrastruttura kapitali li qatt sar fl-istorja ta' dan il-pajjiż, għandu jiġi diskuss f'din il-Kamra sabiex tkompli tiġi riaffermata d-direzzjoni.", "Smajt l-interventi min-naħa tal-Oppożizzjoni u nistqarr li filwaqt li f'xi wħud jinstema' ċertu xettiċiżmu, huwa iswed fuq l-abjad li, kif qal l-Onor.", "Chris Said, dan kien proġett li ħareġ bih Gvern Nazzjonalista.", "Fil-bidu l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien riedet timxi b'mod kawt dwaru.", "Fil-manifest elettorali tal-2013 il-Partit Nazzjonalista kien qal ċar u tond li dan il-proġett se jwettqu u fil-manifest elettorali fl-istess elezzjoni tal-partit immexxi minni konna għedna li se nkomplu neżaminawh.", "Imbagħad, matul l-ewwel leġiżlatura ta' Gvern Laburista sar ħafna groundwork biex naraw il-fattibilità jew le ta' dan il-proġett.", "Kien wara li rajna dan kollu li bħala Gvern konna konvinti minn dan il-proġett.", "Għalhekk fil-manifest ta' dan il-Gvern għall-elezzjoni tal-2017, ktibna iswed fuq l-abjad li se nkunu qegħdin inwettqu dan il-proġett.", "L-Oppożizzjoni, illum ifformata minn żewġ partiti li kienu fformaw koalizzjoni, kienu qablu dwar dan il-proġett, tant li fil-manifest elettorali tagħhom fl-2017 kitbu, u nikkwota:", "\"Nibdew naħdmu immedjatament fuq link dejjiem bejn iż-żewġ gżejjer.\".", "Dan juri li ż-żewġ partiti li llum huma parti mill-Oppożizzjoni kienu qablu bħala parti mill-ftehim ta' koalizzjoni tagħhom li jkun hemm dan il-commitment li jibda dan il-proġett minnufih.", "Smajt l-argument mill-Onor.", "Azzopardi li jista' jkun hemm xi tip ta' kunsens falz jekk l-affarijiet mhumiex kollha magħrufin u ppubblikati.", "Bl-istess mod, nista' nargumenta li kienet wegħda falza miktuba fil-manifest elettorali tal-Oppożizzjoni li se jsir proġett meta, fil-fatt, dakinhar konna nafu ħafna inqas milli nafu llum.", "Fil-fehma tiegħi, dan huwa punt kritiku li jmur lil hinn minn kwestjoni ta' proġett infrastrutturali, kbir kemm hu kbir, għax din hija kwestjoni ta' kredibilità politika.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar manifest elettorali b'wegħda li ma tistax tgħid li tista' tintefa' fil-ġenb u taħrab lin-nies, għax hija wegħda maġġuri tal-partiti kollha li huma rappreżentati f'dan il-Parlament.", "Nerġa' ngħid li din mhijiex wegħda tal-Gvern biss, imma hija wegħda tal-partiti kollha li jagħmlu dan il-proġett kbir, anke jekk illum hemm min qed jgħid li se jivvota kontra.", "Dan ma jfissirx li trid tidħol għal dan il-proġett fl-għama, imma trid tkompli tistudja, taħdem u tara li l-affarijiet isiru bl-aktar mod spedit, imma tajjeb.", "Il-Gvern qed jara li dan il-proġett jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli fir-rispett sħiħ tar-regoli u tal-liġijiet kollha, inkluż dawk kummerċjali, ambjentali, ekonomiċi u fir-rispett tan-natura ta' dak kollu li hu Għawdex.", "Nifhem il-punt ewlieni ta' tħassib li jista' jkollhom in-nies, speċjalment dawk li ma jgħixux Għawdex, meta jgħidulek li ma jridux li ngħarrqu l-ġmiel naturali tal-gżira Għawdxija.", "Naħseb li dan il-punt kruċjali qed jiġi indirizzat b'din il-mozzjoni, imma jrid ikompli jiġi indirizzat mill-Gvern bi skrutinju kontinwu tul dan il-proġett, għax dan huwa tħassib li ma jistax jitwarrab.", "Kien hemm artiklu f'gazzetta xi jiem ilu li poġġa dan il-punt b'mod tajjeb ħafna, meta qal li aħna lkoll naqblu li nipproteġu l-Belt Valletta u l-Imdina, imma ma jfissirx li m'hemmx toroq li jeħduk għall-Imdina jew għall-Belt.", "It-triq ma jfissirx li se tgħarraq il-post!", "Imbagħad sta għall-għaqal tal-Gvern tal-ġurnata li jara li l-affarijiet jitmexxew bl-aħjar mod.", "It-tieni punt li nixtieq nagħmel huwa fir-rigward tal-kwestjoni tal-iskart.", "Insejħulu skart, imma għalija, dak li se jiġi ġġenerat minn dan il-proġett huwa riżors.", "Il-Gvern mhu se jiskarta l-ebda tip ta' possibbiltà ta' dak li jista' jsir.", "Ir-rapport JASPERS, li jidhirli kien ħareġ fl-2012, meta eżamina l-affarijiet kollha, kien qal li l-aħjar mod, li huwa tal-inqas dannu għall-ambjent, li bih tista' ssir din il-mina huwa li titħaffer taħt qiegħ il-baħar.", "Kien qal li l-aktar mod li jagħmel ħsara lill-ambjent huwa li jitpoġġa tubu fuq wiċċ il-qiegħ tal-baħar, għax jista' jsir dannu irreparabbli lill-flora u l-fawna.", "Illum qed tqum id-diskussjoni jekk għandniex awtomatikament neliminaw dik l-għażla, għax fl-2012 l-esperti kienu qalu li hija l-aktar waħda li tista' tagħmel danni, jew inkella għandniex niżnu u neżaminaw dik l-għażla biex innaqqsu l-impatt tal-ammont ta' ġebel li se jiġi ġġenerat mit-tħaffir.", "Tajjeb ngħid li l-Gvern mhu se jeskludi l-ebda għażla.", "Fuq il-kwestjoni ta' ġebel li se jiġi ġġenerat mit-tħaffir, hemm policy oħra.", "Però llum mhux qegħdin niddeċiedu fuq il-be all and end all, imma qegħdin niddeċiedu fuq id-direzzjoni strateġika dwar jekk dan il-proġett għandux l-appoġġ ta' din il-Kamra li jsir.", "Żgur li dan ma jfissirx li se nagħtu timbru ta' go-ahead, imbagħad il-Gvern jagħmel li jrid.", "Il-Gvern irid isegwi l-parametri kollha tal-liġijiet u din il-Kamra mhijiex 'il fuq mil-liġi, jiġifieri anke kieku din il-Kamra tiddeċiedi unanimament li l-Gvern jagħmel xi ħaġa li tmur kontra l-liġi, din il-Kamra m'għandhiex is-setgħa li tagħmilha.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq punt ta' direzzjoni strateġika.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Bħala parti minn din id-direzzjoni strateġika, parti essenzjali mid-diskussjoni se tkun dwar il-kwestjoni tal-użu tar-riżors tal-ġebel li se jkun qed jinħoloq minn dan il-proġett.", "Dan il-ġebel jista' jkun relattivament ftit jekk nagħmlu tubu, imma jfisser li se nkunu qed nagħmlu dannu lill-ambjent - għax l-esperti qalulna li huwa l-aktar mod li bih nagħmlu ħsara lil qiegħ il-baħar - u jista' jkun ammont akbar ta' ġebel jekk inħaffru l-mina f'qiegħ il-baħar.", "Għalhekk irridu naraw x'se nagħmlu b'dak ir-riżors.", "L-ERA, b'mod indipendenti qed tagħmel studji dwar dan.", "Kien hemm xi wħud, anke fuq il-mezzi tax-xandir, li esprimew il-ħsibijiet tagħhom; xi wħud naqbel magħhom u oħrajn le bħal, pereżempju, meta ssemma l-impatt fuq il-kosta tax-Xgħajra ta' Ħaż-Żabbar.", "Hawn qed nitkellmu dwar diskussjoni b'saħħitha fuq reklamazzjoni tal-art.", "Hawn min jaħseb li r-reklamazzjoni tal-art hija li noħolqu biċċa art fejn nistgħu nibnu l-binjiet, fabbriki, vilel u torrijiet, fost l-oħrajn, meta dan mhux il-każ!", "Smajt ħafna verżjonijiet, imma r-realtà mhijiex dik.", "Tul is-snin, dan il-pajjiż diġà esperimenta u ħadem fuq reklamazzjoni tal-art.", "Kulħadd isemmi l-Freeport li huwa eżempju ta' reklamazzjoni ta' art għal użu industrijali.", "Jien insemmi wkoll l-Imsida li huwa post minn fejn ngħaddu ta' kuljum.", "Ma naħsibx, imma fl-aħħar mill-aħħar sar.", "Għalhekk nemmen li din hija diskussjoni li m'għandniex nibżgħu li jkollna.", "Dan il-Gvern se jkun qed iħares lejn ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet li se tagħmel l-ERA, se niddiskutuhom bħala Gvern u m'hemmx dubju li se nkunu qed nagħmlu diskussjoni anke f'dan il-Parlament.", "Però għalija l-aktar punti li jimpurtawni u li jinteressani minnhom huma l-punti strateġiċi ta' fejn irridu mmorru.", "It-tielet u l-aħħar punt huwa rigward l-emendi li ressaq l-Onor.", "Said f'isem l-Oppożizzjoni.", "L-ewwel nett, filwaqt li nifhem li din hija emenda waħda, essenzjalment hemm sitt emendi li huma enumerati u għalhekk il-Gvern se jkun qed jitlob il-permess tal-Kamra biex neħduhom bħala sitt votazzjonijiet differenti, jekk nixtiequ li jkun hemm xi tip ta' kunsens u riavviċinament.", "Nifhem li jekk l-Oppożizzjoni ma taqbilx, ikollna nivvotaw dwar emenda waħda, u f'dak il-każ bħala Gvern ikollna nieħdu deċiżjoni.", "F'każ li l-Oppożizzjoni taqbel li mmorru għal sitt votazzjonijiet, hemm numru ta' emendi li l-Gvern jista' jaqbel magħhom u li nixtieq nelenkahom.", "L-ewwel emenda tirreferi b'mod speċifiku għat-tip ta' wħud mill-istudji li jridu jsiru f'dan ir-rigward fejn jissemma b'mod speċifiku l-environmental impact assessment (EIA) u l-istrategic environment assessment (SEA).", "Għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, il-kriterji tal-EIA huma ferm aktar stretti mill-kriterji tal-SEA.", "Dik il-proposta min-naħa tal-Oppożizzjoni, bħala Gvern, lesti li nivvotaw favur tagħha.", "Fuq it-tieni emenda min-naħa tal-Oppożizzjoni li titkellem dwar il-pubblikazzjoni, bħala Gvern mhux qed naqblu mal-wording, imma se nipproponu soluzzjoni f'dan ir-rigward.", "Jekk nieħdu t-tieni emenda waħedha, il-Gvern se jkun qed jivvota kontra, imma se jkun qed jindirizzaha permezz ta' emenda oħra.", "Se nivvotaw kontra, għaliex din hija kwestjoni stilistika aktar milli kwestjoni ta' sustanza.", "It-tielet emenda, li hija aktar imlaħħma, dwar possibbiltà ta' trasport tal-massa u affarijiet simili, bħala Gvern se nkunu qegħdin naċċettawha għax m'għandna l-ebda problema dwarha.", "Ir-raba' emenda li titlob li wara l-frażi \"f'Għawdex\" ikun hemm miktub \"kif ukoll Malta\" hija emenda li bħala Gvern qegħdin naċċettaw u naqblu magħha.", "Fir-rigward tal-ħames emenda, bħala Gvern, għandna problema ta' prinċipju.", "Dan għaliex il-ħames emenda tgħid, u nikkwota:", "\"U jiġi żgurat li l-vantaġġi huma ferm akbar mill-iżvantaġġi li l-proġett jista' joħloq …\".", "Kieku bħala Gvern, m'aħniex konvinti li l-proġett jista' joħloq aktar vantaġġi milli żvantaġġi, mhux qegħdin hawnhekk nagħmlu din id-diskussjoni!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Hemmhekk, fil-fehma tiegħi, hemm ftit kontrosens u it betrays ċertu xettiċiżmu li jista' jkun hemm min-naħa ta' xi Membri tal-Oppożizzjoni fir-rigward ta' dan il-proġett, li kien imwiegħed għal darba darbtejn min-naħa tal-Oppożizzjoni stess u li nbeda mill-istess Oppożizzjoni meta kienet fil-gvern.", "Jekk proġett li nbeda żewġ leġiżlaturi ilu, illum m'aħniex konvinti li għandu aktar vantaġġi minn żvantaġġi, ma nafx għaliex wieħed ipproponieh!", "Bħala Gvern, ma nipproponu xejn li ma nemmnux li għandu aktar vantaġġi milli żvantaġġi.", "Fir-rigward tas-sitt emenda, bħala Gvern, se nkunu qegħdin nipproponu kontro-emenda li fiha qed ngħidu li għandu jitħassar it-test oriġinali li kien jgħid hekk:", "\"Tħeġġeġ lill-Gvern ikompli għaddej bit-tħejjijiet kollha biex jitwettaq dan il-proġett skont il-liġijiet u r-regoli kollha pertinenti …\",", "u minflok jidħol dan il-kliem:", "\"Tistenna li l-Gvern minnufih jippubblika l-istudji kollha li diġà tlestew kif ukoll ikompli għaddej bl-istudji neċessarji u minnufih jippubblika l-istess studji ġaladarba jitlestew.\".", "Hawnhekk qed naqbdu mal-emenda tal-Oppożizzjoni u minflok il-kelma \"tesiġi\" qed indaħħlu \"tistenna\".", "Il-Ministru jista' jikkonferma li hemm tliet studji li huma konklużi u għadhom mhumiex ippubblikati.", "Tnejn minn dawn l-istudji huma tekniċi ħafna u huma parti minn pakkett ta' studji ġeoloġiċi li bdew isiru u qed jitkomplew, inkluż l-istudji dwar il-boreholes li tħaffru f'qiegħ il-baħar biex naraw eżattament x'hemm u x'ma hemmx.", "Se jkun hemm bżonn ta' studji oħrajn f'dan ir-rigward.", "Hemm ukoll market research li juri li l-Għawdxin u l-Maltin huma overwhelmingly favur dan il-proġett.", "(Onor. Membri: Hear, hear) M'hemm l-ebda diffikultà li l-istudji jsiru pubbliċi u fil-fatt, fil-jiem li ġejjin, il-Ministru se jkun qed iħabbar il-pubblikazzjoni ta' dawn l-istudji.", "It-tieni parti tal-istess emenda tkompli hekk:", "\"Tistenna li l-Gvern iżomm aktar konsultazzjoni pubblika wiesgħa possibbli kif ukoll ikompli għaddej bit-tħejjijiet kollha neċessarji biex jitwettaq dan il-proġett skont il-liġijiet u r-regoli kollha pertinenti.\".", "Hawnhekk mill-ġdid qed nieħdu dak kollu li qed tgħid l-Oppożizzjoni u minflok il-kelma \"tesiġi\" qed indaħħlu l-kelma \"tistenna\" li, fil-fehma tagħna, hija aktar eleganti.", "Dwar it-tielet parti għandna problema politika għas-sempliċi raġuni li din il-parti tagħti l-impressjoni li l-Gvern mhu qed jagħmel xejn fir-rigward tal-konnettività.", "Kif spjegat il-Ministru -u naħseb li jkollna ċans nispjegaw aktar - qed naħdmu fuq aktar konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.", "L-Onor.", "Toni Bezzina staqsa: Għaliex ma jinġiebx ir-raba' vapur?", "Il-kuntratt kif inhu jipprovdi għal tliet vapuri u bħalissa qegħdin naħdmu biex indaħħlu r-raba' vapur.", "Staqsa wkoll: Għaliex ma nagħmlux il-fast ferry?", "Ħarġet it-tender, ġiet aġġudikata u qiegħda mwaħħla fil-Qorti.", "F'pajjiżna għandna r-rule of law u għalhekk ma nistgħux ngħidu li l-Qorti tgħid mod u aħna niġu naqgħu u nqumu u nagħmlu mod ieħor!", "Dwar it-tielet parti qegħdin ngħidu li għandha tiġi hekk:", "\"Tilqa' l-fatt li l-Gvern qed jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-problema tal-konnettività bejn Malta u Għawdex tiġi mitigata sakemm jitlesta l-proġett tal-mina u dan peress li l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett jieħu numru ta' snin konsiderevoli.\".", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, jien qed inressaq emenda waħda.", "L-ispjegazzjoni li tajt qabel tiddependi fuq il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni.", "L-Oppożizzjoni ressqet u poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra emenda waħda, li qiegħda enumerata f'sitt partijiet differenti.", "Bħala Gvern qegħdin nitolbu l-permess tal-Kamra u l-kunsens tal-Oppożizzjoni biex l-emenda tal-Oppożizzjoni titqies bħala sitt emendi differenti għall-finijiet ta' votazzjoni u li min-naħa tal-Gvern nippreżentaw emenda oħra.", "L-ISPEAKER: Jien se nagħti l-kelma lill-Oppożizzjoni, anke jekk l-Ordnijiet Permanenti 43 (2) huma ċari li għal mozzjoni li tinkludi emenda li fiha diversi proposti, il-vot jista' jittieħed fuq kull proposta.", "Però, għal kull bonfini, se nagħti l-kelma lill-Oppożizzjoni.", "L-Onor.", "CHRIS SAID: Sur President, naqblu li dawn l-emendi jittieħdu waħda waħda.", "L-ISPEAKER: Kollox sew.", "Il-proċedura qiegħda ċara li jekk il-mozzjoni jkun fiha aktar minn żewġ proposti, dawk il-proposti jistgħu jiġu mressqa għall-vot separatament.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, nieħu pjaċir ninnota li n-naħa tal-Gvern għadha kif aċċettat li se taċċetta l-parti l-kbira tal-emendi li ressaqna bħala Oppożizzjoni għal din il-mozzjoni.", "Naħseb li dan jawgura tajjeb għall-Għawdxin u għal Malta.", "Illum f'dan il-Parlament rajna diskussjoni fejn il-Gvern ippropona, l-Oppożizzjoni evalwat, kienet propożittiva, tat il-punti tagħha, u l-Gvern xtarrhom u għax ra li huma tajbin, aċċettahom.", "Naħseb li dan huwa l-ispirtu li għandna nibqgħu naħdmu bih, mhux biss illum għal dan il-proġett partikolari, imma għall-proġetti kollha li se jsiru fuq skala nazzjonali.", "Illum għandna din il-mozzjoni quddiemna għax il-problema dwar il-konnettività bejn il-gżira ta' Malta u Għawdex trid tiġi indirizzata mingħajr iżjed dewmien.", "Kif diġà spjegaw diversi kelliema tal-Oppożizzjoni u tal-Gvern, illum hemm żgħażagħ Għawdxin li ta' kuljum iridu jaqsmu lejn Malta biex jistudjaw u oħrajn jaqsmu ta' kuljum bejn Malta u Għawdex għax jaħdmu f'Malta.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Portelli.", "Jekk jogħġobkom, nitlob li jkollna ftit ordni fil-Kamra.", "Tista' tkompli, Onor. Portelli.", "MARTHESE PORTELLI: Sur President, hemm ukoll negozjanti li jitilgħu Malta biex ibigħu jew jixtru x-xogħol tagħhom.", "Hemm ukoll dawk li jkollhom bżonn jaqsmu lejn Malta minħabba raġunijiet ta' saħħa.", "Naħseb li lkoll kemm aħna nirrikonoxxu li ħadd minn dawn l-erba' kategoriji ma qed jitla' Malta kapriċċożament, imma kollha qegħdin jitilgħu għal raġunijiet ta' studju, ta' xogħol jew ta' saħħa.", "Nixtieq nikkjarifika punt żgħir biex min ikun qed jismagħna jkun jaf eżatt il-fatti kif inhuma.", "Huwa minnu li kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni fil-programm elettorali tagħhom tkellmu dwar il-konnettività u dejjem qablu dwar il-permanent link.", "Tant hu hekk li l-Partit Laburista kien għamel żmien jemmen li l-permanent link għandu jkun il-pont.", "Illum għandna din il-mozzjoni quddiemna li titkellem dwar proġett ta' mina.", "M'iniex se noqgħod nidħol f'dak li ġara fil-passat, però se ngħid x'nixtieq li nkomplu naraw minn hawn 'il quddiem.", "Nerġa ngħid li huwa ta' sodisfazzjon għalija li l-Gvern ressaq mozzjoni u li l-Oppożizzjoni kienet propożittiva u ressqet numru ta' emendi li ġew aċċettati mill-Gvern.", "Dan jawgura tajjeb u hekk għandu jkun il-mod ta' kif għandhom jitmexxew proġetti nazzjonali.", "Bħala Oppożizzjoni ressaqna dawn l-emendi għax irridu li kull proġett isir mhux sempliċement biex tinqata' ż-żigarella, imma jsir sew.", "Nafu li kien hemm diversi istanzi fejn il-Qrati u anke l-Ombudsman ikkritikaw lill-awtoritajiet tagħna u qalu li mhux dejjem saru r-rapporti neċessarji abbinati ma' ċerti proġetti.", "Ġaladarba quddiemna għandna dan il-proġett fuq skala nazzjonali - is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia mar pass oltre u sejjaħlu proġett Ewropew - huwa ferm importanti li naraw li jsir bl-aħjar mod.", "Nerġa' ngħid li huwa importanti li jsiru l-istudji kollha li hemm bżonn u jiġu ppubblikati, mhux għal dan il-proġett biss, imma għall-proġetti kollha li jsiru.", "Dan huwa importanti l-ewwel nett biex l-aspirazzjonijiet tal-Għawdxin jintlaħqu; it-tieni, biex dak kollu li jagħmel lil Għawdex jibqa' protett, u t-tielet, biex dan il-proġett ma narawhx bħala proġett tal-Għawdxin imma bħala proġett nazzjonali.", "Meta kien se jsir il-proġett ta' Triq Aldo Moro fil-Marsa ħadd ma kien qal li dan huwa proġett tal-Marsin, imma qbilna li dan kien proġett nazzjonali.", "Bl-istess mod, il-proġett tal-mina mhux proġett tal-Għawdxin imma proġett kbir nazzjonali.", "Importanti ħafna li matul dan il-proċess issir konsultazzjoni proprja, korretta, tajba u li teżawrixxi kull punt billi tinvolvi lil kulħadd.", "B'hekk il-proġett ma jibqax tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni, imma jsir proġett suċċess tal-poplu kollu.", "Il-konsultazzjoni hija importanti f'kull fażi ta' dan il-proġett.", "Naf li hawn min jixtieq jgħaġġel u jara t-tenders ħerġin malajr, però kollox irid isir f'ħinu u f'waqtu, għax il-Malti jgħid li l-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel!", "Nerġa' ngħid li llum f'din il-Kamra ittieħdet deċiżjoni li verament tgħin biex il-proġetti nazzjonali jsiru b'mod tajjeb, għax qegħdin naraw lill-Gvern u l-Oppożizzjoni jikkoperaw flimkien biex il-proġett isir fl-aħjar interess tal-Għawdxin u l-Maltin kollha.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Prim Ministru jgħid li l-Gvern se jaċċetta prattikament l-emendi kollha mressqa mill-Oppożizzjoni.", "Jekk tippermettuli, se nuża l-kliem tal-Prim Ministru stess, meta qal li waħda mill-emendi mhijiex se tiġi aċċettata mhux fis-sustanza, imma aktar minħabba l-istil.", "Mela le, fuq l-istil naqblu li nirranġaw xi kelma 'l hemm u 'l hawn fejn jidħol il-Malti, l-aqwa li s-sustanza tibqa' hemmhekk!", "Hawnhekk qed nirreferi għall-klawsola fejn bħala Oppożizzjoni qed nitolbu li l-istudji tekniċi, ambjentali, ġeoloġiċi u soċjali li diġà saru għandhom jiġu ppubblikati mingħajr aktar dewmien u dawk li għadhom ma sarux, iridu jsiru minnufih u li kif jitlestew għandhom jiġu ppubblikati.", "Il-Prim Minsitru qal li wieħed mill-punti li l-anqas għoġob lill-Gvern huwa fejn bħala Oppożizzjoni qegħdin ngħidu li matul l-implimentazzjoni tal-proġett għandna naraw li l-proġett jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli fl-aħjar interess tal-familji u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku Għawdxi.", "Qegħdin ngħidu wkoll li għandna nippreżervaw u nieħdu ħsieb il-ġmiel naturali, l-identità kulturali u ambjentali ta' Għawdex u li jiġi żgurat li l-vantaġġi huma ferm akbar mill-iżvantaġġi li l-proġett jista' joħloq.", "Nammetti li kont xi ftit sorpriża meta l-Prim Ministru qal li hija din l-aħħar klawsola li qiegħda ddejqu!", "Il-Prim Ministru qalilna li huwa konvint li l-vantaġġi huma ferm ikbar mill-iżvantaġġi.", "Għalhekk ma nista' qatt nifhem kif, ġaladarba l-Gvern huwa konvint li l-vantaġġi huma ikbar mill-iżvantaġġi, qed tinkwetah din il-frażi partikolari!", "Nerġa' ngħid li importanti li ssir konsultazzjoni pubblika wiesgħa, f'ħinha, f'waqtha u li tkopri l-punti kollha u li jsiru l-istudji neċessarji kollha.", "L-aħħar punti li ressaqna bħala Oppożizzjoni kienu li nesiġu li jsiru r-rapporti u konsultazzjoni pubblika u li sakemm jitlesta dan il-proġett, l-Għawdxin xorta jiġu pprovduti b'sistemi alternattivi biex tittaffielhom ftit mit-tbatija li qed jgħaddu minnha sal-lum.", "Nerġa nikkwota lill-Gvern meta qal li jixtieq kelma aktar \"eleganti\" minflok il-kelma \"tesiġi\" u li jippreferi l-kelma \"tistenna\".", "Jien personalment, kieku qiegħda fuq in-naħa tal-Gvern, nippreferi li nuża l-kelma \"tesiġi\" għax hemmhekk ikun ifisser li bħala Gvern verament determinat li nwettaq dak kollu li qed titlob l-Oppożizzjoni!", "Sur President, se nagħlaq dan id-diskors kif ftaħtu.", "Ħadt pjaċir nisma' lill-Prim Ministru jgħid li l-Gvern kważi aċċetta l-emendi kollha mressqa mill-Oppożizzjoni.", "Dan juri li rajna mozzjoni mressqa min-naħa tal-Gvern, rajna l-iskrutinju min-naħa tal-Oppożizzjoni, rajna Oppożizzjoni propożittiva u Gvern li kien lest li jaċċetta l-proposti tajbin li għamlet l-Oppożizzjoni.", "Nemmen li dan huwa l-ispirtu li għandu jaħdem bih dan il-Parlament.", "Nagħlaq b'appell.", "Ejja naddottaw dan l-istil fil-proġetti kapitali kollha li se jsiru mhux għall-ġid tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni, imma għall-ġid u fl-aħjar interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, nirringrazzja lill-kollegi u lill-Prim Ministru talli laqa' din l-opportunità li f'dan il-Parlament nipproponu mod ġdid ta' kif nagħmlu l-politika u ċjoè li anke mill-Oppożizzjoni nkunu propożittivi meta naraw li jkun hemm proġetti ta' entità nazzjonali li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-Maltin u l-Għawdxin.", "Tajjeb li niddiskutu flimkien proġetti li jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum tan-nies, imma fl-istess ħin tajjeb ukoll li naċċertaw li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn għall-ħarsien ambjentali kif ukoll tal-fibra soċjali tar-reġjuni ta' pajjiżna biex ma jiġux mittiefsa a skapitu tal-iżvilupp.", "Mhux se nkun tekniku fid-diskors tiegħi ħalli jifhimni kulħadd.", "Bħala Oppożizzjoni qed inressqu dawn l-emendi wara li kellna diversi laqgħat ta' konsultazzjoni ma' għaqdiet, assoċjazzjonijiet, NGOs, kif ukoll ma' dawk l-għaqdiet li mhumiex reġistrati imma esprimew ix-xewqa li jiltaqgħu mal-Oppożizzjoni biex iwasslulna leħenhom ħalli nkunu nistgħu nipproponu l-emendi li ressaqna.", "L-ewwel punt li rrid nagħmel huwa dwar ir-rapporti.", "Meta għandek proġett ta' din l-entità huwa fundamentali li r-rapporti kollha neċessarji li jistudjaw u janalizzaw u li matul il-medda tas-snin isiru b'teknoloġiji aktar moderni u avvanzati jkunu fuq il-mejda ta' min qed jiddeċiedi għall-aqwa ġid ta' pajjiżna qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet.", "Kull deċiżjoni li tittieħed ma tridx tkun marbuta mal-proċess tal-iżvilupp per se jew mat-tender innifisha, imma trid tagħti lok għat-tieni parti tal-emendi tagħna, ċjoè għall-konsultazzjoni pubblika.", "Bħala Oppożizzjoni nemmnu f'demokrazija miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-għaqdiet volontarji, NGOs u dawk li verament ikollhom interess mhux fil-politika per se jew fil-politika tal-partiġjaniżmu, imma fil-proġetti partikolari billi jressqu ideat u żviluppi li se jaffettwaw lill-pajjiż b'mod ġenerali kif ukoll il-ħajjiet ta' diversi ċittadini tagħna.", "Ħa nagħti sfond żgħir fuq il-ħames emenda tagħna li semmietha wkoll l-Onor.", "Marthese Portelli fil-konfront ta' dawk li huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dan il-proġett.", "Irrid infiehem lin-nies li din il-proposta m'għamilnihiex għax qegħdin niffaċċjaw xi eżitazzjoni f'dik li kienet id-direzzjoni tagħna bħala Oppożizzjoni matul is-snin, iżda inkludejnieha peress li m'għandniex il-preżentazzjoni, id-dettalji kollha tal-proġett u t-tlestija tal-istudji.", "L-għan ta' din l-emenda huwa li waqt l-iskrutinju ta' dan il-proġett u l-analiżi mhux biss politika, soċjali u ambjentali, imma wkoll teknika, bħala Parlament inkunu qegħdin nassiguraw li l-Gvern ma jkollux idejh marbutin li ma jistax jiddeċiedi, imma lanqas ikun hemm xi carte blanche li dak li jrid isir ma jkunx qiegħed b'xi mod jiġi kontenut f'dak li finalment irid ikun l-għan tagħna li jkun hemm biss il-ġid komuni li jirbaħ u mhux interessi oħrajn.", "L-aktar ħaġa li nixtieq nagħfas fuqha u li membri oħra ta' din in-naħa diġà għamlu aċċenn għaliha hija dwar l-aħħar emenda li ressaqna.", "Dan huwa proġett li bħala pajjiż ilna s-snin nitkellmu dwaru, irrespettivament minn min kien hemm fil-gvern u fl-oppożizzjoni, però huma n-nies li finalment l-aktar li qed ibatu min-nuqqas ta' konnettività.", "Il-Prim Ministru semma żewġ proposti.", "Jien insemmi oħra wkoll.", "Għandek ir-raba' vapur, għandek il-cargo ferry li kien jeżisti u li dan il-Gvern għoġbu jwaqqfu, u għandek il-fast ferry.", "Il-Prim Ministru pprova jaċċenna, b'mod politiku, għall-fatt li hemm xi proċess ġudizzjarju li għandu jiġi stultifikat.", "Bħala Oppożizzjoni qed ngħidu li sakemm isiru l-istudji u l-proċedura tal-public procurement li se jdumu s-snin, dawk li qed ibatu min-nuqqas ta' konnettività m'għandhomx jibqgħu jistennew sabiex ħajjithom titjieb.", "Nistgħu flimkien insibu minnufih soluzzjonijiet li jistgħu jidħlu fis-seħħ mil-lum.", "(Onor. Membri: Hear, hear) Nistgħu nagħtu konnettività, imqar jekk mhux fissa, li hija aktar effiċjenti u kapaċi taqdi aktar il-bżonnijiet ta' soċjetà moderna.", "M'hemm ebda raġuni li twaqqafna milli dak li jista' jsir illum nagħmluh u nwettquh.", "Bħala Oppożizzjoni m'aħniex qed ngħidu b'liema metodu l-Gvern għandu jkollu l-abbiltà li jagħmel dan, imma qed ngħidu li l-Gvern għandu fl-immedjat jara x'passi u miżuri jistgħu jittieħdu sabiex il-problema tal-konnettività tiġi mitigata.", "Filwaqt li nirringrazzja lill-Gvern li laqa' l-emendi tal-Oppożizzjoni, onestament ma nistax nifhem għalfejn m'għandniex inħarsu lejn dak li jista' jsir minnufih.", "M'hemm xejn fil-proċess tal-proġett per se li jwaqqaf milli dawn il-miżuri, temporanji jew le, jidħlu fis-seħħ b'mod immedjat.", "Jekk dan isir ikun ifisser li l-Maltin u l-Għawdxin li għandhom l-aktar bżonn tal-konnettività jkunu qed jinqdew minnufih.", "Jekk min-naħa l-oħra l-Gvern ma jaċċettax din l-emenda, ikun ifisser li ma jridx jagħti mqar ftit ta' mitigazzjonni, għajnuna u soljev lil min qed ibati l-problemi llum.", "Meta naħsbu dwar il-kummerċ, l-edukazzjoni u s-settur tas-saħħa - u minkejja dak kollu li ntqal, is-settur tas-saħħa f'Għawdex bata bil-kbir – naraw li dawn il-miżuri immedjati li semmejna se jgawdu minnhom il-Maltin u, b'mod speċjali, l-Għawdxin li mhux biss għandhom bżonnhom, imma bħala Parlament għandna obbligu li nrodduhomlhom kemm jista' jkun fl-immedjat.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG: Sur President, dan huwa mument storiku fejn din il-Kamra se tkun qed tiddeċiedi li darba għal dejjem nagħqqdu lil Malta u Għawdex sabiex nindirizzaw l-isfida li sħabna l-Għawdxin esperjenzaw għal mijiet ta' snin.", "Hawn qed nirreferi għall-insularità doppja li se tkun qed tiġi indirizzata permezz ta' konnettività permanenti b'dan l-akbar proġett infrastrutturali li jkun qatt sar fil-pajjiż.", "Kif diġà ssemma mill-kelliema fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, huma eluf l-Għawdxin li ta' kuljum jiddependu mill-konnettività marittima sabiex jaqsmu lejn Malta għall-kumplament tal-ħidma tagħhom, sabiex jieħdu l-edukazzjoni, jew anke għal trattamenti mediċi, fost ħafna opportunitajiet oħrajn li toffri l-gżira Maltija iżda mhumiex preżenti fil-gżira Għawdxija.", "Viċiversa, huma ħafna l-Maltin li jżuru lil Għawdex għal żmenijiet ta' btajjel jew turisti barranin li waqt il-btala tagħhom f'pajjiżna, iżuru lil Għawdex.", "Kollox jiddependi minn temp tajjeb u minn traġitt li jkun jista' jsir.", "Kif nafu, meta jkun maltemp jew riħ qawwi, ma jkunx possibbli li jsir il-qsim bil-baħar.", "L-Għawdxin jiffaċjaw diversi sfidi, speċjalment meta l-Maltin u t-turisti jżuru lil Għawdex fi tmiem il-ġimgħa jew f'xi festi, u għaldaqstant l-influss ma jiggarantixxix lill-Għawdxin li jaslu fil-ħin għax-xogħol jew lura d-dar.", "Xi tfisser din il-konnettività permanenti bejn iż-żewġ gżejjer?", "Fuq kollox, għall-Għawdxin tfisser …", "Jekk jogħġobkom, żommu l-vuċijiet tagħkom baxxi għax qed ittellfu lill-Ministru.", "Tista' tkompli Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sinjura President, din il-mina bejn Malta u Għawdex tfisser opportunitajiet differenti għal numru kbir ta' Għawdxin.", "Kif semmiet il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, ħafna drabi Għawdex esperjenza brain drain minħabba numru kbir ta' Għawdxin li kellhom jitilqu mill-gżira fejn twieldu, trabbew, għandhom l-għeruq, il-familja u l-imħabba tagħhom minħabba n-nuqqas tal-istess opportunitajiet li jeżistu f'Malta.", "Peress li ma nistgħux nibqgħu niddependu fuq il-kondizzjoni tat-temp li jippermetti l-qsim bejn iż-żewġ gżejjer, irridu niggarantixxu konnettività permanenti.", "Din il-mina bejn Malta u Għawdex tfisser għaqda bejn iż-żewġ gżejjer, għaqda bejn il-familji, għaqda bejn il-ġenituri u l-ulied, li ħafna drabi jkollhom jinqatgħu minn xulxin mit-Tnejn sal-Ġimgħa, għax qed jistudjaw jew jaħdmu f'Malta u ma jistgħux jivvjaġġaw ta' kuljum bejn Malta u Għawdex u viċiversa.", "Il-mina bejn Malta u Għawdex se tfisser serħan il-moħħ għax ikun hemm konnettività permanenti li hija faċli.", "Il-mina se tfisser li dik it-tfajla minn San Lawrenz jew dak ir-raġel min-Nadur li jinżlu għax-xogħol kuljum lejn Malta, ma jridux iqumu siegħa qabel il-kollegi tagħhom Maltin għax iridu jinżlu x-Xatt, jistennew il-vapur, jaraw li jirkbu l-vapur, jagħmlu t-traġitt u jibdew il-vjaġġ miċ-Ċirkewwa bl-isfidi kollha li joffru t-toroq Maltin.", "Bħala Gvern, bdejna naħdmu biex inwettqu l-wegħdiet li għamilna bħala Partit Laburista fil-programm elettorali għall-elezzjoni li għaddiet.", "Minn studji issa ersaqna għall-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.", "Irrid nirrikonoxxi u nirringrazzja lil min ħadem fuq dan il-proġett fis-snin li għaddew, fosthom lill-eks Ministru Chris Said li tellaq dawn il-ħsebijiet u llum spjega kif ma kien faċli xejn li jikkonvinċi lil sħabu tal-Oppożizzjoni favur dan il-proġett.", "Irrid ngħid li mid-diskorsi ta' xi wħud mill-membri tal-Oppożizzjoni jidher li fadal x'jikkonvinċi, imma qed nittamaw li din il-Kamra tingħaqad b'mod unanimu u storiku favur din il-mozzjoni.", "Deċiżjoni unanima tkun tfisser konvinzjoni ħalli nibqgħu mexjin din il-mixja flimkien.", "Nirringrazzja lill-predeċessur tiegħi, il-Ministru Joe Mizzi, li studja wkoll modi alternattivi ta' konnettività permanenti, sakemm wasalna għad-deċiżjoni li l-mina hija l-aħjar soluzzjoni għall-konnettività permanenti.", "Komplejna numru ta' studji li daħlu f'aktar dettall u li llum qegħdin nikkommettu ruħna li se nippubblikaw mill-aktar fis possibbli fil-ġranet li ġejjin.", "Dan għaliex irridu li dan il-proġett ikun implimentat bil-galbu u pass pass.", "Dan huwa proġett irriversibbli u għaldaqstant se nkunu qegħdin naħdmu u nimplimentawh bl-akbar diliġenza possibbli.", "Irrid nirringrazzja lil dawk il-professjonisti kollha li ħadmu u li għad fadlilhom jaħdmu fuq dan il-proġett, lil Transport Malta, Infrastructure Malta u lill-kumitat presedut mill-eks membru parlamentari Franco Mercieca għall-kontribut siewi li qed jagħtu lill-entitajiet, lill-Ministeru tiegħi, lill-Ministeru għal Għawdex u lill-Gvern sabiex illum wasalna f'din il-fażi biex inwasslu din il-wegħda għand in-nies.", "Il-poplu Għawdxi ilu għexieren ta' snin jisma' diversi diskussjonijiet u proposti, però fl-aħħar wasalna sabiex illum qed nersqu quddiem din il-Kamra bi pjanijiet konkreti għal dan il-proġett.", "Bħala Ministru, ħassejt li kelli l-obbligu li flimkien mal-Ministru għal Għawdex niddiskutu dan il-proġett fuq livell ta' Kabinett, fuq livell ta' grupp parlamentari u niġu f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż sabiex bi prudenza nisimgħu x'taħseb l-Oppożizzjoni dwar dan il-proġett.", "Dan kollu jagħti serħan il-moħħ li dan ix-xogħol, li se jkun qed jirkeb fuq leġiżlaturi futuri, ikun fih sens ta' kontinwità.", "Nerġa' ngħid li din il-mina se tfisser permanenza ta' serħan il-moħħ għall-familji Għawdxin, għan-negozji Għawdxin u għal Għawdex innifsu, inkluż il-kultura ta' Għawdex, l-ambjent ta' Għawdex u l-identità differenti li għandha l-gżira Għawdxija.", "Irridu nerġgħu naraw li Għawdex ikun mutur ekonomiku għal pajjiżna u mhux mażżra għall-kumplament tal-pajjiż.", "Irridu naraw li ma jkunx is-settur pubbliku li jidderiġi x-xogħol fil-gżira Għawdxija, imma Għawdex ikun mutur ekonomiku.", "Fl-aħħar snin rajna li Għawdex għandu dan il-potenzjal.", "Ejja nħarsu 'l quddiem u ejja noħolmu bi proġetti kbar ta' ambizzjoni biex ngħaqqdu liż-żewġ gżejjer b'mod permanenti.", "Bħala pajjiż, kapaċi nagħmlu infrastruttura ta' kwalità.", "Ejja nirrealizzaw dan l-akbar proġett infrastrutturali ta' pajjiżna li se jwassal biex iż-żewġ gżejjer isiru pajjiż wieħed.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Se ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija fuq l-emenda mressqa u moqrijia mill-Onor.", "Chris Said, liema emenda hija maqsuma f'sitt partijiet.", "Dawn se jkunu mmarkati bħala emenda \"A\", emenda \"B\", emenda \"Ċ\", emenda \"D\", emenda \"E\" u emenda \"F\".", "Kif ġie propost u kif jistabbilixxu l-Ordnijiet Permanenti 43(2), meta mozzjoni tinkludi emenda, l-Ordni Permanenti tgħid li:", "\"Jekk il-mozzjoni …\",", "- f'dan il-każ, l-emenda li għall-fini tal-Ordnijiet Permanenti tista' tittieħed b'dan il-mod -", "\"… ikun fiha aktar minn żewġ proposti separati …\"", "f'dan il-każ, fiha sitt proposti -", "\"… allura dawk il-proposti jistgħu jiġu mressqa u mqiegħda għall-vot separatament mill-Ispeaker.\"", "Fil-fatt, hekk se nagħmel.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, nixtieq nagħmel dikjarazzjoni ta' vot.", "Se nkun qed nagħmel din id-dikjarazzjoni darba, għax m'għandix għalfejn nagħmilha għal kull vot li jittieħed f'din il-Kamra.", "Dan is-siġġu li għandi f'din il-Kamra mhux tiegħi, imma huwa tal-votanti Nazzjonalisti li eleġġewni mill-ħames distrett.", "Dan is-siġġu huwa tal-votanti Nazzjonalisti ta' Birżebbuġa, taż-Żurrieq, tal-Imqabba, ta' Ħal Kirkop, ta' Ħal Safi, tal-Qrendi u ta' Ħal Farruġ u għalhekk jien se nkun qed nivvota, kif dejjem għamilt, skont id-direzzjoni tal-Kap tal-Partit li jien mimmilita fih.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija emenda \"A\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Said u tirreferi għat-tieni paragrafu tal-mozzjoni.", "L-emenda \"A\" għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija emenda \"B\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Said u tirreferi għar-raba' paragrafu tal-mozzjoni.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "Din il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda \"B\" m'għaddietx.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"Ċ\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Said u tirreferi għall-ħames paragrafu tal-mozzjoni.", "L-emenda \"Ċ\" għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"D\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Said u tirreferi għas-seba' paragrafu tal-mozzjoni.", "L-emenda \"D\" għaddiet nem. con.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"E\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Said u tirreferi għat-tmien paragrafu tal-mozzjoni.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "Il-votazzjoni se titieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda \"E\" m'għaddietx.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\" imressqa mill-Onor.", "Chris Said u tirreferi għad-disa' paragrafu tal-mozzjoni.", "JOSEPH MUSCAT: Sur President, il-mod kif inhi miktuba l-emenda hija emenda għall-mozzjoni oriġinali.", "Fil-verità, din hija kontra emenda, imma hija emenda għall-mozzjoni oriġinali.", "Naħseb li jagħmel sens li nkomplu nivvotaw fuq dawn is-sitt emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi tal-ispjegazzjoni.", "Il-mistoqsija hija l-emenda \"F\" kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Chris Said u tirreferi għad-disa' paragrafu tal-mozzjoni.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "Il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda \"F\" m'għaddietx.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-emenda \"G\" kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru u tirreferi għad-disa' paragrafu.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "Il-votazzjoni se tittieħed immedjatament.", "L-Onor.", "L-Onor.", "L-emenda \"G\" għaddiet.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Ian Borg kif emendata.", "Il-mozzjoni, kif emendata, għaddiet nem. con.", "Skont il-ftehim milħuq, il-Kamra se tgħaddi għat-tielet item fuq l-aġenda.", "MOZZJONI TAL-OPPOŻIZZJONI SABIEX JITĦASSAR L-AVVIŻ LEGALI 44 TAL-2019 LI JEMENDA", "R-REGOLAMENTI DWAR KUMITATI AMMINISTRATTIVI GĦAL KOMUNITAJIET", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Onor.", "Robert Cutajar fis-seduta 218 tat-8 ta' April tal-2019.", "L-ISPEAKER: Qed tissejjaħ division.", "L-Onor.", "L-Onor.", "Il-mozzjoni m'għaddietx.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Hawn permess biex nerġgħu ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti?", "Il-permess ingħata.", "TQEGĦID TA' KARTI", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Edward Scicluna.", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' exemption order Nru IR86/2017 maħruġa fit-2 ta' April 2019 lill-Inspirasia Foundation skont l-artikolu 12(2) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS (President tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej): Sur President, nirrapporta li fil-laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma li kellna fis-16 ta' April 2019 ġiet ikkunsidrata l-proposta leġiżlattiva indikata hawn taħt għall-fini tal-Protokoll 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li rriżulta li kienet konformi mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità:", "Fl-istess laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej sar ukoll skrutinju ta' 131 proposta leġiżlattiva u dokumenti oħrajn maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-rekord ta' dawn ir-referenzi qegħdin indikati f'dawn id-dokument li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. b'aġenda li tiġi kkomunikata aktar tard.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volonatrji): Sur President, irrid nibda billi ngħid li se nkun qed nagħmel …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "David Agius, bil-permess tas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "DAVID AGIUS: Sur President, bil-permess tas-Segretarju Parlamentari, nixtieq li kemm jien kif ukoll id-Deputat Prim Ministru nagħmlu kelmtejn kif nagħmlu s-soltu, qabel ma nispiċċaw din is-seduta li hi l-aħħar seduta qabel il-vaganzi tal-Għid.", "L-ISPEAKER: Bil-permess tas-Segretarju Parlamentari, nerġa' nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Clifton Grima tal-permess.", "Peress li din hi l-aħħar seduta qabel il-vaganzi tal-Għid, nixtieq nieħu din l-opportunità biex nawgura lilek, Sur President, lill-Membri kollha ta' din il-Kamra, lill-familjari ta' kull wieħed u waħda minna, lil kull min qed jismagħna u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu ġranet ta' serħan u ta' devozzjoni f'dawn il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, f'isem in-naħa tal-Oppożizzjoni, ningħaqad mad-Deputat Prim Ministru biex f'dawn il-ġranet tal-Għid fejn f'ħafna lokalitajiet ikunu għaddejjin diversi wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, nawgura l-festi t-tajba lilek, Sur President, lill-ħaddiema kollha, lill-familji tad-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra u lill-poplu kollu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Is-Sedja tingħaqad mal-ħsebijiet tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni f'dawn il-ġranet tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid u tawgura l-festi t-tajba lil kulħadd.", "Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "CLIFTON GRIMA: Sur President, ningħaqad mal-kollegi u nawgura l-festi t-tajba lill-Membri Parlamentari ta' din il-Kamra kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Illum nixtieq nitkellem dwar xogħol siewi li bħalissa għaddej fis-settur tal-edukazzjoni li forsi mhux dejjem jingħata l-attenzjoni li jkun jistħoqqlu min-naħa tal-mezzi tax-xandir.", "Sfortunatament, meta tkun qed issir biċċa xogħol tajba, mhux dejjem nagħtuha l-importanza mistħoqqa.", "Irrid infakkar li s-sistema edukattiva mhijiex xi ħaġa li taqa' mis-sema, imma trid tinbena b'mod gradwali.", "F'dan l-Aġġornamnet irrid nitkellem dwar l-inklużjoni.", "Ftit tal-ġranet ilu kelli l-opportunità li nkun preżenti waqt it-tnedija ta' qafas ta' inklużjoni fis-sistema edukattiva.", "Hawn irrid nirringrazzja lill-Ministru Evarist Bartolo għax-xogħol siewi li qed jagħmel fil-kamp edukattiv.", "Din is-sistema edukattiva f'pajjiżna se tkun qed tara li tinkludi l-istudenti kollha sabiex ikollna sistema li verament tkun waħda inklużiva u tiġġieled il-konċett tal-one size fits all. Se nkun qed nitkellem dwar dak il-konċett ta' sistema edukattiva riġida li ħafna drabi kienet qed twassal sabiex ħafna miż-żgħażagħ tagħna kienu qegħdin jieqfu milli jkomplu jieħdu l-edukazzjoni tagħhom.", "L-inklużjoni hija kelma sabiħa, però meta tiġi biex tattwaha hija xi ħaġa diffiċli ħafna.", "Dan għaliex, aħna b'mod naturali nħossuna aktar komdi li nagħmluha u ngħixu ma' min jirraġuna, jaħsibha u jaġixxi bħalna.", "Kif imbagħad niltaqgħu ma' xi ħadd li b'xi mod jew ieħor jiddevja minn dak li f'moħħna jkun il-konċett ta' kif għandha taġixxi l-persuna, għandna t-tendenza li ntellgħu l-ħitan.", "Huwa ovvju li jekk il-ġar tiegħek ma tarahx, din is-sitwazzjoni se tevitalek li xi darba jkollok battibekk miegħu.", "Però, min-naħa l-oħra, meta ttella' l-ħitan, qed toħloq persuni li mhux kapaċi jikkomunikaw u jgħixu flimkien.", "Hemmhekk irridu noqogħdu attenti u rridu naħdmu sabiex is-sistema edukattiva tagħna tkun waħda inklużiva.", "Nistgħu nagħmlu dan permezz ta' numru ta' programmi.", "Illum il-ġurnata rridu nħarsu lejn sistema edukattiva b'numru ta' programmi differenti li huma ta' kwalità u jilħqu lil kulħadd.", "Hawnhek irrid insellem lil dawk kollha li kienu u għadhom involuti fil-programme My Journey li permezz tiegħu qed naraw li jkollna żvilupp sħiħ tal-persuna.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dik hija l-aktar ħaġa importanti fis-sistema edukattiva.", "Naħseb li wasal iż-żmien li f'pajjiżna nibdew verament nagħrfu l-fatt li d-distinzjoni li għandna nagħmlu fis-sistema edukattiva hija bejn edukazzjoni tajba li tilħaq lil kulħadd u ttejjeb l-iżvilupp sħiħ ta' kulħadd u edukazzjoni li mhijiex tajba għax hija ta' one size fits all.", "Matul is-snin l-istatistika turi li kellna sitwazzujoni fejn konna qegħdin naqsmu il-popolazzjoni studenteska min-nofs, fejn kellek in-nofs li konna nsejħulhom iż-żwiemel għax kienu jgħaddu mill-eżamijiet u n-nofs l-ieħor nitilquhom għal riħhom għax konna naħsbu li mhumiex tajbin.", "Naħseb li llum, aktar minn qatt qabel, bħala ġenitur nifhem li din kienet xi ħaġa verament inġusta li kellna tfal u studenti li kienu qegħdin jiġu mwarrba.", "Hawnhekk jerġa' jidħol il-konċett ta' inklużjoni.", "Bi programmi edukattivi tajbin li jilħqu lil kulħadd qegħdin naraw li nħeġġu u niżviluppaw l-abbiltajiet tant sbieħ tal-poplu Malti kollu.", "Il-poplu Malti huwa l-akbar riżorsa ta' dan il-pajjiż.", "Għalhekk irridu li l-poplu Malti jkompli jikber u jiżviluppa b'tali mod li jkun lest li jiffaċċja l-isfidi u jilħaq l-aspettattivi tiegħu.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "Irrid ngħid li l-konċett tal-inklużjoni ma bediex illum f'pajjiżna.", "Dawk li huma tal-età tiegħi jiftakru meta fl-iskejjel tagħna bdew deħlin l-ewwel facilitators.", "Niftakar li kien ikollok facilitator wieħed fi skola waħda, jiġifieri f'kull raħal kien ikollok facilitator li l-għan tiegħu kien li jara li hemm inklużjoni ta' studenti li kellhom diżabilità li, ħafna drabi, kienet tkun waħda fiżika.", "Għoxrin sena ilu kellek konċett ta' inklużjoni li kien wieħed ristrett ħafna.", "Matul iż-żmien, imbagħad, is-sistema edukattiva baqgħet dejjem tevolvi bħalma tevolvi s-soċjetà.", "Qed insemmi s-soċjetà Maltija għax din mhijiex xi ħaġa statika u wieqfa, imma hija xi ħaġa ħajja li tevolvi matul iż-żmenijiet.", "Fid-dinja tal-lum, min ma jevolvix mas-soċjetà jispiċċa irrelevanti, jaqa' lura u bla relevanza.", "Il-konċett ta' inklużjoni fis-sistema edukattiva dejjem twessa' sakemm laħaq il-livell li qed naraw illum.", "Jien inżur numru ta' skejjel u istituti u nista' ngħid li permezz ta' dawn il-programmi qegħdin nassiguraw li dawn l-istudenti jiżviluppaw il-potenzjal kollu tagħhom.", "Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Ġaladarba qed nitkellem fuq l-inklużjoni, nieħu din l-ewwel okkażjoni li għandi f'dan il-Parlament biex nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom x'jaqsmu mal-iSpecial Olympics Malta.", "Ftit tal-ġimgħat ilu kelli x-xorti li nsegwi x-xogħol li kienu qegħdin jagħmlu dawn l-atleti, fejn waqt kampjonati internazzjonali kisbu numru ta' unuri għal pajjiżna.", "Dawn l-unuri ma ġewx bix-xejn, imma huma riżultat ta' xhur twal ta' ħidma u dedikazzjoni kbira mhux biss mill-atleti, imma wkoll mill-ġenituri, mill-amministraturi u mill-coaches varji li jaħdmu tant tajjeb magħhom.", "Hemmhekk qegħdin nuru kif meta naħdmu id f'id flimkien, nistgħu niksbu r-riżultati.", "Nirringrazzja lil Sport Malta u lill-istaff kollu ta' din l-entità u lil numru ta' dipartimenti oħra li jgħinu fl-aspett loġistiku għall-iSpecial Olympics.", "Bħala pajjiż rajna eżempju mill-isbaħ ta' inklużjoni.", "Rajna kif pajjiżna huwa simbolu ta' tama, fejn hemm post għal kulħadd fir-rwol u l-aspettattivi varji tal-persuni.", "L-importanti hu li naħdmu b'mod ġenwin, bonest u b'tali mod li nassiguraw li isem pajjiżina dejjem jibqa' jogħla 'l fuq.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja lill-kollegi kollha tiegħi li f'dan is-settur tal-inklużjoni qegħdin jagħtu l-input kollu tagħhom.", "Nirringrazzja għal darb'oħra lill-Ministru Evarist Bartolo f'isem il-poplu Malti kollu għax-xogħol siewi ħafna li qed jagħmel f'dan is-settur mingħajr daqq ta' ħafna trombi.", "Nirringrazzja wkoll lil dawk l-edukaturi kollha li ta' kuljum jagħmlu xogħol siewi b'tant vokazzjoni.", "Ta' dan, ngħidilhom grazzi f'isem il-poplu Malti u l-popolazzjoni studenteska.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO GRIXTI: Sur President, nixtieq niddedika parti minn dan l-Aġġornament biex nitkellem dwar dak li jien inqis bħala żvilupp importanti li qed iseħħ fil-qasam tas-saħħa f'pajjiżna matul dawn ix-xhur.", "Kif nafu lkoll, bħalma qed jiġri f'kull qasam ieħor tal-ħajja, l-iżvilupp tat-teknoloġija qed iseħħ kontinwament u ħafna drabi gvernijiet ta' pajjiżi mill-aktar żviluppati qed isibuha ferm diffiċli biex ilaħħqu mal-pass mgħaġġel ta' dawn l-iżviluppi u jieħdu żmien mhux ħażin biex jimplimentaw bidliet, anke billi jinvestu miljuni kbar ta' ewro biex jaġġornaw is-sistemi teknoloġiċi tagħhom għal dak li tkun qed toffri t-teknoloġija l-ġdida f'dak il-mument partikolari.", "Tajjeb ngħidu li pajjiżna, filwaqt li qed ikun fuq quddiem nett biex jinfetaħ beraħ għall-iżviluppi teknoloġiċi kbar li qed iseħħu fid-dinja, bħalma huma l-oqsma tal-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali, mhuwiex qed joqgħod lura milli jidħol għal proġetti teknoloġiċi ġodda li qed iseħħu fid-dinja fil-qasam tas-saħħa.", "Fil-fatt, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għadu kemm ħabbar li fl-isptar ġenerali Mater Dei qed jibda jintuża apparat teknoloġiku ġdid għall-endoskopija li se jkun ta' benefiċċju kbir għall-pazjenti kollha.", "It-teknoloġija ta' din l-endoskopija għandha rwol kruċjali fl-interventi kirurġiċi li jsiru fl-isptarijiet, għax mhux biss l-interventi jkunu ta' ferm inqas tbatija u komplikazzjonijiet għall-pazjent, imma wkoll l-istess pazjent ikun jista' jitlaq mill-isptar lejn id-dar f'perjodu ferm iqsar minn qabel.", "Fil-fatt huwa kkalkolat li bl-użu ta' din it-teknoloġija, pazjent ikollu ħtieġa li jibqa' l-isptar 75% inqas taż-żmien li kien ikollu joqgħod f'każ ta' intervent tal-kirurġija tradizzjonali.", "Bħalma forsi diġà smajna, jidher li l-iżvilupp teknoloġiku li jmiss għal pajjiżna fil-qasam tas-saħħa huwa l-introduzzjoni tar-robotika fil-kirurġija.", "Dan se jdaħħal aktar preċiżjoni fl-interventi mediċi li jsiru u jkun ifisser ukoll li l-kirurġija fl-isptar ikollha assistenza ta' robot fil-ħidma tagħha.", "Qed jiġu finalizzati l-pjani tal-Ministeru għas-Saħħa biex tiddaħħal ir-robotika anke fl-ispiżerija tal-isptar.", "Gvern Laburista qed juża t-teknoloġija mhux biss għall-apparat tal-isptar imma wkoll biex itejjeb is-servizzi ġenerali li joffri fil-qasam tas-saħħa għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.", "Inbeda proġett kbir ta' investiment biex tissaħħaħ is-sistema MyHealth.", "B'dan il-proġett, kull informazzjoni li toħroġ minn viżta ta' pazjent fi klinika, sptarijiet pubbliċi jew privati tinġabar f'record diġitali, liema informazzjoni tkun aċċessibbli minn tobba f'kull post f'Malta u Għawdex.", "F'dan il-qasam ukoll pajjiżna huwa pijunier fid-dinja li qed joffri sistema ta' dan it-tip.", "Meta ġie inawgurat l-Isptar Mater Dei ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008, il-buzzword dakinhar kienet li l-isptar kien state of the art u, fil-fatt tassew hekk kien!", "Iżda l-isfida għal sptar bħal dan hija biex dak li kien state of the art 11-il sena ilu jibqa' wkoll state of the art illum, meta ninsabu qrib l-2020.", "Għalhekk, l-investiment fl-apparat u t-teknoloġija f'dan l-isptar ma jistax jieqaf, anzi nażżarda ngħid li meta wieħed jieqaf jinvesti fit-tiġdid u fil-bidliet li jkunu meħtieġa li jsiru, ikun il-mument meta l-isptar jibda sejjer lura minflok jimxi 'l quddiem.", "Nafu li l-Ministeru għas-Saħħa jinsab għaddej bi programmi biex fuq perjodu ta' snin l-apparat kollu fl-Isptar Mater Dei jinbidel.", "Fost dan l-apparat hemm dak tal-MRI.", "Dan għaliex f'temp ta' ħames snin biss, l-għadd ta' MRI li jsiru fl-isptarijiet tagħna żdied minn 8,000 għal aktar minn 27,000, u huwa mbassar li fis-snin li ġejjin dan l-għadd se jiżdied għal bejn 30,000 u 40,000.", "Gvern Laburista, permezz tal-Ministeru għas-Saħħa, qed ikompli jenfasizza l-politika tiegħu li jippromwovi l-prevenzjoni tal-mard u l-komplikazzjonijiet li jġib miegħu l-mard.", "Kien għalhekk li dan il-Gvern ta importanza lill-investiment li sar bħal, pereżempju, fid-diabetic food ward li bdiet tilqa' l-ewwel pazjenti lejn tmiem l-2017.", "Huwa kkalkolat li sa Frar li għadda, din is-sala kienet diġà laqgħet fiha 750 pazjent.", "Bis-saħħa ta' mediċini ġodda u miżuri oħra, in-numru ta' major u minor amputations minħabba d-dijabete naqas b'aktar minn 30%.", "Dan kien possibbli wkoll billi kabbarna l-għarfien tal-pazjenti dwar il-marda tagħhom billi tqassmu 27,000 magna oħra li tkejjel il-livelli taz-zokkor fid-demm lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.", "Tqassmu wkoll l-istikek li jintużaw għall-kejl tal-livell taz-zokkor fid-demm lil madwar 30,000 persuna bi spiża kbira ta' €16-il miljun.", "Bħala parti mill-istess sforzi ta' Gvern Laburista favur il-prevenzjoni tal-mard, matul is-sena li għaddiet biss, il-Ministeru għas-Saħħa stieden lil aktar minn 31,000 persuna biex jieħdu sehem fil-programm ta' screening għall-kanċer tal-musrana.", "Nafu li kull sena f'pajjiżna jitfaċċaw aktar minn 270 każi ġodda ta' colorectal cancer.", "Meta bdiet il-kampanja ta' dan l-iscreening sitt snin ilu kienu qed jiġu screened biss pazjenti fl-età ta' bejn is-60 sena u l-64 sena.", "Illum, dan l-iscreening qed isir lil dawk kollha fl-etajiet bejn il-55 sena u d-69 sena.", "Għandna provi li dan l-iscreening isalva l-ħajjiet u fil-fatt kien b'riżultat ta' dawn it-testijiet ta' prevenzjoni li nqabdu każijiet ta' kanċer li aktarx kienu jkunu fatali kieku ma nqabdux kmieni b'riżultat ta' dan l-iscreening.", "Gvern Laburista seta' jkompli jinvesti fil-qasam tas-saħħa għax sitt snin ilu biddel id-direzzjoni ekonomika ta' dan il-pajjiż u tah direzzjoni ġdida li wasslitna f'dak li qegħdin fih illum, jiġifieri għandna pajjiż li hu ekonomikament b'saħħtu u b'finanzi verament fis-sod.", "Sitwazzjoni ta' defiċit diżastruż ta' aktar minn €200 miljun minn taħt inbidlet f'waħda ta' surplus.", "Għalhekk, il-Gvern għandu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikun jista' jinvesti fejn tassew hemm bżonn.", "M'għandix għalfejn insemmi l-għadd kbir ta' mediċini li żdiedu u paramediċi li ġew ingaġġati fil-qasam tas-saħħa fl-aħħar sitt snin, imma importanti nsemmi kif kibret l-ispiża għall-mediċini fil-formularju tal-Gvern fejn fl-aħħar 20 xahar biss, il-mediċina għall-mard tal-kanċer biss li tingħata b'xejn żdiedet għal tmien kwalitajiet differenti bi spiża ta' €8 miljuni fis-sena.", "Sur President, nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi nsemmi xi ħaġa dwar il-kuxjenza ambjentali ta' Gvern Laburista fejn qed jagħmel dak kollu li jista' biex Malta tilħaq il-miri ambjentali dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-carbon dioxide skont dak stipulat fl-Unjoni Ewropea.", "Tajjeb ngħidu li fl-Isptar Mater Dei nbidlu 14-il chiller tal-arja kkondizzjonata ma' oħrajn ġodda u li b'dan il-proġett l-emissjonijiet ta' din l-aktar binja li tikkonsma enerġija fil-pajjiż qed jonqsu sostanzjalment.", "B'żieda ma' dan, ġew installati 3,700 panelli fotovoltajċi li permezz tagħhom,flimkien mal-bdil taċ-chillers, barra t-tnaqqis fl-emissjonijiet se jkunu qed jiġu ffrankati aktar minn €1 miljun fi spiża ta' elettriku għall-Isptar Mater Dei.", "Hemm wisq aktar xi ngħid dwar l-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam tas-saħħa, tar-riformi u proġetti mmexxija b'abbiltà kbira mid-deputat Prim Ministru u l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu, imma l-ħin ma jippermettilix.", "Nawgura li Gvern Laburista jkompli jkollu r-riżorsi meħtieġa ħalli dan l-investiment enormi fil-qasam tas-saħħa jibqa' għaddej sena wara sena, għax bħalma kull Malti u Għawdxi jgħid, is-saħħa ta' kull wieħed u waħda minna tiġi qabel kull konsiderazzjoni oħra fil-ħajja tagħna.", "Nawgura l-Għid it-tajjeb lilek, Sur President, lil din il-Kamra, lil dawk kollha li jieħdu ħsiebna fil-Parlament u lil dawk kollha li qegħdin isegwuna bħalissa.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Nawgura lilek u lill-familja tiegħek l-Għid it-tajjeb u ningħaqad miegħek fil-ħsebijiet tiegħek biex nawgura l-Għid it-tajjeb lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ġiet ikkomunikata mid-Deputat Prim Ministru.", "Fis-7.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILL LOKALI FLORIANA – FINANCIAL STATEMENTS", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Floriana?", "OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta' Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Floriana.", "KUNSILL LOKALI ĦAMRUN – FINANCIAL STATEMENTS", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lil-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun?", "OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta' Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.", "KUNSILL LOKALI TAL-PIETÀ– FINANCIAL STATEMENTS", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lil-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Pietà?", "OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta' Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Pieta.", "KUNSILL LOKALI TAL-MARSA – FINANCIAL STATEMENTS", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lil-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Marsa?", "OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta' Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali tal-Marsa.", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA – KAŻ PENDENTI DWAR UŻU EĊĊESSIV TA' FORZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-każ li jinsab pendenti quddiem il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala \"heavy-handed\" ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija lesta u ppreżenta r-rapport tiegħu skont il-liġi fil-5 ta' Frar 2019.", "ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT – APPLIKAZZJONI GĦAL ĊITTADINANZA MALTIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini tar-Renju Unit li applikaw biex jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma tibqax Stat Membru tal-Unjoni Ewropea?", "Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm-il talba għadha pendenti?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li waqt li r-raġuni li għaliha persuna tkun qed tapplika għaċ-ċittadinanza ma tkunx ikkomunikata, skont l-informazzjoni mogħtija lili, in-numru t'applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija minn ċittadini Brittaniċi mill-2016 sal-lum huwa kif jidher hawn taħt:", "* L-applikazzjoni pproċessata mhux neċessarjament tkun tikkorrispondi għal dik is-sena li fiha tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni.", "RIKORSI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TA' MINURI BIEX JIKKUMMERĊJAW", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il att pubbliku ġie rreġistrat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili sabiex minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena jiġi awtorizzat jikkummerċja u jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f'affarijiet tal-kummerċ?", "Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta kien hemm 98 att ippreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2000 sal-lum li bihom minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena ġie awtorizzat jikkummerċja u beda jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f'affarijiet tal-kummerċ.", "It-Tabella t'hawn taħt turi l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri msemmija fl-atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati Ċivili hawn Malta.", "Intant infurmat li fil-Qorti ta' Għawdex kien hemm 16-il att ippreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili mis-sena 2000 sal-lum, li bihom minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena ġie awtorizzat jikkummerċja u beda jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f'affarijiet tal-kummerċ.", "It-Tabella t'hawn taħt turi l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri msemmija fl-atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati Ċivili, Għawdex:", "Qorti ta' Malta", "Qorti ta' Għawdex", "RIKORSI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TA' MINURI BIEX JIKKUMMERĊJAW", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il rikors ġie ppreżentat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili sabiex Imħallef jawtorizza minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena biex ikun awtorizzat jikkummerċja u jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f'affarijiet tal-kummerċ f'każ li ż-żewġ ġenituri tal-minuri jkunu mejtin, interdetti jew assenti?", "Jista' jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta u Għawdex, mis-sena 2000 sa llum ma ġie ppreżentat ebda rikors fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili sabiex Imħallef jawtorizza minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena biex ikun awtorizzat jikkummerċja u jitqies bħala li hu tal-età għall-obbligazzjonijiet li bihom jintrabat f'affarijiet tal-kummerċ f'każ li ż-żewġ ġenituri tal-minuri jkunu mejtin, interdetti jew assenti.", "RIKORSI GĦAL REVOKA TA' AWTORIZZAZZJONI TA' MINURI BIEX JIKKUMMERĊJAW", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il att ta' revoka ġie rreġistrat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili sabiex ġenituri jneħħu l-awtorità mogħtija lill-minuri biex jikkummerċja?", "Jista' l-Ministru jgħid l-età, is-sess u f'liema lokalità kienu joqogħdu l-imsemmija minuri?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li mis-sena 2000 sal-lum kien hemm att ta' revoka wieħed ippreżentat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili f'Malta li kien dwar minuri ta' 17-il sena, maskili u li joqgħod is-Sannat Għawdex.", "Mis-sena 2000 sal-lum ma kien hemm ebda att ta' revoka rreġistrat fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Superjuri.", "ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL RESIDENZA F'MALTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lil-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata sabiex jinħareġ permess għal residenza skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?", "Jista' jgħid kemm mill-imsemmija applikazzjonijiet saru biex il-persuna tirtira f'Malta, kemm biex il-persuna tistabbilixxi ruħha f'Malta u kemm biex il-persuna toqgħod f'Malta għal żmien indefinit?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "TEMPJI TAL-IMNAJDRA - VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji tal-Imnajdra kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "FORTI SANT'IERMU - VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fil-Forti Sant'Iermu kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ta' min jinnota li l-Forti għamel xi żmien magħluq minħabba xogħol ta' restawr.", "FORTI SANT'ANĠLU - VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fil-Forti Sant'Anġlu kull xahar mill-ftuħ riċenti tal-Forti, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ta' min jinnota li l-Forti għamel xi żmien magħluq minħabba xogħol ta' restawr.", "Forti Sant'Anġlu", "MUŻEW MARITTIMU - VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fil-Mużew Marittimu kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Mużew Marittimu", "TEMPJU TA' ĦAL TARXIEN – VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempju ta' Ħal Tarxien kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ta' min jinnota li t-Tempji għamlu xi żmien magħluqin minħabba xogħol ta' restawr.", "Tempji ta' Ħal Tarxien", "GĦAR DALAM - VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi f'Għar Dalam kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Għar Dalam"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190417_223d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "ROSIANNE CUTAJAR staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li preżentament, hemm periklu imminenti minħabba ħsarat estensivi fuq il-pont li jinsab taħt it-telgħa li tagħti għall-kamra tan-nar ta' San Sebastjan (Wied il-Kbir, Għar Ħanżira), jista' l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex isiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni neċessarji mill-aktar fis?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8318 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-pjazza ta' Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati wkoll mill-Bicycle Advocacy Group?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tal-kaċċa fl-2017 u fl-2018?", "Jista' jgħid ukoll kemm inħarġu liċenzji tal-insib fl-2017 u 2018?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Floriana fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħolijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Pietà fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta' Santa Venera fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il permess għal residenza maħruġ skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta) ġie revokat?", "Jista' jgħid għal kull permess li ġie revokat, x'kienu r-raġuni jew raġunijiet għar-revoka tal-permess?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali pubbliċi li huma awtorizzati mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni sabiex f'ismu jeżerċitaw jew jaqdu xi setgħat jew dmirijiet mogħtija lilu bis-saħħa tal-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid ukoll għal kull waħda mill-imsemmija persuni, x'setgħat jew dmirijiet ġew awtorizzati li jeżerċitaw jew jaqdu?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa taċ-ċirkolari li nħarġet nhar is-6 ta' April 2019 fid-Dipartiment għall-Kura Primarja u li permezz tagħha ġie ordnat li kwalunkwe oġġetti jew xbihat reliġjużi (inkluż santi mwaħħlin mal-ħajt) għandhom jitneħħew mill-Kliniċi (Bereġ) tal-Gvern u/jew miċ-Ċentri tas-Saħħa?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ta' arrest Ewropew ġie esegwit f'Malta?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, x'kienet l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, liema pajjiż ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew u x'kien ir-reat jew ir-reati li dwaru nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ta' arrest Ewropew ġie esegwit f'Malta?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, x'kienet l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, liema pajjiż ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew u x'kien ir-reat jew ir-reati li dwaru nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9780 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempju tal-Ġgantija kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux isiru safety audits tal-proġetti ta' toroq ġodda li saru minn Transport Malta / Infrastructure Malta?", "Għal liema toroq saru dawn l-audits?", "X'kien ir-riżultat ta' dawn l-audits?", "Jista' jpoġġi dawn is-Safety Audits fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li skont l-artikolu 8(e) tat-Transport Malta Act, suppost isir ir-road safety ranking kif ukoll li kull 5 snin suppost isir road safety audit fuq it-toroq arterjali u distributorji, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn is-Safety Audits sarux?", "Minn min qed isiru dawn is-Safety Audits?", "Ġew identifikati accident spots minn dawn is-Safety Audits?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex ma jibqgħux jiġu pparkjati karozzi quddiem il-bus shelter f'Triq San Ġorġ f'Birżebbugia peress li qed joħloq inkonvenjent lill-anzjani li jagħmlu użu minn dan il-bus shelter?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb il-Crate Washing Facility li tinsab fil-Pitkalija?", "Jista' jgħid jekk isirx stock-take wara kull ġurnata xogħol u jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm instabu kaxxi tal-pitkalija nieqsa xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar investiment f'sistema ta' CCTV cameras fil-Pitkalija u kemm intefqu flus?", "Jista' jgħid jekk l-installazjoni ta' dawn is-CCTV Cameras ħallewx ir-riżultati mixtieqa?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn boutique hotels f'Malta, lokalità b'lokalità?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 989 tat-12-il leġislatura, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni li joqogħdu f'Marsaskala, Ħal Kirkop u ż-Żurrieq u li qed jibbenefikaw minn kull benefiċċju soċjali li jipprovdi l-Gvern?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9532, x'inhi r-raġuni li f'pajjiżna m'għandniex is-sistema ta' sentencing guidelines bħal ma għandhom pajjiżi oħra bħall-Ingilterra sabiex verament issir ġustizzja fl-għoti tas-sentenzi fil-Qrati tagħna?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9531 u ċjoè: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' stennija tas-servizzi kollha mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jindika kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu s-sena l-oħra?", "Kemm baqa' arretrati mis-sena l-oħra li l-Gvern għadu ma ġabarx (a) mill-Inland Revenue (b) mid-Dwana; u (ċ) mit-Teżor?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Emerġenza minħabba sustanzi eċċessivi ta' droga jew alkoħol f'dawn l-aħħar tliet snin?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li titkompla l-bankina fi Triq il-Madonna ta' Pompej, Birkirkara, peress li din tlestiet fejn ma hemmx residenti, u tħalliet fi stat ħażin fejn hemm ir-residenti u ċjoè bejn Triq San Pawl u d-Dar Tal-Kleru Cristus Sacerdos?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinfetaħ Child Care Centre fl-Iskola Primarja l-Ġdida ta' Wied il-Għajn?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jindika xi prijoritajiet wettaq u qed iwettaq il-Ministeru tiegħu f'Wied il-Għajn sabiex tiġi stimulata l-ekonomija f'din il-lokalità peress li din hija żona turistika?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn jistax jistabbilixxi sistema ta' Neighbourhood Watch bejn ir-residenti ta' din il-lokalità u l-Korp tal-Pulizija?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm fejn ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn f'dawn l-aħħar ħames snin?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9764, jista' l-Ministru jgħid jekk hux dispost li jqis li ssir emenda fil-Ħames Skeda biex tiġi ċċarata r-referenza għar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u ma' dawn il-kliem iżid l-isem tal-kariga tal-persuna li hi l-kap tal-istess Regolatur – preżumabbilment iċ-Ċhairman tagħha, biex b'hekk issir din il-kjarifika meħtieġa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9889, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-Artiklu 6(7)tal-Att Dwar ir-Regolator għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (Kap. 545) hawn riprodott:", "'(7) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni u l-kapijiet tad-Direttorati, Dipartimenti, Diviżjonijiet u Sezzjonijiet għandhom jinħatru mir-Regolatur għall-perjodu stabbilit mir-Regolatur li fl-ebda każ m'għandu jkun anqas minn tliet snin:", "Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru'.", "jiġi emendat biex jiġi ċċarat min fil-fatt jaħtar l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-REWS u dan peress li kif tinqara hemm ambigwita f'min fil-fatt jaħtar l-uffiċjal eżekuttiv peress li meta taqra l-artikolu 6(7) tal-Kap.545 kien hemm żvista meta nkitbet il-liġi u tħalliet barra l-kelma 'l-ewwel' fil-provision li tgħid 'Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru.' ?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid min qed jiġbed il-videos u jagħmel ix-xogħol ta' editing tal-filmati li qed jidhru fuq il-mezzi soċjali, tax-xogħol li jkun qed isir mill-Ministeru għal Għawdex?", "Kif intgħażel, kemm-il siegħa xogħol għamel s'issa, mil-liema xahar u sena beda jsir dan il-ġbid ta' videos u xi kwalifiċi u esperjenza għandha dan il-persuna fuq il-ġbid u editing ta' videos?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9819, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol biex jiġu ppreparati d-dokumenti biex toħroġ it-tender għall-Intruder System ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa fir-Rabat Għawdex?", "F'liema xahar tas-sena 2019 huwa ppjanat li jiġi ppublikat it-tender?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet ħarġet it-tender biex isir xogħol ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex u dan minkejja li reċentement saret applikazzjoni ġdida bin-numru 01989/19 biex tinbena skola primarja ġdida u li l-permessi meħtieġa għadhom ma ħarġux?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn każijiet ta' ħożba (measles) bħalissa?", "Qed naraw żieda fin-numru ta' ħożba f'dawn l-aħħar snin?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar fuq toroq mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar bejn April 2013 u Diċembru 2018?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu l-perit/kumpanija, inkarigat mill-proġett taċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa u kemm-il siegħa xogħol għamel sa issa?", "Jista' jgħid ukoll jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa u jekk ħarġux diġà t-tenders u jekk ġewx awarded?", "Jista' jgħid meta hu ppjanat li ċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa se jibda jintuża mill-pazjenti?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8818, 9472 u 9825 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta' qabel ukoll?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9708 u 9823 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk u sa meta l-Gvern ser jintroduċi l-electronic tagging għal dawk li jingħataw ħelsien mill-arrest mill-Qrati Kriminali?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Kemm saru serqiet fiż-żona ta' Tigne u Triq it-Torri f'Tas-Sliema minn Jannar 2019 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm inqabdu ħallelin b'konnessjoni ma' dawn is-serqiet?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Sliema Arts Festival hux ser isir din is-sena?", "Jekk iva, xi jridu jagħmlu l-artisti biex jipparteċipaw?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk Transport Malta għamlitx xi studju biex isiru traffic calming measures fi Triq il-Port Ħieles f'Birżebbuġa b'mod partikolari viċin il-ground tal-football?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-passi li se jkunu qegħdin jittieħdu?", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li fil-preżent qed isiru xogħlijiet ta' bini mill-ġdid ta' bankini u għoti ta' tarmak fi Triq Brighella Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru xogħlijiet simili wkoll fit-toroq tal-madwar?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn it-toroq u meta hu ppjanat li jibda dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu organic bins u bins tal-iskema Sort It Out, minn meta nbdiet din l-iskema, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għall-Kumitati Amministrattivi ta' Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa nżammet, kemm-il Laqgħa Ġenerali Annwali nżammet, u kemm attendew residenti għal dawn il-laqgħat annwali?", "Jekk jogħġbu l-Ministru, jista' jagħti d-dettalji sena b'sena minn meta twaqqfu sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-plot fi Triq Spiru Mizzi kantuniera ma' Triq Notabile f'Birkirkara jitnaddaf, peress li dan il-plot qed iservi biex jintefa' kull tip ta' skart, inkluż siringi, kif ukoll ġrieden li qed ikunu ta' detriment kontinwu għas-saħħa tar-residenti?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti l-ammont attwali ta' persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex (jekk hu l-każ) il-parkeġġ għat-tobba u l-pazjenti ħdejn u quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ġie meħud minn imwejjed u siġġijiet?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema Ċentri ta' Matul il-Jum (Day Centres) qed jingħata servizz ta' podoloġista?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum (Day Centres) li kien jingħatalhom is-servizz ta' podoloġista u twaqqfilhom?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob in segwitu għad-direttiva numru 5 tas-sena 2018 minnha maħruġa, jekk apparti l-entitajiet approvati ta' ADR skont it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8404, aċċettatx entitajiet oħra ta' ADR mhux imsemmija f'din it-tweġiba mill-operaturi liċenzjati minnha bħala B2C u jekk iva, min huma dawn l-entitajiet, u għalfejn u fuq liema bażi legali dan seħħ?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw akkomodazzjoni soċjali, minn Jannar 2019 sa April 2019, maqsuma xahar b'xahar?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-arma tan-nar li nstabet f'vettura fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin din is-sena?", "Jista' jgħid għaliex ma saritx inkjesta?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li ssir komunikazzjoni lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba ħtieġa ta' massaġġi, minħabba l-qagħda gravi tiegħu?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta' lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f'żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6064 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u meta mistenni jibda jopera?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 429, 3699 u 9083 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9521 u 9696 u jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kap. 93\".", "IL-MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Jobsplus għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "3 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IXXOGĦOL TALKAMRA", "IlKumitat Permanenti dwar ixXogħol talKamra se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019 fit-3.30 pm filKamra talKumitati filParlament, ilBelt Valletta, b'din laġenda:", "Xogħol tal-Kamra; u", "Affarijiet oħra.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR TAL-IŻVILUPP", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019 fis-2.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Diskussjoni dwar l-iskart tal-kostruzzjoni f'pajjizna.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019, fil-5.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 80 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019, fil-5.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Konsiderazzjoni mill-ġdid - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar;", "u nhar it-Tlieta, 7 ta' Mejju 2019, fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 82 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Onor. Rosianne Cutajar.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex (Kont.)", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2019 fl-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA", "Il-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 14 ta' Mejju 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, il-Belt Valletta, b'din l-aġenda:", "Ħidma tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kont.).", "3 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190506_224a_par-1.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 223, li saret fis-17 ta' April 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni l-korrispondenza mingħand l-Onor.", "David Agius u għamlet il-verifiki tagħha, irriżulta li fis-Seduta Nru 171 tal-21 ta' Novembru 2018, l-Onor.", "David Agius kien preżenti.", "Għaldaqstant qed issir il-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tal-imsemmija seduta.", "KUNSENS GĦALL-ATTI", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XIV tal-2019 - Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali (Emenda Nru 2).", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tas-sentenza tal-Appell Kostituzzjonali 97/14/1 JZM (deċiża fid-29 ta' Marzu 2019) li tinkludi bħala Appendiċi A s-sentenza tal-Prim'Awla tal-Qorti fil-kawża Kostituzzjonali 97/14 JZM (deċiża fit-28 ta' Settembru 2017) fl-ismijiet Josephine Azzopardi et al vs l-Onor.", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar sentenzi kostituzzjonali mibgħuta lis-Sedja bejn l-2013 u l-2019;", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar talbiet għal investigazzjoni li huma pendenti quddiem l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika;", "It-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari minn numru 29 sa 32 dwar ilmenti pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman;", "It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33 li saret lis-Sedja mill-Onor.", "Karol Aquilina dwar mistoqsijiet miżmuma mis-Sedja matul it-13-il Leġiżlatura;", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tas-Sedja l-Onor.", "Anġlu Farrugia, bħala President tal-Fergħat iż-Żgħar tal-Commonwealth, fis-CPA Parliamentary Strengthening Seminar for the Parliament of Bermuda, li nżamm f'Bermuda fl-1 u t-2 ta' Mejju 2019; u", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL QORMI: KAMRA TAN-NAR – ĦSARAT LI QED IKUNU TA' PERIKLU", "L-ONOR.", "Rosianne Cutajar) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li preżentament hemm periklu imminenti minħabba ħsarat estensivi fuq il-pont li jinsab taħt it-telgħa li tagħti għall-kamra tan-nar ta' San Sebastjan (Wied il-Kbir, Għar Ħanżira), jista' l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex isiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni neċessarji mill-aktar fis?", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab informat li Infrastruttura Malta wettqet it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fil-post indikat fil-ġimgħat li għaddew.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fl-aħħar jiem reġgħet tħabbret l-estensjoni tal-iskema 'Irrestawra Darek'.", "Qabel ma niġu għal din l-iskema li tħabbret, jista' s-Segretarju Parlamentari Chris Agius jagħti informazzjoni dwar l-iskemi li kien hemm qabel u jgħid x'riżultati taw l-iskemi preċedenti?", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li tajjeb li nħarsu daqsxejn lura lejn x'wassal lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex ħolqot dan il-Fond.", "L-Awtorità kienet ħarġet bi skema ta' regolarizzazzjoni għal dawk is-sidien ta' djar li kellhom problema fil-proprjetà tagħhom għaliex il-bini ma kienx skont il-permessi approvati, u allura bdew isibuha diffiċli li jbigħu l-proprjetà tagħhom jew saħansitra sabiex jużaw il-proprjetà tagħhom għal xi self mill-bank.", "Allura l-Awtorità ħarġet skema sabiex jirregolarizzaw din is-sitwazzjoni.", "Kien hemm numru kbir ta' applikanti li laqgħu din l-iskema b'idejhom miftuħa għaliex b'hekk wara ħafna snin setgħu jirregolarizzaw il-proprjetà tagħhom.", "L-Awtorità tal-Ippjanar, minn awtorità li kienet tiddependi biss fuq dak li jgħaddilha l-gvern, matul l-aħħar snin saret awtorità self-sufficient, li tgħix minn dak li tiġbor.", "Mhux hekk biss, iżda l-ammonti li tiġbor tgħaddihom lura.", "Dan huwa l-mod kif dan il-Gvern qed jgħaddi lura lin-nies is-surplus li jiġbor.", "Hekk ukoll qed jagħmlu l-entitajiet tal-gvern, u mhux inqas l-Awtorità tal-Ippjanar, li minn dawn il-flus li ġabret mir-regolarizzazzjoni ħasbet sabiex tvara skema bl-isem 'Irrestawra Darek'.", "Kien fl-2017 meta sar dan l-ewwel esperiment, u l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet din l-iskema għall-valur ta' €8 miljuni sabiex min kellu faċċata ta' dar f'żona ta' konservazzjoni urbana (UCA) seta' japplika sa €10,000, kif ukoll ammonti ikbar għal dawk li kellhom djar ikklassifikati fi grade 1 u grade 2, sabiex setgħu jirranġaw id-djar tagħhom.", "Kien hemm numru kbir ta' nies li bbenefikaw minn dan il-Fond u meta l-Awtorità għal sena wara l-oħra baqgħet tirċievi iktar applikazzjonijiet għall-iskema ta' regolarizzazzjoni, il-fond baqa' jikber.", "Fl-ewwel sena l-iskema 'Irrestawra Darek' inħatfet fi 12-il siegħa, fis-sena 2018 reġgħet ħarġet skema oħra u din id-darba għall-ammont ta' €10 miljun, li kienu mqassmin hekk: €7.5 miljun għar-residenzi, €1 miljun għal dawk il-persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena, €1 miljun għal dawk il-familji li jkollhom persuna bi bżonnijiet speċjali u €500,000 għall-għaqdiet mhux governattivi.", "Hawnhekk tajjeb li ngħidu li s-€7.5 miljun ddedikati għar-residenzi nbelgħu f'għaxart ijiem u li f'dawn is-sentejn, jiġifieri fl-2017 u fl-2018, kienu iktar minn 1,700 persuna dawk li bbenefikaw minn dan il-fond ta' €18-il miljun.", "Din is-sena l-Awtorità tal-Ippjanar reġgħet ħasbet sabiex terġa' toħroġ dan il-fond, din id-darba ta' €5 miljun.", "Dan ifisser €23 miljun fuq perjodu ta' tliet snin li ġew mgħoddija lura lin-nies.", "Dan huwa dak li jipprietka dan il-Gvern, li s-surplus ngħadduh lura lin-nies.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, il-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp huwa fond li smajna ħafna dwaru dan l-aħħar.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari Chris Agius jispjega ftit x'inhu dan il-fond, għaliex twaqqaf, x'inhuma l-fondi ddedikati għalih, min huwa eliġibbli li japplika u jekk kienx hemm min diġà bbenefika minn dan il-fond?", "CHRIS AGIUS: Sur President, dan huwa fond ieħor li ħolqot l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Din id-darba qed insemmu flus miġbura fejn ikollok żvilupp ġdid u jkun hemm nuqqas ta' parkeġġ.", "Hemm ammonti fejn min ma jipprovdix il-parkeġġi relatati mal-ammonti ta' appartamenti jew residenzi li jkunu se jinbnew, irid iħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Kif diġà għedt, l-Awtorità llum hija entità self-sufficient u allura l-flus li qed tiġbor minn dawn l-iskemi differenti qed tgħaddihom lill-komunità, lill-kunsilli lokali u lill-għaqdiet mhux governattivi.", "Sa ftit tax-xhur ilu dan il-fond kellu disponibbli iktar minn €25 miljun.", "Aħna dejjem nappellaw lill-kunsilli lokali li dawn il-flus qegħdin hemm sabiex jagħmlu użu minnhom.", "Ikollok kunsilli lokali li malli jaraw il-fond jiċċaqlaq japplikaw mill-ewwel u jkollok kunsilli lokali oħrajn li għandhom l-ikbar ammont li jista' jkollu kunsill lokali, li huwa dak ta' €5 miljun, li jkunu riservati għall-proġetti li jistgħu jagħmlu.", "Matul l-aħħar xhur kellna ammont konsiderevoli ta' kunsilli lokali li bbenefikaw minn dan il-fond.", "Insemmi, pereżempju, il-lokalità tal-Fgura, fejn kien hemm binja li kien xtraha l-Kunsill Lokali preċedenti, twaqqgħet u nbniet, però għaliex ma kellhomx biex ilestu din il-binja spiċċat fis-sitwazzjoni li qatt ma ġiet kompluta.", "Allura l-Kunsill Lokali tal-Fgura applika għal dan il-fond u grazzi għal dan il-fond illum għandu ċentru amministrattiv state of the art, fejn mhux biss jaqdi l-bżonnijiet tal-Kunsill Lokali, iżda wkoll jagħmilha possibbli li aġenziji u entitajiet tal-gvern jagħmlu użu mill-ispazju tagħhom, fosthom l-FSWS.", "Mhux hekk biss, għax imbagħad kellna kunsilli lokali, bħall-Kunsill Lokali tal-Floriana, li bbenefika minn ammont konsiderevoli ta' fondi sabiex Ġnien Sir Paul Boffa, li jinsab ftit 'l isfel minn Kastilja, jinbidel fi ġnien li jkun jista' jakkomoda iktar lin-nies u jkun ġnien li jilħaq maż-żmenijiet tal-lum.", "Ftit tal-ġimgħat ilu l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara inawgura żewġ ġonna: Ġnien l-Istazzjon u Ġnien l-Għaqdiet, li wkoll saru grazzi għal dan il-fond.", "Imbagħad matul dawn l-aħħar xhur saret emenda sabiex l-għaqdiet filantropiċi, l-għaqdiet sportivi u l-għaqdiet soċjali fil-lokalitajiet, bl-appoġġ tal-kunsilli lokali, setgħu jagħmlu talba għal dan il-fond.", "U għall-ewwel darba, ftit tal-ġimgħat ilu, l-klabb tal-waterpolo tas-Sirens, bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali, se jkun qed jibbenefika minn somma ta' €2.2 miljun sabiex il-pitch tal-waterpolo tas-Sirens, li għal sena wara l-oħra jitkissrilhom bil-maltemp li jagħmel, skont il-pjanti li rajt, se jkun fost l-aqwa li għandna f'pajjiżna, b'dak kollu anċillari miegħu, sabiex ikun jista' jaqdi l-bżonnijiet kollha tal-atleti li jużaw dan il-pitch.", "Naħseb li dan huwa l-mod kif l-Awtorità tal-Ippjanar tiġbor il-fondi dovuti lilha u tgħaddihom lill-komunità.", "Huma ħafna iktar il-kunsilli lokali - hemm listi sħaħ - li bbenefikaw minn dan il-fond.", "Qed nappella lill-kunsilli lokali kollha sabiex jaraw x'hemm disponibbli għall-kunsill lokali tagħhom u japplikaw ħalli huma u r-residenti tal-lokal tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, nirrikonoxxi dak li qal is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, li kien hemm ukoll sehem tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fuq il-pitch tal-waterpolo.", "Irridu ngħidu wkoll li fuq intervent tal-istess Kunsill Lokali t-tfal tal-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar u anke l-anzjani se jkunu qed jagħmlu użu minn din il-pixxina.", "Talba simili saret mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan dwar il-pitch tal-waterpolo f'San Ġiljan, iżda jidher li ilhom xhur jistennew risposta.", "Dawn talbu biex l-istess inizjattiva li saret mas-Sirens issir ukoll mal-Klabb tal-waterpolo ta' San Ġiljan.", "Barra minn hekk, jista' s-Segretarju Parlamentari Chris Agius jispjega għaliex l-istess Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, kif ukoll dawk ta' Tas-Sliema, u tal-Imsida tnaqqsulhom iktar minn €2 miljun minn dan il-fond li huma kellhom allokat għalihom?", "Għall-korrettezza rridu ngħidu wkoll li dan il-Fond għall-Iżvilupp tal-Ippjanar kien jeżisti qabel, però dan il-Gvern biddel l-isem minn Urban Improvement Fund għal Development Planning Fund, iżda huma l-istess tip ta' fondi.", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li jekk għandu xi ħaġa tajba dan il-Gvern hija li qatt ma qal li x-xemx telgħet meta tlajna fil-Gvern aħna!", "Dan il-fond kien jeżisti, però kif qed jgħid tajjeb l-Onor.", "Interpellant, tejjibna fuqu.", "Il-fond kiber ħafna iktar għaliex ħloqna skemi differenti.", "Dwar il-problema li semma tal-Klabb tal-Waterpolo ta' San Ġiljan irrid ngħid li jien għamilt numru ta' snin responsabbli mill-isports u allura jien fost l-iktar nies konxji tad-diffikultajiet li jkollhom l-għaqdiet sportivi.", "Naħseb li jien għaddejt minn dak li jgħaddi minnu s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima u naf kemm jiġu jitolbu sabiex tgħinhom.", "Tkun tixtieq tgħin lil kulħadd …", "Hawnhekk tajjeb li ngħidu li l-fondi għall-isports mhumiex l-istess fondi għall-isports li kien hemm snin ilu.", "U dan grazzi għal dan il-Gvern li qed jirrikonoxxi l-importanza tal-isports f'dan il-pajjiż.", "Aħna qed nallokaw iktar flus sabiex lill-għaqdiet sportivi ngħinuhom ħafna iktar!", "Rigward il-pitch tal-waterpolo ta' San Ġiljan, fejn l-Onor.", "Interpellant semma t-tnaqqis mill-Kunsill Lokali, irrid ngħid li dettalji m'għandix, però jekk jagħmilli mistoqsija bil-miktub inkun nista' nirrispondih.", "Dan il-fond qiegħed sabiex intejbu l-faċilitajiet, sabiex igawdu minnhom ir-residenti, però – u hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq San Ġiljan, għax kif għedt, id-dettalji ma nafhomx – jekk ikollok talba għal faċilità u fiha tinkludi xi ħaġa li tirrendi l-flus, naħseb li hemm ikollna diffikultà.", "Għaliex dan il-fond qiegħed hemm sabiex jiggwadanjaw minnu r-resident.", "Jekk imbagħad fl-aħħar mill-aħħar parti minn faċilità jew għaqda jibda jkollha dħul kummerċjali, naħseb li jkun ġust li dik il-parti fejn hemm dħul kummerċjali tinqata' barra.", "Dan għaliex aħna rridu ngħinu lir-residenti u lil dawk li jagħmlu użu minn din il-faċilità.", "Meta aħna għamilna l-Liġi tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Isports – u dawn m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin - konna għedna li jekk se nagħtu faċilità biex fiha jipprattikaw l-isports biss, se jkun hemm ir-rata sussidjata li għandna llum, imma jekk il-parti tal-faċilità sportiva se tintuża sabiex il-klabb ikollu dħul finanzjarju, naħseb li hemmhekk huwa ġust li dik il-parti ma tkunx sussidjata bħalma tkun il-parti sportiva.", "Fil-ġranet li ġejjin niġbor l-informazzjoni, kemm fuq il-fond għall-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, kif ukoll dwar x'ġara eżatt.", "L-Onor.", "Interpellant qal li nżammet it-talba.", "M'iniex konxju li t-talba ta' San Ġiljan inżammet, iżda se nkun qed nivverifika.", "Nieħu pjaċir jekk fil-ġranet li ġejjin ikolli mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nwieġeb għal dak li qal l-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius diġà ta ħarsa lejn l-iskemi passati, dawk ta' qabel l-iskema 'Irrestawra Darek'.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari Chris Agius jinforma lil din il-Kamra x'tinvolvi din l-iskema, kif wieħed jista' japplika, minn xiex jista' jgawdi, anke bħala fondi, u x'tip ta' xogħol ikun jista' jagħmel permezz ta' din l-iskema?", "CHRIS AGIUS: Sur President, il-ġimgħa l-oħra erġajna varajna l-iskema 'Irrestawra Darek', din id-darba bl-ammont ta' €5 miljuni.", "Din l-iskema ġiet varata fil-bidu ta' Mejju, imma jekk m'iniex sejjer żball, tiftaħ fl-10 ta' Ġunju.", "Varajnieha qabel għaliex kellna lment minn familji li xtaqu japplikaw, però meta ħriġna l-iskema jew ma sabux perit, jew il-perit ma lestiex il-pjanti fil-ħin, jew inkella damu sabiex indunaw bl-iskema.", "Kif għedt, l-iskema tas-sena l-oħra ttieħdet f'għaxart ijiem, allura din is-sena varajnieha kważi xahar qabel.", "Din is-sena hemm €5 miljun ddedikati għar-residenzi u huma ddedikati għal djar grade 1 u grade 2.", "Però din id-darba hemm innovazzjoni għax qed ngħidu li streetscape, fejn ikun hemm a stretch of properties ta' mhux inqas minn 50 metru, jekk japplikaw flimkien l-ammont ta' fondi li jingħataw jirdoppja.", "Jiġifieri filwaqt li għal kull residenza jistgħu jingħataw €10,000, jekk japplikaw flimkien, dawn jingħataw €20,000.", "Il-massimu għal kull residenza huwa ta' €10,000, però, kif diġà għidt, jekk tkun streetscape, fejn jista' jkun hemm negozju wkoll inkorporat fihom, dawn jibbenefikaw minn iktar mid-doppju.", "Naħseb li għal darb'oħra din hija skema interessanti ħafna.", "Sur President, matul is-snin ippermettejna li f'żoni ta' konservazzjoni urbana (UCAs), f'żoni ta' village cores, isir aluminju.", "Illum għandna ħafna familji li qed jitħajru jibdlu lura għall-injam.", "Iva, qed naraw interess li b'din l-iskema japplikaw sabiex jibdlu mhux biss l-aperturi, iżda anke l-gallariji għal tal-injam.", "Jien nittama li l-Awtorità tal-Ippjanar tkun f'pożizzjoni li jerġa' jkollha skemi bħal dawn.", "Skema oħra li ħolqot ħafna interess hija l-iskema li ħriġna dan l-aħħar flimkien mal-Ministeru għall-affarijiet Ewropej għan-naħa t'isfel tal-Belt Valletta, in-naħa ta' Marsamxett, skema li tlaħħaq l-ammont ta' €2 miljun biex jinbidlu l-gallariji.", "Ikunu ħafna l-lokalitajiet li jitolbuna li noħorġu din l-iskema għal-lokalità tagħhom bħal, pereżempju, it-Tlett Ibliet u l-irħula.", "Naħseb li jkun tajjeb li fiż-żmien li ġej inkomplu naħdmu, kif diġà ħdimna, sabiex skemi simili bħal dik li ħriġna għan-naħa t'isfel tal-Belt, għan-naħa ta' Marsamxett, tkun tista' toħroġ għal lokalitajiet oħrajn.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, ftit tal-ġranet ilu ġiet ippubblikata policy riveduta mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-pompi tal-petrol.", "L-ewwel nett, nilqa' t-tibdil propost, li jidher li sar studju fid-dettall.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari Chris Agius jispjega ftit fuq din il-policy u x'qed jiġi rivedut?", "X'inhi t-triq u l-proċedura minn hawn 'il quddiem?", "CHRIS AGIUS: Sur President, naħseb li kulħadd huwa konxju li matul dawn l-aħħar xhur fil-pajjiż kien hawn kontroversja dwar pompi tal-petrol ġodda fuq żona ta' 3,000 metru kwadru.", "Bħala Gvern li jisma' aħna ddeċidejna li naraw li nvaraw għal konsultazzjoni reviżjoni għal din il-policy tal-pompi tal-petrol.", "Kien hemm laqgħat ma' entitajiet differenti u, kif wegħedna, sal-aħħar ta' April aħna ħriġna policy riveduta għall-konsultazzjoni.", "Din ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika sabiex wara li jagħlaq il-perjodu ta' konsultazzjoni, imbagħad tkun tista' tiġi quddiem il-Kumitat tal-Kamra sabiex iż-żewġ naħat tal-Kamra jkomplu jiddiskutu fuqha sabiex possibbilment ikollna policy li tkun inqas kontroversjali, tkun tista' tilħaq iktar it-talbiet tan-nies u x-xewqat tal-entitajiet u tal-ENGOs sabiex fl-aħħar mill-aħħar it-talbiet li kellna matul l-aħħar snin sabiex ikun hemm reviżjoni jkunu jistgħu jintlaqgħu.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - GRIEVANCES BOARDS", "L-ONOR.", "Karol Aquilina) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8318 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?", "Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri?", "Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord, u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti?", "Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?", "CHRIS AGIUS (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba diġà mogħtija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari 8890 f'seduta 203.", "Nixtieq inżid ukoll li skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, it-tagħrif mitlub jinsab hawn taħt:", "Każi mressqa (submissions): 159", "Każi milqugħa (upheld): 38", "Ammont tal-Kumpens: €270,359.60", "Ħlas lill-membri tal-bord: €30,367.30*", "*Dan l-ammont ġie mħallas lill-kumpanija IDEA u mhux lill-membri tal-Bord individwali.", "PJAZZA RAĦAL ĠDID U ĠNIEN DUMINKU MINTOFF – BIKE RACKS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-pjazza ta' Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type, li wara kollox huma approvati wkoll mill-Bicycle Advocacy Group?", "CHRIS AGIUS (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Trasport, Trasport Malta kienet qed tikkonsulta mal-Perit inkarigat mill-proġett u rrakkomanda li jsir disinn mill-ġdid għal bicycle racks sabiex ikunu konformi mal-livell li huwa diġà stabbilit.", "ĦRUĠ TA' LIĊENZJI TAL-KAĊĊA U INSIB", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji tal-kaċċa fl-2017 u fl-2018?", "Jista' jgħid ukoll kemm inħarġu liċenzji tal-insib fl-2017 u 2018?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninsab informat illi fis-sena 2017 ġew imġedda 12,925 liċenzja tal-Pulizija għall-ġarr ta' armi tan-nar għall-kaċċa u nħarġu 224 liċenzja ġdida għall-istess skop.", "Fis-sena 2018 ġew imġedda 12,913-il liċenzja għall-ġarr ta' armi tan-nar għall-kaċċa, waqt li nħarġu 165 liċenzja ġdida għall-istess skop.", "Liċenzji tal-kaċċa jinkludu kaċċa fuq l-għasafar mill-art u mill-baħar u kaċċa għall-fniek u persuna jista' jkollha iktar minn liċenzja waħda.", "Dwar liċenzji ta' nsib dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar kien hemm l-aħbar dwar investiment ta' iktar klieb fil-Korp tal-Pulizija.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' dawn il-klieb?", "Jidher ukoll li s-suċċess ta' qbid li sar dan l-aħħar kien ġej mill-klieb tal-Pulizija, kif ukoll tad-Dwana.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Bażikament, hemm tliet aspetti fir-rwol tal-klieb fil-Korp tal-Pulizija.", "Wieħed minnhom huwa fejn jidħol il-qbid tad-droga, fejn jiġu mħarrġa għal hekk, kif ukoll jiġu mħarrġa għal splussiv u jiġu mħarrġa anke f'każ ta' rewwixti.", "Naħseb li huwa tajjeb li qed isir investiment min-naħa tal-Korp tal-Pulizija fejn għandu x'jaqsam taħriġ.", "Irrid nieħu l-opportunità wkoll biex nirringrazzja lill-HSBC, li b'mod regolari qegħdin jagħtu donazzjonijiet ta' numru ta' klieb lill-Korp tal-Pulizija.", "L-istess se nkunu qed nagħmlu fil-jiem li ġejjin f'setturi oħrajn fejn għandu x'jaqsam maż-żwiemel tal-Korp tal-Pulizija.", "Għandna żwiemel li issa kibru fl-età, li ħafna drabi jiġu sfurzati biex joħorġu u anke bħala ħarsien tal-annimali se nkunu qed naħdmu biex nagħmlu l-bidliet kollha neċessarji biex inkunu konformi mal-liġijiet tal-protezzjoni tal-annimali.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 86 tal-2019 - Ordni tal-2019 li jemenda l-Ordni dwar ir-Rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-Assistenti (Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva);", "f'isem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' ċirkolari maħruġa mid-Dipartiment tal-Kura Primarja lill-Bereġ kollha bi struzzjonijiet dwar tneħħija ta' ċerti affarijiet minn ġol-bereġ, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9895;", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 81 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal- P.L. 3420 K.L.B.L Nru 51/05/2019 - Bye-Laws tal-2019, dwar ir-Reklami fuq l-Għamara tat-Toroq u fil-Piċċ tal-Futbol tal-Kunsill Lokali (Kunsill Lokali Ħal Safi);", "Avviż Legali Nru 87 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ li jistabbilixxi s-26 ta' April 2019 bħala d-data meta d-dispożizzjonijiet kollha, minbarra l-artikli 30 u 71 tal-Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali (Emenda Nru 2) (Att Nru XIV tal-2019); u", "Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera għas-sena 2017, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9612;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 80 tal-2019 – Regoli tal-2019 dwar Miżuri għall-Kontroll tal-Marda Newcastle;", "Avviż Legali Nru 82 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Stima Ambjentali Strateġika; u", "Avviż Legali Nru 84 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart (Riċiklaġġ tal-Bastimenti);", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 85 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Flus; u", "Rapport dwar il-Ħidma tal-Public Contracts Review Board matul l-2018;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 83 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar l-Azzjoni fuq id-Depożitu Illegali ta' Materjal fuq l-Art u fuq ir-Riklamazzjoni Illegali tal-Art;", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 9587 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 219 tal-10 ta' April 2019 dwar il-pjan lokali u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Marsa;", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 9588 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 220 tal-11 ta' April 2019 dwar il-pjan lokali u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun;", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 9589 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 220 tal-11 ta' April 2019 dwar il-pjan lokali u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Floriana;", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 9590 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 220 tal-11 ta' April 2019 dwar il-pjan lokali u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Belt Valletta;", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 9591 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 220 tal-11 ta' April 2019 dwar il-pjan lokali u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Pietà; u", "Informazzjoni addizzjonali għall-mistoqsija parlamentari 9592 li tweġiba għaliha ngħatat fis-seduta 220 tal-11 ta' April 2019 dwar il-pjan lokali u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità ta' Santa Venera.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar mandati ta' arresti Ewropej li ġew esegwiti f'Malta bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9897.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista ta' stennija għal kull servizz mogħti mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali sal-aħħar ta' Frar 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9984.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijet?", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ORDINANZA DWAR IL-PENSJONIJIET", "MICHAEL FALZON: Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet.", "Kap 93\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' JOBSPLUS GĦAS-SENA 2019", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ, Kap. 343.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq isiru mill-Gvern.", "Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima.", "CLIFTON GRIMA (Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat): Sur President, huwa tassew bi pjaċir li se nkun qed nagħmel l-intervent tiegħi, fejn se nitkellem dwar l-estimi għall-Jobsplus, li tant qed tagħmel xogħol siewi ġewwa pajjiżna, xogħol li huwa anke evidenti.", "Dan għax meta wieħed iħares lejn il-fatti, lejn il-figuri, faċilment jinduna li x-xogħol siewi li qed isir qiegħed iħalli l-frott.", "Meta wieħed jitkellem dwar Jobsplus mill-ewwel jasal biex jaħseb dwar l-impjiegi, però r-realtà hija li fir-rigward tas-suq tax-xogħol ġewwa pajjiżna kien hemm numru ta' miżuri li għenu sabiex jikber dan is-suq tax-xogħol.", "Se nibda bl-ewwel servizz anċillari li kien importantissimu sabiex kabbarna s-suq tax-xogħol.", "Qed nirreferi għas-servizz taċ-childcare b'xejn u hawnhekk, qabel nibda nħares lejn il-figuri, li ħadd ma jista' jmerihom, nixtieq nitkellem dwar il-fatt li ċ-childcare qiegħed hemmhekk sabiex jeduka lit-tfal tagħna.", "Iċ-childcare mhux post fejn wieħed jitlaq lil uliedu.", "Studji xjentifiċi juru li l-ewwel elf ġurnata tal-ħajja tat-tfal tagħna hija essenzjali fil-mod kif dawn jiżviluppaw f'aspetti bħal-lingwa u l-mod kif jikkomunikaw.", "Allura huwa importanti ħafna li jkollna bidu b'saħħtu għat-tfal tagħna, li jgħin sabiex jifforma lit-tfal tagħna fil-mod ta' kif dawn ikunu jistgħu jikbru u eventwalment jiżviluppaw b'mod sħiħ, anke fis-sistema edukattiva ta' pajjiżna, li għandha l-għan li proprju tara li tgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jiżviluppaw b'mod sħiħ, b'tali mod u manjiera li jkunu lesti għad-dinja tax-xogħol u għad-dinja reali.", "Irrid ngħid li kien hemm kważi 16,000 tifel u tifla li bbenefikaw mill-iskema minn meta din bdiet f'April tal-2014.", "Dan ifisser li kien hemm il-ġenituri ta' dawn it-tfal li raw lit-tfal tagħhom jibbenefikaw minn din is-sistema edukattiva, raw lit-tfal tagħhom jitgħallmu minn din l-esperjenza edukattiva, u fuq kollox kellhom anke l-inċentiv sabiex il-ġenituri, it-tnejn li huma, ikunu jistgħu joħorġu jaħdmu.", "Qabel is-sitwazzjoni kienet ftit limitata għax dawk li kienu jifilħu jħallsu għaċ-childcare u llum il-ġurnata għandek il-ġenituri ta' 16,000 tifel u tifla li bbenefikaw minn din l-iskema.", "Din l-iskema, kif diġà għedna, tgħin lit-tfal, iżda fuq kollox tara li l-familji jkunu jistgħu jimmassimizzaw id-dħul tagħhom.", "Sur President, huwa importanti li wieħed isemmi li fis-sena 2018 kien hemm kważi 7,000 tifel u tifel li bbenefikaw minn din l-iskema.", "Hawnhekk qed naraw li n-numru dejjem qed jikber.", "Jekk wieħed iħares lejn iċ-childcare centres li għandna madwar il-pajjiż jista' jara żieda konsistenti.", "Bħalissa hawn 129 childcare centre li qed jagħmlu użu minn din l-iskema u huwa tajjeb li wieħed jgħid li 88% tagħhom huma childcare centres privati.", "Hawnhekk qed naraw kif meta lill-poplu tagħtih l-inċentiv, meta tagħtih l-għodda u tagħtih l-inizjattiva, il-poplu jieħu dawk l-opportunitajiet u jinvesti sabiex jara li jkun qed jagħti kontribut importanti ħafna kemm lill-ekonomija ta' pajjiżna, kemm lis-settur edukattiv ta' pajjiżna, kif ukoll – u importanti - lis-settur tax-xogħol ġewwa pajjiżna.", "Ġaladarba konna qegħdin nitkellmu dwar l-importanza tac-childcare centres ġewwa pajjiżna, wieħed jista' jimxi għal pass ieħor.", "Aħna nibdew nieħdu ħsieb lill-poplu Malti u Għawdxi mit-twelid u allura, wara li semmejna lit-tfal ta' età żgħira, nixtieq nagħmel referenza għall-garanzija taż-żgħażagħ, li tant qed narawhom bħala protagonisti fiż-żmenijiet li qegħdin fihom, iż-żgħażagħ li tant semmejna waqt li konna qed nitkellmu dwar il-Vot 16, u jien persważ li se jkunu qegħdin jeżerċitaw rwol importanti ħafna.", "Numru konsiderevoli ta' żgħażagħ diġà qegħdin jieħdu sehem b'mod attiv fil-qasam pubbliku u aħna qegħdin naraw li fis-suq tax-xogħol, permezz ta' Jobsplus, ngħinu liż-żgħażagħ ikomplu jagħmlu passi 'l quddiem.", "Infatti kellna madwar 600 żagħżugħ u żagħżugħa li bbenefikaw minn preventive classes li jsiru fis-sajf.", "X'inhuma dawn il-klassijiet?", "Dawn huma lezzjonijiet li jsiru fis-sajf mingħajr ħlas ġewwa l-MCAST.", "Din hija wegħda oħra fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista u allura dan il-Gvern qed iżomm kelmtu.", "Hawnhekk qegħdin naraw li kemm jista' jkun inżommu liż-żgħażagħ fis-sistema edukattiva tagħna u ngħinuhom ikomplu jiżviluppaw b'mod sħiħ.", "Irridu nkunu ċerti li ma nitilfu lanqas żagħżugħ jew żagħżugħa waħda.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna, li wieħed m'għandu qatt jittraskura l-ebda żagħżugħ jew żagħżugħa, fis-sens li rridu nkunu onesti magħna nfusna u jekk b'xi mod jew ieħor ikollok is-sistema edukattiva li ma tkunx qiegħda tilħaq lil kulħadd, hemmhekk irridu nkunu minn ta' quddiem biex nagħtu l-għodda lil dawn iż-żagħżagħ sabiex ikomplu jitgħallmu, ikomplu jiżviluppaw u jkomplu jitħarrġu.", "Huwa essenzjali li meta ż-żgħażagħ tagħna joħorġu mis-sistema edukattiva jkunu preparati għad-dinja reali, għad-dinja tax-xogħol.", "U allura ta' min ifaħħar dawn l-inizjattivi li qegħdin isiru.", "Irrid ngħid li żdied in-numru ta' ċentri f'dan is-settur tant importanti u żdiedu anke s-suġġetti f'dan is-settur.", "Huwa biżżejjed li wieħed isemmi li din is-sena żdied is-suġġett tal-Biology, u dik hija xi ħaġa ferm pożittiva.", "U la qegħdin nitkellmu dwar iż-żgħażagħ u l-importanza li jkunu ppreparati għad-dinja tax-xogħol ma nistax ma nsemmix iż-żagħżagħ ħbieb tagħna ġewwa l-ALP.", "Dawn huma żgħażagħ li sa ftit tas-snin ilu s-sistema edukattiva tagħna sfortunatament kienet tgħidilhom li huma ma kenux tajbin għal pajjiżna, li huma ma kenux jiffittjaw fis-sistema edukattiva u allura dawn kienu qegħdin jintilfu.", "Fil-fatt bħalissa għandek 56 żagħżugħ li ġejjin mill-ALP li qegħdin jagħmlu l-kors tal-IT.", "Dan ifisser li għandek lil dawn iż-żgħażagħ li qegħdin jibbenefikaw minn din il-viżjoni tal-Gvern sabiex huma jkunu preparati u jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Dan kollu huwa importanti ħafna li, fejn hemm bżonn, iva, isir profil taż-żagħżagħ, naraw fejn hu l-aħjar tagħhom, naraw fejn huwa t-tajjeb tagħhom u nkomplu nibnu fuq dak it-tajjeb.", "U fejn nistgħu ngħinuhom sabiex ikomplu jiżviluppaw, ngħinuhom jiżviluppaw u ngħinuhom anke jiksbu ċertifikazzjoni li tirrikonoxxi x-xogħol tagħhom.", "Din iċ-ċertifikazzjoni, l-ewwel nett, tgħinhom isibu l-fiduċja fihom infushom, u dik hija xi ħaġa tassew importanti, imma mbagħad il-kwalifiki jgħinuhom ħafna fid-dinja tax-xogħol.", "Kulħadd jaf li min jiġi biex jimpjega, waħda mill-affarijiet li se jkun qiegħed jistaqsi b'mod immedjat fuqha huma proprju l-kwalifiki.", "Allura hawnhekk tidħol il-komunikazzjoni ma' min iħaddem, li tant hija essenzjali.", "Hawnhekk irrid infaħħar il-fatt li kellek it-tnedija ta' ktejjeb min-naħa ta' Jobsplus li kien immirat proprju għal min iħaddem biex dawn ikunu aktar informati dwar l-opportunitajiet eżistenti għaż-żgħażagħ tagħna li, kif diġà għedt qabel, qegħdin hemmhekk sabiex jgħinu liż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għax ix-xogħol fuq kollox huwa importanti ħafna għad-dinjità tal-bniedem, fosthom li wieħed filgħodu jqum b'entużjażmu għax sejjer għax-xogħol biex jaqla' l-ħobża ta' kuljum u biex jagħti kontribut lil pajjiżna.", "U dik hija xi ħaġa posittiva ħafna.", "Fuq l-istess binarji ta' dan kollu nħoloq tim biex iżomm kuntatt ma' min iħaddem u l-parteċipanti kollha waqt l-esperjenza fuq il-post tax-xogħol.", "Jiġifieri hawnhekk m'intix qiegħed biss taqbad lil dawn iż-żagħżagħ, qlajthom minn fuq il-bankijiet tal-iskola u tfajthom fid-dinja tax-xogħol.", "Le, hemm il-job coaches, u hawnhekk ta' min isemmi u jfaħħar ir-rwol li jagħmlu l-job coaches, speċjalisti edukattivi u anke speċjalisti mediċi, li qegħdin hemmhekk sabiex iż-żgħażagħ jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn u, fuq kollox, ikunu jistgħu jmorru għall-opportunitajiet li tant huma bżonjużi għalihom.", "Sur President, tkellimna fuq iċ-childcare u fuq iż-żgħażagħ, u hawnhekk ma nistax ma nitkellimx anke dwar il-persuni vulnerabbli li jkunu qegħdin ifittxu impjieg.", "Irrid ngħid li fl-2018 kien hemm 124 persuna vulnerabbli li nstabilhom impjieg minn Jobsplus, u allura hawnhekk għandek 124 familja li ngħataw l-għajnuna kollha neċessarja, ngħataw id-dinjità, ngħataw l-opportunità li jidħlu fid-dinja tax-xogħol u ngħataw iċ-ċans li jkunu jistgħu jagħtu kontribut u anke jgħixu ħajja diċenti.", "Kien hemm 54 persuna oħra li nstabilhom xogħol wara li lestew programm ta' rijabilitazzjoni mal-Caritas jew l-OASI.", "Din hija importanti ħafna li wieħed isemmiha, il-fatt li aħna bħala soċjetà nħarsu lejn in-nies bħala nies u mhux bħala numri, inħarsu lejn in-nies bħala persuni li għandhom id-dritt li jkollhom impjieg, anke jekk wieħed forsi jkun żbalja jew qabad triq li ma tkunx l-iktar waħda ideali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu dwar nies li jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni, u allura nies li kellhom problemi, u bis-saħħa tal-Caritas u anke tal-OASI - hawnhekk insellmilhom għax-xogħol siewi li jagħmlu - ħarġu minn dan l-isqaq ta' problemi, b'riżultat li llum il-ġurnata dawn in-nies qegħdin jaħdmu u bħalna qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom billi jagħmlu xogħol importanti li jsir f'diversi setturi tas-soċjetà Maltija.", "U ladarba qegħdin nitkellmu dwar persuni vulnerabbli nistgħu nsemmu l-LEAP 2, ix-xogħol li qiegħed isir u n-nies li bbenefikaw bis-saħħa ta' dan il-proġett.", "Dan huwa proġett li sar minn Jobsplus u l-Malta Enterprise, li ħadmu id f'id.", "Hija xi ħaġa pożittiva ħafna li jkollok dipartimenti varji tal-gvern li jaħdmu id f'id.", "Hawnhekk kellek 6 persuni vulnerabbli li ngħataw għotja ta' €25,000 biex jibdew in-negozju tagħhom.", "U hawnhekk tidħol il-viżjoni ta' dan il-Gvern, li tagħti l-għodda lil dak li jkun sabiex ikun jista' jaħdem, jimraħ u jagħmel l-avvanzi fis-soċjetà.", "Dawn in-nies mhux biss ngħatawlhom il-flus, imma l-iktar ħaġa importanti li wieħed għandu jsemmi huwa l-fatt li dawn in-nies ngħatalhom ukoll job mentoring, fis-sens li kellhom persuna li hija kwalifikata li kienet qed issegwi x-xogħol li qegħdin jagħmlu u l-mod kif kienu qegħdin javvanzaw.", "U xi ħaġa importanti ħafna hija li dawn in-nies ngħataw l-għajnuna kollha neċessarja sabiex ħarġu minn dak iż-żmien diffiċli u llum il-ġurnata għandhom in-negozju tagħhom.", "X'hawn isbaħ milli persuna taħdem sabiex tassigura li jkollha d-dħul tagħhu sabiex tara li tkun tista' titma' lill-familja tagħha!", "Jobsplus ma waqfitx hemmhekk u bdew jiġu offruti servizzi ta' guidance lill-persuni li bħalissa huma residenti fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Fil-fatt kien hemm 152 persuna li bbenefikaw minn dawn is-servizzi b'riżultat li 62 persuna sabu impjieg.", "Jiġifieri hawnhekk għandek nies li kienu qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u fil-vera sens tal-kelma kien qiegħed jiġi rispettat l-ispirtu tal-liġijiet ta' pajjiżna, fejn inti għandek is-sistema korrettiva, li għandek il-liġijiet li mhumiex qegħdin hemmhekk biex jikkastigaw iżda biex jirriformaw.", "Hawnhekk Jobsplus ħadmet mal-awtoritajiet ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u rat li dawn in-nies jingħataw it-taħriġ neċessarju sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-avvanzi tagħhom.", "Barra minn hekk, 45 persuna b'diżabilità u 20 persuna vulnerabbli ġew megħjuna permezz tal-iskema Bridging the Gap.", "Ħafna drabi kulma jkun jonqos biex persuna tirnexxi jkun ftit għajnuna, dik il-ftit imbottatura li tgħin lil min forsi jkun vulnerabbli.", "Hawnhekk kellna sitwazzjoni fejn għal darb'oħra Jobsplus kienet strumentali sabiex dak li jkun jilħaq il-miri tiegħu, miri li jkunu ambizzjużi.", "Imma x'fiha li wieħed ikun ambizzjuż sakemm wieħed ikun realistiku?", "Jobsplus diġà għamlet u qed tkompli tagħmel xogħol eċċellenti f'dik li hija għajnuna lill-immigranti biex isibu x-xogħol.", "Naħseb li kulħadd jiftakar ix-xeni li konna naraw fil-Marsa, fejn kien ikollok numru ta' persuni li jkunu qegħdin mal-ġenb tat-triq jistennew lil xi ħadd jgħaddi biex jiġborhom bil-van u jmorru jaħdmu.", "Illum Jobsplus għandu uffiċċju fil-Marsa li qed jipproċessa kważi 500 talba mingħand min iħaddem sabiex jiġi offrut xogħol lill-immigranti.", "Fil-fatt, kellek aktar minn 600 immigrant li rreġistraw għall-ewwel darba għas-servizzi ta' Jobsplus.", "Hawnhekk nuru bil-kliem u bil-fatti li qegħdin naħdmu u qegħdin nirsistu sabiex nassiguraw li dawn in-nies ikollhom l-għajnuna kollha sabiex ikunu jistgħu jintegraw.", "Kulħadd jitkellem dwar l-integrazzjoni, però r-realtà hija li l-integrazzjoni mhijiex xi ħaġa ħafifa.", "L-eħfef ħaġa li tista' tagħmel dwar l-intergrazzjoni hija li titkellem fuqha, però min-natura tagħna wieħed jippreferi jkun u jagħmilha ma' min jaħseb bħalu, ma' min jirraġuna bħalu, u hemmhekk tidħol l-integrazzjoni u l-imħabba lejn pajjiżna.", "F'dan is-settur partikolari li konna qegħdin nitkellmu fuqu Jobsplus rat li jiġi simplifikat il-proċess biex jinħarġu liċenzji tal-impjieg biex dawk li jħaddmu jħaddmu immigranti minn pajjiżi terzi.", "Jekk wieħed jara l-figuri jista' jara li kien hemm żieda ta' 66% fuq is-sena ta' qabel u kien hemm numru ta' liċenzji oħrajn ta' impjieg li ħarġu.", "Hawnhekk wieħed irid jitkellem dwar l-investiment li qed isir fis-settur tas-suq tax-xogħol u dwar il-viżjoni ta' dan il-Gvern li l-immigranti li jaħdmu f'pajjiżna jitħallsu bl-istess paga bħal ħaddieħor.", "Hawnhekk għandek il-prinċipju bażilari ta' equal job, equal pay u naħseb li din hija xi ħaġa importanti ħafna, xi ħaġa li rridu naħdmu u nkomplu nsostnu fuqha, li kull min jagħmel l-istess xogħol għandu jingħata l-istess paga.", "Sur President, dan kollu ma jiġix mix-xejn.", "Dawn ir-riżultati kollha, dawn il-figuri kbar li għadna kemm semmejna ma jiġux mix-xejn, iridu jsiru l-istudji, wieħed irid iħares lejn ix-xejra tas-suq tax-xogħol, mhux biss fuq bażi lokali, iżda fuq bażi Ewropea u anke internazzjonali, u wieħed irid jagħmel l-analiżi tiegħu kif jibqa' jkollok tkabbir ekonomiku li jkun sostenibbli, li jkun sostnut.", "Wieħed irid iħares lejn numru ta' rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar dak li għandu x'jaqsam mas-settur u s-suq tax-xogħol.", "Biżżejjed wieħed jara kif aħna konna ta' eżempju f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tax-xogħol għaż-żgħażagħ.", "Hemmhekk kellek xogħol li qed isir f'dak li għandu x'jaqsam ma' studju fuq il-ħaddiema kollha tas-suq lokali.", "Hawnhekk qed insemmu l-ħaddiema Maltin, qed insemmu l-ħaddiema barranin u x-xogħol siewi li sar f'dan is-settur.", "Inkun qed nonqos jekk ma nsemmix ix-xogħol li sar sabiex jitjiebu l-ħiliet tal-ħaddiema f'pajjiżna.", "Kellek kważi 5,000 ruħ li attendew għall-korsijiet ta' taħriġ li ġew organizzati minn din l-entità, li żewġ terzi minnhom irnexxielhom jiksbu kwalifiki u dokumentazzjoni li turi li llum il-ġurnata dawn għandhom ħiliet ġodda.", "Hawnhekk Jobsplus rat kif verament tgħin lill-ħaddiema u kif tagħti l-għajnuna kollha neċessarja sabiex tagħti l-għodda lil dawn il-ħaddiema sabiex ikunu jistgħu jitilgħu tarġa.", "U hawnhekk tidħol il-mobbiltà soċjali, prinċipju li tant huwa għal qalb ħafna minna li qegħdin f'dan il-Parlament.", "Sar ukoll xogħol mal-Institute of Public Services, fejn kien hemm taħriġ għall-ħaddiema tal-gvern li huma fil-gradi mhux klerikali u għal darb'oħra qegħdin ngħinu lill-ħaddiema sabiex ikollhom aktar għodda biex ikunu jistgħu javvanzaw fil-ħajja tagħhom.", "Huwa importanti li wieħed isemmi n-numru ta' żjarat regolari li jsiru minn uffiċjali ta' Jobsplus fuq il-postijiet tax-xogħol sabiex wieħed jiżgura u jara li l-esperjenzi tax-xogħol ikunu pożittivi u li jgħinu lil min ikun qed jipparteċipa fihom biex dawn ikunu utli għalih u jgħinuh fil-ħajja ta' kuljum.", "Xi ħaġa li hija importanti ħafna li nsemmi huma l-iskemi ta' Jobsplus f'dak li għandu x'jaqsam ma' training based schemes li bis-saħħa tagħhom persuna tista' tagħmel taħriġ ma' istituzzjoni jew oħra, basta dawn ikunu liċenzjati mill-awtoritajiet Maltin, li għalihom wieħed ikun jista' jitlob refużjoni tal-miżata sa massimu ta' €1,000.", "Hawnhekk nista' ngħid li kien hemm rata għolja ħafna ta' applikazzjonijiet.", "Jiġifieri hawnhekk qegħdin ngħidu li għandek ħaddiem li diġà huwa impjegat imma jħoss li biex jagħmel l-avvanz fil-karriera tiegħu għandu bżonn jieħu korsijiet oħrajn.", "Dawn il-korsijiet jafu jkunu bi ħlas u għalhekk min ikun qiegħed fis-settur tax-xogħol u jkollu numru ta' impenji u familja x'imantni jibda jaħsibha darba darbtejn jekk japplikax għal dawn il-korsijiet miinħabba l-kwestjoni li jrid iħallas għal dawn il-korsijiet.", "Permezz ta' dawn l-iskemi qegħdin naraw kif Jobsplus qed tgħin b'mod dirett lil dawn il-persuni sabiex jieħdu dawn il-korsijiet ħalli jkunu jistgħu jagħmlu pass 'il quddiem fil-ħajja tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li saru numru ta' trade tests għax kellek mijiet ta' nies li kienu qegħdin jagħmlu xogħol manwali jew ieħor li, sfortunatament, ma kellhom l-ebda ċertifikazzjoni li tirrikonoxxi dan kollu.", "Għax meta tkun ilek 20 sena fl-istess settur tax-xogħol, tiġi biex issib impjieg fl-istess settur u min iħaddem jgħidlek li inti m'għandek l-ebda kwalifika.", "Allura dawn it-tip ta' trade tests għenu biex ikun hemm rikonoxximent lil dawn in-nies, sabiex ikun hemm id-dokumentazzjoni li turi li dawn in-nies jistgħu jaħdmu f'dak is-settur partikolari.", "Wieħed irid jgħid ukoll li ġie estiż is-servizz Investing in Skills Schemes, fejn saret ħidma b'kollaborazzjoni mal-NGOs u msieħba soċjali oħrajn biex b'hekk aktar ħaddiema kienu kapaċi jieħdu t-taħriġ.", "Hawnhekk tara u tapprezza x-xogħol siewi li qed isir minn din l-entità, li taħdem id f'id mal-għaqdiet mhux governattivi.", "B'dan il-mod wieħed ikun qed jirrikonoxxi r-rwol importanti li għandu s-settur tal-volontarjat f'pajjiżna, li ħadem biex s'issa ġie ffinanzjat it-taħriġ ta' aktar minn 2,500 persuna.", "Sur President, immaġina dawn l-eluf ta' persuni li qegħdin jieħdu dan it-taħriġ.", "Is-sabiħa hija li kważi 100% ta' dawn in-nies ħadu kwalifika talli ħadu sehem f'dan il-proġett.", "Irrid ngħid li hawnhekk sar monitoraġġ regolari biex jiġi żgurat li t-taħriġ verament ikun qed isir u, fuq kollox, mhux biss isir, imma jkun ta' kwalità tajba.", "Jien kelli 20 minuta biex nagħmel dan l-intervent iżda ngħidlek il-verità naħseb lanqas sagħtejn ma kienu jkunu biżżejjed meta wieħed qed jitkellem dwar xi ħaġa daqstant importanti bħalma hija entità li tħares lejn is-settur tal-impjiegi f'pajjiżna.", "Ejjew naħdmu lkoll flimkien sabiex naraw li jibqa' jkun hawn it-tkabbir sostenibbli, sabiex il-viżjoni li għandna għal Jobsplus, li tħares u tipproteġi s-suq tax-xogħol f'pajjiżna tibqa' tikber sabiex naraw li ċ-ċittadini kollha ta' pajjiżna jkollhom impjieg denju li jagħtihom dinjità fil-ħajja tagħhom.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, filwaqt li qed niddiskutu dwar Jobsplus, mhux se niddiskutu biss dwar Jobsplus, imma se niddiskutu wkoll il-qagħda tax-xogħol f'pajjiżna.", "Irrid nibda billi nirringrazzja l-ħaddiema kollha ta' Jobsplus, li naħseb li qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna, u ppermettili nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'pajjiżna, huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin, għax kull ħaddiem u x-xogħol li jagħmel kull ħaddiem huwa prezzjuż u allaħares ma jkollniex ħaddiema li jagħmlu xogħol differenti, għax kif jieqaf ix-xogħol ta' grupp ta' persuni partikolari nindunaw kemm huwa importanti x-xogħol tagħhom.", "Qegħdin nitkellmu fuq Jobsplus, li hija dik l-entità li għandha ħafna rwoli imma li r-rwol prinċipali tagħha huwa li tgħin lin-nies li jkunu qegħdin ifittxu post tax-xogħol.", "Jien minn dejjem ngħid li Jobsplus hija waħda mill-pilastri li tħejji n-nies għall-post tax-xogħol, pilastru sod daqskemm huma l-Università, l-MCAST u l-ITS.", "Wieħed mir-rwoli kruċjali ta' Jobsplus huwa r-retraining, ir-reskilling ta' nies li jkunu qabdu ċerta triq f'ħajjithom, imbagħad wara numru ta' snin jindunaw li forsi dik it-triq ma baqgħetx vijabbli għax l-industrija li kienu fiha ma tkunx baqgħet viijabbli.", "U allaħares ma jkollniex istituzzjonijiet bħal dawn għax din hija ħaġa li tiġri b'mod normali, li jgħaddu għaxar snin, 15-il sena, u forsi l-post jew l-industrija li fiha tkun qed taħdem tkun qed tinbidel.", "Nixtieq li nitkellem fil-qosor dwar l-estimi ta' Jobsplus għax fl-aħħar mill-aħħar hawnhekk qegħdin niddiskutu l-estimi ta' Jobsplus.", "Jidher li m'hemmx tibdiliet kbar u li l-affarijiet se jkomplu mexjin bħas-snin li għaddew, bil-fondi li huma vvotati għall-programmi differenti.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel mistoqsija lill-Ministru u forsi jirrispondiha fil-winding-up, mistoqsija onesta, mhijiex kritika, dwar il-qabża fenomenali li hemm fl-estimi finanzjarji tal-għamara u tagħmir.", "Jobsplus kull sena tħallas medja ta' €300,000 jew €400,000 fuq għamara u tagħmir, li nimmaġina li parti minnu huwa depreciation, imma fil-baġit għas-sena d-dieħla din is-somma se titla' għal €3.5 miljun.", "Ma nafx x'inhi r-raġuni, nimmaġina li hemm raġuni, u nixtieq li l-Ministru jirrispondini fuq din ukoll meta jagħmel il-winding up.", "Il-bqija naħseb li huma estimi li jkomplu fuq is-snin ta' qabel.", "Illum irrid nieħu din l-opportunità biex inħarsu ftit lejn il-qasam tax-xogħol, naraw pajjiżna fiex qiegħed u fejn irridu mmorru fis-snin li ġejjin, u nixtieq nagħmilha b'mod ġust, b'mod ekwu.", "Veru li f'pajjiżna hawn min sejjer tajjeb, hawn min għandu xogħol xogħol tajjeb u qed jaqlagħha sew, u lil dawn in-nies nawgurawlhom u jalla jibqgħu sejrin hekk.", "Ara ma jkunx hawn xi ħadd li jaħseb li l-Oppożizzjoni tieħu gost jekk xi ħadd li jkun sejjer tajjeb jibda jmur ħażin.", "L-Oppożizzjoni tieħu gost meta n-nies jimxu 'l quddiem, u wieħed mir-rwoli tagħna u r-raġuni għalfejn nikkritikaw hija għax nixtiequ naraw lil kulħadd jimxi 'l quddiem.", "Però l-verità hi li għandek grupp ta' nies f'dan il-pajjiż li, nażżarda ngħid, li dan il-grupp qiegħed dejjem qed jikber, li l-affarijiet mhux sejrin tajjeb għalihom.", "Sur President, huwa veru li f'pajjiżna bħalissa qegħdin naraw ċifri ekonomiċi li huma tajbin, veru li daqqa jkollna surplus u daqqa ma jkollniex, imma ejjew ngħidu li more or less we are hovering around those lines, imma l-verità hi li dan is-surplus mhuwiex qed jasal għand in-nies.", "U jekk tmur u titkellem man-nies u tgħidilhom li pajjiżna sejjer verament tajjeb u li qed nagħmlu surplus, ħafna nies jgħidulek li mhux qegħdin iħossuh.", "Jekk verament għandna dawn iċ-ċifri ekonomiċi tajbin u jekk verament qed nagħmlu dan is-surplus, allura wieħed jippretendi li l-ħaddiema Maltin kollha jimxu 'l quddiem, mentri din hija xi ħaġa li mhux qed tiġri.", "U hawnhekk naħseb li qed naraw fenomenu pjuttost ġdid, li ħafna mill-ħaddiema Maltin u Għawdxin qegħdin jinqabdu f'morsa doppja.", "Dan għax min-naħa qed naraw li – u dan huwa kkonfermat mill-istatistika tal-Unjoni Ewropea – iż-żieda fil-pagi tal-ħaddiema Maltin hija l-inqas żieda li kellna fl-Unjoni Ewropa.", "Mis-27 pajjiż fl-Unjoni Ewropea l-ħaddiema Maltin esperjenzaw l-inqas żieda li kien hemm mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kollha.", "Dik turi li rridu nagħmlu xi ħaġa biex nindirizzaw x'qed jiġri fil-pagi reali tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.", "Tant li issa wasalna biex il-medja tal-pagi Maltin hija aktar baxxa mill-medja tal-pagi fl-Unjoni Ewropea.", "Min-naħa l-oħra, imbagħad, għandek is-sitwazzjoni li l-għoli tal-ħajja qed jerġa' jgħolli rasu u l-aktar żewġ affarijiet li qed togħla l-ħajja fihom huma l-ikel u l-ħwejjeġ.", "Forsi hemm l-argument għax għandek għoli tal-ħajja tal-ikel tar-ristoranti u takeaways, imma jekk tneħħi dawn u tiġi biss għall-ikel li jixtru l-Maltin u l-Għawdxin għall-ħajja ta' kuljum xorta din tibqa' l-ogħla fejn qed togħla l-ħajja, imbagħad eżatt warajha, il-ħwejjeġ.", "Allura ħafna mill-ħaddiema qed jinqabdu f'din il-morsa b'diffikultajiet reali li qed ikollhom.", "L-appell tiegħi f'dan il-mument huwa li jekk kien hemm żmien li stajna nagħmlu xi ħaġa biex dan ma jseħħx, u allura jekk kien hemm żmien li stajna nagħmlu xi ħaġa biex naraw li l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha timxi 'l quddiem, huwa proprju issa meta qegħdin naraw li għandna riżultati ekonomiċi tajbin.", "U qed ikollna riżultati ekonomiċi tajbin minħabba diversi raġunijiet, fosthom għax il-klima Ewropea hija klima tajba, fejn għandek ekonomija li qed timxi 'l quddiem, it-trading partners tagħna sejrin tajjeb, sibna bażi soda fuq xiex inkomplu nibnu l-ekonomija tagħna, speċjalment fiż-żmenijiet meta d-dinja kienet qed tikkrolla ekonomikament, imma aħna rnexxielna nibqgħu sejrin 'il quddiem, u dan il-Gvern, almenu hemmhekk, sab li sab u baqa' jimxi fuqha, imma, mhux biex inkun kritiku, irrid ngħid li l-inkwiet tagħna huwa x'se jiġri fis-snin li ġejjin.", "Bħalissa għadna, kif jgħidu bl-Ingliż, riding the waves fuq l-industriji b'saħħithom li ġibna bħala pajjiż fis-snin li għaddew, li qegħdin jilħqu l-quċċata u allura dawn jagħtuk ċertu valur miżjud.", "Il-kritika, mhux tiegħi biss, imma tal-Oppożizzjoni, hija li m'aħniex qegħdin nippjanaw fit-tul, pereżempju, għal 15-il sena jew 20 sena li ġejjin.", "U naħseb li llum din hija policy tal-Gvern għax anke l-Prim Ministru qed jgħid li jidhirlu li ż-żmien huwa li tieħu d-deċiżjonijiet għal issa u l-ippjanar fit-tul ma tantx huwa importanti fl-aġenda ta' dan il-Gvern, mentri l-għajta tal-Oppożizzjoni hija li jekk m'aħniex se nippjanaw fit-tul se nbatu fis-snin li ġejjin.", "Meta qed ngħidu nippjanaw fit-tul ma jfissirx li jkollna xi pjan ekonomiku kif kienu jagħmlu fl-Unjoni Sovjetika, imma li jkollna idea ta' fejn irridu naraw lil pajjiżna sejjer fis-snin li ġejjin, x'tip ta' industriji rridu naraw f'pajjiżna ħalli nkunu nistgħu, l-ewwel nett, nikbru magħhom, għax dawn huma industriji li bħala pajjiż żgħir jaqbillek iġġibhom fl-infanzja tagħhom ħalli tkun tista' tikber magħhom, imma aktar minn hekk - u hawn irrid nallaċċja l-edukazzjoni - anke mill-perspettiva tal-edukazzjoni rridu naraw x'tip ta' taħriġ irridu nagħtu lit-tfal u ż-żgħażagħ.", "Huwa veru l-argument li jrid ikollok tfal u żgħażagħ li ma tħejjihomx biss għax-xogħol imma li tħejjihom biex ikollhom il-ħiliet kollha neċessarji biex dawn ikunu jistgħu jikkompetu fid-dinja li għad trid tiġi fis-snin li ġejjin, imma naħseb li huwa tajjeb ukoll li jkollna idea ftit aħjar ta' fejn sejrin, x'industriji jrid ikollna u ma' xiex irridu nikbru.", "Kulħadd jaf li miċ-ċiklu ekonomiku jgħaddi kollox, pajjiż, industrija, hi x'inhi.", "Mhijiex xi ħaġa negattiva din, imma hija xi ħaġa reali, li kemm pajjiż kif ukoll industrija partikolari li tibda bl-infanzja tagħha, tikber, tilħaq il-quċċata, imbagħad bil-mod il-mod tibda tnaqqas.", "U l-intelliġenza tiegħek hija li tkun tagħraf x'inhuma dawk l-industriji li bil-mod il-mod se jibdew imajnaw, u jmajnaw minħabba raġunijiet differenti, mhux minħabba politika ħażina tal-gvern, imma għax, pereżempju, isibu pajjiżi oħrajn li jkunu aktar kompetittivi u allura jidhrilhom li jkun aħjar li jitilqu mill-pajjiż li jkunu fih.", "Jiġifieri ħadd mhu qed jikkritika l-Gvern dwar ekonomiji jew industriji li jibdew imajnaw.", "Il-kritika tagħna hija li rridu nkunu lesti għal dik il-ġurnata ħalli meta tiġri nkunu nistgħu nibdlu - xi ħaġa li nagħmlu bħala pajjiż b'mod regolari - il-forza tagħna minn industriji għal oħrajn ġodda.", "Din rajnieha fil-qasam tat-tessuti meta pajjiżna kien laħaq il-quċċata fil-qasam tat-tessuti.", "Kulħadd kien imur jaħdem fil-qasam tat-tessuti, imma mbagħad din l-industrija bdiet tmajna b'mod naturali u marret f'pajjiżi oħrajn fejn kien hemm prezzijiet tax-xogħol ħafna irħas.", "Dawn telqu minn pajjiżna u aħna konna intelliġenti bħala pajjiż li bil-mod il-mod bdejna nidħlu f'industriji ġodda u bdejna nitkellmu fuq servizzi finanzjarji, turiżmu u ħafna setturi oħrajn.", "Dan irridu nagħmluh issa, speċjalment fiż-żmien li pajjiżna qed ikollu ċifri ekonomiċi tajbin u allura aktar għandna l-lussu biex inkunu nistgħu nimxu minn hemmhekk.", "Xi ħaġa oħra li rrid ngħid hija li jidher li għandek ħaddiema, ħafna drabi koppji li t-tnejn li huma jkunu qegħdin jaħdmu, u dawn ma jkunux qegħdin ilaħħqu mal-ħajja.", "Hemm diversi raġunijiet, fosthom semmejt il-fatt li l-għoli tal-ħajja f'pajjiżna bħalissa – inkunu onesti – huwa wieħed mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea.", "Imbagħad għandna l-fenomenu li issa ilu jaħkem lil pajjiżna għal ftit snin mhux ħażin, u ċjoè, tal-prezzijiet tal-proprjetà u issa l-prezzijiet tal-kera.", "Meta nitkellmu fuq koppji żgħażagħ li t-tnejn jaħdmu u llum qegħdin isibuha diffiċli biex jieħdu self mill-bank biex ikunu jistgħu jixtru post, din mhijiex xi ħrafa, din hija realtà li niltaqgħu magħha l-ħin kollu.", "U din mhijiex kwestjoni li għandna problemi f'postijiet partikolari, imma din qed tiġri madwar il-pajjiż kollu u naħseb li hemm bżonn li neħduha ħafna aktar bis-serjetà.", "Il-verità hija li fejn qabel konna fortunati li kollha kemm aħna stajna mmorru l-bank u nieħdu self biex nixtru l-post tagħna ta' età żgħira, ta' bejn 25 u 27 sena, illum din hija xi ħaġa li ħafna żgħażagħ lanqas jaħsbuha u allura jmorru għat-tieni għażla, li hija li jikru.", "U bla ma nesaġera, għax m'hemmx daqshekk nies, irrid ngħid li għandek koppji, li t-tnejn li huma jaħdmu, forsi għandhom tfal żgħar, u anke dawn qed isibuha diffiċli biex iħallsu l-kirjiet li jeżistu llum.", "Li qed ngħid mhux li nindaħlu fis-suq tal-kera, għax l-Oppożizzjoni, u jien partikolari, nemmnu fis-suq ħieles u li s-suq għandu jimxi.", "Imma li għandna nagħmlu bħala politiċi, il-Gvern, huwa li jkollna skemi li permezz tagħhom ngħinu lil dawn in-nies biex ikunu jistgħu, jekk jista' jkun, jixtru l-proprjetà tagħhom.", "U rridu nagħmlu aktar biex lil dawn ngħinuhom jixtru l-proprjetà tagħhom u, jekk le, almenu jkunu jistgħu jikru mingħajr ma jkollhom problemi.", "Sur President, li jiġri mbagħad huwa li jekk mhux se joħorġu minn dawn id-diffikultajiet għax bil-pagi relattivament baxxi tagħhom mhumiex qegħdin ilaħħqu mal-ħajja, imbagħad jibdew il-problemi hekk kif jibdew jikbru u dawn jibqgħu magħhom sakemm jaslu għall-età tal-pensjoni.", "Dan għax illum f'pajjiżna, bid-diffikultajiet kollha li dejjem kellna fil-pensjonijiet, almenu s'issa, minħabba l-għaqal tal-ġenerazzjonijiet ta' qabilna, il-gvernijiet u l-poplu, konna naslu f'punt li l-anzjani hekk kif jibdew jieħdu l-pensjoni jkunu spiċċaw iħallsu s-self li jkunu ħadu mill-bank għad-dar tagħhom u allura jkollhom piż ħafna inqas xi jġorru u jmorru għall-pensjoni b'dar li hija tagħhom, mixtrija u mħallsa totalment.", "Però b'dak li qed jiġri llum, jiġifieri d-diffikultajiet li ż-żgħażagħ qed isibu biex jixtru l-post u l-fatt li se jkunu hooked on rent, jiġifieri l-ħin kollu jridu jikru u qatt ma se jkollhom post tajjeb, jekk tibqa' din it-tendenza u jibqgħu sejrin hekk għas-snin li ġejjin, dawn in-nies se jilħqu l-età ta' 65 sena, jaslu fl-età tal-pensjoni - u kulħadd jaf, jiġri x'jiġri, nagħmlu x'nagħmlu, fis-snin li ġejjin il-pensjoni qatt mhi se tkun daqskemm hi l-paga tagħna - u xorta jkollhom jibqgħu jikru u xorta jibqgħu jiddependu fuq sid il-kera, li jista' jżidilhom il-kera.", "Naħseb li jekk irridu nkunu nies intelliġenti u nies li nħarsu ftit fit-tul irridu naraw x'nistgħu nagħmlu biex dan ma jiġrix.", "Ir-raġunijiet għalfejn qed jiġri hekk huma ħafna, fosthom u b'mod partikolari - u hawnhekk irrid inkun ċar – minħabba l-fatt li bħalissa l-popolazzjoni tagħna is ballooning, il-ħin kollu tikber, u allura qed ikun hemm pressjoni fuq il-proprjetà u fuq il-kirjiet, id-domanda hija għolja, u allura l-prezzijiet qed jogħlew.", "Sur President, issa nixtieq nitkellem ftit fuq il-kwestjoni tal-ħaddiema barranin.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li l-Oppożizzjoni m'għandha l-ebda problema li jiġu ħaddiema barranin biex jaħdmu f'pajjiżna.", "Anzi jien insostni li kienet l-Oppożizzjoni meta kienet fil-gvern, li xprunat li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea u dik fissret - u konna nafu għax emminna fiha u għadna nemmnu fiha sal-lum - li kienet se tiftaħ beraħ il-bibien ta' pajjiżna, kemm għall-Maltin li jmorru barra u jieħdu l-opportunitajiet barra minn pajjiżna, kif ukoll għal nies oħrajn li xtaqu jiġu u jagħmlu ħajjithom f'pajjiżna.", "Għalhekk, meta nitkellmu fuq il-ħaddiema barranin li jiġu f'pajjiżna ħadd m'għandu jagħti l-ebda tikketta lilna u jaħseb li aħna nibżgħu mill-barranin jew li aħna għandna politika li ma rridux barranin.", "Il-kritika li nagħmlu lill-Gvern hija li din qed issir bla ppjanar ta' xejn, bla ma nafu fejn sejrin u li qisha hija l-policy tal-Gvern li t-tkabbir ekonomiku tiegħu jiddependi l-ewwel u qabel kollox fuq iż-żieda fil-popolazzjoni.", "Din hija xi ħaġa li aħna ma naqblu magħha xejn.", "Il-punt tagħna huwa li aħna rridu li l-ekonomija tagħna tikber mhux biż-żieda fil-popolazzjoni imma billi jkollna industriji, li jkollna ħaddiema ta' ċertu livell, Maltin u barranin, li jħallu aktar qligħ f'pajjiżna, li jgħollu l-valur.", "U huwa dan it-tkabbir f'dawn l-industriji li għandu jkun l-economic driver, ir-raġuni, għalfejn l-ekonomija ta' pajjiżna tkun qed tikber.", "Din fiha wkoll riperkussjonijiet għax dawn jattiraw ħaddiema oħrajn, jattiraw ħaddiema ta' ċerta kwalità, mill-Ewropa u mhux mill-Ewropa, li jkunu jistgħu jħallu l-ħiliet tagħhom hawnhekk u li jkollhom pagi aħjar.", "Però jistgħu wkoll jattiraw ħaddiema forsi b'ħiliet inqas.", "Dak li qed ngħidu aħna huwa biex nippjanaw; il-viżjoni tagħna għandha tkun li nibnu u nkabbru l-ekonomija tagħna mhux ibbażata fuq il-popolazzjoni imma bbażata fuq dawn l-industriji, għax inkella tispiċċa kif spiċċajna aħna.", "Ftit ilu jien għamilt konferenza stampa u semmejt dak li ntqal f'konferenzi ta' waħda mill-unions Maltin.", "Dawn qalu li f'pajjiżna għandna nies li qegħdin jitħallsu bil-€1 fis-siegħa.", "Jidher li din inkwetat ħafna lill-Gvern; saħansitra l-Prim Ministu semmieha fid-dibattitu li kellu mal-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li mhux veru.", "L-appell tiegħi huwa li mmorru nkellmu lil dawn in-nies li qed jgħidu li qed jiġri hekk, naraw x'inhi l-problema, u jekk dawn l-affarijiet verament qegħdin jiġru – u m'għandix dubju li dawn in-nies ma kellhom l-ebda intenzjoni li joqogħdu jigdbu – naraw li dawn l-affarijiet ma jsirux f'pajjiżna.", "Aħna nemmenu, kif qal qabel anke l-Onor.", "Clifton Grima, fil-prinċipju ta' equal pay for equal work, irrispettivament jekk ħaddiem huwiex Malti, Ewropew jew barrani.", "Jekk qed jaħdem f'pajjiżna u qed jagħmel l-istess xogħol kif qed jagħmel Malti jew barrani ieħor, dan għandu jitħallas l-istess; l-ewwel nett għax hekk għandu jkun, għax hekk huwa sewwa, u huwa prinċipju li aħna bħala Maltin u Għawdxin nemmnu fih, u t-tieni għax il-liġijiet ta' pajjiżna jgħidu li għandu jkun hemm l-istess ħlas għall-istess xogħol li jsir.", "Min jaf kemm smajna lill-Oppożizzjoni Laburista, qabel l-elezzjoni tal-2013 meta nbidel il-Gvern, titkellem fuq il-prekarjat u l-fatt li jekk jitilgħu fil-gvern se jeqirdu l-prekarjat darba għal dejjem!", "Jien nemmen li ż-żewġ naħat irridu li l-prekarjat jinqered darba għal dejjem, imma din irridu neħduha bis-serjetà.", "M'għandix dubju li qabel l-2013 kien hawn prekarjat f'pajjiżna u probabbilment kellha raġun dak iż-żmien l-Oppożizzjoni Laburista li tikkritika lill-Gvern Nazzjonalista talli kien hemm il-prekarjat f'pajiżina, u m'għandix dubju li stajna nagħmlu ħafna aktar biex dan inkissruh.", "Għalkemm irrid ngħid li bdew jittieħdu miżuri anke fit-tenders li jagħti l-Gvern, imma l-verità hi li l-prekarjat illum hawn għadu, biex ma ngħidx żdied.", "Dan l-għajjat u dan l-echoing kollu li konna nisimgħu li se neqirdu l-prekarjat darba għal dejjem assolutament ma sar xejn minnu u, nażżarda ngħid, li hawn aktar prekarjat f'pajjiżna milli kien hawn qabel l-2013.", "Aħna ngħidu u nibqgħu ngħidu bħala Oppożizzjoni li aħna qegħdin hemm biex nagħtu l-għajnuna lill-Gvern biex il-prekarjat neqirduh darba għal dejjem.", "Ma jistax ikun li jkollok post tax-xogħol, fejn għandek ħaddiema li jaħdmu direttament mal-Gvern li jaqilgħu paga, imbagħad ħaddiema li jagħmlu eżatt l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, kollox l-istess, imma d-differenza hija li dawn ikunu jaħdmu ma' kumpanija li tkun outsourced mill-Gvern u dawn jaqilgħu paga ħafna inqas.", "Din hija inaċċettabbli!", "Kienet tiġri qabel l-2013, imma għadha tiġri sal-lum, u għaldaqstant irridu naraw li mhux biss ngħaddu liġijiet biex dawn l-affarijiet ma jiġrux, imma li dawn l-affarijiet tassew ma jiġrux.", "Pereżempju, fejn ikun hemm tenders irridu naraw li dawn l-affarijiet mhux biss ikunu miktubin fit-tender, imma li verament jitwettqu.", "Ma jistax ikun li kumpanija li tkun ħadet tender tal-gvern biex tagħmel biċċa xogħol lill-ħaddiema tagħha tħallashom ħafna inqas milli qed jitħallsu l-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu l-istess xogħol imma jkunu jaħdmu direttament mal-gvern.", "Sur President, m'għandix ħin biex nidħol fuq is-suġġett dwar il-faqar imma rrid insemmi l-fatt li l-pagi tagħna mhumiex jiżdiedu; fil-fatt qegħdin jiżdiedu imma qegħdin jiżdiedu bl-agħar rata li qed ikollna fl-Unjoni Ewropea!", "L-għoli tal-ħajja qed jgħolli rasu u bil-problemi soċjali li dawn in-nies ikollhom - ejjew inkunu onesti – f'din il-kategorija ta' nies għad għandna l-faqar f'pajjiżna.", "U naħseb li f'pajjiż li għandu popolazzjoni ta' inqas minn nofs miljun persuna, għandu jkun hemm impenn miż-żewġ naħat, fejn bħala politiċi ngħidu li l-faqar irridu verament neqirduh darba għal dejjem.", "Naħseb li b'rieda politika u b'impenn miż-żewġ naħat dan nistgħu nwettquh.", "Nixtieq nitkellem ukoll fuq aspett ieħor li qed jinkwetani ħafna fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol; qed naraw li qed ikollna problemi serji f'dak li għandu x'jaqsam mal-health and safety.", "Huwa veru li bħalissa pajjiżna għaddej minn boom fil-kostruzzjoni, iżda mhux se nidħol fil-merti tal-industrija tal-kostruzzjoni.", "Jien ili ngħid li nistgħu nibnu u niżviluppaw il-pajjiż aħjar, anke fejn jidħlu standards etiċi ta' kif isir ix-xogħol, u nistgħu nitgħallmu minn dak li qed jiġri f'pajjiżi Ewropej, fejn għandhom standards għoljin, imma l-verità hi li l-ammont ta' inċidenti u, sfortunatament, imwiet li qed ikollna fuq il-postijiet tax-xogħol jidher li qed jiżdied.", "Din hija sitwazzjoni inaċċettabbli.", "Huwa inaċċettabbli li tmut persuna waħda fuq il-post tax-xogħol, imma huwa ħafna aktar inaċċettabbli li qed isiru dawn l-inċidenti li, sfortunatament, qed nisimgħu dwarhom b'mod regolari.", "Din mhijiex kritika lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), li bir-riżorsi limitatissimi li għandha qed tagħmel biċċa xogħol tajba ħafna.", "Minn hawnhekk irrid nirringrazzja ħafna lil kull min hu involut fl-OHSA, b'mod speċjali l-ħaddiema u l-ispetturi, għax il-ftit drabi li kelli x'naqsam magħhom fuq xogħol, l-aktar meta kont sindku ta' San Ġiljan, il-koperazzjoni li kont insib mingħandhom kienet xi ħaġa inkredibbli.", "Imma l-verità hija li rridu nagħmlu xi ħaġa fejn jidħlu saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Din hija responsabbiltà tal-Gvern, ta' min iħaddem, imma hija responsabbiltà wkoll tal-ħaddiem innifsu.", "Naħseb li xogħolna huwa li, l-ewwel nett, naraw li l-istandards.", "Anke hawnhekk il-liġijiet u r-regoli jeżistu, jiġifieri ma nistgħux ngħidu li m'hemmx liġijiet, imma x-xogħol tagħna bħala politiċi u x-xogħol tal-Gvern huwa li dawn jiġu inforzati u għalhekk naħseb li hemm bżonn li nżidu r-riżorsi li għandha l-OHSA.", "It-tieni nett nappella bil-qawwa lil min iħaddem għax ma jistax ikun li minħabba li bħalissa għaddejjin … Qed nitkellem fuq il-kostruzzjoni, imma s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhumiex biss fil-kostruzzjoni, għalkemm bħalissa huwa dak is-settur li qed jagħmel il-headlines!", "Ir-raġuni li qed jiġri dan probabbilment hi li tant iridu jagħmlu xogħol malajr li, kif jgħidu bl-Ingliż, \"we are cutting many corners\" u allura l-ewwel ħaġa li naqtgħu barra tkun is-saħħa u s-sigurtà!", "Dan huwa inaċċettabbli!", "Naħseb li meta nkunu qed inħarrġu l-ħaddiema tagħna rridu nħarrġuhom ukoll dwar kif jieħdu ħsieb tagħhom infushom, però rridu naraw li nipprovdulhom l-apparat kollu li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom.", "Irridu naraw ukoll li meta jkunu fuq il-post tax-xogħol il-ħaddiema tagħna jużaw l-ilbies protettiv.", "Huwa veru li tiltaqa' ma' min iħaddem u jgħidlek li hu jagħtihom it-taħriġ kollu u dak kollu li hemm bżonn, imma għal xi raġuni l-ħaddiem jidhirlu li m'għandux jieħu ħsieb tiegħu nnifsu għax jaħseb li inċident jiġri lil kulħadd imma ma jiġrix lilu!", "Allura l-appell tiegħi jmur lejn il-ħaddiema, biex jekk is-sid tal-post tax-xogħol ma jipprovdilhomx l-apparat meħtieġ jesiġu li jipprovdihulhom, imma mbagħad jekk ikollhom kollox iqisu li jużawh kif suppost biex jipproteġu lilhom infushom fuq il-post tax-xogħol.", "Hemm diversi aspetti oħrajn li xtaqt nitkellem dwarhom, iżda m'għandix daqshekk ħin għad-dispożizzjoni tiegħi, fosthom dwar il-problema tal-gender pay gap, li naf li l-Onor.", "Claudette Buttigieg titkellem ħafna dwarha.", "Dan huwa inaċċettabbli f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea.", "Deħlin fis-sena 2020, ilna 15-il sena fl-Unjoni Ewropea u għad għandna gender pay gap li aktar qed tiżdied milli tonqos.", "Huwa inaċċettabbli li f'pajjiżna rġiel jaqilgħu ammont ta' flus u nisa jaqilgħu inqas, sempliċement għax huma nisa.", "U naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra naqblu li din mhijiex xi ħaġa aċċettabbli u hemm bżonn nagħmlu xi ħaġa biex verament dan jibda jonqos.", "Ftit ilu f'diskors li għamlet l-Onor.", "Buttigieg qalet li bir-rata li sejjer pajjiżna, biex naslu f'punt li l-pagi tan-nisa u l-irġiel jiġu l-istess, irridu nistennew, jekk m'iniex sejjer żball, madwar 30 sena oħra.", "Naħseb li bħala pajjiż nistgħu nagħmlu ħafna iktar biex dan jinbidel.", "Qabel nikkonkludi dan id-diskors, Sur President, nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema ta' Jobsplus ta' dak kollu li qegħdin jagħmlu.", "Allaħares ma jkollniex lilhom, speċjalment fejn jidħol retraining, li ma tantx kellna ħin nitkellmu dwaru.", "L-appell tiegħi lill-Gvern huwa biex nieħdu l-ippjanar ftit iktar bis-serjetà.", "Ejjew naraw x'tip ta' industriji u x'tip ta' taħriġ irridu naraw fis-snin li ġejjin u naraw x'inhuma l-isfidi li għandu pajjiżna bħalissa, b'mod partikolari fejn jidħlu problemi dwar iż-żieda fil-pagi u għaliex il-ħaddiema tagħna mhumiex qegħdin jaraw l-istess żidiet li qegħdin jaraw pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea.", "L-għan tagħna mhuwiex li ngħidu li pajjiżna għamel surplus jew li pajjiżna naqqas id-defiċit, għalkemm dak huwa importanti ħafna, imma aħna qegħdin fil-politika u fil-Parlament biex naraw li l-ħajja ta' kull Malti u Għawdxi timxi 'l quddiem.", "Dan hu li aħna kommessi li nagħmlu u dan hu li se nagħmlu fis-snin li ġejjin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sur President, illum qegħdin nitkellmu dwar entità importanti f'qasam li huwa fil-qalba tal-politika ta' dan il-Gvern, il-qasam tax-xogħol, li ftit tal-ġranet ilu ċċelebrajna l-ħolqien tiegħu u l-kisbiet li kellna matul is-snin.", "Fl-1 ta' Mejju ċċelebrajna dak kollu li jfisser u li hu marbut max-xogħol, fosthom lill-ħaddiema u lil min joħloq ix-xogħol u l-investiment li qegħdin nattiraw lejn pajjiżna.", "Dan għaliex f'qalbna verament għandna dan is-settur tant importanti, settur li r-riżultati minnu huma ferm pożittivi għaliex dan il-Gvern għamel l-għażliet it-tajbin li permezz tagħhom qegħdin noħolqu x-xogħol, niġġieldu l-qgħad u naraw kif immexxu kull settur fl-ekonomija tagħna 'l quddiem.", "Però, kif jgħidu, maż-żmenijiet irridu dejjem naġġornaw, irridu nifhmu x-xejriet, irridu nifhmu iktar dak li huwa meħtieġ li nagħmlu biex nippreparaw lil pajjiżna għall-ġejjieni u nħejju lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, li huma l-futur ta' dan il-pajjiż, biex ikunu jistgħu jwieġbu għal dak li x-xejriet tax-xogħol se jkunu qegħdin joffru fil-futur.", "U naħseb li hawnhekk għandna bżonn inkomplu nsaħħu l-impenn li għamilna u li qegħdin nagħmlu, mhux biss li nassiguraw li jkollna ekonomija li tagħmel suċċess u li toħloq ix-xogħol ….", "U dwar dan nixtieq li mill-ewwel nagħmel osservazzjoni.", "F'pajjiżna l-ekonomija qiegħda tikber għaliex ħadna d-deċiżjonijiet it-tajbin u għandna klima ekonomika li qiegħda tattira l-investiment.", "Fil-fatt qegħdin nagħmlu dak li huwa meħtieġ biex fl-ekonomija tagħna jinħolqu setturi ġodda, u mhux kif qiegħda tipprova tgħid l-Oppożizzjoni, li l-ekonomija tagħna qiegħda tikber għax qed tikber il-popolazzjoni.", "Naħseb li din hija analiżi kompletament żbaljata.", "Iċ-ċifri juru realtà kompletament differenti u l-policies li qegħdin nimplimentaw qegħdin juru kif l-isfida li għandna hija kif inżommu r-rankatura tat-tkabbir ekonomiku għaddejja.", "Iżda fuq kollox it-tkabbir ekonomiku qed iwassal għal domanda dejjem tikber ta' ħaddiema mħarrġa, ta' persuni b'ħiliet, kemm dawk tradizzjonali, kif ukoll tal-oqsma l-ġodda.", "U dik hija l-isfida li dan il-Gvern irid ikompli jwieġeb għaliha b'diversi policies u għażliet importanti.", "Riċentement f'dan il-Parlament tlaqqa' dak li jissejjaħ il-Parlament tal-Imprendituri.", "Din kienet opportunità pożittiva għax matul dik is-sessjoni smajna rappreżentanti varji li ġejjin minn oqsma differenti fil-qasam tal-kummerċ, li kważi lkoll poġġew ir-realtà ekonomika ta' pajjiżna bħala li għandha a positive outlook, u li l-isfida li qegħdin jiffaċċjaw ħafna mis-setturi ekonomiċi ta' pajjiżna hi li m'hemmx biżżejjed ħaddiema mħarrġa u lesti biex inkomplu mmexxu l-affarijiet 'il quddiem.", "Għalhekk jien ngħid li għandna bżonn inkomplu nsaħħu numru ta' inizjattivi li se nkun qiegħed insemmi biex verament nippreparaw u nwieġbu għal din id-domanda dejjem tikber, li hija kawża ta' ekonomija li qiegħda tagħmel suċċess, qiegħda toħloq iktar opportunitajiet ta' xogħol u li qiegħda tattira setturi ġodda, li magħhom ifisser ħiliet u taħriġ ġdid.", "Jien u nipprepara dwar dan li qed nitkellem dwaru llejla ġieni f'moħħi l-qawl Malti li jgħid li bin is-sengħa għandu nofsha.", "Meta ġuvni jew tfajla kienu jagħmlu l-għażliet tagħhom dwar x'tip ta' xogħol se jagħmlu fil-ħajja tagħhom, it-tradizzjoni kienet turi li għal diversi snin, ġenerazzjoni wara oħra, is-sengħa tal-missier dak iż-żmien kienet tintiret mill-iben u jkollok kontinwazzjoni.", "Għalhekk ngħidu li bin is-sengħa għandu nofsha.", "Fl-antik dik kienet il-forma ta' job exposure li kien ikollhom in-nies.", "Jien inħoss li waħda mill-affarijiet importanti li rridu nkomplu nsaħħu hija kif lit-tfal tagħna minn età żgħira nibdew ngħallmuhom dwar l-oqsma varji tax-xogħol, fejn huma l-opportunitajiet li wieħed irid ifittex biex jagħmel il-futur tiegħu u jibni l-karriera tiegħu, ħalli minn hemmhekk persuna tkun tista' tifhem aħjar x'inhuma l-għażliet li trid tagħmel fil-qasam edukattiv u liema taħriġ trid tikseb biex tkun tista' tidħol f'dak il-qasam tax-xogħol li tkun tixtieq.", "Għaliex ħafna drabi ninnota – u dan huwa importanti wkoll – li jkun hemm nuqqas ta' għarfien dwar x'ifissru numru ta' setturi ekonomiċi biex fl-għażliet li jagħmel żagħżugħ jew żagħżugħa jkun qed jitħejja biex jidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Illum irridu nifhmu wkoll li s-soċjetà u l-ekonomija tagħna m'għadhomx statiċi, fejn għandek ir-rabtiet tas-snajja' tradizzjonali jew il-professjonijiet tradizzjonali.", "Illum bl-avvanz teknoloġiku kontinwu, bil-bidliet u x-xejriet kollha li qed ikollna fl-attività inġenerali, qed ifisser li għandek numru ta' professjonijiet u xogħlijiet li forsi llum ma jeżistux, iżda għada dawn it-tip ta' xogħlijiet se jkunu jeżistu u jkun hemm ħtieġa ta' taħriġ partikolari biex inti tkun tista' twieġeb għal din id-dinja li kontinwament qiegħda tinbidel.", "Hawnhekk naħseb li huwa tajjeb li nissottolineaw inizjattiva li jieħu ħsieb id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li permezz tagħha tfal tal-iskola tal-Form IV jingħataw l-opportunità biex japplikaw biex imorru f'postijiet tax-xogħol differenti ħalli jaraw hands-on dak il-qasam x'joffri biex minn hemmhekk ikollhom il-possibbiltà li jifhmu aħjar jekk dak it-tip ta' xogħol huwiex verament ta' interess għalihom u jekk humiex qegħdin jitħarrġu biżżejjed biex jilħqu dik ir-realtà.", "Hawnhekk nixtieq naqsam esperjenza li kelli fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħi u nsemmi studenta li llum waslet lejn l-aħħar tal-kors tal-Liġi, li fil-fatt tagħmel xi ftit prattika fl-uffiċċju tiegħi, li meta kienet għadha Form IV talbet biex tmur tara x-xogħol legali kif isir u llum qiegħda fl-aħħar tal-istudji tagħha biex eventwalment tingħaqad ukoll fil-professjoni legali.", "Id-dinja llum m'għadhiex magħmula mit-tobba, mill-avukati, mill-periti u l-professjonijiet tradizzjonali biss, jew minn snajja' li sfortunatament uħud minnhom qegħdin jintilfu, għaliex għamilna żmien fejn inqasna bil-kbir milli ninvestu fit-taħriġ tagħhom.", "Għax huwa tajjeb li wieħed isemmi li kien hemm żmien fejn f'pajjiżna kellna l-iskejjel tas-snajja', kienet sistema li naħseb illum ilkoll naqblu li ma kenitx l-aħjar sistema, għaliex fil-fehma tiegħi kienet sistema li biha kważi kważi persuna kienu jgħidulha li mhijiex tajba għall-iskola u allura se jibagħtuha fi skola tas-snajja'.", "Dan minkejja li dawn l-iskejjel tas-snajja' għamlu ġid kbir u minnhom ħarġu nies imħarrġin fix-xogħol tagħhom.", "Hawnhekk irrid insemmi x-xogħol li qed jagħmel il-Ministeru għall-Edukazzjoni.", "Hemmhekk se naraw bidla oħra; is-sistema edukattiva tagħna se tittrasforma ruħha b'mod importanti ħafna, fejn it-tfal tal-iskola ma jibqgħux iridu jidħlu u jikkonformaw mas-sistema, imma rridu naraw sistema li ddur mal-ħteġijiet u l-ħiliet ta' kull tifel u tifla li jattendu l-iskola.", "Dik hija bidla importanti ħafna li fiha nnifisha tkun qiegħda tgħin biex, l-ewwel nett, nirrealizzaw u nifhmu x'inhuma l-ħiliet ta' kull tifel u tifla li jattendu l-iskola u naraw li nagħtuhom l-assistenza kollha possibbli u l-aħjar taħriġ, għax hemmhekk hija ċ-ċavetta li tirnexxi.", "Marbut ma' dan kollu hemm ukoll dak ix-xogħol li kont qed insemmi, li lit-tfal nesponuhom għar-realtajiet tad-dinja tax-xogħol u l-opportunitajiet li jeżistu.", "Min forsi għandu bżonn iktar għajnuna nagħtuh iktar għajnuna, għax fil-politika u fil-viżjoni tagħna rridu naraw li kulħadd jingħata ċ-ċans li jirnexxi u li jkollu l-aħjar karriera possibbli ġaladarba jidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Dan jorbot ukoll ma' żjara li għamilt flimkien mas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri l-ġimgħa li għaddiet f'kumpanija stabbilita f'pajjiżna, li x-xogħol tagħha huwa l-produzzjoni ta' video games, li huwa qasam ġdid fejn qegħdin naraw rivoluzzjoni sħiħa ta' kif il-futur se jkun miexi 'l quddiem.", "Dan huwa tip ta' xogħol li għandu bżonn ħiliet partikolari, fejn hemm rabta ikbar bejn id-dinja li toffri l-edukazzjoni, l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna ma' dawn is-setturi ġodda li qiegħda tattira u toffri l-ekonomija tagħna.", "Irridu naraw kif flimkien inħejju bl-aħjar mod possibbli sabiex il-ħaddiema Maltin, it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin jingħataw dawn l-opportunitajiet importanti permezz ta' taħriġ f'dawn ix-xogħlijiet, li ħafna minnhom joffru kondizzjonijiet mill-aqwa.", "Hekk inkunu qegħdin nippreparawhom tajjeb biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Sur President, biex inżommu l-ekonomija tagħna għaddejja bir-rankatura li għaddejja, filwaqt li nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin, huwa importanti wkoll li nsostnuha.", "Qegħdin nitkellmu dwar tliet oqsma importanti, jiġifieri l-qasam tal-infrastruttura, il-qasam tal-innovazzjoni u l-qasam tal-inklużjoni.", "U hawnhekk huwa tajjeb nifhmu aħjar kif meta qed ngħidu \"infrastruttura\" mhux qegħdin nitkellmu biss dwar l-infrastruttura fiżika, imma anke l-infrastruttura li ssostni dawn l-oqsma kollha, anke permezz ta' iktar taħriġ u li nħejju aktar nies biex jimxu 'l quddiem.", "Biex insaħħu l-qasam tal-innovazzjoni jrid ikollna iktar nies imħarrġin, iktar nies li jkollhom dik ir-rieda, li nfissrulhom il-ħtieġa li jkollok iktar rieda biex jidħlu f'dawk l-oqsma li magħhom iġġib l-innovazzjoni.", "Hemmhekk ukoll għandna l-possibbiltà li nkomplu ndaħħlu oqsma ġodda u nsaħħuhom, oqsma li jbiddlu wkoll it-tip ta' ekonomija u t-tip ta' xogħol li nattiraw lejn pajjiżna.", "Kif qal ukoll l-Onor.", "Karl Gouder, dan il-Gvern mhux fuq dan il-livell biss qed imexxi l-affarijiet 'il quddiem, imma anke fejn jidħlu kondizzjonijiet tax-xogħol.", "Dan huwa Gvern li wara snin żied il-paga minima.", "Dan huwa Gvern li daħħal il-kunċett ta' tapering of benefits biex ikompli jħeġġeġ iktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jkollhom impjieg.", "U seta' jagħmel dan għaliex għandna ekonomija li qed toħloq iktar xogħol.", "Dan huwa Gvern li żied b'rata qawwija l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, kompla jsaħħaħ dik il-parteċipazzjoni tan-nisa mhux biss għax żidna l-postijiet tax-xogħol f'pajjiżna, imma ma ninsewx li ta s-servizz ta' childcare mingħajr ħlas li permezz tiegħu ffaċilitajna l-possibbiltà li iktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Dan huwa servizz li qabel l-2013 ma kienx jeżisti, jew kont trid tħallas għalih, jew inkella kont trid tara x'se tagħmel biex tidħol fid-dinja tax-xogħol.", "Dawn huma bidliet importanti li fuqhom irridu nkomplu nibnu.", "Forsi llum għandna numru ta' nies li daħlu fid-dinja tax-xogħol f'tipi ta' xogħlijiet meqjusin bħala umli.", "Jiena ngħid li kull min joħroġ għax-xogħol biex jieħu l-paga qed jagħmel biċċa xogħol onorabbli u m'għandniex niddistingwu.", "Fuq kollox ma nistgħux ninsew li meta persuna daħlet fid-dinja tax-xogħol … Huwa importanti li nibqgħu nħajru persuna tkompli tħarreġ lilha nnifisha u titgħallem minkejja li tkun daħlet fid-dinja tax-xogħol għax b'hekk inkunu qegħdin nassiguraw li mhux biss biex ikollna iktar ħaddiema mħarrġa, imma wkoll inkabbru l-possibbiltà li persuna timxi 'l quddiem.", "U dawn huma wkoll mezzi ta' kif niġġieldu l-prekarjat.", "Sur President, irrid infakkar lill-Onor.", "Gouder li dan il-Gvern daħħal regolamenti stretti dwar il-mod kif jitħallsu l-ħaddiema tal-kuntratturi, b'kuntrast ma' dak li kien jiġri qabel, meta konna f'sitwazzjoni fejn il-Gvern kien konparteċipi mal-prekarjat għax kien jagħlaq għajnejh.", "Dan il-Gvern għamel standards li qabel ma kenux jeżistu.", "Biddilna l-affarijiet; fadlilna x'nagħmlu u hemm affarijiet li rridu nindirizzaw.", "Però t-track record tagħna f'dan il-qasam jagħti garanzija lill-ħaddiema għax għandna ekonomija dejjem tikber, għandna l-ħolqien tal-ġid, għandna l-possibbiltà li nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li bnejna, għax fl-aħħar mill-aħħar it-tkabbir ekonomiku mhuwiex l-għan aħħari, imma t-tkabbir ekonomiku nikkonsidrawh bħala mezz biex niżguraw ġustizzja soċjali.", "Il-mixja li għamilna matul dawn l-aħħar sitt snin se tkompli tikkonferma kif nistgħu nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li għamilna, nifhmu r-realtajiet il-ġodda, iżda fuq kollox inkunu f'sitwazzjoni li nieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin biex naraw li l-ġid verament jasal għand kulħadd.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel hu li dan kollu jiddependi minn kemm immexxu 'l quddiem l-aġenda ta' pajjiżna bħala pajjiż magħqud, bħala pajjiż li qed iħares 'il quddiem bil-ħsieb li jkompli jmexxi l-attività ekonomika biex minnha jgawdu l-ħaddiema u l-poplu Malti.", "Anke fl-ambitu tal-elezzjoni li ġejja tal-Parlament Ewropew, naħseb li l-aġenda ta' 'Malta f'Qalbna' rridu mmexxuha 'l quddiem.", "B'mod partikolari jien konvint li l-poplu se jkun qiegħed iżomm quddiem għajnejh il-kisbiet tal-forza politika li rrappreżentat lil pajjiżna fl-aħħar ħames snin, li mexxiet 'il quddiem l-għajta ta' Ewropa soċjali, li mexxiet 'il quddiem l-aġenda ta' Malta, għall-kuntrarju ta' min kien komdu li ħa l-vot tal-Maltin u mar f'istituzzjonijiet Ewropej biex jitkellem u jkeskes kontra Malta.", "Sur President, il-poplu Malti fil-25 ta' Mejju se jagħmel dik id-distinzjoni għax jaf li dak it-tajjeb li bnejna jiddependi minn min verament għandu lil pajjiżna f'qalbu, min fuq kollox għandu l-aġenda li f'dan il-pajjiż jinħoloq il-ġid u min f'kull kantuniera tad-dinja lest imexxi l-aġenda tagħna biex nibqgħu noħolqu x-xogħol u l-ġid.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, naħseb li kulħadd sema' bil-moviment ta' tmien sigħat, tmien sigħat xogħol, tmien sigħat rikreazzjoni, tmien sigħat mistrieħ.", "Qegħdin ngħixuh dan illum?", "Għandna life-work balance?", "Għandna dak il-bilanċ bejn il-ħidma tax-xogħol tagħna u l-ħidma li għandna nagħtu bħala dover lill-familji tagħna?", "L-għoli tal-ħajja qiegħed iwassalna biex verament ikollna dan il-bilanċ?", "Taf x'ġara għax dan il-bilanċ mhux qed jinżamm bejn ix-xogħol, ir-rikreazzjoni u l-mistrieħ?", "Iddgħajfet il-familja Maltija u Għawdxija, inkisru r-relazzjonijiet, twarrbu t-tfal, u dan kollu biex inlaħħqu mat-tiġrija tal-ħajja biex b'hekk il-flus iwasslu, għax il-ħajja tant għoliet għal ċerti familji Maltin li jkollhom jaħdmu l-koppja, it-tnejn li huma, jew inkella l-missier ikollu jagħmel xogħol ieħor.", "Dan m'għandux x'jaqsam ma' Jobsplus.", "Jien għandi kull tifħir għal din l-aġenzija, b'mod partikolari fejn jidħol xogħol għal persuni b'diżabilità, jew immigranti li jkunu qed ifittxu xogħol, jew għal dawk li m'għandhomx ħiliet.", "Imma wieħed m'għandux iħares lejn il-politika ta' dan il-Gvern mil-lat ta' numri.", "Huwa tajjeb li n-numru ta' nies li jinsabu mingħajr impjieg huwa baxx ħafna, u dan jawgura tajjeb.", "Imma lil hinn mill-volum, meta niġu għall-valuri, fejn aħna meta nħarsu d-dinjità tal-bniedem fuq il-post tax-xogħol, meta nħarsu lill-persuna nnifisha?", "Il-paga minima għoliet.", "Għoliet biżżejjed?", "Le, ma tgħixx biha.", "Għiduli x'tagħmel b'inqas minn €700 fil-ħajja tal-lum!", "Ma tgħixx ħajja diċenti, ma tgħixx ħajja komda.", "Niftaħru bil-konċetta ta' equal pay for equal work, jiġifieri li jkollok l-istess salarju għall-istess lant tax-xogħol.", "Is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tal-port ġabha dan il-Gvern stess b'idejh, ħoloq diskriminazzjoni bejniethom, reġa' daħħal l-eredità meta kien diġà tahom il-flus!", "Hemm equal work, equal pay meta niġu għall-ħaddiema tal-portijiet?", "Hemm equal work, equal pay fis-settur tal-edukazzjoni jew fis-settur tas-saħħa għal dawk li jaħdmu mal-kuntrattur u jaħdmu spalla ma' spalla ma' dawk taċ-Ċivil?", "Dan il-Gvern wegħedhom li xi darba dawk tal-kuntrattur se jkollhom l-istess paga, imma dan ma seħħx, la fil-kamp edukattiv u lanqas fil-kamp tas-saħħa.", "Fis-settur tat-trasport pubbliku bil-maqlub, il-barrani jitħallas iktar mill-Malti!", "Staqsu lil min jaħdem bħala xufier fit-trasport pubbliku.", "Dawn huma wegħdiet li nitkellmu dwarhom hawnhekk b'mod fieragħ, imma fir-realtà hemm barra għadna 'l bogħod.", "Biex ma nsemmix in-nisa!", "Il-parteċipazzjoni tal-mara żdiedet u kellha tiżdied bilfors minħabba l-għoli tal-ħajja, imma dawn għandhom l-istess paga meta mqabbla mal-irġiel li jaħdmu fuq l-istess post tax-xogħol?", "Dwar il-prekarjat irrid ngħid li sar avvanz, imma għandna ħaddiema barranin li qed jaħdmu fl-iskjavitù f'pajjiżna?", "Qegħdin inħarsu d-dinjità fuq il-post tax-xogħol?", "Qegħdin inħarsu lejn dawk in-nies li xorta għadhom jabbużaw mill-ħaddiem, Malti jew barrani, billi jħaddmuh żewġ impjiegi biex ilaqqtu 40 siegħa u b'hekk ma jkollux l-istess kondizzjonijiet ta' dak il-ħaddiem li jaħdem 40 siegħa mal-istess employer?", "Nafu wkoll dwar abbuż ieħor li għadda minnu ibni stess.", "Ibni ggradwa mill-Università, ħadem ma' wieħed barrani hawn Malta fis-settur li ggradwa fih, u beda jżommu sagħtejn żejda kuljum.", "Dan ħaddmu bil-paga minima, u ta' missier kont għedtlu biex imur jaħdem hemm għax għall-inqas kien se jġib l-esperjenza, allavolja huwa gradwat mill-Università bħala healthcare professional.", "Beda jaħdem, u wara li għaddew xahrejn u nofs it-tifel staqsieh jekk kienx se jħallsu ta' dawk is-sagħtejn żejda li kien qed jaħdem kuljum.", "Għax kien ferħan se jtir li, għalkemm kellu paga minima, dawk is-sagħtejn se jżidulu s-salarju.", "It-tweġiba kienet ċara u tonda li hu ma jħallasx tas-sahra, b'riżultat li ibni kellu jitlaq għax dak huwa prekarjat ukoll, għalkemm mhux prekarjat uffiċjali.", "Dik hija l-problema, li nitkellmu fuq in-numri u mhux fuq il-valuri.", "Se nitkellem ftit dwar il-ħarsien tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Dan huwa kejl ieħor.", "Naf li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tagħmel ħilitha kollha, imma hemm bżonn ikollha r-riżorsi biex tħares u tissalvagwardja l-ħarsien tal-ħaddiema.", "Imma jien nistaqsi: Illum fejn huma l-unions għall-protezzjoni tal-ħaddiem?", "Fl-aħbarijiet għadna kemm smajna dikjarazzjoni mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, li qalet li għall-Ħdud u l-festi pubbliċi ma jħallsux lill-ħaddiema siegħa siegħa u nofs.", "Għalfejn?!", "L-infurzar fejn qiegħed?!", "Din kienet dikjarazzjoni pubblika u fl-istess ħin il-Gvern ma jwiddibx.", "Hemm bżonn li jkollna sistema politika li tindirizza din il-pjaga għax in-nies hemm barra qegħdin iħossuha.", "Din hi l-weġgħa ta' qalb jekk Malta hija verament f'qalbna!", "Ara għalija, pajjiżi huwa f'qalbi!", "Din hi l-weġgħa ta' qalb soċjali li qegħdin iħallsu n-nies hemm barra u li l-Gvern qiegħed jittraskura, l-infurzar!", "Lil hinn min-numri u mill-volum, hemm bżonn inħarsu l-valur, il-kwalità tal-ħajja li kull ċittadin Malti u Għawdxi għandu jgħix b'dinjità fuq il-post tax-xogħol u ma' familtu.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, f'dan l-aħħar intervent min-naħa tagħna f'isem l-Oppożizzjoni dwar l-aġenzija Jobsplus naħseb li tajjeb li nifhmu ftit minn fejn tlaqna.", "Dak li llum nafuh bħala Jobsplus huwa l-legat tal-Partit Nazzjonalista fl-1990, meta ġiet stabbilita l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) mill-Ministru għall-Politika Soċjali ta' dak iż-żmien, Dr Louis Galea.", "Sa qabel dak iż-żmien ma kellniex entità ta' dan it-tip u għalhekk saret liġi li permezz tagħha twaqqfet l-ETC bħala entità legali b'numru ta' funzjonijiet partikolari.", "Il-funzjonijiet u l-għanijiet primarji li kellha dakinhar il-Korporazzjoni - li m'hemmx dubju għadhom applikabbli sal-lum minkejja li, kif qal anke l-kollega tiegħi l-Onor.", "Karl Gouder, iż-żmenijiet ibiddlu l-affarijiet - għadhom dawk li għandha llum il-Jobsplus, jiġifieri funzjonijiet primarjament marbuta max-xogħol.", "Fl-1990, meta twaqqfet l-ETC, wieħed mill-għanijiet primarji tagħha kien li jingħata servizz pubbliku għall-ingaġġ, kif ukoll li jingħata taħriġ lill-Maltin u li ttejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema.", "Kif nafu, mingħajr taħriġ il-possibbiltà tiegħek li ssib xogħol ta' kwalità tonqos.", "L-ETC kienet tipprovdi diversi korsijiet ta' taħriġ u kien hemm ukoll skemi ta' apprendistat, li għalkemm mhumiex korsijiet akkademiċi, jagħtuk il-ħiliet prattiċi biex tkun tista' tiffaċċja l-isfidi li tiltaqa' magħhom fil-post tax-xogħol.", "Sussegwentement infetħu wkoll numru ta' ċentri reġjonali madwar Malta biex niffaċilitaw l-aċċess għal dawk il-Maltin li jew kienu mingħajr impjieg jew kellhom nuqqas ta' ħiliet.", "F'dawn iċ-ċentri kienu jieħdu t-taħriġ meħtieġ mingħajr ma jkollhom bilfors imorru fiċ-ċentru tal-Belt, jiġifieri xi ħadd mill-Mellieħa ma kellux għalfejn bilfors imur il-Belt Valletta.", "Mad-dħul ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, l-ETC kienet ukoll strumentali biex takkwista u timplimenta proġetti tal-European Social Fund (ESF) biex tkun tista' twessa' l-opportunitajiet li toffri, speċjalment lil persuni żvantaġġjati u persuni b'diżabilità.", "Kull membru stat qabel ma jsir membru fl-Unjoni Ewropea jkollu l-pre-accession funds, li huma fondi Ewropej li jgħinu lil dak il-pajjiż jilħaq il-livell mistenni minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.", "Sussegwentement daħlu miżuri mmirati lejn target groups biex ikun immassimizzat is-suċċess u jkompli jonqos il-qgħad.", "Dak iż-żmien l-ETC kienet strumentali biex jibdew jiddaħħlu family friendly measures li permezz tagħhom anke dakinhar rajna żidiet fin-numri ta' nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Naturalment qegħdin naraw din iż-żieda tkompli anke f'dawn iż-żmenijiet.", "Imbagħad fl-2016 taħt Gvern Laburista nbidel l-isem tal-Korporazzjoni minn ETC għal Jobsplus.", "Jiġifieri s-sit elettroniku jgħid li l-bidla mill-ETC għall-Jobsplus ma kenitx biss bidla kosmetika, imma kienet parti minn strateġija usa' dwar tibdil tal-branding.", "U naħseb li hekk hu, għaliex dan il-Gvern Soċjalista parti mill-branding tajjeb li għandu huwa li, sfortunatament, jipprova jnessi t-tajjeb li sar minn gvernijiet preċedenti, u dan għamlu permezz ta' ħafna bidliet partikolari, f'dan il-każ fil-bidla minn ETC għal Jobsplus.", "Kellna wkoll il-każ tal-Kunsill Malti għall-Isport, li dan il-Gvern ħass li l-aħjar mod biex donnu jnessi l-legat tal-Gvern Nazzjonalista fil-passat huwa billi jbiddel l-isem, u l-Kunsill Malti għall-Isport ma nibqgħux insejħulu hekk.", "Imbagħad tajnieh isem ġdid, taparsi biex infiehmu lin-nies li waqqafna aġenzija ġdida u biddilnieha għal SportMalta, mentri fil-verità dan il-Gvern ma waqqaf xejn ġdid, kull ma għamel huwa li biddel l-isem!", "Kellna wkoll il-każ tal-gwardjani lokali, li minn gwardjani lokali biddilnielhom l-isem u ġibniehom uffiċjali tal-komunità.", "Filwaqt li l-Gvern jattakkana li aħna negattivi, il-verità hi li dan il-Gvern għandu difett kbir, difett li jifraħ b'rix ħaddieħor u jgħid grazzi lilu nnifsu!", "Jiena bdejt dan id-diskors tiegħi b'dan il-mod biex nagħti qafas u nifhmu minn fejn ġejna, u li l-affarijiet ma bdewx ilbieraħ jew illum; nagħtu l-kredtu lil min ħaqqu, nagħtu l-kredtu fejn hu mistħoqq.", "Issa se nitkellem ftit dwar iż-żgħażagħ.", "Jiena bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-żgħażagħ ma nistax ma nittrattax dan il-punt, b'mod partikolari l-wegħda ta' dan il-Gvern li kull żagħżugħ u żagħżugħa jkunu fl-edukazzjoni, fit-taħriġ jew fl-impjieg.", "Allura huwa tajjeb li nagħmel analiżi dwar din il-wegħda, dwar kemm il-Gvern verament wassal biex wettaq din il-wegħda.", "U huwa tajjeb li nifhmu li r-rwol tagħna hawnhekk bħala Oppożizzjoni hu li nagħtu proposti, imma nkunu qegħdin nonqsu jekk ma ngħidux fejn il-Gvern falla minn dak li wiegħed.", "Pereżempju, jekk nieħdu r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena fl-2018, insibu li qegħdin nitkellmu fuq 9% li kienu rġiel u 10% nisa.", "Hawnhekk qed nirreferi għal settur speċifiku ta' żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena.", "Allura dan is-settur ta' żgħażagħ illum il-ġurnata jistaqsi x'fissret għalihom din il-garanzija ta' xogħol li wiegħed il-gvern tal-ġurnata!", "Hemm ukoll il-konċett tan-NEET (Not in Education, Employment or Training).", "L-istatistika maħruġa mill-Eurostat, li hija l-aġenzija Ewropea għall-istatistika, tiddefinixxi li l-perċentwal ta' NEET f'pajjiżna fl-2018, jiġifieri żgħażagħ li la huma fl-edukazzjoni, u allura mhumiex qegħdin jattendu skola jew xi korsijiet oħrajn, la huma fl-impjieg u lanqas huma fit-taħriġ, kien ta' 8%.", "Allura, filwaqt li ngħidu li hawn ħafna xogħol f'pajjiżna, naħseb li jiena, bħala kelliem tal-Oppożizzjoni – u l-Ministru Evarist Bartolo żgur se jifhimni – inkun qed nonqos jekk niġi f'din il-Kamra u dan il-perċentwal ma nagħmilx referenza għalih.", "Għaliex ħafna drabi nintilfu f'dan il-ħafna kliem ta' ekonomija b'saħħitha u ninsew żgħażagħ li qegħdin jitilfu t-triq, falling by the wayside, kif ngħidu bl-Ingliż.", "Minkejja s-suċċessi li naraw, b'xi mod l-istituzzjonijiet tagħna mhux qed jirnexxilhom jaqbdu dan il-perċentwal ta' 8% taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena.", "Fir-rigward tal-pagi taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena fl-2018, irrid ngħid li l-paga ta' żagħżugħ f'dawn l-etajiet kienet ta' €11,166, għan-nisa kienet ta' €10,545.", "Allura hawnhekk irridu nifhmu li għandna sfida, għandna problema.", "Jien nistaqsi x'qed jagħmel il-Gvern biex dawn iż-żgħażagħ ta' 14 u 15-il sena li jagħżlu li jidħlu fid-dinja tax-xogħol - idealment f'din l-età dawn ikunu fid-dinja tal-istudju, tal-iskola u tat-taħriġ, u mhux fid-dinja tax-xogħol –ikollhom pagi aħjar milli għandhom illum.", "Tajjeb li nfakkar li l-paga medja ta' pajjiżna hija inqas minn dik medja tal-Unjoni Ewropea, allura altru li mhix l-aqwa fl-Ewropa kif wegħedna dan il-Gvern!", "Irrid ngħid ukoll li ż-żieda fil-pagi tal-Maltin kienet l-inqas fl-Unjoni Ewropea, altru milli l-aqwa fl-Ewropa kif ġejna mwiegħda!", "U fl-istess ħin iż-żieda fl-għoli tal-ħajja kienet waħda mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea, għalhekk altru milli l-aqwa fl-Ewropa!", "Id-dmir tagħna fl-Oppożizzjoni mhuwiex li nfaħħru lill-Gvern f'kollox, għalkemm dak li huwa tajjeb, irridu ngħidu li hu tajjeb.", "Aħna nirrikonoxxu li hemm setturi tal-ekonomija li sejrin tajjeb, però jien, flimkien mal-Oppożizzjoni, hawnhekk ma nistax nonqos li nagħmel referenza għal dawk iż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena li għandhom fost l-inqas pagi meta kkomparat mal-medja tal-Unjoni Ewropea u l-inqas żidiet minn sena għal sena minn fost il-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea.", "Allura hawnhekk m'aħniex l-aħjar fl-Unjoni Ewropea.", "Fil-fatt, fiż-żidiet tal-pagi, qegħdin l-agħar fl-Unjoni Ewropea!", "Jekk imbagħad nieħdu l-pagi taż-żgħażagħ ta' bejn il-25 sena u l-34 sena, u allura qed nitkellmu dwar żgħażagħ li jew ikunu spiċċaw mill-MCAST jew spiċċaw mill-Università, il-paga medja tal-irġiel hija ta' €16,000 u għan-nisa hija ta' €14,000.", "Għal darb'oħra, meta komparat ma' stati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea, għadna lura f'dak li għandu x'jaqsam maż-żieda tal-pagi f'pajjiżna.", "Hemm ukoll, Sur President, il-punt tal-gender pay gap.", "Anke f'din l-istatistika li għadni kemm ikkwotajt, id-differenza fil-paga bejn irġiel u nisa żgħażagħ ta' bejn il-25 sena u l-34 sena hija ta' €2,000 iktar għall-irġiel.", "Din hija xi ħaġa li naf li tkellmet ukoll dwarha l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Claudette Buttigieg, u qalet li din il-kwestjoni hemm bżonn tiġi indirizzata.", "Minn naħa tagħna jidhrilna li l-Gvern mhux qed jagħmel biżżejjed dwarha.", "Niġi issa għar-Rapport Annwali ta' Jobsplus.", "F'paġna 21 tar-rapport jintqal li 262 persuna ngħataw notifika ta' internship minn min iħaddem fis-sena 2018.", "Naturalment dan ma jfissirx li dan huwa t-total ta' internships li ġew ingaġġati mal-kumpaniji Maltin, għaliex jibqa' l-fatt li jista' jkollok kumpaniji li jagħżlu li ma jiddikjarawx li jkunu ngaġġaw internship magħhom.", "Internship jingħata meta persuna tkun għadha żagħżugħa, forsi għandha l-kwalifiki, però għad m'għandhiex il-ħiliet biex tagħmel dak ix-xogħol tagħha fid-dinja tax-xogħol.", "Dan għax, bħalma nafu, minn fuq il-bank tal-iskola għal fuq il-bank tax-xogħol hemm baħar jaqsam, u l-mod kif tista' tindirizza dan il-baħar li jifred dawn iż-żewġ xenarji hu billi tagħmel l-internships.", "Li jkollok 262 internship fl-2018 huwa, fl-opinjoni tiegħi, numru baxx, u għalkemm jista' jkun li fil-verità hemm iktar postijiet ta' internships li ġew ingaġġati, jibqa' l-fatt li ma kienx hemm biżżejjed.", "Issa se nitkellem ftit dwar il-Fond Soċjali Ewropew, li kien sors ta' ħafna għajnuna għal Malta f'termini finanzjarji mill-Unjoni Ewropea, fondi li kienu ħafna ogħla mill-€1 miljun li qalulna li se nġibu mill-Unjoni Ewropea!", "U xi ħadd kien kontra, u issa tant jitkellem favur l-Unjoni Ewropea li kważi kważi qisu daħħalna l-Gvern Laburista fl-Unjoni Ewropea!", "Illum jekk tistaqsi lin-nies, tant in-naħa l-oħra tal-Gvern saret favur l-Unjoni Ewropea, li kważi kważi saru huma missier Malta Ewropea!", "Imma dik hija l-ironija tal-politika u l-ironija tal-ħajja!", "U llum dan huwa l-messaġġ tiegħi liż-żgħażagħ ta' 16-il sena li se jivvotaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Ħmistax-il sena ilu, meta huma kellhom biss sena, pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea.", "Forsi min-naħa l-oħra tal-Kamra ħadd ma jgħidilhom li kien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern li daħħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna kuntenti li l-poplu tagħna llum huwa konvint li dħalna fl-Unjoni Ewropea u tant hu konvint li kważi l-poplu kollu, 'il fuq minn 90%, konvint minn din l-għażla, minn din il-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.", "Ejjew ngħidu l-affarijiet kif inhuma!", "Irrid insemmi proġett ieħor ta' Jobsplus li jista' jitwettaq grazzi għall-Unjoni Ewropea u l-fondi Ewropej.", "Qed nirreferi għall-VASTE Project, proġett ta' €11-il miljun minn fondi Ewropej, li b'kollaborazzjoni mal-Lino Spiteri Foundation itejjeb il-ħiliet ta' persuni b'diżabilità u persuni vulnerabbli.", "Meta nitkellmu dwar persuni vulnerabbli qegħdin nitkellmu dwar eks ħabsin, persuni li kienu waqgħu vittmi ta' droga u llum irnexxielhom joħorġu jew bil-mod qed jirnexxilhom joħorġu mill-vizzju tad-droga u persuni oħrajn bi sfidi fis-soċjetà tagħna.", "Skont ir-rapport annwali tal-Jobsplus, permezz ta' dan il-proġett, mill-2016 'l hawn ingħataw assistenza madwar 900 persuna f'din il-faxxa tas-soċjetà, jiġifieri persuni b'diżabilità u persuni vulnerabbli.", "Sfortunatament ir-rapport tal-Jobsplus jonqos f'ħaġa waħda konkreta: ma jgħidx x'persentaġġ min-numru ta' persuni b'diżabilità f'pajjiżna li għandhom il-potenzjal li jaħdmu fid-dinja tax-xogħol instabilhom xogħol permezz ta' dan il-proġett.", "Jiġifieri n-numru ta' 900 persuna waħdu ma tantx jiswa jekk ma narawhx fid-didattika kollha tal-persuni kollha b'diżabilità u l-persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.", "Aħna nemmnu li persuni b'diżabilità għandu jkollhom l-istess opportunitajiet daqs ħaddieħor, daqs kull persuna, daqsi u daqsek.", "Sur President, hawnhekk irrid infaħħar ix-xogħol kbir li tagħmel il-Lino Spiteri Foundation, li tassessja l-abbiltajiet ta' kull persuna, toffri opportunitajiet lill-persuni b'diżabilità li jkunu qabblu l-ħiliet tagħhom ma' dak li hemm bżonn fl-industrija tax-xogħol, però wkoll issegwi lil dawn il-persuni fl-ingaġġ tagħhom fid-dinja tax-xogħol.", "Għaliex dawn il-persuni faċilment fil-bidu jaqtgħu qalbhom u jabbandunaw din l-opportunità li tkun instabitilhom.", "Allura huwa tajjeb li l-Lino Spiteri Foundation taħdem biex issib ix-xogħol lil dawn il-persuni.", "L-Onor.", "Claudette Buttigieg qed tgħidli li kemm jista' jkun dan għandu jkun xogħol permanenti.", "Dan huwa punt importanti ħafna u nirringrazzjaha talli ġibditli l-attenzjoni.", "Huwa importanti li meta nitkellmu fuq xogħol, nagħmlu distinzjoni bejn xogħol definit u indefinit, li ma jkunx sempliċement xogħol li jwassal sal-elezzjoni li ġejja, sakemm jerġa' jitla' dan il-Gvern.", "Dak mhuwiex xogħol ta' kwalità, dak huwa xogħol prekarju!", "Meta nitkellmu dwar xogħol bil-kuntratt, li huwa definit, m'hemmx is-serħan tal-moħħ.", "Kap ta' familja jekk għandu xogħol definit ma jistax jieħu self mill-bank għad-dar tiegħu, jew biex jagħti l-edukazzjoni, jew jagħmel kapriċċ għall-familja tiegħu.", "Allura meta nitkellmu dwar opportunitajiet ta' xogħol jew kisba ta' xogħol, irridu nitkellmu fuq xogħol li huwa indefinit għal perjodu li idealment ikun sakemm tirtira minn ħajtek, għalkemm illum huwa ovvju li d-dinja tagħna tant hi mgħaġġla li qegħdin inbiddlu x-xogħlijiet tagħna minn żmien għall-ieħor, però jrid ikun ukoll xogħol ta' kwalità li ma jkunx xogħol prekarju.", "Allura f'dan is-sens huwa importanti li nerġa' lura għall-punt dwar il-persuni b'diżabbiltà, li nkomplu naħdmu biex kull persuna b'diżabbiltà nirrikonoxxu li għandha potenzjal fis-soċjetà tagħna b'ħiliet differenti.", "Aħna f'din il-Kamra m'aħniex kollha l-istess, kollha differenti, kollha b'karattri differenti, kollha b'abbiltajiet u ħiliet differenti, u daqstant ieħor kull persuna.", "Allura ejjew nirrikonoxxu u nżidu l-impenn tagħna, u l-Oppożizzjoni żgur se tkun mal-Gvern biex nagħtu iktar opportunitajiet lill-persuni b'diżabilità.", "Ladarba qed nitkellem dwar dan il-qasam irrid insemmi wkoll l-għaqda mhux governattiva Trasport Ħajja Indipendenti, li toffri trasport lill-persuni b'diżabilità li jinstabilhom xogħol, biex anke dawn ikollhom trasport affordabbli mid-dar tagħhom sal-post tax-xogħol.", "Għax irridu ngħidu li hemm piż li jrid jintrefa' mill-membri tal-familja li fi ħdanhom ikollhom persuna b'diżabilità.", "F'eżerċizzju li sar mill-Jobsplus ma' madwar 1,300 employer instab li kien hemm biss 13-il persuna li aċċettaw li jimpjegaw persuna b'diżabilità.", "Se nikkwota minn paġna 20 tar-rapport ta' Jobsplus, fejn jingħad hekk:", "Dan wara numru ta' żjarat li saru f'1,300 kumpanija; kienu biss 13 li wrew interess li jagħtu post lill-persuni b'diżabbiltà.", "Hawnhekk ejjew nirrikonoxxu li din mhijiex kwestjoni biss ta' Gvern jew ta' Oppożizzjoni, imma hija kwestjoni ta' bidla fil-mentalità fis-soċjetà tagħna.", "Din mhijiex biss kwestjoni legali, mhijiex biss kwestjoni li rridu ngħaddu l-liġijiet minn hawnhekk, mhijiex biss kwestjoni li nagħmlu l-iskemi.", "Huwa tajjeb li nagħmlu l-iskemi biex ninċentivaw lil min iħaddem biex iħaddem miegħu persuna b'diżabilità, però ejjew fis-soċjetà tagħna lkoll nagħrfu li kull kumpanija, kull fabbrika, kull min iħaddem għandu lok, b'mod jew ieħor, biex iqabbad persuna b'diżabilità miegħu jekk ikollna r-rieda li nagħtu spazju lill-persuna b'diżabilità, għax bir-rieda nagħmlu kollox.", "Sur President, hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-ħaddiema ta' Jobsplus.", "Fir-rapport tal-Jobsplus jingħad illi l-ħaddiema tal-Jobsplus ħadu madwar 17,000 telefonata u wieġbu madwar 72,000 email.", "Dan huwa xogħol li rridu nirrikonoxxuh għaliex huwa xogħol ħaddiema li, bħal kulħadd, jagħmlu dak li jistgħu biex jagħmlu xogħolhom fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Ix-xogħol ta' skills matching huwa wieħed delikat għaliex qegħdin nitkellmu dwar il-ħajjiet tan-nies.", "Mhux faċli tkun persuna li qed tipprova tfittex xogħol lil xi ħadd għaliex jirrikjedi paċenzja kbira u dedikazzjoni biex tqabbel il-ħiliet li hemm fl-industrija mal-ħiliet li għandha l-persuna.", "Se nikkonkludi d-diskors tiegħi bil-punt dwar il-ħaddiema barranin.", "Ir-rapport jgħid li 25% tal-workforce f'pajjiżna huma barranin.", "Qabel bdejt id-diskors tiegħi kont qed nisma' lill-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi jitkellem dwar il-ħaddiema barranin.", "Il-ħaddiema barranin jammontaw għal 25% tal-workforce f'pajjiżna.", "Jiġifieri ma nistgħux ngħidu li bl-argument tal-Oppożizzjoni wieħed minn kull erba' ħaddiema fejn għandek tlieta Maltin u wieħed barrani … Fil-prinċipju, waħdu, m'hemm xejn ħażin, m'għandna xejn kontra l-barranin, u huwa tajjeb li nenfasizza dan l-argument.", "Il-punt li qegħdin nagħmlu bħala Oppożizzjoni hu li l-ekonomija ta' pajjiżna m'għandhiex tikber għax inżidu ħafna nies f'pajjiżna, u allura għaliex dawk itellgħu ħafna xogħol, ngħidu li kibret l-ekonomija.", "Dik mhijiex is-soluzzjoni kif narawha aħna.", "U dan m'għandu x'jaqsam xejn mal-fatt li jkollna l-barranin f'pajjiżna.", "Aħna tant nirrispettaw lill-barranin illi konna konxji meta dħalna fl-Unjoni Ewropea li kellna l-free movement, li bħalma aħna l-Maltin nistgħu mmorru barra naħdmu f'27 stat membru, nafu li jistgħu jiġu l-barranin f'pajjiżna wkoll.", "Jiġifieri l-argument tagħna bħala Oppożizzjoni mhuwiex dwar il-barranin innifishom, imma l-politika tagħna hija li minflok inkabbru l-ekonomija biż-żieda fin-nies jaħdmu f'pajjiżna, inżidu l-attività ekonomika li trendi tajjeb.", "Allura qegħdin nitkellmu dwar high value added economic activities u billi noħolqu setturi ġodda b'kontribut għoli għall-ekonomija tagħna.", "Sur President, fid-dawl tal-kliem tal-Prim Ministru li sostna dan l-aħħar fuq stazzjon lokali, li llum smajna li talab apoloġija għalih, irrid ngħid li irrispettivament jekk ħaddiem hux Malti jew barrani, ejjew nirrikonoxxu li kull xogħol huwa bżonjuż fis-soċjetà tagħna u għaldaqstant kull xogħol jistħoqqlu r-rispett u d-dinjità ta' kull wieħed u waħda minna, mhux biss tagħna f'din il-Kamra, imma ta' kull Malti u Għawdxi.", "Independentement mix-xogħol li wieħed iwettaq, jien nirringrazzjah tas-servizz li jagħti, anke jekk hu barrani.", "Dan bħalma nirringrazzja lil kull ħaddiem Malti u Għawdxi li jagħmel xogħol u jagħti kontribut lill-ekonomija Maltija.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess sabiex id-diskussjoni tiġi interrotta għal ftit mumenti biex isir rapport dwar progress f'Kumitati.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "Fis-6.25 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għall-ftit mumenti.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sur President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta, Abbozz Nru 70, għadda mill-Kumitat b'emendi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sur President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet Oħra, Abbozz Nru 80, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emenda.", "ESTMI TA' DĦUL U NFIQ TA' JOBSPLUS GĦAS-SENA 2019", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni li kienet ġiet inerrotta ftit tal-mumenti qabel.", "L-ISPEAKER: Nistieden issa lill-Ministru Evarist Bartolo biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nixtieq nirringrazzja ħafna lill-kollegi ta' kull naħa tal-Kamra għall-kummenti, l-osservazzjonijiet, il-kritika u s-suġġerimenti li għaddew aħna u niddiskutu l-Estimi ta' Jobsplus.", "Issemmew aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tax-xogħol li mhumiex responsabbiltà ta' Jobsplus imma xorta huma aspetti importanti ħafna.", "Għax jekk qed nitkellmu fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, fuq il-livell ta' pagi, u fuq ir-relazzjonijiet industrijali u d-drittijiet fuq il-post tax-xogħol, dawn huma kollha aspetti importanti.", "Però wieħed jifhem li Jobsplus mhijiex responsabbli għal dawn l-aspetti kollha; hemm entitajiet u strutturi oħrajn li huma responsabbli għalihom.", "Nerġa' ngħid, naqbel mal-kliem u d-diskors li sar, fis-sens li dawn huma kollha aspetti importanti ħafna fil-qasam tax-xogħol.", "Jien kemm jista' jkun lanqas nitkellem fuq is-suq tax-xogħol għaliex meta nitkellmu fuq is-suq tax-xogħol inkunu qisna qed nitkellmu fuq bejgħ u xiri ta' xi prodott jew ta' xi servizz jew ta' xi nies li joffru servizzi jew jaħdmu prodotti.", "Allura jien nippreferi li nitkellmu fuq il-qasam tax-xogħol u fuq id-dinjità tal-ħaddiema kollha li jaħdmu u li għall-bżonn tad-dinjità tagħhom għandhom bżonn li jaħdmu.", "Ix-xogħol mhuwiex biss mezz kif tgħix, mezz kif ittejjeb l-għajxien tiegħek, jew mezz kif issostni lill-familja tiegħek, imma huwa wkoll mod kif tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek u kif tħossok li inti qed twettaq il-potenzjal tiegħek u qed tuża t-talenti tiegħek.", "Għalhekk naqbel mal-punti li saru minn kelliema differenti li qalu li mhux biżżejjed inħarsu lejn kemm għandna nies jaħdmu u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, imma li llum irridu nitkellmu wkoll fuq il-kwalità tax-xogħol, fuq is-saħħa fiżika u fuq is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, għaliex dawn huma kollha importanti ħafna peress li ħafna mill-ħajja tagħna nqattgħuha fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk aħna nkunu qegħdin f'sitwazzjonijiet ta' bullying jew f'sitwazzjonijiet fejn għal xi raġuni jew oħra qegħdin inbatu psikoloġikament jew fil-mod kif ngħixu fil-post tax-xogħol, inkunu qegħdin inbatu bħala persuni.", "Dawn huma aspetti importanti tax-xogħol, aspetti personali tax-xogħol, għaliex huwa x-xogħol li jagħmilna iżjed umani u allura rridu nagħtu kas dawn l-aspetti kollha.", "Meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet irridu nifhmu li l-gżejjer tagħna minn dejjem kellhom sfida kbira ta' kif se jinħoloq ix-xogħol f'pajjiżna.", "Għal ħafna snin u sekli n-nies tagħna kellhom ifittxu ħajja ta' xogħol u ħajja aħjar kważi f'kull kontinent, biex ma ngħidx fil-pajjiżi kollha tad-dinja.", "Jekk tibda ddur mal-baċir kollu tal-Mediterran issib li kellna komunitajiet kullimkien u għad hemm anke dixxendenti ta' dawn il-komunitajiet.", "Qed ngħid dan kollu għaliex l-istorja tagħna li naqsmu ma' ħafna gżejjer oħrajn fil-Mediterran u ħafna pajjiżi oħrajn fejn in-nies tagħna emigraw biex ifittxu x-xogħol u jfittxu ħajja aħjar għandha tagħmilna aktar sensittivi għal min jiġi f'pajjiżna biex jaħdem u anke jfittex ħajja aħjar fostna.", "Waħda mill-ikbar sfidi li għandna quddiemna fis-snin li ġejjin hija l-mod ta' kif se nitgħallmu - mhux faċli - ngħixu flimkien ma' tant kulturi differenti, ma' reliġjonijiet differenti, ma' mġiba differenti u ma' ilsna differenti.", "Però jiena dejjem ngħid li filwaqt li nagħtu rispett sħiħ lill-inklużjoni u lid-diversità, dejjem irridu nagħmlu dan f'qafas ta' rispett tal-liġi, ta' rispett lejn il-Kostituzzjoni tagħna u ta' rispett lejn id-drittijiet universali tal-bniedem.", "Dawk li jiġu minn kulturi oħrajn fejn ma jkunux għadhom għamlu l-kisbiet li għamilna aħna fil-libertajiet ċivili u fil-mod ta' kif nimxu ma' xulxin ma jistgħux jistennew li aħna se nmorru lura, imma huma jridu jaddattaw kif aħna qed naddattaw lilna nfusna għalihom fostna.", "Huma jridu jaddattaw lilhom infushom għall-fatt li ġew fis-soċjetà tagħna.", "Sur President, jien ninkwieta wara li llejla smajt lill-kollegi min-naħa l-oħra tal-Kamra jgħidulna li t-tkabbir ekonomiku qiegħed isir għaliex qegħdin jiġu l-barranin.", "Il-barranin qed jiġu għaliex hawn it-tkabbir ekonomiku u mhux bil-maqlub.", "Se nsemmi ċifra sempliċi.", "Aħna qegħdin noħolqu madwar 15,000 impjieg kull sena.", "Bir-rata tat-twelid f'pajjiżna l-iktar li nistgħu nimlew minn dawk il-15,000 impjieg fis-sena huma bejn 3,500 u 4,000.", "Il-11,000 l-oħrajn biex nimlewhom iridu jiġu nies minn pajjiżi oħrajn.", "Allura wieħed irid jifhimha din, li qed jiġu l-barranin għaliex hawn impjieg x'jieħdu.", "Sur President, naf li din m'għandhiex x'taqsam mal-fattur tal-estimi ta' Jobsplus, però naħseb li ta' min bħala l-iktar pajjiż li għandu rata baxxa tat-twelid fl-Unjoni Ewropea naraw wasalx iż-żmien li bis-serjetà naħsbu fuq politika li żżid ir-rata tat-twelid tal-Maltin u l-Għawdxin fostna.", "Kien hemm pajjiżi oħrajn li kienu fis-sitwazzjoni tagħna, fejn ir-rata tat-twelid tagħhom bdiet nieżla u nieżla, imbagħad ħadu deċiżjonijiet biex jerġgħu jinċentivaw sabiex ir-rata tat-twelid tikber.", "Jien naħseb li għandna nikkonsidraw bis-serjetà li waħda mill-politika tagħna għall-futur f'dan il-pajjiż tkun li ninċentivaw biex il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom iżjed tfal biex il-poplu Malti jerġa' jikber b'rata tat-twelid li tkun sostenibbli.", "Meta nitkellmu fuq is-sostenibbiltà ta' pajjiżna nħoss li anke r-rata tat-twelid għandha x'taqsam magħha u naħseb li ta' min jiddiskuti bis-serjetà x'għandu jsir.", "Ir-rata tat-twelid mhux se tiżdied awtomatikament, jew b'kumbinazzjoni!", "Irid ikun hemm ippjanar għaliha kif kien hemm f'pajjiżi oħrajn fejn, kif diġà għedt, kienet nieżla u mbagħad reġgħet bdiet tielgħa.", "Irrid ngħid ukoll li biex ikollna l-ħolqien tal-ġid u l-ħolqien tal-impjiegi huwa meħtieġ li nkomplu naħdmu biex jiġi l-investiment fostna, biex noħolqu l-ġid, u huwa importanti li f'dan il-pajjiż ċkejken, l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, nimmaturaw.", "Jien ikolli ngħid li nibża' li wara 55 sena li ilna indipendenti f'pajjiżna xorta għad baqa' xejriet ta' mġiba neo-kolonjali u ta' nuqqas ta' mħabba lejn pajjiżna.", "Għaliex wieħed mill-modi kif l-imperi kienu jaħkmu lis-soċjetajiet kienu li jifirdu lin-nies kontra xulxin u allura ddgħajjef lil dik is-soċjetà.", "U aħna bħala pajjiż żgħir ma nifilħux li nagħmlu ħsara lil pajjiżna aħna stess.", "Fis-snin kollha li ilni fil-politika min jaf kemm iltqajt ma' kollegi, pereżempju, mill-Lussemburgu, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit.", "Meta tkun qed titkellem ma' kollegi parlamentari, fil-każ tal-Ġermanja jistgħu jkunu mis-CDU, mill-Partit Demokristjan jew mill-Partit Soċjalista Demokratiku (SPD); fil-każ tal-Italja l-istess, tiltaqa' ma' nies minn partiti differenti, u fil-każ tar-Renju Unit tiltaqa' ma' parlamentari mill-Partit Konservattiv u mill-Partit Laburista.", "Fil-Lussemburgu jistgħu jkunu Demokristjani u Soċjalisti Demokratiċi.", "Ikunu mil-liema partit ikunu, meta tkun qed tkellimhom personali jsemmulek nuqqasijiet ta' pajjiżhom u jikkritikaw anke lill-kollegi tan-naħa l-oħra, imma mbagħad jgħidulek li dak id-diskors mhux se jirrepetuh fil-miftuħ għax għalihom pajjiżhom jiġi l-ewwel.", "Jiena nħoss li meta inti għandek min jobgħod biċċa mill-pajjiż iktar milli jħobb lill-pajjiż sħiħ u jaħseb li jista' jmur barra u joqgħod jagħmel ħsara lill-pajjiż ma jkunx qiegħed jispara biss fuq il-kap tagħna u fuq l-ekwipaġġ, imma jkun qiegħed jispara fuq il-vapur.", "Għalija dan, sfortunatament, huwa frott id-disprament, għaliex kieku inti taf li xi darba jew oħra se tmexxi dak il-vapur, taf li ma jaqbillekx tara li dak il-vapur jiġrilu ħsara, li dak il-vapur inti tista' theddidlu l-mod kif jaħdem u kif jista' jsalpa fil-baħar.", "Allura huwa essenzjali li jekk aħna rridu nkomplu nikbru u nkomplu niżviluppaw u nsaħħu l-ekonomija tagħna, irid isir ix-xogħol tal-investiment biex f'pajjiżna noħolqu ambjent fejn ikollna ekonomija aktar b'saħħitha u jkollna aktar xogħol u ħiliet aktar avvanzati fix-xogħol tagħna.", "Imma anke politikament, inħoss li rridu nimmaturaw, li rridu nikbru u li verament inġibu l-pajjiż sħiħ quddiemna u f'qalbna qabel ma nħallu l-mibegħda u l-istmerrija li jista' jkollna lejn in-naħa l-oħra jew lejn xi partit, jew lejn xi biċċa mill-pajjiż, tiddomina fuq l-imħabba lejn pajjiżna.", "Dan ifisser li biex tkun leali lejn pajjiżek trid tagħlaq ħalqek għan-nuqqasijiet tal-Gvern?", "Pajjiż, biex ikun b'saħħtu u biex id-demokrazija tkun b'saħħitha, irid ikollu l-Parlament li jagħmel skrutinju serju tax-xogħol tal-gvern, irid ikun hemm l-istituzzjonijiet li jaħdmu, irid ikollu dak kollu li hemm bżonn biex wieħed iħares ir-reputazzjoni tal-pajjiż.", "Però li tuża l-preżenza tiegħek f'istituzzjonijiet internazzjonali u li inti tuża l-enerġija tiegħek biex tagħmel ħsara lil pajjiżek tkun qed tagħmel ħafna ħsara, u għalija tkun politika ta' disprament.", "Din bħal ta' Sansun, li waqqa' t-tempju fuqu u kien jaf li se jmutu l-Filistej, għax kien jaf li m'għandux ċans li jkun f'pożizzjoni fejn irid jirranġa u jmexxi dak il-pajjiż.", "Allura huwa importanti ħafna li waqt li jsir x-xogħol li għandu jsir fuq l-iskrutinju, fuq il-kritika ta' fejn ikun hemm nuqqasijiet, meta naraw f'pajjiżi oħrajn ….", "Dan l-aħħar ħareġ l-indiċi dwar il-ħasil tal-flus u ġabu graph li lilna jurina fost l-ogħla, imbagħad Alla jbierek ma kien hemm l-ebda informazzjoni la dwar id-Danimarka, la dwar il-Ġermanja, la dwar ir-Renju Unit … Issa aħna nafu li l-aħħar stejjer kbar li kellna ta' ħafna biljuni ta' ħasil ta' flus kienu f'banek li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-pajjiżi.", "U Alla jbierek fl-indiċi ta' Transparency International jiġu l-ewwel!", "Dan qed ngħidu biex ngħatti jew biex ma nsemmux nuqqasijiet lokali?", "Jien naħseb li jien kont ċar mhux ħażin għax meta deherli li kelli nitkellem ċar fuq in-nuqqasijiet min-naħa ta' membri tal-Gvern u min-naħa tagħna tkellimt.", "Imma jien xorta nibqa' ngħid li fl-aħħar mill-aħħar l-imħabba lejn pajjiżna u s-sens ta' qies jitlob li dawn l-affarijiet nagħtu kashom bis-serjetà jekk ma rridux li bis-serjetà nkissru l-ħolqien tal-ġid u l-ħolqien tal-impjiegi f'pajjiżna.", "Dan meta nafu li għal ħafna sekli dejjem kienet u se tibqa' dejjem sfida kbira għal pajjiżna li noħolqu l-ġid u l-impjiegi.", "Il-ġimgħa li għaddiet kelli l-opportunità li, flimkien mal-Ministru Ġermaniż responsabbli mix-xogħol, inżur il-kumpanija Playmobil, u se nsemmiha fit-tajjeb.", "Dorna u rajna x-xogħol li qed jagħmlu; tieħu gost tisma' li din il-kumpanija li issa ilha dawn is-snin kollha fostna, hija waħda mill-iktar plants avvanzati.", "Anke teknoloġikament, għandha ħafna mix-xogħol tagħha li huwa automated, jiġifieri tintuża l-intelliġenza artifiċjali u hemm ħafna robotika tax-xogħol li qabel kien isir manwalment.", "L-istorja li toħroġ mill-Playmobil hija storja kbira ta' tama għax waqt li ħafna mix-xogħol qiegħed jiġi awtomizzat jew robotizzat - u kultant hawn Malta nitkellmu fuq artificial intelligence u automation u robotics qisna qed nitkellmu fuq il-futur, imma dan diġà qiegħed isir - is-sabiħ hu li qegħdin iżidu l-impjiegi.", "Jiġifieri hija idea antikwata li għax nawtomizzaw u nirrobotizzaw se jonqsu l-impjiegi jew jintilfu l-impiegi.", "Le, jinbidlu l-impiegi!", "U allura l-għan tagħna f'dan il-qasam hu li naraw kif se nħejju lin-nies tagħna bil-ħiliet meħtieġa għall-attivitajiet ekonomiċi ġodda li qed jinħolqu u li se jkomplu jinħolqu.", "Għalija l-ikbar sfida li għandu pajjiżna hi kif se nagħmlu żvilupp tal-ħiliet tan-nies tagħna tul il-ħajja.", "Il-futur ta' pajjiżna fuq hemm jiddependi.", "Minbarra Jobsplus, waħda mill-iktar entitajiet li hija importanti f'dan il-qasam huwa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet, li flimkien ma' Jobsplus, mal-Malta Enterprise, mas-setturi edukattivi u ma' entitajiet privati li jħarrġu lin-nies jrid jaħdem fuq il-bidliet teknoloġiċi li qed iseħħu u li se jkomplu jseħħu bil-qawwa.", "Dan sabiex ikollna nies li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol.", "Il-ħiliet huma importanti ħafna għad-dinja reali.", "Jien dejjem faħħart – u din mhux l-ewwel darba li għedtha – lill-amministrazzjoni ta' qabel li ġabet flimkien il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru tax-Xogħol.", "Aħna l-uniku pajjiż fid-dinja li għamel dan u naħseb li din hija tajba ħafna.", "Issa naħseb li rridu nġibu dawn iż-żewġ dinjiet jaħdmu flimkien, id-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol.", "Mhux faċli, għax huma żewġ dinjiet differenti, u wieħed lanqas għandu jippretendi li d-dinja tal-edukazzjoni ssir id-dinja tax-xogħol jew li d-dinja tax-xogħol issir id-dinja tal-edukazzjoni, imma jridu jaħdmu flimkien, u jien ngħid fi żwieġ diffiċli, u jekk jista' jkun f'dan il-qasam, m'għandux ikun hemm divorzju.", "Jiġifieri f'oqsma oħra se jkun hemm, imma f'dan il-qasam ma naffordjawx, la separazzjoni, la bonarja, la divorzju, hi x'inhi!", "F'dan il-każ iridu jaħdmu flimkien għaliex hekk biss nistgħu niżviluppaw il-ħiliet tan-nies tagħna.", "U hemm ħiliet li ma tistax tiżviluppahom fi klassi, ma tistax tiżviluppahom ġo università, ma tistax tiżviluppahom ġo lecture hall, imma trid tiżviluppahom fid-dinja reali.", "Is-Sibt li għadda kelli l-opportunità li nqatta' erba' sigħat għall-finali tal-Young Enterprise u minn hawn irrid nirringrazzjahom ħafna.", "Il-Young Enterprise ilhom 30 sena jagħmlu ħafna xogħol tajjeb f'pajjiżna, u jien ferħan ħafna li fl-aħħar sentejn, tlieta bdejna programmi tal-Young Enterprise fl-iskejjel tal-Primarja u tas-Sekondarja.", "Għaliex ma nistgħux nippretendu li nagħmlu xi 12-il sena fil-klassi ngħidu lit-tfal biex joqogħdu kwieti, ma jitkellmux, jobdu u jagħmlu dak li ngħidulhom aħna, imbagħad f'daqqa waħda se jsiru kritiċi, kreattivi u jieħdu l-inizjattiva.", "Allura huwa tajjeb li minn età żgħira, jekk irridu li jkollhom attitudni kritika, jaħsbu u janalizzaw, minbarra s-suġġett tal-etika li daħħalna, li sfortuntament jolqot biss ftit mill-istudenti tagħna, fejn hemmhekk jaħsbu u janalizzaw u jkunu kritiċi, irridu nagħtu programmi kemm nifilħu lill-istudenti tagħna mil-livelli kollha.", "Jekk wieħed isegwi ftit l-affarijiet jinduna li xħin tmur fiċ-childcare centres jew fil-kindergarten, it-tfal ikunu għadhom irreverenti lejk – jien ngħid very healthily - u jgħidulek x'jaħsbu, u dak li għandhom jagħmlu, u huma pjuttost kreattivi u kritiċi, imma aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar nimmansawhom, aktar nsikktuhom u aktar inġibuhom jikkonformaw.", "U aħna għandna bżonn li niżviluppaw il-ħiliet u l-potenzjal tan-nies tagħna f'kull livell.", "Se nkompli fuq is-suġġett tal-Young Enterprise.", "Jien kultant jiġu ġenituri u jgħiduli li ż-żgħażagħ tagħhom qed jieħdu sehem fi programmi ta' Young Enterprise u issa għandhom l-eżamijiet ukoll, u jistaqsuni jekk jien narahx bħala ħela ta' ħin li jmorru l-Young Enterprise.", "Jien ngħidilhom li huwa bil-maqlub.", "Jien jinkwetawni dawk il-ġenituri li jaħsbu li dak ħela ta' ħin u li ma jħallux liż-żgħażagħ tagħhom imorru.", "Iż-żgħażagħ tagħna għandhom bżonn li jkunu esposti għar-realtajiet minn età kmieni, realtà ta' ħiliet għad-dinja reali kif issolvi problema, kif titgħallem tgħix fir-realtà diffiċli tal-ħajja ta' kuljum.", "L-edukazzjoni formali tagħti ċerta preparazzjoni, imma mbagħad għandna bżonn esperjenzi oħrajn bħall-Young Enterprise.", "U jien nixtieq li esperjenzi bħal tal-Young Enterprise u, pereżempju, tal-volontarjat u parteċipazzjoni fil-qasam kulturali u fil-qasam sportiv tkun parti integrali mill-esperjenza edukattiva biex tipprepara liż-żgħażagħ tagħna għall-ħiliet.", "Dan għaliex hija ċara li l-ekonomija tal-futur… U meta qed nitkellmu dwar ekonomija tal-futur m'aħniex qed nitkellmu dwar nofs is-seklu li ġej, imma bejn sitta u għaxar snin oħra.", "Aħna llum qegħdin f'pożizzjoni li flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), nagħmlu stħarriġ ta' kif inhuma l-livelli ta' ħiliet f'pajjiżna, u din tgħidlek kif inhu l-livell meta mqabbel mal-ekonomija.", "Tgħidlek ukoll, pereżempju, x'inhuma l-impiegi li se jinħolqu sas-sena 2030 u l-ħiliet li għandek bżonn għalihom.", "Issa l-kompożizzjoni tal-ekonomija qed tinbidel.", "Kien hemm żmien fejn kienet qisha piramida, bil-ħiliet avvanzati fuq, imbagħad ftit aktar ħiliet medji fin-nofs, u ħafna ħiliet basiċi fil-qiegħ.", "Illum qed tinqaleb ta' taħt fuq, l-ekonomija miexja lejn sitwazzjoni fejn se jkollok bżonn ftit nies ta' ħiliet bażiċi, ħiliet elementari, aktar nies ta' ħiliet medji, imbagħad ħafna u ħafna aktar nies ta' ħiliet aktar avvanzati.", "Skont l-iskills panorama ta' Cedefop, jiġifieri x'tip ta' impiegi se jkollna, sas-sena 2030 l-akbar settur fejn se jkollna bżonn l-aktar nies huwa fis-servizzi professjonali, jiġifieri avukati, accountants, nies għas-servizzi finanzjarji u nies li jkunu f'pożizzjoni li jmexxu.", "Dawk se jikbru bi 42% sas-sena 2030.", "Imbagħad għandek il-qasam tal-provvista tal-enerġija, li dak ukoll trid nies tekniċi fih, u għandek il-qasam amministrattiv, fejn aħna għandna bżonn ħafna nies li kapaċi jmexxu u jorganizzaw xogħol amministrattiv.", "Qasam ieħor li s-Cedefop qed tgħid li se jikber – meta nsemmi ċ-ċifra tinkwetani għaliex għandha aspetti oħrajn għas-soċjetà tagħna - huwa l-qasam tal-kostruzzjoni, li se jkollu bżonn 25% tkabbir ta' nies b'ħiliet differenti.", "Imbagħad hemm il-qasam edukattiv b'20%, il-qasam tas-servizzi tal-IT bi 15% u l-qasam tal-bejgħ.", "Dawn huma kollha oqsma li huma mbassrin li jridu jikbru fiż-żmien li ġej u jitolbu ħiliet partikolari li biex nagħmluhom irid ikollna l-preparazzjoni meħtieġa.", "Jien ngħid li kemm fuq livell nazzjonali u anke f'livell Ewropew irridu nitkellmu fuq l-għodda li għandna bżonn għat-taħriġ.", "Jien nemmen li l-futur tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżna jiddependi minn kemm tul il-ħajja aħna kapaċi jkollna żvilupp tal-ħiliet li għandna bżonn għall-ħidma ekonomika ta' pajjiżna.", "Ftit ilu attendejt konferenza ta' livell Ewropew fuq il-futur tax-xogħol u minnha ħareġ ċar xi ħaġa li mbagħad ma ġietx enfasizzata.", "Fil-fatt dwar dan kelli ċans nitkellem mal-Kummissarju Marianne Thyssen li qaltli li jidher li għandi raġun.", "Aħna llum qed nirrealizaw li d-dinja tax-xogħol qed tinbidel, u ħafna mill-poter f'idejn min iħaddem qiegħed jiċċaqlaq għal għand min jaħdem u qed ibiddel xogħlijiet differenti.", "Dan qed ikollu riperkussjoni anke fuq it-taħriġ, għax hemm dawk li jħaddmu li qed jgħidu li huma mhux se joqogħdu jħarrġu lin-nies biex imbagħad jibqgħu magħhom sena biss!", "Din mhijiex xi ħaġa li tiġri fMalta biss imma qed tiġri anke f'kontinenti oħrajn, fosthom dak Ewropew.", "Allura rridu nistaqsu lilna nfusna x'forom, strutturi u programmi ġodda ta' taħriġ għandu jkollna u x'finanzjament irridu għalihom.", "U din hija diskussjoni importanti, issa li qed nippjanaw il-baġit li jmiss tal-Unjoni Ewropea, biex nagħmluha possibbli li l-impjegati nfushom jinvestu fihom infushom f'taħriġ u jiġu megħjuna, għaliex bħalissa l-programmi li jeżistu, anke dawk tal-Unjoni Ewropea u dawk li tħaddem Jobsplus, jitolbu bilfors l-intervent ta' min ħaddem.", "U jekk min iħaddem ma jridx japplika għal dawn il-fondi, dawn il-fondi jibqgħu ma jintużawx.", "U sadanittant min jaħdem u jixtieq iħarreġ lilu nnifsu fil-ħiliet meħtieġa ma jkollux finanzjament biżżejjed.", "Għaldaqstant jien ngħid li kemm fuq livell nazzjonali, imma anke fuq livell Ewropew, għandna nanalizzaw u noħorġu bi proposti ta' kif il-fondi għat-taħriġ ikunu jistgħu jitħaddmu direttament mill-impjegati nfushom.", "Jekk wieħed jara f'Singapore x'għamlu bl-individual training account isib li inti jkollok somma ta' flus li trid tonfoqha fi programmi akkreditati ta' taħriġ, bil-programmi infushom u anke min jagħtihom irid ikun akkreditat.", "Jien naħseb li kemm bħala Malta u kemm bħala Unjoni Ewropea għandna nikkonsidraw bis-serjetà li mmorru f'din id-direzzjoni għaliex se jkollna bżonn għall-firxa differenti ta' ħiliet u attivitajiet ġodda fix-xogħlijiet tagħna.", "Ftit ilu kellna preżentazzjoni tajba ħafna mill-kollega tiegħi l-Ministru għall-Finanzi l-Onor.", "Edward Scicluna fejn uriena kif l-attività ekonomika f'pajjiżna – u dan huwa sinjal tajjeb tal-ekonomija tagħna – għandha saħħa għax għandha setturi differenti jikkontribwixxu għaliha u mhux xi settur wieħed li qed jiddomina lis-setturi l-oħrajn.", "Din hija xi ħaġa li pajjiżna għandu bżonnha, li jkompli jkollu firxa ta' attivitajiet ekonomiċi ġodda, inkomplu naġġornaw il-ħiliet tan-nies tagħna u rridu nkomplu naraw, anke aħna stess kultant, li ma noqogħdux niskru fuq frażijiet li nistgħu nużaw bħal, pereżempju, li rridu nsiru gżira tal-blockchain jew gżira …", "Tkun tassew gżira tal-blockchain u gżira ta' dawn it-tip ta' intelliġenza artifiċjali mhux meta inti sempliċement tixtri s-servizz ta' kumpaniji li joffru dik it-teknoloġija jew dawk il-programmi, imma meta lin-nies tiegħek tħarriġhom fil-ħiliet meħtieġa biex dik it-teknoloġija ssir teknoloġija indiġena, issir attività ekonomika indiġena u inti mhux sempliċement konsumatur u qed tixtri x'qiegħed joffri s-suq dinji.", "Allura huwa tajjeb li flimkien mas-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Silvio Schembri qed naraw li ninvestu anke fit-tfal u fiż-żgħażagħ tagħna biex minn età żgħira nibdew nintroduċuhom, kif diġà qed nagħmlu u rridu nagħmlu ħafna iżjed, fil-blockchain, fl-intelliġenza artifiċjali u anke fir-robotika, għaliex dawn huma l-attivitajiet li se jkollhom bżonn.", "Ħalli nagħmluha ċara li filwaqt li qed nitkellmu dwar dan kollu hemm bżonn ħafna li nsaħħu l-Malti, l-Ingliż, il-matematika, ix-xjenza u l-istudji soċjali u umanistiċi, għaliex inkunu qed nagħmlu żball kbir u noħolqu żbilanċ kbir fil-formazzjoni tan-nies tagħna jekk inkunu qed nimbottawhom biss biex jiksbu l-ħiliet tekniċi li għandhom bżonn bla ma nagħtu kas anke l-formazzjoni umanistika u morali tagħhom.", "Jien nsostni li anke minn età żgħira lit-tfal irridu ngħidulhom li rriduhom jirnexxu, imma jridu jirnexxu anke b'mod etiku, mhux biss jirnexxu jew jagħmlu l-qligħ, imma li jagħmlu l-affarijiet sewwa u għall-ġid.", "Għalhekk irrid nerġa' ngħid li meta nitkellmu fuq ix-xogħol ma nkunx irrid nitkellem fuq is-suq tax-xogħol, imma nkun irrid nitkellem fuq il-qasam tax-xogħol, għax għandna aspetti tal-ħaddiema tagħna … Jien ma naqbilx ma' ċerti dikjarazzjonijiet li saru llejla - għax mhumiex korretti - li l-ħaddiema tagħna huma fost l-inqas li kellhom żieda jew li l-ħaddiema tagħna jinsabu fost l-agħar.", "L-ewwel nett, żgur li f'kull qasam huma aħjar milli konna sitta, seba' snin ilu, però rridu nkomplu naħdmu sabiex inkomplu ntejbu l-qagħda tagħhom.", "Imma jekk wieħed jara anke x-xejra ta' kif żdiedu l-pagi, bħala xejra l-pagi żdiedu, il-pagi ssaħħu, anke mal-medja Ewropea.", "Iva, għandna oqsma li rridu nkomplu naħdmu fuqhom bis-saħħa.", "Jien li jinkwetani huwa li ż-żgħażagħ li għad għandna li mhumiex fix-xogħol jew fl-edukazzjoni ħafna minnhom huma żgħażagħ li għandhom anke problemi personali u problemi psikoloġiċi, u allura rridu ngħinuhom jindirizzaw dawk il-problemi qabel ma huma stess ikunu motivati biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.", "Jien naħseb li l-akbar traġedja hi li minħabba ċ-ċirkostanzi li jkunu fihom tara żgħażagħ li minn età żgħira tintfielhom il-fjamma tal-ħajja fihom.", "Li minn età żgħira trid veru tagħmel xogħol kbir biex terġa' timmotivahom hija sfida kbira, imma rridu nkomplu nagħmluha.", "Kif qal il-kollega tan-naħa l-oħra, huwa tajjeb li nbiddlu l-liġijiet u li nagħmlu l-programmi ta' taħriġ, imma rridu nkomplu naħdmu ħafna biex inbiddlu l-mentalità u l-imġiba.", "Pereżempju, qasam ċar li għalkemm imxejna 'l quddiem fih naħseb li xorta għad fadal ħafna u ħafna x'nagħmlu huwa x-xogħol għall-persuni b'diżabbiltà.", "Daħħalna ħafna iktar persuni fid-dinja tax-xogħol milli qatt kellna qabel, u nieħu gost ngħid li kien hemm żgħażagħ diżabbli li kienu qatgħu qalbhom tant li lanqas biss kienu jirreġistraw u daħħalniehom fid-dinja tax-xogħol.", "Imma xorta għad fadal x'nagħmlu, u fost l-iktar oqsma li għadna lura fihom u li għadna m'għarafniex il-potenzjal tagħhom hemm dawn iż-żgħażagħ awtistiċi li jkunu kapaċi ħafna biex jagħmlu ċertu xogħol fl-oqsma tal-IT.", "Imma f'pajjiżna għadna xorta ma rnexxielniex nimmotivaw biżżejjed lil min iħaddem b'xogħol ieħor li rridu nagħmlu ta' taħriġ biex dawn insibulhom xogħol li jkun produttiv u kreattiv u jkun xogħol li kapaċi jagħmlu.", "Naħseb li rridu nkomplu nagħmlu dak kollu li nistgħu fil-qafas ta' żvilupp sostenibbli.", "Jiġifieri huwa importanti ħafna li nsaħħu l-ekonomija, li ntejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, li naħdmu dwar id-diffikultà li toħloq soċjetà ta' nies minn kulturi u tradizzjonijiet differenti sabiex iġġibhom jgħixu flimkien.", "Din aħna qed inħossuha ħafna anke fil-qasam tal-edukazzjoni, għax dawn ovvjament iġibu t-tfal magħhom u hemmhekk qed naraw din ir-realtà kemm iġġib sfidi magħha.", "Imma m'hemmx triq oħra ħlief li naħdmu biex nitgħallmu ngħixu flimkien u rridu nagħmlu dan bl-aħjar mod biex mhux biss, nerġa' ngħid, noħolqu l-ġid ….", "Aħna m'aħniex qed noħolqu l-ġid għall-istatistika tal-Fond Monetarju Internazzjonali jew għall-Bank Dinji, jew biex il-Eurostat jirrapporta li kellna tkabbir ta' 6.5%, jew biex ngħidu li l-qasam tax-xogħol kompla jiżdied b'7% fil-qasam tas-settur privat u 2% fil-qasam tas-settur pubbliku.", "L-ekonomija qiegħda hemm għan-nies u allura rridu noħolqu l-ġid, irridu noħolqu l-impjiegi, imma rridu naraw li jkun hemm il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ikun hemm il-kwalità tal-ħajja, fejn is-soċjetà tagħna ssir iżjed umana u tittratta aktar bl-akbar dinjità lin-nies kollha li jgħixu f'dawn il-gżejjer.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq ta' Jobsplus għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Ladarba ntalbet votazzjoni din tittieħed f'data li tiġi komunikata aktar 'il quddiem u dan skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra li ltaqa' llum stess is-6 ta' Mejju, 2019.", "Sar il-ħin għall-Aġġornament u nsejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "AĠĠORNAMENT", "EVARIST BARTOLO: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 7 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari; u", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni - Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, ħassejt li - b'obbligu doppju, biex ngħid hekk - kemm bħala kelliem għall-Oppożizzjoni responsabbli mill-kunsilli lokali kif ukoll bħala Deputat li ġej mit-Tnax-il Distrett, u allura fih hemm ukoll il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, li għandi nieħu l-ħin ta' dan l-Aġġornament biex tiġi reġistrata wkoll f'din il-Kamra l-verità tal-fatti ta' dak li fil-verità seħħ u għadu jseħħ f'San Pawl il-Baħar.", "Bħal donnu l-Gvern jinsab determinat li hu u l-esponenti tiegħu ma jitilfux okkażjoni waħda biex jipprovaw joskuraw lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Ma jitilfux okkażjoni waħda, esponent wieħed wara l-ieħor, inkluż il-Prim Ministru, is-Segretarju Parlamentari u anke diversi Ministri u kelliema oħrajn, li f'kull okkażjoni fejn ikun hemm il-cameras, midja soċjali jipprovaw ukoll joskuraw lil dan il-kunsill lokali.", "Li ma jintqalx, però, mill-esponenti tal-Gvern tal-Partit Soċjalista huwa minn fejn tlaqna, it-tfixkil u kif b'mod intenzjonat il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar f'dawn l-aħħar snin ma tħalliex jiffunzjona.", "U dan għaliex kien hemm intenzjoni minn min għamel minn kollox biex jipprova jaħtaf dan il-kunsill, anke jekk fl-aħħar elezzjoni tal-kunsill lokali li saret f'San Pawl il-Baħar b'mod ċar ir-residenti taw fiduċja assoluta lill-kandidati f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Meta qed nitkellem fuq San Pawl il-Baħar qed nirreferi wkoll għax-Xemxija, il-Qawra, Buġibba u anke Burmarrad u l-Wardija.", "Naħseb li hawnhekk irridu wkoll nirrikonoxxu dak li seħħ u għadu qiegħed iseħħ, għaliex fl-aħħar mill-aħħar mhux qiegħed ibati l-Partit Nazzjonalista - dak qiegħed hawn biex niddefendu kull fejn ikun hemm il-bżonn - però hija ħasra li minħabba min kien wara t-tfixkil intenzjonat kienu biss qegħdin ibatu r-residenti ta' San Pawl il-Baħar.", "Illum, għax ninsabu lejlet l-elezzjoni, qed jipprovaw jitfgħu fuq 'l hekk imsejħa \"inkompetenza fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar\".", "Mhux qiegħed jingħad, però, kemm kienu l-okkażjonijiet li l-Kunsill kien se jipprova jieħu deċiżjoni fl-interess tar-residenti u b'mod intenzjonat u, ngħid jien, irresponsabbli u żgur mhux fl-interess tar-residenti, kien hemm min iddeċieda li waqt laqgħat madwar il-mejda tal-Kunsill Lokali telaq 'il barra biex tieqaf ħesrem il-laqgħa ta' dak il-kunsill f'dik il-ġurnata għax imbagħad ma jkunx hemm il-quorum li titlob il-liġi.", "Kienu diversi dawn l-episodji!", "Illum fuq il-midja soċjali min għandu l-intenzjoni li jipprova jitfa' wkoll dubji fuq it-tmexxija ta' San Pawl il-Baħar naħseb li qiegħed jieħu din l-okkażjoni biex jagħmel dan, meta ninstabu lejlet elezzjoni oħra fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar.", "Allura mhux ġust li wieħed imur fuq il-midja soċjali jew waqt xi konferenza tal-aħbarijiet u jipprova jagħti l-impressjoni li bħal donnu jaħti biss il-Partit Nazzjonalista għal dak li hemm għaddej, u li ilu għaddej, f'San Pawl il-Baħar.", "Sur President, dan qed isir b'mod malinn u intenzjonat sabiex joskuraw u jitfgħu dell ikrah it-tmexxija li bdiet is-Sindku Graziella Galea, u llum Ann Fenech, li t-tnejn li huma sabu tfixkil kontinwu u ma tħallewx li jkunu huma fl-interess tar-residenti li jieħdu d-deċiżjonijiet li kien jistħoqqilhom ir-residenti kollha ta' San Pawl il-Baħar.", "Kien hemm episodji fejn rajna proprju mumenti partikolari biex jittieħdu deċiżjonijiet u jkun hemm min ilebbet 'il barra.", "Huwa tajjeb li n-nies ikunu jafu u jkunu jafu wkoll li anke fejn għandu x'jaqsam mat-toroq …", "U se nkun qiegħed nagħti spjegazzjoni, għaliex anke l-Ministru Ian Borg, meta ftit tal-ġranet ilu mar u tkellem dwar dik li kellha tkun stqarrija fit-13 ta' April, 2019 qal li l-Gvern ser ikompli bil-ħidma tiegħu fit-toroq ta' Buġibba, l-Qawra u l-inħawi.", "U dakinhar il-Ministru semma 17-il triq.", "Ovvjament il-Ministru dakinhar naqas li jgħid x'kien għaddej bejn Infrastruttura Malta u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, naqas li jgħid dak li Infrastruttura Malta kitbet lill-Kunsill Lokali biex isiru dawn is-17-il triq.", "Imma trid tkun ma tafx tistħi biex tmur toħroġ stqarrija għall-istampa u ssemmi dawn is-17-il triq, issemmihom b'isimhom, però ma tgħidx li Infrastruttura Malta talbet is-somma ta' aktar minn €1 miljun biex il-Kunsill Lokali jgħaddihom b'mod immedjat lill-istess Infrastruttura Malta.", "Iktar minn hekk, kontra l-prassi fil-mod kif jaħdem il-procurement relatat mal-obbligi tal-kunsill lokali meta jiġu biex jagħmlu x-xogħlijiet, meta jiġu biex jagħtu xi tenders jew xogħlijiet oħrajn … Jien irrid nara fejn qatt ikollok entità governattiva, u f'dan is-sens allura qed nipponta wkoll subgħajja lejn dak li għamlet Infrastruttura Malta, li talbet il-ħlas ta' aktar minn €1 miljun qabel ma nbeda x-xogħol.", "Infrastruttura Malta talbet lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar iħallas somma mhux żgħira qabel ma saħansitra nbeda x-xogħol.", "U mhux hekk biss, u se nikkwota ukoll parti minn korrispondenza li ċ-Chief Executive Officer, l-Inġinier Fredrick Azzopardi bagħat lis-Segretarja Eżekuttiva.", "Din tgħid hekk:", "Hekk qalilhom lis-Segretarja u lis-Sindku s-Sur Azzopardi, li huwa wkoll is-CEO, li ried il-ħlas qabel ma jsir ix-xogħol fuq l-imsemmija toroq!", "Dan mhux qed nitkellmu dwar xi €100 jew xi €1000, safejn tippermetti l-liġi li wieħed iħallas ukoll b'direct order.", "Le, it-talba oriġinali li riedet bil-quddiem Infrastruttura Malta kienet ta' €1.5 miljun!", "Ara ftit din Infrastruttura Malta li ddiskutejna f'din il-Kamra, li bħal donnu l-Ministru ried jagħtina l-impressjoni li se tkun qed tonfoq il-famużi €700 miljun f'seba' snin!", "Il-Partit Laburista, il-Partit Soċjalista llum fil-gvern, għall-buzzwords, għall-mod kif idawwar …", "U anke f'dan il-każ iħobb juża frażi partikolari \"bla preċedent\"!", "Borg ngħidlu li veru bla preċedent għaliex qatt ma smajna li entità governattiva titlob aktar minn €1 miljun lil kunsill lokali partikolari.", "L-iktar ħaġa skandaluża però hija li titlob li jingħata l-ħlas minn qabel.", "Naħseb li r-responsabbiltà għandha tkun minn Infrastruttura Malta, li tagħti l-eżempju hi u mhux isir il-ħlas qabel ma jsir ix-xogħol.", "Iktar minn hekk, fil-13 ta' April tal-2019 il-Gvern ħareġ stqarrija, kif għedtilkom ftit tal-ħin ilu, u ma kienx fiha linja waħda mill-Ministru konċernat, mid-Dipartiment, mill-Ministeru, minn Infrastruttura Malta fejn jirrikonoxxu li l-flus għal dawn it-toroq qed jinħarġu wkoll mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Ejjew nagħtuhulu l-kredtu lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar!", "Ejjew ngħidu l-fatti kif seħħew!", "Ejjew ngħidu li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ilu għal aktar minn sena jiġri wara l-kuntratturi biex jibda x-xogħol f'dawk l-istess toroq li permezz ta' Infrastruttura Malta, b'sempliċement erba' linji f'email, riedu l-flus minn qabel biex ix-xogħol jibda immedjatament.", "U Alla jbierek, wara li tkellmet Infrastruttura Malta, it-Tnejn filgħodu tfaċċaw numru ta' kuntratturi, li ltaqgħu fejn il-ground tal-futbol tas-Sirens biex hemmhekk ukoll marru jagħmlu dawn it-toroq.", "Għaliex dawn il-kuntratturi, li kienu qed jagħmlu xogħol ieħor - m'għandi l-ebda problema mal-kuntratturi u nirrikonoxxi x-xogħol li huma qed jagħmlu … Però għaliex il-Ministru, Transport Malta sena u nofs ilu, u Infrastruttura Malta fl-aħħar xhur, m'għenux lill-kunsill lokali?", "Il-kuntratturi, bir-raġun, lill-kunsilli lokali qalulhom diversi drabi li ma jistgħux jinqalgħu minn fuq il-lant tax-xogħol biex imorru jagħmlu x-xogħol f'San Pawl il-Baħar għax il-gvern tahom xogħol f'postijiet oħrajn, għaliex il-Gvern, permezz ta' Transport Malta dakinhar u llum Infrastruttura Malta, qiegħed jagħtihom xogħol ieħor f'lokalitajiet oħrajn.", "Imma dakinhar San Pawl il-Baħar għall-Ministru Ian Borg u għal Infrastruttura Malta ma kienx urġenti, ma kienx prijorità l-interess tar-residenti ta' San Pawl il-Baħar, tal-Qawra, ta' Buġibba, tax-Xemxija, ta' Burmarrad u tal-Wardija!", "Qed ngħid dan biex in-nies jifhmu li filwaqt li qed jintefa' kontinwament dell ikrah mill-Gvern u minn esponenti tiegħu fuq il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, il-Gvern ma qalilna qatt kemm kien hemm kunsilliera li fixklu biex dan ix-xogħol u xogħol ieħor fl-interess tar-residenti ma jsirx.", "Irrid ngħid ukoll li qabel ma nbeda x-xogħol Infrastruttura Malta baqgħet tinsisti, u l-Kunsill Lokali għax ħa deċiżjoni li kien ilu jipprova jieħu għal aktar minn sena biex isib kuntratturi u koperazzjoni mill-Gvern biex imorru jsiru dawn it-toroq, il-kunsill lokali spiċċa għadda fil-kont tal-BOV li għandha Infrastruttura Malta s-somma ta' €0.5 miljun.", "Il-Gvern, permezz ta' Infrastruttura Malta, beda l-ewwel lott, ir-residenti twebblu li kienu se jsiru l-ewwel lott u jmorru għat-tieni lott.", "X'ġara fl-aħħar sigħat?", "Kien hemm kunsillier f'isem il-Partit Soċjalista li informa lill-kunsill …", "Issa ma nafx jekk hux b'mod uffiċjali jew le, imma r-realtà hija din li qed ngħid jien illum, li x-xogħol waqaf ħesrem f'San Pawl il-Baħar.", "Tafu għaliex?", "Kumbinazzjoni, kemm aħna onesti fejn irridu!", "Għax in-nies qed jgħiduli li x-xogħol qed isir għax waslet l-elezzjoni!", "Mur obsor, il-Partit Soċjalista kemm hu onest, kemm hu umli, kemm ma jimxix li jipprova jaġevola lin-nies lejlet l-elezzjoni!", "San Pawl il-Baħar ra żejjed!", "F'San Pawl il-Baħar tneħħew l-inġenji biex ma jkomplux isiru x-xogħlijiet fl-interess tar-residenti.", "U allura jien obbligat li kull min qed isegwina, anke jekk hawn il-midja qed issegwi, li jiġi rapportat il-fatt li l-Kunsill Lokali b'responsabbiltà, minkejja t-tfixkil intern fi ħdanu, iż-żewġ sindki Nazzjonalisti li kellna f'San Pawl il-baħar, nerġa' ngħid, Graziella Galea u llum Anne Fenech, sabu tfixkil kontinwu.", "Irrid infakkar u ntenni biex inkun ċert li fehem kulħadd li l-Kunsill Lokali pprova li jmur biex jagħmel dawn it-toroq imma ma sabx koperazzjoni.", "Issa, proprju fid-data li indikajt, fil-13 ta' April, il-Gvern sab erba' kuntratturi biex jibdew ix-xogħol, però meta ġejna biex immorru għat-tieni lott sfortunatament il-Gvern iddeċieda, għax ried jimxi bl-etika u bil-governanza tajba, li qabel l-elezzjoni ma nagħmlux xogħlijiet, biex in-nies ma jgħidux hekk!", "Kellu bżonn mexa hekk qabel l-aħħar elezzjoni u l-favuri li għamel għax kienet waslet l-elezzjoni, kontra l-prassi u kontra l-etika, li meta titħabbar id-data tal-elezzjoni jieqfu l-promozzjonijiet oxxeni, l-impjiegi mal-gvern u elf ħaġa oħra!", "Imma għar-residenti ta' San Pawl il-Baħar waqqafhom ix-xogħlijiet li qed jagħmel il-Gvern!", "Irrid ngħid ukoll li anke fil-lista li semma l-Ministru fl-istqarrija li jien ikkwotajt, sal-lum, għad hemm toroq li għadhom ma sarux.", "It-toroq li ma sarux suppost saru għax kienu indikati f'din l-istqarrija, però, ovvjament, il-Gvern għoġbu li għal darb'oħra jitfa' t-tort fuq il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, waqqaf ħesrem milli jkompli x-xogħlijiet li kien ta l-kelma li se jagħmel, biex issa r-residenti se jibqgħu jkantaw 'l-Aida' u jibqgħu jgħixu f'toroq li mhumiex aċċettabbli li jgħixu hihom illum fl-2019.", "Ejjew inkunu ċari, għax il-Gvern anke hawnhekk qed jipprova jitfa' t-tort fuq numru ta' kunsilli lokali.", "Il-Gvern ħalef li jrid jieħu akkost ta' kollox il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u anke din il-mossa ilha intenzjonata biex jipprova jaħtaf il-Kunsill Lokali.", "Dakinhar, meta aħna l-Partit Nazzjonalista morna fil-qorti biex nissalvagwardaw l-interess ta' dik id-deċiżjoni demokratika li biha n-nies ta' San Pawl il-Baħar għażlu min kellu jmexxihom, b'numru ta' tentattivi biex insolvu fl-interess tar-residenti dak li kien għaddej f'San Pawl il-Baħar, kien hemm ukoll esponenti tal-Gvern li kienu qalu li se jieħdu passi kontra min qed ifixkel.", "Nistaqsi jekk itteħdux passi, jekk min kien il-perċimes fost dawk in-nies kollha li kien hemm illum huwiex se jerġa' jikkontesta jew le l-elezzjoni tal-kunsill lokali.", "Għax skont il-Partit Soċjalista, f'dak iż-żmien li kienu għaddejjin dawn il-problemi u l-kunsill naqas li jiffunzjona għax kien hemm intenzjoni li jfixklu … Hawnhekk nistaqsi jekk il-kelma li kienu taw esponenti ewlenin fi ħdan il-Partit Soċjalista marrux lura minnha u ħallew lil min fixkel l-operat tal-kunsill lokali jerġa' jikkontesta llum!", "Lejlet l-elezzjoni tal-kunsill lokali fuq il-midja soċjali kulħadd irid jilgħabha tal-pampalun favur ir-residenti, kulħadd imur jitfa' esponenti tal-Partit Soċjalista, bħal donnu li dawn qegħdin jagħmlu dak kollu possibbli … Insew kemm fixklu f'dawn l-aħħar snin biex ma jitteħdux deċiżjonijiet, biex ċerti tenders ma jingħatawx u b'hekk ma jkunx jista' jitkompla x-xogħol kif kellhom dritt ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, Burmarrad, il-Qawra u Buġibba.", "Il-Partit Nazzjonalista konxju minn dan l-interess malinn li kellhom numru ta' individwi biex joskuraw lill-kunsill ta' San Pawl il-Baħar.", "Illum qed narawhom ukoll imorru f'kull okkażjoni li jkollhom biex ifixklu.", "Issa għax aħna Oppożizzjoni pożittiva, proprju ftit sigħat ilu nidejna l-programmi elettorali.", "U la qed nitkellem fuq San Pawl il-Baħar tajjeb li ngħidu x'qegħdin nipproponu jekk ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar jerġgħu jagħtuna l-fiduċja.", "Għal San Pawl il-Baħar għandna taħlita ta' kandidati b'esperjenza u kandidati ġodda.", "Aħna konxji mill-mod kif kiber San Pawl il-Baħar; illum hemm madwar 27,000 persuna eliġibbli għall-vot, li minnhom hemm aktar votanti ta' nazzjonalità barranija milli Maltin.", "Il-Partit Nazzjonalista, anke mill-Oppożizzjoni, konxju minn dan il-fatt u għax jinteressana l-ġid komuni f'San Pawl il-Baħar - meta aħna ngħidu \"soċjetà li jimpurtaha\" din mhijiex buzzword għall-Partit Nazzjonalista, imma hija dikjarazzjoni li nemmnu fiha - illum ħabbarna numru ta' proposti fil-lokalitajiet kollha, però b'mod partikolari għal San Pawl il-Baħar.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni mmexxija mill-Kap tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "Adrian Delia, konxji mill-fatt li rridu naraw kif nistgħu nindirizzaw il-problemi li qegħdin dejjem jikbru fil-Qawra u Buġibba, fosthom nuqqas ta' responsabbiltà minn ċerti individwi li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu, ngħidu aħna joħorġu l-iskart goff u skart ieħor kif u meta jridu.", "Aħna qegħdin nitolbu wkoll lill-Gvern biex l-infurzar, anke f'San Pawl il-Baħar, jerġa' jgħaddi f'idejn il-kunsilli lokali.", "Dan huwa Gvern li ma jemminx fil-kunsilli lokali bil-fatti.", "Sena wara sena, dan il-Gvern b'mod konsistenti naqas li bis-serjetà jagħtihom aktar responsabbiltajiet.", "Għalhekk qegħdin nitolbu li l-inforzar jerġa' jgħaddi għand il-kunsilli lokali.", "Sur President, aħna konxji mill-fatt li l-kriminalità fil-Qawra u Buġibba reġgħet qed tiżdied.", "Fl-aħħar ġimgħat għamilt mistoqsija parlamentari dwar iż-żieda fis-serq minn karozzi, minn ħwienet u minn residenzi f'San Pawl il-Baħar u l-Qawra.", "Bħala Oppożizzjoni llum ressaqna proposta biex il-community policing jidħol f'San Pawl il-Baħar b'kordinament bejn il-Kunsill Lokali u l-Pulizija.", "Tlabna wkoll li jidħol it-tourism policing f'San Pawl il-Baħar.", "Barra minn hekk, jekk in-nies ta' San Pawl il-Baħar jafdaw lill-Partit Nazzjonalista fit-tmexxija għall-ħames snin li ġejjin, qegħdin ngħidu li fil-Qawra u Buġibba għandu jinfetaħ sub-office tal-Kunsill Lokali biex nersqu aktar viċin in-nies tal-Qawra u Buġibba, fejn il-popolazzjoni qiegħda tikber bis-sigħat.", "Sur President, se nieqaf hawnhekk però jkollna ċans inkomplu nikxfu l-qerq u l-ingann tal-Partit Soċjalista, illum fil-Gvern, u kemm fixkel f'dawn l-aħħar snin biex jasal għall-iskop aħħari li jipprova jisraq it-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "Nirringrazzjak.", "PUNT IMQAJJEM MILL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, dalgħodu kien hemm artiklu fuq ġurnal lokali dwar id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħi.", "Jien kont weġibt il-mistoqsijiet kollha u għedt li għamilt id-dikjarazzjonijiet kollha mitluba taħt dik id-dikjarazzjoni u nixtieq li l-Ispeaker jagħmel dak kollu li huwa neċessarju biex jara li fil-fatt jien hekk għamilt.", "L-ISPEAKER: Għadduli l-informazzjoni kollha dwar id-domandi li rrispondejt u dak li hemm miktub.", "Ovvjament, il-liġi tagħtini poteri limitati f'dak li huwa depożitu tad-dikjarazzjoni, però nara fuqha u nagħtik it-tweġiba.", "(Onor. Membri: No) Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 7 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUNSILL LOKALI SANTA VENERA – FINANCIAL STATEMENTS", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Kopja tal-aħħar sett ta' Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KUNSILL LOKALI BELT VALLETTA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li ma kien hemm l-ebda xogħol infrastrutturali mwettaq minnu matul l-2018.", "KUNSILL LOKALI FLORIANA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Floriana fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif komunikata lili.", "KUNSILL LOKALI MARSA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħolijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif komunikata lili.", "KUNSILL LOKALI PIETÀ – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Pietà fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella l-informazzjoni mitluba kif komunikata lili.", "KUNSILL LOKALI SAMTA VENERA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta' Santa Venera fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kienet tikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Santa Venera li matul l-2018 sar xogħol fi Triq il-Qalb Imqaddsa li kien jikkonsisti f'asfaltar u bankini.", "Ix-xogħol tlesta u ġie jiswa €39,088,31.", "Ix-xogħol twettaq minn Central Asphalt wara li nħareġ tender.", "ATT DWAR L-IMMIGRAZZJONI – PERMESS GĦAL RESIDENZA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il permess għal residenza maħruġ skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta) ġie revokat?", "Jista' jgħid għal kull permess li ġie revokat, x'kienet r-raġuni jew raġunijiet għar-revoka tal-permess?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "UFFIĊJALI PRINĊIPALI TAL-IMMIGRAZZJONI – UFFIĊJALI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali pubbliċi li huma awtorizzati mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni sabiex f'ismu jeżerċitaw jew jaqdu xi setgħat jew dmirijiet mogħtija lilu bis-saħħa tal-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap. 217 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' jgħid ukoll għal kull waħda mill-imsemmija persuni, x'setgħat jew dmirijiet ġew awtorizzati li jeżerċitaw jew jaqdu?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li bis-Saħħa tal-Artikolu 3 tal-Kapitlu 217 tal-Liġijiet ta' Malta (Att dwar l-Immigrazzjoni) kull persuna stazzjonata fis-sezzjoni tal-Ispecial Branch tal-Korp tal-Pulizija hija awtorizzata teżerċita, jew taqdi f'isem l-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni, kwalunkwè setgħat jew dmirijiet skont l-istess Att jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu.", "ĊIRKULARI GĦAL TNEĦĦIJA TA' AFFARIJIET RELIĠJUŻI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa taċ-ċirkolari li nħarġet nhar is-6 ta' April 2019 fid-Dipartiment għall-Kura Primarja u li permezz tagħha ġie ordnat li kwalunkwe oġġetti jew xbihat reliġjużi (inkluż santi mwaħħlin mal-ħajt) għandhom jitneħħew mill-Kliniċi (Bereġ) tal-Gvern u/jew miċ-Ċentri tas-Saħħa?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokument imsemmi minnu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Ninfurmah ukoll li din iċ-ċirkulari kienet ġiet irtirata fuq ordni diretta tiegħi.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ta' arrest Ewropew ġie esegwit f'Malta?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, x'kienet l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, liema pajjiż ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew u x'kien ir-reat jew ir-reati li dwaru nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "OWEN BONNICI: Mill-2013 sas-26 ta' April 2019 fil-Qorti ta' Malta daħlu 83 mandat ta' arrest Ewropew skont it-tabella annessa.", "Mill-istess tabella jirriżulta l-età, is-sess, in-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta'arrest Ewropew, kif ukoll ir-reat.", "Quddiem il-Qorti ta' Għawdex kien hemm mandat ta' arrest Ewropew wieħed, li ma nżammitx statistika dwaru.", "L-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew issir mill-Pulizija u l-Qorti ma jkollhiex informazzjoni f'dan ir-rigward.", "*Ara t-tabella fl-aħħar tad-dokument.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ta' arrest Ewropew ġie esegwit f'Malta?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew x'kienet l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuna li kontra tagħha nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "Jista' jgħid għal kull wieħed mill-imsemmija mandati ta' arrest Ewropew, liema pajjiż ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew u x'kien ir-reat jew ir-reati li dwaru nħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-15 ta' April 2019, l-ammont ta' mandati ta' arrest Ewropew li ġew esegwiti f'Malta kien ta' tmienja u sittin (68).", "Dettalji oħra mitluba fil-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant jinsabu fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "STATI UNITI TAL-AMERIKA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9780 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Membru għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet tiegħu stess 8809 sa 8813 li saru fi Frar ta'din is-sena, kif ukoll għall-Ordni Permenenti 27(9) dwar ir-ripetizzjoni ta' interpellanzi li jkunu diġà ġew imwieġba.", "Jekk l-iskop tal-Onor.", "Interpellant fir-ripetizzjoni tal-istess mistoqsija f'perjodu qasir huwa li indirettament jagħmel fishing expedition dwar xi suġġett partikolari, inħoss illi dan ma għandux jiġi permess billi jista' jfixkel l-integrità ta' investigazzjonijiet li jkunu kurrenti.", "TEMPJU TAL-ĠGANTIJA - VIŻITATURI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempju tal-Ġgantija kull xahar fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Tempju tal-Ġgantija", "TRANSPORT MALTA / INFRASTRUCTURE MALTA: PROĠETTI TAT-TOROQ – SAFETY AUDITS", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux isiru safety audits tal-proġetti ta' toroq ġodda li saru minn Transport Malta/Infrastructure Malta?", "Għal liema toroq saru dawn l-audits?", "X'kien ir-riżultat ta' dawn l-audits?", "Jista' jpoġġi dawn is-Safety Audits fuq il-Mejda tal-Kamra?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat, li l-Awtorità tat-Trasport tagħmel road safety audits skont il-parametri tal-liġi.", "Transport Malta għamlet road safety audits tal-proġetti skont il-lista annessa.", "Fil-każ ta' road safety audits ma jkunx hemm riżultat iżda rakkomandazzjonijiet.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li skont l-artikolu 8(e) tat-Transport Malta Act, suppost isir ir-road safety ranking kif ukoll li kull ħames snin suppost isir road safety audit fuq it-toroq arterjali u distributorji, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn is-safety audits sarux?", "Ġew identifikati accident spots minn dawn is-safety audits?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li forsi l-istess Onor. qed jirreferi għall-artiklu 10 ta' LN 291 of 2018 li jgħid li għandu jsir road safey ranking minn tal-inqas kull tliet snin.", "Dan ir-road safety ranking qed isir skont kif jitlob dan l-artiklu.", "Minn din il-liġi ma jirriżultax li għandu jsir road safety audit kull ħames snin fuq toroq arterjali u distributorji.", "BIRŻEBBUĠA: TRIQ SAN ĠORĠ - KAROZZI PPARKJATI QUDDIEM IL-BUS SHELTER", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex ma jibqgħux jiġu pparkjati karozzi quddiem il-bus shelter fi Triq San Ġorġ f'Birżebbugia peress li qed joħloq inkonvenjent lill-anzjani li jagħmlu użu minn dan il-bus shelter?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat l-Awtorità tat-Trasport se tkun qed tinvestiga dan l-inkonvenjent hekk kif deskritt mill-Onor.", "Interpellant kif ukoll se tieħu l-passi meħtieġa sabiex fejn ikun possibbli jitneħħa kwalunkwe inkonvenjent lejn il-passiġġieri.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb il-Crate Washing Facility li tinsab fil-Pitkalija?", "Jista' jgħid jekk isirx stock-take wara kull ġurnata xogħol u jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm instabu kaxxi tal-pitkalija nieqsa xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar investiment f'sistema ta' CCTV cameras fil-Pitkalija u kemm intefqu flus?", "Jista' jgħid jekk l-installazjoni ta' dawn is-CCTV cameras ħallewx ir-riżultati mixtieqa?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li s-CCTV cameras li hemm fil-Pitkalija saru fil-bidu tal-2018 bi spiża ta' ftit anqas minn €12,500 u li dawn qed jagħtu r-riżultat mixtieq għaliex qed jippermettu kontroll ħafna aħjar minn dak possibbli mingħajr cameras.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn boutique hotels f'Malta, lokalità b'lokalità?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kategorija ta' boutique hotels ma teżistix fil-liġi preżenti.", "Bħalissa qed jiġu mfassla emendi fil-liġi biex jiġu introdotti kategoriji ġodda fosthom il-Boutique Hotels, B&B Residences, Albergo Diffuso u Serviced Apartments.", "MARSASKALA, ĦAL KIRKOP U ŻURRIEQ – PERSUNI LI JIBBENEFIKAW MINN BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 989 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni li joqogħdu f'Marsaskala, Ħal Kirkop u ż-Żurrieq u li qed jibbenefikaw minn kull benefiċċju soċjali li jipprovdi l-Gvern?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont sostanzjali ta' ħin u ġbir ta' data.", "Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9532, x'inhi r-raġuni li f'pajjiżna m'għandniex is-sistema ta' sentencing guidelines bħalma għandhom pajjiżi oħra bħall-Ingilterra sabiex verament issir ġustizzja fl-għoti tas-sentenzi fil-Qrati tagħna?", "OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor.", "Membru li l-Gvern ma huwa bl-ebda mod kontra li jkun hemm sentencing guidelines, però dan is-suġġett tradizzjonalment f'Malta tqies li jista' jinvolvi ndħil fl-indipendenza tal-ġudikatura u jidher li huwa għalhekk li gvernijiet differenti dejjem eżerċitaw kawtela dwaru.", "Madankollu, jekk l-Oppożizzjoni hija disposta li jsir xi xogħol fuq dan is-suġġett, għall-inqas f'dan l-istadju esploratorju fil-forum addattat u bil-parteċipazzjoni tal-ġudikatura, il-Gvern huwa dispost li jieħu l-inizjattiva.", "FONDAZZJONI GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI - SERVIZZI MOGĦTIJA", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9531 u ċjoè: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' stennija tas-servizzi kollha mogħtija mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FLUS MIĠBURA MINN ARRETRATI DOVUTI LILL-GVERN", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jindika kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu s-sena l-oħra?", "Kemm baqa' arretrati mis-sena l-oħra li l-Gvern għadu ma ġabarx (a) mill-Inland Revenue (b) mid-Dwana; u (ċ) mit-Teżor?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "a) L-Inland Revenue għadu ma ppubblikax il-\"CfR 2018 Arrears of Revenue Report\", peress li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar;", "b) Id-Dwana ġabret is-somma ta' €6,240,040 matul is-sena 2018.", "Arretrati mis-sena l-oħra li l-Gvern għadu ma ġabarx sal-aħħar ta' Jannar 2019 jammontaw għas-somma ta' €8,693,353;", "c) It-Teżor ma kellux arretrati x'jinġabru.", "PERSUNI LI DDAĦĦLU L-EMERĠENZA MINĦABBA SUSTANZI EĊĊESSIVI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-Emerġenza minħabba sustanzi eċċessivi ta' droga jew alkoħol f'dawn l-aħħar tliet snin?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' attendenzi ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza fis-sena 2018 fejn kien irreġistrat fil-Presenting Complaint jew fit-Triage Notes li kien hemm overdose jew abbuż ta' xi tip ta' droga (jew mediċina), sew jekk seħħet jew jekk kien hemm suspett li ġrat, ammontaw għal 475 filwaqt li n-numru ta' attendenzi minħabba abbuż ta' alkoħol fl-2018 kien 1,811.", "BIRKIRKARA: TRIQ IL-MADONNA TA' POMPEJ – XOGĦOL FUQ BANKINA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li titkompla l-bankina fi Triq il-Madonna ta' Pompej, Birkirkara peress li din tlestiet fejn ma hemmx residenti, u tħalliet fi stat ħażin fejn hemm ir-residenti u ċjoè bejn Triq San Pawl u d-Dar Tal-Kleru Cristus Sacerdos?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat ix-xogħol indikat ma sarx minn Infrastructure Malta.", "Madankollu, din l-aġenzija qed tippjana li x-xogħol meħtieġ sabiex din it-triq ikollha infrastruttura aħjar isir bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern li beda din is-sena, sabiex nagħmlu qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "WIED IL-GĦAJN – CHILDCARE CENTRE FL-ISKOLA PRIMARJA L-ĠDIDA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinfetaħ Childcare Centre fl-Iskola Primarja l-Ġdida ta' Wied il-Għajn?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li wara li nħarġet sejħa pubblika u ġiet aġġudikata, se jinfetaħ Childcare Centre f'Wied il-Għajn matul din is-sena.", "WIED IL-GĦAJN – PRIJORITAJIET BIEX TIĠI STIMULATA L-EKONOMIJA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jindika xi prijoritajiet wettaq u qed iwettaq il-Ministeru tiegħu f'Wied il-Għajn sabiex tiġi stimulata l-ekonomija f'din il-lokalità peress li din hija żona turistika?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi wettqet diversi xogħlijiet f'Wied il-Għajn fosthom:", "· titjib fil-bankijiet li hemm fuq il-promenade li twassal għal Bajja ta' San Tumas;", "· manutenzjoni taż-żona tal-Fajtata f'termini ta' tikħil, żebgħa, żbir ta' siġar u ħaxix, irranġar ta' puġġamani;", "· installazzjoni ta' bankijiet ġodda fiż-żona tal-iskola.", "Min-naħa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed isostnu lill-Kunsill Lokali f'numru ta' inizjattivi żgħar, u qed jaraw kif flimkien mal-FTZD tiġi mtejba l-bajja tal-Fajtata.", "Inizjattivi ġodda ser jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "WIED IL-GĦAJN – NEIGHBOURHOOD WATCH", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn jistax jistabbilixxi sistema ta' Neighbourhood Watch bejn ir-residenti ta' din il-lokalità u l-Korp tal-Pulizija?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta` Marsaskala li dan is-suġġett mhux qiegħed fuq l-aġenda sa l-aħħar ta' din il-Leġiżlatura.", "WIED IL-GĦAJN – PROĠETTI RELATATI MAL-FONDI TAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm fejn ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn f'dawn l-aħħar ħames snin?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn lista tal-proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea hekk kif ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta`Marsaskala f'dawn l-aħħar ħames snin skont kif ġejt informat:", "· Measure 125 - Resurfacing ta' triq fil-limiti tal-Mozz", "REGOLATUR GĦAS-SERVIZZI TAL-ENERĠIJA U L-ILMA – EMENDA FIL-ĦAMES SKEDA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9764, jista' l-Ministru jgħid jekk hux dispost li jqis li ssir emenda fil-Ħames Skeda biex tiġi ċċarata r-referenza għar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u ma' dawn il-kliem iżid l-isem tal-kariga tal-persuna li hi l-kap tal-istess Regolatur – preżumibbilment iċ-Ċhairman tagħha, biex b'hekk issir din il-kjarifika meħtieġa?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Membru li jien dispost li nqis li ssir l-emenda li għaliha qiegħed jirreferi.", "REGULATOR FOR ENERGY AND WATER SERVICES – ĦATRA TA' UFFIĊJAL EŻEKUTTIV EWLIENI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9889, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-Artiklu 6(7)tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (Kap. 545) hawn riprodott:", "\"(7) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni u l-kapijiet tad-Direttorati, Dipartimenti, Diviżjonijiet u Sezzjonijiet għandhom jinħatru mir-Regolatur għall-perjodu stabbilit mir-Regolatur li fl-ebda każ m'għandu jkun anqas minn tliet snin:", "Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru\",", "jiġi emendat biex jiġi ċċarat min fil-fatt jaħtar l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-REWS u dan peress li kif tinqara hemm ambigwità f'min fil-fatt jaħtar l-uffiċjal eżekuttiv peress li meta taqra l-artikolu 6(7) tal-Kap.545 kien hemm żvista meta nkitbet il-liġi u tħalliet barra l-kelma 'l-ewwel' fil-provision li tgħid \"Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru.\"?", "JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĠBID U XOGĦOL TA' EDITING FUQ VIDEOS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min qed jiġbed il-videos u jagħmel ix-xogħol ta' editing tal-filmati li qed jidhru fuq il-mezzi soċjali, tax-xogħol li jkun qed isir mill-Ministeru għal Għawdex?", "Kif intgħażel, kemm-il siegħa xogħol għamel s'issa, mil-liema xahar u sena beda jsir dan il-ġbid ta' videos u xi kwalifiki u esperjenza għandha dan il-persuna fuq il-ġbid u editing ta' videos?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dan huwa xogħol li qed isir in-house mis-Segretarjat Privat tiegħi.", "RABAT GĦAWDEX: ARKIVJI NAZZJONALI U LIBRERIJA TAL-VAJRINGA – INTRUDER SYSTEM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9819, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol biex jiġu ppreparati d-dokumenti biex toħroġ it-tender għall-Intruder System ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa fir-Rabat Għawdex?", "F'liema xahar tas-sena 2019 huwa ppjanat li jiġi ppublikat it-tender?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.", "RABAT GĦAWDEX - BINI TA' SKOLA PRIMARJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li f'dawn l-aħħar ġranet ħareġ it-tender biex isir xogħol ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex u dan minkejja li reċentement saret applikazzjoni ġdida bin-numru 01989/19 biex tinbena skola primarja ġdida u l-permessi meħtieġa għadhom ma ħarġux?", "EVARIST BARTOLO: It-tender li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ħareġ biex, għal raġunijiet ta' saħħa u sigurtà, ix-xogħol ikun jista' jsir matul is-sajf li ġej u b'hekk inkunu qed nagħtu bidu għall-proġett tal-bini ta' kumpless ta' skola primarja u middle school fir-Rabat Għawdex.", "Nassigura lill-Onor.", "Interpellant li l-pubblikazzjoni ta' dan it-tender sar skont ir-regolamenti kollha applikabbli f'każijiet ta' din ix-xorta.", "KAŻIJIET TA' ĦOSBA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn każijiet ta' ħosba (measles) bħalissa?", "Qed naraw żieda fin-numru ta' dawn il-każijiet f'dawn l-aħħar snin?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Jannar ta' din is-sena sat-3 ta' Mejju kien hemm 18-il każ ta' ħosba rrappurtati bi transmissjoni lokali.", "Fis-sena 2018 kien hemm ħames każijiet ta' ħosba impurtati minn barra u każ wieħed ta' transmissjoni lokali.", "Avolja hemm dawn il-każijiet, Malta xorta għadha żżomm l-istat ta' eliminazzjoni tal-ħosba.", "L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed ikomplu jisħqu fuq it-tilqim kemm tat-tfal kif ukoll tal-adulti.", "Barra minn hekk hemm ħidma mill-entitajiet tas-saħħa biex każijiet jiġu identifikati malajr u jiġu iżolati biex titnaqqas il-firxa.", "Ninfurmah ukoll li fl-2018, f'47 minn 53 pajjiż fir-reġjun Ewropew tal-WHO ġew irrappurtati 82,596 każijiet ta' ħosba.", "In-numru totali ta' nies infettati bil-virus fl-2018 kien l-ogħla f'dan id-deċenju, tliet darbiet iktar mit-total irrappurtat fl-2017.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – XOGĦOL FUQ TOROQ MILL-KUNSILL LOKALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar fuq toroq mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar bejn April 2013 u Diċembru 2018?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.", "RABAT GĦAWDEX: ĊENTRU ĠDID TAS-SAĦĦA – PERIT/KUMPANIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu l-perit/kumpanija inkarigat mill-proġett taċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa u kemm-il siegħa xogħol għamel sa issa?", "Jista' jgħid ukoll jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa u jekk ħarġux diġà t-tenders u jekk ġewx awarded?", "Jista' jgħid meta hu ppjanat li ċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa jibda jintuża mill-pazjenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett taċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa Victoria Għawdex qiegħed isir bi sħab bejn il-Ministeri għas-Saħħa u għal Għawdex.", "Għalhekk nitolbu jirreferi l-parti tal-mistoqsija tiegħu dwar tendering lill-Ministru kkonċernat filwaqt li ninfurmah illi huwa ppjanat li x-xogħol fuq iċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex ikun lest lejn l-aħħar ta' din is-sena.", "QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM: KARIGA TA' MĦALLEF - SELECTION PANEL", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8818, 9472 u 9825 u jelenka l-kompożizzjoni tas-selection panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta' qabel ukoll?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Kumitat tal-Għażla li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta' Mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena kien magħmul minn tliet persuni b'kompetenza u esperjenza fil-qasam, ċjoè:", "• Eks Imħallef li aġixxa bħala l-President tal-Kumitat tal-Għażla - l-Imħallef Emeritus Dr Joseph David Camilleri;", "• Is-Segretarju Permanenti li taħt il-mandat tiegħu jaqgħu kwistjonijiet li jittrattaw il-Ġustizzja – is-Sur Johan Galea; u", "• Avukat ta' kompetenza u esperjenza rikonoxxuta - Dr Joseph Buttigieg.", "Nieħu l-opportunità sabiex nerġa' nifraħ lill-Imħallef Lorraine Schembri Orland tal-ħatra tagħha f'din il-Qorti.", "M'għandix dubju li se tagħmel ġieħ lil pajjiżna fil-ħidma tagħha.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9708 u 9823 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "QRATI KRIMINALI - ELECTRONIC TAGGING GĦALL-PERSUNI LI JINGĦATAW ĦELSIEN MILL-ARREST", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk u sa meta l-Gvern ser jintroduċi l-electronic tagging għal dawk li jingħataw ħelsien mill-arrest mill-Qrati Kriminali?", "Membru, l-introduzzjoni ta' sistema ta' electronic tagging ma tinvolvix biss lill-Ministeru għall-Ġustizzja iżda tinvolvi diversi aspetti tekniċi u ta' infurzar.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Kemm saru serqiet fiż-żona ta' Tignè u Triq it-Torri f'Tas-Sliema minn Jannar 2019 sal-lum?", "Jista' jgħid kemm inqabdu ħallelin b'konnessjoni ma' dawn is-serqiet?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li kien hemm 31 rapport ta' serq fiż-żona ta' Tignè u Triq it-Torri f'Tas-Sliema minn Jannar sal-aħħar ta' April 2019.", "Dawn jinkludu kull tip ta' serq, inkluż pickpocketing, minn karozzi, bars, lukandi, żoni pubbliċi, residenzi, eċċetra.", "Tliet persuni nstabu li kienu responsabbli għal tlieta minn dawn is-serqiet.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Sliema Arts Festival hux ser isir din is-sena?", "Jekk iva, xi jridu jagħmlu l-artisti biex jipparteċipaw?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta` Tas-Sliema li l-attività tas-Sliema Arts Festival din is-sena mhix ser issir.", "BIRŻEBBUĠA: TRIQ IL-PORT ĦIELES – TRAFFIC CALMING MEASURES", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk Transport Malta għamlitx xi studju biex isiru traffic calming measures fi Triq il-Port Ħieles f'Birżebbuġa b'mod partikolari viċin il-ground tal-football?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-passi li se jkunu qegħdin jittieħdu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fil-każ ta' Triq il-Port Ħieles Birzebbuġa, Transport Malta approvat traffic calming measures hekk kif ġej:", "- Road Hump fil-parti ta' bejn Triq it-Tħabrik u Triq il-Kostituzzjoni;", "- Raised zebra crossing flok il-crossing li hemm bħalissa mal-ġenb tal-ground.", "Dawn qegħdin għall-implimentazzjoni.", "SANTA VENERA: TRIQ BRIGHELLA – XOGĦOL", "L-ONOR.", "MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li fil-preżent qed isiru xogħlijiet ta' bini mill-ġdid ta' bankini u għoti ta' tarmak fi Triq Brighella, Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru xogħlijiet simili wkoll fit-toroq tal-madwar?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn it-toroq u meta hu ppjanat li jibda dan ix-xogħol?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn informazzjoni miksuba, il-Kunsill Lokali ta' Santa Venera qiegħed jagħmel ix-xogħlijiet tal-bankini fi Triq Brighella, Santa Venera.", "Ix-xogħol tal-asfaltar għandu jsir aktar tard matul is-sena minn Infrastructure Malta.", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu organic bins u bins tal-iskema 'Sort It Out' minn meta nbdiet din l-iskema sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tqassmu 147,475 organic bins mill-bidu tal-proġett pilota fis-sena 2015 sal-lum filwaqt li tqassmu 120,441 bins tal-iskema 'Sort It Out', minn meta bdiet din l-iskema fl-2018 sal-lum.", "KUMITATI AMMINISTRATTIVI – LAQGĦAT", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-Kumitati Amministrattivi ta' Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa nżammet, kemm-il laqgħa ġenerali annwali nżammet, u kemm attendew residenti għal dawn il-laqgħat annwali?", "Jekk jogħġbu l-Ministru, jista' jagħti d-dettalji sena b'sena minn meta twaqqfu sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-plot fi Triq Spiru Mizzi kantuniera ma' Triq Notabile f'Birkirkara jitnaddaf, peress li dan il-plot qed iservi biex jintefa' fih kull tip ta' skart, inkluż siringi, kif ukoll qed ikun hemm ġrieden li qed ikunu ta' detriment kontinwu għas-saħħa tar-residenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċeviex ilmenti f'dan ir-rigward iżda saret spezzjoni fil-plot imsemmi mill-uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fil-25 t'April 2019, fejn ġie kkonfermat akkumulu ta' skart.", "Peress li s-sid/sidien tal-imsemmi plot għadhom mhux magħrufa, bħala prekawzjoni sar trattament għal kontra l-ġrieden minn ħaddiema tal-Pest Control Unit.", "Dan id-Direttorat se jkompli bl-investigazzjonijiet neċessarji sakemm jinstab/u s-sid/sidien tal-plot u jiġi ordnat li jneħħi l-akkumulu ta' skart fi żmien stipulat.", "PERSUNI LI QED JISTENNEW AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti l-ammont attwali ta' persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-preżent hemm 3,113-il applikazzjoni.", "RAĦAL IL-ĠDID: ĊENTRU TAS-SAĦĦA –PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex (jekk hu l-każ) il-parkeġġ għat-tobba u l-pazjenti ħdejn u quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ġie meħud minn imwejjed u siġġijiet?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – SERVIZZ TA' PODOLOĠISTA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema Ċentri ta' Matul il-Jum (Day Centres) qed jingħata servizz ta' podoloġista?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz ta' podoloġista m'għadux jingħata fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani, minħabba raġunijiet ta' iġjene.", "Mill-banda l-oħra, dan is-servizz qatt ma kien jingħata minn ġewwa ċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għall-persuni b'diżabilità.", "Dan is-servizz qiegħed jingħata u jiġi offrut kemm lill-anzjani kif ukoll lill-persuni b'diżabilità miċ-Ċentri tas-Saħħa.", "ĊENTRI TA' MATUL IL-JUM – SERVIZZ TA' PODOLOĠISTA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum (Day Centres) li kien jingħatalhom is-servizz ta' podoloġista u twaqqfilhom?", "MICHAEL FALZON: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10017.", "AWTORITÀ MALTIJA DWAR IL-LOGĦOB - ADR ENTITIES - LISTA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob insegwitu għad-direttiva nru 5 tas-sena 2018 minnha maħruġa, jekk apparti l-entitajiet approvati ta' ADR skont it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8404, aċċettatx entitajiet oħra ta' ADR mhux imsemmija f'din it-tweġiba mill-operaturi liċenzjati minnha bħala B2C u, jekk iva, min huma dawn l-entitajiet, u għalfejn u fuq liema bażi legali dan seħħ?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): L-Awtorità Maltija dwar il-Logħob ma taċċettax entitatijiet ta' ADR speċifikament iżda tobbliga operaturi liċenzjati minnha bħala B2C li jinnotifikawha b'liema entità ta' ADR huma għażlu li jingaġġaw.", "Dawk imsemmijin fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8404 huma fost dawk l-entitajiet li ġew notifikati.", "L-operaturi għandhom obbligu huma stess li jikkonfermaw li l-entitajiet magħżula minnhom huma meqjusa minn awtoritajiet kompetenti fl-UE bħala entitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fid-Direttiva nru 5 tas-sena 2018 maħruġa mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob, fosthom li huma elenkati skont is-subparagrafu 2 tal-artikolu 20 tad-Direttiva 2013/11/UE dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u għat-tilwim tal-konsumaturi.", "AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw units ta' akkomodazzjoni soċjali, minn Jannar 2019 sa April 2019, maqsuma xahar b'xahar?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minn Jannar 2019 sa April 2019 ġew allokati 43 unit ta' housing soċjali.", "Din it-tabella turi kemm-il allokazzjoni saret xahar b'xahar fil-perjodu indikat:", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – SEJBA TA' ARMA TAN-NAR F'VETTURA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-arma tan-nar li nstabet f'vettura fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin din is-sena?", "Jista' jgħid għaliex ma saritx inkjesta?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk malli nstabet l-arma tan-nar issejħu l-pulizija mill-għassa ta' Raħal Ġdid biex jinvestigaw.", "ĦTIEĠA TA' MASSAĠĠI – KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li ssir komunikazzjoni lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba ħtieġa ta' massaġġi, minħabba l-qagħda gravi tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.", "MELLIEĦA - BINI TA' LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta' lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f'żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "PROĠETT DISABILITY HUB", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6064 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u meta mistenni jibda jopera?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li aktar informazzjoni dwar il-proġett REACH se tingħata fil-ġimgħat li ġejjin meta se jkun qed jitħabbar uffiċjalment dan il-proġett.", "KUNSILLI LOKALI - FONDI SPEĊJALI FUQ INIZJATTIVI MNEDIJA MILL-GVERN", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 429, 3699 u 9083 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "LESA - STRUTTURA TA' KARIGI U POŻIZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9521 u 9696 u jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA hija mqassma hekk kif ġej:", "**Tabella annessa ma' mistoqsija parlamentari numru 9896."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190506_224d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 7 ta' Mejju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 7 ta' Mejju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 7 ta' Mejju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 224, li saret fis-6 ta' Mejju 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Fis-Seduta tal-bieraħ, waqt l-Aġġornament, il-Kap tal-Oppożizzjoni talab lis-Sedja:", "ADRIAN DELIA: Sur President, dalgħodu kien hemm artiklu f'ġurnal lokali fejn jitħaddet dwar id-dikjarazzjoni tiegħi tal-assi.", "Jien kont weġibt il-mistoqsijiet kollha u għedt li jien għamilt id-dikjarazzjonijiet kollha mitluba taħt dik id-Dikjarazzjoni u nixtieq li l-Ispeaker jagħmel dak kollu li huwa neċessarju biex jara li fil-fatt jien hekk għamilt.\".", "Is-Sedja wieġbet lill-Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni:", "\"L-ISPEAKER: Għadduli l-informazzjoni kollha dwar id-domandi li rrispondejt u dak li hemm miktub.", "Ovvjament, il-liġi tagħtini poteri limitati f'dak li huwa depożitu tad-dikjarazzjoni, però nara fuqha u nagħtik it-tweġiba.\".", "Is-Sedja rat li l-Kap tal-Oppożizzjoni ppreżenta d-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu kif reġistrata fil-Parlament fit-30 ta' April, 2019 għalkemm hija ffirmata mill-Kap tal-Oppożizzjoni bid-data tat-23 ta' April 2019.", "Is-Sedja rat id-dikjarazzjoni kollha tal-assi tal-Onor.", "Membru u fost affarijiet oħra hemm indikat Reġistru tal-Interessi tal-Membru dwar informazzjoni ta' flus depożitati fil-banek kummerċjali, l-isem tal-bank kummerċjali, deskrizzjoni, eċċetra …", "Is-Sedja rat ukoll l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tad-Deputati, Kap. 113 tal-Liġijiet ta' Malta, u l-paragrafu 5 tal-Iskeda tiegħu jgħid li:", "Kull membru tal-Kamra tad-Deputati għandu ta' kull sena fiż-żmien stabbilit mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jindika f'reġistru li jinżamm għal dan l-għan mill-Ispeaker, u liema reġistru jkun miftuħ għall-ispezzjoni tal-pubbliku\",", "kif effettivament qed ikun il-każ.", "Fost l-oħrajn hemm indikat li fid-dikjarazzjoni jrid jgħid:", "\"ċ. azzjonijiet f'investimenti ta' kumpaniji kummerċjali, inklużi flus depożitati fil-banek u kull xort'oħra ta' interess finanzjarju\".", "Mill-qari tad-Dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, id-domandi kollha ġew imwieġba.", "Ovvjament, l-interpretazzjoni dwar dak li hemm indikat bħala 'Informazzjoni dwar flus depożitati fil-banek kummerċjali', għalkemm indikati mill-Onor.", "Membru, ovvjament is-Sedja ma tistax tinvestiga jew tivverifika jekk hemmx xi sistema bħal, pereżempju, ta' set-off dwar dak li jiġi depożitat ma' dak li wieħed għandu indikat fil-banek kif deskritti mill-Onor.", "Membru u/jew sistema ta' banek rispettivi li jużaw mal-individwu personali.", "Ovvjament, dawn il-verifiki s-Sedja ma tistax tidħol fihom u ma għandhiex il-poter li tagħtiha l-liġi li tagħmel dan, però prima facie bħala stat ta' fatt, is-Sedja qed teħodha li dawk li huma bank accounts li huma marbutin mal-persuna tal-Kap tal-Oppożizzjoni huma indikati fid-dikjarazzjoni.", "Ovvjament, jekk għandux flus depożitati jew le, u jekk hemmx xi forma ta' sistema jew le dwar x'jiġi depożitat u kif jiġi bilanċjat mal-istess kontijiet bankarji li għandu l-Kap tal-Oppożizzjoni, dik hija xi ħaġa li s-Sedja ma tistax tivverifika jew tissindika, imma s-Sedja tikkonferma bħala stat ta' fatt id-dettalji kif indikati mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "B'kawtela s-Sedja tagħmel referenza għall-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, Kap. 570, u inpartikolari l-artikolu 13 fis-sezzjoni 'Funzjonijiet' insibu li huwa biss il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika li għandu l-funzjoni li, jekk ikun meħtieġ, jagħmel verifiki fuq id-dikjarazzjonijiet li jkunu għamlu l-membri dwar dħul jew attiv jew interessi għall-benefiċċji kollha ta' kull xorta ta' persuni li għalihom japplika dan l-Att.", "Għaldaqstant, kull persuna f'Malta, inkluż l-istess Kap tal-Oppożizzjoni u ovvjament inkluż kull persuna interessata li bi dritt għandha tiċċekkja u tistaqsi d-domandi, tista' tagħmel dan billi tgħaddi l-informazzjoni li tixtieq tiġi verifikata lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika, jekk ikun il-każ.", "Il-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika għandu dan il-poter, ossia funzjoni ex officio.", "Ir-ruling huwa deċiż.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Korrispondenza li s-Sedja rċeviet mingħand il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman fis-7 ta' Mejju 2019 dwar il-Każ Nru ER 0059 rigward applikazzjoni għar-regolarizzazzjoni ta' mwejjed u siġġijiet fi stabbiliment f'Marsaskala; u", "Kopja ta' ittra ta' kondoljanzi li s-Sedja bagħtet lill-Ispeaker tal-Parlament tas-Sri Lanka fit-22 ta' April 2019, f'isem is-Sedja u l-Kamra tad-Deputati, wara l-attakki terroristiċi li seħħew fis-Sri Lanka fil-21 ta' April li fihom tilfu ħajjithom aktar minn 200 persuna.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KUNSILL LOKALI ĦAMRUN – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid:", "a) fejn sar ix-xogħol;", "b) fiex kien jikkonsisti;", "c) tlestiex ix-xogħol;", "d) meta sar ix-xogħol;", "e) kemm sewa x-xogħol;", "f) min wettaq ix-xogħol; u", "g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif komunikata lili.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Il-Ministru iktar kmieni llum żar xi xogħlijiet ta' restawr marbuta mad-Dar tal-Ammiraljat, li ma fhimtx eżattament jekk tlestewx.", "Jista' l-Ministru jagħti ftit iktar informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li saru f'din il-proprjetà u jgħid kif se tintuża?", "OWEN BONNICI: Grazzi ħafna ta' din id-domanda, għax dan huwa proġett verament sabiħ li hu parti minn katina ta' proġetti.", "Iva, nikkonferma li dalgħodu żort ix-xogħol ta' restawr li għaddej f'Dar l-Ammiraljat, li hija dar sabiħa immens tas-Seklu XVII, li maż-żmien intużat imma tħalliet tiddeġenera u aħna ħadna deċiżjoni li nirrestawrawha b'investiment ta' €4.3 miljun minn fondi nazzjonali.", "Dawn huma kollha fondi li jiġu mit-taxxi tan-nies li qegħdin isegwuna, li permezz tagħhom qegħdin ninvestu f'dawn it-tip ta' proġetti.", "Naħseb li kull min jistaqsi u kull min tkellem, kulħadd jgħidlek li jbierek kwalunkwe flus li jmorru biex nirrestawraw il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Naturalment, Dar l-Ammiraljat kienet tintuża mill-Ammiral, però maż-żmien kellha diversi funzjonijiet.", "Nafu li l-aħħar użu tagħha kien il-Mużew tal-Arti li kien infetaħ mill-mibkija Agatha Barbara, li serva lill-pajjiż għal numru ta' ġenerazzjonijiet, sakemm fis-sena li fiha ċċelebrajna l-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Kulturali tal-Ewropa, ftaħna l-MUŻA, li kif nafu huwa Mużew tal-Arti f'post ikbar, isbaħ, b'kunċett iktar modern.", "Saret qabża ta' kwalità fis-servizzi li kienu jiġu offruti qabel meta kkomparat ma' dak li qed jiġi offrut illum.", "Però bl-ebda mod ma rrid narmi, anzi rrid nirringrazzja u nsellem il-memorja ta' Agatha Barbara u tan-nies kollha li kienu jaħdmu magħha dak iż-żmien, li welldu l-Mużew tal-Arti f'Dar l-Ammiraljat.", "Issa l-Mużew tal-Arti huwa vakanti għax mar fil-Berġa tal-Italja.", "Fl-istess waqt għandna għaddej proġett ta' restawr estensiv fil-Palazz tal-President.", "Għax f'pajjiżna konna għadna fis-sitwazzjoni - u għadna s'issa, imma se nsolvuha – li l-Palazz tal-President, l-iktar palazz importanti f'pajjiżna, kellu parti sostanzjali minnu okkupata mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Jien ma naf bl-ebda pajjiż fid-dinja fejn il-Palazz Presidenzjali jkollu fih uffiċini li ma jintużawx mill-President jew minn Head of State, imma minn xi entità oħra.", "Din kienet xi ħaġa li forsi għal ċertu żmien stajna b'xi mod naċċettawha, imma l-fatt li sas-sena 2019 għadna nkarkru bl-idea li l-Palazz Presidenzjali jintuża bħala uffiċċju, dik mhijiex xi ħaġa tajba.", "Allura ħadna d-deċiżjoni li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jitlaq mill-Palazz tal-President biex il-palazz jerġa' jingħata lill-poplu.", "L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jiġi trasferit f'Dar l-Ammiraljat.", "Irrid ngħid li apparti l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, se jiġi trasferit ukoll l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, li jekk Alla jrid se nkunu wellidnieh f'dan il-Parlament fil-ġimgħat li ġejjin.", "F'din id-dar se jkollna żewġ sulari distinti, sular minnhom għall-Avukat Ġenerali, sular minnhom għall-Avukat tal-Istat, imbagħad se jkollna sular għan-nies li jieħdu ħsieb il-finanzi u l-corporate aspect ta' dawn iż-żewġ aġenziji biex ma nirrepetux xogħol inutilment.", "Dan ix-xogħol jammonta għal €4.3 miljun, u jekk Alla jrid bħal daż-żmien sena jkun diġà fetaħ u m'għandix dubju li l-pubbliku ġenerali japprezza x-xogħol importanti li qed isir.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, nerġa' nieħu lill-Ministru għas-suġġett tal-mistoqsija rigward il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.", "M'għandix dubju li l-Ministru jaf li l-Ħamrun għandu sfidi sostanzjali quddiemu, mhux l-inqas sfidi marbutin mal-ordni pubblika.", "Hawnhekk irrid insellem lill-Pulizija għax-xogħol siewi li jagħmlu, għax minkejja r-riżorsi limitati tagħhom, jagħmlu l-mirakli f'dan il-lokal.", "Il-kunsill lokali - nifhem li bi qbil bejn iż-żewġ partiti li hemm rappreżentati - f'Awwissu tas-sena l-oħra għadda bye-law fuq il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi.", "Safejn naf jien, kien hemm qbil bejn iż-żewġ partiti rappreżentati fil-kunsill lokali li raw li din il-materja, li kellha bżonn tiġi indirizzata b'din il-bye-law, sal-lum jidher – forsi l-Ministru jista' jikkoreġini jekk sejjer żbaljat – li għadha għand il-Ministeru tal-Ġustizzja tistenna biex issir avviż legali u tiġi ppubblikata.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jippubblika dan l-avviż legali wara li għaddew tmien xhur u, jekk iva, jgħid meta se jippubblikaha, u jekk le, jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn jidhirlu li m'għandhiex tiġi ppubblikata?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Grech ta' din id-domanda, għax qed jagħtini l-opportunità li nispjega x'inhu l-proċess meta jkun hemm bye-laws tal-kunsilli, għax forsi ftit nies jafu li l-kunsilli lokali għandhom il-poter joħorġu l-liġijiet tagħhom.", "Il-kunsilli lokali m'għandhomx parlament, bħalma għandu l-pajjiż, imma jistgħu joħorġu liġijiet frott il-poter li tagħtihom il-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, u minn żmien għal żmien ikun hemm diversi kunsilli li jippromulgaw bye-laws.", "Ħalli nwieġeb direttament lill-Onor.", "Jien normalment ma nidħolx fil-mertu jekk kunsill lokali elett demokratikament jagħżilx li jippromulga bye-law.", "Meta tiġi ppubblikata bye-law, dak li jkun jaħseb li l-Ministru ppubblikaha.", "Pereżempju, meta darba l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel bye-law biex jirregola l-barbecues f'din il-lokalità, kien hemm ħafna nies li bagħtuli email biex jistaqsuni għalfejn fettilli nirregola l-barbecues f'din il-lokalità.", "Naturalment, ma kontx jien li rregolajthom, imma l-kunsill lokali.", "Apparti dak il-punt, jekk il-maġġoranza tal-kunsill lokali jixtiequ hekk, jien inbaxxi rasi għal din ir-rieda.", "Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali jagħmel screening tal-proposta leġiżlattiva biex jara jekk fis-sustanza tagħha tmurx kontra xi prinċipju kardinali tal-mod kif jopera l-Gvern.", "Jiġifieri jekk ikun hemm kunsill lokali li qed jipproponi bye-law fejn jgħid li fil-kunsill lokali tiegħu jidħlu biss nies ta' xagħarhom twil u min għandu xagħru qasir ma jidħolx, dik naturalment id-Dipartiment iwaqqafha.", "Qed insemmi eżempju redikolu biex ninftiehem.", "Jiġifieri d-Dipartiment jagħmel ivvettjar u jara jekk il-proposta tikkozzax xi prinċipju fundamentali jew valur importanti.", "Meta dan l-ivvettjar ikun lest, l-abbozz jiġi għandi u jien niffirmah direttament; lanqas jiġi ffirmat mill-Prim Ministru, imma jiffirmah direttament il-Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali.", "Naturalment l-ivvettjar jieħu l-ħin tiegħu.", "Nixtieq li ma jeħux daqshekk ħin, imma biex niddefendi ftit lid-Dipartiment, hemm żewġ punti.", "L-ammont ta' bye-laws li jiġu għand id-Dipartiment mhumiex żgħar; għandna iktar minn 60 kunsill lokali li jipproduċu ħafna bye-laws.", "It-tieni ħaġa hi li kultant id-Dipartiment jitlob kjarifika mingħand il-kunsill - pereżempju, jista' jgħidlu li diġà hemm liġi li tgħid l-oppost tal-liġi li qed jipproponi, jew li diġà hemm liġi li tgħid l-istess ħaġa, u allura jitlob ir-reazzjoni tiegħu - imbagħad wara dan il-proċess jgħaddi għandi.", "Jien se nimpenja ruħi biex nistaqsi dwar din il-bye-law tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, u jekk ma tmurx kontra xi prinċipju jew xi valur importanti għall-governanza tiġi approvata, bħalma jiġu approvati l-oħrajn kollha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru dwar l-Abbozz li ppubblika nhar il-Ħamis li għadda u spjegah mal-mezzi tax-xandir, li jitkellem dwar is-separazzjoni tal-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali għal Prosekutur Ġenerali u Konsulent Legali tal-Gvern.", "Irrid infakkar li lura fl-2005 l-eks Ministru Tonio Borg kien għamel ftehim mal-Prim Imħallef ta' dak iż-żmien, Silvio Camilleri, li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jiġi aġenzija li tkun kemm jista' jkun at arm's length mill-Eżekuttiv, però mill-2005 sal-lum ma sar xejn, minkejja li d-dibattitu dwar is-separazzjoni ta' dawn il-poteri kien beda dak iż-żmien.", "Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun tinvolvi l-kariga tal-Prosekutur Ġenerali u tal- Konsulent Legali tal-Gvern u kif ir-rwol tal-Prosekutur Ġenerali jista' jaffettwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa l-Maġistrati Inkwerenti?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Zammit Lewis għad-domanda u rrid nirringrazzjah pubblikament tal-pariri li jagħtini, għax huwa wieħed mill-persuni li ta' spiss nikkonsulta u nistaqsih għall-veduti tiegħu.", "L-Abbozz ta' Liġi li ppubblikajna se jimplimenta xi ħaġa li ilha ħafna biex issir.", "Dan il-pajjiż ilu ħafna biex joftom il-funzjonijiet doppji li llum igawdi l-Avukat Ġenerali.", "Irrid ngħid mill-ewwel, biex ħadd ma jifhimni ħażin, li m'iniex ngħid li l-Avukat Ġenerali jew dak ta' qablu abbużaw minn xi poteri, jew ħaġa jew oħra, imma jien naqbel mal-ħsieb li hu fl-aħjar interess tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja li l-funzjonijiet ċivili u l-funzjonijiet kriminali li tagħtihom il-liġi jiġu għand żewġ persuni separati u distinti minn xulxin.", "Din hija xi ħaġa li l-Gvern preċedenti, bir-rispett kollu, kien ilu ħafna jgħid li se jagħmel.", "Illum kien hemm min ikkritika lill-Gvern u bdew jistaqsuna meta se tiġi introdotta din il-liġi.", "Dan meta huma kienu ilhom 25 sena fil-gvern u kellhom kull opportunità li jagħmlu l-liġi.", "Irrid nirrimarka li kieku riedu joftmu l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali setgħu għamlu dan.", "Għax ġieli tisma' xi wħud, fosthom l-Onor.", "Jason Azzopardi li huwa l-perċimes tagħha, li jgħidulek li huma riedu joftmu l-funzjonijiet, imma l-Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien ivvotat kontra.", "L-Oppożizzjoni ta' dakinhar kienet ivvotat kontra għal numru ta' raġunijiet li mhumiex l-istess bħal dawk li qegħdin jintqalu mill-Oppożizzjoni tal-lum il-ġurnata, però kieku riedu setgħu qasmu l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali.", "Aħna nixtiequ li l-Parlament ikun unanimu f'din il-liġi, imma jekk il-Parlament ma jkunx unanimu, aħna xorta se nibqgħu għaddejjin biex noftmu ż-żewġ funzjonijiet.", "Irrid ngħid li bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, l-Avukat Ġenerali teknikament se jżomm il-funzjonijiet kriminali, filwaqt li l-funzjonijiet ċivili se jgħaddu għand l-Avukat tal-Istat.", "L-ISPEAKER: (Interruzzjonijiet) Ministru, jekk jogħġbok, kompli wieġeb id-domanda.", "OWEN BONNICI: Sur President, qed inwieġeb id-domanda.", "Hu staqsieni l-Abbozz x'inhu, u jien qed nispjegalu.", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, fil-qosor għax għandna ħafna domandi.", "OWEN BONNICI: Irrid nirrimarka wkoll dwar xi artikli li dehru fil-ġurnali, fejn kien hemm battuta …", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom.", "Ministru, jekk jogħġbok, lesti din ir-risposta għax baqgħalna ħafna domandi oħrajn.", "Ma noqogħdux naħlu l-ħin!", "OWEN BONNICI: L-Abbozz, kif għedna, se joftom il-funzjonijiet …", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "DAVID AGIUS: Tista' tiggwida lill-Kamra li għandna standing order ċara li jtgħid li deputat - hu min hu, ministru jew le - ma jistax jitkellem fuq l-ordni tal-Kamra, inkluż liġi li għandna, kif qed jagħmel il-Ministru llum?", "L-ISPEAKER: L-istanding order qiegħda ċara, però ladarba qed jagħti risposta, xorta jista' jitkellem dwar is-suġġett mingħajr ma jagħmel referenza għal-leġiżlazzjoni.", "Ministru, jekk jogħġbok, kun fil-qosor, għax baqgħalna ħafna domandi supplimentari.", "OWEN BONNICI: L-aħħar punt, u nagħlaq.", "Irrid nirreferi għal xi kritika li rajt fil-ġurnali dwar l-hekk imsejħa Henry VIII clause.", "Dak l-artiklu, jekk ma għen għal xejn, għen biex dak li jkun ikun jaf x'inhi din il-klawsola.", "Il-Henry VIII clause hija klawsola li bis-saħħa ta' liġi ordinarja tagħti poter lill-Ministru tal-ġurnata jippromulga avviżi legali li bihom ikun jista' jvarja l-liġi ordinarja.", "L-għan li għalih daħħalna dak il-provvediment fl-Abbozz ta' Liġi hu li hemm funzjonijiet li maż-żmien ingħataw lill-Avukat Ġenerali.", "Ma ninsewx li dawn iż-żewġ rwoli ilhom flimkien għal kważi 100 sena u mad-daqqa t'għajn mhuwiex faċli li tiddetermina jekk funzjoni għandhiex taqa' taħt l-Avukat Ġenerali jew l-Avukat tal-Istat.", "Allura aħna ridna li f'dan il-proċesss ta' demerger, biex issir transizzjoni bla xkiel, kwalunkwe gvern tal-ġurnata - jista' jkun dan il-Gvern jew xi gvern ieħor sussegwenti - ikun jista' jgħid li mill-esperjenza rriżulta li din il-funzjoni partikolari mogħtija lill-Avukat Ġenerali permezz ta' dik il-liġi straordinarja li rari tintuża, ikun għaqli li tgħaddi għand l-Avukat tal-Istat.", "Ridna nagħmlu transizzjoni bla xkiel għax l-interess primarju tiegħi huwa li mill-għada li tgħaddi l-liġi, ma jkun hemm l-ebda każ li jitħarbat minħabba r-riforma li nkunu għamilna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Dan l-aħħar inħatru tliet imħallfin ġodda u tliet maġistrati ġodda.", "It-tliet imħallfin inħatru mill-Bank tal-Maġistrati.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura għal dawk li jkunu għaddejjin b'kawżi għand dawn il-maġistrati, li mbagħad iridu jgħaddu għand ħaddieħor?", "Jista' jispjega kemm jieħu fit-tul dan il-proċess u kif taħdem din is-sistema?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Kieku kien għall-Onor.", "Simon Busuttil, dawk in-nies illum għadhom jistennew biex il-kawżi tagħhom jiġu assenjati għand xi ħaddieħor.", "Kieku għaddiet l-irresponsabbiltà tal-Onor.", "Busuttil, kieku llum għandna l-każ ta' kawżi li kienu quddiem l-Imħallef Silvio Meli, li kif nafu rtira bl-età, u n-nies li dehru quddiemu ma jistax ikollhom imħallef li jisma' l-kawżi tagħhom.", "Hawn wieħed jifhem x'kien qed jipprova jagħmel l-Onor.", "Issa aħna qed nagħmlu mezz biex kemm jista' jkun malajr, l-assenjazzjoni tal-kawżi …", "L-ISPEAKER: Ippermettili ftit, Ministru, jekk jogħġbok.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Ma nafx jekk inftehimtx tajjeb.", "Jien qed nirreferi għal dawk il-kawżi li kienu għand il-maġistrati u mhux il-kawżi l-ġodda li se jmorru għand l-imħallfin.", "Dawk li ħallew warajhom, x'se jiġri minnhom?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Dan hu l-istess prinċipju, għax l-Onor.", "Busuttil talab li dawn il-kawżi jibqgħu fil-purgatorju, jibqgħu hemm imdendlin u ma jiġux assenjati!", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġbok, kompli Ministru.", "Ma rridx interruzzjonijiet.", "Ministru, jekk jogħġbok, kompli bir-risposta u indirizza lili.", "OWEN BONNICI: Ma nistax nifhem kif għandna Membri f'din il-Kamra li meta kellna sistema ta' appointments ta' ġudikatura inferjuri għal dik li għandna llum, għal 25 sena sħaħ qatt ma sabu problema biha.", "Issa għandna sistema aħjar, ivvotaw favur tagħha, inkluż l-Onor.", "Busuttil, imma għax forsi l-judicial appointments irid jagħmilhom hu, qed jipprova jitlob lill-Qorti biex l-assenjazzjonijiet tal-kawżi ma jsirux, bil-konsegwenza li n-nies qegħdin ibatu, għax ikollhom jibqgħu jistennew bla ma qatt jieħdu rimedju.", "L-Onor.", "Schiavone għandu raġun jistaqsi x'inhi l-proċedura biex bniedem li kien quddiem maġistrat \"A\" u dan il-maġistrat isir imħallef, ma jdumx ma jkompli l-kawża tiegħu.", "Dak hu li jistaqsu n-nies, għax dak jinteressahom, u aħna impenjati li minkejja t-tfixkil tal-Onor.", "Busuttil, li sa siegħa qabel il-ħatra għamel rikors li fih talab lill-Qorti żżomm milli jsiru l-appointments u reġa' talab biex l-assenjazzjoni tad-doveri ma ssirx – biex infakkar lill-pubbliku x'qed jagħmel l-Onor.", "Busuttil - aħna għall-grazzja t'Alla qegħdin fuq in-naħa tas-sewwa, u s-sewwa tatulna anke l-Qorti li tatna l-go-ahead li nkomplu bil-ħatra ta' ġudikanti, u llum għandna sitt ġudikanti li se jkomplu jisimgħu u jaqtgħu l-kawżi biex il-bniedem fit-triq ikollu riżoluzzjoni spedita tal-kwestjonijiet tiegħu, u l-ġustizzja mhux biss issir, imma tidher li qed issir.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: F'dawn il-ġranet il-Ministru ħabbar inizjattiva li kull belt jew raħal f'pajjiżna jibda jingħata t-titlu ta' belt jew raħal kapitali kulturali tas-sena.", "Jista' l-Ministru jelabora ftit dwar kif se jintgħażlu dawn l-ibliet u l-irħula, min se jkun qed jagħżilhom u kif se tidħol fis-seħħ din il-proposta?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Aħna għamilna wegħda ċara fil-programmi elettorali tal-kunsilli lokali li bl-istess mod kif il-Belt Valletta kienet il-Belt Kapitali Kulturali tal-Ewropa, f'pajjiżna nagħmlu belt jew raħal kapitali kulturali lokali kull sena għal sena wara l-oħra.", "Jiġifieri bis-saħħa ta' din l-inizjattiva jkun hemm belt partikolari f'pajjiżna li tingħata d-dritt li ġġib it-titlu ta' belt kapitali kulturali ta' Malta.", "Dan fuq l-istess mudell li hemm f'pajjiżi barra minn Malta, fosthom l-Italja.", "F'dik il-lokalità partikolari li tintgħażel, pereżempju l-Mosta, minn fejn tiġi inti, Sur President, imbagħad ikun hemm konċentrazzjoni ta' attivitajiet kulturali u jekk ikun hemm bżonn isir xi restawr, dak jingħata prijorità.", "B'dan il-mod inkunu nistgħu nagħmlu prijoritizzazzjoni tad-diversi lokalitajiet ta' pajjiżna għal sena wara l-oħra u b'hekk ikun hemm il-possibbiltà li għal dik is-sena pajjiżna jirrikonoxxi dik il-lokalità bħallikieku hi l-belt kapitali kulturali ta' pajjiżna.", "Naqbel mal-Onor.", "Muscat li meta lbieraħ il-Prim Ministru ħabbar din il-ħaġa, niżlet tajjeb ħafna u diġà kien hemm artisti li bagħtuli li beħsiebhom jagħmlu xi skultura.", "Fil-fatt staqsewni meta se jmiss li l-belt jew raħal tagħhom jieħu t-titlu ħalli jkunu jistgħu jesebixxuha hemmhekk.", "Dan huwa x-xogħol li qegħdin nagħmlu.", "Irrid ngħid li minkejja li min-naħa tal-Oppożizzjoni jista' jkun hemm min ifixkel u jagħmel ħiltu biex jipprova jtellef mill-ħidma tal-Gvern, dan il-Gvern se jkompli jaħdem biex jagħmel differenza għall-familji Maltin u Għawdxin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 88 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2019 biex jemenda l-Att għat-twaqqif ta' Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (Att Nru XIII tal-2019);", "Avviż Legali Nru 89 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar l-Aċċessibbiltà tas-Siti Elettroniċi u tal-Applikazzjonijiet Mobbli tal-Korpi tas-Settur Pubbliku; u", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 91 tal-2019 – Avviż ta' Bidu fis-seħħ tal-Ordni tal-2019 dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja (Taxxi fuq l-Income) (il-Gvern tal-Prinċipat ta' Monaco) (A.L. 70 tal-2019); u", "Avviż Legali Nru 92 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar l-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxi (Valur Taxxabbli ta' Pleasure Boats użati).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 90 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar it-Twaqqif ta' Elenki fit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva (Emenda Nru 2).", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "MOZZJONIJIET", "TAL-KORPORAZZJONI", "GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA GĦASSENA 2019", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Infiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Kap. 355.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Gvern.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, qabel ma nibdew dan id-dibattitu nixtieq direzzjoni min-naħa tiegħek, għax jien bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni għal dan is-settur, kull ma għandi huwa l-iStatement of Financial Position as at 31st December, pages 1, 2 and 3.", "Dawn huma l-uniċi dokumenti li ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra biex nagħmlu d-dibattitu tal-lum dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk għandux ir-rapport annwali?", "Għax jien dan biss sibt fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Qed ngħid dan biex nikkjarifikaw, ħalli nkunu nafu kif għandna naħdmu.", "L-ISPEAKER: Onor. Agius, dak li hemm imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra huwa dak li ġie ppreżentat.", "Ovvjament, waqt din id-diskussjoni se jingħad kollox.", "(Interruzzjonijiet) Jekk jogħġbok, Ministru, ma tajtekx il-kelma.", "Niġbed l-attenzjoni tal-Onor.", "Agius li r-responsabbiltà li jitqiegħdu d-dokumenti kollha meħtieġa għad-diskussjoni hija prerogattiva tal-Ministru.", "Kif taf int, jien bħala Sedja, m'għandi l-ebda setgħa li nordna li jitqiegħed dokument, sakemm ma jkunx ġie kkwotat minnu.", "F'dan il-każ, jidher li dak huwa d-dokument li ġie ppreżentat.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sur President, jien imxejt skont l-obbligi tal-Parlament.", "Ir-rapport annwali se jitqassam fi ftit ġimgħat oħra, u hemm raġuni valida.", "Din mhijiex l-ewwel darba li ġrat, għax kienet saret fi żmien il-Partit Nazzjonalista wkoll.", "Ittardjajna ftit biex inkun nista' nagħti aktar informazzjoni dettaljata b'mod ġenerali.", "L-ISPEAKER: Nibdew id-diskussjoni.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Jekk m'għandniex l-informazzjoni kollha neċessarja biex il-Parlament jiddibatti dawn l-estimi, nista' nifhem għalfejn il-Gvern tella' dawn l-estimi biex niddiskutuhom, meta l-affarijiet min-naħa tal-Gvern għadhom mhumiex lesti?", "L-ISPEAKER: L-informazzjoni se toħroġ waqt id-diskussjoni.", "L-aġenda hija ċara, u l-mozzjoni nqrat.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "Jekk jogħġbok, nibdew ix-xogħol.", "JOE MIZZI: Bir-rispett kollu, l-Onor.", "Agius jaf x'tgħid il-mozzjoni: li l-Kamra tapprova l-estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "L-estimi qegħdin għandu.", "Ir-rapport annwali mhuwiex obbligu li jitqiegħed, però se nqegħduh.", "Nerġa' ngħid li meta kontu fil-gvern intom, kien hemm żmien meta ma tpoġġiex għax mhuwiex obbligatarju, imma sa ġimgħa oħra se jkollok kollox fid-dettall u se jkollok ir-rapport annwali.", "Illum se niddiskutu l-estimi, u estimi għandek.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, dan huwa dibattitu importanti, anzi nemmen li huwa essenzjali għax qegħdin nittrattaw settur vitali, is-settur tal-ilma.", "Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija waħda mill-iktar entitajiet importanti fil-pajjiż, hija kruċjali u għandha importanza strateġika.", "Nafu, għax hekk ġejna mgħallmin u hekk ngħallmu lil uliedna, li l-ilma huwa importanti u huwa neċessarju f'ħajjitna, mhux biss fejn jidħlu s-saħħa u l-għejxien tal-bniedem, imma wkoll fejn jidħlu l-ambjent u l-ekosistema, kif ukoll fejn tidħol l-ekonomija, speċjalment fejn jidħlu l-aspetti ta' produzzjoni u fejn jidħol il-pilastru importanti tat-turiżmu.", "Ftit tal-ġranet ilu, waqt li kont qed naqra dwar dan is-suġġett, iltqajt ma' rapport ippubblikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent li rrimarkat dwar il-mod kif qed jiġi ttrattat dan is-settur.", "Irrimarkat ukoll li hemm titjib sostanzjali f'pajjiżna mhux biss fejn tidħol il-produzzjoni u l-kwalità tal-ilma, imma wkoll fil-mod kif qed jintuża l-ilma għal skopijiet usa'.", "Hemm ukoll kwestjonijiet ta' tniġġis u sostenibbiltà, għax l-ilma tal-pjan huwa importanti wkoll.", "Qegħdin naraw li għandna korporazzjoni li mhux biss qed taħdem, imma qed tagħti serħan il-moħħ, għax fl-operat tagħha qed tara l-effiċjenza u li l-konsumatur jieħu s-servizz li verament jixraqlu.", "Bla dubju ta' xejn, fil-ħidma tiegħi fil-Ministeru għal Għawdex ikolli ħafna kuntatt ma' din il-Korporazzjoni, anzi ngħid li l-kollaborazzjoni tagħna hija essenzjali, u b'wiċċi minn quddiem ngħid li l-ħin kollu għaddejja b'diskussjonijiet mal-Ministru Joe Mizzi dwar modi differenti kif nistgħu nikkollaboraw flimkien.", "Irrid nirringrazzja lill-Ministru, lis-CEO tal-Korporazzjoni u lill-ħaddiema kollha, għax sibna mod kif naħdmu flimkien, nifhmu lil xulxin u naraw l-isfidi li għandna, kemm dawk li huma komuni għalina t-tnejn, kif ukoll dawk fl-operat u fil-ħidma tiegħi.", "Allura qegħdin insibu mezz kif nindirizzaw l-isfidi u nsibu soluzzjonijiet fit-tul.", "F'Għawdex, f'amministrazzjonijiet preċedenti, konna mdorrijin insibu soluzzjonijiet għall-mument, imbagħad min jiġi warajna min jaf xi jsib u min jaf xi jrid jagħmel biex jiffaċċja l-problemi li jkunu ilhom jakkumulaw għal snin twal.", "Issa qegħdin nimxu b'mod differenti.", "Qegħdin nimxu bi pjan u b'mod professjonali, għax qegħdin nirrikorru għall-esperjenza li għandna fi ħdan il-Korporazzjoni.", "Biex nagħti eżempju, ftit tal-ġranet ilu, flimkien mal-Kummissarju Karmenu Vella, annunċjajna l-approvazzjoni tal-proġett importanti tar-reverse osmosis f'Ħondoq ir-Rummien li hu ffinanzjat minn fondi Ewropej.", "Dan huwa eżempju ċar ta' kif dan il-Gvern qed jaħdem u jrid jaħdem, bil-kollaborazzjoni ta' entitajiet u ministeri differenti, biex immexxu 'l quddiem il-bżonnijiet reġjonali.", "Wara kollox, Għawdex huwa reġjun, allura għandna l-bżonnijiet partikolari tagħna.", "Dan huwa proġett importanti ħafna għal Għawdex u strateġiku immens, għax forsi ftit jirrealizzaw li fejn tidħol il-produzzjoni tal-ilma, Għawdex għadu dipendenti minn Malta.", "Onestament, dan huwa sors ta' inċertezza min-naħa tagħna l-Għawdxin u din ħassejtha l-iktar fil-ġranet meta maltempata kbira ħakmet lil pajjiżna u għamilna ġranet fejn kellna ħsarat fil-konnessjoni ta' pipe u minħabba dan id-dannu, mingħajr ma nallarma lil ħadd, kien hemm ir-riskju reali li Għawdex jispiċċa mingħajr ilma.", "Nafu li hemm provvista tal-ilma li sservi diversi ġimgħat, però kien hemm it-theddida reali li Għawdex seta' jisfa iżolat fejn tidħol il-provvista tal-ilma.", "Grazzi għall-ħidma pronta tal-Ministru Joe Mizzi u tat-tim tiegħu, din is-sitwazzjoni ġiet għan-normal fi ftit ġranet.", "Però għal min ma kienx konxju minn din is-sitwazzjoni, irrid ngħid li bħala Gvern mhux talli ninsabu konxji tagħha, talli rridu nindirizzawha biex Għawdex isir awtosuffiċjenti.", "Qed ngħid hekk għax permezz tal-proġett tar-reverse osmosis, Għawdex se jkollu s-sistema tiegħu fejn se jkunu qegħdin jiġu prodotti madwar 9,000 metru kubu ta' ilma kuljum.", "Dan se jfisser mhux biss proġett ġdid b'risq Għawdex u l-użu ta' binja dilapidata li se tiġi mmodernizzata għal state of the art, imma se jkollna s-sigurtà li qatt ma kellna qabel fis-settur tal-ilma.", "Irrid ngħid li għalija personali din il-maltempata kienet reality check qawwija ħafna u anke fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex ħassejna li kellna nżidu l-impetu biex ikun hemm iktar għarfien dwar il-ħtieġa li nibżgħu għall-ilma.", "Dan il-proġett mhuwiex iżolat, imma huwa wieħed minn sensiela ta' proġetti li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed timplimenta fis-snin li ġejjin.", "Qegħdin naraw, fost l-oħrajn, proġetti li jirrigwardaw il-protezzjoni u l-immaniġġjar tal-ilma tal-pjan, proġetti li jtejbu l-effiċjenza u l-kwalità tal-ilma, u dan il-proġett ta' Ħondoq ir-Rummien huwa ħolqa importanti li jaqa' taħt il-kappa tal-strateġija usa' Towards a Net-Zero Impact Utility.", "Dan il-proġett huwa investiment ta' iktar minn €130 miljun biex il-kwalità tal-ilma f'pajjiżna titjieb b'mod sostanzjali.", "Se jkun hemm tnaqqis fl-emissjonijiet fl-arja, se tiżdied l-effiċjenza u l-konservazzjoni tal-ilma tal-pjan, għax din il-produzzjoni se tindirizza d-domanda u l-pressjoni li għandna fuq l-estrazzjoni tal-ilma mill-aquifer, allura se ssir qabża 'l quddiem fejn jidħol l-impatt ambjentali, fejn bħalissa l-prattiċi li qegħdin jiġu adoperati qegħdin jippreżentaw ruħhom bħala sfida.", "Nerġa' ngħid li mal-Ministru Joe Mizzi u mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdin naħdmu fuq proġetti oħrajn.", "Ftit tax-xhur ilu kellna l-opportunità li mmexxu 'l quddiem u nniedu proġett li minnu llum il-ġurnata qed jibbenefikaw il-bdiewa Għawdxin.", "Qed nirreferi għall-proġett tan-new water, fejn l-ilma li jkun ġie trattat fl-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ, wara proċess intensiv ħafna li jirrikjedi ċerti proċeduri, ikun jista' jintuża għal skopijiet agrikoli.", "Irrid ngħid li għalkemm l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ kien inbena fi żmien Gvern Nazzjonalista, kien biss dan il-Gvern li ħaddmu kif suppost, biex issa l-bdiewa tagħna qegħdin jibbenefikaw minnu.", "Kienet ħasra li kellna impjant li ma kienx qed jintuża l-potenzjal kollu tiegħu.", "Illum il-bdiewa, bis-saħħa ta' dan il-proġett, qegħdin jibbenefikaw minn dan l-ilma u qalulna kemm qed tagħmel differenza fl-operat tagħhom.", "Nafu li llum is-settur agrikolu, minkejja l-potenzjal kollu li għandu u l-importanza li għandu fil-kuntest tal-iżvilupp reġjonali t'Għawdex, jgħidulek li minħabba d-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu fil-passat, inħolqulhom diversi sfidi li jimminaw l-interessi tagħhom u issa permezz ta' din l-inizjattiva ħadu r-ruħ.", "Qalulna li permezz ta' dan l-ilma qed jittaffulhom l-ispejjeż, allura jkunu jistgħu jimxu b'mod iktar sostenibbli.", "B'dan il-proġett se tkompli tissaħħaħ in-network u fiż-żmien li ġej se jkun hemm 50 dispenser ieħor li se naraw l-effetti tagħhom speċjalment fix-xhur tas-sajf, fejn minħabba s-sħana jkun hemm nixfa, għalhekk ikun hemm il-possibbiltà li anke matul dawn ix-xhur, is-settur agrikolu jkompli għaddej b'inqas sfidi.", "Fil-kuntest ta' dan il-proġett, bħala Ministeru għal Għawdex isseħibna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fejn qegħdin nipprovdu l-faċilitajiet li hemm fil-Farm Sperimentali tax-Xewkija, għax illum il-ġurnata waqqafna uffiċċju fejn in-nies tagħna ġew imħarrġa min-nies ta' din il-Korporazzjoni, allura l-bdiewa jistgħu jmorru japplikaw għal dan is-servizz u jingħataw l-informazzjoni meħtieġa.", "Fl-istess post waqqafna servizz fejn ikunu jistgħu jagħmlu l-analiżi tal-ilma li jkunu qegħdin jużaw.", "Biex nerġa' lura għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ, grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Ministru Joe Mizzi, għamilna investiment kapitali bħala Ministeru għal Għawdex bl-appoġġ tal-Ministru u tat-tim kompetenti tiegħu li kienu disponibbli biex jindirizzaw problema li ilna niffaċċjaw tant snin.", "Illum, permezz ta' dan l-investiment qegħdin f'pożizzjoni li ntejbu l-effiċjenza tal-impjant, għax qed jiġi trattat id-demel li qabel kien jintefa' fis-sistema u min jaf fejn jispiċċa.", "Qegħdin nindirizzaw ukoll il-problema tal-kontaminazzjoni tal-baħar li s-settur tad-diving kien qed ibati minnha.", "Illum, qabel ma jintrema d-drenaġġ li jiġi trattat, qed jgħaddi minn din is-sistema biex imbagħad jiġi pproċessat minn dan l-impjant.", "B'hekk qegħdin innaqqsu sew il-problema li kienu qed jiffaċċjaw l-għaddasa.", "Qed ngħid hekk għax l-iżbroff kien fil-ponta ta' Ras il-Ħobż, li hija żona popolari fost l-għaddasa tagħna, għax hemm relitti ta' qxur tal-baħar li jservu ta' attrazzjoni għal dawk li jiġu minn barra biex jgħoddsu f'dawk l-inħawi.", "Issa din l-isfida ġiet indirizzata sostanzjalment.", "Matul ix-xhur li ġejjin se nkomplu naħdmu biex intejbu l-livelli tal-operat, li hija problema li kienet ilha takkumula għal snin twal u llum il-ġurnata nistgħu ngħidu li sibna s-soluzzjoni.", "Ovvjament, flimkien mal-investiment għall-operat li qed isir bħala pproċessar, aħna dejjem nappellaw għar-responsabbiltà ta' kulħadd biex joqogħdu attenti x'jitfgħu fis-sistema tad-drenaġġ tagħna.", "Apparti dawn il-proġetti, aħna naħdmu fuq bażi ta' kuljum mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, għax f'Għawdex qegħdin immexxu 'l quddiem il-proġett tat-toroq intitolat: Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalità Tiegħek.", "Ftit ilu kelli l-opportunità nħabbar li l-Ministeru qed jaħdem fuq 50 triq madwar Għawdex, li issa żdiedu għax mexxejna fuq toroq oħrajn li għadni lanqas ħabbart.", "Illum meta qed naħdmu fuq it-toroq, mhux qegħdin sempliċement nagħmlu tqaxxira u nagħtu l-wiċċ, imma qegħdin naqilgħu t-toroq mill-qiegħ.", "Qegħdin nagħmlu road build-up u qed naqilgħu s-servizzi kollha.", "F'Għawdex kien hemm snin meta ma kienx hemm investiment fl-infrastruttura, allura meta nikxfu l-uċuħ tat-toroq, qegħdin insibu li għandna katusi tal-fuħħar, li għandna toroq li għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ u għadhom jiddependu mill-fosos … Għalhekk qegħdin naħdmu flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex meta nagħmlu toroq ġodda, qed nagħmlu servizzi ġodda.", "Peress li f'Għawdex għandna problema ta' nuqqas ta' kuntratturi, sibna mezz kif nabbinaw il-ħidma tagħna flimkien biex niffrankaw il-ħin u fl-istess waqt niffrankaw il-flus.", "Il-fondi li niffrankaw inkunu nistgħu ninvestuhom f'toroq oħrajn u għalhekk qegħdin f'pożizzjoni li x-xogħol isir b'mod iktar estensiv.", "Qegħdin nindirizzaw ukoll il-problema tal-ġbir tal-ilma.", "Aħna nafu li Għawdex huwa kkaratterizzat minn ħafna tlugħ u nżul, allura qegħdin naraw li jkun hemm sistemi ta' ġbir tal-ilma, bħal storm water culverts, biex l-ilma minflok ma jintrema nkunu nistgħu niġbruh u nistivawh ħalli jintuża għal diversi affarijiet.", "Irrid ngħid li f'kull fażi tal-ippjanar tax-xogħlijiet u tal-implimentazzjoni qed insibu lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala stakeholder u partner importanti ħafna fil-ħidma tagħna, u b'hekk qed inkunu aktar pronti biex nindirizzaw il-mod kif isir ix-xogħol u fl-istess waqt qegħdin noħolqu inqas inkonvenjent għall-pubbliku.", "Naħseb li dan qed iħalli impatt fil-mod kif in-nies iħarsu lejn ix-xogħlijiet li qegħdin isiru.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-konservazzjoni tal-ilma, qed insibu l-assistenza meħtieġa u qegħdin nikkollaboraw mal-inizjattivi tal-iskejjel bil-kampanja Catch the Drop.", "Hemm diversi proġetti oħrajn li qegħdin nagħmlu flimkien mal-kunsilli lokali.", "Kumbinazzjoni l-ġimgħa l-oħra, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, iffinanzjajna r-restawr tal-akwedotti tal-ilma ta' Santa Luċija, li huma ta' żmien l-Ingliżi.", "Hemmhekk stajna naraw li dawn għamlu sistema bi ħsieb biex apparti li jiġi maħżun l-ilma, jiġi trasportat lejn diversi nħawi f'Għawdex.", "Dawn huma proġetti li rridu mmexxu 'l quddiem biex nieħdu l-benefiċċju tagħhom.", "Id-Direttorat ta' Eko-Għawdex għaddej b'diversi inizjattivi, fosthom l-iskema tar-restawr tal-bjar u l-ġwiebi, biex inkomplu nenfasizzaw fuq il-ħtieġa tal-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-ilma.", "Għandna l-proġett ta' €13-il miljun minn fondi Ewropej għar-rijabilitazzjoni ta' 12-il wied f'Għawdex, fejn qed niksbu assistenza professjonali biex apparti li jsir it-tindif tal-widien, jiġu rranġati l-ilqugħ tal-ilma eżistenti u jinbnew oħrajn ġodda.", "Il-ħin tiegħi hu dak li hu, però se ntemm dan l-intervent tiegħi billi nerġa' nirringrazzja lill-Ministru Mizzi, għax filwaqt li għaddejjin bil-ħidma fuq l-affarijiet li semmejt, hemm diversi inizjattivi oħra in the pipeline, fosthom proġetti pilota li se nkunu qegħdin inħabbru aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzja wkoll lis-CEO u lit-tim tiegħu, imma onestament inħoss li għandi nirringrazzja lil kull impjegat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li għandna f'Għawdex, għax qed insibu kollaborazzjoni sħiħa mingħandhom u f'ċirkostanzi fejn jinqalgħu xi emerġenzi, qed ikunu pronti u effiċjenti biex jintervjenu.", "Napprezza l-ħidma kbira li qiegħda ssir b'mod pubbliku fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, għax lili bħala Ministru għal Għawdex jikkonfortawni u jgħinuni fil-ħidma tiegħi.", "Naf li l-Ministru Mizzi jħobb lil Għawdex, u jien kontinwament inħabbatlu l-bieb u nirringrazzjah talli dejjem qed insib il-bibien miftuħa.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, fil-bidu ta' dan id-dibattitu ġbidtlek l-attenzjoni dwar nuqqas ta' informazzjoni, u nirringrazzja lill-Ministru Joe Mizzi talli ġabli ftit aktar informazzjoni.", "Ovvjament, ma kellix il-ħin biex nanalizza dak li għaddieli, imma nirringrazzjah xorta.", "(Interruzzjonijiet) Qed ingerger għax tahomli issa, imma nirringrazzjah.", "Tani l-management accounts tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tal-2018, però ovvjament ma kellix ċans narahom, biex inkunu ċari.", "Il-verità hi, Ministru, li morna pass lura mis-sena li għaddiet, għax is-sena li għaddiet għall-inqas kellna r-rapport annwali.", "Huwa veru li kien draft, imma għall-inqas kellna dan ir-rapport, kellna l-management accounts tal-2017 u kellna wkoll il-budget financial position estimates tal-2018.", "Jien naħseb li b'rispett lejn din il-Kamra, kien ikun aħjar li kieku ħadna aktar żmien biex tellajna dan is-suġġett għad-diskussjoni, basta jkollna d-dokumentazzjoni kollha.", "Inti għidt li m'intix obbligat iġġib dan ir-rapport u għidt li fil-passat hekk ġara, imma jien ngħid li jekk fil-passat kien hemm xi ħaġa li ma kenitx tajba jew forsi kienet ħażina, nistenna li minn issa 'l quddiem l-affarijiet isiru aħjar u b'mod serju, u għandi fiduċja fil-Ministru li hekk se jagħmel.", "Aħna, min-naħa tal-Oppożizzjoni, ma kien ikollna l-ebda diffikultà li fl-erba' ġimgħat li ġejjin, li huma kollha relatati mal-estimi, konna nħallu d-diskussjoni fuq dawn l-estimi għal ġimgħa jew ġimagħtejn oħra.", "Imma l-Gvern jikkmanda u l-Gvern iddeċieda li jagħmel hekk.", "I look forward li nara r-rapport annwali, imma mhux se jkun quddiemna llum, allura ma nistgħux nagħmlu l-kritika tagħna bbażata fuqu.", "Il-Ministru jrid jieħu ftit paċenzja jisma' l-kritika tagħna, għax ma jistax jgħidilna li konna nafu għax għandna r-rapport annwali.", "Irrid ngħid mill-ewwel - għax naħseb li hija xi ħaġa importanti li ngħidha - li aħna bħala Oppożizzjoni wkoll irridu nsellmu lill-ħaddiema kollha li jaħdmu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Ovvjament, nixtiequ li l-affarijiet dejjem isiru aħjar u nemmnu li għandu jkun hemm immaniġġjar aħjar.", "Meta qegħdin nitkellmu dwar is-settur tal-ilma f'pajjiżna, li huwa settur ta' importanza enormi, huwa importanti li nitkellmu b'mod apolitiku, jiġifieri ma ndaħħlux il-politika partiġjana fin-nofs, għax x'hemm aktar essenzjali u naturali milli f'dan il-pajjiż naqblu dwar kif se nagħmlu biex ikollna sistema tal-ilma li taħdem b'mod serju?", "Jien naf ukoll li ma jiddependix kollox mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, imma jiddependi wkoll minn Ministeri oħrajn.", "Għaldaqstant nixtieq nitfa' l-ewwel ħsieb tiegħi quddiem il-Ministru u l-Korporazzjoni u nistaqsihom jekk hux qegħdin jiġu kkonsultati meta jsiru toroq ġodda u meta jingħata t-tarmac fit-toroq, kif ukoll jekk hux qegħdin jingħataw il-lista tat-toroq li jkunu se jsiru biex jibdlu s-servizzi.", "Se nkun ċar u skjett, imbagħad il-Ministru jgħidli jekk hux iva jew le.", "Pereżempju, it-toroq li ngħataw it-tarmac fil-Qajjenza, kien hemm bżonn li jinbidlulhom is-servizzi jew le?", "Qed insemmi Wied il-Għajn, Birżebbuġa u tal-Ġebel bħala eżempji, biex ma taħsbux li qed nitkellem fl-ajru, imma qed inkun konkret.", "Biex tifhmuni, qisni jien se nibdel il-madum tal-kamra tal-banju, u ma nbiddilx il-pajpijiet tal-ilma.", "Issir din il-ħaġa jew le?", "Naħseb li jkun żball għal dan il-pajjiż jekk qed isir hekk bi flus il-poplu.", "Kieku għandi r-rapport annwali kont inkun naf, imma l-informazzjoni li għandi jien hi li f'dawn it-toroq, b'mod speċjali f'San Pawl il-Baħar, apparti l-Qajjenza u Birżebbuġa, ingħata t-tarmac għax ġejja l-elezzjoni tal-kunsilli lokali, taw il-wiċċ mill-flus tal-kunsill lokali u ma nbidlux il-kanen tal-ilma!", "Jien qed nistenna biex nara jekk dan huwiex minnu jew le.", "Ovvjament, il-ħaddiema Maltin li jkunu fit-toroq fix-xemx u fix-xita, li nsellmilhom minn hawnhekk, għalkemm jista' jkun li jkollna xi wħud barranin – il-Maltin forsi mhumiex daqstant favoriti mal-Prim Ministru, għax il-Prim Ministru forsi ma jkunx jixtieq dawn it-tip ta' ħaddiema – jintbagħtu f'postijiet fejn jgħidilhom il-management.", "Jien se nistenna r-risposta tal-Ministru dwar jekk il-management hux qed jibgħat lil dawn il-ħaddiema biex jibdlu s-servizzi tal-ilma fit-toroq li se jsir it-tarmac fihom.", "Dawk in-nies li qegħdin jarawna fid-djar tagħhom li talbu li jinbidlilhom il-meter ta' ġewwa meta jkun hemm xi leakage fid-dar, kemm qed idumu biex imorru l-ħaddiema minn dakinhar li jsir ir-rapport sal-mument li jitranġa?", "Kieku għandi r-rapport annwali, kien ikolli tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet.", "Irrid insellem lill-ħaddiema li jmorru jagħmlu dawn ix-xogħlijiet.", "Ovvjament, il-management irid jibgħathom u jista' jkun li jibgħat lil wieħed u mhux lil ieħor, għax intom li qegħdin tisimgħuna u tarawna tajjeb li tkunu tafu li mhux biss għax tkun Malti tkun qed taħdem fix-xemx … Anke bejn Laburist u Laburist ieħor hemm diffikultà f'din il-Korporazzjoni!", "Ministru, nappellalek biex tagħti kas!", "Inti taf li meta ngħidlek l-affarijiet jien, ikolli l-fatti konkreti.", "Laburist kien qed igerger ma' Laburist għax qed jibgħat Laburist li għadu kif daħal dan l-aħħar minflok Laburist ieħor li ilu daqsxejn hemm, għax forsi mhux ta' dak il-Ministru, jew ma jappoġġjax lill-ieħor jew lill-oħra!", "Ministru, niġbidlek l-attenzjoni biex toqgħod attent għax għandek it-tgergir fil-Korporazzjoni.", "Għandek it-tgergir mil-Laburisti għax iridu jagħżlu fejn imorru, speċjalment dawk il-ġodda li daħlu dan l-aħħar.", "Meta trid u x'ħin trid nagħtik aktar dettalji fil-kwiet, però ħu ħsieb.", "Hawn m'iniex ngħid bejn Nazzjonalist u Laburist, jew bejn Malti u barrani, imma bejn Laburist u Laburist.", "Dan m'għandu jsir ma' ħadd, imma għandek din il-problema kbira li trid taraha wkoll, Ministru!", "Hemm xi ħaġa oħra importanti li l-Ministru jrid jagħti kasha meta qegħdin nitkellmu fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u din hija meta jieqaf il-meter.", "Ħafna nies li qed jarawna jiġu f'ċirkostanzi fejn jiqfilhom il-meter.", "Hija ħaġa naturali li jista' jkun li tiġri għal diversi raġunijiet, imma llum li qegħdin f'dan id-dibatitu nixtieq nistaqsi lill-Ministru: Kemm jieħu żmien minn meta jieqaf il-meter sakemm jew tinduna l-Korporazzjoni jew jirrapporta l-klijent, u mbagħad sal-mument li jirranġawhulu?", "X'jiġri meta jinstab li l-meter ikun waqaf?", "Kemm iżommulha flus lil dik il-familja?", "It-tort huwa tal-konsumatur jew tal-ismart meters li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma' Arms Ltd?", "Jekk ikun ilu wieqaf erba' xhur, ħames xhur, sena, jew sentejn, kif tiġi kkalkulata l-istima minn Arms Ltd jew mill-Korporazzjoni għal dak il-meter li jkun waqaf?", "Jikkalkulaw bl-addoċċ, jew hemm xi sistema li kulħadd jaf biha u li tista' tiġi ppubblikata biex naraw xi jkun ġara qabel jew wara?", "Nixtieq li l-Ministru fid-dibattitu tal-lum jilluminana dwar dan.", "Lill-Ministru nixtieq nistaqsih ukoll jekk huwiex veru li llum hemm sezzjoni li bil-computer tkun tista' tinduna jekk meter waqafx.", "Qed isir iċċekkjar?", "U jekk qed isir, mis-sena 2017 għall-2018, kien hemm differenza?", "Sirna nafu b'meters tal-ilma li jew għandhom leakage jew qed jieqfu.", "Kemm kienet id-differenza bejn l-2017 u l-2018?", "B'hekk inkunu nistgħu nagħmlu paragun u nkunu nistgħu nagħmlu l-kritika tagħna f'dan il-Parlament, imma ladarba m'għandix ir-rapport annwali bħalma kellna tal-2017, li kien jagħtina dettalji partikolari dwar dawn is-suġġetti, illum nistenna tweġibiet diretti mingħand il-Ministru.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq nistaqsi lill-Ministru hija dwar l-edukazzjoni u l-qasam tal-ilma.", "Kieku għandi r-rapport annwali forsi kont insib kemm saru preżentazzjonijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji dwar l-użu aħjar tal-ilma, u kampanji edukattivi dwar kif nistgħu nużaw l-ilma aħjar.", "Lill-Ministru u lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma faħħarthom pubblikament meta kont mal-istess Ministru Joe Mizzi u l-eks President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, meta fil-ġnien tal-President sar post sabiħ u tajjeb għat-tfal li waqt li jkunu qegħdin hemm, jitgħallmu dwar l-użu tal-ilma u affarijiet li jinħadmu bl-ilma u bl-enerġija alternattiva.", "Dakinhar smajt lill-Ministru jgħid li se jagħmel post ieħor xi mkien ieħor.", "Jalla jagħmluhom u ngħidilhom li se jsibu l-appoġġ tiegħi u tal-Oppożizzjoni biex nagħmlu dawn it-tip ta' water parks.", "Hawn m'iniex nirreferi għall-water park li hemm Buġibba, imma għall-water park li hemm fil-Kitchen Garden tal-President, biex in-nies jifhmuni.", "M'hemm xejn daqstant gravi jekk nużaw l-ilma b'mod tajjeb, kif nużawh f'water parks bħalma hemm Buġibba, għalkemm f'dak il-proġett partikolari wkoll hemm ftit kontroversja dwar l-użu tal-ilma.", "F'dan il-kontest nistaqsi lill-Ministru jekk jaħsibx li għandna nsibu mezz biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jkollha a roving exhibition tal-ilma, biex ngħallmu lit-tfal kif għandhom jużaw l-ilma u jaqraw il-meter tal-ilma ħalli jgħallmu lill-ġenituri tagħhom.", "Irridu ngħallmuhom li kull tant żmien, filgħaxija meta ma jkunx qed jintuża ilma, għandna niċċekkjaw il-meter ħalli naraw jekk għandniex xi leak fil-kamra tal-banju jew fil-flushing.", "Lit-tfal irridu ngħallmuhom jekk fid-dar għandniex tank jew bir.", "Naħseb li dawn huma affarijiet li bħala poplu Malti u Għawdxi għandna nagħmluhom bl-appoġġ sħiħ tal-Ministru, tal-Korporazzjoni u tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista f'dan is-settur, għax fl-opinjoni tiegħi personali u tal-Oppożizzjoni, l-edukazzjoni hija xi ħaġa ta' importanza, speċjalment fil-qasam tal-ilma.", "Nixtieq ukoll li l-Ministru jagħtina ftit aktar informazzjoni dwar x'qed jiġri fl-aquifer.", "Naf li diġà tkellem dwar din l-isfida għal pajjiżna u li d-densità tal-popolazzjoni li għandna fiċ-ċokon ta' pajjiżna tpoġġilna din l-isfida quddiemna, imma nixtieq li llum f'dan il-Parlament ningħataw indikazzjoni dwar l-użu tal-ilma u l-kwalità tal-ilma li qed jiġi mtella' mill-aquifer, jekk hux qed isir immaniġġjar sostenibbli ta' dan l-ilma u jekk hijiex prijorità għal dan il-Gvern, għax mingħajr ilma jkollna diffikultà aħna, it-turisti, il-bdiewa u n-nies kollha li jgħixu f'dan il-pajjiż.", "Nixtieq li għandi r-rapport annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex inkun naf x'qed jiġri f'dan il-qasam partikolari.", "Jalla l-Ministru jagħtina risposta u jgħidilna jekk hux qed jieħu ħsieb u forsi jgħidilna kif qed tiġi indirizzata din l-isfida.", "Hawnhekk ukoll se jsib l-appoġġ tal-Oppożizzjoni biex naraw li l-ilma fl-aquifer ikun tal-aqwa kwalità possibbli.", "Xi ħaġa oħra li rridu nitkellmu dwarha llum hija l-prijorità lill-invesitment fl-istrutturi ġodda biex insaffu l-ilma trattat tad-drenaġġ.", "Din hi xi ħaġa li kienet bdiet fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u kompliet issir.", "Huwa tajjeb li tkompliet, għax huwa tajjeb li nużaw il-finanzi tagħna biex inkomplu naraw li jkun hemm provvista ta' ilma tad-drenaġġ trattat li jmur għand il-bdiewa u għand l-industrija.", "Naħseb li dan l-aspett huwa importanti biex il-poplu Malti u Għawdxi u l-bdiewa jkollhom ilma ġej minn dan is-settur.", "Naħseb li meta qed niddibattu fuq dan is-suġġett, ma nistgħux ma nitkellmux dwar il-call centre li jeżisti biex min ikollu diffikultà dwar il-kontijiet ikun jista' jċempel lil Arms Ltd, li taħdem id f'id mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u taqdi lill-konsumatur.", "Suppost li din is-sena, jekk qed nifhem tajjeb, se jitwaqqaf il-Cusotmer Care Charter li se jaħdem flimkien ma' Arms Ltd – nispera li l-Ministru jagħtina aktar dettalji dwar dan – bil-għan li l-konsumatur, il-poplu Malti u Għawdxi jinqeda b'mod aktar effiċjenti u jingħata servizz aħjar.", "Jista' l-Ministru jgħidilna kemm sarulu telefonati dan il-call centre?", "Kemm damu biex inqdew?", "X'kienu l-ilmenti tan-nies rigward is-servizz tal-ilma f'dan is-settur partikolari li qed nitkellmu fuqu llum?", "Suppost il-Ministru qal li kellu jkollna upgrade fuq l-ismart utilities portal ta' Arms Ltd u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u nixtieq li jagħtina aktar dettalji dwar kif qed jaħdem dan l-app u jekk in-nies humiex jieħdu servizz tajjeb, ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jinqeda aħjar.", "Lill-Ministru rrid nistaqsih ukoll - għax sal-lum għadu ma weġibnix - kif qed jikkalkula l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, għax il-poplu Malti u Għawdxi għandu ammont ta' units li jeħodhom bi prezz sussidjat u l-kumplament jitilgħu għal €5 kull metru kubu ta' ilma li wieħed juża.", "Meta mmorru għal dak li għandu x'jaqsam mal-avviż legali, il-Ministru jaf li għandu miktub:", "Illum se nerġa' nagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru, forsi xi darba jkollna tweġiba.", "L-annum għal dan il-Gvern, minn meta jibda u meta jispiċċa, mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Diċembru?", "Minn meta jaqbillu l-Gvern?", "Suppost li dan huwa Gvern trasparenti li ma jiddejjaqx iwieġeb il-mistoqsijiet.", "Mela ħalli nerġa' nagħmel din il-mistoqsija ċara hawnhekk ukoll.", "Meta ngħidu per annum, għal liema xhur qed jirreferi l-Gvern?", "Annum fih 12-il xahar, imma minn liema ġurnata sa liema ġurnata?", "Għax aħna nafu li 33 metru kubu per annum jiġu ċċarġjati b'madwar €1, imbagħad jekk taqbiżhom titla' bil-€5.", "Liema huma t-12-il xahar għal dan il-Gvern?", "Nagħmluha division by 365 bl-addoċċ, any 365 days, imbagħad times the number of days li jkun hemm fil-kont?", "Hekk sew?", "Jekk hu hekk, huwa sew dak li qed ngħidu aħna bħala Oppożizzjoni, li dan il-Gvern suppost sa din is-sena jrid ibiddel il-mod kif qed jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Allura jekk qed isir hekk, u f'dawk ix-xahrejn inkun imsiefer, inkun tliftu l-persentaġġ tiegħi tat-33 metru kubu?", "Għax jekk kont imsiefer, il-kont se jiġi zero għax m'użajt xejn.", "Allura meta m'użajtx id-dawl u l-ilma, dawk tal-€1 nkun tlifthom?", "Xi gvern tal-ħaddiema għandna!", "Jew insejniehom il-ħaddiema?", "Jew insejna li aħna partit tal-ħaddiema u forsi nieħdu pjaċir aktar bil-kelma li aħna soċjalisti Ewropej?!", "Is-soċjalist jaħseb f'min hu batut, u min hu batut għandu jħallas il-kont tad-dawl bl-irħas prezz possibbli.", "Il-Gvern qed ikollu ħafna lmenti mingħand in-nies u għalhekk semmejt kemm hemm ilmenti dwar meters li qed jieqfu u billing li ma jsirx tajjeb.", "Issa dħalna f'dan is-settur u nafu x'qed jiġri, allura qed nipprovaw ngħidu lill-Gvern biex iżomm kelmtu.", "Il-Prim Ministru u l-Ministru Joe Mizzi qalu għal darba, darbtejn, li din is-sena suppost se jinbidel il-metodu kif jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Issa li qegħdin fis-7 ta' Mejju, għaddew erba' xhur u fuqhom u dan il-Gvern għadu ma biddilx is-sistema li hu stess qal li jrid jagħmel studju biex jibdilha.", "Għalfejn hu kuntent bis-serq li qed isir fil-kontijiet tad-dawl, b'mod partikolari tal-ilma?", "Għalhekk huwa importanti li kull min qed jarana u jismagħna llum jifhem li ma jistax ikun li għal dan il-Gvern qisu xejn mhu xejn.", "Jien nista' nifhem li dan il-Gvern jista' jaħdimhom il-kontijiet tad-dawl, imma fil-każ tal-ilma għalfejn mhux qed tiġi addotata din is-sistema?", "Fil-kontijiet tal-ilma li titħallas bihom il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, għalfejn ma saritx reviżjoni sempliċi?", "Is-sempliċità hi li jekk niddeċiedu darba għal dejjem liema hija s-sena kalendarja, u ngħidu li hi mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Diċembru, jekk taf li għandek 33 metru kubu bl-€1.30, allura taf li jekk matul dik is-sena użajt 37 metri kubu, għandek erbgħa li trid tħallashom bil-€5.", "Imma jien naf b'fatti konkreti ta' min ma jużax it-33 metru kubu jew tkun familja ta' tnejn li ma jużawx is-66 metru kubu, jew familja ta' tlieta li ma jużawx 99 metru kubu ta' ilma fis-sena, u xorta jiċċarġjawlhom il-units bil-€5 kull metru kubu.", "Mhux ċajta li f'kull kont ikollok ammonti li jiġuk b'din ir-rata.", "Jien din spjegajtha fuq it-televiżjoni u qed nerġa' nispjegaha llum u lin-nies ngħidilhom biex jaraw il-kontijiet tagħhom.", "Iridu jaqbdu sena u jaraw kemm użaw units ta' ilma.", "Iridu jaqraw il-meter.", "M'hemmx diffikultà biex taqra l-meter.", "Għandek units b'kulur iswed u oħrajn bl-aħmar, tara kemm qed tuża mis-suwed, tara jekk għandekx xi leakage u jekk m'għandekx leakage u tkun sejjer tajjeb, tara kemm qed tuża f'sena u jekk qed tħallas bil-€5 minflok bil-€1.3 u ma tkunx qbiżt it-33 metru kubu f'sena, sinjal li għandek xi ħaġa ħażina.", "Għandna numru ta' każijiet bħal dawn, li numru minnhom għaddejthom lil Arms Ltd u nirringrazzja lill-ħaddiema ta' din il-kumpanija talli jipprovaw jagħmlu xogħolhom tajjeb.", "Ħafna mill-problemi nistgħu nsolvuhom jekk nagħmlu bħas-sistema tat-taxxa.", "Fis-sistema tat-taxxa taf li hemm il-bands u fl-aħħar tas-sena tagħmel il-plus u l-minus, imbagħad il-Gvern jew jibgħatlek cheque jew ikollok tagħtih inti.", "L-istess fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-bands huma ċari.", "F'dak li għandu x'jaqsam mad-dawl hemm 750 unit per person li tieħu l-eco reduction jekk kemm-il darba ma taqbiżhomx.", "Din naħdmuha fl-aħħar tas-sena, fejn kull familja tkun taf kemm użat u fl-aħħar tas-sena tagħmel plus u minus.", "Ma nistax nifhem x'inhi din id-diffikultà u kemm trid tkun rocket scientist biex tagħmel dawn it-tip ta' kalkoli!", "Naħseb li meta jkollna wegħda ta' Gvern li ma jżommx il-wegħdiet tiegħu, jew jibqa' jittrateni u n-nies jibqgħu jirċievu kontijiet li jkunu kważi d-doppju ta' kemm għandhom iħallsu ..", "Għax bilfors li hemm xi ħaġa ħażina; kieku l-Prim Ministru ma kienx jgħid li se tinbidel u l-Ministru ma kienx jgħid li sar studju, u dan l-istudju huwa lest u għadu ma ġiex ippubblikat.", "Jien lill-Ministru Mizzi nafu bħala bniedem li dak li jlesti jmexxi fuqu, imma f'din qed ikaxkar saqajh.", "Issa jekk hemm xi diffikultajiet, għal darb'oħra, Ministru, qed noffrilek l-id tal-ħbiberija min-naħa tal-Oppożizzjoni biex lill-poplu nsibulu l-aqwa soluzzjoni.", "X'nista' noffrilek aktar minn hekk?", "Nikkritikak, jew noqgħod lura u nħallik tagħmel xogħlok u nikkritikah.", "Jien meta kont shadow minister ta' dan is-settur, kont għidtlek li lest li niltaqa' u nitkellem mal-ħaddiema, u llum qed nerġa' nagħmillek stedina Ministru, biex meta tħossok komdu, flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, mas-settur tal-enerġija u jekk hemm bżonn miegħek, maċ-Chairperson u ma' min trid inti, immorru nduru l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ta' Arms Ltd u ta' postijiet oħra u nitkellmu magħhom ħalli naraw x'inhuma l-problemi u nsolvuhom flimkien.", "Kif għidt fil-bidu, jien ma nixtieqx li fil-qasam tal-ilma noqogħdu niddibattu b'politika partiġjana fuq min għamel dik u min għamel l-oħra, għax l-ilma huwa xi ħaġa importanti għal pajjiżna.", "Fil-fatt irrid infaħħar lill-Gvern talli fl-aħħar beda r-riabilitazzjoni taċ-Chadwick Lakes.", "Anzi, ejja ninvestu hawnhekk.", "Naf ukoll – qed nara lill-Onor.", "Aaron Farrugia hawnhekk, li ma jmurx jiġbidli widnejja – li hemm fondi tal-Unjoni Ewropea involuti.", "Din hija xi ħaġa tajba ħalli ntejbu l-ħażna tal-ilma tax-xita u naraw il-proġett taċ-Chadwick Lakes, li kif qed ngħidu hu kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Hemmhekk il-poplu Malti se jkollu esperjenza tajba u sabiħa, relatata mal-mod kif naħżnu l-ilma, mal-mod kif jinżel l-ilma u mal-ambjent naturali ta' dak il-post.", "Dan se jkun spazju rikreattiv u edukattiv għall-familji Maltin u li t-turisti jkunu jistgħu jżuru meta jkunu f'pajjiżna.", "Nixtieq ngħid li apparti li rridu nieħdu ħsieb iċ-Chadwick Lakes - u huwa tajjeb li nieħdu ħsiebu - irridu nieħdu ħsieb iż-żoni ta' madwar ir-reverse osmosis.", "Jien nixtieq li llum il-Ministru jgħidilna xi prekawzjonijiet qed nieħdu biex il-baħar ta' madwar id-diversi pumping stations li hemm viċin ir-reverse osmosis li għandna f'Lapsi, fiċ-Ċirkewwa u f'Pembroke, li minnu ntellgħu l-ilma biex imur fir-reverse osmosis u jmur għand il-familji Maltin, ikun ta' kwalità – ħalli ma noqgħodx nitkellem ċar – ma jkunx hemm problemi u nieħdu ħsieb li jkun nadif.", "Ħalli nieqaf hemmhekk għal-lum.", "Nispera li qed isiru t-testijiet u li l-Ministru jgħidilna - għax m'għandix ir-rapport annwali għal din is-sena - kemm qed isiru testijiet, kull meta qed isiru, u minn min isiru.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt hi li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li topera l-impjanti ta' Lapsi, taċ-Ċirikewwa u ta' Pembroke, tgħidilna kif qed tilqa' għall-isfida li tara li dawn it-tliet impjanti jibqgħu tal-ogħla livell u tal-ogħla kwalità, jibqgħu jaħdmu tajjeb u ssirilhom il-manutenzjoni neċessarja.", "Forsi l-Ministru jkun jista' jgħidilna x'manutenzjoni tingħata ħalli nserrħu rasna li m'hemmx leakage fl-ilma li jitlaq minn hemm għad-djar tagħna.", "Jien nifhem li minn dejjem kien hemm din l-isfida u naf li meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-gvern kellu din l-isfida, imma naħseb li jrid isir monitoraġġ ħalli jkollna tweġibiet dwar kemm intilef ilma fl-2017, fl-2018 u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, ħalli ma nibqgħux nitilfu mill-ilma, li huwa riżors importanti, waqt li jkun sejjer mill-impjanti għad-djar tal-poplu Malti u Għawdxi, jew fil-post li jinħażen fih sakemm jiġi biex jintuża.", "Punt ieħor importanti li rridu nitkellmu fuqu huwa l-politika ta' dan il-Gvern dwar il-boreholes.", "Naf li l-Gvern għadu ma ħax deċiżjonijiet dwar dan is-settur, imma kif għidt fil-bidu, nixtieq li l-ilma tal-aquifer nibżgħu għalih u nagħtu attenzjoni kbira lill-boreholes li għandna f'pajjiżna.", "Għaldaqstant nixtieq nisma' x'inhu l-ħsieb tal-Gvern fuq dan ukoll.", "Naħseb li aktar tard l-Onor.", "Frederick Azzopardi se jitkellem dwar ir-reverse osmosis f'Għawdex u l-affarijiet relatati ma' Għawdex, però naħseb li l-Ministru huwa obbligat li f'dan id-dibattitu jgħidilna fiex wasal il-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tiġi introdotta sistema awtomatika - hekk jien informat li qal il-Ministru - li tikkontrolla aħjar l-estrazzjoni tal-ilma mill-boreholes eżistenti.", "Nixtieq inkun naf fiex wasal dan il-pjan tal-Korporazzjoni u nispera li dak li qal il-Ministru, li se jkollu sistema li se tkun intelliġenti biżżejjed biex tinduna liema boreholes għandhom bżonn jingħalqu u jingħataw żmien biex jergħu jimtlew mill-ilma tal-pjan, tkun xi ħaġa li ssir f'pajjiżna.", "Għalhekk nistenna tweġiba mingħand il-Ministru dwar dan.", "Xi ħaġa oħra li nixtieq li nitkellmu dwarha fid-dibattitu tal-lum hija kif il-Gvern se jagħmel dak kollu umanament possibbli biex jara li l-consumer market scoreboard tal-Kummissjoni Ewropea turina - għax għandna diversi problemi f'dan is-settur li mhux se nitkellem dwarhom illum - li jkollna servizz tal-ilma li l-poplu Malti u Għawdxi jkun sodisfatt bih.", "Nistenna li l-Ministru jgħidilna aktar dwar dan.", "Ma nixtieqx nieħu aktar ħin minn ta' sħabi, imma naħseb li jkun importanti li dan il-Parlament, bla ebda dubju, jiffoka fuq il-mod kif irridu naraw il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Arms Ltd fis-snin li ġejjin.", "Naħseb li wasal iż-żmien li l-poplu Malti u Għawdxi jingħata risposti ċari dwar jekk hemmx il-ħsieb li dan il-Gvern jgħolli l-ammont ta' metri kubi li kull persuna tingħata fis-sena b'rata ta' €1, għax dawk il-familji b'numru kbir ta' persuni jkollhom kontijiet aktar diffiċli minn dawk ta' persuna waħda jew tnejn, u għalhekk inħeġġeġ lill-Gvern biex jibda jikkonsidra sistemi fejn familji b'aktar minn żewġ persuni jew tlieta, jingħataw aktar ammont ta' ilma bil-€1 minflok b'€5 milli għandhom illum.", "Naħseb li din tkun miżura importanti, għax l-ilma huwa essenzjali fil-ħajja ta' kuljum biex jiffrankalna l-mard u jiffrankalna numru ta' diffikultajiet oħrajn, għax ovvjament bl-użu tal-ilma żżomm ruħek nadif u san.", "Għal darb'oħra, lill-Ministru qed noffrilu l-id tal-ħbiberija min-naħa tagħna, biex naraw li fis-sistema tal-ilma f'pajjiżna jkollna kontijiet ġusti li ma jkunx hemm serq fihom.", "Irridu naraw ukoll li t-toroq li qed isiru f'pajjiżna jsirilhom it-tibdil fis-servizz tal-ilma qabel ma jingħataw it-tarmac, speċjalment f'lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar, Birżebbuġa u oħrajn.", "Fl-iskejjel għandna nagħtu lit-tfal edukazzjoni aħjar dwar kif għandhom jużaw l-ilma.", "Nixtieq intemm id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tax-xogħol li qed jagħmlu, u nispera li l-management jittratta lil kulħadd bl-istess qies, tkun ġej minn fejn tkun ġej, tkunx ġdid jew qadim, tkunx ilek hemm jew le, għax il-ħaddiema kollha qed jaqdu kif jafu huma lill-poplu Malti u Għawdxi u aħna, bħala Oppożizzjoni, nirrispettawhom u minn qalbna nirringrazzjawhom tax-xogħol kollu li jwettqu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, matul din id-diskussjoni qegħdin nittrattaw l-estimi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Din inħolqot bil-għan li jkun hemm użu aktar razzjonali u ekonomiku tal-ilma fil-gżejjer Maltin, kif ukoll bl-iskop li tipprova żżomm bilanċ bejn il-provvista u d-domanda, u billi tgħin l-iżvilupp soċjali u ekonomiku mingħajr ma tagħmel ħsara lill-ambjent.", "M'hemmx dubju li qegħdin niddiskutu estimi ta' Korporazzjoni importanti ħafna, għax din tittratta l-ilma, li huwa element essenzjali fil-kwalità tal-ħajja ta' kull Malti u Għawdxi.", "L-estimi jinkludu d-drenaġġ, li għalkemm forsi nħarsu lejh b'mod differenti, huwa aspett importanti wkoll.", "Fil-bidu tal-intervent tiegħi, se nagħmel referenza għal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi tal-ilma.", "L-Unjoni Ewropea tenfasizza li l-aċċess għall-ilma ta' kwalità tajba hu essenzjali għall-persuni, għan-natura, u għall-attivitajiet ekonomiċi.", "It-tibdil fil-klima hu mistenni li jikkawża aktar għargħar, kif ukoll nixfiet aktar frekwenti fl-Ewropa.", "Għalhekk l-Ewropa qed taddatta ruħha biex tkun tista' tilqa' għal din l-isfida fl-immaniġġjar tal-ilma.", "Il-passi li għandhom bżonn jittieħdu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fi pjan ta' azzjoni għas-salvagwardja tar-riżorsi tal-ilma fl-Ewropa sal-2020.", "L-għan ewlieni ta' dan il-pjan huwa li jiġi żgurat li l-Ewropej igawdu minn provvista suffiċjenti ta' ilma ta' kwalità tajba għall-ġejjieni.", "Il-pjan jittratta wkoll ir-restawr ta' passaġġi ta' ilma għall-istat naturali tagħhom u dan hu essenzjali biex jiġi żgurat li l-ħut, l-għasafar u l-annimali jkollhom l-ikel u l-ambjent li jeħtieġu.", "L-ambjent ta' baħar b'saħħtu huwa wkoll vitali u l-Unjoni Ewropea għandha direttiva dwar l-istrateġija marittima li taddotta approċċ kordinat għall-immaniġġjar ta' attivitajiet tal-bniedem li għandhom impatt fuq l-ambjent tal-baħar.", "Din l-istrateġija għandha l-għan li twassal għal ilmijiet tal-baħar b'saħħithom sal-2020.", "Liġi oħra tal-Unjoni Ewropea tissalvagwarda l-ilma tax-xorb u tal-għawm.", "Sinjura President, se nibbaża d-diskors tiegħi fuq uħud minn dawn il-liġijiet tal-Ewropa u se nibda billi nitkellem dwar is-sitwazzjoni tar-riżorsi tal-ilma f'pajjiżna.", "Se nitkellem ukoll dwar dik li tradizzjonalment hi magħrufa għalih il-Korporazzjoni, jiġifieri l-produzzjoni tal-ilma.", "M'hemm l-ebda dubju li f'pajjiżna l-ilma huwa riżorsa prezzjuża ħafna, għax ma jiġix b'mod naturali u l-aċċess għalih huwa importanti biex ikollna ħajja ta' kwalità tajba.", "L-ilma huwa sfida għall-Ewropa kollha, b'mod partikolari għall-pajjiżi tan-naħa t'isfel tal-Ewropa, imma għall-gżejjer Maltin din l-isfida hija akbar.", "Insemmi biss li pajjiżna huwa l-għaxar pajjiż l-aktar nieqes mill-ilma fid-dinja, meta wieħed iqis ir-riżorsi tal-ilma għal kull persuna.", "Id-daqs żgħir tal-gżejjer, in-nuqqas ta' korpi permanenti tal-ilma u l-klima seminiexfa, flimkien ma' popolazzjoni densa, iwassal għal sitwazzjoni ta' domanda għolja għall-ilma u ta' nuqqas ta' provvista tal-ilma.", "Ma' dan irid jissemma wkoll in-numru ta' turisti, iż-żieda ta' barranin li qed jiġu jaħdmu f'Malta, l-attività ekonomika u t-temperaturi għoljin.", "Dawn kollha wasslu biex id-domanda tal-ilma f'dawn l-aħħar snin żdiedet konsiderevolment.", "Dawn is-sitwazzjonijiet qed iwasslu biex fil-gżejjer Maltin qed nużaw aktar mid-doppju tal-ilma tal-pjan li tipprovdi n-natura permezz tax-xita.", "Filwaqt li d-domanda tal-ilma f'pajjiżna hija ta' madwar 60 miljun metru kubu, il-provvista tal-ilma mill-pjan hija inqas min-nofs, li hija l-inqas rata ta' ilma disponibbli fl-Ewropa, u allura d-differenza jkollha tiġi minn impjanti ta' desalinizzazzjoni li jipproduċu madwar 30 miljun metru kubu.", "Dan ifisser li f'Malta qed nużaw aktar mid-doppju tal-ilma tal-pjan li tipprovdi n-natura permezz tax-xita.", "Irid jingħad li l-ilma tal-pjan fil-gżejjer Maltin huwa f'kuntatt dirett mal-ilma tal-baħar fil-blat.", "Jekk nibqgħu nippumpjaw l-ilma tal-pjan bil-goff u bl-istess rata ta' bħalissa, dan se jwassal biex l-ilma baħar jieħu post l-ilma ħelu.", "Meta jittella' l-ilma mill-pjan, ikun hemm ammont ta' taħlit ta' ilma ħelu ma' ilma baħar, bir-riżultat li l-ilma li jittella' jkun mielaħ.", "Aktar ma tkun għolja r-rata ta' estrazzjoni tal-ilma, aktar ikun hemm taħlit u għalhekk aktar tkun għolja l-imluħa fl-ilma li nixorbu.", "L-ilma tal-pjan qed isir dejjem aktar mielaħ, tant li lanqas biss baqa' tajjeb għall-użu fl-agrikoltura.", "Barra minn hekk, għandna l-problema li ħafna mill-korpi tal-ilma fil-gżejjer Maltin qabżu l-limitu ta' nitrati permessi fl-Unjoni Ewropea.", "Jiddispjaċini ngħid li f'Għawdex il-kwalità tal-ilma marret għall-agħar meta mqabbla ma' snin oħra.", "Jekk is-sitwazzjoni tibqa' tali u tibqa' ma titteħidx azzjoni biex insalvaw din ir-riżorsa, se jkollna riperkussjonijiet kbar.", "L-ewwel li se tbati hija l-biedja.", "Din se tinqered għax tiddependi mill-ilma tal-pjan, għax m'għandniex għażla oħra, bil-konsegwenza li l-għelieqi jisfaw abbandunati u tibda dieħla l-idea ta' urbanizzazzjoni totali tal-pajjiż.", "Fil-fatt, sfortunatament, din diġà bdiet tiġri f'pajjiżna.", "Ma rridux ninsew l-aspett ekonomiku, li hu konsegwenza tad-deterjorazzjoni tal-ilma tal-pjan.", "Inqas ma l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma tkun tista' ttella' ilma mill-pjan, aktar se tiddependi mill-impjanti tar-reverse osmosis.", "Dan se jkun ifisser li l-impjanti jkollhom iżidu l-produzzjoni bi spejjeż ikbar, allura l-produzzjoni tal-ilma tibda tiswa ħafna aktar flus.", "Dan kollu juri l-bżonn u l-urġenza li f'pajjiżna jkollna pjan ħolistiku fil-qasam tal-ilma li jilħaq bilanċ bejn il-ħteġijiet u l-provvista tal-ilma tal-lum u għall-quddiem.", "Huwa veru li qed nagħmlu l-proġetti u nonfqu l-miljuni, u hekk għandu jkun - anzi dan ta' min jinkoraġġih - però qed nagħmlu proġetti li m'għandniex pjan fuqhom.", "Pereżempju, x'inhu jiġri mill-ilma tax-xita?", "Tlifna kull apprezzament ta' din ir-riżorsa importanti għall-ħajja li, wara kollox, tasal għandna b'xejn, u sal-lum iktar kien hemm sforzi biex narmu milli biex naħżnu dan l-ilma.", "Wasalna fi stat li biex intaffu l-għargħar mit-toroq, ħaffirna mini taħt l-art bi flus tal-Unjoni Ewropea, infaqna madwar €70 miljun biex l-ilma tax-xita ma jibqax jiġri fit-toroq u jintrema l-baħar!", "Dan l-aħħar, il-Gvern nieda l-ewwel fażi ta' proġett bl-isem ta' Rain Water Integrated Infrastructure Network (RWIIN) li huwa proġett tajjeb u ma tistax ma taqbilx miegħu, għax jikkonsisti fi proposta għall-planning framework li se tinkludi pjanijiet t'azzjoni biex tiġi stabbilita l-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-ilma tax-xita.", "Dan se jsir b'ħames rain water catchments f'Malta u Għawdex.", "Huwa tajjeb ħafna li dan isir, però fl-opinjoni tiegħi kien ikun ferm aħjar li kieku dan il-proġett sar bi pjan aħjar u ġie integrat mal-proġett tal-immaniġġjar tal-ilma tal-għargħar u mhux bnejna mini biex narmu l-ilma tax-xita fil-baħar!", "Kien jagħmel iktar sens kieku dawn is-€70 miljun, minflok intefqu f'mini, intefqu fi ġwiebi kbar fil-bitħa ta' kull skola li għandna u fil-wesgħat fl-irħula biex jilqgħu u jaħżnu dan l-ilma.", "Kien ikun iktar għaqli kieku nbnew digi u ġibjuni oħra f'Malta u Għawdex minn dawn il-flus milli ntremew fil-baħar.", "La qed nitkellem dwar il-baħar, qed niftakar fi stqarrija li ħarġet f'Mejju 2017 mill-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent li kklasifikat lil Malta u erba' pajjiżi oħra bħala l-iktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għandhom ilma baħar ta' kwalità tajba għall-għawm.", "Fil-klassifika, il-Lussemburgu li għandu 11-il żona biss għall-għawm, ikklasifika l-ewwel.", "Warajh ikklasifikaw Malta u Ċipru b'99 bajja eċċellenti.", "Din il-klassifika lilna l-Maltin u Għawdxin żgur li tagħmlilna ġieħ, però jekk ma neħdux ħsieb dak li ksibna b'tant għaqal u investimenti finanzjarji kbar, nistgħu faċilment nitilfuh.", "Sinjura President, l-għadis hija niċċa ta' importanza konsiderevoli fis-settur turistiku Għawdxi, u Għawdex irnexxielu jisfruttaha b'mod tajjeb, minkejja d-diversi diffikultajiet li wieħed għadu jiltaqa' magħhom illum.", "Matul is-snin l-Awtorità Għawdxija tat-Turiżmu ħadmet bis-sħiħ biex inħolqot sinerġija bejn il-Gvern u l-privat biex ġew realizzati diversi proġetti li ħafna minnhom huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Minn stħarriġ li sar xi żmien ilu rriżulta li 99.3% tal-għaddasa li ġew Għawdex stqarrew li rrakkomandaw lil Għawdex bħala destinazzjoni għall-għadis lill-ħbieb u l-familjari tagħhom.", "Nerġa' ngħid, ma rridu nieħdu xejn for granted.", "Nirrepeti li hemm bżonn nistinkaw biex ir-reputazzjoni li għandna ma tispiċċax fix-xejn.", "Hawn ma nistax ma nsemmix is-sit tal-għadis li hemm fil-bajja tax-Xatt l-Aħmar f'Għawdex.", "Iż-żona ta' Ras il-Ħobż fix-Xatt l-Aħmar hija popolari ħafna mal-għaddasa barranin.", "Fil-fatt din iż-żona hija reklamata bħala żona għall-għadis turistiku.", "Din il-bajja hija frekwentata wkoll minn ħafna nies għall-għawm, speċjalment ir-residenti t'Għajnsielem.", "Il-problema tad-drenaġġ ilha s-snin tippersisti fl-inħawi ta' dan is-sit.", "Fil-fattt, il-bugħaddasa u l-għawwiema ta' sikwit jirrapportaw li waqt li jkunu qed jgħoddsu, jiltaqgħu mad-drenaġġ fil-baħar u drabi oħra jilmentaw minn żbroff ta' drenaġġ fuq l-art li jibqa' sejjer dritt fil-baħar.", "Din il-problema ilha tippersisti għal iktar minn sentejn u dan b'detriment għas-saħħa tal-pubbliku, għall-ħajja tal-ispeċi tal-baħar, għat-turiżmu u għas-settur tal-għadis.", "Kull meta l-Korporazzjoni tiġi mistoqsija dwar din il-problema, ir-risposta dejjem tkun li dak li qed jintrema fil-baħar huwa drenaġġ imnaddaf li jkun ġej mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ, imma anke jekk inhu kif qed tgħid il-Korporazzjoni, dan m'għandux jitħalla jsir.", "Żgur li dan il-materjal m'għandux jintrema f'żona fejn hemm in-nies jgħumu u l-bugħaddasa.", "Fl-istess waqt li l-Korporazzjoni qed tgħid li dan huwa drenaġġ imnaddaf, din tistqarr li huwa importanti ferm li skart uman u karti degredabbli biss għandhom jintremew fis-sistema, għax materjal ieħor jikkawża ħsara fil-kapaċità tas-sistema u tal-impjant tat-trattament.", "Hawn waħedha tiġi l-mistoqsija: Kif tista' l-Korporazzjoni tassigura li dak li qed jintrema fil-baħar huwa drenaġġ imnaddaf meta fl-istess waqt tgħid li qed ikun hemm ħsarat fil-kapaċità tas-sistema u tal-impjant tat-trattament?", "Meta jkun hemm il-ħsarat fl-impjant, id-drenaġġ li jkun akkumula x'qed isir minnu?", "F'Mejju 2018 il-Korporazzjoni ppubblikat tender li kien maħsub biex tiġi indirizzata l-ħsara li hemm fil-pipeline tax-Xatt l-Aħmar.", "Dan ikompli jikkonferma dak li qed ngħid.", "Oriġinarjament, dan il-pipeline kien jibqa' ħiereġ 140 metru 'l barra mix-xatt u jlaħħaq fond ta' madwar 80 metru.", "Il-Korporazzjoni qalet li matul l-aħħar snin, 38 metru ta' dan il-pipeline spiċċa nstadd.", "Meta l-Korporazzjoni qed tgħid li l-pipeline huwa misdud, qed tikkonferma li ma jistax ikun li dan il-materjal tad-drenaġġ hu trattat, għax kieku ma jsoddx il-pipeline!", "Qabel ma jasal għall-pipeline, dan il-materjal irid jgħaddi minn impjant għat-trattament, allura jekk inhu kif qed tgħid il-Korporazzjoni, kien isodd dan l-impjant u mhux il-pipeline.", "Issa sirna nafu li dan l-aħħar il-pipeline spiċċa misdud kompletament, bir-riżultat li dan il-materjal qed jintrema ftit metri 'l bogħod mill-art.", "Hawn irrid nistaqsi fiex wasal it-tender biex jinbidel dan il-pipeline, għax issa ilu iktar minn sena li ħareġ u għadna ma smajna xejn dwar meta se jibda dan ix-xogħol.", "Sinjura President, la qed nitkellem dwar is-sistema tad-drenaġġ, ma nistax ma nsemmix problema oħra li hemm fit-triq li minn Għajnsielem tieħu għan-Nadur.", "Fil-bidu tal-2018, din it-triq sfrondat b'tali mod li ma setgħetx tibqa' tintuża u kellha tingħalaq.", "Fit-13 ta' April 2018 kont għamilt il-mistoqsija parlamentari 5303 fejn, fost affarijiet oħra, kont tlabt lill-Ministru għal Għawdex tgħid jekk is-sistema tad-drenaġġ li tgħaddi minn taħt din it-triq hijiex tiffunzjona kif suppost, u jekk id-drenaġġ li suppost jgħaddi minn din is-sistema hux qed jispiċċa fir-raba' li hemm viċin din it-triq.", "It-tweġiba kienet tgħid li qed ikunu kkonsultati l-istakeholders kollha involuti, inkluż il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta.", "Imma għaddiet iktar minn sena u għadu ma sar xejn!", "Il-probabbiltà hija li bil-mod li sfrondat din it-triq, il-kanen tad-drenaġġ inqatgħu minn ma' xulxin u d-drenaġġ qed jispiċċa kollu taħt l-art.", "Ma naħsibx li hemm bżonn issir xi konsultazzjoni biex tkun taf jekk is-sistema tad-drenaġġ hijiex tiffunzjona tajjeb.", "Kull ma trid tagħmel huwa li tiftaħ borehole fit-triq u tara jekk ikunx għaddej id-drenaġġ jew le.", "Daqshekk faċli, imma milli jidher, lanqas dan ma sar.", "La s-sistema mhux qed taħdem sew, għalfejn kellna nħallu sena u nofs mingħajr ma ttieħdet azzjoni, bil-konsegwenzi kollha li l-kontaminazzjoni ġġib magħha?", "Ma rridux ninjoraw il-fatt li minn din is-sistema jgħaddi kważi nofs id-drenaġġ tan-Nadur.", "Sinjura President, kontra qalbi kelli nispiċċa d-diskors tiegħi b'dan il-mod, però ma stajtx ma nesprimix id-dispjaċir tiegħi għal sitwazzjonijiet bħal dawn.", "Wara kollox, dawn mhumiex xi każijiet iżolati li ġew b'kumbinazzjoni, imma ilna nafu bihom u ilhom jippersistu għal żmien twil.", "Qed nitkellem b'dan il-mod għax verament nixtieq il-ġid lil Għawdex tagħna.", "Nagħlaq billi nesprimi li għandu jsir pjan ħolistiku għall-preżent u għall-ġejjieni dwar l-immaniġġjar tal-ilma u d-drenaġġ.", "Prijorità ewlenija għandha tkun l-edukazzjoni biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun dejjem iktar sensibilizzat dwar l-importanza tal-ilma.", "Meta niftħu l-vit u nsibu l-ilma, li wara kollox inħallsu għalih, jista' jkun li m'aħniex napprezzaw dan kollu, għax ftit hemm għarfien dwar il-bżonn li nieħdu ħsieb din ir-riżorsa prezzjuża.", "Nemmen li fuq l-immaniġġjar tal-ilma l-pajjiż għandu jkollu front komuni.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Nitlob il-permess tal-Kamra sabiex id-diskussjoni tiġi sospiża għal ftit minuti sakemm nirrapporta progress fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-permess ingħata.", "Fis-5.54 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta għal ftit minuti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni, Abbozz ta' Liġi Nru 82, għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "TAL-KORPORAZZJONI", "GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA GĦASSENA 2019", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq din il-mozzjoni li kienet ġiet interrotta ftit tal-mumenti qabel.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, l-ilma huwa l-ħajja.", "L-aqwa investiment bankarju huwa l-ilma.", "Hekk jgħid l-avviż li hemm inti u dieħel l-Arjuport Internazzjonali ta' Malta kkwotat minn bank magħruf.", "Fid-diskors tiegħi ma nixtieqx inkun sensazzjonali, imma se nkun realistiku.", "Illum nafu li pajjiżna, fl-aqwa żmien, huwa net importer tal-ilma f'diversi ħwejjeġ.", "Pereżempju, il-ġakketta li liebes jien bħalissa trid mill-inqas 100 litru ilma biex tiġi manifatturata.", "Illum għandna soċjetà li hi dipendenti mhux biss fuq l-ilma tax-xorb li jkollna fil-vit id-dar, imma fuq l-ilma tal-flixkun li nimportaw.", "Hawn ċerta industrija li tieħu mill-ilma tal-pjan tagħna u tbigħulna f'kontinetur tal-ħġieġ jew tal-plastik.", "Hawnhekk nixtieq nagħmel riflessjoni fuq l-ilma bħala ħajja, l-ilma mill-aspett ta' tabib, u kemm qegħdin nixorbu healthy, clean, fair food meta niġu għall-ilma.", "Jekk taqbad flixkun tal-ilma tal-plastik, flixkun tal-ilma tal-ħġieġ u tħallihom issiġillati għal ftit ġranet fix-xemx tas-sajf Malti, issib li l-ilma fil-flixkun tal-plastik ma jinbidel qatt, filwaqt li fil-flixkun tal-ħġieġ, fil-qiegħ tiegħu jew mal-madwar tibda tara ftit aħdar.", "Dan ifisser li fl-ilma fil-flixkun tal-ħġieġ, il-ħajja baqgħet tgħix u bis-saħħa tax-xemx kibru ftit mikro-organiżmi jew algae, filwaqt li fil-flixkun tal-plastik dan ma sarx.", "Dan ifisser li l-ilma li qegħdin nixorbu mill-flixkun tal-plastik hu mimli micro-filaments tal-plastik li qed jispiċċaw fis-sistema tagħna ta' kuljum!", "Hawn huwa l-għawġ u mhux il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Hawn huwa l-għawġ fil-kwalità tal-ħajja li qed nispiċċaw ngħixu, u hawn huwa fejn 'l hemm mill-Ministeru tal-Ministru Joe Mizzi, il-Gvern irid iħares lejn is-saħħa tal-bniedem.", "X'ġara biex għandna din l-attitudni li kulħadd qed imur jixtri l-ilma mis-supermarket jew tas-supermarket jagħtihulek b'xejn max-xirja skont kemm tonfoq?", "Għalija hawnhekk għandna ħafna x'nikkoreġu u għandna ħafna xi nwissu, imma mhux biss fejn nedukaw lill-poplu.", "M'hemmx dubju li Malta hija kapurjun; għax ngħidu li rridu nkunu l-aqwa fl-Ewropa, imma aħna l-aqwa fl-Ewropa meta niġu għan-nixfa li għandna, tant li Malta titqies kważi bħala deżert, għax taqa' f'kategorija high risk meta niġu għall-immaniġġjar tal-ilma tagħna.", "Ittieħdet xi azzjoni tul iż-żmien?", "Iva, ninnota li f'diversi leġiżlazzjonijiet ittieħdet azzjoni biex l-affarijiet jitjiebu, anke mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Żgur u bla ebda eżitazzjoni infaħħar is-sistema tat-tisfija tad-drenaġġ sabiex ikollna new water.", "Imma fi pjan li hu sostenibbli - u hawn mhux qed nindirizza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, imma l-all-in-Government approach - lil hinn mid-direttivi tal-Unjoni Ewropea, kemm qed noqogħdu attenti biex inħarsu din ir-riżorsa naturali prezzjuża li fil-passat saru gwerer minħabba fiha u fil-futur se jerġgħu jsiru gwerer minħabba fiha?", "Ejja nibdew mill-kostruzzjoni tat-toroq.", "Kemm qed isiru water culverts biex l-ilma jinġabar f'ġibjuni, kif kien isir fil-passat?", "Għalfejn inqatgħet din is-sistema?", "Inħares lejn l-Awtorità tal-Ippjanar u nipponta subgħajja lejha, mhux wieħed, imma l-għaxra li huma.", "X'sorveljanza qed issir biex fil-permessi li qed jingħataw għall-bini, kemm bini għoli ħafna u anke mhux, naraw li jkun hemm ġwiebi u bjar?", "Mhux hekk biss, imma rridu nidħlu fis-sistema ta' kostruzzjoni sostenibbli, fejn fl-infrastruttura tal-binja stess ikun hemm sistemi tal-ilma tax-xorb u sistemi tal-ilma għall-użu personali jew ħwejjeġ oħra.", "Is-sistema tal-istormwater culverts li dan il-pajjiż nefaq €60 miljun fuqha, bilfors ikolli nikkritikaha.", "Jekk m'iniex sejjer żball saru tlieta, li tnejn minnhom jarmu fil-baħar u waħda minnhom biss tarmi ġo wied, li huwa Wied Qirda.", "Għalija dak huwa riżors li qed narmuh.", "Hemm bżonn li l-ilma kollu tax-xita jinġabar, għax kull qatra tgħodd, iktar u iktar meta l-kampanja tal-ODZ qiegħda togħsfor ftit ftit!", "Id-deżertifikazzjoni ta' pajjiżna l-ewwel li tolqot hija lill-agrikultura.", "Għalhekk mingħajr ma trid, l-agrikoltura qed tfittex sors ieħor ta' ilma, li hu l-ilma tal-pjan.", "Illum għandna pajjiż li minbarra li hu dipendenti fuq il-flixkun tal-ilma tal-plastik, hu dipendenti fuq l-impjanti tar-reverse osmosis.", "Nieħu pjaċir ninnota li se jiżdied ieħor f'Għawdex.", "Dan kollu rriduh, għax wara kollox għandna Gvern li d-direzzjoni tiegħu hija politika li l-ekonomija tagħha tħares lejn il-volum u mhux lejn il-valur.", "B'riżultat t'hekk żdiedet il-popolazzjoni, u mhux biss, imma żdied in-numru ta' ħaddiema barranin li jaħdmu hawnhekk u żdied in-numru ta' turisti li jżuruna, għax m'għandniex pjan ta' turist magħżul, allura qed jiġu turisti tal-massa.", "Minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni u minħabba l-bidla fil-klima, in-nixfa permezz tas-sħana u tar-riħ li jaħkem f'pajjiżna, aħna se nbatu.", "Nieħu pjaċir ninnota li min-naħa tagħha, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tilqa' għal dan, imma dak li qed isir mhuwiex biżżejjed.", "Waħda mill-affarijiet li tinkwetani mill-aspett ta' Gvern hija n-nuqqas ta' national preparedness.", "Naf li l-impjanti tar-reverse osmosis huma mgħammrin b'tali mod u manjiera li meta jiġbdu l-ilma mill-baħar, ma jiġbduhx b'mod dirett, imma jiġbduh minn boreholes fejn l-ilma baħar ikun imsaffi.", "Jista' jkun hemm tniġġis tal-baħar b'mod inċidentali jew anke b'intenzjoni, bħal meta darba Gaddafi kien qal li lest li jisplodi tanker ta' 250 miljun barmil żejt biex jagħmel ħsara lil Malta meta kellna xi problema miegħu!", "Dan m'ilux wisq u seħħ qabel l-2013 fi żmien l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "Dik is-sitwazzjoni, apparti li wieħed jista' jilqgħalha u l-ilma jista' jinġabar, l-impjanti tar-reverse osmosis kif inhuma huma tali li t-tniġġis mill-baħar la se jispiċċa fl-impjant u lanqas se jispiċċa fl-ilma tal-vit.", "Sinjura President, dan l-aħħar l-estimi tal-Enemalta m'għadniex niddiskutuhom għax m'għadhomx jersqu lejn din il-Kamra, u se ngħid għalfejn.", "Għax l-Enemalta, dik l-intrapriża li tforni l-elettriku lir-reverse osmosis, illum mhijiex tagħna lkoll imma hi ta' stat barrani!", "Illum din hi l-unika intrapriża li tfornina bl-elettriku permezz tal-Electrogas u ta' konsorzju ta' negozjanti li jiddettaw l-aġenda tagħhom.", "Allura bejn iċ-Ċina, bejn l-Ażerbajġan u dawn in-nies li jiddettaw, aħna bħala sors ta' enerġija – ninsew għall-mument l-elettriku li ġej mill-pipeline tal-gass bejn Malta u l-Italja, li għalhekk huwa importanti – niddependu fuqhom.", "Allura jekk tqum kriżi internazzjonali, jew tiġri xi ħaġa oħra li minħabba fiha dawn iwaqqfulna l-provvista tal-elettriku, l-impjanti tar-reverse osmosis kemm se jdumu jaħdmu fuq il-generators, meta dawn iridu konsum ta' elettriku li kultant jieħu l-massimu tal-power station innifisha?!", "Meta niġu għat-tħejjija nazzjonali, aħna nafu li għandna ħażna ta' ilma għall-popolazzjoni tagħna ta' madwar jumejn biss, u dan meta nafu li l-popolazzjoni qiegħda tiżdied.", "Allura jekk qatt tinqala' xi ħaġa, għandna nkunu ppreparati.", "Jien ma nistax nipponta subgħajja lejn il-Ministru Joe Mizzi, li naf li qed jitħabat bis-sħiħ biex jirranġa l-affarijiet, bħalma naf li qed jitħabat biex dawk il-familji vulnerabbli li jużaw l-elettriku u l-ilma, għax jippreferu jużaw is-sistema tal-Gvern minħabba l-enerġija alternattiva biex b'hekk iħarsu l-ambjent, qed jispiċċaw b'kont għoli iktar milli suppost, b'mod partikolari għax ikunu familji numerużi.", "Jien nifhem li min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma - minn hawn nixtieq insellem lill-ħaddiema tagħha - u min-naħa tal-Ministeru qegħdin jaħdmu qatigħ biex jirranġaw l-affarijiet, però jien inħoss f'qalbi li hemm bżonn li jkun hemm an all-in-Government approach meta niġu għal żewġ affarijiet.", "Dawn huma n-national preparedness mill-aspett li semmejt u l-ilma li kull wieħed u waħda minna nixorbu mill-flixkun tal-plastik, għax bħala politiku li nirrappreżenta n-nies u bħala policy maker m'għandix serħan il-moħħ li aħna ppreparati sew għalihom.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin għall-Oppożizzjoni skada.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI: Sinjura President, nixtieq nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'din id-diskussjoni, għax jekk ma jkunx hemm kritika ngħid li hemm xi ħaġa ħażina, però huwa tajjeb li l-kritika tkun kostruttiva u jkollha l-għan li fejn l-affarijiet sejrin ħażin, wieħed jiġbed l-attenzjoni biex ma jibqgħux sejrin ħażin u fejn l-affarijiet sejrin tajjeb, wieħed jgħid li sejrin tajjeb u naraw kif nistgħu nkomplu ntejbu.", "M'hemmx għalfejn jiġu f'dan il-Parlament u joqogħdu jaqbdu mat-tentufiet biex jikkritikaw, speċjalment meta ma jkollhomx raġun.", "Fil-ftuħ ta' dan id-dibattitu, kelliem tal-Oppożizzjoni qajjem il-kwestjoni li r-rapport annwali għadu ma tqegħidx fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Jien għidtlu ċar u tond li se nippubblikawh u nqegħduh fuq il-Mejda tal-Kamra, imma nesa, għax qal li ma jistax jitkellem b'fatti konkreti għax m'għandux ir-rapport annwali.", "Fil-verità, m'għandekx bżonn ir-rapport annwali biex titkellem fuq fatti konkreti.", "Fil-fatt, fl-2011, fl-2012 u fl-2013 meta hu kien jagħmel parti mill-Gvern Nazzjonalista, ir-rapport annwali ma tpoġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Allura skont dak li qed jgħid hu, jien bħala kelliem tal-Oppożizzjoni, ma stajtx nitkellem b'mod konkret, imma jien, għax kont nagħmel xogħli sew, ma kellix bżonn ir-rapport annwali.", "Ir-rapport kieku kien jgħinni biex inkun naf iktar x'qed isir tajjeb u ħażin, imma ma jfissirx li mingħajru ma stajtx nagħmel xogħli.", "Għalhekk huwa banali li pprova jagħmel storja għax ir-rapport annwali ma poġġejtux fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Issa jien se npoġġih - m'hemmx problemi fuq hekk – imma huma stess ma kenux poġġewh.", "Però dakinhar ma missitux il-kuxjenza.", "Issa missitu l-kuxjenza!", "Sinjura President, jien se nitkellem b'mod kostruttiv u se ngħid il-fatti.", "Se ngħid x'qed isir, xi pjanijiet għandna u se ngħid ukoll fejn jien inkwetat.", "M'għandix għalfejn nibża' ngħid il-verità.", "Naf li hemm ċerti sfidi u forsi mhux ħtija tiegħi li qed niffaċċja ċerti problemi, imma huwa tort tal-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern, għax saru affarijiet mingħajr pjan fit-tul u saru ċerti żbalji, filwaqt li ċerti affarijiet li kellhom isiru, baqgħu ma sarux.", "Irrid ngħid li għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-2018 kienet sena importanti u intensiva, fejn sar ħafna ristrutturar pożittiv.", "Kienet ukoll sena mimlija sfidi, li matulha sar investiment mingħajr preċedent f'dak is-settur.", "Qabel ma nkompli, nixtieq nerġa' nirringrazzja lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għax-xogħol fejjiedi li qed jagħmlu.", "Jien weġġajt illum meta semmew li qed issir xi diskriminazzjoni mal-ħaddiema, għax fejn inkun jien qatt ma saret diskriminazzjoni u ma jien se nħalli li ssir l-ebda diskriminazzjoni kontra l-ebda ħaddiem!", "Li xi ħadd igerger għax forsi kien jonqos milli jagħmel xogħlu u issa qed ikollu jagħmel xogħlu jista' jkun, imma ma jfissirx li qed issir diskriminazzjoni.", "M'għandix bżonn l-offerta tal-Oppożizzjoni biex jgħinni nkun qalb il-ħaddiema, għax jien dejjem ħaddiem kont.", "Illum m'għadnix ħaddiem għax wasalt fl-età tal-pensjoni, imma għadni naħseb bħala ħaddiem u għadni nkun mal-ħaddiema.", "Il-ġurnata tiegħi nqattagħha mal-ħaddiema u nkun naf eżatt x'qed jiġri mill-ħaddiema stess, għax jien parti minnhom u nixtieq ngħix ħajja normali.", "Għandi r-responsabbiltajiet ta' Ministru, imma jien dejjem ftaħart li jien ħaddiem u dejjem kont ħaddiem, allura llum niftaħar li għalkemm m'għadnix naħdem, xorta nħossni wieħed minnhom.", "Nista' ngħid li s-sena li għaddiet se tibqa' mmarkata bħala sena fejn ġie varat l-ikbar proġett fis-settur tal-ilma li qatt ġie implimentat f'Malta.", "Dan huwa proġett li sa ftit ilu kont ngħid li jaqbeż il-€130 miljun, imma llum ngħid li se jaqbeż il-€150 miljun għax ġejt infurmat li żdied ammont ta' fondi Ewropej.", "Dawn il-flus se jbiddlu drastikament il-mod kif l-ilma jiġi prodott u mqassam madwar Malta u Għawdex.", "Huwa tajjeb li wieħed juri minn fejn tlaqna.", "Jien għadni niftakar meta f'waħda mill-ewwel laqgħat li kellna kont insistejt mat-tmexxija tal-Korporazzjoni li l-proġett għandu jingħata prijorità.", "Tlabna proġett li jkun ibbażat fuq l-ogħla livelli ambjentali, li jsaħħaħ il-mod kif il-prodott jasal għand il-pubbliku, u llum ninsab sodisfatt li d-direzzjoni li tajt ġiet segwita.", "Ftit tal-ġranet ilu kellna fostna l-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella li attenda għaċ-ċerimonja uffiċjali li saret f'Għawdex, fejn dan il-proġett mhux biss ġie approvat mill-istituzzjonijiet Ewropej, iżda ġie kkunsidrat mill-konsulenti tal-Kummissjoni Ewropea JASPERS bħala eżempju ta' prattiċi tajbin.", "Jien iltqajt personalment ma' JASPERS numru ta' drabi, u nifhem li l-kontribut tagħhom kompla jżid il-valur lil dan il-proġett.", "Ma rridux ninsew li dan il-proġett involva xogħol kbir ta' preparazzjoni u tfassil ta' pjanijiet li jaslu sas-sena 2050.", "Għaldaqstant, ma nistax ma nirringrazzjax lill-uffiċjali tal-Korporazzjoni li ħadmu bla heda biex tlestew diversi studji importanti u estensivi.", "Minn hawnhekk nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex stajna mmexxu 'l quddiem dan il-qasam tant importanti għal pajjiżna.", "Irrid ngħid – punt li semma wkoll l-Onor.", "Godfrey Farrugia – li l-impjanti tar-reverse osmosis qed jiġu mtejba fejn tidħol l-effiċjenza u l-kapaċità tagħhom u nista' ngħid li se jkunu kapaċi jipproduċu iktar ilma b'inqas dawl..", "Permezz ta' dan il-proġett, il-Korporazzjoni se tkun tista' tnaqqas l-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan b'4 biljun litru fis-sena!", "Hawnhekk jidher ċar li meta nagħmlu dawn il-proġetti, qed nippjanaw b'mod ħolistiku fejn jidħol l-ilma, fejn jidħol l-ilma tal-pjan, fejn tidħol l-effiċjenza u fejn tidħol il-kwalità tal-ilma.", "Dan apparti li qed jinbena reverse osmosis ġdid għal Għawdex li se jipproduċi disa' miljun litru ilma tax-xorb kuljum.", "B'hekk Għawdex se jkollu kwalità ta' ilma aħjar u mhux se jibqa' jiddependi minn pipe taħt il-baħar li ilu hemmhekk 30 sena u kulħadd jaf li ma' kull maltempata li tagħmel qed jinqalgħu problemi kbar.", "Jien inkun fuq ix-xwiek, għax ninkwieta li se jkollna xi konsegwenzi koroh, però b'dan il-proġett se nevitaw dan ir-riskju.", "Kif jaf kulħadd, bħalissa Għawdex jinqeda permezz ta' main tal-ilma li jgħaddi minn taħt il-baħar u minn ammont ta' ilma tal-pjan li jinġieb minn taħt l-art.", "Din hija sistema antika li ma tagħtix is-sigurtà meħtieġa, u la hija effiċjenti u wisq inqas sostenibbli.", "Fil-fatt, b'investiment ta' €11-il miljun, Għawdex se jkollu provvista ta' ilma ta' kwalità għolja immens li se jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' min jgħix f'din il-gżira.", "Irrid ngħid ukoll li Għawdex se jkun mija fil-mija awtosuffiċjenti, għax se jkun hemm kapaċità biżżejjed biex jinqeda Għawdex, u jekk ikun hemm iżjed jiġi ppumpjat l-ilma lura lejn Malta.", "Dan huwa proġett li jirrispetta l-ambjent tal-madwar u se joffri futur aħjar għal din il-gżira.", "L-impjant li se jiġi installat se jkun wieħed mill-iktar avvanzati fid-dinja, mhux biss fl-istandards ambjentali - għax fejn jidħol l-ambjent aħna qed nesiġu li nkunu attenti ħafna - imma wkoll fl-effiċjenza.", "L-effiċjenza hija importanti ħafna, għax dik l-enerġija li ma tużax hija l-iktar enerġija rħisa.", "Barra minn hekk, dan l-impjant se jkollu sistema li tiżgura li f'każ ta' qtugħ ta' dawl, il-provvista tal-ilma ma tiġix interrotta.", "Jekk l-Onor.", "Godfrey Farrugia kien inkwetat, qed nispjegalu ċar u tond li anke jekk jiġi interrott id-dawl ta' dan l-impjant, b'din is-sistema xorta se jibqa' jaħdem.", "F'Malta qed isir ħafna xogħol biex ikun hemm kwalità ta' ilma aħjar.", "Fil-fatt se nagħmlu bidliet kbar fis-sistema tad-distribuzzjoni u fil-mod kif jitħallat l-ilma.", "Proġett ieħor li jifforma parti min-Net Zero-Impact Utility Project hija l-kostruzzjoni ta' mina li qed titħaffer mill-impant tar-reverse osmosis ta' Pembroke għal ġibjun f'Ta' Qali.", "Din se tippermittilna nwasslu ilma aħjar għand in-nies, se nużaw ħafna inqas enerġija u kimiċi, u se tagħtina iktar sigurtà għal produzzjoni ikbar.", "Dan il-proġett b'tul ta' 9.5 kilometri huwa intiż biex ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ilma f'ħafna partijiet ta' Malta, u fl-istess ħin isaħħaħ l-effiċjenza fl-operat u fis-sostenibbiltà ambjentali.", "Ir-reverse osmosis f'Pembroke huwa l-ikbar impjant tal-qKorporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Bħalissa qed isir xogħol biex il-magni jiġu modernizzati bl-aħħar teknoloġija u permezz t'hekk se niffrankaw kważi €0.5 miljun fis-sena.", "B'hekk l-impjant se jirdoppja l-produzzjoni tal-ilma mingħajr ma jżid il-konsum tal-enerġija.", "Din hija xi ħaġa li seħħet bil-kapaċità tal-ħaddiema Maltin ta' din il-Korporazzjoni.", "Tajjeb ngħid li permezz tal-aħħar teknoloġija fis-suq, l-ilma li jittella' għal Ta' Qali se jkun pur, jiġifieri mhux se tiżdiedlu ġebla jew kimiċi, iżda minflok jeħodhom b'mod naturali mill-ilma tal-pjan.", "Dan il-proċess se jirriżulta fi prodott aktar effiċjenti u itjeb għan-nies.", "Huwa tajjeb li nsemmi li t-tip ta' pajpijiet li se jintużaw għall-kostruzzjoni tal-mina, fejn b'kollox se jintużaw madwar 3,000 tunnellata, se tkun l-ewwel darba għal pajjiżna, għax qed naraw li nużaw l-aħjar teknoloġija biex nirrispettaw l-ambjent u nżidu l-effiċjenza.", "Qed indaħħlu wkoll l-elementi importanti għal ħajja b'saħħitha għaċ-ċittadini u għad-dehra tal-pajjiż.", "Qed isir titjib fis-sistema tad-drenaġġ, inkluż dik tat-trattament, li għalkemm nirrikonoxxu li l-Gvern Nazzjonalista kien għamel xogħol importanti fuqha, mhux talli ma sarux pjanijiet fit-tul, talli seta' sar ħafna aħjar.", "Bħalissa qegħdin nieħdu deċiżjonijiet importanti biex nagħmlu tajjeb għal dak li m'għamlux ta' qabilna.", "Fil-fatt se nkunu qed nipproduċu teknoloġiji ġodda li se jippermettulna li nlaħħqu mal-isfidi tal-futur bl-aħjar mod possibbli.", "Is-sena li għaddiet ma kenitx sena ta' ippjanar u dokumentazzjoni biss imma wkoll sena ta' twettiq.", "Bil-proġetti primarji li twettqu minn mindu bdejna sal-lum intlaħaq progress ġmielu.", "Għaldaqstant nerġa' nfaħħar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li matul is-sena 2018 mexxiet applikazzjonijiet għal proġetti ambjentali kbar li ġew approvati b'mod unanimu mill-awtoritajiet konċernati, ħarġu aktar minn 200 tender u ġew iffirmati iktar minn 130 kuntratt.", "Dan ix-xogħol nista' ngħid li sar f'ħin rekord, però huwa tajjeb li ngħid li fl-istess waqt li sar dan kollu, ma ġietx kompromessa l-kwalità tad-dokumenti.", "Dan huwa importanti biex nuru li l-affarijiet għamilniehom bis-serjetà, ħaffifniehom u mxejna kif kellna nimxu.", "Dan kollu wassal għal nefqa rekord ta' €40 miljun, fondi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.", "Mhux faċli biex fi proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea, fejn għandek it-time limits u trid toħroġ it-tenders u tipprepara l-affarijiet, tasal għal din in-nefqa rekord ta' €40 miljun.", "Min qiegħed f'dan ix-xogħol jaf li kellna sfidi kbar biex wasalna għal dan l-ammont ta' fondi.", "Il-Korporazzjoni ma kenitx iffokata fuq dan il-proġett biss.", "L-2018 qed ngħidulha s-sena tan-new water, għax matulha ġew inawgurati żewġ impjanti ġodda tan-new water, wieħed f'Għawdex u l-ieħor f'Ta' Barkat f'Malta.", "Huwa impressjonanti l-mod kif it-tim tekniku rnexxielu jirbaħ problemi fis-settur tad-drenaġġ li, bħalma semmejt qabel, kienu nħolqu minn gvernijiet Nazzjonalisti minħabba nuqqas ta' viżjoni u nuqqas ta' ppjanar.", "Permezz ta' din il-ħidma bla heda, issa qed inkunu kapaċi nipproduċu 7 biljun litru ilma riċiklat fis-sena, u madwar 400 dispenser awtomatiku se jiġu mwaħħla fuq network estensiv.", "Dan l-ammont ta' ilma qabel kien jintrema fil-baħar.", "La qed insemmi n-new water f'Għawdex u f'Malta, irrid ngħid li fin-naħa t'isfel ta' Malta qed jitlesta impjant biex jippurifika dan l-ilma, però għad iridu jsiru ċerti xogħlijiet, speċjalment biex jiġu rranġati u rinovati l-ġibjuni biex l-ilma jmur fihom ħalli jkun jista' jitqassam.", "Forsi bħalissa m'hemmx dak l-ammont ta' ilma, allura jkun hemm min jgħid li mhux qiegħed jasallu ilma, imma kif ikun lest dan ix-xogħol se jkollhom biżżejjed ilma.", "Ix-xogħol qed isir bħalissa, għax jekk jilħaq jasal is-sajf ikollhom problemi kbar ta' nuqqas ta' ilma.", "Dan ix-xogħol huwa ħolqa importanti ħafna fl-istrateġija tal-Ministeru li mmexxi jien għar-raġuni li qiegħed jiġi salvagwardat l-ilma tal-pjan, għax filwaqt li qabel dan l-ilma kien jintrema l-baħar, issa qed jintuża għall-agrikoltura minflok l-ilma tal-pjan.", "Komplimentari għal dan, sar xogħol estensiv biex l-impjant tad-drenaġġ f'Għawdex u dak Ta' Barkat f'Malta jiġu riġenerati.", "Dan issemma mill-Onor.", "Frederick Azzopardi u se nispjegalu kemm l-affarijiet għamilniehom bis-serjetà u kemm kellna sfidi u problemi kbar.", "Għad fadlilna sfidi, imma sar u għadu għaddej xogħol massiv biex illum għandna impjant tat-trattament effiċjenti u robust li jista' jilqa' l-isfidi preżenti u futuri.", "Azzopardi naċċertah u nagħtih garanzija li ħdimna bla heda flimkien mal-ħaddiema biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem.", "Konna nafu li hemm dawn il-problemi kbar, imma dħalna għal dawn l-isfidi u mxejna 'l quddiem, wara nuqqas ta' ppjanar serju mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Sur President, nixtieq niffoka ftit aktar fuq l-impjant Ta' Barkat, fejn matul l-aħħar sena sar xogħol bla preċedent.", "Nifhmu li dan l-impjant fin-naħa t'isfel ta' Malta kien maħkum minn riħ qawwi u għalkemm dan l-inkonvenjent naqas frott tax-xogħol u l-miżuri li se nsemmi, għad fadal xi jsir fix-xhur li ġejjin.", "Matul is-sajf li għadda ntefqu madwar €2 miljuni biex partijiet mill-impjant, li kellhom bżonn jiġu ristrutturati, inqalgħu u reġgħu ġew f'kondizzjoni mill-aqwa.", "Sar ukoll tindif estensiv f'kull żona tal-impjant.", "Il-Korporazzjoni ħadmet matul is-sajf tista' tgħid 24 siegħa kuljum bis-Sibt u l-Ħadd b'kollox.", "Dan hu xogħol iebes ħafna, għalhekk irrid nerġa' rrodd ħajr lill-ħaddiema kollha li għamlu din il-biċċa xogħol.", "Twaħħlu wkoll bibien ġodda biex ċerti partijiet tal-impjant jingħalqu ħalli l-arja tiġi mnaddfa qabel ma toħroġ.", "Ġew introdotti wkoll prattiċi ġodda li jippermettu li d-drenaġġ jasal aħjar fl-impjant.", "F'pumping stations primarji bħal dawk tal-Gżira u tal-Marsa beda jiżdied il-calcium nitrate biex jillimita l-ġenerazzjoni tal-gassijiet li jwasslu għall-irwejjaħ.", "Fix-xhur li ġejjin fil-pumping stations primarji se jitwaħħal makkinarju biex il-kondizzjoni tad-drenaġġ tkompli titjieb.", "Barra minn hekk, saru diversi modifiki iżgħar fuq l-impjant biex ikun jista' jiffunzjona bl-aħjar mod possibbli.", "Ir-riżultati s'issa jqawwulna qalbna, imma nerġa' ngħid li għad fadal xi jsir.", "Fix-xhur li ġejjin se jkunu qed jitbattlu u jitnaddfu d-digesters, li huma żewġ tankijiet li jintużaw biex jiġġeneraw l-enerġija mis-sludge.", "Dan hu proċess li għadu qatt ma sar u li hemm bżonn isir.", "Il-Korporazzjoni qiegħda taħdem b'mod intensiv biex l-impjant ta' Sant'Antnin, li għadu jgħin bil-kbir lill-impjant Ta' Barkat, jiffunzjona aħjar.", "Sant'Antnin qed jiġi upgraded b'teknoloġija ġdida biex b'hekk ikun jista' jiffiltra l-ilmijiet diġà ffiltrati sa 3 millimetri, b'effiċjenza tista' tgħid liema bħalha u se jtaffi mill-piż li jaqa' fuq Ta' Barkat.", "Dan hu proġett ta' €7 miljuni li għandna nibdew naraw il-frott tiegħu lejn l-aħħar ta' din is-sena.", "Ta' min isemmi wkoll li qed isir xogħol biex tiġi riżolta l-problema li qiegħed joħloq id-demel fis-sistema tad-drenaġġ, liema inċidenti jikkawżaw ħsara u rwejjaħ tremendi.", "Nifhem li r-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta, inkluż jien, għandna aspettattivi kbar u qed naħdmu bla heda biex dawn jintlaħqu.", "Jien naf li mhuwiex faċli u li s-soluzzjonijiet jieħdu ż-żmien, imma bdejna nindirizzaw dawn il-problemi.", "Għad hemm irwejjaħ, imma qegħdin nindirizzaw din il-problema bis-serjetà u qed nagħmlu dak li hemm bżonn isir.", "Qabel ma nbiddel is-suġġett, nixtieq ngħid żewġ kelmiet fuq l-impjant t'Għawdex li ssemma llum.", "Dan hu impjant ieħor li kellu problemi kbar, għax kien fi stat li eluf kbar ta' litri tad-drenaġġ kuljum kienu jispiċċaw il-baħar mhux trattati.", "Dik hi s-sitwazzjoni li sibt u l-kawżi ta' dan kienu diversi, imma primarjament kienu jirrelataw mal-ammont esaġerat ta' demel li kien jintrema fis-sistema tad-drenaġġ sa minn meta l-Gvern Nazzjonalista kien ħa deċiżjonijiet li bihom ġab lil dan is-settur dahru mal-ħajt u lil dan l-impjant inkapaċi.", "Matul l-aħħar sena, dan l-impjant tbattal u l-mekkaniżmu tiegħu ġie mibdul u ħafna minnu ġie installat mill-ġdid.", "L-impjant illum qiegħed jopera bl-aħjar mod li qatt opera minn mindu ġie installat.", "Sur President, irrid ngħid li l-Korporazzjoni, id f'id mal-Ministeru tiegħi u mal-Ministeru għal Għawdex, ħadmet fuq sistema li tittratta d-demel u li filwaqt li tiżgura li l-impjant jitħalla jopera, tagħti alternattiva lil dan is-settur.", "F'dan ir-rigward sar ħafna xogħol u fil-ġimgħat li ġejjin se tkompli titjieb it-teknoloġija tat-tisfija li qed tiġi żviluppata mit-tekniċi tal-Korporazzjoni flimkien ma' oħrajn barranin.", "Madankollu, bħal f'kull impjant ieħor, hemm ħafna affarijiet li jistgħu jmorru ħażin, speċjalment meta jkun hemm rimi fid-drenaġġ li mhuwiex regolari.", "F'każijiet bħal dawn, anke jekk ma jkunux frekwenti, huwa importanti li jkun hemm outfall fi stat tajjeb.", "Fis-snin li għaddew l-outfall t'Għawdex inkiser minħabba l-kwantitajiet ta' demel li ntefgħu fih u bħalissa l-Korporazzjoni qed taħdem bla heda biex tikkuntratta x-xogħlijiet għat-tiswijiet neċessarji li se jwasslu biex l-outfall ikollu diffuser apposta li qabel ma l-ilma trattat jiġi mitfugħ fil-baħar, kull litru jkun diġà mħallat ma' ħames litri ilma baħar.", "Qegħdin naħdmu mhux biss biex nilħqu l-istandards mitluba, imma biex immorru lil hinn minn hekk.", "Issa se ndur għal materja iktar ġenerali.", "Bħalissa qegħdin jiġu rranġati siti kruċjali li tul is-snin intelqu u ma saritilhom l-ebda manutenzjoni sinifikanti mill-inqas għal dawn l-aħħar 20 sena.", "Pereżempju, ġiet ippreparata tender biex jerġa' jinbena mill-ġdid il-ġibjun ta' Ħal Luqa, li mill-2004 ġew identifikati problemi kbar fih.", "Beda x-xogħol estensiv fuq il-pumping station tal-Gżira li għandha valur kruċjali fis-sistema tal-ġbir tad-drenaġġ u għandha valur arkitettoniku uniku.", "Il-Korporazzjoni qed taħdem ma' entitajiet oħra, b'mod primarju ma' Infrastructure Malta, mal-kunsilli lokali u mal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) biex tassisti xogħlijiet infrastrutturali fit-toroq u tipprovdi proposti u assistenza fl-infrastruttura ta' taħt l-art.", "Hawn nixtieq nirringrazzja lil dawn l-entitajiet u lill-Ministeri għax-xogħol siewi li qed jagħmlu.", "Huwa tajjeb li wieħed ikun jaf ix-xogħol li qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma' entitajiet oħra, fejn qed ikun hemm kollaborazzjoni mal-Ministeri kkonċernati.", "Matul is-sena l-oħra l-Korporazzjoni nediet is-sit elettroniku ġdid brand identity u ġiet ristrutturata l-istruttura maniġerjali tal-istess Korporazzjoni.", "Dawn l-elementi qed iwasslu biex il-Korporazzjoni tkun iktar orjentata lejn il-klijenti li taqdi u se jippermettu li twassal servizz aħjar għand in-nies.", "Struttura ta' ġestjoni iktar ħafifa qed tgħinna nieħdu deċiżjonijiet iktar malajr, tatna aktar effiċjenza fis-settur u wasslet biex il-workforce qed taħdem b'mod ferm iktar iffokat.", "Nixtieq insemmi wkoll li l-Korporazzjoni rnexxielha tvara sistema ta' A-files li ppermettitilna li nimxu lil hinn mis-sistema antika tal-files normali li hemm fiċ-Ċivil.", "Din is-sistema wasslet għal riżultati eċċellenti, kemm fejn jidħol in-nuqqas ta' ħela ta' ħin u anke għal termini ta' trasparenza.", "Nista' ngħid li ninsabu kuntenti ħafna li din is-sistema issa qed tiġi installata f'entitajiet oħra u tista' tgħid li l-Ministeru tiegħi se jkun qiegħed jagħmel din it-transizzjoni fix-xhur li ġejjin.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir li dan ix-xogħol kollu wassal għal riżultati finanzjarji aħjar, b'mod li l-Korporazzjoni saħħet il-pożizzjoni fejn tidħol cashflow u rnexxielha tirreġistra surplus ta' 'l fuq minn €6 miljuni.", "Dawn huma riżultati inkoraġġanti ħafna, madankollu għad fadal ħafna xi jsir.", "Għalkemm il-Gvern qala' lill-Korporazzjoni minn sitwazzjoni finanzjarja prekarja, qed nieħdu deċiżjonijiet li jirrikjedu investiment kbir li jmissu sar tal-inqas għaxra jew 15-il sena ilu.", "Dawn ir-riżultati finanzjarji jippermettulna li b'mod għaqli nibdew nindirizzaw il-lakuni li tħallew minn ta' qabilna u b'hekk intejbu s-servizz li jingħata lin-nies.", "Biex niffoka ftit aktar fuq il-performance finanzjarja tal-Korporazzjoni, irrid infakkar li din hija s-sitt sena konsekuttiva li l-Korporazzjoni għamlet profitt u kompliet tnaqqas id-dejn li tħalla mill-Gvern preċedenti.", "Filwaqt li saret nefqa ikbar mis-snin ta' qabel, żdied id-dħul, u kif sar kull sena taħt Gvern Laburista kompla jitnaqqas id-dejn tal-Korporazzjoni li filwaqt li fl-2013 kien ta' €106 miljun, illum niżel għal €68 miljun.", "Filwaqt li l-ispiża żdiedet minn €82 miljun għal €86 miljun, it-turnover żdied minn €87 miljun għal €94 miljun.", "L-għaqal fit-tmexxija wassalna biex nirdoppjaw il-profitt minn €3 miljun għal iżjed minn €6 miljun.", "Id-dħul mill-bejgħ tal-ilma żdied bi €3 miljun, jew b'5%, u laħaq iċ-ċifra ta' €63 miljun.", "Hemm €17-il miljun fondi kommessi mal-Gvern, €9 miljun dħul amortizzat u dħul ieħor li jqarreb il-€5 miljun.", "L-ispiża tal-Korporazzjoni żdiedet b'5% u laħqet is-€86 miljun.", "Is-salarji jlaħħqu €28 miljun u huma 32% tal-ispiża totali tal-Korporazzjoni.", "L-ispiża fid-dawl kienet ta' kważi €17-il miljun u d-depreciation kważi misset it-€18-il miljun.", "Dawn iż-żewġ elementi bejniethom jikkostitwixxu 40% tan-nefqa tal-Korporazzjoni.", "In-nefqa kapitali se tkompli tiżdied biex inlaħħqu mal-bżonnijiet li tiġi riġenerata l-infrastruttura f'dan il-qasam.", "B'hekk għas-sena 2019, għalkemm il-forecast huwa wieħed pożittiv, qed nistennew profitt iktar umli.", "Sur President, il-konsum tal-ilma tax-xorb is-sena l-oħra qabeż it-33 miljun metru kubu; 60% ta' dan l-ilma ġej mir-reverse osmosis u l-40% l-oħra ġej mill-ilma tal-pjan.", "Meta wieħed jara x-xejra tal-produzzjoni tal-ilma mill-ewwel jinduna li dan ġie stabilizzat mertu tal-isforz enormi biex jiġu kkontrollati t-tnixxijiet.", "Madankollu, it-tkabbir ekonomiku miż-żieda fl-influss tat-turisti qed iwassal għal żieda gradwali fid-domanda għall-ilma, imma b'wiċċi minn quddiem ngħid li l-Korporazzjoni hija ppreparata biex tilqa' għal din l-isfida u għandha proġettazzjonijiet li jwasslu sal-2050.", "Ta' min jgħid li dan il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, li huwa bbażat fuq iċ-ċifri li semmejt, se jwassal ukoll biex b'mod effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent, it-taħlita tal-ilma se tkun komposta hekk: 70% mir-reverse osmosis u 30% biss mill-ilma tal-pjan, u dan se jwassal prodott b'togħma ferm aħjar għax l-imluħa fl-ilma se titnaqqas bin-nofs.", "L-investiment fuq l-impjanti tar-reverse osmosis se jippermettu effiċjenza li se twassal għal tnaqqis ta' 8.1% fl-enerġija speċifika, jiġifieri madwar 0.31% tnaqqis fid-domanda totali għall-enerġija fil-pajjiż.", "Kien hawn min qal li hu preokkupat minħabba li qed tiżdied id-domanda, imma bl-effiċjenza tagħna qed nuru li se niġġeneraw iktar ilma u se nużaw inqas l-enerġija.", "Is-sena 2018 kienet kruċjali għat-tnaqqis fit-telf tal-ilma.", "Ikun għalxejn li l-Korporazzjoni tinvesti f'teknloġiji ġodda jekk ma jkollhiex kontroll sod fuq it-telf tal-ilma.", "Ir-rata ta' ħela reġgħet naqset u komplejna nkunu fuq quddiem nett f'dan is-settur, anke fil-qasam internazzjonali.", "Ta' min jgħid biss li fis-sajf tas-sena 2018, il-Korporazzjoni biegħet aktar ilma, filwaqt li pproduċiet inqas mis-sena ta' qabel.", "Immaġinaw, begħna iktar ilma u pproduċejna inqas!", "Dan juri l-effiċjenza u l-kapaċità tal-ħaddiema.", "Nerġa' ngħid prosit lill-mijiet ta' ħaddiema li jaħdmu bla waqfien biex jintlaħqu dawn ir-riżultati.", "Isir ħafna xogħol ukoll biex tiġi żgurata l-kwalità tal-ilma.", "Il-Korporazzjoni għandha wieħed mill-aqwa laboratorji fil-pajjiż li jagħmel eluf ta' testijiet fuq l-ilma tax-xorb, fuq l-ilma li jitqassam lill-bdiewa, u fuq id-drenaġġ.", "Dan huwa reġim rett ħafna u hu intiż biex jiżgura li l-ilma li jasal għand in-nies ikun sigur mija fil-mija u jilħaq ir-rekwiżiti neċessarji, dejjem skont il-parametri stabbiliti bil-liġijiet.", "Is-sena l-oħra ġew varati mobile apps li taw flessibbiltà ġdida lix-xjentisti tal-Korporazzjoni.", "Ħarġu u ġew iġġudikati tenders biex jiġu installati sistemi fuq in-network tad-drenaġġ biex jagħtu idea ċara ta' xi jkun qiegħed jintrema fin-network biex jiġi mtejjeb l-infurzar.", "Lejn l-aħħar tas-sena bdew il-preparamenti biex il-laboratorju jtejjeb l-effiċjenza u l-operat tiegħu.", "Permezz ta' investiment f'apparat li jippermetti firxa aktar wiesgħa ta' testijiet u li jirrendi riżultati aktar malajr, kif ukoll permezz ta' software li se jgħin fil-mod kif titħaddem l-amministrazzjoni tal-laboratorju, dan se jinqaleb għal mod elettroniku.", "Il-Korporazzjoni, permezz ta' l-inġiniera u x-xjentisti tagħha, ħadet sehem f'diversi attivitajiet edukattivi; pereżempju varat il-kunċett ta' water bar fejn in-nies setgħu jduqu l-ilma tal-futur biex jaraw it-titjib konsiderevoli li se jkun hemm fit-togħma tal-prodott.", "Servizz ieħor li qiegħed jintlaqa' tajjeb min-nies huwa li permezz tas-softwares żviluppati f'dawn l-aħħar ħames snin, il-Korporazzjoni għandha l-mezzi biex tinforma lin-nies li jkollhom tnixxijiet fi djarhom.", "Fl-2018, fil-fatt, 2,800 persuna ġew infurmati bi problemi simili u saru 'l fuq minn 3,000 żjara fid-djar tan-nies biex jiġi investigat il-konsum għoli tal-ilma u t-tnixxijiet.", "Saret mistoqsija fuq il-meters bil-ħsara, u qisu ried jingħata x'wieħed jifhem li mhux qed jitteħdu passi.", "Għalhekk tajjeb li ngħid li matul is-sena li għaddiet inbidlu aktar minn 17,300 arloġġ tal-ilma u minn Jannar 2019 inbidlu 6,400 arloġġ.", "Dan ix-xogħol qed isir kollu mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni li qegħdin jieħdu ħsieb jirranġaw l-iżbalji tal-Gvern preċedenti.", "Qed ngħid hekk, għax bis-sistema bla pjan fit-tul li introduċa l-Gvern Nazzjonalista, sal-lum għad hemm konsegwenzi kbar.", "Nerġa' ngħid li hemm ammonti sostanzjali ta' meters tal-ilma li ma jagħtux il-qari tal-ilma li jiġi kkonsmat.", "Għandna ammont sostanzjali, u jien ma niddejjaqx ngħid li din il-problema qegħdin nindirizzawha.", "Se nsaħħu t-task force biex naraw li fl-iqsar żmien possibbli l-meters tal-ilma li mhux qed jiffunzjonaw, jinbidlu.", "Dan hu frott tal-pjanijiet żbaljati li saru minn gvernijiet Nazzjonalista.", "M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettall, imma l-problemi kbar li jinsab fihom dan il-qasam huwa proprju tort ta' kif ġew introdotti ċerti affarijiet mingħajr ma ħasbu fit-tul.", "Huwa kruċjali li wieħed jindirizza dawn il-problemi.", "Nerġa' ngħid li f'din is-sistema qed isir investiment kbir biex inkomplu nsolvu dawn il-problemi li ħolqu ta' qabilna minħabba deċiżjonijiet li setgħu ma tteħdux jew li setgħu ttieħdu ferm aħjar.", "M'iniex nitkellem fl-arja, imma qed nipprovdi l-informazzjoni u nuri f'liema sitwazzjoni qegħdin minħabba dawn id-deċiżjonijiet.", "Irrid ngħid ukoll li l-call centre tal-Korporazzjoni kompla jissaħħaħ u din is-sena ġew introdotti servizzi ġodda, inkluż is-servizz tal-live chat fuq il-website u interattività ġdida fuq is-social media.", "Fejn tidħol il-ġlieda kontra s-serq tal-ilma, saru 1,300 spezzjoni, li 40 każ minnhom irriżultaw f'allegat serq.", "Nerġa' ngħid li qed isir investiment kbir fejn jidħlu s-CCTV u l-patrols li jagħmlu l-uffiċjali tas-sigurtà tal-Korporazzjoni.", "Saru iżjed minn 13,000 spezzjoni fuq boreholes, ġibjuni, pumping stations u assi oħra.", "Huwa tajjeb li nsemmi wkoll li s-sena l-oħra, il-ħaddiema attendew 'il fuq minn 12,000 siegħa taħriġ b'mod globali.", "Il-ħaddiema ħadu sehem bi ħġarhom fl-attivitajiet tal-Corporate Social Responsibility u f'dan il-qasam ġew assistiti għaxar NGOs.", "Sur President, qabel ma nagħlaq, nixtieq nirrispondi iktar mistoqsijiet li saru min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Pereżempju, issemma l-prezz tal-ilma u qishom riedu jagħtuna x'nifhmu li huwa fenomenali u li wieħed kważi jista' jagħtih b'xejn.", "Fuq il-prezz tal-ilma ngħidilhom li dan huwa l-Gvern li raħħas il-kontijiet, u din ħadd ma jista' jiċħadha.", "Barra minn hekk, il-kritika li nirċievu minn Brussell mhijiex li l-ilma huwa għoli, imma li huwa rħis.", "Kull darba qed ikolli din il-kritika, però nerġa' ngħid li bħala Gvern ninsabu kommessi li nżommu l-kontijiet irħas.", "Issa biex nagħmlu hekk qegħdin intejbu l-effiċjenza, il-kwalità u l-prezz tal-prodott.", "Issemmew il-boreholes u donnhom riedu jgħidu li qed inħallu l-affarijiet għaddejjin u mhux qed nagħtu kas l-ilma tal-pjan.", "Dan meta jien diġà għamiltha ċara li dak li qegħdin nipproduċu min-new water qed niffrankawh mill-ilma tal-pjan.", "Dan juri l-mod serju kif qegħdin naħdmu, però peress li ssemmew il-boreholes tajjeb li ngħid li r-regolatur fl-immaniġġjar tal-boreholes hija l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent u Tibdil fil-Klima.", "L-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma jikkolaboraw ħafna mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi f'diversi aspetti f'dan is-settur.", "Primarjament, ġew metered 3,000 borehole u llum għandna data tal-irfigħ tal-ilma minn dawn il-boreholes, speċjalment jekk huma spieri antiki li jtellgħu l-ilma bil-barmil, għax hemm ammont minnhom li ma jiġux metered.", "Jiġifieri tajjeb li ngħid li fir-realtà qed isir ħafna xogħol fejn jidħlu l-kontrolli ta' dawn il-boreholes u se jkun hemm sistemi biex meta jkun hemm xi boreholes li s-salinità tagħhom tiżdied, bit-teknoloġija moderna tal-lum awtomatikament tgħaddi l-informazzjoni biex wieħed ma jeħux iktar ilma minnhom.", "Biex nagħlaq, nixtieq ngħid li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja minn żmien eċċellenti.", "Tista' tgħid li l-2019 se tkun is-sena ta' konsiderazzjoni, fejn se niffokaw biex inkomplu nikkapitalizzaw fuq il-momentum li ksibna u se nkomplu nirriġeneraw is-servizzi li nagħtu biex inpoġġu lill-klijenti fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna.", "L-ilma huwa riżors importanti mhux biss għall-eżistenza tagħna l-bnedmin, imma anke għall-ambjent u l-ekonomija.", "Għalhekk jeħtieġ li nużawh b'mod iktar sostenibbli biex b'hekk ikollna provvista sigura għal issa u għall-futur.", "Sur President, issemmew it-tariffi fuq il-kontijiet tad-dawl.", "Irrid infakkar li s-sistema li kienet tintuża fi żmien il-Gvern Nazzjonalista hija dik tal-lum, minkejja li kien hemm min qal li l-mod kif qegħdin jiġu kkalkulati t-tariffi mhuwiex tajjeb.", "Il-Gvern Nazzjonalista kien biddel l-avviż legali u għamilha uffiċjali li l-meters se jibdew jinqraw kull xahrejn.", "Allura trid tkun ipokritika biex tiġi u tipprova tagħti x'wieħed jifhem li aħna qed nisirqu.", "Dawn huma realtaijiet li daħħluhom huma u s-sistema li daħħlu huma ħawdet l-affarijiet kollha.", "Kif għidt, jien smajt dak li ntqal minn kulħadd.", "Iva, irridu naraw li nkomplu ntejbu l-affarijiet u naraw l-anomaliji li jeżistu, u hemm x'wieħed jirranġa.", "Nerġa' ngħid li rridu naraw sistema fejn il-kontijiet jibdew jiġu spjegati b'mod li wieħed jifhimhom.", "Wieħed irid jikkonsidra wkoll ċerti affarijiet.", "Pereżempju, iċ-charging tal-karozzi m'għandux jibqa' kif qed isir illum, bl-istess tariffi tal-affarijiet domestiċi u allura tispiċċa teħel iktar flus.", "Dawn l-affarijiet qed nikkonsidrawhom kollha f'daqqa, għax jekk trid tmexxi 'l quddiem trid taħseb għaż-żmien li ġej.", "Allura bilfors trid tidħol fid-dettall ta' kull ħaġa, biex meta tagħmel xi ħaġa, tagħmilha tajba.", "Jien inħossni kburi meta nara li f'dan il-pajjiż għamilna bidliet kbar.", "Nerġa' ngħid li f'dan il-qasam qed ninvestu fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Kif għedt fil-bidu, ftit tal-jiem ilu ħabbarna l-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa biex nibdlu l-mod kif l-ilma jasal għand il-konsumatur.", "Dan kien se jiġi jiswa €130 miljun, imma issa bil-fondi mill-Unjoni Ewropea se jkollna madwar €150 miljun allokati għalih.", "Qed ninvestu wkoll fi proġetti edukattivi għal uliedna fiċ-Ċentru Għajn, li ftit tal-jiem ilu rebaħ premju prestiġjuż mill-Unjoni Ewropea għall-mod kif qed jirnexxilu jwassal il-messaġġ dwar l-użu għaqli tar-riżorsi tal-ilma.", "Iltqajna ma' sfidi u għad fadlilna aktar sfidi x'negħlbu, però mxejna 'l quddiem.", "Semmejt il-problemi, għax jien ngħidhom il-problemi, ma naħbihomx.", "Iva, irridu naraw kif se nsolvu l-problemi.", "Ma tistax tagħmel il-mirakli u n-nies iridu jifhmu li l-affarijiet ma jsirux f'daqqa.", "Sur President, aħna writna snin kbar ta' traskuraġni u ppjanar ħażin, però mhux se noqgħod nibki fuq il-problemi li sibna; dawn qegħdin nindirizzawhom.", "Jien spjegajt xi problema hemm fl-impjant Ta' Barkat f'Għawdex u għidt kif qed nindirizzawha.", "Nerġa' ngħid li ltqajna ma' proġett ieħor fejn ma kienx hemm pjan minn qabel u llum qed niffaċċjaw il-problemi li qed nindirizzawhom billi ndaħħlu l-prinċipju tas-sostenibbiltà, għax aħna nirrispettaw l-ambjent.", "Qed naraw kif nużaw inqas enerġija u fl-istess waqt inlaħħqu mad-domnda, kif semmejt li qed nagħmlu fir-reverse osmosis, fejn qed nibdlu t-teknoloġija biex nipproduċu iktar ilma u naħlu inqas enerġija.", "Fejn qatt xi ħadd ħolomha li pajjiż żgħir bħal Malta nkunu qed nagħtu eżempju lil pajjiżi kbar li suppost huma iktar avvanzati minna?!", "Se nkomplu naħdmu fuq proġetti li qatt ma saru qabel u li baqgħu ma sarux għal 25 sena.", "L-isfidi li huma parti mill-viżjoni ta' pajjiżna għaż-żmien li ġej huma bbażati fuq il-prinċipju tal-infrastruttura, l-innovazzjoni u l-inklużjoni.", "Il-missjoni tagħna hija ffokata fuq dawn il-pilastri, għar-raġuni li Malta hija f'qalbna bis-serjetà u bil-provi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Joe Mizzi.", "L-ISPEAKER: Billi intalbet votazzjoni, din se tittieħed f'data li ġiet maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "JOE MIZZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni -Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, qegħdin f'nofs kampanja elettorali li għandha twassalna biex il-poplu Malti fil-25 ta' Mejju jmur jagħti l-ġudizzju tiegħu fuq il-Partit Laburista, fuq il-Partit Nazzjonalista u fuq dawk kollha li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.", "F'din il-kampanja elettorali qed naraw kuntrast kbir bejn dak li qed jagħmel partit u dak li qed jagħmel partit ieħor, kif ukoll bejn dak li qed jgħid u jagħmel il-Prim Ministru u dak li qed jgħid u jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Pajjiżna għandu bżonn politiċi li għandhom kredibilità ħalli l-poplu Malti jkun jista' juri l-fiduċja tiegħu fil-mexxejja tal-pajjiż.", "Imma kif jista' l-poplu Malti juri l-fiduċja tiegħu fil-mexxejja tal-pajjiż meta wieħed mill-mexxejja politiċi li qed jaspira li jkun prim ministru meta ssir elezzjoni oħra, diffiċli tieħdu bis-serjetà, għax dak li jgħid issa u dak li jagħmel issa huwa diffiċli biex jaqbel ma' dak li jgħid u jagħmel siegħa wara!", "Issa jekk ma qal xejn tajjeb il-Kap tal-Oppożizzjoni, qal waħda tajba, għax hu qal li l-elezzjonijiet tal-25 ta' Mejju mhumiex se jbiddlu l-Gvern.", "Veru, mhumiex se jbiddlu l-Gvern, però jrid li n-nies tivvota kontra l-Partit Laburista u kontra l-Onor.", "Joseph Muscat biex dan il-Gvern ibiddel id-direzzjoni tiegħu.", "Allura hawnhekk tqum il-mistoqsija dwar liema hi d-direzzjoni li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid lil dan il-Gvern ibiddel, għax lanqas fuq din ma kien ċar.", "Iridna nerġgħu nibdew ngħollu l-kontijiet?", "Iridna nerġgħu nibdew inżidu t-taxxi?", "Iridna nneħħu ċ-childcare b'xejn?", "Irid li ma nibqgħux nagħtu t-tablets lit-tfal tal-iskola?", "Irid li ma nibqgħux nixtru l-mediċini kollha li hemm bżonn u jerġa' jibda jkollna l-mediċini out of stock?", "Iridna nieqfu milli nkomplu bil-programm li nagħmlu t-toroq kollha ta' Malta?", "Jien ngħid bil-kontra, Sur President.", "Jien ngħid li l-poplu Malti għandu jivvota lill-kandidati tal-Partit Laburista biex inkomplu fid-direzzjoni li qbadna u nkomplu f'din il-mixja li dan il-Gvern qiegħed imexxi lill-poplu Malti fiha għaż-żmien li ġej.", "In-nuqqas ta' kredibilità toħroġ minn diversi fatti.", "Għadna kif smajna r-Ruling li tajt inti aktar kmieni llum fuq it-trasparenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Jagħmlu tant protesti u x'naf jien biex jitkellmu fuq ir-rule of law u fuq it-trasparenza u jridu jkunu jafu kulħadd x'għandu l-bank, x'jagħmel u fejn jaħdem, imbagħad tiġi d-dikjarazzjoni tal-assi u x'jiġri, Sur President?", "Jiġri li l-ewwel wieħed li ma jiddikjarax xi dħul għandu huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, li naqas milli jiddikjara l-bilanċ tal-kont bankarju tiegħu.", "L-ISPEAKER: Onorevoli, ħu paċenzja.", "Ir-Ruling qiegħed ċar.", "Peress li għadna fil-perjodu li tista' ssir mozzjoni fuq ir-Ruling, wieħed irid joqgħod attent u jitkellem b'kawtela.", "GLENN BEDINGFIELD: Sur President, li kont se ngħid hu li legalment jista' jkollu mitt elf raġun, però politikament il-Kap tal-Oppożizzjoni naqas milli jagħti fatti ċari li jagħtu sodisfazzjon lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Issa meta jkollna xi każ, ikun l-ewwel wieħed li jipponta subgħajh lejn il-politiċi ta' din in-naħa tal-Kamra li, skont hu, ma jagħtux informazzjoni.", "Jekk irid ikun trasparenti, m'għandux biss ikun korrett legalment, imma għandu jkun korrett politikament, għax fil-Parlament qegħdin fl-arena politika u mhux fl-arena legali.", "Kemm nisimgħu fuq il-good governance, fuq is-saltna tad-dritt!", "Imbagħad ikollok Deputat li jġiegħel lill-ħaddiema li kienu jaqgħu taħtu jixhdu b'mod falz, il-Qorti tikkonferma dan il-fatt, u l-Kap tal-Oppożizzjoni jibqa' b'ħalqu magħluq.", "Qed nirreferi għas-sentenza fil-konfront tal-Onor.", "Toni Bezzina, fejn il-Qorti tal-Appell ikkonfermat li l-Prim Ministru Joseph Muscat m'għamel l-ebda dikjarazzjoni falza u malfamanti fil-konfront tal-Onor.", "Bezzina.", "Jekk xejn, il-Partit Nazzjonalista dejjem għamel dikjarazzjonijiet foloz fir-rigward tal-Prim Ministru, u mhux bil-kontra.", "Il-Prim Ministru dejjem kien korrett f'dak li qal u f'dak li għamel u lllum dan qed joħroġ mill-Qorti.", "L-Onor.", "Bezzina kien fetaħ libell wara li ħassu malafamat bid-diskors tal-Prim Ministru dwar l-iskandlu tax-xogħlijiet privati li kienu saru minn ħaddiema tal-Gvern fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista taż-Żurrieq minn tliet ħaddiema tal-Gvern waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom u fil-Qorti ħareġ li l-Onor.", "Bezzina kien ġiegħel lill-impjegati tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet jagħmlu dikjarazzjoni falza dwar xogħol li għamlu f'dan il-każin.", "L-Imħallef Anthony Ellul qal li azzjoni ta' malafama ma tistax tirnexxi meta l-fatti allegati jkunu veri.", "Mela veru ġegħilhom jixhdu falz!", "Fejn hu issa l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jgħidilna x'passi se jieħu f'dan il-każ?", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni ta' qablu, li għad għandu influwenza kbira fil-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, kien qalilna li se jistenna l-appelli biex il-Partit Nazzjonalista jieħu d-deċiżjoni.", "Issa l-appelli nqatgħu, il-proċess fil-Qorti spiċċa, il-Qorti kkonfermat dak li kien ġie allegat, u l-Partit Nazzjonalista għalaq ħalqu.", "Anzi l-Qorti żiedet tgħid li l-Prim Ministru kellu kull dritt u kull jedd jikkritika l-atteġġjament tal-Onor.", "Bezzina f'din il-kwestjoni, u nikkwota:", "\"… li żgur kienet politikament imbarazzanti għal Bezzina, għax apparti li huwa uffiċjal pubbliku, huwa wkoll Membru tal-Parlament u allura involut fil-politika.\".", "Sur President, saru aktar dikjarazzjonjiet min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ma jagħmlux ġieħ lil kull min hu involut fil-politika, fosthom kampanja mibnija fuq l-esaġerazzjonijiet tiegħu, fuq il-biża' u fuq fatti żbaljati.", "Iva, lanqas fl-istatistika ma tista' temmnu lill-Kap tal-Oppożizzjoni!", "Mar jitkellem f'Tas-Sliema u beda jbeżża' lis-Slimiżi li hemm ħafna serq – kultant ma nafx minn fejn iġibhom u ma nafx kif joħroġ bihom – u tant intilef fl-esaġerazzjonijiet u fin-negattività li qal li s-Slimiżi qegħdin jagħmlu tliet bibien ta' barra daqs kemm hemm serq!", "Allura wieħed imur ifittex - u tkellem il-Ministru Michael Farrugia fuq dan - u sibna li lanqas f'sempliċement statistika ma tista' toqgħod fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni!", "Tkellem b'mod li qisu dan is-serq beda issa, kemm ilu l-Partit Laburista fil-gvern.", "Qisu fi żmien il-Partit Laburista fil-gvern kollox għola!", "Jien ngħidlu: Minbarra t-taxxi, għax it-taxxi m'għadhomx għoljin!", "Wegħduhom huma u qed inwettquhom aħna!", "Fil-verità, meta mqabbel mal-aħħar sena tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, is-serq f'Tas-Sliema naqas bi 30%.", "Fl-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern, kien hemm 76 każ ta' serq rapportati f'Tas-Sliema.", "Jekk nieħdu s-sena li għaddiet, ħalli tkun sena sħiħa, naraw li kien hemm biss 55 każ ta' serq - li huma sfortunati, imma xorta huma 55 - imma l-impressjoni li ta l-Kap tal-Oppożizzjoni kienet li s-Slimiżi qegħdin iwaħħlu tliet bibien!", "Qisu l-Couvre Porte tal-Birgu, għax kienu għamlu tliet bibien biex tidħol għall-Birgu biex ma jħallux lit-Torok jattakkawna!", "Hekk qal li qegħdin jagħmlu n-nies ta' Tas-Sliema l-Kap tal-Oppożizzjoni, meta fil-fatt l-ammont ta' serq f'Tas-Sliema naqas u mhux żdied.", "Daqshekk huwa inkredibbli l-Kap tal-Oppożizzjoni!", "Dan bħalma għandu problema kbira ta' krediblità fuq in-numru ta' għalliema, għax lanqas il-fatti ma seta' jġib tajjeb.", "Dan lanqas jgħidllek x'qiegħed jipproponi meta tgħidlu: Jekk trid li l-poplu jivvota kontra l-Partit Laburista biex il-Gvern ibiddel id-direzzjoni, għall-inqas għidilna liema direzzjoni tridna nbiddlu.", "Inkella għamel billboard fejn qalilna \"Pajjiż Fgat\" u hemm stampa tal-karozzi wara xulxin.", "Xi ħadd jieħu pjaċir li jkollna arja mhux nadifa?", "Issa l-Gvern qed jaħdem.", "Dan il-Partit fil-gvern qiegħed joħroġ bil-proposti u jħejji pjan, imma ħadd għadu ma jaf x'inhu l-pjan tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, għax għadhom ma qalulniex.", "Wara li bħala Partit ħabbarna li se nagħmlu manifest elettorali għal kull lokal, il-Partit Nazzjonalista għamel l-istess.", "Tajjeb hekk, ħalli n-nies ikollhom, però li kien għall-Partit Nazzjonalista 130,000 votant f'Malta ma kienx se jkollhom l-opportunità li jagħżlu bejn manifest u ieħor, għax li kien għall-Partit Nazzjonalista f'għadd ta' lokalitajiet ma saritx elezzjoni, u dan mhux b'kapriċċ imma b'intenzjoni, ħalli ma jkunx hemm vot qawwi kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni u kontra l-Partit Nazzjonalista.", "Ilbieraħ għamlu press conference – din m'għamilhiex il-Kap tal-Oppożizzjoni għax mhux qed jidher quddiem il-ġurnalisti, imma qed joqgħod jitkellem fejn iħossu safe li ma jmorrux jistaqsuh xi ħaġa – u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, qal li għandhom 2,000 proposta.", "Issa jekk dawn qatt m'għamlu proposta waħda, kif f'salt wieħed, f'ġimgħa, ħarġu b'2,000 proposta?!", "Hawn xi ħadd li jemminhom li għandhom 2,000 proposta?", "L-eks membru parlamentari Joe Debono Grech kieku kien jgħidilhom: Fl-aħħar għandkom wegħda: li milli għedna m'hemm xejn!", "Ara min jista' jeħodhom bis-serjetà!", "Ħarġu b'numru ta' proposti u mmultiplikawhom b'kemm għandna kunsilli lokali.", "Lanqas fuq hekk ma jistgħu jkunu kredibbli.", "Aħna mill-Partit Laburista wkoll stajna noqogħdu ngħidu li għandna l-eluf, għax konna naqbdu l-proposti li għamilna għall-kunsilli lokali kollha, nimmultipllikawhom bi 68, kemm għandna lokalitajiet fejn se jsiru l-elezzjonjiet, u konna ngħidu li għandna 2,000 proposta!", "Mela dawn f'ħames snin jew sitt snin qatt m'għamlu proposta waħda u issa f'daqqa waħda għamlu 2,000 proposta.", "Aħna għamilna proposti għal kull lokalità.", "Hemm proposti speċifiċi li bdejna naħdmu fuqhom, hemm proposti li l-kunsilliera tal-Partit Laburista jridu jaħdmu fuqhom jekk u meta jkunu eletti, hemm proposti li jittrattaw il-kwalità tal-ambjent u t-tisbiħ tal-ambjent tal-post fejn ngħixu, hemm proposti dwar infrastruttura moderna fil-lokalitajiet tagħna, u hemm proposti fuq aktar sigurtà.", "Iva, mela le, irridu nżidu s-sigurtà.", "Ħadd mhu jgħid li ma rridux inżidu s-sigurtà, imma ħadd ma mar joqgħod jesaġera li n-nies qed jagħmlu tliet bibien fid-dar għax jibżgħu li xi ħadd se jidħol jisraqhom!", "Għamilna proposti fuq komunitajiet attivi, proposti fuq kultura aktar ħajja, u numru ta' prinċipji oħrajn li qed nipproponu u nressqu quddiem l-elettorat Malti biex jiġġudikana fil-25 ta' Mejju, 2019.", "Iva, Sur President, il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jipprova jagħmel dan, għax jaf xi problema ta' kredibilità għandu.", "Għalhekk ipprova jċaħħad 130,000 persuna mid-dritt tal-vot u qed jipprova jgħid li din mhijiex elezzjoni bejn il-partiti.", "La l-partiti jmexxuhom l-Onor.", "Adrian Delia u l-Onor.", "Joseph Muscat, dan hu ġudizzju fuq ix-xogħol tal-partiti u fuq min imexxihom.", "Fil-25 ta' Mejju l-poplu Malti jrid imur jivvota u jagħżel jew lill-kandidati tal-Partit Laburista jew lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, jekk ma jivvotax lil xi ħadd mill-oħrajn, imma normalment il-maġġoranza tal-voti jmorru għand iż-żewġ partiti l-kbar.", "Mela filwaqt li l-Gvern jaħdem bi pjan u jwettaq dak li jwiegħed, l-Oppożizzjoni hija inkonsistenti u mal-Onor Adrian Delia qatt ma tista' tgħid fejn qiegħed.", "Daqskemm jistgħu jgħidu l-Għawdxin x'jaħseb il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-mina bejn Malta u Għawdex.", "Illum ma nafux x'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Wara li din ġiet imwiegħda f'żewġ manifesti elettorali u xi ħmistax ilu vvotajna f'dan il-Parlament li għandha ssir mina bejn Malta u Għawdex, id-diskors dar.", "Ma tafx fejn int mal-Kap tal-Oppożizzjoni, għax illum jgħidlek mod u l-għada jgħidlek mod ieħor, jekk mhux siegħa wara!", "L-Oppożizzjoni ma tistax toħroġ bi ppjanar, għax hija frammentata u minħabba l-qasma li hemm fil-Partit Nazzjonalista ma jista' qatt ikun hemm kredibilità.", "Huwa diffiċli li żżomm bilanċ, għax jekk ma tistax tikkontrolla l-Partit li tmexxi, tista' tgħidli kif tista' tmexxi u tikkontrolla l-pajjiż?!", "Min ma jistax jiggverna partit, jista' jiggverna pajjiż?!", "Ma jistax, Sur President!", "U dik hija diffikultà kbira.", "Għalhekk għad hemm u se jibqa' jkun hemm dubji serji u kbar fuq il-kredibilità tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qed imexxi Oppożizzjoni inkonsistenti.", "Iridna nibdlu d-direzzjoni, imma mhux qed jgħidilna liema hi d-direzzjoni.", "Għandu jkun ċar u jgħidilna għalfejn għandna noħorġu nivvotaw lill-Partit Nazzjonalista; pereżempju, biex il-Gvern ma jkomplix inaqqas it-taxxi, jew biex il-Gvern ma jkomplix iżid il-pensjonijiet … Imma jrid jgħidilna x'direzzjoni jrid, jgħidilna x'jemmen, għax ma nafux.", "Kif jista' l-poplu Malti jagħti l-fiduċja tiegħu lil partit immexxi minn politiku bi problema serja ta' kredibilità?", "Issa, Alla jbierek, qed jgħidulna li l-Gvern qiegħed jagħmel kollox ħażin; fl-ambjent fallejna, fil-finanzi qegħdin ħażin u fl-ekonomija qed inġibu l-barranin.", "Din tajba tal-barranin!", "Qed jgħidu li hawn problema tat-traffiku għax qed jiġu l-barranin jgħixu Malta.", "Donnhom insew li wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea hu l-moviment liberu tal-persuni fost il-pajjiżi, għax f'din il-kampanja elettorali kien hawn min qal li Malta saret pajjiż li ma tiflaħx tgħix ġo fih.", "Jekk iddejjaqt f'Malta u jekk dejqek dan il-Gvern, uża d-dritt tiegħek tal-moviment liberu għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u mur f'pajjiż ieħor fejn tkun tista' tiflaħ tgħix!", "Għalihom fallejna fl-oqsma kollha, imma tiskanta kif b'dan il-falliment kollu li suppost għandna, skont kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li jsir, il-Prim Ministru Joseph Muscat dejjem jiġi fdat aktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Madankollu, l-uniċi numri li jgħoddu huma dawk tal-25 ta' Mejju, meta l-poplu Malti se joħroġ jivvota biex jagħti l-ġudizzju tiegħu fuq liema direzzjoni jrid ikompli miexi fiha, jekk hux fid-direzzjoni ta' dan il-Gvern jew fil-baħħ tal-Partit Nazzjonalista.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.20 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "AWTORITÀ TAL-MEDIĊINI – LIĊENZJI LIL KUMPANIJI GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8162, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' dawk il-kumpaniji li s'issa nħarġitilhom liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u f'kull każ jgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?", "OWEN BONNICI: L-Awtorità dwar il-Mediċini fasslet linji gwida għall-kumpaniji b'intenzjoni li joperaw f'Malta fil-qasam tal-kannabis għall-skopijiet mediċinali u ta' riċerka.", "L-Awtorità ltaqgħet ma' rappreżentanti ta' din l-industrija minn diversi pajjiżi u saru konsultazzjonijiet ma' dawk kollha li rċevew Letter of Intent mill-Malta Enterprise.", "Ir-rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi ġew diskussi fid-dettall, hekk kif meħtieġa għas-sottomissjoni tal-applikazjoni li tinsab aċċessibbli onlajn.", "Il-pass li jmiss huwa li dawn il-kumpaniji japplikaw mal-Awtorità, b'applikazzjoni kompleta kif jitolbu r-rekwiżiti, biex ikunu jistgħu isiru l-ispezzjonijiet u jinħarġu l-liċenzji, kif applikabbli.", "ASSI KKONFISKATI - PROĊEDURI DWAR UŻU", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8163, jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha konfiskati mill-Istat b'rabta ma' reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-prinċipju u fil-prattika, l-assi kkonfiskati, inkluż dawk relatati mat-traffikar tad-droga, minn Awwissu 2018 u fdati lill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, jiġu ppreservati u msarrfa permezz ta' bejgħ b'subbasti pubbliċi, bil-valur miġbur jiġi trasferit fil-Fond Konsolidat favur il-Gvern ta' Malta.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħadmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau minn Novembru 2018 'l hawn u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "ORDNIJIET GĦALL-IFFRIŻAR TA' ASSI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħargu ordnijiet għall-iffriżar ta' assi (freezing orders) mill-2012 'l hawn, u jgħid kemm minn dawn għadhom fis-seħħ sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta' freezing orders li nħarġu mill-2012 'l hawn u kemm minnhom għadhom fis-seħħ sas-26 t'April 2019.", "Qorti ta' Malta", "Qorti t'Għawdex", "*Minn Awissu 2018 il-freezing orders bdew isiru mill-Asset Recovery Bureau hekk kif tkopri it-tabella t'hawn taħt.", "Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi", "ORDNIJIET GĦALL-IFFRIŻAR TA' ASSI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet għall-iffriżar ta' assi (freezing orders) mill-2012 'l hawn li llum m'għadhomx fis-seħħ u jgħid kemm minn dawn kienu kkanċellati, kemm minnhom irriżultaw f'konfiski (u jindika l-ammont globali tal-konfiski), u kemm minnhom irriżultaw f'konfiski iżda ma' rriżultaw li kien hemm assi x'jiġu kkonfiskati?", "Jista' ġentilment jagħti l-informazzjoni mitluba sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif mitlub sas-26 t'April 2019.", "Qorti ta' Malta", "Qorti ta' Għawdex", "Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi", "L-Uffiċċju għall-Rkupru tal-Assi ma rċieva l-ebda cancellation order minn Awwissu 2018 sas-26 t'April 2019.", "IL-ĠERMANJA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9781 u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 9908.", "IL-BELĠJU – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9782 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Renju tal-Belġju lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 9908.", "IL-PANAMA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9783 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika tal-Panama lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 9908.", "EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA – ITTRI ROGATORJI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9784 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Emirati Għarab Magħquda lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 9908.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9027 u 9785 u jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali?", "Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom, meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "TRANSPORT MALTA – SPEZZJONIJIET FUQ TRASPORT PUBBLIKU", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux isiru spezzjonijiet mill-uffiċjali ta' Transport Malta fuq it-trasport pubbliku provdut mill-Malta Public Transport?", "Kemm-il default notice ħarġu fir-rigward ta':", "(a) karozzi tal-linja li jagħddu full-up u ma jgħabbux nies?", "(b) karozzi jaqbżu rotot u jħallu nies fuq l-istage?", "(c) każijiet fejn jitgħabbew nies bil-wiefqa aktar min-numru stabbilit?", "(d) każijiet ta' xufiera li la jafu jikkomunikaw bil-Malti u lanqas bl-Ingliż?", "(e) karozzi tal-linja li ma laħqux il-livell minimu stabbilit ta' ndafa kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra?", "(f) karozzi tal-linja li ma laħqux il-livell stabbilit ta' apparenza (daqqiet fuq il-karozzi tal-linja, fanali ma jaħdmux, eċċ)?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm weħel multi l-operatur tat-Trasport Pubbliku f'kull każ ta' nuqqas?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li l-uffiċjali ta Transport Malta jwettqu spezzjonijiet ta' kuljum fuq vetturi li jintużaw fuq is-servizz tat-Trasport Pubbliku bi skeda.", "Ta' min jinnota li bejn Jannar u Marzu ta din is-sena twettqu 'il fuq minn 4,000 spezzjoni f'dak li jirrigwarda saħħa u sigurtà, rekwiżiti li bihom għandhom ikunu mgħammra l-karozzi tal-linja skont il-kuntratt, xufiera, kif ukoll infrastruttura.", "Isiru wkoll spot checks minn diversi lokalitajiet sabiex jiġi nnotat jekk passiġġiera ma jitgħabbewx minħabba li l-karozza tal-linja tkun mimlija, kif ukoll sabiex jiġi kkonfermat li l-karozzi tal-linja ma jkunux mgħobbija iżjed milli huma ċċertifikati li jistu jġorru (overloading).", "Isiru ukoll spot checks fuq l-indafa tal-karozzi tal-linja.", "Ta' min jinnota li spot checks fuq l-indafa jsiru kmieni filgħodu qabel il-karozzi tal-linja joħorġu fuq is-servizz.", "Minn dawn l-ispot checks li saru fuq overloading ma rriżulta qatt li kien hemm każi fejn karozza tal-linja kienet mogħbbija aktar minn dak li kienet iċċertifikata li tgħabbi.", "Għar-rigward li karozza tal-linja li ma tgħabbix passiġġiera minħabba li tkun mimlija, l-ewwel ħaġa li wieħed irrid jinnota hija ż-żieda fil-passiġġieri li s-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda qiegħed jesperjenza; is-sena l-oħra nqabżu il-53.4 miljun passiġġier, żieda ta' aktar min 11% fuq is-sena ta' qabel.", "Tali żieda kienet esperjenzjata anke fis-sena ta' qabel fejn fl-2017 esperjenzajna żieda ta' 'l fuq minn 11% fuq l-2016.", "Din is-sena wkoll qiegħda turi żieda fil-passiġġieri meta mqabbel mal-2018.", "Wieħed jifhem li tali żidiet iġibu magħhom sfidi ġodda.", "Fejn jiġu nnotati tali inċidenzi tittieħed nota u wara li jsiru spot checks oħra fl-istess lokalità jiġi determinat jekk ikunx hemm bżonn li tiżdied il-frekwenza fuq ċerti rotot.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tħejja rapport estensiv b'dawn l-inċidenzi u bir-rakkomandazzjonijiet.", "Dan ir-rapport qiegħed jiġi analizzat f'aktar dettall.", "Tajjeb wieħed jinnota li tali inċidenzi ma jġorrux magħhom penali.", "Fir-risposta li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 24225 tal-Legiżlatura 12, kienet ingħatat spjegazzjoni dettaljata hekk kif jopera il-kuntratt.", "Fl-istess risposta kien ġie spjegat li f'nuqqasijiet li jiġu nnotati fejn l-operatur tat-Trasport Pubbliku jkun jista' jirranġa, dan jingħata perjodu ta' żmien sabiex jirranġa t-tali nuqqasijiet.", "Il-perjodu li dan jingħata jiddependi minn jekk in-nuqqas ikunx jirrigwarda s-saħħa u s-sigurtà jew affarijiet oħra.", "TRASPORT PUBBLIKU – ĦLASIJIET TAN-NOLL MINN MINN ANZJANI", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjan tispiċċalu it-Tallinja Card, ikunx jista' jixtri biljett ta' €0.50 għal ġurnata sħiħa kif kien isir qabel, jew ikollux iħallas €2 għal kull vjaġġ ta' sagħtejn sakemm jagħmel it-top-up?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li kwalunkwe persuna li ma tużax it-Tallinja Card sabiex tħallas in-noll tat-trasport pubbliku u minflok tixtri biljett minn fuq il-karozza tal-linja, in-noll ikun ta' €1.50 fix-xitwa u €2 fis-sajf.", "L-introduzzjoni ta' Tallinja Card għenet sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-servizz.", "Dan minħabba li l-ħin tat-tagħbija tal-passiġġieri tnaqqas sew.", "Tajjeb wieħed jirrimarka li 'l fuq minn 80 fil-mija tal-vjaġġi kollha jsiru permezz tal-użu tal-cards.", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sena kienx hemm xufiera barranin li ma kinux jafu r-rotot u għalhekk ħallew il-passiġġieri l-art għax ma jgħaddux mir-rotta li suppost jgħaddu?", "Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm minn dawn il-każijiet?", "Jista' jgħid jekk f'kull każ l-operatur tat-trasport pubbliku weħilx multa u kemm kienet din il-multa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, kwalinkwe non-conformity li tinħareġ minħabba li xufiera ma jsegwux ir-rotta hekk kif preskritt, ma tinħariġx lix-xufier personalment iżda lill-Operatur tat-Trasport Pubbliku li hija kumpanija privata.", "Għaldaqstant, Transport Malta ma għandiex tali informazzjoni hekk kif qed tiġi rikjesta.", "Tajjeb wieħed jinnota li non-conformities jinħarġu wara li jiġi assigurat li ma kienx hemm xi għeluq għat-toroq li ma ppermettiex il-karozza tal-linja ssegwi l-perkors tagħha.", "TRASPORT PUBBLIKU – SUSSIDJU LILL-OPERATUR", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa sussidju l-operatur tat-Trasport Pubbliku fis-snin 2016, 2017 u 2018 separatament?", "IAN BORG: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9412 f'seduta 209.", "TRASPORT PUBBLIKU – MULTI LILL-OPERATUR", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm weħel multi għal nuqqasijiet l-operatur tat-Trasport Pubbliku xahar b'xahar separatament fis-snin 2016, 2017 u 2018?", "Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm għadhom pendenti?", "IAN BORG: Skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, nibda billi nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari li saret fit-12-il Legiżlatura bin-numru 29165 rigward il-multi li nħarġu għas-sena 2016 u għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4189 għal dak li jirrigwarda multi li nħarġu għas-sena 2017.", "L-ammonti dovuti għar-rigward ta' dawn il-multi ġew imħallsa mill-operatur tat-trasport pubbliku.", "Fl-2018 inħarġu b'kollox total ta' €168,215 f'multi.", "Minn dawn hemm numru ta' non-conformities li għadhom qegħdin jiġu diskussi mal-operatur tat-trasport pubbliku.", "L-ammont tal-multi msemmija f'mistoqsijiet 29165 u 4189 u f'din il-mistoqsija rispettivament, ikopru l-multi kollha li ħarġu lill-operatur tat-trasport pubbliku għar-rigward tan-nuqqasijiet li ġew innotati vis-à-vis il-kuntratt.", "TRANSPORT MALTA / INFRASTRUCTURE MALTA – TALBIET GĦALL-ESPROPRJAZZJONI TA' ŻVILUPP EŻISTENTI PRIVAT", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9414 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta / Infrastructure Malta qattx għamlet talba f'isem partijiet terzi biex issir esproprjazzjoni ta' żvilupp eżistenti privat biex jingħata aċċess għal parti minn triq, minn April 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema kienu dawn it-talbiet u f'liema stadju waslu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li fiż-żmien indikat saru sitt talbiet minn Transport Malta/Infrastructure Malta f'isem partijiet terzi biex issir esproprjazzjoni ta' żvilupp eżistenti privat.", "Id-dettalji dwarhom jinsabu fil-lista li qed nippreżenta mat-tweġiba.", "Transport Malta/IM bagħtet it-talbiet għall-esproprjazzjoni tal-artijiet bi spejjeż ta' terzi lill-Awtorità tal-Artijiet.", "L-entità ma tibqax issegwi l-proċess f'dan l-istadju.", "Il-klijent ikun f'komunikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet biex jiġi finalizzat il-proċess.", "NADUR GĦAWDEX: TRIQ L-IMĠARR – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9655, tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' azzjoni ttieħdet u liema xogħol infrastrutturali sar fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur Għawdex minn Gvern Laburista bejn it-8 ta' Marzu 2013 u t-3 ta' Ġunju 2017?", "Interpellant li mis-sena 1987 'il hawn qatt ma saru xogħlijiet fuq l-imsemmija triq.", "Kienet din l-amministrazzjoni f'din il-Leġiżlatura li ħadet azzjoni sabiex jibdew xogħlijiet ħalli tinbena mil-ġdid.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jara li l-plot fi Triq Spiru Mizzi kantuniera ma' Triq Notabile f'Birkirkara jitnaddaf peress li dan il-plot qed iservi biex jintefa' kull tip ta' skart, inkluż siringi, kif ukoll ġrieden li qed ikunu ta' detriment kontinwu għas-saħħa tar-residenti?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lil-Onor.", "Interpellant li l-art inkwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.", "RABAT GĦAWDEX: PJAZZA SAN FRANĠISK – TRAFFIC MANAGEMENT", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid ta' min hi r-responsabbiltà tat-traffic management għall-proġett tal-pavimentar u xogħol ieħor fi Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex?", "Interpellant li f'dan il-mument mhux se jkun hemm tibdil f'rotot għall-vetturi.", "Meta jinħass il-bżonn, il-kuntrattur jieħu ħsieb li jimplimenta l-pjan li diġà ġie diskuss u approvat.", "GOZO ALIVE – ĦRUĠ TA' TENDER GĦAL SERVIZZI TA' SOUND", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għaliex għall-attività tal-Gozo Alive li ser tinżamm fi Pjazza Indipendenza s-Sibt, 4 ta' Mejju 2019, ma nħariġx tender jew sejħa għall-kwotazzjonijiet għas-servizz tas-sound meta dan ilaħħaq eluf ta' ewro meta mbagħad għal servizz simili imma ta' valur ħafna inqas, inħarġu sejħiet għall-offerti jew għall-kwotazzjonijiet?", "Min ingħata biex jagħmel dan ix-xogħol u x'inhu l-valur tiegħu?", "Interpellant li l-artist internazzjonali se jkun fi Pjazza Indipendenza fejn ġie kkonfermat fl-ewwel ġimgħa t'April.", "Il-management tal-artist taw ir-rekwiżiti għas-sistema tas-sound ftit ġranet qabel l-attività u allura l-Ministeru rrikorra għall-proċeduri li normalment jintużaw f'ċirkostanzi simili.", "RABAT GĦAWDEX – PERIT INKARIGAT MILL-PROĠETT TAD-DAĦLA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit inkarigat mill-proġett ta' triq alternattiva għad-daħla tal-Belt Victoria?", "Interpellant li l-perit inkarigat minn dawn ix-xogħlijiet huwa magħżul mill-Expression of Interest tal-periti.", "RABAT GĦAWDEX: PJAZZA SAN FRANĠISK – FIRE ENGINE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-lejl tat-Tnejn, 22 ta' April 2019, kienx hemm fire engine wieqfa għal ammont konsiderevoli ta' ħin fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex?", "Jista' jgħid għalxiex intużat u min talab is-servizz ta' din il-fire engine dakinhar f'dawk il-ħinijiet?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li fil-fatt kien hemm fire engine fi Pjazza San Franġisk ir-Rabat Għawdex nhar it-Tnejn, 22 ta' Apri,l filgħaxija u dan peress li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet talbu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jimlew bl-ilma 60 plastic jersey barriers biex ma jtirux bir-riħ u b'hekk ma jkunux ta' periklu għal ħaddieħor.", "Tajjeb li jingħad li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili talab lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet ġewwa Għawdex biex jiġi kkumpensat tal-ilma li ntuża.", "RABAT U ŻEBBUĠ GĦAWDEX– PERIT INKARIGAT MIX-XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-perit inkarigat mix-xogħlijiet li ser isiru fi Triq il-Kapuċċini, Triq ir-Rabat, Triq Patri Ġaċintu Camenzuli, Triq Ġorġ Pisani, Triq ta' Viani, fil-Victoria u Triq Marsalforn, Żebbuġ (Għawdex)?", "Interpellant li l-perit inkarigat minn dawn ix-xogħlijiet huwa magħżul mill-Expression of Interest tal-periti.", "Ninforma wkoll lill-Onor.", "Interpellant li diġà ħarġu t-tenders għat-toroq taż-żona tal-Kapuċċini li huma:", "· Triq Forn il-Ġir", "· Triq ta' Wara s-Sur", "It-tenders qed jiġu evalwati.", "MELLIEĦA: TRIQ ĠORĠ BORĠ OLIVIER – SEJBA TA' XELTER", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9968 u ċjoè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9748 rigward is-sejba ta' xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa (Triq Ġorġ Borg Olivier), jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċjal tas-Sovrintendenza għall-Wirt Storiku?", "Dan anke għall-fatt li jirriżulta li x-xogħol relatat ma' tip ta' kostruzzjoni baqa' għaddej.", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li l-Kunsill ikkummissjona survey tax-xelter inkwistjoni, li ġie mgħoddi lis-Sovrintendenza tal-Wirt Storiku.", "Dan bil-għan biex jiġi assigurat li ma ssirx ħsara lix-xelter.", "Għadaqstant, ix-xogħol li sar huwa minimu u bl-ebda mod ma huwa se jippreġudika l-konservazzjoni tax-xelter.", "Intant jien infurmat mis-Sovrintendenza tal-Wirt Storiku li s-Sovrintendenza irceviet rapport minn terzi u mill-kunsill lokali dwar suspett ta' sejbien ta' xelter ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija waqt xogħol mill-kunsill lokali u minħabba f'hekk, fuq talba tas-Sovrintendenza, il-perit għamel u pprovda survey u ritratti tal-parti tax-xelter li s-Sovrintendenza rċeviet fit-13 t'April 2019.", "Min dan is-survey jidher li l-parti tax-xelter hi madwar metru u nofs 'il ġewwa mill-wiċċ tal-blat u tikkonsisti f'kuritur parallel mal-wiċċ tal-blat twil madwar seba' metri biss.", "F'dan il-punt hemm ħajt li jimbarra l-kumplament tax-xelter.", "Minn dan is-survey is-Sovrintendenza kkonkludiet li x-xogħol preżenti mill-kunsill lokali ma jidhirx li hu ta' dannu għal din il-parti tax-xelter imma għandha tittieħed kull prekawzjoni minn kulħadd biex jiġi assigurat li ma ssirx ħsara.", "KTIEB TAL-VIŻITATURI UFFIĊJALI TAL-ĦABS – OSSERVAZZJONI MNIŻŻLA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il osservazzjoni ġiet imniżżla fil-Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali mill-Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs u ċjoè l-Ministru responsabbli għall-ħabs, il-Prim Imħallef, l-Imħallfin, il-Maġistrati u l-Avukat Ġenerali, dwar il-ħabs u l-priġunieri skont dak li jipprovdi l-artikolu 8(4) tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li żjarat saru biss mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali direttament responsabbli mill-ħabs, iżda qatt ma nkitbu osservanzi.", "BIRKIRKARA: TRIQ DUN KARM - NUMRI TAL-BIBIEN", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li l-bibien fi Triq Dun Karm, Birkirkara man-naħa tal-Oratorju, jingħataw in-numri?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li s-subway li hemm fi Triq Dun Karm f'Birkirkara, viċin l-Oratorju, terġa' titbajjad?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-interventi meħtieġa fis-subway indikata se jsiru fil-jiem li ġejjin.", "Dan bħala parti mix-xogħlijiet li Infrastructure Malta tagħmel kontinwament f'manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq li jinkludu wkoll tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 23341000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\"."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190507_225d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 8 ta' Mejju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 225, li saret fis-7 ta' Mejju 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew misjuba ħatja mill-Qorti fuq reati ta' traffikar tad-droga u jgħid ukoll kemm minnhom (fl-istess proċess) instabu ħatja fuq reat ta' ħasil ta' flus?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma) (f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): B'referenza għall-mistoqsija tal-Onor.", "Membru, quddiem il-Qorti ta' Malta ġew deċiżi s-segwenti kawżi ta' traffikar ta' droga (mis-sena 2016 sal-lum) skont kif indikat fit-tabella A ta' hawn taħt.", "Intant fil-Qorti ta' Malta ma tinżammx statistika dwar jekk persuna tkunx ġiet misjuba ħatja jew liberata u/jew kienx hemm ħtija ta' reat ta' ħasil ta' flus.", "Fir-rigward tal-Qorti ta' Għawdex il-persuni li ġew misjuba ħatja mill-qorti fuq reat ta' traffikar tad-droga u kemm minnhom ukoll (fl-istess proċess) instabu ħatja fuq reat ta' ħasil ta' flus mis-sena 2016 sal-lum huwa kif muri fit-tabella B ta' hawn taħt:", "MALTA ENTERPRISE – LETTER OF INTENT LIL INTRAPRIŻI GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi li applikaw mal-Malta Enterprise biex tinħarġilhom letter of intent għall-produzzjoni tal-Kannabis għal skopijiet mediċinali u riċerka?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ġew approvati u nħarġitilhom il-letter of intent?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Enterprise irċeviet 37 applikazzjoni li minn dawn ġew approvati 15.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ftit tax-xhur ilu f'dan il-Parlament konna għaddejna liġi li ħolqot il-possibbiltà li jkun stabbilit framework biex dawn il-kumpaniji joperaw fih.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex qed jara ġej investiment serju lejn il-pajjiż f'dan ir-rigward.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk jaħsibx li fil-futur qarib dan is-settur se jkun wieħed b'saħħtu fejn jidħol employment, jiġifieri huwiex se jimpjega numru sostanzjali ta' nies.", "CHRIS CARDONA: Sur President, fl-opinjoni tiegħi, meta nitkellmu fuq setturi bħal dak tal-Kannabis mediċinali għandna nwieġbu b'ċerta kawtela.", "Huwa tajjeb li jkunu qed javviċinawna l-aqwa kumpaniji fid-dinja - dawk li huma msejħin bħala world leaders jew market leaders fil-Kannabis mediċinali - bħalma huwa tajjeb ukoll li wieħed jifhem li dan huwa suq enormi, u huwa mbassar kemm min-naħa tagħna bħala Malta Enterprise u bħala pajjiż kif ukoll mis-suq dinji li dan is-suq se jkompli jeskala.", "Naturalment hemm dan it-tbassir minħabba l-fatt li r-riċerka u l-innovazzjoni f'dan is-settur għadhom fl-infanzja, u allura hemm skop ta' tkabbir enormi f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżultati kemm għas-saħħa tal-persuni kif ukoll għal użu ieħor.", "Hawn irrid nagħmel parentesi żgħira u ngħid li jien qiegħed neskludi l-użu rikreazzjonali u qed nitkellem biss fuq l-użu terapewtiku.", "Ovvjament il-fatt li l-qafas tal-liġi li għadu kif semma l-Onor.", "Byron Camilleri ġie milqugħ u aċċettat b'mod tajjeb minn dawk l-investituri li għandhom interess f'dan is-settur iqawwilek qalbek.", "Hawn ta' min isemmi wkoll li f'Malta sar world forum li fih ipparteċipaw l-akbar intrapriżi li huma involuti f'dan is-settur.", "Ta' min jgħid li l-15-il kumpanija li ġew approvati lkoll għandhom elementi distintivi minn oħrajn minħabba li lkoll ġejjin minn dan ix-xenarju tal-Kannabis mediċinali.", "Fil-fatt hemm kumpaniji li għandhom esperjenza kbira fil-qasam tal-farmaċewtika għax kif nafu llum kumpaniji internazzjonali enormi li joperaw fil-farmaċewtika qegħdin juru interess qawwi ħafna f'dan is-settur.", "Imbagħad hemm ukoll kumpaniji li m'għandhomx din l-esperjenza u għalhekk ingħaqdu ma' kumpaniji li għalkemm mhumiex daqshekk kbar, diġà missew dan is-settur minn ġurisdizzjonijiet bħall-Kanada, bħall-Istati Uniti u bħal Iżrael, li kif nafu għandhom qafas leġiżlattiv b'saħħtu ħafna mhux biss f'dik li hija produzzjoni jew operazzjoni imma anke mil-lat regolatorju.", "L-awtorità lokali li tieħu ħsieb tattira dan l-investiment hija l-Malta Enterprise, però meta mbagħad nidħlu fil-qafas t'awtorizzazzjoni, fil-qafas regolatorju u fil-qafas li jwassal biex naraw liema huma dawk il-kumpaniji li jkun jistħoqqilhom li minbarra li jingħataw letter of intent, jingħataw ukoll il-liċenzja mill-Medicines Authority, irridu noqogħdu kawti.", "Irridu noqogħdu attenti ħafna imma m'għandniex nidħlu fid-deċiżjoni li tieħu l-Medicines Authority għax fuq naħa waħda għandek il-fatt li llum din l-Awtorità hija rikonoxxuta mad-dinja kollha bħala aġenzija ta' akkreditazzjoni b'saħħitha ħafna u fl-istess ħin irridu naċċertaw li s-suq Malti ma jiġix imbottat 'il quddiem billi nipprovaw nuru kemm aħna bravi u li rnexxielna nakkwistaw l-investiment u nieqfu hemmhekk.", "Anzi bil-maqlub.", "Aħna rridu nkunu pajjiż illi l-ġurisdizzjoni tiegħu tkun waħda matura u kawta li tagħmel id-due diligence tagħha fuq il-consortia, u l-intrapriżi li japplikaw jingħataw letter of intent min-naħa tal-Malta Enterprise.", "Kien hemm kumpaniji li kontra dak li kien mistenni ma nħarġitilhomx letter of intent għax ma kienx hemm approvazzjoni għall-applikazzjoni tagħhom, u dan għal diversi raġunijiet li m'għandix għalfejn nidħol fihom minħabba li ħafna minnhom, jekk mhux kollha, huma ta' sensittività kummerċjali kbira.", "L-Onor.", "Byron Camilleri staqsieni fuq l-ammont ta' nies li huwa mistenni li jiġu impjegati f'dan is-settur.", "Fil-fatt iżjed milli fuq l-ammont, aħna aktar qegħdin niffokaw fuq il-kwalità tal-impjieg.", "F'dan il-każ aħna m'aħniex qegħdin ngħidu li, pereżempju, għandna f'moħħna li nimpjegaw 4,000 ruħ jew 5,000 ruħ f'dan is-settur, imma qegħdin ngħidu li dan huwa settur li jagħti valur miżjud b'saħħtu ħafna lill-ekonomija tal-pajjiż.", "Dan minħabba żewġ raġunijiet; l-ewwel nett minħabba li hawn qed nitkellmu fuq il-manifattura lokali b'intenzjoni ta' esportazzjoni - għax m'għandniex ninsew li aħna għandna ekonomija li hija bbażata fuq l-esportazzjoni - u fuq kollox minħabba li l-kwalità ta' impjiegi li qed nitkellmu fuqha hawnhekk hija għolja ħafna għax tirrigwarda riċerka, żvilupp u edukazzjoni.", "Fil-fatt, Sur President, naħseb li dan huwa wieħed mill-merti li għandha din l-industrija; li din in-niċċa ta' manifattura, li bħalissa għadha pjuttost fl-infanzja tagħha, tista' twassal ukoll biex minbarra li nidħlu f'dan is-settur nidħlu wkoll f'setturi oħrajn li jikkontribwixxu għal edukazzjoni medika u xjentifika, fosthom dak li huwa msejjaħ bħala b sequencing u stem cells research.", "B'hekk inkunu qed ngħaqqdu s-settur tal-Kannabis mediċinali mas-settur tal-life sciences.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk jogħġobkom, ipprovaw żommu r-risposti fil-qosor.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, kif jaf il-Ministru, waqt li konna qed niddiskutu l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għall-Użu Mediċinali fl-istadju ta' Kumitat kien intlaħaq ukoll il-qbil li jsiru sensiela ta' regolamenti marbutin ma' kif dawn it-tip ta' operazzjonijiet kienu se jiġu kkontrollati u kif kien se jiġi amministrat l-aspett ta' sigurtà ġaladarba tingħata l-letter of intent u allura tingħata l-liċenzja.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk dawn ir-regolamenti sarux, u jekk saru jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "CHRIS CARDONA: Jien qed nifhem li l-mistoqsija tal-Onor.", "Claudio Grech hija indirizzata għall-pass li se jagħmel il-Gvern matul ix-xhur li ġejjin.", "Ejjew nieħdu każ ipotetiku ta' kumpanija li mhijiex fl-Ewropa, li kellha d-due diligence tagħha li ġie mgħoddi mill-Malta Enterprise, ħarġitilha l-letter of intent u llum qiegħed jiġi skrutinizzat min-naħa tal-Medicines Authority.", "Il-Medicines Authority qiegħda tibni prassi li mhijiex miktuba - imma qiegħda hemmhekk - ta' kif tipproċessa liċenzjar ta' din it-tip ta' operazzjoni industrijali.", "Jien personalment ma neskludix li b'xi mod jew ieħor jitniżżlu parametri ċari li ma jkunux biss customary imma jkunu wkoll legali.", "L-Att li għaddejna minn dan il-Parlament kien a parent Act, jiġifieri hija liġi materna li twassal biex tfassal il-qafas, però mbagħad kif qal l-Onor.", "Grech, il-qafas irid ikun imlaħħam bil-liġi sussidjarja.", "Għalhekk jien naħseb li kif qed jgħid hu, fiż-żmien li ġej għandu jkollna leġiżlazzjoni sussidjarja li fiha jitfassal dak li hemm bżonn fl-istadju tal-liċenzjar.", "Għall-fini ta' sigurtà lili din tinkwetani inqas mhux għaliex mhijiex importanti għax is-sigurtà f'settur bħal dan hija importanti ħafna, però aħna bħala ġurisdizzjoni konna kapaċi … U dan li se ngħid, aħna ngħiduh bl-aktar mod apert.", "Mhux dan il-Gvern imma l-Gvern ta' qabel irnexxielu jattira fil-pajjiż interess għas-settur tal-farmaċewtika, u bis-saħħa ta' dak li għamel il-Gvern ta' qabel irnexxielna nrabbu cluster tal-farmaċewtika li huwa b'saħħtu ħafna fil-pajjiż, liema cluster illum baqa' b'saħħtu, baqa' jikber u baqa' jespandi.", "Dan is-settur, bħala settur industrijali, għandu livelli ta' sigurtà u minħabba s-sensittività tal-elementi tal-prodotti li jiġu wżati fil-produzzjoni u fil-manifattura tal-farmaċewtika, dawn huma aktar għoljin mill-medicinal cannabis production.", "B'hekk jien naħseb li weġibt iż-żewġ mistoqsijiet li għamilli l-Onor.", "Claudio Grech; kemm mill-aspett ta' regolamentazzjoni fejn għedt li ladarba naqbdu ċertu ritmu din trid tiġi miktuba - u dan mhux għaliex hija konswetudni jew għax hija customary imma għax hija xi ħaġa li trid tiġi legalizzata - kif ukoll mill-aspett ta' sigurtà fejn għedt li dan ma jinkwetanix għax diġà qiegħed hemmhekk u li nistgħu nagħmlu hu li nżidu u nibnu fuq dak li għandna diġà.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar segwejna minn fuq il-mezzi tal-midja li nbdiet l-ewwel fażi tal-proġett ta' Ta' Qali Crafts Village.", "Jista' l-Ministru jispjegalna fiex jikkonsisti dan il-proġett, jiġifieri x-xogħlijiet li saru u anke x-xogħlijiet li għad iridu jsiru, x'wieħed jistenna li jara meta jitlesta u kemm se jdum ma jitlesta dan il-proġett li ilna nisimgħu dwaru għal snin twal?", "CHRIS CARDONA: M'iniex se nidħol fir-retorika politika dwar Ta' Qali Crafts Village għax naħseb li xbajna nisimgħu fuqha u issa jkun tajjeb li ninsewha.", "Ta' min jgħid li bħalissa dan il-proġett qiegħed fil-fażi tal-completion.", "Il-kuntrattur u s-subcontractors li ġew ikkummissjonati mill-Gvern għamlu xogħol tajjeb ħafna u kienu verament effiċjenti, kemm mil-lat ta' żmien kif ukoll mil-lat ta' nefqa.", "Huma żammew mal-commitments tagħhom tant li qegħdin naraw li kważi kważi l-Gvern kien qiegħed jgħaġġel aktar fix-xogħol mill-intrapriża privata li ġiet ikkummissjonata, u fil-fatt bħalissa waħda mill-isfidi li għandna hi li proprju nipprovaw nistimulaw aktar lill-privat f'Ta' Qali Crafts Village biex jgħaġġel u x-xogħol li għandu jagħmel jagħmlu malajr.", "Ħafna mix-xogħol infrastrutturali li kellu jsir, jekk mhux kollu, kważi sar, u allura ħafna mix-xogħol ta' taħt l-art, bħal cables, il-konnettività tal-ilma, tad-drenaġġ u tal-infrastruttura tal-IT, għaddejniehom diġà, u għaddejniehom b'tali mod u manjiera li jekk tinqala' problema sentejn, erba' jew għaxar snin oħra nkunu nistgħu nirrimedjaw din il-problema mingħajr ma nagħmlu l-istraġi li ssir kull meta jkun hemm bżonn titħaffer trinka biex jiġu mgħoddija cables tad-dawl, pajpijiet tal-ilma, connections tad-drenaġġ, eċċ. Għalhekk naħseb li dan il-proġett kien implimentat b'mod tajjeb ħafna mil-lat ta' project management.", "Bħalissa dħalna fl-aktar fażi interessanti għax l-analoġija hi bħal meta tibni d-dar tiegħek fejn tgħix.", "Meta tiġi biex tibni d-dar tiegħek inti l-ewwel ikollok plot li jkun mimli ġebel, ħaxix u trabijiet, imbagħad tħaffer biex tagħmel garaxx, tibni l-ewwel sular, imbagħad tibni t-tieni sular, tgħaqqad, tibda tiksi u tagħlaq bl-aperturi.", "Fil-każ ta' Ta' Qali Crafts Village dan kollu sar, u fil-fatt jekk wieħed imur Ta' Qali llum ikun jista' jara b'għajnejh li l-proġett jinsab f'fażi avvanzata ħafna.", "Issa wasalna fil-fażi li nibdew nagħlqu dan il-proġett, li hija fażi diffiċli ħafna minħabba l-fatt li aħna m'għandniex operatur wieħed.", "Wieħed mill-messaġġi li wassalna lill-operaturi mill-bidu nett meta bdejna niltaqgħu magħhom wieħed wieħed kien li xtaqna li jkollna proġett uniformi fejn fih mhux kulħadd jagħmel li jrid għax ma jaqbel lil ħadd minna li jiġri hekk.", "Aħna rridu proġett simetriku li ma jkunx interessanti biss mil-lat tal-iskills li għandhom l-artiġjani li qegħdin jaħdmu f'Ta' Qali.", "Dan huwa proġett li huwa kbir ħafna anke f'termini ta' flus għax hawnhekk qed nitkellmu fuq għexieren ta' miljuni ta' ewros.", "Fil-fatt dan huwa proġett ta' €12-il miljun, u dan minbarra l-€4 miljun oħra li ġew min-naħa tal-operaturi, jiġifieri aħna għamilna investiment kbir f'dan il-proġett.", "Dan il-proġett se jkun ukoll long-term.", "Issa naturalment biex inti jkollok proġett li jkun jista' jservi għal żmien twil irid ikun hemm il-ħsieb minn qabel biex jinbidlu s-snajja', jinbidlu t-talenti u tinbidel ukoll l-intrapriża għad-demands ta' dawk il-Maltin li jmorru jixtru jew inkella jgawdu l-ħin tagħhom ġewwa Ta' Qali Crafts Village, kif naturalment jinbidlu wkoll il-kompetituri tagħna minn barra.", "Għalhekk naħseb li iva, all in all matul din is-sena se naraw li nagħlqu dan il-proġett, liema proġett se jagħti lura lil dan il-pajjiż hub ta' eċċellenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' artiġjanat, ma' talenti u ma' tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, se nerġa' nirreferi għall-mistoqsija parlamentari oriġinali dwar il-Kannabis mediċinali u dwar il-fatt li Malta qiegħda tkun fuq quddiem nett fil-mixja lejn it-tkabbir ta' din is-sustanza bi standards għoljin.", "Naturalment biex dan isir jeħtieġ ċerta art agrikola biex il-Kannabis titkabbar fis-serer.", "Għalhekk jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-Ministeru identifikax kemm għandna bżonn art agrikola għal dan il-għan?", "Il-Gvern se jidħol f'public private partnership jew inkella se jagħti art bi qbiela biex il-kumpaniji kkonċernati jkollhom din l-art agrikola għad-dispożizzjoni tagħhom u b'hekk ikun qed jgħin lill-industrija minn dan l-aspett?", "CHRIS CARDONA: Naħseb li l-mistoqsija hija xi ftit misleading għar-raġuni li l-liġi ma tippermettix kultivazzjoni tal-Kannabis sakemm din il-kultivazzjoni ma tkunx qed issir għall-użu ta' riċerka u innovazzjoni, però għar-riċerka u l-innovazzjoni m'għandhiex bżonn art agrikola u allura jien bħala Ministru naħseb li nista' nieħu r-responsabbiltà li ngħid illi le, m'aħniex se nużaw art agrikola.", "Ta' min jgħid li l-art li ġiet identifikata għal dan il-għan tinsab ġewwa Ħal Far, u din mhijiex art agrikola imma hija art li qiegħda f'żona industrijali.", "Kif qal l-Onor.", "Farrugia, ħafna mill-kultivazzjoni li ssir minn dawn il-kumpanji ssir f'serra, u allura le, m'għandniex bżonn art agrikola, anzi bil-maqlub; naħseb li bħala Gvern aħna konna ċari ħafna li m'aħniex se nippermettu li dan isir.", "Meta kienet inqalgħet l-issue ta' Bulebel, partikolarment iż-żona msejħa \"Wied iż-Żrinġ\", għalkemm il-Gvern kellu pjani li jespandi ż-żona industrijali ta' Bulebel u jibqa' dieħel hemm ġew, malli rrealizza li jista' jkun li se jagħmel ħsara ambjentali jew inkella li se jagħmel ħsara lill-art agrikola, waqqaf dan il-pjan mill-ewwel.", "Issa l-Gvern kellu dritt ikompli b'dan ix-xogħol, imma aħna ma nemmnux li art agrikola għandha tiġi wżata bħala żona industrijali.", "Irid ikun hemm bilanċ f'dawn l-affarijiet, imma bla dubju ta' xejn is-setturi tal-ekonomija u tal-industrija m'għandhomx jippreġudikaw iż-żoni agrikoli u dawk ta' outside development zones li għandna fil-pajjiż, u allura dan il-Gvern se jara li dan la jiġi propost u naturalment lanqas iseħħ.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, bħalma jaf il-Ministru, l-art ta' pajjiżna hija limitata, speċjalment dik l-art li tintuża għall-fabbriki u għall-industrija, aktar u aktar meta nafu li kumpaniji lokali u barranin jitolbu kontinwament art sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-investiment, kemm investiment li jkun ġej minn investituri lokali kif ukoll investiment li jkun ġej minn investituri barranin.", "Issa kif nafu sfortunatament hemm żoni b'fabbriki sħaħ li għandhom sular wieħed.", "Pereżempju, jekk wieħed imur Kordin jara ħafna minnhom dawn.", "Dawn il-fabbriki nbnew snin ilu meta d-domanda għall-art fabbrikabbli kienet inqas minn dik li hi llum.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk huwiex qed jiġi kkonsidrat li f'dawn iż-żoni jinbnew sulari oħra fuq dawn il-fabbriki biex b'hekk inkunu qed nieħdu l-massimu tal-art li għandna.", "CHRIS CARDONA: Sur President, kull metru kwadru ta' żona industrijali li għandu mhux biss il-Gvern imma anke l-privat fil-pajjiż huma \"deheb\", u dan għaliex kif intqal diġà, l-art f'pajjiżna hija limitata.", "Hemm ukoll art li ma nistgħux inkomplu nibnu fuqha kif irridu għax naturalment irid ikollna wkoll areas li mhumiex mibnija, u jagħmel ħażin il-Gvern li minħabba l-bżonn li nkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna ma jagħtix kas dan il-punt kruċjali.", "Il-Malta Industrial Parks, li hija l-entità li tieħu ħsieb iż-żoni industrijali tal-gvern, bdiet bi proġett li permezz tiegħu qiegħda tassigura li fejn hu possibbli jsiru espansjonijiet ġodda billi minflok jinbena sular, jinbnew tlieta, jiġifieri jkun hemm sular underground, l-ewwel sular u t-tieni sular.", "Imbagħad min-naħa l-oħra għandna sfida ħafna aktar b'saħħitha ta' dawk il-fabbriki li nbnew madwar 20, 30 jew 40 sena ilu u li ma nbnewx b'tali mod u manjiera li jkunu jifilħu għal aktar bini fuqhom.", "Għalhekk aħna qed nagħmlu eżerċizzju fejn qed nidentifikaw liema huma dawk il-fabbriki li jista' jsir żvilupp fuqhom f'sens vertikali.", "Hemm fabbriki oħrajn li nistgħu saħansitra nwaqqgħuhom u nibnuhom mill-ġdid biex jissodisfaw id-domanda li għandna llum.", "Pereżempju, dan l-aħħar kelli pjaċir inżur waħda minn dawn ix-showcases li għandna fil-pajjiż; dik tat-Toly Products Ltd li qiegħda f'Bulebel.", "Din il-kumpanija kellha parametri operazzjonali enormi li jmissu ma' xulxin, u għalhekk sar ftehim mal-Malta Industrial Parks li permezz tiegħu aħna tajna lil din il-kumpanija biċċa art ġdida li fiha bniet fabbrika li jekk mhijiex state of the art, hija waħda mill-aqwa fabbriki f'dan is-settur li hawn fid-dinja, u mbagħad hi min-naħa l-oħra se tagħtina lura l-art u l-fabbriki li kellha qabel biex aħna nkunu nistgħu niżviluppaw u nakkomodaw l-espansjonijiet u l-investiment ġdid li jidħol fil-pajjiż.", "Dan huwa l-mod kif Gvern serju għandu jħares lejn din l-isfida taż-żoni industrijali.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tagħrif dwar qabdiet ta' droga mill-Pulizija u mid-Dipartiment tad-Dwana bejn Jannar 2017 u Marzu 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9629.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "TAL-AWTORITÀ TAD-DJAR GĦASSENA 2019", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019, kif ukoll Rapport Annwali Finanzjarju għas-sena 2018, skont l-Att dwar l-Awtorità tad-Djar, Kap. 261.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Ninforma lillKamra li ddiskussjoni fuq din ilMozzjoni għandha tieħu seduta waħda bilħin jinqasam indaqs bejn kelliema talGvern u kelliema talOppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Gvern.", "F'dan il-pajjiż żgħir tagħna, li għandu popolazzjoni relattivament densa, minn dejjem kien hawn preokkupazzjoni mhux biss fuq il-housing imma anke fuq l-art.", "Fil-fatt ta' min ifakkar li meta ġew l-Ingliżi f'pajjiżna, dawn tant kienu preokkupati fuq l-ownership tal-art li kienu għaddew il-famuż Mortmain Act li bih ipprovaw jirrestrinġu lill-Knisja u lill-awtoritajiet ekkleżjastiċi milli tkompli tiżdidilhom il-proprjetà tagħhom.", "Li hu żgur hu - u dan aħna ma niddejqux ngħiduh - li s-settur tal-housing jipprovdi ċerti sfidi.", "Illum għandna żewġ tipi ta' sfidi li nixtieq nitkellem fuqhom fil-qosor illejla; l-isfida tal-akkomodazzjoni soċjali u l-isfida l-oħra t'akkomodazzjoni affordabbli.", "Id-differenza bejniethom għandha ċerta importanza u llum aktar minn qatt qabel irridu naraw kif wieħed għandu jindirizza dawn iż-żewġ issues.", "Jekk inħarsu lejn pajjiżna nkunu nistgħu ngħidu bla tlaqliq li aħna pajjiż tal-home ownerships.", "Fil-fatt mill-aħħar statistika li saret jirriżulta li madwar 80% tal-Maltin huma sidien ta' djarhom - wieħed mill-ogħla persentaġġi minn fost pajjiżi oħrajn - u minn dawn it-80%, 70% minnhom jew kellhom loan u ħallsuha kollha jew inkella qatt ma ħadu loan biex xtraw darhom, jiġifieri 70% tal-Maltin huma sidien tal-proprjetà tagħhom u m'għandhom l-ebda ipoteki jew affarijiet simili fuqha.", "Sur President, quddiem l-isfidi li għandna nistgħu nieħdu attitudni differenti; jew indawru wiċċna u ninjorawhom, anke forsi billi niġġustifikawhom bil-fatt li dawn l-isfidi ġew sforz il-ġid nazzjonali u t-tkabbir tal-ekonomija li kellu pajjiżna matul dawn l-aħħar snin, jew inkella nagħmlu bħalma dejjem għamilna bħala partit, ċjoè li jekk hemm sfida nidħlu għaliha b'impenn.", "Ta' min jgħid li minn dawk l-20% li mhumiex sidien ta' darhom, madwar 15% joqogħdu fi proprjetajiet b'kirjiet ta' qabel l-1995, li wieħed jista' jirreferi għalihom bħala \"kirjiet protetti\".", "Dan ifisser li huma biss 5% tal-Maltin li qegħdin fir-rental market u mhumiex qegħdin igawdu mill-benefiċċji tal-liġi l-antika fejn tidħol il-protezzjoni tal-kerrej.", "Hawnhekk ta' min jagħmel parentesi u jgħid li fl-1995 kienu saru emendi fejn b'differenza minn dak li kien jiġri qabel, il-kirjiet li bdew isiru minn dik is-sena 'l quddiem bdew jiġu regolati skont il-ftehim li jkun hemm bejn iż-żewġ partijiet.", "Kienet scappatoia magħrufa ħafna - hawn qed insemmi scappatoia waħda, imma fir-realtà hemm ħafna scappatoie oħrajn! – għall-inqas fil-qasam legali li pereżempju, għall-ewwel ħames snin is-sid jagħmillek kera ta' €100 kull sena u mbagħad fis-sitt sena jtellagħhielek għaxar darbiet aktar.", "Bażikament dan kien mod kif is-sid jillimita l-perjodu li l-kerrej jista' jdum jirrisjedi fil-proprjetà tiegħu.", "Madanakollu r-realtajiet tal-1995 huma ferm differenti mir-realtajiet tal-lum.", "Fl-1995 konna qegħdin f'sitwazzjoni fejn is-suq tal-akkomodazzjoni ma kienx daqstant buoyant.", "Il-valur tal-proprjetà ma kienx daqshekk għoli.", "Jekk immorru ftit lura fl-istorja niftakru li ftit qabel kienet iddaħħlet f'pajjiżna l-VAT, li bit-tajjeb u l-ħażin kollu li fiha - issa hawnhekk irrid nagħmilha ċara li jien m'iniex qed niġġudika l-VAT, anke għaliex naħseb li llum ħadd ma joħlomha li jneħħi l-VAT! - kienet bagħtet lis-settur tal-proprjetà lura ħafna, u allura dak iż-żmien seta' jsir ċertu ftehim.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn għandna madwar 5% li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal kirjiet għoljin, u allura hawnhekk irridu nitkellmu fuq akkomodazzjoni soċjali għax il-prezzijiet tal-proprjetà għal din il-faxxa ta' nies huma għoljin ħafna u dawn in-nies ma jaffordjawx jixtru proprjetà.", "Kif għedt l-ewwel, it-tieni sfida li għandna hija dik ta' akkomodazzjoni affordabbli.", "Jekk irridu li xi darba nkunu nistgħu ngħidu li sibna soluzzjoni għal din l-isfida, idealment din tista' tiġri billi kulħadd isir home owner, però din hija xi ħaġa li s'issa l-ebda pajjiż fid-dinja ma rnexxielu jwettaqha għax m'hawn ebda pajjiż fid-dinja fejn iċ-ċittadini tiegħu huma kollha sidien ta' darhom.", "Illum wasalna għall-persentaġġ ta' 80%, u idealment l-għan aħħari ta' kwalunkwe social policy li tirrigwarda l-akkomodazzjoni għandha tkun dik li wieħed jgħolli l-persentaġġ ta' 80% kemm jista' jkun.", "Aktar 'il quddiem matul l-intervent tiegħi se nindika fil-qosor xi miżuri li ħadna u miżuri oħrajn li għad irridu nieħdu biex naraw kif anke din l-isfida, li mhijiex xi waħda żgħira, kemm jista' jkun wieħed mhux biss jiffaċċjaha b'mod sod imma anke b'mod effikaċi.", "Il-kwestjoni tas-social housing hija xi ftit jew wisq differenti.", "Fil-fatt meta nitkellmu fuq social housing inkunu qed nitkellmu fuq faxxa ta' nies li minkejja l-iskemi, l-inċentivi u l-home benefits li tista' tagħmlilhom u minkejja s-sussidju ta' kera li huma intitolati għalih, dawn se jibqgħu f'dik il-faxxa fejn jekk ma jkunx l-Istat li jipprovdilhom l-akkomodazzjoni soċjali, huma ma jsiru qatt sidien ta' darhom.", "Ir-raġunijiet għal dawn huma diversi; jistgħu jkunu raġunijiet ta' mard, jistgħu jkunu raġunijiet ta' nuqqas ta' edukazzjoni u jistgħu jkunu raġunijiet oħra.", "Mhux il-faxxa ta' 5% kollha għandhom dawn id-diffikultajiet, però kif dejjem ngħid, żgħira kemm hi żgħira din il-faxxa aħna bħala Gvern għandna xorta nkomplu naħdmu biex kemm jista' jkun negħlbu din l-isfida billi nnaqqsu din il-faxxa kemm nistgħu.", "Kif għedt diġà, se nelenka fil-qosor, mingħajr ma noqgħod nidħol f'ħafna dettall, diversi miżuri li għamilna kif ukoll miżuri oħrajn li ħabbarniehom diġà u li għad iridu jiġu fis-seħħ biex nindirizzaw kemm l-isfida t'akkomodazzjoni affordabbli kif ukoll l-isfida t'akkomodazzjoni soċjali.", "Waħda mill-ewwel miżuri li ttieħdet minn dan il-Gvern u li nixtieq infakkarha kienet dik li biex ngħinu lil dawk il-persuni li għandhom bżonn social affordable accommodation, irdoppjajna f'daqqa s-sussidju tal-kera minn €83 għal €166 fix-xahar.", "Hawnhekk ta' min jirrimarka li dan is-sussidju huwa bbażat fuq id-dħul finanzjarju tal-persuna partikolari.", "Hemm numru mhux ħażin ta' persuni li jgawdu minn dan is-sussidju, imma ovvjament aħna rridu nesploraw anke toroq oħra.", "Fil-fatt kien proprju għalhekk li, jekk niftakar sew, fil-bidu ta' din il-leġiżlatura ġiet imnedija l-iskema \"Nikru biex Nassistu\" li permezz tagħha l-Gvern jikri proprjetà mingħand il-privat għal għaxar snin u mbagħad wara dawk l-istess proprjetajiet jiġu mikrija mill-Gvern lill-persuni li jkollhom bżonn ta' akkomodazzjoni.", "Hawn wieħed ma jistax ma jirrimarkax li għalkemm hawn qed nitkellmu fuq social housing, ovvjament l-isfida tal-proprjetà tibqa' hemmhekk xorta waħda.", "Imbagħad ta' min jelenka fil-qosor ukoll il-miżuri li ħadna bil-għan li nagħmlu l-proprjetà aktar affordabbli, fosthom bis-social loans li għamilna fejn wieħed jibbenefika minn kondizzjonijiet favorevoli, anke permezz ta' miżuri li huma marbuta mal-kuntratt fejn f'ċerti każijiet il-Gvern jiggarantixxi li jagħmel tajjeb għad-depożitu li wieħed jiġi mitlub li jagħmel fuq kull kuntratt ta' bejgħ u xiri.", "Ejjew ma ninsewx ukoll li kien dan il-Gvern li biex jagħmel akkwist ta' proprjetà aktar affordabbli kien daħħal l-iskema tal-first time buyers, li bqajna nsostnuha sena wara l-oħra, fejn effettivament il-Gvern jissussidja x-xiri tal-proprjetà li jagħmel first time buyer billi jagħti benefiċċju li jammonta għal madwar €5,000 fuq €250,000.", "Prattikament hawnhekk qed ngħidu li fil-każ ta' first time buyer ma titħallas l-ebda bolla fuq l-ewwel €250,000.", "Forsi l-akbar proġett, li mhuwiex se jitlesta mil-lum għal għada għax fih innifsu huwa sfida, jikkonsisti fil-bini ta' units li jkunu proprjetà tal-gvern u li l-gvern jagħmilhom available lil dawk iċ-ċittadini li jkollhom xi diffikultajiet biex isiru sidien ta' djarhom.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq is-somma totali ta' madwar €120 miljun - li mhijiex ċajta! - li €58 miljun minnhom ġejjin minn self tal-EIB (European Investment Bank) u €85 miljun oħra mis-CEB (Council of Europe Development Bank).", "Permezz ta' din is-somma, jekk Alla jrid, se jkollna madwar 680 jew 700 unit ġdid f'16-il sit differenti madwar il-pajjiż.", "Ta' min iżid jgħid li minbarra l-flus li ġew mill-EIB u mis-CEB għaddejjin ukoll b'xogħol preparatorju fuq proġett ta' housing ieħor li għall-ewwel kien se jkun ta' 500 unit imma li permezz ta' investiment ieħor li tħabbar mill-Prim Ministru nhar it-Tnejn li għadda, l-ammont se jitla' għal 1,000 u se jkunu ffinanzjati mill-NDSF (National Development and Social Fund), jew kif kulħadd jirriferi għalih bħala l-programm taċ-ċittadinanza b'investiment.", "Dan minbarra s-680 jew 700 unit li semmejt aktar kmieni.", "Il-mira ta' dan il-Gvern hi li matul is-snin li ġejjin u kemm jista' jkun malajr l-Awtorità tad-Djar ikollha madwar 1,700 unit ieħor u b'hekk l-istock ta' units li jkollha l-Awtorità tad-Djar jiżdied b'madwar 30%.", "Għalhekk hawn aħna m'aħniex qed ngħidu li se nżidu n-numru ta' units li għandha l-Awtorità tad-Djar bi 2%, bi 3%, b'5% jew b'10% imma qegħdin ngħidu li se nżidu n-numru ta' proprjetajiet li għandha l-Awtorità tad-Djar b'terz.", "Issa se niġi biex naċċenna għal żewġ issues li huma xi ftit jew wisq kardinali.", "Waħda minnhom hija l-White Paper dwar is-suq tal-kera; wasal iż-żmien li jittieħdu deċiżjonijiet dwar dan il-qasam.", "Hawnhekk m'aħniex qed inħarsu lejn ir-regolamentazzjoni tas-suq u lanqas m'aħna qed ngħidu li b'xi mod jew ieħor il-Gvern se jkun qed jintervjeni fis-suq, imma nixtiequ naraw li s-suq ikollu ċerta direzzjoni biex naċċertaw li qiegħed fit-triq it-tajba.", "Għalhekk il-bidliet li se jsiru permezz ta' din il-White Paper se jkunu jirrigwardaw kemm kirjiet residenzjali kif ukoll short lets, u qed naraw li hawnhekk ikollna prevedibilità u trasparenza.", "Xi ħaġa oħra li jien nemmen illi għandna nindirizzaw hija l-kwestjoni tal-entitlement fejn se naraw jekk meta tingħata akkomodazzjoni soċjali, din għandhiex tibqa' ta' min jibda jirrisjedi fiha ad aeternum; saħansitra ta' wliedu li mhumiex miżżewġin jew inkella tan-neputi li jkun qed jirrisjedi hemmhekk.", "Hawnhekk inħoss li għandi ngħid bla tlaqliq illi jekk se nibqgħu nagħmlu hekk irridu nagħżlu; jew nibdew nibnu kullimkien u addio ODZ - u mhux imbagħad kulħadd iqum jipprotesta għax ikun hemm xi bebbuxu! - jew inkella rridu nitilgħu 'l fuq.", "Kważi kważi din l-issue ta' entitlement hija issue nazzjonali u rridu nindirizzawha.", "Il-Prim Ministru għamilha ċara li f'dan il-każ m'aħniex qed nitkellmu fuq il-kirjiet eżistenti imma fuq kirjiet li għad iridu jsiru.", "Però din hija xi ħaġa li tirrikjedi li mhux il-Gvern biss ikun jaqbel magħha, iżda wkoll il-pajjiż u ż-żewġ naħat ta' din il-Kamra għax inkella din l-issue tispiċċa ballun politiku jew arma politika fejn wieħed jgħid: Qed tara x'għamillek \"X\" jew \"Y\"?!", "Il-unit tiegħek se jeħodhulek wara għaxar snin jew 15-il sena!", "Jekk irridu, nistgħu nibqgħu bis-sistema li wieħed jirrisjedi f'unit tal-Awtorità tad-Djar ad aeternum, imma mbagħad fil-ħajja trid tagħżel; ma tistax ma tkomplix tgħolli, ma tkomplix tibni u fl-istess ħin tipprovdi akkomodazzjoni soċjali għal min verament għandu bżonn, kif inhu d-dover ta' kull gvern.", "Sur President, aħna bħala Gvern introduċejna wkoll miżuri innovattivi f'dak li huwa housing soċjali, fosthom il-home benefit li ġie introdott u se jidħol fis-seħħ din is-sena.", "Fil-fatt il-vantaġġ ta' din il-miżura huwa li ma jiġix ikkalkolat biss id-dħul tal-individwu imma wkoll il-persentaġġ li l-individwu jonfoq fuq il-kera minn dak id-dħul.", "Għamilna wkoll skema li permezz tagħha dawk l-anzjani li jidħlu f'dar tal-anzjani u jirritornaw iċ-ċwievet tal-proprjetà tal-housing li kienu jirrisjedu fiha lill-Awtorità tad-Djar, minflok ma jitnaqqsulhom 80% jew 60% mill-pensjoni tagħhom, jitnaqqsulhom 60% jew 40%.", "Għandna skema oħra ta' riġenerazzjoni li permezz tagħha qed isir xogħol ta' embellishment f'diversi housing estates.", "Qed inħarsu wkoll bis-serjetà lejn l-aċċessibilità billi qed ninstallaw lifts f'diversi blokki.", "Irridu nżommu quddiem għajnejna li meta persuna ngħatat appartament 40 sena ilu, din kienet kapaċi titla' erba' sulari taraġ imma llum m'għadhiex kapaċi tagħmel dan.", "Fiha nnifisha din il-miżura għandha wkoll ċerti sfidi għax sfortunatament jeżistu binjiet li ma jippermettux l-istallazzjoni ta' lift, imma fejn hu possibbli se nagħmlu dan permezz ta' fondi Ewropej fejn se nkunu nfaqna madwar €11-il miljun.", "Qabel ma nikkonkludi nixtieq niringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u lill-istaff kollu tiegħu, liċ-chairperson u lis-CEO tal-Awtorità tad-Djar flimkien mal-ħaddiema kollha, filwaqt li nirringrazzja u ngħid prosit liċ-chairperson, lis-CEO u lill-ħaddiema kollha tal-SPML (Social Projects Management Ltd).", "Fl-aħħar nett nappella biex ma ninsewx li hawnhekk m'aħniex qegħdin nitkellmu fuq liġi ta' regolamentazzjoni dwar kif toħroġ liċenzja jew permess imma qegħdin inħarsu lejn miżuri li rridu nkunu kommessi li nwettquhom.", "Fuq uħud minn dawn il-miżuri rridu naqblu kollha kemm aħna hawn ġew għax fl-aħħar mill-aħħar dawn il-miżuri għandhom għan aħħari wieħed; dak li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, qabel ma nibda d-diskors li għandi ppreparat inħoss li huwa d-dover tiegħi li niġbed l-attenzjoni għall-kumment inġust li għadda l-Prim Ministru meta qal li matul 15-il sena ta' Gvern Nazzjonalista kważi ma sar xejn fil-qasam tal-housing.", "Issa jien ma nafx jekk ma' dawn il-15-il sena l-Prim Ministru huwiex jgħodd l-aħħar sitt snin li kienu mmexxija minnu għax jien kemm-il darba semmejt, anke f'dan il-Parlament, dwar x'għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti tul is-snin.", "Smajna lill-Ministru jitkellem dwar id-diversi skemi li saru, li wħud minnhom diġà kienu hemm, imbagħad tneħħew u reġgħu daħlu.", "Tajjeb li wieħed jirrikonoxxi li l-kumment tal-Prim Ministru kien inġust.", "Forsi hawn se ninstema' xi ftit grottesk, imma se ngħidha xorta waħda.", "Il-Partit Nazzjonalista tul l-istorja tiegħu kien pijunier fil-qasam tal-housing.", "Bejn l-1962 u l-1971 Gvern Nazzjonalista bena madwar 2,000 unit li, sa dak iż-żmien, kien l-akbar proġett ta' djar li qatt kien inbena.", "Kienet ġiet introdotta wkoll il-Home Ownership Scheme u ġiet estiża l-għajnuna għal djar substandard.", "Issa ma ninsewx li l-istorja ta' dak iż-żmien kienet dik li hi u kien għad hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam.", "Forsi wieħed jista' wkoll jistaqsi: Imma x'għandu x'jaqsam dak iż-żmien maż-żmenijiet tal-lum?!", "Nammetti li l-istorja ta' dak iż-żmien hija totalment differenti mill-istorja tal-lum, però ejjew ma ninsewx li l-qasam tal-housing ma kienx xi wieħed faċli lanqas dak iż-żmien, meta kienet għadha tispiċċa l-gwerra.", "Ta' min jgħid ukoll li dan kollu ġara qabel l-1971, meta nbeda dak il-boom tal-housing, u hawn irrid nirrikonoxxi lill-Perit Duminku Mintoff, li fil-fatt ħafna drabi nassoċjawh mal-qasam tal-housing.", "Tul is-snin il-Partit Nazzjonalista kien innovattiv anke fil-mod kif għen biex aktar nies isiru sidien ta' darhom.", "Fatt li l-Ministru semma u li l-Gvern Laburista tant jiftaħar bih huwa li 80% tal-poplu Malti huwa sid ta' daru, però żgur li dan kollu ma ġarax taħt il-Gvern tal-Onor.", "Huwa faċli li tiftaħar b'rix ħaddieħor!", "Illum Maltin iċemplulek jew jiġu għandek ta' kuljum fejn jgħidulek li minkejja li ilhom li applikaw is-snin għall-akkomodazzjoni soċjali, ma sar xejn.", "Issa bla dubju ta' xejn, dawn qabel ma jkunu ġew għandna jkunu diġà marru għand l-Awtorità tad-Djar u xebgħu jiġru 'l hemm u 'l hawn.", "Illum nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "Jien nifhem li bħalissa fil-Kamra hawn persuni li minkejja li jifhmu f'dan il-qasam, iħossuhom limitati fl-għajnuna li jistgħu jagħtu f'dan ir-rigward.", "Madanakollu aħna lkoll kemm aħna li qegħdin f'din il-Kamra għandna l-għan li nibnu soċjetà aħjar għax wara kollox aħna għalhekk dħalna fil-qasam politiku, biex nibnu soċjetà li jimpurtaha.", "Għalhekk jien ġieli nistaqsi lili nnifsi: Imma għaliex hawn familji li jibqgħu dejjem jiddependu fuq il-gvern biex isibilhom fejn jgħixu?", "Għaliex dawn il-familji ma jagħmlux l-almu tagħhom u ma jeħdux il-passi neċessarji biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom?", "Kif se nsemmi aktar 'il quddiem, illum il-kera tefgħet lil diversi familji fil-faqar, u dawn jirrikorru għandna l-politiċi għall-għajnuna.", "Aħna min-naħa tagħna rridu nifhmu dak kollu li tkun għaddejja minnu dik il-familja li tkun ġiet quddiemna.", "Xi kultant nisimgħu saħansitra statements qawwija mingħand dawn in-nies, bħal pereżempju, \"jien għalxejn immur l-Awtorità tad-Djar għax immur kemm immur xorta nibqa' bla risposta\"!", "Issa hawnhekk m'iniex qed inkun partiġjan u ngħid bla tlaqliq li dawn l-istatements ilna nisimgħuhom minn qabel ma tela' Gvern Laburista, imma sfortunatament għadna nisimgħuhom sal-lum.", "Pereżempju, hemm min qalli li ilu li applika 20 sena, jiġifieri minn meta kien għad hemm fil-gvern il-Partit Nazzjonalista, u sal-lum għadu ma ħa risposta ta' xejn.", "Nerġa' ngħid li hawnhekk assolutament m'iniex qed inkun partiġġjan meta nitkellem dwarha.", "Il-Ministru diġà semma kemm huwa importanti li dan is-suġġett ma jkunx ballun politiku, u jien qed nipprova li dak li hu abjad insejjaħlu abjad, u dak li hu iswed irrid insejjaħlu iswed.", "Tisma' min jgħid, pereżempju, li din il-ġimgħa taw post lit-talija, allura huma x'għandhom inqas minnha?", "Jew inkella jibdew jgħidu li l-isfidi tal-ħajja tagħhom huma ferm aktar gravi minn ta' dik il-koppja li għadha kemm ingħatat post mill-Awtorità tad-Djar!", "Ġieli jingħad li dan ikun ġara minħabba raġunijiet politiċi.", "F'dawn iż-żmenijiet tibda tisma' wkoll kummenti bħal \"Tidher li waslet l-elezzjoni għax dan ix-xahar ingħataw numru ta' postijiet tal-Awtorità tad-Djar\".", "Fil-fatt filwaqt li sa ftit ilu n-numru ta' persuni li kienu fil-waiting list tal-Awtorità tad-Djar kien ta' 3,292, issa dan in-numru niżel għal 3,113.", "Tisma' wkoll min jgħid li tawh post Għawdex biex żgur jaqta' qalbu għax ikollu jinqata' mill-għeżież tiegħu?!", "Tajjeb li dawn l-istatements nisimgħuhom, għalkemm mhux neċessarjament naqblu kollha magħhom.", "Peress li jien għandi ċertu background fil-qasam soċjali, meta nkun qed nitkellem ma' persuni li ħafna minnhom ikunu vulnerabbli u jkunu għaddejjin minn tbatija kbira, qatt ma nilbes il-kappell politiku.", "Però nerġa' ngħid li dak li hu abjad trid tgħid li hu abjad filwaqt li dak li hu iswed trid tgħid li hu iswed, jiġifieri r-realtà trid titkellem fuqha bilfors, kif se nagħmel jien illejla.", "Sur President, għalkemm kull każ għandu l-isfidi tiegħu u ħadd m'għandu jkun avukat ta' ħadd, nifhem ukoll il-każijiet ta' xi individwi, li ħafna drabi jkunu ddisprati, u allura tajjeb li aħna nistudjaw bir-reqqa l-isfidi li niltaqgħu magħhom kontinwament.", "Pereżempju, kif qal il-Ministru aktar kmieni, huwa ċar li l-politika msejsa fuq żieda fil-popolazzjoni Maltija wasslet għal żieda fid-domanda tad-djar kif ukoll għal żieda fil-prezzijiet tal-bini.", "Il-Ministru Falzon qal li idealment kulħadd għandu jkun sid ta' daru, u jien naqbel miegħu.", "Mhux li kien!", "Però meta l-bini sar daqstant għoli fil-prezz, wieħed kif jista' jsir sid ta' daru?!", "Illum dawk li jistgħu jlaħħqu biss mal-orħos prezzijiet tal-kera ħafna drabi qegħdin jiġu mbottati 'l barra mis-suq bil-konsegwenza li dawk il-familji li mhumiex sidien ta' xi proprjetà u l-pagi tagħhom iżommuhom milli jixtru jew jikru proprjetà qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' għażliet li xejn mhuma sbieħ.", "Sur President, l-Awtorità tad-Djar minn dejjem kellha s-sistema tal-punti, però jien naħseb li f'diversi każijiet - u għandi nifhem li l-Awtorità tad-Djar hekk tagħmel - jeħtieġ li jsiru interventi politiċi immedjati li jiżguraw serħan tal-moħħ bi prezzijiet adegwati.", "Però biż-żidiet li qed naraw bħalissa f'dawk il-postijiet li jien insejħilhom \"substandard\" familja qed ikollha tgħix fis-salott mal-qraba jew mal-kunjata.", "Immaġinaw koppja b'żewġt itfal żgħar li tgħix fis-salott mal-kunjata!", "Jagħmlu dan għax ma jkollhomx għażla oħra.", "Għalhekk huwa essenzjali li ma jinħeliex aktar ħin sabiex tingħata xi forma ta' soluzzjoni fl-immedjat.", "Forsi wieħed jista' jgħidli: \"Inti taf kemm żdied is-sussidju tal-kera?\"", "U jkollu raġun.", "Dażgur li naf!", "Ara ma taħsbux li jien qiegħed hawnhekk biex immaqdar biss għax dan mhuwiex il-każ!", "Kif taf inti, Sur President, jien kuxjenza waħda għandi u dejjem nipprova ngħid il-verità, ġejja minn fejn ġejja.", "Madanakollu għalkemm lill-Gvern ngħidlu \"prosit\" għal dan is-sussidju, jeħtieġ li aktar milli sussidju tal-kera jinħoloq mekkaniżmu biex jiġi żgurat li s-sussidju għal persuni bi dħul baxx ma jkunx magħruf mis-sidien ħalli b'hekk jiġu evitati diversi pressjonijiet ta' inflazzjoni anke fuq il-kirjiet.", "Il-proprjetajiet li jistgħu jaffordjaw il-persuni li qed nitkellem dwarhom illejla huma postijiet substandard, postijiet mudlama u postijiet verament koroh.", "Jien nidħol f'diversi postijiet u nara b'għajnejja li ħafna drabi dawn la jkollhom arja u lanqas servizzi sanitarji xierqa!", "Ikolli ngħid li wisq nibża' li probabbilment għaxar snin oħra se nkunu qed ngħidu l-istess diskorsi li qed ngħidu llum, skont fuq liema naħa tal-Kamra nkunu; sew jekk fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll jekk fuq in-naħa tal-Gvern.", "Bla dubju ta' xejn dan is-suġġett għandu kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet, jiġifieri huwa xafra taqta' minn żewġ naħat, iżda l-għan primarju tal-Gvern għandu jibqa' dak li ma jkomplix jitfa' aktar persuni fil-faxxa tal-faqar għax kif nafu, fir-realtà hekk qed jiġri biż-żieda tal-kera.", "Din il-kwestjoni ilha s-snin fuq l-aġenda, imma l-inkwilini jeħtieġu serħan il-moħħ.", "Ma nistgħux inħallu l-prezzijiet tal-proprjetà jogħlew kif qed jogħlew, u l-Gvern min-naħa tiegħu jrid verament juri l-ħniena tiegħu fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Grazzi għall-fondi Ewropej, lejliet l-elezzjoni ġenerali li jmiss inkunu nistgħu naraw lin-nies deħlin fl-ewwel units t'akkomodazzjoni soċjali li qed jinbnew mill-Gvern preżenti.", "Hawnhekk ikun tajjeb li nsemmu wkoll li qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea ma kellniex fondi Ewropej, però ta' qabilna xorta kienu ħasbu fil-binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Wara kollox il-ħniena mhijiex xi materja li wieħed għandu jesprimiha biss fis-slogans sbieħ tal-partiti politiċi biex jikseb il-voti, imma l-ħniena hija xi ħaġa li jrid jipprattikaha l-ħin kollu.", "Sur President, fenomenu inkwetanti huwa li filwaqt li għandek ekonomija b'saħħitha, fl-istess ħin magħha qed jikber ukoll il-faqar.", "Il-faqar f'pajjiżna qed jinħass mhux biss mill-barranin li jgħixu fostna, l-aktar mill-barranin tal-Ewropa tal-Lvant, imma wkoll minn diversi kategoriji ta' Maltin, bħal dawk il-ġenituri li qed irabbu lil uliedhom mingħajr żwieġhom jew mingħajr marthom, bħall-anzjani u bħal dawk il-ħaddiema li jaqilgħu l-paga minima, li jidhirli li llum tammonta għal ftit aktar minn €700 u li din żgur ma tgħixx biha.", "Immaġinaw li bosta minn dawn il-kategoriji ta' nies li semmejt qed jgħixu fil-kera, iridu jgħajxu familja u f'daqqa waħda l-kera ta' fejn jgħixu telgħetilhom minn €300 għal €550!", "Hemm ukoll faxxa ta' persuni li ma jistgħux jaħdmu minħabba mard kroniku jew minħabba raġunijiet oħrajn.", "Dan biex ma nsemmix anke lil dawk li qegħdin jaħdmu fil-prekarjat.", "Minkejja l-wegħda fiergħa li konna nisimgħu qabel l-2013 dwar il-prekarjat, dan mhux talli naqas talli żdied.", "Illum f'pajjiżna għandna Maltin kif ukoll barranin li għalkemm qegħdin jaħdmu, xorta mhumiex qegħdin ilaħħqu mal-ħajja, aktar u aktar jekk dawn qed jgħixu f'post bil-kera jew iridu jħallsu għall-mediċini, li ħafna drabi jkunu jqumu ammont sostanzjali ta' flus.", "Sur President, kif jaf kulħadd il-lista ta' persuni bla saqaf fuq rashom qed tiżdied.", "Taf daqsi li ninsabu fl-aqwa żmien għall-iżgumbrament!", "Xi wħud li qed jisimgħuni nitkellem illejla qed jieħdu l-impressjoni li dawn il-persuni li qed nitkellem dwarhom illejla minħabba li spiċċaw bla saqaf fuq rashom ġejjin minn pajjiżi Afrikani iżda dan mhuwiex il-każ għax din l-esperjenza iebsa qed jesperjenzawha wkoll ħutna Maltin u oħrajn li ġejjin minn pajjiżi Ewropej.", "Għandna wkoll l-issues tal-mard mentali jew emozzjonali, liema mard qiegħed dejjem jgħolli rasu.", "Hemm anke sfidi li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom dawk li jissellfu fuq l-idejn jew inkella dawk li l-business ikun marrilhom ħażin bil-konsegwenza li jispiċċaw jesperjenzaw din il-forma ta' faqar.", "Għax jekk mhux faqar x'issejjaħlu l-fatt li persuna jkollha taqsam il-kera ma' 14-il persuna oħra fl-istess appartament?", "M'ilux wieħed li għandu ironmongery qalli li ġie għandu xi ħadd biex jaqta' 14-il ċavetta tal-istess appartament, u din hija xi ħaġa li bqajt naħseb fuqha għax hija sitwazzjoni inkwetanti, bħalma hija inkwetanti s-sitwazzjoni li hemm persuni li jbatu minn dipressjoni minħabba dawn it-tip ta' sfidi li qed ikollna niffaċċjaw illum.", "Studju juri li persuni bi qligħ tajjeb jgħixu ħajja aktar b'saħħitha, jieklu aħjar, joqogħdu fi djar diċenti, it-tfal tagħhom ma jimirdux b'mard serju, ma jiżviluppawx ċerta diżabilità jew xi forma ta' mard kroniku ieħor minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, uliedhom jiżviluppaw aħjar kemm fiżikament, kemm mentalment kif ukoll lingwistikament, l-imġiba tagħhom tkun tajba, imorru tajjeb fl-iskola, jgħixu f'postijiet b'inqas tniġġis tal-arja u jkollhom ukoll ħajja inqas stressanti.", "Normalment l-għonja ma jkollhomx problemi ta' nuqqas ta' finanzi li jikkawżaw sfidi mentali jew fiżiċi, ikollhom xogħol interessanti, ikunu mħallsin tajjeb u żgur li ma jmorrux ix-xogħol bilfors sempliċement għall-paga, għax meta wieħed imur ix-xogħol għall-paga biss ikun qed jikkawża lilu nnifsu forma ta' stress.", "Issa ngħiduha kif inhi: min imur ix-xogħol bilfors?", "Mhux dawk li jaqilgħu paga minima?!", "Hawnhekk jien qed nitkellem f'isem il-foqra.", "Żgur li l-impjieg ta' dawk li jaqilgħu paga minima mhuwiex wieħed varjat bħal ta' min jaqlagħha tajjeb imma huwa xogħol monotonu u ħafna drabi dan l-impjieg ma joħolqilhomx opportunitajiet ġodda, bħal promozzjonijiet.", "Dan l-istudju dwar l-inugwaljanza soċjali li sar mill-World Medical Association, eżattament minn Sir Marmot, fl-aħħar mill-aħħar isemmi wkoll l-isfida tal-kirjiet, li ħafna drabi qed tkun ta' biċċa wġigħ ta' ras għal persuni foqra.", "Sur President, jien naqbel mal-Prim Ministru li l-akkomodazzjoni soċjali għandha tingħata lil dawk li verament għandhom bżonn u li l-iskemi li joħorġu fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali għandhom igawdu minnhom dawk in-nies li għandhom bżonn, dejjem skont il-bżonnijiet tagħhom.", "Huwa importanti ħafna li min ikun qiegħed fit-tmexxija mil-lat ċivili ma jdaħħal l-ebda id politika li biha nkunu nistgħu nwettqu dak li nkunu wegħedna lil ċerti nies qabel l-elezzjoni ġenerali għax inkella nkunu qed nonqsu u ma nkunux qed inżommu mal-prinċipju li semma l-Prim Ministru.", "Pereżempju, hemm differenza bejn każ ta' koppja li tkun qed trabbi żewġ ulied b'paga minima u każ ta' persuna li wkoll ikollha paga minima imma li tkun tgħix waħedha.", "Dan l-aħħar qrajna statistika li turi kemm għolew il-prezzijiet tal-art u l-bini.", "Dan aktar qed jagħmilha diffiċli li persuna ssir sid ta' darha.", "Naħseb ilkoll naqblu illi li tkun sid ta' darek hija waħda mill-garanziji kontra l-faqar.", "Illum il-ġurnata spiss nisimgħu anke politiċi jitkellmu dwar il-living wage, jiġifieri dwar il-paga li wieħed ikollu bżonn biex jgħix ħajja diċenti mingħajr kapriċċi, u dan il-konċett jagħmel distinzjoni bejn il-bżonnijiet ta' dak li jkun.", "Pereżempju, il-bżonnijiet ta' omm b'żewġ ulied jew b'erba' wlied mhumiex l-istess bħall-bżonnijiet ta' persuna li tgħix waħedha, u lanqas il-ħtiġijiet ta' koppja li tkun għadha fil-bidu tal-ħajja miżżewġa tagħha mhuma l-istess bħall-ħtiġijiet ta' koppja anzjana għax l-ispejjeż ivarjaw.", "Sur President, huwa veru li għal xi wħud il-paga minima qed isservi ta' garanzija kontra l-faqar, imma din mhijiex qed tgħin, anzi kważi kważi qed tkisser lil dawk il-faxex ta' nies li għandhom bżonn spalla u daqqa t'id, jiġifieri lil dawk il-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna.", "Naf li diġà jsiru diversi riċerki u studji, però jeħtieġ li niftħu għajnejna għar-realtajiet ta' madwarna.", "Ma nistgħux ngħixu bħala individwalisti imma jeħtieġ li nifhmu l-faqar tal-familja li toqgħod maġenbna.", "Aktar minn 80,000 persuna jinsabu fir-riskju tal-faqar filwaqt li 3,500 persuna f'pajjiżna qed jgħixu bil-paga minima.", "Il-paga minima flimkien mal-COLA (cost of living allowance) mhumiex biżżejjed għal dawn il-persuni li qed nirreferi għalihom, u kien għalhekk li l-Gvern ipprova jkun ta' għajnuna għal dawn il-persuni billi ta żieda lil dawk li ilhom bil-paga minima għal sena apparti ż-żieda tal-COLA.", "Jien m'għandix problema lanqas illi, pereżempju, insemmi l-inwork benefit - biex koppja li taħdem ikollha żieda fil-benefiċċji li tingħata u b'hekk tkun tista' ttejjeb is-sitwazzjoni tal-familja tagħha - is-servizz taċ-childcare centres bla ħlas u issa anke s-servizz tat-trasport tal-iskola bla ħlas.", "Però kif dejjem ngħidu, il-ħajja tal-foqra qisha bir tas-skieken għax dawk li m'għandhomx paga medja qed isibuha diffiċli biex isiru sidien ta' darhom.", "Jien naqbel mal-Ministru - u naf kemm il-Ministru għandu dan il-qasam għal qalbu - li idealment kulħadd għandu jsir sid ta' daru, imma dan kif jista' jsir jekk meta dawn il-koppji foqra jmorru l-bank, il-bank jagħlqilhom il-bieb?!", "M'hemmx dubju li din hija sfida oħra, anke għaliex meta wieħed jara dan il-kwadru sħiħ jirrealizza li s-sitwazzjoni tal-lum qed twassal sabiex anke dawk li qegħdin f'relazzjonijiet abbużivi qed jaħsbuha darbtejn biex jitilqu.", "Hawnhekk nixtieq nieħu din l-opportunità biex insellem lil madwar 25 mara li ġew maqtula minn żwieġhom jew mill-maħbub tagħhom mill-1981 'l hawn għax il-femiċidju huwa wkoll sfida li qed ikollna niffaċċjaw.", "Għalhekk, Sur President, qabel ma nitkellmu fuq kemm hawn persuni komdi, ejjew inħarsu ftit - hawnhekk forsi se nkun metaforiku, imma se ngħidha xorta waħda - lejn min m'għandux mejda fuqiex jiekol, ejjew inħarsu ftit lejn min qed jaqsam is-sodda tiegħu ma' ħaddieħor u ejjew inħarsu ftit lejn dawk il-persuni li għalkemm għandhom saqaf fuq rashom, qed jiġu mhedda kontinwament f'darhom għax filwaqt li l-ekonomija qiegħda tespandi - u forsi din iddarras lil xi wħud - mhux kulħadd qed jieħu l-istess porzjon mit-torta.", "Filwaqt li l-profitt qed jiżdied, il-pagi baqgħu l-istess, ix-xogħol baqa' dak li kien, u fl-aħħar mill-aħħar min qed ibati l-aktar?", "Dawk il-ħaddiema li jaqilgħu ftit, jiġifieri dawk imsejħa \"foqra\".", "Sur President, l-ewwel 20% tal-familji li għandhom dħul għoli qalgħu 4.2% aktar mill-20% ta' dawk li l-aktar għandhom dħul baxx.", "X'qegħdin ngħidu b'dan kollu?", "Qegħdin ngħidu li l-ekonomija Maltija teħtieġ nies ta' skola, nies li għandhom ċerta edukazzjoni u nies li għandhom ċerti snajja' imma sadanittant ir-realtà hi li għandna l-aktar rata għolja ta' studenti li ma jkomplux bl-edukazzjoni tagħhom u n-numru ta' gradwati f'pajjiżna huwa baxx ħafna.", "Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea wriet tħassib dwar il-futur taż-żgħażagħ tagħna li ma jkomplux bl-istudji tagħhom, anke għaliex dan ikompli jdawwar iċ-ċiklu tal-faqar.", "Għalhekk jeħtieġ li nipprovdu ċerti inċentivi biex aktar familji jinkoraġġixxu lil uliedhom ikomplu l-iskola, speċjalment dawk il-familji li għandhom dħul baxx.", "Ma ninsewx li f'pajjiżna d-differenza bejn is-sinjur u l-fqir qiegħda dejjem tiżdied, u dan minkejja li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien wegħedna li se jeradika l-faqar.", "Anke ċ-ċifri li qed naraw qed jindikaw li d-differenza bejn is-sinjur u l-fqir qiegħda dejjem tiżdied.", "L-aktar persuni foqra f'pajjiżna jibqgħu dawk Afrikani għax huma jaqilgħu ftit flus u 84% minnhom jgħixu f'postijiet iffollati neqsin saħansitra minn bżonnijiet bażiċi u bi problemi ta' soqfa kkundannati.", "Jien ġieli dħalt f'dawn il-postijiet u nista' ngħid li ltqajt ma' sitwazzjonijiet fejn rajt wires imdendlin, ilma jqattar mis-soqfa u dlam ma' kullimkien.", "Imma issa ħalli nitkellem fuq nota differenti.", "Ir-rata tal-għoli tal-ħajja qiegħda tiżdied ukoll minħabba l-kera.", "Ħafna drabi meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet f'din il-Kamra naraw lil min jitbissem jew lil min jgħaddi xi kumment għax, bir-rispett kollu, iż-żaqq mimlija qatt ma tista' tifhem liż-żaqq vojta!", "Għalhekk għandna noqogħdu attenti qabel ma ngħaddu ċerti kummenti jew nitbissmu għax wara kollox huwa d-dmir tagħna bħala rappreżentanti tal-poplu li nitkellmu f'isem il-foqra li qed ibatu f'pajjiżna.", "Kif kont qed ngħid, ir-rata tal-għoli tal-ħajja qed tiżdied minħabba l-kera għax il-kera saret tiswa daqs paga ta' xahar, u dan intom tafuh!", "Intom tafu daqsi li l-ħaddiema tal-gaming jgħidu li huma qed ibatu minħabba dawk ir-rati tal-kera li mhumiex regolati.", "Dawn jinsistu li l-kera għandha tkun imqabbla mal-pagi u mhux mal-prezz tal-proprjetà.", "Issa aħna nafu xi dħul għandhom il-ħaddiema tal-gaming, jiġifieri nafu li d-dħul tagħhom mhuwiex l-istess bħal dak ta' Karmni li tgħix f'għalqa ġewwa l-Qrendi, bħal ta' dawk li qegħdin fuq il-paga minima jew inkella bħal ta' dawk li jiddependu mir-relief!", "Kif nafu, illum il-kera qed tkun ta' piż fuq il-paga u ż-żieda fil-kera qiegħda tnaqqas saħansitra l-kompetittività ta' Malta.", "Sur President, kif ilkoll nafu s-settur tal-kera rrombla minn fuq dawk li huma l-aktar dgħajfa, u dan hu l-messaġġ li nixtieq inwassal jien illum.", "Hawnhekk hawn nies li jaħdmu f'postijiet li jmissu mal-faqar, u għalhekk suppost li jafu x'qed ngħid.", "Aktar ma nirrispondu kmieni għal dawn l-isfidi, inqas għandu jkun diffiċli għalina biex intejbu s-sitwazzjoni tal-lum.", "Ejjew inżommu f'moħħna li quddiemna għandna persuni li huma verament foqra u li xi wħud minnhom verament ma jistgħux joħorġu jaħdmu.", "Irridu nżommu f'moħħna wkoll lil dawk it-tfal li qed jikbru f'dawn il-familji għax iċ-ċiklu tal-ħajja hu dak li hu, u hawnhekk il-Gvern bilfors irid jidħol fin-nofs u juri bil-fatti kemm il-Maltin jinsabu verament f'qalbu.", "Għandna niftakru wkoll f'dawk it-tfal li jgħixu fl-istituti, li wħud minnhom għandhom saħansitra care order.", "Jien nistaqsi: Dawn it-tfal x'se jiġri minnhom hekk kif jagħlqu 16-il sena?", "Se jispiċċaw b'ta' fuqhom senduqhom?!", "Fil-fatt ta' min jgħid li anke r-rata ta' tfal li jitrabbew fl-istituti qiegħda tiżdied.", "L-urġenza tirbaħ fuq il-kumdità u l-lussu, u huwa biss meta ssir xi ħaġa b'mod konkret li nibdew niġu emmnuti, l-aktar meta ngħidu li l-politika tagħna tpoġġi lill-persuna fiċ-ċentru ta' ħidmietna.", "Jien naċċetta l-fatt li forsi min qed jismagħni nippreżenta dan ix-xenarju jista' jargumenta li qed nippreżentah b'mod goff u grottesk għax forsi dak hu l-mod kif jien nipprova nwassal il-messaġġ tiegħi, imma ejjew nirrealizzaw li l-aktar nies li qegħdin ibatu huma l-foqra, u aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni nistennew li ssir xi ħaġa f'dan ir-rigward immedjatament.", "Hekk kif qabel l-elezzjoni l-Gvern, biex forsi jakkwista l-voti b'mod faċli, anke jekk b'mod diżonest, qabad grupp ta' ħaddiema tal-Gvern u b'daqqa ta' pinna tellagħhom minn skala 16 għal skala 13, issa aħna nistennew li jsir l-istess ma' dawk il-foqra li jorqdu f'kamra ġewwa għalqa, ma' dawk il-foqra li jiġru minn shelter home għal oħra, ma' dawk il-foqra li jorqdu fil-ġonna pubbliċi, ma' dawk il-pensjonanti li ma sservihomx il-pensjoni sal-20 tax-xahar u ma' dawk il-familji li saħansitra qed ikollhom jgħixu fil-caravans.", "Forsi jkun hemm min jistagħġeb meta jismagħni ngħid li hemm familji li qed ikollhom jgħixu fil-caravans.", "Lil dawn in-nies jien nistedinhom biex imorru sal-Kalkara ħalli jkunu jistgħu jaraw b'għajnejhom jekk dak li qed ngħid huwiex minnu jew le!", "Fl-introduzzjoni għal dan id-dibattitu l-Ministru Michael Falzon semma l-proġett tal-lifts li qed isir bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-qasam tal-akkomodazzjoni.", "Ta' min ifakkar li r-riġenerazzjoni tal-qasam tal-housing kienet issir anke fi żmien amministrazzjonijiet oħra.", "Għax din li nagħtu l-impressjoni li x-xemx telgħet fl-2013 hija xi ħaġa li ddejjaqni għax ma tirriflettix ir-realtà.", "Il-Gvern għandu ħabta jirraġuna bl-istess mod bħal meta niftakru dejjem l-aħħar tieġ li morna u ninsew li t-tieġ li morna qabel kien ħafna akbar!", "Il-miżura li permezz tagħha se jiġu installati madwar 110 lifts f'diversi blokok fl-oqsma tad-djar hija xi ħaġa tajba li għaliha ngħidlu prosit.", "Din hija miżura bżonjuża l-aktar għall-anzjani u għal dawk kollha li għandhom problemi ta' mobilità.", "Meta fis-snin sebgħin il-Perit Dom Mintoff kien għamel il-housing estates - il-Mosta għandna housing estate u inti, Sur President, toqgħod qrib ħafna tiegħu, jiġifieri taf x'jien ngħid - in-nies li kienu daħlu jgħixu fihom u li forsi dak iż-żmien kellhom 30 jew 40 sena, illum għandhom qrib is-70 sena jew aktar.", "Jien nixtieq inkompli ma' dak li semma l-Ministru billi nagħmel żewġ osservazzjonijiet.", "Nixtieq nirreferi għal ittra indirizzata lill-editur tal-ġurnal l-orizzont tas-6 t'April li għadda fejn is-Sur Paul Sciberras ġibed l-attenzjoni tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li għalkemm ix-xogħol ilu li nbeda minn Ottubru tal-2014, ix-xogħol qed jieħu fit-tul ħafna u s-servizz qed isir bis-sulluzzu.", "Jien nixtieq li s-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Roderick Galdes iweġibni dwar dan meta jkun qed jagħmel l-intervent tiegħu, kif m'għandix dubju li se jagħmel, għax jekk dak li qed jingħad f'din l-ittra huwa minnu, dan qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti.", "Dan it-tip ta' xogħlijiet jirrikjedu diversi inkonvenjenzi u joħolqu ħafna storbju u trabijiet, speċjalment meta fost ir-residenti jkun hemm anzjani u persuni vulnerabbli.", "Fl-ittra tiegħu s-Sur Sciberras qal li sa April li għadda x-xogħol fi Block C tal-housing estate ta' Ħal Tarxien kien għadu ma tlestiex, u għalhekk ikun tajjeb li ningħataw risposta dwar dan.", "Skont is-Sur Sciberras - dejjem jekk dak li qed jgħid huwa minnu - agħar minn hekk hu li f'kull sular saret fetħa fil-ħajt fejn suppost tiġi l-bieba tal-lift, u dan qed joħloq periklu kbir peress li dawn il-fetħiet tħallew mingħajr ilqugħ.", "Dan dejjem skont x'qed jgħid is-Sur Sciberras.", "Issa hawnhekk jien qed nikkwota l-orizzont u mhux In-Nazzjon.", "Kieku din l-ittra dehret fuq In-Nazzjon kienu jgħidu li dawn tagħhom f'tagħhom, imma naħseb li l-orizzont għandha ċerta simpatija mal-Gvern!", "Każ ieħor li din id-darba dħalt fih jien personalment jirrigwarda Block E, Triq ix-Xemxija fil-Marsa, fejn ir-residenti ta' dan il-blokk ilhom ħames snin jistennew li jkollhom lift.", "Issa ta' min jgħid li f'din il-blokka nsibu jgħixu persuni li huma morda bil-kanċer, persuni bi slipped discs, persuni bi stroke, anzjani b'mard fiżiku ieħor u saħansitra anzjani li jrabbu lit-tfal tat-tfal bl-ADHD.", "M'iniex se noqgħod naħli aktar ħin insemmi iżjed tbatijiet li għaddejjin minnhom dawn il-persuni imma li nista' ngħid hu li minkejja li dejjem jgħidulhom li ħiereġ it-tender, dan ma joħroġ qatt.", "Għalhekk huwa tajjeb li s-Segretarju Parlamentari jieħu nota ta' dan il-każ ukoll.", "Sur President, m'għandniex inħallu kollox mibni fuq slogans sentimentali għax dan huwa qasam li fih qegħdin immissu mal-fqir.", "F'dan iż-żmien li qed toqrob l-elezzjoni qed nisimgħu kliem bħal li żidna 500 unit ieħor u li issa għandna 1,700 minn fejn inqassmu.", "Tajjeb, prosit!", "Però nfakkar li sal-lum taħt Gvern Laburista għadu ma tqassam l-ebda appartament jew unit tal-housing soċjali ġdid, u agħar minn hekk in-nies li jinsabu verament fil-bżonn għadhom jistennew.", "Issa hawnhekk is-Segretarju Parlamentari m'għandux iweġibni bħal meta qalli li kulma jaf huma tliet każijiet ta' persuni li jgħixu fil-garaxxijiet meta fil-verità hawn mijiet li qegħdin jgħixu fil-garaxxijiet!", "Hemmhekk kien żbaljat u urieni li huwa maqtugħ mir-realtà.", "Fortunatament jien m'iniex xi politiku li nħobb noqgħod f'xi kamra wara skrivanija imma niġri ma' Malta fid-djar tan-nies u mhux indur biss id-djar li jaqgħu taħt id-distrett tiegħi.", "Sur President, sentejn ilu l-Gvern Laburista wiegħed housing soċjali f'Ħ'Attard, f'Birkirkara, f'Bormla, fl-Imsida, f'Ħal Kirkop, f'Ħal-Luqa u fin-Naxxar, imma dawn kienu kollha kastelli fl-arja u wegħdiet fiergħa għax sal-lum għadna ma rajna xejn.", "Fi Frar li għadda l-Gvern wiegħed saħansitra housing speċjalizzat, imma din ukoll baqgħet wegħda fuq l-ixkaffa b'mijiet ta' familji, ġenituri single u persuni b'sitwazzjonijiet partikolari li għadhom qed jistennew.", "Nixtieq nirringrazzja lin-naħa tal-Gvern li ma jsibux oġġezzjoni li mmur man-nies l-Awtorità tad-Djar, għalkemm fil-verità mhuma qed jagħmlu xejn ta' barra minn hawn għax fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti hekk kienet tagħmel l-Eks Membru Parlamentari u Eks President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca.", "F'dawn iż-żjarat jien naf x'nisma'!", "Jien politiku tan-nies u għalhekk jekk is-Segretarju Parlamentari jipprova jmerini fuq kif qed jgħixu ċerti nies, jien ngħidlu għal darb'oħra li huwa maqtugħ mir-realtà, bħalma għedtlu meta kważi kważi beda jmerini li f'Malta hawn nies li qed jgħixu fil-garaxxijiet.", "Kif kont qed ngħid, il-wegħda ta' housing speċjalizzat ukoll baqgħet fuq l-ixkaffa b'mijiet ta' familji li għadhom qed jistennew u li sadanittant jinsabu għaddejjin minn diversi tbatijiet.", "Issa dan il-Gvern suppost li huwa l-partit tal-ħaddiema!", "Jien nafu sew lill-Partit Laburista, u l-Partit Laburista tal-lum mhuwiex l-istess Partit Laburista li kienet tkellimni fuqu nannti li llum qiegħda fil-qabar.", "Illum il-Partit Laburista tilef ir-ruħ soċjali u lill-fqar nesiehom!", "Illum saru champagne socialists, u għandna l-provi ta' dan li qed ngħid għax rajniehom fil-filmati bit-tazzi tax-xampanja.", "U huwa għalhekk li aħna ma nistgħux nemmnuhom meta jgħidu li għandhom lil Malta f'qalbhom!", "Ara fil-kostruzzjoni Malta verament qiegħda f'qalbhom, u għal din staqsu lill-Maltin li qegħdin jgħixu litteralment qalb il-kostruzzjoni, qalb il-ħsejjes kontinwi u bit-trab itir il-ħin kollu tant li anke min ma jbatix bl-ażma, minn hawn u ftit ieħor taqbdu!", "Ara l-qasam tal-iżvilupp, dak iva, jinsab f'qalbhom!", "Malta f'qalbna!", "Meta nara dan l-iżvilupp kollu jiġuni ftit ħsebijiet f'moħħi u nibda naħseb li bħalma għandna l-pjanta nazzjonali, issa jmissna noħolqu siġra nazzjonali li s-simbolu tagħha jkun krejn għax ħlief krejnijiet f'pajjiżna ma tarax!", "Imbagħad xi ngħidu għall-korruzzjoni?", "Dik ukoll tinsab f'qalbna, mela le!", "Anke l-istituzzjonijiet, dawk iva, jinsabu f'qalbna u ħtafniehom taħt idejna, mela le!", "Anke l-klijenteliżmu jinsab f'qalbna!", "U l-foqra qegħdin f'qalbhom?!", "Tant qegħdin f'qalbhom il-foqra li lanqas jirrikonoxxuhom għax jgħidu li l-faqar lanqas jeżisti jew inkella li l-faqar naqas!", "Iva allura dawk it-80% fejn qegħdin u min huma?!", "Dan ifisser li tan-naħa l-oħra lanqas biss jafu x'hawn madwarna, kif semmejt aktar kmieni f'dan id-diskors.", "U xi ngħidu għall-flus?", "M'għandix dubju li dawn jinsabu f'buthom!", "Wara \"Malta Tagħna Lkoll\" u \"L-Aqwa Żmien\" issa għandhom slogan ieħor; \"Malta f'Qalbna\"!", "Nifirħilhom għal dan is-slogan għax sabiħ!", "(Interruzzjonijiet) L-Onor.", "Godfrey Farrugia qed jgħidli li l-Gvern ikkopja dan is-slogan mill-Partit Demokratiku.", "Is-slogan \"Malta f'Qalbna\" jqanqal lis-supporters tagħhom, mela le, imma mhux liż-żgħir, mhux lil min qed jgħix fil-garaxxijiet, mhux lil min qed jorqod f'nofs ta' għalqa, mhux lil min qed jiddejjen ma' tal-grocer biex ikun jista' jiekol u mhux lill-pensjonanti tagħna, li qed jagħtuhom minn naħa u jeħdulhom min-naħa l-oħra!", "Se nieqaf nitkellem fuq dan il-punt billi ngħid li min ikun sajjem mill-imħabba lejn pajjiżu jkun jinxtamm minn seba' mili bogħod!", "U hawn qed inkun pulit ħafna!", "Sur President, pajjiżna qed iħallas ħafna prezzijiet għall-wegħdiet li saru fir-raba' sular qabel l-2013, u din hija l-agħar ħaġa li tista' tiġri lil min ikun mess il-qiegħ!", "L-istatistika turi li l-ħaddiema f'Malta raw l-inqas żieda fil-pagi fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, u dan meta hawn persuni li jinsabu f'xifer il-faqar.", "Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat qed ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni minflok bil-produzzjoni, u minkejja li l-ekonomija qed tikber, 64% tal-ħaddiema Maltin qegħdin jaqilgħu inqas.", "Fl-aħħar nett irrid ngħid li l-Gvern mhux qed jinvesti bis-serjetà fil-qasam tal-edukazzjoni; la fl-istudenti u lanqas fl-għalliema tagħna, u dan minkejja li l-istatistika turi li sfortunatament f'Malta għandna t-tieni l-ogħla rata ta' early school leavers, l-għalliema qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar u t-tfal qed jieħdu t-tagħlim tagħhom saħansitra fil-containers!", "Għalhekk il-poplu Malti fl-elezzjoni tal-25 ta' Mejju għandu jagħti risposta bis-saħħa tal-vot waqt li jqis ukoll din is-sitwazzjoni tal-faqar li hawn madwarna.", "Sur President, il-Prim Ministru ffissa li din l-elezzjoni hija bejn \"Delia u Muscat\", u hawn il-Prim Ministru qed juri li m'għandux fiduċja fil-kandidati tiegħu, la f'dawk tal-Parlament Ewropew u lanqas f'dawk tal-kunsilli lokali.", "Fil-fatt huwa qal ċar u tond li l-kandidati tal-kunsilli lokali mhumiex is-super favoriti tiegħu, però dik problema tiegħu u l-Maltin u l-Għawdxin li huma ta' rieda tajba għandhom joħorġu jivvotaw biex b'hekk jagħtu risposta lill-Gvern li fostna hawn min qed ibati, għalkemm dawn huma ftit.", "B'differenza għall-Gvern Laburista aħna għandna fiduċja sħiħa fil-kandidati kollha tagħna u nemmnu li nistgħu nagħmlu l-ġid lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha, kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll fil-lokalitajiet tagħna.", "Jien kont sindku u naf li hemm diversi sindki li qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom.", "Għalhekk ejjew ma nkomplux inħammġu u nitħammġu meta sindku jgħid mod u lejliet xi elezzjoni l-Gvern jagħmel mod ieħor.", "Din diġà rajnieha meta wara li kien hemm public hearing u sar kollox kif suppost, imbagħad waslet elezzjoni ġenerali u l-pjanijiet ta' triq partikolari daru biex naġevolaw lil xi erba' Laburisti mingħajr ma s-sindku ġie informat dwar dan!", "Anke kieku dawn li ġew aġevolati ma kenux Laburisti, x'jiġifieri li wara li kien hemm public hearing u ġie deċiż mod, dan il-Gvern baqa' għaddej minn fuqna bħal gaffa?!", "Madanakollu, Sur President, illum is-suġġett prinċipali tal-intervent tiegħi ma kienx il-kunsilli lokali imma kien il-foqra; dawk li meta nsemmihom ħaddieħor jibda jitbissem għax kif għedt diġà, iż-żaqq mimlija qatt ma fehmet liż-żaqq il-vojta.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, naħseb illi f'din il-Kamra kulħadd jifhem u jaqbel li huwa dritt fundamentali li kull persuna għandha jkollha saqaf fuq rasha.", "Imma fl-2019, fl-\"Aqwa Żmien\", verament kull familja għandha saqaf fuq rasha?", "U meta ngħid \"kull familja\" jien ma nagħmilx distinzjoni, għax id-drittijiet tal-bniedem huma l-istess għal kulħadd, anke f'soċjetà multikulturali u diversa.", "Illum f'pajjjiżna għandna familji li m'għandhomx saqaf fuq rashom, u jekk xi ħadd f'din il-Kamra għandu dubju dwar dan inħeġġu jħares lejn il-midja soċjali u jara filmat li deher ilbieraħ fejn instab li numru ta' nies kienu qed jorqdu mal-art f'dar mitluqa u abbandunata.", "Nafu wkoll li dan l-aħħar il-pulizija keċċew numru ta' nies li kienu qegħdin jorqdu barra fit-toroq.", "Jien nifhem li l-Ministru Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari qegħdin jirsistu biex jipprovaw jirbħu l-ħin mitluf ta' parti minn gvern li ma tax kas u li ma tax widen.", "Għaddiet leġiżlatura sħiħa u dan il-Gvern baqa' ċċassat, b'idejh marbutin, mingħajr ma jagħmel xejn għall-qasam tal-housing.", "Il-Gvern qagħad iwiegħed €58 miljun għall-qasam soċjali minn baġit għal ieħor biex dawn it-€58 miljun ma dehru qatt ħlief issa.", "Imma, Sur President, minbarra l-housing soċjali hemm il-pjaga l-oħra; dik tal-akkomodazzjoni affordabbli, li wkoll baqa' ma sar xejn fuqha, anzi din id-darba minflok ma l-Gvern rabat idejh, tefagħhom fuq wara u ħalla s-suq għaddej!", "L-MCCAA (Malta Competition and Consumer Affairs Authority), li suppost tħares il-bilanċ bejn il-prezzijiet tan-negozjant u l-prezzijiet tal-konsumatur, hija rieqda, anzi mejta, bla saħħa u bla snien u huwa biss issa li nbidel xi ħaġa.", "Għalhekk hawn ikolli naqbel mal-kollega tiegħi l-Onor.", "Ivan Bartolo; ma nistax ngħid li għandna gvern li għandu lil Malta f'qalbu.", "Issa dan meta suppost li l-Partit Laburista għandu jkun iċ-champion tar-ruħ soċjali Maltija u Għawdxija!", "Dan huwa l-akbar falliment ta' dan il-Gvern, u din jien ngħidha b'weġgħa ta' qalb, imma l-ebda bżar fl-għajnejn mhu se jikkonvinċina mod ieħor għax min jgħix man-nies hemm barra jaf il-pjagi li qegħdin iħossu f'buthom.", "Tajjeb li jkollna ekonomija b'saħħitha, għaliex le?", "Imma aħna għandna ekonomija b'saħħitha li hija tal-volum u mhux tal-valur għax jekk tinsa r-ruħ soċjali, tinsa kollox!", "Niftaħru li 80% taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huma sidien ta' darhom imma nispera u nitlob li dan il-persentaġġ jibqa' jinżamm għax jien inħoss li dan in-numru se jonqos.", "Jien nistaqsi: Għalfejn għandna Gvern pro-business li jħares lejn in-negozjant - din id-darba \"tal-qalba\", imma mhux ta' \"Malta f'Qalbna\" - b'wiċċ mod u lejn dan is-saff tas-soċjetà b'wiċċ ieħor?!", "Dan huwa l-istess Gvern li qalilna li s-saff t'isfel kien se jġibu middle class, imma fil-fatt għamel kollox bil-maqlub, u se nispjega għalfejn.", "Ir-raġuni bażika li għaliha l-Gvern ħarablu r-riedni minn idejh - u hu hekk ried minħabba l-ħbieb tal-qalba! - hi li l-pagi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u l-pensjonijiet ma jirriflettux iż-żieda li seħħet matul dawn l-aħħar snin fil-prezzijiet tal-proprjetà u tal-kiri.", "Il-Gvern ħalla kollox għal riħu mingħajr ma għamel l-ebda checks and balances.", "U fil-verità min bata?", "Batew l-aktar dawk il-Maltin u l-Għawdxin li huma vulnerabbli.", "Sur President, illum għandna żgħażagħ li qatt mhu se jkollhom l-opportunità li jkollhom il-proprjetà tagħhom sakemm il-ġenituri tagħhom ma jiddeċidux li jwaqqgħu d-dar tagħhom u jibnu blokka ta' tliet sulari għal uliedhom.", "Ħalli nagħti eżempju fattwali.", "Ejjew nieħdu żagħżugħ li jaqla' €1,400 fix-xahar li jmur iħabbat il-bieb tal-bank.", "Hawnhekk mhux qed nitkellmu fuq żagħżugħ bil-paga minima li tammonta għal madwar €700 fix-xahar.", "Tafu xi jsellfu l-bank fuq dħul ta' €1,400 fix-xahar?", "Isellfu xi €85,000 jew l-aktar €100,000 fuq dik il-paga!", "Issa ta' min jgħid ukoll li dan iż-żagħżugħ ma jistax ikun impjegat b'kuntratt imma jrid ikollu xogħol definit għax dawk iż-żgħażagħ li huma impjegati b'kuntratt - u dawn hawn ħafna minnhom - qatt ma jistgħu jissellfu sold.", "Issa dan iż-żagħżugħ x'jista' jixtri b'€100,000?", "Għax ma jista' jixtri xejn aktar minn garaxx b'€100,000!", "Allura ż-żgħażagħ kif jista' jkollhom saqaf fuq rashom?!", "Imma mbagħad ħej, il-Gvern tal-Onor.", "Joseph Muscat OPM u pro-business għan-negozjant għandu wiċċ ieħor!", "Ħalli nagħti xi eżempji u fl-aħħar nagħti anke soluzzjonijiet minn dan l-aspett.", "Ara lill-Electrogas Ltd, li hija kumpanija ta' min jiflaħ, lil dik il-Gvern ħarġilha garanzija bankarja biex tagħmel tajjeb għas-self!", "Allura mbagħad liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin kif ma joħorġilhomx garanzija bankarja biex ikunu jistgħu jissellfu u b'hekk ikun jista' jkollhom saqaf fuq rashom?!", "Ara l-miżura tat-twaqqif tal-Malta Development Bank kienet miżura tajba ħafna għall-proġetti l-kbar, imma għall-proġetti soċjali, il-qalb u r-ruħ ta' \"Malta Tagħna Lkoll\", fejn jidħol is-slogan \"Pajjiżna f'Qalbna?\"", "\"Pajjiżna f'Qalbna\" għall-Partit Demokratiku tgħodd u mhux għall-Gvern tal-Onor.", "Joseph Muscat u l-klikka tiegħu t'hemm fuq!", "Sur President, issa se nitkellem dwar dawk il-familji li għandhom paga medja u li jirnexxilhom jissellfu mill-bank.", "Fil-fatt jien inqis lil din il-faxxa ta' nies bħala l-iskjavitù modern.", "Ejjew fil-klinika tiegħi u isimgħuhom lil dawn in-nies!", "Kull xahar dawn iridu jwarrbu s-somma tal-loan sakemm isiru pensjonanti, u dawn jafu li ma jistgħux jagħmlu mod ieħor!", "L-iskemi li kien joffri gvern ieħor fis-snin sebgħin kienu ferm differenti minn dan l-aspett.", "U xi ngħidu għall-fatt li dawk l-applikanti li bis-saħħa tat-€58 miljun li ġew ivvotati, fis-snin li ġejjin se jieħdu akkomodazzjoni soċjali - naħseb qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss! - filwaqt li l-2,000 l-oħra jew aktar se jibqgħu barra b'xiber imnieħer, għalkemm skont il-means test dawn jikkwalifikaw għal akkomodazzjoni soċjali huma wkoll?!", "Dawn x'se jiġri minnhom?", "Madanakollu l-akbar pjaga li ġejja fl-immedjat u li hemm bżonn naħsbu dwarha tirrigwarda lil dawk il-familji ta' mezza età, u naf x'qed ngħid.", "Insemmi b'mod partikolari lil dik il-mara li ħadmet id-dar, li llum il-ġurnata hija separata u li kważi fl-aħħar tas-snin tagħha bħala adulta, meta għandha madwar 50 sena jew anke aktar, qiegħda tfittex ix-xogħol biex tkun tista' tikri ħalli forsi jkollha saqaf fuq rasha.", "U xi ngħidu għal dawk il-pensjonanti li se jiġu żgumbrati din is-sena jew is-sena d-dieħla?!", "Forsi hawn wieħed jista' jgħidli li bil-means test huma jikkwalifikaw biex jieħdu akkomodazzjoni soċjali, imma fil-verità le, mhux kulħadd jieħu!", "Hawnhekk se nsemmi każ partikolari li naf li hemm oħrajn bħalu.", "Se nsemmi każ ta' ġenituri pensjonanti li magħhom għadha tgħix binthom, li hija persuna b'diżabilità.", "Dawn il-ġenituri għadhom jieħdu ħsieb lil binthom huma, li għadha fil-qalb tal-għożża tagħhom, imma minħabba l-pensjoni żgħira ta' din il-persuna b'diżabilità u l-pensjoni tal-ġenituri, li hija waħda minima, dawn ma jaqgħux fil-means test u għalhekk se jiġu żgumbrati.", "Dawn huma każijiet ġenwini li rridu nilqgħu għalihom minn qabel għax l-iżgumbrament huwa t-traġedja umana li hemm hemm barra.", "Ma rridx ninstema' negattiv, Sur President, għax affarijiet pożittivi qed isiru wkoll, imma huwa fid-dmir tiegħi li nsemmi każijiet bħal dawn għax hawn qegħdin nitkellmu fuq ir-ruħ soċjali, li l-Gvern Laburista nesieha u lanqas jaf fejn hi għax issa sirna Gvern tal-ġlekkijiet u allaħares ma tilbisx ġlekk għax inkella ma tkunx up to standard!", "Allura quddiem dan kollu x'għandhom ikunu s-soluzzjonijiet?", "Jien se nibbaża s-soluzzjonijiet fuq erba' punti, u hawnhekk se nipprova nsemmihom fil-qosor għax anke l-ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi f'din il-Kamra huwa limitat.", "Il-Gvern għandu jintroduċi mudell ta' \"rent to buy\" b'self b'imgħax baxx li jkun issussidjat sew jew inkella li jkun bl-ebda imgħax, dejjem taħt ċerti kondizzjonijiet, biex b'hekk il-Maltin u l-Għawdxin verament isiru sidien ta' darhom u l-persentaġġ ta' 80% li niftaħru bih jiżdied u mhux jonqos.", "Imbagħad għandu jiġi introdott ukoll il-konċett tas-social housing tax.", "Fl-opinjoni tiegħi kull min jibni fil-għoli għandu jkollu l-housing tax għax dan huwa negozju, b'mod partikolari jekk l-art li fuqha jkun qed isir dan in-negozju tkun tal-poplu u tkun ingħatatlu bil-ħabbiet!", "Pereżempju l-art li ħa d-DB Group kulħadd jaf kemm tiswa: kważi €200 miljun, u lkoll nafu kemm ħadha!", "Allura possibbli li f'każijiet bħal dawn ma nistgħux indaħħlu social housing tax?!", "Naturalment m'iniex qed nirreferi għal dan il-każ biss imma għal diversi każijiet oħra ta' dan it-tip fejn art ingħatat bil-ħabbiet!", "Allura dan it-tip ta' negozjant għandu jgawdi biss minn fuq dahar il-poplu mingħajr ma jagħti xejn lura, b'mod partikolari biex itaffi din il-pjaga soċjali?!", "Nafu wkoll li għada pitgħada se jkollna żżejjed appartamenti, u għalhekk hemm bżonn li l-Awtorità tad-Djar tara x'inċentivi jistgħu jiġu offruti biex inkopru dan il-bilanċ u ċerti units ikunu jistgħu jingħataw lil kerrejja jew xerrejja.", "Fl-aħħar u mhux l-inqas se nsemmi l-means test.", "Huwa tajjeb li l-means test għola għal €14,000, imma jien nemmen li wieħed irid iħares aktar bir-reqqa f'dan ir-rigward, b'mod partikolari meta wieħed iqis il-prezzijiet tal-proprjetà.", "Għalhekk jien nistenna li f'Baġit ieħor dan jerġa' jiżdied.", "Nistenna wkoll li l-bini tal-appartamenti jkun ta' ċertu standard u li ma nibnux l-appartamenti għall-familji Maltin u Għawdxin qishom gaġeġ.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li għandek disa' minuti għad-dispożizzjoni tiegħek.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, f'dan il-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra - bħalma diġà għamilt ftit tal-ġranet ilu - għall-fatt li l-istatistika qiegħda turi li s-sitwazzjoni tal-mara mhi feliċi xejn f'dan is-settur.", "Hawnhekk m'iniex qed nirreferi speċifikament għall-housing per se, però nafu li jeżistu sitwazzjonijiet ta' nisa li minħabba ċerti ċirkostanzi f'ħajjithom qed ikollhom iduru u jirrikorru għal sistema ta' housing.", "Għaliex?", "Għax waħda mill-akbar pjagi li għandna bħalissa f'pajjiżna hija dik li tissejjaħ \"gender pay gap\" fejn hemm differenza qawwija bejn il-pagi tan-nisa u l-pagi tal-irġiel għall-istess xogħol.", "Nerġa' nfakkar lil din il-Kamra li l-anqas pajjiż li għandu differenza bejn il-pagi tan-nisa u dawk tal-irġiel huwa l-Litwanja fejn id-differenza hija dik ta' 2.3%.", "Ta' min jgħid li d-differenza medja fil-pagi tan-nisa u tal-irġiel fl-Ewropa hija dik ta' 11.6% filwaqt li fil-każ ta' pajjiżna din id-differenza hija ta' 22.3%, u din id-differenza tirrifletti sitwazzjoni serja u gravi ħafna.", "Meta nħarsu lejn is-sitwazzjoni tal-mara f'pajjiżna, ħafna drabi min-naħa tal-Gvern jissemma l-argument taċ-childcare, li huwa argument validu.", "Aħna wkoll ridna li ċ-childcare ikun b'xejn però l-affarijiet qed juruna li ċ-childcare waħdu huwa parti mis-soluzzjoni imma mhuwiex is-soluzzjoni sħiħa.", "Jien m'iniex qed nikkritika l-fatt li sar iċ-childcare, anzi far from it għax jiena ngħid prosit talli ġie introdott dan is-servizz b'xejn, imma dan mhuwiex biżżejjed.", "Għal xiex se twassal din id-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, Sur President?", "Se twassal għal xi ħaġa li diġà teżisti, li hija d-differenza fil-pensjonijiet, u dan għaliex kulturalment u tradizzjonalment il-mara dejjem qagħdet lura milli tfendi għal rasha u għall-familja tagħha finanzjarjament.", "F'pajjiżna għandna ħafna nisa jaħdmu mingħajr ma jiddikjaraw id-dħul tagħhom bil-konsegwenza li mbagħad ma jkunux intitolati għal pensjoni xierqa.", "Imbagħad għandna faxxa dejjem tikber ta' nisa li għalkemm qegħdin jidħlu fid-dinja tax-xogħol, qegħdin jidħlu fil-faxxa l-baxxa, jiġifieri qed ikollhom xogħol part-time jew full-time bi dħul baxx.", "Għalhekk fil-każ tan-nisa l-konċett ta' social mobility qed ibati ħafna għax inti lill-individwu trid tagħtih l-għodda.", "Kif qal il-Ministru Michael Falzon kemm-il darba f'din il-Kamra, huwa importanti ħafna li nagħtu l-qasba u mhux il-ħuta.", "Fil-fatt il-housing dak li hu: il-ħuta.", "Hija xi ħaġa ideali li jkollna l-housing soċjali - u fuq il-housing soċjali tkellem fid-dettall l-Onor.", "Ivan Bartolo għax dan aktar huwa l-qasam tiegħu - aħna x'qegħdin nagħmlu biex in-nies ma jiġux bżonn il-housing soċjali f'pajjiżna?!", "X'qegħdin nagħmlu biex in-nies ma jinżlux fil-faxxa ta' isfel tas-soċjetà tagħna?", "Kemm hi kerha li nitkellmu dwar min hu 'l fuq u min hu 'l isfel, u kemm hu sabiħ li ma jkollniex differenzi kbar bejnietna!", "Imma dawn id-differenzi qegħdin jikbru u qegħdin jiżdiedu u inutli ngħaddsu rasna fir-ramel u ma jimpurtaniex minn dak li qed jagħmel ħaddieħor.", "Sur President, f'dawn il-ġranet meta qegħdin fil-qalba ta' kampanja elettorali tibda tisma' statements min-naħa għall-oħra li xi kultant ibellhuk.", "Pereżempju, issa f'daqqa waħda qegħdin ngħidu li se nżidu aktar u aktar units!", "Dan huwa tajjeb imma l-issues l-oħrajn m'aħniex nindirizzawhom sew.", "Pereżempju, jien semmejt lin-nisa, imma llum is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ x'inhi?", "Matul il-weekend li għadda ltqajt ma' ġuvni u tfajla waqt riċeviment ta' tieġ, u dawn bdew jispjegawli li ma jistgħux jaffordjaw li jkollhom id-dar issa.", "Dawn se jiżżewġu u kien mingħalihom li bl-ammont ta' flus li jaqilgħu mit-tieġ kienu se jieħdu self, eċċ. però mhux se jirnexxilhom u għalhekk se jmorru jgħixu mal-ġenituri tagħhom.", "Issa rridu ngħidu kollox; din mhijiex xi ħaġa daqshekk ħażina, imma soċjalment tibda tħossok qisek fallejt fil-ħajja għax issa s-soċjetà tagħna drat mod ieħor.", "Sa ftit ilu kienet kważi xi ħaġa ħażina li tikri għax ma kontx tkun sid ta' darek, aħseb u ara issa li ġejna f'sitwazzjoni fejn żgħażagħ li jiżżewġu jkollhom joqogħdu mal-ġenituri tagħhom!", "Din anke soċjalment se toħolqilna problema għax kif nafu, huwa aktar healthy li koppja tinqata' minn mal-ġenituri tagħha u jkollha l-privatezza tagħha.", "Naħseb li din hija x-xewqa ta' kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra; jekk mhux għalih innifsu - għax uħud mill-Membri Parlamentari għadhom żgħażagħ - għal uliedu jew għal ulied uliedu.", "Madanakollu r-realtà li konna ngħixu sa ftit snin ilu qiegħda titbiegħed minna kuljum, u huwa inutli li noqogħdu nimmaġinaw li l-affarijiet mhumiex hekk jew nipprovaw nikkonvinċu li mhumiex hekk għax hekk huma!", "Din hja r-realtà li qed ikollhom jiffaċċjaw in-nies illum.", "Issa nixtieq ngħaddi biex ngħid xi ħaġa dwar iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni.", "Għalfejn Malta hija l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għandha early school leavers?", "L-early school leavers tal-lum mhumiex riżultat ta' dan il-Gvern biss imma huma riżultat tas-sistema edukattiva along the years.", "Ejjew inkunu onesti magħna nfusna u nammettu li aħna qegħdin infalluhom liż-żgħażagħ tagħna, u qed infalluhom kompletament!", "Ejjew ma nintilfux fil-battibekk ta' min għandu tort!", "Ejjew nammettu lkoll kemm aħna li minflok qegħdin nagħmlu pass 'il quddiem, qed infettqu fuq ħmerijiet li fl-aħħar mill-aħħar lilna bħala poplu ma jagħmlulniex ġieħ!", "Jien naf ħbieb tat-tifla tiegħi stess li kienu ftit akbar minnha l-iskola.", "Dawn spiċċaw il-Form 5 and that's it; ma jridux jafu aktar bi iskola!", "Naturalment hemm min mhuwiex hekk, u hemm dawk li l-ġenituri qegħdin isusu warajhom, li hija xi ħaġa sabiħa sakemm ma nagħmlulhomx pressjoni żejda.", "Imma dawn l-early school leavers lanqas jafu x'se jagħmlu b'ħajjithom u minn hawn u ftit ieħor ġejja problema oħra ma' wiċċna b'dawn iż-żgħażagħ.", "Għalhekk, Sur President, f'dan il-ftit ħin li għad fadalli għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq niġbed l-attenzjoni għal dawn it-tliet punti prinċipali.", "L-ewwel nett in-nisa.", "U jistgħu jaqilgħuli kemm iridu fuq il-midja soċjali għax din se nibqa' ngħidha la hija verità!", "Il-mara f'Malta mhijiex qiegħda f'sitwazzjoni privileġġata.", "Dan huwa fatt, u meta ngħid hekk ma jistax ikun hemm min jgħid li Claudette Buttigieg qed tgħid il-ħmerijiet għax l-istatistika qed tikkonferma dak li qed ngħid jien!", "It-tieni punt li nixtieq niġbed l-attenzjoni għalih jirrigwarda ż-żgħażagħ u t-tielet punt jirrigwarda s-sistema edukattiva.", "Hemm min għandu bżonn akkomodazzjoni soċjali, mela le, u għadna kemm rajna inċidenti li almenu tieħu gost meta tara li dawn iwasslu biex il-poplu jingħaqad wara min isofri xi diżgrazzja u l-għajnuna tiġi mill-ewwel!", "Hekk sabiħ, imma aħna nafu li fl-aħħar mill-aħħar ma jistax ikun li niddependu biss fuq settur wieħed.", "Dan li qed nitkellmu fuqu f'dan il-Parlament bħalissa mhuwiex biss problema tal-Ministru li huwa responsabbli mill-affarijiet soċjali imma huwa problema ta' kull wieħed u waħda minna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sur President, jien smajt dan id-dibattitu fuq l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 b'attenzjoni u m'hemmx dubju li meta wieħed jisma' l-interventi tal-kelliema tal-Oppożizzjoni għandu jfakkar li r-rwol tagħna l-Membri Parlamentari huwa li mmexxu l-pajjiż 'il quddiem.", "Kulħadd jixtieq li għada filgħodu nqumu u nsibu li m'għandniex problemi f'dan il-pajjiż, però aħna qegħdin hawnhekk għax irridu nagħmlu l-ħajja ta' ħaddieħor aħjar milli hi llum u jekk jeżistu issues ta' faqar irridu nindirizzawhom.", "Kif għedt diġà, Sur President, se nibda billi nirreferi għall-interventi tal-kollegi tiegħi, u jkolli ngħid li l-aktar diskors li laqatni mit-tliet Membri Parlamentari li tkellmu huwa dak tal-Onor.", "Claudette Buttigieg għax għall-inqas ipprovat tara l-aspett tal-housing u l-problemi li jwasslu għall-housing.", "Claudette Buttigieg li meta persuna jkollha problema ta' housing, il-problema ma tkunx il-housing per se imma l-problemi li jkollha dik il-persuna u allura l-Istat ikollu jintervjeni biex jgħinha.", "Din hija xi ħaġa li jien niltaqa' magħha kuljum.", "Jiġifieri veru li r-realtà hi li f'dan il-pajjiż irridu naħdmu aktar biex intejbu l-qasam tal-edukazzjoni, irrispettivament minn dak li għamlu l-gvernijiet preċedenti f'dan il-qasam.", "Hemm bżonn inżidu l-edukazzjoni fost dawk in-nies li sfortunatament l-edukazzjoni ma laħqithomx jew inkella l-ħajja tagħhom ma daħkitilhomx minn dan l-aspett.", "L-istess nistgħu ngħidu għax-xogħol.", "Ix-xogħol inaqqas il-piż li għandu l-Istat biex jaħseb għal aktar housing soċjali għax ix-xogħol itejjeb il-qagħda ta' dik il-persuna li s-soltu tiġi bżonn il-housing soċjali awtomatikament.", "Mill-banda l-oħra jien ma naqbilx kompletament mal-Onor.", "Claudette Buttigieg meta qalet li l-mara tinsab fl-agħar sitwazzjoni jew inkella f'sitwazzjoni prekarja.", "Fl-opinjoni tiegħi, dan il-kumment huwa ġenerali żżejjed, sfortunatament huwa negattiv u jixhed anke l-animu tal-Partit Nazzjonalista li jara kollox b'lenti negattiva.", "Almenu jien kont nistenna li jgħidulna wkoll x'inhuma l-alternattivi għal dak li forsi aħna qegħdin nagħmlu ħażin jew addirittura m'għamilniex.", "Jien naħseb illi li kieku għandna s-sitwazzjoni ta' kriżi li semmew l-Onor.", "Godfrey Farrugia fil-qasam tal-housing, kieku jiġru bina fl-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej!", "Illum il-ġurnata n-nies tgħallmu jivvotaw lill-Partit Laburista għal elezzjoni wara oħra, u fil-fatt issa l-Partit Laburista ilu jirbaħ l-elezzjonjiet minn dik l-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej meta l-Onor.", "Joseph Muscat tela' bħala mexxej tal-Partit Laburista.", "Minn dakinhar 'l hawn il-Partit Nazzjonalista, sena wara l-oħra, ma rebaħx elezzjoni waħda lill-Partit Laburista, u dan ifisser li l-politika tagħna hija l-aktar waħda addattata, kif ġie kkonfermat mill-poplu diversi drabi fil-livelli kollha tal-politika, inkluż dik tal-housing.", "Irrispettivament minn dak li jingħad, il-Partit Laburista huwa l-aktar partit li qed jindirizza dan il-qasam.", "Madanakollu sfortunatament isiru dikjarazzjonijiet li fil-fehma tiegħi … Pereżempju, qalulna li aħna, jew jien bħala Segretarju Palamentari, maqtugħ mir-realtà.", "Ivan Bartolo jkolli ngħidlu li maqtugħ mir-realtà huwa proprju dak id-Deputat Parlamentari li llum għadu kemm ġie f'dan il-Parlament jgħidilna li l-prekarjat żdied.", "Sfortunatament jidher li l-Onor.", "Ivan Bartolo għandu memorja qasira għax jien niftakar li fi żmien il-Gvern Nazzjonalista - u dan m'ilux ħafna; daqs ħames snin ilu, fi żmien l-Onor.", "Lawrence Gonzi - il-Gvern kien jippromwovih il-prekarjat!", "Biżżejjed ngħid li dak iż-żmien kellna kuntratti tal-gvern li permezz tagħhom il-ħaddiema Maltin - jiġifieri dawn Maltin kienu u mhux barranin, kif semma l-Onor.", "Ivan Bartolo - kienu jitħallsu bit-€3.50 is-siegħa, u allura kienu jaqilgħu inqas mill-paga minima.", "Spjegawli kif persuna li kienet sponsorjata minn kuntratturi li jaħdmu mal-gvern dak iż-żmien setgħet tieħu loan mill-bank u ssir sid ta' darha!", "Ara aħna din qtajnieha, imma llum tan-naħa l-oħra jeħduha for granted, anzi issa qegħdin niġġieldu biex jekk fil-privat hemm elementi li qegħdin iħaddmu dawn il-malpractices fuq il-post tax-xogħol, jinqatgħu darba għal dejjem.", "Ara dawn l-affarijiet ma jsemmuhomx għax illum jeħduhom for granted, però fi żmienhom il-prekarjat kien l-ordni tal-ġurnata!", "Kemm jekk kont tmur f'xi sptar, ikun liema jkun, kemm jekk kont tmur fir-residenza San Vinċenz de Paul u kemm jekk kont tmur fi kwalunkwe entità oħra tal-gvern, kont issib li l-cleaners, li kienu jaħdmu mal-kuntrattur, kienu jitħallsu inqas mill-paga minima, u din kienet sitwazzjoni inaċċettabbli.", "Imbagħad jiġi jgħidilna li llum żdied il-faqar!", "Fil-fatt dak il-ħin bdejt nara lill-Ministru jxengel rasu, u ma nafx x'ma bediex jagħmel aktar, għax statistika wara l-oħra turi biċ-ċar li l-faqar f'pajjiżna mhux talli naqas talli naqas drastikament tant li anke min dak iż-żmien kien f'livell ta' faqar assolut, illum għall-inqas tela' fil-livell li qiegħed fil-periklu li jaqa' fil-faqar, jiġifieri anke dawn in-nies għamlu progress!", "Il-fatt hu li l-istatistika tal-faqar qed tkompli tonqos, u għalhekk ejjew ngħidu l-affarijiet kif inhuma u mhux nipprovaw npinġu kollox doom and gloom!", "Din hija l-isfortuna li għandu l-Partit Nazzjonalista; li ma jridx jifhem li jekk ma joqgħodx attent tant jaqa' f'negattività li anke lilu nnifsu jibda jara ikrah!", "Hekk jiġrilu min ma jarax l-affarijiet kif inhuma u ma jiżinx l-affarijiet kif suppost!", "Li jdejjaqni wkoll, anke fil-qasam tal-housing, hu li ħafna drabi l-affarijiet niġġeneralizzawhom iżżejjed.", "Ma jfissirx li għax ikollna każ ta' persuna partikolari li għandha issue relatata ma' housing, allura kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni.", "Sur President, fost affarijiet oħrajn l-Onor.", "Ivan Bartolo qalilna li ma konniex fair fl-assessment li għamilna fuq il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista għall-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-passat.", "Dak il-programm fuq Net TV li jittratta stejjer ta' nies li jiġu vvintati - dawk li jgħidulhom \"fake news\" - mingħajr ma jittieħed l-ebda kumment ta' xi uffiċjal tal-Awtorità tad-Djar biex almenu nkunu nafu eżattament kemm dik il-persuna tkun ħadet għajnuna u ġiet assistita minn din l-Awtorità.", "Għax ħafna drabi s-sitwazzjoni tkun differenti minn kif tkun ġiet impinġija!", "M'iniex se noqgħod insemmi każijiet partikolari għax mhuwiex kompitu tiegħi li nagħmel hekk, imma li nista' ngħid hu li meta mbagħad nidħol fil-każ, insib li s-sitwazzjoni kienet mod ieħor, u dan juri kemm huwa importanti li wieħed ikun fair meta jiġi biex jirrapporta xi ħaġa.", "U mela niġu ngħidu li aħna lil ċerti nies ma nagħtuhomx widen?!", "Kull min jersaq quddiem l-Awtorità tad-Djar aħna mhux biss niftħu file fuqu imma nsegwu l-każ anke permezz tas-social workers biex naraw xi jkunu l-bżonnijiet tal-persuni kkonċernati.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħu l-Onor.", "Ivan Bartolo fakkarna li ġejja l-elezzjoni tal-kunsilli lokali u li s-sindki għandhom jingħataw ċerta attenzjoni.", "Li minkejja li hawnhekk ġejna nħabbtu sidirna fuq il-kwestjoni tal-housing, l-aktar proġett tal-housing li jinsab miexi 'l quddiem huwa dak tas-Siġġiewi u sal-lum is-Sindku tas-Siġġiewi qed tagħmel minn kollox biex twaqqaf dan il-proġett!", "Issa bir-rispett kollu, Onor. Ivan Bartolo, la qed tgħid li s-sindki għandhom jimxu 'l quddiem id f'id mal-politika li tħaddmu intom, where is the beef; x'se tagħmlu bħala Partit?!", "Se twaqqfuha lis-Sindku tas-Siġġiewi milli tkompli bl-appell tagħha ħalli x-xogħol għal housing soċjali fis-Siġġiewi jitħalla għaddej?", "Jekk verament tridu titwemmnu li tridu tindirizzaw l-issues tal-housing u anke l-issues tal-waiting lists, allura tkunux ipokriti u wettqu dak li temmnu fih!", "Biżżejjed ngħidlek, Onor. Bartolo, li sfortunatament biex il-kuntrattur imur jagħmel il-concrete, is-Sindku talbitu javżahom 20 ġurnata qabel!", "Issa għidli inti liema kuntrattur huwa obbligat li javża lis-sindku li se jitfa' l-concrete fis-site ta' fejn se jsir il-housing estate minn 20 ġurnata qabel!", "Dawn huma bsaten fir-roti minn esponenti sħabek fil-Partit Nazzjonalista biex il-Gvern ma jkunx jista' jlaħħaq jibni l-ammont ta' units li hemm bżonn!", "U fl-aħħar mill-aħħar min qed ibati?!", "Ċertament mhux in-Nazzjonalisti imma l-foqra; dawk li ġejt titkellem dwarhom hawnhekk inti llum!", "Għalhekk ejjew nitkellmu b'mod sinċier.", "L-ewwel m'għandek tagħmel, Onor. Bartolo, hu li tmur fuq il-kap tiegħek u tgħidlu li fis-Siġġiewi qed issir xi ħaġa ħażina min-naħa tal-kunsill lokali.", "Jekk inti verament għandek għal qalbek lill-foqra, ejjew nipproteġu lil dawn in-nies ħalli nibqgħu għaddejjin bil-proġett u għall-inqas nibdew naqblu fuq xi ħaġa!", "Smajt b'attenzjoni wkoll id-diskors tal-Onor.", "Godfrey Farrugia li fost affarijiet oħra qalilna li l-prezz tal-proprjetà żdied.", "Imma xorta waħda ma qalulniex xi jridu jagħmlu!", "Darba hawnhekk kien hawn xi ħadd li pprova jagħmel xi ħaġa fuq il-prezz tal-proprjetà.", "Qed nirreferi għall-Onor.", "Lawrence Gonzi li qalilna li għandna nifqgħu l-ODZ u nifqgħu l-iżvilupp ħalli l-prezz tal-proprjetà jitbaxxa!", "Issa fir-realtà dak iż-żmien il-prezz tal-proprjetà ma tbaxxiex, imma meta inti żżid l-iżvilupp aktar tkun qed tħajjar lin-nies jinvestu fil-proprjetà u allura l-prezz tal-proprjetà aktar se jitla'!", "Din hija xi ħaġa li għadha tiġri sal-lum; aktar ma jkollok nies li jinvestu fil-proprjetà aktar se jkollok domanda fix-xiri u fil-bejgħ tal-proprjetà, u allura l-prezz tal-proprjetà aktar se jitla'.", "Fir-realtà x'qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista dwar dan?", "Għidulna x'inhuma l-miżuri li tixtiequ u aħna nisimgħu; mhux problema!", "Aħna ma stennejniex li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' negattiv quddiem okkażjoni bħal din, wara li għamilna White Paper bl-istudji kollha li kien hemm bżonn u li dwarha faħħruna l-entitajiet kollha u dawk in-nies kollha li verament għandhom is-settur tal-proprjetà għal qalbhom!", "Intom stajtu tikkonsultaw magħna dwar dan il-qasam ukoll.", "Aħna bħala Gvern ġejna għandkom, tkellimna mal-Onor.", "Robert Cutajar u għednielkom: Ejjew nitfgħu l-karti fuq il-mejda; għidulna xi tridu u kunu parteċipi magħna fl-ewwel riforma tal-liġi tal-kera minn żmien l-Onor.", "John Dalli 'l hawn!", "Għednielkom ukoll biex tgħidulna x'inhuma l-proposti tal-Partit Nazzjonalista.", "Imma baħħ; ma jafu xejn, sakemm imbagħad fl-aħħar qalulna li se jibnu post tal-gvern għal kulħadd!", "Onor. Bartolo, jien stennejt li inti llum se ġġibli l-costings ta' kemm se tibni appartamenti, f'liema ġranet se tibnihom, sa meta se tibnihom u lil min se tagħtihom!", "Għall-inqas aħna hawnhekk illum ġejna bl-istatistika, imma jekk intom se tibnu post għal kulħadd għidulna kemm tridu flus għax nista' niggarantilkom mill-ewwel li flus m'intomx se ssibu għax il-pajjiż ma jiflaħx sitwazzjoni fejn kulħadd jieħu appartament b'xejn mingħand il-gvern!", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia qalilna wkoll li llum m'għadekx tista' tixtri proprjetà.", "Ħalli nkun ċar.", "Jien insegwi r-rapporti tekniċi u l-istudji relatati mal-qasam tal-proprjetà, u fil-fatt ħadt pjaċir li l-KPMG Report reġà qalilna li m'hawnx bubble fis-suq tal-proprjetà.", "Qalilna wkoll li hemm ċerti elementi ta' overheating fis-suq tal-proprjetà, dak li għadni kemm semmejt jien meta għedt li meta jkollok in-negozju għaddej il-ħin kollu, allura l-prezz jibda dejjem jogħla.", "Però mbagħad nafu wkoll - u din hija xi ħaġa li minn dejjem kienet - li jekk inti jkollok single income jiġifieri jkollok familja li tkun tiddependi minn dħul wieħed, hemmhekk ikollok daqsxejn ta' diffikultà biex tieħu loan fuq proprjetà.", "Kien hawn min għamel ukoll il-punt li l-banek ma jagħtukx biżżejjed.", "Issa hawnhekk nixtieq inkun ċar ukoll.", "Aħna ma nistgħux nindaħlu lis-sistema bankarja.", "Huwa l-Bank Ċentrali li jirregola biex ma jħallix lill-banek jagħmlu xi żbalji li jistgħu jkunu fatali anke fuq il-familji Maltin u Għawdxin, kif ġara barra minn Malta meta kien hawn is-sitwazzjoni tal-kriżi finanzjarja.", "Fil-fatt kien grazzi għal dak iż-żmien u kien grazzi wkoll għall-banek tagħna li qagħdu bil-għaqal u ma tawx loans li kienu riskjużi, li Malta setgħet tiżgiċċa minn dak l-inkwiet finanzjarju.", "Aħna allaħares kellna nindaħlu lill-banek billi nġegħluhom jagħtu l-loans lil nies li ma jifilħux għalihom!", "Dik hija xi ħaġa li jistgħu jirregolawha biss il-banek, u mnalla l-banek tagħna huma konservattivi u joqogħdu attenti biex ma jkunx hemm ħafna defaults fuq il-proprjetà.", "Issa naturalment jien bħall-Onor.", "Ivan Bartolo nieħu pjaċir meta jiġi xi ħadd jgħidli li l-bank tah flus biżżejjed biex ikun jista' jixtri proprjetà, imma naf li jkun hemm ukoll każijiet ta' nies li għalkemm ikollhom paga tajba, ħafna drabi ma jaċċessawx is-suq tal-proprjetà għax ikunu għamlu għażliet diffiċli.", "Imbagħad għandek lil min ikollu paga minima li biha żgur li ma jkunx se jasal għas-suq tal-proprjetà, u huwa hawnhekk fejn jidħol il-housing soċjali.", "Sinjura President, aħna qegħdin naraw ukoll li għall-ewwel darba dan is-settur ma jkollux biss politika li biha jindirizza l-akkomodazzjoni soċjali.", "Għall-ewwel darba aħna mhux biss qed nitkellmu fuq dawk in-nies li, tagħmel x'tagħmel, dawn qatt ma jistgħu jieħdu loan mal-bank biex jixtru proprjetà, imma qed nitkellmu wkoll fuq nies li forsi b'daqsxejn ta' mbottatura, forsi minħabba li jkunu għaddew minn separazzjoni u jkollhom ċerta età, jistgħu jaċċessaw is-suq tal-proprjetà.", "Hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-bank tal-Knisja, l-APS Bank, li ħdimna ħafna miegħu għax huwa wieħed mill-banek li għandu kuxjenza soċjali.", "Fil-fatt flimkien ma' dan il-bank se nkunu qegħdin inniedu skema interessanti li permezz tagħha l-Gvern se jsir il-co-owner ta' diversi proprjetajiet ma' nies li waħedhom ma jkunux jistgħu jifilħu jaċċessaw il-proprjetà għax għandhom 'il fuq minn 40 sena.", "Aħna ma stajniex niftħu din l-iskema wkoll għal nies li għandhom anqas minn din l-età għax inkella nkunu qegħdin ninkoraġġixxu lin-nies joqogħdu lura milli jieħdu l-inċentiva biex isiru sidien ta' darhom.", "Aħna rridu ninkludu f'din l-iskema lil dawk in-nies li jħossuha verament diffiċli li jaċċessaw għas-suq tal-proprjetà minħabba l-età tagħhom, skema li se nnieduha fil-ġranet li ġejjin u li permezz tagħha se nkunu wettaqna wegħda oħra mill-Programm Elettorali tal-Partit Laburista.", "Ħafna drabi r-realtajiet li nitkellmu dwarhom ma jkunux jirriflettu r-realtajiet li jkunu għaddejjin minnhom il-maġġoranza tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Hawnhekk issemma li n-nies qegħdin jorqdu fil-ġonna, fl-għelieqi, fil-caravans, eċċ. Sitwazzjonijiet soċjali dejjem kien hemm, anke taħt Gvern Nazzjonalista.", "Pereżempju, jien niftakar li kien ikun hemm każijiet fejn nies spiċċaw homeless u qabel l-1995 nies ġew żgumbrati minħabba li kien ikollhom issues mas-sidien u l-qorti qatgħetha kontrihom.", "Dawn ir-realtajiet minn dejjem kienu jeżistu, u għalhekk hemm l-Awtorità tad-Djar biex tidħol f'dawn il-każijiet partikolari.", "Jien ikolli kuntatt kontinwament kemm ma' Dar Papa Franġisku kif ukoll m'entitajiet oħrajn, jiġifieri altru milli jien maqtugħ min-nies!", "Nies homeless dejjem kien hawn, u fil-fatt bħala għaqda qabel kien hawn il-YMCA.", "Taf x'nista' ngħid?", "Li aħna m'għamilniex kif għamlu tan-naħa l-oħra meta waqqfu l-għajnuna finanzjarja lil ċerti entitajiet li dak iż-żmien kienu qegħdin jieħdu ħsieb lin-nies homeless, anzi żidnihielhom!", "Fil-fatt il-Ministru Michael Falzon u jien kemm-il darba nitkellmu fuq kemm qiegħed jiżdied il-baġit sena wara l-oħra lill-entitajiet li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Biżżejjed ngħid li ftaħna dar fejn f'każ ta' emerġenza mhux biss nipprovdu akkomodazzjoni imma wkoll ikel b'xejn.", "Nixtieq insemmi ftit ukoll lil dawk il-barranin li ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Issa hawn jien m'iniex qed nirreferi għal dawk il-barranin li jħobbu jsemmu tan-naħa l-oħra; dawk li jorqdu xi 12 jew 13 f'dar waħda!", "Irrid ngħid ukoll li l-pulizija ntbagħtet kemm-il darba għand min kien qiegħed jabbuża billi jdaħħal jorqdu ġo dar waħda xi 12 jew 13 għax aħna dik is-sitwazzjoni ma rriduhiex!", "F'pajjiżna hemm il-liġijiet tas-sanità u jekk inti ġejt minn pajjiż barrani u għandek mentalità differenti, hawnhekk trid tirrispetta l-liġijiet ta' pajjiżna!", "Għalhekk inti ma tistax, biex tipprova tiffranka l-kera, torqod ma' 12 jew 13 ġo dar waħda għax il-liġi sanitarja ma tippermettilekx dan.", "Fil-fatt kien hemm każijiet fejn il-pulizija marru u ħadu passi kontra l-individwi kkonċernati, inkluż is-sidien.", "Irridu ngħidu li 80% tal-barranin li ġew f'dan il-pajjiż huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.", "Ara llum il-Partit Nazzjonalista qiegħed jitkellem kontra l-barranin, jiġifieri kontra dak li kien isostni qabel id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Aħna konna ngħidulhom x'kien se jiġri dak iż-żmien!", "Kemm kien jgħajjarna l-Eks Ministru Austin Gatt fil-Parlament li qed inbeżżgħu lill-Maltin li ġejjin l-Isqallin jgħixu hawn Malta!", "Illum qed jiġu, u qed jiġu għax hawn ix-xogħol għax kieku mhux se joqogħdu jiġu hawn.", "Qed jiġu għax qed isibu x-xogħol f'pajjiżna flimkien mal-Maltin, u b'daqshekk m'hemm xejn ħażin.", "Aħna m'għandna xejn kontra dawn in-nies, anzi aħna narawha bħala xi ħaġa pożittiva li l-ekonomija tikber għax il-Malti jkun jista' jikber ukoll!", "Imma mhuwiex fair li għax ikun hemm xi barranin li minħabba li l-mentalità tagħhom hija differenti minn tagħna jintefgħu jorqdu barra fil-Marsa u anke jagħmlu l-briedel - kif għamlu riċentement u l-Forzi Armati ħadet passi għax l-ordni pubblika trid tinżamm dejjem – imbagħad nipprovaw inwessgħu dawn l-istejjer biex nipprovaw nagħtu l-impressjoni li din il-problema laħqet lill-Maltin ukoll!", "Nista' nassigura lil kulħadd li din mhijiex ir-realtà.", "Jien inżomm kuntatt kontinwu maċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar biex inkunu nafu x'inhu għaddej, u dejjem ħadna passi fejn kien hemm bżonn, imma żgur li l-istatistika li għandna turi li din mhijiex ir-realtà.", "Tant hu hekk li l-Onor.", "Ivan Bartolo stess qal, u din il-ġimgħa kkonfermajnielu, li l-waiting list naqset.", "Issa naturalment il-waiting list ma naqsitx minħabba l-elezzjoni u wieħed jista' jara kif qassamna l-postijiet din is-sena.", "Jien qed ninsisti ħafna li jiltaqa' l-bord kull xahar jew kull xahrejn u jalloka l-postijiet, jiġifieri se nikkoreġih fuq dan il-punt ukoll lill-Onor.", "Bartolo, għax altru milli ma tajniex postijiet ġodda!", "Sal-lum diġà daħlu 90 ċavetta minn dawk li krejna mingħand il-privat!", "Imbagħad l-Onor.", "Ivan Bartolo kkritikana għax qed nibagħtu lin-nies Għawdex.", "Ħeqq, anke huma bagħtuhom Għawdex!", "Issa jekk ħafna mill-postijiet li ddaħħlu fl-iskema \"Nikru biex Nassistu\" qegħdin fil-gżira Għawdxija, allura x'nagħmlu?!", "Min m'għandux saqaf fuq rasu u m'għandux xogħol m'għandu xejn xi jżommu milli jmur Għawdex!", "Jekk l-Awtorità tad-Djar qed tipprovdilek post f'din il-gżira, wieħed ma jistax jargumenta li jixtieq imur joqgħod il-Belt jew Tas-Sliema!", "Issa jien nifhem li jkun hemm min jgħidlek li għandu bżonn l-għajnuna tal-familjari tiegħu jew ta' xi ħaddieħor, u allura aħna nisimgħuhom lil dawn in-nies ukoll, però nista' nassigura lil kulħadd li t-tqassim tal-postijiet għadu qed isir fuq bażi regolari.", "Ovvjament bħalissa ma nistgħux neqirdu l-waiting list għalkollox, però l-mira tagħna hi li la jitlesta l-proġett tas-social housing units il-ġodda, inkunu wasalna biex noqtlu l-waiting list li writna.", "Irrid ngħid ukoll li anke hawn, Net TV qiegħed iqarraq bil-mod kif tajna ċ-ċifri.", "Jien m'iniex se noqgħod nidħol ħafna fuq l-aspett storiku, imma dawn l-affarijiet irrid insemmihom għax l-Onor.", "Bartolo qalilna hawnhekk li l-Partit Nazzjonalista kien il-pijunier fil-qasam tal-housing.", "Jien nafha ħafna aktar is-sitwazzjoni tal-istorja tal-housing.", "L-ewwel pijunier fil-qasam tal-housing kien il-Partit Laburista ta' wara l-gwerra, li mhux biss irċeva l-fondi għall-war damage, imma dak iż-żmien il-Perit Dom Mintoff kien beda jibni mill-ġdid dak li kienet iddistruġġiet il-gwerra, speċjalment fil-Kottonera u f'partijiet mill-Belt.", "Fil-fatt il-housing estates li kienu nbnew fil-Belt wara l-gwerra għadhom hemm sal-lum.", "Jekk l-Onor.", "Ivan Bartolo jħobb jaqra l-istorja tal-Partit Nazzjonalista nistiednu biex jaqra d-diskorsi ta' Dom Mintoff fis-snin sittin meta kien jikkritika lill-Perit Spiteri u anke lil Carmelo Caruana - nispera li m'iniex qed nieħu żball fl-isem - għall-fatt li kienu ħallew il-housing estates ta' Ħal Qormi fl-area ta' De la Cruz fi stadju ta' pedamenti għal snin twal sakemm imbagħad tela' Gvern Laburista u wara ftit snin bniehom hu.", "Din hi r-realtà!", "Barra minn hekk il-Perit Dom Mintoff kien ħareġ bl-idea li jagħti l-plots b'xejn lin-nies biex jagħtihom empowerment għax dak iż-żmien il-problema tal-housing tant kienet kbira li kien hemm madwar 10,000 ruħ ifittxu dar.", "M'iniex se nsemmi wkoll grupp ta' nies li kienu tkellmu fuq id-djar tal-Maltin dak iż-żmien.", "Dawn huma l-istejjer soċjali veri li seħħew, jiġifieri jekk irridu nitkellmu fuq il-passat, jien ma nsib l-ebda problema li nitkellmu fuq il-passat!", "Ara llum il-ġurnata l-istorja hija differenti, u fl-aħħar mill-aħħar aħna li jinteressana hu mis-sitwazzjoni tal-lum.", "Fl-2013 aħna writna waiting list ta' 2,800 - mhux ta' 2,300, kif qed iġibu ta' Net TV - u llum hemm madwar 200 jew 250 aktar.", "Però hawn ta' min jgħid ukoll li dak iż-żmien il-Gvern kellu waiting list ta' 2,800 wara li dan kien kera 400 proprjetà mingħand il-privat, u aħna konna għednielu li mhijiex soluzzjoni li tikri biss, u sadanittant twaqqaf il-bini tal-housing soċjali għax illum dawk il-kirjiet se jiskadu.", "Fil-fatt jien nistaqsi: Issa x'se jiġri minn dawn l-400 inkwilin?", "Temporanjament ħallejniehom hemm billi qed nipprovdulhom il-kirja neċessarja, imma aħna nixtiequ li dawn ikollhom aktar żmien biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu f'dawn l-appartamenti.", "Aħna ridna li bil-politika l-ġdida tagħna jkollna mix ta' appartamenti; kemm dawk li jibni l-Gvern kif ukoll dawk li nikru mingħand il-privat biex jekk kemm-il darba jkun hemm xi sistema li ma tkunx qed trendi minħabba l-impatt tas-suq tal-proprjetà, almenu jkollok fuq xiex isserraħ, u dak hu li qegħdin nagħmlu aħna llum.", "Fil-fatt jien naħseb li mis-snin sebgħin 'l hawn l-akbar investiment ta' proġett soċjali huwa proprju dan il-proġett ta' 1,700 appartament.", "Sur President, jien bħala Segretarju Parlamentari kif nista' ma nħossnix kburi li flimkien mal-Ministru qed nirċievu l-akbar baġit fl-istorja tal-qasam tal-housing?!", "U mela nsemmu dejjem in-negattività?!", "Jien bilfors inħossni kburi meta nqis li dak li qegħdin nagħmlu llum se jkun future-proof għall-ġejjieni!", "Jien illum kont nistenna li l-Onor.", "Ivan Bartolo kien se jiġi hawn u jgħidilna jekk jaqbilx ma' dak li qed nipproponu aħna.", "Dan huwa stock ġdid li se jiswa lill-pajjiż miljuni ta' ewro!", "Bartolo ma jaqbilx li nilħqu kunsens illi min dieħel jgħix f'appartament minn dawn li qed nagħmlu ma jagħmilx entitlement fuq dak l-appartament għal għomru ħalli dan ma jibqax jintiret mingħand in-nanna għal għand it-tifla, imbagħad jidħol il-kuġin ukoll, eċċ.?!", "Iridu li nħallu s-sitwazzjoni li writna għal għexieren ta' snin?", "Ejjew inkunu reali għax mhuwiex fair li filwaqt li llum hawn min qed jagħmel sagrifiċċji kbar biex jieħu loan, ħaddieħor jippretendi kollox b'xejn!", "L-entitlement ma jagħmilx tajjeb għas-sistema tal-housing, imma kulħadd jaqbel ma' dan?", "Għax issa din hija issue politika.", "Se naqblu fuqha?", "Aħna qed ngħidu: Ejjew niftiehmu flimkien!", "L-1,700 unit ġdid li qed nibnu ġew jiswew il-flus; flus li ġejjin mit-taxxi tagħna lkoll.", "Allura ma rridux naslu f'kunsens dwar dan?", "M'aħna nisimgħu xejn min-naħa tal-Partit Nazzjonalista dwar dan; assolutament baħħ!", "Imbagħad jiġu hawn jeqirdu, jeqirdu u jeqirdu li hawn il-faqar,eċċ.!", "Aħna qed ngħidulhom: Ejjew ipparteċipaw magħna!", "Dan huwa żmien sabiħ!", "Dan huwa l-aqwa żmien għax illum, bħala Housing, qegħdin niddisinjaw il-futur ta' pajjiżna!", "Imma dawn iridu jitkellmu u jgħidulna x'inhuma l-proposti u x'jixtiequ jagħmlu aktar milli qegħdin nagħmlu aħna!", "Għandhom jgħidulna x'se jagħmlu ħalli kemm jista' jkun aħna nkunu nistgħu nipparteċipaw magħhom jekk verament ma jridux li l-housing isir ballun politiku!", "Madanakollu sfortunatament dejjem qegħdin nisimgħu l-istess diskors!", "Allura huwa inutli li lill-Onor.", "Bartolo ċċempillu dik il-mara filgħodu u toqgħod tgħidlu li l-Ministru ma tahiex post għax m'għandux postijiet xi jqassam!", "L-ewwel nett il-postijiet mhux jien inqassamhom!", "Jien dejjem nirreferi l-każijiet li niltaqa' magħhom lill-Awtorità tad-Djar, imma apparti minn dan kollu; jien lill-Onor.", "Ivan Bartolo nappellalu biex lil dik il-mara jgħidilha x'se jagħmel aħjar minni jekk jitilgħu fil-gvern!", "Pereżempju, x'policies iridu jmexxu 'l quddiem?", "U x'se jagħmlu biex iwaqqfu l-prezzijiet tal-kera milli jkomplu jogħlew?", "Se jagħmlu xi kontrolli?", "Aħna konna ċari u fil-White Paper qed ngħidu iswed fuq l-abjad li mhuwiex ir-rwol tagħna li nidħlu bejn in-negozjati tas-sid u l-inkwilin però jrid ikun hemm ċerti regolamenti.", "Pereżempju, xi ħaġa li jien ma naċċettax hija li llum, li qegħdin fl-2019, għad għandna nies jikru l-postijiet fuq l-idejn!", "Jien nistaqsi: Din is-sitwazzjoni hija aċċettabbli jew le?", "Mhijiex aċċettabbli!", "Fl-2010 dan il-Parlament illeġiżla liġi li tgħid illi min jikri jrid ikollu kuntratt legali imma sfortunatament minkejja li għaddew is-snin għad hemm ħafna nies li qegħdin jikru fuq l-idejn.", "U fl-aħħar mill-aħħar min ibati?", "L-inkwilin għax meta jrid is-sid jista' jitfgħu 'l barra mingħajr drittijiet ta' xejn!", "Issa l-Gvern se jieħu passi fuqha din, u nispera li l-Oppożizzjoni ma tilgħabx il-ballun li tibqa' ma tiddeċidix jekk hux se żżomm mas-sid jew inkella mal-inkwilin!", "Dawn iridu jiddeċiedu għax fuq din għandhom responsabbiltà daqskemm għandna aħna!", "Dak iż-żmien li kienet qed tiġi drafted il-liġi tal-kera, aħna mhux talli konna tajna s-sehem tagħna imma talli konna morna fil-kumitat, ressaqnielhom numru t'emendi, qbilna magħhom u lleġiżlajna dik il-liġi flimkien!", "Dik hija Oppożizzjoni kostruttiva; li fuq ċerti issues tkun lesta li taħdem mal-gvern tal-ġurnata!", "U mela mbagħad toqgħod tiġi tparla hawnhekk?!", "Aħna llum se nipproponu sistema fejn kull kera trid tiġi kkuntrattata u rreġistrata biex il-Gvern ikun jaf eżattament min qiegħed jikri u b'kemm qed jikri għax hemm min ma jiddikjarax li jkun qed jikri biex jevita t-taxxa, imma r-realtà hi li mbagħad f'dawn il-każijiet il-Gvern ma jkunx jista' jgħin lill-inkwilin f'dak li hu sussidju.", "Hawnhekk ukoll ikolli ngħid li l-Onor.", "Bartolo kien skorrett meta semma s-sussidju tal-kera.", "L-ewwel nett aħna introduċejna għall-ewwel darba l-konċett ta' housing benefit, u d-differenza tal-housing benefit x'inhu?!", "Li qabel is-sid bilfors ried ikun informat li wieħed irid ikun mar għand l-Awtorità tad-Djar u applika għas-sussidju tal-kera u llum jien dik neħħejtha!", "Jien, bħala Segretarju Parlamentari, tkellimt anke mas-Sur Leonid McKay, is-CEO tal-Awtorità tad-Djar, u l-applikazzjonijiet il-ġodda ta' dawk in-nies li qed jiġu biex jieħdu l-benefiċċju … Issa hawn irrid nagħmel parentesi wkoll u ngħid li llum il-benefiċċju mhuwiex ta' €60, kif kien fi żmienhom, imma llum hemm min qiegħed jieħu €400 fix-xahar, kważi pensjoni oħra!", "Wieħed jista' jargumenta li minn dak iż-żmien 'l hawn il-kera għoliet ukoll tant li wieħed jista' jkollu kera ta' €800 jew €700 fix-xahar, imma €400 fix-xahar huwa ammont sostanzjali wkoll!", "Jien insistejt li mhuwiex sew li l-inkwilin irid joqgħod imur bilfors għand is-sid u javżah li se japplika għal dan il-benefiċċju għax fl-aħħar mill-aħħar kull persuna għandha dritt għall-assistenza min-naħa tal-Gvern.", "Għalhekk dak ir-rekwiżit neħħejnieh, u bi pjaċir ngħid li llum din is-sistema qed taħdem.", "Fil-fatt jien għadni kemm ġejt informat li ħafna mill-każijiet li marru għand l-Awtorità tad-Djar biex jirċievu l-benefiċċju ħadu żieda sostanzjali; żieda li għamlet il-ġid lil ħafna familji u li ma ħallithomx jitkarrbu għalxejn.", "Illum il-ġurnata dawn il-familji qed jieħdu sostenn qawwi, u ma naħsibx li din hija miżura ta' champagne socialists, kif qalilna l-Onor.", "Bartolo, anzi fl-opinjoni tiegħi din hija waħda mill-akbar miżuri li qatt saruu!", "Biżżejjed ngħid li lanqas fl-Ingilterra ma taw għajnuna daqshekk b'saħħitha, u aħna, pajjiż nitfa fl-Ewropa li għandu ekonomija b'saħħitha, irnexxielna nagħmlu waħda mill-akbar miżuri li qatt saru fil-qasam tal-housing soċjali.", "Dak ifisser li tkun soċjalist, Onor. Bartolo!", "Taf min hu soċjalist ukoll, Onor. Bartolo?!", "Dak li mhux qed jagħlaq għajnejh għall-prekarjat istituzzjonalizzat li qabel kien jiġi sponsorjat mill-gvern stess, imma minflok qed jiġġieled il-prekarjat billi fejn hemm abbuż ma jiddejjaqx ikollu xi jgħid ma' min qed jabbuża biex jipproteġi liż-żgħir.", "U dak hu li qegħdin nagħmlu aħna!", "Ara taħseb li l-liġi tal-kera hija xi liġi li l-politiku se jieħu pjaċir biha!", "Jien nista' ngħid li mhux faċli taqta' linja għax kulħadd jara l-interessi tiegħu, sija jekk ikun is-sid u sija jekk ikun l-inkwilin, però iva, għall-bżonn ta' dan il-pajjiż irridu nirregolarizzaw il-liġi tal-kera u ma jistax ikollna liġi tal-ġungla llum, proprju meta għandna dan l-investiment kollu fil-qasam tal-proprjetà u proprju meta għandna dawn in-nies kollha li qegħdin jiġu jikru!", "Hija xi ħaġa ovvja li f'din is-sitwazzjoni dawn m'għandhomx jiġu jikru fl-arja imma għandhom jiġu jikru taħt qafas legali li jagħti protezzjoni lil kulħadd, u 'l hemm irridu naslu.", "Għalhekk, Sur President, ikolli ngħid li mhuwiex fair li jkun hawn min jiġi hawnhekk u jsejħilna champagne socialists għax meta jien nara l-appartamenti li qed tibni l-Awtorità tad-Djar u l-lifts li qed tinstalla fil-housing estates mhux biss inħossni soċjalist imma nħoss ukoll li qed nagħmel kif kien jagħmel il-Perit Dom Mintoff fis-snin sebgħin, jiġifieri nagħti bidla ġenerazzjonali lil dan il-pajjiż.", "Imbagħad l-Onor.", "Ivan Bartolo rrefera għall-proġett tal-lifts li għadni kif semmejt jien, u biex żgur ikun negattiv ikkwotalna anke ittra li dehret f'l-orizzont!", "Iva mill-150 lift li se ninstallaw, proprju dak il-lift li l-Awtorità tad-Djar kienet bdiet ix-xogħol fuqu u waqqfitha s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba l-arkeoloġija li hemm semmielna?!", "Iva lanqas hawn ma qed jaqblu magħna meta aħna għamilna xi ħaġa għall-ġid biex noqogħdu attenti li ma nagħmlux ħsara lill-pajjiż u ġew jikkwotaw ittra t'anzjan li kien skorrett totalment?!", "Fil-fatt aħna weġibnieh fuq l-istess gazzetta u għednielu li l-ewwel nett dak ix-xogħol ma nbediex fl-2014 imma fl-aħħar tas-sena 2017 u t-tieni nett waqt ix-xogħlijiet kien hemm bżonn li jsir ċertu ċċekkjar minħabba l-iskavar għax meta nbeda t-tħaffir qalulna li dik iż-żona hija arkeoloġika.", "Allura x'kellna nagħmlu?!", "Anke fil-Marsa kien hemm każijiet fejn ix-xogħol kellu jieqaf kellna kuntrattur Taljan li wara li applika għal dan il-proġett, kif kellu kull dritt li jagħmel, qabad u telaq u ħalliena b'ħofra bid-drenaġġ!", "Fil-fatt ġabu dawn il-każijiet anke fuq it-television, u sewwa għamlu, imma ma jidhirlix li hawnhekk aħna kellna xi tort lanqas!", "Madanakollu aħna ħadna l-passi li kellna nieħdu u llum il-lift tlesta.", "Allura dan huwa tort tal-Awtorità tad-Djar jew tal-Gvern Laburista?!", "Għax affarijiet bħal dawn jinqalgħu dejjem, però s-soluzzjonijiet dejjem jinstabu.", "Ara mbagħad l-Onor.", "Ivan Bartolo ma semmilix lil dawk il-familji li llum qed jibbenefikaw mil-lifts il-ġodda, u lanqas ma semmieli l-fatt li filwaqt li Gvern Nazzjonalista kien jinstalla massimu ta' tliet lifts jew ħamsa fis-sena, illum qed ninstallaw xi 35 lift fis-sena!", "Allura din mhijiex xi ħaġa li se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' dawn in-nies?!", "Kif qal l-Onor.", "Ivan Bartolo stess, fiż-żmien li l-Perit Dom Mintoff kien bena dawk l-appartamenti l-lift kien meqjus bħala lussu għax kien għadu jibda bħala teknoloġija fil-pajjiż, u dan minbarra li dawk li marru jgħixu f'dawn l-appartamenti kien għad għandhom madwar 20 jew 30 sena u llum għandhom xi 70 sena.", "Jiġifieri llum il-ġurnata s-sitwazzjoni aktar qed tiggrava għax dawn ma jistgħux jibqgħu jistennew il-lift għal għomorhom.", "Madanakollu din hija sitwazzjoni li ħallewhielna ta' qabilna, u jekk ta' qablek ma solviex il-problemi bilfors li trid issolvihom inti!", "Kemm kienet tkun aktar faċli ħajti u l-ħajja ta' dak li kien hemm qabli li kieku fl-2013 sibna waiting list ta' 500 jew ta' 300!", "Ta' 2,800 kienet il-waiting list tafux, ħbieb tiegħi, jiġifieri ma kenitx xi sitwazzjoni faċli ħafna!", "Ħalli ngħidlu min kien champagne socialist lill-Onor.", "Fil-leġiżlatura ta' qabel l-2013, biex ma jżidux l-ispiża tal-maintenance kienu introduċew sistema li biha dik il-pensjonanta li tgħix f'appartament tal-gvern u jkollha s-saqaf qiegħed iqattar jew inkella jkollha l-katusa tagħmel l-ilma, biex tapplika għall-manutenzjoni kienet tkun trid tiddikjara li qed taqbel illi l-gvern jgħollilha l-kera.", "Dik aħna neħħejnieha għax kienet miżura anti-soċjali!", "Tafu x'beda jirriżulta b'dik il-miżura?", "Li ħafna nies ma bdewx imorru quddiem l-Awtorità tad-Djar għax bdew jaraw li ma jaqblilhomx li biex il-gvern jirranġalhom ftit is-saqaf, imbagħad jgħollilhom il-kera.", "Fil-fatt is-servizzi tal-manutenzjoni kienu naqsu, imma l-ħsarat fl-assi tal-pajjiż bdew jikbru!", "Il-problemi fl-appartamenti tal-gvern intefgħu taħt it-tapit għax dak iż-żmien kienu jirraġunaw li għandna nnaqqsu l-costs tal-manutenzjoni minħabba li ma kinux worth it għall-kirja li qed indaħħlu fuq il-housing soċjali.", "Taf kemm kien il-baġit għall-manutenzjoni tal-housing soċjali fi żmienhom, Sur President? €300,000!", "U taf kemm tellajnieh illum dan?", "Tellajnieh għal kważi €3.5 miljun!", "X'ma neħux pjaċir li ġejjin l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali meta nżur raħal wara l-ieħor flimkien mal-kunsilliera u dawn jesprimu s-sodisfazzjon tagħhom għall-fatt li qed jaraw l-appartamenti tagħhom jiġu miżbugħa u rranġati!", "Hawnhekk aħna qed nitkellmu fuq appartamenti li taw servizz denju u soċjali lil dan il-pajjiż għal 50 sena u li kienu tħallew jitmermru biċċiet!", "Meta kont tidħol fil-housing estate Okella Agius fil-Ħamrun kont tkun qisek dieħel il-Biċċerija f'ma nafx liema żmien għax fiż-żmien li jien kont is-Segretarju Parlamentari responsabbli minn dak il-qasam, anke l-Biċċerija tal-Marsa rranġajna!", "Qabel kont titqażżeż tidħol fil-housing estate Okella Agius għax minn kollox kont issib!", "Morru araw Okella Agius illum; kullimkien ġdid, bil-madum eċċ!", "Aħna f'moħħna m'għandniex biss lil dawk in-nies li qegħdin fuq il-waiting list.", "Lil dawk il-5,400 familja li għandna jgħixu fl-appartamenti tal-gvern għandna nħalluhom hekk, imdendlin?!", "Jien, flimkien mas-CEO, maċ-Chairperson u mal-executive heads tal-Awtorità tad-Djar kelli l-inkarigu li nibdew nindirizzaw din il-problema.", "Fil-fatt aħna konna l-ewwel Gvern li bdejna ninvestu f'dawn l-appartamenti, u nassigura lil kulħadd li dan mhuwiex faċli għax aktar ma taħdem aktar tibda tirċievi lmenti; min għax ma nbidlitlux il-bozza, min għax il-gallarija tiegħu għadha ma waslitx, min jheddek bil-vot għax ġejja l-elezzjoni, eċċ. Imma allura x'nagħmlu?!", "Dan ifisser li aktar ma taħdem, in-nies aktar iridu!", "Imma aħna nieħdu pjaċir li għall-inqas in-nies ma qatgħux qalbhom.", "Ara fi żmienhom in-nies kien jaqtgħu qalbhom għax ma kien isir xejn mentri aħna qegħdin nagħmluhom l-affarijiet!", "Issa, Sur President, fil-ftit ħin li fadalli nixtieq nagħti wkoll elenku tal-iskemi li għandna.", "Irrid ngħid ukoll li aħna lesti għas-soluzzjonijiet f'dan il-qasam.", "Aħna nixtiequ naraw lil kulħadd jipparteċipa għax dan huwa qasam li jaffettwa l-ħajja ta' kuljum tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.", "Illum is-soċjetà qed tinbidel.", "Fil-fatt lanqas il-problemi tal-housing li hemm illum m'għadhom l-istess problemi ta' housing li kien hemm 40 sena ilu.", "Illum il-problemi tal-housing huma relatati mat-tkissir taż-żwieġ, u din hija sfortuna għax is-soċjetà tagħna nbidlet ukoll, sija mill-aspett ta' valuri kif ukoll mill-aspett ta' issues oħrajn, u dan kollu qed iħalli l-marka tiegħu.", "Pereżempju, il-maġġoranza ta' dawk li qegħdin fuq il-waiting list tal-housing huma nisa, imma mbagħad trid tara wkoll x'ikunu ċ-ċirkostanzi.", "Irridu naraw x'inhuma l-għeruq tal-problema li ħafna nies li ma jaslux biex jixtru darhom u għaliex ċerti żwiġijiet m'għadhomx irendu kif kienu qabel.", "Din hija issue li aħna bħala Ministeru responsabbli mill-familja xbajna niddiskutuha.", "Hemm saħansitra policy documents biex nagħtu s-sostenn kollu tagħna, però din ir-realtà ma teżistix f'Malta biss imma fl-Ewropa kollha.", "Kien hemm ukoll żieda fis-single income families, u dan ukoll se jħalli effett għax jekk qabel dawn kienu koppja miżżewġa u llum dawn isseparaw, dawn iż-żewġ naħat iridu li jkollhom l-appartament tagħhom, u hawnhekk qed jintefa' aktar piż fuq l-Istat.", "Dawn huma r-realtajiet tal-lum, u huwa inutli li noqogħdu nitqatlu bejnietna politikament għax li rridu nagħmlu f'din is-sitwazzjoni hu li kulħadd iħaddem moħħu ħalli nipprovaw insibu s-soluzzjonijiet.", "Fil-fatt fil-fehma tiegħi waħda mill-aktar soluzzjonijiet soċjali u importanti hija dik tal-equity sharing fejn għall-ewwel darba l-Gvern mhux se jiddedika ftit eluf imma se jiddedika miljuni ta' ewro flimkien mal-banek biex jagħti sostenn lil min ma jaffordjax jixtri proprjetà waħdu.", "Ta' min jgħid li permezz ta' din l-iskema tal-equity sharing li qed joffri l-Gvern, l-applikant ikun jista' jissieħeb mal-Gvern għal diversi snin fuq il-proprjetà li huwa dejjem xtaq li jkollu.", "Għalhekk, Sur President, meta tara dan kollu bilfors ikollok tikkonkludi li l-housing huwa f'qalbna għax il-foqra u dawk in-nies li ma jistgħux jaffordjaw li jsiru sidien ta' darhom huma f'qalbna.", "Aħna qegħdin naħdmu biex fil-futur inkunu nistgħu nsolvu aktar minn dawn il-każijiet.", "Kulħadd għandu l-viżjoni tiegħu, u l-viżjoni tagħna hi li naqtgħu kemm jista' jkun nies minn fuq il-waiting list li ħallew dawk ta' qabilna, imma fl-istess ħin irridu nagħtu wkoll il-prijorità neċessarja lill-istock eżistenzi biex dan ikun qed irendi għall-futur ta' dan il-pajjiż.", "Hawnhekk ikun tajjeb li wieħed isemmi wkoll ix-xogħol li sar min-naħa tal-Awtorità tad-Djar.", "Minbarra l-1,700 unit ġdid fuq 38 sit differenti li qed nibnu f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, ta' min jagħmel aċċenn anke għall-miżuri li se nieħdu permezz ta' dan il-Baġit din is-sena fuq proprjetajiet abbandunati tal-Istat għax dawn se jiġu rijabilitati biex jintużaw għar-riġenerazzjoni u anke jiżdiedu mal-istock ta' housing soċjali.", "Dan jixhed ukoll l-impenn tal-Gvern biex ikompli jżid l-istock li għandu.", "Irridu nħarsu wkoll lejn ir-ristrutturar li hemm bżonn fl-Awtorità tad-Djar.", "Aħna ma nixtequx naraw awtorità li ma jkollhiex snien biex taħdem imma rridu naraw awtorità li tkun qed isservi l-esiġenzi li għandu pajjiżna llum.", "Aħna mhux biss se nagħtuha l-piż li tirregola s-suq tal-kera imma se nagħtuha wkoll aktar xogħol marbut ma' bini ta' proġetti, ma' konċetti ġodda li se ndaħħlu u ma' skemi li se jgħinu u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "Semmejna l-istock il-ġdid, u fil-fatt għadni kemm ikkonfermajt li daħlu madwar 90 ċavetta ġdida min-naħa tal-iskema \"Nikru biex Nassistu\", però dan mhuwiex biżżejjed u din hija biss parti minn skema li qed issir bil-għan li jkompli jikber l-istock ġdid tal-Gvern.", "Rigward loans affordabbli, li nista' ngħid jien huwa li aħna għamilna skema ta' social loans, imma kien hemm min ikkritikaha għax qalilna li llum ma tantx issib proprjetajiet li jiswew €85,000, €100,000 jew €120,000.", "Dan huwa minnu, imma sadanittant permezz ta' din l-iskema 90 familja saru sidien ta' darhom, jiġifieri din l-iskema kellha l-effett tagħha wkoll.", "Issa jekk l-effett ta' din l-iskema kienx wieħed kbir jew żgħir ma nafx, imma li naf hu li llum il-kwalità tal-ħajja ta' dawn id-90 familja tjiebet.", "Sur President, aħna ħadna ħsieb li nipprovdu wkoll inċentiv fil-pensjoni lil dawk l-anzjani li għandhom proprjetà tal-Gvern u li qed jgħixu f'xi dar tal-anzjani biex jgħaddu din il-proprjetà lura lill-Istat u b'hekk huma stess ikunu qed jgħinu lill-Gvern isolvi l-issue tal-akkomodazzjoni soċjali billi għall-inqas ikabbar l-istock li għandu.", "Ħriġna skema oħra li hija interessanti ħafna u li nixtieq li tkun aktar popolari, imma milli jidher l-ammont ta' proprjetà battala fil-pajjiż qed jonqos drastikament.", "Għalhekk jekk hemm xi proprjetà battala fil-qalba tar-raħal, issa huwa l-mument li wieħed jibbenefika minn din l-iskema għax il-Gvern qed jagħti sa €25,000 f'għajnuna lis-sidien biex jirriġeneraw din il-proprjetà, li llum hija abbandunata, u jikruha lill-Gvern anke b'rati vantaġġjużi ħafna għal għaxar snin.", "Din hija skema li nixtieq li nkompli ntejjibha, kif tejjibnieha matul dawn l-aħħar ġranet, anke billi qed nagħtu s-servizz tal-perit kif ukoll servizzi oħrajn min-naħa tal-Awtorità tad-Djar sabiex aktar nies jipparteċipaw.", "Hawnhekk bilfors irrid nerġa' nsemmi x-xogħol li qed isir relatat mal-lifts.", "Fil-fatt bi pjaċir ngħid li x-xogħol tal-installazzjoni tal-lifts miexi ġmielu fuq 110 blokki ta' appartamenti li qed jibbenefikaw mill-iskema tal-ERDF (European Regional Development Fund), imma qed jiġu installati wkoll lifts li l-Awtorità qed tixtri minn butha biex b'hekk ikompli jikber in-numru ta' appartamenti li jibbenefikaw minn din il-miżura.", "Ta' min isemmi wkoll l-iskemi li ġew introdotti għal persuni b'diżabilità, fosthom l-iskema \"Sir Sid Darek\", li ħallejnieha miftuħa għal min jixtieq isir sid ta' daru.", "Fatt interessanti ħafna hu li fis-sena 2018 ħriġna €1,300,000 f'sussidji għal min sar sid ta' daru jew inkella għandu l-ewwel residenza, jiġifieri altru milli n-nies mhumiex qed jixtru l-proprjetà!", "Tant hu hekk li dan il-Baġit kompla jiżdied.", "L-istatistika turi dan b'mod ċar għax kien hemm 131 koppja għarajjes, 156 koppja miżżewġa, 94 persuni waħedhom u 20 persuna separata jew ġenitur wieħed.", "Din l-istatistika qed tindika b'mod ċar li l-aktar mudell li għadu jaħdem ħafna fix-xiri tal-proprjetà huwa meta koppja tingħaqad flimkien.", "Nixtieq insemmi wkoll l-infurzar li sar min-naħa tal-Awtorità tad-Djar marbut ma' min qed jabbuża mill-appartamenti tal-gvern.", "Dan kollu juri l-inizjattiva li aħna għandna.", "Ta' min isemmi wkoll ix-xogħol ta' tisbiħ li qed isir flimkien mal-kunsilli lokali.", "Biżżejjed ngħid li l-Awtorità tad-Djar qed tinvesti madwar €500,000 għal xogħol ta' tisbiħ u xogħlijiet oħra li huma relatati mal-komun fejn lir-residenti ta' dawn l-appartamenti tajniehom ir-responsabilità li jieħdu ħsieb l-appartament tagħhom huma stess, anke permezz ta' għajnuna finanzjarja, u mbagħad wara jkunu jistgħu jsiru amministraturi ta' dawn il-blokki.", "Sur President, meta nara dak kollu li sar f'dan il-qasam bilfors ikolli ngħid: Kemm jien kburi li jien Soċjalist!", "Għalhekk huwa inutli li f'din il-kampanja elettorali l-Partit Nazzjonalista qed jiġi hawn u filli jirreferi għalina bħala \"Gvern Laburista\" u filli issa qed jgħajjarna \"Soċjalisti\"!", "Aħna nieħdu pjaċir li qed isejħulna Soċjalisti għax b'hekk aktar qed juruna li aħna l-uniku Partit li qed jindirizza l-elementi soċjali f'dan il-pajjiż!", "Sfortunatament ma nistax ngħid l-istess għall-Partit Nazzjonalista għax dawn qatt ma kienu soċjalisti u aħna dejjem konna l-aktar partit li indirizza l-aspetti tal-akkomodazzjoni soċjali, tal-benefiċċji soċjali u issues soċjali oħrajn.", "Naħseb li din hija l-akbar konferma li aħna m'aħniex champagne Socialists imma Partit Soċjalista!", "Sur President, nixtieq nikkonkludi dan id-diskors billi, kif inhu xieraq, nirringrazzja lil dawk kollha li kkollaboraw miegħi fil-ħidma relatata mal-Awtorità tad-Djar matul din is-sena.", "Nirringrazzja lill-Ministru Michael Falzon kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis, li huwa responsabbli mill-qasam tal-anzjani u li nikkollaboraw ħafna flimkien.", "Nirringrazzja partikolarment lis-CEO u liċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar - dawn jieħdu ħafna paċenzja bija għax jien kuljum inkun irrid aktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' housing - kif ukoll lill-istaff tiegħi bħala Segretarjat Parlamentari.", "Dan mhuwiex xi settur faċli, anzi huwa iebes ħafna, però fl-istess ħin huwa settur li jagħtik ħafna sodisfazzjon għax permezz tal-għajnuna li tagħti, inti tkun tista' tara l-kwalità tal-ħajja tan-nies titjieb.", "Fl-aħħar mill-aħħar id-dover tagħna bħala politiċi huwa li niġu hawn b'wiċċna minn quddiem u nippreżentaw il-kont ta' ħidma li nkunu wettaqna matul is-sena.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorita tad-Djar għas-sena 2019, skont il-Mozzjoni kif imressqa mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "L-ISPEAKER: Din il-votazzjoni se tittieħed fid-29 ta' Mejju 2019 jew f'data oħra li tiġi maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes biex, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "RODERICK GALDES: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Mejju, 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni - Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sur President, nixtieq nuża l-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi fl-Aġġornament tal-lum biex nitkellem dwar il-kultura magħrufa bħala throwaway culture.", "Hawnhekk qed nirreferi b'mod partikolari għal meta xi wħud minna nwarrbu lill-anzjani tagħna fil-ġenb u ma nirrikonoxxux il-ħidma li jkunu għamlu tul ħajjithom.", "Fil-fatt uħud mill-anzjani jħarsu lejn dan iż-żmien bħala qisu l-aħħar fażi jew inkella bħala t-tielet u l-aħħar parti tal-ħajja tal-bniedem.", "Dan bħal meta l-jum jibda jidlam u jkun riesaq il-lejl; hekk l-anzjanità hija meqjusa bħala t-tmiem tal-ħajja ta' kull bniedem.", "Għalhekk dik il-persuna li qabel kienet tarmi s-saħħa u li issa bdiet tmajna, meta tirrealizza li teżisti din l-idea tat-throwaway culture tħossha d-doppju, b'mod speċjali jekk din il-persuna, li issa tkun anzjana, tkun għamlet l-almu u l-ħila kollha tagħha biex tara lill-familja tagħha kif ukoll lis-soċjetà tagħna timxi 'l quddiem.", "Sur President, il-bniedem meta jkun tarbija jibda l-mixja tiegħu fuq erba' saqajn, imbagħad meta jikber ftit jibda jimxi fuq żewġ saqajn sakemm fl-aħħar jispiċċa fuq tliet saqajn; iż-żewġ saqajn tiegħu u l-bastun.", "Hemm bżonn naħdmu biex dak il-bastun ikun jirrappreżenta lis-soċjetà tagħna.", "Fil-politika tisma' diversi slogans, fosthom \"Soċjetà li Jimpurtaha\", \"Malta f'Qalbna\" jew inkella \"Malta Tagħna Lkoll\".", "Ikun tajjeb li dak il-bastun, jiġifieri dik it-tielet sieq, verament tintgħaraf minn Malta tagħna u li aħna nagħrfuha mill-valur tal-ħniena, mill-valur tat-tjubija u mill-valur tas-solidarjetà li tkun tatna.", "F'moħħna Malta hija sinonima mal-pellikan li jqatta' minn laħmu u jagħti lil uliedu.", "Fil-fatt meta aħna mmorru f'xi pajjiż ġar tagħna, speċjalment f'xi pajjiż Għarbi, jgħidulna li \"Malta ħanina, ħobża u sardina\".", "Anke l-Bibbja, meta tirrakkonta l-miġja ta' San Pawl f'Malta tgħid li \"n-nies tagħha ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha\", jiġifieri anke l-Bibbja lilna l-Maltin tiddeskrivina bħala persuni ospitabbli li nuru ħniena anke mal-barranin u mar-refuġjati għax fuq kollox San Pawl hekk kien meta sab ruħu f'pajjiżna.", "Għalhekk ejjew inkunu bastun ta' veru biex il-ġustizzja soċjali sseħħ awtomatikament u ħadd ma jħossu eskluż f'pajjiżna, lanqas l-anzjani u l-pensjonanti tagħna.", "Jeżistu diversi bsaten madwarna, imma aħna rridu nkunu bastun li joħroġ minnu lewż misjur, li joħorġu minnu l-fjuri u li joħroġ minnu l-frott għax is-soċjetà trid tbiddel dak il-bastun.", "Soċjetà li jimpurtaha tieħu ħsieb lill-anzjani b'mod ħolistiku biex dawn ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Sfortunatament ħafna drabi diversi anzjani jħossuhom bħala toqol fil-ħajja, li jeżistu għax hawn il-wisa' tant li ġieli tinduna li jħossuhom skomdi meta tistaqsihom jekk marx iżurhom xi ħadd.", "Nisimgħu ħafna stejjer.", "Pereżempju, storja li meta smajtha weġġgħetni ħafna kienet dik ta' missier li m'ilux qassam dak kollu li kellu lil uliedu qabel mewtu - u hawn mhux qed nitkellem fuq xi €1,000 jew €2,000 imma qed nitkellem fuq eluf - u mbagħad qatta' l-aħħar Milied waħdu.", "Jekk allura wasalna s'hawn, jien ngħid li llum Malta hi xotta u bierda, anzi hija ċimiterju!", "Għaldaqstant irridu naħdmu aktar fis-soċjetà tagħna għas-solidarjetà u għall-kompassjoni, speċjalment fejn hemm it-tbatija u l-qtigħ il-qalb.", "Irridu nkunu aħna li nibnu din il-kultura, u għalhekk ejjew nuru fil-prattika li aħna nagħtu kas.", "Aħna ma nistgħux inwarrbu l-għeruq tagħna għax l-għeruq tagħna ġejjin proprju mill-anzjani tagħna.", "Għandna nagħmlu minn kollox biex inwarrbu t-throwaway culture għax din hija kultura li tpoġġi l-interess tal-flus qabel kull interess ieħor, din hija kultura li lill-bniedem tagħtih valur skont kemm għadu tajjeb, skont jekk għadux jimxi u skont jekk għadux iħallas.", "Għal darb'oħra hawn aħna qed inkunu inġusti mal-aktar persuni vulnerabbli; ma' dawk l-anzjani li s-soċjetà teħtieġ li żżidilhom il-miżuri tal-wens biex ħadd minnhom ma jibqa' lura jew iħoss li hu ta' piż żejjed.", "B'hekk biss inkunu nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li Malta hija solidali, li din hija soċjetà li jimpurtaha, li Malta hija f'qalbna.", "Huwa biss meta Malta tkun ħanina ma' kulħadd li nkunu nistgħu ngħidu verament li Malta hija ħanina.", "Għalhekk għandna ngħinu lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani jkabbru l-firxa ta' servizzi li dawn jistgħu joffru fil-komunità, l-aktar lil dawk li għandhom mard terminali u lil dawk li hemm madwarhom.", "Sur President, dawk il-qraba li jduru bl-anzjani wkoll għandhom jiġu rikonoxxuti għax dawn ikunu waqqfu ħajjithom biex jakkumpanjaw lill-anzjani li jiġu minnhom fl-aktar mumenti ebsin tal-ħajja, u dan huwa ġest mill-isbaħ ta' umanità.", "Din hija Malta li din in-naħa tal-Kamra toħlom biha!", "Għalhekk aħna fl-Oppożizzjoni kontinwament ngħidu li rridu \"soċjetà li jimpurtaha\".", "Aħna rridu li Malta tkattar għemejjel u servizzi ta' ħniena biex ħadd ma jbati, ħadd ma jisfa abbandunat u ħadd ma jmut waħdu għax din hija xi ħaġa li tweġġa' u tbeżża' lil ħafna anzjani.", "Meta persuna tirtira mix-xogħol tħoss bidla kbira, però huwa importanti li din fl-ebda mument ma tħossha parti minn throwaway culture.", "Filli persuna jkollha ħajja mimlija u filli tqum mingħajr ma taf x'se taqbad tagħmel, u allura huwa ta' swied il-qalb meta tisma' li xi wħud jibdew litteralment jistennew il-mewt ġejja għalihom.", "Sur President, jien nawgura li dan il-bastun li qed insemmi jintuża b'dinjità bħalma re jżomm it-tron, il-baklu u x-xettru tiegħu, però dan jista' jseħħ biss jekk indaħħlu mill-ġdid kultura favur il-ħajja mill-ġuf sa meta persuna tkun fuq is-sodda tal-mewt.", "Għandna nuru rispett lejn l-anzjani tagħna, fosthom billi nċedu postna meta ma jkunx għad fadal aktar postijiet battala fuq il-karozza tal-linja u billi nieħu l-pariri tagħhom, inħarsu lejhom 'il fuq u ngħożżu kliemhom.", "Intom ġejtu qabilna.", "Intom missirjietna.", "Intom ħdimtu u stinkajtu biex illum aħna writna tant affarijiet sbieħ li sibna madwarna f'ħajjitna.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sur President, jien se nkompli minn fejn ħalla l-Onor.", "Minn din in-naħa aħna jimpurtana mis-soċjetà u rridu noħolqu \"soċjetà li jimpurtaha\".", "Għalhekk bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-agrikoltura, illum jien nixtieq nitkellem kontra l-iżvilupp jew il-ħsieb ta' żvilupp li jista' jkun hemm proprju f'żona li sal-lum għadha kollha għelieqi, u hawn qed nirreferi għal dik l-area li ngħaddu minnha aħna u deħlin Ħaż-Żabbar.", "Ma jistax ikun li naslu f'sitwazzzjoni fejn kważi l-art u l-ħruġ tal-permessi tal-bini għal dan il-Gvern jispiċċaw bħala supply on demand.", "Qed noħorġu permessi skont kemm neħtieġu sabiex inżommu l-ekonomija tagħna għaddejja!", "Jekk se nibqgħu għaddejjin b'din it-tip ta' loġika, f'dan il-pajjiż lanqas se jibqa' mqar biċċa raba' int u dieħel f'xi lokalità!", "Dan huwa l-uniku spazju miftuħ li baqa' f'Ħaż-Żabbar.", "Is-sena li għaddiet mort għall-festa ta' Ħaż-Żabbar u kumbinazzjoni jien u dieħel f'dan ir-raħal għedt bejni u bejn ruħi: Kemm hu sabiħ dan ir-raba'!", "Kos, s'issa għadu ma nbeniex!", "Madanakollu lanqas laħqet għaddiet sena li ma kienx hemm min tefa' għajnejh fuqu biex jara kif jibnih!", "Illum kważi kważi saret titqies bħala saħta jekk bejn il-bini jkun għad hemm xi biċċa raba' li għadha ma nbnietx.", "Fil-fatt jekk ikun għad hemm xi biċċa raba' f'area li tkun diġà nbniet, għid li xi ħadd se jittanta jitlob biex jinħarġu l-permessi ħalli dik il-biċċa raba' tinbena!", "L-ewwel raġuni li għaliha jien kontra li jinħarġu dawn il-permessi tal-bini hija għaliex ma nistgħux nibqgħu nħarbtu l-ftit raba' tajba li baqgħalna.", "Diġà wasalna f'ċirkostanza fejn għandna numru limitat ta' bdiewa li dejjem qed nitilfu minnhom, u għalhekk huwa ħażin li issa se nkomplu nitilfu mir-raba' li għandna, u dan kollu biex inkomplu nżidu mal-ħafna bini li diġà bnejna.", "It-tieni raġuni li għaliha jien kontra li jsir dan l-iżvilupp hija għaliex din ir-raba' qed iservi ta' pulmun għal dawk in-naħat, u jekk se nippermettu li tinbena din il-ftit raba' wkoll, nistgħu ngħidu li dak ir-raba' kollu li kien deher f'ritratt fil-ħarġa tat-Times of Malta tat-Tlieta 7 ta' Mejju se jispiċċa kollu.", "Hemmhekk hemm fejn toħloq nofs Ħaż-Żabbar ieħor!", "Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk!", "Il-Prim Ministru kien qal li hu ma jippjanax, li jimxi ġurnata b'ġurnata u li lanqas f'uliedu ma jaħseb fit-tul, però f'dan il-każ se naslu f'ċirkostanza fejn lil Malta se nikluha sempliċement biex inkomplu nibnu aktar bini ħalli nsostnu t-tkabbir ekonomiku.", "Hemm bżonn nifhmu li l-prezz li se nħallsu għal dan it-tkabbir ekonomiku mhuwiex se jkun biss wieħed ambjentali imma se jkun saħansitra valur uman, ċjoè l-bniedem.", "Jien inħobb ngħid li meta kollox jiġi jiswa ħafna flus, il-bniedem jiġi ma jiswa xejn, u dan huwa aspett ieħor tal-istess suġġett li qabad l-Onor.", "Ma jistax ikun li kull biċċa ġnien li naraw f'kull lokalità naraw kif se nibnuh, bħalma kien ġara fil-każ ta' Ħal Għaxaq!", "Fil-Mosta għandna ġnien fil-qalba tar-raħal, u anke hemm, diġà kien hemm min tefa' għajnejh fuqu biex jinbena!", "Jekk irid il-Gvern jista' jixtrih bil-prezz li hemm il-konvenju fuqu u jagħtih lill-komunità għall-użu pubbliku bħala ġnien, imma ma jistax ikun li kull spazju miftuħ li hemm f'kull lokalità jispiċċa mhedded li jiġi mibni.", "Dak kien l-ewwel argument li xtaqt nagħmel f'dan il-ħin tal-Aġġornament.", "Argument ieħor li nixtieq nagħmel huwa dan.", "Wara erbat ijiem li għamel l-istatement li għamel, il-Prim Ministru ammetta, meta ġie mistoqsi, li kien insensittiv għar-rimarki li għadda fuq il-barranin.", "Dan wara li waqt dibattitu li kellu mal-Kap tal-Oppożizzjoni, għar-raġunijiet tiegħu - dawn ir-raġunijiet huwa responsabbli għalihom - spiċċa kważi biex jargumenta mal-Kap tal-Oppożizzjoni li lill-barranin ma jridhomx aħjar mill-Maltin.", "Imma mbagħad wara erbat ijiem il-Prim Ministru għax kien mistoqsi - ta' Prim Ministru li hu, ħa biżżejjed żmien biex jaħsibha u jiddeċiedi jekk kienx insensittiv jew le, u forsi li kieku ma kienx mistoqsi, lanqas kien jgħid li kien insensittiv! - wieġeb li kien insensittiv.", "Kollox sew però dan mhuwiex biżżejjed.", "Mhuwiex biżżejjed li l-Prim Ministru jgħid sempliċement li kien insensittiv u jieqaf hemm.", "Jekk il-Prim Ministru tassew irid jurina li kien insensittiv, allura aħna ngħidulu: Walk the talk; agħtina l-eżempju u l-provi li inti veru jiddispjaċik ta' dak il-kliem li għedt!", "Sur Prim Ministru, issa trid tipprova li l-loġika li esprimejt ma tispiċċax il-loġika ta' dan il-Gvern, u se ngħid għaliex qed ngħid hekk.", "Pereżempju, il-Prim Ministru huwa rrapportat li qal:", "Dan ġie rapportat nhar il-Ħamis, 2 ta' Mejju.", "Il-Prim Ministru ma kellux għalfejn iħossu tant dahru mal-ħajt waqt id-dibattitu li jispiċċa jgħid dik il-frażi għax għal min hu sensittiv, dik il-frażi kważi hija bidu ta' razziżmu.", "Dan huwa bidu ta' kif f'dan il-pajjiż tista' tinżera' aktar firda milli diġà hawn; aktar klassiżmu u aktar mentalità fejn wieħed iħossu aħjar minn ħaddieħor.", "Sur President, f'Malta nqatel bniedem ta' kulur iswed kiesaħ u biered li kien missier ta' tlett itfal, u nixtieq inkun naf fejn waslu l-investigazzjonijiet.", "M'iniex nalludi għar-raġuni għalfejn inqatel, però hawn nixtieq nikkwota lill-President ta' Malta l-ġdid, l-Eċċellenza Tiegħu l-Onor.", "George Vella, li malli laħaq mill-ewwel esprima l-ħsibijiet tiegħu u qal li hu jittama li dan il-qtil ma kienx riżultat ta' nies - hawn se nkun ħanin u noqgħod attent kif nitkellem - li ma jogħġbuhomx il-barranin.", "F'dan il-pajjiż jeżistu dan it-tip ta' tentattivi.", "Hawnhekk irrid nirreferi wkoll għal dak li kien qed jgħid l-Onor.", "Ivan Bartolo, li tkellem tajjeb ħafna fuq l-anzjani.", "Fil-fatt it-Times of Malta ta' nhar it-Tlieta li għadda rrapportat li minn studju li sar dwar loneliness \"results deemed 'worrying'\".", "Meta tliet snin ilu jien kont sindku tal-Mosta u l-Onor.", "Ivan Bartolo kien viċi sindku bilkemm ma kienx hemm min daħak bina meta konna għedna li waħda mill-prijoritajiet tal-ħidma tal-Kunsill kienet li niġġieldu kontra l-abbandun.", "Ħadd ma beda jifhimna dak iż-żmien!", "Illum, madwar tliet snin jew erba' snin wara, diġà għandna l-front page tat-Times of Malta tgħidilna li l-abbandun huwa riżultat ta' min jinkwieta fuqu, u dan minkejja li pajjiżna huwa żgħir u li kulma jmur aktar qed jimtela bin-nies.", "Sur President, illum jien ġejt hawn naqsam ċertu tħassib mal-poplu Malti.", "Dan ir-raġel ta' kulur iswed, li kif għedt diġà, huwa missier ta' tlett itfal, inqatel.", "L-investigazzjoni tiegħu fiex waslet?", "Jien inżomm lil dan il-Gvern responsabbli biex jagħtina tweġiba u mhux niftgħu l-qtil ta' raġel u ta' missier ta' tlett itfal taħt it-tapit għax għalkemm dan huwa pajjiż li fl-Att tal-Appostli ssemma minħabba li San Pawl qal kliem sabiħ fuqna l-Maltin meta qal li l-Maltin laqgħuhom b'imħabba kbira, ikolli ngħid li bħala pajjiż qed ninbidlu.", "Jien għalhekk issa nitlob lill-Prim Ministru biex ma jgħidx li kien insensittiv fid-diskors tiegħu u jieqaf hemm imma juri bil-prattika kemm kien insensittiv.", "Għal darb'oħra nerġa' nitlob lill-Prim Ministru biex jerfa' r-responsabilità.", "It-Times of Malta tal-1 ta' Mejju, 2019 irrapportat hekk:", "Din qalha l-Onor.", "Karl Gouder wara li tkellmet il-UĦM.", "Ma jistax ikun li llum ikollna rapport datat 27 ta' April 2019 fuq it-Times of Malta li jgħid hekk:", "Jiġifieri dawn tħallsu tmien xelini, għal min għadu jiftakar ix-xelini, jew inkella 43 ċenteżmu tal-lira Maltija s-siegħa!", "Huwa biżżejjed li wieħed iħares lejn ċerti kuntratti u agreements li qed isiru bejn il-barranin u s-sidien tal-kirjiet Maltin biex tibda tinduna f'liema skjavitù qed jaħdmu ċerti barranin li qed jgħixu f'pajjiżna u b'liema mod is-sidien Maltin qed jorbtu lill-barranin meta qed jiġu biex jikru l-appartamenti lill-barranin!", "Jien nitlob lill-Gvern jindaga sabiex jara jekk il-ħaddiema kollha, huma min huma, ġew għal liema raġuni ġew f'pajjiżna, huma ta' liema kulur huma, hi x'inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom u jħaddnu liema reliġjon iħaddnu … Għax huwa hawnhekk fejn imissna nitkellmu fuq l-ugwaljanza!", "Lill-Prim Ministru jien ngħidlu: Walk your talk; agħti xhieda ta' dak li qed tgħid!", "L-ugwaljanza mhijiex biss bejn min hu gay u bejn min mhuwiex gay imma l-bnedmin kollha għandhom l-istess dinjità.", "Se naħdmu biex naraw li l-bnedmin kollha li jgħixu f'dan il-pajjiż jiġu ttrattati bl-istess dinjità umana?", "Ftit tal-ġranet ilu u anke qabel f'dan il-pajjiż għaddejna liġijiet biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-annimali.", "Illum għandna liġijiet li jistipulaw f'liema spazju ta' gaġġa jridu jgħixu l-annimali, u jekk jisntab annimal jew tajra f'gaġġa bi spazju inqas minn dak li huwa stipulat, is-sid ta' dawn l-annimali jista' jeħel ċitazzjoni.", "Fil-fatt jien nasal biex ngħid li llum f'dan il-pajjiż, bħall-kumplament tad-dinja, għandna liġijiet li aktar jagħtu ġieħ u jirrispettaw lill-annimali milli lin-nies tad-dinja.", "Irridu narawhom dawn l-affarijiet!", "Aħna hawnhekk m'aħniex qed nitkellmu kontra l-barranin.", "Min qal li qed nitkellmu kontra l-barranin?!", "Jien niġi hawn u nitkellem favur id-dinjità tal-bniedem, hu min hu.", "Wara kollox dak ifisser li tkun Malti, dak ifisser li tkun tħobb l-ugwaljanza, dak ifisser li tkun Nisrani, dak ifisser li tkun politiku li ma tiżrax il-firda u dak ifisser li tkun politiku li ma tiżrax il-biża'!", "Il-Prim Ministru jgħid li huma mhumiex fuq in-naħa tal-firda, li huma mhumiex fuq in-naħa tal-biża' u li huma qegħdin fuq in-naħa tal-ugwaljanza, però l-fatti mhumiex qed juru li hu mhux qed jiżra' l-biża'!", "Pereżempju nhar il-Ġimgħa, 26 ta' April ġie rrapportat hekk fuq The Times of Malta:", "Issa mhux għall-korruzzjoni biss qed nissemmew barra minn Malta, imma anke għall-fatt li l-ħaddiema barranin li jaħdmu f'Malta huma vulnerabbli u huma soġġetti għall-esplojtazzjoni!", "Għandna Gvern li jgħid li huwa favur l-ugwaljanza, li huwa kontra l-firda u li huwa kontra kull ħaġa li tbeżża', però dan qed jimpurtah minnhom?", "Rapport ieħor minn The Times, din id-darba tat-Tnejn, 29 ta' April jgħid hekk:", "Dawn ir-rapporti kollha qed jitkellmu fuq sitwazzjonijiet differenti li qed iseħħu f'Malta, li dalwaqt jaslilha l-istaġun tal-festi, u aħna l-politiċi nkunu minn ta' quddiem f'kull quddiesa pontifikali li jkun hemm!", "Iva, dawn l-affarijiet qed iseħħu f'Malta, fil-pajjiż fejn niftaħru kemm aħna Kattoliċi u fil-pajjiż fejn kull politiku jifraħ u jixrob il-birra f'isem il-qaddis u l-qaddisa!", "Ħalli nerġa' naqra t-titlu ta' dan ir-rapport:", "Dan kollu qed isir f'din it-tikka ta' gżira taħt it-tmexxija tal-Onor.", "Ħalli nerġa' naqra t-titli ta' dawn ir-rapporti kollha:", "Imbagħad fl-aħħar kellna anke rapporti tal-Gvern Amerikan rigward il-prostituzzjoni f'dan il-pajjiż fejn barranin, speċjalment Ċiniżi, qed jinġiebu Malta għall-prostituzzjoni.", "jiġifieri f'dan il-pajjiż għandna l-iskjavitù wkoll, Sur President!", "Dawn l-affarijiet qed jiġru f'Malta!", "Hawnhekk nixtieq nikkwota wkoll rapport ieħor fuq il-prostituzzjoni, din id-darba mill-Malta Today, li jgħid hekk:", "Tafu kemm ilna ngħidu li l-Prim Ministru huwa nkwetat fuq dan?", "Mit-28 ta' Ġunju 2017!", "Daqshekk ilu nkwetat il-Prim Ministru!", "U daqshekk ilna nistennew biex forsi naraw kif niġġieldu dan l-isfruttament tan-negozju illeċtu tal-prostituzzjoni f'dan il-pajjiż!", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Mejju, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.", "Fis-7.29 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "MALTA ENTERPRISE – INTRAPRIŻI LI ĦARĠITILHOM LETTER OF INTENT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KANNABIS MEDIĊINALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi li applikaw mal-Malta Enterprise biex tinħarġilhom Letter of Intent għall-produzzjoni tal-Kannabis għal skopijiet mediċinali u riċerka u fil-każ ta' dawk li huma diġà pubbliċi jgħid għal kemm talbu spazju f'metri kwadri ta' art għall-operat tagħhom?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Enterprise flimkien mal-Malta Industrial Parks bħalissa għaddejjin b'diskussjonijiet mal-kumpaniji li nħarġitilhom il-letter of intent fuq l-ammont ta' spazju.", "L-ammont totali ta' spazju mitlub huwa aktar minn 30,000m2.", "MALTA INDUSTRIAL PARKS – ŻONI IDENTIFIKATI GĦALL-PRODUZZJONI TAL-KANNABIS GĦAL SKOPIJIET MEDIĊINALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7955, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' dawk iż-żoni li l-Malta Industrial Parks (MIP) identifikat bħala żoni li fihom isiru faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ż-żoni li ġew identifikati jvarjaw minn plots jew proprjetajiet vakanti ġewwa industrial estates eżistenti.", "Id-disinji u l-pjanti mhumiex se jiġu ppreżentati minħabba s-sensittività kummerċjali.", "MALTA ENTERPRISE – RIFUŻJONI TA' INVESTMENT AID JEW ASSISTENZA OĦRA", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-każijiet (mingħajr ma' jsemmi l-ismijiet tal-intrapriża) li l-Malta Enterprise jew il-Malta Industrial Parks (MIP) qed titlob għal rifużjoni ta' investment aid/inċentivi oħra li ngħataw lill-kumpaniji li ma żammewx mal-obbligi tagħhom meta ngħataw tali investment aid/inċentivi oħra?", "Għal kull każ jista' jagħti:", "a) x'investment aid/inċentivi oħra ngħatat l-intrapriża?", "b) x'għamlet jew qed tagħmel il-Malta Enterprise jew l-MIP biex tirkupra l-ammonti rispettivi?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda każ pendenti fejn il-Malta Enterprise qiegħda titlob rifużjoni t'assistenza mogħtija taħt skemi tagħha minħabba li l-benefiċjarji ma żammewx mal-obbligi tagħhom.", "Intant, il-Malta Enterprise qiegħda tipprova tirkupra €107,872 mingħand ħames benefiċjarji li bbenefikaw taħt l-iskema ERDF Energy Grant Scheme li kienet attiva bejn l-2010 u l-2013.", "Dawn ir-rifużjonijiet ikopru penali imposti mill-Internal Audit and Investigation Department minħabba irregolaritajiet fil-proċess ta' xiri ta' apparat li fuqu ngħatat l-assistenza.", "Fuq l-istess skema kien hemm ukoll tliet benefiċjarji oħra li waslu f'arranġament mal-Malta Enterprise biex jirrifondu l-penali imposti.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 7961 u 7169 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' qabdiet ta' droga li għamlet il-Pulizija jew xi forza tal-ordni fl-2017, fl-2018 u sal-lum fl-2019, u għal kull qabda jagħti l-informazzjoni mitluba b'mod aggregat:", "a. ta' meta saret;", "c. fiex kienet tikkonsisti d-droga u f'liema kwantità?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li lista sħiħa ta' qabdiet ta' droga li għamlet il-Pulizija li tinkludi qabdiet li ġew riferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana fis-snin 2017, 2018 u sa Marzu 2019, huma kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "It-tabella tinkludi d-data ta' meta saret il-qabda kif ukoll dettalji tad-droga u l-kwantità maqbuda.", "ĦAL SAFI – TRIQ IL-KUĊĊARD – XOGĦOL", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9923 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jispiċċa x-xogħol fuq Triq il-Kuċċard Ħal Saf,i li ilu wieqaf mill-2013 peress li dan ix-xogħol kien jifforma parti integrali mix-xogħol ta' Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bi proġett b'investiment ta' €1.3 miljun biex tibni mill-ġdid Triq il-Kuċċard, li tgħaqqad Vjal ix-Xarolla, fiż-Żurrieq, ma' Ħal Safi u Ħal Kirkop.", "Fil-fatt ix-xogħlijiet li se jsiru huma simili ħafna għal dawk li diġà saru fi Vjal ix-Xarolla, li wkoll inbniet mill-ġdid is-sena li għaddiet.", "Bħalissa Triq il-Kuċċard tinkludi triq waħda li tintuża kemm mir-residenti li jgħixu fiha u anke minn dawk li jivvjaġġaw minnha biex jaslu minn lokalità għal oħra.", "It-triq ilha snin twal tistenna li tinbena mill-ġdid minħabba l-istat ħażin li tinsab fiha.", "Permezz ta' dan il-proġett, din it-triq qed tinbidel f'żewġ toroq separati, waħda b'żewġ korsiji, bankina u korsija għar-roti biex ikun hemm aċċess aħjar għal mezzi differenti ta' ivvjaġġar bejn it-tliet irħula fl-inħawi u triq maqtugħa għaliha bi drittha bħala service road għar-residenti li jgħixu hawnhekk.", "B'hekk, ir-residenti jkollhom ambjent aħjar, b'inqas ħsejjes u inqas perikli ta' aċċidenti.", "Qed isiru wkoll madwar kilometru ta' bankini ġodda u erba' pedestrian crossings.", "L-ispazji ta' parkeġġi mal-ġnub tat-triq se jiġu organizzati aħjar biex ikunu aktar aċċessibbli.", "Se tiġi installata wkoll sistema ta' dwal tat-toroq ġdida.", "Sabiex jonqsu d-diffikultajiet għar-residenti u dawk li jivvjaġġaw fl-inħawi, il-proġett ta' Triq il-Kuċċard ġie ppjanat li jsir f'żewġ fażijiet; l-ewwel isir il-bini tat-triq ewlenija ta' żewġ korsiji ġdida, u mbagħad tibda ssir ukoll is-service road bil-bankini u spazji ta' parkeġġi aktar aċċessibbli milli hemm llum.", "Fl-ewwel fażi tal-proġett, Infrastructure Malta qed tibdel u ssaħħaħ ukoll is-sistemi tad- distribuzzjoni li jgħaddu minn taħt it-triq.", "B'kollox se jitpoġġew aktar minn 1.6 kilometri ta' pajpijiet u cables għal servizzi tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekommunikazzjoni, kif ukoll sistemi għall-ilqugħ u l-ġbir tal-ilma tax-xita.", "Mal-ġenb tat-triq diġà nbena ħajt tas-sejjieħ li jifridha mill-għelieqi li hemm lil hinn minnha.", "Bħal Vjal ix-Xarolla, Triq il-Kuċċard tinsab f'żona ta' sinifikat arkeoloġiku importanti.", "Għalhekk Infrastructure Malta qed tieħu diversi miżuri biex tiżgura li jekk jinstabu xi fdalijiet storiċi taħt it-triq eżistenti, jiġu dokumentati u konservati.", "B'kollaborazzjoni sħiħa mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, kull xogħol li jinvolvi tħaffir qed isir fil-preżenza ta' arkeologi awtorizzati.", "F'ċerti żoni, biex ma ssirx ħsara lil xi sejbiet li jista' jkun hemm, ix-xogħol jeħtieġ isir bl-għodda tal-idejn, bħal pali, minflok gafef u makkinarju ieħor.", "Fdalijiet ta' qabar li kien instab fil-passat f'din it-triq ġew inkorporati fid-disinn ġdid tat-triq, sabiex jibqa' jkun jista' jiġi apprezzat mill-pubbliku.", "Fil-fatt diġà ġiet skavata parti estensiva tat-triq bl-idejn fejn jeħtieġ jitpoġġew is-servizzi ġodda taħt l-art.", "Bħalissa qegħdin isiru l-istudji u surveys arkeoloġiċi neċessarji tal-wiċċ tal-blat li nkixef s'issa.", "Infrastructure Malta se tkompli tagħti l-appoġġ kollu meħtieġ lill-arkeologi li qed jagħmlu dan ix-xogħol, sabiex jiġi żgurat li x-xogħol isir bl-akbar attenzjoni fl-aħjar interess tal-ħarsien tal-wirt arkeoloġiku ta' pajjiżna.", "Infrastructure Malta qed taħdem biex dan il-proġett jilħaq il-livelli ta' kwalità għolja meħtieġa filwaqt li jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli u bl-inqas diffikultajiet għar-residenti tal-inħawi.", "INFRASTRUCTURE MALTA – RAPPORTI U SURVEYS FUQ IL-KONDIZZJONI TAT-TOROQ", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9925 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux condition surveys u condition reports tat-toroq kollha li se jsir xogħol fuqhom minn Infrastructure Malta?", "F'dawn ir-rapporti, ġie identifikat xi ħsarat għandhom dawn it-toroq bħal rutting, crocodile cracks, x'ammont mit-triq preżentement hemm mibnija, eċċ?", "Jista' jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hekk kif tħabbar aktar kmieni din is-sena, Infrastructure Malta għaddejja bi studju nazzjonali mill-aktar komprensiv dwar il-qagħda tat-toroq f'Malta u Għawdex, u li qatt qabel ma sar bħalu f'Malta.", "L-istudju qed isir b'teknoloġija avvanzata li tagħmel użu minn drones speċjalizzati biex tikseb tagħrif tekniku dettaljat ħafna tal-istat tat-toroq kollha.", "Permezz ta' dan l-istudju, li għandu jkun lest sas-sajf, qed tinġabar informazzjoni dettaljata dwar it-toroq sabiex tappoġġa lill-aġenzija fl-ippjanar tal-investiment ta' €700 miljun li varat din is-sena biex pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq matul is-seba' snin li ġejjin.", "It-tagħrif miġbur dwar il-kondizzjoni u l-ħsarat fit-toroq għandu jgħin ukoll fil-ħidma ta' manutenzjoni kontinwa tat-toroq u fit-tfassil ta' proġetti oħra fil-futur.", "L-ewwel fażi ta' dan l-eżerċizzju, li kienet tinvolvi t-teħid ta' ritratti bi kwalità għolja ħafna tat-toroq kollha f'Malta u Għawdex, tlestiet fil-ġimgħat li għaddew.", "B'kollox ġew studjati madwar 2,500 kilometru ta' toroq madwar il-pajjiż.", "Dawn ir-ritratti issa qed jiġu pproċessati b'sistemi ta' software avvanzati, u jintużaw biex jinħolqu mapep magħmulin minn sekwenzi ta' ritratti tat-toroq meħudin mill-ajru (orthophoto maps).", "B'hekk tiġi żviluppata applikazzjoni ġdida għas-Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika (GIS) li tinkludi l-orthophoto maps tat-toroq kollha b'informazzjoni dettaljata dwar il-ħsarat u l-kondizzjoni tagħhom.", "Din is-sistema se tgħin lil Infrastructure Malta toħloq klassifikazzjoni tat-toroq f'ordni ta' prijorità skont liema jeħtieġ jinbnew mill-ġdid l-ewwel.", "Fiż-żmien li ġej, se tibqa' tiġi aġġornata gradwalment b'iżjed dettalji tekniċi biex tkompli ssir dejjem aktar utli għal Infrastructure Malta fl-ippjanar u t-twettiq tal-ħidma tagħha.", "Fil-ftit xhur kemm ilha mwaqqfa Infrastructure Malta diġà bdiet twettaq diversi proġetti kbar biex ittejjeb is-sistema tat-toroq arterjali u tibni mill-ġdid mijiet ta' toroq residenzjali u toroq rurali.", "Dan l-istudju se jipprovdi lill-aġenzija għodda importanti li biha tkompli ssaħħaħ il-ħidma tagħha fi proġetti li qiegħda twettaq u fl-ippjanar ta' investimenti oħrajn li se twettaq fil-futur.", "L-analisi tal-istat tat-toroq li qed tagħmel bħala parti minn dan l-eżerċizzju, flimkien ma' studji oħrajn, se jgħinu lil din l-aġenzija tal-Gvern tidentifika liema toroq l-aktar għandhom jingħataw prijorità fis-snin li ġejjin.", "Infrastructure Malta se tkompli taġġorna din is-sistema ġdida b'informazzjoni minn sorsi oħrajn biex tibqa' twettaq din l-analisi sħiħa tal-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Fl-istess waqt, din l-informazzjoni se tkun ukoll il-bażi li fuqha jitqiesu d-durabilità u l-effettività ta' metodi differenti għall-bini u l-manutenzjoni tat-toroq matul is-snin.", "TOROQ – GARANZIJA FUQ IL-KWALITÀ TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9922 u ċjoè: Jista' l-Ministru jagħti separatament għal kemm-il sena se jkunu garantiti bħala kwalità ta' xogħol it-toroq arterjali, distributorji, maġġuri, residenzjali u rurali li saru/qed isiru minn Transport Malta / Infrastructure Malta mill-2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b'aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b'mod sostenibbli tibqa' twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna anke fil-futur.", "Minkejja li ma sabitx l-appoġġ tal-Oppożizzjoni, Infrastructure Malta twaqqfet minn dan il-Parlament is-sena li għaddiet biex tiffoka fuq dan l-impenn nazzjonali.", "Din l-aġenzija mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f'ħafna toroq f'kull lokalità.", "Minbarra proġetti kbar f'toroq arterjali, bħal dawk tal-Marsa Junction Project, il-bini mill-ġdid tal-Marsa-Ħamrun Bypass u t-twessigħ ta' Triq Diċembru 13, Triq il-Buqana, Triq Reġjonali u Triq tal-Balal, Infrastructure Malta għaddejja wkoll bi programm ta' ħidma ta' titjib ta' mijjiet ta' toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja.", "Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' madwar 120 triq residenzjali f'ħafna lokalitajiet differenti.", "Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq lokali oħra aktar tard din is-sena.", "Fl-istess waqt, l-aġenzija qed twettaq ukoll programm ta' manutenzjoni u tiswijiet ta' ħafna toroq oħra, bħalma rajna fil-ġimgħat li għaddew f'aktar minn 17-il triq f'Buġibba u l-Qawra; fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura u fi Triq it-Torri, Tas-Sliema, fost oħrajn.", "Kull xogħol li jsir għandu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu, skont it-tip ta' triq, l-użu tagħha u n-natura tax-xogħol li jkun qed isir.", "Bħalma jaf sew l-Onor.", "Interpellant, il-kuntratti ta' dawn ix-xogħlijiet ikollhom stipulati perjodi ta' garanzija, li matulhom il-kuntratturi li jkunu għamlu x-xogħol jinżammu responsabbli għal kull nuqqas li jirriżulta minħabba xogħol jew materjali li ma jkunx sar tajjeb, jew li ma jkunx laħaq il-livelli stabbiliti mitluba minn Infrastructure Malta.", "It-tul ta' dawn il-perjodi jvarja skont it-tip ta' xogħol li jkun sar.", "Fl-istess waqt, lil hinn mill-iskadenzi tal-garanzija stipulati fil-kuntratti, il-prassi f'dan is-settur hi li fejn jidħlu proġetti ewlenin ta' bini mill-ġdid tal-istruttura sħiħa ta' toroq arterjali jew residenzjali, l-infrastruttura li ssir tkun meqjusa li kapaċi sservi 25 sena jew aktar, dejjem jekk tiġi miżmuma tajjeb bit-tiswijiet u l-manutenzjoni perjodika meħtieġa matul is-snin.", "PRINCIPALS, ASSISTANT PRINCIPALS, EXECUTIVE OFFICERS U CLERKS GĦAWDXIN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent, kemm hemm Għawdxin fil-kariga ta' Principal, Assistant Principal, Executive Officer u Clerk ġewwa Malta?", "Jista' jgħid kemm minn dawn jiġifieri mill-Principals, Assistant Principals, Executives Officers u Clerks ġew trasferiti biex jibdew jaħdmu ġewwa Għawdex sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Kemm hemm ippjanati li jinġiebu ħaddiema Għawdxin jaħdmu f'Għawdex f'dawn il-gradi matul is-sena 2019?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab informat li hemm 23 Skrivan, 22 Uffiċjal Eżekuttiv, 16-il Assistent Uffiċjal Prinċipali u 21 Uffiċjal Prinċipali, li jgħixu b'mod permanenti Għawdex imma jaħdmu Malta.", "Qed isiru tħejjijiet biex aktar xogħol jittella' Għawdex minn Malta, u allura jkunu jistgħu jittellgħu aktar uffiċjali f'Għawdex.", "GĦAWDEX – TINDIF U RIJABILITAZZJONI TA' WIDIEN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9657 kollha u tgħid x'widien ġew imnaddfa u rijabilitati minn Ġunju 2017 sal-lum ġewwa Għawdex?", "Tista' tgħid x'kienet l-ispiża fuq kull wieħed mill-widien u fiex kien jikkonsisti x-xogħol?", "Tista' tgħid x'widien hemm ippjanati li jitnaddfu matul is-sena 2019, x'tenders diġà ħarġu u ġew awarded u f'liema xahar tas-sena 2019 huwa ppjanat li jibda x-xogħol?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-widien li se jkunu qegħdin jitnaddfu u jiġu riabilitati fis-sena 2019 huma dawn: Parti mill-Wied tax-Xlendi; Wied il-Għasri; Ta' Kittina, Marsalforn u l-Wied tal-Grazzja.", "Diġà nkisbu l-permessi neċessarji kollha u fondi Ewropej għall-ammont ta' €8,066,000, li bihom se jsir ix-xogħol fil-widien.", "It-tender tat-tindif tal-Wied tax-Xlendi ġie ppubblikat, evalwat u awarded.", "It-tenders għat-tindif tal-widien l-oħra qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Ix-xogħol jibda skont l-iskadenzi mogħtija fil-permessi approvati.", "GĦAWDEX: PJAZZA SAN FRANĠISK -TENDERS GĦALL-PROĠETT TA' RIĠENERAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kellha l-Ministru riċentement fejn ġiet ikkwotata tgħid li l-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza San Franġisk \"se jiġi jiswa madwar €3 miljun\" tista' l-Ministru tgħid x' tenders ħarġu s'issa, fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders, għal kemm prezz(valur) ġew awarded u x'tenders fadal joħorġu għal dan il-proġett?", "Interpellant li t-tenders li ġew ippubblikati s'issa huma kif indikat hawn taħt:", "· Tender għall-provvista, installazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi fi Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex – €117,362.45", "· CT2263/2018 Tender għal Xogħlijiet ta' Pavimentar u Tisbiħ fi Pjazza San Franġisk, Victoria, Għawdex – €2,578,091.55", "Ix-xogħol beda.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIRETTURI ĠENERALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għalfejn inħasset il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa biex id-Diretturi Ġenerali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jiżdiedu għal tnejn?", "Fil-preżent x'inhuma r-rwoli tal-uniku Direttur Ġenerali, u x'se jkunu separatament ir-rwoli taż-żewġ Diretturi Ġenerali l-ġodda fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?", "Interpellant li dawn il-bidliet qed isiru wara eżerċizzju ta' ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex.", "RABAT GĦAWDEX – TENDER GĦALL-BINI TA' SKOLA PRIMARJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li t-tender li ħarġet permezz ta' Accelerated Opening biex isiru xogħlijiet ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hu ppjanat li tinbena l-iskola l-ġdida primarja fil-Victoria Għawdex u li kellha tagħlaq fit-30 ta' April 2019, mid-data tas-26 ta' April 2019 m'għadhiex tidher fuq il-website tal-Electronic Tendering ()?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "GĦELUQ TA' TENDERS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-bidders u l-prezzijiet tal-bidders għat-tender CT2002/2019 - Tender for the Reconstruction of Triq l-Imgħallem and triq ta' wara s-Sur, Victoria (Rabat) Gozo li għalqet fit-2 ta' April 2019, damu aktar minn jumejn ma ġew ippubblikati fil-website www.etenders.gov.mt?", "Jista' jgħid kemm kien hemm aktar tenders li għalqu fit-2 ta' April 2019 u ma ġewx ippubblikati fuq il-website f'dik l-istess ġurnata?", "Jista' jagħti l-isem tal-bidders u l-prezzijiet rispettivi?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ftuħ tas-sejħa għall-offerti CT 2002/2019 dam jumejn minħabba raġunijiet tekniċi.", "Il-ftuħ tas-sejħiet għall-offerti jitwettaq b'mod sekwenzjali.", "Barra minn hekk, l-ammont ta' ħin meħtieġ biex tinfetaħ sejħa għall-offerti huwa relatat man-numru ta' offerti rċevuti kif ukoll mad-daqs tagħhom.", "Fit-2 ta' April 2019, 21 sejħa għall-offerti kienu skedati li jinfetħu.", "Għalhekk kien normali li s-sistema kienet teħtieġ żmien ta' pproċessar raġonevoli sabiex jinfetħu l-offerti kollha.", "L-ebda sejħa oħra għal offerti ma kienet affettwata.", "L-ismijiet tal-bidders u l-prezzijiet rispettivi kienu:", "REĠISTRU PUBBLIKU – NOTI TA' REĠISTRAZZJONI GĦALL-BDIL TAL-ĠENERU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il nota ta' reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sabiex persuna titlob li tbiddel il-ġeneru tagħha?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn in-noti kienu wkoll sabiex il-persuna tbiddel ukoll l-ewwel isem tagħha sabiex jirrifletti l-identità tal-ġeneru?", "JOSEPH MUSCAT: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-2015 sal-lum kien hemm 105 noti ta' reġistrazzjoni ppreżentati minn persuni jitolbu biex ibiddlu l-identità tal-ġeneru tagħhom u li sussegwentement bidlu isimhom ukoll.", "REĠISTRU TAL-QORTI ĊIVILI – RIKORSI GĦAL TIBDIL TAL-ĠENERU U TA' ISMIJIET TA' MINURI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri jew tutur ta' minuri fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) sabiex jitolbu lill-Qorti tbiddel il-ġeneru reġistrat u l-ewwel isem ta' minorenni?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): In-numru ta' rikorsi li ġew ippreżentati minn persuni li jeżerċitaw is-setgħat tal-ġenituri fuq minuri jew tutur ta' minuri fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta' Ġurisdizzjoni Volontarja) f'Malta sabiex jitolbu l-Qorti tbiddel il-ġeneru reġistrat u l-ewwel isem ta' minorenni huwa kif muri f'din it-tabella t'hawn taħt.", "L-istess tabella tindika kemm minn dawn ir-rikorsi ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti:", "Fil-Qorti t'Għawdex ġiet ippreżenta talba waħda fis-sena 2017 liema talba ġiet milqugħa.", "DEĊIŻJONI DWAR L-IDENTITÀ TAL-ĠENERU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il deċiżjoni finali dwar l-identità tal-ġeneru ta' persuna li ġiet determinata minn qorti kompetenti barranija jew awtorità responsabbli li taġixxi skont il-liġi ta' pajjiż ieħor, ġiet rikonoxxuta f'Malta?", "Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' liema pajjiżi kienu l-qrati barranin jew awtoritajiet responsabbli?", "JOSEPH MUSCAT: Mill-informazzjoni li ngħatat lili jirriżulta li mis-sena 2015 sat-2 ta' Mejju 2019, ma ddaħħlet l-ebda nota fir-Reġistru Pubbliku rigward deċizjonijiet finali dwar l-identità tal-ġeneru ta' persuna li ġiet determinata minn qorti kompetenti barranija jew awtorità responsabbli li taġixxi skont il-liġi ta' pajjiz ieħor, u li ġiet rikonoxxuta f'Malta.", "ATT DWAR L-IDENTITÀ TAL-ĠENERU - PERSUNI AKKUŻATI LI ESPONEW PERSUNI DWAR L-IDENTITÀ TAL-ĠENERU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li dolożament esponiet xi persuna li wżat id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jagħti l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta) ġie fis-seħħ fis-sena 2015.", "Informat li ebda persuna ma ġiet akkużata mill-Pulizija li dolożament esponiet xi persuna li użat id-dispożizzjonijiet tal-Att.", "ATT DWAR L-IDENTITÀ TAL-ĠENERU – PERSUNI AKKUŻATI TA' VJOLAZZJONI TA' PROVVEDIMENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna ġiet akkużata li għamlet vjolazzjoni ta' xi provvediment tal-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-provvedimenti tal-imsemmi Att li l-persuni ġew akkużati li vvjolaw, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-persuni li ġew akkużati, kemm-il persuna nstabet ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (Kap. 540 tal-Liġijiet ta' Malta) ġie fis-seħħ fis-sena 2015.", "Informat li ebda persuna ma ġiet akkużata li għamlet vjolazzjoni ta' xi provvediment tal-Att mill-Pulizija.", "BORD GĦALL-ILMENTI DWAR IL-PULIZIJA - KAŻ TA' UŻU TA' FORZA EĊĊESSIVA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tħejja mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala \"heavy-handed\", ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018 u li ġie ppreżentat nhar il-5 ta' Frar 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190508_226d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 13 ta' Mejju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 13 ta' Mejju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 13 ta' Mejju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 226 li saret fit-8 ta' Mejju 2019 ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "VETTURI RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi f'Malta fl-2017 fl-2018 u sa Frar fl-2019 u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategoriji li ġejjin:", "Vetturi privati", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-ammont ta' vetturi reġistrati skont il-kategoriji mitluba jidher fit-tabella segwenti:", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Dwar spazji miftuħa, speċjalment f'din il-leġiżlatura imma anke f'ta' qabel, rajna proġett bla preċedent fejn art li għal ħafna snin kien hemm bini fiha, kien hemm xi attivtà illegali fiha, issa qed titgawda mill-familji.", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji lil dan il-Parlament dwar dan il-proġett enormi ta' Ta' Qali li tħabbar fl-aħħar jiem?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Dan huwa proġett interessanti ħafna u qed inħares 'il quddiem lejn l-implimentazzjoni tiegħu.", "Huwa proġett differenti minn dawk l-oħrajn li s-soltu jkunu fdati lili bħala infrastruttura għax hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq infrastruttura mħaddra.", "Qed nitkellmu fuq żona li kienet okkupata għal għexieren ta' snin minn fabbrika tal-concrete.", "Hemm mistoqsijiet kif kien hemm din l-okkupanza f'nofs Ta' Qali li hija lokalità fejn wieħed jista' jmur jikkrea ruħu.", "Din tinsab bejn il-park ta' Ta' Qali u l-Crafts Village fejn hemmhekk ukoll dan il-Gvern qed iwettaq wegħda li ilha ssir lill-operaturi tal-villaġġ tal-artiġjanat.", "Din kienet fabbrika dilapidata, ma kenitx qed tiffunzjona, għandha 52,000 metru kwadru u fl-aħħar xhur kien hemm abbużi li bdew jiżdiedu mingħajr preċedent.", "Nafu li kien hawn diffikultajiet f'dak li għandu x'jaqsam rimi ta' materjal ta' kostruzzjoni u wieħed mis-siti fejn kien qed isir l-abbuż kien proprju f'dan is-sit.", "Ridna nieħdu ċerti deċiżjonijiet sabiex ma nippermettux dan l-abbuż u sabiex jitnaddaf dan l-abbuż.", "Għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar, b'kordinazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet u wara diskussjoni fuq livell politiku, ħadu l-azzjonijiet diretti li kien fhemm bżonn.", "Twaqqgħu dawn il-fabbriki li għall-fini ta' ppjanar huma żoni żviluppabbli, u ġiet livellata din l-art.", "Jekk tmur hemmhekk tara ftuħ u issa ż-żona tippermettilek tara l-Imdina u l-arloġġ tal-Imtarfa.", "Eventwalment, meta ġejna biex niddeċiedu x'se nagħmlu issa li naddafnieha, għedna li nistgħu naqbdu din iż-żona u nħaddruha u nżidu 52,000 metru kwadru mal-park ta' Ta' Qali.", "Minflok, ħarisna lejn iż-żona b'mod ħolisitku.", "Rajna l-bżonnijiet li hemm fil-park ta' Ta' Qali, rajna kif ngħollu aktar il-livell tiegħu billi jsir il-Malta National Park, u minflok 52,000 metru kwadru identifikajna 200,000 metru kwadru.", "Mela minn 250,000 metru kwadru se nitilgħu għal 450,000 metru kwadru f'Ta' Qali kollu fejn ikun hemm omoġenjità mill-bidu sa tmiem il-park kif ukoll jiżdiedu l-postijiet li jistgħu jitgawdew mill-familji.", "Hemm ukoll proġetti oħrajn interessanti li se jkunu qed jiġu integrati ma' dan il-proġett aħdar.", "Pereżempju ilha tinħass il-ħtieġa li jkollna l-arkivji nazzjonali iżda dan kien proġett li dejjem tħalla fuq l-ixkaffa.", "L-arkivji nazzjonali jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-kollega tiegħi l-Ministru Evarist Bartolo u naf kemm hija x-xewqa tiegħu li nagħtu dan ir-rigal lil Malta u lill-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu.", "L-arkivji nazzjonali jiddokumentaw il-passat ta' din il-gżira u allura qed naraw kif biswit dan l-istess sit ikun hemm din l-istruttura.", "Fil-ġranet li għaddew il-Bord ta' Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet alloka dan is-sit lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u issa se naraw kif ikun integrat biex ikun jirrispetta l-ambjent tal-madwar.", "Ovvjament hemm ħafna iżjed x'inżid imma naħseb li weġibt lill-Onor.", "Camilleri bl-aħjar mod li stajt.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: B'rabta mal-mistoqsija oriġinali dwar il-vetturi, reċentement bdiet diskussjoni dwar l-użu tal-vetturi elettriċi u l-Prim Ministru anke rrefera dwar kif pajjiżna jista' eventwalment ikollu ammont akbar ta' vetturi elettriċi.", "Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa f'dan ir-rigward b'mod partikolari dwar l-affordability ta' miżura bħal din u xi pjanijiet hemm għall-finijiet ta' infrastruttura b'rabta mas-sistema elettrika tal-pajjiż?", "Il-Gvern beda jaħdem fuq xi forma ta' masterplan biex dan l-għan li jkollna aktar vetturi elettriċi f'pajjiżna, li nemmen li huwa komuni bejn kulħadd, ikun jista' jibda jitwettaq?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Għalkemm qed nitkellmu fuq trasport u l-Gvern qed iħares lejn din il-miżura, din il-bidla li eventwalemnt pajjiżna jrid jagħmel bħal pajjiżi oħrajn, speċjalment Ewropej, hija bidla mill-aspett ambjentali u allura din il-politika qiegħda f'idejn il-Ministeru għall-Ambjent.", "Hemm kumitat interministerjali fejn aħna parteċipi u attivi u saritli wkoll preżentazzjoni mill-istess Ministru kif ukoll mill-konsulenti li għamlu r-rapporti u l-istudji.", "Inkun prużuntuż jekk nantiċipa lill-kollega li qed imexxiha u nipprova nagħti dettalji, però l-għan aħħari ta' dan il-kumitat huwa li qabel xejn jiddeċiedi dwar meta għandha tkun il-cut-off date tal-importazzjoni tal-vetturi ġodda jew mhux ġodda li jaħdmu bil-fuels konvenzjonali.", "Dak huwa l-ewwel objettiv ta' dan il-kumitat.", "Naf li l-kumitat iltaqa' u wasal fil-fażi konklużiva tiegħu sabiex ikun jista' jippreżenta lill-Gvern diversi options, imbagħad il-Gvern b'mod kollettiv bħala Kabinett jieħu d-deċiżjonijiet.", "Madankollu, għaddejja ħidma kemm min-naħa tat-trasport kif ukoll min-naħa tal-Ministeru responsabbli mill-enerġija sabiex ikunu preparati għal tali deċiżjonijiet għax kif qal tajjeb l-Onor.", "Grech, l-ewwel nett għandek bżonn infrastruttura relatata mal-enerġija, għandek l-aspett tal-inċentivi li jkollu min jagħmel dik l-għażla u għandek ukoll l-aspett tal-enerġija nnifisha.", "Meta qed taqleb vettura li taħdem bid-dawl għandek għażla, jew tiċċarġjaha fil-garage tiegħek - imma nafu li mhux kulħadd għandu l-garage privat tiegħu – jew jekk m'għandekx il-garage privat tiegħek trid tixtri s-servizz li jkun offrut.", "Nixtieq ngħid li kemm bl-investimenti li saru fil-passat kif ukoll bl-investimenti li qed isiru bħalissa minn kumpanija li rebħet konċessjoni tax-shared economy f'dak li għandu x'jaqsam max-shared vehicles, il-kumpanija GoTo, se nkunu qed nilħqu l-500 charging station li aħna bħala pajjiż intrabatna mal-Unjoni Ewropea li nagħmlu sal-2020.", "Jien inħoss li mhux biżżejjed li jkollok charging station li teħodlok sigħat sħaħ biex tiċċarġja l-vettura tiegħek.", "Din mhijiex qed tagħmilha konvenjenti għalik, jiġifieri l-fast chargers għandhom ikunu l-futur u kważi l-preżent.", "Jien wieħed minn dawk li dejjem tkellimt fuq dan is-settur li huwa product driven.", "Jien dejjem inqabbel mal-mobile; qabel kulħadd kellu Nokia, Motorola jew Alcatel, biex insemmi d-ditti kollha.", "Eventwalment, wara ċertu żmien, qlibna għal smart phone li kulħadd jittama li se jieħu l-aħjar prezz tiegħu, li se jieħu l-aħjar batterija tiegħu, li se jieħu disinn sabiħ.", "Naħseb li din hija l-isfida li għandu s-settur tal-vetturi.", "Kulħadd għadu jistenna vettura li tkun irħas u allura l-mistoqsija l-kbira fil-fehma tiegħi hija: Meta se tkun il-conversion f'dak li għandu x'jaqsam il-prezz?", "Hemm min diġà qal liema se tkun is-sena partikolari, imma naħseb li dik se tkun qed taffettwa ħafna.", "Jiena ngħid b'wiċċi minn quddiem li meta nitkellem mal-ministri għat-trasport fuq livell Ewropew naħseb li dan huwa l-aktar Gvern li ta benefiċċji u inċentivi galantomi lil min jagħmel din l-għażla, imma xorta n-numru ta' nies li qed jagħżlu li jixtru karozza tal-elettriku huma ftit.", "Aħna qegħdin nagħtu zero registration tax lil min jixtri vettura privata, u jekk m'iniex sejjer żball sa €9,000 f'cash lil min jixtri.", "Jiġifieri tajna zero registration tax, tajna €9,000, u xorta kienu biss xi 200 persuna biss li resqu 'l quddiem għal din l-iskema.", "Din mhijiex kwestjoni ta' x'jagħmel l-Istat imma hija kwestjoni ta' kif inti tħossok komdu li l-prodott għandu l-aħjar batterija possibbli, mhux il-ġimgħa ta' wara toħroġ batterija li għandha ħafna iżjed ħajja.", "Forsi anke rigward disinn; forsi mhux kollha joħorġu b'disinn li jintgħoġob u kumditajiet oħrajn.", "Rigward il-fast charging hemm il-mistoqsija jekk l-Enemalta tistax tipprovdihom quddiem is-substations.", "Din hija diskussjoni li għaddejja, però naħseb li għalkemm il-Gvern u l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu l-parti tagħhom, il-produtturi għandhom sehem kbir ukoll għax din hija kwestjoni ta' meta l-poplu Ewropew se jkun qed jagħmel l-għażla naturali li jixtri prodott tal-elettriku.", "Ipprovajt inkun frank kemm jista' jkun.", "Naħseb li dik hija l-verità u l-verità hija wkoll li l-Gvern Malti llum qed jagħmel dak kollu possibbli biex jinċentiva lil min jagħmel dik l-għażla.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sur President, naf li bħala Ministru l-Onor.", "Borg iżomm relazzjoni mill-qrib mal-kunsilli lokali ta' pajjiżna u naf li jkellmuh fuq diversi inizjattivi kif ukoll proġetti infrastrutturali li jixtiequ jimbarkaw fuqhom, però jkollhom bżonn l-għajnuna tal-Gvern ċentrali.", "Naf li l-Kunsill Lokali tal-Imtarfa resaq quddiemu bi proġett li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini tal-Imtarfa imma wkoll tal-Maltin u l-Għawdxin b'mod ġenerali.", "Jista' jgħidilna ftit aktar dwar dan il-proġett li se jkun qed jappoġġja l-Ministeru tiegħu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Apparti l-proġetti maġġuri li diġà għamilt referenza għalihom fl-ewwel risposta supplimentari, jiġifieri l-proġett ta' Ta' Qali, ta' Bengħajsa u ta' Santa Venera, hemm ukoll proġetti iżgħar dwar spazji miftuħa.", "Bħala Ministeru qed naħdmu fuq xi 70 wieħed bħalissa b'mod dirett jew indirett fid-diversi komunitajiet.", "Il-ġimgħa li għaddiet kelli l-opportunità li niltaqa' mal-kunsill ħabrieki tal-Imtarfa u rajna kif intejbu l-affarijiet fiż-żona madwar l-arloġġ, li huwa arloġġ uniku.", "Din hija lokalità li nemmen li għandha potenzjal kbir turistiku anke minħabba l-istorja tagħha u hija lokalità li qiegħda ftit passi 'l bogħod mill-Imdina.", "Kważi kull turist li jżur Malta jispiċċa jżur l-Imdina, u l-Imtarfa qiegħda tefgħa ta' ġebla 'l bogħod u tista' tattira ammont kbir ta' turisti.", "Rajna kif il-proġett ta' konservazzjoni tal-arloġġ jista' jkun komplementat bi spazju miftuħ għall-komunità tal-Imtarfa.", "Rajna kif nistgħu nassistu lill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa biex dan il-post jiġi ttrasformat għax kif kien iddisinjat ma jippermettix dak il-ftuħ li hemm bżonn fil-pjazza.", "Hemmhekk hemm ukoll żona li hija mitluqa u kulħadd jipparkja kif jidhirlu.", "B'dan il-proġett se jiżdiedu l-ispazji għall-parkeġġ u se jingħata spazju konsiderevoli lill-komunità tal-Imtarfa.", "Il-komunità tal-Imtarfa hija komunità żagħżugħa, komunità li ġejja minn kull naħa tal-pajjiż u s-sens ta' koeżjoni huwa kruċjali.", "Fiċ-ċentru tar-raħal jew belt, sejħilha li trid, nerġa' ngħid, hemm dan l-ispazju li mhuwiex utilizzat tajjeb u aħna se nkunu qegħdin nassistu lill-kunsill lokali f'dan il-proġett kif kellna l-opportunità li niftħu proġetti oħra fl-aħħar ġimgħat f'diversi lokalitajiet, grazzi għad-Development Planning Fund jew 'Sebbaħ il-Lokalità', żewġ fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed jgħinu sabiex diversi lokalitajiet joħolqu spazji simili fil-komunità tagħhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Jiena se mmur lura għall-mistoqsija oriġinali.", "Is-sena l-oħra, skont iċ-ċifri li ta l-Ministru, kienu rreġistrati 19,000 vettura ġdida, li jfisser aktar minn 52 vettura kuljum.", "Ma nafx jekk għandux din l-informazzjoni, imma kemm kienet iż-żieda netta ta' vetturi?", "Kemm ġew scrapped karozzi s-sena l-oħra u x'inhu l-proporzjon bejn il-karozzi rreġistrati li huma ġodda u dawk li huma second hand?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Jiena m'għandix din l-informazzjoni hawnhekk imma, ovvjament, l-Awtorità għandha.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Xtaqt insemmi punt inkonnessjoni mar-riġenerazzjoni ta' proprjetà u dwar ftehim li ntlaħaq bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tad-Djar.", "Fiex jikkonsisti dan il-ftehim u kif jista' jkun ta' benefiċċju għal-lokalitajiet u għaċ-ċittadini b'mod ġenerali?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Illum mal-kollegi s-Segretarju Parlamentari Chris Agius u s-Segretgarju Parlamentari Roderick Galdes, li huwa responsabbli mill-Awtorità tad-Djar, u flimkien maċ-chairpersons u CEOs rispettivi żorna l-lokalità tal-Birgu fejn fi sqaq ħelu hemm ammont ta' proprjetà dilapidata.", "Din hija binja enormi u hija waħda minn 33 proprjetà li l-Gvern huwa s-sid tagħhom.", "Dawn huma proprjetajiet ġejjin mill-ftehim tal-bidu tas-snin disgħin bejn il-Gvern u s-Santa Sede, huma fuq il-kotba tal-Gvern u jinsabu battala.", "Ħafna minnhom, bħal din fil-każ tal-Birgu, jinsabu fi stat dilapidat.", "L-Awtorità tal-Artijiet, li r-responsabbiltà tagħha hi li tiġġestixxi l-proprjetà, jien ngħid mhux tal-Gvern imma tal-poplu, għandha għażliet x'tagħmel meta tiġi biex tuża jew tiddisponi minn tali proprjetà.", "L-Awtorità setgħet faċilment tara li dawn il-proprjetajiet jitpoġġew fis-suq.", "Meta l- Awtorità tal-Artijiet tpoġġi proprjetà fis-suq trid tpoġġi l-proprjetà fis-suq bil-prezz tas-suq, u tkun qed tagħmel gwadann finanzjarju għax iddaħħal ammont ta' flus għal dawk il-proprjetajiet.", "Min-naħa l-oħra nafu kemm hemm ħtieġa għall-akkomodazzjoni soċjali li dan il-Gvern diġà qed jinvesti fiha bla preċedent sabiex ikollu 1,700 unit ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Fil-fatt rajna lill-Prim Ministru u l-Ministri rispettivi jħabbru dan l-investiment, però hemm ukoll dawn il-proprjetajiet diġà mibnija anke jekk hemm bżonn li jiġu riġenerati u possibbilment trasformati f'units abitabbli.", "Hawnhekk kellna għażla, li jew inpoġġu dawn it-33 proprjetà fis-suq jew inkella ngħadduhom lill-Awtorità tad-Djar sabiex tirranġahom u tiżgura li jidħlu fihom familji li verament huma fil-bżonn.", "Aħna bħala Gvern, għalkemm niftaħru, bir-raġun, bis-suċċessi ekonomiċi, għandna ruħ soċjali wkoll u rajna kif dawn il-33 proprjetà jgħaddu mill-Awtorità tal-Artijiet għal għand l-Awtorità tad-Djar.", "Sur President, issa huwa f'idejn l-Awtorità tad-Djar biex tirranġa dawn il-33 proprjetà.", "X'aktarx li minn dawn il-33 proprjetà tista' toħroġ ħafna iżjed minn 33 unit.", "Din il-proprjetà li morna fiha llum hija palazz sħiħ li għandu bżonn ħafna tiswija; għandu valur arkitettoniku minħabba d-dehra tiegħu minn barra.", "Għall-inqas dak kien il-ħsieb tiegħi meta rajtu l-ewwel darba, imma issa sta għall-Awtorità tad-Djar li talloka bl-aħjar mod lil dawk li għandhom l-iżjed bżonn.", "Nafu wkoll id-diskors kuraġġuż li minn żmien għal ieħor jagħmel il-Prim Ministru li rridu nitilqu mis-sistema li kellna sal-lum fejn ladarba ħadt appartament tal-housing soċjali għandek entitlement u jibqa' jintiret ġenerazzjoni wara l-oħra!", "Naħseb li din hi l-metodoloġija ġdida li rridu nersqu lejha għax hija l-aħjar mod kif bħala Gvern responsabbli niġġestixxu l-proprjetà tal-poplu u niżguraw li din tkun utilizzata minn min l-iżjed għandu bżonn.", "Jekk wieħed joħroġ minn dik id-dipendenza fil-ħajja tiegħu, forsi mbagħad ikun jista' jagħmel il-pass li jixtri l-proprjetà tiegħu u forsi jista' jkun hemm skemi li jixtri l-istess prorpjetà, jixtri l-istess unit, imma definittivament mhux jibqa' dipendenti fuq l-Istat għal ħajtu kollha.", "Issa sta għall-Gvern li jgħin lil dak li jkun li joħroġ minn dik id-dipendenza.", "Dan hu l-ħsieb wara dawn it-33 proprjetà pubblika li jinsabu dilapidati.", "Irrid ngħid ukoll li ħabbarna l-figuri tas-snin li għaddew, u dawn mhumiex fula f'qargħa.", "Fl-2017 u fl-2018 l-Awtorità tal-Artijiet għaddiet 516-il unit lill-Awtorità tad-Djar biex jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll 2,500 metru kwadru ta' art fl-Imsida sabiex l-istess Awtorità tad-Djar tkun tista' tiżviluppaha f'units soċjali.", "Dik tal-proprjetà hija sfida min-naħa pożittiva, għax kull min hu sid ta' proprjetà qed jara li l-valur ta' dik il-proprjetà li għandu dejjem qed jogħla, u min-naħa l-oħra jkollok min ma jistax ilaħħaq ma' dawk il-prezzijiet u ma jistax jagħmel dak l-avvanz li jixtri l-proprjetà tiegħu.", "Minħabba f'hekk hemm bżonn li min-naħa ssir leġiżlazzjoni dwar il-politika tal-kera, u min-naħa l-oħra jkollok housing affordabbli u housing soċjali.", "L-Awtorità tal-Artijiet qed tassisti lill-Awtorità tad-Djar billi tgħaddilha iżjed proprjetà għall-housing soċjali.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-Marsa huwiex on time u jekk huwiex se jibda jinfetaħ biċċa biċċa?", "Meta hu maħsub li jkun komplut kollu?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "IAN BORG: Iva, nikkonferma li l-proġett qiegħed on time u se jinfetaħ biċċa biċċa.", "Fil-fatt, dan is-sajf irridu nagħtu lin-nies l-ewwel pont minn Triq Aldo Moro għal Triq Garibaldi.", "Ilbieraħ waslu Malta 24 travu, jidhirli ta' 35 metru l-wieħed, sabiex flimkien ma' għexieren oħrajn jagħmlu dan l-ewwel pont għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Infrastructure Malta li qed timplimenta dan il-proġett.", "Eventwalment, il-pilastri u t-travi li jmiss se jkunu qegħdin jinħadmu fil-post u mhux jiġu importati, però biex nirbħu l-ħin sakemm il-kuntrattur rama l-makkinarju neċessarju biex jagħmilhom, ġew importati dawn l-24 travu li se jibdew jitqiegħdu fis-sigħat li ġejjin.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "IAN BORG: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' tliet ritratti li juru sinjali mal-art u tabelli fi Triq it-Torri salib it-toroq ma' Triq il-Kungress Ewkaristiku, Mosta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10083;", "f'isem il-Prim Ministru inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Kopja tar-Reġistru tal-Midja miżmum skont l-artikolu 20 tal-Att dwar il-Midja u l-Malafama, Kap. 579, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10049;", "f'isem il-Ministru għat-Turiżmu inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Rapport annwali u stqarrijiet finanzjarji tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għas-sena 2018; u", "Estimi finanzjarji tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għas-sena 2019;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi inqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Tabella li turi l-valur ta' kull piena pekunjarja li ngħatat lil Nutara Pubbliċi wara li saret on-site examination jew eżerċizzju ieħor mill-Financial Intelligence Analysis Unit bejn l-2014 u l-2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10105; u", "f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 93 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar żieda perċentwali fir-rata ta' pensjoni kontributorja għall-irtirar; u", "Avviż Legali Nru 94 tal-2019 – Ordni tal-2019 dwar żieda fir-rati ta' benefiċċji.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA", "L-ATT DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI", "IAN BORG: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap. 473\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI KRIMINALI U L-ATT DWAR IL-VJOLENZA ABBAŻI TA' ĠENERU U VJOLENZA DOMESTIKA", "IAN BORG: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR L-AWTORITÀ", "GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FUQ", "IL-POST TAX-XOGĦOL", "IAN BORG: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kap. 424\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "TAL-AWTORITÀ MALTIJA", "TAL-ARTIJIET GĦASSENA 2019", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet, Kap. 563.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-Gvern u l-kelliema tal-Oppożizzjoni bl-introduzzjoni u bil-winding up għan-naħa tal-Gvern.", "IAN BORG: Sur President, illum se nkunu qegħdin niddiskutu l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena li tibda minn Jannar 2019 sal-aħħar tal-istess sena.", "Kien proprju dan il-Gvern li sentejn ilu rranġa l-affarijiet fejn jirrigwarda d-Dipartiment tal-Artijiet.", "Dan kien dipartiment li kien jgħaddi b'mod regolari minn perjodu diffiċli u ħadd ma kien jieħu azzjoni.", "Eventwalment, dejjem kien ikun is-suġġett ta' rapporti mill-Awditur Ġenerali, ħadd ma kien jerfa' r-responsabbiltà u dejjem nibqgħu sejrin bl-istess kantaliena.", "Kien proprju dan il-Gvern li ħa deċiżjoni importanti sabiex jgħaddi żewġ liġijiet, waħda li tirregola l-funzjoni u l-amministrazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet u l-oħra l-mod ta' kif tamministra l-istess art, jiġifieri waħda fuq l-operat u l-oħra fuq kif tamministra l-politika tagħha.", "Illum, wara kważi sentejn bħala Ministru responsabbli ta' din l-Awtorità, assistit mill-kollega s-Segretarju Parlamentari Chris Agius , ma nistax ngħid li dawn il-liġijiet huma perfetti, anzi jien kritiku b'mod kostruttiv lejn aspetti ta' dawn il-liġijiet, però definittivament huma qabża ta' ġgant 'il quddiem mill-mod governattiv li kien jirregolarizza lid-Dipartiment tal-Artijiet.", "Sa ftit tas-snin ilu kellek persuna waħda, il-Kummissarju tal-Artijiet, li flimkien mal-Ministru responsabbli b'daqqa ta' firma kienu jiġġestixxu u jamministraw l-assi tal-pajjiż.", "Illum, permezz ta' din l-Awtorità saret bidla totalment radikali.", "Illum il-Ministru ma jindaħal xejn fil-proċess tal-Awtorità.", "Fil-fatt liż-żewġ deputati li jirrappreżentaw lill-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq din l-Awtorità, li huma l-Onor.", "Muscat u l-Onor.", "Callus niċċajta ngħidilhom li iżjed huma għandhom viżibilità ta' xi jkun qed jiġri matul il-ġurnata fl-Awtorità tal-Artijiet għax ikunu dejjem preżenti hemmhekk, dejjem jieħdu deċiżjonijiet flimkien mal-kumplament tal-Bord ta' Gvernaturi milli jien, li jiena l-Ministru responsabbli.", "Dan meta sa ftit ilu l-Ministru responsabbli kien ikun il-persuna li b'daqqa ta' firma jagħti art u japprova esproprju li nerġa' ngħid ħafna minnhom spiċċaw suġġett ta' investigazzjonijiet u ta' verifiki mill-Awditur Ġenerali quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.", "Nerġa' ngħid, il-liġi mhijiex perfetta u naħseb li fiż-żmien li ġej se jkun hemm bżonn ta' diskussjoni matura bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.", "Ovvjament il-Gvern lest li jerfa' r-responsabbiltà waħdu, però huwa ta' pjaċir jekk ikun hemm diskussjoni tajba bejn iż-żewġ naħat sabiex naraw x'ħadem matul dawn is-sentejn u naraw x'jista' jaħdem aħjar.", "Illum anzi ssir il-kritika li l-Bord tal-Gvernaturi huwa indipendenti wisq għax ikun hu li jissettja l-politika tal-Awtorità u jkun hu li jissettja l-politika ta' kif l-Istat jiġġestixxi l-proprjetà tiegħu.", "Jien ngħid li dak kien l-iskop tal-liġi u allura l-bord ta' Gvernaturi qed jimxi ma' dak li kien leġiżlat f'din il-Kamra.", "Fil-bord tal-Gvernaturi m'għandekx nies li ħatar il-Gvern biss imma għandek nies li jirrappreżentaw lill-Oppożizzjoni.", "Jiena informat li l-Onor.", "Callus ma jfallix laqgħa, u jqatta' ħafna ħin fl-Awtorità tal-Artijiet sabiex jara karta karta, file file.", "Jien għandi kull rispett lejh, qatt ma fhimt kif il-kelliem dwar l-isports ipoġġi fuq l-Awtorità tal-Artijiet, imma he is more than welcome, għandu aċċess għal kull karta u file u jieħu parti f'kull ħaġa li tiddeċiedi din l-Awtorità.", "Din hija l-bidla li għamilna biex ma jibqax ikollna ż-żmenijiet diffiċli li esperjenzajna fil-leġiżlatura li għaddiet, fejn għall-ewwel darba kollega tagħna refa' r-responsabbiltà u rriżenja fuq azzjoni li m'għamilx hu nnfisu.", "Kemm iddiskutejna l-Lӧwenbrӓu?", "Kemm iddiskutejna San Ġiljan?", "Ħadd mill-pampaluni tat-trasparenza u tas-saltna tad-dritt ma refa' r-responsabbiltà fil-passat.", "Kien kollega tagħna li refa' r-responsabbiltà, u dan il-Gvern sussegwentement iddeċieda li jilleġiżla ħalli jbiddel l-affarijiet, ħalli jġib madwar il-mejda lill-Oppożizzjoni, biex din tkun tista' tara karta karta, file file, deċiżjoni deċiżjoni.", "Nista' nserraħ ras l-Oppożizzjoni li l-Onor.", "Callus, milli jingħad lili, jagħmel xogħlu tajjeb u aħna hekk irridu, ħalli niżguraw li l-Awtorità tal-Artijiet tieħu l-aħjar deċiżjonijiet possibbli għax l-art li tiġġestixxi l-Awtorità tal-Artijiet hija tal-poplu u mhux tal-Gvern.", "Irrid ngħid ukoll li fl-2018 id-dħul ġenerat minn din l-Awtorità kien ta' kważi €39 miljun meta pparagunat mal-€34 miljun ġenerati fl-2017.", "Huwa ċar li meta jkollok Awtorità li taħdem, din tkun tista' tiġbor iżjed flus u għandha tiġbor iżjed flus.", "Jien informat li hemm ħafna flus li jistgħu jinġabru u informat li l-Awtorità qed taħdem fuqhom.", "Fadal ħafna sfidi, u fil-fatt żidna r-riżorsi umani sabiex nindirizzaw il-backlog li hemm.", "Huwa ċar li s'issa ma ġewx indirizzati l-backlogs li hemm, però tieħu pjaċir tirċievi dik in-nota ta' ringrazzjament mingħand xi ħadd li wara għexieren ta' snin ittieħdet deċiżjoni fuq il-file tiegħu.", "Id-deċiżjoni tista' tkun pożittiva u tista' tkun negattiva, imma għall-inqas iċ-ċittadin kellu risposta.", "Ma rridux ninsew ukoll li l-Awtorità mhijiex qiegħda hemm biss biex taħdem il-backlog imma qiegħda tipproċessa wkoll deċiżjonijiet ġodda li bdiet tieħu minn mindu twaqqfet.", "Pereżempju, qabel, jekk kont trid tapplika għal permess tal-iżvilupp fuq proprjetà tal-Gvern, kulma ridt tagħmel kien li tinnotifika lid-Dipartiment tal-Artijiet u tibqa' għaddej bl-applikazzjoni tiegħek.", "Kont issib art, jew kont issib proprjetà, tapplika fuq l-art tal-Gvern, timla Ownership Form B u tibgħatha lill-Kummissarju tal-Artijiet u tibqa' għaddej.", "Illum le.", "Illum pjuttost hemm Kritika, li sa ċertu punt naħseb li hija ġustifikata wkoll, li trid tapplika qabel sabiex iġġib in-no objection fil-prinċipju qabel tmur għall-permess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, u wara trid iġġib il-permess finali mill-Awtorità tal-Artijiet.", "Naqbel mal-kumment li l-permess min-naħa tal-Awtorità tal-Artijiet jista' jingħata darba.", "Naqbel li għandna nnaqqsu l-istadji, però ma ninsewx li dan żied ix-xogħol tal-kumitati tal-plenarja, anke jekk dan iffranka l-ħin lill-Awtorità, ħin li ġie utilizzat biex jindirizzaw il-backlog ta' għexieren ta' snin li għandha l-istess Awtorità.", "Sur President, aħna rridu li l-pubbliku jkun moqdi bl-aktar mod effiċjenti.", "Jiena informat li sal-aħħar ta' din is-sena l-Awtorità se tkun qed tadotta protokolli li jwasslu għal self-imposed deadlines fejn l-Awtorità nnifisha tintrabat dwar kemm għandha tkun twila l-proċedura li fiha tkun proċessata u finalizzata kull talba mill-pubbliku.", "Din hija sfida kbira.", "Minn hawnhekk nappella lill-Awtorità biex tkun proattiva.", "Jiena konxju mill-isfidi li se tiffaċċja l-Awtorità meta taddotta dawn il-key performance indicators (KPIs), però definittivament dan huwa l-mod ta' kif irridu nimxu 'l quddiem.", "Dawn il-KPIs rajniehom isiru fl-Awtorità tal-Ippjanar, liema deadlines jiġu rispettati, u ma naċċettax li fil-Furjana dawn l-affarijiet isiru imma l-Baviera ma jistgħux isiru!", "Lanqas ma naċċetta l-fatt li fl-Awtorità tal-Ippjanar għandek sistema diġitalizzata u fl-Awtorità tal-Artijiet għadna ħafna lura milli jkollha kull dokument diġitalizzat.", "Din hija l-isfida li għandna quddiemna.", "Irridu naqtgħu l-impressjoni, ħafna drabi ġustifikata, li l-Awtorità ddum wisq biex tirrispondik jew addirittura ma tirrispondik qatt.", "Hekk kien jiġri fil-passat u allura nilqa' din l-isfida li l-Awtorità qed tpoġġi quddiemha hi stess.", "Madankollu ma rridu nippreġudikaw qatt it-trasparenza.", "Din it-tagħlima ħadnieha fil-passat.", "It-trasparenza kienet il-materja prinċipali, il-bone of contention prinċipali tad-Dipartiment tal-Artijiet, u minn hawn nixtieq nirringrazzja lil kull min ta s-sehem tiegħu matul is-snin f'dan id-Dipartiment u issa f'din l-Awtorità, għax dawn kellhom timbru.", "Mhuwiex faċli li meta fi ċrieki soċjali tgħid li taħdem f'dan id-dipartiment jgħidulek: Dejjem bil-kummiedji intom tal-Artijiet!", "Dejjem quddiem l-Awditur Ġenerali, dejjem quddiem il-PAC!", "Jiena konvint li l-maġġoranza assoluta tan-nies li taw sehemhom fid-dipartiment u fl-Awtorità huma nies serji u nies favur it-trasparenza, u hekk għandu jkun.", "Rajna titjib sinifikanti wkoll fl-ammont ta' disposals li kellna matul din is-sena.", "Dawn ikunu talbiet li ħafna drabi jkunu jirrigwardaw proprjetà li għall-Gvern ma tkun tiswa xejn imma tiswa kollox għall-applikant.", "Bħala eżempju nista' nsemmi parapetti jew btieħi biswit il-proprjetà tal-privat li ma tkunx żviluppabbli waħedha għax, pereżempju, jkollok 20 metru kwadru.", "Fuq 20 metru kwadru ma tistax tibni proprjetà imma fl-istess ħin tkun tiswa kollox għal min għandu l-proprjetà ta' maġenbha.", "Dawn huma talbiet li l-Awtorità jidhrilha li jkun aħjar jekk il-Gvern idaħħal prezz xieraq tagħhom għax issa l-istimi mhux biss isiru u jiġu verifikati mill-Bord ta' Gvernaturi, imma jekk taqbeż ċertu ammont trid tmur għand tliet periti esterni.", "Disposals fl-ewwel xhur tal-2019 kellna 71 meta f'sena sħiħa s-sena l-oħra kellna 54.", "Dawn huma kollha sejħiet pubbliċi li wieħed jista' jaċċedi fuq il-website tal-Awtorità.", "Jiena rrid nara Awtorità li r-rwol tagħha jkun li tressaq quddiem il-Gvern u l-Oppożizzjoni l-policies ta' x'għandu jiġi mibjugħ, ta' x'għandu jkun mikri, ta' x'għandu jingħata b'ċens u ta' x'ma għandux jingħata imma jinżamm biss għand il-Gvern.", "Irrid nara Awtorità li tressaq proposti quddiem il-Gvern dwar kif se timxi mal-Awtorità tad-Djar, ma' Sport Malta, mal-Malta Industrial Parks u x'kollaborazzjoni hemm bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet.", "Naħseb li hemmhekk fadlilna x'nagħmlu, u nixtieq li l-Bord ta' Gvernaturi jsib il-ħin - u bħalissa ftit li xejn għandu ħin minħabba n-numru ta' applikazzjonijiet – ħalli joħloq aktar policies li jagħtu level playing field lil kull min jidhirlu li għandu xi jgħid fuq l-artijiet tal-poplu.", "Hemm sfida oħra, u din l-isfida m'iniex se naħrabha, li min-naħa tista' tgħin ħafna nies u min-naħa l-oħra hemm min ma jogħġbuhx inizjattivi bħal dawn.", "L-aħħar darba li din l-inizjattiva saret kien fl-2012, dak iż-żmien mill-Ministru Azzopardi, fejn indirizzaw lil min għandu ċ-ċnus residenzjali temporanji.", "Naħseb kienet ħarġet skema tajba ħafna fi żmien il-Ministru Jason Azzopardi, però rridu naraw ukoll kif dik tirrelata mal-Uffiċċju Konġunt li huwa uffiċċju distint mill-Awtorità tal-Artijiet bid-direttur ġenerali tiegħu, uffiċċju li dwaru hemm provvedimenti differenti fil-liġi għax huma kapitli fil-liġi dwar ftehim bejn l-Istat u s-Santa Sede.", "It-terminu qed joqrob lejn tmiemu, però hemm nuqqasijiet mill-partijiet kollha għax informat li ftit hija il-proprjetà li ġiet reġistrata anke jekk kien mill-bidu tas-snin 90 li konna nafu li l-2023 hija s-sena meta dan il-ftehim se jagħlaq.", "Dan irridu naraw kif se nħarsu lejh u nindirizzawh.", "Rajna wkoll anomaliji li dwarhom qatt ma ttieħdu deċiżjonijiet u aħna kellna l-kuraġġ li neħduhom.", "Ftit tal-ġimgħat ilu ġejna f'din il-Kamra u ddiskutejna avviż legali li jien u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius ippubblikajna dwar it-trasferiment tal-qbiela bejn bdiewa ġenwini.", "Jiena naf li se nkomplu naħdmu biex intejbu dan kollu u biex nindirizzaw anomaliji oħra.", "Jien ġej minn raħal li għandu ħafna bdiewa, ħafna gabillotti li għandhom raba' bi qbiela u naf kemm lil dawn inserrħulhom rashom bil-possibbiltà ta' trasferiment ta' qbiela bejn bdiewa ġenwini fuq art tal-Gvern biss.", "Ma indirizzajniex l-isfidi kollha li għandhom il-bdiewa, però dan hu impenn li ntrabatna bih fil-manifest elettorali, u dak huwa li wettaqna s'issa.", "Għandna ċ-ċans minn issa sal-elezzjoni ġenerali li f'dawn it-tliet snin u nofs nindirizzaw anomaliji oħra.", "Pereżempju, il-kumitat ta' konsulenza li se jibda japprova t-trasferimenti bejn qbiela ta' bdiewa ġenwini mhux se jkun qed jindirizza l-isfida ta' bdiewa ġenwini li diġà jaħdmu l-art u ilhom jaħdmu l-art ta' persuna li ilha nieqsa 15-il sena bla ma kellha tfal u ma jkun ġie indikat ebda werriet.", "Illum jekk japplika biex ikun rikonoxxut, il-fatt li ilu jaħdem ir-raba' 15-il sena ma jfisser xejn għax il-ftehim ma kienx mas-sid tal-art, li huwa l-Gvern, imma kien ma' min kellu l-art tal-Gvern imqabbla għandu u allura llum m'hemmx mekkaniżmu jew direzzjoni ta' kif tali bidwi jkun rikonoxxut.", "Allura tali bidwi se nħalluh fil-limbu, li ma jistax japplika għall-finanzjament Ewropew għax meta jintalab it-titlu ma jistax juri skrittura privata li kellu ma' min verament kellu l-qbiela mingħand il-Gvern?", "Dawn huma realtajiet li ma nistgħux ninjoraw u dan kien is-sentiment ta' ħafna deputati f'din il-Kamra meta ddiskutejna l-liġi tat-trasferiment tal-qbiela bejn bdiewa ġenwini.", "Irrid ngħid li l-ġimgħa li għaddiet stess kelli laqgħa ma' grupp ta' bdiewa li kont naf perfettament x'inhuma l-isfidi tagħhom għax, nerġa' ngħid, jien ġej minn raħal u minn familja fejn immissu ma' dawn l-isfidi ta' kuljum.", "Però jien Ministru tal-Istat u għandi responsabbiltà li jekk naf li hemm każijiet ġenwini bħal dawn, irridu navviċinawhom b'mod kawt għax tipprova tiftaħ it-tieqa għal każijiet ġenwini u jispiċċa jidħollok kulħadd mill-istess tieqa!", "Jiena m'iniex se nippermetti li jidħol minn din it-tieqa min għandu paga tajba, min ma jafx x'inhi raba' imma jixtieq li jkollu żvog fejn imur iqatta' s-Sibt u l-Ħadd f'għalqa privata jew f'għalqa fuq art tal-Gvern!", "Jekk dawk in-nies jixtiequ art agrikola sabiex ikunu jistgħu jirrikkreaw ruħhom bħala familja nħeġġiġhom iħarsu lejn ix-xiri ta' proprjetà jew kiri ta' proprjetà u mhux ifixklu lill-bidwi ġenwin għax jispiċċa jogħla l-prezz tal-qbiela u tal-kiri tal-art b'detriment għall-bidwi ġenwin.", "Ma tistax tqabbel lil min fl-aħħar tas-sena jrid jagħmel ir-rendikont tal-prodotti li rnexxielu jbigħ il-Pitkalija ma' min jaqla' €50,000 jew €60,000 u jrid għalqa fejn imur iqatta' nofstanhar is-Sibt jew il-Ħadd!", "Dawn it-tip ta' nies għandhom objettivi differenti u jien konxju ħafna tagħha din.", "Jiena ngħix f'Malta, naf l-affarijiet kif inhuma, u waqt li nifhem is-sentiment ta' din il-Kamra li nkunu aktar galantomi bl-art tal-Gvern, ħassejt li kellna nimxu b'mod kawt u nibdew biċċa biċċa, imma hawn irrid ngħid li li m'iniex se nipposponi ad aeternum.", "Irridu niddeċiedu fuq dawn l-isfidi għax nafu bihom u rridu nindirizzawhom.", "Illum matul il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari kelli l-opportunità li nitkellem fuq il-fatt li l-Awtorità tal-Artijiet mhux biss tħares lejn il-valur finanzjarju u monetarju tal-proprjetà imma tħares ukoll lejn l-iskop soċjali.", "Illum ninsabu fi żmenijiet fejn ħafna nies qed jirnexxu, fejn l-ekonomija miexja tajjeb, fejn is-suq tal-proprjetà u dak tal-kiri dejjem tiela' u dan iħalli nies li qed jaqgħu lura.", "Bħalissa tinsab għaddejja kampanja elettorali fejn il-gazzetti tal-partit fl-Oppożizzjoni qed jgħidulna li aħna soċjalisti.", "Aħna kburin li aħna soċjalisti, kburin li għandna ruħ soċjali, kburini li t-twemmin soċjal-demokratiku tagħna nipprattikawh.", "Dalgħodu għaddejna 33 proprjetà li faċilment il-Gvern seta' ħariġhom fuq is-suq u jiġbor il-miljuni minnhom.", "Minflok, dawn għaddejniehom lill-Awtorità tad-Djar ħalli din tara kif tikkapitalizza l-aħjar spazju billi tara kemm-il -unit jidħol ħalli ngħinu lil min ma jiflaħx jikri jew jixtri.", "Aħna kburin b'dan kollu.", "Tajna wkoll 2,500 metru kwadru ta' art lill-Awtorità tad-Djar fl-Imsida biex tiżviluppaha f'units soċjali.", "L-Awtorità tal-Artijiet għaddiet ukoll art imprezzabbli f'Ta' Qali sabiex ikollna l-ewwel park nazzjonali.", "Dan minflok ma rat il-valur ekonomiku li setgħet ġabret minnha.", "Din l-art li kienet okkupata minn fabbrika tal-concrete issa ġiet mgħoddija biex isir proġett kapitali mħaddar li eventwalment ikun operat minn Ambjent Malta fi ħdan il-Ministeru tal-kollega tiegħi l-Onor.", "Sur President, naħseb li sar ħafna, però għad fadal ħafna iżjed xi jsir.", "Naħseb li l-Awtorità jixirqilha, pereżempju, li jkollha post aħjar minn fejn topera.", "Din hija dilemma għax nemmen li preferibbilment il-proprjetà għandha tkun fil-Belt Valletta, ftit passi 'l bogħod minn fejn jaħdmu l-klijenti tal-Awtorità li ħafna drabi jkunu avukati u nutara.", "Definittivament, jekk l-Awtorità tiddeċiedi li tibqa' taħdem mill-istess Baviera, għandha tara li l-binja minn ġewwa tkun aktar adattata għal min irid iqatta' ġranet sħaħ jaħdem hemmhekk.", "Xi ħaġa oħra li ssaħħet kienet l-aspett tal-infurzar.", "Fl-2018 saru 4,560 spezzjoni li huma erba' darbiet iżjed minn dawk li saru fl-2017.", "Dan biex niżguraw li l-art tal-poplu tiġi utilizzata bl-aħjar mod possibbli.", "Fadal ħafna xi jsir speċjalment f'affarijiet żgħar, imma li f'għajnejn in-nies ifissru ħafna u f'għajnejn in-nies ifissru nuqqas ta' aċċess.", "Jekk jien jirnexxili nġib permess biex in-negozju tiegħi jmur tajjeb mhux biss bis-seating capacity li għandi ġewwa, imma anke bil-permess mill-Awtorità li ħariġli biex nagħmel tliet imwejjed barra, għaliex nagħmel għaxra?", "Għaliex għandi nagħlaq il-bankina?", "Għaliex m'għandix inħalli spazju biex tgħaddi mara bil-pushchair, jew persuna b'diżabilità, jew anke anzjana, minflok ma joqogħdu jinżlu l-bankina fil-Gżira u f'Tas-Sliema għax ma jistgħux jgħaddu minn fuq il-bankina li suppost hija magħmula għan-nies?", "Għalhekk saru erba' darbiet iżjed spezzjonijiet, ħafna drabi b'kordinazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar u mal-Awtorità għat-Turiżmu.", "Imma fadal ħafna iżjed xi jsir.", "Fadal ukoll xi jsir mill-aspett tar-riżorsi umani.", "Fl-Awtorità tal-Artijiet hemm bżonn ta' iżjed avukati, iżjed nutara, iżjed periti u ta' professjonisti li jagħżlu karriera ma' din l-Awtorità.", "Ma jistax ikun li nistennew li l-Awtorità tkun produttiva meta ma jkollhiex l-għodda biex taħdem.", "Jekk l-Awtorità trid tattira professjonisti tajbin, l-Awtorità trid tħares lejn pagi u kondizzjonijiet aħjar.", "Meta s-suq qed iħallas għexieren ta' eluf ta' ewro għal avukati ġodda, ma tistax tistenna li tattira avukati, periti, accountants, financial controllers u nutara li jitħallsu bi ftit eluf.", "Dan kollu jwassalni għall-konklużjoni li għamilna passi ta' ġgant, però fadal xi jsir iżjed milli diġà sar.", "Dan mhux għax min imexxi jew min jaħdem fl-Awtorità mhuwiex jilħaq l-aspettattivi, imma għax it-telqa u n-nuqqas ta' deċiżjonijiet li kien hemm għal numru ta' snin, irrispettivament minn min kien imexxi l-Gvern, ħallew lil dawn l-assi tal-poplu jiġu mismanaged għal wisq żmien.", "Intenni l-impenn tal-Gvern li nkomplu naħdmu, li naraw li n-nies jieħdu dak li ħaqqhom, għax għandek nies li ilhom għexieren ta' snin jistennew li jitħallsu ta' esproprji li saru.", "Dik ukoll weġibtha f'mistoqsija parlamentari.", "Ma nafx jekk ġietx ippubblikata llum, imma kienet mistoqsija tal-Onor.", "Bartolo fejn staqsa dwar l-esproprji.", "Iva, hemm bżonn diskussjoni matura, Gvern u Oppożizzjoni, ħalli flimkien ma' bidliet oħrajn li forsi jkun hemm bżonn nagħmlu naraw li l-liġi tkun taċċerta li dak li jħallas il-Gvern lill-individwu li tkun itteħditlu l-art ikun wieħed xieraq.", "Waqt li hemm backlog enormi ta' qabel l-2005, ma nistax nara l-Awtorità tipproċessa pagamenti li eventwalment jispiċċaw suġġett ta' litigazzjonijiet, Malta jew barra minn Malta.", "Dan qed ngħidu biex nuri li aħna konxji tal-isfidi li għandna, inkluż esproprji, ċnus temporanji, inkluż sfidi ta' applikazzjonijiet pendenti, però nħares 'il quddiem b'aktar ottimiżmu.", "Hawnhekk nirringrazzja lit-tmexxija tal-Awtorità, l-ewwel u qabel kollox lis-Segretarju Parlamentari l-Onor.", "Agius li jaħdem ta' kuljum fuq din l-Awtorità u fuq dan is-settur, liċ-chairperson u lill-Bord tal-Gvernaturi li jiltaqgħu ta' kuljum u liż-żewġ deputati.", "Qed nisma' lill-Onor.", "Muscat li qed jirringrazzjani, imma jiena ngħid grazzi lilu u lill-Onor.", "Callus tal-ħin li jqattgħu fl-Awtorità tal-Artijiet u tad-deċiżjonijiet li jieħdu.", "Nirringrazzja wkoll lill-Kap Eżekuttiv u lil kull ħaddiem f'din l-Awtorità u nirringrazzja lill-poplu tal-paċenzja, għax kultant titlef il-paċenzja mal-Awtorità tal-Artijiet.", "Jiena ma nagħtix tort lanqas lill-poplu, però t-triq li qbadna hija triq tajba u nittama li jinkisbu riżultati isbaħ fil-futur qarib billi min qiegħed hemmhekk biex jamministra l-art tal-poplu jagħmel dak kollu fl-aħjar interess tal-istess poplu.", "Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sinjura President, kif qal il-Ministru jien wieħed mir-rappreżentanti ta' din il-Kamra fuq il-bord tal-Awtorità li mhuwiex bord li jiltaqa' darba fix-xahar imma huwa bord li jiltaqa' b'mod regolari.", "Dan il-bord tista' tgħid li jiddeċiedi fuq diversi applikazzjonijiet u fuq diversi files li jidħlu f'din l-Awtorità ta' kuljum.", "Nażżarda ngħid li huwa wieħed mill-bordijiet li jiltaqgħu b'mod frekwenti sabiex jiddeċiedu.", "Din l-Awtorità issa ilha mwaqqfa, u jekk wieħed jara fejn kien id-Dipartiment sentejn ilu u fejn qegħdin illum wieħed jara biċ-ċar li sar progress importanti, progress li finalment qed igawdu minnu dawk kollha li ta' kuljum jew f'xi żmien ta' ħajjithom ikollhom x'jaqsmu ma' din l-Awtorità.", "Din hija Awtorità li l-portata tagħha hija waħda enormi għax hawn qed nitkellmu fuq l-Awtorità li tamministra l-art kollha tal-Gvern.", "Qabel naqbad il-punti li xtaqt nenfasizza fuqhom, irrid nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għall-fatt li f'dawn is-sentejn qatt ma kien hemm darba waħda li l-Awtorità ssemmiet fil-ħażin minħabba xi każ jew ieħor, u dik hija evidenza ċara li l-Awtorità qed tagħmel xi ħaġa tajba.", "Qed ngħid dan għax sfortunatament l-Awtorità fil-passat kienet famuża għar-raġunijiet il-ħżiena u, tajjeb jew ħażin, konna nitkellmu fuq l-Awtorità minħabba xi skandlu jew ieħor.", "Jekk xejn, ir-riforma li saret lejn l-aħħar tal-Leġiżlatura li għaddiet fl-Awtorità tal-Artijiet wasslet biex illum għadna livell ta' skrutinju li huwa ferm ogħla.", "Il-Kummissarju tal-Artijiet li kien jiddeċiedi hu, għax finalment ir-responsabbiltà kienet taqa' fuqu, illum ġie sostitwit b'Bord ta' Gvernaturi li, kif qal il-Ministru, fih għandek rappreżentanza kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Illum għandek sitwazzjoni li l-Oppożizzjoni, permezz tar-rappreżentant tagħha l-Onor.", "Callus, tista' taħgmel skrutinju ta' kull deċiżjoni li tittieħed u kull gvernatur għandu aċċess għad-deċiżjonijiet kollha u għall-files kollha marbuta mad-deċiżjonijiet li jittieħdu.", "Hemmhekk wieħed jara kemm żdiedu t-trasparenza u l-accountability fi ħdan l-Awtorità.", "Naħseb li huwa xieraq li kulħadd iħossu sodisfatt u jserraħ rasu li l-art pubblika qed tiġi amministrata bl-aqwa mod possibbli, ladarba qegħdin nitkellmu fuq art tal-poplu Malti, għax dak li huwa tal-Gvern huwa tal-poplu.", "Nirringrazzja mhux biss lil sħabi gvernaturi li qegħdin fuq il-Bord tal-Gvernaturi imma anke ċ-Chairperson, l-eks Imħallef Emeritu Farrugia Sacco, kif ukoll lill-amministrazzjoni kollha li naf il-pressjonijiet qawwijin li jkollhom ta' kujlum.", "Jiena ma nagħtix tort lil dak li jkun li b'mod frekwenti jagħmel pressjoni fuq l-Awtorità minħabba li jkun ilu jistenna anke numru ta' snin.", "Il-Ministru semma l-esproprji.", "Kien hemm dewmien anke fuq xi ħaġa aktar sempliċi minn hekk, li huma r-rikonoxximenti, li bniedem jiġi rikonoxxut fuq il-proprjetà tiegħu.", "Għandna każijiet li bi sfortuna jmorru lura għal ħafna snin.", "Fil-fatt għad hemm backlog f'dak li għandu x'jaqsam ma' applikazzjonijiet li daħlu qabel mal-Awtorità ġiet kostitwita, u naħseb li l-fatt li l-Awtorità, fis-sentejn li ilha mwaqqfa, żiedet il-kapaċità u r-riżorsi umani tagħha għandu jwassal sabiex kull sena nkomplu nieħdu aktar deċiżjonijiet u nkomplu naqtgħu mill-files antiki sabiex il-poplu jkun moqdi aħjar.", "Il-poplu jixraqlu li jkollu awtorità aktar effiċjenti li ssolvi l-każijiet, inkluż dawk li jmorru lura għal ħafna snin.", "Apparti li tieħu ħsieb l-artijiet kollha tal-Gvern, l-Awtorità b'mod frekwenti tgħaddi ammont ta' artijiet lil entitajiet u awtoritajiet oħrajn.", "Fil-fatt, illum l-Awtorità tal-Artijiet għaddiet mhux inqas minn 33 sit lill-Awtorità tad-Djar sabiex jintużaw għal skop ta' akkomodazzjoni soċjali.", "Mill-informazzjoni li ħarġet jidher li f'dawn l-aħħar xhur kemm ilha kostitwita l-Awtorità tal-Artijiet għaddejna mhux inqas minn 500 post lill-Awtoirtà tad-Djar sabiex jintużaw għal skop ta' housing.", "Ngħaddu wkoll artijiet b'mod regolari għall-isport.", "Tajjeb li wieħed jirrikonoxxi li l-maġġoranza tal-artijiet li jintużaw għall-isport f'pajjiżna huma artijiet tal-Gvern li l-Awtorità tal-Artijiet tgħaddihom lil Sport Malta sabiex jiġu amministrati minnha.", "Ikollna wkoll talbiet minn għaqdiet oħrajn bħal, pereżempju, Heritage Malta li hija waħda mill-aktar awtoritajiet li tagħmlilna talbiet b'mod regolari.", "Ovvjament, dawn is-siti jiġu mitluba sabiex jew jiġu preżervati jew biex jintużaw bħala mużewijiet ħalli nippreżervaw il-wirt kulturali tagħna.", "Hemmhekk ukoll isir l-iskrutinju li jkun hemm bżonn mill-Bord ta' Gvernaturi sabiex ngħaddu dawn l-artijiet lill-Heritage Malta.", "Ikollna talbiet ukoll mill-NGOs.", "Rigward l-NGOs irrid nagħmel parentesi.", "Il-fatt li fformajna awtorità mill-ġdid wassal biex f'ħafna ċirkostanzi ridna noħolqu policies apposta biex jindirizzaw numru ta' deċiżjonijiet li nkunu rridu nieħdu ta' kuljum.", "Meta bdejna niġu ffaċċjati b'talbiet mill-NGOs u staqsejna x'kien isir qabel, kont tiġi mwieġeb permezz ta' blank faces!", "Bil-miktub ma kien hemm xejn!", "Naħseb li dak kien wieħed min-nuqqasijiet il-kbar li kellu d-Dipartiment tal-Artijiet li, fil-passat, policies miktuba kienu mill-inqas.", "L-eżerċizzju li qed nagħmlu bħalissa huwa li jkun hemm aktar policies, fosthom politika ta' kif għandna nagħtu postijiet jew art lill-NGOs, għal liema skopijiet u kif għandhom jintużaw.", "Dan sabiex l-affarijiet ikunu ċari u fair ma' kulħadd.", "Aħna bħala Bord noqogħdu attenti li ma noħolqux sitwazzjoni li ma' bniedem jew ma' entità nimxu mod u ma' xi ħadd ieħor, fuq każ identiku, nimxu mod ieħor.", "Din tagħmilha billi jkollok policies li jkunu ċari u li jkunu pubbliċi sabiex kulħadd ikun jaf x'inhi l-politika tal-Awtorità, jimxi magħha u jkun jaf kif se timxi l-Awtorità.", "Qed niddiskutu wkoll l-Awtorità tal-Artijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzi.", "Fil-fatt illum ġew ippreżentati l-finanzi tal-Awtorità li jkopru minn meta twaqqfet sal-aħħar tal-2018.", "Tajjeb li wieħed jirrimarka anke mill-accounts li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra li l-Awtorità hija net contributor lill-Gvern.", "Fil-fatt fis-sena li għaddiet għaddejna lill-Gvern ċentrali kważi €40 miljun.", "Ovvjament dawn qed ikomplu jżidu mal-finanzi tal-Gvern u mas-surplus u hemmhekk tara sforz li aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed jikber biex nassiguraw li niġbru l-flus li huma dovuti lilna.", "Tajjeb nispjegaw li l-flus li qed tiġbor l-Awtorità minn ċnus, kirjiet u qbiela, mhumiex flus tal-Awtorità għax l-Awtorità hija biss l-amministratur tal-art pubblika u allura dawk il-flus kollha jgħaddu direttament lill-Gvern fil-Fond Konsolidat.", "Is-sena li għaddiet biss għaddejna kważi €40 miljun li hija żieda fuq is-sena ta' qabel.", "Waħda mill-miri li għandna bħala Bord hija li naraw kif inżidu d-dħul għall-Gvern għax jekk qed inżidu d-dħul mill-kirjiet, id-dħul miċ-ċnus jew id-dħul mill-qbiela, inkunu qed inżidu d-dħul tal-Gvern.", "F'dawn l-aħħar xhur tejjibna ħafna wkoll l-effiċjenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' tendering.", "L-Awtorità saret aktar effiċjenti f'dak li għandu x'jaqsam mat-tenders.", "Meta xi ħadd jitlob art partikolari, l-Awtorità tal-Artijiet toħroġha b'sejħa biex dak li jkun jagħmel l-offerti tiegħu.", "Aspett ieħor li żidna ħafna hu t-trasparenza, li għamel aċċenn għaliha l-Ministru.", "Pereżempju bħalissa nafu li hemm għaddejjiin diversi xogħlijiet infrastrutturali, speċjalment fit-toroq arterjali.", "F'ħafna każijiet it-toroq mhux biss qed isiru mill-ġdid, imma qed jitwessgħu wkoll u allura jkollok tieħu art mingħand il-privat.", "Hemmhekk ikollok bżonn l-istimi tal-periti biex tikkalkula kemm għandek tagħti flus lil dak li jkun.", "Aħna mhux qed nużaw aktar periti tal-Awtorità kif kien isir fil-passat, imma bi trasparenza assoluta qed nużaw periti privati, periti li ma jintgħażlux mill-Bord imma jintgħażlu wara li ssir sejħa għall-periti kollha li jkunu interessati.", "Fil-fatt kien hemm ħafna periti li kienu interessati, hemm lista sħiħa ta' periti, u l-Awtorità taħdem b'rotation ċara għal kulħadd.", "Ftit tal-ġimgħat ilu r-rappreżentant tal-Oppożizzjoni staqsa kif qed jintgħażlu u ngħata spjegazzjoni li kien komdu biha.", "L-istimi tal-valur tal-art tan-nies li tiġi bżonn l-Awtorità ma jkunux deċiżi mill-Awtorità iżda minn periti privati u xorta dak li jkun ġie esproprjat għandu d-dritt li jappella jekk ma jaqbilx mal-valur.", "Nagħlaq billi ngħid li f'dawn is-sentejn l-Awtorità mxiet 'il quddiem.", "L-Awtorità m'għadhiex tissemma fuq każijiet bħalma sfortunatament issemmiet fil-passat.", "Fadal x'nagħmlu?", "Dażgur li għad fadal x'nagħmlu!", "Għad hemm ħafna deċiżjonijiet li għad iridu jittieħdu fuq l-Awtorità.", "Għad fadal backlog li f'ċerti każijiet imur lura ħafna snin.", "Fil-fatt, fl-esproprju jien mgħarraf li hemm każi li jmorru lura sas-snin 60 u 70, u żgur mhijiex sitwazzjoni sabiħa li ikollok familja jew individwu li tkun itteħditlu l-art għexieren ta' snin ilu u għadu sal-lum qed jistenna li jieħu l-kumpens tiegħu.", "Jien inqawwi qalbi għax naf li hemm Bord li huwa kommess, hemm Awtorità li hija kommessa li tkompli ttejjeb l-effiċjenza tagħha sabiex finalment il-poplu Malti kollu jkun moqdi aħjar.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARTHESE PORTELLI: Sinjura President, illum qegħdin hawnhekk nitkellmu dwar l-Awtorità tal-Artijiet, awtorità li issa ilha, bejn wieħed u ieħor, tiffunzjona għal dawn l-aħħar sentejn.", "Hija fin-natura tiegħi li meta jkun hemm Awtorità jew entità ġdida, nagħtiha ftit iċ-ċans sakemm, kif ngħidu bil-Malti, issib saqajha.", "Għaliex?", "Kull meta twaqqaf awtorità jew entità ġdida huwa naturali li jkollok kambjamenti fl-operat, li jkollok tibdil fil-management u jkun hemm ukoll issues tekniċi li jkunu jridu jiġu indirizzati.", "Huwa għalhekk li ma nħobbx nagħfas bil-kritika tiegħi mal-ewwel biex ikun hemm ħin biżżejjed ħalli t-teething issues li wieħed jiltaqa' magħhom fil-bidu jkunu jistgħu jiġu indirizzati.", "Irridu ngħidu li bit-twaqqif ta' din l-Awtorità kien hemm xi titjib, però aħna dejjem inkunu rridu li jsir aħjar.", "Fil-fatt ħadt pjaċir nisma' lill-kollega l-Ministru Ian Borg jistqarr li baqa' ħafna xi jsir fl-Awtorità tal-Artijiet u apprezzajt ħafna li mingħajr tlaqliq ta' xejn stieden lill-Oppożizzjoni biex ikollha sehem fid-diskussjonijiet li għandu f'moħħu li jsiru.", "Illum xtaqt nieħu din l-opportunità biex insemmi wħud mill-areas li naħseb li issa wasal iż-żmien li jiġu indirizzati.", "L-ewwel punt huwa punt ta' sfida li semmieh ukoll il-Ministru Ian Borg.", "Naqbel miegħu li wasal iż-żmien li jiddaħħal time-frame li fih l-Awtorità tkun trid tagħti risposta ċara għal kull rikjesta jew talba li tiġi min-naħa tal-pubbliku.", "Naħseb li hemmhekk se jsib ukoll l-appoġġ tagħna għar-raġuni li din hija miżura li taħdem fl-aħjar interess taċ-ċittadin.", "Kif qegħdin nitkellmu dwar time-frames xtaqt nieħu spunt ieħor; nixtieq li jkun hemm komunikazzjoni u working relationship aħjar bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Mhux l-ewwel darba jew tnejn li jkun hemm applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi li jiġu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar li jkollhom bżonn il-feedback mingħand l-Awtorità tal-Artijiet.", "Hemm każijiet fejn wieħed ikollu bżonn dan il-feedback qabel joħroġ il-permess.", "Hawnhekk qed nitkellem dwar il-feedback li jkun hemm bżomn matul il-proċess ta' konsultazzjoni li se nispjega aktar 'il quddiem, imma wkoll feedback u azzjoni li jkun hemm bżonn wara li jinħarġu l-permessi.", "Imma ħalli nibda fuq l-ewwel punt, il-bżonn ta' komunikazzjoni aħjar bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar meta permess ikun għadu mhux deċiż mill-Awtorità tal-Ippjanar imma jkun għadu fi stadju ta' konsultazzjoni.", "Bħalma ħafna nies jafu, waqt l-istadju ta' konsultazzjoni jiġu konsultati diversi enitajiet, fosthom il-Water Services Corporation, Transport Malta, l-Energy and Resources Authority, is-Superintendence of Cultural Heritage, ġieli anke l-Agricultural Advisory Board u d-Design Advisory Board.", "Entità oħra li tiġi konsultata hija l-Awtorità tal-Artijiet.", "Jien nifhem li l-Awtorità tal-Artijiet għandha ħafna xogħol, però rridu nifhmu wkoll li l-isfidi li hemm, b'xi mod jew ieħor, irridu nindirizzawhom kollha.", "Għalhekk, illum xtaqt li minn hawnhekk nenfasizza l-importanza li l-Awtorità tal-Artijiet tagħti l-feedback tagħha meta tiġi kkonsultata matul il-proċess tal-ħruġ ta' permessi, u li dan il-feedback ikun ċar u inekwivoku.", "Tgħidli: Għaliex qed tgħid hekk?", "Ħafna drabi mill-esperjenza li għandi fuq il-Planning Board, il-feedback mingħand l-Awtorità tal-Artijiet ikun \"no objection subject to conditions\".", "Għalija, dik in-no objection ma tkun tfisser xejn għax lill-individwu qed tgħidlu: Jien m'iniex qed noġġezzjonalek imma jekk jiġri xi ħaġa jew jekk insibu li kien hemm din jew din jew din, noġġezzjonalek.", "Din mhijiex biss kwestjoni tal-Awtorità tal-Artijiet imma għandna awtoritajiet oħra li għandhom din il-problema.", "Din il-problema tirriżulta minħabba l-volum ta' xogħol li jkun hemm imma wkoll minħabba nuqqas ta' staff.", "Huwa importanti li n-no objection jew l-objection tal-Awtorità tal-Artijiet tkun ċara mhux biss għall-applikant imma wkoll għal min ġieli jkun qed joġġezzjona.", "Mhux l-ewwel darba li kellna talbiet biex jinħarġu permessi quddiemna bħala Planning Board, nirċievu \"no objection subject to conditions\" mingħand l-Awtorità tal-Artijiet, u waħda mill-conditions tkun li t-titolu li qed titlob ikun verament kif qed titolbu int, u dan ikun każ fejn l-applikant jinsisti li għandu titolu validu fuq dik l-art u min-naħa l-oħra jkollok l-objector li jkun qed jgħidlek le, dak it-titolu mhuwiex kif qed tgħid int. Dan huwa eżempju ċar, għaliex huwa importanti li l-komunikat li tagħti l-Awtorità tal-Artijiet lill-Awtorità tal-Ippjanar ikun wieħed ċar.", "Jekk hu no objection, ikun no objection u mhux ħafna subject to conditions li jistgħu jiġru!", "Mill banda l-oħra jekk ikun hemm oġġezzjoni għandha tgħid dan bl-aktar mod ċar.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni nagħtu l-appoġġ tagħna biex xi ħaġa bħal din tiġi indirizzata.", "Niġi issa għat-tieni punt, li huwa dwar il-komunikat aħjar li hemm bżonn bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet wara li joħroġ il-permess.", "Meta l-Awtorità tal-Ippjanar tagħti l-barka tagħha u joħroġ il-permess, il-permess ikollu numru ta' kondizzjonijiet, inkluż meta għandu jibda l-iżvilupp u sa meta għandu jitlesta dak l-iżvilupp.", "Mhux l-ewwel darba li applikant jinħariġlu permess mill-Awtorità tal-Ippjanar u ma jkunx jista' jibda l-iżviliupp tiegħu jew inkella ma jkunx jista' jlestih għax ikollu bżonn xi clearances mingħand l-Awtorità tal-Artijiet.", "L-appell tiegħi hawnhekk huwa wieħed: Ejjew bħala Parlament naraw kif nistgħu ngħinu lill-Awtorità biex tkun ta' servizz aħjar liċ-ċittadin.", "Dan huwa wieħed mill-punti fejn l-Awtorità tal-Artijiet tista' tkun ta' servizz aħjar għaċ-ċittadin meta jkun hemm komunikat aħjar bejnha u bejn l-Awtorità tal-Ippjanar, kemm fl-istadju meta għadu qed jiġi evalwat permess kif ukoll wara li jingħata permess.", "Huwa aktar u aktar importanti fl-istadju ta' qabel joħroġ il-permess, u se nispjega għaliex.", "Ejja nassumu li għandna persuna li applikat u ħarġilha l-permess u din il-persuna qed tgħid li għandha titolu mingħand l-Awtorità tal-Artijiet biex tkun tista' tagħmel dak it-tali żvilupp.", "Ovvjament, ladarba din il-persuna nħarġilha l-permess se tmur u tibda.", "X'jiġri jekk l-objectors jiftħu kawża l-qorti għax ma jaqblux ma' dak li qal l-applikant li verament kellu titolu li jista' jibni jew jagħmel dak it-tali żvilupp fuq l-art tal-Gvern, u l-qorti, numru ta' snin wara, wara li jkun diġà lest l-iżvilupp kollu, tiddeċiedi li dak l-applikant ma setax jagħmel dak l-iżvilupp fuq dik l-art?", "Nerġa' ngħid, l-appell tiegħi hawnhekk huwa wieħed: Ejjew naraw kif ikun hemm komunikat aħjar, komunikat aktar effettiv bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Artijiet.", "Punt ieħor li xtaqt insemmi joħroġ minn waħda mis-sentenzi li ngħatat mill-Maġistrat", "Charmaine Galea fil-kapaċità tagħha fuq it-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiv.", "Hawnhekk kellna każ partikolari dwar dik li jgħidulha planning control application.", "Din hija xi ħaġa li tiġri f'diversi lokalitajiet fejn ikollok numru ta' artijiet li s-sidien differenti jkunu jixtiequ jiżviluppaw, ikun hemm bżonn li jsir xi road alignment, ikun hemm bżonn xi kambjamenti żgħar, biċċa mill-artijiet ikunu tal-Awtorità tal-Artijiet u oħrajn ikunu ta' individwi privati.", "F'dawn iċ-ċirkostanzi ta' planning control applications ikun hemm bżonn il-kunsens ta' numru minn dawk is-sidien affettwati.", "Ovvjament dawn iridu jgħidu jaqblux, u jekk ma jaqblux jgħidu għaliex mhumiex qegħdin jaqblu.", "F'dan il-każ partikolari kien hemm sidien privati kif ukoll kien hemm l-interess tad-Dipartiment tal-Artijiet peress li inkwestjoni kien hemm ukoll involuti xi artijiet tal-Gvern.", "X'ġara?", "Saret it-talba sabiex ikun jista' jsir l-alignment tat-toroq u jiġu stabbiliti l-parametri tal-iżvilupp, ħarġet in-no objection min-naħa tal-Awtorità tal-Artijiet għal darba darbtejn, jiġifieri sar l-iskrutinju min-naħa tal-periti tal-Awtorità, u ngħatat din il-clearance.", "Numru ta' snin wara xi ħadd oġġezzjona għax deherlu li d-drittijiet tal-Awtorità mhumiex qegħdin jiġu salvagwardati.", "S'hemmhekk kollox sew, però ġaladarba l-Awtorità tal-Artijiet kienet għal darba darbtejn diġà tat in-no objection, wieħed jassumi li ġaladarba se tirtira dik in-no objection, kellha għall-inqas tinforma lil dawk kollha konċernati u tispjegalhom li beħsiebha tirtira dik in-no objection, tgħidilhom għaliex se tirtira dik in-no objection, u terġa' tagħtihom l-opportunità li jressqu l-każ tagħhom.", "F'dan il-każ partikolari ma sar xejn minn dan.", "Mela hawnhekk kellek il-clearance mingħand l-Awtorità tal-Artijiet, meta kienet għadha d-Dipartiment tal-Artijiet għal darba darbtejn, xi ħadd qal li ttieħdet deċiżjoni żbaljata, però lill-applikanti ħadd ma kkomunika magħhom u qalilhom li se jirtirawlhom dak li tawhom.", "Lil dawn ħadd ma tahom spjegazzjoni għaliex qiegħda ssir l-irtirata u ħadd ma tahom l-opportunità biex jerġgħu jagħmlu l-każ tagħhom.", "Meta saret l-ewwel evalwazzjoni l-periti tal-Awtorità tal-Artijiet ma qabdux u ddeċidew mil-lum għal għada, kien hemm diversi snin ta' diskussjonijiet u skrutinju ta' dokumenti, u għalhekk naħseb huwa hawnhekk fejn irridu nindirizzaw.", "Fil-fatt f'dan ir-rikors partikolari l-Maġistrat Charmaine Galea użat kliem ftit iebes mhux ħażin fil-konfront tal-Awtorità, fejn qalet li din hija prepotenza u abbuż ta' poter per eċċellenza!", "Qalet ukoll li kieku dan it-Tribunal kellu jippermetti tali aġir allura kull deċiżjoni li tieħu l-Awtorità qatt ma tista' tiġi meqjusa bħala finali għax l-Awtorità tista', meta jfettlilha, tirtira dik id-deċiżjoni mingħajr biss iċ-ċittadin ikun jaf.", "Qalet ukoll li din ċertament mhijiex imġiba amministrattiva tajba.", "Nifhem li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom poteri akbar minn dak li għandu ċ-ċittadin, għax ovvjament l-Istat jirregola diversi oqsma importanti, però huwa essenzjali li f'ċirkostanzi bħal dawn anke ċ-ċittadin iħoss li l-Istat qed jimxi b'mod korrett, b'mod raġonevoli u b'rispett lejn id-drittijiet taċ-ċittadin.", "Naħseb li dan ukoll huwa punt li għandu jiġi indirizzat speċjalment wara li smajt lill-Ministru jispjega li se jkun qed jirrevedi ċerti prassi li kienu qegħdin jiġu adottati sabiex nassiguraw li verament kull deċiżjoni tittieħed fl-aħjar interess taċ-ċittadin u biex iċ-ċittadin ma jħossx li qed jiġi abbużat.", "Qabel nagħlaq xtaqt inressaq proposta oħra ma' dawk li diġà semmejt għall-konsiderazzjoni tal-Gvern.", "Jien ħadt inkonsiderazzjoni l-importanza li kull talba tinstema' within a preset time-frame.", "Il-proposta tiegħi hi li għandu jkun hemm komunikazzjoni u working relationship aħjar mal-Awtorità tal-Ippjanar kemm matul il-proċess ta' konsultazzjoni kif ukoll wara li joħroġ il-permess.", "Dan il-każ partikolari li semmejt, li mhuwiex uniku, hemm oħrajn bħalu, imma ridt nieħu dan bħala eżempju biex nispjega liċ-ċittadin.", "Il-proposta li se nkun qed nagħmel hija waħda indirizzata biex ittejjeb l-operat u ttejjeb dawn it-tliet punti li għadni kemm semmejt.", "Fiż-żmenijiet tal-lum għandna teknoloġija avvanzata ħafna u anke wasalna sabiex ikollna GIS based software li jkun available għall-pubbliku kollu u mhux biss għall-użu tal-ħaddiema tad-dipartiment jew restritt għal xi professjoni jew oħra.", "Dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, u fuq dan is-software għandha tiġi mapped il-proprjetà kollha li hija tal-Gvern li tifforma parti mid-demanju pubbliku.", "Dak huwa suġġett li fil-futur ikollna ċans li nidħlu fih aktar fid-dettall.", "F'din is-sistema mhux biss ikollok indikat l-artijiet tal-Gvern u dawk li huma fid-demanju pubbliku imma għandu jkun hemm informazzjoni addizzjonali, bħal x'inhu t-titolu li hemm fuq dik l-art, x'inhuma l-access rights u x'inhuma d-drittijiet tal-użu li hemm.", "B'dan ikollna sistema aktar trasparenti li abbażi tagħha jistgħu jsiru l-istimi tal-artijiet, ikollna sistema trasparenti aktar ta' x'qed jiġri bl-art tal-Gvern, u x'hemm art tal-Gvern u x'ma hemmx art tal-Gvern.", "Nagħlaq billi ntenni dak li ftaħt bih, li bħala Oppożizzjoni aħna miftuħin għal diskussjoni u I look forward li nkunu nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sur President, qegħdin nitkellmu dwar tmexxija għaqlija, qegħdin nitkellmu dwar Awtorità li għadha kemm twaqqfet reċentement, sentejn ilu, biex ikollna governanza tajba ta' dak li hu tagħna lkoll.", "L-art mhijiex tal-Gvern imma hija art pubblika, art tagħna lkoll.", "Il-kelma art tal-Gvern ħafna nies hemm barra jagħtuha sinifikat daqslikieku hija art tal-Gvern tal-ġurnata.", "Jien ninnota ħaġa li hija sterjotipa f'dan il-Gvern.", "Dan il-Gvern tela' fl-2013, kien jaf il-ħażin li kien għamel Gvern Nazzjonalista dwar art pubblika - u nsemmi waħda biss, Smartcity – tela' fuq għajta u kampanja dwarha, jgħaddu ħames snin ta' dan il-Gvern u qed jagħmlu agħar minnhom!", "Imbagħad ngħidu li aħna m'aħniex perfetti u noħolqu l-Awtorità!", "Hekk qed iseħħ!", "Rajna art pubblika li hija tagħna lkoll tingħata bil-ħbub lid-DB Group.", "Rajna art pubblika ODZ li hija tagħna lkoll tingħata lil żviluppatur barrani.", "Hawn qed nirreferi għal dik l-art taż-Żonqor.", "Naraw ukoll kuntratti li saru fil-leġiżlatura l-oħra, pereżempju tal-Fortina Hotel li lanqas l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mhi qed issemmi, fejn jinbidlu l-kondizzjonijiet biex minn lukanda issa se jkun hemm uffiċini.", "Din ukoll kienet ingħatat bil-ħbub!", "Hemm ukoll Manoel Island li… (Interruzzjonijiet) Forsi inti semmejtha, imma l-Kap tal-Oppożizzjoni qatt ma jsemmiha.", "Manoel Island ingħata b'mod u jsir mod ieħor xahar ilu!", "Le, wasal iż-żmien li t-tmexxija tkun sew għax f'dan il-pajjiż għandna tmexxija tal-ħbieb tal-ħbieb!", "Mhuwiex veru li Malta hija f'qalb il-Gvern.", "Kieku Malta hija f'qalbu, il-Gvern ma jimxix b'dak il-mod mal-ħbieb li jaf hu!", "Din hija l-venja, għax din hija art li mhijiex wirt tal-Gvern għax ħallithielu l-familja tiegħu, imma hija wirt tagħna lkoll, hija wirt li għandha assi, li għandha valur, art li meta nbiegħet jew ingħatat - u semmejt lil dawn il-ħbieb tal-ħbieb - ma nbigħetx jew ma ngħatatx bil-valur tas-suq kif suppost!", "Hawnhekk anke tidħol l-Awtorità.", "Ftaħarna li daħħalna €40 miljun.", "Kemm konna ndaħħlu aktar, kemm kien ikollna surplus aħjar kieku, pereżempju, l-art tad-DB Group ngħatat bil-market price li hu madwar €200 miljun!", "Nafu wkoll li ttieħdu toroq, ittieħed parkeġġ, ittieħed l-ITS, ittieħdu affarijiet li huma għal qalb il-Maltin għax huma parti mill-ġrajja storika tagħna, u qisu xejn mhu xejn!", "L-istess għal Manoel Island.", "Il-kollega ta' qabli semmiet l-importanza li tiżdied l-effiċjenza min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar meta tiġi biex tittratta l-Awtorità tal-Artijiet.", "Dan huwa tajjeb, imma wasal iż-żmien ukoll li, pereżempju, mill-policy tal-Gvern għat-turiżmu nieqfu nagħtu artijiet li huma tagħna lkoll b'xejn lil dawn in-nies li jifilħu fil-but.", "Le, it-turiżmu għandu jkollu direzzjoni differenti u forsi jkollna ċans nitkellmu dwaru nhar il-Erbgħa.", "L-istess ngħid, pereżempju, għall-barrieri.", "Mela hawn min għandu l-barriera bil-qbiela, ħa pagatella sew fil-but għax il-ġebla tal-franka, li hija tagħna lkoll, għax hija riżors naturali, imbagħad biegħha meta l-qbiela hi ftit ewro fis-sena!", "Issa mhux talli hekk, talli jsabbat saqajh u jgħid li ma jridx skart jintefa' hemmhekk meta s-sitwazzjoni nazzjonali f'Malta hija waħda li hemm bżonn li jkollna dawn il-barrieri biex jintefa' skart fihom skont il-proċedura li għandna.", "Hawn huwa l-eżempju ta' tmexxija min-naħa tal-Gvern li jaf isabbat saqajh u jgħid: Le, daqshekk, din hija d-direzzjoni li għandha tkun!", "L-aħħar punt huwa punt importanti, Sur President.", "Wasal iż-żmien li ma nibqgħux naħdmu mil-lum għall-bieraħ bħalma qegħdin nagħmlu!", "L-Awtorità tal-Artijiet qed taħdem mil-lum għall-bieraħ, li hija sfortuna.", "Ejja nilqgħu minn qabel!", "Għandna patrimonju u għandna assi li jiswew il-flus li l-ispekulatur diġà qed jitfa' għajnejh fuqhom.", "Il-Gvern diġà qed jitfa' għajnejh fuqhom, imma m'hemmx il-qafas, u qed nalludi għall-ibħra u l-kosta ta' madwarna.", "Tafu li l-ibħra madwarna jsarrfu wkoll fi flus meta b'mod partikolari l-Gvern qed jitkellem fuq reklamazzjoni tal-art.", "Nafu li l-baħar jinkera b'ċertu prezz?", "Naħseb li hemm bżonn li l-Awtorità tal-Artijiet titla' t-tarġa li jmiss, li tkun ukoll Awtorità li tamministra l-assi tagħna lkoll, li huma fl-ibħra territorjali Maltin li huma ta' gwadann għall-poplu.", "Kieku mhux l-€40 miljun indaħħlu imma ndaħħlu ferm aktar.", "Staqsi lil tal-fish farms biex jeħduhom iż-żoni fil-baħar!", "Bil-ħabbiet, meta jaqilgħu miljuni sħaħ!", "Smajna bl-iskandlu li jieħdu żoni kbar anke fin-Natura 2000 bil-ħbub, u l-introjtu minn fuqhom huwa ħafna aktar.", "X'idaħħal il-poplu Malti minnhom?", "Tgħoddhom, għax anke l-impjegati tagħhom ħafna minnhom jgħixu fuq vapuri barra l-ibħra territorjali tagħna biex lanqas jirreġistrawhom għall-bolol u t-taxxa.", "Dik hija l-isfortuna li għandna hawnhekk!", "Mela konna fl-abbiss meta kellna d-Dipartiment tal-Artijiet, issa għandna l-Awtorità li, iva, hija pass 'il quddiem, imma din suppost twaqqfet fil-bidu nett ta' dan il-Gvern meta kien jaf kif qegħdin isiru l-affarijiet.", "Mhux se noqgħod insemmi skandli oħrajn.", "Hemm wieħed minnhom tal-Premier li huwa skandlu goff.", "Hemm skandli oħrajn, imma l-iskandlu tal-Premier huwa wieħed mill-ikbar.", "Jiena nemmen li l-Awtorità issa qed tiffunzjona b'mod indipendenti u awtonomu.", "Kieku kien Gvern serju, dawk l-iżbalji li għamel jew dawk l-affarijiet li għamel b'intenzjoni, kien jikkoreġihom minn issa ħalli nżidu s-surplus u nserrħu rasna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nagħmel referenza għal żewġ punti.", "Wieħed minnhom li diġà ssemma kemm mill-Ministru kif ukoll mill-kollega tiegħi l-Onor.", "Marthese Portelli jirrigwarda l-clearances li jridu joħorġu mill-Awtorità tal-Artijiet f'każijiet ta' użu ta' art pubblika.", "Se nagħmel ukoll referenza għall-Avviż Legali 438 tal-2018 li l-Ministru wkoll għamel referenza għalih dwar it-trasferiment ta' art agrikola tal-Gvern.", "Fir-rigward tal-clearances, meta għandek applikazzjoni biex isir użu minn art tal-Gvern, il-proċess normali huwa li l-ewwel titlob il-clearance neċessarju mill-Awtorità tal-Artijiet u wara li joħroġ dak il-clearance ikollok l-Awtorità tal-Ippjanar li tivvalidalek l-applikazzjoni li tkun sottomessa mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Għandna sitwazzjoni li, sfortunatament, dawn il-clearances f'ċerti każi qed jieħdu x-xhur biex joħorġu u kważi kważi ġejna f'sitwazzjoni li aktar iddum tistenna clearance min-naħa tal-Awtorità tal-Artijiet milli ddum biex joħroġlok permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Nifhem u naqbel li jkun hemm l-iskrutinju kollu neċessarju speċjalment meta jkun se jsir użu ta' art pubblika, però dewmien żejjed jaffettwa ħażin lil min ikun qed jagħmel dik l-applikazzjoni.", "Naħseb li l-Gvern għandu jibda proċess biex il-clearance min-naħa tal-Awtorità tal-Artijiet isir bħalma jsir min-naħa tal-Water Services Corporation, min-naħa tal-Enemalta, min-naħa tas-Sovrintendenza u min-naħa ta' diversi entitajiet oħra li dan ikun parti integrali mill-proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Jiena nifhem li l-Awtorità tal-Artijiet forsi tkun mgħobbija b'diversi talbiet, però m'hemm l-ebda time-frame meta l-Awtorità tista' tgħaddi jew tagħti clearance ta' dawn it-talbiet.", "Tispiċċa f'sitwazzjonijiet fejn ikollok perjodu minn meta ddaħħal l-applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar, jingħatalek it-tracking number sakemm jiġu verifikati ċerti affarijiet, imma ovvjament qabel joħroġ il-clearance tal-Awtorità tal-Artijiet dik l-applikazzjoni ma tiġix validata.", "Jiena sa ċertu punt naqbel li jiġri hekk, però ma nistgħux nispiċċaw f'sitwazzjoni li nagħmlu tliet xhur, erba' xhur, jiskadilek iż-żmien sakemm tkun trid tiġi validata dik l-applikazzjoni, u għax tkun għadek ma daħħaltx il-clearance tal-Awtorità tal-Artijiet taqagħlek l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Nemmen li l-Gvern għandu jikkonsidra li tali clearances isiru part and parcel mill-applikazzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar bħalma huma clearances oħrajn ma' diversi entitajiet oħra.", "Jien li nipprattika ta' perit nispiċċa bi klijenti ġejjin u sejrin għand l-Awtorità tal-Artijiet biex jaraw fiex wasal il-clearance tagħhom.", "Spiċċajna bil-periti jċemplu l-Awtorità tal-Artijiet biex jaraw fiex waslu l-clearances, u dan mhuwiex biss telf ta' ħin għall-pubbliku u għall-periti imma telf ta' ħin ukoll għall-ħaddiema tal-Awtorità.", "Biex inkun ċar, jiena m'iniex qed ngħid li m'għandux isir l-iskrutinju, anzi l-iskrutinju qed isir u għandu jibqa' jsir, però trid issir xi ħaġa biex dawn il-clearances jitħaffu aktar.", "Problema oħra li ma nistax nifhem hija fejn issir applikazzjoni minn entità, bħal kunsill lokali, biex jagħmel embellishment fi ġnien pubbliku.", "Jekk għandek ġnien li jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' kunsill lokali għax qiegħed fil-lokalità tiegħu, kunsill lokali jkollu japplika għall-clearance mingħand l-Awtorità tal-Artijiet u ġieli jgħaddu x-xhur biex ikun jista' jsir dan.", "Dan meta għandek ġnien pubbliku.", "Ovvjament, kull art pubblika awtomatikament taqa' taħt l-Awtorità tal-Artijiet, u allura ma nistax nifhem x'iżomm jew x'iwassal għal ċertu dewmien ta' clearances fil-każ ta' kunsilli lokali li huma entitajiet governattivi.", "Fil-ftit minuti li fadalli nixtieq nagħmel referenza wkoll għall-Avviż Legali 438 tal-2018 li għamel referenza għalih il-Ministru wkoll.", "Nistqarr li kien pass 'il quddiem f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasferiment ta' art agrikola min-naħa tal-Gvern.", "Biex nagħmluha ċara, dan l-Avviż Legali jagħmel referenza għat-trasferiment ta' art li hija tal-Gvern u mhux art tal-privat.", "Mela kien pass 'il quddiem, imma huwa inkwetanti li għaddew diversi xhur u sal-lum – u din qalha l-Ministru stess - għadha ma ġiet proċessata l-ebda applikazzjoni.", "Nifhem il-preokkupazzjoni tal-Ministru li jista' jkun hemm abbuż jekk ma toqgħodx attent minn din il-liġi, imma mal-ħażin m'għandux jeħel it-tajjeb.", "Ma' min mhuwiex ġenwin m'għandux jeħel il-bidwi ġenwin biex isir trasferiment tal-art tiegħu.", "Jekk hemm numru ta' nies li jistgħu jabbużaw ejjew naqtgħu l-abbużi u mhux inħallu l-bdiewa ġenwini li ilhom jistennew din il-liġi għal diversi snin lampa stampa kif qegħdin illum.", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għad-diversi mozzjonijiet li l-Oppożizzjoni ressqet u li sfortunatament il-Gvern ma ħax inkonsiderazzjoni fir-rigward ta' dan l-avviż legali.", "F'waħda minnhom tlabna li titneħħa r-restrizzjoni f'każ ta' bdiewa ġenwini - u nissottolinea l-frażi \"f'każ ta' bdiewa ġenwini\" - li l-istrutturi li jkollhom fl-għelieqi tagħhom jiġu trasferiti mal-art.", "Ma nistax nifhem kif bidwi ġenwin i jista' jaħdem l-art agrikola tiegħu mingħajr ma jkollu strutturi apposta biex fihom iżomm l-inġenji, l-għodod u l-apparat li juża biex jaħdem l-għelieqi tiegħu.", "Il-Ministru qal li jekk hemm bżonn se jirrevedu l-liġi biex jaqtgħu l-abbużi.", "Naqblu li għandhom jinqatgħu l-abbużi, imma nerġa' ngħid, mal-ħażin m'għandux jeħel it-tajjeb.", "Mhuwiex sew li jekk għandek bidwi li għandu struttura li jużaha biex tgħinu ħalli jaħdem l-għelieqi tiegħu ma tagħtix dak it-trasferiment tal-istruttura part and parcel mal-għalqa.", "Fil-mozzjoni tagħna pproponejna wkoll li tingħata raba' bi qbiela b'rata preferenzjali għal min ikun spiċċa kors fl-agrikoltura.", "Skont dan l-avviż legali l-perjodu huwa ta' ħames snin.", "Min spiċċa kors fl-agrikoltura sa ħames snin minn meta daħal dan l-avviż legali jista' jingħata raba' tal-Gvern b'rata preferenzjali.", "Fil-mozzjoni tagħna konna għedna li ntawlu ż-żmien għal għaxar snin, jiġifieri min għamel il-kors sa għaxar snin ilu jkun jista' jingħata raba' tal-Gvern bi qbiela b'rata preferenzjali.", "Dan mhux qed ngħiduh b'kapriċċ.", "Kulħadd jaf is-sitwazzjoni tas-settur agrikolu llum.", "Sfortunatament għandna bdiewa li qed jispiċċaw bl-età tal-irtirar u m'hemm xejn li jinkoraġġixxi żgħażagħ biex jidħlu f'dan is-settur.", "Jekk il-Gvern jerġa' jikkonsidra din il-mozzjoni jaf li nkunu qed inħajru aktar żgħażagħ ikomplu fuq il-passi ta' missirijiethom jew jaf ikollok żgħażagħ li jkunu studjaw l-agrikoltura u jitħajru jidħlu f'dan is-settur.", "Forsi din il-mozzjoni tista' tkun dik it-tibna li jaqbad magħha l-bidwi biex forsi nsalvaw l-agrikoltura f'pajjiżna.", "Nagħlaq billi nagħmel appell ġenwin lill-Ministru Ian Borg kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius biex dawn il-punti li għamilt referenza għalihom jieħdu nota tagħhom, u fejn hemm bżonn – kif qalet diġà l-kollega tiegħi - jien konvint li kull wieħed u waħda minna tan-naħa tal-Oppożizzjoni lesti li niltaqgħu, lesti li npoġġu bilqiegħda u lesti li nitkellmu biex isiru ċerti emendi li hemm bżonn biex din il-liġi nġibuha aħjar milli hi.", "Nixtieq li minn hawnhekk nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità, lill-Bord tal- Gvernaturi u lil kull min jagħti sehem b'risq din l-Awtorità.", "Jiena konvint li kulħadd jagħmel l-almu tiegħu kollu biex lil din l-Awtorità jaraha timxi 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sur President, illum qegħdin nitkellmu fuq l-estimi tal-Awtorità tal-Artijiet u ma jistax ikun li ma nitkellimx fuq dan is-suġġett bħala r-rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq din l-Awtorità tal-Artijiet.", "L-ewwel nett, irrid nibda billi nsellem lill-ħaddiema kollha.", "Hawnhekk qed nara wkoll liċ-Chairperson l-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco flimkien mal-membri tal-Bord ta' Gvernaturi.", "Insellem ukoll lill-ħaddiema, l-uffiċjali li jagħmlu ħafna xogħol ta' reqqa għax kif jgħidu bl-Ingliż, the devil is in the detail, u tinduna verament jekk hemmx problema jew le wara li tkun analizzajt ħafna dokumenti u kuntratti.", "Kultant il-kondizzjonijiet ma jkunux evidenti imma meta tibda taqra u tifli, hemmhekk tinduna kemm hemm xogħol li jrid isir.", "Għalhekk nibda dan id-diskors tiegħi b'ringrazzjament lill-ħaddiema ta' din l-Awtorità speċjalment f'dawn ix-xhur inizjali ta' din l-Awtorità, fl-infanzja tagħha.", "Naturalment, għad hemm ħafna affarijiet x'jitjiebu, però nemmen li kull ħaddiem fl-Awtorità jipprova jagħmel l-almu tiegħu biex ikun ta' servizz għall-poplu.", "Jiena se nibda billi nitkellem fuq l-estimi finanzjarji.", "L-estimi ġew ippreżentati lill-Bord ta' Gvernaturi u jiena ħassejt li ma kellix nivvota favurhom.", "Ir-raġuni primarjament kienet waħda, li jiena tlabt breakdown ta' vot partikolari, tal-legal and professional fees li kien ilaħħaq madwar €1.2 miljun, breakdown li ngħata sa ċertu livell.", "Jiena tlabt breakdown ulterjuri biex nifhem min ħa dan ix-xogħol, u filwaqt li parti minn din l-ispiża hija għall-perizja li ssir biex isiru l-valutazzjonijiet, kien hemm xogħol ieħor li ma ngħatajtx informazzjoni dwar min għamel xiex.", "Jiena bħala membru tal-Bord tlabt darba darbtejn din l-informazzjoni li ma ngħatajtx u fin-nuqqas tagħha ħassejt li ma kontx f'pożizzjoni li nivvota favur dawn l-estimi finanzjarji.", "Mela dan il-Gvern jitkellem fuq trasparenza u kontabilità, imma dan huwa eżempju ċar ta' Awtorità li f'dan il-każ naqset milli tkun trasparenti!", "M'għandix dubju li din l-ispiża eżaġerata ta' €1.2 miljun f'dak li għandu x'jaqsam ma' legal and professional fees hija min-naħa frott il-ħsara li saret fil-bidla meta minn Dipartiment tal-Artijiet saret Awtorità tal-Artijiet.", "Fil-proċess spiċċaw twarrbu avukati kapaċi li kellhom snin ta' esperjenza.", "Dawn qatgħu qalbhom mill-Awtorità u marru mal-privat.", "Dawn raw li mal-Gvern ma setgħux javvanzaw għax ħassew li mal-Gvern tasal mhux kemm taf imma lil min taf.", "Issa huwa naturali li meta għandek awtorità li għandha bżonn qafas legali b'saħħtu, u l-Awtorità tal-Artijiet għandha bżonn avukati ta' esperjenza għal numru ta' raġunijiet, ikollok tqabbad persuni minn barra, speċjalment meta tispiċċa bi brain drain f'dan is-settur.", "Jidher ukoll li kienet opportunità għall-Gvern biex jagħti direct orders lil persuni biex jagħmlu dan ix-xogħol.", "Il-Gvern jista' jagħżel li ma jagħtix din l-informazzjoni, u jekk jagħmel dan, jiena nagħżel li nivvota kontra, għax bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità m'iniex lest li npoġġi l-firma tiegħi fuq dokument li ma nafx l-ispiża fejn saret.", "Lil hinn minn dan kollu, se nħares lejn it-tliet rakkomandazzjonijiet li għamlu l-awdituri tar-rapport finanzjarju.", "L-awdituri jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kif l-Awtorità tista' ttejjeb l-operat finanzjarju tagħha.", "L-ewwel rakkomandazzjoni - u jidhirli li hija rakkomandazzjoni korretta u nittama li l-Gvern jagħti kas ta' dak li qalu l-awdituri finanzjarji – hi li l-baġit li jingħata mill-Gvern lill-Awtorità jkun spezzettat għax b'hekk il-management tal-Awtorità jkun jista' jsegwi aħjar kif tkun intefqet l-ispiża u jekk intefqitx għar-raġunijiet mogħtija lilhom.", "Dan mhuwiex il-każ f'din l-istanza għax fil-baġit li tressaq mill-Gvern, il-vot għall-Awtorità tal-Artijiet ma jkunx ċifra totali imma jkun vot imqassam skont line items differenti.", "Ikollok il-vot tas-salarji, vot għall-esproprji, il-vot għall-manutenzjoni ta' binjiet li huma strutturalment perikolużi u jkollok voti li huma maqsumin, u għalhekk l-awdituri kważi kważi ma kellhomx raġun mija fil-mija jagħmlu din ir-rakkomandazzjoni għax fil-verità l-ispiża, is-subvention li tingħata mill-Gvern lill-Awtorità diġà hija mqassma skont il-line items.", "It-tieni rakkomandazzjoni tal-awdituri kienet dwar il-punt li l-Awtorità rreġistrat telf.", "L-Awtorità f'dawn l-ewwel estimi finanzjarji tagħha minn mindu twaqqfet lejn il-bidu tal-2017 irreġistrat telf ta' madwar €0.75 miljun.", "Jeħtieġ li nħarsu lejn sistema fejn l-Awtorità tal-Artijiet ma tagħmilx telf għax ma jistax ikollna awtorità li tagħmel it-telf.", "Jista' jkun hemm żewġ raġunijiet għalfejn l-Awtorità tagħmel it-telf, jew għandek management ħażin jew m'għandekx subvention biżżejjed mingħand il-Gvern.", "L-awditur jgħid li parti mir-raġuni għaliex ġie rreġistrat dan it-telf ta' €0.75 miljun seta' kien għax l-Awtorità daħlet għal spejjeż li normalment mhumiex kompitu tagħha.", "L-Awditur jirrakkomanda li jekk ikun hemm spejjeż li jew ma jkunux imbassra u allura jsiru b'mod addizzjonali għal dak li tkun ingħatat, l-Awtorità għandha titlob finanzjament supplimentari biex tagħmel tajjeb għal dik iż-żieda fl-ispiża.", "It-tielet rakkomandazzjoni tal-awditur finanzjarju kienet li l-Awtorità m'għandux ikollha kont tal-bank wieħed iżda għandha tissepara d-dħul tagħha li tingħata mill-Gvern f'kont għalih u jkollha kont separat ieħor li fih iddaħħal l-introjtu li jiġi reġistrat minnha, fosthom minn kirjiet, ċnus u sorsi oħra.", "Jiena naħseb li din hija rakkomandazzjoni tajba.", "Dan huwa importanti għax tajjeb nifhmu – din ma kontx nafha u tgħallimtha dan l-aħħar waqt waħda mil-laqgħat tal-Bord ta' Gvernaturi – li l-ewwel nett, l-Awtorità mhijiex is-sid tal-art tal-Gvern imma tamministra biss l-art f'isem il-Gvern u allura dħul minn esproprju u dħul ieħor bħal meta l-Awtorità tiġbor il-kirjiet mingħand il-persuni li għadhom fond tal-Gvern, tiġbor iċ-ċnus u ddaħħal il-flus għall-fidi ta' ċens perpetwi, dawn mhumiex flus tal-Awtorità imma l-Awtorità qiegħda hemm biss biex tiġbor dawn il-flus.", "Ma jagħmilx sens li s-subvention li jagħtiha l-Gvern biex topera u dan id-dħul ieħor supplimentari li mhuwiex tal-Awtorità jitpoġġew fl-istess kont bankarju.", "Għadni kif semmejt l-esproprju.", "Irrid intenni dak li ili ntenni f'din il-Kamra għal numru ta' snin, li bħala Oppożizzjoni nemmnu li d-dħul tal-Awtorità għadu jinżamm mill-Awtorità, mhux bilfors għal dejjem, imma għall-inqas sakemm issir ġustizzja ma' tant nies li gvernijiet passati, ħafna minnhom Soċjalisti, ħadulhom l-art biex ingħatat lil ħaddieħor.", "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar l-istorja tikkomplika ruħha għax hemm min itteħditlu l-art 40 sena, 50 sena ilu, u llum m'għadux magħna, imbagħad jiġu t-tfal, jiġu t-tfal tat-tfal u s-sitwazzjoni dejjem tikkomplika ruħha dejjem aktar.", "Barra minn hekk, illum hemm ammont ta' interessi li tħallas l-Awtorità.", "Mhuwiex fl-interess tal-Gvern li ntawlu biex nagħtu l-kumpens għal żewġ raġunijiet.", "L-ewwel raġuni hija waħda morali.", "Jekk dan huwa Gvern li verament għandu Malta f'qalbu, għandu lill-Maltin f'qalbu, allura għandu jagħmel ġustizzja kemm jista' jkun malajr man-nies.", "Għal dawn il-Maltin u l-Għawdxin kollha li ilhom snin jistennew kumpens, m'għandux ikun hemm uċuħ.", "Peress li jien qiegħed fuq il-bord f'isem l-Oppożizzjoni jiġu jkellmuni ħafna nies.", "Għal dawn in-nies li jiġu jkellmuni u tant nies oħrajn li ma jiġux ikellmuni, din mhijiex kwestjoni ta' Nazzjonalisti jew Laburisti, għax hawn qed nitkellmu fuq nies li ħadnielhom ħwejjiġhom.", "Huwa l-ewwel nett prinċipju morali li nwettqu ġustizzja llum qabel għada.", "It-tieni punt hu li huwa fl-interess tagħna l-politiċi, tagħna bħala Maltin li nindirizzaw din il-problema malajr għax aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jakkumulaw l-interessi.", "Rajt każijiet ta' ħlas għall-esproprju fejn l-interessi jkunu ogħla mis-somma proprja ta' kemm jiswa l-esproprju.", "Illum il-Gvern jgħid li qegħdin fl-aqwa żmien u allura suppost li m'għandux problema biex iħallas.", "Ladarba l-ekonomija sejra tajjeb, la l-pajjiż qiegħed fi żmien daqshekk sabiħ, allura x'inhi d-diffikultà li l-Gvern jaċċetta din il-proposta li ilna nagħmlu għal dawn l-aħħar tliet snin li d-dħul jibqa' fil-kont tal-Awtorità tal-Artijiet?", "Irrid insemmi wkoll kwestjoni oħra li jiena ma qbiltx magħha.", "Hawnhekk irrid ngħid li jkun hemm sforz miċ-Chairperson l-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco li kemm jista' jkun id-deċiżjonijiet neħduhom bi qbil.", "Naħseb li tkun xi ħaġa pożittiva li dan isir, però jkun hemm ċirkostanzi fejn ma nkunx nista' naqbel għax tkun xi ħaġa li tmur kontra l-prinċipji tiegħi u kontra dak li nemmnu fih bħala partit u bħala Oppożizzjoni.", "Qed nirreferi għall-ħatra ta' acting chief officers.", "Ftit xhur ilu tressqet proposta mill-Kap Eżekuttiv quddiem il-Bord tal-Awtorità biex jinħatru tliet acting chief officers.", "Irrid infakkar li skont il-kapitlu li jistabbilixxi u jwaqqaf l-Awtorità tal-Artijiet, Kapitlu 563, hija l-prerogattiva, l-obbligu, id-dritt tal-Bord tal-Gvernaturi li hu jaħtar l-uffiċjali eżekuttivi, iċ-chief officers.", "Il-ħatra tal-karigi l-oħrajn il-liġi tqishom bħala ħatriet amministrattivi u allura tħalliha f'idejn il-management, ċjoè l-Kap Eżekuttiv.", "Meta niġu għall-ħatra taċ-chief officers il-liġi tagħmilha speċifika li hija ħatra li trid issir mill-Bord tal-Gvernaturi.", "Meta ġiet din it-talba quddiem il-Bord tal-Gvernaturi biex jinħatru tliet acting chief officers – u hawn nenfasizza l-kelma \"acting\" - jien staqsejt: Għalfejn qegħdin tipproponu li jinħatru acting chief officers u mhux chief officers?", "Ir-raġuni li ngħatajt - fl-opinjoni tiegħi, hija skuża - kienet li rridu nistennew l-aġġornament tal-ftehim kollettiv.", "Għalija kienet skuża, għax hekk kif il-Bord kien qiegħed jesprimi ruħu fuq din il-proposta li jiġu maħtura tliet acting chief officers, fl-istess ħin kienu qed jinħarġu sejħiet għal karigi oħrajn fl-Awtorità, sejħiet li joħorġu fil-gazzetti u sejħiet oħra taċ-Ċivil.", "Din kienet skuża biex nagħmlu lil min irridu.", "Allura nistennew ftehim kollettiv għall-ħatra ta' chief officers biss?!", "Għall-karigi l-oħrajn m'għandniex nistennew il-ftehim kollettiv?!", "Huwa evidenti għalfejn saret din il-manuvra.", "Din mhijiex kwestjoni ta' min intgħażel.", "Tant hu hekk li l-persuna li ntgħażlet, jiġifieri n-Nutar Marisa Grech, hija persuna ta' esperjenza twila fl-Awtorità tal-Artijiet u persuna kompetenti.", "Semmejtha għax hija kompetenti, jiġifieri semmejtha fit-tajjeb.", "Hawnhekk ir-raġuni mhijiex lil min għażilna - u persważ li s-Segretarju Parlamentari qed jifhimni – imma r-raġuni hija li dan il-Gvern tkellem ħafna fuq il-meritokrazija, imma din il-wegħda ta' meritokrazija ilu li ramieha l-baħar!", "Dan huwa eżempju ieħor ta' persuni oħrajn li kien hemm fl-Awtorità tal-Artijiet li huma kapaċi, imma ma ngħatawx iċ-ċans li japplikaw għax bil-ħatra ta' acting chief officers, il-management mar dirett fuq il-persuna.", "Kien għalhekk li jien ivvotajt kontra.", "Jiena ma vvotajtx kontra l-persuni li ntgħażlu, imma bħala prinċipju ħassejt li konna qegħdin nonqsu lil ħaddiema oħrajn tal-Awtorità meta ntgħażlu b'mod dirett.", "Din diġà ġrat fl-Awtorità tal-Artijiet.", "Diġà kien hemm oħrajn li ntgħażlu mingħajr sejħa u saħansitra kien hemm min diġà kien magħżul qabel ħarġet is-sejħa, u għaldaqstant jien, li qed inxomm il-futur ġej, irrid nagħmel mistoqsija: Dawn li huma acting chief officers eventwalment se jkunu l-persuni magħżula bħala the actual chief officers?", "Dawn se jkollhom vantaġġ fuq oħrajn li forsi ma ntgħażulx?", "Huwa evidenti li hawnhekk erġajna meritokrazija żero!", "Diġà għidt f'dan il-Parlament li għadhom qed jasluli llum rapporti li hemm backlog kbir f'dak li għandu x'jaqsam ma' rikonoxximenti.", "Rikonoxximent huwa meta persuna li llum għandha titlu u għażlet li tbigħ it-titlu tagħha, jista' jkun ċens temporanju, ċens perpetwu u jista' jkun numru ta' affarijiet, jekk hija proprjetà tal-Gvern u inti xtrajt dak it-titlu mingħand xi ħadd, l-Awtorità trid tagħmel eżerċizzju li l-ewwel nett tara li dak il-bejgħ sar skont il-ftehim li għandek mal-Awtorità u ma jikser l-ebda kondizzjoni u, it-tieni, hemm il-proċess naturali li l-Awtorità tagħrfek li inti dħalt fiż-żarbun ta' min kien hemm qablek.", "F'dan is-settur partikoalri weħilna.", "Kien hemm deċiżjoni li jien ma tantx qbilt magħha li r-rikonoxximenti ma jibqgħux isiru mill-Bord ta' Gvernaturi.", "Quddiemi hawnhekk hawn is-Segretarju Parlamentari li m'għandix dubju li għandu l-intenzjonijiet tajbin kollha, u nittama li jara li din il-kwestjoni ta' rikonoxximenti nindirizzawha għax huwa evidenti li hemm problema f'dan is-settur.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Toni Bezzina semma l-kwestjoni tal-avviż legali dwar it-trasferiment tal-qbiela.", "Jiġu ħafna nies jistaqsuni dwar fiex wasalna f'dan l-avviż legali.", "Irrid infakkar li l-Oppożizzjoni kienet ressqet mozzjoni biex temenda l-avviż legali b'numru ta' proposti, u waħda minnhom kienet li min għandu titlu ta' qbiela llum u ilu mejjet aktar minn sena, dik il-qbiela ma tistax tintiret mill-membri tal-familja.", "Aħna ħassejna li din, fost affarijiet oħra li m'hemmx għalfejn nerġa' nidħol fihom għax diġà semmiehom b'mod tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Toni Bezzina, kienet waħda mill-affarijiet li weħilna fihom.", "Mhux talli l-Gvern m'aċċettax il-proposti tagħna għall-avviż legali talli qegħdin fi stat ta' limbu!", "X'inhi l-kwestjoni?", "Hemm skemi oħrajn li għadna qegħdin naħdmuhom jew donnu l-Gvern kellu rethink li l-proposti tagħna verament kienu tajbin?", "Mhux se noqgħod indoqq it-trombi fl-eventwalità li l-Gvern jagħżel li jieħu xi proposti minn tagħna, għax fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin hawnhekk f'isem il-poplu, u jien irrid nara li t-trasferiment tal-qbiela jsir b'mod ġust speċjalment meta nitkellmu fuq bdiewa ġenwini.", "Ilkoll nafu l-isfidi li għandha l-agrikoltura f'pajjiżna, u jekk nistgħu nħaffu dan il-proċess biex inserħu ras il-bdiewa u l-familji tagħhom, allura ejja nipprovaw immexxu fuq l-implimentazzjoni ta' dan l-avviż legali.", "Irrid nitkellem ukoll fuq kwestjoni oħra li s'issa għadni qatt ma semmejtha fil-Parlament.", "Qed nirreferi għad-deċiżjoni strateġika pendenti - u qed ngħid \"strateġika\" għax qed nifhem li l-Bord tal-Gvernaturi qed jistenna direzzjoni politika mis-Segretarju Parlamentari jew mill-Ministru kkonċernat - dwar il-ħlasijiet dovuti għall-esproprji passati.", "Il-kwestjoni hi li meta l-Parlament approva l-Liġi dwar it-Trasferiment tal-Artijiet tal-Gvern, Kap. 573, il-Gvern biddel il-mod ta' kif wieħed jitħallas minn kif kienet tipprovdi l-liġi l-antika, Kap. 268.", "Hemm ċirkostanzi fejn wieħed kien jaqbillu taħt il-liġi l-antika għax illum bil-liġi l-ġdida se jieħu kumpens inqas, imma hemm ukoll każijiet li bil-liġi l-antika wieħed jieħu kumpens inqas u l-ġdida tagħtih aktar.", "Hemm dawn iż-żewġ xenarji imma, milli qed nifhem jien, il-miżien aktar ixaqleb lejn il-każijiet li l-kumpens se jonqos fil-liġi l-ġdida meta paragunat mal-liġi l-antika.", "Semmejt iż-żewġ xenarji biex inkun leali lejn il-fatti kollha.", "Għandna numru ta' każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Gvernaturi li qed jistennew din id-deċiżjoni politika.", "Intenni dak li diġà għedt dwar ġustizzja li għadha ma twettqitx ma' min itteħditlu l-art. lssa hemm stumbling block ieħor, mhux biss kwestjoni li l-Gvern mhux qed jagħti biżzejjed flus lill-Awtorità tal-Artijiet biex jitħallsu esproprji passati, imma hemm din l-anomalija li nħolqot bir-reviżjoni tal-Liġi tat-Trasferiment tal-Artijiet tal-Gvern.", "Nagħmel appell lill-Gvern biex iħaffef u jiddeċiedi fuq din il-kwestjoni.", "Ma nafx jekk din hijiex mossa biex intawlu xi ftit bl-ammont ta' flus li qed nallokaw għall-esproprji passati!", "Nittama li le, imma li hu żgur hu, kif inhi ċ-ċirkostanza bħalissa, li qed indumu aktar biex nagħmlu ġustizzja ma' min verament ilu jistenniha ħafna.", "Dan hu Gvern li jgħid li għandu Malta f'qalbu.", "Irrid ngħid li ħafna minn dawn l-esproprji saru taħt Gvern Laburista, jiġifieri dan il-Gvern Soċjalista li hawn illum fit-tmexxija ta' dan il-pajjiż għandu jkollu aktar - u mhux inqas - lil dawn in-nies f'qalbu, nies li ilhom jistennew is-snin, u jagħmel ġustizzja magħhom.", "Hemm ukoll kwestjoni oħra li nħolqot bil-liġi l-ġdida ta' fidi ta' ċnus perpetwi rivedibbli.", "Jiġu jkellmuni nies – u m'għandix dubju li jkellmu lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius ukoll - li jkunu jixtiequ jifdu ċ-ċens tagħhom li huwa perpetwu, li huwa dritt għax fil-liġi jingħad li fejn għandek ċens perpetwu għandek il-possibbiltà li tifdi.", "Issa għal dak li huwa ċens perpetwu rivedibbli kien hemm avviż legali li l-liġi l-ġdida, Kap. 573, abolixxiet.", "Għandna numru ta' każijiet pendenti li qed jistennew azzjoni min-naħa tal-Gvern biex tittieħed deċiżjoni politika.", "Sur President, f'dawn l-aħħar sekondi li fadalli pprovajt nagħti ħarsa ħolistika kemm lejn l-estimi tal-Awtorità kif ukoll lejn ix-xogħol li twettaq.", "Ipprovajt inniggeż fejn jidhirli li l-Awtorità mxiet ħażin, fejn jidhirli li l-Awtorità mhijiex qed taħdem biżżejjed, però fl-aħħar mill-aħħar nemmen li bħala persuni responsabbli fil-Bord tal-Gvernaturi għandna r-responsabbilità li, bħalma qalet tajjeb l-Onor.", "Marthese Portelli qabli, nintroduċu time frames bħal m'hemm fl-Awtorità tal-Ippjanar biex nipproċessaw l-applikazzjonijiet.", "Illum fl-Awtorità tal-Ippjanar hemm qafas legali.", "Naturalment l-Awtorità tal-Ippjanar hija eqdem mill-Awtorità tal-Artijiet, u allura għandha aktar esperjenza, però nistgħu nħarsu lejha għal dak li għandu x'jaqsam ma' time frames, u allura l-Awtorità tkun marbuta li tagħtik risposta f'perjodu ta' żmien.", "Minkejja li għandna Awtorità ġdida, xorta għadni nisma' lmenti ta' dewmien li nittama li jiġu solvuti.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, nixtieq nibda billi nirringrazzja lill-kelliema kollha, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-Oppożizzjoni, lill-Ministru Borg, lill-Onor.", "Muscat, lill-Onor.", "Toni Bezzina u lill-Onor.", "Naħseb li ħafna mill-kummenti li saru kienu validi u jidher li n-naħa tal-Oppożizzjoni qiegħda on board biex inwettqu l-bidliet neċessarji ħalli din l-Awtorità nagħmluha aktar awtorità li topera u tagħti l-aqwa servizz.", "Nittama li fiż-żmien li ġej inkunu nistgħu naħdmu aktar flimkien sabiex intejbu dak li wettaqna ftit tas-snin ilu.", "Nixtieq nieħu l-okkażjoni wkoll sabiex nirringrazzja liċ-Chairperson l-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco għad-direzzjoni għaqlija tiegħu, kif ukoll lill-membri tal-Bord tad-Diretturi li jmexxi, fosthom il-kollega li għadu kemm tkellem qabli, l-Onor.", "Grazzi tal-ħidma tagħkom sabiex l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda timxi aktar 'il quddiem.", "Nirringrazzja wkoll lill-Kap Eżekuttiv James Piscopo li l-esperjenza u l- management skills tiegħu qed iħallu l-frott.", "Nirringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità li, kif qal il-kollega tiegħi, naħseb li għandna għalfejn nirringrazzjawhom għax f'ħafna mix-xogħol li jagħmlu jridu jidħlu fid-dettall.", "Jiena se nuża l-frażi li semma l-kollega tiegħi qabli, li the devil is in the detail; huwa importanti li dak li jwettqu jagħmluh sal-iċken dettall sabiex ir-riżultati li joħorġu jkunu jirriflettu dak li jkun xieraq li jsir.", "Konvint li l-ħaddiema kollha jaħdmu b'mod mill-aktar effiċjenti għax bħalna jixtiequ li l-Awtorità tal-Artijiet timxi 'l quddiem, tkun aktar effettiva u tkun tista' taqdi aktar il-bżonnijiet tal-lum.", "Nemmen li huma jħossuhom kburin bil-progress li sar matul dawn l-aħħar snin.", "Madankollu, inħoss li għad baqa' ħafna xi jsir; m'aħniex sodisfatti b'dak li twettaq għax baqa' ħafna xi jsir u baqa' ħafna xogħol b'lura.", "Issemmew l-encroachments u r-rikonoxximenti.", "Aħna konxji minn dan u rridu naħdmu flimkien sabiex il-backlog li għandna jinħadem u nkunu nistgħu naqdu t-talbiet ta' dawk li jersqu quddiem l-Awtorità tal-Artijiet.", "Kemm il-predeċessuri tiegħi, kemm jien kif ukoll il-kollegi tan-naħa l-oħra, nirċievu ħafna lmenti, uħud minnhom dwar każi li ilhom għexieren ta' snin jistennew.", "Dawn nifhimhom u naħseb li l-poplu f'ħafna mill-każi għandu raġun.", "Għalhekk għamilna numru ta' bidliet u mhux se nieqfu nagħmlu bidliet biex inkomplu ntejbu fuq dak li wettaqna matul dawn l-aħħar snin.", "Kultant – u semmieha l-Ministru – tirċievi email b'nota differenti fejn persuna li tkun inqdiet wara numru ta' snin tirringrazzja mhux biss lill-Awtorità, imma tidentifika numru ta' ħaddiema li kienu ta' servizz u rrispondew il-ħin kollu għat-talbiet tagħhom.", "Kultant titlob lill-ħaddiema biex jaġixxu, imma meta nirċievi dawn l-emails inkun pront nirringrazzjahom u nurihom l-apprezzament li jkunu rċevew mingħand min ikun inqeda bis-servizz tagħhom.", "Nemmen li we have to give credit where credit is due, imma nemmen li baqa' ħafna xi jsir u l-inqas li jaħtu f'dan kollu huma l-ħaddiema.", "Matul din is-sena komplejna nitgħallmu u napprezzaw dak kollu li hemm tajjeb kif ukoll dak kollu li hemm bżonn li jittejjeb fiż-żewġ liġijiet tal-Awtorità.", "Nemmen li din kienet liġi li għamlet ħafna bidliet importanti, bidliet li saħħew it-trasparenza u l-kontabilità, però bħal kull ħaġa oħra, mal-medda taż-żmien, mat-tħaddim tal-liġi tibda taħseb f'bidliet li jistgħu jseħħu sabiex jittejjeb l-operat.", "Irridu nżommu dejjem f'moħħna li aħna qegħdin hemm biex nagħtu l-aqwa servizz, u jekk hemm bżonn bidliet - uħud minnhom issemmew fid-diskorsi li kellna qabel ma bdejt nitkellem jien - irridu naraw kif jistgħu jiġu attwati.", "Irridu nagħmlu minn kollox biex indaħħlu bidliet li permezz tagħhom inkunu nistgħu nilqgħu aktar għat-talbiet pendenti u dawk ġodda li ma jieqfu qatt jidħlu għand l-Awtorità.", "Matul din is-sena saret analiżi tal-proċessi kollha li tuża jew kienet tuża l-Awtorità sabiex jinħadmu ċerti files, sabiex naraw li mingħajr ma nnaqqsu xejn mit-trasparenza u l-kontabilità li titlob il-liġi, jitnaqqas il-perjodu li fih jiġu pproċessati l-files u b'hekk ikun hemm aktar effiċjenza u nkunu nistgħu nilqgħu aktar it-talbiet ma jieqfu qatt tal-Awtorità.", "Kien hemm bżonn bidla wkoll fil-kultura billi naraw li jidħlu deadlines ta' kemm idum jinħadem file, speċjalment f'każi kruċjali.", "Il-kollega tiegħi l-Onor.", "Toni Bezzina, li nitkellem ħafna miegħu fuq l-operat tal-Awtorità tal-Artijiet, semma każijiet li jkun hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar li jaqgħu minħabba li r-risposta ma tasalx fil-ħin mingħand l-Awtorità tal-Artijiet.", "Din mhijiex aċċettabbli.", "Naħseb li dan huwa wieħed mill-messaġġi li jridu jaslu għand it-tmexxija tal-Awtorità.", "Jekk hemm xi metodi li bihom il-proċessi jistgħu jinbidlu ħalli ma nerġgħux ngħaddu minn dawk il-każi, allura ejja neħduhom on board.", "Wara li ftit ilu l-proċessi bdew jidhru online, is-sena l-oħra kellna diffikultà meta l-istess sit kellu data breach u mill-ewwel ittieħdet azzjoni u l-website twaqqfet milli tibqa' topera.", "Saret investigazzjoni interna miċ-chief audit officer dwar dan kollu u llum tkompla x-xogħol sabiex ikollna website aktar moderna li tilqa' t-talbiet enormi li jkollha l-Awtorità.", "Għal dawn l-aħħar xhur l-applikazzjonijiet ma bdewx jittellgħu online però fl-istess ħin wieħed seta' jniżżel kull applikazzjoni u kull dokument meħtieġ fuq email iddedikata għal dan il-għan.", "Qed inkomplu għaddejjin b'investiment kemm uman kif ukoll fis-sistema tal-ICT sabiex inkomplu ntejbu fuq dak li hemm bħalissa ħalli jkollna sistema mill-aktar moderna.", "Sfida kbira li għandha l-Awtorità li semmieha fil-qosor il-Ministru hija dwar il-premises.", "Il-binja li sservi lill-Awtorità bħala head office bħala arkivji u bħala uffiċini tal-Uffiċċju Konġunt naħseb lli m'għadhiex taqdi l-bżonnijiet dejjem jiżdiedu tal-lum.", "Inħoss li wasal iż-żmien li naraw li l-Awtorità jkollha premises aktar moderni.", "Naħseb li mhux aċċettabbli għall-ħaddiema li kull min imur għax-xogħol u jiqatta' ħafna ħin fil-post tax-xogħol ikollu ambjent fiżiku mhux fi stat li jiġbdek.", "Ċert li jekk xi darba l-Awtorità tiddeċiedi li toħroġ minn din il-binja - u naħseb li mhuwiex prattiku li l-Awtorità tal-Artijiet toħroġ mill-Belt minħabba l-bżonnijiet tal-klijenti tagħha - u jinstab post ieħor, jien ċert li l-Berġa tal-Baviera jista' jsir użu aktar adegwat minnha.", "Illum, permezz tal-għajnuna tal-GHRC il-binja minn barra qed tinġieb lura għall-glorja u l-ġmiel li kellha.", "Naħseb li kien pass għaqli ħafna meta l-Awtorità ħadet lura l-binja li aħna nafu bħala l-binja tal-Ursolini fl-istess inħawi ftit lil hinn mill-Berġa tal-Baviera.", "Illum nista' ngħid li kien pass għaqli ieħor meta ġie deċiż li jinbeda x-xogħol u jsir it-tibdil neċessarju biex l-Uffiċċju Konġunt ikun jista' jiċċaqlaq mill-binja tal-Baviera u jibda jopera minn din il-binja.", "Żgur li jkun l-ewwel pass sabiex il-ħaddiema jingħataw ftit aktar spazju mnejn jaħdmu.", "Nemmen li huwa kruċjali li l-ħaddiema jkollhom ambjent nadif, komdu u attrezzat bl-aktar mezzi moderni sabiex jilqgħu għat-talbiet dejjem jiżdiedu li jkollha l-Awtorità.", "Tajjeb ngħid li l-Uffiċċju Konġunt għandu funzjoni importanti għax għandu responsabbiltà li jirreġistra u jagħmel rikonċiljazzjoni ta' proprjetajiet li kienu tal-Knisja u għaddew għand il-Gvern permezz tal-ftehim bejn il-Gvern u s-Santa Sede.", "Matul is-sena li għaddiet sar ħafna xogħol, li ħafna minnu ma nkunux nafu bih minn barra għax isir fl-uffiċini.", "Nista' nsemmi l-iskema tal-bejgħ ta' garaxxijiet fil-housing estates.", "Din baqgħet skema popolari, skema li kienet ħarġet fl-2015, però ġiet irranġata ftit sabiex jinqdew aktar nies.", "Matul is-sena li għaddiet ħriġna regolament dwar kif isir trasferiment ta' proprjetà tal-Gvern li tkun mogħtija għall-użu kummerċjali u s-sid ikun irid jirtira iżda jixtieq jgħaddi tali proprjetà kummerċjali lil xi membru tal-familja.", "Regolament bħal dan għen ħafna familji, ħafna negozji tal-familja u serraħna ħafna mħuħ sabiex tkun tista' titkompla l-attività kummerċjali minn membru ieħor tal-familja.", "Din is-sena ħriġna wkoll avviż legali biex tkun regolata l-art agrikola.", "Il-kelliema tal-Oppożizzjoni tkellmu dwar dan ir-regolament, għamlu emenda għalih permezz ta' mozzjoni, però ma aċċettajniex uħud mit-talbiet f'dan il-qasam tant sensittiv minħabba li ma kienx fl-aħjar interess tal-bdiewa ġenwini.", "Nixtieq ngħid li dan l-avviż legali huwa frott ta' xhur sħaħ ta' ħidma fejn tkellimna ma' ħafna nies ġejjin mis-settur, li kien riżultat ta' ħafna diskussjonijiet.", "Smajna d-diffikultajiet li kienu għaddejjin minnhom snin sħaħ sabiex bidwi ġenwin ikun jista' jaqleb l-art għal fuq bidwi ġenwin ieħor.", "Smajna mingħandhom kemm ilhom jittalbu biex ikollhom art li tista' ddur fuqhom.", "Illum kellna kritika ġusta mingħand il-kollega tagħna l-Onor.", "Callus għax minkejja li l-liġi għaddiet, għadna ma tlaqniex.", "Dan ġara minħabba li ħadna ftit taż-żmien sabiex waqqafna l-Agricultural Advisory Committee.", "Din kienet l-unika raġuni għaliex il-liġi ma qabditx topera, imma nassigurah li fil-ġranet li ġejjin, wara konsultazzjoni mal-kollegi tiegħi l-Onor.", "Clint Camilleri - għax il-liġi tgħid li għandu jkun hemm rappreżentanza min-naħa ta' dawn l-entitajiet - dan il-kumitat ikun jista' jitwaqqaf biex il-liġi tibda titħaddem fil-prattika.", "Ilment komuni li ltqajt miegħu matul dawn is-sentejn li ili responsabbli - u ċert li l-kollegi tiegħi miż-żewġ naħat tal-Kamra jiltaqgħu miegħu wkoll – hu dak ta' familji li jsiru sid ta' darhom permezz ta' skemi tal-Awtorità tad-Djar bħal 'Sir Sid Darek' jew skemi ta' home ownership, però minkejja li suppost saru sidien ta' djarhom xorta għandhom problemi għax il-kuntratt finali għadu ma sarx.", "Ikollhom kuntratt li jkun għadu konvenju u jekk jiġu biex jittrasferixxu l-proprjetà jew jieħdu self mingħand il-banek isibu diffikultajiet.", "Però, minkejja numru ta' diffikultajiet, waqqafna kumitat konġunt bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tad-Djar biex nibdew insolvu dawn il-każijiet.", "Għandna ħafna familji inkwetati għax id-djar tagħhom li ħallsu għalihom ma jistgħux jgħidu li huma kompletament tagħhom.", "Il-laqgħat bejn iż-żewġ entitajiet huma kontinwi u jidher li l-proċess beda jagħti l-frott tiegħu.", "Nittama li fis-sena li ġejja ħafna aktar familji verament isiru sidien ta' djarhom.", "Illum iċ-Chairperson tal-Awtorità, is-CEO tal-Awtorità tad-Djar flimkien mas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u l-Ministru Ian Borg konna l-Birgu fejn ħabbarna li għaddejna 33 binja lill-Awtorità tad-Djar biex b'nefqa ta' €4 miljun ikunu jistgħu jiġu rijabilitati u jerġgħu jsiru residenzi.", "Dawn huma binjiet abbandunati, ħafna minnhom mhux biss qed joħolqu kruha fiż-żoni fejn jinstabu, iżda qed joħolqu diffikultajiet għal min imiss magħhom.", "Ikollok djar abbandunati li jaqgħulhom is-soqfa, purtelli mkissrin, jidħol l-ilma, eċċ. Dan kollu joħloq ukoll diffikultajiet lil terzi.", "Illum, grazzi għall-Awtorità tal-Artijiet, qed ngħaddu dawn il-binjiet; matul l-2017 u l-2018 kienu aktar minn 500 binja li għaddew sabiex ikunu jistgħu jiġu rijabilitati f'residenzi għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Matul din is-sena sar ħafna titjib f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċessi.", "Jekk nagħtu ħarsa lejn kemm saru kuntratti matul din is-sena nsibu li saru 214 kuntratt meta fl-2017 kienu saru biss 82 kuntratt.", "Kif tgħid l-istess liġi, meta valutazzjoni taqbeż l-€400,000 irid ikun hemm stima ta' tliet periti.", "Dawk ta' valur inqas isiru minn perit wieħed.", "Hawnhekk ukoll sar ħafna progress u ladarba jidħlu d-deadlines ikomplu jżidu l-progress.", "Matul l-2017 intbagħtu għall-valutazzjoni 81 każ li minnhom tlestew 39.", "Is-sena l-oħra ntalbu stima għal 290 każ li minnhom tlestew 256.", "Hawnhekk qed ngħidu li 80% tal-każi li ntbagħtu għall-valutazzjoni tlestew.", "Matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena ntalbu 114-il valutazzjoni u s'issa diġà tlestew 65.", "Jidher ukoll li hemm żieda sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' disposals.", "Fl-2017 kien hemm 11-il disposal li ġew ippubblikati u s-sena l-oħra dawn żdiedu għal 54.", "Fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena diġà ġew ippubblikati 71 disposal.", "Irridu naraw li l-Awtorità tkompli ttejjeb l-operat tagħha f'kull qasam.", "Sezzjoni importanti oħra tal-Awtorità hija s-Sezzjoni tal-Inforzar u l-Ispettorat.", "Hawnhekk ukoll kompliet tiġi intensifikata l-ħidma fejn naraw li fl-2017 kien hemm 1,352 spezzjoni li jvarjaw minn sempliċi talbiet, eviction orders, qrati u ħafna aktar u s-sena li għaddiet kompliet tiżdied l-effiċjenza tal-Awtorità u kellna 4,560 spezzjoni.", "Matul l-2018 il-Bord eżamina 2,780 applikazzjoni u ltaqa' għal 193 seduta.", "Matul dawn is-seduti, il-Bord iddiskuta diversi aspetti bħalma huma policies, u għalhekk matul l-2017 u l-2018, jiġifieri sena mit-twaqqif tal-istess Awtorità, ġew eżaminati 4,131 applikazzjoni.", "Is-suġġett tal-applikazzjonijiet huwa varju u jikkomprendi estensjoni ta' kera, ta' ċnus, trasferiment ta' titoli, ħruġ u approvazzjoni ta' tenders, ħruġ u approvazzjoni ta' esproprji, korrezzjonijiet f'kuntratti, diritto di seguito, kanċellamenti ta' ipoteki u ħafna aktar affarijiet.", "Sar ħafna xogħol mill-Bord dwar Policies li wħud minnhom ġew finalizzati u oħrajn qed jiġu eżaminati.", "Hekk għandu jkun.", "Għandu jkun hemm gwida u policies ċari fuq kif isiru l-approvazzjonijiet.", "Fil-passat konna drajna li ma jkunx hemm uniformità dwar kif isiru l-affarijiet għax ma kienx hemm policies ċari għal suġġetti differenti.", "B'hekk jinħolqu dubji u suspetti, għaliex ikun hemm min il-każ tiegħu ma ġiex approvat u ta' ħaddieħor ġie approvat.", "Din hija t-triq 'il quddiem għall-Awtorità sabiex kulma jsir, isir bit-trasparenza, isir ċar u bil-miktub iswed fuq l-abjad.", "Kif diġà għedt, il-Bord ħadem fuq numru ta' draft policies, waħda fuq l-agrituriżmu, waħda fuq akkwist ta' artijiet għall-skopijiet pubbliċi, waħda fuq applikazzjonijiet fuq art tal-Gvern u oħra fuq trasferiment ta' art tal-Gvern.", "Dan hu ħafna xogħol li sal-lum ma jidhirx, xogħol importanti li se jkompli jagħti aktar saħħa lill-Awtorità, aktar trasparenza u aktar kontabilità ta' kif isiru l-affarijiet.", "Dawn huma linji gwida li se jibdew jiġu adottati dwar min hu eliġibbli u min jista' japplika għal kull ħaġa f'dik li hi proprjetà tal-Gvern.", "Huwa importanti li dan, wieħed mill-ikbar assi li għandu l-Gvern, jiġi mħares sew.", "Hawnhekk wieħed kellu jeżamina l-policies li kienu viġenti, dawk permezz tal-Kapitlu 563 u l-Kapitlu 573, avviżi legali, xogħol u stimi tal-periti, eżami ta' deċiżjonijiet strateġiċi, deċiżjonijiet tal-Authority Regulatory Tribunal (ART), u l-Prim Awla tal-Qorti u l-Qorti tal-Appelli.", "Naħseb dan kien xogħol importanti ħafna li wettaq il-Bord ta' Gvernaturi.", "Saru ħafna laqgħat anke magħna dwar kif nistgħu nkomplu ntejbu l-operat sabiex inkomplu nżidu l-valur tal-proprjetà.", "Saru wkoll diversi allokazzjonijiet lid-dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi u ġew finalizzati wkoll numru ta' proċessi.", "Hemm ħafna proġetti ta' natura kummerċjali biex b'hekk jikber id-dħul tal-Gvern bl-iskop li l-fondi, kif semma l-Onor.", "Callus, possibbilment ikunu jistgħu jintużaw mill-Awtorità biex titwettaq mhux biss ġustizzja morali imma wkoll ġustizzja finanzjarja ma' min ilu jistenna għexieren ta' snin biex jitħallas għall-esproprju meta l-proprjetà tiegħu ttieħdet għal skop pubbliku.", "Nixtieq issa nagħti ħarsa ħafifa lejn il-business plan ippreżentata quddiem din il-Kamra.", "Hawnhekk naraw li l-Awtorità qed tħares li żżid id-dħul tagħha għall-perjodu ta' tliet snin li ġejjin.", "Ir-rapport jgħid li d-dħul tal-Awtorità għandu jiżdied b'€10 miljuni fuq il-perjodu ta' tliet snin li ġejjin.", "Nemmen li permezz ta' business plan nistgħu nżidu ħafna aktar id-dħul tal-Awtorità.", "Naħseb li sfida li għandha l-Awtorità hija li ssaħħaħ l-impenn tagħha biex il-proprjetajiet li għandha li mhumiex użati, bħal dak li għamilna dalgħodu jew addirittura meħuda minn xi ħadd bla titlu, isir użu aħjar minnhom.", "Nemmen li dan jista' jkun sors ieħor ġdid ta' dħul għall-Awtorità.", "B'dan il-mod ikollna ħafna aktar fondi sabiex jitħallsu esproprji.", "Sfida kbira li għandha taffronta l-Awtorità, sfida li naħseb qatt ma ttieħdet bis-serjetà dovuta, hija li jkollha reġistru dettaljat tal-proprjetajiet kollha tal-Gvern u min qed jagħmel użu minnhom, u jekk qed jagħmel użu minnhom hux b'mod legali jew huwiex squatter.", "Jiġifieri huwa importanti li naraw li waħda mill-isifdi li għandha tindirizza l-Awtorità għaż-żmien li ġej tkun li jkollna database reali għall-proprjetajiet kollha tal-Gvern.", "Matul dawn l-aħħar xhur saret ħidma kordinata bejn l-uffiċjali għolja tal-Awtorità tal-Artijiet u l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll ma' entitajiet oħra biex medda ta' art abbandunata u abbużata f'Ta' Qali ngħatat lura lill-poplu.", "Kienu xhur ta' laqgħat sabiex naraw kif art daqshekk kbira, li kienet qed tiġi abbużata, tingħata lura lill-poplu u jsir użu aħjar minnha.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja pubblikament lil dawk kollha li kienu involuti f'dan il-proċess li, kif għedt, beda xhur ilu b'laqgħat u spiċċa b'azzjoni diretta li ttieħdet mis-sezzjoni tal-inforzar tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Illum inħarsu 'l quddiem biex fi ftit żmien ieħor ikollna Malta National Park b'medda ta' 450 metru kwadru b'investiment ta' €20 miljun.", "Kif għedna waqt il-konferenza stampa meta varajna dan il-proġett, qed nitkellmu fuq park daqs ta' 36 ground tal-futbol jew daqs terz ta' Hyde Park li jinsab f'Londra.", "Naħseb li fost ħafna bidliet li esperjenzajna bid-dħul taż-żewġ liġijiet kien hemm id-dħul tal-uffiċċju tal-kap tal-verifika.", "Il-ħolqien ta' dan il-post kien xi ħaġa ġdida, innovattiva u nemmen li kien pass importanti sabiex ikun hemm aktar trasparenza f'dak li jsir fl-Awtorità u sabiex inkunu ċerti li dak li jsir, isir dejjem skont il-liġijiet li jirregolaw l-istess Awtorità.", "Dan l-Uffiċċju għandu ħafna responsabbiltajiet u naħseb tajjeb li wieħed jirrimarka li fost il-ħafna responsabbiltajiet għandu wkoll li meta valutazzjoni taqbeż il-€100,000 ikun hemm bżonn ta' verifika ta' dan l-Uffiċċju.", "Meta wieħed jaf kemm tela' l-valur tal-proprjetà, jista' jimmaġina kemm huwa impenjat dan l-Uffiċċju.", "Tajjeb ngħidu wkoll li dan l-Uffiċċju darba fis-sena jkollu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tax-xogħol li jkun twettaq matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet.", "Fill-fatt, ftit tal-ġimgħat ilu dan ir-rapport tpoġġa għall-attenzjoni tal-Membri ta' din il-Kamra.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li meta jkollna dibattitu san, meta jkollna l-membri kollha jitkellmu dwar x'jixtiequ jaraw biex entità tkompli timxi 'l quddiem, hija xi ħaġa pożittiva ħafna.", "Il-kummenti li saru miż-żewġ naħat tal-Kamra se jiġu studjati fiż-żmien li ġej biex il-ħidma kbira li twettqet mill-Awtorità l-ġdida matul dawn l-aħħar sentejn tkun tista' tittejjeb biex tkun ta' servizz aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet (Kap. 563) għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni.", "Din il-votazzjoni tittieħed fid-29 ta' Mejju 2019 jew f'ġurnata oħra li tiġi maqbula miż-żewġ naħat tal-Kamra skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Nistieden lill-Ministru Michael Falzon biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 28 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni - Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għasSena 2019", "jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, bħalma stajtu tinnotaw, minkejja li anke fil-House Business Committee esprimejna l-ħsieb li din il-Kamra tibqa' għaddejja anke fi żmien l-elezzjoni, iddeċidejna li l-Parlament jiltaqa' wara l-elezzjoni.", "Illum hija l-aħħar seduta qabel l-elezzjoni, konna se naġġornaw għat-Tnejn 27 ta' Mejju, imma pproponejna li l-Parlament jerġa' jiltaqa' fit-28 ta' Mejju dejjem fl-4.00 p.m. wara li kien hemm talba mill-Oppożizzjoni u aħna qbilna magħha biex ma niltaqgħux it-Tnejn 27 minħabba li jkun għadu għaddej l-għadd tal-voti.", "Dan minħabba li bħalissa għaddejja l-kampanja, stajna ninnotaw li ma jkunx hawn l-akbar ammont ta' membri preżenti l-ħin kollu f'dan il-Parlament u allura nħossu li hija l-aħjar deċiżjoni.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 28 ta' Mejju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.04 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT u kemm-il vettura m'għaddietx mill-VRT fis-snin 2016, 2017 u 2018?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li n-numru ta' testijiet tal-VRT li saru kif ukoll in-numru ta' vetturi li għaddew u fallew minn dan it-test fis-snin 2016, 2017 u 2018, huma dawk li jinsabu fit-tabella t'hawn taħt:", "KUNSILLI LOKALI - ĦLAS GĦAL INFURZAR LOKALI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas kull Kunsill Lokali f'Malta għall-infurzar lokali fil-lokal tagħhom?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni kif miġbura mill-kunsill lokali.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li joperaw sistemi ta' CCTV fil-lokalità tagħhom?", "OWEN BONNICI: Infurmat li hawn 51 kunsill lokali li joperaw sistemi ta' CCTV fil-lokalità tagħhom.", "Dawn huma skont it-tabella t'hawn taħt:", "ĊIKLI TA' IVF", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru ċikli ta' IVF minn meta beda jitħaddem l-IVF f'pajjiżna?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sena b'sena?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-servizz tal-IVF mhux regolat kien ilu jitħaddem għal diversi snin f'pajjiżna mingħajr ebda statistika miġbura.", "Sa mit-twaqqif tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun beda jinżamm reġistru mill-istess Awtorità taċ-ċikli kollha li saru f'Malta mill-2013 l'hawn.", "Din l-informazzjoni hija miġbura fit-tabella hawn mehmuża.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal permezz tal-IVF minn meta beda jitħaddem f'pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont kemm twieldu permezz ta' oocyte freezing?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sena b'sena?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ir-reġistri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li bdew jinżammu mill-2013 sa issa twieldu 306 trabi mill-proċeduri tal-IVF's li saru f'Malta.", "Minn dawn, 48 tifel u tifla twieldu wara użu ta' oocyte freezing, filwaqt li 258 tfal oħra twieldu minn ċikli li użaw fresh oocytes.", "Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni sena b'sena.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u/jew tal-ittra ta' ingaġġ (letter of engagement) li l-Gvern ta' Malta għandu mad-ditta Ingliża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, kif ukoll kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas maħruġa mill-istess ditta Ingliża u mibgħuta lill-Gvern ta' Malta għas-servizzi mogħtija lilu mill-istess imsemmija ditta Ingliża b'rabta ma' art pubblika li tinsab fil-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokument huwa wieħed kummerċjalment sensittiv u ta' natura kunfidenzjali.", "REGOLAMENTI TAL-2007 DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALI TAS-SITI TAL-KOSTRUZZJONI - EŻENZJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġjar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Settembru 2018?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet u kemm-il talba ġiet miċħuda?", "Jista' l-Ministru jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5951 f'Seduta 124, filwaqt li wieħed iżid li ma kienx hemm il-ħtieġa li t-talbiet li kienu saru jintlaqgħu.", "REGOLAMENTI TAL-2007 DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALI TAS-SITI TAL-KOSTRUZZJONI - EŻENZJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġjar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2019 u t-30 ta' Settembru 2019?", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom pendenti?", "Jista' l-Ministru jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat, ma kien hemm ebda talba għal xi eżenzjoni tat-tip li qiegħed isemmi l-Onor.", "Interpellant sal-lum 2 ta' Mejju 2019.", "REĠISTRATUR TAL-MIDJA - KOPJA TAR-REĠISTRU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Reġistru tal-Midja li r-Reġistratur tal-Midja hu obbligat li jżomm skont dak li jipprovdi l-artikolu 20 tal-Att dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Id-dettalji mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "PERSUNI LI NGĦATAW IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA - PUBBLIKAZZJONI TAL-LISTA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġiżlazzjoni Sussidjarja 188.03)?", "JOSEPH MUSCAT: Infakkar lill-Onor.", "Interpellant li huwa ​obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena.", "Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, kif sar drabi oħra.", "TNEĦĦIJA TA' SENTENZI MOGĦTIJA MILL-QORTI MIS-SIT ONLINE", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il talba saret minn persuni sabiex jitneħħew sentenzi mogħtija mill-Qrati ta' pajjiżna mis-sit fl-indirizz u/jew mis-sit fl-indirizz http://www.ecourts.gov.mt?", "Jista' jagħti d-data ta' meta saret kull waħda minn dawn it-talbiet, jindika għal kull waħda mit-talbiet jekk ġietx aċċettata jew miċħuda, jindika d-data ta' meta t-talba ġiet aċċettata jew miċħuda u jagħti l-okkju u d-data tas-sentenza li dwarha saret it-talba?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum kien hemm 176 talba biex sentenzi ma jibqgħux jidhru online u mhux biex jitneħħew minn fuq is-sistema tal-Qorti.", "Meta jkun hemm talba biex sentenza ma tibqax tidher online, dan ma jfissirx li kawża titneħħa mis-sistema tal-Qorti.", "Infatti, il-professjoni legali xorta jibqa' jkollha aċċess għas-sentenzi minn fuq il-Lecam.", "Saret talba waħda fl-2014.", "Kien hemm 21 talba fl-2017, 121 talba fl-2018 u 33 talba fl-2019.", "Mill-176 (mija u sitta u sebgħin) talba li saret:", "· 112 sentenza ġew anonimizzati jew qegħdin fi stadju li jiġu anonimizzati, jiġifieri jitneħħew id-dettalji personali tal-individwi,", "· kien hemm 41 talba fejn ġew miċħuda;", "· talba waħda kienet invalida; u", "· 22 talbiet oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati.", "Fir-rigward l-okkju tas-sentenzi li dwarhom saret talba biex jitneħħew minn fuq online, issir referenza għar-risposta mogħtija fis-seduta tal-14 ta' Novembru 2018 għall-mistoqsija parlamentari 4802.", "ĦONDOQ IR-RUMMIEN – KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-8 ta' Frar 2019 saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Water Services Corporation fin-niżla li twassal għal bajja ta' Ħondoq ir-Rummien?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma taf bl-ebda spezzjoni li saret nhar it-8 ta' Frar 2019.", "EXECUTIVE OFFICERS U CLERKS – ĦATRA TA' DAWK LI GĦADDEW MILL-EŻAMI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fadal persuni li għamlu l-aħħar eżami għall-Executive Officers u Clerks u li għaddew iżda għadhom ma ġewx imsejħa biex jingħataw l-appointment f'din il-kariga?", "Jista' jgħid sa meta għandha tispiċċa l-validità ta' dan l-eżami?", "JOSEPH MUSCAT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għad-Down Syndrome Clinic f'Birkirkara li sservi lil Malta kollha għal screening u prevenzjoni lil dawn il-pazjenti u li issa ilha wieqfa sitt xhur, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser terġa' tinfetaħ?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tad-Down Syndrome bil-għan li l-Klinika ddedikata għal din il-kundizzjoni terġa' tifaħ fil-futur qarib.", "ESF EU FUNDS GĦAL SUPPORTED EMPLOYMENT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Peress li Malta rċeviet €17-il miljum ESF EU Funds għal supported employment li jispiċċaw fl-2020, u li minnhom jibbenefikaw persuni vulnerabbli, inkluż persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jgħid kif intefqu, xi programmi twaqqfu u min applika biex jibbenefika?", "Jista' jgħid ukoll kemm għad fadal fondi x'jintefqu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ: TRIQ ĠANNI CILIA - ENFORCEMENTS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għal Triq Ġanni Cilia f'Ħaż-Żebbuġ fejn din it-triq hi meqjusa bħala industrijali meta fil-fatt fis-Southern Local Plan hi waħda minn 14-il triq li hi f'ODZ, jista' l-Ministru jgħid jekk f'żona bħal din hux suppost issir attività industrijali?", "X'enforcement ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar?", "X'inhuma l-irregolaritajiet f'din it-triq?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-garaxxijiet li jinsabu fi Triq Ġanni Cilia f'Ħaż-Żebbuġ huma koperti b'numru ta' permessi tal-PB (Building Permits) li jawtorizzaw użi varji li jinkludu garaxxijiet domestiċi kif ukoll imħażen.", "Xi wħud mill-garaxxijiet huma wkoll koperti b'permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li jinkludu sanzjonar ta' garaxxijiet eżistenti u użu ta' Klassi 4B (Bejgħ bl-Imnut).", "Id-Direttorat tal-Konformità u Infurzar fi ħdan l-Awtorità ilu għal diversi snin jinvestiga rapporti tal-allegat ksur tar-regolamenti tal-ippjanar fit-triq inkwistjoni.", "Infatti, mill-2015 sal-lum, id-Direttorat investiga total ta' 37 rapport.", "Matul is-snin, id-Direttorat intervjena sabiex iwaqqaf l-operat ta' użi kummerċjali li ma kenux koperti bil-permessi meħtieġa.", "Parti minn dawn is-37 rapport kienu jinkludu każijiet li fuqhom id-Direttorat ma setax jipproċedi b'ebda azzjoni peress li ma rriżultax li kien hemm ksur tar-regolamenti tal-ippjanar u/jew ma kienx hemm evidenza li turi li l-użu tal-garaxx/ijiet kien wieħed illegali.", "Fil-preżent, id-Direttorat għandu żewġ każijiet attivi li fuqhom għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet li, iżda, fiż-żewġ każijiet jidher li l-operaturi rispettivi qegħdin fil-proċess li jikkonformaw mal-istruzzjonijiet mogħtija lilhom.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għall-Education Supply Practitioners (Counsellors) li minnhom hemm madwar 18 fl-iskejjel kollha ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tirrimedja ruħha?", "Jista' jgħid x'inhu l-pjan għas-sena skolastika li jmiss u dik ta' wara?", "Ma jaħsibx li ġenituri li ma jifilħux iħallsu u li ġeneralment għandhom tfal b'riskji aktar mhux qed isibu s-servizz professjonali neċessarju?", "X'rimedji qed jittieħdu fiċ-ċirkostanzi?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi konsistentement jevalwa s-sitwazzjonijiet varji fl-iskejjel u bi tfassil ta' pjan kontinwu, investa fl-ingaġġ ta' Counsellors sabiex iżid u jtejjeb il-kwalità tas-servizz.", "Sejħiet għal post ta' Counsellor jiġu ppublikati b'mod kontinwu u bħalissa hemm sejħa miftuħa.", "Fis-sistema edukattiva, apparti li hemm diversi professjonisti li jaħdmu wkoll mal-counsellors u jagħtu l-appoġġ neċessarju lill-istudenti, hemm ukoll edukaturi f'sezzjonijiet partikolari bħal, Anti-Bullying Service, Anti-Substance Abuse Service, Child Safety Services u guidance teachers li għandhom il-warrant ta' counsellor, li l-ħidma tagħhom tinkludi s-servizz ta' counselling għall-istudenti.", "Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ser ikompli jassigura li l-bżonnijiet tal-istudenti jiġu milqugħa u l-kwalità tas-servizzi tkompli tittejjeb b'mod professjonali.", "RAĦAL ĠDID: IL-PJAZZA U ĠNIEN DUMINKU MINTOFF - BIKE RACKS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9397, jista' jgħid ukoll jekk id-disinjatur ta' dawn ir-racks ikkonfermax li dawn jistgħu jintużaw?", "Jista' jikkonferma li r-roti jistgħu jissakkru magħhom?", "Kemm hu l-ammont ta' dawn it-tip ta' racks, simili għal dawk tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff, li twaħħlu b'kollox, u kemm swew flus?", "IAN BORG: L-Informazzjoni għadha qed tinġabar", "IL-KAPPARA - POLICE SENTRY BOX", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-Police Sentry Box li qiegħda fil-Kappara ħdejn il-perimetru tal-Ambaxxata Russa, jista' l-Ministru jgħid meta din is-Sentry Box se tiċċaqlaq għal post ferm aktar adegwat?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li m'hemmx ħsieb li l-Police Sentry Box li hemm ħdejn il-perimetru tal-Ambaxxata Russa tiċċaqlaq minn fejn hi peress li l-post fejn qiegħda hu meqjus adegwat.", "PORT TAL-IMĠARR GĦAWDEX – TENDERS GĦAL XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fit-3 ta' Mejju 2019 fejn intqal li se jintefqu €6 miljun biex il-Port tal-Imġarr jitnaddaf, jinbidlu l-puntuni u jiżdiedu l-faċilitajiet għas-sajjieda, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' kif ser jintefqu dawn is-€6 miljuni?", "Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn huma fondi lokali u kemm huma fondi Ewropej kif ukoll x'tenders ħarġu s'issa u kemm kien il-prezz li bih ġew awarded u x'tenders għad fadal joħorġu biex tintlaħaq iċ-ċifra ta' €6 miljun li ser jiġu investiti fil-Port tal-Imġarr?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq dan il-proġett b'investiment ta' €6 miljun biex ittejjeb il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex.", "Dan il-proġett jifforma parti minn numru ta' proġetti mmirati lejn is-sajjieda Maltin taħt il-fond tal-European Maritime and Fisheries Fund (EMFF) u għalhekk huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.", "Permezz ta' dan il-proġett qed jinbnew mill-ġdid il-mollijiet ta' din iż-żona biex magħhom jitwaħħlu puntuni ġodda għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port.", "Ix-xogħol beda fil-jiem li għaddew bit-tħammil ta' medda ta' madwar 20,000 metru kwadru ta' qiegħ il-baħar fejn hemm dawn il-mollijiet u puntuni.", "Matul is-snin f'qiegħ il-baħar f'dawn l-inħawi nġemgħu kwantitajiet kbar ta' ħama u materjal ieħor, tant li s-sajjieda ma tantx kienu għadhom jistgħu jimmanuvraw il-bċejjeċ tagħhom mal-mollijiet.", "Din il-parti tal-Port qed titnaddaf u titfannad madwar żewġ metri u nofs.", "Xi ftit mill-materjal li qed jitħammel instab li jista' jkun imniġġes b'kimiċi u materjali oħra li maż-żmien spiċċaw f'qiegħ il-baħar.", "Meta jiġri hekk, dawn il-fdalijiet jiġu meħuda f'siti approvati għall-ipproċessar ta' dan it-tip ta' skart.", "Sabiex it-tħammil ma jħammiġx il-baħar u x-xtut tal-inħawi, tpoġġiet purtiera ta' lqugħ madwar iż-żona fejn qed isir ix-xogħol.", "Wara li ssir l-ewwel fażi tat-tħammil, ser jibda l-bini mill-ġdid tal-mollijiet.", "Gradwalment se jibdew jitpoġġew ukoll il-puntuni l-ġodda.", "Il-proġett qed jitwettaq f'fażijiet differenti sabiex jiġu evitati diffikultajiet lix-xogħol tas-sajjieda u attivitàjiet marittimi oħra f'dan il-port.", "Il-bini mill-ġdid tal-mollijiet f'din iż-żona tal-Port tal-Imġarr se jgħin biex dan ix-xatt ikun organizzat aħjar u biex jidher isbaħ ukoll.", "Minbarra li jintużaw mis-sajjieda, dawn l-inħawi huma popolari wkoll ma' ħafna residenti Għawdxin u turisti għal xi passiġġata mill-Menqa sar-Ramla taż-Żewwieqa aktar lilhinn fl-istess Port.", "L-erba' puntuni ġodda se jkunu akbar minn dawk eżistenti, sabiex jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta' sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b'mod sigur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għixien tagħhom minnhom.", "Infrastructure Malta se tagħmel ukoll faċilitajiet ġodda fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġi ġġenerat mill-ħidma tagħhom.", "B'hekk, dawn l-inħawi jkunu jistgħu jinżammu aktar indaf.", "Il-valur tax-xogħlijiet (mingħajr VAT) għat-tibdil u żieda ta' puntuni huwa ta' €802,810, għat-tħammil u xogħol ta' kostruzzjoni tal-mollijiet u skall €4,430,710, servizz ta' Project Management €499,736, studji u konsulenzi u xogħlijiet żgħar €300,000.", "S'issa nagħtaw dawn is-sejħiet għall-offerti (b'tender jew published call for quotation):", "Baqa' biex jiġu mħejjijin u pubblikati sejħiet għall-offerti għal xogħol ta' Mechanical and Electrical Works u għas-Security Gates.", "F'dan l-istadju, is-somma li hemm disponibbli minn fondi Ewropej għal dan il-proġett hi ta' €3,229,634 mingħajr VAT.", "Il-kumplament tal-ispiża ser titħallas minn fondi lokali.", "MARSALFORN - RIĠENERAZZJONI U MASTER PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna dwar x'sar f'dawn l-aħħar sentejn dwar ir-riġenerazzjoni u l-Master Plan ta' Marsalforn u x'hemm ippjanat li jsir (proġetti infrastrutturali) qabel jibda s-sajf 2019?", "Kemm kienet in-nefqa fuq Marsalforn mill-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "IX-XEWKIJA GĦAWDEX - TNEĦĦIJA TA' COLD STORES U PITKALIJA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra fiex wasal il-proċess ta' tneħħija tal-Cold Stores u tal-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex minn fejn huma preżentement, u meta huwa ppjanat li jitneħħew għal kollox, peress li hu ppjanat li fiż-żona fejn illum hemm il-Cold Stores u l-Pitkalija, issir il-Qorti l-ġdida ta' Għawdex?", "Interpellant li fil-preżent il-Ministeru għal Għawdex għaddej minn proċess ta` konsultazzjoni kemm mal-Planning Authority kif ukoll mal-istakeholders involuti.", "GĦAWDEX – STUDJI DWAR TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9305 jista' l-Ministru jgħid x'użu se jsir minn dawn l-istudji li qed isiru minn Infrastructure Malta fuq it-toroq kollha ta' Għawdex peress li dawn ma jiffurmawx parti mix-xogħol li trid tagħmel Infrastructure Malta iżda jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9700 f'Seduta 213.", "IL-MOSTA: TRIQ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU – TABELLI TA' STOP U NO ENTRY", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-azzjoni meħtieġa permezz ta' Transport Malta sabiex isiru t-tabelli meħtieġa ta' Stop Sign u No Entry f'Triq il-Kungress Ewkaristiku salib it-toroq ma' Triq it-Torri?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li Transport Malta għamlet spezzjoni fiż-żona ta' salib it-toroq msemmija u jirriżulta li hekk kif jindikaw ir-ritratti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti, s-sinjali kemm mal-art kif ukoll fir-rigward ta' tabelli, qegħdin fuq il-post.", "Manutenzjoni ta' dawn is-sinjali taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.", "IL-MOSTA: TRASPORT PUBBLIKU - ROTOT 238 U 260", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa sabiex ir-rotot 238 u 260 fl-ebda ħin tal-ġurnata ma joħorġu mir-rotta tagħhom fi Triq San Anton, kif qed iseħħ xi drabi bi żball, u minflok qed jidħlu fi Triq l-Oratorju u Triq it-Torri, u b'hekk qed jinħolqu dawn l-inċidenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, se tkun qiegħda tissorvelja din il-parti tar-rotot imsemmija ġewwa l-Mosta b'aktar reqqa u ħa tieħu l-passi meħtieġa sabiex tillimita t-tali istanzi jekk jirriżulta li l-karozzi tal-linja qedgħin joħorġu mir-rotta preskritta.", "IL-MOSTA: TRIQ SANTA MARGERITA – TRASPORT PUBBLIKU ROTOT 250 U 47", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex ir-rotot tat-trasport pubbliku 250 u 47 jibdew jgħaddu mit-toroq ta' Santa Margerita, il-Mosta?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, kemm ir-rotta 47 kif ukoll ir-rotta 250 jgħaddu mill-inħawi ta' Santa Margerita, ġewwa l-Mosta.", "Ninsab infurmat ukoll li bejn Jannar u April 2019 sar xogħol infrastruturali fuq Triq Dawret il-Wied fiż-żona magħrufa bħala Santa Margerita ġewwa l-Mosta.", "Minħabba dawn ix-xogħlijiet ir-rotot 47 u 250 kellhom jiġu devjati għal Triq il-Fortizza tal-Mosta u Vjal il-Qalbiena Mostin.", "Infurmat ukoll li l-operatur tat-trasport pubbliku nħarġulu struzzjoniet sabiex mill-aħħar ta' April 2019 ir-rotot 47 u 250 jerġgħu jibdew jgħaddu mir-rotta normali.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Peress li wasluli lmenti minn qraba li għandhom pazjenti fis-sala li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li r-roster tan-Nursing Officer u d-Deputy Nursing Officer ma jikkomplementawx lil xulxin, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn id-Deputy Nursing Officer f'din is-sala jidher li għandha roster uniku għax minkejja li jien infurmat li uffiċjalment hu miktub mod, fil-fatt taħdem sas-sagħtejn ta' filgħodu?", "Naqbel li fejn jista' l-management għandu jakkomoda l-bżonnijiet ta' din id-Deputy Nursing Officer, però d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ma jaħsibx li l-management għandu jara li sa fejn hu possibbli r-roster ta' din id-Deputy Nursing Officer għandu jikkomplementa dak tan-Nursing Officer?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma hemm l-ebda roster sas-sagħtejn ta' filgħodu.", "Ir-roster eżistenti tad- Deputy Nursing Officer tas-sala msemmija minnu separatament jikkomplementa dak taċ-Charge Nurse.", "WIED TA' ĠNIEN INGRAW – ĦSARA LIN-NIXXIEGĦA TAL-ILMA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċesss sabiex numru ta' bdiewa li għandhom ir-raba' fil-Wied ta' Ġnien Ingraw, u li wara li waqgħet blata kbira f'Ottubru 2018 u għamlet ħsara lill-perkors tal-ilma naturali, ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jagħmlu użu minn dan l-istess ilma?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba numru ta' riskji li hemm fis-sit, saret spezzjoni mill-periti ta' Ambjent Malta fejn ġie konkluż li l-binja privata li ġġarrfet mill-blata l-kbira għandha titwaqqa' minħabba r-riskju li jkompli jaqa' aktar ġebel, biex ikunu salvagwardati l-ħaddiema li se jagħmlu x-xogħlijiet u l-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi tagħhom fil-wied.", "Qed jiġi proposti numru ta' xogħlijiet preparatorji li għandhom jitwettqu qabel ma titneħħa l-ġebla l-kbira u tiġi restawrata n-nixxiegħa tal-ilma.", "Ġie rrakkomandat ukoll li x-xogħol tat-tneħħija tal-ġebla li waqgħet għandu jsir fis-sajf minħabba l-periklu li jġibu magħhom il-kondizzjonijiet li hemm fil-post minħabba li l-art hija taflija.", "TNEĦĦIJA TA' DGĦAJSA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li tittieħed l-azzjoni neċessarja sabiex id-dgħajsa li d-dettalji tagħha qed ngħaddihom b'mod separat, u li ilha għal iżjed minn sitt xhur mitfugħa fuq il-blat quddiem il-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, titneħħa?", "Huwa possibbli li jekk ma titneħħiex minn sid id-dgħajsa, titneħħa mill-Awtorità responsabbli?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, Transport Malta bdiet il-proċeduri skont il-liġi biex titneħħa din id-dgħajsa.", "Fil-każ li ma titneħħiex mis-sid fiż-żmien stipulat din tiġi żgumbrata mill-Awtorità.", "IŻ-ŻEJTUN: TRIQ SAN DUMINKU – ĦLAS DOVUT MILL-GVERN GĦAL ART MEĦUDA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7874, 8228 u 8789, jista' l-Ministru ġentilment jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament titħallas tal-proprjetà meħuda mill-gvern u dan peress li skont sentenza tal-Qorti tal-Appell tat-18 ta' Lulju 2018 kienet ordnat lill-gvern biex immedjatament jitħallas il-kumpens tal-proprjetà u art li kienet ġiet meħuda?", "Peress li l-Ministru dejjem wieġeb li qed isir minn kollox biex din il-persuna titħallas, ġentilment jinnota li meta l-Awtorità tal-Artijiet għajtulha għall-kuntratt, kienet ġiet ippreżentata pjanta li ma kenitx tinkorpora l-art u l-proprjetà kollha meħuda, u kellu jkun l-avukat tagħha li induna?", "Peress li l-Awtorità tal-Artijiet għad trid iġġib id-dokumenti mill-Qorti, jista' l-Ministru jintervjeni mal-Awtorità tal-Artijiet biex jikkonkludu dan il-każ u jesegwixxu l-ordni tal-Qorti tal-Appell tat-18 ta'Lulju 2018?", "Japrezza l-Ministru li dan id-dewmien qed jammonta għal spejjeż u strapazz żejjed lil din il-persuna u lill-avukat tagħha?", "Peress li fit-tweġiba ta' Novembru tas-sena l-oħra l-Ministru wieġeb li l-Awtorità tal-Artijiet qed tagħmel minn kollox biex dan il-ħlas isir u filwaqt li konvint li din hija r-risposta li qed jagħtu lill-Ministru mill-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru jinnota li anke hu jista' jkun li qed jitpoġġa f'pożizzjoni anipatika meta l-Awtorità qed tkompli tkarkar saqajha biex tesegwixxi sentenza tal-Qorti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li l-kuntratt li kellu jsir invista tad-deċizjoni tal-Qorti ma seħħx minħabba ostaklu li permezz tiegħu ma setgħetx tiġi esegwita s-sentenza.", "Kien l-avukat tal-partijiet stess li ta parir lill-klijenti tiegħu biex ma jiffirmawx dan il-kuntratt.", "Sadanittant, l-avukat tal-Awtorità tal-Artijiet daħħal digriet biex tiġi ċċarata s-sentenza.", "ATT DWAR L-ARTIJIET TAL-GVERN - EMENDI", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma l-intenzjoni tal-Gvern li jemenda l-liġi Kaptilu 573 Att dwar il-Artijiet tal-Gvern għal dawk il-każijiet fejn is-sidien oriġinali se jkun qed jitnaqqsilhom il-kumpens meta kkumparat ma' dak li kien dovut lilhom taħt il-liġi preċedenti?", "Jista' jgħid meta beħsiebu jressaq dan it-tibdil fil-Parlament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, għaddejjin il-preparamenti meħtiega biex dawn l-emendi jgħaddu mill-aktar fis.", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9399 u jagħti informazzjoni dwar għaliex ingħalaq il-programm JESS?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-programm JESS għaddej minn perjodu ta' tranżizzjoni sabiex il-benefiċjarji kurrenti jkunu integrati fi proġett ieħor immexxi mill-Aġenzija Sapport.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ IL-MARFA – SERVIZZI MIBDULA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fuq ix-xogħol li qed isir bħalissa fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa, liema servizzi nbidlu u saru ġodda tul it-triq imsemmija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid Triq il-Marfa, li tgħaqqad il-Mellieħa mal-Bajja tal-Għadira, bħala parti mill-investiment nazzjonali bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern iddedika biex itejjeb il-kwalità tat-toroq madwar il-pajjiż f'seba' snin.", "Ix-xogħol f'din it-triq, li dalwaqt tkun lesta, qed isir f'tul ta' madwar kilometru u nofs, minn quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa sa ħdejn ir-roundabout tal-Għadira, li wkoll għadhom kemm sarulha tiswijiet estensivi u nbidel il-wiċċ b'saffi ta' asfalt ġdid.", "Ix-xogħlijiet fi Triq il-Marfa jinkludu aktar minn 400 metru f'bankini ġodda tul parti mit-triq, servizzi tal-ilma taħt l-art kif ukoll dawk tat-telekomunikazzjoni li ġew mgħoddijin taħt il-bankini.", "Saru wkoll sistemi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita biex jitnaqqsu d-diffikultajiet bl-għargħar in-naħa t'isfel lejn l-Għadira fejn hemm ħafna residenzi u negozji.", "Sistema simili n-naħa ta' fuq se ssir wara s-sajf minħabba li l-ewwel iridu jitlestew xogħlijiet ta' restawr fil-kmamar storiċi tas-Santwarju.", "Il-wiċċ tat-triq tħaffer kollu u fejn kien hemm pedamenti antiki bit-tafal jew materjal ieħor mhux b'saħħtu, dawn inbidlu m'oħrajn sodi, biex it-triq ma tibqax iċċedi.", "Finalment it-triq qed isirilha wiċċ ġdid bil-kisi ta' diversi saffi ta' asfalt.", "Waqt ix-xogħlijiet fi Triq il-Marfa, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, ġie organizzat servizz ta' transport kontinwu bil-vannijiet għal dawk li normalment jirkbu l-karozza tal-linja minn din it-triq, biex iwassluhom sal-waqfa temporanja li saret għat-trasport pubbliku.", "IL-MELLIEĦA – TOROQ LI NGĦATAW IT-TARMAK", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "IL-MELLIEĦA: KUNSILL LOKALI – DWAL ĠODDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "FIAU – ON-SITE EXAMINATIONS TA' NUTARA PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt l-Artiklu 16(1)(ċ) tal-Att Kontra Money Laundering, Kap 373, il-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja ('il-Korp') wettaq 35 on-site examination fuq Nutara Pubbliċi bejn is-snin 2014 sad-data ta' din ir-risposta.", "Ta' kull sena l-Korp, fil-qadi tal-funzjoni surreferita, iwettaq ukoll eżerċizzju ta' ġbir ta' informazzjoni minn kull entità suġġetta, inkluż in-Nutara Pubbliċi.", "L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li l-istatistika hekk kif mitluba tmur lura lil hinn mis-sena 2014.", "FIAU: ON-SITE EXAMINATIONS TA' NUTARA PUBBLIĊI – PIENI PEKUNJARJI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-numru ta' nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena pekunjarja?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika illi seħħu bejn is-snin 2014 sad-data ta' din ir-risposta u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data tal-lum, kien hemm ħdax-il (11) Nutar Pubbliku illi ngħata piena pekunjarja.", "L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta' statistika hekk kif mitluba tmur lura lil hinn mis-sena 2014.", "FIAU: ON-SITE EXAMINATIONS TA' NUTARA PUBBLIĊI – PIENI PEKUNJARJI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu, każ b'każ u sena b'sena (iżda mingħajr ma tkun mikxufa l-identità tal-persuni involuti), il-pieni pekunjarji li ngħataw lil nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FIAU: ON-SITE EXAMINATIONS TA' NUTARA PUBBLIĊI – PIENI MHUX PEKUNJARJI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-numru ta' nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li ma kenitx ta' natura pekunjarja?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi fost dawk in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew ezerċizzju ieħor ta' verifika bejn is-sena 2014 u d-data ta' din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta' din ir-risposta, kien hemm sebgħa u tletin (37) Nutar Pubbliku li ngħata piena li ma kenitx ta' natura pekunjarja.", "L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta' statistika hekk kif mitluba tmur lura lilhinn mis-sena 2014.", "FIAU: ON-SITE EXAMINATIONS TA' NUTARA PUBBLIĊI - PIENI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li ma kenitx ta' natura pekunjarja biss?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fost dawk in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta' din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta' din ir-risposta, kien hemm erba' (4) nutara pubbliċi li ngħataw piena pekunjarja flimkien ma' piena ta' natura oħra.", "L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta' statistika hekk kif mitluba tmur lura lil hinn mis-sena 2014.", "FIAU: ON-SITE EXAMINATIONS TA' NUTARA PUBBLIĊI – PIENI TA' AKTAR MINN €1,500", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena li taqbeż l-€1,500?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fost dawk in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta' din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċizjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta' din ir-risposta, ma kien hemm l-ebda Nutar Pubbliku li ngħata piena pekunjarja li teċċedi l-valur ta' €1,500.", "L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta' statistika hekk kif mitluba tmur lura lil hinn mis-sena 2014."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190513_227d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal permezz tal-IVF minn meta beda jitħaddem f'pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont kemm twieldu permezz ta' embryo freezing?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sena b'sena?", "L-ONOR.", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm embrijuni ffriżati bħalissa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ilhom iffriżati?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mid-Dwana ta' Malta mill-2013 'il hawn, u jagħti l-informazzjoni sena b'sena skont it-tip ta' droga li nqabdet?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid xi jsir mid-droga li tinqabad mid-Dwana u x'inhi l-proċedura li tintuża f'dawn il-każijiet?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9852 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet dwar is-sena 2018 u li suppost ġie ppreżentat lilu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2019?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 1963 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il dikjarazzjoni ta' emerġenza pubblika saret permezz ta' Proklama skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 tal-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza (Kap. 178 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Għal kull Proklama, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li għaliha saret u għal liema parti jew partijiet ta' Malta kienet tapplika?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħatax iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali (IIP) tar-Repubblika ta' Malta?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għal Triq Antonio Schembri fil-Kappara, jiġifieri t-triq fejn hemm iċ-Chiswick School u t-toroq tal-madwar, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex din it-triq residenzjali jkollha aktar boun ordni u pparkjar u aċċess ferm aħjar waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti mill-iskola?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Peress li The Strand f'Tas-Sliema hi żona residenzjali u minkejja dan, il-permessi għall-ħwienet u l-postijiet ta' divertiment dejjem qed jiżdiedu, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-parametri ta' kif jingħataw permessi bħal dawn, f'din iż-żona?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tinżammx statistika dwar kundizzjonijiet ta' allerġija bħal ażżma?", "Jekk iva, jista' jagħti ċ-ċifri għal kull sena b'kemm qed tiżdied din il-kundizzjoni?", "Jista' jgħid ukoll, kemm huma dawk il-pazjenti li għandhom kartuna safra (Skeda V)?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser imur Marrakesh il-Marokk bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2019 u jiffirma l-UN Global Compact for Migration Document?", "Liema huma l-klawsoli li l-Gvern Malti biħsiebu jirrikonoxxi?", "Hemm klawsoli fid-dokument li jistgħu jaffetwaw is-Sovranità ta' Malta b'kundizzjonijiet ambigwi u nieqsa minn spjegazzjoni u għalhekk jistgħu jġibu riperkussjonijiet bl-iffirmar ta' tali dokument?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 9640 u ċjoè: B'referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħdidiet min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura u tal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni fejn dawk l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi għall-ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9799 u ċjoè: Peress li l-proġett ta' Manoel Island huwa marbut mad-Development Brief tal-1992, jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjan il-ġdid ibiddel drastikament il-mix u l-iskala tal-użu tal-art kif kien approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94 peress minn proġett primarjament kummerċjali sar wieħed primarjament residenzjali?", "Jikkonferma li dan it-tibdil jirrikjedi l-ħruġ ta' Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar kif jidher fin-North Harbour Local Plan policy NHGT16?", "Jista' jikkonferma jekk dan is-Supplementary Planning Guidance kienx ippubblikat mill-Awtorità?", "Jekk kien ippubblikat jista' jgħid meta u fejn tista' tinkiseb kopja u għaliex mhux ippubblikat fuq il-website tal-awtorità?", "Jekk le kif seta' jiġi approvat il-pjan il-ġdid?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jiġi approvat?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9205, jista' l-Ministru jgħid jekk in-nuqqasijiet ġewwa d-Djar tal-Anzjani ġewwa Għawdex ġewx irranġati kollha u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ġewx irranġati u x'azzjoni qed tieħu l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8986 u jgħid jekk Transport Malta ġietx notifikata b'xi rikors magħmul a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81 tul is-snin 2017, 2018 u 2019 s'issa?", "Jekk iva kemm kien in-numru?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8506 kollha u taġġorna lill-Kamra fuq il-varji Master Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa?", "Fiex jikkonsistu u għalxiex qed isiru dawn il-Master Plans u minn min qed isiru?", "Kif intgħażlu l-persuni li qed jagħmluhom, kemm tħallsu s'issa u meta huma ppjanati li ser jiġu konklużi dawn il-Master Plans?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi fl-aħħar sena u nofs?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9701, tista' l-Ministru tgħid jekk in-Night Shelter fix-Xagħra Għawdex bediex jopera f'April 2019 u jekk iva kemm qed jilqa' residenti?", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-bankina u t-triq ta' quddiem dan in-Night Shelter għadhom mhux lesti, iktar minn sitt xhur wara li ġie inawgurat dan in-Night Shelter?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-PA number 01606/19, 'Levelling of existing debris, to reinstate existing roads, create Park and Ride parking facilities with permeable ground covers, charging point for electric buses, Bus Terminal and roofed deck top house recreation areas' ġewwa ta' Xħajma fix-Xewkija Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet ma għadhiex tidher fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Jista' jgħid x'intalab s'issa mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq din l-applikazzjoni u fiex wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum, kellhom l-identità tagħhom u l-piena li ngħataw, ippubblikati mill-FIAU fuq il-website tagħhom u/jew band'oħra?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta' allegati reati ta' ħasil ta' flus li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) investigat mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum fir-rigward ta' flus li pprevjenew lin-nutara pubbliċi minn misapproprjazzjoni ta' taxxi u/jew flus/beni oħra?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista' teħel il-ħabs għax ma tħallasx il-manteniment?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta' tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista' teħel il-ħabs għax ma tagħtix dan l-aċċess?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, kull sena (sena b'sena), kemm kien hemm maġistrati u mħallfin li ġew investigati mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bejn l-2008 u l-2018?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid meta beda jiltaqa' u jiffunzjona l-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati kif stipulat fir-Riformi Kostituzzjonali tas-sezzjoni tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 t'Awwissu 2016?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista l-Ministru jgħid jekk tax il-permess li jsir ix-xogħol u struzzjonijiet biex ikun hemm preżenti Health & Safety Officer waqt il-ħin tax-xogħol fil-Middle School Rabat Għawdex, liema xogħol sar waqt il-ħin tad-dħul tat-tfal, fejn dawn bdew jgħaddu minn ġo nofs makkinarju goff u tjun li huma ta' periklu għat-tfal, minbarra l-istorbju li kien qed itellef, b'mod speċjali t-tfal bl-awtiżmu?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8198 issa li bdew jittieħdu l-proċeduri kriminali, jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan il-każ ma sar ebda rapport mill-Uffiċjal Investigattiv lill-Magistrat tal-Għassa sabiex issir inkjesta u jiġu nominati l-esperti u jsir il-proċess verbali in vista tal-fatt li f'dan l-inċident korrew diversi persuni, uħud minnhom serjament u addirittura dawn in-nies li korrew daħlu biex jiġu rikoverati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "X'inhi r-raġuni li wara l-frakass, li esponiet il-ħajja ta' diversi nies għal periklu serju u gravi u li l-istess żiemel li hu involut mhux biss ma ġiex identifikat, imma sal-lum il-Pulizija Eżekuttiva lanqas biss jafu x'sar minnu, aħseb u ara kemm saru testijiet fuqu, anki tad-doping, u meta dan kien ukoll każ ċar ta' moħqrija fuq annimal, li huwa reat 'per se'?", "X'passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra dan l-Uffiċjal Għoli fil-Korp tal-Pulizija li lanqas biss indenja li jagħmel rapport lill-Maġistrat tal-Għassa tal-akkadut?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jindika kemm se jinbnew djar ta' akkomodazzjoni soċjali f'Marsaskala u f'liema naħa tal-lokalità dawn id-djar se jinbnew?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġiex ikkonsultat il-kunsill lokali ta' din il-lokalità qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk ġenituri/qraba ta' persuni b'diżabilità jistgħux jagħmlu użu mill-Iskema 'Carer at Home'?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9991, jista' l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-proġetti li ġejjin, li huma relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea hekk kif ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta` Marsaskala f'dawn l-aħħar ħames snin u jekk dawn hux diġà twettqu jew le:", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika meta se jibda l-bini tal-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u meta huwa indikat li se jitlesta?", "Fiex se jikkonsisti dan il-bini?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9989, jista' l-Ministru issa jindika l-inizjattivi ġodda li se jsiru f'Wied il-Għajn billi din hija żona turistika?", "Meta se jibdew jitwettqu dawn l-inizjattivi?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ħareġ biex issir interċettazzjoni ta' jew interferenza ma' komunikazzjonijiet fil-kors tat-trasmissjoni tagħhom bil-posta jew bil-mezz ta' sistema ta' radjokomunikazzjoni jew ta' telekomunikazzjoni jew b'kull mezz ieħor?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe pjanti li jinsabu fil-pussess tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u li juru fid-dettall il-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda u li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċnus perpetwi rivedibbli mhumiex qed jiġu pproċessati mill-Awtorità tal-Artijiet kif kien isir qabel?", "Jista' jgħid jekk jeżistux impedimenti legali u x'qed jikkunsidra l-Gvern biex jindirizza din il-kwistjoni?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7722, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet kontra dawk il-barranin li nstabu jaħdmu f'pajjiżna mingħajr permess u kontra min kien qiegħed iħaddimhom?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6312 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6316 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jieħu l-azzjoni meħtieġa biex tieqaf it-tnixxija ta' ilma fi Triq Dun Karm Psaila Birkirkara viċin it-traffic lights f'salib it-toroq ma' Triq Wignacourt u Triq Wajter, qrib il-ħwienet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "Jista' jikkonferma jekk din it-tnixxija ta' ilma fit-triq hiex kkontaminata bid-drenaġġ u allura tista' tkun ta' periklu għas-saħħa?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9776 u ċjoè: Peress li f'Novembru 2016, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta' din il-persuna f'dawn l-aħħar sentejn u erba' xhur u jekk qattx ħareġ rapport ta' ħidma dwar ix-xogħol li wettqet?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9775 u ċjoè: Peress li f'Novembru 2016, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru u fl-istess ħin ukoll, kienet ġiet espressa t-tama mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà u Anzjanità Attiva responsabbli ta' dak iż-żmien biex minn Jannar 2017 din il-persuna jkollha l-uffiċċju tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx, fil-fatt ingħata uffiċċju lil din il-persuna f'Jannar 2017 jew sussegwentement?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9766 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju mniżżel fil-website https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx li jidher bħala tal-Commissioner for the Older Persons, u li jġib l-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux fil-fatt qed jintuża mill-Kummissarju għall-Anzjani u jekk le, minn fil-fatt qiegħed jużah, jekk qiegħed jintuża?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9765 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali - https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx - taħt it-titlu Commissioner for the Older Persons m'hemm l-ebda isem imniżżel, la tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u lanqas ta' xi persuna oħra, u lanqas m'hemm indirizz elettroniku jew website bħalma hemm fil-każ tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9770 jista' l-Ministru jgħid għaliex, ma jistax jippubblika r-risposta tal-Korp għall-Analisi ta' Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għall-istess opinjoni ladarba l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-opinjoni tagħha (formal opinion) mibgħuta lill-FIAU fit-8 ta' Novembru 2018?", "Hemm bżonn li wieħed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, ai termini tal-liġi Ewropea dwar l-aċċess pubbliku, għal informazzjoni li tista' faċilment tingħata hawn Malta?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9726 jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fis-segretarjat tiegħu jew fil-Ministeru tiegħu li għandhom, fl-istess ħin, interess dirett jew indirett f'xi soċjetà kummerċjali li tagħti servizzi lill-istess ministeru permezz ta' kuntratt ta' servizzi ta' kwalunkwe natura?", "Jista' jgħid jekk jinżammx skrutinju tal-possibilità ta' kunflitt ta' interess fil-ministeru tiegħu, fis-sens li jista' jkun hemm uffiċjali fis-segretarjat jew fil-ministeru tiegħu li fl-istess ħin ikollhom interess f'xi entita kummerċjali li tkun qed tipprovdi servizz lill-istess ministeru?", "U jekk isir dan l-iskrutinju, jista' l-ministru jgħid x'irriżulta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10005, 9708 u 9823 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10016 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex (jekk hu l-każ) il-parkeġġ għat-tobba u l-pazjenti ħdejn u quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ġie meħud minn imwejjed u siġġijiet?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ktieb li huwa wkoll work book 'Il-Vjaġġ ikompli wara t-Tfulija'?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10022, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Maġistrat tal-Għassa ma ġiex infurmat biex tiskatta Inkjesta Maġisterjali wara s-sejba tal-arma tan-nar f'vettura?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi aħbarjiet fuq id-diżgrazzja tal-Opentop Bus li spiċċat f'imwiet u persuni mweġġgħin?", "Jista' jgħid jekk humiex veru l-għajdut li l-Gvern daħal jew ser jidħol għal dawn it-talbiet ta' kumpens?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ftehim mas-sidien tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u d-Dipartiment tal-Artijiet?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm se jdaħħal il-gvern, u din bl-approvazzjoni tal-parlament?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika liema benefiċċji, jekk hemm, jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival u ċjoè dawk l-għaqdiet jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, għal kull benefiċċju li jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival sabiex jippreparaw karrijiet u jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, liema huwa dak id-dipartiment jew aġenzija li tamministra dawn il-benefiċċji, u jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival gawdew minn kull tip ta' benefiċċju elenkat fis-snin 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex iħallsu għas-servizzi li jużaw fl-imħażen tagħhom fejn jintramaw il-karrijiet?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpaniji tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom fil-konfront tal-kirja ta' maħżen fejn jintramaw il-karrijiet u spejjeż oħra relatati mal-Karnival?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival qegħdin jużaw imħażen tal-Gvern biex jaħdmu x-xogħol tagħhom relatat mal-Karnival?", "F'każ li hemm minn dawn il-każijiet, jista' jindika l-kundizzjonijiet li taħthom qegħdin jintużaw dawn l-imħażen?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' struttura għadu qed isir fil-MUZA?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Joint Office ħareġ skema ta' fidi ta' ċnus ta' djar residenzjali?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jibda jaħdem il-lift li hemm fi Ġnien Laparelli taħt Bieb il-Belt?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel persuna tiġi ingaġġata bħala membru tal-Forzi Armati ta' Malta, isirx iċċekkjar jekk dik il-persuna għandhiex każijiet kriminali pendenti fil-konfront tagħha?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura adottata mill-Armata meta jirriżultalha li jkunu nbdew proċeduri kriminali fil-Qorti fil-konfront ta' membru tagħha?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta' Malta, li fid-19 ta' Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta' Malta, li fid-19 ta' Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm proċeduri kriminali għaddejjin fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qabel id-19 ta' Mejju 2019?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari kontra dan l-individwu pendenti dawn il-proċeduri?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta Triq Żaren Dalli f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU L-ONOR.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu, Kap. 409.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 80 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 82 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Tielet Qari – Onor. Rosianne Cutajar.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "27 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġiżlattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex (Kont.).", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "27 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190528_228a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 28 ta' Mejju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 227 li saret fit-13 ta' Mejju, 2019 ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nibda billi nilqa' magħna f'din il-Kamra grupp ta' studenti u għalliema mill-Kulleġġ San Alwiġi.", "Merħba fil-Parlament.", "L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Ispeaker, fil-kapaċità tiegħu ta' President tal-Fergħat iż-Żgħar tal-Commonwealth, fit-48 Konferenza Annwali tal-British Isles and Mediterranean Region (BIMR) tal-Commonwealth Parliamentary Association li nżammet f'Guernsey bejn id-19 u t-22 ta' Mejju 2019; u", "Insejjaħ lill-Onor.", "Chris Said biex iressaq petizzjoni quddiem il-Kamra.", "CHRIS SAID: Sur President, f'isem numru ta' residenti u sidien ta' stabbilimenti f'Marsalforn qed inressaq petizzjoni li ngħatajt biex nippreżenta f'din il-Kamra minn dawn l-istess residenti u sidien ta' stabbilimenti dwar il-breakwater ta' Marsalforn.", "Ftit iżjed minn seba' snin ilu, dan il-breakwater ġratlu ħsara, fejn waqgħet parti minnu u kull darba li qed ikun hemm maltemp qawwi bir-riħ li jolqot dawk in-naħat, qed jikkawża ħsarat fl-istabbilimenti, fir-residenzi u fid-dgħajjes li hemm f'Marsalforn.", "Għalhekk, qed issir talba lill-awtoritajiet biex tittieħed azzjoni u jibda x-xogħol immedjatament.", "Għaldaqstant, Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Petizzjoni ffirmata minn madwar 155 persuna sabiex jinbeda x-xogħol ta' rranġar fuq il-breakwater ta' Marsalforn f'Għawdex.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ministru Justyne Caruana, mhux il-mument li tirrispondi.", "JUSTYNE CARUANA: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inkun nista' nikkummenta.", "L-ISPEAKER: Saret petizzjoni mill-Onor.", "Chris Said u l-Ministru Justyne Caruana tixtieq tagħmel intervent.", "Il-permess ingħata.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Caruana, bil-permess tal-Kamra.", "JUSTYNE CARUANA: Nirringrazzja lill-Onor.", "Said tal-interess, però ninformah li l-proċess jinsab għaddej.", "Fil-fatt, kien hemm stqarrijiet pubbliċi, preżentazzjonijiet pubbliċi u laqgħat ta' konsultazzjoni biex nippreżentaw dan il-proġett, u kien hemm parteċipi mhux biss is-sidien tan-negozji, imma anke diversi residenti, sajjieda u dawk kollha li huma involuti u li se jintlaqtu direttament minn dan il-proġett li se jiswa miljuni kbar.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "TWELID TA' TFAL MINN IVF – IFFRIŻAR TA' EMBRIJUNI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal permezz tal-IVF minn meta beda jitħaddem f'pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont kemm twieldu permezz ta' embryo freezing?", "Jista' jagħti l-informazzjoni sena b'sena?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' trabi li twieldu mill-2013 sal-lum permezz tal-proċedura tal-IVF huwa ta' 309.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Byron Camilleri, mistoqsijiet supplimentari.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem tħabbar li l-fondi li ġejjin mill-Iskema taċ-Ċittadinanza b'Investiment se jibdew jintużaw għal investiment fil-kura primarja.", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema area se jintużaw dawn il-fondi u x'titjib se jkun qiegħed isir?", "CHRIS FEARNE: Sur President, il-ġimgħa li għaddiet, id-Dipartiment tas-Saħħa flimkien mal-Fond tal-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (MDSF) iffirmajna ftehim biex €10 miljuni jgħaddu mill-MDSF għall-Ministeru tas-Saħħa sabiex isir xogħol fuq numru ta' bereġ u fiċ-ċentri tas-saħħa madwar Malta u Għawdex.", "Dan juri l-għaqal tal-Gvern li f'dawn is-snin ħa d-deċiżjoni li jkun jista' jsib sors ta' fondi li jkunu disponibbli għall-użu soċjali tal-poplu tagħna.", "Hawn qiegħed nirreferi għal fondi tal-IIP, li 70% minnhom jiġu amministrati mill-MDSF.", "Li kieku kien għall-Oppożizzjoni, dawn l-€10 miljuni li se nkunu qegħdin nallokaw biex nagħmlu refurbishment u servizzi ġodda fil-bereġ u fiċ-ċentri tas-saħħa tagħna mhumiex disponibbli, u allura kieku ma nistgħux nagħmlu dan il-kambjament fil-ħajja tan-nies billi nipprovdu aktar servizzi viċin tagħhom.", "Irrid ngħid ukoll li ftit tax-xhur ilu, l-MDSF ħabbar li €60 miljun se jiġu investiti għal 1,700 housing unit ġdid.", "Nerġa' ngħid, li kien għall-Oppożizzjoni, dawn il-housing units ma jibnewx.", "Dan ifisser li se nkunu qegħdin inżidu l-ammont tas-social housing b'terz.", "Dawn huma flus li ġejjin mill-Iskema ta' Ċittadinanza b'Investiment (IIP), u li kieku kien għall-Oppożizzjoni, din l-iskema ma teżistix u dawn il-fondi mhumiex available għall-poplu Malti.", "Hawn qed nitkellmu dwar €60 miljun li se jmorru għal social housing, f'liema settur, għal snin twal, ma kien hawn l-ebda sforz biex jinbnew units ġodda.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, €2 miljun oħra li ġejjin mill-MDSF ġew investiti biex il-Prim Ministru u jien stajna niftħu żewġ cardiac units angio suite ġewwa Mater Dei biex jagħtu servizz tas-saħħa lill-poplu tagħna.", "Issa se nkunu qed nonfqu €10 miljuni oħra biex nirranġaw 56 berġa madwar Malta u Għawdex u anke ċ-ċentri tas-saħħa.", "Dakinhar stess li ffirmajna dan il-ftehim biex jgħaddu dawn il-fondi għand il-Ministeru tas-Saħħa ħareġ l-ewwel tender ta' €1 miljun biex jibda x-xogħol fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira.", "Dan iċ-ċentru tas-saħħa li jservi mas-70,000 ruħ fis-sena kien ilu għal snin sħaħ fi stat dilapidat.", "Lanqas seta' jsir ix-xogħol fuqu.", "Dan is-sit huwa mikri u kien hemm kawża l-Qorti biex id-Dipartiment tas-Saħħa ma jkunx jista' jagħmel arranġamenti.", "Bħala Gvern, għamilna arranġament ġdid biex ikun jista' jsir ix-xogħol u grazzi għall-fond tal-IIP, għandna l-fondi biex inkunu nistgħu nibdew ix-xogħol fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira.", "Apparti ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira, għandna proġettat li matul din is-sena u nofs nagħmlu xogħol fiċ-ċentri tas-saħħa kollha ta' Malta u Għawdex biex nerġgħu nagħtuhom il-ħajja, inkabbruhom, insebbħuhom u ndaħħlu equipment ġdid.", "Qed naħdmu wkoll fuq il-bereġ madwar Malta u Għawdex li għal snin twal kienu mitluqin, b'xi wħud minnhom ikkundannati u b'xi wħud minnhom li lanqas jistgħu jintużaw jew qegħdin jintużaw għal skopijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas-saħħa.", "Bħala Gvern, flimkien mal-kunsilli lokali, qegħdin naħdmu biex nirranġaw dawn il-bereġ madwar Malta u Għawdex biex nagħtu servizz tajjeb fil-pront u ta' livell eċċellenti liċ-ċittadini fl-ibliet u l-irħula tagħhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Irrid infakkar li l-mistoqsija tiegħi kienet fuq l-IVF.", "Il-Ministru Chris Fearne qal illi kieku kien għall-Oppożizzjoni, dawn is-€60 miljun li semma ma kenux jiġu investiti.", "Però rrid infakkar lill-Ministru li kieku kien għan-naħa tal-Gvern, €2.2 biljuni ma kenux jiġu lejn pajjiżna, għax ma konniex nidħlu fl-Unjoni Ewropea!", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jirrispondi l-mistoqsija u jgħid, sena b'sena, kemm twieldu trabi permezz tal-IVF?", "Qed nerġa' nagħmel din il-mistoqsija, għaliex il-Ministru tana ċifri konsolidata.", "CHRIS FEARNE: Għall-benefiċċju tal-Onor.", "Interpellant se naqra l-figuri sena b'sena.", "Fl-2013 twieldu 25 tarbija, fl-2014 twieldu 43 tarbija, fl-2015 twieldu 72 tarbija, fl-2016 twieldu 62 tarbija, fl-2017 twiedu 61 tarbija u fl-2018 twiedu 43 tarbija.", "Però rrid ngħid ukoll li qabel ma kien hawn bidla fil-gvern fl-2013, ma kien hemm ebda tarbija li twieldet bl-IVF fl-isptarijiet tagħna, għax minkejja li kienet għaddiet il-liġi, Gvern Nazzjonalista ma kienx investa u ma kienx beda l-proċess tal-IVF ġewwa l-isptarijiet tagħna.", "Kien dan il-Gvern li beda dan il-proċess biex illum, f'Mater Dei diġà kellna 170 tarbija.", "Dan ifisser aktar familji ġodda grazzi għall-IVF.", "Il-liġi li għaddejna u li emendajna ftit tax-xhur ilu qed tagħti aktar skop u opportunità lill-koppji li jkollhom tarbija.", "Dan ifisser aktar ommijiet, aktar missirijiet, aktar nanniet, aktar zijiet u, fuq kollox, aktar ħajjiet ġodda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Naf li bħala Gvern nagħtu diversi mediċini b'xejn fosthom għal dawk il-persuni li jbatu bl-ADHD.", "Naf li riċentement kien hemm xi kwestjoni f'dan ir-rigward.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx azzjoni?", "CHRIS FEARNE: Bħalma jafu ħafna min-nies li qegħdin isegwuna, ftit tas-snin ilu meta konna diġà f'din l-amministrazzjoni, daħħalna mediċini ġodda għall-persuni li jbatu bil-kondizzjoni tal-ADHD.", "Fost l-oħrajn, konna daħħalna mediċina li kienet branded u li kienet għadha fil-perjodu tal-patent tagħha, jiġifieri ma setgħux joħorġu mediċini bħalha li huma ġeneriċi.", "Eventwalment, meta spiċċa dak il-kuntratt, kienu laħqu ħarġu mediċini ġeneriċi u għalhekk, meta mbagħad ħarġet it-tender il-ġdida, intrebħet minn mediċini li kienu ġeneriċi.", "Ovvjament ma baqgħux jinġiebu l-mediċini branded għax wieħed jifhem li l-branded ikunu ogħla.", "Kif nafu, skont regoli ta' procurement Ewropej, it-tender tintrebaħ minn dik il-mediċina li tkun l-orħos u għalhekk, sakemm tkun effettiva, il-Gvern jixtri lilha.", "Ġara li matul l-aħħar ftit ġimgħat, kellna numru ta' rapporti ta' individwi, kemm tfal kif ukoll adolexxenti u adulti, li l-mediċina ġenerika ma kenux qegħdin isibuha effettiva daqskemm kienu qed isibu effettiva l-mediċina li hija branded.", "Peress li skont regoli Ewropej, it-tender intrebħet mill-mediċina li hija ġenerika, ma stajniex naqbdu u nibdlu l-mediċina mal-ewwel.", "Għalhekk, b'mod għaqli, it-Tabib Ewlieni tal-Gvern talab rapport mingħand persuna esperta minn barra l-pajjiż.", "Dan ġie Malta, għamel l-istħarriġ tiegħu billi tkellem ma' numru ta' pazjenti, u ra l-case files ta' numru kbir ta' pazjenti.", "Fil-fatt, din il-ġimgħa stess, kellna r-rapport lura.", "Ir-rapport jirrikkomanda li dawk il-persuni li jista' jiġi pprovat li kellhom adverse drug reaction minħabba li ħadu l-mediċina ġenerika u mhux il-mediċina branded, u għaddew mill-proċess fejn kumitat stabbilit bil-liġi tahom ir-raġun, il-Gvern, minkejja li hemm it-tender, ikun jista' jixtri mediċina branded u jagħtiha lil dawn il-pazjenti.", "Għalhekk, illum stess, kelli diskussjonijiet mat-Tabib Ewlieni tal-Gvern u ttieħdet id-deċiżjoni li fir-rigward ta' dawk il-persuni li kienu jieħdu l-mediċina Concerta u li sabu diffikultà bil-mediċina li mhijiex branded u li kellhom il-każ tagħhom approvat mill-kumitat, se nkunu qegħdin nixtru mediċina Concerta u nerġgħu nagħtuha lil dawn il-pazjenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Fil-kontest tal-mediċini b'xejn, peress li s-servizz tal-IVF huwa b'xejn, però l-mediċini għad iridu jitħallsu mill-ġenituri prospettivi, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu joffri dawn il-mediċini b'xejn ukoll?", "CHRIS FEARNE: Huwa ċar li dan il-Gvern beda jagħti servizz tal-IVF li qabel ma kienx hemm.", "Infakkar li s-sitwazzjoni ma kenitx li qabel kien hemm is-servizz u l-mediċini tal-IVF b'xejn u aħna bħala Gvern bqajna nagħtu s-servizz u m'aħniex nagħtu l-mediċini b'xejn, imma s-sitwazzjoni hi li qabel la kien hemm servizz b'xejn u lanqas kien hemm mediċini b'xejn!", "Qabel kulħadd kien iħallas għal kollox!", "Dan il-Gvern beda jagħti s-servizz mingħajr ħlas u, aktar minn hekk, numru ta' mediċini jingħataw mingħajr ħlas.", "L-Onor.", "Interpellant mhux korrett meta jgħid li l-mediċini kollha ma jingħatawx mingħajr ħlas.", "Il-mediċini li jintużaw waqt li l-pazjent ikun l-isptar, bħal kull mediċina oħra, jingħataw mingħajr ħlas.", "Dawk il-mediċini li jintużaw meta l-pazjent ma jkunx l-isptar, bħal kull kundizzjoni oħra, jinxtraw mill-pazjent ħlief f'dawk il-kondizzjonijiet li jkunu kroniċi u fit-tul bħad-dijabete, pressjoni, cholesterol għoli u ażma, fost l-oħrajn, fejn pazjent ikollu dik li hija magħrufa l-kartuna s-safra.", "Tajjeb infakkar li l-IVF m'għandhiex x'taqsam ma' mard.", "F'każ ta' mard jew kondizzjonijiet li ma jkunux fit-tul, is-sistema ta' mediċini b'xejn ma teżistix.", "Madankollu, bħala Gvern, qegħdin f'negozjati biex il-prezzijiet ta' mediċini li jintużaw għall-IVF ikunu orħos u jkun hemm aktar suppliers li jissupplixxu dawn il-mediċini sabiex ma jkunx hemm monopolju fejn dawn il-mediċini jinxtraw biss minn post wieħed bi prezz għoli.", "Dan juri li bħala Gvern, mhux biss qed nagħtu s-servizz tal-IVF mingħajr ħlas, imma qed naraw ukoll li l-mediċini li jkollhom bżonn il-persuni li jirrikorru għall-IVF ikunu bi prezzijiet orħos.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor Alex Muscat, mistoqsija supplimentari.", "ONOR ALEX MUSCAT: Jista' l-Ministru jagħtina update fuq il-proġett tal-Università Medika ta' Barts, liema proġett l-Oppożizzjoni qaltilna li ma seta' jsir qatt?", "Jidhirli li ftit tal-ġranet ilu l-Ministru żar din l-Università.", "CHRIS FEARNE: L-Università ta' Barts hija waħda mill-feathers in the cap ta' dan il-Gvern.", "Il-fatt li rnexxielna nġibu waħda mill-aqwa skejjel mediċi, mhux biss tal-Ewropa imma tad-dinja, f'pajjiżna hija xi ħaġa kbira għal pajjiżna.", "Infakkar li l-uniku campus li din l-Università għandha barra l-Ingilterra se jkun ġewwa Għawdex.", "Naħseb li m'hawn ħadd f'dan il-pajjiż li ma jirrikonoxxix li din hija xi ħaġa ta' ġid għall-poplu Malti, speċjalment għall-poplu Għawdxi.", "Din l-Università se tkabbar l-ekonomija u żżid il-kummerċ f'Għawdex.", "Barra minn hekk, isem Malta se jkun magħruf fiċ-ċrieki mediċi kif ukoll fejn tidħol l-akkademja.", "Fl-opinjoni tiegħi, din hija scoop kbira li rnexxielna nagħmlu f'dawn is-snin ġewwa pajjiżna.", "Kien hemm ħafna kummenti min-nies li f'dan il-pajjiż jaraw kollox iswed.", "Fost affarijiet oħra, qalulna li dan il-proġett qatt mhu se jseħħ, iż-żona se tibqa' toqba u li qed noħolmu fis-sħab meta qed ngħidu li skola medika bħal din se tiġi Għawdex!", "Aħna emminna f'dan il-proġett, ħdimna ma' Barts u rnexxielna nattirawhom lejn Għawdex; illum għandna l-istudenti ta' Barts ġewwa Għawdex u issa se nibdew it-tielet sena.", "Ninsab informat ukoll mid-Diretturi ta' Barts li hemm over-subscription, jiġifieri hemm aktar studenti li jridu jiġu jistudjaw fl-iskola Medika ta' Barts milli qegħdin jiġu offruti postijiet.", "Apparti dan, ftit tax-xhur ilu, il-Prim Ministru u jien kellna l-opportunità li niftħu ċentru tal-anatomija ġewwa l-campus tal-Isptar ta' Għawdex.", "Dan huwa ċentru li ftit hawn bħalu fid-dinja, tant li anke Barts huma impressjonati bl-affarijiet li hemm ġo fih.", "Aktar minn hekk, il-ġimgħa li għaddiet kellna l-opportunità li nerġgħu nżuru l-binja tal-Iskola Medika li tinstab f'livell avvanzat ħafna tant li fl-aħħar ta' Ġunju jew il-bidu ta' Lulju, ix-xogħol strutturali se jkun lest, biex imbagħad jibda jidħol l-equipment, l-għamara u l-IT sabiex lejn Awwissu jew Settembru ta' din is-sena, din il-binja tgħaddi għand Barts, isiru ċ-ċertifikazzjonijiet u jidħlu l-istudenti ta' Barts ġewwa din l-iskola medika.", "Wieħed irid jinnota li bħala Gvern kellna suċċess kbir b'dan il-proġett minkejja d-doom and gloom li pprova jpinġi ħaddieħor.", "Ngħid ukoll li Barts qiegħda taħdem mal-Università ta' Malta biex tagħti joint Masters u qed tħares ukoll lejn aktar opportunitajiet biex tiftaħ aktar korsijiet ġewwa Malta u Għawdex.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Minn żmien għall-ieħor, diversi pazjenti jsibu ruħhom b'mediċini li jkunu out of stock.", "Hawn m'iniex qed nirreferi għal mediċini li wieħed iġib mill-Isptar, imma għal mediċini li jinxtraw mill-ispiżeriji.", "Każ partikolari huwa ta' kostitwenta tiegħi li tbati b'epilepsy u ilha xhur sħaħ tistaqsini biex ngħinha ssib il-mediċina partikolari Phenobarbital ta' 30 mg li ilha nieqsa mis-suq għal diversi xhur.", "Jidher li l-mediċina alternattiva għal din il-pazjenta mhijiex tajba biżżejjed.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi pjan għal pazjenti bħal dawn li jkunu jridu jħallsu għall-mediċina tagħhom, imma qed isibu diffikultà biex isibu l-mediċina f'Malta?", "Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li jkun hemm post fejn dawn il-pazjenti jkunu jistgħu jmorru biex jinqdew aħjar?", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS FEARNE: L-ewwel nett, irrid ngħid li fir-rigward tal-mediċini li jġib il-Gvern u li qegħdin fuq il-formolarju tal-Gvern, ilu ma jkollna mediċini out of stock għal snin twal.", "Meta jkun hemm mediċina out of stock għal xi jumejn jew tlieta, l-aħbar tidher fil-gazzetti!", "Dan meta jien niftakar li meta kont tabib u meta kont diġà kandidat għall-elezzjoni tal-2013, kien ikun hemm mal-160 u 200 mediċina out of stock f'perjodu wieħed.", "Illum jgħaddu xhur sħaħ u ma jkollniex mediċina waħda out of stock u meta għal xi raġuni jew oħra jkollna mediċina li jkollna diffikultà li nsibuha, f'temp ta' jumejn, tlieta, tkun qiegħda ġewwa pajjiżna.", "Però jeżistu mediċini li ma jġibhomx il-Gvern imma jġibhom il-privat, u xi kultant l-aġent li jkun qiegħed jimportahom, għal xi raġuni jew oħra, isib diffikultà li jixtrihom jew jiddeċiedi li ma jġibhomx minħabba diversi raġunijiet, fosthom diffikultà fil-freight jew diffikultà f'pagamenti ma' kumpaniji barranin.", "Ħafna drabi, fejn ikunu mediċini li l-Gvern ikollu l-ekwivalenti tagħhom, naraw li l-pazjenti jkollhom aċċess għal dawn il-mediċini mill-ispiżerija tal-Gvern; anke jekk il-persuna ma tkunx intitolata għalihom, tkun tista' takkwistahom bi ħlas.", "Din hija xi ħaġa li nagħmluha b'mod regolari.", "Imbagħad ikun hemm sitwazzjonijiet, bħal f'dan il-każ partikolari tal-Phenobarbital, fejn il-kumpaniji li jipproduċuha barra minn Malta qegħdin jaqtgħuha madwar id-dinja kollha, għax qed jidħlu ħafna mediċini ġodda.", "Biex inkun onest, il-Phenobarbital hija waħda mill-eqdem mediċini li għandna u għalhekk il-kumpaniji qed jieqfu milli jipproduċuha.", "Ir-realtà hi li baqa' ftit kumpaniji li jipproduċu l-Phenobarbital, anke jekk baqa' suq għaliha.", "Bħala Gvern, għalkemm mhix fir-responsabbiltà tagħna, meta nsibu l-Phenobarbital fis-suq qegħdin nixtruha, anke għal pazjenti li mhumiex intitolati għaliha mingħajr ħlas imma li lesti jħallsu għaliha.", "L-istess jiġri meta jkun hemm mediċini oħrajn li jkunu out of stock fil-privat, fejn il-Gvern jara li jimportahom hu biex ikunu available għall-pazjenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fir-rigward ta' persuni li jieħdu mediċina relatata mal-ADHD, jikkonferma l-Ministru li kien hemm xi mistoqsijiet dwar il-mediċini li qegħdin jiġu pprovduti?", "Jekk iva, x'azzjoni ħa l-Gvern fir-rigward ta' dawn l-ilmenti?", "Ninsab żgur li bħalma diversi nies kellmu lili dwar dan, tkellmu wkoll mal-Ministru konċernat.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CHRIS FEARNE: Bħalma kelli l-opportunità nirrispondi lill-Onor.", "Rosianne Cutajar fuq l-mediċina tal-ADHD, nista' ngħid li sar rapport minn esperti barranin u wara li dan ir-rapport din il-ġimgħa stess wasal għand id-Dipartiment tas-Saħħa, illum tkellimt mat-Tabib Ewlieni tal-Gvern biex dawk il-persuni li għaddew mill-proċess fejn il-kumitat appuntat bil-liġi approva li minflok il-mediċina ġenerika jieħdu l-mediċina branded Concerta, din se tkun available għalihom mill-Gvern.", "Ladarba jkollna l-proċess tal-procurement lest, inkunu nistgħu nixtru din il-mediċina u nibdew inqassmuha lil dawk il-pazjenti bl-ADHD li għandhom problema bil-mediċina ġenerika.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "TQEGĦID TA' KARTI", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 105 tal-2019 – Ordni tal-2019 li jemenda l-Ordni dwar", "Dikjarazzjoni ta' Postijiet bħala Ħabs;", "f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 104 tal-2019 – Ordni tal-2019 dwar l-Adattament tal-Liġijiet dwar Ordnijiet tal-Kunsill tal-Pagi biex jirregola l-Pagi;", "f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 107 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2018 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad, 2008 għall-Grad ta' Master of Arts in Vocational Education – M.A. – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni;", "Avviż Legali Nru 108 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Addiction Studies – M.Sc. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija;", "Avviż Legali Nru 109 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 biex jemendaw ir-Rregolamenti tal-2019 tal-għaqdiet studenteski tal-Università; u", "Kopja tal-workbook \"Il-Vjaġġ ikompli wara t-Tfulija\" maħruġ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-2018, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10215;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi t-tip, l-ammont u l-valur maħsub ta' droga li nqabdet bejn l-2013 u April 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9738;", "Rapport Annwali u Estimi Finanzjarji tal-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali għas-sena 2018; u", "Kopja ta' Exemption Order IR 163/86/1 maħruġa fit-23 ta' Mejju 2019 lil numru ta' uffiċjali tal-LAFICO sekondati ma' kumpaniji li fihom LAFICO għandha l-ishma, skont l-artikolu 12(2) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap. 123;", "f'isem il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 102 tal-2019 – Lifts (Amendment) Regulations, 2019;", "Avviż Legali Nru 103 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Spezzjoni ta' Liftijiet; u", "Avviż Legali Nru 106 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Metodu ta' Notifika tal-Atti Ġudizzjarji;", "f'isem il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma l-Onor.", "Joe Mizzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-2018;", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 95 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ li stabbilixxa l-14 ta' Mejju 2019 bħala d-data meta d-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2019 dwar it-Trademarks (Att Nru XII tal-2019) għandhom jidħlu fis-seħħ;", "Avviż Legali Nru 96 tal-2019 – Avviż ta' bidu fis-seħħ li stabbilixxa l-14 ta' Mejju 2019 bħala d-data meta d-dispożizzjonijiet kollha tal-Att tal-2018 dwar is-Sigrieti Kummerċjali (Att Nru XXIX tal-2018) għandhom jidħlu fis-seħħ;", "Avviż Legali Nru 99 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 100 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tal-Fenek Selvaġġ; u", "f'isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 101 tal-2019 – Companies Act (Audit Exemption) Regulations, 2019.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa ta' għada, l-Erbgħa, 29 ta' Mejju 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tissostitwixxi lill-Onor.", "Stqarrijiet ministerjali.", "L-Onor.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, fis-6 ta' April ta' din is-sena Malta kienet ixxokkjata bil-qtil tas-Sur Lassane Cisse Souleymane u l-feriment ta' żewġ persuni oħra.", "Mill-ewwel il-Pulizija firxu l-investigazzjonijiet tagħhom, u waslu biex arrestaw persuni li hu allegat li wettqu r-reat u ressquhom il-Qorti.", "Il-każ huwa sub judice u bi prudenza mhux se nidħol fil-każ innifsu ħalli ma jiġix ippreġudikat il-każ.", "F'din l-ewwel seduta minn meta ġew arrestati dawn iż-żewġ persuni li allegatament wettqu dan ir-reat, irrid nuri d-diżappunt u d-dispjaċir tiegħi li l-persuni akkużati huma membri ta' korp dixxiplinat.", "Bl-ebda mod m'għandu jintefa' dell fuq il-korpi dixxiplinati, u wisq u wisq anqas fuq kull membru ieħor tal-korpi dixxiplinati, aktar u aktar fuq il-membri kollha l-oħra fil-Forzi Armati ta' Malta.", "Il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta huma involuti f'ħidma kontinwa ħalli jassiguraw is-sigurtà ta' pajjiżna u l-ibħra tagħna kif ukoll jipparteċipaw f'ħidmiet barra l-pajjiż, inkluż dik ta' peacekeeping.", "Barra minn hekk, il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta f'kull tip ta' temp jikkordinaw u jipparteċipaw f'ħidmiet biex jiġu salvati persuni li jkunu f'diffikultà fiż-żona ta' tiftix u salvataġġ Maltija inkluż, u mhux biss, ta' immigranti.", "Il-Forzi Armati Maltin kienu mfaħħra minn diversi sorsi barranin għall-ħidma tagħhom riċentEment f'każ ta' vapur li allegatament kien maħtuf u nħeles minn dawk li allegatament sfurzaw il-vapur jersaq lejn pajjiżna.", "Dan il-każ jitfa' responsabbiltà fuq kull wieħed u waħda minna li nkunu prudenti fi kliemna u fl-espressjonijiet tagħna.", "Irridu nedukaw li kliem u kitba ta' natura razzista, xenofobika u estremista u lingwa ta' mibegħda huma kundannabli u li mhux posthom fil-kultura Maltija.", "Dan aktar u aktar fejn f'pajjiżna ħaddanna l-għaqda u ġġelidna kontra min ipprova jifridna.", "Qabel l-2013 taħt amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista, persuna li kien japplika biex jidħol fl-Armata, kien jintalab biss ċertifikat tal-kondotta.", "Mal-bidla fit-tmexxija tal-Armata fl-2013 inħass li dan id-dokument ma kienx tajjeb biżżejjed minħabba li ma kienx jinkludi l-istorja kriminali kollha u għalhekk fl-2015 saret emenda fil-liġi sabiex il-Forzi Armati ta' Malta tkun awtorizzata tottjeni l-fedina penali, bil-kunsens tal-individwu, kemm meta japplika biex jidħol rekluta, kif ukoll tul l-impjieg tiegħu.", "Rekluta obbligat ukoll jiddikjara fl-attestation paper, ikkonfermata bil-ġurament, jekk għandux kawżi pendenti li jaf bihom.", "Tajjeb illi wieħed jgħid li fil-każ taż-żewġ persuni arrestati, il-fedina penali kienet nadifa meta daħlu fil-Forzi Armati ta' Malta, u ddikjaraw li m'għandhomx kawżi pendenti.", "Il-policies u l-proċedura wżati fl-Armata dwar persuni illi jew instabu ħatja ta' xi reat, għaddejin minn proċess fil-Qorti qabel huma jiddaħħlu bħala rekluti, kif ukoll għal min jagħmel reat, jittella' l-Qorti u jinstab ħati ta' reat meta jkun diġà rekluta jew membru fl-Armata, huma l-istess għal kif kienu fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti qabel l-2013.", "Bħal m'għedt, mill-2015 'l hawn il-Forzi Armati ta' Malta għandhom aktar viżibilità ta' ħtija li mhux bilfors titniżżel fil-kondotta, imma tkun imniżżla fil-fedina penali.", "F'pajjiżna l-liġi qiegħda hemm għal kulħadd, Maltin u barranin u kulħadd irid isegwiha.", "Irrid nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija għall-ħidma u l-impenn professjonali tagħhom biex jiġi solvut dan il-każ diffiċli u li nibdew nifhmu kemm hi importanti t-teknoloġija ħalli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità f'pajjiżna, ħalli mhux biss jissolvew każi ta' kriminalità, imma nipprevjenu l-kriminalità.", "Fl-aħħar, f'isem il-Gvern u l-poplu Malti u Għawdxi nagħti l-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Lassane Cisse Souleymane, filwaqt illi l-Gvern Malti jibqa' impenjat li jassisti liż-żewġ vittmi wara t-trawma li huma esperjenzaw.", "F'dan il-waqt qed tiġi segwita s-saħħa tagħhom, filwaqt li l-awtoritajiet qed jaraw l-istatus legali tagħhom f'pajjiżna.", "Għalhekk, irridu nkomplu nsostnu għall-għaqda fost il-Maltin, imma wkoll għall-għaqda fost dawk kollha li jgħixu fostna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-istqarrija ħadet ħames minuti.", "Insejjaħ l-ewwel kelliem min-naħa tal-Oppożizzjoni l-Onor.", "ONOR BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, f'isem l-Oppożizzjoni, irrid l-ewwel nett insellem il-memorja ta' missier ta' tlett itfal li nqatel kiesaħ u biered għall-unika raġuni li dan kien raġel iswed.", "Il-qtil ta' din il-persuna huwa ċertifikat ta' falliment tas-soċjetà Maltija fl-2019.", "Naħseb li l-mistoqsija li kulħadd irid jagħmel f'dan il-mument hija: Kif wasalna sa hawn?", "Kif wasalna li jkollok żewġ persuni ta' 22 jew 23 sena li ħassew li hawn ambjent madwarhom fejn bħallikieku huwa faċli li tista' toħroġ bil-karozza u tispara bl-addoċċ biex toqtol persuna jew aktar.", "Jien ngħid li llum qegħdin naħsdu ż-żerriegħa li nżergħet matul is-snin.", "Kemm huwa faċli li llum niġu hawn u noqogħdu nibku fuq dak li ġara mingħajr ma nerfgħu r-responsabbiltà ta' dak li għamilna fil-passat.", "Irrid infakkar li meta ftit aktar minn 10 snin ilu, f'dan il-pajjiż tfaċċat il-problema tal-immigrazzjoni, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ħareġ minn triqtu u ħa deċiżjonijiet li ma kenux popolari biex nies li kienu qegħdin jegħrqu fuq id-dgħajjes iddaħħlu l-art.", "Irrid infakkar li l-istess nies li llum qegħdin jibku u jwaħħlu f'ħaddieħor għal dak li ġara, ftit taż-żmien ilu kienu qed jaġixxu mod ieħor biex jirbħu l-vot ta' dawk in-nies li issa ħarbu mill-kontroll ta' kulħadd.", "Infakkar li kellna lill-Prim Ministru Joseph Muscat, li mill-Oppożizzjoni kien jgħajjar, jinbex u jirredikola lil eks Prim Ministru Lawrence Gonzi fuq il-kwestjoni tal-immigrazzjoni u kien wiegħed li m'għandniex naċċettaw dawn in-nies li qegħdin jegħrqu f'nofs ta' baħar.", "Ilkoll niftakru lill-Prim Ministru li pprova jagħmel il-pushbacks meta kien għadu kif rebaħ l-elezzjoni u dakinhar, bħala Oppożizzjoni, konna tlabnieh biex ma jagħmilx dawn il-ġennati.", "Konna tlabnieh biex ma jibgħatx il-messaġġ hemm barra li biex niddefendu s-sovranità, il-pattrijottiżmu, l-identità, l-għeruq u l-valuri, fost tant skużi oħrajn, huwa tajjeb li nħallu n-nies jegħrqu.", "Niftakru li dakinhar kien hawn ir-ritratti ta' trabi mal-art fuq l-apron tal-ajruport jistennew ix-xarabank biex nibagħtuhom lura f'pajjiżhom, għax il-Gvern kien wiegħed il-pushbacks.", "Dak iż-żmien, il-popolisti u r-razzisti li llum qegħdin joqtlu n-nies probabbilment kienu qegħdin iċapċpu lill-Prim Ministru u jgħidulu \"bravu\"!", "Għalhekk tajjeb li meta llum nitkellmu fuq l-integrazzjoni, nirrikonoxxu li qed naħsdu l-frott taż-żerriegħa li nżergħet b'mod irresponsabbli mhux tant żmien ilu.", "Illum, il-Ministru tkellem fuq l-operat u fuq li min jidħol fl-Armata jiġi vvettjat.", "Però, Sur Ministru, illum għandek iċ-ċertifikat li biddilt kemm biddilt dan l-operat, is-sistema falliet għax taħt imneħirkom, ftit wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, daħlu żewġ persuni fl-Armata li kienu kapaċi joqtlu.", "Jidher li dawn iż-żewġ persuni kienu supporters kbar tal-Partit Laburista bil-Facebook pages tagħhom juru l-kliem 'Laburisti sal-mewt'.", "Illum, fl-Armata n-nies jidħlu skont il-kulur tagħhom u bl-addoċċ.", "Irrid ngħid li fl-Armata qegħdin naħsdu r-riżultat ta' dak li nżera'.", "Dan il-Gvern kisser l-Armata u tilef l-aqwa nies.", "Dan il-Gvern biddel il-kriterji kif jintgħażlu n-nies.", "Il-Ministru ġie jgħidilna li għandna liġi li nbidlet, però dan huwa ċertifikat ta' falliment.", "Hemm responsabbiltà politika li trid tintrefa'.", "Il-Ministru qal li hu ma jerfax ir-responsabbiltà politika għax hu ma bagħathomx joqtluh.", "L-affarijiet ma jimxux b'dan il-mod!", "Kieku l-Ministru għamel hekk, qiegħed fl-iżbarra tal-Qorti Kriminali!", "Però l-fatt li għandek ammissjoni li l-Ministru biddel is-sistema ta' kif jintgħażlu n-nies fl-Armata u llum għandna sitwazzjoni fejn żewġ persuni fl-Armata huma akkużati li qatlu persuna għax hija sewda, huwa ċertifikat ta' falliment.", "Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista talab li tintrefa' r-responsabbiltà politika.", "Huwa għalhekk li f'isem l-Oppożizzjoni qiegħed nitlob li ssir inkjesta indipendenti biex nistabbilixxu kif dawn iż-żewġ persuni spiċċaw membri fl-Armata.", "Kif jista' jkun li għandna sistema li mhijiex kapaċi taqbad żewġ persuni li minn dak li qed jiġi rrapportat kienu manifestament razzisti u għalhekk qatt ma kellhom ikunu membri fl-Armata?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ninsab verament sorpriż u ddiżgustat bid-diskors tal-Onor.", "Beppe Fenech Adami li jrid li tintrefa' r-responsabbiltà politika.", "Qabelxejn, jien niftakar każ ieħor fejn persuna ta' karnaġġjon skur kienet inqatlet minn membri tal-Forzi Armati u dakinhar, ma nġarret l-ebda responsabbiltà politika.", "Però llum l-Oppożizzjoni trid li tinġarr ir-responsabbiltà politika.", "Jien ilni biss sentejn fil-Parlament u l-unika persuna li rajt tersaq viċin ħafna tad-diskors tal-lemin estrem hu proprju l-Kap tal-Oppożizzjoni preżenti.", "Kemm fadallu żmien bħala Kap tal-Oppożizzjoni ma nafx, imma niftakar ċar u tond li fid-diskors tar-risposta għall-baġit, diskorsu kien viċin ħafna tal-lemin estrem.", "Infakkar ukoll fl-aħħar elezzjoni, rajna fuq Facebook u fuq billboards kliem kontra l-barranin; fost l-oħrajn, intqal li fqajna lil Malta bil-barranin.", "Għal darba oħra, nikkundanna dan it-tip ta' diskors.", "Jidher li hawn min jibqa' ma jitgħallimx mill-iżbalji li jagħmel!", "Qabel nagħlaq, għandi mistoqsija għall-Ministru.", "Il-Ministru semma li qabel, biex wieħed jidħol fl-Armata, kienet tintalab biss il-kondotta u mbagħad fl-2015, din il-proċedura tbiddlet u bdiet tintalab ukoll il-fedina penali.", "Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri f'każ li wieħed ikun laħaq daħal fl-Armata u għaldaqstant ikun rekluta jew membru tal-Armata u jinstab ħati ta' każ li jkun seħħ qabel ikun daħal membru tal-Armata?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, minn din l-istqarrija jidher ċar li l-Ministru m'għandu l-ebda ħsieb li jerfa' r-responsabbiltà politika.", "Għalhekk il-mistoqsija tiegħi hija waħda ċara: Ministru, jekk inti m'intix se terfa' r-responsabbiltà politika, min se jerfagħha?", "Hawn xi ħadd f'dan il-pajjiż li huwa kapaċi jerfa' r-responsabbiltà politika għal dak li jiġri f'pajjiżna?", "Forsi fil-fehma tiegħek, Ministru, għandu jerfa' r-responsabbiltà politika l-Prim Ministru?", "Jew forsi l-Kap Kmandant tal-Armata?", "Kif qal tajjeb l-Onor.", "Beppe Fenech Adami, hawn mhux qegħdin nitkellmu fuq responsabbiltà legali imma fuq responsabbiltà politika.", "Allaħares bgħatthom inti Ministru biex joqtlu lil din il-persuna!", "Hawn qed ngħidu li jekk jiġri xi ħaġa taħtek jew min-nies ta' taħtek, għandha tintrefa' r-responsabbiltà politika.", "Il-Ministru, fl-ewwel sentenza tal-istqarrija, semma li f'dan l-inċident, apparti li nqatlet persuna, ġew feruti żewġ persuni oħrajn.", "It-tieni mistoqsija hija: Jista' l-Ministru jgħidilna kif inhuma dawn iż-żewġ persuni?", "X'ġaralhom eżattament?", "Ministru, żorthom lil dawn in-nies?", "L-istat Malti offrielhom għajnuna u xi tip ta' assistenza?", "L-Istat Malti wera dispjaċir magħhom?", "Ministru, int mort tara fejn joqogħdu dawn in-nies, biex f'isem il-Gvern u f'isimna bħala ċittadini, toffrilhom l-għajnuna?", "Dawk huma ż-żewġ mistoqsijiet li rrid nagħmel lill-Ministru.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Kif qal l-Onor.", "Simon Busuttil, f'dan il-każ hemm responsabbiltà politika x'tinġarr.", "Fl-istqarrija tiegħu, il-Ministru għoġbu jirreferi għall-fatt li ġiet iċċekkjata l-kondotta u l-fedina penali tal-persuni akkużati bil-qtil ta' Lassana Cisse Souleymane.", "Però donnu hemm biża' li xi ħadd jgħid x'kien ir-reat li wieħed mis-suldati kien instab ħati tiegħu.", "Irrid ngħid li, l-ewwel nett, din il-persuna mhux instabet ħatja wara proċess, imma ammettiet u nstabet ħatja fil-pront mill-Qorti meta ġiet akkużata.", "It-tieni nett, jista' l-Ministru jgħid x'kien dan ir-reat?", "Forsi l-persuna kienet involuta fi ġlieda l-ground ta' Ta' Qali?", "Forsi kienet involuta f'argument fit-triq ma' xi ħadd?", "Forsi nstabet ħatja li għamlet xi serqa żgħira?", "Forsi nstabet ħatja li daħlet fi proprjetà ta' ħaddieħor?", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru żewġ mistoqsijiet sempliċi ħafna.", "Jista' l-Ministru jikkonfemra li r-reat li dwaru wieħed mill-akkużati ġie akkużat bih u ammetta dwaru kien reat ta' natura sesswali?", "Jista' l-Ministru jikkonferma li r-reat tant kien serju li kien hemm l-involviment tal-Interpol fl-investigazzjoni, liema investigazzjoni wasslet biex din il-persuna tiġi akkużata fil-Qorti?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, qabelxejn, nixtieq nirringrazzja lill-Ministru li ħass li għandu jagħmel din l-istqarrija fuq suġġett daqstant delikat li nispera, anke jekk naħseb li huwa wishful thinking, li ma jiġix ippolitiċizzat.", "Il-fatt li l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni fuq din il-materja jiġi jgħid x'inhi s-simpatija politika ta' dawn iż-żewġ persuni li allegatament għamlu dan l-att barbaru, tħallik b'togħma morra ħafna.", "Kliem bħal dak iġiegħlek tifhem u tirrealizza li minkejja li l-poplu, b'mod ripetut, qed jipprova jibgħat messaġġ lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, din għadha ma tgħallmet xejn.", "Sfortunatament, l-arroganza li llum tikkaratterizza lill-Oppożizzjoni tibqa' tispikka.", "Nemmen li bħala politiċi rridu noqogħdu attenti fid-diskors tagħna, għax kliemna jħalli impatt fuq in-nies.", "Ejja ma ninqdewx bil-messaġġi politiċi biex niżirgħu sentimenti razzjali b'argumenti fejn kważi qed inbeżżgħu bil-barranin, għax kliem bħal dan qed iħalli effett u impatt negattiv.", "Il-fatt li kandidati partikolari għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew issaħħu fil-voti ma jawgurax tajjeb.", "Naħseb li rridu nagħmlu eżami tal-kuxjenza u bħala politiċi noqogħdu attenti ħafna kif nitkellmu b'mod responsabbli fuq suġġett delikat bħal dan.", "Ministru, wieħed mill-argumenti li uża l-Kap tal-Oppożizzjoni waqt l-aħħar kampanja elettorali kien li minħabba li hawn il-barranin - għax hekk isejħilhom – żdiedet il-kriminalità.", "Il-messaġġ li ntbagħat kien li f'ċerti rħula f'pajjiżna, il-familji qed jagħmlu tliet jekk erba' bibien minħabba li hawn biża' kbir mill-barranin.", "Dik kienet l-imputazzjoni li pprovat tagħmel l-Oppożizzjoni b'mod kodard!", "Għalhekk irrid nistaqsi lill-Ministru: Huwa minnu dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni li żdiedet il-kriminalità f'pajjiżna minħabba li hawn aktar barranin, inkluż Ewropej, li qed jgħixu f'Malta?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nibda biex, l-ewwel nett, f'isem l-Oppożizzjoni, nagħti l-kondoljanzi lill-familja ta' Lassana Cisse Souleymane u nikkundanna assolutament dan l-att barbaru.", "Biss, naħseb li jekk nikkundannaw biss dan l-att inkunu qed nagħmlu disservizz enormi lis-soċjetà tagħna.", "Fil-fehma tiegħi, irridu nimxu 'l bogħod minn hekk.", "Għalhekk, nappella biex nieqfu nipprovaw insibu t-tort f'dak u fl-ieħor u bħala Membri Parlamentari nġorru kollettivament ir-responsabbiltà.", "Ministru, fit-18 ta' April 2019, il-pjattaforma tal-NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-immigrazzjoni ħarġu stqarrija iebsa ħafna fejn, fost l-oħrajn, talbu biex il-Gvern u l-awtoritajiet ta' pajjiżna jieħdu azzjoni mhux biss fir-rigward ta' dan il-każ, imma anke biex is-soċjetà tiftaħ għajnejha fuq dak li qed jiġri f'pajjiżna.", "Irrid ngħid li din il-pjattaforma ta' NGOs ilha tagħmel dawn it-tip ta' appelli, però fit-18 ta' April 2019, dawn l-appelli laħqu l-kulminu tagħhom permezz ta' din l-istqarrija.", "Ministru, nixtieq inkun naf jekk mit-18 ta' April 2019 'l hawn iltqajtx ma' dawn l-NGOs, ikkonsultajtx magħhom u jekk smajtx dak li qed jinkwetahom fuq dan is-settur, jew inkella jekk dawn l-NGOs ġewx injorati?", "Irrid ngħid li dawn l-NGOs għandhom esperti f'dan il-qasam.", "Mill-informazzjoni li għandi, jidher li dawn l-NGOs ma semagħhom ħadd.", "Ministru, minn hawnhekk nitlob biex, jekk jogħġbok, twieġeb din il-mistoqsija u fl-istess ħin, nappellalek biex mill-aktar fis possibbli tiltaqa' ma' dawn l-NGOs.", "Nagħmlu żball kbir jekk naħsbu li we can get away with it mingħajr ma nagħtu kas x'qed jgħidu dawn in-nies.", "Fl-aħħar nett, nixtieq ngħid li dak li kien ħażin sa qabel nhar is-Sibt li għadda, għadu u jibqa' ħażin irrespettivament mir-riżultati elettorali li jinkisbu f'dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, ningħaqad mal-Oppożizzjoni u nagħti l-kondoljanzi lill-familja ta' dan il-missier.", "Dan il-każ ġara proprju tefgħa ta' ġebla minn fejn noqgħod jien.", "Dawn il-persuni barranin ikunu telgħin u neżlin fit-toroq ta' Birżebbuġa l-ħin kollu.", "Skont dak li ġie rrapportat, jidher li l-akkużati sparaw fuq din il-persuna u oħrajn, minflok ma sparaw fuq il-qtates!", "Dan huwa l-pajjiż li qed ngħixu fih illum.", "Jien ngħid li rridu nħarsu lejna nfusna lkoll kemm aħna u nerfgħu l-biċċa responsabbiltà tagħna għall-fatt li f'pajjiżna wasalna s'hawn.", "F'pajjiż normali, meta jiġri każ bħal dan, ma tistax ma tintrefax ir-responsabbiltà politika.", "Kif qal l-Onor.", "Simon Busuttil, dan mhux għax il-Ministru kellu x'jaqsam f'dan il-każ, imma għax trid tinġarr responsabbiltà politika.", "Xi ħaġa oħra li tinkwetani, mhux biss fuq dan il-każ, hija li meta jkun hemm talba biex issir inkjesta, il-Gvern bħal donnu jirrifjuta milli jagħmel dan.", "X'hemm ħażin li l-Gvern jagħmel inkjesta biex naraw jekk dan il-qtil setax jiġi evitat?", "Wara kollox, il-poplu Malti għandu jkollu serħan il-moħħ li l-affarijiet saru sewwa.", "Talba simili kienet saret dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Min m'għandux minn xiex jiddejjaq minn inkjesta, għandu jaċċetta dawn it-talbiet.", "Nistaqsi lill-Ministru: Jista' l-Ministru jgħid qed hux jikkonsidra li jagħmel inkjesta biex jara jekk dan il-qtil setax jiġi evitat?", "Mistoqsija oħra li forsi jweġibha darb'oħra l-Ministru għall-Edukazjzoni hija: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk is-sistema edukattiva llum hux qed tipprepara lit-tfal biex ikollna aktar inklużjoni f'pajjiżna?", "Kif nafu, illum għandna kotba biex id-diversi forom ta' żweġijiet f'pajjiżna jkunu mgħallma fil-kurrikulu edukattiv.", "Bl-istess mod, il-kurrikulu qiegħed jinkludi nies ta' ġilda differenti minn tagħna fl-istampi li jiġu mgħallma lill-istudenti?", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Ministru Michael Farrugia biex, jekk jogħġbu, iwieġeb il-mistoqsijiet.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, se nipprova nirrispondi l-mistoqsijiet kollha li saru.", "Qabelxejn, irrid nuri d-diżappunt assolut tiegħi li hawn Membri mill-Oppożizzjoni li għadhom ma tgħallmu assolutament xejn u jibqgħu ankrati f'dak li dejjem għamlu fejn minflok jipprovaw jgħaqqdu, jaraw kif se jifirdu fl-aktar żmenijiet meta f'dan il-Parlament għandna nitkellmu bis-serjetà u mhux b'passjoni politika.", "Smajna attakki sfrenati u ddisprati mill-ewwel kelliem tal-Oppożizzjoni li ma jagħmlux ġieħ lil din il-Kamra.", "Infakkar li meta l-immigrazzjoni kienet qed tersaq lejn pajjiżna u Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien, rightly so, kien jitkellem fuq burden sharing, jiġifieri r-responsabbiltà ta' pajjiżi Ewropej li jerfgħu r-responsabbiltà mal-pajjiżi fil-periferija, dak iż-żmien b'mod speċjali Malta u l-Italja, l-Oppożizzjoni Laburista dejjem tat sapport lill-Gvern ta' dakinhar fuq il-burden sharing.", "Hawn irrid nirringrazzja anke lill-membri tal-Oppożizzjoni għax illum, meta nitkellmu fuq solidarjetà Ewropea lejn il-pajjiżi fil-periferija u l-burden sharingi, hemm dejjem is-sapport min-naħa tal-Membri tal-Oppożizzjoni lejn il-Gvern tal-ġurnata.", "Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva.", "Intqal li s-sistema kif jiġu ingaġġati l-membri fl-Armata falliet.", "Hemm sistemi li jfallu meta wieħed jipprova jneħħi ċerti regoli u jkun aktar laxk.", "Sa fejn naf jien, fl-istqarrija li għamilt, għedt li s-sistema ġiet magħluqa aktar, għax fejn qabel kienet tintalab biss il-kondotta, fl-2013, b'amministrazzjoni ġdida fl-Armata, ġie deċiż li ma niqfux hemmhekk, imma tibda tintalab ukoll il-fedina penali.", "Jien nħoss li rridu mmorru oltre minn hekk.", "Fil-fatt, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet u taħditiet ta' konsultazzjoni biex il-Forzi Armati ta' Malta jkollhom saħansitra aċċess għas-sejbien ta' ħtija jew ammissjoni anke għal pussess sempliċi ta' droga.", "Bl-iżviluppi legali li għamilna, illum għal pussess sempliċi ta' droga, persuna ma titressaqx il-Qorti.", "Però huwa importanti li l-Armata jkollha viżibilità ta' persuni li tul ħajjithom, qabel daħlu fl-Armata, kellhom xi pussess ta' droga.", "Issa hawn wieħed jistaqsi: Se twaqqaf lil dawn il-persuni milli jidħlu fl-Armata jew se tagħti warning lill-persuna u mbagħad, eventwalment, issegwi lil dik il-persuna anke billi jsiru t-testijiet kollha neċessarji?", "Dan jista' jagħti l-każ li persuna tkun inqabdet xi darba f'ħajjitha b'xi joint.", "Illum dawn il-persuni jidħlu fl-Armata, għax dik l-informazzjoni mhijiex aċċessibbli, u tagħmel kemm tagħmel testijiet waqt ir-reklutaġġ jew qabel persuna tidħol fl-Armata, din l-informazzjoni ma tinstab imkien, la fil-kondotta u lanqas fil-fedina penali.", "Però, minħabba li fl-Armata għandek zero tolerance għad-droga, hija importanti li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli biex f'dak il-każ ikun hemm warnings ta' kif persuna tista' tiddaħħal bħala rekluta u jkomplu għaddejjin it-testijiet fuqha.", "Kien hemm nies li fil-passat kienu nstabu ħatja li meta kienu iżgħar inqabdu b'pussess ta' droga, iddaħħlu fl-Armata fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, u llum huma uffiċjali eżemplari għall-aħħar fl-Armata.", "Wieħed għandu jħares lejhom bħala eżempju ta' kif dawn jaġixxu fi ħdan l-Armata.", "L-Onor.", "Byron Camilleri staqsieni fuq il-fedina penali, u kif taħdem is-sistema f'każ ta' xi ħadd li jkun daħal fl-Armata u jinstab li kellu reat.", "Nista' ngħid li jkun hemm ħafna każi ta' persuni li b'xi mod jew ieħor, jew qabel ma daħlu rekluti jew meta kienu diġà fl-Armata, ikunu wettqu reat u nstabu ħatja anke tul il-perjodu li kienu fir-reklutaġġ jew fl-Armata.", "Irrid ngħid li meta persuna rekluta jkollha fedina penali mhux netta, jiġifieri tkun għamlet xi forma ta' reat u tingħata piena, il-persuna tingħata twiddiba.", "Ovvjament, ħafna drabi l-piena tiġi kkalkolata fuq diversi fatturi bħal, pereżempju jekk il-persuna kenitx minorenni.", "Wieħed dejjem irid jara l-kriterji li jkun hemm.", "Jista' jagħti l-każ li persuna tkun se tidħol fil-Forzi Armati u jinstab li tkun wettqet reat żgħir u nstabet ħatja.", "Tajjeb ngħid li jekk persuna tkun tressqet il-Qorti, għall-Armata, fil-maġġorparti tal-każi, il-persuna tkun meqjusa bħala li għadha innoċenti u għalhekk trid tiġi rispettata l-preżunzjoni tal-innoċenza tiegħu.", "Huwa stabbilit li l-Qorti biss tista' ssib persuna ħatja ta' reat.", "Però, meta l-persuna tinstab ħatja u tiġi ammessa fil-Forzi Armati, din tingħata mill-ewwel twissija uffiċjali li jekk tagħmel reat ieħor f'perjodu stabbilit, dik il-persuna tista' titkeċċa mis-servizz.", "L-ordnijiet interni fis-sistema li tħaddem il-Forzi Armati jitolbu li persuna trid tavża immedjatament li se tkun qed titressaq b'reat malli tkun taf bl-akkużi li hemm fil-konfront tagħha.", "Jekk dan ma jsirx, il-persuna tkun kisret ir-regolamenti tal-Forzi Armati u saħansitra jistgħu jittieħdu passi dixxiplinarji kontriha, inkluż li tista' titkeċċa.", "Malli jkun hemm xi ħadd li javża lill-Armata li hu wettaq reat u se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti, il-Kmandant jaħtar mill-ewwel bord ta' uffiċjali li jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet dwar miżuri kawtelatorji u preventivi li jistgħu jittieħdu sakemm tinqata' dik il-kawża.", "Hemm regoli ċari li kważi f'kull każ huma applikabbli.", "Jekk il-persuna tinstab ħatja, il-Forzi Armati tqis x'kien ir-reat u x'kienet il-kundanna, fost affarijiet relevanti oħrajn.", "Jekk ikun każ ta' natura serja ħafna, il-persuna tista' titkeċċa mis-servizz fl-interess tas-servizz.", "Jekk ma jkunx reat gravi, il-persuna tingħata twissija uffiċjali fejn tingħata ċ-ċans li tirriforma ruħha sakemm ma terġax tirrepeti xi reat ieħor li tiegħu tkun instabet ħatja.", "Hawnhekk irridu nsemmi xi punti importanti.", "Bħalma għedt, qabel l-2013, taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, kienet tintalab biss il-kondotta.", "Fil-kondotta, każijiet ta' conditional discharge bħal fil-każ ta' wieħed mill-persuni li tressaq akkużat b'dan il-każ, absolute discharge u community service ma jkunux imdaħħlin fil-kondotta, imma jkunu biss imdaħħlin fil-fedina penali.", "Huwa għalhekk li l-Armata estendiet il-fedina penali biex ikollha aktar viżibiltà ta' atti kriminali li jkunu saru.", "Żgur li ma jistax jiġi xi ħadd, aktar u aktar avukat, li jgħidilna li s-sistema falliet meta bażikament is-sistema qiegħda tagħmel aktar assessment.", "Tant is-sistema ma fallietx li ntużat kemm-il darba, bħal f'dan il-każ, fejn persuni fl-Armata li qed jiġu akkużati li waqt il-ħin tax-xogħol spiċċaw qatlu persuna, tressqu mill-ewwel il-Qorti.", "Żgur li ma nistgħux ngħidu li s-sistema falliet.", "Irrid ngħid ukoll li, kif se nispjega aktar tard, bħalissa għaddejja inkjesta biex nagħmlu assessment ta' dak li ġara.", "L-Onor.", "Simon Busuttil staqsa min se jerfa' r-responsabbiltà politika.", "Jien ħsibtu li se jitkellem fuq il-gidba Egrant u min se jerfa' r-responsabbiltà politika ta' min kien aċċetta dik il-gidba u għamilha tiegħu.", "Fir-rigward taż-żewġ persuni feruti, waqt id-diskors tiegħi tkellimt dwar x'qiegħed isir attwalment biex dawn iż-żewġ persuni jiġu megħjuna.", "Nista' ngħid li ż-żewġ persuni ngħataw it-trattament kollu meta ġew feruti.", "Jien bqajt insegwi l-każ tagħhom u ninsab informat li minkejja li kienu Malta bis-soggiorno, xorta waħda ngħataw l-attenzjoni kollha.", "Minħabba t-trawma li huma esperjenzaw, qed tiġi segwita s-saħħa tagħhom mid-Dipartiment tas-Saħħa.", "Huma ngħataw il-kura meħtieġa fl-isptarijiet tagħna.", "Qed naraw ukoll jekk minkejja li, kif diġà għedt, qegħdin bis-soggiorno, jistax jiġi kkonsidrat l-istatus legali tagħhom f'pajjiżna.", "L-Onor.", "Karol Aquilina staqsieni x'kien ir-reat li wettaq wieħed mill-akkużati.", "L-ewwel nett, hawn qegħdin nitkellmu dwar persuna li dak iż-żmien li wettqet ir-reat kienet minuri, u għalhekk irrid niċċekkja jekk dakinhar kienx hemm ordni biex ma joħroġx l-isem tal-persuna.", "M'għandix dik l-informazzjoni u għalhekk ma nistax nidħol f'dak id-dettall.", "It-tieni nett, il-ħabib tal-Onor.", "Aquilina huwa l-avukat difensur tal-persuna u għalhekk jista' jistaqsi lilu attwalment x'kien ir-reat li għamel dan il-persuna.", "L-Onor.", "Alex Muscat għamel referenza għall-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni kemm-il darba semma li f'pajjiżna l-kriminalità żdiedet bis-saħħa tal-barranin.", "L-ewwel nett, dan huwa tip ta' diskors li m'għandux jingħad.", "It-tieni nett, m'għandux jingħad aktar u aktar meta l-kriminalità mhux vera żdiedet.", "Fl-2018, il-kriminalità naqset b'7% fuq is-sena 2017, u fl-2017 il-kriminalità naqset b'1% fuq is-sena 2016.", "Fl-2016, kien hemm livell li kien qed jinżamm stabbli, li jfisser li minkejja ż-żieda fil-popolazzjoni, iż-żieda fil-barranin, iż-żieda fit-turisti u l-affluwenza li għandna f'pajjiżna, xorta waħda l-kriminalità nżammet stabbli u ma żdiditx.", "Fl-aħħar sentejn, jiġfieri fl-2017 u fl-2018, il-kriminalità naqset bi 8%.", "Allura kif jista' jiġi l-Kap tal-Oppożizzjoni jrewwaħ kontra l-barranin!", "Apparti minn hekk, kellna kampanja elettorali fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni f'Tas-Sliema għamel gaffe meta qal li tant kemm żdiedet il-kriminalità, il-familji qegħdin jagħmlu tliet jew erba' bibien ta' barra biex ħadd ma jidħlilhom!", "Meta ċċekkjajna l-fatti, sibna li l-kriminalità f'Tas-Sliema kienet naqset b'mod konsiderevoli u mhux żdiedet kif qal dakinhar il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Niġi issa għall-intervent li għamlet l-Onor.", "Claudette Buttigieg li naħseb li kienet l-aktar membru min-naħa tal-Oppożizzjoni li tkellmet b'mod serju.", "Kif qalet tajjeb l-Onor.", "Buttigieg, irridu nimxu 'l quddiem u biex nagħmlu dan, irid ikollna pjanijiet ċari.", "Fir-rigward tal-integrazzjoni, il-Gvern, permezz tal-Ministru Helena Dalli li hi responsabbli minn dan il-qasam, diġà ressaq policy dwar id-direzzjoni 'l quddiem fir-rigward tal-integrazzjoni.", "Kull ministeru qiegħed jimxi fuq policy li ndaħħlu aktar integrazzjoni f'pajjiżna.", "Dan qed nagħmluh mhux bil-kliem, imma bil-fatti.", "L-ewwel ħaġa li għamilna fil-Ministeru tiegħi fi Frar tal-2018, kien eżerċizzju ta' evalwazzjoni fejn ikkummissjonajna lill-Università ta' Malta biex tagħmel studju dwar security satisfaction and socio-ethnic thermometers.", "F'April 2018 kienu bdew diskussjonijiet mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ma' numru ta' minority groups, u kellna persuna li ġiet ingaġġata speċifikament biex tiltaqa' mal-NGOs u tkun il-persuna medjarja bejn il-Ministeru u l-NGOs.", "L-għan hu li nifhmu aktar lill-NGOs u lil diversi gruppi etniċi u barranin, li mhux biss huma Afrikani, dwar x'inhuma l-aspettattivi u x-xewqat tagħhom dwar fejn jixtiequ jmorru.", "Mingħajr ma noqgħod nidħol f'ħafna dettalji - meta tridu nistgħu nagħmlu dibattitu sħiħ dwar dan – għamilna talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea li huma intenzjonati għal aktar għarfien dwar hate crime u hate speech.", "Dan qed isir mhux għax ġara dan il-każ, imma d-diskussjoni dwar dan ilha għaddejja għal diversi xhur.", "Ninsab informat li x-xahar id-dieħel se nkunu qegħdin nagħmlu kuntratt biex ikollna fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan.", "Rigward il-mistoqsijiet tal-Onor.", "Hermann Schiavone, nista' ngħid li għaddejjin l-investigazzjonijiet kollha.", "L-Armata waqqfet bord ta' inkjesta li huwa mmexxi minn Kurunell u seba' lieutenant colonels.", "L-għan ta' dan il-bord hu li jinvestiga jekk membri fl-Armata ltaqgħux ma' intolleranza razzjali minn membri jew gruppi oħrajn fl-Armata, jekk diskorsi ta' mibegħda bbażata fuq nazzjonalità jew razza sarux fuq il-post tax-xogħol, jekk hemmx gruppi b'mottivi ulterjuri minn dawk tal-Armata, u jekk l-Armata tipprovdix biżżejjed informazzjoni u edukazzjoni fuq tolleranza u ugwaljanza u kontra kull diskriminazzjoni.", "Il-Bord isejjaħ u jintervista membri tal-Armata li jista' jkollhom rabtiet ma' gruppi speċifiċi; jirrakkomanda miżuri preventivi jew jirrapporta lill-awtoritajiet oħrajn minbarra l-Armata skont il-ħtieġa; jirrakkomanda t-tibdil meħtieġ biex jippromwovi mġiba li ma tkunx diskriminatorja u prevenzjoni kontra razziżmu u xenofobija.", "Meta dan ir-rapport jiġi konkluż, se jkunu qegħdin jittieħdu dawk l-azzjonijiet kollha meħtieġa f'diversi setturi, u mhux fl-Armata biss, ħalli nnaqqsu l-messaġġi negattivi li jista' jkun hemm fuq il-barranin li jgħixu fostna.", "Fl-aħħar nett, nitlob lill-Membri Parlamentari kollha, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll mill-Oppożizzjoni, biex jagħżlu kliemhom f'din il-Kamra u hemm barra, għax bi kliemhom jistgħu wkoll ikunu qed irewħu ideat xenofobiċi u razzisti li ħaddieħor hemm barra jinterpretahom ħażin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Il-Ministru għat-Turiżmu.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TAL-AWTORITÀ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU GĦASSENA 2019", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, nipproponi:", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar, 2019 sal-31 ta' Diċembru, 2019 skont l-Att dwar Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu, Kap. 409.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq għall-Gvern.", "Nifhem li hawn xi ftehim fuq il-ħin.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ġejna mitlubin mill-Oppożizzjoni biex nestendu l-ħin li ttieħed mill-istqarrija ministerjali.", "Min-naħa tagħna, m'għandniex problema li nżidu l-ħin.", "Naraw li kull parti tieħu l-ħin tagħha, imbagħad nagħlqu meta ż-żewġ partijiet ikunu għamlu d-diskorsi tagħhom.", "L-ISPEAKER: Jiġifieri hawn ftehim li l-ħin tad-diskussjoni dwar din il-Mozzjoni jiżdied il-ħin b'50 minuta?", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, il-ħin għandu jiżdied b'mhux aktar minn 50 minuta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, id-dibattitu li għandna llum huwa dwar is-settur tat-turiżmu li hu importanti ħafna, għax fuqu hija bbażata wkoll l-ekonomija ta' pajjiżna, mhux l-inqas ta' Għawdex, fejn dan is-settur jikkontribwixxi għal nofs il-prodott gross domestiku u jiġġenera wieħed minn kull ħames impjiegi fil-gżira Għawdxija.", "Matul dawn l-aħħar xhur, rajna wkoll qabża 'l quddiem f'dan is-settur.", "Fl-2018, f'Għawdex kellna żieda in double digits ta' turisti li żaru l-gżira Għawdxija.", "Hawn qegħdin nitkellmu dwar 12% żieda meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2017.", "Is-sena li għaddiet ukoll, il-Gozo Channel ġarret madwar 6,000,000 persuna.", "Biex tirnexxi fis-settur tat-turiżmu żgur li jrid ikollok viżjoni, li trid tiġi implimentata permezz ta' strateġija.", "Dan hu li qed nagħmlu f'Għawdex.", "Fattur ewlieni għal dan is-suċċess huwa li jkollok prodott tajjeb, distint, uniku u ta' kwalità.", "Fuq kollox, qed naħdmu b'viżjoni fit-tul li trid tiġi implimentata kuljum.", "Huwa kruċjali li naħdmu kontinwament mal-istakeholders kollha, mhux l-inqas mal-MTA u mal-Ministeru tat-Turiżmu, għaliex fl-aħħar mill-aħħar, is-suċċessi tagħna bħala Gvern jiddependu mill-mod ta' kif ninteraġixxu u nikkollaboraw ma' xulxin, flimkien mal-istakeholders kollha.", "Hemm qbil li t-turiżmu f'Għawdex jiġi diversifikat, kif fil-fatt qed nagħmlu.", "Għawdex qed isir aktar attraenti u destinazzjoni għal matul is-sena kollha.", "Nista' ngħid illi għelibna kważi kompletament l-isfida tal-istaġjonalità li ilha tirrenja għal diversi snin, biex illum qegħdin naraw turiżmu għaddej matul is-sena kollha.", "Il-focus tal-istrateġija tagħna huwa mibni fuq il-binarji ewlenin tas-sinerġija, ir-reklamar, it-titjib tal-prodott turistiku, l-aċċessibbiltà, l-infrastruttura u l-assistenza lis-settur.", "Rigward is-sinerġija, kif diġà aċċennajt, għandna djalogu kontinwu mal-istakeholders, mal-MTA u mal-Ministeru tat-Turiżmu.", "Din is-sinerġija se tkompli tissaħħaħ permezz tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex li se jkollha rwol importanti biex tgħaqqad lis-setturi kollha flimkien ħalli nkunu aktar iffokati u effettivi biex ikollna riżultati aktar immedjati.", "Parti minn din is-sinerġija qed tiffoka fuq il-mod kif nirreklamaw lil Għawdex biex isir aktar attraenti.", "Fil-fatt, matul din is-sena, iffokajna fuq reklamar fi swieq barranin, kemm dawk tradizzjonali, bħas-settur Ġermaniż, Franċiż u Taljan kif ukoll setturi oħrajn bħas-settur Ġappuniż u Amerikan.", "Flimkien ma' uffiċini barranin tal-MTA għamilna targeted campaigns biex Għawdex ikun reklamat bħala destinazzjoni distinta u partikolari.", "Saret ukoll ħidma konġunta mal-MTA biex Għawdex jiġi promoss u reklamat b'mod differenti, anke fil-fieri barra minn Malta, speċjalment fil-mod ta' kif ġew esebiti l-istands waqt dawn il-fieri.", "Irrid ngħid li kellna anke reklamar dwar niċeċ partikolari bħal, pereżempju, fuq magazines u siti tal-opri, tal-avventura, ivvjaġġar ta' lussu u l-cruiseliners.", "Rajna wkoll li l-billboards li għandna madwar il-pajjiż ikunu utilizzati bl-aħjar mod biex nattiraw turiżmu domestiku matul is-sena kollha, b'mod partikolari marbut mal-avvenimenti li jkunu qegħdin iseħħu fi tmiem il-ġimgħa f'Għawdex.", "Investejna wkoll biex ikollna aktar reklami f'pubblikazzjonijiet li jitqassmu fuq il-linji tal-ajru barranin, fosthom ir-rivisti b.inspired tal-Brussels Airline, Inflight tal-EasyJet u l-Lufthansa u ovvjament Il-Bizzilla tal-Air Malta, fejn qegħdin naraw li Għawdex jiġi promoss b'mod differenti.", "Din is-sena, pereżempju, ikkordinajna żjarat għal ġurnalisti, influencers u bloggers barranin.", "Fir-rigward tal-ħidma għat-titjib tal-prodott turistiku, din qed tħalli effett pożittiv.", "Fil-fatt, din is-sena Għawdex reġa' rebaħ unur prestiġjuż waqt il-Fiera tal-ITB f'Berlin, fejn ħadna l-premju ta' Best of Communities and Culture li jingħata minn Green Destinations.", "Bħala Ministeru għal Għawdex qegħdin inkomplu naħdmu biex intejbu mhux biss l-infrastruttura, imma anke s-siti li għandna.", "Fil-fatt, investejna bis-sħiħ biex isiru diversi interventi u xogħlijiet ta' restawr.", "Tajjeb ngħid li ħriġna żewġ skemi ta' restawr fil-lokalitajiet; fil-fatt matul is-sena 2018 saru disa' proġetti ta' restawr filwaqt li għal din is-sena diġà għandna tliet proġetti oħra.", "Għaddejja wkoll ħidma mal-NGO Wirt Għawdex li permezz tagħha saru diversi xogħlijiet bħal, pereżempju, fiċ-Ċittadella fejn ftaħna shelters ġodda, il-barrakka, qed isir studju fuq l-art ta' Calypso li huwa sit storiku b'potenzjal enormi u esproprjajna Għar Gerduf biex ikun jista' jsir aktar studju fuqu ħalli jsiru l-interventi meħtieġa biex ikollna sit storiku ta' livell ta' skala internazzjonali bħala attrazzjoni oħra.", "Fl-istess ħin, rajna titjib inġenerali tal-ambjent permezz ta' Proġett Għawdex.", "Tajjeb ngħid li filwaqt li ħabbarna proġetti fuq 50 triq, issa nistgħu nitkellmu fuq proġetti għal madwar 70 triq.", "Għaddejjin ukoll xogħlijiet fuq il-masterplans.", "Fil-bidu tas-seduta ssemma Marsalforn; bħalissa qed jiġi implimentat il-masterplan ta' Marsalforn, ġie pproċessat it-tender u x-xogħlijiet mistennija jibdew wara s-sajf.", "Aktar kmieni fis-seduta ssemma wkoll il-breakwater u, kif għedt, dan il-proġett se jitwettaq u diġà saru l-preżentazzjonijiet u l-laqgħat ta' konsultazzjoni mal-istakeholders kollha.", "Għaddejjin ukoll bix-xogħlijiet fix-Xlendi li hija żona turistika, fejn wara s-sajf se jibda l-proġett tal-parkeġġ li qegħdin nagħmluh flimkien ma' Projects Malta li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Konrad Mizzi.", "Permezz ta' dan il-proġett se nkunu qed nindirizzaw l-isfida tal-parkeġġ.", "Però dan mhuwiex xogħol iżolat, għaliex jinkludi wkoll it-tindif tal-wied u l-immaniġġjar tal-ilma.", "Għaddej ukoll il-proġett b'fondi Ewropej għal aktar faċilitajiet tas-sajjieda u flimkien ma' Projects Malta se nkunu qegħdin nesploraw il-possibbiltà li nkabbru l-bajja tax-Xlendi.", "Fir-rigward ta' Kemmuna, li hija parti mit-territorju Għawdxi, ippreżentajna l-masterplan lill-ERA u għamilna wkoll applikazzjoni mal-Planning Authority dwar xogħlijiet li jridu jsiru.", "Lestejna wkoll l-abbozz tal-masterplan għar-Ramla l-Ħamra fejn qegħdin nippjanaw konsultazzjoni pubblika qabel ma napplikaw għall-permessi mal-awtoritajiet.", "Fiż-żona tal-Imġarr, li huwa l-port ewlieni ta' Għawdex, għaddejjin xogħlijiet biex il-port jingħata dehra aktar pulita, organizzata u attraenti.", "L-għan hu li l-Port tal-Imġarr ikun jista' jilqa' l-volum ta' xogħol li jiġi lejn Għawdex matul is-sajf.", "Fil-fatt, irrid ngħid ukoll li diġà ħejjejna pakkett ta' attivitajiet kulturali għal matul l-istaġun tas-sajf.", "Sadanittant, għaddejjin bi proġetti kbar oħrajn, bħala parti minn viżjoni reġjonali li hija ħafna aktar wiesgħa.", "Nista' ngħid li għadna kemm lestejna x-xogħlijiet fil-Pjazza tax-Xewkija, beda u qabad ritmu mhux ħażin ix-xogħol fuq Pjazza ta' San Franġisk u, eventwalment, se nibdew ukoll ix-xogħol f'Ta' Sannat.", "Meta nitkellmu dwar prodott turistiku, qegħdin ninvestu fuq diversi binarji; pereżempju fl-ambjent, in-natura, il-pajsaġġ u l-istrateġija tad-decarbonization qegħdin naraw x'interventi nistgħu nagħmlu biex ikollna aktar arja nadifa.", "Insemmi wkoll il-fondi Ewropej ta' madwar €10 miljuni li qed nużawhom biex nirriabilitaw il-widien u l-pajsaġġi sabiex nippreservaw is-sbuħija naturali ta' Għawdex, li ċertament għandna nkomplu nikkapitalizzaw fuqha.", "Flimkien ma' din il-ħidma kollha, qegħdin naraw kif ikollna ibħra aktar nodfa permezz ta' proġett li qegħdin nagħmlu flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex nindirizzaw il-problema tat-tniġġis tal-baħar.", "Kif nafu, is-settur tad-diving huwa importanti ħafna għall-gżira Għawdxija u għalhekk irridu nkomplu nsaħħu din l-istrateġija biex tkun aktar profitable.", "Apparti dan kollu, qegħdin naħdmu fuq id-diversifikazzjoni.", "Pereżempju, fis-settur tal-isport qed naħdmu fuq diversi proġetti relatati mal-isport biex inkunu nistgħu ninkoraġġixxu u nattiraw aktar turiżmu sportiv.", "Insemmi l-proġett il-ġdid tal-pixxina, il-proġett tal-Ulysses Grove u wkoll il-proġett tax-shooting range li se nkunu qegħdin nibdew is-sena li ġejja.", "Għaddejjin ukoll il-proġetti relatati mal-knejjes f'Għawdex permezz ta' fondi Ewropej biex inkunu nistgħu nsaħħu anke t-turiżmu reliġjuż.", "Fis-settur tal-films, għall-ewwel darba din is-sena għandna l-Gozo Film Fund u diġà qegħdin naraw interess minn produtturi barranin li qegħdin jaraw li Għawdex jista' joffri backdrops u settings addattati u versatili għal dawn it-tip ta' produzzjonijiet.", "Qed nagħmlu wkoll investimenti fuq il-bajjiet tagħna, fejn qegħdin naħdmu ħafna mal-MTA għal bajjiet bi blue flag.", "Fil-fatt, diġà ħarġu s-sejħiet pubbliċi biex matul is-sajf ikollna supervisors li jħarsu dawn il-bajjiet għal aktar sigurtà u biex inżommu l-istandards tal-blue flags.", "Flimkien mas-CRTD, qed naħdmu wkoll fuq aktar aċċessibbiltà; fil-fatt għamilna audit tal-bajjiet kollha bil-faċilitajiet li jeżistu biex inkunu nistgħu nagħmlu l-upgrade meħtieġ.", "Irrid ngħid ukoll li diġà nbidlu l-public conveniences ta' Blue Lagoon, Marsalforn u r-Ramla l-Ħamra biex mhux biss ikunu attraenti u sbieħ, imma wkoll ikunu aktar aċċessibbli.", "Mal-ERA qed naħdmu wkoll fuq proċedura għat-tindif li jsir fuq il-bajjiet, bħal tneħħija ta' alka u ċagħaq, bil-għan li l-bajjiet jiġu rijabilitati.", "Hemm ukoll proċess amministrattiv li jrid isir qabel jibda t-tindif fuq il-bajjiet.", "Fil-fatt, il-proċess amministrattiv tar-rijabilitazzjoni ta' Marsalforn diġà lest.", "Il-prodott turistiku jiddependi ħafna fuq il-programmi li noffru.", "Għalhekk bħala Ministeru qed ninvestu ħafna fuq l-aspett kulturali li f'Għawdex huwa qawwi ħafna.", "Fil-fatt, qegħdin naraw li nniedu festivals ġodda.", "Pereżempju, is-sena li għaddiet bdejna l-opera month u rnexxielna nagħmlu xahar sħiħ ta' attivitajiet relatati mal-opra b'mod li rnexxielna nistabbilixxu lil Għawdex bħala destinazzjoni għall-opra.", "Kellna wkoll suċċess bit-tieni edizzjoni tal-Gozo Alive, tant li din l-attività saret l-ikbar attività kulturali li jkollna f'Għawdex.", "Għal din is-sena kellna anke artisti internazzjonali mix-xena pop.", "Apparti dan, għal tmiem il-ġimgħa, meta għandna l-festa pubblika tas-7 ta' Ġunju, se jkollna l-Gozo Pops and Rocks.", "Bħalissa qegħdin nippreparaw għax-Xlendi Fest Ceramic Festival, festivals oħrajn relatati mal-ikel f'diversi lokalitajiet, l-international food festivals u l-wine festivals f'siti partikolari, il-festival tal-ħut, tal-ħobż, tat-tadam u ħafna oħrajn.", "Matul din is-sena, se nkunu qegħdin naħdmu mill-qrib mal-kunsilli lokali l-ġodda li se jieħdu l-pussess għada u qed nagħtu wkoll għajnuna finanzjarja lill-NGOs.", "Imbagħad, flimkien mal-Ministru Konrad Mizzi u t-tim tiegħu, din is-sena u s-sena li għaddiet ħdimna biex issir edizzjoni oħra tal-International Fireworks Festival u għandna edizzjoni oħra tal-ABODE on the Rock.", "Is-sena l-oħra, din l-edizzjoni kienet suċċess u din is-sena huwa mistenni li għal nofs Ġunju se jkollna edizzjoni li se tkun ta' suċċess ikbar.", "Dawn huma parties li se jattiraw madwar 4,000 żagħżugħ u żagħżugħa mir-Renju Unit.", "Tajjeb ngħid li minkejja li dawn huma avvenimenti ta' parties madwar Għawdex kollu, is-sena l-oħra kellna esperjenza pożittiva ħafna għaliex it-trankwillità ta' Għawdex ma ġiet iddisturbata bl-ebda mod.", "B'hekk irnexxielna niggwadanjaw minn żewġ aspetti, kemm li nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni trankwilla u sabiħa li tirrilassak, kif ukoll bħala destinazzjoni li tista' tattira liż-żgħażagħ tagħna.", "Għalhekk irridu nkomplu ninkoraġġixxu wkoll dan it-tip ta' divertiment.", "Fejn tidħol l-aċċessibbiltà, hemm l-isfida kontinwa tal-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.", "Il-proġett tal-mina issa suppost li għandu l-barka tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni wara s-suppost qbil li kellna f'din il-Kamra, anke jekk jidher li kien hemm xi ripensament min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Dan il-proġett issa qed jiġi avvjat.", "Din mhijiex kwestjoni ta' ħolm tal-Għawdxin, imma dan huwa proġett li se jsir.", "Ċertament li t-turiżmu jiġi ffaċilitat b'aktar aċċess għal Għawdex.", "Sadanittant, għaddejjin b'ħidma biex intejbu s-servizz tal-Gozo Channel, fejn f'inqas minn ġimagħtejn oħra, se jibda jopera r-raba' vapur li tant kellna bżonn.", "Minkejja l-kaos li xi ħadd ipprova joħloq biex forsi jbeżża', dan huwa vapur li reġa' ġie mibni mill-ġdid fl-2010, għandu magni b'saħħithom aktar minn dawk tal-vapuri li għandna fil-preżent, itella' aktar speed u jniġġes inqas.", "Bil-kapaċità ta' dan il-vapur, se nindirizzaw l-isfida tal-istennija u l-effiċjenza.", "Dan huwa vapur b'saħħtu li għandu ċ-ċertifikazzjonijiet kollha internazzjonali u Ewropej u li ġie approvat mill-esperti tagħna.", "Hawn irrid nieħu l-opportunità biex insellem lill-ħaddiema tal-Gozo Channel li ta' kull sena jqumu għall-okkażjoni għaliex bid-domanda li hemm, ċertament li l-ħidma mhijiex ftit.", "Apparti l-aċċessibbiltà bil-baħar, flimkien mal-Ministru Konrad Mizzi ħdimna fuq l-aċċessibbiltà bl-ajru, fejn minn hawn u ftit tax-xhur oħra se jkollna s-servizz bil-helicopter.", "Fil-fatt, diġà ħarġet is-sejħa għall-offerti biex ikollna lil Għawdex konness bl-ajru permezz ta' skeda.", "Però nħalli f'idejn il-Ministru Mizzi biex jelabora aktar dwar dan.", "L-aħħar pilastru li se nitkellem dwaru huwa l-assistenza li qegħdin nagħtu lis-settur turistiku.", "Qed naħdmu ħafna mal-Gozo Tourism Association li qed tiġi sostnuta finanzjarjament mill-Ministeru għal Għawdex għall-operat tagħha.", "Qegħdin nassistu dan is-settur fejn jidħol ir-reklamar u l-marketing, kif ukoll fir-rigward ta' opportunitajiet ta' taħriġ li jkun hemm bżonn.", "Fil-fatt, matul il-ġimgħa li għaddiet, qassamt iċ-ċertifikati ta' kors li ffinanzja totalment il-Ministeru għal Għawdex, liema kors sar fl-Università ta' Malta bl-għan li jkollna riżors uman ippreparat u mħarreġ, għaliex fl-aħħar mill-aħħar dawn in-nies huma l-frontliners tagħna.", "Kellna wkoll skema ġdida li hija l-Enable Tourism biex ikollna faċilitajiet aktar aċċessibbli, skont ir-rakkmandazzjonijiet tal-UNWTO.", "Insemmi wkoll il-Gozo Employment Scheme li minnha bbenefikaw operaturi turistiċi.", "Permezz ta' din l-iskema, il-Ministeru għal Għawdex qed jagħti €6,000 għal kull impjieg ġdid li jinħoloq f'Għawdex u li jkun għal aktar minn tliet snin.", "Kif diġà għedt, dan huwa dibattitu importanti ħafna għal pajjiżna, u b'mod partikolari għal Għawdex, fejn għandna l-prodott, il-viżjoni u, fuq kollox, għandna l-enerġija u l-ħeġġa biex immexxu dan is-settur 'il quddiem, għax huwa tant importanti għall-ekonomija tagħna.", "Qabel nikkonkludi dan id-diskors, irrid insellem u nirringrazzja lill-operaturi kollha f'din l-industrija hekk vitali għall-ħidma kontinwa tul is-sena kollha.", "Qed issir ħidma kbira bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għat-Turiżmu mmexxi mill-Ministru Konrad Mizzi, l-Awtorità tat-Turiżmu, il-GTA u dawk kollha involuti fis-settur.", "Għalhekk irrid nirringrazzjahom ħafna mhux biss tal-ħidma li għamlu s'issa, imma wkoll għal dak li ġej u għall-mod ta' kif qegħdin naħdmu flimkien b'sinerġija sħiħa u b'viżjoni waħda.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT ARRIGO: Sur President, ma nafx jekk f'din is-seduta rridux innaqqsu €1 lill-Ministru, imma naħseb li le!", "Kważi kważi, nipproponi li nnaqqsulu €2 u mhux €1, għaliex dan huwa Ministru li minn dak li ħareġ sal-lum stess fil-Qorti, huwa taħt investigazzjoni.", "Mhux soltu li wieħed jitkellem ma' Ministru li jkun taħt investigazzjoni, imma b'rispett għal din l-industrija li hija tant importanti u li anke jien naħdem fiha, irrid naqsam il-ħsebijiet tiegħi għal dan is-settur.", "Nibda bl-aħħar statistika li ħarġet mill-NSO għall-perjodu ta' bejn Jannar u Marzu 2019, fejn wieħed meta jara n-numri, imma meta tnaqqas il-ħaddiema barranin li mhux ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta' nies li jiġu Malta għal vaganza.", "Jekk wieħed ineħħi l-yearly inflation u r-rates, naraw tnaqqis, meta mbagħad żdiedu l-ispejjeż.", "Naqas ukoll l-ammont ta' flus li jonfqu l-klijenti u anke l-core markets.", "Żdiedu n-non-EU arrivals, għaliex bħala pajjiż inġibu l-aktar ħaddiema mill-Ewropa tal-Lvant.", "F'paġna 4 ta' dan ir-rapport tal-NSO naraw li hemm ħafna tnaqqis, bir-riżultat li din is-sena hija differenti ħafna mill-2018.", "Minn Ottubru 2018, rajna differenza fl-attituini tal-klijentela tal-core markets, u din ix-xejra kompliet fl-2019.", "Jista' jkun li dan huwa riżultat tal-fatt li t-Turkija fetħet is-suq turistiku u qed toħdilna ħafna nies.", "Nistaqsi: Għal din is-sena hemm turisti biżżejjed biex nimlew is-sodod li għandna fil-lukandi?", "Hemm applikazzjonijiet?", "Fuq kollox, irridu nkunu nafu x'inhu l-pjan tal-Gvern għall-futur ta' din l-industrija.", "X'tip ta' lukandi rridu nibnu?", "Huwa ferm importanti li nagħtu lill-klijenti dak li jridu.", "Bħalissa hemm eżerċizzju importanti relatat mat-titjiriet u d-destinazzjonijiet ġodda, biex nagħtu prodott aħjar lill-klijent.", "Naħseb li l-Malta Tourism Authority għandha tinvesti u tagħti l-għajnuna permezz tal-operaturi.", "Mhux qed ngħid li dan ma jsirx, għax irrid ngħid li ħafna operaturi li nitkellem magħhom dejjem sabu l-għajnuna, però tajjeb niftakru li dawn huma l-faithful clients tagħna.", "Insemmi wkoll il-websites li jimbuttaw lil pajjiżna, ovvjament għaliex għandhom 18% commission u mhux għax iħobbu lil Malta.", "Però hemm ħafna operaturi li jirriskjaw, anke fuq seats lejn Malta u fuq l-akkomodazzjoni.", "Min-naħa l-oħra, il-websites ifakkurni fil-kanzunetta \"On again, off again\" u allura, hemmhekk irridu noqogħdu attenti.", "Apparti minn hekk, a game changer li nispera li ndunajtu biha hija s-sistema ġdida tal-booking.com.", "Huwa importanti li l-industrija tkun taf b'din is-sistema li tiffijdja minn websites u operaturi oħrajn u ma tagħmilx il-booking mal-lukanda hi.", "Forsi ħadd ma nduna b'dan, imma wieħed jista' jara li movements are not the same.", "Rajt ukoll l-accounts tal-MTA fejn kien hemm allokazzjoni ta' żieda ta' €25 miljun.", "Din hija xi ħaġa tajba.", "Nispera li dawn il-flus intefqu fuq marketing u mhux fuq extra staff jew fuq l-Air Malta.", "Ninnota wkoll li the product development income niżel.", "Ma nafx jekk dik hijiex il-parti tal-eco-tax jew le.", "Il-product development huwa importanti.", "Nikkalkola li Malta hija 3-Star destination plus li hija l-massa tal-market li hemm fl-Ewropa.", "It-3-Star plus market can give you good value prices for the quality we offer, imma jekk m'għandekx il-prodott ta' ċertu livell, jista' jkollok l-isbaħ lukandi għax ma jiswa xejn.", "Dan l-aħħar, il-lukandi investew ħafna flus, għaliex ix-xogħol kien tajjeb u l-profitt kien tajjeb ukoll.", "Kif nafu, min ma jinvestix, jibqa' lura!", "Però rrid nagħmel enfasi fuq il-prodott.", "Għad għandna żoni li huma maħmuġin u nistgħu nagħmlu ħafna iżjed biex intejbuhom.", "Jekk wieħed imur fuq Trip Advisor, mill-ewwel jinnota ċerti kummenti.", "Issa jien m'iniex xi fan ta' Trip Advisor, għax narah bħala l-kankru tal-industrija fejn xi klijenti jivvomitaw fuq xi ħadd ieħor biex jakkwistaw xi ħaġa b'xejn.", "Madwar 10% tar-reviews ikunu veri, bl-oħrajn ħafna drabi jkunu fake reviews minn xi aġenziji speċjalizzati li jagħmlu r-reviews favur jew kontra għall-operaturi barranin.", "Nerġa' ngħid li rridu nieħdu ħsieb il-kura tal-prodott.", "Ħadt gost li għamilna lagħqa tarmac f'ħafna postijiet f'Malta, li nisperaw li żżomm sax-xitwa u ma titlaqx mal-ewwel xita.", "Jien ninkwieta meta nkun qed indur San Ġiljan, Tas-Sliema u San Pawl il-Baħar u nibda nara ħafna road markings sofor, ħodor u blu.", "Nispera li mhux se jkun hemm toroq li jiġu mħaffrin għal xi raġuni ta' xogħlijiet ta' ilma jew drenaġġ.", "Ilbiraħtlula rajt triq li għadha kif saret f'San Ġiljan kollha mpittra!", "Ma nafx jekk hux se jerġa' jkun hemm xogħlijiet, imma jekk inhu hekk, ma nafx għalfejn ma sarux qabel.", "Fi Triq Spinola f'San Ġiljan fejn hemm ħafna mil-lukandi, it-triq tinsab fi stat diżastruż, mhux biss għaliex il-pjanijiet tal-Kunsill Lokali ġew miċħuda u saru biss il-pjanijiet li ried il-Gvern, imma għax għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet, issa li qegħdin fis-sajf.", "Naħseb li l-affarijiet jistgħu jsiru b'mod ħafna aħjar.", "Mhux qed nirreferi għall-kostruzzjoni li meta tkun ikkontrollata, m'għandi l-ebda diffikultà fuqha u fdwar aktar progress, però naħseb li l-Ministru żgur li jista' jagħmel aħjar.", "Fir-rigward tal-expenditure ta' bejn wieħed u ieħor €25 miljun, kien hemm żieda ta' €11-il miljun għal marketing fuq ir-routes, li hija xi ħaġa pożittiva.", "Nistaqsi: Lil min ingħataw dawn il-flus żejda u jekk l-Air Malta hijiex imdaħħla fihom?", "Hemm ukoll żieda għall-marketing ta' €5 miljuni.", "Nistaqsi: Fejn marru dawn il-€5 miljuni?", "Dawn marru biex nattiraw il-core markets tal-EU li għandhom ukoll il-problemi tagħhom?", "Kif nafu, l-Ingliżi ma jafux fejn qegħdin, it-Taljani lanqas, il-Ġermaniżi bdew jonqsu u l-Franċiżi qegħdin isibu lil Malta iżjed għolja.", "Hawn qed nirreferi għall-klijenti normali u mhux għall-istudenti.", "Malta qed tkun aktar għolja min-naħa tal-lukandi, ristoranti u forsi xi kultant anke mill-linji tal-ajru.", "Bħala wieħed li naħdem f'dan is-settur, ma jinteressanix il-passat imma l-futur, fejn bħala pajjiż irridu noqogħdu attenti li l-prezz tal-pakkett li toffri Malta ma jkunx iżjed mill-kwalità li qegħdin noffru, speċjalment komparat mat-Turkija.", "L-akbar tnaqqis, partikolarment f'dawn is-swieq, huwa fis-settur tal-gruppi, li naqqsu ħafna, għax dawn kollha jkollhom baġit.", "Ħafna drabi, baġit li jkun aktar minn €500 għal ġimgħa jarawh għoli u għalhekk imorru xi mkien ieħor minflok Malta.", "Naħseb li għandu bżonn isir studju dwar dan is-suq li ntilef.", "Dan jista' jkun b'riżultat tal-prezz mil-linji tal-ajru, mil-lukandi u minn ħafna fatturi oħrajn.", "Irridu noqogħdu attenti, għax in-numri li jlellxu mhux kollha jittrasformaw ruħhom fi klijenti tajbin li bħala pajjiż konna mdorrijin bihom.", "Kien hemm żieda ta' €5 miljuni mill-MTA għal local sponsors.", "M'għandix breakdown ta' kif intefqu dawn il-flus, però huwa tajjeb li avvenimenti kbar ikunu sponsorjati mill-MTA.", "Kif nafu, hemm avventimenti li ilhom jittellgħu f'Malta għal dawn l-aħħar sitt snin.", "Hemm €1.5 miljun żieda għall-operaturi u l-istaff.", "Nispera li dawn mhumiex staff żejda jew staff b'pagi aktar milli mistħoqq.", "Fil-fehma tiegħi, ma jimpurtax li nonfqu l-flus fin-negozju, dejjem jekk inkunu iżjed produttivi.", "Niddejjaq ħafna jekk nonfqu l-flus u ma jkunx hemm produttività.", "Hemm €1.5 miljun żieda fil-pagi, li ma nafx jekk hijiex riżultat ta' żieda fl-istaff jew ta' xi nies li taw żieda lilhom infushom.", "Ikun hemm ħafna spekulazzjoni u għalhekk ikun aħjar li jkun hemm spjegazzjoni ċara.", "Qed nara wkoll li għaddej xogħol fuq il-bus stops li hija xi ħaġa tajba.", "Fil-fatt, it's about time li qegħdin isiru!", "Ma nafx jekk il-Ministeru huwiex involut, però nixtieq nistaqsi min hu l-kuntrattur li qed jagħmel dan ix-xogħol, jekk ħariġtx tender u l-prezz li qed jitħallas għal kull bus stop.", "Din is-sena mmirajna għal numri kbar ta' arrivals.", "Hawn irrid niċċara li l-arrivals mhumiex kollha turisti.", "Il-barranin li jaħdmu Malta f'diversi industriji bħal, pereżempju, fil-gaming, isiefru darbtejn jew tlieta lejn pajjiżhom bħala vaganza għall-Milied, l-Għid jew fis-sajf meta t-tfal ikollhom il-btajjel.", "Għalhekk wieħed jara miljuni kbar f'numri, imma ma jarax l-istess numri fl-iljieli li t-turisti jqattgħu fil-lukandi.", "Fil-fatt, din is-sena kważi m'hemmx stop sales fil-lukandi u jidher li fix-xhur ta' Lulju u Awwissu, fejn suppost ikun hemm il-bulk tan-negozju bi prezzijiet tajbin, għad fadal ħafna sodod x'jimtlew.", "Dwar ix-xhur li ġejjin, l-affarijiet għadhom daqsxejn vagi.", "Importanti niftakru li jekk l-industrija titlef il-krema tax-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru, se nbatu fil-kumplament tas-sena.", "Dan għaliex dawk it-tliet xhur jissussidjaw ħafna mill-operat tax-xhur l-oħra.", "Forsi wieħed jistaqsi: Fejn qegħdin imorru n-nies?", "Hawn qed nitkellmu dwar madwar 1.5 miljun turist.", "Hemm ħafna li jaħdmu fil-lukandi, però hemm turisiti li qed jagħżlu akkomodazzjoni ta' airbnb, bħal appartamenti u shared accommodations.", "Eżattament lanqas jien ma naf kemm hawn minn dawn l-akkomodazzjonijiet f'Malta u Għawdex, imma kull ġimgħa jċempluli madwar 15 jew 20 minnhom.", "Huwa tajjeb li għandna din it-tip ta' akkomodazzjoni madwar Malta u Għawdex, imma din tpoġġi iżjed responsabbiltà li rridu nieħdu ħsieb il-lokalitajiet.", "Dawn it-turisti qegħdin jiġu speċifikament biex joqogħdu f'airbnb u jduru Malta weħidhom, bħalma jiġu turisti oħrajn li jiġu għal vaganza all inclusive.", "Huwa importanti ferm li jkollna s-servizzi kif suppost, għax naħseb li hemmhekk għadna ftit lura.", "Malta hija pajjiż sabiħ, b'villaġġi mill-isbaħ u hemm nies interessati li joqogħdu f'dawn il-villaġġi, għalhekk irridu nieħdu ħsiebhom.", "Hawnhekk irrid nagħmel appell biex il-flus li l-Gvern daħħal mill-eco-tax imorru biex intejbu l-prodott.", "Infakkar li l-Gvern kien stima li se jdaħħal €6 miljuni minn din it-taxxa fuq 12,000,000 bed nights mifruxin fuq numru ta' snin.", "Jekk il-Gvern ittoppja dan l-ammont, hemm somma sabiħa li toqrob viċin l-€20 miljun.", "Tajjeb ngħid li l-prodott, il-prezz, il-klijenti, l-airlines, ir-rotot u d-destinazzjonijiet huma kollha marbutin ma' xulxin u għalhekk importanti li ntejbu l-prodott.", "Nemmen li din hija t-triq 'il quddiem.", "Nixtieq ngħid xi ħaġa wkoll dwar l-Air Malta.", "Hemm għajdut kostanti li l-Air Malta qed titlef il-flus.", "Dan jista' jkun riżultat ta' diversi fatturi, fosthom l-occupancies fl-airlines u r-rotot il-ġodda.", "Ma nafx jekk l-MTA hux qed tgħin f'dan il-qasam.", "Hemm problemi tal-Air Malta fuq il-commitment rates, l-online rates u l-various classes ta' kull flight li qed tikkawżaw konfużjoni fis-suq.", "Nispera li ż-żieda ta' żewġ diretturi, li mhux ġejjin mis-settur, tgħin biex dawn il-problemi jispiċċaw.", "L-Air Malta hija kbira wisq għal pajjiżna.", "Jien inħobbha ħafna u rrid li nieħdu ħsiebha, Ministru!", "Dan ma jsirx awtomatikament, imma rridu naħdmu għalih!", "Jekk qatt jitilqu l-airlines l-oħrajn, aħna dejjem se nirrikorru għall-Air Malta u jekk ma neħdux ħsiebha, pajjiżna se jitlef bil-kbir.", "Fl-Air Malta hemm nies li għandhom pagi għoljin.", "Ma nafx jekk hux veru, għaliex fuq Facebook bil-fake profiles jingħadu ħafna affarijiet, però forsi l-Ministru jista' jgħid jekk hux minnu li Karl Stagno Navarra għandu impjieg fl-Air Malta, fejn qed jitħallas l-eluf!", "Ma nafx jekk għandux il-kwalifiki biex jaqdi dak il-post.", "Fl-accounts, id-deferred payments u l-one-offs jiżgarraw the true managament accounts.", "Issa nistgħu, għal raġunijiet politiċi jew raġunijiet personali, nagħmlu accounts li jidhru sbieħ, imma jekk il-management accounts ma jurux is-sitwazzjoni reali, ma nkunux qed nitmellħu bl-Oppożizzjoni jew bil-poplu, imma nkunu qed nitmellħu biss bina nfusna.", "Jekk hemm problemi u telf, bħala Malta rridu nirranġawhom, ġejjin minn fejn ġejjin.", "Jingħad li l-accounting exercise sa Marzu 2019 fil-management accounts qed juri xi telf ukoll, u min qed isemmi €15-il miljun u min jgħid €17-il miljun.", "Tajjeb li nkunu nafu eżattament kif inhuma l-affarijiet.", "Ngħid ukoll li jekk l-affarijiet sejrin sew, Sur President, l-impjegati kollha ħaqqhom rikonoxximent ukoll.", "Jekk min-naħa l-oħra l-affarijiet sejrin ħażin, irridu nirranġawhom.", "L-industrija tat-turiżmu hija kbira u importanti ferm għal pajjiżna.", "Nawgura li mhux niftaħru biss b'dak li sar fil-passat, imma nitkellmu dwar il-futur, għall-2019, l-2020 u l-2021, għax l-industrija timxi b'pass mgħaġġel ħafna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, fil-ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi, nixtieq nitkellem dwar it-turiżmu li huwa wieħed mill-pilastri prinċipali tal-ekonomija ta' pajjiżna.", "L-MTA hija l-magna li tippromovi t-turiżmu u tirregola d-diversi servizzi u operazzjonijiet relatati mat-turiżmu.", "F'dan id-diskors, se niffoka l-aktar fuq l-infrastruttura li ssostni lil din l-industrija fin-naħa t'isfel ta' Malta.", "Nixtieq nibda billi nitkellem dwar Wied iż-Żurrieq, li huwa villaġġ żgħir, li għalkemm tul is-snin żied fl-attività turistika tiegħu, hemm diversi problemi li sfortunatament kienu hemm, għadhom hemm, u jekk mhux se naraw x'se nagħmlu biex nindirizzawhom, jaf iċaħħdu milli din l-industrija tkompli tikber f'din iż-żona partikolari ta' Malta, bħalma qed jikbru żoni turistiċi oħrajn madwar il-pajjiż.", "Waħda mill-problemi prinċipali hija n-nuqqas ta' parkeġġ f'Wied iż-Żurrieq, speċjalment kull nhar ta' Ħadd.", "Kelli diġà l-opportunità li nitkellem diversi drabi fuq din il-problema meta nkunu qed nitkellmu dwar l-estimi tal-MTA, kif ukoll fid-diskorsi tal-baġit meta nkunu qed nitkellmu fuq il-Ministeru għat-Turiżmu.", "Kull nhar ta' Ħadd jinżlulek madwar 80 coach f'Wied iż-Żurrieq, f'parkeġġ li ma jiflaħx aktar minn għaxra jew l-aktar tnax-il coach ġewwa fih.", "Hemm bżonn li jsir parkeġġ li jkollu spazju biex jilqa' fih coaches u karozzi privati, però sakemm il-Gvern jieħu azzjoni f'dan ir-rigward, billi fost l-oħrajn trid ssir applikazzjoni, hemm bżonn li ssir xi ħaġa b'mod immedjat.", "Naf li bdew xi studji, però safejn naf jien l-applikazzjoni biex jinbena dan il-parkaġġ għada ma ġietx sottomessa.", "Jien nissuġġerixxi li b'mod temporanju jinħoloq spazju fejn dawn il-coaches ikunu jistgħu jiġu pparkjati.", "Preżentement, il-coaches qegħdin jiġu pparkjati fit-telgħa li minn Wied iż-Żurrieq tieħdok lejn iż-Żurrieq, bir-riżultat li triq li hija two way qed tispiċċa one way bil-periklu għal dawk kollha li jkunu niżlin jew telgħin lejn Wied iż-Żurrieq.", "Hawn nixtieq nagħmel suġġeriment lill-Ministru biex Triq San Niklaw li qiegħda madwar seba' minuti 'l bogħod minn Wied iż-Żurrieq, magħrufa bħala l-eks runway tal-RAF li għadha kemm ingħatat it-tarmac, tibda tintuża għall-coaches.", "Forsi wieħed ikun jista' jipprodvi faċilitajiet sanitarji u post fejn wieħed ikun jista' jieħu kafè għax-xuffiera li jkunu qegħdin jistennew biex imorru lura għat-turisti.", "B'hekk, jitnaqqas il-periklu li jeżisti bħalissa.", "Ix-xufiera m'għandhomx tort, għax il-coaches iridu jiġu pparkjati xi mkien.", "Fl-istess ħin, tajjeb li jinħoloq aktar spazju għall-Maltin u t-turisti li jżuru din iż-żona bil-karozza tagħhom.", "Problema oħra li, sfortunatament, qed tħabbat wiċċha magħha din iż-żona hija n-nuqqas ta' bus shelters f'Wied iż-Żurrieq.", "Ir-rotta nru 201 tmur lejn dan il-villaġġ turistiku fejn fis-sajf tgħaddi kull nofs siegħa u fix-xitwa tgħaddi kull siegħa.", "Però, m'hemmx bus shelter fejn turist ikun jista' jistkenn sakemm tiġi tal-linja.", "Dan qed iwassal biex turist jispiċċa jqatta' nofs siegħa fix-xemx jistenna l-karozza tal-linja.", "Nemmen li b'mod immedjat qabel jidħol is-sajf għandu jiġi pprovdut bus shelter f'Wied iż-Żurrieq.", "Problema oħra li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-operaturi kollha li joperaw minn Wied iż-Żurrieq hija n-nuqqas ta' servizz ta' drenaġġ.", "Sfortunatament, f'din iż-żona turistika m'hemmx servizz ta' drenaġġ.", "Huwa minnu li hemm spiża sostanzjali biex jiġi pprovdut is-servizz ta' drenaġġ f'Wied iż-Żurrieq, għax irid isir rising main biex itella' d-drenaġġ 'il fuq, però naħseb li t-taxxi miġbura minn dan is-settur għandhom jintefqu fi proġetti li minnhom igawdu l-operaturi li joffru servizz turistiku u anke d-diversi turisti u Maltin li jżuru din iż-żona.", "Irrid nirreferi wkoll għall-inijzattiva tajba ħafna li ġiet introdotta mill-Ministru Owen Bonnici fejn it-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom jistgħu jżuru diversi siti ta' Heritage Malta b'xejn, liema inizjattiva reċentement ġiet estiża għall-anzjani wkoll.", "Fejn hu tajjeb huwa importanti li nirrikonoxxuh.", "Però nemmen li għad fadal xi jsir ukoll, speċjalment fin-naħa t'isfel ta' Malta, speċifikament fil-ħames distrett li ġej minnu jien, fejn hemm diversi siti ta' interess storiku, arkeoloġiku u arkitettoniku li mhumiex aċċessibbli u ħafna lanqas biss nafu bihom.", "Pereżempju, hemm diversi kappelli li jmorru lura għal diversi snin, il-Katakombi tal-Mintna, l-Imtali f'Ħal Kirkop u l-Imqabba, iż-żona ta' Ħal Millieri bejn iż-Żurrieq u l-Imqabba, fdalijiet arkeoloġiċi ħdejn il-Mitħna tax-Xarolla bejn iż-Żurrieq u Ħal Safi u l-Mitħna tax-Xarolla nnifisha, fost l-oħrajn.", "Nemmen li l-MTA flimkien ma' Heritage Malta u l-kunsilli lokali għandhom jaħdmu id f'id biex, apparti li dawn is-siti jkunu aċċessibbli, jiġu wkoll reklamati biex aktar turisti u Maltin iżuruhom.", "Inutli jkollok ġojjelli ta' din il-kwalità li kważi kważi ma jaf bihom ħadd ħlief in-nies li jkunu joqogħdu fil-lokal jew fl-irħula tal-viċinanzi.", "Qabel nagħlaq, nixtieq nagħmel referenza għall-ITS li hija waħda mill-aktar istituzzjonijiet importanti li għandha x'taqsam mat-turiżmu u li tipprovdi l-workforce kollha neċessarja biex din l-industrija turistika tibqa' tiġi sostnuta.", "Nemmen li l-istaff akkademiku ta' din l-istituzzjoni qed jagħmel ħiltu kollha biex l-istudenti jilħqu l-ogħla livell minn din l-istituzzjoni u, fil-fatt, ir-riżultati jitkellmu waħedhom.", "Ħafna minn dawn l-istudenti jmorru barra minn pajjiżna jipprattikaw dak li jkunu tgħallmu, u jidher li l-livell tal-istudenti tagħna hu għoli ħafna u huma l-għira ta' diversi pajjiżi oħrajn.", "Però, fl-istess ħin, nemmen li għad fadal xi jsir.", "Diversi drabi jkolli l-opportunità li nitkellem ma' diversi studenti li jattendu din l-istituzzjoni u waħda mill-problemi li teżisti u li forsi tajjeb li wieħed jiddiskutiha hija li min ikompli għad-degree mill-ITS għandu jingħata l-opportunità li jkun jista' jispeċjalizza mill-ewwel sena tad-degree.", "Meta tara ċerti xogħlijiet minn dawn l-istudenti, fosthom xogħol ta' skultura, tinduna li fl-ITS hemm artisti kapaċissimi.", "Għalhekk għandhom jingħataw l-opportunità li jkunu jistgħu jispeċjalizzaw fl-oqsma partikolari sa mill-bidu tad-degree biex jieħdu t-taħriġ neċessarju ħalli jimirħu f'xogħol li hu l-amorproprju tagħhom.", "Sur President, nagħlaq billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li b'mod dirett jew indirett jagħtu servizz lill-industrija tat-turiżmu.", "Nemmen li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, ir-riżultati pożittivi li ġabu gvernijiet Nazzjonalisti tul is-snin u li ġew sostnuti minn dan il-Gvern, ikomplu jitjiebu fis-snin li ġejjin.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Sur President, it-turiżmu huwa settur prinċipali ta' dħul li jħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja soċjali u ekonomika tal-popolazzjoni Għawdxija.", "Ħarsitna trid tkun 'il quddiem.", "Hemm bżonn li nkomplu ntejbu niċeċ bħal walking tourism, turiżmu kulturali u turiżmu reliġjuż.", "Konvint li t-turiżmu rurali f'Għawdex jista' jirnexxi u b'hekk iżid l-opportunitajiet ta' xogħol f'Għawdex.", "Permezz ta' din in-niċċa ta' turiżmu nistgħu nġibu lejn Għawdex aktar turisti b'riżultat li jiżdied il-kummerċ u n-negozju f'Għawdex matul is-sena kollha.", "Dawn huma ftit mill-ħsibijiet li nħoss li għandi naqsam ma' din il-Kamra.", "Biex is-settur turistiku Għawdxi jkompli jimxi 'l quddiem irid ikun imsaħħaħ bi strutturi maħsuba li jipproġettaw, jippromowovu u jpoġġu lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta fuq il-merti u l-karatteristiċi uniċi tagħha.", "Hawnhekk ma nistax ma nirreferix għall-inizjattiva ta' Eko-Għawdex li kien ħa l-Partit Nazzjonalista fil-gvern, bil-għan li tifrex l-għeruq tagħha fil-qasam turistiku f'Għawdex.", "Din il-viżjoni hija bbażata fuq il-valur tas-sostenibbiltà u l-bżonn ta' ħarsien lejn l-ambjent Għawdxi.", "Il-viżjoni Eko-Għawdex tappella għal ħafna mis-setturi f'din il-gżira u fl-istess ħin tgħaqqadhom kollha flimkien b'perspettiva u strateġija waħda.", "Dawn l-inizjattivi għandhom jiġu implimentati biex jgħinu ħalli l-istil ta' ħajja jkun wieħed aktar san, filwaqt li jservi bħala attrazzjoni għat-turisti.", "B'hekk, dawk kollha li jżuru lil Għawdex ikunu jistgħu jammiraw is-sbuħija tal-kampanja, il-karattru uniku, l-istorja u l-kultura ta' Għawdex.", "Waħda mill-aktar attrazzjonijiet popolari tal-gżira Għawdxija hija l-għadis, għax il-baħar madwar il-gżira huwa meqjus bħala uniku minħabba l-varjetà ta' siti għall-għadis u l-kwalità tal-baħar.", "Fil-fatt, l-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent ikklassifikat lill-gżejjer Maltin u erba' pajjiżi oħra bħala l-aktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għandhom ilma baħar ta' kwalità tajba għall-għawm.", "Malta u Għawdex ikklassifikaw b'99% tal-bajjiet tagħhom bħala eċċellenti.", "Minn stħarriġ li sar irriżulta li 99.3% tal-għaddasa li ġew Għawdex stqarrew li huma jirrakkomandaw lil Għawdex bħala destinazzjoni għall-għadis lill-ħbieb u lill-familjari tagħhom.", "Però ma rridu nieħdu xejn for granted.", "Jekk ma neħdux ħsieb dak li ksibna b'tant xogħol u investiment finanzjarju kbir, nistgħu faċilment nitilfuh.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix is-sit għall-għadis li hemm fil-bajja tax-Xatt l-Aħmar fiż-żona ta' Ras il-Ħobż f'Għawdex li hija waħda mill-bajjiet popolari mal-għaddasa barranin.", "F'dan is-sit hemm problema ta' drenaġġ li issa ilha snin tippersisti.", "Ta' sikwit - sal-ġimgħa l-oħra stess - għaddasa u għawwiema jirrapportaw li waqt li jkunu jgħoddsu jiltaqgħu ma drenaġġ fil-baħar.", "Ta' min jgħid li kull meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun mistoqsija dwar din il-problema, ir-risposta dejjem tkun li d-drenaġġ li qed jintrema fil-baħar huwa drenaġġ mnaddaf li jkun ġej mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex.", "Anke jekk dak li qed tgħid il-Korporazzjoni huwa minnu, dan m'għandux jitħalla jkomli jsir.", "Żgur li ħadd mhu se jmur jgħodds f'ilma baħar kannella u b'riħa ta' drenaġġ!", "F'Mejju tas-sena l-oħra, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppubblikat tender li suppost kellha tindirizza l-ħsara li hemm fil-pipeline tax-Xatt l-Aħmar.", "Il-ħruġ ta' din it-tender jikkonferma li dan il-materjal m'għandux jintrema fis-sit fejn jgħoddsu l-għaddasa.", "Dan il-pipeline issa ġie bblokkat kompletament bir-riżultat li dan il-materjal qed jintrema eżatt minn max-xatt.", "Hawnhekk irrid nistaqsi: Fiex waslet din it-tender biex jinbidel dan il-pipeline?", "Issa għaddiet aktar minn sena li ħarġet it-tender u għadna ma smajna xejn meta se jibda dan i-xogħol b'detriment għas-saħħa pubblika, għall-ħajja tal-ispeċi tal-baħar, għat-turiżmu u, b'mod speċjali, għas-settur tal-għads.", "Fid-diskors tal-aħħar baġit dwar il-Ministeru għal Għawdex hemm referenza li se jibdew jiġu implimentati żewġ masterplans fil-lokalitajiet ta' Marsalforn u x-Xlendi.", "Dan il-proġett kien issemma wkoll fil-baġit għall-2015, imma għaddew erba' snin u ma sar xejn!", "Intqal ukoll li se jiġu finalizzati l-pjanijiet biex jerġa' jinbena mill-ġdid il-breakwater ta' Marsalforn.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix il-fatt li sa mill-2010 kien sar ħafna xogħol fuq dan il-breakwater mill-Ministeru għal Għawdex immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Kien sar studju msejjaħ Marsalforn Wave Climate Studies li sewa €40,000.", "Kien ġie wkoll ikkummissjonat studju ieħor dwar il-qiegħ tal-baħar f'Marsalforn.", "Għalhekk ma nistax nifhem għalfejn kellhom jgħaddu dawn is-snin kollha biex issa kulma qed jingħad huwa li se jiġu ffinalizzati l-pjanijiet finali dwar dan il-proġett.", "Hawnhekk irrid insemmi fattur ieħor importanti li huwa relatat mal-bajja ta' Marsalforn.", "Preżentement, Għawdex huwa moqdi permezz ta' port wieħed, li hu l-Port tal-Imġarr.", "Madankollu, dan il-port sar żgħir wisq għall-attività marittima li qed ikun hemm fih.", "Il-Port tal-Imġarr, barra li huwa l-bażi tal-vapuri tal-Gozo Channel, qed jakkomoda yacht marina, bażi għas-sajjieda, bażi għall-patrol boats tal-Forzi Armati, kif ukoll bażi għall-ħatt ta' merkanzija li tkun ġejja direttament minn barra minn Malta.", "F'dan ir-rigward, il-Gozo Tourism Association qed tipproponi li wara li jsiru studji dettaljati, għandu jsir investiment infrastrutturali fil-Port ta' Marsalforn li, barra li jaqdi l-funzjoni ta' bajja, irid ikun hemm titjieb sabiex tinħoloq yacht marina oħra f'Għawdex li ilha tiġi mwiegħda f'kull baġit ta' dan il-Gvern għal dawn l-aħħar sitt snin.", "Kull meta nitkellem dwar is-settur turistiku f'Għawdex inħobb insemmi l-importanza li għandha l-biedja f'dan is-settur.", "Wieħed irid iħares lejn l-agrikoltura f'Għawdex minn perspettiva differenti minn tal-imgħoddi.", "Il-biedja f'Għawdex trid titqies bħala qasam folkloristiku ewlieni tal-gżira, kif ukoll bħala attività ewlenija għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ u l-ambjent Għawdxi.", "Mil-lat turistiku, il-biedja mhux biss hija ta' attrazzjoni għax tista' tgħin għaż-żamma tal-aspett rurali, iżda hija mezz ukoll ta' esportazzjoni inviżibbli billi prodotti agrikoli jinbiegħu lokalment lill-barranin.", "Wieħed irid iħares lejn il-ġejjieni mhux biss f'terminu ta' agrikoltura, iżda wkoll f'termini ta' tessut soċjali u ekonomiku ta' Għawdex.", "Sur President, il-viżjoni tagħna dwar il-qasam turistiku f'Għawdex għandha timmira għal żvilupp ekonomiku sostenibbli b'opportunitajiet ta' xogħol b'valur miżjud u żvilupp ta' niċeċ fit-turiżmu relatati, pereżempju, mal-isport, is-saħħa, il-kultura u l-agrituriżmu.", "F'din l-industrija dejjem trid tkun aġġornat.", "Wasal iż-żmien li ssir analiżi tal-industrija tat-turiżmu f'Għawdex biex naraw fejn wasalna u b'hekk inkunu nistgħu nippjanaw aħjar għall-futur.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, illum hija l-ewwel darba li qed nindirizza lil din il-Kamra fuq is-suġġett tat-turiżmu, li huwa suġġett għal qalbi ħafna anke fuq livell personali.", "Jien ġejja minn familja li kienet taħdem f'dan is-settur, għad għandi membri tal-familja tiegħi li huma involuti f'dan is-settur, u llum il-ġurnata għandi wkoll il-privileġġ li nagħti lectures fl-Università ta' Malta fuq dan is-settur.", "Qabel ma nibda bid-diskors tiegħi, qed nieħu pjaċir li hawn il-Ministru Konrad Mizzi għal dan id-dibattitu.", "Sur President, naf li għamilt talba lilek diġà, però ladarba hawn il-Ministru, nixtieq infakkru li fl-2014 għamiltlu mistoqsija parlamentari li, sal-lum, għadu ma weġibnix għaliha.", "Ilni nitlob din it-tweġiba b'edukazzjoni u ġentilezza kbira għal dawn l-aħħar ħames snin.", "Naf li l-President tal-Kamra ma jistax jimponi li l-Ministru jwieġeb, u napprezza li l-informazzjoni li l-Ministru kellu jiġbor fl-2014, sal-lum żdiedet, però nispera li l-Ministru jkollu ċans jirrispondini.", "Sur President, niġi issa għas-suġġett.", "L-MTA twaqqfet fl-1999 biex tippromwovi u tirregola s-settur turistiku.", "Din l-Awtorità mhijiex xi ħaġa fejn Malta skopriet ir-rota, imma xi ħaġa normali ħafna li kull pajjiż ikollu awtorità simili li tirregolarizza s-settur turistiku għal diversi raġunijiet.", "Ovvjament, kull pajjiż jeħodha mil-lat differenti, anke skont it-tradizzjonijiet ta' dak il-pajjiż.", "Qabelxejn, nixtieq li ladarba qed insemmi t-twaqqif tal-MTA, insellem il-memorja sabiħa ta' Dr Michael Refalo li kien il-Ministru tat-Turiżmu meta twaqqfet l-MTA.", "Insellem ukoll lil diversi Ministri miż-żewġ naħat tal-Kamra li ħadmu f'dan is-settur.", "Naħseb li ż-żewġ naħat tal-Kamra dejjem għarfu li dan is-settur huwa fundamentali għal pajjiżna.", "Għalhekk dejjem ħdimna flimkien b'risq dan is-settur.", "Huwa minnu li forsi mhux kulħadd jaqbel li kulħadd għamel l-isforzi li kellu jagħmel, għax dik hija xi ħaġa dibattibbli u l-perspettiva tkun dejjem differenti, però fl-aħħar mill-aħħar naħseb li dak li qegħdin naraw illum huwa l-frott ta' snin ta' ħidma u mertu ta' sensiela twila ta' nies differenti.", "Ippermettili nsellem lill-ħabib tiegħi Dr Francis Zammit Dimech li għamel żmien iservi bħala Ministru responsabbli minn dan is-settur.", "Naħseb li Dr Zammit Dimech kellu kwalitajiet partikolari ħafna minħabba l-imħabba tiegħu lejn il-kultura.", "Mario de Marco li wkoll kien is-Segretarju Parlamentari ta' dan is-settur.", "Naħseb li r-riżultati li qed niksbu llum huma grazzi għall-ħidma ta' dawn il-predeċessuri f'settur daqshekk importanti.", "Irrid nirrikonoxxi wkoll li bħalissa għaddejja ħidma sostanzjali mill-MTA u dan juri kemm dan is-settur huwa importanti għal pajjiżna.", "Iż-żerriegħa tinżera', imma ovvjament irridu nieħdu ħsiebha biex tikber, issir siġra, tagħmel il-frott u nibqgħu nieħdu ħsiebha.", "Jien m'iniex esperta fin-numri, però ċ-ċifri qegħdin jindikaw li sejrin tajjeb fin-numru ta' t-turisti li qed iżuru pajjiżna.", "Għalhekk, f'dan id-diskors se naqsam ftit ħsebijiet li qed nislet minn dawk li huma t-trends mhux biss f'pajjiżna, imma wkoll madwar id-dinja.", "Kif nafu, fis-settur turistiku aħna qegħdin nikkompetu mal-bqija tad-dinja, speċjalment maż-żona Mediterranja, fejn hemm l-ikbar kompetituri tagħna.", "Iż-żieda kostanti fin-numru ta' turisti li qed jiġu lejn pajjiżna turi li pajjiżna għad għandu ħafna x'joffri f'dan is-settur u turi wkoll li l-ħidma kostanti tal-MTA u tal-istakeholders kollha f'dan il-qasam qed tħalli l-frott.", "Robert Arrigo, irridu nirrikonoxxu li f'dan is-settur għandna investituri Maltin li rridu naqilgħulhom il-kappell għall-investiment li jagħmlu b'risq dan il-qasam.", "Uħud minnhom ħadu sogri personali ħafna snin ilu, fejn dakinhar forsi kien hemm min qal li qed jaraw kbir, imma llum qegħdin nindunaw li mhux talli ma rawx kbir, imma talli jridu jaraw ikbar!", "Illum qegħdin naraw aktar investiment f'setturi bħalma huma lukandi ta' ħames stilel.", "Arrigo li biex nimmiraw li jkollna destinazzjoni ta' ħames stilel, irid ikollna pajjiż ta' ħames stilel!", "Ma nistgħux naffordjaw li jkollna żewġ affarijiet li huma kontra ta' xulxin.", "Meta għandek kwalità għolja ta' servizz li qed joffru r-ristoranti u l-lukandi, ladarba t-turist joħroġ minn dik il-lukanda jew ristorant u jmur biex jinqeda minn xi mkien ieħor jew iżur xi sit partikolari, se jippretendi li jkompli jsib dak it-trattament ta' ħames stilel.", "Illum f'pajjiżna u fid-dinja kollha, l-ikbar sfida għat-turiżmu hija maqsuma fi tnejn, l-isfida tal-istaġjonalità u, konsegwentement, l-isfida tas-sostenibbiltà.", "Kif għedt, dawn l-isfidi mhumiex biss ta' Malta imma huma sfidi globali, speċjalment fiż-żona tal-Mediterran, u ilhom jinħassu għal ħafna snin.", "Studju li sar fis-snin li għaddew juri li t-turiżmu fil-Mediterran, speċjalment madwar il-kosta, qed u se jkollu effett enormi fuq l-eko-sistema tal-baħar Mediterran.", "Dawn l-istudji qed jindikaw li jekk mhux se nibdew nikkontribwixxu serjament biex insaħħu l-ħajja fil-baħar, uliedna u wlied uliedna mhux se jkollhom il-kwalità tal-baħar li għandna llum bħala riżorsa ewlenija.", "Hawnhek m'iniex qed inkun politika u m'iniex qed nipponta subgħajja lejn ħadd, imma qed nappella biex inħarsu fit-tul sabiex nippreservaw dak li ngawdu llum għal ta' warajna.", "Jekk mhux se nieħdu azzjoni, qed nissograw li neqirdu waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali li għandu pajjiżna, li huwa l-baħar.", "Issa ovvjament, il-qerda tal-Mediterran mhux se tkun b'effett ta' dak li jiġri f'pajjiżna, imma ta' dak li jiġri globalment, però ladarba qegħdin isiru dan it-tip ta' studji, inħeġġeġ lill-MTA biex teżamina dawn l-istudji.", "Ma nistgħux inħarsu n-naħa l-oħra, kif forsi għamilna fuq il-kwestjoni tat-tibdil fil-klima.", "It-taqlib fit-temp li kellna f'dawn l-aħħar ġranet wassal biex ħafna bdew jistaqsu jekk kellhomx raġun dawk li ħafna snin ilu qalulna li kellna nagħmlu xi ħaġa.", "Malta hija pajjiż tant ċkejken li filwaqt li pajjiżi kbar imdawrin bil-baħar jistgħu jiġu affettwati parzjalment minn dan il-fenomenu li qed insemmi, pajjiżna jista' jispiċċa affettwat totalment.", "Għalhekk, ejja naħdmu flimkien u, kif jgħid il-Malti, ejja ma ndardrux l-għajn li rridu nixorbu minnha.", "Niġi issa għar-rapport tal-MTA li qed jindika żieda ta' 17.4% fin-numru ta' turisti li żaru pajjiżna matul ix-shoulder months, fil-perjodu ta' bejn Novembru u Marzu u żieda ta' 14.2% fil-peak months, jiġifieri fil-perjodu minn April sa Ottubru.", "Nafu li n-numri huma aktar qawwijin fis-sajf u għalhekk, meta għandek żieda ta' 14.2%, din hija żieda ħafna akbar miż-żieda matul ix-shoulder months.", "Tajjeb ngħid li l-fatt li tipprova ċċaqlaq it-turiżmu 'l bogħod mis-sajf hija xi ħaġa li ħafna pajjiżi ilhom jipprovaw jagħmlu, minħabba li hemm xejra naturali, anke minħabba l-aspett tas-sajf, fejn in-nies tivvjaġġa aktar.", "Huwa tajjeb li bħala pajjiż qed nipprovaw nagħmlu dan l-isforz kostantament, anke b'ħidma mill-MTA.", "Għalhekk nixtieq nagħmel l-ewwel mistoqsija direttament lill-MTA.", "Minħabba li dan huwa eżerċizzju fundamentali għas-sostenibbiltà tat-turiżmu f'pajjiżna, tista' l-MTA tagħti aktar dettall fuq il-ħidma tagħha f'dan ir-rigward?", "Ninnota li hemm żieda wkoll fin-numru ta' turisti ta' bejn il-25 sena u l-44 sena, liema żieda hija marbuta b'mod dirett ma' attivitajiet kbar bħall-Isle of MTV, li jidhirli li beda fi żmien l-Onor.", "Mingħajr ma nidħol fil-polemika ta' dak li deher dan l-aħħar fil-gazzetti dwar il-Lost and Found, huwa tajjeb li nipprovaw insibu bilanċ.", "Irridu nirrikonoxxu li attivitajiet kbar bħal-Lost and Found qed jagħtu injezzjoni qawwija fl-ekonomija tal-pajjiż, permezz ta' numru kbir ta' turisti li jiġu Malta għal perjodu qasir.", "Din hija xi ħaġa tajba li ma tistax tikkritikaha.", "Min-naħa l-oħra, meta jkollok injezzjoni qawwija ta' dan it-tip f'pajjiż żgħir bħal tagħna, irridu naraw l-effett li dan qed ikollu fuq il-lokalitajiet u ma nistgħux nibqgħu pass lura.", "L-Onor.", "Qabel dħalt fil-politika, jien kelli l-privileġġ li nżur lit-Turkija diversi drabi bħala kantanta u nista' ngħid li meta żżur dan it-tip ta' pajjiżi, trid timxi mar-regoli tal-pajjiż.", "Ejjew noqogħdu attenti li jekk il-poplu tagħna qed iħossu offiż b'imġiba ta' ċertu tip fit-toroq, irridu nedukaw lit-turist li jiġi jżurna li bħala pajjiż hemm parametri li jridu jkunu rispettati.", "Xi ħaġa li sirt naf u li ma kontx naf hi li fl-organizzazzjoni tal-Lost and Found kien hemm preżenza ta' nies li qed jiggwidaw lil dawk li jattendu għal dawn il-parties.", "Din hija xi ħaġa pożittiva li rridu nirrimarkawha.", "Għalhekk, għalkemm kien hemm ħafna diskors fuq abbuż ta' droga li m'għandix dubju li seta' kien hemm ukoll, huwa importanti li jkun hemm preżenza ta' nies li jiggwidaw lil dawk li jattendu dawn l-attivitajiet.", "Mill-estimi nnotajt li l-baġit għall-marketing se jiżdied.", "Nixtieq nstaqsi lill-MTA jekk hijiex qed tantiċipa li jiżdiedu events kbar bħall-Isle of MTV u Lost and Found.", "Jekk iva, qed isiru xi studji dwar dan it-tip ta' avvenimenti u l-effett li qed iħallu fuq pajjiżna?", "Qed ngħid dan għax nafu li fuq il-midja kien hemm baraxx qawwi ta' kummenti dwar dawn l-attivitajiet, però naħseb li dik hija naħa waħda biss tal-munita u għalhekk importanti li nipprovaw insibu bilanċ.", "Ir-rapport tal-MTA jindika li l-kultura ta' pajjiżna hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn it-turisti jżuru lil Malta.", "Ovvjament, hemm aspetti tal-kultura li huma staġonali, bħalma huma l-festi u hemm ukoll il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Nixtieq nagħmel ukoll osservazzjoni li kont diġà għamilt meta attendejt il-laqgħa tal-MHRA, fejn kont ġbidt l-attenzjoni ta' wħud mill-management preżenti fuq il-website tal-MTA.", "Nixtieq inkun naf fiex waslet it-tender għall-upgrading tal-website tal-MTA, il-visitmalta.com, li fil-fehma tiegħi għandha bżonn ta' upgrade meta paragunat ma' dak li l-MTA qed tagħmel barra minn Malta, speċjalment fil-Ġappun.", "Dakinhar kont ingħatajt l-informazzjoni li din hija kwestjoni ta' tender.", "Jekk dan hu l-każ, kif jidher, forsi għandna ngħaġġlu daqsxejn biex intejbu din il-website.", "Sur President, fl-aħħar nett, nixtieq spjegazzjoni mingħand il-Ministru dwar id-differenza fl-item \"board members remuneration\" li minn €55,417 telgħet għal €115,403.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO DE MARCO: Sur President, se nibda dan l-intervent tiegħi kif dejjem għamilt f'kull intervent f'din il-Kamra meta l-Ministru kkonċernat huwa l-Ministru Konrad Mizzi.", "Illum ukoll irrid intenni li l-Ministru Mizzi mhuwiex xempju tal-ideali u l-valuri li għandhom ikunu mistennija mid-deputati ta' din il-Kamra.", "Il-Ministru Mizzi ma jagħmilx unur lill-industrija tat-turiżmu u lill-ħaddiema li jaħdmu f'din l-industrija tant importanti għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Niġi issa għall-materja li għandna quddiemna llum, li huma l-estimi finanzjarji tal-Awtorità tat-Turiżmu.", "Nixtieq nibda l-intervent tiegħi billi nirreferi għat-tnaqqis fin-numru ta' ljieli li t-turisti qegħdin iqattgħu fil-lukandi tagħna.", "Ippermettili nikkwota silta minn rapport li deher fil-gazzetta The Times of Malta ftit ġranet ilu fejn ġie rrapportat - u se nikkwota - li:", "Jidher li filwaqt li n-numru ta' turisti qed jiżdied, dan mhux neċessarjament qed jissarraf f'negozju aħjar għal-lukandiera f'pajjiżna li qed jaraw ix-xogħol tagħhom jonqos.", "Hawnhekk għandi numru ta' osservazzjonijiet x'nagħmel f'dan ir-rigward.", "L-ewwel nett nixtieq nistaqsi: Xi proċeduri ħa u qed jieħu l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) sabiex jassigura li ċ-ċifri tat-turiżmu huma kemm jista' jkun reali?", "Biex inkun ċar, m'iniex qed inqajjem dan il-punt għax għandi xi dubju dwar il-figura fiż-żieda tat-turisti li qed iżuru lil pajjiżna, imma hemm ċifra fir-riżultati tal-2016 kif ippubblikati mill-NSO li turi li t-turisti li ġejjin mill-hekk imsejħin 'other countries', jiġifieri turisti li mhux ġejjin mill-Ewropa, l-Amerika jew l-Awstralja, żdiedu bi kważi 30% meta l-medja taż-żieda tat-turisti kollha fl-istess sena kienet ta' ftit inqas minn 15%.", "Dan ifisser li t-turisti minn 'other countries' żdiedu kważi bid-doppju tat-turisti li ġejjin mis-swieq tradizzjonali tagħna.", "Wieħed għandu jistaqsi minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-100,000 turist minn 'other countries'.", "Qed ngħid dan għax fl-interess tal-industrija tat-turiżmu u fl-interess li dejjem ikollna stampa ċara ta' din l-industrija, irridu noqogħdu attenti li barranin li jkunu ġejjin lejn pajjiżna biex jaħdmu ma jkunux qed jiġu kkalkolati man-numru ta' turisti li jiġu lejn pajjiżna għal btala.", "Huwa kruċjali li niddistingwu bejn il-ħaddiema li ġejjin għal skop ta' xogħol u l-barranin li ġejjin għal skopijiet ta' turiżmu sabiex ikollna stampa dejjem aktar ċara.", "Qed ngħid dan għax jekk ikun hemm problema, huwa importanti li din il-problema tiġi identifikata mill-ewwel biex l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tkun tista' tieħu dawk il-passi neċessarji, kif naf li din l-Awtorità hija kapaċi tagħmel, biex tindirizza dik il-problema.", "Nistaqsi lill-Ministru: X'passi qed jieħu l-NSO biex jassigura li fil-kalkoli tiegħu qed jagħmel din id-distinzjoni?", "Id-diskrepanza bejn iż-żieda fit-turiżmu u t-tnaqqis fin-numru ta' ljieli fil-lukandi tista' tkun ġejja wkoll miż-żieda ta' akkomodazzjoni mhux kollettiva.", "Fl-aħħar snin, pajjiżna, bħal kull destinazzjoni oħra, ra proliferazzjoni ta' tipi differenti ta' akkomodazzjoni.", "Lejn l-aħħar tal-amministrazzjoni Nazzjonalista ta' bejn l-2008 u l-2012, konna bdejna programm ta' inizjattivi biex inħajru li boutique hotels jiftħu f'pajjiżna, xi ħaġa li b'sodisfazzjon ngħid li qabdet sew fl-aħħar snin.", "Però, donnu li t-tkattir ta' kmamar f'akkomodazzjoni mhux kollettika, permezz tal-fenomenu airbnb, fejn in-nies qegħdin jużaw id-djar u l-appartamenti tagħhom biex jakkomodaw it-turisti, qed iħalli l-effett tiegħu fuq il-lukandi.", "Ovvjament, din it-tip ta' akkomodazzjoni hija xi ħaġa pożittiva wkoll, għax toffri esperjenza differenti lit-turisti.", "Però rridu nkunu konxji li din l-offerta probabbilment qed ikollha effett fuq ix-xogħol tal-lukandi.", "Għalhekk nistaqsi lill-Ministru: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux indikazzjoni li din it-tip ta' akkomodazzjoni mhux kollettiva qed tħalli effett negattiv fuq il-lukandi?", "Jekk hemm problema, kemm hija serja u x'azzjoni qed tieħu l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu biex tara li din l-akkomodazzjoni li qed tiġi offruta fuq l-internet minn websites differenti hija liċenzjata u up to standard kif tirrikjedi l-istess Awtorità Maltija għat-Turiżmu?", "Kull katina hija b'saħħitha daqs il-ħolqa l-iżjed dgħajfa u għalhekk irridu noqogħdu attenti li l-lukandi ma jsirux the weakest link f'din il-katina tat-turiżmu.", "Importanti li nipproteġu u ngħinu lil-lukandi, mhux a skapitu tal-akkomodazzjoni mhux kollettiva, imma ma jistax ikollok fenomenu li mhux regolat li jista' jkun qed iħalli impatt fuq min huwa regolat.", "Nixtieq li l-Ministru jgħidilna x'qed isir mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u mill-Ministeru tiegħu f'dan ir-rigward, għax jekk wieħed jieħu l-istatements magħmula mill-President tal-MHRA, joħroġ ċar li dan huwa punt ta' tħassib serju għal-lukandiera tagħna.", "Nixtieq nagħmel kumment dwar il-prodott turistiku.", "Hija ħasra li l-Awtorità għat-Turiżmu li fis-snin li għaddew għamlet tant proġetti ta' portata differenti f'diversi lokalitajiet, bħal dak tal-aquarium nazzjonali fil-Qawra, it-tisbiħ f'Pembroke, il-bajja ta' San Ġorġ u l-perched beach f'Buġibba, dan l-aħħar naqqset sew ir-ritmu ta' dan ix-xogħol u ftit li xejn saru proġetti ġodda.", "Hawnhekk m'iniex se nsemmi l-proġett tal-bajja tal-Balluta f'San Ġiljan, però nixtieq nagħti parir lill-Ministru li jekk din is-sena se jerġa' jsir dan l-esperiment, ma jmurx jippoża mar-ramel kif għamel is-sena li għaddiet!", "Jekk kien hawn min għolla l-aspettattivi għal dan il-proġett kien proprju l-Ministru nnifsu li meta mar f'din il-bajja, ta l-impressjoni li pajjiżna kellu bajja ġdida.", "Għalhekk nappella lill-MTA sabiex tkompli bir-ritmu li kienet qabdet fis-snin preċedenti u tieħu l-inizjattiva sabiex isiru proġetti ġodda li jsebbħu l-prodott turistiku tagħna.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar il-carrying capacity ta' pajjiżna.", "Illum nifhem għalfejn il-Gvern ma jridx jagħmel dan l-eżerċizju.", "Għall-benefiċċju ta' min qed isegwina, tajjeb li nfiehem x'inhu dan il-carrying capacity exercise.", "Kull destinazzjoni turistika, minn żmien għal żmien, tagħmel eżerċizzju biex tara kemm tiflaħ iżżid it-turiżmu f'pajjiżha, ħalli jiġi assigurat li l-esperjenza tat-turist ma titnaqqarx minħabba dak li jissejjaħ a crowding effect.", "Carrying capacity jgħin biex jiġu identifikati wkoll bottlenecks fil-prodott turistiku, fejn ċerti setturi jkun jeħtiġilhom investiment ħalli t-turiżmu jkompli jikber.", "Il-Gvern ilu jirreżisti milli jagħmel dan l-eżerċizzju, ironikament meta l-infrastruttura tal-pajjiż qed issib ruħha taħt stress dejjem akbar minħabba r-rata ta' tkabbir fil-popolazzjoni.", "Hawn insemmi, pereżempju, il-Blue Lagoon f'Kemmuna, fejn ħafna turisti li jżuru dan il-post qed jgħidulna li qed tiġi maqbuża l-carrying capacity.", "Tant hu hekk li l-esperjenza tat-turisti qed tkun waħda negattiva u mhux pożittiva.", "Jista' jkollok l-istess fenomenu f'postijiet oħrajn f'pajjiżna u għalhekk huwa importanti li jsir dan l-eżerċizzju ta' carrying capacity.", "L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dwar il-mod kif l-Awtorità qiegħda tingaġġa n-nies u l-mod kif qegħdin isiru l-promozzjonijiet.", "L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu dejjem kienet Awtorità serja b'nies dedikati, ġejjin minn liema kamp politiku ġejjin, li dejjem riedu jagħmlu xogħolhom fl-interess tal-pajjiż u ta' din l-industrija.", "Però nixtieq li l-Ministru jgħidilna kemm ġew ingaġġati ħaddiema fl-aħħar sentejn mill-Awtorità u kemm minn dawn il-ħaddiema ġejjin b'kumbinazzjoni mid-distrett tiegħu.", "Qed nirċievi wkoll numru ta' lmenti dwar il-mod ta' kif qed isiru l-promozzjonijiet.", "Jidher li dak li jgħodd l-iżjed huwa lil min taf u mhux aktar x'taf!", "Naf li kien hemm nies tajbin u b'esperjenza li twarrbu u nqatgħu minn xogħolhom kompletament biex daħħlu nies li b'kumbinazzjoni huma qrib il-Ministru.", "Dan mhux qed isir biss fl-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, iżda huwa l-modus operandi tal-Gvern tal-ġurnata.", "Sinjura President, nagħlaq l-intervent tiegħi billi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu għall-ġid tat-turiżmu f'pajjiżna, kemm fl-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kif ukoll fil-privat.", "Jien kburi li ħdimt ma' dawn in-nies u grat għal dak li għallmuni u għamlu miegħi kemm domt responsabbli minn din l-industrija tant essenzjali għall-ekonomija ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Insejjaħ lill-Ministru Konrad Mizzi biex, jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "KONRAD MIZZI: Sinjura President, is-sena l-oħra u din is-sena kienet sena storika għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għax, għal darb'oħra, irreġistrajna rekord ieħor f'dak li għandu x'jaqsam mal-wasliet ta' turisti lejn pajjiżna.", "Tajjeb ngħid li l-figuri li joħorġu mill-NSO huma ta' turisti li jżuru pajjiżna u mhux ta' ħaddiema jew nies oħra li jiġu jaraw il-familja tagħhom.", "Fl-ajruport isiru surveys apposta dwar dan b'metodoloġija maqbula mill-partijiet involuti.", "Fl-2018, l-ammont ta' turisti li żaru pajjiżna kien ta' 2.6 miljun, li jfisser żieda ta' 14.3% fuq l-2017.", "Meta nikkonsidraw li ftit tas-snin ilu konna qed naqbżu l-1.3 miljun turist u llum il-ġurnata ġejna kważi viċin it-3 miljun turist, jidher ċar li din hija tassew kisba importanti.", "Fl-2018, in-nefqa tat-turisti f'pajjiżna ammontat għal kważi €2.1 biljun, li jfisser żieda ta' 8% fl-infiq li t-turisti jħallu fl-ekonomija tagħna fuq is-sena ta' qabel.", "Apparti minn hekk, it-turisti qattgħu 18-il miljun lejl f'pajjiżna, li jfisser żieda ta' 12.5% fuq is-sena ta' qabel.", "Malta rreġistrat fost l-akbar rata ta' tkabbir fl-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam mat-turiżmu.", "In-numru ta' passiġġieri li għaddew mill-Malta International Airport żdied u laħaq il-65.8 miljun turist, li jfisser żieda ta' 13.2%.", "Din il-figura tinkludi l-business travellers u lil kull min jgħaddi mill-ajruport, jiġiferi mhux it-turisti biss.", "Il-prospettivi għal din is-sena jidhru pożittivi u inkoraġġanti, għaliex fl-ewwel tliet xhur kellna żieda rekord ta' 3% fuq l-2018.", "Importanti wkoll li bqajna nsaħħu s-swieq tradizzjonali.", "Fil-fatt, ir-Renju Unit, minkejja Brexit, baqa' jagħti performance simili għal dik tas-snin ta' qabel u l-Italja, il-Ġermanja u Franza baqgħu konsistenti fin-numri.", "Fl-istess ħin, rajna żieda fi swieq differenti bħall-Polonja, l-Istati Uniti u l-Awstralja, fost l-oħrajn.", "Kif dejjem ngħidu, mit-turiżmu jiekol kulħadd, għax huwa settur diversifikat ħafna u huwa Maltese owned.", "Dan ifisser li ħafna mill-entrepreneurs u l-investituri fis-settur huma Maltin.", "Din hija xi ħaġa pożittiva.", "Fil-fatt, it-turiżmu jikkontribwixxi b'mod dirett jew indirett għal kważi 30% tal-ekonomija tagħna.", "Bħala Gvern, għandna viżjoni ċara għas-settur tat-turiżmu li Malta ssir l-aqwa destinazzjoni fil-Mediterran b'focus fuq leisure u lifestyle.", "Qegħdin naħdmu fuq it-titjib tal-prodott turistiku sabiex ikollna prodott li huwa ta' kwalità aħjar, li jikkompeti aħjar ma' destinazzjonijiet oħrajn u li jkollna premium service.", "Din il-bidla ma tistax issir minn ġurnata għal oħra, imma trid issir fuq medda ta' ħames sa għaxar snin.", "Flimkien mal-istakeholders kollha se nkunu qegħdin infasslu strateġija għat-turiżmu f'Malta għall-2025.", "Qed naspiraw li f'pajjiżna jkollna viżitaturi ta' kwalità li jonfqu aktar flus waqt iż-żjara tagħhom u li t-turiżmu f'pajjiżna jkompli jikber b'mod sostenibbli, b'mod partikolari fix-shoulder months li huma importanti ħafna għal pajjiżna biex innaqqsu kemm nistgħu l-problema tal-istaġjonalità.", "Naħseb li rnexxielna nagħmlu dan għall-perjodu minn Marzu sa Diċembru, però x-xhur ta' Jannar u Frar għad għandhom l-isfidi tagħhom u għandna fejn inkomplu nikbru.", "Qed naħdmu wkoll fuq strateġija ta' konnettività tal-ajru sabiex pajjiżna jtejjeb il-konnettività tiegħu.", "L-għan hu li nilħqu swieq li huma 'l bogħod minn pajjiżna.", "Pereżempju, ilkoll nafu li bħala pajjiż inbatu biex inġibu gruppi mis-swieq fl-Asja, għax ma hemmx biżżejjed connecting flights u l-airlines ma jaċċettawx group bookings kbar, għax l-ajruplani tat-Turkish Airlines, il-Lufthansa, l-Emirates u oħrajn, ħafna drabi jkunu dejjem mimlijin.", "Għaldaqstant irridu nsaħħu l-konnettività lejn pajjiżna li hija wkoll prijorità.", "Qed naħdmu wkoll fuq aktar niċeċ ġodda fit-turiżmu biex nilħqu udjenzi ġodda.", "Fl-istess ħin irridu naċċertaw li jkollna r-riżorsi umani meħtieġa biex intejbu s-servizz u li aktar Maltin jitħarrġu f'dan is-settur.", "Se niffokaw ukoll biex nattiraw aktar turisti mill-Amerika ta' Fuq, mill-Ġappun, mill-Awstralja, miċ-Ċina u mill-Indja.", "Dawn huma kollha prijoritajiet fl-istrateġija tagħna.", "Sub-sector ieħor fis-settur tat-turiżmu huwa l-business traveller li għalina huwa importanti ħafna b'mod partikolari għall-5-star category.", "Din is-sena qegħdin nagħfsu ħafna sabiex l-2020 tkun sena ta' suċċess għall-Meetings, Incentives, Conferences, and Exhibitions (MICE) biex ikollna aktar mid-size conferences.", "Għal dan l-għan, qed ninvestu aktar fl-infrastruttura tal-MICE.", "Il-konnettività hija għoqda importanti fl-istrateġija ta' dan il-Gvern għat-turiżmu.", "Irnexxielna naħdmu biex niddeversifikaw ir-rotot tagħna u, fil-fatt, fl-2018 daħħalna 18-il rotta ġdida li kienu jinkludu Charleroi fi Brussell, Nice, Paris Beauvais, Leipzig, Cagliari, Comiso, Pescara, Venezia, Casablanca, Lisbon, Porto, Bilbao, Malaga, Seville, Gothenburg, Belfast, Southend u Aberdeen.", "Din is-sena, mill-1 ta' April, se nkunu qegħdin inżidu rotot ġodda li jinkludu Santiago di Compostela, Cork fl-Irlanda, Exeter u Cardiff fl-Ingilterra minkejja Brexit, Maastricht, Torp f'Oslo, Verona, Genoa, Perugia, Lamezia, Thessaloniki, Debrecen fl-Ungerija, Doha fil-Qatar, Amman fil-Ġordan, Paphos, Ibiza, Cairo u Trieste.", "Fl-2017 kellna 21 rotta li topera mill-Malta International Airport, fl-2018 tlajna għal 110 rotot u din is-sena se nkunu tlajna għal 129 rotta, b'ħafna minnhom lejn u minn pajjiżi fl-Ewropa.", "Din hija statistika importanti ħafna, għax aktar ma jkollna diversifikazzjoni tar-rotot aktar qed noħolqu opportunitajiet għall-business travellers u għat-turisti.", "Nixtieq nirringrazzja lit-tmexxija tal-MTA, liċ-Chairperson, id-Deputy CEOs, iċ-chief officers, id-diretturi u t-tim kollu tal-management, kif ukoll lid-Dipartiment u l-Ministeru, is-Segretarju Permanenti u d-diretturi kollha fil-Ministeru għall-isforz kbir li għamlu fuq il-marketing promotion.", "Dan il-marketing qed ikun effettiv ħafna u qed nassiguraw li the spend per tourist tkun waħda effettiva wkoll.", "Kellna numru ta' kampanji madwar l-Ewropa, fl-Asja u fl-Awstralja li ffokaw fuq affarijiet differenti, fosthom active holidays, family holidays, events, diving, group travel, English language teaching u kultura, fost l-oħrajn.", "Fl-2018 daħlet dehra friska u logo ġdid għall-MTA permezz tar-rebranding li ġie introdott.", "Daħħalna wkoll l-advertising tagline 'Malta is more'.", "Din l-idea ħarġet minn studju u focus groups li saru fost it-turisti dwar Malta fejn ħafna qalulna li meta jiġu f'Malta jkunu sorpriżi bl-ammont ta' affarijiet li hawn x'tagħmel f'pajjiżna.", "Għaldaqstant, 'Malta is more' tagline tappella ħafna għal Malta.", "Il-marketing tal-MTA sar fi 42 pajjiż differenti.", "Għamilna advertising u ftehimiet ma' 109 ajruport differenti, fejn l-outreach kienet qawwija ħafna.", "Irriklamajna fil-London Underground fejn urejna d-diversità tagħna fuq LGBTIQ, b'ħidma mal-Ministru Helena Dalli.", "Kellna advertising campaigns fit-trams u karozzi tal-linja f'Hamburg fil-Ġermanja, l-Italja, Franza, iċ-Czech Republic, l-Ungerija u kellna wkoll diversi online campaigns, bloggers u influencers li għenu l-marketing reach tagħna.", "Nifhmu wkoll li s-settur tat-turiżmu għandu l-isfidi tiegħu, liema sfidi rridu nbiddluhom f'opportunitajiet.", "Il-Brexit hija sfida u fl-istess ħin hija opportunità.", "Nafu li minħabba l-inċertezza fl-Ingliterra, l-Ingliżi naqqsu t-travel budget tagħhom u qed isiefru inqas.", "Din hija r-realtà bħalissa.", "Apparti minn hekk, minħabba l-inċertezza, ħafna travellers Ingliżi qegħdin jirrikorru għal last minute bookings.", "F'Malta, is-suq Ingliż huwa importanti ħafna u għaldaqstant għamilna sforz doppju f'dan is-suq.", "Saħħaħna l-penetrazzjoni tagħna fl-ajruporti u żidna r-rotot u l-capacity minflok naqqasniehom kif għamlu pajjiżi oħrajn.", "Mill-1 ta' April 2019 introduċejna ajruporti ġodda bħal Exeter u Cardiff u dan qed ikollu riżultat pożittiv.", "Apparti dan kollu, ħdimna mal-Malta only operators fl-Ingilterra fejn tajniehom l-inċentiv biex jaħdmu u jbigħu aktar lil pajjiżna.", "Fl-istess ħin ħdimna wkoll mal-general tour operators.", "Kellna wkoll diskussjonijiet mal-Malta International Airport biex nassiguraw li ladarba Brexit iseħħ, it-turist Ingliż ikollu trattament adegwat fl-ajruport tagħna.", "Jekk Alla jrid, se jkollna lane fl-ajruport li tkun iddedikata għall-Ingliżi biex iħossu li r-relazzjoni speċjali li teżisti bejn pajjiżna u l-Ingilterra tibqa' hemmhekk u t-turisti Ingliżi jibqgħu jħossuhom at home f'pajjiżna.", "Naħseb li dan huwa elementi importanti wkoll.", "Fis-settur tat-turiżmu l-events huma importanti wkoll biex meta turist jiġi f'pajjiżna, ikollu għażla ta' affarijiet li jista' jagħmel.", "Għaldaqstant, ħdimna ħafna biex ikollna events f'Malta u Għawdex matul is-sena kollha.", "Minn Novembru li ġej se jkollna l-flagship Cirque du Soleil f'pajjiżna li se jtellgħu 28 performance għal xahar u nofs fl-MCC.", "Se jkollna a full troupe of acrobats u show li se jittella' apposta għal Malta.", "Naħseb li din se tkun value added experience għall-Maltin u t-turisti.", "Fir-rigward ta' attivitajiet għat-tfal, ħdimna fuq Nickelodeon Treasure Hunt għal perjodu tal-Għid.", "Nirrikoknoxxu li t-turisti u l-Maltin jgħidulna li m'hawnx biżżejjed attivitajiet li jappellaw għal familja bit-tfal.", "Din hija xi ħaġa li rridu nindirizzaw fix-xhur u s-snin li ġejjin.", "Komplejna nsaħħu l-events tas-sajf għaż-żgħażagħ li jinkludu l-Isle of MTV, is-Summer Daze flimkien mal-BBC, il-Glitch Festival, il-Lost and Found, l-Abode u l-World Club Dome.", "Kif diġà ssemma, kellna ċertu feedback fuq il-Lost and Found, però tajjeb ngħid li aħna dejjem nikkordinaw mal-istituzzjonijiet tal-forzi tal-ordni f'pajjiżna biex nassiguraw is-sigurtà f'dawn l-avvenimenti u biex ikun hemm vantaġġ ekonomiku għall-pajjiż, kif fil-fatt avvenimenti ta' dan it-tip iħallu.", "Nista' ngħid li dawn l-avvenimenti se jibqgħu jiżdiedu biex ikollna kalendarju mimli.", "Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva ħafna għas-settur turistiku.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar l-ajruport ta' Malta u s-settur tal-avjazzjoni li t-tnejn huma assoċjati mas-settur tat-turiżmu.", "Kif għedt diġà, ħdimna biex inżidu r-rotot, però dan mhuwiex biżżejjed.", "Jekk l-air traffic fl-ajruport qed jiżdied, iridu jikbru wkoll l-attivitajiet u l-infrastruttura fl-ajruport.", "Il-Malta Air Traffic Services, permezz tal-control tower, investiet €8 miljuni f'sistemi ġodda biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw aħjar ir-runways u l-air space tagħna, liema investiment għen ħafna.", "Fil-fatt, meta kellna l-maltemp stajna nibqgħu noperaw mingħajr interruzzjoni.", "Se nkunu qegħdin ninvestu wkoll fi primary surveillance radar ieħor li se jiġi installat s-sena d-dieħla b'investiment ta' €4 miljuni.", "Se nkunu qegħdin ninvestu €18-il miljun f'control tower ġdid u se nagħmlu investiment f'automatic dependence surveillance broadcast ground station u sistemi oħrajn tal-Malta Air Traffic Services.", "Naħseb li dawn huma kollha investimenti importanti għall-pajjiż.", "L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sar busy ħafna.", "Fil-fatt nistgħu ngħidu li għandna aktar destinazzjonijiet lejn l-Ewropa milli għandu l-ajruport ta' Heathrow f'Londra.", "Għalhekk ħdimna mal-ajruport biex infasslu pjan għall- quddiem.", "L-Awtorità tal-Ippjanar approvat masterplan għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta biex jespandu t-terminal, ninvestu f'car park u diversi amenities oħrajn.", "Bħala Gvern għaddejna biċċa art viċin l-AFM biex tkun użata għall-parking tal-ajruplani ħalli nżidu l-capacity għal seba' ajruplani oħrajn, biex b'hekk nimmassimizzaw l-użu tal-ajruport u r-runways.", "Barra minn hekk, bħala Ministeru flimkien mal-Malta Industrial Parks, ħdimna fuq pjan ħolistiku għall-ajruport fejn identifikajna n-niċeċ kollha u allokajna spazju għal kull wieħed minnhom, bħal manutenzjoni tal-ajruplani, training academies tal-ajruplani, logistic hubs, cargo, private jets terminals u uffiċini.", "Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru qed jaħdem ukoll fuq struttura ġdida għall-avjazzjoni biex f'pajjiżna jkollna struttura ta' Gvern li tkun permanenti u tiffoka fuq erba' miri prinċipali.", "L-ewwel nett, li tamministra l-istrateġija għall-policies tal-avjazzjoni ta' pajjiżna; it-tieni, li timplimenta u tippromwovi s-settur; it-tielet, li tħares l-operations and commercial undertakings fl-avjazzjoni u l-kuntatti tagħhom b'mod partikolari tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u r-raba', li tkun reference point li tagħti l-pariri neċessarji.", "Naħseb li dan huwa undertaking importanti; bħalma għamilna fis-settur tal-enerġija fejn ħloqna l-istruttura tal-Energy and Water Agency li se tibqa' titgawda minn gvernijiet suċċessivi, se nagħmlu l-istess fl-avjazzjoni biex ikollna struttura li tipprovdi l-institutional framework ta' kontinwità, titgawda minn gvernijiet futuri u tassigura li l-kuntratti u l-istrateġija huma mmaniġġjati tajjeb.", "Tajjeb ngħid li din is-sena f'Malta se jkollna l-konferenza tal-CAPA li għaliha se jattendu airlines minn madwar id-dinja kollha.", "Għal pajjiżna din se tkun vetrina importanti.", "Nixtieq nitkellem ukoll fil-qosor dwar Għawdex, għax diġà tkellmet dwar din il-gżira l-Ministru Justyne Caruana, li qed naħdmu ħafna flimkien.", "Għawdex jibqa' ġojjell għall-Għawdxin u għalina wkoll.", "Għawdex huwa a value added proposition.", "Kif nafu, it-turiżmu huwa s-settur ewlieni għall-ekonomija Għawdxija.", "Għaldaqstant irridu nibqgħu ninvestu fih.", "Nemmen li parti minn dan l-investiment għandu jkun fil-konnettività ta' bejn iż-żewġ gżejjer fejn żidna r-raba' vapur bejn Malta u Għawdex.", "Hemm xogħol għaddej fuq il-fast ferry u qed naħdmu wkoll fuq il-helicopter service.", "Fil-fatt il-Malta Medair ħarġet tender pubblika biex nagħżlu operatur għal dan is-servizz bejn Malta u Għawdex.", "Din l-air link se tkun kritika għall-business community u anke għat-turiżmu.", "Il-ħsieb tagħna huwa li nintroduċu helicopter ta' minimu ta' 15-il seat li jopera bejn iż-żewġ gżejjer.", "Dan huwa pass importanti għall-konnettività bejn Malta u Għawdex, hekk kif fil-medium-term se jkollna l-mina bejn iż-żewġ gżejjer.", "Kif qalet il-Ministru għal Għawdex, se nibqgħu naħdmu biex insaħħu l-attivitajiet f'Għawdex biex it-turisti li jżuru din il-ġżira jkollhom aktar attrazzjonijiet.", "Niġi issa biex nitkellem ftit fuq it-titjib fil-prodott ta' pajjiżna.", "Bħala Gvern, qed ninvestu fis-settur tat-turiżmu.", "Fost l-oħrajn, qed ninvestu fl-open spaces u fl-infrastruttura li jgawdu minnha kemm il-Maltin kif ukoll l-Għawdxin.", "Permezz tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), flimkien mal-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Sur Gino Cauchi, qed inkomplu naħdmu fuq diversi proġetti.", "Tul l-aħħar snin, wettaqna proġetti importanti bħal dik ta' Pjazza Tritoni, iż-żona magħrufa bħala Tal-Biskuttin u l-Ġnien Laparelli.", "Se nkunu qed naħdmu wkoll flimkien mal-GHRC fuq investiment ta' €2 miljun biex ix-xatt ta' Ta' Xbiex u l-Imsida jiġi riġenerat bi promenade modern.", "Se nkunu qegħdin ninvestu €3.5 miljun fuq proġett importanti fil-ġnien tal-moll fil-Floriana li se jassigura li r-riġenerazzjoni tal-Belt tista' toħroġ mill-Belt għall-Floriana u tibqa' miexja sal-Argotti u l-ġonna kollha tal-Floriana.", "Tlesta x-xogħol fuq il-Ġnien Duminku Mintoff f'Raħal Ġdid li ġie rinovat fi ġnien bil-fjuri b'dehra mill-isbaħ.", "Fl-istess ħin qed naħdmu wkoll biex filwaqt li nirrikonoxxu li hawn kostruzzjoni għaddejja fil-pajjiż, nirrikonoxxu wkoll li din il-kostruzzjoni trid issir f'mod konsiderat.", "Għaldaqstant, bħala Ministeru flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, dħalna f'partnership mad-Developers Association, fejn se nkunu qegħdin inniedu l-iskema volontarja Considerate Contruction Scheme.", "Permezz ta' din l-iskema, żviluppaturi li jkunu qed jagħmlu proġett ta' kostruzzjoni, b'mod volontarju se jadottaw standards li huma ferm ogħla minn dak stabbilit fil-liġi biex b'hekk intejbu l-boarding and hoarding ta' madwar is-sit, innaqqsu l-istorbju, nuru aktar rispett lejn il-ġirien u lejn il-ħaddiema permezz ta' breaks raġonevoli u proper access to means u, fuq kollox, nassiguraw li l-ambjent ikun rispettat.", "Naħseb li din l-iskema, li se tibda b'mod volontarju, se tinfirex ma' Malta kollha u se jkollha impatt pożittiv ħafna b'mod ġenerali.", "Se tkompli wkoll ir-riġenerazzjoni fil-Belt Valletta, fejn permezz tal-Ministeru għall-Ewropa u l-fondi Ewropej qegħdin ninvestu €24 miljun fir-riġenerazzjoni tan-naħa t'isfel tal-Belt Valletta.", "Fil-fatt diġà tlestew numru ta' xogħlijiet, fosthom ir-restawr min-naħa ta' barra tal-Knisja tal-Pilar, ix-xogħol ta' tiswija u restawr tal-Knisja ta' Santu Wistin, ix-xogħol ta' restawr u manutenzjoni tal-koppla tal-Knisja tal-Karmnu, ir-restawr tas-swar magħrufa bħala l-French and English Curtains, ir-restawr tal-Jews Sally Port, il-pavimentar taż-żona tal-Blata u x-xogħol fuq housing units li kienu abbandunati biex nagħtuhom aktar aċċess.", "Qed isir ukoll restawr tan-naħa ta' isfel tal-Belt u tal-bereġ importanti, bħall-Berġa' tal-Baviera, Berġa t'Aragona u l-House of Catalunya.", "Apparti minn din ir-riġenerazzjoni li se tkun ta' benefiċċju għar-residenti u għat-turisti, qed nagħmlu wkoll riġenerazzjoni soċjali fil-Belt, għax filwaqt li ġejjin aktar turisti lejn il-belt kapitali, irridu nifhmu wkoll li fil-Belt hemm ħafna residenti.", "Għaldaqstant, għamilna xogħol biex ċerti binjiet abbandunati bħal dawk fi Triq il-Karmnu jinqalbu f'social housing units biex nibqgħu nagħtu l-ħajja lill-Belt Valletta.", "Proġett li huwa għal qalbna ħafna huwa l-proġett f'West Street il-Belt fejn binja kbira tal-Gvern qed tiġi kkonvertita f'25 unit għall-anzjani biex jibqgħu jgħixu b'mod indipendenti.", "Dan huwa proġett sabiħ biex, kemm jista' jkun, nies li qed jgħixu fil-Belt li kibru fiż-żmien ikunu jistgħu jbattlu akkomodazzjoni soċjali fil-Belt u jikkreaw spazju għal ħaddieħor, filwaqt li dawn l-anzjani jibqgħu jgħixu b'mod indipendenti fil-Belt f'żona li tkun aċċessibbli kompletament u aktar sigura għalihom.", "Dawn huma kollha inizjattivi importanti li qed nieħdu.", "Fil-Belt Valletta se nkomplu nirriġeneraw iż-żona tal-cruise liner terminal li huwa settur importanti għall-ekonomija tagħna.", "Din is-sena kellna riżultati tajbin u s-sena d-dieħla se jkollna tkabbir f'dan is-settur permezz ta' numru ta' vapuri li kkommettew li se jibqgħu jiġu ta' kuljum f'pajjiżna.", "Tajjeb ngħid li qed naħdmu ma' Transport Malta biex flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu, Pinto 4 and Pinto 5 Wharfs fil-Port il-Kbir jiġu upgraded biex ikunu jistgħu jiġu akkomodati l-vapuri l-kbar ukoll.", "Insemmi wkoll proġetti ta' riġenerazzjoni li qed isiru fin-naħa t'isfel ta' Malta, li hija żona għal qalbna ħafna.", "Insemmi, pereżempju, Marsaxlokk li hija żona ta' valur turistiku kbir.", "F'Marsaxlokk, diġà għamilna numru ta' toroq u ħloqna toroq ġodda biex innaqqsu t-traffiku u bnejna car park in-naħa tal-grawnd tal-futbol.", "Il-proġett li jmiss huwa r-riġenerazzjoni taż-żona magħrufa bħala Tal-Magħluq, fejn għandna l-pjanijiet kollha kważi lesti u t-tenders se joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin.", "Ladarba tiġi riġenerata ż-żona tal-Magħluq, se nipproċedu għal Xatt is-Sajjieda li se jiġi rijorganizzat, inkluż iż-żona fejn ikun hemm il-monti.", "Wara dan il-proġett, se nkunu qed nibnu waterpolo pitch għall-club ta' Marsaxlokk.", "Irrid insemmi wkoll il-lokalità ta' Birżebbuġa li għal ħafna snin kienet żona industrijali.", "Aħna ħassejna li kellna bilfors nitkellmu mal-Malta Freeport Terminals biex kemm jista' jkun ikunu aktar rikonoxxenti lejn in-nies ta' Birżebbuġa u kellna feedback tajjeb min-naħa tagħhom u se nkunu qegħdin inniedu numru ta' proġetti.", "Fil-fatt se jinbena car park pubbliku fuq sit tal-Malta Terminals li ċedew din l-art lill-Gvern u, apparti minn hekk, il-Malta Freeport Terminals se jkunu qegħdin jiffinanzjaw ġnien bejn it-terminals u d-djar tan-nies, fejn se noħolqu a natural barrier.", "Aktar minn hekk, matul dawn l-aħħar ġimgħat, ikkommettejna ruħna li żona kbira f'Bengħajsa f'Birżebbuġa se tkun użata għall-afforestazzjoni, fejn se jsir park kbir.", "Din iż-żona kienet se tintuża bħal cargo terminal ieħor tal-Malta Freeport u bħala Gvern tlabna lill-Freeport Terminals biex iċedu u jwaqqgħu l-permess, kif fil-fatt għamlu.", "Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom ta' dan.", "Apparti minn hekk, ħdimna flimkien mal-eks President Marie Louise Coleiro Preca dwar skate park f'Birżebbuġa li llum huwa fully functional u issa se nkunu qegħdin naħdmu fuq ir-riġenerazzjoni tal-promenade.", "Naħseb li dawn huma kollha inizjattivi sbieħ.", "Irrid insemmi wkoll il-lokalità ta' Marsaskala li hija għal qalbna wkoll, fejn se nkunu qed naħdmu ħafna fuq din iż-żona.", "Tajjeb ngħid li fil-ġimgħat u xhur li ġejjin se nkunu qegħdin inniedu l-hop on hop off bus li se tibda tieqaf f'Marsaskala.", "Din hija xi ħaġa importanti għax f'Marsaskala hemm numru ta' stabbilimenti li nixtiequ li jiġu upgraded, però ovvjament għandhom bżonn ta' aktar passing traffic.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-bajjiet, fejn din is-sena, bħala Gvern, ikkommettejna ruħna li fl-ewwel ħmistax ta' Ġunju jsir xogħol fuq fuq erba' bajjiet li huma l-bajja tar-Rinella fil-Kalkara, il-bajja ta' Fajtata f'Marsascala, il-bajja ta' San Ġorġ f'Birżebbuġa u l-bajja tal-Balluta f'San Ġiljan.", "Dan ix-xogħol se jsir biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' jgawdi dawn il-bajjiet fis-sajf.", "Bħala riġenerazzjoni, se nkunu qegħdin nagħmlu emergency works fuq l-iStrand f'Tas-Sliema.", "Fil-fatt, flimkien ma' Transport Malta, bħalissa għaddej studju biex tiġi riġenerata ż-żona tal-iStrand f'Tas-Sliema u jsir tisħiħ tal-promenade minħabba li hemm paritjiet tal-moll li huma dgħajfa.", "Ikkommettejna wkoll €10 miljun għar-riġenerazzjoni ta' Paceville, liema lokalità għandha bżonn ta' riġenerazzjoni qawwija.", "Kulħadd jaf li hemm investiment qawwi min-naħa tas-settur turisitku f'Paceville, imma l-infrastruttura għandha ħafna nuqqasijiet.", "Għalhekk, qabbadna l-kumpanija Grimshaw Architects f'Londra li flimkien magħhom identifikajna seba' żoni fejn għamilna pjanijiet għar-riġenrazzjoni.", "Dawn jinkludu siti prominenti bħal Triq Santu Wistin, Ġnien Spinola, il-bajja maġenb Triq Dragunara, il-pjazza prinċipali ta' Paceville ħdejn il-Burger King, uħud mit-toroq ta' Paceville, il-bajja ta' San Ġorġ u l-entratura ta' Paceville.", "Se nibdew billi niffokaw fuq żewġ żoni li huma Pjazza Spinola fejn nixtiequ noħolqu spazju miftuħ sabiħ u Triq Paceville li hija t-triq prinċipali f'Paceville.", "Il-flus li qed indaħħlu mill-eko-kontribuzzjoni se jiġu kommessi wkoll għal dan il-proġett.", "Irrid nirringrazzja lil Malta Hotels and Restaurants Association tal-kollaborazzjoni li dejjem joffrulna, fejn qed naħdmu flimkien b'mod kostruttiv.", "Fil-fatt, qed naħdmu fuq diversi proġetti ta' interess għal pajjiżna, inkluż dak ta' Paceville u l-Mediterranean Music Awards.", "Nixtieq nitkellem ukoll dwar il-Mediterranean Conference Centre (MCC) li aktar kemm jgħaddi ż-żmien, aktar qed ikollha rwol important, kemm għat-turiżmu, kif ukoll għal business travel, konferenzi u kultura.", "Fil-fatt minn hawn u ftit ġimgħat oħra se nkunu qed niftħu l-ikbar open air venue f'pajjiżna li huwa a rooftop venue fuq is-saqaf tal-MCC li se jkun qed jintuża għal events kbar.", "Dan l-ispazju joffri waħda mill-isbaħ veduti fuq il-Port il-Kbir u persważ li se jkun venue li se jintuża kemm mill-Maltin kif ukoll mill-barranin.", "Apparti minn hekk, qed noħolqu numru ta' swali ġodda fit-Tank Room antik tal-MCC u qed ninvestu wkoll f'air conditioning units ġodda mal-post kollu.", "Qabel nagħlaq, nixtieq nitkellem ftit dwar l-ikbar riżors li għandna fis-settur tat-turiżmu li huwa n-nies tagħna.", "Qed ninvestu fl-ITS permezz ta' korsijiet differenti f'livell ta' ċertifikat, diploma, degree u anke post graduate.", "L-ITS miexi fit-triq biex fil-futur isir a vocational university.", "Minn hawn irrid nirringrazzja liċ-Chairperson u lis-CEO tal-ITS għax-xogħol siewi li qed jagħmlu.", "Il-ħsieb tagħna huwa li fl-ITS nibqgħu nagħmlu partnerships internazzjonali bħalma għadna kemm nidejna mal-Emirates Academy of Hospitality li magħha se nniedu a joint MBA programme u degrees oħrajn.", "Apparti minn hekk, qed nagħmlu wkoll korsijiet importanti għall-gwidi għax għandna nuqqas kbir ta' gwidi f'pajjiżna.", "Fejn qabel kien ikollna kors għall-gwidi kull tliet snin fl-ITS, issa dan il-kors qed joħroġ kull sena u minflok qed ikun fuq perjodu ta' tliet snin, issa qed isir fuq sentejn, għax huwa kors aktar kompatt li jibqa' sejjer anke matul is-sajf.", "Korsijiet bħal dawn huma importanti għar-riżors uman f'pajjiżna.", "Sur President, nagħlaq billi ngħid li s-settur tat-turiżmu huwa settur importanti għal pajjiżna, li qed jipprovdilna tkabbir ekonomiku.", "Ħafna familji jiddependu minn dan is-settur għall-għajxien tagħhom.", "Barra minn hekk, dan is-settur qed joħloq opportunitajiet għall-Maltin ukoll.", "Bħala Gvern nixtiequ li kull inizjattiva turistika tkun ta' benefiċċju kemm għat-turisti kif ukoll għall-Maltin, jiġifieri jekk qed nitkellmu fuq spazji miftuħin u ġonna, investiment fl-istorja ta' pajjiżna, niċeċ ġodda, events u rotot ġodda, dawn kollha jistgħu jitgawdew mill-Maltin.", "Inħoss li wara r-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, bħala Gvern għandna aktar kuraġġ biex nibqgħu naħdmu u nagħmlu t-tibdil meħtieġ.", "Dan hu l-Gvern tal-bidla li se tibqa' tiġi implimentata f'kull settur.", "Filwaqt li tul dawn l-aħħar ħames snin għamilna ħafna bidliet fid-drittijiet ċivili, raħħasna il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għalaqna l-power stations, tejjibna l-arja għall-Maltin u l-Għawdxin, neħħejna l-problema tal-mediċini out of stock, daħħalna l-free childcare, żidna l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-workforce u żidna l-pensjonijiet, nista' ngħid li għadna m'aħniex lesti.", "Bħala Gvern se nibqgħu naħdmu biex niffokaw fuq il-prijoritajiet tagħna biex nassiguraw li jkollna aktar ugwaljanza bejn is-sessi, aktar spazji miftuħa u ambjent aħjar, pensjonijiet aħjar u aktar sigurtà fil-villaġġi u l-ibliet tagħna.", "Dawn huma l-prijoritajiet tal-Maltin u l-Għawdxin u tagħna bħala Gvern.", "Nirringrazzja lill-Malta Tourism Authority, liċ-Chairperson, il-board of directors u lill-istaff fil-Ministeru tiegħi.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u infiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu skont l-Att dwar is-Servizz tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu (Kap. 409) għas-sena 2019.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni.", "Infakkar lill-Kamra li din il-votazzjoni se tittieħed fid-19 ta' Ġunju 2019 skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ il-Ministru Konrad Mizzi biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "KONRAD MIZZI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Mejju 2019, fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni - Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Mejju 2019, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "EMBRIJUNI FFRIŻATI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm embrijuni ffriżati bħalissa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ilhom iffriżati?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 12-il koppja li għandha l-embrijuni krijopreservati.", "Koppja waħda kkrijopreservaw l-embrijuni f'Settembru tal-2018, 10 koppji f'Ottubru tal-2018, u koppja oħra fi Frar 2019.", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mid-Dwana ta' Malta mill-2013 'il hawn, u jagħti l-informazzjoni sena b'sena skont it-tip ta' droga li nqabdet?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "DWANA - QBID TA' DROGA - PROĊEDURI", "L-ONOR.", "CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid xi jsir md-droga li tinqabad mid-Dwana u x'inhi l-proċedura li tintuża f'dawn il-każijiet?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8847.", "BORD GĦALL-GOVERNANZA TAL-ĦABSIJIET – RAPPORTI ANNWALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9852 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-Bord għall-Governanza tal-Ħabsijiet dwar is-sena 2018 u li suppost ġie ppreżentat lilu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9852.", "REGOLATURI TAL-BINI U L-KOSTRUZZJONI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat, il-proċess biex jitwaqqaf ir-Regolatur tal-Bini u l-Kostruzzjoni jinsab fil-proċess ta' laqgħat li qed issiru mal-entitajiet u l-persuni kkonċernati filwaqt li qed tkun abbozzata l-liġi li twaqqaf dan ir-regolatur.", "PROKLAMI GĦAL DIKJARAZZJONI TA' EMERĠENZA PUBBLIKA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 1963 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il dikjarazzjoni ta' emerġenza pubblika saret permezz ta' Proklama skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 tal-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza (Kap. 178 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "Għal kull Proklama, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li għaliha saret u għal liema parti jew partijiet ta' Malta kienet tapplika?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Fil-perjodu li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant, ma kien hemm ebda dikjarazzjoni ta' emerġenza pubblika saret permezz ta' Proklama skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 tal-Att dwar Setgħat ta' Emerġenza (Kap. 178 tal-Liġijiet ta' Malta).", "ĊITTADINANZA MALTIJA TAĦT IL-PROGRAMM TA' INVESTITUR INDIVIDWALI – KAŻ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħatax iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali (IIP) tar-Repubblika ta' Malta?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2547.", "IL-KAPPARA - TRIQ ANTONIO SCHEMBRI – MANIĠĠJAR TAT-TRAFFIKU WAQT ĦINIJIET TA' SKOLA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għal Triq Antonio Schembri fil-Kappara, jiġifieri t-triq fejn hemm iċ-Chiswick School u t-toroq tal-madwar, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex din it-triq residenzjali jkollha aktar boun ordni u pparkjar u aċċess ferm aħjar waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti mill-iskola?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li rigward Triq Antonio Schembri fil-Kappara, fejn iċ-Chiswick School u t-toroq tal-madwar, qed isiru konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ikkonċernati kollha, sabiex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet biex waqt id-dħul u l-ħruġ tal-istudenti mill-iskola, ikun hemm titjib fil-bon ordni, ipparkjar u aċċess fl-istess triq.", "TAS-SLIEMA – PERMESSI KUMMERĊJALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Peress li The Strand f'Tas-Sliema hi żona residenzjali u minkejja dan, il-permessi għall-ħwienet u l-postijiet ta' divertiment dejjem qed jiżdiedu, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-parametri ta' kif jingħataw permessi bħal dawn, f'din iż-żona?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-Policy 'Partial Review of Subsidiary Plans: General Policy relating to Regeneration/Consolidation Initiatives' (Jannar 2013) tirrikonoxxi li xi lokalitajiet fiż-żona tal-iżvilupp mhux neċessarjament jirriflettu dak indikat fil-pjanijiet lokali, primarjament minħabba n-natura u skala ta' żvilupp kummerċjali.", "F'dawn il-lokalitajiet, bħalma hi The Strand, f'Tas-Sliema, din il-policy tippermetti li jingħataw permessi għal żvilupp simili.", "KUNDIZZJONIJIET TA' ALLERĠIJA - STATISTIKA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tinżammx statistika dwar kundizzjonijiet ta' allerġija bħal ażma?", "Jekk iva, jista' jagħti ċ-ċifri għal kull sena b'kemm qed tiżdied din il-kundizzjoni?", "Jista' jgħid ukoll, kemm huma dawk il-pazjenti li għandhom kartuna safra (Skeda V)?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li prżentament in-numru totali ta' pazjenti bi Skeda V valida (Kartuna Safra) għall-Ażma Kronika jammonta għal 26,534.", "Nitolbu sabiex jirreferi għat-tabella t'hawn taħt.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser imur Marrakesh il-Marokk bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2019 u jiffirma l-UN Global Compact for Migration Document?", "Liema huma l-klawsoli li l-Gvern Malti biħsiebu jirrikonoxxi?", "Hemm klawsoli fid-dokument li jistgħu jaffetwaw is-Sovranità ta' Malta b'kundizzjonijiet ambigwi u nieqsa minn spjegazzjoni u għalhekk jistgħu jġibu riperkussjonijiet bl-iffirmar ta' tali dokument?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-konferenza ta' Marrakesh dwar il-Global Compact for Safe, Orderly and Regular Migration saret fl-10 u l-11 ta' Dicembru 2018.", "Kif ilu magħruf pubblikament il-Ministru ghall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela rrappreżenta lil Malta waqt din il-Konferenza.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-compact ma jorbotx legalment waqt li prinċipju fundamentali tiegħu jirrikonoxxi s-sovranità u l-prerogattiva tal-istati li jiddeterminaw huma l-politika migratorja taghhom f'rispett lejn il-liġijiet internazzjonali.", "ART PUBBLIKA AGRIKOLA BIL-QBIELA – UŻU GĦALL-ĦRUQ TAN-NAR", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 9640 u ċjoè: B'referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħditiet min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura u tal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni li dawk l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi għall-ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND - TIBDIL MID-DEVELOPMENT BRIEF", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9799 u ċjoè: Peress li l-proġett ta' Manoel Island huwa marbut mad-Development Brief tal-1992, jista' l-Ministru jikkonferma li l-pjan il-ġdid ibiddel drastikament il-mix u l-iskala tal-użu tal-art kif kien approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94 peress minn proġett primarjament kummerċjali sar wieħed primarjament residenzjali?", "Jikkonferma li dan it-tibdil jirrikjedi l-ħruġ ta' Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar kif jidher fin-North Harbour Local Plan policy NHGT16?", "Jista' jikkonferma jekk dan is-Supplementary Planning Guidance kienx ippubblikat mill-Awtorità?", "Jekk kien ippubblikat jista' jgħid meta u fejn tista' tinkiseb kopja u għaliex mhux ippubblikat fuq il-website tal-awtorità?", "Jekk le kif seta' jiġi approvat il-pjan il-ġdid?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-pjan il-ġdid fl-Outline Development Permit PA9407/17 huwa emenda ta' pjan diġà approvat fl-Outline Development Permit PA2135/94 liema emendi jikkonsistu fi tqassim aħjar tal-volumi u layout tal-bini, żieda fl-ispazji pubbliċi, żieda relattivament minima f'dak li huwa użu residenzjali, tnaqqis f'dak li huwa użu kummerċjali, kif ukoll reviżjoni tat-tqassimu disinn f'dawk li huma parkeġġ, marina u network għal vetturi u dak pedonali.", "F'dan l-istess pjan kien hemm tnaqqis ta' 8000 metru kwadru f'dak li huwa gross floor area minn dak li kien hemm approvat fl-Outline Development Permit PA 2135/94.", "Hekk kif inhu indikat f'din it-tabella, il-pjan il-ġdid ma biddilx drastikament il-mix tal-użu tal-art u għalhekk ma kienx jirrikjedi l-ħruġ ta' Supplementary Planning Guidance mill-Awtorità għall-Ippjanar:", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX - MASTER PLAN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jista' jgħid ukoll f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jiġi approvat?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma' jien infurmat, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni għall-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex (PA07491/16) li għaddiet mill-proċess ta' \"screening\" u bħalissa l-Awtorità qiegħda tistenna l-informazzjoni li ntalbet fl-iscreening letter sabiex tkun tista' tivvalida u tibda tipproċessa din l-applikazzjoni.", "Il-Perit talab estensjoni ta' żmien fil-bidu ta' din is-sena biex ikun jista' jwieġeb għall-informazzjoni mitluba.", "Id-deċiżjoni fuq il-Master Plan għanda tittieħed fi żmien 100 ġurnata minn meta tiġi validata l-applikazzjoni, sakemm ma tintalabx sospensjoni skont Regolament 12(1) ta' l-Avviż Legali 162/16.", "AWTORITÀ TA' STANDARDS TA' ĦARSIEN SOĊJALI - NUQQASIJIET FI DJAR TAL-ANZJANI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9205, jista' l-Ministru jgħid jekk in-nuqqasijiet ġewwa d-Djar tal-Anzjani ġewwa Għawdex ġewx irranġati kollha u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ġewx irranġati u x'azzjoni qed tieħu l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali qajmet in-nuqqasijiet li ġew innutati f'diversi Djar tal-Anzjani ġewwa Għawdex, hekk kif ġie msemmi fil-mistoqsija parlamentari 9205.", "Ħafna minn dawn in-nuqqasijiet ġew indirizzati mill-provdituri tas-servizz filwaqt li l-Awtorità qed tkompli tagħmel moniteraġġ meħtieġ u tara li l-punti mressqa jiġu indirizzati fl-intier tagħhom.", "L-Awtorità se tkompli tassigura u tesiġi li l-moniteraġġ ikompli jsir, permezz tal-ispezzjonijiet mill-Ispetturi tal-Awtorità, fuq is-servizzi kollha fis-settur soċjali, bil-għan li jiġu identifikati n-nuqqasjiet u eventwalment tassigura li jingħata servizz tal-ogħla kwalità fil-qasam soċjali.", "ATT DWAR IR-REGOLAMENT TA' ĊERTI XOGĦLIJIET F'UTILITAJIET U SERVIZZI - RIKORSI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8986 u jgħid jekk Transport Malta ġietx notifikata b'xi rikors magħmul a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att dwar ir-Regolament ta' Ċerti Xogħlijiet f'Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81 tul is-snin 2017, 2018 u 2019 s'issa?", "Jekk iva, kemm kien in-numru?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-Enforcement Directorate ma rċieva l-ebda notifika ta' rikors f'dan is-sens f'dawn l-aħħar sentejn.", "GĦAWDEX - MASTER PLANS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8506 kollha u taġġorna lill-Kamra fuq il-varji Master Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa?", "Fiex jikkonsistu u għalxiex qed isiru dawn il-Master Plans u minn min qed isiru?", "Kif intgħażlu l-persuni li qed jagħmluhom, kemm tħallsu s'issa u meta huma ppjanati li ser jiġu konklużi dawn il-Master Plans?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi fl-aħħar sena u nofs?", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'xi seduta oħra.", "XAGĦRA GĦAWDEX – NIGHT SHELTER ĠDID", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9701, tista' l-Ministru tgħid jekk in-Night Shelter fix-Xagħra Għawdex bediex jopera f'April 2019 u jekk iva kemm qed jilqa' residenti?", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-bankina u t-triq ta' quddiem dan in-Night Shelter għadhom mhux lesti, iktar minn sitt xhur wara li ġie inawgurat dan in-Night Shelter?", "Interpellant li, iva, in-night shelter beda jopera u minnu qed jibbenefikaw persuni li għandhom bżonn.", "Dwar ix-xogħlijiet indikati, ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol msemmi ma kellux x'jaqsam mal-proġett.", "IX-XEWKIJA GĦAWDEX – AREA TA' XĦAJMA - APPLIKAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-PA number 01606/19, 'Levelling of existing debris, to reinstate existing roads, create Park and Ride parking facilities with permeable ground covers, charging point for electric buses, Bus Terminal and roofed deck top house recreation areas' ġewwa ta' Xħajma fix-Xewkija Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet ma għadhiex tidher fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar?", "Jista' jgħid x'intalab s'issa mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq din l-applikazzjoni u fiex wasal il-proċess ta' din l-applikazzjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li s-sistemi elettroniċi tal-Awtorità juru biss dettalji ta' applikazzjonijiet li jkunu kkunsidrati kompluti a terminu tar-regolament 4 tal-Avviż Legali 162 tal-2016.PA/01606/19, hija talba għal screening (mhux applikazzjoni għall-iżvilupp) fejn l-Awtorità tkun għadha qed tiggwida lill-applikant kif għandu jipprepara l-applikazzjoni.", "Jekk 'il quddiem, id-dokumentazzjoni u l-ħlasijiet kollha meħtieġa jiddaħħlu, l-Awtorità tippubblika l-applikazzjoni fuq il-website tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, twaħħal tabella fuq is-sit inkwistjoni, u tagħmel id-dettalji tal-applikazzjoni disponibbli għall-pubbliku fis-sistemi elettroniċi tagħha, kif inhu mitlub mill-istess liġi.", "FIAU: ON-SITE EXAMINATIONS TA' NUTARA PUBBLIĊI – PUBBLIKAZZJONI TAL-PIENI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum, kellhom l-identità tagħhom u l-piena li ngħataw, ippubblikati mill-FIAU fuq il-website tagħhom u/jew band'oħra?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fost dawk in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta' verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta' din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta' din ir-risposta, ma kien hemm l-ebda nutar pubbliku li kien suġġett għall-proċeduri ta' pubblikazzjoni ta' pieni, u dan għaliex l-ebda piena ma eċċediet il-limitu rikjest għall-publikazzjoni ai termini tal-Artikolu 13Ċ tal-Att Kontra Money Laundering, Kap. 373, li jirregola l-istess proċedura ta' pubblikazzjoni.", "L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta' statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.", "FIAU – NUTARA PUBBLIĊI – KAŻIJIET TA' ALLEGATI REATI TA' ĦASIL TA' FLUS", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta' allegati reati ta' ħasil ta' flus li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) investigat mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum fir-rigward ta' flus li pprevjenew lin-nutara pubbliċi minn misapproprjazzjoni ta' taxxi u/jew flus/beni oħra?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Korp iqis li l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali għar-raġunijiet previsti fl-Artiklu 34 tal-Att Kontra Money Laundering, Kap. 373 u għaldaqstant huwa prekluż milli jagħti risposta ai termini tal-obbligi ta' kunfidenzjalità taħt l-istess artikolu.", "MANTENIMENT TAT-TFAL - ĠENITURI LI WEĦLU L-ĦABS MINĦABBA NUQQAS TA' ĦLAS", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista' teħel il-ħabs għax ma tħallasx il-manteniment?", "OWEN BONNICI: Każijiet deċiżi bejn 1 ta' Jannar 2016 u d-9 ta' Mejju 2019 fir-rigward ta' każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal, fil-Qorti ta' Malta huwa kif muri fit-tabella ta' hawn taħt:", "Każijiet deċiżi bejn 1 ta' Jannar 2016 u d-9 ta' Mejju 2019 fir-rigward ta' każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal", "Bejn l-1 ta' Jannar 2016 u d-9 ta' Mejju 2019, fil-Qorti ta' Għawdex ma kienx hemm persuni li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal.", "Il-massimu ta' detenzjoni li persuna li ma tippermettix aċċess għal minuri lill-persuna li jkollha l-kustodja ta' dak il-minuri huwa ta' xahrejn (vide artikoli 7(2)(a), 12(2) u 338(ll) tal-Kodiċi Kriminali).", "ĠENITURI LI WEĦLU L-ĦABS GĦAX MA TAWX AĊĊESS GĦAT-TFAL LIL ĠENITURI LI MA JGĦIXUX F'MALTA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta' tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista' teħel il-ħabs għax ma tagħtix dan l-aċċess?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-każijiet deċiżi bejn 1 ta' Jannar 2016 u d-9 ta' Mejju 2019 fir-rigward ta' każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta' tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta, fil-Qorti ta' Malta huwa kif muri fit-tabella ta' hawn taħt:", "Każijiet deċiżi bejn l-1 ta' Jannar 2016 u d-9 ta' Mejju 2019 fir-rigward ta' każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċizjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta' tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta.", "Din l-istatistika tinkludi kemm ġenituri Maltin u kemm ġenituri barranin.", "Bejn l-1 ta' Jannar 2016 u d-9 ta' Mejju 2019, fil-Qorti ta' Għawdex ma kienx hemm persuni li weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta' tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta.", "Il-massimu ta' detenzjoni li persuna li ma tippermettix aċċess għal minuri lil persuna li jkollha l-kustodja ta' dak il-minuri huwa ta' xahrejn (vide artikoli 7(2)(a), 12(2) u 338(ll) tal-Kodiċi Kriminali).", "MAĠISTRATI U MĦALLFIN INVESTIGATI MILL-KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, kull sena (sena b'sena), kemm kien hemm maġistrati u mħallfin li ġew investigati mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bejn l-2008 u l-2018?", "OWEN BONNICI: Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Leġiżlatura numru XI.", "RIFORMA KOSTITUZZJONALI TAS-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA – KUMITAT GĦALL-IMĦALLFIN U L-MAĠISTRATI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta beda jiltaqa' u jiffunzjona l-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati kif stipulat fir-Riformi Kostituzzjonali tas-sezzjoni tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 t'Awwissu 2016?", "OWEN BONNICI: Nirreferi għat-tweġiba moghtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Leġiżlatura numru XI.", "IR-RABAT GĦAWDEX - MIDDLE SCHOOL - HEALTH AND SAFETY OFFICER WAQT IL-ĦIN TA' XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk tax il-permess li jsir ix-xogħol u struzzjonijiet biex ikun hemm preżenti Health & Safety Officer waqt il-ħin tax-xogħol fil-Middle School Rabat Għawdex, liema xogħol sar waqt il-ħin tad-dħul tat-tfal, fejn dawn bdew jgħaddu minn ġo nofs makkinarju goff u tjun li huma ta' periklu għat-tfal, minbarra l-istorbju li kien qed itellef, b' mod speċjali t-tfal bl-awtiżmu?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li għal kwalunkwe xogħol li jsir fl-iskejjel dejjem jittieħdu l-miżuri kollha tas-saħħa u s-sigurtà.", "Dan isir taħt l-istruzzjonijiet tal-periti responsabbli għax-xogħol li jkunu mqabbda mill-FTS.", "F'dan il-każ ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant kellu jsir b'urġenza fil-Middle School fir-Rabat, Għawdex u dan bil-prekawzjonijiet kollha li jirrikjedi xogħol ta' dan it-tip biex jitnaqqas kemm jista' jkun kull inkonvenjent.", "GĦAWDEX – TRIQ FORTUNATO MIZZI - INĊIDENT", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8198 issa li bdew jittieħdu l-proċeduri kriminali, jista' l-Ministru jikkonferma li f'dan il-każ ma sar ebda rapport mill-Uffiċjal Investigattiv lill-Magistrat tal-Għassa sabiex issir inkjesta u jiġu nominati l-esperti u jsir il-proċess verbali in vista tal-fatt li f'dan l-inċident korrew diversi persuni, uħud minnhom serjament u addirittura dawn in-nies li korrew daħlu biex jiġu rikoverati fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "X'inhi r-raġuni li wara l-frakass, li esponiet il-ħajja ta' diversi nies għal periklu serju u gravi u li l-istess żiemel li hu involut mhux biss ma ġiex identifikat, imma sal-lum il-Pulizija Eżekuttiva lanqas biss jafu x'sar minnu, aħseb u ara kemm saru testijiet fuqu, anki tad-doping, u meta dan kien ukoll każ ċar ta' moħqrija fuq annimal, li huwa reat 'per se'?", "X'passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra dan l-Uffiċjal Għoli fil-Korp tal-Pulizija li lanqas biss indenja li jagħmel rapport lill-Maġistrat tal-Għassa tal-akkadut?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li dakinhar tal-inċident li qed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant, il-Pulizija ma infurmatx lill-Maġistrat tal-Għassa peress li ma kienu twettqu ebda reati li jġorru piena 'l fuq minn tliet snin priġunerija u ħadd mill-persuni li sofrew xi ġrieħi fl-inċident, ma kien f'xħin fil-periklu tal-mewt.", "Dakinhar tal-inċident kemm il-kuċċier kif ukoll iż-żiemel kienu identifikati mill-pulizija li min-naħa tagħha ma rċeviet ebda rapport jew allegazzjoni mingħand xi persuna, li kien hemm moħqrija tal-annimali jew inkella suspett ta' doping u aġixxiet bħalma taġixxi f'każi ta' din ix-xorta.", "Infurmat li wara xhieda li ngħatat quddiem il-Qorti t'Għawdex fil-bidu ta' Mejju 2019, ġie allegat moħqrija tal-annimali minn vittma fl-inċident, u għalhekk il-pulizija qed tindaga aktar biex tieħu l-passi meħtieġa jekk issib il-provi.", "Kif diġà indikat fi tweġiba oħra, ġew inizjati proċeduri kriminali kontra s-sewwieq taż-żiemel inkwistjoni, liema proċeduri għadhom pendenti.", "Dwar dan il-każ jien infurmat li m'hemmx lok li jittieħdu xi passi kontra l-Uffiċjal Għoli fil-Korp tal-Pulizija.", "MARSASCALA - AKKOMODAZZJONI SOĊJALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika kemm se jinbnew djar ta' akkomodazzjoni soċjali f'Marsaskala u f'liema naħa tal-lokalità dawn id-djar se jinbnew?", "Jista' jgħid ukoll jekk ġiex ikkonsultat il-kunsill lokali ta' din il-lokalità qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, d-dettalji dwar il-units ta' housing soċjali ġodda, se jkunu qegħdin jingħataw fix-xhur li ġejjin.", "Dawn il-units se jkunu qegħdin jinbnew permezz ta' investiment ta' €60 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, li se jwassal sabiex l-Awtorità tad-Djar ikollha 1,000 unit ġdid ta' housing soċjali.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ġenituri/qraba ta' persuni b'diżabilità jistgħux jagħmlu użu mill-Iskema Carer at Home?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, l-Iskema Carer at Home hija miftuħa għal kull persuna li għandha 60 sena jew aktar, li hija eleġibbli li tibbenifika mill-iskema skont kif spjegat fid-deskrizzjoni annessa mal-iskema; liema applikazzjoni tista' tiġi aċċessata mis-sit elettroniku https://activeageing.gov.mt.", "WIED IL-GĦAJN – PROĠETTI RELATATI MAL-FONDI TAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9991, jista' l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-proġetti li ġejjin, li huma relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea hekk kif ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta` Marsaskala f'dawn l-aħħar ħames snin u jekk dawn hux diġà twettqu jew le:", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala li l-proġetti tal-Europe for Citizens twettqu t-tnejn li huma bl-aħħar proġett ċjoè dak ta' Integrate together for a better European future tlesta ukoll xi ftit tal-ġimgħat ilu u jinsabu qegħdin jippreparaw ir-rapporti li se jiġu sottomessi dalwaqt fuq l-EU portal.", "Ninsab infurmat li kienu żewġ proġetti li permezz tagħhom sar skambju ta' ideat bejn diversi membri tal-Unjoni Ewropea bit-temi magħżula.", "Tali proġetti l-ewwel iridu jiġu evalwati mill-Unjoni Ewropea u fil-fatt iż-żewg proġetti ġabu kważi punti massimi biex b'hekk setgħu jitwettqu.", "KUNSILL LOKALI TA' WIED IL-GĦAJN - BINI TAL-UFFIĊINI AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika meta se jibda l-bini tal-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u meta huwa indikat li se jitlesta?", "Fiex se jikkonsisti dan il-bini?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta' Marsaskala li jinsab fl-aħħar fażi tal-procurment fejn iż-żmien tal-appell issa għadda u l-kunsill finalment jinsab fl-aħħar proċess li jiffirma l-kuntratt mal-kuntrattur.", "Hekk kif isir dan, għandhom isiru laqgħat bejn il-perit u l-kuntrattur flimkien ma' rappreżentanza tal-kunsill biex jiġi determinat meta se jinbeda x-xogħol.", "Dan se jkun l-ewwel fażi tax-xogħol peress li jinvolvi l-bini tal-kunsill u mhux il-finishings.", "WIED IL-GĦAJN - PRIJORITAJIET /INIZJATTIVI ĠODDA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9989, jista' l-Ministru issa jindika l-inizjattivi ġodda li se jsiru f'Wied il-Għajn billi din hija żona turistika?", "Meta se jibdew jitwettqu dawn l-inizjattivi?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9989, ċjoè li inizjattivi ġodda se jitħabbru fiż-żmien li ġej.", "INTERĊETTAZZJONI/INTERFERENZA FI TRASMISSJONIJIET", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il mandat ħareġ biex issir interċettazzjoni ta' jew interferenza ma' komunikazzjonijiet fil-kors tat-trasmissjoni tagħhom bil-posta jew bil-mezz ta' sistema ta' radjokomunikazzjoni jew ta' telekomunikazzjoni jew b'kull mezz ieħor?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 9881 tal-Legiżlatura XII.", "SAN ĠILJAN/PEMBROKE - RAPPORT FUQ BUNKER", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe pjanti li jinsabu fil-pussess tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u li juru fid-dettall il-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda u li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke?", "IAN BORG: Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma' jien infurmat mill-Awtoritajiet, kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar li m'għandiex fil-pussess tagħha pjanti li juru fid-dettall il-bunker inkwistjoni, filwaqt li l-Awtorità tal-Artijiet ma jkollhiex pjanti bħal dawn mitluba.", "AWTORITÀ TAL-ARTIJIET - ĊNUS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid għalfejn iċ-ċnus perpetwi rivedibbli mhumiex qed jiġu pproċessati mill-Awtorità tal-Artijiet kif kien isir qabel?", "Jista' jgħid jekk jeżistux impedimenti legali u x'qed jikkunsidra l-Gvern biex jindirizza din il-kwistjoni?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li l-Avviż Legali li jagħti s-setgħa li ċ-ċnus imsemmija jiġu mifdija, qed tiġi diskussa.", "SPEZZJONIJIET MINN JOBSPLUS - PERSUNI BARRANIN LI JAĦDMU BLA PERMESS", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7722, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet kontra dawk il-barranin li nstabu jaħdmu f'pajjiżna mingħajr permess u kontra min kien qiegħed iħaddimhom?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li L.S. 343.23 tpoġġi d-dmir fuq min iħaddem biex jara li d-dokumentazzjoni neċessarja tkun kollha skont il-ligi.", "Għaldaqstant, Jobsplus ma tieħu l-ebda passi kontra l-barranin iżda tinnotifika lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni bis-sejba tagħhom.", "Min-naħa l-oħra, fejn jidħol min iħaddem barranin bla permess, Jobsplus tibgħat ittra tistieden biex tiddaħħal applikazzjoni għall-Permess tax-Xogħol u/jew Residenza fi żmien għaxart ijiem.", "Jekk dan ma jsirx, jittieħdu l-passi kollha stipulati fl-istess L.S. 343.23.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - ĦADDIEMA B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6312 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - ĦADDIEMA B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6316 u jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'di¿abilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "BIRKIRKARA - TRIQ DUN KARM PSAILA - TNIXXIJA TAL-ILMA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jieħu l-azzjoni meħtieġa biex tieqaf it-tnixxija ta' ilma fi Triq Dun Karm Psaila Birkirkara viċin it-traffic lights f'salib it-toroq ma' Triq Wignacourt u Triq Wajter, qrib il-ħwienet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?", "Jista' jikkonferma jekk din it-tnixxija ta' ilma fit-triq hiex kkontaminata bid-drenaġġ u allura tista' tkun ta' periklu għas-saħħa?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li t-tnixxija ta' ilma fi Triq Dun Karm Psaila, Birkirkara viċin it-traffic lights f'salib it-toroq ma' Triq Wignacourt u Triq Wajter, qrib il-ħwienet ġejja minn drains privati tad-drenaġġ fi Triq Sant'Antnin.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - XOGĦOL TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9776 u ċjoè: Peress li f'Novembru 2016, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta' din il-persuna f'dawn l-aħħar sentejn u erba' xhur u jekk qattx ħareġ rapport ta' ħidma dwar ix-xogħol li wettqet?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, l-ħidma kienet tikkonsisti fil-promozzjoni u l-protezzjoni tal-anzjani minn kull abbuż, ħsara, trattament mhux xieraq, negliġenza jew sfruttament.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - UFFIĊĊJU LILL-PERSUNA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9775 u ċjoè: Peress li f'Novembru 2016, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru u fl-istess ħin ukoll, kienet ġiet espressa t-tama mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà u Anzjanità Attiva responsabbli ta' dak iż-żmien biex minn Jannar 2017 din il-persuna jkollha l-uffiċċju tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx, fil-fatt ingħata uffiċċju lil din il-persuna f'Jannar 2017 jew sussegwentement?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kien ingħata uffiċċju lill-Kummissarju għall-Anzjani.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – UŻU TA' UFFIĊĊJU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9766 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju mniżżel fil-websitehttps://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx li jidher bħala tal-Commissioner for the Older Persons, u li jġib l-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux fil-fatt qed jintuża mill-Kummissarju għall-Anzjani u jekk le, minn fil-fatt qiegħed jużah, jekk qiegħed jintuża?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-uffiċċju msemmi, qiegħed jintuża mill-Kummissarju għall-Anzjani.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - WEBSITE", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9765 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali - https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx - taħt it-titlu Commissioner for the Older Persons m'hemm l-ebda isem imniżżel, la tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u lanqas ta' xi persuna oħra, u lanqas m'hemm indirizz elettroniku jew website bħalma hemm fil-każ tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fuq il-website imsemmija hemm id-dettajli tal-Kummissarju tal-Anzjani, kif ukoll l-indirizz elettroniku.", "FIAU – KOPJA TAT-TWEĠIBA TAL-OPINJONI FORMALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9770 jista' l-Ministru jgħid għaliex, ma jistax jippubblika r-risposta tal-FIAU għall-istess opinjoni ladarba l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-opinjoni tagħha (formal opinion) mibgħuta lill-FIAU fit-8 ta' Novembru 2018?", "Hemm bżonn li wieħed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, ai termini tal-liġi Ewropea dwar l-aċċess pubbliku, għal informazzjoni li tista' faċilment tingħata hawn Malta?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għalkemm l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea ġiet ippubblikata, ir-risposta għal dik l-opinjoni tikkontjeni informazzjoni u dokumentazzjoni li għandha x'taqsam mal-operat u proċessi interni tal-FIAU, u tali informazjoni u dokumentazzjoni hija meqjusa sensittiva u kunfidenzjali li għal termini tal-Att Kontra l-Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta' Malta) ma tistax tiġi żvelata.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM INTERESS F'SOĊJETÀ KUMMERĊJALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9726 jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fis-segretarjat tiegħu jew fil-Ministeru tiegħu li għandhom, fl-istess ħin, interess dirett jew indirett f'xi soċjetà kummerċjali li tagħti servizzi lill-istess ministeru permezz ta' kuntratt ta' servizzi ta' kwalunkwe natura?", "Jista' jgħid jekk jinżamm skrutinju tal-possibilità ta' kunflitt ta' interess fil-ministeru tiegħu, fis-sens li jista' jkun hemm uffiċjali fis-segretarjat jew fil-ministeru tiegħu li fl-istess ħin ikollhom interess f'xi entita kummerċjali li tkun qed tipprovdi servizz lill-istess ministeru?", "U jekk isir dan l-iskrutinju, jista' l-ministru jgħid x'irriżulta?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 9,437 ħaddiema li jaħdmu u jipprovdu s-servizzi tagħhom, sabiex inkun nista' nagħtih informazzjoni korretta nitolbu jispeċifika għal liema persuna/persuni qed jirreferi.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10005, 9708 u 9823 u jgħid x'inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta' Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10005.", "RAĦAL IL-ĠDID - ĊENTRU TAS-SAĦĦA –PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10016 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex (jekk hu l-każ) il-parkeġġ għat-tobba u l-pazjenti ħdejn u quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ġie meħud minn imwejjed u siġġijiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bħala parti mil-proġett ta' riġenerazzjoni tal-Pjazza Antoine De Paul, il-parkeġġ tat-tobba u l-pazjenti qatt ma tneħħa imma ġie imexxi minn quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa għal-Triq il-Foss u Triq Ħal Saflieni biswit l-istess Ċentru.", "KTIEB IL-VJAĠĠ IKOMPLI WARA T-TFULIJA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ktieb li huwa wkoll work book 'Il-Vjaġġ ikompli wara t-Tfulija'?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kopja tal-workbook imsemmi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "FAĊILITÀ KORRETTIVA TA' KORDIN – SEJBA TA' ARMA TAN-NAR F'VETTURA", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10022, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Maġistrat tal-Għassa ma ġiex infurmat biex tiskatta Inkjesta Maġisterjali wara s-sejba tal-arma tan-nar?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li meta l-arma li hija suġġett għall-mistoqsija parlamentari 10022 instabet, il-pulizija tad-Distrett infurmat lill-Maġistrat tal-Għassa li min-naħa tagħha ddeċidiet li ma kienx hemm lok ta' inkjesta Maġisterjali.", "DIŻGRAZZJA TAL-OPENTOP BUS - KUMPENS", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi aħbarjiet fuq id-diżgrazzja tal-Opentop Bus li spiċċat f'imwiet u persuni mweġġgħin?", "Jista' jgħid jekk humiex veru l-għajdut li l-Gvern daħal jew ser jidħol għal dawn it-talbiet ta' kumpens?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament, il-każ għadu fi stadju sub giudice, stante li għad hemm inkjesta pendenti.", "Illi f'dan l-istadju kwalunkwè informazzjoni ulterjuri tkun biss spekulazzjoni stante li kif diġà ngħad għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet.", "L-Awtorità tat-Trasport f'Malta qiegħda tikkontesta r-responsabbiltà u preżentament hemm intavolati atti ġudizzjarji, sabiex tiġi opposta kull allegazzjoni ta' responsabbiltà indirizzata lill-Awtorità.", "FTEHIM BEJN IL-GVERN U S-SIDIEN TA' LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ftehim mas-sidien tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u d-Dipartiment tal-Artijiet?", "Jekk iva, jista' jgħid kemm se jdaħħal il-gvern, u din bl-approvazzjoni tal-parlament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, il-materja inkwistjoni qiegħda tiġi diskussa fil-livell tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità.", "Sal-lum għadu ma kienx hemm żviluppi ġodda.", "KUMPANIJI TAL-KARNIVAL – BENEFIĊĊJI LILL-GĦAQDIET", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika liema benefiċċji, jekk hemm, jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival u ċjoè dawk l-għaqdiet jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li dawk li japplikaw biex jieħdu sehem fil-Karnival ta' Malta b'kompetizzjoni għandhom magħha marbuta dawn is-sussidji t'hawn taħt.", "Ta' min issemi ukoll li din is-sena, wara numru ta' snin jingħataw l-istess ammonti fil-premijiet, kull entratura ngħatat medja ta' €500 żieda fil-premju rispettiv.", "Benefiċċji li jingħataw lill-Karrijiet Trijonfali sezzjoni A, B u Ċ u l-Karrijiet tal-Kumpanija Kategorija \"A\":", "· €185 lil kull parteċipant biex jipprovdi t-tractor meħtieġ.", "· €200 għal dak il-parteċipant li jipprovdi t-trailer meħtieġ.", "· €200 għal kwalunkwe ħtieġa ta' kiri ta' inġenji bħal cranes, high up eċċ.", "· € 150 għal kiri ta' inġenji adegwati għat-toroq biex jiġi rmonkat il-karru minn u lura lejn il-maħżen rispettiv.", "KUMPANIJI TAL-KARNIVAL - BENEFIĊĊJI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, għal kull benefiċċju li jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival sabiex jippreparaw karrijiet u jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, liema huwa dak id-dipartiment jew aġenzija li tamministra dawn il-benefiċċji, u jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival gawdew minn kull tip ta' benefiċċju elenkat fis-snin 2017 u 2018?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-benefiċċji huma amministrati minn Festivals Malta.", "Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "KUMPANIJI TAL-KARNIVAL - SUSSIDJI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex iħallsu għas-servizzi li jużaw fl-imħażen tagħhom fejn jintramaw il-karrijiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Festivals Malta oltre l-premijiet lil dawk klassifikati fil-konkorsi rispettivi tal-Karnival joffri sussidju in konessjoni mal-provediment tat-tractors; trailers; kiri ta' inġenji relatata mal-armar tal-karru u provediment ta' trakkijiet tal-irmonk.", "KUMPANIJI TAL-KARNIVAL - SUSSIDJI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpaniji tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom fil-konfront tal-kirja ta' maħżen fejn jintramaw il-karrijiet u spejjeż oħra relatati mal-Karnival?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "KUMPANIJI TAL-KARNIVAL - IMĦAŻEN", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival qegħdin jużaw imħażen tal-Gvern biex jaħdmu x-xogħol tagħhom relatat mal-Karnival?", "F'każ li hemm minn dawn il-każijiet, jista' jindika l-kundizzjonijiet li taħthom qegħdin jintużaw dawn l-imħażen?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MUZA – XOGĦOL TA' STRUTTURA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' struttura għadu qed isir fil-MUZA?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda xogħlijiet strutturali għaddejin ġewwa MUZA.", "Qed isiru xi improvements f'waħda mis-swali.", "JOINT OFFICE - SKEMA TA' FIDI TA' ĊNUS TA' DJAR RESIDENZJALI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Joint Office ħareġ skema ta' fidi ta' ċnus ta' djar residenzjali?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala Ministru responsabbli, fl-20 ta' Mejju ħabbart skema ġdida ta' fidi ta' ċnus u xiri ta' proprjetà residenzjali li mistennija tkun qiegħda taffettwa mal-5,000 familja.", "Din l-iskema se tidħol fis-seħħ minn Settembru ta' din is-sena u għaldaqstant dawk li għandhom ċens temporanju jew kirja mal-Gvern se jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni mal-Uffiċċju Konġunt biex ikunu jistgħu jsiru sidien ta' djarhom.", "ĠNIEN LAPARELLI - LIFT", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jibda jaħdem il-lift li hemm fi Ġnien Laparelli taħt Bieb il-Belt?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.", "FORZI ARMATI TA' MALTA – IĊĊEKKJAR TA' PERSUNI QABEL L-INGAĠĠ", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel persuna tiġi ingaġġata bħala membru tal-Forzi Armati ta' Malta, isirx iċċekkjar jekk dik il-persuna għandhiex każijiet kriminali pendenti fil-konfront tagħha?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li LS 220.3 Nomini u Kundizzjonijiet dwar il-Forza Regolari jobbligaw lill-kandidati magħżula, qabel l-ingaġġ, biex jiddikjaraw każijiet kriminali passati u pendenti.", "Barra minn hekk, fl-2015 il-CAP 77 ġiet emendata biex tagħti aċċess għall-FAM għall-fedina penali ta' kull applikant.", "Kwalunkwe każ jiġi eżaminat skont il-policies tal-FAM.", "FORZI ARMATI TA' MALTA – MEMBRI LI JKUNU GĦADDEJJIN PROĊEDURI DWARHOM FIL-QRATI", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura adottata mill-Armata meta jirriżultalha li jkunu nbdew proċeduri kriminali fil-Qorti fil-konfront ta' membru tagħha?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-FAM tosserva u tirrispetta l-preżunzjoni tal-innoċenza meta każ ikun għadu pendenti.", "Dan id-dritt huwa wieħed sagrosant u jappartjeni lil kull individwu.", "F'każijiet li jitqiesu ta' natura serja, il-FAM taħtar immedjatament Bord ta' Uffiċjali li jagħtu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom fir-rigward ta' kif għandu jitħaddem l-individwu u x'restrizzjonijiet għandu jkun hemm fuq l-impjieg tiegħu.", "Jiġi aċċertat ukoll li tali individwu jkun qed jaħdem taħt sorveljanza diretta.", "Meta każ imbagħad jiġi deċiż mill-Qorti, il-FAM tevalwa sew l-offiża u s-sentenza mogħtija kif ukoll il-kondotta tal-individwu fuq il-post tax-xogħol, u abbażi ta' dan tikkunsidra ż-żamma tiegħu jew le fis-servizz.", "Dan anke fl-isfond tal-prinċipju ta' riforma u rijabilitazzjoni li l-FAM tħaddan.", "F'każ li l-individwu jinżamm, ikun imwissi sabiex ma jagħmilx reati oħra, u jaf ikun hemm riperkussjonijiet u implikazzjonijiet fuq is-servizz tiegħu.", "Din hija l-pożizzjoni li ilha tiġi adottata fil-Forza għal diversi snin u li hija applikabbli għal kull membru tal-Forza.", "FORZI ARMATI TA' MALTA – INGAĠĠ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta' Malta, li fid-19 ta' Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, ġie ingaġġat fil-FAM fit-30 ta' Ottubru 2017.", "FORZI ARMATI TA' MALTA – INGAĠĠ TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Forzi Armati ta' Malta, li fid-19 ta' Mejju 2019, ġie akkużat, fost akkużi oħra bil-qtil tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, ġie ingaġġat fil-FAM fit-30 ta' Ottubru 2017.", "PROĊEDURI KRIMINALI FUQ INDIVIDWU", "L-ONOR.", "BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm proċeduri kriminali għaddejjin fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qabel id-19 ta' Mejju 2019?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinari kontra dan l-individwu pendenti dawn il-proċeduri?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-imsemmija persuna kienet iffaċċjat każ ta' proċeduri kriminali qabel id-19 ta' Mejju 2019.", "L-ebda miżura addizzjonali ma kienet meqjusa neċessarja peress li ngħata libertà kondizzjonata li skont l-Att dwar il-Probation u r-regola 45 (1) (f) tal- L.S. 220.03 din l-għotja m'għandhiex titqies bħala kundanna.", "Dan anke fl-isfond tal-fatt li l-Qorti, fis-sentenza tagħha, qieset li kien għadu minuri meta wettaq ir-reat.", "BIRŻEBBUĠA - TRIQ ŻAREN DALLI - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta Triq Żaren Dalli f'Birżebbuġa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta' aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "F'Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Triq Żaren Dalli f'Birżebbuġa hija waħda mit-toroq li qegħdin isiru bħalissa.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali mhuwiex sempliċiment xogħol ta' manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta' kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "Infrastructure Malta qiegħda tikkonsulta u tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta' distribuzzjoni tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f'dawn it-toroq.", "Fil-fatt, ix-xogħlijiet fl-ewwel 31 triq biss li nbdew kienu jinkludu t-tqegħid ta' 32 kilometru ta' pajpijiet ġodda tal-ilma, cables tal-elettriku u trinek għas-servizzi tal-Internet u t-telekomunikazzjoni.", "Ta' min jinnota wkoll li fil-każ ta' Triq Żaren Dalli f'Birżebbuġa s-servizzi ġodda li qegħdin isiru fiha kollha qed jiġu mgħoddijin minn taħt il-bankini, inkluż sistema ġdida tad-dwal li qiegħda ssir f'din it-triq.", "Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-Kunsilli Lokal biex ix-xogħlijiet jitlestew mill-aktar fis waqt li tesiġi li dawn isiru skont l-istandards stabbiliti ta' kwalità u sigurtà.", "B'hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet fit-toroq residenzjali jsiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMA, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI - REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSEPH MUSCAT: It-tagħrif għadu qed jinġabar."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190528_228d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju, 2019 fid-9:00 a.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li x-xogħol ta' skavar jew xogħol ieħor simili li kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar ġimgħat ħdejn il-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur, Għawdex waqaf għalkollox f'dawn l-aħħar ġranet?", "F'liema xahar tas-sena hu ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' skavar f'dan is-sit?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux condition surveys u condition reports tat-toroq kollha li se jsir xogħol fuqhom mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2019?", "F'dawn ir-rapporti, kien ġie identifikat xi ħsarat għandhom dawn it-toroq bħal rutting, crocodile cracks, x'ammont mit-triq preżentement hemm mibnija, eċċ?", "Tista' l-Ministru tpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isiru Batching Plants (impjanti) tar-Ready Mix ġewwa l-irħula/areas f' ta' Kerċem u San Lawrenz Għawdex, anke dawk li qegħdin fil-proċess ta' screening quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, u kemm ilhom pendenti jew fil-proċess ta' screening?", "Jista' jagħti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' applikazzjonijiet u d-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet u s-site plans ta' fejn huma dawn l-applikazzjonijiet u jekk dawn l-applikazzjonijiet humiex fuq art privata jew inkella fuq art tal-gvern?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Għar ta' Calypso ġewwa x-Xagħra Għawdex u tgħid jekk tlestix ix-xogħol ta' 3D scanning tas-sit u tal-għar u studji oħra, u x'kienu l-konklużjonijiet u f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid meta beħsiebha tawtorizza u tagħti l-approvazzjoni tagħha biex jimtlew il-postijiet vakanti fil-kumpanija Gozo Channel u dan peress li t-talba biex jimtlew dawn il-postijiet ilha li saret minn Settembru 2018 u sal-lum għad ma hemmx l-approvazzjoni bil-konsegwenza li ħafna ħaddiema qed jaħdmu 12-il siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid minn issa sal-aħħar tas-sena 2019 kemm-il ħaddiem tal-Gozo Channel hu mistenni li jirtira bl-età u x'inhu l-grad ta' kull wieħed minn dawn il-ħaddiema li mistennija jirtiraw?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm-il membru tal-ġudikatura ġie dixxiplinat minn meta għaddew ir-Riformi Kostituzzjonali tal-Qasam tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 ta' Awwissu 2016?", "Kemm minnhom ġew dixxiplinati mill-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati?", "X'kienu l-proċeduri jew il-kastig f'kull każ?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid, x'inhuma l-kriterji li bihom il-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti jiddetermina min hu idoneju biex jinħatar Maġistrat jew Imħallef?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid, fil-ħin li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri?", "Kemm hemm ħaddiema li jieħdu ħsieb dawn il-klieb?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid, kull kelb li hemm taħt il-kustodja fl-Għammieri, għal kemm ħin jinħareġ jimxi kull jum?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9867, jista' l-Ministru jgħid, ġaladarba l-għases imsemmija minnu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9634 ma ġewx rinnovati biex ikunu konformi mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, dan ifisser li ebda għassa f'Malta u f'Għawdex ma sarilhom xogħol biex ikunu konformi mal-istess konvenzjoni kif titlob il-liġi?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 9497 u 9866, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal taħt voluntary care?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu s-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali dwar it-talba ta' tmien għaqdiet sabiex jinħareġ ordni ta' emerġenza għall-konservazzjoni tal-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke u sabiex isir assessjar komprensiv tal-istess bunker bil-għan li jiġi salvat dak li għad fadal mill-imsemmi sit?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta dettaljata li turi l-proposta tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta għall-bini ta' erba' mini taħt l-art u l-bini mill-ġdid ta' Triq Sant Andrija bejn is-Swieqi, Pembroke u Paceville f'San Ġiljan?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid, kemm kien l-ammont ta' skart organiku li nġabar f'Malta u f'Għawdex min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet li ħarġet jew iddepożitat skart fi triq jew spazju pubbliku f'jum u/jew f'ħin li dak l-iskart partikolari ma jkunx imissu jinġabar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar, min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ippreżentaw talba lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex fil-lokalità tagħhom tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)?", "Jista' jgħid dwar liema toroq kienu jirreferu dawn it-talbiet, liema minn dawn it-talbiet ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-persuna jew persuni fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f'Malta li ġew inkarigati mill-istess Awtorità sabiex iwettqu \"studju intern sabiex jinħolqu miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta\" u b'mod partikolari iżda mhux biss dwar l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9725, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jirrispondi iva jew le, jekk hemmx xi ħadd li jaħdem fis-segretarjat tiegħu li għandu parentela mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta' IT fl-Isptar Mater Dei?", "U jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9720 u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta' kuntratt ta' servizzi ta' IT, inkluż manutenzjoni, bħalissa viġenti, fil-Ministeru tiegħu kif ukoll l-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, flimkien ma' dettalji f'kull każ ta' min huma l-entitajiet jew persuni fiżiċi u/jew legali li joffri dan is-servizz, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kuntratt viġenti u kemm qed jitħallsu kull sena, sena b'sena, għas-servizz li joffru?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid liema, minn fost l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qed jagħmlu kampanja ta' reklamar permezz ta' billboards mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija?", "F'dak il-każ, jista' l-ministeru jagħti wkoll tagħrif dwar (i) liema huma l-entitajiet; (ii) il-perjodu tal-kampanja, mill-bidu sat-tmien tagħha; (iii) l-ammont ta' flus li qed jintefqu; (iv) kopja tar-reklami li ntużaw fuq il-billboards sad-data ta' din il-mistoqsija; (v) il-kumpanija li minn għandha nxtara s-servizz ta' użu ta' billboards; u (vi) il-kumpanija li minn għandha nxtara s-servizz ta' disinn tal-billboard?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' f'kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9714, jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni tal-Independent Police Complaints Board intemmitx?", "Jekk iva, x'kien l-eżitu tagħha u jekk le, meta mistennija tintemm?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9513 u 9712 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f'dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f'dak il-każ lil min akkumpanja?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9637, peress li l-mistoqsija oriġinali 9398 kienet dwar l-istqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva tat-18 ta' Diċembru 2013, Press Release 2841, fejn fost il-21 proġett kien hemm \"Race track\"", "https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2013/December/18/pr2841.aspx jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tar-Race Track ta' aktar minn ħames snin ilu qatt ma sar, minkejja s-sejħa għall-offerti?", "Is-sejħa għall-espressjoni ta' interess għal Motor Recreation and Education Park huwa proċess differenti, u dan ukoll jidher li weħel!", "Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni llum?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid ma' kemm-il tunellata ta' skart organiku jlaħħaq l-impjant ta' anaerobic digestion?", "Fil-preżent qed jaħdem full capacity?", "Kemm minn dak li qed jinġabar mill-iskema tal-ġbir tal-iskart mhux qed fil-fatt jintefa' fl-impjant, iżda minflok jintefa' fil-landfill?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għall-barranin li jużaw is-servizzi tas-saħħa, jiġifieri persuni Ewropej, Svizzeri, dawk ġejjin barra mill-EU u refuġjati, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu intitolat għal servizz bla ħlas?", "X'proċedura qed tittieħed?", "X'miżuri jittieħdu dwar dawk iċ-ċittadini tal-EU li jaħdmu f'Malta u jkollhom membri tal-familja jgħixu f'Malta, imma s-sistema tagħhom hi waħda li ma tipproduċiex ċertifikat tat-twelid?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għal Tal-Qares il-Mosta, jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjoni ħadet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u x'monitoraġġ qed isir fuq is-sit li qed jinbena?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9800 u jikkonferma għaliex l-iskall pubbliku u l-faċilitajiet anċillari fejn wieħed jerfa' d-dgħajjes u tenders se jispiċċa b'dannu għal għadd kbir ta' dilettanti tas-sajd u dgħajjes żgħar?", "Jikkonferma li fil-pjan l-antik PA 2135/94, dan l-iskall kien previst li jsir fuq Manoel Island u għaliex dan tneħħa mill-pjan il-ġdid?", "Fejn se jkun il-post alternattiv għall-iskall u faċilitajiet anċillari?", "Peress li l-post imsemmi mhux adegwat għax jagħti ġo main road u m'hemmx il-faċilitajiet anċillari għall-parkeġġ ta' karozzi, trailers u tenders, jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-faċilitajiet se jkunu daqs dawk li se jintilfu?", "Jista' jagħmel mezz biex biċċa mill-art reklamata mill-baħar tingħata għall-iskall u faċilitajiet anċillari minflok tingħata kollha lill-Manoel Island Yacht Yard?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9801 u jgħid jekk il-kanal madwar Manoel Island hux se jkun navigabbli wara li titqatta' t-tarf ta' Manoel Island u jsir pont għoli 6 metri minn wiċċ il-baħar?", "Jekk dan se jsir navigabbli jista' jgħid jekk hux se jiġi estiż il-fairway?", "Jekk iva kemm se jkun wiesa' u kemm se jintilfu postijiet ta' rmiġġ għad-dilettanti?", "Jista jgħid jekk hux se jitneħħew l-irmiġġi biex il-baħar jiġi riżervat lill-Manoel Island Yacht Yard b'telf ta' irmiġġi għad-dilettanti?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jagħti data meta se jitneħħa l-hoarding li bħalissa jinsab idawwar spazju fi Pjazza Jean de Vallette fil-Belt Valletta, liema hoarding huwa marbut ma' xogħol li qed isir fuq il-MUZA?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-FINANZI L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi\".", "IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA L-ONOR.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kap. 424.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta – Tielet Qari - Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar.", "Abbozz Nru 80 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 82 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni – Tielet Qari – Onor. Rosianne Cutajar.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 - Votazzjoni", "28 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju, 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2019 fil-4:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni dwar il-Prostituzzjoni mill-Association for Gender Equality;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex (Kont.).", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "28 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190529_229a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.02 a.m.", "L-Erbgħa, 29 ta' Mejju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 228, li saret fit-28 ta' Mejju 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li llum ġejt mogħti ittra ta' riżenja bl-idejn mingħand il-Membru ta' din il-Kamra, l-Onor.", "David Stellini, li taqra hekk:", "\"28 ta' Mejju 2019", "Onor Anġlu Farrugia", "Permezz ta' din l-ittra qiegħed nirriżenja minn Deputat elett biex nirrappreżenta t-13-il Distrett Elettorali, b'effett mill-31 ta' Mejju 2019.", "Ħadt din id-deċiżjoni diffiċli fi sfond ta' klima politika li ma tagħmilx ġieħ lill-Maltin u 'l-Għawdxin fejn il-firda nazzjonali tirrenja fuq l-għaqda li tant hemm bżonn biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem.", "L-istess klima li ma tgħinx nies ġodda bħali sabiex jagħmlu d-differenza kemm fuq livell politiku, kif ukoll fuq livell personali.", "Inrodd ħajr lill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia għall-fiduċja li wera fija u lil sħabi d-Deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra għall-koperazzjoni tagħhom matul dawn l-aħħar sentejn.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-President tal-Kamra tal-koperazzjoni li dejjem sibt mingħandu u l-uffiċjali u l-ħaddiema kollha tal-Parlament.", "Dejjem Tiegħek", "Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ittra ffirmata mill-Onor.", "David Stellini, datata 28 ta' Mejju 2019, fejn fiha ta r-riżenja tiegħu minn Membru Parlamentari b'effett mill-31 ta' Mejju 2019.", "Nixtieq lill-Onor.", "David Stellini dak kollu li tixtieq qalbu fil-futur.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, bil-permess tiegħek u tal-Kamra, f'isem l-Oppożizzjoni nirringrazzja lill-Onor.", "David Stellini tal-ħidma li ta fi ħdan il-Grupp Parlamentari u f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Minn hawnhekk nawguralu u nirringrazzjah tal-ħidma tiegħu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, għan-naħa tal-Gvern u f'ismi personali rrid ngħid li nħossni mdejjaq li nara li persuna valida ħafna f'din il-Kamra, l-Onor.", "David Stellini, li kelli relazzjoni eċċellenti miegħu, qed iħoss li għandu jitlaq minn din il-Kamra.", "Nawguralu ħafna fix-xogħol tiegħu, kemm f'pajjiżna u kemm lil hinn minnu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "M'hemmx għalfejn ngħid li s-Sedja tingħaqad mal-ħsibijiet tagħkom.", "L-Onor.", "Stellini kien bniedem eżemplari f'dan il-Parlament.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IN-NADUR GĦAWDEX – KORSA TAŻ-ŻWIEMEL F'TA' XĦAJMA –– XOGĦOL TA' SKAVAR", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li x-xogħol ta' skavar, jew xogħol ieħor simili, li kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar ġimgħat ħdejn il-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma, limiti tan-Nadur, Għawdex, waqaf għal kollox fl-aħħar ġranet?", "F'liema xahar tas-sena hu ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' skavar f'dan is-sit?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol tal-iskavar qiegħed isir skont il-Permitted Development li toħroġ mis-SL552.08-Class 13i, u issa se jsir il-coring tas-sit.", "GĦAWDEX – CONDITION REPORTS FUQ", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux condition surveys u condition reports tat-toroq kollha li se jsir xogħol fuqhom mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2019?", "F'dawn ir-rapporti ġie identifikat xi ħsarat għandhom dawn it-toroq, bħal rutting u crocodile cracks, x'ammont mit-triq hemm mibnija preżentement, eċċ?", "Tista' l-Ministru tpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "OWEN BONNICI (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jispeċifika fuq liema toroq irid l-informazzjoni.", "GĦAWDEX – KERĊEM U SAN LAWRENZ – APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI GĦAL BATCHING PLANTS", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isiru Batching Plants (impjanti) tar-Ready Mix fl-irħula/areas ta' Kerċem u San Lawrenz, Għawdex, anke dawk li qegħdin fil-proċess ta' screening quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, u kemm ilhom pendenti jew fil-proċess ta' screening?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' applikazzjonijiet bid-dettalji tagħhom, bis-site plans ta' fejn qegħdin, u jindika jekk humiex fuq art privata jew inkella fuq art tal-Gvern?", "OWEN BONNICI (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma ġie infurmat il-Ministru mill-Awtorità tal-Ippjanar, m'hemm l-ebda applikazzjoni jew talba għal screening fil-konfini tal-Kunsilli Lokali Ta' Kerċem jew San Lawrenz, Għawdex, li għandhom il-kliem \"batching\" jew \"ready mix\" fid-deskrizzjoni tal-proposta ta' żvilupp.", "IX-XAGĦRA GĦAWDEX – PROĠETT TAL-GĦAR TA' CALYPSO", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Għar ta' Calypso fix-Xagħra, Għawdex, u tgħid jekk tlestiex ix-xogħol ta' 3D scanning tas-sit u tal-għar u studji oħra, x'kienu l-konklużjonijiet, u f'liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali?", "OWEN BONNICI (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li fi żmien Gvern Nazzjonalista ma sar xejn fuq dan is-sit, il-Ministeru kellu jibda kollox mill-bidu.", "It-3D scanning tas-sit minn barra u tal-għar minn ġewwa tlesta.", "Dan tal-aħħar għandu jiġi repetut minħabba li r-riżultati miksuba ma kinux dawk mistennija.", "L-istudji l-oħra li hemm ippjanati mistennija jibdew meta jitlesta t-3D scanning.", "Xogħlijiet ta' monitoraġġ fuq is-saff ta' tafal li hemm, u kif dan jaffettwa l-moviment tal-blat, irid isir fuq perijodu ta' erba' staġuni.", "Ix-xogħlijiet se jiġu ppjanati meta jkollna l-istudji lesti.", "IL-KUMPANIJA GOZO CHANNEL – POSTIJIET VAKANTI", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid meta beħsiebha tawtorizza u tagħti l-approvazzjoni tagħha biex jimtlew il-postijiet vakanti fil-kumpanija Gozo Channel, peress li t-talba biex jimtlew dawn il-postijiet ilha li saret minn Settembru 2018 u sal-lum għadha ma ngħatatx l-approvazzjoni, bil-konsegwenza li ħafna ħaddiema qed jaħdmu 12-il siegħa kuljum għal sebat ijiem fil-ġimgħa?", "OWEN BONNICI (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li llum l-HR plan qed isir skont l-HR audit li sar u mhux mingħajr pjan kif kien isir taħt Gvern Nazzjonalista.", "IL-KUMPANIJA GOZO CHANNEL – ĦADDIEMA", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid minn issa sal-aħħar tas-sena 2019 kemm-il ħaddiem tal-Gozo Channel hu mistenni li jirtira bl-età u x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?", "OWEN BONNICI (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif b'risposta għal din il-mistoqsija parlamentari qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "RIFORMA KOSTITUZZJONALI TAL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA – MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA DIXXIPLINATI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-ġudikatura ġie dixxiplinat minn meta għaddew ir-Riformi Kostituzzjonali tal-Qasam tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 ta' Awwissu 2016?", "Kemm minnhom ġew dixxiplinati mill-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati?", "X'kienu l-proċeduri jew il-kastig f'kull każ?", "OWEN BONNICI: Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Ħdax-il Leġiżlatura.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fir-rigward tat-trust li tgawdi l-ġudikatura f'pajjiżna, ir-rapport tal-Eurobarometer juri li t-trust f'pajjiżna, minkejja kull attakk li seta' kien hemm fis-sistema ġudizzjarja tagħna, huwa wieħed għoli ħafna, speċjalment meta mqabbel ma' pajjiżi oħra Ewropej.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi kummenti dwar dan u x'qed jagħmel hu, il-Ministeru tiegħu u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja biex naraw li l-fiduċja li tgawdi l-ġudikatura tagħna f'pajjiżna tkun dejjem ogħla, aktar u aktar mal-Maltin u l-Għawdxin kollha u ma' dawk kollha li jgħixu f'pajjiżna?", "OWEN BONNICI: Naħseb li l-iktar kejl importanti meta tiġi biex tanalizza jekk is-sistema tal-ġustizzja hijiex sejra 'l quddiem jew lura hija l-fiduċja li l-pubbliku jkollu f'dik is-sistema.", "Wara x-xokk enormi li l-pajjiż kollu sofra meta kien hemm il-każ tal-korruzzjoni tal-ġudikanti, li naħseb li kien mument li kisser ħafna l-fiduċja tal-pubbliku fil-ġudikatura, ħadna nose dive qawwija fil-fiduċja u fis-sistema ġudizzjarja.", "Jien kont avukat, bħalma kont inti, Sur President, u niftakar x'kienu jgħidu n-nies dwar il-Qorti qabel ma seħħ il-każ u xi bdew jgħidu n-nies dwar il-Qorti wara l-każ.", "Kien mument diffiċli ħafna.", "Illum, għall-grazzja t'Alla, fl-aħħar studju li ġie ppubblikat fil-Justice Scoreboard rajna li l-fiduċja fil-ġudikanti reġgħet qabżet il-maġġoranza tal-poplu.", "Jiġifieri, f'pajjiżna għandna maġġoranza assoluta tal-pubbliku li jemmen li l-ġudikatura hija indipendenti u hija ħielsa minn kwalunkwe affarijiet li jistgħu jtappnu l-indipendenza tal-ġudikanti.", "Jekk tara l-kumpaniji – mhux in-nies issa – terġa' l-fiduċja hija ikbar fis-sistema ġudizzjarja u fil-ġudikatura.", "Naħseb li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Jekk tgħidli huwiex biżżejjed għalija maġġoranza assoluta, ngħid li kieku nista' nixtieq li tkun iktar, u nħoss li mexjin fid-direzzjoni li jkun hemm iktar l-fiduċja fis-sistema ġudizzjarja.", "Irrid ngħid li anke fil-Korp tal-Pulizija, mis-surveys li saru – apparti l-Justice Scoreboard hemm surveys oħrajn li jsiru fuq livell Ewropew u anke lokali – jidher li l-fiduċja qed tiżdied.", "Naħseb li wara l-Forzi Armati, l-iktar korp li għandu fiduċja fih il-pubbliku huwa l-Korp tal-Pulizija.", "Dan qed ngħidu għax, minkejja li ssir kritika u jsir ħafna diskors fuq is-saltna tad-dritt minn uħud mill-Maltin, u anke mill-barranin wara li jisimgħu lill-Maltin, issib li, bħala stat ta' fatt, il-fiduċja fil-ġudikatura u fil-Pulizija qed tiżdied.", "Dan qed ngħidu biex nirringrazzja minn qalbi lill-membri kollha tal-ġudikatura u tal-Korp tal-Pulizija li naf li jagħmlu ħafna sagrifiċċji.", "Jekk tistaqsini jekk is-sistema hijiex perfetta, ngħid li mhijiex perfetta għax għad hemm fejn intejbu; però, li hu żgur huwa li dan il-vjaġġ ta' bidla jrid isir b'rispett sħiħ lejn ix-xogħol importanti li jagħmlu l-membri tal-ġudikatura u l-pulizija.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nirreferi lill-Ministru għall-prosekuzzjoni li ssir fil-qrati, liema xogħol bħalissa qegħdin jagħmluh il-pulizija, fejn ikun hemm Spettur tal-Pulizija u jmexxi l-prosekuzzjoni.", "Milli qrajna jidher li l-proposta tal-Gvern hija li dak ix-xogħol ma jibqgħux jagħmluh il-pulizija, u jibda jsir mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kif se jitħaddem dan il-proċess il-ġdid li qed jipproponu?", "OWEN BONNICI: Iva, għandna riforma li, jekk Alla jrid, se niddiskutuha dalwaqt fil-Parlament, u li għandha tliet aspetti.", "L-ewwel aspett huwa li jinfatmu l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali, fejn l-Avukat Ġenerali jżomm il-funzjonijiet kriminali, filwaqt li l-Avukat tal-Istat jieħu l-funzjonijiet ċivili.", "It-tieni pass huwa li meta niġu għad-deċiżjoni whether to prosecute or not, din jeħodha l-Avukat Ġenerali.", "Dan huwa pass importanti ħafna.", "Illum, id-deċiżjoni to prosecute jeħodha l-Kummissarju tal-Pulizija u, bir-riforma li se nagħmlu, din se tgħaddi għand l-Avukat Ġenerali li, filwaqt li se jisvesti ruħu mill-funzjonijiet ċivili, se jingħata din il-funzjoni ġdida.", "Issa, jekk aħna se nitilqu bl-idea li fuq kull każ, anke jekk ikun hemm żewġ ġirien li kellhom xi jgħidu għax wieħed tefa' l-ilma fuq il-bankina, se jidħol fiha l-Avukat Ġenerali, naħseb inkunu qegħdin naħlu r-riżorsi ta' dan il-pajjiż.", "Jien naħseb li the sensible way forward hija li d-decision to prosecute tal-Avukat Ġenerali tkun tapplika fil-każijiet l-iktar serji.", "Jiġifieri, f'dan il-Parlament irridu niftehmu u ngħidu li għar-reati li jattiraw ċertu ammont ta' priġunerija jieħu d-deċiżjoni l-Avukat Ġenerali, filwaqt li għal dawk li ma jkunux daqshekk serji tittieħed mill-Kummissarju tal-Pulizija.", "Dawn huma affarijiet li rridu nitkellmu fuqhom fil-Parlament, jekk Alla jrid, kif jibda d-dibattitu.", "It-tielet u l-aħħar pass huwa dan li qiegħed jgħid l-Onor.", "Camilleri, li fiżikament il-prosekuzzjoni ssir mhux mill-Korp tal-Pulizija imma mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Fil-jiem li ġejjin se nifirxu s-sodda biex dan ikun jista' jsir; però, ma nistgħux immorru with a big bang approach għax inti trid trawwem unit ta' prosekuzzjoni ġdid.", "Però, se nfasslu dak kollu meħtieġ biex pajjiżna jiġi f'punt fejn il-prosekuzzjonijiet isiru kollha mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Li se nagħmlu huwa li se jitwaqqaf Prosecution Unit bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Intern, li jkun fih kemm avukati u anke nies fil-pulizija, li però jkunu ffokati fuq prosekuzzjoni.", "L-idea hi li min jieħu ħsieb il-prosekuzzjonijiet ma jinvestigax, ħalli jkun hemm bidla bejn il-funzonijiet investigattivi u l-funzjonijiet prosekutorjali.", "Li rrid ngħid hu li, biex ma jkunx hemm xi misinformation, l-esperti kollha li kellmuna, inkluż il-Kummissjoni ta' Venezja, m'għandhomx diffikultà li l-prosekuzzjoni ssir mill-pulizija.", "Id-diffikultà kienet li the decision to prosecute tittieħed minn xi ħadd li ma jgawdix is-security of tenure.", "Allura, din il-kwestjoni se tissolva u jien m'għandix dubju li b'dan ix-xogħol li se nagħmlu se niġu f'sitwazzjoni fejn, permezz ta' roll out fuq numru ta' snin, ikun hemm prosekuzzjoni li ma ssirx mill-pulizija fil-maġġoranza tal-każi, għax fil-każi tad-distrett naħseb li l-pulizija għandha tibqa' tipprosekwixxi, anke biex l-Ispettur ikun jaf x'qiegħed jiġri fid-distrett tiegħu.", "Però, altrimenti, fil-każijiet l-iktar importanti, il-prosekuzzjoni għandha tkun magħmula minn nies speċjalizzati f'dawn il-ħiliet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Din mhijiex mistoqsija relatata mad-domanda oriġinali, però taqa' taħt id-dekasteru tiegħu.", "Bħalma jaf il-Ministru, imferrxin ma' Malta u Għawdex hawn diversi siti storiċi, bħall-Katakombi Tal-Mintna fl-Imqabba.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jistax jieħu xi inizjattiva biex dan il-post partikolari, li jinfetaħ darba fis-sena waqt Jum l-Imqabba, ikun jista' jinfetaħ aktar spiss, bħal darba fix-xahar, jew forsi tista' tingħata għajnuna lill-kunsilli lokali biex dawn is-siti jkunu miftuħin iktar ta' spiss għax, bħalma jaf, dawn is-siti jiġbdu interess kbir meta jinfetħu għall-pubbliku.", "Naħseb li darba fis-sena huwa ftit wisq, għalhekk forsi tittieħed l-inizjattiva li jinfetħu iktar spiss.", "Hemm diversi siti oħra ta' ċerta importanza, pereżempju, f'Ħal Millieri hemm diversi kappelli li forsi jibdew jiġu reklamati biex iktar turisti u Maltin imorru jżuruhom.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Naqbel mal-Onor.", "Bezzina li din hija d-direzzjoni li rridu nieħdu biex nivvalorizzaw is-siti storiċi li għandna fl-irħula tagħna.", "Heritage Malta, bis-saħħa tal-emendi li se jgħaddu dalwaqt mill-Parlament – bħalissa qegħdin fi stadju ta' Kumitat – se tingħata poteri ġodda biex tkun tista' tiddikjara ċerti siti li huma ta' valur storiku.", "Bis-saħħa t'hekk inkunu nistgħu nagħmlu skeda ta' meta wieħed ikun jista' jżur dawn is-siti.", "Naqbel li t-triq 'il quddiem hija li jkun hemm iktar valorizzazzjoni tal-wirt storiku li hemm fl-irħula tagħna.", "L-importanti huwa li l-aċċess għalihom jibqa' miftuħ kemm jista' jkun, u idealment ikun b'xejn għal dawk kollha li jkunu jridu jidħlu bis-saħħa tal-passaport għat-tfal u tal-passaport għall-anzjani li nehdejna.", "B'hekk naħseb li nkun nistgħu nimxu iktar 'il quddiem f'din id-direzzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Punt importanti għal dik li hija s-sistema tal-ġuztizzja hu li fl-aħħar il-konsumaturi huma t-telespettaturi kollha li qed jarawna llum, jiġifieri, il-poplu Malti u Għawdxi li f'xi mument ikun jixtieq – jew ġieli ma jixtieqx – ikollu aċċess għall-qrati.", "Jista' l-Ministru jispjega lili u lil din il-Kamra kif għenu għall-aċċess tal-qrati u għal servizz itjeb, għan-nies li jmorru biex jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt, l-avvanzi li saru fl-infrastruttura diġitali tal-Qorti?", "Jista' jgħid ukoll kif qed tgħin il-ħatra ta' ġudikanti fil-qrati superjuri u inferjuri biex il-konsumatur ikollu aċċess aħjar għall-Qorti, jinqeda aħjar u jkollna dik li l-ġudikanti eminenti jgħidulha justice within a reasonable time?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nabqel kompletament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Zammit Lewis u, ironikament, kif dejjem ngħid, meta nitkellmu fuq is-saltna tad-dritt u jkun hemm xi kritika, nippreferi kieku nitkellmu fuq dawn l-affarijiet għax, jekk għandu jkun hemm kritika li hija ġustifikata, hija dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz tal-Qorti biex dak li jkun jieħu ġustizzja f'ħin raġonevoli.", "Jien kuntent immens li qed nara li fil-Justice Scoreboard, iż-żmien li wieħed jieħu biex tinqata' sentenza iktar milli naqas f'temp ta' seba' snin.", "Jekk tara l-graph minn fejn tlaqna fl-2010 u fejn qegħdin fl-2017, issib li d-dewmien naqas b'iktar min-nofs.", "Però, mhux f'kull qorti huwa hekk.", "Jien meta l-Membri tal-Oppożizzjoni jitkellmu fuq is-saltna tad-dritt, nippretendi li jikkritikawni fuq id-dewmien tal-Qorti tal-Appell Superjuri, u jkollhom raġun għax hemm bżonn.", "Minn hawn nagħmel appell biex il-ġudikanti jżommu f'moħħhom il-bżonn li anke fil-Qorti tal-Appell Superjuri l-ġustizzja tiġi servuta fi żmien qasir.", "Aħna għenna billi ħloqna sessjoni oħra tal-Qorti tal-Appell Superjuri, u kemm il-Prim Imħallef u kif ukoll l-imħallfin jikkomponu fil-Qorti tal-Appell għal inizjattivi tekniċi – li huma diffiċli biex nispjegahom – li jgħinu biex ikun hemm iktar ħeffa.", "Ftit ilu, ġie xi ħadd l-uffiċċju u qalli li ngħata sentenza u talabni biex infehemhielu għax ma tantx kien jifhem.", "Jien ħadt gost naraha, għax kienet sentenza mogħtija mill-President tal-Qorti tal-Appell u mhux mill-Prim Imħallef tas-sessjoni l-oħra li għadna kemm ħloqna, u allura stajt nara li s-sistema qed taħdem.", "Il-konsumatur huwa ta' diversi tipi.", "Il-pubbliku in ġenerali jippretendi servizz ta' kwalità u li, jekk jiftaħ kawża, din tiġi servuta fil-ħin, u s-sentenza tingħata malajr bla dewmien.", "Imbagħad, hemm ukoll klijenti oħrajn.", "Illum qed nitkellmu ħafna fuq blockchain technology, u kumpaniji li jiġu Malta li, kif ikollhom tilwima, se jmorru l-Qorti.", "Issa aħna irridu li dawn jingħataw servizz speċjalizzat, u allura bdejna t-triq tal-ispeċjalizzazzjoni.", "Qbadna sessjoni tal-Qorti fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u dawwarniha fil-Qorti tal-Kummerċ, għax pajjiżna naħseb li kien wieħed mill-ftit pajjiżi fid-dinja ċivilizzata u avvanzata li ma kellux Qorti tal-Kummerċ speċjalizzata.", "Issa, din għamilniha u, jekk Alla jrid, se nagħmlu wkoll Taqsima Marittima biex, dawk il-kumpaniji li għandhom kummerċ fil-qasam marittimu, ikunu jafu li għandhom taqsima tal-Qorti tal-Kummerċ speċjalizzata għalihom.", "Naħseb li dawn huma l-affarijiet li rridu nagħmlu.", "Issa, biex tagħmel dawn l-affarijiet trid ir-riżorsi.", "Trid iktar ġudikanti, imħallfin u maġistrati, trid iktar court attorneys u iktar ħaddiema.", "Però, jekk meta niġu biex naħtru l-ġudikanti, ikollna min f'dan il-Parlament jipprova jżommhom milli jinħatru u joqgħod jagħmel il-kawżi u l-mandati – imbagħad jitlifhom kollha! – dan huwa kollu tfixkil.", "Jiġifieri, jew irridu mmexxu s-sistema tal-ġustizzja 'l quddiem, jew se noqogħdu nagħmlu l-bsaten fir-roti biex dan l-avvanz ma jsirx.", "Il-parir li nagħti jiena hu – issa min irid jieħdu jieħdu, u min ma jridx ma jeħdux – li n-nies fit-triq, meta jaraw li għandna Gvern li tajjeb jew ħażin qed jagħmel ħiltu biex itejjeb l-affarijiet, meta jaraw li ħaddieħor qed jipprova jfixkel u jara kif jagħmel biex iżomm milli jsir dan it-titjib, naturalment se jkollhom simpatija lejn min qed jipprova jtejjeb l-affarijiet.", "Jien nappella li, wara r-riżultat elettorali li ħareġ nhar il-Ħadd – għax l-elezzjoni saret is-Sibt – ikun hemm ripensament minn uħud mill-Membri tal-Oppożizzjoni biex, fejn jidħlu s-saltna tad-dritt u l-qasam tal-ġustizzja, inbiddlu li hemm bżonn inbiddlu, però b'serenità, b'mod li jagħmel sens, b'mod kalm u b'diskussjoni studjata, ħalli nkomplu ntejbu l-qasam tal-ġustizzja, u għalhekk il-pubbliku, kif qal l-Onor.", "Zammit Lewis, ikun jista' jinqeda fil-ħin b'livell ta' ġustizzja li hu mixtieq fid-dinja tal-lum.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: F'dan il-Parlament konna approvajna riforma għall-Att dwar id-Dipendenza mid-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) fejn ippreferejna li persuna, li tmiss mad-droga għall-ewwel darba fuq bażi li mhijiex ta' traffikar, tingħata ċans ieħor billi tingħata t-trattament u mhux tintbagħat il-ħabs.", "Jien wieħed minn dawk li nemmen, bħall-Ministru, li bil-ħabs ħafna drabi ma jsirx ġid lis-soċjetà.", "Jista' l-Ministru jispjega lil din il-kamra jekk hux qed jara affarijiet pożittivi ħerġin minn din il-ħaġa, u jekk jaħsibx li nistgħu nkomplu ntejbu dak li diġà sar?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Iva, dan huwa qasam li juri li meta l-Parlament jiġbed ħabel wieħed, nagħmlu ħafna affarijiet għall-ġid tan-nies.", "Meta bdejna b'din l-idea ambizzjuża, li tgħid lil traffikant tad-droga – għax essenzjalment jekk inti mressaq il-Qorti fuq pussess aggravat jew traffikar, anke ta' ammonti żgħar, inti traffikant – li jkun vittma tad-droga, se tagħtih ċans ieħor – anke jekk tgħidha biss – iżda politically se tesponi ruħek għall-kritika.", "Mhux hekk?", "Ejja nkunu onesti: però, f'dan il-Parlament, għax kien hawn il-maturità, qbilna, ġbidna ħabel wieħed u għedna: Ejja nwarrbu l-politika partiġjana, u lil dawn il-persuni li jbiegħu d-droga għax waqgħu fil-vizzju, jekk juru li jridu joħorġu mill-vizzju u li jridu jbiddlu l-istil ta' ħajja li jgħixu u jibdew paġna ġdida, nagħtuhom ċans ieħor.", "Nirringrazzja liż-żewġ naħat tal-Kamra tal-fiduċja li kellhom f'din il-liġi li rranġajna.", "Fejn kien hemm bżonn, saru xi emendi li qbilna fuqhom u għamilna liġi li qabel magħha kulħadd u vvota favur tagħha kulħadd.", "Illum, qed naraw li min jinqabad bi ftit ammonti ta' droga, dan jersaq quddiem it-Tribunal f'Ħal Qormi – mela mhux il-Qorti – u jista' jeħel multa, imma l-kondotta ma tkunx iċċappsitlu.", "Jekk dan jerġa' jinqabad it-tieni darba, nibagħtuh għall-għajnuna biex joħroġ mill-vizzju, u jekk ma jridx joħroġ mill-vizzju, ikun hemm konsegwenzi legali.", "Lil dak l-individwu li jittraffika d-droga għax qiegħed fil-vizzju u jrid il-flus biex imantni l-vizzju, qed ngħidulu li jekk irid għandu inċentiv biex joħroġ mill-vizzju u in return il-Qorti tista' ma tibagħtux il-ħabs.", "Dak tarah hi, imma qabel kien ħabs bilfors.", "Jien ma ħdimtx fil-Kriminal daqskemm ħadmu avukati oħrajn; però, kelli min – Sur President, min jaf kemm konna nitkellmuha din fil-Qorti meta kont tipprattika l-professjoni! – irriforma, iżżewweġ, kellu t-tfal, sab xogħol, imbagħad jgħaddu tmien snin u jkollu jmur sitt xhur ħabs bilfors.", "Hekk kienet is-sitwazzjoni.", "Illum, jekk turi li tixtieq toħroġ mill-vizzju, tmur quddiem bord immexxi mill-Imħallef Giovanni Bonello bl-esperti kollha u bl-aħjar nies li għandu l-Gvern.", "Il-Ministru Micheal Falzon tani nies verament bravissimi – l-istess il-Ministru Michael Farrugia – u għamilna biċċa xogħol tajba.", "Jien kuntent immens li dawn in-nies qed jingħataw ċans ieħor f'ħajjithom.", "Xorta jpattu għal għemilhom, għax jeħlu suspended sentence, imma mhux imorru l-ħabs.", "Naħseb li din il-liġi tatna l-isbaħ tagħlima, dik li meta niġbdu ħabel wieħed f'dan il-Parlament, in-nies hemm barra jgawdu minn avvanzi fil-ħajja tagħhom.", "Hawn nerġa' nappella li fejn jidħlu s-settur tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt, ejja niġbdu ħabel wieħed.", "Ejja naħdmu flimkien u nbiddlu li hemm bżonn inbiddlu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, mill-Ministeru, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bejn April u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10239;", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi l-ammont f'tunellati ta' skart organiku li nġabar lokalità b'lokalità u xahar b'xahar bejn il-31 ta' Ottubru 2018 sal-15 ta' Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10135;", "Tabella li turi persuni li nqabdu jarmu l-iskart fil-fatt minn uffiċjali tal-infurzar tal-ERA lokalità b'lokalità u xahar b'xahar bejn Novembru 2018 u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10136;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-pjanta tal-proġett ta' bini ta' erba' mini taħt l-art bejn is-Swieqi, Pembroke u Paceville f'San Ġiljan, kif proposta minn Infrastructure Malta, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10134; u", "Kopja ta' disinni li ntużaw minn Infrastructure Malta bħala kampanja ta' reklamar permezz ta' billboards bejn Jannar u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10191.", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Skont ftehim milħuq, il-Kamra se tgħaddi għall-ewwel tliet items fuq l-aġenda.", "Ngħaddu għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "Insejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR ŻONI ĦIELSA F'MALTA", "OWEN BONNICI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-affarijiet li jirrigwardaw Żoni Ħielsa f'Malta bil-għan li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u jiġġenera impjiegi f'Malta, u sabiex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f'xi Żona Ħielsa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi dwar Żoni Ħielsa f'Malta jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI U L-ATT DWAR L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIĠIJIET OĦRA", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379, u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378, u liġijiet oħra, sabiex jestendi l-kompetenza tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) u sabiex jagħmel dispożizzjonijiet anċillari u konsegwenzjali għalihom\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u liġijiet oħra jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-KREMAZZJONI", "Rosianne Cutajar, nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi dwar il-proċess ta' kremazzjoni ta' fdalijiet umani, inkluż il-proċessi relatati mal-liċenzjar ta' krematorji, kundizzjonijiet ta' kremazzjoni, reġistrazzjoni ta' kremazzjonijiet, u sabiex jipprovdi għall-affarijiet relatati u konnessi ma' dan\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li Abbozz ta' Liġi dwar il-Kremazzjoni jkun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "L-ISPEAKER: Ngħaddu għall-Mozzjonijiet.", "MOZZJONIJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "IL-ĠESTJONI TAL-FINANZI PUBBLIĊI", "OWEN BONNICI: Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi\" ikun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.", "TAL-AWTORITÀ GĦAS-SAĦĦA U", "S-SIGURTÀ FUQ IL-POST", "TAX-XOGĦOL GĦASSENA 2019", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019, skont l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kap. 424.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Infakkar li d-diskussjoni fuq din il-Mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn il-kelliema tal-gvern u l-kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up min-naħa tal-Gvern.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sur President, qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-Ministru Helena Dalli ta' din l-opportunità li nitkellem dwar din l-Awtorità li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tagħha.", "Nirringrazzjaha wkoll għar-rapport li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, li mhux biss juri l-figuri u l-Estimi Finanzjarji – għalkemm hawn qed nitkellmu fuq estimi finanzjarji, mill-figuri wieħed irid jiddeduċi x'inhuma l-prijoritajiet tal-Awtorità, u allura huwa importanti li naraw il-figuri – imma juri wkoll il-viżjoni tal-Awtorità.", "Dan ir-rapport juri fejn sejra l-Awtorità, x'inhuma l-prijoritajiet tagħha u x'investiment qed isir fil-kapital uman tagħha, f'sitwazzjoni fejn id-dinja qed tinbidel u pajjiżna qed jinbidel u hemm sfidi ikbar fejn tidħol l-occupational health and safety u l-aspett preventiv tagħha, li huwa l-iktar importanti.", "B'hekk wieħed jista' jieħu idea tal-viżjoni ta' din l-Awtorità.", "Din l-Awtorità hija importanti għax, għalkemm qegħdin nitkellmu fuq il-postijiet tax-xogħol u fuq il-ħaddiem f'termini ta' kemm għandu salarju u kemm nistgħu nagħtuh iktar salarju biex itejjeb is-sitwazzjoni tiegħu, huwa ferm importanti l-ambjent fejn ikun qiegħed jaħdem il-ħaddiem.", "Irrid inkun ċar li għal din in-naħa tal-Kamra, ċertament huwa ta' prijorità li mhux nitkellmu biss fuq il-flus li jaqla' l-ħaddiem, imma li nitkellmu wkoll fuq l-ambjent li jaħdem fih, fejn fuq kollox il-ħaddiem iqatta' parti kbira mill-ġurnata tiegħu u minn ħajtu.", "Meta wieħed iħares lejn il-ħajja lavorativa tal-bniedem minn 18-il sena jew 20 sena sa 63 sena, isib li wieħed iqatta' parti kbira minn ħajtu fil-postijiet tax-xogħol.", "Allura, id-dinjità tal-ħaddiem fejn tidħol l-occupational health and safety hija importanti; ergo, hija importanti din l-Awtorità, il-mansjonijiet tagħha u dak li tagħmel.", "M'hemmx dubju li meta jkun hemm xi inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol – hawnhekk mhux qiegħed nitkellem fuq inċidenti gravi biss – iħallu impatt fuq il-familji u fuq in-nies li jkunu jiddependu minn dak il-ħaddiem partikolari, u allura huwa ferm importanti li nagħtu importanza u prijorità lil din l-Awtorità.", "Hemm ukoll sitwazzjoni fejn ikollok politika b'saħħitha fejn tidħol l-occupational health and safety, u wieħed irid jgħid li hemm effetti pożittivi fuq l-ekonomija, għax ikollok tkabbir sostenibbli.", "Issa, biex ikollok tkabbir sostenibbli, irid ikollok l-entitajiet li jħaddmu, li huma l-SMEs, il-micro enterprises, il-kumpaniji daqsxejn ikbar, flimkien mal-Gvern, li jimpjega wkoll.", "Hemm ukoll il-vantaġġ li tkun qiegħed tippromwovi l-kwalità tal-impjieg, għax din ma titkejjilx biss bil-paga, kif forsi nagħmlu ħafna drabi, imma titkejjel bil-kwalità tax-xogħol u l-ambjent li l-ħaddiem jaħdem fih.", "Vantaġġ ieħor hu li l-ħaddiem ikun kuntent, f'ambjent sigur u san, fejn ikollu occupational health and safety u policies tajbin, għax b'hekk lill-ħaddiem iżżidlu l-produttività tiegħu.", "Fuq livell ta' pajjiż, jekk iżżid il-produttività, se jkollok pajjiż iktar kompetittiv, industrija iktar kompetittiva, u għandek vantaġġi ċari fejn tidħol l-occupational health and safety li mhux biss tagħmilha biex tagħti dinjità lill-ħaddiem u tipprovdilu ambjent tax-xogħol sigur, però hemm ukoll vantaġġi għall-ekonomija, għall-produttività tal-industriji u għall-kompetittività ta' pajjiżna fejn tidħol l-ekonomija.", "Allura, dan is-suġġett huwa ferm importanti.", "Xtaqt nibda billi nsemmi l-inċidenti għax, meta nitkellmu fuq occupational health and safety, ħafna drabi mill-ewwel jiġuna f'moħħna l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li jiġu koperti mill-midja.", "Ovvjament, il-midja tkopri l-iktar inċidenti li jħallu effetti devastanti fuq il-post tax-xogħol; imma, huwa importanti li l-midja stess turi ċerta responsabbiltà ta' kif dawn jiġu rrapportati.", "Ma nistgħux nagħtu l-impressjoni – u l-figuri juru dan, biex inkun ċar – li pajjiżna qisu xi pajjiż tat-tielet dinja fejn jidħol l-occupational health and safety.", "Meta wieħed jara r-rati ta' inċidenti li qed ikollna, kbar u inqas kbar, huma komparabbli mal-iktar pajjiżi avvanzati fl-Ewropa, bħall-Ġermanja, u allura trid tħares lejn ir-rata tal-inċidenti versu l-working population tiegħek.", "Irridu naraw ukoll li l-isfida qed tikber f'pajjiżna għax għandek ekonomija vibranti, u dan ifisser li għandek iktar ħaddiema qed jaħdmu, għax għandek il-mara li ħarġet fuq il-post tax-xogħol u għandek is-settur tal-kostruzzjoni li forsi l-iktar li jissemma, għax r-riskji fih huma iktar evidenti.", "M'iniex ngħid li huma l-ikbar riskji, għax hemm riskji li rajna storikament kemm għamlu ħsara u kkaġunaw mard fuq persuni on a long-term basis.", "Jiġifieri, għalkemm ma jkunx hemm inċidenti fuq il-post tax-xogħol f'jum u ħin partikolari, issib li bniedem – hawn se nagħti l-eżempju prattiku li kellna anke fil-qrati tagħna, Sur President, il-kwestjoni tal-asbestos exposure, pereżempju – wara 20 sena jagħmel l-istess xogħol fl-istess ambjent, jiżviluppa marda li fil-bidu ċertament ma konniex kapaċi nindunaw biha.", "Irrid ngħid ukoll li dan il-Gvern, mill-2013 'l hawn, irrikonoxxa din il-problema u għamel kampanja ċara biex jitneħħa l-asbestos mill-fabbriki tagħna, u din hija inizjattiva li wieħed irid ifaħħarha.", "Din l-isfida hija ikbar u n-numri jridu jiġu interpretati f'sitwazzjoni fejn għandna iktar ħaddiema barranin li qed jaħdmu fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk għandek ekonomija vibranti, għandek working population li hija ikbar u iktar diversifikata, għax għandek influss ta' ħaddiema barranin – li nerġa' ngħid qed jaħdmu f'postijiet partikolari tal-ekonomija tagħna – u allura l-figuri dejjem iridu jiġu interpretati f'dan ir-rigward.", "Huwa tajjeb li nsemmu l-policy document li ħarġet l-Unjoni Ewropea, li fl-opinjoni tiegħi huwa importanti ħafna, u nemmen li dan id-dibattitu għandu jkun f'dan l-ambitu.", "Dan id-dokument huwa komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-istituzzjonijiet prinċipali, fosthom il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-European Economic and Social Committee u l-Committee of Regions.", "Dan id-dokument, li ġie rilaxxat fis-6 ta' Ġunju 2014, jidentifika l-EU Strategic Framework mill-2014 sal-2020.", "Dan id-dokument, li fl-opinjoni tiegħi huwa tant importanti li wieħed bilfors irid jirreferi għalih, isemmi tliet sfidi partikolari ta' dan is-settur fuq livell Ewropew, li huma sfidi tagħna wkoll għax aħna parti mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn l-isfidi li jolqtu lil pajjiżna huma fattwali, u allura nappella lill-Awtorità – m'għandix dubju li qed tagħmel hekk – li tħares lejhom bħala t-triq 'il quddiem għal dawk li huma sfidi.", "L-ewwel hemm l-isfida fil-micro enterprises u s-small and medium enterprises, fejn qed nikkalkula li, bejn wieħed u ieħor, id-definizzjoni fuq livell ta' Unjoni Ewropea hija dawk li jħaddmu minn għaxar persuni 'l isfel.", "Sur President, is-sinsla tal-ekonomija tagħna hija l-micro enterprises u s-small and medium enterprises.", "Issa, dan l-istrategic document qed igħid li rrid ngħinu lill-SMEs u 'l-micro enterprises tagħna li – se nkun ċar – mill-baġit annwali tagħhom ma jaffordjawx jiddedikaw ammonti kbar ta' flus għall-occupational health and safety.", "Minkejja li hemm l-argument li din se tgħinhom fil-kompetittività tagħhom, kif għedt qabel, hemm bżonn ngħinuhom ikollhom aċċess għal iktar funding.", "Dan qed isir, imma rridu nagħmlu iktar fondi, fosthom mill-EFSI (European Fund for Strategic Investment) biex ngħinu lil dawk l-SMEs li mhumiex kumpaniji kbar li jistgħu jagħmlu iktar riċerka dwar health and safety.", "Din hi l-ewwel sfida li hemm f'dan l-istrategic document, li hija sfida tagħna lkoll.", "Kif għedt qabel, ħafna drabi l-enfasi tkun fuq l-inċidenti; però, il-work related diseases huma importanti ħafna għax jitfgħu burdens li jkissru d-dinjità tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, kif ukoll jifnu lill-kumpaniji għax f'xi mument kumpanija tista' tiġi rinfaċċata fuq xi prattiċi li kienet qed tuża u sid il-kumpanija ma jkunx għamilha apposta.", "Però, huwa importanti li jkollna mekkaniżmi li niftħu għajnejna minn kmieni biex lil dawn l- SMEs nagħtuhom il-mezzi u l-kapaċità biex jindunaw b'dawn il-work-related diseases.", "It-tielet punt hu dwar il-burden li jitfgħu l-work-related diseases fuq is-sistemi tal-benefiċċji soċjali tagħna.", "Allura, kif qiegħed jgħid tajjeb dan l-istrategic document, il-prevenzjoni hija importanti ħafna.", "Problema oħra li rridu nindirizzaw dan id-dokument qed jiddefiniha bħala demographic change.", "Il-verità hi li l-ħaddiema qed jikbru u qed jibqgħu jaħdmu, imma xogħlijiet, bħalma hu l-kostruzzjoni, mhumiex daqshekk kompatibbli ma' nies li jkunu kbar fl-età.", "Mela, irridu nsibu prattiċi biex nimmobilizzaw lil dawn in-nies u, aktar ma jikbru, aktar ikollna xogħlijiet li nistgħu noffrulhom.", "Dawn ix-xogħlijiet iridu jkunu siguri, u l-inċidenza tar-riskji trid tkun inqas minn meta dak li jkun kellu 25 sena għax, jekk dan illum għandu 60 sena, ma jistax jibqa' jagħmel l-istess xogħol fiżiku bħal meta kellu 25 sena.", "Jiġifieri, il-labour market u l-postijiet tax-xogħol irridu ngħinuhom – din ħassejt li għandi nsemmiha għax hija sfida, biex ngħidu hekk, tagħna lkoll – jiffaċċjaw dawn l-isfidi li ħafna drabi għall-SMEs ifissru iktar spejjeż.", "Id-dokument ippreżentat mll-Awtorità jitkellem tajjeb ħafna fuq ir-riżorsi umani, u r-rapport ippreżentat mill-Ministru Dalli jsemmi an HR plan.", "Din hija xi ħaġa tajba li qed tagħmel l-Awtorità, li tara fejn għandha defiċjenzi ta' nies u mhux in-numru, għax xi kultant mhux kemm ikollok ħaddiema trid tara, imma l-kompetenzi tagħhom u x'qed jagħmlu.", "Din hija inizjattiva tajba li ħadet l-Awtorità permezz ta' esperti li huma at arm's length mill-Awtorità, allura jistgħu jagħmlu audit ċar f'dan is-settur partikolari.", "Però, mill-figuri nista' ninnota li l-Awtorità għall-ħaddiema nefqet – din hija xi ħaġa tajba – €1.2 miljun f'investiment, u din ċertament hija xi ħaġa pożittiva.", "Immorru għas-settur tal-kostruzzjoni li jieħu relevanza partikolari u rridu ngħinuh.", "Is-settur tal-kostruzzjoni qed inkabbruh, u rrid inkun ċar li jien ma naqbilx ma' min jgħid li hawn ħafna kostruzzjoni, għax il-kostruzzjoni hija importanti, qed tmexxi r-rota tal-ekonomija tagħna u qed ikun hawn il-ġid, u allura dan is-settur irid jibqa' jikber b'regolamentazzjoni u b'infurzar serju.", "Hekk iva; però, ma jfissirx li biex nevitaw ir-riskji u l-inċidenti, għandna nwaqqfu niċċa ekonomika li qed tħalli l-ġid għal pajjiżna u li kienet wieħed mill-muturi li l-Prim Ministru u t-tmexxija tiegħu rnexxielu jġib f'pajjiżna mill-2013 'l hawn biex jerġa' jkollna settur tal-kostruzzjoni b'saħħtu.", "Biex dan iseħħ, irid ikun razzjonalizzat, irid ikun hemm l-enforcement, u jrid ikun hemm is-serjetà fil-mod kif isiru l-affarijiet, u allura l-infurzar hu importanti.", "Irrid nitkellem ukoll fuq il-ħaddiema barranin, li huwa suġġett li smajna ħafna dwaru.", "Hemm min qed igħidilna li f'pajjiżna għandu jkollna intelligent migration.", "Din smajtha xhur ilu u għadni ma nistax nifhem jekk riedx ifisser li se jagħmlilhom xi IQ test fuq il-border biex jara jidħlux f'pajjiżna!", "Ma nistax nifhem kif, biex timmobilizza l-ħaddiema li jiġu f'pajjiżna bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, għalfejn trid tagħmel l-intelligent migration.", "Il-ħaddiema se jiġu, kif dejjem ġara minn ewl id-dinja, f'postijiet fejn hemm bżonn ix-xogħol u fejn il-Maltin mhumiex qegħdin jimlew dawk il-pockets.", "Din mhijiex xi teorija kbira għax ġrat fl-Awstralja, ġrat fil-Kanada min-nies Maltin stess, u ġrat fl-Istati Uniti.", "Pereżempju, jekk nieħu post bħal Detroit, hemm industrija awtomobilistika b'saħħitha u l-Maltin kienu jmorru jaħdmu f'setturi fejn kien hemm bżonn il-ħaddiema.", "Jiġifieri, il-mobilità tal-ħaddiema mhijiex intelligenti, għax il-ħaddiema jmorru fejn hemm ix-xogħol.", "Mela rridu naraw x'nistgħu nagħmlu, għax dawn se jibqgħu jiġu u ma nistgħux inżommuhom.", "Nistgħu nżommu biss it-third country nationals, għax għan-nies li huma fl-Unjoni Ewropea dan hu wieħed mill-basic freedoms tal-internal market.", "L-internal market mhuwiex għall-goods biss, imma anke għall-ħaddiema mill-Bulgarija, mir-Rumanija, eċċ, li għandhom dritt li jiġu jaħdmu f'pajjiżna.", "Jiġifieri, dan huwa dritt sagrosant.", "Li rridu nagħmlu hu li naraw li l-ħaddiem barrani jkun regolari, imma rridu nagħtuh l-istess dinjità fuq il-post tax-xogħol.", "Dan huwa x-xogħol li trid tagħmel l-Awtorità.", "Li tagħti dinjità b'infurzar serju u b'iktar investiment fl-infurzar, u li tibqa' tara li dawn ikollhom l-istess protezzjoni u infurzar.", "Trid tinqata' l-kultura li għax ħaddiem barrani, dak jista' jirriskja, filwaqt li ħaddiem Malti ma jirriskjax.", "Din hija mentalità banali, addirittura razzista, li għax barrani nistgħu nesponuh għar-riskju u lill-Malti le.", "Pajjiżna għandu jaċċetta ħaddiema barranin fil-pockets fejn hemm bżonnhom.", "Meta jiġu f'pajjiżna rridu nagħtuhom id-dinjità u l-infurzar, u rridu naraw li jagħmlu xogħolhom kif jagħmel ħaddiem Malti, għax b'hekk nistgħu nsejħu lilna nfusna pajjiż modern li jabbraċċja l-valuri bażiċi soċjali li għandha l-Unjoni Ewropea.", "L-istrategic document rilaxxat mill-Kummissjoni Europea, li huwa dokument importanti għax fi 15-il faċċata jikkristalizza l-kontenut kollu, l-istate of play u l-istrateġija li għandu jkollu kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, isemmi interplay importanti li nħeġġeġ lill-istess Awtorità li taqbad.", "Naf li l-Awtorità tagħmel xogħol f'dak is-sens fuq livell Ewropew; però, fl-opinjoni tiegħi, hemm bżonn li tesponi ruħha iktar ma' entitajiet fuq livell Ewropew u fuq livell dinji bħal, pereżempju, il-Ġnus Maqgħuda u l-World Health Organisation, għax nistgħu nieħdu ħafna best practices minn hemm għal dak li huwa l-post tax-xogħol, u nemmen li wieħed għandu jinvesti iktar fil-politika barranija tal-Awtorità.", "Nista' nsemmi wkoll l-International Labour Organisation li hu player importanti fl-occupational health and safety, u allura wieħed irid li jkun hemm dan id-djalogu fuq livell Ewropew u fuq livell dinji.", "Xi ħaġa li qed tagħmel l-Awtorità u l-Ministeru mmexxi mill-Onor.", "Helena Dalli huwa d-djalogu soċjali.", "F'dan il-kamp, fejn jidħol l-occupational health and safety, is-social dialogue huwa importanti ħafna għax l-Awtorità mhux qiegħda hemm biss biex timponi r-regolamenti, għax ma tistax tieħu dak l-irwol jekk ma jkollokx il-koperazzjoni tal-ħaddiema – li huma l-protagonisti fejn jidħol l-occupational health and safety – u tal-entitajiet li jħaddmu, fosthom kumpaniji u SMEs.", "Huwa importanti li nagħfsu iktar fuq id-djalogu soċjali.", "Dan hu xi ħaġa li l-Ministru Dalli temmen ħafna fih u naf li fil-fora appożiti nagħfsu iktar fuqu billi r-regolamenti mhux jiġu imposti, imma jiġu maqbula mal-ħaddiema, mal-kumpaniji u mas-soċjetajiet li jimpjegaw.", "Qed ngħid hekk għax, jekk ir-regoli jkun hemm qbil dwarhom, ikun ferm aktar faċli li wieħed jinforza.", "L-inforzar ma jsirx biss b'impożizzjoni u bil-liġi li tirregola l-Awtorità – Kap. 442 tal-Liġijiet ta' Malta, li timponi sanzjonijiet iebsin u anke penali – għax jien nemmen li l-aħjar triq hija l-persważjoni tal-players li jgħinu f'dan is-settur.", "Rajt li dan il-punt qed jitwettaq mill-Awtorità; però, huwa punt li dan l-istrategic document partikolari qed jagħmel enfasi kbira fuqu.", "Qabel ma nagħlaq, xtaqt nagħmel tliet proposti konkreti dwar kif l-Awtorità tista' timxi 'l quddiem, filwaqt li nawguralhom.", "Din hija kritika kostruttiva.", "Nawgura lil Dr Mark Gauci, lis-Segretarju Permanenti, liċ-Chairperson tal-Awtorità, l-Onor.", "Emanuel Mallia, kif ukoll lill-Ministru Helena Dalli tax-xogħol tajjeb li qed isir mill-Awtorità.", "L-Awtorità miexja 'l quddiem, però baqa' ħafna xi jsir, u għandi tliet suġġerimenti li xtaqt nagħmel bil-għan li l-Awtorità u l-Ministru jikkonsidrawhom, ħalli f'każ li huma validi wieħed jibda jaħdem fuqhom.", "Nemmen li f'dan is-settur għandna nħarsu wkoll lejn ir-repeat offenders.", "Din il-ħaġa l-Gvern implimentaha fejn jidħol il-prekarjat.", "Min jagħmel il-prekarjat, għalkemm ikun qed jimxi mal-liġi, huwa illegali, għax ikun qed isib loopholes biex lill-ħaddiem jagħtih inqas milli ħaqqu.", "Il-blacklisting għandu japplika wkoll f'każ ta' repeat offenders fejn tidħol l-occupational health and safety.", "Ħafna drabi jkunu l-istess nies, għax nemmen li l-maġġoranza tal-kumpaniji u l-micro enterprises jibżgħu għall-ħaddiema u jistabbilixxu relazzjoni familjari magħhom.", "Hija ħaġa tajba li l-ħaddiem fis-small and medium enterprises jitqies bħala membru tal-familja, u din il-ħaġa għandna ngħożżuha.", "Però, fl-opinjoni tiegħi, wieħed għandu jikkonsidra li tidħol sistema biex ir-repeat offenders jiġu blacklisted f'dak li għandu x'jaqsam ma' public procurement fil-kuntratti tal-Gvern.", "Il-Gvern m'għandux jagħti refuġju lil min darba, tnejn, tlieta, ma ħax prekawzzjonijiet għall-ħaddiema tiegħu.", "It-tieni proposta tiegħi hi li, għalkemm l-occupational health and safety hi inizjattiva ta' Ministeru partikolari, ħafna mis-sinerġija trid tkun politika nazzjonali u tal-Gvern, u allura l-Awtorità għandha ddaħħal il-policies tal-Ministeru li qed jagħmel championing ta' dan is-suġġett fejn tidħol l-edukazzjoni.", "Fil-health and safety, il-prevenzjoni għandha tibda b'aktar edukazzjoni.", "Qed isiru affarijiet, iva, imma nħoss li jista' jsir aktar, speċjalment fejn tidħol riċerka u innovazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' mard relatat mal-ambjent tax-xogħol, ħalli dan ikun jista' jiġi evitat.", "Is-saħħa pubblika wkoll għandha aspett ta' health and safety li wieħed irid jarah fil-policies.", "L-ambjent huwa importanti wkoll, għax kif nistgħu ngħidu li l-ambjent huwa tajjeb jekk ikollok ħaddiema li ma jkunux qed jaħdmu f'ambjent tajjeb?", "L-ambjent ma jfissirx biss li nħawlu s-siġar u li ma nibnux fl-ODZ.", "Dawn nitkellmu l-ħin kollu fuqhom: imma nitkellmu fuq l-ambjent li jaħdmu fih il-ħaddiema?", "Dak huwa parti mill-ambjent.", "M'għandniex xi ngħidu, m'hemmx dubju li ambjent sigur fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni ta' mard relatat max-xogħol għandhom ikunu fil-qalba tal-politika industrijali ta' pajjiżna.", "Meta tissemma l-ugwaljanza – l-ugwaljanza mhijiex biss dik bejn ir-raġel u l-mara, li forsi dejjem nitkellmu fuqha, imma l-ugwaljanza għandha tkun ukoll fuq il-post tax-xogħol – lill-ħaddiema f'kumpaniji differenti rridu nagħtuhom ambjent sigur, mhux ma' kumpanija jista' jaħdem mod u ma' kumpanija oħra jaħdem mod ieħor.", "Irid ikun hemm uniformità, ħalli l-ugwaljanza nippromwovuha anke fejn tidħol l-occupational health and safety.", "L-aħħar punt li xtaqt nagħmel hu li nħoss li m'hemmx biżżejjed enfasi għal dawk li huma strutturi u fondi għar-riabilitazzjoni ta' ħaddiema li jkunu weġġgħu fuq il-post tax-xogħol, u li iżda ma jweġġgħux daqstant li jiġu totally disabled.", "Fil-maġġoranza tal-work-related accidents, il-ħaddiem ma jmutx fuq il-post tax-xogħol – allaħares jiġri hekk – imma jkollu permanent disability ta' 5% jew 10%.", "Mhux se ngħid li jsir hekk min-naħa tal-Awtoorità, imma l-mentalità hi li ħafna drabi dawk il-ħaddiema jmorru għand xi politiku, jew imorru l-Ministeru mmexxi mill-Onor.", "Michael Falzon biex jgħaddu Board.", "Hemm ħafna każijiet li huma borderline li jekk ikollna strutturi biex nirriabilitaw ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu f'xi post tax-xogħol.", "Mhux neċessarjament fil-post tax-xogħol li kienu jaħdmu fih qabel, imma tista' ssir riabilitazzjoni ta' dak il-ħaddiem biex jaħdem f'settur li jkun jkomdu għalih, ħalli jkun jista' jibqa' jagħti kontribut.", "Il-benefiċċju ta' dan huwa ċar.", "Li ma jkollokx persuna oħra fuq il-benefiċċji soċjali.", "Nemmen li hawnhekk nistgħu nagħmlu aktar u, biex forsi nażżarda aktar, il-multi li niġbru – dawn huma msemmijin fil-figuri – meta jkun hemm breaches ċari fuq il-post tax-xogħol u jitilgħu l-Qorti u jeħlu multi, jew jeħlu multi amministrattivi, għandhom jibdew jidħlu f'fond partikolari li jgħin fir-riabilitazzjoni ta' dawn il-ħaddiema.", "Din l-idea qed irressaqha 'l quddiem b'umiltà, għax naħseb li hija inizjattiva tajba.", "Sur President, min-naħa tiegħi ma baqagħli xejn xi ngħid ħlief li nirringrazzja lill-Ministru, lis-Segretarju Permanenti, lil Dr Gauci, lill-Onor.", "Mallia bħala ċ-Chairperson u lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità u nawguralhom aktar xogħol f'dan is-settur ta' sfida.", "Nawgura li fix-xhur li ġejjin ikollna inċidenti mill-inqas fuq il-post tax-xogħol billi nbiddlu l-kultura li kollox jgħaddi u nibdew nieħdu aktar prevenzjoni, għax kif igħidu bl-Ingliż, prevention is better than cure.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, quddiemna għandna Awtorità importanti ħafna għal pajjiżna.", "Qgħadt nisma' b'attenzjoni lill-Onor.", "Edward Zammit Lewis u naqbel miegħu fuq parti kbira tal-affarijiet li semma f'din id-diskussjoni.", "Ovvjament, ċerti affarijiet ma tistax ma taqbilx magħhom, għax hu tkellem fuq il-prevenzjoni, fuq l-effett ekonomiku u l-produttività.", "Tkellem ukoll fuq aspetti daqsxejn aktar iffokati, bħall-exposure għall-asbestos u l-prevenzjoni ta' dawk li jissejħu work-related diseases, u jien naqbel miegħu mija fil-mija li din il-protezzjoni għandna noffruha lil kull ħaddiem.", "Naħseb li ma nagħmlux ħażin jekk nibdew naraw id-differenza bejn dawk li jweġġgħu fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Hawn ma rridx ninftiehem ħażin.", "M'iniex ngħid li rrid inkun naf kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin, imma sempliċiment irrid inkun naf jekk lill-barranin aħniex qegħdin noffrulhom l-istess protezzjoni, jew aħniex ninsistu li jkunu protetti bħalma jkunu l-Maltin.", "Naħseb li dan huwa punt validu.", "Lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu, l-Onor.", "Zammit Lewis għamel tliet suġġerimenti għal dan is-settur.", "Jien naqbel miegħu fuq il-kwestjoni tar-repeat offenders u naħseb li dan huwa punt validu ħafna, għax hemm nies f'kull settur – u mhux biss f'dan is-settur – li jikkalkulaw parti mill-expenditure tagħhom qishom qalgħu multa fuq xi ħaġa u jgħodduhom mal-ispejjeż.", "Allura, naħseb li l-punt tar-repeat offenders li qed jagħmel l-Onor.", "Zammit Lewis huwa validu ħafna.", "Rigward il-punt li l-OHSA tkun involuta across the board, se nitkellem fuqu aktar tard għax hu daqsxejn ironiku fil-kuntest ta' dak li qed jiġri fl-OHSA bħalissa, almenu mill-punto di vista ta' kif qed nifhmu jien, u mbagħad forsi l-Ministru tkun tista' tikkoreġini aktar tard.", "L-Onor.", "Zammit Lewis semma wkoll l-istrutturi u l-fondi, li se nkun qed nirreferi għalihom jien ukoll, u semma punt validu ieħor f'dak li għandu x'jaqsm mal-istrutturi u l-fondi għall-persuni li jkunu weġġgħu fuq il-post tax-xogħol.", "Naħseb li, bħalma se nkun qed insemmi aktar tard, il-fondi li jidħlu mill-multi, almenu minn kif fhimt mir-rapport annwali li għandna quddiemna, huma fundamentali għall-eżistenza tal-OHSA.", "Ikun sabiħ kieku mill-multi jitwarrbu flus biex inkunu nistgħu ngħinu lill-persuni li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol – ma nistax ma naqbilx ma' dan – imma jien qed nifhem li dawn huma essenzjali biex tkun tista' timxi 'l quddiem l-istess OHSA.", "Sur President, aktar kmieni dalgħodu, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, reġa' ssemma punt importanti fuq dak li għandu x'jaqsam mal-governanza tajba, mal-Kummisssjoni ta' Venezja eċċ. Meta nsemmu r-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja, jiġuna f'moħħna strutturi fi ħdan is-soċjetà tagħna, fejn hemm entitajiet u pożizzjonijiet kostituzzjonali, bħalma huma l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Korp tal-Pulizija, il-Kummissarju tal-Pulizija, il-ġudikatura eċċ. Imma forsi rari jiġina f'moħħna li din l-istess Awtorità li qed nitkellmu fuqha llum tista' tkun waħda minn dawk l-entitajiet li qiegħda ssofri minn dak li ġibditilna l-attenzjoni fuqu l-Kummissjoni ta' Venezja u għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fuqu.", "Niżbaljaw jekk naħsbu li meta qegħdin nitkellmu fuq il-qasma bejn il-Gvern u min qed jirregolarizza aspetti differenti fis-soċjetà f'dan il-pajjiż, ma ninkludux lill-istess OHSA.", "L-OHSA hija maħsuba bħala entità li jkollha l-poter separat mill-Gvern, li tkun il-watchdog u r-regolatur u li tagħmel ħafna xogħol siewi.", "Zammit Lewis li din hija Awtorità fundamentali f'pajjiżna.", "Hu semma wkoll l-aspett ekonomiku – u għandu raġun – għax bħala soċjetà għandna bżonn dan it-tip ta' awtoritajiet, għax il-bqija kulħadd jimxi b'mod laxk.", "Ovvjament, irridu nifhmu eżattament meta twaqqfet din l-Awtorità x'kapaċitajiet u x'poteri ngħatat, ħalli nifhmu kif illum dawn l-istess poteri qegħdin inċajpruhom.", "Illum f'dan il-pajjiż tant sar għandna affarijiet li mhumiex ċari dwar min hu min u x'inhu xiex, li anke dan l-istess aspett tal-OHSA huwa inkwetanti, u se nispjega għalfejn.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 3 tal-Att dwar l-OHSA li jitkellem dwar l-applikabilità, insibu dan il-kliem:", "\"Dan l-Att japplika għall-postijiet tax-xogħol kollha, għas-setturi kollha ta' kull attività, kemm pubbliċi kif ukoll privati, …\"", "L-Onor.", "Zammit Lewis għamel aċċenn li għandu jkun hemm ġustizzja fuq kulħadd, u qed igħid sew.", "Imma jien irrid inżid li anke fuq l-istess Gvern, anke fuq l-istess entitajiet differenti li jaqgħu taħt il-Gvern, għax fi kliem ieħor l-Att huwa intiż li japplika anke fir-rigward tas-servizzi u tas-settur pubbliku.", "Qed insemmi dan għax, biex ikun hemm serħan il-moħħ li dan l-Att ikun applikat kif suppost, bla biża' jew favuri, huwa essenzjali li kull ħatra f'din l-Awtorità ssir b'mod li ma tagħtix lok għal suspetti li jista' jkun hemm xi ħadd li, minħabba l-pożizzjoni li jkollu f'din l-Awtorità, jkun qed jaħdem biex dan l-Att ma jkunx applikat kif suppost, jew li jagħlaq għajn għal ħaġa jew għal oħra.", "Sur President, qed ngħid hekk għax nitkellmu ħafna fuq is-saltna tad-dritt u hemm diversi definizzjonijiet.", "Pereżempju, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti qalilna li s-saltna tad-dritt tirreferi għall-prinċipji ta' governanza fejn kull persuna, istituzzjoni u entità, kemm pubblika kif ukoll privata, inkluż l-Istat innifsu, jinżammu soġġetti għal-liġijiet li jinġiebu fis-seħħ b'mod pubbliku u li huma inforzati ugwalment – kif kien qed igħid l-Onor.", "Zammit Lewis m'estendihiex għall-istess Gvern, u jien naħseb li anke hu jaqbel li għandu jkun hekk – imma jrid ikollna konsistenza, u jien naħseb li din il-konsistenza f'din l-Awtorità qiegħda tixxekkel.", "Niġi issa għal dak li rrid ngħid b'mod dirett.", "Ma jistax ikollok Awtorità bħalma hi l-OHSA li tkun immexxija minn Membru ta' din il-Kamra min-naħa tal-Gvern.", "Din ilni ngħidha għal sena wara sena u se nibqa' ngħidha għax, anke jekk il-persuna li tkun qed tmexxi din l-Awtorità jkollha l-fiduċja ta' kulħadd, jista' jinħoloq xi dubju.", "Illum stess, waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, smajna li l-ġustizzja trid tidher li qiegħda ssir.", "Imma, kif jista' jkollok ġustizzja li tidher li qiegħda ssir meta din l-Awtorità hi mmexxija minn Membru Parlamentari min-naħa tal-Gvern?", "X'garanziji għandna li meta niksru regolamenti u liġijiet marbuta mal-OHSA, jittieħdu l-passi neċessarji?", "Nixtieq li l-Ministru tgħidilna eżattament b'liema mod dawn il-garanziji tista' tippreżentahomlna hawnhekk illum.", "Is-saltna tad-dritt trid tiġi b'miżuri li jiżguraw l-aderenza mal-prinċipji tas-supremazija tal-liġi, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, ir-responsabilità lejn il-liġi, il-ġustizzja fl-applikazzjoni tal-liġi u s-separazzjoni tal-poter.", "Hawnhekk għandna ksur ikrah.", "F'din l-Awtorità m'għandniex is-separazzjoni tal-poter għax hija mmexxija minn Membru ta' din il-Kamra min-naħa tal-Gvern.", "Jista' jkollok kull rispett lejn dan il-Membru, imma d-dubju se jinħoloq, Sur President.", "Irid ikun hemm parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet, ċertezza legali, evitar ta' arbitrarjetà, kif ukoll trasparenza proċedurali u legali.", "Il-fatt li dan l-Att japplika għas-settur pubbliku ifisser li japplika għall-ikbar employer li jeżisti f'Malta, li hu l-Gvern innifsu.", "Issa, meta naraw li dan l-istess Gvern appunta bħala Chairperson lil persuna li tifforma parti mill-Gvern, l-Onor.", "Emanuel Mallia, jiġik dak id-dubju.", "Dan huwa punt li diġà ġbidt l-attenzjoni fuqu s-sena li għaddiet, imma dak li kien ħażin f'għajnejja u f'għajnejn ħafna nies sena ilu, għadu ħażin u se jibqa' ħażin, għax din hija sitwazzjoni li tagħti lok għal kunflitt ta' interess.", "Kif jista' l-Gvern qatt jimplimentaha fuqu nnifsu, jekk min qed imexxi din l-entità jifforma parti mill-istess Gvern?", "Fejn se tkun il-lealtà tal-istess chairperson jekk jinqalgħu ċirkostanzi li jesiġu li l-OHSA tinvestiga lill-Gvern fil-kapaċità tiegħu ta' employer?", "L-Onor.", "Zammit Lewis semmielna sitwazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol fejn forsi l-istress ikun ta' livell għoli li jwassal għall-problemi.", "L-OHSA kif tista' tinvestiga dan?", "Inkella ċ-Chairperson, waqt li jkun qiegħed hawn ġew, imur ifesfes f'widnejn il-Ministru u jgħidlu: 'Ħu paċenzja, qabel ma ninvestigawkom, irranġaha dik is-sitwazzjoni.'", "Ma jistax ikollna dan it-tip ta' ċpar bejn min imexxi l-pajjiż u min qiegħed hemm biex jissorvelja li t-tmexxija miexja kif suppost.", "Dan il-kunflitt ta' interess dirett inħoloq mill-istess Gvern meta appunta lill-Onor.", "Emanuel Mallia bħala chairperson ta' din l-entità.", "Sur President, hemm aktar minn hekk.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra tal-Bord ta' din l-Awtorità, l-Att jaħseb biex jekk ikun hemm persuna li jkollha interess finanzjarju jew xi interess ieħor f'xi impriża jew xi attività li tista' b'xi mod taffettwa t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Awtorità, għandha tkun meqjusa bħala li ma tkunx kwalifikata għall-kariga ta' membru tal-Awtorità.", "L-Att jaħseb ukoll biex l-iskwalifika ta' persuna tkun tista' tiġi rrinunzjata mill-Ministru jekk l-interess jiġi ddikjarat u d-dikjarazzjoni tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "Nixtieq nistaqsi lill-Ministru Helena Dalli, li hija l-Ministru responsabbli minn dan is-settur, jekk l-Onor.", "Emanuel Mallia għamilx xi tip ta' dikjarazzjoni ta' kunflitt ta' interess u, jekk iva, meta ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif titlob l-istess Awtorità.", "F'dan l-istess spirtu, nistaqsi wkoll x'garanziji jistgħu jingħataw li ċ-Chairperson ma kienx diġà deher f'xi kawżi li m'għandhomx x'jaqsmu mal-liġijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal persuni jew entitajiet li bħalissa jistgħu jkunu qegħdin taħt skrutinju mill-istess Awtorità.", "Din hija serja, u llum nixtieq li jkolli risposti fuqha.", "Pereżempju, kien hemm kumpaniji li fil-karriera tiegħu l-Onor.", "Emanuel Mallia seta' kien qed jaħdem għalihom, jew jiddefendihom, jew kien b'retainer magħhom, u issa dawn għandhom każijiet quddiem l-OHSA?", "Araw x'kunflitt ta' interess enormi qegħdin nitkellmu fuqu!", "L-Oppożizzjoni ilha ħafna tesiġi fuq dan l-aspett ta' governanza, u dan ġie rrapportat fid-dettall f'ħafna gazzetti fejn ingħataw diversi opinjonijiet.", "Bħalma għedt aktar kmieni, il-ġustizzja mhux biss trid issir, imma trid tidher li qed issir, u Awtorità bħall-OHSA għandha poter b'saħħtu ħafna.", "Din hi Awtorità li ttella' n-nies il-Qorti, mhijiex ċajta!", "L-Onor.", "Jekk ir-repeat offender huwa l-Gvern, x'se nagħmlu?", "Inħalluha għaddejja għax iċ-Chairperson huwa parti mill-Gvern?!", "Jekk ma nkunux qegħdin nuru li l-ġustizzja qiegħda ssir, jibdew deħlin ħafna suspetti li ma tkunx qed issir ġustizzja l-istess ma' kulħadd.", "Għal din ir-raġuni nixtieq li l-Ministru tinforma lil din il-Kamra jekk qattx irċeviet xi avviż mingħand iċ-Chairperson, bħalma staqsejt aktar kmieni, jew saħansitra mingħand xi membru ieħor tal-Awtorità, dwar interessi finanzjarji jew ta' natura oħra li fi kliem il-liġi tista' taffettwa t-twettiq tal-funzjoni tagħhom bħala membri tal-Awtorità.", "L-ironija hi li aħna waqafna għal ftit ġranet mill-Parlament u inzerta li llum għandna din id-diskussjoni, u proprju waqt li qegħdin niddiskutu, illum hija l-ewwel darba li l-Onor.", "Emanuel Mallia mhux qiegħed hawn biex jitkellem bħalma għamel fil-passat, għax qiegħed jiddefendi lill-istess Gvern quddiem il-Kunsill tal-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam mas-saltna tad-dritt!", "Ara l-ironija!", "Dan hu l-istess bniedem li messu mar quddiem il-Kunsill tal-Ewropa u qalilhom: Illum jien ġejt hawnhekk niddefendi dak li jien stess qed nikser.", "Mela kif jista' l-poplu hemm barra jkollu fiduċja li l-affarijiet qegħdin jimxu sew?!", "Issa naf x'se jiġri.", "Se tqum il-Ministru, u tgħidli: Dażgur li għandu fiduċja fina l-poplu, ara x'rebħa tana!", "Prosit, għax verament tkun qiegħda titwettaq inġustizzja ferm akbar, jekk dak ikun ir-raġunament.", "Li jkollok l-istess chairperson li llum stess, jew ilbieraħ, jew f'dawn l-aħħar sigħat qiegħed jiddefendi pożizzjonijiet simili għal tiegħu quddiem il-Kunsill tal-Ewropa hija ironika għall-aħħar.", "Niġu f'din il-Kamra u, bħalma għedt, illum hi waħda mill-ftit okkażjonijiet fejn l-istess chairperson ma qamx biex jitkellem.", "Però, meta niġu biex nieħdu l-vot, hija ironija ikbar li l-istess chairperson ta' din l-Awtorità se jieħu l-vot fuq xogħlu stess.", "Mank iqum u jgħid: Jien għandi kunflitt ta' interess u fuq din m'iniex se nivvota.", "Mank igħid: Għandi kunflitt ta' interess u fuq din m'iniex se nitkellem.", "Iġġudikawni intom.", "Almenu dak huwa the bare minimum: imma ma fadalx żejt f'wiċċna f'din il-Kamra, Sur President!", "Niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra li hemm entitajiet oħra li ċ-chairperson tagħhom ma jpoġġix fuq siġġu ta' Membru Parlamentari, imma jpoġġi fil-ġnub ta' din il-Kamra jagħti l-pariri lill-Ministru konċernat.", "Ilbieraħ konna qegħdin nitkellmu fuq l-MTA u ċ-chairperson tal-MTA ma kienx bilqiegħda bħala Membru Parlamentari – għalkemm darba kien, u nsellimlu – imma almenu bħalissa mhuwiex Membru Parlamentari.", "Huwa privileġġ li tkun Membru ta' din il-Kamra; imma, ma jistax ikollok dan il-kunflitt daqshekk ikrah u sfaċċat, u daqslikieku xejn mhu xejn.", "Hemm xi deċiżjonijiet li ttieħdu taħt it-tmexxija ta' dan iċ-chairperson li mingħajr ma trid jiġik is-suspett.", "L-ewwel l-Onor.", "Zammit Lewis beda jsemmi fuq il-figuri, u f'ħin minnhom qisu aċċenna li żdiedu xi nies fl-Awtorità.", "Nixtiequ jgħidli fejn żdiedu għax, mill-informazzjoni li għandi, żdiedet il-paga li jieħu ċ-Chairperson – żied il-paga lilu nnifsu! – u żdiedu żewġ persuni in a position of trust biex jaħdmu miegħu, imma – hawn se nerġa' nirrepeti dak li għedt is-sena li għaddiet, jekk mhux ta' qabel – ma żdiedx l-istaff li hu tant importanti.", "Imbagħad, kulħadd jiġi jgħid: 'Fejn kienu qegħdin tal-OHSA meta nqala' dak l-inċident?'", "Irid ikollok in-nies u dawn iridu jkunu qegħdin jiġru ma' Malta kollha, apparti li aħna bħala ċittadini għandna r-responsabilità li nkunu viġilanti u nikkuntattjaw lill-OHSA meta naraw xi ħaġa, għax f'dan il-pajjiż għandna l-vizzju li nwaħħlu fl-Awtorità u ngħidu li suppost għamlet xi ħaġa, imma meta naraw xi ħaġa mhux f'postha, ngħidu li aħjar ma nindaħlux.", "Imbagħad, issib ukoll lil min jiġri wara ħalliel u jiffilmjah it-triq kollha u jispiċċaw jarrestawh.", "Jidhirli li r-risposta li ngħatajt is-sena li għaddiet hi li ma kienx hemm fondi biżżejjed biex jiżdied l-istaff eċċ; imma, biex tiżdied il-paga taċ-Chairperson kien hemm, u biex ikollu żewġ persuni in a position of trust kien hemm!", "Issa dan mhux ma kienx hemm staff tal-OHSA li setgħu ħadu dan ix-xogħol biex ikunu qed jassistu liċ-Chairperson.", "Jien nemmen li ċ-Chairperson għandu bżonn l-assistenza, mela le, imma seta' ħa staff mill-istess Awtorità u l-flus li ntefqu biex żdiedu dawn il-persons in a position of trust setgħu żdiedu uffiċjali on the ground li tant għandna bżonnhom.", "Dawn mhux se jiġu billi tfaqqa' subgħajk u ssibhom kif ġieb u laħaq, għax dawn in-nies iridu jkunu ta' integrità u ta' stoffa, għax meta jkunu fuq il-post tax-xogħol, l-awtorità tagħhom trid tinħass.", "Sur President, ir-reklutaġġ fi ħdan l-OHSA ilu ffriżat, u allura naħseb li, mingħajr ma toqgħod tidħol f'ħafna dettall, bilfors jiġik suspett f'dan ir-rigward.", "Issa ħalli naqleb fuq l-operat innifsu tal-Awtorità.", "Din l-Awtorità, bħalma qalilna l-Onor.", "Zammit Lewis, hi essenzjali, hi fundamentali, u hija rispettata ħafna għax għandha staff ta' veru.", "Imma għandha bżonn aktar nies!", "Nerġa' ngħidha u nibqa' ngħidha, forsi xi darba xi ħadd jisma': Għandha bżonn aktar staff!", "Sur President, ngħid bla tlaqliq li l-Awtorità hija ħabrieka ħafna u, fis-snin li ilha mwaqqfa, irnexxielha tagħmel ħafna f'pajjiżna.", "Illum nistgħu ngħidu li hawn kultura favur livelli għoljin ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol grazzi għal din l-Awtorità.", "Forsi ma naqbilx mal-Onor.", "Zammit Lewis fir-rigward ta' dak li qal fuq l-edukazzjoni – imma mbagħad ikkoreġa lilu nnifsu – għax fil-qasam edukattiv tagħmel ħafna xogħol din l-Awtorità.", "Din tmur iddur l-iskejjel biex teduka lit-tfal u aħna nafu li t-tfal iġorru l-messaġġ magħhom meta jmorru d-dar ikellmu lill-ġenituri tagħhom fuq kemm hu importanti li tkun safe fuq il-post tax-xogħol.", "Zammit Lewis li rridu nagħmlu aktar: imma, biex tagħmel hekk ma tridx iżżid il-paga taċ-Chairperson u żżid żewġ persuni in a position of trust!", "Trid taħtar nies biex imorru jagħmlu dak ix-xogħol biex tifrex aktar, għax anke biex teduka n-nies trid tibgħat the right people.", "Sur President, bħalma nafu, ix-xogħol marbut mal-kostruzzjoni sploda f'pajjiżna.", "Fil-fatt, ir-rapport jidħol fid-dettall fuq l-aspett ta' liema huma l-aktar xogħlijiet riskjużi, u bla dubju dak tal-kostruzzjoni hu assoċjat ma' riskju għoli.", "Imma, minkejja dan, ir-riżorsi tal-OHSA baqgħu l-istess.", "Mhux hekk biss, imma reċenteement waqt konferenza stampa li ġiet msejħa biex tiġi mnehdija skema ġdida msejħa Considerate Construction Scheme, issemmew l-Ministeru tat-Trasport, il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Building Industry Consultative Council, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Malta Developers Association, li ffirmaw Memorandum of Understanding.", "U hawn se nerġa' nirrepeti dak li qal l-Onor.", "Zammit Lewis: hu qal li rridu nifirxu aktar il-preżenza tal-OHSA fis-settur kollu tas-soċjetà.", "Imbagħad, tiġi opportunità lill-Gvern li jgħaqqad entitajiet differenti, u xi jkun hemm nieqes?", "L-OHSA!", "Għalfejn l-OHSA ma kenitx involuta fil-Considerate Construction Scheme?!", "Forsi l-Ministru tkun tista' tispjegalna aktar tard.", "Saret ħafna referenza għall-awtorità l-ġdida li għad trid titwaqqaf biex tirregolarizza aspetti differenti tas-settur tal-kostruzzjoni.", "Intqal ukoll li l-awtorità li se titwaqqaf u l-iskema li għad trid tiġi żviluppata se jikkonsidraw aspetti relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li, jekk m'iniex sejra żball, kienet immexxija mill-Onor.", "Chris Agius bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-ippjanar: imma, bħalma diġà għedt, l-OHSA ma kenitx involuta.", "F'dan l-istadju, nistaqsi jekk hemmx xi pjan li lill-OHSA titneħħielha r-responsabilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-kostruzzjoni għax, fil-konferenza stampa li għamel l-Onor.", "Chris Agius – ta l-impressjoni li se titwaqqaf xi entità kompletament differenti mill-OHSA, u allura qed nifhmu sew li l-OHSA mhux se tibqa' responsabbli minn dan is-settur?", "Jekk dan se jsir, x'valur miżjud se jkollha tali deċiżjoni, speċjalment meta nżommu quddiem għajnejna l-kumplessità tal-korp leġiżlattiv fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol?", "Hawnhekk għandna tim ta' nies li, bħalma għedt, huma esperti sew f'dan il-qasam.", "Ladarba l-OHSA għandha esperjenza vasta u twila, ma kienx jagħmel aktar sens kieku ngħatat ir-riżorsi li verament għandha bżonn ħalli tkun tista' tkompli fil-ħidma siewja tagħha u forsi tassoċja ruħha ma' dan il-proġett li jidher li se jitwettaq?", "Il-fatt li teżisti l-OHSA jfisser biss li l-Gvern kultant jista' jużaha bħala tarka biex jitgħatta warajha fuq ċerti affarijiet; imma, naħseb li l-OHSA hija attrezzata b'nies biex dan tkun kapaċi tagħmlu.", "Iżda, nerġa' nirrepeti li f'dan l-aspett ta' proġetti ta' kostruzzjoni hemm bżonn attenzjoni kbira.", "Din semmiha wkoll l-Onor.", "Zammit Lewis, u naqbel miegħu; però, trid ir-riżorsi umani u l-flus biex tagħmel dan.", "Jien għamilt kalkolu sempliċi u sibt li, minflok iż-żieda fl-onorarja li ta lilu nnifsu ċ-Chairperson u l-ingaġġ ta' żewġ persuni miegħu, kienu jdaħħlu ħames spetturi ġodda fl-OHSA.", "Taf x'qed ngħidu?", "Nofs l-ammont li diġà hemm.", "Immaġina!", "Mhux hekk biss, iżda ninsab informata li xi ħadd ta struzzjonijiet biex il-membri osservaturi fuq il-Bord jitħallsu bl-istess onorarja bħall-membri l-oħrajn.", "Issa, l-Att li jirregolarizza l-OHSA lanqas biss jikkontempla membri tal-Bord li għandhom status ta' osservatur, aħseb u ara kemm l-istess membri jingħataw onorarja!", "Allura, hawn nistaqsi min awtorizza dan l-ingaġġ u min awtorizza li dawn l-osservaturi jitħallsu?", "Se nibda nagħlaq billi nsemmi punt ieħor importanti.", "Wara ħafna tkaxkir tas-saqajn, is-sena li għaddiet inġab fis-seħħ l-Att dwar is-Sigurtà Nukleari u l-Protezzjoni kontra r-Radjazzjoni.", "Dan l-Att inġab fis-seħħ tard, u Malta kienet qed tirriskja bil-kbir il-possibilità li jibdew proċeduri kontriha mill-Kummissjoni Ewropea; iżda, min-naħa l-oħra, baqa' ma sar xejn f'dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ.", "Jiġifieri għandna sitwazzjoni ta' Att li ma jistax ikun implimentat.", "Mela qed nidħku bin-nies f'wiċċhom.", "L-aqwa li morna ngħidu lill-Ewropa li l-Att dwar is-Sigurtà Nukleari u l-Protezzjoni kontra r-Radjazzjoni għaddejnieh, imma fil-veritá m'aħniex qed inwettquh.", "Ladarba qed insemmi l-Ewropa, irrid insemmi wkoll il-pass pożittiv li l-Att dwar is-Saħħa u s-Sigurtà se jibda japplika wkoll għas-suldati, għall-Pulizija, u għall-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-protezzjoni ċivili.", "Min-naħa l-oħra, kellna għalfejn nistennew sitt snin biex dan isir?", "Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' din il-Kamra li l-proċess biex il-Pulizija, is-suldati u l-Protezzjoni Ċivili jkunu taħt il-protezzjoni tal-OHSA kien beda qabel l-elezzjoni tal-2013, u mbagħad ġie abbandunat kompletament u hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq ħaddiema min-naħa tal-Gvern.", "Araw daqsxejn fejn hu l-kunflitt li semmejt aktar kmieni, għax chairperson li m'għandux sieq mal-Gvern u sieq fl-Awtorità kien jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern biex imexxi fuq dan ukoll!", "Nixtieq nagħmel ftit punti oħrajn qabel ma nikkonkludi dan id-diskors.", "L-ewwel l-Onor.", "Zammit Lewis semma l-prevenzjoni fejn jidħlu l-work-related diseases, u fir-rapport hawn aċċenn importanti ħafna fuq is-saħħa mentali, li naħseb li għandu jingħata importanza minn din il-Kamra b'mod partikolari.", "Naf li l-OHSA fir-rapport urietna ċar li qiegħda tinteressa ruħha f'dan is-settur, u r-Richmond Foundation qiegħda tagħmel xogħol importanti ħafna f'dan is-settur.", "Naħseb li hawnhekk irridu nitfgħu lenti qawwija fuq dan l-aspett, fosthom l-istress fuq il-post tax-xogħol, in-nuqqas ta' sodisfazzjon fuq il-post tax-xogħol, u ħafna aspetti oħra, fosthom il-bullying, li jista' jwasslek biex ikollok problemi ta' saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol.", "Naħseb li dan l-aspett għandna nħarsu lejh sew.", "Naf li ħarġet l-istrateġija dwar is-saħħa mentali u, kif jidher fir-rapport, l-OHSA kkontribwixxiet ukoll f'dan l-aspett u nirringrazzjaha talli għamlet dan.", "L-ewwel issemmew il-multi u, bħalma għedt, jien naħseb li, skont kif inhi s-sitwazzjoni, l-OHSA għandna bżonnhom għaliha nnifisha.", "Però jkun tajjeb jekk nieħdu s-suġġeriment tal-Onor.", "Nixtieq nistaqsi xi ħaġa dwar il-multi.", "Fid-dokument hemm miktub li għadhom ma nġabrux il-multi kollha tal-2017 u tal-2018, u hemm spjega li jista' jkun minħabba l-proċeduri f'dak li għandu x'jaqsam mal-Qorti: però, ma fhimtx għalfejn tal-2017.", "Forsi dan jista' jiġi spjegat.", "Jista' jkun li hi l-istess ħaġa, però huwa tajjeb li nkunu nafu.", "Nixtieq nieħu l-opportunità biex għal darb'oħra nsellem lill-ħaddiema kollha, fosthom lil Dr Gauci, li jinsab preżenti hawnhekk f'isem din l-Awtorità tant importanti għal pajjiżna.", "Huwa ta' dieqa meta nisimgħu b'xi fatalitajiet.", "Ma naħsibx li hemm xi gvern jew xi awtorità li jixtiequ li jkollna l-fatalitajiet, u allura bla dubju ta' xejn ma nistgħux nippolitiċizzaw dan l-aspett.", "Ir-rapport jindika li mill-2002 'l hawn dejjem kien hemm it-trend 'l isfel; imma mbagħad fl-2004 qisu ġara xi ħaġa u n-numri reġgħu kienu daqsxejn għoljin.", "Imbagħad kien hemm xi peaks rari 'l hemm u 'l hawn.", "Però bħala trend irridu ndaħħlu l-aspett li semma l-Onor.", "Zammit Lewis, li żdiedu l-ħaddiema u naqsu l-inċidenti.", "Jiġifieri l-equation hija ħafna ikbar milli qegħdin ngħidu, u allura rridu nkunu iktar kburin.", "Dan jurina kemm irridu nagħtu iktar riżorsi lil din l-Awtorità biex tagħmel iktar ġid f'dan il-qasam.", "Nappella biex il-ħaddiema, min iħaddem u l-pubbliku inġenerali jkunu iktar viġilanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' attenzjoni fuq il-post tax-xogħol.", "Kultant ir-riskju jiġi minn kunfidenza żejda, għax ikun hemm li nies jaħsbu li they can do it mingħajr ma jieħdu ċerti prekawzjonijiet, u mbagħad meta ssir it-traġedja nippuntaw subgħajna lejn min hu responsabbli minn dan il-qasam.", "Nirringrazzja ħafna lill-Awtorità, u nispera li l-Ministru tirrispondi l-mistoqsijiet tiegħi.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, fil-ftit ħin li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi biex nitkellem dwar din l-Awtorità nixtieq inwassal żewġ messaġġi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li forsi jinstemgħu xi ftit konfliġġenti.", "Qed ngħid hekk fis-sens li l-ewwel wieħed xtaqtu jkun messaġġ ta' apprezzament u ta' ringrazzjament lill-ħaddiema u lill-uffiċjali tal-OHSA.", "Ftit snin ilu, fir-rwol tiegħi ta' sindku, kemm-il darba kelli kuntatt u kelli bżonn affarijiet mill-OHSA, u rrid ngħid li r-responsabbiltà u d-diliġenza li juru l-ħaddiema f'din l-Awtorità hija xi ħaġa, kif ngħidu bl-Ingliż, to be commended.", "Għidt li ż-żewġ messaġġi jistgħu jinstemgħu li huma konfliġġenti, għax il-kumment l-ieħor hu li l-isfortuna hi li hemm il-feeling – għalkemm naħseb li hija verità – li f'pajjiżna qegħdin naraw iktar inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol u sfortunatament aktar persuni qegħdin jitilfu ħajjithom.", "Dan ma jfissirx li qed jiġri hekk għax l-OHSA jew il-ħaddiema tagħha mhumiex jagħmlu xogħolhom.", "F'dawn l-aħħar xhur, b'mod partikolari – nerġa' ngħid li b'daqshekk m'iniex qed nikkritika lill-qasam tal-kostruzzjoni per se u lil min hu involut fil-kostruzzjoni – rajna numru ta' nies jitilfu ħajjithom minħabba li kienu involuti f'inċidenti gravi fuq il-post tax-xogħol.", "Fejn tidħol il-kostruzzjoni, ix-xogħol qiegħed jiżdied u naħseb li bħala pajjiż irridu nħarsu ftit lejn x'hemm bżonn isir u lejn fejn sejrin l-affarijiet biex dan ma jibqax iseħħ.", "Jien ngħid li anke jekk tmut persuna waħda biss fuq il-post tax-xogħol għandna għalfejn ninkwetaw, aħseb u ara meta f'din l-aħħar sena rajna żieda fin-numru ta' nies li tilfu ħajjithom.", "Għalhekk il-messaġġ hu konfliġġenti, għax m'hemmx dubju li rridu nkomplu nżidu r-riżorsi lill-OHSA, kemm fejn jidħlu flus u anke fejn jidħlu nies.", "Hemm nies li huma tajbin u tinduna għax is-servizz li jagħtu huwa tajjeb ħafna.", "Naf li meta jsiru rapporti fi kwalunkwe post tax-xogħol, dawn jieħdu x-xogħol tagħhom bis-serjetà ħafna; imma, il-probabbiltà hi li għandhom backlog enormi u huwa umanament impossibbli li jkunu jistgħu jlaħħqu ma' dan ix-xogħol kollu.", "Allura xogħolna l-politiċi, l-ewwel u qabel kollox, hu li naraw li nagħtuhom ir-riżorsi neċessarji.", "Jien dejjem ngħid li meta tidħol is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ir-responsabbiltà hija tripartite.", "Hija responsabbiltà tal-Gvern u tagħna l-politiċi li nirregolaw u ninforzaw, għax huwa inutli li jkollok l-aħjar regoli fid-dinja jekk imbagħad ma tagħtix ir-riżorsi neċessarji biex ikun jista' jsir l-infurzar.", "Naturalment, ma nistgħux inwaħħlu biss fil-politiċi u fil-Gvern meta l-affarijiet imorru ħażin, imma irridu nifhmu wkoll li hemm ir-responsabbiltà tal-employer u tal-ħaddiema nfushom.", "Għalhekk għidt li r-responsabbiltà taqa' fuq tliet partijiet li jaraw li kemm jista' jkun naslu f'punt – naturalment huwa impossibbli, imma we have to keep on striving – li ħadd ma jweġġa' fuq il-post tax-xogħol.", "Naf li huwa ovvju li xi ħadd se jweġġa' fuq il-post tax-xogħol, imma l-għan prinċipali tagħna hu li nagħmlu kull ma nistgħu biex dan nevitawh.", "Ejja nkunu onesti magħna nfusna u nifhmu li għandna liġijiet tajbin, imma bħala politiċi rridu nżidu r-riżorsi lil din l-Awtorità biex tkun tista' tara li l-infurzar qiegħed isir u li kulħadd qiegħed iżomm mal-liġi.", "Fl-aħħar mill-aħħar, dawn huma liġijiet li saru u li se jibqgħu jsiru fil-futur biex jipproteġu lin-nies, imma ma nistgħux ninsew ir-responsabbiltà li għandhom l-employers u l-ħaddiema.", "Jien ħdimt fil-manifattura u kont niltaqa' ma' diversi ħaddiema, u l-verità hi li għad hawn sidien ta' kumpaniji li ma jattrezzawx il-fabbrika tagħhom kif suppost.", "Għad hawn sidien ta' kumpaniji li jipprovaw jieħdu shortcuts, u li qed jiġri hu li min jagħmel l-affarijiet kif suppost – m'hemmx dubju li biex tagħmel l-affarijiet kif suppost trid tinvesti l-flus – jibda jinduna li l-ispejjeż qegħdin jiżdidulu b'mod inġust għax il-kompetitur tiegħu mhux qed jagħmel dak li suppost jagħmel biex jipproteġi l-ħaddiema tiegħu, u allura hu ma jistax jikkompeti daqsu.", "Mela xogħolna hu li naraw li hu jibqa' jagħmel l-affarijiet kif suppost, jibqa' jinvesti u jara li kull ħaddiem għandu dak kollu li hemm bżonn biex jipproteġi lilu nnifsu, u mbagħad min-naħa l-oħra naraw li dak l-employer li jkun qed jieħu x-shortcuts u ma jinvestix kif suppost jibda jagħmel l-affarijiet sew.", "Madwar 15-il sena ilu kont naħdem f'fabbrika tal-istampar, kont għadni fil-mid-20s, u niftakar li ridna nixtru giljottina.", "Id-differenza fil-prezz ta' bejn il-giljottina li kienet skont is-safety standards – dak iż-żmien ma kienx hemm daqshekk awareness fuq safety standards – u l-oħra li ma kenitx up to standard, kien id-doppju, għax it-tajba kienet tiswa madwar Lm40,000 iktar.", "Niftakar id-diskussjoni li kien hemm f'livell ta' management fejn intqal: Jien se nonfoq Lm40,000 iktar fuq din il-makna, meta l-kompetitur tiegħi għandu makna orħos u jista' jgħaddi l-prodotti bi prezz ħafna inqas?", "Id-deċiżjoni li konna ħadna kienet li nagħmlu l-affarijiet kif suppost u nonfqu dawk l-Lm40,000.", "Imma tifhem id-dilemma li jkollu l-investitur.", "Għalhekk huwa importanti li naraw li jkun hemm level playing field u kulħadd jagħmel l-investiment kif suppost.", "Ovvjament, l-argument fl-aħħar mill-aħħar kien li aħjar nonfqu Lm40,000 iktar at this point in time u naraw kif nibqgħu kompetittivi, milli allaħares qatt iweġġgħalna xi ħaddiem fuq il-post tax-xogħol.", "Il-kumpanija dak iż-żmien kienet diġà timpjega madwar 100 ruħ u ma ridniex nimmaġinaw li jweġġgħalna xi ħadd.", "Id-deċiżjoni li ħadna dak iż-żmien kienet tajba u in the long run kienet worth it; imma tifhem din id-dilemma.", "Għalhekk huwa importanti li naraw li kulħadd iżomm mal-istess safety standards.", "Mhux qed nitkellem biss fuq l-aspett uman - fl-aħħar mill-aħħar dawn l-istandards isiru biex jipproteġu lilna u lill-ħaddiema - imma anke fejn jidħol l-aspett ekonomiku, huwa importanti li jkun hemm dawn l-istandards.", "Ir-responsabbiltà hija wkoll tal-ħaddiem innifsu.", "Ejjew inkunu onesti, għax jien naf b'kumpaniji fejn l-employer jagħti s-safety gear meħtieġ lill-ħaddiema tiegħu, u għal xi raġuni l-ħaddiema jiddeċiedu li ma jużawhx.", "L-Onor.", "Buttigieg fid-diskors tagħha semmiet li qisu hemm il-mentalità li it will happen to everybody, but it won't happen to me.", "Din taraha fuq il-postijiet tax-xogħol fejn l-employers jagħtu l-gear neċessarju, il-ħaddiema jużawh għal ftit ġimgħat, u mbagħad bil-mod il-mod jibdew jinsew is-safety shoes id-dar, jibdew jinsew il-harnesses xi mkien, u għax se nitla' għal ħames minuti biss, eċċ. Allura, filwaqt li nesiġu li l-ħaddiem jagħmel il-pressjoni kollha fuq l-employer li jara li jagħtih is-safety gear neċessarju, u fejn dan ma jsirx għandu jirrikorri għand l-OHSA biex tara li dan isir, fl-istess ħin il-ħaddiem għandu r-responsabbiltà li meta jkollu s-safety gear neċessarju għad-dispożizzjoni tiegħu, jużah.", "Dik hi r-responsabbiltà tripartite li għidt li bħala politiċi u bħala Gvern, kemm jista' ikun bir-riżorsi li għandna, inkomplu naraw li kull kumpanija żżomm mal-istandards neċessarji, imma fl-istess ħin il-ħaddiem u l-employer iridu jifhmu r-responsabbiltajiet li għandhom u jżommu magħhom.", "Xtaqt inħares ftit lejn ir-rapport annwali li ħareġ, u hemm diversi kwestjonijiet li naħseb li huma interessanti.", "Jien bdejt id-diskors tiegħi billi għidt li waħda mir-raġunijiet għalfejn għandi rispett lejn din l-Awtorità hi minħabba li l-esperjenza li kelli fil-Kunsill Lokali kienet xi ftit diffiċli.", "Qed ngħid hekk fis-sens li fil-lokalità ta' San Ġiljan kulħadd jaf kemm hemm xogħol ta' kostruzzjoni.", "Hija waħda mill-iktar bliet f'Malta u Għawdex fejn hemm kostruzzjoni, u allura lment li kienu l-ħin kollu jkellmuni fuqu n-nies kien jirrigwarda l-kostruzzjoni.", "Fejn kien hemm xi inkwiet dwar saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, bħala kunsill lokali – u kultant anke jien personali – konna nitkellmu mal-OHSA biex jidħlu fis-sitwazzjoni u jaraw x'jistgħu jagħmlu biex isolvuha.", "Mill-esperjenza tiegħi, nista' ngħid li fil-biċċa l-kbira tal-każi, is-sitwazzjoni ssolviet b'mod intelliġenti, mingħajr ħafna daqq ta' trombi.", "Dejjem iltqajt ma' uffiċjali li kienu jafu xogħolhom, kienu jafu kif imorru man-nies, kienu jafu x'jgħidu l-liġijiet, ma kienux jużaw saħħa żejda – naħseb li dik hija xi ħaġa importanti mhux biss fejn tidħol l-OHSA, imma fejn jidħol kull korp li għandu r-responsabbiltà li jinforza xi ħaġa – u ħafna drabi l-kwestjoni kienet tissolva u r-residenti kienu jindunaw li l-affarijiet setgħu jissolvew.", "Imma huwa importanti li tibqa' kemm jista' jkun viċin tal-kunsilli lokali.", "Mir-rapport annwali naf li l-OHSA qed tieħu inizjattivi f'dan ir-rigward u rridu nkomplu neħduhom, għax il-verità hi li, fil-maġġornaza tal-lokalitajiet tagħna, għandna kunsilli lokali effiċjenti, sindki u kunsilliera li verament iħobbu l-lokalità tagħhom u, fejn għandek kunsilliera u sindki li verament iħobbu l-lokalità tagħhom, bla ma jafu jkollhom feel brillanti tal-lokalità tagħhom, tant li jistgħu jwasslu informazzjoni utli ħafna lil din l-Awtorità, speċjalment meta din ma jkollhiex ir-riżorsi.", "Biżżejjed għandha problemi biex tlaħħaq max-xogħol li għandha, u allura żgur li wieħed ma jistenniex li toqgħod tmur tfittex fejn hemm il-problemi.", "Għalhekk, il-kunsilli qed iservu ta' għodod u ta' informazzjoni għal din l-Awtorità, u fejn jistgħu jindikawlha fejn hemm il-problemi.", "Xtaqt ngħaddi kumment dwar il-qasam tal-kostruzzjoni, għax fil-midja l-iktar li jiġu rrapportati inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol hu fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Bl-ebda mod ma rrid ngħid li dan hu xi qasam li m'għandniex bżonnu, jew nipprova npinġih b'mod iswed, għax naħseb li hija industrija li pajjiżna ma jistax jgħaddi mingħajrha.", "Imma, m'hemmx dubju li għandna bżonn nirregolaw dan il-qasam u ninforzaw ħafna iktar ir-regoli.", "Jekk tħares lejn il-mod kif jiġu mmaniġġati s-siti ta' kostruzzjoni f'pajjiżna u f'pajjiżi ċivilizzati Ewropej oħra – kif suppost li jsir f'pajjiżna wkoll – naħseb li tara differenza enormi.", "Allura, id-dmir tagħna l-politiċi, bla dubju, għandu jkun li naraw x'qed isir f'dan il-qasam, inħarsu ftit lejn il-work practices u naraw li sseħħ bidla radikali.", "M'iniex ngħid li din l-industrija għandha tieqaf u li m'għandux ikollna kostruzzjoni f'pajjiżna, imma rridu nbiddlu l-mod kif issir il-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Naħseb li lkoll kemm aħna sifirna.", "F'postijiet oħrajn, kultant tkun qiegħed viċin post ta' kostruzzjoni kbir u bilkemm tinduna, għax bl-istandards li jużaw fejn jidħol ix-xogħol u l-ambjent ta' madwarhom, jirrispettaw lin-nies li jgħixu fil-viċinanzi u jirnexxilhom iżommu l-post ta' madwarhom nadif.", "Naħseb li f'pajjiżna dan għandu jkun il-pass li jmiss fejn jidħol dan il-qasam, għax ma jistax ikun li fejn ikun hemm sit ta' kostruzzjoni, kull min jgħix 100 metru madwaru jrid ibati t-trabijiet, il-ħmieġ u l-istorbju.", "Dan meta fil-pajjiżi kollha ċivilizzati jeżistu modi kif dawn l-inkonvenjenti tista' tnaqqashom.", "Qed ngħid dan għax, fejn tidħol is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, jien konvint li jekk dan it-tripartite li tkellimt dwaru – jiġifieri l-politiċi, il-kuntratturi u l-ħaddiema – jeħduha bis-serjetà, m'għandix dubju li nibdew naraw ħafna inqas injuries fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Apparti minn hekk, ovvjament ikun hemm ħafna inqas skariġġ għal kull min jgħix fil-viċin, ħafna inqas ħmieġ fl-ambjent u inqas trakkijiet deħlin u ħerġin.", "Tkun għadek kif għamilt trid ġdida, wara xahrejn tibda tisfronda, għax prattikament qed niġu naqgħu u nqumu mill-istandards.", "Bħalissa għaddejjin minn boom ta' kostruzzjoni, u allura kulħadd irid jara kif jagħmel biex jaqta' l-kantunieri u nagħmlu kollox full speed, għax kif jispiċċaw dan ix-xogħol iridu jibdew ieħor, bir-riżultat li qegħdin iweġġgħu l-ħaddiema u sfortunatament anke jitilfu ħajjithom u n-nies li joqogħdu fil-madwar qegħdin ibatu.", "Dan apparti t-trabijiet li dawn jiġġeneraw u n-nies jibdew jimirdu bl-ażma, eċċ. Il-lista ma tispiċċa qatt.", "Issa dan mhux eżattament kompitu tal-OHSA, imma jien konvint li għal dawn il-problemi hemm is-soluzzjonijiet u, jekk aħna l-politiċi, flimkien mar-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-kostruzzjoni, inpoġġu bilqegħda u nipprovaw naslu għal dak li hu s-sens komun.", "M'għandix dubju li minn hawn u minn hemm inkunu kapaċi naslu.", "Kif għedt fil-bidu, l-esperjenza tiegħi ma' din l-Awtorità hi li din tagħmel ħafna xogħol mingħajr daqq ta' trombi – naħseb li dan huwa pożittiv, almenu kif naħsibha jien – imma naħseb li kultant ikun hemm bżonn xi ftit daqq ta' trombi, għax naħseb li hemm bżonn ikollna ftit iktar għarfien ta' x'tagħmel jew x'tista' tagħmel din l-Awtorità.", "Mir-rapport annwali naf li l-Awtorità qed tagħmel awareness raising among stakeholders; imma, naħseb li, għal raġuni jew oħra, jew forsi xi ftit tort tal-Awtorità, il-pubbliku inġenerali ma jafx li hemm din l-Awtorità u x'inhi tagħmel.", "Forsi tgħidli li jekk dawn joħorġu b'awareness campaign, iktar se jiżdidilhom ix-xogħol u iktar se jkollhom backlog.", "Jien nibqa' ngħid li waħda mill-affarijiet li hemm bżonn nagħmlu llum qabel għada hi li nżidu r-riżorsi kemm jista' jkun malajr, għax l-esperjenza tan-nies li kienu joqogħdu viċin xi sit ta' kostruzzjoni hi li raw affarijiet xi kultant tal-waħx – bħal ħaddiema mdendlin li taf li jekk allaħares qatt iqum ir-riħ jaqgħu – u dawn għamlu kuntatt mal-OHSA u raw lil din l-Awtorità taħdem u ssalva n-nies.", "Ħafna min-nies li messew mal-Awtorità fehmu li f'pajjiżna almenu hemm min jagħti kas, u allura naħseb li hemm bżonn ikun hemm kampanja ta' marketing u għarfien mhux biss mal-istakeholders, imma mal-pubbliku inġenerali.", "Qabel ma nikkonkludi dan id-diskors, nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-asbestos.", "Naf li l-Awtorità dan tieħdu bis-serjetà ħafna.", "Bħala pajjiż ilna naħdmu biex neradikaw l-asbestos darba għal dejjem minn pajjiż li kien prattikament jibni bl-asbestos biss, wara li snin ilu ndunajna li dan qed jagħmel ħafna deni lin-nies.", "Xtaqt li forsi l-Ministru taġġornana ftit dwar fejn wasalna, għax fil-verità r-rapport annwali ftit jagħti informazzjoni dwar x'sar fl-aħħar sena fil-qasam tal-asbestos.", "Naf li din hija xi ħaġa ongoing ta' din l-Awtorità, imma jkun tajjeb li l-Ministru tkellimna ftit dwar fejn qegħdin u, matul l-aħħar xhur, kemm irnexxielna neradikaw l-asbestos mill-bini tagħna, b'mod speċjali mis-soqfa tagħna, x'fadal xi jsir, ir-rata tan-nies li qegħdin ibatu minħabba mard relatat mal-asbestos, kemm qegħdin innaqqsuh u xi progress qed isir.", "Sur President, se nikkonkludi dan id-diskors kif ftaħt, billi nagħti ħajr lil kull min hu involut f'din l-Awtorità, li forsi mingħajr ma nafu tippreveni milli n-nies iweġġgħu jew imutu fuq il-post tax-xogħol.", "Però hemm bżonn li nagħtuhom ir-riżorsi neċessarji biex dan ikunu jistgħu jagħmluh aħjar.", "Hemm bżonn ukoll li jkollna iktar għarfien, speċjalment fost il-ħaddiema u l-employers, li s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhijiex biss responsabbiltà tal-Gvern, tal-politiċi u tal-OHSA, imma tal-ħaddiema u tal-employers ukoll.", "Jekk naħdmu flimkien, jien konvint li nkunu nistgħu niksbu riżultati ħafna aħjar.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Jekk m'hemms iktar rimarki, insejjaħ lill-Ministru Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tikkonkludi dan id-dibattitu.", "HELENA DALLI: Sinjura President, se nibda b'kumment politiku għax sar kumment politiku, imbagħad se nkompli fuq dak li hu tekniku, għax dan huwa suġġett tekniku.", "Peress li l-Onor.", "Buttigieg qed tippresiedi l-Kamra, ma nafx jekk skont il-proċedura għandix nindirizzaha fl-ewwel persuna.", "Għandi daqsxejn dilemma.", "Hekk aħjar għax solvejtli dilemma, Sur President.", "Ridt nindirizza lill-kollega tiegħi u peress li kienet fis-Sedja, kelli diffikultà jekk nindirizzahiex fl-ewwel persuna.", "L-ISPEAKER: Ministru, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "Buttigieg ħasbet li l-Partit Nazzjonalista għadu fil-gvern u wżat l-istess ton arroganti li kien jintuża dak iż-żmien, u qalet: Jiena naf kif se twieġeb il-Ministru.", "Se tgħidli: La għandna maġġoranza bħal dik, nagħmlu li rridu.", "Infakkar lill-Onor.", "Buttigieg li kien Gvern Nazzjonalista li qal: Aħna għandna maġġoranza ta' ħames siġġijiet u nagħmlu li rridu.", "Mela titfixkilx, taħsibx li għad hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, għax il-Partit Laburista ma jitkellimx hekk!", "Dan li qed ngħid li qal il-Partit Nazzjonalista fil-gvern qiegħed on record, jiġifieri tista' ssibu u tara li qegħda nikkwotah preċiż.", "Sur President, hija l-umiltà mhux l-arroganza li tmexxina 'l quddiem.", "Il-poplu Malti baqa' jżid l-appoġġ tiegħu lejn il-Partit u l-Gvern Laburista għax aħna naħdmu għall-pajjiż kollu bis-serjetà u bl-integrità.", "Però, iżjed minn kollox, naħdmu għal dan il-poplu bl-umiltà.", "Allura meta tiġi kollega f'din il-Kamra u tgħidli li diġà taf x'se ngħid, dik hija l-arroganza tal-Partit Nazzjonalista li ma jridx jitgħallem u ma jridx ibiddel il-mod kif jagħmel il-politika.", "Aħna nimxu bis-serjetà u bl-umiltà f'kull ħaġa li nagħmlu, u dan qed jiġi apprezzat mill-poplu Malti bit-tweġiba li qed jagħti għax-xogħol ta' dan il-Gvern billi mill-2013 'l hawn dejjem żied l-appoġġ lejn dan il-Gvern.", "Naħseb li xi ħaġa tajba qegħdin nagħmlu, anzi qegħdin nagħmlu ħafna tajjeb.", "Hemm fejn nirranġaw u rridu nisimgħu aktar lil min għandu kritika lejn dan il-Gvern, però żgur li ma tistax tiġi hawnhekk u b'arroganza tgħidli li taf kif se nwieġeb.", "Jiena naf kif wieġbu gvernijiet Nazzjonalisti għax kont preżenti, imma ma tistax tgħid li taf kif se nwieġeb jien.", "M'għandekx dritt tgħid hekk, u din l-umiltà u din is-serjetà urejnieha wkoll fl-operat ta' din l-entità.", "Irrid nirringrazzja lill-ħaddiema ta' din l-entità, minn fuq nett s'isfel nett, għax-xogħol kbir li qegħdin jagħmlu.", "Ngħaddi għal dak li qal l-Onor.", "Jiddispjaċini ngħid li niġu f'din il-Kamra biex niddiskutu rapport ta' entità, u min jitkellem dwaru lanqas biss ikun qrah.", "Qed ngħid hekk għax kieku ndenja ruħu jaqra r-rapport ma kienx jiġi jgħid li l-korrimenti u l-imwiet qegħdin jiżdiedu, meta f'dan ir-rapport hawn ċar u tond li qegħdin jonqsu.", "Ma nistax nifhem kif tiġu f'dan il-Parlament b'dan in-nuqqas ta' serjetà.", "Ma tistmawhx lill-Parlament!", "Jien lanqas jgħaddili minn moħħi li mmur nitkellem fuq rapport li lanqas biss inkun qrajtu!", "L-affarijiet mhumiex isiru bis-serjetà.", "Ridt nibda d-diskors tiegħi b'dan il-bracket politiku, għax kif diġà semmejt, sar kumment politiku.", "Però issa se ngħaddi għal dak li hu tekniku.", "Għal din l-Awtorità, għas-sena finanzjarja li bdiet fl-1 ta' Jannar ta' din is-sena u li tagħlaq fl-aħħar ta' Diċembru, qegħdin nipproponu nefqa ta' €1.683 miljun.", "Parti sostanzjali minn din in-nefqa se tintefaq f'salarji tal-impjegati u l-uffiċjali tal-Awtorità, fosthom allowances, kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u onorarja lill-membri tal-Awtorità, filwaqt li l-ispiża operattiva tammonta għal €287,179.", "L-Awtorità qed tinkludi kontinġenza ta' €1,165 li jintużaw jekk ikun hemm appell jew appelli kontra deċiżjonijiet ta' Uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, skont kif previst fl-Att innifsu.", "Matul l-2019, l-Awtorità mistennija tiġġenera €162,262 f'fondi, jiġiferi €150,000 f'multi amministrattivi, €100,000 minn kampanji ta' natura promozzjonali u €2,262 minn miżati relatati maż-żamma tar-reġistru ta' persuni kompetenti.", "Meta jkun ikkonsidrat is-surplus li għamlet l-OHSA matul l-2018, li qed ikun trasferit għall-2019, din l-entità se tagħlaq is-sena finanzjarja 2019 b'deficit proġettat ta' €270,744.", "Dan jinkludi żidiet f'salarji u benefiċċji oħra li joħorġu mill-ftehim kollettiv attwali, kif ukoll iż-żieda mistennija fin-nefqa operazzjonali.", "Dan l-ammont se jkun kopert mill-Fond Akkumulat tal-OHSA li, sal-aħħar tas-sena 2018, kien jammonta għal €879,916.", "Ir-rapport ta' ħidma qed jiġi ppreżentat għad-diskussjoni f'din il-Kamra skont kif inhu mitlub li jsir fl-Att li jwaqqaf din l-Awtorità.", "Irrid nieħu l-opportunità biex nerġa' nirringrazzja lill-OHSA għax-xogħol siewi li qiegħda tagħmel biex inkomplu nkattru kultura ta' prevenzjoni u protezzjoni biex b'hekk inkomplu nnaqqsu l-inċidenti u l-mard relatat max-xogħol.", "L-għan aħħari tagħna bħala pajjiż hu li jkollna postijiet tax-xogħol li jħarsu lejn il-kunċett tas-saħħa u s-sigurtà bħala fattur kruċjali fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni, u biex jintlaħaq dan l-għan jeħtieġ li jkun hemm impenn kollettiv.", "Ma jistax ikollna postijiet tax-xogħol siguri u li jirrispettaw is-saħħa tal-individwi jekk ma naħdmux flimkien.", "Hawn qed nirreferi għas-social partners – is-soċjetà ċivili, il-Gvern, min iħaddem u l-ħaddiema nfushom – għax, minkejja li aħna nagħmlu l-qafas leġiżlattiv, il-ħaddiema jridu jsegwu l-istruzzjonijiet li jingħataw fuq il-post tax-xogħol tagħhom.", "Jekk hemm xi affarijiet li jridu jilbsu bħala protezzjoni bħal, pereżempju, safety shoes u hard hats, iridu jsegwu l-ordnijiet biex is-saħħa tagħhom tiġi mħarsa.", "Dan ma japplikax biss għas-siti ta' kostruzzjoni; jekk taħdem fuq computer trid tara kif għandek toqgħod bilqiegħda u l-għamara li taħdem fuqha għandha tgħinek biex taħdem komdu.", "Irid isir dan l-isforz kollettiv biex kulħadd ikun konxju tad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu waqt li jkun qiegħed jagħmel xogħlu.", "Is-sena li għaddiet kellna erba' mwiet fuq il-post tax-xogħol u, bħalma dejjem ngħid, erba' imwiet huma wisq.", "Jekk jista' jkun lanqas mewt ta' persuna waħda m'għandu jkollna.", "Għalhekk irridu nkomplu naħdmu u nibqgħu nqajmu din il-kuxjenza dwar il-prevenzjoni.", "Bħalma dejjem nagħmel, se nieħu din l-okkażjoni biex insellem il-memorja ta' dawk il-ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol.", "Nappella u nfakkar li l-fatt li toħroġ għax-xogħol u tidħol lura qawwi u sħiħ mhuwiex xi privileġġ, iżda huwa dritt fundamentali li hu salvagwardat mill-Kostituzzjoni tagħna, mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u b'regolamenti speċifiċi li jirregolaw il-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Id-dritt li taħdem f'ambjent li jissalvagwarda s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem għandu jkun fuq quddiem nett fl-aspetti kollha tax-xogħol, għax ħdejn is-saħħa m'hemm xejn.", "Taħdem kemm taħdem, jekk m'intix b'saħħtek, dak li tagħmel jisfa fix-xejn.", "Allura ma rridux inħallu li l-fatt li tmur taħdem biex taqla' l-għajxien tiegħek ikun is-sors biex timrad jew titlef ħajtek.", "Qatt ma nistgħu ngħidu biżżejjed kemm hu importanti dan il-ħarsien.", "Hemm tendenza li ċerti nies joqogħdu jistennew lill-OHSA biex jieħdu l-miżuri meħtieġa, miżuri li fl-aħħar mill-aħħar huma obbligati li jieħdu skont ir-regolamenti.", "Qed nenfasizza dan il-punt minħabba l-fatt li mhux biss hu realistikament impossibbli li l-Ispettorat tal-Awtorità jkun preżenti fuq kull post tax-xogħol, imma lanqas huwa mistenni li jkun hekk.", "Hemm ir-regolamenti, u kull min iħaddem u kull ħaddiem għandhom jimxu magħhom.", "L-ispezzjonijiet isiru u jeħtieġ li jkomplu jsiru; però, min iħaddem m'għandux jistenna l-ispezzjoni biex jiġi in order fejn jidħol il-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema tiegħu.", "L-istess, min jaħdem ma jridx joqgħod jistenna l-inspector biex jgħidlu li jrid jilbes is-safety boots, għax hu jaf li għandu jilbes is-safety boots li ġie pprovdut lilu.", "Il-qafas leġiżlattiv jagħmilha ċara li r-riskju dejjem għandu jkun indirizzat mill-persuna li tkun qiegħda toħloq dak ir-riskju.", "Fil-każ tagħna, ir-regolamenti jpoġġu diversi obbligi onerużi fuq min iħaddem biex jiżgura li jipprovdi ambjent tax-xogħol sigur u li jirrispetta d-dinjità tal-ħaddiema.", "Dan ma jfissirx li l-obbligi legali qegħdin biss fuq min iħaddem.", "Anzi, dawn ir-regolamenti jagħmluha ċara li kulħadd hu obbligat li jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà tiegħu u ta' min jista' jiġi affettwat bl-ommissjonijiet jew bl-azzjonijiet tagħhom.", "Fil-fatt, il-qafas leġiżlattiv dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jipprovdi d-duty holders li jikkonsistu f'min iħaddem, il-persuna li taħdem għal rasha, il-ħaddiema, kif ukoll il-klijent u s-supervisor tal-proġett f'każ ta' xogħol ta' kostruzzjoni.", "Infakkar li l-qafas leġiżlattiv Malti huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-prevenzjoni.", "Dan ifisser li l-miżuri li għandhom jittieħdu minn min iħaddem biex jiġi evitat dannu fiżiku u psikoloġiku, korriment jew imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ġenerali ta' prevenzjoni, fejn l-evitar tar-riskju u l-kontroll mill-bidu ta' riskji li ma jistgħux jiġu evitati għandhom jingħataw prijorità f'kull deċiżjoni li tittieħed.", "Kif diġà għedt, anke korriment wieħed huwa ħafna, aħseb u ara mewt; però, fl-istess ħin trid issir referenza għall-fatt li mill-aspett ta' statistika, ir-rati ta' korrimenti u mwiet fuq il-post tax-xogħol qegħdin ikomplu jonqsu, għal min qara r-rapport.", "Bħala Gvern ninsabu kommessi li nibqgħu naħdmu u nsaħħu dan il-qasam fl-aħjar interess tal-ħaddiema, tan-nazzjon, tas-soċjetà, tal-ekonomija u ta' min iħaddem.", "Ta' spiss nisimgħu b'diversi interpretazzjonijiet li ma jagħtux stampa ċara tal-fatti, u għalhekk għandha tintwera kawtela meta jkun hemm analiżi tal-istatistika.", "Huwa importanti li, meta nħarsu lejn l-istatistika, inħarsu lejn ix-xejriet matul perijodu ta' żmien, għax iktar ma jkun twil iż-żmien iktar ikun possibbli li ssir analiżi serja u statistikament valida.", "L-istatistika tinġabar mill-OHSA u tiddistingwi bejn is-setturi ekonomiċi differenti.", "Dan jgħin biex ikun jista' jiġi identifikat is-settur assoċjat mal-ogħla rata ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol.", "L-istatistika turi li, għar-raba' sena konsekuttiva, fis-sena 2018 is-settur assoċjat mal-ogħla rata ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol kien dak tat-trasport u l-ħażna, u warajh jiġu l-kostruzzjoni u l-manifattura.", "L-analiżi tal-istatistika tgħin lill-OHSA biex tidentifika dawk is-setturi li jkunu jeħtieġu aktar attenzjoni minn oħrajn.", "Dan ma jfissirx li s-setturi l-oħrajn ma jingħatawx l-attenzjoni li hemm bżonn, għax fil-verità kull xogħol għandu r-riskju tiegħu – din hija xi ħaġa li l-OHSA dejjem tgħid – però f'ċerti oqsma jrid isir iktar xogħol u trid titqajjem iktar kuxjenza minn oqsma oħrajn, anke permezz ta' edukazzjoni li tingħata f'diversi setturi.", "Il-fatt li f'ċerti oqsma hemm iktar riskju mhuwiex xi ħaġa esperjenzata hawn Malta biss, iżda huwa esperjenzat f'diversi pajjiżi oħrajn.", "Fil-fatt, settur partikolari li jġib diversi riskji miegħu huwa dak tal-kostruzzjoni, minħabba l-fatt li l-ambjent tax-xogħol jinbidel minn mument għall-ieħor, u għandek diversi attivitajiet u fatturi li faċilment iżidu r-riskju ta' xi inċident jew mard relatat max-xogħol.", "Riskju komuni ħafna f'dan is-settur huwa dak tal-waqgħat mill-għoli, u ħafna mill-inċidenti fatali li jseħħu f'siti ta' kostruzzjoni jsiru għal din ir-raġuni.", "Minkejja l-attivitajiet kontinwi tal-OHSA, partikolarment f'dan is-settur, xorta jkun hawn min ma jindirizzax dawn ir-riskji kbar li huma tant evidenti, li tarahom meta tkun għaddej fit-triq, u li faċilment iwasslu għal korrimenti serji u saħansitra mwiet.", "Hemm fatturi oħrajn li jżidu r-riskju tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, fosthom in-nuqqas ta' komunikazzjoni, partikolarment fejn ikun hemm ħaddiema mhux Maltin li xi kultant ikun diffiċli għalihom li jikkomunikaw bil-Malti.", "Hawn se nagħmel daqsxejn ta' parentesi u se nilbes il-kappell ta' Ministru għall-Integrazzjoni, u ngħid li qegħdin norganizzaw dawn il-korsijiet tal-Ingliż u l-Malti għall-ħaddiema li mhumiex Maltin biex, fis-settur tax-xogħol tagħhom, kemm jekk huma waiters u kemm jekk jaħdmu fil-kostruzzjoni, ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar mal-kollegi tagħhom u mal-klijenti.", "Il-lingwa hija essenzjali wkoll fil-postijiet tax-xogħol li huma high risk, għax il-komunikazzjoni tgħin.", "Meta jseħħu dawn l-inċidenti fejn ikun hemm nuqqas ta' komunikazzjoni, il-ħaddiema ma jkunux ingħataw l-istruzzjonijiet meħtieġa biex ikunu informati dwar il-metodoloġija tax-xogħol u l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni li għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu l-problemi, jew ġieli jkunu ngħataw l-istruzzjonijiet u forsi ma jkunux fehmuhom.", "Dan l-aħħar ittieħdu diversi inizjattivi li jħarsu l-ħaddiema mhux Maltin, partikolarment fejn jidħlu kundizzjonijiet tax-xogħol u fatturi oħrajn relatati mas-saħħa u s-sigurtà.", "Naturalment, iktar ma jkollna ħaddiema mhux Maltin jaħdmu f'Malta u f'Għawdex, iktar irridu nżidu l-għarfien ta' dan is-settur lil dawn in-nies u naraw li l-messaġġ jaslilhom.", "Il-ħaddiema, kemm jekk huma Maltin u anke jekk huma barranin, huma importanti, bħalma huwa importanti dak li s'issa wassalna b'suċċess lill-ħaddiema biex jifhmu l-kultura, jifhmu l-ilsien Malti u l-Ingliż ħalli nkunu nistgħu nkellmuhom fuq dak li jeħtieġ ikunu jafu biex ikunu protetti fuq il-post tax-xogħol.", "Dan diġà bdejna nagħmluh ma' dawk il-persuni li għandhom inqas għarfien tal-lingwa Ingliża u Maltija, u għandhom inqas għarfien tal-kultura tagħna.", "Hemm ukoll il-kultura tax-xogħol u huwa tajjeb li dik il-kultura jkollhom għarfien tagħha ħalli jkollhom iktar sigurtà u serenità fuq il-post tax-xogħol.", "Ħafna drabi ma jkunx hemm serenità għax ma jkunx qed jinftiehem x'inhu l-work ethic ta' dak il-post tax-xogħol u dan jista' jqabbdek id-dwejjaq u jista' jdaħħlek f'dipressjoni, u allura filgħodu jibdew jaqbduk id-dwejjaq għax tkun sejjer ix-xogħol.", "Dawn huma kollha affarijiet li rridu nkomplu nidħlu fihom b'mod iktar speċifiku issa li għandna din is-sitwazzjoni fejn għandna ħafna ħaddiema li mhumiex Maltin.", "Fil-fatt, fil-kors li qegħdin nagħmlu fejn ngħallmu l-Ingliż u l-Malti, qegħdin ngħallmuhom il-kultura Maltija u l-liġijiet Maltin, speċjalment fejn jidħlu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għax huwa essenzjali li jkollhom għarfien tad-drittijiet u l-obbligi rikjesti minnhom fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-verità, Malta ilha diversi snin tesperjenza l-ingaġġ ta' ħaddiema mhux Maltin, partikolarment fl-industrija tat-turiżmu u tal-kostruzzjoni.", "Irrid ngħid li fi żmien meta Malta kellha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, l-OHSA kienet organizzat konferenza internazzjonali fuq il-ħaddiema vulnerabbli, fosthom ħaddiema li mhumiex Maltin.", "Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol kienu rrikonoxxew l-importanza ta' din l-inizjattiva li ħadet l-OHSA biex tindirizza din ir-realtà.", "Ovvjament, ir-realtà ta' ħaddiema li mhumiex Maltin mhijiex realtà tagħna biss, imma hija realtà tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea li komplew ħadmu fuq l-inizjattiva li bdiet l-OHSA ta' Malta.", "Irrid nenfasizza li l-ħaddiema barranin – din lanqas għandi għalfejn ngħidha, imma kultant nara sitwazzjonijiet fejn naħseb li jkolli ngħidha – għandhom jingħataw l-istess protezzjoni li jingħataw il-ħaddiema Maltin.", "Aħna nitkellmu ħafna kontra d-diskriminazzjoni.", "Ħaddiem huwa ħaddiem, u allura, ġej minn liema pajjiż ġej u għandu liema kulur għandu, id-dinjità tiegħu trid tkun rispettata meta dan imur fuq il-post tax-xogħol biex jaqla' l-għajxien tiegħu.", "Assolutament m'għandha tiġi aċċettata l-ebda forma ta' diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema.", "Mill-aspett ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-ħaddiema li mhumiex Maltin hija miktuba fir-regolamenti tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fejn jingħad b'mod speċifiku li għandu jkun id-dmir ta' min iħaddem li jieħu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha biex jipproteġi gruppi partikolarment sensittivi għal xi riskju, jew li huma vulnerabbli kontra l-perikli li jaffettwawhom speċifikament.", "Ir-regolamenti jkomplu joffru iktar protezzjoni billi jesiġu li min iħaddem jiżgura li l-ħaddiema temporanji jingħataw l-istess livell ta' protezzjoni tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol bħal dak ta' ħaddiema oħrajn fl-impriża.", "Il-fatt li ħaddiem ikun ġie impjegat b'mod temporanju m'għandux jiġġustifika trattament differenti fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.", "Taħdem sagħtejn u taħdem tmien sigħat ma tagħmilx differenza fil-protezzjoni li għandu jkollok fuq il-post tax-xogħol.", "Jekk għandek l-obbligu li tilbes il-hard hat, ma tridx toqgħod tgħid li se taħdem siegħa jew sagħtejn biss, għax tista' taqla' daqqa fuq rasek f'sekonda, aħseb u ara f'siegħa.", "Jiġifieri, it goes both ways li tieħu ħsieb saħħtek u tuża l-protezzjoni, kemm jekk qed taħdem għal ftit sigħat u anke jekk qed taħdem il-ġurnata kollha.", "Hemm dawn l-obbligi min-naħa tal-ħaddiema u min-naħa ta' min iħaddem li jieħdu ħsieb il-kundizzjonijiet tax-xogħol.", "Dan narawh permezz tad-Department of Industrial and Employment Relations (DIER) – u hawnhekk nilbes kappell ieħor – li hija area oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi.", "Hawn irrid insemmi diskriminazzjoni li kienet qiegħda ssir ma' grupp ta' ħaddiema Indjani fejn, proprju l-ġimgħa l-oħra, wara investigazzjoni li saret mid-DIER, ħadu eluf ta' ewro f'arretrati wara li ġie rrapportat minn xi ħadd minnhom li kienu qegħdin jitħallsu inqas milli suppost.", "Saru diskussjonijiet twal ma' min iħaddem lil dawn in-nies – l-employer inzerta mhux Malti, però, kif għedt fil-bidu, il-ħaddiema huma ħaddiema u employers huma employers, kemm jekk huma Maltin u anke jekk mhumiex – u wara din l-investigazzjoni, li jidhirli li ġiet imħabbra fil-ġurnali jumejn ilu, dawn il-ħaddiema mhux biss inbidlulhom il-kundizzjonijiet tax-xogħol mil-lum 'il quddiem, imma ħadu mijiet ta' eluf ta' ewro f'arretrati ta' meta kienu qegħdin jitħallsu mhux kif suppost.", "Dawn kienet qed issir diskriminazzjoni magħhom u, wara li investigajna, qed jingħataw kumpens mingħand l-employer tagħhom.", "Nieħu din l-opportunità biex inħeġġeġ li min ikollu kundizzjonijiet tax-xogħol mhux kif suppost biex jirrapporta lid-DIER, u dan jagħmel spezzjoni minnufih.", "Kien għalhekk li s-sena l-oħra konna qassamna fid-djar kollha ta' Malta u Għawdex charter miktub b'mod sempliċi dwar id-drittijiet tal-ħaddiema, biex kull ħaddiem ikun jista' jirreferi għalih u jkun jaf jekk hux qiegħed jitħallas kemm suppost u jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu humiex skont il-liġi.", "Naħseb li dan għen, għax saru iktar rapporti lid-DIER.", "Però, nafu wkoll li għad hemm min joqgħod lura milli jirrapporta.", "Dawk li rrapportaw ħadu dak li ħaqqhom mhux biss mil-lum 'il quddiem, imma anke b'lura.", "Irrid ngħid li huwa importanti li meta l-employers ikunu investigati, jikkoperaw.", "Ovvjament, dawn raw li ma kellhomx raġun u rrimedjaw is-sitwazzjoni.", "Qed insemmi din is-sitwazzjoni għax kont qed nitkellem dwar ħaddiema mhux Maltin li qegħdin jaħdmu f'pajjiżna – f'dan il-każ il-ħaddiema u l-employers ma kenux Maltin – u l-kunċett li ma tistax tiddiskrimina kontra ħaddiema sempliċement għax mhumiex Maltin.", "Il-liġijiet qegħdin hemmhekk għal kulħadd u għalhekk, jekk qed taħdem f'Malta, trid timxi mal-liġijiet ta' Malta.", "Hemm diversi miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni li għandhom jittieħdu f'dawn il-każijiet, bl-iktar miżura importanti tkun dik tal-evalwazzjoni tar-riskju li bħala eżerċizzju għandu jieħu in konsiderazzjoni l-ħaddiema kollha, inkluż dawk li mhumiex Maltin u dawk temporanji.", "Nittama li għad niġi f'din il-Kamra u ma jkollix għalfejn ngħid li l-ħaddiema mhux Maltin u l-ħaddiema temporanji għandu jkollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol, għax it goes without saying li kull bniedem għandu d-dinjità tiegħu u kull ħaddiem qed imur għax-xogħol biex jaqla' l-ġurnata tax-xogħol tiegħu, u allura għandu jkun rispettat u jieħu dak li huwa dovut lilu bi dritt u mingħajr l-ebda diskriminazzjoni, hu min hu.", "Min iħaddem għandu jiżgura wkoll li l-ħaddiema barranin u dawk temporanji jiġu kkonsultati fuq il-miżuri li qegħdin jittieħdu biex jiġu evitati r-riskji u l-perikli fuq il-post tax-xogħol.", "Qasam ieħor importanti ħafna huwa dak tat-taħriġ.", "Il-ħaddiema jridu jkunu mħarrġin biex ikunu jafu x'għandhom jagħmlu meta jiltaqgħu mar-riskji u l-perikli fuq il-post tax-xogħol.", "Dan it-taħriġ għandu jkun adattat biex jieħu inkonsiderazzjoni riskji ġodda jew riskji li ġew mibdula, u fejn ikun meħtieġ għandu jkun repetut.", "Ma' dawn l-aspetti hemm ukoll dawk tas-superviżjoni.", "Is-superviżjoni tal-ħaddiema hija meħtieġa biex jiġi żgurat li qegħdin jimxu mar-regoli dwar is-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll biex ma jiġux esposti għal riskji u perikli li ma jkunux ikkontrollati.", "Huwa biss b'dawn il-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni li nkunu nistgħu noffru postijiet tax-xogħol li jirrispettaw id-dinjità u l-ħajja tal-ħaddiema.", "Ovvjament, dan ma jfissirx li qed nistennew li l-postijiet tax-xogħol ma jkollhom l-ebda riskju, għax anke jekk toħroġ barra u taqsam it-triq għandek riskju.", "Il-ħajja hija kollha riskji, però huwa mistenni minn min iħaddem li jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għal ippjanar effettiv, organizzazzjoni, kontroll, monitoraġġ u reviżjoni tal-miżuri preventivi u protettivi.", "Isiru l-inċidenti wara li jsiru dawn l-affarijiet kollha, aħseb u ara li kieku ma jsirux!", "Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ovvjament, hija xi ħaġa li tinteressana lkoll.", "Ilkoll irridu naħdmu flimkien sabiex inkattru dik il-kultura pożittiva fejn is-saħħa u s-sigurtà mhux biss jingħataw l-attenzjoni meħtieġa, iżda jsiru aspetti intrinsiċi fl-operat ta' kull kumpanija.", "L-OHSA dejjem tisħaq fuq din il-ħaġa, u għalhekk tgħallem u tagħmel is-seminars biex dan is-suġġett ikun parti intrinsika fl-operat ta' kull post tax-xogħol.", "Kif nafu lkoll, ħafna mill-inċidenti jseħħu minħabba negliġenza, u f'ħafna każijiet issib li l-inċidenti setgħu faċilment ġew evitati b'daqsxejn attenzjoni.", "Kif għedt, inċident iseħħ f'sekonda u, jekk ma joqtlokx, jista' jbiddillek ħajtek għal dejjem.", "Irridu nżommu f'moħħna li l-effetti tal-inċidenti ma jinħassux mill-vittmi biss, imma wkoll mill-familjari tagħhom, għax ħajjithom tinbidel u jkollhom jiffaċċjaw dawn ir-realtajiet.", "Għalhekk, bħala soċjetà għandna d-dmir li nieħdu ħsieb is-saħħa u s-sigurtà tagħna u ta' min jista' jiġi affettwat minn azzjonijiet jew minn ommissjonijiet.", "Inċident jista' iseħħ mhux biss għax tagħmel xi ħaġa ħażina, imma jista' iseħħ ukoll għax ma tkunx għamilt xi ħaġa biex tevita li jseħħ inċident.", "Waħda mid-diversi funzjonijiet li għandha l-OHSA hija dik li twassal informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà u dwar il-metodi meħtieġa biex jiġu evitati l-korrimenti, il-ħsara għas-saħħa, jew il-mewt fuq il-post tax-xogħol.", "Għal dan l-għan, l-OHSA torganizza diversi attivitajiet b'temi differenti biex tkompli twassal din l-informazzjoni.", "Nagħmlu kemm nagħmlu u ngħidu kemm ngħidu, il-fatt li għad għandna l-inċidenti u l-imwiet, minkejja li naqsu, ifisser li xi ħadd mhux qed jimxi mar-regoli, u li xi ħadd mhux qed jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji biex l-inċidenti ma jseħħux.", "Allura, huwa importanti li x-xogħol tal-OHSA jkompli jsir u li din tkompli tissaħħaħ bir-riżorsi finanzjarji u bir-riżorsi umani biex inkomplu nkattru din il-kultura ta' saħħa u sigurtà.", "Sar il-ħin biex nikkonkludi dan id-diskors.", "Kelli ħafna iżjed xi ngħid għax ridt nitkellem dwar ir-radiation protection, li hija xi ħaġa importanti.", "Issa għandna l-Awtorità u l-liġi li tipproteġina mir-radjazzjoni, u qed isir ħafna xogħol ieħor.", "Nittama li darb'oħra jkolli l-okkażjoni li nitkellem dwar ix-xogħol importanti li qed tagħmel din l-awtorità.", "Nerġa' nagħti ħajr liċ-Chairperson, lis-CEO u lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'din l-awtorità, u nittama li jkollna iktar nies li jkomplu jkattru din il-kuxjenza biex naraw li l-istatistika tkompli tonqos, mhux l-inqas bil-prevenzjoni u bl-edukazzjoni f'dan il-qasam.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru Helena Dalli.", "Skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, din se tittieħed fid-19 ta' Ġunju.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tressaq l-aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "HELENA DALLI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għassena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, l-ewwel parti ta' dan l-intervent se niddedikah għall-kunsilli lokali.", "Bħala kelliem tal-Oppożizzjoni ħassejt li fl-ewwel okkażjoni li jkolli ngħid kelmtejn dwar dak li seħħ nhar is-Sibt li għadda meta ninsabu biss ftit sigħat 'il bogħod mill-proċess tal-għadd tal-voti b'rabta mal-kunsilli lokali.", "Qabelxejn, f'isem l-Oppożizzjoni nixtieq nirringrazzja lill-poplu Malti għall-parteċipazzjoni tiegħu f'dan il-proċess demokratiku ta' nhar is-Sibt li għadda, kemm fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u mhux b'inqas f'dawk tal-kunsilli lokali.", "Ir-ringrazzjament imur ukoll għall-kandidati kollha li taw il-ħin tagħhom u mpenjaw ruħhom b'rabta mal-kandidatura tagħhom.", "Se nkun qiegħed niffoka dwar il-kunsilli lokali għax, kif diġà għedt, ninsabu biss ftit sigħat 'il bogħod milli jibda l-għadd tal-voti fejn il-lokalitajiet se jkunu qegħdin jinqasmu fuq tlett ijiem – illum, għada u l-Ġimgħa.", "Naħseb li jkun tajjeb li nuru l-gratitudni tagħna lejn dawk li ma kkontestawx fl-elezzjonijiet ta' nhar is-Sibt li għadda imma li fl-aħħar leġiżlatura taw il-kontribut tagħhom fil-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex.", "Dan il-ħsieb iwassalni biex nirringrazzja wkoll lil dawk il-mijiet ta' individwi li għall-ħames snin li ġejjin qed joffru s-servizz tagħhom b'risq il-lokalitajiet tagħna.", "Irrid ngħid li jiġri x'jiġri abbażi ta' min jitla' u ma jitlax, ir-ringrazzjament għandu jkun b'mod globali għal dawk kollha li ħadu sehem.", "Huwa tajjeb li wieħed jirrikonoxxi s-sagrifiċċji li kull kandidat jasal biex jagħmel meta jkun iddeċieda li jikkontesta, iktar u iktar meta tiskatta l-kampanja elettorali.", "Naħseb li minn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż irridu nirrikonoxxu l-ħin li huma jnaqqsu minn prioritajiet oħrajn fil-ħajja, fosthom il-familja, għax għalkemm hija l-għażla ta' kull kandidat li jagħti kontribut lil-lokalità tiegħu, naħseb li l-fatt li dak li jkun għandu japprezza l-appoġġ li jingħata minn tal-familja, għax bla dubju ta' xejn, mill-esperjenza ta' kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra, nafu li xi kultant inkunu qegħdin nonqsu mill-prioritajiet li suppost niffokaw fuqhom.", "L-iktar li tiġini f'moħħi hija l-familja, u allura tweġġa' meta tara kummenti fis-social media u f'media oħra fejn ipoġġu lill-kandidati f'keffa waħda.", "Nirrikonoxxu li minn żmien għal żmien isiru żbalji minn xi kandidati, għax huma umani bħalna d-deputati; però, meta n-nies li jiddeċiedu li jidħlu fil-politika jintefgħu f'keffa waħda taħt sħaba sewda, tweġġa' lil dawk li jkunu ddeċidew li jibdew jagħtu l-ħin tagħhom biex jagħtu servizz b'intenzjonijiet tajbin.", "Inħoss li aħna obbligati li f'kull kumment li ngħaddu fuq is-social media, jew b'kull mod ieħor, għandna nkunu kawteli.", "Meta lil dawk iż-żgħażagħ li għall-ewwel darba jiddeċiedu li joffru s-servizz tagħhom fuq livell ta' kunsill lokali nibdew nittimbrawhom intortament, jekk ikun hemm min għadu qed jaħsibha – għax jien iltqajt ma' dawn l-individwi – jaf jerga' jibdielu.", "Inħoss li lil kull min qed ikun ta' servizz għar-residenti tal-lokal għandna nirringrazzjawh u nawgurawlu, anke jekk wara l-għadd tal-voti ma jiġix elett, għax dawn in-nies, ġejjin minn liema partit ġejjin, il-fatt li offrew li jagħtu l-ħin tagħhom b'risq ir-residenti u l-lokalitajiet għandna nieħdu ħsiebhom u mhux ninsewhom wara li tgħaddi l-elezzjoni.", "L-appell tiegħi lill-partiti kollha li se jkunu qegħdin jipparteċipaw hu li, jekk kien hemm min offra s-servizz tiegħu u ma jiġix elett, għandna naraw li jibqa' jikkontribwixxi għax, kif nafu, llum mhuwiex faċli biex issib kandidati addattati u validi biex ikunu jistgħu jmexxu 'l quddiem il-politika tal-ġid komuni, li taħseb fin-nies ta' madwarek u li tkun dħalt għaliha b'intenzjoni tajba biex tagħmel ġid lill-proxxmu ta' madwarek u tkun it-tarka li tissalvagwarda l-interessi tal-lokal tiegħek.", "B'dan il-ħsieb nibda biex nagħlaq dan l-intervent qasir, għax il-Viċi Kap irid jagħmel l-intervent tiegħu wkoll.", "Wara li kellna dawn il-ġimgħat ta' kampanja, irridu naraw li jitla' min jitla' huwa importanti li mill-1 ta' Lulju, għall-ħames snin li ġejjin, ninsew l-interessi partiġjani u nkunu aħna l-partiti politiċi li nibagħtu messaġġ ċar, ħalli jkunu l-kandidati li l-partiti rispettivi fdawhom biex ikunu kandidati li jiddeċiedu dak li verament hu ta' interess għar-residenti u għal-lokalitajiet rispettivi.", "L-appell tiegħi lil kull kandidat li se jiġi elett bejn illum u nhar il-Ġimgħa hu biex meta jkunu madwar il-mejda fl-uffiċċju tal-kunsill iħarsu dejjem l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-ġid komuni, tar-residenti u tal-lokalità qabel kull interess partiġjan ieħor.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sur President, se nkompli fuq dak li għadu kif qal l-Onor.", "Nirringrazzja lil dawk kollha – huma ta' liema partit huma, u anke dawk indipendenti – li f'dawn l-aħħar sigħat, f'dawn l-aħħar ġranet u f'dawn l-aħħar ġimgħat taw ħinhom għal pajjiżna u kkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.", "Dan hu servizz lejn pajjiżna; dan hu l-mod kif inħaddmu d-demokrazija bil-parteċipazzjoni tagħna bħala kandidati u bil-vot tal-poplu.", "Issa għandna sitt Membri Parlamentari Ewropej eletti, li tlieta minnhom huma nisa u mingħajr kwota.", "Il-poplu kapaċi jagħżel u naħseb li r-rispett tagħna lejn id-deċiżjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi rridu nifhmuhom u nirrispettawhom.", "L-ewwel appell tiegħi hu li dawn is-sitt membri parlamentari flimkien jaħdmu għal pajjiżna u għal-lingwa Maltija konkretament biex iħarsu l-ilsien Malti anke fl-istituzzjonijiet Ewropej.", "Sur President, ippermettili nikkwota rapport li deher fil-ġurnal MaltaToday fit-23 ta' April.", "Dan jgħid hekk:", "Jidher li dawn is-sitt Membri Parlamentari Ewropej li se jmorru fil-Parlament Ewropew mhux se jkollhom il-full translation service for the Maltese language.", "Dan skont kif ġie kkwotat f'dan l-artiklu, li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra biex kulħadd ikun jista' jarah u nibdew naħdmu fuqu.", "L-appell tiegħi hu li flimkien għandna nħarsu u nużaw l-ilsien Malti fil-Parlament Ewropew.", "Ejjew inkunu kburin b'ilsien art twelidna, nagħtuh l-istatus li jixraqlu u nħarsuh flimkien.", "Irridu nħarsu wkoll is-sistema ta' tassazzjoni f'pajjiżna u naraw li ma jkunx hemm min ibiddel din is-sistema biex iweġġa' lill-poplu Malti.", "Irridu nħarsu wkoll il-ħajja tal-bniedem u nipproteġuha mill-konċepiment sal-mewt.", "Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Illejla se nibdew il-proċess f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsilli lokali; imma qabel ma nibda nitkellem dwar il-kunsilli lokali, nixtieq insellem lil David Stellini li kien membru ta' dan il-Parlament u, ftit tas-sigħat ilu, Sur President, ħabbartilna r-riżenja tiegħu minn dan il-Parlament.", "David Stellini huwa bniedem ġentlom u ħabrieki li ninsab ċert li se jkompli jaħdem fil-qasam politiku, u allura minn qalbi nawguralu fix-xogħol tiegħu fl-Ewropa fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew.", "Jien ċert li l-ħabib tagħna David Stellini se jibqa' għaddej bil-ħidma tiegħu lejn dan il-pajjiż, lejn il-ħajja Ewropea u lejn il-politika Ewropea, għax hekk hu xieraq.", "Illejla jibda jkollna r-riżultati tal-kunsilli lokali.", "Kif diġà qal l-Onor.", "Robert Cutajar, li hu l-kelliem tal-Oppożizzjoni għal dan is-settur, aħna nawguraw lil kull min se jiġi elett u anke lil dawk li ma jkunux eletti, li nafu li se jibqgħu impenjati fil-politika, għax il-politika hija sabiħa u minnha tista' tagħmel il-ġid u tibdel l-attitudnijiet ta' dan il-pajjiż.", "Hemm dawn it-tliet livelli differenti: aħna li nirrappreżentaw il-Parlament, il-kunsilli lokali fuq livell lokali u reġjonali, u l-qasam Ewropew.", "Fil-Parlament Malti għandna żewġ persuni maħturin b'unanimità ta' dan il-Parlament, għax huma uffiċjali ta' dan il-Parlament.", "Qed nirreferi għall-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, u allura huwa d-dover tagħna li nisimgħu x'qegħdin jgħidulna dawn l-uffiċjali.", "Dan l-aħħar kellimna lill-Ombudsman Parlamentari s-Sur Anthony Mifsud li kiteb ktieb li ġie ppreżentat lill-Parlament, intitolat 'Każijiet fil-Qosor 2018, mill-Uffiċċju tal-Ombudsman ta' Malta', u naħseb li dak li kiteb ma nistgħux inħalluh għaddej qisu ma nkitibx.", "Fih ma ntqalux xi affarijiet li ma nistgħux nieħdu azzjoni dwarhom.", "L-Ombudsman, is-Sur Anthony Mifsud, qal li jeħtieġ jiġi enfasizzat punt wieħed, u ejja nifhmu x'inhu.", "Li numru mill-opinjonijiet finali tiegħu jgħaddu lill-Ispeaker biex iqegħidhom fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jirċievi tweġiba negattiva mill-awtoritajiet pubbliċi għat-talbiet tiegħu biex jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet.", "Mela hawnhekk għandna sitwazzjoni fejn l-Ombudsman, maħtur minn dan il-Parlament b'unanimità u allura naqblu fuqu, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern preżenti, bħalma kien jagħmel fil-passat, u t-talbiet tiegħu biex jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet jingħataw tweġiba negattiva mill-Gvern.", "L-Ombudsman jgħid ukoll:", "\"Ġie indikat ukoll illi sal-lum ebda wieħed minn dawn il-każijiet li ġew referuti ma ġew ikkunsidrati b'mod attiv mill-Kamra.\"", "Hawnhekk l-Ombudsman qed jitfa' l-piż fuqna d-Deputati ta' din il-Kamra.", "Hu kompla jgħid hekk:", "\"Ma kien hemm assolutament l-ebda reazzjoni.", "Għaldaqstant, wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li din il-proċedura statutorja fl-Att dwar l-Ombudsman, maħsuba sabiex tassigura li jingħata rimedju kontra l-inġustizzja liċ-ċittadini li jintlaqtu ħażin, mhijiex qed tkun effettiva.", "Għalhekk jeħtieġ li tiġi rimedjata.\"", "Dan id-diskors li qal l-Ombudsman ma nistgħux inħalluh għaddej.", "Kif taf inti, Sur President, jien diġà qajjimt dan is-suġġett fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u rridu nkomplu nitkellmu fuqu.", "Jien nemmen li fil-ġranet li ġejjin dan il-Parlament irid isib is-soluzzjoni, fejn niddiskutu u naraw li kulħadd jifhem ir-raġuni għalfejn il-persuna ngħatat raġun mill-Ombudsman u l-Gvern mhux qed jimplimenta tali rakkomandazzjoni.", "Forsi jista' jkun - għax ħadd mhu infallibbli - li m'għandux raġun l-Ombudsman.", "Aħna nifhmuha dik, u hemmhekk ngħidu li għandu raġun il-Gvern li ma jagħtix rimedju.", "Però jekk f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż naqblu mar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman, allura verament irridu nsibu s-soluzzjonijiet.", "Jiena ċert li, jekk f'dan il-pajjiż verament irridu t-trasparenza u rridu d-diskussjoni ħalli naħdmu lkoll flimkien, għandna nsibu mezz biex jingħata rimedju kontra l-inġustizzji fejn iċ-ċittadini jintlaqtu ħażin.", "Issa se nibda nasal iktar dwar fejn naħseb li rridu mmorru.", "F'dan il-Parlament għandna wkoll il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li jagħmel ħafna xogħol tajjeb mal-uffiċċju ta' Uffiċjal ta' dan il-Parlament, l-Awditur Ġenerali.", "Hekk ukoll irridu nagħmlu dwar ix-xogħol tal-Ombudsman.", "Ejjew niftiehmu.", "Qegħdin nagħmlu dan l-appell min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni serja u kostruttiva f'dan il-pajjiż.", "Ejjew insibu t-triq 'il quddiem flimkien f'dan il-Parlament, biex ix-xogħol tal-Ombudsman jibda jħalli l-frott u niddiskutu dan f'kumitat parlamentari li nistgħu naqblu fuqu.", "Nistgħu naraw liema għandu jkun, m'għandix diffikultà, għax min-naħa tal-Oppożizzjoni miftuħin għad-diskussjoni.", "Naf li din hija sfida għall-Gvern u għalina l-Membri Parlamentari, għax irridu nsibu bilanċ bejn dak li qed jgħid il-Gvern u dak li qed jgħid l-Uffiċjal ta' dan il-Parlament, li huwa l-Ombudsman, u allura rridu nifhmu li jista' jkollok ċerti diffikultajiet.", "Naf li rridu nkunu kapaċi li b'intelliġenza naraw min verament għandu raġun u nimxu 'l quddiem.", "Imma rridu nagħmlu xi ħaġa!", "Aħna mill-Oppożizzjoni lesti li naħdmu flimkien miegħek, Sur President, u mal-Gvern biex nagħtu l-importanza neċessarja lid-deċiżjonijiet tal-Ombudsman.", "Naħseb li dan huwa appell pożittiv u kostruttiv min-naħa tal-Oppożizzjoni, għax aħna nemmnu fid-deċiżjonijiet tal-Ombudsman ukoll.", "Kien hemm maġġoranza ta' nies li ngħataw raġun u naħseb li l-Ombudsman qed jaħdem b'libertà biex jagħti d-deċiżjonijiet tiegħu, bħalma dan l-aħħar ta d-deċiżjoni tiegħu u stieden lill-poplu Malti u Għawdxi biex min għandu problemi amministrattivi fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma jmur għandu.", "Kemm ilna ngħidu li hemm problemi fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-Gvern mhu qed jagħmel xejn.", "Illum, l-Ombudsman qed jilqa' fl-uffiċċju tiegħu lill-poplu Malti biex imur b'kontijiet li jkunu esaġerati jew li ma jagħmlux sens.", "Aħna min-naħa tal-Oppożizzjoni diġà qegħdin nidderieġu lin-nies kif għandhom jagħmlu dan u, bil-mod il-mod, in-nies qed jifhmu din id-deċiżjoni tal-Ombudsman.", "Qed jifhmu li min għandu raġun irid jieħdu, u allura għandna t-tarka tal-Ombudsman li hemm bżonn nużawha għax minbarra l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, dan il-Parlament irid jiffunzjona b'mod tajjeb.", "Sur President, inti wkoll għandek funzjoni importanti f'dan il-pajjiż u f'dan il-Parlament.", "Ilbieraħ, fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra inti għedt – u minn hawnhekk insellimlek għax b'rispett irrid nagħmel dan – li rridu nżommu ma' dak li jkun ġie miftiehem f'dan il-kumitat.", "Dan hu messaġġ ieħor ċar li l-ebda gvern ma jista' jirrombla minn fuq il-Parlament.", "Jekk il-Gvern ma jirromblax minn fuq il-Parlament, ikollok demokrazija li tiffunzjona, bil-kontra ta' meta l-Gvern jagħmel affarijiet mingħajr konsultazzjoni u mingħajr rispett lejn din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Jien ħadt pjaċir li issa għandna deċiżjoni importanti oħra, li inti tkellimt dwarha, Sur President, li dak li jkun miftiehem fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jrid jiġi applikat f'din il-plenarja.", "Jiena ċert li int se tibqa' ma' dik id-deċiżjoni, għax hekk hu xieraq, għax dak li jkun miftiehem m'għandux ibiddlu l-Gvern waħdu mingħajr ma jikkonsulta.", "Quddiemi hawn l-Onor.", "Robert Cutajar li naf kemm jitkellem mal-Whip tal-Gvern, u hekk għandhom isiru l-affarijiet.", "Jiena kont Whip ukoll u naf kemm isiru taħditiet, u allura naf li jistgħu jinbidlu ċ-ċirkostanzi, imma bi ftehim.", "Allura l-Oppożizzjoni se tkun hemm, megħjuna minnek, Sur President, u l-istaff kollu tiegħek, inkluż l-Iskrivan tal-Kamra, biex dak li jkun miftiehem fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra u bejn iż-żewġ Whips narawh iseħħ fil-Parlament.", "Huwa importanti wkoll li nagħmlu pass ieħor 'il quddiem f'dik li hi riforma Kostituzzjonali.", "Hemm bżonn li dan il-pajjiż jibda jieħu d-deċiżjonijiet, issa li jkunu għaddew l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.", "Se nibdew naraw il-ħidma tal-President il-ġdid George Vella – li minn hawnhekk insellimlu tax-xogħol li beda jwettaq – u nħeġġu biex iżid ir-ritmu tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mar-riforma Kostituzzjonali.", "Il-President ta' Malta huwa wkoll President ta' din il-Kamra, u allura aħna bħala Membri ta' din il-Kamra rridu naraw li fir-riforma Kostituzzjonali jittieħdu deċiżjonijiet li jagħmlu sens għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Irridu naraw kif intejbu l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Irridu naraw kif b'mod pożittiv nagħtu aktar setgħat lill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet fil-mod kif nagħżlu l-ogħla mexxejja f'dan il-pajjiż u dawk li jaħdmu f'awtoritajiet partikolari.", "Allura, min-naħa tagħna bħala Oppożizzjoni se nkomplu nagħtu importanza lir-riforma Kostituzzjonali taħt il-Presidenza tal-President George Vella.", "Aħna bħala Oppożizzjoni – aħna Oppożizzjoni b'ammont kbir ta' voti, għax li jkollok 100,000 persuna u aktar li jappoġġjawk, tkun partit b'responsabbiltà kbira – irridu mhux biss nitkellmu fuq dak li għandu x'jaqsam mal-affarijiet nazzjonali, imma nibdew naħsbu aktar fuq kwestjonijiet lokali u nazzjonali 'l bogħod mill-Parlament.", "Pereżempju, hemm bżonn naħdmu iktar għall-protezzjoni tal-ambjent f'pajjiżna.", "Hemm bżonn naraw li lil pajjiżna nħalluh sabiħ u nadif.", "Irridu naraw li ma jibqax ikun hemm min jiddeċiedi li ġewwa huwa tiegħu u barra mhuwiex.", "Irridu naraw li nżommu lil pajjiżna nadif, bħalma nżommu d-djar tagħna.", "Hemm bżonn li jkollna kampanja ta' edukazzjoni.", "Hemm żewġ setturi li nixtieq li fil-ġranet li ġejjin niffokaw iktar fuqhom b'rabta ma' din il-kampanja, fejn kien hemm ħafna kandidati li bagħtu bil-posta dak li jissejjaħ junk mail.", "Ejjew naħsbu ftit dwar din is-sitwazzjoni u npoġġu madwar mejda biex insibu mezz kif jekk hemm min jixtieq jagħmel avviżi u jwassalhom fid-djar tan-nies, jagħmel dan b'mod differenti milli jintbagħat junk mail bl-addoċċ f'kull dar, inkluż dawk li forsi ma jitqassmux u jibqgħu jitqattgħu barra.", "Ejjew naħsbu ftit.", "Jien għandi soluzzjonijiet, għax dawn in-nies qegħdin jużaw il-flus biex iqassmu dawn l-affarijiet.", "Ejjew insibu mezz kif bħala poplu Malti nagħtu servizz differenti lil dawn in-nies, imma nagħmluh b'iktar intelliġenza, għax il-messaġġ xorta jasal għand il-poplu Malti u Għawdxi.", "Hemm xi ħaġa oħra li laqtitni u li hemm bżonn nitkellmu dwarha bi ftit edukazzjoni ħalli naraw li ma nagħmlux iktar ħsara, mhux biss lil pajjiżna imma anke lis-sistema tad-drenaġġ tagħna.", "Fil-ġurnal Times of Malta kien hemm artiklu ta' Vanessa Macdonald, li fl-aħħar tad-diskors tiegħi se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, li jgħid hekk:", "Aħna li nużaw il-wet wipes għalina, għat-tfal tagħna, jew biex inneħħu l-make-up, m'għandniex nitfgħuhom fis-sistema tad-drenaġġ.", "Għandna sitwazzjoni fejn is-Sur Richard Bilocca, is-CEO tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – jiena kelliem għal dan is-settur ukoll – ġie kkwotat li qal hekk:", "Is-Sur Bilocca kompla jgħid hekk:", "Allura ejjew nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna u naraw li jkollna sistema ta' edukazzjoni dwar kif dawn l-affarijiet ma nagħmluhomx, bħalma hemm bżonn nieħdu ħsieb ix-xogħlijiet li jsiru madwar pajjiżna.", "Jien għadni kif irċevejt ritratti, li wkoll se nqegħidhom fuq il-Mejda tal-Kamra, dwar sitwazzjoni diżastruża fit-toroq ta' Ħal Balzan fejn, minħabba ċerti xogħlijiet li qed isiru bl-addoċċ, in-nies ma tistax tidħol, ma tistax taħdem u ma tistax tmur fil-ħwienet tal-inħawi.", "Dan ix-xogħol suppost li tlesta f'Settembru li għadda, imma llum qegħdin fix-xahar ta' Mejju u n-nies ta' Ħal Balzan għadhom f'din is-sitwazzjoni.", "Aħna, bħala Oppożizzjoni, mhux biss nitkellmu fuq affarijiet nazzjonali li jkunu qed isiru madwar Malta u Għawdex, imma wkoll fuq dawk li jsiru fil-lokalitajiet tagħna.", "L-ewwel semmejt Ħal Balzan u issa se nsemmi Ħal Farruġ li għandhom it-tankijiet tal-fuel viċin tagħhom u meta mar hemm il-Prim Ministru qalilhom li ma kienx jaf b'dan.", "X'se nagħmlu għan-nies ta' Ħal Farruġ?", "X'se nagħmlu għall-bdiewa tagħna fil-lokalitajiet ta' Ħ'Attard li dan il-Gvern se jodħilhom l-art fil-ġranet li ġejjin?", "The Attard Residents Environmental Network qed jaħdem biex insibu s-soluzzjonijiet.", "Mela tajjeb, Santa Venera l-Gvern irid isaqqafha biex lir-residenti jagħtihom ħajja aħjar mill-gassijiet u mid-dħaħen tal-karozzi, imbagħad ġo Ħ'Attard se tinfetaħ triq biex jgħaddu l-karozzi minn ġo fiha b'dawk id-dħaħen kollha!", "Se nkunu hemm man-nies, kif se nkunu wkoll man-nies f'Marsaskala fejn diġà għandhom pixxina u l-Gvern irid jagħti dik iż-żona lil ta' Sadeen biex jużawha għall-Università Amerikana ta' Malta.", "Ejjew naħsbu ftit dwar kif nistgħu nużaw il-ħajja tagħna aħjar.", "Ejjew inkunu wkoll mal-isportivi.", "Bħalissa għandna min qed jipparteċipa fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f'Montenegro, u minn hawnhekk nawguralhom li jmorru tajjeb.", "Għandu jkollna kultura sportiva fil-ħajja tal-Maltin.", "Inħeġġeġ lill-Gvern biex ma jkunx qed jaħdem waħdu fil-qasam tal-isport, għax l-isport m'għandniex nagħmluh ballun politiku.", "Min-naħa tal-Oppożizzjoni tajna 32 proposta għal sport professjonali biex nilħqu livelli ġodda u nibnu kultura sportiva fil-ħajja tal-Maltin.", "Aħna se nkomplu nitkellmu dwar dan is-settur, bħalma se nkomplu nitkellmu b'vuċi soda biex naraw li l-faqar f'pajjiżna ma jkomplix, biex naraw li ma jkollniex xogħol ta' prekarjat f'pajjiżna, biex naraw li jkollna housing diċenti għan-nies, biex ħadd f'dan il-pajjiż ma jgħix f'karozza jew f'garaxx, u biex naraw li l-pensjonanti u ż-żgħażagħ ikollhom ħajja aħjar.", "Allura mill-Oppożizzjoni – għax aħna wkoll partit kbir li għandna ħafna nies jappoġġjaw il-politika tagħna – se nibqgħu naħdmu biex ikollna sistema f'pajjiżna fejn il-poplu jgħix aħjar.", "Però dak li għandna nwettqu, inwettquh billi nżommu dejjem f'moħħna li dak li hu tajjeb m'għandna problema qatt ngħidu li hu tajjeb, imma dak li hu ħażin irridu ngħidu li hu ħażin u nagħmlu dak kollu possibbli biex intejbuh.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019 fid-9.00 a.m., bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Helena Dalli.", "F'12.23 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUMITAT TAL-GĦAŻLA TAL-ĠUDIKANTI – KRITERJI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li bihom il-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti jiddetermina min hu idoneu biex jinħatar Maġistrat jew Imħallef?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-kriterji li l-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura addotta hu stess b'mod awtonomu mill-Gvern għal skop ta' evalwazzjoni ai termini tal-Art.", "96 A tal-Kostituzzjoni dwar l-eliġibilità u l-mertu għal ħatriet fil-Ġudikatura huma pubbliċi.", "Jistgħu jiġu aċċessati minn hawn:", "u qed jiġu riprodotti hawn taħt:", "Rekwiżiti ta' Eliġibilità", "Numru ta' snin ta' prattika tal-professjoni ta' avukat f'Malta kif stabbilit fil-Kostituzzjoni;", "Fiż-żmien tal-evalwazzjoni, il-persuna jrid ikollha warrant validu biex tipprattika ta' avukat f'Malta u ma tridx tkun soġġetta għal divjet legali milli tieħu l-kariga fil-Ġudikatura.", "Kriterji ta' Evalwazzjoni:", "Kapaċità li l-persuna tesprimi ruħha bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża, u li tikkommunika b'mod ċar u suċċinċt;", "Integrità, rettezza u onestà fil-ħajja pubblika u privata;", "Għarfien tal-liġi, tal-prattika tal-Qrati, u esperjenza professjonali;", "Bżulija, kapaċità ta' ħidma taħt pressjoni ta' xogħol, diliġenza, kapaċità analitika u li tiddeċiedi;", "Imparzjalità u indipendenza;", "Assenza ta' involviment f'attività kummerċjali jew ta' negozju jew ta' sitwazzjoni finanzjarja li tqanqal dubbji dwar il-kapaċità tal-persuna li twettaq id-dmirijiet ġudizzjarji b'mod xieraq;", "Kapaċità li l-persuna taħdem f'ambjent ta' ħidma kolleġġjali;", "Għarfien tal-Kodiċi ta' Etika għall-Membri tal-Ġudikatura u disponibilità għal żvilupp professjonali u kontinwu.", "L-GĦAMMIERI – KLIEB MIŻMUMA TAĦT IL-KUSTODJA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid, fil-ħin li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri?", "Kemm hemm ħaddiema li jieħdu ħsieb dawn il-klieb?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li preżentament in-numru ta' klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri huwa ta' 32, filwaqt li hemm disa' ħaddiema jieħdu ħsieb dawn il-klieb matul il-ġurnata.", "Dawn il-ħaddiema jaħdmu bix-xift, u għalhekk matul il-ġurnata jkun hemm ħames ħaddiema li jaħdmu direttament ma' dawn il-klieb.", "Barra minn hekk, hemm ukoll uffiċjal veterinarju li huwa responsabbli direttament għall-benesseri ta' dawn l-annimali.", "L-GĦAMMIERI: KLIEB MIŻMUMA TAĦT IL-KUSTODJA – EŻERĊIZZJU FIŻIKU", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kull kelb li hemm taħt il-kustodja fl-Għammieri għal kemm ħin jinħareġ jimxi kull jum?", "Interpellant li kull kelb li hemm taħt il-kustodja tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, il-Promozzjoni u s-Servizzi fl-Għammieri jiġi allokat madwar siegħa kuljum għall-mixi u eżerċizzju fiżiku.", "GĦASES TAL-PULIZIJA – RINOVAZZJONI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9867, jista' l-Ministru jgħid, ġaladarba l-għases imsemmija minnu fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9634 ma ġewx rinovati biex ikunu konformi mal-Konvenzjoni ta' Istanbul, dan ifisser li ebda għassa f'Malta u f'Għawdex ma sarilhom xogħol biex ikunu konformi mal-istess konvenzjoni kif titlob il-liġi?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li l-pulizija f'kull każ jieħdu dawk il-miżuri kollha possibbli biex jipproteġu l-privatezza tal-vittmi waqt l-investigazzjonijiet.", "TFAL TAĦT KURA VOLONTARJA", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 9497 u 9866, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal taħt voluntary care?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Appoġġ, taħt il-kappa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, għandha 107 minuri taħt kura volontarja.", "SAN ĠILJAN/PEMBROKE – BUNKER TAĦT ST GEORGE'S BARRACKS", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu s-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali dwar it-talba ta' tmien għaqdiet sabiex jinħareġ ordni ta' emerġenza għall-konservazzjoni tal-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke u sabiex isir assessjar komprensiv tal-istess bunker bil-għan li jiġi salvat dak li għad fadal mill-imsemmi sit?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li s-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali qed jindaga dwar is-suġġett tat-talba u sabiex isir assessjar komprensiv tas-sit in kwestjoni.", "PROĠETT PEMBROKE-ST JULIAN'S CONNECTIONS – PJANTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta dettaljata li turi l-proposta tal-Aġenzija Infrastruttura Malta għall-bini ta' erba' mini taħt l-art u l-bini mill-ġdid ta' Triq Sant Andrija bejn is-Swieqi, Pembroke u Paceville f'San Ġiljan?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Pembroke-St Julian's Connections huwa proġett ġdid li jestendi minn Triq il-Kosta sa Triq Reġjonali, qabel id-daħliet tat-tramuntana tal-mini f'Ta' Giorni.", "Infrastructure Malta ppreżentat l-applikazzjonijiet inizjali biex tkun tista' tiġi varata l-konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett u jinkisbu l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa, skont il-proċeduri tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Dan il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid ta' Triq Sant Andrija u parti minn Triq il-Kosta b'erba' korsiji, it-tneħħija ta' diversi sistemi ta' traffic lights u djuq oħrajn li hemm fit-toroq tul din ir-rotta, kif ukoll erba' mini ġodda biex jiffaċilitaw l-aċċess b'mod aktar sigur u mgħaġġel minn u lejn Pembroke, Paceville, San Ġiljan u s-Swieqi.", "B'dan it-titjib, Infrastructure Malta se ttejjeb il-kapaċità ta' din il-ħolqa ta' toroq arterjali biex jonqos it-traffiku li bħalissa jgħaddi minn għadd ta' toroq residenzjali fl-inħawi ta' Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan, kif ukoll it-tniġġis fl-arja u r-riskji ta' aċċidenti li dan iġib miegħu.", "Fl-istess waqt, il-proġett qed joħloq ukoll l-infrastruttura ġdida meħtieġa biex jilqa' għall-ħtiġijiet tat-trasport ta' din iż-żona fil-ġejjieni.", "L-itwal mina mill-erbgħa li se jsiru se tgħaqqad it-tarf tan-nofsinhar ta' Triq il-Kosta (in-naħa ta' High Ridge) mal-Bajja ta' San Ġorġ.", "Din il-mina taħt l-art se tkun twila 1.5 kilometri u se jkollha żewġ korsiji, waħda f'kull direzzjoni.", "B'hekk se tipprovdi aċċess aktar mgħaġġel lejn l-inħawi ta' max-xatt ta' Paceville u San Ġiljan meta tkun ġej min-naħa ta' fuq ta' Malta, mingħajr ma tgħaddi mill-inħawi residenzjali ta' Pembroke u s-Swieqi.", "Kuntrarjament għal proposti li saru qabel għal dawn l-inħawi, din l-infrastruttura ġdida se ttejjeb l-aċċess pubbliku għal bosta nħawi f'Paceville u San Ġiljan, u mhux se twassal biss għal xi żvilupp speċifiku.", "Mina oħra ta' nofs kilometru se tgħaqqad il-karreġġjata tan-nofsinhar ta' Triq Reġjonali, qabel ma tasal fil-junction tat-traffic lights ta' Paceville, direttament ma' Pembroke (Triq Walter Ganado), biex tipprovdi aċċess eħfef għal din il-lokalità meta tkun ġej min-naħa t'isfel tal-pajjiż.", "It-tielet mina se tgħaqqad l-istess karreġġjata ta' Triq Reġjonali mal-Bajja ta' San Ġorġ biex tagħti daħla alternattiva għall-junction tat-traffic lights ta' Paceville.", "Ir-raba' mina taħt l-art, twila 115-il metru, se tibda minn Triq il-Knisja (fejn hemm il-Millennium Chapel) u tiżbokka fil-Bajja ta' Spinola (Triq San Ġorġ).", "Din il-konnessjoni se tipprovdi ħruġ ġdid minn Paceville u tnaqqas id-diffikultajiet li jinħolqu bil-konġestjoni f'diversi junctions u toroq f'dawn l-inħawi.", "Ħruġ ieħor ġdid minn San Ġiljan se jsir minn Triq iż-Żebbuġ, mill-inħawi ta' The Gardens, lejn il-karreġġjata tan-nofsinhar ta' Triq Reġjonali, ftit qabel il-Pont Manwel Dimech.", "Dan se jagħmilha aktar faċli għar-residenti ta' dawn l-inħawi biex imorru minn u lejn djarhom mingħajr ma' jgħaddu mill-junctions ewlenin ta' Paceville u Spinola.", "Element ieħor importanti ta' dan il-proġett huwa l-bini mill-ġdid ta' Triq Sant Andrija u t-tarf tan-nofsinhar ta' Triq il-Kosta biex jiġu eliminati diversi partijiet minn dawn it-toroq tas-sistema Ewropea TEN-T li bħalissa jidjiequ għal korsija waħda f'kull direzzjoni.", "Il-proġett Pembroke-St Julian's Connections se jwessa' dawn it-toroq għal erba' korsiji, waqt li jelimina djuq ieħor li hemm fihom bħalissa.", "Fl-istess waqt, se jtejjeb il-junctions ta' Paceville u dik ta' Pembroke kantuniera ma' Triq Walter Ganado, kif ukoll il-junction tas-Swieqi faċċata tal-Luxol Grounds.", "Dan it-titjib se jwassal biex ikun hemm tnaqqis sinifikanti fil-ħin tal-ivvjaġġar f'din ir-rotta ewlenija, waqt li jnaqqas it-tniġġis tal-arja u r-riskji ta' aċċidenti f'diversi toroq residenzjali fl-inħawi, speċjalment f'Pembroke u San Ġiljan.", "Infrastructure Malta se tkompli tiltaqa' u tikkonsulta ma' dawk kollha interessati, inkluż il-Kunsilli Lokali, li l-lokalitajiet tagħhom se jibbenefikaw minn dan il-proġett, biex tirfina l-pjanijiet u tiżgura li din il-ħolqa importanti fis-sistema tat-toroq arterjali tiġi msaħħa bl-aħjar mod biex tibqa' tilqa' għall-ħtiġijiet tat-trasport ta' pajjiżna, kemm t'issa kif ukoll dawk futuri.", "Il-pjanti tal-proġett ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar u kopja tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SKART ORGANIKU MIĠBUR", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' skart organiku li nġabar f'Malta u f'Għawdex min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "KAŻIJIET TA' SKART MAĦRUĠ FIL-ĠURNATA/ĦIN ŻBALJATI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet li ħarġet jew iddepożitat skart fi triq jew spazju pubbliku f'jum u/jew f'ħin li dak l-iskart partikolari ma jkunx imissu jinġabar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar, min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Interpellant li t-tabella bl-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Skont ir-records li nżammu mid-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-ERA, l-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant li hi murija fit-tabella turi każijiet ta' ksur ta' regolamenti li nqabdu mill-uffiċjali tal-ERA jseħħu fil-fatt fuq il-post.", "Kif kien diġà aċċennat, sal-aħħar tas-sena 2018, l-uffiċjali tal-infurzar tal-ERA kienu qegħdin biss jinfurmaw lin-nies li kienu qed jinqabdu joħorġu l-borża l-ħażina bil-provvedimenti legali l-ġodda.", "Kienet tħarrket biss persuna li kisret provvedimenti legali li kienu diġà ilhom jeżistu.", "L-istatistika turi s-sitwazzjoni sal-15 ta' Mejju 2019.", "Ninforma ukoll lill-Onor.", "Interpellant li r-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi, il-L.S. 549.40, jistgħu jiġu nfurzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, kif ukoll il-LESA u l-Pulizija.", "L-informazzjoni mogħtija tkopri biss l-infurzar li sar mill-uffiċjali tal-ERA.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ippreżentaw talba lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex fil-lokalità tagħhom tiġi implimentata skema ta' pparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)?", "Jista' jgħid dwar liema toroq kienu jirreferu dawn it-talbiet, liema minn dawn it-talbiet ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, hija qed tevalwa ċ-ċirkustanzi kollha f'dan ir-rigward.", "CPPS - STUDJI MILL-AWTORITÀ TAT-TRASPORT", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-persuna jew persuni fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f'Malta li ġew inkarigati mill-istess Awtorità sabiex iwettqu \"studju intern sabiex jinħolqu miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta\" u b'mod partikolari, iżda mhux biss, dwar l-iskema ta' pparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10137 tal-istess Seduta.", "KUMPANIJA LI TOFFRI S-SERVIZZ TAL-IT FL-ISPTAR MATER DEI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9725, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jirrispondi iva jew le, jekk hemmx xi ħadd li jaħdem fis-segretarjat tiegħu li għandu parentela mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta' IT fl-Isptar Mater Dei?", "U, jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nerġa' nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex speċifikament jindika għal liema persuna/persuni qed jirreferi.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI RELATATI MAL-IT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9720, u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta' kuntratti ta' servizzi ta' IT, inkluż manutenzjoni, bħalissa viġenti, fil-Ministeru tiegħu, kif ukoll l-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, flimkien ma' dettalji f'kull każ ta' min huma l-entitajiet jew persuni fiżiċi u/jew legali li joffri dan is-servizz, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kuntratt viġenti, u kemm qed jitħallsu kull sena, sena b'sena, għas-servizz li joffru?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid liema, minn fost l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qed jagħmlu kampanja ta' reklamar permezz ta' billboards mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija?", "F'dak il-każ, jista' l-Ministeru jagħti wkoll tagħrif dwar:", "(i) liema huma l-entitajiet;", "(ii) il-perjodu tal-kampanja, mill-bidu sat-tmien tagħha;", "(iii) l-ammont ta' flus li qed jintefqu;", "(iv) kopja tar-reklami li ntużaw fuq il-billboards sad-data ta' din il-mistoqsija;", "(v) il-kumpanija li mingħandha nxtara s-servizz ta' użu ta' billboards; u", "(vi) il-kumpanija li mingħandha nxtara s-servizz ta' disinn tal-billboard?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, li l-informazzjoni mitluba qiegħda annessa hawn taħt, filwaqt li kopja tad-disinni li ntużaw fuq l-imsemmija billboards tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KUNTRATTI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' f'kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "IAN BORG: L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9714, jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni tal-Independent Police Complaints Board intemmitx?", "Jekk iva, x'kien l-eżitu tagħha u jekk le, meta mistennija tintemm?", "MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Independent Police Complaints Board wasal fl-aħħar tal-investigazzjoni tiegħu u mistenni li jibgħat ir-rapport tiegħu.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – ŻJARAT F'DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9513 u 9712, u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubaj fil-leġiżlatura li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid meta żar Dubaj, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u, f'dak il-każ, minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f'dak il-każ lil min akkumpanja?", "Jista' jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li żort Dubaj tliet darbiet fuq xogħol tal-Gvern: f'Awwissu 2015, fi Frar 2016 u f'Novembru 2016.", "KORSA TAT-TLIELAQ TAL-KAROZZI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9637, peress li l-mistoqsija oriġinali 9398 kienet dwar l-istqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva tat-18 ta' Diċembru 2013, Press Release 2841, fejn fost il-21 proġett kien hemm \"Race track\":", ", jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proġett tar-Race Track ta' aktar minn ħames snin ilu qatt ma sar, minkejja s-sejħa għall-offerti?", "Peress li s-sejħa għall-espressjoni ta' interess għal Motor Recreation and Education Park huwa proċess differenti, u dan ukoll jidher li weħel, jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni llum?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma l-Onor.", "Interpellant li għaddejja ħidma kontinwa sabiex il-proġett tal-Motor Recreation and Education Park jitwettaq bħalma twettqu l-proġetti sportivi l-oħra ta' pajjiżna.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid ma' kemm-il tunellata ta' skart organiku jlaħħaq l-impjant ta' anaerobic digestion?", "Fil-preżent qed jaħdem at full capacity?", "Kemm minn dak li qed jinġabar mill-iskema tal-ġbir tal-iskart mhux qed fil-fatt jintefa' fl-impjant, iżda minflok jintefa' fil-landfill?", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "PERSUNI INTITOLATI GĦAL SERVIZZI TA' SAĦĦA BLA ĦLAS", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għall-barranin li jużaw is-servizzi tas-saħħa, jiġifieri persuni Ewropej, Svizzeri, dawk ġejjin barra l-EU u refuġjati, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu intitolat għal servizz bla ħlas?", "Xi proċedura qed tintuża?", "X'miżuri jittieħdu dwar dawk iċ-ċittadini tal-EU li jaħdmu f'Malta u jkollhom membri tal-familja jgħixu f'Malta, imma s-sistema tagħhom hi waħda li ma tipproduċix ċertifikat tat-twelid?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 35.28, Ir-Regolamenti dwar Drittijiet għall-Kura tas-Saħħa (Avviż Legali 201 tal-2004, kif emendat bl-Avviż Legali 407 tal-2007), il-kategoriji differenti ta' persuni li huma intitolati għal servizz bla ħlas huma:", "Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta' pajjiż barra l-Unjoni Ewropea u li jkollha liċenzja għax-xoghol skont l-artikolu 11 tal-Att dwar l-Immigrazzjoni u li tkun qiegħda tħallas il-kontribuzzjoni preskritta;", "Ċittadin ta' pajjiż barrani li għandu ftehim reċiproku ma' Malta dwar il-kura tas-saħħa;", "Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta' pajjiż barra l-Unjoni Ewropea li tgawdi l-libertà ta' moviment skont l-artikolu 44 tal-Kostituzzjoni ta' Malta;", "Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta' pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li tkun f'Malta fuq stedina tal-Gvern f'kapaċità konsultattiva, jew li tagħti parir lill-istess Gvern;", "Kull persuna li hija ċittadin jew nazzjonal ta' pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li tkun qegħda tagħmel kors ta' studji fl-Università ta' Malta, l-MCAST jew l-ITS;", "Persuni li jipproduċu d-dokumentazzjoni meħtieġa mid-Dipartiment tas-Saħħa skont ir-Regolamenti tal-Komunità Ewropea li jkunu fis-seħħ dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali;", "Persuni li jgawdu minn Protezzjoni Internazzjonali: Skont l-artiklu 20(1)(c) tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 420.07 'Regolamenti dwar l-iStandards ta' Proċedura għall-Għoti u l-Irtirar tal-Protezzjoni Internazzjonali' (Avviż Legali 416 tal-2015), f'Malta, persuna ddikjarata bħala benefiċjarja ta' protezzjoni internazzjonali (status ta' refuġjat jew status ta' protezzjoni sussidjarja) għandha tkun intitolata li tirċievi l-kura medika tal-Istat.", "Id-dokumenti uffiċjali li jinħarġilhom juru li huma jgawdu minn dan l-istatus u li b'hekk huma jkunu intitolati.", "Persuna/Persuni kkonċernati jkunu mitluba d-dokumentazzjoni uffiċjali li biha jkun ikkonfermat l-intitolament.", "Iċ-ċertifikat tat-twelid hu importanti sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm rapport/ relazzjoni u li bih ikun ikkonfermat l-intitolament.", "MOSTA – SIT F'TAL-QARES – PREKAWZJONIJIET MIS-SOVRINTENDENZA TAL-PATRIMONJU KULTURALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għal Tal-Qares il-Mosta, jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjoni ħadet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u x'monitoraġġ qed isir fuq is-sit li qed jinbena?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali imponiet kundizzjonijiet għall-monitoraġġ arkeoloġiku, li qed isir b'mod kontinwu.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – TNEĦĦIJA TAL-ISKALL U FAĊILITAJIET ANĊILLARI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9800 u jikkonferma għaliex l-iskall pubbliku u l-faċilitajiet anċillari fejn wieħed jerfa' d-dgħajjes u t-tenders se jispiċċa, b'dannu għal għadd kbir ta' dilettanti tas-sajd u dgħajjes żgħar?", "Jikkonferma li fil-pjan l-antik PA 2135/94, dan l-iskall kien previst li jsir fuq Manoel Island u għaliex dan tneħħa mill-pjan il-ġdid?", "Fejn se jkun il-post alternattiv għall-iskall u faċilitajiet anċillari?", "Peress li l-post imsemmi mhux adegwat għax jagħti ġo main road u m'hemmx il-faċilitajiet anċillari għall-parkeġġ ta' karozzi, trailers u tenders, jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-faċilitajiet se jkunu daqs dawk li se jintilfu?", "Jista' jagħmel mezz biex biċċa mill-art reklamata mill-baħar tingħata għall-iskall u faċilitajiet anċillari minflok tingħata kollha lill-Manoel Island Yacht Yard?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li fil-pjan il-ġdid (PA9407/17) qiegħed jiġi previst li minflok skall jinħoloq spazju miftuħ li jkun jista' jitgawda mill-poplu inġenerali.", "Skont il-pjan preċedenti (PA2135/94) l-iskall, fil-prinċipju, kien previst li jsir fuq Manoel Island.", "Minn aspett ta' ppjanar, dettalji dwar id-daqs u pożizzjoni tal-iskall għandhom jiġu indirizzati fl-eventwali proċess ta' Full Development Application, b'konsultazzjoni sħiħa mal-Awtoritajiet ikkonċernati.", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – TELF TA' RMIĠĠ", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9801 u jgħid jekk il-kanal madwar Manoel Island hux se jkun navigabbli wara li titqatta' t-tarf ta' Manoel Island u jsir pont għoli 6 metri minn wiċċ il-baħar?", "Jekk dan se jsir navigabbli, jista' jgħid jekk hux se jiġi estiż il-fairway?", "Jekk iva, kemm se jkun wiesa' u kemm se jintilfu postijiet ta' rmiġġ għad-dilettanti?", "Jista' jgħid jekk hux se jitneħħew l-irmiġġi biex il-baħar jiġi riżervat lill-Manoel Island Yacht Yard b'telf ta' rmiġġi għad-dilettanti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-ipproċessar tal-pjan il-ġdid tal-Outline Development Permit PA9407/17 kien jinvolvi konsultazzjoni sħiħa mal-Awtorità dwar it-Trasport, fejn l-istess Awtorità approvat l-emendi li kienu qed jintalbu f'dak li hu trasport tal-baħar.", "F'dan il-pjan ġie approvat il-prinċipju, u għalhekk dettalji għall-immaniġġjar ta' rmiġġ legali u rekwiżiti għan-navigazzjoni sikura għandhom jigu indirizzati fl-eventwali proċess ta' Full Development Application, b'konsultazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet ikkonċernati.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti data meta se jitneħħa l-hoarding li bħalissa jinsab idawwar spazju fi Pjazza Jean de Valette fil-Belt Valletta, liema hoarding huwa marbut ma' xogħol li qed isir fuq il-MUŻA?", "OWEN BONNICI: Dan huwa proġett innovattiv tal-Pjazza Jean De Valette li ċertament se jintgħoġob u jiġi apprezzat mill-pubbliku ġaladarba x-xogħlijiet ikunu ffinalizzati sa tmiem is-sajf li ġej.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI - INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, inklużi dawk taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, huwa kif muri fil-lista li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "It-tweġiba mogħtija mill-entitajiet l-oħra f'dan il-Ministeru kienet 'xejn'.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL: SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, SPORT U GĦAQDIET VOLONTARJI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 10239.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella:", "Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija.", "Minħabba f'hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "HELENA DALLI: Infurmata li l-European Union Programmes Agency (EUPA) nefqet €1,469.49 (eskluż VAT) f'reklamar u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, fil-perjodu."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190529_229d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2019 fid-9:00 a.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhu ppjanat li jsir, biex jinbnew imħażen għad-dilettanti li jibnu l-karrijiet tal-Karnival ġewwa Għawdex?", "Tista' sserraħ ras id-dilettanti tal-Karnival li dawn l-imħażen se jkunu jistgħu jintużaw għall-Karnival tas-sena 2020?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9996 rigward it-tender biex isir xogħol ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex fejn ingħad mill-Ministru li din \"it-tender saret skont ir-regolamenti kollha applikabbli f'każ ta' din ix-xorta\", jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender CT2134/2019 ma baqgħetx tidher fuq il-website www.etenders.gov.mt ftit ġranet qabel kellha tagħlaq?", "Jista' jispjega x'ġara u jekk din it-tender għadhiex fis-seħħ?", "Jekk iva għaliex ma baqgħetx tidher fuq il-website u jekk le x'kienet ir-raġuni li ġiet irtirata?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-epidural injection tingħatax fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jekk le, għaliex din tingħata f' Malta iżda f'Għawdex ma tingħatax?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9496 u 9865, jista' l-Ministru jindika jekk dawn il-figuri humiex għall-perjodu li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija (3 ta' April 2019)?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm tfal taħt foster care u taħt residential care fl-2018?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9150 li ngħatat fit-12 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux it-tenders u ġewx awarded u jekk le, meta hu ppjanat li toħroġ it-tender biex isiru t-tiswijiet meħtieġa minn Infrastructure Malta fuq il-Moll tal-Imġarr ix-Xini u l-area tal-madwar ix-xtajta, peress li huwa ta' periklu għan-nies li jiffrekwentaw din il-bajja ġewwa Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8203 li ngħatat fil-15 ta' Jannar 2019, peress li kien intqal 'li waslu fi stadju avvanzat ta' negozjati il-proġett tal-White Rocks Malta' jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar dan il-proġett li diversi xhur ilu kien deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż?", "Jista' jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda u jsir dan il-proġett?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta hu u l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ser jieqfu jiddiskriminaw kontra l-kunsill lokali u r-residenti ta' Tas-Sliema u jimplimentaw l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-8 ta' Mejju 2019 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff fil-kawża fl-ismijiet Anthony Debono et vs L-Avukat Ġenerali et (Rikors Numru 89/2018 LM)?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li tiġi emendata t-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta) sabiex f'każ ta' żball jew bżonn ta' tibdil fl-isem u kunjom tal-ġenituri fl-Att ta' Twelid ta' persuna, dan ikun jista' jsir mill-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Nutarili u għalhekk persuna ma jkollhiex bilfors tipproċedi b'kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm daħlu bastimenti barranin fil-portijiet ta' Malta u Għawdex?", "Jista' jagħti l-isem ta' kull wieħed mill-bastimenti u jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili?", "Jista' jgħid ukoll f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti barranin u kemm dam?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex vapuri li jidħlu u jankraw fil-Port il-Kbir jibdew jużaw enerġija elettrika shore-to-ship bil-għan li l-istess vapuri ma jkollhomx għalfejn jużaw il-magni tagħhom stess, biex jiġġeneraw l-elettriku bil-konsegwenza li qed jikkawżaw tniġġis kbir fl-arja?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jgħid meta l-Enemalta ser tibda tipprovdi enerġija elettrika shore-to-ship lill-vapuri li jidħlu u jankraw fil-Port il-Kbir?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex kull darba li qed jintalab permess mill-organizzaturi tal-festi f'Għawdex biex iġibu logħob tan-nar minn Malta lejn Għawdex, qed jiffaċċjaw problemi dwar fejn għandu jidħol dan in-nar f'Għawdex?", "Jista' jgħid liema huma l-portijiet f'Għawdex li huma dikjarati bħala siguri biex jiddaħħal logħob tan-nar li jiġi trasportat minn Malta?", "Jista' jgħid min jiddeċiedi fejn għandu jiddaħħal in-nar ta' kull festa f'Għawdex?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "In vista tal-fatt li l-mistoqsija parlamentari 9712 tirreferi għall-mistoqsija li ilni nagħmilha diversi xhur, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed idum daqstant biex jagħti dettalji dwar iż-żjarat tiegħu f'Dubai matul l-aħħar leġislatura?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni tal-2013 'l hawn, qattx iltaqa' mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk iva, meta u għal liema raġuni?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni tal-2013 'l hawn, qattx iltaqa' mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk iva, meta u għal liema raġuni?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux rapporti li f'ċerti skejjel tal-istat, matul il-jiem tal-1 ta' Mejju li għadda, kien hemm tfal tal-iskola li bdew jagħjtu \"Viva l-Labour\" jew \"Viva Joseph\" jew f'ċerti każi, anki saħansitra tħallew iwaħħlu badge tal-Partit Laburista fuq l-uniformi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'għamel dwar dawn ir-rapporti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu għandux policy sabiex jiżgura li fl-iskejjel tal-istat ma tiddaħħalx politika partiġġjana fejn tfal jitħallew, jekk mhux saħansitra, jiġu inkoraġġiti, jagħjtu slogans politiċi bħal \"Viva l-Labour\"?", "Jekk teżisti policy bħal din, jista' jgħid x'qed jagħmel biex jiżgura li din qed tiġi segwita u x'sanzjonijiet hemm f'każ li tinkiser?", "Jista' jgħid ukoll jekk qatt kienx hemm każi, kemm ilu ministru responsabbli hu, li ġew imposti tali sanzjonijiet?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tan-numru ta' uffiċjali li jaħdmu fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-grad tagħhom f'kull każ?", "Jista' jgħid, f'kull każ, jekk il-postijiet humiex mimlija, meta mtlew, u jekk imtlewx wara sejħa pubblika?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9797 u jgħid x'kunsiderazzjonijiet għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-effett li se jkun hemm fuq ix-Xatt tal-Gżira mill-proġett ta' Manoel Island?", "Jista' jikkonferma li parti sewwa mill-promenade dik bejn Triq Sir Patrick Stuart u Triq Manoel de Vilhena se tispiċċa u ssir triq, roundabout u pont għal Manoel Island?", "Jikkonferma li l-pont se jogħla bejn 6 u 8 metri minn fuq wiċċ il-baħar?", "Liema disinji ġew ippreżentati mill-MIDI biex jagħtu ħjiel ta' kemm se jintilef mix-Xatt tal-Gżira li qiegħed biex jitgawda mill-poplu?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi ta' attivitajiet soċjali li qed jiġu implimentati din is-sena f'kull Dar Residenzjali tal-Anzjani sabiex jippromwovu l-Anzjanità Attiva?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8921, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-Djar Residenzjali tal-Anzjani li ma humiex mgħammra b'faċilità ta' lift?", "X'qiegħed isir biex dawn id-Djar ikollhom lift sabiex iżidu l-aċċessibiltà għar-residenti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li fallew milli jilħqu l-kwota ta' impjegati b'diżabilità u kemm ħallsu flus bejniethom matul is-sena 2018?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu organizzati Parental Skills Programmes matul din is-sena u fejn sejrin jiġu organizzati?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10227 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jibda jaħdem il-lift li hemm fi Ġnien Laparelli taħt Bieb il-Belt?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq ir-rampa fin-naħa t'isfel fiċ-ċimiterju tal-Mosta sabiex tkun aċċessibbli wkoll għall-persuni b'diżabilità?", "Din il-mistoqsija qed issir peress li fil-preżent din ir-rampa f'dan iċ-ċimiterju toħloq diffikultajiet kbar sabiex persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għal parti t'isfel taċ-ċimiterju.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq il-proġett ta' manutenzjoni ta' culverts f'Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta fejn tali xogħol sar fil-ġranet ta' qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Mosta?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' nurses li huma assenjati ma' entitajiet tal-gvern barra mill-qasam tas-saħħa?", "Jista' jgħid dawn in-nurses issa fejn qegħdin jaħdmu?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istatus ta' art f'San Pawl il-Baħar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "Jista' jgħid jekk din l-art hijiex imqabbla lill-bdiewa jew saret art mifnija?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bus shelter ġdid sar fl-aħħar 12-il xahar?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet saru u kemm swew b'kollox?", "Jista' jgħid jekk kinitx b'direct order jew b'tender?", "Jekk tender, jista' jgħid min kienu li tefgħu t-tenders?", "Jista' jgħid min kien ir-rebbieħ ta' dawn it-tenders?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "Tista' l-Ministru tikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Tista' tikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10094, jista' l-Ministru jgħid, peress li wasluli lmenti minn qraba li għandhom pazjenti fis-sala li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li r-roster tan-Nursing Officer u d-Deputy Nursing Officer ma jikkumplimentawx lil xulxin, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn id-Deputy Nursing Officer f'din is-sala jidher li għandha roster uniku għax minkejja li jien infurmat li uffiċjalment hu miktub mod, fil-fatt taħdem sas-2pm?", "Naqbel li fejn jista', il-management għandu jakkomoda l-bżonnijiet ta' din id-Deputy Nursing Officer, però d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ma jaħsibx li l-management li sa fejn hu possibbli għandu jara li r-roster ta' din id-Deputy Nursing Officer għandu jikkumplimenta dak tan-Nursing Officer?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu bus lanes effettivi ġewwa Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid f'liema lokalità u triq qegħdin?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità tal-Gudja?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità tal-Fgura?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol finalment sar fuq Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid?", "Jista' jindika kemm effettivament ġie minfuq fuq il-proġett kollu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta' April 2019?", "Jista' jindika kemm minnhom kellhom l-impieg part-time bħala primary job?", "Kemm minnhom kellhom mal-part-time, full-time job?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?", "Kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-presidenza l-ġdida li ġejja?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din s-sena tul il-Presidenza l-ġdida li ġejja?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu persuni Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti fl-aħħar ta' April 2019 għall-persuni ta' nazzjonalità li mhix dik ta' dawn l-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?", "MOZZJONIJIET", "ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA L-ONOR.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, Kap. 524.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 86 – Abbozz li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 - Votazzjoni.", "31 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 4 ta' Ġunju, 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposti leġiżlattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju, 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2019 fil-4:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni dwar il-Prostituzzjoni mill-Association for Gender Equality;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Ministru għal Għawdex (Kont.).", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "31 ta' Mejju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190603_230a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "il-Belt Valletta, fid-9.03 a.m.", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 229, li saret fid-29 ta' Mejju 2019, ġew ikkonfermati.", "KUNSENS GĦAL ATTI", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:", "Att Nru XV tal-2019 – Att tal-2019 dwar Żoni Ħielsa f'Malta;", "Att Nru XVI tal-2019 – Att tal-2019 li jemenda l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u Liġijiet oħra; u", "Att Nru XVII tal-2019 – Att tal-2019 dwar il-Kremazzjoni.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "GĦAWDEX – IMĦAŻEN GĦALL-KARRIJIET TAL-KARNIVAL", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhu ppjanat li jsir biex jinbnew imħażen għad-dilettanti li jibnu l-karrijiet tal-Karnival ġewwa Għawdex?", "Tista' sserraħ ras id-dilettanti tal-Karnival li dawn l-imħażen se jkunu jistgħu jintużaw għall-Karnival tas-sena 2020?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa) (f'isem il-Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li saret laqgħa mad-dilettanti tal-karrijiet u kull spjegazzjoni ngħatat lilhom direttament.", "RABAT GĦAWDEX– SKOLA PRIMARJA ĠDIDA", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B 'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9996 rigward it-tender biex isir xogħol ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fl-area fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, fejn ingħad mill-Ministru li din \"it-tender saret skont ir-regolamenti kollha applikabbli f'każ ta' din ix-xorta\", jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender CT 2134/2019 ma baqgħetx tidher fuq il-website www.etenders.gov.mt ftit ġranet qabel kellha tagħlaq?", "Jista' jispjega x'ġara u jekk din it-tender għadhiex fis-seħħ?", "Jekk iva, għaliex ma baqgħetx tidher fuq il-website u, jekk le, x'kienet ir-raġuni li ġiet irtirata?", "CHRIS FEARNE (f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab informat li waqt li kienet miftuħa t-tender għal xogħol ta' skavar u piling fis-sit fejn se nkunu qegħdin nibnu l-iskola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, waslu għand il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada l-ewwel riżultati tat-testijiet li saru fuq il-blat li hemm taħt dan is-sit.", "Dawn urew li dan il-blat hu aktar stabbli u b'saħħtu minn kif kien maħsub fil-bidu, u bis-saħħa ta' hekk naqas l-ammont ta' xogħol, naqas il-prezz ta' dan ix-xogħol u naqas ukoll iż-żmien meħtieġ biex dan ix-xogħol isir.", "Fid-dawl ta' dan kollu ġie deċiż li s-sejħa għal tenders tinġibed lura u titfassal sejħa ġdida bbażata fuq specifications ġodda li tkun tirrifletti dawn iċ-ċirkostanzi ġodda.", "Ninsab informat li meta sejħa għal tenders tiġi rtirata, hemm sett sħiħ ta' proċeduri u regolamenti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti li jridu jiġu segwiti.", "Hekk ġara fil-każ ta' tender CT 2134/2019.", "In-numru tat-tender ġdida li ħadet post dik imsemmija hawn fuq hu CT 2179/2019.", "SPTAR ĠENERALI T'GĦAWDEX – EPIDURAL INJECTION", "L-ONOR.", "Chris Said) staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-epidural injection tingħatax fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?", "Jekk le, għaliex din tingħata f'Malta iżda f'Għawdex ma tingħatax?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-epidural injection tingħata fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, waħda mill-wegħdiet elettorali tal-Gvern Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kienet dik li jitwasslu l-mediċini fid-djar lill-anzjani.", "Għalhekk jista', jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan is-servizz inbediex u kemm hemm anzjani li qegħdin jirċievu l-mediċini fi djarhom minflok ma jkollhom joqogħdu jmorru għalihom, anke għaliex f'xi każi lanqas ikunu jifilħu joqogħdu jistennew fil-kju?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru..", "CHRIS FEARNE: Sur President, din kienet waħda mill-miżuri li aħna xtaqna li tiġi introdotta fil-pajjiż, miżura li permezz tagħha mhux biss qed naraw li l-mediċini li persuna tkun intitolata għalihom ikunu available u mhux ikunu out of stock, kif kien jiġri fis-snin l-imgħoddija, imma wkoll li wieħed ikun jista' jiġborhom mill-ispiżerija tal-għażla tiegħu – miżura pożittiva oħra mibdija mill-Gvern preċedenti u li issa ilha li ġiet estiża ma' Malta u Għawdex kollu għal numru ta' snin – u li saħansitra lil dawk il-persuni li għandhom problemi ta' mobilità jew problemi fiżiċi oħra jitwasslulhom id-dar.", "Fil-fatt, kull persuna li għandha 'l fuq minn 70 sena jew li għandha problemi ta' natura fiżika fit-tul tista' tapplika u tirreġistra mal-ispiżerija tal-għażla tagħha biex il-mediċini jitwasslulha d-dar.", "Din hija miżura li issa ilha li ddaħħlet numru ta' snin.", "Aħna xorta ninkoraġġixxu lil dawk in-nies li m'għandhomx problemi ta' mobilità jew problemi fiżiċi oħra biex imorru jiġbru l-mediċini mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom, allavolja jkunu għalqu s-70 sena, għax li tagħlaq 70 sena ma jfissirx neċessarjament li għandek tibqa' ristrett ġo darek.", "Però, għal dawk il-persuni li minħabba l-problemi fiżiċi tagħhom ma jistgħux imorru jiġbru l-mediċini li huma intitolati għalihom huma stess, aħna qegħdin nipprovdu dan is-servizz.", "Ta' min jgħid li preżentement għandna 1,000 persuna madwar Malta u Għawdex li qed jirċievu l-mediċini d-dar fuq bażi regolari, u kull min jagħlaq 70 sena, wara ftit ġimgħat qed jirċievi notifikazzjoni fejn qed jiġi mgħarraf li jekk irid jista' japplika għal dan is-servizz.", "Hekk kif din il-miżura ġiet introdotta, malajr saret popolari mal-pajjiż kollu tant li ġiet imdaħħla bħala parti mis-sistema tagħna.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar innotajna x-xogħol kbir li sar f'numru ta' bereġ li tista' tgħid illi kienu fi stat diżastruż, però għad hemm bereġ li hemm bżonn jiġu rranġati.", "Biżżejjed ngħid li wħud minnhom joperaw saħansitra mill-għassa tal-Pulizija tal-lokal, li forsi mhuwiex l-aktar post ideali minn fejn topera berġa.", "Għalhekk jista', jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx pjani li jiġu rranġati aktar bereġ u jsiru wkoll aċċessibbli sabiex kulħadd ikun jista' jieħu l-aqwa servizz possibbli minnhom?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Iva, Sur President, fil-fatt hija l-politika tal-Gvern li fejn hu possibbli kemm jista' jkun iċ-ċittadini ma jirċevux il-kura tagħhom fl-isptarijiet tagħna, imma iżjed viċin id-dar tagħhom, jiġifieri fil-komunità.", "Is-servizz tas-saħħa fil-komunità Maltija dejjem kien ibbażat fuq it-tobba tal-familja, anke għax it-tobba tal-familja jagħtu servizz tajjeb ħafna, u ta' dan nixtieq nirringrazzjahom.", "Ta' min jgħid li sabiex it-tobba tal-familja jkunu jistgħu jagħtu continuous care lill-pazjenti tagħhom, matul dawn l-aħħar snin żidna l-faċilità li dawn il-professjonisti li jaħdmu privatament ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha tal-pazjent li tkun imdaħħla fis-sistema tas-saħħa pubblika.", "Dan wara li biddilna l-mod kif topera s-sistema \"myHealth\", li ġiet introdotta numru ta' snin ilu, fejn issa kull tabib irreġistrat, bil-permess tal-pazjent, jista' jirreġistra d-data kollha tal-pazjent – u ħafna mid-data llum hija miżmuma b'mod elettroniku – saħansitra minn fuq l-ismartphone jew it-tablet fid-djar tal-pazjenti nnifishom.", "Naturalment, din kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tat-tobba tal-familja biex ikunu jistgħu joffru aktar servizzi lill-pazjenti tagħna.", "Żidna anke numru ta' testijiet li t-tobba tal-familja jistgħu joffru biex b'hekk komplejna nsaħħu l-professjoni tat-tobba fil-komunità.", "Sur President, aħna jidhrilna li s-servizz pubbliku fil-komunità rridu nżiduh, u għal din ir-raġuni rriversjajna l-policy li nitfgħu kollox fuq l-isptarijiet tagħna u nabbandunaw iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ.", "Filwaqt li lill-isptarijiet tagħna rriduhom ikunu l-aqwa kemm jista' jkun possibbli, u fil-fatt qegħdin inżidu kemm l-equipment kif ukoll ir-riżorsi umani għal dan il-għan, irridu wkoll li kemm jista' jkun is-servizz jingħata viċin in-nies u mhux fl-isptarijiet.", "Għalhekk, matul dawn l-aħħar tliet snin bdejna programm intensiv li permezz tiegħu bdejna nirrinovaw il-bereġ kollha ta' Malta u Għawdex, li jlaħħqu kważi 60 waħda.", "Pereżempju, bejn din il-ġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla għandu jitlesta x-xogħol kollu fuq il-berġa taż-Żejtun; hemmhekk kabbarna l-ispazju ta' din il-berġa u qegħdin nimmodernizzawha.", "Fil-fatt, ta' min isemmi li minn hawn u ftit taż-żmien ieħor se jkollna numru ta' kliniċi u servizzi ġodda li se jkunu qed jingħataw miż-Żejtun.", "Sur President, irrid ngħid ukoll li ħafna mill-bereġ mhux biss kienu magħluqin u traskurati, imma kienu wkoll jinfetħu għal siegħa waħda biss darbtejn fil-ġimgħa, prattikament biex in-nies imorru jiktbu r-riċetti fihom.", "Madanakollu, aħna biddilna dan il-konċett u qegħdin nipprovdu servizz ta' tobba – u dan mhux biss biex jinkitbu r-riċetti – u qegħdin nipprovdu servizz ta' infermiera speċjalizzati biex jagħtu pariri anke dwar kif tgħix ħajja aħjar, qegħdin nipprovdu servizzi ta' podiatry, ta' speech language pathology, ta' nutrition, u f'xi bereġ qiegħed saħansitra jittieħed id-demm.", "L-ISPEAKER: Onor. Chris Fearne, jekk jogħġbok ikkonkludi.", "CHRIS FEARNE: Għandek raġun, Sur President, però din il-mistoqsija rrid nirrispondiha sew għax hija importanti ħafna.", "Irrid ngħid ukoll li aħna m'aħniex qed nirranġaw il-bereġ biex sempliċement insebbħuhom.", "Ta' min isemmi li madwar tliet ġimgħat ilu ftaħna berġa f'Ħ'Attard, filwaqt li għamilna refurbishment tal-berġa taż-Żurrieq, il-berġa ta' Tas-Sliema, il-berġa ta' Tal-Pietà, il-berġa tax-Xewkija u ħafna bereġ oħrajn.", "Bħalissa għaddej ukoll ix-xogħol fuq il-berġa ta' Ħaż-Żabbar u se nibqgħu sejrin hekk sakemm induru l-bereġ kollha ta' Malta u Għawdex.", "Għal dan il-għan, ftit tal-ġranet ilu ffirmajna memorandum of understanding mal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF), jiġifieri dak il-fond li jamministra l-flus tal-IIP (Individual Investors Program), ċjoè taċ-ċittadinanza b'investiment, biex b'hekk għandna €10 miljun għad-dispożizzjoni tagħna li bihom se nkunu nistgħu nkomplu nagħmlu refurbishment ta' dawk iċ-ċentri tas-saħħa li għalihom diġà ħriġna t-tenders, fosthom dak tal-Gżira.", "Dan ifisser li qed inkomplu ngħollu l-livell tas-servizz li jingħata lill-pazjenti tagħna fl-ibliet u l-irħula tagħhom stess.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, nixtieq nagħmel mistoqsija supplimentari marbuta ma' dak li għadu kemm qal issa d-Deputat Prim Ministru rigward is-sistema diġitali ta' komunikazzjoni li qed titħaddem fil-bereġ u fl-isptarijiet tagħna.", "Il-Viċi Prim Ministru jaħseb li l-Gvern se juża l-istess sistema wkoll fir-rigward tal-constant glucose monitoring?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Claudette Buttigieg għal din id-domanda.", "Ftit tal-ġimgħat ilu ħriġna t-tenders … Jidhirli li għalqu, imma m'iniex informat eżattament dwar fiex wasal dan il-proċess għax, ovvjament, jien ma nkunx involut fit-tendering.", "Madanakollu, l-aħħar informazzjoni li waslitli hi li dawn għalqu, u kien għaddej dak li hu msejjaħ bħala l-clarification period, fejn min ikun tefa' l-offerta jkun qiegħed jagħmel xi mistoqsijiet.", "Dan biex nintroduċu sistema li hi msejħa bħala remote patient monitoring għal dawk il-pazjenti ta' taħt is-16-il sena li għandhom type 1 diabetes, jiġifieri dawk it-tfal u l-adolexxenti li sa minn età żgħira jkunu jridu jibdew jieħdu l-insulina u jiċċekkjaw iz-zokkor fid-demm billi jittaqqbu madwar erba' jew ħames darbiet kuljum.", "B'hekk, prattikament it-tfal kollha li għandhom id-dijabete f'pajjiżna se jingħataw monitor li jkunu jistgħu jagħmluh ma' riġlejhom sabiex dan jaqra l-livell taz-zokkor fid-demm b'mod kontinwu, u dan mhux biss biex ikunu jistgħu jaraw ir-riżultat huma personalment, imma biex ir-riżultat imur f'sistema diġitali li permezz tagħha jekk ikun hemm pazjent li jew ikollu l-livell taz-zokkor għoli ħafna jew baxx ħafna, jew inkella mhux ikkontrollat fuq medda ta' ħin, dak il-pazjent, il-ġenituri tiegħu, it-tabib tiegħu jew saħansitra l-ispeċjalista – skont il-każ li jkun – jiġu informati b'dan b'mod diġitali.", "Ta' min jgħid li din is-sistema qegħdin indaħħluha matul dawn l-aħħar ġranet.", "Il-pjan hu li matul din is-sena jkollna l-hardware u s-software in place biex b'hekk dan is-servizz ikun jista' jingħata lit-tfal kollha li għandhom id-dijabete u, eventwalment, jekk naraw li din is-sistema qed taħdem tajjeb se nkomplu nestenduha għall-pazjenti kollha f'pajjiżna li għandhom id-dijabete.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, dan l-aħħar qrajt dwar il-Molecular Genetics Laboratory li hemm fl-Isptar Mater Dei u, fost affarijiet oħrajn, qrajt li bis-saħħa ta' dan il-laboratorju f'pajjiżna se jkun possibbli li jsiru aktar testijiet.", "Jista', jekk jogħġbu, il-Viċi Prim Ministru jispjega lill-Kamra għal liema vantaġġi se jwassal l-investiment li sar f'dan il-laboratorju?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Fil-fatt, Sur President, qed isir investiment qawwi fil-laboratorji tal-isptarijiet tagħna.", "Il-mod konvenzjonali kif kienu jsiru u kif għadhom isiru sal-lum ħafna mit-testijiet fejn jidħlu l-mikrobi huwa billi jittieħed sample mingħand il-pazjent skont l-infezzjoni li jkun qed jissuspetta li għandu, u mbagħad minn dak is-sample jipprova jkabbar il-mikrobu fil-laboratorju, ħalli finalment jara x'antibijotiċi jew x'mediċini jeżistu biex ikunu jistgħu jaħdmu kontra dan il-mikrobu.", "Dan huwa proċess li f'ċerti każijiet jieħu ftit ġranet, f'ċerti każijiet jieħu ġimgħat, filwaqt li f'każijiet oħrajn jieħu xhur sħaħ.", "Pereżempju, jekk ikollok pazjent li tkun qed tissuspetta li għandu t-tuberkulożi, trid madwar tliet xhur biex ikollok ir-riżultat.", "Naturalment, dan ma jfissirx li inti se ddum tliet xhur biex tibda t-trattament, imma trid tibda t-trattament b'mod empiriku, jiġifieri mingħajr ma jkollok evidenza eżatta dwar x'inti tagħmel, u mbagħad, skont dak ir-riżultat, jew tikkonferma t-trattament jew inkella tibdlu.", "Dan bil-konsegwenza li possibbilment il-pazjent ikun għamel tliet xhur jieħu trattament li mhuwiex xieraq.", "S'issa dawn kienu l-metodi ta' kif wieħed jittestja dawn l-infezzjonijiet.", "Ftit tas-snin ilu daħlet teknoloġija ġdida fejn ġo laboratorju, permezz ta' makkinarju sofistikat, wieħed ikun jista' jaqra d-DNA (deoxyribonucleic acid), jiġifieri l-genome ta' persuna, u dan billi prattikament inti taqbad sample ta' ċelloli ta' persuna u taqra s-sekwenza kollha – ma nafx kemm-il triljun ta' proteina teżisti! – tad-DNA tagħha.", "Issa qed nużaw din it-teknoloġija mhux biex naqraw id-DNA tal-persuna imma d-DNA tal-mikrobi, u allura minn sample, minflok ma nipprovaw inkabbru l-mikrobu, naqraw x'tip ta' mikrobi hemm billi naqraw id-DNA jew l-RNA (ribonucleic acid) ta' dak il-mikrobu.", "Dan ifisser li f'temp ta' siegħa jista' mhux biss ikollna idea, imma jkollna riżultat ċar tal-mikrobu li qiegħed jikkawża l-infezzjoni, anke f'każ ta' tuberkulożi.", "Dan jagħmel differenza kbira meta tqabbel mal-fatt li sa ftit taż-żmien ilu konna nistennew xi tliet xhur, sitt ġimgħat jew ġranet biex ikollna dan it-tip ta' riżultati.", "Dan huwa investiment li bdejna nagħmlu numru ta' snin ilu billi bdejna nżidu l-apparat ftit ftit, sakemm ftit tal-ġimgħat ilu wasalna biex saħansitra ninawguraw żewġ laboratorji fl-Isptar Mater Dei li permezz tagħhom issa r-riżultati jistgħu jinħarġu mhux wara tliet xhur, imma wara siegħa.", "Naturalment, din hija breakthrough kbira għax tfisser li pazjenti b'infezzjonijiet, li ġeneralment ikunu infezzjonijiet serji li jistgħu anke jwasslu għall-mewt, issa jistgħu jiġu ttrattati immedjatament u b'hekk qegħdin mhux biss nipprovdu servizz aktar effiċjenti, imma qegħdin saħansitra nsalvaw il-ħajjiet.", "Sur President, nixtieq nagħmel l-aħħar punt billi ngħid li l-Molecular Genetics Laboratory qed jintuża wkoll għall-kanċer fid-demm, fosthom għal-lymphomas u għal-leukemias.", "Fejn qabel wieħed kien ikun irid joqgħod jagħmel it-testijiet fil-laboratorju bl-istaining, eċċ. liema testijiet kienu jirrikjedu minn ġranet sa ġimgħat biex jinħareġ ir-riżultat, bil-konsegwenza li jekk, pereżempju, pazjent ikun qed jagħmel dawn it-testijiet fuq suspett ta' kanċer ikollu jdum madwar erba' ġimgħat sakemm jibda t-trattament – u dawn l-erba' ġimgħat jistgħu jkunu importanti – illum f'temp ta' sagħtejn jista' jkollna riżultat.", "Dan ifisser li llum persuna li hija suspettata bil-lymphoma jew b'leukemia, dakinhar stess li tmur l-isptar biex isirulha t-testijiet ikollha riżultat u għalhekk jista' jinbdielha t-trattament dakinhar stess jew l-għada.", "Dan ifisser li llum qegħdin nagħtu servizz aktar effiċjenti, servizz aħjar u fuq kollox qed jirnexxilna nsalvaw aktar ħajjiet.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President, nixtieq immur lura għall-kwestjoni tal-bereġ.", "Qed nieħu pjaċir li l-bereġ qed jerġgħu jiġu rranġati u li l-Gvern irnexxielu jġib xi fondi biex dan isir.", "Però ninsab preokkupat dwar żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, in-nies kemm qed jiġu informati dwar is-servizzi li l-bereġ qegħdin joffru?", "Għax jien ninnota li m'hemmx din l-informazzjoni.", "Nixtieq inkun naf ukoll jekk hemmx ċerta kordinazzjoni bejn il-bereġ u l-polikliniċi fis-sens li, jekk persuna marret biex tinqeda f'poliklinika, ġietx informata li mit-tali berġa jipprovdu t-tali servizz li għandha bżonn hi.", "Jien nissuġġerixxi wkoll li jsir xi forma ta' librett jew fuljett li jitqassam lin-nies biex dawn ikunu informati dwar is-servizzi li joffru l-bereġ.", "Kif il-Viċi Prim Ministru jaf, jien għamilt numru ta' mistoqsijiet parlamentari dwar il-bereġ għax nemmen li l-bereġ huma essenzjali anke llum, speċjalment minħabba l-komunità anzjana li għandna, li ssib diffikultà biex tasal sal-eqreb poliklinika li hemm għal fejn toqgħod hi.", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici għall-mistoqsija tiegħu.", "Fil-fatt, minn madwar sena ilu meta berġa tiġi rinovata u jiżdiedu s-servizzi tagħha qed nibagħtu fuljett lir-residenti kollha li tkun qed tkopri dik il-berġa – jieħdu pjaċir jagħmlu r-ritratt tiegħi fuq dan il-fuljett, u għalkemm jien ngħidilhom li m'hemmx għalfejn, qed jagħmluh xorta waħda allavolja r-residenti ma jkunux tad-distrett tiegħi! – u fih jiġu elenkati s-servizzi kollha li toffri din il-berġa, kif ukoll il-ħinijiet li fihom ikunu available il-professjonisti.", "Jien nemmen li din hija xi ħaġa li hija importanti li ssir, anke għax, kif qed jgħid l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, is-servizzi mhux biss iridu jkunu hemmhekk, imma r-residenti jridu jkunu jafu bihom biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom.", "Madanakollu, aktar minn hekk, illum aħna qegħdin nagħmlu sistema ta' bookings ta' appuntamenti li hija ċentralizzata, jiġifieri jekk għall-grazzja tal-argument inti tmur iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid biex tagħmel appuntament għal vista għand il-podiatrist, jistgħu jgħidulek li, pereżempju, inti tista' tingħata dan is-servizz mill-berġa ta' Ħal Għaxaq.", "Issa hawn qiegħed sempliċement nagħti eżempju li vvintajtu jien biex wieħed ikun jista' jifhimni.", "Jiġifieri link bejn is-servizzi li jingħataw fil-berġa u dawk li jingħataw fiċ-ċentri tas-saħħa jeżisti.", "Jeżisti link saħansitra bejn dawn il-bereġ, iċ-ċentri tas-saħħa u l-Isptar Mater Dei.", "Fil-fatt meta l-pazjenti jkollhom bżonn xi follow-up bħal, pereżempju, għad-dijabete, illum fiċ-ċentri tas-saħħa għandna konsulenti speċjalizzati fid-dijabete li huma appuntati apposta bil-għan li jservu hemmhekk fil-klinika tad-dijabete.", "B'hekk, illum min ikollu bżonn follow-up tad-dijabete –qed insemmi d-dijabete bħala eżempju, għax hemm eżempji oħrajn – mhux neċessarjament irid imur l-Isptar Mater Dei f'dak l-iffollar kollu, għax jista' jkun li l-ispeċjalista jgħidlu li meta jerġa' jmissu appuntament ieħor, ma jkollux għalfejn imur l-isptar imma jista' jmur fl-eqreb ċentru tas-saħħa ta' fejn joqgħod.", "L-istess nista' ngħid għal-link li jeżisti bejn iċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ.", "Jiġifieri dan huwa proċess li permezz tiegħu aħna rridu dejjem inwasslu s-servizzi tas-saħħa u tal-kura aktar u aktar viċin in-nies biex dawn ikunu aċċessibbli anke għal nies bi problema ta' mobilità, bħalma semma l-Onor.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, se nagħmel din il-mistoqsija wara li xi ħadd staqsieni fuqha.", "Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li wara li omm ikollha wild ġdid ikollhiex żjarat minn xi qabla, kemm sakemm iddum l-isptar, kif ukoll wara li toħroġ mill-isptar?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "CHRIS FEARNE: Din il-mistoqsija tirrigwarda l-istess tema li konna qegħdin nitkellmu dwarha, ċjoè li kemm jista' jkun is-servizz tas-saħħa jiġi ddeċentralizzat.", "Aħma rridu li noħorġuh mill-isptarijiet u nipprovduh fil-komunità stess, f'dan il-każ anke fid-djar tal-pazjenti.", "Fil-fatt jidhirli li introduċejna dan is-servizz madwar erba' snin ilu b'kooperazzjoni mal-MUMN (Malta Union for Midwives and Nurses).", "B'hekk, wara xi ġranet li mara twelled u tmur id-dar, jekk trid din tingħata l-opportunità li żżurha qabla d-dar tagħha stess biex tara lill-omm u lit-tarbija.", "Dan huwa servizz popolari ħafna, tant li prattikament nistgħu ngħidu li l-ommijiet ġodda kollha jaċċettaw li jingħataw dan is-servizz.", "Ta' min iżid jgħid ukoll li, jekk l-omm tkun trid, il-qabla mhux talli żżur lill-omm u lit-tarbija tagħha darba, imma talli wara ftit ġranet tagħmlilha t-tieni żjara, wara ftit ġimgħat tagħmlilha t-tielet żjara, u jekk ikun hemm bżonn, isiru anke żjarat oħrajn.", "Fil-fatt jien informat li s-sena li għaddiet saru madwar 18,000 żjara mill-qwiebel fid-djar ta' ommijiet ġodda, u dan mhux għax kellna 18,000 omm ġdida – bejn wieħed u ieħor, ikollna madwar 5,000 twelid fis-sena f'Malta u Għawdex – imma għax ikun hemm ommijiet li jkunu jixtiequ li jingħataw dan is-servizz għal aktar minn darba.", "Naturalment, biex ikun jista' jingħata dan is-servizz żidna n-numru ta' qwiebel, għax ovvjament servizz bħal dan ma jingħatax minn dawk il-qwiebel li jkunu qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom fl-Isptar Mater Dei jew inkella fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, imma jingħata minn qwiebel fil-komunità.", "Dan ifisser li llum aħna qed noffru servizz aħjar u aktar viċin in-nies.", "B'hekk meta tkun qed tiżvolġi xi problema nindunaw biha mal-ewwel u ħafna drabi nkunu nistgħu nsolvuha, filwaqt li fl-istess ħin inkunu qed niffrankaw l-iffollar fl-Isptar Mater Dei għax, li kieku ma jiġix ipprovdut dan is-servizz, dawn l-ommijiet il-ġodda jkollhom imorru l-isptar huma, flimkien mat-trabi tagħhom.", "Sur President, ġaladarba qed insemmi s-servizzi, ta' min isemmi wkoll servizz ieħor li jeżisti, li huwa l-walk-in clinic għas-servizz tal-breast feeding.", "Hemmhekk persuna tista' tmur mingħajr ma jkollha għalfejn tagħmel appuntament.", "Is-servizz tal-Breastfeeding Clinic fl-Isptar Mater Dei huwa essenzjali għax li omm tredda' lit-tarbija tagħha jagħti ħafna vantaġġi lil dik it-tarbija, mhux biss għal dak il-ħin imma anke għall-kumplament ta' ħajjitha.", "Kif għedt diġà, din il-klinika hija miftuħa għall-ommijiet kollha u dawn jistgħu jaqbdu u jmorru mingħajr appuntament.", "Il-fatt li s-sena l-oħra saru madwar 13,000 żjara f'din il-klinika jindika kemm din il-klinika hi popolari.", "Kif aċċennajna ftit ilu, huwa importanti li wieħed dejjem jitkellem fuq dawn l-affarijiet ħalli persuna tkun informata bis-servizzi kollha li tista' tagħmel użu minnhom u b'hekk tkun tista' tiġi moqdija aħjar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sur President, il-ġimgħa l-oħra smajt lill-Viċi Prim Ministru jitkellem dwar il-Concerta, mediċina li ġiet sostitwita b'mediċina ġenerika li sfortunatament mid-dehra ma qablitx ma' numru ta' pazjenti.", "Meta l-Viċi Prim Ministru kien qed jirreferi għal din il-biċċa xogħol, smajtu jgħid li \"he's on it\", u ta' dan nirringrazzjah f'isem il-pazjenti li qegħdin jistennew din il-bidla.", "Huwa qalilna wkoll li din hija xi ħaġa li se tiġri dalwaqt.", "Din hija aħbar tajba, però nixtieq li l-Ministru jirsisti kemm jista' f'dan ir-rigward għax, kif naħseb li hu jaf aktar minni, għal dawn il-pazjenti kull ġurnata li jgħaddu mingħajr il-mediċina t-tajba mhux biss hija ta' inkonvenjent, imma jkollhom diffikultajiet ovvji.", "Għalhekk, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux data konkreta li fiha dawn in-nies se terġa' tingħatalhom il-Concerta, li qegħdin jistennewha bil-ħniena?", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru.", "Jekk jogħġbok irrispondi fil-qosor għax se jiskadi l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "CHRIS FEARNE: L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Onor.", "Simon Busuttil għall-mistoqsija tiegħu.", "Sur President, din il-kwestjoni ma tirrigwardax biss il-mediċina Concerta.", "Fil-fatt kull mediċina li toħroġ ġdida tkun taħt patent għal numru ta' snin – ġeneralment, il-patent tkun ta' għaxar snin, imma ġieli tkun anke ta' 15-il sena – u matul dak il-perjodu wieħed bilfors ikollu jixtri dik il-mediċina.", "Madanakollu, hekk kif mediċina tispiċċalha l-patent, ikun hemm kumpaniji oħrajn li jipproduċu l-istess forma ta' mediċina – dawk li jissejħu generics – u hemmhekk il-prezz jinżel ħafna.", "Fil-fatt ta' min jgħid li l-patent ikun qiegħed hemmhekk sabiex jipproteġi lil dik il-kumpanija li tkun ipproduċiet dik il-mediċina ġdida ħalli din iġġib lura l-flus li tkun nefqet fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "U dwar il-mediċina Concerta hekk ġara.", "Il-Concerta kienet a branded medicine li l-Gvern kien daħħalha għax deherlu li kienet importanti għal dawk il-pazjenti li għandhom l-ADHD.", "Madanakollu, ladarba waqa' l-patent u l-ispeċifikazzjonijiet kienu tajbin, kif aħna obbligati li nagħmlu kemm bil-liġijiet Maltin u anke b'dawk Ewropej, it-tender il-ġdid ingħata għal mediċina li hija orħos u li hija generic.", "Ġara li kien hemm numru ta' pazjenti li ħassew li b'din il-generic medicine ma kienx qed ikollhom riżultati tajbin daqskemm kellhom bil-branded medicine, u allura aħna, minflok ma għamilna bħalma tista' tgħid għamlu l-pajjiżi tad-dinja kollha, jiġifieri għedna li dik il-brand hija tajba u allura għandhom jibqgħu jeħduha, ġibna anke esperti minn barra biex jagħtuna pariri u sibna li hemm numru ta' pazjenti li, jekk jerġgħu jieħdu l-Concerta, imorru aħjar.", "Ovvjament, lil min ħa dak it-tender, li ħadu kif suppost, ma tistax taqbad u twaqqagħhulu għax inkella nkunu qed immorru kontra l-liġi.", "Għalhekk, permezz ta' kumitat tekniku li nħatar apposta madwar sena u nofs ilu biex jipprovdi mediċini f'każijiet eċċezzjonali, ġie deċiż li dawk il-pazjenti li jħossu li l-Concerta hi aħjar mill-generic medicine se jkollhom aċċess għall-Concerta mingħand is-servizz tas-saħħa.", "Dan ir-rapport wasal għandna biss ftit tal-ġranet ilu – jidhirli bħal-lum ġimgħa – u jien ħabbart din l-aħbar mill-ewwel.", "Li qed jiġri bħalissa hu li qed jiskatta l-proċess biex il-Gvern ikun jista' jerġa' jixtri l-Concerta bil-għan li dawk il-pazjenti li huma intitolati għaliha jkunu jistgħu jeħduha, jiġifieri l-proċess f'dan ir-rigward huwa miexi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu issa għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 110 tal-2019 – Regoli tal-2019 dwar Grupp Konsolidat (Taxxa fuq l-Income); u", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq mezzi tax-xandir, inkluż social media, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Finanzi, matul April u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10244.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "MOZZJONIJIET", "TAL-AWTORITÀ DWAR", "IL-PROTEZZJONI TA' EMBRIJUNI GĦASSENA 2019", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, Kap. 524.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda, jekk jogħġobkom?", "L-ISPEAKER: Ninforma lillKamra li ddiskussjoni fuq din ilmozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bilħin jinqasam indaqs bejn kelliema talGvern u kelliema talOppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-għeluq mill-Gvern.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH: Sur President, l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għandha funzjoni pjuttost wiesgħa.", "Jien se nibda dan l-intervent tiegħi billi nagħti ftit background dwar dan il-qasam biex in-nies li qed isegwuna jkunu jistgħu jaraw għaliex din l-Awtorità hija daqstant importanti.", "Nibda biex ngħid li l-problema tal-infertilità taffettwa lil ħafna koppji, u wieħed għandu jkun konxju ta' kemm ikun hawn nies li jbatu fis-skiet.", "Ta' min jgħid li sfortunatament aktar ma jgħaddi ż-żmien, din il-problema aktar qiegħda tiżdied, kemm minħabba li llum aktar koppji qed jiddeċiedu li jkollhom it-tfal f'età aktar avvanzata milli kienu qabel, kif ukoll minħabba żieda fl-inċidenza ta' mard trażmess sesswalment, li jista' jaffettwa l-organi riproduttivi tan-nisa u tal-irġiel, u allura dan jista' jikkawża wkoll infertilità.", "Ħafna minn dawn il-koppji jkollhom jieħdu deċiżjonijiet diffiċli, u ħafna drabi l-IVF (in vitro fertilisation) tkun l-aħħar tama għalihom li jkollhom it-tfal, għax hemm work-up sħiħa t'affarijiet li jridu jsiru qabel ma jittieħed dan il-pass.", "Dawk il-koppji li, wara li jagħmlu ċertu perjodu jipprovaw biex ikollhom it-tfal b'mod naturali, ma jirnexxilhomx u l-mara ma tkunx tista' toħroġ tqila, dawn imorru għand ġinekologu, li min-naħa tiegħu ma jirrikorrix mill-ewwel għall-IVF imma l-ewwel jagħmel ċerti testijiet fejn jara kif inhuma l-hormones, jara l-ovulation kif qed tkun, eċċ. eċċ. Imbagħad, jekk l-affarijiet ma jirnexxux, ħafna drabi jmorru għal dik li hija msejħa bħala ART (Advanced Reproductive Technology), li hawn Malta hija avvanzata ħafna wkoll.", "Bejn wieħed u ieħor, meta koppja tirrikorri għall-IVF tkun diġà ilha xi sentejn tagħmel dawn it-testijiet u tgħaddi mill-proċessi li semmejt.", "Jiġifieri, kif għedt diġà, għaliha l-IVF tkun l-aħħar tama.", "Mir-rapport tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni jirriżulta li kien hemm koppji li għamlu saħansitra disa' tentattivi għall-IVF fuq perjodu ta' snin, għax xi kultant ikun hemm bżonn numru ta' cycles.", "Ta' min jgħid li koppja trid tgħaddi minn proċess ma' din l-Awtorità biex tieħu s-servizz tal-IVF.", "Ħafna drabi t-tobba tal-familja jirreferu lill-pazjenti prospettivi għand il-Fertility Clinic, u mbagħad min-naħa tal-Fertility Clinic jiskatta proċess biex, wara li jsiru studji u testijiet preliminari fuq il-koppja, dawn jiġu eliġibbli għall-IVF.", "Tajjeb nirrimarka wkoll li kull koppja li tapplika biex tagħmel dan il-proċess, kemm fl-isptar pubbliku u anke f'dawk privati, tkun trid tiġi approvata mill-Awtorità skont l-eliġibilità mitluba bil-liġi.", "Ovvjament, kollox huwa regolat bil-liġi li, kif nafu, ġiet emendata wkoll.", "Fil-każ tal-Isptar Mater Dei, minħabba li l-maġġoranza tal-każijiet isiru hemmhekk, dawn ikunu jridu jgħaddu wkoll mill-ART Prioritization Committee sabiex jingħataw preċedenza skont il-każ.", "Jeżistu protokolli apposta sabiex jikklassifikaw lill-koppji u jidentifikaw lil dawk il-koppji li għandhom jiġu ttrattati u jingħataw prijorità.", "Pereżempju, jittieħdu inkonsiderazzjoni l-etajiet ta' dawn il-koppji.", "Xi ħaġa pożittiva hi li l-emendi li saru fil-liġi matul is-sena li għaddiet tejbu ħafna l-affarijiet u bis-saħħa tagħhom ħafna affarijiet marru'l quddiem fil-qasam tal-IVF.", "Sur President, l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni hija rappreżentata minn chairman u mill-membri tal-bord għax l-IVF mhijiex first come, first served, imma, kif għedt diġà, timxi skont il-prijorità tal-koppja kkonċernata u anke skont il-protokolli li jeżistu f'dan ir-rigward.", "L-għaqal u l-viżjoni tal-Gvern Laburista wasslu għal bidliet importanti kemm fl-introduzzjoni ta' servizz b'xejn tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll fl-iżviluppi li saru fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni li, bħalma ħafna jafu, sar jippermetti l-iffriżar tal-embrijuni b'mod regolat biex dejjem jikber iċ-ċans ta' suċċess, filwaqt li kemm jista' jkun dejjem jitnaqqsu r-riskji għal dawk li jibbenefikaw mis-servizzi tal-IVF.", "L-emendi li saru fil-liġi matul is-sena li għaddiet fetħu bibien ġodda, u dan dejjem bl-iskop li, minbarra li tiġi ssalvagwardjata etika tajba, iċ-ċans li ġenituri prospettivi jġibu t-tfal b'suċċess jiżdied b'mod sostanzjali.", "Ovvjament, dawn il-proċeduri dejjem isiru taħt il-ħarsien tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni.", "Hawnhekk tajjeb insemmi li l-Gvern ftakar ukoll f'dawk il-koppji bla tfal li, minflok ma ħadu t-triq tal-IVF, jew inkella peress li l-IVF ma kinitx suċċess għalihom, għażlu li jaddottaw wild.", "Il-Gvern dan għamlu billi ħadem biex titnaqqas il-burokrazija li teżisti meta koppja Maltija tiġi biex taddotta t-tfal minn pajjiżi oħra, u għalhekk ra li jiġi assigurat illi t-tfal li qed jiġu addottati jkunu f'qagħda ta' saħħa tajba, u anke billi ta għotja ta' €10,000 lil dawk il-koppji li jaddottaw sabiex b'hekk itaffilhom xi ftit mill-ispejjeż kbar li jridu jgħaddu minnhom.", "Sur President, għalkemm l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni ma tantx tagħmel ħoss fil-midja, din għaddejja b'ħidma kontinwa mingħajr ħafna daqq ta' trombi.", "Din il-ħidma qed issir miċ-Chairperson, mill-membri tal-Bord u mill-istaff kollu, u dan sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-embrijuni, l-interessi tal-ġenituri prospettivi u anke tal-ulied li jitwieldu minn dawn il-proċessi li semmejt.", "Il-liġi, hekk kif ġiet emendata s-sena li għaddiet, la tagħmel diskriminazzjoni ma' persuni eterosesswali, la ma' koppji li huma miżżewġin jew li mhumiex miżżewġin, la ma' persuni single u lanqas ma' persuni LGBTI u dan huwa pass importanti għad-drittijiet ċivili tal-persuni li jfittxu dan it-trattament.", "Issa, mingħajr ma nkun tekniku, nixtieq ngħaddi kelmtejn dwar il-proċess tal-IVF.", "Wara li l-omm prospettiva tagħmel perjodu tieħu mediċini ormonali, hi tagħmel operazzjoni li fiha jinġabru l-bajd, dawk li jgħidulhom \"oocytes\".", "Fl-istess ġurnata, tiġi miġbura l-isperma mingħand is-sieħeb tagħha u mbagħad it-tobba jiffertilizzaw dan il-bajd billi jgħaqqdu l-isperma u l-bajda flimkien, li huwa proċess li jsir f'24 siegħa.", "Jekk il-fertilizzazzjoni tkun suċċess, jifforma embrijun u wara erbat ijiem dan l-embrijun jiġi ppjantat fl-omm.", "Bil-liġi l-ġdida, it-tobba jistgħu jiffertilizzaw aktar minn żewġ bajdiet u l-embrijuni żejda jiġu ppriżervati għall-futur permezz ta' proċess ta' ffriżar għax, ovvjament, dan ikabbar iċ-ċans li koppja jkollha t-tfal.", "Jekk ma jkunx hemm talba għal dawn l-embrijuni żejda, l-Awtorità tista' tagħtihom għall-addozzjoni, u jekk dawn ma jiġux addottati jibqgħu ffriżati.", "Però jidher li l-embrijuni ffriżati jiġu wżati mill-ġenituri bijoloġiċi stess f'ċikli extra li jingħataw, u b'hekk il-koppji jkollhom ċans li jkollhom aktar ulied.", "Pereżempju, jekk il-mara toħroġ tqila wara l-ewwel ċiklu u jkollha embrijuni ffriżati, dawk jistgħu jintużaw fiċ-ċikli ta' wara u, bis-saħħa t'hekk, il-koppja jista' jkollha aktar ulied permezz tal-IVF.", "Ta' min jgħid li l-iffriżar tal-embrijuni jsir wara ftehim bejn il-ġenituri prospettivi u l-Awtorità skont il-liġi kif ġiet emendata.", "Sur President, il-liġi l-ġdida tgħid li persuna li qed tirċievi trattament ma tistax taddotta embrijuni ffriżati minn koppji differenti u mbagħad dawn jiġu ppjantati.", "Meta l-addozzjoni sseħħ, id-donatur tal-embrijun jitlef kull dritt u obbligu lejn l-embrijun.", "Din hija ovvja għax imbagħad dawk l-embrijuni jsiru tal-koppja li tkun addottathom.", "Bil-liġi l-ġdida, id-donazzjonijiet tal-isperma u tal-bajd saru legali, però dan dejjem f'qafas legali ssalvagwardjat mill-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni.", "Ġenituri prospettivi jistgħu jidentifikaw lid-donaturi, però d-donaturi ma jistgħux ikunu qraba tagħhom.", "Il-ġenituri prospettivi jistgħu jibbenefikaw ukoll mid-donazzjonijiet tal-gamiti, jiġifieri tal-isperma jew tal-oocytes, billi jużaw il-banek tal-isperma u tal-oocytes.", "F'dan il-każ, id-donatur jibqa' anonimu.", "Il-liġi tobbliga lill-Awtorità li żżomm reġistru b'informazzjoni medika u informazzjoni oħra dwar id-donaturi anonimi.", "Din l-informazzjoni se tkun disponibbli għall-wild imwieled mill-gamiti li jkunu ngħataw wara li jilħaq l-età adulta, jew inkella għall-ġenituri, jekk ikun meħtieġ.", "Id-donaturi kollha, kemm jekk dawn ikunu magħrufin, kif ukoll jekk jibqgħu anonimi, għandu jkollhom mill-anqas 18-il sena, iżda n-nisa li jkunu se jagħmlu d-donazzjoni tal-bajd ma jistgħux ikunu akbar minn 36 sena minħabba li wara li mara taqbeż din l-età, il-kwalità tal-bajd tagħha tonqos.", "Id-donaturi jistgħu jagħmlu donazzjoni waħda biss, u l-gamiti jistgħu jintużaw biss f'ġenitur prospettiv wieħed.", "Dawn huma d-dettalji dwar kif ġiet emendata l-liġi.", "Il-kiri tal-ġuf, jew inkella dak li huwa magħruf bħala surrogacy, kien u għadu illegali, iżda, fil-fehma tiegħi, hemm lok għal diskussjoni pubblika wiesgħa dwar dan is-suġġett u 'l quddiem, jekk il-poplu u l-Parlament jaqblu, din tista' tiġi legalizzata f'liġi separata.", "Issa, Sur President, nixtieq insemmi xi statistika dwar l-andament tat-ART f'Malta matul is-sena 2018, u ċjoè, matul is-sena li sar ir-rapport annwali dwarha.", "Għamlu t-trattament tal-IVF 222 koppja, saru 246 ċiklu ta' trattament li fihom intużaw 215 oocytes friski, 29 thawed oocyte, jiġifieri oocytes li kienu ffriżati, u żewġ ċikli saru minn embrijuni ffriżati.", "Ta' min jgħid li b'kollox kien hemm 82 raġel, 80 fl-Isptar Mater Dei u 2 fi sptar privat; hawnhekk naraw id-differenza bejn in-numru ta' nies li rrikorrew fl-isptarijiet privati u dawk li rrikorrew fl-Isptar Mater Dei għax, minn mindu dan il-Gvern ta dan is-servizz b'xejn, l-Isptar Mater Dei għandu l-bulk il-kbir u assolut tal-każijiet tal-IVF – li wżaw spermi li kienu cryopreserved għal raġunijiet mediċi.", "Matul is-sena 2018, minn 246 ċiklu – jiġifieri, minn kull prova li ssir fejn l-isperma jew l-oocytes jiġu fertilizzati u l-embrijuni ffriżati jittqiegħdu fl-omm – inbdew 56 tqala, jiġifieri, il-persentaġġ taċ-ċikli li rriżultaw fi tqala kien dak ta' 22.76%.", "Dan ifisser żieda ta' 1.05% minn dak tas-sena 2017, jiġifieri, minn mindu ġiet emendata l-liġi kien hemm titjib fl-ammont ta' pregnancies li rnexxew.", "Din hija l-aqwa aħbar li tista' tisma' koppja li ma jkunx jista' jkollha t-tfal u, fil-fatt, huwa għalhekk li dan is-suġġett huwa għal qalb il-Gvern preżenti.", "Sur President, inħoss li dan huwa l-mument opportun li nfakkar li l-Membri kollha tal-Gvern huma kontra l-abort.", "Qed ngħid dan għax qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u dawk tal-Parlament Ewropew, il-Kap tal-Oppożizzjoni pprova jġib l-argument li dawn l-elezzjonijiet huma speċi ta' referendum favur jew kontra l-abort; però, din kienet manuvra li splodiet f'wiċċ l-Oppożizzjoni.", "Jien nista' naċċerta lil kulħadd li l-Membri kollha tal-Gvern huma kontra l-abort, u din ngħidha b'responsabilità għax jien nagħmilha magħhom kollha.", "Fil-fatt, ir-riċerka fuq l-embrijuni ffriżati kienet u baqgħet illegali, bħalma baqa' illegali wkoll it-tbagħbis fil-ġenetika tal-embrijuni.", "Jiġifieri l-liġi xorta għadha tikkonsidra ċerti affarijiet illegali, fosthom is-surrogacy.", "Madanakollu, il-liġi l-ġdida hija aktar moderna u hija bbażata fuq ix-xjenza, bil-għan li tagħti l-opportunità li jiġu fformati mijiet ta' familji.", "Għalkemm fil-maġġoranza taċ-ċikli li saru matul l-2018 intużaw spermi u ova li kienu magħqudin flimkien, bħalma kien isir qabel, u mhux embrijuni ffriżati, minħabba l-użu żgħir t'embrijuni ffriżati xorta kellna titjib, jiġifieri grazzi għal dawn l-embrijuni ffriżati matul is-sena 2018 il-persentaġġ ta' każijiet li rriżultaw f'suċċess kien akbar minn dak tas-sena ta' qabel.", "Jien nittama li matul is-sentejn li ġejjin ikollna żieda akbar għax il-liġi tibda tindara aktar u allura l-proċeduri tal-iffriżar tal-embrijuni jibdew jintużaw b'mod aktar frekwenti.", "Tkun ħaġa sabiħa li n-numru ta' każijiet ta' suċċess fiċ-ċikli tal-IVF ikompli jikber ukoll.", "Sur President, kif għedt diġà, il-bidliet li saru fil-liġi saru bil-għan li ċ-ċans li koppja jkollha tarbija permezz tal-iffriżar tal-embrijuni jikber aktar minn meta kien ikun hemm biss bajda waħda ffriżata li kienet titneħħa mill-friża u tiġi ffertilizzata.", "Ma ninsewx li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia vvota kontra din il-liġi, bħalma għamlu l-bqija tal-Membri tal-Oppożizzjoni.", "Anzi, huwa saħansitra qal ukoll li jekk ikun fil-Gvern se jneħħiha!", "Din hija xi ħaġa li tinstema' pjuttost kerha għax hija verament ħasra li liġi sabiħa bħal din, li qed tagħmel tant ġid lil dawn il-koppji, qed issib lill-Oppożizzjoni kontriha.", "Ta' min jgħid li l-embrijuni ffriżati għandhom riskju anqas li jintilfu, u allura li tintilef ħajja, milli kieku għadna bil-liġi l-antika.", "Il-viżjoni ta' dan il-Gvern wasslet biex taħseb f'persuni f'diffikultà, filwaqt li tneħħiet id-diskriminazzjoni li kienet teżisti fil-liġi qabel ma ġiet emendata.", "Jidher ukoll li għal darb'oħra l-affarijiet marru tajjeb, irnexxew u servew ta' ġid għal dawk li jinqdew bis-servizzi governattivi, f'dan il-każ fil-qasam tas-saħħa.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: Sur President, illum għandna għad-diskussjoni l-Estimi u r-rapport ta' ħidma tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, li ġiet imwaqqfa biex tirregola lil dan il-qasam skont l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni.", "Ta' min jgħid li dan l-Att kien ġie diskuss u għadda minn dan il-Parlament bejn l-2012 u l-2013, fi żmien Amministrazzjoni Nazzjonalista, bl-idea u bl-għan li dan is-settur, li huwa tant sensittiv minħabba li jirrigwarda l-bidu tal-ħajja, anke f'pajjiżna jkun regolat, strutturat u jitneħħa l-konċett li dan huwa xi qasam li fih wieħed jista' jagħmel l-operat li jidhirlu mingħajr ebda forma ta' regolamentazzjoni.", "Matul is-snin, din l-Awtorità kompliet tevolvi u kompliet tibni l-abbiltajiet tagħha, għalkemm jien nemmen li tista' tevolvi ħafna aktar minn hekk jekk din tingħata aktar riżorsi u faċilitajiet biex tkun tista' twettaq ix-xogħol tagħha verament f'qasam daqstant importanti u sensittiv.", "Madanakollu, matul iż-żmien, minkejja l-limitazzjonijiet kollha li kellha, l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni bniet l-identità tagħha u bniet ukoll l-abbiltà li tamministra lil dan is-settur, li beda jopera bir-riżorsi tekniċi u permezz tal-klinika pubblika li hemm fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll permezz tal-kliniċi privati li jeżistu f'dan il-qasam.", "Matul is-snin rajna li s-sistema leġiżlattiva li ddaħħlet fl-2012, flimkien mal-liġi li għaddiet fl-2013 – fil-fatt, il-ġimgħa l-oħra jien għamilt sensiela ta' mistoqsijiet parlamentari lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa dwar dan – irrendew riżultati għax tajna l-fakultà lil dawk il-ġenituri li kienu għaddejjin minn ċirkostanzi ta' infertilità l-mod kif jagħmlu użu mis-servizzi mediċi biex anke huma jkunu jistgħu jkollhom it-tfal tagħhom.", "Kif għedt meta konna qed niddibattu l-aħħar emendi li saru fil-liġi, il-liġi li għaddejna fis-sena 2013 kienet mibnija fuq l-abilità li tilħaq bilanċ etiku bejn il-bżonn jew ix-xewqa ta' ġenituri prospettivi li jkunu qed isofru minn kondizzjonijiet ta' infertilità u l-element etiku ta' kif jiġi ttrattat l-embrijun, li huwa l-bidu tal-ħajja umana.", "Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, dik il-liġi tibqa' mudell għax kienet kapaċi tilħaq dan il-bilanċ u permezz tagħha rajna jitwieldu mijiet ta' trabi lil koppji Maltin, li allura huma wkoll bdew jesperjenzaw il-mumenti sbieħ ta' meta inti tkun ġenitur.", "Ta' min jgħid li l-bilanċ li kien intlaħaq b'dik il-liġi baqa' jidher sal-lum għax, meta tifli r-rapport ta' din is-sena u tifli r-rapporti ta' snin preċedenti, tkun tista' tinnota sa liema estent il-leġiżlaturi ta' dakinhar kienu kapaċi joħolqu liġi li tirrispetta l-ħajja sa mill-bidu nett tagħha.", "L-istess leġiżlazzjoni wriet li bażikament, matul is-sena 2018, ir-rata ta' twelid b'suċċess baqa' simili għal dak tas-snin preċedenti.", "Però, għal xi raġuni jew oħra li forsi l-Ministru jkun jista' jispjega aktar tard, matul l-2018 saru madwar 20% anqas proċeduri ta' IVF mis-settur pubbliku u mis-settur privat meta mqabbel mas-sena l-oħra.", "Meta tara n-numru ta' twelid li kien hemm matul is-sena 2018 u tul is-snin li matulhom ilha titħaddem din il-liġi, kemm fil-klinika tal-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-kliniċi privati, issib li l-leġiżlazzjoni tal-2013 tat ir-riżultati mixtieqa, tat ir-riżultati li aħna bħala leġiżlaturi dejjem xtaqna li tagħti, filwaqt li fl-istess ħin żammet bilanċ bejn dak li huwa mixtieq bħala ġenituri u r-rispett lejn il-bidu tal-ħajja.", "Madanakollu, Sur President, issa bl-emendi li ressaq il-Gvern, l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni nbidel biex issa għandna liġi pjuttost differenti għax għandna wkoll proviżjonijiet ġodda.", "Hawn qed nirreferi b'mod partikolari għal dawk il-proviżjonijiet li kellna l-aktar diskussjoni dwarhom, u ċjoè, l-iffriżar tal-embrijuni.", "Din hija l-ewwel darba li qed ikollna dibattitu f'dan il-Parlament fuq l-estimi ta' din l-Awtorità wara li ġiet emendata l-liġi, u għalkemm matul il-perijodu li jkopri dan ir-rapport il-proviżjonijiet il-ġodda kienu għadhom fil-bidu nett tagħhom, jien inħoss li jkun f'loku li nerġgħu nħarsu lejn il-proviżjonijiet ta' din il-liġi għax, meta din il-liġi kienet għaddiet minn dan il-Parlament, sfortunatament, għaddiet bil-mod kif ried jgħaddiha l-Gvern mingħajr ma ta kas las-soċjetà ċivili u lanqas ta' dak li riedet tressaq u tipproponi kemm-il darba l-Oppożizzjoni.", "Il-punt ewlieni fuq din il-liġi dejjem kien li kull persuna għandha dritt għall-ħajja, u d-dibattitu hawnhekk dejjem kien marbut ma' fejn wieħed jikkonsidra li tibda dik il-ħajja.", "Aħna, bħala Partit Nazzjonalista, dejjem emminna li l-ħajja tibda mill-mument tal-konċepiment, u allura minn hemm 'il quddiem, ġaladarba tarbija fil-ġuf tikkwalifika bħala ħajja ta' persuna umana, dik it-tarbija għandha d-drittijiet tagħha mhux anqas, anzi iprem, fuq kwalunkwe dritt ta' ħaddieħor, fosthom id-dritt għall-ħajja, li żgur jiġi l-ewwel wieħed – u naf li m'hemm l-ebda kontestazzjoni dwar dan – fost id-drittijiet tal-bniedem.", "Sur President, dan huwa dritt li jmur lil hinn minn kwalunkwe dritt ieħor.", "Weħed ma jistax jippretendi jew jisħaq li għandu xi dritt ieħor li jmur lil hinn mid-dritt għall-ħajja, b'mod partikolari meta f'dan il-każ id-dritt għall-ħajja huwa d-dritt tal-aktar kategorija ta' persuni li huma vulnerabbli.", "Dan li qiegħed ngħid jispjega fi ftit kliem il-pożizzjoni li dejjem żamm il-Partit Nazzjonalista fuq din il-materja, pożizzjoni li hija purament imnebbħa mid-dritt għall-ħajja.", "Jien nispera li hawn qbil unanimu li d-dritt għall-ħajja huwa l-iprem dritt fost id-drittijiet kollha tal-bniedem, u wieħed ma jista' bl-ebda mod ibiddel dan id-dritt b'xi forma numerika jew inkella b'xi forma ta' maġġoranza, għax finalment dak id-dritt jibqa' fundamentali għall-bniedem.", "Nemmen li f'dan l-isfond ikun f'loku li nerġgħu nagħmlu wkoll enfasi dwar id-drittijiet tat-tfal, drittijiet li tista' tgħid huma mirquma fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li pajjiżna mhux biss iffirmaha, imma talli fid-disgħinijiet kien saħansitra rratifikaha, u allura nistgħu ngħidu li dawn id-drittijiet ukoll huma parti integrali mil-leġiżlazzjoni tagħna.", "Ta' min jgħid li anke f'din il-Konvenzjoni, l-enfasi prinċipali hija fuq id-dritt għall-ħajja, u allura, ġaladarba aħna qegħdin inħarsu lejn tarbija fil-ġuf bħala persuna, żgur li dik il-persuna tikkwalifika bħala tifel jew tifla li jistħoqqilha l-protezzjoni tal-liġijiet tagħna.", "Sur President, kif taf tajjeb din il-Kamra, mhux l-Oppożizzjoni biss kienet qed titkellem fuq l-Att dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni kif emendat.", "Irrid ngħid li, minkejja li kull Deputat u Deputata ngħata free vote fuq din il-liġi kif ġiet emendata, il-Membri kollha tal-Oppożizzjoni vvotaw kontra din il-leġiżlazzjoni.", "Però, fl-opinjoni tiegħi, ir-riżervi tal-Oppożizzjoni għal din il-liġi ma ġewx sempliċement minn din in-naħa tal-Kamra, imma ġew prinċipalment min-naħa tas-soċjetà ċivili u min-naħa ta' persuni ta' statura anke f'istituzzjonijiet pubbliċi, li kienu esprimew il-perspettiva tagħhom bl-aktar mod ċar fuq dak li kien qiegħed jiġi propost.", "Jien nibqa' nemmen li qatt ma kellna leġiżlazzjoni li ħolqot daqshekk diviżjoni fid-dibattitu fost is-soċjetà ċivili u l-istakeholders prinċipali.", "Però, sussegwentement, il-mod ta' kif dak kollu li ġie propost ġie kompletament injorat jirriżulta fl-attitudni tal-Gvern li, jekk jiddeċiedi li huwa hu li għandu d-direzzjoni t-tajba, allura dak li jgħid ħaddieħor, inkluż l-esperti u n-nies tekniċi, ma jgħodd assolutament xejn.", "Issa hawn irrid ngħid li ma kienx hemm biss persuni li kienu ġejjin minn dan il-kamp speċifiku li esprimew it-tħassib tagħhom fuq din il-liġi, fejn allura forsi wieħed kien jistenna li jimbottaw l-aspett tal-pro-life – bħal-Life Network Foundation – però kellek ukoll persuni li huma kkwalifikati fl-aspett tal-pedjatrija u tal-ġinekoloġija li ressqu diversi aspetti ta' tħassib serju dwar din il-liġi.", "Kif żgur li niftakru lkoll, saħansitra l-eks President tar-Repubblika, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, kienet esprimiet it-tħassib tagħha fuq din il-leġiżlazzjoni, u tista' tgħid li bl-istess mod lineari u konsistenti anke l-President tar-Repubblika preżenti, l-Eċċellenza Tiegħu l-Onor.", "George Vella, kien ikkritika din il-Leġiżlazzjoni b'mod aħrax ħafna, tant li kien iddefinixxieha saħansitra bħala \"a complete travesty of ethics, morality and human dignity\".", "Għalhekk, meta qed nitkellmu fuq din l-Awtorità f'kontest politiku wieħed irid iżomm dan kollu quddiem għajnejh, għax il-liġi li l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni hija mqabbda li tħaddem hija proprju din il-liġi, li kellna dan it-trapass dwarha meta kienet ġiet diskussa f'dan il-Parlament.", "Ta' min ifakkar ukoll li waqt dik id-diskussjoni, minkejja li aħna konna qajjimna sensiela ta' punti ta' tħassib dwar in-numru ta' embrijuni ffriżati – liema numru mhux talli nżamm, talli kompla jiżdied – u dwar materji marbutin mal-addozzjoni tal-embrijuni, sfortunatament dan kollu ġie injorat, inkluż il-proposti li ressqet l-Oppożizzjoni f'dan ir-rigward.", "Hawnhekk wieħed jirrealizza li sfortunatament din il-liġi kellha direzzjoni waħda, dik ta' one-way, u l-Gvern ma ried jisma' bl-ebda mod fuq l-ebda punt ta' din il-materja.", "Madanakollu, Sur President, din il-liġi kienet għaddiet, u allura issa l-obbligu tagħna huwa dak li naraw illi almenu titħaddem b'mod tajjeb.", "Rigward il-kontest tad-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf, aħna nemmnu li hemm elementi oħra li wkoll irridu naraw li jibdew jitħaddmu tajjeb, u forsi aħna f'din il-Kamra stess nistgħu nartikolaw xi rwoli differenti jista' jkollha l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni f'dan ir-rigward.", "Jien nemmen li fil-ġranet li ġejjin il-Gvern għandu opportunità unika biex juri verament x'inhuma l-intenzjonijiet tiegħu dwar il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf.", "Bħalissa din il-Kamra waslet biex tiddiskuti l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) fi stadju ta' Kumitat – nispera li din tiġi diskussa matul il-ġranet li ġejjin aktar milli matul il-ġimgħat li ġejjin – fejn hemmhekk nibdew nanalizzaw din il-liġi artiklu artiklu sabiex finalment naslu biex nagħmlu liġi li tkun ħafna aħjar minn dik li hemm illum.", "L-Oppożizzjoni ħadmet ħafna b'kollaborazzjoni mal-Gvern fuq din il-liġi u ressqet ukoll sensiela ta' proposti.", "Pereżempju, ta' min jgħid li waħda mill-proposti li aħna ressaqna, u li se nkunu wkoll qegħdin irressqu emenda fil-liġi dwarha, hija li fid-definizzjoni ta' \"minuri\", jiġifieri f'dak li huwa ntiż biex jiġi protett taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), aħna ninkludu wkoll lit-tarbija fil-ġuf.", "Kif intqal meta ġiet varata din il-liġi, fiha ħafna elementi tajbin, però hemm ukoll ħafna affarijiet x'jistgħu jitranġaw, u aħna se nkunu qegħdin inkomplu rressqu l-proposti tagħna dwarhom.", "Madanakollu, illum m'iniex se noqgħod nidħol biex nispjega l-proposti kollha li se nagħmlu, għax uħud minnhom huma kompletament irrelevanti għad-diskussjoni tal-lum, u li se ngħid biss huwa li l-Oppożizzjoni se tkun qiegħda tressaq emenda fil-liġi għad-definizzjoni ta' \"minuri\" biex l-istess protezzjoni li din il-liġi se tkun qed tagħti lill-minuri kif definiti fil-liġi tiġi estiża wkoll għat-tarbija fil-ġuf.", "Nittama li n-naħa tal-Gvern taqbel ma' din id-direzzjoni għax nemmen li jista' jkun sinjal b'saħħtu ħafna li aħna qed nikkonsidraw illi tarbija fil-ġuf hija wkoll persuna li jixirqilha protezzjoni.", "Ma ninsewx, Sur President, li dan il-Parlament diġà neħħa l-protezzjoni ta' tarbija fil-ġuf meta biddel id-definizzjoni ta' min hu protett fl-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika.", "F'dik il-liġi, mid-definizzjoni kollha l-unika kategorija ta' persuna li tneħħiet kienet proprju t-tarbija fil-ġuf.", "Jien ma nistax nifhem xi ħsara tista' tagħmel il-frażi \"tarbija fil-ġuf\" fid-definizzjoni ta' min għandu jkun protett; però l-Gvern ried jibqa' għaddej, u anke f'dik il-liġi riedha bilfors tgħaddi tiegħu mingħajr ma qatt ta mqar raġuni valida waħda għal xiex neħħa din il-frażi mid-definizzjoni ta' min hu protett fl-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika.", "Madanakollu, issa nemmen li l-Gvern għandu l-opportunità li għallinqas f'liġi li qed tipprometti li tagħmel ġid enormi lis-soċjetà tagħna nestendu dik il-protezzjoni.", "Nittama li l-Gvern jaqbel ma' din il-proposta biex din il-liġi tkun tkopri verament lill-minuri u lit-tfal b'mod ġenerali.", "Barra minn hekk, kif aħna bħala Oppożizzjoni għedna kemm-il darba, jien nemmen ukoll li bħala Parlament irridu nħarsu lejn kif, lil hinn mill-argumentazzjoni dwar l-abort, nitkellmu fuq id-drittijiet ta' tarbija fil-ġuf.", "Id-diskussjoni dwar id-drittijiet ta' tarbija fil-ġuf m'għandhiex għalfejn tirrivolvi madwar l-abort, imma għandha tirrivolvi madwar kif aħna nistgħu nħarsu lejn il-leġiżlazzjoni li għandna u naddattaw, kif ukoll naġġustaw, il-leġiżlazzjoni li għandna biex insaħħu l-protezzjoni u d-drittijiet ta' tarbija fil-ġuf.", "Jien nemmen li hemm ħafna lok fejn dan nistgħu nagħmluh u, ġaladarba jidher li hemm kunsens totali dwar il-bżonn li aħna nipproteġu tarbija fil-ġuf, jien ma narax għaliex f'dan l-isfond, anke bil-guidance ta' nies tekniċi u esperti li issa ormai għandna f'pajjiżna, m'għandniex insaħħu dawn id-drittijiet ukoll.", "Hawnhekk, Sur President, nixtieq insemmi punt ieħor li semmejtu kemm-il darba u li nemmen li huwa kruċjali ħafna, b'mod partikolari f'ċerti ċirkostanzi fis-soċjetà tagħna.", "Hemm bżonn li nsaħħu s-servizzi soċjali li jingħataw – kemm dawk li jingħataw mill-entitajiet tal-gvern jew minn organizzazzjonijiet li jagħtu qafas ta' ħidma soċjali fil-gvern, kif ukoll dawk li jingħataw minn organizzazzjonijiet li mhumiex governattivi – biex in-nies ma jħarsux lejn ommijiet prospettivi li jkunu tqal u li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli – li forsi wkoll ikunu ċirkostanzi li jkunu qed iwassluhom li jikkontemplaw l-abort – bi preġudizzju, imma minflok jiġu estiżi ċerti servizzi biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw iċ-ċirkostanzi diffiċli li jkunu għaddejjin minnhom.", "Sfortunatament, naħseb li f'dan il-pajjiż ħafna nies jieħdu l-ewwel għall-preġudizzji; però, dawn il-persuni mhux preġudizzji jkollhom bżonn, u żgur li bil-preġudizzji m'aħna se nsolvu assolutament xejn.", "Minflok, irridu naraw kif nistgħu nsaħħu s-servizzi tagħna kemm fil-qasam tas-saħħa kif ukoll fil-qasam soċjali.", "B'hekk it-tqala tkun tista' titkompla u aħna ma nkunux qegħdin nippreġudikaw il-ħajja tat-tarbija li tkun trid titwieled.", "Jien naf li hawn numru ta' NGOs (non-governmental organisations) li joperaw f'dan il-qasam, u nemmen li dan huwa wieħed minn dawk l-oqsma li jista' jissaħħaħ billi l-Gvern jikkollabora mas-settur volontarju, li jkun qed jaħdem u jibni s-servizzi tiegħu fil-komunità direttament ma' dawn in-nies li jkunu on the frontline.", "Jien inħoss li m'għandux ikun hemm x'iżomm milli nżidu dan it-tip ta' servizzi ta' għajnuna lil dawn l-organizzazzjonijiet, anke jekk din tkun għajnuna finanzjarja.", "Sur President, il-ġimgħa l-oħra waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, semmejna l-ispiża li hija involuta marbuta mal-proċess tal-IVF.", "Kif nafu, dan it-trattament jingħata b'xejn, però l-mediċini li jingħataw matul dan il-proċess ikunu jridu jinxtraw, u hemm koppji li ma jaffordjawx jixtru dawn il-mediċini.", "Għalhekk, jien nemmen li anke hawnhekk, meta f'dan il-Parlament nisimgħu tant fuq is-surplus u fuq iċ-ċifri li l-Gvern għandu fil-kotba tiegħu, żgur li meta tqis in-numru relattivament żgħir ta' ċikli li jsiru – li jammontaw għal anqas minn 300 – il-Gvern jista' jkopri parti minn din l-ispiża għal dawk il-koppji li ma jkunux jaffordjaw jixtru dan it-tip ta' mediċini, anke għax b'hekk inkunu qegħdin niftħu aktar bibien għal persuni oħrajn.", "Sur President, sar il-ħin biex nibda nikkonkludi; però hawn nixtieq insemmi punt ieħor, li naħseb illi wasal iż-żmien li f'dan il-Parlament, forsi anke taħt il-proviżjonijiet u t-termini tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa jew tal-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja, nikkonsidraw għandniex inwaqqfu mill-ġdid xi forma ta' kummissjoni dwar it-tħaddim tal-bioetika f'pajjiżna.", "B'hekk, minflok ma jkun hemm gaps sakemm aħna ngħaddu liġi wara l-oħra, permezz ta' din il-kummissjoni jew sottokumitat ta' xi wieħed mill-kumitati li għandna llum f'dan il-Parlament, tkun tista' taġġorna l-politika tal-bioetika b'mod kostanti, biex imbagħad din tkun tista' tiġi riflessa dejjem aħjar fil-qasam leġiżlattiv.", "Numru ta' pajjiżi li ilhom iħaddmu dan is-servizz għandhom dan it-tip ta' strutturi.", "Dan it-tip ta' strutturi għandhom relevanza soċjali, għandhom relevanza fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa, u finalment għandhom ukoll dimensjoni politika, u fil-fatt huwa għalhekk li jien qed ngħid illi dawn għandhom ikunu taħt xi kumitat parlamentari għax wara kollox il-liġijiet isiru fil-Parlament.", "Dan huwa settur li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed tiżviluppa t-teknoloġija fih, u allura dik it-teknoloġija aktar tista' tiġi soġġetta għal materji ta' etika sensittivi ħafna.", "Għalhekk, inti tkun trid iżżomm bilanċ bejn l-użu tat-teknoloġija u l-esplojtazzjoni tat-teknoloġija biex tilħaq l-għanijiet tiegħek, flimkien mal-aspetti etiċi li dawn ikunu qegħdin joħolqu.", "Sur President, bħalissa fid-dinja u anke f'pajjiżna qed jitqajjem dibattitu dwar, pereżempju, l-użu tal-artifical intelligence fil-qasam tas-saħħa u l-aspetti etiċi tiegħu, u għalhekk jien nemmen li dawn huma setturi li dan il-Parlament għandu jibda jħares lejhom u jidħol fihom permezz tal-kumitati parlamentari li għandu.", "Dawn huma temi li wieħed mhux neċessarjament jista' jiżvolġihom f'sessjoni plenarja; però, fl-opinjoni tiegħi, jekk ma nidħlux f'dawn it-temi nkunu qegħdin nonqsu mill-element ta' xogħol li aħna rridu nagħmlu bħala Membri Parlamentari, li wara kollox m'aħniex qed nilleġiżlaw għal-lum biss, imma qegħdin nippreparaw il-qafas leġiżlattiv anke għas-snin li ġejjin.", "Jien nixtieq nikkonkludi billi l-ewwel nett nifraħ lil dawk il-ġenituri li kellhom xi wild permezz tal-proċess tal-IVF.", "Kull min huwa ġenitur jaf il-valur u s-sens ta' ħajja li wild jagħti.", "Hawnhekk nixtieq nesprimi wkoll l-apprezzament tiegħi għall-professjonisti li jaħdmu f'dan is-settur, għax forsi sfortunatament xi kultant dawn il-persuni jintesew.", "Kif jaf kulħadd, minkejja li aħna ħafna drabi nitkellmu fuq dan il-qasam b'mod tekniku, dan mhuwiex xi proċess sempliċi, u għalhekk l-input u s-sapport morali li dawn il-professjonisti jagħtu huwa kruċjali.", "Fl-aħħar nett, nappella biex inżommu dan it-tip ta' leġiżlazzjonijiet ħajjin u aġġornati kontinwament ħalli kemm jista' jkun nibqgħu nsibu bilanċ bejn id-dritt għall-ħajja, li jibqa' suprem fuq kollox, u wkoll il-bżonn li aħna nagħtu l-appoġġ lill-ġenituri prospettivi li jkunu qed isofru minn xi kondizzjoni ta' infertilità.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, aħna bħala Gvern nagħmlu dak li nagħmlu primarjament għaliex aħna viċin in-nies.", "Huwa proprju għaliex aħna viċin in-nies li nafu sew x'inhuma l-weġgħat tan-nies, il-weġgħat ta' min qiegħed ibati fis-skiet, ħafna drabi bejn l-erba' ħitan ta' daru, u fost dawn in-nies hemm dawk il-persuni li għandhom problemi ta' infertilità.", "Hawn ħafna li bil-kliem jgħidu li jħossu għal min għandu problemi ta' infertilità, bħalma qal il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Claudio Grech, imma jien ma nistax ma ngħidx li għall-Oppożizzjoni u għall-Kap tal-Oppożizzjoni dan mhuwiex minnu.", "Għaliex?", "Għax mal-ewwel opportunità li kellhom biex ikunu jistgħu juru verament kemm qed iħossu għal min jinsab għaddej minn problemi ta' infertilità, huma lil dawn in-nies tawhom daharhom u ma offrewlhom l-ebda għajnuna.", "Pereżempju, jiena nixtieq infakkar x'għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Fil-fatt, dan lanqas biss kien għadu rifes l-għatba tal-Parlament li ma ressaqx mozzjoni li ċċaħħad lill-koppji tagħna li għaddejjin mit-trattament tal-IVF, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, minn 100 siegħa leave.", "Din kienet l-ewwel pożizzjoni politika li ħa l-Onor.", "Adrian Delia, liema pożizzjoni se nagħmel mezz li nibqa' nfakkarha ħalli nassigura li ħadd ma jinsieha.", "Dan qed ngħidu biex imbagħad ma niġux hawnhekk u noqogħdu nitkellmu b'ċerta empatija lejn dawn in-nies meta l-istorja wrietna min verament qiegħed spalla ma' spalla magħhom.", "X'għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni meta mbagħad ġejna f'dan il-Parlament sabiex niddiskutu l-emendi fil-liġi tal-IVF?", "Rajna Oppożizzjoni li imbarkat f'din il-kampanja ta' biża' u preġudizzju, iżda, agħar minn hekk, il-Kap tal-Oppożizzjoni wasal saħansitra biex jgħid li jekk xi darba jkun prim ministru hu, ireġġa' lura uħud minn dawn l-emendi, fosthom dawk li jirrigwardaw l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni!", "Issa ironikament, Sinjura President, l-iffriżar tal-embrijuni kien diġà qiegħed fil-prinċipju tal-liġi li għamlu huma stess u li ħallew fuq il-karta minħabba li ma kinux kapaċi jimplimentawha!", "Għalhekk dan juri biċ-ċar li għandna Oppożizzjoni li mhux biss trid tħalli lil dan il-pajjiż kif inhu, imma trid saħansitra treġġa' l-arloġġ lura u lill-Maltin u lill-Għawdxin teħdilhom lura dak kollu li kisbu taħt Gvern Laburista!", "Sinjura President, aħna bħala Gvern nirrikonoxxu li l-missjoni tagħna fil-politika hija li ngħinu lin-nies u mhux li nippontaw is-swaba' tagħna jew inkella nimponu l-moralità tagħna fuq ħaddieħor, bħalma sfortunatament ġara meta ġejna biex niddiskutu l-emendi fil-liġi tal-IVF, partikolarment l-iffriżar tal-embrijuni.", "Kien hemm min qalilna – jekk niftakar sew, kien il-kollega, l-Onor.", "Simon Busuttil – li jekk in-natura qaltlek \"le\", allura għandek tirrassenja ruħek.", "Madanakollu, aħna lil dawn in-nies ma nabbandunawhomx, anzi nkunu spalla ma' spalla magħhom u nagħtuhom l-opportunitajiet kollha li tagħti x-xjenza llum.", "Rajna protesti, rajna tgħajjir, rajna tqabbil kodard anke mal-abort, iżda bħala Gvern bqajna għaddejjin bil-pjani tagħna għaliex konna nafu li għal darb'oħra aħna ninsabu man-naħa t-tajba tal-istorja.", "Sinjura President, irridu nirrikonoxxu li, iva, bl-emendi li għamilna fil-liġi tal-IVF għamilna lil ħafna koppji kuntenti.", "Irnexxielna nferrħu iżjed familji, u jiena nieħu pjaċir nisma' anke li sena wara l-oħra r-rata tat-twelid tat-trabi permezz tal-IVF qiegħda dejjem tiżdied.", "Madanakollu, ir-realtà hi li, minkejja l-emendi tajbin li għamilna, xorta għad hawn familji li qed isibu diffikultà sabiex jikkonċepixxu u jsiru ġenituri, u dan ifisser li aħna bħala Gvern għadna m'għamilniex ġustizzja ma' kull każ ta' infertilità.", "Għad għandna koppji li jkollhom isiefru barra minn xtutna biex jingħataw trattamenti li f'pajjiżna għadna ma noffrux.", "Li nibagħtu lin-nies barra minn Malta la qatt kienet soluzzjoni u lanqas qatt mhi se tkun.", "Fil-fatt, onestament jiena nweġġa' meta waqt li nkun qed nitkellem man-nies, dawn il-persuni jaqsmu miegħi l-esperjenzi tagħhom, li ħafna drabi jkunu ta' qsim il-qalb, bħalma nweġġa' wkoll meta nitkellem ma' professjonisti f'dan il-qasam u dawn jgħiduli li minħabba ċerti problemi ta' infertilità hawn persuni li xorta qed ikollhom isiefru barra minn Malta.", "Aħna bħala Gvern żidna l-opportunitajiet sabiex il-koppji jkollhom it-tfal, u n-numri qegħdin jimlewna b'ħafna kuraġġ u sodisfazzjon.", "Imma dan qed jurina li xorta waħda mhuwiex biżżejjed.", "L-infertilità hija kondizzjoni, jew aħjar marda, u bħal kull kondizzjoni oħra jeħtieġ li l-individwu jieħu l-kura.", "Il-World Health Organisation (WHO) titkellem ukoll dwar dan u tgħid ċar u tond li kulħadd għandu dritt jingħata aċċess għall-kura f'pajjiżu.", "Għalhekk jiena nħoss li nkunu qegħdin nonqsu meta qegħdin nesportaw il-problemi ta' dawn in-nies, li huma f'minoranza, barra minn xtutna.", "Sinjura President, meta aħna bħala grupp Parlamentari tal-Partit Laburista kellna fuq l-aġenda l-emendi fil-liġi tal-IVF u konna qegħdin niddiskutuhom bejnietna – għax aħna niddiskutu kollox bejnietna – jiena nistqarr li kont waħda minn dawk li, lil hinn mill-iffriżar tal-embrijuni, xtaqt li nwessgħu iżjed il-liġi b'tali mod li nilħqu aktar koppji bi problemi ta' infertilità, u allura, iva, inħares 'il quddiem biex bħalma daħħalna dawn l-emendi importanti favur il-ħajja fil-liġi tal-IVF, fiż-żmien li ġej naraw ukoll emendi ġodda, fosthom, pereżempju, dawk li jippermettu l-PGD (pre-implantation genetic diagnosis) u forsi wkoll – għaliex le?! – liġi dwar is-surrogacy, xi ħaġa li kienet fil-pjan oriġinali ta' dan il-Gvern, iżda li suċċessivament imbagħad tneħħiet bil-ħsieb li jkun hemm liġi dwar is-surrogacy għaliha.", "Jiena nħares 'il quddiem għal diskussjoni matura u serja anke mal-istakeholders kollha dwar dan is-suġġett.", "Ninsab konvinta li se jkun hawn min jikkritikani mill-ġdid.", "Fil-fatt, kienu ħafna dawk li kkritikawni meta kont frontliner f'din id-diskussjoni u kkampanjajt bi ħġari favur l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni.", "Però jiena se nibqa' nitkellem, irrispettivament mill-kritika u mill-attakki personali, għax dan huwa dak li jiena bħala persuna nemmen fih.", "Inħossni fid-dmir li nitkellem dwar dawn l-affarijiet anke b'rispett lejn it-tbatija ta' dawn il-persuni li, kif għedt fil-bidu tad-diskors tiegħi, ikunu qegħdin ibatu fis-silenzju u fil-kwiet ta' djarhom.", "Wara kollox il-politika x'inhi?", "Il-politika hi strument li bih nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies.", "Sinjura President, dan qatt ma kien Gvern li jibża' jieħu d-deċiżjonijiet jew jibża' jiddiskuti suġġetti li għal ħafna jistgħu jkunu skomdi, u allura jiena nħares 'il quddiem għal diskussjoni matura u informattiva.", "Imbagħad, kulħadd jista' jifforma l-opinjoni personali tiegħu, imma hemm bżonn li qabel niddibattu.", "Meta nsemmi s-surrogacy jiena ma nistax ma niftakarx f'Leanne.", "Jidhirli li inti, Sinjura President, kont magħna fuq livell ta' kumitat parlamentari meta kienet ġiet Leanne u qasmet il-problemi tagħha magħna, u jiena nħoss li aħna lil din il-mara nqasnieha.", "L-unika tama li kellha din il-mara biex issir omm kienet is-surrogacy, u oħtha kienet lesta li ġġorr it-tarbija tagħha.", "Illum il-ġurnata, Leanne – li nixtieq insellmilha minn hawnhekk – addottat tarbija u bbenefikat mill-għajnuna ta' €10,000 li qed jagħti l-Gvern lil kull min jaddotta tarbija: però, jiena xorta waħda nħoss li lil Leanne inqasnieha, u nwiegħed li se nagħmel ħilti biex dak li ma rnexxilniex nagħmlu għal Leanne nagħmluh għal nisa oħra.", "Sinjura President, jiena nirrikonoxxi li s-suġġett tal-infertilità huwa sensittiv, u għal ċerti nies huwa aktar sensittiv milli għal oħrajn.", "Ninnota wkoll li, sfortunatament, apparti l-preġudizzju – li lili bħala persuna jinkwetani ferm – hawn nuqqas kbir ta' informazzjoni u nofs veritajiet, u għaldaqstant nappella biex b'rispett lejn min għadda minn sitwazzjonijiet ta' infertilità jew li bħalissa jinsab għaddej minn sitwazzjonijiet relatati ta' infertilità nipprovaw nifhmu aħjar l-opportunitajiet u l-avvanzi li qed tippermetti x-xjenza qabel ma nkunu pronti biex niġġudikaw.", "Ejjew ma ninsewx ukoll li hawn tfal li diġà twieldu permezz tal-iffriżar tal-embrijuni, permezz tas-surrogacy u permezz ta' trattamenti oħrajn; jiġifieri, ejjew ma ninsewx li meta nkunu qegħdin nitkellmu kontra dawn l-affarijiet niftakru li għandna tfal – li llum uħud minnhom jistgħu mhumiex ta' età daqshekk żgħira – li twieldu grazzi għal dan it-tip ta' trattamenti.", "Ejjew nirrealizzaw li dawn mhumiex biss ulied ġenituri bi problemi ta' infertilità, iżda huma wliedna, ulied Malta, u allura nappella biex inneħħu l-labelling meta nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.", "Jien nistenna bil-ħerqa biex, apparti l-mirakli li jsiru ta' kuljum fl-Isptar Mater Dei, ikollna mirakli oħra bit-twelid ta' tfal minn donazzjonijiet ta' sperma jew bajda, filwaqt li nistenna wkoll li dan is-servizz li aħna bħala Gvern Laburista daħħalna fil-liġi jibda jingħata fl-Isptar Mater Dei mill-aktar fis sabiex b'hekk inkomplu ngħinu iżjed koppji u familji bi problemi ta' infertilità li, bħalma spjega l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Etienne Grech, sfortunatament aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ikomplu jiżdiedu.", "Fl-aħħar nett, Sinjura President, qabel ma nikkonkludi nixtieq nifraħ lil dawk il-koppji li saru ġenituri għall-ewwel darba, filwaqt li nixtieq nuri wkoll solidarjetà ma' dawk li għadhom għaddejjin bil-ġlieda tagħhom fil-konfront tal-problemi tal-infertilità.", "Nagħmlilhom il-kuraġġ u nwegħedhom li se nibqa' nkun spalla ma' spalla magħhom.", "Finalment, ma nistax ma nirringrazzjax ukoll lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "Chris Fearne, għax-xogħol kbir li qed jagħmel fil-qasam tas-saħħa, lill-infermiera, kif ukoll lit-tobba li tant jaħdmu b'dedikazzjoni sabiex bħala pajjiż noffru servizz mill-aqwa.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, nixtieq nibda dan id-diskors b'mistoqsija riflessiva.", "F'Malta tagħna li qed tinbidel, tajjeb nistaqsi jekk it-tajjeb baqax jingħaraf mill-ħażin, jiġifieri jekk it-tajjeb aħniex nagħrfu li hu tajjeb u jekk il-ħażin aħniex nagħrfu li hu ħażin.", "Qed ngħid dan għax l-għemil ħażin u l-abbuż għandu jqanqal fina l-bnedmin ta' rieda tajba ċerta diqa u ċertu rimors, u wieħed mill-għanijiet tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni huwa proprju li tara u tassigura li ma jitwettqux għemejjel ħżiena jew abbużi.", "Għalhekk ikun tajjeb jekk jien u nagħmel din ir-riflessjoni dalgħodu kull wieħed u waħda minna jirrifletti dwar il-valuri li jispiraw anke l-prinċipji ta' dan ir-rapport li proprju qegħdin niddiskutu llum f'din il-Kamra fuq l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, fosthom \"putting patients first\".", "Għalhekk, tajjeb li l-Parlament Malti jagħmel kull sforz sabiex anke r-regolamentazzjonijiet fil-bioetika mhux biss jibqgħu jżommu l-pass mgħaġġel mal-iżviluppi xjentifiċi, imma jsawru wkoll il-bilanċ bejn l-aspirazzjonijiet tas-soċjetà – il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Rosianne Cutajar, semmiet b'mod tajjeb lil dik l-omm li għandha ċertu wġigħ – u l-prinċipju sagrosant tal-ħarsien u d-dinjità tal-bniedem sa mill-mument tat-tnissil tal-ħajja umana.", "Sinjura President, kif kulħadd jaf, ix-xjenza ħolqot diversi tipi ta' teknoloġiji għall-isfida tal-prokreazzjoni assistita, u meta fil-Parlament kienu qegħdin isiru ċerti diskussjonijiet taħt leġiżlaturi preċedenti rajna li ċerti mistoqsijiet li saru u ċerti ħsibijiet li ġew espressi wasslu għal realtajiet ġodda.", "Kollox jindika li llum il-bniedem qed ikollu aktar setgħa fuq il-ħajja umana, u allura anke meta taqra dan ir-rapport tinnota li dan jagħmel ċertu enfasi – kif wara kollox għandu jkun – fuq il-missjoni ta' din l-Awtorità li tgħin finanzjarjament lil aktar persuni li jiġu f'kuntatt ma' din l-Awtorità – u l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Claudio Grech, irrefera għal dan – filwaqt li tirregola wkoll permezz ta' liġijiet li huma bbażati fuq il-valuri tal-integrità, tal-invjolabilità tal-ħajja umana u, fuq kollox, tad-dinjità tal-bniedem mit-tnissil sal-mewt.", "Aħna bħala Maltin għandna nibqgħu nisħqu fuq il-valuri tagħna, anke jekk billi nagħmlu hekk inkunu differenti minn pajjiżi oħra.", "Aħna, bħala pajjiż, favur il-ħajja mit-tnissil sal-mewt.", "Sinjura President, kif għedt diġà, f'paġna 12 ta' dan ir-rapport insibu l-prinċipju \"putting patients first\", fejn l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni tagħmel dak kollu possibbli mhux biss fl-aħjar interess tal-ġenituri, imma anke tal-ulied li sabu posthom f'din id-dinja permezz ta' prokreazzjoni assistita.", "Ovvjament, dan lilna jagħmlilna kuraġġ u jimlina bil-ferħ għax wara kollox Malta hija favur il-ħajja mit-tnissil sal-mewt.", "Prinċipju ieħor f'dan ir-rapport huwa \"working closely with stakeholders\".", "Fil-fatt, f'paġna 12 insibu li:", "Għalhekk jeħtieġ li l-istakeholders ipoġġu d-dinjità ta' kull bniedem, il-familja u l-ġid komuni fuq nett.", "Hawnhekk ta' min isemmi filosofi liberali, bħal John Rawls u Jürgen Habermas, li dawn kienu biddlu l-ħsieb tagħhom.", "Dawn filli kienu jgħidu li l-Knisja, bħala waħda mill-istakeholders, ma għandhiex tidħol f'diskussjonijiet ta' natura politika, u filli rrealizzaw li huwa tajjeb li anke l-Knisja tieħu sehem f'dawn id-diskussjonijiet u allura riedu jieħdu sehem attiv fit-tfassil ta' liġijiet li jkunu mdawla minn valuri umani.", "Dan għaliex daqskemm kull skoperta tista' sservi ta' ġid, hekk ukoll tista' sservi ta' ħsara, però, nerġa' ngħid li fuq nett dejjem jibqa' l-prinċipju li kull persuna umana għandha tipprevali dejjem fuq kollox, inkluż fix-xjenza.", "Dan il-prinċipju għandu jkun il-kejl ta' dak li huwa aċċettabbli u ta' dak li mhuwiex aċċettabbli.", "Issa hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi żgħira billi ngħid li jien m'iniex qed nitkellem mil-lat xjentifiku imma mil-lat morali ta' x'inħoss jien personalment.", "Dan il-prinċipju ma jista' jinbidel mal-ebda żmien, u qed ngħid dan għax mingħajr ma niġġudika rrid ngħid li f'soċjetà post-moderna bħal tagħna nistgħu nkunu maħkuma minn kultura ta' \"uża u armi\", kultura li sfortunatament tressaqna saħansitra lejn il-kultura tal-mewt.", "Għall-kuntrarju, Sinjura President, aħna npoġġu lill-embrijun fiċ-ċentru tax-xogħol li jagħmel kull min jaħdem fl-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, minħabba li dawn għandhom missjoni li jimxu skont il-liġi, u l-liġi qiegħda hemm proprju biex tipproteġi lill-embrijun.", "Jien personalment issawwart fuq prinċipji u valuri li għall-grazzja t'Alla jagħtu dinjità lill-bniedem, u fil-fatt huwa għalhekk li qed nitkellem b'dan il-mod.", "Dawn il-prinċipji se nsemmihom, u se nsemmihom mhux biex sempliċement inkun semmejthom, imma għax dawn huma valuri fundamentali.", "Ta' min jgħid li dawn il-valuri ma jappartjenu lill-ebda reliġjon, jiġifieri hawnhekk m'iniex qed nitkellem, pereżempju, f'isem ir-reliġjon Kattolika jew dik Musulmana, imma qed nitkellem bħala bniedem li jaħseb b'moħħu.", "Issa, huwa veru li hawn min għandu moħħu aktar intelliġenti minn ħaddieħor; imma, fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd għandu moħħ.", "Li hemm imbagħad hu li kulħadd ġej minn background differenti.", "Madanakollu, il-valuri li tatna l-Knisja fundamentali u prattikament jagħtu ċerta dinjità lill-umanità.", "Għalhekk, anke fil-protezzjoni tal-integrità u l-invjolabilità tal-ħajja umana hemm bżonn ta' ċertu ħsieb, kif fil-fatt qed nagħmlu.", "Ilkoll kemm aħna hawn ġew għandna għal qalbna l-ġid komuni u l-kultura tal-ħajja.", "IIkoll kemm aħna għandna rispett lejn id-dinjità, lejn dik it-tarbija fil-ġuf li se titwieled.", "Ilkoll kemm aħna rridu li jkollna awtorità li tassigura li l-affarijiet huma in order, għax meta l-affarijiet ikunu in order dan jagħmel unur lil pajjiżna.", "Fil-fatt, jien hemmhekk inkun kburi b'pajjiżi, meta nara li l-affarijiet huma in order!", "Dan kollu li qed insemmi jirrispetta l-ħajja tal-bniedem, u allura kull politiku jrid jinforma u jifforma l-kuxjenza tan-nies hemm barra biex tassew iħares il-prinċipju li qed nitkellmu dwaru llum, dan il-prinċipju sagrosant tal-ħajja.", "Il-koppja li tiddeċiedi li tagħmel użu mill-prokreazzjoni assistita għandu jkollha l-informazzjoni sħiħa, inkluż ir-rata tas-suċċess, kif ukoll il-perikli fuq saħħitha.", "Aktar kmieni l-Onor.", "Claudio Grech semma wkoll l-ispejjeż li koppja tidħol fihom f'dawn il-każijiet, u huwa importanti li l-koppja tkun taf bejn wieħed u ieħor xi spejjeż se jkollha tidħol għalihom hi u xi spejjeż se jħallsilha l-gvern ukoll.", "Huwa tajjeb li l-koppja tkun informata dwar il-perikli fuq is-saħħa tal-omm, fuq is-saħħa tat-tarbija u dwar alternattivi mediċi oħra.", "Koppja għandu jkollha din l-informazzjoni kollha meta titħajjar għall-prokreazzjoni assistita, u għandi nifhem li l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni qed tagħmel dan ix-xogħol ukoll.", "Fuq kollox, għandu jiġi mħares id-dritt li koppja tipparteċipa b'mod dirett u attiv fil-proċess tat-tnissil tal-ulied, anke bħala espressjoni ta' mħabba lejn xulxin.", "Aktar kmieni jien għamilt l-istatement \"uża u armi\", u hawnhekk qed nipprova nwassal il-messaġġ li aħna m'aħniex soċjetà ta' \"uża u armi\", u allura l-proċess tat-tnissil tal-ulied huwa espressjoni ta' mħabba.", "F'dan il-każ ikun tajjeb li we go back to our roots billi nibqgħu nisħqu fuq dak li tgħallimna meta konna żgħar, u qed ngħid dan għax ħafna drabi llum donna nistħu nsemmu ċerti valuri li kellna sa ftit ilu.", "Sinjura President, nerġa' nenfasizza li d-dritt fundamentali primarju ta' kull bniedem għall-ħajja umana għandu jiġi mħares u l-embrijun m'għandu qatt jitqies bħala xi biċċa materja bijoloġika fl-ebda stadju tal-iżvilupp.", "L-esperimentazzjoni fuq l-embrijuni għal skop ta' riċerka xjentifika, il-qerda tagħhom bl-iskuża li huma żejda – forsi għax ma jibqgħux jiżviluppaw b'mod normali – kif ukoll l-iffriżar tagħhom, anke meta dan isir bl-intenzjoni li jiġu ttrapjantati fi żmien qasir, imorru kontra kull dinjità umana tal-persuna u kontra l-integrità tal-ħajja umana.", "Kif semmew anke kollegi qabli, mhux kull xewqa għal tarbija hija ġustifikata.", "Xewqa għal tarbija tista' tkun motivata anke minn sens ta' egoiżmu, li huwa għama għal kollox mill-ġid tat-tarbija fiha nnifisha.", "Realtajiet ġodda dejjem iqanqlu mistoqsijiet, u allura waħda mill-missjonijiet anke ta' din l-Awtorità hi li tinstab tweġiba addattata għal kull dubju li jista' jitqanqal.", "Il-prinċipju tar-rispett anke lejn id-dinjità tal-bniedem għandu l-għeruq tiegħu fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li tmur lura għas-sena 1950, fejn id-dritt għall-ħajja kien protett bil-liġi.", "Dan id-dritt ma jippermettix testijiet li jispiċċaw biex joqtlu dawk l-embrijuni li, pereżempju, ikunu b'diżabilità jew inkella li jkunu ta' xi sess li mhuwiex mixtieq, fost l-oħrajn.", "Għalhekk, filwaqt li huwa tajjeb li jsiru aktar diskussjonijiet miftuħa, anke għal aktar stħarriġ, ir-rispett tal-ħajja umana u tal-familja għandhom dejjem jinżammu fuq quddiem nett.", "Meta nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li diġà hemm, allura jkollna ambjent stabbli għall-ġid ta' wliedna stess, anke jekk Malta tkun l-uniku pajjiż li hu favur il-ħajja mit-tnissil sal-mewt.", "Meta nibqgħu nisħqu fuq il-prinċipji u l-valuri tagħna nkunu qed insaħħu d-dinjità ta' kull persuna umana.", "Aħna rridu nassiguraw protezzjoni massima lejn il-ħajja tal-bniedem, u l-politika tagħna għandha tagħraf aħjar ir-responsabilità tad-deċiżjoni tagħna marbuta mal-prinċipju ta' dak li aħna nsejħulu \"moralità\".", "Il-mistoqsijiet u d-dubji li jkollna għandhom jirriflettu fina responsabilità tagħna nfusna billi dak li ngħidu ngħiduh b'responsabilità. filwaqt li dak li naħsbu naħsbuh għax tassew nemmnu x'inhu verament il-ġid komuni.", "Id-dubji li jkollna f'qasam daqstant delikat ikompli wkoll iqanqalna biex inkomplu nagħrfu aktar lilna nfusna u norganizzaw diskussjonijiet aktar wesgħin, kemm fuq livell mediku u anke fuq livell legali.", "Lil hinn mill-popolarità, il-parti l-kbira tal-poplu tagħna kien dejjem konsistenti fil-pożizzjoni tiegħu favur il-ħajja mill-konċepiment sal-mewt.", "Nerġa' ngħid li aħna kburin li aħna Maltin għax fejn tidħol il-ħajja għandna l-ħila li ningħaqdu biex niddefenduha, speċjalment f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-persuna ma tistax tiddefendi lilha nnifisha.", "Però mhuwiex biżżejjed li nitkellmu favur il-ħajja; jeħtieġ ukoll li noħolqu klima ta' għajnuna, kif wara kollox dejjem kien l-għan ta' din l-Awtorità.", "Dmirna huwa li nagħtu dritt għal protezzjoni sħiħa jew inkella li naraw illi l-liġijiet tagħna jagħtu l-aqwa protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf.", "Sinjura President, punt li xtaqt insemmi hu li ċ-ċirkostanzi ta' kull bniedem huma differenti u kull każ hu partikolari, iżda d-diffikultajiet, il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tqal li ngħaddu minnhom huma simili.", "Kif għedt diġà, aktar kmieni l-Onor.", "Claudio Grech semma kemm hu importanti li l-Gvern jinvesti aktar finanzi f'dan ir-rigward.", "Pereżempju, m'hemmx dubju li hemm bżonn insaħħu l-appoġġ professjonali u emozzjonali f'dawk il-mumenti diffiċli li tgħaddi minnhom omm li tkun qed iġġorr tarbija.", "Għalhekk, il-Gvern irid jinvesti aktar anke f'dan ir-rigward.", "Għad fadal ħafna x'nistgħu nagħmlu.", "Bil-fundamentaliżmu reliġjuż żgur li m'aħniex se nikkonvinċu, però ejjew ma niftħux il-bibien beraħ għax nispiċċaw biex insibu li r-riperkussjonijiet huma vasti u jdaħħluna f'ħajt.", "Għandna nkomplu naħdmu b'mod attiv u nippromwovu kultura sabiħa li fiha ssib kemm id-drittijiet kif ukoll id-dinjità.", "Għandna nħeġġu anke lil ħutna l-bnedmin li huma influwenti biex flimkien dejjem nipproteġu l-ħajja anke b'dinjità umana bl-aktar mod ugwali għal kulħadd.", "Jien nifraħ lill-ġenituri li għaddew minn dan il-proċess, nirringrazzja lill-professjonisti minħabba li sfortunatament mhux dejjem naħsbu fuq ix-xogħol dedikat li dawn jagħmlu f'dan is-settur, filwaqt li nirringrazzja wkoll lill-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għax-xogħol tagħha.", "Nixtieq nikkonkludi dan l-intervent bl-istess riflessjoni li bdejt biha.", "F'soċjetà li qed tinbidel, jew aħjar f'Malta li qed tinbidel, it-tajjeb baqa' jingħaraf?", "It-tajjeb għadna ngħidulu tajjeb, u l-ħażin għadu jqanqal fina ċerta diqa u rimors?", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SILVIO GRIXTI: Sinjura President, għal darb'oħra reġa' għandna l-opportunità li niddiskutu l-IVF permezz tar-rapport annwali tal-2018 tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni li din il-Kamra għandha quddiemha llum.", "Tajjeb li bħala preambolu żgħir għal din id-diskussjoni nagħtu ħarsa ħafifa lejn l-għanijiet li għalihom twaqqfet din l-Awtorità, lejn il-liġi li waqqfitha u lejn il-leġiżlazzjoni sussegwenti għaliha, li żviluppat b'mod li qed tipprova tagħti aktar ċans lil koppji infertili li jkollhom ir-rigal sabiħ tal-ulied u jkunu jistgħu jrabbu familja bħall-maġġoranza tal-koppji Maltin u Għawdxin.", "Infakkru li l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni twaqqfet bħala l-uniku regolatur ta' kull intervent ta' ART li jista' jsir f'Malta, kemm f'dawk li huma istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika, li fil-każ tagħna huwa l-Isptar Mater Dei, kif ukoll f'istituzzjonijiet tas-saħħa privata.", "L-Awtorità twaqqfet biex tirregola l-użu u l-ħażna tal-isperma, tal-oocytes – jew, kif nafuhom aħjar, il-bajd tan-nisa – u tal-embrijuni.", "Imbagħad, is-sena l-oħra konna ġejna f'din il-Kamra biex introduċejna emendi ġodda, liema emendi daħlu fis-seħħ fl-1 t'Ottubru li għadda permezz t'Avviż Legali.", "Huwa fatt li minn dan ir-rapport għadu mhuwiex qed jirriżulta xi progress spettakolari f'dak li huwa suċċess fir-rata tat-twelid li tirriżulta minn intervent tal-IVF.", "Dan għaliex il-bidu fis-seħħ tal-emendi l-ġodda kien f'Ottubru, u dan ir-rapport ikopri biss sa tliet xhur wara, jiġifieri, sa tmiem l-2018.", "Iżda nafu wkoll li, minn tagħrif li ta f'din il-Kamra d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "Chris Fearne, minn wara li beda jseħħ it-tibdil fil-liġi kien hemm 34 koppja li talbu l-intervent tal-IVF, u minnhom 6 biss iddeċidew li ma jieħdux l-opportunità li tagħtihom il-liġi, jiġifieri, dik li jiffertilizzaw sa massimu ta' ħames bajdiet.", "Tajjeb ngħid ukoll li l-interventi kollha tal-IVF li saru matul is-sena li għaddiet jistgħu jirriżultaw fi 58 twelid ġdid.", "B'kollox saru 246 ċiklu tal-IVF li minnhom irriżultaw 56 tqala.", "Madanakollu, għaxar koppji kellhom korriment.", "Kien hemm it-twelid ta' 23 tarbija, fosthom t'erba' koppji tewmin.", "Sa meta tlesta dan ir-rapport kien hemm 27 mara li bejniethom kienu qed jistennew 35 tarbija, fosthom sitt pari tewmin u sett ta' triplets.", "Ir-rapport jindika wkoll li fost il-koppji li rrikorrew għas-servizz tal-IVF kien hemm 26 mara li rnexxielhom joħorġu tqal wara l-ewwel attentat ta' trattament, 18-il mara rnexxielhom mat-tieni attentat, waqt li 12-il mara oħra rnexxielhom mat-tielet trattament.", "L-għaxar korrimenti li seħħew ġraw lil nisa f' etajiet diversi sa 39 sena.", "Ir-rapport jagħti wkoll dettalji dwar dik li hi magħrufa bħala t-\"take-home baby rate\", jiġifieri dawk it-trattamenti tal-IVF li ntemmew b'suċċess għax intemmew bi twelid ta' trabi.", "Kif għedt diġà, dan ir-rapport jgħidilna li minn 246 ċiklu rriżultaw 56 tqala, li jammontaw għal 22.7% tat-total taċ-ċikli.", "Minn dawn kien hemm 4% tal-pregnancies li ntemmew ħesrem, 7.7% tal-pregnancies li wasslu għat-twelid tat-trabi, u kważi 11% tal-pregnancies li sal-aħħar tal-2018 it-trabi kienu għadhom ma twildux.", "Għalhekk f'Malta t-take-home baby rate għall-2018 ġiet stabbilita għal 18.7%, li jfisser titjib ta' kważi 2% fuq is-sena ta' qabel.", "Ta' min jinnota l-prinċipji ewlenin li fuqhom tibbaża l-ħidma tagħha din l-Awtorità, li fost l-aktar importanti minnhom hemm li l-pazjenti li jersqu għat-trattament tal-IVF jiġu l-ewwel, li kull sptar jew klinika liċenzjata biex jipprovdu dan it-trattament iridu jittrattaw lill-pazjenti tagħhom bl-akbar dinjità, u li kull informazzjoni mgħoddija lill-Awtorità għandha tinżamm bl-akbar mod kunfidenzjali u tintuża biss f'dawk iċ-ċirkostanzi li tippermetti l-liġi.", "Prinċipju importanti ieħor huwa li d-deċiżjonijiet kollha li tieħu l-Awtorità jittieħdu fl-aħjar interess tal-ġenituri prospettivi u tat-trabi li jistgħu jiġu konċeputi minn dawn it-trattamenti.", "L-Awtorità tiżgura wkoll li f'kull ċirkostanza jinżammu l-ogħla standards ta' kura skont il-liġijiet li jirregolaw dan il-qasam.", "Il-protokoll anness mal-liġi prinċipali kien intenzjonat li jkun l-għodda li biha jiġu assistiti l-kliniċi u l-isptarijiet biex jirregolaw ruħhom mal-obbligi legali li joħorġu mil-liġi.", "Dan il-protokoll kellu jservi wkoll bħala punt ta' riferiment għall-pazjenti u għall-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Mir-rapport li għandna quddiemna nafu li matul l-2018 sar xogħol mill-Awtorità biex dan il-protokoll jiġi aġġornat ħalli jkun jirrifletti l-bidliet fil-liġi li ġew fis-seħħ fl-1 t'Ottubru li għadda, b'liema emendi wessajna l-parametri tal-liġi oriġinali tal-IVF bl-iskop li ntejbu r-rata tas-suċċess tat-trattament tal-IVF u b'hekk aktar persuni jaqtgħu x-xewqa tagħhom li jsiru ġenituri.", "Sinjura President, jien nittama li meta bħal dan iż-żmien sena jerġa' jitressaq rapport ieħor ta' din ix-xorta, u b'hekk tkun għaddiet sena sħiħa mill-bidu fis-seħħ tal-bidliet fil-liġi, ikollna riżultati ftit aħjar biex b'hekk il-bidliet li fassalna jkunu taw il-frott li xtaqna u allura naraw aktar trabi jitwieldu lil koppji li s'issa ma setax ikollhom ulied.", "Dan irriduh proprju għax il-Moviment tagħna huwa favur il-ħajja u allura jrid jagħti kull opportunità lil kull min jixtieq li jkollu familja, li jkollu l-ulied u li jrabbihom bl-għożża li aħna l-familji Maltin u Għawdxin tant aħna magħrufin għaliha.", "Nirringrazzjak.", "PERMESS TAL-KAMRA SOSTITUZZJONI TEMPORANJA TAS-SEDJA", "ID-DEPUTY SPEAKER: Minħabba l-assenza inevitabbli tal-Ispeaker, u peress li jien nixtieq li nintervjeni fid-dibattitu li għaddej bħalissa fuq l-Estimi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, qed jiġi propost li skont l-Ordni Permanenti 151 l-Onor.", "Silvio Grixti jippresiedi l-Kamra fil-perjodu li matulu nkun qed nagħmel l-intervent tiegħi.", "Il-Kamra taqbel?", "(Onor. Membri: Iva) Mela s-seduta hija sospiża għal minuta.", "Fil-11.12 a.m. is-seduta ġiet sospiża u rriżumiet fil-11.13 a.m.", "L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, illum xtaqt nagħti kontribut qasir ħafna f'dan id-dibattitu, dibattitu li qed isir fuq suġġett li huwa għal qalbi ħafna u li kont insegwi mill-qrib anke meta kont Shadow Minister għas-saħħa.", "Bla dubju, dan huwa suġġett li wieħed irid titkellem fuqu b'ċerta sensittività.", "Illum xtaqt nagħti wkoll il-perspettiva tiegħi mhux biss bħala Membru Parlamentari mara f'dan il-Parlament, imma wkoll għaliex xtaqt inwassal messaġġ mingħand xi persuni li għaddew minn dan il-proċess.", "Fuq l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni tkellmu ħafna Deputati.", "Ivan Bartolo, jien naħseb li din l-Awtorità, li għandha rwol importanti li ssegwi l-proċeduri kollha relatati mal-proċeduri kollha li jaqgħu taħt dan l-aspett, qiegħda tagħmel xogħol siewi ħafna: imma jien nixtieq li issa nħarsu daqsxejn b'mod riflessiv lejna nfusna biex naraw kif aħna, bħala soċjetà, inħarsu lejn persuni li għandhom bżonn jagħmlu l-IVF.", "Għalkemm dan ma jsirx b'mod intenzjonat, is-soċjetà tagħna tagħmillek ċerta pressjoni wkoll.", "Pereżempju, ma jilħqux jgħaddu ftit xhur minn meta koppja tiżżewweġ li ma jibdewx il-botti, bħal ngħidu aħna: Meta se tagħmilni nannu?", "Meta se tagħmilni nanna?", "Issa hawn irrid nerġa' nirrepeti li aħna ma ngħaddux dawn il-kummenti b'mod dispreġjattiv jew biex inweġġgħu lil dak li jkun, imma għax proprju fina l-Maltin għandna dik ix-xewqa tant sabiħa li jkollna familja li tikber u titkattar.", "Wara kollox, dak hu l-feeling sabiħ ta' meta jkollok familja!", "Imma ejjew nibdew inkunu aktar sensittivi f'dan ir-rigward!", "L-ewwel nett, ejjew ma nassumux li kull koppja li tiżżewweġ għandha x-xewqa li jkollha t-tfal għax dan mhux bilfors li hu l-każ.", "Imma mbagħad, agħar minn hekk, ejjew ma nassumux li kull koppja li tixtieq li jkollha t-tfal bilfors jista' jkollha t-tfal, u li għal dawn iċ-ċirkostanzi hemm proċessi u proċeduri li biex jagħtu l-frott tagħhom mhux la kemm tfaqqa' subgħajk.", "Ovvjament, Sur President, kemm inti fil-professjoni tiegħek, kif ukoll id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa preżenti, tafu minn xiex jgħaddu dawn il-koppji, u hawnhekk jiena nixtieq nibda billi nsellem anke lill-professjonisti li jaħdmu f'dan il-qasam għax mhuwiex faċli meta jiġuk koppji quddiemek b'din ix-xewqa enormi li jkollhom it-tfal meta inti taf li ma tistax toħroġ xi bakketta maġika u tgħidilhom li jekk jagħmlu hekk u jekk jagħmlu hekk, it-tfal se jaslu.", "Lanqas b'mod naturali l-affarijiet m'huma daqshekk ovvji, aħseb u ara mbagħad meta tidħol ix-xjenza u meta jkun hemm affarijiet ħafna aktar ikkomplikati milli wieħed jaħseb!", "Ħafna koppji u individwi jitfixklu bejn dik li hija xewqa u dak li huwa dritt, u naħseb li dan huwa punt importanti.", "Nerġa' ngħid li mhux il-koppji kollha jkunu jixtiequ li jkollhom it-tfal.", "Hemm min jiġġudika lil dawn il-koppji, u jagħmel ħażin, għax fl-aħħar mill-aħħar dik hija għażla tagħhom.", "Imbagħad, hemm min li għax ikollu din ix-xewqa jew dan l-istint jaħseb li għandu dritt, u hemmhekk ukoll irridu noqogħdu daqsxejn attenti.", "Jiena nħobb nirreferi ħafna għad-dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Amerka, li se nikkwotaha għax hija miktuba bi kliem verament sabiħ:", "Jien naħseb li minn hemmhekk ġej dan l-istint tant b'saħħtu ta' din ix-xewqa kbira li jkollna t-tfal; għaliex jekk inti tħoss li biex tilħaq il-fulfilment tiegħek u biex inti bħala persuna tħossok komplut irid ikollok tarbija, mela aħna bħala soċjetà għandna d-dmir u l-obbligu li ngħinu lil dawn in-nies biex jaslu għal dan is-sens ta' kuntentizza.", "Għalhekk, jiena nemmen ħafna f'dak li l-Amerikani jgħidulu \"the pursuit of happiness\" għax, kif ngħidu aħna bil-Malti, kull persuna għandha dritt li ssib il-milja tagħha – kemm hi frażi sabiħa din! – f'dak li jagħmilha kuntent, u li din il-kuntentizza ma ġġib l-ebda ħsara lil xi persuna oħra.", "Huwa hawnhekk imbagħad fejn tidħol ukoll l-Awtorità.", "Mela, Sur President, mad-dritt għall-kuntentizza hemm ukoll id-dritt għall-ħajja u d-dritt għal-libertà.", "Inħoss li dan huwa suġġett fejn ħafna drabi l-mara … Issa naf li mhux il-mara biss tesperjenzahom dawn l-affarijiet, imma ejjew nibdew mill-mara l-ewwel għax din tgħaddi minn esperjenza ta' stress psikoloġiku enormi.", "Bħalma għedt diġà, ħafna drabi l-pressjoni tibda b'mod tradizzjonali minn dawk li jagħmlu pressjoni fuq it-tifla tagħhom jew inkella fuq in-neputija tagħhom biex ikollha t-tfal.", "Pereżempju, jingħadu frażijiet bħal \"Issa fittxu dewquna biskuttin!\"", "Lili kellmuni ħafna koppji fuq dan is-suġġett fejn qaluli li għandhom familjari tagħhom li lanqas biss jafu li għamlu t-trattament tal-IVF!", "Għalhekk irridu nifhmu għalfejn hemm dan it-taboo u għalfejn hemm din il-biża' li jsir jaf ħaddieħor.", "Għalfejn hemm din l-istigma?", "L-ewwel nett, aħna, fil-mentalità tagħna, nassoċjaw il-fertilità ma' jekk intix mara biżżejjed jew jekk intix raġel biżżejjed, u din hija mentalità ħażina.", "Bħalma għedt diġà, jista' jkun li koppja tkun iddeċidiet li ma jkollhiex tfal!", "Imma agħar minn hekk huwa li aħna nassoċjaw jekk persuna hijiex mara jew raġel biżżejjed mal-fertilità għax huwa atteġġjament ħażin kompletament!", "Allura x'għandna nibdew ngħidu għal min għandu kondizzjonijiet oħrajn?", "Dawn mhumiex anqas jew aktar minn ħaddieħor ukoll?", "Mela, la aħna ma nittimbrawx nies minħabba l-kondizzjoni li għandhom, l-istess ħaġa għandna nagħmlu fil-każ tal-fertilità, u għandna nagħmlu kull sforz biex inneħħu din l-istigma.", "L-istigma nneħħuha wkoll jekk inneħħu l-pressjoni li semmejt iktar kmieni.", "Sur President, matul dan id-dibattitu ssemma kemm-il darba r-rwol tal-Awtorità u, fil-fehma tiegħi, m'għandniex servizzi biżżejjed għal dik li hija għajnuna psikoloġika għall-koppji nfushom.", "Din hija issue li fil-fehma tiegħi rridu nħarsu lejha daqsxejn aktar sew u fil-profond.", "L-Awtorità għandha rwol regolatorju, imma rridu nibdew naraw jekk l-irwol ta' servizzi li jkunu anċillari b'xi mod għandhomx jiżdiedu.", "Bħalma qal l-Onor.", "Ivan Bartolo, it-titlu tar-rapport jgħidilna li qed inpoġġu lill-pazjenti fiċ-ċentru.", "L-embrijun diġà qiegħed fiċ-ċentru għax huwa mniżżel fit-titlu tal-istess Awtorità, allavolja kien hemm min forsi xtaq li dak jinbidel.", "Fil-fatt, dak huwa tajjeb li jibqa' hemm sabiex il-focus tagħna jibqa' d-dritt għall-ħajja mill-bidu sat-tmiem.", "L-Awtorità għamlet sewwa wkoll li fit-titlu tar-rapport tagħha kitbet li fiċ-ċentru hemm il-pazjenti.", "U min huma dawn il-pazjenti?", "Huma l-koppji li qed jippjanaw li jkollhom tarbija.", "U kemm jafu dawn il-koppji fuq il-proċess?", "M'iniex qiegħda nipponta subgħajja lejn l-Awtorità, imma qiegħda sempliċement nistaqsi għax lili ġieli kellmuni koppji li qaluli li kien biss wara li għaddew mill-proċess li bdew jifhmu verament fiex jikkonsisti.", "Issa, ejjew ngħiduha kif inhi: oġġett trid tgħaddi minnu biex tkun taf eżattament x'jinvolvi, imma jien naħseb li l-professjonisti tagħna għandhom burden qawwi biex mhux biss jispjegaw lil dawn il-koppji fiex jikkonsisti dan il-proċess u kemm se jieħu fit-tul, imma wkoll x'possibilitajiet hemm li dan il-proċess ma jirnexxix.", "Dan il-burden irridu nirrikonoxxuh għax mhuwiex faċli u huwa ta' qsim il-qalb għal ħafna koppji.", "Dawn kważi kważi kulma jagħmlu huwa li jħarsu lejn il-professjonisti li jkunu hemm quddiemhom u jistaqsuhom: Imma għaliex?", "X'għamilna ħażin?", "Fejn morna ħażin?", "M'hemmx risposta ċara u tonda, anke għaliex hawnhekk qed nitkellmu fuq suġġett ta' sensittività tant kbira u tant delikata that anything can go wrong and you're lucky when things actually go right.", "Fil-fatt, naħseb li dak għandu jkun il-messaġġ.", "Ħafna drabi dan japplika wkoll għal meta koppja tipprova jkollha t-tfal b'mod naturali għax ħafna nies jeħduha for granted li jista' jkollhom it-tfal, u din hija xi ħaġa li assolutament ma tistax tittieħed for granted!", "Kif għedt diġà, Sur President, ma nixtieqx nieħu ħafna ħin.", "L-aspett tekniku tkellem fuqu ħaddieħor, u jien xtaqt li nagħmel dan l-appell ġenerali lil min qed isegwina.", "Ejjew inkunu aktar sensittivi, l-ewwel nett lejn min jagħżel li ma jkollux tfal – so what? – u t-tieni nett lejn min jixtieq li jkollu t-tfal.", "U ejjew innaqqsu din il-pressure billi ma nibqgħux nagħmlu ħafna kummenti żejda, bħal \"Taqtgħux qalbkom\" u \"Agħmlu kuraġġ\".", "Min jaf minn xiex ikunu għaddejjin dawn il-koppji, u allura dan it-tip ta' kummenti huma kollha żejda.", "Kien hemm koppja li qaluli li lilhom bilkemm ma tkażawx bihom għax huma rrikorrew għall-IVF mhux għall-ewwel wild imma għat-tieni wild.", "Għal darb'oħra: X'hemm ħażin f'dan kollu?!", "Dawn in-nies qed ifittxu l-fulfilment tagħhom, u allura aħna għandna nuru ċertu rispett lejhom.", "Bħalma għedt, anke meta ġieli għamilt diskorsi oħrajn fuq l-istess suġġett, naħseb li l-Gvern għamel tajjeb li pprovda dan is-servizz b'xejn.", "Issa nappella wkoll biex, kif semma l-Onor.", "Claudio Grech, naslu għall-mediċina b'xejn għax, żgħira kemm hi żgħira, żgur li hemm faxxa ta' nies li jaslu biex jixtru l-mediċini wkoll.", "Kollox ma' kollox, is-servizz huwa wieħed tajjeb u bla dubju qed jilħaq l-għan tiegħu.", "L-aħħar appell tiegħi jmur għall-membri tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għax irrid infakkarhom li huma għandhom responsabilità enormi.", "Għandhom f'idejhom il-ħajja tal-bniedem, u m'għandix dubju li huma jġorru din ir-responsabilità f'kull ġurnata ta' ħajjithom.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ACTING DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "(Onor. Membri: No) Mela la m'hawnx aktar rimarki, nitlob lill-Ministru Chris Fearne biex, jekk jogħġbu, jagħlaq din id-diskussjoni.", "CHRIS FEARNE: Sur President, ma nafx hux għax xi ħadd ikun tana parir li nagħmlu hekk jew għax hija xi ħaġa li nieħdu pjaċir nagħmluha, imma meta aħna l-politiċi nattendu għal xi okkażjoni, għal xi festa jew għal xi attività u naraw xi tarbija, qisna għandna kalamita li tiġbidna lejn dik it-tarbija u nieħdu pjaċir nerfgħuha u nieħdu xi ritratti magħha!", "Ma nafx, imma nara lil ħafna politiċi jagħmluha, u fil-fatt ġieli għamiltha jien stess!", "Ma nafx jekk hijiex xi ħaġa li tgħin fil-popolarità tagħna jew le.", "Forsi meta jarawk ma' tarbija li jiggostaha kulħadd, ħafna minna forsi jaħsbu li jkunu qed jiggostaw lilna wkoll!", "Jien bħala tabib tat-tfal, it-tfal huma dejjem għal qalbi u dejjem nieħu pjaċir li jkolli tarbija f'idejja; però, f'dawn l-aħħar ftit xhur ġratli xi ħaġa xi erba' jew ħames darbiet fejn kelli sodisfazzjon doppju.", "L-ewwel nett, li nerfa' tarbija, u t-tieni nett li qaluli: Din it-tarbija l-ġdida, din il-ħajja ġdida, twieldet grazzi għal-liġijiet li għaddejtu fil-Parlament, għas-servizzi li qed toffru u għas-sistema tas-saħħa tagħna!", "M'hemmx għalfejn ngħidu li dan il-kliem jiġġustifika s-sagrifiċċji kollha, il-ħin kollu u x-xogħol kollu li nkun għamilt bħala politiku matul dawn is-snin kollha!", "Għaliex?", "Għax dan ifisser li x-xogħol li nagħmlu, il-liġijiet li ngħaddu f'din il-Kamra u s-servizzi li nagħtu aħna u li jagħtu l-professjonisti tagħna qed ifissru ħajja ġdida, qed ifissru familja ġdida, u qed jissarrfu f'tarbija gustuża kollha wardiet u naqra boċċa li żżommha f'idejk filwaqt li tara l-uċuħ tal-ommijiet, tal-missirijiet, tan-nanniet u taz-zijiet kollha ferħanin li għandhom din il-ħajja ġdida fosthom!", "Għalhekk, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Membri ta' din il-Kamra li ftit tax-xhur ilu għaddejna liġi ġdida tal-IVF li tippermetti li jkollna aktar ħajjiet ġodda, aktar mirakli u aktar trabi boċċi li wieħed jista' jaqbad u jiggustalhom il-wardiet li jkollhom f'wiċċhom!", "Nirringrazzja wkoll lit-tim kbir ta' professjonisti li għandna f'dan is-settur, kemm lil dawk li jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur pubbliku, kif ukoll lil dawk li jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur privat.", "Nixtieq nirringrazzja lit-tobba, lill-ispeċjalisti, lill-infermiera, lill-psikologi, lill-embryologists, lill-biologists u lin-nies kollha li jaħdmu fil-laboratorji, għax dawn kollha jaħdmu u jagħtu dan is-servizz b'dedikazzjoni lil dawk il-mijiet ta' koppji li jkollhom problema ta' fertilità u li allura jagħmlu użu mis-servizz tal-IVF.", "Hawnhekk nixtieq insemmi ġinekologu b'ismu għar-raġuni li jmexxi dan it-tim hu: lill-ispeċjalista u ġinekologu Dr Mark Sant, li nixtieq nirringrazzjah f'isem ħafna pazjenti għad-dedikazzjoni u għax-xogħol li jagħmel f'dan is-settur.", "Nirringrazzja wkoll lill-Bord u lill-membri tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, li wkoll jaħdmu b'rettezza u b'dedikazzjoni.", "Xi kultant dawn in-nies ikollhom sitwazzjonijiet fejn ikun hemm bżonn li jkunu iebsin, bil-konsegwenza li mhux dejjem jintgħoġbu ma' min ikun qed jipprovdi s-servizz.", "Imma, fl-aħħar mill-aħħar, dak hu xogħolhom.", "Naturalment, ma nistax ma nifraħx lill-mijiet ta' ġenituri, zijiet u nanniet li issa, grazzi għal dan il-miraklu tat-teknoloġija, huma wkoll jistgħu jħaddnu tarbija magħhom u jaraw żieda fil-familja tagħhom.", "Ta' min jgħid li, matul dawn l-aħħar ħames snin, fl-Isptar Mater Dei qed ikollna 'l fuq minn 200 ċiklu ta' IVF fis-sena.", "Barra minn hekk, għandna nies li għadhom qegħdin fil-proċess li jagħmlu l-IVF, filwaqt li għad għandna wkoll oħrajn li qed jistennew biex jibdew dan il-proċess, u allura dan ikompli juri l-ħtieġa li nibqgħu noffru dan is-servizz.", "Sinjura President, l-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni kienet twaqqfet taħt Leġiżlatura preċedenti fl-2013.", "Din kienet deċiżjoni tajba li titwaqqaf awtorità li tirregola u tara li l-proċess tal-IVF f'pajjiżna jkun regolat.", "Fil-fatt, lanqas nafu b'ċertezza kemm twieldu trabi bl-IVF qabel ma twaqqfet din l-Awtorità fl-2013 għax sa dak iż-żmien kien għad m'hemm l-ebda obbligu legali li dawn jiġu rreġistrati.", "Issa hawnhekk ejjew inkunu ċari.", "Aħna la qatt ridna u lanqas irridu li tarbija li titwieled bl-IVF ikollha xi forma ta' marka differenti minn trabi oħrajn meta tiġi rreġistrata fir-reġistru tat-twelid, imma jien naħseb li huwa importanti li jkollna figuri ta' kemm twieldu trabi bl-IVF f'pajjiżna.", "Fil-fatt, mill-2013 'l hawn, jiġifieri minn mindu twaqqfet l-Awtorità, f'pajjiżna twieldu 309 trabi bl-IVF, li 170 minnhom twieldu fl-Isptar Mater Dei minħabba li mill-2015 bdejna noffru s-servizz mingħajr ħlas.", "Għax wieħed irid ifakkar li, għalkemm l-Awtorità kienet twaqqfet u l-liġi l-antika kienet għaddiet minn dan il-Parlament fl-2013, kien biss fl-2015 taħt Gvern Laburista li fl-Isptar Mater Dei iddaħħal dan is-servizz mingħajr ħlas.", "Kif għadni kemm għedt, minn dakinhar 'l hawn fl-Isptar Mater Dei twieldu 170 tarbija ġdida, u għalhekk minn hawn jien nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nifraħ lil dawn il-170 familji ġodda, filwaqt li nispera li jkun hemm aktar okkażjonijiet, forsi waqt xi riċeviment jew attività oħra, li nitkellem ma' xi familja li jkollha tarbija u huma wkoll jgħiduli li din il-ħajja ġdida twieldet grazzi għax-xogħol li nagħmlu aħna fil-Parlament.", "Ftit tax-xhur ilu għaddejna liġi ġdida, u din il-liġi l-ġdida fetħet aktar il-possibilità li negħlbu b'mod mediku l-problemi ta' infertilità li jista' jkollha persuna biex, fl-aħħar mill-aħħar, din il-persuna wkoll ikollha t-tarbija tagħha.", "Ta' min jgħid li, permezz ta' din il-liġi l-ġdida, 61 koppja li kienu wżaw iċ-ċikli kollha li joffri l-gvern għall-IVF issa għandhom id-dritt li jkollhom ċiklu ieħor.", "Dan għaliex billi issa daħħalna miżuri li permezz tagħhom huwa anqas diffiċli li koppja jkollha tarbija, iddeċidejna li lil dawk il-koppji li kienu għaddew il-proċess fl-Isptar Mater Dei taħt il-liġi l-antika u ma kellhomx suċċess, jiġifieri, ma kellhomx tarbija allavolja kienu għamlu tliet ċikli sħaħ, għandna noffrulhom ċiklu addizzjonali biex huma wkoll ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-emendi l-ġodda li għamilna fil-liġi li għaddejna s-sena li għaddiet.", "Għalhekk hemm 61 koppja li huma intitolati għal dan iċ-ċiklu żejjed, u dan ifisser li għandna 61 koppja li kieku ma kenitx għal-liġi l-ġdida li daħħalna, ma kienx ikollhom il-possibilità li jerġgħu jagħmlu ċiklu ieħor biċ-ċans li jkollhom tarbija permezz tas-servizz tas-saħħa statali.", "Sinjura President, il-liġi l-ġdida toffri l-possibilità b'mod regolat u b'mod strett – u għalhekk huwa importanti li l-Awtorità tagħmel xogħolha sew – li f'pajjiżna jkollna embrijuni li jkunu cryopreserved jew iffriżati; il-kelma xjentifika hija \"cryopreserved\".", "Dan wassal biex illum għandna koppji li kellhom l-embrijuni tagħhom iffriżati barra l-pajjiż – għax barra l-pajjiż din ilha ssir, u allura kellna koppji Maltin li, minħabba li l-liġi Maltija ma kinitx tippermetti li jagħmlu xi ħaġa bħal din, kienu jieħdu dan is-servizz minn barra minn Malta – u issa, għax daħħalna l-possibilità li jkollna embrijuni ffriżati f'Malta, sal-lum diġà għandna mill-anqas żewġ koppji li ġabu l-embrijuni ffriżati tagħhom minn barra f'Malta u issa dawn l-embrijuni se jkollhom il-possibilità li jgħaddu minn tqala u jkollna trabi ġodda.", "Għalhekk, kif qed naraw, din il-liġi qed tagħti aktar opportunità li jkollna ħajjiet ġodda.", "Aħna dejjem insistejna li hekk se tkun qed tagħmel din il-liġi, imma issa din qegħdin narawha tiġri b'għajnejna.", "Barra minn hekk, Sinjura President, irridu nsemmu wkoll li għandna 11-il koppja li għandha embrijuni ffriżati f'Malta.", "Koppja minn dawn ilha bl-embrijuni ffriżati f'Malta minn taħt il-liġi l-antika għax f'ċerti każijiet il-liġi l-antika kienet diġà tippermetti li jkun hemm l-iffriżar tal-embrijuni, u mbagħad hemm għaxar koppji oħra li bil-liġi l-ġdida għamlu użu mis-servizz tal-embryo freezing.", "Ta' min jgħid li prattikament dawn il-koppji kollha esprimew ix-xewqa mal-professjonisti tagħna li jerġgħu jużaw l-embrijuni li għandhom cryopreserved, jiġifieri, s'issa dik il-biża' li se jkollna xi numru kbir ta' embrijuni li se jibqgħu fil-friża għal dejjem mhijiex qiegħda timmaterjalizza ruħha.", "Anzi, kif għedt diġà, kien hemm koppji li kellhom embrijuni li kienu se jħalluhom iffriżati barra mill-pajjiż u li grazzi għal din il-liġi se jġibuhom Malta, issa se jieħdu ċ-ċans li dawn jgħaddu minn tqala, isiru trabi u b'hekk ikollna aktar ħajjiet ġodda.", "Għalhekk, din il-liġi qiegħda tagħmel proprju dak li aħna għedna li se tagħmel, u ċjoè, aktar possibilità li jkollna iżjed embrijuni li jiżviluppaw fi trabi.", "Naħseb li din hija xi ħaġa tajba li qed twassal għal aktar ħajjiet u allura aħna qed nieħdu pjaċir biha.", "Irridu ngħidu wkoll li bil-liġi l-antika kellna żewġ każijiet li kellhom ħames embrijuni li kienu ffriżati minħabba li n-nisa ma setgħux jagħmlu użu mill-embrijuni mill-ewwel peress li kellhom xi kondizzjonijiet mediċi, imma li għall-grazzja t'Alla llum il-kondizzjoni medika tagħhom tjiebet tant li neħħejna dawn il-ħames embrijuni mill-cryopreservation u ppjantajniehom.", "Fil-fatt irrid ngħid bi pjaċir li l-ħames embrijuni li kienu ffriżati u li tneħħew mill-friża, il-ħamsa li huma kienu vijabbli u setgħu jitpoġġew fl-omm.", "Għalhekk nerġa' ngħid illi dik il-biża' li se jkollna ħafna embrijuni li meta nneħħuhom mill-friża se nitilfuhom s'issa mhijiex qed timmaterjalizza.", "Irrid inserraħ moħħ min qed jismagħna li l-affarijiet qegħdin nagħmluhom b'serjetà kbira.", "Qegħdin nużaw l-aktar teknoloġija avvanzata, u minn hawn u ftit ieħor se jkolli l-opportunità li nispjega wkoll kif qed inżidu t-teknoloġija fl-Isptar Mater Dei biex nagħmlu tajjeb għal-liġi l-ġdida li għaddiet.", "L-affarijiet qed isiru bl-iżjed mod professjonali, bl-iżjed apparat sofistikat u modern, kif ukoll b'attenzjoni u rettezza kbira min-naħa tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni biex nassiguraw li dak li qed isir l-ewwel nett qed isir fl-interess tat-trabi li jkunu se jitwieldu, u t-tieni nett fl-interess tal-koppja, b'ħarsien strett tal-liġi kif għamilnieha aħna.", "Irrid ngħid ukoll li wieħed min-nuqqasijiet tal-liġi l-antika kien – u din kienet waħda mir-raġunijiet li aħna tħabatna biex ikollna liġi ġdida tal-embrijuni u tal-IVF – li ċerti nisa kienu qed jiġu mċaħħda mit-trattament mediku tal-IVF – għax it-trattament tal-IVF huwa trattament mediku – fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali.", "Din aħna neħħejnieha, u fil-fatt illum il-liġi l-ġdida ma tagħmilx distinzjoni bejn l-orjentazzjoni sesswali tal-mara meta tiġi għall-kura medika bħalma hi l-kura tal-IVF.", "Fil-fatt diġà kellna numru żgħir ta' koppji lesbjani li qegħdin fuq ir-reġistru biex huma wkoll ikunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-IVF.", "Dan ifisser li kien hemm bżonn dawn l-emendi, u issa permezz ta' dawn l-emendi l-liġi tagħna ma tagħmilx distinzjoni għal dak li għandu x'jaqsam mat-trattament tal-infertilità fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali.", "Irrid ngħid li biex ikun hemm il-possibilità li koppja gay tagħmel użu mill-IVF u jkollha tarbija jrid ikun hemm dak li jgħidulu \"gamete donation\".", "Fil-fatt bħalissa għaddej il-proċess biex ikun hemm ftehim ma' istituzzjonijiet serji barranin bil-għan li nkunu nistgħu nagħmlu użu mill-gamiti tagħhom.", "Matul dan id-dibattitu kien hemm min staqsa jekk il-Gvern jistax jgħin aktar lil dawn il-koppji li jkunu għaddejjin mill-proċess tal-IVF b'mod finanzjarju.", "Aħna nieħdu pjaċir li l-mod kif l-Oppożizzjoni tħares lejn l-IVF inbidel tant li fejn sa ftit tas-snin ilu prattikament il-Membri tal-Oppożizzjoni kienu kontra l-IVF, illum qed iħeġġuna biex nagħmlu aktar għall-IVF.", "Fil-fatt, bi pjaċir inħabbar li għal dak li għandu x'jaqsam ma' gamete donation, fejn jista' jkun hemm spejjeż konsiderevoli involuti, il-Gvern se jkun qed jidħol għall-ispiża hu biex b'hekk ikun qed ikompli jagħti aktar serħan lil dawk il-koppji li, apparti li diġà jkollhom problemi ta' infertilità, ikollhom ukoll il-problema li jridu jakkwistaw anke l-gamiti.", "Sinjura President, il-liġi l-ġdida mhux biss tat drittijiet ġodda liċ-ċittadini tagħna u mhux biss ħolqot il-possibilità ta' aktar ħajjiet ġodda, imma tat ukoll obbligi ġodda lill-istituzzjonijiet.", "Għalhekk, aħna f'Ottubru li għadda ma qgħadniex lura milli, apparti minn dawk li ngħidulhom \"standard operating procedures\" (SOPs), biex żgur li kulħadd jifhem b'mod ċar kif iridu jimxu l-affarijiet, bdejna wkoll inkabbru u nżidu s-servizzi li noffru.", "Għal din ir-raġuni, matul dawn l-aħħar ġimgħat aħna mpjegajna żewġ embryologists fulltime biex mix-xahar li għadda s-servizz beda jkun wieħed kontinwu.", "S'issa s-servizz tal-IVF kien jiddependi minn żjara darba kull ftit ġimgħat – bejn wieħed u ieħor darba kull xahrejn – ta' embrijoloġisti barranin li kienu jiġu Malta u nagħmlu grupp ta' ċikli f'salt – bejn wieħed u ieħor ta' madwar 30 darba kull xahrejn – mentri issa mpjegajna żewġ embrijoloġisti fulltime li qegħdin jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, u allura dan ifisser li minflok mhu se nagħtu dan is-servizz darba kull xahrejn, se nkunu nistgħu nagħtu s-servizz fuq medda kontinwa, jiġifieri kuljum, u allura dan ifisser li se jkollna trabi li jitwieldu aktar b'mod regolari minflok ma jitwieldu kollha f'salt wieħed.", "Żidna wkoll b'mod sostanzjali d-dewars, jiġifieri, dak l-apparat fejn wieħed iżomm il-bajd, l-embrijuni u l-gamiti ffriżati, biex b'hekk inkunu nistgħu nlaħħqu mad-domanda akbar li qed ikollna minħabba l-liġi l-ġdida.", "Żidna anke l-inkubaturi ħalli jkollna aktar embrijuni li mbagħad inkunu nistgħu npoġġuhom fl-ommijiet u żidna l-post minn fejn jaħdmu l-professjonisti tagħna.", "Naturalment aktar ma jikber is-servizz, aktar ikollna bżonn inkabbru, u għalhekk hemm pjani li 'l quddiem ikollna premises ġodda li jkunu akbar minn fejn inkunu nistgħu noffru s-servizz tal-IVF fl-Isptar Mater Dei stess.", "L-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni, li llum se nkunu qed napprovaw l-estimi tagħha għas-sena li qegħdin fiha, qed tkompli żżid ir-riżorsi tagħha.", "Fost l-affarijiet li qed iżżid hemm is-software tagħha u fil-fatt matul il-ġranet li għaddew inħareġ tender biex ikun jista' jkollna software iżjed avvanzat bil-għan li jkollna rekord iżjed dettaljat u preċiż ta' dak li tkun qed tagħmel din l-Awtorità, kif tesiġi l-liġi.", "Nixtieq nerġa' nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-mijiet ta' ġenituri f'pajjiżna li kellhom trabi bl-IVF, li wħud minnhom qegħdin jikbru u saru tfal.", "Dawn it-tfal jifformaw parti mis-soċjetà Maltija u wħud minnhom diġà bdew jikkontribwixxu għas-sbuħija tal-komunità tagħna.", "Minn hawnhekk nixtieq inkompli nħeġġeġ lil min għandu bżonn jagħmel użu minn dan is-servizz.", "Dan huwa servizz mediku bħal kwalunkwe servizz mediku ieħor.", "Jiġifieri din mhijiex kwestjoni li qed tagħmel xi ħaġa li mhijiex skont in-natura.", "L-għan ta' kull intervent mediku hu li jkun qed jagħmel xi ħaġa ta' ġid lill-individwu, u l-istess nistgħu ngħidu għall-intervent mediku tal-IVF.", "Għalhekk jien inħeġġeġ lil kull min jaħseb u jħoss li jista' jkollu bżonn dan is-servizz biex jersaq 'il quddiem.", "Is-servizz li qed nagħtu llum fl-isptarijiet tagħna huwa tal-ogħla kwalità u għalhekk inħeġġeġ aktar persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz, aktar u aktar meta llum persuna tista' tagħmel użu minn dan is-servizz irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali tagħha.", "Sinjura President, ma nistax nikkonkludi dan l-intervent mingħajr ma nirringrazzja u nfaħħar lill-mijiet ta' professjonisti li għandna jaħdmu f'dan is-servizz, li mhux biss jagħtu l-ħin tagħhom b'dedikazzjoni kbira, imma wkoll l-imħabba tagħhom lill-ġenituri prospettivi, kif ukoll lit-tfal li jitwieldu.", "Ninsab persważ li mhux biss jien personalment, imma l-Membri kollha tal-Gvern u l-poplu kollu jirrikonoxxu x-xogħol kbir li dawn qed jagħmlu għall-ġid tas-soċjetà Maltija u Għawdxija.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "L-ISPEAKER: Division.", "Din id-Division se tittieħed fid-19 ta' Ġunju 2019 skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, l-Onor.", "Chris Fearne, biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "CHRIS FEARNE: Sur President, niipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lejla, it-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u infiq ta' Patrimonju Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għassena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, din hija l-ewwel darba li qed nindirizza lil dan il-Parlament wara l-elezzjonijiet tal-25 ta' Mejju li għadda, li saru kemm biex dan il-pajjiż jagħżel lill-Membri Parlamentari Ewropej tiegħu u anke lil dawk li se jirrappreżentawh u jaħdmu għalih fuq bażi ta' lokalità fil-kunsilli lokali.", "F'dawn l-elezzjonijiet, għal darb'oħra l-Partit Laburista ġab maġġoranza kbira, maġġoranza li hija saħansitra pjuttost akbar minn dik li ġab fl-2017.", "Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-kunsillli lokali jirrealizza li din kienet l-akbar rebħa elettorali li qatt ra pajjiżna, pjuttost akbar minn dik li kien għamel Sir Paul Boffa fl-1947.", "Din kienet l-għaxar rebħa konsekuttiva għall-Partit Laburista, u issa għandna konferma li l-Partit Nazzjonalista ilu ma jġib maġġoranza assoluta f'dan il-pajjiż sa mill-2003, jiġifieri, il-Partit Nazzjonalista ilu minn dak iż-żmien ma jara mqar xi riżultat li bih jista' jispera li jaħdem għall-poplu.", "Ta' min ifakkar li, għalkemm fl-2008 il-Partit Nazzjonalista kien rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2008, huwa kien rebaħha b'nofs siġġu, biex imbagħad, kif nafu lkoll, bħala konsegwenza għall-mod kif ġab ruħu fl-elezzjoni ġenerali ta' wara kien ġab l-akbar disfatta sa dak iż-żmien, għax wara dak iż-żmien irnexxielu jġib disfatti akbar.", "Sur President, ir-riżultati ta' dawn l-elezzjonijiet ikkonfermaw diversi affarijiet.", "Pereżempju, fost affarijiet oħra dawn ikkonfermaw li l-poplu jagħżel il-politika tat-tama minflok il-politika tal-qtigħ il-qalb.", "Ikkonfermaw li l-poplu jagħżel il-politika tal-pożittività, u mhux il-politika tan-negattività.", "Ikkonfermaw ukoll li l-poplu jikkastiga lil min jaħdem kontrih u lil min qatta' ħames snin – speċjalment l-aħħar snin – jaħdem anke fuq bażi ta' Parlament Ewropew billi jara kontinwament kif se jagħmel il-bsaten fir-roti lil Malta.", "Issa jien nifhem li xogħol l-Oppożizzjoni huwa dak li tagħmel skrutinju u, kif naraw f'dan il-Parlament stess, dan l-iskrutinju jsir.", "Iżda, li tagħmel skrutinju ma jfissirx li ġġib ruħek bil-mod kif ħaddieħor iddeċieda li jġib ruħu.", "Tant hu hekk li mbagħad il-poplu Malti u Għawdxi tah risposta bl-aktar mod ċar possibbli.", "Li tagħmel skrutinju ma jfissirx li jkun hemm mozzjoni u inti tipprova tara kif forsi se jirnexxilek iddaħħal fiha isem Malta jew inkella li tara lil ħaddieħor jitkellem kontra Malta, bħal xi Ana Gomes, waħda mill-aktar politiċi instabbli fl-Unjoni Ewropea, u inti mhux talli tmur tgħinha fil-Parlament Ewropew, imma talli tistedinha Malta u tmur iċċapċpilha talli toqgħod tgħid kontra pajjiżek!", "Hekk għamlu Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista u Membri Parlamentari f'din il-Kamra, marru jċapċpu lil Ana Gomes, l-aktar persuna fuq bażi Ewropea li tant ħadmet kontra pajjiżna!", "Hija pprovat tħammeġ lil pajjiżna għal darba, darbtejn, tlieta, u r-risposta ta' xi wħud għal dak li qed tagħmel hija li jmorru jċapċpulha!", "Imma mbagħad il-poplu Malti u Għawdxi ta riżultat lil min mar iċapċap lil xi waħda bħal Ana Gomes!", "Fil-mezzi tal-midja stajna naraw ukoll fejn marret il-maġġoranza f'kull kunsill lokali u kif tidher il-mappa ta' Malta u Għawdex bil-kuluri aħmar u blu, skont għal liema partit politiku marret il-maġġoranza f'kull kunsill lokali.", "Ta' min jgħid li f'Għawdex hemm żewġ lokalitajiet fejn għad irid jiġi stabbilit min se jkun is-sindku, għax hemm kunsilli lokali li fihom l-ebda partit politiku ma ġab il-maġġoranza, hekk kif eks-kunsilliera man-naħa tal-Partit Nazzjonalista ma ssapportewx aktar lill-Partit Nazzjonalista u kkontestaw bħala indipendenti, bir-riżultat li anke dawn ingħataw il-fiduċja fil-kunsilli lokali rispettivi tagħhom.", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, li ntrebaħ għall-ewwel darba mill-Partit Laburista biex illum, għall-ewwel darba, fil-Belt Valletta hemm maġġoranza Laburista.", "L-istess nista' ngħid li ġara fir-rigward tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, u dan meta sa ftit snin ilu aħna, bħala Partit Laburista, lanqas biss konna noħolmu li qatt xi darba nistgħu nġibu l-maġġoranza f'dawn il-kunsilli lokali!", "Ma' dawn imbagħad nistgħu nżidu l-kunsilli lokali ta' San Ġwann, tal-Mosta u ta' San Pawl il-Baħar, kunsilli lokali li kienu mmexxija mill-Partit Nazzjonalista u li matul dawn l-aħħar snin rajna frakass fihom, mera ta' dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista.", "Tant hu hekk li r-residenti ta' dawn il-lokalitajiet iddeċidew li ma jagħżlux lill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista wara ħafna snin jivvotaw lil dan il-Partit, imma minflok għażlu lill-kandidati tal-Partit Laburista.", "Bħala Membru Parlamentari li ġej mir-raba' distrett nieħu pjaċir li anke fuq bażi ta' distrett komplejna nżidu l-maġġoranza.", "Fil-lokalità li jien servejt għal snin twal bħala sindku, il-Partit Laburista ħa s-seba' siġġu minn disgħa għall-ewwel darba fl-2013, u din id-darba rnexxielna nżommu dak is-seba' siġġu.", "Qed nirreferi għal-lokalità tal-Fgura fejn, għal darb'oħra, din id-darba minn disa' kunsilliera hemm sebgħa li ġejjin min-naħa tal-Partit Laburista.", "Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija meta nara li fid-distrett fejn jien naħdem ta' kuljum – ir-raba' distrett, li jkopri lokalitajiet bħal Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Santa Luċija u l-Gudja, flimkien mal-Fgura – il-Partit Laburista qed ikompli jgawdi minn appoġġ bla preċedent.", "Sur President, matul dan l-intervent qasir nixtieq nagħti ħarsa wkoll lejn l-effetti li dan ir-riżultat qed iħalli fuqna bħala Gvern, x'piż ġdid dan ir-riżultat qed ipoġġi fuqna bħala Gvern, x'għandna nitgħallmu minn dan ir-riżultat – għax dan ir-riżultat pożittiv ma jpoġġix fuqna xi stampa ta' xi gvern perfett fejn id-deċiżjonijiet kollha li ħadna jew qed nieħdu huma perfetti – u lejn l-Oppożizzjoni li għandu pajjiżna.", "L-ewwel nett, irrid ngħid li riżultat bħal dan ipoġġi fuqna responsabilità akbar għax qed ipoġġi fuqna responsabilità ta' poplu li dejjem qed jafdana aktar.", "Kull darba li qed niksbu riżultat li naħsbu li ma jistax ikollna riżultat aħjar minnu l-poplu Malti u Għawdxi qed ikompli jafdana b'riżultat akbar, u dan qed ipoġġi fuqna aktar responsabilità.", "L-ewwel u qabel kollox ir-responsabilità li qed ipoġġi fuqna hija dik li nkomplu nibdlu lil dan il-pajjiż.", "Fil-fatt naħseb li differenza kbira li hemm bejn din in-naħa tal-Gvern u n-naħa tal-Oppożizzjoni, hija x-xewqa u l-willingness kbira li għandna fina sabiex nibdlu.", "Kull meta niġu quddiem dan il-Parlament u nipproponu bidla importanti għal dan il-pajjiż, ħafna drabi nsibu li l-Oppożizzjoni ma tkunx trid tagħmel din il-bidla.", "Kważi kważi nasal biex ngħid li l-Oppożizzjoni tibża' mill-bidla daqskemm qattus jibża' mill-ilma!", "Ma nafx jekk qattx rajtu qattus jersaq lejn l-ilma, u l-Oppożizzjoni b'dak il-mod tibża' mill-bidla!", "Din l-attitudni min-naħa tal-Oppożizzjoni rajnieha ħafna drabi; rajnieha meta konna qed niddiskutu l-liġi tal-IVF, rajnieha meta għaddejna liġijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet ċivili, rajnieha meta esprimejna l-ħsibijiet tagħna li nintroduċu setturi ġodda fil-qasam tal-ekonomija tagħna, u rajnieha anke meta ddiskutejna l-medical cannabis.", "Fil-każ tal-cannabis għall-użu mediku, rajna li filwaqt li l-Membri tal-Oppożizzjoni jaċċettaw li t-tabib jippreskriviha lill-pazjenti tiegħu, allaħares jisimgħuna nesprimu l-ħsieb li din tkun prodotta f'Malta!", "Bħallikieku l-poplu tagħna mhuwiex lest li jipproduċi l-medical cannabis f'Malta!", "Fil-fatt, dan huwa settur li bil-mod il-mod mexjin 'il quddiem fih, u anke qed naraw kumpaniji li ġejjin minn dan il-qasam u li huma interessati li jinvestu f'dan il-pajjiż.", "Sur President, aħna bħala Gvern irrid nagħtu kas ukoll lil dawk li għażlu li ma jivvotawx f'dawn l-elezzjonijiet, u dan minkejja li t-turnout ma kienx xi wieħed baxx, kif qed jargumentaw xi wħud.", "Weħed irid iżomm f'moħħu li f'dan it-turnout hemm inklużi numru ta' ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi Ewropej, li qed jaħdmu f'pajjiżna u li allura għandhom id-dritt għall-vot.", "Aħna f'pajjiżna mdorrijin naraw persentaġġi għoljin ħafna ta' persuni li joħorġu jivvotaw, però dawn il-barranin mhumiex ġejjin minn kultura simili.", "Jien naf persuni li għażlu li ma joħorġux jivvotaw lill-Partit Laburista.", "Veru li huma ftit jekk ikkomparati ma' dawk li ma vvotawx lill-Partit Nazzjonalista, però hemm, u lil dawn il-persuni jeħtieġ li nagħtu kashom ħalli nindirizzaw il-problemi tagħhom u naraw għalfejn għażlu li ma jivvotawx lill-Partit Laburista.", "Wara kollox, tliet snin oħra jgħaddu malajr, elezzjoni oħra tasal u jien konvint li l-poplu jixtieq li jkompli jara lil dan il-Gvern iġib il-bidla f'dan il-pajjiż.", "Għaldaqstant, jekk bħala Partit nagħrfu nindirizzaw il-concerns ta' dawk il-persuni li għażlu li ma jivvotawx lill-Partit Laburista fl-elezzjonijiet li għaddew, jien konvint li se nkomplu nġibu bidla fil-ħajja tagħhom.", "Normalment, elezzjonijiet bħal dawn jintużaw sabiex jagħtu messaġġi lill-gvern, u l-messaġġi lill-Gvern intbagħtu għax dawn kienu mid-term elections u aħna, bħala partit, qegħdin nieħdu dawn il-messaġġi.", "Kontra kull prassi li kienet issir qabel, dawn l-elezzjonijiet intużaw biex jagħtu messaġġ lill-Oppożizzjoni, jiġifieri lill-Partit Nazzjonalista, u l-messaġġ kien li l-poplu xeba' minn din il-politika ta' negattività u ta' kollox iswed daqslikieku Malta spiċċat u daqslikieku f'Malta kollox qed isir ħażin u mhu qed isir xejn tajjeb.", "Ftit jiem wara dak ir-riżultat, jiġifieri ftit jiem wara li l-poplu kkastiga bl-aktar mod kiefer lill-Partit Nazzjonalista għall-għaxar darba, reġa' kien hemm Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni li mar jagħmel battalja kontra pajjiżna fuq stazzjon tat-televiżjoni barrani biex jgħid kontinwament li Malta ħażina, li f'Malta m'hemm xejn tajjeb u li f'Malta hemm il-korruzzjoni.", "Dan minkejja li l-poplu qed jgħidlu li mhux qed jemmnu u minkejja li l-poplu qed jgħidlu li huwa kuntent bil-Partit Laburista fil-Gvern!", "Il-poplu qed jgħidlu ċar u tond li hu m'għandux fiduċja fih; madanakollu, huwa qed jipprova jkisser lill-pajjiż u miegħu qed iniżżel ukoll lill-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, l-ewwel interess tagħna l-politiċi li ninsabu f'din il-Kamra u ta' dawk li qed jirrappreżentawna fil-Parlament Ewropew għandu jkun interess nazzjonali u mhux interess personali jew inkella interess partiġġjan ta' xi frazzjoni jew oħra fil-partit, u l-interess nazzjonali hu li d-deċiżjonijiet għandna neħduhom skont dak li jaqbel lill-poplu Malti u Għawdxi.", "Meta nħares lejn l-aħħar kampanja elettorali li għaddejna minnha ftit tal-jiem ilu, jien inħossni għadni ddiżgustat bl-atteġġjament tal-Oppożizzjoni, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam ma' żewġ issues partikolari, li huma l-abort u l-kanċer.", "Rajna billboards b'messaġġi li jagħtuk x'tifhem illi xi partit jew ieħor jista' jsolvi l-marda tal-kanċer.", "Naturalment, dan mhu minnu xejn għax aħna bħala politiċi kulma nistgħu nagħmlu huwa li nħallu dawn l-affarijiet f'idejn it-tobba li għandna fl-isptarijiet tagħna u li jagħtu l-aqwa kura possibbli minn dak kollu li jafu huma.", "Anke fejn jidħol l-abort, kont tara billboards li kienu jagħtuk l-impressjoni li kien se jsir xi referendum fuq l-abort.", "Jien ma smajt lil ħadd imeri lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-argumenti li beda jġib fuq l-abort; anzi lil kull min smajt jitkellem, smajtu jitkellem bħalma kien qed jitkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni, jiġifieri daqslikieku kien se jsir xi referendum fuq l-abort!", "Din id-diskussjoni daqstant importanti u daqstant delikata llum ġibnieha ballun politiku!", "Ngħid il-verità, jien ma tantx kien hemm drabi fejn qbilt mal-Gift of Life.", "Lanqas meta konna qed niddiskutu l-IVF f'din il-Kamra ma qbilt magħhom, għalkemm dejjem nistgħu niddiskutu b'mod seren u edukat magħhom fejn ma naqblux.", "Però qrajt kumment fuq Lovin Malta – li jidhirli kien ta' Paul Vincenti – illi qbilt miegħu għax anke hu qal li dan mhuwiex il-mod kif jiġi diskuss l-abort.", "Dan huwa mod moqżież li bih ipprovajna npinġu l-elezzjoni bħala xi referendum fuq l-abort!", "La qabel l-elezzjoni ma kien hawn referendum fuq l-abort, u lanqas illum.", "Billi l-poplu sfiduċja l-politika tal-Partit Nazzjonalista, dan ma jfissirx li kien hemm jew hemm xi referendum fuq l-abort!", "Jekk irridu li jiġi diskuss is-suġġett tal-abort, dan għandhom jiddiskutuh b'mod seren u b'mod edukat il-professjonisti u mhux il-politiċi biex jipprovaw jirbħu xi ftit punti politiċi!", "Ejjew niddiskutu l-fatt, pereżempju, li għandna numru ta' persuni li qed imorru barra l-pajjiż biex jagħmlu abort u oħrajn li jista' jkun li anke qed ipoġġu l-ħajja tagħhom u tat-tarbija tagħhom fil-periklu meta qed jieħdu ċerta mediċina f'pajjiżna!", "Sur President, din kienet ukoll l-ewwel elezzjoni wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant, għal liema konklużjonijiet mank rajt imqar Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni wieħed iqum jiskuża ruħu wara li għamlu xhur għaddejjin b'din il-gidba tal-Egrant!", "Jien m'iniex qed ngħid li stennejt illi kellu jqum xi Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni biex jiskuża ruħu mal-Prim Ministru, mal-familja tiegħu jew inkella mal-Partit Laburista, iżda almenu jiskuża ruħu mal-pajjiż talli pprovaw iniżżlu gvern li ġie elett demokratikament.", "Dawn li tant jitkellmu dwar ir-responsabilità politika mqar kien hemm xi ħadd minnhom li ġarr responsabilità politika fuq din l-akbar gidba li qatt rajna fil-politika Maltija!", "L-ewwel rajna lill-Kap tal-Oppożizzjoni jipprova jkeċċi lill-Kap tal-Oppożizzjoni ta' qablu, jiġifieri lill-Onor.", "Imbagħad meta ma rnexxilux, neħħielu l-qasam li kien kelliem ewlieni dwaru; fetaħ kawża għax qal li spiċċa vittma – daqslikieku l-gidba tal-Egrant kienet dwaru! – u mbagħad, waqt il-kampanja elettorali, irnexxielu jkun hu stess, bil-kawża li fetaħ, li jerġa' jtella' lill-Egrant fuq fuq nett tal-aġenda, hekk kif il-Qorti nnegat it-talba tiegħu li jiġi mgħoddi kopja tal-inkjesta Egrant!", "Dan l-aħħar qrajt analiżi interessanti tal-każ Egrant minn persuna li naf u li xtaqt nirreferi għaliha f'dan il-Parlament.", "Simon Busuttil kien Kap tal-Oppożizzjoni, huwa addotta politika ta' għira kbira.", "Kemm din il-persuna li kitbet din l-analiżi, kif ukoll jien ninsabu ċerti li l-Onor.", "Simon Busuttil kien iffissat fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat u pprova jfarrku, imma dan spiċċa biex mhux talli ma rnexxilux ifarrak lill-Onor.", "Joseph Muscat, talli spiċċa tfarrak hu u miegħu farrak ukoll lill-Partit Nazzjonalista!", "Imbagħad l-Onor.", "Adrian Delia reġa' pprova jirkeb fuq il-każ tal-Egrant.", "L-ewwel dikjarazzjonijiet tiegħu kienu pożittivi, fis-sens li qal illi jeħtieġ nitgħallmu.", "Il-konklużjonijiet tal-inkjesta kienu ċari daqs il-kristall ukoll u ma kienu jħallu l-ebda kuritur minn fejn wieħed jgħaddic… Imma meta ma rnexxilux ikeċċi lill-Onor.", "Adrian Delia tfarrak hu wkoll għax rikeb fuq il-każ tal-Egrant.", "Hawnhekk ukoll mhux talli ma farrkux lill-Onor.", "Joseph Muscat, talli kompla jitfarrak il-Partit Nazzjonalista, tant li llum qed naraw dawn l-affarijiet kollha jiġru fil-Partit Nazzjonalista.", "Sur President, jekk hemm lezzjoni f'din l-istorja, din hija li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jieħu dak li ħaqqu, u fejn tidħol l-Egrant, li ġiet diskussa matul dawn l-aħħar xhur, kulħadd reġa' ħa dak li ħaqqu; il-Partit Nazzjonalista ħa li ħaqqu.", "Ħadd ma ażżarda jitlob skuża, imqar f'din il-Kamra jew fuq is-social media u jgħid: Jien raġel jew jiena mara u lest jew lesta nitlob skuża għal dawk l-allegazzjonijiet, minkejja li kont fl-istess partit li rikeb fuq din il-gidba għax dik kienet il-politika tal-partit!", "Sar għandna ħafna ħbieb li jitkellmu fuq is-social media kontra xulxin, imma biex jitolbu skuża fuq l-Egrant ma sabux ħin!", "Ma nistax ma nirreferix ukoll għal dak li qed jiġri f'dawn il-jiem.", "Illum kellna seduta parlamentari f'din il-Kamra fejn kien hawn Membru mill-Partit Nazzjonalista nieqes, u dan mhux għax ma ltaqax biex jiddiskuti l-ħatra tiegħu, imma għax ma rnexxilhomx jaqblu mqar 80 ruħ fuq persuna b'mod demokratiku u onest mingħajr ma jkun hemm allegazzjonijiet koroh ħafna, anke ta' tbagħbis, sabiex tinħatar din il-persuna!", "Għalhekk, dan il-Parlament qed jitlef milli jkollu Membru Parlamentari f'isem l-Oppożizzjoni li jista' jagħmel ix-xogħol tiegħu f'dan il-Parlament.", "Ma nistax ma nsemmix dak li rrapportaw il-gazzetti kollha llum, dwar il-mod kif Membri tal-Oppożizzjoni jġibu ruħhom ma' xulxin stess fuq is-social media, il-mod kif jitkellmu fuq xulxin, x'jgħidu fuq xulxin u l-mibegħda li qed juru mhux biss kontrina, imma wkoll fil-konfront ta' xulxin.", "Issa dawn suppost huma nies tal-istess partit, tal-istess familja u tal-istess ħsieb politiku!", "Mela aħseb u ara x'mibegħda jista' jkollhom kontra l-opponenti politiċi tagħhom!", "Din hija xi ħaġa li rajnieha tiġri matul dawn l-aħħar snin!", "Rajna sitwazzjonijiet fejn lanqas tista' tmur sas-supermarket għax ikun hemm persuni li jeħdulek ritratt u jpoġġuh fuq xi blog; lanqas tista' tmur tiekol mal-familja għax jeħdulek ritratt u jipprovaw jitmejlu bik, u lanqas tista' tmur tixtri qmis minn ħanut għax tispiċċa bir-ritratti tiegħek kullimkien!", "Sur President, din hija l-politika ta' mibegħda li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ilha taddotta għal snin twal u, minkejja għaxar telfiet in fila, jidher biċ-ċar li dawn mhumiex lesti jbiddlu l-politika tagħhom.", "Il-mibegħda tant kilithom lill-Membri tal-Oppożizzjoni li llum m'għadhiex kontra l-Membri tan-naħa tal-Partit Laburista biss, imma qed issir ukoll fil-konfront ta' dawk li suppost huma kollegi tagħhom, ta' dawk li suppost huma parti mill-partit tagħhom u ta' dawk li suppost għandhom l-istess ħsieb politiku tagħhom.", "Bla dubju ta' xejn, il-politika Maltija jixirqilha aħjar.", "Aħna qegħdin f'dan il-Parlament biex inġibu l-bidla u sabiex niddeċiedu bl-aħjar mod għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Dan mhuwiex post il-prime donne!", "Il-prime donne jaħsbu li huma ogħla minn kollox u minn kulħadd, imma dawn għandhom imorru xi mkien ieħor fejn jistgħu joqogħdu jipprattikaw l-ego tagħhom, u m'hawnx posthom f'dan il-Parlament.", "F'dan il-Parlament xogħolna hu li niddeċiedu, u aħna se nibqgħu nimxu 'l quddiem għax hekk għandna obbligu li nagħmlu, irrispettivament minn kif iġġib ruħha l-Oppożizzjoni.", "Il-poplu lilna fdana sabiex inkomplu nġibu l-bidla, sabiex inkomplu nindirizzaw l-isfidi ta' dan il-pajjiż, u sabiex inkomplu naħdmu u nagħtu l-aħjar riżultati lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, u aħna hekk se nagħmlu.", "Nirringrazzjak, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla t-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "F'12.12 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9496 u 9865, jista' l-Ministru jindika jekk dawn il-figuri humiex għall-perjodu li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija (3 ta' April 2019)?", "Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm tfal taħt foster care u taħt residential care fl-2018?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "INFRASTRUTTURA MALTA – TISWIJIET FUQ IL-MOLL TA' MĠARR IX-XINI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9150 li ngħatat fit-12 ta' Marzu 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux it-tenders u ġewx awarded u, jekk le, meta hu ppjanat li toħroġ it-tender biex isiru t-tiswijiet meħtieġa minn Infrastructure Malta fuq il-Moll ta' Mġarr ix-Xini u l-area tal-madwar ix-xtajta, peress li huwa ta' periklu għan-nies li jiffrekwentaw din il-bajja ġewwa Għawdex?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ninsab infurmat li fil-ġimgħat li għaddew Infrastructure Malta bdiet ħidma, maqsuma f'żewġ fażijiet, biex tirranġa l-mollijiet tal-bajja ta' Mġarr ix-Xini, bejn Għajnsielem u s-Sannat, Għawdex.", "L-ewwel fażi tinkludi tiswijiet estensivi tal-pjattaforma antika, kbira madwar 300 metru kwadru, li hemm max-xatt.", "Din il-pjattaforma tal-konkos tintuża bħala parkeġġ żgħir għad-dgħajjes tas-sajjieda f'din il-bajja, kif ukoll għall-karozzi tal-familji li jiffrekwentaw l-inħawi għal xi passiġġata jew xi għawma fis-sajf.", "Din il-parti tax-xatt se tinżamm magħluqa sakemm titnaddaf u jsiru t-tiswijiet meħtieġa.", "Biex jiġi żgurat li l-materjal li se jinqala' mill-istruttura l-antika ma jniġġisx il-bajja, il-kuntratturi se jagħmlu purtiera ta' lqugħ fil-baħar max-xatt.", "Infrastructure Malta ppjanat dawn it-tiswijiet b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ambjentali sabiex waqt ix-xogħlijiet ikun hemm spetturi ambjentali li jiżguraw li x-xogħol isir mingħajr ebda ħsara lill-ambjent naturali tal-bajja.", "Wara s-sajf, imbagħad, għandha tibda t-tieni fażi li tinkludi t-tiswija tal-moll twil madwar 30 metru li hemm mal-ġenb tal-bajja.", "PROĠETT TAL-WHITE ROCKS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8203 li ngħatat fil-15 ta' Jannar 2019, peress li kien intqal 'li waslu fi stadju avvanzat ta' negozjati l-proġett tal-White Rocks Malta', jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar dan il-proġett li diversi xhur ilu kien deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż?", "Jista' jgħid fiex wasal il-proċess biex jinbeda u jsir dan il-proġett?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett tal-White Rocks qiegħed fi stadju avvanzat ta' negozjati.", "Wieħed għandu jifhem li sabiex ikun żgurat li l-proċess ikun wieħed trasparenti u jsir bir-reqqa, jeħtieġ li n-negozjati u kull xorta ta' ftehim f'dan ir-rigward ikunu konklużi bl-aħjar mod possibbli.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti data definittiva meta hu u l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ser jieqfu jiddiskriminaw kontra l-kunsill lokali u r-residenti ta' Tas-Sliema u jimplimentaw l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10137 f'Seduta 229.", "KAWŻA – MIŻURI LEĠIŻLATTIVI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-8 ta' Mejju 2019 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), kif ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, fil-kawża fl-ismijiet Anthony Debono et vs L-Avukat Ġenerali et (Rikors Numru 89/2018 LM)?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KODIĊI ĊIVILI – TIBDIL TA' ISEM IL-ĠENITURI FL-ATT TAT-TWELID", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li tiġi emendata t-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta) sabiex f'każ ta' żball jew bżonn ta' tibdil fl-isem u kunjom tal-ġenituri fl-Att tat-twelid ta' persuna, dan ikun jista' jsir mill-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Nutarili, u għalhekk persuna ma jkollhiex bilfors tipproċedi b'kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li mill-informazzjoni pprovduta lili jirriżulta li qed tiġi kkunsidrata emenda tat-Taqsima III tal-Ewwel Skeda li tinsab mal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta) sabiex f'każ ta' żball fl-isem u kunjom tal-ġenituri fl-Att ta' Twelid ta' persuna, dan ikun jista' jsir mill-Qorti ta' Reviżjoni tal-Atti Nutarili, u għalhekk persuna ma jkollhiex bilfors tipproċedi b'kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku.", "PORTIJIET – DĦUL TA' BASTIMENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm daħlu bastimenti barranin fil-portijiet ta' Malta u Għawdex?", "Jista' jagħti l-isem ta' kull wieħed mill-bastimenti u jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili?", "Jista' jgħid ukoll f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti barranin u kemm dam?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "PORT IL-KBIR – ENERĠIJA ELETTRIKA SHORE-TO-SHIP", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex vapuri li jidħlu u jankraw fil-Port il-Kbir jibdew jużaw enerġija elettrika shore-to-ship bil-għan li l-istess vapuri ma jkollhomx għalfejn jużaw il-magni tagħhom stess biex jiġġeneraw l-elettriku, bil-konsegwenza li qed jikkawżaw tniġġis kbir fl-arja?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat, fir-rigward tal-enerġija elettrika shore-to-ship, l-Awtorità għat-Trasport f'Malta qiegħda fil-fażi inizjali li tidentifika l-iktar mod xieraq li bih tali metodu jkun introdott għall-bastimenti li jirmiġġaw fil-Port il-Kbir.", "PORT IL-KBIR – ENERĠIJA ELETTRIKA SHORE-TO-SHIP", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Enemalta ser tibda tipprovdi enerġija elettrika shore-to-ship lill-vapuri li jidħlu u jankraw fil-Port il-Kbir?", "JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Enemalta hija ppreparata biex tipprovdi tali servizz.", "GĦAWDEX – TRASPORT TA' LOGĦOB TAN-NAR MINN MALTA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex kull darba li qed jintalab permess mill-organizzaturi tal-festi f'Għawdex biex iġibu logħob tan-nar minn Malta lejn Għawdex, qed jiffaċċjaw problemi dwar fejn għandu jidħol dan in-nar f'Għawdex?", "Jista' jgħid liema huma l-portijiet f'Għawdex li huma ddikjarati bħala siguri biex jiddaħħal logħob tan-nar li jiġi trasportat minn Malta?", "Jista' jgħid min jiddeċiedi fejn għandu jiddaħħal in-nar ta' kull festa f'Għawdex?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Pulizija u Trasport Malta, fejn il-materja indikata fil-mistoqsija qed tiġi indirizzata.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – ŻJARAT F'DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: In vista tal-fatt li l-mistoqsija parlamentari 9712 tirreferi għall-mistoqsija li ilni nagħmilha diversi xhur, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed idum daqstant biex jagħti dettalji dwar iż-żjarat tiegħu f'Dubaj matul l-aħħar leġislatura?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - LAQGĦAT MA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni tal-2013 'l hawn qattx iltaqa' mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u, jekk iva, meta u għal liema raġuni?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, iva, iltqajt mal-individwu kkonċernat.", "Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li Ministru jiltaqa' magħhom u d-dettalji ta' kull laqgħa.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - LAQGĦAT MA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni tal-2013 'l hawn qattx iltaqa' mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u, jekk iva, meta u għal liema raġuni?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, iva, iltqajt mal-individwu kkonċernat.", "Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li Ministru jiltaqa' magħhom u d-dettalji ta' kull laqgħa.", "SKEJJEL TAL-ISTAT – KAŻIJIET TA' STUDENTI JGĦAJTU MESSAĠĠI FAVUR PARTIT POLITIKU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux rapporti li f'ċerti skejjel tal-Istat, matul il-jiem tal-1 ta' Mejju li għadda, kien hemm tfal tal-iskola li bdew jagħjtu \"Viva l-Labour\" jew \"Viva Joseph\" jew, f'ċerti każi, anki saħansitra tħallew iwaħħlu badge tal-Partit Laburista fuq l-uniformi?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'għamel dwar dawn ir-rapporti?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Infurmat li mill-Kulleġġi tal-Istat, kien hemm każ wieħed fi skola waħda fejn studenti li kienu ħerġin mis-sala tal-iskola bdew jagħjtu u ġew immedjatament imwaqqfa mill-SMT u l-għalliema.", "L-istudenti obdew mill-ewwel.", "SKEJJEL TAL-ISTAT – KAŻIJIET TA' STUDENTI JGĦAJTU MESSAĠĠI FAVUR PARTIT POLITIKU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu għandux policy sabiex jiżgura li fl-iskejjel tal-Istat ma tiddaħħalx politika partiġġjana fejn tfal jitħallew, jekk mhux saħansitra, jiġu inkoraġġiti, jagħjtu slogans politiċi bħal \"Viva l-Labour\"?", "Jekk teżisti policy bħal din, jista' jgħid x'qed jagħmel biex jiżgura li din qed tiġi segwita u x'sanzjonijiet hemm f'każ li tinkiser?", "Jista' jgħid ukoll jekk qatt kienx hemm każi, kemm ilu ministru responsabbli hu, li ġew imposti tali sanzjonijiet?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ebda slogans politiċi ma' jiġu inkoraġġiti u lanqas tollerati.", "Teżisti policy għall-Imġiba pożittiva biex kull skola timxi magħha.", "Rigward persuni fis-Servizz Pubbliku, il-PSMC jirregola l-imġiba ta' kull uffiċjal.", "Kemm ili Ministru ma kelli ebda informazzjoni dwar każi simili ħlief il-wieħed imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10198.", "UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI – UFFIĊJALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tan-numru ta' uffiċjali li jaħdmu fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-grad tagħhom f'kull każ?", "Jista' jgħid, f'kull każ, jekk il-postijiet humiex mimlija, meta mtlew, u jekk imtlewx wara sejħa pubblika?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni huma dawk kif murija fit-tabella hawn taħt:", "PROĠETT TA' MANOEL ISLAND – EFFETT FUQ IX-XATT TAL-GŻIRA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9797 u jgħid x'kunsiderazzjonijiet għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-effett li se jkun hemm fuq ix-Xatt tal-Gżira mill-proġett ta' Manoel Island?", "Jista' jikkonferma li parti sewwa mill-promenade, dik bejn Triq Sir Patrick Stuart u Triq Manoel de Vilhena, se tispiċċa u ssir triq, roundabout u pont għal Manoel Island?", "Jikkonferma li l-pont se jogħla bejn 6 u 8 metri minn fuq wiċċ il-baħar?", "Liema disinji ġew ippreżentati mill-MIDI biex jagħtu ħjiel ta' kemm se jintilef mix-Xatt tal-Gżira li qiegħed biex jitgawda mill-poplu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-pjan il-ġdid fl-Outline Development Permit PA9407/17 jinvolvi tibdil għal-disinn aħjar minn dak li kien approvat fil-pjan preċedenti, partikolarment f'dak li hu aċċess.", "Dan jinkludi roundabout u pont b'għoli indikattiv ta' madwar 6 metri minn wiċċ il-baħar.", "Dan l-istess pjan qiegħed jestendi x-xatt għat-tgawdija tal-poplu permezz ta' pont pedonali li jieħdok ġo pjazza u aċċess li jkompli mal-kumplament tax-xatt.", "DJAR RESIDENZJALI TAL-ANZJANI – PROGRAMMI TA' ATTIVITAJIET SOĊJALI", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programmi ta' attivitajiet soċjali li qed jiġu implimentati din is-sena f'kull dar residenzjali tal-anzjani sabiex jippromwovu l-anzjanità attiva?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "DJAR RESIDENZJALI TAL-ANZJANI – LIFT", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8921, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-djar residenzjali tal-anzjani li ma humiex mgħammra b'faċilità ta' lift?", "X'qiegħed isir biex dawn id-djar ikollhom lift sabiex iżidu l-aċċessibiltà għar-residenti?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "IMPJIEG TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ - KUMPANIJI LI MA LAĦQUX IL-KWOTA", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ma laħqux il-kwota ta' impjegati b'diżabilità, u kemm ħallsu flus bejniethom matul is-sena 2018?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sal-aħħar ta' Diċembru 2017 kien hemm 487 intrapriża privata, fosthom 20 grupp ta' kumpaniji, li ma laħqux il-kwota ta' impjegati b'diżabilità.", "Minnhom, 335 intrapriża privata, fosthom 18-il grupp ta' kumpaniji, ħallsu l-kontribuzzjoni fl-2018/2019.", "Bejniethom ħallsu €1,176,600.", "Jobsplus għadha għaddejja bil-proċess biex tiġbor il-kumplament tal-flus.", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu organizzati Parental Skills Programmes matul din is-sena u fejn sejrin jiġu organizzati?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10242.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Din l-informazzjoni ma tinkludix il-Bank Ċentrali.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-nefqa fuq reklamar f'dawn ix-xahrejn kienet ta' ftit inqas minn €45,000.", "Din in-nefqa tmur kważi kollha għand l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, li qed tagħmel marketing is-sena kollha biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għat-turisti, u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, li tippromwovi l-faċilitajiet tagħha u l-attivitajiet li jsiru fl-istess post.", "Fir-rigward tal-Air Malta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta' tali informazzjoni jista' jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "ĠNIEN LAPARELLI – LIFT", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10227, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, u li issa ġiet referuta lilu, u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa' jibda jaħdem il-lift li hemm fi Ġnien Laparelli taħt Bieb il-Belt?", "KONRAD MIZZI: Ninsab infurmat li l-lift se jerġa' jibda jitħaddem fi ftit tal-ġranet oħra wara li titlesta t-tiswija fuq is-sistema elettronika tal-lift u jerġa' jiġi ċċertifikat tajjeb għall-użu tal-pubbliku.", "ĊIMITERJU TAL-MOSTA – XOGĦOL FUQ RAMPA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq ir-rampa fin-naħa t'isfel fiċ-ċimiterju tal-Mosta sabiex tkun aċċessibbli wkoll għall-persuni b'diżabilità?", "Din il-mistoqsija qed issir peress li fil-preżent din ir-rampa f'dan iċ-ċimiterju toħloq diffikultajiet kbar sabiex persuni b'diżabilità jkollhom aċċess għall-parti t'isfel taċ-ċimiterju.", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'Jannar 2019 saret konsultazzjoni u ġew sottomessi pjanti ġodda sabiex ir-rampa li tagħti għal fuq il-parti ta' wara taċ-Ċimiterju tal-Mosta tkun aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Bil-mod kif inhu mibni ċ-Ċimiterju tal-Mosta, ir-rampa ma tistax tiġi bl-elevazzjoni kif rikjesta bil-liġi għal persuni b'diżabilità ta' 1:10.", "Dawn il-pjanti ġew sottomessi lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali flimkien ma' Bill of Quantities sabiex isiru x-xogħlijiet.", "Bħalissa d-Direttorat jinsab fil-proċess li jiġbor kwotazzjonijiet.", "Ġaladarba jinġabru l-kwotazzjonijiet u jiġu approvati l-finanzi, u jkun hemm l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar, jinbdew ix-xogħlijiet.", "MOSTA – TRIQ IL-KUNGRESS EWKARISTIKU – MANUTENZJONI TA' CULVERTS", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq il-proġett ta' manutenzjoni ta' culverts fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta, fejn tali xogħol sar fil-ġranet ta' qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-Mosta?", "IAN BORG: Ikun apprezzat jekk l-Onor.", "Interpellant jindika eżattament is-sena tal-elezzjoni li qed jirreferi għaliha.", "NURSES LI HUMA ASSENJATI MA' ENTITAJIET TAL-GVERN BARRA MILL-QASAM TAS-SAĦĦA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' nurses li huma assenjati ma' entitajiet tal-gvern barra mill-qasam tas-saħħa?", "Jista' jgħid dawn in-nurses issa fejn qegħdin jaħdmu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li hemm 21 infermier li huma assenjati ma' entitajiet tal-gvern barra mill-qasam tas-saħħa.", "SAN PAWL IL-BAĦAR – STATUS TA' ART", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istatus ta' art f'San Pawl il-Baħar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "Jista' jgħid jekk din l-art hijiex imqabbla lill-bdiewa jew saret art mifdija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, l-art immarkata, li ġiet indikata separatament milll-Onor.", "Interpellant, hija proprjetà tal-Gvern u hija mikrija.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bus shelter ġdid sar fl-aħħar 12-il xahar?", "Jista' jgħid f'liema lokalitajiet saru u kemm swew b'kollox?", "Jista' jgħid jekk sarux b'direct order jew b'tender?", "Jekk b'tender, jista' jgħid min kienu li tefgħu t-tenders?", "Jista' jgħid min kien ir-rebbieħ ta' dawn it-tenders?", "IAN BORG: Fl-2016 Transport Malta kienet ħarget 'Talba għal Proposti' sabiex jiġu installati bus shelters ġodda fuq in-network tat-trasport pubbliku bi skeda.", "Sfortunatament, il-perjodu tal-aġġudikazzjoni ta' din it-'talba għall-proposti' ġie mtawwal minħabba appell kontra r-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Għażla u l-proċess ta' installazzjoni kellu għaldaqstant jitwal.", "Infurmat li t-'Talba għall-Proposti' kienet tispeċifika dan li ġej:", "Li l-kuntrattur li jirbaħ din it-Talba għall-Proposti se jkun qed jissupplixxi u jwaħħal l-istrutturi tal-bus shelters bi spejjeż tiegħu;", "Il-kuntrattur huwa responsabbli wkoll li jimmantjeni dawn il-bus shelters tul iż-żmien tal-kuntratt u dan a spejjeż tal-istess kuntrattur.", "Tali spejjez jinkludu tindif, tiswijiet, elettriku u kwalunkwe spejjeż oħra li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-bus shelters;", "Min-naħa tiegħu l-kuntrattur iżomm l-introjtu li jkun iġġenerat mir-riklamar installat fil-bus shelters;", "Min-naħa tagħha, Transport Malta tkun responsabbli li tikseb il-permessi meħtieġa sabiex jiġu installati l-bus shelters, spejjeż ta' perit, kif ukoll spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' infrastruttura relatata mal-installazzjoni ta' dawn il-bus shelters.", "B'kollox kien hemm ħames sottomissjonijiet u l-kuntrattur li rebaħ din it-Talba għall-Proposti kienet il-kumpanija 356 Holdings Ltd.", "Ninsab infurmat li fl-aħħar 12-il xahar ġew installati bus shelters ġodda fil-lokalitajiet kif indikat fit-tabella sussegwenti:", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2023 u 9554.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9555.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "EVARIST BARTOLO: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f'April ta' din is-sena għall-mistoqsija parlamentari 9556.", "Madankollu, tlabt jekk hemmx xi update u, hekk kif jingħatali, jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠAR TAL-ILMA – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "JOE MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2026 u 9557.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Tista' tikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9558.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10094, jista' l-Ministru jgħid, peress li wasluli lmenti minn qraba li għandhom pazjenti fis-sala, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li r-roster tan-Nursing Officer u d-Deputy Nursing Officer ma jikkomplementawx lil xulxin, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn id-Deputy Nursing Officer f'din is-sala jidher li għandha roster uniku għax, minkejja li jien infurmat li uffiċjalment hu miktub mod, fil-fatt taħdem sas-2pm?", "Naqbel li fejn jista', il-management għandu jakkomoda l-bżonnijiet ta' din id-Deputy Nursing Officer; però, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ma jaħsibx li l-management li sa fejn hu possibbli għandu jara li r-roster ta' din id-Deputy Nursing Officer għandu jikkomplementa dak tan-Nursing Officer?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-roster tad-deputy u tan-nursing officer jikkomplimentaw lil xulxin.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu bus lanes effettivi ġewwa Malta u Għawdex?", "Jista' jgħid f'liema lokalità u triq qegħdin?", "IAN BORG: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tabella sussegwenti li tindika l-postijiet f'Malta fejn hemm bus priority lanes f'Malta", "IL-GUDJA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità tal-Gudja?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż.", "Fil-lokalità tal-Gudja qegħdin isiru xogħlijiet f'Dawret il-Gudja u fi Triq Burglat.", "Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta ffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta'bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex, malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Gudja – Triq Filippu Castagna, Triq il-Lewż, Triq id-Dejqa, Triq Joseph Pace, Triq Santa Katerina u triq bla isem bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.", "Infrastructure Malta lestiet ukoll il-proġett ta' Vjal l-Avjazzjoni, li permezz tiegħu din it-triq ewlenija bejn il-Gudja u Ħal Luqa issa għandha t-tielet korsija tal-karozzi u korsija ġdida għar-roti fid-direzzjoni tat-tramuntana, waqt li qed tippjana l-bini ta' pont pedonali fl-istess triq.", "IL-FGURA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità tal-Fgura?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom Triq il-Kuluvert fil-lokalità tal-Fgura.", "Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta ffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex, malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt f'Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Fgura – Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq Buqexrem, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.", "Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project, waqt li qed tippjana l-proġett ta' żewġ mini taħt ir-roundabout ta' Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn il-Fgura, fost lokalitajiet oħrajn.", "ĦAL TARXIEN – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità ta' Ħal Tarxien.", "Dawn kienu jinkludu xogħol ta' titjib li sar fil-junction bejn Tal-Barrani u Triq il-Gudja.", "Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta ffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt f'Jannar stess bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' Ħal Tarxien – Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Santa Marija, Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.", "Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project, waqt li qed tippjana l-proġett ta' żewġ mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn Ħal Tarxien, fost lokalitajiet oħrajn.", "SANTA LUĊIJA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż.", "Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta ffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex, malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt, f'Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm erba' toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' Santa Luċija – Triq il-Giżimin,Triq il-Gardenja, Triq il-Bruka u Triq iż-Żnuber.", "Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-bini mill-ġdid ta' Triq Ħal Luqa, l-arterja bejn Santa Luċija u Ħal Luqa, il-Marsa Junction Project, li wkoll se jħaffef l-ivvjaġġar minn u lejn Santa Luċija, fost lokalitajiet oħrajn, waqt li qed tippjana l-proġett ta' żewġ mini taħt ir-roundabout ta' Santa Luċija.", "RAĦAL ĠDID – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità ta' Raħal Ġdid.", "Dawn kienu jinkludu xogħol fi Triq Ħaż-Żabbar u Telgħet Raħal Ġdid.", "Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "Fl-istess żmien, Infrastructure Malta ffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex, malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet.", "Fil-fatt f'Jannar stess bdew isiru mill-ġdid 31 triq.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm seba' toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta' Raħal Ġdid – Triq ix-Xewk, Triq Sammat, Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq iċ-Ċimiterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Wied u Triq Sultana.", "Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project, waqt li qed tippjana l-proġett ta' żewġ mini taħt ir-roundabout ta' Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn Raħal Ġdid, fost lokalitajiet oħrajn.", "ĠNIEN DOM MINTOFF – XOGĦLIJIET U NEFQA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol finalment sar fuq Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid?", "Jista' jindika kemm effettivament ġie minfuq fuq il-proġett kollu?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn huma x-xogħlijiet kollha li saru fi Ġnien Duminku Mintoff:", "Saru 'l fuq minn 2000m2 ta' passaġġi skont id-disinn il-ġdid, b'sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta' dawl u ilma.", "Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500m3 ta' ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema' fil-wied.", "Ġiet mibnija wkoll pump room bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa' jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru.", "Saru żewġ water features - waħda naturali li timtela mill-ġibjun, u l-oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal li tuża ilma mill-provvista diretta tal-gvern biex ikun sigur għat-tfal.", "Sar ammont konsiderevoli ta' xogħol ta' tisbiħ u landscaping.", "Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 23,000 pjanta u fjuri.", "Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta' irrigazzjoni b'tul ta' aktar minn 4km, liema sistema tissupplixxi l-ilma għall-pjanti u s-siġar skont il-bżonn tal-istaġun.", "Twaħħlu total ta' 53 bank ġdid.", "Saru 3 bike racks ġodda.", "Ġew installati 6 kontenituri tar-riċiklaġġ u 3 bins għall-ħmieġ tal-klieb.", "Saret bankina ġdida mad-dawra tal-ġnien, twila kważi 400 metru.", "Twaħħlu 14-il CCTV camera li huma wireless u mgħammra apposta sabiex jissorveljaw iż-żona anke fid-dlam.", "Il-ġnien ġie mgħammar b'dawl adegwat li jinkludi 60 bollard tad-dawl baxxi, 16-il pole tad-dawl għoljin u 11-il uplighter tas-siġar.", "Dan l-investiment sewa €1 miljun.", "PERSUNI – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta' April 2019?", "Jista' jindika kemm minnhom kellhom l-impieg part-time bħala primary job?", "Kemm minnhom kellhom mal-part-time, full-time job?", "Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?", "Kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, iż-żewġ tabelli t'hawn taħt juru l-ammont ta' nisa u rġiel li jaħdmu f'Malta u Għawdex fuq bażi part-time with full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, u kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni (63+) fl-aħħar ta' Novembru 2018.", "Nota: Dawn in-nies huma diġà inklużi f'tabella A.", "L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Novembru 2018.", "PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE – LAQGĦAT FIT-TIENI SITT XHUR TAL-2019", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-presidenza l-ġdida li ġejja?", "EVARIST BARTOLO: Nifhem li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għal laqgħat barra minn pajjiżna fit-tieni sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.", "Skont il-kalendarju tal-Kunsill tal-Ministri pprovdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn:", "Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer nattendi, partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu taħt aktar minn Ministeru wieħed.", "Minbarra l-laqgħat imsemmija, hemm ukoll previst attendenza għat-tieni European Education Summit li se jsir fi Brussell fis-26 ta' Settembru 2019, organizzat mill-Kummissjoni Ewropea.", "PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE – LAQGĦAT FIT-TIENI SITT XHUR TAL-2019", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-Presidenza l-ġdida li ġejja?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "JOBSPLUS – SPEZZJONIJIET – BARRANIN JAĦMDU MINGĦAJR PERMESS", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu persuni Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li, skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena (minn Jannar sa April 2019), iċ-ċifra ta' persuni barranin li nstabu jaħdmu illegalment minbarra l-Unjoni Ewropea kien ta' 311-il persuna.", "JOBSPLUS – TALBIET MINN BARRANIN GĦAL PERMESS TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti fl-aħħar ta' April 2019 għal persuni ta' nazzjonalità li mhix dik ta' dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li sal-aħħar t'April 2019, Jobsplus kellha 66 talba pendenti għal permess biex jaħdmu (Employment Licence) minn ċittadini ta' pajjiżi terzi.", "Dawn l-applikazzjonijiet ġew prinċipalment sottomessi minn applikanti li qed ifittxu l-ażil f'Malta, benefiċjarji ta' protezzjoni nazzjonali u internazzjonali, residenti fit-tul, u ċittadini oħra ta' pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence / Work Permit.", "Sal-aħħar t'April 2019, Jobsplus kellha 718-il talba pendenti għal permess ta' Single Residence / Work Permit."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190603_230d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 3 ta' Ġunju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 230, li saret fit-3 ta' Ġunju 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KAWŻA – MIŻURI LEĠIŻLATTIVI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-8 ta' Mejju 2019 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), kif ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, fil-kawża fl-ismijiet Anthony Debono et vs L-Avukat Ġenerali et (Rikors Nru 89/2018 LM)?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li s-sentenza msemmija mill-Onor.", "Membru ġiet appellata.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): L-Onor.", "Edward Zammit Lewis, mistoqsija supplimentari.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nixtieq nirreferi għal diskors li għamel illum il-President tal-Kamra tal-Avukati, Dr Louis Degabriele, fejn semma l-għażla tal-ġudikanti u dak li nqala' fl-aħħar żmenijiet.", "Fost l-oħrajn semma li wieħed irid ikun kawt u prudenti.", "Irrid nagħmel enfasi dwar meta qal li s-soluzzjoni hija politika wara li jkun hemm konsultazzjoni mal-partijiet interessati.", "Jista', jekk jogħġbu, il-Ministru jgħid fejn iħalli lilu bħala Ministru tal-Ġustizzja?", "Jista' jelabora dwar xi jfisser dan id-diskors għas-sitwazzjoni li għandna quddiemna fejn inħatru maġistrati u mħallfin, fosthom maġistrati, li kienu nħatru minn amministrazzjonijiet qabel l-2013 u llum ġew elevati għal imħallef u proċeduri ġudizzjarji, li pprovaw iwaqqfu l-ħatriet jew inkella jwaqqfu milli dawn jaqdu l-funzjoni tagħhom?", "OWEN BONNICI: Illum, il-President tal-Kamra tal-Avukati tkellem fl-okkażjoni tal-ewwel seduta tal-Imħallef Joanne Vella Cuschieri.", "Inċidentalment, nixtieq nawgura lill-Imħallef Vella Cuschieri u, b'mod personali, vera ħassejtni viċin ħafna tagħha meta smajtha tirrakkonta l-esperjenza tagħha ta' tifla f'familja numeruża fost ħafna aħwa.", "L-Imħallef Vella Cuschieri bdiet tirrakkonta kif missierha, pereżempju, li kien jgħajjex familja b'paga verament modesta, kien għamel sagrifiċċju kbir biex xtralha typewriter biex tkun tista' tkompli l-istudji tagħha, u din it-typewriter forsi kienet tiswa Lm150.", "Illum tarahom ftit, imma dak iż-żmien kien verament sagrifiċċju għal missierha biex jixtrihielha.", "Qed naqsam din l-istorja li għaddiet minnha l-Imħallef ma' dawk il-familji kollha li forsi d-dħul tagħhom, bħalma kien tal-familja tiegħi, huwa modest immens, biex jagħmlu kuraġġ.", "Nies bħall-Imħallef Vella Cuschieri huma mudell u l-messaġġ hu li jekk inti tistudja, jekk tirsisti fil-ħajja, tkun tista' timxi 'l quddiem.", "Nawgura mill-ġdid lill-Imħallef Vella Cuschieri u nirringrazzja lill-familja tagħha.", "Biex inwieġeb id-domanda tal-kollega tiegħi, irrid ngħid li Dr Louis Degabriele, President tal-Kamra tal-Avukati, mhuwiex appuntat mill-Gvern imma mill-avukati, li jeleġġu president bejniethom fil-libertà tagħhom.", "Normalment, il-President tal-Kamra tal-Avukati jitkellem b'libertà assoluta, jikkritika lill-Gvern, jgħid l-affarijiet kif jidhirlu, u hekk għandu jkun.", "Illum tkellem dwar is-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti.", "Jien interessajt ruħi, tlabt lil Dr Degabriele biex jagħtini kopja tad-diskors u, ta' raġel li hu, tani d-diskors.", "Jiġifieri dak li se ngħid qed nikkwotah testwalment.", "Il-President tal-Kamra tal-Avukati għamel tliet statements b'saħħithom ħafna li naħseb li huma an eye-opener.", "L-ewwel nett, il-President tal-Kamra tal-Avukati, Dr Degabriele, għan-nom tal-Kamra, qal li s-sistema tal-ħatriet ġudizzjarji sa mill-Indipendenza 'l hawn – qed nikkwota testwalment – f'dan il-pajjiż saru dejjem mill-Eżekuttiv.", "Kien biss fl-2016, wara emendi Kostituzzjonali, li ġiet introdotta sistema ġdida bit-twaqqif tal-Judicial Appointments Committee li għandu kompitu ta' skrutinju.", "Id-diskrezzjoni finali baqgħet f'idejn l-organu Eżekuttiv, però m'hemmx dubju li b'dan il-pass – li kellu wkoll kunsens politiku fil-pajjiż – is-sistema tal-ħatra ta' ġudikanti llum hija superjuri għall-prassi preċedenti għall-2016.", "It-tieni punt – u hawnhekk naqbel miegħu – dan ma jfissirx li m'hemmx lok għal titjib fis-sistema.", "Għandu raġun, hemm lok għal titjib fis-sistema, u qed jgħid li l-Kamra tal-Avukati diġà għamlet proposta li fiha jingħad li l-organu Eżekuttiv jibqa' jipparteċipa.", "Dan mhux bħal ma jingħad mill-Venice Commission għax il-Venice Commission qed tgħid li l-organu Eżekuttiv għandu jisparixxi kompletament.", "Il-Kamra tal-Avukati qed tgħid li mhux hekk għandu jkun, imma li r-rwol tal-organu Eżekuttiv għandu jonqos.", "Li jonqos huwa differenti milli jiġi maqtugħ barra!", "It-tielet punt – u naħseb li din hija l-iktar ħaġa importanti – hu li l-Kamra tal-Avukati qed tgħid li hemm bżonn ta' kawtela u prudenza kbira fil-mod kif nindirizzaw materja daqshekk importanti u delikata.", "Għandna min f'pajjiżna qed jgħid biex infittxu nbiddlu s-sistema u qabel inbiddlu s-sistema ma naħtrux aktar ġudikanti.", "Qed jgħidulna biex ngħaġġlu malajr kemm jista' ikun.", "Il-Kamra qed tgħidilna biex naħsbu l-affarijiet sewwa, li hemm bżonn kawtela u prudenza – imma mhux li ma jsirux l-affarijiet, għax dawn iridu jsiru.", "Jiena naqbel li hemm bżonn kawtela u prudenza biex l-affarijiet nagħmluhom sew.", "Il-Kamra finalment tgħid – u nagħlaq b'dan il-kumment – li biex issolvi din id-domanda għal iktar titjib, il-fora mhijiex dik ġudizzjarja – u hawnhekk qed jagħmel referenza għall-kawża li nfetħet – imma rridu ntejbu permezz ta' proċess politiku.", "Jiena naqbel ħafna ma' dak li qalet il-Kamra tal-Avukati u nirringrazzjaha.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru dwar jekk humiex ippjanati xi xogħlijiet ta' tindif u manutenzjoni bi preparament għas-sajf li ġej madwar il-kosta Maltija.", "OWEN BONNICI: L-ewwel nett, irrid ngħid li dan huwa dekasteru li jaqa' taħt il-funzjoni tal-kollega tiegħi, l-Onor.", "Deo Debattista, li jagħmel xogħol eċċezzjonali u importanti ħafna, flimkien mad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni mmexxija mis-Sur Ramon Deguara.", "Però naħseb li nista' nwieġeb.", "Jien informat li jitwaħħlu madwar 340 sellum u iktar minn 1,000 kontenitur tal-iskart madwar il-kosta kollha Maltija.", "Id-Diviżjoni tagħmel ukoll servizz ta' decking, dawk il-famużi tapiti ta' ħdejn ix-xatt u bridges li jwasslu lill-għawwiema direttament fil-baħar biex meta tmur tgħum, Onor. Muscat, ma tniggiżx saqajk.", "Serraħ rasek li l-Onor.", "Debattista jieħu ħsieb li jitwaħħlu bridges u anke kontenituri tal-iskart, li huma affarijiet li tarahom minuri, imma huma importanti għaliex jgħinu fil-prodott turistiku.", "Ninvestu ħafna flus;fil-fatt, qegħdin naraw li għall-materjal biex nikkoreġu ħsarat li jsiru, isir investiment ta' iktar minn €40,000 u ssir manifattura ta' diversi slielem, hand rails u brackets, li huma kollha importanti biex inżommu l-kosta nadifa, kif iħobb jgħid il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Importanti li naħdmu kontra l-iskart illegali.", "Li wieħed jarmi illegalment hija xi ħaġa inaċċettabbli, u meta jkun hemm dawn il-każijiet nappella biex in-nies iċemplu fuq in-numru 1718, numru faċli ħafna, jew inkella jużaw il-mobile app \"Clean and Upkeep\".", "Nawgura li jkollna sajf bi xtut nodfa u kif jixraq għaliex, wara kollox, hekk jixraq lill-poplu Malti u anke għall-prodott turistiku, għax id-dehra tagħmel differenza kbira.", "BORD INDIPENDENTI GĦALL-ILMENTI DWAR PULIZIJA – KAŻ TA' UŻU TA' FORZA EĊĊESSIVA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li tħejja mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija dwar l-użu ta' forza eċċessiva, li ġiet deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala \"heavy-handed\", ma' attivisti tal-Moviment Graffiti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis, 13 ta' Settembru 2018, u li ġie ppreżentat nhar il-5 ta' Frar 2019?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rapport mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Dan l-aħħar kien qed isir xogħol ta' manutenzjoni f'diversi għases tal-Pulizija madwar Malta u Għawdex.", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex jikkonsisti?", "Fiex waslu dawn ix-xogħlijiet?", "Jista' forsi jsemmi liema huma dawk il-lokalitajiet li se jkunu affettwati minn dan ir-rinovament li qed isir fl-għases tal-Pulizija?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Waħda mill-affarijiet li bdejna nagħmlu kienet ir-rinovazzjoni u bini mill-ġdid ta' għases tal-Pulizija.", "Fil-fatt, nista' ngħid li l-għassa tal-Pulizija ta' Marsaskala tinsab fi stadju avvanzat, fejn għal diversi xhur il-Pulizija kienet qed taħdem minn container.", "Din mhijiex xi ħaġa ideali.", "L-istess arranġamenti saru rigward Marsaxlokk.", "Bħalissa għaddejjin minn proċess ta' ftit xhur, imma qed nittama li sal-aħħar tas-sena nkunu ftaħna l-għassa l-ġdida f'din il-lokalità.", "Minflok, biex mhux ma nkunux qegħdin niffunzjonaw u ma jkunx hemm għassa tal-Pulizija, hemm għassa li qiegħda tintuża temporanjament.", "Sadanittant, qegħdin nibdlu kemm huwa possibbli l-corporate image tad-diversi għases madwar Malta u Għawdex.", "Qegħdin anke nidentifikaw kamra f'kull għassa tal-Pulizija biex fiha jkunu jistgħu jsiru l-intervisti dwar każijiet li jkunu ta' delikatezza bħal, pereżempju, vjolenza domestika u reati oħrajn, fejn l-intervista tkun tista' ssir bl-iktar mod privat.", "L-iskop mhuwiex li nieqfu hemmhekk.", "Qegħdin naraw ukoll li d-diversi għases ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Qed ikun hemm anke rinovar tal-postijiet għal persuni li jkollhom bżonn is-servizz.", "Saret bidla fl-avviż legali fejn tidħol il-health and safety li tapplika wkoll għall-membri tal-Korp tal-Pulizija, apparti membri oħrajn ta' diversi korpi dixxiplinati.", "Għal din ir-raġuni, qegħdin nużaw ċertu ħġieġ fl-għases biex ikun hemm numru ta' safety features fihom biex nilqgħu milli bniedem ikun jista' jaggredixxi lil xi membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Mela, apparti li qegħdin nagħmlu upgrade tal-faċilitajiet, qegħdin inħarsu wkoll lejn ċerti health and safety features.", "Irridu mmorru oltre minn hekk.", "Irridu nirranġaw is-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-komunikazzjoni u l-użu tal-għases meta l-membri tal-Korp tal-Pulizija ma jkunux qegħdin fl-għassa jew għax ħarġu fuq biċċa xogħol jew għal diversi raġunijiet oħrajn.", "Il-proċess diġà nbeda.", "Rigward l-għases żgħar, irridu nagħmlu hotline bejn l-għassa tal-Pulizija u l-Control Room tal-Headquarters tal-Pulizija sakemm eventwalment ikollna l-hubs, fejn hemmhekk persuna tkun tista' tikkomunika mill-ewwel u titlob assistenza min-naħa tal-Headquarters tal-Pulizija.", "Hemm ħafna xogħol għaddej, inkluż l-upgrade kbir li bħalissa għaddej f'Marsalforn, u nittamaw li fi ftit ġimgħat oħra l-għassa tal-Pulizija ta' Marsalforn tiġi upgraded għall-bżonnijiet ta' dik il-lokalità partikolari biex tagħti s-servizzi kollha neċessarji għal min ikun fl-akkwati.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: B'rabta mas-sigurtà f'pajjiżna, xtaqt li l-Ministru jgħidilna meta hi l-intenzjoni tal-Gvern li tiġi atttwata proposta li l-Oppożizzjoni ressqet tul id-diskussjoni li kellna matul l-aħħar sena b'rabta mar-riforma tal-kunsilli lokali.", "Qed nirreferi għall-community policing u t-tourism policing.", "Il-Ministru ftit tal-ġimgħat ilu qabel ma waqaf il-Parlament, waqt diskussjoni fuq abbozz li konna qegħdin niddiskutu, kien semma l-community policing.", "Xtaqtu jindikalna meta se jibda jitħaddem dan il-kunċett li, flimkien mat-tourism policing, kien jifforma parti mill-proposti li ressaqna b'rabta mas-sigurtà fir-riforma tal-kunsilli lokali.", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Qabel biss bdiet id-diskussjoni fuq il-kunsilli lokali f'dan il-Parlament, il-Korp tal-Pulizija u jien approvajna t-talba li kien hemm u ġibna persuna li ħadmet barra minn Malta f'dak li għandu x'jaqsam ma' community policing.", "Tul dawn l-aħħar disa' xhur, saru l-istruttura u l-preparamenti, u issa din il-persuna li ġiet hawn Malta se tkun qed tiggwida l-proċess ta' community policing.", "Il-proċess ta' community policing se jibda fil-ġimgħat li ġejjin, fejn se jkun hemm l-ewwel proġett pilota fil-Mellieħa.", "Fil-fatt, diġà hemm ftehim mal-kunsill lokali ta' din il-lokalità li dan il-proċess jiġi launched bħala pilot project biex naraw it-teething problems li jistgħu jinqalgħu qabel ma s-sistema tinfirex ma' Malta u Għawdex kollu.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Fil-kuntest ta' hate speech rajna każijiet fejn tressqu nies il-Qorti minħabba kliem dispreġjattiv u malafamanti li jinkiteb fuq il-media soċjali kontra individwi privati u individwi pubbliċi.", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel b'mod konkret fuq dan is-settur?", "Jista' tgħid jekk għandux ippjanat xi ħaġa biex jittaffa dan il-fenomenu ikrah f'pajjiżna?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: F'Settembru li għadda l-Ministeru tiegħi applika għal fondi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea għal proġett li jirrigwarda hate crime u hate speech.", "Tajjeb ngħid ukoll li dan il-proġett ġiet approvat fit-18 ta' Marzu 2019.", "Dan ifisser li se jkun hemm fondi min-naħa tal-Unjoni Ewropea biex jitwettaq dan il-proġett.", "Konxji li din is-sena konna se nibdew nirċievu l-fondi, il-Ministeru beda jfittex postijiet minn fejn jista' jitħaddem dan il-unit li għandu x'jaqsam ma' hate crime u hate speech.", "Huwa ttamat li fil-jiem li ġejjin il-Ministeru se jkun qiegħed jidħol f'kuntratt biex ikun hemm fondi tal-Unjoni Ewropea biex jibda jitħaddem dan il-unit.", "Lejn l-1 ta' Settembru ta' din is-sena huwa ttamat ukoll, jekk ma jinqala' xejn, li dan il-unit jibda jiffunzjona b'mod regolari.", "Il-ħsieb hu li jitwassal il-messaġġ.", "Il-ħsieb hu li jkun hemm freephone iddedikata għal hekk, biex ikun hemm għajnuna legali għal persuni li jkunu spiċċaw vittma, u jkun hemm ukoll il-professjonisti, inkluż psikologi u persuni li jissapportjaw lill-persuni vittmi ta' hate crime u hate speech.", "Sfortunatament, qegħdin naraw dan il-fenomenu jkompli jikber għal diversi raġunijiet.", "Forsi wieħed jaħseb li fuq Facebook u fis-social media jista' jgħid li jrid u li jogħġbu, fuq min irid u fuq min jogħġbu.", "Din hija xi ħaġa inaċċettabbli u eventwalment jittieħdu passi kontra min iwassal dan it-tip ta' messaġġi ta' mibegħda fuq persuni oħrajn.", "Fil-fatt diġà kien hemm każi fejn ittieħdu passi.", "Però l-proċess edukattiv huwa importanti daqskemm huwa l-proċess li ngħinu lill-vittma.", "Irridu nwasslu l-messaġġ li huwa illegali li wieħed jaqbad u jikteb fuq min irid u fuq min jogħġbu, kif irid u kif jogħġbu, kemm jekk hu blog, kemm jekk huwa Facebook, hu x'inhu.", "Fl-istess ħin irridu wkoll ngħinu lill-vittmi ta' din it-tip ta' kriminalità.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDIO GRECH: L-ewwel punt li xtaqt nagħmel huwa li naħseb li din il-Kamra trid tirrikonoxxi l-ħidma li għamlet il-Pulizija f'dak li għandu x'jaqsam ma' traffikar tad-droga matul dawn l-aħħar ġimgħat.", "Naħseb li dak kien aspett li jagħti lill-ġenituri ħafna iktar konfort.", "Xtaqt nagħmel mistoqsija b'rabta ma' dan.", "Din il-Kamra ftit tal-ġimgħat ilu għaddiet il-Leġiżlazzjoni dwar id-Droga Sintetika – li kien hawn qbil dwarha – biex tkun ikkriminalizzat kull forma ta' kompożizzjoni ta' droga, anke dik li ma tkunx skedata fid-dettall.", "Jista' l-Ministru jgħid s'issa, kemm ilha li ġiet introdotta l-liġi, x'sar f'dan ir-rigward?", "Kien hemm taħriġ partikolari u speċjalizzat f'dan il-qasam?", "Kien hemm xi qabdiet ta' droga sintetika bħala riżultat tal-leġiżlazzjoni li għaddiet din il-Kamra?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Li nista' ngħid f'dan l-istadju – anke bil-permess tad-Deputat Prim Ministru li huwa l-Ministru għas-Saħħa – hu li min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa, min-naħa tal-Laboratorju tal-Patoloġija nxtara l-apparat li bih ikunu jista' jsir assessment tad-droga sintetika li sirna niltaqgħu aktar magħha; sa ftit ilu l-availability kienet iktar ta' droga tradizzjonali.", "Għalhekk sar investiment sostanzjali f'dan l-apparat, kif jista' jikkonferma anke d-Deputat Prim Ministru.", "It-tieni pass importanti kien appuntu l-liġi, għax ħafna nies kienu qegħdin iduru mal-liġi oriġinali billi jimportaw jew jipprovaw jabbużaw minn droga sintetika u anke jdaħħluha fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Fil-fatt 85% tad-droga maqbuda li tiddaħħal fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kienet droga sintetika li ma kenitx fl-iskeda tad-droga illegali.", "Dak kien metodu kif you beat the system għax għalkemm wieħed kien jinqabad, ma setax jiġi riferut lill-Pulizija biex tkompli tipproċedi kontra tiegħu.", "Dik kienet xi ħaġa li stimulat id-dibattitu bejnni u d-Deputat Prim Ministru biex naraw ir-reviżjoni li hemm bżonn li jkun hemm fejn għandha x'taqsam id-droga sintetika.", "Il-liġi l-ġdida se tagħtina l-fakultà li anke din it-tip ta' droga se tkun qiegħda tiddaħħal fil-proċess, u allura se tiffaċilita l-ġlieda u s-suċċessi li jkollu l-Korp tal-Pulizija, u se neliminaw dik il-kriminalità organizzata li tipprova tegħleb is-sistema billi dejjem tkun pass qabel.", "B'dan il-proċess se nkunu qabel aħna.", "Rigward il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, illum f'kull entrance hemm body scanners li mhux qegħdin biss għall-persuni residenti fil-Faċilità, imma wkoll għall-ħaddiema tal-Faċilità.", "Jiena meta nidħol fil-Faċilità ninsisti li anke jien għandi ngħaddi mill-iscanner.", "U jekk ikollok xi affarijiet, dawn trid tgħaddihom mill-x-ray machine.", "Irridu naħdmu iktar, u l-community policing, li għadu kif semma l-kollega tiegħi, l-Onor.", "Cutajar, u li rrispondejt dwaru jien, se jkompli jgħin mhux biss biex nidentifikaw x'inhi l-problema, mhux biss biex naqbdu lil min qed iwettaq ir-reat, imma biex is-sistema twassal li nipprevjenu.", "Jien ngħid li problemi bħalma hija dik tad-droga, huma xi ħaġa li saret ingrained fil-popolazzjoni, speċjalment fil-popolazzjoni żagħżugħa.", "Għalhekk irridu nkunu innovattivi fil-mod kif niġġieldu d-droga f'pajjiżna biex kemm jista' ikun innaqqsu l-użu tagħha speċjalment fost żgħażagħ li, minkejja li għadhom żgħar, sfortunatament diġà missew magħha, u f'dan ir-rigward sar ftehim mal-Caritas.", "Kif jafu l-avukati, l-qrati kemm-il darba ħadu d-deċiżjoni li persuna li għandha bżonn l-attenzjoni m'għandhiex għalfejn tintefa' l-ħabs jew l-Isptar Monte Carmeli, imma għandha tkun riferuta lejn struttura fejn persuni li għadhom taħt it-18-il sena u li diġà huma vittmi tad-droga qawwija jingħataw il-kura u r-rijabilitazzjoni ħalli jkunu ppreparati jerġgħu jidħlu fis-soċjetà.", "Qegħdin naraw li noħolqu dan il-proċess.", "Apparti li l-Pulizija trid tkompli bl-inizjattivi kollha fejn għandha x'taqsam il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, irridu nkomplu nsaħħu wkoll il-parti edukattiva.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel hu li issa l-Economic Crimes Unit qed jaħdem, grazzi għall-fondi tal-Unjoni Ewropea u, bl-għajnuna tal-OLAF, id-data kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija, se tkun ċentralizzata biex data interna fi ħdan il-police force u anke data mill-MFSA u data oħra importanti, tkun maħżuna f'sistema ċentrali.", "Dan bil-ħsieb li jiffaċilita l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-frodi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar żjarat barra minn Malta li saru mis-Segretarju Permanenti Ewlieni bejn April 2013 u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10201; u", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport Annwali tal-Borża ta' Malta għas-sena 2018.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar postijiet li huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10274.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Insejjaħ lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali biex, jekk jogħġbu, iressaq il-Mozzjoni Nru 228, kif tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "ESTIMI TA' DĦUL U NFIQ TA' PATRIMONJU MALTA U SOVRINTENDENZA", "TAL-PATRIMONJU KULTURALI GĦASSENA 2019", "Illi l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Nfiq ta' Patrimonju Malti u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019, skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Kap. 445.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni għandha tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam indaqs bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u l-winding up min-naħa tal-Gvern.", "Il-Ministru għal Għawdex.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, nibda dan l-intervent billi nifraħ u nirringrazzja lill-Ministru Owen Bonnici u t-team ħabrieki li għandu, kemm fi ħdan Heritage Malta, kif ukoll fi ħdan is-Sovrintendenza.", "B'mod partikolari, nixtieq ukoll nifraħ liċ-Chairman, l-Onor.", "Anton Refalo, għaliex naf kemm, matul dawn l-aħħar xhur mill-ħatra tiegħu, uża l-għarfien tiegħu biex itejjeb u jagħti input sostanzjali fi ħdan Heritage Malta.", "Aħna ċertament, bħala Ministeru għal Għawdex, naħdmu tajjeb ħafna, kemm ma' Heritage Malta, kif ukoll mas-Sovrintendenza.", "Ix-xogħol f'Għawdex qed jiżdied u allura jirrikjedi aktar l-input tas-Sovrintendenza; b'hekk napprezza ħafna l-koperazzjoni sħiħa li qegħdin insibu minnhom.", "Napprofitta ruħi minn din l-opportunità tal-lum biex nagħmel appell lill-Ministru Owen Bonnici.", "Naf li għandhom ħafna xogħol f'Malta, però napprezza kieku jħallihom jiddedikaw iktar ħin fuq ix-xogħol li għandna f'Għawdex.", "Bħala Ministru għal Għawdex irrid nassigura li Għawdex u l-patrimonju Għawdxi jkollu sehem xieraq f'din l-aġenda importanti li qegħdin niddiskutu llum.", "Ilkoll kemm aħna naqblu li pajjiżna huwa għani ħafna fejn jidħol patrimonju kulturali, mhux inqas f'Għawdex, u allura aħna impenjati bis-sħiħ li nikkollaboraw u nsostnu l-aġenda importanti li għandu l-Ministru Owen Bonnici, mhux biss biex inkabbru l-għarfien f'dan is-settur, imma biex ngħinu wkoll fil-ħarsien u l-preservazzjoni tiegħu.", "Għal dan il-għan, bħala parti mir-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex, qegħdin fil-proċess li naħtru direttur responsabbli mill-patrimonju kulturali li se jkollu dipartiment taħt ir-responsabilità tiegħu.", "Qed nagħmlu investiment fir-riżors uman anke fejn jidħol strutturar.", "Pereżempju, qegħdin ukoll fil-proċess li nsaħħu s-sezzjoni tar-restawr wara l-liġi li għaddiet li tippermetti li din is-sengħa partikolari jkollha iktar importanza.", "Sur President, li nkunu konxji minn dan il-wirt importanti li għandna f'pajjiżna ma jfissirx biss li nkunu kburin bih, imma li naħmlu ħilitna kollha biex dak li writna ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna.", "Aħna rridu li dak li għandna llum ikun jista' jitgawda fil-posterità u kemm jista' jkun ikun fi stat aħjar u isbaħ milli wasal għandna.", "Hemmhekk tidħol il-professjonalità u l-ħiliet tal-persuni involuti f'dan is-settur.", "Inħoss li għandi nirringrazzja t-team tas-Sovrintendenza, kif ukoll lit-team li għandi fi ħdan il-Ministeru, li qegħdin jaħdmu id f'id biex jaqdu din il-missjoni fi rwoli diversi.", "Qegħdin nidħlu għal proġetti ta' restawr u manutenzjoni, u qegħdin ukoll nappoġġjaw u ninċentivaw individwi, entitajiet u għaqdiet non-governattivi li mhux biss huma impenjati, imma għandhom ukoll passjoni għall-patrimonju kulturali u storiku, għandhom għarfien u għandhom ukoll il-ħiliet.", "Fil-ftit ħin li għandi se nelenka ftit mix-xogħol li wettaqna f'dan il-qasam matul din l-aħħar sena.", "Żgur li proġett ewlieni u importanti għal Għawdex huwa l-proġett tal-Mużew Reġjonali għal Għawdex.", "Għal dan il-proġett, il-Gvern akkwista fondi Ewropej u, peress li l-fażi inizjali damet ftit biex bdiet minħabba għażliet li kellhom isiru dak iż-żmien u kien intilef xi żmien, aħna ħdimna u stinkajna biex erġajna ġibna dan il-proġett on track.", "Applikajna għall-permessi, ħarġu, ħdimna fuq it-tenders, ħriġniehom u ġew awarded u x-xogħol beda.", "Waqt li kien għaddej l-iskavar tas-sit – u rrid ngħid li dan kien sit diġà committed, għaliex fuqu kienet mibnija l-iskola sekondarja tas-subien – saru skoperti importanti ħafna.", "Ġiet skoperta barriera ta' żmien ir-Rumani u fdalijiet oħrajn, u allura ridna naraw kif nibdlu u niddevjaw ftit mill-pjan b'tali mod li dawn il-fdalijiet li sibna jiġu integrati fil-proġett innifsu.", "Dan ifisser li fil-proġett tal-mużew se jkollna wkoll integrati dawn il-fdalijiet ġodda li sibna.", "Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lis-Sovrintendenza li kienu pronti u ħadmu magħna għaliex, ovvjament, time is of the essence meta qegħdin nitkellmu dwar proġett minn fondi Ewropej u t-timelines ikunu pjuttost riġidi.", "Imma huma fehmu u kkoperaw magħna; fehmu li l-ħin huwa kruċjali, u dawn l-arranġamenti li kellhom jerġgħu jsiru saru b'mod spedit ħafna.", "Huwa fatt magħruf li fir-Rabat Għawdex hemm ħafna fdalijiet mirduma taħt it-toroq tagħna, taħt il-binjiet tagħna, u allura kull fejn tmiss qisu dejjem hemm ir-riskju li ssib xi ħaġa.", "Matul dawn l-aħħar ġranet, waqt l-eżekuzzjonijiet tax-xogħlijiet ta' Pjazza San Franġisk, proprju mal-ewwel daqqa tal-gaffa sibna fdalijiet, fosthom shelter ta' żmien il-gwerra u oqbra puniċi.", "Minbarra li kellna l-archeological monitor il-ħin kollu preżenti, kellna naħdmu id f'id mas-Sovrintendenza biex inkomplu niskopru dawn il-fdalijiet; però, ħdimna wkoll biex dawn l-iskoperti nintegrawhom fil-proġett.", "Ħafna drabi n-nies ma jirrealizzawx xi jkun qed isir.", "Jilmentaw għax bdejt proġett iżda hemm il-gafef weqfin u m'hemmx nies fuq is-sit, imma dak li jkun ma jkunx jaf li dan jiġri minħabba l-fdalijiet li jkunu nstabu.", "Meta jinstabu fdalijiet, ikun meħtieġ li taħdem mal-esperti, tkun trid tiddokumentahom u tkun trid tara wkoll x'xogħlijiet hemm bżonn isiru biex dawn il-fdalijiet jiġu integrati fil-proġett li tkun qed tagħmel b'mod li jiġu ppreservati u jkunu jistgħu jitgawdew min-nies.", "Meta jiġu skoperti dawn l-affarijiet ikunu jridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet li jiddevjaw mill-pjan oriġinali.", "Irrid ngħid li fil-każ ta' Pjazza San Franġisk, malli saru l-iskoperti, mill-ewwel beda x-xogħol mas-Sovrintendenza, u prattikament fi ftit ġimgħat ix-xogħol reġa' beda u rġajna qegħdin on track.", "Xi ħaġa oħra li xtaqt nitkellem dwarha llum hija iċ-Ċittadella, li bla dubju ta' xejn hija l-ġojjell tal-gżira Għawdxija.", "Fil-fatt matul din is-sena ċ-Ċittadella ġiet nominata għar-RegioStars Awards u ġiet fit-tielet post. Ninsab sodisfatta ħafna bis-suċċess li ksibna minn kampanja nazzjonali li mexxejna biex ikollna appoġġ nazzjonali għal dawn l-awards, liema kampanja kienet immexxija mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.", "Dan huwa proġett li beda u tkompla taħt amministrazzjonijiet differenti, u allura għandna proġett li nistgħu ngħidu li huwa tassew tal-Għawdxin kollha.", "Illum li sar ix-xogħol tar-restawr, iċ-Ċittadella reġgħet akkwistat il-glorja tagħha.", "Dan kien proġett li tassew kien jixraq lil Għawdex: però, mhux imbilli sar ir-restawr, irridu naraw ukoll li nħarsu 'l quddiem.", "Irridu naraw kif nikkapitalizzaw kemm nistgħu l-potenzjal enormi ta' dan is-sit uniku fil-gżejjer tagħna.", "Irridu nkomplu nitkellmu wkoll fuq il-proċess biex iċ-Ċittadella ssir World Heritage Site.", "Irrid ngħid li proprju l-Prim Ministru beda diskussjonijiet biex Għawdex ukoll ikun iddikjarat bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura li jmiss wara s-suċċess li kellna tal-V18.", "Bħala Ministeru għal Għawdex, apparti li rridu nassiguraw li l-manutenzjoni taċ-Ċittadella tibqa' għaddejja b'mod kontinwu, irridu nkomplu wkoll intejbu l-prodott biex dan ikun sit li jkun self-sustainable, però li jkun ukoll branded.", "Jiena nemmen li l-kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, speċjalment ukoll bl-arranġament fuq bażi proviżorja li ninkludu l-Visitors' Centre mas-siti ta' Heritage Malta, kienet esperjenza pożittiva ħafna, u nemmen li dan huwa pass li wieħed irid jibni fuqu.", "Sadanittant, qed naħdmu wkoll biex iċ-Ċittadella mhux biss tkun post sabiħ li tħares lejh, imma wkoll post fejn tmur u fih tgħaddi ħin ta' kwalità.", "Qegħdin norganizzaw diversi attivitajiet biex iċ-Ċittadella tieħu l-ħajja mhux biss matul il-ġurnata meta jkollok it-turisti, imma wkoll għall-pubbliku lokali.", "Pereżempju, fil-Gozo Alive, li tagħha diġà saru żewġ edizzjonijiet, iċ-Ċittadella kienet il-protagonista tal-attivitajiet li jkunu qegħdin isiru.", "Flimkien mal-Gozo Alive, kellna s-suċċess ta' \"Lejl Imkebbes\", serata fejn iċ-Ċittadella ġiet mixgħula, u kien hemm diversi attivitajiet għaddejjin.", "Kellna wkoll attività oħra li hija Science in the Citadel li ġew iżuruha eluf ta' nies.", "Dwar siti oħrajn qed naħdmu mill-qrib ħafna wkoll ma' Wirt Għawdex li hija NGO.", "Ħdimna fuq żewġ proġetti li huma s-silos u x-shelters tal-gwerra.", "Il-Ministeru għal Għawdex iffinanzja dawn ix-xogħlijiet u llum dawn infetħu u jistgħu jitgawdew mill-pubbliku inġenerali.", "Qed isir ukoll ir-restawr tal-Fanal tal-Ġordan, li huwa binja tal-1851.", "Huwa pożizzjonat fuq għolja n-naħa tal-Għasri li tiddomina l-area tal-madwar, u kienet miżura tal-Baġit li ridna nirrestawraw dan il-fanal.", "Fil-fatt hemm diversi stadji tiegħu u bħalissa qegħdin ukoll niffinalizzaw l-istadju inizjali.", "L-idea hi li mhux biss ikollok proġett ta' restawr, imma li mbagħad eventwalment ikollok sit li jkun jista' jitgawda u jiġi żviluppat ukoll biex ikollna post ta' rikreazzjoni għall-familji tagħna, kif ukoll għal dawk li jiġu jżuruna.", "Proġett ta' restawr ieħor li wkoll ħdimna mill-qrib fuqu mal-esperti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja u Kultura huwa tal-Mitħna tax-Xewkija, li qed isir minn fondi Ewropej.", "Din il-mitħna tinsab fid-daħla tax-Xewkija u hija ta' żmien il-Kavallieri b'karatteristiċi uniċi, u l-committment li għandu l-Ministeru għal Għawdex hu biex dan il-proġett isir u, fil-fatt, se narawha lesta fix-xhur li ġejjin.", "Proġett ieħor li qegħdin naħdmu fuqu huwa dak tal-akwadotti.", "Fil-fatt kien wieħed mill-ewwel xogħlijiet li bdejt meta dħalt fil-Ministeru għal Għawdex.", "L-ewwel fażi tar-restawr tal-akwadotti saret u saret mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex għaliex għandna sessjoni li huma mħarrġin f'dan it-tip ta' restawr.", "Bħalissa għaddejjin ukoll fil-fażi ta' applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għaliex qegħdin naraw proġett iktar ambizzjuż, u allura r-restawr komplet tal-akwadotti li għandna biex ikollna attrazzjoni ġdida fil-gżira Għawdxija.", "Ftit ilu wkoll f'dan il-Parlament kelli l-opportunità inwieġeb domandi parlamentari dwar l-għar ta' Calypso.", "Dan ukoll huwa sit pittoresk ħafna u matul is-snin kien mertu ta' diversi diskussjonijiet.", "Kienet deċiżjoni tal-Ministeru għal Għawdex li nidħlu għal dan il-proġett, u allura saret l-esproprjazzjoni tal-art li hemm fil-madwar u dħalna fi ftehim ma' Wirt Għawdex u mal-Università ta' Malta biex isir l-iscanning tal-post u studju biex naraw x'interventi hemm bżonn isiru.", "Bħalissa qegħdin jiġu evalwati l-fażijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.", "Id-Dwejra Opportunity Fund beda jaħdem ukoll u kellna l-ewwel donazzjonijiet.", "Skont kif jgħid il-manifest, permezz ta' dawn il-fondi issa rridu niffokaw fuq siti storiċi, fosthom Għar Gerduf, Villa Rumana u oħrajn.", "Bdejna b'Għar Gerduf, fejn diġà għamilna l-esproprjazzjoni tal-għar u tal-passaġġ, investejna €0.5 miljun, u se jibda wkoll l-ippjanar tal-proġett.", "Jista' ikun ikun hemm il-ħtieġa li nesproprjaw iktar art biex ikollna proġett iktar ħolistiku, però għadu kmieni wisq biex wieħed jesprimi ruħu dwar dan.", "S'issa l-fatt li esproprjajna l-għar u diġà sar il-ftehim ma' Wirt Għawdex biex issir il-preservazzjoni tiegħu u biex nibdew nistudjawh, diġà fih innifsu huwa pass importanti ħafna.", "Flimkien mal-Università qegħdin naħdmu wkoll fuq ix-xini Puniku.", "Dan huwa xini li nstab 'il barra n-naħa tax-Xlendi.", "Minn hawn insellem lill-Professur Timmy Gambin u lit-team tiegħu.", "Aħna bħala Ministeru dħalna fi ftehim mal-Professur Gambin, għan-nom tal-Università, għal perjodu ta' tliet snin biex inkunu nistgħu niffinanzjaw programm ta' skavazzjoni u riċerka li hemm fuq dan is-sit.", "Minn informazzjoni li għandna, dan huwa relitt uniku fid-dinja.", "Diġà saru testijiet ta' xi fdalijiet li ttellgħu minn qiegħ il-baħar u jidher li din hija sejba mill-iktar interessanti.", "Fil-fatt ftit ilu kellna wkoll lecture pubbliku li għalih attendew diversi esperti ġejjin minn madwar l-Ewropa u minn madwar id-dinja li kkontribwew għad-diskussjoni.", "Apparti minn hekk, il-Ministeru għal Għawdex nieda skema għall-kunsilli lokali li permezz tagħha jkunu jistgħu jissottomettu proġetti ta' restawr biex inkunu nistgħu nagħmlu dawk l-interventi spot on fil-lokalitajiet.", "Ftit ilu kont mas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis f'Santa Luċija fejn inawgurajna l-water tunnels li saru fi żmien l-Ingliżi u ftit tal-ġranet ilu morna l-Għasri biex ninawguraw ir-restawr li sar fuq in-niċċa tan-Nunzjata, li huwa xogħol pjuttost uniku.", "Fil-fatt għall-ewwel edizzjoni tal-iskema tar-restawr, l-ewwel sejħa bbenefikaw sitt kunsilli lokali f'Għawdex, li huma Ta' Sannat, ir-Rabat, Ta' Kerċem, ix-Xagħra, iż-Żebbuġ u l-Għasri, fejn investejna madwar €50,000.", "Issa kien hemm it-tieni skema ta' għajnuna li taħtha applikaw ħames kunsilli lokali.", "Però laħqu r-rekwiżiti mitluba tliet kunsilli lokali, li huma l-Munxar, Ta' Kerċem u l-Qala.", "Nemmnu li permezz ta' din l-iskema ta' għajnuna nkunu nistgħu nivvalorizzaw il-lokalitajiet tagħna.", "Il-ħidma mal-NGOs tibqa' ċentrali, u aħna għandna kordinament ma' Wirt Għawdex u ma' entitajiet oħrajn.", "Fil-fatt ma' Wirt Għawdex kull sena nagħmlu ftehim dwar programm ta' xogħlijiet.", "Is-sena l-oħra, pereżempju, għamilna programm li jinkorpora fih il-binja tal-Barrakka fi Triq ir-Repubblika, kif ukoll ix-shelters tal-gwerra fiċ-Ċittadella.", "Dawk huma xogħlijiet tas-sena l-oħra li tlestew u li ġew inawgurati.", "Għal din is-sena qegħdin naħdmu fuq programm ġdid u qed naraw li għandna ħafna interess, mhux biss mill-professjonisti, imma wkoll mill-istudenti u miż-żgħażagħ u t-tfal.", "Qed naraw kif ninvolvu 'l-istakeholders kollha biex flimkien inkunu nistgħu mmexxu 'l quddiem aġenda importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-patrimonju kulturali.", "Irrid insemmi wkoll il-ħidma li għaddejja fejn jidħlu diskussjonijiet, esperjenzi ta' taħditiet, konferenzi u workshops li qegħdin nagħmlu biex inkomplu nsostnu l-għarfien fost it-tfal.", "Dan jixhed l-impenn tagħna bħala Ministeru li nkomplu nixprunaw din l-aġenda għax nemmen li aktar ma nqajmu kuxjenza aktar inkunu qegħdin niggarantixxu li ta' warajna jkomplu jmexxu din l-aġenda.", "Aħna gżira żgħira, però minkejja d-daqs ġeografiku żgħir tagħna, xorta għandna importanza kbira għax għandna siti ta' importanza storika.", "Nixtieq nagħlaq kif bdejt, billi nirringrazzja lill-Ministru Bonnici, lil Heritage Malta, lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, u mhux l-inqas lit-team li għandi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li jimxu b'mod skrupluż ħafna mal-linji li qegħdin ningħataw.", "Nifhmu li hemm gwida li trid tingħata; il-proġetti jridu jsiru u qed nipprovaw nagħmluhom fl-inqas żmien possibbli, però ovvjament meta jkun hemm skoperti bħal dawk li sibna, huwa fid-dmir tagħna li niddevjaw mill-programm oriġinali biex nassiguraw li dan il-patrimonju li qegħdin insibu jiġi salvagwardat u jiġi gawdut mhux minna biss illum, imma wkoll minn dawk ta' warajna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "THERESE COMODINI CACHIA: Sur President, irrid nibda dan id-diskors dwar il-qasam tal-kultura billi, kif dejjem nagħmel, nirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f'dawn l-entitajiet.", "Irrid nirringrazzja lil kull persuna li tagħti xi kontribut f'wieħed minn dawn l-entitajiet, u anke lil dawk li jien niltaqa' magħhom meta nżur xi mużew.", "Nirringrazzjahom kollha, mill-inqas wieħed sal-ogħla wieħed għax anke b'wieħed minn dawn il-ħaddiema nieqes żgur li l-mużew u l-esperjenza tal-mużew ma tkunx l-aħjar waħda li wieħed jista' joffri.", "M'iniex ngħid li jista' joffri lit-turist.", "Lit-turist irridu li jmur il-mużew, imma rrid ukoll li anke l-Maltin imorru l-mużewijiet.", "Mhux biss għandna nagħmlu l-card biex it-tfal ikunu jistgħu jidħlu fil-mużew b'xejn.", "Dik hija miżura tajba, imma rridu wkoll naġixxu b'tali mod li l-mużewijiet tagħna ma jkunux postijiet li jmorru fihom biss it-turisti.", "Naħseb li hawnhekk irridu nżidu l-isforzi tagħna ħalli l-mużew ma jkunx biss attraenti għal dak li jiġi jżur pajjiżna, imma jsir ukoll attraenti għall-familji Maltin.", "Din kienet miżura li bilfors ridna nadottaw f'xi mument jew ieħor għax irridu nassiguraw ruħna li bħala Maltin u Għawdxin napprezzaw il-passat tagħna, kif ukoll il-ħajja li għexu l-Maltin u l-Għawdxin ta' qabilna.", "B'dan il-mod nibdew nifhmu mhux biss il-kultura tagħna llum minn fejn ġejja, imma saħansitra l-kultura tagħna fejn irridu neħduha.", "Sur President, jien irrid verament minn qalbi nirringrazzja lil kull ħaddiem - hu x'inhu l-livell u hu x'inhu l-kuntratt tal-impjieg tiegħu - li jagħti l-kontribut tiegħu f'dawn iż-żewġ entitajiet verament importanti għall-kultura f'Malta.", "Irrid nagħmel enfasi u ngħid grazzi speċjali lill-kuraturi ta' dawn il-mużewijiet.", "Għalfejn qed ngħid grazzi speċjali lill-kuraturi?", "Ħafna drabi dawn huma persuni professjonisti fil-qasam tagħhom, u bir-riċerka tagħhom imexxu 'l quddiem il-mużew mhux bħala post fejn wieħed jagħmel esibizzjoni mejta, imma bħala post fejn wieħed jista' jmur biex jirrikonoxxi dak li jagħmilna Maltin u allura jġedded l-identità tiegħu.", "Nemmen li lil dawn il-kuraturi tal-mużewijiet ftit li xejn nuruhom apprezzament, imma huma dawn il-kuraturi li jassiguraw il-manutenzjoni tal-post, il-kondizzjoni tal-artifatti li jkun hemm f'dan il-mużew u li jassiguraw il-kollezzjoni ta' dak il-mużew u l-esibizzjoni tagħha.", "Huma jiddeċiedu wkoll dwar x'avvenimenti jseħħu f'dawk il-postijiet.", "Huma dawn il-kuraturi li fl-aħħar mill-aħħar huma responsabbli biex jattiraw lin-nies ħalli jattendu f'dawn il-mużewijiet u jipparteċipaw fl-avvenimenti kulturali li jiġu miżmuma hemmhekk.", "Il-mużewijiet u l-postijiet kulturali jagħtuna l-identità tagħna u juru aħna min aħna bħala Maltin u Għawdxin.", "Mużew mhuwiex biss fond fejn wieħed imur passiġġata u jara vażun, kostum jew pittura, imma għandu jkun post fejn wieħed jista' jesperjenza dak il-kostum, japprezza l-lifestyle li fih kien jintuża dak il-kostum.", "Mużew huwa post fejn wieħed għandu japprezza d-disinn tal-arti li għandu quddiemu, fejn wieħed jista' jagħti sinifikat lil dik il-pittura, fejn jista' jifhem ftit mill-ħajja ta' dak il-pittur, kif ukoll ir-riflessjoni ta' dik il-pittura fiż-żmien kulturali ta' meta saret.", "Biex il-kuraturi tal-mużewijiet tagħna jkunu jistgħu jilħqu dan kollu bilfors li rridu nuruhom ferm iktar fiduċja milli qed nuruhom bħalissa.", "Irridu nħallu f'idejhom.", "Dawn huma l-esperti u huwa meħtieġ li nagħtuhom iktar diskrezzjoni, li nuruhom iktar fiduċja, u li fl-aħħar mill-aħħar nagħtuhom iktar riżorsi.", "F'kull laqgħa li jkollna fejn jidħlu l-entitajiet kulturali, jiena dejjem nitlob lill-Gvern għal iktar riżorsi.", "Nagħmel dan b'wiċċi minn quddiem, għax għandha tkun l-Oppożizzjoni tagħti appoġġ lil min imexxi lil dawn l-entitajiet sabiex il-Gvern dejjem ikompli jżid l-investiment fihom.", "Jekk ma nżidux l-investiment fir-riżorsi umani u riżorsi finanzjarji f'dawn l-entitajiet inkunu biss qegħdin nipproteġu bi ftit dak tal-passat, imma ma nkunux nistgħu nibnu l-preżent jew il-futur.", "Biex nikkonkludi wkoll il-ħsieb tiegħi fuq il-kuraturi, nixtieq li nibdew billi nneħħulhom ħafna mill-burokrazija li ma tħallihomx iwettqu l-pjan tagħhom għall-mużew li aħna fdajnilhom.", "Din hija l-ironija fejn jidħlu kuraturi: nafdawhom bħala kuratur tal-mużew, imma fejn jidħol il-pjan ta' kif se jesebixxu dik il-kollezzjoni, ta' kif se jressqu lit-turist, lill-Malti, u lill-viżitatur lejn dik il-kollezzjoni, imbagħad hemmhekk il-kuratur ftit li xejn inħallulu diskrezzjoni.", "Mhux biss, imma ħafna drabi norbtuh ukoll b'riżorsi limitati.", "Jiġifieri anke jekk l-intenzjoni tal-entità ma tkunx li tillimita lil dak il-kuratur fil-qadi ta' dmirijietu, imma ħafna drabi n-nuqqas ta' riżorsi li nagħtu lil dak il-kuratur iwasslu sabiex il-pjan ta' dak il-mużew ma jkunx wieħed kif għandu jkun f'soċjetà moderna.", "Fil-mużewijiet barranin ikun hemm esibizzjonijiet permanenti u temporanji, u jkun hemm ukoll interazzjoni bejn il-viżitatur u l-artifatt li jkun qed jiġi esebit.", "Ikun hemm avvenimenti ta' diskussjoni u avvenimenti li jirriflettu dak li kien jiġri fis-soċjetà dak iż-żmien.", "Fejn issibhom dawn fil-mużewijiet ta' Malta?", "Allura jiena nerġa' nisħaq, kif għamilt f'kull diskors li għamilt f'dan il-qasam, li hemm bżonn li nafdaw ferm iktar lill-kuraturi tagħna, nagħtuhom ferm iktar riżorsi u fiduċja, ħalli huma jkunu jistgħu mhux biss jikkuraw il-post sabiex viżitatur ikun jista' jimxi u jara dak li qed jiġi esebit, imma wkoll joffru esperjenza b'mod li l-persuna nnifisha li qiegħda żżur dak il-mużew jew dik l-attività tkun tista' tikber anke fil-ħsibijiet tagħha.", "Irrid ukoll nirringrazzja lill-entitajiet privati, lill-mużewijiet privati, lill-għaqdiet tat-teatru, lit-teatri privati nfushom, lill-għaqdiet kollha tal-arti, lill-artisti nfushom, u lil kull professjonist li jaħdem fis-settur tal-arti u l-kultura.", "Kull wieħed li niltaqa' miegħu, l-ewwel ħaġa li jgħidlek hija s-sagrifiċċju personali li huma jagħmlu biex ikunu jistgħu juru t-talent tagħhom.", "Jien neħodha li s-sagrifiċċju li qed jagħmlu ma jkunx għalihom infushom, imma fil-verità s-sagrifiċċju li qed jagħmlu huwa biex jassiguraw ruħhom li prinċipju fundamentali tad-demokrazija moderna jiġi wkoll salvagwardjat.", "Ir-rwol tal-artisti u ta' kull professjonist fl-arti u fil-kultura huwa rwol importanti u fundamentali għal kull soċjetà li trid issejjaħ lilha nnifisha bħala demokrazija moderna.", "Huma ħafna drabi dawn l-artisti u dawn il-professjonisti li juruna dak li huma qed jifhmu li qed jiġri fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika ta' pajjiż.", "Huma ħafna drabi dawn l-artisti li anke fit-teatru minn fuq il-palk iniggżuk biex taħseb.", "Iniggżu mhux biss lilna l-politiċi, imma jniggżu lil kull min ikun fl-udjenza biex jaħseb, jara, jagħraf u jistaqsi dwar dak li qed jiġri f'ħajjitna llum, dwar xi jfisser, x'għandu jfisser għalina u x'għandna nagħmlu.", "Allura, iva, nirringrazzja u nuri u nesprimi l-apprezzament tiegħi lil dawn l-artisti, lil kull min jaħdem u jikkontribwixxi fil-qasam tal-kultura.", "Lil dawn kif nistgħu ngħinuhom iktar?", "Kif se noħolqulhom spazju ferm iktar wiesa' biex ikunu jistgħu dejjem jimirħu u jfittxu opportunitajiet ġodda mhux biss fi xtutna, imma anke barra minn xtutna?", "Kif nistgħu ngħinuhom sabiex ikunu jistgħu joħolqu anke proġetti li jinvolvu mhux biss lilhom, imma wkoll barranin magħhom?", "Kif jistgħu jibnu n-network tagħhom mhux biss f'pajjiżna, imma wkoll fl-Ewropa u fil-Mediterran?", "Jiena ngħid li ma hemm ħadd aħjar minn dawn l-artisti li jistgħu jirrappreżentaw aħjar il-karattru Malti, il-karattru Mediterranju u l-karattru Ewropew billi jagħmlu mistoqsijiet u jniggżu fuqhom.", "Huma jniggżu biex jimbuttaw lis-soċjetà taħseb u tirrevedi dak li hi u dak li tixtieq tkun.", "Allura rrid nirringrazzja lil dawn l-entitajiet privati, li fl-aħħar mill-aħħar qed jinvestu fis-soċjetà Maltija bil-ħidma tagħhom, imma wkoll bl-investiment tagħhom.", "Bl-investiment tagħhom qed igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu, mhux biss fuq livell soċjali, imma anke fuq livell ekonomiku.", "Ejja ma ninsewx li l-investiment f'dawn l-entitajiet privati huwa wkoll investiment dirett fis-settur tat-turiżmu għal Malta.", "Ftit ħin ilu kont qed ngħid li l-esperjenza tal-mużew ma tistax tkun esperjenza mejta, imma trid tkun esperjenza interattiva, esperjenza li ġġiegħlek tifhem u tistaqsi, iġġiegħlek tgħix fl-ambitu ta' dak li inti qed tara u ta'dak li qed jiġi espost lilek.", "Irrid nuri l-apprezzament tiegħi għall-attivitajiet li jagħmlu Heritage Malta, fejn anke familji Maltin jistgħu jmorru u jkollhom esperjenza differenti f'dawn il-mużewijiet.", "Waħda minn dawn l-esperjenzi li jien qsamt mal-membri tal-familja tiegħi hija esperjenza f'Għar Dalam.", "Heritage Malta offrew il-possibilità li min irid jgħaddi serata, lejl u ġurnata f'Għar Dalam.", "Tgħiduli: Mort camping?", "Huwa veru li fit-tinda kellna nkunu, imma l-esperjenza li tagħti lill-familja biex tqatta' ħin twil f'post bħal dan, kif ukoll id-diskussjoni u t-talks u n-network li inti tibni f'dawn l-attivitajiet huwa preċiżament dak li huwa meħtieġ li jsir minn kull mużew modern.", "Huwa dak li qed nistennew minn dawn il-mużewijiet, li joffru esperjenza bħal din.", "Għalija kienet esperjenza sabiħa mhux biss għax għamilt tfuliti fit-triq u fil-wied ta' Għar Dalam, għaliex hemmhekk twelidt u hemmhekk trabbejt, imma għaliex stajt ninnota li kull familja li kienet hemmhekk setgħet l-ewwel nett tapprezza r-rwol ta' Għar Dalam fil-passat tagħna u fil-kultura tagħna, u tieħu għarfien dwar aħna min konna.", "Forsi hemm min jaħseb li aħna ġżira maqtugħa minn kulħadd u qatt ma kellna x'naqsmu ma' ħadd.", "Jekk tmur Għar Dalam tirrealizza li mhux neċessarjament dejjem konna dak li aħna llum.", "Huwa importanti li l-pajjiż juri impenn u jagħmel investiment f'post bħal Għar Dalam, għax dan huwa post strateġiku fl-istorja ta' pajjiżna u tal-poplu tagħna anke bħala territorju.", "F'Għar Dalam għandek il-kwestjoni tal-pjanti indiġeni u tal-friefet il-lejl.", "Hawnhekk tibda tirrealizza li dan il-post mhuwiex sempliċement għadam ġol-vetrina, mhuwiex sempliċement għar li tmur passiġġata fih biex tagħmel ħames minuti fil-frisk f'Awwissu, imma huwa post li jesprimi aħna minn fejn ġejna, u jġiegħlek taħseb aħna fejn irridu mmorru, aħna xi rridu nagħmlu dwar l-ambjent tagħna, dwar in-natura tagħna.", "Hawn irrid nuri l-apprezzament tiegħi għall-investiment qawwi fil-park ta' Għar Dalam.", "Ma nistax ma nurix l-apprezzament tiegħi għal dan l-investiment, għaliex huwa investiment li nemmen li huwa tajjeb.", "Nispera biss li ma jkunx investiment li nużawh biss għall-politika.", "Għandu jkun investiment fil-kultura tagħna, investiment fl-identità tagħna, investiment għal kull Malti u Għawdxi!", "Għar Dalam mhuwiex biss ta' nies bħali li għext fit-triq ta' Għar Dalam, imma huwa ta' kull Malti u Għawdxi.", "Jiena nittama li l-Gvern isib il-mezzi kollha sabiex dan il-proġett ikun jista' jwettqu.", "Nittama wkoll li dawk il-fdalijiet li lanqas biss ma nafu li hemm f'dan il-wied inkunu nistgħu nistudjawhom, nesponuhom u nużawhom ukoll sabiex inkabbru l-għarfien tagħna.", "Sur President, jiena rrid nirringrazzja lil kull ħaddiem ta' Heritage Malta li jieħu l-briga li jagħmel inizjattivi bħal dawn.", "Ħaddiem li mhuwiex bieżel imur l-uffiċċju, jagħmel xogħlu sewwa, imma m'għandux għalfejn imur oltre dak.", "Allura napprezza l-bżulija ta' dawn il-ħaddiema li joħorġu b'dawn l-ideat u anke jieħdu l-briga li jkunu hemmhekk man-nies, li jiġu hemmhekk fil-ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet tal-uffiċċju biex jitkellmu man-nies, biex jgħallmu, biex iżidu l-għarfien dwar l-identità u l-kultura tagħna.", "Verament nirringrazzja lil dawn minn qalbi, u nispera li ma nitilfuhomx.", "Jekk nitilfu ħaddiema bħal dawn inkunu qed nitilfu ħaddiema li ma jmorrux għax-xogħol sempliċment għall-paga, imma jmorru għax-xogħol għaliex il-passjoni tagħhom hija rappreżentata fil-ħidma tagħhom.", "Ir-rapport ta' Heritage Malta jitkellem ukoll fuq akkwist ta' pitturi u artefatti oħra.", "Jien dejjem għidt li rridu nżidu r-riżorsi sabiex jiġu akkwistati ferm iktar pitturi, artefatti u kwalunkwe ħaġa li għandna bżonn biex il-kultura tagħna tallum inkunu nistgħu nħalluha u nipproteġuha sabiex japprezzawha u jistudjawha ta' warajna.", "Irridu wkoll nerġgħu nakkwistaw dak li tlifna mill-kultura passata tagħna.", "M'iniex se nieqaf billi ngħid li hemm bżonn iktar riżorsi f'dan ir-rigward, għaliex ir-riżorsi jiġu mit-taxxi tal-poplu, u l-poplu jippretendi li jkun jaf kif isiru l-għażliet biex dawn il-pitturi nakkwistawhom.", "Allura nixtieq nitlob spjegazzjoni ta' kif jintgħażlu.", "Kif jintgħażel xogħol ta' pittur \"A\" u mhux ta' pittur \"B\"?", "Qed nieħdu xi parir?", "Hemm xi kummissjoni li qed tagħtina l-pariri?", "Min qed jeħodha d-deċiżjoni li tinxtara l-pittura ta' Ġużeppi imma mhux il-pittura ta' Ġwanni?", "Il-kriterji tal-għażla x'inhuma?", "Kemm huma kriterji li jafu bihom l-artisti nfushom?", "Rigward prezz jiena nifhem li jekk jien għamilt xi ħaġa, il-prezz se nagħmlu jien.", "Imma jien, bħala entità kulturali, bħala entità li qed nuża t-taxxa tal-poplu, jien irid nara l-valur artistiku, il-valur kulturali, il-valur li jagħmel lil dik il-pittura, pereżempju, worth it li nipproteġiha u nagħmilha parti mill-kollezzjoni tiegħi.", "Kif qegħdin nistabbilixxu dak il-valur?", "Min qed jieħu din id-deċiżjoni?", "Min qiegħed jagħmel dawn l-istimi?", "Ir-rapport ta' Heritage Malta jindika wkoll li hemm fondi li għandhom bżonn manutenzjonit u riparazzjonijiet urġenti, u f'ċertu każijiet ukoll b'emerġenza.", "Nifhem li hemm ħafna mużewijiet, hemm ħafna fondi, hemm ħafna strutturi u infrastruttura li rridu nsegwu.", "Nifhem li Heritage Malta u l-impjegati tagħha żgur li jaqtgħu nifishom biex jippruvaw ilaħħqu ma' dan ix-xogħol kollu: però, meta rapport jgħidli li hemm tiswijiet li jridu jsiru b'mod urġenti jew b'emerġenza, il-mistoqsija tiġi waħedha: Għalfejn qed naslu f'punt fejn il-ħtieġa għall-manutenzjoni u r-riparazzjoni ssir urġenti?", "Għalfejn m'għandniex pjan jew metodu li permezz tiegħu ma naslux s'hemmhekk?", "Ħadd ma jrid jitlef xi ħaġa minn dawn il-postijiet.", "Għandna ħafna postijiet, għandna ħafna infrastruttura x'nipproteġu, u jien lanqas 1% ma rrid nitlef minnha.", "Allura nistaqsi: Xi jwassal biex ikun hemm il-bżonn li ssir il-manutenzjoni b'mod urġenti?", "Nifhem li forsi jekk kien hemm maltempata u daħal l-ilma, din hija xi ħaġa straordinarja li ma stajtx naraha, però għandi suspett li fejn ir-rapport jitkellem dwar tiswijiet urġenti, mhuwiex jitkellem dwar dawk iċ-ċirkostanzi, imma dwar ċirkostanzi li forsi stajna wkoll narawhom ġejjin ferm qabel ma kienu waslu f'dik sitwazzjoni.", "Forsi tgħiduli li l-kwestjoni hija ta' riżorsi.", "Jista' jkun, però għalhekk nerġa' ninsisti li rridu ninvestu ferm iktar fl-istrutturi u fl-infrastruttura kulturali li għandna f'pajjiżna.", "Qed nitkellmu wkoll fuq il-mużewijiet u fuq il-kunċett ta' mużew jew esibizzjoni ħajja.", "Irrid norbot din mal-kwestjoni li aħna għandna ħafna postijiet li jew mhumiex kompletament aċċessibbli għall-pubbliku, jew mhux il-partijiet kollha tagħhom huma aċċessibbli għall-pubbliku.", "F'xi katakombi tistenna li l-pubbliku ma jitħalliex jara kull toqba u kull kantuniera li hemm, anke għaliex wieħed irid jipproteġi dak is-sit.", "Però llum il-ġurnata għandna t-3D modelling u għandna l-użu tar-realtà virtwali.", "Jien naf li Heritage Malta għandha proġetti fejn jidħlu t-3D modelling; allura ma nistgħux naddottaw il-konċett ta' realtà virtwali u nagħmlu filming tal-postijiet inaċċessibbli u noħolqu esperjenza ġdida interattiva għall-viżitaturi f'dawn il-postijiet?", "Jien naf li kien hemm proġetti anke privati minn studenti li pprovaw jagħmlu din il-ħaġa.", "Qed nistenna li l-pubbliku jibda jgawdihom.", "Meta jkollna Gvern li dejjem jitkellem fuq it-teknoloġija, dwar kif irridu nikbru fit-teknoloġija, naħseb li mbagħad ma nistgħux niżolqu fin-niexef u ma nużawx it-teknoloġija li tant tista' tgħinna biex nagħtu esperjenza ferm aħjar lil kull min iżur dawn il-postijiet.", "Irrid nistaqsi dwar il-MUŻA.", "Bħal ħafna nies, jien kuntenta ħafna bil-MUŻA li fl-aħħar infetaħ.", "Imma, bħal ħafna nies, m'iniex daqshekk kuntenta li għad hemm il-hoarding jidher wara l-istatwa tal-Gran Mastru La Valette.", "Huwa inutli li meta nagħmel mistoqsija parlamentari fuq dan, flok il-Ministru jgħidli għalfejn għad hemm il-hoarding, flok jgħidli d-data eżatt ta' meta se jitneħħa, jirrispondini: Toqgħodx tinkwieta, għax in-nies tgħidx kemm se jieħdu gost bil-proġett.", "Il-Ministru għandu jindika lill-poplu Malti u Għawdxi u lin-nies li jgħixu l-Belt meta se jneħħilhom dak il-hoarding minn quddiem wiċċhom.", "Kemm se ndumu bit-turisti jiġbdu ritratt tal-istatwa tal-Gran Mastru bil-hoarding iswed!", "U daqqa jaqa' poster minn hemm, u daqqa taqa' l-canvas min-naħa l-oħra, u daqqa bi trakk warajh, u daqqa bil-crane u bil-lifter warajh!", "Kemm se ndumu nħallu t-turisti u l-Maltin ma jgawdux dak l-ispazju miftuħ kif għandu jkun?", "Sur President, jiena għandi wkoll tliet domandi fuq il-MUŻA.", "X'inhuwa l-programm ta' attivitajiet għal din is-sena fil-MUŻA?", "Jien attendejt għall-ftuħ tal-MUŻA u, fid-diskorsi kollha li saru, ir-rappreżentanti tal-Gvern kollha wegħduna li dan se jkun mużew differenti.", "Kollha wegħduna li dan se jkun mużew li se jlaqqa' n-nies, li se jżid id-diskussjoni u li se joħloq diskussjoni!", "Din għadni ma rajthiex!", "Kollha wegħduna li l-Beltin tgħidx kemm se jgawdu minn dan il-mużew!", "X'gawdew s'issa l-Beltin minn dan il-mużew?", "Jien bdejt id-diskors billi urejt apprezzament lejn il-kuraturi.", "Jien nemmen li f'dan il-każ il-kawża hija n-nuqqas ta' rieda tal-politiċi u mhux tal-impjegati ta' dak il-mużew, li għad ma kellniex il-frott f'dan ir-rigward.", "Ejja nuru bil-MUŻA almenu li aħna lesti mmorru l-pass 'il quddiem!", "Ejja nwettqu dak li kull wieħed minnkom qal fid-diskors tiegħu fil-ftuħ tal-MUŻA!", "Ejja nagħtu l-post lill-Beltin sabiex tassew ikunu jistgħu jgawduh!", "Ejja noħolqu diskussjoni f'dak il-post!", "Jien kuntenta li l-MUŻA – kif joħroġ anke mir-rapport ta' Heritage Malta - kellha attendenza sabiħa minkejja li m'ilux miftuħ, però jien irrid ħafna iktar minn hekk.", "Ir-rapport ħelu ħelu jgħidlek li l-proġett tal-MUŻA \"has faced some snags\".", "Tistgħu tgħiduli x'inhuma dawn l-isnags?", "Il-kelma \"snag\" nużawha għal xi ħaġa żgħira li nistgħu nsewwu malajr.", "Il-MUŻA ilna li ftaħnieh mill-2018 u allura ma jidhirx li kienu snags żgħar dawn!", "X'inhuma l-isnags li qed tagħmlu referenza għalihom fir-rapport?", "Se jiġu solvuti?", "Jien m'iniex qiegħda hawnhekk biex inkun naf x'inhuwa l-ostaklu, imma qiegħda hawnhekk biex inkun naf il-Gvern x'soluzzjoni qed joffri għal dak l-ostaklu.", "X'qed jagħmel biex jegħleb dak l-ostaklu?", "Jien għamiltha ċarissima mill-bidu tal-proġett tal-MUŻA li jien, għan-nom tal-Oppożizzjoni, irrid nara dak il-proġett jirnexxi.", "Jiena qed nistaqsi x'inhuma dawn l-isnags għaliex irrid inkun naf x'qed jagħmel il-Gvern biex jegħleb dawk l-isnags li r-rapport stess isemmi.", "Irrid nissuġġerixxi li ċerta kategorija ta' nies, għalija speċjali, għandu jkollhom dħul bla ħlas fil-mużewijiet.", "Aħna għamilna l-card sabiex it-tfal ikunu jistgħu jidħlu fil-mużewijiet b'xejn, però għandna tfal li qegħdin f'sitwazzjonijiet ta' żvantaġġ f'dan il-pajjiż.", "Għandna tfal li mhumiex il-ġenituri tagħhom li se jakkumpanjawhom f'dawn il-mużewijiet, imma ħafna drabi jkunu s-support workers li jkollhom ir-rwol li joħorġuhom, li jeħduhom f'postijiet bħal dawn, jedukawhom u jagħtuhom l-għarfien.", "Ħafna drabi dawn is-support workers huma l-ħaddiema tal-Aġenzija Appoġġ.", "Nixtieq nitlob li meta jkunu qed jakkumpanjaw tfal li għandhom il-card tal-entratura b'xejn, aħna nneħħu l-miżata ta' dawk is-support workers.", "Għalfejn qed nitlob dan?", "Għaliex lill-ġenituri diġà neħħejnihielhom bil-card tat-tfal, u allura nixtieq ukoll li meta s-support workers jieħdu post il-ġenituri, dawn ikunu ttrattati bl-istess mod.", "Jien nispera li l-ħlas tagħhom diġà huwa mneħħi, però naf b'każijiet fejn support workers marru mat-tfal u qalulhom li huma jridu jħallsu.", "Jien naf li ħafna minn dawn is-support workers ħafna drabi joħorġu l-flus minn buthom u jħallsu.", "Din is-sitwazzjoni m'għandhiex tkun, u jekk il-miżura diġà qiegħda hemm, nitlob li kull ħaddiem jiġi infurmat biha sabiex naġixxu fl-aħjar interess ta' dawn it-tfal ukoll.", "Sur President, rigward is-Sovrintendenza, irridu nassiguraw ruħna li din tkun sostenibbli mhux biss bħala finanzi, imma wkoll fir-rwol u r-responsabilitajiet li xħetna fuqha b'liġi li diġà ddiskutejna f'dan il-Parlament.", "Jien naf li dan l-aħħar kien hemm eżerċizzju mal-media biex nuru kemm is-Sovrintendenza qed twettaq ferm iktar xogħol.", "Napprezza u dejjem apprezzajt ix-xogħol li twettaq is-Sovrintendenza.", "M'iniex insemmi dan l-eżerċizzju mal-media biex nikkritikah, imma biex insostnih.", "Imma jekk nippretendu li x-xogħol tas-Sovrintendenza jiżdied, allura mbagħad bilfors irridu ninvestu ferm iktar fir-riżorsi tagħha.", "Nifhem li r-riżorsi umani fis-settur tal-kultura ma ġġibhomx mil-lum għal għada – trid tagħti l-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġ – però m'għandniex noqogħdu lura milli nagħmlu almenu dak l-investiment li jista' isir issa b'mod immedjat.", "Grazzi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, nixtieq ningħaqad mal-kollega tan-naħa tal-Oppożizzjoni li bdiet biex tirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu f'dan is-settur, li jiena nqisu bħala settur importanti ħafna għal pajjiżna.", "Bla dubju, il-wirt kulturali tagħna joħroġ ukoll mill-identità tagħna.", "Meta wieħed iħares madwarna jinduna li kemm f'dak li hu tanġibbli, kif ukoll f'dak li mhuwiex, il-kultura hija dik li tiddefinixxi min aħna.", "Hawn qed nirreferi kemm għall-bini u l-postijiet, kif ukoll għal-lingwa u anke l-karatteristiċi tagħna bħala Mediterranji li jagħmluna differenti minn popli oħrajn.", "Hemm punti li qbilt magħhom f'dak li qalet l-Onor.", "Comodini Cachia, però hemm oħrajn fejn ma nistax ngħid li qed naqbel kompletament magħha, speċjalment dwar id-dubji li pprovat toħloq f'dan is-settur.", "Nixtieq nara settur li ma jkunx politiċizzat għaliex m'għandniex għalfejn nippolitiċizzaw settur bħalma hu dak tal-kultura.", "Jekk wieħed jara, pereżempju, dak li qed jiġri fil-mużewijiet isib li kien hemm rivoluzzjoni sħiħa fil-mod kif jitmexxew.", "Il-viżjoni li hemm illum hija differenti meta mqabbla mal-viżjoni li kien hemm qabel.", "Kien hemm ukoll proġetti ta' restawr li kienu nbdew qabel u li aħna komplejna għaliex kienu proġetti tajbin.", "Fosthom kien hemm il-Forti Sant'Anġlu u oħrajn li kienu proġetti ġodda ta' dan il-Gvern.", "Il-mużewijiet illum il-ġurnata mhumiex mużewijiet mejtin; nistgħu ngħidu li l-aġenzija Heritage Malta tinsab preżenti fis-siti kollha li topera madwar il-pajjiż kollu.", "Bejn l-2017 u l-2018 Heritage Malta rat żieda ta' madwar 0.5 miljun persuna fl-għadd ta' persuni li żaru dawn is-siti, għaliex fl-2017 kien hemm 1.3 miljun paying visitors li daħlu fis-siti ta' Heritage Malta – u 1.3 miljun diġà kien record għal Heritage Malta – filwaqt li fl-2018 kien hemm 1.8 miljun paying visitors.", "Nittama li din is-sena jerġa' jkun hemm ukoll record ieħor ta' viżitaturi, għaliex huwa tajjeb li nkomplu nżidu l-għarfien tagħna.", "M'għandix dubju li ħafna mill-viżitaturi huma turisti, u nittama li jkun hemm iktar għarfien anke minna l-Maltin.", "Dan ngħidu għax, ibda minni l-ewwel wieħed, l-aħħar li mort f'ċerti siti jew mużewijiet kien meta ħaduna tal-iskola.", "Naf li hemm familji li marru jżuru l-mużewijiet, imma nixtieq nara iktar li jieħdu lil uliedhom f'dawn is-siti mill-isbaħ biex uliedna, minn meta jkunu żgħar, jidraw japprezzaw dak li għandna u dak li jiddistingwina.", "L-Onor.", "Comodini Cachia semmiet il-passaport kulturali tat-tfal biex jidħlu fil-postijiet u qalet li s-support workers ma jidħlux mingħajr ħlas.", "Fil-fatt, bil-passaport kulturali tat-tfal – li issa ġie estiż ukoll għall-anzjani, u din hija miżura li għamel il-Gvern u ta' min ifaħħarha – jistgħu jidħlu bih żewġ adulti mat-tfal.", "Żewġ adulti jfisser li mhux bilfors ikunu l-ġenituri.", "Naħseb li għamel ħażin min talab il-flus lil xi adult li kien qed jakkumpanja lit-tfal għaliex b'passaport wieħed tifel jista' jdaħħal miegħu żewġ adulti, irrispettivament min ikunu dawn l-adulti.", "Sur President, dan huwa qasam vitali għal pajjiżna.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u fuq Heritage Malta, u issa li ħdimt magħhom ftit aktar mill-qrib, nassigura lill-Onor.", "Comodini Cachia li dawn jaħdmu bi professjonalità kbira.", "Hi semmiet u staqsiet jekk kenux megħluba l-ostakli li kien hemm.", "Kull ostaklu qiegħed hemmhekk biex ikun mirbuħ, iżda hawn jiena nistaqsi: L-Oppożizzjoni lesta tgħin lill-Gvern biex, jekk hemm xi ostakli f'dan il-qasam, naħdmu id f'id biex negħlbuhom?", "Wara kollox, hawn qed nitkellmu fuq il-ġid ta' pajjiżna, għax il-kultura għandha relazzjoni diretta anke mal-ekonomija.", "Il-beni kulturali li għandna f'pajjiżna jistgħu jintużaw biex jittejjeb il-livell tal-għajxien tan-nies; jistgħu jintużaw biex jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol, u jistgħu jintużaw ukoll biex pajjiżna jissebbaħ u jkollna ambjent aħjar.", "Aħna rajna x'ġara fil-Belt Valletta.", "Il-Belt Valletta hija eżempju ħaj ta' kif il-Gvern beda jitkellem fuq ċerti proġetti.", "Is-sena li għaddiet kellna l-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura wara li dan il-Gvern kompla u tejjeb fuq dak li sar minn gvern preċedenti.", "Bil-ħsieb li jkollna l-istess esperjenza tal-Belt Valletta, dan il-Gvern qiegħed iħares ukoll lejn it-Tlett Ibliet u l-Kalkara, li huma mogħnija b'wirt storiku kulturali rikk li jipprovdi kuntest għal bidla pożittiva.", "L-ewwel u qabel kollox, l-istrateġija tal-Kottonera trid issaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tan-nies ta' hemmhekk.", "Trid tipprovdi qafas ta' appoġġ flessibbli u proattiv ibbażat fuq miżuri li jtejbu l-istandards.", "Hemmhekk hemm wirt storiku kulturali mżewwaq li għandu jservi biex ikollna aktar attrazzjonijiet miftuħin li jagħmlu ġustizzja mal-istorja tal-Kottonera.", "B'dan il-mod ikun jista' jitħeġġeġ iktar investiment lejn il-Kottonera ħalli nkomplu nsaħħu l-identità tagħna, it-tessut soċjali tagħna u ntejbu l-ambjent.", "Il-qasam tal-kultura jista' jkun wieħed minn dawk is-setturi ewlenin fejn ikollna dik li nsejħulha ekonomija kreattiva.", "Apparti mill-Kottonera, li dejjem nitkellem dwarha mhux biss għax nirrappreżenta dak id-distrett, imma anke għaliex ngħix hemmhekk ukoll, għandna wkoll inħawi oħrajn tal-pajjiż li jistgħu jgawdu minn din il-viżjoni li għandu l-Gvern.", "Għall-Gvern il-kultura mhijiex ħaġa mejta, imma tista' tkun xi ħaġa ħajja li għandna nużaw anke biex ikollna niċeċ ekonomiċi ġodda.", "Nista' nsemmi l-eżempju tal-Fortizza ta' Ricasoli.", "Xi ftit tal-ġimgħat ilu kont mistieden għal laqgħa li għaliha kien hemm rappreżentanti minn diversi dipartimenti u entitajiet governattivi biex jibda l-proċess ħalli l-Gvern jara x'se jagħmel b'din il-fortizza.", "Din hija fortizza kbira daqs il-Birgu li trid miljuni kbar biex tkun restawrata għaliex maż-żmenijiet sfortunatament tħalliet taqa'.", "Barra minn hekk irridu nsibu skop għaliha.", "Naħseb li s-Sovrintendenza, flimkien mad-Direttorat tar-Restawr – li jaħdmu id f'id – flimkien mal-Gvern għandhom ikunu dawk li jmexxu dan il-proċess.", "Imma l-intervent tal-Gvern għandu jkun intervent ta' gvern sħiħ biex din il-fortizza ma tibqax abbandunata.", "Fid-diskors tiegħi s-sena li għaddiet semmejt postijiet li l-Gvern ta lill-privat u li l-privat abbandunahom u ġie jaqa' u jqum minnhom.", "Il-Gvern dawn għandu jeħodhom lura.", "Jista' jirrestawrahom, u r-restawr jista' ikun a spejjeż tas-sid.", "Jekk is-sid privat għandu kirja ta' post storiku tal-Gvern li mhux jagħti kasu, il-Gvern għandu jara x'jagħmel biex dak il-post jiġi rranġat, u jekk hemm bżonn jittieħed lura.", "Is-sena l-oħra semmejt il-Palazz tal-Kaptan tal-Galjun fil-Birgu.", "Naf li s-Sovrintendenza ħadet interess u bdiet titkellem mal-Awtorità tal-Artijiet, imma jiena nixtieq nara li dawn id-diskussjonijiet li bdew is-sena l-oħra jħallu l-frott mixtieq.", "Dan hu li jixtiequ ħafna nies, u mhux ikollok post li jkun ingħata u jispiċċa jaqa' biċċiet!", "Baqa' biss il-faċċata, li veru hija l-isbaħ parti li għandu l-Palazz tal-Kaptan tal-Galjun, imma jekk lil min tajnieh m'għandux interess fih, għaliex il-Gvern m'għandux jieħdu lura?", "Wara kollox, dawn huma beni kulturali tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Qasam ieħor li nixtieq nitkellem dwaru, għaliex ftit nitkellmu dwaru meta nitkellmu dwar il-wirt kulturali, huwa l-mużika.", "Pajjiżna huwa mogħni b'patrimonju mużikali kbir li ftit nitkellmu dwaru.", "Ftit hawn kuxjenza dwar kemm għandna kompożituri kbar.", "L-ewwel wieħed li jiġini f'rasi huwa Carlo Diacono, imma nista' nsemmi wkoll lil Antonio Nani, lil Nicolò Isouard, Pace, Charles Camilleri u Joseph Vella li x-xogħlijiet tiegħu huma xogħlijiet kontemporanji.", "F'pajjiżna m'hawnx arkivju nazzjonali.", "Illum kumbinazzjoni rajt li l-Gvern ta art biex jiġi żviluppat arkivju nazzjonali.", "Hija ħaġa tajba li niġbru l-affarijiet kollha f'post wieħed, però fejn tidħol il-mużika m'għandniex arkivju nazzjonali.", "Allaħares ma jkunux il-każini tal-baned u l-knejjes li jżommu l-biċċiet tal-mużika u jiddokumentaw il-familji tal-kompożituri.", "F'pajjiżna m'għandniex post fejn wieħed jista' jirreferi għal dawn il-kompożizzjonijiet li tant huma sbieħ, kompożizzjonijiet li nisimgħu fil-knejjes.", "Hemm kompożizzjonijiet li huma arkivjati li lanqas qatt ma ndaqqu.", "Huwa xogħol ukoll tas-Sovrintendenza li tara li dan il-patrimonju mużikali jinżamm tajjeb kif għandu jkun.", "Il-ħolma tiegħi wkoll, fejn tidħol il-mużika, hija li xi darba dan il-pajjiż ikollu sala tal-kunċerti professjonali, u mhux mibnija biex tkun sptar li mbagħad issir sala tal-konferenzi u nagħmlu l-kunċerti fiha.", "Sala tal-kunċerti ttrid tinbena akustikament tajjeb biex isiru l-kunċerti fiha, ħalli mbagħad, meta ma jsirux il-kunċerti, jkun hemm affarijiet oħrajn li jistgħu jsiru fiha.", "Għandu jkun hawn post adattat f'Malta għall-Orkestra Nazzjonali tagħna ħalli b'hekk inkunu nistgħu nattiraw ukoll kompożituri, awturi, diretturi tal-mużika, orkestri u gruppi barranin li jkunu jistgħu jiġu jagħmlu l-performance tagħhom bi professjonalità kbira.", "Qabel nikkonkludi d-diskors tiegħi nixtieq ngħid li qed isir ħafna xogħol tajjeb.", "Jiena nifraħ lill-kollega tiegħi, il-Ministru Owen Bonnici, lit-tmexxija kemm ta' Heritage Malta u anke tas-Sovrintendenza, u lill-ħaddiema kollha tagħhom.", "Dak li għandna f'pajjiżna huwa imprezzabbli u jekk mhux se nkunu aħna li nieħdu ħsiebu u nippreservawh, ħadd mhu se jiġi jagħmel dan ix-xogħol għalina.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sur President, naħseb huwa tajjeb li minn żmien għal żmien f'din il-Kamra nieqfu u niddiskutu l-kultura li tagħmilna Maltin u Għawdxin.", "Hija l-kultura li ddefinietna bħala pajjiż sovran, Ewropew, Mediterranju u pajjiż differenti minn kull pajjiż ieħor.", "Aħna pajjiż li għandna l-mod tagħna kif nagħmlu l-affarijiet, għandna l-lingwa tagħna u għandna anke l-mod kif naħsbu.", "Naħseb huwa tajjeb li anke aħna bħala politiċi nagħtu importanza dovuta lill-kultura għaliex, jekk ninsewha, pajjiżna jitlef dak li verament hu u jispiċċa jinġarr minn kurrent fejn ma jkun hemm l-ebda ħaġa li tiddistingwina bħala Maltin u Għawdxin.", "Dan li qed ngħid ma jfissirx li ma jkollniex influwenzi minn kulturi oħrajn u ma jfissirx li m'għandniex inħalltu l-kultura tagħna.", "Imma huwa dejjem importanti li naraw min aħna, minn fejn ġejjin u fejn irridu mmorru.", "Illum għandna l-opportunità nħarsu lejn l-estimi finanzjarji ta' Heritage Malta u tas-Sovrintendenza, u nixtieq ningħaqad ma' sħabi u nirringrazzja lil kull min jaħdem f'dawn l-entitajiet.", "Dawn huma nies professjonisti u ddedikati.", "Il-verità hi li probabbilment fil-qasam tal-kultura ħadd ma jsir miljunarju, imma jaħdem b'dedikazzjoni għaliex verament jemmen f'dak li qed jagħmel u verament ikun irid jara pajjiżna aħjar.", "Jekk inħarsu lejn x'ġara fil-kultura f'dawn l-aħħar 15-il sena, insibu li, b'mod partikolari b'nies Maltin u Għawdxin ta' ħila brillanti, irnexxielna nagħmlu upgrade enormi ta' dak li ħallewlna missirijietna, u dan anke grazzi għall-fondi li ksibna mill-Unjoni Ewropea.", "Jekk hemm xi ħaġa li din il-ġenerazzjoni tagħna tista' tkun kburija biha, din hi li ħalliet xi ħaġa aħjar għal ta' warajha f'dak li huwa l-wirt storiku mibni tagħna.", "Aħna kellna wirt storiku li ħafna minnu kien żdingat u kien ilu ma jingħata attenzjoni għal ħafna snin, imma f'dawn l-aħħar 15-il sena investejna ħafna flus u ħafna enerġija biex il-wirt kulturali mibni tagħna nsaħħuħ u nħalluh ħafna aħjar milli sibnieh.", "Dan huwa wkoll grazzi lil Heritage Malta li kienet imdaħħla direttament fir-restawr ta' ħafna binjiet f'pajjiżna.", "Għad fadal ħafna binjiet f'pajjiżna li rridu nħarsu lejhom.", "Kif qal l-Onor.", "Bedingfield, b'mod partikolari fin-naħa t'isfel ta' Malta għad fadal ħafna bini li qiegħed jibki għar-restawr, imma jien konvint li anke l-ġenerazzjoni l-ġdida qiegħda tifhem iktar l-importanza li nieħdu ħsieb il-wirt kulturali mibni ta' pajjiżna.", "Jiena naħseb li għandna nsibu r-riżorsi li hemm bżonn sabiex dawn il-postijiet nieħdu ħsiebhom u nħalluhom aħjar għall-ġenerazzjoni ta' warajna.", "Apparti li l-kultura hija xi ħaġa għal qalbi ħafna, waħda mir-raġunijiet għalfejn jien nagħżel li nipparteċipa f'dan id-dibattitu hi li, għalkemm fl-aħħar 15-il sena b'mod partikolari sar iktar sforz biex nippopolarizzaw il-kultura f'pajjiżna, għad għandna ħafna nies li din ma tfisser xejn għalihom.", "Naħseb li waħda mir-responsabilitajiet li għandna aħna bħala politiċi hija li kemm jista' jkun nipprovaw indaħħlu sens ta' apprezzament tal-kultura ta' pajjiżna, speċjalment fit-tfal u fiż-żgħażagħ tagħna.", "Veru li l-festi Maltin huma popolarissimi – u hawnhekk nixtieq insellem lil kull min hu b'xi mod jew ieħor involut fil-festi Maltin u Għawdxin – u bla dubju li l-festa hija parti essenzjali mill-kultura tagħna; għalhekk tieħu gost li hemmhekk tara anke ħafna żgħażagħ imdaħħlin.", "Madanakollu, il-kultura mhijiex biss il-festi imma hija magħmula minn ħafna affarijiet oħra.", "Ir-rikkezza tal-kultura ta' pajjiżna tiġi mill-fatt li jkollok nies li japprezzaw il-mużika, japprezzaw it-teatru u japprezzaw l-arti.", "Naħseb li jekk nista' nagħmel self criticism għalina nfusna ngħid li bħala soċjetà Maltija, fejn jidħlu dawn l-affarijiet, għadna lura ħafna.", "Naf li Heritage Malta tagħmel li tista' biex tipprova tippopolarizza – u meta qed ngħid \"tippopolarizza\" ma nixtieqx ninstema' qisna qed inbaxxu l-livell – u tesponi lin-nies - żgħażagħ u tfal b'mod partikolari, imma anke adulti - għall-kultura, imma hawn min f'pajjiżna, pereżempju, qatt ma daħal f'teatru.", "Hawn min f'pajjiżna qatt ma mar jara xi forma ta' spettaklu, bħal xi musical jew xi play.", "Għad hawn min f'pajjiżna qatt ma daħal f'dawn il-postijiet.", "Għandna min f'pajjiżna qatt ma mar jara esibizzjoni tal-arti.", "Din mhijiex kritika kontra Heritage Malta, anzi pjuttost huwa aħna l-politiċi li rridu naraw li kemm jista' jkun kulħadd ikun espost għal dawn l-affarijiet.", "Jien naħseb li l-fatt li tkun espost għal aspetti differenti tal-kultura, plays, musicals, arti jew esibizzjonijiet, jagħmlek bniedem iktar mimli u bniedem aħjar.", "Naħseb li dan kollu jagħmilna soċjetà aħjar.", "L-Onor.", "Comodini Cachia qalet li bla dubju ta' xejn l-arti hija waħda mill-modi kif is-soċjetà tesprimi lilha nnifisha, twassal messaġġ u l-udjenza tifhem dan il-messaġġ b'mod differenti, u f'ċerti każi tieħu azzjoni jew almenu tifhem li hemm xi ħaġa li forsi trid tinbidel.", "Irridu naraw x'nistgħu nagħmlu u rridu naraw kemm nistgħu ninvestu r-riżorsi tagħna sabiex nagħtu a taste of different cultures.", "Ħalli mbagħad ikun hemm min togħġbu ħaġa u min togħġbu ħaġa oħra, imma għallinqas kulħadd ikun jista' almenu jipparteċipa iktar fil-kultura.", "Bla dubju, din il-mentalità trid tibda fl-iskejjel.", "Irridu nżidu l-attivitajiet kulturali fl-iskejjel tagħna għax huwa importanti li kemm jista' jkun kull tifel u tifla jkunu esposti għal attivitajiet differenti.", "Sur President, issa nixtieq ngħid xi ħaġa dwar l-estimi finanzjarji għax, fl-aħħar mill-aħħar, huma dawn li qegħdin niddiskutu llum.", "Bla dubju ta' xejn, jekk hemm gwardjan li tant għandu bżonn pajjiżna, dan huwa proprju s-Sovrintendenza.", "Dan għax f'pajjiżna għandna wirt kulturali inkredibbli, u hawn qed nirreferi kemm għal dak li hu mibni u anke għal dak li mhuwiex.", "L-Onor. kollega semma l-mużika u l-arkivji, waqt li ftit tax-xhur ilu kellna diskussjonijiet f'dan il-Parlament anke dwar il-baħar u l-biċċiet tal-baħar bħala parti mill-wirt kulturali tagħna.", "Bla dubju, għax għandna ħafna u għax tant imdorrijin ngħixu bih madwarna, ħafna drabi l-baħar konna neħduh for granted.", "Kważi kważi lanqas konna nagħtu kas jekk ikollok biċċa wirt kulturali fil-baħar u, jekk se tibni, allura ma jimpurtax jekk tkissirha.", "Illum sirna aktar konxji u huwa tajjeb li s-Sovrintendenza qed tkun on site u qed tipprova kemm jista' jkun issalva dak li writna mill-ġenerazzjonijiet ta' qabilna.", "Hawn ngħid li f'dak l-eżerċizzju stess qiegħda wkoll iddaħħal aktar apprezzament ta' kemm hu importanti li dan niddefenduh, insalvawh u nagħmlu kull ma nistgħu sabiex inħallu l-wirt kulturali tagħna aħjar milli hu.", "M'hemmx dubju li hemm bżonn inżidu ħafna iktar riżorsi lil din is-Sovrintendenza.", "Pereżempju, fl-estimi naħsbu għal somma li diġà nafu li s-Sovrintendenza trid toħroġha f'pagi, eċċ. Waħedhom dawn se jkunu diġà ħafna iktar mid-dħul kollu li se tkun qed iddaħħal is-Sovrintendenza.", "Ovvjament, id-dħul prattikament kollu huwa dak li se jagħtihom il-poplu Malti mill-kontribuzzjoni li jieħdu mill-Gvern.", "L-istess ġara fl-2018, fejn l-istaff costs biss kienudiġà iktar mis-subvention li tieħu mingħand il-Gvern.", "Apparti l-pagi, imbagħad, ovvjament, is-Sovrintendenza trid taħdem u allura jkollha bżonn ħafna iktar riżorsi fejn jidħol operational maintenance.", "Nixtieq li fil-winding up il-Ministru jispjega kif, meta qed inħarsu lejn l-Estimi għall-2019, qegħdin ngħidu li se nagħtu lis-Sovrintendenza ftit iktar minn €700,000, waqt li staff costs biss se jkunu kważi €1.1 miljun.", "Imbagħad, qed nistennew li din tagħmel il-mirakli u jkollha €100,000 oħra biex tagħmel l-affarijiet l-oħra kollha li għandha tagħmel!", "Hawnhekk diġà qed ngħidu minn issa li fl-2019 is-Sovrintendenza se tagħmel telf ta' kważi €700,000.", "Mhux qed ngħid li se tagħmel xi ħaġa ħażina s-Sovrintendenza li se tagħmel telf ta' kważi €700,000, imma bla dubju hemm bżonn li nagħtuha ħafna iktar riżorsi finanzjarji, speċjalment illum il-ġurnata.", "Fil-qasam tal-kostruzzjoni, prattikament kull rokna ta' Malta qiegħda tinbena jew titħaffer, inkluż f'postijiet bħall-Belt Valletta, fejn hemm ħafna iktar wirt kulturali minn postijiet oħrajn.", "Fl-aħħar mill-aħħar, aħna forsi nħarsu l-iktar lejn il-Belt u lejn it-Tlett Ibliet, u ninsew li fil-fatt aħna għandna wirt kulturali madwar Malta kollha.", "Bla dubju, din is-Sovrintendenza se jkollha ħafna u ħafna iktar xogħol x'tagħmel: imma, minkejja dan, diġà qed ngħidu minn issa li din se tagħmel telf ta' kważi €700,000.", "Min-numri, kif qed ninterpretahom jien, jidher li l-ammont ta' staff żdied, u hekk għandu jkun.", "Fil-fatt, is-sena l-oħra diġà konna tkellimna fuq il-fatt li s-Sovrintendenza għandha bżonn iktar staff.", "Dawn huma persuni li huma ggradwati u kkwalifikati, u ma tistax issibhom mil-lum għal għada.", "Forsi mhuwiex faċli, imma hemm bżonn nagħtu iktar riżorsi.", "Jien kelli l-opportunità li nara s-Sovrintendenza taħdem f'ċertu sit partikolari hawnhekk fil-Belt Valletta, u hemm rajt is-serjetà fil-mod kif tagħmel xogħolha.", "Bla dubju, hawn mijiet ta' siti, u allura nimmaġina jien li at one time din trid tiddeċiedi jekk hux se tmur f'dan is-sit jew fis-sit l-ieħor, bil-konsegwenza li fejn ma tidħolx is-Sovrintendenza jista' jkun li tintilef parti mill-wirt kulturali tagħna.", "Jiena nifhem li l-iktar ħaġa faċli li tista' tagħmel hi li tagħmel appell lill-Gvern biex iżid ir-riżorsi finanzjarji, imma naħseb li hekk hemm bżonn nagħmlu fejn tidħol organizzazzjoni bħal din li għadha fl-infanzja tagħha.", "Bla dubju ta' xejn, din hija organizzazzjoni li għandha pressjonijiet kbar, iktar u iktar issa li żidnielha r-responsabilitajiet li tieħu ħsieb il-wirt kulturali li għandna fil-baħar.", "Għalhekk ejjew bis-serjetà nżidulha l-fondi u r-riżorsi.", "Mill-estimi finanzjarji jidher li kull sena qed inżidulha €100,000, imma naħseb li organizzazzjoni bħal din ħaqqha ħafna iktar minn hekk.", "Xtaqt nagħmel żewġ kummenti, l-ewwel nett dwar Valletta 2018.", "Jien dejjem kont ftit xettiku dwar il-legat li pajjiżna se jibqagħlu wara dan l-avveniment.", "Jiena kont shadow minister tal-kultura, u l-ikbar battibekki li qatt kellna jien u l-Ministru tal-Kultura dejjem kienu dwar dan is-suġġett.", "Jiena, qabel Valletta 2018, kont ngħid li se jkollna sena tajba b'ħafna attivitajiet u investimenti, imma din il-famuża Valletta 2018 mhi se tħalli kważi ebda legat.", "Iva, ħallejna żewġ postijiet, fosthom il-MUŻA, imma ma rnexxilniex nużaw dik is-sena biex inbiddlu l-idea tal-poplu Malti dwar il-kultura, li nbiddlu l-frame of mind ta' kif inħarsu lejn il-kultura.", "Issa li smajna lill-Ministru għal Għawdex tgħid li tixtieq li l-Belt Kapitali Ewropea li jmiss tkun Victoria Għawdex – u naħseb li hija idea tajba ħafna – irridu naraw li din ma tkunx tfisser biss li nimlew dik is-sena b'attivitajiet u avvenimenti.", "Huwa tajjeb ħafna li jkollok attivitajiet u avvenimenti, don't get me wrong, imma għandna naraw ukoll kif se nużaw dik is-sena biex inħallu legat fis-sens li nbiddlu jew nagħmlu modifika fil-frame of mind tal-poplu Malti u Għawdxi dwar kif iħares lejn il-kultura.", "Xtaqt nagmel ukoll l-aħħar żewġ punti ta' malajr ħafna.", "L-ewwel ħaġa, nixtieq insellem lill-kunsilli lokali li jżommu l-kultura ħajja.", "Naħseb li rridu naħdmu ħafna iktar mal-kunsilli lokali.", "Il-kunsilli lokali lum il-ġurnata ħadu r-rwol li jipproteġu u jesponu l-kultura u l-identità tal-lokalitajiet differenti li għandna f'Malta.", "Din hija xi ħaġa li ma kenitx tiġri, u allura nħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex ikomplu jieħdu ħsieb, jinkulkaw u jesponu l-kultura u l-identità tal-lokalitajiet differenti.", "Malta u Għawdex huma pajjiż verament żgħir, imma b'ħafna differenzi fil-lokalitajiet tiegħu.", "Naħseb li huwa tajjeb li napprezzaw id-differenzi li hemm bejn il-lokalitajiet u napprezzaw l-istorja li hemm wara l-lokalitajiet differenti.", "L-aħħar ħaġa li rrid ngħid hija li nixtieq insellem u nirringrazzja lill-artisti kollha Maltin u Għawdxin, b'mod partikolari dawk li jieħdu l-kultura bis-serjetà, li jeħduha bħala part-time, jew addirittura full-time.", "Għandna bżonn iktar artisti f'pajjiżna f'dixxiplini differenti.", "Huwa l-artist li jżommna pajjiż ħaj, li jżommna on our tiptoes, għax l-artist huwa bniedem li joħloq.", "Ippermettili nagħlaq billi nirringrazzja ħafna lil Heritage Malta, lis-Sovrintendenza u lil kull min jaħdem hemm għax-xogħol li qed jagħmlu.", "L-appell tiegħi lill-Gvern hu li kemm jista' jkun inkomplu nżidu r-riżorsi lil dawn l-organizzazzjonijiet.", "Ringrazzjament kbir imur lil kull min b'xi mod jew ieħor huwa involut fil-kultura u fl-arti.", "Grazzi ħafna, Sur President.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Grazzi, Sur President.", "Illejla qed niddiskutu l-Estimi ta' żewġ entitajiet nazzjonali ta' importanza, li huma Heritage Malta, kif ukoll is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.", "Heritage Malta hija dik l-aġenzija li timmaniġġja s-siti ta' patrimonju nazzjonali, filwaqt li l-irwol tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali huwa relatat mal-monitoraġġ ta' proċessi arkeoloġiċi, kif ukoll fil-planning consultation process.", "Qabel xejn, nixtieq ningħaqad mal-kollegi li tkellmu qabli u nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' dawn iż-żewġ entitajiet, mill-kbir saż-żgħir.", "Dawn huma ħaddiema li jagħmlu ħafna xogħol minn wara l-kwinti, però jagħmlu xogħol li huwa bżonnjuż biex il-wirt kulturali ta' pajjiżna jiġi mmaniġġjat u meħud ħsieb bl-aħjar mod possibbli.", "Nibda billi ngħid li wieħed ma jistax ma jirrikonoxxix ix-xogħol siewi li tagħmel Heritage Malta.", "Biss biss, mir-rapport annwali jirriżulta li kien hemm żieda ta' madwar 400,000 viżitatur tul l-2018 fuq l-2017.", "Dan jirrifletti żieda fid-dħul ta' din l-aġenzija minn paying visitors, u dan ifisser ukoll li jkun hemm iktar flus biex ikun jista' jsir ix-xogħol neċessarju fuq diversi siti.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll li l-famuża skema tal-passaport tat-tfal biex iżuru siti flimkien mal-ġenituri tagħhom mingħajr ħlas ħalliet il-frott meħtieġ.", "Riċentement, din ġiet estiża wkoll għall-anzjani u din kienet inizjattiva tajba ħafna li żiedet l-aċċessibilità għal dawn is-siti, b'mod speċjali għall-Maltin u l-Għawdxin.", "Però, jekk tippermettuli, nemmen li dan mhux biżżejjed.", "Jien ngħix fin-naħa t'isfel ta' Malta, ġejt elett minn distrett li qiegħed fin-naħa t'isfel ta' Malta – u l-Ministru jaf għalxiex qiegħed nirreferi għax ġie elett mill-istess distrett – fejn hemm diversi siti li jew mhumiex aċċessibbli jew inkella lanqas biss nafu bihom.", "Jekk taqbad issemmi, kważi kważi ma tispiċċa qatt.", "Hemm diversi kappelli li għandhom valur arkitettoniku u jmorru lura għal diversi snin.", "Nista' nsemmi l-Katakombi tal-Mintna fl-Imqabba li dawn jinfetħu darba fis-sena f'Jum l-Imqabba biss.", "Għandek ukoll katakombi limiti ta' Ħal Kirkop.", "Dawn il-katakombi kien sar xogħol fuqhom madwar erba' jew ħames snin ilu, imma niddubita nfetħux darba għall-pubbliku.", "Hemm diversi siti oħra bħal fdalijiet arkeoloġiċi li jinstabu fejn il-Mitħna tax-Xarolla bejn iż-Żurrieq u Ħal Safi, u nista' nkompli nsemmi.", "Aħna fin-naħa t'isfel ta' Malta għandna x-xorti li mogħnijin b'dawn is-siti: però, sfortunatament, jew mhumiex aċċessibbli jew ftit jafu bihom.", "Naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li rridu naħdmu iktar biex siti bħal dawn ikunu aċċessibbli aktar, ikunu jafu aktar bihom in-nies, kemm turisti u anke Maltin, biex inkunu nistgħu napprezzaw aktar il-wirt kulturali li għandna f'pajjiżna.", "Nemmen li dan jista' jsir b'kollaborazzjoni sħiħa bejn Heritage Malta u l-Malta Tourism Authority (MTA) – u semmejt dan il-punt ukoll meta konna qed niddiskutu l-estimi tal-MTA.", "Però, bla dubju wkoll għandhom rwol importanti l-kunsilli lokali tagħna.", "Nemmen li b'diskussjoni serja fejn wieħed jidħol naqra f'dettall inkunu nistgħu nagħtu iktar servizz lill-poplu tagħna li jkun jista' jżur aktar frekwentement dawn is-siti.", "Kif qed insemmu l-wirt kulturali ta' pajjiżna, ma nistax ma nsemmix il-festi tradizzjonali Maltin li, irridu jew ma rridux, dawn saru l-identità ta' pajjiżna.", "Dawn jiġu organizzati minn diversi għaqdiet li jaħdmu b'mod volontarju u, jekk mhux se naraw kif ngħinuhom iktar mill-ftit għajnuna li qiegħda tingħata, jien wisq nibża li fil-futur – jekk mhux fl-immedjat, però mhux daqshekk fit-tul – dawn jistgħu jispiċċaw imutu mewta naturali.", "Huwa veru li bdiet tingħata xi forma ta' għajnuna bħal, pereżempju, l-għotja ta' €5,000 li tgħin lill-kmamar tan-nar biex jimmodernizzaw u jagħmluhom iktar sikuri – però dan biżżejjed?", "Wieħed irid jirrikonoxxi wkoll li l-festi jiġbdu mijiet ta' eluf ta' turisti u Maltin lejhom, u bażikament huma l-qofol tas-sajf tagħna.", "In-nar jilgħab parti importanti fil-festi tagħna, imma barra n-nar hemm ukoll l-armar, il-marċi, il-festi ta' ġewwa, u diversi fatturi li jsawru l-wirt kulturali għal pajjiżna.", "Illum, huwa fatt magħruf li festa tiġi tiswa għexieren ta' eluf ta' ewro.", "Qabel kien ikun hemm aktar nies lesti jikkontribwixxu kemm b'mod manwali, imma anke bi flus għal dawn il-festi.", "Imma, sfortunatament, bil-ħajja mgħaġġla tal-lum issib inqas nies li jkunu lesti jikkontribwixxu f'dan is-sens.", "Għalhekk, nemmen li l-Gvern għandu jara kif jista' b'xi mod jgħin iktar lid-diversi għaqdiet, li kif għedt huma volontarji, biex ikunu jistgħu jkomplu jorganizzaw dawn il-festi.", "Ta' min wieħed jgħid ukoll li, apparti li jiġbdu ammont kbir ta' turisti lejn id-diversi lokalitajiet tagħna, il-festi huma mezz ukoll biex iż-żgħażagħ inżommuhom attivi, u awtomatikament iżżommhom 'il bogħod minn ċerti vizzji.", "Anke diversi sede ta' soċjetajiet mużikali huma wirt arkitettoniku fihom infushom.", "Allura, għaliex m'għandhomx jibdew diskussjonijiet bejn il-Gvern u dawn is-soċjetajiet li huma anke attrazzjoni turistika biex dawn jiġu megħjuna?", "Nixtieq nagħmel referenza wkoll għas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Kif dejjem għedt, din is-sovrintendenza għandha rwol mill-iktar importanti f'pajjiżna.", "L-iktar żewġ rwoli importanti tagħha huma l-monitoraġġ tal-proċessi arkeoloġiċi, kif ukoll il-proċess ta' konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Kif hemm miktub anke fir-rapport tagħhom stess, b'erba' uffiċjali jridu jaraw madwar 200 każ ġdid fil-ġimgħa.", "Kważi kważi, lanqas jekk tipprova tagħmel l-impossibbli ma jirnexxielek tvinċihom.", "Huwa veru li sar investiment f'iktar staff – u dan jiena kont insistejt dwaru għal diversi drabi – però dan biżżejjed?", "Fl-opinjoni tiegħi, għadna lanqas biss bdejna.", "Veru li biex timpjega uffiċjali li jkunu professjonisti f'xogħollhom trid il-flus, però hija parti mis-servizz li pajjiżna jrid jagħti lill-pajjiż stess.", "Għalhekk, iva, hemm bżonn ninvestu iktar fir-riżorsi umani.", "Però mhux biss, hemm bżonn ninvestu anke f'faċilitajiet, fi premises ġodda u f'apparat li, filwaqt li jagħmel il-ħajja ta' dawn in-nies inqas diffiċli, fl-istess ħin ikun jista' jingħata servizz aktar ta' malajr u iktar effiċjenti.", "Illum il-ġurnata kull applikazzjoni li tidħol l-Awtorità tal-Ippjanar trid tgħaddi mill-proċess tas-Sovrintendenza.", "Din hija xi ħaġa tajba u ta' min jinkoraġġiha, però mbagħad min-naħa l-oħra, għalkemm hemm terminu, nispiċċaw f'sitwazzjoni li biex isir ix-xogħol case officer jissallab biex jipprova jirrispondi u jivvettja kull applikazzjoni.", "Imbagħad, hemm proċess ieħor li huwa dak tal-monitoraġġ li sfortunament jieħu ċertu tul ta' żmien minħabba nuqqas ta' riżorsi umani.", "Għalhekk, nerġa' nappella lill-Ministru dwar il-bżonn li b'mod kontinwu nibqgħu ninvestu fin-nies.", "Huwa veru u nifhem li hemm il-problema li mhux kulħadd għandu l-kwalifiki neċessarji biex jagħmel dan ix-xogħol, u allura wieħed irid jara kif anke ninkoraġġixxu nies biex jidħlu f'dan il-qasam, jekk hemm bżonn anke b'xi tip ta' warrants.", "Dan mhuwiex xogħol faċli.", "Wieħed ikun irid imur jagħmel investigazzjoni fuq is-siti, anke fix-xemx, u huwa xogħol ta' ċerta tbatija u ta' responsabilità kbira.", "Għandna ninvestu fir-riżors uman; però għandna wkoll ninkoraġġixxu lil dak li jkun b'xi tip ta' warrant biex iktar nies jidħlu u jersqu għal dan ix-xogħol.", "Jekk tippermettuli, nixtieq nagħmel kritika żgħira Naħseb li hemm bżonn li jiġu stabbiliti linji gwida speċjalment għal wara li jkun sar il-proċess ta' monitoraġġ u joħroġ il-permess.", "Linji gwida ċari jiffaċilitaw il-ħajja ta' min ikun involut, fis-sens li periti u applikanti jkunu jafu eżatt x'għandhom jagħmlu.", "Forsi b'dan il-mod ukoll il-proċess jitħaffef iktar.", "Sur President, punt tal-aħħar li rrid nagħmel hu li trid tissaħħaħ ukoll il-komunikazzjoni bejn is-Sovrintendenza u l-monitors.", "Safejn naf jien, il-monitors sal-lum huma entità għalihom.", "Dawn jaħdmu fil-viċin mas-Sovrintendenza, però mhumiex impjegati tas-Sovrintendenza.", "Nemmen li għandhom isiru aktar diskussjonijiet u għandhom jaħdmu iktar id f'id.", "Għalhekk semmejt li għandhom isiru ċertu linji gwida biex l-affarijiet ikunu iktar easy flowing u titħaffef il-ħajja ta' kulħadd, għax b'hekk kulħadd ikun jaf minn fejn irid jibda u fejn irid jispiċċa.", "B'dan il-mod niffaċilitaw ix-xogħol għal kulħadd u nnaqqsu ċertu ammont ta' dewmien biex joħorġu clearances jew inkella struzzjonijiet oħra mis-Sovrintendenza.", "Nemmen li huwa dmir ta' kull wieħed u waħda minna f'dan il-Parlament li nimbottaw lill-Eżekuttiv biex jagħmel l-investimenti kollha neċessarji f'din l-aġenzija.", "Nemmen li hija aġenzija ta' importanza kbira u l-Gvern ma jistax joqgħod jgħid għax se titlef il-flus jew mhux se taqla' flus.", "Hemm bżonn li ninvestu fiha u rridu ninvestu fiha.", "Sur President, nerġa' minn qalbi nirringrazzja lill-ħaddiema kollha, mill-kbir saż-żgħir, ta' dawn iż-żewġ entitajiet, u qabel nagħlaq nixtieq nagħmel referenza wkoll għad-diskors li għamel l-Onor.", "Bedingfield; naqblu li l-wirt kulturali ta' pajjiżna m'għandux ikun ballun politiku, iżda għandu jkun mezz li jgħaqqadna.", "Grazzi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Ministru Owen Bonnici biex jagħmel il-winding up.", "OWEN BONNICI: Sur President, l-ewwel nett, irrid nirringrazzja lil kull min ħa sehem f'dan id-dibattitu għax naħseb kien dibattitu interessanti ferm u kien pożittiv.", "Naturalment, ikun hemm ftit kritika, imma on the whole kien dibattitu pożittiv ħafna.", "Jekk l-ikbar problema fejn tidħol il-kultura bħalissa hija li rridu nkunu ċari u nispjegaw kif nixtru l-pitturi, allura naħseb li qegħdin fid-direzzjoni t-tajba.", "Irrid nibda billi nagħmel bħalma għamel kulħadd, u ċjoè nirringrazzja lil dawk kollha li għamlu dan kollu possibbli.", "Nibda billi nsellem minn qalbi lin-nies kollha ta' Heritage Malta, liċ-Chairperson, lis-CEO, lid-Direttur Eżekuttiv u lin-nies kollha involuti li jagħmlu dan kollu possibbli.", "Insellem ukoll minn qalbi lis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u lin-nies kollha li jaħdmu miegħu għaliex naħseb jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna.", "Grazzi ħafna.", "Hawn min jgħid li meta nitkellmu fuq il-patrimonju kulturali qed nitkellmu fuq xi ħaġa tal-antik li ma tagħtix enerġija.", "Dan mhu veru xejn, anzi l-patrimonju kulturali huwa xi ħaġa li tqajjem interess kbir u tagħti opportuntià li wieħed ikun jista' joħloq affarijiet ġodda b'affarijiet li ilhom magħna għexieren ta' snin kbar.", "Issemmew id-diversi aspetti kulturali, u kien hemm min tkellem anke fuq il-Valletta 2018.", "Jien nieħu gost nitkellem dwar il-kultura, dwar il-performing arts, dwar Valletta 2018, però llum irridu nitkellmu fuq il-patrimonju kulturali.", "Jiena se nagħżel li nħalli d-dibattitu dwar il-kultura għal ġurnata oħra, għax illum xogħolna huwa li nitkellmu dwar il-patrimonju kulturali u l-wirt storiku, dak il-wirt li ġie għandna mingħand missirijietna wara ħafna u ħafna snin.", "Jien dejjem ngħid li pajjiżna huwa superpotenza fejn jidħol il-wirt storiku.", "Hawnhekk qed nikkwota dak li jgħid l-espert Dr Anthony Pace, u naħseb li għandu raġun.", "Pajjiżna verament huwa superpotenza fejn jidħol il-wirt storiku għaliex f'kull kantuniera ssib postijiet ta' valur storiku kbar ħafna.", "Jiena dejjem ngħid li kieku l-Ipoġew u l-Ġgantija kienu qegħdin fl-Istati Uniti, probabbilment xebgħu jidhru f'films tal-aqwa atturi.", "Aħna għandna dover li ninterpretaw u mmexxu 'l quddiem il-wirt storiku u nieħdu ħsiebu għaliex dak huwa li jagħmilna Maltin.", "X'inhu r-rwol ta' Heritage Malta u x'inhu r-rwol tas-Sovrintendenza?", "Ħafna nies iħalltu x'tagħmel is-Sovrintendenza ma' x'tagħmel Heritage Malta u forsi għan-nies dawn huma \"dawk tal-heritage\" u that's pretty much it.", "Dan mhuwiex il-każ, u allura rrid nerġa' nenfasizza x'inhuwa r-rwol ta' wieħed u x'inhuwa r-rwol tal-ieħor.", "Ir-rwol ta' Heritage Malta huwa ta' operatur, huwa dak li jopera u jimmaniġġja s-siti storiċi tal-Gvern.", "Is-Sovrintendenza huwa dak li jirregola, li jara li l-affarijiet mexjin tajjeb.", "Biex in-nies jifhmuni, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali huwa qisu l-pulizija, waqt li Heritage Malta huwa l-player, huwa dak li attwalment jieħu ħsieb il-wirt storiku.", "Jekk nieħdu, pereżempju, Ħaġar Qim, dak tieħu ħsiebu Heritage Malta, li hija l-aġenzija li fuqha aħna bħala pajjiż fdajna biex tieħu ħsieb il-patrimonju storiku, mentri s-Sovrintendenza jara li l-liġijiet qed jiġu obduti u li l-wirt storiku jiġi protett b'mod ġenerali.", "Sur President, jien is-sena l-oħra kont għedt li qed nirrikonoxxi li għandna problema fejn jidħol is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, u kont impenjajt ruħi li naqbad il-barri minn qrunu u nindirizza din il-problema.", "Jien kuntent ħafna ngħid li sena wara li tkellimt kif tkellimt fil-Parlament, l-affarijiet imxew 'il quddiem ħafna.", "Mhux qed ngħid li kollox huwa perfett, għax assolutament mhuwiex, imma minn Sovrintendenza li kienet bi ftit nies, li kellha ħafna xogħol tant li ma tlaħħaqx u b'nies demotivati, illum għandna Sovrintendenza li, anke mertu tas-Sur Magro Conti, fiha nies validissimi, nies ta' esperjenza u nies ġodda li ġew mill-Università.", "Rigward kondizzjonijiet aħjar, għalkemm mhumiex dawk li nixtieq, u fadal fejn nimxu meta tikkompara kemm jitħallsu l-ħaddiema tas-Sovrintendenza ma' ħaddiema oħrajn, almenu nista' ngħid li bdejna l-passi fit-triq it-tajba.", "Jiena ġibt miegħi ftit figuri biex insemmi ftit fatti.", "L-ewwel nett, mill-aħħar darba li tkellimna sal-lum daħlu 13-il professjonist fis-Sovrintendenza, li huma kollha żgħażagħ kwalifikati f'oqsma differenti tal-patrimonju, u tliet amministraturi.", "Mela issa għandna 16-il persuna li ngħaqdu mas-Sovrintendenza f'sena waħda.", "Dawn kollha huma nies gradwati u l-amministraturi huma nies li jew għandhom esperjenza amministrattiva jew qed jitgħallmu fl-amministrazzjoni.", "It-13-il professjonist huma kollha nies li huma ggradwati fis-settur tal-arkeoloġija.", "Issa l-fatt li wieħed hu ggradwat ma jirrendikx espert.", "Wieħed irid ikun umli biżżejjed li jammetti li inti ma ssirx espert mill-ewwel, imma jrid ikun hemm proċess li bih inti ssir espert.", "Dan bħal perit jew avukat.", "Meta tiggradwa inti ma tkunx espert legali mill-ewwel, inti trid tidħol il-Qorti, taqla' xi żewġ għajtiet mingħand l-imħallfin, titlef xi żewġ kawżi li jmissek irbaħt u tibda titgħallem kif għandek titjieb.", "Fil-ħajja kollox hekk, u kull professjonist għadda minn dan li qiegħed ngħid.", "Illum mhux se niġi hawn u ngħid li dawn it-13-il professjonist jistgħu jmexxu s-Sovrintendenza għada filgħodu, għax mhuwiex il-każ, però qed jitgħallmu tajjeb ħafna, tajniehom it-training u mexjin tajjeb.", "Jien overall prattikament naf l-ismijiet ta' kulħadd għax in-nies jiġu jkellmuni u jgħiduli: Jiena ma' dan qiegħed nittratta.", "Allura għandi idea pjuttost ċara tal-ħiliet ta' dawn in-nies, u nista' ngħid li huma ħiliet tajbin u mexjin 'il quddiem.", "B'din il-mossa, ħames jew għaxar snin oħra se nkunu f'pożizzjoni li l-pajjiż ikollu 13-il persuna u iktar – għax nittama li se nkomplu nżidu magħhom – li eventwalment se jkunu jifhmu u jifhmu mhux ħażin.", "Hawn min qed jgħidli li b'daqshekk ma tibdiex.", "Veru, imma issa għandna 13-il persuna ma' li kien hemm, u jekk Alla jrid se nkomplu nżidu iktar professjonisti.", "Din hija qabża tajba mis-sitwazzjoni li kellna fejn kellna Sovrintendent u tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa min-nies oħra biss.", "Ġibna ħames uffiċjali li huma esperti ta' reputazzjoni għolja ħafna mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Nirringrazzja lill-Ministru Ian Borg li meta għedtlu li għandna bżonn dawn il-ħamsa min-nies, hu qalli: Jekk hemm dan il-bżonn, dawn il-ħamsa jistgħu jiġu jibdew jaħdmu mit-tali data.", "Dawn il-ħames uffiċjali huma magħrufa man-nies fis-settur, u llum qegħdin hemmhekk.", "Fl-aħħar, wara tant attentati għandna Sovrintendent, is-Sur Magro Conti, li kulħadd jaf x'ħobż jiekol, hemm dawn il-ħames assistenti li jservu bħala middle management, hemm 13-il gradwat li bdew jaħdmu, u n-nies l-oħra li kienu jaħdmu hemmhekk diġà.", "Jien irrid insellmilhom ilkoll.", "Dawn jagħmlu bażi tajba biex issa nkomplu nibnu.", "Jiena m'iniex se nieqaf hawnhekk, u nagħti kelma lill-Parlament li se nkomplu nibnu u nżidu n-nies.", "Ngħid dan għaliex, għalkemm qed naraw titjib, ma jfissirx li hemm biżżejjed.", "Però, bħala stat ta' fatt, l-10,000 konsultazzjoni fis-sena 2018 ġew imwieġba kollha fil-ħin.", "Meta l-Planning Authority kienet tibgħat għal feedback mingħand is-Sovraintendent, dawn ma kenux iwieġbu jew kienu jwieġbu fl-aħħar minuta.", "Illum, għandna sitwazzjoni fejn qed jiġu mwieġba f'ħin li huwa ħin tajjeb, ħin li jagħmel sens.", "Jien verament kuntent li fejn tidħol il-konsultazzjoni mexjin tajjeb.", "Nerġa' ngħid li l-10,000 konsultazzjoni dwar planning application ġew imweġbin kollha fil-ħin skont il-liġi.", "Issa, l-ewwel battalja rbaħniha.", "Jonqos il-kwestjoni tal-monitoring, u din hija kwestjoni li għandi ħafna xi ngħid dwarha.", "Jiena jidhirli li fejn jidħol il-monitoraġġ, min-naħa tal-Sovrintendenza bdejna, imma fadal.", "Jiena għadni m'iniex kuntent b'ċertu feedback li jrid jingħata mis-Sovrintendenza u nemmen li jrid ikun hemm iktar effiċjenza.", "Nerġa' ngħid, fejn li konna mxejna ħafna, però rridu nagħmlu iktar.", "Hawnhekk se nkun ċarissimu u straight to the point biex ma jkun hemm ħadd li jifhem ħażin.", "Hemm monitors li jixirqilhom kull ġieħ u hemm monitors li ma jixirqilhomx jissejħu monitors.", "Hemm monitors tajbin u bravissimi, imma hemm monitors li misshom ilhom li tneħħilhom il-permess li jaġixxu ta' monitors.", "Jiena nemmen li l-monitors huma kruċjali.", "Għal min ma jafx, meta inti tapplika għal permess u s-Sovrintendent jgħidlek li hemmhekk għandek xi ħaġa ta' wirt storiku, is-Sovrintendent normalment jimponi monitoraġġ.", "Inti tqabbad monitor li huwa professjonist normali u liberu bħalma inti tqabbad avukat jew perit.", "Hemm monitors tajbin immens, jagħmlu xogħol b'diliġenza, iżda hemm oħrajn li misshom jistħu li jissejħu monitors.", "Qed ngħid dan għaliex nisma' stejjer li litteralment għalija huma inaċċettabbli.", "Ġieli jiġu nies jilmentaw fuq kwestjoni li nidħol fiha personalment.", "Is-Sur Magro Conti jaf kemm nitkellem miegħu dwar dan.", "Dawn il-kwestjonijiet nidħol fihom mhux biex nitolbu jiddeċiedi naħa jew oħra - dak jiddeċiedi hu; jien ma nindaħalx u lanqas biss nifhem fejn jidħlu arkeoloġija u wirt storiku - imma meta jkun hemm każijiet inaċċettabli, ġieli anke s-Sur Magro Conti stess jew in-nies tiegħu jmorru biex jgħinu lil dik il-persuna li tkun inqabdet fil-morsa ta' ċerti monitors li jew ma armawx jew jaħsbu li d-dinja ma nbidlitx.", "Jien hawnhekk qed nibgħat messaġġ lill-monitors tagħna.", "Aħna qed nagħmlu sforz, is-Sovrintendenza qed tagħmel sforz, hawn xogħol kemm trid u hawn ħafna żvilupp, mela investu u agħmlu xogħol sew.", "Dan qed ngħidu għax jidhirli li fejn jidħlu l-monitors hemm dawk li huma tajbin u li għandna nfaħħruhom u dawk li fil-fehma tiegħi għandhom ħafna xi jtejbu, u dawn iridu jtejbu.", "Nerġa' ngħid, il-monitors mhumiex impjegati tagħna.", "Dawn huma professjoni libera, bniedem għandu l-faċilità jqabbad liema monitor irid u din hija xi ħaġa importanti ħafna.", "It-tieni ħaġa, mill-esperjenza li ksibt fl-aħħar snin kemm ili li tajt il-wegħda li se nidħol personalment fejn tidħol is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, nista' ngħid li niltaqa' ma' ħafna u ħafna nies u nidħol f'każijiet individwali.", "Hawnhekk nappella lill-periti sabiex jagħtu l-aħjar servizz lill-klijenti tagħhom.", "Ma jistax ikun li joħroġ il-permess tal-iżvilupp bil-kondizzjoni li jiġi ngaġġat monitor, u dik il-kondizzjoni l-periti jinjorawha kompletament.", "(Interruzzjonijiet) Qed jgħiduli li r-responsabilità hija tal-applikant, però jiena nappella lill-periti biex meta jkun hemm il-kondizzjoni tal-monitors, jiggwidaw lill-klijenti tagħhom bl-aħjar mod.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-klijent li jbati.", "Aħna nafu b'każijiet fejn, meta jkun hemm servizz li ma jkunx komplut, ikun il-klijent li jbati.", "Jien jidhirli li fejn jidħlu l-kondizzjonijiet li timponi s-Sovrintendenza, il-periti għandhom jiggwidaw lill-klijenti tagħhom bl-aħjar mod.", "Meta jkun hemm periti tal-affari tagħhom u jkun hemm monitors tal-affari tagħhom, l-affarijiet jimxu.", "Meta jkellimni xi ħadd u jgħidli li għandu lit-tali monitor, ngħid: Mela nista' nserraħ moħħi li se jasal.", "Għax tidrahom, taf min huma dawk li jmexxu.", "Sur President, dan qed ngħidu għax jekk hemm bżonn nikkritikaw lis-Sovrintendenza, nikkritikawha, m'għandix diffikultà, u qiegħed hawn biex inwieġeb.", "Imma rridu naraw l-istampa kollha.", "Huwa importanti li nieħdu ħsieb il-wirt storiku tagħna.", "Issib min jgħidlek: Jien sibt katina ta' żmien il-Kavallieri u nixtieq inkissirha.", "Hawn min jirraġuna hekk, u hemmhekk is-Sovrintendent jgħidlu: Le, tkissirhiex.", "Dak l-individwu ġieli joqgħod jeħodha ma' kulħadd, u jsir ħafna theddid u paroli fil-vojt.", "Issib nies hekk, imma mbagħad irridu nkunu aħna li niddistingwu bejn dak li huwa sewwa u dak li mhuwiex.", "Il-protezzjoni tal-wirt storiku hija kruċjali.", "Aħna obbligati li lil ta' warajna nħallulhom wirt storiku aħjar milli sibnieh aħna.", "Dan huwa kruċjali.", "Sur President, irrid infakkar li f'pajjiżna bħalissa għaddejjin gelgul ta' proġetti ta' natura straordinarja.", "Jekk tieħu t-toroq bis,s ara kemm hemm proġetti ta' toroq.", "Il-Gvern għaddej ukoll gas down fil-bini ta' skejjel, ta' sptarijiet, ta' djar tal-anzjani u bini infrastrutturali ieħor u min-naħa tas-Sovrintendenza, nagħtu l-appoġġ kollu tagħna sabiex dan ix-xogħol jibqa' għaddej mingħajr skossi.", "Jiena nerġa' nirringrazzja lis-Sur Joe Magro Conti li fejn jidħlu proġetti kapitali – kif għedt, toroq, sptarijiet u djar tal-anzjani li jagħmel il-Gvern – jara kif jagħmel biex jgħin kemm jiflaħ sabiex dawn il-proġetti jsiru.", "Nixtieq nirringrazzjah.", "Veru mhux dejjem jieħu l-prosit, imma jien jidhirli li l-affarijiet tjiebu ħafna minn kif kienu qabel, u dan it-tijib kien across the board.", "Fejn tidħol id-deċiżjoni li jiġi impost monitor, dik naturalment hija deċiżjoni tat-tekniċi, żgur mhux tiegħi.", "Jien dejjem nappella għall-bonsens.", "Ġieli jiġu nies ikellmuni u jgħiduli: Imma jien kellu għalfejn ikolli monitor impost fuqi għal dan it-tip ta' żvilupp?", "Jien diġà ddikjarajt li m'iniex arkeologu, m'għandix expertise.", "Jiena għandi fiduċja f'min jifhem, però jien dejjem dejjem nappella għall-bonsens.", "Dak li hemm bżonn li jiġi protett nipproteġuh, imma jrid ikun hemm bonsens fis-sens li fejn ikun hemm bżonn monitor jiġi impost monitor, u fejn ma jkunx hemm bżonn monitor, m'għandu qatt jiġi impost monitor, għaliex imbagħad veru l-frustrazzjoni tkun ġustifikata.", "Dwar monitoraġġ dan li kelli xi ngħid.", "Kont ċar, kont skjett, u naħseb li tkellimt b'mod li jifhimni kulħadd.", "Is-Sovrintendenza mhuwiex biss monitoring u consultation, hemm ukoll koperazzjoni ma' entitajiet fejn jidħlu skavi, restawr ta' bini u patrimonju taħt l-art.", "Hemm kumitati u bordijiet li tipparteċipa fihom, u għandha wkoll rwol fejn jidħol importazzjoni u esportazzjoni ta' oġġetti kulturali.", "Hemm ukoll issues ta' aġġornament tekniku fl-infrastruttura diġitali.", "Ix-xewqa tiegħi hi li xi darba fl-SCH nara l-aqwa sistema tal-IT possibbli.", "Meta tidħol fl-SCH tiltaqa' ma' nies ta' esperjenza li litteralment huma enċiklopedija ambulanti.", "Dawn jgħidulek x'hemm f'kull rokna ta' Malta, u probabbilment anke x'hemm taħt l-art.", "Dan l-expertise tagħhom irridu niddokumentawh permezz ta' sistema diġitali li tkun waħda li taqbel ukoll mas-sistema diġitali tal-Planning Authority.", "L-ideali hu li l-mapep li jintużaw naħa ikunu kemm jista' jkun identiċi għall-mapep tan-naħa l-oħra.", "Naturalment, dan it-titjib għandu jkun tali li jagħti ċertezza.", "Jekk jien żviluppatur u xtrajt plot jien għandu jkolli d-dritt inkun naf mhux biss jekk il-plot huwiex ta' min biegħhieli jew jekk hemmx dejn fuqha – dak joħroġ mir-riċerki – imma anke fejn jidħol inċidenza ta' sejbien ta' wirt storiku.", "Jien jidhirli li eventwalment irridu niġu f'pożizzjoni fejn anke fejn jidħol il-wirt arkeoloġiku, persuna li se tixtri jew li se tinvesti għandu jkollha ċertezza.", "Ovvjament, qatt ma jista' jkollok ċertezza assoluta għax dik il-Bambin biss jiggarantixxiha, imma għandu jkun hawn sistema fejn, kemm jista' jkun, min se jixtri plot ikun jaf jekk hemmhekk hemmx il-possibbiltà li jinsabu artifatti arkeoloġiċi.", "Jien naħseb li min jiżviluppa f'pajjiżna għandu jkollu dan id-dritt.", "Se ngħaddi biex nitkellem fuq Heritage Malta.", "Nirringrazzja lill-Kamra tal-messaġġ ta' sodisfazzjon li ħareġ dwar ix-xogħol ta' Heritage Malta, li naħseb li huwa xogħol tajjeb ħafna, fejn qed naraw bidliet importanti ħafna jsiru f'din l-aġenzija.", "Diġà semmejt l-irwol taċ-Chairperson.", "Irrid insemmi wkoll l-irwol tad-Direttur Eżekuttiv, li jien għandi x-xorti li huwa l-Principal Permanent Secretary (PPS).", "Fil-Bord tad-Diretturi tal-Heritage Malta hemm il-PPS u l-Permenant Secretary tal-Finanzi, li kulħadd jaf kemm iħobb il-kultura u l-heritage, u allura jien inħossni xxurtjat li meta nimbotta biex issir xi ħaġa, mhux żewġ pari jdejn ikolli jimbuttaw imma tlieta, kollha ta' nies li jħobbu l-heritage daqsi u iktar minni.", "Jien inħossni xxurtjat li f'dan il-vjaġġ li qed nagħmlu qed nagħmlu affarijiet flimkien.", "Mhux ta' b'xejn li rajna skemi sbieħ ħafna bħal dawk tal-passaporti għal nies ta' aktar minn 60 sena, flimkien ma' skemi ta' passaporti għat-tfal li jidħlu b'xejn fis-siti kollha ta' Heritage Malta u jistgħu jdaħħlu żewġ adulti magħhom.", "Biex nirrispondi lill-Onor.", "Therese Comodini Cachia li tkellmet u telqet 'l hemm – jiġifieri m'għandix il-privileġġ li qed tismagħni; allaħares għamilt hekk jien! – irrid ngħid li s-social workers jistgħu jidħlu bla problemi ta' xejn għax il-passaport jipprovdi biex mat-tfal jidħlu b'xejn żewġ adulti.", "Dawn huma kollha affarijiet sbieħ.", "Jien illum għandi aħbarijiet sbieħ ħafna x'nirrapporta.", "Jien niftakar li l-ewwel ħaġa li qaluli meta ħadt over Heritage Malta kienet dwar il-problema ta' nuqqas ta' ħlasijiet.", "Kien hemm sitwazzjoni fejn anke l-ħlas tal-bolol tal-ħaddiema kien jiġi pospost.", "Tant kemm kellhom problema ta' cashflow, anke biex iħallsu l-bolol kien hemm problema!", "Dan jiftakru s-Sur Zammit li kien f'kariga oħra.", "Minn hemm bdejna.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni fejn irreġistrajna surplus ta' prattikament €0.5 miljun.", "Jiġifieri minn sitwazzjoni fejn bilkemm inlaħħqu mal-ispejjeż u naraw kif nagħmlu biex inġewżu, illum għandna sitwazzjoni ta' €0.5 miljun surplus.", "Jien m'għandix dubju li dan is-surplus se jkompli jiżdied, speċjalment issa li fetħu s-siti tal-Ipoġew, li kienu magħluqin.", "Dik kienet daqqa ta' ħarta kbira, imma kien hemm bżonn li jsir.", "Jien konvint li dan ix-xogħol se jkompli jrendi ħafna dħul għal Heritage Malta.", "Huwa għax kien hemm dan id-dħul li stajna ntejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, li kollha ħadu żidiet fil-pagi tagħhom.", "Jiena lill-ħaddiema nirringrazzjahom minn qalbi.", "Stajna nagħmlu wkoll dawn il-passaporti b'xejn, għax meta r-rota ddur imbagħad aħna nqassmu l-ġid b'mod li jgawdi minnu kulħadd.", "Irrid ngħid ukoll li anke l-ammont ta' viżitaturi li jħallsu żdiedu.", "Fil-fatt kull sena fis-siti ta' Heritage Malta jidħlu 1.6 miljun ruħ.", "Mela kellna record fil-profitt u anke fl-ammont ta' viżitaturi.", "Dawn huma affarijiet li, jekk kont tgħidhom sa sitt snin ilu li se jiġu jżuru 1.6 miljun, kienu jiddubitaw jekk intix kollox sew.", "Hekk kienet sitt snin ilu.", "Hemm ukoll il-proġetti li tagħmel Heritage Malta.", "Heritage Malta mhijiex qiegħda hemmhekk biss biex topera u timmaniġġja s-siti storiċi, imma anke biex twettaq proġetti.", "Issemma diġà l-MUŻA li naħseb nieżel tajjeb ma' kulħadd.", "Jien nieħu gost li anke s-soċjetajiet mużikali jgħiduli li jridu jiġu jdoqqu jew jagħmlu kunċert il-MUŻA.", "Nieħu pjaċir għax ngħid li daħal fil-qalb tan-nies.", "L-Onor.", "Comodini Cachia staqsiet dwar x'inhi l-glitch li tissemma fir-rapport.", "Waqt li konna qed nagħmlu x-xogħlijiet fil-MUŻA nstabet area żgħira ta' ċertu valur li ma konniex nafu li qiegħda hemm.", "Meta waqqgħu ħajt sabu qisu minn hawn sa faċċata li wasn't accounted for.", "Naturalment, meta ssib sejba bħal dik inti tbiddel il-pjanti u tbiddel il-pjanijiet biex dik tabbraċċjaha u tinkludiha.", "Aħna rnexxielna nlestu fil-ħin fis-sena 2018 kif wegħedna, irnexxielna niftħu l-Mużew tal-Arti u fl-istess waqt abbraċċajna magħna din il-biċċa li qiegħda fejn hemm it-taraġ u li issa ġiet parti mill-Mużew.", "Fuq hekk sar dan l-għaġeb!", "Jekk titkellmu mal-esperti tagħna jagħtukom l-informazzjoni kollha iktar milli nista' nagħti jiena.", "Però, l-importanti huwa li aħna waqt li konna qed nagħmlu x-xogħlijiet skoprejna din il-ħaġa ġdida u stajna neħduha on board.", "Kien hemm ukoll domanda mill-Onor.", "Comodini Cachia dwar meta se titlesta l-parti ta' fejn hemm il-monument ta' La Valette.", "Jiena kuntent immens bix-xogħol kif miexi u, sal-aħħar tas-sajf li ġej, se jkun hemm proġett sabiħ ħafna.", "Issa jien nixtieq inżomm ftit sigriet dwar x'inhu dan il-proġett, u għalhekk għadni ma tajtx iktar dettalji.", "Dan se jkun proġett li se jinżel tajjeb man-nies, se jieħdu gost bih u, jekk tippermettuli, għalissa nixtieq inħallih daqsxejn sigriet.", "Jekk Alla jrid, kif niġu biex nidħlu f'Ottubru, inkunu nistgħu nitkellmu dwar dan it-titjib li se nagħmlu fil-parti ta' wara tal-MUŻA.", "Din hija parti li m'għandhiex x'taqsam mal-proġett tal-MUŻA, imma abbinajna xi ħaġa sabiħa li nixtieq għalissa nżommha under wraps ħalli meta nħabbruha tkun sorpriża.", "Rigward il-proġetti li għaddejjin fuqhom, irrid ngħid li fil-Palazz tal-Inkwiżitur se nagħmlu permanent display tal-kostumi.", "Meta bdejna, Borġ in-Nadur kien sit li biex tarah ma nafx x'kont trid tagħmel.", "Illum huwa miftuħ kuljum, jistgħu jidħlu t-tfal u l-anzjani b'xejn u t-turisti li jiġu jarawh ukoll.", "F'Għar Dalam sar park project, inkluż Ta' Kaċċatura.", "Hemmhekk hemm proġett sabiħ u, jekk il-Bambin jagħtini s-saħħa, dan ikun proġett ieħor li se nimbuttawh 'il quddiem.", "Iż-żona f'Birżebbuġa jixirqilha dan il-heritage park, li żgur li se jinżel tajjeb man-nies.", "Aħna nixtiequ ħafna wkoll li Tas-Silġ jinfetaħ kuljum għax dan għandu valur arkeoloġiku straordinarju.", "Hemmhekk se jkun hemm wkoll ċentru żgħir tal-viżitaturi.", "Xejn kbir, imma se jkun xi ħaġa sabiħa li tagħti valur lil din iż-żona.", "Imbagħad hemm ix-xogħol ta' restawr fuq il-Kappella ta' San Pawl Milqi u anke fuq il-Ġnien Villa Frère li, kif nafu, it-titlu tagħha qiegħed f'idejn Heritage Malta li għamlet NGO agreement mal-Friends of Villa Frère biex nippromwovu dawn il-ġonna.", "Hemm imbagħad il-proġetti Ewropej li kif nafu huma sbieħ għax jiggarantixxu l-flus, waqt li huma wkoll koroh għax huma riġidi ħafna, jiġifieri, trid tonfoq kollox sa ċerta data u kollox bl-eżatt.", "Hekk għandu jkun, imma hemm il-plus u l-minus tagħha, però kuntent li bis-saħħa ta' dawn il-fondi Ewropej irnexxielna nittrasformaw Sant' Anġlu, Sant'Iermu, il-Katakombi ta' San Pawl, il-MUŻA u dawn il-proġetti kollha li rnexxielna nagħmlu.", "Għall-Palazz tal-Gran Mastru se jkollna €10 miljun minn fondi Ewropej, u hemmhekk se jiġi verament sabiħ.", "Se nerġgħu nirrilokaw l-Armerija u se jkun hemm visitors experience u interpretation centre li hija xi ħaġa sabiħa ferm.", "Bħala parti minn dan ix-xogħol kollu se naqilgħu 'l barra l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li se jmur fil-binja li qegħdin nirrestawraw ukoll.", "(Interruzzjonijiet) Għax aħna nagħmlu kollox bi kbir!", "Mhux binja waħda nirrestawraw, imma tnejn!", "Imbagħad anke għal Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wieħed se jkollna tnejn, għax se jkollna l-Avukat tal-Istat!", "Hemm ħafna xogħol għaddej, katina waħda mal-oħra.", "Rigward il-Maritime Museum għamilna ftehim mal-familja Cousteau u m'għandix dubju li dan il-proġett se jpoġġi lill-Mużew Marittimu fuq il-mappa dinjija.", "Irnexxielna nirbħu €2 miljun biex hemmhekk inbiddluh ta' taħt fuq.", "Se jiġi sabiħ immens.", "Nagħlaq bl-aħħar żewġ punti.", "L-ewwel nett, l-2018 kienet sena li tista' tinżel b'ittri tad-deheb fl-istorja ta' Heritage Malta, kemm mil-lat ta' surplus li għamilna, kemm mil-lat ta' turisti li żaruna, kif ukoll mil-lat tal-eluf ta' Maltin li kienu jmorru fl-open days li konna nagħmlu kull xahar.", "Jien kont immur għax nieħu gost, għax bħal ħaddieħor nieħu pjaċir immur nara s-siti storiċi u tara lil kulħadd jieħu r-ritratti u jtella' l-istories fuq l-Instagram.", "Huma affarijiet sbieħ li tara familji miġburin hemmhekk; huma verament xeni sbieħ li tara eluf ta' Maltin jidħlu fis-siti storiċi tagħhom.", "Kienet sena storika għax għamilna esibizzjonijiet sbieħ ħafna.", "Għamilna events, lectures u anke l-programmi ġodda li semmejt li huma kollha affarijiet sbieħ.", "Imma qabel nagħlaq nixtieq insemmi żewġ punti.", "L-ewwel nett irrid ngħid li, kif nafu, il-Belt Valletta hija UNESCO World Heritage Site u dejjem kellna l-ħtieġa li mhux biss ikollha aġenzija kulturali għall-Belt Valletta – dik hija xi ħaġa li qed jieħu ħsiebha seħibna s-Sur Jason Micallef u n-nies tiegħu - imma jkun hemm ukoll grupp ta' nies li jħarsu lejn il-Belt Valletta mill-aspett ta' World Heritage Site.", "Għalhekk fi ħdan Heritage Malta, ħloqna l-Valletta Management Unit li xogħolha hu li tieħu ħsieb iż-żamma tal-Belt Valletta mil-lat ta' heritage.", "Mela ż-żamma tal-indafa jieħu ħsiebha t-team tal-Onor.", "Deo Debattista, li jagħmel xogħol tajjeb ħafna bl-għajnuna tal-Cleansing and Maintenance Division – li nsellmilhom minn hawnhekk – u hemm ukoll team ta' nies li jħarsu lejn il-Belt Valletta mil-lat ta' heritage site.", "Jiġifieri qed naraw a three-pronged approach fejn tidħol il-Belt Valletta: l-aspett kulturali, l-aspett patrimonjali u l-aspett ta' ndafa u upkeep.", "L-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali issa għaddew u llum hemm kunsill lokali ġdid fil-Belt Valletta – u hawn ippermettuli nkun politiku għal ftit sekondi – li, għall-ewwel darba fl-istorja, għandu maġġoranza Laburista.", "Dak huwa messaġġ ieħor b'saħħtu li ċerti ħbieb tiegħi mill-Oppożizzjoni tajjeb li jifhmuh kif il-Belt Valletta qalbet il-maġġoranza.", "Mela sinjal li xi ħaġa tajba għamilna, għax kieku ma kenitx taqleb il-maġġoranza.", "Imma għandna dawn il-players kollha li se jaħdmu flimkien sabiex il-Belt Valletta tkompli timxi 'l quddiem, fosthom il-Kunsill Lokali.", "L-aħħar punt huwa li dalwaqt se jitfakkar il-mitt sena mis-Sette Giugno, avveniment straordinarju li seħħ hanwhekk fil-Belt Valletta, fejn mietu l-Maltin minħabba li kienu qed jogħlew il-prezzijiet ta' prodotti essenzjali.", "Dan l-għoli fil-prezzijiet wassal biex Maltin ipprotestaw kontra l-barranin, u spiċċaw ċarċru demmhom u mietu.", "Dawn ma ċarċrux demmhom għalxejn għaliex sentejn wara li mietu – dawn kienu martri f'din il-battalja - il-barranin kienu tawna kostituzzjoni diċenti.", "Mhijiex l-aħjar kostituzzjoni li setgħu jagħtuna, imma għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-pajjiż kienet kostituzzjoni diċenti.", "Wieħed irid jiftakar li meta telqu l-Franċiżi minn Malta, ta' qabilna kienu ħadu d-deċiżjoni li jagħtu ruħhom f'idejn l-Imperu Britanniku.", "Aħna forsi l-uniku pajjiż fl-istorja tal-Imperu Britanniku li ġie f'idejn l-Imperu mhux permezz ta' rebħa.", "Ħafna jaħsbu li l-Ingliżi rebħuna, imma ma rebħuniex; aħna ċedejna lilna nfusna f'idejn l-Ingliżi, dik li fl-isfera legali tissejjaħ voluntary cession.", "Meta ċedejna ruħna f'idejn l-Ingliżi għamilna dikjarazzjoni tad-drittijiet, inkluż id-dritt tal-libertà tar-reliġjon, li hija sabiħa ħafna meta taqraha fuq il-karta.", "Kien hemm ħafna drittijiet, però meta ġejna għas-si u n-no – għall-inqas jien hekk jidhirli – il-kostituzzjoni li tawna left much to be desired.", "Kien proprju fl-1921 li tawna l-ewwel kostituzzjoni li fil-fehma tiegħi kienet diċenti u wasslet għall-ħolqien tal-ewwel parlament.", "Fil-fatt fl-4 ta' Novembru 1921, sentejn wara s-Sette Giugno, ingħatajna l-parlament.", "Issa se nkunu qegħdin niċċelebraw 100 sena minn mindu seħħew l-avvenimenti tas-Sette Giugno.", "Se nagħmlu performance sabiħa ħafna f'Sant'Iermu man-New Victorians.", "Dan huwa grupp li ż-żgħażagħ kollha jafu bih.", "Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd u l-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd ta' wara, f'Sant'Iermu se jkun hemm din il-performance.", "Se nagħmlu wkoll event fejn se nniedu l-esperjenza taċ-ċisterni ta' taħt l-art tal-Belt Valletta.", "Bħal m'għandna belt fuq l-art, għandna belt taħt l-art.", "Issa jista' jkun li hemm min jibża' mill-ġrieden u dawn l-affarijiet kollha.", "Imma aħna se nieħdu ħsieb kollox.", "Però kultant ninsew li aħt l-art hemm belt sabiħa ħafna li se nibdew nagħtu ftit minnha lura.", "Bdejnieha fil-Valletta 2018 u se nagħtu lura ftit togħma tal-Belt Valletta taħt l-art.", "Jekk nibqgħu sejrin hekk, m'għandix dubju li se nkomplu nivvalorizzaw il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Sur President, jiena ma nixba' qatt nitkellem dwar il-wirt storiku.", "Kif indunajtu, fuq kultura ma semmejt xejn għax tant hemm xi tgħid li dik aħjar inħalluha għal darb'oħra.", "Kulma rrid ngħid huwa li dan il-wirt storiku ta' pajjiżna rridu nibżgħu għalih, mill-affarijiet iż-żgħar sal-affarijiet il-kbar, mill-affarijiet li jidhru li m'huma xejn sal-affarijiet li huma kbar ħafna.", "M'għandix dubju li bix-xogħol li qegħdin nagħmlu, meta jgħaddu s-snin, it-tfal tagħna u wlied uliedna se jħarsu lura lejn l-2018, l-2019 u l-2020 u se jgħidu li dak kien żmien sabiħ ħafna għall-patrimonju Malti, għaliex ivvalorizzajnieh, tajnieh lura lin-nies u mexxejnieh 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hija li l-Kamra tapprova l-Estimi ta' Dħul u Infiq ta' Patrimonju Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445).", "L-ISPEAKER: Din il-votazzjoni tittieħed fid-19 ta' Ġunju 2019 skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 4 ta' Ġunju 2019 fl-4.00 p.m., b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għassena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "MR SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "IVAN BARTOLO: Grazzi, Sur President, xtaqt nuża l-Aġġornament tal-lejla biex nitkellem dwar realtà li qegħdin ngħixu fiha fis-sena 2019 f'wieħed mill-aktar reġjuni sinjuri tad-dinja, jiġifieri fir-reġjun tal-Ewropa, fejn xorta waħda hawn diversi nies li qegħdin jesperjenzaw il-faqar.", "Tajjeb li ngħidu li jekk illum titkellem dwar il-faqar f'pajjiżna, qisek qed tgħid dagħwa kbira għax dan ma tistax issemmih.", "Meta bniedem ikun għaddej mill-faqar u jsib ruħu ma jista' jagħmel assolutament xejn, normalment jaqbad u jmur fuq il-media fejn jew jiġi intervistat fuq it-televiżjoni, jew inkella fuq il-gazzetti lokali.", "Jiena personalment, meta jiġu jgħiduli, ma nagħtihomx parir li jagħmlu hekk.", "Dawn tant ikunu għaddejjin minn sfidi u diffikultajiet li ma jsibux kważi mkien fejn jiżvogaw.", "Dawn in-nies ikollhom is-social worker, imma xorta waħda mhuwiex biżżejjed biex ikunu jistgħu jkampaw mal-pressjoni tal-ħajja.", "Sur President, hawnhekk għandi ġurnal tas-26 ta' Mejju, tal-ġimgħa li għaddiet, fejn ġie rrapportat li omm ta' erba' wlied tipprostitwixxi ruħha biex tlaħħaq mal-ħajja u ma' kera li rdoppjat.", "Hawn ta' min jgħid li min jaf kemm-il darba ġurnalisti jiġu mwissija biex ma joqogħdux jesponu dan it-tip ta' stejjer.", "Qed nitkellem dwar faqar relattiv, u meta niltaqa' ma' dawn l-intervisti nżommhom mhux biss għall-informazzjoni, imma għaliex tkun taf anke x'qed jiġri f'pajjiżna.", "Fost oħrajn, f'din l-intervista nsibu punt dwar manteniment; l-omm tirbaħ numru ta' kawżi għall-manteniment, iżda dak li kien żewġha f'aktar minn 11-il sena qatt ma taha ċenteżmu.", "Hemm ukoll il punt li s-sid tal-kera rdoppjalha l-kera, anke jekk jaf li din l-omm m'għandhiex dħul.", "Din ripetutament talbet il-ħniena u l-għajnuna tal-Awtorita' tad-Djar iżda, bħal f'ħafna każijiet oħra, sabet il-bibien magħluqa.", "Hawn qed nitkellem dwar faqar relattiv, għalkemm ma nistgħux neskludu anke l-faqar assolut, għaliex il-faqar assolut bla dubju ta' xejn jeżisti wkoll.", "Il-faqar, Sur President, mhuwiex biss nuqqas ta' flus, imma jista' jkun ukoll nuqqas ta' vuċi, nuqqas ta' rispett, nuqqas ta' dinjità jew inkella drittijiet, stigma, sens ta' falliment u umiljazzjoni.", "Hemm il-faqar minħabba nuqqas ta' vuċi u anke ta' edukazzjoni li jwasslu lil dak li jkun ma jeħux dak li huwa bi dritt tiegħu.", "Filwaqt li fl-Unjoni Ewropea hemm medja ta' madwar 80 miljun ruħ, f'Malta r-rata tal-faqar hija ta' madwar 70,000, li għal pajjiżna huwa numru allarmanti.", "Dan qegħdin nitkellmu fl-2019.", "Bniedem jaqa' taħt il-linja tal-faqar jekk ikollu dħul medju ta' anqas minn €550 fix-xahar.", "Hemm min għandu ftit iktar u hemm min għandu ftit inqas.", "Dawn il-figuri jpoġġu lil Malta qrib in-nofs meta kkomparata ma' pajjiżi oħra.", "Billi qegħdin fin-nofs ma jfissirx li għandna nserrħu rasna u nibqgħu għaddejjin b'ħajjitna bħallikieku qisu m'hu qed jiġri xejn.", "Irridu ntaffu s-sofferenzi ta' ħutna li għadhom qed ibatu l-faqar ġewwa pajjiżna stess, u li jistgħu jkunu l-ġirien tagħna stess.", "Kif nafu, ċerti kategoriji ta' nies fis-soċjetà tagħna huma partikolarment vulnerabbli.", "Fost dawn insibu tfal u anzjani li għandhom aktar minn 65 sena.", "Insemmi t-tfal u l-anzjani għax dawn huma l-aktar żewġ gruppi vulnerabbli fejn tidħol l-età.", "Fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli nsibu anke familji b'ġenitur wieħed li ħafna minnhom ikunu jikkonsistu fl-omm u t-tfal.", "Hemm ukoll dawk li ma jaħdmux u jgħixu bir-relief minħabba ċirkostanza partikolari jew oħra.", "Hemm gruppi oħrajn bħal, pereżempju, familji b'żewġ adulti u tlett itfal jew aktar, familji b'żewġ adulti li mill-inqas xi ħadd minnhom għandu 65 sena jew aktar, u anke jekk huma mingħajr tfal imma xorta jkunu għaddejjin minn faqar relattiv.", "Kif diġà semmejt aktar kmieni, hemm ukoll persuni li jkunu fil-kera u ffaċċjati bl-iżgumbrament, u dawn huma wkoll vulnerabbli.", "Dawn illum hemm numru allarmanti minnhom, u kulħadd jaf li din hija sfida li laqtet lil pajjiżna.", "Aħna nifirħu bis-surplus, mela le, imma għal dawn in-nies inutli nitkellmu fuq surplus u inutli nitkellmu fuq rebħiet anke tal-elezzjonijiet.", "Dawn huma bnedmin li qegħdin jiġru minn post għal ieħor bħal nomadi.", "Dawn huma bnedmin li qegħdin ifittxu shelter homes li kollha huma kważi mimlijin.", "Dawn huma bnedmin li jgħixu f'karozza.", "Jien il-ġimgħa l-oħra ħadt miegħi il-Housing Authority mara li qiegħda tagħmel il-chemotherapy.", "Jekk Alla jrid, din għandha operazzjoni fit-8 ta' Ġunju.", "Lil din il-mara jiena rajtha tiddeterjora quddiemi u tgħix f'karozza.", "Imnalla kien il-kollega tiegħi, l-Onor.", "Arrigo, li taha kamra fil-hotel tiegħu biex tgħix hemm sat-8 ta' Ġunju, u minn hawnhekk nirringrazzjah pubblikament.", "Din hi s-sitwazzjoni f'pajjiżna, fejn niftaħru li aħna l-aqwa fl-Ewropa.", "Hemm ukoll dawk li jgħixu waħedhom.", "Sfortunatament, fadal nies – ħutna Maltin – li huma ġenituri imma m'għandhomx biex iħallsu computer, laptop jew karozza għax ma jlaħħqux.", "Oħrajn jaqgħu lura fil-ħlasijiet tad-djun ta' kontijiet ta' dawl u ilma, tal-kera, u tal-loan li għandhom.", "Hawn min ilaħħaq mal-ħajja bl-eżatt għax joqgħod attent x'jonfoq u x'jagħmel.", "Kwart ta' dawk li jaqgħu taħt il-linja tal-faqar għandhom anke problemi kbar biex ilaħħqu mal-ħajja.", "Irridu niftakru li hawn bnedmin li għandhom xogħol, imma xorta waħda ma jaffordjawx igħixu ħajja diċenti, speċjalment jekk anke għandhom xogħol prekarju.", "L-edukazzjoni hija importanti ħafna, Sur President.", "Hemm indikazzjonijiet ċari li l-edukazzjoni għandha impatt qawwi fuq ir-rata tal-faqar.", "Ma ninsewx ukoll l-esklużjoni soċjali.", "Din mhijiex neċessarjament relatata mal-faqar, anke jekk il-faqar ħafna drabi jwassal għall-esklużjoni soċjali.", "Pereżempju, bniedem li sħabu tax-xogħol joħorġu darba fix-xahar u hu qatt ma jattendi għal dawn l-okkażjonijiet għax isibha bi kbira biex jonfoq €30 għal ikla, jgħidlek li hu bi €30 kważi jgħix ġimgħa sħiħa.", "Dik imbagħad tispiċċa f'esklużjoni soċjali.", "Hemm ukoll dimensjonijiet oħra bħal, pereżempju, fost oħrajn id-diskriminazzjoni, in-nuqqas tad-drittijiet jew vuċi, in-nuqqas ta' solidarjetà u n-nuqqas ta' faċilitajiet, fost oħrajn, anke għal persuni b'diżabilità.", "Irridu rrażżnu wkoll ix-xogħol prekarju.", "Qabel l-2013, kienu jgħidulna li x-xogħol prekarju għolla rasu, imma llum, mhux talli ma eradikajniex ix-xogħol prekarju, talli l-prekarjat żdied.", "Irridu nipproteġu aħjar lil dawk li qed jiġu sfruttati minn min iħaddimhom.", "Il-ħaddiema b'xogħol prekarju, inkluż ħaddiema barranin – kif diġà semmejt – għandu jkollhom l-istess drittijiet bħall-ħaddiema full-time fuq bażi pro-rata, inkluż anke fil-pagi.", "Għandu jiġi ffaċilitat ukoll l-aċċess ta' gruppi vulnerabbli għas-suq tax-xogħol biex b'hekk tonqos anke d-dipendenza tagħhom fuq il-benefiċċji soċjali.", "Semmejt id-diskriminazzjoni.", "Issib diskriminazzjoni fuq livelli soċjali varji.", "Id-diskriminazzjoni għandha tiġi konfrontata mhux biss fuq ix-xogħol, iżda anke fuq sferi soċjali oħra.", "Għandu jkun hemm ukoll assessjar realistiku tal-benefiċċji soċjali.", "Tajjeb li ngħollu l-pensjonijiet, imma tajjeb ukoll li naraw li l-pensjonanti tagħna ma jibqgħux fis-sitwazzjoni li meta jaqbeż nofs ix-xahar ma jibqgħalhomx biex ikomplu jgħixu.", "Din diġà għedtha darb'oħra.", "Morru fil-grocers iż-żgħar fejn il-bejjiegħ stess jgħidlek li wara ġimagħtejn dawn jibdew jiddejnu mingħand l-istess ħanut tal-grocer.", "Għaliex?", "Għaliex, iżżid kemm iżżid, dan mhuwiex iservihom biex ilaħħqu mal-ħajja tal-lum.", "Meta nsemmu l-faqar, tajjeb ukoll li ngħidu li s-soċjetà tagħna mhijiex tieħu ħsieb ċerti nies għaliex mhijiex qed tagħraf il-problema tagħhom.", "Għandna bnedmin li ma jistgħux imorru fuq il-post tax-xogħol kuljum u oħrajn li huma morda b'diversi kondizzjonijiet.", "Fost oħrajn, tiġi f'moħħi l-fibromyalgia li għadha mhijiex rikonoxxuta f'pajjiżna.", "Hemm bżonn isir eżerċizzju biex naraw hemmx gruppi vulnerabbli oħra li tradizzjonalment ma kenux protetti mill-istat.", "Il-benefiċċji soċjali għandhom ikunu jirriflettu r-realtajiet soċjali tal-lum il-ġurnata, u llum il-ġurnata r-realtajiet soċjali f'pajjiżna huma totalment differenti mir-realtajiet soċjali li kellna sentejn ilu.", "Il-benefiċċji soċjali għandhom mhux biss jiġu organizzati u simplifikati billi titneħħa l-burokrazija żejda, imma jridu jaħsbu wkoll fi bnedmin li għall-Istat kważi kważi huma ineżistenti.", "Bħalissa qed jiġu f'moħħi bnedmin li spiċċaw bla saqaf fuq rashom minħabba żgumbrament u li jieħdu r-relief.", "Dawn m'għandhomx indirizz; allura għaliex m'għandhomx indirizz jinqatgħalhom ir-relief?", "X'se jiġri?", "Għandek dik l-anzjana li dejjem għexet għal ommha missierha, tat ħajjitha għalihom u qatt ma tkun ħallset bolla.", "Dawn meta mietu ħallewlha d-dar.", "Issa din għaliex jidher li għandha l-assi - għaliex għandha d-dar - ma tiġix megħjuna.", "Din x'se tagħmel?", "Se tiekol mill-ġebel tad-dar?", "Dan huwa stress żejjed fuq il-fqir, fuq iż-żgħir, fuq il-batut u fuq il-vulnerabbli.", "Dawn huma d-diffikultajiet kbar li bihom qed inkomplu ngħaffġu u qed inkomplu nkunu gaffa fuq il-vulnerabbli.", "Huwa veru li kien hemm diversi riformi li għandhom jiżguraw sostenibilità finanzjarja u dik li aħna nsejħulha ġustizzja soċjali.", "Nafu li ma jistax isir kollox f'daqqa, u nafu li saru wkoll passi f'diversi kategoriji tas-soċjetà. imma hemm bżonn li niċċaraw il-prijoritajiet.", "Irridu nkunu aktar sensittivi għat-tbatijiet ta' dawk li qed jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Żgur mhux forsi li hemm bżonn ta' aktar rieda politika.", "Sur President, qabel nagħlaq nixtieq li f'pajjiżna ma nibqgħux fis-sitwazzjoni li kulmin jitkellem fuq il-faqar, jgħidulu li qed jeqred jew jgħidulu: Fejn kont inti qabel l-2013?", "Żgur li qabel l-2013 jiena ma kontx hawnhekk, għax kieku kont inżomm l-istess pattern u kont nitkellem ukoll fuq l-istess linja li qed nitkellem illum.", "Mhuwiex sew li meta ssemmi l-faqar qisek qed toħloq xi gwerra kontra xi ħadd.", "Wara kollox, il-faqar f'pajjiżna wieħed jista' jarah b'għajnejh u jmissu b'idejh.", "Wara kollox, aħna qegħdin hawnhekk biex inkunu l-vuċi tal-batut, tal-fqir, taż-żgħir u tal-vulnerabbli.", "Grazzi, Sur President.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Grazzi, Sur President.", "Fl-aħħar minuti ta' dan l-Aġġornament xtaqt, jekk tippermettili, inkompli ftit fuq dak li kien għaddej waqt id-domandi parlamentari aktar kmieni f'din is-seduta.", "Jiena għamilt domanda supplimentari li rrisponda l-Ministru, imma mbagħad skada l-ħin u ma stajtx nagħmel kjarifika, anke għall-korrettezza, fuq dak li ntqal.", "Naħseb li kien ta' sodisfazzjon li, waqt li kien qed jitkellem dwar is-sigurtà, il-Ministru Michael Farrugia għamel aċċenn għad-domanda li għamiltlu jiena proprju dwar il-kunċett tal-community policing.", "Jiena ridt nagħmel korrezzjoni għal dak li l-Ministru għoġbu jħabbar proprju llejla.", "Kien ta' sodisfazzjoni nisma' lill-Ministru jikkonferma li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jibda l-proġett pilota tal-community policing.", "Dan il-kunċett ilna nitkellmu dwaru.", "L-Oppożizzjoni temmen li dan jista' jgħin mhux biss biex ikun ta' deterrent għall-kriminalità fl-ibliet u fl-irħula tagħna, iżda wkoll biex inissel aktar rispett lejn il-pulizija u lejn il-gwardjani lokali.", "Jiena għedt li ridt nitkellem għall-korrettezza għaliex il-Ministru qal li dan il-kunċett il-Gvern ilu jaħseb fuqu sa minn qabel ma l-Oppożizzjoni ressqet il-proposti tagħha.", "Il-Ministru qal li l-Gvern ilu bejn sitta u disa' xhur li ħaseb f'dan il-kunċett.", "Il-proposti li ressqet l-Oppożizzjoni kienu jinsabu f'dokument li ġie ppreżentat lill-Gvern proprju 14-il xahar ilu, u dan juri li mhuwiex korrett dak li kien qed jgħid il-Ministru Michael Farrugia aktar kmieni llum.", "Huwa tajjeb li dan il-kunċett se jibda, però naħseb li tajjeb li nirrikonoxxu wkoll li kienet l-Oppożizzjoni li insistiet li jidħol.", "Jiena ridt nieħu din l-okkażjoni biex nagħmel din il-korrezzjoni.", "Nerġa' ngħid li l-Ministru qal li l-Gvern ilu li ħaseb fuq il-community policing bejn sitta u disa' xhur, imma l-proposti tagħna lill-Gvern saru 14-il xahar ilu, u mhux bejn sitta u disa' xhur ilu.", "Ovvjament, hekk għandna nagħmlu l-politika f'pajjiżna, hekk iridu n-nies hemm barra, li jekk proposta tkun tajba, anke jekk tkun ġiet mill-Oppożizzjoni, il-Gvern jilqagħha.", "Issa ħalliha li, ftit ġranet qabel l-elezzjonijiet li għaddew, aħna ressaqna emendi fuq il-community policing u t-tourism policing fi stadju ta' Kumitat u l-Gvern ma aċċettahomx.", "Illum il-Gvern ikkonferma li, minkejja li vvota kontra, issa jidher li se jintroduċi proġett pilota proprju fil-lokalità tal-Mellieħa.", "Ovvjament, mhux se noġġezzjona li se jkun qed jibda dan il-proġett pilota, però nittama li dan il-proġett ma jiġrilux bħall-proġett pilota li kien sar f'San Ġiljan tat-tourism policing.", "Wara ftit xhur dan il-proġett kien diġà qed iħalli l-frott mixtieq, tant li rajna effett pożittiv anke fl-ambjent ta' Paceville u l-madwar.", "Imma, sfortunatament, dan il-proġett pilota ntradam, miet u ma baqax jiġi attwat.", "B'sens ta' responsabilità u b'sens ta' pożittività min-naħa tal-Oppożizzjoni ngħid li huwa tajjeb li l-Gvern qiegħed jilqa' l-proposta tal-Oppożizzjoni u se jkun qed iniedi dan il-kunċett tal-community policing bi proġett pilota fil-lokalità tal-Mellieħa, però nittama li jkollna aktar lokalitajiet li jgawdu minn din l-inizjattiva.", "Sur Presdent, dan huwa proġett li jitħaddem f'pajjiżi oħra.", "Dan huwa proġett li anke f'amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista kien inbeda fil-Korp tal-Pulizija.", "Però wara l-bidla fil-Gvern fl-2013, ma sar xejn dwar dan id-dokument li kien proprju fil-Kwartieri tal-Pulizija.", "Qed ngħid għal studju u riċerka li kien hemm dwar kemm jista' jkun effettiv il-community policing.", "Sa fl-aħħar, wara insistenza tal-Oppożizzjoni, jidher li l-Gvern se jkun qed jimbarka fuq dan il-proġett.", "Jiena minn hawnhekk insellem lill-pulizija kollha, mill-kbir saż-żgħir, għall-ħidma li huma jagħtu fil-komunitajiet tagħna biex titrażżan kemm jista' jkun il-kriminalità, u biex ixejnu wkoll il-vizzji li ħafna drabi jkissru s-soċjetà Maltija.", "Il-Ministru qed jgħid li ġabu espert minn barra u allura nista' nserraħ rasi li dan l-espert se jkun qed jitkellem fuq good practices li probabbilment għex hu jew kellu x'jaqsam magħhom ukoll fil-pajjiżi minn fejn ġej.", "Imma l-importanti hu li dan il-kunċett issa jibda jitħaddem f'pajjiżna u nibdew naraw aktar preżenza tal-pulizja fit-toroq tagħna.", "Permezz ta' dan il-proġett il-pulizija se jkunu preżenti wkoll f'ħinijiet differenti u f'postijiet fejn hemm konċentrazzjoni tat-tfal, mhux biss fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ mill-iskejjel, però anke f'postijiet li kelli l-opportunità nitkellem dwarhom anke f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Qed nirreferi għal postijiet fejn ikun hemm attivitajiet sportivi u postijiet oħra fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' tfal u żgħażagħ.", "Il-community policing jista' jitħaddem anke f'żoni.", "Jiena niftakar li snin ilu meta jien kont viċi sindku tal-lokalità tal-Mellieħa, konna nedejna n-neighbourhood watch bil-koperazzjoni tiegħek, Sur President, u ta' nies oħra fil-Korp tal-Pulizija.", "Wieħed għandu jikkonsidra li n-neighbourhood watch jidħol mal-community policing għaliex dan ukoll kien frott tal-isforzi li kienu saru dak iż-żmien mill-Korp tal-Pulizija, flimkien mal-kunsilli lokali u mar-residenti, għaliex ir-residenti huma stakeholders importanti biex naraw li l-kriminalità tkompli tonqos.", "Jiena ma ġejtx hawnhekk biex noqgħod nikkwota numri ta' kemm żdied ċertu serq f'lokalitajiet partikolari, però rridu nibagħtu messaġġ li f'pajjiżna qed naħdmu flimkien, lil hinn milli niskorjaw punti politiċi, bil-kollaborazzjoni tal-kunsilli lokali u r-residenti biex naraw li rressqu miżuri li jħallu l-frott mixtieq.", "Sur President, huwa ta' sodisfazzjon għal din in-naħa tal-Kamra li l-Gvern qed jilqa' din il-proposta tagħna.", "Forsi l-Gvern irid jieħu l-kredtu.", "Ħa jieħdu jekk irid jieħu l-kredtu, imma l-importanti hu li naraw li dan il-proġett pilota jitħaddem u ma jibqax biss proġett pilota, imma nifirxuh mal-erbat irjieħ ta' pajjiżna.", "Mhux inqas it-tourism policing.", "Dan kien proġett li tnieda wkoll f'San Ġiljan, rajna l-effetti tiegħu, però ma kompliex jiġi msaħħaħ anke f'lokalitajiet oħra fejn għandna konċentrazzjoni ta' turiżmu.", "Wieħed jirrikonoxxi li t-turiżmu għandu impatt pożittiv f'pajjiżna, u allura rridu naraw li fejn hemm konċentrazzjoni ta' turiżmu, fosthom f'Tas-Sliema, San Ġiljan, Buġibba, il-Qawra, Mellieħa, u anke il-Belt Valletta, għandna naraw ukoll konċentrazzjoni ta' pulizija, fosthom anke tourism police, li jkollhom uniformi kemmxejn differenti.", "Dan isaħħaħ ir-rispett tan-nies lejn l-uniformi tal-pulizija, għax b'dan il-mod il-pulizija jkunu qed jagħtu kontribut siewi biex insaħħu ċerti valuri li f'pajjiżna qed narawhom sejrin lura bis-sigħat.", "Sur President, jiena rrid nagħlaq dan l-intervent tiegħi billi għal darb'oħra nirrikonoxxi li din hija inizijattiva li l-Oppożizzjoni se tkun qed tagħti s-sehem tagħha fiha.", "Hija proposta li ressaqnieha aħna f'dan il-Parlament f'dokument li tajna lill-Gvern bejn Frar u Marzu tas-sena li għaddiet, u allura nista' niddikjara li f'din l-inizjattiva l-Gvern se jkun qed isib il-koperazzjoni sħiħa ta' kull kunsill lokali mmexxi mill-Partit Nazzjonalista, għaliex nemmnu li fejn jidħu l-aspett soċjali u l-aspett tas-sigurtà għandna naħdmu id f'id flimkien, fl-interess tal-ġid komuni, fl-interess ta' kull belt u raħal f'pajjiżna u fl-interess tas-soċjetà u tar-residenti tagħna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi, Onor. Robert Cutajar.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, l-4 ta' Ġunju 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Owen Bonnici.", "Il-lejl it-tajjeb lil kulħadd.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MITKUB", "INFRASTRUTTURA MALTA –KONĠESTJONIJIETTAT-TRAFFIKU FIS-SIĠĠIEWI / ĦAŻ-ŻEBBUĠ / ĦAL QORMI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ippjanar mill-Awtorità għat-Trasport f'Malta u/jew tal-Aġenzija għal Infrastruttura Malta sabiex tissolva l-problema kbira ta' konġestjoni tat-traffiku li jiltaqgħu magħha s-sewwieqa, b'mod partikolari fil-ħinijiet ta' filgħodu biex joħorġu mis-Siġġiewi lejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi, u ċjoè, fil-parti fejn tinsab ir-roundabout bejn Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bis-sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnotaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvotat kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha, u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u f'Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "Il-junction li qed jirreferi għaliha tinsab fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ f'waħda mir-rotot ewlenin bejn in-naħa ta' fuq u u l-punent ta' Malta fid-direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħal Qormi u ħafna lokalitajiet fin-nofsinhar ta' Malta.", "Fix-xhur li għaddew, il-Gvern diġà wettaq diversi xogħlijiet sabiex itejjeb l-effiċjenza, s-sigurtà u l-kwalità ta' din ir-rotta.", "Fost oħrajn, inbnew mill-ġdid erba' roundabouts f'Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi sabiex ikollhom kapaċità akbar u inqas riskji ta' aċċidenti.", "B'hekk jintilef inqas ħin fl-ivvjaġġar u jkun hemm inqas konsegwenzi tal-konġestjoni, bħal tniġġis tal-arja u storbju.", "Fl-istess waqt, għaddej ukoll il-bini mill-ġdid ta' Triq Ħal Qormi, li magħha tingħaqad Triq l-Imdina fid-direzzjoni tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u n-nofsinhar ta' Malta.", "Dawn ix-xogħlijiet diġà qed iwasslu għal tnaqqis sostanzjali fil-ħin tal-ivvjaġġar għal dawk li jużaw din ir-rotta, fosthom ir-residenti tas-Siġġiewi.", "Infrastructure Malta dalwaqt se tibda twettaq ukoll Central Link Project, li jinkludi l-bini mill-ġdid tar-rotta alternattiva ta' Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, jiġifieri t-toroq arterjali bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ta' Qali.", "Dan huwa proġett li kellu jsir ħafna snin ilu iżda l-Gvern ta' dak iż-żmien ħalla kollox fuq l-ixkaffa, bil-konsegwenza li dawn ir-rotot issa m'għadhomx ilaħħqu mal-ħtiġijiet tat-trasport tal-pajjiż u qed joħolqu diffikultajiet lil eluf ta' familji.", "Permezz tas-Central Link Project ser jonqsu wkoll id-diffikultajiet fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, u l-konnessjonijiet tagħha, hekk kif jinħolqu rotot alternattivi aktar effiċjenti minn dawk li hemm illum biex nivvjaġġaw minn u lejn in-nofsinhar ta' Malta.", "Madankollu, dan mhuwiex biżżejjed.", "Il-ħidma ta' titjib u aġġustament tas-sistema tat-toroq ta' pajjiżna huwa proċess kontinwu, u għalhekk Infrastructure Malta diġà qed tħejji pjanijiet għal aktar titjib, fosthom tal-junction imsemmija fi Triq is-Siġġiewi, sabiex din ukoll issir aktar effiċjenti u sigura.", "Sadanittant, Infrastructure Malta qed tikkollabora wkoll ma' entitajiet u awtoritajiet oħra sabiex l-immaniġġjar tat-traffiku f'din iż-żona jkompli jitjieb, anke bl-għajnuna ta' uffiċjali f'diversi postijiet f'din ir-rotta biex jiżguraw li l-aċċess bejn Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ ikompli jitjieb.", "Lil hinn mill-pjan ta' titjib fil-kwalità tat-toroq għas-snin li ġejjin, il-Gvern qed jaħdem ukoll sabiex fil-futur ikollna aktar mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar, li mhux biss ikunu aktar effiċjenti, iżda jkunu wkoll ferm aktar sostenibbli.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' Tas-Sliema?", "Jista' jgħid minn liema toroq f'Tas-Sliema saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar.", "Għaldaqstant napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista' tingħatalu.", "Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom, kif mitlub mill-Onor.", "SAN ĠILJAN – RAPPORTI TA' SERQ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' San Ġiljan?", "Jista' jgħid minn liema toroq f'San Ġiljan saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar.", "Għaldaqstant napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista' tingħatalu.", "Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom, kif mitlub mill-Onor.", "IL-GŻIRA – RAPPORTI TA' SERQ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrappurtati serqiet fil-lokalità tal-Gżira?", "Jista' jgħid minn liema toroq fil-Gżira saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar.", "Għaldaqstant napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista' tingħatalu.", "Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom, kif mitlub mill-Onor.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapurtati serqiet fil-lokalità ta' Pembroke?", "Jista' jgħid minn liema toroq f'Pembroke saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar.", "Għaldaqstant napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista' tingħatalu.", "Infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom, kif mitlub mill-Onor.", "MCCAA – KSUR TA' DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI - MULTI U PENALITAJIET AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il każ id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) impona multi jew penalitajiet amministrattivi minħabba ksur ta' xi dispożizzjoni tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap 379 tal-Liġijiet ta' Malta, jew xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi, mill-2011 s'issa, sena b'sena?", "F'kull każ, kemm kienet il-multa jew penali imposta, u jekk din fil-fatt tħallsitx jew le?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 27947 tat-12-il Leġiżlatura fejn hemm il-multi li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) impona mill-2011 sal-2016.", "L-Uffiċċju ma impona l-ebda multa oħra stante li fl-2016 inqatgħet is-sentenza Kostituzzjonali.", "MCCAA – KSUR TA' DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI - MULTI U PENALITAJIET AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il każ id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) impona multi jew penalitajiet amministrattivi minħabba ksur ta' xi dispożizzjoni tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap 378 tal-Liġijiet ta' Malta, jew xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi, mill-2011 s'issa, sena b'sena?", "F'kull każ kemm kienet il-multa jew penali imposta, u jekk din fil-fatt tħallsitx jew le?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) impona multi jew penali amministrattivi skont kif imniżżel hawn taħt:", "2012 – ħames każijiet identiċi fuq l-istess mertu, li kellhom bħala deterrent impozizzjoni ta' multa ta' €5,000 f'każ ta' ksur, u multa kull jum ta' €120 għal kull gurnata ta' ksur.", "Żewġ operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell li ċaħad l-appell, u sar appell lill-Qorti tal-Appell, liema appell qiegħed jistenna d-data tas-smigħ.", "2015 – każ wieħed, b'multa ta' €26,900 li ma tħallsitx peress li n-notifika tad-deċiżjoni ma setgħetx issir minkejja diversi tentattivi.", "Ta' min jinnota li, minkejja dan, il-ksur tal-liġi rrapportat ma kompliex iseħħ.", "2018 – każ wieħed, b'multa ta' €30,000.", "Id-deċiżjoni ġiet appellata quddiem it-Tribunal tal-Appell u l-appell qiegħed jistenna l-konklużjoni ta' kawża kostituzzjonali.", "MCCAA – KSUR TA' DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI - MULTI U PENALITAJIET AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), apparti l-impożizzjoni ta' penali jew multa amministrattiva, qattx impona xi forma ta' sanzjoni oħra minħabba xi allegat ksur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap.378 tal-Liġijiet ta' Malta, jew xi regolament magħmul taħt l-istess Kap. 378, mill-2011 s'issa, u, jekk iva, fiex kienu jikkonsistu dawn is-sanzjonijiet u f'kemm-il każ ittieħdu?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2011 id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) kiseb il-konformità volontarja ta' żewġ operaturi, skont l-artikolu 100 tal-Att dwar l-Affariijiet tal-Konsumatur, hawnhekk aktar 'il quddiem imsejjaħ l-Att, u skont l-imsemmi artikolu d-Direttur Ġenerali kiseb il-konformità volontarja ta' operatur fl-2015, u ta' żewġ operaturi oħra rispettivament, wieħed fl-2018 u wieħed fl-2019.", "Id-Direttur Ġenerali għamel ukoll talba għall-istituzzjoni ta' proċeduri kriminali skont l-artikolu 13 tal-Att u skont ir-Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 378.09).", "Il-Qorti tal-Magistrati (Malta), bħala Qorti ta' Ġudikatura Kriminali, imponiet żewġ multi (kriminali) ta' €250 kull waħda fl-2014, u multa (kriminali) ta' €116 fl-2017.", "Barra minn hekk, saru s-segwenti dikjarazzjonijiet ta' avviż pubbliku fir-rigward ta' diversi operaturi skont l-artikolu 8 tal-Att: tlieta fl-2012; waħda fl-2013; tlieta fl-2014; ħamsa fl-2015; tmienja fl-2016; sitta fl-2017; ħdax fl-2018; u tnejn fl-2019 sa Mejju ta' din is-sena.", "MCCAA – KSUR TA' DISPOŻIZZJONIJIET TAL-ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI - MULTI U PENALITAJIET AMMINISTRATTIVI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mit-twaqqif tal-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fil-2011, kemm-il deċiżjoni nħarġet mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, sena b'sena?", "Jista' jgħid, sena b'sena mit-twaqqif tal-MCCAA fil-2011, kemm-il deċiżjoni nħarġet mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li dawn segwenti huma d-deċiżjonijiet relatati mal-Uffiċju għall-Konsumatur:", "2011: tliet deċiżjonijiet u waħda ġiet appellata", "2012: ħames deċiżjonijiet u tnejn ġew appellati", "2015: żewġ deċiżjonijiet", "2018: żewġ deċiżjonijiet u waħda ġiet appellata", "2019: deċiżjoni waħda", "Dawn li ġejjin huma d-deċiżjonijiet relatati mal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni:", "2011: Ħames Deċiżjonjiet", "2012: Deċiżjoni Waħda", "2013: Tliet Deċiżjonjiet", "2014: Seba` Deciżjonjiet", "2015: Disa' deċiżjonijiet u waħda ġiet appellata", "2016: Għaxar deċizjonjiet u waħda ġiet appellata", "2017: Erba' deċiżjonijiet", "2018: Seba' deċiżjonijiet", "2019: Erba' deċiżjonijiet", "TRIBUNAL TAL-APPELL GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-KONSUMATUR – KAWŻI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru kawżi mill-2011 sal-lum quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, u f'kull każ x'kien x'eżitu finali, maqsuma sena b'sena?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Interpellant li dawn is-sentenzi jistgħu jinstabu online fuq il-website: https://ecourts.gov.mt/onlineservices/Judgements/Search", "TRASPORT BEJN MALTA U GĦAWDEX – VAPURI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tghid jekk jekk ġiex identifikat ir-raba' vapur biex jitjieb is-servizz ta' traġitt bejn Malta u Għawdex?", "Jekk iva, meta mistenni li jibda jopera?", "Tista' tikkonferma li dan ser jinkera bil-crew tiegħu b' kollox?", "Jekk iva, għal kemm żmien ser tkun il-kirja u kemm ser jkun il-ħlas għal kull ġurnata?", "Interpellant li r-raba' vapur se jibda jopera fil-ġranet li ġejjin.", "SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI – VVJAĠĠAR", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' vvjaġġar barra minn Malta li sar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni mill-elezzjoni tal-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, inkluż il-pajjiż li fih saret iż-żjara, l-għan taż-żjara, id-dati taż-żjara, u f'kull każ, min kien qed jakkumpanja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): It-tagħrif tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSÉ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – SEGERTARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fix-xahar t'April sal-24 ta' Mejju mill-Isptar Mater Dei ntefqu €576, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi €1,632.82, mid-Direttorat għar-Regolamentazzjoni tas-Saħħa €679.35, u mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard intefqu €36.", "Il-mezzi ta' dawn ir-reklami / avviżi kienu gazzetti, website u Facebook.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-entità li taqa' taħt dan il-Ministeru ma kellhiex spejjeż ta' reklamar matul April u Mejju 2019.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma sar ebda reklamar minn kull entità li taqa' taħt dan il-Ministeru fil-perjodu msemmi.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-awtoritajiet li tagħhom jien il-Ministru responsabbli, għandu jirreferi għat-tabella sussegwenti li qed tindika l-informazzjoni mitluba fuq in-nefqa ta' reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019.", "Qed ninkludi wkoll lista mqassma tan-nefqa mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "*Ara wkoll it-tabella fl-aħħar tad-dokument", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proċess ta' tindif taż-żona abbandunata qrib il-Mużew tal-Avjazzjoni f'Ta' Qali, fejn matul is-snin intrema skart ta' kostruzzjoni u skart ieħor, l-Awtorità tal-Ippjanar sabitx asbestos, u f'dak il-każ, jista' jgħid jekk dan tneħħiex, b'liema proċess tneħħa u jekk it-tneħħija tal-asbestos ġietx dokumentata u ċċertifikata mill-awtoritajiet kompetenti?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, waqt il-proċess ta' tindif ġewwa Ta' Qali, ġew imqabbda varji kuntratturi mill-istess Awtorità sabiex jiġi assigurat li l-materjal li kien hemm fuq il-post jiġi mmaniġġjat kif suppost.", "Għaldaqstant, wieħed mill-kuntratturi li ġie mqabbad mill-Awtorità hu liċenzjat sabiex, f'każ li jirriżulta jew jinstab xi tip ta' materjal perikoluż, dan ikun jista' jiġi ddokumentat u ttrattat skont il-proċeduri indikati mill-awtoritajiet kompetenti.", "Iżda waqt it-tindif ma rriżultax li kien hemm asbestos.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex, rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 9559.", "Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità tagħti ċertifikazzjoni ta' konformità biss għal binjiet li għadhom fil-fażi tal-ippjanar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9560.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-binja tal-Ministeru għas-Saħħa mhix kompletament aċċessibbli minħabba li hija binja storika u għandha ċerti limitazzjonijiet arkitettoniċi, kif ukoll l-uffiċċji tal-Port Health, tar-reġjuni tal-Punent, tat-Tramuntana, dak tan-Nofsinhar u tal-pest control li jagħmlu parti mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika.", "Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u dak ta' Victoria (Għawdex) preżentament m'humiex kompletament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Fix-xhur li ġejjin huwa mistenni jibda l-immodernizzar strutturali fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u, meta jitlesta, dan ser ikun fornut bi stretcher lift biex b'hekk isir ukoll aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Qed isir ukoll xogħol fuq binja ġdida f'Għawdex li ġiet identifikata biex tieħu post iċ-Ċentru tas-Saħħa preżenti.", "Ladarba jitlesta, iċ-Ċentru l-ġdid se jkun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta l-Università ta' Malta se tkun qed toffri Master of Science in Audiology?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninsab infurmat li l-Università ta' Malta se terġa' toffri l-kors li jwassal għall-Master of Science in Audiology fuq bażi part-time evening f'Ottubru 2020.", "JOBSPLUS – TALBIET MINN BARRANIN GĦAL PERMESSI TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet ma' Jobsplus għal persuni ta' nazzjonalità li mhix dik ta' dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu tul din is-sena?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minn Jannar sal-aħħar t'April tal-2019, Jobsplus irċeviet 2,734 talba għal permess ta' xogħol (Employment Licence) minn ċittadini ta' pajjiżi terzi.", "Dawn l-applikazzjonijiet ġew prinċipalment sottomessi minn applikanti li qed ifittxu ażil f'Malta, benefiċjarji ta' protezzjoni nazzjonali u internazzjonali, residenti fit-tul u ċittadini oħra ta' pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence/Work Permit.", "Minn Jannar sal-aħħar t'April 2019, Jobsplus irċeviet ukoll 9,565 talba għal permess ta' Single Residence/Work Permit.", "TRIQ BEJN ĦAŻ-ŻABBAR U Ż-ŻEJTUN – XOGĦLJIET U NEFQA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid dettaljatament x'xogħlijiet saru u kemm effettivament intefaq fuq it-triq li saret minn Ħaż-Żabbar saż-Żejtun?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta lestiet xahar qabel iż-żmien il-proġett ta' bini mill-ġdid ta' Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, ir-rotta ewlenija bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, li qabel kien jisimha Triq Bormla u hija magħrufa wkoll bħala \"Taċ-Ċawsli\".", "B'investiment ta' €4 miljun, din it-triq issa mhux biss fiha karreġġjata ġdida għall-karozzi, imma għandha wkoll korsija għar-roti u passaġġ pavimentat għall-mixi, li huma mifrudin mill-korsiji tal-karozzi bir-ringiela siġar taċ-ċawsli li ġew inkorporati fid-disinn ġdid tagħha.", "Il-korsija tar-roti sseparata mill-karozzi, iżda xorta waħda miksija bl-asfalt, hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha f'Malta.", "B'hekk toffri l-istess kumdità ta' sewqan daqs li kieku qed issuq fi triq normali bl-asfalt, iżda b'inqas riskji ta' aċċidenti għaliex dawk li jivvjaġġaw bir-roti ma jkunux qed isuqu mal-karozzi.", "Oriġinarjament, dan il-proġett kien ippjanat li jkun lest fis-sajf li ġej.", "Madankollu, Infrastructure Malta kkordinat ix-xogħol b'attenzjoni sabiex il-kuntratturi setgħu jlestuh fl-inqas żmien possibbli, xahar qabel jibda s-sajf.", "Dan ir-riżultat inkiseb minkejja li t-triq ma ngħalqitx kompletament waqt li kienet qed tinqala', iżda saru arranġamenti biex tibqa' miftuħa f'direzzjoni waħda.", "B'hekk, ix-xogħol sar b'inqas diffikultajiet għar-residenti Żwieten u Żabbarin.", "Din l-arterja tintuża minn ħafna persuni li jgħixu jew jaħdmu fil-lokalitajiet tal-inħawi, fosthom Ħal Tarxien, il-Fgura, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Qasam Industrijali ta' Bulebel u l-Kottonera.", "Għal ħafna snin, it-triq kienet tħalliet fi stat ħażin ħafna tant li l-wiċċ tat-triq kien sfronda, bil-konsegwenza li bdiet iżżomm l-ilma u toħloq ħafna diffikultajiet għal dawk li jkollhom bżonn jgħaddu minnha.", "Taħt partijiet mit-triq instabu barrieri ta' snin ilu li meta ma baqgħux jintużaw kienu ntradmu bi skart tal-kostruzzjoni u materjal ieħor li ma kienux jifilħu biex fuqhom issir triq.", "Dan ir-radam issa tneħħa u floku saru sisien b'saħħithom mibnija b'madwar 1,790 blokka tal-franka u 3,000 tunnellata konkos, li flimkien jiżnu mas-6,000 tunnellata.", "Fl-istess ħin li kienu qed jinbnew mill-ġdid il-pedamenti tat-triq, Infrastructure Malta poġġiet 3.3 kilometri ta' pajpijiet ġodda għas-servizzi tal-ilma, tal-elettriku, tal-internet u t-telekomunikazzjoni, kif ukoll katusi ġodda għad-drenaġġ, biex b'hekk saħħet id-distribuzzjoni ta' dawn is-servizzi fil-lokalitajiet tal-madwar.", "Biex jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar fit-triq, saret ukoll sistema ġdida ta' 2.5 kilometri għall-ġbir tal-ilma tax-xita li tqabbdet ma' ġibjun li diġà kien hemm fil-post.", "Fil-ġenb inbena wkoll ħajt tas-sejjieħ biex jifred it-triq mill-għelieqi li hemm biswitha.", "Din il-konnessjoni bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun issa tista' titgawda wkoll għal skop ta' rikreazzjoni billi toffri mixja għall-arja jew inkella dawra bir-rota f'ambjent tal-kampanja mill-isbaħ u b'mod sigur, f'passaġġi għar-roti u l-mixi maqtugħin għalihom mill-karozzi.", "It-triq sarulha wkoll għadd ta' waqfiet għall-karozzi tal-linja aktar siguri għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, sistema ġdida ta' dwal fit-triq b'aktar minn 100 bozza LED, waqt li nbnew ukoll mill-ġdid il-junctions tar-roundabouts li hemm maż-żewġt itruf tat-triq f'Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.", "Dan il-proġett kien ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF), bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091.", "Minkejja li x-xogħol huwa lest, għadu għaddej l-iċċekkjar u l-ittestjar biex jiġi żgurat li kollox sar skont kif mitlub u bl-ogħla livelli ta' kwalità kif rikjest minn Infrastructure Malta, u l-kontijiet finali jinħarġu fi tmiem dan il-proċess.", "PERSUNI LI APPLIKAW GĦAL GĦAJNUNA SOĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2018, u kemm s'issa fis-sena 2019?", "Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "IN WORK BENEFIT – BENEFIĊJARJI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2018, u tul din is-sena sal-aħħar ta' April 2019?", "Jista' jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "IL-GUDJA – TRIQ CASTAGNA FILIPPU – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar u kemm effettivament intefaq fuq Triq Castagna Filippu fil-Gudja?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ATTENDENZA GĦAL LAQGĦAT BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il laqgħa attenda barra minn pajjiżna tul din is-sena minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju 2019, kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm għal laqgħat oħra?", "CARMELO ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-laqgħat li attendejt barra minn pajjiżna tul din s-sena minn Jannar sal-aħħar ta' Mejju 2019, kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kemm laqgħat oħra, huma:", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – ŻJARAT F'DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubaj f'Awwissu tal-2015, jista' l-Ministru jgħid:", "(i) id-data eżatti taż-żjara;", "(ii) x'kien l-iskop taż-żjara;", "(iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u, f'dak il-każ, minn min;", "(iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "(v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – ŻJARAT F'DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubaj fi Frar tal-2016, jista' l-Ministru jgħid:", "(i) id-data eżatti taż-żjara;", "(ii) x'kien l-iskop taż-żjara;", "(iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u, f'dak il-każ, minn min;", "(iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru;", "(v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU – ŻJARAT F'DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubaj f'Novembru tal-2016, jista' l-Ministru jgħid:", "(i) id-data eżatti taż-żjara;", "(ii) x'kien l-iskop taż-żjara;", "(iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u, f'dak il-każ, minn min;", "(iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "(v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.", "SPTAR MATER DEI – SERVIZZI TAL-IT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10189, filwaqt li nispeċifika li mhux qed nirreferi għal persuna/persuni partikolari, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, iva jew le, jekk xi ħadd li jaħdem fis-Segretarjat tiegħu għandux parentela mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta' IT fl-Isptar Mater Dei?", "U, jekk iva, jista' jgħid min?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10189.", "*Tabella b'risposta għal mistoqsija parlamentari numru 10254", "MTIP – breakdown tal-ammont imsemmi mill-Planning Authority"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190603_231d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 4 ta' Ġunju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 4 ta' Ġunju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 4 ta' Ġunju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 231, li saret fit-3 ta' Ġunju 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Parlamentari għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fit-Tieni Sessjoni tal-2019, li nżammet fi Strasburgu bejn it-8 u t-12 ta' April 2019, magħmula mill-Onor.", "David Stellini u l-Onor.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IN-NAXXAR/BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ – RAPPORTI TA' SERQ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew irrapportati serqiet f'Baħar iċ-Ċagħaq, fil-lokalità tan-Naxxar?", "Jista' jgħid minn liema toroq f'Baħar iċ-Ċagħaq, fil-lokalità tan-Naxxar, saru s-serqiet u jgħid ukoll x'tip ta' serqiet kienu?", "Jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u kemm-il persuna tressqet il-Qorti dwarhom?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna riżorsi biex tinġabar, għaldaqstant napprezza jekk l-Onor.", "Interpellant ikun aktar speċifiku fuq l-informazzjoni li jixtieq jilħaq bil-mistoqsija ħalli tkun tista' tingħatalu.", "Informat li ma tinżammx statistika elettronika tat-tagħrif dwar kemm-il persuna nqabdet b'rabta ma' dawn is-serqiet u dawk li tressqu l-Qorti dwarhom, kif mitlub mill-Onor.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, jekk tara xi kummenti ta' xi wħud, taħseb li kien hawn xi splużjoni fir-rata tal-riminalità f'pajjiżna.", "Kien hemm min anke qalilna li hemm persuni li qed jagħmlu serratura għal waħda, tnejn, tlieta ġewwa lokalità partikolari.", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm din iż-żieda drastika fil-kriminalità ġewwa l-lokalitajiet tagħna kif qed jingħad minn xi wħud?", "X'miżuri ttieħdu mill-Korp tal-Pulizija sabiex naraw li ma jkunx hemm din iż-żieda fil-kriminalità?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, naħseb li tajjeb li nibda mill-aħħar biċċa tal-mistoqsija u mbagħad ngħaddi għall-ewwel parti.", "Bħalma spjegajt ilbieraħ, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nibdew proġett pilota ta' community policing fil-Mellieħa.", "Dan huwa konċett li diġà daħal f'numru ta' pajjiżi u issa se jiġi introdott f'pajjiżna.", "Qabbadna espert mal-Korp tal-Pulizija li se jgħin fil-metodi, il-proċessi, il-ftehimiet u d-diskussjonijiet, u anke fil-mod kif jaġixxu l-membri tal-Korp tal-Pulizija fi struttura li hija differenti.", "Għal dan il-proġett pilota qegħdin naħdmu flimkien mal-Kunsill Lokali, li offra l-possibilità ta' uffiċċju li se jintuża għal dan ix-xogħol.", "Apparti l-Kunsill Lokali, se naħdmu wkoll ma' diversi entitajiet oħrajn fl-istess raħal biex, apparti li ngħinu biex jiġu solvuti numru ta' każijiet, se ngħinu wkoll biex ikun hemm prevenzjoni.", "Diversi investigazzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħat u snin komplew juru l-importanza tal-cameras fit-toroq tagħna, li għenu biex jiġu solvuti numru ta' każijiet.", "Ngħid ukoll li l-koperazzjoni tal-pubbliku għenet ukoll.", "Pereżempju, reċentament, ġew arrestati żewġ persuni barranin li huma allegati li kienu involuti f'numru sostanzjali ta' serqiet li seħħew f'pajjiżna fl-aħħar ġimgħat.", "Apparti minn hekk, qed nitkellmu wkoll fuq numru ta' hot spots u fuq kemm huwa importanti li nibdew nużaw l-aħħar teknoloġija, anke fejn tidħol il-facial recognition, biex tgħin l-investigazzjonijiet u tipprevjeni l-kriminalità, b'rispett sħiħ lejn il-privatezza tal-individwu u l-protezzjoni tad-data.", "L-għan tagħna hu li nkomplu nsaħħu l-istrutturi, għax l-investigazzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija qed juru b'mod ċar kemm huwa importanti li nkomplu nużaw it-teknoloġiji kollha possibbli biex insolvu ċerti każijiet.", "Bħalma semma l-Onor.", "Interpellant, xi wħud kienu qed jgħidu li kien hawn splużjoni ta' kriminalità.", "Ir-riżultati u n-numri u l-istatistika li toħroġ kull sena jgħidu mod ieħor.", "Infakkar li l-istatistika ma toħroġx mill-Pulizija u lanqas mill-Ministeru, imma toħroġ minn persuni li huma informati dwar ir-rata ta' kriminalità f'rapporti li jħejju ta' kull sena.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Sur President, dan is-suġġett iddiksutejnieh ukoll fis-seduta tal-bieraħ waqt il-mistoqsijiet parlamentari, u jien ħadt il-ħin tal-Aġġornament biex nitkellem dwaru wkoll.", "Il-Ministru qal li l-Gvern ilu jaħseb bejn sitta u disa' xhur fuq il-konċett tal-community policing.", "Tajjeb ngħid li bħala Oppożizzjoni, 14-il xahar ilu - u mhux disa' xhur ilu - ressaqna proposti lill-Gvern.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fost l-entitajiet u n-nies li se jkunu involuti f'dan il-konċett ta' community policing, humiex se jkunu involuti wkoll l-uffiċjali tal-komunità?", "Fir-rigward tal-mistoqsija li għamilt ilbieraħ lill-Ministru u ma kellix risposta, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tourism policing, li kien beda f'San Ġiljan iżda twaqqaf, huwiex se jerġa' jitnieda f'postijiet turistiċi?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, b'kontinwazzjoni mal-mistoqsija preċedenti, naħseb li tajjeb ngħid li fejn tidħol il-kriminalità f'pajjiżna, l-istatistika turi b'mod ċar li fl-aħħar sentejn, bejn l-2017 u l-2018, il-kriminalità naqset.", "Dan wara li kien hemm perjodu ta' żmien fejn in-numri kważi baqgħu l-istess għas-snin ta' qabel, minkejja li kien hemm żieda fil-popolazzjoni, żieda fl-affluwenza u record wara l-ieħor fis-settur tat-turiżmu.", "Fl-2017 ir-rata naqset b'0.9%, u fl-2018, ir-rappurtaġġ naqas b'7%.", "Dan huwa riżultat ta' diversi inizjattivi li ħa l-Korp tal-Pulizija fejn għandha x'taqsam il-prevenzjoni u l-pick pocketing u serq, li naqas b'mod drastiku.", "Reċentament, kien hemm oqsma fejn wieħed seta' jara numru ta' żidiet, bħall-oqsma tal-frodi u l-ħasil tal-flus.", "Għal din ir-raġuni, matul is-sena li għaddiet, saħħaħna l-Economic Crimes Unit mhux biss b'riżorsi umani, imma wkoll b'taħriġ.", "Ngħid ukoll li hemm il-ħsieb li d-data, minflok ma tkun mifruxa ma' kullimkien, tkun waħda ċentralizzata, li mhux tiġbor biss id-data interna fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, imma anke data esterna fejn, malli tagħfas buttuna, toħroġ l-informazzjoni kollha fuq il-persuna.", "Fir-rigward tal-community policing, il-Korp tal-Pulizija se jkun qed jaħdem ma' diversi entitajiet.", "L-uffiċjali tal-komunità mhumiex membri tal-Korp tal-Pulizija u allura mhux se jkollhom il-funzjoni prinċipali li jaġixxu kontra l-kriminalità.", "Però l-uffiċjali tal-komunità dejjem jistgħu jgħaddu l-informazzjoni li jiltaqgħu magħha lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, u jistgħu jaġixxu wkoll f'każijiet minuri.", "Għal dak li għandu x'jaqsam mat-tourism policing, għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru tat-Turiżmu.", "Jekk ikun hemm ftehim dwar il-bżonn li jkun hemm tourism policing, lesti li nieħdu dik id-direzzjoni.", "Huwa importanti li nassiguraw li f'pajjiżna nkomplu naħdmu mhux biss biex insolvu każijiet ta' kriminalità, imma wkoll biex nipprevjenu.", "Fil-fatt mhux l-ewwel darba li minn għases distrettwali joħorġu pulizija pajżana fit-toroq li jkunu qed josservaw u jsegwu persuni suspettużi.", "L-għan hu li naqbdu lil grupp sħiħ ta' persuni li jkunu involuti f'ċerta kriminalità biex inwasslu messaġġ b'saħħtu, bħalma ġara fir-rigward tal-pick pocketing, li naqas b'mod drastiku.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO APPOPARDI: Sur President, fil-tweġibiet li għadu kif ta, il-Ministru għamel referenza għall-community policing u x-xogħol li qed isir fil-lokalitajiet min-naħa tal-pulizija.", "Reċentement rajna investiment fil-manutenzjoni u r-rinovar tal-għases.", "Jista' l-Ministru jgħid kif dan l-investiment fl-għases jista' jaffettwa x-xogħol li qed isir fil-lokalitajiet?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, tul dawn l-aħħar sitt snin il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex intejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Għall-ewwel darba, daħħalna d-dritt li membri fil-korpi dixxiplinati jkunu rappreżentati minn union.", "Għall-ewwel darba wkoll, kien hemm ftehim kollettiv tajjeb ħafna għall-membri tal-Korp tal-Pulizija, b'diskussjonijiet mar-rappreżentanti tagħhom.", "Id-diskussjoni dwar x'għandhom ikunu l-kondizzjonijiet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija ma saritx minn fuq għal isfel, imma bil-kontra.", "Fl-istess ħin, irrid infakkar li gvernijiet Nazzjonalisti ċaħħdu lill-membri tal-Korp tal-Pulizija milli jitħallsu tal-overtime.", "Dan il-Gvern, bi ftehim anke mar-rappreżentanti tal-pulizija, ta kumpens għall-overtime li sar bejn l-1993 u l-2009 u li kien baqa' ma tħallasx.", "Għall-ewwel darba wkoll, tajna d-dritt li membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu assigurati f'każ li jweġġgħu waqt il-ħin tax-xogħol u jsofru xi diżabilità.", "Dan apparti numru ta' inizjattivi oħrajn li ħadna f'dawn l-aħħar snin.", "Tajjeb ngħid li mhux biżżejjed li ttejjeb ukoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol, imma trid ttejjeb ukoll il-post minn fejn jaħdmu l-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Għalhekk qed isir investiment fl-għases biex tiġi assigurata wkoll is-saħħa u s-sigurtà tal-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Dan l-investiment se jkompli għaddej, sakemm kull għassa tal-pulizija tkun attrezzata għaż-żminijiet tal-lum.", "Fl-istess ħin, qed nagħmlu numru ta' investimenti f'diversi units speċjalizzati sabiex il-Korp tal-Pulizija jkollu l-apparat kollu neċessarju u nies imħarrġa li jibqgħu jagħtu aktar riżultati pożittivi, sabiex nassiguraw is-sigurtà ta' pajjiżna.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, il-Ministru donnu reġa' semma l-intenzjoni tal-Gvern li jdaħħal is-sistema tal-facia recognition.", "Se nikkwota dak li qal il-Professur Joseph Cannataci, liema diskors kien rappurtat fil-gazzetti.", "Il-Professur Cannataci jgħid li:", "Ftit tal-ġimgħat ilu, fl-Istat ta' Kalifornja fl-Amerika, daħlu liġijiet li permezz tagħhom ġew irtirati d-drittijiet tal-pulizija u l-awtoritajiet li jużaw it-teknoloġija tal-facial recognition.", "Naturalment, f'dawn l-affarijiet hemm kwestjonijiet tal-bilanċ tad-drittijiet ċivili u drittijiet ta' privatezza, fost tant drittijiet oħrajn.", "Minn kliem il-Ministru stess illejla, jidher li dan il-Gvern se jibqa' għaddej bil-pjan tal-facial recognition għax wasal għall-konklużjoni li l-bżonn li jkollna din it-teknoloġija tal-facial recognition jegħleb il-bżonn li nipproteġu drittijiet oħrajn.", "Dan meta, bħala fatt, fid-dinja llum dawn il-liġijiet mhux qed jitwessgħu, imma qed jiġu rtirati sal-punt li mhuwiex aktar permessibbli fi bliet kbar Ewropej, kif ukoll fl-Amerika, li tintuża din it-teknoloġija.", "Jista' l-Ministru jispjega aktar għalfejn il-Gvern wasal għal din il-konlużjoni?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant nesa parti minn dak li jien għedt fir-risposta meta enfasizzajt li s-sistema tat-teknoloġija dejjem trid tħares il-privatezza tal-individwu, anke fil-mod kif tinżamm id-data miġbura.", "Wieħed irid isib bilanċ bejn li tinġabar id-data tal-individwu, li hija importantissima, u li tiġi assigurata s-sigurtà tad-data.", "Bħala Gvern, ma jinteressaniex f'liema bar daħlu Ċikku, Peppi u Ġanni, imma d-data se tgħin lill-membri tas-sigurtà li jidentifikaw individwi li jkunu involuti f'reati li jkunu saru, biex eventwalment jitressqu l-Qorti.", "Ikun hemm persuni li jkunu ta' theddida għas-sigurtà tal-pajjiż.", "Se nerġa' nirrepeti li s-sistema trid tkun ibbażata kompletament fuq is-sigurtà u l-privatezza tal-individwu, li trid tkun imħarsa kontinwament.", "Però lanqas ma nistgħu nħallu persuni li huma ta' theddida għas-sigurtà ta' pajjiżna mingħajr ma nieħdu azzjoni.", "Kif għadni kif spjegajt, ċerti investigazzjonijiet tal-Korp kellhom suċċess wara li membri tal-Korp tal-Pulizija, għal ġranet sħaħ, raw CCTV waħda wara l-oħra, u ta' dan irrid nirringrazzjahom.", "Però jien napprezza wkoll jekk l-Onor.", "Interpellant isemmili pajjiżi Ewropej li għandhom is-sistemi kollha in place, bil-protezzjoni kollha tas-sigurtà tad-data u l-privatezza tal-individwu, li jagħtu prijorità lill-użu tat-teknoloġija biex jassiguraw is-sigurtà f'pajjiżhom.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, wieħed mill-postijiet fejn ir-residenti ta' diversi lokalitajiet imorru sabiex jieħdu servizz mingħand il-pulizija – ikunx fuq rapport żgħir għall-assigurazzjoni jew tkunx xi ħaġa aktar serja – hija l-għassa tal-pulizija.", "Uħud minn dawn l-għases, għal ħafna snin, ma kenux f'sitwazzjoni aċċettabbli.", "F'ċerti każijiet meta tidħol fl-għassa ma tkunx taf jekk dħaltx f'għassa tal-pulizija jew xi mkien ieħor.", "Proprju għalhekk dan l-aħħar sar xogħol ta' rinovar f'diversi għases.", "Nifhem ukoll li għad hemm għases li ma ġewx rinovati u li dak li sar mhux biżżejjed.", "Jista' l-Ministru jgħid liema għases ġew rinovati u huwiex ippjanat li jkun hemm rinovar ta' aktar għases sabiex l-għases kollha ta' madwar Malta u Għawdex ikunu aċċessibbli?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, se nsemmi tliet għases li se jkunu kompletament rinovati mill-qiegħ jew inkella se jkunu qed jinbnew mill-ġdid kompletament.", "Dawn huma l-għassa ta' Marsaxlokkk, ta' Marsaskala u ta' Marsalforn f'Għawdex.", "L-iskop huwa li l-għases kollha fid-distretti kollha ta' Malta u Għawdex jgħaddu minn rinovar u rebranding, anke f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà tal-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Waħda mill-affarijiet li għamilt kienet li tlabt li numru ta' persuni jżuru l-għases kollha ta' madwar Malta u Għawdex biex tinġabar lista ta' affarijiet, li jistgħu jkunu bażiċi, li hemm bżonn f'dawn l-għases.", "Hemm affarijiet li se jiddaħħlu f'perjodu qasir – nittama sas-sena d-dieħla – waqt li hemm oħrajn li se jidħlu fil-medium term, u oħrajn in the long term.", "Barra minn hekk, irridu nħarsu wkoll lejn struttura ta' komunikazzjoni, fis-sens li jkun hemm hotlines fl-għases tal-Korp tal-Pulizija.", "Bħalma jiġri fil-każ tal-banek, fejn għalkemm mhux il-friegħi kollha jkunu miftuħin xorta jkun hemm l-użu tal-ATM, hekk ukoll aħna qed inħarsu lejn ċerta innovazzjoni ta' kif nistgħu nużaw it-teknoloġija tal-komunikazzjoni biex persuna li jkollha bżonn l-għajnuna tasal żgur li tikkomunika mal-membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Apparti minn hekk, skont il-wegħda li għamel dan il-Gvern, diġà lestejna l-istruttura ta' erba' hubs ġewwa pajjiżna.", "Dawn se jkunu speċi ta' mini headquarters li jkollhom satellite stations tagħhom.", "Il-ħsieb hu li kull hub tieħu ħsieb reġjun partikolari.", "Ovvjament kull hub irid ikollha l-ispeċjalizzazzjonijiet fiha.", "Għal din ir-raġuni, l-ewwel nett, qed naħdmu flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar u mal-Awtorità tal-Artijiet biex nidentifikaw postijiet fejn nistgħu nibnu dawn il-hubs.", "It-tieni, irridu naraw li dawn il-hubs ikollhom nies imħarrġa f'ċerti speċjalizzazzjonijiet biex għal ċerti każijiet wieħed ikun jista' jiġi riferut mill-ewwel lejn dawn il-hubs, fejn isib nies speċjalizzati, ħafna aktar milli meta wieħed imur f'għases fejn jaf jiltaqa' ma' persuna li ma tkunx daqshekk idonea, imħarrġa u kkwalifikata biex tindirizza ċerti problemi u tagħti l-assistenza neċessarja.", "Sadanittant, hemm diversi units oħrajn li qed jiġu rranġati.", "Qed naraw ukoll li jintgħażel sit biex jinbena laboratorju tal-forensika, li jkollu l-aktar teknoloġija u apparat modern.", "Bħalissa qed neżaminaw l-art li se jinbena fuqha, biex naċċertaw li hemm sisien tajbin u m'hemmx fdalijiet arkeoloġiċi.", "F'dan il-każ se nkunu qed inħarsu lejn il-parti investigattiva fid-Dipartiment tal-Forensika; se nimmodernizzaw din it-taqsima u se nħarrġu lill-membri tal-pulizija sabiex iċ-ċittadin ikun moqdi aħjar u b'mod effiċjenti, waqt li nassiguraw aktar sigurtà fil-pajjiż.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Sur President, qegħdin fuq l-għatba tas-sajf u għalhekk nixtieq nistaqsi dwar it-tourism police.", "Infakkar li fl-2016 il-Ministru Carmelo Abela kien qalilna li kien hemm numru sostanzjali ta' pulizija li kienu attendew korsijiet ta' taħriġ apposta biex iservu bħala tourism police.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx tourism police?", "Jekk iva, fejn qed iservu u kemm hemm minn dawn il-pulizija?", "Ingħataw xi taħriġ partikolari?", "X'inhu l-pjan tal-Gvern f'dan il-qasam?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, bħalma diġà għidt, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorità tat-Turiżmu dwar il-konċett ta' tourism policing.", "Skont dawk id-diskussjonijiet, se nkunu qed naġixxu dwar tourism policing bi ftehim mal-Awtorità tat-Turiżmu.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, fejn jidħol ix-xogħol tal-Protezzjoni Ċivili, waħda mill-aktar sfidi ġodda tal-aħħar snin huma l-high rises; issa m'għadniex nitkellmu fuq bini ta' żewġ sulari jew tlieta, però għandna żoni f'Malta bħal, pereżempju, f'Paceville, fejn hemm high risers.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwiex qed ikun attrezzat sabiex fl-eventwalità li jkun hemm inċidenti ta' nirien, ikun hemm il-makkinarju neċessarju sabiex il-membri tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jagħmlu x-xogħol tagħhom?", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Michael Farrugia.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, l-awtoritajiet u l-entitajiet responsabbli jaraw li l-istrutturi tagħhom huma ppreparati biex, f'każ ta' inċidenti ta' nirien, ikunu jistgħu jilqgħu għal dik il-problema.", "Min-naħa tal-Protezzjoni Ċivili, se nkunu qed nagħmlu konsultazzjoni pubblika dwar il-fire regulations, sabiex imbagħad ikollna regolamenti dettaljati fir-rigward tal-fire regulations.", "Apparti minn hekk, bi ftehim mal-Awtorità tal-Ippjanar, se nkunu qed nixtru tower ladders li se jkunu ffinanzjati mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "Il-Protezzjoni Ċivili se jkollha mill-inqas erba' tower ladders ta' 23 metru tul, erba' tower ladders ta' 32 metru tul, tower ladder ta' 60 metru tul u tower ladder sa 70 metru tul li jlaħħaq mill-inqas 23 sular.", "Apparti minn hekk, l-inġenji li qed jinxtraw huma kollha ġodda bl-aħħar teknoloġija.", "Flimkien mal-Malta Industrial Parks, qegħdin ninvestu anke f'bowsers tal-ilma u nista' ngħid li, ftit żmien ieħor, se nkunu qed ninawguraw bowsers ta' 20,000 litru u ta' 40,000 litru, li se jkunu jistgħu jintużaw għal nirien sostanzjali, biex wieħed jiġġieled in-nirien b'mod effiċjenti u fl-inqas ħin possibbli.", "Hemm ħafna investimenti oħrajn li għaddejjin bħalissa fejn jidħol id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Bħala Gvern, konxji li gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti ma għamlu l-ebda investiment biex dan id-Dipartiment ikun jista' jiġġieled nirien f'bini li huwa għoli, minkejja li diġà kellna bini ta' 23 sular.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Insejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar kuntratti ta' servizzi ta' IT mogħtija mid-dekasteru li għalih hu responsabbli d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa fil-perijodu bejn l-2013 u l-2019, bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10340; u", "f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 111 tal-2019 – Ordni tal-2019 li jemenda l-Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma): Sur President, f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar laqgħat barra minn Malta li attenda għalihom il-Ministru għall-Finanzi bejn Jannar u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10302.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "MICHAEL FARRUGIA: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 112 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 dwar Proċedura għall-Ispezzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li jkunu qed joqogħdu u jaħdmu Illegalment, u l-Monitoraġġ ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li jkunu iskritti fi Stabbilimenti Edukattivi.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar spazji ta' parkeġġ allokati għal karozzi fil-proġett \"Car2Go\", bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10152.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq mezzi tax-xandir, inkluż social media, mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex, matul April u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10256.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li, skont il-paragrafu 4 tal-artiklu 120(B) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2019, l-Onor.", "Rosianne Cutajar se tissostitwixxi lill-Onor.", "Fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet tal-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2019, l-Onor.", "Alex Muscat se jissostitwixxi lill-Onor.", "Stqarrijiet Ministerjali.", "STQARRIJIET MINISTERJALI", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, qabel ma kien hemm il-ftehim settorjali ta' Diċembru 2017, għalliem fl-iskola tal-Istat kien ikollu sa massimu ta' 26 lezzjoni fil-ġimgħa.", "Permezz tal-ftehim settorjali, il-massimu tal-lezzjonijiet li għalliem jista' jkollu huwa ta' 25 lezzjoni fil-ġimgħa, bin-numru ta' 25 ikun f'każijiet eċċezzjonali.", "Waqt id-diskussjonijiet tal-ftehim settorjali, ma kien hemm l-ebda ambigwità u fil-fatt aħna wrejna fiduċja fl-MUT li l-ftehim jirrispetta dan, li din primarjament tirreferi għas-suġġetti tal-Matematika jew tal-Malti.", "Sa ftit snin ilu, kien hawn numru ta' għalliema tal-Matematika li ma kellhomx impjieg, għax id-domanda ma kenitx biżżejjed.", "Fassalna programmi aktar speċjalizzati għall-ġid tat-tfal tagħna biex it-tagħlim ikun aktar personalizzat u l-klassijiet iżgħar.", "Jien u ħafna oħrajn konna ilna snin nitkellmu fuq edukazzjoni aktar individwali għall-istudenti.", "Naħseb li dan kien pass pożittiv.", "Illum, fil-każ tal-Matematika u tal-Malti, dawk l-għalliema li ma kienx hemm domanda għalihom issa ġew ingaġġati, u l-Ministeru għandu sejħa miftuħa s-sena kollha biex kull min huwa interessat u għandu l-kwalifiċi japplika u jiġi ngaġġat minnufih.", "In-numru tat-tfal f'dawn l-aħħar ħames snin naqas, hekk kif fis-sena skolastika 2012-13 kien hemm total ta' 12,670 student fl-iskejjel medji u sekondarji, u matul din is-sena skolastika hemm total ta' 11,108 student.", "Minħabba li l-klassijiet huma iżgħar għandna aktar lezzjonijiet u n-numru ta' għalliema, kemm fil-Matematika u kemm fil-Malti, baqa' fl-istess ilmijiet.", "Fil-livell medju u sekondarju, illum għandna 3.5% tal-għalliema – li huma l-każijiet eċċezzjonali – b'load ta' 25 lezzjoni fil-ġimgħa.", "M'iniex qiegħed hawn biex ngħid li għalliem għandu jkollu load ta' 25 lezzjoni.", "Jien nixtieq li dak in-numru jiġi żero.", "Din ngħidha bil-fatti.", "Il-Ministeru għadu kif ingaġġa 14-il għalliem tal-Malti u sitt għalliema tal-Matematika ġodda għas-sena skolastika li jmiss.", "Matul din is-sena, ħadna numru ta' miżuri biex inkomplu nħeġġu aktar nies jidħlu fl-edukazzjoni.", "Is-17-il proposta li ressqet l-MUT, aħna mhux nappoġġjaw ftit jew ħafna minnhom; aħna infurmajniehom li nappoġġjawhom kollha.", "Jien il-Ministru responsabbli tax-xogħol, u li ma ssibx biżżejjed persuni f'linja speċifika jew partikolari mhijiex realtà tas-settur edukattiv biss, imma tal-oqsma kollha tal-pajjiż, mis-settur tal-IT sas-settur tal-manifattura.", "Bħala Ministeru, m'għandna l-ebda impediment li ma ndaħħlux għalliema tal-Matematika u tal-Malti, anzi rridu naraw kif se nħeġġu iżjed.", "Fil-fatt is-sejħa għal dawn l-għalliema ilha miftuħa x-xhur u se tibqa' miftuħa.", "Jien nifhem lil dawk l-għalliema li għandhom load ta' 25 u li forsi jaraw għalliema fl-istess suġġett u fl-istess skola li għandhom load ta' 5 jew ta' 10 lezzjonijiet fil-ġimgħa.", "Fil-Matematika, hemm iżjed għalliema li għandhom load ta' 5 jew ta' 10 lezzjonijiet milli load ta' 25.", "Allura nifhem is-sentiment tagħhom.", "Hemm ħafna raġunijiet għalxiex teżisti din id-diskrepanza; hemm element ġustifikabbli fejn għalliem ikollu loads ta' suġġetti oħra, u hemm ukoll element li, fl-opinjoni tiegħi, mhux ġustifikabbli.", "Jien għalhekk tlabt lid-Direttorat biex għas-sena skolastika li ġejja jiggarantixxi aktar bilanċ biex, fejn hemm ċirkostanzi li mhumiex fair, anke jekk ma ssolvix il-kwestjoni kollha, dawn il-passi jittieħdu ħalli jkun hemm aktar ekwità fost il-loads bejn l-għalliema tal-Matematika u tal-Malti.", "Għalhekk dawk l-għalliema li għandhom load ta' 25 lezzjoni fil-ġimgħa, minkejja li din taqa' taħt il-parametri tal-ftehim settorjali u dawn jagħmlu biss 3.5% tat-total tal-għalliema sekondarji, m'għandi l-ebda problema ngħidilhom direttament li kull għalliem disponibbli u kkwalifikat se jiġi ingaġġat, li m'hemm l-ebda tip ta' capping fuq l-ammont ta' għalliema li jiġu ingaġġati, u li jien lest nikkunsidra kull tip ta' miżura li tiġi proposta mingħand kull stakeholder biex insibu aktar persuni jaħdmu f'dawn is-suġġetti.", "Fid-dawl ta' dan, nemmen li din id-direttiva tal-MUT għandha tiġi sospiża għaliex il-volontà tal-Gvern hija ċara u l-miżuri proposti mill-union mhux talli b'mod konkret ġew appoġġjati, imma l-Ministeru mar oltre dawk.", "Il-Ministeru se jkun qed jistieden lill-MUT biex f'laqgħa ta' konċiljazzjoni niddiskutu u naqblu fuq it-tifsira ta' 'każijiet eċċezzjonali' li hemm imniżżel fil-ftehim settorjali, ħalli l-partijiet kollha jkollhom stampa ċara.", "Sadanittant, ġejt informat li l-MUT aċċettat li ssir din il-laqgħa.", "Lill-għalliema ngħidilhom li se nkomplu nipproteġu u nsaħħu r-reputazzjoni tal-vokazzjoni, u fl-istess ħin intejbu l-ambjent tax-xogħol tagħhom fl-iskejjel.", "Nixtieq li kull min għandu influwenza fuq din id-deċiżjoni jiftakar fis-sagrifiċċji kbar li jagħmlu l-ġenituri u t-tfal.", "Nixtieq li japprezzaw kemm huma importanti dawn l-eżamijiet għalihom u biex ma jagħtix għodda lil ċerti individwi biex jużawhom b'mod dispreġjattiv, fuq il-mezzi soċjali u oltre, u jtappnu l-vokazzjoni u x-xogħol tal-għalliema.", "Għalhekk, għall-ġid tal-għalliema, tal-ġenituri u, fuq kollox u l-aktar importanti, tat-tfal li ilhom xhur jippreparaw għal dawn l-eżamijiet, nitlob li terġa' tiġi kkunsidrata din id-direttiva ħalli nkunu nistgħu naħdmu flimkien – għalliema, studenti u ġenituri – f'direzzjoni waħda għall-ġid tal-edukazzjoni ta' pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CLYDE PULI: Sur President, dak li se ngħid huwa fl-istess spirtu ta' dak li kkonkluda bih il-Ministru f'din l-istqarrija ministerjali.", "Ovvjament, bħala Oppożizzjoni, nixtiequ li jkun hemm soluzzjoni bla dewmien biex l-istudenti u t-tfal tagħna ma jintlaqtux ħażin.", "Però wieħed ma jistax ma jistaqsix il-mistoqsija: Kif wasalna s'hawn?", "Din hija sitwazzjoni li kważi kważi qed issir sintomatika fil-qasam tal-edukazzjoni!", "Ftit xhur ilu, kont tkellimt f'din il-Kamra dwar kriżi ta' governanza fis-settur edukattiv, li tidher f'diversi setturi.", "Insemmi, pereżempju, binja ta' skola ġdida fejn nagħtu data li ma tinżammx, u mhux talli l-iskola ma tinfetaħx, imma ġieli lanqas ikun beda x-xogħol jew tkun għadha fuq il-pjanti.", "Ġieli smajna li se jkun hemm estensjoni ta' skola u nispiċċaw naraw lill-Gvern jikri l-containers għat-tfal minflok il-klassijiet.", "Kellna l-iskema tal-frott li l-ewwel tħassret, imbagħad reġgħet inbdiet, fost taħwida sħiħa.", "Insemmi l-iskema tat-trasport b'xejn, li wegħduha fl-elezzjoni u fil-Baġit li għadda, imma mbagħad inbdiet l-iskema u kellna madwar 900 student li baqgħu mingħajr it-trasport, u sal-lum jidher li baqa' ftit għexieren li għadhom mingħajr trasport.", "Insemmi wkoll it-taħwid li kien hemm fil-pagi tal-MCAST, il-kwestjoni tal-istipendji u l-kwestjoni tal-early school leavers, fost tant kwestjonijiet oħrajn.", "Tajjeb nifhmu li fil-qasam tal-edukazzjoni, lil hinn mill-bini u mill-iskemi, iċ-ċentru ta' kollox huma l-għalliema.", "Tista' tibni skejjel kemm trid, imma l-għalliema jibqgħu l-qofol ta' kollox!", "Naħseb li ma' dan jaqbel kulħadd!", "Huwa ċar li l-Gvern kellu nuqqas ta' pjan fejn jidħlu anke l-għalliema ġodda.", "Naf li l-Ministru Evarist Bartolo mhuwiex kuntent bis-sitwazzjoni.", "(Interruzzjonijiet) Min-naħa l-oħra, jidher li l-Ministru Ian Borg huwa kuntent li t-tfal tagħna qegħdin f'din is-sitwazzjoni, u qed jiġi jaqa' u jqum minn dan li qed ngħid u mit-tfal Maltin u Għawdxin!", "Il-Ministru Ian Borg jaħseb li t-tfal tagħna mhumiex importanti!", "Jaħseb li billi jizzika u jitfa' l-kummenti, se nsolvu l-problema!", "Bħal dak li qallu, se noħorġu lil xi ħadd mill-container billi jizzika!", "Irrid insemmi li l-ftehim li sar f'Diċembru 2017 kien qajjem kontroversja.", "Dan il-ftehim ġie attwat u jista' jkun li mhux kulħadd kien kuntent.", "Però l-ftehim kien jgħid ċar u tond li l-massimu tal-load għall-għalliema għandha tkun ta' 24 lezzjoni, għajr f'każ eċċezzjonali li jista' jkun hemm 25 lezzjoni.", "Qed nistaqsi kif wasalna s'hawn għar-raġuni sempliċi li l-MUT ma tatx dan l-avviż ilbieraħ, imma tatu f'Settembru 2018.", "Qed nieħu gost li l-Ministru sejħilhom għal-laqgħa llum, imma dan messu sar ħafna qabel.", "L-MUT għamlet aktar mill-parti tagħha biex tasal għal ftehim, għax ilha minn Settembru tindika li hemm diffikultà.", "L-MUT ma lagħbitx il-logħba f'nofs is-sena.", "Meta nitkellem mal-għalliema, ħafna jistaqsu kif il-Gvern se jaddotta dawn is-17-il proposta tal-MUT.", "Dan ma jistax isir billi l-Gvern jgħid li se jagħmel laqgħa f'Ġunju biex jibda jiddiskuti dawn is-17-il proposta.", "Dak bżar fl-għajnejn!", "Il-Ministru semma li l-problema hija fil-Malti u fil-Matematika.", "Din hija sitwazzjoni li ilna nafu biha.", "Huwa ċar li dan il-ftehim ma tax pagi biżżejjed biex iżomm lil dawn l-għalliema f'din il-professjoni għax, bħala Gvern, mhuwiex kompetittiv.", "Għall-inqas, in-numri qed juru dan.", "Is-sena li għaddiet, kellna sena partikolari fejn kienet l-aktar sena li matulha telqu għalliema.", "Forsi l-Ministru se jikkwota t-total ta' kemm hawn għalliema, imma rridu nirrikonoxxu l-fatt li kellna sena record ta' tluq ta' għalliema!", "Jidher ċar ukoll li kien hemm madwar 26 għalliema tal-Malti li ma ġewx impjegati mill-ewwel fis-sajf, u issa, f'daqqa waħda, il-Gvern induna li hemm dan in-nuqqas.", "Nistaqsi: Għaliex ma mpjegajniex lil dawn l-għalliema mill-ewwel, biex issa forsi sabu xi xogħol ieħor?", "Għaliex issa qed ikollna mmorru għand il-Knisja biex tagħtina l-karti tal-eżamijiet għat-tfal fl-iskejjel tal-Istat?", "Forsi mhux ilkoll nafu li l-kontenut, kif ukoll il-mod ta' tagħlim fl-iskejjel tal-Knisja, huma ftit differenti minn dak fl-iskejjel tal-Istat!", "Nafu li diġà kellna esperjenza ta' karti tal-eżami, pereżempju, tal-Matematika, b'somom li ma jinħadmux!", "Kellna saħansistra karti tal-eżami fejn it-total tal-marki ma jagħmilx 100!", "Dak huwa d-diżastru li hemm fil-qasam edukattiv.", "Nerġa' nistaqsi: Għaliex kellna naslu s'hawn, meta l-Gvern kien ilu jaf b'dawn id-diffikultajiet?", "Ikolli ngħid li l-MUT għandha raġun tressaq l-ilmenti tagħha.", "Sur President, sinċerament nawgura lill-Ministru li jsib soluzzjoni malajr kemm jista' jkun, għax l-għalliema ħaqqhom ġustizzja u, fuq kollox, it-tfal tagħna jixirqilhom li jkollhom il-karti tal-eżamijiet biex nipprovdulhom edukazzjoni tajba ħalli 'l quddiem isibu xogħol ta' kwalità.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar mistoqsijiet jew rimarki, insejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sur President, dan il-Gvern, bil-fatti u mhux bil-kliem, tejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema.", "Jekk wieħed jara l-aħħar ftehim settorjali li ffirmajna f'Diċembru 2017 u tqabblu mal-ftehim settorjali li ffirma Gvern li kien jappartjeni għalih l-Onor.", "Puli, wieħed jara li hemm titjib sostanzjali.", "Gvernijiet Nazzjonalisti, f'leġiżlatura wara l-oħra, ħallew il-professjoni tal-għalliema togħdos fil-qiegħ u tkun l-agħar professjoni fil-mod ta' kif tiġi stmata fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħha u fid-dħul mill-professjonijiet kollha fis-settur pubbliku.", "Bħala Gvern, tejjibna l-qagħda tal-professjoni tal-għalliema, inkluż id-dħul, l-avvanz fil-karriera li jista' jsir ħafna aktar malajr, naqqasna n-numru ta' lezzjonijiet u naqqasna anke l-ħin tal-kuntatt mal-istudenti b'aktar minn 14%.", "Mhux ġust dak li qal l-Onor.", "Puli li qisna ħallejna x-xhur jgħaddu mingħajr m'għamilna xejn.", "Bħala Gvern, iltqajna diversi drabi mal-MUT, li taf diġà li 10 minn 17-il proposta li għamlitilna se nimplimentawhom.", "Is-seba' proposti l-oħra jitolbu diskussjoni mal-Ministeru tal-Finanzi, imma se naħdmu biex nappoġġjaw dawk il-proposti ħalli jiġu implimentati wkoll.", "Bħala Gvern, kemm-il darba tlabna lill-MUT tagħtina proposta li biha nistgħu nsolvu dan in-nuqqas ta' għalliema f'ċerti suġġetti.", "Jekk hawn min jaf b'xi għalliema tal-Malti jew tal-Matematika li ma impjegajniehomx, għidulna bihom, għax nimpjegawhom mill-ewwel.", "Kif għedt, is-sejħa qiegħda miftuħa s-sena kollha.", "Mhux veru li ħallejna xi għalliema li ma impjeganiehomx.", "Fi żmien gvernijiet preċedenti kien hemm għalliema li kienu jiggradwaw u ma jiġux impjegati, imma dan il-Gvern qed jara li jiġu impjegati l-għalliema kollha.", "Għalhekk, għall-ġid tal-istudenti, tal-għalliema u tal-ġenituri, nerġa' nappella lill-MUT biex tirrikonsidra d-direttiva li ħarġet li biha għalliema ma jistgħux jagħtu l-marki tal-assessjar jew tal-eżamijiet.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Mozzjonijiet.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "MOZZJONIJIET", "PERMESS TAL-KAMRA", "CHRIS FEARNE: Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra biex irressaq mozzjoni mingħajr avviż.", "L-ISPEAKER: Hawn permess?", "Il-permess ingħata.", "FL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA", "L-ISPEAKER: Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.", "Illi l-Kamra tirriżolvi li l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici jinħatar rappreżentant fid-delegazzjoni parlamentari Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, minflok is-Sur David Stellini li kien nominat fuq l-istess delegazzjoni permezz tal-mozzjoni Nru 28 mgħoddija fis-Seduta 16 tal-11 ta' Lulju 2017.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni, kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru.", "II-mozzjoni għaddiet nem. con.", "TAL-AWTORITÀ MALTIJA", "TAL-IPPJANAR GĦAS-SENA FINANZJARJA 2019", "L-ISPEAKER: Il-Ministru Ian Borg.", "Illi l-Kamra tapprova l-estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena finanzjarja mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019, skont l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552.", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "L-ISPEAKER: Infakkar lill-Kamra li d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni se tieħu seduta waħda, bil-ħin jinqasam bejn kelliema tal-Gvern u kelliema tal-Oppożizzjoni, bl-introduzzjoni u winding up għan-naħa tal-Gvern.", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà): Sur President, inħossni onorat li se nibda d-diskussjoni dwar l-estimi ta' din l-entità tant importanti għall-iżvilupp ta' pajjiżna li, permezz tax-xogħol u d-deċiżjonijiet imwettqa minnha, qed inkomplu naraw tkabbir u tisħiħ tal-ekonomija ta' pajjiżna.", "Din hija entità li matul dawn l-aħħar snin kompliet tikber u ttejjeb l-operat tagħha sabiex saret xempju ta' kif għandhom jaħdmu l-entitajiet u d-dipartimenti f'pajjiżna.", "Għalhekk nixtieq nibda dan id-diskors b'ringrazzjament speċjali liċ-Chairperson, il-Kap Eżekuttiv, il-bordijiet u l-ħaddiema kollha tal-Awtorità għall-impenn tagħhom sabiex din l-Awtorità tibqa' tagħti l-aqwa servizz.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Marthese Portelli u 'l-Onor.", "Clayton Bartolo li jifformaw parti mill-Planning Board għall-ħidma tagħhom sabiex kienu parti minn dawn ir-riżultati.", "F'pajjiżna għandna l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, u għalhekk ħafna barranin qed jiġu f'pajjiżna biex ifittxu impjieg, waqt li oħrajn qed jagħmlu pajjiżna darhom.", "Dan qed iwassal biex id-domanda għall-proprjetà dejjem qed tiżdied.", "Fil-fatt, għadni ġej minn laqgħa ġenerali annwali tal-Fondazzjoni Property Malta, imwaqqfa minn dan il-Gvern bi sħab mal-Malta Developers Association, li matul dawn l-aħħar snin għamlet promozzjoni tal-qasam tal-proprjetà ta' pajjiżna, għamlet networking u ħejjiet rapporti dwar il-qasam tal-proprjetà.", "Naħseb li t-twaqqif ta' din il-Fondazzjoni kien pass importanti sabiex dan is-settur ikompli jingħata aktar stimolu.", "Din il-Fondazzjoni ħadet sehem, sena wara l-oħra, f'espożizzjoniijiet dwar il-proprjetà, fosthom f'Cannes, f'Dubaj u din is-sena qed tipprepara sabiex tieħu sehem fi Munich fil-Ġermanja.", "Naħseb li kien pass importanti li ħa dan il-Gvern li meta ra li l-qasam tal-proprjetà qed jikber, għaraf li għandu jkollna nies esperti ġejjin mill-qasam li jkunu qegħdin jassistuna sabiex naraw x'inhuma l-isfidi u l-opportunitajiet f'dan il-qasam.", "Bħala pajjiż, importanti li jkollna entitajiet effiċjenti bħalma hi l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Kif nafu, matul l-2018 l-Awtorità rat żieda ta' 24% fin-numru ta' applikazzjonijiet fuq is-sena ta' qabel.", "Fil-fatt, fl-2018 kellna 12,173 applikazzjoni, meta fl-2017 l-applikazzjonijiet kienu jlaħħqu 11,300.", "Fil-fatt l-Awtorità tal-Ippjanar imponiet fuqha nnifisha seven deadlines li jekk ma jiġux milħuqa tkun qed tiġi mmultata għalihom.", "Minbarra l-effiċjenza tal-ħaddiema, li ma niddejjaq qatt infaħħarhom għall-ħidma tagħhom, qed jiġu introdotti wkoll sistemi li huma fost l-aqwa fis-suq sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tax-xogħol u anke biex kull applikazzjoni tinħadem fil-ħin.", "Tajjeb wieħed isemmi li l-ħaddiema komplew jingħataw opportunitajiet biex ikomplu jżidu l-ħiliet tagħhom permezz ta' scholarships li jiġu offruti minn żmien għal żmien.", "Matul dawn l-aħħar snin, kellna l-progamm 'Erasmus+' li permezz tiegħu numru ta' ħaddiema bbenefikaw minn opportunitajiet sabiex jaraw best practices barra minn xtutna.", "B'hekk, dawn il-ħaddiema kellhom esperjenza ta' proċessi u proċeduri ġodda li bihom jistgħu javvanzaw aktar 'il quddiem fil-ħidma tagħhom.", "Kien hemm ukoll il-proġett 'SpatialTRAIN' fejn ħaddiema tal-Gvern ingħataw l-opportunità li jitħarrġu f'livelli differenti fir-rigward ta' Geographic Information Systems (GIS), li hi marbuta ma' sistema ġdida 'Sintagram' li qed taħdem fuqha l-Awtorità tal-Ippjanar, liema sistema se nitkellem fuqha aktar 'il quddiem.", "Ladarba qed nitkellem fuq proġetti ta' dan it-tip, irrid nieħu spunt u nitkellem fuq il-Maritime Spatial Planning, liema Direttiva taqa' taħt l-istess Awtorità.", "Ix-xogħol u d-dedikazzjoni f'dan ir-rigward forsi għadhom mhux apprezzati biżżejjed, minkejja li kull darba li niltaqgħu ma' counterparts nitkellmu fuq l-importanza ta' dan il-qasam.", "Bħalma l-Awtorità tal-Ippjanar hija responsabbli għal kull bini jew spazju fuq l-art, hija wkoll responsabbli mill-ippjanar tal-baħar u qiegħ il-baħar, inkluż it-tindif, preżervazzjoni, kif ukoll viżjoni għall-futur.", "Malta ssieħbet ma' pajjiżi Ewropej fil-proġett 'SIMWESTMED' bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar koperazzjoni sabiex dan l-ippjanar marittimu jseħħ fil-firxa tal-Baħar Mediterran kollu.", "Permezz ta' kollaborazzjoni mal-awtoritajiet marittimi Taljani u ma' istituzzjonijiet ta' riċerka barranija saħħaħna aktar il-potenzjal marittimu li jinsab bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Ta' min jgħid li Malta hija fuq quddiem u hija fost l-aktar pajjiżi li investew u li qed jaħdmu bla waqfien għal dan il-għan.", "Ladarba kont qed insemmi l-'iSpatialTRAIN', nixtieq nitkellem fuq proġett ieħor importanti li qed twettaq l-Awtorità tal-Ippjanar, b'investiment ta' €7 miljun, imsejjaħ 'Sintagram'.", "Fi ftit xhur oħra se nkunu nistgħu nvaraw dan il-proġett biex pajjiżna jkollu infrastruttura mill-aktar moderna f'dak li għandu x'jaqsam ma' spatial data.", "Se jkollna base map ġdida ta' Malta u Għawdex kollha f'dak li għandu x'jaqsam ma' aerial, terrestrial, kif ukoll marine technologies.", "Dan se jwassal sabiex, fiż-żmien li ġej, ikollna sinerġija fuq base map li tkun komuni għall-entitajiet kollha u li tkun tista' tintuża mill-entitajiet differenti li jmissu mal-bini u l-ippjanar tiegħu.", "Matul din is-sena, l-Awtorità reġgħet ħarġet l-iskema tant popolari ta' \"Irrestawra Darek\".", "Tajjeb niftakru li din l-iskema ħarġet għall-ewwel darba fl-2017, meta dakinhar kien hemm €8 miiljun għad-dispożizzjoni tar-restawr.", "Is-sena l-oħra, l-iskema ħarġet b'baġit ta' €10 miljun.", "Dawn il-flus ġew minn żidiet li kien hemm fin-numru ta' applikazzjonijiet, li wassal għal aktar flus disponibbli għall-Awtorità tal-Ippjanar.", "Is-sena l-oħra, il-flus kienu maqsuma f'€7.5 miljun għar-residenzi, €1 miljun għal dawk il-persuni li għandhom 65 sena jew aktar, €1 miljun għall-persuni b'diżabilità, u €0.5 miljun għall-NGOs.", "Din is-sena erġajna varajna din l-iskema b'baġit ta' €5 miljun li ħabbarnieha ħmistax ilu sabiex fl-10 ta' Ġunju 2019 tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Ħabbarnieha qabel għax is-sena li għaddiet kien hemm min ma laħaqx sab perit fil-ħin biex seta' japplika għal din l-iskema.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq €23 miljun, fuq perjodu ta' tliet snin, li ġew mgħoddija lura lin-nies.", "Dan kollu huwa grazzi għall-għaqal fit-tmexxija tal-Awtorità, fejn parti sostanzjali minn dak li jinġabar mill-iskema ta' regolarizzazzjoni qed imur lura għand in-nies.", "Din is-sena, proprju għax nafu li l-fondi għal din l-iskema jinbelgħu mill-ewwel, ħabbarnieha minn qabel, sabiex min ikun imħajjar jilħaq jagħmel il-preparamenti neċessarji, fosthom li jsib perit u jħejji l-pjanti sabiex, malli toħroġ l-iskema, ikun jista' japplika.", "Tajjeb ngħid li jekk dawn il-€5 miljun jittieħdu, sfortunatament l-iskema jkollha tingħalaq.", "Ħriġna wkoll l-iskema tar-restawr tal-gallariji fil-parti t'isfel tal-Belt Valletta, fuq in-naħa ta' Marsamxett.", "Minkejja l-investiment kbir li sar fil-Belt Valletta, din il-parti tal-Belt s'issa ftit ibbenefikat mis-suċċess li kellha l-belt kapitali ta' pajjiżna.", "Għal din l-iskema kellna fond ta' €2 miljun sabiex residenti jkunu jistgħu jirranġaw jew jibdlu l-gallariji tal-injam tagħhom.", "Tajjeb ngħidu li, marbuta ma' din l-iskema, l-Awtorità qed tgħid li se tkun qed tirrifondi l-ispiża marbuta mal-ispejjeż tal-perit sa massimu ta' €500.", "Fondi oħra li marru lura għand in-nies kienu permezz tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Ippjanar, li qed iservi sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja fi spazji madwar il-komunijiet f'Malta u Għawdex.", "Inħobbu nsemmu li dan il-fond fih ammonti kbar ta' flus, b'aktar minn €20 miljun riżervati għall-kunsilli lokali.", "Għalhekk, kull darba li mmorru f'xi kunsill lokali, inħajruhom sabiex jibbenefikaw minn dan il-fond sabiex ikunu jistgħu jtejbu l-lokalità tagħhom.", "Saru wkoll seminars bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali sabiex inkunu nistgħu nfiehmu lill-kunsilli lokali u lis-segretarji eżekuttivi dwar kif jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond u xi jridu jagħmlu biex japplikaw.", "Tajjeb ngħid li sa ftit ilu, meta l-kunsilli lokali kienu jibbenefikaw minn dan il-fond, kienu jużaw il-flus għat-toroq u għall-bankini, però wara l-elezzjoni li għaddiet, dan il-Gvern ħabbar li se nkunu qegħdin ninvestu €700 miljun fuq perjodu ta' seba' snin sabiex nibnu mill-ġdid it-toroq kollha ta' Malta u Għawdex.", "B'hekk, issa l-kunsilli lokali jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond biex itejbu l-lokalitajiet tagħhom.", "Hawn jiġuni f'moħħi x'għamlu l-Kunsilli Lokali ta' Birkirkara, li fetaħ Ġnien l-Istazzjon u Ġnien Lippu Zammit b'investiment ta' aktar minn €1.5 miljun; il-Kunsill Lokali tal-Floriana, li bbenefika minn ammont sostanzjali biex jirranġa l-Ġnien Pawlu Boffa, u l-Kunsill Lokali tal-Fgura li – jidhirli fl-2003 – kien xtara dar fil-main road tal-Fgura bil-ħsieb li xi darba jittrasformaha f'uffiċċju għall-kunsill lokali.", "Hawn qed ngħidu li għaddew madwar 16-il sena biex il-Kunsill Lokali tal-Fgura seta' jagħti lura lir-residenti tiegħu binja mill-aktar moderna, li tista' taqdi l-bżonnijiet tal-lum.", "Din il-binja tista' tagħti mhux biss is-servizzi tal-kunsill lokali, imma anke servizzi oħrajn, fosthom is-servizzi tal-FSWS, għax il-Kunsill Lokali tal-Fgura kien bil-għaqal biżżejjed biex kera sular minn din il-binja sabiex ir-residenti tal-Fgura jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi oħrajn.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, saru xi bidliet f'dan il-fond biex, għall-ewwel darba, bi ftehim bejn il-Kunsill Lokali u l-club tal-waterpolo tas-Sirens, se jkun hemm investiment minn dan il-fond ta' aktar minn €2 miljun li se jintużaw għall-pitch tal-waterpolo tas-Sirens.", "Infakkar li wara kull maltempata, dan il-pitch issirlu ħsara kbira.", "Mill-esperjenza li għandi meta servejt bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isports, wara kull maltempata konna nirċievu telefonata mill-uffiċjali tas-Sirens li għal darb'oħra tkissrilhom il-pitch tal-waterpolo.", "Illum, grazzi għal dan il-fond u għall-ftehim li sar bejn il-Kunsill Lokali u l-club tas-Sirens, se jkollna pitch tal-waterpolo state of the art.", "Dan wara li l-Gvern diġà investa f'numru ta' waterpolo pitches oħrajn madwar il-pajjiż.", "Skema oħra mill-fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar hija \"Sebbaħ il-Lokal Tiegħek\", b'investiment ta' €2.5 miljun sabiex dawk il-kunsilli lokali li ma kellhomx aktar minn €100,000 riżervati għalihom fil-Fond għall-Iżvilupp tal-Ippjanar, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi sabiex itejbu xi ġonna li għandhom u jħaddru aktar il-lokalità tagħhom.", "Kif nafu, għadna kemm kellna l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, fejn għandna numru ta' sindki u kunsilliera li ġew maħtura mill-ġdid, waqt li oħrajn inħatru għall-ewwel darba.", "Minn hawn nixtieq nawgura lis-sindki, lill-viċi sindki u lill-kunsilliera kollha għax-xogħol li se jkunu qegħdin jagħmlu fil-ħames snin li ġejjin għal-lokalitajiet tagħhom, u nappellalhom biex, issa li se jkunu qegħdin jirrappreżentaw lill-lokal tagħhom, jersqu lejn l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jaraw x'fondi hemm disponibbli biex itejbu l-lokal tagħhom.", "Niggarantilhom li hemm ħafna fondi li l-lokalitajiet tagħhom jistgħu jibbenefikaw minnhom sabiex itejbu aktar l-ambjent fejn jgħixu r-residenti tagħna.", "Skema importanti li ġiet introdotta madwar tliet snin ilu hija l-iskema tar-regolarizzazzjoni.", "Issa, hawn forsi jkun hawn min jikellem b'mod differenti dwar din l-iskema.", "Jien ngħid li, grazzi għal din l-iskema, illum ħafna familji jistgħu jbiegħu l-proprjetà tagħhom jew jużaw il-proprjetà tagħhom biex jissellfu mill-bank.", "Qabel daħlet din l-iskema, ħafna familji ma setgħux jagħmlu dan.", "Fil-fatt, kieku ma daħlitx din l-iskema, kieku għandna familji maqbudin li jixtiequ jbigħu l-proprjetà tagħhom u ma jistgħux.", "Għalhekk din l-iskema għenet biex ħafna nies solvew il-problema li kellhom.", "Matul is-sena li għaddiet, kellna 5,469 applikazzjoni għal din l-iskema, u l-maġġoranza assoluta tagħhom, jiġifieri 88%, ġew approvati mill-istess Awtorità.", "Hawnhekk ukoll rajna żieda fl-applikazzjonijiet fuq is-sena ta' qabel, fejn kien hemm ftit aktar minn 5,000 applikazzjoni.", "Dan kollu sar bl-għaqal tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed tagħmel użu tajjeb mill-flus li ddaħħal.", "Fil-fatt madwar €10 miljun reġgħu marru lura għand in-nies fl-iskemi li semmejt, fosthom \"Irrestawra Darek\", \"Sebbaħ il-Lokal Tiegħek\" u \"Irranġa l-Gallariji\" fin-naħa t'isfel tal-Belt.", "Tajjeb ngħid li meta ddaħħlet din l-iskema tar-regolarizzazzjoni tant kienet popolari li konna għedna li, wara perjodu ta' żmien, se nżidu l-fees b'25%.", "Però, wara li rajna kemm din l-iskema ntlaqgħet tajjeb u kemm familji ħarġu minn diffikultajiet, iddeċidejna li din iż-żieda li kienet ipproġettata oriġinarjament ma ndaħħluhiex.", "Għalhekk din l-iskema ta' regolarizzazzjoni kompliet bl-istess fees li kien hemm meta ġiet varata oriġinarjament.", "Dan l-istess uffiċċju huwa responsabbli wkoll mid-DNOs, fejn kien hemm żieda sostanzjali fil-każijiet fuq is-sena ta' qabel.", "Fl-2017 kien hemm 1,322 DNO u din is-sena dawn żdiedu bi 17%.", "Tajjeb li wieħed iżomm f'moħħu li kellna din iż-żieda f'perjodu fejn kien hemm żieda tal-klassijiet l-oħra li jaqgħu taħt id-DNO.", "Fl-2018, jiġifieri s-sena li qed niddiskutu llum, is-sezzjoni taż-żoni ta' konservazzjoni urbana rċeviet medja ta' 180 applikazzjoni fix-xahar, li huwa kważi l-istess ammont tas-sena ta' qabel.", "Però, bi sforz sabiex ma nikkompromettux il-karattru ta' bini tradizzjonali, l-Awtorità ħadmet bis-sħiħ biex tħeġġeġ u tippromwovi inizjattivi ġodda li jħeġġu użu ta' djar vojta, restawr u rikostruzzoni ta' proprjetà eżistenti.", "Fir-rigward ta' proposti barra miż-żona tal-iżvilupp, l-Awtorità tal-Ippjanar, hekk kif imħeġġa minn dan il-Gvern, temmen u tinkoraġġixxi diskussjoni u djalogu trasparenti sabiex tittieħed l-aħjar deċiżjoni fl-aqwa interess sabiex pajiżna jżomm il-bilanċ mil-lat ta' żvilupp ekonomiku, kif ukoll mil-lat ta' preżervazzjoni ta' art mhux mittiefsa.", "Direttorat ieħor li huwa importanti ħafna għall-Awtorità u anke għall-ħarsien ta' dak li jseħħ f'pajjiżna huwa dak tal-Compliance and Enforcement.", "Diġà rringrazzjajt lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità għall-ħidma tagħhom, però nixtieq ngħid grazzi speċjali lil dan it-tim ta' nies li jagħmel parti mill-Compliance and Enforcement tal-Awtorità.", "Dan mhuwiex xogħol li tieħu pjaċir tagħmlu meta trid tmur fuq in-nies u tikkoreġihom għal dak li għamlu.", "Għalhekk naħseb li dawn in-nies jixirqilhom grazzi speċjali.", "Matul din is-sena, l-uffiċini ta' dan id-Direttorat imxew b'mod temporanju għal binja privata, iżda moderna għall-aħħar li, għalkemm ma tmissx mal-binja ċentrali tal-Awtorità, tinsab viċin ħafna - kemm taqsam it-triq - tal-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Dan qed isir biex il-binja l-antika fejn kien hemm l-uffiċini tad-Direttorat issir aktar moderna u addattata għaż-żmenijiet tal-lum.", "Jien kelli l-okkażjoni li nżur din il-binja u naħseb li hemm bżonn ta' uffiċini aktar moderni, biex kull ħaddiem jiġi rispettat fuq ix-xogħol, anke fejn jidħol l-ambjent fiżiku fejn jaħdem.", "Il-każijiet li jaħdem fuqhom dan id-Direttorat huma diversi.", "Matul dawn l-aħħar xhur u snin, l-attitudni li qed tittieħed minn uffiċjali tal-infurzar qed tagħti l-frott tagħha peress li din is-sena kien hemm tnaqqis ta 15% f'dak li għandu x'jaqsam ma' stop and enforcement notices.", "Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba meta persuna li tagħmel kontravvenzjoni tikkopera u tkun lesta li tirrimedja, biex b'hekk ma toħroġx l-enforcement notice.", "Matul l-2018 kien hemm aktar minn 2,500 ilment li saru min-nies, kif ukoll aktar minn 1,500 ilment ieħor li kienu jinvolvu l-Construction Site Managment Regulations.", "Tajjeb wieħed jgħid li din is-sezzjoni għamlet aktar minn 6,000 spezzjoni fuq żvilupp, jew rapport ta' żvilupp illegali jew mhux skont il-permess li jkun inħareġ.", "Is-sena li għaddiet, l-uffiċjali tal-infurzar għamlu 30% aktar site visits komparat mal-2017.", "Din is-sezzjoni hija responsabbli wkoll mill-commencment notices u, matul din is-sena, din is-sezzjoni rċeviet 11,000 commencement notices.", "Hawnhekk rajna żieda kbira fuq is-sena 2017, meta l-ammont approvat ta' commencement notices kien ta' 5,600.", "Ittieħdu wkoll ammont ta' azzjonijiet diretti sabiex jitneħħew binjiet illegali.", "Ftit tal-ġimgħat ilu, wara diversi rapporti ta' rimi ta' skart illegali f'żona li kienet mitluqa għal numru ta' snin, li setgħet ħolqot periklu u li kienet isservi bħala fabbrika tal-concrete, ġie deċiż li biex jitħares l-interess pubbliku, din iż-żona għandha titnaddaf.", "Fil-fatt kienu jinħtieġu ġimgħat sħaħ ta' xogħol biex tneħħa kwantità kbira ta' materjal, imma bħala Gvern ridna li dan is-sit, li seta' jintuża għal skop industrijali, jingħata lura lill-pubbliku.", "Hawn qed nitkellmu fuq sit kważi d-daqs ta' 60 grawnd tal-futbol, li jmiss ma' area li diġà titgawda mill-familji, u li issa se tkun qed tiġi estiża sabiex ikollna park nazzjonali li huwa daqs terz ta' Hyde Park f'Londra; ħafna minna żorna Londra u nafu l-kobor ta' dak il-park.", "Grazzi għad-deċiżjoni ta' dan il-Gvern, art li kienet abbandunata u abbużata se tingħata lura lill-pubbliku.", "Fir-rigward ta' compliance certificates, kien hemm żieda żgħira fuq is-sena ta' qabel għax minn 9,250 telgħu għal 9,413.", "Biċċa xogħol importanti li titwettaq minn dan id-direttorat tal-infurzar b'kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra, fosthom l-MTA u l-BRO, hija l-ħarsien tar-regolamenti tal-bini u li ma jkunx hemm inkonvenjent li jiġi mill-abbuż.", "Naħseb li ħafna mit-tgergir li jkun hemm min-nies huwa dwar min jabbuża mix-xogħlijiet, min ma joqgħodx għar-regoli u min ma jagħmilx hoarding tajjeb, fost l-oħrajn.", "Għalhekk tajjeb ngħid li dawn l-entitajiet qed jaraw li fil-perijodu tas-sajf ma jsirx skavar, twaqqigħ u bini li jista' joħloq inkonvenjent f'żoni turistiċi.", "Dan qed nagħmluh biex, possibbilment, l-inkonvenjent għan-nies ikun jista' jitwaqqaf.", "Naf li għandna numru ta' żviluppaturi serji li jiddejqu meta jkollok xi cowboy li jaqbad u jibda jwaqqa' f'ħinijiet meta mhux suppost isir xogħol jew imur jibni scaffolding mingħajr ma jagħmel hoarding, b'detriment għall-isem tajjeb li qed jinbena minn numru sostanzjali ta' żviluppaturi f'pajjiżna.", "Unit ieħor fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar li għandu kuntatt dirett man-nies huwa l-Customer Care.", "Fil-fehma tiegħi, din hija sezzjoni importanti ħafna għax hija l-wiċċ u r-ruħ tal-Awtorità.", "Kull min għandu bżonn imiss mal-Awtorità qed imiss ma' dawn in-nies.", "Għalhekk is-servizz li tagħti din is-sezzjoni huwa kruċjali u jikkomplementa x-xogħol kbir li jkunu qegħdin jagħmlu persuni oħrajn fil-back office u dawk li jmorru fuq is-siti tax-xogħol.", "Inutli li jkollna sezzjonijiet li jagħmlu xogħol impekkabbli, imbagħad din is-sezzjoni importanti tal-Customer Care ma tagħmilx xogħolha kif suppost.", "Dan mhuwiex il-każ, għax din hija sezzjoni mill-aktar effiċjenti, li matul is-sena li għaddiet irċeviet madwar 11,000 telefonata fix-xahar, kif ukoll aktar minn 22,000 email.", "Naħseb li dan huwa s-servizz li rridu nkomplu nagħtu lill-poplu.", "Ftit tax-xhur ilu, wara xhur ta' konsultazzjoni ma' diversi entitajiet, ġiet ippubblikata policy ġdida dwar il-fuel stations għall-konsultazzjoni, biex din tieħu post il-fuel station policy li kienet iddaħħlet f'April 2015.", "Konxji minn dak li kien qed jingħad u mid-diffikultajiet u l-problemi li kienet qed toħloq il-policy li saret b'intenzjoni tajba fl-2015, ħassejna l-bżonn li din il-policy tiġi revisited.", "Bħalissa qed naħdmu biex fl-14 ta' Ġunju 2019, meta jagħlaq il-perjodu ta' konsultazzjoni, nimxu lejn policy ġdida.", "Fil-bidu tas-sena l-oħra, ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema li għandhom il-gradi professjonali fi ħdan l-istess Awtorità.", "Dan il-ftehim mhux biss qed jiggarantixxi salarji u kondizzjonijiet aħjar, iżda qed jagħmilha aktar possibbli li l-ħaddiema jkollhom aktar flessibilità fuq il-post tax-xogħol sabiex ikun jista' jkompli jittejjeb is-servizz tal-ħaddiema, is-servizz lejn in-nies, kif ukoll biex ikun hemm aktar work life balance.", "Komplimentari għal dan, ftit tal-ġranet ilu ġie ffirmat ftehim kollettiv li jkopri lill-ħaddiema tekniċi u klerikali tal-Awtorità.", "B'hekk, il-ħaddiema kollha tal-Awtorità tal-Ippjanar għandhom ftehim kollettiv li tejbilhom is-salarju u l-kondizzjonijiet tax-xogħol u qed jipprovdilhom work life balance aħjar.", "Għat-tielet sena, reġa' kellna l-Malta Architects Award.", "Naħseb li din hija okkażjoni importanti ħafna sabiex nesebixxu l-kapaċitajiet u l-professjonalità li għandhom mhux biss il-periti, iżda anke dawk li jaħdmu fid-diversi oqsma li jmissu mad-djar tagħna, fosthom l-interior designers.", "Importanti naraw li dawn il-professjonisti jkomplu jtejbu l-operat tagħhom sabiex ikollna ambjent isbaħ fejn ngħixu.", "Nixtieq insemmi wkoll ir-rapport tal-Awditur, li forsi ma tantx nitkellmu fuqu.", "Fl-2013, l-Awditur Ġenerali ħejja rapport fuq l-Awtorità tal-Ippjanar, b'mod partikolari fir-rigward tal-azzjoni ta' infurzar fl-ODZ.", "Dakinhar kienu saru 12-il rakkomandazzjoni lill-Awtorità.", "Illum, nista' ngħid li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet 11 minn dawk ir-rakkomandazzjonijiet.", "Ngħid ukoll li l-istess Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali rrikonoxxa li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet dak kollu mitlub minnha, ħlief għal rakkomandazzjoni waħda li l-Awtorità qed taħdem fuqha biex tkun tista' tiġi implimenta wkoll.", "Sur President, nikkonkludi billi għal darb'oħra nirringrazzja lil dawk kollha li qed ikollhom sehem biex din l-entità qed tkun ta' eżempju għall-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern.", "Naħseb li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tkun avant-garde u ta' eżempju għal kif nixtiequ naraw entitajiet oħrajn jaħdmu f'pajjiżna.", "Ovvjament, ikun hemm żmien fejn din l-entità tkun ikkritikata, però naħseb li min ma jagħmel xejn ma jiġix ikkritikat.", "Jibqa' l-fatt li l-operat u t-trasparenza kbira ta' din l-entità huma xi ħaġa li rridu napprezzawhom.", "Tajjeb li nfakkar li bħal-lum sentejn, fl-4 ta' Ġunju 2017, il-poplu sovran reġa' ta l-fiduċja lil dan il-Gvern biex ikompli jmexxi lil dan il-pajjiż 'il quddiem.", "Dakinhar il-Ministru Ian Borg u jien ġejna fdati mill-Prim Ministru bir-responsabilità ta' din l-entità.", "Illum qed inħarsu 'l quddiem sabiex flimkien inkomplu ntejbu, nisimgħu u nibdlu fejn hemm bżonn biex inkomplu nimxu maż-żmenijiet tal-lum u nagħtu l-aqwa u l-aħjar servizz lil dawk kolha li jiġu bżonn din l-entità.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Sur President, qabel ma nibda bil-kummenti tiegħi dwar l-estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar, nixtieq insellem lill-Onor.", "Marthese Portelli li, sfortunatament, ma tiflaħx u għalhekk ma setgħetx tkun f'dan il-Parlament biex tagħmel id-diskors tagħha.", "L-Awtorità tal-Ippjanar hija l-pilastru tal-ekonomija ta' pajjiżna, għax ma' din l-Awtorità jorbtu diversi servizzi oħrajn, inkluż ta' professjonisti, ħaddiema tal-id u ħaddiema oħrajn li jaqilgħu x'jieklu minn ħidma b'rabta ma' din l-Awtorità.", "Kif nafu, ladarba joħroġ permess mill-Awtorità, jinbeda proċess li jinvolvi periti, nutara, bennejja, min ipoġġi l-madum, min ipoġġi d-dawl u tant ħaddiema oħrajn.", "Għalhekk din l-entità tiġġenera ammont kbir ta' flus.", "F'dan id-diskors se nagħmel referenza għal tliet punti prinċipali.", "Se nitkellem dwar il-Kategorija B concessions u r-regolarizzazzjoni tal-bini; il-liġi li ħarġet wara l-avviż legali li elimina s-CTBs (Category B Concessions), skont l-artikolu 72 dwar id-Development Planning Act u d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom meta jiġi applikat dan l-artikolu, kif ukoll il-paper li ppreparat il-Kamra tal-Periti biex nibdew nirregolarizzaw u ngħaqqdu diversi frammenti ta' liġijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-kostruzzjoni f'pajjiżna.", "Sfortunatament, minħabba li reċentement kważi kull ġimgħa konna qed nisimgħu b'xi inċident fuq siti ta' bini, hemm bżonn li naħdmu fuq sett ta' regoli li jikkontrollaw aktar lil dan is-settur u fl-istess ħin jagħmlu s-siti aktar siguri u inqas ta' periklu għal min jaħdem fihom.", "Kif nafu, hemm ir-regolamenti, imma dejjem huwa importanti li tipprova ttejjeb fuq ir-regolamenti eżistenti.", "Fil-fatt, il-paper li ħarġet il-Kamra tal-Periti qed tipproponi li dawn id-diversi frammentazzjonijiet ta' liġijiet jiġu magħquda f'liġi li tkun aktar b'saħħitha u tkun tista' tirregola aktar lil dan il-qasam.", "Irrid ningħaqad mas-Segretarju Parlamentari u nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità tal-Ippjanar, mill-ikbar wieħed sal-iżgħar wieħed, li minkejja d-diffikultajiet kollha li jistgħu jiltaqgħu magħhom, nemmen li qed jipprovaw jagħmlu biċċa xogħol tajba.", "Problemi u diffikultajiet se jkun hemm dejjem, imma nemmen li l-ħaddiema kollha jipprovaw ikunu ta' servizz għall-pubbliku fix-xogħol tagħhom.", "Xi drabi ma naqblux fuq ħafna affarijiet, però dment li wieħed jiddiskuti u jitkellem, nemmen li bil-perseveranza u b'rieda tajba min-naħa ta' kulħadd inkunu nistgħu naslu għal aktar ħidma favur il-poplu.", "Fir-rigward tas-CTBs, fl-2012 kien ħareġ avviż legali li jindirizza proprjetarji ta' proprjetà li kellha ċerti irregolaritajiet fil-bini li ma setgħux jiġu sanzjonati imma li fl-istess ħin kienu jaqgħu f'ċerti parametri.", "Dawn kienu ngħataw iċ-ċans li, permezz ta' konċessjoni, il-proprjetà tkun tista' tinbiegħ jew isiru ċerti alterazzjonijiet fiha.", "Dan fisser li fejn qabel, mingħajr din il-konċessjoni, ma setax joħroġ il-compliance certificate biex wieħed ikollu d-dawl u l-ilma fil-proprjetà, b'din il-konċessjoni seta' joħroġ dan il-compliance certificate.", "Dak iż-żmien, biex tapplika għal CTB kien hemm nominal fee ta' €250 u kien joħroġ dan il-compliance certificate.", "Però mad-dħul tad-Development Planning Act fl-2016, meta l-Awtorità tal-Ambjent (ERA) ġiet separata mill-Awtorità tal-Ippjanar, is-CTBs twaqqfu u minflokhom ħareġ Avviż Legali Nru 285 li jgħid li fir-rigward ta' bini eżistenti li għandu ċerti irregolaritajiet li ma jistgħux jiġu sanzjonati, wieħed jista' japplika għar-regolarizzazzjoni tal-proprjetà tiegħu.", "Però waħda mill-aktar inġustizzji li ilni nagħmel referenza għaliha f'dan il-Parlament minn meta ħareġ dan l-avviż legali hija fir-rigward tal-fees eżorbitanti li qed jiġu applikati.", "Hawn mhux qed nitkellem dwar il-liġi nnifisha, għax nemmen li hija liġi tajba.", "Però fejn qabel CTB kien jiġi jiswa €250, bil-liġi li għandna llum, għall-istess proprjetà li jkollha infringement żgħir li jrid jiġi regolat jitlagħlek kont ta' madwar €4,000 jew €5,000.", "Hawn mhux qed ngħidu żieda ta' ftit aktar ewro, imma żieda ta' 20 jew 25 darba aktar!", "Fejn qabel l-inqas ammont ta' multa jew fee li wieħed kien iħallas kien ta' €250, din issa telgħet għal €1,000, jiġifieri qed ngħidu erba' darbiet aktar.", "Kif diġà għedt, jien kont għamilt diversi interventi fil-Parlament rigward il-fees applikabbli.", "Il-Kamra tal-Periti marru pass oltre u ressqu ilment mal-Ombudsman biex jaraw x'kienet ir-raġuni li applikazzjonijiet koperti b'CTB ma kenux qegħdin jiġu aktar aċċettati mill-Awtorità tal-Ippjanar.", "B'riżultat ta' dan, kellna proprjetajiet li ma setgħux jiġu mibjugħa.", "Jekk kont tottjeni CTB, kont tista' tbigħ fuq bażi ta' CTB, però minn meta daħlet il-Liġi tar-Regolarizzazzjoni, jekk wieħed ma jirregolarizzax, ma jistax ibigħ il-proprjetà tiegħu.", "Ovvjament, din id-deċiżjoni ħolqot piżijiet ġodda għal min kien diġà applika għas-CTB imbagħad fl-aħħar sab li bilfors kellu japplika għar-regolarizzazzjoni bi spiża ferm ogħla.", "Ta' min jgħid ukoll li dawn il-fees eżorbitanti wasslu għal dħul kbir għall-Awtorità b'mod li, kif semma s-Segretarju Parlamentari, f'inqas minn sena u nofs, daħlu ftit inqas minn 6,000 applikazzjoni bi dħul għall-Gvern ta' kważi €14-il miljun.", "Meta din in-naħa tal-Kamra ressqet dan l-ilment mal-Ombudsman, id-deċiżjoni tal-Ombudsman kienet li ċ-ċirkolari maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar li kienet qiegħda tannulla, tneħħi u twaqqaf is-CTBs, u allura awtomatikament kienet qed iġġiegħel li min kellu CTB biex jerġa' japplika għar-regolarizzazzjoni, kienet waħda irregolari għax tmur kontra l-prinċipju ta' natural justice u għalhekk mhijiex ġusta.", "L-Ombudsman talab lill-Awtorità tirtira din iċ-ċirkolari.", "Issa jekk l-Awtorità taċċetta l-parir tal-Ombudsman, ikun ifisser min kellu CTB u applika biex jirregolarizza l-proprjetà tiegħu ma kellux għalfejn jitlob li jirregolarizza l-proprjetà tiegħu.", "Għalhekk nixtieq nistaqsi lill-Ministru: Il-Gvern se jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman li tiġi rtirata din iċ-ċirkolari?", "F'każ li l-Gvern jirtira din iċ-ċirkolari, il-miljuni ta' ewro li tħallsu biex minn CTB jinqaleb għal regolarizzazzjoni se jingħataw lin-nies li ħallsu dawn il-flus żejda?", "Ħadt pjaċir nisma' lis-Segretarju Parlamentari jgħid li l-Gvern daħħal il-miljuni u qed iqassam miljuni f'urban improvement funds, però wieħed irid isemmi wkoll li ammont sostanzjali minn dawn il-fondi – jidhirli madwar 20% – jinġabru mir-regolarizzazzjoni tal-bini.", "Però nerġa' nistaqsi: F'każ ta' persuni li permezz taċ-Ċirkolari 1/2019 ma setgħux jissanzjonaw bini bis-CTB imma riedu japplikaw għar-regolarizzazzjoni u ħallsu l-eluf għal dan, se jingħataw dawn il-flus żejda li ħallsu lura?", "Nixtieq nagħmel ftit punti wkoll dwar id-Development Planning Fund.", "Ta' min jgħid li dan il-fond kien twaqqaf fi żmien Gvern Nazzjonalista.", "Però jien ninkwieta meta nara li, kif jgħidu l-Ingliżi, għandna sitwazzjoni fejn you rob Peter to pay Paul.", "Bl-applikazzjoni tar-regolarizzazzjoni ta' proprjetà minflok is-CTBs, il-Gvern ġabar il-miljuni li marru fl-Urban Improvement Fund, jiġifieri għandna sitwazzjoni fejn il-Gvern qed jieħu mill-but tan-nies biex imbagħad jagħti xi ħaġa minnhom lura lin-nies!", "Permezz ta' ċirkolari li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet fil-bidu tal-2018, fondi mill-Urban Improvement Fund marru għand il-kunsilli lokali biex jintużaw għal resurfacing ta' toroq.", "Imma, sfortunatament, illum dawn il-fondi ma jistgħux jibqgħu jintużaw għal dan il-għan, għax illum għandna Infrastructure Malta li hija responsabbli mill-bini tat-toroq.", "Bħala kjarifika għar-rimarki li qed jagħmel il-Ministru, irrid ngħid li dawn il-fondi kienu jintużaw mill-kunsilli lokali biex isir it-tarmac jew patching.", "Però llum il-kunsilli lokali ma jistgħux japplikaw għal dawn il-fondi biex isir dan it-tip ta' xogħol.", "Irrid nitkellem ukoll fuq skema oħra tal-loss of parking; fejn qabel min ma kellux spazju biżżejjed fl-iżvilupp għall-parkeġġ kien jintalab iħallas madwar €1,200 għal kull nuqqas ta' parkeġġ.", "Dan l-ammont illum tela' sa massimu ta' €9,000 għal kull parkeġġ nieqes, jiġifieri qed ngħidu żieda ta' kważi disa' darbiet aktar.", "Bl-ebda mod ma qed ngħid li min ma jipprovdix parkeġġ m'għandux iħallas xi forma ta' kontribuzzjonijiet; però, iż-żejjed huwa kollu żejjed!", "Nerġa' niġi għall-Urban Improvement Fund li, kif għedt, kien ilu in vigore minn żmien Gvern Nazzjonalista, u li permezz tiegħu kunsill lokali seta' japplika għal mija fil-mija tal-ispiża ta' proġett li jkun qed igawdi minn dan il-fond.", "Skont ċirkolari li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet fil-bidu tal-2018 – PA Circular 3/2018 – inħolqot problema għall-kunsilli lokali li minn mija fil-mija funding tal-proġett, dan niżel għal 70%.", "Mela jista' jkollok kunsilli lokali żgħar li ma jkollhomx daqshekk fondi biex jagħmlu ċerti proġetti.", "Allura bl-introduzzjoni ta' dan ir-regolament li jistipula li jridu joħorġu 30% tal-proġett mill-fondi tal-kunsill lokali stess, jistgħu jinħolqulhom diffikultajiet kbar.", "Għalhekk nagħmel appell lill-Ministru u lis-Segretarju Parlamentari biex jerġgħu jikkonsidraw din id-deċiżjoni u jaraw jekk hux possibbli li kunsilli lokali li għandhom fondi limitati minħabba ċ-ċokon tagħhom jerġgħu jingħataw 100% tal-ispiża tal-proġett u mhux 70% biss.", "Irrid insemmi wkoll il-kwestjoni li semma anke l-Ministru fil-Baġit li għadda, dwar miljuni ta' ewro li l-kunsilli lokali għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom u li però għadhom m'applikawx għalihom.", "Hawn nixtieq nagħmel il-punt li l-kunsill lokali dejjem irid japplika għall-permess, għal kwalunkwe ħaġa li jkun se jagħmel, u dan hu sew.", "Però mbagħad Infrastructure Malta li waqqaf il-Ministru tista' taqbad tidħol taħdem u tkisser, u m'għandhiex bżonn permessi.", "Dan qed iwassal biex nispiċċaw f'sitwazzjoni …", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Onor. Bezzina, jekk jogħġbok.", "Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "IAN BORG: Ma naqbel xejn mal-kumment li għamel l-Onor.", "Bezzina, fis-sens li Infrastructure Malta, bħal kull entità u applikant ieħor, trid tapplika għall-permessi!", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina.", "TONI BEZZINA: Il-Ministru qed jagħti informazzjoni ħażina.", "Fi Spinola Road, San Ġiljan sar xogħol minn Infrastructure Malta mingħajr ma saret l-ebda applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "(Interruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Onor. Bezzina, kompli bid-diskors tiegħek.", "Il-Ministru jkollu ċ-ċans li jirrispondi fil-winding up.", "TONI BEZZINA: Sur President, nerġa' ngħid li qatt ma saret applikazzjoni minn Infrastructure Malta mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "(Interrruzzjonijiet)", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, għandek il-winding up biex tagħmel il-kummenti tiegħek.", "Onor. Bezzina, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "TONI BEZZINA: Ministru, għidilna mela jekk sarux applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar!", "L-ISPEAKER: Onor. Bezzina, jekk jogħġbok, ma rridx cross debate!", "Kompli bid-diskors tiegħek.", "TONI BEZZINA: Kif kont qed ngħid, kunsill lokali jrid jgħaddi minn diversi proċessi bħal, pereżempju, irid iġib il-clearance mid-Dipartiment tal-Artijiet, u ovvjament il-proċess jieħu ċertu żmien.", "Għandna każijiet fejn kunsill lokali jkollu jistenna madwar tmien xhur, meta Infrastructure Malta, f'ċerti każijiet, skont il-liġi, m'għandhiex għalfejn tapplika għall-istess permessi.", "Huwa proprju għalhekk li l-kunsilli lokali jdumu biex jagħmlu użu minn dawn il-fondi.", "Insemmi wkoll artikolu 72 tad-Development Planning Act, subartikolu (2)(d), li jgħid li l-Bord tal-Ippjanar jieħu in konsiderazzjoni s-surrounding legal commitments.", "Dan l-artikolu, f'ċerti istanzi, qed joħloq ċerta inkonsistenza minħabba kif jiġi interpretat.", "Pereżempju, hemm min jikkonsidra surrounding legal commitments bħala żvilupp li jkun jixbah l-applikazzjoni li jkun hemm fl-istess blokka.", "Però mbagħad hemm min jinterpretah bħala żvilupp fil-kontest ta' żvilupp f'lokalitajiet differenti.", "Fil-fehma tiegħi, naħseb li f'ġieħ il-konsistenza u anke biex ikun hemm level playing field ma' kulħadd, għandu jiġi stabbilit eżattament x'qed nifhmu b'surrounding legal commitments, pereżempju sa fejn tieħu ċirkonferenza jew tul, biex b'hekk ma nispiċċawx f'sitwazzjoni fejn wieħed imur għand il-perit jieħu parir għax ikun se jixtri post, imbagħad l-applikazzjoni titla' quddiem il-Bord u jiġi mgħarraf li hemm deċiżjonijiet oħrajn li kienu ttieħdu li jgħidu li surrounding legal commitments huma sa ċerta distanza.", "Din toħloq ċerta inkonsistenza u periklu, għax wieħed forsi jkun xtara proprjetà biex jagħmel ċertu żvilupp, però meta mbagħad japplika, ċerti permessi ma joħorġux.", "Għalhekk nemmen li dan il-konċett ta' surrounding legal commitments għandu jkun iċċarat aħjar.", "Qabel nikkonkludi, nixtieq nagħmel referenza għal studju li sar mill-Kamra tal-Periti dwar ir-regoli li jirregolarizzaw il-bini f'pajjiżna, li anke għamel referenza għalihom is-Segretarju Parlamentari.", "Sfortunatament, kif diġà għedt, anke forsi minħabba l-ammont ta' żvilupp li għaddej bħalissa, hemm ċerta inċidenza ta' inċidenti li qegħdin iseħħu f'pajjiżna.", "Nemmen li għandna npoġġu bilqiegħda u noħorġu liġi ħolistika li tiġbor il-frammentazzjoni ta' liġijiet li għandna li jirrigwardaw kif jiġu mmaniġġjati siti ta' kostruzzjoni biex isir upgrade u jitnaqqas il-periklu minn fuq dawn is-siti.", "Irrid insemmi, mingħajr ma nidħol fid-dettall għax m'għandix il-ħin, il-paper li ppreparat il-Kamra tal-Periti.", "Din il-paper issemmi l-continuous training li jrid isir, kemm fil-każ tal-professjonisti, kif ukoll fil-każ ta' ħaddiema tal-id.", "Irid ikun hemm ċertifikazzjoni ta' nies tas-sengħa.", "Fil-fatt beda xi ħaġa f'dan is-sens mill-BICC fejn nies li, pereżempju, ipoġġu l-madum jew jgħaddu d-dawl, qed tinħarġilhom skill card li permezz tagħha jkunu rikonoxxuti li jistgħu jagħmlu ċertu xogħol.", "Din il-paper issemmi wkoll ir-regolamenti u l-klassifikazzjoni ta' kuntratturi li għandha ttejjeb u toħloq aktar sens ta' responsabbiltà minn min jagħmel dawn ix-xogħlijiet; li għandhom jitjiebu s-site management u l-project administration regulations biex fuq kull sit, kulħadd ikun jaf x'inhuma d-doveri tiegħu; ikun hemm awareness ikbar f'dak li għandu x'jaqsam ma' health and safety fuq il-post tax-xogħol, eċċ. Minn hawn irrid nirringrazzja lill-Kamra tal-Periti li għamlet overhaul sħiħ ta' dawn ir-regolamenti u ressqithom għad-diskussjoni.", "Nittama li ż-żewġ naħat tal-Kamra, kif ukoll diversi oqsma relatati ma' dan ix-xogħol, jingħaqdu flimkien biex naraw eżattment x'hemm bżonn isir għal aktar serjetà f'din is-sengħa tal-kostruzzjoni.", "Sur President, nixtieq mill-ġdid nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fl-Awtorità tal-Ippjanar, lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor, b'mod dirett jew indirett, huma relatati mal-kostruzzjoni f'pajjiżna, fosthom periti, avukati, nutara u nies oħrajn li jipprovdu diversi servizzi u l-kuntratturi li jaħdmu f'dan il-qasam.", "Nemmen li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed, wieħed mill-pilastri prinċipali tal-ekonomija f'pajjiżna jista' jiġi regolarizzat aħjar biex inkomplu mmexxuh 'il quddiem.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Ministru Ian Borg.", "IAN BORG: Sur President, nirringrazzja lill-Onor.", "Tony Bezzina u lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.", "Nista' ngħid li fil-ministeru tagħna hemm relazzjoni eċċellenti fil-mod kif naħdmu flimkien fuq id-diversi entitajiet u setturi li niggvernaw.", "Nirringrazzja wkoll lis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għax-xogħol ħabrieki, onest u leali.", "Irrid insellem u nawgura fejqan ta' malajr lill-Onor.", "Marthese Portelli għas-sehem tagħha bħala kelliem ewlieni ta' dan is-settur għall-Oppożizzjoni, u anke bħala rappreżentant tal-Oppożizzjoni fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Alex Muscat, li huwa r-rappreżentant tal-Gvern fuq dan il-bord, lill-membri tal-Bord, liċ-Chairman, liċ-Chairman Eżekuttiv, il-membri tal-Kunsill Eżekuttiv, il-membri tal-kummissjonijiet, u lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità tal-Ippjanar li ta' kuljum jaħdmu sabiex din l-awtorità mhux biss tagħti servizz aħjar, iżda tikkontribwixxi b'mod dirett u effettiv fl-ekonomija Maltija.", "Qabel nitkellem dwar il-kisbiet ta' din l-Awtorità, irrid ngħid li sinċerament nitħawwad meta nisma' diskorsi bħal dak tal-Onor.", "Toni Bezzina min-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Dan il-Gvern, din il-Kamra u l-poplu Malti u Għawdxi ma jafux fejn qegħdin mal-Oppożizzjoni!", "Jekk tisma' lilek titkellem, Onor. Bezzina, tgħid li jidher li trid li niftħu iżjed l-ODZ policy.", "L-ISPEAKER: Ippermettili, Ministru.", "Bil-permess tiegħek, l-Onor.", "TONI BEZZINA: Nitlob lill-Ministru jgħidli issa fejn fid-diskors tiegħi jien semmejt l-ODZ!", "Jekk hemm bżonn, nisimgħu r-recording.", "L-ISPEAKER: M'hemmx għalfejn.", "Ministru, nitolbok tkompli bid-diskors tiegħek.", "IAN BORG: Onor. Bezzina, min qallek li jien kont qed nirreferi għad-diskors tiegħek tal-lum!", "Però f'diversi okkażjonijiet oħrajn, inti għedt kemm ir-rural policy tal-2014 ma tagħmilx ġustizzja …", "L-ISPEAKER: Jekk jogħġobkom, ma rridx cross debate!", "Ministru, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "IAN BORG: L-Onor.", "Bezzina qed jgħid li jrid iżjed żvilupp fl-ODZ għall-bdiewa!", "Il-partit tiegħek jikkritika l-iskema tar-regularization u, min-naħa l-oħra, inti qed tgħid li l-Awtorità qed iżżomm ħafna flus lil min għamel kontravvenzjoni.", "L-Onor.", "Bezzina qed jikkritika lill-Gvern li għolla l-parking fees għal min ma jipprovdix parkeġġi meta japplika għall-iżvilupp.", "Lil min qed tipprova togħġob, Onor. Bezzina?", "Qed tipprova togħġob lid-developer biss!", "Mur fehemhom lin-nies ta' Tas-Sliema, tal-Gżira, ta' San Ġiljan u ta' Malta kollha dwar dak li qed tgħid!", "L-iżvilupp li għandna llum fil-pajjiż qiegħed ipoġġi sfidi fuq l-infrastruttra pubblika, bħal dik tat-toroq, għaliex l-iżviluppaturi kienu qegħdin isibuha aktar faċli li jħallsu t-tariffa lill-Awtorità tal-Ippjanar milli jipprovdu l-parkeġġ!", "Imbagħad tiġi hawnhekk tgħid li l-flus li jidħlu għand l-Awtorità fid-Development Planning Fund għandhom jitħallew għand il-kunsilli biex jagħmlu l-patching u mhux biex jagħmlu l-parkeġġi!", "Kontradizzjoni waħda wara l-oħra!", "Qed tipprovaw tintgħoġbu ma' kulħadd u, elezzjoni wara l-oħra, il-poplu qed jgħidilkom: Ieqfu ntgħoġbu ma' kulħadd!", "Iddeċiedu x'inhi l-politika tagħkom!", "Iddeċiedu fejn tridu tieħdu lil dan il-pajjiż, imma sakemm tiddeċiedu, se nibqgħu nagħtukom tkaxkira wara l-oħra!", "L-ISPEAKER: Ministru, jekk jogħġbok, indirizza lis-Sedja.", "IAN BORG: Hemm bżonn nifhmu what the Opposition stands for fejn għandu x'jaqsam l-ippjanar f'pajjiżna.", "Mhux jiġi l-Onor.", "Azzopardi bħala kelliem għall-ambjent jgħid mod, jiġi l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ippjanar jgħid mod ieħor, imbagħad jiġi l-Onor.", "Bezzina jkanta t-tielet diska!", "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk!", "M'għandniex Oppożizzjoni ma' min niddibattu dwar l-Awtorità tal-Ippjanar u dwar l-ippjanar ta' dan il-pajjiż għal madwar 50 sena oħra!", "Niddiskutu miegħek, Onor. Bezzina, li trid tagħti aktar bini fl-ODZ għall-bdiewa?", "Niddiskutu miegħek li trid lill-iżviluppaturi jħallsu inqas għax ma jipprovdux soluzzjonijiet ta' parkeġġ fil-binja tagħhom?", "Niddiskutu miegħek li trid aktar skemi ta' regolarizzazzjoni, imma b'inqas kontribuzzjoni għal dik il-kontravenzjoni li tkun saret?", "Niddiskutu miegħek li għalik, proġett li jagħmel sens mid-Development Planning Fund huwa l-patching?", "Aħna se nagħmlu t-toroq ta' Malta kollha bit-tarmac!", "Sal-lum stess, qed nibqgħu ngħaddu l-flus lill-kunsilli lokali mmexxija u kkonfermati minn maġġoranza Nazzjonalista biex iħallsu għat-tarmac li laħqu għamlu qabel twaqqfet Infrastructure Malta.", "Għandek raġun tikkritika lil Infrastructure Malta, għaliex ix-xogħol li għamlet fl-aħħar sena din l-aġenzija, li jien tant kburi li waqqaftha, imur lil hinn minn kull aspettattiva li kien hemm!", "Bħala Oppożizzjoni tħawwadtu, għaliex ivvotajtu kontra s-€700 miljun f'investiment biex nagħmlu t-toroq ta' Malta u Għawdex kollha!", "Dan il-proġett massiv qed jikseb l-ammirazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Dan għaliex bħala Gvern, meta ngħidu li se nagħmlu triq, nagħmluha!", "Meta ngħidu li se nagħmlu proġett, nibdewh u nibqgħu naħdmu sakemm inlestuh!", "Għalhekk jien kburi b'dik l-entità li jien politikament responsabbli minnha.", "Nitbissem meta l-Oppożizzjoni tipprova tispinja l-affarijiet, bl-għajnuna ta' ġurnalisti li suppost huma indipendenti.", "Nitbissem meta niltaqa' magħhom waqt press conferences u nirringrazzjahom tar-reklami li jagħmlulna.", "Mhux faċli tixtri reklam ta' nofs faċċata, jew ġieli anke ta' faċċata sħiħa fuq ġurnali bl-Ingliż, fejn dawn il-ġurnalisti jikkritikaw il-ħidma ta' Infrastructure Malta bħal fuq il-proġett f'Tal-Balal!", "Jien nieħu pjaċir meta nkun qed indur lokalitajiet bħan-Naxxar, il-Għargħur u San Ġwann, u n-nies jgħiduli li sa ftit ilu, minn San Ġwann san-Naxxar kienu jieħdu 20 minuta, u llum, meta l-proġett għadu mhux lest, f'żewġ minuti qed jaslu!", "Ovvjament waqt li l-proġett qed jiġi konkluż, jibqa' jkun hemm ċerti ċirkostanzi fejn ikun hemm konġestjoni tat-traffiku, imma malli jkun lest il-proġett, l-Oppożizzjoni se tieħu r-risposta, u r-risposta se jagħtuhielhom in-nies!", "L-istess, in-nies qegħdin jinnotaw ukoll il-progress li qed isir bl-interventi fi Triq Buqana, liema proġett se jagħti nifs lin-nies li jkunu ġejjin min-naħa tal-Imtarfa, ir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ u sejrin lejn l-Imġarr, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, il-Mosta u Għawdex.", "Għalhekk, Onor. Bezzina, meta tiġi hawnhekk u tipprova mingħalik tiżvija lill-poplu u lill-pajjiż li din l-aġenzija ma tapplikax għall-permessi mal-Awtorità tal-Ippjanar, din hija spin tal-Oppożizzjoni u ta' min mhux jilħaq dak l-għeneb u jrid ibellagħhielna li hu qares!", "Meta kulħadd qiegħed iduq u jixrob minn dan l-inbid li qed isir minn dan l-għeneb u qed jgħid li dan huwa prodott tajjeb, l-Oppożizzjoni mhijiex kredibbli fil-kritika tagħha.", "Dan huwa l-mod kif isiru l-proġetti f'pajjiżna u kif naqbdu l-barri minn qrunu!", "Sur President, inħares 'il quddiem għal aktar proġetti, inkluż il-proġett tas-Central Link fejn, fil-fehma tiegħi, l-elettorat bagħat messaġġ ċar u b'saħħtu fil-komunitajiet tal-Mosta, Birkirkara u Ħ'Attard.", "Infakkar li f'Ħ'Attard, l-Alternattiva Demokratika, li oġġezzjonat għal dan il-proġett b'mod xejn prammatiku u kostruttiv, spiċċat tilfet l-uniku kunsillier li kien fadlilha f'dan il-pajjiż.", "In-nies ma jridux argumenti distruttivi.", "Għalhekk nittama li l-Oppożizzjoni tingħaqad fid-dibattitu għas-Central Link biex inkomplu ntejbu dan il-pajjiż.", "Bħala Gvern, tejjibna darba, tnejn, tlieta b'diversi proġetti u, fl-istess ħin, qed niżguraw li kull proġett jirrispetta l-aspett ambjentali, l-aspett ekonomiku u l-aspett finanzjarju.", "Aktar minn hekk, bħala Gvern, qed niddeċiedu li mmexxu dawn il-proġetti 'l quddiem u mhux inpoġġuhom fuq l-ixkaffa.", "Nixtieq inkun naf liema hi l-Oppożizzjoni li qed titkellem dwar l-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-Oppożizzjoni tal-Onor.", "L-Oppożizzjoni tal-Onor.", "L-Oppożizzjoni tal-Onor.", "Toni Bezzina jew l-Oppożizzjoni tal-Oranġjo?", "Ma nafux ma' min nistgħu niddibattu dwar l-estimi ta' din l-Awtorità!", "Min hu pro-żvilupp ħafna iżjed minn dan il-Gvern?", "Għadna kemm smajna lill-Onor.", "Bezzina.", "Jista' xi ħadd jistaqsi lill-Oppożizzjoni x'inhi l-politika tagħhom dwar l-ippjanar f'pajjiżna?", "Din hija mistoqsija bażika.", "Mhux ta' b'xejn li ħadd mhu qed jeħodhom bis-serjetà!", "Kif tista' teħodhom bis-serjetà meta ma tafx fejn qiegħed magħhom!", "Jien ngħid li għandna niffokaw dwar kif għandna nkomplu ntejbu lil din l-Awtorità tal-Ippjanar.", "Tajjeb ngħid li din l-Awtorità mhux qiegħda hemmhekk biss biex tipproċessa l-applikazzjonijiet, imma qiegħda hemmhekk biex tara li l-liġijiet, ir-regolamenti, il-policies u l-permessi li jkunu nħarġu matul iż-żmenijiet ikunu osservati.", "Huwa għalhekk li għandek l-aspett ta' monitoraġġ u l-aspett tal-infurzar.", "Forsi waħda mill-iżjed sezzjonijiet li taqla' fuq wiċċha hija s-sezzjoni tal-infurzar li trid tħabbatha ma' min ikun għamel żvilupp illegali, u għalhekk ikun hemm bżonn tittieħed azzjoni.", "Hawnhekk irrid nagħmel referenza għal każ wieħed partikolari, fejn l-Awtorità litteralment kinset fabbrika tal-concrete mibnija u okkupata fuq art tal-Gvern, liema fabbrika kienet dilapidata għal għexieren ta' snin fi spazju daqstant importanti bħal dak ta' Ta' Qali.", "Ħadd ma nduna jew irrapporta dak li kienet qed tagħmel l-Awtorità tal-Ippjanar meta, fuq direzzjoni tal-Gvern, ħadet azzjoni diretta u kinset din il-fabbrika fuq art ta' 50,000 metru kwadru.", "Ngħid ukoll li, kif ħabbart flimkien mal-Prim Ministru madwar xahar u nofs ilu, bħala Gvern iddeċidejna li nagħtu din l-art lura lill-pubbliku, biex il-familji jqattgħu ftit aktar ħin is-Sibt jew il-Ħadd mat-tfal u mal-annimali tagħhom fil-park ta' Ta' Qali, il-Malta National Park.", "Ladarba n-nies għandha x-xogħol u anke xogħol aħjar, u ladarba l-ekonomija u l-prospetti tal-pajjiż huma pożittivi, tajjeb li bħala Gvern naħsbu wkoll f'aktar ħin ta' kwalità mal-familji tagħna.", "Nafu kemm hemm domanda għall-ispazju eżistenti f'Ta' Qali u għalhekk rajna kif inżidu dan l-ispazju.", "Fil-fatt se jinbeda l-proċess biex nippjanaw u nimplimentaw dan l-ikbar proġett ħadrani li qatt se jkun ra dan il-pajjiż fuq art ta' 450,000 metru kwadru.", "Dan il-park jikkomplimenta l-Malta National Archives li se nkunu qegħdin nikkonsolidaw ftit passi 'l bogħod minn dan is-sit, u se jikkomplimenta wkoll il-Villaġġ tal-Artiġjanat f'Ta' Qali.", "Irrid infakkar li l-Oppożizzjoni daħket bit-tenants meta, għal 20 sena sħaħ, ħalliethom jitkarrbu f'ċirkostanzi tal-mistħija.", "Jien ma nistax nifhem kif it-turisti kienu għadhom qed iżuru dan il-post!", "Ma nistax nifhem kif is-self-employed kien għad fadlilhom il-qalb li jmorru jiftħu l-bieb tax-xogħol tagħhom kull filgħodu f'dawk il-kondizzjonijiet!", "Bħala Gvern, kburi wkoll li, permezz ta' fondi Ewropej, tellaqt il-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa, iċ-Chadwick Lakes.", "Dan il-proġett kien beda taħt Gvern Laburista mill-eks-Ministru Noel Farrugia, li kien mid-distrett tiegħi wkoll, u kellu jerġa' jkun Gvern Laburista li jirriġenera Wied il-Qlejgħa, li huwa wied ta' ġmiel naturali, b'inġinerija liema bħalha li jgħaddi mir-Rabat għall-Imtarfa, il-Mosta u jibqa' nieżel sa San Pawl il-Baħar.", "Irrid ngħid li s-sezzjoni tal-infurzar ikollha domanda biex taġixxi u tindirizza każijiet li wħud minnhom ilhom pendenti sa mill-1993.", "L-Awtorità tal-Ippjanar għandha wkoll rwol importanti fl-iskedar biex nipproteġu aktar proprjetajiet li għandhom valur arkitettoniku.", "Irrid ngħid li ammont kbir ta' djar, speċjalment f'lokalitajiet bħal Tas-Sliema, ġew skedati biex ikunu protetti.", "Apparti minn hekk, rajna wkoll inizjattivi biex dawk il-proprjetajiet skedati li jinsabu f'żona urbana ta' konservazzjoni jkunu megħjuna finanzjarjament minn din l-Awtorità biex ikunu kkonservati.", "Rajna skemi innovattivi, pereżempju, biex jiġu rinovati l-faċċati ta' djar antiki.", "Ħdimna settorjalment ma' diversi NGOs, inkluż rappreżentanti ta' persuni b'diżabilità, sabiex inkomplu naraw aktar restawr fil-faċċati tad-djar tagħna.", "Fil-fatt proprju nhar it-Tnejn li ġej, se titħabbar skema innovattiva oħra għal aktar restawr.", "Qegħdin inħarsu mhux biss lejn faċċata unika fi triq, imma lejn il-valur tat-triq sħiħa, u għalhekk qed nippremjaw lil dawk is-sidien tad-djar li flimkien jissottomettu applikazzjoni ħalli jingħataw fondi minn din l-Awtorità biex jirriġeneraw it-toroq tagħhom.", "Kemm ħadt pjaċir indur it-toroq dojoq ta' Bormla, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius, mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, u ma' nies oħrajn li jaħdmu fuq dawn l-applikazzjonijiet.", "L-Onor.", "Agius spjegali kemm dawn it-toroq huma għal qalbu għax ifakkruh fi żmien tfulitu.", "Illum dawn id-djar qegħdin jiġu restawrati permezz ta' dawn l-iskemi.", "Nista' nimmaġina li, minn nhar it-Tnejn li ġej, l-Awtorità se tkun mifqugħa bl-applikazzjonijiet għal din l-iskema.", "Minn hawn, nirringrazzja lill-periti li żgur se jkunu impenjati biex malli tiftaħ l-iskema idaħħlu l-applikazzjonijiet.", "Niskuża ruħi mal-periti li ma jlaħħqux idaħħlu l-applikazzjonijiet u jkollhom jeħlu ma' ras il-klijent.", "Qed ngħid dan għaliex konvint li din l-iskema se tinħataf mill-ewwel.", "Dawn huma inizjattivi li l-Awtorità tal-Ippjanar mhux se tisraq il-faċċata ta' xi ġurnal minħabba fihom.", "Ir-raġunijiet għaliex l-Awtorità tal-Ippjanar tkun fil-faċċata ta' ġurnal huma oħrajn.", "Però ejja nirrikonoxxu dawn l-inizjattivi u nammettu s-suċċessi li qegħdin niksbu.", "Fuq kollox, din l-amministrazzjoni Laburista setgħet tara lill-Awtorità tal-Ippjanar tagħmel dan ix-xogħol kollu għaliex kibret l-ekonomija tal-pajjiż.", "Illum l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda sservi aktar nies, tiġbor iżjed flus u m'għadhiex tiddependi mill-flus li jitqassmu b'mod annwali mill-Ministeru tal-Finanzi.", "Aktar minn hekk, minn din is-sena l-estimi qed juru li l-Awtorità qed tibgħat il-flus lura għand il-Ministeru tal-Finanzi biex il-Gvern jara kif l-aħjar iqassam dawk il-flus madwar is-setturi l-oħrajn kollha.", "Dan kollu kien possibbli għax l-Awtorità kienet aktar bil-għaqal, fejn ħriġna skema wara l-oħra bi spiża ta' madwar €23 miljun, biex in-nies jieħdu l-cash ħalli jirrestawraw il-faċċata tad-djar tagħhom.", "Nieħdu pjaċir niltaqgħu mal-Ministru għall-Finanzi u naraw li l-Awtorità, kif ikkomettejna li se nagħmlu qabel l-aħħar Baġit, tista' tikkontribwixxi lill-baġit nazzjonali.", "Illum wasalna f'din is-sitwazzjoni, kif hawn miktub fl-Estimi li qegħdin niddiskutu.", "Imbagħad tiġi l-Oppożizzjoni u tispara bl-addoċċ; min irid ir-regularisation mingħajr ma n-nies tħallas, min ma jridx regularisation, min irid rural policy aktar riġida, min irid rural policy aktar miftuħa, min irid li ma nippermettux żvilupp jekk l-iżviluppatur ma jipprovdix il-parkeġġ u min irid li l-iżviluppatur iħallas inqas!", "Dawn huma l-kuluri tal-qawsalla tal-Oppożizzjoni li ma tafx fejn qiegħed magħha!", "Għalhekk, dan is-suċċess tal-Gvern, tal-Awtorità u tal-poplu żgur li ma jinkludix attributi mill-Oppożizzjoni.", "Jien ngħid li jekk tagħti kas ta' dak li tgħid l-Oppożizzjoni, titfixkel għax ma tkunx taf liema linja trid tikkonsidra min-naħa tagħhom.", "Fost inizjattivi oħrajn hemm il-planning control applications li jikkontribwixxu f'dak li għandu x'jaqsam, b'mod partikolari, mal-ippjanar tat-trasport.", "Hawn qed nitkellmu fuq l-allinjament u l-iżvilupp li ħafna drabi jkun meqjus mhux meħtieġ – dment li l-art ma tkunx tiegħek – u li ħafna nies lanqas jafu li dan kollu ġej mill-proċess ta' rationalisation tal-2006.", "Hawn irrid insemmi li kien hawn membri ta' din il-Kamra li kellhom l-ardir li fl-2006 jivvotaw sabiex l-artijiet f'ODZ jidħlu fiż-żona tal-iżvilupp u mbagħad, meta tiġi pproċessata l-planning control application, imorru jipprotestaw mar-residenti.", "Daqstant hija konfuża l-Oppożizzjoni u daqstant ma tistax teħodha bis-serjetà!", "Bħala Gvern, kostretti li ma neħduhomx bis-serjetà; imma ngħid ukoll li lanqas il-poplu mhu qiegħed jeħodhom bis-serjetà meta jiġi għall-għażliet elettorali tiegħu.", "L-Awtorità tal-Ippjanar hija attiva wkoll sabiex tkompli tinvesti fl-infrastruttura tagħha.", "Hawn mhux qed nitkellem biss fuq il-bini u kondizzjonijiet tajbin għall-ħaddiema, imma qed nitkellem b'mod partikolari fuq l-għodod tal-informatika li f'dan is-settur huwa kruċjali li jkollok id-data u t-3D scanning li qiegħed isir tal-bini fil-pajjiż u tal-ġeoloġija tagħna fuq l-art u anke taħt il-baħar.", "Għal dawn il-proġetti, l-Awtorità akkwistat aktar minn €9 miljun f'fondi Ewropej ħalli tkompli tinvesti fl-infrastruttura tagħha.", "Chris Agius, ħadt pjaċir li, ftit tax-xhur ilu, żorna l-Awtorità tal-Ippjanar u bqajt impressjonat bis-sistema tal-IT u dak li qiegħed isir f'dan ir-rigward.", "Fl-aħħar mill-aħħar, il-ħaddiema huma s-sinsla tal-Awtorità.", "Kemm jien sodisfatt li f'din l-aħħar sena għalaqna żewġ collective agreements għall-professionals u t-tekniċi.", "Illum, il-ħaddiema tal-Awtorità għandhom collective agreements li ġew maqbula fl-aħħar sena, li permezz tagħhom qed jieħdu dak li ħaqqhom, bħal allowances fejn ikunu dovuti, rikonoxximent lill-ħaddiema fejn ikunu taw sehem iżjed minn dak li hu stipulat fil-kuntratt tal-impjieg tagħhom, u anke għall-fatt li jerfgħu ċerti deċiżjonijiet.", "Meta l-gvernijiet iwaqqfu l-awtoritajiet, ma jagħmlux dan biex id-deċiżjonijiet xorta waħda jispiċċaw f'ħoġor il-Ministru u l-politiku.", "Meta uffiċjal jerfa' ċerta responsabbiltà, ikun qiegħed jesponi lilu nnifsu għal dak li qiegħed jerfa'.", "Però tajjeb li nirrikonoxxu dan, u għalhekk, bħala Gvern, fil-collective agreements irrikonoxxejna l-fatt li bħala amministrazzjoni, min jaħdem iżjed milli mistenni għandu jkun ikkompensat.", "Għalhekk irrid nirringrazzja lill-unions interni tal-ħaddiema, lill-ħaddiema, lill-amministrazzjoni, lin-nies min-naħa tal-uffiċċju rispettiv ċentrali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jsegwi l-collective agreements, u lil dawk kollha li kkontribwixxew għal dan il-ftehim.", "Żgur li dawn il-collective agreements huma kisba li l-ħaddiema se jibqgħu jiftakru.", "Matul dan id-diskors, ħadt ir-responsabiltà li nsemmi żewġ sezzjonijiet biss, li huma s-sezzjoni tal-infurzar u s-sezzjoni tal-customer care, li jamministraw madwar 11,000 telefonata u 22,000 email, li madwar 5,600 minnhom ikunu relatati ma' talbiet ta' infurzar u żvilupp illegali.", "Dawn il-ħaddiema dejjem lesti sabiex iwieġbu u jagħtu gwida u direzzjoni.", "Filwaqt li nirringrazzja lil dawn il-ħaddiema, wieħed irid jara huwiex sostenibbli li dawn il-ħaddiema jkomplu jmexxu waħedhom mingħajr għajnuna.", "Bla dubju, hemm tant ħaddiema oħrajn, fosthom in-nies tekniċi, id-direttorati, id-diretturi u l-assistenti diretturi tagħhom.", "Ma rrid innaqqas mertu lil ħadd, però din l-istatistika ġibditli l-attenzjoni u ħassejt li għandi nagħmel referenza għall-ħaddiema li jaħdmu fil-customer care.", "Naħseb li lkoll nixtiequ pajjiż isbaħ, u għalhekk l-Awtorità għandha taħdem iżjed sabiex tiżgura li ċerti kummiedji u pastażati tal-passat, irrespettivament taħt liema amministrazzjoni saru, ma jirrepetux ruħhom.", "Bħal ħafna nies, ma neħux pjaċir nara ċerti ritratti li jkunu għaddejjin fuq il-mezzi soċjali, ta' strutturi ta' faċċati li ma jagħmlux sens.", "Kif għedt matul dawn l-aħħar sentejn kull darba li kelli l-privileġġ li nippreżenta l-warrants lill-periti, il-periti m'għandhomx ipoġġu l-warrant tagħhom daqslikieku photocopier ta' pjanti sabiex jipprovaw ilaħħqu mal-klijenti f'dan iż-żmien, fejn id-domanda għas-servizzi tagħhom hija tant kbira.", "Il-periti għandhom jużaw it-talenti u dak li studjaw fil-prattika biex dejjem joħorġu bl-isbaħ disinn.", "Naħseb li bħala poplu għandna nimpenjaw ruħna lkoll kemm aħna f'dan ir-rigward, għax din mhix kwestjoni ta' Gvern biss.", "Din hija kwestjoni ta' Gvern li jagħti direzzjoni strateġika, tal-Awtorità tal-Ippjanar permezz tal-kumitat li jħares lejn id-disinn u li għandu jżid l-iskrutinju tiegħu, però, fl-aħħar mill-aħħar, hija kwestjoni tal-applikant u l-perit.", "Wara kull applikazzjoni hemm persuna jew kumpanija li ssottomettiet dik l-applikazzjoni.", "Perit qed jitfa' l-warrant tiegħu biex jgħid li l-applikazzjoni jistħoqqilha tkun ikkonsidrata.", "Għalhekk, bħala poplu, ejja nirresponsabilizzaw ruħna aktar.", "Hawn mhux qed ngħid li wieħed m'għandux jitfa' applikazzjoni, anzi jien bniedem prammatiku li nemmen fl-iżvilupp sostenibbli.", "Imma hemm ċerti disinji li għandi diffikultà sabiex nifhimhom u napprezzahom.", "Naħseb li fir-rigward ta' ċerti ritratti li jkunu qed iduru fuq il-midja soċjali u l-midja l-oħra, hemm raġunar b'saħħtu għalxiex in-nies ikollha ċerta kritika.", "Ħafna drabi teħel l-Awtorità.", "Ma naħsibx li l-Awtorità se tieħu għaliha, imma l-verità hi li wara dawn l-applikazzjonijiet hemm applikant u perit, u l-poplu dejjem jista' joġġezzjona.", "Min-naħa l-oħra, irridu naraw ukoll li tali żvilupp huwa kważi mħeġġeġ sabiex isir permezz tal-policies eżistenti.", "Għalhekk naħseb li hemm numru ta' policies li jridu jiġu aġġornati.", "Però nerġa' nappella lill-Oppożizzjoni biex jiddeċiedu xi jridu.", "Ma jistax jiġi l-Onor.", "Bezzina jitkellem mod, l-Onor.", "Azzopardi mod ieħor u l-Onor.", "Portelli b'ideat differenti fuq l-ippjanar.", "Nitlob lill-Oppożizzjoni tgħidilna eżattament xi trid.", "Qed nifhem li l-Onor.", "Bezzina huwa favur l-iżvilupp ħafna iżjed mill-politika li qiegħed jadotta dan il-Gvern u din l-Awtorità.", "Fid-diskors tiegħu spjega dan f'erba' punti, u nistqarr li bellahni!", "Ikolli nistaqsi: X'inhi l-vera pożizzjoni tal-Oppożizzjoni?", "Jista' jkollna pożizzjoni waħda tal-Oppożizzjoni fuq ir-rural policy, il-fees ta' min ma jipprovdix parkeġġi, il-pjanijiet lokali, x'master plans hemm bżonn u l-għoli permissibbli tal-bini?", "B'hekk, ikollna idea ta' dak li verament temmen fih l-Oppożizzjoni.", "S'issa, jidher li ma tistax teħodhom bis-serjetà!", "Fir-rigward tad-Development Planning Fund, nerġa' nagħmel aċċenn għall-fatt li komunitajiet sħaħ qed igawdu minn dawn il-fondi, però ħadd minn dawn il-komunitajiet ma japplika biex jagħmel il-parkeġġi għall-komunità, li hija l-veru raġuni għalxiex kien inħoloq dan il-fond.", "L-ISPEAKER: Bil-permess tal-Ministru, l-Onor.", "Bezzina.", "TONI BEZZINA: Il-Ministru qed jgħid li l-ebda kunsill ma applika għall-parkeġġ?", "Nitolbu biex, jekk jogħġbu, jikkjarifika dak li qed jgħid.", "L-ISPEAKER: Ministru, tista' tkompli bir-replika tiegħek.", "IAN BORG: Kien mingħalija li l-mistoqsijiet parlamentari spiċċaw fl-4.30 p.m.!", "Ara meta jien għamilt point of information lill-Onor.", "Bezzina, ħadha bi kbira ħafna u, kif jagħmel dejjem, beda jiħmar u jgħajjat!", "Mhuwiex l-istil tiegħi li ma nħallihx jistaqsi.", "L-Onor.", "Bezzina staqsa u jien se nwieġbu.", "Bezzina huwa sodisfatt li l-kunsill lokali ta' Tas-Sliema, wara 25 sena minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali, kien l-uniku kunsill ġo Malta li applika għall-parkeġġ.", "Fl-istess ħin, l-Onor.", "Bezzina għadu kif qal li għandna nħallu lill-kunsilli lokali jużaw il-fondi biex jagħmlu l-patching.", "Possibbli din hija l-viżjoni tal-Oppożizzjoni għal pajjiżna?", "Jidher li l-membri tal-Oppożizzjoni huma kuntenti li wara 25 sena, ikun kunsill wieħed biss li japplika għall-parkeġġ!", "Dan juri kemm l-Oppożizzjoni hija maqtugħa min-nies għax mill-elezzjonijiet lokali li għaddew, ħareġ ċar li fost l-ikbar prijorità li kellhom il-komunitajiet, apparti t-toroq u l-indafa, hija dwar il-parkeġġi.", "Min jaf kemm hawn nies li bħalissa qed isegwuna fuq ir-radju huma u jsuqu lejn id-dar, li qed jgħidu li għandi raġun!", "Min jaf kemm-il talba se jgħidu biex isibu parkeġġ meta jaslu fit-triq tagħhom!", "Din hija problema li ddejjaq lin-nies, imma mid-dehra l-Oppożizzjoni ma tifhimx dan kollu.", "Għall-Gvern, mhux aċċettabbli li nħallu lill-kunsilli jużaw dawn il-flus għall-patching.", "Aħna mhux patching se nagħmlu, imma t-toroq kollha f'Malta b'€700 miljun!", "Fl-istess ħin, irridu nindirizzaw il-kwestjoni tal-parkeġġi.", "Jien inħares 'il quddiem sabiex l-Oppożizzjoni tikkjarifika l-pożizzjoni tagħha u taġġorna l-politika tagħha dwar il-qasam tal-ippjanar.", "Illum għandna Awtorità li qed tiffunzjona u li, għalkemm mhijiex perfetta, hija kontributur ewlieni ta' ekonomija li qiegħda taħdem.", "Din l-Awtorità mhux biss tippermetti jew ma tippermettix li jsir żvilupp, imma tippjana x'għandu bżonn il-pajjiż bħal, pereżempju, kemm għandna bżonn spazju għall-iskejjel tagħna, u jekk għandniex biżżejjed skejjel.", "Infakkar li l-ammont ta' skejjel li bena dan il-Gvern huwa iżjed minn dak li bena Gvern Nazzjonalista, allavolja l-Onor.", "Puli pprova jirredikola dan il-qasam sal-lum stess fir-risposta għall-istqarrija parlamentari.", "(Interruzzjonijiet) Intom f'ġimagħtejn lanqas kontu kapaċi timlew siġġu fil-Parlament, aħseb u ara kemm intom, bħala partit, kapaċi tipprovaw tagħtu xi lezzjonijiet lill-Ministru Bartolo dwar is-settur edukattiv!", "Din hija l-istess Oppożizzjoni li kienet tgħidilna li mhux possibbli nżidu l-istipendju, li mhux possibbli nibnu aktar skejjel, li mhux possibbli li nagħtu l-art lill-Università, u li mhux possibbli li nagħtu tablet b'xejn lit-tfal tar-raba' sena.", "Però dan il-Gvern wera li dan kollu kien possibbli!", "Nerġa' ngħid li din l-Awtorità hija responsabbli għall-ippjanar anke fejn jidħlu s-settur edukattiv u s-settur tas-saħħa, bħal pereżempju, kemm għandna bżonn ta' aktar sptarijiet u fejn nistgħu nibnuhom.", "Din l-Awtorità hija responsabbli wkoll mit-toroq.", "Però fir-rigward tat-toroq, bħala perit, l-Onor.", "Bezzina suppost jgħallimni li jekk qegħdin nibnu triq fuq spazju diġà eżistenti, m'hemmx bżonn ta' applikazzjoni.", "Dan japplika wkoll fil-każ ta' Spinola.", "Però rrid ngħid li kont nistenna li l-Onor.", "Bezzina jqum u jiddikjara l-interess personali tiegħu bħala l-perit tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan.", "Anzi nitolbu jgħid kemm kien il-kont li bagħat lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan fil-kapaċità tiegħu ta' perit qabel jiġi hawnhekk jitkellem fuq il-każ mingħajr ma jinforma lill-Kamra u lil min qed isegwina bil-konflitt personali li għandu fuq dak il-proġett.", "Kont nistenna daqsxejn aktar diċenza!", "Din l-Awtorità tal-Ippjanar mhijiex biss l-Awtorità li tippermetti l-iżvilupp, imma hija wkoll l-Awtorità li tippjana.", "Bħala Gvern, għandna viżjoni u pjan sabiex inkomplu nsaħħu din l-Awtorità.", "Issa li daħal il-Kap tal-Oppożizzjoni, nerġa' nappella biex l-Oppożizzjoni tgħidilna eżattament x'inhi l-politika tagħhom fuq din l-Awtorità.", "Qed ngħid dan għax, kif għedt, hemm deputati li jridu iżjed żvilupp, deputati li jridu inqas żvilupp u oħrajn li ma jridu xejn żvilupp.", "Sadanittant aħna se nkomplu naħdmu bl-aħjar ħiliet u kapaċitajiet tagħna, kemm bħala Gvern u kemm bħala Awtorità b'ħaddiema li tant jaħdmu biex inkomplu mmexxu lil dan il-pajjiż u lil din l-Awtorità 'l quddiem.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Kamra tapprova l-Estimi tad-Dħul u Nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552.", "L-ISPEAKER: Qed tintalab votazzjoni li, skont il-ftehim milħuq fil-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, se tittieħed fid-19 ta' Ġunju 2019.", "Hawn qbil li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa u li jitressaq l-Aġġornament?", "Fis-6.28 p.m. il-Kamra qablet li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun dak il-ħin u li jitressaq l-Aġġornament.", "L-ISPEAKER: Nitlob lill-Ministru Ian Borg biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "IAN BORG: Sur President, nipproponi l-aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2019 fis-2.30 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2019.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Illum ma stajtx ma niġix nagħmel dan l-Aġġornament u norbtu mal-elezzjonijiet li għadhom kif għaddew, issa li l-proċess tal-votazzjonijiet u l-għadd tal-voti ġie fi tmiemu nhar il-Ġimgħa li għadda.", "Fl-elezzjonijiet tal-25 ta' Mejju 2019, il-poplu tkellem.", "Aktar minn hekk, qatt daqs f'dawn l-elezzjonijiet ma l-poplu tkellem b'mod daqshekk ċar fuq il-Parlament Ewropew u fuq il-kunsilli lokali!", "Il-poplu ġie mitlub jagħżel stil ta' tmexxija u stil ta' politika.", "Il-poplu ġie mitlub ukoll jgħaddi ġudizzju fuq l-operat tal-Gvern f'dawn l-aħħar snin u fuq il-politika b'mod ġenerali li qiegħed jaħdem biha dan il-Gvern, kemm fuq livell lokali, fil-mod kif jaħdmu l-kunsilli lokali, u anke fil-fora Ewropej, fil-mod kif iġibu ruħhom il-Membri Parlamentari Ewropej.", "Però dan ma kienx biss ġudizzju fuq il-Gvern, kien ukoll ġudizzju fuq l-Oppożizzjoni, fuq kif qiegħda ġġib ruħha l-Oppożizzjoni u fuq id-direzzjoni politika – jew forsi n-nuqqas tagħha – li qed taddotta l-Oppożizzjoni.", "Il-poplu ġie mitlub jgħaddi l-ġudizzju tiegħu, u l-poplu, li hu sovran, tkellem b'mod mill-aktar ċar.", "Storikament f'pajjiżna qatt ma kien hawn vot daqstant ċar u kbir favur partit jew ieħor.", "Però tajjeb li nisiltu l-messaġġ li bagħtilna l-poplu.", "Għalhekk f'dan l-Aġġornament se nibda billi nagħti spjega tal-interpretazzjoni tiegħi dwar x'inhu l-messaġġ li bagħat il-poplu għall-Gvern.", "Nemmen li meta l-poplu ħareġ jivvota nhar is-Sibt, 25 ta' Mejju 2019, il-poplu ried jibgħat messaġġ qawwi lill-Gvern.", "Naħseb li l-ewwel u qabel kollox il-poplu ried jibgħat il-messaġġ dwar kemm huwa importanti li l-Gvern jibqa' b'saqajh mal-art.", "Kemm huwa importanti li, minkejja dan l-appoġġ popolari, il-Gvern jibqa' qrib in-nies.", "Nemmen li ċ-ċifri qed juruna li, minkejja li Gvern Laburista għandu appoġġ b'saħħtu immens, il-poplu apprezza li, fis-snin li għaddew, baqa' jiġi mismugħ mill-Gvern li baqa' jindirizza l-bżonnijiet ta' kuljum tiegħu.", "Wara kollox, matul il-kampanja elettorali li għaddiet, Gvern Laburista tkellem fuq dak li jidhrilna huma l-prijoritajiet tan-nies.", "Fost l-oħrajn, tkellimna fuq l-ambjent, għax nemmnu li l-ambjent huwa prijorità għall-poplu Malti.", "Tkellimna fuq ix-xogħol, għax nemmnu li xogħol ta' kwalità huwa ta' prijorità għall-poplu Malti.", "Tkellimna fuq kwalitajiet aħjar, għax nemmnu li dik hija wkoll prijorità għall-poplu Malti.", "Il-prijoritajiet ta' dan il-Gvern huma allineati ma' dak li jrid il-poplu li finalment intalab jgħaddi d-deċiżjoni tiegħu.", "Nerġa' ngħid li, minkejja li dan huwa riżultat storiku u li l-ebda Gvern Malti qatt ma kellu dan l-appoġġ, finalment dan ir-riżultat it humbles you u jġibek f'sitwazzjoni fejn, illum aktar minn qatt qabel, dan il-Gvern għandu responsabbiltà tant kbira fuqu.", "Dan għaliex l-aspettattiva tal-poplu Malti u Għawdxi hija kbira għal dan il-Gvern.", "Il-poplu Malti wera biċ-ċar li mill-Oppożizzjoni ma qed jippretendi xejn, għax jaf li mal-Oppożizzjoni ma jistax jasal.", "Però, min-naħa l-oħra, il-poplu qed jitfa' l-fiduċja tiegħu fuq dan il-Gvern u fuq din it-tip ta' politika li ilna mmexxu biha mill-2013 'l hawn.", "Il-poplu qed jitfa' responsabbiltà ulterjuri fuq il-Gvern Malti u fuqna d-deputati li, bħala l-politiċi eletti mill-poplu, irridu rressqu l-interessi tal-poplu f'dan il-forum tal-Parlament.", "Għalhekk, l-appell tiegħi lill-Partit Laburista u lill-Gvern hu li dan ir-riżultat għandu jkun messaġġ b'saħħtu biex il-Partit Laburista, il-Gvern Laburista u l-kunsilli lokali Laburisti jibqgħu b'saqajhom mal-art, il-ħin kollu qrib in-nies biex jaraw x'inhuma l-bżonnijiet tal-poplu tagħna.", "Konvint li hekk konna kapaċi nagħmlu fis-sitt snin li għaddew, meta urejna biċ-ċar li f'ħafna ċirkostanzi l-Gvern ma ddejjaqx jibdel id-direzzjoni tiegħu.", "Hawn irrid insemmi proġett wieħed biss li semmieh aktar kmieni l-Ministru Ian Borg, li huwa l-proġett tas-Central Link f'Ħ'Attard.", "Dan il-proġett ilu ppjanat u huwa proġett arterjali maġġuri li se jindirizza l-problemi tat-traffiku u ta' dewmien fit-traffiku fil-parti ċentrali tal-pajjiż.", "Dan il-proġett se jħalli impatt kbir, b'mod partikolari għar-residenti kollha ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, il-Mosta u kull min ikun sejjer lejn ir-Rabat, l-Imtarfa u Ħad-Dingli.", "Meta l-proġett ġie varat, kien hemm min, b'mod ġenwin, wera t-tħassib tiegħu.", "Bħala Gvern, tajna kas ta' dak li kienu qed jgħidu n-nies.", "Jien l-ewwel wieħed, bħala chairperson tal-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar, minkejja li ma kontx legalment obbligat, sejjaħt laqgħa f'dan il-Parlament, li għaliha stedint lir-residenti kollha u lil kull min kien interessat biex nisimgħu l-ilmenti u t-tħassib ġenwin tan-nies.", "Infrastruttura Malta poġġiet lura bilqiegħda u reġgħet fasslet il-pjanijiet sabiex tindirizza kemm jista' jkun it-tħassib tan-nies.", "Naħseb li dik hija l-approach li l-poplu Malti jistħoqqlu.", "Nerġa' ngħid li, minkejja dan l-appoġġ popolari b'saħħtu immens, bħala Gvern irridu nibqgħu viċin in-nies il-ħin kollu.", "Ma rridux inkunu bħall-Gvern ta' qabilna u ngħoddsu rasna fir-ramel mingħajr ma nagħtu kas l-ilmenti ġenwini u l-kritika kostruttiva li tkun qed issir min-nies.", "Importanti li nitgħallmu mill-iżbalji li għamel ħaddieħor biex ma nirrepetuhomx.", "Fir-rigward ta' dan il-proġett partikolari, bħala Gvern biddilna d-direzzjoni, u llum il-proġett tejjibnieh b'tali mod li fil-pjanijiet tiegħu ħadna konsiderazzjoni tal-kummenti u s-suġġerimenti li waslu mingħand in-nies.", "Kif qal tajjeb il-Ministru, fl-aħħar elezzjonijiet lokali ntbagħat messaġġ mill-poplu Seraċin li ħareġ jivvota u għażel li siġġu li dam ħafna għand l-Alternattiva Demokratika intilef minn dan il-partit u ntrebaħ mill-Partit Laburista.", "Ilkoll nafu li l-Alternattiva Demokratika ħarġet bil-qawwa kontra dan il-proġett li se jalleva ħafna l-problema tat-traffiku ġewwa Ħ'Attard u se jnaqqas ħafna mill-emissjonijiet fl-arja.", "Minn hawnhekk, irrid insellem lill-kunsilliera eletti ġodda għan-nom tal-Partit Laburista f'Ħ'Attard li konvint li se jagħmlu biċċa xogħol importanti għall-ġid tal-lokalità tagħhom.", "Però l-poplu ma bagħatx biss messaġġ lill-Gvern, bagħat messaġġ lill-faxxa politika kollha li l-politika tal-mibegħda m'għadx hawn lokha f'pajjiżna.", "Il-politika tribali tal-\"aħna\" kontra \"huma\" spiċċat.", "Il-poplu rema dik it-tip ta' politika fl-2013, remieha fl-2017 u reġa' remieha ftit tal-ġranet ilu.", "Il-poplu jrid politiċi li mhux moħħhom biex jiżirgħu l-firda jew biex jipprovaw jiskurjaw punti poltiċi anke a skapitu tar-reputazzjoni tal-pajjiż, iżda jrid politiċi li bil-fatti jżommu l-interessi tal-pajjiż f'qalbhom.", "Din hija d-differenza bejn Gvern u Oppożizzjoni.", "Il-poplu bagħat messaġġ b'saħħtu immens anke lill-Oppożizzjoni.", "Il-messaġġ hu li jekk l-Oppożizzjoni se tibqa' miexja bl-istess attitudni tal-passat, mhi se tasal imkien.", "Jekk l-Oppożizzjoni mhijiex se tibdel l-attitudni tagħha, jekk se tibqa' waħda arroganti li temmen li hemm xi dritt divin li l-Partit Nazzjonalista biss jista' jmexxi lil dan il-pajjiż u, jekk se tibqa' tippretendi li bħal donnu l-poplu huwa obbligat b'xi mod lejn il-Partit Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni se tibqa' titlef elezzjoni waħda wara l-oħra.", "Qed ngħid dan id-diskors b'responsabbiltà.", "Il-poplu bagħat messaġġ ċar lill-Partit Nazzjonalista.", "Il-poplu Malti ma fesfislux f'widnejh jew bagħatlu messaġġ bil-pulit, imma għajjat kemm felaħ fil-messaġġ li ried iwassal.", "Però għaddew sitt snin u ħafna elezzjonijiet, u jidher li sal-lum il-Partit Nazzjonalista għadu ma fehemx dak il-messaġġ.", "Biex inkun ġust mal-Oppożizzjoni, nemmen li hemm politiċi fi ħdan l-Oppożizzjoni li ħadu dan il-messaġġ; imma, hemm fazzjoni ta' nies fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li ma tridx tieħu dan il-messaġġ.", "Dan għaliex iridu jibqgħu jiddominaw ix-xena politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista a skapitu tal-istess Partit Nazzjonalista.", "Il-poplu għażel stil ta' tmexxija u wera biċ-ċar li ma jridx politiċi Maltin li jmorru barra minn xtutna u jitkellmu kontra Malta u kontra dak li jsir f'pajjiżna.", "Però kellna sitwazzjoni surreali fejn, ftit sigħat wara li kien għadu joħroġ l-ewwel riżultat elettorali tal-Parlament Ewropew, rajna deputat minn din il-Kamra – għal ġieħna elett mill-poplu – li mal-ewwel okkażjoni li kellu mar jiġri jerġa' jinqeda bil-midja internazzjonali bħal Euronews biex jitkellem kontra pajjiżna.", "Hawn qed nirreferi għall-Onor.", "Il-poplu qed jgħidlu biex jibdel l-istil tiegħu, għax hu ma għażlux biex imur jgħid kontrih lil hinn minn xtutna, imma mal-ewwel okkażjoni li jkollu, l-Onor.", "Azzopardi, mid-dehra għall-insaputa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, imur jgħid kontra pajjiżna!", "Nistaqsi lill-Onor.", "Azzopardi: Għalhekk eleġġiek il-poplu fil-Parlament Malti?", "Għalhekk tak il-fiduċja biex fl-ewwel okkażjoni li jkollok tmur issawwat lill-poplu Malti?", "Dik hija l-politika li l-poplu ma jridx!", "Xi jrid jagħmel aktar il-poplu Malti biex il-messaġġ jasal għand il-Partit Nazzjonalista?!", "L-Oppożizzjoni trid tirrealizza dak li qed jgħid il-poplu Malti.", "Nappella lill-Oppożizzjoni biex tkun pożittiva u toffri soluzzjonijiet aħjar minn dak li qed noffru aħna bħala Gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex qiegħed joffri alternattivi u soluzzjonijiet.", "Kif jistgħu s-soluzzjonijiet li ma ħadmux fil-passat isolvu l-problemi tal-lum u ta' għada?", "Kif jista' min mhux kapaċi jgħaqqad partit, jaspira li xi darba jgħaqqad pajjiż?!", "Partit maqsum qatt ma jista' jirbaħ elezzjonijiet u qatt ma jista' jaspira li jgħaqqad lill-poplu Malti.", "Dan hu l-messaġġ li qiegħed jibgħat il-poplu Malti.", "Tajjeb naċċenna wkoll li din kienet l-ewwel opportunità fejn il-poplu Malti tkellem wara l-każ Egrant.", "Kif taf int, Sur President, li kont l-iSpeaker ta' din il-Kamra fil-leġiżlatura li għaddiet, il-leġiżlatura kellha tkun iqsar minn dak dovut minħabba li, b'mod perikoluż għal pajjiżna, kellna Oppożizzjoni li għażlet li tagħmel tagħha kalunnja u gidba fil-konfront tal-Prim Ministru.", "Kellna Oppożizzjoni li għażlet li tagħmel tagħha invenzjoni, fabbrikazzjoni u frame-up politiku li rajna l-eżitu tiegħu fis-sajf li għadda meta ħarġet il-verità kollha.", "Dan ma kien xejn ħlief kumplott malinn intenzjonat li jweġġa' mhux lill-Partit Laburista, imma li jagħmel ħsara lill-pajjiż.", "Xi ħadd ħaseb li jekk se ssir ħsara lill-pajjiż, il-Partit Nazzjonalista b'xi mod se jiggwadanja.", "Jien ngħid kemm kien intelliġenti l-poplu Malti li fl-2017, minkejja li l-fatti kienu għadhom ma ħarġux, wera l-fiduċja tiegħu fil-Prim Ministru u fil-Partit Laburista u reġa' għażel bi ħġaru lil dan il-Gvern.", "Il-verità dwar il-każ Egrant ħarġet, u din kienet l-ewwel okkażjoni fejn il-poplu ngħata l-opportunità li jagħti l-ġudizzju tiegħu.", "Jien ngħid li l-kalunnja Egrant kellha wkoll impatt fuq din l-elezzjoni.", "Ngħid ukoll li nħares 'il quddiem sabiex min kien responsabbli minn dan il-frame-up politiku u minn din il-kalunnja bil-ħsieb li jiżvija l-ekonomija ta' pajjiżna jirrispondi fil-Qrati tagħna.", "Nieħu pjaċir nisma' li għad hemm l-investigazzjoni għaddejja mill-Pulizija sabiex min hu ħati ta' dan il-kumplott kontra pajjiżna jirrispondi quddiem il-ġustizzja.", "Sur President, il-poplu Malti ma bagħatx biss messaġġ fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, imma anke fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali.", "Ir-riżultat uffiċjali ħareġ nhar il-Ġimgħa li għaddiet, fejn il-Partit Laburista ġab maġġoranza qawwija immens.", "Jien ngħid li kellna maġġoranza humbling.", "L-ammont ta' fiduċja li l-poplu għandu f'dan il-Gvern, inkluż fil-kunsilli lokali mmexxija mill-Partit Laburista, hija xi ħaġa li ġġiegħlek tħossok aktar umli quddiem dan l-appoġġ kollu.", "Il-Partit Laburista kiseb suċċess storiku għaliex, għall-ewwel darba, rebaħ kunsilli lokali li qatt ma kienu ntrebħu mill-Partit Laburista.", "Hawn insemmi l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, li nafu li qatt ma kellu maġġoranza ta' kunsilliera Laburisti, kif ukoll il-lokalità tas-Siġġiewi, li għal din id-darba għażlet il-politika tal-Partit Laburista kontra l-politika tal-Partit Nazzjonalista.", "Ma nistax ma nsemmix lokalitajiet oħrajn bħal San Pawl il-Baħar li reġa' ntrebaħ mill-Partit Laburista, San Ġwann li ntrebaħ għall-ewwel darba mill-Partit Laburista, u lokalitajiet kbar bħalma huma Birkirkara u l-Mellieħa li baqgħu jagħtu l-fiduċja lill-Partit Laburista.", "Aktar 'il quddiem se nitkellem ukoll dwar il-Kunsill Lokali tal-Mosta.", "Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-kunsilliera tal-partiti kollha, jiġifieri tal-Partit Nazzjonalista, tal-Partit Laburista, tal-Alternattiva Demokraitka u partiti oħrajn, li ħarġu għonqhom sabiex jirrappreżentaw lil-lokalitajiet tagħhom.", "Jien bdejt il-mixja tiegħi fil-politika fil-kunsilli lokali, u għalhekk napprezza x-xogħol tal-kunsilliera kollha li jsir b'tant dedikazzjoni fil-lokalità tagħhom.", "Nixtieq nirringrazzjahom talli poġġew isimhom sabiex jiġu eletti.", "Nixtieq insellem, u nibgħat anke messaġġ ta' grazzi, lil dawk kollha li għal diversi raġunijiet ma ġewx eletti, għas-servizz li qed jagħtu lill-pajjiż u nappellalhom sabiex ma jaqtgħux qalbhom u jibqgħu jaħdmu favur il-lokalitajiet tagħhom.", "Sur President, ippermettili issa ngħid kelmtejn fuq il-lokalità tal-Mosta, fejn il-Partit Laburista reġa' kiseb il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali.", "Bħala Deputat elett fuq il-Ħdax-il Distrett, u bħala persuna li għamilt ħames snin inservi ta' kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, inqerr miegħek li ħdimt kemm flaħt u għent kif stajt lill-kandidati kollha li ħarġu għall-elezzjoni sabiex il-Kunsill Lokali tal-Mosta jerġa' jingħata tmexxija Laburista.", "Infakkar li l-Kunsill Lokali fil-Mosta ilu bi tmexxija Nazzjonalista mill-2012, jiġifieri għal madwar seba' snin il-kunsill lokali Mosti kien immexxi b'maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista.", "Ħadt din id-deċiżjoni li naħdem sabiex ikollna maġġoranza Laburista għax konvint li bil-kandidatura b'saħħitha immens li kellna fil-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' jsir ħafna aktar xogħol b'risq din il-lokalità.", "Hawn insellem lill-kunsilliera kollha eletti, kemm għan-nom tal-Partit Laburista u anke għall-Partit Nazzjonalista, u nawguralhom il-ħidma t-tajba.", "Ħdimt kemm flaħt sabiex tinqeleb l-istorja fil-Mosta u l-poplu Mosti jagħżel il-bidla għaliex konvint li kunsill b'maġġoranza Laburista jista' jagħmel tassew id-differenza fil-lokalità tal-Mosta.", "Hawnhekk irrid ngħid li kien hemm sitwazzjoni fejn saħansitra saret kampanja fil-konfront tiegħi; kien hemm min qal li jien ma kellix interess li l-Partit Laburista jirbaħ il-kunsill lokali tal-Mosta.", "Nieħu din l-okkażjoni sabiex nagħmilha ċara li, minkejja li kien hemm min inqeda bija biex jipprova jiskorja xi punti politiċi, nassigura lil kulħadd li jien ħdimt kemm flaħt sabiex il-Partit Laburista kiseb dan is-suċċess fil-Mosta.", "Testimonjanza ta' dan hemm il-kandidati kollha li ħarġu mal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-kunsill lokali tal-Mosta.", "Il-Kunsill Lokali tal-Mosta għandu responsabbiltà kbira.", "Ma ninsewx li l-Mosta llum huwa wieħed mill-ikbar irħula fil-pajjiż, u huwa wkoll post turistiku.", "Skont iċ-ċifri tal-MTA, wieħed minn kull tliet turisti li jżur pajjiżna jżur il-knisja tal-Mosta, jiġifieri qed ngħidu li f'sena waħda biss, iżuru l-knisja tal-Mosta aktar minn 750,000 turist.", "Għalhekk nawgura lis-sindku l-ġdid, Romilda Baldacchino Zarb, lill-Viċi Sindku u lill-kunsilliera eletti kollha l-ħidma t-tajba b'risq ir-residenti tal-Mosta.", "Nawgura wkoll il-ħidma t-tajba lill-kunsilli kollha, kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti, sabiex jaħdmu b'risq ir-raħal tagħhom.", "Jien dejjem sostnejt li meta jkollok kunsill lokali li jaħdem b'mod tajjeb, dejjem se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.", "Nittama li l-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex jaħdmu b'mod tajjeb sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom.", "Nagħlaq billi nitkellem fuq ir-riżultat li ksibna bħala Gvern.", "Il-poplu Malti wera biċ-ċar li mill-Oppożizzjoni mhu qiegħed jistenna u jippretendi xejn.", "Il-poplu Malti jaf li l-Oppożizzjoni mhijiex soluzzjoni, anzi probabbilment hija problema fiha nnifisha.", "Ma rridx nidħol fis-sitwazzjoni interna u tal-biki li għandu fi ħdanu l-Partit Nazzjonalista, għax din hija problema li ġab fuqu l-Partit Nazzjonalista stess u allura hija xi ħaġa li jrid jindirizza hu.", "Jien ngħid li dak li tiżra' taħsad!", "Ir-responsabbiltà mhi ta' ħadd ħlief tal-Partit Nazzjonalista li għandu jifhem il-messaġġ li qiegħed jibgħatlu l-poplu u jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu.", "Min-naħa l-oħra, b'dan ir-riżultat importanti ħafna għandna l-messaġġ li l-Gvern irid iżomm saqajh mal-art.", "Huwa importanti li dan il-Parlament u aħna d-deputati nibqgħu viġilanti fuq il-Gvern.", "Huwa importanti li l-Gvern jibqa' umli u jibqa' jaħdem ma' kulħadd u qrib in-nies.", "Anzi jien ngħid li fir-rigward ta' min ma ħariġx jivvota, irridu naraw x'messaġġ ried jibgħat kemm lill-Partit Laburista, kif ukoll lill-Partit Nazzjonalista.", "Nifhmu li jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn inqasna lin-nies jew inkella n-nies kellhom aspettattiva ogħla fil-konfront tagħna.", "Għalhekk huwa importanti li nagħmlu dmirna u nsusu wara dak l-individwu, biex naraw x'wassal biex ma kellux fiduċja la fil-Gvern u lanqas fl-Oppożizzjoni.", "Nemmen li xogħolna bħala politiċi huwa li ma tikbrilniex rasna għax ġibna riżultati eċċezzjonali.", "Ovvjament nieħdu pjaċir b'dan ir-riżultat, però d-dmir tagħna huwa li nxammru l-kmiem u mmiddu għonqna għax-xogħol li hemm bżonn isir.", "Il-poplu bagħat messaġġ li l-Gvern għandu l-mandat elettorali li jkompli jimplimenta l-programm elettorali tiegħu.", "Dan hu mistenni mill-erba' membri parlamentari Ewropej magħżula għan-nom tal-Partit Laburista, li nsellmilhom minn hawn.", "Il-poplu jistenna wkoll li ż-żewġ deputati magħżula għan-nom tal-Partit Nazzjonalista jieħdu l-messaġġ li għaddielhom u jmorru fil-Parlament Ewropew jaħdmu kemm jifilħu kollha flimkien b'risq il-pajjiż u fl-interess nazzjonali.", "Il-poplu jistenna li s-sitt deputati Ewropej magħżula minnu jaħdmu sabiex tassew iżommu lil Malta f'qalbhom.", "L-id tal-ħbiberija trid tibqa' dejjem miftuħa għad-deputati kollha magħżula.", "Kull min irid jaħdem magħna, lesti li naħdmu miegħu, basta nġibu l-interess tal-pajjiż l-ewwel u qabel kollox.", "Sur President, nawgura li fiż-żmien li ġej pajjiżna jkompli jikseb ir-riżultati li qiegħed jikseb biex noħolqu aktar ġid, li finalment irid jitqassam b'mod ġust, ekwu u b'tali mod li kulħadd igawdi minn din il-politika ta' ġid li l-Partit Laburista daħħal f'pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra issa hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 5 ta' Ġunju 2019 fis-2.30 pm., bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru Ian Borg.", "Fis-6.56 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PROĠETT CAR2GO – SPAZJU GĦAL PARKEĠĠ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħal fis-seħħ il-proġett \"Car2Go\", kemm-il spazju għal parkeġġ żdied ma' jew tnaqqas minn dawk allokati fil-bidu tal-proġett?", "Jista' jindika l-ismijiet tat-toroq u l-lokalitajiet fejn żdiedu jew tnaqqsu l-ispazji għal parkeġġ?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li kemm ilu li daħal fis-seħħ il-proġett \"Car2Go\", in-numru ta' parkeġġi allokati huma ta' 450 madwar Malta u Għawdex kollu.", "Kull tibdil fil-parkeġġi sar bi ftehim bejn il-kumpanija privata u l-kunsill lokali in kwistjoni.", "Il-lista ta' parkeġġi kif ġew approvati s'issa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 7828.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10153.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10153.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10153.", "GĦAQDIET TAL-KONSUMATUR – GĦAJNUNA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, b'sena b'sena, mill-2011 s'issa kemm ingħatat għajnuna mill-Gvern lill-għaqdiet tal-konsumatur f'Malta u, jekk iva, lil liema għaqda jew għaqdiet, u sena b'sena fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mis-sena 2011 sal-aħħar ta' Mejju 2019, min-naħa tal-Awtorità f'termini ta' għajnuna tipprovdi post u l-kera fejn tiltaqa' l-Għaqda tal-Konsumaturi, kif ukoll ħlas ta' servizzi u ta' komunikazzjoni, ta' dawl, ilma u ndafa.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10254.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tagħha fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nirreferi lill-Onor.", "Membru għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9565.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9566.", "Nixtieq inżid li l-binjiet kollha li minnhom l-Awtorità tal-Ippjanar taqdi l-funzjonijiet tagħha, kemm f'Malta u kif ukoll f'Għawdex, jipprovdu aċċess bħal rampi, lifts u faċilitajiet sanitarji u fejn hu possibbli anke parkeġġ riservat għall-użu ta' persuni b'diżabilità.", "Għalkemm dawn il-postijiet m'humiex ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, f'kull applikazzjoni ghal żvilupp li taffettwa l-aċċessibilità tal-binja li ssir fuq dawn il-postijiet tintalab l-approvazzjoni tal-istess Kummissjoni.", "Ngħid ukoll li l-bini tal-uffiċċji ta' Infrastructure Malta huwa aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.", "Meta twaqqfet din l-entità u bdiet tuża l-bini li fih għandha l-uffiċċji, l-aċċessibilità kienet biss fl-ewwel sular.", "Għalhekk, l-aġenzija mill-ewwel ħadet ħsieb tinvesti f'lift ġdid li permezz tiegħu issa se jkunu aċċessibbli anke sulari aktar 'il fuq.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Tista' tikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "Interpellant li kien il-Ministeru għal Għawdex stess li matul din il-leġiżlatura talab lill-Kummissjoni biex isir audit dwar l-aċċessibilità biex tiġi assigurata aċċessibilità sħiħa skont kif titlob il-liġi.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – AĊĊESSIBILITÀ GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità?", "Jista' jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.", "MINISTRU GĦALL-FINANZI - LAQGĦAT BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħat barra minn pajjiżna attenda fil-bidu tas-sena u liema huwa previst li jattendi tul din is-sena?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni rigward il-laqgħat li diġà saru s'issa matul is-sena 2019 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Għall-bqija tas-sena, il-Ministru se jattendi kull laqgħa li titqies ta' importanza għal pajjiżna u l-finanzi tiegħu, inkluż dawk tal-Unjoni Ewropea, u ta' Banek Internazzjonali għall-Iżvilupp.", "BORMLA – TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ – BALAVOSTRI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għala l-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ f'Bormla għadhom ma tlestewx?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex sejrin jittieħdu inizjattivi oħra tul din is-sena fi ħdan is-Central Mediterranean Security Initiative (CMSI), u jista' jinforma x'kien ir-riżultat tal-laqgħa li saret f'April 2019?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tieni edizzjoni tal-Inizjattiva dwar is-Sigurtà tal-Mediterran Ċentrali (CMSI) saret mill-1 sal-5 ta' April 2019, sena wara l-ewwel edizzjoni ta' April 2018.", "Din l-Inizjattiva teżamina r-rwol emerġenti u ewlieni li għandha Malta fil-qasam tas-sigurtà fil-Mediterran Ċentrali u li ġabet flimkien lill-awtoritajiet kompetenti mill-Eġittu, Italja, Franza, il-Libja, Malta, it-Tuneżija u l-Istati Uniti, fosthom id-Dwana, il-Forzi Armati, il-Pulizija u d-Diviżjoni tal-Kummerċ u esperti fuq Sanzjonijiet ta' Malta.", "Matul il-jiem tal-Inizjattiva, saru diskussjonijiet fuq ix-xogħol li qed isir u kif il-koperazzjoni reġjonali tista' tiġi msaħħa iktar f'diversi oqsma.", "Ir-riżultat ewlieni ta' din l-Inizjattiva huwa s-suċċess tagħha: Malta koospitat din l-inizjattiva mal-Ambaxxata Amerikana f'Malta, u l-ħsieb huwa li tkompli ssir din il-ħidma fi gruppi ffokati bejn il-pajjiżi parteċipanti biex ikompli jitkattar l-iskambju ta' informazzjoni reġjonali u tissaħħaħ ir-responsabbiltà reġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali.", "LE SOMMET DES DEUX RIVES – SEHEM TA' MALTA FIL-LAQGĦA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'sehem se jkollu pajjiżna fil-laqgħa msejħa 'Le Sommet des Deux Rives' li għandha ssir f'Marsilja, Franza, fl-24 ta' Ġunju 2019?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li nhar it-Tlieta, 28 ta' Mejju 2019, waqt laqgħa teknika fil-gżejjer ta' Les Embiez, Franza, il-gvern Franċiż ħabbar li l-laqgħa hekk imsejħa Sommet des Deux Rives fl-24 ta' Ġunju 2019 se tiġi ospitata f'Marsilja.", "Din il-laqgħa se ġġib flimkien għall-ewwel darba l-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tad-Djalogu 5+5 tal-Mediterran tal-Punent, l-Unjoni Ewropea u l-Ġermanja, żewġ organizzazzjonijiet Mediterranji (l-Unjoni għall-Mediterran u l-Fondazzjoni Anna Lindh), erba' istituzzjonijiet internazzjonali (Bank Dinji, Bank Ewropew għall-Investiment, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku) u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili miż-żewġt ixtut tal-Mediterran (kull pajjiż se jkun rappreżentat minn għaxar membri tas-soċjetà ċivili) li mistennija jippreżentaw numru ta' inizjattivi /proġetti li ħarġu mill-ħames fora preparatorji, possibilment bl-appoġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet preżenti.", "Se ssir ukoll laqgħa ta' tħejjija f'Tuneż fil-11 u t-12 ta' Ġunju 2019, fejn mistennija jiġu magħżula l-proġetti.", "Bi tħejjija għal dan is-Sommet, saru ħames fora preparatorji, inkluż wieħed f'Malta fl-24 u l-25 ta' April 2019 li ffoka fuq iż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u l-Mobbiltà.", "Dan il-Forum, li ġie organizzat b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Anna Lindh u żewġ Universitajiet Svizzeri – l'Università della Svizzera Italiana (Lugano) u l'Institut de Hautes Études Internationales et du Développement (Ġinevra) – laqqa' flimkien madwar 160 parteċipant mill-għaxar pajjizi membri, inkluż mexxejja żgħażagħ, edukaturi, prattikanti tas-soċjetà ċivili u esperti interkulturali.", "Sar bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, u b'koperazzjoni mal-Unjoni għall-Mediterran (UfM), l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC), iċ-Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Mediterran (CMI) u l-Grupp tal-Bank Dinji, l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Aġenzija Żgħażagħ.", "Matul dan il-forum ġew ippreżentati 38 inizjattiva / proġetti li għandhom l-għan li jqiegħdu ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-koperazzjoni Ewro-Mediterranja.", "Barra minn hekk, rappreżentanti mis-soċjetà ċivili Maltija jippreżentaw numru ta' inizjattivi ukoll fil-fora li saru dwar 'L-Enerġiji' fl-Alġerija, 'Il-Kultura, il-Midja u t-Turiżmu' f'Montpellier, 'L-Ekonomija u l-Kompetittività' f'Rabat, il-Marokk, u dwar 'L-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli' f'Palermo.", "EUROPEAN ASYLUM SUPPORT OFFICE – INIZJATTIVI MILL-MINISTERU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu bejn il-Ministeru u l-European Asylum Support Office tul is-sena li għaddiet u matul din is-sena?", "Jista' jgħid jekk hemmx kwistjonijiet pendenti?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-2018 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u l-European Asylum Office (EASO) kienu msieħba fit-tieni edizzjoni tal-inizjattiva tal-Migration Media Award.", "Din l-inizjattiva hija mħejjija b'kollaborazzjoni bejn il-programm ta' fundi tal-Unjoni Ewropea Euromed Migration IV, immexxija mill-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) u l-Open Media Hub.", "Il-Migration Media Award ifittex li jippremja l-eċċellenza ġurnalistika fir-reġjun Ewro-Mediterranju u jippromwovi rappurtar dwar il-migrazzjoni bbażat fuq il-fatti.", "Din is-sena l-Ministeru u l-EASO huma għal darb'oħra msieħba fit-tielet edizzjoni tal-Migration Media Award, flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment.", "Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni hija mistennija li ssir lejn l-aħħar tal-2019.", "Il-kwistjonijiet imqajma mill-EASO jirrigwardaw privileġġi għall-Membri tal-Persunal u l-Organizzazzjoni nnifisha, privileġġi li kemm il-membri u l-Organizzazzjoni huma intitolati għalihom taħt il-Ftehim dwar is-Sede bejn il-Gvern ta' Malta u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Ażil, iffirmat fl-24 ta' Mejju 2011, kif ukoll il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Avviż Legali 2016/2014.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memoranda of Understanding li ġew riċentement iffirmati ma' Singapore?", "CARMELO ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġie ffirmat Memorandum of Understanding wieħed ma' Singapore, fid-9 ta' April 2019.", "Dan il-Memorandum of Understanding huwa dwar koperazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji ġodda u s-cybersecurity.", "Il-ftehim daħal fis-seħħ b'mod immedjat.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI TA' IT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10190 u 9720, u ċjoè: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta' kuntratti ta' servizzi ta' IT, inkluż manutenzjoni, bħalissa viġenti fil-Ministeru tiegħu, kif ukoll fl-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija, flimkien ma' dettalji f'kull każ ta' min huma l-entitajiet jew persuni fiżiċi u/jew legali li joffri dan is-servizz, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kuntratt viġenti u kemm qed jitħallsu kull sena, sena b'sena, għas-servizz li joffru?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KUNTRATTI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10192 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' f'kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "IAN BORG: L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM INTERESS F'SOĊJETÀ KUMMERĊJALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188, filwaqt li nispeċifika li mhux qed nirreferi għal xi persuna / persuni partikolari, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu li għandhom, fl-istess ħin, interess dirett jew indirett f'xi soċjetà kummerċjali li tagħti servizzi lill-istess ministeru permezz ta' kuntratt ta' servizzi ta' kwalunkwè natura?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – ĦADDIEMA LI GĦANDHOM INTERESS F'SOĊJETÀ KUMMERĊJALI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru li hu responsabbli għalih hu jagħmilx eżerċizzju ta' skrutinju tal-possibilità ta' kunflitt ta' interessi li jista' jinħoloq fis-sens li jista' jkun hemm uffiċjali fil-ministeru tiegħu li fl-istess ħin ikollhom interess f'xi entità kummerċjali li tkun qed tipprovdi servizz lill-istess ministeru?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR LEJN DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien id-Dubaj f'Awwissu tal-2015 u, in vista tal-emails mikxufa f'Panama Papers, dwar l-iskop ta' din iż-żjara, jista' l-Ministru jgħid:", "(i) f'liema bank fid-Dubaj fetaħ il-kont bankarju; u", "(ii) kemm iddepożita flus fil-kont ġdid li fetaħ fid-Dubaj?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4970."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190604_232d_par.docx"} {"text": ["Mistoqsijiet Parlamentari", "L-Erbgħa, 5 ta' Ġunju, 2019 fis-2:30 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "OWEN BONNICI: Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta' Mejju 2019.", "Intant, l-entitajiet li mhumiex indikati fl-imsemmija tabella rregistraw nil reply.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET - REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 10246.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR, INDAFA PUBBLIKA U S-SOSTENN TAL-BELT KAPITALI - REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 10246.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-IMMANIĠĠAR TAL-ILMA - KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "JOE MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari 7828.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U L-UGWALJANZA - KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10153.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 10153.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10153.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10153.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari 10153.", "AMBAXXATA TA' MALTA FL-ITALJA - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Ruma tul din is-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant għal din il--mistoqsija li, wara t-tweġiba li ngħatat is-sena l-oħra għall-mistoqsija parlamentari 5425, tatna l-opportunità mill-ġdid li niddeskrivu x-xogħol importanti u siewi li twettaq l-Ambaxxata Maltija f'Ruma b'ħarsa lejn l-ewwel xhur ta' din is-sena.", "Il-Bilaterali", "L-Ambaxxata hija akkreditata għall-Italja u San Marino u għaldaqstant tippromwovi r-relazzjonijiet bejn Malta u dawn iż-żewġ pajjiżi.", "Il-kuntatti li ħolqot l-Ambaxxata mal-Awtoritajiet Taljani wasslu għal bosta laqgħat bilaterali ta' dinjitari Maltin man-naħa Taljana, inkluż il-laqgħa bejn l-E.T. Coleiro Preca, il-President ta' Malta, u l-President Taljan l-E.T. Sergio Mattarella, u l-bosta laqgħat li saru bejn il Ministru Abela u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Enzo Moavero Milanese.", "L-aspett bilaterali ma jieqafx hawn għax insibu iktar minn tmenin pajjiż li huma akkreditati għal Malta proprju minn Ruma.", "Dan iffiser li l-Ambaxxata tintuża biex tippromwovi r-relazzjonijet ma' dawn il-pajjiżi ukoll minkejja li Malta mhux akkreditata għall-istess pajjiżi minn Ruma.", "Barra minn hekk l-Ambaxxatur ta' Malta fl-Italja hija d-Dekan tal-Ambaxxaturi Ewropej.", "Għaldaqstant hi tirċievi l-Ambaxxaturi ġodda li jibdew it-terminu tagħhom Ruma.", "Kemm ilu fit-tmun il-Gvern ta' koalizzjoni tal-Lega u Cinque Stelle, l-Ambaxxata affaċċjat sfida oħra fuq l-immigrazzjoni.", "Infatti, l-Ambaxxata kienet impenjata li tikkoreġi r-retorika skorretta Taljana fuq l-allegazjonijiet li bdew jagħmlu kontra Malta u d-dover tagħha f'dan il-qasam.", "Saru bosta laqgħat ma' Ministri u dinjitarji Taljani fejn ġew spjegati mhux biss il-pożizżjoni ta'Malta iżda wkoll l-obbligi tagħha skond il-liġi Internazzjonali.", "Ambaxxatur irsistiet taghmel diversi laqgħat bilaterali u diversi kuntatti saru ma' uffiċjali fil-Kabinett tal Ministeru tal-Intern Taljan u bis-saħħa ta' dawn il-kuntatti l-attakki kontra Malta li kienu jsiru fuq is-Social Media waqfu u issa Malta u l-iTalja qed jikollaboraw fuq il-migrazioni fil-Mediterran.", "L-Ambaxxata sabet ruħha ukoll aktar involuta f'laqgħat fuq sforzi ta' rilokazzjoni tal-immigranti li jaslu fl-Ewropa tant li minn Jannar sa Mejju saru 25 laqgħa bilaterali u 12 il-laqgħa fuq il-migrazzjoni.", "Il-Kummerċjali", "Minn Jannar sa' Mejju, l-Ambaxxata kienet impenjata bis-sħiħ fil-qasam kummerċjali.", "Bl-għajnuna tal-uffiċjal kummerċjali ta' Malta Enterprise, l-Ambaxxata organizzat bosta laqgħat fl-Italja kif ukoll f'Malta bl-għan li ssaħħaħ u ttejjeb il-kuntatti ta' kumpaniji Maltin ġewwa l-Italja.", "Permezz ta' dawn il-laqgħat, numru ta' kumpaniji Maltin iltaqgħu ma' kumpaniji Taljani biex jiddiskutu kif jistgħu jikkolaboraw bejniethom.", "Huma dawn it-tip ta' laqgħat li fl-aħħar mill-aħħar jwasslu għal iktar kummerċ u skambju ekonomiċi bejn Malta u l-Italja.", "Eżempju konkret huwa proprju l-proġett BAT fil-qasam tal-avjazzjoni li kien inawgurat f'Sardinja iktar kmieni din is-sena.", "Għal din l-inawgurazzjoni saħansitra attenda l-Onor.", "Barra minn hekk l-Ambaxxata wetqet rwol importanti li wassal biex numru ta' kumpaniji Maltin ipparteċipaw fl-Interternational Procurement Seminar ġewwa Ruma li kien organizzat min-Nazzjonijiet Uniti.", "L-għan ta' dan is-seminar kien li jagħti l-possibilità lill-kumpaniji preżenti biex jesploraw x'tip ta' prodotti u servizzi jistgħu joffru lill-Aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Hija din it-tip ta' ħidma li tkompli ssaħħaħ l-irwol li l-Ambaxxata tħaddan, b'kuntatt u koordinament kontinwu mal-entitajiet kummerċjali Maltin bħal Malta Enterprise, Trade Malta, Malta Stock Exchange u Finance Malta, biex jiżdied ix-xogħol għall-kumpaniji Maltin u l-iskambju kummerċjali bejn Malta u l-Italja.", "L-Ambaxxata kkoordinat laqgħat bejn Malta Enterprise, l-Awtorità tal-Mediċini f'Malta u l-Univerisità La Sapienza ġewwa Ruma biex jiġi konkluż MOU fuq riċerka dwar il-kannabis.", "Permezz tal-MOU, id-dipartiment tal-kimika u t-teknoloġiji farmakoloġiċi tal-Università La Sapienza ser twettaq testijiet, validazzjonijiet u verifiki biex jiġi studjat tal-kannabis għal skopijiet mediċi f'Malta skond il-leġiżlazzjoni Maltija.", "L-Ambaxxata qiegħda taħdem ukoll mal-Awtorità tal-Mediċini f'Malta biex issib bejjiegħa alternattivi ġewwa l-Italia għall-akkwist tal-mediċini li bħalissa jinxtraw mill-Ingilterra biex Malta tkun preparata hekk kif l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Kultura", "Bħal kull sena, fix-xahar ta' Frar, l-Ambaxxata organizzat avveniment għall-Komunità Maltija f'Ruma biex tfakkar in-nawfraġġju ta' San Pawl.", "Dan l-avveniment sar fil-kunvent tas-sorijiet Franġiskani Maltin f'Ruma.", "L-Ambaxxata kompliet tinvolvi ruħha fil-laqgħat tal-EUNIC Rome (EU National Institutes of Culture) bi preparament għall-avveniment tal-ġurnata mondjali tal-poeżija li saret f'Marzu.", "L-Ambaxxata ħadet sehem f'dan il-proġett billi ibbenifikat mill-għajnuna finanzjarja mill-fond kulturali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.", "F'Marzu ukoll, l-Ambaxxata rnexxiela tikkonkludi l-proċeduri għat-trasferiment tal-lapida ddedikata lil Fortunato Mizzi mill-Bażilika ta' Santa Croce f'Firenze lejn Malta.", "L-Ambaxxata hija involuta ukoll fid-Diplomatic Education Project.", "Dan il-proġett huwa kkordinat minn assoċjazzjoni mhux għall-profitt li tlaqqa' studenti f'Ruma mal-Ambaxxati bl-għan li jiskopru fiex tikkonsisti d-diplomazija u kif jaħdmu l-Ambaxxati.", "Infatti, l-uffiċjal kulturali fi ħdan l-Ambaxxata żar l-istudenti fl-iskola li ġiet magħżula biex taħdem mal-Ambaxxata Maltija f'dan il-proġett u tahom preżentazzjoni dwar Malta.", "Wara dan, kien imiss li l-istudenti jżuru l-Ambaxxata u saħansitra jiltaqgħu u jiddiskutu mal-Ambaxxatur fuq Malta, d-diplomazija u l-politika barranija Tagħha.", "Sar ukoll kuncert gewwa Tuin bl-isem \"Ilhna Mitlifa\" finazjata minn Teatru Malti u coordinat mal-Ambaxxata f'Ruma fis-Sala Scicluna; l-ewwel palk internazzjonali għal dan l-ispettaklu.", "Reċentement, ġiet imwaqqfa paġna Facebook tal-Ambaxxata kif ukoll profil fuq Twitter skond il-politika ta' Social Media tal-Ministeru bl-iskop li l-ħidma tal-Ministeru u anke l-Ambaxxati tkun iktar viżibli u qrib iċ-ċittadini Maltin.", "Il-Konsulari", "In-Netwerk Konsulari huwa ffurmat mill-Ambaxxata kif ukoll minn għaxar Konsli Onorarji mifruxin fuq it-territorju Taljan u anke wieħed f'San Marino li flimkien jiffurmaw in-Netwerk Konsulari.", "Dawn jipprovdu servizzi konsulari lill-komunità Maltija fl-Italja u San Marino kif ukoll lil turisti Maltin li jsibu ruħhom f'xi problema jew diffikultà.", "L-Ambaxxata kompliet tassisti bosta Maltin li tilfu d-dokumenti t'identità waqt il-mawra tagħhom, Maltin li ġew misruqa, Maltin li kellhom bżonn assistenza medika, Maltin li ġew arrestati fit-territorju Taljan jew f'San Marino, ripatrijazzoni ta' iġsma ta' Matlin li traġikament jitilfu ħajjithom fl-Italja jew San Marino kif ukoll assistenza lil Maltin li jiżżewġu ċittadini Taljani.", "Il-Konsulat jgħin ukoll lill-Maltin jakkwistaw visas mingħand l-Ambaxxati ta' dawk il-pajjiżi li jkopru lil Malta minn Ruma u li m'għandhomx Ambaxxati f'Malta.", "Tajjeb li jingħad li dan is-servizz jinvolvi ħafna ħin u riżorsi jiġifieri t-tqassim tal-applikazzjonijiet tal-visas lill-Ambaxxati konċernati u l-irtirar tal-visas pero' dan is-servizz huwa kompletament bla ħlas; il-Maltin iħallsu biss il-miżata li l-Ambaxxati jitolbu biex tinħareġ il-visa.", "Tingħata ukoll assistenza biex residenti u kumpaniji Maltin jillegalizzaw diversi tipi ta' dokumenti minn dawn il-pajjiżi.", "Malta għandha ukoll numru ta' ftehim fil-qasam mediku mal-Italja fejn il-Maltin jistgħu jirċievu ċertu trattament u trapjanti speċifiċi fosthom trapjanti tal-pulmun fiċ-ċentru ISMET ġewwa Palermo.", "F'dawn il-każijiet delikati, l-Ambaxxata tintervjeni billi tassisti lill-awtoritajiet tas-saħħa Maltin jittrassferixxu l-pazjenti lejn l-Italja.", "S'issa fl-2019, il-Konsulat ipproċessa 268 visas, għamel 77 legalizzazzjoni, ipproċessa 95 kwittanza lill-baħħara li jaħdmu fuq vapuri li jtajru l-bandiera Maltija u offra 59 servizz ieħor.", "Apparti minn hekk, l-Ambaxxata saħħet ir-rabta mal-Konsli Onorarji fl-Italja billi nħoloq Grupp fuq Whatsapp biex l-Ambaxxata tkun tista' tinforma u taġġorna lill-Konsli fuq politiki tal-gvern, inizjattivi tal-ambaxxata u stqarriiet nazzjonali fuq l-Immigrazzjoni.", "Promozzjoni ta' Malta", "Wieħed mill-objettivi aħħari ta' kull Ambaxxata huwa li tippromwovi lill-pajjiżha ġol-pajjiż fejn l-Ambaxxata hija bbażata, f'dan il-każ l-Italja.", "Għaldaqstant, l-Ambaxxata kompliet taħdem biex jitkattar l-għarfien tat-Taljani dwar Malta u dak li pajjiżna għandu x'joffri.", "Il-promozzjoni ta' Malta ssir kontinwament f'diversi oqsma bħall-kultura, l-kummerċ u t-turiżmu.", "Din is-sena, l-Ambaxxata assistiet lill-uffiċju tal-Awtorità tat-Turiżmu Maltija f'Ruma biex ikunu promossi t-titjiriet minn Malta u destinazzjonijiet ġodda fl-Italja per eżempju Peruġa, Genova u Cagliari bl-iskop li jkompli jiżdied u jissaħħaħ it-turiżmu bejn Malta u l-Italja.", "Intant, fix-xhur ta' Marzu u April, l-Ambaxxata u l-uffiċju tal-Awtorità tat-Turiżmu Maltija organizzaw avveniment f'Ruma u f'Milan mal-Istitut tad-Disinn Ewropew fejn ġie inawgurat il-katalogu IED for Malta li jiġbor fih opri tal-arti ta' studenti Taljani.", "Dawn l-opri kienu ispirati minn postijijiet u elementi Maltin wara vjaġġ li dawn li l-istess studenti kellhom ġewwa Malta.", "Bħal ma diġà ġie spjegat fis-sezzjoni kummerċjali, ma naqsitx il-promozzjoni tal-ekonomija Maltija fis-setturi tas-servizzi finanzjarji u intrapriża, speċjalment fis-settur tal-blockchain, permezz ta' seminars f'Milan, Genova, Turin, Verona u Roma bis-sostenn ta' Malta Enteprise u l-Uffiċju tal-BOV f'Milan.", "Oħrajn", "Din is-sezzjoni tinkludi l-ħidma u l-funzjonijiet l-oħra li mhux imsemmija fis-sezzjonijiet ta' qabel.", "Funzjoni primarja hija l-amministrazzjoni fejn l-Ambaxxata hija qabel kollox obbligata timxi mar-regoli u proċeduri stabiliti mill-Gvern u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ biex twettaq l-ħidma ta' kull ġurnata fl-aspett bilaterali, kummerċjali, kulturali, konsolari u l-oħrajn.", "L-amministrazzjoni tinkludi l-kontabilità, il-kuntratti tal-impjegati u tal-kumpaniji li joffru s-servizzi lill-Ambaxxata, il-posta diplomatika ta' kull ġimgħa u l-assistenza lill-dinjitarji Maltin li jżuru Ruma jew jgħaddu minn Ruma fi triqthom lejn destinazzjoni oħra.", "L-Ambaxxata assistiet diversi dinjitarji Maltin li zaru Ruma fi triqthom lejn destinazzjonijiet ohra.", "L-Ambaxxata tipparteċipa fil-konferenzi u seminar t'interess kif ukol tattendi d-diversi pre-briefings fuq il-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħal per eempju l-FAC (Foreign Affairs Council), GAC (General Affairs Council),ECOFIN (Economic and Financial Affairs Council) u l-JHA (Justice and Home Affairs Council).", "Aparti l-aspett bilaterali, l-Ambaxxata hija akkreditata għal numru ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Il-parti l-kbira tal-laqgħat li tkopri l-Ambaxxata huma dawk li jsiru fil-FAO u fid-diversi konfigurazzjonijiet tagħha fosthom l-ERG (European Regional Group).", "B'rabta mal-FAO, isiru diversi laqgħat ta' koridinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE.", "Apparti l-FAO, insibu ukoll il-WFP, l-IFAD, l-IDLO, l-ICCROM u l-UNIDROIT.", "Tramite l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Ambaxxata tikkonsulta lill-Ministeri responsabbli għal dawn l-organizzazzjonjiet sabiex tirrapreżenta l-pożizzjoni u/jew l-interessi kif indikat mill-Ministeru konċernat.", "F'Jannar 2019, Malta assumiet l-irwol ta' Viċi President tal-European Regional Group (ERG) fi ħdan il-FAO.", "Il-Gruppi Reġjonali jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu xogħol relatat mal-FAO, partikolarment mill-aspett tar-reġjuni rispettivi tagħhom.", "L-ERG huwa magħmul minn 48 Stat Membru tal-UN.", "Malta se tassumi l-irwol ta' President f'Lulju 2019.", "Ix-xogħol intensifika f'termini ta' laqgħat ta' tħejjija u ta' koordinazzjoni.", "Malta qed taħdem mill-qrib mal-Finlandja (il-President attwali tal-ERG), il-Presidenza u d-Delegazzjoni tal-UE biex tiżgura li x-xogħol tal-ERG jikkumplimenta x-xogħol tal-UE.", "Minn Jannar sa Mejju, saru 9 laqgħat tal-UE u 25 il-laqgħa relatati mal-ERG.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Pariġi tul din is-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din kienet il-ħidma diplomatika fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Pariġi tul din is-sena.", "Matul dawn l-aħħar xhur l-Ambaxxata kienet involuta b'mod dirett f' numru ta' delegazzjonijiet Ministerjali Maltin lejn Franza, b'mod partikolari:", "L-Ambaxxata assistiet fit-tħejjijiet li wasslu għaż-żjara bilaterali bejn l-Ministru Franċiż għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin, L-E.T. Jean Yves Le Drian f'Malta mal-Onor.", "Michael Farrugia, Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali mis-17 sat-18 ta' Jannar.", "Dawn it-taħdidiet seħħew fl-kuntest tal-Laqgħa Ministerjali tal-5+5, li Malta ospitat f'dawk il-ġranet u li waqtha Franza ħabbret ukoll il-pjanijiet tagħha għal-Summit fuq il-Mediterran li ser isir aktar tard din is-sena.", "Żjara oħra kienet dik tal-Onor.", "Segretarju Parlamentari Clint Camilleri għall-\"Salon International de l'Agriculture'.", "Ġurnata qabel l-avveniment, is-Segretarju Parlamentari attenda seminar Ministerjali dwar kif iż-żgħażagħ jiġu attirati fis-settur agrikolu.", "Iż-żjara kienet waħda ta' suċċess, b'żewġ uffiċjali tekniċi mill-Ministeru tal-Ambjent iżuru l-istess fiera għal-follow up ma' uffiċċjali Franċiżi.", "L-Ambaxxat tat sehemha wkoll fit-tħejjijiet għal żjara fi Franza mill-Onor.", "Ministru Dr. Ian Borg fit-22 u l-24 ta' April, fejn kellu hemm taħditiet uffiċjali mal-kontroparti tiegħu l-E.T. Ministru Elizabeth Borne, u fejn kellu l'oppurtunità li jżur siti ta' infrastruttura u trasport pubbliku mportanti f'Pariġi.", "Wara n-nirien li ħakmu l-Kattidral ta' Notre Dame fil-qalba ta' Pariġi, l-Gvern Franċiż organizza Konferenza dwar il-Preservazzjoni tal-Wirt Kulturali Ewropew li għaliha attendew l-Onor.", "L-Ambaxxata ħadet ħsieb il-koordinazzjoni ta' dawn il-żjarat u akkumpanjat il-Ministri waqt id-diskussjonijiet.", "L-Ambaxxara għenet ukoll fl-organizzazzjoni ta' żjara f' Pariġi mill-Onor.", "Ministru Joe Mizzi li attenda Konferenza dinjija tal-UNESCO dwar l-ilma, matul ix-xahar ta' Mejju.", "Ir-relazzjonijiet bilaterali ma' Franza komplew jissaħħu fl-ambitu tar-rwol il-ġdid ta' Malta bhala osservatur ta' l-'Organisation de la Francophonie'.", "Ittieħdu diversi inizzjattivi, li għalihom tat kontribut tanġibbli l-Ambaxxata ta' Malta fi Franza biex jiġi kkommemorat għall-ewwel darba il- Jum Dinji tal-Frankofonija f'Malta nhar l-20 ta' Marzu, bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Franċiża f'Malta, u numru ta' Ambaxxati oħra ta'pajjiżi membri fl-OIF.", "Kummerċjali", "L-Ambaxxata kompliet issaħħaħ ir-rabtiet kummerċjali bejn Malta u Franza.", "Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u Franza ġew diskussi fit-tul waqt avveniment organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ bejn Malta u Franċiża fid-29 ta' April.", "Il-membri ta' din il-Kamra tal-Kummerċ u entitajiet oħra mill-komunitajiet tan-negozju fiż-żewġ pajjiżi ġew mistiedna jattendu.", "L-Ambaxxatur Mizzi tat ħarsa ġenerali tal-potenzjal tan-negozju eżistenti bejn iż-żewġ pajjiżi, il-qagħda ekonomika Maltija, il-ħidma ta' Malta fis-settur tas-servizzi, kif ukoll iktar reċentement il-'blockchain', u 'crypto currency'.", "Is-segwitu ta' dan l-avveniment diġà seħħ u żewġ kumpanniji f'Malta qed jistabbilixxu kuntatti fis-settur ġenerali tas-servizzi u l-avjazzjoni.", "Laqgħat dwar dan l-aħħar punt ġew organizzati f'Pariġi fl-20 ta' Mejju, fosthom fl-Ambaxxata Maltija nfisha.", "L-Ambaxxata kompliet tesplora aktar oqsma ta' kooperazzjoni taħt ftehim eżistenti ta' ġemellaġġ.", "Permezz tal-ftehim ta' ġemellaġġ bejn Elancourt-Attard, qed nesploraw il-possibbiltà li norganizzaw skambji ta' studenti tas-skejjel.", "Qed jiġu esplorati ftehimiet oħra ta' ġemellaġġ bil-ħsieb li jieħdu xejra konkreta.", "Malta ntgħażlet biex tipparteċipa fl-edizzjoni ta' din is-sena ta' 'Planète du Gout' u ppreżentat diversi platti lokali prepararti minn chef Maltija residenti f'Pariġi.", "Il-paviljun Malti li kien ko-sponsorjat flimkien ma' MTA France, ġibed ħafna viżitaturi kurjużi li xtaqu jitgħallmu aktar dwar il-prodotti tagħna u pajjiżna, u ġiet milqugħa tajjeb fil-midja soċjali.", "Permezz tal-'Cultural Diplomacy Fund', l-Ambaxxata qegħda tħejji proġett 'Visions de Tiffany' fl-4 ta' Ġunju 2019.", "Il-proġett jikkonsisti fi 12-il pittura li jissimbolizzaw il-mogħdija taż-żmien u n-natura, akkumpanjati mill-kreazzjoni tal-artifiċjali.", "Dan il-proġett, apparti milli jwassal il-kreattivita' Maltija fil-belt kapitali Franċiża, iwassal ukoll il-viżjoni innovattiva fil-qasam teknoloġiku li tant qed jiġi assoċċjat ma'Malta f' dawn l-aħħar xhur.", "L-Ambaxxata ser ukoll tvara publikazzjonijiet ġodda ta' zewġ awturi Maltin li joqgħodu fi Franza nhar is-6 ta' Ġunju.", "B'hekk ser inkunu qed inkomplu nsaħħu l-profil kulturali ta' Malta fis-soċjeta' Franċiża.", "L-Ambaxxata tat assistenza u ndirizzat numru ta' mistoqsijiet mill-pubbliku ta' kuljum.", "Parti mix-xogħol tal-Ambaxxata jikkonsisti fl-ipproċessar tat-talbiet taċ-ċittadinanza, reġistrazzjonijiet tat-twelid/żwieġ, applikazzjonijiet għal-passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar ta' emerġenza fil-każ fejn iċ-ċittadini Maltin jirrappurtaw it-telf tad-dokumenti tagħhom.", "Seggwejna wkoll l-inċidenti kollha fi Franza inklużi l-protesti mifruxa fuq diversi xhur tal- 'gilets jaunes' biex niżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini Maltin.", "Kien hemm diversi każijiet li nvolvew l-Ambaxxata b'mod dirett, fosthom każ ta'eżibitur Malti ddaħħal b'urġenza l-isptar; ii) ċittadini Malti miżmum fl-ajruport; iii) koppja Maltija wara l-isplużjoni aċċidentali; iv) ċittadin MT miżmum fi Franza u arrestat fuq serq; v)u segwiet l-każ ta' pazjent Malti li kien qed jiġi kkurat f'Tulouse; vi) segwiet il-każ ta'splużjoni f' Toulouse anki minħabba l-preżenza ta' grupp ta' studenti Maltin ġewwa dik il-Belt.", "Promozzjoni ta' Malta", "L-Ambaxxata ta'kulljum tagħmel promozzjoni attiva ta' Malta permezz tal-għodod teknoloġiċi bħall paġna tal-Facebook u fuq l-paġna Twitter li għadha kemm ġiet imnedija.", "Il-midja soċjali kienet utli biex nippromovu l-attivitajiet tagħna u nilħqu l-komunità Maltija fi Franza.", "Barra minn hekk, l-attendenza għal avvenimenti bħal 'Salon de la Plongee' kienet opportunita għal-skejjel ta' l-għads Maltin.", "Ezempji ta' attivitajiet inkluzi fuq l-FB jinkludu: i) parteċipazzjoni minn studenti żgħażagħ b'talent fil- \"50 Sessjoni Internazzjonali tal-Mudell Parlament Ewropew\"; ii) żjara mill-istudenti mill-Iskola ta' San Ġużepp tas-Sliema li ħadu sehem fl-attività 'She Runs, Active Girls' Lead'; u iii) studenta ta' nazzjonalità Maltija li qed tistudja fi Franza; u v) tim malti li rrappreżenta lil Malta f'kompetizzjoni ta' Kickboxing.", "Oħrajn", "Permezz tal-ħidma tal-uffiċċju tal-MTA fi Franza, li hu ospitat fl-Ambaxxata, saret ħidma sfiega matul is-sena sabiex ikomplu jiżdiedu l-figuri tat-turiżmu lejn Malta mis-suq Franċiż.", "AMBAXXATA TA' MALTA FI SPANJA - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Madrid tul din is-sena?", "Ir-relazzjoni bilaterali bejn Malta u Spajna hija ferm pożittiva u f'dawn l-aħħar xhur l-Ambaxxata Maltija ġewwa Madrid kompliet taħdem sabiex dawn ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ.", "Fil-bidu ta' din is-sena, kien hemm bidla fl-Ambaxxatur hekk kif l-E.T. Vanni Xuereb wasal ġewwa Madrid sabiex jibda l-ħidma tiegħu bħala Ambaxxatur fit-8 ta' Jannar 2019.", "Hekk kif wasal ġewwa Madrid, l-Ambaxxatur ippreżenta l-copies d'usage lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Kooperazzjoni u Unjoni Ewropea ta' Spanja.", "Għaldaqstant, il-ħidma tal-Ambaxxatur setgħat tibda minnufiħ.", "L-Ambaxxatur Xuereb ippreżenta l-karti tal-kredenzjali lill-Majesta Tiegħu r-Re Felipe VI fil-5 ta' Frar.", "L-Ambaxxatur beda ż-żjarat ta' korteżija lill-Ambaxxaturi ta' pajjiżi Ewropej akkreditati għal Spanja u kif ukoll ma' dawk l-Ambaxxaturi residenti Madrid li huma akkreditata għal Malta, li huma New Zealand u r-Repubblika tal-Gambja.", "L-Ambaxxatur iltaqa' ukoll mar-Rapreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ġewwa Spanja u grazzi għal dawn il-laqgħat, ġie ffirmat l-manifest 'DondeEstanEllas' (fejn jinsabu huma – b'refernza għan-nisa).", "Dan il-manifest huwa inizjattiva tad-Direttur tal-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f'Madrid favur id-drittijiet tan-nisa.", "L-Ambaxxata ingħaqdet mal-ambaxxati tad-disa' pajjiżi l-oħra li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju tal-2004, biex jitfakkar il-ħmistax-il anniversarju minn mindu dawn l-għaxar pajjiżi saru membri tal-Unjoni Ewropea.", "L-ambaxxati, flimkien mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fi Spanja, organizzaw konferenza dwar 'It-tkabbir tal-UE fl-2004: fatti, esperjenzi u perspettivi'.", "Matul il-konferenza saru erba' roundtables, bl-Ambaxxatur ta' Malta ikun wieħed mill-kelliema fis-sessjoni dwar 'It-tkabbir taż-żona ta' paċi, sigurtà u demokrazija: storja ta' suċċess?'", "Ta' kuljum, l-Ambaxxatur u l-Uffiċjal Diplomatiku fi ħdan l-Ambaxxata, jattendu diversi laqgħat u attivitajiet li jiġu organizzati mill-Awtoritajiet Spanjoli u kif ukoll mill-Ambaxxati ġewwa Madrid fuq diversi temi ta' interess.", "L-Ambaxxata żżomm lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ministeri oħra nfurmati fuq dawn l-attivitajiet, b'mod partikolari, fuq temi lokali li huma ta' interess għall-pajjiżna, per eżempju s-sitwazzjoni ġewwa Katalunja, u temi oħrajn ta' interess internazzjonali, bħal per eżempju s-sitwazzjoni ġewwa l-Venezwela u l-Brexit b'referenza speċifika għal-Ġibilta'.", "L-Ambaxxata tiżgura wkoll li l-Ministeru jinżamm aġġornat fuq dak li jintqal dwar Malta fil-mezzi ta' komunikazzjoni Spanjoli.", "Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li f'Marzu ta' din is-sena, il-Prim Ministru Spanjol sejjaħ elezzjoni ġenerali fir-28 ta' April u għal daqstant l-Ambaxxata għamlet minn kollox sabiex izzomm lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin infurmat bl-aħħar żviluppi dwar din l-elezzjoni u kif ukoll dwar l-elezzjonijiet lokali, reġjonali u ewropej fis-26 ta' Mejju.", "Fuq bażi regolari, l-Ambaxxata tassisti lill-Ministeru sabiex jgħaddi informazzjoni dwar kandidaturi u setturi oħrajn lill-Awtoritajiet Spanjoli, lill-Ambaxxati akkreditati għal Malta u kif ukoll lill-Unjoni għall-Mediterran li tinsab ġewwa Barċellona u lill-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu li tinsab ġewwa Madrid.", "Barra minn hekk, l-Ambaxxatur ippreżenta l-Instrument ta' Adeżjoni tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona tal-Kosta fil-Mediterran lid-Direttur tad-Dipartiment tat-Trattati Internazzjonali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Spanjol.", "Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li fi Frar 2019, l-Ambaxxata assistit lill-Prim Minstru Dr Joseph Muscat u lill-Ministru Helena Dalli waqt i¿-¿jara tagħhom ġewwa Madrid fejn attendew il-Kungress tal-Partit Soċjalista Ewropew li matulu l-Prim Ministru kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tar-Rumanija, il-pajjiż li bħalissa għandu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.", "Kummerċjali", "Fir-rigward ta' relazzjonijiet kummerċjali, l-Ambaxxata kompliet bil-ħidma li tippromwovi l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll it-turiżmu minn Spanja lejn Malta.", "Dan sar kemm permezz ta' kuntatt ma' numru ta' kumpaniji Spanjoli interessati li jespandu l-operazzjoni tagħhom ġewwa Malta, inkluż fis-settur gastronomiku u farmaċewtiku, kif ukoll b'ħidma flmkien mal-konsli onorarji mxerrda mad-diversi reġjuni tal-pajjiż.", "L-Ambaxxatur beda jaħdem mal-ewwel dwar inizjattivi li jistgħu jittieħdu fil-qasam kulturali.", "Saru taħdidiet mal-Mużew Nazzjonali tal-Antropoloġija ġewwa Madrid sabiex tiġi organizzata attivita' żulturali bis-sehem ta' artisti Maltin.", "L-Ambaxxata iltaqat ukoll mal-organizzaturi tal-'Menorca International Film Festival' li ser isir f'Lulju ġewwa l-gżira ta' Menorca.", "Din is-sena, dan il-festival ser jiddedika ġurnata għal Malta u għaldaqstant, l-Ambaxxata flimkien mal-kumpanija NewLink ' li tirrapreżenta lill-Awtorita' Maltija Spanjola ġewwa Malta u l-Konslu Onorarju fil-Gżejjer Baleariċi, assistiet lill-organizzaturi sabiex din l-inizzjattiva tkun ta' suċċess.", "L-Ambaxxata dejjem kienet għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini Maltin li jgħixu fi Spanja u dawk li jivvjaġġaw lejn Spanja, u ċittadini Spanjoli li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Malta li jeħtieġu xi għajnuna, kemm fuq temi konsolari, kif ukoll temi turistiċi u kummerċjali.", "Dawn l-aħħar snin, l-Ambaxxata ħadmet bla waqfien sabiex ittejjeb in-netwerk tal-Konsli Onorarji Maltin ġewwa Spanja u dan ma naqasx f'dawn l-aħħar xhur.", "L-Ambaxxatur Xuereb għamel mezz sabiex jiltaqa' mal-Konsli Onorarji, kemm ġewwa Madrid, kif ukoll ġewwa Malta waqt il-laqgħa li jorganizza l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-Konsli Onorarji Maltin kull sentejn.", "Ta' min wieħed isemmi li l-Ambaxxata hija f'kuntatt mal-Assoċjazzjoni Amigos de Malta (Ħbieb ta' Malta).", "Din hija organizzazzjoni li tħaddan fiha Spanjoli ta' dixxendenza Maltija residenti f'Valencia.", "L-Ambaxxata kompliet taħdem sabiex jerga' jinfetaħ il-Konsolat Onorarju ġewwa Barċellona.", "Fil-fatt, l-Ambaxxata infurmat lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Spanjol li l-Onor.", "Ministru Carmelo Abela approva l-kandidatura għall-Konslu Onorarju ġdid f'Barċellona.", "L-Ambaxxata qiegħda tistenna sabiex l-awtoritajiet Spanjoli jiffinalizzaw l-aħħar proċeduri sabiex tiġi approvata din in-nominazzjoni.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-Ambaxxata assistiet lil student Malti li jgħix Madrid u xtaq jippre¿enta ruħu għall-eżamijiet tal-Matsec.", "L-Ambaxxata provdiet post fejn isiru dawn l-eżamijiet, kif ukoll persunal tal-Ambaxxata bħala inviġilaturi.", "Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li bħalissa l-Ambaxxata qiegħda taħdem sabiex fit-22 ta Ġunju tilqa' lill-Maltin li jgħixu ġewwa Spanja fir-residenza offiċjali tal-Ambaxxatur għal attivita' soċjali fl-okkażjoni tal-Festa tal-Imnarja.", "Promozzjoni ta' Malta", "Wieħed mis-setturi li l-Ambaxxata tagħti importanza speċjali huwa s-settur tal-promozzjoni ta' Malta.", "Għalhekk, l-Ambaxxatur flimkien mal-Uffiċjal Diplomatiku ipparteċipaw f'attivitajiet organizzati minn skejjel ġewwa Madrid fejn indirizzaw studenti sabiex jipromwovu Malta bħala destinazzjoni mhux biss ta' turiżmu imma wkoll bħala destinazzjoni għall-korsijiet tal-Ingliż.", "Dan isir ukoll fuq bażi ta' kuljum meta d-dipartiment konslari jassisti diversi Spanjoli fil-mistoqsijiet tagħhom dwar dan is-suġġett..", "Fil-ġranet li ġejjin, l-Ambaxxatur ser jagħti lecture organizzata minn ISDE (International Law, Foreign Trade and International Relations) ġewwa Barċellona.", "Minkejja ċ-ċokon tal-missjoni Maltija f'Madrid, l-Ambaxxatur u l-Uffiċjal Diplomatiku fi ħdan l-Ambaxxata jagħmlu l-almu tagħhom biex ikunu pre¿enti f'diversi attivitajiet li jsiru ġol-kapitali Spanjola biex pajjiża ikun preżenti u jagħti kontribut, b'mod partikolari bħala Stat Membru tal-UE, fid-diskussjonijiet li jsiru fid-diversi fora.", "Is-settur tat-turiżmu ħa spinta 'l quddiem f'dawn l-aħħar snin hekk kif żdiedu t-titjiriet diretti bejn Malta u diversi bliet Spanjoli operati mill-kumpanji AirMalta, Iberia Express, Ryanair, Vueling u Volotea.", "F'dan il-qasam, l-Ambaxxata taħdem id f'id mal-kumpanija New Link.", "Oħrajn", "L-Ambaxxata fetħet paġna ta' Facebook u Twitter bħala mezz sabiex ikollha kuntatt iktar mill-qrib mal-Maltin li jgħixu ġewwa Spanja u sabiex iżżomm lill-pubbliku infurmat fuq ix-xogħol tal-Ambaxxata.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-ĦATRIET PUBBLIĊI – APPROVAZZJONI TA' AMBAXXATURI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema mill-persuni li ġew approvati bħala ambaxxaturi mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom fil-pajjiżi rispettivi?", "Liema le u x'kienet ir-raġuni għal tali dewmien?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. interpellant li mit-tlettax (13)-il nomina li l-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva għall-ħatra ta' ambaxxatur, seba' (7) ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom fil-pajjiżi li għalihom ġew nominati.", "Dawn huma kif ġej:", "Ambaxxatur Ronald Micallef Etijopja", "Ambaxxatur Ray Bondin Bulgarija", "Il-Ministeru rċieva l-agrément għan-nomina tal-persuni l-oħra li ġew nominati u approvati mill-Kumitat Permanenti, u kif inhi l-prassi diplomatika, qiegħed jistenna li jirċievi d-data ta' meta l-ambaxxaturi nominati jistgħu jippreżentaw l-ittri tal-Kredenzjali tagħhom.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, li erba' (4) mill-persuni approvati kienu nominati biex ikunu Ambaxxaturi mhux residenti għal żewġ (2) pajjiżi.", "F'każ wieħed biss, dak tal-Panama, il-Ministeru għadu qiegħed jistenna l-agrément", "AMBAXXATA TA' MALTA FIL-PORTUGALL - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Lisbona tul din is-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tul din is-sena fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Lisbona saret din il-ħidma diplomatika:", "Fuq livell bilaterali ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Portugal huma posittivi u matul din is-sena l-Ambaxxata Maltija f'Lisbona qed taħdem sabiex dawn ir-relazzjonijiet ikomplu jitjiebu u jissaħħu, speċjalment wara ż-żjara statali li l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta għamlet fil-Portugal f'Mejju tal-2018.", "Qed isir ħafna xogħol biex tingħata aktar ħajja lil Malta-Portuguese Chamber of Commerce.", "Dan qed isir permezz ta' diversi laqgħat ma nies midħla sew fil-Kummerċ.", "Laqgħat oħra ta' networking saru mal-President tal-Portuguese Enterprise Confederation (CIP), is-Sur Antonio Saraiva, il-President tal Portuguese Trade and Investment Organisation (AICEP) is-Sur Luis Castro Henriques kif ukol mas-Sur Bruno Bobone, ic-CEO tal Portuguese Chamber of Commerce and Industry (CCIP).", "Iż-żieda fil-titjiriet diretti minn Malta għall-Portugal irriflettiet sew fin-numru ta' Portugizi li vjaġġaw lejn Malta.", "Matul is-sena 2018 dawn kien jammontaw għal total ta' 21782, li jfisser żieda ta' 122% fuq is-sena 2017 fin-numru ta' Portugiżi li vjaġġaw lejn Malta kemm għal skop turistiku kif ukoll ta' kummerċ.", "I-ċifri tas-sena 2019 diġa juru aktar titjib fuq is-sena 2018.", "Bħalissa ir-Ryanair topera tlett titjiriet fil-ġimgħa minn Malta għal Porto, filwaqt li l-Air Malta topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn Lisbona.", "F'dan ir-rigward l-ambaxxata ħadmet ma l-Air Malta sabiex tkompli ttejjeb l-iskeda ta' titjiriet lejn Lisbona.", "Qed issir ħidma biex jissaħħaħ in-network tal-Konsli Onorarji fil-Portugal.", "L-ambaxxata qegħda fil-proċess li tinnomina persuni sabiex jiġi appuntati Konsli Onorarji f'reġjuni differenti fil-Portugal.", "L-Ambaxxata kompliet toffri servizz liċ-ċittadini Maltin li jgħixu fil-Portugal, kif ukol Maltin li jivvjaġġaw lejn il-Portugal u jkunu jeħtiegu għajnuna.", "Dawn jinkludu ħruġ u tiġdid ta' Passaporti, ħruġ ta' dokumenti urgenti tal-Ivjaġġar, ċertifikar ta' dokumenti.", "Ix-xogħol konsolari żdied konsiderevolment minħabba n-numri dejjem jiżdied ta' Maltin li qed iżuru l-Portugal.", "Dan huwa dovut għaż-żiediet ta' titjiriet diretti minn Malta għal Portugal li bħalissa huwa ta' ħames titjiriet diretti minn Malta fil-ġimgħa.", "L-Ambaxxata kienet dejjem għad-disposozzjoni taċ-ċittadini Maltin u għall-pubbliku li jeħtieġu xi għajnuna anke fuq temi kummerċjali.", "Promozzjoni ta' Malta", "Il-Malta Tourism Authority ħadet sehem għall-ewwel darba fil-fiera speċjaliżżata tat-turiżmu f'Lisbona f'Marzu 2019 u l-ambaxxata offriet is-servizzi tagħha għal dan il-għan.", "L-ambaxxatur kellu laqgħa mas-Sinjura Isabel Mota, President tal-Gulbenkian Foundation fejn ippre¿entalha l-ktieb tiegħu 'The Politics of Art' lill-Gulbenkian Art Library.", "KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA FIR-RENJU UNIT - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fil-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra tul din is-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li tul din is-sena fil-Kummisjoni Għolja Maltija saret din il-ħidma:", "Brexit u s-sitwazzjoni politika ġewwa r-Renju Unit iddominaw ix-xogħol bilaterali tal-Kummissjoni Għolja matul l-aħħar sena.", "Dawn l-aħħar xhur il-Kummissarju Għoli u l-uffiċjali tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta ġewwa r-Renju Unit attendew diversi briefings u laqgħat sabiex iżommu dan il-Ministeru aġġornat dwar in-negozjati u l-proċess tal-Brexit, is-sitwazzjoni politika ġewwa r-Renju Unit u l-impatt li dawn jistgħu ikollhom fuq pajjiżna.", "Il-Kummissarju Għoli kellu diversi laqgħat ma' uffiċjali għolja fil-Foreign and Commonwealth Office (FCO), bl-istess għan, kif ukoll sabiex ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u r-Renju Unit ikomplu jissaħħu u l-ftehim li saru f'dawn l-aħħar snin jibqgħu fis-seħħ, anke wara li r-Renju Unit ikun ħareġ mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni Għolja kompliet ukoll issegwi mill-qrib ix-xogħol u l-inizzjattivi li ġew imnedija mill-Commonwealth, kif ukoll l-iżviluppi fir-riforma tal-Commonwealth li bdew waqt il-Presidenza ta' Malta, liema Presidenza bdiet fil-laqgħa taċ-CHOGM li saret Malta fl-2015 u ġiet fi tmiemha fl-2018.", "Ta' min wieħed ifakkar, li bħalissa r-Renju Unit huwa c-Chair in Office wara iċ-CHOGM li ltaqa' ġewwa Londra f'April ta' l-2018 u Malta għadha taħdem fil-qrib mar-Renju Unit fl-ambitu ta' din l-organizzazzjoni.", "Matul dawn l-ewwel xhur tas-sena, f'Londra kien hemm diversi żjarat tal-Ispeaker, Ministri u Segretarji Parlamentari.", "Dan huwa xiehda tal-ħidma kontinwa sabiex ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Renju Unit, u anke l-Commonwealth, ikomplu jissaħħu.", "Ta' min issemmi l-laqgħa li kellu l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat mal-Prim Ministru Ingliż, Theresa May fil-11 ta' Frar 2019.", "Waqt din il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi fuq il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, ta' min wieħed jinnota li numru ta' pajjiżi, speċjalment dawk membri fil-Commonwealth, ikunu akkreditati bħala Ambaxxaturi u Kummissjarji Għolja mhux residenti għal Malta, minn Londra.", "F'dan il-kas, il-Kummissjoni Għolja hija l-pont li jgħaqqad lil dawn il-pajjiżi ma' Malta.", "Hija prassi li qabel l-Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja jinżlu Malta jippreżentaw il-Kredenzjali tagħom lill-President, jagħmlu żjara ta' kortesija lill-Kummissarju Għoli.", "B'dan il-mod jinżammu wkoll ħajjin ir-relazzjonijiet bejn Malta u dawn il-pajjiżi li jkunu akkreditati għal pajjiżna minn Londra.", "Eżempju żgħir ta' kif il-ħidma ma' dawn il-pajjiżi hija kontinwa: Fl-20 ta' Mejju ta' din is-sena, grazzi għal ħidma kontinwa tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta u dik tas-Seychelles f'Londra, flimkien mal-Ministeri rispettivi tal-Affarijiet Barranin, ġie iffirmat Memorandum ta' Ftehim (MoU) bejn iż-żewġ Ministeri għal aktar kooperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjżi, waqt ċerimonja qasira li saret fil-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Londra.", "Kummerċjali", "Il-Kummissjoni Għolja appoġġjat lil-Malta Business Network (MBN) fl-inizzjattivi u laqgħat li negħdiet matul dawn ix-xhur billi għenet lil dan in-network fl-organizzazzjoni ta' xi riċevimenti li saru ġewwa l-Kummissjoni Għolja, fosthom wieħed li ġie indirizzat mill- Prof. Edward Scicluna, Ministru tal-Finanzi, f'Jannar li għadda.", "Il-Kummissjoni Għolja ħadmet ukoll mal-Malta Enterprise fix-xogħol li qiegħed isir mal-Organizzazzjoni għall-Kummerċ Estern tal-Ġappun (JETRO), li għandha uffiċċju ġewwa Londra, sabiex jissaħħu r-rabtiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni Għolja tagħti s-sapport kollu meħtieġ lir-Rappreżentant ta' Malta Enterprise, fid-diversi laqgħat u seminars, li jiġu organizzati minn żmien għal żmien fil-Kummissjoni Għolja.", "L-aħħar wieħed minn dawn is-seminars ġie organizzat fit-30 ta' Mejju 2019.", "Fi Frar ta' din is-sena, waqt il-Konferenza ICE, gathering importanti tal-iGaming li ssir Londra kull sena, il-Kummissjoni Għolja assistiet lil Malta Gaming Authority (MGA) f'organizzazzjoni ta' riċeviment f'lukanda ewlenija f'Londra, li għalih attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-settur tal-Gaming, l-Onor.", "Matul l-ewwel ħames xhur tas-sena l-Kummissjoni Għolja kompliet bil-preparamenti tagħha ghall-Malta Day UK, li din is-sena ser tiġi ċċelebrata fis-7 ta' Settembru 2019.", "F'Marzu li għadda, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' Commonwealth Day (ikkommemorata kull sena fil-11 ta' Marzu), il-Kummissjarju Għoli attenda l-Commonwealth Service f'Westminster Abbey.", "Bi dmir u b'sens ta' rikonoxximent lejn dawk li taw ħajjithom waqt li kienu qed iservu waqt il-gwerer, il-Kummissarju Għoli kif ukoll l-uffiċjali fi ħdan il-Kummissjoni Għolja jattendu, b'mod regolari, memorial services organizzati f'Londra u fil-madwar.", "Il-figuri u l-kummenti li ġejjin jinkludu t-totali tal-istatistika uffiċjali tas-servizzi li jiġu pprovduti fi ħdan il-Kummissjoni Għolja fit-taqsima Konsolari.", "Matul din is-sena kompliet ukoll il-ħidma tal-Konsolat fuq Consul on the Move.", "Kwa¿i kollox jinsab lest sabiex il-Konslu fi ħdan il-Kummissjoni Għolja titla' Edimburgu, fl-Iskozja, fl-aħħar ta' Ġunju sabiex toffri s-servizzi Konsolari minn hemm fuq jumejn.", "Emergency Travel Documents - Dokumenti ta' vvjaġġar ta' Emerġenza", "Mill-bidu tas-sena elfejn u dsatax, total ta' żewġ dokumenti ta' vvjaġġar ta' emerġenza ngħataw lil ċittadini Maltin li ma kellhomx dokumenti validi sabiex jaslu lura Malta.", "Mill-bidu ta' din is-sena, in-numru ta' applikazzjonijiet li rċieva l-konsolat huwa ta' 'l fuq minn erba' mija u ħamsin (450) applikazzjoni.", "Minn dawn l-applikazzjonijiet, madwar tlett mija u ħamsin passaport inħarġu lil ċittadini Maltin li jġħixu fir-Renju Unit.", "Kwazi mitejn passaport minnhom, kienu l-ewwel passaport Malti tal-applikant.", "Ċittadinanzi", "Minn Jannar 2019 sa Mejju ta' din is sena, il-Konsolat laqa' tlett mija u ħamsa u erbgħin (345) applikazzjoni minn individwi li jgħixu fir-Renju Unit u li jixtiequ li jikkonfermaw iċ-ċittadinanza Maltija tagħhom.", "L-applikazzjonijiet milqugħa huma ta' dawk l-individwi li qed jakkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija, permezz ta' reġistrazzjoni, naturalizzazzjoni u permezz tat-twelid tagħhom.", "Ingħata 'l fuq minn mitt ċertifikat li jikkonferma ċ-Ċittadinanza Maltija ta' dawn l-applikanti.", "Reġistrazzjonijiet", "Minn Jannar tal-2019, erba' mija u erbgħa u tletin (434) applikazzjoni ġew sottomessi fil-Konsolat.", "Dawn l-applikazzjoniet kollha ġew proċessati u ntbagħtu lir-Reġistru Pubbliku Malti.", "Minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu 'l fuq minn mitejn u tmenin (280) reġistrazzjoni ta' twelid, u aktar minn mitt (100) applikazzjoni ta' żwieġ u divorzju u 'l fuq minn erbgħin (40) annotazzjoni ta' ismijiet.", "Legalizzazzjonijiet", "Fil-Konsolat saru kważi ħamsin (50) legalizzazzjoni ta' dokumenti Maltin li l-applikanti kellhom b¿onn awtentifikazzjoni tagħhom sabiex ikunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti tagħhom għand l-uffiċċji pertinenti ġewwa Malta.", "Pensjonijiet", "Barra l-mistoqsijiet li ġew imwieġba b'ittri, fuq it-telefon jew bl-imejl, il-Konsolat ħareġ fuq seba' mitt (700) ittra lil kull pensjonant li jgħix ġewwa r-Renju Unit.", "Total ta' iktar minn tlett elef (3000) pensjoni ġew imħallsa.", "Mill-bidu tas-sena, tmien mitt (800) applikazzjoni ġew sottomessi minn applikanti residenti fir-Renju Unit u li jixtiequ jżuru l-gżejjer Maltin.", "Minn dawn, inħarġu seba' mitt visa (700).", "Darba fix-xahar, rappre¿entati tal-Kummissjoni Għolja u VFS Global (li hija l-kumpanija inkarigata mill-Kummissjoni Għolja sabiex tilqa' applikazzjonijiet ta' VISAS fiċ-ċentri tagħha madwar ir-Renju Unit), jiltaqgħu sabiex jiddeterminaw l-aħjar mod ta' kif jittejjeb is-servizz mogħti.", "F'dawn l-ewwel ħames xhur tas sena, il-konsolat irċieva madwar erba' mija u ħamsin (450) mistoqsija dwar BREXIT u d-drittjiet taċ-Ċittadini Maltin wara li jseħħ BREXIT.", "Minn dawn l-erba' mija u ħamsin, tlett mija (300) minnhom ġew imwieġba fuq il-linja diretta tal-Kummissjoni Għolja.", "Ħmistax-il telefonata ntlaqgħu fuq il-linja dedikata għall-mistoqijiet fuq BREXIT.", "Rappreżentati tal-Konsolat attendew total ta' seba' laqgħat flimkien mal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Ewropa mill-bidu tas-sena.", "F'dawn il-laqgħat ġew diskussi l-problemi li qed jaffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej fir-Renju Unit.", "Flimkien ma' rappreżentanti mill- Home Office tar-Renju Unit, ġew diskussi ukoll fid-dettall id-diversi aspetti tal-iskema l-ġdida magħrufa bħala Settled Status u kif jistgħu jiġu mħarsa d-drittijiet taċ-Ċittadini Ewropej.", "Informazzjoni pertinenti ġiet ikkomunikata maċ-Ċittadini Maltin permezz ta' tagħrif fuq il-paġna uffiċjali ta' Facebook.", "Is-sezzjoni medika", "Il-Kummissjoni Għolja għandha rwol importanti fl-għajnuna loġistika li tingħata lill-pazjenti Maltin li jintbagħtu għall-kura fir-Renju Unit, fejn taħdem mill-qrib mal-Ministeru tas-Saħħa.", "F'dan il-kuntest ukoll, il-Kummissjoni Għolja estendiet l-assistenza kollha tagħha lill- E.T. Marie Louise Coleiro-Preca, President Emeritus, waqt l-aħħar żjara tagħha fir-Renju Unit sabiex iżżur pazjenti Maltin li jinsabu għall-kura fir-Renju Unit.", "Ta' min jinotta li l-Kummissjoni Għolja żżomm kuntantt regolari ma' l-ordnijiet reliġjuzi li joffru s-support tagħhom lill-pazjenti Maltin li jkunu qed jingħataw il-kura fir-Renju Unit.", "L-aħħar laqgħa li saret kienet fit-30 t'April.", "Promozzjoni ta' Malta", "Il-Kummissjoni Għolja tippromwovi l-pajjiżna b' diversi modi, sew jekk fil-media jew avvenimenti lokali, kif ukoll billi tassisti Ministeri oħra, l-Awtorita tat-Turizmu Maltija (MTA) u l-Air Malta, fost l-oħrajn, fl-inizzjattivi u l-avvenimenti li jiġu organizzati ġewwa r-Renju Unit.", "Oħrajn", "Londra hija wkoll il-belt li tospita s-sede tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO).", "Bħala stat b'vokazzjoni marittima, Malta hija membru attiv ta' din l-Organizzazzjoni Internazzjonali.", "Il-Kummissjoni Għolja, flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozjoni tal-Kummerċ kif ukoll mal-Ministeru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jaħdmu li l-interessi ta' pajjiżna jiġu promossi u mħarsa.", "Dan anke fl-isfond tal-kandidatura ta' Malta għal Kategorija Ċ tal-Kunsill ta' din l-Organizzazzjoni Internazzjonali, li mistennija sseħħ fl-aħħar ta' din is-sena, waqt l-Assemblea Ġenerali li jmiss."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190605_233o_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficialowners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamratal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-persuni, f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa New York tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Ateni tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema pożizzjoni jinsab il-proġett marbut mal-ISF (Fond għas-Sigurtà Interna) b'mod partikolari wara l-Avviż numru TMFA 002/2019?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tweġiba għall-artiklu bit-titlu \"Il Doppio Bluff di Malta sui Migranti\" li deher fil-Corriere della Sera f'April 2019?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Madrid tul din is-sena?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jindika xi pjanijiet hemm għall-proġett ta' afforestazzjoni f'art f'Bengħajsa?", "Jista' jindika meta se jkun qed jibda x-xogħol inkonnessjoni ma' dan il-proġett?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jindika anke b'visuals, ix-xogħol li ġie ppjanat?", "Jista' jgħid x'tip ta' siġar se jkunu qed jitħawlu u kemm qed jiġi stmat li se jitħawlu siġar biex isir dan il-proġett?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li għamlu użu mis-servizz tas-respite mogħti:", "b. mill-Gvern;", "f'dawn l-aħħar tliet snin, sabiex jiġu megħjuna l-familjari ta' dawn il-persuni?", "Hemm xi lista ta' stennija għal dan is-servizz?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta' pazjenti minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex li qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients fil-preżent?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' residenti minn Marsaskala li qed jirċievu xi forma ta' benefiċċju soċjali u x'inhuma dawn il-benefiċċji li qed jirċievu?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5840, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettall l-attivitajiet fi gruppi li ngħataw lil madwar 33 persuna li kull ġimgħa attendew fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum taż-Żejtun matul din is-sena?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn l-attivtajiet fi gruppi u meta twettqu?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6283, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' ilmenti li rċieva l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Fuqiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u għal liema servizzi ġew indirizzati dawn l-ilmenti?", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ntużat sperm donation jew ovum donation fit-teknoloġija avvanzata tar-riproduzzjoni kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fi sptarijiet privati, minn mindu ġiet emendata l-liġi sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10034 u jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta' lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f'żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10101 u jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10102 u jgħid f'liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10249 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10250 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624, bid-data tal-1 ta' Frar 2019, u jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li bħalissa qed jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettall l-għajnuna li qed jingħataw f'din il-Leġiżlattura lill-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?", "Saru xi laqgħat ma' dawn il-qraba/carers, u jekk iva, meta saru dawn il-laqgħat?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti minn klijenti/residenti li jirċievu s-servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizz ta' Ħarsien Soċjali f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Dwar liema servizzi kien hemm dawn l-ilmenti u jekk dawn l-ilmenti ġewx riżolti?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9568, jista' l-Ministru jindika liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għadhom mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32036 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi Djar Residenzjali għal Persuni b'Diżabilità li mhumiex attrezzati biex jilqgħu fihom persuni li jużaw is-siġġu tar-roti?", "Jekk iva, liema huma dawn id-Djar Residenzjali u kemm hemm residenti jgħixu fihom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Fid-dawl tal-emendi li saru għal Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378 tramite l-Att XVI tal-2019, fejn allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b'riżultat ta' dawn l-emendi issa ma jistax jimponi sanzjonijiet inkluż penalitajiet amministrattivi, jista' l-Ministru jispjega x'miżuri qed jittieħdu biex l-MCCAA u allura d-Direttur Ġenerali jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2017/2394, fejn ir-regolament 9(4)(h) tiegħu jesiġi li l-awtorità kompetenti li hi responsabbli għat-tħaddim tad-direttivi elenkati fl-imsemmi Regolament tal-Unjoni Ewropea li tinkludi diversi liġijiet li huma infurzati mill-isemmi Direttur Ġenerali, ikollu s-setgħa li jimponi pieni bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi kif rikjesti fl-imsemmi regolament 9(4)?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f'Malta, Għawdex u Kemmuna, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm-il concession hawn u f'kemm-il bajja huma mqassma;", "b. jgħid kemm jistgħu jitqegħdu sunbeds f'kull concession, u kemm jammontaw is-sunbeds li jistgħu jitqegħdu f'kull bajja; u", "c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta' art li huwa mgħotti b'dawn il-concessions, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10235 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10236 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10237 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10238 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/770 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi, li eventwalment timplimenta din id-direttiva?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/771 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi li eventwalment timplimenta din id-direttiva?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10341 u 10192 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' f'kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'miżuri ta' governanza tajba jieħu fil-Ministeru tiegħu sabiex jiżgura li l-ebda impjegat b'mod partikolari fis-Segretarjat tiegħu, iżda anke fil-ministeru tiegħu, ma jkollu kunflitt ta' interess fis-sens li waqt li jaħdem fil-Ministeru, jkollu wkoll interess dirett jew indirett f'entità kummerċjali li jkollha kuntratt ta' servizzi mal-istess ministeru?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma' min iltaqa' u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f'Dubai, suppost fuq xogħol tal-gvern?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta' kuntratti ta' servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 'il hawn kemm ilu Ministru?", "Jista' jinkludi wkoll:", "a. l-iskop tal-kuntratt;", "b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u", "c. l-ammont ta' ħlas imħallas a tenur ta' dawn il-kuntratti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10260, peress li numru ta' nies li jiffrekwentaw Ta' Qali qaluli li, kuntrarjament għal dak li qal il-Ministru, effettivament, kien hemm asbestos fl-istruttura li ġiet żarmata mill-post u li dan l-asbestos ma tneħħix bil-proċeduri ta' sigurtà stabbiliti u anzi, seta' intradam fuq il-post, b'riskju ta' periklu għall-pubbliku ovvju u in vista ta' dan, jista' l-Ministru jippreżenta dokumentazzjoni li tivverifika li x-xogħol fuq il-post sar skont normi applikabbli ta' saħħa u sigurtà, fosthom dwar applikabbli għall-handling tal-asbestos?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu kienx parti mid-delegazzjoni governattiva li żarat Dubai f'Awwissu tal-2015 u li kienet tinkludi wkoll lill-Ministru għat-Turiżmu?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 86 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tieni Qari – Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 71 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tielet Qari - Ministru għal Għawdex", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019 - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità maltija tal-Ippjanar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2019 - Votazzjoni.", "6 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2019 fil-4:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni dwar ir-Riċerka Nazzjonali fuq is-Solitudni mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, Università ta' Malta;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "6 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190610_234a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 10 ta' Ġunju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 233, li saret fil-5 ta' Ġunju 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija reġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma) (f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru .", "KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 7828.", "KAROL AQULINA: Peress li l-mistoqsija tirreferi għall-kumpanija Macbridge li hija rreġistrata f'Dubaj, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi forma ta' biża' minn din il-kumpanija?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, l-iStanding Orders jitkellmu ċar li l-mistoqsija ma tridx tkun dwar opinjoni ta' Membru.", "Il-mistoqsija li għadu kif għamel l-Onor.", "Aquilina hija dwar opinjoni u għaldaqstant mhijiex ammissibbli.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ma naħsibx li dan kien point of order u jekk kenitx opinjoni jew le tiddeċiedi int, Sinjura President.", "(Interruzzjonijiet)", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ngħaddu għall-mistoqsija li jmiss.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - KUMPANIJA", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija reġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà) (f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 10153.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Peress li qegħdin nitkellmu dwar il-kumpanija Macbridge Ltd irreġistrata f'Dubaj, jista' s-Segretarju Parlamentari li qed iwieġeb f'isem il-Ministru jgħid jekk għandux xi biża' minn din il-kumpanija?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nifhem li mistoqsija ma tistax tkun la ripetittiva u lanqas dwar opinjoni.", "Ma kontx nistenna li kien se jkolli nqum nagħmel point of order imma li twaqqfu s-Sedja għaliex skont l-iStanding Orders dawn it-tip ta' mistoqsijiet mhumiex ammissibbli.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Byron Camilleri qed jirreferi għall-iStanding Order numru 27 (5) li tgħid li interpellanza m'għandhiex titlob għoti ta' opinjoni jew soluzzjoni ta' kwestjoni legali astratta jew propożizzjoni ipotetika u allura ma nistax naċċettaha bħala mistoqsija.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, illum kien hemm il-ftuħ tal-iskema \"Irrestawra Darek\" u milli jidher f'siegħa l-applikazzjonijiet ħadu l-ammont kollu li kien hemm allokat fil-Baġit, li jekk niftakar tajjeb kien ta' €5 miljun.", "Jista', jekk jogħġbu, is-Segretarju Parlamentari jispjega lil din il-Kamra dwar kemm kien hemm applikazzjonijiet u x'qed iqajjem daqstant interess f'din l-iskema?", "CHRIS AGIUS: Għal darb'oħra l-iskema ġiet varata madwar xahar ilu biex min kien imħajjar japplika, jilħaq ikollu l-preparazzjonijiet kollha lesti.", "Fil-fatt l-applikazzjonijiet għal din l-iskema fetħu dalgħodu u f'ħin ta' siegħa l-€5 miljun allokati għal din l-iskema nħatfu.", "Ikun tajjeb li ngħid li kien hemm madwar 750 applikazzjoni imma meta l-ammont ta' €5 miljun ttieħed – fil-fatt l-applikazzjonijiet kienu jlaħħqu għal aktar minn €6 miljun – din l-iskema kellha tingħalaq.", "Din hija t-tielet darba li ħarġet tali skema għaliex fis-sentejn li għaddew, jiġifieri fl-2017 u fl-2018, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet skema simili.", "Fl-ewwel sena kienet tammonta għal €8 miljun, is-sena l-oħra kienet tammonta għal €10 miljun u din is-sena qed tammonta għal €5 miljun.", "Hawnhekk qegħdin ngħidu li fuq perjodu ta' tliet snin l-Awtorità tal-Ippjanar għaddiet lura lin-nies l-ammont ta' €23 miljun.", "Naħseb li jkun tajjeb li ngħidu lil kull min qiegħed isegwina li l-Awtorità tal-Ippjanar tiġbor dawn il-flus minn skema oħra tant popolari man-nies li hija l-iskema ta' regolarizzazzjoni.", "F'din l-iskema l-Awtorità għamlitha possibbli biex dawk il-familji li kellhom xi problema fil-permessi tal-proprjetà residenzjali tagħhom setgħu jirregolarizzaw is-sitwazzjoni.", "Kellna familji li nqabdu f'sitwazzjoni fejn minħabba irregolaritajiet jew ma setgħux ibigħu l-proprjetà tagħhom jew addirittura forsi ġew bżonn jagħmlu tajjeb bil-proprjetà tagħhom mal-banek u ma setgħux.", "Din l-iskema għamlitha possibbli biex huma jirregolarizzaw ruħhom.", "Ovvjament din kienet kontra ħlas ta' fees li l-Awtorità tal-Ippjanar imbagħad għaddiethom lura permezz ta' din l-iskema \"Irrestawra Darek\".", "Rigward l-iskema li ħarġet illum ikun tajjeb li ngħid li bħala Awtorità tal-Ippjanar tajna pre-avviż xahar ilu biex dak li jkun seta' jkun ippreparat.", "Illum malli fetħet l-iskema, l-applikazzjonijiet bdew deħlin minuta wara l-oħra.", "Naħseb li dan huwa sinjal tajjeb u jinkoraġġina biex inħarsu 'l quddiem ħalli fiż-żmien li ġej inniedu possibilitajiet oħrajn biex inkomplu ngħinu lill-familji tagħna bi skemi simili.", "Din mhijiex l-ewwel darba li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet skemi biex mhux biss ngħinu lill-familji iżda wkoll lill-komunitajiet.", "Ammont sostanzjali mill-flus li tiġbor l-Awtorità tgħaddihom lura lill-komunitajiet, fosthom bid-Development Planning Fund u bl-iskema \"Sebbaħ il-Lokal\" li numru ta' kunsilli lokali bbenefikaw minnhom.", "Dan huwa l-mod kif jaħdem dan il-Gvern; li fejn hu possibbli nkomplu ngħinu lill-familji tagħna.", "Skema bħal din ta' \"Irrestawra Darek\" tant popolari tkompli tħeġġiġna biex fiż-żmien li ġej inkomplu naraw fejn nistgħu ntejbu l-operat biex dak li jinġabar jingħata lura lill-pubbliku.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Peress li huwa ċar li s-Segretarju Parlamentari qed jibża' mill-kumpanija Macbridge Ltd u allura mhux qed iwieġeb, jista' jispjegalna għalfejn qed jibża' u għalfejn mhux qed iwieġeb?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nassigura lill-Onor.", "Aquilina li jekk hemm xi ħadd li qed jibża' huwa ħaddieħor min-naħa l-oħra bit-taħwid kollu li għandu fi ħdanu!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Camilleri, għidilna x'inhu l-point of order.", "BYRON CAMILLERI: Il-point of order hu li nerġa' nirreferik għal Standing Order 27 fejn jingħad li dawn il-mistoqsijiet huma ripetittivi.", "L-Onor.", "Aquilina qed jaħli l-ħin tagħna lkoll f'din il-Kamra.", "Nistgħu nagħmlu ħafna mistoqsijiet aktar bis-sens u aktar relevanti f'din il-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "KAROL AQUILINA: Jidhirli li biex inkunu korretti għandu jingħata ċans lis-Segretarju Parlamentari jagħżel hu jekk iweġibx jew le, imbagħad nimxu minn hemmhekk.", "CHRIS AGIUS: Naħseb li l-Onor.", "Byron Camilleri kien ċar u m'għandix xi nżid ma' dak li qal.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Is-Segretarju Parlamentari qal li l-fondi tal iskema \"Irrestawra Darek\" jittieħdu mill-iskema tar-regolarizzazzjoni tal-bini.", "Fil-bidu ta' din is-sena l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ċirkolari li CTBs li kienu in vigore skadew u allura awtomatikament dak li jkun kellu bilfors japplika għar-regolarizzazzjoni tad-dar tiegħu.", "Il-Kamra tal-Periti ħadet il-każ quddiem l-Ombudsman u dan ta deċiżjoni li d-deċiżjoni tal-MEPA li twaqqa' s-CTBs kienet waħda inġusta.", "Jista' l-Gvern jgħid jekk hux se jieħu l-opinjoni tal-Ombudsman u jreġġa' din id-deċiżjoni lura?", "F'każ li jreġġa' din id-deċiżjoni lura, l-eluf ta' flus li tħallsu żejda min-nies se jingħatawlhom lura?", "CHRIS AGIUS: Il-kollega tiegħi li fil-professjoni tiegħu huwa perit naħseb li jaf aktar milli jafu ħafna minna f'din il-Kamra d-differenza bejn CTB u regolarizzazzjoni.", "Naħseb li l-Onor.", "Bezzina jaf li meta qegħdin nitkellmu fuq CTB inkunu qed ngħidu li mhux qed tingħata regolarizzazzjoni iżda qed jingħata permess biex wieħed ikun jista' jasal għal dak li jkun talab.", "Però bl-ebda mod ma kien qed jiġi regolarizzat il-permess u naħseb li din tkellimna fuqha kemm-il darba, anke l-ġimgħa l-oħra stess, meta konna qegħdin niddiskutu l-estimi tal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Għalkemm kif qed jgħid l-Onor.", "Bezzina kien hemm intervent tal-Ombudsman, aħna se nistennew ir-risposta tal-Awtorità tal-Ippjanar li tkun qed tikkummenta fuq dak li ntqal.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar proġett kbir f'Ta' Qali wara li kien hemm art li għal numru ta' snin kienet tintuża b'mod illegali minħabba li fiha kien hemm ammont ta' terrapien u bini ieħor illegali.", "Jista' jekk jogħġbu s-Segretarju Parlamentari jgħid x'kien jinvolvi x-xogħol biex isir dak it-tindif u x'se jkun dan il-proġett kbir li tant kien mistenni mill-Maltin u l-Għawdxin?", "CHRIS AGIUS: Il-kollega tiegħi qed jirreferi għal dak li seħħ ftit tal-ġimgħat ilu meta l-Gvern għadda lura għand il-poplu biċċa art kbira biex tkun tista' tinbidel f'parti minn Ta' Qali National Park.", "Hawnhekk qed nitkellmu fuq sit li għal numru ta' snin kien jintuża bħala fabbrika fejn isiru affarijiet tal-concrete, fosthom travi u planki, però mbagħad din il-faċilità ma baqgħetx tintuża.", "Mhux hekk biss, iżda kienet miftuħa għall-pubbliku u setgħet kienet post ta' periklu.", "Fil-fatt bdew isiru rapporti lill-Awtorità tal-Ippjanar li kien qed ikun hemm rimi illegali ta' skart tal-kostruzzjoni b'periklu għan-nies, u l-ewwel ħaġa li saret minn din l-istess Awtorità kienet li għalqet dan is-sit.", "Eventwalment is-sit beda jitnaddaf u minnu nħarġu mijiet ta' tunnellati ta' skart tal-kostruzzjoni.", "Ittieħdet id-deċiżjoni li tali sit mhux biss għandu jiġi mnaddaf iżda għandu jiġi rritornat għall-istat oriġinali tiegħu.", "Dan is-sit seta' serva għall-industrija iżda, kif għedt, bħala Gvern irridu naraw li l-familji tagħna mhux biss ikollhom ħajja aħjar, imma jkollhom ukoll postijiet fejn ikunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.", "Aħna ddeċidejna li dan is-sit li kien riżervat għall-industrija jinqaleb f'post fejn il-familji tagħna jkunu jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom.", "Għaldaqstant fil-ġimgħat li ġejjin se tibda l-ħidma biex din iż-żona ġdida li l-Gvern qed jirriabilita kif ukoll biċċiet oħrajn ta' art jingħaqdu f'biċċa waħda bħala n-National Park ta' Ta' Qali.", "Hawnhekk qegħdin nitkellmu fuq sit kbir daqs 60 grawnd tal-futbol u allura naħseb li rridu napprezzaw kif dan il-Gvern qed iħares l-interessi tal-familji tagħna anke minn dan il-lat.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "Toni Bezzina, mistoqsija supplimentari.", "TONI BEZZINA: Nixtieq nikkjarifika aktar il-mistoqsija li għamilt lis-Segretarju Parlamentari għax naħseb li ma ftehemniex tajjeb.", "Qabel CTB ma kellhiex skadenza.", "Mela persuna li riedet tbigħ il-proprjetà tagħha setgħet tagħmel CTB biex jekk kien hemm irregolaritajiet minuri, dawn jiġu sanzjonati.", "Permezz ta' ċirkolari li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, is-CTBs ingħataw skadenza, jiġifieri min kellu CTB bilfors kellu japplika għar-regolarizzazzjoni tad-dar tiegħu.", "Minn Jannar ta' din is-sena min xtaq ibigħ id-dar tiegħu li kienet koperta b'CTB, ma setax jagħmel dan jekk qabel ma kienx irregolarizza.", "Minn deċiżjoni tal-Ombudsman irriżulta li din kienet deċiżjoni inġusta.", "F'każ li l-Gvern jieħu r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u jreġġa' lura din iċ-ċirkolari, ovvjament ikun hemm nies li ħallsu fees li ma kellhomx għalfejn iħallsuhom.", "Il-Gvern lest jagħtihomlhom lura dawn il-fees li qegħdin insemmu, fejn tħallsu mijiet ta' eluf ta' ewro?", "CHRIS AGIUS: Sinjura President, nerġa' ntenni li qegħdin nitkellmu fuq żewġ affarijiet differenti u naħseb li l-kollega tiegħi jaf aktar minni għaliex il-professjoni tiegħu hija ta' perit.", "M'aħniex nitkellmu fuq l-istess ħaġa.", "CTB u skema ta' regolarizzazzjoni mhumiex l-istess ħaġa.", "(Interruzzjonijiet) Tkellem mal-familji!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Bezzina, jekk jogħġbok.", "Onor. Chris Agius, jekk jogħġbok, kompli bid-diskors tiegħek.", "Bezzina ngħidlu biex ikellem lil dawk l-eluf ta' familji li sena wara l-oħra japplikaw għall-iskema ta' regolarizzazzjoni.", "Dawn qed jiżdiedu mhux bl-għexieren imma bl-eluf u naħseb li l-Onor.", "Bezzina huwa konxju minn dan.", "Dan kollu jfisser li din hija skema li ntgħoġbot mill-familji tagħna għax għandna ħafna familji li jinsabu f'sitwazzjoni fejn ma jistgħux ibigħu proprjetà tagħhom.", "Għalhekk nappella lill-Onor.", "Bezzina biex jitkellem ma' dawn il-familji li nqabdu f'din is-sitwazzjoni li permezz ta' CTB ma setgħux ibigħu proprjetà tagħhom.", "M'aħniex naqblu fuq dak li qegħdin ngħidu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "TONI BEZZINA: Is-Segretarju Parlamentari qed jiżvija lill-Kamra għax permezz ta' CTB setgħet tinbiegħ il-proprjetà.", "CHRIS AGIUS: Naħseb li r-riżultat aħħari hu li nistaqsu lill-familji tagħna jekk l-iskema ta' regolarizzazzjoni solvitilhomx il-problemi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fl-aħħar jiem tħabbret l-iskema li ħafna residenti kienu qegħdin jistennew li hija l-iskema tal-fidi ta' ċnus tad-djar residenzjali.", "Jista' s-Segretarju Parlamentari jinforma lill-Kamra dwar kif se tkun qed taħdem din l-iskema?", "Il-familji meta jistgħu jagħmlu applikazzjonijiet relevanti mad-Dipartiment tal-Artijiet?", "CHRIS AGIUS: Din hija skema li qegħdin naħdmu fuqha u li se nvaraw ftit ġimgħat oħra.", "Hija skema biex ikun jista' jiġi mifdi ċens perpetwu rivedibbli, liema skema ilha numru ta' snin ma toħroġ.", "Naħseb li din hija skema li ħafna familji qegħdin jistennew biex verament isiru sidien ta' darhom.", "Paripassu magħha qegħdin naħdmu fuq skema oħra fejn jidħol iċ-ċens temporanju biex fil-ġimgħat li ġejjin ikunu jistgħu japplikaw il-familji li għandhom ċnus tal-Joint Office u tal-Gvern.", "L-aħħar darba li ħarġet l-iskema, jekk m'iniex sejjer żball, kien fl-2012 u kienet skema popolari ħafna.", "L-Awtorità tal-Artijiet qed tbassar li se jkun hemm ammont kbir ta' applikazzjonijiet għal dawn l-iskemi.", "Għalhekk irridu naħdmu biex naraw li l-Awtorità tal-Artijiet tkun armata biżżejjed ħalli l-applikazzjonijiet li jidħlu jkunu jistgħu jiġu verifikati u maħdumin fl-inqas żmien possibbli.", "Naħseb li din hija miżura oħra fost dawk il-miżuri li l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda minn żmien għal żmien toħroġ biex il-familji tagħna, li ħafna minnhom għandhom residenzi fuq ċnus jew affarijiet simili, ikunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom.", "Waħda mill-akbar diffikultajiet li nara u naħseb li għal numru ta' snin ilkoll kemm aħna ma rajniex is-serjetà tagħha hi fejn għandna familji li għandhom residenzi tal-Home Ownership Scheme jew inkella Sir Sid Darek li għalkemm ikunu għamlu konvenju mal-Awtorità tad-Djar, minħabba li l-art fejn hija mibnija d-dar tagħhom il-Gvern għadu ma sarx sid tagħha, ma jistax isir il-kuntratt aħħari biex tali familji jsiru verament sidien ta' djarhom.", "Hemmhekk ġie fformat task force mill-Awtorità tad-Djar flimkien mal-Awtorità tal-Artijiet biex naraw dawn l-ammonti kbar ta' residenzi mibnijin fuq art li għalkemm gvernijiet differenti kienu bnew, jew għaddew biex jinbnew minn skemi differenti, illum il-Gvern għadu mhuwiex sid tal-art u allura ma jistax isir il-kuntratt finali.", "Għalhekk għaddejja ħidma importanti biex nirranġaw is-sitwazzjoni ta' dawn l-eluf ta' familji.", "Naħseb li dan huwa l-mod kif naraw x'inhuma d-diffikultajiet li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom il-familji Maltin u Għawdxin.", "Din irrid norbotha wkoll ma' dak li semma l-kollega tiegħi dwar l-iskema ta' regolarizzazzjoni.", "Aħna nipprovaw insolvu d-diffikultajiet tal-familji tagħna li ma jistgħux isiru sidien assoluti ta' djarhom.", "Waħda mill-akbar diffikultajiet li għandhom kemm l-Awtorità tad-Djar kif ukoll l-Awtorità tal-Artijiet hija fejn numru ta' familji għandhom id-dar tagħhom bl-iskema \"Sir Sid Darek\" jew \"Home Ownership Scheme\".", "Dawn għamlu konvenju però minkejja li għaddew għexieren ta' snin, il-kuntratt finali għadu ma sarx u ma jistax isir jekk ma naħdmux flimkien biex il-Gvern isir is-sid ta' dawn l-artijiet.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Lista li turi l-għadd ta' pazjenti li qed jirċievu servizz mis-Psychiatric Outpatients, maqsuma skont il-lokalità, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10347.", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "f'isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq mezzi tax-xandir, inkluż social media, mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, matul April u Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10383;", "Avviż Legali Nru 118 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Għajnuna għall-Investiment għal Proġetti ta' Effiċjenza fl-Enerġija;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 113 tal-2019 – Regoli tal-2019 li jemendaw ir-Regoli dwar l-Iskema Personali tal-Irtirar;", "Avviż Legali Nru 114 tal-2019 – Regoli tal-2019 li jemendaw ir-Regoli dwar Skema ta' Pensjoni Okkupazzjonali Volontarja;", "Avviż Legali Nru 115 tal-2019 – Regoli tal-2019 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa għal Organizzazzjonijiet Volontarji Iskritti;", "Avviż Legali Nru 116 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Ħlas Lura lil Persuni Mhux Residenti);", "Avviż Legali Nru 117 tal-2019 – Ordni tal-2019 dwar Emendi għall-Leġiżlazzjoni Sussidjarja (Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti);", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 120 tal-2019 - Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata; u", "f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Erba' artist's impressions li juru x-xogħol li hu ppjanat li jsir fuq il-proġett ta' afforestazzjoni f'art f'Bengħajsa, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10345.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq mozzjoni ta' co-option mingħajr avviż.", "Il-permess ingħata.", "Billi hu meħtieġ li jimtela l-post li tbattal fit-13-il Distrett Elettorali bir-riżenja tal-Onor.", "Billi dan il-post għandu jimtela skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 22 tar-Regolamenti tal-1991 dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali fit-Taqsima III tat-Tlettax-il Skeda tal-Att dwar l-Elezzjoni Ġenerali, Kap. 354;", "Il-Kamra tirriżolvi li Dr Kevin Cutajar jiġi magħżul biex jimla l-imsemmi post battal fit-13-il Distrett Elettorali tal-Kamra tad-Deputati.\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Nissekonda.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Qabel ngħaddu għall-ġurament ta' lealtà tal-Avukat Kevin Cutajar, hawn permess biex fotografu tad-DOI u membri tal-midja jidħlu fil-Kamra biex jieħdu ritratti u filmati waqt l-għoti tal-ġurament?", "Bil-permess tal-Kamra, fotografu tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u membri tal-midja ngħataw permess sabiex jiġbdu ritratti u filmati waqt l-għoti tal-ġurament.", "ĠURAMENT TA' LEALTÀ TA' MEMBRU ĠDID", "Is-Sur Kevin Cutajar ħa u ffirma l-Ġurament ta' Lealtà minn idejn id-Deputy Speaker skont l-artikolu 68 tal-Kostituzzjoni ta' Malta.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Naf li kien hawn ix-xewqa li jsiru xi rimarki fil-qosor.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, f'isem in-naħa tal-Gvern nawgura lill-Onor.", "Kevin Cutajar ħafna ħidma f'dan il-Parlament għal ħafna snin b'risq il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA: Sinjura President, nixtieq nifraħ u nawgura ħafna ħidma lill-kollega tiegħi l-Avukat Kevin Cutajar, seħibna l-Għawdxi, u ninsab ċert li l-ħidma tiegħu lejn il-gżira tiegħu se tkun vitali għall-interessi ta' dawk li fdaw fih meta vvotawlu.", "Nixtieq nieħu din l-okkażjoni wkoll biex ngħid li jien naf li l-viżjoni ta' Kevin għal pajjiżna hija viżjoni ċara, viżjoni nadifa u viżjoni li kapaċi ġġibna lkoll flimkien biex niksbu riżultati għal dawk li forsi f'pajjiżna jaħsbu li mhumiex kapaċi jaslu minn rajhom.", "Irrid ukoll nappella lill-Ispeaker, u jekk hemm bżonn lill-Gvern, għas-sostenn tiegħu biex il-kollega l-Onor.", "Cutajar jingħata l-opportunitajiet u r-riżorsi kollha ħalli jkun jista' jwettaq ħidmietu bl-aktar mod denju u ħabrieki.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Fuq livell personali u privileġġjat insejjaħlek, Onor. Kevin Cutajar, biex tgħid kelmtejn inti wkoll.", "KEVIN CUTAJAR: Sinjura President, inħossni verament onorat li għoġobkom taċċettawni u tilqgħuni bħala membru parlamentari ġdid minn Għawdex.", "Huwa privileġġ kbir għalija - u bħalissa l-emozzjoni qiegħda tittradini ftit, kif forsi diġà rajtu - li nkun parti minn dan il-Parlament.", "Inħoss ukoll ir-responsabilità li parti tal-elettorat minn Għawdex għoġbu jagħtini s-sostenn tiegħu biex inkun f'din il-Kamra.", "Dik ir-responsabilità nħossha u se nipprova nġorrha u nsarrafha f'ġid għal pajjiżna kif ukoll għal Għawdex, il-gżira li ġej minnha jien.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AVUKAT TAL-ISTAT", "OWEN BONNICI: Sinjura President, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ tal-President:", "Il-President, wara li kien informat dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"sabiex ikompli jwettaq riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Avukat Ġenerali)\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "3 ta' Mejju 2019", "Il-Ministru Owen Bonnici, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex ikompli jwettaq riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja (Avukat Ġenerali).\"", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "DEO DEBATTISTA (Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali): Nissekonda.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, fil-Parlament jiġu mumenti meta din il-Kamra tiġi msejħa biex tgħaddi liġijiet u tieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet li se jimmarkaw il-futur ta' dan il-pajjiż.", "Din il-liġi li se niddiskutu llum hija liġi li ladarba tgħaddi, ladarba jkollha l-kunsens ta' dan il-Parlament, se timmarka l-futur tal-qasam tal-ġustizzja f'pajjiżna u jien ngħid mhux biss il-qasam tal-ġustizzja, imma se timmarka l-futur ta' dan il-pajjiż.", "Id-domanda hija dejjem jekk irridux inkomplu nimxu 'l quddiem, jekk irridux nevolvu, jekk irridux nikbru jew inkella rridux nipposponu l-bidliet importanti li għandu jagħmel dan il-pajjiż.", "Qabel inkompli bid-diskors tiegħi nixtieq nifraħ lill-Membru Parlamentari ġdid f'din il-Kamra, l-Onor.", "Diġà kelli opportunità nawguralu personalment u issa qed nawguralu wkoll pubblikament f'dan ix-xogħol ġdid li se jkun qiegħed jagħmel.", "Meta nara xi ħadd ġdid jingħaqad f'din il-Kamra dejjem niftakar kif ħassejtni jien l-ewwel darba - issa għadda ftit taż-żmien mhux ħażin - li qgħadt bilqiegħda fuq is-siġġijiet tal-Parlament li dak iż-żmien kien fil-Palazz.", "Hawnhekk naħseb li nkun qed nitkellem għan-nom ta' kulħadd jekk ngħid li kull min ipoġġi fuq dawn is-siġġijiet ikun irid iwettaq bidliet għall-futur ta' pajjiżna.", "Illum hawnhekk qegħdin niddiskutu liġi li għandha l-għan li tagħmel riforma kbira ħafna, riforma importanti, riforma li se timmarka l-futur tas-settur ġudizzjarju mil-lum 'il quddiem.", "L-ewwel messaġġ li rrid nibgħat huwa messaġġ fejn irrid inqiegħed kollox f'kontest.", "Il-fatt li se nbiddlu mill-qiegħ l-istruttura u l-mod kif jaħdem l-Avukat Ġenerali ma jfissirx li l-mod kif qed jaħdem sal-lum huwa ħażin jew b'xi mod imur kontra d-drittijiet tal-bniedem.", "Assolutament dan mhuwiex il-każ.", "Aħna stajna bqajna għaddejjin bis-sistema li għandna llum.", "Wara kollox, meta dħalna fl-Unjoni Ewropea kienu qaxxruna, kif ngħidu, minn fuq s'isfel u kienu tawna l-green light biex nidħlu bl-istrutturi li għandna llum.", "Hawn mhux qed nitkellmu dwar 50 sena ilu imma fuq ftit tas-snin ilu u kulħadd jiftakar meta pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea.", "L-Unjoni Ewropea kienet għamlet vetting tal-istrutturi ta' pajjiżna u kienet qalet li l-istrutturi li għandna jimxu id f'id mal-liġijiet Ewropej.", "Kieku ma kienx hekk kienu jgħidulna biex nibdlu l-affarijiet bħalma kienu qalulna biex nibdlu affarijiet oħrajn li fil-fatt bdilna.", "Dan qed ngħidu għaliex ġieli naqra dwar nies li jgħidu li l-mod kif inhu mfassal l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali llum huwa kontra d-drittijiet tal-bniedem jew addirittura kontra l-prinċipji tas-saltna tad-dritt.", "Jien ma naqbilx ma' dan però naqbel li kien hemm bżonn bidla.", "Nerġa' ngħid mhux għax dak li kien hemm kien jikser xi liġi jew imur kontra xi prinċipju kostituzzjonali jew imur kontra xi prinċipju importanti ħafna fuq livell internazzjonali.", "Qegħdin nibdlu għaliex irridu nkomplu ntejbu u nevolvu u rridu nkomplu mmexxu 'l quddiem dan il-pajjiż.", "Hawn irrid nagħmilha ċara mill-bidu li kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu.", "Meta ltqajt mal-Avukat Ġenerali Amerikan iltqajt miegħu bħala l-counterpart tiegħi jiġifieri bħala l-Ministru tal-Ġustizzja għax l-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti huwa l-Ministru tal-Ġustizzja.", "Dan iltqajt miegħu diversi drabi u għall-finijiet u l-effetti kollha tal-liġi huwa meqjus il-counterpart tal-Ministru tal-Ġustizzja ta' diversi pajjiżi.", "Hawn qed insemmi l-Istati Uniti, pajjiż li jiftaħar, u bir-raġun, li jiddefendi l-prinċipji l-aktar importanti tad-demokrazija.", "Kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu.", "Hemm pajjiżi tal-Commonwealth li sa ftit ilu l-avukati ġenerali tagħhom kienu anke jpoġġu fil-Parlament, jiġifieri huma kemm avukati ġenerali kif ukoll membri tal-Parlament.", "Immaġina l-Avukat Ġenerali jpoġġi f'dan il-Parlament!", "Qed ngħid dan kollu għaliex kull pajjiż għandu s-sistema legali tiegħu u allura ma naċċetta qatt, pereżempju, il-kritika ta' min jgħid li s-sistema tal-ġustizzja tagħna mhijiex tajba.", "Ma naqbilx ma' min jgħid hekk.", "Jien ngħid li hemm xi nkomplu ntejbu.", "Aħna għandna sistema li għal ġenerazzjoni wara l-oħra servietna tajjeb, però huwa importanti li biex tkompli sservina tajjeb irridu nkomplu nbiddlu.", "Aħna stedinna lill-Kummissjoni Venezja u din ġiet u tat il-fehma tagħha fuq l-affarijiet li rridu nkomplu mmexxu 'l quddiem.", "Aħna ma nibżgħux mill-bidla, anzi aħna partit li jiftaħar li jrid ikompli jbiddel.", "Immaġina jkollok dar, sabiħa kemm hi sabiħa, li servietek tajjeb fis-snin li għaddew, imma ma tagħmlilhiex tibdil fiha.", "Għalhekk huwa importanti li naġġornaw is-sistemi tal-ġustizzja ta' pajjiżna.", "Sinjura President, nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-Grupp Parlamentari tal-Gvern li kien proattiv ħafna fejn jidħol dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Iddiskutejna flimkien, għamilna dibattiti informali u anke formali f'diversi strutturi u bis-saħħa ta' dan ix-xogħol kollu qegħdin immexxu 'l quddiem dan l-Abbozz ta' Liġi li se jagħmel xi ħaġa storika.", "Kieku l-Avukat Ġenerali, fil-funzjoni ċivili, huwa sempliċement avukat tal-Gvern, il-Parlament ma jmurx għand l-Avukat Ġenerali biex jieħu parir.", "Bl-istess mod, meta jkun hemm kawżi fejn xi ħadd jipprova jattakka l-istat tad-dritt, jiġifieri mhux deċiżjoni tal-Gvern, il-kawża jagħmilha kontra l-Avukat Ġenerali u ġieli l-Avukat Ġenerali appella deċiżjonijiet li jmorru favur il-partit fil-gvern.", "Din għaddejna minnha aħna.", "Darba l-Avukat Ġenerali għamel appell minn deċiżjoni li kienet favur il-Partit Laburista li huwa l-partit fil-gvern.", "Minbarra li għandu jżomm id-distinzjoni bejn partit u gvern, l-Avukat Ġenerali jagħmel hekk għax għandu l-obbligu li jiddefendi l-istat tad-dritt tal-pajjiż.", "Meta xejn ma jiffunzjona, huwa l-Avukat Ġenerali li jiskatta s-sistemi kolha.", "Fil-fatt il-liġi hija mibnija fuq hekk.", "Araw, pereżempju, il-liġi tal-Ombudsman.", "Il-liġi tal-Ombudsman tispjega li l-Ombudsman għandu jinħatar b'żewġ terzi maġġoranza tal-Kamra u jekk il-partiti ma jaslux għal ftehim, min jaħtar lill-Ombudsman?", "L-Avukat Ġenerali b'mod awtomatiku.", "U għaliex huwa hekk?", "Għax mhuwiex veru li l-Avukat Ġenerali huwa l-avukat tal-Gvern biss fil-funzjoni ċivili.", "Dan huwa punt li rrid nenfasizzah u rrid nibqa' nagħmlu.", "Sur President, ejja ninsew il-funzjonijiet penali tal-Avukat Ġenerali.", "Fil-funzjonijiet ċivili nirrifjuta u nweġġa' meta nisma' min jgħid li l-Avukat Ġenerali huwa l-avukat tal-Gvern biss.", "Huwa l-avukat tal-Gvern fil-funzjoni ċivili imma huwa ferm aktar minn hekk.", "Huwa l-persuna li jagħti l-ġurament lill-ogħla uffiċjali f'pajjiżna, inkluż l-imħallfin.", "Mela kieku huwa sempliċi avukat tal-Gvern dan se jagħti ġurament lill-imħallfin!", "Huwa l-avukat tal-Istat.", "Huwa għalhekk li għażilna dan l-isem, għax jidhirli li l-avukat tal-Istat huwa l-avukat ta' dan l-Istat kollu u mhux tal-Gvern biss, tal-Parlament biss jew tal-Ġudikatura.", "Din il-kariga ġdida rridu nitkellmu dwarha u nispjegawha għax, kif għedt, ġieli naqra oxxenitajiet bħal min jgħid li l-Avukat Ġenerali f'Malta għandu funzjonijiet kriminali u huwa l-konsulent politiku tal-Gvern.", "Meta taqra dawn iċ-ċuċati tgħid: \"Imma dawn nies intelliġenti kitbuhom?", "Jien qed nerġa' nirriafferma li l-Avukat Ġenerali, anke fil-funzjoni ċivili tiegħu, mhuwiex sempliċement avukat tal-Gvern.", "Kieku huwa biss avukat tal-Gvern lanqas għandna bżonn avukat tal-Istat għax nerġa' ngħid, kieku konna nagħmlu expression of interest, insibu avukat, u nagħtuh kuntratt.", "Se nagħmlu Avukat tal-Istat għax għandu funzjonijiet kruċjali, huwa l-konsulent ewlieni tal-Gvern f'materja tal-liġi u opinjoni legali, irid jaġixxi fl-interess pubbliku u jissalvagwarda l-legalità tal-aġir tal-Istat.", "Meta ġejna biex infasslu l-funzjonijiet u r-rwol tal-Avukat tal-Istat ħadna deċiżjoni importanti ħafna li l-kondizzjonijiet tal-Avukat tal-Istat ikunu identiċi – u nissottolinja l-kelma \"identiċi\" - għal dawk tal-Avukat Ġenerali mhux biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet u pensjoni imma wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mas-security of tenure.", "Fl-Amerika Donald Trump jista' jqum filgħodu u jkeċċi lill-Avukat Ġenerali, poter li jeżisti f'ħafna ġurisdizzjonijiet oħra, inkluż pajjiżi li jridu jgħallmuna fuq ir-rule of law.", "F'Malta la jien, la l-Prim Ministru, la l-Kap tal-Oppożizzjoni u ħadd ma jista' jkeċċi lill-Avukat Ġenerali - u hekk għandu jkun – ħlief jekk ikun hemm sejba ta' ħtija u dan bl-approvazzjoni ta' żewġ terzi ta' dan il-Parlament.", "Mela biex jitkeċċa l-Avukat Ġenerali jrid jinstab li għamel xi ħaġa ħażina jew inkella ma jkunx jista' jaqdi dmirijietu minħabba kwestjonijiet ta' saħħa imbagħad irridu niġu hawn u jkun hawn vot ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Aħna għandna din l-indipendenza tal-Avukat Ġenerali.", "Din se nagħtuha wkoll lill-Avukat tal-Istat, jiġifieri l-Avukat tal-Istat fil-mument li jilħaq jaf li ebda prim ministru, ebda ministru u ebda kap tal-oppożizzjoni ma jista' jkeċċih; dan jista' jagħmlu biss il-Parlament.", "Għamilna hekk għax l-Avukat tal-Istat se jkun aktar minn sempliċi avukat tal-Gvern.", "L-Avukat tal-Istat se jkollu din il-funzjoni li jaqdi lill-Istat kollu kemm hu, li jissalvagwarda l-illegalità tal-aġir tal-Istat, li jkun the last man standing jew the last woman standing meta s-sistemi kollha jiġu attakkati ġuridikament.", "Dak huwa l-bżonn ta' pajjiżna u m'għandix dubju li l-Avukat tal-Istat se jkun qed jaqdi d-doveri tiegħu bl-aħjar mod.", "Irrid ngħid li, tneħħi xi kummenti, ma tantx smajt feedback dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Kien hemm min ikkummenta fuq l-użu tal-avviżi legali u kien hemm min qal xi ħaġa li ma tagħmilx sens għax siegħa qabel ma beda d-dibattitu kien hemm min ikkritika dan l-Abbozz ta' Liġi għax qal li l-Avukat tal-Istat se jkun subservient għall-Avukat Ġenerali.", "Din hija assolutament ħrafa.", "Dawn se jkunu kompletament indipendenti minn xulxin.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' funzjonijiet se titwaqqaf aġenzija għall-Avukat tal-Istat li tkun indipendenti mill-aġenzija tal-Avukat Ġenerali.", "Se jkun hemm aġenzija għall-Avukat Ġenerali, li qiegħda hemm u se tibqa' hemm, u se jkun hemm aġenzija għall-Avukat tal-Istat.", "Naturalment fejn nistgħu ma niddupplikawx ċertu xogħol amministrattiv jiġifieri l-persuna li tagħmel il-pagi naħseb li tista' faċilment, anke biex ma naħlux ir-riżorsi tal-pajjiż, taqdi liż-żewġ aġenziji.", "Barra minn hekk, persuna tista' tieħu ħsieb ukoll il-corporate services, il-ħlas tal-pagi, il-leave u s-sick leave tal-impjegati.", "Ma naħsibx li għandna noqogħdu nżidu l-headcount tal-Gvern għalxejn però jekk eventwalment tinħass il-ħtieġa, dik m'għandhiex tkun diffikultà.", "Kien hemm ftit kritika dwar il-metodu tal-ħatra tal-Avukat Ġenerali.", "Jien rajt sew x'qalet il-Venice Commission u nista' ngħid li din hija kompletament siekta dwar dan u ma tgħid xejn.", "Jekk tara l-opinjoni fuq Malta, il-Venice Commisison ma semmiet xejn dwar il-metodu tal-ħatra, però għamlet referenza għall-opinjoni li kienet tat madwar disa' snin ilu fejn qalet lil pajjiż ieħor li l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat għandhom jinħatru mill-Prim Ministru wara sejħa pubblika u wara li jkun hemm bord tal-għażla li jkun magħmul min-nies ta' integrità.", "Aħna ddeċidejna li mmorru għal dik it-triq u għall-ewwel darba fl-istorja, meta eventwalment fil-futur se jkun hemm il-vakanza ta' Avukat Ġenerali, dan se jkun magħżul bis-sistema l-ġdida.", "Jalla Dr Grech jibqa' mimli bl-għomor imma at some point se jilħaq l-età pensjonabbli u ta' warajh se jkun magħżul bis-sistema l-ġdida.", "L-Avukat tal-Istat, b'mod immedjat, se jinħatar bis-sistema l-ġdida, jiġifieri jkun hemm sejħa pubblika, bord tal-għażla u jkun hemm rakkomandazzjoni lill-Prim Ministru.", "Dan huwa kelma b'kelma dak li pproponiet il-Venice Commission u naħseb li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Qed ngħid hekk mhux għax ipproponietha l-Venice Commission imma għax din hija sistema li diġà użajnieha meta jinħatru l-imħallfin ta' barra li jmorru fil-qrati Ewropej.", "Nużawha wkoll sa ċertu punt, għalkemm mhux eżatt, fil-ħatra tal-ġudikanti.", "Aħna m'għandniex biża', anzi jien, bħala Ministru, nieħu pjaċir nagħmel sejħa pubblika għax inkun ċert li l-aktar faxxa wiesgħa possibbli ta' nies setgħu japplikaw.", "Hemm min jgħid li wara din il-liġi l-Avukat Ġenerali se jitlef il-funzjonijiet ċivili u allura r-rwol tiegħu se jonqos.", "Dan mhuwiex il-każ għax minbarra li se nagħmlu dan id-divorzju bejn il-funzjonijiet ċivili u l-funzjonijiet kriminali, se nsaħħu wkoll il-poteri kriminali u penali tal-Avukat Ġenerali.", "Qed nirrepeti biex in-nies jifhmuna.", "Naf li dan huwa suġġett tekniku imma jkun tajjeb li nirrepeti.", "L-Avukat Ġenerali llum għandu żewġ kpiepel li se jinqasmu fuq żewġ persuni u żewġ uffiċċji kompletament distinti minn xulxin.", "L-Avukat Ġenerali se jibqa' responsabbli mill-funzjonijiet kriminali u penali u se jkollu poteri ġodda fis-settur kriminali, u din hija t-tieni riforma kbira ħafna li fil-fehma tiegħi se tagħmel din il-liġi.", "Kienet issir kritika inġusta għall-aħħar lill-Avukat Ġenerali preżenti Dr Grech li għamel dereliction of duty għax ma ressaqx lil \"A\", \"B\" u \"C\" il-qorti, meta kull min hu avukat jaf li the power to initiate prosecution mhijiex f'idejn l-Avukat Ġenerali.", "Din konna ngħiduha, nibqgħu ngħiduha u nibqgħu nirrepetuha.", "Dan il-poter mhuwiex f'idejn l-Avukat Ġenerali imma minkejja dan, saru protesti fit-toroq, saru banners, twaddbu l-affarijiet u ntqal ħafna kliem fil-vojt li nibqa' nikkundannah speċjalment meta jwassal għal theddid.", "Imma dik hija storja kerha li għaddiet.", "Dr Grech huwa bniedem ta' rispett kbir, naf kemm huwa bniedem serju u integru u l-attakk li sofra kien inġust għall-aħħar.", "The power to initiate prosecution f'Malta huwa f'idejn il-Kummissarju tal-Pulizija, punto e basta, imma dik kienet kritika li kienu jagħmlu wħud mill Membri tal-Oppożizzjoni.", "Issa se tgħidli għax hemm l-investigation order.", "Veru, imbagħad nitkellmu fuqhom, imma biex inkun ċar u sempliċi u n-nies jifhmuni, hija ħrafa u gidba min jgħid li l-poter li jinizja prosekuzzjoni huwa f'idejn l-Avukat Ġenerali.", "Dan mhuwiex veru.", "Dan li qed jingħad mhuwiex minnu.", "Il-poter li tinizja prosekuzzjoni huwa tal-Pulizija.", "Taħt ċerti reati l-Avukat Ġenerali għandu ċerti poteri imma anke meta tanalizzahom, kollox idur mal-fatt li llum l-Avukat Ġenerali m'għandux poter jinizja prosekuzzjoni.", "Hawn inżid ngħid li dawn qagħdu jgħidu li l-Avukat Ġenerali għandu poter li jinizja prosekuzzjoni, imma f'25 sena ta' Gvern f'ebda mument ma sabu l-ħin biex dan il-poter jagħtuhulu.", "Mela la kellu u lanqas tawh il-poter li jinizja prosekuzzjoni.", "Din qed ngħidha to set the record straight darba għal dejjem.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi, l-Avukat Ġenerali se jkollu l-poter li jibda prosekuzzjoni.", "Aħna m'għamilniex liġi għax il-Venice Commision qaltilna biex naqsmu l-funzjonijiet fi tnejn u se naqsmu l-funzjonijiet fi tnejn.", "M'għamilniex hekk biss, imma morna oltre għax ridna nagħmlu xi ħaġa sew.", "Qed ngħidu li l-poter li jibda prosekuzzjoni huwa f'idejn l-Avukat Ġenerali u l-Avukat Ġenerali se jingħata poter li jordna lill-Pulizija tinvestiga ċerti każijiet, jitlob informazzjoni lill-Pulizija u jesiġi li l-Pulizija toħroġ l-akkużi.", "L-Avukat Ġenerali se jkun ukoll il-prosekutur fil-qrati kollha dwar kull reat.", "Din se nispjega ftit fuqha.", "F'pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn il-Pulizija tinvestiga, tressaq il-qorti u tipprosekwixxi fil-qorti fil-każijiet kollha ħlief fejn jidħlu reati li minħabba l-gravità tagħhom dak li jkun irid jgħaddi ġuri.", "Qed nitkellem b'mod sempliċi biex in-nies jifhmuni, jiġifieri agħdruni jekk qed inkun sempliċi kemm jista' jkun.", "F'Malta l-Pulizija tinvestiga u tipprosekwixxi.", "Bis-saħħa ta' din il-liġi se ngħaddu l-poter to initiate prosecution mill-Pulizija għal għand l-Avukat Ġenerali.", "Issa dan se jsir f'daqqa, jiġifieri se ngħidu li għaddiet il-liġi, nagħfsu switch u l-poter to initiate prosecution se jgħaddi kollu, kif ngħidu bil-Latin, ut sic, għand l-Avukat Ġenerali?", "Jekk ngħid hekk inkun qed nidħak bin-nies.", "Aħna se nagħmlu roll-out ta' dan l-eżerċizzju, jiġifieri l-ewwel se nibdew bil-każijiet l-aktar serji, imbagħad maż-żmien dejjem inżidu l-elenku tar-reati li l-Avukat Ġenerali jibda prosekuzzjoni dwarhom hu.", "Dan għandu dawn il-vantaġġi; l-ewwel nett ma nħarbtux is-sistema tagħna għax irrid li jkun hemm a smooth transition; it-tieni, ma nipperikolawx il-ġlieda kontra l-kriminalità u t-tielet, nagħtu l-opportunità biex l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali l-ġdid li issa se jiġi dimezzat fejn jidħlu r-riżorsi umani, jerġa' jibni complement ta' avukati tajbin speċjalizzati fis-settur penali.", "It-triq 'il quddiem hija li dan il-poter to initiate prosecution se jiġi applikat għall-każijiet l-aktar sejri, imbagħad maż-żmien jiġi estiż għal każijiet oħrajn.", "Il-parir huwa li fejn jidħlu każijiet sempliċi, affarijiet tad-distrett jew kawżi sommarji, wieħed ma jeskludix li dawk jibqgħu kif inhuma, jiġifieri li d-deċiżjoni to prosecute tkun tal-Pulizija għax hemm il-vantaġġ li l-ispettur ikun jaf x'qed jiġri fil-lokalità tiegħu.", "Jien informat li l-vantaġġi li l-kawżi tad-distrett jipprosekwixxihom l-ispettur tal-Pulizija huma kbar però l-importanti huwa li bis-saħħa ta' din il-liġi se nimmarkaw bidu ta' proċess li fih l-Avukat Ġenerali mill-ewwel se jkollu l-poter li jipprosekwixxi fuq il-każijiet l-aktar serji.", "Mela għall-ewwel darba fl-istorja, il-persuna li tipprosekwixxi se tkun persuna li jkollha security of tenure.", "Din hija bidla kbira u fundamentali għax fil-każijiet serji l-bniedem li jgħidilhom biex iressqu lit-tali u lit-tali jkun bniedem li jgawdi minn security of tenure li biex jitneħħa ma jistax iqum il-Ministru għall-Ġustizzja u jagħtih ir-riżenja.", "Biex jitneħħa bniedem li jgawdi minn security of tenure hemm il-protezzjoni taż-żewġ terzi tal-Parlament wara li jinstab li għamel xi ħaġa ħażina.", "It-tielet pass huwa li l-Avukat Ġenerali jipprosekwixxi fiżikament hu u n-nies tiegħu fil-qrati.", "Hawnhekk ukoll; mhux se niġi hawnhekk u ngħid li mill-għada li tgħaddi l-liġi l-Avukat Ġenerali se jipprosekwixxi fl-awli kollha kullimkien għax inkun qed nidħak bin-nies u nkun qed ngħid xi ħaġa li l-pajjiż mhuwiex f'pożizzjoni li jagħmilha b'mod immedjat.", "Naslu, imma ma nistgħux nagħmluha b'mod immedjat.", "Dak li rrid ngħid huwa li wara taħditiet tajbin immens li kelli ma' sieħbi l-Onor.", "Michael Farrugia u in line ma' dak li qalulna l-Venice Commission - għax il-Venice Commission daħlet f'din il-ħaġa u semmiet x'għandu jsir - se jitwaqqaf prosecution unit li jkun magħmul minn nies li servew fil-Korp tal-Puliizja jew li għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija li jkunu jispeċjalizzaw fuq prosekuzzjonijiet.", "Mela dawn mhux se jibqgħu jinvestigaw imma se jiffokaw fuq prosekuzzjonijiet.", "Dan il-prosecution unit li se jkun speċjalizzat fuq prosekuzzjoni jkun iwieġeb lill-Avukat Ġenerali jiġifieri jkun answerable to the Attorney General, u se jkun magħmul minn membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Maż-żmien, hekk kif jgħaddu s-snin u hekk kif dan il-unit jissaħħaħ, ikun hemm aktar avukati li jidħlu f'dan il-prosecution unit.", "Qed naraw sistema fejn fix-short-term ikun hemm prosecution unit li tkun magħmula minn membri tal-Korp tal-Pulizija speċjalizzati fuq prosekuzzjonijiet, li jimxu taħt id-direzzjoni tal-Avukat Ġenerali, imma mil-lat ta' karriera jibqgħu taħt ir-regoli tal-Pulizija, jiġifieri jekk għandhom dritt għal promozzjoni jeħduha bħalma jeħduha sħabhom.", "Rigward seniority u kondizzjonijiet ma se mmissu assolutament xejn imma fejn jidħlu l-punti legali ta' prosekuzzjoni jridu jimxu taħt id-direzzjoni tal-Avukat Ġenerali.", "Maż-żmien, ladarba din il-prosecution unit tibda taħdem sew, imbagħad inkunu nistgħu nibdew inħarsu lejn sitwazzjoni fejn ikollna avukati li jidħlu fiha u allura jkollna pulizija li jipprosekwixxu – u m'hemm xejn ħażin b'daqshekk - u anke avukati.", "Id-differenza milli għandna llum se tkun li d-deċiżjoni to prosecute u d-direzzjonijiet kollha li jingħataw se jiġu mingħand xi ħadd li jgawdi security of tenure.", "Illum il-prosekuzzjoni hija speċjalizzazzjoni.", "Spiċċa ż-żmien li inti tinvestiga filgħaxija u tipprosekwixxi l-qorti filgħodu.", "Dak iż-żmien spiċċa mhux għax is-sistema tal-lum tilledi xi dritt.", "Nerġa' ngħid, ma tilledi l-ebda dritt, imma issa qegħdin naspiraw għall-eċċellenza.", "Irridu nkomplu nsaħħu lil dan il-pajjiż, lill-istrutturi tagħna u lis-sistema tal-ġustizzja tagħna.", "Hekk qed nagħmlu f'diversi oqsma oħra, fosthom fit-toroq, fejn qed naraw it-toroq jiġu riformati, mibdula u mibnija mill-ġdid b'mod aħjar.", "Dawk jidhru, dawk tarahom, tirkeb il-karozza u tgħid: Qabel kont ngħaddi minn din it-triq u l-karozza kont infarrakha, imma issa nieħu pjaċir insuq fiha.", "It-toroq tarahom imma l-qasam tal-ġustizzja penali huwa differenti.", "Il-qasam tal-ġustizzja penali mhuwiex settur li n-nies se jarawh bħalma jaraw triq li rranġajt jew xi knisja li rrestawrajt, imma għal kull min jgħaddi minnu u jgħixu, huwa rilevanti għalih u se jara d-differenza.", "Il-qasam tal-ġustizzja u anke l-pajjiż se jkompli jimxi 'l quddiem.", "Nerġa' ngħid, minn sistema li ma tikser u ma tilledi ebda dritt ta' ħadd u li servietna u ħadmet tajjeb - u hawn insellem lil kull min ħaddem din is-sistema - se mmorru għal sistema superjuri fejn id-deċiżjoni to prosecute se tittieħed minn xi ħadd li għandu s-security of tenure.", "Il-prosekuzzjoni fiżika se ssir minn nies li jirrispondu lill-Avukat Ġenerali li, nerġa' ngħid, għandu s-security of tenure.", "Naturalment, biex tagħmel Abbozz ta' Liġi ta' dan it-tip trid toħloq miżuri transitorji u trid tagħti poter lill-ministru tal-ġurnata li jagħmel dan ir-roll-out li qed insemmu.", "Ma nistax nimmaġina kif tista' timplimenta bidla bħal din mingħajr ma toħloq sitwazzjonijiet li jiffavorixxu lill-akkużati fil-qrati u mingħajr ma tipprovdi għal miżuri transitorji.", "Il-Venice Commission stess tipprovdi li għandu jkun hemm miżuri transitorji.", "Xi jfissru miżuri transitorji?", "Dawn huma miżuri li bihom inti taċċerta ruħek li f'dak li għandu x'jaqsam ma' dan il-vjaġġ qed timxi pass pass.", "Nerġa' ngħid, se jkun hemm il-qasma b'effett immedjat – u issa nispjega kif – fiż-żewġ funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali fejn immedjatament kif tgħaddi din il-liġi jkun hemm sejħa għall-Avukat tal-Istat.", "Fil-mument li timtela dik il-vakanza, imbagħad il-liġi tidħol fis-seħħ mill-ewwel.", "Jien qed nara sitwazzjoni fejn l-Avukat tal-Istat jinħatar fi żmien qasir ħafna, żgur din is-sena, u mingħajr dewmien.", "Mela dik hija xi ħaġa li se ssir fl-immedjat.", "Fl-immedjat ukoll il-poter tal-prosekuzzjoni se jgħaddi għand l-Avukat Ġenerali imma l-ewwel se jibda jiġi eżerċitat fil-kawżi l-aktar importanti u din hija xi ħaġa li żgur m'għandux ikun hemm kontroversja dwarha.", "Fl-effett immedjat ukoll se jkun hemm unit li se jispeċjalizza fuq prosekuzzjonijiet.", "Dan se jkun magħmul minn pulizija li f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti legali jirrispondu lill-Avukat Ġenerali u f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti tal-karriera, bħal promozzjonijiet, jirrispondu lill-Korp tal-Pulizija.", "B'dan il-mod se nkunu wassalna bidla importanti.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' dan l-aspett ma stajniex nibqgħu nipposponu aktar u dan huwa punt importanti ħafna.", "Jien ġejt ikkritikat fuq żewġ bnadi.", "Kien hemm min staqsa x'qed nistenna biex naqsam l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fi tnejn u meta ġejja din il-bidla.", "Dik hija kritika li anke nstemgħet f'dan il-Parlament.", "Staqsewni jekk għandix data meta se noftom il-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali.", "Imbagħad kelli kritika oħra, li dan l-aħħar saret aktar b'saħħitha, fejn ġejt mistoqsi għalfejn din l-għaġla kollha biex naqsam l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fi tnejn.", "Mela hemm nies li jgħiduli li qed nimxi bil-mod wisq u hemm nies li jgħiduli li qed ngħaġġel wisq.", "Dan l-aħħar, għax naħseb li ndunaw li we mean business, il-moda hija li jikkritikawni għax qed ngħaġġel wisq.", "Fil-fehma tiegħi, ladarba hemm kunsens nazzjonali li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jinqasam fi tnejn u jkun hemm it-tisħiħ tad-dritt tal-Avukat Ġenerali li jipprosekwixxi, dritt li llum m'għandux, jien nistaqsi: Jekk mhux aħna, min?", "Jekk mhux issa, meta?", "Għaliex għandna nibqgħu nipposponu?", "M'għandniex nibqgħu nipposponu.", "Hemm il-qbil, u hemm il-fatt li kull rapport li ħareġ fl-aħħar snin jgħidilna biex noftmu l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali.", "Aħna ma qgħadniex b'idejna fuq żaqqna, għax irrid infakkar li meta bdejna din il-leġiżlatura kienu jiġu l-avukati u jgħiduli li hija oxxenità li l-Avukat Ġenerali fuq l-istess fatti jista' jibgħat persuna ġuri jew quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.", "Mela fuq l-istess fatti, l-Avukat Ġenerali jista' jibagħtek fil-qorti ta' fuq, fejn tista' teħel għomor il-ħabs, jew jibagħtek isfel fejn, kif nafu, normalment ma jingħatawx pieni ta' aktar minn għaxar snin.", "Issa aħna estendejna l-kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati imma rari tisma' li maġistrat bagħat lil xi ħadd għaxar snin priġunerija.", "L-avukati kienu jgħiduli li din mhijiex tajba u aħna wkoll dehrilna li mhijiex tajba.", "X'jiġifieri l-Avukat Ġenerali, fuq l-istess fatti, jista' jibagħatek fuq jew isfel?", "Iddeċidejna li nagħtu d-dritt ta' appell mid-deċiżjoni u tkun il-qorti li tagħti l-aħħar kelma.", "Fejn naraw li hemm bżonn riformi aħna nagħmluhom u diġà għamilna u wettaqna bosta minnhom.", "Dan huwa pass li l-pajjiż għandu bżonn.", "Dan huwa Gvern verament riformista li jrid ibiddel u jmexxi 'l quddiem aġenda ta' bidla.", "Ma jistax ikun li nibqgħu nipposponu.", "Jekk hemm suġġerimenti nismagħhom, jekk hemm x'nirfinaw by all means kellmuni, m'għandi ebda diffikultà li ntejbu u li nemendaw, imma li nipposponu dan il-mument storiku, fejn għall-ewwel darba f'pajjiżna hawn kunsens bis-serjetà biex iż-żewġ funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali jinqasmu, jidhirli li jkun l-akbar disservizz lil dan il-pajjiż.", "Aħna rridu nirrifomaw u se nkomplu nirriformaw.", "Dan huwa l-aħħar punt li rrid nagħmel.", "Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni taħt il-Presidenza tal-E.T. George Vella.", "Qabel konna niltaqgħu taħt l-E.", "T. Marie Louise Coleiro Preca, issa qed nerġgħu niltaqgħu taħt l-E.", "T. George Vella u jien kuntent ħafna bil-mod kif sejrin l-affarijiet.", "M'iniex f'pożizzjoni li niżvela x'jiġi diskuss għax tajna kelma lil xulxin li għas-serenità nużaw ċerta kawtela.", "Li nista' ngħid hu li ltqajna ma' diversi partiti, fosthom il-PD u l-AD, smajniehom, tawna preżentazzjonijiet u noti u studjajniehom.", "Jien pożittiv immens u dejjem għedt li dak li hemm bżonn li nirriformaw għandna nirriformawh.", "Ma nistgħux nistennew li naqblu fuq il-bdil kollu tal-Kostituzzjoni qabel nimxu.", "Dik ma tistax tagħmilha, u ma tistax tagħmilha għax iż-żmien ma jistenniniex.", "Jekk hemm qbil fuq xi ħaġa li trid tinbidel għandna obbligu li nibdluha.", "Il-fehma tiegħi hi li ma nkunux qed nagħmlu pass fid-direzzjoni t-tajba li nipposponu r-riformi sakemm taqbel fuq kollox jiġifieri taqbel fuq il-ħatra tal-ġudikanti, fuq dixxiplina tal-ġudikanti, fuq dak kollu li semmiet il-Venice Commission u fuq dak kollu li ma semmietx, għax hemm ħafna affarijiet li rridu nitkellmu dwarhom u li l-Venice Commission ma semmithomx.", "Il-pass fid-direzzjoni t-tajba huwa li jekk hemm qbil, jekk hemm urġenza, jekk il-pajjiż jaqbel li wasal iż-żmien li nbiddlu, m'għandu jżommna xejn milli nbiddlu.", "Nitkellmu fuq il-bqija kemm hemm bżonn u nkomplu niddiskutu kemm hemm bżonn, imma dak li hemm qbil dwaru li jinbidel irid jinbidel.", "Dak huwa l-aqwa servizz li nistgħu nagħtu, għax inkella niġu hawnhekk fil-Parlament u ma nkunux qed nagħtu l-aqwa servizz.", "Għaldaqstant jien nappella lill-Oppożizzjoni li jkunu magħna f'din il-bidla importanti, ikunu magħna f'din ir-riforma li se ssaħħaħ il-qasam tal-ġustizzja.", "Dan huwa a defining moment għas-settur tal-ġustizzja.", "Is-settur tal-ġustizzja, fil-mument li tgħaddi din il-liġi, se jieħu qabża b'saħħitha fil-kwalità għax, għall-ewwel darba fl-istorja, se jidħlu konċetti li s'issa m'abbraċċajniehomx.", "Nappella lill-Oppożizzjoni biex ikunu magħna fiha din.", "Huwa importanti li l-Parlament ikun magħqud f'din ir-riforma.", "Huwa importanti li meta jgħaddu s-snin, jgħaddu l-ġenerazzjonijiet u wliedna jħarsu lura lejn dan il-mument, jgħidu li l-politiċi ta' pajjiżna kienu magħqudin flimkien, kienu flimkien f'din il-bidla importanti li qed tmiss karigi kruċjali għal pajjiżna.", "Nistieden lill-Membri tal-Oppożizzjoni biex jivvotaw magħna, jekk għandhom xi emendi, xi irtokki jew iridu jitkellmu fuq xi dettalji, by all means, aħna dejjem lesti u miftuħin li nirfinaw u nkomplu ntejbu, imma huwa kruċjali li din il-liġi timxi 'l quddiem u ssir ir-riforma li hemm bżonn.", "B'dan il-mod pajjiżna jibgħat messaġġ li huwa miftuħ għall-bidla, li huwa miftuħ biex ikompli jtejjeb f'dan is-settur bħalma qed isir f'setturi oħrajn fejn qed inkomplu nagħtu l-eċċellenza.", "Dawn huma setturi li għal ħafna snin in-nies kienu rassenjati li qatt ma nistgħu naraw l-eċċellenza fihom imma aħna anke hawnhekk irridu naraw l-eċċellenza.", "Dan huwa l-futur li nemmnu fih.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "CARMELO MIFSUD BONNICI: Sinjura President, nirringrazzja lill-Ministru għall-preżentazzjoni tiegħu dwar din il-liġi.", "Ħadt pjaċir ħafna li fil-bidu għamel enfasi dwar il-Kummissjoni Venezja.", "Ċertament li ż-żewġ naħat tal-Kamra rridu naċċettaw li l-ixprun prinċipali għal dan l-Abbozz ta' Liġi kienet il-Kummissjoni Venezja.", "Ovvjament din hija kummissjoni ta' intelliġenza, kummissjoni ta' nies li raw diversi affarijiet u ħafna drabi din il-Kummissjoni timxi meta wieħed jibagħtilha abbozz ta' liġi u jitlobha l-opinjoni tagħha.", "Fil-każ tagħna tlabnieha opinjoni ġenerali dwar is-sistema f'pajjiżna.", "I l-ħabib tiegħi l-Ministru jrid jaċċetta li l-Kummissjoni Venezja ma tkellmitx biss dwar dan is-suġġett imma tkellmet ukoll dwar kwantitajiet kbar ta' suġġetti.", "L-Oppożizzjoni għamlet ir-rappreżentazzjonijiet tagħha u ċċaqilqet diversi drabi fil-Parlament biex titlob li jkollna pakkett sħiħ tal-affarijiet mentri hawnhekk il-Ministru qed jiġi b'Abbozz ta' Liġi li parti minnu huwa dak li tgħid il-Kummissjoni Venezja u parti minnu huwa dak li trid l-Oppożizzjoni, imma l-Abbozz ta' Liġi ma nġiebx hawnhekk b'dak li l-Ministru smajtu jsemmi, jiġifieri bil-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Waħda mill-gwidi ta' ħajti kienet dejjem li trid taħseb fil-ħażin ħalli t-tajjeb ma jonqosx.", "Wieħed irid iżomm dejjem f'moħħu x'jistgħu jkunu ċerti xenarji u l-bżonn li wieħed jibni liġi biex twieġeb għal dawn ix-xenarji.", "Dan ngħidu għax il-Gvern qisu ressaq dan l-Abbozz ta' Liġi biex jara x'se tkun ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni meta fil-fatt kellu kull opportunità u kull ħin biex iressqu lill-Oppożizzjoni qabel u jġib il-kunsens tal-Oppożizzjoni fuq dak li hemm fih.", "L-aktar gravi huwa li dan l-Abbozz ta' Liġi jinjora kompletament waħda mit-talbiet fundamentali tal-Oppożizzjoni.", "Lili l-kelma \"jirrombla\" ddejjaqni imma dan l-Abbozz ta' Liġi qisu tressaq b'ċerta suppervja għaliex donnu li quddiemna għandna dan il-pakkett li jekk ma naċċettawhx nidhru koroh u allura bilfors irridu naċċettawh.", "Dan huwa żbaljat għax kif jaf kulħadd aħna ilna nitkellmu f'dan il-Parlament u ngħidu li rridu li l-ħatriet ta' dawn il-karigi jkunu bil-kunsens taż-żewġ naħat, biż-żewġ terzi.", "Il-Ministru semma li hemm esperjenza li nbniet, esperjenza li hija tajba.", "Mela l-ewwel għandna l-esperjenza tajba tal-Awditur Ġenerali.", "Rigward l-Awditur Ġenerali kien diffiċli meta ġejna fil-mument li ngħidu li dan irid ikun imneħħi biż-żewġ terzi u kien ukoll diffiċli meta ddeċidejna fuq iż-żewġ terzi fir-rigward tal-Ombudsman imma llum, wara li għadda ż-żmien, wara li ffunzjonaw, iż-żewġ naħat tal-Kamra nirrealizzaw li din hija kariga istituzzjonali u demokratika li tat saħħa u għamlet il-ġid fil-pajjiż għax kellha l-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fost l-affarijiet li semma l-Ministru kien hemm id-diversi diffikultajiet li wieħed ikollu meta jkun hemm ċerti ħatriet ta' ċerti nies.", "Il-Ministru qal li aħna m'aħniex bħal pajjiżi oħrajn fejn, pereżempju, il-President jista' jaqbad u jneħħi l-Avukat Ġenerali.", "F'Malta l-Avukat Ġenerali għandu s-security of tenure imma jekk wieħed isegwi dak li għaddej fl-Istati Uniti proprju fuq ir-Rapport Mueller isib kemm huwa tajjeb li min jiġi magħżul f'dawk il-karigi jkollu l-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra.", "Fil-fatt fl-Istati Uniti l-Avukat Ġenerali ġie kkritikat diversi drabi li huwa l-avukat tal-President Trump, l-avukat li qed jiddefendi l-interessi tal-President tal-Amerika u mhux l-interessi nazzjonali tal-pajjiż.", "Jien mhux se nitkellem dwar kif żviluppa l-argument u x-xenarji li żviluppaw rigward ir-Rapport Mueller għax hemm ħafna taqbiliet oħrajn ma' dak li għandna f'pajjiżna.", "Dan qed insemmih għax kien proprju l-eżempju li semma l-Ministru u, bl-akbar rispett lejn il-Ministru - hu jaf li dejjem insostnih fuq l-affarijiet li naqbel miegħu dwarhom – ngħid li fejn l-Oppożizzjoni tħoss li hemm bżonn ċaqliq, il-Gvern m'għandux jinjora l-punt – u naħseb li dan huwa wieħed mill-punti kardinali u fundamentali – u minn fuq jagħti l-impressjoni li taparsi għandna l-kunsens.", "Mela taparsi qegħdin nagħmlu l-konsultazzjoni, imbagħad ħaġa bħal din, fejn ilna nisħqu fuq il-ħtieġa taż-żewġ terzi għal dawn l-aħħar tlieta jew erba' snin, jinjorawha kompletament!", "Kif qiegħed ngħid, il-konċett taż-żewġ terzi huwa xi ħaġa ta' ġid imma minflok, il-Gvern ġie bl-innovazzjoni ta' kumitat kompost minn tnejn sa erba' persuni li jagħmlu l-għażla huma.", "Dan qisu bord tal-għażla li jirrakkomanda lil xi ħadd, imbagħad \"fl-opinjoni ta' xi ħadd\" dak ix-xi ħadd jiġi magħżul.", "Naħseb li d-diskrezzjoni f'dawn l-affarijiet tnaqqas il-mertu ta' kif żviluppaw l-affarijiet u ma nistgħux ninjoraw l-istorja ta' dak li ġara f'dawn l-aħħar snin.", "Ma nistgħux indaħħlu rasna ġor-ramel u ngħidu li dak kollu li kien jiġi kkritikat, dak kollu li ntqal, dak kollu li sar, qisu kien kollu fl-arja.", "Hemm dan il-punt li huwa faċli li jiġi sorvolat.", "Mela jekk aħna rnexxielna nsibu kunsens fuq l-Ombudsman u fuq l-Awditur Nazzjonali, li t-tnejn li huma għandhom ħafna poteri allura għaliex fuq dan ma jirnexxilniex?", "Possibbli aħna d-Deputati m'għandniex l-intelliġenza li niddiskutu u nidentifikaw lil xi ħadd li għandna kunsens fuqu miż-żewġ naħat tal-Kamra?", "Dan huwa l-appell tiegħi lill-Gvern.", "Sinjura President, il-Ministru fl-aħħar qal li huma lesti li jagħmlu xi tibdiliet imma t-tibdiliet iridu jkunu żgħar u mhux xi affarijiet kbar.", "Din hija bidla li ma qamx jitkellem dwarha għall-ewwel darba dalgħodu Carmelo Mifsud Bonnici.", "Daqskemm ilhom isemmuha l-Kap tal-Oppożizzjoni u diversi persuni oħrajn!", "Allura din tista' tiġi injorata u tintrema' l-baħar qisu mhu xejn!", "Għalhekk nappella lill-Ministru għax wara kollox għandna track record ta' affarijiet li seħħew.", "Issa mhux se noqgħod ngħid li għandu raġun dak jew għandu tort l-ieħor, imma hemm dan l-istat ta' fatt, hemm din is-sitwazzjoni.", "Kif jista' l-Gvern jinjora ħaġa bħal din u jibqa' għaddej qisu mhu xejn?", "L-Oppożizzjoni qed tgħid lill-Gvern li l-fatt li tifred dawn iż-żewġ funzjonijiet mill-aspett legali huwa tajjeb.", "Però kif tista' tinjora l-mod ta' kif tagħżel!", "Kif tista' tinjora l-mod ta' kif jien naħtar lil \"A\" jew lil \"B\" f'pożizzjoni jew oħra?!", "Irrid ngħid li llum il-Ministru ma semmiex - u kien fair - xi ħaġa li kont smajtu jgħid f'dibattitu meta kien qal li fl-2002 kien sar Att ieħor li permezz tiegħu kienu nfirdu l-poteri.", "Il-Ministru jaf x'kienet l-istorja wara l-Att X tal-2002 li kien għamel serje ta' konsiderazzjonijiet għax kien tressaq quddiem il-Parlament fir-run-up tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "L-Onor.", "Josè Herrera żgur li jiftakru dak id-dibattitu u abbażi ta' dak li ddibattejna kienet saret liġi li kienet ferm aktar irfinuta mil-liġi oriġinali.", "F'dik il-liġi, aħna bħala Gvern, bi qbil mal-Oppożizzjoni, ipprovdejna li minflok ikun hemm l-Avukat Ġenerali li jsir il-Prosekutur Pubbliku u jinħoloq l-Avukat tal-Istat, l-Avukat Ġenerali jkun l-Avukat tal-Istat u jinħatar Prosekutur Pubbliku separat, distint, u b'aġenzija għalih.", "Issa forsi jkun hawn min jgħidli: What's in a name?", "Il-Ministru hekk tkellem f'din il-laqgħa.", "Jien mhux se nagħmel issue fuq l-isem, però rrid ngħid – u forsi aktar 'il quddiem ikollna l-opportunità li nidħlu fiha aktar fil-fond – li l-frażi \"Avukat Ġenerali\" hija frażi li daħlet fit-tessut soċjali.", "Nagħmlu x'nagħmlu aħna, peress li din il-frażi ilha ġejja minn żmien Sir Adrian Dingli, daħlet ġo ras in-nies u għalihom tfisser kariga importanti.", "Biex ngħidu hekk, għal ħafna nies, qabel kien hemm il-kostellazzjonijiet li hawn illum, kien hemm l-Avukat Ġenerali!", "Għalkemm mhux se noqgħod nidħol fil-kwestjoni ta' jekk hux tajjeb li nagħmlu \"Avukat tal-Istat\" jew \"Avukat tar-Repubblika\", il-Ministru u aħna rridu bilfors naċċettaw il-fatt li f'pajjiżna l-Avukat Ġenerali huwa kkonsidrat li għandu ċerti poteri u ċerta saħħa.", "Huwa tajjeb li tagħmel żewġ aġenziji imma l-Att X tal-2002 hekk ukoll kien għamel.", "Kien waqqaf żewġ aġenziji separati u llum jidher ċar li l-Ministru, bejn wieħed u ieħor, il-poteri ta' wieħed u l-poteri tal-ieħor ħalliehom bażikament l-istess, salv li kien hemm xi titjib rigward il-poteri tal-Avukat tal-Istat fis-subartiklu (3) tal-artiklu ġdid tal-Kostituzzjoni 91A.", "Qed nagħmel dan il-punt għax qegħdin nieħdu d-deċiżjoni li ma nagħmlux kif għamlu fir-Renju Unit li d-Director of Public Prosecutions ikun parti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li għalkemm separati, distint u independenti, hemm funzjonijiet interni bejniethom.", "Meta taqra r-rapport li nbena fir-Renju Unit tirrealizza li hemm ċertu best practice li dan l-Abbozz ta' Liġi ma jeħux inkonsiderazzjoni.", "Naħseb li fir-rapport intern bejn l-Avukat tal-Istat kif qiegħed f'din il-liġi u l-Avukat Ġenerali se jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-għalqa li qiegħed jieħu ħsieb wieħed u l-għalqa li qiegħed jieħu ħsieb l-ieħor se jidħlu fuq xulxin.", "Jien ngħid li din il-liġi ġiet magħmula b'intenzjonijiet tajbin - jiġifieri l-Ministru m'għandux jeħodni li qed nimputalu xi intenzjonijiet ħżiena – imma ma sarx biżżejjed ħsieb fuqha f'ċerti sitwazzjonijiet, li nistgħu nistudjaw biex nirfinaw.", "Dan qed ngħidu aktar u aktar fil-konfront u fid-dimensjoni li l-Att X tal-2002 kien daħħal ċerti konċetti ġodda u interessanti.", "Kien daħħal il-konċett li l-Avukat Ġenerali jew l-Avukat tar-Repubblika u l-Public Prosecutions Office kull sena jissottomettu lill-Ministru rapport tal-ħidma tagħhom.", "Dan bħalissa m'għandniex.", "Għalkemm il-Ministru, bħal kull Ministru meta jiġi biex jagħmel id-diskors tiegħu tal-Baġit, ikollu rapport mid-dipartimenti varji u differenti, m'għandniex is-sitwazzjoni li għandna f'aġenziji oħrajn li l-Ministru jirċievi dan ir-rapport u jippreżentah fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Dak huwa punt għall-iskrutinju ulterjuri tagħna u tal-pajjiż.", "Dak ir-rapport għandu jiġi diskuss mhux neċessarjament waqt seduta ta' din il-Kamra imma f'wieħed mill-kumitati tagħna.", "Bħalissa fir-Renju Unit hemm kwestjoni għax id-Director of Public Prosecutions ħa proċeduri kontra wieħed mill-kandidati tal-Partit Konservattiv li hu Boris Johnson u qed issirlu l-akkuża li hu kellu interess f'dak li kien qiegħed jagħmel.", "Dan għaliex żmien ilu kien tella' opinjoni li Boris Johnson huwa traditur ta' David Cameron.", "Imbagħad daħal l-iskrutinju pubbliku fuq id-deċiżjoni tad-Director of Public Prosections jekk kemm-il darba għamilx sewwa jew le li jieħu proċeduri kontra Boris Johnson li gideb waqt li kienet għaddejja l-kampanja dwar il-Brexit.", "Jien naħseb li għandu jiżdied l-iskrutinju tal-ħidma taż-żewġ uffiċċji, kemm dak tal-Avukat Ġenerali kif ukoll dak tal-Avukat tal-Istat li qed jipproponi l-Ministru.", "Din hija xi ħaġa li tagħmel il-ġid għax ilkoll nafu li meta istituzzjoni demokratika tkun trid tagħti rendikont lill-membri parlamentari, aktar u aktar bis-sistema live kif inhi llum, iridu jittieħdu ċerti konsiderazzjonijiet u hemm ċerti domandi li jistgħu jsiru li preżentement ma jistgħux isiru.", "Naħseb li għalkemm f'dan l-Abbozz ta' Liġi l-Ministru ħa dan ir-rapport ta' ħidma, bejn l-2002 u llum għaddew 17-il sena u naħseb li matul dan iż-żmien stajna nitgħallmu li għandna nagħmlu din il-possibilità wkoll.", "Sinjura President, fl-Att X tal-2002 kien hemm imsemmi wkoll Bord ta' Tmexxija li kien intenzjonat biex ikun hemm skrutinju ieħor u biex ikun hemm għarfien ieħor fiż-żewġ aġenżiji dwar kif jaħdmu u ma jaħdmux.", "Però dan il-Bord ta' Tmexxija ma ġiex inkluż f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Naħseb li hemm best practice ta' diversi pajjiżi li huma parti mill-Commonwealth, bħall-Awstralja u bħall-Kanada, li minnhom nistgħu nitgħallmu speċjalment meta l-proċedura penali tagħna timxi fuq linji tal-proċedura Anglosassona.", "Naħseb li wieħed irid jara aktar fil-fond biex jipprova jdaħħal aktar u aktar skrutinju.", "Barra minn hekk għandu jkun hemm aktar trasparenza u aktar exposure barra fis-soċjetà.", "Wieħed irid jgħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ma tikber id-demokrazija f'kull pajjiż, aktar hemm bżonn li jsir dan l-iskrutinju pubbliku.", "L-iskrutinju pubbliku huwa essenzjali sabiex aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-iskrutinju hawn ġew kif nagħmlu lill-Uffiċċju tal-Ombudsman u lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.", "Huwa importanti li t-truf kollha jittieħdu inkonsiderazzjoni u rridu naċċettaw li l-Avukat tal-Istat u l-Avukat Ġenerali fil-liġi t-tnejn għandhom responsabbiltajiet kbar.", "Jien qed nifhem li l-Avukat tal-Istat se jkun l-avukat li jirrappreżentana fil-kawżi li hemm fi Strasburgu jew fil-Lussemburgu.", "Hemm ukoll id-diversi pariri u konsulenzi li jrid jagħti u wkoll id-diversi biċċiet ta' prassi li nbnew matul iż-żmien fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Jien, bħall-Ministru kelli x-xorti u l-opportunità li nkun Ministru tal-Ġustizzja u allura napprezza ħafna d-diffikultajiet li għandu però hemm aktar poteri li għaddew għand l-Avukat Ġenerali u aktar prattika tal-Avukat Ġenerali li hawnhekk tista' tiġi strutturata aħjar.", "Il-Ministru jaf li l-Avukat Ġenerali lmenta miegħu li għandna ħafna dipartimenti u kull dipartiment għandu l-konsulent legali tiegħu, imma fl-aħħar mill-aħħar kull konsulent jerġa' jiġi għand l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jrid ikun l-Avukat Ġenerali li jieħu d-deċiżjoni fuq l-affarijiet.", "Hemm affarijiet u rapporti interni li jindikaw li wieħed irid jara sewwasew x'inhu jiġri.", "Rigward l-Avukat tal-Istat irrid ngħid li jien kont nippreferi li nsemmuh \"l-Avukat tar-Repubblika\" imma l-importanti huma l-funzjonijiet.", "Dan irid jiddefendi lil pajjiżna jew jagħti l-pariri u allura jkun tajjeb li din il-biċċa xogħol nidħlu fiha ferm aktar fid-dettall.", "Qed ngħid dan għax ċertament li l-Ministru jaf li fost il-wirt, li nikkonsidra tajjeb, tiegħi hemm l-aġenzija tal-Avukat Ġenerali li hu sabha hemm.", "Din ma kenitx l-aqwa ħaġa imma dak iż-żmien kellek snapshot tal-poteri kollha u tar-relazzjonijiet kollha li l-Avukat Ġenerali jkollu fid-dipartimenti kollha.", "Din ma kenitx xi ħaġa li saret mil-lum għal għada, anzi saret b'ħafna sforz, b'ħafna diskussjoni u bl-input diretta tal-Avukat Ġenerali ta' dak iż-żmien, illum il-Prim Imħallef Emeritu Silvio Camilleri.", "B'dak li hemm, illum il-Ministru għandu ċerta roadmap u ċerti ideat li wieħed irid jikkonsidrahom.", "Dan qed ngħidulu għax meta tifred dawn il-poteri, fuq il-karta jidhru mod, imma meta niġu għas-si u n-no jaf ikun hemm diffikultajiet kbar.", "Jien naf l-uġigħ ta' ras li jrid jiltaqa' miegħu l-Ministru biex jifred l-imperu tal-orjent mill-imperu tal-oċċident.", "Dan mhux se jkun faċli speċjalment meta jiġi għad-detailing tan-nies ta' min se jmur naħa u min se jmur oħra.", "Jien nammira l-kuraġġ tiegħu għat-twaqqif ta' prosecutions unit u dak kollu.", "Ħafna ministri tal-Intern u tal-Ġustizzja qablu pprovaw ukoll.", "Ikollok mumenti fejn kollox ikun qed jidher sabiħ imbagħad f'daqqa waħda jikkrollalek kollox għax dak l-avukat imur jaħdem ma' dak l-uffiċċju u l-avukat l-ieħor jitlaq u jmur xi mkien ieħor.", "Jien meta dħalt kelli prosection unit ta' erbgħa min-nies, imma f'daqqa waħda min mar 'l hemm u min mar 'l hawn u spiċċajt irrid nerġa' nibni dan il-unit mill-ġdid bil-konsegwenza li trid terġa' ssib nies ġodda li jkunu lesti jidħlu għaliha u trid issib ukoll il-best practice li jkunu ħallewlek ta' qabel.", "L-artiklu dwar detailing fejn il-Prim Ministru għandu d-dritt li jibgħat persuna 'l hemm u jġib persuna 'l hawn se ssibu fi kwalunkwe liġi però fil-prattika l-affarijiet ikunu differenti u huwa hawn fejn il-Ministru għandu jikkonsidra aktar diskussjoni mal-Oppożizzjoni, għax l-Oppożizzjoni ġġib magħha l-esperjenza li għandha fuq dan is-settur.", "Waqt li kien qed jitkellem il-Ministru bdejt ninduna li hu rrealizza d-diffikultajiet kbar li dan kollu jsir għax beda jgħid li mhux se jieħdu ħsieb id-delitti kollha imma se jibdew bid-delitti l-aktar gravi.", "Fil-fatt, jekk qed nifhem sew, li se nipprovaw nagħmlu hu li dak li qiegħed isir illum jipprova jagħmlu taħt kpiepel differenti.", "Fir-realtà nafu li għal kull ħaġa l-pulizija jmorru għand l-Avukat Ġenerali u jitolbuh il-kunsens biex jagħmlu l-proċeduri l-qorti.", "Jekk ma jkollhomx il-kunsens tal-Avukat Ġenerali ma jibdewx l-affarijiet.", "Fl-artikli 433 sa 435E tal-Kodiċi Kriminali wieħed isib il-poteri tal-Avukat Ġenerali fosthom il-poter tan-nolle prosequi li huwa poter qawwi ħafna.", "Skont it-tagħlim tal-Profs.", "Mamo – Alla jagħtih il-Ġenna – dejjem konna niġġustifikaw li preżentement fil-liġi l-Avukat Ġenerali huwa kkonsidrat fl-istess kariga ta' maġistrat fil-qorti u allura mhux biss għandu ċerti poteri biex jibda jew ikompli l-proċeduri kriminali imma wkoll biex jieħu dawn it-tip ta' deċiżjonijiet.", "Allura rridu noqogħdu attenti li għalkemm qed tħalli l-isem l-istess u għalkemm qiegħed nara li mhux qed isiru xi emendi partikolari għaliha, aktar 'il quddiem ma jqumulniex kwestjonijiet oħrajn ta' natura kostituzzjonali jew ta' separazzjonijiet tal-poter fuq dan ir-rwol partikolari tal-Avukat Ġenerali.", "Pereżempju jekk jiġi pulizija u jgħid li għandu każ u għandu l-provi u l-Avukat Ġenerali jgħidlu li m'għandux provi u ma jistax imexxi l-każ, l-affarijiet jieqfu hemm.", "Però l-Avukat Ġenerali għandu l-poter li jwaqqaf kawża li tkun inbdiet u jgħid: Tkomplux bil-proċeduri għax m'hemmx proċeduri.", "Kien hemm każ famuż fejn ġara dan - kien hemm każijiet oħra, Sinjura President, imma dan partikolari hit the news - ta' wieħed li kien ġie akkużat bi stupru.", "L-Avukat Ġenerali li ħa d-deċiżjoni kien Dr Anthony Borg Barthet, Imħallef Emeritu ieħor li nsellmulu minn hawnhekk għax-xogħol tajjeb li għamel fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Dawn huma kollha nies li huma repożitorji ta' informazzjoni u ta' ideat li jistgħu jgħinu lilna biex nagħmlu din il-liġi aħjar milli hi.", "Issa forsi jkun hawn min jistaqsi: Inti ġejt hawn biex toqgħod tipprova ddaħħal dawn id-dubji?", "Le, jien ġejt hawn biex nagħmlu liġi aħjar.", "Waħda mill-affarijiet li, pereżempju, dan l-Abbozz ta' Liġi jista' jagħmel u mhuwiex jagħmel, huwa dak li hemm fl-Att X tal-2002 li kien ħa ħsieb li fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja jasserixxi li mhux biss ikun hemm l-Avukat Ġenerali imma jkun hemm ukoll il-Prosekutur Pubbliku li jidħol fil-każijiet.", "Dan ifisser li jiżdied siġġu fil-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u naħseb li dak il-ħsieb huwa tajjeb.", "M'għandux ikun li l-Avukat tal-Istat, li għandu funzjoni wkoll dwar l-amministrazzjoni sħiħa tal-liġi fil-pajjiż, jinqala' 'l barra.", "Dan speċjalment meta issa se niġi għal punt mill-aktar importanti.", "Sinjura President, jekk qed nifhem sewwa se jkun l-Avukat tal-Istat li se jżomm f'idejh id-drafting tal-liġijiet.", "Id-drafting tal-liġijiet huwa ċ-ċavetta tas-suċċess jew tan-nuqqas ta' suċċess tal-Istat Malti fi kwalunke ħaġa.", "Minbarra d-diffikultajiet biex issib nies tajbin biex jamministraw il-liġijiet b'mod tajjeb, l-ewwel trid tibda billi jkollok l-aqwa liġijiet.", "Fortunatament aħna kellna mħuħ legali tajbin ħafna fid-drafting tal-liġijiet.", "Din hija waħda mill-affarijiet li konna nqajmu kieku kellna l-opportunità li niltaqgħu bħala Gvern u Oppożizzjoni biex niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi qabel ġie ppubblikat.", "Hekk kien jitlob is-sens komun fuq affarijiet li huma ta' natura kostituzzjonali.", "Hawnhekk irridu ngħidu li qegħdin inkissru prassi ta' żmien twil, li kemm jista' jkun, fuq kwestjonijiet kostituzzjonali, iż-żewġ naħat tal-Kamra jiltaqgħu u jitkellmu qabel jiġu hawnhekk.", "Dan dejjem jekk trid il-kunsens taż-żewġ naħat.", "Punt ieħor li nixtieq nagħmel huwa dwar id-dispożizzjonijiet transitorji.", "Nammetti li għalkemm dawn huma msemmija, għandi dubju dwarhom.", "Issa jien indaħħal id-dubju biex tinstab iċ-ċertezza u mhux biex nagħmel argument akkademiku u nitilqu hemm.", "Id-dispożizzjonijiet transitorji se jkunu determinanti.", "Int se ġġib il-liġi taħdem f'daqqa immedjatament u jkollok l-aġenziji li jibdew jaħdmu f'daqqa immedjatament?", "Dawn se jkollhom postijiet separati u distinti immedjatament?", "Naħseb li biex tagħmel dawn iż-żewġ uffiċċji trid ukoll uffiċċji separati minn xulxin.", "Jien mhux qed nara li l-Ministru se jgħid li l-Avukat tal-Istat ikun, għall-argument, fil-Palazz u l-Avukat Ġenerali jkun fil-Main Guard, però separazzjoni fiżika trid, separazzjoni ta' nies trid, u meta tiġi fil-funzjonijiet trid retraining tan-nies fuq x'poter għandu wieħed u x'poter għandu ieħor.", "Sinjura President, best practice fir-Renju Unit u f'diversi stati tal-Commonwealth hija li mhux biss l-Avukat tal-Istat u l-Avukat Ġenerali jrid ikollhom moħħ indipendenti u separat minn ta' ħaddieħor imma anke n-nies li jkun hemm fl-uffiċċju.", "Irridu naċċettaw li dan se jkun a major challenge.", "In-nies f'uffiċċju, naturalment għaliex qegħdin fl-istess uffiċċju, ikunu jafu lil xulxin u allura inti se jkollok sitwazzjonijiet fejn se jkun ftit diffiċli biex jirnexxilek toħloq dik l-indipendenza ta' uffiċċju minn ieħor.", "Qed ngħid dan dejjem bil-prinċipju li għandek taħseb fil-ħażin sabiex it-tajjeb ma jonqosx.", "(Interruzzjonijiet) Ngħidlek għaliex, Ministru.", "Fost l-affarijiet li hawn hawnhekk, hawn ukoll min għandu r-responsabilità dwar il-prosekuzzjoni u dwar il-ħruġ tal-att tal-akkuża.", "Niftakar li meta jien kont Ministru tal-Ġustizzja kien hemm xi ħadd f'xi għassa li għamel xi taħrika li kienet żbaljata u kien hemm min qal li din hija responsabilità politika tal-Ministru.", "Jien ma nixtiqlekx dan, Ministru, però dak iż-żmien kien hemm ċertu tornado fil-pajjiż li kull ma jiġri dejjem tort tiegħi!", "(Interruzzjonijiet) Għadek ma wasaltx sal-livell tiegħi; għad trid tasal!", "Il-verità hi li jekk inti ma tagħmilx l-affarijiet ċari se jqumu d-diffikultajiet fuq ir-responsabilità ta' ħaġa u r-responsabilità ta' oħra.", "Ovvjament aħna ngħidu dan għaliex irridu li l-liġi tkun aktar soda, aktar robusta, u li tibgħat aktar il-messaġġi li huma importanti rigward is-soċjetà tagħna u rigward il-mod ta' kif jinħadmu l-affarijiet.", "Jien nifhem li l-Ministru għamel il-punt li l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat għandhom is-security of tenure.", "Huwa interessanti ħafna li bis-saħħa tal-Att X tal-2002 daħal konċett li permezz tiegħu l-ħatra tal-Prosekutur Pubbliku ġiet għal terminu ta' seba' snin u ma baqgħetx for life.", "Issa forsi jkun hawn min jgħidli li ma nistgħux naqblu fuq din.", "Jista' jkun li aħna nikkonċedu, però jkun tajjeb li dan il-konċett niddiskutuh ukoll.", "Jien se ngħid dan biss.", "Issa lill-Avukat Ġenerali qegħdin inżarmawlu l-imperu, u l-imperu ta' Ruma m'għadux l-imperu ta' kullimkien.", "Issa se jkollu jagħżel; jew l-orjent jew l-oċċident!", "Hawn tista' tinħoloq sitwazzjoni fejn l-argumenti li kien hemm għal żmien twil li kienu jiġġustifikaw it-tenure of office tal-Avukat Ġenerali minħabba ċerti poteri li kellu, ma jibqgħux ireġu.", "Sinjura President, jien bdejt l-argument tiegħi bil-kwestjoni taż-żewġ terzi u għedt li aħna f'pajjiżna għandna l-fortuna li għandna żewġ uffiċċji.", "Wieħed irid jgħid li kien il-kuraġġ ta' Dr Eddie Fenech Adami, il-President Emeritu, li meta kien Prim Ministru ddeċieda li għandu jkun hemm il-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra dwar ċerti ħatriet.", "Jien niftakar li kien hemm dibattitu fil-pajjiż; kien hemm min kien jgħid: X'jiġifieri jkun hemm il-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra dwar l-Awditur Ġenerali u l-Ombudsman?", "Kien hawn min jgħid li l-Prim Ministru għandu l-poter u l-Prim Ministru jagħżel bħalma jagħżel diversi affarijiet oħrajn.", "Għalhekk dak kien pass ta' kuraġġ u kienet żerriegħa tajba.", "Barra minn hekk issa kull darba trid taħseb darbtejn fuq l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat u anke l-Ministru se jibda jħawwad fuqhom.", "L-ewwel ħaġa li tiġi f'ħalqek hija \"l-Avukat Ġenerali\" jiġifieri kien ikun aħjar kieku ġew imsejħa \"Avukat Ġenerali\" u \"Direttur tal-Prosekutur Pubbliku\", imma dak jarah il-Ministru.", "Hawnhekk tajjeb li nfakkar li kemm l-Ombudsman kif ukoll l-Awditur Ġenerali mhumiex for life.", "Issa x-xogħol tal-Ombudsman ma jridx isir b'mod imparzjali, b'mod indipendenti, b'mod li m'għandu xejn miż-żewġ naħat tal-Kamra?", "L-Awditur Ġenerali ma jsirx bħallikieku m'għandu xejn miż-żewġ naħat tal-Kamra?", "Però dawn għandhom terminu.", "Dan qed ngħidu mhux tant għax huwa xi cavallo di battaglia imma biex wieħed jikkonsidrah.", "Dawn iż-żewġ karigi li semmejt jinħatru għal żmien fiss ta' mhux inqas minn seba' snin u jkunu jistgħu jerġgħu jinħatru f'din il-kariga.", "Però jekk wieħed ikun qed jimxi tajjeb jista' jibqa' għal dejjem; jagħmel seba' snin, seba' snin u seba' snin u jibqa' hemmhekk.", "Min kien qiegħed jippilota dan l-Att, dak iż-żmien kien il-Ministru Austin Gatt li nsellimlu, u jekk m'iniex sejjer żball ix-shadow minister tiegħu kien l-Onor.", "Anġlu Farrugia, it-tnejn li huma qablu fuq dan il-konċett.", "Issa forsi jkun hawn min jgħidli li dan il-konċett ma jridux u ma jaqbilx miegħu.", "Aħna xi rridu fl-aħħar mill-aħħar?", "Aħna rridu li nagħmlu Avukat Ġenerali jew Avukat tal-Istat li jkollu l-kritika tan-nies u jkun hemm parti mill-poplu li tibda tgħid kontra tiegħu għax ma jkollhiex fiduċja fih?", "Hawn mhux qed ngħid għal min jiġi akkużat il-Qorti, għax min jiġi akkużat il-Qorti dejjem bit-teoriji famużi.", "Meta kont Ministru kien hemm nies li ħaduha miegħi għax ittieħdu passi kriminali kontra tagħhom, qisni kont jien li ċempilt lill-pulizija biex jieħdu passi!", "Din hija xi ħaġa tal-biża' imma it comes as part of the job li tkun ministru tal-intern u tal-ġustizzja.", "Imma hawn għandna opportunità li niddiskutu.", "Jien qed nifhem li l-Ministru qed jgħid: Isma' qed nifhem x'qed tgħid il-Venice Commission, qed nifhem x'inhi tgħid l-Oppożizzjoni, qed nifhem x'hawn fil-pajjiż.", "Mela ejja nipprovaw nagħmlu liġi aħjar minn din billi niddiskutu ċerti ideat verament fil-fond!", "Kif jaf il-Ministru, il-kritika tiegħi hija kritika ġentili u mhux kritika qawwija.", "Jien ma nagħmilx xi kritika personali jew xi missjoni fuq xi ħaġa però l-Ministru jrid iżomm f'moħħu li l-line of communication huwa twil ħafna.", "Bejn li tagħmel il-liġi u li ġġibha fis-seħħ, kif jgħidu l-Ingliżi, there is much of a slip between the cup and the lip.", "Dan jien nifhmu aktar u aktar wara li jien għamilt il-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.", "Il-Ministeru tal-Intern huwa l-ministeru tal-problemi tal-pajjiż.", "Meta ġejna biex nagħmlu dik il-liġi kellna problemi kulturali kbar u problemi biex tbiddel il-mentalità.", "Ridna nagħmlu ħafna groundwork, ħafna xogħol u mal-ewwel ċans li jkollu kulħadd joħroġlok saqajh biex jagħtik gambetta għaliex tkun qed tbiddel l-affarijiet.", "Issa hawnhekk verament hawn bidla kbira.", "Aħna stess ma nirrealizzawhiex din però l-parir tiegħi lill-Ministru li se jkun inkarigat huwa li kemm jista' jkun ikollu kontroll tal-modalitajiet kollha tagħha għax se jkunu vulnerabbli ħafna għaliha.", "Aħna rridu li din il-liġi tirnexxi, irriduha ssir u proprju aħna ġejna ngħidu li hemm bżonn li jkun hemm il-kunsens taż-żewġ naħat tal-Kamra fl-għażliet ta' dawn il-persuni proprju biex nassiguraw li dawn isiru u jaħdmu tajjeb.", "Jien niftakar li meta sirt Segretarju Parlamentari, waħda mill-ewwel affarijiet li ddiskutejna jien u Dr Tonio Borg kienet dwar dan l-Att X tal-2002 u d-diffikultajiet biex timplimentah.", "Imbagħad jien bqajt niġi kkritikat fil-gazzetta għax ma kontx qed nifred dawn l-entitajiet, jiġifieri din il-kritika ilha ġejja.", "Issa li l-Istat għandu l-finanzi, jista' jagħmel żewġ aġenziji u jista' jimpjega aktar nies.", "Il-Ministru ċertament li għandu nies li knformawh li waħda mid-deċiżjonijiet li ħadna fl-aġenzija kienet li nkabbru sew l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Kellna diffikultajiet fil-culture change.", "Illum mhux kollox ward u żahar imma l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa ferm aħjar minn dak li writt jiena u li għaddejt lil ta' warajja.", "Dan għaliex ħadna ċerti deċiżjonijiet tajbin u iebsa biex immexxu l-affarijiet 'il quddiem mingħajr ma weġġajna lin-nies.", "Fortunatament fl-Università għandna aktar studenti li qegħdin jitgħallmu biex isiru avukati u hawnhekk irrid nagħmel osservazzjoni ulterjuri biex nuri l-intenzjonijiet tajba tal-Oppożizzjoni u li l-Oppożizzjoni timmerita li tiġi ttrattata tajjeb.", "Hemm kors fl-Università, li kont ħloqt bis-saħħa ta' Dr Kevin Aquilina, li permezz tiegħu n-nies jieħdu formazzjoni bażika tal-liġi u li abbażi tagħha jsiru impjegati fil-qorti.", "Ċertament li l-Ministru dan sabu utli u dan ma jistax jiċħdu għax jien rajt ħafna wċuħ familjari.", "U meta din is-sena ċċekkjajt sibt li hemm xi 20 persuna oħra jitgħallmu.", "Issa ladarba jidħol fis-seħħ dan l-Abbozz ta' Liġi jkun hemm ukoll il-possibilità li mis-sena li ġejja dak il-kors jiġi modifikat ftit biex minnu joħorġu legal personnel.", "Hawn mhux qed nirreferi għall-prokuraturi legali jew għall-avukati imma għal-legal officers li jistgħu jidħlu u jaħdmu hemmhekk.", "Jien ma rridx li n-nies iduru fuqna u jgħidulna: Basta għamiltuha, imbagħad m'għandkomx biex taħdmu!", "Jien nirvella meta n-nies jaħsbu li ġo dan il-Parlament m'aħniex nies intelliġenti u m'aħniex kapaċi naħsbu l-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx.", "Hemmhekk il-Ministru għandu żona oħra li fiha jista' jagħmel l-affarijiet.", "Fl-aħħar mill-aħħar in-nies jinteressahom li l-affarijiet jimxu u jimxu sew, u li jekk huma jitressqu l-qorti ssir ġustizzja magħhom.", "Illum, u anke fi żmieni, kien hemm ċertu dewmien.", "Mhux qed ngħid li dan huwa tort tal-Ministru imma hemm ċerti każijiet li hemm skrutinju fuqhom.", "Pereżempju ġieli nkun il-qorti u jkun hemm maġistrata li tgħidli li t-tali każ ilu pendenti mit-tali żmien.", "Issa dan jista' jkun tort tad-difiża u jista' jkun ukoll tort tal-prosekuzzjoni.", "Issa kif isir l-iskrutinju meta jkun tort tal-prosekuzzjoni?", "L-iskrutinju tiegħu bħalissa jsir meta l-imputat tmissu x-xorti li xi ġurnalist jaqbad il-każ tiegħu u jġibu fil-gazzetta.", "Mill-bqija hemm diversi nies li qed jistennew biex issir ġustizzja magħhom.", "U dan mhux qed isir taħt dan il-Ministru biss imma kien isir anke meta kont responsabbli jien.", "Xi skrutinju se jkun hemm?", "Kieku f'din il-liġi nagħmlu li r-rapport jiġi ppreżentat hawnhekk kif isir fil-każ tal-Ombudsman … Ir-rapport tal-Ombudsman jitressaq quddiem kumitat permanenti tal-Kamra u jiġi diskuss per filo e per segno, imbagħad wara li jiġi diskuss, l-Ombudsplan jiġi approvat mill-Kamra.", "Tajjeb jew ħażin, dan huwa xogħol li għamel Gvern Nazzjonalista allavolja jiġi kkritikat li f'25 sena m'għamel xejn għax kulħadd kien rieqed u jgħidu li n-nies li kienu jtellgħu lill-Gvern Nazzjonalista kienu jmorru jsibu lill-Ministri reqdin u ma jagħmlu xejn.", "Gvern Nazzjonalista għamel ħafna xogħol imma forsi ma tkellimx biżżejjed dwaru.", "Dak ix-xogħol m'għamlux biex ikollu l-kukkardi fuqu l-ħin kollu jew il-midalji bħal dawk il-piloti tal-gwerra skont kemm ikunu waqqgħu ajruplani.", "Hemm dan ix-xogħol li sar u għandna nimxu fuqu.", "Il-pożizzjoni tagħna hija li għalkemm napprezzaw li dan huwa Abbozz ta' Liġi li aħna insistejna għalih, però fih hemm punti, speċjalment din taż-żewġ terzi, li lilna jġibuna fil-pożizzjoni li ngħidu li aħna f'dan l-istadju m'aħniex se nivvotaw favur tiegħu.", "Il-Ministru semagħni nikkritika l-liġi biċċa biċċa u semmejt il-punti kollha.", "Kieku jien ġejt hawnhekk u għedt sempliċement li se nivvotaw kontra u poġġejt bilqiegħda kien ikollu raġun jilmenta imma jien għamilt elenku ta' affarijiet.", "Dan l-elenku jitwieled minn ħaġa waħda; jitwieled mill-bżonn li jkun hemm kunsens bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq dawn ir-riformi li l-Venice Commission qaltilna biex nagħmlu.", "Hemm bżonn li jkun hemm kunsens mhux biss fuq il-konċett.", "Il-konċett huwa konċett, imma meta tiġi biex tħaddmu jqumu ċerti diffikultajiet, imbagħad hemm il-kwestjoni taż-żewġ terzi li l-Gvern injora.", "Il-Venice Commission tagħti l-parir tagħha imma kif timplimentah hija ħaġa oħra.", "(Interruzzjonijiet) Kemm hi tajba!", "(Interruzzjonijiet) Intom ma tistgħux tiġu hawn u tinjoraw dak li qed tgħidilkom l-Oppożizzjoni.", "Issa jekk l-Oppożizzjoni ilha dan iż-żmien kollu titkellem fuq iż-żewġ terzi, kif jista' l-Ministru jiġi b'Abbozz ta' Liġi li ma fihx il-kwestjoni taż-żewġ terzi u jippretendi li l-Oppożizzjoni se tgħid signor si!", "Jien kont fis-siġġu tiegħek.", "Jekk ħaġa tridha tgħaddi bil-kunsens tal-Oppożizzjoni trid iġġib lill-Oppożizzjoni on board.", "Kieku kont irrid ngħaddi minn fuq l-Oppożizzjoni, kont ngħaddi minn fuq l-Oppożizzjoni, imma kien ikun żball!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici għamel 54 minuta diskors biex jgħidilna li l-Oppożizzjoni se tivvota kontra dan l-Abbozz ta' Liġi, imma din ma kenitx sorpriża.", "Tan-naħa l-oħra jmorru barra l-pajjiż jgħidu li dan il-Gvern qiegħed jonqos milli jagħmel ir-riformi istituzzjonali u meta mbagħad il-Gvern jipproponi riformi istituzzjonali, terġa' u tgħid skont ma tgħidilna l-Venice Commission, l-Oppożizzjoni tiddikjara li se tivvota kontra!", "(Onor. Membri: Hear, hear) Dik hija r-realtà.", "In-naħa l-oħra qed tgħidilna li l-Avukat Ġenerali għandu jiġi maqbul biż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Issa meta aħna għandna Membri tal-Oppożizzjoni li lanqas jaqblu bejniethom dwar lil min se jaħtru minflok l-Onor.", "David Stellini, kif tista' inti tafda u tagħmel emenda bħalma qiegħed jipproponi l-Onor.", "Mifsud Bonnici li biex jinħatar l-Avukat Ġenerali trid iż-żewġ terzi tal-Kamra?!", "Dawn lanqas bejniethom ma kienu kapaċi jaqblu dwar min se jinħatar membru parlamentari!", "Però mhux għalhekk biss.", "Din l-emenda li qiegħed isemmi l-ħabib tiegħi, li biex jinħatar Avukat Ġenerali jrid ikun hemm iż-żewġ terzi tal-Kamra, mhux biss jien ma naqbilx magħha, mhux in-naħa tal-Gvern biss ma taqbilx magħha, imma lanqas l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello, li żgur mhuwiex xi bniedem li għandu xi simpatija lejn il-Gvern.", "Fil-fatt dan qal li fuq il-karta dan il-konċett jidher \"flawless\" – dik hi l-kelma li uża – imma fil-prattika ma jaħdimx.", "Nerġa' ngħid, dan mhuwiex kliemi, imma huwa kliem l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello.", "Jekk hawn xi ħadd li jifhem fil-Kostituzzjoni jkolli nbaxxi rasi għalih, però n-naħa l-oħra tibqa' tinsisti fuq dan għax naturalment xi skuża jew xi pretest biex tivvota kontra trid issib.", "Mhux biss il-Venice Commisson qalet li m'hemmx għalfejn ikun hemm din l-emenda taż-żewġ terzi imma jiena nitkellem kontra li jkun hemm din il-bidla li qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni għaliex ma tagħmilx sens.", "Il-Gvern ma jistax jilleġiżla b'dan il-mod fuq kariga li fl-aħħar mill-aħħar irid iwieġeb hu għaliha għax l-Avukat tal-Istat huwa l-avukat tal-Gvern.", "Bir-raġunament tal-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, kważi kważi l-Gvern jista' jabdika u tibda taħtar l-Oppożizzjoni b'mod dirett meta fl-aħħar mill-aħħar il-Gvern qiegħed jirrappreżenta x-xewqa u r-rieda tal-poplu.", "Għandna Gvern li huwa elett b'mod demokratiku, b'maġġoranza li kulħadd jaf x'inhi.", "Għadna ħerġin minn test elettorali fejn dik il-maġġoranza mhux biss ġiet ikkonfermata imma saħansitra kompliet tikber, u allura l-Gvern għandu l-mandat elettorali u jrid jirrispetta x-xewqa tal-poplu li jimplimenta l-bidliet.", "Sinjura President, jekk se nimxu strettament ma' dak li tgħid il-Venice Commission, il-Membri tal-Oppożizzjoni ma jistgħux imorru jagħmlu l-kawżi l-qorti fuq il-ħatra tal-ġudikatura u jgħidulna li m'aħniex nimplimentaw il-Venice Commission Report fuq il-mod kif tinħatar il-ġudikatura, imbagħad illum, fuq il-ħatra tal-Avukat tal-Istat u l-ħatra tal-Avukat Ġenerali qegħdin nimxu ma' dan ir-rapport u qed jgħidulna li se jivvotaw kontra għax qed jgħidu li mbagħad hija diskrezzjoni tal-Gvern kif timplimenta dak ir-rapport!", "Din se nibqa' nfakkarhielu lill-Onor.", "Mifsud Bonnici jekk ikun hemm l-okkażjoni li n-naħa tal-Gvern ma timplimentax lock, stock and barrel il-Venice Commission Report.", "Naħseb li hemm istanzi fejn irridu nistudjaw sew dak ir-rapport u naraw kemm minnu se nimplimentaw lock, stock and barrel u kemm le.", "Hu stess illum qed jgħidilna li aħna għandna d-diskrezzjoni kif nimplimentawh.", "Sinjura President, jien ma rridx noqgħod immur lura wisq fis-snin imma rrid bilfors nagħmel ftit referenza għal snin passati riċenti fosthom meta l-ħabib tiegħi l-Onor.", "Mifsud Bonnici kien Ministru tal-Ġustizzja.", "Dakinhar kienu aktar meħtieġa mil-lum dawn il-bidliet istituzzjonali u ma sar xejn.", "Aħna stennejna li ssir xi ħaġa.", "Qed ifakkarna li fl-2002 kien hemm Abbozz ta' Liġi imma mill-2002 sal-2013 għaddew 11-il sena u fi 11-il sena ma sar xejn!", "Hawnhekk se jkolli bilfors insellem lill-ħabib tiegħi l-Ministru Owen Bonnici għal din il-bidla kuraġġuża li qiegħed iressaq 'il quddiem.", "Iva, din hija bidla kuraġġuża.", "Kif qal l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici hija bidla li ġġib diffikultà u ġġib ċerti sfidi imma aħna ma nibżgħux nagħmluha għax għandna l-kuraġġ li nimplimentaw dawn il-bidliet.", "Din il-bidla fil-mod kif jaħdem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilu jinħass il-bżonn tagħha s-snin.", "Niftakar li kont għadni lanqas iggradwajt bħala avukat u fil-qrati kien jinħass il-bżonn li nissegregaw il-funzjoni tal-Avukat Ġenerali bħala konsulent tal-Gvern mill-funzjoni l-oħra li jmexxi l-prosekuzzjoni tar-reati, li joħroġ l-att tal-akkuża, li jkun il-prosekutur fil-ġurijiet.", "Fil-Kamra tal-Avukati din id-diskussjoni kienet tqum jekk mhux ta' kull ġimgħa, kull ġimagħtejn jew tlieta.", "Minkejja dan, għaddew is-snin u ma sar xejn, imma llum wasalna fil-mument li nimplimentaw din il-bidla kuraġġuża.", "Sinjura President, is-sistema li l-Avukat Ġenerali jinkorpora f'persuna waħda l-funzjoni ta' konsulent tal-Gvern u tad-difensur tal-Gvern fil-kawżi kostituzzjonali, fil-kawżi ċivili u fil-kawżi amministrattivi, imbagħad jilbes ukoll il-kappell ta' prosekutur ilha teżisti mill-1936 u minkejja li kien hemm il-ħtieġa ta' bidla, tul is-snin ħadd ma ħass il-bżonn li jwettaq din ir-riforma.", "Dan fi żmenijiet ukoll fejn forsi dik ir-riforma kienet aktar meħtieġa milli hi llum.", "L-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici semma d-dritt tal-Avukat Ġenerali ta' nolle prosequi u allura jkun tajjeb li nispjegaw dan id-dritt speċjali li għandu u li safejn naf jien mill-2013 ma ġiex użat mill-Avukat Ġenerali u jekk ġie użat żgur li ma ġiex abbużat.", "Fi żmien l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm istanza waħda partikolari fejn il-jedd tan-nolle prosequi tal-Avukat Ġenerali mhux biss ġie użat imma ġie abbużat.", "Kulħadd jaf il-każ tal-Eks Kummissarju George Grech kif beda u kif spiċċa.", "Imma x'inhu dan id-dritt tan-nolle prosequi?", "Id-dritt tan-nolle prosequi hu fejn ikollok inkjesta maġisterjali - u llum kulħadd jaf x'inhi inkjesta maġisterjali daqskemm smajna dwarhom - u l-maġistrat li jmexxi l-inkjesta jgħid li hemm lok li l-pulizija tmexxi kontra individwu \"A\" jew kontra individwu \"B\" u jindika lill-pulizija liema huma dawk ir-reati li dwarhom għandha toħroġ l-att tal-akkuża.", "L-Avukat Ġenerali għandu setgħa straordinarja li jaqleb ta' taħt fuq dak li jkun iddeċieda dwaru l-maġistrat inkwerenti.", "Din hija setgħa li rarament tintuża.", "Fil-każ tal-Eks Kummissarju George Grech kellek Kummissarju tal-Pulizija li kien ukoll il-Kap tas-Servizz Sigriet li dwaru kien hemm inkjesta maġisterjali dwar reati serjissimi.", "Fil-fatt kien hemm allegazzjoni ta' attentat ta' stupru, jiġifieri ma kienx hemm inkjesta maġisterjali leġġera fuq xi reat ħafif.", "F'dak il-każ, il-maġistrat inkwerenti sab li kien hemm lok li jittieħdu proċeduri kriminali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija.", "Imma x'ġara?", "Jidħol l-Avukat Ġenerali fin-nofs, jaqleb ta' taħt fuq id-deċiżjoni tal-maġistrat inkwerenti u jordna li ma jittieħdu ebda proċeduri kriminali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija.", "Din kienet ir-realtà tas-sitwazzjoni istituzzjonali li kellna f'pajjiżna qabel l-2013.", "Tajjeb li nsemmi wkoll kif l-Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet tittratta l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Illum qed jgħidulna li l-Gvern għandu jinfatam għalkollox mill-ħatra tal-Ġudikatura u li l-Eżekuttiv m'għandu bl-ebda mod jindaħal fil-mod kif jinħatar imħallef jew prim imħallef.", "X'kienu jagħmlu fi żmienhom?", "Fi żmienhom mhux biss kien jaħtru l-Avukat Ġenerali bis-sistema ta' dak iż-żmien, l-istess sistema li għad għandna sal-lum u s-sistema li qed ngħidu li se nibdlu, imma saħansitra l-Avukat Ġenerali mbagħad kien jinħatar Prim Imħallef.", "Mela dan kien jagħmel snin Avukat tal-Gvern imbagħad f'mument minnhom naħtruh Prim Imħallef.", "Mur agħmilha llum dik!", "Kemm jgħajruna li rridu nikkontrollaw u naħtfu l-Ġudikatura!", "Din hija r-realtà li kellna fis-snin taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista!", "Realtà oħra – u ħasra li l-Onor.", "Mifsud Bonnici telaq mill-Kamra – kienet li l-Prim Imħallef kien ikun ħu ministru tal-Gvern.", "Dawn huma r-realtajiet li kellna f'pajjiżna.", "Mela ejja naraw ftit minn fejn tlaqna mhux wisq snin ilu imma minn ftit qabel l-2013.", "Dawn huma r-realtajiet li kellna f'pajjiżna u llum aħna kellna l-kuraġġ li nressqu l-bidliet.", "Mhuwiex faċli li wieħed iressaq din il-bidla 'l quddiem għaliex, kif qal tajjeb il-kollega tiegħi l-Onor.", "Mifsud Bonnici, hemm diffikultajiet prattiċi li wieħed ikollu jħabbat wiċċu magħhom.", "Aħna m'għandniex il-biżgħa li nagħmlu dawn il-bidliet.", "Jekk m'hemmx ir-riżorsi rridu nsibuhom.", "Jekk m'hemmx riżorsi ta' avukati li semma rridu ningaġġaw aktar avukati u jekk l-avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed imorru lejn is-settur privat irridu, kif diġà għamilna, inkomplu ntejbu l-kondizzjonijiet biex niġbduhom lejn l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u tal-Istat ukoll.", "Sinjura President, ebda bidla ambizzjuża ma sseħħ b'mod faċli imma xorta ma tridx tibża' minnha.", "Irid ikollok il-viżjoni u l-kuraġġ li timplimenta l-bidliet.", "Fl-aħħar mill-aħħar għaliex aħna gvern?", "Aħna gvern għax ma nibżgħux mill-bidliet.", "Il-bidliet istituzzjonali huma kruċjali f'kull pajjiż, f'kull stat demokratiku u huma proċess fluwidu.", "Dan il-proċess li qegħdin nagħmlu llum jista' jkun jiġi għada pitgħada u ngħidu li rridu nagħmlu reviżjoni mill-ġdid tiegħu.", "Jiġi żmien meta ngħidu li rridu nerġgħu nagħmlu revisiting ta' dak li għamilna fl-2019, fl-2020 jew fl-2021 għax dan huwa proċess dinamiku, proċess fluwidu u proċess li llum qed jiġi skrutinizzat ukoll mill-Kunsill tal-Ewropa u minn istituzzjonijiet barranin oħra.", "Aħna ma niddejqux li jkollna skrutinju minn barra 'l pajjiż.", "Li niddejqu aħna hu li jkollna min fostna hawnhekk jagħmel il-ħsara u jixħet spotlight mhux ġustifikat fuq pajjiżna kif ġara riċentement.", "Niddejqu li jkollok Membru Parlamentari ta' din il-Kamra li jmur fuq il-Euronews jagħmel intervista diżgustanti b'kontenut diżgustanti kontra pajjiżna!", "Qabel ġejt hawnhekk erġajt rajt din l-intervista.", "Diżgustanti!", "Jiddispjaċini ngħid!", "Agħti l-fehma tiegħek, imma tmurx tkisser lil pajjiżek!", "Għal xiex qed jipprovaw jaslu meta jagħmlu din il-ħsara?", "Dawn l-affarijiet ma nifhimhomx!", "Mhuwiex ħażin li tgħid li hemm bżonn ċerti riformi fil-pajjiż.", "Anke jien nemmen li hemm bżonn ir-riformi u jien ili snin nemmen li din ir-riforma li qed nagħmlu llum hija meħtieġa, imma l-vuċi tiegħi semmajtha fejn kelli nsemmagħha u mhux immur inkisser lil pajjiżi barra u ngħid għax m'għamilniex din il-bidla.", "Dawn huma affarijiet illoġiċi għall-aħħar.", "X'għanijiet qed jipprovaw jilħqu b'dan?", "Dawn huma tattiċi li żgur li ma ħadmux mal-poplu Malti.", "Għal darba, darbtejn, tlieta għandna konferma, u xorta waħda nibqgħu ninsistu dwarhom!", "Ftit ħin ilu kont qed insemmi l-mod kif kienu jaħdmu l-istituzzjonijiet qabel u kif qed jaħdmu llum.", "Infakkar li qabel l-2013 kellna sentenza tal-Qorti Ewropea kontra pajjiżna li kienet ikkummentat fuq il-mod kif kienu jsiru l-ħatriet fi żmien il-Gvern Nazzjonalista.", "Taf x'kienet qaltilna din is-sentenza?", "Li għandna family jamboree kienet qaltilna l-Qorti Ewropea, fejn il-Prim Imħallef jiġi ħu l-Ministru u l-Ministru jaħtar lill-Prim Imħallef!", "Inċest istituzzjonali kellna f'pajjiżna!", "Il-Ministru jaħtar lil ħuh bħala Prim Imħallef!", "Dak li kellna aħna!", "X'differenza llum!", "Minkejja din il-kritika kollha, din hija waħda mill-aktar bidliet tanġibbli li ressaqna 'l quddiem fir-riforma tal-istituzzjonijiet!", "Hawnhekk ma nistax ma nsemmix ir-riforma daqstant ieħor b'saħħitha li għamilna fil-mod kif tinħatar il-Ġudikatura.", "Qabel l-2013, għal darba, darbtejn, tliet darbiet u għal għexieren ta' drabi l-Prim Ministru kellu s-setgħa esklużiva, insindakata li ma kien jindaħallu fiha ħadd, biex jaħtar il-membri tal-Ġudikatura.", "Niftakar li fi żmien il-Prim Ministru Fenech Adami l-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja kienet ġibditlu l-attenzjoni li, skont hi, persuna li kien qed jipproponi li jaħtar b'mod dirett bħala mħallef ma kenitx tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kostituzzjoni għax ma kellhiex biżżejjed prattika kif titlob il-Kostituzzjoni.", "It-tweġiba tiegħu lill-Kummissjoni kienet: Tindaħallix!", "Hawn mhux se nsemmi arroganza u mhux arroganza, imbagħad jiddeċiedi l-poplu x'kienet.", "Dan huwa l-mod kif l-Eżekuttiv ta' dakinhar kien jirrispetta lill-istituzzjonijiet jew jinjora jew iwarrab lill-istituzzjonijiet!", "Dik hija r-realtà li kellna dakinhar!", "Illum, mill-aħħar leġiżlatura, bdilna ta' taħt fuq il-proċess li bih tinħatar il-Ġudikatura għaliex inħatar il-Judicial Appointments Committee li quddiemu jiġu vetted l-applikazzjonijiet ta' persuni li jkunu interessati li jokkupaw kariga fil-Ġudikatura.", "Imbagħad l-iskrutinju tal-kandidati li jsir jiġi mgħoddi lill-Prim Ministru u l-Prim Ministru, kif għandu jkun, għandu s-setgħa finali li jgħid iva jew le.", "Sinjura President, aħna għamilna bidla mill-aktar kuraġġuża għax il-Prim Ministru litteralment reħa minn idejh setgħa assoluta li kellu li żgur li ebda prim ministru tal-Partit Nazzjonalista ma kien qatt lest li jitlaq minn idejh.", "Dan il-Gvern telaqha minn idejh u llum nistgħu ngħidu li għandna sistema ta' ħatra tal-Ġudikatura aktar solida, li tagħmel skrutinju minn kumitat indipendenti, kumitat li ma jwieġeb lil ħadd.", "Hekk ukoll se tkun il-ħatra tal-Avukat Ġenerali kif ukoll tal-Avukat tal-Istat li qed nipproponu f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Interessanti ħafna huwa l-metodu ta' kif se jinħatar l-Avukat tal-Istat kif ukoll l-Avukat Ġenerali wara li jintemm it-terminu tal-Avukat Ġenerali preżenti.", "Żgur li għall-ħatra ta' Avukat tal-Istat ma kienx hemm bżonn li jkun hemm sejħa pubblika.", "L-Avukat tal-Istat huwa l-avukat tal-Gvern, u allura kif kull persuna għandha d-dritt li tagħżel l-avukat tagħha, il-Gvern dejjem seta' jargumenta, korrettement, li għandu d-dritt li jagħżel hu min se jkun qed jirrappreżenta l-interessi tiegħu.", "Aħna m'għamilniex hekk imma għamilna riforma li permezz tagħha se jkun hemm kummissjoni li se tirċievi, tiskrutinizza u tagħżel fost l-applikazzjonijiet li jkollha u tista' wkoll tagħmel il-grading.", "Jekk ikollha ħames applikazzzjonijiet tista' tgħid min ġie l-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba' u l-ħames.", "Tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet b'mod aktar ġeneriku.", "Dak ir-rapport imbagħad jiġi mgħoddi lill-Prim Ministru u naħseb li ebda prim ministru, sakemm ma jkunx irid jagħmel suwiċidju politiku, ma jista' jinjora dak li tgħidlu l-Kummissjoni.", "Immaġina li l-Kummissjoni tgħidlek li kandidat ġie l-ħames u inti tagħżel lilu!", "Dik hija r-realtà.", "Irrid ngħid ukoll li din is-sejħa li qed ikollna biex l-Eżekuttiv jinqata' kompletament mill-ħatra tal-Ġudikatura hija xi ħaġa li tinkwetani mhux biss għax l-Eżekuttiv ifisser u jirrappreżenta lill-poplu li għoġbu jagħtih il-mandat tiegħu, imma wkoll minħabba l-kwestjoni taċ-checks and balances.", "Aħna għandna prinċipju bażiku ta' checks and balances fejn istituzzjoni hija għassies ta' istituzzjoni oħra.", "Għandna dan il-proċess fejn il-Parlament huwa għassies tal-Eżekuttiv, il-Ġudikatura hija għassiesa tal-Eżekuttiv u allura kull istituzzjoni tgħasses lil oħra.", "Dan huwa konċett li tgħallimnieh fuq il-bankijiet tal-Università, konċett li għandu ħafna mill-bonsens.", "X'qed ngħidu aħna?", "Qed ngħidu li għandna mmorru għal mudell fejn il-Gvern jinqata' 'l barra għalkollox f'karigi kruċjali?", "Jew għandna noħolqu mudell kemmxejn differenti anke fil-ħatra tal-Ġudikatura, fejn forsi anke nibdlu l-kompożizzjoni tal-kumitat li semmejt aktar qabel li jagħmel l-iskrutinju tal-Ġudikatura?", "Għaliex le?", "Għaliex m'għandhiex tkun il-Ġudikatura li jkollha l-maġġoranza f'dak il-kumitat?", "Nistgħu ngħidu li l-Ġudikatura għandu jkollha 50% u wieħed jew iżjed minn 50% u wieħed imma li l-Eżekuttiv jinqala' kompletament 'il barra; din hija xi ħaġa li naħseb li wieħed għad irid jiddibattiha bis-serjetà.", "Imma ħalli nerġa' mmur lura għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ir-realtà tgħid ukoll li fejn għandek il-ħatra tal-Ġudikatura, il-ħatra tal-Avukat Ġenerali u l-ħatra tal-Avukat tal-Istat huma liġijiet kumplimentari għal xulxin għax huma kollha liġijiet li jiċċentraw l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Waħda għandha relazzjoni mal-oħra u fl-aħħar mill-aħħar il-prinċipji tista' tgħid li huma ġenerali.", "Il-konċett bażilari u prinċipali f'din il-liġi huwa li l-Avukat tal-Istat se jżomm għalih il-karigi ta' konsulent tal-Gvern.", "Minbarra li jagħti pariri lill-Gvern, l-Avukat tal-Istat se jkun dik il-persuna - hu jew l-avukati l-oħra li jkunu jaħdmu fl-aġenzija tiegħu - li se jkun qed jirrappreżenta lill-Gvern fil-kawżi ċivili.", "Aħna nafu li diversi ċittadini jagħmlu kawżi ta' natura ċivili, ta' natura amminstrattiva jew ta' natura kostituzzjonali kontra l-Gvern.", "Hemmhekk il-Gvern se jkun rappreżentat minn din il-kariga ġdida ta' Avukat tal-Istat, u mhux iżjed mill-Avukat Ġenerali.", "Fl-opinjoni tiegħi l-bidla kruċjali u fundamentali li dan l-Abbozz ta' Liġi se jressaq 'il quddiem, kif spjega tajjeb il-Ministru Bonnici, hija fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Rigward l-Avukat tal-Istat bażikament qed naqbdu funzjoni diġà eżistenti li jagħmilha l-Avukat Ġenerali, qed naqilgħuha mill-funzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mmexxuha lejn il-figura tal-Avukat tal-Istat.", "Din hija bidla importanti però l-aktar waħda kruċjali hija l-bidla fil-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali.", "Hemmhekk għandna bidliet li huma, fl-opinjoni tiegħi, topiċi ħafna, li huma kurrenti mar-realtajiet tal-ġurnata, kurrenti mal-bżonnijiet tagħna bħala pajjiż u li huma bidliet effettivi.", "Tul is-snin li għaddew kont avukat prattikanti fil-qrati tagħna.", "U x'rajna tul is-snin?", "Mingħajr ma noffendi s-sentiment ta' ħadd irrid ngħid li rajna realtajiet fil-qrati tagħna, realtajiet ta' persuni li evidentement ikunu ħatja ta' reat, li jiġu liberati fuq teknikalità, minħabba żball tal-prosekuzzjoni.", "Dawn huma realtajiet li ġraw u li ħadd ma jista' jinnegahom.", "Rajna realtajiet fejn minħabba żball fl-akkuża, minħabba li l-prosekuzzjoni tonqos milli tressaq prova essenzjali, ikollok nies bħal traffikanti tad-droga li joħorġu liberati.", "Tibki u tgħid: Kif qatt seta' jiġi liberat?", "Min-naħa l-oħra tibda tifhem il-piżijiet sproporzjonati li jkollha l-pulizija fuqha.", "Inti għandek uffiċjali tal-pulizija li jridu jerfgħu l-piż tal-investigazzjoni u allura jridu jitilqu minn punt ta' tluq fejn ma jkunu jafu xejn dwar ir-reat.", "Mela dawn iridu jibdew jinvestigaw, isibu l-provi, imbagħad ġaladarba jsibu l-provi jaslu għall-akkużat.", "Ġaladarba jsibu l-akkużat, iridu jinterrogawh, imbagħad ifasslu l-att tal-akkuża jew iċ-ċitazzjoni, iressquh il-qorti, u fil-qorti mbagħad jassumu t-tieni rwol li hu dak ta' prosekutur.", "Għalhekk l-ewwel rwol huwa dak ta' investigatur u t-tieni rwol huwa dak ta' prosekutur.", "Mela spettur tal-pulizija, li huwa l-prosekutur quddiem il-Qrati tal-Maġistrati, kien qed ikollu jilbes żewġ kpiepel minbarra xogħlijiet oħra amministrattivi li kellu jagħmel fl-uffiċċju tal-għases.", "Dawn huma realtajiet.", "Imbagħad bilfors li l-pressjoni tax-xogħol twasslek għall-iżbalji.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jirrikonoxxi dik ir-realtà.", "Mhijiex xi realtà li se nsolvuha mil-lum għal għada għax huwa diffiċli biex tagħmel bidla fil-mod kif jitmexxew il-kawżi kriminali tul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, imma dejjem b'din is-sistema mxejna.", "Kulħadd jgħidlek li hemm bżonn il-bidliet.", "Sinjura President, għamilna proġett pilota f'dan is-sens fejn f'kawżi tat-traffiku quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale – illum Imħallef - kellek il-pulizija li kienet ix-xhud u l-prosekutur kien ġie outsourced lil avukat privat.", "Dan huwa ftit differenti minn dan il-konċett li qed insemmu llum imma fil-prinċipju qed ngħidu l-istess ħaġa għax il-prosekuzzjoni hija distinta mill-pulizija.", "Il-pulizija ġġib il-provi u tkun xhud, imbagħad il-prosekuzzjoni tmexxi l-kawża.", "Dan il-proġett pilota ħadem u kulħadd jgħidlek li ħadem.", "Illum qed nagħmlu l-pass li jmiss.", "Qed ngħidu li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jkollu s-setgħa li jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga.", "Ma ninsewx kemm Dr Peter Grech kien soġġett għal kritika inġusta għax ma għamilx \"hekk\", \"hekk\", u \"hekk\", meta l-liġi kienet tipprekludih milli jagħmel dak kollu li l-Oppożizzjoni u l-alleati tagħha kienu qed jakkużawh li ma kienx qed jagħmel!", "Kulħadd kien jippretendi li Dr Peter Grech bħala Avukat Ġenerali jieħu ċerti azzjonijiet li l-liġi ma kenitx tippermettilu jieħu!", "Dik hija r-realtà!", "Il-Kodiċi Kriminali ma kienx jagħtih il-fakultà!", "Kemm sofra insulti u kemm għajruh!", "B'din il-liġi issa l-Avukat Ġenerali se jkollu setgħat ferm aktar wiesgħa li permezz tagħhom jista' jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga.", "L-Avukat Ġenerali jista' jitlob ukoll li jiġi aġġornat bl-investigazzjonijiet.", "Jista' jesiġi lill-Kummissarju tal-Pulizija biex joħroġ l-akkużi.", "L-Avukat Ġenerali se jkun ukoll prosekutur.", "X'inhi s-sistema li għandna llum?", "Illum għandna sistema li nsejħilha biċċa minn kollox, għax fir-realtà mudell simili għal dak li qed nintroduċu b'din il-liġi tal-lum diġà jeżisti fil-ġurijiet.", "Fil-ġurijiet, fejn inti għandek reati ta' ċerta serjetà, dan il-konċett diġà jeżisti, għax inti għandek il-pulizija li hija xhud, tressaq il-provi fil-ġuri, u l-kawża għal dak li huwa l-Istat titmexxa min-naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Din hija r-realtà li għandna llum.", "Mela hawn qed ngħidu li dak il-mudell l-aktar indikat u tajjeb li wieħed imexxi bih 'il quddiem, qed jiġi estiż ukoll għal kawżi oħrajn li huma inqas gravi.", "X'se jkun ir-riżultat finali?", "Ir-riżultat finali se jkun li se ttejjeb il-prosekuzzjoni, il-convictions u s-sejbien ta' ħtija għax ma jkollokx nies li manifestament ikunu wettqu reat li jiġu liberati fuq teknikalità.", "Dik hija xi ħaġa li aħna bħala pajjiż ma nifilħux li ssir.", "Min iwettaq reat irid iħallas tiegħu.", "Sempliċi ħafna.", "Ma jistax ikollok sitwazzjoni li xi ħadd jiżgiċċa għax ikollu avukat tajjeb ħafna.", "Jekk persuna wettqet reat, partikolarment jekk ikun wieħed serju, trid tħallas ta' għemilha.", "L-Istat għandu l-obbligu li għal dak li jikkonċerna lilu fuq in-naħa tal-prosekuzzjoni, il-prosekuzzjoni ssir bl-aqwa mod possibbli.", "Dan billi jkollok avukati li jmexxu l-prosekuzzjoni u billi jkollok pulizija mħarrġa tajjeb biex imexxu l-ġbir tal-provi.", "Hekk jaħdmu l-affarijiet.", "Din il-bidla ambizzjuża li se jkollna se twassalna għal mudell fejn inti se jkollok l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Korp tal-Pulizija nnifsu u dak li se jissejjaħ il-Prosecutions Unit, li issa jridu jaħdmu b'sinerġija ma' xulxin.", "Din mhijiex xi bidla li se ssir mil-lum għal għada.", "Għandna l-enerġija li nagħmlu din il-bidla, hemm il-mod kif se ssir, però mhijiex bidla li tista' ssir mil-lum għal għada.", "Raġuni ewlenija hija l-kawżi li hemm pendenti.", "Mhijiex xi bidla li ssir billi nieħdu vot fuqha hawnhekk, tinbidel il-liġi u tiġi implimentata mil-lum għal għada.", "Ejja nkunu realistiċi u oġġettivi.", "Lanqas m'aħna se naraw il-bidla b'mod tanġibbli mil-lum għal għada.", "Il-ħidma qed issir, il-pjanijiet qed isiru biex din is-sistema tiġi implimentata, però jrid ikollok Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jrid jissaħħaħ.", "Irid ikollok is-sinerġija ta' din is-sistema ġdida.", "Ma rridux ninsew li tajjeb jew ħażin se noħorġu minn sistema li kulħadd huwa mdorri biha u fejn kulħadd qiegħed fil-comfort zone tiegħu; il-pulizija bil-comfort zone tagħha u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bil-comfort zone tiegħu.", "Is-sistema ħadmet, ħalli ma nkunx kritiku u ngħid li s-sistema ma ħadmitx, imma kien hemm diversi istanzi fejn setgħet ħadmet aħjar.", "Huwa għalhekk li għandna din il-bidla ambizzjuża, u l-mira ta' din il-bidla ambizzjuża fil-liġi hija proprju biex ittejjeb.", "Hija realtà li kull pajjiż għandu l-kriminalità u sakemm jibqa' jeżisti l-bniedem, tibqa' teżisti l-kriminalità.", "Hija realtà f'kull pajjiż madwar id-dinja kollha li l-kriminalità qed issir aktar sofistikata.", "Jien niftakar il-Kodiċi Kriminali l-antik li kien jipprovdi li jekk kont tisraq tiġieġa meta kulħadd kien ikun bil-ġuħ, kont tgħaddi ġuri!", "Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali kienet tinżel għal serqa sempliċi ta' tiġieġa!", "Illum il-kumplessità tar-reati hija sproporzjonata.", "Biex inti tiġġieled il-kriminalità sofistikata jrid ikollok sistema ta' prosekuzzjoni u ta' investigazzjoni li tkun daqstant ieħor sofistikata u avant-garde.", "Sinjura President, fl-aħħar mill-aħħar il-mira tagħna hi li kull min jonqos irid ipatti u jħallas ta' għemilu.", "Hekk titlob soċjetà bbażata fuq is-saltna tad-dritt, li jkun hemm equality of arms bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża.", "Ma ninsewx li aħna ħerġin minn kronoloġija ta' sentenzi tal-Qorti Ewropea li jsaħħu d-drittijiet tal-akkużat.", "Jista' jkun li kellna liberatorji fuq teknikalitajiet minħabba l-inammissibilità tal-istqarrija tal-akkużat li nixtieq li ma jerġgħux iseħħu.", "Il-piż ta' min naqas li jagħmel il-bidliet fi żmienu minkejja li kellu spotlight ċara, huwa ċar.", "Għalhekk l-appell finali tiegħi lill-Oppożizzjoni hu li terġa' tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha.", "Din hija bidla li għandna nkunu kburin li se nimplimentaw.", "Hija bidla li dwarha m'għandniex noħolqu pretesti u kważi kważi skużi.", "Sabu din l-iskuża taż-żewġ terzi biex jivvotaw kontriha!", "Jien kont nistenna li jkun hemm kunsens unanimu għal din il-bidla li ilha ġenerazzjonijiet biex issir, imma mbagħad tiġi l-Oppożizzjoni llum u tgħidilna li se tivvota kontra!", "Jien nittama li sal-aħħar ta' dan id-dibattitu, meta niġu għall-istadju ta' Kumitat, l-Oppożizzjoni terġa' tikkonsidra l-pożizzjoni tagħha.", "Ejja ħalli naħdmu fuq il-liġi sabiex nimplimentawha u jkollna sistema ta' prosekuzzjoni li tkun tabilħaqq tixraq lil pajjiżna.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Ministru Owen Bonnici, jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għassena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2019 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, irrid nibda llum billi nifraħ lill-Onor.", "Kevin Cutajar, deputat ġdid fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni.", "Għalkemm personalment jien ma nafux u qatt ma ltqajt miegħu, nittama li fiż-żmien li ġej, matul din il-leġiżlatura, ikolli ċans insir nafu u naħdem miegħu bħalma nipprovaw naħdmu ma' kulħadd.", "Bla dubju flimkien nistgħu naħdmu ħafna aħjar.", "Bħalma nsellem lill-Onor.", "Kevin Cutajar, fl-ewwel okkażjoni li għandi f'dan il-Parlament irrid insellem ukoll lil David Stellini.", "Lil David Stellini ili nafu naħseb għal dawn l-aħħar għaxar snin, miż-żmien li qattajt fil-Parlament Ewropew.", "Huwa persuna abbli ħafna u dan il-Parlament tilfu.", "Jien tkellimt ftit ma' David Stellini u naf li qalbu qiegħda fil-Parlament Ewropew.", "Jien ngħid li għalkemm tlifnih minn dan il-Parlament, rebħitu Malta fi Brussell!", "Fi Brussell għandna bżonn nies bħal David Stellini u bħall-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista li jiddefendu isem Malta.", "Għalhekk għalkemm jien jiddispjaċini li David Stellini m'għadux magħna f'din il-Kamra, għaliex huwa persuna li għandu abilitajiet kbar fejn jidħol il-qasam tiegħu, partikolarment il-qasam Ewropew, Malta bħala pajjiż rebħet ħabib ieħor fi Brussell.", "Għandna bżonn li jkollna l-ħbieb, għandna bżonn anke membri min-naħa tal-Oppożizzjoni li jkunu fl-istituzzjonijiet barranin u li ma jkunux kontra Malta.", "Mir-riżultat li kellna jidher li ftit li xejn se jinbidel l-atteġġjament ta' ċerti nies minkejja li l-poplu Malti wera x'ried bil-vot tiegħu.", "Il-poplu Malti ddeċieda li ma jridx aktar politiċi li jmorru barra minn Malta u jgħidu kontra pajjiżna jew ixewxu kontra pajjiżna u li jgħidu kliem mhux xieraq fil-konfront ta' pajjiżna u l-istituzzjonijiet ta' dan il-pajjiż.", "David Stellini kien wieħed mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista li ddikjara, fil-kors tal-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li hu qatt ma jkun lest jivvota kontra Malta bħalma għamlu ż-żewġ kollegi sħabu fil-leġiżlatura tal-Parlament Ewropew li tintemm aktar tard dan ix-xahar.", "Irrid nifraħ ukoll lill-membri eletti tal-Parlament Ewropew, jiġifieri Miriam Dalli, Alfred Sant u ż-żewġ deputati ġodda Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar, u nifraħ ukoll liż-żewġ deputati tal-Partit Nazzjonalista.", "Jalla dawn xi darba jifhmu l-ħtieġa li bħala membri tal-Parlament Ewropew qegħdin jirrappreżentaw lil Malta u bħala Maltin iridu jipprovaw jiġbdu l-ħabel ta' pajjiżna minflok ifixklu x-xogħol li qed jagħmel pajjiżna.", "Naħseb li fl-istorja politika tal-Parlament Ewropew mill-1979 'l hawn qatt ma kellna sitwazzjoni fejn deputati tal-Parlament Ewropew jgħidu kontra pajjiżhom!", "Naħseb li din qatt ma ġrat ħlief fil-leġiżlatura li għaddiet u ta' qabilha.", "Diġà għandna biss sitt Membri tal-Parlament Ewropew qalb 751 membru!", "Sitta huma ftit u mhuma xejn ħdejn 751 u allura jalla xi darba anke ż-żewġ deputati tal-Partit Nazzjonalista li kienu eletti jibdew jaħdmu id f'id mal-bqija tal-Membri Parlamentari Maltin.", "Irrid nifraħ ukoll lill-għadd ta' kunsilliera li kienu eletti, kemm dawk li diġà servew fil-kunsilli lokali u li allura għandhom l-esperjenza kif ukoll lil dawk li qed iġibu enerġija ġdida u ċertu entjużjażmu fil-kunsilli lokali partikolarment numru ta' żgħażagħ f'San Pawl il-Baħar u fil-Għargħur.", "Hawnhekk m'iniex qed nitkellem fuq partiti imma fuq kunsilliera lokali li llum ammont minnhom huma żgħażagħ li għall-ewwel darba telgħu biex iservu.", "Il-politika hija sabiħa speċjalment meta tħaddimha biex tagħmel il-ġid.", "Sinjura President, f'dawn il-jiem fil-pajjiż dehret ċara aktar minn qatt qabel il-firda li hemm fil-Partit Nazzjonalista u huwa inutli li l-Kap tal-Oppożizzjoni jipprova jagħmel ballun politiku minn inċident sfortunat li seħħ nhar is-Sibt li għadda fil-Mellieħa.", "X'jiġri fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni u x'jiġri fil-Partit Nazzjonalista mhuwiex kompitu tiegħi li nitkellem dwaru għax dak jarawh huma, però jkun aħjar li l-Kap tal-Oppożizzjoni jindirizza l-isforzi tiegħu u jipprova juża l-ħin li għandu fl-Oppożizzjoni biex jipproponi miżuri tajbin f'isem il-poplu Malti u biex jibda jippreżenta lilu nnifsu u lill-Partit Nazzjonalista bħala gvern alternattiv.", "Il-pajjiż għandu bżonn Oppożizzjoni b'saħħitha, Oppożizzjoni li taħdem, Oppożizzjoni li tista' titkellem magħha, Oppożizzjoni li tipproponi u Opppożizzjoni li tkun gvern alternattiv.", "Qegħdin kważi f'nofs leġiżlatura, diġà għaddew sentejn, u tiskanta kemm għamilna xogħol f'dawn is-sentejn.", "Il-poplu, fi ftit inqas minn tliet snin oħra, se jerġa' jissejjaħ biex jagħti l-ġudizzju tiegħu.", "Il-poplu jrid jagħżel bejn żewġ programmi politiċi u l-poplu jaf fejn qiegħed magħna.", "Aħna lill-poplu għidnielu u se nkomplu ngħidulu x'inhuma l-ħsebijiet politiċi u x'inhuwa l-pjan fit-tul li għandna aħna imma mhux l-istess jista' jingħad għall-Oppożizzjoni.", "Anzi, l-unika ħaġa li tista' tgħid li semma l-Kap tal-Oppożizzjoni bħala l-viżjoni tiegħu għal dan il-pajjiż kien ilbieraħ filgħodu f'intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista.", "Xi smajna min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni?", "Smajna li huwa kontra dak il-proġett, kontra l-ieħor u kontra li jsiru t-toroq.", "Qisu kontra kollox u kontra kulħadd saret l-Oppożizzjoni!", "Huma kontra anke affarijiet li aħna wegħedna u li qed nagħmlu, bħal meta wegħedna li se nagħmlu t-toroq kollha ta' Malta u qed nagħmluhom.", "It-toroq qed nagħmluhom għax wegħedniehom.", "Il-kelma tagħna tgħodd u din ukoll hija differenza kbira li hemm bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern.", "Aħna ngħidu xi ħaġa u nagħmluha.", "Dan huwa Gvern li jaħdem, Gvern li jisma', Gvern li jwettaq u mhux Gvern li jwiegħed biss.", "M'aħniex biss partit li nwiegħdu u mbagħad ma nwettqu xejn.", "Sinjura President, jien se jkolli l-opportunità li nintervjeni fuq l-Abbozz ta' Liġi li għaddej bħalissa fl-istadju tat-Tieni Qari f'dan il-Parlament dwar l-Avukat tal-Istat u l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Dan il-Gvern stieden lill-Kummissjoni Venezja biex tagħmel analiżi tas-sitwazzjoni f'Malta u f'dan l-Abbozz ta' Liġi qed nattwaw il-proposti ta' din il-Kummissjoni.", "Minkejja dan, ikollok l-Oppożizzjoni li tikkritikana li l-Gvern mhux qed jattwa dawn il-proposti!", "(Interruzzjonijiet)", "Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni li ma tistax tirreferi għal dibattitu li għadu ma għalaqx.", "GLENN BEDINGFIELD: Jien qed nirreaġixxi fl-ambitu tal-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li filli jgħid mod u filli jagħmel mod ieħor.", "Illejla smajna li se jivvotaw kontra dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Jien nixtieq nara meta se jivvotaw favur xi ħaġa!", "Meta se jivvotaw favur xi ħaġa?", "Forsi jivvotaw favur jekk ngħollu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, jekk ngħollu t-taxxi, jekk inneħħu ċ-childcare b'xejn jew jekk ma nibqgħux nagħtu tablets lit-tfal?!", "Fuqiex se jivvotaw favur?", "Qalulna li rridu nibdlu d-direzzjoni imma liema direzzjoni eżatt irridu nibdlu ma qalulniex.", "Kont qed nitkellem fuq il-konstistenza tal-Oppożizzjoni li ma teżistix.", "Illum ma nafux x'inhuma l-ħsebijiet politiċi u x'inhi l-viżjoni politika tal-Oppożizzjoni.", "Kif għidt, diġà għaddew sentejn minn din il-leġiżlatura.", "Aħna ħdimna ħafna f'dawn l-aħħar sentejn minn mindu l-poplu reġa' fdalna t-tmexxija ta' dan il-pajjiż.", "Dawn is-snin għaddew bħal leħħa ta' berqa, għaddew malajr u dan huwa sinjal li l-Gvern kien qed ikollu ħafna x'jagħmel, għax meta jkollok ħafna x'tagħmel ma tarahx għaddej il-ħin.", "Illum qegħdin f'pożizzjoni li naraw fejn qegħdin mal-poplu wara mid-term elections.", "Dan il-Gvern qed jara x'inhuma u qed janalizza r-riżultati, biex inkunu nistgħu naħdmu aħjar u naħdmu iktar, dejjem flimkien.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "ANTHONY AGIUS DECELIS (Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva): Sinjura President, b'umiltà sħiħa erġajna morna għand il-poplu u b'umiltà sħiħa tlabnieh jerġa' jagħżel.", "Tlabnih jiġġudika fil-libertà kollha jekk iridx lilna biex imexxih fuq livell lokali u fuq livell Ewropew jew inkella jridx lil ħaddieħor.", "Nerġa' ngħid li l-poplu, bil-libertà kollha, tkellem, u tkellem f'żewġ elezzjonijiet, għax għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan il-pajjiż iddeċieda fuq l-elezzjonijiet kemm tal-kunsilli lokali kif ukoll fuq dawk tal-Parlament Ewropew.", "F'dawn l-elezzjonijiet kellna turnout b'saħħtu ħafna komparat ma' dak li jiġri f'pajjiżi Ewropej anke jekk ivvotaw 70% li jidhru ftit ħdejn 'il fuq minn 95% turnout li jkollna fl-elezzjoni ġenerali.", "Il-poplu kellu ċans, nerġa' ngħid bil-libertà kollha, jiddeċiedi u jagħmel l-għażliet tiegħu, għażliet li llum li jien wieħed mill-aktar nies li ili fil-politika nista' ngħid li aħna bħala partit dejjem irrispettajniehom.", "Aħna dejjem għidna li l-poplu huwa sovran u dejjem irrispettajna l-għażliet tiegħu.", "Kien hemm okkażjonijiet oħrajn fejn il-poplu m'għażilx lilna imma aħna dejjem irrispettajna l-għażliet tal-poplu.", "Id-demokrazija ma tfissirx li inti tapprezza xi tkun għażlet il-maġġoranza tal-poplu meta jkun jaqbel lilek biss, u meta ma jkunx jaqbel lilek tgħid li l-għażliet mhumiex tajbin għax il-maġġoranza tkun għażlet xi ħaġa li ma tkunx taqbel magħha.", "Demokrazija tfisser li jekk il-poplu jagħżel lil ħaddieħor, inti tirrispetta dik l-għażla.", "Aħna l-għażla tal-poplu dejjem nirrispettawha, kemm meta l-poplu jagħżel lilna u anke ma jagħżilx lilna.", "Dan huwa l-prinċipju ta' dak li nemmnu fih u hekk titlob id-demokrazija.", "Aħna nemmnu li kull individwu li jikkontesta l-elezzjonijiet, kemm fuq livell ta' kunsilli lokali, kemm fuq livell ta' Parlament Ewropew kif ukoll fuq kwalunkwe livell, għandu jkollu l-ispazju biex iressaq 'il quddiem fiex jemmen u xi jrid jagħmel.", "Imbagħad għandu jkun hemm perjodu fejn il-poplu jiddeċiedi, imma mbagħad wara li jiddeċiedi, inti trid tirrispetta dawk id-deċiżjonijiet.", "Sinjura President, għal għaxar darbiet wara xulxin il-poplu ddeċieda li għandna nkomplu mexjin fit-triq li qbadna, għandna nkomplu bil-policies li qed nagħmlu, għandna nkomplu nsaħħu l-ekonomija biex ikollna l-flus f'idejna biex nagħmlu ġustizzja soċjali u nkunu nistgħu nkomplu ngħinu lil min l-aktar għandu bżonn.", "Minn hawnhekk nixtieq ukoll nawgura minn qalbi lill-kunsilliera kollha għall-ħidma tagħhom favur il-lokalitajiet tagħhom.", "Jien nawgura l-ħidma t-tajba lis-sindki, lill-viċi sindki u lill-kunsilliera kollha, b'mod speċjal lil dawk fil-Kunsilli Lokali tal-Mosta, ta' San Pawl il-Baħar, tas-Siġġiewi u tal-Belt.", "Jien konvint li dawn se jagħmlu ħilithom biex ikunu forza pożittiva sabiex iċ-ċittadini Beltin, Mostin, Pawlin u Siġġiwin ikunu jistgħu jikkonfermaw kemm għamlu deċiżjoni tajba meta għażlu lil dawn il-kunsilliera, lil dawn il-viċi sindki u sindki biex imexxu l-lokalitajiet tagħhom.", "Jien konvint li f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex se jkollna sindki, viċi sindki u kunsilliera li jkunu enerġija pożittiva biex jagħmlu l-aħjar għall-belt u r-raħal tagħhom.", "Konvint li Alfred Zammit, Alfred Grima, Romilda Baldacchino Zarb kif ukoll Kurstein Sant se jagħmlu biċċa xogħol tajba wara li l-poplu fdahom għall-ewwel darba f'din l-elezzjoni.", "Konvint li l-poplu se jingħata raġun li għamel għażla tajba.", "Konvint ukoll li ħafna mis-sindki, mill-viċi sindki u mill-kunsilliera ġodda se jkunu strumentali biex jagħmlu d-differenza fil-belt u fir-raħal tagħhom.", "Jien ċert li ħadd mill-kunsilliera mhu se jkun partiġġjan u li mill-għada tal-elezzjoni l-kunsilliera kollha jibdew jaħdmu bħala tim wieħed għall-ġid tal-belt u raħal tagħhom.", "Sinjura President, inkun qed nonqos jekk illum ma neħux din l-opportunità biex insellem lil sieħbi Matthew Chetcuti.", "Grazzi għas-saħħa, l-enerġija, l-entużjażmu u l-ideat li wera tul din il-kampanja elettorali, il-poplu Rabti ħatru bħala Viċi Sindku tar-Rabat.", "Ninsab ċert li Matthew Chetcuti ntgħażel fuq il-kapaċitajiet tiegħu, fuq l-abilitajiet kbar li għandu u fuq l-intellett li għandu.", "Kieku kont nivvota r-Rabat żgur li Matthew Chetcuti kien ikun prijorità fil-lista tiegħi.", "Konvint ukoll li n-nies se jiġu ppruvati li għamlu għażla tajba f'Matthew Chetcuti u se jiġu ppruvati li għamlu għażla tajba li eleġġew sindki oħrajn żgħażagħ mimlija enerġija u entużjażmu.", "Il-poplu għażel lil Matthew Chetcuti għall-abilitajiet tiegħu, għat-tmexxija tiegħu, għall-ħeġġa u l-ħerqa li għandu biex jagħmel Rabat aħjar.", "Nawgura lilu u lis-Sindku Sandro Craus suċċess fil-ħidma tagħhom.", "Sinjura President, f'din l-ewwel okkażjoni li għandi ma nistax ma nawgurax suċċess lill-Membru Parlamentari Għawdxi ġdid l-Onor.", "Nawguralu għall-ħatra ġdida tiegħu.", "Ninsab ċert li l-Onor.", "Kevin Cutajar se jkun asset f'dan il-Parlament u se jagħti kontribut biex noffru s-soluzzjonijiet għat-triq 'il quddiem.", "Il-poplu tagħna għażel ukoll lill-Membri Parlamentari Ewropej u għall-ewwel darba għażel erba' membri minn partit wieħed u tnejn minn partit ieħor.", "Nawgura minn qalbi l-ħidma t-tajba favur pajjiżna lill-Membri Parlamentari tagħna li huma Dr Miriam Dalli, Dr Alfred Sant, Dr Alex Agius Saliba, Dr Josianne Cutajar, Dr Metsola u s-Sur Casa.", "Nawguralhom li jaħdmu biex jagħmlu isem tajjeb lil Malta.", "Dawn iridu jiftakru li jekk l-ekonomija ta' Malta tmur ħażin, kulħadd ibati.", "Jekk aħna mmorru lura kulħadd se jbati filwaqt li jekk Malta tibqa' miexja 'l quddiem u l-ekonomija tagħna tibqa' tissaħħaħ, jibqa' jkollna iktar flus biex insaħħu s-servizzi soċjali, nagħmlu toroq aħjar, infrastruttura aħjar u nsaħħu l-edukazzjoni tagħna.", "Dawn l-affarijiet igawdi minnhom il-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Jien għandi fiduċja sħiħa li Dr Dalli, Dr Sant, Dr Agius Saliba kif ukoll Dr Cutajar se jkollhom f'qalbhom lil Malta u lil Għawdex waqt il-ħidma tagħhom fil-Parlament Ewropew.", "Nawgura wkoll lil Dr Metsola u lis-Sur Casa biex huma wkoll, f'dak kollu li jagħmlu, ikollhom lil Malta u lil Għawdex f'qalbhom, u jagħmlu dak kollu possibbli biex iġibu 'l quddiem lil dawn iż-żewġ gżejjer li huma l-iżgħar gżejjer fl-Unjoni Ewropea.", "Nawgura li l-Membri Parlamentari Ewropej Maltin jingħaqdu flimkien sabiex iseħħ dak li huwa tajjeb għall-poplu tagħna u għal pajjiżna.", "Sinjura President, il-poplu ġġudikana fuq dak li wegħedna u dak li għamilna.", "B'sodisfazzjon ngħid li aħna - il-Ministru u s-Segretarji Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali - wettaqna 66% tal-wegħdi li għamilna sentejn ilu fil-manifest elettorali.", "Spiċċa ż-żmien li noqogħdu nwiegħdu ċerti affarijiet qabel l-elezzjoni, imbagħad tgħaddi l-elezzjoni u noqogħdu nġibu kull skuża biex inwaħħlu f'xi ħaġa, f'xi ħadd jew f'xi sitwazzjoni biex niġġustifikaw għaliex ma nkunux wettaqna dak li nkunu wegħedna.", "Fil-fatt 66% tal-wegħdi li għamilna sentejn ilu wettaqniehom u dan ifisser li fadlilna inqas minn 40% x'nagħmlu.", "Nista' ngħid li dawn il-wegħdi kollha qegħdin naħdmu fuqhom u kollha qegħdin fil-proċess li jitwettqu.", "Jien ċert li dak li wegħedna fil-qasam tad-diżabilità u anzjani se nkunu qegħdin inwettquh.", "Il-poplu tagħna hekk jistenna minna!", "Għalhekk kien importanti li jkollna roadmap, għalhekk kien importanti li qabel ma nwiegħdu xi ħaġa niżnuha, naraw x'se tkun tfisser u naraw jekk nistgħux inwettquha jew le.", "Sinjura President, spiċċa ż-żmien li mmorru għand in-nies b'ħafna wegħdi fiergħa li ma jkunux ikkalkolati.", "Aħna hawnhekk m'aħniex Father Christmas li noqogħdu nqassmu r-rigali biex in-nies jivvotaw.", "Hawnhekk aħna qegħdin namministraw il-flus li niġbru mingħand il-poplu bħala taxxi.", "Illum qed ngħixu f'dinja globalizzata fejn hemm kompetizzjoni ħarxa biex inġibu l-investiment.", "Irid ikollna mappa ta' fejn qegħdin u fejn irridu mmorru.", "Il-poplu jiġġudika.", "Illum il-poplu qed jistenna li aħna b'responsabilità nersqu quddiemu u ngħidulu: Aħna wegħedniek dan u wettaqnieh jew qed inwettquh.", "Sinjura President, aħna żammejna kelmitna għal darba, darbtejn, tlieta.", "Il-pensjoni kienet ilha 25 sena fil-friża, aħna għidna li se nżiduha u fil-fatt żidnieha għal erba' darbiet wara xulxin.", "Din is-sena l-Prim Ministru diġà qal li se nerġgħu nżiduha.", "Żidna wkoll l-istipendju għall-istudenti tagħna u l-allowances għal sena wara l-oħra wara l-oħra għal diżabilità severa.", "Raħħasna wkoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, raħħasna l-prezzijiet tal-uniformijiet u raħħasna l-prezzijiet tal-pilloli.", "Ġibna wkoll stabilità fil-prezzijiet tal-fuels u żidna diversi servizzi fil-komunità.", "Huwa dan li l-poplu qed jistenna minna.", "Illum bdejt nikteb lista ta' x'għamilna u x'servizzi daħħalna.", "Qegħdin nipprovaw li kull ewro li ninvestu naraw li neħduh lura f'servizzi ta' veru.", "Għamilna awtorità tal-istandards biex aħna ma niftehmux ma' min nixtru s-servizzi mod imbagħad insibu li jkun sar mod ieħor.", "Fl-aħħar mill-aħħar aħna qegħdin nagħmlu dan kollu għax irridu li n-nies ikollhom ċerta dinjità.", "Aħna nħarsu lejn il-bniedem b'mod ħolistiku u ħadd ma jixraqlu li ma jingħatax dinjità.", "Ladarba n-nies fdawna, aħna rridu nimxu magħhom daqslikieku kull wieħed u waħda minnhom huma l-ġenituri tagħna, it-tfal tagħna u nies li qed nieħdu ħsiebhom aħna b'mod dirett.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10153.", "KUMPANIJA RREĠISTRATA F'DUBAJ", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubaj u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10153.", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtellgħa mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?", "Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-persuni, f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif qiegħed jinġabar.", "AMBAXXATA TA' MALTA FL-ISTATI UNITI - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa New York tul din is-sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "AMBAXXATA TA' MALTA FIL-GREĊJA - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Ateni tul din is-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "PROĠETTI MARBUTA MAL-ISF", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid f'liema pożizzjoni jinsab il-proġett marbut mal-ISF (Fond għas-Sigurtà Interna) b'mod partikolari wara l-Avviż numru TMFA 002/2019?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-Tender TMFA 002/2019 Ex-Post Evaluation of Internal Security Funds (ISF) (2014-2020) projects implemented by the Ministry for Foreign Affairs and Trade Promotion jinkludi l-ingaġġ ta' konsulenti biex jevalwaw proġetti li l-Ministeru se jkun qed jimplimenta taħt il-Programm Fond ta' Sigurtà Interna 2014-2020.", "Taħt dan il-programm il-Ministeru se jkun qed jimplimenta erba' proġetti:", "Il-proġetti kollha għadhom fl-istadji inizjali.", "L-iskop tal-ingaġġ kmieni fil-proġetti huwa sabiex il-konsulent/i ikun/u qed jevalwa l-andament tal-proġetti tul it-twettiq tagħhom u mhux fl-aħħar meta jiġu konklużi.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta tul din is-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-inizjattivi li ttieħdu minn Trade Malta minn Jannar sa Mejju ta' din is-sena kienu dawn:", "Implimentat il-Go Global li hu taħriġ dwar l-esportazzjoni mifrux fuq għaxar ġimgħat bejn Jannar u Marzu, b'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta u ma' bank ewlieni.", "Trade Malta akkumpanjat lill-Prim Ministru b'delegazzjoni ta' kummerċ lejn Gujarat, l-Indja, bejn il-15 u l-20 ta' Jannar.", "F'Jannar ukoll, Trade Malta, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, tellgħet delegazzjoni ta' kummerċ lejn Istanbul waqt iż-żjara statali fit-Turkija tal-President Emeritu l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-prezenza tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Fl-istess xahar ukoll, Trade Malta akkumpanjat lill-President Emeritu fuq żjara istituzzjonali ġewwa l-Iżrael u l-Palestina.", "Business Seminar fit-28 ta' Frar dwar l-esportazzjoni ta' prodotti ta' ikel u xorb kif ukoll ħejjiet sessjoni ta' informazzjoni fit-18 ta' Marzu dwar it-Tieni Esebizzjoni ta' Importazzjoni fiċ-Ċina (Second China Import Expo), flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ.", "Trade Malta kkumplimentat iż-żjara statali tal-President Ganiż f'Malta waqt il-Malta-Ghana Business Forum fl-26 ta' Marzu fejn tħejjew ukoll numru ta' B2Bs bejn intrapriżi Maltin u dawk Ganiżi.", "Trade Malta ħadet sehem f'delegazzjoni ta' kummerċ lejn Seoul u Singapore bejn it-2 u l-10 ta' April.", "Trade Malta ħadmet mal-Ambaxxata Maltija f'Ruma biex intrapriżi Maltin jattendu taħriġ speċjalizzat fuq opportunitajiet ta' kummerċ man-Nazzjonijiet Magħquda fis-16 ta' Mejju.", "F'Mejju wkoll, fuq stedina tal-Gvern Etijopjan, il-Kap Eżekuttiv ta' Trade Malta akkumpanja lill-Ambaxxatur Malti għall-Etijopja, l-E.T. Ronald Micallef, sal-Etijopja fuq żjara esplorattiva.", "IMMMIGRAZZJONI - TWEĠIBA GĦAL ARTIKLU F'GAZZETTA TALJANA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tweġiba għall-artiklu bit-titlu \"Il Doppio Bluff di Malta sui Migranti\" li deher fil-Corriere della Sera f'April 2019?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ma saritx tweġiba għall-artiklu.", "AMBAXXATA TA' MALTA FI SPANJA - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Madrid tul din is-sena?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "BENGĦAJSA – PROĠETT TA' AFFORESTAZZJONI", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jindika xi pjanijiet hemm għall-proġett ta' afforestazzjoni f'art f'Bengħajsa?", "Jista' jindika meta se jkun qed jibda x-xogħol inkonnessjoni ma' dan il-proġett?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jindika anke b'visuals, ix-xogħol li ġie ppjanat?", "Jista' jgħid x'tip ta' siġar se jkunu qed jitħawlu u kemm qed jiġi stmat li se jitħawlu siġar biex isir dan il-proġett?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proġett ta' afforestazzjoni f'Bengħajsa jinkludi twittija ta' ħamrija, installazzjoni ta' sistema tal-irrigazzjoni, kostruzzjoni ta' ġiebja, formazzjoni ta' passaġġi naturali, installazzjoni ta' bankijiet u bins, tneħħija ta' wħud mill-arbli u kostruzzjoni ta' spazji għall-parkeġġ tal-karozzi.", "Mistenni li jitħawlu madwar 8,500 siġar u arbuxelli indiġeni fosthom prinjol, ċipress, ballut u diversi speċi ta' arbuxelli.", "Ir-ritratti tax-xogħol kif qed jiġi ppjanat tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "Ix-xogħlijiet jibdew kif jinħarġu l-permessi neċessarji u t-tħawwil isir fil-ħarifa.", "SAĦĦA MENTALI – SERVIZZI TA' RESPITE", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li għamlu użu mis-servizz tar-respite mogħti:", "b. mill-Gvern;", "f'dawn l-aħħar tliet snin, sabiex jiġu megħjuna l-familjari ta' dawn il-persuni?", "Hemm xi lista ta' stennija għal dan is-servizz?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-2016 sal-2018 in-numru ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u li għamlu użu mis-servizz tar-respite sabiex jiġu megħjuna l-familjari ta' dawn il-persuni mogħti mir-Richmond Foundation kien ta' disgħa.", "Għal dawn is-servizzi hemm tliet persuni fuq il-lista ta' stennija.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta' pazjenti minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex li qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients fil-preżent?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' pazjenti minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex li qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients fil-preżent tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "MARSASKALA – PERSUNI LI QED JIRĊIEVU BENEFIĊĊJI SOĊJALI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' residenti minn Marsaskala li qed jirċievu xi forma ta' benefiċċju soċjali u x'inhuma dawn il-benefiċċji li qed jirċievu?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' residenti minn Marsaskala li qed jirċievu xi benefiċċji soċjali huwa kif ġej:", "In-numru ta' benefiċċjarji, qiegħed juri l-benefiċjarji għal kull benefiċċju jiġifieri persuna waħda tista' tkun riflessa f'żewġ/tliet benefiċċji differenti.", "IŻ-ŻEJTUN - ĊENTRU TA' MATUL IL-JUM", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5840, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettall l-attivitajiet fi gruppi li ngħataw lil madwar 33 persuna li kull ġimgħa attendew fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum taż-Żejtun matul din is-sena?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn l-attivitajiet fi gruppi u meta twettqu?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-gruppi huma biss parti żgħira mill-pjan ta' rijabilitazzjoni.", "Il-gruppi huma dwar tisjir, proġetti kreattivi u eżerċizzju fiżiku.", "Apparti l-gruppi msemmija, ikun hemm ukoll gruppi ta' ħruġ fejn il-persuni jiġu mħarrġa kif jużaw it-trasport pubbliku, imġieba fi stabbilimenti ta' divertiment, għażla ta' divertiment adattat skont id-dħul finanzjarju, eċċ. Isiru wkoll proġetti f'kollaborazzjoni ma' entitajiet diversi skont il-pjan ta' rijabilitazzjoni speċifiku għal kull individwu.", "KUMMISSARJU GĦAS-SAĦĦA MENTALI - ILMENTI", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6283, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta' lmenti li rċieva l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u għal-liema servizzi ġew indirizzati dawn l-ilmenti?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' lmenti formali li rċieva l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali kien 19 fl-2016, 16 fl-2017 u 12 fl-2018.", "L-Uffiċċju tal-Kummissarju jirċievi wkoll medja ta' bejn 10 u 12-il talba oħra fil-ġimgħa għall-assistenza u/jew informazzjoni, il-maġġor parti tagħhom b'mod telefoniku.", "Il-kontenut ta' dawn l-ilmenti u/jew talbiet jikkonċerna materji koperti mill-Att dwar is-Saħħa Mentali.", "SPTAR MATER DEI U SPTARIJIET PRIVATI: SERVIZZ TAL-IVF – INTERVENTI B'DONAZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ETIENNE GRECH staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ntużat sperm donation jew ovum donation fit-teknoloġija avvanzata tar-riproduzzjoni kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fi sptarijiet privati, minn mindu ġiet emendata l-liġi sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s'issa għadhom ma sarux interventi b'third party donation.", "MELLIEĦA - BINI TA' LUKANDA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10034 u jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta' lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f'żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10034 f'seduta 224.", "IL-MELLIEĦA – TOROQ LI NGĦATAW IT-TARMAK", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10101 u jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li t-toroq li ngħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huma li ġejjin:", "• Triq il-Kbira (bejn Triq il-Qortin u Triq in-Naħal)", "• Il-Moll tat-Tunnara", "• Triq l-Armier (permezz ta' Public Private Partnership li jiskadi fl-2020).", "IL-MELLIEĦA: KUNSILL LOKALI – DWAL ĠODDA FIT-TOROQ", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10102 u jgħid f'liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?", "OWEN BONNICI: Ninsab informat li bejn l-2008 u l-2013 sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa fit-toroq li ġejjin:", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10249 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul April u Mejju 2019, in-nefqa f'reklamar u avviżi mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet ta' €31,225.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - SEGERTARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10250 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul April u Mejju 2019, in-nefqa f'riklamar u avviżi mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, kienet nil.", "FONDAZZJONI GĦALL-ĦARSIEN SOĊJALI -SOCIAL WORKERS", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624, bid-data tal-1 ta' Frar 2019, u jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li bħalissa qed jaħdmu mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interperlant li fil-preżent hemm 246 social worker ingaġġati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali, imqassma kif ġej:", "Ir-rwol tas-social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz, jikkonsisti:", "· F'ħidma ma' residenti li għandhom problemi soċjali;", "· Għajnuna fir-rigward ta' aċċess ta' pensjonijiet, pagamenti pendenti li jkollhom meta kienu jgħixu fil-komunità, il-bżonn li jkun hemm Guardianship jew Kuratur biex tkun jew ikun jista' jieħu ħsieb ċerti bżonnijiet, sitwazzjonijiet legali, allegazzjoni ta' abbuż, problemi f'relazzjonijiet ma' qraba jew bejn ir-residenti stess, abbuż ta' sustanza, immaniġġjar ta' flus, jew għajnuna biex jiġu rilokati ġewwwa dar tal-anzjani oħra.", "· Initial assessment ma' kull resident ġdid li jidħol ġewwa r-residenza San Vincenz De Paul sabiex jekk ikun hemm xi sitwazzjonijiet partikolari jew xi problemi, dawn jiġu milħuqa mill-bidu;", "· Ħidma ma' persuni li jkunu daħlu respite billi jaraw xi bżonnijiet għandhom u jaħdmu mal-persuna li qed tagħmel użu mis-servizz u mal-qraba tagħhom;", "· Jagħtu għajnuna ta' informazzjoni fuq servizzi soċjali eżistenti li l-persuni jew qraba tagħhom jistgħu jagħmlu użu minnhom;", "· Jagħmlu referrals lil servizzi oħra fejn ikun hemm bżonn;", "· Jippjanaw u jipparteċipaw fi programmi biex jikkreaw awareness fuq il-bżonnjiiet tal-persuni anzjani.", "· Jattendu laqgħat fejn meħtieg ma' professjonisti oħra sabiex jaraw kif jistgħu jgħinu aktar lir-residenti.", "SAĦĦA MENTALI: GĦAJNUNA LIL FAMILJARI TA' PERSUNI BI PROBLEMI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettall l-għajnuna li qed jingħataw f'din il-Leġiżlatura lill-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?", "Saru xi laqgħat ma' dawn il-qraba/carers, u jekk iva, meta saru dawn il-laqgħat?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qiegħda tingħata għajnuna lill-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali permezz ta' support group jismu Reaching Out.", "Dan is-support group twaqqaf bil-għan li joffri support lill-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali kemm dawk li qegħdin jiġu rikoverati ġewwa l-Isptar Monte Karmeli kif ukoll oħrajn li qegħdin jieħdu xi servizz fil-komunità.", "Waqt dawn il-laqgħat il-professjonisti jitkellmu mal-familjari fuq diversi suġġetti bħal stigma, kif wieħed għandu jġib ruħu ma' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali, x'wieħed jistenna waqt il-proċess ta' recovery, kondizzjonijiet ta' saħħa mentali inġenerali, kif wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu (self care), informazzjoni dwar il-mediċini u l-effett tagħhom, tagħrif dwar NGOs li jaħdmu ma' familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali, coping skills li l-familjari għandhom bżonn biex jgħinuhom fil-ħajja ta' kuljum waqt li jkunu qegħdin jgħixu ma' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u kif wieħed għandu jaġixxi wara li jkun ingħata d-dijanjosi li xi qarib tagħhom qiegħed ibati minn xi nuqqas ta' saħħa mentali.", "Dawn il-laqgħat ta' għajnuna jiġu offruti ġewwa ċ-Ċentru Tommaso Chetcuti fl-Isptar Monte Karmeli u saru f'dawn id dati:", "· 21 ta' April 2018", "· 26 ta' Mejju 2018", "· 30 ta' Ġunju 2018", "· 8 ta' Lulju 2018", "· 28 ta' Ottubru 2018", "· 17 ta' Novembru 2018", "· 26 ta' Jannar 2019", "· 10 ta' Frar 2019", "· 17 ta' Marzu 2019", "Il-laqgħa li jmiss hija ppjanata għall-aħħar ta' Ġunju.", "L-attendenza kienet dejjem inkoraġġanti.", "Il-professjonisti dejjem jistaqsu lill-familjari dwar xi suġġett li jixtiequ li jiġi diskuss.", "Barra mir-Reaching Out service baqa' jiġi offrut ukoll l-Acute Response Team Service, b'kollaborazzjoni mal-Counselling Department tal-Università ta' Malta.", "L-Acute Response Team (ART) ġie varat fi Frar tal-2017 bil-għan li joffri sostenn emozzjonali u psikoloġiku (counselling service) lill-qraba u carers ta' persuni li jbatu bi problemi ta' saħħa mentali.", "Għas-servizz ART minn Jannar sa Diċembru tal-2018 saru 289 sessjoni ma' 32 familji/qraba kif ukoll 234 sessjoni li kienu ta' family therapy.", "Minn Jannar sa Mejju tal-2019 saru 164 sessjoni ma' 31 familji/qraba kif ukoll 69 sessjoni li kienu ta' family therapy.", "FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZ TA' ĦARSIEN SOĊJALI - ILMENTI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti minn klijenti/residenti li jirċievu s-servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizz ta' Ħarsien Soċjali f'dawn l-aħħar tliet snin?", "Dwar liema servizzi kien hemm dawn l-ilmenti u jekk dawn l-ilmenti ġewx riżolti?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9568, jista' l-Ministru jindika liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għadhom mhumiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?", "MICHAEL FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "DJAR RESIDENZJALI GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ – AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-PERSUNI BIS-SIĠĠU TAR-ROTI", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 32036 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi djar residenzjali għal persuni b'diżabilità li mhumiex attrezzati biex jilqgħu fihom persuni li jużaw is-siġġu tar-roti?", "Jekk iva, liema huma dawn id-djar residenzjali u kemm hemm residenti jgħixu fihom?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Aġenzija Sapport topera erba' residenzi li mhumiex kompletament attrezzati sabiex jilqgħu fihom persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.", "F'dawn ir-residenzi l-persuni kollha b'diżabilità li jgħixu fihom m'għandhomx diffikultajiet ta' mobilità.", "Dawn ir-residenzi huma:", "MCCAA: DIRETTUR ĠENERALI (AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR) – SANZJONIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Fid-dawl tal-emendi li saru għall-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378 tramite l-Att XVI tal-2019, fejn allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b'riżultat ta' dawn l-emendi issa ma jistax jimponi sanzjonijiet inkluż penalitajiet amministrattivi, jista' l-Ministru jispjega x'miżuri qed jittieħdu biex l-MCCAA u allura d-Direttur Ġenerali jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2017/2394, fejn ir-regolament 9(4)(h) tiegħu jesiġi li l-awtorità kompetenti li hija responsabbli għat-tħaddim tad-direttivi elenkati fl-imsemmi Regolament tal-Unjoni Ewropea li tinkludi diversi liġijiet li huma inforzati mill-imsemmi Direttur Ġenerali, ikollu s-setgħa li jimponi pieni bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi kif rikjesti fl-imsemmi regolament 9(4)?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont l-emendi introdotti fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta' Malta) permezz tal-Att XVI tal-2019 li ġie ppubblikat fil-31 ta' Mejju, 2019 id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) se jkollu rwol investigattiv u kemm-il darba jkun hemm sejbien prima facie ta' ksur tal-liġi mill-operaturi investigati, id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) jista' jipproċedi permezz ta' rikors ġuramentat quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) sabiex jitlob fost affarijiet oħra l-impożizzjoni ta' penali fuq il-konvenut skont l-artikolu 106A għal kull ksur.", "Dan il-proċess huwa konformi mar-Regolament (UE) 2017/2394.", "BAJJIET – KONĊESSJONIJIET", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f'Malta, Għawdex u Kemmuna, jista' l-Ministru:", "a. Jgħid kemm-il concession hawn u f'kemm-il bajja huma mqassma;", "b. Jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu sunbeds f'kull concession, u kemm jammontaw is-sunbeds li jistgħu jitqiegħdu f'kull bajja; u", "c. Għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta' art li huwa mgħotti b'dawn il-concessions, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10235 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tabella hawn annessa:", "Gazzetti Lokali u Internazzjonali - €5.20", "Gazzetti Lokali u Internazzjonali - €341", "Gazzetti Lokali u Internazzjonali - €453.90", "Magazines Lokali u Internazzjonali - €3,1125", "Gazzetti Lokali u Internazzjonali – €900", "Magazines Lokali u Internazzjonali – €378", "Gazzetti Lokali u Internazzjonali – €6,706.80", "Magazines Lokali u Internazzjonali – €4,500", "Magazines Lokali u Internazzjonali – €12,250", "Gazzetti Lokali u Internazzjonali – €2,096.20", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMA, ĊITTADINANZA U SIMPLIFIKAZZJONI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10236 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10380.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI, EKONOMIJA DIĠITALI U INNOVAZZJONI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10237 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10380.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10238 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/770 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi, li eventwalment timplimenta din id-direttiva?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li f'dan l-istadju huwa prematur li jiġi konkluż li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770, peress li għad għandhom isiru l-konsultazzjonjiet interministerjali meħtieġa.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/771 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi li eventwalment timplimenta din id-direttiva?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 10387.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KUNTRATTI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10341 u 10192 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' f'kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "IAN BORG: L-informazzjoni għadha qed tinġabar", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - MIŻURI TA' GOVERNANZA TAJBA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'miżuri ta' governanza tajba jieħu fil-Ministeru tiegħu sabiex jiżgura li l-ebda impjegat b'mod partikolari fis-Segretarjat tiegħu, iżda anke fil-Ministeru tiegħu, ma jkollu konflitt ta' interess fis-sens li waqt li jaħdem fil-Ministeru, ikollu wkoll interess dirett jew indirett f'entità kummerċjali li jkollha kuntratt ta' servizzi mal-istess Ministeru?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa huwa ggwidat mill-policies relatati u mir-regoli tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll mid-Direttivi Numru 7, 9 u 10 taħt il-provvedimenti tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497), skont kif applikabbli.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR F'DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma' min iltaqa' u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f'Dubai, suppost fuq xogħol tal-Gvern?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li peress li l-mistoqsija tirreferi għall-kariga ministerjali preċedenti, l-informazzjoni addizzjonali qiegħda tinġabar.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - KUNTRATTI TA' SERVIZZI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta' kuntratti ta' servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 'il hawn kemm ilu Ministru?", "Jista' jinkludi wkoll:", "a. l-iskop tal-kuntratt;", "b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u", "c. l-ammont ta' ħlas imħallas a tenur ta' dawn il-kuntratti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?", "KONRAD MIZZI: Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.", "TA' QALI: TINDIF TA' ŻONA ABBANDUNATA – PREŻENZA TA' ASBESTOS", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10260, peress li numru ta' nies li jiffrekwentaw Ta' Qali qaluli li, kuntrarjament għal dak li qal il-Ministru, effettivament, kien hemm l-asbestos fl-istruttura li ġiet żarmata mill-post u li dan l-asbestos ma tneħħiex bil-proċeduri ta' sigurtà stabbiliti - dan seta' wkoll intradam fuq il-post - b'riskju ta' periklu għall-pubbliku, jista' l-Ministru jippreżenta dokumentazzjoni li tivverifika li x-xogħol fuq il-post sar skont normi applikabbli ta' saħħa u sigurtà, fosthom għall-handling tal-asbestos?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tal-Ippjanar l-istrutturi li ġew żarmati kienu jintużaw biex jiġu manifatturati varji tipi ta' prodotti ta' konkos pre-fabbrikat, ta' diversi forom u qisien.", "Kif diġà ntqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti 10260, waqt it-tneħħija ta' dawn l-istrutturi ma rriżultax li kien hemm xi asbestos u lanqas ma ġie kkomunikat lill-Awtorità tal-Ippjanar li seta' kien hemm xi asbestos fil-parti tas-sit li tnaddfet.", "Għaldaqstant m'hemmx dokumentazzjoni rigward handling ta' asbestos.", "Min-naħa l-oħra, wieħed għadu ma jistax jeskludi li m'hemmx asbestos fin-Nissen Huts li għadhom preżenti fuq is-sit.", "Dawn jinsabu fuq parti mis-sit li għadu ma sar l-ebda intervent fuqha peress li wara li saret konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġie rakkmandat li tali strutturi għadhom jinżammu sakemm isiru studji ulterjuri fuqhom biex jiġi determinat il-valur arkitettoniku u/jew kulturali tagħhom.", "Din il-parti tas-sit fiha tmien Nissen Huts u ġiet totalment imdawra b'ħajt tal-blokki sabiex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku u jiġi evitat kull periklu.", "L-istudji li għad iridu jsiru għandhom jiddeterminaw jekk fin-Nissen Huts hemmx preżenza tal-allegat asbestos.", "DELEGAZZJONI F'DUBAJ – CHIEF OF STAFF TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu kienx parti mid-delegazzjoni governattiva li żaret Dubaj f'Awwissu tal-2015 u li kienet tinkludi wkoll lill-Ministru għat-Turiżmu?"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190610_234d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 11 ta' Ġunju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 234, li saret fl-10 ta' Ġunju 2019, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Nilqa' magħna fil-Kamra lill-familjari tal-ħabib tagħna u Eks Deputy Speaker ta' din il-Kamra, Michael Bonnici.", "Iktar tard se nkunu qegħdin nagħtu tislima lilu, imma xtaqt nilqagħhom fil-bidu ta' din is-seduta.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li wara li s-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni l-komunikazzjoni mingħand l-Onor.", "Jason Azzopardi sabiex jiġi reġistrat bħala skużat fil-Minuti tas-seduti 169, 170 u 171 tad-19, 20 u 21 ta' Novembru 2018, is-Sedja laqgħet din it-talba u qed tordna l-korrezzjoni relattiva fil-Minuti tas-seduti msemmija.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Ivan Bartolo fil-Konferenza Interparlamentari għal Stabbilità, Kordinazzjoni Ekonomika u Governanza fl-Unjoni Ewropea, li nżammet fi Vienna fis-17 u t-18 ta' Settembru 2018;", "Rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Mario De Marco fil-European Parliamentary Week 2019, li nżammet fi Brussell fit-18 u d-19 ta' Frar 2019; u", "Rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Alex Muscat u l-Onor.", "Hermann Schiavone fir-Raba' Laqgħa tal-Joint Parliamentary Scrutiny Group fuq il-Europol li nżammet f'Bucharest, ir-Rumanija, fl-24 u l-25 ta' Frar 2019.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "SIĠĠIEWI – RESTAWR TAZ-ZUNTIER TAL-KNISJA ARĊIPRETALI", "L-ONOR.", "Karol Aquilina) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' restawr u/jew bini mill-ġdid taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi?", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, rapporti u/jew stimi li tħejjew b'rabta ma' dawn ix-xogħlijiet?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Kultura, Ġustizzja u Gvern Lokali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "Irrid nispeċifika, għax qed nara r-risposta u jien stess m'iniex kuntent biha.", "Id-domanda tirrigwarda x-xogħol ta' restawr jew bini mill-ġdid taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi.", "Sintendi, fejn jidħol xogħol fuq znieter ta' knejjes, normalment dan jaqa' taħt il-Ministeru tal-Onor.", "Madankollu, naturalment jiena bħala Ministru responsabbli mill-kultura għandi r-responsabbiltajiet tiegħi.", "Għaldaqstant, għalkemm qed nitlob lill-Onor.", "Aquilina jagħmel id-domanda lill-Onor.", "Borg, fi kwalunkwe każ inħoss li anke jien għandi xi ngħid dwar dan il-punt.", "Jiġifieri għalkemm tawni din ir-risposta, jien stess qiegħed nispeċifika ftit iktar.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Fejn jidħol il-wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li Malta tressaq xi element fil-UNESCO?", "Fil-każ li se tressaq, x'se jkun l-ewwel element li tressaq?", "OWEN BONNICI: L-ewwelnett, irrid ngħid li pajjiżna jista' jressaq elementi għall-wirt intanġibbli.", "Meta qed ngħid wirt intaġġbli, kuntrarjament għal dawk li huma tempji, swar jew knejjes – pereżempju, għadna kemm semmejna dik tas-Siġġiewi - huwa wirt li għalkemm ma tistax tmissu fiżikament, taf li qiegħed hemm, bħalma huma l-għana u l-folklor.", "Dawn huma kollha affarijiet tal-wirt storiku ta' pajiżna.", "Rigward dak li staqsa l-Onor.", "Camilleri, irrid ngħid li nistgħu niskrivu xi ħaġa intanġibbli fil-UNESCO, għax dan il-Parlament fl-aħħar leġiżlatura kien irratifika Konvenzjoni li abbażi tagħha nkunu nistgħu nissieħbu f'dan il-grupp ta' pajjiżi u nissottomettu aspetti intanġibbli tal-wirt tagħna.", "Fil-fatt hemm skadenzi li timponihom il-UNESCO u mhumiex skadenzi nazzjonali, li jieħdu ċertu żmien, però minn mindu rratifikajna l-Konvenzjoni - u dan il-Parlament kien qabel b'mod unanimu - sal-lum irnexxielna nissottomettu l-ewwel applikazzjoni li tirrigwarda l-ftira Maltija u l-mod kif din issir.", "Jiġifieri mhux biss il-ftira, imma anke s-sengħa li biha jinħadem dan l-aspett patrimonjali ta' pajjiżna.", "Jien infurmat li l-applikazzjoni sejra tajjeb ħafna, tant li mill-feedback inizjali li għandi, intlaqgħet b'mod tajjeb.", "Ninsab informat li l-UNESCO faħħret il-preparamenti li wettaq id-Direttorat tal-Kultura u n-nies li mexxew il-proċess 'il quddiem.", "Irrid ngħid, Onor. Camilleri, li biex ikun hemm suċċess f'affarijiet ta' dan it-tip, il-UNESCO trid tkun konvinta li dan mhuwiex proċess li bdieh il-Gvern, imma jrid ikun proċess li beda mill-komunitajiet meta jħossu l-bżonn li għandhom imexxu 'l quddiem dan il-wirt intanġibbli.", "Jien inħossni pożittiv ħafna li jekk kollox imur sew, il-ftira Maltija u s-sengħa u l-arti ta' kif tinħadem tkun l-ewwel wirt intanġibbli rikonoxxut mill-UNESCO.", "Forsi jkun hemm min jgħid: Lili x'differenza se jagħmilli li l-ftira jew kif issir se tkun wirt intanġibbli?", "Tagħmel ħafna differenza!", "L-ewwel nett għall-prestiġju tal-pajjiż, għax ikollok wirt intanġibbli mniżżel fl-elenku tal-wirt intanġibbli tal-UNESCO, u għan-nies infushom li jipproduċu din id-delicacy.", "Naħseb li intom bħali, togħġobkom il-ftira Maltija.", "Kulħadd jgħidlek li mhijiex tajba għad-dieta u li ma tantx trid tiekol minnha, imma l-verità hi li hija wirt prestiġjuż għax huwa parti minn dak li jagħmilna Maltin.", "Il-pjan hu li nkomplu nipproponu iktar affarijiet li huma wirt intanġibbli ta' pajjiżna biex jiġu sottomessi.", "Tiskanta kemm hemm interess on the ground, anke pereżempju min-nies li huma responsabbli mill-Falkunerija.", "Qed nabbuża, għax naf li tħobb il-kultura bħali, Sinjura Persident.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Jekk se tkompli titkellem fuq il-ftajjar, se tiftaħli l-aptit!", "Ikkonkludi, jekk jogħġbok.", "OWEN BONNICI: In-nies li jieħdu ħsieb il-Falkunerija Maltija għamlu pressjoni kbira biex il-Falkunerija tiġi promossa bħala wirt intanġibbli.", "Qed ngħid hekk biex nuri li dan mhuwiex xi proċess akkademiku li jinteressa biss lin-nies tal-Università, anzi jinteressa ħafna lin-nies infushom on the ground, fosthom l-għannejja li bdew jistaqsu għalfejn l-għana m'għandhiex tkun wirt intanġibbli wkoll.", "Jien hekk nieħu pjaċir, li naraw iktar aspetti tal-wirt storiku jiġu rikonoxxuti fuq livell tal-UNESCO.", "L-ewwel se nibdew bil-ftira u l-mod kif tinħadem, imbagħad bil-mod il-mod inkunu nistgħu nissottomettu iktar aspetti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "RYAN CALLUS: Sinjura President, ġaladarba d-domanda oriġinali kienet fuq is-Siġġiewi, xtaqt nistaqsi xi ħaġa fuq dan il-post.", "Il-Kunsill uxxenti tas-Siġġiewi kien qiegħed jaħdem u lesta rapport ġeotekniku tal-istat gravi tal-Kappella tal-Lunzjata li hemm fuq is-Salib tal-Għolja.", "Xtaqt li l-Ministru jaqsam magħna jekk il-Gvern hux beħsiebu jgħin lill-Kunsill il-ġdid biex dan ir-rapport li sar bi spiża tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi bi sħab mal-Kurja ta' Malta jiġi mplimentat.", "Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-Gvern hux se jkun qiegħed jgħin lill-Kunsill biex din il-Kappella, li mhijiex tas-Siġġiwin biss imma tagħna l-Maltin kollha, tiġi protetta għax tinsab fi stat ħażin ħafna, anke minħabba t-tip ta' blat li hemm fis-sit.", "Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk huwiex se jaddotta dan ir-rapport u jekk hux se jiddedika l-investiment min-naħa tal-Gvern biex inkunu nistgħu nsalvaw din il-Knisja?", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Hemm żewġ knejjes li jinkwetawni ħafna mil-lat tas- sitwazzjoni fiżika tal-istruttura tagħhom.", "Waħda minnhom hija din li semma l-Onor.", "Callus u hemm oħra f'Birkirkara.", "Jekk tistaqsini x'inhu l-iktar li jinkwetani fejn jidħol il-patrimonju reliġjuż - imbagħad hemm il-patrimonju tal-Istat u anke affarijiet oħrajn - ikolli ngħid li hemm il-knisja tas-Siġġiewi u dik ta' Birkirkara.", "Irrid ngħid li kelli anke taħditiet ma' Monsinjur Arċisqof dwarhom, għax dawn mhumiex proprjetà tagħna, naturalment huma proprjetà tal-Knisja, u sibt - u nirringrazzjah minn hawnhekk tas-sostenn kollu - li fejn jidħol il-wirt storiku u l-wirt patrimonjali tal-Knisja, kemm il-Gvern u kemm il-Knisja dejjem jiġbdu ħabel wieħed.", "Din ridt nispjegaha għax il-knejjes mhumiex proprjetà tal-Istat, però aħna bħala Gvern żgur li għandna obbligu li ngħinu fejn jidħol ir-restawr tal-knejjes.", "Tant hu hekk, li fis-Siġġiewi ftit ilu għadna kemm inawgurajna r-restawr tal-Kappella ta' San Ġwann il-Battista, filwaqt li f'Birkirkara rrestawrajna l-Kappella ta' Santa Katerina u dik ta' Sant'Antnin.", "Dawk huma kollha kappelli sbieħ ta' valur kbir.", "Biex inwieġeb għad-domanda tal-Onor.", "Callus, irrid ngħid li jien żgur mhux se nħalli li jkun hawn xi wirt storiku li jaqa' biċċiet, anzi rridu nassistu.", "Naturalment kollox jiswa l-flus u kollox irid jiġi kkalkulat, però wara l-laqgħat u l-korrispondenza li kelli ma' Monsinjur Arċisqof, inkarigajt lid-Direttorat tar-Restawr biex jara x'inhuma dawn l-istudji li qed twettaq il-Knisja.", "Jiġifieri l-Knisja stess ma qagħditx b'idejha fuq żaqqha, imma qabbdet l-esperti biex jagħmlu dawn l-istudji li huma kruċjali, għax inkella jekk tagħmel intervent ħażin – inti tgħallimni f'dan is-settur tal-kostruzzjoni – tispiċċa tagħmel iktar ħsara milli rijabilitazzjoni.", "Allura r-risposta tiegħi hija li aħna ninsabu impenjati li dawn iż-żewġ knejjes, dik tas-Siġġiewi u dik ta' Birkirkara, nintervjenu fihom biex insalvawhom, għax dan huwa parti importanti mill-wirt storiku.", "Fejn jidħol il-wirt statali, jekk tippermettuli - għax dan huwa suġġett ta' interess kbir - għalija l-prijorità hija l-Forti Ricasoli.", "Jekk nieħdu l-Port il-Kbir, nistgħu naraw li rrestawrajna prattikament kullimkien, ibda minn Sant'Anġlu, il-Ponta tal-Isla, jekk iddur tara l-Esplora … Sar restawr fil-port kollu, ħlief il-Forti Ricasoli.", "Allura għalija dawn huma l-iktar tliet ħwejjeġ patrimonjali li rridu nsalvaw, l-ikbar prijoritajiet, tnejn minnhom tal-Knisja u waħda statali.", "L-impenn tiegħi hu li dawn jiġu salvati u nieħdu ħsiebhom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Peress li l-Ministru hu responsabbli mir-restawr, jista' jgħidilna jekk sarx, hux qiegħed isir, jew hux ippjanat li jsir restawr fuq numru ta' kappelli li hemm b'mod partikolari f'Birkirkara?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Id-domanda perenni hija x'taqbad tirrestawra l-ewwel, jekk hux il-proprjetà tiegħek jew il-proprjetà ta' ħaddieħor.", "Ħalli nispjega xi ħaġa.", "Waħda mill-affarijiet li naħseb li rnexxew hija li ddeċidejna li fejn jidħol ir-restawr, minflok ma jkun il-Ministru jew il-Gvern li jiddeċiedi fejn għandu jsir, fuq il-maġġoranza tal-proġetti – mhux kollha, għax hemm proġetti li huma ta' entità nazzjonali bħall-MUŻA u oħrajn – nagħmlu sejħa lill-kunsilli lokali biex jgħidulna huma fejn iridu li jsir ir-restawr.", "Ħafna drabi l-kunsilli joħorġu bi proposti li jkunu ħafna aħjar minn dawk li stajt ħriġt bihom jien, l-ewwel nett għax huma jkunu jafu l-ħteġijiet tal-lokalità.", "Pereżempju, l-Imqabba kienu pproponewlna li nirrestawraw il-Ħajt tal-Matla, u meta rajt l-applikazzjoni ma kontx naf x'inhu l-Ħajt tal-Matla.", "Allura kelli mmur fuq il-post biex nifhem li dan il-ħajt kien jgħaqqad il-parti esterjuri mal-parti interjuri tar-raħal u fl-antik kien jgħaddi minnu l-Kappillan biex ikun jista' jqarben il-parti tal-periferija ta' dan ir-raħal indiġenu Malti.", "Qiegħed ngħid dan kollu, għax normalment il-kunsilli lokali jkollhom subgħajhom fuq il-polz u allura jkunu jafu fejn l-aħjar li jsir ir-restawr.", "Jien nieħu din l-opportunità biex infakkar li ftit wara li jinħatru l-kunsilliera l-ġodda, għat-tielet sena konsekuttiva se nerġgħu noħorġu skema li biha nħeġġu lill-kunsilli lokali jgħidulna fejn iridu li nirrestawraw, imbagħad ikun hemm bord ta' evalwazzjoni li jagħżel minn erbgħa sa sitta minn dawn il-proposti, skont id-daqs, u nieħdu ħsieb ix-xogħol kollu relattiv ma' dan ir-restawr, mill-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar sal-ħlasijiet dovuti.", "Bħala risposta għad-domanda tal-Onor.", "Muscat, inħeġġeġ lill-Kunsill Lokali tal-Mosta u l-kunsilli lokali l-oħrajn kollha biex meta toħroġ din l-iskema japplikaw ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw.", "Aħna għandna sistema li biha naċċertaw li mhux dejjem l-istess irħula jirbħu d-dritt li jsir restawr fi ħdanhom, biex kulħadd jieħu ċ-ċans tiegħu.", "Però naħseb li s-sistema hija ġusta, indrat ħafna u bis-saħħa tagħha rnexxielna nirrestawraw diversi postijiet u niċeċ li kieku ma kienx għall-kunsilli lokali ma kenux jiġu rrestawrati.", "Jien, l-ewwel wieħed, nammetti li hemm postijiet li ma kontx naf bihom u mnalla jkunu l-kunsilli lokali li jindikawhomlna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BEPPE FENECH ADAMI: Illum fil-ġurnal Times of Malta hemm storja li tgħid li Villa Gwardamanġa, li hi magħrufa bħala r-residenza tar-Reġina meta kienet tgħix Malta, tinsab għall-bejgħ.", "L-istess artiklu jikkwota lil xi ħadd minn Heritage Malta – u hemm l-isem – jgħid li ftit tax-xhur ilu kien stqarr li l-Gvern kien qiegħed jikkonsidra li jixtri din id-dar.", "Jiġifieri għandna sitwazzjoni fejn din id-dar qiegħda għall-bejgħ għand l-estate agents u hemm xi ħadd minn Heritage Malta li qiegħed jgħid li l-Gvern jinsab fi trattattivi biex potenzjament jixtri d-dar.", "Jista' l-Ministru jgħidilna jekk jeżistux dawn in-negozjati?", "Jekk jeżistu, jista' jgħid fiex waslu u jagħti iktar informazzjoni fuq din il-materja?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: L-informazzjoni li għandi hi li l-Gvern qiegħed jinnegozja, għax naturalment din hija proprjetà ta' valur minħabba l-fatt li għandha rabta importanti mal-istorja ta' pajjiżna li tissemma f'diversi kotba li nkitbu dwar ir-Reġina nnifisha.", "Iva, din hija prorpjetà importanti ħafna u nikkonferma li hemm negozjati sabiex tinxtara.", "Naturalment, is-sid jagħżel hu lil min ibigħ u ma' min jagħmel it-trattattivi, però nikkonferma li se napplikaw.", "Naturalment, m'hemmx sid wieħed, imma hemm diversi.", "Inti avukat u taf bid-diffikultajiet li jkun hemm f'dan ir-rigward.", "Jien nawgura li jkun hemm eżitu pożittiv u l-pajjiż ikun jista' jimxi pass 'il quddiem f'dan is-settur.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nerġa' nirreferi lill-Ministru għar-restawr ta' binijiet antiki, din id-darba proprjetà tal-Gvern u mhux tal-Knisja.", "Qed nirreferi għall-Università l-antika fil-Belt Valletta, li huwa bini sabiħ ħafna u importanti f'pajjiżna.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi rrestawrat?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Iva, l-Università l-antika – se npoġġiha sempliċi biex jifhimni kulħadd – mhijiex binja li trid teħodha in isolation imma hija two in one, għax hemm il-binja tal-Università l-antika u magħha b'mod intimu – jekk wieħed jidħol fil-google maps ikun jista' jaraha minn fuq – hemm il-Knisja tal-Ġiżwiti, li hija parti integrali minn din il-binja.", "Għalija l-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Belt hija ġojjell fantastiku li għandu potenzjal straordinajru li sal-lum huwa pjuttost rieqed, imma x-xogħol ta' restawr li bdejna se jwassal biex din il-binja, kif ukoll l-Università l-antika – għax jien neħodhom flimkien – jkunu kalamita turistika bħalma hu l-Konkatidral ta' San Ġwann.", "Naturalment, il-Konkatidral ta' San Ġwann qiegħed f'livell uniku, imma naħseb li l-Knisja tal-Ġiżwiti is a very close second.", "Jien kuntent immens bix-xogħol ta' restawr li jinsab għaddej.", "Fil-fatt, jekk tgħaddi minn hemm tinduna li prattikment ix-xogħol ta' restawr fejn jidħol l-intern tal-Università l-antika tlesta.", "Jekk tgħaddi minn ħdejn il-Knisja tal-Ġiżwiti tinduna li x-xogħol ta' restawr tlesta wkoll.", "Ir-restawr estern tal-Università l-antika waħdu ġie jiswa €1.5 miljun minn fondi nazzjonali, però dawn huma flus minfuqa tajjeb ħafna.", "Hawn irrid infaħħar lill-Gvern Nazzjonalista li kien ħa d-deċiżjoni li jkun hemm fondazzjoni li tieħu ħsieb il-Konkatidral ta' San Gwann.", "Għalija l-pass li jmiss hu li jkun hemm fondazzjoni li tieħu ħsieb il-Knisja tal-Ġiżwiti, li nerġa' ngħid tista' ssir kalamita ewlenija biex it-turisti jiġu fil-Belt Valletta.", "Biex dan isir, irridu nimxu id f'id flimkien, il-Gvern, jiġifieri l-Ministeru responsabbli mill-Kultura, l-Università u l-Knisja.", "Naturalment, hawnhekk qed nitkellmu fuq knisja Kattolika li fiha jsiru funzjonijiet reliġjużi.", "Kif għedt ftit qabel, ma' Monsinjur Arċisqof diġà kellna abbokkamenti, kif ngħidu aħna l-avukati, pożittivi immens.", "Nirrepetiha kemm-il darba li fejn jidħol il-wirt storiku, il-wirt patrimonjali, we are on the same page.", "Jien nawgura - din hi x-xewqa tiegħi - li fejn tidħol il-Knisja tal-Ġiżwiti u l-Università l-antika li, kif għedt, investejna ħafna flus biex nirrestawraw l-esterjur tagħha u anke l-interjur, naħdmu flimkien fuq l-istess mudell li ntuża fil-Konkatidral ta' San Gwann.", "M'għandix dubju li jekk inkomplu mexjin kif aħna, din il-binja tkun kalamita oħra turistika li tkompli tmexxi 'l quddiem l-attrazzjoni lejn il-Belt Valletta u lejn pajjiżna b'mod ġenerali.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Jista' l-Ministru jaġġornana ftit fuq skema li kien ħareġ riċentement ta' għajnuna li jingħataw il-kmamar tan-nar sabiex itejbu l-infrastruttura tagħhom u jirrenduhom iktar siguri?", "Jekk m'iniex sejjer żball, din is-sena ħarġet it-tieni sejħa simili.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess fuq dik is-sejħa partikolari?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNNICI: Għat-tieni sena konsekuttiva, aħna nidejna skema li biha ngħinu lill-kmamar tan-nar b'għotjiet finanzjarji diretti sabiex jinvestu fis-sigurtà tal-kmamar tagħhom.", "Naħseb li din hija waħda mill-iktar skemi ta' suċċess li għamilna fis-settur kulturali, għax kien hemm bżonnha.", "Jien niltaqa' ma' pirotekniċi li ilhom ġenerazzjonijiet jaħdmu n-nar, li jgħidulna li kemm ilhom jaħdmu n-nar, jiġifieri xi 30 jew 40 sena, qatt ma ngħataw għajnuna mill-Gvern.", "Din kienet l-ewwel darba li ngħataw għajnuniet diretti biex jinvestuhom fis-sigurtà tal-kmamar tan-nar.", "Jien inżur diversi kmamar tan-nar f'pajjiżna, kif naħseb li jagħmel l-Onor.", "Interpellant, u nieħu gost meta jgħiduli li s-serra fejn inixxfu x-xogħol għamluha bis-saħħa tal-flus li ngħataw biex iżidu s-sigurtà.", "Nieħu pjaċir għax nara d-differenza.", "Meta tmur sena wara l-oħra tinduna li sar titjib u xogħol strutturali imporanti ħafna, però ma kienx il-Ministeru tiegħi biss li għen lill-kmamar tan-nar; kien hemm għajnuna diretta b'saħħitha ħafna mill-Ministru Ian Borg, li hu responsabbli mit-toroq.", "Nista' ngħid li t-toroq li jwasslu għall-kmamar tan-nar qabel kienu fi stat diżastruż.", "Jien kull fejn immur jgħiduli – naħseb li anke lilek jgħidulek hekk, Onor. Muscat – li biex joħorġu mill-kamra fejn jaħdmu n-nar iridu jgħaddu minn triq imdamdma, u tiskanta kif għandhom dak ix-xogħol kollu u jridu jgħaddu minn triq li qiegħda fi stat diżastruż.", "Għaldaqstant, jien kuntent ħafna li bis-saħħa ta' din il-ħidma, fejn jidħlu t-toroq li jwasslu għall-kmamar tan-nar, qegħdin nibdew naraw titjib importanti ħafna.", "Naturalment, għad fadal xogħol xi jsir, imma ninsab kuntent immens li meta nżuru dawn il-kmamar naraw differenza minn sena għal oħra, jekk mhux minn xahar għal ieħor.", "Nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-pirotekniċi Maltin.", "Il-logħob tan-nar huwa wirt intanġibbli importanti ħafna.", "Huwa kalamita kulturali u turistika li tkompli tivvalorizza s-sabiħ ta' dan il-pajjiż li verament qiegħed f'qalbna.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet issa għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "Il-Prim Ministru.", "TQEGĦID TA' KARTI", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 121 tal-2019 – Ordni tal-2019 għat-Twaqqif tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Bħalma hija l-konswetudni, il-Parlament ħareġ ktejjeb b'tifkira tas-Sur Michael Bonnici li kien Membru Parlamentari bejn l-1987 u l-2003.", "Insejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo biex jagħmel kelmtejn f'din l-okkażjoni.", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sinjura President, inħossni onorat li min-naħa tal-Gvern se nkun jien li nsellem lil Michael Bonnici.", "Michael kien ġentlom kbir, kien persuna ta' umanità kbira, u ta ħafna u ħafna lil pajjiżna, kemm ġol-Parlament kif ukoll barra minnu.", "Din hija t-tieni darba li qiegħed insellimlu pubblikament lil Michael għax l-ewwel darba kienet meta kont l-Arkivji ta' Santu Spirtu u ħabbart li se nagħmlu mużew tal-istorja tal-mediċina.", "Ċert li Michael kien ikun kuntent ħafna għax kien għamel ħafna xogħol, sa mis-sena 2007, biex jibni l-ispiżerija storika li għandna hemmhekk.", "Michael ma kienx it-tip li jgħid \"Jien favur li nagħmlu din l-ispiżerija li tmur lura s-sekli\" u daqshekk, imma kien imidd idejh għax-xogħol.", "Fil-fatt, kien għamel l-ixkaffar hu, irranġa l-għamara hu, żeba' kullimkien hu u għamel tliet snin jaħdem hemmhekk sakemm finalment infetħet din l-ispiżerija, grazzi għalih.", "Għalhekk, meta nagħmlu l-mużew tal-istorja tal-mediċina rridu nagħuth il-ġieħ li jixraqlu għax-xogħol kbir li għamel hemmhekk.", "Forsi wieħed jista' jgħid li bejn is-sena 2007 u s-sena 2010 Michael kellu l-Partit tiegħu fil-gvern u allura ried jaqdi dmiru b'dak il-mod.", "Sa ftit tal-ġimgħat ilu kien għadu qed jagħti sehmu biex ikompli jkabbar din l-ispiżerija f'Santu Spirtu, ir-Rabat.", "Anzi, infurmat li ħmistax ilu Michael ċempel mill-isptar iddispjaċut għax kellu jagħti diskors fuq ix-xogħol li għamel fuq din l-ispiżerija u ma setax.", "Infurmat ukoll li huwa mhux biss ta ħafna minn ħinu imma ta wkoll ħafna mill-wirt tiegħu u ta' missieru.", "Huwa saħansitra kien idur l-irkantijiet u jixtri affarijiet mingħand l-antikwarji biex kemm jista' jkun nibnu spiżerija li tkun serja.", "Il-ġenerożità ta' Michael Bonnici hija kbira u ma kenitx tieqaf mal-wirt storiku u mal-wirt kulturali.", "B'mod eżemplari Michael kien jgħin biex il-wirt tagħna bħala poplu jinxtered aktar u aktar.", "Pereżempju, xi ħaġa interessanti hija li Michael kien ippropona li l-Każin Nazzjonalista ta' Ħaż-Żebbuġ jissemma għal Mikiel Anton Vassalli.", "Għalija din hija xi ħaġa sabiħa ħafna u sinifikanti għaliex aħna l-politiċi għandna ħabta ninfirdu mhux biss fuq il-preżent imma anke fuq il-passat u speċi ngħidu, \"Nerik Mizzi tagħhom, Manwel Dimech tagħna\".", "Imma Mikiel Anton Vassalli ta' min hu?!", "Jien għalija dawn huma kollha tagħna!", "Dawn huma kollha mill-familja Maltija u Michael Bonnici, anke fil-livell ta' raħal, kien jgħin biex jibni din il-kuxjenza storika.", "Xi ħaġa interessanti li sirt naf biha dan l-aħħar hija li Michael, anke fl-aħħar ġimgħat tiegħu, kien qiegħed jieħu sehem f'riċerka li qed issir minn ħabib tiegħi dwar l-użu tat-Thalidomide.", "It-Thalidomide hija mediċina terribbli li kienet tingħata fis-snin sittin u li konsegwenza tagħha twieldu persuni b'diżabilitajiet severi ħafna, inkluż f'pajjiżna.", "Jiġifieri Michael kien qiegħed jagħmel studju, flimkien ma' ħabib tiegħi, fuq l-importazzjoni ta' din il-mediċina u l-effett li ħalliet fuq persuni li wħud minnhom għadhom jgħixu fostna.", "Għalija l-aħħar eżempju kbir ta' Michael huwa li meta konna se nieħdu lit-tfal fiċ-ċimiterju ta' Ħaż-Żebbuġ biex insellmu lil Dun Karm f'Jum Dun Karm, f'nofs il-ġimgħa kmieni filgħodu kont iltqajt ma' Michael u qalli li kien mar inaddaf il-qabar u jagħmel il-fjuri ħalli xħin imorru t-tfal isibu l-qabar ta' Dun Karm nadif u kif wieħed jistenna.", "Għalija l-valuri kbar ta' Michael ħarġu wkoll meta kien miet Karmenu Bugeja, Żebbuġi prominenti ieħor.", "Karmenu u Michael żgur li ma kinux jappartjenu għall-istess partit politiku imma meta miet Karmenu, Michael, minn jeddu, organizza l-baned kollha ta' Ħaż-Żebbuġ biex jakkumpanjaw lil Karmenu mill-knisja saċ-ċimiterju.", "U jien naħseb li jekk wieħed jaqra l-obitwarju li kiteb Michael lil Karmenu jara li dak l-istess obitwarju nistgħu niktbuh lil Michael.", "Kien sejjaħlu persuna tal-familja, filantropu, bniedem qalbu tajba, bniedem li ma kienx jagħmel partiġjaniżmu politiku, bniedem li ħabb ħafna l-familja u bniedem li kien jgħin bl-akbar onestà lil kull min jista'.", "Dak li ntqal f'dak l-obitwarju nistgħu ngħiduh għal Michael ukoll.", "Jien naħseb li għandna xorti li pajjiżna kellu politiċi bħal Michael.", "Għandna ħafna u ħafna x'nitgħallmu minnu għax la kien jaf x'inhi mibegħda u lanqas ma kien jaf jitkellem b'xi sens vendikattiv.", "Preżenti qed nara lil uliedu u lill-mara ta' Michael.", "Naħseb li għandhom ikunu kburin bih.", "Naħseb ukoll li bħala pajjiż tajjeb infakkru persuni bħal Michael għax għandna ħafna u ħafna x'nitgħallmu minnu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGUIS: Michael Bonnici: iż-Żebbuġi, l-ispiżjar, Michael il-politiku, Michael id-Deputy Speaker u Michael il-ħabib tan-nies!", "Nixtieq insellem lill-mara tiegħu Beatrice, li qiegħda hawn fostna llum, lil uliedu Elaine u żewġha Tonio, Bertrand u martu Amanda, Raphael Louis kif ukoll lin-neputijiet.", "Nirringrazzjahom talli ġew hawnhekk u talli lill-Partit Nazzjonalista u lil dan il-pajjiż sellfulu lil Michael.", "F'dawn l-erbat ijiem inkitbu ħafna affarijiet sbieħ dwar Michael f'diversi ġurnali.", "Pereżempju, Noel D'Anatas kiteb li Michael Bonnici kien ħabrieki, persuna ta' qalb tajba u li dejjem kien lest li jgħin.", "Issemmiet ukoll il-ħidma volontarja tiegħu għat-twaqqif ta' mużew tal-istorja farmaċewtika fl-Arkivju Nazzjonali li għadu kif tkellem dwaru l-Ministru Evarist Bartolo.", "Sibt ukoll artiklu li kiteb il-kollega l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, li kien fil-Parlament ma' Michael għal ċertu żmien.", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici qal hekk dwaru:", "\"L-eletturi kien jafhom personalment, wieħed wieħed, b'isimhom u x'kienu jridu jew x'kienu l-kwalitajiet tagħhom.", "Kien maħbub sew u qatt ma smajt lil xi ħadd jgħid kontra tiegħu b'xi mod.", "Kien qalbu f'idu.\".", "L-Onor.", "Mifsud Bonnici kompli jgħid hekk:", "\"Anke jekk ma ġiex dejjem trattat tajjeb, kellu wkoll rispett u mħabba għall-Partit Nazzjonalista u għal Eddie Fenech Adami, il-kap tiegħu.", "Għalih il-kap kien ħabib rispettat li lest li jisimgħu, il-bniedem li jappella lejh għar-rimedju effettiv meta kien jara lil ħutu fil-grupp jaġixxu kontra dak li kien qiegħed jara li hu tajjeb.\".", "Qalilna wkoll hekk l-Onor.", "\"Mort għandu wkoll numru ta' drabi u niftakar b'mod partikolari li kellu presepju mill-isbaħ għal qalbu bil-pasturi tax-xema'.", "Niftakru jurini l-figuri varji li kellu.", "Kull wieħed kien sabiħ u ma stajtx ma nammirax l-ispjega tiegħu għal kull wieħed minnhom.", "Kien verament bniedem kalm, seren, ferħan u li ma jagħmel ħsara lil ħadd.\".", "Xi ħaġa oħra interessanti li jien ma kontx naf biha imma li kiteb dwarha s-Sur Noel Grima fil-ġurnal The Malta Independent hija li Michael kien qajjem każ ta' ksur ta' privileġġ fil-Parlament.", "Dr Emmy Bezzina kien l-avukat tas-Sur John Zammit u kienu saru laqgħat, waħda wara oħra, tant li eventwalment intalab li l-Kumitat jieqaf bil-każ, u meta Michael Bonnici qalilhom, \"U l-apoloġija lejja fejn hi?\", kulħadd telaq 'l hemm u ma tawhx apoloġija.", "Noel Grima però jgħidilna hekk:", "Forsi dawn li kkwotajt huma nies fil-politika, imma interessanti li persuna bħal Diane Smith kitbet fil-ġurnal The Times of Malta u qalet li Michael kien jintegra nies barranin fir-raħal ta' Ħaż-Żebbuġ.", "L-istess għamel Manwel Cutajar, minn Ħaż-Żebbuġ, li wera l-apprezzament tiegħu u qal li kien hemm mument fejn Michael anke onorifiċenza ma kienx aċċetta.", "Dan juri kemm kien bniedem ta' prinċipju.", "Manwel Cutajar kiteb ukoll hekk:", "\"Fl-idea tiegħi, Michael kien maħbub, apprezzat u rispettat minn ħafna.\".", "Ma nistax ma nsemmix ukoll l-omelija li għamel Fr Gordon Refalo fil-funeral li wħud minna attendejna għalih.", "Fr Refalo qal li Michael ma kienx biss politiku imma kien ukoll bniedem ta' prinċipju, kien Nisrani, u kien ċittadin tajjeb li għaraf x'għandhom ikunu l-prijoritajiet tiegħu għax minkejja li kellu ħafna impenji, qatt ma ttraskura lill-familja.", "Din hi xi ħaġa oħra li aħna l-politiċi għandna nitgħallmu minn Michael.", "Fr Refalo qalilna wkoll li Michael kellu sens ċiviku qawwi li mbottah biex jaħdem f'diversi għaqdiet soċjali, tal-istorja, tal-arti, tal-kultura u favur l-ambjent.", "Persuna oħra li hija magħrufa sew f'Ħaż-Żebbuġ huwa Nazju Abela, li wkoll jaħdem fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.", "Huwa fakkarna f'dak li għamel Michael għal dak li għandu x'jaqsam mal-proġett tal-mafkar ta' Dun Karm Psaila, li żejjen il-pjazza wiesgħa li hemm fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ.", "Michael kien il-protagonista ewlieni f'dan il-proġett u organizza l-ġbir, ħa ħsieb il-permessi, ħa ħsieb l-organizzazzjoni taċ-ċerimonja u ħa ħsieb diversi affarijiet oħrajn.", "Barra minn hekk, flimkien ma' Din l-Art Ħelwa, Michael kien ħa ħsieb ukoll ir-restawr tal-kappella grazzjuża u antika ta' Santu Rokku fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ, u tant u tant affarijiet oħrajn.", "Nixtieq ukoll insellem lil Michael Bonnici għaliex hu kien il-moħħ wara l-każin tal-Partit Nazzjonalista ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Minbarra l-ħidma parlamentari fid-distrett, huwa għen ħafna u kien minn ta' quddiem biex inxtara l-każin Nazzjonalista fil-pjazza ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Nagħlaq billi ngħid li fuq il-każin tal-Partit Nazzjonalista ta' Ħaż-Żebbuġ dakinhar tal-funeral ta' Michael rajna miktub il-kliem: Grazzi Michael.", "Naħseb li grazzi lil Michael mhux biss jgħidhielu l-Partit Nazzjonalista, imma jgħiduhielu wkoll iż-Żebbuġin, jgħidhielu dan il-Parlament u tgħidhielu Malta.", "Grazzi Michael!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nistaqsi jekk hawnx permess biex l-Onor.", "Godfrey Farrugia jagħmel diskors qasir ukoll.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, għal din l-okkażjoni qiegħed jingħata l-permess.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: F'dawn iċ-ċirkostanzi m'għandniex problemi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Godfrey Farrugia, fil-qosor kemm jista' jkun.", "GODFREY FARRUGIA: Grazzi kollegi, grazzi Sinjura President.", "L-ewwel darba li ltqajt ma' Michael kien meta kont għadni tfajjel u qbadt ir-rota u mort nixtri mingħand Dante, li kien missieru u li kellu l-ispiżerija De Rohan.", "Michael, niftakar, kien fuq wara tal-ispiżerija jistudja.", "Mur għidli dakinhar li aktar tard dik il-mejda kont se nokkupaha jien bħala tabib meta l-ispiżerija De Rohan kienet immexxija minn Michael!", "Qattajt 15-il sena hemmhekk u għadni niftakar lil Michael, li dak iż-żmien kien Deputat, jisma' r-rajdu u meta ma jkollix nies, għax kont għadni nibda, jħallihuli fejni biex jekk jinqala' xi ħaġa l-Parlament jitlaq mill-ewwel.", "Dak iż-żmien ma kienx hawn mezzi oħra kif tkun taf x'inhu għaddej.", "Lil Michael nafu wkoll iqassam il-gazzetta Belt Rohan wara l-bieb tal-knisja meta kien fil-Kumitat Ċiviku, li kien membru tiegħu u kien anke jmexxih.", "Ħaż-Żebbuġ kien għal qalbu, u kien għal qalbu minn dejjem.", "Mhux talli hekk, talli l-ewwel ġawhra ċkejkna li Din l-Art Ħelwa kienet ħadet f'idejha kienet proprju l-Kappella ta' Santu Rokku u kien anke bis-saħħa ta' Michael Bonnici li din ġiet restawrata.", "L-istess ġara fil-każ tal-monument ta' Antonio Sciortino, ta' Dun Karm Psaila u oħrajn.", "Il-qalb kbira li kellu lejn Ħaż-Żebbuġ u l-poplu Żebbuġi lil Michael tiddistingwih.", "Huwa serva lill-poplu Żebbuġi mhux biss fil-politika imma anke fil-professjoni tiegħu.", "Lili għallimni immens.", "Jien ħarist lejh bħala role model biex lili jsawwarni kemm bħala żagħżugħ imma wkoll bħala persuna fil-ħajja pubblika.", "B'diqa nsellem lil Michael u lill-familja tiegħu, li nafhom sew.", "Naf li Michael se jibqa' mfakkar f'Ħaż-Żebbuġ għall-ferħ u l-patrijottiżmu li ġab fir-raħal tagħna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Ningħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra filwaqt li ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal il-kondoljanzi lill-familja tas-Sur Michael Bonnici.", "Fuq livell personali nista' ngħid li lili għamilli kuraġġ kbir meta ngħatajt dan l-inkarigu li għandi lum u qalli wkoll żewġ stejjer sbieħ li ngħożżhom f'qalbi.", "Nagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AVUKAT TAL-ISTAT", "L-Ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-10 ta' Ġunju, 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, ir-responsabbiltà politika, imma aktar minn hekk, ir-responsabbiltà soċjali!", "Qegħdin hawn, nispera, biex infittxu dak li jgħaqqadna.", "Jekk, bħalma qal il-Ministru, qegħdin hawn biex nibnu mill-qiegħ, mela allura hemm bżonn li nagħmlu l-affarijiet sewwa mill-qiegħ.", "Jekk dan huwa a defining moment, bħalma qal il-Ministru, li nsellimlu minn hawnhekk, mela ejja nagħmluh a defining moment.", "Huwa fatt li għandna Kostituzzjoni dgħajfa.", "Tant hu hekk li dan issemma kemm fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista tal-2013 kif ukoll f'dak tal-2017.", "Nafu sew li kemm id-demokrazija, kemm il-governanza kif ukoll is-saltna tad-dritt mhumiex dawk li jistħoqqlu pajjiżna.", "Għalija qegħdin fi stat ta' buzzwords!", "Dan mhux jien biss qed ngħidu imma jingħad anke fir-rapport tal-Kummissjoni Venezja dwar Malta.", "Din il-Kummissjoni qalet ċar u tond li s-separazzjoni tal-poter f'dan il-pajjiż ma teżistix u kollox qiegħed f'idejn il-Prim Ministru!", "Mhux hekk biss, iċ-checks and balances bejn id-diversi entitajiet ma jeżistux, mhumiex hemm!", "Il-Partit Demokratiku għandu r-rieda politika biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet fil-Kostituzzjoni.", "Il-Partit Demokratiku għandu r-rieda politika biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet fil-Kostituzzjoni b'ideat friski, b'soluzzjonijiet u best practices.", "Jiddispjaċini ngħid li hawn ħafna Membri ta' din il-Kamra li ilhom f'din il-Kamra ħafna snin aktar minni, imma għadhom ma fehmux li l-Kostituzzjoni hija kuntratt soċjali bejn il-poplu.", "Għaldaqstant jien dejjem emmint, u aħna tal-Partit Demokratiku dejjem sħaqna, li għandu jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa mal-poplu u mal-istakeholders kollha, għax din hija tagħhom u li, kemm jista' jkun, ikun hemm mill-inqas influwenza politika.", "Dan qegħdin narawh, Sinjura President?", "Jiddispjaċini, imma jkolli nistqarr li le.", "Ninsabu f'sitwazzjoni fejn in-nuqqasijiet tal-Kostituzzjoni qegħdin nabbużaw minnhom.", "Qed nużawhom b'mod legali imma b'mod antilegali, għax il-fortizza ta' dan il-pajjiż, il-Kostituzzjoni, fis-sur tagħha għandha toqob wesgħin, hija mġarrfa daqslikieku kienet passatur!", "Għaldaqstant, l-oġġettivi tal-emendi li għandna llum biex issir is-separazzjoni tar-rwol ta' Avukat Ġenerali minn dak ta' prosekutur legali quddiem il-Qorti Kriminali, hija xi ħaġa tajba, u naqblu li jsir hekk.", "Jien nemmen li hekk għandu jkun, u hekk qal ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja.", "Hawnhekk il-Ministru uża l-kelma \"divorzju\" b'intenzjoni li għalija għandha tkun differenti minn dak li esprima hu.", "Mela qed issir separazzjoni bejn dawn iż-żewġ rwoli, imma għandu jkun hemm id-divorzju mill-Gvern biex l-affarijiet isiru kif suppost u lil hinn mill-id twila tal-Ministru u tal-Prim Ministru, għax hekk biss jista' jkollna s-separazzjoni tal-poter u hekk biss il-poplu jista' jgawdi ċ-checks and balances neċessarji.", "Jiddispjaċini ninnota t-taħwida fit-terminu.", "Issa jien ġej mill-kamp mediku u m'iniex avukat, imma anke għalija hija ċara daqs il-kristall.", "Mela l-Avukat Ġenerali se jsir il-Prosekutur Legali, li diġà huwa hekk, imma t-terminu ta' Avukat Ġenerali se jsir il-Prosekutur Legali, filwaqt li għall-kumplament ta' ħidmietu se jsir l-Avukat tal-Istat.", "Jien meta mmur għand avukat, immur biex jagħtini pariri fl-interess tiegħi, għax jien il-klijent tiegħu.", "Issa hawnhekk huwa definit li l-Avukat tal-Istat se jkun l-Avukat tal-Gvern, u hawnhekk hija t-taħwida li teżisti, fl-opinjoni tiegħi.", "Minn mindu 'l hawn l-Istat sar l-Eżekuttiv?", "Minn mindu 'l hawn l-Istat sar il-Gvern?", "Għalija l-istat jinkludi l-Parlament u dawk l-entitajiet kostituzzjonali li jeżistu u li għandhom jiżdiedu fit-termini tal-Kostituzzjoni.", "Allura l-Avukat tal-Istat huwa dak l-individwu li jħares lejn l-interessi tal-poplu u r-Repubblika ta' Malta bis-saħħa, għax jipproteġi l-Kostituzzjoni ta' Malta u s-saltna tad-dritt.", "Jien nifhimha li jekk l-Avukat tal-Istat se jkun l-Avukat tal-Eżekuttiv, dan mhux se jkun imparzjali, għax nafu l-affarijiet kif inhuma.", "Imma mhux hekk biss, għax mhux se jkun jista' jagħti pariri indipendenti.", "Se jkun fidil lejn il-poplu u l-interessi ta' Malta?", "Hemm xi ħaġa żgħira miktuba, imma mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti, u se ngħid għalfejn.", "Għalija, bla dubju, l-Avukat tal-Istat innifsu huwa misnomer.", "Issa jekk se nsemmuh Avukat tar-Repubblika, bħalma qal l-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, jew Avukat Ġenerali kif għandu jkun u kif hemm fil-pajjiżi tal-Commonwealth kollha u kif inhi l-prassi internazzjonali, l-Avukat tal-Istat huwa l-avukat ta' dawn l-entitajiet kollha.", "Jekk il-Gvern irid jagħmel Avukat Ġenerali għall-Eżekuttiv biss, biex jagħti pariri lilu biss, jista' jagħmilha bħala uffiċċju pubbliku, imma jekk se nsemmuh Avukat tal-Istat se nkunu qegħdin inqarrqu bin-nies għax mhuwiex Avukat tal-Istat għax mhux se jkun imparzjali, imma huwa l-avukat tal-Gvern!", "Meta tħares lejn l-oġġettivi tal-liġi, jien, li m'iniex ġej mill-kamp legali, ninduna bil-faqar tal-mod kif inhi miktuba.", "Fejn hi l-indipendenza tal-persuna?", "Fejn hi l-indipendenza tal-istituzzjoni?", "Fejn hi l-indipendenza finanzjarja?", "Fejn hi l-indipendenza legali?", "Fejn hi funzjonali?", "Mhux talli mhumiex imsemmijin, talli lanqas biss huma miktubin!", "U dan huwa l-faqar ta' din il-liġi li ġiet approvata mill-Kabinett u mressqa mill-Ministru!", "Għajb għal min kitibha, għax lanqas hu denju għall-mod kif għandha tkun miktuba liġi li tħares l-interessi tal-Kostituzzjoni u s-saltna tad-dritt!", "Kollox huwa kkontrollat mill-gvern tal-ġurnata.", "Hekk se nibqgħu f'dan il-pajjiż, kollox ikkontrollat mill-gvern tal-ġurnata?!", "Ħalli nħarsu ftit lejn dak li hemm miktub fil-liġi.", "Pereżempju, l-indipendenza finanzjarja hija garanzija ta' riżorsi finanzjarji li bis-saħħa tagħhom, din l-entità tkun tista' tiffunzjona b'mod indipendenti skont dan l-Att, imma ma tarahiex imniżżla.", "Il-Parlament ukoll għandu indipendenza finanzjarja u amministrattiva, aħseb u ara rwol bħal dan!", "U hekk għandu jkun.", "Hemm xi ħaġa oħra li nara li hija nieqsa biex tiggarantixxi dan.", "Jista' l-Avukat tal-Istat jipproteġi b'mod legali jekk il-Gvern ma jagħtihx il-finanzi biex ikun jista' jmexxi l-każijiet?", "Le, mhijiex miktuba!", "M'għandux rajh f'idejh.", "Se noħolqu struttura ta' pupazzi, u din hija ċ-ċajta!", "Għalija il-liġi hija miktuba b'mod medjokri, għax tmur kontra s-separazzjoni tal-poter u kontra s-saltna tad-dritt.", "L-ewwel ħaġa li tolqotni hija subklawsola (2) ta' klawsola 7 li tgħid hekk:", "\"(2) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista' jagħmel regolamenti li jipprovdu għal kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni aħjar tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Att u, mingħajr preġudizzju …\".", "Jiġifieri l-Ministru għall-Ġustizzja jista' jemenda dan l-Att permezz ta' avviżi legali!", "Staqsejt student tal-liġi u għedtlu biex jarali din il-biċċa xogħol, għax saret kważi prassi, imma ma nistenniex prassi f'uffiċċju daqshekk għoli.", "Forsi prassi f'aġenzija tal-Gvern, imma mhux f'dan l-uffiċċju!", "Taf x'qalli?", "Qegħdin nerġgħu mmorru għar-regoli ta' Henry VIII clause, kif jgħidulha l-istudenti tal-Università.", "Ir-regola hi li dawn il-liġijiet għandhom ikunu f'din il-Kamra.", "Minn hawn għandhom jinħmew, minn hawn għandhom jgħaddu.", "Mhux il-Ministru, meta jfettillu, jgħaddi avviż legali fuq uffiċċju daqshekk importanti, u jekk ma toqgħodx b'seba' għajnejn, jgħaddi mingħajr ma nindunaw!", "Le, Sinjura President, dan m'għandux ikun!", "Din mhijiex serjetà!", "Il-Parlament biss għandu jkollu l-poter li jibdel u jemenda l-liġijiet ta' dawn il-pożizzjonijiet ta' dawn l-uffiċċji tant importanti.", "Subklawsola (2) ta' klawsola 7 li għadni kemm qrajt tant hi miftuħa, impreċiża, mhux ċara u speċifika li l-Ministru tal-ġurnata - illum hawn l-Onor.", "Owen Bonnici u għada pitgħada jista' jkun hawn ħaddieħor - huwa r-Regolatur tal-Uffiċċju.", "Li jgħid hu jsir!", "U ejja!", "Il-poter ma jisarrafx b'dan il-mod.", "Ngħiduha kif inhi, din ma tagħmilx tajjeb għal dak li aħna lkoll nixtiequ dwar is-separazzjoni tal-poter.", "Wara kollox, anke l-istess Ministru jista' jappunta u jagħżel lil min irid skont il-fiduċja tiegħu, anke fil-kumitati u fl-istruttura ta' dan l-Uffiċċju.", "Issa se mmur għal subklawsola (8) ta' klawsola 4 li tgħid hekk:", "\"(a) Il-Prim Ministru jista' b'ordni jinkariga …", "(b) il-Prim Ministru jista' f'kull żmien jirrevoka kull ordni bħal dik.\".", "Se nibqgħu hekk f'dan il-pajjiż, il-Prim Ministru jista' għal kollox?!", "Fir-rapport li għamlet il-Kummissjoni Venezja dwar Malta ma qalitx hekk, imma qalet li lill-Prim Ministru kemm jista' jkun għandna nnaqqsulu l-poteri minn idejh biex noħolqu s-separazzjoni tal-poter u ċ-checks and balances kif suppost.", "Wara kollox, nafu li l-istess persuna hija appuntata mill-Prim Ministru wkoll.", "Jien kont nistenna li għall-inqas din il-persuna tkun appuntata mill-Kummissjoni tal-Ġustizzja biex l-affarijiet isiru sew, imma bħalma qed jgħiduli l-kollegi ta' din in-naħa: Ma tarax li l-affarijiet isiru sew!", "Ma tarax li naħmu l-affarijiet kif suppost!", "Il-poteri assoluti tal-Avukat Ġenerali, biex jagħrfu jekk dawk il-każijiet għandhomx jitressqu l-qorti jew le, taħsbu li tnaqqsu?", "Jekk taqra sew u tifli dak li nkiteb, issib li dawn żdiedu mhux tnaqqsu, u kollox baqa' f'idejn il-Prim Ministru.", "Se ngħidilkom xi ħaġa oħra li hawnhekk ma tissemmiex, u trid tkun intiż fl-affarijiet li qed jiġru biex tinduna.", "L-Avukat Ġenerali huwa ċ-Chairperson tal-FIAU.", "Se nibqgħu fil-medjokrità li ċ-Chairperson tal-FIAU jkun l-Avukat Ġenerali?", "Mhux se jkun hemm interessi pekunjarji hemmhekk?", "Mhux se jkun hemm kunflitt ta' interess?", "Se jkun hemm kunflitt ta' interess fil-pożizzjoni.", "Jien mhux qed nitkellem fuq il-persuni, imma fuq il-pożizzjoni; li l-Avukat Ġenerali jkun Chairperson tal-FIAU.", "Araw kif inhuma f'pajjiżi oħra.", "Meta nkompli nħares ftit ieħor ninnota xi ħaġa oħra li tolqotni f'dan l-Abbozz.", "Il-Prosekutur Legali huwa persuna li għandha tispira fiduċja.", "Din il-liġi qiegħda tħalli lill-Avukat Ġenerali jew l-Avukat tal-Istat jispiraw fiduċja, li l-poplu jkollu fiduċja fihom?", "Semmejt l-indipendenza u semmejt il-ħames punti - tal-persuna, tal-istituzzjoni, tal-finanzi, tal-istruttura, eċċetra - li jagħmlu entità totalment indipendenti u awtonoma mill-Eżekuttiv, biex b'hekk noħolqu s-separazzjoni tal-poter.", "Dik tkun trid xi ħaġa oħra, għax l-indipendenza biss mhijiex biżżejjed.", "Il-kelma maġika hija \"kontabilità\", imma l-Gvern tal-ġurnata l-kelma \"kontabilità\" għadu lanqas biss jaf jispelliha!", "F'liġi bħal din m'hemm xejn li juri li dan l-Uffiċċju se jkollu l-kontabilità meħtieġa.", "Se nsemmi żewġ eżempji żgħar li jien narahom minn għajnejn ta' tabib, imma esperjenzajthom f'dan il-Parlament.", "Inħares biss lejn l-Ombudsman.", "L-Ombudsman diġà ssemma hawnhekk waqt din id-diskussjoni.", "Meta l-Ombudsman jagħmel ir-rapport, x'obbligi se jkollu dan l-Uffiċċju biex dak ir-rapport iħares lejh, janalizzah u jimplimenta l-miżuri u biex iħares lejn l-affarijiet kif suppost?", "Baħħ!", "Ma jeżistix!", "Jista' l-istess Uffiċċju jiġi investigat mill-Pulizija jew minn entitajiet oħra kontra l-korruzzjoni?", "M'hemmx provvediment, m'hemm xejn!", "Dawn huma żewġ eżempji żgħar li jidħlu dwar il-kontabilità.", "Mela huwa importanti li jkollok uffiċċju li jkun indipendenti, imma fl-istess ħin mill-aspett legali jrid ikun hemm il-kontabilità.", "Jekk din il-liġi tgħaddi kif inhi, fl-opinjoni tal-Partit Demokratiku se noħolqu mostru li se jkun barra l-kontroll tad-demokrazija jekk il-liġi tiġi f'idejn prim ministru li l-aġenda tiegħu tkun mod ieħor.", "Sinjura President, hawnhekk qegħdin nitkellmu fl-ogħla istituzzjoni li tirrappreżenta d-demokrazija, u nispera li l-Parlament ma jispiċċax il-paraventu tad-demokrazija ta' Gvern li m'għandux ir-rieda politika u r-responsabbiltà soċjali li jagħti lill-poplu u jissalvagwarda l-Kostituzzjoni tagħna b'mod rett.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Sinjura President, kif qalu l-kollegi ta' qabli, illum qegħdin niddiskutu Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu dan il-Gvern qed ikompli jimplimenta r-riforma fis-settur tal-ġustizzja.", "Sa mill-ewwel ġurnata tal-ġurament ta' dan il-Gvern ġew implimentati ammont kbir ta' liġijiet li kienu ilhom fuq l-ixkaffa għal snin twal.", "Dan il-Gvern qed jagħmel bidliet neċessarji u bidliet istituzzjonali sostanzjali għall-ewwel darba f'għexieren ta' snin, għax huwa Gvern li ma jibżax mill-bidliet u ma jibżax ibiddel.", "Fl-2013 bdejna l-proċess tal-immodernizzar ta' dan il-pajjiż biex lil dan il-pajjiż noħorġuh mir-raqda li kien fiha u nġibuh mhux biss tajjeb għall-preżent imma lest għall-futur - dak li aħna nsejħu future proof.", "Essenzjalment, f'dan il-Gvern dan hu li qegħdin nagħmlu f'kull qasam, inkluż fil-qasam tal-ġustizzja.", "Fl-ewwel leġiżlatura tiegħu dan il-Gvern daħħal il-liġi li neħħiet il-preskrizzjoni minn fuq il-politiċi.", "Jiġifieri politiku li jkun korrott u li jinxtara jrid jibqa' jgħix għal ħajtu kollha bil-biża' li l-Pulizija tista' xi darba tinvestigah, ittellgħu l-qorti u titfgħu l-ħabs.", "Daħħalna l-Protection of the Whistleblower Act, liġi oħra li tagħti l-poter liċ-ċittadin li jirrapporta amministrazzjoni illegali jew kriminali u tagħtih il-konfort li jagħmel dan bl-assigurazzjoni li ma jbatix minħabba l-verità li jkun qed jikxef u għal dak id-dritt tas-sewwa li jkun qed jgħid.", "Daħħalna wkoll il-Liġi dwar il-Finanzjament ta' Partiti Politiċi.", "Din konna ilna nisimgħu lill-kollegi tan-naħa tal-Oppożizzjoni jitkellmu fuqha meta kienu fil-gvern u kien hemm il-GRECO Report u kummissjonijiet u rapporti, imma qatt m'għamluha.", "Kienu jibżgħu minn dawn il-liġijiet, imma dan huwa Gvern li ma jibżax jagħmel il-bidliet li jħoss li għandhom isiru fl-interess nazzjonali u fl-interess komuni.", "Dawn kienu fost liġijiet oħra li dan il-Gvern wettaq b'dawn il-bidliet tant kuraġġużi li għamel, għax poġġew aktar piż fuqna l-politiċi, fuq in-nies li huma fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet politiċi nazzjonali bħalna li nieħdu deċiżjonijiet li, fl-aħħar mill-aħħar, irridu neħduhom dejjem fl-interess komuni ta' pajjiżna.", "Dan kollu aħna wettaqnieh b'serenità liema bħalha, għax dan huwa Gvern li tassew jemmen fil-kontabilità u fl-indafa politika.", "Sinjura President, ftit tax-xhur ilu ħadna d-deċiżjoni storika li bħala pajjiż inbiddlu partijiet mil-liġijiet li kienu ilhom fostna sa minn qabel l-Indipendenza u xi wħud anke qabel l-1964.", "Nixtieq infakkar li kien dan il-Gvern li talab lill-Kummissjoni Venezja sabiex tiġi twettaq analiżi ta' pajjiżna.", "Dan il-fatt minnu nnifsu huwa importanti għax jindika r-rieda ta' dan il-Gvern li ma jiddejjaqx mill-iskrutinju u mhux biss jitkellem dwar l-umiltà imma jgħixha ta' kuljum.", "Għalhekk stedinna lill-Kummissjoni Venezja biex tagħti l-parir tagħha bħala entità ex parte, bħala parti minn dawk l-entitajiet Ewropej indipendenti.", "Irrid nenfasizza u nfakkar kif filwaqt li l-Gvern laqa' lil dawn in-nies biex jagħmlu analiżi ġudizzjarja f'pajjiżna, min-naħa l-oħra l-Oppożizzjoni qalet li m'għandniex xi rriduhom.", "Dan huwa kontra dak li jiġri f'pajjiżi oħra, għax f'pajjiżi oħra l-gvernijiet ikollhom pressjoni qawwija mill-Oppożizzjoni biex jagħmlu ċerti bidliet ġudizzjarji biex iwettqu riformi amministrattivi mingħajr biża' u jdaħħlu liġijiet li forsi għal dawk il-politiċi li f'moħħhom ma jkollhomx daqshekk l-interess nazzjonali jistgħu jxekklu l-ħidma tagħhom.", "Però pajjiżna huwa mmexxi minn Gvern li ma jibżax.", "L-Oppożizzjoni tkażat bil-Gvern għax mar għall-parir quddiem il-Kummissjoni Venezja, imbagħad min-naħa l-oħra ma tiddejjaq xejn tmur tirrapporta lill-pajjiż għax tgħid li dak hu xogħolha.", "Din hija l-enigma ta' dawn il-partiti fl-Oppożizzjoni li ma tistax tifhem il-konsistenza loġika tal-ħsieb tagħhom, għax m'hemmx, għax hija politika bbażata fuq l-opportuniżmu, fuq x'jaqbel li tgħid issa.", "Mhux jekk inti temminx f'dak li qiegħed taħseb, imma x'jaqbillek tgħid issa mingħajr ma tagħti kas dak li jista' jiġri fil-futur.", "Dan huwa sinifikanti, għax huwa indikazzjoni ċara tal-konfużjoni li sfortunatament qed taħkem u ilha taħkem lill-Oppożizzjoni.", "Qed ngħid sfortuntament għax hija ħasra li anke quddiem riformi ta' din il-portata jkollna nġorru l-piż tal-Oppożizzjoni li hija konfuża.", "Smajna lill-Onor.", "Godfrey Farrugia li bl-iktar mod, ngħid jien, ċar deher li mhux qiegħed jifhem il-ħtieġa ta' din ir-riforma, jew inkella kien miżinformat.", "Bir-rispett kollu, jien nifhem li kkonsulta ma' studenti tal-Liġi, però nappella li l-konsulenzi li jkollna hawnhekk jkunu daqsxejn iżjed esperjenzati mill-istudenti tal-liġi.", "Jien kont student tal-liġi u kont nieħu pjaċir nistudja, nirriċerka u naqra l-journals fuq il-Liġi Amministrattiva, il-Liġi Internazzjonali u l-Liġi Politika, imma ma naħsibx li l-Ministru Owen Bonnici joqgħod fuq parir ta' student tal-Liġi meta jfassal Abbozz ta' Liġi bħal dan.", "Jiġifieri ejja nkunu ċari u serji f'dak li ngħidu f'din il-Kamra!", "Ejja nerfgħu r-responsabbiltà tad-diskors tagħna u mhux infajru bl-addoċċ dak li jiġi f'moħħna jew dak li jgħidilna ħaddieħor.", "Irridu nkunu konxji u nkunu nafu eżatt x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dak li qegħdin ngħidu.", "Il-Kummissjoni Venezja ġew, raw il-liġijiet kollha u għamlu lista ta' rakkomandazzjonijiet.", "Ħafna drabi din il-Kummissjoni taqbad mal-liġijiet li jkun għamel il-Gvern tal-ġurnata, iżda f'pajjiżna ma sabitx liġi waħda x'tikkritika li saret minn dan il-Gvern, lanqas fl-amministrazzjoni ta' qabel, jiġifieri tal-Prim Ministru Joseph Muscat mill-2013 sal-lum.", "Dan il-Gvern qiegħed jiġi kkritikat – huwa tajjeb li ngħiduha din, mhux billi jiġi l-Onor.", "Farrugia jipprova jagħtina lezzjoni fuq id-duttrina tal-liġi tal-politika – fuq dak li wiret bħala Gvern ġdid mill-2013 'l hawn.", "Meta tisma' lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-Gvern qiegħed jaġixxi għax kellu pressjoni mill-Oppożizzjoni u li dawn ir-riformi jmissna għamilniehom, tasal f'punt li jekk temmen dak li qiegħed jgħid ma tkunx taf jekk għandekx tibki jew tidħak, għax dawn huma liġijiet li għaddew mit-test li sar fuq pajjiżna meta dħalna fl-Unjoni Ewropea.", "Dak iż-żmien jien kelli x-xorti nkun membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin li kien jagħmel skrutinju tat-traspożizzjonijiet kollha tal-acquis u fl-istess ħin jara l-liġijiet tagħna kemm huma jew mhumiex konformi ma' dak li tippreskrivi l-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, ir-rwol doppju tal-Avukat Ġenerali ilu jiġi eżerċitat sa mill-1936, jiġifieri aktar minn 83 sena li matulhom kellna numru ta' gvernijiet Nazzjonalisti.", "Mela kellhom żmien biżżejjed biex ibiddlu dak li qegħdin niddiskutu llum.", "Għaldaqstant l-argument tal-Onor.", "Farrugia iktar jisfa fix-xejn, għax din mhijiex kwestjoni fuq xi ħaġa li saret fl-2013, 2014, sentejn ilu, is-sena li għaddiet, jew din is-sena, imma ilha hemhekk għal 83 sena.", "Skont l-istorja kien hemm għaxar gvernijiet Nazzjonalisti li kienu fil-gvern minn dak iż-żmien sal-lum li qatt ma ħassew li kellhom jimplimentaw dawn il-bidliet.", "Niġi għal x'inhi t-triq 'il quddiem.", "Minkejja li dawn il-liġijiet ilhom hemm għal diversi snin, nerġa' ngħid li dan il-Gvern m'għandu l-ebda problema li jaġġorna maż-żmenijiet, għax kif jgħid il-Prim Ministru, aħna konna, għadna u se nibqgħu nagħmlu l-bidla.", "Ridna l-ħin u jien nifhem kemm kien diffiċli t-task tal-Ministru Owen Bonnici biex janalizza u jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet.", "Ridna naraw l-affarijiet fid-dettall u f'inqas minn 100 ġurnata minn meta ħarġu r-rakkomandazzjonijiet bdejna l-proċess biex inwettqu r-riformi meħtieġa.", "Diġà għamilna bidliet fil-mod kif tinħatar il-Ġudikatura, u hemm suġġerimenti oħra li għamlet il-Kummissjoni Venezja li diġà qegħdin nipprattikawhom, anke jekk mhumiex miktubin, bħal meta għamlu r-rakkomandazzjoni li l-President tar-Repubblika għandu jinħatar biż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Issa l-Oppożizzjoni ma joqogħdux jiġu hawn jitkażaw li m'hemmx l-indipendenza u m'hemmx is-separazzjoni tal-poteri.", "Is-separazzjoni tal-poteri konna nitgħallmuha meta konna fl-ewwel sena tal-kors tal-Liġi u konna nistudjaw lil Montesquieu dwar is-separazzjoni tal-poteri, l-eżekuttiv, il-ġudikatura u l-leġiżlattiv, allura l-Parlament.", "Infakkar li f'dan il-pajjiż kien hemm żmien meta l-President tar-Repubblika u ħuh kienu jokkupaw l-ogħla kariga f'żewġ istituzzjonijiet li jagħmlu parti minn dan it-triju.", "Jiġifieri ma noqogħdux nitkażaw għax il-liġijiet qegħdin jinbidlu issa!", "Anzi, jien kont nistenna li l-Oppożizzjoni kellhom jgħidulna prosit, għax li m'għamlux huma f'25 sena, f'għaxar gvernijiet differenti mill-1936, qed nagħmluh aħna.", "Ħsibt li kienu se jingħaqdu magħna u jaraw li jkunu parti minn dan il-moviment ta' bidla fis-settur tal-ġustizzja u jagħtuna l-appoġġ tagħhom, imma ġara bil-maqlub.", "Ma nafx għalfejn.", "Forsi għax min-naħa tal-Oppożizzjoni hemm min qed jibża' li b'dawn il-bidliet jista' jispiċċa fl-għajn ta' xi kritika, ta' xi attakk, jew ta' xi investigazzjoni?", "Forsi hemm xi ħadd li qed jantiċipa li jekk xi darba jkunu fil-gvern ma jixtieqx li jkun f'dik il-pożizzjoni b'dawn il-bidliet?", "Dawn huma mistoqsijiet li jrid iweġibhom ħaddieħor.", "Kif għedt qabel, ftit tax-xhur ilu bħala Parlament sħiħ ivvotajna favur il-ħatra tal-President ġdid Dr George Vella.", "Din kienet it-tielet darba konsekuttiva li l-Parlament ivvota b'mod sħiħ favur din il-ħatra.", "Issa jmiss li niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi li hu l-ewwel pass biex nimplimentaw flimkien bħala pajjiż, bħala Parlament wieħed, bħala organu tal-Istat wieħed, ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni Venezja.", "Hawnhekk il-Gvern qed jerġa' jagħmel stedina miftuħa lill-Oppożizzjoni jew l-Oppożizzjonijiet li hemm quddiemna, biex minflok ma jaħdmu abbażi tal-ispin politiku u abbażi tal-interess politiku individwali tagħhom biss, għal darba jħarsu lejn l-interess nazzjonali fit-twettiq ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "Iż-żmien se jagħtina parir dwar min iparla ħafna u jisparla, u min jaħdem ħafna u jġib ir-riżultati u l-bidliet u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jkunu meħtieġa biex pajjiżna jibqa' pajjiż modern mhux biss fl-infrastruttura, fl-intelliġenza artifiċjali u fil-blockchain, imma anke f'settur indiġenu bħalma hi l-ġustizzja.", "Allura kull min jaspira li għad imexxi lil dan il-pajjiż u lill-istituzzjonijiet, irid jagħraf li jibqa' jiddefendihom.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi se jkompli jwettaq ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja billi jipprovdi għal diversi miżuri, fosthom biex il-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali bħala prosekutur pubbliku ewlieni u bħala konsulent legali ewlieni tal-Gvern jiġu separati minn xuxlin u jibdew jiġu mwettqa minn uffiċjali u istituzzjonijiet differenti, indipendenti minn xulxin.", "Il-mistoqsija tiegħi hija din: Billi l-Oppożizzjoni qed tgħid li mhijiex se tivvota favur dan l-Abbozz ta' Liġi, għandi nifhem li temmen fl-istatus quo, li temmen li ma tridx li jkun hemm indipendenza bejn dawn iż-żewġ rwoli, ma tridx li jkun hemm din is-separazzjoni bejn il-prosekutur pubbliku u l-konsulent legali tal-Gvern.", "Dan ifisser li l-Oppożizzjoni temmen li mxejna tajjeb b'dawn iż-żewġ karigi mwaħħlin flimkien.", "Allura l-attakk li sar fuq l-Avukat Ġenerali Peter Grech, għalfejn sar jekk mhux għall-iskop ta' assassinju ta' karattru ta' persuna li qdiet il-funzjonijiet tagħha skont il-liġi u b'mod impekkabbli?", "Hawn irrid insellem lil Dr Peter Grech għax-xogħol li għamel bħala Avukat Ġenerali u għax-xogħol li baqagħlu jagħmel, li fil-maturità tiegħu rnexxielu, kif għamlu l-predeċessuri tiegħu, joħloq bilanċ politiku u loġiku f'dawn iż-żewġ rwoli li tant huma sensittivi li sal-lum għadhom imwaħħlin f'organu wieħed.", "Għalhekk se tinħoloq il-kariga ġdida tal-Avukat tal-Istat li se tkun rikonoxxuta mhux biss fil-liġi imma fl-ogħla liġi tal-pajjiż, il-Kostituzzjoni.", "L-Avukat tal-Istat se jwettaq il-funzjonijiet tiegħu permezz ta' aġenzija indipendenti, imwaqqfa bl-istess mod kif jaqdi l-funzjonijiet tiegħu l-Avukat Ġenerali.", "Sinjura President, il-Gvern preżenti qed iwettaq ir-riformi li hemm bżonn biex isaħħaħ id-demokrazija u s-saltna tad-dritt f'pajjiżna, għax il-bidliet ma jibżax minnhom.", "Aħna ma nibżgħux naraw li nibqgħu mexjin 'il quddiem.", "Meta wieħed janalizza r-rakkomandazzjonijiet fl-intier tagħhom, ma naħsibx li dawn il-proposti kienu ta' ċanfira jew ta' twiddiba, imma kienu proposti li pajjiżna għandu jsegwi biex is-sistema taħdem aħjar, biex intejbu l-livell ta' skrutinju, biex intejbu l-livell tad-demokrazija li għandna fil-pajjiż, biex meta tgħaddi l-liġi – naf li qatt mhi se tkun perfetta – dejjem insaħħu l-pjattaforma legali b'dak li nkunu esperjenzajna u bir-rakkomandazzjonijiet li jaslulna mingħand dawn l-awtoritajiet indipendenti.", "Dawn il-proposti jeħtieġu mhux biss il-ħidma tal-Gvern, imma wkoll l-appoġġ tal-Oppożizzjoni.", "Ħafna minn dawn il-proposti se jmissu provvedimenti kostituzzjonali li, kif taf inti, Sinjura President, ikunu jeħtieġu ż-żewġ terzi tal-Kamra għax huma dispożizzjonijiet entrenched fil-Kostituzzjoni.", "Dan ifisser li l-appoġġ, is-sostenn u l-koperazzjoni tal-Oppożizzjoni hija indispensabbli, għax wara kollox se jgawdi l-pajjiż kollu.", "Irridu nagħtu nifs ġdid lill-Kostituzzjoni biex tkun tista' sservi lill-poplu aħjar.", "Dan il-Gvern hu motivat mill-bżonn tal-bidla u mill-bżonn ta' titjib tal-enerġija biex inkomplu ntejbu dan il-pajjiż fid-diversi oqsma tiegħu u tkompli tirrenja s-saltna tad-dritt.", "Pajjiżna m'għandux minn xiex jibża'.", "Aħna pajjiż li jikkollabora.", "Aħna pajjiż Ewropew li jrid ikun minn ta' quddiem f'kull qasam.", "Is-saltna tad-dritt mhux titkellem fuqha trid, imma trid tipprattikaha u tkun konsistenti dwarha.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex id-diskussjoni tiġi interrotta għal ftit mumenti sabiex nirrapporta progress dwar Abbozz ta' Liġi fil-Kumitat Permanenti relattiv.", "Il-permess ingħata.", "Fil-5.32 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali - Abbozz Nru 69 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR L-AVUKAT TAL-ISTAT", "Il-Kamra rriżumiet minn ftit mumenti qabel id-diskussjoni fuq it-Tieni Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "SIMON BUSUTTIL: Sinjura President, din hija liġi anti-Ewropea li tikser il-valuri Ewropej li suppost iħaddan pajjiżna.", "Hija liġi li minflok ma tindirizza l-kriżi kostituzzjonali li ninsabu fiha – dan l-aħħar l-eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, Prof. Kevin Aquilina, sejħilha constitutional mess – tagħmilha agħar, u se ngħid għalfejn.", "Għandna Abbozz ta' Liġi li minflok ma qed iwettaq riforma ta' veru, li tassew hemm bżonn, qed iwettaq bidla taparsi, għal għajn in-nies, teatrin, biex mingħalih juri lill-Ewropa li qed jagħmel xi ħaġa.", "Fil-fatt mhux talli mhux qed jagħmel xi ħaġa b'din il-liġi, talli qed jagħmel is-sitwazzjoni agħar, għax se jaqsam iż-żewġ funzjonijiet li għandu llum l-Avukat Ġenerali.", "Dik ta' prosekuzzjoni, li se jsejħilha Avukat Ġenerali u dik ta' konsulent tal-Gvern, li se jsejħilha Avukat tal-Istat, u minflok Avukat Ġenerali wieħed ikkontrollat mill-Gvern kif għandna llum, se jkollna żewġ uffiċċji kkontrollati t-tnejn bi spaga mill-Gvern.", "Dan hu kollu daħk fil-wiċċ ta' Gvern li minkejja li jaf li qed jagħmel bil-maqlub ta' dak li qaltlu biex jagħmel il-Kummissjoni Venezja, qed jibqa' għaddej b'arroganza, b'suppervja u allura b'intenzjoni ħażina, mhux in good faith, imma in bad faith.", "Mala fede mhux buona fede!", "Il-problema diġà hija gravi, għax diġà għandna Prim Ministru li jikkontrolla l-istituzzjonijiet kważi kollha f'pajjiżna.", "Dan l-aħħar fil-Kunsill tal-Ewropa ntużat din l-istampa li tagħti stampa tal-istituzzjonijiet kollha li l-Prim Ministru f'pajjiżna jikkontrolla bi spaga, u għalkemm diġà hemm l-Avukat Ġenerali, issa jridu jżidu kariga oħra, l-Avukat tal-Istat.", "Allura dan mhuwiex pass 'il quddiem, imma huwa pass lura.", "Għall-eluf ta' Maltin li bħali jħossu li d-demokrazija f'pajjiżna qiegħda titnaqqar kuljum, din il-liġi hija parodija, assurdità, paraventu, smokescreen għal aktar kontroll min-naħa tal-Gvern.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi anke għall-Ewropa mhuwiex aċċettabbli, għax jagħmel eżattament il-maqlub ta' dak li talbitu jagħmel il-Kummissjoni Venezja.", "L-Ewropa qiegħda tara dan l-ingann, kif qed narawh aħna, Sinjura President, ingann ta' Gvern li jilgħabha tal-Ewropew akkanit, imma mhu xejn ħlief Ewropew imqanżaħ.", "Jekk il-Gvern jaħseb li b'dan l-Abbozz ta' Liġi se jidħak bina jew bl-Ewropa, sejjer żball, qiegħed jgħarralu.", "Fil-fehma tiegħi, għad nerġgħu niġu lura fil-Parlament biex inbiddlu din il-liġi, wara li l-Ewropa tgħidlu li mhijiex aċċettabbli u tgħidlu biex jibdilha.", "Nixtieq ngħid għalfejn wasalna s'hawn, għax din il-liġi ma ġietx mix-xejn.", "Huwa tajjeb li niftakru li dan il-Gvern ma ressaqx dan l-Abbozz ta' Liġi minn jeddu, biex mingħalih isaħħaħ id-demokrazija, imma ressqu għax il-pressjoni mill-Ewropa tant żdiedet minħabba l-oxxenitajiet kbar li qegħdin isiru f'pajjiżna, li fl-aħħar il-Gvern irrealizza li ma jistgħux jibqgħu jinjoraw lil kulħadd, inkluż lill-Ewropa.", "Kellna l-Kummissjoni Venezja, kellna l-Kummissjoni Ewropea, kellna l-Parlament Ewropew u issa għandna l-Kunsill tal-Ewropa, kollha b'kundanna papali għall-mod kif il-Gvern, b'mod partikolari l-Prim Ministru, ħataf il-poter f'pajjiżna u qed jabbuża mill-poter left, right and centre u jippretendi li ħadd ma jikkontrollah.", "Iċ-checks and balances f'pajjiżna m'għadhomx jeżistu.", "Min jipprova jgħid le jew jirreżisti, jaqlagħha fuq rasu.", "Dan kollu l-Ewropa qed tarah kif qed narawh jien u int, Sinjura President.", "Għalhekk kellhom jiċċaqalqu, għax għamlitilhom pressjoni l-Ewropa.", "Mhux għax riedu, imma għax ġew daharhom mal-ħajt.", "Ejja ma ninsewx li ma kellniex bżonn lill-Ewropa tgħidilna x'għandna nagħmlu.", "Il-Gvern seta' sema' minna, għax aħna ilna ngħidulu biex jagħmel dan il-pass għal tliet snin sħaħ.", "Lilna l-ewwel injorawna, imbagħad irredikolawna, imbagħad għajruna, u issa għax ġew daharhom mal-ħajt kellhom jagħmlu xi ħaġa.", "Għalhekk qegħdin hawn, Sinjura President.", "Kif qal il-kelliem ta' qabli, l-Avukat Ġenerali ilu bil-funzjoni doppja li għandu llum għal għexieren ta' snin.", "Huwa veru li ħafna nies qed igħidu: Mhux hekk kienet is-sistema taħt in-Nazzjonalisti?", "Allura nixtieq nindirizza din il-mistoqsija, għax hija leġittima.", "Iva, hekk kienet, imma taħt gvernijiet Nazzjonalista l-Avukat Ġenerali kien jitħalla jaħdem, ma kienx pupazz tal-Gvern.", "Dawn iż-żewġ funzjonijiet li għandu llum l-Avukat Ġenerali, jiġifieri ta' prosekuzzjoni u ta' Avukat tal-Gvern, kienu jitwettqu t-tnejn mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, iżda meta tela' l-Partit Laburista beda jagħmilha ċara li l-istituzzjonijiet kollha, u mhux l-Avukat Ġenerali biss, għandhom jimxu kif irid l-Onor.", "Il-Gvern ma baqax jirrispetta l-indipendenza tal-Avukat Ġenerali, anzi ħataf lill-Avukat Ġenerali taħt idejh u minflok ma sab Avukat Ġenerali li waqaflu, li żamm l-indipendenza tal-Uffiċċju kostituzzjonali tiegħu u bagħat lill-Gvern jixxejjer, sfortunatament sab Avukat Ġenerali li baxxa rasu għall-Gvern, għamel bħall-Baa Baa Black Sheep, Yes Sir, Yes Sir il-ħin kollu, u l-Gvern mexa fuqu bħal tapit!", "Issa qegħdin inbatu l-konsegwenzi u jiddispjaċini li qed ngħid hekk, għax l-Avukat Ġenerali li hemm illum appuntah Gvern Nazzjonalista u kont nistenna ħafna aħjar minnu.", "Biex tkompli tagħqad, l-Avukat Ġenerali għandu t-tielet funzjoni f'pajjiżna, Chairperson tal-FIAU, li hi l-aġenzija responsabbli mill-investigazzjoni tal-ħasil ta' flus.", "Din hi pożizzjoni li jekk ma tagħrafx tiddefendi l-indipendenza tiegħek, tpoġġik f'kunflitt ta' interess enormi.", "Mela l-Avukat Ġenerali għandu tliet funzjonijiet u mhux tnejn, għax huwa wkoll Chairperson tal-FIAU.", "Issa ġara li meta l-Gvern ħataf lill-Avukat Ġenerali u l-Avukat Ġenerali ma ddefendiex l-indipendenza tiegħu, spiċċajna fis-sitwazzjoni perikoluża fejn l-Avukat Ġenerali ġie ffaċċjat b'rapport wara l-ieħor mill-FIAU li sabu li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi għandhom jiġu investigati mill-Pulizija fuq korruzzjoni u ħasil ta' flus.", "Imma minflok ma ħa passi bħala Chairperson tal-FIAU, minflok ħa passi bħala Avukat Ġenerali, minflok ħa passi bħala prosekutur, l-Avukat Ġenerali li għandna llum dawwar wiċċu n-naħa l-oħra, ħasel idejh bħal Pilatu u kollox baqa' għaddej.", "Minħabba f'hekk ilna tliet snin b'żewġ Membri tal-Kabinett - għax iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jpoġġi fil-Kabinett - li nqabdu jħammġu jdejhom bil-korruzzjoni u l-Avukat Ġenerali m'għamel assolutament xejn.", "Tant naqas mid-dover tiegħu l-Avukat Ġenerali li kelli mmur jien il-qorti u bħala ċittadin nitlob li tinfetaħ inkjesta fuq dan il-ħmieġ, kif marru wkoll l-Għaqda tas-soċjetà ċivili Repubblika.", "Jien mort il-qorti fuq il-korruzzjoni tal-bejgħ tal-passaporti, fuq it-tixħim tal-eks Managing Director tal-gazzetta Times of Malta, fuq il-Panama Papers u fuq 17 Black.", "U tafu lil min sibt kontra tiegħi?", "Sibt lil the usual suspects, la bella compagnia li jagħmlu kull tip ta' ostaklu biex il-ġustizzja ma ssirx, bl-Avukat Ġenerali fuq in-naħa tagħhom!", "Minflok ma jiddefendi liċ-ċittadin li jrid li l-liġi tiġi protetta, l-Avukat Ġenerali ddefenda n-naħa tagħhom.", "Sitwazzjoni tal-biżgħa li ssibha biss fi stati mafjużi.", "Dik hija l-verità!", "Għalhekk is-sitwazzjoni waslet s'hawn, Sinjura President, u għalhekk kellhom jagħmlu xi ħaġa.", "Bilfors, mhux għax riedu.", "Irrid nagħmilha ċara li l-akbar tort ta' dan kollu mhuwiex tal-Avukat Ġenerali, imma tal-Prim Ministru li qed jagħti protezzjoni u impunità għall-korruzzjoni fl-uffiċċju tiegħu stess u ħadd ma jagħmel xejn u ġab lill-Avukat Ġenerali f'din is-sitwazzjoni impossibbli.", "Naturalment, hija wkoll ir-responsabbiltà tal-Avukat Ġenerali, għax imissu jew asserixxa l-indipendenza tiegħu u bagħat lill-Prim Ministru jixxejjer, jew inkella telaq, għax hekk isiru l-affarijiet minn min hu serju.", "Kien għalhekk li l-Oppożizzjoni sa minn tliet snin ilu bdiet tinsisti li l-Avukat Ġenerali għandu jerfa' r-responsabbiltà tiegħu u jirriżenja.", "Mhux għax għandna xi ħaġa kontrih personali, imma għax naqas mid-dover tiegħu.", "Allura la naqas mid-dover u ma tkellimx, nitkellmu aħna minfloku.", "Għalhekk tlabna r-riżenja tiegħu, mhux b'kapriċċ.", "Ara taħsbu li b'kapriċċ, imma għax naqas milli jagħmel id-dover tiegħu.", "Meta mbagħad baqa' hemm, insistejna li għall-inqas jekk mhux se jagħmel id-dover tiegħu, il-funzjoni tiegħu, ix-xogħol ta' prosekuzzjoni għandu jkun differenti mix-xogħol ta' Avukat tal-Gvern.", "Dak li tlabna!", "La l-Avukat Ġenerali pprefera jagħmilha tal-avukat tal-Onor.", "Joseph Muscat u ma kienx kapaċi jieħu l-passi li suppost ħa, bilfors kellna nagħmlu l-pressjoni biex jaqsmu l-uffiċċju.", "Fil-fatt, din l-insistenza għamilnieha aħna, imma għamluha wkoll il-Kunsill tal-Ewropa, il-GRECO u l-aktar importanti, il-Kummissjoni t' Venezja.", "Din l-insistenza għamilnieha minn meta faqqa' l-iskandlu tal-Panama Papers.", "Għamilnieha b'saħħa anke fl-aħħar elezzjoni u għadna nagħmluha sal-lum, kemm f'Malta, kif ukoll fl-Ewropa.", "Sinjura President, la l-Gvern ma jkunx irid jisma' minnek, ma jibqagħlekx triq orħa ħlief li titlob lill-Ewropa biex tagħtina l-protezzjoni li dan il-Gvern mhux qed jagħtina.", "Għalhekk tmur titkellem l-Ewropa, biex xi ħadd jipproteġina, għax inkella d-demokrazija tagħna ddub, tispiċċa.", "Waħda wara l-oħra, l-istrutturi Ewropej bdew jaraw x'qed jiġri f'pajjiżna u naturalment ma ħadux gost, għax dawn l-affarijiet ma ssibhomx f'pajjiżi Ewropej imma ssibhom f'banana republic!", "Dawk il-pajjiżi Ewropej li qegħdin jilagħbu mad-demokrazija bħall-Polonja, l-Ungerija u issa anke Malta, qed tibda tissikka l-morsa madwarhom, u wieħed wara l-ieħor, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja, kollha bdew jikkundannaw dawn l-abbużi u jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna.", "Ftit tal-jiem ilu Guy Verhofstadt, li huwa l-President tal-Grupp Liberali fil-Parlament Ewropew, qal dan il-kliem:", "Dan hu l-kliem li jgħid il-President tal-Grupp Liberali fil-Parlament Ewropew.", "Huwa tal-mistħija għal pajjiżna li ġabuna f'din is-sitwazzjoni.", "Biex inkunu ċari, il-problema tas-saltna tad-dritt ma tibdiex u tieqaf b'din il-liġi jew bl-Avukat Ġenerali, imma hija ferm usa' minn hekk għax dak li għamlu jolqot, tista' tgħid, lis-setturi kollha.", "Huwa proprju għalhekk li din il-liġi ma jmisshiex ġiet ippreżentata waħedha, imma jmissha ġiet ippreżentata bħala pakkett sħiħ ta' riformi, u l-problema hija wiesgħa sew.", "Il-problema hija li l-istituzzjonijiet kollha ta' pajjiżna nħatfu mill-Prim Ministru, u għax inħatfu mill-Prim Ministru ma jistgħux jikkontrollaw il-poter tal-Prim Ministru.", "Ma jistgħux jikkontrollawh meta jabbuża mill-poter, ma jistgħux jinvestigaw lill-Ministri korrotti, ma jistgħux iħarrku lill-Ministri korrotti, għax kollha mdendlin bi spaga kkontrollati minnu.", "L-Avukat Ġenerali, il-Korp tal-Pulizija, l-FIAU, l-MFSA, kollha!", "Tista' tgħid li ma baqa' xejn, tneħħi l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali.", "Issa l-problema aggravat aktar, għax il-Gvern qed jibda jipprova jikkontrolla l-qrati wkoll billi jagħmel ħatriet partiġjani li qegħdin inawru l-kredibilità anke tal-qrati.", "Imma dik kwestjoni oħra u għad nitkellem fuqha.", "Wara ħafna pressjoni mill-Ewropa u wara li l-Gvern induna li billi jgħajjarna tradituri mhu se jimpressjona lil ħadd, la fuq din in-naħa tal-Kamra u lanqas fi Brussell, kellu jagħmel xi ħaġa għax ġie dahru mal-ħajt.", "Din hi l-istorja vera għalfejn wasalna sal-punt tal-lum, mhux għax tant għandna Gvern qaddis li ġie hawn biex mingħalih jgħidilna li se jsaħħaħ id-demokrazija.", "Issa la ġie hawnhekk b'din, il-mistoqsija hi jekk għall-inqas fl-Abbozz ta' Liġi li ġie bih quddiemna, il-proposti tal-Gvern humiex tajbin jew le.", "U t-tweġiba tiegħi hija: Le, mhumiex!", "Kieku dan l-Abbozz ta' Liġi kien tajjeb, fis-sens li ssepara ż-żewġ funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali u ħoloq żewġ entitajiet verament indipendenti mill-Gvern, dik ta' Prosekutur indipendenti mill-Gvern u dik ta' Avukat tal-Istat indipendenti mill-Gvern, konna nkunu għamilna pass 'il quddiem, kieku konna nkunu lesti li naqblu magħha.", "Iżda dan huwa Abbozz ta' Liġi li jipprova jqarraq bin-nies sfaċċatament, għax il-Gvern se jaqsam iż-żewġ funzjonijiet u minflok ma jikkontrolla wieħed, se jikkontrollahom it-tnejn!", "Minflok pupazz wieħed, se jkollna tnejn!", "Dak huwa pass 'il quddiem?", "Dak agħar!", "B'din il-liġi l-Prim Ministru se jaħtar hu il-post ta' Prosekutur.", "Hemm taħwida tal-ismijiet ukoll, għax il-Prosekutur minflok ma jsejjaħlu Prosekutur, għax hekk hu, se jsejjaħlu Avukat Ġenerali, u l-post ta' Avukat tal-Gvern se jsejjaħħlu Avukat tal-Istat minflok ma jsejjaħlu Avukat Ġenerali, imma ħalliha l-konfużjoni tal-ismijiet li diġà rreferew għaliha kollegi oħra.", "Sinjura President, il-punt huwa li b'din il-liġi l-Prim Ministru se jaħtar kemm il-Prosekutur u kif ukoll l-Avukat tal-Istat.", "Issa l-Prosekutur, jekk se jżomm f'postu lill-Avukat Ġenerali li għandna llum, dan diġà wera li ma kienx kapaċi jwettaq dmiru, għax m'għamlux xogħlu ta' Prosekutur, għax ma ħax passi kontra l-Onor.", "Konrad Mizzi minkejja r-rapporti tal-FIAU u ma ħax passi kontra Keith Schembri minkejja r-rapporti tal-FIAU.", "Allura jekk m'għamiltx xogħlok, se nħallik hemm?!", "Imma lilu se jħallu hemm.", "Dażgur, għax komdi bih, għax jagħmlu li jridu bih, imma dik mhijiex indipendenza.", "Qed jipprovaw jidħku bin-nies.", "L-ieħor li se jagħmlu, mhux se jkun indipendenti lanqas, u se jkollhom spaga oħra x'jiġbdu.", "Ħalli ngħid x'inhuma l-iskużi li qed iġib il-Gvern fuq l-indipendenza.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja qed jipprova jikkonvinċina li se jkun hemm proċess ta' għażla, Alla jbierek, biex jintgħażel minn ħaqqu.", "Ħasibna imbeċilli!", "Issa ilna sitt snin naraw x'jiġifieri proċess ta' għażla taħt dan il-Gvern!", "Taħt dan il-Gvern il-proċess ta' għażla ma jfissirx il-meritokrazija tal-billboard; il-proċess ta' għażla taħt dan il-Gvern ifisser li jintgħażel dejjem dak li jrid l-Onor.", "Joseph Muscat, u jekk xi darba b'kumbinazzjoni jiżgiċċa xi ħadd fuq mertu jew fuq kompetenza, jaraw kif jagħmlu biex iwaħħluh, biex ma jintgħażilx, biex iwaqqfu kollox!", "Dik tfisser għalihom il-meritokrazija!", "Allura tiġi tgħidilna li se jkun indipendenti għax se jkun hemm proċess ta' għażla?", "Qisna ma nafux x'jiġifieri proċess ta' għażla taħt il-Partit Laburista!", "Ikun proċess ta' għażla fażull, li fl-aħħar mill-aħħar jagħżel lil min irid l-Onor.", "Joseph Muscat u ħadd iktar.", "Dażgur li mhijiex!", "Il-Ministru għall-Ġustizzja qed jagħfas ukoll fuq l-idea li l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat se jkunu indipendenti għax qed jgħid li se jkollhom security of tenure, jiġifieri ma tkunx tista' tneħħihom minn posthom jekk mhux b'żewġ terzi tal-Kamra.", "Qed jgħid li la ma tistax tneħħihom, allura għandhom l-indipendenza!", "Skużi, għax ma tkunx tista' tneħħihom, hija garanzija tal-indipendenza?", "Allura jekk tagħmel pupazz u ma tkunx tista' tneħħih, tkun għamilt pass 'il quddiem?", "Le, tkun ċappastilna u kkakkmajtna b'pupazz għal dejjem!", "Dak mhuwiex pass 'il quddiem, imma huwa pass lura!", "Sinjura President, aħna ma nistgħux nappoġġjaw liġi li ma tiggarantix l-indipendenza bis-serjetà u mhux taparsi, iktar u iktar fil-każ tal-Prosekutur.", "Din għandha tgħodd għat-tnejn, imma iktar u iktar għall-Prosekutur.", "It-test tal-indipendenza, the acid test, huwa ċar.", "Min jinħatar Prosekutur se jkun lest li jinvestiga u jħarrek Ministru korrott il-qorti jew le?", "Dan hu t-test tal-indipendenza!", "Dan se jkun kapaċi jieħu l-passi jekk ikun hemm Ministru korrott jew le?", "Għax dak li għandna llum ma kienx kapaċi, mela mhuwiex indipendenti, mela qed jibża' minnkom, mela miġbud bi spaga.", "Huwa ċar li l-Avukat Ġenerali preżenti ma kienx kapaċi jagħmel dan, u fuq hekk biss ma jistax ikun hu li jinħatar Prosekutur.", "Jekk mhux se jkun xi ħadd tassew indipendenti, huwa inutli li nagħmlu dan kollu, għax ikun teatrin fejn mingħalikom qed tagħmlu xi ħaġa għad-dieher, imma tkunu qed tidħku biss bikom infuskom.", "Żgur li bina mhux se tidħku u lanqas se tidħku bl-Ewropa.", "Sinjura President, biex l-indipendenza tkun tassew garantita, irid ikun hemm żewġ kundizzjonijiet li fl-Abbozz ta' Liġi preżenti ma jeżistux, ma jidhrux, injorawhom għal kollox.", "L-ewwel waħda hi li kemm il-Prosekutur, dak li se jsejħulu l-Avukat Ġeneral, kif ukoll l-Avukat tal-Gvern, dak li se jsejħulu l-Avukat tal-Istat, għandhom jinħatru b'żewġ terzi ta' din il-Kamra biex tassew ikunu indipendenti.", "L-esperjenza diġà wrietna li għandna raġun ngħidu li l-iktar karigi importanti fil-pajjiż għandhom jinħatru biż-żewġ terzi ta' din il-Kamra, għall-fatt li l-uniċi żewġ istituzzjonijiet li żammew forma ta' indipendenza f'pajjiżna, l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, it-tnejn li huma nħatru biż-żewġ terzi.", "Qed narawha taħdem b'għajnejna!", "Mela għalfejn ma teħdux din il-proposta?", "Għalfejn qed tibżgħu minnha?", "Mela tibżgħu milli jkollkom Avukat Ġenerali tassew indipendenti?", "Mela tibżgħu li jieħu passi kontra l-Ministri korrotti?", "Dik hija l-ewwel kundizzjoni li mingħajrha ma nistgħux naċċettaw din il-liġi.", "It-tieni kundizzjoni hi li biex ikun hemm garanzija ta' indipendenza, jeħtieġ ukoll li d-deċiżjonijiet tal-Prosekutur – pereżempju, jekk jiddeċiedi li ma jeħux passi – inkunu nistgħu niċċalinġjawhom billi nagħmlu dak li jgħidulu judicial review, skrutinju quddiem il-qorti.", "Pereżempju, inkun nista' mmur quddiem il-qorti u ngħid li ma naqbilx li l-Prosekutur iddeċieda li ma jeħux passi kontra l-Onor.", "Konrad Mizzi u kontra Keith Schembri.", "Le, ma tarax li ma jdaħħlux dak id-dritt liċ-ċittadin!", "Ma tarax li ma jagħtuniex id-dritt li noġġezzjonaw għal dak li jiddeċiedi l-Avukat Ġenerali, kif qaltilhom il-Kummissjoni Venezja b'mod ċar!", "Dik hija kundizzjoni oħra, għax dik hija xi ħaġa li ssaħħaħ ir-responsabbiltà, imma l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet bażiċi għall-indipendenza ma ddaħħlu f'din il-liġi.", "Sinjura President, biex nagħlaq, kemm il-Prosekutur kif ukoll l-Avukat tal-Gvern għandhom jinħatru b'żewġ terzi ta' din il-Kamra biex ikunu tassew indipendenti.", "Infakkar li dak li qed ngħid jien qalitu wkoll il-Kummissjoni Venezja u issa qalu wkoll il-Kunsill tal-Ewropa.", "L-Ewropa qed tgħid dak li qed ngħid jien, mhux għax qed ngħidu jien, imma għax dak li qed ngħid jien huwa s-sewwa.", "Għalhekk qed jirrepetuh fl-Ewropa.", "Dan huwa punt fundamentali għalina.", "Dan huwa punt ta' prinċipju.", "Ma nistgħux nivvotaw favur liġi li hija falza, fażulla, għax jekk ma jkunx hemm garanzija ta' indipendenza, għalxejn qed nagħmlu dan kollu.", "Din il-liġi jeħtieġ li jkollha garanzija ta' indipendenza ta' veru u mhux garanzija taparsi.", "Din il-liġi hija anti-Ewropea għax se taqsam l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fi tnejn u minflok ma tagħmilhom it-tnejn indipendenti, kif suppost tagħmilhom, se tagħmilhom it-tnejn maħtura mill-Prim Ministru u allura dipendenti fuq il-Prim Ministru u mhux indipendenti minnu!", "Għalhekk, din hija liġi li ddgħajjef is-saltna tad-dritt u mhux issaħħaħha.", "Din hija liġi li se żżid u mhux tnaqqas il-poteri tal-Prim Ministru, meta huwa ċarissimu li f'dan il-pajjiż il-problema hija li l-Prim Ministru ħataf il-kontroll assolut tal-Istat, għandu wisq poter u qed jabbuża minn dak il-poter.", "Dan aħna ilna li rajnieh u għidnieh.", "Issa l-Ewropa qed tarah u tgħidu wkoll.", "Jekk il-Gvern se jibqa' in denial, imeri s-sewwa magħruf, se jagħmel froġa oħra.", "Se jagħmel riforma fake, riforma taparsi u minflok ma nimxu 'l quddiem se nkunu mexjna lura.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, din il-liġi mhijiex fl-interess ta' dawk kollha li qed isegwu dan id-dibattitu li jħobbu s-sewwa u jridu li l-affarijiet f'pajjiżna jsiru bis-serjetà.", "Din il-liġi hija taħmil id-dras.", "Din il-liġi hija chimera!", "Din il-liġi tagħtik l-impressjoni li hija xi ħaġa tajba, però meta tqaxxar il-wiċċ issib realtà kerha ħafna.", "Għalhekk, kif qal l-Onor.", "Simon Busuttil, minflok ma nagħmlu pass 'il quddiem jew nibqgħu fejn aħna, se nagħmlu pass lura.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi hu miktub ħażin, għax għandu kunċetti żbaljati u mgerfxin.", "Hu miktub b'mod shabby ħafna u hemm medjokrità fil-kitba.", "Apparti minn hekk, dan l-Abbozz ta' Liġi imur dijametrikament kontra d-duttrina kostituzzjonali stabbilita u aċċettata fil-kontinent Ewropew.", "Se nsemmi żewġ conceptual flaws biss, għax il-ħin ma jippermettilix, l-ewwel il-perikoluża, biex ma nużax il-kelma \"misħuta\", Henry VIII clause.", "Għal min qed isegwi dan id-dibattitu, Henry VIII clause hija terminoloġija li tintuża fil-liġi kostituzzjonali u amminstrattiva Ingliża, li allura hi applikabbli anke f'pajjiżna, li m'għandux ikun għax huwa ħażin, huwa kontro-sens, huwa kontra s-sewwa; mhux għax qed jgħidu l-Onor.", "Jason Azzopardi jew l-Onor.", "Simon Busuttil, jew il-Partit Nazzjonalista, imma għax huwa ħażin, minn ewl id-dinja, u r-raġuni ma tridx forza.", "Ikollok liġi, però mbagħad ġo fiha ssib erba' kelmiet żgħar ħafna li huma nuclear button, klawsola li tagħti l-poter lill-Ministru għall-Ġustizzja jbiddel il-liġi b'sempliċi avviż legali.", "Ibiddel din il-liġi li tittratta wieħed mill-ogħla uffiċjali suppost tal-Istat, b'sempliċi avviż legali.", "L-istess tip ta' avviż legali li nużaw biex nemendaw il-multi għal min iħammeġ bil-kelb barra fit-triq, se nużawh biex inbiddlu waħda mill-iktar liġijiet importanti fil-qafas leġiżlattiv u kostituzzjonali ta' pajjiżna!", "Dan huwa tajjeb, jew huwa ħażin?", "Huwa ħażin!", "Il-Qorti Suprema tal-Irlanda, fis-sentenza li tat fl-1999 – għal min jinteressah Cityview press case – kellha kawża proprju fuq dan il-punt.", "Il-Qorti Suprema Irlandiża fil-kawża Harvey kontra l-Ministru tal-Politika Soċjali tal-Irlanda – żewġ kawżi li fil-ftit ħin li kelli fittixt u sibt – tgħid hekk:", "Imħallef tal-Qorti Suprema Amerikana, Antonin Scalia, li llum m'għadux ħaj però hu magħruf ħafna u jiġi kkwotat ħafna, kien tkellem fuq il-periklu tal-Henry VIII clauses u f'artiklu li kien kiteb fil-Wall Street Journal f'Settembru 1999, intitolat \"How democracy swept the world\", l-Imħallef imsemmi tal-Qorti Suprema Amerikana jgħid hekk:", "U jkompli fuq dan il-punt.", "Il-Gvern suppost progressiv li għandna, fl-2019 għadu jagħmel użu minn klawsola li tirrikorri u tfakkarna kif kien jimxi Henry VIII ħames sekli u nofs ilu!", "It-tieni żball li għandu dan l-Abbozz mhuwiex daqstant materjali, imma biex nuri kemm fil-fatt ġiet miktuba ħażin u b'mod amatorjali din il-liġi, fid-dritt kostituzzjonali fil-Commonwealth, il-kelma, il-frażi, t-terminoloġija \"Attorney General\" hija riservata biss għal dak li jgħidulu the Chief Legal Advisor to the Government u ma tintuża mkien għad-Director of Public Prosecutions kif qiegħda tagħmel din il-liġi.", "Allura din il-liġi qiegħda tagħmel bil-kontra, it is entrusting prosecution duties to the Attorney General u qiegħda twaqqaf il-kunċett aljen totalment fid-dritt kostituzzjonali tal-pajjiżi tal-Commonwealth, fosthom Malta, ta' State Advocate li jrid jagħmel ix-xogħol ta' Chief Legal Advisor to the Government.", "Sinjura President, niġi għat-tielet punt.", "Tant ġiet miktuba ħażin din il-liġi li jekk taqra l-press release li ħareġ il-Gvern fit-2 ta' Mejju 2019 issued by the Ministry for Justice on the Bill which separates the Attorney General's dual role u taqra l-press release li ġiet ippubblikata mal-istess Abbozz ta' Liġi ppubblikat fit-2 ta' Mejju 2019, hemm dikotomija jew diverġenza.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jipproponi li jwaqqaf l-uffiċċju tal-iState Advocate, però fil-press release imnedija uffiċjalment mill-Ministru għall-Ġustizzja, ippubblikata fit-2 ta' Mejju ma' dan l-istess Abbozz ta' Liġi, ir-referenza għal dan l-uffiċċju - tliet darbiet, mhux darba jew darbtejn – hija bħala State Attorney.", "Liema hija t-terminoloġija korretta?", "Ara forsi tgħidlix ukoll jekk dan jindikax drafting intelliġenti!", "Probabbilment tifel tal-Primarja jasal ukoll, m'hemmx għalfejn tkun Ministru għall-Ġustizzja biex tinduna li dan huwa shabby!", "Klawsola 10 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi tgħid hekk:", "Jiġifieri l-artiklu 91A qed jiġi propost li jiżdied wara l-artiklu 90.", "Tgħidli: Dan mhux dettall?", "Fid-dettall tinduna kemm bniedem huwa serju meta jiġi biex jabbozza l-liġi, għax din suppost hija liġi li għaddiet minn diversi livelli ta' skrutinju.", "Possibbli ħadd ma nduna?", "Meta hemm din l-armata, dan il-platoon ta' positions of trust, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma jindunax li hija xi ħaġa imbarazzanti?", "Jiġifieri l-ewwel taqra l-artiklu 90 tal-Kostituzzjoni, imbagħad taqra l-artiklu 91A u mbagħad taqra l-artiklu 91 u mhux artikli 90, 91 u 91A kif suppost tgħidlek il-loġika.", "Issa se mmur għal xi ħaġa ferm u ferm iktar sostantiva.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa parodija, it's turning on its head ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja.", "Huwa insult u għandu raġun l-Onor.", "Simon Busuttil, u m'għandi ebda dubju li - jekk Alla jrid, inkun f'pożizzjoni li nassistih dak il-mument - se ngħixu realtà fejn jgħidulkom għal darb'oħra li għamiltu liġi ħażina!", "Niftakar li fl-aħħar leġiżlatura konna għidnielhom - kien l-istess Ministru għall-Ġustizzja – li l-Liġi dwar il-Finanzjament ta' Partiti Politiċi li qegħdin jipproponu tikser il-Kostituzzjoni u tikser il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Imma daħku bija, daħku bl-Onor.", "Simon Busuttil, daħku bl-Onor.", "Chris Said, u daħku bl-Onor.", "Daħku bina u rredikolawna.", "Għall-grazzja t'Alla l-Qorti Kostituzzjonali - inzertajt kont jien l-avukat tal-Partit Nazzjonalista u kburi li kont jien - qaltilna li għandna raġun, din il-liġi tikser id-drittijiet tal-bniedem.", "Issa għandhom egg on their face u se jkollhom jerġgħu jemendaw il-Liġi dwar il-Finanzjament ta' Partiti Politiċi.", "U f'din ukoll hekk se jiġri.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi juri li Government is in bad faith.", "Il-Gvern qed jgħid li qed jimplimenta r-rapport tal-Kummissjoni Venezja.", "Però x'inhu l-leitmotif, id-DNA li hemm insitu all along fir-rapport tal-aqwa esperti u mħuħ legali tal-Kunsill tal-Ewropa li f'Diċembru 2018 taw rapport damning u ħammru wiċċ il-Gvern?", "Sfortunatament, b'konsegwenza t'hekk ħammru wiċċ pajjiżna wkoll.", "L-ewwel nett, il-Kummissjoni Venezja staqsiet dwar ir-woli differenti tal-Avukat Ġenerali, u dan l-Abbozz ta' Liġi on the face of it qed jindirizza wieħed minn dawn il-kunflitti.", "Il-Prosekutur legal advisor għall-Gvern … Però l-Avukat Ġenerali, kif inqtal diġà, se jibqa' ċ-Chairperson tal-FIAU.", "Paragrafu 56 tar-Rapport tal-Kummissjoni Venezja, fejn jitkellmu fuq l-Avukat Ġenerali bħala Chairperson tal-FIAU, jgħid li:", "Ir-Rapport tal-Kummissjoni Venezja jikkritika d-diskrezzjoni 'unfettered' – il-frażi Maltija safja hi 'bla ebda xkiel, mhux imliġġma'.", "L-ilġiem liż-żiemel iżommu lura biex ma jitlaqx jiġri, filwaqt li 'unfettered' huwa l-oppost.", "Il-Kummissjoni Venezja kkritikat 'the unfettered and absolute discretion' tal-Avukat Ġenerali li jiddeċiedi hu jekk jibdiex, ikomplix jew iwaqqafx proċeduri kriminali fil-qorti.", "F'paragrafu 57 ta' dak ir-rapport, jikkrtikaw subrtiklu 91 (3) tal-Kostituzzjoni.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi kien okkażjoni sabiħa u opportunità tajba biex il-Parlament jipproponi judicial review - tad-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali, jiġifieri livell ta' skrutinju jew, biex ninftiehem aħjar, għarbiel.", "Min jaħdem fir-raba' juża l-espressjoni li jagħżel il-qamħ mis-sikrana, u l-istess ħaġa hawnhekk.", "Punt ieħor li ma jaqbilx ma' dak li rrakkomandat il-Kummissjoni Venezja jirrigwarda fejn qalet li:", "Dan hu x'qalet il-Kummissjoni Venezja, imma dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi jitmellaħ – biex ma nużax kelma oħra fil-Parlament – altament minn din is-sentenza!", "L-Avukat Ġenerali se jkun appuntat mill-Prim Ministru, ikun min ikun il-prim ministru, u allura se jkun hemm it-tkomplija ta' konċentrazzjoni ta' poteri f'idejn il-Prim Ministru, meta l-iskop, l-għajta u d-DNA tar-Rapport tal-Kummissjoni Venenzja miktub minn dawn l-imħuħ legali tal-Kunsill tal-Ewropa f'Diċembru 2018 qal li għandna nnaqqsu l-poteri kkonċentrati f'idejn il-Prim Ministru u mhux inżiduhom!", "Punt ieħor li l-Kummissjoni Venenzja rrakkomandat u dan l-Abbozz ta' Liġi ma jagħtix kasu huwa dak li jingħaqdu flimkien l-istaff tad-Dipartiment il-ġdid tal-Prosecuting Police Officers mad-Dipartiment tal-Prosekuzzjoni eżistenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "B'hekk ikun hemm mod organizzat u kkordinat aħjar ta' Director of Public Prosecutions għax ikollok il-prosekuturi kollha mill-Korp tal-Pulizija u mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali taħt saqaf wieħed, imma din ir-rakkomandazzjoni waqgħet fuq widnejn torox f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Sinjura President, li jmiss huwa wieħed mill-iktar punti għal qalbi u kemm-il darba tkellimt fuqu.", "Il-Kummissjoni Venenzja rrakkomandat li:", "Din hija xi ħaġa li dan l-Abbozz ta' Liġi ma jipprovdix għaliha, meta kellna okkażjoni tad-deheb.", "Jien diversi xhur ilu ħadt madwar tliet Aġġornamenti fuq dan il-punt.", "Hawn qed ngħidu li l-liġi kif inhi ma tippermettix li maġistrat jiftaħ inkjesta minn jeddu.", "Jien għamilt proposta u l-Kummissjoni Venezja rrakkomandat l-istess ħaġa - at least I'm in good company, mela ma kontx negattiv – dik li jitwaqqaf l-uffiċċju ta' maġistrat li jkun awtonomu, bl-istaff tiegħu awtonomu, li jkollu l-poter jibda investigazzjoni u inkjesta maġisterjali minn jeddu.", "Kif inhi s-sistema llum irid jobdi biss lill-Pulizija jekk ikollu rikors ta' ċittadin privat biex jiftaħ inkjesta.", "Illum, jekk wieħed jara l-Kodiċi Kriminali jsib li subartiklu 546 (1) jgħid li l-maġistrat tal-għassa jiftaħ inkjesta fuq talba tal-Pulizija meta jirċievi \"an information report or complaint\", imbagħad subartiklu 546 (4A) tal-Kodiċi Kriminali, li kien introdott ftit tas-snin ilu, jagħti dak il-poter, li l-Onor.", "Simon Busuttil użah għal darba, tnejn, tlieta, u wżatu anke Repubblika ftit tal-ġimgħat ilu, li wieħed jitlob lill-maġistrat tal-għassa jiftaħ investigazzjoni.", "Il-Kummissjoni Venezja rrakkomandat li jkun stabbilit dan l-uffiċċju.", "Ħasra kbira, biex ma ngħidx għajb!", "Kieku veru rridu niġġieldu l-korruzzjoni, nagħtuh poter lill-maġistrat, għax illum il-maġistrati tal-għassa, huma min huma, jiddependu mill-Korp tal-Pulizija biex jaħdmu.", "Anke biex joħorġu notifika ta' persuna biex tkun interrogata jridu jgħaddu tramite l-Pulizija, għax mhumiex awtonomi kif inhuma fil-kontinent Ewropew.", "Allura dan l-Abbozz huwa turija ta' Gvern in bad faith li qed jikser l-ispirtu tas-saltna tad-dritt.", "Semmejt il-kunflitti ta' interess galore tal-persuna tal-Avukat Ġenerali.", "Din mhijiex kritika lejh personali, imma huwa stat ta' fatt li l-Avukat Ġenerali se jibqa' Chairperson tal-FIAU u nafu x'inhi s-sitwazzjoni hemmhekk u l-kritika li saret.", "Jibqa' membru tal-Kummissjoni tal-Ammistrazzjoni tal-Ġustizzja, jibqa' membru tal-Judicial Appointments Committee, u bħala membru tal-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja jieħu sehem u jiddeċiedi appelli minn deċiżjonijiet ta' dixxiplina tal-Judicial Disciplinary Committee, jiġifieri dixxiplina fuq imħallfin u maġistrati tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Hemm każistika tal-Qorti Ewropea ta' Strasburgu li kemm-il darba tkellmet li prosekutur m'għandux ikun f'pożizzjoni ta' appointment, ta' promozzjoni, ta' dixxiplina, ta' tneħħija, ta' tkeċċija ta' membru tal-ġudikatura, għal raġunijiet li naħseb li għandhom ikunu ovvji.", "Kritika oħra hi li dan l-Abbozz ta' Liġi se jkun qiegħed joħloq żewġ appointment committees ġodda.", "Għax m'għandniex biżżejjed!", "Issa se nispiċċaw b'sitta!", "Issa se jkollna kumitat biex jappunta l-Avukat tal-Istat u ieħor biex jippunta l-Avukat Ġenerali.", "Se jkollna sitt appointment committees differenti meta x-xogħol faċilment jista' jsir minn kumitat wieħed, apparti li hemm il-problema ta' nuqqas ta' uniformità.", "Jiġifieri għandek uħud minn dawn il-kumitati li joħorġu call for applications u wħud le.", "Uħud jagħmlu r-ranking tal-kandidati fuq bażi ta' mertu u oħrajn le.", "Jiġifieri hemm konfużjoni, m'hemmx standard uniformi.", "Nuqqas ieħor huwa l-entrenchment li tkellem fuqu l-Onor.", "Simon Busuttil u membri oħrajn minn din in-naħa.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi li mhux qed ikun ankrat b'saħħa fil-Kostituzzjoni, li biex jinħoloq irid ikun hemm il-maġġoranza taż-żewġ terzi tal-Membri tal-Kamra.", "Kien ikun ħafna aħjar, iktar b'saħħtu u iktar seren l-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat li qed jinħoloq kieku jkun maħluq b'vot ta' żewġ terzi fil-Kostituzzjoni.", "Għalhekk dan huwa Abbozz ta' Liġi nofsu msajjar, kważi kważi nofs kedda u abbozzat bl-għaġla.", "Il-Malti jgħid li l-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa superfiċjali u għalhekk, fost affarijiet oħrajn, l-Oppożizzjoni se jkollha tivvota kontrih.", "Sinjura President, qabel ma nagħlaq, ma nistax ma nikkummentax fuq xi ħaġa li qiegħda tinkwieta lil ħafna nies li jħobbu s-saltna tad-dritt, jiġifieri li ħadd ma jkun 'il fuq mil-liġi.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi u dan id-dibattitu huwa intimament marbut mas-saltna tad-dritt, li hija l-oppost tad-dritt tas-saltna.", "Is-saltna tad-dritt tfisser li kulħadd ikun taħt il-liġi u mhux 'il fuq mil-liġi.", "Se ngħid xi ħaġa li hija fid-dominju pubbliku.", "Il-ġimgħa li għaddiet sar magħruf fil-pubbliku – u nagħmel dikjarazzjoni anke fuqi personali – li NGO għamlet talba ftit tal-ġimgħat ilu quddiem il-Maġistrat tal-għassa biex tinbeda inkjesta maġisterjali biex jiġu investigati numru ta' nies inkonnessjoni mal-kuntratti tal-isptarijiet pubbliċi.", "Fil-kors ta' din it-talba, ovvjament il-Maġistrat tal-għassa bagħtet l-inkartament li Repubblika għamlu permezz tal-avukat tagħhom - li huwa s-sottoskritt, però se ngħid dak li huwa fid-dominju pubbliku - lill-persuni suspettati, li jinkludu tliet Ministri, biex iweġbuhom għal dak li kienu qegħdin jitolbu.", "Hawnhekk ma nidħolx fil-mertu.", "Fir-risposta tagħhom – dan kien fid-dominju pubbliku l-ġimgħa li għaddiet – it-tliet Ministri kkwotaw minn parti tal-inkjesta maġisterjali Egrant tal-Maġistrat Aaron Bugeja li mhijiex pubblika, u dan huwa serju ħafna.", "Nafu li f'Lulju tas-sena li għaddiet, sar ħafna song and dance u ġew ippubblikati 55 paġna biss minn inkjesta ta' xi 1,500 paġna.", "Nafu wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jagħmel kawża fil-qorti biex jingħata aċċess għall-istess inkartament li għandu l-avukat personali tal-Prim Ministru Dr Lia, li għandu l-Ministru għall-Ġustizzja qua avukat personali tal-Prim Ministru, li għandu l-Avukat Ġenerali, li għandu ċ-Chief Communications Officer tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru - apparti oħrajn, għax dawk li niftakar - u t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jingħata aċċess ġiet miċħuda.", "Il-ġimgħa li għaddiet, sheer brazenness, trid tkun koċċut biex tliet Ministri - qed nirreferi għall-Ministri Chris Cardona, Edward Scicluna u Konrad Mizzi - fir-risposta tagħhom lill-Maġistrat tal-għassa għat-talba ta' inkjesta, ikkwotaw – u allura hu evidenti li għandhom aċċess – mir-rapport mhux ippubblikat tal-inkjesta Egrant tal-Maġistrat Aaron Bugeja.", "Kieku dan hu pajjiż normali - imma dan mhuwiex pajjiż normali - heads will roll u kienet issir inkjesta.", "Mela ħalli nifhmu ftit.", "Inkjesta, min-natura tagħha, meta tintbagħat lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tkun kunfidenzjali, dment li l-Avukat Ġenerali ma jiddeċidix li jippubblikaha.", "Nafu x'ġara f'Lulju tas-sena li għaddiet, u allura huwa evidenti li xi ħadd ħa ġurament falz fil-kawża li l-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ fil-qorti kontra l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Ma jistax ikun li l-uffiċjali tal-Gvern qalu l-verità u fl-istess ħin għandna tliet Ministri li għandhom aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.", "Dan ifisser li xi ħadd ħa ġurament falz.", "Il-verità hija waħda, għax fil-ħajja ma jistax ikollok żewġ veritajiet.", "Allura jien naħseb li għandna dmir li nistaqsu - dritt għandna żgur, imma għandna dmir ukoll - min ħa ġurament falz.", "Il-Prim Ministru ħa ġurament falz?", "Il-ġimgħa li għaddiet meta għamilt mistoqsija supplimentari lill-Ministru għall-Ġustizzja fil-Parlament, qal: Jien nirrepeti u ntenni l-pożizzjoni li xehedt fil-qorti.", "Dan meta fil-qorti huwa xehed li l-unika komunikazzjoni tiegħu kienet mal-Prim Ministru u ma' ħadd iktar, u m'għandix għalfejn niddubita mill-kelma tiegħu.", "Mela allura min ħa ġurament falz?", "Il-ġurament sar qisu xi kikkra tè?", "Qisna morna xi mkien u ħadna tè u pastizz?", "X'inhi din tad-daħq fil-wiċċ, l-ingann, il-qerq, il-gideb u l-ġurament falz?!", "Ħalli nifhmu ftit.", "Tliet Ministri li suppost huma taħt is-saltna tad-dritt, li suppost huma taħt il-liġi u mhux fuq il-liġi, urew bil-provi, u tant kemm ma jistħux, tant kemm jafu li ħadd ma jista' għalihom, li kkwotaw fil-qorti u li kieku Repubblika ma ndunawx, ħadd ma kien jinduna li kienu qegħdin jikkwotaw koċċutament, sfaċċatament, minn rapport ta' inkjesta li huwa sigriet.", "Immaġina kieku din tiġri lilek li qed tismagħni u jiġi f'idejk rapport sigriet ta' inkjesta.", "Kieku min jaf x'jagħmlulek?", "Jgħidulek li dan hu ksur ta' dik il-liġi, ksur ta' dik il-liġi, ksur tal-Artiklu 257 tal-Kodiċi Kriminali, ksur tal- Official Secrets Act u lanqas naf kemm affarijiet.", "Jgħidulek li se teħel il-ħabs, u se jagħmlulek hekk u se jagħmlulek hekk, għax inti m'intix fuq il-liġi bħall-Ministru!", "Sinjura President, se nagħlaq b'dan l-appell.", "Apparti li din il-liġi hija monka, apparti li din il-liġi hi abbozzata ħażin, kif kien qal l-eks Prim Imħallef Degaetano ftit tax-xhur ilu fil-Palazz tal-President, biex tgħid li għandek is-saltna tad-dritt fil-pajjiż, there must be a genuine predisposition favur is-saltna tad-dritt.", "Huwa faċli li tgħid bil-kliem li għandna s-saltna tad-dritt.", "Il-GRECO m'ilux qalu li f'Malta there is an arsenal of laws, però meta tiġi għall-fatti, hemm baħar jikkumbatti, għax ir-realtà hija totalment differenti.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, nirringrazzjak ta' din l-opportunità biex nitkellem fuq breakthrough kostituzzjonali u istituzzjonali ta' pajjiżna.", "Smajt lill-Onor.", "Simon Busuttil jgħid li din hija liġi anti-Ewropea.", "Jien irreferejt għal żewġ teżijiet legali u mhux politiċi li f'dawn l-aħħar 15-il sena eżaminaw l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Kien hemm min ippropona li jsir bħalma hemm fl-Ingilterra.", "Hemmhekk, kuntrarju għal dak li qal l-Onor.", "Jason Azzopardi, il-head tal-Crown Service li jagħmel il-criminal prosecution huwa d-Director of Public Prosecution li jaqa' taħt il-kappa tal-Avukat Ġenerali.", "Jiġifieri hu kien fattwalment skorrett f'dak li qal, però m'iniex se nintilef f'dawn it-teknikalitajiet.", "Jekk iddur il-pajjiżi Ewropej l-iktar avvanzati ssib li s-sistema tagħna – qabel ma tressqet din l-emenda, jiġifieri s-sistema li kien hemm taħt l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti wkoll – jew hi aħjar minn ta' pajjiżi oħra, jew hija simili, jew ġejja minn kulturi legali differenti.", "Jien se nsemmi eżempji fattwali u m'iniex se noqgħod nikkwota ħafna sentenzi dwar il-Henry VIII clause, li lanqas għandhom x'jaqsmu, biex nimpressjona.", "Jekk nieħdu l-Ġermanja nsibu li fl-2015 kien ġie rrapportat li \"German Justice Minister fires Chief Prosecutor in treason row\".", "Issa l-Partit fil-gvern kien l-EPP u Max Weber hu ħabib ħafna tan-naħa l-oħra.", "Dan ġara għax kien hemm kwestjoni fejn il-Federal Minister ma qabilx li ċ-Chief Prosecutor ħa passi legali kontra xi ġurnalista, u keċċieh.", "Issa hawn mhux qed insemmi xi pajjiż bħall-Ungerija, imma la l-Onor.", "Busuttil semmielna l-Ungerija, jien se nidħol fl-Ungerija wkoll, fejn kien hemm individwu ieħor li kien mal-EPP u keċċewh mill-EPP.", "Issa din nasal għaliha wkoll.", "Mela fil-Ġermanja l-Federal Minister qabad u keċċa ċ-Chief Federal Prosecutor, xi ħaġa li hija inkonċepibbli għalina.", "Huwa inkonċepibbli li l-Ministru Owen Bonnici jagħmel xi ħaġa bħal din.", "Lanqas noħolmuha!", "Fi Franza, il-Prosekutur Ġenerali huwa parti mill-Ministeru tal-Ġustizzja u jaqa' taħt il-branka tal-Eżekuttiv.", "Nispera li ma jgħidulniex li Franza mhuwiex pajjiż tajjeb!", "Fl-Ingilterra, kif diġà semmejt, il-criminal prosecution għadha taqa' taħt l-istess kappa tal-Avukat Ġenerali, li huwa figura politika li għamel żmien ipoġġi fil-Kabinett, Sinjura President.", "Jiġifieri x-xenarju li qed nitkellmu fuqu nsibuh fl-aħjar pajjiżi fl-Ewropa.", "Imma dawn qed jgħidulna li għandna xi sistema - mhux qed ngħid li għamilnieha aħna din is-sistema, imma writnieha mill-amministrazzjoni Nazzjonalista - li hija ħażina; issa l-Ministru Owen Bonnici tejjeb dik is-sistema.", "M'iniex ngħid li ġiet perfetta, imma ġiet aħjar milli kienet qabel.", "Jien niddubita jekk il-Membri tal-Oppożizzjoni qrawx xi verżjoni oħra tar-rapport tal-Kummissjoni Venezja, għax meta tara x'qed tgħid din il-Kummissjoni preċiżament fuq punt validu li tqajjem ilbieraħ - fl-opinjoni tiegħi, ilbieraħ kien hemm sottomissjonijiet iktar validi mill-Onor.", "Mifsud Bonnici - fuq kif se jinħatar l-Avukat Ġenerali li issa se jkun Public Prosecutor għall-kawżi kriminali, imbagħad għandek l-Avukat tal-Istat … Jiġifieri l-Onor.", "Jason Azzopardi qed jgħidu li l-Counsel to Government, li huwa l-Avukat tal-Istat li se jagħti parir lill-Gvern, m'għandux ikollu l-fiduċja tal-Gvern?", "Dan qed jgħidu?", "Mela ta' min irid ikollu fiduċja?!", "Ħalli nipprova nifhem, Sinjura President.", "Jiġifieri qed jgħidulna li min jagħti l-pariri lill-Gvern, l-Avukat tal-Istat, għandu jkollu l-fiduċja tal-Onor.", "Mela dar kollox ta' taħt fuq?", "Mela min jagħti parir lill-Gvern, l-Avukat tal-Istat, irid ikollu l-fiduċja tal-Onor.", "Simon Busuttil u tal-Onor.", "Jason Azzopardi li qegħdin fl-Oppożizzjoni.", "Hekk qed jgħidulna!", "Dan qisna lit-telespettaturi qed ngħidulhom biex imorru għand l-avukat tal-għadu tagħhom, biex jagħtihom il-pariri hu.", "Jien ma ġejtx hawn nagħmel bħall-eks Ministru Austin Gatt!", "U l-Ministru Owen Bonnici ma ġiex hawn u qalilhom: Qegħdin xi sebgħa minn fuq, għadna kemm għamilna l-elezzjonijiet u għandna tliet kwarti ta' Malta fil-kunsilli lokali li huma tal-Partit Laburista, ħadtu dirsa fil-Parlament Ewropew, però qed niġi b'liġi biex nitlef biċċa mill-poter tal-Eżekuttiv.", "Ma qalx hekk il-Ministru Owen Bonnici, imma dak li qed jiġri!", "Minn fuq – għax dan ma kienx biżżejjed - l-Onor.", "L-ewwel nett, jien hawnhekk niċċensura u niddeplora dak li qal l-Onor.", "Busuttil, baa baa black sheep, fil-konfront ta' Dr Peter Grech, bniedem ta' rispett li dejjem qeda dmiru lejn ir-Repubblika!", "Hekk niġu nitkellmu hawn?", "Imissu jistħi u xtaqt li qiegħed hawn, ħalli ngħidlu personalment li jmissu jistħi jirredikola l-ewwel nett lilu nnifsu - imma dik ormai antica Roma – meta jiġi jitkellem hekk f'din il-Kamra fuq Avukat Ġenerali li nħatar mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern u aħna żammejnieh u ħdimna miegħu.", "Dan ħdimna miegħu, tajnieh il-fiduċja u baqa' jaħdem.", "Hekk jimxi l-Gvern, b'kontinwità.", "Issa qed jgħid hekk għax ħa xi deċiżjonijiet li m'għoġbuhx.", "Min hu avukat u ħadem ta' avukat – mhux spiċċa jqassam il-leaflets tal-Unjoni Ewropea mingħajr public call; jien meta lħaqt avukat mort naħdem il-Qorti – jaf li s-saltna tad-dritt tipprattikaha meta titlifhom il-kawżi, Sinjura President.", "Hemm hi s-saltna tad-dritt, u l-Onor.", "Busuttil dik li ma jistax jifhem.", "Dan meta jitlef kawża he is surprised, he is perturbed għax tilef kawża!", "Meta rebaħ il-kawża dwar il-Liġi tal-Finanzjament ta' Partiti Politiċi … Kellu raġun u qed jgħid sew l-Onor.", "Jason Azzopardi li se jkollna nbiddluha dik il-Liġi. … Se jkollna nbiddluha u nistgħu nbiddluha.", "Ara meta kontu intom fil-Gvern, Dr Franco Debono kien jibkilhom biex jagħmluha, imma x'għamlu?", "Dik żgur mhux qattusa għaġġelija kienet, Sinjura President!", "Dak iż-żmien żgur li ma kontx tista' tattakkaha kostituzzjonalment dik il-liġi.", "Għax kif tista' tattakka liġi li mhijiex hemmhekk?", "Se naqra x'qalet il-Kummissjoni Venezja f'dokument maħruġ minn Strasburgu, li aktar tard se npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra, fit-3 ta' Jannar 2011.", "- hemmhekk il-Kummissjoni Venezja kienet qed titkellem fuq kif jintgħażlu u huwa importanti li jkun hemm proċedura kif jintgħażlu -", "- ma jissemmewx żewġ terzi tal-Kamra u issa ngħidlu fejn qiegħda ż-żewġ terzi fl-Ewropa, għax illum tkellmu żewġ kelliema u ħadd minnhom ma semma pajjiż wieħed li jipprattika din taż-żewġ terzi fejn jidħol il-Prosekutur u fejn jidħol il-legal counsel għall-Gvern -", "Hekk qed jipproponi l-Ministru Bonnici, li jkun hemm bord tal-għażla b'esperti fuqu.", "Ir-rapport ikompli jgħid:", "- din qed tgħidha l-Kummissjoni Venezja f'dokument li huwa ppubblikat għax huwa ovvju li l-Gvern ikun irid ikollu persuna ta' fiduċja li jara li qed tipprosekwixxi, li jkollu fiduċja fil-persuna li qed tagħtih il-pariri -", "Dan insibuh f'paġna 8 ta' dan id-dokument, li fl-aħħar se nqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli forsi qabel ma jiġu jitkellmu hawn, jaqrawh u jitkellmu fuq rapport li jeżisti.", "Il-Ministru Bonnici ħa dan is-suġġeriment ad litteram, eżatt kif qalet il-Kummissjoni Venezja.", "Biex inkun ċar, fir-rapport ta' Malta m'hemm xejn fuq kif għandu jinħatar, u din ħadd ma qalha, però aħna morna oltre u fittixna x'tgħid il-Kummissjoni Venezja fuq il-prosecution service, u sibna li din li qalilna l-Onor.", "Azzopardi mhijiex chimera fuq il-ġuramenti foloz li semma … Nistgħu nagħmlu nofs siegħa nitkellmu fuq affidavits u ġuramenti foloz; mhux problema, nagħmluha wkoll, però din hija sitwazzjoni li tittratta l-ħatra ta' kumitat tal-għażla.", "Jiġifieri applikajna eżatt dak li qalet il-Kummissjoni ta' Venezja, u issa qalulna li jrid ikollna żewġ terzi!", "Taf liema hu l-uniku pajjiż li għandu a qualified majority fil-Parlament biex jinħatar b'dan il-mod u l-General Public Prosecutor għandu tenure ta' disa' snin u hu meqjus bħala l-fourth pillar of democracy?", "Taf fejn jeżisti biss?", "Din ħadd ma semmieha.", "Kulħadd qed jgħidilna li din il-liġi hi anti-Ewropea, u jien semmejtlu l-pajjiżi Ewropej.", "Għandi iktar fuq kif jinħatru, u jekk ikun hawn nagħmillu rassenja tagħhom.", "Fl-Ungerija l-Avukat Ġenerali jinħatar kif irid il-Partit Nazzjonalista li jsir.", "Irridu ngħidu lit-telespettaturi li mhumiex midħla tal-politika Ewropea li, ironikament, lill-Prim Ministru tal-Ungerija li qed jaqblu miegħu fuq kif għandhom jinħatru, keċċewh mill-Partit Popolari Ewropew li qiegħed fih il-Partit Nazzjonalista!", "Jiġifieri dawn jaqblu miegħu jew ma jaqblux?", "Hemm tara l-inkonsistenza u l-opportuniżmu.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi semma l-maġistratura.", "Jiġifieri dan qed jgħidilna li l-maġistratura m'għandhiex security of tenure?", "Hawn irrid nirringrazzja lill-Onor.", "Emanuel Mallia u l-Onor.", "Zrinzo Azzopardi li marru fil-Kunsill tal-Ewropa biex jitkellmu fuq rapport tal-mistħija, ir-Rapport Omtzigt, li ma niddejjaq xejn ngħidlu tal-mistħija.", "Bsartha jien, għax iż-żewġt iħluq jaqblu fuqha.", "Qed jgħidu li lill-maġistrati tagħna, li jgawdu tant rispett u jagħmlu mijiet u eluf ta' inkjesti fis-sena – aħna nisimgħu b'tal-Egrant u b'oħrajn – u ma jinqala' xejn, għax jagħmluhom sew u jibagħtuhom għand l-Avukat Ġenerali - ħalli li dak li jkun jista' jiktiblu biex jieħu sodisfazzjon - aħna nindaħlulhom.", "Jafu x'qed jgħidu dawn?", "Bir-rispett kollu, jaf x'qed jgħid id-Deputat Omtzigt, li qabad u għamel rapport tal-mistħija b'assunzjonijiet li ma jeżistux f'pajjiżna?", "Mhuwiex denju ta' deputat ta' kwalunkwe assemblea fl-Ewropa li jikteb dak ir-rapport, imbagħad wara r-rapport immorru niddandnu ħalli nagħtu kummenti kontra pajjiżna u ngħidu li m'hawnx saltna tad-dritt!", "F'pajjiżna kien hawn saltna tad-dritt u għad hawn, però ma jistgħux jitkellmu fuqha l-partit fl-Oppożizzjoni!", "Il-Membri tal-Partit Nazzjonalista ma waqgħux minn Mars!", "L-Onor.", "Azzopardi huma żewġ deputati ikbar minni.", "Simon Busuttil kien MEP, kienu qalulna li ġej Malta u mbagħad sar Kap tal-Oppożizzjoni.", "Meta kienu fil-gvern kien Viċi Kap, imbagħad nafu x'ġara, imma dik inħalliha għall-istorja.", "U taf x'niftakar jien fuq is-saltna tad-dritt meta kont għadni żgħir, Sinjura President?", "Issa qalulna li ma jridux jimxu 'l quddiem fuq id-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali u jridu li jkun hemm dak li jgħidulu judicial review.", "Huma qalulu judicial review, imma dak għandna kelma bil-Malti għalih, jiġifieri m'hemmx għalfejn joqogħdu jimpressjonaw lit-telespettaturi.", "Bil-Malti ngħidulu stħarriġ ġudizzjarju.", "Biex nispjega lin-nies u ma noqogħdux nitkellmu b'sentenzi tal-Irlanda li lanqas għandhom x'jaqsmu, judicial review hu stħarriġ ġudizzjarju.", "Jiġifieri l-qorti jkollha dritt li tieħu deċiżjoni u lill-Avukat Ġenerali tgħidlu: Inti m'użajtx id-diskrezzjoni sew, ma kellekx tagħmel hekk, imma kellek tagħmel mod ieħor.", "Aħna 'l hemm irridu nimxu.", "Il-Ministru Bonnici u dan il-Gvern saħħew it-Tribunal Amministrattiv, u għad-deċiżjonijiet kollha, anke fid-digital economy, hemm is-sindikar.", "Iva, mela ma rriduhx dan l-istħarriġ, imma bir-rispett kollu, jien kont tifel u ġuvni taħt il-Partit Nazzjonalista u ma tantx niftakar judicial reviews, għax niftakar lil Queiroz, niftakar lil Żeppi l-Ħafi, niftakar li kien hawn persuna li kellha tagħti l-informazzjoni fuq l-Unjoni Ewropea u dan sar mingħajr public call!", "Kien għadu ħiereġ mill-Università, qed ngħid għall-Onor.", "Dawn niftakarhom jien!", "Taħt il-Partit Nazzjonalista niftakar nolle prosequi li l-Avukat Ġenerali juża poter importanti inkredibbli li ma teħux passi kriminali fuq Kummissarju tal-Pulizija.", "Jien niftakar mill-inqas tliet maħfriet Presidenzjali fuq proċeduri kriminali taħt il-Partit Nazzjonalista.", "Kemm kien hemm judicial review meta l-Ombudsman Sammut ħareġ ir-rapporti li ħareġ u ġejna fil-Parlament – konna għadna fil-Parlament l-ieħor – nattakkaw lill-persuna!", "Kemm kien hemm judicial reviews dak iż-żmien!", "M'aħniex perfetti, però ċertament li din hija liġi fid-direzzjoni t-tajba.", "Semmew il-Polonja.", "X'għandha x'taqsam l-Polonja, bir-rispett kollu?", "Il-Polonja għamlet liġi fl-2016 li fiha għamlet merger tal-Avukat Ġenerali mal-Ministru tal-Ġustizzja, imma aħna m'għamilniex hekk.", "Fil-każ tagħna l-Ministru għall-Ġustizzja ma jindaħal f'xejn fejn jidħlu d-deċiżjonijiet li jieħu l-Avukat Ġenerali fuq il-każijiet.", "Kif tista' tħallatna magħhom jekk mhux biex ittappan isimna?", "Dan ġie bl-allegoriji tal-baa baa black sheep u jien ngħidlu li l-baa baa black sheep fl-aħħar tgħidlek: Have you any wool? u tgħidlek: Three bags full!", "Busuttil ma tantx ġab three bags full, għax tilef digriet quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale biex inkjesta ma tkomplix u ħareġ bil-basket vojt!", "Tilef digriet biex iwaqqaf ħatra tal-imħallfin u tal-maġistrati, u aħna għidnielu biex iħallina naħdmu għax in-nies iridu l-ħaqq.", "Hemm bżonn li nibqgħu naqduhom lin-nies li jmorru l-qorti biex jieħdu l-ħaqq mingħajr dewmien.", "Hemm ukoll il-famuża inkjesta Egrant.", "Ara xi kredenzjali swiet il-famuża inkjesta Egrant, Sinjura President.", "Swiet €1.5 miljun u għalxejn, għax m'għaddietx tiegħu.", "Irrid nipprova nimmaġina kieku kellu farka raġun kemm kien jiskreditaha l-inkjesta, imma għax m'għaddietx tiegħu m'għoġbitux, u qal li m'hawnx saltna tad-dritt.", "Qal li l-Prim Ministru ħataf hemmhekk ukoll.", "Kullimkien ħataf!", "Aħna r-rapport Omtzigt ma nippermettuhx u rridu nattakkawh, għax f'pajjiżna hawn is-saltna tad-dritt li dan il-Gvern ħadem qatigħ għaliha.", "Taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kien hawn saltna tad-dritt ukoll, imma mhux perfetta lanqas, inqas perfetta milli hawn illum.", "Però aħna ma konniex nagħmlu kif jagħmlu huma; aħna konna nappoġġjaw lill-Gvern fejn jidħol l-interess tal-pajjiż.", "L-Onor.", "Busuttil mhux qed jgħidilna biż-żewġ terzi, imma qed jgħid li jew nagħmlu lil xi ħadd li jrid hu, inkella mhux se jkun tajjeb għalih.", "Jien naf x'se jiġri: se jkun hawn Avukat Ġenerali, li hu assuma li se jkun l-istess wieħed - jista' jkun hu u jista' jkun ħaddieħor – u kif lill-Onor.", "Busuttil ma togħġbux id-deċiżjoni tiegħu, jgħid li mhuwiex tajjeb.", "Dan diġà biased!", "Għalih it-tajjeb huwa hu, jew dak li jagħmel hu, jew min ikun affiljat mal-Partit Nazzjonalista.", "Anzi issa anke dik inbidlet, għax issa mhux affiljati mal-Partit Nazzjonalista jridu jkunu, għax anke jekk tkun affiljat mal-Partit Nazzjonalista m'intix neċessarjament tajjeb.", "Trid tkun affiljat mal-fazzjoni tal-Onor.", "Simon Busuttil biex tkun tajjeb.", "Hemm tkun tajjeb ħafna.", "Hemm tkun bravu!", "Tkun avukat eċċellenti u jkollok is-seba' doni jekk tkun miegħu.", "Mentri jekk tkun kontrih u tmerih - u jien immerih bil-quddiem fejn m'għandux raġun, ma niddejjaq xejn, għax qed jagħmel ħsara lill-pajjiż, u nibqa' ngħidhielu - hemmhekk ma tkunx tajjeb.", "Sinjura President, biex nagħlaq irrid nirringrazzja lil Dr Peter Grech tax-xogħol li għamel minkejja l-kritika inġusta li qala' u l-preġudizzji soċjali minħabba l-kampanja li saret fuqu.", "Irridu nagħtuh ringrazzjament.", "Nirringrazzja lill-Ministru Owen Bonnici li f'inqas minn 100 jum ressaq dan l-Abbozz, li għalihom huwa shabby.", "Tagħhom ma kenux ikunu shabby għax lanqas abbozz ma kienu jressqu!", "Il-GRECO kienet ilha tgħidilhom biex itellgħu liġi dwar il-finanzjament ta' partiti politiċi, u ma kenitx tkun shabby għax ma kenitx issir!", "Biex jimpressjonana l-Onor.", "Azzopardi semmielna l-famuża Henry VIII clause.", "Meta semmieha għalija kkonferma li ma fehem xejn, għax il-klawsola li hemm mhijiex biex il-Ministru jiżnatura l-liġi.", "Il-Henry VIII clause hi meta jkun hemm liġi li tant tagħti poteri lill-ministru kkonċernat li b'avviż legali jkun jista' jiġi bypassed l-għarbiel tal-Kamra tad-Deputati.", "Sinjura President, jien minflok ma noqgħod nikkwota s-sentenzi, niġi nispjega lin-nies u mhux noqogħdu nsemmu sentenzi tal-Irlanda li lanqas għandhom x'jaqsmu.", "F'dan il-każ fejn qed jaqbeż lill-Parlament?", "Għandna liġi dettaljata ta' kif se jkunu ż-żewġ istituzzjonijiet.", "Tafu x'qal il-Ministru Bonnici?", "Din importanti, għax donnu kulħadd b'memorja qasira ħafna qed ikun, u rridu naraw x'se nagħmlu f'dan il-Parlament.", "Jien niftakar żmien meta l-avukat ma kienx jidħol fl-interrogatorju.", "Jien kont il-qorti u niftakar kawżi kostituzzjonali li permezz tagħhom akkużati bdew joħorġu liberati fuq dan il-punt.", "Għax il-Gvern preċedenti veru mhux qattusa għaġġelija!", "Jekk tista' tgħidilhom kollox, dik ma tistax tgħidhielhom lill-gvernijiet preċedenti, għax tant damu biex daħħluha li bdew jinqatgħu sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali u l-akkużati bdew joħorġu liberati.", "Dan trid tgħidilhom lit-telespettaturi!", "F'subklawsoli (2) u (3) ta' klawsola 1 taf x'qed ngħidu?", "Ma fhimtx xejn, Onor. Azzopardi, jaħasra!", "Qed issir klawsola b'dispożizzjoni transitorja - se nispjegaha fil-qosor - li taqsam il-funzjonijiet.", "Filwaqt li se taqsam il-funzjonijiet, il-proċessi kriminali se jibqgħu għaddejjin fil-qorti, ir-rinviji jmorru lura għand l-Avukat Ġenerali biex jagħti parir lill- Prosekutur kif se jimxi, u l-ġurijiet jibqgħu għaddejjin.", "Issa dan se jdaħħal id-dispożizzjonijiet u se jagħmel l-avviżi legali biex ikun ċert li l-ġustizzja tibqa' għaddejja.", "Mhux lill-qrati nħalluhom jistennew sitt xhur sakemm indaħħlu din, imbagħad ikomplu bil-kawżi.", "Il-ħajja se tibqa' għaddejja.", "Dak li qed jgħid f'taqsima 1.", "Henry VIII clause meta għandek Abbozz li jidher biċ-ċar li daħal f'kull aspett taż-żewġ istituzzjonijiet li se jkun hemm?", "Ridna nagħmlu riforma importanti li se tingħaqad ma' riformi li diġà saru.", "It-titlu huwa tajjeb għax dan l-Abbozz qed isir sabiex ir-riforma tal-ġustizzja tkompli ssir.", "Mhux bdiet, imma tkompli ssir u sabiex jittieħdu inizjattivi oħrajn li semma l-Ministru Bonnici fil-konferenza stampa.", "Fejn hu tajjeb, dak li jgħidulna tal-Kummissjoni ta' Venezja se nibqgħu nagħmluh.", "M'għandna l-ebda problema.", "Li nixtiequ hu li kellna lill-Oppożizzjoni magħna, imma għal darb'oħra erġajna għandna okkażjoni mitlufa; qed jinsistu fuq iż-żewġ terzi, xi ħaġa li ma teżistix fil-pajjiżi tal-Ewropa; teżisti biss fl-Ungerija.", "Kemm fadalli ħin, Sinjura President?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Fadallek tliet minuti.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nirringrazzjak.", "Mela ħalli nkompli fuq aspetti oħra.", "Qed jgħidulna li mhux se jkun indipendenti għax mhux maħtur biż-żewġ terzi.", "Din hija ħrafa li m'għandhiex x'taqsam.", "Meta naħtru maġistrat u mħallef, jinħatar b'simple majority u jitneħħa biż-żewġ terzi.", "Allura dak m'għandux indipendenza u imparzjalità?", "L-Onor.", "Busuttil qalilna invenzjoni oħra, li mhux kif jitneħħa l-importanti.", "X'jiġifieri?", "Dażgur li hu importanti li inti ma tistax taqbad u tneħħih.", "Dak huwa l-crux tagħha.", "Kieku għandek maġistrat jew imħallef li tista' tneħħih, li m'għandux is-security of tenure, kieku m'għandniex indipendenza u imparzjalità.", "Subklawsola 2 (3) tgħid li l-Avukat tal-Istat fil-ġudizzju individwali tiegħu ma jkun soġġett għal ebda ordni jew kontroll minn xi persuna jew awtorità oħra.", "Qalulna li l-kumitat tal-ħatra se jkun magħmul minn esperti u se jkun hemm public call.", "Fejnhom il-public calls?", "Jien nistaqsi fejn kienet din tal-public call!", "Kienet saret wegħda mill-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tal-2008 li l-bordijiet se jinħatru by public call, imma ovvjament ma ġietx implimentata.", "L-aġenzija tidħol.", "Qed jgħidlek li se tkun aġenzija.", "Aġenzija, ergo tapplika l-Public Administration Act, għax il-liġi trid taraha fil-kuntest tal-liġijiet l-oħra, u mhux tara l-Abbozz waħdu.", "Dan kollu jurik l-għaqal ta' dan il-Gvern, għaqal li nbiddlu fejn hemm bżonn, u d-demokrazija u dawn l-istituzzjonijiet jibqgħu jinbidlu.", "Jekk tara ġurisdizzjonijiet oħra - semmejt Franza u l-Ingilterra - dawn jinbidlu, jiġu emendati.", "L-affarijiet qed jevolvu.", "Aħna ma niddejqux inbiddlu.", "Iddejjaqna ħaġa waħda biss, u din hi li mmorru barra minn pajjiżna u nagħtu l-impressjoni li dan hu xi pajjiż li l-istituzzjonijiet tiegħu huma tat-tielet dinja, mentri dan huwa pajjiż modern, pajjiż li għandu istituzzjonijiet tajba, istituzzjonijiet li jaħdmu, imma mhux dejjem jogħġbu lill-Oppożizzjoni kif jaħdmu.", "Kien hemm sitwazzjonijiet fejn tlifna kawżi l-leġislatura l-oħra, u nagħlaq b'din.", "Gvern b'umiltà tlifna l-kawża tas-siġġijiet.", "Jekk kien hawn kawża importanti li setgħet qalbet f'kuntest demokratiku s-sitwazzjoni ta' min imexxi pajjiż, dak kien deal, ma ġara xejn, baxxejna rasna għas-sentenza tal-qorti dwar il-finanzjament tal-partiti u se jidħlu l-emendi.", "Minnha tgħallimna li f'istituzzjonijiet oħra jrid isir hekk ukoll, bħal fil-każ tal-MCCAA, u sar Abbozz biex din ġiet implimentata.", "Ma ġara xejn, però urejna wkoll li Ewropew imqanżaħ - ħalli nuża l-kliem li qal l-Onor.", "Busuttil - hu min kellu l-opportunità li jbiddel u ma biddilx, filwaqt li Ewropew konvint hu min tela' fil-gvern u biddel biex iġibna l-aqwa fl-Ewropa.", "Sinjura President, nitlob il-permess sabiex inqiegħed id-dokument li kkwotajt minnu fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-permess ingħata.", "EDWARD ZAMMIT LEWIS: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Nitlob lis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "AARON FARRUGIA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa 12 ta' Ġunju 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għassena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2019 – Votazzjoni; u", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Kevin Cutajar biex jagħmel l-ewwel diskors tiegħu fil-Parlament.", "L-Onor.", "KEVIN CUTAJAR: Insellem lilek, Sinjura President u lil sħabi Membri Parlamentari.", "Kif għidt tajjeb, Sinjura President, dan huwa l-ewwel diskors tiegħi f'dan il-Parlament u nħossni verament onorat, għax kif kelli okkażjoni ngħid ilbieraħ, huwa privileġġ li tkun tagħmel parti minn dan il-Parlament.", "Qed ngħid dan b'ċerta emozzjoni.", "Ilbieraħ forsi kelli ftit iktar emozzjoni, illum naqset xi ftit għax bil-mod il-mod tibda tidra.", "Nerġa' ngħid li ta' dan il-privileġġ inħoss li għandi l-ewwel u qabel kollox nirringrazzja lil dan il-Parlament li għoġbu jilqagħni bħala membru fi ħdanu.", "Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista u kif ukoll lill-elettorat Għawdxi talli tawni l-fiduċja in the first place biex inkun f'dan il-Parlament.", "Għal dawk il-Membri Parlamentari li ftit jafu dwari, kif diġà kelli l-opportunità ngħid, jien ġej minn Għawdex u ħriġt bħala kandidat għall-ġudizzju tal-poplu Għawdxi.", "Jien persuna nieqsa mid-dawl, tlift il-vista ta' 13-il sena, però dejjem emmint li l-ħajja wieħed irid jgħixha fil-milja tagħha.", "Biex naqsam din l-esperjenza magħkom, kont għamilt ħalfa miegħi nnifsi li ħadd u xejn ma kien qatt se jaqtagħli qalbi biex nipprova ngħix din il-milja tal-ħajja.", "Jiena nemmen li d-diżabilità mhijiex traġedja, kif forsi aħna l-bnedmin ħafna drabi nistgħu nirraġunaw, imma d-diżabilità hija sfida li trid tingħeleb bħall-bqija tal-isfidi li tiltaqa' magħhom matul il-ħajja.", "Il-mument li tibda tħares lejn id-diżabilità bħala sfida u mhux bħala traġedja, ikun il-mument fejn il-ħajja ta' persuna b'diżabilità ssir eċitanti u entużjażmanti, għax hemmhekk tibda tistinka biex tegħleb dik l-isfida.", "Apprezzajt ħafna l-fatt li din l-isfida jidher li aċċetta li jeħodha anke dan il-Parlament.", "Mhux għax jiena, imma bħala persuna b'diżabilità naħseb li hija xi ħaġa li tibgħat messaġġ verament pożittiv għall-persuni b'diżabilità, għax il-fatt li hawn ġew hawn il-preżenza ta' xi ħadd bħali, persuna b'diżabilità, naturalment hija wkoll sfida għas-sistema li mdorri jaħdem biha l-Parlament.", "Ħadt verament pjaċir nara l-interess biex isiru l-modifiki neċessarji f'din is-sistema biex jien inkun nista' nagħti kontribut daqs kwalunkwe membru parlamentari ieħor li hawn hawn ġew, naturalment fl-interess ta' pajjiżna, il-pajjiż li dan il-Parlament jirrappreżenta.", "Nifhem li se jkun hemm ftit ta' żmien sakemm nidra s-sistema ta' dan il-Parlament u intom tidraw lili, imma se nagħmel ħilti kollha biex fl-iqsar żmien possibbli din it-tranżizzjoni tiġi superata.", "Xtaqt nagħmel aċċenn għal żewġ affarijiet partikolari li huma għal qalbi.", "Huma żewġ karbiet aktar milli affarijiet li ġibthom miegħi fil-Parlament u nħosshom għax huma parti minni u se nagħmel ħilti kollha biex jiġu indirizzati.", "Ħalli ngħid għalxiex qed nirriferi.", "Kif diġà għidt, jien ġej mill-gżira t'Għawdex, u f'Għawdex hemm karba partikolari.", "Aħna l-Għawdxin, minħabba dik il-famuża insularità doppja tal-gżira t'Għawdex, dejjem konna fi żvantaġġ fejn jidħlu n-numru t'opportunitajiet li jkollna, allura dejjem irridu nistinkaw u naqtgħu iktar bi snienna biex nipprovaw naslu.", "Din hija karba li naħseb li kien imissna indirizzajna qabel.", "Però naħseb li llum aktar minn qatt qabel hemm bżonn li tiġi indirizzata, u nosservaha b'għafsa ta' qalb għax jien għaddejt minnha wkoll u bħali għaddew minnha ħafna Għawdxin oħrajn.", "Ħafna drabi aħna l-Għawdxin qed inkunu kostretti li nitilqu minn Għawdex biex nilħqu l-aspirazzjonijiet tal-ħajja.", "F'Għawdex għandna realtà li forsi mhux dejjem napprezzaw kemm hu – forsi \"gravi\" hija kelma iebsa - urġenti li wieħed jindirizzaha.", "Għandna poplu Għawdxi li grazzi anke għall-avvanzi li saru f'dan il-pajjiż, mexa 'l quddiem, anzi jien ngħid li mhux biss mexa imma ġerra 'l quddiem, imma mill-banda l-oħra kellna l-amministrazzjoni tal-gżira – naħseb li nista' ngħid mingħajr tlaqliq li dan ġara taħt diversi gvernijiet – li m'għarfitx tiġri daqs il-poplu Għawdxi u issa qed ikollha diffikultà biex tlaħħaq mal-aspirazzjonijiet tal-Għawdxin.", "Jien naħseb li hemmhekk qiegħda l-karba tal-Għawdxin, li jkollna amministrazzjoni li tagħraf taqra s-sinjali taż-żmenijiet bil-quddiem biex tlaħħaq mal-aspirazzjonijiet tal-poplu Għawdxi.", "Din hija karba li jagħmluli ħafna Għawdxin, speċjalment dawk il-familji li ż-żgħażagħ tagħhom ikollhom jitilqu minn Għawdex u jiġu joqogħdu hawn Malta biex isibu l-opportunitajiet li jkun jixirqilhom, imma b'din is-sistema Għawdex qiegħed jitbattal mill-ġenerazzjoni żgħażugħa tiegħu, u dan żgur li ma jawgurax għal futur osseu għall-gżira Għawdxija.", "It-tieni karba hija – diġà għedtilkom li jiena persuna b'diżabilità – karba ta' ħafna persuni b'diżabilità.", "Din id-darba mhux tal-Għawdxin biss, imma ta' persuni b'diżabilità across the board ma' Malta kollha.", "Għamilna ħafna avvanzi fil-qasam tal-persuni b'diżabilità u jien kelli x-xorti ngawdi minnhom matul is-26 sena li ili b'din id-diżabilità, però ninnota li hemm ċerti affarijiet li fihom bqajna nkaxkru lura.", "Hawn irrid nieħu l-opportunità biex nirreferi għall-intervista li dehret ilbieraħ f'wieħed mill-ġurnali lokali mal-President tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità Oliver Scicluna li hu ħabib tiegħi, li għamel l-aċċenn partikolari li fl-aċċessibilità f'dan il-pajjiż għadna lura, għadna ma mxejniex biżżejjedż 'il quddiem.", "Forsi lkoll tiftakru li l-aċċessibilità kienet wieħed mill-ewwel suġġetti li madwar 40 sena ilu – dak iż-żmien kont għadni daqsxejn ta' tifel – konna nitkellmu fuqhom fejn jidħlu l-persuni b'diżabilità.", "Missejna ma' ħafna materji li għandhom x'jaqsmu mal-persuni b'diżabilità, fosthom edukazzjoni u impjiegi, li fihom imxejna 'l quddiem, għalkemm għad fadlilna x'naqdfu, però bqajna ma wasalniex għar-riżultati li hemm bżonn.", "Meta nsemmi l-aċċessibilità mhux qed nirreferi għall-bankini biss, għalkemm fejn jidħlu bankini hemm ħafna xi jsir, imma qed insemmi biss aspett wieħed, għax l-aċċessibilità huwa argument ħafna usa'.", "Naħseb li din hija karba ta' ħafna persuni b'diżabilità, għax jekk ma jkollix aċċessibilità tajba biex niċċaqlaq minn post għal ieħor, se nkun imxekkel fi kwalunkwe ħaġa li nagħmel f'ħajti.", "Jiġifieri l-mument li lili jingħalaqli l-bieb tal-aċċessibilità jew l-aċċessibilità tiegħi ma tkunx daqshekk faċli, awtomatikament se nkun imxekkel milli nimxi fl-oqsma l-oħrajn kollha tal-ħajja li, bħal kwalunkwe ċittadin ieħor, għandi dritt għalihom.", "Qed nagħmilha tiegħi din il-karba, għax jien ngħixha ta' kuljum din il-ħaġa u ilni ħafna nipprova nwassal il-messaġġ u nippriedka fuqha, għalhekk naħseb dan il-Parlament irid jagħmel iktar fuqha, għax ma nistgħux nibqgħu ngħixu f'pajjiż li għamel ħafna avvanzi, imbagħad fejn tidħol l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità nibqgħu daqstant lura.", "Dawn huma ż-żewġ karbiet li nixtieq inwassal fl-ewwel diskors tiegħi f'dan il-Parlament u minn qalbi nitlob li dan il-Parlament jagħti kashom, għax huma żewġ karbiet ta' żewġ sezzjonijiet partikolari tal-elettorat tagħna.", "Min-naħa tiegħi, se nagħmel ħilti kollha biex nagħti l-aħjar kontribut kemm indum f'dan il-Parlament, u jekk bil-ħidma tiegħi jirnexxili nindirizza dawn iż-żewġ karbiet, naħseb li għada pitgħada nkun nista' noħroġ minn dan il-Parlament kuntent, għax inkun għamilt żewġ affarijiet importanti ħafna.", "Qabel ma nikkonkludi, nixtieq nerġa' nieħu l-opportunità biex nirringrazzjakom talli għoġobkom taċċettawni bħala parti minn dan il-Parlament.", "Nirringrazzja wkoll lill-ħafna Għawdxin u Maltin li f'dawn il-jiem għoġobhom juruni l-fiduċja tagħhom u jagħtuni appoġġ biex inkun nista' nidħol għal din l-isfida, li mhijiex żgħira, però hija sfida li, kif għedt, se nagħmel ħilti kollha biex nirbaħ u fiċ-ċokon tiegħi nipprova nkun utli għal pajjiżi.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "STEPHEN SPITERI: Sinjura President, nibda dan id-diskors tiegħi billi nifraħ lill-Onor.", "Kevin Cutajar li issa huwa parti minn dan il-Parlament.", "Aħna mhux naċċettawk Onor. Cutajar, imma aħna kburin bik li tinsab parti minn dan il-Parlament, għax għamilt storja ġdida.", "Għall-ewwel darba f'dan il-Parlament għandna Membru bi bżonnijiet speċjali, li mhux se naraw il-bżonnijiet speċjali tiegħu, imma se naraw kif jista' jħaddem l-abbiltajiet tiegħu għall-ġid komuni ta' Malta u Għawdex.", "Onor. Cutajar, nawguralek il-ħidma t-tajba f'dan il-Parlament għall-ġid ta' pajjiżna.", "Illum xtaqt nittratta s-saħħa mentali f'pajjiżna, b'mod speċjali wara li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija (MAP) ħarġet stqarrija li taqbel mas-sitwazzjoni li f'pajjiżna għandu jkollna sptar mentali ieħor minflok dak preżenti, ċjoè l-Isptar Monte Carmeli.", "Din hija karba li ilna ngħiduha kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni kif ukoll min-naħa tal-NGOs.", "Nifhem li l-Gvern jagħraf din il-problema mill-familji ta' dawn l-istess pazjenti, minn dawk li huma rikoverati f'dan l-isptar u dawk li jiġu jżuruhom.", "Dan mhux qed ngħidu b'kapriċċ, b'mod partiġjan, jew b'mod politiku għal xi akkwist jew saħansitra biex b'xi mod nieħu xi gwadann, iżda għall-ġid ta' dawn il-pazjenti u l-familji tagħhom.", "Nibda billi ngħid li kemm fl-Isptar Monte Carmeli kif ukoll permezz ta' dawk li jagħtu servizz fil-komunità, għandna l-aqwa riżors uman.", "Għandna l-aqwa tobba, speċjalisti u psychiatric nurses imħarrġin f'dan il-qasam u hemm dawk li jifformaw parti mit-team multi-dixxiplinarju li jinkludi l-psikoterapisti, il-psikologi u l-occupational therapists li flimkien jagħtu sehemhom sabiex tassew ikollna l-aħjar servizzi u kura għal dawn il-pazjenti.", "Għalkemm għandna l-aħjar riżors uman, irrid niġbed l-attenzjoni li ħafna drabi nkunu neqsin minn numru adegwat biex jagħti l-aħjar servizz u jagħtih fl-aħjar ħin.", "Irrid nirreferi wkoll għall-problema tal-appuntamenti fl-Outpatients fl-Isptar Mater Dei li rrimarkajt fuqha m'ilux.", "Dan huwa post fejn il-pazjent jiġi ggwidat, investigat, invistat u ssirlu l-ewwel konsulta minn speċjalista wara li jkun ġie riferut mit-tabib tiegħu jew minn xi kliniċi oħrajn, però l-ħin ta' stennija li hemm għall-appuntamenti f'dan id-dipartiment mhuwiex aċċettabbli, tant li ħafna drabi jieħu x-xhur.", "Meta qegħdin nitkellmu fuq mard mentali u problemi fl-imġiba li qegħdin jolqtu lill-adolexxenti tagħna, wieħed ma jistax jistenna dan iż-żmien kollu biex jingħata l-kura.", "Ħafna drabi, il-qofol tas-sitwazzjoni li qed toħloq din id-diffikultà tkun in-nuqqas ta' staff adegwat.", "Għalhekk nappella lill-Gvern biex ikun hemm staff adegwat ħalli jaħseb għal dawn il-bżonnijiet.", "Meta qed ngħid staff adegwat irrid infisser li għandna mmorru fid-direzzjoni li l-kura tas-saħħa mentali tkun immirata l-iktar fil-komunità, fejn l-għan tagħna jkun li l-pazjent kemm jista' jkun ma jiddaħħalx l-isptar jekk mhux verament ikollu bżonn, imma jingħata l-kura fil-komunità, kemm bħala trattament akut, kif ukoll bħala mezz fejn il-pazjent ikun jista' jiġi segwit u jingħata l-aħjar kura.", "Sinjura President, meta nħares lejn is-servizz u l-kura li qegħdin jingħataw fl-Isptar Monte Carmeli nħoss ċerta diffikultà, għax fuq naħa nara l-avvanzi kbar li qegħdin isiru fl-Isptar Mater Dei, fejn qegħdin nitkellmu fuq kirurġija robotika, li huwa avvanz kbir, kważi kważi hu avvanz straordinarju f'pajjiżna - u minn hawnhekk nawgura li jkun hemm suċċess f'dan il-qasam – u min-naħa l-oħra nara li fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali fl-Isptar Monte Carmeli ħafna drabi qed jingħata trattament ta' second class citizens, għax l-ambjent ma jixraqx lill-pazjenti, is-servizzi mhumiex qegħdin ilaħħqu mal-bżonnijiet tal-pazjenti, is-sigurtà hija nieqsa u hemm diffikultajiet relatati man-nuqqas ta' sigurtà.", "Għalhekk niġi għat-tieni appell tiegħi lill-Gvern.", "Ejja naraw li tingħata l-aħjar kura anke fil-qasam tas-saħħa mentali.", "Ma nistgħux naħlu l-investimenti finanzjarji biex nirranġaw is-swali u nraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar, kif jgħid il-Malti, għax b'hekk ma nkunux qed insibu s-soluzzjonijiet biex nittrattaw il-problema mil-qiegħ tagħha.", "F'pajjiżna s-saħħa mentali jixirqilha aħjar.", "Jixirqilha sptar ġdid li jkun viċin l-Isptar Mater Dei għax, kif nafu, ħafna drabi l-pazjenti jkunu għaddejjin minn problemi li ma jkunux relatati mas-saħħa mentali biss, fosthom mard tal-qalb, dijabete, pressjoni u mard akut ieħor li jistħoqqilhom jingħataw kura għalih fl-Isptar Mater Dei.", "Hawn irrid nagħmel it-tielet appell tiegħi lill-Gvern.", "Ejja ma nħarsux lura!", "Ejja ma noqogħdux ngħidu li dan l-isptar ilu mitluq għal ħafna snin.", "Iva, nammettu li dan l-isptar ilu mitluq għal numru ta' snin, però rridu inħarsu 'l quddiem u ninvestu biex jibda jinbena dan l-isptar ġdid ħalli dawn il-pazjenti jingħataw dak li jixirqilhom.", "Nafu li l-kundizzjonijiet f'dak li hu mard mentali qed jiżdiedu.", "Id-dipressjoni qiegħda tiżdied madwar id-dinja, inkluż f'pajjiżna, u qegħdin naraw iktar mard mentali relatat mal-abbuż tad-droga.", "Għalhekk nifhmu li se jkun hemm iktar piż fuq is-servizzi u l-kura tas-saħħa mentali.", "Jeħtieġ li dan il-Gvern jirrikonoxxi l-bżonn li għandna llum f'dik li hija kura tas-saħħa mentali, però mhux biss.", "Aħna m'aħniex kuntenti li naħsbu għal-lum, iżda rridu naħsbu għal għada, għal pitgħada u għas-snin li ġejjin.", "Hawn nista' nsemmi s-sitwazzjoni tad-dimensja li hija relatata ma' an ageing population u li qed tiżdied għax in-nies qegħdin jgħixu aktar.", "Għalhekk irridu nippjanaw ħalli pajjiżna ftit tas-snin oħra ma jkollux jiffaċċja kriżi minħabba li l-każijiet qegħdin dejjem jiżdiedu.", "Sinjura President, l-aħħar appell tiegħu hu li Gvern u Oppożizzjoni naħdmu flimkien.", "Ejja ma nħarsux lejn din is-sitwazzjoni b'partiġjaniżmu, imma naraw il-ġid komuni ta' pajjiżna u fuq kollox il-ġid ta' dawn il-pazjenti li ħafna drabi ma jistgħux jitkellmu għalihom infushom, imma jrid jitkellem ħaddieħor għalihom, b'mod speċjali l-familji tagħhom.", "Aħna qegħdin f'dan il-Parlament biex inwasslu l-messaġġ ta' dawn il-pazjenti li jixirqilhom l-aħjar kura u l-aħjar servizzi fil-kura tas-saħħa mentali.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa 12 ta' Ġunju, 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.24 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "TRIBUNAL GĦALL-INVESTIGAZZJONI TA' INĠUSTIZZJI – ILMENTI", "L-ONOR.", "KAROL AQUILINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti l-okkju tal-ilmenti kollha li mis-sena 1997 'il quddiem ġew ippreżentati quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji u li ġie mwaqqaf bis-saħħa tal-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji (Kap. 394 tal-Liġijiet ta' Malta)?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif qiegħed jinġabar.", "TRADE MALTA – INIZJATTIVI MAR-REPUBBLIKA TAL-GHANA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta mar-Repubblika tal-Ghana tul din is-sena?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-2019 TradeMalta kompliet bil-ħidma tagħha biex tkattar iktar opportunitajiet ta' kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Għal dan il-għan TradeMalta ħadmet biex isir business forum bejn intrapriżi Maltin u Ghaniżi waqt iż-Żjara Statali tal-E.T. il-President tar-Repubblika tal-Ghana.", "TradeMalta ltaqgħat ma' numru ta' intrapriżi li diġà qegħdin jagħmlu kummerċ jew huma mħajra jagħmlu negozju fil-Ghana biex iżżomm ruħha aġġornata ma' żviluppi li saru jew inkella biex tagħti pariri lill-imprendituri fuq opportunitajiet fil-Ghana.", "Dan kollu dejjem isir b'kollaborazzjoni stretta u b'konsultazzjoni mal-Kummissarju Għoli fil-Ghana.", "ĦAL TARXIEN – TEMPJI NEOLITIĊI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9188 u jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta' Ħal Tarxien tul is-sena 2018 u jista' jinforma lill-Kamra kemm studenti tal-Primarja ttieħdu fih kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li n-numru ta' viżitaturi ġewwa t-tempji ta' Ħal Tarxien tul is-sena 2018 kien jammonta għal:", "· 78,298 bħala viżitaturi bi ħlas", "· 9,301 bħala viżitaturi bla ħlas; dan jinkludi l-open day li saret fi Frar 2018.", "In-numru ta' studenti tal-Primarja u Sekondarja kien jammonta għal 529 (is-sistema ma tagħmilx distinzjoni bejn studenti tal-Primarja u Sekondarja).", "B'referenza għall-ispejjeż relatati mat-tempji ta' Ħal Tarxien ninfurma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispejjeż rikurrenti relatati mal-post kienu jammontaw għal € 73,517.", "ĦAL TARXIEN: TRIQ SANTA TEREŻA – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9044, jista' l-Ministru jgħid meta huwa previst li tiġi rranġata Triq Santa Tereża f'Ħal Tarxien?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li din it-triq ġiet asfaltata u tlestiet.", "ĦAL TARXIEN: TRIQ IŻ-ŻEJTUN –XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u kemm se tiġi tiswa Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.", "RAĦAL ĠDID: ĠNIEN PAWLU BOFFA - ĠIBJUN", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ġibjun li hemm fi Ġnien Pawlu Boffa, Raħal Ġdid huwiex jiġi użat u kkurat?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid li l-ġibjun li hemm fi Ġnien Pawlu Boffa se jkun qed jiġi użat biex issir drip irrigation.", "RAĦAL ĠDID – LAPIDA KOMMEMORATTIVA FI ĠNIEN", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8617, jista' l-Ministru jgħid meta attwalment ġiet imwaħħla lura mill-ġdid il-lapida kommemorattiva?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid li l-lapida kommemorattiva ġiet imwaħħla mill-ġdid fis-26 ta' April 2019.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10257 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10258 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – INFIQ FUQ REKLAMAR", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10259 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t'April u Mejju 2019?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "PRIM MINISTRU - SAFAR LEJN DUBAI / EMERATI GĦARAB MAGĦQUDA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba żar Dubaj u/jew l-Emirati Għarab Magħquda mill-2013 'il hawn u jgħid ukoll:", "a. id-dati relattivi taż-żjarat;", "b. l-iskop tagħhom; u", "c. jekk kienx akkumpanjat miċ-Chief of Staff tiegħu?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li d-dettalji taż-żjarat fuq xogħol f'Dubaj u/jew l-Emirati Għarab Magħquda fil-perjodu indikat fil-mistoqsija tiegħu huma kif ġej:", "Iċ-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.", "Iċ-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.", "Iċ-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.", "Iċ-Chief of Staff ma kienx membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR LEJN DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194 il-Ministru ammetta li żar Dubaj fi Frar tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:", "a. id-dati eżatti taż-żjara;", "b. l-iskop taż-żjara;", "c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew person/s of trust u minn min;", "d. jekk kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,", "jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10406.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - SAFAR LEJN DUBAJ", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194, il-Ministru ammetta li żar Dubaj f'Novembru tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:", "a. id-dati eżatti taż-żjara;", "b. l-iskop taż-żjara;", "c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew persons of trust u minn min;", "d. jekk kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,", "jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10406.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – KUNTRATTI GĦAS-SERVIZZ TAL-IT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10340, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jżid mad-dokument anness mat-tweġiba għal dik il-mistoqsija l-lista sħiħa tal-valur ta' kull kuntratt anness fl-istess skeda u ċjoè l-ammont ta' flus li qed jitħallsu kull sena, sena b'sena, l-entitajiet hemm imniżżla għas-servizz li joffru?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija ta' natura kummerċjali.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA – KUNTRATTI GĦAS-SERVIZZ TAL-IT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10340, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jżid mad-dokument anness mat-tweġiba għal dik il-mistoqsija l-lista sħiħa tal-kumpanija u/jew individwi li ngħataw dawn il-kuntratti għal servizzi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-kumpaniji li taw servizzi li qiegħed jistaqsi dwarhom hu huma: Philip Toledo Limited, ACS, MAK Systems, MITA, Ergon, Mall Systems Ltd, Data Access Worldwide, DXC Ltd, GE, 2i Ltd, Exigy Ltd, Auxilium Ltd, Gnomon Informatics S.A, Galley's, Elsevier, ICON, Traccia, Technoline, Vodafone Malta Ltd, MDT Global Solutions, Computime, Siveco Romania SA, Seasus, Smart Technologies, Robusta Solution, AM Mangion, Micromedex- Truven Health Analytics, PTL Ltd, Pharmaceutical Affairs, Cursor Ltd, Everbridge, Global Entserv Solutions Ireland, Associated Equipment, SG Solutions Limited, ICT Solutions, GPI S.p.a, Logikview Analytics Limited, Eventi, Stormnet Media Ltd, Agilis, Ascent, ASCOM, Dakar, Sight Technologies, SNOMED, Webcraft, Megabyte Limited, Anova Technologies, LOQUS, Phoenix IT, Marand d.o.o, Seasus, Curvature, Robusta Solution, 4s Dawn TrioMed u Sectra.", "KUMPANIJI TAL-KARNIVAL - IMĦAŻEN", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10223 u jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival qegħdin jużaw imħażen tal-Gvern biex jaħdmu x-xogħol tagħhom relatat mal-Karnival?", "F'każ li hemm minn dawn il-każijiet, jista' jindika l-kundizzjonijiet li taħthom qegħdin jintużaw dawn l-imħażen?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KUMPANIJI TAL-KARNIVAL - SUSSIDJI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10222 u jgħid jekk kumpaniji tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom fil-konfront tal-kirja ta' maħżen fejn jintramaw il-karrijiet u spejjeż oħra relatati mal-Karnival?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MUŻA – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10224, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-improvements li qegħdin isiru fil-MUŻA u f'liema swali?", "OWEN BONNICI: Dawn huma essenzjalment marbutin mar-Resource Centre li jinsab fit-tieni sular li jinkludi librerija.", "Fis-sala prinċipali tal-ewwel sular qed tigi konkluża innovazzjoni sabiħa li se titħabbar fil-jiem li ġejjin.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti deskrizzjoni tal-proġett innovattiv tal-Pjazza Jean De La Vallette li hemm referenza għalih fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10225, u jgħid mhux biss fiex jikkonsisti dan il-proġett, iżda wkoll jagħti dettalji tax-xogħlijiet li qegħdin isiru, min qiegħed iwettaqhom u jekk dawn ix-xogħlijiet humiex qegħdin jitwettqu wara l-ħruġ ta' tender?", "OWEN BONNICI: Dan hu proġett sabiħ immens d-dettalji dwaru se jingħataw f'konferenza stampa li għandna skedata.", "MUŻEW MARITTIMU TA' MALTA – KUNTRATTI GĦAR-RESTAWR TAL-FAĊĊATA", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għar-restawr tal-faċċata ta' wara l-Mużew Marittimu ta' Malta u meta huwa skedat li dan ix-xogħol jitlesta?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li x-xogħol ingħata lid-ditta Vaults Co Ltd wara li ħarġet sejħa.", "Dan ix-xogħol għaddej b'ritmu mgħaġġel u mistenni jkun lest qabel tmiem din is-sena.", "MUŻEW MARITTIMU TA' MALTA: RESTAWR TAL-APERTURI TAL-INJAM – ĦRUĠ TA' TENDER", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li tinħareġ it-tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam fuq il-faċċati u fuq it-turrets tal-Mużew Marittimu ta' Malta, liema tender kienet ġiet kanċellata?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA TA' PROPRJETÀ MIBJUGĦA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li tittieħed deċiżjoni sabiex kontijiet pendenti li qed jintbagħtu lill-proprjetarji ta' proprjetà li tkun mibjugħa b'kuntratt uffiċjali, il-proċedura ma tibqax li l-propretarji oriġinali jibqgħu jirċievu l-kontijiet tad-dawl u ilma bħalma qed jiġri fuq il-kont li qed jintbagħat separatament?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li bħala proċedura, meta jinbiegħ post, il-persuna li tkun se tbigħ għandha timla formoli apposta skont il-każ, senjatament formola ta' trasferiment tas-servizzi jew formola ta' tneħħija tas-servizzi jew formola ta' tibdil tal-indirizz.", "Dawn il-formoli jistgħu jinġabru mill-uffiċini tal-kumpanija ARMS Ltd jew jitniżżlu mis-sit uffiċjali tal-kumpanija.", "Infakkar ukoll li s-servizzi huma abbinati mal-applikant, u għaldaqstant hu l-applikant/konsumatur innifsu li jrid jinforma lill-ARMS Ltd permezz tal-imsemmija formoli b'kull tibdil relatat mal-kont."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190611_235d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 235, li saret fil-11 ta' Ġunju 2019, ġew ikkonfermati.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL TARXIEN: TRIQ ŻABBAR - TISWIJIET", "L-ONOR.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar parti ta' Triq Żabbar, Raħal Ġdid li saret reċentement?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Ilbieraħ għamilna mistoqsijiet supplimentari lill-Ministru Owen Bonnici fejn, fost l-oħrajn, staqsejnieh dwar ir-restawr li qed isir f'pajjiżna.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex ir-restawr fuq il-faċċata tal-Arkivji Notarili u, jekk iva, fiex wasal?", "OWEN BONNICI: Dan huwa proġett mill-isbaħ.", "Inċidentalment ilbieraħ, wara l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, kien hemm min bagħatli messaġġi, fejn qalli li wara li semagħni nitkellem fuq il-Knisja tal-Ġiżwiti, qabad il-karozza tal-linja u daħal il-Belt jara r-restawr li sar.", "Dan juri li n-nies tieħu interess fir-restawr li jsir fuq il-binjiet storiċi.", "Fir-rigward tal-arkivji notarili, tajjeb nispjega x'inhu dan il-proġett u x-xogħol li qed isir.", "F'pajjiżna, kif nafu, biex tagħmel trasferiment ta' affarijiet ta' valur, trid tagħmel dan billi tmur għand nutar.", "Mhux biżżejjed li tagħmel biċċa karta ma' min qed tagħmel in-negozju, imma trid tmur għand nutar, għaliex il-valur tant ikun kbir li l-Istat irid li jiggarantixxi s-serħan il-moħħ fl-att innifsu.", "Għalhekk, bħala Stat, żviluppajna sistema ta' notarjat li taħdem, fejn wieħed imur għand in-nutara li jippubblikaw il-kuntratti, liema kuntratti jiġu kollha insinwati, jiġifieri jiġu reżi pubbliċi.", "Dan ifisser li kwalunkwe persuna, anke min ma kienx involut f'dak il-ftehim, jista' jmur għall-affari tiegħu joqgħod jara l-kuntratti kollha li saru.", "Għal kull kuntratt li jsir, tintbagħat kopja tiegħu lill-Arkivji Notarili u kopja għand in-Nutar tal-Gvern.", "Issa, peress li pajjiżna għandu storja kbira mifruxa fuq sekli sħaħ, permezz ta' din is-sistema tal-pubblikazzjoni bl-atti notarili, għandna ritratt tal-ħajja Maltija matul is-snin.", "Dan ifisser li jekk għandek kummerċjant li xtara kunsinna qamħ minn ditta partikolari barra minn Malta u mar għand in-Nutar fis-Seklu XVIII, wieħed jista' jara l-atti kollha simili li jipprovdulu stampa tax-xejriet kulinarji tal-poplu Malti ta' dak iż-żmien.", "F'dawk l-arkivji hemm minjiera ta' informazzjoni, u min jaf kemm hemm informazzjoni li għadna ma nafux biha u għada pitgħada rridu niskopru aktar dwarha.", "Issa, jekk ikollna mmorru issa stess nagħmlu surprise visit fl-Arkivji Notarili, insibu li l-post li jokkupa l-Arkivju Notarili mhux denju tal-ġojjelli storiċi f'dawn id-dokumenti li qed insemmi.", "Sinjura President, naf li inti mort tara x-xogħol li qed isir minn voluntiera mmexxija minn Dr Joan Abela u nies oħrajn li qegħdin jagħmlu interpretazzjoni storika ta' dawn id-dokumenti, jikkurawhom u jieħdu ħsiebhom.", "Tajjeb ngħid li meta qed insemmi dokumenti, mhux qed nirreferi għal kuntratti notarili biss.", "F'dawk id-dokumenti hemm, pereżempju, l-ewwel poeżija li nkitbet bil-Malti min-nutar Pietru Caxaro, li ddeċieda li fl-atti tiegħu jħażżeż din il-poeżija bl-isem \"Il-Kantilena\".", "Hemm id-dokumenti li bihom ingħatajna l-George Cross.", "Il-Gvern ta' dak iż-żmien kien iddeċieda li jittranżunta dawn id-dokumenti f'atti notarili, jiġifieri jmur għand nutar u jgħidlu li jixtieq li jidħlu fl-atti tiegħu għall-perpetwità, biex ta' warajhom ikollhom aċċess għal dawn il-kopji.", "Huwa għalhekk li dawn id-dokumenti huma importanti ħafna.", "Bis-saħħa ta' ħidma li għamilna fl-aħħar leġiżlatura, ninsab kuntent ħafna li f'din il-Leġiżlatura, fejn tidħol il-kultura qegħdin naħsdu l-frott li żrajna.", "Bħala Gvern, applikajna biex nieħdu fondi Ewropej u fil-fatt ingħatajna l-ammont ta' €5 miljuni li bis-saħħa tagħhom sal-aħħar tas-sena d-dieħla se nkunu temmejna dan il-proġett, fejn qegħdin nirrestawraw u nagħtu ħajja mill-ġdid lill-binja tal-arkivji notarili u l-binja ta' ħdejha.", "Kull min hu mill-Belt jaf li l-binja ta' ħdejn l-Arkivji Notarili kienet d-dar li fiha għex Lord Strickland.", "B'hekk, permezz ta' dan ir-restawr, qegħdin nerġgħu nsalvaw patrimonju importanti storiku.", "Dawn il-binjiet se jiġu konnessi flimkien, jiġifieri se jkollna l-Arkivji Notarili, post ta' interpretazzjoni u mużew modern, fejn wieħed isib esperjenza tal-istorja ta' Malta permezz tad-dokumenti notarili u bis-saħħa ta' dan ix-xogħol li qed nagħmlu.", "Biex għamilna dan il-proġett kollu kellna nixtru binja żgħira, għaliex kien hemm kamra li, kif ngħidu bil-Malti, kienet feles bejn żewġ proprjetajiet.", "Però, kollox mexa ħarir u issa għandna dan il-kumpless sabiħ immens, fejn ix-xogħol jinsab għaddej ġmielu.", "Ir-restawr fuq in-naħa ta' barra lest prattikament kollu.", "Fil-fatt, jekk wieħed jgħaddi minn din it-triq, jinduna bix-xogħol sabiħ li sar mhux biss fejn hemm l-Arkivji Notarili, imma anke f'din id-dar ta' ħdejn l-Arkivji Notarili fejn kien joqgħod Strickland.", "M'għandix dubju li kif jispiċċa dan ix-xogħol se jkollna binja li tkun kalamita oħra li tattira n-nies biex iżuruha u jaraw ix-xogħol kbir li sar, mertu tan-Nutar tal-Gvern u l-istaff tiegħu u tal-voluntiera mmexxija minn Dr. Joan Abela li, litteralment, qegħdin jagħtu ħajja ġdida lill-istorja ta' pajjiżna bis-saħħa ta' dawn id-dokumenti li għandhom valur enormi.", "Ninsab ċert li l-ġenerazzjonijiet futuri se jħarsu lura lejn din il-ġenerazzjoni u jgħidu kemm ttieħdu deċiżjonijiet tajbin li saħħew it-tessut storiku ta' pajjiżna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Naf li l-ambjent huwa partikolarment għal qalb il-Ministru, fejn qed isir ħafna xogħol f'dan is-sens.", "Jista' l-Minisrtru, jekk jogħġbu, jgħidilna x'tip ta' miżuri u inizjattivi qegħdin jittieħdu biex fil-lokalitajiet rispettivi tagħna nkomplu ntejbu l-ambjent ta' madwarna?", "OWEN BONNICI: Jien u l-Onor.", "Interpellant ta' spiss nitkellmu dwar il-ħtieġa li nkomplu naħdmu fis-settur ambjentali.", "L-Onor.", "Interpellant kienet sindku għal numru ta' snin u, bħali, li kont viċi sindku u Membri oħrajn f'din il-Kamra li kienu kunsilliera fil-kunsilli lokali, aħna sensittivi forsi b'mod partikolari dwar il-bżonn li kull resident jgħix f'post nadif u ambjentalment tajjeb fejn tieħu pjaċir tqatta' l-ħin liberu mal-familja.", "Qed ngħid hekk għaliex ninsab ċert li bħali, ħafna mill-membri f'din il-Kamra għaddew minn esperjenzi fejn niltaqgħu ma' nies li għandhom aspirazzjonijiet għoljin dwar l-ambjent f'pajjiżna.", "Ħafna jgħidulek b'mod regolari kemm hu importanti għalihom li jgħixu f'ambjent san, nadif u ordnat.", "Għalhekk, bħala Gvern, niftaħar ngħid li għamilna ħidma kordinata immens u b'ħafna sinerġija bejn is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis u l-Ministeru tiegħu, fejn tidħol l-indafa pubblika b'mod ġenerali.", "Nemmen li d-Diviżjoni tal-Cleansing and Maintenance qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna.", "Fil-fatt, ninsab verament kuntent dwar kif sejrin l-affarijiet f'din id-Diviżjoni, fejn tajna messaġġ b'saħħtu li rridu li l-indafa u d-dehra ġenerali tal-ambjent fil-lokalitajiet tagħna tittieħed bis-serjetà ħafna aktar minn qatt qabel.", "Spiss nisma' min jgħid li kien barra minn Malta u ma rax karta mal-art!", "Jien nippretendi li f'Malta jkollna l-istess livell ta' ndafa.", "Malta m'għandhiex għaliex ma tkunx f'dan il-livell.", "It-tieni punt li rrid insemmi huwa dwar skema li ħriġna biha dan l-aħħar fuq idea tal-Onor.", "Kif nafu, kull sena nniedu skema li fiha nallokaw €1 miljun għall-proġetti fil-komunitajiet, fejn normalment japplikaw għaliha l-kunsilli lokali.", "L-Onor.", "Interpellant kienet ta' spiss tapplika għal din l-iskema u dejjem kienet tieħu l-flus, għax kienet tippreżenta applikazzjoni b'saħħitha.", "Ħafna drabi, wieħed japplika għal xi proġett żgħir bħal, pereżempju biex jirranġa xi parti mill-istruttura tal-kunsill jew biex jagħmel xi xogħol ta' tisbiħ.", "Din is-sena, iddeċidejna li dan il-€1 miljun nagħtuh kollu kemm hu għal skema ta' irrigazzjoni.", "B'irrigazzjoni qed infissru sistema ta' tisqija ta' ilma biex fix-xhur tas-sajf, l-ambjent jibqa' jħaddar.", "Ħafna drabi ngħaddu minn ħdejn ġnien pubbliku fis-sajf u tistħajlek qiegħed fid-deżert għax kollox isfar, niexef u ħamrija mingħajr ilma.", "Issa huwa minnu li s-sajf f'Malta huwa qalil, imma hemm metodi li bihom nistgħu naraw li s-soft areas fil-lokalitajiet tagħna jibqgħu jiġu irrigati.", "Din l-iskema tajnieha l-isem ta' finanzjament ta' proġetti kapitali, apparat ta' sistemi ta' irrigazzjoni, fejn qegħdin nagħmlu xi ħaġa differenti.", "Konvint li din l-iskema se tkun suċċess.", "Hawn nirringrazzja lill-Onor.", "Silvio Parnis li kien il-moħħ wara din l-iskema.", "Naħseb li l-kunsilli lokali se jieħdu pjaċir b'dawn it-tip ta' inizjattivi.", "Bħalma diġà għamlu ċerti kunsilli lokali, fosthom Ta' Xbiex, se jkun hemm aktar lokalitajiet li se jużaw din l-iskema biex iħaddru s-soft areas tagħhom ħalli jagħtu dehra isbaħ lil pajjiżna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ladarba qegħdin nitkellmu dwar il-kunsilli lokali, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid jekk l-inizjattiva ta' assistenza lill-kunsilli, li kienet inbdiet fl-2009 hux se tibqa' titħaddem?", "Hawnhekk qed nagħmel referenza għal-Local Action Groups (LAG), fejn kellna tliet gruppi, dak tax-Xlokk, tal-Majjistral u ieħor f'Għawdex.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-gruppi hux se jibqgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi?", "Din l-għajnuna kienet tintuża mhux biss mill-kunsilli lokali imma anke minn għaqdiet mhux governattivi.", "OWEN BONNICI: Naf li l-Onor.", "Interpellant, bħali, kemm-il darba jħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex ma joqogħdux biss fuq il-fondi li jingħataw mill-Gvern fil-Baġit u fuq l-iskemi li noħorġu minn żmien għal żmien, imma jużaw ukoll fondi Ewropej li jiġu allokati għal pajjiżna taħt diversi skemi.", "Insemmi s-sistema tal-LAG Xlokk u l-LAG Tramuntana li huma fondi ta' natura agrarja li jistgħu jintużaw għal diversi affarijiet.", "Ninsab kuntent ħafna kif ċerti kunsilli lokali qegħdin litteralment jixorbu sal-inqas qatra ta' dawn il-fondi u din hija xi ħaġa tajba ħafna.", "Però jiddispjaċini nara li ċerti fondi ma jitteħdux mill-kunsilli lokali, imbagħad l-istess kunsilli jiġu għand il-Ministeru jgħidulna li għandhom bżonn il-fondi għal ċerti proġetti, meta setgħu jagħmlu użu minn fondi Ewropej, li mhumiex fondi nazzjonali.", "Għalhekk inħeġġeġ biex aktar kunsilli lokali jużaw dawn il-fondi.", "Irrid ngħid ukoll li wara r-riforma li wettaqna ftit ilu flimkien, issa se jkollna reġjuni aktar b'saħħithom.", "Fost l-oħrajn, ir-reġjuni se jkollhom uffiċjali responsabbli minn fondi Ewropej.", "B'hekk, kull reġjun se jkollu persuna li se jkun struwit biex jgħin lill-kunsilli lokali li jaqgħu taħt dak ir-reġjun fir-rigward ta' fondi Ewropej.", "Naħseb li jekk naħdmu bilgħaqal se naraw żieda fl-assorbiment ta' fondi Ewropej anke fuq livelli lokali.", "Jien dejjem nagħti parir li fil-verità, għalkemm id-daqs ta' kunsill lokali huwa importanti, aktar importanti hija l-ħila li l-kunsill jassorbi fondi biex ikun jista' jwettaq proġetti fil-lokalitajiet tagħna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Nixtieq nerġa' nistaqsi lill-Ministru dwar ir-restawr, għax kien hemm min ġibidli l-attenzjoni fuq Dar l-Ammiraljat.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tkun restawrata Dar l-Ammiraljat u jekk hux ippjanat bdil fl-użu tagħha?", "OWEN BONNICI: Adimiralty House huwa wieħed mill-isbaħ proġetti li hemm għaddejjin fil-Belt Valletta fejn ivvotajna €4.3 miljuni minn fondi nazzjonali.", "Nenfasizza li dawn mhumiex fondi Ewropej imma huma kollha flus li jiġu fil-Ministeru b'għaqal kbir mis-Segretarju Permanenti Johann Galea.", "Ta' dan, nirringrazzjah minn qalbi, għax onestament ma nafx kif jagħmel biex jirnexxilu jagħmel eżerċizzju ta' ring fencing biex ikollna fondi għal ċerti proġetti kbar.", "Bis-saħħa ta' dan l-għaqal, irnexxielna li flimkien mal-fondi li jiġu mogħtija lilna għar-restawr, ngħaqqdu s-somma ta' €4.3 miljuni minn fondi nazzjonali biex nagħtu ħajja mill-ġdid lil Dar l-Ammiraljat li tinsab ftit 'l isfel mill-Headquarters tal-GWU, fi Triq Nofsinhar, fil-Belt Valletta.", "Sa ftit ilu, din il-binja kienet tilqa' fiha l-Mużew Nazzjonali tal-Arti li kien sar modest ħafna għaż-żmien tal-lum.", "Għalhekk, kien ilu jinħass il-bżonn li jkollna mużew aħjar u fil-fatt, is-sena li għaddiet inawgurajna l-MUŻA u vvakajna Dar l-Ammiraljat.", "Biex nagħmlu l-aħjar użu minn Dar l-Ammiraljat rajna li l-Palazz tal-Gran Mastru jiġi vakat kompletament.", "Kif nafu, parti sostanzjali mill-Palazz tal-Gran Mastru fi Pjazza San Ġorġ tintuża bħala uffiċini.", "Naħseb li mkien fid-dinja ma ssib li l-Palazz tal-President għandu uffiċini li mhumiex tal-President, u din hija ħasra.", "L-Imħallef Vanni Bonello kien ilu jgħid li dawn l-uffiċini għandhom jiġu vakati.", "Għalhekk se nneħħu l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mill-Palazz tal-President biex nivvakaw is-sular t'isfel kompletament.", "L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali se jiġi trasferit għal Dar l-Ammiraljat u l-Mużew tal-Arti kien ġie trasferit għall-Berġa tal-Italja fejn illum hemm il-MUŻA.", "Fil-fehma tiegħi, din hija a win-win situation għall-qasam kulturali, għall-qasam patrimonjali, kif ukoll għall-qasam tal-ġustizzja.", "F'Dar l-Ammiraljat hemm tliet sulari, fejn se jkun hemm sular għas-servizzi korporattivi, jiġifieri għall-ħaddiema li jaħdmu l-pagi u jieħdu ħsieb il-leave u s-sick leave, se jkun hemm sular għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u sular ieħor li jkun indipendenti mis-sular ta' taħt għall-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.", "B'hekk, se jkollna s-servizzi legali ewlenin miġburin taħt binja waħda.", "L-aġenzija tal-Avukat tal-Istat se tkun separata mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għax se jkunu fuq żewġ sulari differenti.", "B'hekk, se nagħmlu użu aħjar minn din il-binja b'investiment b'saħħtu ħafna ta' €4.3 miljun.", "Fl-aħħar nett, għandi ftit noti żgħar storiċi dwar din il-binja.", "Għall-interess ta' min qiegħed isegwina, din hija binja ta' żmien is-Seklu 17, jiġifieri nbniet oriġinarjament mill-Kavallieri u kienet isservi bħala residenza tal-Kavallieri.", "Tissejjaħ Dar l-Ammiraljat għaliex sal-1961 kienet ukoll is-sede tal-Kap Kmandant tal-Flotta Brittanika Mediterranja.", "Naf li qisni l-preżentatur tal-programm Meander, imma naħseb li dak li jkun jieħu gost ikun jaf din l-informazzjoni.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: L-ewwel nett hija xi ħaġa sabiħa li l-Ministru qal li din is-sena se nagħtu €1 miljun għall-artificial irrigation tas-soft areas fil-lokalitajiet.", "Però jista' l-Ministru jgħid jekk kull meta jingħataw dawn is-somom kbar ta' flus biex ngħinu lill-kunsilli lokali, jibqgħux jingħataw ċerti ammonti ta' finanzi għall-maintenance ta' dawn il-proġetti?", "Kif jaf il-Ministru, inutli tonfoq miljuni fuq proġett darba imma mbagħad ma jkunx hemm il-maintenance tiegħu.", "Ħafna drabi l-kunsilli involuti ma jkollhomx finanzi biżżejjed biex ilaħħqu mal-maintenance ta' dawn il-proġetti.", "OWEN BONNICI: Dak li qed tgħid l-Onor.", "Interpellant huwa kruċjali, għaliex jekk ma tagħmilx il-maintenance, tispiċċa li wara numru ta' snin, minflok ma tinvesti l-flus fuq proġett ieħor, tispiċċa terġa' tinvesti l-flus għall-istess proġett li tkun ftaħt ftit snin qabel.", "Sitwazzjoni bħal dik tkun verament ħasra!", "Naqbel li għal kull proġett li jkollna rridu naċċertaw ruħna li jkun hemm flus ukoll għall-maintenance ta' dak il-proġett.", "Għalhekk, nappella lill-kunsilli lokali biex jagħtu prijorità lill-maintenance.", "Jien sirt naf b'ċerti esperjenzi fejn hemm minnhom li naqbel magħhom u hemm minnhom li ma naqbilx.", "Però huwa kruċjali li ssir il-maintenance ta' kull proġetti li nagħmlu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Jidhirli li l-Asset Recovery Bureau jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru.", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmel dan l-Uffiċċju li, safejn naf jien, huwa inkarigat biex jaqbad assi ta' kriminali wara li dawn jinstabu ħatja?", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir minn dawn l-assi li jinqabdu?", "Qed issir xi forma ta' disposal u, jekk iva, xi jsir minn dak li jiġi rkuprat mill-flus li possibbilment jidħlu wara li jinbiegħu dawn l-assi li jiġu maqbuda?", "OWEN BONNICI: Il-mistoqsija tal-Onor.", "Interpellant hija kruċjali għaliex bħala Gvern irridu nagħmlu dak kollu possibbli not to let crime pay.", "Se nagħti eżempju biex jifhimni kulħadd.", "Nimmaġinaw li jkun hemm serqa, fejn persuna tmur tisraq €1 miljun minn bank, titfagħhom f'kamra, tinqabad u tispiċċa l-ħabs.", "Kif din il-persuna toħroġ mill-ħabs, tmur f'dik il-kamra u ssib il-€1 miljun jistennewha sħan sħan!", "Jekk jiġri dan, ikun ifisser li s-sistema tal-ġustizzja tkun falliet, għaliex crime would have paid.", "Issa huwa kruċjali li naraw li crime does not pay.", "Għalhekk irridu nieħdu ħsieb li dak il-frott illegali jiġi kkonfiskat u meħud favur l-Istat biex crime does not pay.", "Min jagħmel reat kriminali m'għandux jispiċċa f'sitwazzjoni fejn ikun qabillu li jkun wettaq dak ir-reat, għax inkella nkunu qegħdin induru fiċ-ċrieki tal-kriminalità.", "F'pajjiżna, dejjem kellna sfida dwar x'se jsir b'dawn l-assi maqbuda.", "Fil-fatt għandna direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar Confiscation of Proceeds of Crime li ilha magħna sa minn meta jien kont għadni l-iskola, però kien proprju fl-aħħar sentejn li għall-ewwel darba twaqqaf l-Asset Recovery Bureau.", "Irridu ngħidu li huwa minnu li bħala pajjiż konna tard ħafna biex waqqafna dan il-Bureau u li dan il-Gvern kellu jibda kollox from scratch b'liġi u b'sistemi apposta, fejn għamilna uffiċini, impjegajna l-istaff, għamilna sejħa għal Direttur u waqqafna l-Board of Governors, fost l-oħrajn.", "Din is-sena ġie ppreżentat l-ewwel rapport annwali tal-Asset Recovery Bureau fl-istorja ta' pajjiżna u jien verament ħadt gost nirċievi komunika mill-bord tat-tmexxija tal-Asset Recovery Bureau fejn talbu laqgħa ta' kortesija miegħi biex jagħtuni l-ewwel rapport tal-operat tal-Bureau.", "Naturalment, il-bidu huwa dejjem il-bidu, jiġifieri mhux se niġi f'din il-Kamra u ngħid li solvejna l-problemi kollha tad-dinja, għax fadal ħafna xi jsir, imma almenu bdejna.", "Għalhekk nieħu gost nisma' dwar ix-xogħol li qed isir biex insibu metodi ġodda ta' kif naħtfu l-proprjetà li tkun ġiet miksuba b'mod illegali, nimmaniġjawha u nieħdu l-frott minnha.", "Pereżempju, min hu avukat li ilu jservi aktar minni jgħidli li fejn jidħlu traffikanti tad-droga, wieħed lanqas biss jipprova jixtri karozza li tkun inxtrat bil-flus tad-droga.", "Jekk titfagħha għas-subbasta, issib li ebda Malti mhu se jixtriha.", "Kulħadd jibża' jixtri karozza li tkun ta' traffikanti tad-droga.", "Bis-sistemi l-ġodda li qegħdin jintużaw, wieħed qed imur għat-triq li dawn is-subbasti jsiru barra minn Malta u jinxtraw minn nies barranin u mbagħad il-flus jiġu lura lejn pajjiżna.", "Dawn huma metodi ġodda li dan l-Asset Recovery Bureau qiegħed juża u konvint li jekk ix-xogħol jibqa' għaddej b'mod tajjeb, se naraw titjib sena wara l-oħra.", "Nerġa' ngħid li bdejna billi wellidna din it-tarbija u issa importanti li narawha titlaq timxi u tiġri, biex inkomplu nsaħħu r-riżultati fil-ġlieda kontra l-kriminalità.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Ma jidhirlix li l-Ministru weġibni għall-mistoqsija supplimentari li għamiltlu, dwar jekk il-Local Action Groups hux se jibqgħu jew le?", "Kif għedt, din hija inizjattiva li bdiet fl-2009.", "Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid jekk din is-sistema hux se tibqa' tiffunzjona?", "OWEN BONNICI: Nittama li qegħdin niftiehmu li l-LAG hija entità awtonoma mill-Gvern tal-ġurnata, għaliex hija bbażata fuq fondi rurali tal-Unjoni Ewropea li jiġu Malta b'mod estern mill-Gvern.", "Però, bħala Gvern, se nibqgħu nappoġġjaw kwalunkwe sforz biex dawn il-flus jibqgħu jiġu lejn Malta, anke jekk din mhijiex xi ħaġa tal-Gvern.", "Is-sabiħ ta' dawn il-fondi hu li jaħdmu b'mod indipendenti mill-Gvern tal-ġurnata, jiġifieri mhux il-Gvern japplika għall-flus u jimmaniġġjahom hu, imma hemm sistemi oħrajn li bihom jiġu l-fondi Ewropej.", "Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija bil-miktub ħalli nkun nista' nagħtih tweġiba aktar dettaljata.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "Skada l-ħin għall-Mistoqsijiet.", "Tqegħid ta' Karti?", "Kumitati Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permenanti tal-Kamra fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi tal-lum l-Erbgħa, 12 ta' Ġunju, 2019, l-Onor.", "Rosianne Cutajar u l-Onor.", "Robert Cutajar issostitwew lill-Onor.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, nitlob il-permess biex titressaq Mozzjoni mingħajr avviż.", "Il-permess ingħata.", "MOZZJONJIET", "ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET FINANZJARJI", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali): Sinjura President, f'isem is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji\" jkun moqri l-Ewwel Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AWTORITÀ GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI TA' GĦAWDEX", "MICHAEL FARRUGIA: Sinjura President, f'isem il-Ministru għal Għawdex nipproponi t-Tielet Qari tal-Abbozz ta' Liġi dwar Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jipprovdi għat-Twaqqif dwar l-Awtorità li tkun magħrufa bħala l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u għall-eżerċizzju, minn jew f'isem dik l-Awtorità, ta' funzjonijiet regolatorji u konsultattivi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex u sabiex jagħmel provvedimenti dwar affarijiet anċillari għal dan jew konessi ma' dan\" ikun moqri t-Tielet Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tielet Darba u għadda.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR", "L-AVUKAT TAL-ISTAT", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mill-11 ta' Ġunju 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, din il-liġi turi biċ-ċar kemm dan huwa Gvern li jwettaq il-bidla billi jevalwa, iqis u jieħu d-deċiżjonijiet.", "Dan il-Gvern qed jagħmel l-għażliet li ħaddieħor, għal snin twal, kien jitkellem daqslikieku kellu tweġiba għal kollox.", "Però, meta ħaddieħor kellu t-tmun ta' dan il-pajjiż f'idejh, mhux talli qatt ma wettaq dawn il-bidliet, imma lanqas biss qatt iddiskutiehom.", "Però, illum għandna Gvern li jagħmel dak li huwa meħtieġ biex inkomplu mmexxu lil pajjiżna 'l quddiem.", "Din il-liġi qiegħda tirrivedi sistema f'dak li huma s-sisien legali tagħna, liema sistema tmiss anke l-liġi ewlenija ta' pajjiżna, jiġifieri l-Kostituzzjoni, fejn qed tagħti remit differenti lil waħda mill-istituzzjonijiet kostituzzjonali ta' pajjiżna billi tirriforma, iġġedded u saħansitra toħloq żewġ uffiċċji, minflok wieħed.", "B'hekk mhux se jibqgħu jinġarru dawn iż-żewġ karigi mill-istess uffiċċju kif ilu jsir għal tant snin.", "Infakkar li kien hemm review dwar il-ħtieġa ta' din il-bidla anke min-naħa tal-Kummissjoni Venezja.", "Però, jien nibqa' sorpriż kif minkejja li ilna nisimgħu diversi diskorsi min-naħa tal-Oppożizzjoni li f'pajjiżna hawn diffikultajiet fir-rigward tas-saltna tad-dritt u li l-Gvern qed jonqos milli jimplimenta dak li rrakkomandat il-Kummissjoni Venezja anke jekk dan mhux il-każ, niġu biex nibdew nimplimentaw dawn il-bidliet, imma l-Oppożizzjoni tagħżel li ma tikkoperax mal-Gvern dwar din il-bidla.", "Bħala Gvern, fejn hemm bżonn li nwettqu bidla, għandna l-kuraġġ u d-determinazzjoni li nbiddlu.", "Però, fl-ewwel test għall-Oppożizzjoni biex mill-kliem tgħaddi għall-fatti, naraw li l-Oppożizzjoni tagħżel li ma tkunx mal-Gvern biex inkomplu nġeddu lil pajjiżna u l-istituzzjonijiet tagħna.", "Fil-fehma tiegħi, dan juri kemm għandna Oppożizzjoni li hija nieqsa minn viżjoni u għalhekk il-poplu ma jistax jaraha bħala alternattiva għat-tmexxija ta' pajjiżna.", "Sinjura President, fil-fehma tiegħi, din hija bidla kuraġġuża li qiegħda tagħti dimensjoni differenti lill-mod kif l-affarijiet f'pajjiżna ilhom isiru għal ħafna snin.", "Din il-bidla se tkun qiegħda toħloq l-istitut tal-Avukat tal-Istat li se jkollu rwol definit, ċar u determinat, li jkun il-konsulent prinċipali tal-Gvern u l-konsulent legali li jara li jissalvagwardja l-interessi tal-Istat.", "Dan l-uffiċċju se jwieġeb meta jkun hemm kawżi jew disputi fil-konfront tal-Istat, ta' pajjiżna u tal-Gvern.", "Dan huwa rwol sensittiv ħafna li għandu bżonn dedikazzjoni assoluta.", "Sal-lum, dan ix-xogħol kien isir b'mod tajjeb ħafna, però kien isir mill-istess persuna li għandu r-rwol ta' funzjonijiet oħrajn bħal, pereżmepju, il-prosekuzzjonijiet u li jagħti l-pariri lill-Gvern u lill-Istat.", "Issa dan ir-rwol se jinqasam biex dawn iż-żewġ rwoli importanti f'pajjiżna jkunu ben ċari u definiti.", "Ovvjament, din hija bidla li wieħed irid jaraha timmatura, tiżviluppa u timxi 'l quddiem.", "Naturalment din il-bidla se tieħu ż-żmien għax din mhijiex bħal swiċċ, fejn naqbdu nitfu ħaġa u nixegħlu oħra, imma għandha bżonn żvilupp.", "Għalhekk, fil-fehma tiegħi, b'mod għaqli dan l-Abbozz ħaseb għal sitwazzjonijiet transitorji.", "Dan għaliex l-ewwel nett, meta inti għandek legacy ta' liġi li ilha tiġi implimentata għal tant snin, ikun għajb kieku kellek tgħid li mil-lum 'il quddiem se jiġri mod ieħor mingħajr ma taħseb għal trasformazzjoni kif qed jiġi ppjanat permezz ta' dan l-Att.", "Qiegħed ngħid dan għaliex din il-bidla li qiegħda sseħħ permezz ta' din il-liġi hija bidla li magħha se jintrabtu sensiela ta' bidliet oħrajn li jridu jsiru fil-futur.", "Pereżempju, iridu jiġu indirizzati sistemi oħra dwar kif jitmexxew l-affarijiet f'pajjiżna u li ilna nħaddmu għal tant snin.", "Għalhekk, meta għandek bidla delikata u sensittiva bħal din, trid tkun bidla li taħseb għal transizzjoni bl-aħjar mod possibbli, bl-għan li dak li qiegħed jitmexxa 'l quddiem illum, bħal kawżi li għaddejjin bħalissa u d-drittijiet li għad iridu jiġu dibattuti fil-Qrati jew mod ieħor, ma jiġux mittiefsa minħabba din il-bidla.", "Hawn wieħed jara l-importanza ta' sistemi transitorji meta wieħed jagħmel bidla daqstant radikali.", "Meta wieħed jara kemm hija kbira din il-bidla, wieħed jifhem is-sensittività u l-attenzjoni li jistħoqqilha fil-mod ta' kif se tkun qiegħda tiġi implimentata.", "Sinjura President, dan l-Abbozz ta' Liġi qed jippreżentalna ukoll il-ħolqien ta' aġenzija li se tkun qiegħda ssostni x-xogħol li se jkun qiegħed jagħmel l-Avukat tal-Istat.", "Issa wieħed mill-aspetti li fil-fehma tiegħi rridu nħarsu lejh fl-implimentazzjoni ta' din il-bidla hu l-ħtieġa ta' aktar riżorsi biex inkomplu nħaddmu dawn il-bidliet daqstant importanti.", "Meta jkollok liġi bħal din li qed toħloq uffiċċju tant importanti, wieħed jinnota li biex nilħqu l-għanijiet li qed naspiraw għalihom irridu naraw li jkun hemm l-aħjar nies li jmexxu din l-aġenzija.", "Fil-fatt, se nkun qed nitkellem dwar l-għażla ta' dawn in-nies, il-mod innovattiv li qiegħda tintroduċi din il-liġi u l-ħtieġa li nkomplu ninvestu biex nattiraw l-aħjar nies biex jagħtu sehemhom fis-Servizz Pubbliku, għall-ġid ta' kulħadd.", "Ċerti riżorsi, b'mod partikolari riżorsi speċjalizzati u mħarrġa, ma ssibhomx mil-lum għal għada, imma trid tinvesti fihom.", "Nixtieq nagħmel osservazzjoni dwar il-mod kif esponenti tal-Oppożizzjoni jagħżlu li jitkellmu f'diskorsi relatati ma' dan is-suġġett.", "Kif tista' tattira nies lejn is-Servizz Pubbliku meta jkollok lill-Onor.", "Simon Busuttil jitkellem b'ċertu mod dwar l-Avukat Ġenerali attwali Dr Peter Grech, kif għamel ilbieraħ stess?", "Li tikkritika uffiċjali pubbliċi u l-operat li jkun għaddej hija ħaġa, imma li titkellem b'mod insolenti fuq nies li jmexxu dawn l-istituti pubbliċi huwa nuqqas serju ta' rispett lejn dawn l-istituzzjonijiet u lejn in-nies li jokkupaw dawn il-karigi.", "Kif nistgħu nattiraw nies li jistgħu jkunu mħajra li jagħtu s-servizz tagħhom fl-uffiċċji pubbliċi meta jaraw id-diskors ta' żebliħ li jintuża minn xi wħud?", "Għalhekk huwa importanti li meta niddibattu suġġetti bħal dawn, inkunu attenti fil-mod kif nitkellmu.", "Huwa nuqqas serju meta jsiru diskorsi li jnaqqsu l-ġieħ ta' dawk li jokkupaw dawn il-karigi, liema diskorsi jmorru lil hinn minn dik li hija kritika aċċettabbli u raġonevoli.", "Ladarba qed nitkellem dwar ir-riżorsi, irridu nħarsu wkoll lejn l-investiment li hemm bżonn isir għall-bidliet fil-mod ta' kif isiru l-prosekuzzjonijiet illum, fejn il-konċett tal-prosekuzzjoni imur lil hinn mill-Puliizja per se.", "Importanti li ninvestu biex ikollna n-nies meħtieġa ħalli mmexxu din il-bidla 'l quddiem.", "Hawn irrid infakkar li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm żmien fejn numru ta' pulizija kienu ntbagħtu jistudjaw il-liġi.", "Però l-management tal-Pulizija ta' dak iż-żmien kien għamel għażliet żbaljati, għax ġara li ħadd minn dawk li laħqu avukati ma baqa' fil-Korp tal-Pulizija għax kollha marru jipprattikaw il-professjoni tagħhom fil-privat.", "Ma tistax taħdem b'dan il-mod, għax mhux faċli li ssib ir-riżorsi umani, imma trid tagħmel ħafna investiment.", "Dak huwa punt importanti biex immexxu din il-bidla 'l quddiem.", "Niġi issa għall-ħatra tal-Avukat tal-Istat.", "Smajna li bħal donnu, f'dan il-pajjiż, kollox jaħdem bir-remote control mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Din hija ħrafa li l-Oppożizzjoni tibqa' timbotta kontinwament, anke mal-ħbieb tagħha lil hinn minn xtutna biex jirrepetuha fil-fora Ewropea.", "Ejja nirrikonoxxu li din il-liġi qiegħda tagħmel bidla importanti fil-mod kif jinħatar l-Avukat tal-Istat billi tagħti mekkaniżmu ċar dwar il-proċess tal-għażla li huwa ben definit.", "Kif smajna lbieraħ, dan huwa proċess li jimxi skont pariri li l-istess Kummissjoni Venezja tat f'ċirkostanzi simili lill-Ungerija.", "Qed naraw proċess ta' għażla li jpoġġi lill-kandidati eliġibbli għall-iskrutinju ta' nies li għandhom ir-rispett u li huma fdati mill-pubbliku.", "Issa kieku kellna noqogħdu nisimgħu biss kif jitkellmu ċerti membri tal-Oppożizzjoni, wieħed jasal jaħseb li f'dan il-pajjiż wasalna f'sitwazzjoni fejn ma nistgħu nafdaw lil ħadd u li kulħadd jiddeċiedi skont dak li jgħidulu.", "Dan huwa nuqqas serju u diżrispett lejn min ikun qiegħed imexxi proċessi bħal dawn.", "Ejja niftakru li dan il-Gvern għamel bidla radikali oħra rigward ċerti għażliet.", "Dan huwa l-Gvern li daħħal fis-seħħ liġi li permezz tagħha numru ta' għażliet f'entitajiet pubbliċi jiġu skrutinizzati minn kumitat tal-Parlament.", "Din hija bidla oħra li tkompli ma' sensiela ta' bidliet maħsuba b'mod ċar biex isaħħu d-demokrazija f'pajjiżna.", "Din il-bidla tkompli tikkonferma kemm dan il-Gvern irid ikompli jmexxi 'l quddiem bidliet importanti biex inkomplu nsostnu u nsaħħu l-governanza tajba.", "Issa nittama li mhux se nibdew ngħidu li l-iskrutinju parlamentari qiegħed jitmexxa wkoll b'xi remote control kif beda jinsinwa kontinwament ilbieraħ l-Onor.", "Irrid insemmi li dan il-mekkaniżmu tal-għażla qiegħed ipoġġi responsabbiltà differenti u qed jillimita d-diskrezzjoni kif issir l-għażla ta' dan l-Uffiċċju importanti.", "Din il-liġi qiegħda tagħmel bidla radikali, għax kif diġà għedt, dan il-Gvern għandu għal qalbu r-rieda li jmexxi 'l quddiem bidliet importanti f'pajjiżna.", "Għalhekk ikolli nistaqsi: Ladarba l-Gvern qed jagħmel din il-bidla, għalfejn l-Oppożizzjoni qiegħda tagħżel li ma tkunx parti minn din il-bidla tant importanti għal pajjiżna?", "Sinjura President, nixtieq nagħmel xi ftit osservazzjonijiet fil-mod kif permezz ta' din il-liġi se nkomplu nsaħħu l-operat ta' din l-aġenzija.", "Jidher li din il-liġi qiegħda tagħti indikazzjonijiet li ċerti proċessi jistgħu jkunu regolati permezz ta' avviż legali.", "Tajjeb ngħid li minħabba l-importanza ta' din l-aġenzija, hemm bżonn ta' pjan ċar fil-mod kif se tkun qiegħda titħaddem il-liġi.", "Dan jista' jsir mhux neċessarjament bi provvedimenti fl-Att innifsu imma bi pjan ċar biex ikollna struttura korporattiva ċara li tilħaq l-għanijiet tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.", "Tajjeb niftakru fix-xogħol kbir li għandu quddiemu dan l-Uffiċċju, speċjalment in-numru vast ta' kawżi u n-numru ta' issues li jinqalgħu minn żmien għal żmien fejn dan l-Uffiċċju jintalab jagħti pariri dwarhom.", "Niftakru wkoll li dan l-Uffiċċju jrid isostni bidliet oħrajn fil-pajjiż u għalhekk hemm bżonn li l-pariri u l-azzjonijiet kollha li jieħu minn żmien għal żmien għandu jkollhom sostenn sħiħ permezz ta' struttura korporattiva tajba ħalli nkomplu mmexxu 'l quddiem dan l-Uffiċċju daqstant importanti mhux biss għall-Gvern, imma anke għall-Istat u għall-pajjiż b'mod ġenerali.", "B'hekk, nassiguraw li dan l-Uffiċċju jkun qiegħed jagħti l-aħjar servizz possibbli.", "Sinjura President, meta wieħed iqis iż-żmien li fih il-Gvern beda jimplimenta r-rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja jara li din hija prova ċara ta' kemm dan il-Gvern għandu r-rieda, id-determinazzjoni u l-kuraġġ li jagħmel bidliet li ħaddieħor qatt m'għamel f'25 sena.", "Dan il-Gvern qiegħed jimxi b'serjetà ma' pjan ċar biex ibiddel u jġedded lil pajjiżna.", "Dan il-Gvern qiegħed juri bil-fatti li huwa Gvern riformista, li verament irid jimplimenta u jwettaq bidliet li tassew huma meħtieġa għal pajjiżna.", "Irridu nibnu fuq l-esperjenzi li ksibna matul is-snin, fejn tgħallimna mill-passat u anke ħadna l-pariri fejn hu meħtieġ.", "Fuq kollox, din hija bidla li fuqha nistgħu nkomplu mmexxu 'l quddiem sensiela ta' bidlliet oħrajn, bl-għan aħħari li nkomplu mmexxu lil dan il-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba.", "Nirringrazzjakom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "JOSE HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Sinjura President, nibda billi nifraħ lill-Ministru Owen Bonnici li ressaq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fil-fatt nista' ngħid li, kważi kważi, il-Ministri għall-Ġustizzja ta' qablu jgħiru għalih, għaliex kien hu l-Ministru li fi ftit snin irnexxielu jmexxi 'l quddiem tant riformi istituzzjonali u anke ta' natura kostituzzjonali li l-ebda Ministru tal-Ġustizzja qablu qatt ma rnexxielu jagħmel.", "Dawn huma żmenijiet ta' kambjamenti kbir f'dik li hija governanza u kellu jkun il-Ministru Bonnici li jippilota dawn il-liġijiet.", "Naħseb li dan huwa privileġġ għall-Ministru, u jgħaddi kemm jgħaddi żmien, se jibqa' jiftakar dawn iż-żmenijiet meta hu kien daqstant ipprivileġġjat li jwettaq dawn il-bidliet neċessarji.", "Meta nitkellmu fuq kwestjonijiet ta' governanza tajba qed nibdew minn perċezzjoni totalment żbaljata.", "L-Oppożizzjoni u, bid-dovut rispett, il-Kummissjoni Venezja u l-membri tal-istess Kummissjoni qed iħarsu lejn il-governanza b'mod ħażin.", "Jien kelli l-opportunità nanalizza r-regime ġudizzjarju, ir-regime tal-Avukat Ġenerali u r-regime ta' governanza f'dawk il-pajjiżi kollha minn fejn ġejjin ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Venezja, fosthom l-Ingilterra, il-Finlandja, l-Iżlanda u Ċipru.", "Kull wieħed minn dawn il-pajjiżi għandu sistema differenti, però s-sistema f'Malta hija bil-qabda l-aħjar waħda.", "Kieku f'Malta kellna s-sistemi li għandhom f'dawn il-pajjiżi, dawn il-membri tal-Kummissjoni Venezja kienu jgħidu li Malta hija pajjiż totalment dittatorjali.", "Dan għaliex is-sistemi li qed jikkritikaw huma s-sistemi li għandhom fil-pajjiżi tagħhom!", "Kull pajjiż għandu l-mod tradizzjonali ta' kif jħaddem id-demokrazija f'pajjiżu.", "M'hemmx regola fissa ta' kif titħaddem id-demokrazija.", "Id-demokrazija hija prinċipju fejn iċ-ċittadin huwa sovran, fejn għandek universal suffrage u sistema ta' checks and balances, però l-ebda pajjiż demoktratiku m'għandu l-istess sistema.", "Kieku kellu jkollna one yardstick biss tajba, kieku skont il-Kummissjoni Venezja l-pajjiżi kollha tad-dinja mhux mexjin skont is-saltna tad-dritt.", "L-ewwel nett, se nagħti daqsxejn ta' breakdown ta' kif matul is-snin wasalna għal din il-kariga ta' Avukat Ġenerali f'Malta.", "Fi żmien il-Kavallieri ma kellniex Avukat Ġenerali.", "Kellna l-ewwel Avukat Ġenerali fl-1802 meta ġie l-Gvern Brittaniku f'Malta.", "Fl-1939 tneħħa l-Avukat Ġenerali u ġie kkreat l-Uffiċċju tal-Crown Advocate General u hemmhekk l-okkupant kien Malti u mhux Ingliż, kif kien qabel.", "Fl-1922 l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali reġa' ġie abrogat mill-Gvern Brittaniku u kellna Treasury Counsel minflok l-Avukat Ġenerali.", "Imbagħad fl-1936 l-istitut tal-Avukat Ġenerali reġa' ġie introdott.", "Ta' min isemmi li l-kariga ta' Avukat Ġenerali kienet waħda mill-aktar karigi prestiġjużi fil-pajjiż.", "Kien hemm żmien meta kienet it-tieni l-ogħla kariga wara dik tal-Gvernatur, kważi daqs il-kariga tal-Prim Imħallef.", "Kien hemm żmien meta l-kariga tal-Avukat Ġenerali f'Malta kienet kariga politika, għaliex għal ħafna snin l-Avukat Ġenerali kien jifforma wkoll parti mill-Kunsill tal-Gvern u allura kien parti mill-Gvern.", "Kien hemm ukoll nies illustrissimi li servew bħala Avukati Ġenerali li se nsemmi wħud minnhom.", "Kellna lil Sir Adrian Dingli li mbagħad wara spiċċa Prim Imħallef u kien il-persuna li kkodifika l-liġijiet tagħna kollha bbażati fuq il-Kodiċi ta' Napuljun.", "Kellna lil Sir Arturo Mercieca li wara sar Prim Imħallef.", "Dan kien Crown Advocate u mhux Avukat Ġenerali għax serva qabel l-1936.", "Sir Arturo Mercieca kien il-persuna li kien ippresieda l-Qorti meta l-Qorti tal-Appell overruled 'il-Ingliżi fuq reserved matters u l-kwestjoni tal-interdizzjoni tal-Maltin.", "Kien f'dan iż-żmien meta Sir Ugo Mifsud miet waqt li kien qiegħed jagħmel il-famuż diskors tiegħu fil-Kamra.", "Sir Ugo Mifsud kien Prim Imħallef u Avukat Ġenerali illustri.", "Kellek Presidenti ta' Malta li kienu Avukati Ġenerali, fosthom Sir Anthony Mamo u Prof. J.J. Cremona li kien Chief Negotiator għall-Kostituzzjoni ta' Malta u ma ngħatax it-titlu ta' Sir għax ilħaqna sirna Repubblika u wara sar Prim Imħallef.", "Kellna lil Dr Edgar Mizzi li madwar 15-il sena ilu, wara li miet, kont ktibt artiklu b'ton pożittiv dwaru li semmejtu The king maker.", "Edgar Mizzi kien ir-right hand man tal-Gvern tas-sebgħinijiet.", "Meta spiċċa l-Gvern ta' Mintoff u Edgar Mizzi spiċċa minn Avukat Ġenerali, gvernijiet Nazzjonalisti sussegwenti kienu jappuntawh bħala konsulent ewlieni tal-Gvern.", "Illum għandna lil Dr Peter Grech li fl-opinjoni tiegħi qed jagħmel biċċa xogħol tajba u nemmen li fil-futur se jiġi ġġudikat b'mod ferm aktar pożittiv milli jixtiquh il-membri tal-Oppożizzjoni.", "Is-sistema tagħna hija sistema Anglosassona, jiġifieri hija totalment differenti mis-sistema tal-Avukat Ġenerali fuq il-kontinent.", "Mela mħallfin jew nies oħra mill-kontinent ma jistgħux jaqbdu u jiġġudikaw is-sistema tagħna, għax ma jifhmuhiex.", "Jekk jikkritikaw is-sistema ta' Malta jridu jikkritikaw is-sistema Anglosassona, għax il-mudell tagħna huwa mibni fuq is-sistema Anglosassona.", "Fejn qabel is-sistema tagħna kienet ibbażata fuq is-sistema Brittanika u allura l-Avukat Ġenerali kien iċ-Chief Prosecutor, Chief Advisor u anke politiku, meta sirna indipendenti u anke fil-Kostituzzjonijiet tal-1962 u tal-1964, konna diġà neħħejna l-aspett politiku tal-Avukat Ġenerali, meta fl-Ingilterra u fl-Amerika, l-Avukat Ġenerali baqa' politiku.", "Dan ifisser li fl-Ingilterra mhux talli m'għandekx l-awtonomija tal-Avukat Ġenerali u m'għandekx indipendenza assoluta ta' kif jitmexxew il-prosekuzzjonijiet, imma l-Avukat Ġenerali, li llum huwa Jeremy Wright huwa membru wkoll tal-Kabinett Ingliż.", "Dan l-Imħallef Ingliż li qed jikkritika s-sistema tagħna, għax irid li l-Avukat Ġenerali ma jkollu x'jaqsam bl-ebda mod mal-Eżekuttiv, ġej minn pajjiż fejn l-istess Avukat Ġenerali tiegħu huwa membru tal-Gvern, membru tal-Kabinett elett u membru tal-Partit Konservattiv.", "Is-Solicitor General li jgħinu huwa Junior Minister u membru parlamentari, jiġfieri kemm is-Solicitor General kif ukoll l-Avukat Ġenerali huma t-tnejn politiċi, membri tal-Kabinett Ingliż u għandhom l-istess funzjoni preċiża tal-Avukat Ġenerali f'Malta.", "Imbagħad, bil-wiċċ tost kollu, Sinjura President, ir-rappreżentant tal-Ingilterra fuq il-Kummissjoni Venezja jiġi f'pajjiżna jattakka s-sistema tagħna, meta s-sistema f'pajjiżu hija ferm aktar antidemokratika.", "Dan għaliex il-kariga tal-Avukat Ġenerali hija ferm inqas awtonoma mill-kariga f'Malta, fejn l-awtonomija hija garantita mill-Kostituzzjoni.", "F'Malta, l-Avukat Ġenerali mhuwiex politiku, jimxi b'mod indipendenti u ma tistax tneħħih, għaliex bħal fil-każ tal-imħallfin, għandek bżonn iż-żewġ terzi tal-Kamra.", "It-tieni sistema Anglosassona importanti hija dik tal-Amerika.", "L-Amerika huwa pajjiż demokratiku li jissimbolizza l-Punent tal-Ewropa.", "Fl-Amerika, li narawha bħala x-xempju ta' x'inhi demokrazija, l-Avukat Ġenerali huwa wkoll politiku fuq l-istess livell tal-kariga ta' Ministru għall-ġustizzja, imma b'aktar poteri għax għandu d-dritt li jieħu ħsieb il-prosekuzzjonijiet u jinvestiga lil min għandu jinvestiga.", "Qed ngħid dan biex nuri li din l-idea li biex inti jkollok governanza tajba, l-Avukat Ġenerali jrid ikun fuq xi kolonna lil hinn minn kulħadd u ma jista' jħares lejn ħadd hija farsa u kritika inkredibbilment falza u diżonesta.", "It-tieni nett, tajjeb naraw min huma l-membri tal-Kummissjoni Venezja u x'inhu r-regime fil-pajjiż tagħhom.", "Kif spjegajt, l-Avukat Ġenerali tal-Ingilterra huwa Richard Clayton li Alla jbierek għandu ħafna karigi, fosthom li huwa lecturer, professur, advisor u huwa wkoll deputy judge, jiġifieri he deputises for another judge in the High Court.", "Nixtieq inkun naf, bir-rispett kollu lejh, jekk bħala deputy judge għandux l-entrenchment guarantees li għandhom l-imħallfin ordinarji li jpoġġu fil-Qrati Maltin u l-Qrati fl-Ingilterra.", "Kif għedt, kull pajjiż għandu r-regime tiegħu.", "Fl-Ingilterra għandhom sistema li kieku kellna bħalha f'Malta kienet tkun dikjarata antikostituzzjonali, għax ma tiggarantixxix id-dritt ta' smigħ xieraq.", "Pereżempju, għandhom judicial salaried part-time working judges.", "Fl-aħħar tad-diskors tiegħi se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri kif fl-Ingilterra tista' tokkupa kariga ta' mħallef part-time f'district court u superior court, imma mhux f'High Court.", "Tista' tkun part-time mħallef u fl-istess ħin taħdem ta' avukat u ta' barrister quddiem il-Qrati.", "Hawn qed ngħidu li waqt li qed teżerċita dawn il-professjonijiet, fl-istess nifs, inti tkun ukoll imħallef!", "Allaħares f'Malta kellna dik is-sistema!", "Rappreżentant ieħor tal-Kummissjoni Venezja huwa Martin Kuijer mill-Olanda.", "Alla jbierek, dan huwa legal adviser fid-Dipartiment tal-Ġustizzja, jiġifieri huwa adviser fl-Uffiċċju tal-Ministru tal-Ġustizzja u adviser għall-kabinett, però jokkupa l-kariga wkoll ta' substitute judge.", "Timmaġinaw li f'Malta l-imħallfin tal-Qrati Superjuri jagħtu wkoll il-pariri lill-Gvern?!", "Dawn huma persuni li f'High Court iridu jiġġudikaw l-operat tal-Gvern u kawżi amministrattivi u fl-istess ħin jagħtu pariri lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Ġustizzja!", "Imbagħad din il-persuna, bir-rispett kollu lejha, tiġi f'pajjiżna u tipprova tażżarda tikkritika s-sistema ġudizzjarja u s-sistema tal-Avukat Ġenerali tagħna!", "L-Avukat Ġenerali fl-Olanda huwa appuntat mill-Ministru għall-Ġustizzja, mingħajr ma jittieħed l-ebda vot fil-Parlament, jiġifieri m'hemm awtonomija ta' xejn.", "Min-naħa l-oħra, kif spjegajt, fl-Ingilterra l-Avukat Ġenerali huwa magħżul mill-Prim Ministru meta jaħtar il-kabinett tiegħu.", "Dawn huma n-nies li qed jikkritikaw lilna għall-mod kif nappuntaw l-Avukat Ġenerali f'Malta.", "Din hija xi ħaġa inkredibbli!", "L-unika darba li l-kwestjoni tal-acting judges f'Malta kienet ġiet ittrattata quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kien fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-gvern.", "Dan meta kien hemm sfida għas-saltna tad-dritt iddikjarata mill-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta fis-sentenza famuża tal-Kamra tal-Avukati, Dr Tonio Azzopardi nomine kontra l-Onor.", "Dakinhar l-avukati kollha ta' Malta ressqu kawża kontra l-Gvern fejn il-Qorti Kostituzzjonali għall-ewwel u l-aħħar darba kienet iddikjarat il-ħatra ta' żewġ imħallfin bħala waħda antikostituzzjonali u mhux valida.", "Dawn kienu l-Imħallef Ricardo Farrugia, li kien imħallef li rtira u reġa' ġie appuntat imħallef wara li rtira, u l-Imħallef Joe Borg li kien Avukat Ġenerali.", "Dakinhar riedu jakkomodaw wieħed minn tagħhom li kien il-President tal-Qorti Giuseppe Mifsud Bonnici li riedu jagħmluh imħallef fil-Qorti ta' Strasburgu minflok Prof. J.J. Cremona, imma Mifsud Bonnici ma riedx iċedi l-kariga tiegħu ta' President tal-Qorti ta' Malta, kif jagħmlu l-imħallfin l-oħra.", "Għalhekk l-Eks Ministru Joe Fenech kien ikkrea Qorti oħra komposta minn żewġ imħallfin irtirati, mingħajr security of tenure, biex jippresiedu flimkien mal-Imħallef Mifsud Bonnici.", "Dan sar biex Mifsud Bonnici ma jkollux għalfejn jikteb is-sentenzi u jkun jista' jiffunzjona wkoll ġewwa Strasburgu.", "Dakinhar il-Qorti Kostituzzjonali ppreseduta minn missieri ddikjarat li dan kollu kien ħrafa u affront lejn l-indipendenza tal-ġudikatura.", "Bil-permess, nixtieq nqiegħed din is-sentenza fuq il-Mejda ta' din il-Kamra.", "Imħallef ieħor fuq il-Kummissjoni Venezja huwa l-Imħallef Myron Michael Nicolatos minn Ċipru.", "F'Ċipru, l-Avukat Ġenerali għandu l-istess funzjonijiet li għandu l-Avukat Ġenerali f'Malta, jiġifieri jagħmel xogħol kemm ta' prosekutur kif ukoll ta' adviser, huwa appuntat mill-President u mill-Viċi President għal ħames snin, l-Uffiċċju tiegħu huwa l-Head of the Law Office, jagħti pariri lill-Gvern u jmexxi l-prosekuzzjonijiet.", "Qed ngħidu li l-Avukat Ġenerali jiġi appuntat mill-President u mhux mill-Parlament.", "Però mbagħad din il-persuna tiġi f'pajjiżna u tikkritika s-sistema tagħna!", "Jekk F'Ċipru għandhom l-istess sistema bħal tagħna, li wirtuha mill-Ingliżi, għaliex ma jikkritikax lill-pajjiż tiegħu stess?", "L-istess, l-Avukat Ġenerali jrid ikollu l-istess kwalifiki u entrenchment ta' superior court judge.", "F'Ċipru li jkollok dik is-sistema huwa tajjeb, imma f'Malta le!", "Dan x'raġunar hu!", "Membru ieħor fuq il-Kummissjoni Venezja hija Jur Herdis Thorgeirsdóttir mill-Iżlanda, li l-kariga tagħha kienet ta' President tal-European Women's Lawyers Assocation.", "Fl-Iżlanda l-Avukat Ġenerali jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, huwa appuntat mill-Prim Ministru għal ħames snin u l-Prim Ministru huwa responsabbli minnu.", "Fl-Iżlanda l-Avukat Generali m'għandux x'jaqsam mal-prosekuzzjoni, għax m'għandekx chief prosecutor, imma għandek district prosecutors li l-kap tagħhom huwa ċ-Chief Magistrate.", "Din hija sistema akkużatorja, kif kellha l-Italja qabel ir-riforma, jiġifieri sistema fejn għandek l-inkwerenti li huwa wkoll prosekutur fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u Maġistrat fl-istess ħin.", "Allaħares f'Malta kellna din is-sistema fejn l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ikun ħaġa waħda mal-bank tal-ġudikatura!", "Fil-verità aħna għandna għaliex nikkritikaw lil dawn il-pajjiżi, għax din is-sistema akkużatorja fil-kontinent Ewropew inbidlet fl-aħħar snin, għax kienet ikkritikata li tmur kontra l-prinċipju tal-innoċenza.", "Dawn huma n-nies li qed jiġu jikkritikaw lilna!", "Imbagħad hemm ukoll Kaarlo Tuori mill-Finlandja li għandu l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u għandu wkoll il-kariga ta' Prosekutur Ġenerali, jiġifieri l-istess kif għandna f'Malta.", "Però jidher li dak li huwa tajjeb għall-Finlandja mhuwiex tajjeb għal Malta!", "X'inhu l-Abbozz ta' Liġi li qed irressqu quddiem din il-Kamra?", "Dan huwa Abbozz li ilna nitkellmu fuqu.", "Fil-fatt jien ktibt l-ewwel darba dwaru fl-1999, jiġifieri dan ma skopritux il-Kummissjoni Venezja!", "B'mod akkademiku within legal circles u anke fil-Parlament ilna nitkellmu dwar dan, u anke fuq il-bżonn li mmorru oltre, biex inkunu aħjar mill-Ingilterra u minn dawn il-pajjiżi kollha li għadni kif semmejt, li r-rappreżentanti tagħhom iċċensuraw lil Malta.", "Bħala Gvern irridu li jkollna sistema aħjar minn tagħhom, għax bil-yardstick tagħhom stess, għandhom sistema ħażina u timmerita li tiġi investigata.", "Minn hawn nistieden lill-Kummissjoni Venezja biex tinvestiga s-sistema tal-Avukat Ġenerali f'dawn il-pajjiżi li semmejt, għax kollha ma jgħaddux mill-eżami!", "Permezz ta' dan l-Abbozz qed ngħidu li hija xi ħaġa tajba li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jinża' mill-funzjoni li jkun il-konsulent prinċipali tal-Gvern.", "Jien tkellimt mal-Ministru Owen Bonnici u għedtlu li ma jaqbilx li l-Avukat Ġenerali jkun il-konsulent principali tal-Gvern.", "Dan għaliex meta inti taqra l-Kostituzzjoni tagħna, tara li fil-verità dak li jiggarantixxi l-awtonomija tal-Avukat Ġenerali huwa l-funzjoni tiegħu ta' Chief Magistrate, kif kienu jirreferu għalih l-Ingliżi.", "Din il-kariga ta' Avukat Ġenerali twieldet fl-Ingilterra fis-sena 1243, fejn l-Avukat Ġenerali kien jirrappreżenta lir-Re quddiem il-Qorti.", "Però kellu wkoll il-funzjoni ta' Chief Magistrate, kif għandna f'pajjiżna.", "Artikli 90 u 91 ma jitkellmu bl-ebda mod fuq il-funzjoni tal-Avukat Ġenerali bħala rappreżentant tal-Gvern jew bħala l-persuna li tikkonvalida l-atti tal-Gvern bil-pariri tiegħu.", "Illum din it-tradizzjoni hija riflessa abjad fuq l-iswed fl-emendi proposti mill-Ministru Owen Bonnici, fejn qed ngħidu li l-Avukat Ġenerali jikkonvalida l-atti, fis-sens li jekk hemm dubju fuq tender jew kuntratt, ikun hemm il-parir tal-Avukat Ġenerali li, tajjeb jew ħażin, qiegħed jikkonvalida u għalhekk wieħed ikun qiegħed in buona fede.", "Pereżempju, jekk bħala Ministru rrid nagħmel avviż legali, kuntratt, jew irrid noħroġ tender u għandi d-dubju nistax nagħmel hekk, nibagħtu lill-Avukat Ġenerali u nistaqsih x'jaħseb dwarhom.", "L-Avukat Ġenerali jagħti l-parir tiegħu li jikkonvalida l-att.", "Iż-żewġ funzjonijiet kbar tal-Avukat Ġenerali huma li l-ewwel jikkonvalida l-atti fil-pariri li jagħti lill-Istat, liema funzjoni hija tradizzjoni li qiegħda anke fil-pajjiżi li semmejt u, it-tieni, kif oriġinarjament kienet il-funzjoni tiegħu, huwa ċ-Chief Prosecutor li jmexxi l-kumpilazzjonijiet u jieħu ħsieb ir-rinviji.", "Issa aħna żidnielu l-poter tad-dritt li jappella, li qabel ma kellux.", "Bażikament fil-kamp kriminali l-Avukat Ġenerali mhuwiex maġistrat, għaliex aħna għandna s-separazzjoni bejn il-Qorti u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, liema distinzjoni ma teżistix f'uħud minn dawk il-pajjiżi li semmejt għax, kif spjegajt, għandhom sistema akkużatorja u antikwata, li mhijiex demokratika.", "F'Malta għandna sistema tajba ħafna, li tinkludi l-preżunzjoni tal-innoċenza u b'hekk għandek is-separazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Qrati.", "Fil-fehma tiegħi, il-poteri li għandu l-Avukat Ġenerali għandhom jibqgħu, għax il-funzjoni tiegħu hija skont il-Kostituzzjoni.", "M'għandniex bżonn li l-Oppożizzjoni tivvota magħna biex ngħaddu dan l-Abbozz, għaliex l-Avukat Ġenerali se jibqa' bil-poteri li tagħtih il-Kostituzzjoni.", "Permezz ta' dan l-Abbozz qed nikkreaw istituzzjoni oħra mingħajr ma mmissu l-poteri tal-Avukat Ġenerali msemmija fil-Kostituzzjoni tagħna.", "Qed nagħtuh titlu u nsemmuh l-Avukat tal-Istat, liema titlu idealment ikun entrenched fil-Kostituzzjoni, għaliex hemm proposta emenda wara l-artikli 90 u 91 tal-Kostituzzjoni.", "Però jekk l-Oppożizzjoni mhux se tivvota favur, ma ġara xejn għax xorta għandna d-dritt li nikkreaw dan l-Uffiċċju.", "Kieku dan id-dritt kien entrenched fil-Kostituzzjoni kien ikun aktar b'saħħtu, però l-Oppożizzjoni qed tagħżel li ddgħajjef din il-kariga u s-saltna tad-dritt f'Malta.", "Xorta se nagħtu l-garanziji lil din il-kariga, anke jekk mhux biż-żewġ terzi tal-Kamra.", "Jekk l-Oppożizzjoni ma taqbilx mal-liġi, tista' tbiddilha meta jkollha l-poter li tagħmel dan.", "L-Avukat Ġnerali jrid ikun kwalifikat daqs imħallef tal-Qrati Superjuri, għandu jagħti l-pariri tiegħu b'mod awtonomu, ikun jista' jidher għall-Gvern u jista' jikkonvalida l-atti.", "Se jkollna dan l-Uffiċċju b'mod separat.", "Biex jinħatar l-Avukat Ġenerali se jkun hemm sejħa pubblika, in-nies japplikaw u mbagħad il-persuna tintgħażel mill-Istat.", "M'hemm xejn ħażin f'dan!", "Hawn xi pajjiż wieħed fl-Unjoni Ewropea kollha jew xi pajjiż wieħed minn fejn ġejjin il-membri tal-Kummissjoni Venezja fejn l-Avukat Ġenerali huwa magħżul miż-żewġ naħat tal-Kamra?", "M'hemmx pajjiż wieħed!", "(Interruzzjonijiet).", "Fl-Ungerija biss, imma dawn m'għandhomx rappreżentant fuq il-Kummissjoni Venezja.", "Fl-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi m'hemm xenarju fejn il-kariga tal-Avukat Ġenerali hija maħtura bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, biż-żewġ terzi jew il-maġġoranza tal-Kamra.", "Allura kif tista', b'lealtà, mingħajr ma tkun ipokrita, tikkritika pajjiż u tgħidlu li m'għandux is-saltna tad-dritt, għas-sempliċi raġuni li l-Gvern qed jagħżel l-Avukat Ġenerali meta fil-pajjiż tiegħek stess hemm l-istess ċirkostanzi?!", "Kif tista' tiġi tikkritika b'din il-manjiera lil pajjiżna?", "Din hija ipokresija daparti ta' min jitkellem b'dan il-mod.", "Din il-kariga ġdida se tieħu ħsieb il-kawżi ċivili.", "Tajjeb ngħid li m'hemm xejn fil-Kostituzzjoni li jgħid li huwa l-Avukat Ġenerali li jrid jagħmel il-kawżi ċivili.", "Il-poteri li għandu l-Avukat Ġenerali huma kriminali biss.", "Għalhekk il-kawżi ċivili kollha se jimxu għand dan l-uffiċċju l-ġdid.", "Hawn qed nirreferi għall-kawżi amministrattivi, kostituzzjonali, ċivili u tribunali.", "Il-formolazzjoni tal-liġi se timxi għand l-Avukat tal-Istat, jiġifieri l-konvalidament tal-atti se jkun fir-responsabbiltà ta' dan l-Uffiċċju.", "Din hija riforma eċċellenti għal dak li għandu x'jaqsam mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, li dan il-pajjiż ilu ma jara bħalha mir-riforma tal-Gvern Ingliż fl-1820, meta waqqafna s-sistema ġudizzjarja u daħħalna s-sistema tal-ġurijiet u s-sistema tal-indipendenza tal-ġudikatura, għamilna l-Qorti tal-Appell u neħħejna l-awditorji.", "Din hija riforma b'saħħitha u tajba fis-sistema ġudizzjarja tagħna.", "Però, ħaġa tal-għaġeb, l-Oppożizzjoni tiġi f'din il-Kamra u se tivvota kontra.", "Mela l-ewwel tikkritika u tgħid li l-Gvern missu jaqsam il-poteri tal-Avukat Ġenerali u issa, li qed nagħmlu din ir-riforma, minflok ma se tivvota favur, se tivvota kontra!", "L-inkonsistenza u l-kontradizzjonijiet fil-politika tal-Oppożizzjoni se jħalluha għal 50 sena oħra fil-bankijiet tal-Oppożizzjoni, għax tilfet il-kredibilità kollha.", "Bil-mod kif l-Oppożizzjoni qed tivvota fuq din il-liġi llum, qed tkompli titlef bl-aktar mod assolut il-kredibilità tagħha.", "Il-veru każ li l-Oppożizzjoni m'għandhiex fuq xiex titkellem meta niġu għall-governanza tajba u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Punt ieħor li rrid nagħmel hu li ċerti kummenti li saru mill-Kummissjoni Venezja m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-sistema ġuridika tagħna, għax lanqas biss jafu, pereżempju, li d-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali jkunu skrutinizzati mill-Qrati.", "Ma jafux li l-Avukat Ġenerali huwa awtonomu daqs l-imħallfin u lanqas jafu li d-deċiżjonijiet tal-Pulizija Eżekuttiva u anke tal-Avukat Ġenerali, sa ċertu punt, ilhom jistgħu jiġu skrutinizzati għal kważi 200 sena, kemm ilu jeżisti d-dritt li jsir appell fil-Qorti.", "Jekk hemm każ li l-Avukat Ġenerali jidhirlu li m'għandux jitressaq quddiem il-Qorti u jien inħoss li hemm provi, nista' nagħmel challenge lill-Qorti.", "Xi skrutinju jista' jkollna iżjed minn hekk?", "L-Oppożizzjoni forsi trid li kull min jitressaq il-Qorti mill-Avukat Ġenerali, wieħed jista' jagħmillu kawża biex jgħid li ma missux tressaq quddiem il-Qorti, bil-konsegwenza li jitwaqqfu l-prosekuzzjonijiet kollha?", "Din hija r-riforma li qed tipproponi l-Oppożizzjoni!", "Dan huwa ġenn!", "Din hija proposta li fl-opinjoni tiegħi, bħala avukat daqs l-avukati fi ħdan l-Oppożizzjoni, turi mankanza assoluta ta' għerf fuq is-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna.", "Dan l-uffiċċju se jaħdem bħala aġenzija biex ikun hemm elbow space fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntrattati avukati oħrajn.", "Tajjeb ninnota li llum ma tantx hemm avukati jaħdmu fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "Jien mgħarraf li hemm inqas minn 24 avukat.", "Kif nafu, hawn ditti llum li jimpjegaw ħames darbiet iżjed avukati fl-uffiċċji tagħhom.", "Ix-xogħol fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa tremend u voluminuż u għalhekk hemm bżonn li jkollu ħafna iżjed avukati.", "Jekk forsi dan l-Uffiċċju ma jattirax biżżejjed avukati, għax ħafna avukati ma jridux jaħdmu bil-paga tas-Servizz Ċivili, dan l-Uffiċċju se jkun jista' jikkuntratta x-xogħol lil avukati u prokuraturi oħrajn.", "Din hija xi ħaġa tajba li naqbel magħha, bħalma naqbel mal-fatt li l-Ministru Owen Bonnici ħareġ bl-idea ta' aġenzija.", "M'hemmx klawsola u punt wieħed f'dan l-Abbozz ta' Liġi li ma jagħmilx ġieħ lil min ippilota din il-liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ministru, għandek xi dokumenti li trid tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra?", "JOSÉ HERRERA: Iva Sinjura President, se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' Sentenza Kostituzzjonali, Dottor Tonio Azzopardi versus Onorevoli Prim Ministru, datata 4 ta' Novembru 1992; u", "Rapport \"Judicial Salaried Part-time Working: A Practical Guide\" maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Renju Unit f'April 2009.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, il-Ministru Josè Herrera għadu kemm ta espożizzjoni ta' din il-liġi, fejn bħala avukat, daħal f'ħafna punti legali u qajjem diversi punti interessanti dwar dak li għandna quddiemna f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Dan huwa Abbozz ta' Liġi riformista.", "Kif diġà ntqal, dawn huma riformi li ilhom ma jsiru bħalhom f'pajjiżna, miż-żmien meta pajjiżna kien għadu kolonja Ingliża fis-seklu l-ieħor.", "Tajjeb ninnota li ebda Gvern s'issa ma wera r-rieda li jirriforma lil pajjiżna f'diversi oqsma, inkluż l-istituzzjonijiet tagħna.", "Ninnota wkoll li kien dan il-Gvern li stieden lill-Kummissjoni Venezja biex tiġi f'Malta, tagħmel skrutinju tas-sistemi tagħna u tagħmel il-proposti tagħha li qegħdin nimplimentawhom f'anqas minn 100 jum.", "Dan l-Abbozz se jkompli jwettaq ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja billi jipprovdi għal diversi miżuri biex il-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali bħala prosekutur pubbliku ewlieni u bħala konsulent legali ewlieni tal-Gvern ikunu separati.", "Din is-separazzjoni qed issir għall-ewwel darba f'pajjiżna mill-1936 'l hawn minn meta twaqqaf l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Għaddew ħafna gvernijiet mill-1936 'l hawn, madwar 16-il Gvern, ħlief għal perjodu żgħir ta' wara l-gwerra meta ma kellniex self- government, però kellu jkun dan il-Gvern li qiegħed jirriforma dan il-qasam daqshekk importanti għal pajjiżna.", "Kellu jkun dan il-Gvern li se jsaħħaħ l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Għall-ewwel darba, qed nintroduċu dan il-konċett ġdid fejn l-Avukat tal-Istat se jkun il-konsulent ewlieni tal-Gvern f'materja ta' liġi u ta' opinjoni legali u se jkun espliċitament obbligat li jaġixxi fl-interess tal-pubbliku u jissalvagwardja l-legalità tal-aġir tal-Istat Malti.", "Meta niġu għall-ħatra ta' dan l-Avukat tal-Istat, qed ngħidu li għandha tkun simili għal ħatra ta' karigi oħra bħall-istess Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Però se jkun hemm id-differenza li flok il-President se jkun qiegħed jappunta lill-persuna fuq parir tal-Prim Ministru, il-Prim Ministru se jkun obbligat li jagħti parir lill-President biex jappunta lill-persuna magħżula wara li jkun hemm sejħa pubblika.", "Dan ifisser li għall-ewwel darba se tkun qiegħda ssir sejħa pubblika meta tkun vakata l-kariga tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika.", "Però l-Oppożizzjoni qed tikkritika l-mod ta' din il-ħatra wkoll!", "Fil-fatt l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika se jkollu aktar poteri meta ngħaddu din il-liġi mill-Parlament, għaliex bħala Gvern irridu verament insaħħu lil dan l-Uffiċċju.", "L-Avukat Ġenerali se jkollu l-poteri li jitlob informazzjoni lill-Pulizija dwar l-istat ta' investigazzjonijiet u jesiġi li l-Pulizija toħroġ akkużi, fost affarijiet oħrajn.", "Għan ieħor ta' dan l-Abbozz huwa li apparti li jissepara l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali, jiffaċilita s-separazzjoni tal-funzjonijiet investigattivi li ġeneralment jitwettqu mill-Pulizija, iżda f'ċerti oqsma, se jkunu jistgħu jsiru minn awtoritajiet indipendenti.", "Dan kollu qed isir biex nassiguraw l-indipendenza tal-prosekuzzjoni.", "Kawża ta' din ir-riforma li qegħdin nagħmlu, sussegwentement, se jkollna nemendaw il-Kostituzzjoni.", "Hawnhekk nixtieq nirreferi wkoll għal dak li qal l-Arcisqof Charles Jude Scicluna fl-omelija tiegħu tas-Sette Giugno 2019.", "Fil-midja lokali ġie rrapportat li qal li l-Kostituzzjoni tkun qisha biċċa karta jekk ma jkunx hemm ir-rieda politika li tkun salvagwardata.", "Mhux qed nikkwotah verbatim, imma qed nikkwota dak li ġie rrapportat mill-midja.", "Hawn ma nistgħux ma naqblux ma' dak li qal l-Arċisqof.", "Il-Kostituzzjoni hija l-ogħla liġi tal-pajjiż li twaqqaf l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna u tagħti l-poteri lill-istess istituzzjonijiet.", "Għalhekk meta jkun hawn membri minn fostna f'dan il-Parlament li jipprovaw iżebilħu u jattakkaw lill-istituzzjonijiet u lil dawk li jmexxuhom, ikunu qed iżebilħu wkoll il-Kostituzzjoni.", "L-Avukat tal-Istat għadu lanqas biss twieled u diġà hawn min qiegħed jipprova jimmina din il-kariga.", "Kemm f'Malta kif ukoll barra minn pajjiżna, hawn min qed jipprova jimmina istituzzjoni qabel twieldet, meta għandna lanqas biss nafu min hu jew min hi l-persuna li se tokkupa l-kariga tal-Avukat tal-Istat għax il-ħatra trid issir wara sejħa pubblika.", "F'dan il-Parlament smajna argumenti pwerili li addirittura jwaqqgħu dan id-dibattitu fl-assurdità.", "Però jien kont qed nistenna li meta l-Ministru Owen Bonnici jressaq il-ħsibijiet tal-Gvern għal dan l-Abbozz ta' Liġi fi stadju tat-Tieni Qari, ikun ix-shadow minister tal-ġustizzja li jagħmel il-kummenti tiegħu.", "Ismu miegħu shadow minister, għaliex irid ikun id-dell tal-Ministru tal-Gvern.", "Jidhirli li x-shadow minister tal-ġustizzja huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, però minflok, fuq liġi daqshekk importanti, l-Oppożizzjoni għażlet li jitkellem il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-affarijiet barranin, li ħabbrilna li l-Oppożizzjoni se tivvota kontra din il-liġi.", "Hawn wieħed jistaqsi: L-Oppożizzjoni kollha qed taqbel ma' din il-linja li qiegħed jieħu l-Partit Nazzjonalista?", "Jew inkella forsi hemm sezzjoni tal-Oppożizzjoni li ħadet din il-pożizzjoni biex tingħoġob ma' sezzjoni oħra tal-Oppożizzjoni li qiegħda tieħu pożizzjoni kontra kollox u kulħadd?", "Sentejn ilu l-Oppożizzjoni kienet f'koalizzjoni ta' kaos u konfużjoni, illum m'għadhomx koalizzjoni, ma nafx f'kemm-il biċċa nqasmet, però l-konfużjoni żdiedet minflok naqset!", "Tajjeb li wieħed jistaqsi: Għaliex l-Oppożizzjoni mhijiex qiegħda taqbel u fuq xiex eżattament?", "Mhux qed taqbel għaliex il-persuna li se tingħata din il-kariga mhux se tkun qed tintgħażel biż-żewġ terzi ta' dan il-Parlament?", "Mhux qed taqbel għaliex il-liġi miktuba ħażin, jew aħjar għax, kif qalilna l-Onor.", "Jason Azzopardi, din il-liġi hija shabby?", "Mhux qed taqbel għaliex, kif qalilna l-Onor.", "Simon Busuttil, din hija liġi antidemokratika, anti-Ewropea u anti ma nafx xiex?", "Jekk l-Oppożizzjoni ilha tisħaq fuq riformi kostituzzjonali, għaliex issa se tivvota kontra din l-ewwel riforma storika li se ssir f'Malta?", "Wara kollox, din il-liġi se ssir fuq parir tal-Kummissjoni Venezja li l-Oppożizzjoni għollietha fuq pedestall!", "Kif jista' l-poplu Malti jieħu bis-serjetà l-pożizzjonijiet li qiegħda tieħu l-Oppożizzjoni meta jisma' dan kollu?", "Sinċerament, ma nafux għaliex eżattament l-Oppożizzjoni se tivvota kontra.", "Ma nafux liema raġuni eżatta wasslet lix-shadow minister tal-affarijiet barranin biex iħabbar, f'isem l-Oppożizzjoni, li se jivvotaw kontra din il-liġi mressqa mill-Ministru għall-Ġustizzja.", "Nistaqsi: Jekk inbiddlu din il-liġi u ndaħħlu ż-żewġ terzi fil-ħatra tal-Avukat tal-Istat, l-Oppożizzjoni tivvota favur?", "Allura mbagħad il-liġi ma tibqax antidemokratika jew anti-Ewropea?", "Ma tibqax shabby?", "Tista' l-Oppożizzjoni tgħidilna xi jridu jneħħu jew jibdlu f'din il-liġi?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għaliex s'issa mill-Oppożizzjoni smajna biss argumentazzjoni politika dwar għaliex ma jaqblux ma' din il-liġi.", "Jien nirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd u ħafna drabi anke naqbel ma' ċerti pożizzjonijiet li l-Oppożizzjoni tieħu f'ċerti dibattiti, però f'dan id-dibattitu partikolari l-Oppożizzjoni mhi qed tipproponi xejn.", "Fejn hu x-shadow minister tal-ġustizzja biex jitkellem f'isem l-Oppożizzjoni f'dan il-Parlament dwar din il-liġi?", "Kellna lill-eks shadow minister tal-governanza tajba, l-Onor.", "Simon Busuttil li qal li issa li se noħolqu l-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, se niġu koppi, għax se jkollna żewġ uffiċini kkontrollati mill-Gvern.", "Mur ġibna kieku kienu kkontrollati mill-Oppożizzjoni dawn iż-żewġ uffiċċji!", "Mhux ovvja li l-uffiċċji kollha tal-Istat huma kkontrollati mill-Gvern?", "L-Onor.", "Busuttil ikkritika wkoll il-fatt li l-Avukat tal-Istat se jkollu l-fiduċja tal-Prim Ministru.", "Mela ta' min tridu jkollu l-fiduċja?", "Busuttil li l-Prim Ministru għandu l-fiduċja tan-nies li eleġġewh u allura huwa fid-dmir li jieħu d-deċiżjonijiet f'isem in-nies?", "Niġu sew kieku nħallu f'idejn l-Oppożizzjoni biex tiddeċiedi hi fuq dawn l-affarijiet tant importanti għall-pajjiż!", "L-Onor.", "Busuttil qal ukoll li l-Prim Ministru ħataf u kkontrolla l-istituzzjonijiet.", "Issa jekk hawn xi ħaġa li qatt ma ddejjaq jagħmel dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat hi li jerħi l-poteri minn idejh.", "Irrid ngħid li dawn l-istituzzjonijiet ma twaqqfux minn dan il-Gvern f'dawn l-aħħar sitt snin, imma wħud minnhom ilhom magħna għal mijiet ta' snin.", "L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika ilu magħna mill-1936 u ħafna istituzzjonijiet twaqqfu malli Malta saret indipendenti fi żmien l-Eks Prim Ministru George Borg Olivier.", "Diversi poteri li kellhom il-Prim Ministri ta' qabel il-Prim Ministru Joseph Muscat, fosthom George Borg Olivier, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant u Lawrence Gonzi, dan il-Prim Ministru ma ddejjaq xejn jerħihom minn idejh.", "Jekk l-Onor.", "Busuttil ma jogħġbux il-mod kif il-Gvern jaħtar lin-nies, kellu 25 sena ċans biex ibiddel l-affarijiet.", "Possibbli gvern Nazzjonalista kien daqshekk perfett li għal kull kariga li kien jappunta dejjem għażel nies indipendenti?", "Jien ilni fil-politika mill-1992 u ma tantx naħseb li kellna ħatriet indipendenti jekk noqogħdu naraw il-lista ta' nies li kienu ġew appuntati minn Gvern Nazzjonalista.", "L-Onor.", "Busuttil ma kienx jiddejjaq li kien ikun hemm membri tal-istess familja appuntati fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna, tant li skont il-Qorti, l-istituzzjonijiet kienu saru family jamboree?!", "Busuttil meta kien hemm Prim Ministru li ried ibiddel is-sistema tal-ġurija għax m'għoġbux verdett ta' ġuri?", "Kif jaf tajjeb l-Onor.", "Emanuel Mallia li dak iż-żmien kien qed jiddefendi lill-akkużat fil-kariga ta' avukat, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien m'għoġbux il-verdett u meta talbuh kumment, minflok ma qalilhom li jirrispetta l-verdett tal-ġurija li qiegħda hemmhekk f'isem il-poplu, qalilhom li wasal iż-żmien biex inbiddlu s-sistema tal-ġurija.", "Dik hi l-governanza tajba u s-saltna tad-dritt?", "Forsi kien qed iċapċap lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien?", "Meta fi żmien Gvern Nazzjonalista kien hemm emendi fil-Kodiċi Kriminali, għaliex xhud ewlieni kien ingħata maħfra presidenzjali – proklami ħarġu bl-addoċċ lil min riedu u kif riedu – ix-xhieda tiegħu ma kenitx ikkorraborata u waqa' ġuri, biddlu l-liġi u llum, jekk persuna tingħata proklama jew maħfra presidenzjali, ix-xhieda tagħha m'għandhiex għalfejn tkun ikkorraborata.", "Daqshekk kienet b'saħħitha s-saltna tad-dritt fi żmien gvern Nazzjonalista!", "Fejn kienu l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet meta kellna tant każi ta' impunità?", "Insemmi l-każ ta' persuna li kienet iben Ministru, li ġiet akkużata bi traffikar tad-droga mill-VIP Lounge tal-Ajruport Internazzjonli ta' Malta.", "Din il-persuna kienet iddaħħal id-droga waqt delegazzjonijiet ministerjali billi tgħaddi mill-Ministerial Lounge.", "Meta ġiet iffaċċjata b'dawn l-akkużi serji, din il-persuna ħarbet minn Malta, ma nafux x'sar minnha u qatt ma ffaċċjat il-ġustizzja!", "Din il-persuna kienet 'il fuq mil-liġi?", "Busuttil u sħabu l-avukati membri tal-Oppożizzjoni?", "Jekk f'dan il-pajjiż ħadd mhu 'l fuq mil-liġi, kif kellna nies bħal f'dan il-każ li kienu 'l fuq mil-liġi, li ma tressqux quddiem il-ġustizzja?", "Issa hawn tajjeb ngħid li meta qed ngħidu li f'dan il-pajjiż ħadd mhu 'l fuq mil-liġi, ifisser ukoll li biex wieħed jitressaq quddiem il-ġustizzja, irid ikun hemm il-provi u mhux fabbrikazzjoni, allegazzjonijiet, gideb jew firem foloz.", "Ejja nitkellmu fuq is-saltna tad-dritt, għax dan il-Gvern qatt ma ddejjaq jagħmel dan.", "Però, ejja nitkellmu fuq il-fatti!", "Ilkoll niftakru l-iskandlu tax-xiri taż-żejt, fejn kien hawn provi ta' korruzzjoni, liema skandlu kien saħansitra ikbar mill-iskandlu tal-Isptar San Raffaele, fejn kien hemm aktar minn skandlu wieħed u ma tressaq ħadd il-Qorti!", "L-iskandlu ta' San Raffaele kien l-omm ta' kull skandlu mill-pedamenti tiegħu, u nerġa' ngħid, Alla jbierek, ħadd ma tressaq quddiem il-ġustizzja minkejja li kien hemm provi ċari.", "Seba' snin ilu kien hemm numru ta' persuni akkużati fl-iskandlu tax-xiri taż-żejt li kien l-akbar skandlu politiku li qatt rajna fl-istorja ta' pajjiżna.", "Meta nitkellmu fuq is-saltna tad-dritt, ejja nitkellmu wkoll fuq kif in-nies li tressqu l-Qorti fuq dan l-iskandlu għadhom għaddejjin bil-proċess ġudizzjarju u ħadd minnhom għadu ma ffaċċja l-ġustizzja.", "Ladarba dawn in-nies tressqu l-Qorti huwa sinjal li l-prosekuzzjoni kellha provi beyond reasonable doubt li jistgħu jiffaċċjaw il-ġustizzja, imma dawn in-nies qegħdin jinqdew bil-proċeduri tal-Qorti biex itawlu ż-żmien ħalli jevitaw li jieħdu dak li ħaqqhom.", "Meta nitkellmu fuq is-saltna tad-dritt għandna nitkellmu fuq dan ukoll, għax il-poplu xeba' jistenna biex jara li jingħalaq dan il-każ.", "Possibbli li l-membri tal-Oppożizzjoni qatt ma tkellmu ma' ħbiebhom u mal-familji tagħhom li wħud minnhom damu jieklu u jiffangaw minn fuq l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna għal snin twal?", "Illum qegħdin jaraw kollox u lil kulħadd ikrah?!", "Għalfejn l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika llum qiegħed fil-mira tal-Partit Nazzjonalista?", "Sempliċi, għax ħatru Gvern Nazzjonalista, dan il-Gvern żammu fil-kariga u ma jaħmlux jaraw lill-Avukat Peter Grech jibqa' għaddej bix-xogħol tajjeb li qed jagħmel.", "Minn hawn irrid insellimlu għall-ħidma tiegħu u nuri s-sapport tiegħi miegħu anke għall-attakki inġusti u vili li qed tagħmel l-Oppożizzjoni fil-konfront tiegħu.", "Iridu rasu fuq platt tad-deheb, sempliċement għax ma jaqblux miegħu u għall-ebda raġuni oħra!", "Illum parti mill-Oppożizzjoni saret theddida għad-demokrazija ta' pajjiżna.", "Imbagħad jiġu hawnhekk u jgħidulna li din hija liġi antidemokratika u antikostituzzjonali!", "Xi ħadd mill-Oppożizzjoni saħansitra wasal biex qal li hawn kriżi kostituzzjonali.", "Minn fejn ġabuha din?", "Jekk hawn kriżi bħalissa fil-pajjiż qiegħda fl-Oppożizzjoni u mhux fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna!", "Fil-Partit Nazzjonalista hemm elementi li wara l-għagħa kollu li għamlu għax kienu t-tesserati li għażlu l-Kap, issa mhux qegħdin jaqblu mal-għażla demokratika li għamlu t-tesserati!", "Daqshekk huma antidemokratiċi ċerti elementi fil-Partit Nazzjonalista!", "Jagħmlu hekk lill-partit tagħhom, aħseb u ara kemm se jiddejqu jagħmlu hekk lilna jew lil pajjiżna!", "Rajna dan l-aġir kemm-il darba u ċerti affarijiet qegħdin narawhom iseħħu quddiemna ta' kuljum.", "Nistenna li fil-ħin li għad baqgħalha għad-dispożizzjoni tagħha l-Oppożizzjoni jkun hawn kelliem li joħroġ bi proposti konkreti, minflok jitgħajru, joħolqu kriżijiet li ma jeżistux ħlief f'moħħhom u jattakkaw nies fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.", "Fejn hi s-sbejħa patria?", "Mela s-sbejħa patria meta l-Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern biss?", "Sbejħa patria trid tintwera anke meta tkun fl-oppożizzjoni, kif nagħmlu aħna.", "Bħala Partit Laburista ma nagħmlux differenza meta nkunu fil-gvern u meta nkunu fl-oppożizzjoni.", "Meta bħala Gvern nitkellmu fuq każi, nagħmlu dan għaliex ikollna l-provi f'idejna u nkunu ċerti minn dak li qed ngħidu.", "Nitkellmu għaliex irridu nbiddlu l-mod kif isiru l-affarijiet f'pajjiżna.", "Dan huwa Gvern li se jkun biddel wiċċ Malta mhux biss fit-toroq, f'dak li jidher u dak li hu tanġibbli, imma anke f'dak li hu intanġibbli, bħal fil-mentalità ta' pajjiżna.", "Qegħdin nagħmlu riformi f'kull qasam u rridu nagħmlu aktar.", "Ilbieraħ xi membri tal-Oppożizzjoni semmew l-inkjesta Egrant.", "Bħala Gvern ilkoll naqblu mal-pubblikazzjoni tagħha.", "Jien ngħid li jekk hawn xi ħadd li jrid jaraha ppubblikata huwa l-Prim Ministru, għax hu qiegħed fiċ-ċentru ta' dik il-gidba li saret biex tipprova tiddistabilizza pajjiż u spiċċat iddistabilizzat partit għal darba, tnejn, tlieta.", "Però għaliex aħna nirrispettaw dak li jgħidulna l-istituzzjonijiet, din l-inkjesta għadha mhijiex ippubblikata.", "Ma se ngħid xejn ta' barra minn hawn, imma kif qal il-Prim Ministru kemm-il darba, hu għandu l-parir li għalissa jkun aħjar li ma jippubblikax din l-inkjesta sakemm isiru l-investigazzjonijiet.", "Nittama li dawn l-investigazzjonijiet ma jdumux ma jitlestew, ħalli jekk hemm min għandu jerfa' r-responsabbiltà ta' dik il-gidba, b'dokumenti u allegazzjonijiet foloz li saru fil-konfront tal-Prim Ministru, jitressaq quddiem il-ġustizzja.", "Inzerta li kien il-Prim Ministru li sofra dan il-frame-up fil-konfront tiegħu, però seta' kien min kien!", "M'hawn ħadd aktar minn dan il-Gvern li għandu l-ħeġġa li din l-inkjesta tkun ippubblikata.", "Però rrid ninnota li l-Oppożizzjoni lanqas qiegħda taċċetta l-konklużjonijiet tal-inkjesta, aħseb u ara kemm se taċċetta l-inkjesta fl-intier tagħha.", "Fl-istess ħin irrid ninnota wkoll li l-Oppożizzjoni lanqas qed taċċetta l-konklużjonijiet tat-tesserati tal-Partit tagħhom, aħseb u ara l-konklużjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż li ma jikkontrollawx!", "Bħala Gvern ma noqogħdux fuq gideb, fabbrikazzjonijiet, suppożizzjonijiet u allegazzjonijiet, imma noqogħdu fuq il-fatti.", "Illum quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li permezz tiegħu rridu nkomplu nsaħħu x-xogħol tal-Avukat Ġenerali u noħolqu l-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat.", "L-Oppożizzjoni pprovat tipparalizza pajjiż u minflok spiċċat ipparalizzat ruħha.", "Issa qed tipprova tipparalizza anke lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż, inkluż l-istituzzjoni tal-Avukat tal-Istat li għadha lanqas biss twieldet.", "Però lill-Oppożizzjoni ngħidilha li x'jiġri fil-partit tagħhom huwa kompitu tagħhom u mhux tagħna, imma jekk se tipprova tipparalizza l-istituzzjonnijiet ta' pajjiżna, se ssib lil dan il-Gvern li lest jiddefendi l-istituzzjonijiet b'dak kollu li huwa meħtieġ.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "AARON FARRUGIA (Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropew u Djalogu Soċjali): Sinjura President, illum qegħdin nitkellmu dwar tema li tmiss mad-demokrazija.", "Għalhekk fl-ewwel ftit minuti li għandi għad-dispożizzjoni tiegħi nixtieq nitkellem dwar id-demokrazija li għaddej minnha pajjiżna llum.", "Fl-aħħar sigħat, bħall-poplu Malti, segwejt il-ġrajjiet kurrenti f'pajjiżna u, fost l-oħrajn, rajt dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista.", "Mhuwiex id-dmir u d-dover tiegħi li nidħol fil-frammentazzjonijiet li hemm fil-partit fl-Oppożizzjoni, però lil hinn mill-kummenti personali tiegħi, nixtieq nirrepeti t-talba f'isem ħafna Maltin u Għawdxin biex ikollna Oppożizzjoni serja, li titkellem b'vuċi waħda u li tistenna li tidħol fil-gvern.", "Fil-pajjiż jeħtieġ li jkollna Oppożizzjoni li tagħti serħan il-moħħ.", "Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex sempliċement partit li qiegħed f'Malta, imma l-partit fl-Oppożizzjoni suppost qed jistenna biex imexxi lil pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Jien, bħall-poplu Malti u Għawdxi, inkwetat li llum fl-aħbarijiet rajna li l-maġġoranza tal-grupp parlamentari qed titlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni jikkonsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-48 siegħa li ġejjin.", "Dan ifisser li l-President tar-Repubblika, bil-Kostituzzjoni, jista' jieħu kont li l-Kap tal-Oppożizzjoni m'għandux is-sapport tal-maġġoranza tal-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni li jfisser ukoll li jista' jkollna Kap tal-Oppożizzjoni ġdid.", "Lil hinn mill-politika partiġjana, nixtieq li fiż-żmien li ġej ikollna Oppożizzjoni li titkellem b'vuċi waħda u tikkopera fil-Parlament.", "Mhux problema li l-Oppożizzjoni tikkritika u tissuġġerixxi fejn hemm bżonn, però pajjiżna ma jistax jieqaf jistenna lill-Oppożizzjoni tirranġa darha, meta qegħdin f'ġirja kontra l-ħin, f'kompetizzjoni globali li qed tikber jum wara l-ieħor.", "Niġi issa għas-suġġett tal-lum, li huwa l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat.", "Din hija tema importanti u hija azzjoni li qed nieħdu fost ħafna azzjonijiet oħrajn li ttieħdu minn dan il-Gvern fl-aħħar seba' snin.", "Minn hawnhekk nixtieq infaħħar sinċerament il-ħidma tal-Ministru Owen Bonnici li fl-aħħar snin ippilota diversi bidliet li biddlu wiċċ pajjiżna f'dik li hija s-saltna tad-dritt u bidliet leġiżlattivi importanti oħrajn.", "Se nsemmi ftit minnhom, għaliex xi kultant, forsi ftit li xejn wieħed jieħu konjizzjoni tagħhom.", "Insemmi fost l-oħrajn il-Whistleblower Act li pajjiżna nieda fl-aħħar snin, il-famuża Liġi dwar il-Finanzjament tal-Partiti; ilkoll niftakru lill-GRECO titkellem dwar din il-liġi sena wara l-oħra fir-rapporti tagħha.", "Insemmi l-liġi li tneħħi l-preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni magħmula mill-politiċi u l-liġi li tagħti poter ġdid ta' skrutinju fil-Parlament dwar ħatriet pubbliċi ewlenin ta' CEOs, ambaxxaturi u persuni oħrajn.", "Infakkar ukoll fil-ħolqien ta' Kummissarju għall-Istandards u l-Etika kif ukoll il-liġi li biddlet il-metodu tal-ħatra tal-ġudikanti.", "Illum għandna quddiemna Abbozz ta' Liġi li se jeħodna pass ieħor 'il quddiem u aktar avvanzat fejn tidħol is-separazzjoni tal-poteri u r-rwol tal-Avukat Ġenerali, dak li fil-passat konna nsejħulu l-Avukat tal-Kuruna.", "L-Avukat Ġenerali kellu diversi poteri li ġejjin mill-Westminster style Government li adottajna f'pajjiżna.", "Il-bidla tal-lum tirrifletti d-diversi bidliet li semmejt diġà.", "Dan il-Partit huwa l-moviment tal-bidla u moviment progressiv li jħares dejjem lejn il-futur ta' pajjiżna.", "Jien ħadt interess nara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u għalhekk tajjeb li niġbed xi konklużjonijiet għall-benefiċċju ta' min qed isegwina.", "Forsi l-poplu Malti ma jagħrafx għalfejn wasalna għal dan l-Abbozz fejn qed nisseparaw il-kariga tal-Avukat Ġenerali u għalhekk tajjeb li nagħti spjegazzjoni billi nikkwota silta mir-rapport li l-Kummissjoni Venezja ppubblikat ftit tax-xhur ilu.", "Il-Kummissjoni Venezja, fi tliet paragrafi, fissret tajjeb ħafna għalfejn pajjiżna għandu Avukat Ġenerali li jaqdi diversi rwoli, dak li llum qegħdin nipproponu li r-rwol tiegħu jinqasam fi tnejn, jiġifieri l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat.", "Fost l-oħrajn, il-Kummissjoni Venezja tgħid li l-Gvern Malti u pajjiżna mxew fuq dak li kien jagħmel il-Gvern Brittaniku.", "Kif nafu, Ċipru bħalna mexa fuq Westminster style of Government.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja jkompli jgħid:", "- hawnhekk tawh it-titlu ta' DPP -", "Qed ngħid dan għaliex huwa ċar ħafna li l-bidliet li qegħdin nagħmlu mhumiex għaliex konna, kif jgħidu l-Ingliżi, in the wrong, imma għaliex il-mudell strutturali tagħna kien jirrifletti dak li r-Renju Unit tana bħala wirt ta' tmexxija kolonjali passata.", "Il-Gvern Malti, wara ħafna dibattiti fil-pajjiż, mar għand il-Kummissjoni Venezja li tagħmel parti mill-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu, fejn talabha tagħmel evalwazzjoni tas-sistema legali ġudizzjarja ta' pajjiżna u toħroġ b'numru ta' rakkmandazzjonijiet.", "Dan mhux każ li xi ħadd ġie jgħidilna x'għandna nagħmlu, imma kien dan il-Gvern li minn rajh talab li l-Kummissjoni tagħmel skrutinju u toħroġ bi proposti.", "Kif għedt, dan huwa l-Gvern tal-futur, tal-bidla u tal-progress f'dan il-pajjiż.", "Qegħdin nitkellmu dwar rapport li sar seba' xhur ilu.", "Victor Paul Borg, ġurnalist tal-ġurnal Times of Malta, intervista lill-membru tad-delegazzjoni li żaret pajjiżna riċentement u pprepara dan ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja u fl-artiklu li kiteb, fost affarijiet oħra, insibu hekk:", "Mela hawn qegħdin naqblu li din il-Kummissjoni hija waħda mill-ogħla awtoritajiet rispettabbli fl-Ewropa, fil-Kunsill tal-Ewropa u fi Strasburgu.", "Qed ngħidu wkoll li l-Gvern Malti mar għand il-Kummissjoni Venezja, talabha rapport, ir-rapport ġie ppubblikat f'Diċembru 2018 u bdejna naraw l-ewwel reazzjonijiet tal-Oppożizzjoni għal dan ir-rapport.", "Fost l-oħrajn, fil-Malta Independent tat-18 ta' Diċembru 2018, ġie rrapportat li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li:", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħa in toto r-rapport u qed jgħid li r-rapport jgħid li pajjiżna mhuwiex normali.", "Imbagħad, f'Marzu 2019, il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid hekk:", "F'Diċembru 2018 ġie ppubblikat dan ir-rapport u tliet xhur wara l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan il-Gvern għadu m'għamel xejn dwar dan ir-rapport.", "Fil-25 ta' Frar, 2019, il-Malta Today tirrapporta li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal:", "Bħala Gvern, naqblu miegħu u għalhekk bdejna nimplimentaw ir-rakkomadazzjonijiet li saru f'dan ir-rapport.", "Fil-25 ta' Frar 2019, TVM irrapporta li:", "Illum, f'Ġunju 2019, quddiemna għandna Abbozz ta' Liġi li se jibdel ir-rwol tal-Avukat Ġenerali li se jiġi maqsum fi tnejn.", "Ix-shadow minister Chris Said kien qalilna hekk:", "\"Kont parti mid-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li ltaqgħet ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni Venezja meta dawn kienu fostna.\".", "Dan ifisser li l-Kummissjoni Venezja ma ltaqgħetx biss mal-Gvern u l-awtoritajiet – ilbieraħ irreferew għalihom bħala pupazzi li tilfu r-rispett u għalhekk qed isejħulhom Baa, baa, black sheep - imma ltaqgħet ukoll ma' delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li kienet tinkludi lill-Onor Chris Said.", "L-Onor.", "\"Kelli l-okkażjoni nitkellem fit-tul magħhom dwar is-sitwazzjoni f'Malta u fejn hemm bżonn titjib.", "Għalhekk sodisfatt li kelli sehem żgħir fir-rapport li sar minnhom, jiġifieri kont pożittiv dwar ir-rakkomandazzjonijiet li saru.", "Fuq dak li ġara llum ħassejt li għandi nġib għall-attenzjoni tagħhom li jsegwu din il-parti tar-rapport.\"", "L-Onor.", "Said jagħmel argument fejn jgħid hekk:", "\"Minn issa 'l quddiem il-ballun f'saqajn il-Gvern biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru.\".", "Dan hija argumentazzjoni pożittiva.", "Però lbieraħ, l-Onor.", "Jason Azzopardi qalilna hekk:", "Irridu niftakru li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa kelma b'kelma mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.", "Se naqra parti minnu ħalli ma jkunx hawn min jgħid li qed nivvinta!", "Però, qabel niġi għal dan, huwa ferm importanti li l-Oppożizzjoni titkellem b'vuċi waħda.", "Dan hu li jesiġi l-poplu mill-Oppożizzjoni.", "Ilbieraħ, f'nofs siegħa, kellna membru li qalilna \"we're not even remaining as we are.", "Jiġifieri qed jara dlam ċappa!", "Imbagħad NET News irrapporta li l-Onor.", "Mifsud Bonnici tkellem dwar ir-rwol tal-Avukat tal-Istat u qal hekk:", "\"Dan il-Gvern sab l-aġenzija tal-Avukat Ġenerali tiffunzjona.\".", "Nitkellem dwar dan aktar 'il quddiem.", "\"Se jkun hemm diffikultajiet fis-separazzjoni tal-poteri.\".", "Din hija kritika kostruttiva u pożittiva mill-Onor.", "Mifsud Bonnici dwar il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni.", "Mela f'dan il-Parlament, għandna nies pożittivi, bħall-Onor.", "Carmelo Mifsud Bonnici, u għandna persuni distruttivi bħall-Onor.", "Jason Azzopardi li ma jagħtu l-ebda kredibilità lill-Oppożizzjoni.", "Imbagħad kellna lill-Onor.", "Simon Busuttil li lbieraħ qalilna hekk:", "- jiġifieri dan l-Abbozz li għandna quddiemna –", "Dan huwa kelma b'kelma dak li qal l-Onor.", "Issa hawn tajjeb li nfakkar lill-poplu Malti li meta dan il-Gvern ġie elett f'Marzu 2013 wara ħafna snin fl-oppożizzjoni u daħal fil-gvern, ħa l-istrutturi kollha kif kienu in toto li kellu Gvern Nazzjonalista.", "Dan ifisser li jekk illum qegħdin ngħidu li l-Avukat Ġenerali għandu ħafna poteri, l-istess poteri kellu l-Avukat Ġenerali fi żmien gvern Nazzjonalista.", "Aktar minn hekk, mhux talli għandna l-istess strutturi, imma meta l-Partit Laburista daħal fil-gvern f'Marzu, 2013, ħalla l-istess persuna li appunta l-Gvern preċedenti.", "Mela ħadd ma jista' jgħid li dan il-persuna huwa pupazz tal-Gvern jew huwa maħtur mill-Gvern.", "Hawn se mmur pass oltre biex nuri l-qerq tal-Oppożizzjoni jew aħjar tal-Onor.", "Simon Busuttil, għax fil-verità ma nafx min qed jirrappreżenta l-Oppożizzjoni.", "Ilbieraħ l-Onor.", "Simon Busuttil ġie rrapportat li qal hekk:", "Immaġinaw x'kien jgħid l-Onor.", "Bla dubju ta' xejn kien jgħid li bħala Gvern se nagħtuh ġimagħtejn ċans biex naraw kif jaħdem u ntajrulu rasu!", "Kien jgħid li l-Gvern se jara kif se jirreaġixxi l-Avukat Ġenerali u jekk ma jilgħabx il-logħba tagħna jew idejjaqna, niġu f'din il-Kamra u nneħħuh b'maġġoranza sempliċi.", "U għax għamilna hekk, l-Onor.", "Simon Busuttil qed jgħidilna li qegħdin nipprovaw nikkontrollawh.", "Araw x'messaġġ kontrastanti qed tibgħat l-Oppożizzjoni lill-poplu Malti!", "Issa hawn irridu noqogħdu attenti, għaliex is-security of tenure tissemma wkoll mill-Kummissjoni Venezja fir-rapport tagħhom, fejn f'paragrafu 61, jingħad hekk:", "Dan huwa dak li qegħdin ngħidu fl-Abbozz ta' Liġi.", "Ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "Dan mhux qed ngħidu jien jew il-Gvern tal-ġurnata, imma qed tgħidu l-Kummissjoni Venezja li hi l-esperta fuq is-saltna tad-dritt.", "Ir-rapport ikompli jgħid hekk:", "Il-Kummissjoni Venezja qed titlob lill-Gvern Malti biex idaħħal is-security of tenure u l-Onor.", "Simon Busuttil qed jgħajjar lill-Gvern li qegħdin nipprovaw nimmanuvraw l-istituzzjonijiet f'pajjiżna għax qed indaħħlu s-security of tenure!", "Immaġinaw x'kien jgħid li kieku ma daħħalniex is-security of tenure f'din il-kariga!", "Żgur li kien jgħidilna li bħala Gvern se naraw kif se jaħdem u mbagħad indabbrulu rasu!", "Però, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, ma nistgħux nagħmlu hekk, għax jagħmel x'jagħmel il-persuna magħżula, se jkollu dan is-security of tenure.", "Aktar minn hekk, nafu wkoll il-metodoloġija li se tintuża biex tiġi appuntata l-persuna.", "L-Abbozz jgħid ċar u tond li l-metodu tal-ħatra tal-Avukat tal-Istat se jkun l-istess bħal dik tal-Avukat Ġenerali, però qabel ma l-Prim Ministru jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-President tar-Repubblika dwar min għandu jinħatar, il-Prim Ministru se jkun obbligat jagħti konsiderazzjoni xierqa lir-rakkomandazzjonijiet ta' kummissjoni tal-ħatra li għandha tasal għall-opinjoni tagħha wara sejħa pubblika.", "Hawn qed ngħidu li se jkun hemm sejħa pubblika, se jkun hemm kummissjoni tal-ħatra li se tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet u l-Prim Ministru se jkun obbligat iħares lejn dawk ir-rakkomandazzjonijiet.", "Possibbli anke dawn il-punti f'dan l-Abbozz qed jiġu kkritikati mill-Oppożizzjoni?!", "Meta nara dan l-aġir, nibda nifhem fejn sejra l-Oppożizzjoni b'dawn l-attakki.", "Nifhem li l-Oppożizzjoni tagħmel kritika kostruttiva, għax dak huwa r-rwol tagħha, imma meta l-Oppożizzjoni tgħidilna li se mmorru pass lura minflok 'il quddiem, ħadd mhu se jemminha kif m'emmnuhiex fl-2013, 2014, 2017 u ġimagħtejn ilu.", "Issa f'idejn l-Oppożizzjoni biex tiddeċiedi jekk tixtieqx tikkopera mal-Gvern jew hux se tibqa' tattakka u tikkritika b'mod negattiv.", "Fil-verità, hija ċara ħafna d-direzzjoni li qed taqbad l-Oppiżizzjoni.", "L-Onor.", "Simon Busuttil fil-ġurnal Malta Today ġie rrapportat li qal:", "L-Onor.", "Busuttil ġie rrapportat ukoll mill-Malta Today li bassar li:", "M'għandix memorja twila ħafna, imma l-aħħar li niftakar lill-Onor.", "Busuttil jagħmel xi previżjonijiet kien meta qal li Malta se tidħol ġo ħajt u li bħala pajjiż se mmorru għall-bailout ftit tal-ġimgħat qabel ma ħabbarna l-ikbar surplus li pajjiżna qatt irreġistra!", "Qabel nikkonkludi nixtieq nagħmel l-aħħar argument dwar għalfejn l-Oppożizzjoni qed tattakka din il-liġi li se tkompli tagħti s-saħħa lil dan il-Gvern fl-isfera internazzjonali.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin, l-Oppożizzjoni sabitha komda tgħid li l-Kummissjoni Venezja qed tattakka b'xi mod l-istrutturi ta' pajjiżna.", "Rajna lill-Oppożizzjoni tmur fuq Euronews u tgħid li mhux hi qed tattakka l-istrutturi tal-pajjiż, imma hija l-Kummissjoni Venezja li qed tagħmel dan.", "Sabitha komda tmur fl-istrutturi Ewropej, speċjalment fil-Parlament Ewropew u tgħidilhom biex jibdew jiskattaw il-proċeduri tal-artiklu 7, għaliex hekk qed tgħid il-Kummissjoni Venezja.", "Sabitha komda, Sinjura President, tmur fil-Kunsill tal-Ewropa u tgħidilhom biex jikkundannaw lill-Gvern Malti, għax hekk qed tgħid il-Kummissjoni Venezja.", "Però llum, permezz ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, din in-narrattiva se tispiċċa, għaliex dan il-Gvern qabad il-barri minn qrunu.", "Għalhekk nerġa' nfaħħar il-ħidma tal-Ministru Owen Bonnici li għamel riformi kbar fil-pajjiż fejn jidħol il-portafoll tiegħu.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa parti oħra mill-bidla li bdejna fl-2013 biex inkomplu nsaħħu l-istrutturi ta' pajjiżna u se nibqgħu għaddejjin b'aktar ħidma biex inkomplu nirriformaw lil pajjiżna fix-xhur li ġejjin.", "We look forward għar-riforma Kostituzzjonali fejn se nkomplu nuru li dan huwa l-moviment tal-bidla, il-moviment tal-progress u l-moviment li jħares lejn il-futur.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, tajjeb nagħti ftit kontest ta' din il-liġi li l-Gvern qed jippreżenta bħala liġi waħedha, meta assolutament ma kienx il-każ li jsir hekk.", "Infakkar li lil hinn mir-rapport GRECO, mir-rapporti tal-Kummissjoni Venezja u mir-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Ewropa, ftit tas-snin ilu kien imqabbad bord biex jeżamina t-tibdil Kostituzzjonali fl-aħħar 50 sena.", "Dan il-bord, li f'Settembru 2014 ippreżenta dokument lill-Gvern, kien magħmul minn nies kompetentissimi, fosthom Martin Scicluna bħala Direttur Ġenerali, Michael Bonello, Sina Buġeja, Stephen Calleja, Juanito Camilleri, Petra Caruana Dingli, John Cassar White, George Debono, Mark Anthony Falzon, Michael Frendo, Martin Galea, Joseph Sammut, Joseph V. Tabone, Patrick Tabone, Claire Vassallo, John Vassallo u Joseph F.X. Zahra.", "Ix-xogħol ta' dan il-bord kien li jifli l-Kostituzzjoni, jagħmel review tagħha u jara jekk hemmx bżonn ta' tibdil żgħir jew redesign tal-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.", "Dan id-dokument wera l-importanza li fl-organizzazzjoni u l-loġistika ta' din il-konvenzjoni jkun hemm l-involviment ta' nies li servew lil pajjiżna, fosthom il-President li jkun attwalment qed iservi, esperti u, jekk hemm bżonn, eks Speakers, eks Prim Imħallfin u eks Presidenti tar-Repubblika, jiġifieri nies li jafu sew il-Kostituzzjoni u li m'hemm ebda dubju dwar l-integrità u l-kapaċità tagħhom.", "Dan il-bord irrakkomanda lill-Gvern li jrid ikun hemm diskussjoni wiesgħa biex nidentifikaw id-dgħufijiet u s-saħħiet tal-Kostituzzjoni u nibnu fuqhom.", "F'paġna 36, kapitlu 1(6)(3) ta' dan ir-rapport jingħad hekk:", "Jekk irridu nissalvagwardaw id-demokrazija, hemm bżonn ta' qafas sħiħ fejn l-istituzzjonijiet tagħna jaħdmu tajjeb flimkien.", "L-Eżekuttiv, il-Parlament, il-Qrati, il-Ġudikatura, l-Avukat Ġenerali, l-FIAU kif ukoll is-Servizz Pubbliku jridu jaħdmu flimkien, għax jekk ma jiġrix hekk, ma jkunx hemm checks and balances.", "Inutili li jkollok istituzzjoni waħda tajba jew abbozz ta' liġi tajjeb, imma jrid ikollok l-istituzzjonijiet kollha jaħdmu flimkien.", "Dan il-bord ried jifrex din il-konvenzjoni biex ikollna ideat mis-soċjetà ċivili, mingħand il-pubbliku u mingħand l-istakeholders kollha ħalli mbagħad isir distillizzjoni tal-ideat kollha biex inkunu qegħdin nirriflettu s-soċjetà Maltija tal-lum u mhux ta' 50 sena ilu.", "Tajjeb naraw eżattament x'fiha l-Kostituzzjoni anke għall-benefiċjju ta' min qed jismagħna.", "F'kapitlu 2 insibu d-dikjarazzjoni tal-prinċipji tagħna, il-protezzjoni tax-xogħol, is-sigħat tax-xogħol, id-drittijiet tan-nisa fuq il-post tax-xogħol, is-social assistance and insurance, il-protezzjoni tal-artiġjanat u l-encouragement of cooperatives ħalli l-koperattivi tagħna jkunu jistgħu jissaħħu.", "F'kapitlu 3 insibu referenza għaċ-ċittadinanza li smajna ħafna dwarha matul dawn l-aħħar snin.", "Insibu kif wieħed jista' jsir ċittadin ta' pajjiżna, mhux biss jekk jitwieled f'pajjiżna, dawk li huma intitolati li jirreġistraw għaċ-ċittadinanza u kif tista' tiġi akkwistata ċ-ċittadinanza.", "F'kapitlu 4 insibu l-poteri ta' dan il-Parlament, id-drittijiet fundamentali tal-individwu, il-protezzjoni tal-ħajja, il-protezzjoni tal-proprjetà u d-drittijiet li jkollok il-proprjetà, il-protezzjoni tal-ħelsien tal-espressjoni libera, il-protezzjoni għall-assoċjazzjoni li tidħol f'assoċjazzjoni mingħajr ma jkun hemm konsegwenza kontra tiegħek u l-protezzjoni mid-diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza.", "Dawn huma kollha prinċipji miktubin fil-Kostituzzjoni Maltija li rridu naraw kif se nsaħħuha billi neżaminaw id-dgħufijiet u s-saħħiet tagħha, ħalli tkun aktar rifless tas-soċjetà tal-lum.", "F'kapitlu 6 insibu punti dwar l-elezzjonijiet, min jikkwalifika għall-vot u kif jitneħħa xi ħadd milli jivvota.", "It-tieni parti titkellem dwar il-poter li jsiru l-liġijiet u t-tibdil fl-istess Kostituzzjoni, il-mod kif il-Parlament jeżerċita l-poter leġiżlattiv tiegħu, ir-restrizzjonijiet għall-miżuri fiskali, kif isiru jew ma jsirux is-sessjonijiet tal-Parlament u l-elezzjonijiet ġenerali.", "F'kapitlu 7 insibu punti dwar l-Eżekuttiv u l-awtorità li għandu f'pajjiżna, il-Kabinett, min jista' jiġi appuntat u kemm idum fil-kariga, is-saħħiet tal-President, tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Avukat Ġenerali li dwaru qed nitkellmu llum.", "F'kapitlu 8 insibu l-qrati, il-ħatriet tal-ġudikatura kemm idumu u min huma u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.", "Dik hija l-Kostituzzjoni tagħna.", "Huwa f'dan il-qafas li rridu naraw dak li qed jiġi propost illum f'dan l-Abbozz bħala liġi waħedha.", "Infakkar lill-poplu li xhur ilu kien hemm ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u ntgħażlu tliet persuni min-naħa tal-Gvern u tliet persuni min-naħa tal-Oppożizzjoni biex taħt il-Presidenza tal-eks President Marie Louise Coleiro Preca jitħejja qafas għat-tibdil tal-Kostituzzjoni tagħna, li għadni kif tajt ftit ħjiel x'fiha u fiex tikkonsisti.", "Bħala Oppożizzjoni konna qegħdin nistennew li wara dawn il-laqgħat se jkollna qafas sħiħ b'numru ta' liġijiet li jaħdmu flimkien, jagħmlu sens, jagħtu aktar protezzjoni liċ-ċittadini tagħna u jitħarsu aktar id-drittijiet tal-Maltin u l-Għawdxin.", "Però l-Gvern m'għamilx hekk!", "Meta kellna bidla fil-Presidenza, jidher li l-Gvern ħa direzzjoni oħra.", "Il-Gvern beda jnaqqas minn dak il-grupp ta' liġijiet li kellhom jitressqu flimkien u beda jġibhom quddiem dan il-Parlament waħda waħda.", "Forsi wieħed jistaqsi: Mhux xorta jekk il-liġijiet jitressqux waħda waħda jew kollha f'daqqa?", "Ma tistax tara jekk karozza taħdimx tajjeb billi teżamina l-magna waħedha, il-gearbox waħedha, il-qafas waħdu jew ix-chassis waħdu, imma trid tara kif se jaħdem kollox flimkien biex tara jekk il-karozza hijiex tajba jew le.", "Irrid infakkar lill-poplu li ċerti tibdiliet kostituzzjonali ma jistgħux isiru mill-Gvern waħdu, b'saħħtu kemm hu b'saħħtu u għandu kemm għandu siġġijiet parlamentari u voti fl-elezzjonijiet, imma jeħtieġ ikun hemm l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra.", "Għalhekk il-Gvern qed jagħżel li jneħħi l-liġijiet minn dan il-qafas u minflok qed iressaq sensiela ta' liġijiet waħda wara l-oħra individwalment, ħalli ma jkollux il-bżonn tal-Oppożizzjoni.", "Dan l-aġir qed ineħħi l-protezzjoni tan-nies f'dan il-Parlament fl-intier tagħha.", "Smajt diskors fuq min hu negattiv u pożittiv.", "Naħseb li dawn huma l-uniċi żewġ aġġettivi li dan il-Gvern qed jadotta biex b'xi mod jikkorrompi s-sens tal-Oppożizzjoni li tikkritika.", "Il-Gvern jaħseb li jekk tikkritika jew tiftaħ ħalqek huwa ħażin, imma mbagħad jekk jitkellem hu, irid jiskot kulħadd.", "Jekk nagħmlu dan, nispiċċaw b'sitwazzjoni fejn id-demokrazija f'pajjiżna tkun siekta u mummja!", "Però jien mhux se nitkellem fuq in-negattiv u l-pożittiv, imma se nitkellem fuq il-fatti li joħorġu minn dan l-Abbozz.", "Se nikkwota minn rapport li sar mill-Prof.", "Kevin Aquilina li huwa wieħed mill-iprem awtoritajiet f'dan il-qasam f'pajjiżna, li għamel analiżi dettaljatissima ta' dan l-Abbozz ta' Liġi f'artiklu li deher fl-Online Law Journal.", "L-introduzzjoni ta' dan ir-rapport li tkessħek, meta jingħad li:", "jiġifieri minkejja dak kollu li l-Gvern qed jgħid li jrid jagħmel permezz ta' din il-liġi:", "Jiġifieri l-liġi hija mherrija fil-bażi tagħha.", "Ir-rapport ikompli jgħid li:", "Jiġifieri l-liġi hija miktuba b'mod fqir u fjakk.", "Naqraw li:", "Jiġifieri l-liġi qed tidħak bir-rapport maħruġ mill-Kummissjoni Venezja.", "Ir-rapport ikompli jgħid li:", "Jiġifieri qiegħda tmur direttament fl-oppost tal-prinċipji kostituzzjonali.", "Ikompli jgħid li:", "Jiġifieri l-mod ta' kif inhi miktuba l-liġi huwa medjokri.", "Jgħid ukoll li:", "Jiġifieri dan huwa eżempju lampanti ta' kif m'għandniex nagħmlu l-liġijiet f'pajjiżna!", "Fl-introduzzjoni ta' dan ir-rapport, Prof. Aquilina jgħid li dan l-Abbozz se jwassal għal-leżjoni u ksur tal-obbligi li Malta assumiet internazzjonalment bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-European Convention on the Protection of Human Rights and Fundamental Freedoms and the Law.", "Din mhijiex kwestjoni ta' negattiv jew pożittiv, imma hija liġi ta' niket, għax hija fjakka, fqira, tikkalpesta d-drittijiet ċari tas-saltna tad-dritt u qed tisfida u tmur kontra dak kollu li hemm fir-rapport tal-Kummissjoni Venezja u l-obbligi internazzjonali li għandha Malta.", "Qed nintebħu li b'dan l-Abbozz ta' Liġi l-Ministru qed jaħtaf drittijiet li mhumiex tiegħu u qed idaħħal liġi minn taħt meta suppost jgħaddiha minn toroq oħrajn li jirrikjedu l-kunsens tal-Oppożizzjoni.", "Dan ir-rapport isemmi wkoll l-użu ta' \"confusing terminology\", konflitt u kontradizzjoni tant li jgħid ukoll li dak li għamel il-press release, probabbilment lanqas biss ħares lejn il-liġi.", "Inkompli nikkwota minn dan ir-rapport li jgħid:", "Din il-liġi mietet qabel ma twieldet!", "Se niġi issa għar-rapport tal-Kummissjoni Venezja li fih tmien punti prinċipali u kif din il-liġi proposta mhux biss tmur kontra, imma saħansitra tisfida dak li huwa l-qafas ta' dak li suppost qegħdin nipprovaw nirranġaw.", "L-ewwel nett, il-Kummissjoni Venezja questioned ir-rwoli varji li għandu l-Avukat Ġenerali.", "Bħala Oppożizzjoni għedna dan għal għal diversi xhur, imma skont il-Gvern, l-Oppożizzjoni m'għandhiex kredibilità, anke jekk il-Kummissjoni Venezja qed tgħid li l-Avukat Ġenerali għandu wisq kpiepel, poteri u funzjonijiet.", "Prof. Aquilina jgħid li:", "Aktar 'il quddiem se nispjega wkoll kif, biex il-Gvern ma jbiddilx il-Kostituzzjoni bl-għajnuna tal-Oppożizzjoni, ħalla lill-Avukat Ġenerali b'funzjonijiet u awtorità li għadu jgawdi sal-lum.", "It-tieni nett, ir-rapport ta' Prof. Aquilina jgħid li:", "Dan ifisser li l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi waħdu mingħajr ma jindaħallu ħadd, għax għandu l-poter li minkejja li jkunu qed jgħidulu li għandu jieħu passi kontra xi ħadd, jista' jagħżel li ma jagħmel xejn.", "Dan l-Abbozz suppost qed jirranġa din is-sitwazzjoni, imma mhux qed jagħmel dan.", "Ir-rapport ikompli jgħid li:", "Dan ir-rapport qed jagħmel kritika ħarxa għal dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Nerġa' ngħid li għandna l-Avukat Ġenerali li, sal-lum, għandu saħħiet totali, waħdu, li jagħżel jekk imexxix kontra persuna, mingħajr ma jindaħallu ħadd u din il-liġi qed tagħtih aktar u mhux inqas saħħa.", "Jiġifieri dak li qed jipproponi dan l-Abbozz ta' Liġi huwa loġiku, tajjeb u jsir kullimkien.", "Però mbagħad Prof. Aquilina jkompli jgħid:", "- u dan f'pajjiżna biss; dak li huwa ċar, ovvju u aċċettat kullimkien, dan il-Gvern qed jagħmel bil-maqlub tiegħu! -", "Il-pajjiżi demokratiċi kollha fid-dinja qed jagħmlu mod, il-Kummissjoni Venezja qed tgħidilna biex nagħmlu l-istess bħall-pajjiżi demokratiċi l-oħrajn, u dan il-Gvern qed iwebbes rasu u jagħmel mod ieħor.", "Ir-raba' punt jitkellem dwar kif il-Kummissjoni Venezja qed tgħidilna mod fuq il-pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali, imma skont il-Gvern l-Avukat Ġenerali:", "Qed ngħidu li se jiddeċiedi l-Prim Ministru biss!", "Huwa ċar li dan il-poter mhuwiex qed jiġi rettifikat b'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Mela l-Kummissjoni Venezja qaltilna x'hemm ħażin u b'dan l-Abbozz ta' Liġi l-Gvern qed jagħmel bil-maqlub biex taparsi jirranġa l-affarijiet.", "Il-ħames punt tar-rapport jgħid li:", "Il-Gvern li jisma' ma jrid jagħti kas ta' xejn u ta' ħadd!", "Is-sitt punt jgħid li:", "- sitwazzjoni li kienet ikkritikata ħafna –", "Dan l-Abbozz ta' Liġi mhux talli ma jindirizzax dawn il-punti, imma b'mod flagranti qed imur kontra l-prinċipju tas-saltna tad-dritt.", "Is-seba' punt elenkat f'dan ir-rapport ta' Prof. Aquilina jgħid li:", "Dan l-Abbozz ta' Liġi assolutament ma joffrix konfort, ma jagħtix widen u ma jwettaqx din ir-rakkomandazzjoni.", "Fit-tmien punt Prof. Aquilina jgħid li:", "- biex ikun hemm is-saltna tad-dritt, irid ikollna l-metodu kif niġġieldu l-korruzzjoni u lil min jikkommettiha -", "Mela l-Kummissjoni Venezja tat is-suġġerimenti tagħha, imma kif jgħid Prof. Aquilina fir-rapport:", "Jiġifieri l-prinċipju ewlieni li f'pajjiżna jkollna l-abbiltà li niġġieldu l-korruzzjoni u li jkun hemm il-konsegwenzi segwiti u sofferti fuq min jagħmel il-korruzzjoni, din il-liġi bl-ebda mod ma tindirizzah.", "Isimgħu l-kliem ta' kundanna, mhux mill-Oppożizzjoni imma mir-rapport li fil-konklużjoni ta' dan il-punt jgħid li:", "Il-Gvern m'għandu l-ebda diffikultà li jibqa' jikkalpesta s-saltna tad-dritt, għax ma jimpurtahx!", "Il-Gvern qed jagħmel ħażin, qed tinġibidlu l-attenzjoni, imma ma jimpurtahx, għax b'din il-liġi mhu qed jagħmel xejn biex jindirizza fejn qed isir il-ħażin.", "Inkompli nikkwota minn dan il-paragrafu:", "Mhux talli l-Gvern mhux qed jirranġa l-affarijiet jew itejjeb, imma issa huwa ċar li l-Gvern b'intenzjoni, bi ħsieb u bi premeditazzjoni qed jaġixxi in male fede.", "Dan hu dak li qed jgħid ir-rapport ta' Prof. Aquilina, li ġie ppubblikat fl-aħħar sigħat.", "Tajjeb naraw x'inhuma l-konsegwenzi ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Fost oħrajn, qed jingħataw aktar saħħiet lill-Gvern u lill-Prim Ministru meta konna qegħdin nilmentaw li diġà għandu żżejjed u l-Kummissjoni Venezja ġibditilna l-attenzjoni dwar dan.", "Qed tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Gvern f'idejn persuna waħda li jagħżel in-nies u jibqgħu hemm għal dejjem.", "Id-deċiżjonijiet li jieħdu dawn in-nies ma jkun jista' jegħlibhom ħadd, għax jiddeċiedu darba u jibqa' jsir dejjem hekk.", "Se nerġa' ndur għall-Kostituzzjoni u l-proċess ta' tibdil fuq qafas ta' liġijiet li kellu jsir, liema proċess kien inbeda taħt l-eks President Marie Louise Coleiro Preca.", "Dan il-Gvern iddeċieda li jneħħi l-poteri lill-President il-ġdid l-E.T. George Vella, meta suppost qed jippresiedi fuq dan it-tibdil kostituzzjonali, skont l-obbligu tal-President li jħares l-Istat u lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.", "Hawnhekk tajjeb li wieħed jistaqsi: Dan se jkun tibdil ħażin biss jew issa se niġu agħar milli konna?", "B'dan l-Abbozz se nkunu qed niksru l-Kostituzzjoni u l-obbligi tagħna internazzjonali.", "Il-Kostituzzjoni tagħna tagħmel provvedimenti simili f'subartiklu (1) tal-artiklu 65 through those internatioanl and constitutional provisions li jidhru li huma l-obbligi tagħna kjarament taħt il-Kunsill tal-Ewropa u l-Konvenzjonijiet u taħt il-Liġi tal-Unjoni Ewropea.", "Artiklu 3 tal-Istatut tal-Kunsill tal-Ewropa, li Malta hija firmatarja tiegħu, jgħid speċifikament li:", "B'dan l-Abbozz ta' Liġi se nkunu qegħdin immorru kontra dan il-prinċipju fundamentali.", "Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem konsistentement qalet li:", "Hawnhekk għadni qed nikkwota minn dak li kiteb Prof. Aquilina.", "B'dan l-Abbozz qegħdin immorru mhux biss kontra l-liġi u l-prinċipji, imma qed immorru wkoll kontra l-wirt komuni ta' dawk kollha li jifformaw parti mill-Konvenzjoni tad-Dritijiet Fundamentali tal-Bniedem.", "Artiklu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa bbażat fuq is-saltna tad-dritt.", "B'din il-liġi se nkunu qegħdin nikkalpestaw dan id-dritt.", "X'inhuma l-konflitti ta' interess li se jibqagħlu l-Avukat Ġenerali?", "Il-Gvern bħal qisu qed jgħidilna li l-Avukat Ġenerali kellu żewġ ikpiepel u issa se jneħħilu kappell minnhom.", "Fil-verità, l-Avukat Ġenerali kellu aktar kpiepel.", "Qed ngħidu li se jibqa' jippresiedi l-FIAU biex ma jkunx hemm tibdil kostituzzjonali ħalli l-Gvern ma jkollux il-ħtieġa tal-vot tal-Oppożizzjoni, se jibqa' membru fuq il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, se jibqa' membru fuq il-Judicial Appointments Committee u se jibqa' jipparteċipa fl-appelli tad-deċiżjonijiet tal-Judicial Disciplinary Committee.", "Il-konklużjoni hija ċara immens, anke jekk dan il-Gvern qed ipinġi lilu nnifsu bħala l-paladin tal-ġustizzja f'pajjiżna.", "B'dispjaċir se naqra dak li jikkonkludi dan ir-rapport ta' Prof. Aquilina:", "- qed jgħid li din il-liġi hija nofsha moħmija! –", "Dan huwa xogħol ta' kafkaf, mgħaġġel u li ma jixraqx lil pajjiżna.", "Ikompli jgħid hekk:", "Il-Gvern qed jikkalpesta u jisfida lil dawn l-istituzzjonijiet li ilna snin twal nifformaw parti minnhom.", "Imbagħad ir-rapport jistaqsi:", "Hawnhekk nistaqsi lill-membri tal-Gvern: Tridu tippersistu li twebbsu raskom b'dan l-Abbozz ta' Liġi li huwa tal-mistħija, jew tridu twieġbu għal dawk li huma l-prinċipji bażilari tal-Unjoni Ewropea, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali?", "- kuntrarju għal dak li għadhom kemm qalulna l-kelliema tal-Gvern meta qalu li huma l-Gvern tal-bidla, qed jingħad li dan il-Gvern qed ikaxkar saqajh -", "Il-Gvern ipprova jindirizza tema waħda biss mir-rapport tal-Kummissjoni Venezja u għamel dan b'mod kompletament fqir u mhux approprju.", "Ir-rapport jikkonkludi billi jgħid li:", "Kelliem wara l-ieħor tal-Gvern illum ġie jiftaħar u jgħidilna li jrid ibiddel il-liġijiet u jimplimenta l-bidla, imma fil-verità qed jagħmel mod ieħor.", "Mhux l-Oppożizzjoni mhijiex kredibbli, imma l-Gvern mhuwiex kredibbli!", "Għalhekk nistieden lill-Gvern biex iġib esperti Maltin jew barranin jekk verament irid ibiddel il-qafas tal-liġijiet ta' pajjiżna.", "B'hekk biss terġa' tibda ssaltan il-liġi tad-dritt u d-demokrazija f'pajjiżna.", "Nappella lill-Gvern biex ma jiġix f'din il-Kamra u jipprova jidħak bina, imma juri verament li jemmen fil-konvenzjoni kostituzzjonali billi jagħmel l-affarijiet bis-serjetà, kif dan il-poplu denju tagħna għandu dritt jistenna mill-Gvern.", "Sinjura President, fl-aħħar nett se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-artiklu li kont qed nikkwota minnu:", "Grazzi, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jidher li hawn ftehim biex id-diskussjoni tiġi interrotta u li l-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol ikun issa.", "Hawn qbil ma' dan?", "Mela skont il-ftehim milħuq, nistieden lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Skont ftehim milħuq, fis-6.42 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għat-Tnejn, 17 ta' Ġunju 2019 fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2019 – Votazzjoni;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "ONOR STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Sinjura President, nixtieq nieħu dan l-Aġġornament biex naqsam ftit ħsibijiet dwar it-triq 'il quddiem għal pajjiżna fir-rigward ta' bilanċ f'dak li hu żvilupp.", "Se nsemmi numru ta' inizjattivi li ġew imħabbra li fil-fehma tiegħi jindikaw kif irridu nilħqu bilanċ importanti ħafna bejn l-iżvilupp li minnu jgawdi pajjiżna u li huwa meħtieġ għal pajjiżna u t-titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.", "L-għan ewlieni hu li jkollna kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin u dawk kollha li jgħixu f'pajjiżna.", "F'dawn l-aħħar snin, pajjiżna rreġistra żvilupp b'rata għolja mingħajr ebda preċedent.", "Importanti li nibqgħu naħdmu biex dan il-ġid li qed jinħoloq mit-tkabbir ekonomiku jintlaħaq minn kulħadd.", "Irridu nkomplu nsostnu dan it-tkabbir biex pajjiżna jibqa' miexi 'l quddiem ekonomikament, iżda fl-istess ħin ma nistgħux inħallu l-iżvilupp jimxi waħdu mingħajr ma nieħdu inkonsiderazzjoni numru ta' affarijiet.", "Sinjura President, nixtieq niffoka dan id-diskors fuq il-ħġieġa ta' politika aktar ċara u implimentazzjoni ta' proġetti biex nassiguraw li f'pajjiżna jkollna aktar spazji miftuħa.", "Kif għedt, f'pajjiżna rajna rata ta' żvilupp ferm aktar mgħaġġla.", "Id-domanda li għandu pajjiżna wasslet biex ikollna rata aktar aċċellerata tal-mod kif jitwettqu numru ta' proġetti importanti.", "Rajna lil dan il-Gvern jimbarka fuq numru ta' proġetti infrastrutturali, li kien ilhom meħtieġa s-snin, biex isostni l-iżvilupp li għaddej f'pajjiżna.", "Dawn il-proġetti infrastrutturali jistgħu jsiru għax l-ekonomija qed tirranka b'tali mod li qed jinħoloq biżżejjed ġid li qed jiġi investit għall-infrastruttura aħjar biex issostni l-attività ekonomika b'saħħitha li għaddejja f'pajjiżna.", "Dan huwa investiment fil-futur ta' pajjiżna.", "Però ma nistgħux nieqfu biss fuq proġetti infrastrutturali fiżiċi, bħalma huma proġetti fil-qasam tat-toroq jew l-aspett marittimu f'pajjiżna.", "Hemm bżonn ukoll li fil-viżjoni tagħna għall-futur inħarsu lejn l-aspett ta' kif se noħolqu aktar spazji rikreattivi, imsaġar u greening taż-żoni urbani eżistenti u futuri biex noħolqu dan il-bilanċ ferm importanti.", "Qiegħed ngħid dan għaliex illum, filwaqt li l-poplu jinnota l-attività aċċellerata li għandna f'pajjiżna, in-nies qed tippretendi wkoll li l-Gvern jieħu deċiżjonijiet tajbin, biex filwaqt li nsostnu dan l-iżvilupp ekonomiku, insostnu u ntejbu wkoll il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin u dawk kollha li jgħixu fostna.", "Nixtieq naqsam ftit ħsibijiet dwar numru ta' proġetti importanti li l-Gvern ħabbar fl-aħħar ġimgħat, b'uħud minnhom qegħdin fi stadju avvanzjat biex tibda l-implimentazzjoni tagħhom u oħrajn qegħdin fil-fażi li jsir l-ippjanar meħtieġ biex jitwettqu.", "Nibda billi nsemmi l-proġett ta' Ta' Qali fejn il-Gvern qed ibiddel il-mod ta' kif insostnu din il-viżjoni ta' aktar spazji naturali pubbliċi għall-familji.", "Rajna kif se jkollna tkabbir tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali.", "Il-Gvern ħa d-deċiżjoni li art li sa ftit tas-snin ilu kienet tintuża għal skop industrijali u li kienet okkupata bi struttura tal-konkrit li fl-aħħar snin ma kenitx qed tintuża, tinbidel fi spazju rikreattiv.", "Il-Gvern kellu żewġ għażliet, jew juża dan l-ispazju għal aktar fabbriki biex l-azjendi jkollhom fejn jaħdmu, jew jintuża bħala post ta' rikreazzjoni.", "Il-Gvern għażel li din il-medda kbira ta' art f'Ta' Qali titnaddaf u fiha jsir proġett ta' afforestazzjoni, għal spazju naturali miftuħ mill-aqwa.", "Din hija deċiżjoni li se tfisser li eluf ta' siġar se jkunu qed jiġu mħawla f'dan il-post fiċ-ċentru ta' pajjiżna.", "B'dan il-mod qed naraw kif nistgħu nibdew nieħdu deċiżjonijiet li jaħsbu biex inżommu bilanċ bejn l-iżvilupp u kwalità ta' ħajja aħjar.", "Filwaqt li għandna din ir-rankatura qawwija ta' żvilupp, il-Gvern seta' jagħżel li jmur għal affarijiet marbuta mal-attività ekonomika, imma biex jintlaħaq dan il-bilanċ importanti, saret l-għażla li l-użu ta' din l-art jinbidel minn wieħed industrijali għal spazju miftuħ għall-familji.", "Dan hu proġett kbir mingħajr preċedent ta' afforestazzjoni fiċ-ċentru ta' gżiritna.", "Bl-istess mod, il-Gvern qed jidentifika spazji li huma żviluppati b'mod qawwi ħafna biex ikun hemm aktar spazji miftuħa.", "Pereżempju, il-Gvern identifika żona f'Santa Venera fejn se tinħoloq forma ta' green belt li se sservi bħala pulmun għar-residenti ta' Santa Venera, li hija subborg densament popolat, bi traffiku għaddej kontinwament mill-bypass ta' Santa Venera.", "Il-Gvern, b'mod kreattiv, ħares lejn din il-parti inti u sejjer min-naħa tal-Imsida lejn il-mini ta' Santa Venera, fejn meta sar l-iżvilupp kellek bħal barriera kbira bir-riżultat li l-lokalità ta' Santa Venera nqasmet f'żewġ naħat b'din it-triq għaddejja min-nofs.", "Bit-teknoloġija moderna permezz ta' struttura, se jsaqqaf din il-parti tat-triq b'mod li l-wiċċ li se jinħoloq meta ssir din l-istruttura se jintuża bħala spazju miftuħ.", "Il-Gvern seta' uża din l-art b'numru kbir ta' metri kwadri biex jagħmel proġetti ta' aktar bini, però l-Gvern għażel li jmur għal dan il-proġett biex jilħaq dan il-bilanċ meħtieġ bejn l-iżvilupp li għaddej u spazji miftuħa għan-nies.", "B'hekk se jinħoloq pulmun fil-qalba ta' Santa Venera biex itaffi l-effett tal-attività kollha li hemm f'din iż-żona.", "Fuq kollox, mill-ġdid qegħdin nagħmlu għażla biex inżidu proġett ieħor ta' afforestazzjoni li huwa tant meħtieġ u li se jkun qed jitgawda mill-familji u minn dawk li jgħixu fostna.", "F'Ta' Qali se nagħmlu proġett fejn m'hemmx bini u f'Santa Venera se nagħmlu proġett f'żona abitata għal aktar spazji miftuħa.", "Proġett ieħor li tħabbar dan l-aħħar huwa l-proġett fuq medda art kbira f'Bengħajsa, fil-limiti ta' Birżebbuġa.", "Dan il-Gvern biddel b'mod drastiku deċiżjoni li kienet ittieħdet minn Gvern preċedenti biex din l-art tintuża għall-estensjoni tal-Freeport.", "Fiż-żmien din l-art kienet tintuża għal attività relatata mal-avjazzjoni u fil-fatt għad hemm arbli tal-avjazzjoni.", "Sa ftit ilu kien hemm deċiżjoni biex il-konfini tal-Freeport jersaq aktar lejn il-komunità ta' Birżebbuġa, b'estenzjoni tal-Freeport fuq l-art.", "Din id-deċiżjoni issa ġiet mibdula, għax dan il-Gvern ra li l-Freeport m' għandux jikber lejn ir-residenti, kif sar fl-2007, kontra kull sens ta' ppjanar korrett.", "Il-Gvern iddeċieda li din l-art tintuża biex ikollna masġar kbir, u se jkunu qed jitħawlu madwar 8,000 siġra.", "B'hekk, in-naħa t'isfel ta' Malta se jkollha pulmun ieħor.", "Dan kien pass ieħor importanti biex lill-komunità ta' Birżebbuġa nagħtuha ftit lura minn dak il-ħafna li tteħdilha matul is-snin, b'mod partikolari bid-diversi inizjattivi industrijali li kienu saru f'din iż-żona.", "Dan huwa l-mod kif dan il-Gvern qed iwieġeb għal żviluppi li saru fil-passat.", "Bil-fatti u b'mod konkret, qed nagħtu spazji miftuħa lill-pubbliku.", "F'pajjiżna jista' jibqa' jkollna żvilupp, imma ma jistax ikollna biss proġetti infrastrutturali.", "Pajjiżna għandu bżonn ta' aktar proġetti ambjentali, inkluż proġetti ta' afforestazzjoni.", "Dan l-investiment ifisser titjib fil-kwalità tal-arja permezz ta' aktar tħawwil ta' siġar u aktar spazji miftuħa għall-familji.", "Importanti li dawn il-parks ikunu amministrati tajjeb biex jinżammu fi stat tajjeb.", "B'hekk qed noħolqu bilanċi ġodda fl-ekoloġija ta' pajjiżna.", "Dan l-aħħar rajna l-proġett fil-ġnien tal-foss proprju ftit 'il bogħod minn dan il-Parlament, fejn tħawlu siġar endemiċi u indiġeni, li huwa proċess importanti biex insaħħu l-mod ta' kif f'dan il-pajjiż nirrispettaw il-wirt naturali tagħna.", "Dawn il-proġetti huma investiment mill-Gvern li minnhom se jibbenefika kulħadd, inkluż il-pajjiż.", "Dan huwa mod ieħor kif nuru bil-fatti li l-iżvilupp f'pajjiżna jista' jkompli għaddej, imma b'direzzjoni kemmxejn differenti, għax qed naraw ukoll li jintlaħaq dan il-bilanċ.", "Fir-rigward tal-proġett ta' afforestazzjoni f'Bengħajsa, din il-ġimgħa ħadt pjaċir li għal mistoqsija parlamentari li għamilt lill-Ministru Herrera, ħareġ li hemm timeline ċar ta' meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett.", "Bl-istess mod, wieħed jinnota li fin-naħa t'isfel ta' Malta għaddej ix-xogħol relatat mar-riabilitazzjoni ta' Wied Fulija.", "Sfortunatament kien hemm deċiżjoni insensittiva li ħalliet impatt negattiv fuq dan il-Wied u issa nbeda proċess ta' riabilitazzjoni.", "Kif għedt, pajjiżna għandu bżonn ta' aktar spazji miftuħa, bi green belts fl-ibliet u l-irħula tagħna.", "Ovvjament biex dan isir hemm bżonn ta' impenn ikbar.", "Hemm bżonn ukoll li nifhmu aħjar numru ta' teknoloġiji ġodda li qed jintużaw f'pajjiżi oħrajn u li jistgħu jintużaw anke f'pajjiżna.", "Hemm bżonn li nagħmlu studji biex mhux biss nagħmlu proġetti fuq l-art fuq livell orizzontali, imma anke fuq livell vertikali bil-għan li nsebbħu l-ambjent ta' pajjiżna.", "Nemmen li huwa importanti li nibdew inħarsu b'mod pożittiv lejn aktar inizjattivi għal ambjent aħjar.", "Dan jista' jsir b'involviment ta' entitajiet governattivi, ENGOs, NGOs, il-kunsilli lokali u diversi għaqdiet oħrajn li hemm fil-lokalitajiet.", "Nistgħu noħolqu skemi biex ninċentivaw lil dawn l-entitajiet biex jinvestu aktar f'dawn il-vertical gardens.", "Illum, permezz ta' teknoloġiji tajbin ħafna, fejn hemm ħitan għoljin, ċatti u mingħajr ebda ħajja, tista' toħloq ġonna mal-ħitan.", "B'hekk, ambjent ta' telqa jista' jinbidel fi ġnien.", "Dan il-konċett jista' jintuża f'diversi postijiet f'pajjiżna biex insebbħu aktar il-lokalitajiet tagħna b'aktar pjanti, siġar u arbuxelli.", "Dan huwa mezz kif intejbu l-kwalità tal-arja ta' pajjiżna u kif inqarrbu mill-ġdid l-aspett tan-natura lejn postijiet fejn hemm ċertu ammont ta' bini.", "Inħoss li f'pajjiżna rridu nimbarkaw fuq ħsieb li l-lokalitajiet tagħna jingħataw riġenerazzjoni b'viżjoni ħolistika.", "F'pajjiżna għandna diversi lokalitajiet li minħabba sensiela ta' deċiżjonijiet insensittivi li ttieħdu tul is-snin, spiċċaw bħala żoni industrijali mingħajr ma ttieħdu ċerti prekawzjonijiet.", "Nemmen li wasal iż-żmien li nagħtu ħajja ġdida lil dawn il-lokalitajiet.", "Biex dan isir, hemm bżonn ta' viżjoni aktar ċara u ħolistika favur in-nies li jgħixu f'dawn il-bliet u rħula madwar pajjiżna.", "Pajjiżna qed jirreġistra suċċess ekonomiku, aktar ġid u miexi 'l quddiem.", "Il-ġid irid ikompli jiġi investit f'inizjattivi soċjali biex dan il-Gvern ikompli jsostni lin-nies.", "Però, importanti wkoll li ninvestu fi kwalità ta' ħajja aħjar, permezz ta' viżjoni ċara u ħolistika għal aktar riġenerazzjoni fil-lokalitajiet tagħna.", "Kif għedt, dan jista' jsir bil-kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, mal-għaqdiet, u billi nisimgħu aktar lin-nies biex nifhmu aħjar il-ħtiġijiet tagħhom.", "Hemm bżonn ta' programmi u inizjattivi mfassla fuq livell ta' riġenerazzjoni, li mhux biss tkun maħsuba biex insaħħu dak li huwa fiżiku, bħal titjib fit-toroq, imma wkoll riġenerazzjoni favur in-nies biex ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar.", "Sinjura President, pajjiżna għandu futur sabiħ quddiemu, għaliex dan il-Gvern qed jagħmel l-għażliet it-tajba.", "Il-proġetti li semmejt aktar kmieni huma prova konkreta ta' kif f'pajjiżna jista' jkollna aktar żvilupp biex nibqgħu ngawdu minn attività ekonomika b'saħħitha, imma fl-istess ħin, parti mill-ġid li jinħoloq jiġi investit biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies b'aktar spazji miftuħa.", "Aktar minn hekk, dawn il-proġetti rridu narawhom f'qafas ikbar ta' riġenerazzjoni, maħsub biex inkomplu mmexxu lill-pajjiż 'il quddiem fl-aħjar interess tal-familji Maltin u Għawdxin.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn 17 ta' Ġunju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.06 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAL TARXIEN: TRIQ DR KARL CHIRCOP - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex Triq Dr Karl Chircop f'Raħal Ġdid tiġi aħjar milli hi?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "ĦAL TARXIEN: TRIQ IL-KBIRA - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, Ħal Tarxien?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, Ħal Tarxien ġew jiswew €96,938.49.", "MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – ŻJARAT BARRA MILL-PAJJIŻ", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9046, jista' l-Ministru jippreżenta lista tal-vjaġġi kollha li saru minnu fis-sena li għaddiet?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-vjaġġi li seħħew matul is-sena li għaddiet huma:", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8624 u ċjoè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7204, jista' l-Ministru jgħid fejn huma allokati l-254 social worker li qed jaħdmu fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali?", "Jista' jgħid x'inhu r-rwol tas-social workers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10373.", "ĦAL TARXIEN – TRIQ IS-SORIJIET - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena tiġi rranġata Triq is-Sorijiet f'Ħal Tarxien?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninnota b'sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bis-sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnotaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvotat kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Triq is-Sorijiet f'Ħal Tarxien tagħmel parti mil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena.", "Mill-istess lokalità hemm ukoll Triq iż-Żejtun li qed issir bħalissa u Triq Santa Marija li diġà tlestiet.", "Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f'Ħal Tarxien - Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-electrical engineer li tqabbad sabiex iħejji disinn u jassisti fit-tibdil fuq is-sistema tal-elettriku fil-Mużew Marittimu ta' Malta, u jindika l-metodu kif intgħażel l-istess engineer?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MUŻEW MARITTIMU TA' MALTA – TENDER GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DISINJI TAD-DAWL U AC UNITS", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender sabiex jiġu implimentati d-disinji fuq it-tqegħid ta' dawl u AC Units fil-Mużew Marittimu ta' Malta u, jekk inħarġet, kemm-il proposta kien hemm, min intgħażel u meta hu skedat li jitlesta x-xogħol?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "PALAZZ TAL-INKWIŻITUR – XOGĦLIJIET MHUX SKEDATI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa skedat li x-xogħlijiet fil-Palazz tal-Inkwiżitur ikunu lesti, u jgħid min huma l-kuntratturi magħżula għal dan ix-xogħol u kemm huwa l-ammont miftiehem u li se jiġi mħallas jew tħallas għal dawn ix-xogħlijiet?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAR DALAM NATIONAL PARK – MASTERPLAN U INTERPRETATION STRATEGY", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jippreżenta l-masterplan u l-interpretation strategy li tħejjew għal Għar Dalam National Park u jgħid x'baġit hemm imħejji għat-twettiq ta' dan il-proġett u jippreżenta skeda tal-programm ta' ħidma li huwa maħsub li jiġi segwit biex jiġi implimentat dan il-proġett?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "GĦAR DALAM NATIONAL PARK – PROPRJETAJIET TA' TERZI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx taħditiet mal-persuni li għandhom xi drittijiet fuq il-proprjetajiet li jistgħu jaqgħu fl-Għar Dalam National Park?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "BARRIERA TAL-MAGĦLAQ – MONITERAĠĠ TAL-ATTIVITAJIET", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid il-metodu ta' kif l-attività fuq il-barriera tal-Magħlaq qiegħda tiġi monitored inkwantu l-effett li jista' jkollha fuq it-Tempji tal-Imnajdra, u jgħid min huwa responsabbli minn dan il-moniteraġġ u kif qiegħed isir?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190612_236d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 17 ta' Ġunju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u kemm se tiġi tiswa Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u kemm se tiġi tiswa Triq il-Kbira, Ħal Tarxien?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar parti ta' Triq Żabbar, Raħal Ġdid li saret reċentement?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex Triq Dr Karl Chircop f'Raħal Ġdid tiġi aħjar milli hija?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Dawret il-Gudja u Triq Burglat fil-Gudja?", "Jista' jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Lewż fil-Gudja?", "Jista' jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema huma \"in-number of snags are currently being tackled.\" indikati taħt paragrafu 1.3 fir-Rapport Annwali 2018 tal-Heritage Malta li qegħdin jiġu ffaċċati fir-rigward tal-MUŻA, u jindika n-natura ta' dawn l-isnags u kif qegħdin jiġu indirizzati?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jippreżenta l-programm ta' esibizzjonijiet temporanji, konferenzi, laqgħat ta' taħditiet, u attivitajiet oħra li se jsiru fil-MUŻA matul is-sena 2019?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-riżultati preliminari tal-proġett FRAGSUS, liema riżultati ġew preżentati f'esibizzjoni u f'konferenza bl-isem 'Fragility and Sustainability in Prehistoric Malta'?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-pjan ta' ħidma tal-Valletta Cultural Agency għas-sena 2019?", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istudji kollha li saru mill-Valletta 2018 Foundation u b'mod partikolari mid-Dipartiment tar-Riċerka li kien imwaqqaf minn din il-fondazzjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni ġewwa Malta u Għawdex (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2019 u t-30 ta' Settembru 2019?", "Jista' jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom jinsabu pendenti?", "Jista' jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b' diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex?", "Jista' jgħid kemm minn dawn ilhom jirreġistraw iżjed minn sena?", "Jista' jgħid x'inhu jsir biex dawn il-persuni jinstabilhom xogħol f'Għawdex stess?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid mill-ewwel ta' Ġunju 2017 sal-lum kemm daħlu nies ġodda fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità?", "Jista' jgħid kemm minn dawn kienu minn Għawdex u kemm minn Malta?", "Jista' jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex wieħed ikun jista' jiġi ngaġġat f'din l-iskema?", "Kemm hu l-perjodu minimu li wieħed irid ikun ilu jirreġistra biex jiġi ngaġġat f'din l-iskema?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fit-tliet snin li ġejjin f'Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f'liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units?", "Jista' jgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati li jsiru xi toroq ġewwa Għawdex li jwasslu għal żoni turistiċi qabel jibda l-istaġun tas-sajf kif qed isir bħalissa ġewwa Malta?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema toroq se jsiru ġewwa Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jispjega b'liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Magistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s'issa mhux pubbliku?", "Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jispjega b'liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s'issa mhux pubbliku?", "Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jispjega b'liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s'issa mhux pubbliku?", "Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra dwar liema xogħlijiet se jkunu qegħdin isiru fil-bajjiet li jinsabu f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk Transport Malta għandhiex pjanijiet biex torganizza l-irmiġġi li hemm fil-Bajjiet ta' Birżebbuġa u hemmx maħsub ukoll pjan biex dawn ikunu jistgħu jiżdiedu?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk fid-dawl li qed isir xogħol fi Triq tal-Papa f'Birżebbuġa, jistax jikkonferma jekk Triq 22 ta' Frar u Triq Mons Spiru Penza (il-parti li għadha ma saritx) humiex se jsiru wkoll?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta se jitkompla x-xogħol fi Triq tal-Ġebel f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx pressure washer fl-impjanti tal-Wasteserv f'Għawdex biex ikunu jistgħu jinħaslu t-trakkijiet bħalma kien hemm fil-Qortin ix-Xagħra u bħalma hemm anke fl-impjanti l-oħra tal-Wasteserv f'Malta?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra bid-dettalji dwar applikazzjoni ppreżentata minn Projects Plus għall-iżvilupp ta' car park viċin il-Freeport f'Birżebbuġa?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-aħħar prezz li bih il-materjal elenkat hawn taħt (prezz separat għal kull materjal) inbiegħ mill-Wasteserv:", "· ħġieġ (clear)", "· ħġieġ (mixed)", "· ħġieġ (unclear)?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv rigward disposal of fly ash, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017 u l-2018 separatament?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv għar-rigward disposal of RDF, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017 u l-2018 separatament?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv matul l-2017 u l-2018 fir-rigward ta' kull waste stream li tinġabar fis-CA sites, separatament għal kull disposal ta' waste stream, u kemm-il tunnellata kien hemm rispettivament?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħol ippjanat minn Infrastruttura Malta fi Triq is-Sur il-Fgura?", "Jekk iva, liema parti tat-triq, u x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanati?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-kaġun li matul ix-xahar li għadda 3 minn 4 digestors tal-Wasteserv ma kinux qegħdin jaħdmu, u riżultat ta' dan kienet qed toħroġ riħa xejn pjaċevoli mill-Impjant ta' Sant Antnin ġewwa M'skala?", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar matul is-sena 2016, 2017, u 2018 separatament?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat xogħol fiż-żona tar-roundabout bejn Triq is-Sur u Triq Hompesch il-Fgura?", "Jekk iva, x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanati?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess matul is-sena 2018, u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Unjoni Ċivili kien hemm bejn persuni tal-istess sess matul is-sena 2018, u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' tibdil fis-servizzi soċjali li huma intitolati għalihom persuni b'diżabilità mis-sena 2013 sal-lum?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ikun hemm sorveljanza mill-pulizija sabiex spazju ta' parking riservat għal persuni b'diżabilità fil-Pjazza tal-Isla u f'bnadi oħra fl-istess lokalità, ma jitteħidx minn persuni oħra bla diżabilità?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex partijiet kbar mid-Dar tal-Anzjani tal-Imsida, inkluż il-kmamar fejn jorqdu l-anzjani, jinsabu bla arja kundizzjonata u ilhom hekk għal madwar għaxart ijiem?", "Meta din il-ġimgħa pajjiżna għaddej minn heat wave, tant li l-gvern qed jappella lill-anzjani biex jibqgħu fil-frisk, kif jista' l-istess gvern iħalli dar tal-anzjani bla arja kundizzjonata għal madwar għaxart ijiem?", "Jista' jgħid meta l-arja kundizzjonata fid-Dar tal-Anzjani tal-Imsida se tibda taħdem?", "Sadanittant x'miżuri qed jieħu l-gvern biex itaffi l-problema ta' sħana kbira li qed isofru dawn l-anzjani fid-Dar tal-Imsida?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti kull sena mis-sena 2000 sal-lum b'Doctor of Laws /Master of Laws?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Filwaqt li nifraħ lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li salvaw kelb fejn skont dak li ġie rrapurtat mill-media, kien allegatament marbut u b'sarima ma' ħalqu, jista' l-Ministru ġentilment jgħid fejn instab dan il-kelb?", "Jista' jgħid jekk ġewx imsejħa l-pulizija?", "Sid il-kelb se jittella' l-Qorti?", "Jekk iva, meta?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 86 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tieni Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tieni Qari – Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 69 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tielet Qari - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Jobsplus għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità tad-Djar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena 2019 - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta' Embrijuni għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq ta' Patrimonju Malta u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2019 - Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità Maltija tal-Ippjanar għas-sena 2019 – Votazzjoni.", "Estimi ta' dħul u nfiq tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għas-sena 2019 - Votazzjoni.", "14 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 19 ta' Ġunju 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "14 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190617_237a_par.docx"} {"text": ["Mistoqsijiet Parlamentari", "It-Tnejn, 17 ta' Ġunju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "ĦAL TARXIEN – TRIQ IŻ-ŻEJTUN - TLESTIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u kemm se tiġi tiswa Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien?", "IAN BORG: Ninnota b'sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Triq iż-Żejtun f'Ħal Tarxien kienet inkluża fl-ewwel kuntratt b'valur totali ta' €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta' €700 miljun.", "Filwaqt li x-xogħol f'din it-triq għadu għaddej u diġà tlestew is-servizzi li hemm taħt l-art, bħal f'kull każ Infrastructure Malta qed tesiġi li l-kuntrattur iwettaq ix-xogħol mitlub fil-ħin u skont l-istandards stabbiliti ta' kwalità u sigurtà.", "B'hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet fit-toroq residenzjali jsiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà.", "Fejn ikun hemm dewmien mhux ġustifikat il-kuntratturi qed jiġu mmultati u meta x-xogħlijiet ma jilħqux il-livelli ta' kwalità rikjesta, l-aġenzija qed iġġiegħel lill-kuntratturi jerġgħu jagħmlu x-xogħol mill-ġdid bi spejjeż tagħhom.", "Fil-lokalità ta' Ħal Tarxien hemm ukoll Triq is-Sorijiet fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena, waqt li Triq Santa Marija diġà tlestiet.", "Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f'Ħal Tarxien - Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.", "ĦAL TARXIEN – TRIQ IL-KBIRA - TLESTIJA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u kemm se tiġi tiswa Triq il-Kbira, Ħal Tarxien?", "IAN BORG: Nitolbu lill-Onor.", "Interpellant sabiex din il-mistoqsija ssir lill-Ministeru konċernat.", "Ix-xogħol indikat sar mill-kunsill lokali tal-lokalità msemmija.", "RAĦAL ĠDID – TRIQ ŻABBAR - NEFQA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar parti ta' Triq Żabbar, Raħal Ġdid li saret reċentement?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b'aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b'mod sostenibbli tibqa' twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna anke fil-futur.", "Infrastructure Malta mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f'ħafna toroq f'kull lokalità.", "Minbarra proġetti kbar f'toroq arterjali, għaddejja wkoll bi programm ta' ħidma ta' titjib ta' mijjiet ta' toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja.", "Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' madwar 120 triq residenzjali f'ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti mill-investiment ta' €700 miljun.", "Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena.", "Minbarra xogħlijiet ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt, l-aġenzija qed twettaq ukoll programm ta' manutenzjoni u tiswijiet ta' ħafna toroq oħrajn li jkunu jeħtieġu li jsirilhom intervent urġenti sakemm jasal il-waqt biex dawn ukoll jinbnew mill-ġdid.", "Fost it-toroq li sarilhom intervent simili kien hemm parti minn Triq Żabbar, Raħal Ġdid.", "Ix-xogħlijiet, li saru billejl, laħqu l-valur ta' €69,450.76 u kienu jinkludu tneħħija tal-wiċċ tat-triq fejn kien hemm il-ħsarat, tiswijiet ta' tappieri u kisi mill-ġdid tat-triq b'diversi saffi t'asfalt.", "RAĦAL ĠDID – TRIQ DR KARL CHIRCOP - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex Triq Dr Karl Chircop f'Raħal Ġdid tiġi aħjar milli hija?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Fl-ewwel kuntratt b'valur totali ta' €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta' €700 miljun fil-lokalità ta' Raħal Ġdid hemm Triq il-Qalb ta' Ġesù u Triq ix-Xewk li huma lesti, Triq il-Ġdida li qed issir bħalissa, kif ukoll Triq Sammat u Triq iċ-Ċimiterju li wkoll se jinbnew mill-ġdid din is-sena.", "Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f'Raħal Ġdid - Triq il-Wied u Triq Sultana.", "L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba' snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn f'din il-lokalità wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej.", "Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti.", "L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat preżenti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta' triq ma' toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta' kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta' toroq li jinsabu f'żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "IL-GUDJA – DAWRET IL-GUDJA U TRIQ BURGLAT - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Dawret il-Gudja u Triq Burglat fil-Gudja?", "Jista' jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta' €700 miljun.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta' aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Fil-lokalità tal-Gudja hemm Triq Filippu Castagnia fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet u Triq il-Lewż li qed tinbena mill-ġdid bħalissa.", "Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja – Triq id-Dejqa, Triq Joseph Pace, Triq Santa Katerina u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.", "Bħalissa qed tinbena wkoll mill-ġdid Dawret il-Gudja, li hija waħda mir-rotot ewlenin lejn l-ajruport.", "Infrastructure Malta għaddejja wkoll b'xogħlijiet fi Triq Bur Glat, li tmiss magħha, bħala parti minn programm nazzjonali li qed twettaq biex ittejjeb anke t-toroq li jintużaw mill-bdiewa.", "IL-GUDJA – TRIQ IL-LEWŻ - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Lewż fil-Gudja?", "Jista' jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta' €700 miljun.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta' aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Triq il-Lewż fil-Gudja hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali u din qed tinbena mill-ġdid bħalissa.", "F'din il-lista, mill-istess lokalità, kien hemm ukoll Triq Filippu Castagnia li diġà tlestiet.", "Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja - Triq Joseph Pace, Triq id-Dejqa u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma \"in-number of snags are currently being tackled.\" indikati taħt paragrafu 1.3 fir-Rapport Annwali 2018 tal-Heritage Malta li qegħdin jiġu ffaċċati fir-rigward tal-MUŻA, u jindika n-natura ta' dawn l-isnags u kif qegħdin jiġu indirizzati?", "OWEN BONNICI: Infurmat li l-isnags jinkludu xogħlijiet zgħar ta' kisi u tikħil, u elementi minuri tal-proġett li jirrekjedu xi xogħol ta' tranġar.", "Barra minn hekk qed tingħalaq ukoll id-dokumentazzjoni kollha li tmur ma' proġett ta' din l-iskala u kumplessità.", "PROGRAMM TA' ESIBIZZJONIJIET TEMPORANJI, KONFERENZI, LAQGĦAT U ATTIVITAJIET", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jippreżenta l-programm ta' esibizzjonijiet temporanji, konferenzi, laqgħat ta' taħditiet, u attivitajiet oħra li se jsiru fil-MUŻA matul is-sena 2019?", "OWEN BONNICI: Hawn taht hawn lista ta' attivitajiet li saru f'MUZA matul din is-sena sal-10 ta' Gunju kif ukoll dawk ippjanati sal-ahhar tas-sena.", "· 12 ta' Jannar – MJCL seminar", "· 17ta' Jannar – 5 + 5 Foreign Ministers Meeting in Malta", "· 18ta' Jannar – MJCL evening reception", "· 28ta' Jannar – VIP MFIN tour", "· 23ta' Frar – HM Members Tour", "· 18ta' Marzu – UOM Confernce Pam Meecham", "· 22ta' Marzu – Farsons Eve Event", "· 27th – 28ta' Marzu – Day Conference UOM Prof. Carmel Borg", "· 29ta' Marzu – Festivals Malta – Atelier Gala Dinner", "· 30ta' Marzu – Reuben Grima Public Consultation event (Italia-Malta Project L-Access)", "· 3ta' Mejju – Press Conference MJCL", "· 4ta' Mejju – MJCL event – Fund presentation", "· 7ta' Mejju – Mr. Gordon Pisani – Kite Group obo European Commission presentation in Malta", "· 21ta' Mejju – Frans Galea HM Talk", "· 29ta' Mejju – Emvin Cremona (1919-1987) – HM lecture", "· 1ta' Gunju – Education Dept – Vanessa Ciantar – Xalati ta' Kitba", "· 1ta' Gunju – Jazz Suite Evening", "· 4ta' Gunju – EO's Activity", "· 7ta' Gunju – OSCE Med Contact Group: Ambassadorial Retreat in Malta", "· 20ta' Gunju – MTA Malta Tourism Press Awards for 2018", "· 21ta' Gunju – MICAS Event", "· 27ta' Gunju– ACMlab session – Arts Council Malta", "· 26 ta' Lulju – HM Passport Activity", "· 21ta' Settembru– Public Service week – Open Day", "· 2 ta' Novembru – PPCD open day", "PROĠETT FRAGSUS - RIŻULTATI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-riżultati preliminari tal-proġett FRAGSUS, liema riżultati ġew preżentati f'esibizzjoni u f'konferenza bl-isem 'Fragility and Sustainability in Prehistoric Malta'?", "OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-konklużjonijiet preliminari tal-proġett FRAGSUS kif ippreżentati fil-wirja u diskussi fil-konferenza.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-pjan ta' ħidma tal-Valletta Cultural Agency għas-sena 2019?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-pjan ta' ħidma għall-VCA għas-sena 2019 u 'l quddiem jinsab f'Artiklu 3(5) tal-liġi li biha twaqqfet din l-Aġenzija.", "Inoltre il-VCA se tkompli, kif diġà bdiet tagħmel, b'elementi mill-programm kulturali ta' Valletta 2018 flimkien ma' attivitajiet oħra li se jkunu qed jintgħażlu minn diversi sejħiet pubbliċi, li tnejn minnhom ħarġu diġà.", "VALLETTA 2018 FOUNDATION – KOPJA TAL-ISTUDJI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istudji kollha li saru mill-Valletta 2018 Foundation u b'mod partikolari mid-Dipartiment tar-Riċerka li kien imwaqqaf minn din il-fondazzjoni?", "OWEN BONNICI: It-tagħrif għadu qed jinġabar.", "EŻENZJONIJIET GĦAL XOGĦLIJIET TA' TWAQQIGĦ U SKAVAR F'SITI TURISTIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intalbu eżenzjonijiet mir-Regolamenti tal-2007 dwar l-Immaniġġar Ambjentali tas-Siti tal-Kostruzzjoni ġewwa Malta u Għawdex (Avviż Legali 295 tal-2007) sabiex ikunu jistgħu jitkomplew xogħlijiet ta' twaqqigħ u/jew skavar f'siti li jinsabu f'żoni turistiċi fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju 2019 u t-30 ta' Settembru 2019?", "Jista' jgħid kemm ingħataw eżenzjonijiet, kemm-il talba ġiet miċħuda u kemm għadhom jinsabu pendenti?", "Jista' jagħti lista tas-siti u tal-lokalitajiet li għalihom intalbu l-imsemmija eżenzjonijiet?", "IAN BORG: Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat ma saret ebda talba f'dan ir-rigward lill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini għall-perjodu msemmi.", "PERSUNI B' DIŻABILITÀ JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b' diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex?", "Jista' jgħid kemm minn dawn ilhom jirreġistraw iżjed minn sena?", "Jista' jgħid x'inhu jsir biex dawn il-persuni jinstabilhom xogħol f'Għawdex stess?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' persuni b' diżabilità jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex sa l-aħħar ta' April 2019 kien ta' 18-il persuna.", "In-numru ta' persuni b'diżabilità li kienu ilhom jirreġistraw f'Għawdex iżjed minn sena kien ta' 13-il persuna.", "Jobsplus għandha diversi skemi li huma mmirati għall-persuni b'diżabilità li jixtiequ jsibu impjieg f'Għawdex.", "Fost dawn l-iskemi u programmi ta' għajnuna mill-Fond Nazzjonali u oħrajn iffinanzjati parzjalment mill-Unjoni Ewropea hemm:", "Il-Programm Sheltered Employment Training ġewwa Għajnsielem jipprovdi taħrig assistit għal persuni b'diżabiltajiet aktar severi bl-għan li jtejjbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol.", "Diversi job coaches huma assenjati jissapportjaw lill-persuni li jattendu.", "Is-sena programm ta' taħrig jinkludi ukoll perjodu f'ambjent reali tax-xogħol.", "Il-Pre-Employment Training huwa taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta' impjegabilità, komunikazzjoni soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti.", "Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u jiġi offrut fil-fergħa ta' Jobsplus f'Għajnsielem Għawdex.", "Korsijiet offruti huma;", "L-iskema tal-Bridging the Gap (BTG) toffri opportunità ta' prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b'diżabilità għal numru ta' ġimgħat (skont il-bżonn).", "Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw allowance fil-gimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali.", "Jekk il-persuna ddum aktar minn tnax-il ġimgħa f'din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tagħha.", "Min-naħa l-oħra l-employer ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħas-sick leave.", "L-Iskema t'Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Gvern Malti, tipprovdi sussidju ta' €125 fil-ġimgħa għal kull persuna b'diżabilità ġdida f'impjieg full-time għal 156 ġimgħa.", "Fil-każ ta' impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata ta' jew 20, 25 jew 30 siegħa fil-ġimgħa.", "Fl-impjieg ta' persuni b'diżabilità kumpaniji (mhux governattivi) jistgħu jitolbu biex:", "· Jiġu eżentati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b'diżabilità.", "· Jirċievu inċentiv fiskali ta' 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b'diżabilità diġà mpjegata sa massimu ta' €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta' kull sena kalendarja.", "Barra mill-iskemi/programmi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) li ġiet imwaqqfa bejn Jobsplus u min iħaddem, tgħin lill-persuni b'diżabilità kif ukoll lil min iħaddem biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli u aktar differenti bl-għajnuna tal- job coaches.", "Il-Fondazzjoni għandha l-għan li ssib modi biex bihom tneħħi l-barrieri u tkabbar l-opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'diżabilità.", "Il-Fondazzjoni tipprovdi servizz ippersonalizzat bi pjan t'azzjoni skont il-ħtieġa tal-persuni b'diżabilità, kif ukoll servizz lil min iħaddem billi tassistih biex jimpjega persuni b'diżabilità permezz tal- 'job carving'.", "Matul l-aħħar snin numru ta' persuni b'diżabilità ġew assistiti biex jaħdmu fid-Document Management System ġewwa Għawdex.", "Permezz ta' dan il-proġett mal-Maltapost numru t'opportunitajiet ta' xogħol ġew offruti lill-persuni b'diżabilità ġewwa Għawdex.", "LSF tassisti f'dan il-proġett billi tipprovdi numru ta' job coaches biex jassistu lil dawn il-ħaddiema b'diżabilità.", "SKEMA ĦADDIEMA TAL-KOMUNITÀ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid mill-ewwel ta' Ġunju 2017 sal-lum kemm daħlu nies ġodda fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità?", "Jista' jgħid kemm minn dawn kienu minn Għawdex u kemm minn Malta?", "Jista' jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex wieħed ikun jista' jiġi ngaġġat f'din l-iskema?", "Kemm hu l-perjodu minimu li wieħed irid ikun ilu jirreġistra biex jiġi ngaġġat f'din l-iskema?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li minn Ġunju 2017 sal-lum daħlu 296 persuna fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità; 80 persuna Malta u 216 Għawdex.", "Mill-216-il persuna, 168 kienu jifformaw parti mill-iskema tal-Ministeru t'Għawdex.", "Ir-rekwiżiti biex wieħed jidħol fl-iskema tal-komunità baqgħu fuq l-istess sisien ta' kif kienu qabel l-2009, iġifieri:", "Kull persuna li ma kinitx qiedgħa taħdem u inattiva għal dawn l-aħħar 12-il xahar u qatt ma bbenefikat mill-iskema tat-traineeship ma' Jobsplus; jew inkella", "Adulta li tgħix weħidha u għandha persuna jew iktar dipendenti fuqha li m'humiex impjegati full time;", "Persuna ta' 24 sena jew iktar u li m'għandhiex livell ta' upper secondary jew vokazzjonali u m'għandhiex xogħol;", "Persuna li għandha 50 sena jew iktar u m'għandhiex xogħol;", "Persuna ta' 24 sena u iktar li ilha barra mix-xogħol għal sentejn u li matulhom ma bbenefikatx minn traineeship ma' Jobsplus.", "BINI TA' UNITS TA' HOUSING SOĊJALI F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fit-tliet snin li ġejjin f'Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f'liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units?", "Jista' jgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?", "MICHAEL FALZON: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentarti lill-Ministeru ikkonċernat.", "GĦAWDEX - TOROQ LI JWASSLU GĦAL ŻONI TURISTIĊI - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati li jsiru xi toroq ġewwa Għawdex li jwasslu għal żoni turistiċi qabel jibda l-istaġun tas-sajf kif qed isir bħalissa ġewwa Malta?", "Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema toroq se jsiru ġewwa Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf?", "IAN BORG: Infrastructure Malta qed taħdem sabiex twettaq il-mira tal-Gvern li ssir qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, s-sigurtà, l-effiċjenza u s-sostenibilità tal-infrastruttura ta' pajjiżna.", "Fost oħrajn, qed twettaq ħidma ta' titjib, bini mill-ġdid u manutenzjoni tas-sistema tat-toroq u infrastruttura oħra tat-trasport bl-art u bil-baħar.", "F'Għawdex, il-ħidma ta' titjib infrastrutturali fit-toroq qed titmexxa mill-Ministeru għal Għawdex.", "Filwaqt li Infrastructure Malta qed tappoġġja din il-ħidma f'Għawdex b'diversi għajnuniet, ikun apprezzat jekk mistoqsijiet dwar xogħlijiet speċifiċi jiġu riferuti lill-Ministeru konċernat.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega b'liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s'issa mhux pubbliku?", "Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m'għandi l-ebda aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-inkjesta Egrant.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista' l-Ministru jispjega b'liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s'issa mhux pubbliku?", "Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?", "CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m'għandi l-ebda aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jispjega b'liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s'issa mhux pubbliku?", "Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m'għandi l-ebda aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.", "BIRŻEBBUĠA – XOGĦLIJIET FIL-BAJJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra dwar liema xogħlijiet se jkunu qegħdin isiru fil-bajjiet li jinsabu f'Birżebbuġa?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ġewwa Birżebbuġa l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi (FTZD) qiegħdha twettaq proġett ta' renourishment tal-Bajja San Ġorġ.", "Dan ix-xogħol jinvolvi li jitmexxa r-ramel mill-bajja nnifisha għal fuq ix-xtajta bl-effett li l-bajja tar-ramel tikber.", "Għaddej ukoll xogħol ta' manutanezjoni tar-railings tal-istess bajja.", "Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi (FTZD) għamlet ukoll diversi xogħlijiet speċjalment fil-Bajja s-Sabiħa (Pretty Bay), fejn fost l-oħrajn ġew installati numru ta'walkways, showers, changing rooms, recylce bins u Life Guard Tower.", "Ix-xewqa tal-Ministeru hija li tiġi stabbilita strateġija ħolistika ta' manutenzjoni ta' dawn il-bajjiet żgħar ramlija.", "TRANSPORT MALTA – IRMIĠĠI FIL-BAJJIET TA' BIRŻEBBUĠA", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk Transport Malta għandhiex pjanijiet biex torganizza l-irmiġġi li hemm fil-Bajjiet ta' Birżebbuġa u hemmx maħsub ukoll pjan biex dawn ikunu jistgħu jiżdiedu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-mazzri u l-bagi fil-bajjiet ta' Birżebbuġia huma kollha reġistrati b'eċċezzjoni taż-żona ta' quddiem l-Al Fresco (Bajja ta' San Ġorg).", "Beda proċess biex tinġabar id-data u l-informazzjoni kollha neċessarja tad-dgħajjes u l-bagi li hemm f'din iż-żona u li mhumiex rikonoxxuti mill-Awtorità.", "Kif tinġabar din l-informazzjoni meħtieġa u nassiguraw li l-bagi huma kollha reġistrati, se toħroġ sejħa għall-offerti biex din iż-żona tiġi ukoll organizzata, bil-possibilità ta' aktar postijiet ta' irmiġġi.", "BIRŻEBBUĠA – TRIQ 22 TA' FRAR U TRIQ MONS SPIRU PENZA - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk fid-dawl li qed isir xogħol fi Triq tal-Papa f'Birżebbuġa, jistax jikkonferma jekk Triq 22 ta' Frar u Triq Mons Spiru Penza (il-parti li għadha ma saritx) humiex se jsiru wkoll?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.", "BIRŻEBBUĠA – TRIQ IL-ĠEBEL – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra meta se jitkompla x-xogħol fi Triq tal-Ġebel f'Birżebbuġa?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta' aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "F'Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Triq il-Ġebel f'Birżebbuġa hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li tinkludi wkoll toroq oħrajn li jinsabu f'din il-lokalità - Triq Żaren Dalli u Triq il-Brolli li qegħdin isiru bħalissa, kif ukoll Triq tal-Papa.", "Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f'Birżebbuġa - Triq il-B¿ulija, Triq il-Għirgħien u Triq il-Musbieħ.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali m'huwiex sempliċiment xogħol ta' manutenzjoni i¿da l-bini mill-ġdid ta' kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "WASTESERV – PRESSURE WASHER FL-IMPJANTI F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx pressure washer fl-impjanti tal-Wasteserv f'Għawdex biex ikunu jistgħu jinħaslu t-trakkijiet bħalma kien hemm fil-Qortin ix-Xagħra u bħalma hemm anke fl-impjanti l-oħra tal-Wasteserv f'Malta?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li m'hemm l-ebda obligazzjoni li jkun hemm pressure washer fil-Faċilità għat-Trasferiment tal-Iskart Tal-Kus f'Għawdex li tirriżulta mir-rikweżiti tal-permess IPPC maħruġ mill-ERA.", "BIRŻEBBUĠA – APPLIKAZZJONI GĦAL CAR PARK VIĊIN IL-FREEPORT", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra bid-dettalji dwar applikazzjoni ppreżentata minn Projects Plus għall-iżvilupp ta' car park viċin il-Freeport f'Birżebbuġa?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-applikazzjoni għal dan il-parkeġġ tinsab fi stadju avvanzat.", "Saru l-konsultazzjonijiet neċessarji kemm mad-Direttorat kif ukoll mall-entitajiet ikkonċernati u l-istakeholders.", "WASTESERV – BEJGĦ TA' MATERJAL", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-aħħar prezz li bih il-materjal elenkat hawn taħt (prezz separat għal kull materjal) inbiegħ mill-Wasteserv:", "· ħġieġ (clear)", "· ħġieġ (mixed)", "· ħġieġ (unclear)?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv rigward disposal of fly ash, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017 u l-2018 separatament?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv għar-rigward disposal of RDF, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017 u l-2018 separatament?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.", "WASTESERV – CA SITES – WASTE STREAM - ĦLAS", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv matul l-2017 u l-2018 fir-rigward ta' kull waste stream li tinġabar fis-CA sites, separatament għal kull disposal ta' waste stream, u kemm-il tunnellata kien hemm rispettivament?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.", "IL-FGURA – TRIQ IS-SUR - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħol ippjanat minn Infrastruttura Malta fi Triq is-Sur il-Fgura?", "Jekk iva, liema parti tat-triq, u x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta' aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "F'Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Triq is-Sur fil-Fgura hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li tinkludi wkoll toroq oħrajn li jinsabu f'din il-lokalità - Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq li hija lesta, Triq Buqexrem qed issir bħalissa u Sqaq Rjallu.", "Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Fgura - Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.", "L-investiment tal-Gvern f'dawn it-toroq residenzjali m'huwiex sempliċiment xogħol ta' manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta' kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta' servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa.", "Il-wiċċ ġdid tat-triq b'diversi saffi ta' asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.", "It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta' saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-kaġun li matul ix-xahar li għadda 3 minn 4 digestors tal-Wasteserv ma kinux qegħdin jaħdmu, u riżultat ta' dan kienet qed toħroġ riħa xejn pjaċevoli mill-Impjant ta' Sant Antnin ġewwa M'skala?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Digestor numru 1 mhux qed jopera minħabba sedimentazzjoni.", "Il-pjan huwa li jinbeda x-xogħol fuq dan f'Awwissu li ġej.", "Digestor numru 2 qed jopera u l-manutenzjoni u t-tindif fuqu tlestew f'April ta' din is-sena.", "Digestor numru 3 qed jopera wkoll, iżda hemm bżonn li ssirlu manutenzjoni u tindif.", "Huwa pjanat li dan isir f'Novembru ta' din is-sena.", "Il-Hydrolyser (li huwa l-ewwel tank fejn jidħol il-materjal) għadu kif ġie mbattal u f'dan il-mument qed ikun magħluq sabiex jibda jimtela bl-ilma u l-materjal.", "Ir-riħa per se hija riżultat dirett ta' meta jinfetaħ kwalunkwe tank imsemmi hawn fuq sabiex isirlu t-tindif u l-manutenzjoni neċessarja.", "Sfortunatament dan il-proċess irid isir bilfors għax bit-teknoloġija li kienet intgħażlet dak iż-żmien, is-separazzjoni tal-materjal organiku minn dak magħruf bħala 'inert' jiġifieri materjal bħal ħġieġ imkisser, ramel, etċ. li ma jinħadimx fil-proċess bijoloġiku, ma ssirx sewwa.", "Ir-riżultat ta' dan huwa sedimentazzjoni massiċċa li jispiċċa jinġema' fil-qiegħ tat-tankijiet li finalment iwassal biex ix-xaft tat-tank jieqaf għal kollox.", "Barra minn hekk, ta' min jingħad li l-kumpanija barranija magħrufa bħala \"Haase\" li kienet tifforma parti mill-konsorzju li bniet l-impjant, falliet ftit snin wara.", "Għaldaqstant bl-iskop aħħari li jitnaqqas l-inkonvenjent tal-irwejjaħ, il-Wasteserv qiegħda fl-istadju li tikkonsidra teknoloġija ulterjuri sabiex il-materjal organiku jkun isseparat aħjar u b'hekk jiġi mnaqqas drastikament, jew potenzjalment eliminat għal kollox il-bżonn li jinfetħu t-tankijiet tad-digesters.", "AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – ĦRUĠ TA' PERMESSI 'GRANT'", "L-ONOR.", "MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar matul is-sena 2016, 2017, u 2018 separatament?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed inpoġġu quddiem il-kamra tabella li turi l-ammont ta' applikazzjonijiet għal permessi tal-ippjanar li ġew deċiżi u approvati (permessi) mis-sena 2016 sas-sena 2018, sena b-sena separatament.", "Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità u jinkludu deċiżjonijiet kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll deċiżjonijiet tal-appelli.", "IL-FGURA – ROUNDABOUT BEJN TRIQ IS-SUR U TRIQ HOMPESCH - PJANIJIET", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat xogħol fiż-żona tar-roundabout bejn Triq is-Sur u Triq Hompesch il-Fgura?", "Jekk iva, x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanati?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b'aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b'mod sostenibbli tibqa' twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta' pajjiżna anke fil-futur.", "Infrastructure Malta mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f'ħafna toroq f'kull lokalità.", "Minbarra proġetti kbar f'toroq arterjali, għaddejja wkoll bi programm ta' ħidma ta' titjib ta' mijjiet ta' toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja.", "Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' madwar 120 triq residenzjali f'ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti mill-investiment ta' €700 miljun.", "Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena.", "Malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta' diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta' għadd ta' investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f'pajjiżna fis-snin li ġejjin.", "Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta' Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f'għadd ta' toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f'diversi toroq residenzjali u rurali f'bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom Triq il-Kuluvert fil-lokalità tal-Fgura.", "Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f'ħafna toroq oħrajn.", "Fl-istess ¿mien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta' bini mill-ġdid ta' toroq residenzjali li qatt ra pajji¿na, b'investiment bla preċedent ta' €700 miljun.", "Dan l-istadju ta' ppjanar u konsultazzjoni ma' kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f'diversi lokalitajiet u wara li tlestew ebda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta' toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm Triq is-Sur fil-Fgura u ħames toroq residenzjali oħrajn li jinsabu f'din il-lokalità - Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq li hija lesta, Triq Buqexrem qed issir bħalissa, Sqaq Rjallu, Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.", "Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project waqt li qed tippjana l-proġett ta' ¿ewġ mini taħt ir-roundabout ta' Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn il-Fgura fost lokalitajiet oħrajn.", "ŻWIĠIJIET BEJN PERSUNI TAL-ISTESS SESS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess matul is-sena 2018, u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?", "JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8399.", "UNJONI ĊIVILI BEJN PERSUNI TAL-ISTESS SESS", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Unjoni Ċivili kien hemm bejn persuni tal-istess sess matul is-sena 2018, u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?", "JOSEPH MUSCAT: Ninsab infurmat li fis-sena 2018 kien hemm 3 (tliet) koppji tal-istess sess li ngħaqdu fl-Unjoni Ċivili.", "Filwaqt li mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Mejju 2019 kien hemm koppja waħda tal-istess sess li ngħaqdu f'Unjoni Civili.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ – TIBDIL FIS-SERVIZZI SOĊJALI", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' tibdil fis-servizzi soċjali li huma intitolati għalihom persuni b'diżabilità mis-sena 2013 sal-lum?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi t-tibdiliet, sena b'sena mill-2013 sal-lum huma kif ġej:", "Sena 2013 - Pensjoni ta' Diżabilità :", "Provvediment sabiex id-drittijet marbuta għall-Pensjoni ta' Diżabilità jingħataw ukoll lil persuni li żżewġu qabel is-6 ta' Jannar 2007.", "Sena 2014 - Allowance ta' Tfal b'Diżabilità :", "Tiżdied ir-rata minn €16.31 fil-ġimgħa għal €20 fil-ġimgħa.", "Sena 2015 - Pensjoni ta' Diżabilità :", "B'effett minn Jannar 2015 kull persuna li tkun qiegħda f'impjieg bi qliegħ jew taħdem għal rasha bi qliegħ li jeċċedi l-Paga Minima Nazzjonali kellha dritt għal Pensjoni għal Diżabilità sħiħa u għalhekk ma jseħħ l-ebda tnaqqis mill-imsemmija pensjoni.", "Sena 2016 - Diżabilità u Pensjoni għal Persuna b'Vista' Batuta :", "B'din il-miżura dawk il-persuni kollha li qiegħdin jirċievu Pensjoni ta' Diżabilità u jilħqu l-età ta' sittin sena bdew jitħallsu r-rata fil-ġimgħa li hija ekwivalenti għar-rata ta' Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja.", "Id-differenza li żdiedu fil-ġimgħa hija ta' €5.16.", "Barra minn hekk permezz ta' din il-miżura kien qiegħed jiġi simplifikat il-proċess fejn persuna ma għandhiex għalfejn tmur tapplika għall-Pensjoni tal-Età hekk kif tilħaq l-età ta' sittin sena.", "Sena 2017 - Karta Roża lill-persuni li jircievu Assistenza għal Diżabilità :", "Persuni li jirċievu l-Pensjoni għal Diżabilità u li jkunu eliġibbli għall-mediċini b'xejn se jibdew jingħataw il-Karta r-Roża għal sena u mhux għal tliet xhur.", "Sena 2017 - Benfiċċji għal Diżabilità:", "B'effett minn Jannar 2017 ġiet introdotta l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, fejn persuna b'diżabilità, li tbati minn kundizzjoni elenkata fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, hija totalment dipendenti (Barthel Index minn 0 sa 4) u ma tistax taħdem għandha dritt għal ħlas ta' €120.00 fil-ġimgħa.", "Din l-assistenza ma taqax taħt it-test tal-mezzi.", "Eventwalment u gradwalment din l-assistenza se tibqa' togħla sal-Paga Minima Nazzjonali netta.", "Barra minn hekk ġiet introdotta wkoll l-Assistenza għal Diżabilità li jistgħu japplikaw għaliha dawk il-persuni li għandhom paraliżi totali permezz ta' amputazzjoni jew mod ieħor ta' driegħ jew riġel wieħed.", "Sena 2018 - Żieda fil-Pensjoni lil benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Età u Persuni 'il fuq minn 60 sena li jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u għal Vista Batuta :", "B'effett minn Jannar 2018 ġiet miżjuda r-rata fil-ġimgħa b'€2.00 minbarra l-COLA ta' €1.75 sħiħa, lill-pensjonanti kollha.", "Sena 2018 - Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa :", "§ B'effett minn Jannar 2018, ir-rata fil-ġimgħa żdiedet minn €120.00 għal €140.00 fil-ġimgħa.", "§ B'effett minn Jannar 2018 l-eliġibilità fir-rigward tal-Barthel Index żdiedet minn skala ta' minn 0 sa 4 għal skala minn 0 sa 8.", "Sena 2019 - Żieda fil-Pensjoni lil benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Età u Persuni 'il fuq minn 60 sena li jirċievu Assistenza għal Diżabilita Severa u għal Vista Batuta :", "B'effett minn Jannar 2019 ġiet miżjuda r-rata fil-ġimgħa b'€2.17 minbarra l-COLA ta' €2.33 sħiħa, lill-pensjonanti kollha.", "Sena 2019 - Allowance ta' Tfal b'Diżabilità :", "Tiżdied ir-rata minn €20 fil-ġimgħa għal €25 fil-ġimgħa.", "Sena 2019 - Assistenza Miżjuda Diżabilità Severa :", "Tiżdied ir-rata minn €140 fil-ġimgħa għal €150 fil-gimgħa.", "Sena 2019 - Introdott mezz ta' kejl ieħor permezz tat-Tabelli ta' Indeboliment :", "Sabiex persuni li jbatu minn diżabilità intellettwali u m'humiex tajbin għal xogħol għalkemm ma jikkwalifikawx għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa għax ikun għadhom mobbli, jikkwalifikaw taħt il-kejl il-ġdid.", "L-ISLA – PARKEĠĠI RISERVATI GĦAL PERSUNI B'DIŻABILITÀ – MONITERAĠĠ MILL-PULIZIJA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ikun hemm sorveljanza mill-pulizija sabiex spazju ta' parking riservat għal persuni b'diżabilità fil-Pjazza tal-Isla u f'bnadi oħra fl-istess lokalità, ma jitteħidx minn persuni oħra bla diżabilità?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett konxji u jissorveljaw spazju ta' parking riservat għal persuni b'diżabilità fil-Pjazza tal-Isla u bnadi oħra.", "Fil-fatt kien hemm okkażjonijiet fejn anke nħarġu Traffic Offence Tickets lill-persuni li pparkjaw irregolarment f'dawn il-postijiet.", "Il-Pulizija tat-Traffiku jagħmlu s-sorveljanza tagħhom ukoll biex jevitaw l-istess abbużi f'kull lokalità.", "DAR TAL-ANZJANI IMSIDA – PROBLEMA BL-ARJA KUNDIZZJONATA", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex partijiet kbar mid-Dar tal-Anzjani tal-Imsida, inkluż il-kmamar fejn jorqdu l-anzjani, jinsabu bla arja kundizzjonata u ilhom hekk għal madwar għaxart ijiem?", "Meta din il-ġimgħa pajjiżna għaddej minn heat wave, tant li l-gvern qed jappella lill-anzjani biex jibqgħu fil-frisk, kif jista' l-istess gvern iħalli dar tal-anzjani bla arja kundizzjonata għal madwar għaxart ijiem?", "Jista' jgħid meta l-arja kundizzjonata fid-Dar tal-Anzjani tal-Imsida se tibda taħdem?", "Sadanittant x'miżuri qed jieħu l-gvern biex itaffi l-problema ta' sħana kbira li qed isofru dawn l-anzjani fid-Dar tal-Imsida?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qiegħed isegwi din is-sitwazzjoni mill-qrib.", "Filfatt ic-chillers tad-Dar tal-Anzjani fl-Imsida,mistennija jiġu msewwija matul din il-ġimgħa stess, hekk kif xi parts kellhom jiġu minn barra.", "Fil-fratemp, id-Dipartiment ħa l-miżuri neċċessarji sabiex jassigura li l-anzjani jinżammu fi stat tajjeb f'kull ħin.", "Dan jinkludi tqassim ta' fans u pprovediment ta' ilma kontinwu hekk kif meħtieġ.", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti kull sena mis-sena 2000 sal-lum b'Doctor of Laws /Master of Laws?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat mill-Università ta' Malta li t-tagħrif mitlub mill-Onor.", "Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Filwaqt li nifraħ lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li salvaw kelb fejn skont dak li ġie rrapurtat mill-media, kien allegatament marbut u b'sarima ma' ħalqu, jista' l-Ministru ġentilment jgħid fejn instab dan il-kelb?", "Jista' jgħid jekk ġewx imsejħa l-pulizija?", "Sid il-kelb se jittella' l-Qorti?", "Jekk iva, meta?", "JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant u nikkonferma li d-Direttorat reponsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali salva kelb li kien marbut b'sarima ma' ħalqu.", "Dan il-każ seħħ ġewwa Haż-Żabbar.", "Il-Pulizija ġew imsejjħa.", "Id-Direttorat ħa jkun qed joħrog kwerela f'dan ir-rigward, liema kwerela ser tkun qed tintbagħat lill-Pulizija matul din il-ġimġħa."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190617_237o_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 24 ta' Ġunju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq iċ-Ċimiterju f'Raħal Ġdid u jista' jindika liema parti minnha tista' ssir?", "Jista' jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Qalb ta' Ġesù f'Raħal Ġdid?", "Jista' jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10307, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim relattiv?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10306, jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-kwistjonijiet li hemm pendenti taħt il-privileġġi u immunitajiet diplomatiċi mogħtija?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10303 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn il-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, f'Bormla għadhom ma tlestewx?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10300 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'xogħol sar u kemm effettivament intefaq fuq Triq Castagna Filippu fil-Gudja?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8509, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li fadal fuq is-sistema tal-pumping tal-ilma ġewwa il-ġibjun fl-ex miżbla tax-Xagħra (il-Qortin) sarx sabiex is-siġar ikunu msoqqija permezz tal-ilma miġbur fil-ġibjun, peress li s-sajf issa beda?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għalfejn it-tender MGOZ/MPU T 05/2019 ġiet ikkanċellata fl-10 ta Mejju 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender ta' kiri ta' Open Skips li kellha tagħlaq fil-10 ta' Ġunju 2019 fid-9.30am, ġiet mġedda b'ġimgħa oħra ftit ħin qabel għalqet it-tender u issa tagħlaq fis-17 ta' Ġunju 2019 fid-9.30am?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li x-xogħlijiet fuq Triq Sannat, it-triq li twassal għal pjazza ta' Sannat, waqfu kompletament f'dawn l-aħħar ġranet u dan b'detriment tar-residenti ta' din it-triq u ta' mijiet oħra li jużawha b'mod regolari?", "Meta hu ppjanat li dan ix-xogħol f'din it-triq jitkompla u jitlesta minn kollox?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9829, jista' l-Ministru jgħid x'produzzjonijiet/films inġibdu matul is-sena 2019u kemm huwa ppjanat li jinġibdu ġewwa Għawdex matul il-kumplament tas-sena 2019 u kemm hu l-valur fi flus ta' dawn il-produzzjonijiet/films?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-kirja tal-vapur li nkera mill-Gozo Channel biex joffri servizz bejn Malta u Għawdex?", "Għal kemm żmien inkera dan il-vapur u taħt liema kundizzjonijiet?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10374, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jirranġa sabiex is-Sapport Group/s jismu Reaching Out jibda jiġu wkoll organizzat f'lokalitajiet oħra u mhux bilfors fiċ-Ċentru Tommaso Chetcuti li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10349, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ġranet li saru l-attivitajiet fi gruppi fiċ-Ċentru ta` Matul il-Jum taż–Żejtun u fiex kienu jikkonsistu dawn l-attivitajiet?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6461, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-attivitajiet li saru fi gruppi u li ngħataw lil madwar 43 pazjent li jattendu l-Paola Day Centre matul din is-sena?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn l-attivitajiet u meta saru?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6461, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-attivitajiet li saru fi gruppi u li ngħataw lil madwar 49 pazjent li jattendu l-Floriana Day Centre matul din is-sena?", "Fiex kienu jikkonsistu dawn l-attivitajiet u meta saru?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa t-total ta' pazjenti li jgħixu fl-Isptar Monte Carmeli u kemm minnhom ilhom hemm", "(a) aktar minn ħames snin;", "(b) aktar minn 10 snin; u", "(c) aktar minn 20 sena?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Peress li jidher li l-atturi tal-Enactment għandhom xi diffikultà kemm fuq pagamenti b'lura, kemm ta' xogħol kif ukoll ta' taqlib ta' xogħol, jista' l-Ministru jispjega dan kollu?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-aħħar vapur li nġieb Malta mill-Gozo Channel huwiex aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, persuni li jagħmlu użu minn siġġijiet bir-roti jew għal dawk li jagħmlu użu minn pushchairs?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' serq sar fil-Mosta, xahar b'xahar minn Marzu sa Mejju 2019?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex bejn it-22 u l-24 ta' Frar 2019, tħalla ħiereġ kwantità kbira ta' ilma mit-tielet sular tal-bini Allied House li huwa wieħed mill-binjiet tal-Ministeru tiegħu?", "Veru li nġab plumber sabiex jitranġaw xi pajpijiet tal-ilma fl-istess sular però ma kienx informat li xi pajpijiet kienu diġà nqassmu f'żona oħra tal-bini, u dan meta l-Ministeru għandu żewġ handymen li setgħu faċilment għamlu dan ix-xogħol?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa reception counter intenzjonat għar-reception area tal-bieb prinċipali tal-Ministeru tiegħu fejn minkejja li sar skont l-ispeċifikazzjonjiet li ngħata lill-handyman tal-Ministeru mill-uffiċjali tal-istess Ministeru, meta tpoġġa fil-post fil-ġudizzju tas-Segretarju Permanenti, skont hi, dan ir-reception counter kien kbir wisq għall-post?", "Dan in-nuqqas ta' komunikazzjoni, kemm ġie jiswa lill-poplu?", "Ladarba dan ir-reception counter mhux qed jintuża, jista' jgħid fejn jinsab fil-preżent?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ambaxxatur mhux residenti għas-Santa Sede li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux salarju ta' Ambaxxatur residenti full-time?", "Jista' jitpoġġa kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta ħarġet is-sejħa għall-ħatra ta' Direttur għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, din ħarġet bħala 'Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra u Affarijiet Konsulari?", "Dan ifisser bidla fil-politika tal-Gvern fejn l-Affarijiet ta' ħutna Maltin li Jgħixu Barra minn Malta ma għadux prijorità għal dan il-Gvern?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati fil-Legal Unit tal-istess Ministeru li għandhom warrant ta' avukat sabiex jipprattikaw din il-professjoni?", "Kemm-il darba dawn l-lawrjati rrappreżentaw lill-Ministeru tiegħu mingħajr warrant, quddiem maġistrat u/jew imħallef?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni tal-Istituzzjoni tal-Parliamentary Assembly of the Mediterrean (PAM)?", "Jista' jgħid jekk il-ħaddiema tal-PAM għadhomx joperaw minn Malta?", "Jew telqu minn Malta kif jindika fuq il-websajt tagħhom u jinsabu r-Rumanija u/jew l-Italja, https://www.pam.int/default.asp?m=contact?", "L-ONOR.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża nstemgħet kontra Malta fil-Qorti ta' Strassburgu fl-aħħar 15-il sena?", "X'kienu l-materji tal-vertenzi deċiżi f'dawn il-kawżi?", "X'kien l-eżitu ta' kull kawża?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Ġaladarba ġie r-raba' vapur, tista' l-Ministru tgħid b'liema mod ġie mixtri jew mikri dan il-vapur (jekk hux b'tender, expression of interest jew direct order)?", "Tista' tagħti d-dettalji ta' kif inxtara jew ġie mikri?", "L-ONOR.", "GLENN BEDINGFIELD staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi mill-Qorti tal-Appelli Krininali Sede Inferjuri mill-1 ta' Jannar sal-lum, minn kull ġudikant individwali?", "L-ONOR.", "ANTON REFALO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li jiġi proċessat il-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatamet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-implimentazzjoni tal-wegħda ta' Tourism Police?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-implimentazzjoni tal-wegħda ta' Tourism Police?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-fdalijiet antiki/arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijiet tal-Health Hub f'Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex jikkonsistu l-fdalijiet antiki/arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijiet tal-Health Hub f'Raħal Ġdid?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu l-aġent li ngħata l-kuntratt pubbliku għax-xiri tal-mediċina Xenidate (il-mediċina methylphenidate slow realease Xenidate)?", "Jista' jgħid ukoll meta beda u meta se jiskadi dan il-kuntratt u kemm hu l-valur ta' dan il-kuntratt?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Billi r-Richmond Foundation indikat li hawn mal-150,000 persuna f'Malta li jsofru minn problemi ta' saħħa mentali, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'jaħseb li hi r-raġuni li bħalissa hawn biss total ta' 5,690 persuna li qed jirċievu s-servizz tal-Outpatients tal-psikjatrija?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10346, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk il-Gvern għandux is-servizz ta' respite bħalma għandhom ir-Richmond Foundation sabiex jiġu aktar megħjuna l-familjari ta' persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jindika mis-sena l-oħra 'l hawn:", "a. kemm-il serqa ġiet irrapportata lill-Pulizija f'Wied il-Għajn u kemm minnhom ġew solvuti;", "b. kemm-il persuna taħt l-età nqabdet f'xi diskoteka, bar jew postijiet oħra fejn huwa projbit;", "c. kemm-il persuna nqabdet tittraffika d-droga f'din il-lokalità; u", "d. kemm-il persuna nqabdet tpejjep f'postijiet ipprojbiti?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10350, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jitlob lill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jidentifika x'kienu l-ilmenti u/jew talbiet li jikkonċernaw materji koperti mill-Att dwar is-Saħħa Mentali hekk kif indikati f'din ir-risposta?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10373, jista' l-Ministru jgħid fid-dettal x'inhuwa l-irwol tas-social workers tal-Cottonera CommunityService u f'liema lokalitajiet qegħdin jaħdmu?", "X'għandha tagħmel persuna sabiex tagħmel użu mis-servizz tagħhom?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Finanzi.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 88 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja) – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 89 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "21 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 24 ta' Ġunju 2019, fis-2.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 26 ta' Ġunju 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 86 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat –Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "21 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190624_240a_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 25 ta' Ġunju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10299 u jgħid kemm hemm persuni li bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2018 u tul din is-sena sal-aħħar ta' April 2019?", "Jista' jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10298 u jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2018 u kemm s'issa fis-sena 2019?", "Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10293 u jgħid għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-Presidenza l-ġdida li ġejja?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra, iktar issa li ġej is-sajf, peress li hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa Beijing iċ-Ċina?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa Berlin?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena skolastika li jmiss li tibda f'Settembru li ġej, parti mill-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex hux ser timxi lejn l-Iskola Primarja tan-Nadur?", "Jekk iva liema klassijiet ser jiġu trasferiti, għal kemm żmien u b'liema kundizzjonijiet?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid min hu l-kuntrattur li qed jipprovdi s-servizz ta' 'Open Skips' ġewwa l-area tal-Fessej f'Għajnsielem Għawdex?", "Tista' tgħid ukoll ħarġitxt sejħa pubblika?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni li ma ħarġitx sejħa pubblika?", "Kemm ilu jipprovdi dan is-servizz il-kuntrattur u kemm kien jitħallas għal kull open skip?", "Kif ġiet stabbilita r-rata ta' ħlas?", "S'issa kemm tħallas globalment il-kuntrattur?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex il-barkun u l-makkinarju l-ieħor li kien qed jintuża fid-dredging (tindif ta' qiegħ il-baħar) ġewwa l-Port tal-Imġarr Għawdex ma għadux hem, imma il-makkinarju qed jiġi wżat f'postijiet oħra ġewwa Malta fuq xogħol ta' Ministeru ieħor?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-organizzaturi tan-nar fil-festi f'Għawdex qed ikollhom iħallsu ammonti konsiderevoli biex ikollhom pulizija fil-post fejn jinħaraq in-nar, minn meta jasal in-nar sa meta dan jinħaraq kollu, meta f'Malta dan ma jsirx u fil-mument li n-nar jasal fuq il-post fejn ikun se jinħaraq, ir-responsabilità tgħaddi fuq min għandu l-liċenzja u jkun nħareġ il-permess fuqu?", "Ma jaħsibx li din hija spiża żejda għall-festi f'Għawdex meta mqabbel ma' Malta?", "X'passi se jieħu biex din id-differenza titneħħa u hekk ikun qed jitneħħa piż żejjed fuq l-organizzaturi tan-nar fil-festi li jsiru f'Għawdex?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid min kien il-kuntrattur li ħadem fuq Triq Mary Mejlaq fir-Rabat Għawdex, li saret f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Tista' tgħid kemm ġiet tiswa din it-triq u min kien il-Perit li ċċertifika x-xogħol kollu li sar f'din it-triq?", "Tista' tgħid kemm-il servizz tal-ilma ġie mibdul f'din it-triq?", "Tista' tgħid jekk inbidilx il-main tal-ilma fl-istess triq?", "Tista' tgħid ukoll kemm-il servizz tad-drenaġġ kellu bżonn jinbidel f'din it-triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9721, tista' l-Ministru tgħid jekk sarux aktar testijiet tal-Plate Bearing fuq il-kumplament ta' Triq il-Ħamrija fix-Xewkija Għawdex?", "Jekk iva, tista' tgħid kemm-il test sar u d-dati meta saru?", "F'liema parti saru u jindika permezz ta' street plan fejn saru l-plate bearing tests u x'kien ir-riżultat?", "Jista' jgħid min għamilhom u min iċċertifika r-riżultat ta' dawn il-plate bearings tests?", "Fl-aħħar nett, tista' l-Ministru tgħid meta suppost kellha tkun lesta din it-triq, u issa meta ħa tkun lesta minn kollox u terġa' tinfetaħ kollha kemm hi għas-sewwieqa?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini Maltin u persuni ta' dixxendenza Maltija, li jgħixu madwar id-dinja, pajjiż b'pajjiż?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta l-Maltin fl-Iskozja pprovaw jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta' Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f'Stirlingshire, , dan ma irrispondix u ċ-ċittadin spiċċa ma nqedix?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Senior Programme Officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u issa kandidat mal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew hux qed jinżamm jaħdem, meta dan għandu impjieg ieħor full-time bħala lecturer mal-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta' Malta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid, skont il-business card uffiċjali tas-Senior Programme Officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' jagħti l-perjodu meta kien Negozjatur Malti waqt il-Presidenza Maltija?", "Meta ħa t-taħriġ biex sar 'Oxford Trained Diplomat'?", "Meta kien 'Ekonomista mal-Kummissjoni Ewropea'?", "Kemm kien jitħallas bħala 'Advisor fil-Parlament Ewropew'?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-Chief Information Officer tal-Ministeru tiegħu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' safar uffiċjali tal-uffiċjal li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-aħħar sena?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq żjara uffiċjali ta' xogħol tal-Gvern f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid meta kienu d-dati tal-mawriet, f'liema pajjiżi saru l-mawriet u x'kien l-iskop tagħhom f'kull każ?", "MOZZJONIJIET", "MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-professjonijiet imnisslin minnhom\".", "MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla\".", "MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL L-ONOR.", "L-Ewwel Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att tal-2019 dwar l-Edukazzjoni\".", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Tieni Qari (Kont) – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 88 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja) – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 89 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "24 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI", "Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 26 ta' Ġunju 2019 fis-2:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti; u", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 86 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat –Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Ministru għall-Finanzi.", "24 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190625_241a_par.docx"} {"text": ["Mistoqsijiet Parlamentari", "It-Tlieta, 25 ta' Ġunju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10299 u jgħid kemm hemm persuni li bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2018 u tul din is-sena sal-aħħar ta' April 2019?", "Jista' jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul is-sena 2018, l-ammont ta' persuni li bbenefikaw mill-benefiċċju In-work Benefit kien ta' 4,463 persuna.", "Minn dawn kien hemm, 1,540 mara u 2,923 raġel.", "In-numru ta' benefiċjarji għas-sena 2019, sal-aħħar ta' Mejju 2019, kien jammonta għal 3,940 li minnhom 1,417 kienu nisa u 2,523 kienu rġiel.", "PERSUNI LI APPLIKAW GĦAL GĦAJNUNA SOĊJALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10298 u jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2018 u kemm s'issa fis-sena 2019?", "Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?", "MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant illi matul il-perjodu msemmi kien hemm dawn l-applikazzjonijiet:", "Il-persuni li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess perjodu, kien kif ġej:", "PRESIDENZA - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10293 u jgħid għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-Presidenza l-ġdida li ġejja?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li s-segwenti huma d-dati li huma previsti għal laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea skont il-kalendarju provisorju tal-Presidenza li jmiss tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – ċjoè l-Presidenza Fillandiża:", "· 18 -19 ta' Lulju 2019:Kunsill informali tal-Ġustizzja u l-Intern;", "· 7 - 8 ta' Ottubru 2019: Kunsill formali tal-Ġustizzja u l-Intern;", "· 21 ta' Novembru 2019: Kunsill formali tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport; u", "· 2 - 3 ta' Diċembru 2019: Kunsill formali tal-Ġustizzja u l-Intern.", "Importanti li jingħad li dawn id-dati huma biss provviżorji u allura soġġetti għal tibdil.", "Importanti wkoll li jiġi emfasiżżat il-fatt illi huwa possibbli li apparti dawn il-laqgħat hawn fuq imsemmija, jiġu kkonvokati laqgħat oħra ta' livell Ministerjali d-dati u s-suġġeti ta' liema jkunu kkomunikati lid-delegazzjonijiet matul il-Presidenza Fillandiża nnifisha.", "IX-XGĦAJRA – MANUTENZJONI TAX-XATT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra, iktar issa li ġej is-sajf, peress li hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih?", "OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.", "AMBAXXATA FIĊ-ĊINA - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa Beijing iċ-Ċina?", "CARMELO ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant bil-ħidma attiva tal-Ambaxxata tagħna ġewwa Beijing iċ-Ċina fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena.", "Fil-bidu tal-2019, l-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing mhux biss kienet akkreditata għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iżda akkreditata wkoll għar-Repubblika tal-Mongolja, għar-Repubblika tal-Filippini kif ukoll għar-Renju tal-Kambodja.", "Fis-16 ta' Jannar 2019, l-Ambaxxatur-Residenti f'Beijing ippreżenta l-kredenzjali lill-Eċċellenza Tiegħu Nguyen Phu Trong, President tar-Repubblika tal-Vjetnam.", "Minkejja li dawn il-pajjiżi jikkonsistu parti kbira mill-Asja, Malta tgawdi relazzjonijiet diplomatiċi eċċellenti magħhom kollha, u xhieda ta' dan hija ż-żieda fl-attivita` kummerċjali, speċjalment maċ-Ċina u l-Filippini, kif ukoll mal-Vjetnam.", "Fl-24 ta' Jannar 2019, f'ċerimonja fejn attendew iktar minn 1,000 persuna, l-Ambaxxatur ta' Malta għaċ-Ċina ġie onorat bi preżentazzjoni tas-Super Ambassador's Award mis-Silk Road Spring Festival Committee.", "Fil-31 ta' Jannar 2019, l-Ambaxxatur attenda riċeviment tas-Sena l-Ġdida fl-Istate Guesthouse ospitat mill-Eċċellenza Tiegħu Wang Yi, Kunsillier tal-iStat u Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina.", "Fuq stedina mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Ambaxxatur ta' Malta attenda diversi okkażjonijiet, li inkludew promozzjonijiet fil-Provinċja ta' Shanxi u l-belt ta' Tianjin.", "L-Ambaxxatur ta' Malta jorganizza laqgħat kull tliet xhur mad-Dipartiment tal-Affarijiet Ewropej sabiex jassigura li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina ikompli jaħdem fuq ir-rikjesti ta' Malta.", "L-aħħar laqgħa saret fit-28 ta' Jannar 2019.", "Fost affarijiet diskussi, kien hemm segwitu fuq Memorandum ta' Ftehim rigward One Belt One Road iffirmat fis-6 ta' Novembru 2018, kif ukoll progress fuq l-iffirmar propost ta' Ftehim dwar Programm Kulturali mill-2019 sal-2023.", "Fl-aħħar ta' Marzu, l-Ambaxxatur irrappreżenta lil Malta fil-Forum Annwali BOAO, li sar fil-gżira ta' Hainan fin-nofsinhar taċ-Ċina.", "Waqt il-preżentazzjoni tiegħu, l-Ambaxxatur għamel emfasi fuq l-andament tajjeb ħafna tal-ekonomija ta' pajjiż żgħir bħal Malta, kif ukoll iż-żieda li seħħet fil-kummerċ bejn Malta u ċ-Ċina, speċjalment fejn jidħol investiment fis-settur tal-enerġija mill-kumpanija Shanghai Electric Power Co. Ltd.", "(SEP), kif ukoll l-istabbiliment ta' Shanghai Electric Power (Malta Holdings) Ltd. f'Malta.", "Bejn l-24 u s-27 ta' April 2019, saret it-tieni laqgħa tal-Belt and Road Initiative (BRI) f'Beijing.", "F'din il-laqgħa importanti, Malta kienet irrappreżentata mill-Onor.", "Joe Mizzi, il-Ministru għall-Enerġija u Maniġġjar tal-Ilma.", "Il-Ministru Mizzi attenda ċ-Ċerimonja tal-Inawgurar tal-Belt and Road Energy Partnership u għamel l-Indirizz Ewlieni għall-Konferenza dwar l-Enerġija tal-BRI.", "Wara d-diskors ewlieni tiegħu, il-Ministru Mizzi ffirma Memorandum ta' Ftehim (MOU) mal-SEP, li jirrikonoxxi wkoll iż-żieda fil-koperazzjoni bejn Malta u l-SEP li se tara investiment fil-provvista ta' enerġija fil-Montenegro permezz tal-bini ta' turbini tar-riħ.", "Kummerċjali", "Flimkien mat-tkabbir kostanti tal-applikazzjonijiet għall-VISA mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing rat ukoll tkabbir mgħaġġel fl-applikazzjonijiet għall-VISA mill-Filippini.", "Barra minn hekk, bl-approvazzjoni tas-Central VISA Unit ta' Malta (CVU), numru sinjifikanti ta' atturi ġodda bħall-Vjetnam, it-Tajlandja u l-Indoneżja daħlu fix-xena.", "Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet mill-Filippini inkludew permessi tax-xogħol li jirriflettu t-tkabbir sostanzjali tal-ħaddiema Filippini fl-industriji ta' Malta bħal Carers, Saħħa, and Ospitalita`.", "Is-CVU approvat applikanti minn nazzjonijiet oħra li kienu jikkonsistu l-aktar minn applikanti għal studenti fit-tul li jeħtieġu Vizi D-National.", "In-numru ta'applikazzjonijiet għal VISA minn dawn in-nazzjonijiet kollha, u li ġew ipproċessati fl-Ambaxxata ta' Beijing u l-Konsulat-Ġenerali ta' Shanghai, kienu: iċ-Ċina 2,336, il-Filippini 798, il-Vjetnam 34, it-Tajlandja 14 u l-Indoneżja 8, li jammontaw għal 3,190.", "̄ieda maġġuri fl-ammont ta' xogħol kemm tal-Ambaxxata ta' Beijing kif ukoll tal-Konsulat-Ġenerali ta' Shanghai ġejja mill-ipproċessar u x-xhieda ta' dokumenti għall-applikanti għall-Malta Residence VISA Program (MRVP) u l-Malta Individual Investor Program (MIIP).", "Kemm fl-Ambaxxata ta' Beijing kif ukoll fil-Konsulat-Ġenerali ta' Shanghai, it-Tlieta u l-Ħamis ta ' kull ġimgħa huma kważi totalment iddedikati għall-intervisti tal-applikanti ewlenin u d-dipendenti tagħhom, kif ukoll ix-xhieda tad-dokumenti rilevanti.", "Kull applikazzjoni waħda tista' tinkludi sa għaxar jew tnax-il persuna, u ssarraf f'x-xogħol li jieħu ħafna ħin.", "Minn Jannar sal-aħħar ta' April, l-Ambaxxata ta' Beijing u l-Konsulat-Ġenerali ta ' Shanghai kienu pproċessaw 175 applikazzjoni għall-MRVP u 13-il applikazzjoni għall-MIIP.", "Xejra kummerċjali pjaċevoli kienet iż-żieda fin-numru t'applikazzjonijiet għall-istudenti għal bosta mill-istituzzjonijiet terzjarji ta' Malta u l-iskejjel tal-lingwa Ingliża.", "L-Ambaxxatur ta' Malta żar Shanghai biex jipparteċipa bħala Mistieden t' Unur fil-Ftuħ Uffiċjali tal-Uffiċċju ta' Shanghai tal-Università Amerikana ta' Malta (AUM).", "Fiċ-Ċerimonja, l-Università ffirmat ukoll Memorandum ta' Ftehim (MOU) mal-Università Normali tal-Lvant taċ-Ċina.", "Attivitajiet kummerċjali oħra kienu jinkludu l-intervisti mill-Ambaxxatur ta' Malta lil diversi persuni li jixtiequ jipproponu pjanijiet ta' negozju għal attivitajiet kummerċjali f'Malta.", "Ħafna minn dawn il-persuni esprimew interess ewlieni fil-Leġiżlazzjoni ta' Malta dwar il-Blockchain u għarfien tajjeb dwarha.", "Bosta minn dawn il-persuni sussegwentement attendew is-Summit ta' Blockchain li sar f'Malta fl-aħħar ta' Mejju, 2019.", "Ħafna persuni oħra interessati fl-investiment f'Malta waslu f'Malta wara l-organizzazzjoni tad-delegazzjonijiet lill-Prim Ministru u Ministri oħra.", "Fit-22 ta' Frar 2019, l-Ambaxxatur ta' Malta intervista lill-Viċi-President, lill-Maniġer Ġenerali, lill-VIP Service Manager, u lill-Eżekuttiv tal-Promozzjoni Internazzjonali tal-Grupp taċ-Ċentru tal-Kummerċ Barrani taċ-Ċina, li fis-17 ta' Marzu żaru l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija f'Malta sabiex tippromwovi l-kummerċ bilaterali bejn Malta u ċ-Ċina, u tistabbilixxi relazzjoni m'organizzazzjonijiet tan-negozju li jistgħu jgħinu biex jiffaċilitaw il-kummerċ u l-iskambji bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna.", "Fl-1 ta' Marzu, u fit-8 ta' Marzu 2019, l-Ambaxxatur ta' Malta intervista diversi persuni miċ-China Communications Construction Group (Ltd) li kienu ġew mistiedna f'Malta mill-Onor.", "Dr. Christian Cardona, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji ż- ̄għar sabiex jipparteċipaw fil-Konferenza ta' l-Iskambju Tekniku tal-Inġinerija Mina ta' Ħong Kong-Zhuhai-Macao taċ-Ċina fit-13 ta' Marzu 2019.", "Aktar intervisti saru mill-Ambaxxatur ta' Malta aktar tard f'Marzu għal persuni addizzjonali mistiedna mill-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta' INFRASTRUCTURE MALTA biex jattendu konferenza simili li saret bejn it-22 ta' Marzu u t-28 ta' Marzu, 2019.", "B'appoġġ għall-promozzjoni tat-turiżmu Ċiniż lejn Malta, l-Ambaxxatur kellu wkoll laqgħa ma' waħda mill-akbar aġenziji turistiċi taċ-Ċina, CAISSA, biex jiddiskuti l-issimplifikar tal-applikazzjonijiet għall-VISA, u biex jissolleċita l-appoġġ tal-banek ewlenin taċ-Ċina fil-forniment ta' dikjarazzjonijiet bankarji għall-applikazzjonijiet għall-VISA.", "Bejn it-2 ta' April u l-4 t'April 2019, l-Ambaxxatur, fil-kapaċità tiegħu ta' Konsulent, irrappreżenta lill-Onor Edward Scicluna fil-laqgħa ta' kull tliet xhur tal-Bank tal-Investiment għall-Infrastruttura tal-Asja (AIIB), li minnu Malta hija waħda mill-membri inawgurali.", "Il-bank ra tkabbir mgħaġġel mis-57 membru oriġinali tiegħu f'Jannar 2016 għal 97 membru attwali tiegħu.", "Avveniment ewlieni t'interess kummerċjali li seħħ f'nofs April kienet iż-żjara f'Beijing mill-Kummissarju tal-Films ta' Malta, is-Sur Johann Grech u l-assistent tiegħu, is-Sur Daniel Camilleri.", "Fl-antiċipazzjoni taż-żjara tiegħu, l-Ambaxxatur ta' Malta kien organizza numru eżawrjenti ta' laqgħat ma' wħud mill-aqwa atturi taċ-Ċina fl-industrija tal-Films u t-TV.", "Fost oħrajn, dawk inklużi kienu rappreżentanti minn CCTV-6 Movie Channel, ir-Rapport Dinji tal-Films, CKF Pictures, il-Kumpanija Leġġendi ta' Ħames Stilel Sky Golden Harvest Company, u Culture Investment Holding Co. Ltd, li hija subordinata tal-istat ta' Beijing Culture Investiment u Development Co, Ltd.", "Minn dakinhar kien hemm korrispondenza ta' segwitu minn numru ta' dawk il-kumpaniji.", "Il-bosta attivitajiet ta' Shanghai Electric Power f'Malta wasslu għal ħtieġa ta' ħafna delegazzjonijiet ta' staff amministrattiv u tekniku anzjan biex iżuru Malta.", "Fit-18 ta' Frar, fil-5 ta' Marzu, fl-20 ta' Marzu u fit-8 ta' April, 2019, l-Ambaxxatur ta' Malta intervista lil bosta minn dawn il-persuni li waslu Malta f'diversi delegazzjonijiet fit-22 ta' Frar, fil-15 ta' Marzu, fid-29 ta' Marzu u fit-8 ta' Mejju, 2019.", "Akkademiċi minn diversi universitajiet fiċ-Ċina ppreżentaw karti f'għadd ta' konferenzi li saru f'Malta.", "L-Ambaxxatur ta' Malta ltaqa' ma' letturi mill-Università tat-Teknoloġija ta' Hubei, id-Dekan u numru ta' professuri mill-Università tax-Xlokk, kif ukoll riċerkatur assoċjat mis-Servizz Nazzjonali tad-Dejta u l-Informazzjoni Marittima, iċ-Ċina.", "Bla dubju l-aktar avveniment kulturali importanti matul l-ewwel erba' xhur tal-2019 kien il-Festival tal-Gourmet Malti li sar fil-Lukanda Minzu, lukanda ta' fama dinjija.", "Il-festival, li nfetaħ uffiċjalment b'Konferenza tal-Midja mill-Ambaxxatur Malti fl-20 ta' Marzu, 2019, sar kull jum għall-kolazzjon, l-ikla ta' nofsinhar u l-pranzu sal-31 ta' Marzu, 2019.", "Ħames koki prominenti minn Malta attendew il-festival u ġew imsajra ikliet għall-kapaċità tal-folol f'kull ikla.", "Fid-29 ta' Marzu, 2019, sar Pranzu Gala li għalih attendew diversi persuni prominenti mill-gvern Ċiniż, NGOs, kumpaniji tal-istat u CAISSA, kumpanija ewlenija tat-turiżmu.", "Il-Festival tal-Malta Gourmet sar permezz tal-kooperazzjoni mill-qrib tal-Assoċjazzjoni Maltija taċ-Ċina għall-Ħbiberija, il-Minzu Hotel, l-Assoċjazzjoni tal-Ħbiberija Popolari ta' Beijing ma' Pajjiżi Barranin, l-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing, u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta.", "Xejra pjaċevoli fir-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina kienet it-tkabbir fin-numru ta'attivitajiet u skambji kulturali.", "Dawn il-biċċa l-kbira ġew iġġenerati mill-istaff tal-ħaddiema taċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f'Malta li jinteraġixxi tajjeb ħafna mal-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing.", "Fl-aħħar ta' Diċembru 2018, 43 membru tal-Ballet ta' Guangzhou ġew f'Malta għal numru ta' wirjiet.", "Fl-10 ta' Jannar 2019, l-Ambaxxatur ta' Malta f'Beijing intervista lid-Direttur u 14-il membru tal-Fujian Quanzhou Protezzjoni tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli Ċentru tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina li żar Malta fis-17 ta' Jannar 2019, biex jagħmel numru ta' prestazzjonijiet fuq perjodu ta' ħamest ijiem.", "Fil-21 ta' Jannar 2019, l-Ambaxxatur intervista seba' persuni sponsorjati mid-Dipartiment tal-Kultura u t-Turiżmu tar-Reġjun Awtonomu ta' Guangxi Zhuang li attendew il-Forum tat-Turiżmu tal-Mediterran u l-Wirja tal-Kultura u t-Turiżmu ta' Guangxi li saret fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina fil-Belt Valletta.", "Fil-21 ta' Frar, 2019, l-Ambaxxatur ta' Malta intervista wkoll artist Ċiniż prominenti li kellu Wirja Solo f'Malta mit-3 ta' Marzu, 2019.", "Fid-19 ta' Marzu, 2019, saret ukoll intervista addizzjonali fl-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing ma' artist prominenti ieħor.", "L-Ambaxxatur ta' Malta u s-Sinjura tiegħu attendew ukoll numru ta' wirjiet kulturali inkluż id-Dance Folk Rumen, Prestazzjoni tal-Opra ta' Peking organizzata mill-Ministeru tal-Kultura u t-Turiżmu taċ-Ċina, il-Ballu Irlandiż ta' San Patrizju, u l-24 Edizzjoni tax-Xahar tal-Frankofonija.", "Attività li saret karatteristika regolari fl-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing hija l-istedina mill-Ambaxxatur ta' Malta lil studenti minn xi skejjel prominenti fiċ-Ċina biex jipparteċipaw f'diversi attivitajiet fl-Ambaxxata.", "Fil-passat, dawn inkludew dibattiti, qari tal-poeżija, kanzunetti u żfin, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' diskorsi mill-istudenti.", "Avveniment bħal dan sar fl-24 ta' Jannar, 2019, organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Ambaxxaturi Kulturali ̄għażagħ Ċiniżi u Barranin.", "L-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing hija wkoll responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Konsulat Ġenerali ta' Shanghai, fejn minbarra l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-VISA u l-intervisti tal-MRVP u l-MIIP, ħafna attivitajiet jimxu b'mod parallel mal-attivitajiet fl-Ambaxxata.", "Dawn jinkludu attivitajiet bħall-attendenza għal laqgħat tal-Heads of Missions (HOMS), l-Akkoljenza f'Jum Nazzjonali, l-iffirmar tal-Kotba ta' Kondoljanzi, eċċ.", "L-Ambaxxata ta' Malta f'Beijing hija assistita fil-ħidma tagħha mill-Konslu Onorarju f'Manila, li din is-sena jiċċelebra 30 sena f'dan ir-rwol volontarju, u l-Konslu Onorarju fil-Mongolja li għadu kif ġie maħtur.", "Mill-Preżentazzjoni tal-Ittri ta' Kredenzjali fis-16 ta' Jannar, 2019, l-Ambaxxata ta' Malta kellha wkoll l-assistenza eċċellenti tal-Konslu Onorarju fil-Vjetnam, li diġà pprovda appoġġ qawwi lid-delegazzjonijiet tal-kummerċ li jżuru l-pajjiż u għall-organizzazzjoni ta' adozzjonijiet barranin mill-Vjetnam minn familji Maltin.", "Wara bosta xhur ta' negozjati, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina issa approva wkoll l-għoti ta' l-Exequatur lill-Konslu Onorarju għal Malta f'Hong Kong li għadha kif ġiet maħtura.", "Promozzjoni ta' Malta", "Għalkemm ħafna minn dawn diġà ġew koperti fit-taqsimiet kummerċjali u kulturali, saru numru ta' attivitajiet speċifiċi għall-promozzjoni ta' Malta f'ħafna partijiet taċ-Ċina barra minn Beijing.", "Dawn inkludew żjarat mill-Ambaxxatur ta' Malta fuq diversi weekends sabiex jippreżenta diskorsi li jippromwovu lil Malta lil udjenzi li jvarjaw minn 100 sa 500 persuna.", "Diskorsi bħal dawn ġew ippreżentati f'Xian, Guangzhou, Shanghai, Shenzhen, Shenyang u Chengdu.", "Dawn il-preżentazzjonijiet ġeneralment kienu akkumpanjati minn intervisti tal-medja għall-Istampa u t-TV.", "L-Ambaxxatur ta' Malta akkumpanja wkoll delegazzjoni kummerċjali minn Malta għall-Vjetnam u għamel diskorsi ewlenin fil-promozzjonijiet f'Hanoi u Ho Chi Min City.", "F'Beijing, l-Ambaxxatur ta' Malta kellu intervista maġġuri mal-Programm tat-TV onlajn tas-CCTV u tkellem fi promozzjoni maġġuri tat-turiżmu matul il-Festival tar-Rebbiegħa Ċiniża.", "Kwistjonijiet Oħra", "Dawn inkludew l-attivitajiet tas-soltu bħalma huma li l-Ambaxxatur ta' Malta jirċievi Sejħa tal-Korteżija mill-Ambaxxatur li għadu kemm ġie maħtur mill-Ġorġja, u jattendi ikliet ospitati minn Ambaxxaturi oħra bħal Spanja, l-UAE u l-USA.", "Riċevimenti tal- Jum Nazzjonali li attendew l-Ambaxxatur ta' Malta u s-Sinjura tiegħu kienu l-Indja, il-Kuwajt, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Bangladexx, u l-Ġurnata tar-Re tal-Pajjiżi l-Baxxi.", "Ġew iffirmati kotba ta' kondoljanzi għall-Polonja, New Zealand, il-Peru, is-Sri Lanka u l-Lussemburgu.", "L-Ambaxxatur ta' Malta u s-Sinjura tiegħu attendew ukoll ANZAC Day Dawn Memorial Service fl-Ambaxxata ta' New Zealand, u ppreżentaw bukkett fjuri f'isem Malta.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa Berlin?", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena (2019), l-Ambaxxata Maltija f'Berlin inizjat u/jew ikkordinat numru ta' żjarat u laqgħat fil-Ġermanja li kienu jinvolvu Ministri u Segretarju Parlamentari, kif ukoll żjaratf'Malta minn Ministru tal-Gvern Ġermaniz u minn deputat mill-Bundestag.", "Għall-ewwel darba, Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-Konferenza dwar is-Sigurta' li ssir kull sena fi Frar fil-belt ta' Munich, il-\"Munich Secuity Conference\".", "L-Ambaxxata ħadet ħsieb li l-Ministru Carmelo Abela jiġi mistieden u ħejjiet il-parteċipazzjoni tiegħu f'diversi sessjonijiet li saru matul il-Konferenza fejn huwa għamel numru ta' interventi.", "Il-Ministru kellu wkoll taħdidiet uffiċjali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Armenja, li miegħu iffirma Memorandum ta' Ftehim, filwaqt li laqgħat bilaterali oħrajn saru mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Oman u tas-Sudan.", "Matul il-konferenza (15-17.2.2019) il-Ministru kellu wkoll numru ta' laqgħat ma' Ministri u rappreżentanti għoljin mill-Ġermanja u minn pajjiżi ohra.", "L-Ambaxxatur akkompanja lill-Ministru waqt il-programm u l-laqgħat.", "Fl-okkażjoni tal-Fiera tat-Turiżmu ITB li ssir kull sena f'Marzu f'Berlin, l-ikbar waħda tal-ġeneru tagħha fid-dinja u li fiha Malta tieħu sehem permezz ta' \"stand\" u delegazzjonijiet mill-MTA, l-Air Malta, l-MIA u numru konsiderevoli ta' rappreżentanti minn ditti privati, l-Ambaxxata organizzat – f'isem l-MTA – riċeviment għal madwar 100 ruħ mis-settur turistiku u tal-ivvjaġġar, ġurnalisti u rappreżentanti minn assoċjazzjonijiet u ditti involuti fis-settur.", "L-istedina għal dan ir-riċeviment ħarġet, mill-Ambaxxatur u miċ-Chairman tal-MTA, li ndirizzaw lill-mistednin fil-bidu tar-riċeviment.", "It-turiżmu mill-Ġermanja lejn Malta żdied kull sena matul dawn l-aħħar snin.", "Apparti mill-ITB, l-Ambaxxata tagħti s-sostenn tagħha billi regolarment torganizza attivitajiet li juru l-attrazzjonijiet ta' Malta u Għawdex, eż. l-\"Europa Lounge\" f'Berlin li fih ser tieħu sehem l-Ambaxxata (ara isfel fis-sezzjoni \"Promozzjoni ta' Malta\").", "Fiera oħra importanti li ssir kull sena ġewwa Berlin f'Jannar hija l-'Green Week'.", "Barra l-esibizzjoni ta' prodotti agrikoli, matul il-Fiera jiġu organizzati numru ta' seminars u laqgħat kif ukoll konferenza li fiha jieħdu sehem Ministri tal-Agrikoltura minn madwar id-dinja.", "L-Ambaxxata ħadet ħsieb it-tħejjijiet li saru għall-parteċipazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri u għenet matul iż-żjara tiegħu f'Berlin.", "L-Ewwel Segretarja fl-Ambaxxata Sephora Gauci akkompanjat lis-Segretarju Parlamentari.", "F'April, il-Ministru Joe Mizzi ħa sehem fil-konferenza Energy Transition Dialogue: New Horizons li saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin f'Berlin.", "L-Ambaxxata ikkordinat iż-żjara tal-Ministru filwaqt li l-Ambaxxatur akkompanjah fit-taħdidiet li huwa kellu mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru Federali għall-Ekonomija u l-Enerġija, Thomas Bareiss.", "L-Ambaxxata origanizzat iż-żjara f'Malta tad-deputat tal-Bundestag Dr. Christoph Ploss (CDU), li huwa r-'rapporteur' fuq Malta fil-Kumitat tal-Bundestag għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u membru fil-Kumitat tal-Bundestag għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali.", "L-Ambaxxatur iltaqa' ma' Dr. Ploss darbtejn qabel dan ġie Malta.", "Waqt li kien Malta, Dr. Ploss iltaqa', fost l-oħrajn, mal-Ministru l-Professur Edward Scicluna, mas-Segretarju Parlamentari Dr. Aaron Farrugia, ma' rappreżentanti mill-MFTP, mal-Professur Stephen Calleja u Dr. Monika Wohlfeld mill-MEDAC.", "Fit-18 ta' Jannar l-Ambaxxatur kellu laqgħa twila mal-membri tal-Bundestag li jiffurmaw parti mill-grupp 'Seenotrettung' (Sea Rescue) dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati u tal-migranti fil-Mediterran.", "F'dan il-grupp hemm rappreżentati l-partiti kollha fil-Bundestag barra l-partit AfD.", "Il-grupp huwa mmexxi mid-deputat president (deputy speaker) tal-Bundestag, Claudia Roth.", "Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-possibilta' li s-Sinjura Roth u l-membri tal-grupp jiġu Malta biex jaraw b'għajnejhom is-sitwazzjoni diffiċli li tinsab fiha Malta u biex jaraw kif Malta tista' tigi mgħejuna.", "Kull darba li l-AFM kienu involuti f'operazzjonijiet ta' salvataġġ ta' refuġjati jew migranti, l-Ambaxxata bgħatet l-informazzjoni rispettiva lill-media, lill-Uffiċċju tal-President Ġermaniz, lill-Uffiċċju tal-Kanċillier, lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u diversi għaqdiet u persuni li jikkuntattjaw l-Ambaxxata dwar dan is-suġġett.", "Dan biex nagħmluha ċara li, f'dan il-qasam, kontra dak li kultant jiġi rrappurtat, Malta mhux biss dejjem wettqet l-obbligi tagħha iżda wkoll marret oltre.", "B'riżultat tal-inizjattivi tal-Ambaxxata, il-media Ġermaniża diversi drabi tat prominenza lix-xogħol tal-AFM.", "Kull sena ir-reġjun ta' Ahrweiler, viċin ta' Bonn, jorganizza programm kbir ta' attivitajiet mifrux fuq diversi gimgħat imsejjaħ \"Ahrweiler Freiheitswochen\" (Il-Ġimghat tal-Liberta ta' Ahrweiler).", "Is-suġġett din id-darba kien il-Futur tal-Ewropa.", "Il-programm ta' din is-sena sar taħt il-patruċinju tal-Ambaxxatur Malti fil-Ġermanja li fetaħ il-programm uffiċjalment waqt ċerimonja fl-14 ta' Marzu fil-belt ta' Remagen.", "B'hekk Malta ingħatat pubbliċita' bi prominenza fil-media.", "L-Ambaxxatur kien mistieden iżur ir-reġjun fejn ta tlett taħdidiet, wieġeb domandi u kellu laqgħat ma' diversi persuni distinti li kienu preżenti għad-diskorsi tiegħu, fosthom deputati mill-parlament tal-istat federali ta' Rheinland-Pfalz (Rhineland Palatinate – belt kapitali Mainz) u s-Sinjura Barbara Genscher, l-armla tal-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, Hans-Dietrich Genscher.", "Huwa kellu wkoll laqgħa ma' grupp kbir ta' studenti minn tlett kulleġġi fir-reġjun li magħhom iddiskuta r-rwol ta' Malta fl-Ewropa, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, kif ukoll l-qagħda soċjali fil-pajjiż.", "Fuq din il-laqgħa kien hemm rapporti estensivi fil-media.", "L-Ambaxxatur kien involut f'taħdidiet li bdew fl-2018 u issiktaw fl-ewwel xhur ta' din is-sena ma' rappreżentanti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja kif ukoll ma' persuni mis-settur akkademiku sabiex il-Gvern Ġermaniz ikompli jiffinanzja il-katedra Ġermaniża fil-MEDAC (\"German Chair in Peace Studies and Conflict Prevention\").", "Wara diversi sinjali li dan kien ser iseħħ, f'April waslet il-konferma uffiċjali li l-Ġermanja ser tkompli tiffinanzja din il-katedra għal sentejn oħra.", "Qed isiru kuntatti biex l-għajnuna Ġermaniża tissokta wara li jiġi fi tmiemu il-ftehim preżenti fl-2021.", "Matul April saru preparamenti għaż-żjara f'Malta tal-Ministru Ġermaniż Hubertus Heil, il-Ministru fil-Gvern Federali għall-Impjiegi u Affarijiet Soċjali, li seħħet f'Mejju.", "F'Malta, il-Ministru Heil kellu taħdidiet uffiċjali u żar kumpaniji Ġermaniżi li joperaw f'Malta.", "Saru wkoll il-preparamenti għall-parteċipazzjoni tal-Ministru Carmelo Abela flimkien mal-Ambaxxatriċi Prof. Simone Borg fil-Climate & Security Conference f'Berlin.", "Fil-fatt, il-konferenza saret f'Ġunju u fiha hadu sehem il-Ministru u l-Ambaxxatriċi.", "Il-parteċipazzjoni ta' Malta f'din il-konferenza seħħet wara li l-Ambaxxata ħadet ħsieb takkwista stedina ufficjali.", "L-Ambaxxata għenet ukoll fit-tħejjija għall-parteċipazzjoni tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Karlu Manju 2019 \"Charlemagne Prize 2019\" li saret fil-belt ta' Aachen.", "Waqt l-ewwel erba' xhur tas-sena, l-Ambaxxata kompliet tosserva l-iżviluppi politiċi fil-Ġermanja, kemm dawk domestiċi kif wkoll dawk li jirrigwardjaw il-politika barranija tal-pajjiż u rrappurtat dwarhom lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Kuljum, bħal ma tagħmel regolarment, l-Ambaxxata bagħtet Malta rapporti dwar artikli li jidhru fil-media Ġermaniża, u darba fil-ġimgħa bagħtet rapport iktar estensiv b'sezzjoni fuq Malta kif issemmiet fil-media Ġermaniża.", "Matul l-ewwel erba' xhur tas-sena intbagħtu wkoll, bħal ma jiġri regolarment, traduzzjonijiet ta' artikli li kellhom x'jaqsmu ma' Malta.", "L-istaff tal-Ambaxxata ħa sehem u rrapporta fuq diversi konferenzi u seminars ta' interess kif ukoll 'briefings' li saru fil-Ministeri Ġermaniżi qabel/wara il-laqgħat Ministerjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħal FAC (Foreign Affairs Council), GAC (General Affairs Council), ECOFIN (Economic and Financial Affairs Council), AGRIFISH (Agriculture and Fisheries) u l-JHA (Justice and Home Affairs Council).", "Barra minn hekk, membri mill-Ambaxxata attendew ukoll ċerti debriefings li saru wara laqgħat li kellhom il-kanċillier jew Ministri tal-Gvern Federali ma' interlokuturi minn pajjiżi oħra.", "L-Ambaxxatur kien preżenti f'attivitajiet li saru f'Berlin li jikkonċernaw l-UE, speċjalment, fil-każ ta' l-ewwel xhur tas-sena, dwar il-presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE.", "Dawn l-attivitajiet kienu jinkludu il-preżentazzjoni tal-Programm Rumen għall-Presidenza u diskussjoni li saru fir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Berlin, il-\"working lunches\" mogħtija mill-Ambaxxatur Rumen fejn il-mistieden tal-unur ikun ministru federali, ministru tal-istat jew xi persuna distinta oħra, u attivitajiet kulturali.", "Kummerċjali", "L-Ambaxxatur kompla bis-sensiela ta' taħdidiet pubbliċi u laqgħat li ilu għaddej bihom għal żmien twil u li fihom jittratta aspetti varji tal-kultura, l-ekonomija u l-ħajja soċjali f'Malta u kuntatti bejn Malta u l-Ġermanja.", "Dawn l-attivitajiet komplew isiru, fuq medja ta' 1-2 fix-xahar, kemm fl-Ambaxxata kif ukoll f'postijiet oħrajn barra Berlin.", "L-għanijiet ta' dawn l-attivitajiet huma li Malta ssir iktar magħrufa fil-Ġermanja (l-iktar f'dawk ir-reġjuni fejn s'issa ftit hija magħrufa), u b'hekk jiżdied l-interess f'Malta biex jikber it-turiżmu, sabiex dawk li jattendu isiru jafu iktar dwar il-kuntatti li diġa jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi f'diversi setturi, jifhmu il-possibiltajiet ta' \"Doing Business in Malta\", u biex jiġu esplorati oqsma ta' interess komuni.", "Eżempji: Fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-Ambaxxatur ta taħdita fil-belt ta' Wittenberge, ltaqa' ma' 22 student tal-aħħar sena mill-Gustav Heinemann Oberschule u ma' l-għalliema tagħhom qabel ġew Malta fuq żjara edukattiva, u kellu laqgħa oħra ma' grupp mid-distrett ta' Teltow-Fläming, inklużi persuni fil-kummerċ (fosthom sidien ta' katina ta' supermarkets) immexxija minn Danny Eichenbaum MdL deputat tas-CDU fil-parlament tal-istat federali ta' Brandenburgu.", "Matul April tlestew il-preparamenti għal żewg attivitajiet oħra ta' dan it-tip, waħda għal nhar l-21 ta' Ġunju fil-belt ta' Köthen u oħra ftit iktar tard fil-belt ta' Brandenburg an der Havel.", "Mhux l-ewwel darba li, wara dawn l-attivitajiet, jiġi ffurmat grupp biex iżur Malta jew jintwera interess f'xi qasam partikulari.", "Ngħidu aħna, fil-każ tal-grupp mid-distrett ta' Teltow-Fläming, imsemmi hawn fuq, l-interess kien fi skambjar ta' żgħażagħ għal skopjiet ta' taħrig vokazzjonali - li diġà beda jseħħ.", "Fil-każ tat-taħdita f'Wittenberge, fejn hemm wieħed miċ-ċentri l-iktar attrezzati biex jitħarrġu l-għaddasa, l-interess kien f'Malta bħala destinazzjoni għall-għaddasa, settur b'potenzjal sinifikanti fil-Ġermanja.", "Fi Frar, l-Ambaxxatur żar il-\"Handwerkskammer\" (Chamber of Skilled Crafts and Trades) ta' Hanover, waħda mill-ikbar kmamar ta' snajja speċjalizzati fil-Ġermanja.", "Hemmhekk iddiskuta mal-President Wilhelm Steinmann u s-CEO Peter Karst diversi ideat dwar kif jistgħu jikbru l-kuntatti ma' Malta, kemm bħala lok għall-manufattura ta' ċertu prodotti kif ukoll fis-settur tat-taħriġ ta' żgħażagħ fi snajja speċjalizzati.", "Bħala riżultat ta' din iż-żjara, is-CEO Peter Karst ġie Malta f'April u ltaqa', fost oħrajn, mal-Ministru Bartolo.", "Is-Sur Karst għadu f'kuntatt mal-MEDE u talab laqgħa oħra mal-Ambaxxatur li se ssir fis-26 ta' Ġunju fl-Ambaxxata.", "Ta' importanza kienet iż-żjara li għamel f'Malta ir-rappreżentant tal-\"gtai\" (Germany Trade and Invest).", "L-Ambaxxatur iltaqa' ma' dan ir-rappreżentant (Oliver Döhne) qabel ġie Malta, baqa' f'kuntatt miegħu u għamillu l-appuntamenti neċessarji ma' persuni li setgħu jagħtuh l-informazzjoni li xtaq (Malta Enterprise, Trade Malta, Bank Centrali, Chamber of Commerce, Industry and Enterprise).", "Ir-rapporti li jsiru mill-gtai (li hija aġenzija tal-Gvern Federali) fuq il-pajjiżi rispettivi huma kruċjali f'każ li investitur jew kummerċjant ikun qed jikkonsidra jinvesti jew jinnegozja ma' pajjiż partikulari.", "Fir-rapport il-ġdid li ppublikat il-\"gtai\" din is-sena joħorgu ċari dawn il-fatti: il-qagħda b'saħħitha tal-ekonomija Maltija, ir-ritmu mgħaġġel li bih qed tikber, il-proġetti kbar ippjanati, u l-oqsma li investituri jew nies tan-negozju Ġermaniżi għandhom jikkunsidraw meta jħarsu lejn Malta.", "L-Ambaxxata tgħaddi lill-Malta Enterprise u istituzzjonijiet oħra f'Malta kuntatti jew talbiet għal informazzjoni minn persuni, kumpaniji jew aġenziji minn oqsma differenti li jistgħu ikunu ta' interess.", "F'Jannar, l-Ambaxxata irranġat programm għal żjara edukattiva f'Malta minn 24 student mill-Berlin Campus - Stanford University taħt it-tmexxija tal-Professur Uli Brückner.", "L-Ambaxxata ippreparatilhom programm intensiv li kien jinkludi laqgħa mal-Eċċellenza Tagħha il-President ta' Malta, viżita tal-bini tal-Parlament u laqgħa ma' Mr Speaker Dr. Angelo Farrugia, u diskussjoni mal-Ministru Evarist Bartolo.", "Din kienet it-tieni darba li l-Ambaxxata ħadmet mal-Campus ta' Berlin ta' Stanford biex grupp ta' studenti jżuru Malta; l-Ambaxxata kienet ikkordinat l-ewwel żjara fl-2015.", "Fuq stedina tat-tmexxija tal-\"Europaschule\" (skola Ewropea) Kinderakademie der Johanniter fil-belt ta' Eberswalde fl-istat federali ta' Brandenburgu, l-Ambaxxatur u l-Ewwel Segretarja fl-Ambaxxata żaru l-iskola u tkellmu mal-għalliema u ma' ħafna mill-istudenti fil-klassijiet tagħhom.", "Saret talba għal kuntatt ma' skola Maltija u biex jinstabu pen-friends Maltin għat-tfal tal-iskola.", "Dan qed isir fi ħdan il-MEDE.", "L-istedina biex l-Ambaxxatur iżur l-iskola saret wara li ftit qabel hu kien għamel żjara uffiċjali, ta taħdita pubblika fil-belt u kellu laqgħat mal-awtoritajiet inkluż is-sindku u t-tim tiegħu.", "L-Ambaxxatur kien mistieden jieħu sehem f'diskussjoni – flimkien ma' speċjalista fuq is-suġġett, ma' membru tal-parlament Ewropew u flimkien ma' professur tal-psikoloġija mill-Universita' Humboldt – li saret f'ċinema ewlieni f'Berlin wara l-ewwel wirja tal-verżjoni Ġermaniża tal-film \"The Erased Son\" (titlu bil-Ġermaniż: 'Der verlorene Sohn').", "Il-film famuż jittratta il-problemi u t-tbatija li jgħaddu minnhom ġuvni Amerikan u l-familja tiegħu meta hu jiġi furzat jattendi kors ta' \"conversion therapy\".", "Malta kienet ippreżentata mill-organizzaturi bħala xempju ta' kif għandhom isiru l-affarijiet f'dan il-qasam, filwaqt li l-Ambaxxatur spjega s-sinifikat tal-liġi li tipprojbixxi din it-tip ta' hekk imsejħa \"terapija\".", "Grupp ta' studenti flimkien mal-professuri tagħhom mill-Berlin School of Economics and Law (HWR) xtaqu preżentazzjoni dwar Malta, l-infurzar tal-liġi u l-korp tal-pulizija.", "Għal dan il-għan kellhom laqgħa fl-ambaxxata mal-Ambaxxatur u ma' l-Ewwel Segretarja.", "L-Ambaxxata kompliet tkun involuta fil-laqgħat u l-avvenimenti tal-EUNIC (EU National Institutes of Culture) ġewwa Berlin.", "Preparamenti bdew fil-bidu tas-sena biex waħda mil-laqgħat (f'Ġunju) issir ġewwa l-Ambaxxata Maltija.", "Bdew isiru wkoll preparazzjonijiet għall-European Day of Languages ta' Settembru li ġej.", "L-Ambaxxata se tipparteċipa billi tagħti żewġ \"crash-courses\" fil-Malti bażiku lil studenti f'żewġ skejjel primarji f'Berlin.", "L-esperjenza uriet li kemm it-tfal kif ukoll l-għalliema u l-ġenituri tat-tfal japprezzaw ħafna dawn it-tip ta' attivitajiet.", "L-Ambaxxata ipparteċipat ukoll f'avveniment ta' qari ta' ħrejjef Ewropej bil-Ġermaniż lil grupp kbir ta' tfal minn skejjel primarji f'Berlin fl-okkażjoni ta' Jum l-Ewropa.", "L-Ambaxxata ħadet sehem permezz ta' qari ta' ħrafa Maltija li ġiet maqluba għall-Ġermaniż mill-istaff tal-Ambaxxata għal din l-attivita'.", "L-Ambaxxata ħadmet fuq applikazzjoni, li imbagħad ġiet approvata mill-Bord tal-Cultural Diplomacy Fund tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, biex il-kumpanija \"Contact Dance Company\", taħt it-tmexxija tas-Sinjura Francesca Tranter u bil-parteċipazzjoni tal-kompożitur u perkussjonista magħruf Renzo Spiteri, tagħti preżentazzjoni f'Berlin.", "Fil-fatt din is-serata ta' żfin u mużika ser tittella' fit-13 ta' Ġunju fit-Theater am Aufbauhaus bl-arranġamenti kollha loġistici, stediniet u koordinazzjoni isiru mill-Ambaxxata.", "L-Ambaxxatur kien mistieden jagħti taħdita fil-belt ta' Adenau.", "Fost affarijiet oħra, huwa tkellem dwar il-kuntatti bejn il-belt ta' Adenau u Malta.", "Dawn jinkludu kemm rabtiet storiċi – f'Adenau kien hemm kummenda ('commandery') tal-Ordni – kif ukoll kuntatti iktar reċenti.", "F'Adenau kienet twaqqfet lejn l-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet tas-seklu l-ieħor l-Għaqda Ġermaniża-Maltija (Deutsch-Maltesische Gesellschaft).", "Wara iktar minn 30 sena din l-għaqda għada ibbażata f' Adenau u tagħmel xogħol ta' fejda kbira b'risq il-ħbiberija bejn iż-żewġ popli, filwaqt li Adenau għanda ġemellaġġ mal-Mellieħa – l-iktar ġemellaġġ antik u attiv bejn post f'Malta u post fil-Ġermanja.", "Matul l-ewwel erba' xhur tas-sena, l-Ambaxxata għamlet il-preparamenti kollha biex, flimkien mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż u ma' Ambaxxati ta' pajjiżi oħra f'Berlin, tieħu sehem f'attivitajiet msejjħa \"Diplomacy for Sustainability\" waqt il-Ġimgħa Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Sustainable Development Week).", "L-iskop kien li tigi inkuraġġita l-implementazzjoni tas-'Sustainable Development Goals' tal-Aġenda 2030.", "Il-fokus tal-avveniment organizzat mill-Ambaxxata Maltija kien SDG 14, speċifikament \"il-ħajja taħt l-ilma\" u l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċejani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar bħala komponent ewlieni ta' futur sostenibbli.", "Fil-fatt, fl-4 ta' Ġunju, l-Ambaxxata organizzat f'sala ġewwa Berlin il-wirja tad-dokumentarju \"Comino: Secret Paradise\" bil-parteċipazzjoni tal-Ambaxxatur Malti għall-Oċejani il-Prof.", "Alan Deidun li ta lecture u wieġeb id-domandi li sarulu mill-udjenza.", "Matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, l-Ambaxxata Maltija f'Berlin kompliet toffri servizzi konsolari liċ-ċittadini Maltin li jgħixu fil-Ġermanja, kif wkoll lil Maltin li jivvjaġġaw lejn il-Ġermanja u li jkunu jeħtiegu l-għajnuna, bħal meta jitilfu jew jinsterqilhom il-passaport jew ikollhom bżonn għajnuna medika.", "Il-lista hawn taħt tinkludi statistika fuq numru ta' servizzi konsolari li ġew ipprovduti mill-Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja fl-erba' xhur Jannar-April tal-2019:", "Mill-bidu ta' din is-sena sal-aħħar ta' April, l-applikazzjonijiet għall-passaporti li ġew ipproċessati mill-Ambaxxata kienu 17.", "Ġew imwieġba wkoll 32 domanda li kienu jirrigwardaw applikazzjonijiet għal passaporti.", "Ċittadinanza", "Il-Konsulat fl-Ambaxxata laqa' żewg applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija, filwaqt li rċieva sitt talbiet għall-informazzjoni fuq kif wieħed jista' japplika għaċ-ċittadinanza Maltija.", "L-informazzjoni mitluba ġiet mogħtija.", "Reġistrazzjonijiet ta' twelid u żwieġ", "14 -il applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' twelid u żwieġ ġew sottomessi.", "Dawn l-applikazzjoniet ġew proċessati kollha u ntbagħtu lir-Reġistru Pubbliku Malti.", "Xogħol konsolari ieħor", "L-Ambaxxata kompliet tipprovdi wkoll informazzjoni lil persuni li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Malta.", "Din l-informazzjoni tintalab ġeneralment minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu fil-Ġermanja u tirrigwarda ħafna drabi il-viża sabiex jkunu jistgħu jidħlu Malta.", "Minn Jannar sal-aħħar ta' April, l-Ambaxxata għenet 140 persuna li kellhom mistoqsijiet dwar dan is-suġġett.", "Ta' kull xhar, l-Ambaxxata bagħtet lura lejn il-Ministeru numru ta' passaporti u dokumenti ta' residenza Maltin li kienu ntilfu u nstabu fil-Ġermanja mill-awtoritajiet.", "L-Ambaxxata għenet wkoll diversi delegazzjonijiet Maltin li għaddew mill-ajruporti Ġermaniżi.", "B'kollox kien hemm 27 talba għall-għajnuna.", "Għajnuna ingħatat wkoll lid-dipartiment fil-Ministeru tas-Saħħa li hu nkarigat li jibgħat pazjenti għal trattament barra l-pajjiż, kif ukoll lill-pazjenti nfushom u lill-familjari tagħhom.", "F'każ partikulari, l-Ambaxxata pprovdiet għajnuna lill-familja ta' ċittadin Malti li miet waqt żjara f'Berlin.", "Ir-ripatrijazzjoni tal-kadavru lura lejn Malta ġiet organizzata bl-għajnuna tal-Ambaxxata.", "L-Ambaxxata mexxiet talbiet għall-approvazzjoni diplomatika mill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex ajruplani tal-Forzi Armati ta' Malta jkunu jistgħu jidħlu fl-ispazju tal-ajru Ġermaniż.", "L-ambaxxata kompliet tikkoordina flimkien mal-Korp tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati f'Malta r-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgawdu minn protezzjoni f'Malta – meta dawn jinstabu fil-Ġermanja mill-awtoritajiet Ġermaniżi – sabiex b'hekk jiġu irritornati lura lejn Malta.", "L-ambaxxata bdiet tħejji wkoll għall-parteċipazzjoni tagħha fl-Europa Lounge, organizzata mill-Rappreżentazzjoni tal-Istat Federali ta' Baden-Württemberg f'Berlin, fejn, bl-għajnuna tal-MTA Frankfurt, se jiġu offruti ikel u xorb Malti filwaqt li tingħata pubbliċita' b'diversi metodi u jitqassmu brochures.", "Permezz tal-Konslu Onorarju ġewwa Munich, l-Ambaxxata għenet wkoll billi offriet materjal promozzjonali dwar Malta kif wkoll xorb Malti għal avveniment li sar ġewwa Munich bejn numru ta' konsli favur l-UE.", "L-Ambaxxata ħolqot ukoll il-preżenza tagħha fuq is-'social media platforms', Facebook u Twitter, bil-għan li b'dawn il-mezzi tista' tippromwovi aħjar lill-pajjiż, ix-xogħol li jitwettaq mill-Gvern, mill-MFTP u mill-Ambaxxata.", "SKOLA PRIMARJA TAR-RABAT GĦAWDEX – TRASFERIMENT GĦALL-ISKOLA PRIMARJA TAN-NADUR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sena skolastika li jmiss li tibda f'Settembru li ġej, parti mill-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex hux ser timxi lejn l-Iskola Primarja tan-Nadur?", "Jekk iva liema klassijiet ser jiġu trasferiti, għal kemm żmien u b'liema kundizzjonijiet?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. interpellant li, kif diġà ċċara l-Ministeru fi stqarrija pubblika, numru PR191325, l-istudenti mhux ser jimxu fi skola primarja oħra.", "GĦAWDEX – L-AREA TAL-FESSEJ F'GĦAJNSIELEM – OPEN SKIPS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min hu l-kuntrattur li qed jipprovdi s-servizz ta' 'Open Skips' ġewwa l-area tal-Fessej f'Għajnsielem Għawdex?", "Tista' tgħid ukoll ħarġitxt sejħa pubblika?", "Jekk le, x'inhi r-raġuni li ma ħarġitx sejħa pubblika?", "Kemm ilu jipprovdi dan is-servizz il-kuntrattur u kemm kien jitħallas għal kull open skip?", "Kif ġiet stabbilita r-rata ta' ħlas?", "S'issa kemm tħallas globalment il-kuntrattur?", "JUSTYNE CARUANA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntrattur li qed jipprovdi s-servizz ta' Open Skips huwa Sultech & Co. Dan il-kuntrattur ġie magħżul wara sejħa għal-offerti f'Diċembru 2018, liema sejħa ġiet mibgħuta lil diversi kuntratturi.", "Dan is-servizz beda jingħata minn Diċembru 2018 u r-rata ta' ħlas ġiet stabbilita abbażi tal-prezzijiet mixħuta fl-imsemmija sejħa għall-offerti, liema offerent permezz ta' din ir-rata kien l-orħos wieħed u li laħaq il-kriterji amministrativi, tekniċi u finanzjarji stabbiliti fis-sejħa għall-offerti.", "S'issa l-ħlasijiet marbuta ma dan is-servizz laħqu t-total ta' €6,086.91 (VAT inkluż).", "GĦAWDEX - PORT TAL-IMĠARR – DREDGING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex il-barkun u l-makkinarju l-ieħor li kien qed jintuża fid-dredging (tindif ta' qiegħ il-baħar) ġewwa l-Port tal-Imġarr Għawdex ma għadux hem, imma il-makkinarju qed jiġi wżat f'postijiet oħra ġewwa Malta fuq xogħol ta' Ministeru ieħor?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta varat dan il-proġett b'investiment ta' €6 miljun biex ittejjeb il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Menqa tal-Port tal-Imġarr, Għawdex.", "Permezz ta' dan il-proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, qed jinbnew mill-ġdid il-mollijiet ta' din iż-żona biex magħhom jitwaħħlu puntuni ġodda għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port.", "Bl-organizzazzjoni tal-Port, ser ikunu qed jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta' sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b'mod sikur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għixien tagħhom minnhom.", "Infrastructure Malta se tagħmel ukoll faċilitajiet ġodda fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jisseparaw u jarmu l-iskart li jiġi ġġenerat mill-ħidma tagħhom.", "B'hekk, dawn l-inħawi jkunu jistgħu jinżammu aktar indaf.", "Il-proġett jinkludi wkoll it-tħammil ta' medda ta' madwar 20,000 metru kwadru ta' qiegħ il-baħar fejn hemm dawn il-mollijiet u puntuni.", "Matul is-snin f'qiegħ il-baħar f'dawn l-inħawi nġemgħu kwantitajiet kbar ta' ħama u materjali oħra, tant li s-sajjieda ma tantx kien għadhom jistgħu jimmanuvraw il-bċejjeċ tagħhom mal-mollijiet.", "Il-proġett qed jitwettaq f'fażijiet differenti sabiex jiġu evitati diffikultajiet lix-xogħol tas-sajjieda u attivitàjiet marittimi oħra f'dan il-port.", "Fl-ewwel fażi ġie mħammel il-materjal ikkontaminat biss.", "Ma tkompliex isir iżjed tħammil minħabba li ma setax jitfannad iktar mal-mollijiet peress għax seta' jirri¿ulta ta' dannu għall-istrutturi eżistenti.", "Għaldaqstant, it-tieni fażi tal-proġett qed tiffoka fuq il-bini mill-ġdid tal-molljiet.", "Bħalissa qed jinbena mill-ġdid il-moll tan-naħa tat-tramuntana tal-Port.", "Dan ix-xogġol jinkludi kostruzzjoni ta' pilastri mdeffsin f'qiegħ il-baħar (piles) biex fuqhom jinbena l-moll il-ġdid.", "It-tħammil f'din iż-żona tal-Port jitkompla wara li jitlesta x-xoghol fuq il-moll.", "Bħal f'kull każ Infrastructure Malta qed tesiġi li l-kuntrattur iwettaq ix-xogħol mitlub fil-ħin u skont l-istandards stabbiliti ta' kwalità u sigurtà.", "B'hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet isiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà.", "GĦAWDEX – FESTI - NAR", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-organizzaturi tan-nar fil-festi f'Għawdex qed ikollhom iħallsu ammonti konsiderevoli biex ikollhom pulizija fil-post fejn jinħaraq in-nar, minn meta jasal in-nar sa meta dan jinħaraq kollu, meta f'Malta dan ma jsirx u fil-mument li n-nar jasal fuq il-post fejn ikun se jinħaraq, ir-responsabilità tgħaddi fuq min għandu l-liċenzja u jkun nħareġ il-permess fuqu?", "Ma jaħsibx li din hija spiża żejda għall-festi f'Għawdex meta mqabbel ma' Malta?", "X'passi se jieħu biex din id-differenza titneħħa u hekk ikun qed jitneħħa piż żejjed fuq l-organizzaturi tan-nar fil-festi li jsiru f'Għawdex?", "MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li l-punti mressqa mill-Onor.", "Interpellant dwar uniformità fuq preżenza tal-pulizija fil-postijiet fejn jinħaraq in-nar qed tiġi indirizzata.", "IR-RABAT GĦAWDEX – TRIQ MARY MEJLAQ – XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min kien il-kuntrattur li ħadem fuq Triq Mary Mejlaq fir-Rabat Għawdex, li saret f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Tista' tgħid kemm ġiet tiswa din it-triq u min kien il-Perit li ċċertifika x-xogħol kollu li sar f'din it-triq?", "Tista' tgħid kemm-il servizz tal-ilma ġie mibdul f'din it-triq?", "Tista' tgħid jekk inbidilx il-main tal-ilma fl-istess triq?", "Tista' tgħid ukoll kemm-il servizz tad-drenaġġ kellu bżonn jinbidel f'din it-triq?", "Interpellant li din it-triq ma saritx mill-ġdid imma sar biss manutenzjoni tat-triq.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9721, tista' l-Ministru tgħid jekk sarux aktar testijiet tal-Plate Bearing fuq il-kumplament ta' Triq il-Ħamrija fix-Xewkija Għawdex?", "Jekk iva, tista' tgħid kemm-il test sar u d-dati meta saru?", "F'liema parti saru u jindika permezz ta' street plan fejn saru l-plate bearing tests u x'kien ir-riżultat?", "Jista' jgħid min għamilhom u min iċċertifika r-riżultat ta' dawn il-plate bearings tests?", "Fl-aħħar nett, tista' l-Ministru tgħid meta suppost kellha tkun lesta din it-triq, u issa meta ħa tkun lesta minn kollox u terġa' tinfetaħ kollha kemm hi għas-sewwieqa?", "JUSTYNE CARUANA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'din it-Triq saru aktar testijiet tal-Plate Bearing fuq il-kumplament tal-bini ta' Triq il-Ħamrija fix-Xewkija.", "Saru tmintax (18)-il test ieħor.", "It-testijiet saru bejn il-11 ta Marzu u t-30 ta Mejju 2019 u r-riżultati kienu kollha sodisfaċenti għan-nies tekniċi tagħna.", "It-testijiet saru mid-ditta Solid Base Laboratory Ltd, u ġew iċċertifikati min-nies tekniċi tagħha.", "Ix-xogħol fuq din it-triq kellu jitlesta sa Ġunju 2019 iżda kien hemm dewmien ikkawżat mill-maltemp li għamel minn Jannar sa April ta' din is-sena, kif ukoll dewmien kawża ta' loġistika ta' immaniġġjar tat-traffiku, servizzi ġodda u permessi relatati.", "It-triq diġa' tinsab asfaltata sat-tieni livell u miftuħa għat-traffiku għal 80% tat-tul u hu mistenni li terġa' tinfetaħ kollha kemm hi għas-sewwieqa fi ftit ġimgħat oħra.", "MALTIN LI JGĦIXU F'PAJJIŻI MADWAR ID-DINJA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini Maltin u persuni ta' dixxendenza Maltija, li jgħixu madwar id-dinja, pajjiż b'pajjiż?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru ma jistax iżomm listi ta' ċittadini Maltin u persuni ta' dixxendenza Maltija li jgħixu barra minn Malta minħabba li r-regolamenti dwar il-protezzjoni tad-data ma jippermettux li tinżamm informazzjoni personali jekk mhux bil-kunsens sħiħ tal-persuni 'kkonċernati.", "Tajjeb li wieħed iżid li Malta m'għandiex reġistru obbligatorju għal dan il-għan.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta l-Maltin fl-Iskozja pprovaw jikkuntattjaw lill-Konslu Onorarju ta' Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f'Stirlingshire, , dan ma irrispondix u ċ-ċittadin spiċċa ma nqedix?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru permezz tad-Direttorat għas-Servizzi Konsulari ma jirriżultalux li rċieva lmenti dwar nuqqas ta' kuntatt mal-Konslu Onorarju ta' Malta f'Stirlingshire.", "Minkejja dan, jekk l-Onor.", "Interpellant jixtieq jgħaddi aktar informazzjoni dwar il-każ, il-Ministeru jkun jista' jinvestiga l-ilment f'aktar dettall.", "SENIOR PROGRAMME OFFICER – LECTURER MAL-FAKULTÀ TAL-EKONOMIJA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Senior Programme Officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u issa kandidat mal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew hux qed jinżamm jaħdem, meta dan għandu impjieg ieħor full-time bħala lecturer mal-Fakultà tal-Ekonomija tal-Università ta' Malta?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li minħabba li l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew diġà għaddiet mid-data ta' meta saret l-interpellanza, allura m'hemm l-ebda kanditati għall-istess elezzjoni.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, skont il-business card uffiċjali tas-Senior Programme Officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' jagħti l-perjodu meta kien Negozjatur Malti waqt il-Presidenza Maltija?", "Meta ħa t-taħriġ biex sar 'Oxford Trained Diplomat'?", "Meta kien 'Ekonomista mal-Kummissjoni Ewropea'?", "Kemm kien jitħallas bħala 'Advisor fil-Parlament Ewropew'?", "CARMELO ABELA: Ninsab infurmat li mhux minnu li l-persuna msemmija b'mod separat għandha jew kellha business card uffiċjali ta' Senior Programme Officer.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-impjegat imsemmi kien Negozjatur Malti matul il-perjodu tal-Presidenza Maltija kollha u ħadem fuq il-preparamenti tal-Presidenza Maltija fir-Rappre¿entanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea mill-2015.", "Huwa ħa t-taħriġ fl-Università ta' Oxford bħala student full-time bejn 1989 u 1991.", "Huwa kien impjegat mal-Kummissjoni Ewropea bħala Ekonomista bejn l-1999 u l-2002 u wara kien appuntat bħala editur tal-Eurobarometer tal-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta' ħames snin.", "Peress li l-kuntratt ta' Advisor fil-Parlament Ewropew kien wieħed privat, il-Ministeru ma jkunx involut u għalhekk m'għandux tagħrif dwar id-dettalji mitluba.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - CIO", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min hu ċ-Chief Information Officer tal-Ministeru tiegħu?", "CARMELO ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din id-domanda qiegħda fid-domanda parlamentari tiegħu stess bin-numru 10580.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – SAFAR UFFIĊJALI TA' INDIVIDWU", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' safar uffiċjali tal-uffiċjal li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-aħħar sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li qed inpoġġi l-lista mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.", "SAFAR F'PAJJIŻI TAL-UNJONI EWROPEA", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq żjara uffiċjali ta' xogħol tal-Gvern f'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid meta kienu d-dati tal-mawriet, f'liema pajjiżi saru l-mawriet u x'kien l-iskop tagħhom f'kull każ?", "JOSEPH MUSCAT: Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190625_241o_par.docx"} {"text": ["Mistoqsijiet Parlamentari", "L-Erbgħa, 26 ta' Ġunju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "MUŻEW MARITTIMU TA' MALTA – TENDER GĦAR-RESTAWR TAL-APERTURI TAL-INJAM", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinħareġ it-tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam fuq il-faċċati u fuq it-turrets tal-Mużew Marittimu ta' Malta, liema tender kien ġie kanċellat?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li t-tender għal xogħol fuq l-aperturi esterni kollha tal-Mużew Marittimu diġà ġiet ippubblikata u wara l-proċess dovut, dan ix-xogħol ġie awarded.", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-electrical engineer li tqabbad sabiex iħejji disinn u jassisti fit-tibdil fuq is-sistema tal-elettriku fil-Mużew Marittimu ta' Malta, u jindika l-metodu kif intgħażel l-istess engineer?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li s'issa nħarġet sejħa waħda għal spezzjoni ta' parti mis-sistema tal-elettriku fil-Mużew Marittimu ta' Malta.", "Din inħarġet taħt sejħa pubblika u ġiet awarded.", "PALAZZ TAL-INKWIŻITUR – XOGĦLIJIET MHUX SKEDATI", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid meta huwa skedat li x-xogħlijiet fil-Palazz tal-Inkwiżitur ikunu lesti, u jgħid min huma l-kuntratturi magħżula għal dan ix-xogħol u kemm huwa l-ammont miftiehem u li se jiġi mħallas jew tħallas għal dawn ix-xogħlijiet?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda kuntrattur li bħalissa qed jagħmel xi xogħol fil-Palazz tal-Inkwiżitur.", "L-uniku xogħol li qiegħed isir fil-Palazz imsemmi qed isir minn ħaddiema ta' Heritage Malta stess, u dan jikkonsisti f'restawr fuq bażi kontinwa.", "GĦAR DALAM NATIONAL PARK – PROPRJETAJIET", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx taħditiet mal-persuni li għandhom xi drittijiet fuq il-proprjetajiet li jistgħu jaqgħu fl-Għar Dalam National Park?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Heritage Malta hija responsabbli mis-siti ta' valur kulturali li jinsabu fil-Park propost.", "Madanakollu, fil-proċess ta' tfassil tal-management plan għall-park imsemmi, Heritage Malta ltaqgħet ma' numru ta' stakeholders inkluż bdiewa li għandhom ir-raba' fl-inħawi.", "Ma għandu jkun hemm l-ebda konsegwenza fuq persuni li għandhom xi proprjetà fil-park.", "Il-pubbliku se jkun jista' jgħaddi minn triqat u mogħdijiet pubbliċi.", "BARRIERA TAL-MAGĦLAQ – ATTIVITAJIET MONITORED", "L-ONOR.", "THERESE COMODINI CACHIA staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid il-metodu ta' kif l-attività fuq il-barriera tal-Magħlaq qiegħda tiġi monitored inkwantu l-effett li jista' jkollha fuq it-Tempji tal-Imnajdra, u jgħid min huwa responsabbli minn dan il-moniteraġġ u kif qiegħed isir?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li minn meta beda x-xogħol fuq il-barrieri fil-viċinanzi tal-Imnajdra, id-diviżjoni kuratorjali kif ukoll dik tal-konservazzjoni fi ħdan Heritage Malta kkonsultaw esperti mill-Università ta' Malta biex jevalwaw ir-riskji li jistgħu jinħolqu għall-konservazzjoni tas-sit.", "Ir-riskji ewlenin li ġew identifikati kienu dawk li jistgħu jiġu kkawżati minn vibrazzjoni kif ukoll mit-trab li jiġi ġġenerat waqt ix-xogħlijiet.", "Iżda ġie konkluż li peress li hemm wied bejn is-sit u l-barrieri, u peress li s-sit huwa protett minn tinda li tinżel viċin ħafna tal-art fid-direzzjoni tal-barriera, dawn ir-riskji huma minimi ħafna.", "Minkejja dan, minn meta bdew ix-xogħlijiet fuq is-sit, il-moniteraġġ qed isir kontinwament minn membri ta' Heritage Malta.", "Sa issa ma ġiet osservata l-ebda bidla fis-sit.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – INGAĠĠ TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni ġodda mal-Ministeru fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "X'sejħiet pubbliċi hemm pendenti?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "ĦADDIEMA LI MA BAQGĦUX JAĦDMU MAL-MINISTERU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jaħdmu mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u għaddew f'pożizzjonijiet oħra tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.", "AWSTRALJA – ĦIDMIET DIPLOMATIĊI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mal-Awstralja u x'servizzi qegħdin jingħataw il-Maltin u l-Għawdxin mill-istess ambaxxati u konsolati tagħna?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din hija l-ħidma diplomatika li saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mal-Awstralja u servizzi li qegħdin jingħataw il-Maltin u l-Għawdxin mill-istess ambaxxati u konsolati tagħna.", "· Fl-ewwel erba' xhur tal-2019, il-Kummissjoni Għolja f'Canberra kkorrispondiet bilateralment mal-istat tal-Commonwealth tal-Awstralja dwar bosta temi li jirrigwardaw il-welfare tal-membri tal-kommunità Maltija fl-Awstralja, kif ukoll iffaċilitat djalogu bejn entitajiet f'Malta u fl-Awstralja b'għanijiet kummerċjali.", "· Il-Kummissjoni Għolja f'Canberra ppreparat rikjesti sabiex uħud mill-ftehim bilaterali esitenti jiġu rreveduta, kif ukoll għamlet rikjesti għal fini sabiex jibqgħu jiġu esplorati ftehim prospettivi.", "· Fi Frar u f'April 2019, il-Kummissjoni Għolja f'Kanberra ħadet sehem attiv f'laqgħat ma' rappreżentanti għolja tal-UE li kienu jinsabu fl-Awstralja għal diskussjonijiet dwar in-negozzjati tal-Unjoni Ewropea u l-Awstralja fuq Ftehim ta' Kummerċ Liberu, kif ukoll fuq koperazzjoni settorjali bejn iż-żewġ entitajiet.", "Kummerċjali u Promozzjoni ta' Malta", "· F'Jannar 2019, il-Konslu Ġenerali f'Melbourne pparteċipa fil-festival Malti ta' Portarlington, fejn ħa l-opportunità li jippromuovi lil-Malta.", "· Fi Frar 2019, il-Konslu Ġenerali f'Melbourne pparteċipa f'laqgħat mal-kumitat eżekuttiv tas-sezzjoni ta' Victoria tal-Kamra tal-Kummerċ Awstraljana-Maltija (Australian Maltese Chamber of Commerce – Victoria Chapter).", "· Fl-istess xahar, il-Konslu Ġenerali f'Sydney intaqa' ma' bosta entrepreneurs Maltin-Awstraljani fl-istat ta' New South Wales; entrepenuri li esprimew pjanijiet sabiex jinvestu f'Malta fis-setturi tal-Agribusiness b'teknoloġija ta' hydroponics.", "· Il-Konslu Ġenerali f'Sydney ha sehem ukoll fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal- Kamra tal-Kummerċ Awstraljana-Maltija (Australian Maltese Chamber of Commerce), fejn iffaċilita ukoll żewġ laqgħat ma' avukati tal-immigrazzjoni b'diskussjonijiet dwar programmi ta' investiment u residenza.", "· F'Marzu 2019, id-Deputat Kummissarju Għoli f'Canberra ħadet l-opportunità taż-żjara konsolari fl-istat ta' Queensland sabiex tintaqa' ma' membri tal-kommunita' kummerċjali fi Brisbane tippromovi kordinazzjoni sabiex tingħata assistenza lil investituri fl-ambitu tal-blockchain, li wrew ix-xewqa li jiftħu uffiċċji f'Malta.", "· F'April 2019, il-Konslu Ġenerali f'Sydney intaqa' ma' wieħed mid-diretturi ta' Invest Hong Kong, fejn ħejja diskussjonijiet fuq opportunitajiet ta' kummerċ u investiment minn din il-Kumpanija fi xtut Maltin.", "Kulturali u Diaspora", "· Il-Kummissjoni Għolja f'Canberra kellha stall dwar Malta f'wieħed mill-avvenimenti tant mistennija fil-kapitali tal-Awstralja: in-National Multicultural Festival.", "L-istall ta' Malta kien imtella' fis-sezzjoni tal-Villaġġ tal-Unjoni Ewropea, li attira aktar nies minn kull edizzjoni li saret qabel.", "(16 ta' Frar 2019).", "· Il-Kummissarju Għoli, flimkien mal-Konsli Ġenerali, ipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Australia Day (26 ta' Jannar), u ta' ANZAC Day (25 t'April), fl-istati rispettivi li jinsabu fihom.", "F'dawn l-okkażjonijiet, l-għoli rappreżentanti ta' Malta fl-Awstralja ħadu l-opportunità li jistħaqqu fuq l-importanza ta' relazzjonijiet bilaterali ma' dan il-pajjiż.", "· Il-Konslu Ġenerali f'Melbourne pparteċipa f'bosta attivitajiet mtella' mill-Kommunità Maltija fl-istat ta' Victoria, fosthom attivitajiet mtellgħa miċ-Ċentru tal-Kultura Maltija f'Albion, u erba' avvenimenti oħra madwar l-istat.", "· Ħidma mal-partijiet ikkonċernati fuq l-importanza u l-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwa Maltija fl-Awstralja issuktat mit-tliet uffiċċji, bejn Jannar u April 2019.", "Taħdidiet u laqgħat mal-iskejjel tal-Malti għadhom għaddejjin, bir-rappreżentanti tal-Gvern Malti fl-Awstralja joffru s-servizzi tagħhom sabiex jiffaċilitaw diskussjonijiet dwar il-futur tat-tagħlim tal-lingwa, storja u drawwiet Maltin.", "· Il-Konslu Ġenerali f'Sydney attenda bosta inizjattivi sabiex jintaqa' mal-ġenerazzjoni Maltija-Awstraljana żgħażugħa fl-istat ta' New South Wales: il-mexxejja tal-kommunità Maltija-Awstraljana tal-ġejjieni.", "- Bejn Jannar u April 2019, l-uffiċċji fl-Awstralja pproċessaw 480 passaport u 156 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija.", "- F'dan il-perjodu saret żjara ta' Consul-on-the-Move fl-istat ta' Queensland (fi Brisbane, Mackay u Cairns).", "Id-domanda għal din iż-żjara kienet waħda tajba: fi tmient'ijiem inżammu mal-111-il appuntament konsolari.", "- Fl-ewwel erba' xhur tal-2019, l-Kummissjoni Għolja f'Canberra tat assistenza lil żewġ Maltin li nsterqulhom il-passaporti tagħhom waqt btala f'dik il-parti tad-dinja.", "- Tul dan iż-żmien, il-Kummissjoni Għolja f' Canberra kif ukoll il-Konsolati Ġenerali f'Melbourne u f'Sydney, ħadu sehem attiv f'laqgħat varji dwar koordinazzjoni konsolari ma' rappreżentanti ta' Stati Membri tal-UE fl-Awstralja u fil-Paċifiku, f'Working Groups dwar Working Holiday Visas, kif ukoll mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Kummerċ u l-Ministeru għal-Immigrazzjoni u Sigurtà tal-fruntieri Awstraljani, fuq każijiet pendenti.", "Oħrajn", "Fid-29 ta' Marzu, l-Konslu Onorarju għal Malta f'Wellington ingħaqdet ma' bosta dinjitarji, inkluż il-Prim Ministru tal-Awstralja l-Onor.", "Scott Morrison u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bill Shorten MP, fil-belt ta' Christchurch, wara l-attakk terroristiku fl-istess belt fil-15 ta' Marzu 2019.", "AMBAXXATA F'BRUSSELL - ĦIDMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa Brussell?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor Interpellant li Il-ħidma fl-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell ma taqta' qatt.", "Bejn il-preżenza ta' komunità Maltija sinjifikanti u l-preżenza tan-numru ta' Ambaxxati u rappreżentazzjonijiet diplomatiċi (Brussell qiegħda fit-tieni post bl-ikbar preżenza diplomatika), il-ħidma tal-Ambaxxata hija waħda bla heda u dejjem timraħ għal dawk l-opportunitajiet li kapaċi jsarrfu fi promozzjoni għal pajjiżna.", "L-Ambaxxata Maltija fil-Belġju sa minn meta nfetħet dejjem kienet strumentali sabiex jitkattru r-relazzjonijet bejn Malta u l-Belġju u Malta u l-Lussemburgu.", "Sar ħafna xogħol ukoll sabiex jinbtu relazzjonijiet ma' pajjiżi oħra li Malta ma kellhiex relazzjonijiet diplomatiċi magħhom.", "Mill-bidu ta' din is-sena l-Ambaxxata Maltija fi Brussell kompliet bil-ħidma kontinwa sabiex tkompli tikber il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Belġju, il-Lussemburgu, u l-pajjiżi l-oħra li għandhom Ambaxxata akkreditata fil-Belġju.", "Barra minn hekk impenn regolari tal-Ambaxxata hu s-sostenn li jingħata lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor Carmelo Abela meta jattendi għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin.", "Uħud mill-impenji huma elenkati hawn taħt:-", "· 17 ta'Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa' lil Dr Jean De Brabander fl-Ambaxxata Maltija sabiex jgħaddilu d-dokumenti uffiċjali tal-ħatra tiegħu bħala Konslu Onorarju ta' Malta għall-ġurisdizzjoni tal-Provinċja ta' Limburg fil-Belġju.", "B'din il-ħatra ġdida Malta issa għandha ħames Konsli Onorarji fil-Belġju.", "· 23 ta' Jannar– l-Ambaxxatur Azzopardi u d-Deputat tiegħu s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata Maltija mas-Sur Sam Vandenabeele, Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Gvern Fjamming tal-Belġju.", "Id-Direttur tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Fjamming is-Sur Vandenabeele għadda ittra b'talba għall-għajnuna sabiex Malta tagħti s-sapport tagħha fil-kandidatura tal-Ministru Muyters għall-Elezzjonijiet Ewropej dwar l-Anti-Doping.", "L-ittra li kienet miktuba ukoll b'Malti perfett, ġiet mgħoddija lill-Awtoritajiet Maltin.", "Malta ddeċidiet li tivvota għall-kandidatura Belġjana.", "Din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lid-Direttur Vandenabeele li talab lill-Ambaxxata Maltija fil-Belġju twassal l-apprezzamement tiegħu f'isem il-Gvern Fjamming tal-Belġju lill-Gvern u lill-Awtoritajiet Maltin.", "· 28 ta' Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott attendew għad-Diplomatic Contact Days organizzat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Belġjan.", "· 29 ta' Jannar – Is-sinjura Carabott attendiet ikla organizzata mill-Missjoni konġunta tar-Renju Unit għan-NATO għall-Pajjiżi Ewropej tal-Punent magħrufa bħala Western European Partners (WEP 6).", "Ir-Rappreżentanta Permanenti tar-Renju Unit għan-NATO, l-Ambaxxatriċi Sarah Macintosh ħadet l-okkażjoni sabiex issegwi mill-qrib l-ilmenti tal-pajjiżi sieħba, partikolarment minħabba d-diviżjoni li nħolqot fin-NATO mal-pajjiżi sieħba wara li dawn tħallew fil-binja l-antika waqt li l-Alleati u l-Amministrazzjoni tan-NATO marru faċċata fil-binja tal-Kwartieri l-ġodda tan-NATO.", "Pajjizi sieħba bħall-Finlandja esprimew id-diżappunt li qed iħossuhom maqtugħa politikament mill-kuntatt tal-kumplament tal-membri.", "· 5 ta' Frar - l-Ambaxxatur Azzopardi attenda għaċ-ċerimonja simbolika tal-għotja tal-Bandiera tar-Rumanija mill-Konslu Ġenerali tar-Rumanija lis-sindku ta' Brussell fis-sala tal-binja tal-Kunsill fi Grand Place.", "Din iċ-ċerimonja kienet parti mill-attivitajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "· 7 ta' Frar – il-Konslu Onorarju ta' Malta għall-Provinċji ta' Liège, Namur u Lussemburgu fil-Belġju, il-Baruni Ernest de Laminne de Bex, issokta bil-ħidma tiegħu sabiex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijijiet bejn Malta u l-Belġju, billi organizza żjara uffiċjali fil-Provinċja tal-Lussemburgu li hi Provincja fit-tarf tan-nofsinhar tar-Reġjun tal-Wallonja fil-Belġju.", "Wara l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-delegazzjoni żaru wieħed mill-aktar postijiet importanti fir-reġjun Ardennes li jfakkar it-tieni Gwerra Dinjija permezz tal-Mużew tal-Gwerra f'Bastogne.", "Wara żaru il-Euro Space Centre, Park tax-xjenzi li jiġbor fih mużew dwar l-iżvilupp tax-xjenza u ċentru ta' taħriġ astronawtiku u spazjali li jservi ukoll bħala attrazzjoni turistika għall-familja kollha.", "· 12 ta'Frar – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħa mas-sur Yann Le Cam, Kap Eżekuttiv tal-EURORDIS, l-organiżżazzjoni Ewropea li tiġbor fiha l-Assoċcjazzjonijiet u Għaqdiet Volontarji li jaħdmu sabiex iwasslu għajnuna u għarfien dwar il-Mard Rari.", "· 21 ta'Frar – Is-Sinjura Carabott attendiet għal-laqgħa li ġiet organizzata mic-CIDIC (Ċentru Ewropew għall-Ekonomija, Akkademja u d-Diplomazija Kulturali) fejn l- Ambaxxata Bilaterali tar-Rumanija fil-Belġju ppreżentat il-prijoritajiet tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Preżentazzjoni saret fir-residenza tal-President tac-CIDIC, li hu ukoll il-Konslu Onorarju ta' Malta.", "· 22 ta'Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa l-Onor Dr. Chris Fearne bi tħejjija għas-Simposju Internazzjonali EUFOREA li kellu jiġi organizzat f'Malta fil-bidu tax-xahar ta' Mejju 2019.", "· 25 ta' Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħat mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Parlament ta' Malta, l-Onor.", "Dott. Anġlu Farrugia, mal-iskrivan tal-Kamra tar-Rappreżentanti, is-Sur Ray Scicluna, mas-Segretarju Personali tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, is-Sur Ancel Farrugia u mad-Direttur tal-Parlament is-Sur Pierre Mallia dwar il-loġistika kollha għas-Simposju Internazzjonali EUFOREA li kien ippjanat li jsir fil-Plenarja tal-Parlament Malti.", "· 28 ta' Frar – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda għall-ewwel Business Lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fl-okkażjoni tal-Presidenza tar-Rumanija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Bħala mistieden speċjali attenda d-Deputat Prim Ministru u Ministru Għall-Affarijiet Barranin, Kummerċ, Intern u Immigrazzjoni Didier Reynders li ta ħarsa lejn is-sitwazzjoni politika fil-Belġju.", "· 6 ta'Marzu – id-Deputat Kap tal-Ambaxxata is-Sinjura Carabott attendiet għall- ftuħ tal-konferenza ddedikata għall-Multilingwiżmu u l-Frankofonija.", "· 7 ta'Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mid-Deputat tiegħu s-Sinjura Carabott iltaqgħu mas-sur Patrick Hemmer, il-Konsulent Diplomatiku tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu, l-Eċċellenza Tiegħu Xavier Bettel.", "L-iskop tal-laqgħa kien li jiġu skambjati l-ideat għall-possibiltà ta' żjara uffiċjali mill-Prim Ministru ta'Malta u s-Sinjura Muscat fuq stedina tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu.", "Iż-żewġ naħat iddiskutew l-iżvilupp tal-ekonomija taż-żewġ pajjiżi u s-suċċess fil-ħidma taż-żewġ pajjiżi.", "Wara din il-laqgħa, l-Ambaxxatur u s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa mas-sur Oliver Baldauff, Deputat Direttur għall-Affarijiet Politiċi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Lussemburgu fejn ukoll tressqet it-talba ta' Malta għal appoġġ tal-Lussemburgu għall-kandidatura ta' Malta fuq l-IMO.", "Wara l-Konslu Onorarju ta' Malta fil-Lussemburgu, Dr Michel Molitor, stieden lill-Ambaxxatur u s-Sinjura Carabott għall-business lunch sabiex ikomplu jigu diskussi l-aħħar żviluppi dwar d-Diaspora Maltija fil-Lussemburgu.", "Filgħaxija l-Ambaxxatur Azzopardi flimkien mad-Deputat tiegħu attendew għaċ-ċerimonja li saret sabiex jitfakkar il-50 Anniversarju minn meta bdew l-ewwel pubblikazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "F'din l-attività attendew għaliha l-Altezza Rjali l-Gran Duka tal-Lussemburgu, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, diversi Ministri tal-Kabinett u diversi Ambaxxaturi u uffiċjali għolja tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "· 12 ta' Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' lill-Ambaxxatur l-Eċċellenza Tiegħu Ridha Ben Mosbah, Ambaxxatur tat-Tunisija għar-Renju tal-Belġju.", "F'din il-laqgħa li saret fl-Ambaxxata Maltija f'Dar Malta fi Brussell, ġew diskussi r-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u kif jistgħu jkomplu jissaħħu dawn ir-relazzjonijiet.", "· 13 ta'Marżu – L-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu żjara ta' korteżija mill-Eċċellenza Tiegħu Pavel Klucky, Ambaxxatur tar-Repubblika Ċeka.", "Matul il-laqgħa ż-żewġ Ambaxxaturi ddiskuttew ir-relazzjonijiet tajbin li jeżistu bejn iż-żewġ naħat u kif jistgħu joktru f'oqsma diversi.", "· 15 Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanjat mis-sinjura Carabott attendew laqgħa ta' informazzjoni mal-konsulenti Glenaki, rappreżentanti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għall-Belġju u l-Lussemburgu (BELUX).", "Matul il-laqgħa li saret fl-uffiċini ta' Glenaki fi Bruges, ġiet spjegata l-istrateġija li ġiet introdotta sabiex jiġu attirati turisti mill-Belġju u l-Lussemburgu lejn Malta.", "· 15 Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' fl-Ambaxxata lis-Sinjura Carmen Buttigieg, Direttur għall-Affarijiet marbuta mad-Difiża fejn ġew diskussi l-oqsma li jeħtieġu ħidma aktar mill-qrib bejn l-Ambaxxata Maltija u d-Direttorat.", "· 21-22 ta' Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa' lill-Onor.", "Dr Joseph Muscat, Prim Ministru ta' Malta u d-delegazzjoni tiegħu u akkumpanjahom fil-laqgħat li kellhom fi Brussell waqt il-laqgħat għall-Kapijiet tal-Istat tal-Unjoni Ewropea.", "· 22 ta'Marzu – L-Ambaxxatur Azzopardi attenda għal-laqgħa li ssejħet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Eċċellenza Tiegħu Didier Reynders, li saret fil-Palazz Egmont u kienet titratta l-kandidatura tal-Belġju għall-post ta' Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.", "· 26 ta' Marzu – id-Deputat kap tal-Ambaxxata s-Sinjura Carabott attendiet għal sessjoni ta' informazzjoni organizzata mill-Ambaxxata Kanadiża bi preparazzjoni tal-Pride Parade Belġjana fejn għall-ewwel darba d-diplomatiċi kienu qed jiġu mistiedna li jimxu flimkien wara l-istreamer ''Diplomats for Equality.''", "· 26 ta'Marzu – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata, is-Sinjura Carabott attendiet għat-tieni business lunch organizzat mill-Ambaxxata tar-Rumanija fil-Belġju.", "Il-Mistiedna tal-unur kienet il-Ministru tal-Parlament Federali għas-Saħħa l-Eċċellenza Tagħa Maggie De Block.", "· 2 t'April – L-Ambaxxatur Azzopardi kellu laqgħa mal-Konslu Onorarju ta' Malta għall-Provinċji ta' Liège, Namur u l-Lussemburgu, il-Baruni Ernest de Laminne de Bex dwar il-laqgħa li ser tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Konsli Onorarji kollha li ser issir f'Malta f'Mejju 2019.", "· 2 t' April – l-Ambaxxata organizzat laqgħa għas-sitt Konsli Onorarji ta' Malta fil-Belġju u l-Lussemburgu.", "Matul il-laqgħa s-sitt Konsli Onorarji ppreżentaw rapport dwar il-ħidma tagħhom fix-xhur li għaddew u ressqu il-programm ta' ħidma tagħhom għax-xhur li ġejjin.", "Fit-tmiem il-laqgħa li saret fil-Media Room tal-Ambaxxata Maltija f'Dar Malta, l-Ambaxxatur u d-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-Sinjura Tania Carabott, qassmu kotba u informazzjoni dwar Malta lill-Konsli Onorarji.", "· 4 t'April – Is-Sinjura Carabott laqgħet is-Sur Joseph Borg, ic-Chairperson tal-Insuleur, li għamel laqgħa tal-Insuleur fil-bini tal-Ambaxxata, bil-korteżija tal-Ambaxxatur u l-istaff tal-Ambaxxata Maltija fil-Belġju.", "· 10 t'April – l-Ambaxxatur Azzopardi laqa' lill-Onor.", "Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta' Malta mad-delegazzjoni tiegħu u akkumpanjahom waqt il-laqgħat li kellhom fi Brussell waqt il-laqgħat għall-Kapijiet tal-Istat tal-Unjoni Ewropea.", "· 14 - 18 t'April – Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata s-Sinjura Carabott laqgħet u akkumpanjat lill-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President Emeritus u d-delegazzjoni Tagħha waqt żjarat li kellhom fil-Belġju.", "· 24 t'April – l-Ambaxxatur Ray Azzopardi kellu laqgħat mas-Sur Riad Fechkeur Chairman Eżekuttiv ta' Speed Group dwar diversi oqsma ta' ħidma ekonomika f'pajjiżna.", "· 2-5 ta 'Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda u indirizza s-simpożju tal-EUFOREA li sar f'Malta fil-Plenarja tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament Malti bl-isforzi u l-faċilitazzjoni tal-Ambaxxatur u bl-għajnuna tal-Konsli Onorarji Ernest de Laminne de Bex u Jean De Brabander.", "Is-Simpożju ta' Malta EUFOREA - \"Aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni tal-kura tas-saħħa fil-Mard ta' Allerġiji u l-Pajp tan-Nifs permezz tal-implimentazzjoni ta' għodod diġitali u edukattivi\" attendew ħafna Rappreżentanti Għolja ta' Akkademji Ewropej u esperti dwar is-suġġett.", "Malta kienet irrappreżentata fis-Simpożju minn Dr Martin Balzan, President tal-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta u Dr Adrian M. Agius President tal-Assoċjazzjoni Maltija ta' l-Otolaringoloġisti u kirurgi tar-ras u tal-għonq.", "Is-Simpożju ta' Malta EUFOREA ġie indirizzat ukoll mill-Onor.", "Dr Joseph Muscat Prim Ministru ta' Malta, l-Onor Dr. Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor Dr Chris Fearne Viċi Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa u l-Onor.", "Dr Maria Deguara, Kelliema tal-Oppożizzjoni għal-Anzjanità Attiva, Persuni b'Diżabilità u l-ġlieda kontra d-Dipendenzi u forom oħra ta' Dipendenza.", "Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ l-Onor Carmelo Abela attenda s-sessjoni tal-ftuħ.", "Is-Simpożju kien ippresedut b'mod konġunt mill-Onorevoli Dr Anglu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati u kien imxandar dirett fuq il-Kanal Televiżiv tal-Parlament.", "· 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda ċ-ċerimonja fil-qabar tas-suldat mhux magħruf li jikkommemora l-74 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.", "L-Ambaxxatur Azzopardi fassal girlanda għall-okkażjoni.", "Kummerċjali", "Matul din is-sena l-Ambaxxata kompliet ukoll bil-ħidma sabiex tqiegħed isem pajjiżna f'kull fora, sabiex b'hekk tħajjar aktar negozjanti jesploraw il-vantaġġi ta' Malta fl-oqsma tal-kummerċ u ekonomija.", "B'hekk aktar imprendituri bdew ifittxu aktar informazzjoni u ressqu sabiex jibdew negozju ma' pajjiżna.", "Il-ħidma kienet mifruxa kif indikat hawn taħt :", "· 30 ta' Jannar – l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott iltaqgħu fl-Ambaxxata Maltija mas-Sur Joseph Borg, President tal-Gozo Business Chamber andInsuleur u s-Sur Michael Galea, Vici-President tal-Gozo Business Chamber.", "Wara skambju tas-saħħiet u l-isfidi ffaċċjati minn Għawdex, ir-rappreżentanti infurmaw li Għawdex qiegħed jippresiedi l-Insuleur u bi sforz biex jgħin lill-Kamra fil-laqgħat tagħha fi Brussell, l-Ambaxxata offriet id-disponibbiltà ta' Dar Malta biex torganizza diskussjonijiet importanti bħal dawn.", "· 5 - 6 ta' Frar - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u akkumpanja d-delegazzjoni tal-Kummissarju Malti tal-Films, is-Sur Johann Grech waqt żjara li għamel fil-Belġju.", "L-Ambaxxatur introduċa lis-Sur Grech mas-Sur Dirk Timmerman bil-għan li jiffaċilita l-kuntatti u jippromwovi l-inċentivi ta' Malta fl-industrija awdjoviżiva.", "· 11 ta' Frar - l-Ambaxxata organizzat laqgħa bilaterali mal-Prof Roland Gueubel dwar l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw il-proġett B-Life.", "L-aġġornamenti kollha ġew trasmessi lill-Uffiċċju tas-segretarju Permanenti għall-konsiderazzjoni.", "· 28 ta' Frar - L-Ambaxxata organizzat l-aħħar laqgħa tagħha mal-Prof Gueubel dwar il-proġett B-Life.", "Din kienet l-aħħar laqgħa tat-tip peress li, fin-nuqqas ta' konferma tanġibbli biex tipproċedi bil-proġett, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, taħt l-awspiċi li l-proġett kien se jiġi implimentat bla ħlas, iddeċidiet li tikkanċella l-iskjerament potenzjali ppjanat għall-2019 minħabba n-nuqqas ta' ħin biżżejjed biex tippjana l-iskjerament.", "· 29 ta' Marzu – l-Ambaxxatur Azzopardi iltaqa' mas-Sinjura Sophie Massage kap tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u Kummerċjali tal-Investiment għall-Fjandri, għall-Wallonja u għar-Reġjuni ta' Brussell fl-Ambaxxata Belġjana għal Malta f'Ruma.", "Waqt din il-laqgħa l-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Massage iddiskutew l-iżviluppi ekonomiċi u kummerċjali bejn Malta u l-Belġju wara ż-żjara tagħha f'Malta aktar kmieni s-sena l-oħra.", "· 24 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel laqgħa mas-Sur Riad Fechkeur President tas-Soluzzjonijiet Globali ta' Red Med Group, biex jiddiskuti aktar kollaborazzjoni ekonomika u kummerċjali bejn il-Belġju, l-Alġerija u Malta.", "Waqt il-laqgħa s-Sur Fechkeur wiegħed li jappoġġja organizzazzjonijiet filantropiċi f'Malta.", "· 9 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ltaqa' mas-Sur Jose Espartero, Maniġer Reġjonali għall-Air Malta fil-Belġju u s-Sur Wouter Soen, Maniġer tal-Bejgħ għall-Benelux biex jiddiskutu u jiskambjaw aġġornamenti dwar titjiriet tal-Air Malta KM għas-sajf tal-2019.", "L-Ambaxxata Maltija fi Brussell matul is-snin organizzat bosta attivitajiet Kulturali li servew ta' pjattaforma għall-artisti Maltin waqt li wkoll żammew ħajja l-kultura Maltija barra minn xtutna.", "Ħafna minn dawn l-attivitajiet ġew organizzati bil-għajnuna tal-Fond tad-Diplomazija Kulturali fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u permezz tal-għajnuna li kiseb l-Ambaxxatur Azzopardi minn diversi entitajiet oħra bħalma huma l-Kunsill Malti tal-Arti, il-MIMCOL, Transport Malta, Valletta 18 u CIDIC fil-Belġju.", "Matul dan il-perjodu tas-sena saru dawn l-attivitajiet:-", "· 14 ta' Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi għamel diskussjoni bit-telefon ma' Maestro Mark Agius dwar ix-xogħol ta' tħejjija għal wirja mill-kor ta' l-Ensemble tal-Kamra ta' San Pawl.", "· 18 ta' Jannar - Minbarra l-kontribuzzjoni mogħtija matul il-kampanja Istrina, ġew ippreżentati €150 oħra mis-Sinjura Carabott, f'isem il-komunità Maltija, lil Lt Brian Gatt, Aide-de-Camp għall-Eċċellenza Tagħha, fil-Palazz f'Attard.", "· 8 ta' Frar – Id-Deputat tkellmet mal-organizzaturi tal-Brussels Jazz Brass dwar possibiltajiet sabiex tittella' band Maltija u tippartecipa f'dan il-proġett li jsir kull sena fuq medda ta' tmiem il-ġimgha matul l-aħħar ġimgħa ta' Mejju.", "· 5 ta' Marzu - L-Ambaxxatur akkumpanjat mill-artist Alfie Gatt żar il-Gallerija tal-Arti Sablon fi Brussell bi preparazzjoni għal proposta ta' proġett kulturali ffinanzjat mill-Fond tad-Diplomazija Kulturali.", "· 22 ta' Marzu - L-Ambaxxatur għamel laqgħa mas-Sur Charles Vella, Assistent Kap tal-Iskola ta' San Anton, akkumpanjat minn għalliem u 3 studenti.", "· 27 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda d-\"Dejeuner ta' l-Ambaxxaturi\" f'Circle Gaulois bil-preżenza tas-Sur Peter de Caluwe - Direttur Ġenerali ta' La Monnaie.", "· 28 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqa' u indirizza grupp ta' Studenti mill-Università ta' Malta (Fakultà tal-Affarijiet Ewropej) immexxi minn Dr Robert Micallef.", "· 5 ta' April - L-Ambaxxata assistiet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fid-Dar Malta għall-komunità Maltija u ffaċilitat il-loġistika għall-korsijiet ta' preparazzjoni taż-żwieġ minn Mons. Alfred Vella.", "· 24 ta' April - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott laqgħet żewġ studenti tal-Università Belġjana u wieġbet għall-mistoqsijiet tagħhom dwar il-multilingwiżmu f'Malta.", "· 28 ta' April – id-Deputat żammet kuntatt ma' Dott Laura Falzon rigward ħsieb ta' proġett ta' kunċert minn din il-flutista rinomata biex jittella' fi Brussell.", "· 3 ta' Mejju - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attendiet l-anniversarju tat-twaqqif tal-Kor tas-subien prestiġjuż f'Aalst.", "Il-kor tas-subien u tal-irġiel fil-passat kien wettaq kunċert f'Malta.", "· Fit-3 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann għal żjara tal-Katidral u l-Mużew.", "· 4 ta' Mejju - L-Ambaxxata pparteċipat fil-Festival Annwali tal-Ħobż f'Rond-Point Schuman.", "L-avveniment huwa organizzat fl-istess ħin meta l-Istituzzjonijiet Ewropej jiftħu l-bibien tagħhom, u jattiraw madwar 20,000 viżitatur fil-lokal.", "Fil-festival ta' din is-sena, l-Ambaxxata ħejjiet ħobż b'firxa bbażata fuq it-tadam, żejt taż-żebbuġa, basal aħmar, melħ, bżar u nagħniegħ frisk filwaqt li serviet l-inbid aħmar u abjad Malti.", "Il-ħelu favorit tradizzjonali tal-Għid Malti, il- \"figolla\", ġie servut ukoll fil-bankarella ta' Malta.", "Il-viżitaturi interessati li jippjanaw il-vaganza tagħhom li jmiss fil-Gżejjer Maltin kellhom fuljetti differenti minn fejn jagħzlu skont il-gosti tagħhom biex iqattgħu vaganza orjentata lejn il-kultura jew pjuttost avventura u sport.", "Il-bankarella ta' Malta irriżervat ukoll sorpriża żgħira għall-vizitaturi ċkejkna billi offritilhom figurin tal-Playmobil liebes bħala Kavallier tal-Ordni ta' San Ġwann.", "· 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi laqa' u ltaqa' mad-Dekan u d-Direttur tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Università tan-Negozju Ingliża fi Brussell dwar oqsma possibbli ta' kollaborazzjoni.", "L-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell isservi bħala Konsolat.", "Ta' kuljum il-Konslu jirrispondi għal diversi mistoqsijiet u talbiet permezz ta' imejls, tat-telefon u ta' ittri uffiċjali (Notes Verbales) indirizzati lill-komunità Maltija ġewwa l-Belġju u l-Lussemburgu li tgħodd mal-elf ruħ.", "Ta' min jinnota, però, li anke Maltin li jgħixu mal-fruntieri fi Franza u fil-Germanja u li għal raġunijiet ta' distanza jippreferu jinqdew mill-Ambaxxata fi Brussell huma megħjuna mill-Ambaxxata fil-Belġju.", "Il-Konslu jwieġeb ukoll għat-talbiet ta' residenti fil-Belgju u l-Lussemburgu dwar vjaġġar lejn Malta jew dwar residenza f'Malta.", "Fost l-iktar servizzi li jintalbu nsibu li ġejjin :", "Promozzjoni ta' Malta", "l-Ambaxxata Maltija fi Brussell tagħmel dak kollu li huwa possibli sabiex tagħti l-aqwa promozzjoni lil pajjiżna.", "Naturalment irid jittieħed f'kunsiderazzjoni l-fatt illi l-fondi disponibbli huma limitati.", "Madanakollu naħdmu id f'id mal-entitajiet kollha sabiex norganizzaw bosta attivitajiet u anke nattendu oħrajn organizzati mill-kollegi, sabiex mhux biss nibnu il-kunttati tagħna iżda wkoll nippromovu lil pajjiżna f'kull qasam.", "· 17 ta' Jannar - L-Ambaxxatur Azzopardi attenda t-tnedija tal-ktieb tal-awtur Taljan Castalvecchi fuq stedina tal-Ambaxxatur Taljan fil-Belġju, l-E.T. Elena Basile.", "· 24 ta' Jannar - L-Ambaxxatur attenda l-kunċert tal-ftuħ tal-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-BOZAR.", "· 31 ta' Jannar - Wara l-laqgħa fil-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Lingwi, f'Mejju li għadda, fejn l-Ambaxxatur Azzopardi indirizza lill-udjenza dwar il-lingwa Maltija, l-Ambaxxatur laqa' lis-Sinjura Sietske Poepjes fl-Ambaxxata ta' Malta.", "Is-Sinjura Sietske Poepjes hija l-President tan-Netwerk għall-Promozzjoni tad-Diversità Lingwistika (NPLD) u hija wkoll il-Ministru tal-Kultura fi Friesland, l-Olanda.", "· 4 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi akkumpanja u mexxa l-45 Delegat tal-EUFOREA għal ġurnata f'Għawdex.", "Żaru diversi postijiet ta' interess f'Għawdex.", "Oħrajn", "· 4 ta' Frar – Id-Deputat tal-Ambaxxata iltaqgħet ma' Dott Claudio Palestini, uffiċjal tekniku tan-NATO responsabbli mill-proġetti implimentati mill-Università ta' Malta taħt il-finanzjament tal-programm Science for Peace.", "L-għan tal-laqgħa kien li tipprovdi informazzjoni ta' sfond dwar kif jopera l-finanzjament tal-SPS u ż-żjara ppjanata f'Malta fit-3 u l-4 ta' April 2019 mal-partijiet interessati mill-Università ta' Malta.", "· 8 ta' Frar - Deputat attenda l-laqgħa ta' informazzjoni tal-WEP6 u ltaqa' mas-Sinjura Lisa Greig, Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fid-Delegazzjoni tar-Renju Unit għan-NATO.", "Il-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit isservi bħala punt ta' kuntatt għal Malta.", "· 8 ta' Frar - L-Ambaxxata għenet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa f'Dar Malta għall-komunità Maltija.", "Il-Quddiesa Mqaddsa ġiet iċċelebrata minn Mons. Alfred Vella.", "· 25 ta' Frar – Id-Deputat u l-Maġġur Joseph Spiteri, Deputat Rappreżentant Militari attenda l-laqgħa informali PSC-NAC, li jġib flimkien il-PSC tal-UE u l-Kunsill u l-Imsieħba tal-Atlantiku tat-Tramuntana tan-NATO.", "· 28 ta' Frar - Deputat attenda r-Riċeviment ta' Adieu tal-Ambaxxatur tal-Isvizzera għan-NATO.", "· 13 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi u s-Sinjura Carabott kellhom laqgħa fl-Ambaxxata mas-Sinjura Sophie Briquetti, uffiċjal tan-NATO għal Malta.", "· 15 ta' Marzu - L-Ambaxxata għenet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa f'Dar Malta għall-komunità Maltija.", "Mons Alfred Vella ċċelebra l-Quddiesa.", "· 20 ta' Marzu - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-ktieb ta' kondoljanzi fl-Ambaxxata ta' New Zealand wara l-attakki ta' Christchurch.", "· 20 ta' Marzu - Laqgħa ta' segwitu mas-Sinjura Sophie Briquetti fl-Ambaxxata ta' Malta.", "· 5 ta' April - L-Ambaxxata assistiet fit-tħejjijiet ta' kull xahar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa f'Dar Malta għall-komunità Maltija u ffaċilitat il-loġistika għall-korsijiet ta' preparazzjoni taż-żwieġ minn Mons. Alfred Vella.", "· 12 ta' April - Id-Deputat Is-Sinjura Carabott attenda l-laqgħa tal-WEP 6.", "· 26 ta' April - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb ta' Kondoljanzi fl-Ambaxxata tas-Sri Lanka wara l-attakki terroristiċi.", "· 2 ta' Mejju - Id-Deputat Kap tal-Ambaxxata, is-Sinjura Carabott attendiet l-laqgħa tal-WEP 6.", "· 8 ta' Mejju - L-Ambaxxatur Azzopardi ffirma l-Ktieb taċ-Ċelebrazzjoni fl-Ambaxxata tal-Ġappun fl-okkażjoni tal-Inkurunazzjoni tal-eredi tat-Tron fil-Ġappun, l-Altezza Rjali l-Imperatur Eredi tat-Tron Naruhito.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa The Hague?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li din ijja l-ħidma li saret fl-ewwel erba' xhur tas-sena mill-Ambaxxata tagħna ġewwa The Hague.", "· Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Olandiż Stef Blok f'Malta 9-10 ta' Jannar, 2019.", "· Żjara ta' Uffiċjali Għolja tal-MCAST (Kulleġġ Marittimu) fl-Olanda (24-27 ta'Frar) bil-għan li jiġu stabbiliti kuntatti bejn l-MCAST u Kulleġġi Olandiżi impenjati fl-istess oqsma.", "· Ħidma biex jiġi stabbilit arranġament reċiproku tas-sossten mal-Olanda għall- kandidatura ta' Malta fl-IMO (International Maritime Organisation).", "· Laqgħat ma' Uffiċjali Għolja fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Olandiż dwar il- kandidatura ta' Malta għal siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 2023/2024.", "· Sensiela ta' laqgħat ma' diversi Membri tal-Gvern u Uffiċjali Għolja fl-amministrazzjoni nazzjonali u reġjonali Olandiża (eż.", "Tweente, Noordoostpolder) kif ukoll fl-organizzazzjonijiet Internazzjonali stabbiliti f'The Hague.", "· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-kungressi tal-partiti politiċi Olandiżi.", "· Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lir-Reġina Margrethe tad-Danimarka mill-Ambaxxatrici Marlene Bonnici (Marzu 2019).", "· «Monitoring» tal-medja Olandiża u Daniża.", "· Parteċipazzjoni f'diversi avvenimenti kulturali, ekonomiċi, politic u diplomatiċi organizzati minn entitajiet u Ministeri Olandiżi u mill-korp diplomatiku f'The Hague bħala parti mill-ħidma diplomatika ta rutina.", "Kummerċjali", "· Żjara f'Emmeloord u l-inħawi fil-qrib biex ikomplu jissaħħu l-kuntatti mal-kumpaniji li jimportaw il-patata minn Malta.", "· Għajnuna lill-kumpaniji Maltin biex jesportaw lejn / isibu suq fl-Olanda.", "· Kuntatti ma' Uffiċjali fl-ajruport ta' Schiphol bil-għan li jiżdiedu « landing slots » għall-Air Malta.", "· Kuntatti mar-Rijksmuseum van Oudheden fil-Belt ta' Leiden bil-għan li ssir wirja tal-monumenti pre-istoriċi Maltin fl-istess Mużew fis-sajf 2021.", "Dawn il-kuntatti ssarfu fi' żjara ta'Uffiċjali Għolja tal-Mużew Olandiż f'Malta fejn saru laqgħat mal-Heritage Malta (Marzu 2019) kif ukoll fi żjara ta' Uffiċjali Għolja tal-Heritage Malta f'Leiden (Ġunju 2019) bħala parti mill-preparamenti għall-wirja.", "· Stabbiliti kuntatti mad-diriġenti tal-Orkestra taż-Żgħażagħ ta' Almere (Frar 2019) bil-għan li jsiru skambji bejn l-Orkestra Olandiża u dik Maltija.", "L-ewwel skambju mistenni jsir fis-sajf 2020.", "· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f'seminars għal studenti tal-Akkademja tal-Liġi Internazzjonali (li tinsab f'The Hague).", "· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fis-sessjoni THIMUN 2019", "· Parteċipazzjoni fil-laqgħat u attivitajiet tal-EUNIC", "· Ħidma biex jiġi identifikat Konslu Onorarju ġdid għar-reġjuni ta' « North Brabant ; Zeeland, Limburg u Utrecht »fl-Olanda kif ukoll ieħor fir-reġjun ta' Zeeland (Copenhagen) fid-Danimarka.", "· Kuntatt kontinwu mal-Awtoritajiet Olandiżi waqt l-attakk terroristiku li sar f'Utrecht f'Marzu, 2019, biex jiġi stabbilit kienx hemm ċittadini Maltin li nqabdu fl-attakk.", "· Informazzjoni dwar visas, passaporti, ċittadinanza.", "Tiġdid ta' numru ta' passaporti.", "Maħruġa numru ta' passaporti ta' emerġenza .", "· Għajnuna lil ċittadini Maltin fl-Olanda u d-Danimarka .", "Promozzjoni ta' Malta", "· Parteċipazzjoni ta' membri tal-Ambaxxata fil-fiera tat-turiżmu Vakantiebeurs f'Utrecht, Jannar, 2019.", "· Żjarat f'kumpaniji, istituti edukattivi u aġenziji li huma responsabbli mill-investiment u l-kummerċ fl-Olanda bil-għan li ssir promozzjoni ta' Malta bħala pajjiż attraenti għall-investiment.", "Oħrajn", "· Parteċipazzjoni ta' Malta fil-laqgħat regolari ta' koordinament (WEOG u EU) dwar ix-xogħol fl-OPCW", "· Parteċipazzjoni fil-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW (fejn Malta ilha Membru Elett mis-sajf tal-2018) EC-M-62 f' Jannar 2019; EC-M-63 fi Frar 2019; EC-90 f'Marzu;", "· l-Ambaxxatriċi Bonnici maħtura bħala \"facilitator\" tal-baġit tal-Qorti għas-sena 2020.", "Diversi laqgħat ma' Uffiċjali Għolja tad-diversi Organi tal-Qorti biex jitmexxew id-diskussjonijiet tal-baġit.", "· Parteċipazzjoni fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat tal-Baġit (April)", "· Parteċipazzjoni regolari fil-Grupp ta' Ħidma li jiltaqa' f'The Hague.", "· Laqgħat informali tal-baġit (Jannar 2019)", "· Parteċipazzjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-HCCH 5-8 Marzu, 2019.", "· Preparamenti għal-laqgħat li ser isiru f'The Hague f'Ġunju dwar il-\"Judgements Project\".", "· Diversi laqgħat mal-Uffiċjali tal-ICMP f'The Hague dwar il-proġett ta' kooperazzjoni bejn diversi pajjiżi tal-Mediterran \"Missing Persons\".", "· Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-laqgħa li saret f'The Hague fi Frar 2019.", "· Parteċipazzjoni fil-laqgħat HOMs u laqgħat oħra organizzati mill-Presidenza tal-UE (l-Ambaxxata Rumena) f'The Hague kif ukoll mir-Rappreżentanza tal-UE fl-Olanda.", "· Kuntatti ma' uffiċjali Olandiżi dwar pożizzjonijiet ta' Malta f'diversi oqsma fosthom l-immigrazzjoni .", "· Partiċipazzjoni tal-briefing tal-Gvern Olandiż qabel il-Kunsilli ta' kull xahar tal-FAC, GAC u ECOFIN u l-laqgħat tal-JHA u EUCO.", "· Laqgħat ma' Uffiċjali tal-Europol u Eurojust.", "BINJA - ĠRIEDEN", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'passi ttieħdu sabiex jiġu eliminati numru sew ta' ġrieden fil-każ ta' dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li jidher li dawn qed jidħlu fl-imsemmija dar mill-katusi pubbliċi?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ilment dwar infestazzjoni ta' ġrieden fid-dar imsemmija hawn fuq ġie investigat minn uffiċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fis-7 ta' Marzu ta' din is-sena.", "Peress li ma setax jinstab is-sid tal-fond kienu wkoll saru spezzjonijiet wara l-ħin tax-xogħol.", "Intant wara diversi tentattivi nstab is-sid tal-fond u saret l-ispezzjoni neċessarja fejn dan l-ilment ma ġiex ikkonfermat.", "Madankollu u bħala prekawzjoni xorta sar trattament għal kontra l-ġrieden kemm fil-fond indikat kif ukoll fil-madwar.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – ĦRUĠ TA' KUNTRATTI PUBBLIĊI MID-DIPARTIMENTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mit-8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta Ġunju 2017?", "Tista' f'kull każ tgħid:", "a. min rebaħ il-kuntratt;", "b. l-ammont totali tal-kuntratt;", "c. jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u", "d. l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "Interpellant li biex jinġabar it-tagħrif mitlub hemm involut ammont sostanzjali ta' xogħol u din l-informazzjoni tista' faċilment tinkiseb mill-Gazzetta tal-Gvern.", "IX-XLENDI – XOGĦLIJIET FUQ ID-DRY STANDING FACILITY", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li f'dawn l-aħħar ġranet ma sar ebda xogħol ta' rinovazzjoni fuq id-Dry Standing Facility ġewwa x-Xlendi?", "Meta huwa ppjanat li jitlesta dan il-proġett u jibda jintuża mis-sajjieda?", "Interpellant li dawn il-jiem kien għaddej xogħol fuq il-bini tal-bqija tal-ħajt ta' madwar id-Dry Standing Area tax-Xlendi.", "Hu maħsub li din iż-żona tkun lesta u tkun tista' tibda tintuża fil-ġimgħat li ġejjin u x-xogħol miexi skont il-programm ta' ħidma pre-stabbilit.", "TENDER GĦAL BINI TA' STORM WATER CULVERT KKANĊELLATA", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender MGOZ/MPU T 10/2019 (Tender for the Construction of a storm water culvert including reinstatement of Malta Street Għajnsielem) fuq il-website tal-etenders.gov.mt ġiet ikkanċellata?Tista' tgħid meta din ġiet ikkanċellata u min ħa d-deċiżjoni biex din tiġi kanċellata u min ħa jerfa' r-responsabilità ta' dan kollu, u dan wara li din l-istess tender kienet ġiet awarded mill-Ministerial Procurement Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fil-21 ta' Mejju 2019?", "Interpellant lir-raġuni li t-tender MGOZ/MPU T 10/2019 (Tender for the Construction of a storm water culvert including reinstatement of Malta Street Għajnsielem) fuq il-website tal-etenders.gov.mt ġiet tidher bħala kkanċellata hija marbuta ma' problema teknika fuq il-portal epps, fejn speċifikament l-istatus tal-imsemmja sejħa ġie mmarkat u jidher bħala cancelled minflok awarded.", "Għaldaqstant, il-Ministeru jista' jikkonferma li l-award kkomunikat mill-Ministerial Procurement Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fil-21 ta' Mejju 2019 għadu validu u kien kkonfermat wkoll mal-unika kuntrattur/bidder li tefa' offerta għal dan it-tender u li eventwalment rebaħ dan l-istess tender.", "Bħalissa għaddejjin bil-proċess li jiġi ffirmat il-kuntratt biex ikun jista' jibda x-xogħol fil-ġimgħat li ġejjin.", "GĦAWDEX – IR-RABAT – XOGĦLIJIET FUQ TOROQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid min kien il-kuntrattur li ħadem fuq:", "a. Triq Forn il-Ġir;", "c. Triq Mattia Preti;", "fir-Rabat Għawdex u li saru f'dawn l-aħħar ġimgħat?", "Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar f'dawn it-toroq?", "Tista' tgħid kemm ġiet tiswa kull waħda minn dawn it-toroq, u min kien il-perit li ċċertifika x-xogħol kollu li sar fuq kull triq?", "Tista' tgħid kemm-il servizz tal-ilma ġie mibdul f'kull waħda minn dawn it-toroq?", "Tista' tgħid jekk inbidilx il-main tal-ilma f'kull waħda minn dawn it-toroq?", "Tista' tgħid kemm-il servizz tad-drenaġġ kellu bżonn jinbidel f'kull waħda minn dawn it-toroq u jekk sarux house connections ġodda tad-drenaġġ f'kull waħda minn dawn it-toroq, u jekk sarux gutters fil-ġnub ta' kull waħda minn dawn it-toroq u jekk le x'inhi r-raġuni li ma sarux?", "Interpellant li peress dawn l-aħħar tletin sena qatt ma sar xi tip ta' manutenzjoni fuq dawn it-triqat, ġie deċiż li dan għandu jsir.", "Ninforma wkoll li fil-ġranet li ġejjin se jitkomplew xogħlijiet oħra bi pjan strutturat.", "IR-RABAT GĦAWDEX - SKOLA PRIMARJA TAL-VAJRINGA - TENDER GĦAL FIRE DETECTION SYSTEM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħarġet tender (FTS Q 009-19) biex issir Fire Detection System fl-Iskola Primarja tal-Vajringafir-Rabat Għawdex iżda s-swali tan-National Library u tal-Arkivji Nazzjonali li jinsabu fuq parti minn din l-istess skola, mhumiex inklużi f'din it-tender?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tender li qiegħed jirreferi għaliha hu stess (FTS Q 009-19) hija tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, liema fondazzjoni hi responsabbli għal xogħol u tagħmir fl-iskejjel tal-istat.", "Infurmat li Malta Libraries tinsab fil-proċess li tiġbor kwotazzjonijiet f'dan ir-rigward biex ikollha indikazzjoni infurmata tal-ispiża involuta f'tali xogħol.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – AMMINISTRAZZJONI TAL-FONDI TAL-UNJONI EWROPEA GĦAT-TAĦRIĠ", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min fil-Ministeru tiegħu qed jamministra l-Fondi tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ li jammontaw għal madwar €700,000?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-amministratur tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ huwa s-CIO filwaqt li uffiċjal fi Skala 3 tissorvelja l-External Border Fund.", "SEJĦA GĦALL-POST TA' DIRETTUR GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA U AFFARIJIET KONSULARI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni fl-ewwel sejħa għall-post ta' Direttur għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta u Affarijiet Konsulari li saret xi ġimgħat ilu?", "Jista' jgħid intgħażilx xi uffiċjal minn dawk li applikaw?", "CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant li dawn it-tip ta' sejħiet ma jinħarġux mill-Ministeru imma b'mod ċentrali.", "FTEHIM BEJN IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ U INDIVIDWU", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min hu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jekk jeżistix xi ftehim bejn dan l-individwu u l-Ministeru tiegħu?", "Jista' jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid min ħareġ il-kważi €50,000, jekk hux il-Ministeru tiegħu jew minn xi Ministeru ieħor?", "CARMELO ABELA: Naħseb li l-Onor.", "Interpellant qiegħed jirreferi għal Ftehim tat-3 ta' Ġunju 2019 bejn il-Ministeru, il-Parroċċa li fil-pussess tagħha għanda is-sett ta' pitturi tal-artist rinomat Malti li fuqhom ser isir ir-restawr, u restawratur famuż li żgur ma' għandux bżonn introduzzjoni u fil-fatt,ilu jaħdem Malta fil-qasam tar-restawr għal dawn l-aħħar tliet deċenji.", "Il-fond użatt huwa dak tad-Diplomazija Kulturali li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ.", "Nittama li l-Oppożizzjoni mhux kontra li bħala gvern nieħdu ħsieb il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna.", "UFFIĊĊJI TAD-DIPLOMATIĊI - ĦASSIELA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk tqabbdux ħassiela barranin, ċittadini tas-Serbja u tal-Filippini fost oħrajn, fil-Ministeru tiegħu, sabiex jaħslu l-uffiċċji tad-Diplomatiċi fejn fuq l-iskrivaniji u units, ikun hemm files kunfidenzjali, dokument tal-COREU tal-Unjoni Ewropea u korrespondenza sensittiva aċċessibbli għal dawn iċ-ċittadini barranin?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tindif fil-Ministeru jsir mill-kuntrattur.", "Skont ir-regoli tal-procurement ma' tistax tagħmel restrizzjoni ta' nazzjonalità.", "It-tindif fl-uffiċini jsir taħt is-sorveljanza tal-uffiċjal tas-sigurtà.", "RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TA' MALTA GĦAN-NAZZJONIJIET UNITI – INGAĠĠ TA' PERSUNA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċizjoni li tiġi impjegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ċittadina tal-Moldova bħala 'Political Officer' fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra, meta s'issa xogħol sensittiv ta' dan il-kalibru kien isir minn diplomatiċi professjonali Maltin?", "X'tip ta' screening sar, jekk sar, ta' din il-Locally Engaged Staff barranija?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna li qed jirreferi għaliha ġiet ingaġġata wara li saret il-proċedura tal-għażla minn Bord ta' diplomatiċi fir-Rappreżentanza ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra.", "Fuq rakkomandazzjoni tal-Bord, il-Ministeru approva l-ingaġġ.", "Ninsab infurmat li l-persuna konċernata qed tagħmel xogħol amministrattiv.", "LAQGĦA ANNWALI TAL-KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta?", "Jista' jpoġġi l-minuti fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-aħħar laqgħa annwali tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta saret bejn l-20 u l-21 ta' Novembru 2018.", "Peress li l-minuti tal-laqgħa annwali tal-2018 għad iridu jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill, f'dan l-istadju ma jistgħux ikunu mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra.", "Interpellant jista' jitlob kopja tal-istess minuti meta dawn jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill fil-laqgħa li jmiss ta' Ottubru li ġej.", "Sadanittant l-ispiża totali tal-Laqgħa tal-Kunsill tas-sena l-oħra kienet tammonta għal €29,266.27", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' 'Negotiated Procedure' ġodda minn meta ġiet imwieġba il-mistoqsija parlamentari 9722 sal-lum, u x'tip ta' Negotiated Procedure kienu?", "F'kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b'dan il-mod?", "Kemm kien il-valur ta' kull tender?", "Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190626_242o_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 1 ta' Lulju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6865, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena fl-hekk imsejjaħ tielet sular ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din s-sena fi Triq Zakkarija l-Belt?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar mill-Ministeru fit-tielet sular f'Allied House l-Belt, tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din s-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inizjattivi li se jittieħdu tul din is-sena mid-Dipartiment tal-Artijiet senjatament għal skemi marbuta mal-fidi jew xiri ta' ċens?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid meta huma d-dati ta' meta se ssir il-Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-Ħames Konvenzjoni tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid kemm minn madwar 9,000 Maltin fl-Iskozja, xtraw il-passaport Malti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux Kunsillier Ekkleżjastiku Ordinarju għas-Santa Sede u jekk le meta ġiet mitmuma l-kariga tiegħu u għaliex?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eks impjegati tal-Airmalta ta' bejn l-2004 u l-2010 ingħatawx 2/3 (jiġifieri €3,000) tal-kumpens li kienu ngħataw l-impjegati attwali ta' €4,500 għas-sagrifiċċju li kienu għamlu waqt iż-żmien ta' ristrutturar tal-kumpanija?", "Jista' jispjega kif kien hemm eks impjegati li ħadu dan l-kumpens u oħrajn le?", "Jista' jikkonferma li dan il-kumpens se jingħata, u jekk iva, meta ser jitħallas lill-eks impjegati kollha ta' bejn l-2004 u l-2010 u li għadhom ma ħaduhomx?", "Jista' jgħid kemm jiswa fit-totalità tiegħu dan il-kumpens u kemm hemm ħaddiema intitolati għal dan l-kumpens?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista l-ġdida tas-Sindki, Viċi Sindki u kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjoni ta' Mejju 2019?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mit 8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta' Ġunju 2017?", "Tista' f'kull każ tgħid:", "a. min rebaħ il-kuntratt;", "b. l-ammont totali tal-kuntratt;", "c. jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u", "d. l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 10434, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex dawk it-18-il persuna b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, fosthom it-13-il persuna li ilhom aktar minn sena jirreġistraw għax-xogħol, isibu x-xogħol jew jingħataw opportunità ta' xogħol f'waħda mill-iskemi tal-Gvern li għamel referenza għalihom fl-istess risposta tiegħu?", "Meta hu maħsub li f'Għawdex ma tibqa' l-ebda persuna b'diżabilità tirreġistra għax-xogħol?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' tgħid x'se jiġri issa fuq dan ix-xogħol li kien ippjanat li jsir?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tenderCT2063-2019 - Tender for the Reconstruction of Triq iż-Żewwieqa (Qala) u Triq il-Qortin (Nadur), Gozo, ġiet ikkanċellata?", "Tista' tgħid x'se jsir jew x'sar fuq dawn it-toroq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tenderCT2002/2019 - Tender for the Reconstruction of Triq l-Imgħallem and Triq ta' wara s-Sur, Victoria (Rabat) Gozo ġiet ikkanċellata?", "Tista' tgħid x'se jsir issa mix-xogħlijiet li kienu ppjanati?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7815 u 8282 u tgħid kemm u x'tip ta' ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u tgħid ukoll fuq kull proġett/biċċa xogħol min kien/kienet il-persuna/i li ordnat ir-ramel jew żrar u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u sena b'sena fuq dan il-materjal?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li ninsabu resqin lejn l-aħħar ta' Ġunju, id-dawl mal-promenade tal-Bajja tal-Mellieħa għadu ma twaħħalx?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji kollha relatati mal-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-bajja tal-Għadira?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Minħabba li sa nhar il-Ġimgha 21 ta' Ġunju 2019 fis-13:28 l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien għadu qed jidher li jaħdem bħala Projects Director - Coordination Unit fis-Segretarjat tal-istess Ministru, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu xogħol l-individwu?", "Għal liema proġetti huwa Projects Director?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-Massage Parlours, li r-rapport jindika ċar li huma sors ta' vulnerabilità għat-traffikar tal-persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex tissolva l-problema tal-interpreti għall-vittmi waqt proċeduri fil-Qrati, kif indikat fir-rapport?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għal Fondi Ewropej, li jammontaw għall-€500,000, li ngħad li se jintużaw biex tiġi implimentata l-viżjoni tal-Ministeru dwar it-tmexxija ta' Għawdex biex il-gżira tkompli tkun ekoloġika u destinazzjoni unika u ta' kwalità, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid liema huma l-proġetti li se jiġu megħjuna minn dawn il-fondi?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-proġett Consume-less, li għandu l-iskop biex jiġi ġġenerat inqas skart u kif niddisponu minnu, tista' l-Ministru tgħid xi proċedura se tintuża biex jintgħażlu l-50% tar-ristoranti Għawdxin li se jiġu involuti f'dan il-proġett?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-bini mill-ġdid tal-moll fix-Xlendi?", "Tista' tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-pjanijiet minn dawk li oriġinarjament kienu pproġettati?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk dan affettwax l-ispiża oriġinali tal-proġett u kemm kien l-ammont ta' dawn l-ispejjeż żejda?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-leġiżilatura kurrenti kienx hemm persuni li nqabdu jagħtu servizz ta' gwida turistika bla ma kellhom liċenzja u f'każ li iva, kemm kienu dawn il-persuni f'Malta u kemm kienu il-persuni f'Għawdex u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10124, jista' l-Ministeu jgħid:", "a) X'kienet l-urġenza li x-xogħol kellu jsir fl-10 t'April, meta fis-17 ta' April kienu ser jibdew il-vaganzi tal-Għid?", "b) Ladarba x-xogħol ta' barra ma sarx fl-istess data, (minħabba li ma kienx hemm permessi), allura x-xogħol ta' ġewwa ma setax jistenna?", "c) min kien responsabbli mill-Health and Safety, waqt il-ħin tad-dħul tal-istudenti, minħabba l-makkinarju goff u x-xogħol li qed nirreferi għalih?", "L-ONOR.", "MARLENE FARRUGIA staqsiet lill-", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9968, 9748 u 10038 rigward is-sejba ta' xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa (Triq Ġorġ Borġ Olivier) jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku kif ukoll rapporti oħra li setgħu saru fuq l-istess suġġett?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-LESA għas-snin 2016, 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti preċiżament (raġunijiet) it-tilwima reġistrata bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità (wardens) u l-LESA?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jelenka x'azzjonijiet qed jieħdu l-uffiċjali tal-komunità (wardens) kawża għat-tilwima li huma għandhom mal-LESA?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9962, u ċjoè: B'referenza għall-proġett dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett hux maħsub li jsir minn fondi pubbliċi jew hux se jkun iffinanzjat b'mod sħiħ mill-privat?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsja parlamentari 9961 u ċjoè: Peress li fl-aħbarijiet tat-TVM tat-30 ta' Marzu 2019, il-Ministru ġie kkwotat li qal li se jibda l-proċess mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi riveduta l-lista ta' toroq arterjali biex isiru b'Fondi Ewropej u fi kliemu stess qal li \"Sal-2030 din il-lista ta' toroq trid tkun lesta.", "Ovvjament se jiġu diskussi issa listi ta' toroq oħra li jridu jidħlu lil hinn mill-2030, fost l-oħrajn il-mina ta' bejn Malta u Għawdex\", jista' l-Ministru jinforma l-Kamra u jgħid jekk dan ifissirx li x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma jkunx jista' jibda qabel l-2030?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Wara li tħabbar li l-Gvern biħsiebu jiftaħ għall-użu u t-tgawdija tal-pubbliku, medda art li tnaddfet wara t-tneħħija ta' fabbrika tal-konkos li kienet abbundanta, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jara li jitneħħew ukoll in-Nissen Huts li għadhom preżenti fuq is-sit minħabba li, skont kif qal l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 10408, \"ma jistax jeskludi li ma hemmx asbestos fin-Nissen Huts\" u dan sabiex il-pubbliku ma jiġix espost għar-riskju tal-asbestos?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10407 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista' l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta' kuntratti ta' servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 'il hawn kemm ilu Ministru?", "Jista' jinkludi wkoll:", "a. l-iskop tal-kuntratt;", "b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u", "c. l-ammont ta' ħlas imħallas a tenur ta' dawn il-kuntratti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10406 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma' min iltaqa' u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f'Dubai, suppost fuq xogħol tal-gvern?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10192, 10341 u 10404 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' f'kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "In segwitu tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10413, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-ammonti li qed jitħallsu ai termini tal-kuntratti mniżżla fil-lista annessa mal-mistosija parlamentari 10340 u cjoè l-ammont ta' flus li qed jitħallsu kull sena, sena b'sena, l-entitajiet kummerċjali hemm imniżżla għas-serviz li joffru, u dan la darba, minkejja li evidentement din hija informazzjoni kummerċjali, żgur li din mhix informazzjoni kummerċjali li tikkostitwixxi sigriet sensittiv għan-negozju jew kummerċ u hija informazzjoni fl-interess pubbliku la darba dawn il-ħlasijiet qed isiru mill-pubbliku u mhux mill-Ministru minn butu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistosija parlamentari 10412 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194, il-Ministru ammetta li żar Dubai f'Novembru tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:", "a. id-dati eżatti taż-żjara;", "b. l-iskop taż-żjara;", "c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew persons of trust u minn min;", "d. jekk kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,", "jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jispjega kif il-Ministri tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tat-Turiżmu kkwotaw mir-rapport mhux ippubblikat tal-Inkjesta Egrant, meta ftit jiem ilu huma wieġbu fil-Qorti għat-talba tas-soċjetà ċivili Repubblika għal ftuħ ta' Inkjesta Maġisterjali dwar l-isptarijiet pubbliċi?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-job description il-ġdid tal-LSEs hux lest u meta ser jidħol fis-seħħ?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel apparti li joħroġ sejħa għall-impjieg, biex isolvi l-problema ta' nuqqas ta' għalliema tal-Malti u tal-Matematika?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk li ħa jikkoreġu l-karti tal-eżami tal-Malti u tal-Matematika?", "Fejn huwa l-post tax-xogħol tagħhom attwalment?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid kemm sab għalliema li attwalment jgħallmu fl-iskejjel tal-Istat biex jikkoreġu l-karti tal-eżami tal-Malti u tal-Matematika?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet tal-Malta Community Chest Fund fejn fl-aħħar Istrina kienu nġabru mas- €7 miljuni?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid hekk hux minnu li l-parti tal-job description tal-2007 fejn jobbliga lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jitlob għar-rapport kull sentejn fuq ammont ta' kilogrammi li jridu jqandlu l-LSEs tneħħietx mill-job description li qed isir ġdid?", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10606, tista' l-Ministru twieġeb l-istess mistoqsija hekk kif saret u tgħid b'liema mod ġie mixtri jew mikri dan il-vapur (jekk hux b'tender, expression of interest jew direct order)?", "Tista' tagħti dettalji ta' kif inxtara jew ġie mikri?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jgħid jekk, bħal snin passati, hux se jitwaħħal il-festun mal-promenade tal-Għadira?", "Jekk iva, jagħti data dwar meta se jeħel.", "Jekk le, nitolbu jgħid jekk hiex qiegħda tiġi kkunsidrata xi alternattiva oħra, u għal meta se tkun lesta.", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10379 u ċjoè: B'referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f'Malta, Għawdex u Kemmuna, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm-il concession hawn u f'kemm-il bajja huma mqassma;", "b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu sunbeds f'kull concession, u kemm jammontaw is-sunbeds li jistgħu jitqiegħdu f'kull bajja; u", "c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta' art li huwa mgħotti b'dawn il-concessions, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 fil-Manikata?", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f'Malta, Għawdex u Kemmuna, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm-il concession hawn u f'kemm-il bajja huma mqassma;", "b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu sunbeds f'kull concession, u kemm jammontaw is-sunbeds li jistgħu jitqiegħdu f'kull bajja; u", "c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta' art li huwa mgħotti b'dawn il-concessions, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 88 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja) – Tieni Qari – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 89 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 90 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "28 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 1 ta' Lulju 2019 fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "u nhar it-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Ministru għall-Finanzi.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 12 ta' Ġunju 2019 fil-4:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Diskussjoni u Approvazzjoni tar-Rapport dwar l-Abbuż minn Minuri fuq Adulti;", "Affarijiet Oħra.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat –Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "28 ta' Ġunju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190701_243a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tnejn, 1 ta' Lulju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tnejn, 1 ta' Lulju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tnejn, 1 ta' Lulju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 242, li saret fis-26 ta' Ġunju 2019, ġew ikkonfermati.", "L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman għas-sena 2018.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "IL-FGURA: TRIQ ID-DEJMA - XOGĦLIJIET", "L-ONOR.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għat-tweġiba mistoqsija parlamentari 6865, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura?", "CARMELO ABELA (Ministru Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ) (f'isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-disinni proposti ħadu aktar fit-tul peress li ma setax isir intervent bis-soft landscaping minħabba li ma kienx hemm fond biżżejjed ta' ħamrija.", "Id-disinni ġodda ġew approvati u x-xogħol beda u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.", "IL-BELT: PALAZZO PARISIO - XOGĦLIJIET FIT-TIELET SULAR", "L-ONOR.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena fl-hekk imsejjaħ tielet sular ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li għall-aħħar tas-sena 2018 saru taħditiet mal-mangement u impjegati tal-Ministeru fejn ġew elenkati il-faċilitiajiet u l-bżonnijiet neċessarji biex jiġi mħejji brief għad-disinn meħtieġ.", "Fi Frar ta' din is-sena ngħata bidu għal sejħa ta' offerti biex isiru studji tekniċi fuq l-istabbiltà strutturali tas-soqfa eżistenti fuq din il-binja.", "Huwa tajjeb li ngħid li din il-binja hija fit-tielet sular tal-Ministeru.", "Dan il-proċess ġie sorveljat mill-esperti tekniċi ingaġġati mill-Ministeru.", "Ta' min jgħid li dawn it-testijiet ġew kordinati wara l-ħin normali tax-xogħol jew fi ġranet maqbulin mal-uffiċjali għolja tal-Ministeru biex ma jtellfux mill-ħidma u l-operat tal-Ministeru.", "Għaddejjin taħditiet mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali sabiex jiġi mħejji disinn addattat li hu funzjonabbli għall-ħteġijiet tal-Ministeru preżenti.", "Qegħdin fil-fażi biex jiġu sottomessi il-permessi meħtieġa għall-iżvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, waħda mit-tibdiliet li saru bejn il-leġiżlatura li għaddiet għal din il-leġiżlatura fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ hija li żdiedet ir-responsabbiltà tal-promozzjoni tal-kummerċ.", "Jista' l-Ministru jgħidilna x'tip ta' xogħol qed isir f'dan ir-rigward, kemm minn investituri barranin li jaraw pajjiżna bħala post fejn jistgħu jiġu biex iħaddmu n-nies u jinvestu f'pajjiżna, kif ukoll min-negozjanti Maltin li jixtiequ jesportaw il-prodott Malti f'pajjiżi oħrajn?", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-fatt il-mandat ta' Trade Malta, li hija impriża konġunta bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ, huwa li tgħin lil dawk in-negozji li huma bbażati hawn Malta li jkollhom l-interess li jaħdmu barra minn Malta, li jsiru internazzjonali.", "Dawn, filwaqt li jżommu l-operat tagħhom hawn Malta, però jħarsu lejn pajjiżi u reġjuni oħrajn fejn jistgħu jimirħu lil hinn minn xtutna.", "Allura l-mandat ta' Trade Malta, b'mod partikolari fejn tidħol il-promozzjoni tal-kummerċ, huwa ffokat l-iktar mhux li nattiraw investiment lejn pajjiżna, imma li ngħinu lill-komunità kummerċjali f'Malta, dawk li huma interessati li jimirħu lejn pajjiżi oħrajn.", "Irrid nagħmilha ċara li bħala Ministeru aħna dejjem inkunu interessati li nitkellmu biex nattiraw investiment lejn pajjiżna, imma l-mandat ewlieni min-naħa tal-promozzjoni tal-kummerċ huwa li aħna nkunu ta' għajnuna u sostenn għal diversi kumpaniji li jkollhom din l-ambizzjoni tajba u sabiħa li jaħdmu wkoll barra minn xtutna.", "Mod minnhom huwa li, pereżempju, anke jkun hemm għajnuna biex huma jipparteċipaw f'ċerti fieri internazzjonali, fejn jesibixxu l-prodotti u s-servizzi tagħhom u jkunu jistgħu jagħmlu l-kuntatti.", "Allura huwa importanti ħafna li nagħtu l-għajnuna u s-sostenn li dawn il-kumpaniji, anke fil-parteċipazzjoni tal-fieri.", "Dik hija tip ta' għajnuna li tingħata.", "Għajnuna oħra hija l-parteċipazzjoni f'delegazzjonijiet kummerċjali, kemm mal-President tar-Repubblika - meta dan ikun il-każ - ġieli anke mal-Prim Ministru, u f'numru ta' okkażjonijiet anke miegħi meta mexxejt delegazzjonijiet barra minn Malta li kienu jinkludu wkoll l-element kummerċjali.", "Għal dawn id-delegazzjonijiet kummerċjali ssir sejħa minn Trade Malta stess u dawk li jkunu interessati li jieħdu sehem japplikaw u jissieħbu magħna f'din id-delegazzjoni, fejn aħna wkoll, skont il-kumpaniji li jkollna qed jipparteċipaw, nagħmlu l-kuntatti mal-kontraparti tagħhom.", "Allura naħdmu mal-pajjiż rispettiv fejn se nkunu qed inżuru, u norganizzaw il-laqgħat li jkun hemm bżonn biex l-interessi kummerċjali finalment jiltaqgħu.", "Pereżempju, jekk inti għandek kumpanija tal-IT trid tara li jkun hemm kontraparti li ġejjin minn dak il-qasam u viciversa, kif ukoll f'oqsma oħrajn.", "Aħna nħossu li anke s-swieq li mhumiex daqshekk tradizzjonali … Jien b'sodisfazzjon ninnota li dan l-aħħar qed nagħtu iktar importanza mill-aspett politiku lill-kontinent Afrikan u fil-fatt għandna żewġ pajjiżi partikolari fejn s'issa kellna delegazzjoni li kienet marret f'Lujlu 2017 fil-Ghana, fejn saru diversi żviluppi anke fuq livell politiku – mhux se nidħol fihom biex ma ntawwalx it-tweġiba tiegħi imma irrid ngħid li saru żviluppi pożittivi anke mill-aspett politiku - li wasslu anke għal riżultati mill-aspett kummerċjali.", "Hemm numru ta' kumpaniji li marru, mhux darba u tnejn, wara li kienu ġew mad-delegazzjoni f'Lulju 2017, li kienet immexxija mill-Eċċellenza Tagħha l-President Emeritu tar-Repubblika ta' dak iż-żmien, żjara li għamilt magħha jiena wkoll.", "Għandna pajjiż ieħor, bħall-Etjopja, fejn qed nipprovaw inkunu iktar viżibbli.", "Qed nitkellmu fuq pajjiż ta' 110 miljun ruħ, jiġifieri mhuwiex pajjiż żgħir.", "Il-Ghana huwa meqjus bħala pajjiż żgħir, imma għandu popolazzjoni ta' madwar 30 miljun, jiġifieri anke hawnhekk, kollox huwa relattiv fil-ħajja.", "Fl-Etjopja kellna esperjenzi ta' numru ta' kumpaniji li marru u qed nistennew li jkollna riżultati sodisfaċenti.", "Ovvjament ma tridx tkun biss żjara ta' darba, imma jrid ikollok sforz li tibqa' għaddej bih.", "Però għall-inqas meta wieħed jara r-riżorsi li għandna, kemm bħala pajjiż u iktar u iktar bħala Ministeru, li mhumiex riżorsi ta' barra minn hawn meta mqabbel ma' pajjiżi li għandhom iktar riżorsi minna anke minħabba l-kobor tagħhom, inħoss li qed nagħmlu ċerti inroads, b'mod kawt, u naħseb li għandna nkomplu naħdmu f'din id-direzzjoni biex inkunu ta' għajnuna għall-kumpaniji Maltin li jkollhom din ix-xewqa.", "U aħna nappellawlhom li jiġu 'l quddiem biex l-attività kummerċjali tagħhom issir internazzjonali.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sur President, għandi żewġ mistoqsijiet u waħda minnhom hija proprju dwar il-Ghana, li l-Ministru antiċipani dwarha.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar is-sitwazzjoni tal-Ambaxxata fil-Ghana?", "Jidhirli li meta kien hemm iż-żjara tal-Eċċellenza Tagħha kienet issemmiet il-possibbiltà li tinfetaħ ambaxxata.", "Jista' l-Ministru jgħid infetħitx din l-ambaxxata?", "Kif qal tajjeb il-Ministru, hemmhekk hemm ħafna opportunitajiet, fiż-żona kollha, mhux biss fil-Ghana.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif qed topera minn hemmhekk?", "It-tieni mistoqsija tiegħi hija rigward il-Libja.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'informazzjoni għandu dwar nies Maltin li qed jaħdmu fil-Libja?", "L-Ambaxxata hija miftuħa b'mod normali?", "Jekk le, kif qed jinqdew iċ-ċittadini Maltin?", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ewwel nett fuq il-Ghana rrid ngħid li fetħet l-ambaxxata hemmhekk.", "Għadha ma saritx iċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ, però on the ground l-ambaxxata hija miftuħa u għandna High Commissioner.", "Qed ngħid \"High Commissioner\" għax il-Ghana hija wkoll pajjiż tal-Commonwealth u dik hija t-terminoloġija li tintuża għall-Ambaxxatur tagħna.", "Għandna l-Kummissarju Għoli li qiegħed ġewwa Accra, hemm ukoll First Secretary mal-Kummissarju Għoli, u issa jrid isir ir-reklutaġġ ta' xi locally engaged persons għal xi xogħol segretarjali u xogħlijiet oħrajn li dawn ikunu jistgħu jagħmlu, għax in-nies li ma jkunux ġejjin mill-Ministeru ma jistgħux jagħmlu ċertu xogħol politiku, ta' diplomazija, eċċetra, imma jistgħu jagħtu xogħol ta' assistenza.", "B'mod formali l-ambaxxata fil-Ghana hija miftuħa, qed taħdem u nixtiequ naħdmu iktar fuq l-aspett li għandu x'jaqsam mal-promozzjoni tal-kummerċ.", "Kif diġà għamilt referenza għal Lulju 2017, hemmhekk konna sopriżi b'mod sabiħ, fejn kellna madwar 25 kumpanija li ġew għax urew interess huma.", "Kif ħriġna s-sejħa għal min irid jattendi għal ċerti delegazzjonijiet dawn, minn rajhom, riedu jikkonsidraw dan il-pajjiż fl-Afrika.", "Huwa tajjeb li nfakkar li din hija l-ewwel missjoni ta' Malta fil-kontinent Afrikan fejn għandha x'taqsam is-Sub-Sahara għax s'issa konna nkopru b'mod adegwat il-parti ta' fuq tal-Afrika.", "Allura naħseb li bħala pajjiż għandna nkunu sodisfatti li għall-ewwel darba rnexxielna ninfiltraw ġewwa l-kontinent Afrikan, issa kważi kważi fil-qalba tal-kontinent Afrikan.", "Biex wieħed ikun rappreżentat b'mod adegwat f'dan il-kontinent ta' 53 pajjiż huwa biżżejjed li jkollok ambaxxata waħda għar-Reġjun tas-Sub-Sahara?", "Definittivament li le!", "Hemm bżonn li għada pitgħada nħarsu lejn pajjiżi oħrajn, dejjem fil-limiti ta' x'jista' jagħmel pajjiż li għandu 460,000 ruħ, bir-riżorsi li għandna.", "Però nħoss li bi ftit sforz jista' jkollna l-ambizzjoni li nżidu għal ambaxxata jew tnejn fil-kontinent Afrikan.", "Hawn dejjem qed nitkellmu mis-Sub-Sahara 'l isfel.", "S'issa r-riżultati qed juruna li jekk aħna nipprovaw naħdmu ftit b'ċertu mod hemm ċans li nilħqu riżutati importanti.", "L-ewwel nett, mill-aspett diplomatiku u politiku nħoss li fi ftit xhur għamilna passi mhux ħażin.", "Kellna mhux biss iż-żjara statali tal-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca f'Lulju tal-2017, però din is-sena rajna anke lill-President tal-Ghana li ġie jżurna f'pajjiżna u ġab miegħu delegazzjoni li kienet tinkludi wkoll nies fin-negozju min-naħa tal-Ghana.", "Jekk niftakar tajjeb iffirmajna sitt ftehimiet waqt iż-żjara tiegħu.", "Dawn huma kollha passi importanti fir-relazzjoni tagħna mal-Ghana.", "Għat-tieni sena konsekuttiva, flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħarriġna numru ta' pompiera mill-Ghana, li ġew u għamlu ġimgħa mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u hemmhekk ngħata ċertu taħriġ li dawn il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-Ghana kellhom bżonn.", "Kienet esperjenza tajba anke għan-nies tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili stess.", "Dawn isiru għax aħna ma rridux nieqfu biss fuq livell ta' diplomazija jew fil-livell tal-politiċi li jiltaqgħu u jitkellmu, imma huwa importanti wkoll li r-relazzjoni tkun bejn il-popli, u l-qasam kummerċjali huwa qasam minnhom.", "F'dan it-taħriġ, anke f'capacity building għal ċerti pajjiżi, aħna, bħala Malta, nistgħu nagħtu minn dak li akkwistajna tul is-snin li għaddew.", "Sur President, rigward il-Libja l-Onor.", "Interpellant staqsa jekk l-Ambaxxata hijiex miftuħa u staqsa wkoll jekk hemmx nies Maltin fil-Libja, inklużi persuni li huma fis-settur kummerċjali.", "L-ewwel nett, naħseb li huwa tajjeb li ngħidu li s-sitwazzjoni fil-Libja bħalissa hija sitwazzjoni kritika, fis-sens li kull meta donnu li l-affarijiet ikunu qishom mexjin b'ċertu proċess politiku, jinqala' xi ħaġa fejn ikun hemm eskalazzjoni ta' vjolenza li żżomm lura il-proċess politiku tant meħtieġ bejn il-forzi kollha fil-Libja.", "Il-kommunità internazzjonali tista' tagħti l-appoġġ kollu li tista', però finalment iridu jkunu l-Libjani nfushom li jħossu dan il-proċess u jaħdmu għalih.", "Allura mill-bidu ta' April tal-2019 'l hawn rajna dak li rajna, fejn kellek azzjoni militari li wasslet biex waqqfet il-proċess politiku.", "L-Ambaxxata tagħna għadha magħluqa u ilha ftit, allura m'aħniex naħdmu mill-Ambaxxata tagħna.", "Wara s-snin li l-Ambaxxata ilha magħluqa, ovvjament irridu naraw x'tip ta' xogħol hemm bżonn fiha u jekk għandhiex tibqa' fejn hi għax saru anke żviluppi fil-madwar li naħseb li mill-aspett ta' sigurtà mhuwiex ideali li l-Ambaxxata tkun hemm.", "Dan ifisser li rridu nagħmlu ċerti spejjeż, anke jekk niddeċiedu li din tiġi rilokata għal post ieħor.", "Però lil hinn mill-bini konna qed naħsbu ftit minn fejn nistgħu noperaw b'mod temporanju, dejjem jekk l-aspett tas-sigurtà nkunu nistgħu nserrħu rasna minnu, għax mhux se nibgħatu ambaxxatur residenti bl-istaff jekk ma jkollniex daqsxejn garanziji minimi tas-sigurtà.", "Dik hija l-ewwel prijorità.", "Allura huwa importanti li jekk ikun hemm garanzija li hemm sigurtà biżżejjed - is-sitwazzjoni hija daqsxejn diffiċli - li nistgħu naħdmu minn xi mkien, aħna konna qed nagħmlu l-pjani tagħna biex inkunu nistgħu naħdmu minn post alternattiv, mhux minn fejn qiegħda l-Ambaxxata tagħna bħalissa.", "Kull meta kien hemm eskalazzjoni speċjalment tas-sitwazzjoni fil-Libja, bħala Ministeru aħna dejjem ipprovajna nagħmlu kuntatt mal-Maltin li qegħdin hemmhekk u mal-ftit kumpaniji li għadhom preżenti u jaħdmu fil-Libja biex naraw jekk nistgħux inkunu ta' sostenn u ta' għajnuna għalihom.", "Jiġifieri aħna nipprovaw nagħmlu l-kuntatti mill-ewwel biex naraw kemm huma l-Maltin li hemm hemmhekk u n-numru dejjem jinbidel, min imur u min jiġi għal raġunijiet differenti.", "Hemm informazzjoni li mhux dejjem jista' jkollok għax, pereżempju, għandek żwiġijiet li saru bejn Maltin u Libjani u allura ma tkunx taf jekk humiex qegħdin f'Malta jew fil-Libja.", "Però, mal-kumpaniji għandna relazzjoni tajba u meta l-affarijiet sfortunatament ikunu daqsxejn iktar gravi nżommu l-kuntatt b'mod regolari - nista' ngħid li kważi iktar minn darba kuljum - biex nassiguraw jekk hemmx bżonn xi tip ta' għajnuna u appoġġ min-naħa tagħna fiċ-ċirkostanzi diffiċli.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, ovvjament il-limitazzjoni ta' pajjiżna, li huwa l-iżgħar pajjiż fl-Ewropa, u nipprovaw li jkollna reach diplomatiku bħal pajjiżi oħrajn ikbar minna huwa l-isforz finanzjarju li proporzjonalment ikun sproporzjonat fuqna biex ikollna reach tajjeb ta' ambaxxati u konsolati madwar id-dinja.", "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li nifirxu iktar u niftħu iktar ambaxxati u konsolati, ġaladarba nafu li meta maħduma b'mod immirat, hemm anke ritorn finanzjarju u ekonomiku minn dawn l-ambaxxati?", "CARMELO ABELA: Sur President, fil-fatt apparti l-Ambaxxata fil-Ghana, li kif għedt, bdiet taħdem diġà, din is-sena ħabbarna wkoll li se niftħu ambaxxata ġewwa Tokjo, il-Ġappun, fejn hemmhekk diġà bdew il-preparamenti biex ikollna l-binja minn fejn naħdmu.", "Għandna ma wasalniex li nidentifikaw binja, però għandna l-permess mill-Gvern Ġappuniż li nistgħu niftħu l-ambaxxata tagħna ġewwa Tokjo.", "Qed nitkellmu fuq pajjiż li huwa parti mill-G7, u li kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għandu jew se jkollu ambaxxata fih.", "Naħseb li hemm bżonn li nkomplu nipprovaw nifirxu b'mod strateġiku, għax il-limitazzjonijiet qegħdin hemmhekk.", "Jien dejjem ngħid li iktar milli limitazzjoni finanzjarja – kważi kważi hija sekondarja – aħna għandna limitazzjonijiet ta' riżorsi umani.", "Biex tiftaħ ambaxxata mhux biss trid l-ambaxxatur, imma trid ukoll staff li jiġi anke mill-Ministeru stess, persuni li jidħlu fil-livell ta' second secretaries fil-korp diplomatiku u trid li jkollok iktar nies minnhom.", "Issa aħna diġà ninsabu f'diffikultà li m'għandniex biżżejjed biex nakkomodaw il-bżonnijiet tal-Head Office fil-Ministeru stess, kif ukoll ta' numru ta' ambaxxati.", "Waħda mill-isfidi li għandna hija li nżidu r-riżorsi umani kemm ta' persuni li huma fil-korp diplomatiku, kemm barra, kif ukoll fil-Ministeru.", "Allura f'dawn is-sentejn aħna ħriġna diversi sejħiet biex nimpjegaw iktar nies bħala second secretaries.", "M'iniex sodisfatt bl-ammont ta' nies li applikaw biex jidħlu fil-korp diplomatiku.", "Żidna ftit tan-nies, però jkollok min jidħol u min joħroġ, kważi kważi ma ngħidx li tibqa' fejn tkun, imma ma tantx tiċċaqlaq biex tagħmel progress daqskemm wieħed jixtieq.", "Kellna ċerti ambaxxati li saħħaħna r-riżorsi umani fihom minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom, però hemm ambaxxati oħrajn li għandna ma wasalniex.", "U dan mhux qed insemmi l-bżonnijiet ġewwa l-Head Office.", "Sur President, rigward il-ftuħ ta' ambaxxati jew konsolati din is-sena wkoll ħadna deċiżjoni li niftħu konsolat ġewwa l-Marokk.", "Fil-fatt din hija parti mill-baġit li ġie ppreżentat għal din is-sena.", "Id-deċiżjoni hija li dan il-konsolat jinfetaħ ġewwa Casablanca u sibna wkoll il-post minn fejn naħdmu.", "L-Air Malta ttir għal hemmhekk anke b'mod regolari u allura għandna sfidi anke fejn jidħlu visas biex in-nies jiġu lejn pajjiżna.", "Hemm ukoll interessi kummerċjali u bil-ftuħ ta' konsolat inkunu nistgħu ngħinu u nagħtu l-appoġġ from the ground lil min ikollu aspirazzjonijiet li jaħdem u jinvesti ġewwa l-Marokk.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG: Sur President, ġaladarba l-Ministru għadu kif qalilna li s-sitwazzjoni fil-Libja hija kritika, jista' l-Ministru jispjega x'kien ir-rwol tas-Sur Neville Gafà fid-delegazzjoni li żaret il-Libja fit-18 ta' Ġunju li għadda?", "CARMELO ABELA: Sur President, l-ewwel nett f'Malta l-interess tagħna hu li jkun hemm stabbiltà fil-pajjiż ġar tagħna li qiegħed 45 minuta bogħod minna.", "L-interess tagħna hu li nagħtu l-kontribut tagħna, żgħir kemm huwa żgħir, biex ikollna l-istabbiltà fil-Libja, li tfisser stabbiltà fir-reġjun tal-Mediterran u fl-aħħar mill-aħħar anke fl-Ewropa.", "Allura Malta, apparti li nagħtu l-appoġġ u s-sostenn tagħna lill-isforzi li qed jagħmel is-Sur Ghassan Salamé, li huwa rapreżentant tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, sforzi li issa ilhom għaddejjin għal diversi xhur biex ikun hemm l-istabbiltà bejn il-Libjani nfushom, però fir-Reġjun, aħna wkoll nipprovaw nagħtu s-sostenn u l-appoġġ tagħna lil inizjattivi oħrajn li ttieħdu.", "Il-President Franċiż kien ħa inizjattiva li jagħmel laqgħa ġewwa Pariġi, il-Gvern Taljan ukoll għamel laqgħa ġewwa Palermo, però mbagħad għandek anke r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Fil-fatt, apparti li kellna laqgħat li saru ġewwa pajjiżna, fejn anke l-President al-Sarraj kien preżenti flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Siala, u anke f'laqgħat internazzjonali li bihom inkun nista' nżomm anke kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjan, ħassejna li kellna bżonn nibagħtu delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ambaxxatur tagħna għal-Libja biex nitkellmu fuq kwestjonijiet ta' interess bilaterali, però biex nitkellmu wkoll fuq is-sitwazzjoni ġenerali fir-Reġjun, primarjament l-isfida tal-immigrazzjoni.", "Id-delegazzjoni kienet komposta minn persuni mhux biss mill-Ministeru tiegħi, imma wkoll rappreżentanti oħrajn, sabiex inkunu nistgħu nitkellmu fuq kwestjonijiet li huma lil hinn mir-relazzjonijiet bilaterali, imma anke dak li qed jiġri fir-Reġjun.", "Is-Sur Gafà huwa wkoll impjegat tal-Gvern u bħala tali u r-responsabbilatjiet li huwa għandu ħassejt li kellu jkun ukoll parti mid-delegazzjoni tal-Gvern Malti.", "Aħna ma jinteressaniex min kien hemm, imma li nilħqu riżultati tajbin għal-Libjani u wkoll għar-Reġjun, fl-isfida li għandna dwar l-immigrazzjoni.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "ALEX MUSCAT: Sur President, hemm komunità pjuttost kbira ta' Maltin li jgħixu lil hinn minn xtutna.", "Xi sforzi hemm min-naħa tal-Ministeru biex jinżamm kuntatt ma' ħutna li ma jgħixux f'Malta?", "Hemm xi inizjattivi ġodda biex anke b'xi mod nibqgħu nżommu kuntatt magħhom?", "CARMELO ABELA: Sur President, dan huwa qasam li hemm bżonn li nisfruttawh iktar.", "S'issa l-messaġġ ewlieni tiegħi fid-darbtejn li jiltaqa' l-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra … U din hija waħda mill-inizjattivi li huma obbligatorji bil-liġi, però lil hinn mil-liġi huwa importanti li aħna nżommu relazzjonijiet mill-qrib mal-komunitajiet Maltin li jgħixu barra.", "Finalment dan nistgħu nagħmluh mhux biss billi fuq bażi regolari nżommu kuntatt b'diversi modi, imma anke li jkun hemm dawn it-tip ta' laqgħat, li fihom jiġu diskussi l-bżonnijiet li l-Maltin li jgħixu barra jkollhom.", "Allura ta' kull sena jkun hemm il-laqgħa tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra, li huwa magħmul minn madwar 15-il persuna.", "F'dan il-Kunsill, li skont il-liġi huwa ppresedut mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, inkunu nistgħu nitkellmu fuq l-aġenda li ħafna drabi tiġi mingħandhom.", "Però nħoss li l-isfida ewlenija li għandna hija kif nistgħu nagħmlu użu aħjar b'mod pożittiv mill-Maltin u mill-potenzjal li l-Maltin li jgħixu barra għandhom, anke f'termini ta' kif jistgħu jikkontribwixxu iktar lejn il-pajjiż tagħhom.", "Huwa tajjeb li nfakkru li hemm numru ta' Maltin li għamlu mhux biss isem tajjeb għalihom, imma għamlu wkoll isem tajjeb għal pajjiżna u allura nistgħu nibbenefikaw anke mill-kuntatti li jkollna hemmhekk.", "Irrid infakkar li anke skont il-liġi ssir konvenzjoni kull ħames snin u fil-fatt is-sena 2020 hija s-sena li fiha din il-konvenzjoni trid titlaqqa'.", "Dan il-qasam huwa importanti ħafna li nħarsu lejh u huwa tajjeb li nkomplu niżviluppawh biex negħlbu l-isfidi li għandna, fosthom li nkomplu nżommu r-rabta mal-Maltin jew persuni li huma ta' dixxendenza Maltija li jgħixu barra, speċjalment dawk ta' età żgħira.", "Dik hija waħda mill-isfidi li jien nara li hija importanti li nitkellmu u naġixxu fuqha wkoll.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 138 tal-2019 – Ordni tal-2019 għat-twaqqif tal-Aġenzija Festivals Malta; u", "Lista tal-kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' Mejju 2019, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10592.", "F'isem il-Prim Ministru nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 137 tal-2019 – Ordni tal-2019 li jemenda l-Ordni li jistabbilixxi r-Reġistru tal-Kumpaniji bħala Aġenzija;", "f'isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 144 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:", "Avviż Legali Nru 139 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 140 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta' Ġarr ta' Passiġġieri (Emenda Nru 2);", "Avviż Legali Nru 141 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi;", "Avviż Legali Nru 142 tal-2019 – Ordni tal-2019 dwar Arei ta' Reġistrazzjoni;", "Avviż Legali Nru 143 tal-2019 – Regoli tal-2019 li jemendaw ir-Regoli dwar il-Preżentazzjoni ta' Pjanti għal skop ta' Reġistrazzjoni ta' Artijiet; u", "Tagħrif dwar kuntratti pubbliċi li nħarġu u li ġew assenjati mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, bejn Ġunju 2017 u Ġunju 2019, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 10710.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar spejjeż fuq ramel u żrar li ntuża mid-dekasteru li għalih hi responsabbli l-Ministru għal Għawdex bejn l-2013 u l-2019 bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10623.", "L-ISPEAKER: Ninforma lill-Kamra li skont paragrafu (4) tal-artikolu 120B tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, fil-laqgħa tat-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019 tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, l-Onor.", "Clifton Grima u l-Onor.", "Ryan Callus se jissostitwixxu lill-Onor.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "L-Onor.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "PERMESS TAL-KAMRA", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI: Sur President, ninforma lill-Kamra li, skont ftehim milħuq, il-Kamra għandha tgħaddi għat-tieni item tal-aġenda, ċjoè l-Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet (Amministrazzjoni Aħjar tal-Ġustizzja).", "Din id-diskussjoni għandha tiġi interrotta wara xi ħin sabiex tingħalaq id-diskussjoni fuq l-ewwel item tal-aġenda, jiġifieri l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika.", "Hekk kif tingħalaq id-diskussjoni fuq l-ewwel item, il-Kamra għandha tirriżumi bid-diskussjoni fuq it-tieni item tal-aġenda.", "L-ISPEAKER: L-Onor.", "FREDERICK AZZOPARDI: Nikkonferma dan il-ftehim.", "L-ISPEAKER: Nirringrazzjak.", "Mela skont il-ftehim milħuq ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda, li huwa t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi li Jemenda Diversi Liġijiet (Amminstrazzjoni Aħjar tal-Ġustizzja).", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (AMMINISTRAZZJONI AĦJAR", "TAL-ĠUSTIZZJA)", "OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att sabiex jemenda Diversi Liġijiet (Amministrazzjoni Aħjar tal-Ġustizzja)\".", "L-ISPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "L-ISPEAKER: Grazzi.", "OWEN BONNICI: Sur President, dan huwa Abbozz ta' Liġi li jolqot il-qasam tal-ġustizzja.", "Kull emenda li tolqot il-qasam tal-ġustizzja hija importanti, hija ta' valur u hija emenda ta' sustanza.", "F'dan il-każ dawn huma emendi li fil-maġġoranza tagħhom għandhom l-għan li jkomplu proċess li diġà bdejna permezz ta' liġijiet oħrajn.", "Kif nafu, meta inti tagħmel liġi normalment wara numru ta' żmien tkun trid tħares lejn dik il-liġi u tara jekk ikunux meħtieġa rtokki, emendi jew xi pass ieħor.", "Dan huwa l-approċċ l-iktar rakkomandat fil-qasam tal-ġustizzja.", "Jekk tgħallimt xi ħaġa f'dawn is-sitt snin huwa li jekk trid li xi ħaġa ma tirnexxix aqbad u uża big bang approach.", "Dak huwa l-aqwa mudell biex xi ħaġa ma tirnexxix!", "Jekk inti trid li xi ħaġa tirnexxi, trid tuża incremental approach, tibda ftit ftit, tagħmel l-ewwel pass, tagħmel it-tieni pass, tagħmel it-tielet pass, imbagħad tirrealizza wara numru ta' xhur li tkun wasalt qabel milli kieku għamilt a big bang approach.", "Naħseb li dan huwa l-approċċ ideali, speċjalment għax il-qasam tal-ġustizzja huwa settur li tmiss fejn tmiss qed titkellem dwar drittijiet u obbligi importanti ħafna.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jolqot tliet suġġetti importanti, wieħed iktar mit-tnejn l-oħrajn.", "Xtaqt nibda mill-qasam l-iktar importanti, għaliex it-tnejn l-oħra huma emendi pjuttost minuri, però li ridna ngħadduhom għaliex importanti.", "L-iktar punt li rrid nagħfas fuqu llum huwa dwar l-ewwel emenda, li huwa pass ieħor fir-rigward tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "U huwa tajjeb li nispjegaw x'inhuwa dan l-Uffiċċju, li twieled taħt dan il-Gvern.", "Sħabna li jiddilettaw ħafna bis-saltna tad-dritt ma sabux iċ-ċans f'25 sena jagħmlu Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, konna aħna li għamilna dan l-uffiċċju.", "Allura se nispjega x'inhu dan l-uffiċċju, x'jagħmel u x'inhuma l-funzjonijiet tiegħu.", "Imbagħad nispjega dawn l-emendi x'se jagħmlu u anke nagħti informazzjoni ġdida dwar xogħol li jagħmel l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Se nibda billi ngħid għaliex dan il-pajjiż għandu bżonn li jkollu l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Hemm dan il-prinċipju assolut, għal min għandu għal qalbu s-saltna tad-dritt, that crime should not pay.", "Biex il-ġustizzja tkompli timxi 'l quddiem, assolutament crime should not pay.", "Jien dejjem inġib dan l-eżempju, li jkun hemm ħalliel li jmur il-bank u jisraq €1 miljun, jaqbad dawn il-flus u jaħbihom taħt l-art, imbagħad imur il-ħabs, jagħmel għaxar snin, 15-il sena l-ħabs, joħroġ mill-ħabs, imur lura d-dar, jaqla' l-maduma u jerġa' jsib il-€1 miljun li jkun seraq.", "F'dak ix-xenarju nkunu f'pożizzjoni li ngħidu li crime paid għax għalkemm wettaq snin il-ħabs, dak li seraq sabu u seta' jużah.", "U għax crime should not pay, il-frott tas-serq u reati l-oħrajn iridu jittieħdu mingħand il-ħalliel favur l-Istat.", "Dawn huwa l-prinċipju li jiggwida l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Din hija xi ħaġa importanti ħafna, għax jekk ikollok traffikant tad-droga li jinqabad u jmur il-ħabs, però mbagħad kif joħroġ isib il-flus li jkun ipprokura bis-saħħa tat-traffikar tad-droga, mela allura jkun qed jgħaddi biż-żmien il-qasam kollu tal-ġustizzja.", "Qed nitkellem b'mod li jifhimni kulħadd.", "Aħna qed nindirizzaw din il-kwestjoni head on. Ħaddieħor li kien jitkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt dawn l-affarijiet forsi ma kenux prijorità għalih.", "Għalina huma prijorità.", "Huma wkoll obbligu li joħroġ mill-fatt li aħna membri tal-Unjoni Ewropea u dan l-obbligu rridu nwettquh bl-aħjar mod.", "Allura dan l-Uffiċċju aħna waqqafnieh numru ta' snin ilu.", "Fil-fatt waqqafnieh fl-aħħar leġiżlatura.", "Dan l-uffiċċju llum qed jopera u għandu bord, direttur u staff.", "Il-Ħadd li għadda inċidentalment kien hemm storja fuq il-ġurnal The Sunday Times li kienet tgħid li hija għarukaża li minn mindu twaqqaf dan l-Uffiċċju sakemm beda jaħdem għaddew sena u nofs, għaddew 15-il xahar.", "Dawk il-15-il xahar użajniehom biex nimpjegaw in-nies, nagħmlu r-reklutaġġ li hemm bżonn, nissettjaw uffiċċju u l-istruttura kollha.", "Kultant nitbellah, għax meta biex ngħaġġlu mmorru b'mod dirett niġu kkritikati, u meta nimxu mal-proċedura, nagħmlu sejħiet pubbliċi u mmorru bl-aħjar mod f'dak li għandu x'jaqsam governanza tajba, niġu kkritikati wkoll għax indumu!", "Xi ħadd irid jgħidli xi rridu f'dan il-pajjiż.", "Irridu nkunu spediti jew irridu nimxu mal-proċedura?", "Jekk ikollok tistaqsini ngħidlek li naħseb li l-aħjar ħaġa hija li tkun spedit, imma f'dan il-każ, minħabba li s-suġġett huwa tant delikat u importanti, jien tajt struzzjonijiet ċari biex in-nies kollha involuti fil-procurement jimxu mija fil-mija mal-aktar regoli stinġenti possibbli biex ħadd ma jiġi jgħid li qtajna xi kantuniera jew għaġġilna żżejjed.", "F'temp ta' sena u nofs ssettjajna uffiċċju, illum għandek il-ħaddiema, għandek bord immexxi mill-Imħallef irtirat ta' rispett, l-Imħallef J. D. Camilleri, għandek id-Direttur Brian Farrugia li qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna u allura għandna din is-sitwazzjoni li ġiet mix-xejn.", "Qabel ma kien hemm xejn u llum għandna l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Qed ngħid hekk għax huwa faċli li min jaħdem fl-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jiddemoralizza ruħu meta jaqra dan it-tip ta' stejjer għax jgħid: Mela għamilt dak ix-xogħol kollu biex issa jiġu l-ġurnali u jaqbdu dak ix-xogħol u jarmuh barra mit-tieqa?!", "Nifhimhom u nagħmlilhom kuraġġ il-ħaddiema, anzi nirringrazzjahom, u jien dejjem ngħid li min hu ġenwin jaf jaqra x'inhu tajjeb minn dak li mhux ġust u mhux sew.", "Dan huwa l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi li, kif diġà għedt, beda jopera f'Awwissu tal-2018 u allura issa kellna l-ewwel rapport ta' ħidma.", "Fil-fatt, il-ġimgħa li għaddiet ġie ppubblikat l-ewwel rapport ta' ħidma tal-ewwel sena.", "Fil-fatt, dik l-istorja li semmejt, li dehret fuq il-ġurnal The Sunday Times of Malta, tagħmel referenza għal dan ir-rapport.", "Qed tagħmel referenza għar-rapport għax hemm Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, għax qabel ma kienx hemm u allura ma setgħetx tagħmel referenza għal xi ħaġa li m'hemmx.", "Fil-fatt, bis-saħħa tas-sistema li għamilna llum għandna awtonomija sħiħa fl-Uffiċċju, li jagħti rendikont kull sena fil-Parlament permezz tar-rapport annwali, żdied l-element investigattiv għall-intraċċar ta' assi u ġbir ta' intelliġenza, b'koperazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti Maltin u barranin.", "L-intelligenza hija importanti ħafna.", "Ħafna nies jaħsbu li fil-qasam tal-ġustizzja l-importanti huwa li taqbad lil min jikser il-liġi u tressqu l-qorti biex il-qorti tagħti piena.", "Dawk it-tnejn huma importanti, imma hemm komponent ieħor importanti ħafna, li huwa l-intelligenza, l-informazzjoni.", "Ħafna drabi hija bl-informazzjoni li l-kriminalità tiġi miġġielda.", "Dan huwa metodu aħjar ta' kif issir il-ġestjoni tal-assi u l-parteċipazzjoni akbar fuq livell lokali, Ewropew u internazzjonali.", "Huwa tajjeb li ngħidu li l-assi li jiġu rkuprati … Jien semmejt diġà li jekk int għamilt reat, biex ir-reat ma jiġix worth it, crime does not pay, dak il-frott tar-reat irid jittieħed.", "Jien informat li fost l-assi li jistgħu jiġu rkuprati nsibu flus, kollezzjonijiet, ħwejjeġ, tagħmir elettroniku, għamara, karozzi, dgħajjes, bini u anke flus virtwali.", "Kull proprjetà konfiskata l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi għandu l-obbligu li jippriservaha biex ma ssirilhiex ħsara fiha minħabba negliġenza jew traskuraġni, għax huwa importanti li jinżamm il-valur tagħha, għax inkella jekk oġġett ma tagħtix kasu u tittraskurah, meta l-Gvern ikollu proprjetà li tgħaddi għandu tkun qed tgħaddi proprjetà ta' bla valur.", "Proprjetà kkonfiskata tinbiegħ permezz ta' subbasti online internazzjonali.", "Din diġà semmejtha l-aħħar darba.", "Waħda mir-riformi li għamilna hija li ftaħna l-bieb għall-opportunità ta' subbasti online internazzjonali.", "Kollox huwa rrekordjat għall-fini ta' trasparenza u anke suġġett ta' awditjar.", "Is-subbasti huma bbażati l-Ingilterra, għax Malta kulħadd jaf lil kulħadd, jiġifieri mhux għax naf it-tali allura nipprova nara kif nagħmel biex is-subbasta ma ddumx.", "Dan kollu ma jistax isir għax l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi qed jopera billi jagħmel subbasti online inernazzjonali u b'hekk, fil-fehma tiegħi, bgħatna messaġġ importanti ta' serjetà.", "Dawn is-subbasti huma kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin.", "F'dan il-proċess ta' ġestjoni ta' assi l-għan mhuwiex li tagħmel il-qligħ imma li niddisponu minn assi konfiskati b'mod traspaprenti, fil-ħin, u jinkiseb valur adegwat għall-proprjetà inkwestjoni u l-valur kollu jmur għand il-Gvern ta' Malta.", "Issa se ngħaddi ftit għall-istatistika.", "Mela f'Awwissu li għadda beda jopera l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi wara li ħadna numru ta' xhur biex nissettjawh, fosthom biex ikollna uffiċċju u nimpjegaw il-ħaddiema biex nibdew, u rrid ngħid li bejn Awwissu u Diċembru li għadda l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi rreġistra ffriżar u waqqaf trasferiment ta' 26 kont bankarju, 32 karozza, ħames opri tal-baħar, erba' poloz tal-assigurazzjoni, 4,954 ishma, erba' negozji, proprjetà waħda mhux residenzjali u 14-il proprjetà residenzjali.", "Dawn kollha ġew iffriżati.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' konfiska, kien hemm żewġ ordnijiet, li minnhom ġew miġbura €2,760 fi flus kontanti u proprjetà mobbli li l-valur tagħha huwa stmat li huwa ta' €2,500 fis-suq.", "Din il-proprjetà, li hija vettura, bdiet tkun preparata għal subbasti online skedati fl-2019.", "Dawn saru fl-ewwel xhur tal-operat tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi u issa, bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena rreġistra ffriżar u waqqaf it-trasferiment ta' 42 kont bankarju, 28 karozza, opra tal-baħar, 18-il polza tal-assigurazzjoni, erba' negozji, tliet proprjetajiet mhux residenzjali u żewġ proprjetajiet residenzjali.", "F'dak li għandu x'jaqsam ma' konfiska, sa Ġunju l-Uffiċċju qed iħejji l-proprjetajiet għas-subbasti online.", "Il-proprjetà inkwesjtoni ġiet trasferita kollha lejn l-Auction House fl-Ingilterra u fost dawn insibu twapet, karozzi ta' lussu u affarijiet oħrajn.", "Qed ngħid dan kollu għax jekk hemm min għal skopijiet purament politiċi ried jibgħat il-messaġġ li l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi qisu qiegħed hemmhekk biex ngħidu li għamilnieh biss fuq il-karta, huwa 'l bogħod mill-verità.", "Dan huwa uffiċċju li qed jaħdem u fil-ftit żmien li ilu mwaqqaf ta riżultati, u nemmen li se jkompli jagħti riżultati.", "L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi huwa rappreżentat f'numru ta' kumitati ta' kordinament imwaqqfa mill-Gvern Malti, fosthom in-National Coordination Committee for Combating Money Laundering and Terrorism u l-Coordinating Committee for National Anti-Fraud and Corruption Strategy.", "L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi huwa wkoll membru tal-Asset Recovery Offices Platform, li hija pjattaforma mwaqqfa bl-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea.", "Qegħdin membri wkoll fin-network magħruf bħala CARIN, li hija inizjattiva li bdiet mill-Pulizija tal-Irlanda, pajjiż li għandu l-aktar mudell li rnexxa fil-qasam tal-irkupru tal-assi.", "Bla dubju li l-Irlanda jgħallmu ħafna pajjiżi dwar l-irkupru tal-assi u llum il-CARIN Network jilqa' fih rappreżentanti mill-asset recovery practitioners minn madwar id-dinja kollha.", "L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi permezz ta' memoranda of understanding daħal fi ftehim mal-Qrati ta' Malta, mal-Malta Gaming Authority u, jekk Alla jrid, se nidħlu f'aktar memoranda of understanding ma' numru ta' entitajiet kompetenti fis-settur.", "Il-membri li jaħdmu fl-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi - u tistgħu tifhmu kemm huwa xogħol diffiċli u delikat – jitħarrġu u, fil-fatt, attendew għal żjarat barra minn Malta, fejn ġew esposti għal operazzjonijiet fuq irkupru ta' assi u ġestjoni ta' proprjetà u sar taħriġ f'Malta minn esperti barranin fuq il-preservazzjoni u t-trasferiment ta' assi kkonfiskati f'Malta lejn l-Ingliterra.", "Dan l-istess taħriġ kien ikopri l-immaniġġjar u preservazzjoni ta' assi finanzjarji virtwali.", "Professjonisti attendew għal taħriġ f'Malta organizzat minn awtoritajiet lokali.", "L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi se jkompli jibni fuq in-network tiegħu fuq livell internazzjonali sabiex jiġu faċilitati t-talbiet għall-informazzjoni u msaħħa wkoll il-kapaċitajiet interni, kemm mil-lat ta' riżorsi umani, kif ukoll permezz ta' teknoloġiji ġodda.", "Sur President, bis-saħħa ta' dan l-Abbozz ta' Liġi qed naraw li se nagħtu aktar responsabbiltà lill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Mela s'issa dan l-uffiċċju kien twaqqaf, beda jaħdem, però ċerti responsabbiltajiet fil-qasam tal-iffriżar u l-irkupru tal-assi kienu baqgħu jsejħu lir-Reġistratur tal-Qorti għax għal xi raġuni ta' qabilna kienu ddeċidew li l-ftit poteri ta' ffriżar u rkupru li taw, jagħtuhom lir-Reġistratur tal-Qorti minflok ma joħolqu Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi kif għamilna aħna.", "Aħna se nkunu qed nagħmlu dawn l-emendi biex inneħħu l-poteri mingħand ir-Reġistratur tal-Qorti u jgħaddu għand l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Dawn huma fejn jidħol intraċċar, ġbir, żamma, preservazzjoni, immaniġġjar u disponiment xieraq u effiċjenti ta' rikavati li jinkisbu minn atti kriminali.", "Il-Kodiċi Kriminali u diversi liġijiet oħrajn jagħmlu referenza għar-Reġisratur tal-Qrati bħala l-persuna kompetenti biex tagħmel stħarriġ, identifikazzjoni u intraċċar tal-assi tal-akkużat u tiddisponi minn assi.", "Għaldaqstant, bis-saħħa ta' dawn l-emendi l-funzjonijiet li semmejt se jiġu trasferiti minn fuq ir-Reġistatur tal-Qorti għal fuq l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Fil-fatt jekk naraw l-Abbozz ta' Liġi nsibu li minflok il-kelma \"Reġistatur\" qed indaħħlu l-frażi \"Direttur tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi\" fid-diversi artikli tal-Kodiċi Kriminali, tal-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi u fl-Att kontra l-Ħasil tal-Flus.", "Din hija l-ewwel emenda sostanzjali ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Biex nenfasizza ppermettuli nirrepeti li f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-kriminalità u kontra l-ħasil tal-flus u favur ir-rule of law mhux li tpaċpaċ jgħodd - għax huwa faċli immens li tpaċpaċ - imma li twettaq.", "F'pajjiżna għandna Gvern li qed imexxi dan il-pajjiż u għandna Oppożizzjoni li kienet tmexxi dan il-pajjiż.", "Aħna mhux bħal pajjiżi oħrajn, fejn ġieli jkollok gvern li jkun għadu kemm ġie elett u oppożizzjoni ġdida li qatt ma kienet fil-gvern.", "Pereżempju, f'xi pajjiżi ssib li jkollok xi partit ġdid li jkun kiseb biżżejjed voti u għamel oppożizzjoni, partit li qatt ma kien fil-gvern u allura n-nies ma jistgħux jiżnu bejn meta kien fil-gvern hu u l-partit li jkun hemm issa.", "F'Malta mhux hekk; f'Malta għandna partit li llum qiegħed fil-gvern u partit ieħor li qiegħed fl-oppożizzjoni u li qabel kien fil-gvern għal 25 sena.", "Allura n-nies – li mhumiex boloh – jistgħu jqabblu u jistaqsu, pereżempju, jekk l-Oppożizzjoni li llum qed titkellem ħafna dwar ir-rule of law, dwar is-saltna tad-dritt, meta kienet fil-gvern, kenitx twettaq dak li llum qed titkellem dwaru.", "U l-Gvern, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rule of law qiegħed iwettaq?", "Dażgur li qiegħed iwettaq, dażgur li qed nagħmlu d-differenza!", "U proprju waħda mill-affarijiet li qed nagħmlu d-differenza bihom hija l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "F'ħamsa u għoxrun sena l-ħbieb tiegħi tal-Oppożizzjoni li tant jitkellmu fuq ir-rule of law qatt ma sabu ħin biex jagħmlu uffiċċju għall-irkupru tal-assi u kienu taw ftit poteri 'l hemm u 'l hawn - ngħidilhom jien ta' bilfors - lir-Reġistratur tal-Qorti.", "U nafu x'kien jiġri!", "Pereżempju, tinqabad karozza, jitfgħuha Pembroke u ssir kollha sadid!", "Allaħares jiġu l-barranin jarawhom għax jinfaqgħu jidħku b'dawn l-affarijiet.", "Illum qed naraw id-differenza.", "Joqogħdu jiktbu fuq il-ġurnali li hija għarukaża għax issa ilu ħames xhur u sitt xhur … Wasalna?", "Qed nimxu, mexjin 'il quddiem u bis-saħħa ta' dawn l-emendi se nagħmlu pass ieħor.", "Ir-rieda qiegħda hemm, il-ġenwinità qiegħda hemm, u komparat ma' dak li kien isir qabel hemm baħar jaqsam.", "Din hija d-differenza u dan huwa l-messaġġ li rrid nibgħat lill-pubbliku.", "Nerġa' ngħid, huwa faċli ħafna li tpaċpaċ fuq ir-rule of law, imma l-prova tkun meta tkun fid-driving seat u timplimenta l-bidla.", "Jien nista' nħares f'għajnejn kull min hu Malti, kull min jgħix f'dan il-pajjiż u ngħidlu li aħna, bis-serjetà, ir-riformi li għamilna biex insaħħu s-saltna tad-dritt huma bla preċedent, inkluż dan l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi, li issa bis-saħħa ta' dawn l-emendi li, jekk jiġu approvati - u għandi nifhem u nittama li jiġu approvati unanimament għax nixtieq li l-Oppożizzjoni tkun magħna f'dawn l-emendi - se nagħtu aktar saħħa lill-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi.", "Qed isir xogħol tajjeb, issa telaq jimxi u jiġri, u jekk Alla jrid se nkomplu nimxu 'l quddiem.", "Niġi issa għaż-żewġ emendi li fadal.", "Mhumiex affarijiet kbar imma huwa tajjeb li nispjegawhom.", "L-ewwel emenda twieldet wara sentenza tal-Qorti.", "Fil-fatt hemm diversi sentenzi li taw parir lill-gvern biex ibiddel il-liġi u l-aktar waħda li forsi daħlet fid-dettall kienet sentenza Pulizija kontra Redent Zammit dwar l-ispejjeż involuti fi proċeduri kriminali li, sal-lum, uħud minnhom għadu jispiċċa jbatihom il-gvern.", "Il-Qorti qalet li mhux sew li ċerti spejjeż jispiċċa jbatihom il-gvern imma għandu jbatihom l-akkużat.", "Fil-fatt għandi d-dettalji kollha ta' din is-sentenza hawnhekk.", "Hemm diversi, imma qed nikkwota din għax hija l-aktar waħda li kienet iebsa fil-konfront tal-Gvern u qalet li r-Reġistratur tal-Qorti għandu jingħata d-dritt li jekk ikun hemm xi spejjeż involuti, il-Gvern ikun jista' jirkupra l-ispejjeż.", "Naħseb li din hija xi ħaġa li tagħmel sens u hija ġusta għax fejn ikun hemm dan it-tip ta' spejjeż mhuwiex sew li jbatihom il-poplu mit-taxxi.", "Aħjar dawk il-flus jintużaw għal xi ħaġa li minnha jibbenefikaw in-nies.", "Allura l-Qorti għandha raġun u aħna ddeċidejna li nimxu mal-pariri li tatna l-Qorti.", "Se nerġa' niċċita s-sentenza għal min forsi huwa interessat f'dan is-settur; qed nitkellem dwar is-sentenza tat-30 ta' Ottubru 2017, Pulizija kontra Redent Zammit dwar l-ispejjeż li jiġu involuti fi proċeduri kriminali.", "Kif diġà għedt, hemm diversi sentenzi, imma din hija l-aktar waħda li kienet importanti.", "L-aħħar emenda qed tindirizza kwestjoni li ilha għaddejja.", "Qed nirreferi għall-kwesjtoni tal-proċedura ta' arrest għal bċejjeċ tal-baħar.", "F'pajjiżna għandna reġistru tal-bastimenti merkantili li huwa reġistru b'saħħtu.", "Huwa wieħed mill-aħjar li għandna fid-dinja u jien kburi ħafna li Malta għandha reġistru tal-bastimenti b'saħħtu ħafna.", "Ġieli jkun hemm min ikollu jagħti xi flus u ma jagħtihomx u allura, jekk min għandu jagħti għandu xi bastiment, min għandu jieħu jagħmillu mandat ta' arrest biex dan il-bastiment ma joħroġx sakemm dan jitħallas.", "Dawn huma proċeduri normali li jiġru f'kull pajjiż u, fil-fatt, meta jiġri hekk il-marixxall irid imur u jinnotifika d-dokumenti fiżikament fuq il-vapur.", "Il-marixxalli, permezz tal-union tagħhom, kemm-il darba kienu jgħidulna li dan huwa ta' periklu, speċjalment jekk il-bastiment ikun barra l-harbour area – jiġifieri jkun fil-ġurisdizzjoni Maltija imma jkun barra miż-żona tal-port - speċjalment jekk tkun ix-xita, maltemp jew riħ.", "Jien fhimt dak li kienu qed jgħidu l-marixxalli, għax allaħares ikun hemm possibbiltà li xi ħadd iweġġa' fuq il-post tax-xogħol meta stajna għamilna xi ħaġa biex dan ma jiġrix.", "Huwa obbligu tagħna li nissalvagwardaw id-drittijiet tal-ħaddiema u allura d-diriġenza tal-Qorti tkellmet mal-unions, mal-prattikanti, mal-avukati u mal-esperti fis-settur u ħarġu b'soluzzjoni li qed tneħħi l-periklu li jgħaddu minnu l-marixxalli.", "Hawnhekk nixtieq niringrazzja ħafna lill-marixxalli ta' pajjiżna għax naħseb li dawn jagħmlu xogħol importanti ħafna.", "Nisma' kritika fuq il-marixxalli u ġieli jgħidulek li jdumu ma jinnotifkaw … Però naf li ħafna mill-marixxalli, jekk mhux kollha, huma nies li ħaqqhom kull rispett għax jagħmlu xogħol diffiċli ħafna.", "Pereżempju, mhux faċli li tmur għand xi mara u tgħidilha li ġibtilha mandat ta' qbid u se jaqbdulha l-għamara kollha għax ir-raġel tagħha mtela bid-dejn.", "Dawn huma esperjenzi … Huwa mod li tkun bilqiegħda wara skrivanija u huwa mod ieħor li jkollok tgħixhom!", "Nirringrazzja minn qalbi lill-marixxalli; naf kemm huma nies onesti, serji u jagħmlu xogħolhom b'dinjità.", "Meta kont avukat min jaf kemm-il darba rajt marixxalli li kienu jiggwidaw persuni u ġieli anke kienu jċemplu mit-telefon ċellulari tagħhom biex jistaqsu min għandha bħala avukat u mbagħad iċemplu lil dak l-avukat huma stess biex hu jikkalma lill-persuna.", "Dan huwa t-tip ta' atteġġjament li jagħmilni kburi li ngħixu f'soċjetà fejn għadna nirrispettaw lil xulxin u jalla nibqgħu hekk.", "Hija xi ħaġa sabiħa ħafna li wieħed jirrispetta lil ieħor, li fix-xogħol tiegħek you go out of your way biex tkun ħanin.", "Il-marixalli forsi ma tantx jirċievu tifħir għax ix-xogħol tagħhom huwa dak li hu, imma nista' ngħid li napprezzahom u nirringrazzjahom minn qalbi.", "Jekk nirringrazzjawhom permezz ta' din l-emenda naħseb li nkunu qed nagħmlu xi ħaġa tajba.", "Sinjura President, m'għandix aktar xi nżid.", "Nirringrazzja lil dawk kollha li se jipparteċipaw f'dan id-dibatittu, u jekk ikun hemm bżonn xi kjarifiki, aħna qegħdin hawnhekk biex nagħtu l-kjarifiki li hemm bżonn.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni.", "ADRIAN DELIA (Kap tal-Oppożizzjoni): Sinjura President, nirringrazzja l-Ministru u nibda billi nislet ftit minn dak li tħaddet dwaru l-Ministru fl-aħħar parti tad-diskors tiegħu, u ċjoè l-ħidma li ssir mill-impjegati tal-Qorti.", "Hawnhekk għal mument se nagħmel differenza bejn dawk li jaqdu l-funzjoni ta' ġudikatura, li huma impjegati wkoll, u dawk li huma l-impjegati tal-Qorti, jiġifieri l-marixxalli, il-messaġġiera u dawk kollha involuti fl-ipproċessar tas-sistema tal-ġustizzja.", "Ma nistax ma naqbilx mal-Ministru li ħafna drabi jsir biss tgergir dwar dak li ma nixtiqux naraw li jsir u ma napprezzawx biżżejjed id-delikatezza ta' xogħol li dawn il-ħaddiema, partikolarment il-marixxalli, ikunu qegħdin jagħmlu.", "Hemmhekk naqbel mija fil-mija mal-Ministru Owen Bonnici.", "Però ftit nista' naqbel ma' affarijiet oħrajn li tħaddet dwarhom il-Ministru, mhux tant id-dettall ta' din il-liġi per se, jiġifieri t-titlu tagħha u t-tibdiliet li jridu jsiru għall-aħjar amministrazzjoni tal-ġustizzja.", "Nixtieq li jien u l-kollegi tiegħi stajna niġu hawnhekk u nitkellmu fuq il-materja u s-sustanza tal-Abbozz ta' Liġi, u nidħlu fid-dettall ta' kif dan il-proċess qed isir u t-titjib li jeħtieġ li jsir fil-liġi tagħna, imma meta huma mittiefsa kemm is-sistema sħiħa tal-ġustizzja u tad-demokrazija, kif ukoll il-pilastri, li huma l-pedament tagħha, allura huwa diffiċli li wieħed jidħol biss fid-dettall u s-sustanza tat-tibdiliet jew il-manutenzjoni li trid issir.", "Dan qisu għandek binja – u dwar il-binjiet qed nisimgħu ħafna dan l-aħħar f'pajjżna – li qed titherra mis-sisien, mill-pedament!", "Mela allura mhux il-lok, il-waqt u l-ħin li nitħaddtu fuq l-airconditioning, fuq il-madum u fuq dawk l-affarijiet superfiċjali li jistgħu jsiru.", "Meta għandek il-pedament li huwa mhedded, irridu nitħaddtu l-ewwel fuq hekk.", "Għaliex qed ngħid hekk?", "Illum, għal min ma jafx, kellna seduta oħra fil-Qorti tal-Appell Kostituzzjonali fejn, fost oħrajn, jien qed nitlob li jiġi ddikjarat li l-Avukat Ġenerali qed joħloq żbilanċ ta' poter stante li rapport li ġie rikonoxxut mill-Qrati tagħna, mill-Prim Ministru u mill-politiċi kollha, li huwa ta' portata nazzjonali, ta' interess nazzjonali, qed jibqa' fil-ħakma tal-Gvern u mhux qed jingħata aċċess għalih lill-pubbliku, lill-midja u lill-Oppożizzjoni biex isir l-iskrutinju neċessarju.", "Qed nitħaddet fuq ir-Rapport Egrant.", "Dalgħodu tlabt lill-avukati tiegħi biex jittellgħu jixhdu tliet Ministri tal-Gvern, li jidher ċar li għandhom aċċess għal informazzjoni li suppost hija ristretta għand il-Prim Ministru u l-Avukat Ġenerali biss.", "Hemm informazzjoni li qed nitolbu li l-Oppożizzjoni jkollha ħalli jkollna l-istess għodod biex niddefendu lill-poplu Malti u Għawdxi u biex niddefendu l-verità.", "Għax il-verità mhijiex tal-Gvern jew tal-Oppożizzjoni, il-verità mhijiex interpretazzjoni jew spekulazzoni, imma l-verità hija kontenuta f'dokument li għandu jitpoġġa f'idejn iż-żewġ partijiet ħalli nitħaddtu dwarha kif jixraq, imbagħad issir l-analiżi u l-interpretazzjoni politika.", "Dalgħodu għamilt talba quddiem il-Qorti tal-Appell Kostituzzjonali biex dawn il-Ministri jittellgħu jixhdu ħalli jispjegawlna kif huma għandhom dak li aħna m'għandniex, kif huma għandhom dak li l-pubbliku m'għandux, kif huma għandhom dak li diversi esponenti mill-Gvern xehdu li m'għandu ħadd ħliefhom.", "Aktar tard dan ix-xahar, proprju fil-15 ta' Lulju, se jkollna seduta oħra tal-Qorti biex naraw kif il-Qorti se tiddetermina fuq dan il-punt importanti.", "Qed ngħid hekk għax għal darb'oħra, sfortunatament, pajjiżna reġa' għaddej mill-iskrutinju Ewropew u dinji.", "U meta qed ngħid skrutinju Ewropew, mhux qed nitħaddet biss fuq l-Unjoni Ewropea, għax din mhijiex xi ħaġa li li kieku ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea ma kenitx issir; qed nitkellmu fuq l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tinkludi pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea, pajjiżi li huma fl-Ewropa bħala kontinent għalkemm mhux fl-Unjoni Ewropea.", "Kien hemm rapport li ġie mħejji minn Pieter Omtzigt li huwa Membru Parlamentari Ewropew Olandiż li tħaddet, kiteb, irriċerka, fittex, għamel sejbien u osservazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u s-saltna tad-dritt, ir-rule of law, f'pajjiżna u lil hinn.", "Dan konna diġà tħadditna dwaru, però issa dan kiseb l-appoġġ tal-maġġoranza kbira tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Sabu diversi affarijiet li huma ta' preokkupazzjoni u aħna, bħala Oppożizzjoni, xogħolna huwa wkoll li niddefendu lil pajjiżna barra minn xtutna.", "Xogħolna huwa wkoll li niddefendu r-reputazzjoni ta' pajjiżna, xogħolna huwa wkoll li niġu f'pajjiżna u nħeġġu, nitolbu, nixprunaw, nimbottaw, nitolbu, jekk hemm bżonn, lill-Gvern - u aktar tard nagħmel appell personali lill-Prim Ministru - biex jieħu inkonsiderazzjoni dak li qed jingħad.", "Se naqra siltiet minn dan ir-rapport - u se naqrahom bl-Ingliż, imbagħad infiehem – fejn jingħad hekk:", "In-nuqqasijiet ta' Malta ma jikkonċernawx lilna biss.", "In-nuqqasijiet tagħna qed jesponu lill-Ewropa kollha, jiġifieri dak li għandna ħażin qed isir il-ħażin tal-Ewropa għax qed jiftaħ il-bibien għal dawk li jistgħu jkunu diffikultajiet u vulnerabbiltajiet tal-Ewropa wkoll.", "- iċ-ċittadinanza Maltija hija Ewropea wkoll -", "Mela qegħdin f'sitwazzjoni fejn il-Gvern jaf x'hemm ħażin, il-Gvern kellu rapport wara l-ieħor li qed jindikalu xi jrid jagħmel u l-Gvern jibqa' jippersisti li ma jsewwix, li ma jtejjibx, li ma ma jbiddilx il-liġijiet, li ma jagħtix is-saħħa lill-istituzzjonijiet biex inkunu nistgħu nimxu 'l quddiem ħalli jkollna s-serħan tal-moħħ li l-ġustizzja f'Malta sseħħ u tidher li qed isseħħ.", "Ħa naqbad parti parti l-kwesjtoni taċ-ċittadinanza, li jien saħasitra qabel dħalt fil-politika tħadditt dwarha għax kont qed nara - dak iż-żmien kont qed naħdem bħala avukat fis-settur privat – u nantiċipa li biex inbigħu ruħna, biex inbigħu lil ftit mijiet ta' nies dak li kien introjtu konvenjenti, kien se jkun hemm a ripple effect, konsegwenzi kbar fis-settur finanzjarju kollu.", "Dan għax kien ċar li se jkun hemm min jabbuża minn din is-sistema, se jkun hemm min jiġi f'pajjiżna għax f'pajjiżu mhux komdu.", "Se jkun hemm min jipprova jidħol bħala ċittadin ta' pajjiżna għax irid jidħol bħala ċittadin tal-Ewropa, u jekk fuq dawk in-nies ma jsirx eżerċizzju korrett u diliġenti, allura dak il-ħażin u n-nuqqas tagħna se jkun ta' konsegwenza fl-Ewropa.", "U hekk ġara!", "Iva, kellna xi dħul, kellna xi introjtu, imma l-ħsara li saret lir-reputazzjoni li Malta kienet tgawdi, mhux biss fis-settur finanzjarju … Hemmhekk kellek operaturi kbar qrib is-settur finanzjarju u bankarju li huma serji u importanti li riedu jiġu u jagħmlu investimenti ta' veru u jonfqu l-flus f'pajjiżna.", "Jien verament niskanta u b'rispett nistaqsi kif jista' jkollna bank ewlieni, bank Malti, li se jitlef dik li tissejjaħ il-correspondent banking structure fid-denominazzjoni tad-dollaru u l-Prim Ministru ta' pajjiżna jgħid li dan huwa frott tas-suċċess tal-ekonomija tal-Gvern jew tal-Bank!", "Din hija xi ħaġa li taf tolqot ħafna min-negozji tagħna.", "Din hija xi ħaġa li ċertament tolqot lin-negozji tagħna u lill-klijenti tal-bank Malti li jinnegozjaw fid-denominazzjoni tad-dollaru.", "Nistieden il-Prim Ministru biex we call a spade a spade, naraw x'inhi l-problema u ma nibqgħux ngħidu li din hija problema li ġejja mis-suċċess.", "Din hija problema reputazzjonali u rridu naraw kif se nsewwuha qabel Diċembru.", "Bħala Oppożizzjoni aħna lesti li nagħmlu dak kollu possibbli biex il-banek tagħna ngħinuhom, insaħħuhom u naċċertaw li l-azzjonisti u n-negozji Maltin b'dan li qed jiġri ma jġarrbux konsegwenzi negattivi.", "Ħa nimxi aktar 'il quddiem fuq dak li qed jingħad f'dan id-dokument dwar il-ġudikatura.", "Kemm-il darba tkellimna fuq il-ġudikatura!", "Issa għandna dan ir-rapport li ntlaqa' mill-Assemblea Parlamentari li qed tgħid:", "Jiġifieri l-Assemblea Parlamentari minn diversi pajjiżi Ewropej, l-Unjoni Ewropea u oltre, qed tgħid li l-Prim Ministru qed jaħtar ġudikatura mhux minħabba l-kompetenza, mhux minħabba l-abilità, mhux minħabba s-seniority, mhux minħabba l-għerf u l-imħabba lejn il-ġustizzja, li suppost tkun għamja, imma biss minħabba alleanza u affiljazzjoni politika.", "Mhux sew mhux għax ħażin mal-Oppożizzjoni, mhux sew mhux għax ħażin politikament, imma mhuwiex sew għax ħażin u għax iweġġa' r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Dwar investigazzjonijiet fuq korruzzjoni se naqra din is-silta biss, u mhux se naqra l-paragrafu sħiħ fil-ħin limitat li għandi, imma naħseb li mill-ewwel se ninftiehem.", "Dan jgħid hekk:", "Issa ħalli nkunu ċari.", "Jien indur it-toroq Maltin u Għawdxin kuljum, nitkellem man-nies kuljum, u mhux man-nies li huma akkademiċi biss, politiċi, avukati u oħrajn, imma nies fit-toroq li jgħidulek: Din tal-Panama Papers kemm se ddumu teqirdu dwarha?", "Hemm min jgħid hekk, veru, imma jien nipprova nfiehem.", "Jekk illum hemm preokkupazzjoni u kundanna fl-Ewropa kollha li l-Gvern qed iwebbes rasu … Li forsi f'pajjiżna nisktu, ma nisimgħux jew nitfgħu kollox taħt it-tapit, waqt li l-Ewropa qed tgħajjat u tgħid mod ieħor u qed tikkundannana mod ieħor, dan se jkollu l-konsegwenzi fuq l-isem u r-reputazzjoni ta' pajjiżna u fuq l-investiment li jista' jinġibed lejn pajjiżna.", "Allura meta dawn jgħidulek li \"In Malta they enjoy the protection of the Prime Minister\" it-talba ġenwina politika tiegħi diretta lejn il-Prim Ministru hija biex jagħmel xi ħaġa dwarha, ibiddel fehemtu u jieħu d-deċiżjonijiet.", "Għandu Parlament b'saħħtu, għandu maġġoranza b'saħħitha aktar milli qatt rajna f'pajjiżna!", "Jużahom favur ir-reputazzjoni ta' pajjiżna biex dak li hemm ħażin jirranġah u jtejbu minnufih, mhux għall-Oppożizzjoni, mhux għall-Gvern imma għal Malta tagħna!", "Ir-rakkomandazzjonijiet finali tar-rapport jgħidu:", "Ir-referenza hija għall-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia.", "Ir-rapport ikompli hekk:", "Irrid infakkar li fuq il-kwestjoni tal-assassinju tas-Sinjura Caruana Galizia aħna konna ppreżentajna mozzjoni biex dak kollu li kienet allegat is-Sinjura Caurana Galizia jiġi investigat.", "Il-Gvern ivvota kontra dik il-mozzjoni u qatlilna dik il-mozzjoni.", "Imbagħad konna għamilna mozzjoni oħra fejn għedna li għandha ssir investigazzjoni indipendenti u awtonoma dwar jekk setgħetx issir xi ħaġa biex jiġi evitat li dan l-assassinju jseħħ, u l-Gvern qatlilna dik il-mozzjoni wkoll.", "Dan f'pajjiżna, imma mhux barra pajjiżna għax din l-Assemblea Parlamentari qed tgħid, tinċita u timbotta lill-Gvern biex iwettaq dawk ir-rakkmandazzjonijiet, u jekk ma jsirx dan se jibqgħu isegwuna.", "Il-persuna mietet, imma l-verità tal-fatti m'għandhomx jinqatlu wkoll.", "It-tiftix tal-verità għandu jibqa' jsir sakemm għas-sodisfazzjoni tal-pubbliku u tal-verità nnifisha nkunu nafu l-verità, u l-verità kollha.", "Dawn ir-rapporti aħna l-politiċi nitkellmu dwarhom, imma n-nies jistaqsu x'inhuma dawn ir-rapporti tal-GRECO, tal-V enice Commission u tal-Moneyval.", "Dawn huma rapporti li jsiru minn nies kompetenti u esperti, rapport li jsiru fil-pajjiżi kollha li suppost huma demokratiċi.", "Dawn jagħmlu qisu eżami, jaraw, jistaqsu u jirriċerkaw, u jekk tmur tajjeb jgħidulek, jekk tmur ħażin jgħidulek fejn trid tbiddel, u jekk tmur ħażin ħafna trid tbiddel minnufih.", "Nafu li waħda minnhom – u niġi għaliha wkoll – għandha x'taqsam mal-Avukat Ġenerali.", "Kemm tkellimna fuq l-Avukat Ġenerali u ppreżentajna proposti lill-Ministru għall-Ġustizzja - u nifhem id-diffikultajiet li forsi seta' jiffaċċja – biex il-liġi nbiddluha!", "Suppost li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet dwar it-tibdil kostituzzjonali.", "Suppost dik il-liġi hija parti intrinsika min-numru ta' liġijiet li jridu jimxu flimkien, li jidħlu u jissupplimentaw waħda lill-oħra.", "Jekk qed tħejji proġett, bħal lukanda, dar, uffiċini, ma tistax tagħmel pjanta għad-dawl u l-ilma waħedhom, jew pjanta għall-pedamenti waħdu, jew pjanta għall-finishing waħdu, imma jrid isir kollox flimkien, u jekk ikollok parti waħda nieqsa, parti waħda dgħajfa, jew parti waħda li ma tagħqadx mal-oħrajn, jikkrollalek kollox għax ma jagħmilx sens.", "Dan kollu għednieh lill-Gvern!", "Għedt lill-Ministru u għedt lill-Prim Ministru li hemm bżonn li nħarsu lejn din il-liġi bħala parti li torbot ma' liġijiet oħrajn għax fiha nnifisha din il-liġi mhijiex tajba biżżejjed.", "Din il-liġi fiha nnifisha ġiet deskritta minn esperti fis-settur f'Malta, minn professuri tal-Università ta' Malta u minn professuri fil-liġi bħala parodija ta' dak li talbet il-Kummissjoni ta' Venezja.", "Mela ejjew ma nippersistux u ma nibqgħux għaddejjin bl-għamad.", "Ejjew ma nipprovawx inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar.", "Qed jgħidulna u mhux qed nagħmlu dak li jgħidulna, qisna m'aħniex kapaċi nagħmlu dak li hu sewwa f'pajjiżna.", "Dak li qed jingħad, dak li ġie rrapportat, dak li ġie vvotat dwaru huwa ċar, jagħmel sens u pajjiżna jrid jimplimentah.", "Sinjura President, se nipprova nikkonkludi dwar il-partijiet l-aktar importanti li waslet għalihom din ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Nitlob lill-Prim Ministru biex ma jibqax jagħmel ħatriet fil-ġudikatura.", "Aktar ma se jippersisti aktar se ssir ħsara, aktar ma qed nimxu kontra l-Kummissjoni ta' Venezja u r-rakkomandazzjonijiet li għamlitilna, aktar qed inġarrfu r-rule of law u r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Fil-konklużjonijet tar-rapport tagħha l-Assemblea:", "Fejn hemm investigazzjonijiet u rosekuzzjonijiet li jistgħu jsiru hemm bżonn li dawn jitmexxew 'il quddiem.", "Din ir-riżoluzzjoni qed timbotta - urges - lill-Gvern Malti u lill-awtoritajiet biex iwettaqhom.", "Fil-konklużjonijiet tagħha l-Assemblea tkompli tgħid hekk:", "X'qed jingħad hawnhekk?", "Jiġifieri s-sens li jekk tagħmel il-ħażin, f'pajjiżna jibqa' għaddej.", "Jekk inti kbir u b'saħħtek ħadd ma jista' għalik!", "Jekk inti żgħir iva!", "Jekk inti m'għandekx il-mezzi, is-saħħa u l-abbiltà, iva l-liġi tgħodd għalik, imma jekk inti b'saħħtek, le!", "U dan mhux tajjeb, mhux għax qegħdin f'Malta, mhux għax aħna Gvern u Oppożizzjoni, imma għaliex jiżbilanċja s-sens ta' ġustizzja taċ-ċittadini normali ma' dawk li jidhru li għandhom il-poter.", "L-Assemblea tgħid ukoll:", "Din hija rakkomandazzjoni li qed issir għax qegħdin nikkalpestaw id-drittijiet fundamentali umani.", "Hija dikjarazzjoni li f'pajjiżna rridu nagħmlu dak kollu possibbli biex issir inkjesta dwar fejn pajjiżna qiegħed jonqos anke dwar id-drittijiet fundamentali bażiċi.", "L-appell tiegħi huwa wieħed.", "Nistgħu nitkellmu fuq dawn ir-rapporti, nistgħu nitkellmu fuq dawn ir-riżoluzzjonijiet, nistgħu niċċitaw dak li ġara fl-Assemblea Parlamentari, però f'pajjiżna x'qed jiġri?", "F'pajjiżna hawn il-komfort li l-affarijiet qegħdin isiru sewwa?", "Hawn is-serħan tal-moħħ li l-ġustizzja qed issir u tidher li qed issir?", "Hawn il-pedamenti tad-demokrazija li qegħdin jiġu salvagwardati?", "L-appell tiegħi din id-darba huwa dirett lejn il-Prim Ministru.", "Hawnhekk irrid nawguralu għall-ħidma li qed jagħmel fl-Ewropa bħalissa dwar il-ħatriet, li se ngħid kelmtejn dwarha wkoll.", "Il-Prim Ministru għandu s-saħħa - għax is-saħħa jidher ċar li qiegħda f'idejn il-Prim Ministru - li jaġixxi, mhux kontra pajjiżna, imma favur l-aqwa interess ta' pajjiżna, mhux għax qegħdin jgħidulu l-barranin, imma għax verament jemmen li dawn it-tibdiliet, dawn il-liġijiet u dawn l-istituzzjonijiet irridu nsaħħuhom primarjament għalina l-Maltin u l-Għawdxin, imbagħad sussegwentement il-konsegwenza tkun li nibdew infejqu, intaffu u ntejbu r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Bħalissa fl-Ewropa ġew ukoll sospiżi n-negozjati dwar il-ħatriet importanti tal-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-Presidenza tal-Parlament Ewropew.", "Aħna konna ċari daqs il-kristall li aħna naħsbu li l-Ewropa m'għandhiex tkun tal-politiċi.", "Aħna nsostnu li l-Ewropa hija tan-nies u li l-Partit Popolari Ewropew għandu missjoni li jagħti l-Ewropa lura lin-nies.", "Għaldaqstant huwa ċar li jekk in-nies, u mhux il-politiċi, jagħmlu għażla, l-għażla tan-nies għandha tkun rispettata.", "Jekk in-nies fl-Ewropa għażlu bħala l-ikbar partit lill-Partit Popolari Ewropew, allura l-għażla tal-Partit Popolari Ewropew trid tiġi rispettata.", "Naħseb li n-nies fl-Ewropa u fid-dinja ddejqu li jkunu l-politiċi biss li jiddeċiedu għalihom, li jkunu l-ftit magħżula li jagħżlu huma, u minflok irridu nħarsu dejjem iktar lejn kif se nagħtu lura d-deċiżjoni lin-nies.", "U n-nies fl-Ewropa vvotat li teleġġi fil-Parlament Ewropew l-ikbar proporzjon ta' parlamentari li jiġu mill-familja tal-Partit Popolari Ewropew.", "L-appell tiegħi huwa li l-funzjonijiet prinċipali jiġu xprunati mid-deċiżjonijiet tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew.", "Nirringrazzjak.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi tkun interrotta għal ftit mumenti sabiex inkun nista' nirrapporta progress dwar Abbozz ta' Liġi f'Kumitat Permanenti.", "(Onor. Membri: Iva) Id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi hija sospiża.", "Il-permess ingħata u fil-5.25 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sinjura President, nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Abbozz Nru 86, għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emendi.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (AMMINISTRAZZJONI AĦJAR", "TAL-ĠUSTIZZJA)", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li kienet ġiet interrotta ftit mumenti qabel.", "L-Onor.", "JASON AZZOPARDI: Sinjura President, il-ġimgħa li għaddiet fil-Kunsill tal-Ewropa, b'maġġoranza qawwija ħafna, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – u jiena kont xhud ta' dan fi Strasburgu – ingħata ċamata għal darb'oħra.", "Din hija liġi li biha l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qed jipprova jgħaddina minn għajn il-labra, pulling the wool over our eyes, kif jgħidu bl-Ingliż.", "Għal darb'oħra l-Oppożizzjoni qed tingħata raġun u għal darb'oħra l-Ministru qed jiġi kkritikat, qed jingħata ċamata, għall-arroganza u s-suppervja.", "Din l-arja tal-Ministru li jaf kollox diġà għexnieha!", "Pereżempju, niftakar li din in-naħa konna għedna lill-Gvern biex qabel ma jagħmlu l-emendi li qegħdin jipproponu għal-Liġi dwar il-Kompetizzjoni, minħabba din is-sentenza li għadha kemm ngħatat mill-Qorti, l-emendi li kienu qegħdin jipproponu ma kinux se jkunu biżżejjed biex il-liġi ma tkunx anti-Kostituzzjonali.", "Ingħatajna raġun!", "Niftakar ukoll li jien, flimkien ma' oħrajn mill-kollegi tiegħi, fl-aħħar leġiżlatura konna għedna lill-Gvern li l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti li kienet se tgħaddi, filwaqt li aħna konna naqblu magħha, kienet se tikser id-drittijiet fundamentali tal-partiti politiċi u jekk se tmur il-Qorti, il-Qorti se tiddikjaraha li tkun bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "Il-Ministru daħak bina u rredikolana, hu u l-imgħallem tiegħu!", "F'sentenza li ngħatat is-sena li għaddiet, li fiha jiena kont qiegħed niddefendi lill-Partit Nazzjonalista fil-Qorti Kostituzzjonali, ingħatajna raġun u l-Qorti ddikjarat li dik il-liġi tikser id-drittijiet tal-bniedem.", "Issa, għat-tielet darba, waqt li għaddejja l-Liġi tal-Avukat tal-Istat, madwar ġimagħtejn ilu aħna tkellimna - jien wieħed minnhom u miegħi tkellmu wkoll l-Onor.", "Simon Busuttil u l-Kap tal-Oppożizzjoni - … Inzerta wkoll li dakinhar filgħaxija, fuq online journal tal-istudenti tal-liġi ġie ppubblikat artiklu tal-Prof.", "Kevin Aquilina li qal li l-liġi li qed jipproponi l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, minkejja ħafna paroli fil-vojt, mhijiex biżżejjed biex tkun konformi mal-istandard tal-liġi li suppost ikollna.", "Ara d-daħk fil-wiċċ u n-nuqqas ta' ġenwinità!", "Jgħidu li se jagħmlu liġi biex niġu konformi mar-rakkmandazzjonijiet tal-aqwa esperti fl-Ewropa fuq id-drittijiet tal-bniedem, dik imsejħa l-Kummissjoni Venezja, kummissjoni ta' esperti legali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, li anke l-Qorti Ewropea ta' Strasburgu fis-sentenzi tagħha tikkwota u tagħmel referenza għalihom.", "U aħna għedna lill-Ministru, lill-Prim Ministru u lill-Gvern li l-Liġi tal-Avukat tal-Istat mhux veru se tkun qiegħda timplimenta r-rakkmandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u se tkun għadha monka, mhux se tkun biżżejjed.", "Qalulna li m'għandniex raġun u pprovaw jinjorawna u jirredikolawna.", "Il-ġimgħa li għaddiet il-Kunsill tal-Ewropa, b'maġġoranza kbira – anke jekk dik il-kelma darrset xi membri tan-naħa tal-Gvern fil-Kunsill tal-Ewropa – iddeċieda u vvota li l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna, li l-ġimgħa d-dieħla l-Ministru b'ħafna għaġla jridna mmorru fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta' Liġi biex ngħadduh qabel ma jkun hemm ir-recess tas-sajf, mhuwiex biżżejjed biex ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja għal diversi raġunijiet.", "Ingħatajna raġun għal darb'oħra, bħalma ngħatajna raġun ftit ġranet ilu fuq xi ħaġa totalment differenti, imma kien hemm l-istess feel ta' arroganza, l-istess feel ta' mingħalihom sappiatutto, fuq ir-regolamenti tal-industrija tal-kostruzzjoni.", "Aħna għednielhom li dawn ir-regolamenti mhumiex tajbin għal diversi raġunijiet u l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija għal darba, darbtejn.", "Issa qegħdin jgħidu li se jkollhom ibiddlu dawn ir-regolamenti.", "Issa dawn għadhom ħerġin mill-forn, jiġifieri lanqas ilhom sebat ijiem u diġà se jkollhom ibiddluhom!", "Dan għax il-qattusa għaġġelija friegħ għomja tagħmel, għaliex meta ma jkunx hemm is-serjetà tmexxik, imma affarijiet oħrajn, ir-realtà tkun li r-riżultat ma jkunx wieħed kif suppost.", "Ir-rapport li ġie approvat mill-Kunsill tal-Ewropa l-ġimgħa li għaddiet, anke jekk mhuwiex legalment vinkolanti, politikament huwa ta' importanza kbira, politikament joħloq preċedent.", "Ebda pajjiż tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-aħħar 40 sena ma kellu rapport ta' kundanna li tħammar il-wiċċ ta' dak il-pajjiż bħalma kien hemm il-ġimgħa li għaddiet mill-Kunsill tal-Ewropa.", "Kellha tkun Malta taħt il-Gvern liberali, progressiv, riformista, u ma nafx kemm-il aġġettiv jużaw, li l-ġimgħa li għaddiet … U din ma kenitx l-ewwel darba, għaliex ma ninsewx li f'Jannar tas-sena li għaddiet – u minn hemm beda l-vjaġġ, l-iter – il-Gvern ta struzzjonijiet lill-membri tiegħu tad-delegazzjoni fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa ta' Strasburgu to shoot down the messenger u jgħidu li ma kellux jinħatar rapporteur id-Deputat Olandiż, u bdew jivvintaw raġunijiet, u ajruplan u mhux ajruplan, inkjesta fl-Ukrajna, inkjesta fl-Olanda, inkjesta fir-Russja, lanqas naf x'ma qalux!", "Dan kien f'Jannar tas-sena li għaddiet u ġew ivvotati kontra.", "M'għaddietx tagħhom!", "Il-ġimgħa li għaddiet fil-Parlament ta' Strasburgu Deputat Laburista Ingliż – Laburista! – qalilhom li l-character assassination li sar was doubly disgraceful għax dawk li għamluh huma trolls tal-Gvern.", "U anke l-Gvern stess, bl-attakki tiegħu fuq ir-rapporteur Pieter Omtzigt, il-Membru Parlamentari Olandiż, wera mentalità miskina għaliex ipprova jgħid li la dan huwa Membru Parlamentari Olandiż, allura mhuwiex biżżejjed, ma jafx kif, m'għandux kapaċità, m'għandux il-kompetenza biex jagħmel rapport suret in-nies u jaqra l-aħbarijiet li joħorġu minn Malta u jivverifika.", "Anke meta qalulu, pereżempju, li l-Europol mhux veru kif qalilhom hu, li l-Europol ma kenitx qed tirreferi għal dak li kien qed jgħid hu meta qalet li ma kienx hemm kollaborazzjoni u li dawn kienu qegħdin jirreferu għall-investigazzjoni dwar l-immigranti illegali, qabeż hu u qalilhom li mhu veru xejn għax hu kien tkellem mal-Europol.", "U fil-fatt huwa veru, meta bagħat l-ittra lil Ana Gomes, id-Direttur preċedenti tal-Europol kien qed jirreferi għall-investigazzjoni fuq l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia.", "U vvintaw xi ħaġa oħra.", "Qalu: X'jiġifieri dan il-laptop - il-laptop ta' Daphne Caruana Galizia ta! - spiċċa għand il-Pulizija Ġermaniża?", "Kien hemm ostruzzjoniżmu tal-proċess legali!", "Dan il-laptop il-familja ta' Daphne Caruana Galizia ħarrbitu minn Malta!", "X'waħda din!", "Imbagħad iqum dan ir-rapporteur u with a straight face jgħidilhom li jikkonferma li l-Pulizija Maltija m'għamlitx talba lill-Pulizija Ġermaniża biex jingħatalha dan il-laptop, mhux biex tiġi mfixkla l-investigazzjoni, imma biex ikunu protetti s-sorsi li kellha l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Però the long and short of it huwa li hawnhekk qegħdin nilagħbu bil-bżallu, għax il-Gvern mingħalih irid jilgħabha tal-iblah biex ma jħallasx dazju!", "Hemm min jgħid li huwa taħmil id-dras.", "Il-Ministru għall-Finanzi l-ġimgħa li għaddiet qal li se jagħmlu ħafna proposti u se jsaħħu l-qafas leġiżlattiv biex niġġieldu l-ħasil tal-flus!", "Kemm se nkunu tajbin u se nkunu state of the art u se nkunu trail blazers fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus!", "Mentri l-verità hija sempliċi ħafna!", "Għandu sieħbu, Ministru korrott, li qabel ma jittieħdu passi kontrih mill-Pulizija kif suppost, kif l-FIAU sentejn ilu talbet biex isir, dan kollu huwa suf!", "Għalhekk huwa inutili li niġu f'din il-Kamra ngħaddu l-liġijiet b'ħafna prosopopea meta mbagħad nafu li l-verità fuq il-bejt tal-kaċċatur hija waħda, li l-Pulizija ma jridux għax igawdu l-impunità tliet individwi li huma ħobża u sikkina ma' Kastilja!", "U dan ir-rapport li l-ġimgħa li għaddiet ġie approvat with a large majority, anke jekk naf li din il-frażi teħlilhom \"hawn\" … Għax darba minnhom waqt laqgħa tal-Kumitat Legali d-delegazzjoni Maltija qalet liċ-Chairperson Iżlandiża li kienet qiegħda tmexxi: X'jiġifieri din, large majority?!", "Staqsew għalfejn \"large majority\"!", "U din bil-kalma kollha spjegat.", "Għaliex meta jkun hemm dan il-vot favur u dan il-vot kontra, tagħmel minus, u ssib li hemm żewġ terzi favur.", "Din qaltilhom li għalihom fil-Kunsill tal-Ewropa żewġ terzi jfissru a large majority!", "Għalhekk tintuża l-frażi \"large majority\", mhux sempliċement biex nużaw il-frażi!", "U dan ir-rapport, approvat with a large majority, jgħid \"noting that individuals such as Dr Mizzi\", dak il-bravu Ministru li għal darba, darbtejn jaħsel il-flus fir-ramel tal-Balluta, biex imbagħad l-ilma mal-ewwel tixriba jew mal-ewwel kurrent bħal dan il-lejl jieħu r-ramel kollu barra u jintnefqu l-belli liri għalxejn … Ara kif kienu jħaġġruh u jixkubettjawh, jew kif jgħidu bl-Ingliż, hung, drawn and quartered, kieku kien ikun ministru Nazzjonalista li għal darba, darbtejn jagħmel bajja finta, farsa!", "Id-delegazzjoni tal-Gvern – u mhux qed inkun personali lejhom, għax huma kienu qegħdin jobdu l-istruzzjonijiet li ngħatawlhom minn Kastilja no holds barred … Issa din parentesi żgħira biex dak li jkun jifhem ftit, speċjalment għal min qiegħed isegwina.", "L-istess Kastilja fl-aħħar ġimgħat, mill-aħħar ta' Mejju sal-ġimgħa li għaddiet, tat ordni lill-ambaxxati kollha Maltin fil-pajjiżi kollha li għandna fl-Ewropa biex jimmobilizzaw ruħhom u jagħmlu lobbying biex jikkonvinċu lill-parlamentari ta' dawk il-pajjiżi jivvotaw kontra dan ir-rapport.", "Dan nafu għax qaluhuli l-Membri Parlamentari personalment il-ġimgħa li għaddiet fil-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu, fosthom l-Irlandiż, it-Taljan u l-Ġermaniż.", "Sinjura President, kemm stħajt meta Pieter Omtzigt, kif kien għadu jibda l-intervent tiegħu quddiem sala tal-Assemblea Parlamentari, qalilhom: \"Not even in Mongolia!\".", "Għax anke fil-Mongolia kien hemm ir-riżenji wara l-Panama Papers!", "U hawnhekk mhux talli ma jkollokx riżenja, talli jiddefendik għal darba, darbtejn il-Prim Ministru!", "U meta xahrejn ilu staqsew lill-Prim Ministru fuq il-kumpanija 17 Black, dan qalilhom: \"Ma tarawx li mhux se nistaqsi lil Keith Schembri fuq 17 Black!", "Mela jiena kurjuż?", "Dak sta għall-inkjesta!", "Mhux ovvja li ma jistaqsihx fuq 17 Black, jekk qed jaqsam miegħu!", "Mela għandna rapport tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li with a large majority, a bill of indictment … U kemm kien mument imbarazzanti!", "Kont imdejjaq nisma' u nara b'għajnejja li l-Ażerbajġan kien l-uniku pajjiż li għolla jdejh biex jiddefendi l-emendi li kien qiegħed jagħmel il-Gvern Malti.", "Kien mument ikrah ħafna!", "L-Ażerbajġan, l-iktar pajjiż korrott fl-Ewropa!", "L-Ażerbajġan – u dwar dan hemm kwestjoni fil-Kunsill tal-Ewropa - li nqabad ixaħħam numru ta' nies u kien hemm ukoll kwestjoni kbira s-sena li għaddiet jew ta' qabel.", "L-Ażerbajġan kien l-uniku pajjiż fil-Kumitat Legali li t-tliet Deputati tiegħu bdew jgħollu subgħajhom biex ikunu favur l-emendi li kienu qed jgħaddu r-rappreżentanti Maltin!", "Mhux qed insemmihom b'isimhom apposta, għax naf li ma kenitx ġejja minnhom.", "Nafu li kienu qegħdin jobdu l-istruzzjonijiet li ngħatawlhom minn Kastilja u ddispjaċieni għalihom li kienu f'din il-pożizzjoni imbarazzanti biex jimsħu l-ħmieġ tal-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri, żewġ korrotti prima klassi li mill-inqas jixxaħħmu b'€5,000 kuljum.", "Dawn kellhom ikunu hemmhekk jiddefendu dan il-ħmieġ!", "Ilbieraħ filgħaxija qrajt li Pieter Omtzigt qal pubblikament li dawn il-Membri tal-Gvern qalu li dan ir-rapport mhux fattwali, dan ir-rapport mhux preċiż, dan ir-rapport fih ħafna inaccuracies, affarijiet li mhumiex eżatti u qal: \"How come the Maltese Delegation did not challenge one single word?\"", "Kont nippretendi li jipproponu emenda!", "Tafu kemm għamlu emendi?", "Nista' ngħidilkom li nikkalkola li, bejn wieħed u ieħor, għamlu 53 emenda b'kollox, biex dan ir-rapport ikun dead and buried, iġibuh fixxa, iġibuh fix-xejn, iġibuh bla siwi, bla effett, bla impatt.", "U dan ilbieraħ filgħaxija pubblikament kiteb u staqsa kif id-Delegazzjoni Maltija m'għamlet ebda emenda, ebda proposta biex xi ħaġa minn dak li kien hemm miktub ikun emendat.", "F'dan ir-rapport li ġie approvat hemm dawn il-kliem:", "U fuq din irrid insemmi oxxenità papali, imma ovvjament qegħdin f'Malta fejn l-affarijiet m'għadhomx normali u l-iskandlu sar in-norma!", "Mela s-soċjetà ċivili 'Repubblika' tagħmel rikors fil-Qorti għall-ftuħ ta' inkjesta fuq l-iskandlu tal-isptarijiet tal-Vitals Global Health Care.", "Ikun hemm tliet ministri, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Ministru għall-Finanzi, li b'mod koċċut u sfaċċat - the sheer brazenness of it beggars belief - fir-risposta tagħhom għar-rikors li għamlet 'Repubblika' – issa mhux għax għandi bżonn niddikjara interess, imma xorta rrid niddikjara li jien l-avukat ta' 'Repubblika' li ppreżentajt it-talba fil-Qorti għall-inkjesta maġisterjali; imma mhux dak importanti, għax 'Repubblika' għamlet it-talba għall-inkjesta maġisterjali – jikkwotaw mill-parti tal-Inkjesta Egrant li mhijiex pubblika!", "Imbagħad jien nagħmel mistoqsija parlamentari lit-tliet Ministri u nistaqsihom kif ikkwotaw dan minn parti tal-Inkjesta Egrant li ma kenitx ippubblikata, kif għandhom aċċess, u b'mod mill-iktar diżonest, it-tlieta li huma jwieġbu l-mistoqsija parlamentari u jgħiduli li mhux veru li huma kkwotaw parti mir-Rapport Egrant li mhijiex pubblika.", "Jien nistieden lil kull min irid - u jekk m'iniex sejjer żball, din anke The Shift News irrapportatha – jaqbad il-parti li huma kkwotaw fil-Qorti, jaqbad il-parti li ġiet ippubblikata f'Lulju tas-sena li għaddiet mill-Prim Ministru meta kien beka d-dmugħ tal-kukkudrilli l-Ħadd filgħodu, u jsib li ma teżistix fil-parti ppubblikata!", "Allura minn fejn ġabuhom dawn il-kwotazzjonijiet it-tliet Ministri?", "Kieku pajjiż normali, heads will roll, imma dan m'għadux pajjiż normali.", "Dan huwa pajjiż fejn il-ħażin sar tajjeb u t-tajjeb sar ħażin!", "Il-ġimgħa li għaddiet għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u weġibni llum, imma ma jimpurtax.", "U jien staqsejtu kif jispjega l-fatt li dawn it-tliet Ministri kkwotaw minn rapport sigriet li suppost għandu aċċess għalih … Hemm is-sigriet, dak li jgħidulu sigriet istruttorju, li qiegħed fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u l-Prim Ministru qal li dan biss se jkun ippubblikat.", "Tiftakru, 50 paġna minn 1,500 paġna?!", "U t-tweġiba tal-Ministru kienet li m'għandu xejn xi jżid mat-tweġibiet li taw il-Ministru Chris Cardona, il-Ministru Konrad Mizzi u l-Ministru Edward Scicluna madwar ġimagħtejn ilu.", "U b'sens ta' responsabbiltà ngħid li gidbu meta lili fil-Parlament qaluli li mhux veru qegħdin jikkwotaw minn rapport li mhux pubbliku.", "Wasalna fi stat fejn tliet Ministri għal darba, darbtejn, tlieta gidbu fuq xi ħaġa iswed fuq l-abjad, mhux xi ħaġa ta' interpretazzjoni.", "Nistieden, mhux nisfida, lil kull min irid jaqbad dak li ġie preżentat fil-Qorti l-ġimgħa li għaddiet, jaqbad dak li ġie ppubblikat f'Lulju tas-sena li għaddiet, u jindunaw jekk hux qed ngħid il-verità jew le, jekk 'Repubblika' qalitx il-verità jew le.", "Nixtieq insemmi punt ieħor li għamel Pieter Omtzigt, ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa.", "U min jattendi l-Kunsill tal-Ewropa jaf b'liema serjetà l-Kunsill jimxi u jittratta mar-rapporteurs tiegħu, u l-metikolożità u s-serjetà tagħhom.", "F'dak il-punt hemm raġuni oħra li ngħatat lis-soċjetà ċivili 'Repubblika' li għamlet kawża kostituzzjonali fil-Qrati tagħna.", "Il-protest li għamlet fil-bidu ta' April biex il-Gvern ma jagħmilx iktar ħatriet għall-bank tal-ġudikatura qabel ma tkun emendata l-liġi, qabel ma tkun emendata s-sistema fejn il-Prim Ministru għandu \"unfettered discretion\", dak il-proċess ġudizzjarju sal-lum il-Gvern ma weġbux, u b'mod mill-iktar arroganti - jekk m'iniex sejjer żball kien fis-6 ta' April - dakinhar li ġiet ippreżentata l-kawża li għamlet 'Repubblika', iktar tard wara nofsinhar għaġġlu kemm felħu ħalli jagħmlu l-ħatriet ta' tliet maġistrati u tliet imħallfin.", "Meta jkun hemm il-konsegwenzi ta' sentenza finali mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, jekk tiddikjara kull ħaġa li dawn l-imħallfin u l-maġistrati jkunu għamlu bħala invalida u illegali, kull mandat, kull sentenza u kull digriet li jkunu għamlu mbagħad naraw min se jerfagħha r-responsabbiltà tal-Pandora's box, tal-pogrom legali ġudizzjarju li jinqala'.", "F'dan ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa hemm parti li tgħid li l-Financial Intelligence Unit, allura l-korp li suppost jiġġieled il-ħasil tal-flus, għandu a damaged reputation.", "Ir-rapport jgħid li l-Prim Ministru jista' jkeċċi Kummissarju tal-Pulizija, u din taffettwa n-newtralità tal-Pulizija.", "Dawn kollha qegħdin fir-rapport.", "Id-Delegazzjoni Maltija minn dan kollu ma sfidat xejn, m'għamlet ebda emenda.", "Sinjura President, kont qed insemmi l-emendi, u għalhekk huwa tajjeb li n-nies li qegħdin isegwuna jkunu jafu li filwaqt li ma kienx biżżejjed li f'Jannar tas-sena li għaddiet meta nħatar Omtzigt bħala rapporteur, il-Gvern, permezz tar-rappreżentati tiegħu fil-Kunsill tal-Ewropa, sfida l-ħatra tiegħu.", "Kemm kien mument imbarazzanti li jipprovaw jattakkaw b'mod personali l-kredenzjali ta' dan il-Membru Parlamentari!", "Għaddiet!", "Wasalna mbagħad għal Mejju ta' din is-sena u f'Pariġi l-Kumitat Legali ġie mistieden biex japprova dan ir-rapport, li fil-frattemp kien laħaq sar, rapport ta' madwar 73 paragrafu ta' dan ir-Rapporteur li qed jagħmel xi ħaġa għan-nom tal-Kunsill tal-Ewropa.", "U l-Gvern Malti ppreżenta madwar 43 emenda, li kollha kemm huma ġew imwarrbin, ma ġewx ivvotati, struck down, shot down, waħda wara l-oħra, karellata, litanija sħiħa!", "U vvotaw kontra tagħhom deputati minn kull partit politiku, fosthom Konservattivi, Laburisti, tal-Partit Popolari Ewropew, Liberali, kollha!", "Dan kien bejn is-26 u s-27 ta' Mejju.", "Imbagħad il-Gvern qal li fis-26 ta' Ġunju hemm il-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu u allura dan ir-rapport irridu naraw kif nagħmlu u nidfnuh għax ma jistax ikun li nippermettu li jkollna rapport bħal dan li jħammrilna wiċċna.", "Allura qalu lill-ambaxxati Maltin fl-Ewropa biex jaraw kif jagħmlu u jikkonvinċu lid-deputati ta' dawn il-pajjiżi rispettivi biex dan ir-rapport ma jkunx approvat.", "U dan ir-rapport kien approvat b'maġġoranza ħafna iktar milli kien mistenni għal diversi raġunijiet!", "Inti taf, pereżempju, li l-ġimgħa li għaddiet, l-Assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu kkritikat lil dan il-Parlament għaliex tliet kwarti tad-deputati tal-Gvern huma ministri u l-kumplament they get well paid contracts?", "Din hija xi ħaġa oħra li l-Oppożizzjoni f'din il-leġiżlatura u dik preċedenti qalet u għadha tgħid.", "Għax b'dan il-mod ma jistax ikollok iċ-checks and balances, l-iskrutinju u s-serjetà li suppost ikollok mil-Leġiżlattiv ta' dak li jkun qed isir mill-Eżekuttiv, u allura fi kliem ir-rapport ma jkollokx \"effective control\" fuq il-Gvern.", "Għax meta ssemmi Kastilja u money laundering, ovvjament hemm simbjożi, they go hand in hand, huma sinonimi fil-lingwaġġ politiku llum!", "Waqt dibattitu l-ġimgħa li għaddiet kien hemm Deputat, li jekk m'iniex sejjer żball kien Belġjan, li qal li tant kemm qegħdin nisimgħu ripetutament fuq Malta fil-kuntest ta' ħasil tal-flus, ta' impunità u ta' korruzzjoni, li \"it is becoming irritating\", u dawn ma jagħmlu xejn!", "Kien hemm Deputat Ingliż Liberali li lill-Membri tal-Gvern qalilhom: \"When in a hole, stop digging!\"", "Tibqgħux tipprovaw tigdbu, tibqgħux tipprovaw tgħattu x-xemx bl-għarbiel!", "F'dan ir-rapport ta' Pieter Omtzigt hemm ħafna affarijiet u l-ħin ma jippermettilix insemmihom kollha, imma hemm żewġ punti kruċjali, ta' importanza kbira.", "L-ewwel punt semmejtu, li huwa dwar l-impunità.", "Il-Prim Ministru Malti huwa l-ewwel Prim Ministru ta' stat Ewropew, ta' stat Membru tal-Unjoni Ewropea li kellu istituzzjoni bħalma hu l-Kunsill tal-Ewropa li tgħidlu li huwa qed jipproteġi lill-kriminali u lill-korrotti u lil min suppost jitressaq il-Qorti fuq il-ħasil tal-flus.", "Però mbagħad iż-żgħir li jinqabad jaħsel €40,000 jitressaq, kif wara kollox għandu jkun, quddiem il-Qorti u jeħel erba' snin ħabs, imma dak li jaħsel il-miljuni fil-kontijiet sigrieti fil-Panama u fi New Zealand, għax huwa l-Ministru jew għax huwa l-id il-leminija tal-Prim Ministru u li qed jisraq il-flus minn ħalq in-nies … Għax il-korruzzjoni għandha prezz soċjali, mhux biss prezz politiku.", "Malta fil-fora internazzjonali bil-mod il-mod qed issir a pariah state.", "It-tieni punt li ssemma f'dan ir-rapport ta' importanza vitali huwa dwar l-inkjesta pubblika.", "Kemm smajna dwarha!", "Il-Gvern, il-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ġustizzja, they bent over backwards u qalu li ma jistgħux jagħmlu inkjesta pubblika f'dan l-istadju għax timmina l-investigazzjoni kriminali!", "U t-tweġiba ngħatat għax il-Kunsill tal-Ewropa l-ġimgħa li għaddiet approva b'maġġoranza qawwija u b'saħħitha li l-Prim Ministru fi żmien tliet xhur – and the clock is ticking! - irid jordna inkjesta pubblika.", "L-ewwel nett, għandkom tkunu tafu li d-Deputati tal-Gvern fil-Kunsill tal-Ewropa kellhom il-wiċċ u l-ardir jgħidu lid-deputati barranin li l-liġi tagħna ma tippermettix inkjesta pubblika, li l-unika inkjesta li tista' ssir hija l-inkjesta bil-maġistrat u li m'għandniex liġi li tista' tordna inkjesta f'dawn l-affarijiet.", "Li ma kenux jafu d-Deputati barranin, però mbagħad jien kelli nindirizza dan il-gideb u l-iskorrettezzi li bdew jingħadu, kien li anke meta kien hemm outbreak tal-ħożba fl-iskejjel tagħna, kif ġara sa ftit tax-xhur ilu, għamilna inkjesta pubblika.", "Anke meta jkun hemm mewt involontarja jkun hemm inkjesta pubblika taħt l-Att dwar l-Inkjesti.", "Mela l-liġi diġà tipprovdi, però għal xi ħaġa bħal din ma ssirx!", "It-tieni, se ngħid għaliex inkjesta pubblika hija importanti u se nagħmel żewġ argumenti fil-qosor ħafna, li nittama li jinftiehmu mingħajr ma nkun legalistiku.", "L-ewwel nett, inkjesta pubblika tinvestiga l-mottiv wara l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia.", "L-inkjesta maġisterjali, l-inkjesta kriminali ma tidħolx fil-mottiv li kien hemm għall-omiċidju.", "It-tieni, inkjesta kriminali bil-maġistrat ma tiddeterminax jekk il-mewt setgħetx ġiet evitata.", "Anke fuq dan gidbu fil-Kunsill tal-Ewropa meta qalu li mhux veru li s-servizzi sigrieti kienu jafu.", "Hemmhekk qabeż ir-rapporteur Pieter Omtzigt u qal li hemm rapporti, li ħarġu anke minn rapporti fil-Qorti, li s-servizzi sigrieti Maltin kien ilhom ix-xhur jitteppjaw it-telefon ta' dak li eventwalment imbagħad ġie akkużat bl-omiċidju.", "U saret il-mistoqsija.", "Inkjesta pubblika, dak tidħol fih.", "Seta' kien evitat?", "Pereżempju, il-fatt li l-elezzjoni ssejħet sena qabel meta kellha suppost issir kellha xi bearing?", "Il-fatt li deċiżjoni biex imorru għal elezzjoni bikrija ttieħdet bejn Frar u Marzu tal-2017, allavolja ġiet imħabbra fl-1 ta' Mejju, kellha xi bearing?", "Dawn huma affarijiet li inkjesta pubblika tidħol fihom, imma inkjesta maġisterjali ma tidħolx.", "It-tielet, inkjesta maġisterjali ma tiddeterminax il-ħtija jew ir-responsabbiltà politika.", "Inkjesta pubblika dan tiddeterminah.", "Dawk huma t-tliet raġunijiet ewlenin għalfejn l-inkjesta pubblika trid issir.", "Issa sta għall-Prim Ministru li jġorr ir-responsabbiltà ta' dak kollu li hawn f'dan ir-rapport ta' 73 paġna li huma a veritable bill of indictment, att ta' akkuża fuq abbużi ta' liġi, fuq l-imminar tas-saltna tad-dritt u fuq l-impunità, which reigns supreme, f'dan il-pajjiż.", "L-impunità li saret tfisser li l-ħatja, il-kriminali, il-korrotti li huma f'Kastilja u assoċjati ma' Kastilja ma jitressqux il-Qorti, iżda jkun hemm il-kordinazzjoni, il-pjan u l-istrateġija biex il-verità tinħeba.", "Permezz ta' inkjesta pubblika l-verità toħroġ u l-Prim Ministru Joseph Muscat m'għandu xejn minn xiex jibża' ħlief mill-verità.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Skont ftehim milħuq fil-bidu tas-seduta, id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi se tiġi interrotta hawnhekk u l-Kamra tgħaddi mill-ġdid għall-ewwel item fuq l-aġenda.", "Fil-5.56 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA", "L-KODIĊI KRIMINALI U L-ATT DWAR IL-VJOLENZA ABBAŻI", "TAL-ĠENERU U VJOLENZA DOMESTIKA", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Ikompli mis-26 ta' Ġunju 2019.", "Il-mistoqsija reġgħet tqiegħdet.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, ħadd m'għandu dritt jaħqar persuna oħra.", "Kulħadd għandu dritt għad-dinjità tiegħu.", "Mela darba ċempilt il-qanpiena tal-bieb ta' dar, fetaħli raġel li kellu dehra mhux tas-soltu, dħalt ġewwa u għalaq il-bieb, imma ħassejtu li għalaq differenti għax dawru fuq tlieta u daħħal iċ-ċavetta fil-but.", "Għall-ewwel inħsadt.", "Imbagħad nara mara fil-bogħod u b'għajta ta' rabja kbira qalilha: \"Issa ġibtu t-tabib, x'se tgħidlu?", "Ġibtu t-tabib\".", "Dan mar fuqha u beda jsawwatha, jagħtiha bl-addoċċ b'idejh u b'saqajh.", "Jien tkexkixt u qgħadt fil-kantuniera, ma kontx naf kif għandi naġixxi.", "F'daqqa waħda l-mara qamet mill-art, marret wara l-friġġ, ħarġet turnavit kbir u bdiet tippuntah u xxejru lejh.", "Ir-raġel daħħal idejh fil-but u waqgħet iċ-ċavetta.", "Jien kif rajt iċ-ċavetta mort niġri għaliha, ftaħt il-bieb u ħrabt niġri 'l barra.", "Kien għad għandi 24 sena, kienet l-ewwel sena tiegħi ta' tabib u kont qiegħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid.", "Meta ħriġt 'il barra nsejt li kelli karozza u mort niġri l-għassa tal-Pulizija ta' Raħal Ġdid li kienet fil-viċin.", "F'kemm ili ngħidlek il-Pulizija ħadu azzjoni u t-traġedja ma saritx.", "Dik kienet l-ewwel esperjenza minn mijiet ta' esperjenzi li jien kelli kuntatt dirett magħhom bħala tabib.", "Din hija r-realtà li tiltaqa' magħha fil-komunità.", "Min jaf kemm bħala tabib tal-familja – u ma niddejjaqx ngħid li jien għamilt 22 sena nirrispondi kull telefonata mit-Tnejn sat-Tnejn, ġimgħa sħiħa - qgħadt standby għal meta kien hemm problemi f'relazzjonijiet bħal din biex inservi ta' ajjut u ta' wens.", "L-aggressjoni fiżika, is-swat, fosthom daqqiet ta' ponn, bis-sieq u daqqiet ta' ħarta, tfigħ ta' oġġetti jew meta tiġi xi mara, jew raġel, b'xi black eye jew gdim, biex ma nsemmix ukoll is-skieken jew it-turnavit bħalma għadni kemm semmejt, huma kollha xhieda ta' aggressjoni fiżika li turi li fl-għeruq tas-soċjetà hemm xi ħaġa ħażina, bħalma huwa l-abbuż sesswali.", "Għalkemm hawnhekk nitkellmu fuq stupru, mill-esperjenza tiegħi bħala tabib, nista' ngħid li l-istupru l-iktar li jsir huwa fir-relazzjoni taż-żwieġ.", "Ma nistax ma nsemmix ukoll l-abbuż psikoloġiku, li persuna qatt ma tħossha ħielsa għax tkun maħqura emozzjonalment bl-intimidazzjoni, bl-oppressjoni, b'nies possessivi.", "L-iktar li jbatu huma n-nisa, u l-iktar ħaġa li ddejjaqni hija li wara każ ta' separazzjoni ġieli jkun hemm xi raġel li jibqa' jsegwi lil dik il-persuna li darba kienet martu, tant li qatt ma tħossha libera.", "Biex ma nsemmix ukoll l-abbuż li jsir fil-familja mill-aspett finanzjarju meta l-flus, mhux tal-manteniment, ma jingħatawx kif suppost biex b'hekk il-familja tkun tista' tgħix kif mixtieq, filwaqt li r-raġel forsi jmur jixrobhom jew jilgħabhom lottu jew jilgħabhom fuq l-idejn jew jispiċċa jiddejjen.", "Min jaf kemm irġiel jew nisa ġew il-klinika tiegħi jittallbu biex jissellfu minħabba din il-problema, li hija waħda mill-ġrieħi li għandna f'pajjiżna.", "Il-vjolenza domestika mhijiex biss problema ta' relazzjoni, imma hija problema ta' poter ta' persuna fuq oħra, fejn ugwaljanza ma teżistix u tirrenja d-diskriminazzjoni.", "Għalija u għal kull wieħed u waħda minna f'din il-Kamra dan ifisser li huwa att kriminali.", "Allura jien qed nieħu pjaċir li wara sena qegħdin nerġgħu naraw din il-liġi, qegħdin nevalwawha biex nagħmluha aħjar u nagħtuha iktar snien.", "L-ikbar vittmi ta' dan kollu għalija huma t-tfal meta jkunu xhieda ta' vjolenza u, terġa', l-agħar huwa meta jkunu subien għax b'xi mod jekk ma jkunx hemm counselling kif suppost, l-istorja terġa' tirrepeti ruħha fuq marthom, meta dawn is-subien isiru rġiel.", "Il-vjolenza domestika m'għandhiex sess u għalhekk tissejjaħ tal-ġeneru, imma m'hemmx dubju li l-aktar li jbatu huma n-nisa.", "Nafu wkoll li f'soċjetà li nbidlet, il-vjolenza domestika żdiedet u mhux naqset u ma nistax ngħid li żdiedet għaliex in-nies saru jirrapportaw iktar, jew għax hemm il-faċilità biex tirrapporta iktar.", "Fil-prattika żdiedet, għaliex dejjem jibqa' dak il-perċentwal qawwi li ma jirrapportax, li jibqa' jittama minkejja li dik il-persuna ma tħosshiex libera.", "Kull kriżi li jkun hemm minn dan l-aspett għandha sfidi li jridu jitħarsu immedjatament, anke dawk li huma long-term, u mingħajr ma trid kollha jinvolvu emozzjonijiet, aspett legali u aspett ta' servizzi soċjali.", "Għaldaqstant l-azzjoni trid tittieħed b'mod korrett.", "Jien tal-fehma li f'kontest ta' approċċ ħolistiku tal-Gvern inġenerali, il-Ministeru għas-Saħħa, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali għandhom ukoll rwol importanti f'dan l-aspett, għax wara kollox kulma jridu hu li din il-persuna, li hija l-vittma, tgħaddi ħajjitha b'mod ħieles u tinħoloq stabbiltà f'ħajjitha.", "Għalhekk huwa importanti li jkun hemm kordinazzjoni sħiħa.", "U din hija xi ħaġa li għadni qed infittex, għax mill-aspett prattiku hemm ħafna xkiel.", "M'hemmx dubju li l-programmi ta' prevenzjoni jridu jissaħħu.", "U hawnhekk, filwaqt li nsellem lill-Kummissarju li jieħu ħsieb dan l-aspett, nixtieq nagħmel suġġeriment.", "Meta kont Ministru jien, meta ġejna għall-affarijiet ta' sesswalità u s-saħħa sesswali konna ħriġna ktieb indirizzat lill-midja - kien hemm inqas minn 50 kopja - biex jiggwidahom kif b'mod tekniku għandhom iwasslu aħbar.", "Jien ninnota li l-midja qed titkellem b'mod sensazzjonali wisq u qiegħda tkabbar il-ġrieħi iktar milli qed infejquhom.", "Hemm bżonn ukoll li huma jkunu parti minn dan il-programm ta' prevenzjoni.", "Ktieb bħal dan, ippreparat b'mod tekniku, jista' jgħin bħala gwida.", "Hawnhekk issemma t-taħriġ lill-pulizija.", "Jien ngħid li t-taħriġ mhux lill-pulizija biss għandu jingħata, iżda anke lit-tobba.", "Għadni kif tajt eżempju ta' meta kont għadni fl-ewwel sena tiegħi; x'għamilt?", "Ħrabt u ma pprovajtx insib tarf tas-soluzzjoni!", "Ladarba mmaturajt, l-affarijiet bdejt narahom b'mod differenti, imma fuq il-bank tal-Università ħadd ma kien għallimni kif għandi naġixxi!", "L-istess għas-social workers.", "Allura t-taħriġ fil-mod kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna u kif jista' jkompli jissaħħaħ huwa importanti.", "Sintendi, l-appoġġ tas-servizzi soċjali u tas-saħħa huwa importanti, b'mod partikolari f'każijiet meta dawn in-nies imbagħad jispiċċaw fil-qrati u jkun hemm problemi finanzjarji għal min ma jaħdimx jew għal min għandu paga baxxa, fejn meta s-sieħeb jew sieħba tiegħu jkollha aspett finanzjarju aħjar.", "Hemm problemi ta' ħafna nies li ma jkollhomx saqaf fuq rashom, u ġieli mhux għalihom biss, imma anke għal uliedhom.", "Id-diffikultà saret tremenda, anke biex ġenituri jilqgħu lil binthom stess li tkun il-vittma.", "Illum qegħdin f'sitwazzjoni li anke l-ġenituri tal-vittma kultant isibu diffikultà biex jilqgħu lill-istess vittma.", "Nieħu pjaċir ninnota li dawn l-emendi qegħdin isaħħu l-pieni għal min jabbuża.", "Hemm bżonn li nkunu konsistenti, kif ukoll ħorox, imma hemm bżonn ukoll li apparti l-pieni l-aggressur jingħata counselling biex jikkoreġi ruħu, biex ikollu anger management kif suppost u ma jispiċċax, għax telgħulu, jisplodi u kull ma jara quddiemu, xejn ma huwa xejn u jibqa' għaddej!", "Allura jkun tajjeb ukoll li l-proċess fejn ikun hemm problemi bħal dawn fil-qrati jsir wieħed iktar simplifikat biex jekk ikun hemm każ fejn iridu jitmexxew l-affarijiet, neħilsuhom b'mod spedit sabiex ma jkunx hemm dewmien fil-kawżi tal-qorti.", "Veru li dawn id-diffikultajiet ġieli jkunu ġejjin min-naħa tal-partijiet stess imma nemmen li hemm mezzi u manjieri kif wieħed jista' jinduna.", "Wara li segwejt id-dibattitu, fl-aħħar nixtieq insemmi xi ħaġa li jien nemmen ħafna fiha u li ħassejt ma ssemmietx daqshekk.", "Qed nirreferi għat-tisħiħ komunitarju.", "Għalija din hija ċ-ċavetta.", "Huwa importanti li nedukaw, imma huwa importanti wkoll li norganizzaw ruħna fil-komunità.", "Ir-responsabbiltà soċjali, ir-responsabbiltà komunitarja hija f'idejna.", "U hawnhekk nappella lill-Kummissarju tal-Pulizija f'dan ir-rigward għaliex jista' jsir ħafna ġid billi tissaħħaħ il-komunità, mhux biss billi nedukaw fl-iskejjel, imma anke billi nutilizzaw il-kunsilli lokali biex inwasslu dan il-messaġġ.", "Il-vjolenza domestika ilha fostna, ma nibtitx ilbieraħ, imma issa żdiedet.", "U waħda mir-raġunijiet għalfejn żdiedet mhix dovuta biss għax il-fibra morali f'pajjiżna naqset, imma anke minħabba l-influwenza tat-televiżjoni, il-mod kif ċerti affarijiet huma esposti, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, għat-tfal u anke għalina l-kbar.", "Dan biex ma nsemmix ukoll il-midja soċjali u YouTube.", "Għaldaqstant, Sinjura President, jien ħadt pjaċir li dawn l-emendi reġgħu tressqu wara sena minn meta għaddejna din il-liġi.", "Dan huwa sinjal li sar analiżi ta' dak li kien qiegħed iseħħ fil-prattika u nħass li kien hemm bżonn daqsxejn irfinar biex l-affarijiet isiru iktar bis-serjetà.", "Din hija ġerħa li għandna nagħmlu minn kollox biex indewwuha u nfejquha kemm jista' jkun.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Onor.", "Helena Dalli biex, jekk jogħġobha, tikkonkludi dan id-dibattitu.", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sinjura President, nirringrazzja lill-Onor.", "Farrugia ta' dan l-intervent li għamel fejn ddeskriva sitwazzjonijiet fejn jidħlu vjolenza u vjolenza domestika.", "Ma nistgħux ngħidu biżżejjed kemm hu importanti, kif qal l-Onor.", "Farrugia, ir-rwol ta' min ixandar u min jirrapporta dawn il-każijiet, u ma nistgħux ngħidu biżżejjed ukoll, kif qal ukoll l-Onor.", "Farrugia, fuq il-bżonn li l-professjonisti jkollhom it-taħriġ għal dawn ċ-ċirkostanzi.", "Li ma naqbilx miegħu huwa fejn semma li l-każijiet żdiedu.", "Ma nistgħux ngħidu li l-każijiet żdiedu jew naqsu.", "L-ewwel ħaġa, għal parti twila tal-istorja tagħna, ma kellniex statistika, għalhekk ma nistgħux inqabblu ma' 30 sena jew 40 sena ilu, u rrid ngħid ukoll li l-vjolenza kienet xi ħaġa li kienu jgħidu li la ssir bejn l-erba' ħitan tad-dar, allura ma nitkellmux fuqha barra.", "Fil-fatt, lanqas stajt tirrapporta anke jekk tisma' storbju ta' xi ħadd qiegħed isawwat lil xi ħadd.", "Jekk dan qiegħed isir ġewwa d-dar tal-familja, ħadd ma seta' jieħu azzjoni f'dawk il-każijiet.", "Jiġifieri kellna ħafna sitwazzjonijiet fejn il-vjolenza kienet qiegħda hemmhekk imma ma nitkellmux fuqha u ma nafux biha.", "U allura l-fatt li issa l-liġi hija dik li hi, fejn inti obbligat li tirrapporta, fejn ma niddejqux nitkellmu fuq dawn is-sitwazzjonijiet, allura qegħdin naraw aktar każijiet u rridu nkunu preparati biex naħdmu kontra din il-pjaga tas-soċjetà tagħna.", "Il-ġimgħa li għaddiet wara li ntroduċejt il-bidliet li qegħdin nipproponu għal-Liġi dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika kelli nitlaq għal impenji li kelli fi Brussell, però waqt li kont hemmhekk xorta segwejt b'attenzjoni l-punti li qajmu l-kollegi tal-Oppożizzjoni.", "Irrid ngħid li kien hemm numru ta' rimarki importanti, kemm dwar il-proposta fiha nnifisha, kif ukoll dwar il-kuntest li fiha din il-proposta tkun qiegħda topera.", "Għalhekk nirringrazzja lil din il-Kamra għal diversi rimarki kostruttivi li kien hemm.", "Jiena ngħid li f'dan il-qasam għandna nkunu vuċi waħda u għandna naħdmu flimkien bħala soċjetà sabiex nipprevjenu l-vjolenza u, fejn isseħħ, nindirizzawha bl-attenzjoni li jkun jistħoqqilha.", "Dawn il-kummenti li kien hawn se nkun qiegħda nweġibhom direttament f'dan id-diskors qasir tiegħi.", "Filwaqt li qed ngħid dan, nemmen bis-sħiħ li ċerti rimarki oħrajn dejjem kienu inaċċettabbli, u wisq iżjed fis-sena 2019.", "Saru ċerti rimarki offensivi għal kull min bħali jrid jgħix f'soċjetà ħielsa mill-preġudizzju u l-mibegħda.", "U dawn ir-rimarki la ħaqqhom attenzjoni u wisq inqas tweġiba f'dan il-Parlament.", "Ngħaddi allura biex inwieġeb il-punti li tqajmu l-ġimgħa l-oħra dwar dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Il-liġi fiha nnifisha, għalkemm hija importanti, hija biss l-ewwel minn ħafna bidliet li qegħdin inkomplu nwettqu.", "U naqbel ma' kull min qal li l-liġi waħedha mhi se twassalna mkien.", "Huwa fatt li jekk il-liġi ma jinħassx l-effett tagħha għax min irid iħaddimha mhux qiegħed iħaddimha kif għandu jħaddimha, allura l-liġi ma tantx tkun tiswa.", "Il-liġi hija għodda f'idejn min jiltaqa' ma' dawn iċ-ċirkostanzi ta' vjolenza u abbużi u dik l-għodda jrid jużaha.", "Għalhekk qegħdin nagħtu l-għodda, mhux biex ngħidu għamilna l-liġi u għandna l-Konvenzjoni ta' Istanbul ratifikata.", "Dawn huma kollha għodod għall-istakeholders li jmissu ma' din ir-realtà.", "Punt komuni li ssemma hu l-bżonn ta' taħriġ, kif għadu kif qal l-Onor.", "Farrugia issa, u għarfien tal-liġi minn dawk li qegħdin jinfurzawha bħal, pereżempju, il-pulizija u dawk il-professjonisti li jaħdmu direttament mal-persuni milquta mill-vjolenza, bħall-ħaddiema soċjali.", "M'hemmx dubju li hemm qbil f'din il-Kamra dwar dan.", "It-taħriġ huwa essenzjali biex dak li nagħmlu bħala leġiżlaturi jiġi implimentat fil-prattika, u kull persuna li b'xi mod tiġi f'kuntatt ma' vittmi ta' vjolenza jew mal-aggressuri għandha tkun imħarrġa regolarment.", "F'dan il-qasam il-Gvern diġà beda l-ħidma u avvanzajna mhux ħażin.", "Kif tispeċifika l-istrateġija nazzjonali, hemm diversi entitajiet li għandhom l-obbligu li jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ li jkunu mmirati lejn professjonisti diversi, bħalma huma l-għalliema, it-tobba, il-ġudikatura, il-pulizija, u l-ħaddiema soċjali, fost l-oħrajn.", "U l-esperjenza għallmitna li dan it-tip ta' taħriġ iffokat u speċjalizzat hu l-aktar effettiv.", "Is-sena l-oħra, permezz ta' proġett li jismu Breaking the Cycle of Violence, offrejna sessjonijiet ta' taħriġ lill-ġudikatura, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, lill-ħaddiema tal-Aġenzija Appoġġ u lit-tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa u fis-swali tal-emerġenza.", "Offrejna wkoll sessjonijiet ta' mentoring lill-vittmi ta' vjolenza.", "Dawn is-sessjonijiet kienu mmirati għall-gruppi vulnerabbli bħal, pereżempju, nisa li jgħixu f'shelters, nisa emigranti, nisa trans u nisa b'diżabilità.", "Dawn is-sessjonijiet organizzajniehom b'mod li jkunu tailormade għall-bżonnijiet ta' dak il-grupp soċjali partikolari.", "Huwa biżżejjed dan?", "Jien ngħid li qatt ma huwa biżżejjed, għaliex dejjem jifdal x'nagħmlu u x'nitgħallmu dwar dan is-settur.", "Għalhekk l-Istrateġija Nazzjonali għandha viżjoni fit-tul, u speċjalment fit-taħriġ il-perspettiva tagħna għand tkun ta' ħidma kostanti li tibqa' tiġġedded.", "Hawn norbot ukoll ma' punt ieħor li tqajjem mill-Oppożizzjoni, dak tar-rwol tal-midja f'dan is-settur, u semmieha wkoll l-Onor.", "Il-midja għandha rwol kruċjali fil-mod kif is-soċjetà tagħna tikkonsma u tinterpreta aħbarijiet relatati ma' vjolenza, speċjalment fejn tidħol vjolenza sesswali.", "Kien għalhekk li s-sena l-oħra l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika nidiet linji gwida għall-ġurnalisti li jirrapportaw dawn il-każijiet ta' vjolenza.", "Jien ukoll, bħalma ssemma hawnhekk, jiddispjaċini meta nara ċertu rapportar li ma jkunx sensittiv għall-każ irrapportat.", "Il-ġurnalisti għandhom rwol edukattiv u allura għandhom jaraw li dak li jxandru ma jkunx sessist jew dispreġjattiv lejn il-vittmi, xi kultant anke b'dettalji żejda.", "L-artikli jistgħu jkunu f'forma ta' vittimizzazzjoni u titrawwem kultura li l-ewwel ħsieb imur fuq x'għamlet il-vittma biex xi ħadd kien vjolenti magħha.", "Mhijiex dik l-attitudni li rridu nieħdu f'dan il-qasam għax, għamlet x'għamlet, ħadd ma ħaqqu li tintuża l-vjolenza kontra tiegħu jew tagħha.", "Hemm rimedji oħrajn għal min jagħmel xi ħaġa li mhux suppost jagħmel, però li inti tkun vjolenti ma' min taħseb li qiegħed jagħmel xi ħaġa li hija ħażina qatt ma hija s-soluzzjoni.", "Pereżempju, ma noqogħdux ngħidu: \"Iva ġiet raped, imma kienet liebsa dublett qasir, għalhekk ġiet raped\"!", "Dawn l-affarijiet mhumiex aċċettabbli f'soċjetà miftuħa, f'soċjetà li trid timxi 'l quddiem billi kulħadd ikun fil-libertà tiegħu, sakemm ma jkunx qed jieħu mid-drittijiet ta' ħaddieħor.", "Kull persuna għandha tgħix fil-libertà tagħha sakemm mhijiex qed tweġġa' lil ħaddieħor, mhijiex qed tieħu mil-libertà ta' ħaddieħor.", "Allura ma nagħmluhiex tal-ġudikanti aħna u naqtgħuha u ngħidu, pereżempju: Dik sawwatha għax hi hekk, jew għax tilbes hekk u mhux hekk.", "Din mhijiex l-attitudni li rridu nieħdu f'dan il-qasam.", "Ebda vittma m'għandha tort għal dak li ġralha.", "Dan għaliex dak li għamlet jew m'għamlitx il-vittma qatt ma jiġġustifika att vjolenti, u dak irid ikun il-punt tat-tluq tagħna.", "Il-ġimgħa l-oħra l-kollegi semmew diversi setturi oħrajn lil hinn mill-Ministeru li mmexxi jien, bħall-Korp tal-Pulizija u s-settur tal-akkomodazzjoni, fost l-oħrajn.", "Il-verità hi li l-vjolenza fil-ħajja ta' persuna taffettwa kull parti minn ħajjitha, u aktar ma' ħdimt ma' vittmi ta' vjolenza tul is-snin, aktar ma smajna lill-professjonisti li jaħdmu fil-qasam, aktar nirrealizzaw li l-ħajja ta' vittma tinqaleb ta' taħt fuq u allura s-servizzi tagħna jridu jindirizzaw din ir-realtà ġdida tal-persuna b'mod sħiħ.", "Għalhekk meta ppreżentajna l-liġi s-sena l-oħra, nidejna wkoll Strateġija u Pjan ta' Azzjoni kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru.", "Dan id-dokument kien u għadu ambizzjuż għaliex jagħti stampa wiesgħa tal-għanijiet tal-Gvern f'dan il-qasam.", "L-aktar aspett essenzjali tiegħu hu li jgħaqqad lil kull ministeru, kull dipartiment, kull entità u l-NGOs li jaħdmu f'dan il-qasam u jikkordina x-xogħol ta' kull wieħed u waħda minnhom.", "Għalhekk dejjem għedt li din il-liġi, flimkien mal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni, mhumiex biss tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza iżda huma ta' kulħadd, huma ta' kull ministru u kull ministeru.", "Xogħolna hu li nassiguraw l-involviment ta' kull stakeholder li b'xogħlu jista' b'xi mod jgħin lill-vittmi tal-vjolenza.", "Fuq livell ieħor irrid ngħid li l-ġlieda kontra l-vjolenza mhijiex ta' xi pajjiż jew ieħor, u l-ġlieda kontra l-vjolenza ma tiqafx mal-ġurisdizzjoni tal-Qrati tagħna.", "Għalhekk dan il-Gvern qiegħed jaħdem biex il-pajjiżi jingħaqdu u jkunu front wieħed kontra l-vjolenza.", "Għodda essenzjali biex dan iseħħ hi l-Konvenzjoni ta' Istanbul.", "Bħalissa fi Brussell pajjiżna qiegħed jagħmel pressjoni qawwija biex l-Unjoni Ewropea bħala blokk wieħed tirratifika din il-Konvenzjoni biex b'hekk l-Istati Membri jintrabtu lkoll bl-obbligu tal-Konvenzjoni.", "Fuq nota relatata rrid ngħid li l-Konvenzjoni tistabbilixxi wkoll il-GREVIO, li huwa grupp ta' esperti responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u jagħti rapport dettaljat dwar il-qagħda ta' dak il-pajjiż fil-qasam tal-vjolenza.", "Pajjiżna bħalissa għaddej mill-ewwel evalwazzjoni tal-GREVIO u qegħdin fil-proċess li nagħtu lura r-rapport tagħna għall-ħidma li saret s'issa.", "Ladarba nirċievu dan ir-rapport fl-2021, imbagħad fuqu nkunu nistgħu nkomplu nsaħħu s-sistema li qegħdin nibnu kontra l-vjolenza.", "Issa se nkompli nindirizza xi mistoqsijiet li tqajmu dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, li qiegħed jemenda diversi artikli tal-Kodiċi Kriminali, kif ukoll tal-Att dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika.", "Punt li tqajjem kien dwar kif il-Qorti f'ċerti ċirkostanzi tista' tordna lill-ħati jħallas dak il-kumpens li għandu jagħti lill-vittma bin-nifs u, kif tgħid il-liġi stess, il-Qorti tista' tordna dan b'mod partikolari meta tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, speċjalment meta l-ħati diġà jkollu obbligi oħrajn lejn il-vittma jew xi dipendenti tal-vittma bħal, pereżempju, xi obbligu ta' ħlas ta' manteniment.", "Permezz ta' din l-ordni l-ħati ma jispiċċax mingħajr riżorsi biex jgħix il-ħajja tiegħu u fl-istess ħin il-vittma ma tispiċċax mingħajr il-kumpens li ħaqqha.", "Għax jekk jiġri hekk, ma jkunx jista' jagħti dak l-ammont kbir kollu f'daqqa.", "Allura jekk jingħata bin-nifs dan se jkun tajjeb għat-tnejn, kemm għall-persuna li trid tagħti dawn il-flus, ħalli inti ma tkissirhiex, u kemm għal min se jirċievi dawn il-flus, li għandu iktar garanzija li se jeħodhom b'dan il-mod.", "Ġustament qamet il-mistoqsija hawnhekk dwar x'jiġri fil-każ li l-ħati ma jkomplix iħallas dak li għandu jħallas lill-vittmi.", "Hawnhekk il-liġi diġà tipprovdi għal rimedju.", "Il-Qorti għandha s-setgħa li tagħti ċans ieħor lill-ħati billi tagħtih perjodu ta' mhux iktar minn xahar biex jerġa' jibda jonora l-ħlas.", "F'każ li dan jibqa' ma jħallasx, dik is-sentenza li kienet sospiża mbagħad tiġi eżekuttiva.", "Dan ifisser li l-ħati għandu inċentiv qawwi li jonora l-obbligi tiegħu.", "F'każ imbagħad fejn qed nitkellmu fuq ċirkostanzi fejn ma jkunx hemm sentenza sospiża, is-sentenza finali tal-Qorti ssir awtomatikament titolu eżekuttiv.", "Dan ifisser li fejn il-ħati ma jsegwix l-Ordni tal-Qorti, is-sentenza fiha nnifisha tkun biżżejjed għall-vittma biex tirkupra dak il-ħlas.", "Ngħaddi issa għal artikolu 540A tal-Kodiċi Kriminali li jirregola l-ħruġ ta' ordnijiet ta' protezzjoni temporanja.", "Hawnhekk l-aktar li qed isiru bidliet, u dan għaliex matul din is-sena kkonsultajna ħafna ma' kull entità involuta f'dan il-proċess.", "Dan huwa l-iktar qasam fejn qegħdin nagħmlu bidliet meħtieġa, u dan minn dak li tgħallimna minn meta bdiet tiġi prattikata l-liġi kif varajnieha s-sena l-oħra.", "Ma kienx faċli għal dawn l-entitajiet li jlaħħqu ma' dover ieħor mal-ħafna li diġà kellhom, iżda qiegħed isir sforz biex jinġibed ħabel wieħed.", "Minn hawnhekk irrid nagħti ħajr lil dawk kollha li huma involuti f'dan il-proċess.", "Issemmiet ukoll il-kwestjoni ta' xi grad għandu jkollu l-uffiċjal tal-pulizija li ser ikun qiegħed imexxi l-investigazzjoni.", "Irrid niċċara li bi qbil mal-Pulizija fil-fatt qegħdin nipproponu li l-grad ma jistax ikun inqas minn dak ta' spettur.", "U dan biex inkunu ċerti li t-tmexxija tal-investigazzjoni tkun f'idejn persuna li jkollha ċertu livell ta' taħriġ.", "Il-bżonn ta' din il-kjarifika qam mill-fatt li l-każijiet li jitolbu l-ħruġ ta' dan it-tip ta' ordni huma uħud mill-aktar każijiet sensittivi li jaslu għand il-Pulizija.", "Għalhekk ħassejna li kien hemm bżonn livell ta' esperjenza fl-uffiċjali li jmexxu dawn l-investigazzjonijiet.", "Tqajjem ukoll il-punt dwar iż-żewġ stadji li jwasslu għall-ħruġ tal-ordni ta' protezzjoni temporanja, u fil-qosor se ngħid x'inhu l-proċess.", "Hekk kif vittma tagħmel kuntatt mal-pulizija għandu jsirilha dak li nsejħulu assessjar tar-riskju.", "Dan l-assessjar irid isir minn professjonist imħarreġ mill-Aġenzija Appoġġ, jiġifieri ħaddiem jew ħaddiema soċjali flimkien mal-uffiċjal tal-pulizija.", "L-element ta' social worker li jaħdem flimkien mal-uffiċjal idaħħal perspettiva aktar soċjali, waqt li l-uffiċjal tal-pulizija jagħti dak l-element legali tal-infurzar.", "Dan ir-risk assessment jindika b'mod ċar lill-pulizija l-livell ta' periklu li qiegħda fih il-vittma, kif ukoll persuni relevanti oħrajn bħal, pereżempju, fil-każ li jkun hemm tfal.", "Wieħed jista' jgħid li fih innifsu dan huwa forma ta' investigazzjoni.", "Fil-prattika dan l-assessjar ma jeħux iktar minn sagħtejn biex jitlesta.", "It-tieni parti mbagħad hija dik tal-investigazzjoni li jagħmlu l-Pulizija fuq il-każ inkwestjoni.", "Il-mistoqsija li tqajmet kienet dwar il-bżonn li dawn l-istadji jsegwu lil xulxin u jekk kienx ikun aħjar li jiskattaw mill-ewwel it-tnejn li huma f'daqqa.", "Il-proposta tqegħedhom wara xulxin għas-sempliċi raġuni li l-pulizija ser ikunu ggwidati aħjar mill-assessjar tar-riskju.", "F'sens wiesa', dan l-assessjar huwa investigazzjoni preliminari tal-każ li jkollhom quddiemhom l-uffiċjali u tgħin lill-Pulizija biex jifhmu eżattament x'ikun il-kuntest u x'inhu r-riskju tal-persuna li għandhom quddiemhom.", "Hekk, meta jinvestigaw il-każ b'mod aktar wiesa', pereżempju billi jkellmu lill-allegat perpetratur, ikollhom stampa aktar ċara ta' xi jkunu qegħdin jindagaw.", "Għalhekk jien nemmen li l-proposta taħdem għaliex l-assessjar u l-investigazzjoni jibnu fuq xulxin u għaliex il-kunċett ta' ordni ta' protezzjoni temporanja jdur mal-livell tal-periklu li l-vittma tkun qiegħda fih u mal-assessjar ta' dak il-periklu.", "Naturalment dan ma japplikax f'każijiet ta' urġenza massima, fejn il-prassi tal-pulizija dejjem kienet li jittieħdu immedjatament il-passi meħtieġa biex jassiguraw il-protezzjoni tal-vittma u jwaqqfu reat milli jsir jew jitkompla skont il-każ.", "Tqajmet ukoll il-kwestjoni dwar x'jiġri fil-każ li taqa' ordni li tkun inħarġet u dan għaliex il-pulizija ma jsibux bażi fuqiex ikomplu l-proċeduri kriminali kontra l-akkużat.", "F'dan l-każ l-obbligi tal-pulizija huma ċari ħafna għax skont l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità, kwalunkwe deċiżjoni li twassal biex ma titkompliex jew li tintemm xi investigazzjoni kontra l-allegat aggressur trid tiġi notifikata mingħajr dewmien.", "Dan hu d-dritt bażiku tal-vittma li tkun għamlet kuntatt mal-Pulizija.", "Emenda li qed issir fl-Att dwar il-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika hija wkoll fil-kompożizzjoni ta' din il-Kummissjoni.", "Hawnhekk qegħdin nipproponu li membru ta' din il-Kummissjoni tkun persuna b'diżabbiltà.", "Dan m'aħniex nagħmluh għaliex irrid nagħtu preferenza lil xi grupp fuq ieħor, iżda għaliex nemmnu li r-rappreżentanza u l-pluraliżmu huma fundamentali biex f'kull qasam, f'dan il-każ dak tal-vjolenza, jiġu indirizzati b'mod sħiħ.", "Fil-fatt fl-2015 il-Gvern kien ippropona att biex jemenda numru ta' liġijiet biex ikun hemm rappreżentanza ta' persuni b'diżabbiltà f'diversi awtoritajiet u bordijiet, fosthom l-Awtorità tad-Djar, l-Awtorità tax-Xandir u l-Kunsill għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.", "Illum din ir-rappreżentanza hija norma li qed inkomplu permezz ta' din l-emenda.", "Sinjura President, kif qegħdin niddiskutu dan il-punt li qajjem l-Onor.", "Cutajar irrid nirrimarka li studji fuq kif gruppi soċjali differenti jintlaqtu mill-vjolenza jkunu studji utli, speċjalment għall-ħidma tal-Kummissjoni.", "Aħna qegħdin naraw li nagħmlu dan it-tip ta' studji ħalli permezz tar-riċerka nkomplu nsaħħu x-xogħol tagħna fil-Kummissjoni.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali, Kap. 9, u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika, Kap. 581\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.", "Con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "HELENA DALLI: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa mill-Ministru.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Skont il-ftehim milħuq fil-bidu tas-seduta, il-Kamra issa se terġa' tgħaddi għat-tieni item fuq l-aġenda li d-diskussjoni fuqu ġiet interrotta f'din l-istess seduta.", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET (AMMINISTRAZZJONI AĦJAR", "TAL-ĠUSTIZZJA)", "L-ordni għat-Tieni Qari ġie moqri.", "Il-Kamra rriżumiet minn aktar kmieni fis-seduta.", "Mela nistieden lill-Ministru Owen Bonnici biex jagħmel il-winding up.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw f'dan id-dibattitu, għalkemm irrid ngħid li d-dibattitu li assistejna għalih ma kien xejn dwar l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna.", "Ma smajt ebda kelma mill-Oppożizzjoni dwar l-asset recovery, dwar ix-xogħol li qiegħed isir, jekk jarawx li hemm bżonn xi titjib jew jekk jarawx li hemm bżonn li nagħmlu xi affarijiet differenti.", "Minflok dawn tkellmu fuq affarijiet oħrajn li m'għandhom x'jaqsmu xejn ma' dan l-Abbozz ta' Liġi; tkellmu dwar kwestjonijiet ta' natura politika u attwalità politika.", "Ladarba ma tkellmu xejn fuq dan l-Abbozz ta' Liġi u lanqas qalulna jekk humiex se jivvotaw favur jew kontra, jien m'għandix xi nwieġeb dwar dan l-Abbozz.", "Però nista' nitkellem dwar il-kwestjonijiet kollha li ssemmew matul d-diskorsi taż-żewġ membri li tkellmu.", "L-ewwel tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor.", "Adrian Delia, li qal li jiltaqa' ma' nies li jistaqsuh kemm se jdumu jeqirdu dwar il-kwestjoni tal-Panama Papers.", "Jien qed nikkwotah verbalment, din qalha hu!", "Issa jien smajt dak li kellu x'jgħid, però laqatni proprju li qal dan il-kumment.", "Ġenwinament laqatni l-fatt li għandek Kap tal-Oppożizzjoni li waqt id-diskussjoni fuq liġi bħal din ma jitkellimx fuq il-liġi imma jitkellem dwar affarijiet oħrajn, u l-ewwel ma jgħid huwa proprju x'jgħidulu n-nies.", "Għalhekk meta qalha kelli nieħu nota ta' dak li qiegħed jgħid għaliex laqtitni ħafna!", "Id-diskors tiegħu kien marbut mal-bżonn li nissalvagwardaw is-saltna tad-dritt.", "Issa jien nemmen li jekk hemm bażi li fuqu huwa mibni s-saltna tad-dritt hija l-verità u li tkun onest lejn il-fatti.", "U dan huwa fil-fehma tiegħi dak li ma kienx l-Onor.", "Jekk l-Onor.", "Jason Azzopardi għandu xi ambizzjonijiet politiċi jien nistiednu ma jużax il-kwestjonijiet tal-ġustizzja biex imexxihom 'il quddiem.", "Jien smajt lill-Kap tal-Oppożizzjoni, u allura l-Kap tiegħu stess, jgħid li m'għandux ħin x'jaħli mal-Onor.", "Smajtu jien u semgħu l-pajjiż kollu.", "Meta jkollok Kap tal-Oppożizzjoni jew il-kap tal-partit li jgħid hekk … Ma naħsibx li l-Onor.", "Delia qal hekk u ma kienx jaf x'qiegħed jgħid!", "Delia bħala Kap tal-Partit qal li hu m'għandux ħin x'jaħli ma' wieħed mid-Deputati tiegħu, dak juri ħafna dwar id-Deputat innifsu, li miegħu l-Kap tiegħu ma jkollux ħin x'jaħli.", "Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tela' skont il-liġi tal-Partit Nazzjonalista, tela' b'mod demokratiku u jekk xi ħadd jirrispetta r-rule of law, irid jirrispettaha dejjem ir-rule of law, kemm meta għandhom x'jaqsmu l-liġijiet u kemm meta għandu x'jaqsam il-mod kif jopera l-partit tiegħek.", "Il-Partit Nazzjonalista tella' lil Dr Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, u li naf huwa li dan il-Kap qal quddiem kulħadd li m'għandux ħin x'jaħli mal-Onor.", "Mela allura dwar il-karattru ta' Jason Azzopardi toqogħdux fuq dak li naħseb jien, oqogħdu fuq xi ħadd li jafu tajjeb ħafna, li huwa l-Kap tal-Partit tiegħu stess.", "Niġi issa għal dak li qal l-Onor.", "L-Onor.", "Azzopardi huwa ferħan se jtir, huwa bniedem kuntent għaliex mar fil-Kunsill tal-Ewropa u rnexxielu jmexxi 'l quddiem rapport, li fil-fehma tiegħi huwa inġust u impreċiż, u li attakka kemm felaħ lil pajjiżna.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi huwa kuntent b'dan, qisu rebaħ il-lotterija!", "Kuntent li fil-Kunsill tal-Ewropa ġie approvat rapport ta' Malta li huwa kritiku ħafna.", "Però mhux kuntent sa barra għaliex l-Onor.", "Jason Azzopardi ma riedx biss li jiġi approvat dan ir-rapport, imma ried ukoll li l-Kunsill tal-Ewropa jibda monitoring procedure fuq Malta.", "Jiġifieri hu ried li l-Kunsill tal-Ewropa jibda proċedura ta' għassa fuq Malta.", "L-Onor.", "Azzopardi ried li l-Kunsill tal-Ewropa joqgħod b'seba' għajnejn għassa fuq pajjiżna.", "Issa jien informat li s'issa din il-monitoring procedure kull ma ntuża kien darba biss fuq it-Turkija.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi ried li din il-proċedura tintuża fuq Malta.", "Il-maġġoranza assoluta tal-membri tal-Kunsill tal-Ewropa vvotaw kontra din il-proposta, jiġifieri l-Ewropej ma ridux li tintuża monitoring procedure fuq Malta.", "L-Onor.", "Azzopardi kien wieħed minn dawk li vvota favur, li jfisser li kien hemm barranin li qabżu għal Malta, mentri l-Onor.", "Jason Azzopardi, li huwa Malti bħali u bħalek, ħadem kontra Malta.", "Mela l-barranin jaqbżu għal Malta u l-Onor.", "Jason Azzopardi jaħdem kontra Malta!", "L-Onor.", "Azzopardi ħadha bi kbira għaliex il-Prim Ministru u jien urejna xettiċiżmu dwar Pieter Omtzigt, li huwa politiku Olandiż li kien involut f'balbuljata manja fejn għandu x'jaqsam il-kraxx ta' ajruplan fl-Ukrajna li kien ħalla l-mejtin, u l-mod kif kien ittratta ma' xhieda, li allegatament huma fażulli, u l-vittmi infushom.", "Jien naf politiċi Olandiżi, ħbieb tiegħi, li qaluli li dan Omtzigt imissu jistħi kif mexa fuq il-kwestjoni ta' dan l-ajruplan.", "Fil-fatt, wara li kien ġie kkritikat ħafna, Omtzigt fuq Twitter ammetta li għamel ħażin, skuża ruħu u qal li huwa għamel hekk għaliex kellu ħerqa kbira biex isir jaf il-verità.", "Ma nafx allura jekk bniedem hekk, li meta jiġi biex jipprova jitkixxef ma jirrispettax ir-regoli u jaqta' l-kantunieri, kienx il-persuna idonea biex tfittex il-verità dwar pajjiżna.", "Allura għax aħna għamilna dan l-argument għamilna ħażin?", "Jien m'għandix rispett lejn Pieter Omtzigt imma għandi rispett lejn il-Kunsill tal-Ewropa.", "Għandi ħafna rispett lejn il-Kunsill tal-Ewropa, u meta l-Kunsill tal-Ewropa jitkellem, jien, bħala membru tal-Gvern, nisma' dak li għandu x'jgħid.", "U naqbel ħafna mal-Prim Ministru li diġà qal li se jfittex triq 'il quddiem mal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kwestjoni ta' inkjesta pubblika.", "Irrid infakkar li l-pariri kollha li għandna, kemm lokali u kemm esterni, jgħidulna li l-proposta li jkun hemm inkjesta pubblika waqt li għaddejjin proċeduri kriminali hija ta' periklu għax inkjesta pubblika tippreġudika inkjesta kriminali.", "Ma rridux immorru 'l bogħod għax f'dan il-Parlament stess, meta kellna x-xhieda dwar l-iskandlu taż-żejt, il-Qorti kienet qalet li l-mistoqsijiet li għamilt jien stess setgħu ppreġudikaw id-drittijiet tal-akkużati f'dan l-iskandlu.", "Jiġifieri ma mmorrux 'il bogħod għax f'dan il-Parlament stess għandna esperjenza, u dak li qed ngħidu mhux qed ngħiduh bl-addoċċ, qed ngħiduh għax huwa bbażat fuq ir-raġuni.", "Però, kif għedna, il-Kunsill tal-Ewropa huwa istituzzjoni li nirrispettaw u allura aħna se nfittxu li nsibu soluzzjoni għal din il-ħaġa u jkollna way forward.", "L-Onor.", "Azzopardi qal ukoll li jien arroganti, ottuż, supperv, ma nafx x'ma qalx, u żejjinni b'ħafna aġġettivi li naħseb li min jafni jista' jixhed li dawk l-aġġettivi li kien tant ġentili li żejjinni bihom, dawk il-ħiliet ta' arroganza, jien m'għandix.", "Beda jgħid li jien arroganti għaliex irrid immexxi 'l quddiem liġi li tissepara l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali.", "Din il-liġi li tissepara l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali rridu mmexxuha 'l quddiem għax jien tajt kelma, u kelmti jien inħobb inżommha.", "Jien jekk tajt kelma li sas-sajf il-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali se jiġu separati, inħoss li l-irġulija titlob li dik il-kelma nżommha, u allura wara li kien hemm dibattitu fl-istadju tat-Tieni Qari ħallejt ġimgħa tgħaddi, jekk mhux iktar, u jekk Alla jrid bħal-lum ġimgħa se nibdew l-istadju ta' Kumitat u niflu klawsola klawsola.", "Jien fil-politika mgħallem li jekk inti ma żżommx il-kelma li tagħti, m'intix politiku li għandu jittieħed bis-serjetà.", "Aħna tajna dan l-impenn u rridu nżommu miegħu.", "U huwa importanti li nżommu miegħu għax ilna ħafna ngħidu fuq il-bżonn li l-poteri tal-Avukat Ġenerali jinqasmu fi tnejn.", "Issa se mmorru għaliha u nwettquha.", "L-Onor.", "Azzopardi qal li r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa jgħid li l-liġi li għamilna mhijiex biżżejjed għax m'għamlitx dak kollu li talbet minna l-Kummissjoni Venezja.", "Dak li qal il-Kunsill tal-Ewropa huwa minnu, għax fejn jidħol l-Avukat Ġenerali l-Kummissjoni Venezja talbet affarijiet oħrajn, u se ngħid x'inhuma.", "Fosthom, il-Kummissjoni talbet li l-Avukat Ġenerali ma jibqax chairman tal-FIAU, u jien għedt li t-terminu tal-Avukat Ġenerali bħala Chairman tal-FIAU se jiskadi f'Marzu li ġej, Dr Grech mhux se jibqa' Chairman tal-FIAU, u allura f'Marzu li ġej din l-insuffiċjenza se tiġi sodisfatta.", "It-tieni ħaġa hija li l-Kunsill tal-Ewropa ppropona li jkun hemm appell mid-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li jwaqqaf prosekuzzjoni.", "Issa din hija ħaġa eċċezzjonali, mhix kontroversja nazzjonali u tirrikjedi iktar ħsieb dwar kif għandha ssir.", "Jien nikkommetti ruħi li fiż-żmien li ġej se nkunu qegħdin nipproponu soluzzjonijiet dwar din il-kwestjoni.", "It-tielet raġuni għalfejn il-Kunsill tal-Ewropa ħass li l-liġi li għamilna hija insuffiċjenti hija għaliex il-Kummissjoni Venezja qed tipproponi li l-inkjesti maġisterjali kollha ma jibqgħux isiru mill-maġistrati, imma jibdew isiru mill-Avukat Ġenerali.", "Issa din hija xi ħaġa li timmerita iktar ħsieb u naħseb li lanqas l-Onor.", "Jason Azzopardi stess ma jaqbel.", "Jien konvint li kieku kelli niġi hawnhekk u nipproponi li l-inkjesti maġisterjali ma jibqax jagħmilhom il-maġistrat imma jagħmilhom l-Avukat Ġenerali, kif trid il-Kummissjoni Venezja, hu stess jivvota kontra.", "Jien konvint minnha din!", "Mela jekk irid jitkellem bis-serjetà u b'mod li jittieħed bis-serjetà, li huwa diffiċli fil-każ tiegħu għaliex huwa bniedem li m'għandux kredibbiltà – f'Malta żgur m'għandux, barra hemm min jemmnu - irid jgħid x'inhi l-pożizzjoni tiegħu.", "Jaqbel l-Onor.", "Azzopardi li l-inkjesti maġisterjali ma jibqgħux jagħmluhom il-maġistrati imma jagħmilhom l-Avukat Ġenerali?", "Jien, l-ewwel wieħed, irrid nistudjaha iktar din l-idea.", "Din hija proposta tal-Kummissjoni Venezja li jidhirli li hemm bżonn iktar riflessjoni u studju dwarha.", "Dawn huma t-tliet punti, mill-bqija l-liġi hija tajba li se tkompli tmexxi 'l quddiem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u anke s-sistema tal-ġustizzja.", "L-aħħar punt li rrid nagħmel huwa dwar dak li l-Onor.", "Azzopardi qal fuq il-kwestjoni tal-ħatriet tal-ġudikanti, li aħna għamilniehom bil-ħeffa u bl-għaġla.", "L-ewwel qal li qed naħtru ġudikanti Laburisti, jew aħjar, qal li jekk ma tkunx Laburist ma ssirx ġudikant.", "Jien naħseb li din hija inġustizzja kbira.", "Aħna ħtarna ġudikanti li kienu nħatru maġistrati minn Gvern preċedenti.", "Hemm minnhom - ma rridx noqgħod insemmihom għax lanqas huwa ġust – li ġew promossi għal imħallfin minn dan il-Gvern.", "Iva allura anke fuq dawk qed jgħidli li mexa ħażin il-Gvern?", "Jien taf x'naf ngħid, li aħna m'għamilniex prim imħallef lil xi ħadd li għandu ħuh fil-Kabinett!", "Issa jiena ngħid li anke meta sar hekk, meta nħatar il-Prim Imħallef Mifsud Bonnici kienet deċiżjoni tajba u nibqa' ngħid li kienet deċiżjoni tajba għax jien infaħħru għal kemm kien Prim Imħallef bravu, tajjeb, serju u onest.", "Imma kif jista' Partit li meta kien fil-gvern ħatar lil ħu ministru Prim Imħallef - u ħa deċiżjoni tajba, nerġa' ngħidha - joqgħod jattakka lill-ġudikanti għax darba kienu jaħdmu ma' dak l-uffiċċju jew għax darba kienu ħarġu għall-kunsill mal-Partit Laburista?!", "Se noqogħdu sejrin hekk?!", "Dan mhuwiex sewwa, u l-Maltin jafuh dan li qiegħed ngħid.", "L-Onor.", "Azzopardi qal li aħna għamilna dawn il-ħatriet bl-għaġla.", "L-Onor.", "Jason Azzopardi għamel rikors fejn talab lill-Qorti twaqqaf milli jsiru l-ħatriet.", "Il-Qorti ċaħdet u aħna mexxejna bil-ħatra.", "Kieku l-Qorti waqqfitna aħna konna nbaxxu rasna għal dak li tgħid il-Qorti.", "Huwa qal ukoll li beħsiebu jkompli jieħu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea u qal li hemm konsegwenzi serji li kieku jiġi deċiż li dawn l-imħallfin li nħatru issa - tliet mħallfin u tliet maġistrati – ma kellhomx jinħatru, għax jiġu annullati s-sentenzi kollha li jkunu taw.", "Jien ngħidlek li mhux huma biss, imma l-imħallfin kollha jkollhom is-sentenzi tagħhom annullati, għax jekk dawn inħatru ħażin b'sistema li Jason Azzopardi stess ivvota favuriha … Għax is-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti tejjibnieha aħna fl-2017, u meta tejjibnieha l-Onor.", "Jason Azzopardi vvota favur tagħha.", "Kulħadd ivvota favur!", "Mela jekk aħna għamilna ħażin li ħtarna sitt ġudikanti bis-sistema tal-lum, li hija aħjar, il-ġudikanti li nħatru bis-sistema l-ħażina … Mela din tal-lum, skont l-Onor.", "Jason Azzopardi hija ħażina, imma l-ġudikanti li nħatru b'sistema agħar, jiġifieri ta' qabel l-2017 … Bl-istess argument, is-sentenzi tagħhom allura huma tajbin?!", "Jien nemmen li s-sistema tagħna hija waħda tajba, waħda skont il-liġi, għax anke qabel dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-Ewropej kienu qaxxruna!", "Tiftakru kemm kienu jitkellmu dwar l-iscreening process li kien qiegħed isir!", "U meta dħalna, dħalna bis-sistema li kienet inferjuri għas-sistema li għandna lum.", "Allura jekk l-Ewropej, 15-il sena ilu, b'sistema agħar, qalulna li s-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti hija tajba, li kollox sew, kif issa b'sistema aħjar, hija ħażina?!", "Xi ħadd irid ifehemhieli din?", "Jew saret ħażina s-sistema għaliex il-ġudikanti jrid jaħtarhom hu, l-Onor.", "Għax dik is-sabiħa!", "Kif għedt, hemm ħafna minnhom li ġew promossi minn maġistrati għal imħallfin wara li kienu ġew appuntati maġistrati mil-leġiżlatura preċedenti.", "Sinjura President, qed ngħid dan għaliex meta jitkellem l-Onor.", "Jason Azzopardi Malta ħadd ma jieħdu bis-serjetà - dik nista' ngħidha, għax lanqas il-Kap tiegħu stess ma jieħdu bis-serjetà - imma barra jkun hemm min jemmnu għaliex għadhom ma jafuhx, ma jafux xi bniedem hu.", "Jien qed ngħid dan id-diskors kollu għaliex jekk inti qed tgħid li l-ħatriet li saru frott sistema li inti vvutajt favur tagħha huma ħżiena, kemm huma agħar allura l-ħatriet kollha li saru b'sistema li kienet inferjuri!", "U allura r-responsabbiltà tkun ta' min għamel dan it-tip ta' allegazzjonijiet u dan it-tip ta' ħsara.", "Issir ħsara, mela ma ssirx!", "Naqbel mal-Onor.", "Azzopardi fuq din.", "Issa qal li kienu d-Deputati mill-Ażerbaijġan li tkellmu.", "Imma dawn ma tkellmux favur Malta - għax jien qrajt x'qalu dawn id-deputati - tkellmu favur pajjiżhom.", "L-Ażerbajġan u dawn id-deputati tal-Ażerbajġan qabżu favur pajjiżhom u kkritikaw lil Omtzigt u qalulu li huwa giddieb għax dak li qal fuq pajjiżhom mhux veru.", "Issa fuq l-Ażerbajġan jien ma tantx naf, ħalli nkun onest, imma jekk deputat mill-Ażerbajġan jaqbeż għal pajjiżu, jien ma naħsibx li għamel xi ħaġa ħażina.", "Anzi nippretendi li l-Maltin jaqbżu għal pajjiżhom, li l-Maltin imorru barra minn Malta u jitkellmu favur Malta.", "Li jkun hemm min iħeġġeġ biex ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja jiġi implimentat malajr kemm jista' jkun, dik nifhimha, anzi jien stess ngħid li għandna nimplimentawh illum qabel għada r-rapport tal-Kummissjoni Venezja.", "Però li jkun hemm gideb u nofs veritajiet u affarijiet li l-Maltin jafu li mhumiex minnhom fir-rapport, u Jason Azzopardi l-ewwel wieħed jieħu pjaċir, qisu rebaħ il-lotterija għax Malta qed tissawwat mill-barranin, dik hija xi ħaġa inaċċettabbli.", "U se jgħaddi ż-żmien, ix-xhur u s-snin, jgħaddu l-ġenerazzjonijiet, u uliedna se jħarsu lejn dak li qed jagħmlu nies bħal Jason Azzopardi u jgħidu li dik it-tip ta' politika kienet politika li għamlet ħsara lil pajjiżna.", "Nerġa' ngħid, jekk Jason Azzopardi għandu ambizzjonijiet biex imexxi l-Partit Nazzjonalista għax miksur mal-Kap tiegħu, ma jinqediex bil-ġustizzja.", "Jekk l-Onor.", "Jason Azzopardi jrid jilħaq Kap tal-Oppożizzjoni jagħmilli pjaċir u ma jipperikolax ir-rule of law, is-saltna tad-dritt, billi jagħmel ħsara lil pajjiżna.", "Jitkellem fuq affarijiet oħrajn u joqgħod jgħid kemm hu bravu u mhux bravu.", "Imma lil pajjiżna rridu nirrispettawh.", "Dan sieħeb dak li deher fil-paġna ta' quddiem tal-lum tal-ġurnal The Malta Independent.", "Għamel dikjarazzjoni li biex tipprova tifhem x'qiegħed jgħid naħseb li trid tkun qrajt xi erba' rumanzi!", "Fosthom qal li l-Ministru jaf dak li jaf hu…!", "Jien nixtieq inkun naf kif jista' jittieħed bis-serjetà bniedem hekk meta, nerġa' ngħid, l-Onor.", "Jason Azzopardi mhux Deputat kwalunkwe.", "Dr Azzopardi huwa wkoll avukat parte civile fil-kawża tat-tliet Maltin akkużati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Azzopardi huwa privileġġjat, kuntrarjament għalina kollha f'din il-Kamra.", "L-Onor.", "Azzopardi, peress li għandu żewġt ikpiepel - huwa membru Parlamentari u huwa wkoll avukat tal-familja - għandu aċċess dirett mal-prosekuzzjoni.", "Jien f'din il-Kamra smajtu jfaħħar lill-prosekuzzjoni u qal li qed jagħmlu xogħol tajjeb, u semma wkoll b'isimhom lill-prosekuturi.", "Jekk jaf xi ħaġa, mhux joqgħod juża r-riddles, il-ħaġa moħġaġa, qisna qed naraw dramm ta' Shakespeare!", "Jekk għandu l-informazzjoni jmur dritt għand il-prosekuturi li qal li għandu fiduċja fihom.", "Nirringrazzjak u nirringrazzja lill-Parlament ta' din l-opportunità ta' dan id-dibattitu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Sar il-ħin.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda Diversi Liġijiet, Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja\" jkun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi trattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Nitlob lill-Ministru Owen Bonnici biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "AĠĠORNAMENT", "OWEN BONNICI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada t-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Mozzjonijiet", "Mozzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà mill-kumpanija Casma Ltd lil Dragonara Gaming Ltd.", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Amministrazzjoni Aħjar tal-Ġustizzja) – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "EDWIN VASSALLO: Sinjura President, ftit tal-ġranet ilu kelli l-pjaċir nisma' lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-biedja u s-sajd jirrispondi għall-kummenti li għaddejt jien rigward kemm dan il-Gvern, fil-fehma tiegħi, meta ssuġġerixxa li jgħin b'45% biss tan-nefqa lil dawk il-bdiewa sidien tas-serer li minħabba l-maltemp spiċċaw tilfu s-serer tagħhom, illum il-Gvern ma ħax din l-okkażjoni fejn seta' jgħinhom b'aktar minn 45% tan-nefqa, imma ħa deċiżjoni li jgħinhom biss bil-45% tan-nefqa tal-ispiża tal-istruttura tas-serra.", "U s'issa għadna ma smajna xejn rigward jekk il-Gvern huwiex se jgħin lill-bdiewa li minħabba dak il-maltemp fix-xitwa li għaddiet tilfu l-uċuħ tar-raba' tagħom.", "Jien kont għamilt il-kritika li dan il-Gvern kien xħiħ mal-ftit bdiewa, imma jkun ħali mal-ftit li jkun irid hu.", "U għalkemm qegħdin nitkellmu fuq il-bdiewa, irrid nagħmel enfasi li l-Gvern qed juri kemm huwa insensittiv għaż-żgħir.", "Din hija l-kritika tiegħi, li l-Gvern qed ikun insensittiv għaż-żgħir.", "Ara lil min jaqbillu, lil min hu kbir, il-Gvern kapaċi jkun ħali miegħu.", "Mhuwiex il-ħin li nidħol fl-eżempji, u jekk inħarsu lejn l-istorja ta' dan il-Gvern naraw għexieren ta' eżempji, però s-Segretarju Parlamentari ġie hawnhekk, qal ħafna affarijiet u ma poġġiex idu fuq il-ferita u ma ġġustifikax għaliex 45%.", "Ma qalx li mhux veru 45% huma ftit u lanqas qal li jien ma kontx qed ngħid il-verità meta għedt li dan il-Gvern kien iddeċieda li jagħti 45% biss tan-nefqa lil min inkisritlu jew tilef is-serra tiegħu fil-maltemp, jekk hawn min jimpurtah!", "Dan kien il-mument biex, kieku ried, seta' għen aktar lil dawn il-bdiewa.", "U biex inkomplu ngħaxxquha, minbarra li ddeċieda li jgħin sa 45% tan-nefqa biss, meta wieħed jara l-kondizzjonijiet li bihom se jkun jista' jgħin, wieħed qisu jsib ruħu f'lenbut għax l-offerta tibda tidjieq.", "Dan għaliex irid ikollok ir-raba' tiegħek li fuqha għandek is-serra li trid tkun mibnija bil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, u ħafna kondizzjonijiet oħrajn li jkomplu jagħmluha diffiċli biex in-nies jersqu u japplikaw għal dik l-għajnuna.", "Jien diġà għedt li din l-għajnuna dejjem hija tajba u aħjar mix-xejn, imma jien fid-dover u fl-obbligu li nikkritika lill-Gvern.", "Suppost li bħala Parlament iż-żewġ naħat naqblu fuq kemm hija siewja l-biedja, però jidher li għall-Gvern il-biedja hija insinifikanti.", "Sa llum stess hemm rapporti fuq il-midja dwar rapport ieħor li jixhed kemm għandna numru – u dan is-suġġett jogħġbok, Sinjura President, għax naf li huwa għal qalbek – żgħir ta' nisa involuti bħala sidien.", "Illum lanqas irġiel mhu se jkollna, aħseb u ara nisa!", "In-numru ta' bdiewa qed jonqos!", "Dik hija l-karba tiegħi!", "Jekk m'aħniex se nieħdu l-okkażjoni u ngħinu lil dan is-settur, minn hawn u ħames snin jew għaxar snin oħra … Ħafna mill-bdiewa illum huma ta' 60 sena.", "Kemm baqgħalhom ċans jaħdmu dawn?", "U n-nisa tagħhom kemm baqgħalhom ċans jaħdmu?", "Min se jidħol jaħdem fis-sengħa tal-biedja meta diġà, statistika fuq statistika, qed tgħidilna kemm dawn in-nies qed jonqsilhom id-dħul tagħhom u m'għadu diċenti xejn?", "Min se jmur għax-xogħol u ma jaqlax il-ħobża ta' kuljum minn hemm?", "Dak huwa l-ewwel argument li xtaqt nagħmel.", "It-tieni argument tiegħi huwa dwar is-sajjieda.", "Sajjied qasam miegħi l-esperjenza tiegħu.", "Issa l-Ministru jew is-Segretarju Parlamentari jiġu jgħiduli li jien ngħid dak li nisma'.", "Jien għall-grazzja t'Alla nisma'; jiġu raħħala u jgħiduli li l-Ministru lanqas irid jisma'.", "Jekk politiku ma jismax, x'politiku hu?", "Jekk bħala politiku ma niġix hawn u nitkellem fuq il-problemi li nisma' x'politiku nkun?", "Anke jekk problema tkun ta' persuna waħda wkoll huwa importanti li nitkellmu dwarha.", "Dan is-sajjied, li huwa raġel ta' familja, qalli li jkunu fl-ibħra internazzjonali, ħafna minnhom ma jafux bl-Ingliż, ikunu b'dgħajsa, forsi tiġri seba' jew tmien knots.", "Qalli li m'għandhomx xi dgħajsa li qegħdin iħarrbu biha jew qed jagħmlu xi ħaġa kriminali għax id-dgħajsa tagħhom tingħaraf.", "Jien għedtlu li rridu nippermettu li kulħadd ikollu dubji.", "Dan qalli li jekk ikunu qegħdin jistadu għall-pixxispad u tinqabdilhom tonna, ikollhom jarmuha l-baħar.", "Qalli: \"Ma tiġikx ħasra tarmi tonn li jkun kbir u ma tistax tagħtih għall-karità f'Malta?\"", "Jien nifhmu; issa ħalli nipprovaw nifhmu l-esperjenza ta' dawn is-sajjieda.", "Dan staqsieni x'tort għandu jekk ikun qed jistad għall-pixxispad u jinqabad tonn!", "Dan ikun mejjet u jkollhom jarmuh.", "Il-pixxispad jiġbruh u t-tonn jarmuh.", "Dan staqsieni jekk tistax issir xi ħaġa.", "Dak huwa l-ilment, jew aħjar, il-karba ta' dan is-sajjied li qed inressaq.", "U min jaf kemm hawn sajjieda oħrajn bħalu.", "Dan is-sajjied staqsieni jekk tistax issir xi ħaġa biex forsi dak it-tonn ma jintremiex u forsi jkunu jistgħu jdaħħluh fuq l-art.", "Sinjura President, ma rridx inkun politikament naive, naf li jkun hemm il-kondizzjonijiet tal-kwota u nifhimhom.", "Din hija xi ħaġa li taqta' miż-żewġ naħat.", "Dan qalli li jkunu qabduha l-kwota, imma jekk imorru għall-pixxispad u jinqabad tonn, dan ikun tonn mejjet li jkun ta' xi 150 kilo, ikollok minn fejn titma' familji jew istitut tfal, u allura staqsieni jekk nistgħux nitkellmu dwar dan.", "Dan qalli li llum iċ-ċirkolazzjoni tat-tonn żdiedet u kulħadd jaf li żdiedet.", "Allura hemm bżonn jibqgħu b'din it-tip ta' giljottina fuqhom?", "Imbagħad qalli li jara destroyers.", "Meta staqsjetu xi jfisser meta qed jgħid \"destroyer\" qalli li jekk tiġi biex tattakkah dgħajsa tal-militar ta' pajjiż ieħor, hi x'inhi, għalih hija destroyer għax marret biex teqirdu.", "Qalli li jarahom ġejjin bid-dinghy, jikkomunikaw magħhom bl-Ingliż u peress li huma ma jafux bl-Ingliż allura ma jifhmuhomx, jagħmlulhom l-azzarin ma għajnejhom … Qalli li allavolja jkunu suldati, jiddejqu li dawn jidħlu u jfittxulhom, ladarba huma jkunu hemm biex jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum?!", "Qed insemmi din l-esperjenza mhux biex nitfa' t-tort fuq il-Gvern - u fejn ikun tort tal-Gvern jien nikkritikah - imma għax nixtieq li l-poplu Malti jkun konxju minn dak li jiltaqgħu miegħu dawn in-nies meta joħorġu għax-xogħol ta' ġimgħa fuq il-baħar, u minn liema tbatija jgħaddu.", "Inħobb ngħid li qed nitkellem għal min jimpurtah, għax illum nitkellmu fuq il-valur tas-solidarjetà, imma mbagħad meta rridu, kultant ma' niesna stess, lanqas nafu fejn joqgħod il-valur tas-solidarjetà!", "Ejjew inkunu konxji minn liema tbatija jgħaddu.", "Dan sajjied li jkun fl-ibħra internazzjonali, u għax sempliċiment ma jifhimx bl-Ingliż jew bil-lingwa ta' dawk il-gwardjani tal-kosta jew tal-Guardia di Finanza, jinqabdu f'sitwazzjoni fejn is-suldati jaħsbu li din id-dgħajsa tas-sajjieda Maltin qiegħda tirrifjuta li tobdi.", "Ejjew nipprovaw ngħinuhom f'dawn id-diffikultajiet ħalli ma nħallux lis-sajjieda tagħna jiġu mkasbra.", "Se nsemmi esperjenza oħra tas-sajjieda.", "Il-Gvern jagħti sussidju fuq il-fuel li jużaw meta jmorru għas-sajd, li hija xi ħaġa li ilha minn meta konna aħna fil-Gvern.", "Però issa, skont ma rrapportawli, il-Gvern irrakkomanda, jew ikkmanda, li biex is-sajjieda jieħdu s-sussidju jridu bilfors jixtru l-fuel tagħhom mingħand l-MOBC.", "Din l-entità hija tal-Gvern, u l-Gvern iridhom jixtru bilfors il-fuel mingħand din l-entità!", "Dan is-sajjied qalli li kieku jixtri mingħand il-privat – il-privat ifisser entitajiet kummerċjali oħrajn li jagħtu l-irċevuta tal-fuel li jkunu biegħu – jista' jiffranka l-flus u mbagħd jieħu s-sussidju fuq il-fuel li jkun xtara.", "Dan għax il-prezz tal-MOBC huwa ogħla mill-prezz tal-fuel ta' entitajiet kummerċjali oħrajn f'Malta stess.", "X'jiswa li jieħu s-sussidju – dejjem jibqa' sussidju, dejjem jibqa' tajjeb – meta faċilment jista' jonfoq madwar 8ċ inqas f'kull litru.", "Issa dawn jixtru eluf ta' litre u allura t-8ċ ma tibqax ħmerija ta' 8ċ imma tispiċċa mijiet u eluf ta' ewro.", "Illum is-sajjieda qed ikunu jafu l-prezz tal-fuel li jkunu xtraw mingħand l-MOBC ġimagħtejn wara li jkunu ħaduh.", "Jista' jkun li din mhix responsabilità tas-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-sajd, però tajjeb li jkun konxju minn dawn it-tbatijiet li qegħdin iġarrbu n-nies tagħna.", "Hemm tweġiba għal dawn it-tbatijiet?", "Dawn huma flejjes żejda li qed ikollhom iħallsu sajjieda li għandhom il-familji.", "Dawn huma deċiżjonijiet li l-Gvern jeħodhom biex iserraħ moħħu li l-entitajiet tiegħu f'kompetizzjoni inġusta jibqgħu għaddejjin?", "Kieku għandna kompetizzjoni ġusta suppost li ma jkunx hemm monopolju mill-MOBC.", "Suppost li l-Gvern ma jkollux għalfejn jgħidlek mingħand min tmur tixtri biex imbagħad jagħtik is-sussidju tiegħu.", "Din hija ġusta jew mhijiex ġusta li l-Gvern jibagħatek għand min irid hu biex tieħu l-fuel mingħandu, meta biex tixtri dak il-fuel tispiċċa qed tħallas aktar?!", "Mela biex tieħu s-sussidju trid tonfoq madwar 8ċ fil-litru aktar għall-fuel li tixtri, inkella ma tistax tapplika għas-sussidju!", "Problema oħra li rrid insemmi hija dik li jiltaqgħu magħha r-raħħala li jrabbu t-tiġieġ, li mbagħad ibigħulna l-bajd.", "Dawn huma rziezet b'eluf ta' tiġieġ, li jiswew ħafna flus u jinvolvu finanzjament kbir.", "Illum, bla skruplu ta' xejn, qed ikollna min iġib il-bajd minn barra minn Malta u jbigħu f'Malta bħala bajd tat-tiġieġ ta' Malta.", "Faċilment issib min jgħid li ma jimpurtahx, li l-aqwa li jixtri!", "Imma kaġun ta' x'jimpurtani u ta' kulħadd jagħmel li jrid … Ftit ilu tkellimt f'Aġġornament u għedt li l-Gvern qed jixpruna anarkija f'kull settur - hawn min sejħilha impunità, tista' ssejħilha lawlessness - il-kultura ta' fejn il-liġi m'għadhiex tapplika.", "Dan qed jiġri f'kull settur f'dan il-pajjiż u issa wasalna biex probabbilment naraw it-tkissir tal-industirja tat-tiġieġ tal-bajd.", "Dan biex il-Gvern jogħġob lil min irid iġib il-bajd minn barra qisu mhu qed jagħmel xejn!", "Qegħdin ukoll ngħixu t-tkissir tar-raħħala ta' rziezet tal-majjal għax kulħadd qed iġib il-majjal, minn barra u mbagħad ibigħu b'ta' Malta.", "Il-Gvern suppost jagħmel is-sorveljanza at point of entry u ma jagħmel xejn, imbagħad iqum il-Ministru Josè Herrera u jgħidli li jekk il-prodott ikun ġej mill-Unjoni Ewropea, m'għandux minn xiex jiddejjaq.", "Kieku dak l-istess prodott li jiġi minn Sqallija terġa' tibagħtu lura Sqallija, hemm regolamenti li trid issegwi at point of entry minkejja li Sqallija, bħal Malta, qiegħda fl-Unjoni Ewropea.", "Iva, is-suq huwa miftuħ, imma l-konsumatur irid jiġi mħares biex dak li jixtri jkun prodott tajjeb, mhux prodott inferjuri.", "Għandna regolamenti li suppost l-entitajiet governattivi qegħdin jissorveljaw, imma m'għandna sorveljanza ta' xejn.", "Dan għax il-Gvern għalih pro business tfisser li kulħadd jista' jagħmel li jrid!", "Dak li jagħmel li jrid u jikber, għax qieħed fuq dawk li qegħdin jgħaffġu fuq xulxin, jieħu pjaċir, imma jekk jien li l-Gvern qed iħallini nagħmel li rrid inkun fuq u qed ngħaffeġ fuq għaxra oħra, jien komdu, ħadd ma jrid il-pulizija wara biebu, imma dak ta' taħti li qed ngħaffeġ fuqu u ta' taħt li qegħdin jitgħaffġu mhumiex qegħdin jieħdu pjaċir.", "Issa għandna familji li qegħdin iħossu l-piż ta' dan it-tgħaffiġ bħal, pereżempju, il-familji ta' dawk li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni.", "Imbagħad nisimgħu - u din ngħidha kull darba għax l-ebda ġurnalist ma staqsa dwarha – \"Prime Minister admits lack of enforcement\"!", "U f'kull qasam il-Prim Ministru jew il-Gvern jammetti li m'hemmx sorveljanza.", "Imma a skapitu ta' min?", "Il-prezz min qed iħallsu?", "Jaqa' l-bini, nerġa' ngħid u nibqa' ngħid, iweġġgħu l-familji, anzi nirringrazzjaw 'l Alla li ma miet ħadd, imbagħad f'daqqa waħda rridu ngħaġġlu u dak li qatt ma ħadna ħsieb f'seba' snin nipprovaw nagħmlu r-regolamenti ħalli nibdew nintgħoġbu.", "Dejjem nipprovaw ningħoġbu, il-politika tal-mument!", "Bħalma ftit ilu - ma nafx x'ġara, dalwaqt jagħlaq il-parlament għall-vakanzi tas-sajf, imma qisna raqqadnieha - għamilna l-fjask fl-industrija tat-tonn.", "Għalhekk kellna dak il-fjask fl-industrija tat-tonn, għax skont il-Ministru Herrera ma sabx biżżejjed għaddasa biex ikunu jistgħu jagħmlu s-sorveljanza.", "Dejjem hemm jaqa' l-argument, jew li ma kienx hemm flus biex iqabbdu għall-infurzar, jew ma kienx hemm min jidħol jaħdem fis-sorveljanza, imma dejjem ikun hemm nuqqas ta' infurzar.", "Imbagħad jaqa' t-Torri ta' Babel, nidħlu f'konfużjoni, taqa' l-istruttura u dak li kien sejjer tajjeb fl-aqwa żmien ma jibqax tajjeb, imbagħad nibdew nidħlu fi sqaq dejjaq li qed jingħalaq.", "U din il-ġimgħa jekk kont qed tara l-aħbarijiet tisma' li hemmhekk beda jagħlaq, hemm insibu sqaq jagħlaq … M'hemmx bżonn nidħol fid-dettall; aqraw l-aħbarijiet ta' din il-ġimgħa u tibdew tkunu tafu n-nies kemm qegħdin jinkwetaw fuq oqsma differenti.", "Din ma nafx jekk hijiex tal-biki jew tad-daħk, imma l-istess, id-Dipartiment tal-Biedja permezz tal-Plant Health Department, bdiewa, dilettanti, full-time u part-time kienu mitlubin japplikaw għal numru ta' siġar.", "Probabbilment ma tawhomx limitu għan-numru ta' siġar li riedu japplikaw għalihom, kulħadd applika għal numru ta' siġar, u min applika għal 12, min applika għal 20, min applika għal 70 siġra tat-tin jew taż-żebbuġ, u oħrajn.", "U kien hemm bidwi li qalli li meta kulħadd mar biex jiġbor is-siġar, applika għal kemm applika, mhux siġar tawh, imma pot b'tikka werqa u zokk, jgħidulha siġra tat-tin!", "Kien hemm wieħed li applika għal 70 siġra - issa s-70 siġra ma tistenniex li jkunu siġar kbar imma jkunu siġar li għadhom fl-infanzja tagħhom – u meta ħareġ kulma kellu kienu żewġ pots!", "Ħareġ jidħak u jitkellem ħażin!", "Dan il-bidwi li kellimni qal li meta lil tad-Dipartiment qalilhom li hu kien applika għal 70 siġra, mid-Dipartiment qalulu biex jieħu tnejn għax dawk għandu.", "Xi ħadd ieħor applika għal għaxar siġar u l-uffiċjal tad-Dipartiment qallu li hemm waħda għal kull wieħed.", "Dan il-bidwi qalli li trid tara l-bdiewa dilettanti jew full-time ħerġin mill-Plant Health Department b'pot b'zokk u werqa!!", "Dawn huma realtajiet.", "Issa jiġi xi ħadd hawn, ma jimpurtax ikunx is-Segretarju Parlamentari jew ikunx il-Ministru, ikbar ma jkun it-titlu tiegħu iktar ikun aħjar, wisq probabbli ikbar ma jkun it-titlu tiegħu iktar jiġi hawn u jirredikolani, jipprova jdaħħak u jgħid li Edwin Vassallo jdaħħak in-nies bih!", "Imma ma ġara xejn, jien ma ġejtx nidħak bin-nies!", "Jien ġejt hawn nitkellem f'isem in-nies li jkellmuni, ġejt hawn nitkellem fuq problemi li huma ta' familji u ta' nies.", "U jekk il-Gvern jidħak bija ma jkunx qed jidħak bija imma jkun qed jidħak bl-esperjenzi tan-nies li jien ġejt nitkellem dwarhom.", "Sinjura President, nitlob lill-Gvern jerfa' r-responsabbiltà tiegħu ta' gvern f'dan il-qasam, u l-iżjed li nitolbu lill-Gvern huwa li jerfa' r-responsabbiltà tiegħu lejn iż-żgħir f'dan il-pajjiż, għax iż-żgħir qed jiġi mgħaffeġ, iż-żgħir qed jispiċċa vittma tal-erba' cowboys li dan il-Gvern qed jagħtihom il-poter u jħallihom jagħmlu li jridu sabiex huma jikbru, u ż-żgħir, żgħir kemm huwa żgħir, għada pitgħada jispiċċa mgħaffeġ, mhux iżgħar isir imma lanqas kważi jeżisti jekk ilbieraħ kien żgħir!", "Dik hija l-problema li għandna llum!", "Però l-ikbar problema li għandna llum hija li għandna soċjetà li ma jimpurtahiex mill-problemi ta' ħaddieħor qabel ma jkollha problema hi.", "Dak huwa l-allarm tiegħi, li llum qegħdin nitkellmu fuq il-problemi ta' dawn in-nies u għada se jkollna problemi ta' nies oħrajn li nitkellmu dwarhom.", "Però jekk nibqgħu sejrin hekk, ħadd ma jimpurtah minn ħadd, allura xi darba tasal ta' kulħadd, imma mbagħad ikun tard wisq u l-uġigħ ikun kbir.", "M'għandniex għaliex naslu s'hemm!", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Ministru.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "PALAZZO PARISIO - XOGĦLIJIET FIL-BASEMENT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ kien għaddej minn fażi ta' diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi u esperti tekniċi sabiex tibda t-tieni fażi ta' dan il-proġett hekk kif ix-xogħlijiet preliminari ġew mitmuma is-sena l-oħra.", "IL-BELT: TRIQ ZAKKARIJA – XOGĦLIJIET FIL-BINJA TAL-MINISTERU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din s-sena fi Triq Żakkarija l-Belt?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena tlestew xi xogħlijiet li saru bħala varjazzjoni tat-tender prinċipali kif ukoll xogħlijiet anċillari relatati mat-traslokazzjoni tal-uffiċini mill-binjiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru għall-binja fi Triq Zakkarija.", "Dan kien jinkludi l-istallazzjoni ta' switches tal-IT, il-provvista tas-servizz tal-internet u testijiet mit-tekniċi rispettivi, ġew ordnati is-settijiet tat-telephone kif ukoll il PABX.", "Il-Ministeru kkonkluda t-tender tal-mobile shelving units u ġew ordnati, għamara ġdida twasslet fuq il-post u ġiet magħquda fuq il-post, ilqugħ tal-ħġieġ fuq it-terrazzin tal-bejt u saret ukoll il-provvista u t-twaħħil tal-kċejjen u xogħlijiet relatati ma' sigurtà.", "Matul dan il-perjodu, l-uffiċini li kienu ppjanati li jiċċaqalqu tlestew sabiex iċ-ċaqliqa tkun waħda lixxa.", "IL-BELT: ALLIED HOUSE – XOGĦLIJIET FIL-BINJA TAL-MINISTERU", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol laħaq sar mill-Ministeru fit-tielet sular f'Allied House l-Belt, tul dawn l-ewwel erba' xhur ta' din s-sena?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena sar il-proċess tax-xiri tal-għamara li aktar tard twasslet fuq il-post sabiex tiġi mgħaqqda.", "Sar ukoll l-ippjanar u t-tneħħija ta' madum tal-ħajt qadim, tikħil u żebgħa sabiex isiru kċina żghira u toilet ġdid fit-tielet sular ta' Allied House.", "Hekk kif tlesta dan ix-xogħol l-uffiċini ġew okkupati fit-22 ta' Mejju 2019.", "DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET - SKEMA TA' FIDI U XIRI TA' ĊNUS", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inizjattivi li se jittieħdu tul din is-sena mid-Dipartiment tal-Artijiet senjatament għal skemi marbuta mal-fidi jew xiri ta' ċens?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f'mistoqsija parlamentari 10226 f'Seduta 228.", "KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA – LAQGĦA ANNWALI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta huma d-dati ta' meta se ssir il-Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-l-Laqgħa Annwali li jmiss tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra li jmiss se ssir nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa, 10 u 11 ta' Ottubru 2019.", "IL-ĦAMES KONVENZJONI TAL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-Ħames Konvenzjoni tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ħames Konvenzjoni tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta se ssir bejn il-5 u l-10 ta' Ottubru 2020.", "MALTIN FL-ISKOZJA – XIRI TA' PASSAPORT MALTI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm minn madwar 9,000 Maltin fl-Iskozja, xtraw il-passaport Malti?", "CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.", "KUNSILLIER EKKLEŻJASTIKU ORDINARJU GĦAS-SANTA SEDE", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux Kunsillier Ekkleżjastiku Ordinarju għas-Santa Sede u, jekk le, meta ġiet mitmuma l-kariga tiegħu u għaliex?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament intemm l-inkarigu tiegħu bħala Kunsillier Ekkleżjastiku għas-Santa Sede fil-5 t'April 2019.", "Hija ħaġa normali li wara li persuna tkun għamlet numru ta' snin din tista' tiġi mibdula.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eks impjegati tal-Air Malta ta' bejn l-2004 u l-2010 ingħatawx 2/3 (jiġifieri €3,000) tal-kumpens li kienu ngħataw l-impjegati attwali ta' €4,500 għas-sagrifiċċju li kienu għamlu waqt iż-żmien ta' ristrutturar tal-kumpanija?", "Jista' jispjega kif kien hemm eks impjegati li ħadu dan il-kumpens u oħrajn le?", "Jista' jikkonferma li dan il-kumpens se jingħata, u jekk iva, meta ser jitħallas lill-eks impjegati kollha ta' bejn l-2004 u l-2010 u li għadhom ma ħaduhomx?", "Jista' jgħid kemm jiswa fit-totalità tiegħu dan il-kumpens u kemm hemm ħaddiema intitolati għal dan il-kumpens?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.", "LISTA AĠĠORNATA TA' SINDKI, VIĊI SINDKI U KUNSILLIERA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista l-ġdida tas-Sindki, Viċi Sindki u kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjoni ta' Mejju 2019?", "OWEN BONNICI: Il-lista l-ġdida tal-kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjonijiet ta' Mejju 2019 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Dawn il-kunsillieri jidħlu fil-kariga mill-1 ta' Lulju 2019.", "Ser issir l-aċċettazzjoni tal-karigi tas-Sindki u l-Viċi Sindki fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju skont l-Artiklu 25 (4) tal-Att dwar Gvern Lokali.", "Għaldaqstant tali informazzjoni tingħata aktar 'il quddiem.", "KUNTRATTI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mit 8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta' Ġunju 2017?", "Tista' f'kull każ tgħid:", "a. min rebaħ il-kuntratt;", "b. l-ammont totali tal-kuntratt;", "c. jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u", "d. l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "Interpellant li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.", "PERSUNI B'DIŻABILITÀ JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL F'GĦAWDEX", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 10434, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex dawk it-18-il persuna b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, fosthom it-13-il persuna li ilhom aktar minn sena jirreġistraw għax-xogħol, isibu x-xogħol jew jingħataw opportunità ta' xogħol f'waħda mill-iskemi tal-Gvern li għamel referenza għalihom fl-istess risposta tiegħu?", "Meta hu maħsub li f'Għawdex ma tibqa' l-ebda persuna b'diżabilità tirreġistra għax-xogħol?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li kif imwieġeb fir-risposta parlamentari 10434, Jobsplus qed timplimenta diversi miżuri biex persuni b'diżabilità jtejbu l-ħiliet tagħhom u jsibu xogħol sostenibbli.", "Kif indikat fir-risposta 10434, persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex qed jingħataw taħriġ ġewwa l-fergħa ta' Jobsplus f'Għajnsielem.", "Jobsplus ma tistax tgħid meta f'Għawdex mhu se tibqa' l-ebda persuna b'diżabilità tirreġistra għax-xogħol għaliex ir-reġistru huwa bbażat fuq flow ta' nies, jiġifieri persuna ssib xogħol u tieqaf tirreġistra waqt li persuna oħra tirreġistra biex tibda tfittex xogħol.", "IX-XEWKIJA GĦAWDEX – TENDER GĦAL XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender MGOZ/MPU T18/2019 Tender for the construction of stormwater culverts and the reconstruction of part of Triq it-Tabib Anton Tabone [leading to Sannat road], Xewkija, Gozo ġiet ikkanċellata?", "Tista' tgħid x'se jiġri issa fuq dan ix-xogħol li kien ippjanat li jsir?", "Interpellant li t-tender MGOZ/MPU T18/2019 ġiet ikkanċellata peress li l-ebda offerta sottomessa ma laħqet il-kriterji amministrattivi u/jew tekniċi u/jew finanzjarji ppubblikati.", "Sadanittant ser jinbeda proċess ieħor ta' tendering skont LN352/16 biex eventwalment jingħata kuntratt li jkopri x-xogħlijiet li kienu ppjanati.", "GĦAWDEX: IN-NADUR U L-QALA - TENDER", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender CT2063-2019 - Tender for the Reconstruction of Triq iż-Żewwieqa (Qala) u Triq il-Qortin (Nadur), Gozo, ġiet ikkanċellata?", "Tista' tgħid x'se jsir jew x'sar fuq dawn it-toroq?", "Interpellant li t-tender ġiet ikkanċellata peress li l-ebda offerta sottomessa ma laħqet il-kriterji amministrattivi u/jew tekniċi u/jew finanzjarji ppublikati.", "Sadanittant ser jinbeda proċess ta' tendering (Negotiated Procedure) skont LN352/16 biex eventwalment jingħata kuntratt li jkopri x-xogħlijiet li kienu ppjanati.", "IR-RABAT GĦAWDEX - TENDER", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tenderCT2002/2019 - Tender for the Reconstruction of Triq l-Imgħallem and Triq ta' wara s-Sur, Victoria (Rabat) Gozo ġiet ikkanċellata?", "Tista' tgħid x'se jsir issa mix-xogħlijiet li kienu ppjanati?", "Interpellant li t-tender ġiet ikkanċellata peress li l-ebda offerta sottomessa ma laħqet il-kriterji amministrattivi u/jew teknici u/jew finanzjarji ppublikati.", "Sadanittant, inbeda process ta' tendering (Negotiated Procedure) skont LN352/16 biex eventwalment jingħata kuntratt li jkopri x-xogħlijiet li kienu ppjanati.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – RAMEL U ŻRAR LI NTUŻA MID-DIRETTORATI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7815 u 8282 u tgħid kemm u x'tip ta' ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b'xahar mis-sena 2013 sal-lum?", "Tista' tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u tgħid ukoll fuq kull proġett/biċċa xogħol min kien/kienet il-persuna/i li ordnat ir-ramel jew żrar u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b'xahar u sena b'sena fuq dan il-materjal?", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "BAJJA TAL-MELLIEĦA - DWAL FIL-PROMENADE", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li ninsabu resqin lejn l-aħħar ta' Ġunju, id-dawl mal-promenade tal-Bajja tal-Mellieħa għadu ma twaħħalx?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-promenade qatt ma kellha sistema ta' dawl kif jixiraqilha.", "Grazzi għall0 ħidma tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi din il-bajja waslet fi stadju fejn se tiġi mdawla b'mod permanenti.", "Ix-xogħol huwa kważi lest u se tkun tista' titgawda minn kulħadd fi żmien qasir.", "BAJJA TAL-GĦADIRA – PROĠETT GĦALL-ESTENSJONI TAL-BAJJA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji kollha relatati ma' l-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-proċessi għadhom għaddejjin.", "MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - PROJECTS DIRECTOR", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Minħabba li sa nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Ġunju 2019, fis-13:28 l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien għadu qed jidher li jaħdem bħala Projects Director - Coordination Unit fis-Segretarjat tal-istess Ministru, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu xogħol l-individwu?", "Għal liema proġetti huwa Projects Director?", "CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-individwu msemmi minnu mhuwiex parti mis-Segretarjat tal-Ministru għas-Saħħa.", "MASSAGE PARLOURS - LIĊENZJI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-massage parlours, li r-rapport jindika ċar li huma sors ta' vulnerabilità għat-traffikar tal-persuni f'pajjiżna?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif diġà ssemma fir-reazzjoni uffiċjali li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni, il-Gvern ħa nota tar-rakkmandazzjonijiet li hemm fir-rapport dwar il-ħwienet tal-massaġġi.", "Din it-tema se tkun indirizzata fid-dokument ta' konsultazzjoni li ser jippubblika l-Gvern fiż-żmien li ġej.", "L-oġġettiv tal-Gvern huwa li jiġġieled l-isfruttament marbut mas-sess f'dawn il-ħwienet u jipproteġi l-interessi ta' terapisti kkwalifikati li jaħdmu f'dan is-settur.", "INTERPRETI GĦALL-VITTMI WAQT PROĊEDURI FIL-QRATI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex tissolva l-problema tal-interpreti għall-vittmi waqt proċeduri fil-Qrati, kif indikat fir-rapport?", "OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li huwa waqt l-investigazzjoni li l-vittmi jagħmlu talba, jew tinħass il-ħtieġa għal interpretu.", "Għaldaqstant, ikunu l-Pulizija li jipprovdu interpretu għall-vittma bir-riżultat illi kif jinbdew il-proċeduri fil-qrati dan l-istess interpretu, sabiex ikun hemm kontinwità, jibqa' jassisti lill-vittma.", "Għalhekk waqt il-proċeduri fil-qrati normalment ma jkunx hemm problema sabiex jinstab interpretu.", "Kif issir it-talba quddiem il-qorti, il-qorti tikkonferma l-istess interpretu li jkun qed jakkumpanja lill-vittma.", "Fil-każ li għal xi raġuni ma jinstabx interpretu għal xi lingwa partikolari, isir kuntatt mal-Foreign Office, jew mal-Ambaxxati, jew mal-Konsolati jew mal-Uffiċju tar-Refuġjati ħalli jiġi pprovdut interpretu għall-vittmi.", "UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU –GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Prim Ministru: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit 2019, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni qed jaħdem fuq kampanja nazzjonali t'għarfien dwar it-traffikar uman.", "L-għan ta' din il-kampanja huwa li tinforma lill-pubbliku dwar dan ir-reat u li tgħin lill-pubbliku jagħraf sinjali li jindikaw li persuna tkun vittma ta' traffikar uman.", "Il-kampanja se tieħu ħsieb ukoll li tipprovdi informazzjoni ddedikata speċifikament għall-kategoriji differenti fis-soċjetà, fosthom l-istudenti, il-ħaddiema barranin, is-settur privat u min iħaddem.", "Is-Segretarjat Parlamentari kkordina wkoll taħriġ dwar it-traffikar uman lill-avukati tal-għajnuna legali kif ukoll taħriġ lill-uffiċjali pubbliċi, fosthom ħaddiema ta' Identity Malta, Jobsplus u d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.", "MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U XOGĦOL - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "EVARIST BARTOLO: Ġentilment nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10649.", "GĦAWDEX - FONDI EWROPEJ", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-fondi Ewropej, li jammontaw għal €500,000, li ntqal li se jintużaw biex tiġi implimentata l-viżjoni tal-Ministeru dwar it-tmexxija ta' Għawdex biex il-gżira tkompli tkun ekoloġika u destinazzjoni unika u ta' kwalità, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid liema huma l-proġetti li se jiġu megħjuna minn dawn il-fondi?", "Interpellant li tħabbru diversi proġetti ġodda li qed isiru minn fondi Ewropej u għaldaqstant huwa opportun li jiġi speċifikat għal liema proġett ta' €500,000 qed jirreferi l-istess Onor. Interpellant.", "PROĠETT CONSUME-LESS", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-proġett Consume-less, li għandu l-iskop biex jiġi ġġenerat inqas skart u kif niddisponu minnu, tista' l-Ministru tgħid xi proċedura se tintuża biex jintgħażlu l-50% tar-ristoranti Għawdxin li se jiġu involuti f'dan il-proġett?", "Interpellant li r-ristoranti kollha liċenzjati mal-Gozo Tourism Association ġew infurmati b'dan il-proġett b'servizz door-to-door u dawk li riedu jissieħbu setgħu jagħmlu dan fuq bażi volontarja.", "IX-XLENDI GĦAWDEX - BINI TA' MOLL ĠDID", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-bini mill-ġdid tal-moll fix-Xlendi?", "Tista' tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-pjanijiet minn dawk li oriġinarjament kienu pproġettati?", "Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk dan affettwax l-ispiża oriġinali tal-proġett u kemm kien l-ammont ta' dawn l-ispejjeż żejda?", "Interpellant li dan kien proġett li twettaq flimkien ma' Transport Malta u li tkompla ma' Infrastructure Malta fejn wara li l-Ministeru ħa d-deċiżjoni li jsir il-proġett ħa r-rwol li jiffinanzjah filwaqt li Transport Malta u Infrastructure Malta ħadu ħsieb l-aspett tekniku, ħruġ ta' tenders, superviżjoni u implimentazzjoni.", "SERVIZZ TA' GWIDA TURISTIKA BLA LIĊENZJA", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Leġiżlatura kurrenti kienx hemm persuni li nqabdu jagħtu servizz ta' gwida turistika bla ma kellhom liċenzja u f'każ li iva, kemm kienu dawn il-persuni f'Malta u kemm kienu l-persuni f'Għawdex u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?", "KONRAD MIZZI: L-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "IR-RABAT GĦAWDEX: MIDDLE SCHOOL – XOGĦLIJIET WAQT IL-ĦIN TAL-ISKOLA", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10124, jista' l-Ministru jgħid:", "a) X'kienet l-urġenza li x-xogħol kellu jsir fl-10 t'April, meta fis-17 ta' April kienu ser jibdew il-vaganzi tal-Għid?", "b) Ladarba x-xogħol ta' barra ma sarx fl-istess data, (minħabba li ma kienx hemm permessi), allura x-xogħol ta' ġewwa ma setax jistenna?", "c) Min kien responsabbli mill-Health and Safety waqt il-ħin tad-dħul tal-istudenti minħabba l-makkinarju goff u x-xogħol li qed nirreferi għalih?", "EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10467.", "Infurmat li waqt ix-xogħol imsemmi, is-saħħa u s-sigurtà kienu responsabbiltà tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.", "RAPPORT TAL-KUNSILL TAL-EWROPA DWAR IL-QTIL TA' DAPHNE CARUANA GALIZIA U S-SALTNA TAD-DRITT F'MALTA", "L-ONOR.", "JOSEPH MUSCAT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MELLIEĦA: TRIQ ĠORĠ BORĠ OLIVIER – SEJBA TA' XELTER", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9968, 9748 u 10038 rigward is-sejba ta' xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa (Triq Ġorġ Borġ Olivier) jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċjal tas-Sovrintendenza għall-Wirt Storiku kif ukoll rapporti oħra li setgħu saru fuq l-istess suġġett?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-LESA għas-snin 2016, 2017 u 2018?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TILWIMA RREĠISTRATA BEJN L-UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ U L-LESA", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti preċiżament (raġunijiet) it-tilwima rreġistrata bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità (wardens) u l-LESA?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "TILWIMA RREĠISTRATA BEJN L-UFFIĊJALI TAL-KOMUNITÀ U L-LESA - AZZJONIJIET", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka x'azzjonijiet qed jieħdu l-uffiċjali tal-komunità (wardens) kawża tat-tilwima li huma għandhom mal-LESA?", "OWEN BONNICI: It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX - FONDI", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9962, u ċjoè: B'referenza għall-proġett dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett hux maħsub li jsir minn fondi pubbliċi jew hux se jkun iffinanzjat b'mod sħiħ mill-privat?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b'ritmu mgħaġġel iżda b'attenzjoni sħiħa sabiex niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali kbir.", "Fost oħrajn, tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer il-mina.", "Ir-riżultati ta' dan il-mudell ġew diskussi ma' diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati.", "Fl-istess waqt għaddejjin ukoll l-istudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti mill-istudju għall-Impatt Ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta' proġetti kbar bħal dan.", "Saru wkoll is-surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f'Malta u Għawdex.", "Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha.", "Fl-istess waqt, minbarra l-kontinwazzjoni tal-ippjanar tekniku tal-proġett sabiex ma jintilifx ħin, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post (liema sejħa qiegħda fil-fażi ta' evalwazzjoni), kif ukoll ix-xogħol ta' tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta.", "Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli.", "Dawn l-istudji qed iqisu diversi għażliet u mudelli ta' finanzjament li jistgħu jintużaw għall-iżvilupp, l-operat u ż-żamma tal-mina.", "Fost oħrajn, qed jiġi kkunsidrat il-mudell ta' concession agreement.", "Aktar dettalji speċifiċi dwar dan il-proġett u l-mudell ta' finanzjament tiegħu jkunu magħrufa wara li jiġu determinati skont l-istudji tekniċi, ekonomiċi u dawk tal-EIA, u wara li jkunu ħarġu u ġew evalwati s-sejħiet għall-offerti internazzjonali meħtieġa biex titħaffer il-mina u tinbena l-infrastruttura kollha tagħha.", "MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX – BIDU TAX-XOGĦOL", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9961 u ċjoè: Peress li fl-aħbarijiet tat-TVM tat-30 ta' Marzu 2019, il-Ministru ġie kkwotat li qal li se jibda l-proċess mal-Kummissjoni Ewropea biex tiġi riveduta l-lista ta' toroq arterjali biex isiru b'fondi Ewropej u fi kliemu stess qal li \"Sal-2030 din il-lista ta' toroq trid tkun lesta.", "Ovvjament se jiġu diskussi issa listi ta' toroq oħra li jridu jidħlu lil hinn mill-2030, fost l-oħrajn il-mina ta' bejn Malta u Għawdex\", jista' l-Ministru jinforma ll-Kamra u jgħid jekk dan ifissirx li x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex ma jkunx jista' jibda qabel l-2030?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li x-xogħol ta' ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b'ritmu mgħaġġel iżda b'attenzjoni sħiħa sabiex niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali kbir.", "Fost oħrajn, tlesta l-mudell ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, li minnha hu meqjus li titħaffer il-mina.", "Ir-riżultati ta' dan il-mudell ġew diskussi ma' diversi esperti u entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati.", "Fl-istess waqt, għaddejjin ukoll l-istudji tekniċi speċifiċi li jiffurmaw parti mill-istudju għall-Impatt Ambjentali (EIA) meħtieġ mill-proċess tal-permessi tal-iżvilupp ta' proġetti kbar bħal dan.", "Qed isiru wkoll is-surveys topografiċi fiż-żoni fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet (portals) tal-mina f'Malta u Għawdex.", "Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha.", "Fl-istess waqt, minbarra l-kontinwazzjoni tal-ippjanar tekniku tal-proġett, sabiex ma jintilifx ħin, għaddejjin ukoll it-tħejjijiet għad-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex joħorġu s-sejħiet pubbliċi għall-offerti għar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-proġett, fosthom l-immaniġġjar tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tax-xogħol fil-post, kif ukoll ix-xogħol ta' tħaffir u bini tal-mina u s-servizzi kollha relatati biex il-proġett jitlesta.", "Għaddejjin ukoll studji oħra ekonomiċi, li wkoll huma meħtieġa sabiex jiżguraw li din l-infrastruttura ġdida tintuża bl-aktar mod sostenibbli.", "Id-diskussjoni dwar il-lista ta' toroq arterjali li jistgħu jitranġaw b'fondi Ewropej wara l-2030 ma taffettwax ix-xogħol meħtieġ biex issir il-mina bejn Malta u Għawdex.", "Għalhekk, mhuwiex il-każ li x-xogħol tal-mina li se tgħaqqad Malta u Għawdex ma jistax jibda qabel is-sena 2030.", "TINDIF TA' MEDDA TA' ART - TNEĦĦIJA TA' NISSEN HUTS, PREŻENZA TA' ASBESTOS", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Wara li tħabbar li l-Gvern biħsiebu jiftaħ għall-użu u t-tgawdija tal-pubbliku medda art li tnaddfet wara t-tneħħija ta' fabbrika tal-konkos li kienet abbundanta, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jara li jitneħħew ukoll in-Nissen Huts li għadhom preżenti fuq is-sit minħabba li, skont kif qal l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 10408, \"ma jistax jeskludi li ma hemmx asbestos fin-Nissen Huts\" u dan sabiex il-pubbliku ma jiġix espost għar-riskju tal-asbestos?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif diġà ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10408, in-Nissen Huts jinsabu fuq parti mis-sit li għadu ma sar l-ebda intervent fuqha peress li wara li saret konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġie rakkomandat li tali strutturi għadhom jinżammu sakemm isiru studji ulterjuri fuqhom biex jiġi determinat il-valur arkitettoniku u/jew kulturali tagħhom.", "L-istudji li għad iridu jsiru għandhom jiddeterminaw ukoll jekk fin-Nissen Huts hemmx preżenza tal-allegat asbestos.", "Sadanittant, din il-parti tas-sit fiha tmien Nissen Huts u ġiet totalment imdawra b'ħajt tal-blokki sabiex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku u jiġi evitat kull periklu.", "Peress li l-pubbliku ma għandux aċċess għal dawn in-Nissen Huts, il-pubbliku mhux espost għar-riskju tal-asbestos.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10407 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista' l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta' kuntratti ta' servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 'il hawn kemm ilu Ministru?", "Jista' jinkludi wkoll:", "a. l-iskop tal-kuntratt;", "b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u", "c. l-ammont ta' ħlas imħallas a tenur ta' dawn il-kuntratti?", "Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li mill-Ministeru l-kumpanija msemmija ngħatat contract for services fl-2013 għal konsulenza dwar il-proġett ESF2.11 Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism.", "Din il-konsulenza damet għaddejja tliet xhur u l-kumpanija msemmija tħallset €2,089.28.", "Fl-istess sena l-kumpanija msemmija tat ukoll servizzi ta' kontabilità u awditjar fuq l-Archaeotur Project, għal liema servizzi tħallset €1,296.61.", "ŻJARAT F'DUBAJ - LAQGĦAT", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10406 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista' l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma' min iltaqa' u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f'Dubaj, suppost fuq xogħol tal-gvern?", "KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-mistoqsija tiegħu hija mibnija fuq premessa żbaljata.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI – KUNTRATTI PUBBLIĊI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10192, 10341 u 10404 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' f'kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Insegwitu tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10413, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-ammonti li qed jitħallsu ai termini tal-kuntratti mniżżla fil-lista annessa mal-mistoqsija parlamentari 10340, u ċjoè l-ammont ta' flus li qed jitħallsu kull sena, sena b'sena, l-entitajiet kummerċjali hemm imniżżla għas-servizz li joffru, u dan ladarba, minkejja li evidentement din hija informazzjoni kummerċjali, żgur li din mhix informazzjoni kummerċjali li tikkostitwixxi sigriet sensittiv għan-negozju jew kummerċ u hija informazzjoni fl-interess pubbliku ladarba dawn il-ħlasijiet qed isiru mill-pubbliku u mhux minn but il-Ministru?", "CHRIS FEARNE: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10413.", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10412 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194, il-Ministru ammetta li żar Dubaj f'Novembru tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:", "a. id-dati eżatti taż-żjara;", "b. l-iskop taż-żjara;", "c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew persons of trust u minn min;", "d. jekk kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,", "jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10194 li tirreferi għal safar fuq xogħol uffiċjali tal-gvern.", "INKJESTA EGRANT: RAPPORT MHUX IPPUBBLIKAT – KWOTAZZJONIJIET MINN MINISTRI", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jispjega kif il-Ministri tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tat-Turiżmu kkwotaw mir-rapport mhux ippubblikat tal-Inkjesta Egrant, meta ftit jiem ilu huma wieġbu fil-Qorti għat-talba tas-soċjetà ċivili 'Repubblika' għal ftuħ ta' inkjesta maġisterjali dwar l-isptarijiet pubbliċi?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 10449, 10450, 10451.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-job description il-ġdid tal-LSEs hux lest u meta ser jidħol fis-seħħ?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-job description tal-LSEs għas-sena skolastika 2019-20 jidħol fis-seħħ wara li jiġi maqbul mal-MUT.", "GĦALLIEMA – NUQQAS FIS-SUĠĠETTI TAL-MALTI U L-MATEMATIKA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel, apparti li joħroġ sejħa għall-impjieg, biex isolvi l-problema ta' nuqqas ta' għalliema tal-Malti u tal-Matematika?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li wara li l-Gvern laħaq ftehim ġdid flimkien mal-MUT u li bih komplew jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għalliema, qed jinfetħu korsijiet ġodda kemm mill-Fakultà tal-Edukazzjoni (UOM) u mill-Institute for Education, kemm għal studenti li jixtiequ jidħlu fil-professjoni kif ukoll biex impjegati minn setturi u oqsma oħra jidħlu fl-edukazzjoni.", "Minbarra t-titjib li sar fil-proċess tal-ingaġġ u li ħalla riżultati tajbin, qed niddiskutu wkoll miżuri oħrajn li jistgħu jħajru aktar persuni jidħlu fil-professjoni tat-tagħlim.", "SKEJJEL TAL-ISTAT: EŻAMIJIET ANNWALI - KORREZZJONI TAL-KARTI TAL-MALTI U L-MATEMATIKA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk li se jikkoreġu l-karti tal-eżami tal-Malti u tal-Matematika?", "Fejn huwa l-post tax-xogħol tagħhom attwalment?", "Interpellant li l-persuni li qed jikkoreġu l-karti tal-Malti u l-Matematika tal-eżami annwali fl-iskejjel tal-Istat huma għalliema professjonali.", "SKEJJEL TAL-ISTAT: EŻAMIJIET ANNWALI - KORREZZJONI TAL-KARTI TAL-MALTI U L-MATEMATIKA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm sab għalliema li attwalment jgħallmu fl-iskejjel tal-Istat biex jikkoreġu l-karti tal-eżami tal-Malti u tal-Matematika?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-eżami tal-Matematika qiegħed jiġi kkoreġut minn 20 għalliem tal-Istat, 6 għalliema minn skejjel mhux tal-Istat u 2 għalliema rtirati.", "L-eżami tal-Malti qiegħed jiġi kkoreġut minn 17-il għalliem tal-Istat, 5 għalliema minn skejjel mhux tal-Istat u għalliem wieħed irtirat.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet tal-Malta Community Chest Fund fejn fl-aħħar 'Strina' kienu nġabru mas-€7 miljun?", "JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-Malta Community Chest Fund ma taqax taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid hekk hux minnu li l-parti tal-job description tal-2007 fejn jobbliga lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jitlob għal rapport kull sentejn fuq ammont ta' kilogrammi li jridu jqandlu l-LSEs tneħħietx mill-job description li qed isir ġdid?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-rapport ta' kull sentejn indikat fil-job description tal-2007 huwa marbut mal-apparat li l-iskejjel u ċ-Ċentri għandhom u mhux mal-piż li LSE jista' jqandel.", "Bir-regoli tal-Health and Safety, iċ-ċentri u l-iskejjel fejn hemm dan l-apparat huma obbligati li jiċċekkjawhom kull sentejn biex jikkonfermaw li jifilħu l-piż indikat fil-job description.", "L-ONOR.", "ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10606, tista' l-Ministru twieġeb l-istess mistoqsija hekk kif saret u tgħid b'liema mod ġie mixtri jew mikri dan il-vapur (jekk hux b'tender, expression of interest jew direct order)?", "Tista' tagħti dettalji ta' kif inxtara jew ġie mikri?", "Interpellant li l-vapur ġie mikri għal sitt xhur wara li l-Gozo Channel għamlet riċerka eżawrjenti fis-suq internazzjonali.", "Sadanittant, diġà hemm tender għand id-Dipartiment tal-Kuntratti biex jiġi ppubblikat.", "BAJJA TAL-GĦADIRA - FESTUN MAL-PROMENADE", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid jekk, bħal snin passati, hux se jitwaħħal il-festun mal-promenade tal-Għadira?", "Jekk iva, jista' jagħti data dwar meta se jeħel.", "Jekk le, nitolbu jgħid jekk hiex qiegħda tiġi kkunsidrata xi alternattiva oħra, u għal meta se tkun lesta.", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10637.", "BAJJIET – KONĊESSJONIJIET GĦAL LIDOS U SUNBEDS", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10379 u ċjoè: B'referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f'Malta, Għawdex u Kemmuna, jista' l-Ministru jgħid:", "a. kemm-il concession hawn u f'kemm-il bajja huma mqassma;", "b. kemm jistgħu jitqiegħdu sunbeds f'kull concession, u kemm jammontaw is-sunbeds li jistgħu jitqiegħdu f'kull bajja; u", "c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta' art li huwa mgħotti b'dawn il-concessions, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?", "KONRAD MIZZI: L-informazzjoni qiegħda tinġabar.", "IL-MELLIEĦA - TOROQ LI NGĦATAW IT-TARMAK", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "IL-MELLIEĦA - DWAL ĠODDA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019?", "OWEN BONNICI: Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "IL-MANIKATA - INVESTIMENT MILL-KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 fil-Manikata?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li bejn l-2013 u l-2019, il-Kunsill iddeċieda li għandu jinvesti fil-Manikata fl-oqsma segwenti:", "· Architectural lighting madwar il-knisja tal-Manikata;", "· Skema ta' dwal ornamentali ġodda fil-village core;", "· Resurfacing ta' Triq il-Wilġa u Trejqet il-Ħarrub iffinanzjat taħt il-Miżura 4.4 tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;", "· Restawr tal-Knisja l-Qadima permezz tal-Iskema dwar Restawr għall-Kunsilli Lokali 2018;", "· Introduzzjoni ta' skema tat-traffiku ġdida madwar Misraħ il-Parroċċa;", "· Pavimentar tal-bankina quddiem il-Knisja Parrokkjali.", "BAJJIET – KONĊESSJONIJIIET GĦAL LIDOS U SUNBEDS", "L-ONOR.", "CLAYTON BARTOLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f'Malta, Għawdex u Kemmuna, jista' l-Ministru:", "a. jgħid kemm-il concession hawn u f'kemm-il bajja huma mqassma;", "b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu sunbeds f'kull concession, u kemm jammontaw is-sunbeds li jistgħu jitqiegħdu f'kull bajja; u", "c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta' art li huwa mgħotti b'dawn il-concessions, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190701_243d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi ġodda fil-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili u kemm ġew preżentati Appelli Superjuri u Inferjuri tul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-proċeduri għall-ħlas tal-esproprju ta' Triq Patri Girgor Grima ma' Triq il-Qattus Ħal Għaxaq sabiex tiġi estiża triq pubblika (Ref 256/18)?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi indikati bħala 166A tul dawn l-aħħar ħames xhur ta' din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi ġodda tul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena u jindika kemm kienu volontarji, internazzjonali u mandatarji, kif ukoll kemm ġew deċiżi jew konklużi fl-istess żmien?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għad-domanda 10297, jista' l-Ministru jindika għat-triq partikolari magħrufa bħala \"Taċ-Ċawsli\" kemm ġew utilizzati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jindika kemm fondi ġew utilizzati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskema ta' boroż ta' studju fil-qasam sportiv?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess li dawk li għandhom caravans jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 6 'il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar, minn Marzu 2013 'il hawn?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jara li Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq l-Indjana, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara li ilha fi dlam ċappa għal ħafna ġranet, flimkien mal-arkati tal-Akwedott, u l-Ġnejna, jiġu mixgħula mill-ġdid mill-aktar fis?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu d-dog bins u l-litter bins fit-traffic island tal-parking space ta' Triq il-Knisja l-Qadima faċċata ta' Triq Karm Zerafa, Birkirkara kif ukoll it-tindif ta' ħaxix ħażin li kiber mal-bankini fl-istess triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8120 u 8289 u tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum?", "Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stone (kantun) fuq kull proġett?", "Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħarġu u għalqu t-tenders biex isir xogħol ta' skavar u piling u li dan ix-xogħol, skont it-tender li ħarġet, għandu jsir f'għaxar ġimgħat, jiġifieri fix-xhur ta' Lulju u Awwissu 2019, fuq il-post fejn hi ppjanata li ssir l-Iskola Primarja fir-Rabat Għawdex u dan minkejja li l-permessi meħtieġa min-naħa tal-PA għadhom ma ħarġux?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9819 u 6166, jista' l-Ministru jgħid liema Ministeru qed jieħu ħsieb iħejji d-dokumenti tat-tender biex issir Intruder system ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġurnata tat-Tnejn 13 ta' Mejju 2019 fil-ħin ta' filgħodu kienx hemm Fire Engine għal ammont konsiderevoli ta' ħin f'partijiet minn Triq il-Biċċerija u Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex?", "Jista' jgħid għalxiex intużat u min talab is-servizz ta' din il-Fire Engine dakinhar f'dawk il-ħinijiet?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-8 ta' Frar 2019 saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex fin-niżla li twassal għall-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li fil-ħin ta' filgħodu tal-ġurnata tat-Tnejn 13 ta' Mejju 2019 kien hemm ammonti kbar ta' demm imxerred mal-art, eżattament quddiem il-biċċerija ta' Għawdex u sa parti kbira minn Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex?", "Ta' xiex kien dan id-demm?", "Tista' tgħid x'azzjonijiet ittieħdu biex dan id-demm jinġabar u tgħid ukoll kif inġabar biex ma jmurx fit-Table Water u fil-Wied ta' Żejta?", "Tista' tgħid ukoll jekk l-uffiċjali tas-Sanità ġewx imsejħa fuq il-post?", "Qiegħda ssir xi investigazzjoni min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex fuq dan il-każ?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tagħha biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni tal-ħruq li ġarrbu parti kbira mis-siġar li jinsabu fil-masġar tal-Miżieb fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet?", "Jista' jikkwantifika kemm kien l-ammont ta' siġar li nħarrqu fl-istess post?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-ftuħ f'Għawdex tal-uffiċċju tal-Awtorità għall-Kompetizzzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, tista' l-Ministru tgħid kemm, fil-preżent, hu n-numru tal-impjegati f'dan l-uffiċċju?", "Tista tgħid x'inhuma l-gradi ta' dawn l-impjegati u tgħid kemm minnhom kienu jaħdmu fl-uffiċċju tal-Awtorità f'Malta?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Operational and Maintenance Expenses Item 30 ġew ivvutati €420,000 addizzjonali għal Contractual Services, tista' l-Ministru tgħid x'kienu dawn is-servizzi li waslu biex ikun hemm bżonn ta' din iż-żieda?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Finanzi", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ddaħlu mill-eco-tax tat-turiżmu għas-snin 2016, 2017, 2018 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija għas-sena 2019 (separatament)?", "Jista' jagħti rendikont fejn ġew investiti dawn il-finanzi?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li ż-zebra crossing li tinsab f'nofs il-promenade tal-Bajja tal-Għadira (ritratt tagħha qed jingħata separatament) issirilha l-manutenzjoni meħtieġa sabiex jitneħħa l-periklu li qed joħloq il-fatt li d-dawl tagħha qed ikun mitfi u li allura jfisser li din mhix tiffunzjona?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għat-tender biex isir xogħol ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fis-sit fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid liema entità kienet ippreparat l-ispecifications tad-tender li kienet ħarġet u wara ġie irtirat?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex it-testijiet fuq il-blat li hemm taħt dan is-sit saru wara, u mhux qabel ġiet ippubblikata t-tender oriġinali?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10411 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194 il-Ministru ammetta li żar Dubai fi Frar tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:", "a. id-dati eżatti taż-żjara;", "b. l-iskop taż-żjara;", "c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew person/s of trust u minn min;", "d. jekk kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,", "jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-piż massimu li għandhom iqandlu l-LSEs, skont il-job description il-ġdid hux se jkun dak ta' 27kg?", "Jekk iva, jista' jgħid mil-liema studju ħareġ dan il-piż ta' 27kg?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara li l-Water Services jieħdu l-passi meħtieġa sabiex tappiera ta' drenaġġ quddiem il-Kappella tal-Isperanza fil-Mosta, isirilha xogħol ta' manutenzjoni sabiex il-konkos imkisser madwarha jkun irranġat għaliex fil-preżent qed jinħoloq periklu għal min isuq mutur jew rota?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jingħata l-pensjoni ta' Diċembru 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li parti minn Triq il-Marfa fil-Mellieħa, li għadha kif ingħatat wiċċ ġdid bit-tarmak f'Mejju li għadda, parti minnha spiċċat reġgħet inqalgħet ftit tal-jiem ilu?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jsiru s-sinjali tal-parking?", "MOZZJONIJIET", "IL-MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR L-ONOR.", "A. Permezz ta' kuntratt ta' kera, il-kumpanija Casma Limited ittrasferiet b'titolu ta' kera lill­kumpanija Dragonara Gaming Limited il-binja u 1-artijiet adjaċenti li huma aċċessibbli minn triq privata li tagħti għal fuq Triq Dragonara, Paceville limiti ta' San Ġiljan (il-\"Proprjetà\") għall-perjodu ta' għaxar (10) snin b'effett mit-tletin (30) ta' Ġunju, elfejn u għaxra (2010) għall-kera u suġġett għat-termini u l-kundizzjonijiet kif determinati fl-istess Kuntratt ta' Kera (hekk kif emendat permezz tal-Ewwel Addendum) liema fost 1-oħrajn jipprovdu għall­estensjoni tal-kuntratt bejn il-partijiet;", "B. A termini tal-istess Kuntratt ta' Kera, Dragonara Gaming Limited obbligat ruħha li tagħmel investiment kapitali sostanzjali ta' mmodernizzar, tiġdid u rinovazzjoni tal-Proprjetà.", "Billi Dragonara Gaming Limited għamlet investiment ta' sbatax-il miljun Euro (€17,000,000) liema investiment huwa akbar minn dak miftiehem fil-Kuntratt ta' Kera u sar qabel iż-żmien stipulat fl-imsemmi Kuntratt;", "C. Apparti dan, 1-investiment kapitali ta' sbatax-il miljun Euro (€17,000,000), Dragonara Gaming Limited matul iż-żmien kollu tal-Kuntratt ta' Kera sal-ġumata tal-lum wettqet u kompliet twettaq manutenzjoni u tiswija kontinwa tal-Proprjetà, u dan a spejjeż unikament tagħha.", "Illi l-manutenzjoni ta' din il-Proprjetà hija waħda straordinarja peress illi l-Proprjetà hija mdawra bil-baħar u esposta għall-elementi;", "D. Dragonara Gaming Limited wettqet ammont sostanzjali ta' investiment kapitali kif ukoll manutenzjoni xierqa u rigoruża tal-Proprjetà u billi Dragonara Gaming Limited intrabbtet b'obbligi oħra li jinkludu xogħol estensiv ta' restawr fuq il-Proprjetà u l-issekondar tal-Ħaddiema ta' Casma Limited;", "E. Reċentement Dragonara Gaming Limited talbet lil Casma Limited sabiex din takkwista 1-Proprjetà b'titolu ta' subenfitewsi sat-tmienja (8) ta' Marzu tas-sena elfejn u tlieta u tmenin (2083).", "F. Casma Limited daħlet f'taħdidiet ma' Dragonara Gaming Limited tramite l-Privatisation Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ('PU') liema, filwaqt li wettqet l-iskrutinji neċessarji, innegozjat it-termini u 1-kundizzjonijiet għat-trasferiment propost hekk kif stipulati fl-abbozz tal-kuntratt ta' subenfitewsi temporanju mqiegħed fuq din il­Mejda tal-Kamra flimkien rna' din il-proposta ta' riżoluzzjoni ('1-Abbozz').", "Billi dan jinvolvi t­trasferiment tal-Proprjetà b'titolu ta' subenfitewsi għal erbgħa u sittin (64) sena u nonostante li t-titolu ta' din il-Proprjetà u l-kontroll tal-istess huma ta' Casma Limited, ikun xieraq li 1-Kamra jkollha 1-opportunità li tiskrutinja, tiddiskuti u tgħaddi riżoluzzjoni dwar dan il-propost trasferiment.", "In vista tas-suespost permezz ta' din il-proposta ta' riżoluzzjoni l-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, l-Onorevoli Dottor Chris Cardona, jixtieq ipoġġi għall-konsiderazzjoni tal-Kamra l-approvazzjoni tat-trasferiment tal-Proprjetà a termini tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Abbozz, liema riżoluzzjoni għandha tiġi eventwalment komunikata lil Casma Limited sabiex din twettaq dak deċiż minn din il-Kamra.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 89 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Tieni Qari – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "Abbozz Nru 90 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 86 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "1 ta' Lulju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019 fil-4:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti; u", "Trasferiment ta' proprjetà lil Marsa Race Track Limited.", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Ministru għall-Finanzi.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET TAL-FAMILJA", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019 fil-4:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati, fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Diskussjoni u Approvazzjoni tar-Rapport dwar l-Abbuż minn Minuri fuq Adulti;", "Affarijiet Oħra.", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2019 fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat –Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 78 – Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 88 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "1 ta' Lulju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190702_244a_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "It-Tlieta, 2 ta' Lulju, 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 243, li saret fl-1 ta' Lulju 2019, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Ir-rapport tal-parteċipazzjoni tal-Onor.", "Karl Gouder fil-LXI Laqgħa tal-COSAC li nżammet f'Bucharest bejn it-23 u l-25 ta' Ġunju 2019.", "MISTOQSIJIET – TWEĠIBIET ORALI", "PRIM'AWLA TAL-QORTI ĊIVILI – KAWŻI ĠODDA U APPELLI", "L-ONOR.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati kawżi ġodda fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u kemm ġew ippreżentati Appelli Superjuri u Inferjuri tul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Ninsab informat li fil-Qrati ta' Malta, l-għadd ta' kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta' Appelli Superjuri u Inferjuri mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju 2019 kien hekk:", "i. Kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili: 656", "Kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali): 87", "Appelli fil-Qorti tal-Appell Superjuri: 181", "Appelli fil-Qorti Kostituzzjonali: 23", "v. Appelli fil-Qorti tal-Appell Inferjuri: 163", "Fil-Qorti t'Għawdex, l-għadd ta' kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta' Appelli Superjuri u Inferjuri mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju 2019 kien hekk:", "i. Kawżi fil-Prim' Awla – Sezzjoni Ġenerali: 41", "Appelli Superjuri: Xejn", "Appelli Inferjuri: 6", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, bejn ilbieraħ u llum kien hemm kwestjoni minħabba reklam li sar minn Heritage Malta li l-Forti Sant'Anġlu jista' b'xi mod jintuża bħala advertising space permezz ta' dawl li jkun proġettat fuqu, bħalma kien hawn f'attivitajiet tal-Istat, li naqbel magħhom, però naqbel mal-Ministru fl-istand li ħa.", "Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'deċiżjoni ttieħdet f'dan ir-rigward u għalfejn ħass li kellu jieħu tali deċiżjoni?", "OWEN BONNICI: Naħseb li kont ċar biżżejjed.", "Għalija l-idea li nużaw il-ħitan tal-Forti Sant'Anġlu biex isiru reklami fuqhom hi inaċċettabbli.", "Għandi nifhem li min għamel l-avviż ma spjegax ruħu sew u allura se nagħtu l-benefiċċju tad-dubju għax naf li huma nies ġenwini u nixtieq nirringrazzjahom tax-xogħol tagħhom.", "Però, bħala stat ta' fatt, ir-reklam li ġie ppubblikat kien kompletament inaċċettabbli.", "Jien mill-ewwel għamiltha ċara li assolutament ma naqbilx li l-Forti Sant'Anġlu jintuża biex fuq il-ħitan tiegħu jsiru reklami f'forma ta' projections.", "Assolutament ma nistax naċċetta l-kunċett li xi ħadd, għax għandu l-mezzi, jirreklama prodotti jew servizzi fuq il-wirt storiku ta' pajjiżna.", "Biex inkun ġust, ninsab informat li min għamel ir-reklam ma kellux din l-intenzjoni tiegħu, però kif nitgħallmu fil-letteratura, meta kittieb jikteb ktieb, ladarba l-messaġġ ikun ħareġ, ikun ħareġ, imbagħad sta għan-nies li jikkonsmaw dik il-letteratura biex jifhmu x'ried jgħid.", "U hekk ġara f'dan il-każ.", "Kien hemm xi ħadd li għamel dan l-avviż, li sar b'mod li ma jinftehimx jew li jinftiehem ħażin, u jien assolutament ma stajtx naċċettaha din.", "Kif qal l-Onor.", "Camilleri, jien mill-ewwel, f'xi l-5.30 a.m. informajt lis-CEO ta' Heritage Malta li ma naqbel xejn ma' din l-idea.", "Nifhem li jekk ikun hemm ċelebrazzjonijiet nazzjonali, għandu jkun hemm il-possibbiltà li jsiru projections, bħal ċelebrazzjonijiet ta' meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.", "Sar tajjeb li saru projections bid-dawl fuq il-Port il-Kbir meta ċċelebrajna l-V18 u fil-Jazz Festival.", "Kull darba nagħmluha din.", "Jiġifieri fejn jidħlu affarijiet nazzjonali, kulturali u artistiċi, naqbel li jkun hemm projections, imma li b'xi mod nagħtu x'wieħed jifhem li l-wirt storiku ta' pajjiżna jista' jintuża bħala sfond għal għanijiet kummerċjali, assolutament ma naqbilx.", "Din id-deċiżjoni kkomunikajtha lil Heritage Malta u r-risposta li ngħatajt kienet li min għamel l-avviż oriġinali, għamel avviż li jinftiehem ħażin.", "Il-kwestjoni tieqaf hawnhekk.", "Nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta' Heritage Malta, għax naf kemm huma ġenwini.", "M'għandix dubju mill-ġenwinità ta' dawk kollha involuti, anke ta' min għamel dan ir-reklam ħażin.", "Nittama li wieħed jieħu t-tagħlima u nimxu 'l quddiem.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ROBERT CUTAJAR: Se nibdel xi ftit is-suġġett, għalkemm xorta jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru, u se nitkellem rigward domanda supplimentari dwar il-LESA.", "F'dawn l-aħħar ġranet għamilt numru ta' domandi lill-Ministru Bonnici, bħala l-Ministru responsabbli, dwar it-tilwima industrijali li għaddejja bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità u l-LESA, li ilha sejra għal numru ta' ġimgħat u xtaqt nistaqsih x'kienet ir-raġuni li bqajt mingħajr tweġiba.", "Jista' l-Ministru jgħidilna eżattament x'qegħdin jitolbu l-ħaddiema?", "B'rabta mal-istess domanda, tlabt lill-Ministru sabiex iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-LESA, imma ovvjament dawn ma tqegħdux.", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema?", "L-informazzjoni li għandi jien hi li ilhom ma jiġu ppreżentati kważi tliet snin.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: L-ewwel nett, il-kwestjoni li hemm bejn il-LESA u l-uffiċjali tal-komunità hija dwar is-salarju tagħhom.", "L-uffiċjali tal-komunità jixtiequ li jkun hemm żieda fis-salarju tagħhom, u aħna naqblu.", "Jiġifieri kemm il-LESA kif ukoll l-uffiċjali tal-komunità jaqblu li għandu jkun hemm żieda fis-salarju, u ħaqqhom għax jagħmlu xogħol tajjeb.", "Jien l-ewwel wieħed, flimkien mal-Gvern, naqbel li għandu jkun hemm żieda fis-salarju.", "Li għad m'hemmx qbil dwaru hu kemm se jkun l-ammont ta' żieda fis-salarju.", "Nawgura li d-diskussjonijiet isiru llum qabel għada u li din il-kwestjoni tissolva malajr kemm jista' jkun.", "Rigward il-kwestjoni tal-audited accounts, trid tapprezza li d-domanda kienet fuq il-qrati, u allura m'għandix l-informazzjoni miegħi hawnhekk.", "Però nwiegħed li se nidħol fil-każ u nagħtik l-informazzjoni kollha, anke informalment, imbagħad inwieġbek uffiċjalment.", "Li hu żgur hu li dawn iridu jiġu ppubblikati.", "Huwa importanti li l-kontijiet jiġu ppubblikati, għax dak huwa obbligu tal-aġenzija.", "Għalhekk dak li qed tgħid inti naqbel miegħu ħafna.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Fost ir-responsabbiltajiet li għandu l-Ministru, hemm id-Direttorat tar-Restawr.", "Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-Knisja taż-Żejtun?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Inċidentalment, l-Onor.", "Bartolo ta' spiss kien ikellimni dwar il-Knisja tal-Manikata fejn, jekk Alla jrid, għada se mmorru nħabbru x-xogħol ta' restawr li qed isir.", "Nirringrazzja lill-Onor.", "Bartolo tax-xogħol li jagħmel għan-nom tan-nies tal-Mellieħa, li naf li huma għal qalbu ħafna.", "Imnalla jkunu d-diversi deputati li jressqu 'l quddiem it-talbiet tagħhom biex aħna nkunu nistgħu nieħdu ħsieb li jiġu rrealizzati.", "Kif nafu, għandna skema li permezz tagħha nistiednu lill-kunsilli lokali biex jgħidulna fejn jixtiequ li jiġi rrestawrat.", "Filwaqt li qabel id-Direttorat kien jagħżel hu, illum għandna skema li taħtha kull kunsill lokali għandu l-ikbar possibbiltà li jgħidilna fejn jixtieq jirrestawra, u aħna nimxu skont ix-xewqa tagħhom.", "Aħna nipprovaw inwettqu x-xewqat ta' kulħadd, għalkemm mhux dejjem ikun possibbli, imma fejn hu possibbli nagħmlu mezz li kull xewqa tiġi rrealizzata.", "Fil-każ tal-Knisja taż-Żejtun ir-realtà hija differenti, għax kif jafu ħafna nies, għal xi raġuni – m'għandix għalfejn noqgħod nidħol fiha – madwar tmien snin ilu kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jintrama scaffolding mal-faċċata tan-nofsinhar tal-Katidral tal-Lvant u dak l-iscaffolding baqa' hemmhekk għal sena wara l-oħra.", "Bdew jgħaddu s-snin, inbidlu l-gvernijiet u l-iscaffolding baqa' hemmhekk.", "Din is-sitwazzjoni assolutament ma kenitx aċċettabbli.", "Għalhekk intervjena d-Direttorat tar-Restawr biex bi qbil mal-Arċipriet – minn hawnhekk nirringrazzja ħafna lil Dun Nikol Pace li huwa bniedem qalbu tajba ħafna u tieħu gost taħdem miegħu – stajna nsibu soluzzjoni biex isir ir-restawr tal-faċċata t'isfel.", "Naturalment l'appetito vien mangiando u l-Arċipriet qalli biex ma nħallihomx nofs leħja u ladarba għamilna n-naħa t'isfel, issa rridu nagħmlu l-faċċata ta' fuq!", "Naturalment għandu raġun u fil-fatt ftit ilu ħabbarna t-tnedija tat-tieni fażi tar-restawr, din id-darba tal-faċċata tat-tramuntana tal-Katidral tal-Lvant.", "L-iscaffolding tela' lbieraħ jew ilbiraħtlula, bdew ix-xogħlijiet, u nisperaw li sal-aħħar tas-sena dan ir-restawr ikun lest, imbagħad ikun jifdal it-tielet fażi, li hija r-restawr tal-faċċata tal-knisja, biex inkunu għamilna l-faċċata t'isfel, il-faċċata ta' fuq u l-faċċata prinċipali.", "Huwa importanti li dawn isiru, u l-idea hi li dawn isiru b'mod li ma jħarbtux il-festi.", "Aħna nipprovaw naraw li kemm jista' jkun ix-xogħol jieqaf qabel il-festa u jkompli wara li tispiċċa l-festa.", "Fil-fatt, ħdimna tajjeb ħafna mal-Ministru Ian Borg li kien qed jagħmel xogħol fuq iz-zuntier u kif spiċċa x-xogħol fuq iz-zuntier mill-ewwel bdejna x-xogħol fuq il-faċċata tat-Tramuntana.", "Nerġa' ngħid li x-xogħol ta' restawr jinsab għaddej f'diversi postijiet ta' Malta.", "Fil-fatt, hemm 71 proġett għaddejjin mid-Direttorat tar-Restawr.", "Qegħdin insemmu d-Direttorat tar-Restawr biss, għax apparti d-Direttorat tar-Restawr hemm entitajiet oħrajn li jagħmlu r-restawr, li mhux qed ngħoddhom.", "Dan jindika l-ħidma kbira li qed issir biex il-wirt patrimonjali ta' pajjiżna jimxi 'l quddiem.", "Inċidentalment, nixtieq nirreferi lill-Parlament għat-taħdita li kelli ma' Prof. Powell mill-Awstralja li ġiet Malta biex tara l-wirt storiku ta' pajjiżna u qaltli li skont l-ammont ta' wirt storiku ta' pajjiżna per metre square, per capita, żgur li jagħmilna fost l-iktar b'saħħitna fl-Ewropa.", "Fejn jidħol il-wirt storiku għandna obbligu li nippreservawh u nieħdu ħsiebu, kif fil-fatt qegħdin nagħmlu.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Xtaqt nistaqsi lill-Ministru jekk jidhirlux li l-complement tal-ġudikatura preżenti huwiex biżżejjed max-xogħol li hemm fil-Qorti llum.", "Jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li jżid il-complement tal-ġudikanti?", "Rigward is-sitwazzjoni fl-awli, kulħadd għandu minn fejn jaħdem, jew hemm xi ġudikanti li qed jaqsmu l-awla bejniethom?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Nirringrazzja lill-Onor.", "Interpellant għad-domanda tiegħu, għax ġieli nitkellmu dwar il-bżonn li mmexxu 'l quddiem il-proċeduri fil-qrati u nista' ngħid li dejjem sibtu ġenwin fil-kritika tiegħu u fil-proposti li jressaq 'il quddiem.", "Fejn tidħol il-ġudikatura, ir-rapporti Ewropej jgħidu – dan mhux qed ngħidu jien – li n-numru ta' ġudikanti huwa inqas mill-medja Ewropea bin-nofs.", "Jiġifieri biex nilħqu l-medja Ewropea rridu nirdoppjaw in-numru tal-ġudikanti.", "Qegħdin naħdmu qisna karozza b'żewġ roti minflok b'erbgħa.", "L-istudji kollha li għandha l-Kummissjoni Ewropea jgħidu li biex niġu bħall-medja Ewropea għandna nirdoppjaw l-ammont ta' ġudikanti.", "Fil-fatt, dan l-argument kien għamlu l-Imħallef Francesco Depasquale ftit ilu meta kien qed jagħmel l-ewwel seduta tiegħu.", "Jien ngħid li aħna qegħdin nagħmlu l-mirakli bl-ammont żgħir ta' membri li hemm fil-ġudikatura, għax għalkemm għandna inqas minn nofs il-medja ta' ġudikanti fl-Unjoni Ewropea, fejn tidħol l-effiċjenza hemm qrati li qegħdin l-aqwa fl-Unjoni Ewropea kollha, jiġifieri t-Tribunal Amministrattiv, il-mod kif qed tiżdied l-effiċjenza, u l-fatt li l-backlog fiċ-Ċivil naqas b'iktar minn nofs fl-aħħar sitt snin.", "Dawn huma riżultati tad-deċiżjonijiet li ttieħdu, għax il-ġudikatura rose to the occasion għax il-parir li kien tani l-Imħallef Giovanni Bonello wera li kien siewi, ċjoè li naħtru esperti, dawk li jgħidulhom il-Court Attorneys li jagħżluhom l-imħallfin, biex kull imħallef ikollu avukat tal-fiduċja tiegħu li jippreparalu r-riċerka fejn jidħlu s-sentenzi.", "Allura meta kawża timxi 'l quddiem u tkun se tingħata s-sentenza, l-imħallef ma jkollux biża' li jgħaġġilha, għax jaf li se jkollu l-għajnuna meta jiġi għas-sentenza.", "Forsi qabel, imħallef kien joqgħod attent kemm ilesti kawżi għas-sentenza, imma b'hekk dik il-biża' spiċċat.", "Jien naħseb li sar ħafna xogħol.", "Nistqarr mal-Onor.", "Schiavone li donnu hawn xewqa fil-pajjiż - anke sħabi fil-Kabinett spiss jgħiduli - li mmorru għal iktar speċjalizzazzjoni fil-qrati.", "Sħabi fil-Kabinett jgħiduli ħafna biex nikkonsidra li jkun hemm qrati speċjalizzati f'diversi setturi.", "Il-Ministru responsabbli mil-Liġi Marittima jgħidli li wasal iż-żmien li jkun hemm qrati speċjalizzati fil-marittimu.", "Il-Ministru responsabbli mill-ambjent jgħidli wasal iż-żmien li jkun hemm qrati speċjalizzati fl-ambjent.", "Fejn jidħol l-ippjanar, għandu jkun hemm imħallfin speċjalizzati fl-ippjanar, imma biex tagħmel hekk trid in-nies.", "Jiġifieri jekk irridu nispeċjalizzaw, mil-lat purament maniġjerjali se jkun hemm element ta' ineffiċjenza għax se jkollok imħallfin purament fuq dawn it-tip ta' kawżi, u jista' jkun li dawk it-tip ta' kawżi jkunu inqas fin-numru minn oħrajn, però jekk irridu nispeċjalizzaw, irridu nżidu n-numru.", "Jien naf li bħalissa għaddejja kontroversja fil-pajjiż dwar ħatriet ulterjuri tal-ġudikatura, u hemm kawżi għaddejjin mis-Soċjetà Ċivili li huma rappreżentati legalment minn żewġ membri ta' din il-Kamra li għandhom problema bit-tħaddim ta' metodu ta' ħatra ta' ġudikanti li huma stess kienu vvotaw favurih meta ressaqnieh fil-Parlament, però issa, għax qegħdin inħaddmuh, qegħdin jgħidu li huwa ħażin.", "Naturalment, il-proċeduri fil-Qorti qegħdin hemmhekk, kull talba biex ma naħtrux iktar ġudikanti ġiet respinta mill-qrati, u m'hemm xejn xi jżommna milli naħtru iktar ġudikanti b'mod li jagħmel sens, b'mod li huwa korrett u proporzjonat.", "Dan hu stat ta' fatt, però rrid ngħid li bħala ħidma fil-Qorti ninsab kuntent għall-fatt li bl-ammont ta' ġudikanti li għandna, qed isir ħafna xogħol.", "Li jiddispjaċini hu li d-dibattitu dwar żieda fil-ġudikatura b'mod li jagħmel sens, dar f'ballun politiku.", "Dik hi xi ħaġa li jiddispjaċini ħafna li ġrat, anke għax, pereżempju, il-Kummissjoni ta' Venezja fir-rapport tagħha mkien ma qalet li għandna nwaqqfu l-ħatriet tal-ġudikanti sakemm issir ir-riforma.", "Anzi, li qalet hu li għandna nirriformaw bi ħsieb, nagħmlu d-diskussjonijiet, imbagħad inkunu nistgħu naslu għall-ftehim.", "Inċidentalment, nawgura li fiż-żmien li ġej inkunu nistgħu nirreġistraw progress permezz ta' taħdidiet mal-Gvern u mal-Oppożizzjoni dwar xi tibdiliet neċessarji biex inkomplu nsaħħu t-trasparenza fil-metodu tal-ħatra tal-ġudikatura b'mod li jagħmel sens għaċ-ċirkostanzi lokali.", "Qed nagħmilha ċara li l-Gvern jinsab impenjat li jkompli tejjeb is-sistema, bħalma diġà tejjibha, u jekk hawn xi ħadd li qed jaħseb li l-Gvern se jtawwal iż-żmien biex ma ssirx il-bidla, qed jifhem l-affarijiet ħażin.", "Aħna rridu nkomplu ntejbu u nsaħħu b'mod li jagħmel sens, però huwa importanti li l-proċess tal-effiċjenza fil-Qorti jkompli għaddej.", "Infakkar li fiż-żmien li ġej se jibda jkollna l-postijiet vakanti fil-ġudikatura, għax hemm min se jagħlaq iż-żmien u jirtira.", "Pereżempju, l-Imħallef Cuschieri, jekk Alla jrid, huwa dak li jmiss biex jirtira bl-età, u nifhem li għandu jirrenja il-bonsens biex naraw li l-effiċjenza tal-Qorti ma tbatix.", "ID-DEPUTY SPEAKER: (Interruzzjonijiet) Ippermettili, se nagħtik ċans iktar tard, għax irridu nimxu mal-alternanza.", "L-Onor.", "ROSIANNE CUTAJAR: Sinjura President, kif nafu, id-droga hija pjaga fuq is-soċjetà li twasslek biex tagħmel ħafna affarijiet, fost l-oħrajn diversi reati kriminali.", "Fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għandna diversi persuni li kienu dipendenti fuq droga u jien kont waħda minn dawk li tkellimt f'diversi aġġornamenti dwar il-bżonn ta' pieni alternattivi għall-priġunerija.", "Naf li l-Ministru ħadem fuq l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija), allura xtaqtu jagħtina ftit eżempji ta' kif dan l-Att qed iħalli effett pożittiv fuq iż-żgħażagħ u dawk kollha li b'xi mod spiċċaw dipendenti fuq id-droga.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: L-Onor.", "Interpellant għandha raġun tistaqsini dwar dan is-suġġett, għax huwa importanti.", "Infakkar li erba' snin ilu l-Parlament unanimament qabel li jbiddel il-mod kif nittrattaw il-vittmi u l-offenders fejn tidħol il-Liġi dwar id-Droga.", "Fil-fatt, konna qbilna li nikkategorizzaw lil min jikser il-Liġi dwar id-Droga skont l-ammont ta' droga involuta.", "Konna għedna li għal ammont żgħir, wieħed m'għandux għalfejn jersaq il-Qorti, imma jmur quddiem a depenalised tribunal.", "Konna għedna li fejn jidħlu ammonti akbar, l-akkużat se jingħata d-dritt li ma jmurx il-ħabs jekk juri li jrid joħroġ mill-vizzju u konna qbilna li fejn ikun hemm ammonti kbar u jkun ovvju li xi ħadd qed jagħmel traffikar biex jaqla' l-flus, nużaw sistema fejn addirittura nħarrxu l-pieni.", "Jiġifieri mhux talli ma naqqasnihomx, talli ħarraxniehom.", "Irrid ngħid li matul l-aħħar erba' snin kellna iktar minn 2,700 każ – mhux persuna, għax jista' jkollok persuna li titressaq darbtejn – li nstema' quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja li hu ppresedut mis-Social Worker Vicky Scicluna li tagħmel xogħol tajjeb ħafna.", "Infakkar li jekk terġa' tinstab ħati għat-tieni darba, trid tirrikorri għall-kura bilfors.", "L-eċċezzjoni hija l-kannabis, fejn is-sitwazzjoni hija differenti.", "Min-nies li jitressqu l-Qorti akkużati b'reati serji ta' droga kien hemm 50 persuna li ngħataw it-tieni ċans, tant li qegħdin naraw każijiet li ma jmorrux il-ħabs.", "Onor. Cutajar, meta jien ilħaqt Ministru kont niltaqa' ma' nies, jew familjari ta' nies, li jgħiduli li tressqu l-Qorti akkużati li biegħu d-droga biex ikollhom il-flus biex jixtru d-droga u dawn sadanittant ikunu laħqu ħarġu mill-vizzju, bnew familja, sabu x-xogħol jew fetħu negozju u qed jaqilgħu l-flus, imma minħabba s-sistema li għandna jkollhom jitilfu dan kollu għax iridu jmorru l-ħabs bilfors.", "Din issa nbidlet u jekk wieħed juri li jrid joħroġ mill-vizzju tad-droga, għandu l-ikbar inċentiv biex jikkonvinċi lill-Qorti ma tagħtihx piena tassattiva ta' priġunerija.", "Naħseb li dawn ir-riformi huma importanti ħafna.", "Meta bdejna erba' snin ilu, kelli ftit biża' li din tista' ddur f'ballun politiku, però l-maturità fil-Parlament irrenjat.", "Ta' dan irrid nirringrazzja kemm lill-Gvern kif ukoll lill-Oppożizzjoni li dak iż-żmien konna unanimi u konna għamilna liġi tajba ħafna li qegħdin igawdu minnha ħafna nies u familji.", "Nawgura li anke f'oqsma oħrajn fejn jidħol il-qasam tal-ġustizzja ikun hawn din il-maturità sabiex inkomplu nagħmlu riformi importanti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sinjura President, ir-riformi li tkellem dwarhom il-Ministru naqblu magħhom perfettament.", "Però il-Ministeru tal-Ġustizzja qatt ħaseb biex mill-eżempji li qed jara, fejn in-nies dipendenti fuq id-droga qegħdin jiżdiedu ta' kuljum, jagħmel kuntatt ma' Ministeri oħrajn biex inkunu nistgħu nqajmu kuxjenza b'mod aktar qawwi u ngħallmu liż-żgħażagħ kif għandhom jipprevenu milli jirrikorru għad-droga, ħalli din il-pjaga li qiegħda tiżdied ta' kuljum nipprovaw nikkontrollawha minn età żgħira ħafna?", "Naħseb li l-Ministru jaf bħali li llum għandna tfal li sa minn għaxar snin jew 12-il sena qegħdin ikunu dipendenti fuq id-droga.", "Naħseb li bħala Ministeru tal-Ġustizzja għandkom l-eżempji kollha quddiemkom u naħseb li b'komunikazzjoni ma' Ministeri oħrajn nistgħu nagħmlu xogħol siewi għal Malta f'isem iż-żgħażagħ biex ngħallmuhom kif ma jaqgħux għall-vizzju tad-droga.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.", "OWEN BONNICI: Naqbel ħafna.", "L-Onor.", "Deguara għandha raġun dwar il-bżonn li nibqgħu nibagħtu l-messaġġ li ż-żgħażagħ m'għandhomx għalfejn ikollhom x'jaqsmu mad-droga, assolutament.", "Il-ħajja sabiħa u rridu ngawduha b'mod ħieles minn kwalunkwe sustanza, kemm jekk hija droga, kemm jekk hu alkoħol, kif ukoll jekk huma sustanzi oħrajn li jagħmlu l-ħsara lil dak li jkun.", "Deguara dwar il-bżonn li nkomplu nedukaw lill-pubbliku.", "Fil-fatt, ir-riforma ta' erba' snin ilu ħasbet biex il-Kummissarju għall-Ġustizzja li jisma' l-każijiet, ma jkunx avukat – li bir-rispett kollu lejna l-avukati nħarsu lejn każ mill-punt legali – imma jkun social worker li jkun jista' jeduka lil min ikun qiegħed imiss mad-droga ħalli joħroġ mill-vizzju b'konvinċiment, mhux għax beża' mil-liġi, jew għax beża' li jidħol fl-inkwiet, imma għax eduka ruħu.", "Irridu nedukaw ukoll lill-ġenituri, li hemm minnhom li jgħinu lil uliedhom, imma hemm oħrajn li ma jkunux jafu x'se jaqbdu jagħmlu bis-sitwazzjoni u kultant, għalkemm ikollhom intenzjonijiet tajbin, minflok ma jgħinu, iktar jikkawżaw diffikultà.", "Pereżempju, ma jgħidu lil ħadd, jaħbu kollox għax jaħsbu li l-għajnuna m'għandhomx bżonnha u jżommu kollox mistur.", "Mentri meta jkun hemm diffikultà, lil uliedek trid teħodhom għall-għajnuna.", "F'pajjiżna hawn min hu kapaċi jgħin lill-persuni joħorġu mill-vizzju, u naħseb b'dan il-mod inkunu nistgħu nkomplu nedukaw lis-soċjetà.", "Nikkonkludi kif bdejt: il-ħajja hija sabiħa u l-appell tiegħi liż-żgħażagħ hu li jgawduha bl-iktar mod san possibbli.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti.", "TQEGĦID TA' KARTI", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sinjura President, f'isem il-Prim Ministru, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviżi Legali Nru 153 tal2019 - Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Awtorizzazzjonijiet Ġenerali (Apparat tar-Radjokomunikazzjoni);", "Avviżi Legali Nru 154 tal2019 - Regolamenti tal-2019 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta' Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali) (Emenda Nru 2);", "f'isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Avviż Legali Nru 145 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2005 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Gradi ta' Bachelor of Arts – B.A. – u Bachelor of Arts (Honours) – B.A. (Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti;", "Avviż Legali Nru 146 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta' Bachelor of Science (Honours) in Science for Education and Communication – B.Sc.", "(Hons) – taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Edukazzjoni u tal-Fakultà tax-Xjenza;", "Avviż Legali Nru 147 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għas-Certificate in Engineering Sciences - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Inġinerija;", "Avviż Legali Nru 148 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in Environmental Ethics – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tat-Teoloġija;", "Avviż Legali Nru 149 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Arts in Taxation – M.A. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy u tal-Fakultà tal-Liġi;", "Avviż Legali Nru 150 tal-2019 – Ordinamenti tal-2019 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta' wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta' Master of Science in Bioinformatics – M.Sc. - taħt il-patroċinju taċ-Ċentru tal-Mediċina Molekulari u tal-Biobanking;", "Avviż Legali Nru 151 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 biex jemendaw ir-Regolamenti tal-Valutazzjoni tal-Università;", "Avviż Legali Nru 152 tal-2019 – Regolamenti tal-2019 biex jemendaw ir-Regolamenti tad-Dixxiplina għall-Istudenti tal-Università, 2016;", "Kopja tal-'Iskema Boroż ta' Studju fl-Isport f'Malta 2019', maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat f'Ġunju 2019, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari 10594;", "f'isem il-Ministru għall-Finanzi, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tabella li turi t-taxxa miġbura mill-eko-kontribuzzjoni fil-perjodu bejn l-2016 u Mejju 2019, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari 10704;", "Rapport annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għas-sena 2018;", "Rapport annwali u Financial Statements tal-Awtorità tal-Istatistika ta' Malta għas-sena 2018;", "f'isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' erba' ittri datati 3 ta' Mejju 2018, 21 ta' Ġunju 2013, 3 ta' Awwissu 2018 u 23 ta' Ottubru 2018 dwar esproprju ta' art fi Triq Patri Girgor Grima f'Ħal Għaxaq, bi tweġiba għallmistoqsija parlamentari 10446;", "Kopja ta' seba' pjanti tal-proġett Central Link maħruġa minn Infrastructure Malta u datati 9 ta' April 2018, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari 10593; u", "f'isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar użu ta' soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp f'Għawdex, fis-snin 2018 u 2019, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari 10624.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet Ministerjali?", "Mozzjonijiet.", "Insejjaħ lill-Ministru Chris Cardona biex, jekk jogħġbu, iressaq il-Mozzjoni Nru 252 kif tidher fuq l-aġenda.", "MOZZJONIJIET", "RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPRJETÀ MINN CASMA LIMITED LILL-KUMPANIJA DRAGONARA GAMING LIMITED", "CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u Intrapriżi Żgħar): Sinjura President, nipproponi:", "A. Permezz ta' kuntratt ta' kera, il-kumpanija Casma Limited ittrasferiet b'titolu ta' kera lill-kumpanija Dragonara Gaming Limited il-binja u l-artijiet adjaċenti li huma aċċessibbli minn triq privata li tagħti għal fuq Triq Dragonara, Paceville limiti ta' San Ġiljan (il-\"Proprjetà\") għall-perjodu ta' għaxar (10) snin b'effett mit-tletin (30) ta' Ġunju, elfejn u għaxra (2010) għall-kera u suġġett għat-termini u l-kondizzjonijiet kif determinati fl-istess Kuntratt ta' Kera (hekk kif emendat permezz tal-Ewwel Addendum) liema fost l-oħrajn jipprovdu għallestensjoni tal-kuntratt bejn il-partijiet;", "B. Ai termini tal-istess kuntratt ta' kera, Dragonara Gaming Limited obbligat ruħha li tagħmel investiment kapitali sostanzjali ta' mmodernizzar, tiġdid u rinnovazzjoni tal-proprjetà.", "Billi Dragonara Gaming Limited għamlet investiment ta' sbatax-il miljun Euro (€17,000,000), liema investiment huwa ikbar minn dak miftiehem fil-kuntratt ta' kera u sar qabel iż-żmien stipulat fl-imsemmi kuntratt;", "C. Apparti dan, l-investiment kapitali ta' sbatax-il miljun Euro (€17,000,000), Dragonara Gaming Limited matul iż-żmien kollu tal-kuntratt ta' kera sal-ġurnata tal-lum wettqet u kompliet twettaq manutenzjoni u tiswija kontinwa tal-proprjetà, u dan a spejjeż unikament tagħha.", "Illi l-manutenzjoni ta' din il-proprjetà hija waħda straordinarja peress illi l-proprjetà hija mdawra bil-baħar u esposta għall-elementi;", "D. Dragonara Gaming Limited wettqet ammont sostanzjali ta' investiment kapitali kif ukoll manutenzjoni xierqa u rigoruża tal-Proprjetà u billi Dragonara Gaming Limited intrabtet b'obbligi oħra li jinkludu xogħol estensiv ta' restawr fuq il-proprjetà u l-issekondar tal-ħaddiema ta' Casma Limited;", "E. Reċentement Dragonara Gaming Limited talbet lil Casma Limited sabiex din takkwista l-proprjetà b'titolu ta' subenfitewsi sat-tmienja (8) ta' Marzu tas-sena elfejn u tlieta u tmenin (2083).", "F. Casma Limited daħlet f'taħdidiet ma' Dragonara Gaming Limited tramite il-Privatisation Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ('PU') liema, filwaqt li wettqet l-iskrutinji neċessarji, innegozjat it-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferiment propost hekk kif stipulati fl-abbozz tal-kuntratt ta' subenfitewsi temporanju mqiegħed fuq din il-Mejda tal-Kamra flimkien ma' din il-proposta ta' riżoluzzjoni ('l-Abbozz').", "Billi dan jinvolvi t-trasferiment tal-proprjetà b'titolu ta' subenfitewsi għal erbgħa u sittin (64) sena u nonostante li t-titolu ta' din il-proprjetà u l-kontroll tal-istess huma ta' Casma Limited, ikun xieraq li l-Kamra jkollha l-opportunità li tiskrutinja, tiddiskuti u tgħaddi riżoluzzjoni dwar dan il-propost trasferiment.", "In vista tas-suespost, permezz ta' din il-proposta ta' riżoluzzjoni l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, l-Onor.", "Chris Cardona, jixtieq ipoġġi għall-konsiderazzjoni tal-Kamra l-approvazzjoni tat-trasferiment tal-proprjetà ai termini tal-kondizzjonijiet stipulati fl-abbozz, liema riżoluzzjoni għandha tiġi eventwalment komunikata lil Casma Limited sabiex din twettaq dak deċiż minn din il-Kamra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nissekonda.", "(Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru Chris Cardona.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Ngħaddu issa għall-Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI LI JEMENDA DIVERSI LIĠIJIET FINANZJARJI", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI (Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni): Sinjura President, għandi Messaġġ mingħand il-President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se naqra l-Messaġġ tal-President.", "Il-President wara li kien informat dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jemenda diversi liġijiet finanzjarji\", jirrakommandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "28 ta' Ġunju 2019", "Insejjaħ lis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, iressaq it-Tieni Qari.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi liġijiet finanzjarji\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, wieħed mill-għanijiet ewlenin li bdejna din il-leġiżlatura bihom, kien proprju biex naraw li nkomplu nsaħħu s-settur tas-servizzi finanzjarji u nagħmlu minn Malta ċentru ta' eċċellenza f'dan il-qasam.", "Fil-fatt, matul l-ewwel ftit xhur minn mindu ħadt ir-responsabbiltà politika ta' dan il-qasam, kont nidejt dokument għall-konsultazzjoni pubblika biex naraw kif se nkomplu nsaħħu, fost l-oħrajn, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta.", "Minn dak iż-żmien, kienu bosta l-miżuri li ħadna f'dan ir-rigward.", "Wieħed mill-punti li kienu ħarġu minn dan il-proċess kien li l-Awtorità għandu jkollha focus iktar speċjalizzat fuq is-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tas-settur.", "Għal dan il-għan kienet ittieħdet id-deċiżjoni għaqlija li r-Reġistru tal-Kumpaniji li sa dak iż-żmien kien jiġi housed u allura kien jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-MFSA, jinqata' b'mod definit mill-istess Awtorità.", "Fil-fatt, il-ġimgħa l-oħra flimkien mal-Prim Ministru kelli l-pjaċir li ninawgura l-binja l-ġdida tal-istess Awtorità, u l-istess isem tar-Reġistru tal-Kumpaniji nbidel u sar Malta Business Registry.", "Dan ma sarx sempliċement biex ngħidu li biddilna l-isem, iżda nbidel l-isem għax issa l-Malta Business Registry se jkun responsabbli mhux biss mir-reġistrazzjoni tal-kumpaniji, imma se jiġbor fih reġistri ta' diversi attivitajiet oħrajn, fosthom fejn ikunu involuti attivitajiet kummerċjali kemm f'forma ta' kumpaniji, kemm bi sħubija kummerċjali, kif ukoll dik li ngħidulha legal persons.", "Sal-lum il-ġurnata dawn għadhom isiru f'uffiċċju ta' madwar tliet persuni, allura hemm backlog qawwi.", "Issa minħabba l-fatt li dawn se jiġu integrati fi struttura iktar organizzata, se nkunu qegħdin naraw li l-effiċjenza ta' dan is-settur partikolari se tiżdied sew.", "Dan se jkun pass importanti ieħor għas-settur kummerċjali f'pajjiżna, għax il-proċess se jkun iktar iffokat u l-Malta Business Registry se jkun qed jinvesti bil-kbir fl-aħjar teknoloġija biex ikun jista' jagħti l-aqwa servizz.", "Eżempju wieħed ta' dan huwa li r-Reġistru tal-Kumpaniji se jkun qed jaħdem kompletament fuq it-teknoloġija blockchain.", "Dan ifisser li ċ-ċertifikati tal-kumpaniji se joħorġu b'din it-teknoloġija li se tagħti ħafna iktar benefiċċji lill-istess kumpaniji.", "Illum il-ġurnata, jew kif tibda taħdem din is-sistema – il-ħsieb hu li sal-aħħar tas-sena, din is-sistema tkun qed taħdem fl-intier tagħha – nibdew naraw li dawn l-istess kumpaniji, permezz tat-teknoloġija, se jkunu jistgħu jużaw din id-data fuq livell internazzjonali wkoll, apparti benefiċċji oħra li huma ovvji, li però huma lil hinn mill-iskop li qed niddiskutu llum f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Din hja xi ħaġa li se żżid l-effiċjenza tal-operat u tagħmel mill-Malta Business Registry l-ewwel reġistru ta' din ix-xorta fl-Ewropa, u jien ngħid anke fid-dinja.", "Bil-mod kif se nkunu qed naħdmu u bl-integrazzjoni tat-teknoloġija, fosthom l-intelliġenza artifiċjali, se nkunu qed naraw kif dan il-proċess se jibda jkun disponibbli 24 siegħa kuljum, għax il-mument li tagħmel ir-Reġistru aċċessibbli online - xi ħaġa li llum ma teżistix - jibda jipproċessa u jaħdem b'mod awtomatiku il-proċess kollu ta' reġistrazzjoni.", "Allura, din is-sistema l-ġdida se tippermetti l-introduzzjoni ta' servizzi li llum il-ġurnata ma jeżistux, fosthom dawk li ngħidulhom chatbots, fejn b'sistema teknoloġika l-utent ikun jista' jistaqsi ċerti mistoqsijiet u jieħu risposta b'mod awtomatiku, għax it-teknoloġija tkun tippermetti li tirrispondih.", "Din il-ħaġa diġà qed tiġi pprattikata f'diversi kumpaniji internazzjonali kbar u se nkunu qed naraw li dak l-avvanz fit-teknoloġija se nimplimentawh f'pajjiżna wkoll.", "Ħadna wkoll passi biex noħolqu niċeċ ġodda.", "Fil-fatt, f'dawn l-aħħar sentejn il-Gvern ħa diversi miżuri biex jattira setturi ġodda f'pajjiżna u biex insaħħu dawk eżistenti.", "Eżempju ta' dan huma d-diversi inizjattivi li ġew imnedija sabiex ikollna qafas leġizlattiv verament robust, li permezz tiegħu s-servizzi finanzjarji tagħna jkunu jistgħu jkunu world leading, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-Fintech.", "Dan jorbot tajjeb mal-isforzi li qegħdin nagħmlu fir-rigward ta' teknoloġiji innovattivi, bħal dawk tal-Blockchain u Distributed Ledger Technologies (DLTs).", "Fil-fatt, ir-regolatur f'dan il-qasam, l-MFSA, fl-aħħar xhur ippubblikat diversi dokumenti dwar l-aspetti diversi tal-Fintech.", "Huwa tajjeb li wieħed jgħid li meta nsemmu l-Fintech inkunu qed niġbru firxa wiesgħa ta' attivitajiet li jġibu magħhom, u nistgħu ngħidu riżoluzzjoni sħiħa ta' kif isiru ċerti servizzi finanzjarji, speċjalment f'dak li għandu x'jaqasm mal-pagamenti elettroniċi.", "Għalkemm il-fenomenu tal-Fintech tela' fil-quċċata tad-diskussjoni u tal-prijoritajiet ta' bosta gvernijiet fl-aħħar ftit snin, il-bżonn li jiġu aġġornati regolamenti fuq il-pagamenti elettroniċi kien ilu jinħass għal diversi snin.", "Kien proprju dan il-bżonn li xpruna din id-direttiva fuq livell Ewropew.", "Dan minħabba l-fatt li fl-aħħar snin, madwar l-Ewropa bdejna naraw kif bosta fornituri ta' servizzi ġodda li jkunu qed jagħmlu użu kbir mit-teknoloġija qed jaraw kif jipprovdu s-servizz tagħhom b'mod differenti.", "Dan ħoloq kemm opportunitajiet ġodda kif ukoll sfidi ġodda, speċjalment fejn tidħol ir-regolamentazzjoni ta' dawn is-servizzi.", "Fil-fatt, id-Direttiva li qed tiġi proposta llum għandha l-Abbozz ta' Liġi li kien tfassal biex tindirizza, fost oħrajn, l-inċertezza legali u r-riskji ġodda ta' sigurtà li joħorġu mit-tkabbir mgħaġġel tal-Fintech u tal-iżvilupp tal-mudelli ta' pagamenti tan-negozji ġodda.", "Qed nisimgħu b'diversi servizzi ġodda fis-settur finanzjarju, u għalhekk irridu naraw li r-regolatur ikun mgħammar biżżejjed u sostnut bil-liġi li tagħtih il-poter li jkun jista' jaġixxi meta jiġu offruti dawn is-servizzi.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jmiss diversi punti, fosthom dak tal-Payment Services Directive (PSD).", "Din se tkun it-tieni darba li se nkunu qed nemendaw din id-Direttiva.", "Fil-fatt, hija msejħa PSD2 għax hija t-tieni verżjoni ta' din id-Direttiva.", "Dan huwa rekwiżit għall-banek li jiftħu l-infrastruttura tal-IT systems tagħhom għall-payment services providers ta' partijiet terzi bħal, pereżempju, innovaturi Fintech żgħar li jipprovdu servizzi biex jiġbru data finanzjarja jew iwettqu istruzzjonijiet ta' ħlas f'isem il-konsumaturi.", "Nistgħu ngħidu li l-għan primarju tad-Direttiva huwa li toħloq suq uniku u integrat għas-servizzi tal-ħlas billi toħloq standards għar-regolamenti tal-banek u għall-fornituri l-ġodda tas-servizzi.", "Il-PSD2 se tkun qed tgħin sabiex iżżid it-trasparenza u l-kompetizzjoni u tagħmilhom iktar ġusti, filwaqt li tnaqqas l-ostakli għad-dħul ta' servizzi ta' pagamenti ġodda, li finalment jibbenefikaw minnhom il-klijenti, għax iktar ma żżid is-servizzi, il-klijent iktar għandu għażla u jkun jista' jinqeda aħjar.", "Jekk nagħtu ħarsa qasira lejn xi emendi li qed jiġu proposti f'dan l-Abbozz ta' Liġi, nistgħu naraw li prinċipalment dawn l-emendi se jkunu qed jittrattaw l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju kif ukoll l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji.", "L-emendi li qed jiġu proposti għall-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, jikkonċernaw kemm it-traspożizzjoni tal-istess Direttiva, il-PSD2, kif ukoll sabiex jiġu ċċarati ċerti provvedimenti legali li jittrattaw l-istess Direttiva.", "Primarjament, f'artiklu 2 ta' dan l-Abbozz qed jiġi propost li jiġu introdotti defenizzjonijiet legali varji biex ikun hemm din it-traspożizzjoni tal-PSD2 u biex ikun hemm allinjament bejn dan l-Att u l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji.", "Hemm xi artikli li jirrigwardaw il-poteri tal-Awtorità li qed jiġu emendati wkoll sabiex issir iżjed kjarfika dwarhom u biex jiġu implimentati linji gwida, rakkmandazzjonijiet, deċiżjonijiet, opinjonijiet, jew kwalunkwe strument maħruġ mill-European Banking Authority (EBA) kif ukoll mill-European Central Bank (ECB) skont kif meħtieġ.", "Eżempju ta' dan huma l-emendi f'artiklu 7 tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju għal skopijiet ta' ċarezza legali fir-rigward tal-emendi meħtieġa, wara li l-Kummissjoni Ewropea pprovdiet verifika ta' konformità f'Malta fir-rigward ta' din id-Direttiva, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-Capital Requirements 4.", "L-emenda proposta tinkludi wkoll kjarifika rigward iż-żmien li fih tinħareġ il-liċenzja tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fejn hemm emendi proposti rigward it-tibdil fis-subartiklu 19 (a) li jirregola servizzi ta' attivitajiet materjali, fejn l-istituzzjonijiet bankarji għandhom jinformaw lill-Awtorità qabel, u mhux wara, ma jkunu mogħtija lil terzi.", "Għal dan il-għan qed jiġu proposti sett ta' linji gwida bbażati fuq dawn il-linji gwida maħruġin mill-EBA.", "Barra minn dawn, f'subartiklu 19 (b) hemm emenda importanti li se tkun qed tirregola l-aċċess favur ċerti istituzzjonijiet finanzjarji għall-kontijiet miżmuma mill-istituzzjonijiet ta' kreditu.", "Dan ifisser li l-banek issa għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet ta' ħlas, istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi u fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni tal-kontijiet, il-possibbiltà li jkollhom aċċess għas-servizz tal-kontijiet ta' pagament fi ħdan l-istituzzjonijijet ta' kreditu fuq bażi oġġettiva.", "Allura hawnhekk qed nagħmlu d-distinzjoni bejn bażi oġġettiva u mhux diskriminatorja u proporzjonata.", "Fil-fatt, l-istess artiklu jkompli jistipula li dan l-aċċess għandu jkun estensiv biżżejjed biex l-istituzzjonijiet ta' pagamenti, l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi u l-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni ta' kont jipprovdu l-ħlas b'mod mhux imfixkel u effiċjenti, u fil-każ li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrifjutaw dan l-aċċess, irid ikun hemm raġunijiet motivati dwar għalfejn ikun qed iseħħ dan ir-rifjut.", "F'dan il-każ u fil-każ ta' rifjut, l-awtorità lokali għandha tinnotifika lill-Bank Ċentrali ta' dak l-avveniment, flimkien mar-raġunijiet għalfejn dan ġie rifjutat.", "Barra minn hekk, il-PSD2 teħtieġ ukoll li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas stess jistabbilixxu qafas u miżuri xierqa ta' mitigazzjoni u mekkaniżmi ta' kontroll biex ikunu jistgħu jamminstraw ir-riskji operattivi u tas-sigurtà tagħhom rigward il-pagamenti.", "Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas iridu jistabbilixxu qafas sabiex itaffu r-riskji u jżommu l-proċeduri effettivi ta' ġestjoni ta' inċidenti li għandha tinkludi l-iskoperta u l-klassifikazzjoni ta' inċidenti operattivi u tas-sigurtà.", "Qed jiġi propost ukoll li t-traspożizzjoni ta' artiklu 69 tal-PSD2 rigward ir-rapportar ta' inċidenti permezz tal- introduzzjoni ta' subartiklu 19 (d), fil-każ ta' inċident operazzjonali u tas-sigurtà -hawnhekk qed nitkellmu fuq sigurtà maġġuri - fejn Malta, l-istat membru tad-domiċilju u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom l-obbligu li mingħajr dewmien żejjed jinnotifikaw huma stess lill-Bank Ċentrali.", "Hawnhekk qed naraw li nitfgħu l-oneru fuq l-istess istituzzjonijiet.", "F'dan il-każ, malli jirċievi din in-notifika, il-Bank Ċentrali għandu minnufih jinnotifika lill-Awtorità.", "Fil-fatt, subartiklu 19 (d) jkompli jistipula li fejn l-inċident ikollu jew jista' jkollu impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-utent tas-servizz ta' pagamenti tiegħu, l-istituzzjoni ta' kreditu konċernata għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-utenti tas-servizz ta' pagament dwar l-inċident bil-miżuri kollha li jistgħu jieħdu sabiex itaffu l-effetti negattivi ta' dan l-istess inċident.", "Sussegwentement, l-Awtorità għandha b'koperazzjoni mal-Bank Ċentrali tivvaluta r-relevanza tal-inċident, u f'dan il-każ tinnotifika lill-awtoritajiet konċernati.", "Dan se jseħħ, u għandu jseħħ b'koperazzjoni sħiħa kemm mill-awtoritajiet lokali kif ukoll mill-awtoritajiet Ewropej.", "Konsegwentement, l-awtorità b'koperazzjoni mal-istess Bank Ċentrali, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipproteġi s-sigurtà immedjata tas-sistema finanzjarja.", "Barra minn dan, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom, tal-inqas fuq bażi annwali, jipprovdu lill-Bank Ċentrali statistika b'informazzjoni dwar il-frodi marbuta ma' mezzi differenti ta' ħlas.", "Jekk inħarsu lejn artiklu 25 tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, qed jiġu proposti ċerti emendi rigward il-koperazzjoni u l-qsim ta' ċertu tip ta' informazzjoni kif elenkat mill-istess artiklu, fejn qegħdin naraw li l-MFSA għandha tikkomunika hi mal-EBA l-ismijiet tal-awtoritajiet jew korpi li jistgħu jirċievu tali informazzjoni u ismijiet u responsabbiltajiet preċiżi tal-persuni konċernati li għandhom jintbagħtu.", "Din l-emenda qed issir fid-dawl tal-verifika ta' konformità msemmija hawn fuq.", "Sinjura President, minkejja li dawn huma emendi tekniċi, huwa importanti li nispjegawhom biex b'mod partikolari l-istakeholders li qed isegwu din id-diskussjoni jifhmu dak li qed nispjegaw.", "Għalhekk naħseb li huwa importanti li nispjegaw kull emenda b'mod separat, anke għax dan l-Abbozz ta' Liġi qed jittratta diversi liġijiet li jitrattaw is-servizzi finanzjarji.", "Is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna huma regolati minn diversi liġijiet, allura ħafna drabi meta tintroduċi jew timplimenta direttiva jew tbiddel ċerti regoli, l-effett tad-Direttiva se jaffettwa diversi liġijiet, u għaldaqstant huwa importanti li nispjegaw id-differenza bejn emenda u oħra.", "Fil-fatt, xtaqt nagħmel referenza għall-emenda li tirrigwarda l-introduzzjoni tad-diskrezzjoni tal-Awtorità f'artiklu 6 tal-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji, fejn jingħad li l-Awtorità tista' tirtira, tissospendi, jew tagħmel restrizzjonijiet fuq liċenzja jew reġistrazzjoni inkwestjoni.", "Hawnhekk qed nitkellmu, tista' tgħid, fuq l-iktar poteri b'saħħithom li għandha l-Awtorità, u fejn qabel kien hemm l-obbligu legali li l-Awtorità tirtira liċenzja, issa ġew miżjuda l-għażliet, li ovvjament ikunu mogħnija b'raġunijiet legali u sostenibbli, li jkun hemm sospensjoni jew saħansitra restrizzjonijiet fuq il-liċenzja u r-reġistrazzjoni inkwestjoni.", "Din qed nagħmluha għax kien ikollna sitwazzjonijiet fejn l-Awtorità kienet tkun trid taġixxi fuq azzjoni li jkun hemm, però l-azzjoni ma kenitx tkun daqshekk kbira biex tirtira l-liċenzja ta' dak li jkun, però ma tkunx daqshekk żgħira biex ma teħux azzjoni fuqha.", "Din kienet tpoġġi f'sitwazzjoni daqsxejn ambigwa lill-Awtorità, għax l-unika għażliet li kellha l-liġi kienu jew li ma teħux azzjoni jew li tirtira l-liċenzja.", "Allura hawnhekk qed indaħħlu tliet livelli ta' restrizzjonijiet fuq il-liċenzja ta' sospensjoni jew ta' irtirar.", "B'hekk il-ħidma tal-Awtorità qed tagħmilha iktar effettiva, għax tkun tista' taqbad ċerti sitwazzjonijiet fi stadju bikri u tbeżbeż lill-istess operatur mingħajr ma toqgħod tistenna s-sitwazzjoni fejn il-każ partikolari jiggrava b'tali mod li jkollha tirtiralu l-liċenzja.", "B'dan il-mod qed nagħtu l-fakultà li l-Awtorità tkun tista' tintervjeni qabel, anke meta forsi l-ksur jew l-irregolarità li tkun qed issir minn dak l-operatur tkun fi stadju bikri u ma tkunx daqshekk kbira.", "Fl-emendi proposti f'subartiklu 3 (2) (a) tal-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji, li jikkonċerna s-servizzi ta' pagamenti fl-imnut għat-termini tad-Direttiva, qed jispeċifikaw numru ta' esklużjonijiet.", "Fil-fatt, kif se jkun qed jiġi spjegat, ma jeħtieġx liċenzja jew reġistrazzjoni apposta għal ċerti persuni li jwettqu ċertu tip ta' attivitajiet finanzjarji.", "Hawnhekk qed nirreferu, fost oħrajn, għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti li jsiru biss bi flus kontanti direttament mill-pagatur lill-benefiċjarju – għalhekk hawnhekk m'hawn bżonn ta' ebda intervent ta' intermedjarju – u trasport fiżiku professjonali ta' flus tal-karta u muniti, inkluż il-ġbir, l-ipproċessar u t-tqassim tat-tranżazzjonijiet.", "Għalhekk meta qed ngħidu li jkun hemm tranżazzjonijiet ta' pagamenti li jikkonsistu fi ġbir u tqassim mhux professjonali ta' flus kontanti fil-qafas tal-attività, mhux bi skop ta' qligħ jew ta' karità, s'hemmhekk qed naraw li ninkluduha wkoll fl-aspett ta' din id-Direttiva.", "Huwa importanti li jingħad li d-Direttiva PSD2 qiegħda testendi l-iskop tagħha fejn b'differenza għall-ewwel Direttiva - għax id-Direttiva fuq is-servizz ta' pagamenti PSD1 ma kenitx tagħmel dan - qed naraw li tkun applikabbli wkoll għall-pagamenti bil-muniti uffiċjali kollha u għal pagamenti fejn fornitur wieħed biss jinsab fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea.", "Mela filwaqt li taħt il-PSD1 dawn ma kenux jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva, qed naraw li l-PSD2 twessa' r-remit tagħha biex dawn jaqgħu taħt l-istess Direttiva.", "Sinjura President, l-emendi proposti jirregolaw ukoll l-introduzzjoni ta' żewġ istituzzjonijiet finanzjarji ġodda fis-suq finanzjarju Malti li joħorġu mid-Direttiva msemmija.", "Dawn huma l-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni dwar kontijiet, fejn skont l-emendi proposti għandhom bżonn reġistrazzjoni u mhux liċenzja, u l-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagamenti, fejn iż-żewġ istituzzjonijiet qegħdin jissejħu Third Party Providers (TPPs).", "Hawnhekk qed ngħidu li dawn għandhom bżonn liċenzja bħal istituzzjonijiet oħrajn.", "Minbarra rekwiżiti oħrajn li qed jiġu introdotti permezz tal-emendi inkwestjoni, jeħtieġ ukoll li l-fornituri ta' dawn is-servizzi ġodda jkollhom assigurazzjoni ta' indirizz professjonali jew garanzija li għandha paragun li tkopri t-territorju ta' fejn ikunu qed joffru jew għandhom il-ħsieb li joffru s-servizz tagħhom.", "Hawnhekk qegħdin naraw li dan isir ukoll sabiex ikun hemm iktar protezzjoni għall-utenti ta' servizz ta' pagamenti.", "Konsegwentament, id-dispożizzjonijiet ġodda f'dan ir-rigward qed jiġu proposti f'subartiklu 51 (b) tal-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji, fejn qed naraw li jilqgħu għar-rekwiżiti ġodda ta' dawn l-istess fornituri biex ikunu liċenzjati huma wkoll.", "Hawnhekk nixtieq insemmi l-isforzi l-kbar li qegħdin nagħmlu sabiex inkomplu niġġieldu l-ħasil ta' flus.", "Minkejja l-ħafna kritika, ngħid jien inġusta, li ħafna drabi ssir minn esponenti, b'mod partikolari minn ċerti esponenti tal-Oppożizzjoni sabiex jipprovaw jieħdu vantaġġ politiku, aħna għamilna l-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu bħala prijorità ewlenija fejn jidħol is-settur tas-servizzi finanzjarji.", "Nixtieq insemmi wħud mill-azzjonijiet li ħadna bil-fatti u mhux bil-paroli.", "Matul is-sena 2018 l-MFSA saħħet mhux ftit il-kollaborazzjoni ma' entitajiet kompetenti, kemm dawk lokali kif ukoll internazzjonali.", "Fosthom nistgħu nsemmu l-Fond Monetorju Internazzjonali (IMF) u l-Kummissjoni Ewropea.", "Aħna se nkomplu naħdmu fuq dan.", "Jekk wieħed jara l-MFSA, qed naraw kif se tkompli tagħmel investiment sinifikanti fil-ġejjieni f'dan il-qasam sabiex niżguraw li jkollha strutturi xierqa u pjattaformi teknoloġiċi li joperaw b'mod effettiv, effiċjenti u proattiv.", "L-Awtorità se tkun qiegħda twettaq xogħol sabiex naraw li l-profil tar-riskju tal-licence holders li qegħdin reġistrati mal-istess Awtorità fuq bażi ta' risk based approach ikun jiddetermina l-frekwenza u l-profondità tal-valutazzjoni li jkun hemm bżonn isiru fuq l-istess fornituri.", "Hawnhekk naraw li grazzi għall-investiment li se jsir fl-istess Awtorità, is-superviżjoni tal-licence holders issa se tkun tista' ssir b'mod iktar effiċjenti u b'mod dinamiku.", "Bħala parti minn sforz kontinwu biex tissaħħaħ is-superviżjoni u l-konformità fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja, fil-ġranet li għaddew l-MFSA ħabbret li se tkun qed tistabbilixxi tim speċjalizzat kontra l-attivitajiet kriminali li jistgħu jseħħu fis-servizzi finanzjarji.", "Fil-fatt, għal dan il-għan, l-MFSA se tkun qed tagħmel u diġà bdiet tagħmel użu minn tim ta' esperti Amerikani li ġew ipprovduti mid-ditta ta' konsulenza bbażata fl-Istati Uniti, FTI Consulting.", "Dan it-tim ġie mhux biss sabiex isaħħaħ ir-riżorsi tal-MFSA f'termini ta' nies, iżda se jkun qed iħarreġ ukoll il-ħaddiema fi ħdan l-MFSA sabiex jesponihom għall-aħjar metodoloġiji f'dan il-qasam.", "Hawnhekk ikolli ngħid li l-MFSA investiet ammont sostanzjali ta' riżorsi u ta' flus li jammontaw għal miljuni biex nuru b'liema serjetà qed nidħlu għal din il-ġlieda.", "Fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus, dan il-Gvern mhux qed jipprova jaqta' kantunieri, imma rajna li nqabbdu fost l-aqwa konsulenti li m'għandhomx x'jaqsmu ma' xi attività lokali.", "Lil dawn il-konsulenti li huma rispettati fuq livell internazzjonali ġibniehom hawnhekk biex mhux biss jagħmlu studji u due diligence ta' ċertu operat tal-istess liċenzjar ta' service providers jew ta' wħud li għandhom il-liċenzja mal-istess Awtorità, iżda wkoll tal-proċessi interni tal-Awtorità.", "Apparti li rajna li dawn il-konsulenti jagħtuna s-servizz tagħhom, ridna naraw li dan is-servizz ma jkunx temporanju ħalli nibqgħu naqtgħu l-frott tal-investiment li qed nagħmlu.", "Minħabba l-fatt li dan qed jiswa miljuni ta' ewro lill-pajjiż, irridu naraw li mhux sempliċement iservina għal ftit xhur, iżda jibqa' jservina għal meta jispiċċa t-terminu ta' dawn il-konsulenti.", "Għalhekk, apparti li nieħdu l-ħidma tagħhom, qed naraw li dawn il-konsulenti jagħtu taħriġ speċjalizzat lill-ħaddiema tagħna biex dan il-proċess ikun jista' jibqa' jsir b'mod kontinwu u nkomplu ninvestu fil-kapital uman li għandha l-Awtorità.", "Din l-inizjattiva hija parti mill-isforz kontinwu tal-MFSA biex tevolvi u ttejjeb l-approċċ tagħha għall-ġlieda kontra l-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu flimkien mal-FIAU.", "Din il-ġimgħa stess kont flimkien mal-Ministru għall-Finanzi li indirizza konferenza stampa, fejn flimkien mal-FIAU, is-Segretarju Permanenti Alfred Camilleri u s-Sur Joe Cuschieri CEO tal-MFSA, taw rendikont tal-miżuri u azzjonijiet li ħadu fl-aħħar snin sabiex naraw li ndaħħlu liġijiet u metodoloġiji ġodda, impjegati ġodda, investiment ġdid u naraw li l-proposti kollha li saru fil-proċessi ta' studji internazzjonali, fosthom l-EPSAP, il-Country Specific Recommendations kif ukoll in-National Risk Assessment (NRA) li sar fuq pajjiżna, flimkien mas-suġġerimenti jew kritika ġustifikata li saru minn ċerti istituzzjonijiet internazzjonali fil-proċessi li għandna bħala pajjiż, jiġu implimentati.", "Semmejna kif sal-ġimgħa l-oħra rajna li l-proposti kollha li kien hemm fl-NRA ġew implimentati.", "Dan se jpoġġina f'pożizzjoni li issa bħala pajjiż qegħdin nimirħu f'setturi ġodda li mhuwiex daqshekk faċli li wieħed jirregola, minħabba li konna l-ewwel pajjiż fid-dinja li pprovdejna leġiżlazzjoni li tilliċenzja u tirregola setturi ġodda li għandhom x'jaqsmu mal-muniti virtwali, bħall-cryptocurrency, u ma' ċertu operat ta' fintech li jaħdem fuq il-blockchain u ċertu operat ta' ieħor fintech jew operazzjonijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi finanzjarji.", "Aħna konna minn ta' quddiem u konna l-ewwel, għax mhux kulħadd kien kapaċi jagħmilha.", "Kieku kulħadd kien kapaċi jagħmilha, kieku ilha li saret, imma aħna ħadna l-inizjattiva, konna proattivi u konna l-ewwel li għamilnieha b'tali mod li llum hemm diversi istituzzjonijiet internazzjonali li jfaħħru l-proċess li qegħdin nagħmlu.", "Dalgħodu stess kont qed naqra l-Financial Times – dan hu ġurnal internazzjonali li naħseb li m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni anke għall-mod rispettat li kulħadd iħares lejh, speċjalment fil-qasam tas-servizzi finanzjarji - li kien qed jirrapporta fuq il-laqgħa tal-G20, li hija l-għaqda tal-aktar 20 ekonomija b'saħħitha fid-dinja.", "Jiġifieri l-akbar 20 pajjiż fid-dinja f'temini ta' saħħa ekonomika se jiltaqgħu flimkien u jiddiskutu temi ta' importanza internazzjonali li se jinfluwenzaw u jaffettwaw il-ħajja tagħna ta' kuljum.", "Fl-aħħar laqgħa li saret kienu qegħdin jiddiskutu b'mod partikolari kif jintegraw aktar flimkien l-ekonomija diġitali u finanzjarja, u t-threats and challenges f'dak li għandu x'jaqsam l-AI, il-5G u d-distributed ledger technologies (DLT), fejn bdew jitkellmu dwar kif din l-attività ħafna drabi ssir fil-pajjiżi l-kbar.", "Dawn qalu li ħafna drabi l-attività innovattiva tkun ikkonċentrata f'pajjiżi bħall-Amerika, l-Ġermanja u l-Awstralja, pajjiżi kbar li għandhom saħħa ekonomika u allura tkun konċentrata hemmhekk.", "Imbagħad semmew pajjiż ieħor u semmew lil Malta, fejn qalu li mhux dejjem isir hekk għax iridu jaraw kif din l-attività innovattiva seħħet f'pajjiż żgħir bħal Malta li ħa l-inizjattiva u kien l-ewwel fid-dinja biex jirregola u joffri leġiżlazzjoni għas-settur tad-DLTs, u allura raw kif pajjiżi żgħar issa qed jikkompetu f'din l-industirja.", "Fil-fatt, il-kumment tiegħi meta kont intervistat minn dan il-ġurnal kien li meta tħares lejn dawn l-industriji kompetittivi, trid tara li tkun effiċjenti u flessibbli.", "Biex forsi wieħed jifhimni aħjar, tajt l-eżemju ta' jet ski u vapur, fejn għidt li huwa ħafna aktar faċli li timmaniġġja jet ski milli timmaniġġja vapur kbir, għax meta tkun miexi b'vapur kbir, biex iddawwar ir-rotta jew iddur daqsxejn se teħodha aktar fit-tul u se jkun aktar diffiċli, għax ma tistax taqbad u ddur mill-ewwel.", "Mela jekk għandek xi ħaġa quddiemek, trid tipprepara minn qabel u ddawwar ħafna aktar bil-mod, filwaqt li jekk għandek jet ski, għax hija opra aktar żgħira li tista' timmaniġġjaha faċilment, tista' tkun aktar flessibbli u ddur mill-ewwel.", "U dak hu li qegħdin nagħmlu bħala pajjiż.", "Għandna pajjiż żgħir li hu miftuħ ħafna għall-kummerċ dinji, allura irridu ndawru l-iżvantaġġ ta' pajjiż żgħir u ta' ekonomija żgħira f'vantaġġ, u dan il-vantaġġ huwa l-flessibilità.", "Dak hu li għamilna f'dak li għandu x'jaqsam mad-DLT, użajna l-flessibilità tagħna, użajna l-fatt li meta niġu biex ngħaddu liġi għandna proċessi li ngħadduhom aktar malajr, għax għandna Parlament relattivament żgħir li wieħed jista' jitkellem miegħu u l-istakeholders ikunu relattivament iżgħar, u fejn ċerti industriji kbar ikollhom reżistenza għall-introduzzjoni ta' xi innovazzjoni, aħna le.", "Allura użajna dik il-flessibilità li għandna u dawwarnieha f'vantaġġ.", "Meta tal-Financial Times kien qed jirrapporta fuq il-laqgħa tal-G20, semma lil pajjiżna b'ismu u qal li jekk inħarsu lejn x'għamlet Malta, din tista' tkun eżempju u mera ta' inkoraġġiment għal pajjiżi żgħar oħra sabiex ikunu flessibbli f'dan is-sens.", "Jekk nerġgħu nirritornaw għad-diskussjoni li qegħdin nagħmlu fuq dan l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta diversi emendi għal diversi liġijiet finanzjarji, se nkunu qegħdin naraw li se jippemrettilna nieħdu l-industrija għal-livell ta' konformità u sofistikazzjoni li jmiss fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.", "Hawnhekk naraw l-importanza ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, għax filwaqt li qegħdin nitkellmu fuq industriji li huma sofistikati ħafna, irridu naraw li mhux biss ikun hemm investiment kif qed isir fl-awtoritajiet, iżda jkun hemm il-bażi legali li l-Awtorità jkollha s-snien u s-saħħa li tintervjeni fejn ikun hemm bżonn.", "Sinjura President, nagħlaq billi ngħid li dawn l-emendi, minbarra li se jkunu qed jagħmlu traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropa, se jkunu qed jiċċaraw xi punti legali li bihom l-interpretazzjoni tal-liġi se tkun iżjed ċara.", "Ninsab konvint li l-effett indirett ta' bosta mill-emendi se jissarraf f'aktar investiment f'pajjiżna, speċjalment fil-qasam ta' dawk li jissejħu payment institutions, kif ukoll fl-operaturi li joperaw fis-settur tal-fintech.", "Kif diġà semmejt, dan huwa settur li l-Gvern qed jagħtih importanza kbira u, kif qed naraw, irnexxielna npoġġu isimna fuq il-mappa tad-dinja f'dan is-settur.", "Diversi kumpaniji kbar f'din l-industrija qegħdin iħarsu lejn il-ġurisdizzjoni tagħna.", "Jekk naraw is-sitwazzjonijiet politiċi u ekonomiċi tal-lum, bi Brexit quddiemna, nistgħu naraw li l-fatt li Londra hija ċ-ċentru Ewropew tal-attività tal-Fintech u issa r-Renju Unit se jispiċċa joħroġ mill-Unjoni Ewropea, bħala ġurisdizzjoni jpoġġina f'pożizzjoni rispettata u aktar kompetittiva li nidħlu f'dan is-settur fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fis-settur tal-fintech.", "Il-potenzjal ta' dan il-qasam huwa ferm għoli, tant li kważi nażżarda ngħid li l-fintech se jkun wieħed mill-muturi ekonomiċi fil-qasam finanzjarju għall-għaxar snin jew l-20 sena li ġejjin.", "Għaldaqstant irridu naraw li bħala Gvern nilqgħu, kif qegħdin nagħmlu, għal dawn l-innovazzjonijiet.", "Fil-fatt, riċentement ħabbart li bħala Gvern se nkunu qegħdin inwaqqfu kumitat ġdid biex ikun hemm link diretta mal-industrija u mar-regolatur.", "Għalkemm nistgħu ngħidu li bħala Gvern għandna an open door policy u jekk titkellem man-nies fl-industrija, kulħadd jgħidlek li dan huwa Gvern aċċessibbli, fejn naraw li jiġu diskussi l-isfidi li jkollhom u jekk operatur jitlob laqgħa mal-Ministru, jew kważi, kważi, anke mal-Prim Ministru, din tingħatalu fi ftit jiem, irrid nara li jkun hemm xi ħaġa aktar formalizzata li fiha jkun hemm ir-rappreżentanti tal-istakeholders kollha, kif ukoll tar-regolatur, u jkun hemm dan il-consultative body fejn il-Gvern ikun jista' jħoss il-polz tal-industrija b'mod reali u, jekk ikun hemm bżonn, jintervjeni.", "Apparti minn hekk, se nkunu qed naraw kif dan il-consultative body se jkun responsabbli sabiex ifassal strateġija nazzjonali għas-settur tas-servizzi finanzjarji għall-għaxar snin li ġejjin.", "Minkejja li dan huwa settur b'saħħtu ħafna, b'madwar 11% għal 12% tal-ekonomija ta' Malta, li mhijiex ċajta, sfortunatament m'għandniex strateġija ta' fejn se nwasslu lil dan is-settur.", "Jittieħdu ħafna inizjattivi in a silo, fejn kulħadd jimxi b'mod differenti, però m'għandniex strateġija fejn ngħidu li rridu li sa għaxar snin oħra s-settur tas-servizzi finanzjarji jkun kiber b'ċertu persentaġġ fl-industrija tas-settur bankarju, fl-industrija tas-settur tal-assigurazzjoni, u oħrajn.", "Jiġifieri rridu naraw kif nevolvu dan is-settur sabiex nippreparaw għall-għaxar snin li ġejjin.", "Dan il-Gvern diġà wera u qed ikompli juri li hu determinat li jagħmel minn pajjiżna mhux biss ċentru ewlieni tas-servizzi finanzjarji, iżda wkoll li jkun wieħed mill-ħames ċentri tal-innovazzjoni Fintech.", "Ninsab konvint li dan se jkompli jgħin biex insaħħu l-kompetittività ta' pajjiżna u finalment joħloq iżjed impjiegi ta' kwalità.", "Xi ħaġa li nenfasizzaw ħafna f'din l-industrija u fl-industriji relatati magħha hi li dawn l-industriji ma joffrux sempliċement xogħol, iżda joffru karriera billi joffru impjiegi ta' kwalità u l-istess natura tax-xogħol tippermetti – anzi jien ngħid tagħmilha obbligatorja – li dak li jkun ikompli jaġġorna u jħarreġ lilu nnifsu maż-żmenijiet ħalli jkompli jikber fis-settur tiegħu.", "Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-Oppożizzjoni għax mill-feedback inizjali li għandna jidher li se tkun qed taqbel ma' din id-direttiva.", "Fil-fatt, fuq dan is-settur dejjem, jew ħafna drabi, kien hemm qbil.", "Għalhekk nirringrazzja lill-kelliema tal-Oppożizzjoni f'dan is-sens.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KRISTY DEBONO: Sinjura President, nirringrazzja lill-Onor.", "Silvio Schembri talli ressaq quddiemna dan l-Abbozz ta' Liġi li, kif spjega tajjeb hu, permezz tiegħu se nkunu qegħdin niddiskutu diversi liġijiet finanzjarji fejn se jiġu emendati żewġ Atti, l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju u l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji.", "L-emendi li se jsirulhom huma by and large traspożizzjonijiet sabiex il-liġijiet tagħna jiġu f'konformità mad-diversi direttivi tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew, primarjament kif spjega l-Onor.", "Dan huwa Abbozz tekniku li l-Onor.", "Schembri tkellem dwaru fid-dettall u, kif għedt, f'parti kbira minnu nsibu traspożizzjonijiet li, kif normalment isir, ġew imposti fuqna mill-Unjoni Ewropea għax huma meħtieġa mhux biss biex dawn il-liġijiet jiġu f'konformità mal-bidliet u d-direttivi aġġornati Ewropej, imma wkoll biex ikun hemm allinjament bejn dawn iż-żewġ Atti li semmejna.", "Dan l-Abbozz li għandu emendi pożittivi li jkomplu jsaħħu t-trasparenza mhuwiex wieħed kontroversjali.", "Nerġa' ngħid li huwa Abbozz pożittiv u meħtieġ, allura żgur li bħala Oppożizzjoni se nkunu qegħdin nappoġġjawh.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi ġie impost fuqna mill-Unjoni Ewropea, għaldaqstant hu importanti ħafna biex il-liġijiet tagħna jiġu aġġornati kif mistenni.", "Milli qrajt u analizzajt, il-qofol ta' dawn l-emendi se jkun l-implimentazzjoni totali tal-PSD2, direttiva purament bankarja.", "Fil-fatt jidher li ma fihiex diverġenzi fil-proċess tal-implimentazzjoni.", "Li huwa żgur hu li jeħtieġ li s-settur bankarju kollu jkun ippreparat għal dawn il-bidliet, sabiex jibdew jiġu regolati l-Payment Intiative Services Providers (PISPs), l-Accounts Information Services Providers (AISPs) u l-addozzjoni finali tad-direttivi fit-totalità tagħhom.", "Huwa importanti li s-settur bankarju jkun ippreparat għad-diversi sfidi li għandu quddiemu.", "Allura għal darb'oħra jkun inutli li niġu hawn u niffaċilitaw l-aspett regolatorju biss u jsir il-fine tuning meħtieġ fis-sistema regolatorja eżistenti jekk ma jiġix implimentat pjan ħolistiku għas-settur bankarju lokali biex nassiguraw li jibqa' sostenibbli u effiċjenti, jissaħħaħ u jerġa' jsir kompetittiv.", "Sinjura President, nemmen li s-settur bankarju lokali għaddej minn żmien kruċjali u jekk ma nindirizzawx dawn l-isfidi flimkien - jiġifieri l-Gvern flimkien mal-Oppożizzjoni, mar-regolaturi, mas-service providers u l-istakeholders kollha - bl-għan li nerġgħu nsaħħu dan is-settur billi naqblu li jeħtieġ pjan konkret u ħolisitiku ta' kif se nirrestawraw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, se nkunu verament qegħdin inkomplu npoġġu f'riskju mhux biss lis-setturi l-aktar importanti għal pajjiżna, bħas-settur tal-gaming, is-settur tas-servizzi finanzjarji, l-aspett kummerċjali u n-negozji żgħar u medji, imma se nitilfu l-abbiltà li nattiraw aktar investiment barrani dirett.", "Ma nistgħux niġu hawn u ma nsemmux l-isfida ewlenija li hemm bħalissa, li hi l-kwestjoni tal-correspondent banking.", "Dan hu suġġett li aħna tal-Oppożizzjoni matul l-aħħar snin semmejnieh konsistentement, għax is-sinjali kienu qegħdin juru li bank ewlieni f'pajjiżna li hu major player fis-settur bankarju lokali, il-Bank of Valletta, kien qiegħed jitlef correspondent banks importanti u ma kienx qed jirnexxilu jibda relazzjonijiet ġodda ma' correspondent banks kbar oħra, dawk li aħna nsejħulhom tier one, li jagħtu stabilità u kredbilità mhux biss lis-settur bankarju ta' pajjiżna, imma anke lil pajjiżna.", "Illum, sfortuntament, wasalna fl-estremità li ftit tal-jiem ilu l-ING, li hu l-aħħar correspondent bank tal-BOV, ħabbar li hu wkoll se jwaqqaf is-servizzi tiegħu lil dan il-bank lokali tagħna sal-aħħar ta' din is-sena.", "Aħna kemm-il darba ġbidna l-attenzjoni tal-Gvern dwar id-diffikultajiet kbar li qiegħed jiffaċċja s-settur bankarju lokali, mhux biss biex jiftaħ kontijiet bankarji b'mod ġenerali għal dawk il-persuni li jixtiequ jiftħu investiment u negozju f'pajjiżna, iżda wkoll fl-isfida ta' banek lokali biex iżommu r-relazzjoni eżistenti li għandhom ma' correspondent banks, però aktar u aktar biex jattiraw u jibdew relazzjonijiet ġodda ta' correspondent banking.", "Il-correspondent banks huma vitali, kruċjali u essenzjali kemm biex isiru tranżazzjonijiet kummerċjali ma' kumpaniji internazzjonali, kif ukoll biex iservu ta' dollar clearing banks, peress li d-dollaru Amerikan huwa l-aktar munita li biha jsiru t-tranżazzjonijiet internazzjonali.", "Għaldaqstant, ir-rwol ta' correspondent banks huwa kruċjali sabiex isiru ħafna tranżazzjonijiet ma' kumpaniji barranin u tranżazzjonijiet bid-dollaru Amerikan li bihom saħansitra jitħallsu kumpaniji lokali jew kumpaniji bbażati f'pajjiżna għas-servizzi li joffru jew li jieħdu minn kumpaniji madwar id-dinja.", "Se nkun ċara, kif dejjem kont, u ngħid li l-problema tal-correspondent banks ma bdietx issa u mhijiex qed tolqot lil pajjiżna biss.", "In-numru ta' relazzjonijiet ta' banek ma' correspondent banks ilu nieżel madwar id-dinja għal dawn l-aħħar snin.", "Ir-raġuni ewlenija hi li dawn il-banek qegħdin jaddottaw business models li huma ferm u ferm inqas esposti għar-riskji.", "Din bdiet isseħħ primarjament wara l-kriżi finanzjarja internazzjonali u dan wassal għall-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjonijiet internazzjonali dwar prattiċi bankarji kontra ħasil ta' flus, prattiċi ta' compliance u due diligence, fost oħrajn, li huma ferm aktar rigorużi.", "Il-fatt li għandna l-problema tad-diseconomies of scale, għax minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, il-volum ta' negozju fit-tranżazzjonijiet tal-banek lokali tagħna hu relattivament żgħir, ir-risk reward factor għall-correspondent banks biex jibdew jew iżommu relazzjonijiet ma' banek lokali hu għoli wisq, peress li għall-correspondent bank ma jkunx vijabbli ekonomikament u finanzjarjament li jidħol fi spejjeż u proċeduri ta' anti-money laundering u compliance għal volum relattivament żgħir.", "Irrid insostni li ċ-ċokon ta' pajjiżna dejjem kien dak li hu, allura din mhijiex sfida ġdida.", "Għalhekk, irrid inkun ċara daqs il-kristall u ntenni li minħabba l-fatt li l-awtoritajiet u r-regolaturi finanzjarji internazzjonali, l-aktar dawk Ewropej u tal-Istati Uniti, qegħdin jeżiġu li l-correspondent banks jagħmlu due diligence kontinwu u rigoruż, kemm fuq il-pajjiż inkwestjoni kif ukoll fuq il-banek li jkunu qegħdin jikkorrispondu magħhom u minħabba li normalment il-correspondent bank jorbot fuq id-due diligence li jagħmlu l-banek lokali fuq kull tranżazzjoni li ssir, ir-reputazzjoni ta' pajjiżna hija a major factor.", "Allura l-perċezzjoni li hemm barra dwar il-prattiċi tal-banek tagħna kontra ħasil ta' flus hija importanti ħafna biex tikkonvinċi correspondent bank jekk għandux jibqa' joffri s-servizzi tiegħu lil bank Malti jew saħansitra jibda relazzjoni ma' bank Malti.", "Għalhekk, Sinjura President, rapporti dwar prattiċi laxki jew saħansitra prattiċi ħżiena jpoġġu lill-banek lokali f'qagħda ferm aktar dgħajfa u żvantaġġjata biex jinnegozjaw ma' correspondent banks serji, stabbiliti u ta' reputazzjoni li l-banek lokali tagħna dejjem kellhom negozju magħhom.", "Irridu nammettu, għax huwa fatt, li wara l-iskandlu tal-Panama Papers, din l-attitudni ta' laissez faire mill-Gvern fil-ħidma tiegħu biex jirrestawra mill-ġdid ir-reputazzjoni ta' pajjiżna turi li l-Gvern għadu in denial dwar l-ammont ta' ħsara li saret fuq ir-reputazzjoni tagħna, li litteralment marret il-baħar f'dawn l-aħħar snin.", "Illum meta l-istituzzjonjiet finanzjarji internazzjonali u n-negozjant barrani serju jħarsu lejn pajjiżna, jaraw pajjiż fejn hemm laxkezza fil-proċeduri kontra l-ħasil ta' flus u livell għoli ta' tolleranza mill-Gvern f'dan ir-rigward.", "Hawn insemmi l-fatt li Malta rċeviet twissija f'Mejju li għadda li pajjiżna se jkun blacklisted mill-OECD sakemm ma jiġux implimentatati miżuri effettivi li jikkonvinċu li pajjiżna ma jittollerax l-abbuż fuq ir-riskju tal-bejgħ tal-passaporti li qiegħed jesponina għal riskji ta' ħasil ta' flus.", "Fil-fatt, ħames xhur wara din it-twissija, pajjiżna tniżżel fil-lista s-sewda tal-OECD peress li sar high risk għall-money laundering.", "Rapporti bħal dawn mhux talli ma jgħinux lill-banek lokali jistabbilixxu relazzjonjiet ma' correspondent banks ġodda, talli investitur serju barrani li juża l-OECD assessments bħala l-benchmark qabel ma jinvesti f'pajjiżna jitgerrex u minflok ma jinvesti f'pajjiżna jiddeċiedi li jmur band'oħra.", "Rapporti negattivi oħra tal-Unjoni Ewropea, l-indiċi globali ta' Transparency International, ir-rapport inizjali xejn pożittiv ta' Moneyval Assessment, l-iskandlu tal-Pilatus Bank u s-saga ta' Satabank, esponewna għal reputation risk kbira, allura l-isfidi għall-banek lokali biex isibu jew iżommu correspondent bank u biex jibqgħu kompetittivi qegħdin jikbru.", "Ejja ma ninsewx li l-BOV huwa player ewlieni fis-settur bankarju ta' pajjiżna u huwa l-uniku bank lokali kbir li joffri servizz lill-industrija tal-gaming, tal-virtual financial assets, tal-blockchain, u tal-payment gateways li qegħdin niddiskutu llum.", "Minħabba li l-mudell ekonomiku tal-BOV hu b'tali mod li joffri servizzi lil dawn it-tip ta' attivitajiet ekonomiċi li huma kkonsidrati bħala riskjużi, bħall-blockchain u l-gaming, huwa meqjus minn istituzzjonijiet u regolaturi Ewropej bħala bank aktar espost għar-riskji.", "Għalhekk jeħtieġ li nipproteġu ferm aktar ir-reputazzjoni tiegħu u ta' pajjiżna, għax il-possibbiltà li l-BOV u kull bank ieħor isib diffikultajiet biex jipproċessa tranżazzjonijiet fid-dollaru Amerikan, potenzjalment tista' twassal għal kolass fis-setturi ekonomiċi l-aktar importanti, dawk futuristiċi u dawk ta' value added, proprju bħas-settur tal-gaming u s-settur tal-blockchain, li tant u tant għandhom potenzjal.", "Sinjura President, għal darb'oħra rrid ngħid li ma nistgħux niġu hawn niddiskutu biex insaħħu l-leġiżlazzjoni u nitkellmu dwar it-traspożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jekk tali proċeduri ma jiġux implimentati b'mod rigoruż u effettiv.", "Huwa inutli li nsaħħu l-MFSA u l-FIAU b'aktar riżorsi u aġġornamenti fil-liġi biex nagħmluhom aktar relevanti jekk l-awtonomija tagħhom tibqa' mxekkla.", "Irrid ngħid li s-settur bankarju huwa l-aktar settur li għandu sfidi fost is-settur finanzjarju kollu.", "Napprezza, u naqbel mal-Onor.", "Silvio Schembri, li qiegħed isir tisħiħ fl-implimentazzjonijiet regolatorji u l-compliance checks, però qed ikun hemm sfidi kbar biex is-settur bankarju jibqa' sostenibbli u adegwat.", "Anke fejn jidħol l-access to finance, l-aċċess għal-loans qiegħed isir wisq diffiċli, allura l-pajjiż qiegħed jitlef wisq mill-kompetittività tiegħu, kemm biex jattira investiment dirett barrani kif ukoll għall-investitur Malti li jixtieq ikompli jinvesti u jkompli jikber.", "Illum qegħdin ngħixu f'realtà fejn qed isir kważi impossibbli li kumpaniji jiftħu kont bankarju, speċjalment għal persuni barranin.", "Żgur li d-due diligence hemm bżonnu u żgur li naqbel mal-cautious approach li qiegħed jaddotta s-settur bankarju, iżda ma nistgħux nagħlqu u noqtlu l-proċess bankarju għax mal-ħażin jeħel it-tajjeb.", "Nerġa' ngħid li huwa inutli li ġejna hawn niddiskutu, inressqu proposti u nappoġġjaw lill-Gvern fuq frameworks leġiżlattivi bħal tal-blockchain, għax ma nistgħux nieħdu l-potenzjal massimu ta' dawn is-setturi innovattivi ta' setturi bħal Fintech u lanqas tas-settur finanzjarju tradizzjonali meta r-reputazzjoni, l-attrazzjoni, il-flessibilità, il-kompetittività u s-servizz tas-settur bankarju l-ħin kollu qiegħed jiġi mminat.", "Dan għax is-suċċess ta' setturi bħall-fintech, tas-servizzi finanzjarji inġenerali, tal-blockchain u tan-negozju jiddependi b'mod dirett mill-approċċ kawt però flessibbli u kompetittiv tas-settur bankarju.", "Din il-ġimgħa l-ġurnal Times of Malta żvela korrispondenza fejn jidher li l-MFSA tat ġimgħa ċans, sa nhar il-Ġimgħa, biex il-BOV jipprepara programm – hawn qed nikkwota t-Times of Malta – ta' hefty overhaul fl-operat tiegħu.", "Nemmen li anke f'dan il-każ jeħtieġ diskussjoni serja fuq dan il-bank u l-business model tiegħu.", "Illum m'iniex qiegħda hawn biex nipproponi u nissuġġerixxi x'tip ta' business models huma, però wieħed jistaqsi jekk il-Gvern għandux jibqa' l-akbar shareholder f'dan il-bank, kif qegħdin niġġieldu l-perċezzjoni tal-influwenza politika fuq dan il-bank u x'se jkun il-pjan immedjat ta' dan il-bank, anke fejn tidħol l-isfida tal-correspondent bank.", "X'inhu l-pass li jmiss?", "Żgur li rridu naċċettaw li s-settur bankarju qiegħed jiffaċċja sfidi kbar.", "Ir-raġuni li l-BOV se jitlef l-aħħar correspondent bank tiegħu mhijiex għax huwa vittma tas-suċċess tiegħu.", "Ejjew għall-inqas, f'ġieħ is-sewwa, nirrispettaw l-intelliġenza tal-poplu Malti u Għawdxi u tan-negozjant li verament huwa kkonċernat dwar il-futur tas-settur bankarju tagħna.", "Għaldaqstant, jeħtieġ pjan t'azzjoni bi strateġija ta' komunikazzjoni ferm aħjar mal-istakeholders konċernati, għax f'dan l-istadju, id-dubji u l-ħabi jkomplu jiggravaw is-sitwazzjoni.", "Jeħtieġ pjan konkret u effettiv li jwassal għal riżultati tanġibbli, għax jekk tistaqsi lill-industrijalisti, jgħidulek li jekk qegħdin jittieħdu azzjonijiet konkreti biex nissalvagwardaw ir-reputazzjoni ta' dan is-settur u tal-pajjiż, mhumiex qegħdin jinħassu.", "Biex nikkonkludi nappella għal strateġija ħolistika f'dan is-settur kruċjali.", "M'għandix dubju li lkoll ninsabu konxji tal-isfidi kbar li għandna bħala pajjiż minħabba ċ-ċokon tagħna, id-diseconomies of scale, biex nibqgħu relevanti u kompetittivi, meta għandna quddiemna l-isfida enormi tal-correspondent banking b'mod ġenerali, il-fatt li l-Unjoni Ewropea teżiġi compliance ferm aktar rigoruż, u l-penali dejjem jiżdiedu f'każ ta' improper practices.", "Pajjiżna minn dejjem kellu dawn l-isfidi, imma grazzi għar-reputazzjoni tal-pajjiż, l-istituzzjonijiet serji u l-practitioners li huma l-prime movers f'dan is-settur, dejjem irnexxielhom jegħlbu kull sfida.", "Sinjura President, ir-realtà tal-lum hija differenti, għax illum l-akbar għadu għal dan is-settur, ngħidu x'ngħidu – mhuwiex ġust li niġu labelled li qed inkunu negattivi, għax hija realtà, huwa l-polz tas-service provider, huwa l-polz ta' kull min iħabbat wiċċu ma' dan is-settur – hija r-reputazzjoni tagħna.", "Għalhekk, jekk verament nemmnu f'dan is-settur, jeħtieġ li llum qabel għada, għax qegħdin veru tard, nuru l-impenn tagħna, inkunu proattivi u naraw li nibdew nieħdu l-ewwel passi tanġibbli u serji biex verament nibdew nirrestawraw ir-reputazzjoni ta' dan il-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GODFREY FARRUGIA: Sinjura President, meta jkolli pazjent quddiemi, jien nittrattah skont l-urġenza tal-każ.", "Meta pazjent ma jkunx f'sensih, hemm tliet affarijiet bażiċi li fil-mediċina ngħidulhom A,B,C, u dawn huma airway, breathing, circulation.", "Jiġifieri jien bħala tabib inutli mmur inwaqqaf demm ħiereġ minn ġerħa jekk il-pazjent ma jkollux in-nifs dieħel kif suppost jew qalbu ma tkunx tiffunzjona kif suppost, għax hemm affarijiet li huma vitali u għaldaqstant għandhom prijorità.", "Tgħiduli: Biex ġej?", "Ilbieraħ f'din il-Kamra, min-naħa tal-Gvern tkellmu dwar żewġ metodi kif wieħed jista' jħares lejn is-saltna tad-dritt, jew lejn l-aspett finanzjarju li huwa wieħed mill-pilastri ta' pajjiżna mill-aspett ekonomiku.", "Biex jifhmuni n-nies, jew tagħmel kollox f'daqqa jew inkella tagħmel l-affarijiet bil-mod u tintroduċihom bil-mod il-mod.", "Jien personalment, li issa ilni hawn sitt snin u b'esperjenza anke mod ieħor, fl-ebda każ minnhom ma naqbel magħhom, la mal-big bang approach u lanqas mas-sequential approach.", "Bħalissa l-kredibilità u r-reputazzjoni ta' pajjiżna mhumiex tajbin daqskemm nixtieq, allura nixtieq li l-kredibilità u r-reputazzjoni nibnuhom minnufih.", "Kulħadd jaf x'inhi s-soluzzjoni, kulħadd jaf x'miżuri għandna nieħdu, imma kultant inressqu emendi fil-liġi li huma daħk fil-wiċċ.", "M'iniex nirreferi għal din il-liġi, għax din hija traspożizzjoni ta' dak li għaddiet l-Unjoni Ewropea għal-liġi Maltija.", "Tara liġi voluminuża mill-aspett finanzjarju li tagħmel ħafna sens u hemm tliet tagħlimiet li għandna nieħdu lkoll meta tiġi formulata l-liġi.", "Iċ-ċarezza, kemm hi speċifikata, u kemm hi kapaċi biex nagħmlu riproduzzjoni ta' dik il-proċedura għax l-affarijiet huma miktuba kif suppost.", "Dawn huma tliet prinċipji li anke tabib li huwa layman jafhom, anke student tal-liġi, aħseb u ara leġiżlatur!", "Allura meta nibdew inħarsu lejn is-saltna tad-dritt b'incremental approach, insibu li wara kollox is-saltna tad-dritt tolqot l-aspett finanzjarju indirettament, u nafu kif tolqtu.", "Ilbieraħ anke fuq l-amministrazzjoni tal-Qorti – xi ħaġa li għandha x'taqsam mas-saltna tad-dritt – tkellimna fuq il-ħasil ta' flus, jiġifieri l-aspett finanzjarju.", "Mela jekk nafu x'mediċina għandna bżonn nagħtu biex pajjiżna jerġa' jibni l-kredibilità u r-reputazzjoni tiegħu, ejja nqumu minn dik ir-raqda u nagħmlu dak li verament jistħoqqilna fl-interess pubbliku u l-interess nazzjonali.", "Jien nieħu pjaċir meta tersaq liġi bħal din, nieħu pjaċir meta jersqu liġijiet bi ħsieb ċar, imma minn din in-naħa tal-Kamra jkollna niġbdu l-attenzjoni tal-Gvern – il-Gvern illum qiegħed hemm, imma għada pitgħada ma jkunx hemm, imma donnu dan ħadd ma jirrealizzah meta jkun fuq dik in-naħa – meta jressaq liġi tajba imma tkun nofs sajran, għax ikun hemm klawsoli li huma open ended u b'hekk inkunu qegħdin nagħmlu disservizz lill-pajjiż.", "Ara ma taħsbux li xi ħadd minna se jibqa' hawnhekk ad aeternum!", "Ara xi ħadd minna ma jaħsibx li hawn xi ħadd li hu indispensabbli!", "Hemm bżonn li nħarsu l-prosperità tal-gżejjer Maltin u Għawdxin, u dan irridu nagħmluh issa, anzi jmissna għamilnieh ilbieraħ u mhux illum, ħalli nibnu l-kredibilità u r-reputazzjoni tagħna.", "Jien nemmen ħafna f'pajjiżi u nixtieq naħdem ma' dawk in-nies li jridu jkabbru din l-aspettattiva.", "Din hija liġi tajba u m'hemm xejn xi tgħid fiha, imma hemm ħafna affarijiet, anke mill-aspett finanzjarju, li għandhom jersqu f'din il-Kamra biex nirranġawhom minnufih.", "Jien ninnota li l-Ministru Scicluna qiegħed jiċċaqlaq minn dan l-aspett, u dan huwa tajjeb, imma hemm bżonn jiċċaqlaq iktar, anzi hemm bżonn iħeġġeġ lil sħabu biex jiċċaqalqu.", "Biex ikollna demokrazija vera u matura, irid ikollna saltna tad-dritt li tħares l-interessi ta' pajjiżna kif suppost, l-interessi tal-Istat u mhux tal-Gvern.", "Din hija d-differenza li m'aħniex qegħdin nifhmu hawnhekk.", "Hemm bżonn li s-separazzjonijiet tal-poter u ċ-checks and balances ikunu ċari f'kollox, anke f'liġi bħal din.", "Nixtieq nappella wkoll – hawn forsi mhux qiegħed nitkellem fuq dan l-Abbozz – lill-President tar-Repubblika li hemm bżonn li l-Kostituzzjoni ta' Malta nindirizzawha kif suppost minnufih.", "Din ilna ngħiduha għal leġiżlatura wara l-oħra, l-istess bħall-proċedura ta' din il-Kamra li ilhom jgħidu minn qabel is-sena 2000 li għandha tiġi aġġornata, imma qatt ma tiġi aġġornata u nibqgħu staġnati fi status quo bħala proċedura.", "L-istess qed jiġri f'affarijiet li huma ta' interess nazzjonali.", "Il-poter mhuwiex tal-politiku, il-poter huwa tan-nies, imma jidher li din ħadd ma jrid jifhimha hawnhekk.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Jekk m'hawnx aktar rimarki, nistieden lill-Onor.", "Silvio Schembri, biex jekk jogħġbu, jagħmel il-winding up.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, l-ewwel nett nirringrazzja lill-Onor.", "Godfrey Farrugia talli pparteċipaw f'din id-diskussjoni.", "Kif smajna, naħseb li hemm qbil minn kull parti fuq l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva.", "Mill-ġdid nerġa' ngħid li din id-Direttiva se tkun qiegħda tippermetti lill-Awtorità li taħdem b'mod iktar dirett u se tippermetti wkoll l-introduzzjoni ta' servizzi ġodda u opportunitajiet ġodda, però fl-aħħar mill-aħħar se tippermetti lil pajjiżna u lill-ġurisdizzjoni tagħna li timxi pass 'il quddiem u twassal għal-livell li jmiss sabiex naraw li nibqgħu nagħmlu minn pajjiżna ċentru tas-servizzi finanzjarji.", "B'hekk ma jfissirx li tkun wasalt, imma trid tibqa' tħares 'il quddiem sabiex tkompli taġġorna ruħek mill-aspett operattiv ta' dan is-settur.", "Kif għedt, inħares 'il quddiem għax bħala Gvern dejjem indirizzajna l-isfidi li jkollna f'setturi ġodda u nidħlu għalihom b'tali mod li npoġġu isem pajjiżna fuq il-mappa tad-dinja.", "Min-naħa tiegħi m'hemmx iktar xi nżid.", "Mill-ġdid nirringrazzja lill-Oppożizzjoni tal-koperazzjoni u talli qbilna fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jemenda diversi Liġijiet Finanzjarji\" ikun moqri t-Tieni Darba.", "Il-mozzjoni għaddiet nem.", "Con. u l-Abbozz ta' Liġi ġie moqri t-Tieni Darba.", "PERMESS TAL-KAMRA", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra biex inkun nista' nressaq il-mozzjoni ħalli l-istadju ta' Kumitat ta' dan l-Abbozz ta' Liġi jsir fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "Il-permess ingħata.", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, nipproponi li dan l-Abbozz ta' Liġi jiġi ttrattat mill-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hija l-mozzjoni kif imressqa mis-Segretarju Parlamentari.", "Il-mozzjoni għaddiet nem. con.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Hawn qbil biex dan ikun il-ħin tal-interruzzjoni tax-xogħol?", "(Onor. Membri: Iva) Mela nerġa' nsejjaħ lill-Onor.", "Silvio Schembri biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.", "AĠĠORNAMENT", "SILVIO SCHEMBRI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kirjiet Residenzjali - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni - Tieni Qari; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tielet Qari.", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (amministrazzjoni aħjar tal-ġustizzja) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, issa li s-sajf daħal sew bdew isiru ħafna festi u attivitajiet, il-pajjiż miexi, u għandna ħafna xogħol għaddej.", "Il-Gvern għaddej fuq livell ta' proġetti nazzjonali.", "Jien inzertajt għamilt ġimgħa msiefer u jien u ġej hawnhekk dalgħodu rajt żewġ strutturi oħra fil-proġett tal-Marsa.", "Dan juri li x-xogħol għaddej b'ritmu mgħaġġel, mhux biss fejn jidħlu proġetti kbar jew proġetti nazzjonali, imma anke f'affarijiet individwali.", "Illum fuq il-midja soċjali qrajt li persuni li jbatu minn mard jew kundizzjonijiet rari se jkunu jistgħu jużaw iktar servizzi fl-isptarijiet.", "B'hekk qegħdin nieħdu ħsieb lill-pajjiż kemm mil-lat ġenerali u anke fejn jidħlu bżonnijiet ta' individwi biex naraw li f'dan il-pajjiż kulħadd ikun jista' jgħix aħjar.", "L-aġenda tal-pajjiż illum hija stabbli, għax għandna Gvern stabbli, u s-suċċess ta' dan il-Gvern ġej mill-fatt li għandna l-istabbilità f'dan il-pajjiż.", "Mela għandna stabbilità fuq żewġ livelli differenti.", "Għandek l-istabbilità li għandu l-Gvern, l-istabbilità li hawn fil-pajjiż u l-instabbiltà li għaddejja minnha l-Oppożizzjoni.", "L-Oppożizzjoni qed tkun konsistentement inkonsistenti fejn jidħlu diversi oqsma u materji.", "Qed tkun Oppożizzjoni li l-poplu ma jafx fejn qiegħed magħha.", "Ma nafx x'inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fuq ċerti materji mill-iktar importanti għall-familji Maltin u Għawdxin.", "Ma nafx meta kienet l-aħħar darba li smajna esponent tal-Oppożizzjoni jitkellem fuq affarijiet li jolqtu lin-nies, fuq bread and butter issues.", "Għadhom għaddejjin fuq ir-rapporti u l-gideb li ħolmu bihom qabel l-elezzjoni u fuq il-korruzzjoni li qatt ma ġiet ipprovata, u jgħajru lil dak u lill-ieħor u jipprovaw jivvendikaw ruħhom u jimminaw in-nies.", "Qed jimminaw nies saħansitra fil-Partit tagħhom stess, aħseb u ara kemm ikunu lesti jimminaw u jivvendikaw ruħhom min-nies li ma jaqblux mal-politika tagħhom!", "Oppożizzjoni dgħajfa hija detriment għad-demokrazija, u qed naraw esponenti tal-Partit Nazzjonalista li aktar moħħhom fil-Partit innifsu milli biex jaqdu dmirhom bħala Partit fl-Oppożizzjoni.", "Għalihom l-importanti hu li jirbħu l-elezzjoni, irrespettivament kif jirbħuha, jekk hux bil-gideb, bl-allegazzjonijiet foloz jew bil-fabbrikazzjonijiet u ġieli jinqdew ukoll bil-Knisja, l-aqwa li jaħtfu l-poter.", "Issa ilhom kważi seba' snin fl-Oppożizzjoni.", "Fl-2017 ħasbu li bil-gideb se jirnexxilhom jerġgħu jieħdu l-poter f'idejhom, imma ma rnexxilhomx.", "Mhux talli ma nrexxilhomx, talli l-poplu Malti reġa' tahom daqqa kbira oħra u baqgħu għaddejjin bl-istess gideb, bl-istess kantaliena, imbagħad fl-2019 il-poplu reġa' tahom daqqa ikbar.", "Illum dawn mhux qed jaċċettaw il-verdett, mhux tal-poplu, imma l-verdett demokratiku ta' sħabhom in-Nazzjonalisti stess li eleġġew Kap li mhumiex jaqblu miegħu u qed jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jimminawh.", "Jien ftit jinteressani mill-problemi li għandu l-Partit Nazzjonalista bħala Partit.", "Aħna ma jinteressaniex jekk ikunx hemm wieħed jew l-ieħor, l-importanti hu li jkollna Oppożizzjoni li taħdem u ma tkunx dgħajfa, imma tkun Oppożizzjoni li tkun tista' titkellem magħha, ħalli finalment il-poplu Malti jkollu quddiemu gvern alternattiv.", "Ma nafx meta saret l-aħħar proposta min-naħa tal-Partit Nazzjonalista biex itejjeb il-livell ta' għejxien tan-nies.", "Nistieden lil kulħadd imur ifittex, ħalli taraw meta kien.", "Kif għedt, jien ftit jinteressani mill-problemi interni li għandu l-Partit Nazzjonalista, però jinteressani l-fatt, jew iktar minn hekk jinkwetani l-fatt li hemm politiċi tal-Partit Nazzjonalista li ma jirrispettawx ċerti deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-maġġoranza tan-nies, u din hija perikoluża.", "Issa jekk din hija perikoluża għall-Partit Nazzjonalista, hija perikoluża wkoll għal Malta, għax jekk għandek politiċi li qegħdin jaspiraw li għada pitgħada jmexxu l-pajjiż u mhumiex lesti jaċċettaw il-verdett demokratiku ta' sħabhom, ma nafx kif se jkunu lesti jaċċettaw il-verdett demokratiku tal-poplu Malti.", "Fil-fatt, diġà m'aċċettawhx il-verdett demokratiku tal-poplu Malti, għax il-poplu Malti m'emminhomx meta nqdew bil-gideb u għamlu frame-up kontra l-Prim Ministru, imma baqa' f'wiċċhom għax l-elettorat Malti m'emminhomx.", "Hemm esponenti tal-Partit Nazzjonalista li għadhom qegħdin jirrepetu l-istess diska, u qed imorru barra minn Malta jkomplu jagħmlu ħsara kbira lil pajjiżna.", "Nisimgħu kuljum b'dawn l-affarijiet, imbagħad lilna jiġu jgħidulna biex ma nibqgħux nagħmlu l-ħsara.", "Aħna qed nagħmlu l-ħsara lil pajjiżna?!", "Min imur ixewwex kontra pajjiżna qiegħed jagħmilha l-ħsara, u din mhijiex l-ewwel darba!", "Jien kelli l-okkażjoni ngħid diversi drabi, anke f'dan il-Parlament, li din hija l-istess sistema li użaw fis-snin 80 meta pprovaw jiddistabilizzaw il-pajjiż.", "Dak iż-żmien mhux biss irnexxielhom jiddistabilizzaw il-pajjiż għax kienu jmorru jxewxu kontra pajjiżna barra minn Malta, imma rnexxielhom b'affarijiet oħrajn.", "Illum huwa diffiċli li jagħmlu dan, għax il-poplu tagħna fehem il-qerq tal-Partit Nazzjonalista.", "Aħna minn pajjiżna jinteressana u mhux mill-problemi li għandha l-Oppożizzjoni.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qiegħed iduq minn dak li ilna nduqu aħna għal ħafna snin, għax qegħdin jittrattawh bħalma jagħmlu lill-mexxejja tal-Partit Laburista kollha kemm huma, dawk li kellna, li għandna u għad ikollna 50 sena oħra.", "Dawn jiddemonizzaw il-Kap tal-Partit Laburista u din l-istess esperjenza bħalissa għaddej minnha l-Kap attwali tal-Partit Nazzjonalista.", "Kif għidt, aħna ma jinteressaniex mill-problemi interni tagħhom, però jinteressana mill-fatt li qed naraw li hawn politiċi li mhumiex lesti li jirrispettaw il-vot demokratiku tan-nies.", "Aħna jinteressana li l-familji jkollhom ix-xogħol, jinteressana li uliedna jibqa' jkollhom edukazzjoni tajba, jinteressana li jibqa' ġej l-investiment lejn Malta, jinteressana li l-futur ta' uliedna jkun aħjar mill-preżent.", "Aħna ngħixu biex uliedna jkollhom futur aħjar.", "Hekk qed nagħmlu u hekk se nibqgħu nagħmlu b'kull mezz li nafu, għax pajjiżna jixraqlu mhux aħjar, imma l-aħjar.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi ħafna.", "OWEN BONNICI: Sinjura President, illum ftehemt mal-Onor.", "Bedingfield biex nieħu parti mill-Aġġornament għax irrid nibgħat messaġġ ta' ringrazzjament lil dawk il-komunitajiet fid-diversi rħula u bliet f'pajjiżna li bħalissa għaddejjin jorganizzaw festivals importanti ħafna li jagħtu l-ħajja lill-irħula tagħna.", "Aħna l-Maltin ngħidulhom festi, u hekk huma, però fil-verità huma festivals.", "Lil dawn l-organizzazzjonijiet fid-diversi rħula li jagħmlu festi għal ġimgħa sħiħa, ġurnata wara l-oħra b'attivitajiet ippakkjati bl-attività, nixtieq nirringrazzjahom.", "Jien inħobb ħafna lil min jieħu sehem f'dawn il-festi li jkun hemm fl-irħula, għax huma jagħmlu biċċa xogħol li kieku kellu jidħol għaliha l-Gvern żgur li ma jirnexxilux.", "Immaġinaw kieku l-Gvern kellu jorganizza festivals kull ġimgħa f'kull raħal u belt ta' pajjiżna għal darbtejn, għax hemm ċerti rħula li għandhom żewġ festi jew anke tlieta ta' valur importanti ħafna.", "Jekk ikollok tagħti prezz għax-xogħol li jagħmlu l-voluntiera, żgur li nkunu qed nitkellmu dwar miljuni kbar ta' investiment li jsir fl-ibliet u l-irħula ta' pajjiżna.", "Għalhekk bilfors irrid nibgħat dan il-messaġġ ta' ringrazzjament talli l-kultura qed iressquha tant 'il quddiem.", "Huwa l-pjaċir tiegħi li nkun preżenti fil-lejla meta jsir il-kunċert fuq il-famuż planċier u nara anzjani jisimgħu kompożizzjonijiet ta' Giuseppe Verdi, ta' Pietro Mascagni u ta' diversi kompożituri, fejn kieku ma kienx għall-banda li tkun qed tagħmel dik ir-rappreżentazzjoni, naħseb li ħafna minn dawk il-persuni ma jkollhomx l-opportunità li jduqu dawk il-biċċiet ta' xogħol, fejn tingħata spjegazzjoni u jkun hemm daqsxejn kuntest.", "Dawn huma kollha affarijiet importanti ħafna.", "Jien ngħid li fejn il-Gvern kultant ifalli, is-soċjetajiet mużikali jaslu qabilna għand il-pubbliku.", "Meta tara ċerta appartenenza għas-soċjetà mużikali, taf li jekk tixtieq taħdem ma' dawn is-soċjetajiet mużikali se jġibulek udjenzi li kieku żgur mhux se jattendu għall-performances kulturali li ġieli norganizzaw bħala Gvern.", "Il-prinċipju kardinali hu li aħna nixtiequ li kull familja f'pajjiżna dduq prodott kulturali ta' kwalità.", "Dik hija l-mira tagħna bħala Gvern.", "Li jkollok soċjetajiet mużikali li qed jagħmlu dan ix-xogħol bla ħlas, b'ħafna membri li jipparteċipaw, hija xi ħaġa li bħala bniedem li nħobb il-kultura timlieni b'sens ta' gratitudni lejn dawn in-nies li jagħmlu ħafna xogħol.", "Naturalment, il-Gvern irid jgħin lis-soċjetajiet mużikali u jagħtihom l-appoġġ kollu biex ikomplu għaddejjin b'din il-ħidma, u anke biex isaħħu l-kwalità tal-prodott kulturali.", "Irrid insemmi xi affarijiet li qed nagħmlu bħala Gvern biex ngħinu kemm nistgħu lil dawn is-soċjetajiet mużikali fix-xogħol li jagħmlu biex itellgħu dawn il-festivals – li jien qed insejħilhom festi – għal ġimgħa sħiħa b'tant ħeġġa u kwalità.", "Hemm ukoll il-piroteknika, li f'pajjiżna għandna talent straordinarju.", "Kieku kellna nkunu tajbin fil-futbol daqskemm aħna tajbin fil-piroteknika, kieku xbajna nirbħu t-tazza tad-dinja!", "Għandna settur fejn tant aħna tajbin u neċċellaw li meta nipparteċipaw f'xogħol barra minn Malta, dejjem niġu minn ta' quddiem.", "Allura jien jidhirli li jekk għandna xi ħaġa fejn il-Maltin għandhom talent u ssib anzjani u żgħażagħ jipparteċipaw u jagħmlu ħafna ħin hemmhekk minn qalbhom, l-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu bħala Gvern hi li ngħinu lil dawn il-pirotekniċi.", "Jien naf li kien biss fl-aħħar sentejn li l-kmamar tan-nar ingħataw xi tip ta' għajnuna, għax qatt ma kienu ngħataw għajnuna finanzjarja diretta minn kwalunkwe gvern.", "Kemm ġew gvernijiet qabel, l-ebda kamra tan-nar ma ngħatat xi għajnuna finanzjarja diretta.", "Aħna ridna nbiddlu din il-prattika ħażina u fil-fatt din hija t-tieni sena li kull kamra tan-nar ingħatat għotja ta' €5,000 biex ikunu jistgħu jinvestuhom mhux fin-nar, għax huma biex jaħdmu n-nar, jiġbru l-flus u jagħmlu fund raising biex jixru l-materjal, imma biex tissaħħaħ is-sigurtà.", "Jien nieħu gost ħafna li mmur inżur kmamar tan-nar u jgħiduli li bis-saħħa tal-€5,000 li tajniehom għamlu serra fejn inixxfu x-xogħol u b'hekk ikun hemm serħan il-moħħ li l-ilma żgur ma jitħallatx mal-materjal.", "Jgħiduli wkoll li bis-saħħa tal-flus li tahom il-Gvern għamlu xogħol biex jirranġaw l-art u b'hekk qed jitnaqqas ir-riskju li xi ħadd iweġġa' waqt li jkun qed iġorr il-materjal.", "Dan huwa kollu xogħol li n-nies li jaħdmu fil-piroteknika japprezzawh immens u nista' ngħid li l-pirotekniċi, għall-ewwel darba f'ħafna snin, qed iħossuhom li qed ikollhom parti fis-settur kulturali.", "Għalija, min jaf jaħdem in-nar, huwa artist daqskemm min jaf idoqq il-vjolin jew daqs min jaf jirreċta l-aqwa dramm ta' Shakespeare.", "Qed ngħid hekk għax il-pirotekniku jpinġi fuq tila fis-sema.", "Naħseb li rridu napprezzaw ix-xogħol tal-pirotekniċi Maltin u rridu nenfasizzaw kemm il-Maltin għandhom għal qalbhom il-piroteknika.", "L-esperjenza li għandi hi li meta niddedikaw ftit flus biex nagħmlu festival tan-nar, ir-ritorn ikun straordinarju, fejn jiġu ħafna nies jaraw prodott kulturali.", "Kultant ngħid li kieku ma ġewx hawn illejla jaraw dan il-prodott kulturali, probabbilment ħafna familji jew marru jieklu jew marru jixtru xi ħaġa, u hekk qed jipparteċipaw fi prodott kulturali li jgħin biex it-tessut soċjali u kulturali jikber u jimxi 'l quddiem.", "Ix-xewqa li għandi hi li iktar ma n-nies jersqu lejn il-kultura, jipprovaw iduqu forom differenti tal-kultura.", "Nixtieq li nippopolarizzaw il-kultura u niddemokratizzawha ħalli ma tibqax tal-ftit.", "B'hekk ħafna nies iduqu mill-benna kulturali u iktar nies ikunu avventurużi.", "Jien inkun irrid li wara li wieħed jipparteċipa fis-settur kulturali popolari, jipprova jimraħ għal xogħol kulturali ieħor.", "X'inhi d-differenza bejn forma ta' arti u oħra?", "Meta toqgħod tqis, l-arti hija dwar is-sbuħija, dwar il-kulur li jagħmel il-ħajja tagħna aħjar.", "Nixtieq ħafna li bis-saħħa tal-ingaġġ li għandna fil-pubbliku nkunu nistgħu mmexxu 'l quddiem din il-ħaġa.", "Nieħu gost nara soċjetajiet mużikali li jagħmlu ħilithom kollha biex itellgħu xogħol diffiċli, u jagħmlu dak il-pass 'il fuq għall-orgolju biex iwasslu l-kultura dejjem iktar lejn il-pubbliku.", "Sinjura President, jien nemmen li l-pass li jmiss fis-settur kulturali huwa li ninvestu fil-komunitajiet tagħna.", "Din mhijiex xi buzzword, imma nemminha verament.", "Jien jidhirli li wara li ffokajna tant fuq il-Belt Valletta - u se nibqgħu niffokaw fuqha, tant li waqqafna l-Valletta Cultural Agency (VCA) - issa l-missjoni tagħna hi li ninvestu fi prodotti kulturali ta' kwalità fl-irħula u l-bliet ta' pajjiżna.", "Pereżempju, nixtieq li koppja minflok ma tmur il-Belt biex tara teatru ta' kwalità, tkun tista' tmur f'xi raħal.", "Għalhekk, investejna billi tajna €1 miljun bejn tliet għaqdiet fiż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Tas-Sliema biex jiżviluppaw it-teatru tagħhom.", "Ladarba dan ix-xogħol ikun lest, meta Teatru Malta ttella' xi produzzjoni teatrali – li huwa tarbija oħra ta' dan il-Gvern – mhux bilfors ittellagħha f'St James Cavalier, jew it-Teatru Manoel, jew il-Mediterranean Institute Theatre Programme (MITP), imma tista' ttellagħha Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun jew Tas-Sliema.", "B'hekk il-familji jistgħu jmorru fl-irħula biex isservihom bħala ħarġa u jersqu iktar viċin il-prodott kulturali.", "Għalija s-suċċess ikun jekk il-kultura tmur għand iktar u iktar nies, però hemm dimensjoni oħra tal-kultura.", "Jien tkellimt dwar id-demokrazizzazzjoni tal-kultura, li noħolqu udjenzi u li iktar nies iħobbu l-kultura.", "Tkellimt dwar il-kwalità, fejn aħna rridu ntejbu l-prodott kulturali, imbagħad hemm id-dimensjoni l-oħra li l-kultura għal ħafna nies hija l-post tax-xogħol tagħhom, u dan l-ammont sploda 'l fuq fl-aħħar sitt snin.", "Illum hemm eluf ta' nies li jaqilgħu x'jieklu mill-kultura.", "Dan huwa qasam kruċjali u importanti ħafna, u aħna għandna l-obbligu li nkomplu ninċentivawh.", "Pereżempju, aħna għamilna wegħda elettorali li lil min jgħix mill-kultura, nagħtuh privileġġ billi fejn jidħol l-ippjanar tat-taxxa tiegħu, ikun jista' jikkalkula t-taxxa li jrid iħallas mhux sena, sena, kif jagħmel ħaddieħor, imma fuq bażi ta' tliet snin, pereżempju f'każ li jkun hemm kantant li din is-sena jkun qed jikteb il-kanzunetti, is-sena d-dieħla jkun qed jirrekordjahom u s-sena ta' wara jbigħhom.", "B'din is-sistema jkun jista' jagħżel hu meta jiddikjara d-dħul li jkun daħħal fuq bażi ta' tliet snin.", "Din hija wegħda elettorali li ninsabu impenjati li naħdmu fuqha biex titwettaq.", "Aħna rridu ninċentivaw is-settur kulturali, għax huwa wkoll niċċa ekonomika b'saħħitha ħafna.", "Jien dejjem ngħid u nikkwota lil xi ħadd li għandu mid-divin u mhux bħalna l-umani, li l-bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss, u verament nemminha din.", "Hemm diversi mezzi kif tkejjel jekk pajjiż huwiex sinjur jew le.", "Hawn min ikejjel jekk pajjiż huwiex sinjur billi jara kemm hemm flus fil-banek.", "Lili l-flus fil-banek qatt ma impressjonawni u mhux se jimpressjonawni issa li qed nikber.", "Fil-fehma tiegħi, tkejjel kemm pajjiż huwa sinjur billi tara kemm għandu apprezzament għall-prodott kulturali, kemm jaħseb, kemm hu riflessiv, kemm juża moħħu u kemm juża ż-żmien li silifna l-Mulej biex mhux sempliċement ngħixu u naħdmu, imma nagħmlu differenza fis-soċjetà fejn ngħixu.", "Il-kultura u l-arti hija l-opportunità u l-possibbiltà li nagħtu kulur fejn ikun hemm l-abjad, l-iswed u l-griż.", "Allura rridu ninvestu, għax pajjiż b'saħħtu huwa pajjiż li jħobb is-settur kulturali.", "Aħna, min-naħa tagħna, qegħdin miftuħin beraħ sabiex inkomplu nagħmlu aċċenn fuq il-komunitajiet tagħna.", "Semmejt it-teatru u l-piroteknika, però hemm oqsma oħrajn, inkluż l-kor, il-kant, iż-żfin u, jekk tinnotaw, fuq kull aspett aħna ħloqna kumpanija nazzjonali biex tinċentiva l-kwalità.", "Jekk qed nitkellmu fuq iż-żfin, għandna Żfin Malta.", "Jekk nitkellmu fuq il-kor, hemm Kor Malta.", "Jekk nitkellmu fuq it-teatru, hemm Teatru Malta.", "Aħna rridu ninċentivaw il-kwalità, u l-messaġġ tiegħi huwa biex tispiċċa l-qasma li jien inħossha ħafna bejn min iħares 'l isfel u min iħares 'il fuq fil-qasam tal-kultura.", "Jien nixtieq li niġu f'sitwazzjoni fejn xi ħadd li qiegħed jagħmel prodott kulturali fl-iktar raħal ċkejken u fl-iktar triq imbiegħda li għandna f'pajjiżna, iħossu kburi li qed imexxi 'l quddiem il-kultura daqs l-aqwa kantant li qed jagħmel suċċess mal-isfera internazzjonali, għax essenzjalment qegħdin jagħmlu l-istess ħaġa, qed iwasslu l-prodott kulturali għand l-udjenzi.", "Allura jien nixtieq li nibqgħu nieħdu l-miżuri biex tingħeleb il-qasma kulturali li hemm – to bridge the cultural divide - sabiex nagħmlu differenza verament għall-aħjar.", "Naħseb li jekk jirnexxilna nagħmlu din ir-revoluzzjoni kulturali li nsaħħu l-udjenzi, insaħħu l-kwalità u noħolqu niċeċ ekonomiċi fis-settur kulturali, inkunu qed inħallu lil ta' warajna pajjiż aħjar milli sibnieh.", "Nirringrazzjak, Sinjura President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri.", "Fis-6.24 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "ĦAL GĦAXAQ - ĦLAS TA' KUMPENS GĦAL ESPROPRJU TA' ART", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-proċeduri għall-ħlas tal-esproprju ta' Triq Patri Girgor Grima ma' Triq il-Qattus Ħal Għaxaq sabiex tiġi estiża triq pubblika (Ref 256/18)?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li b'referenza għat-talba illi saret għall-esproprju fi Triq Patri Girgor Grima ma' Triq il-Qattus Ħal Għaxaq, ġie kkonfermat illi l-Awtorità tal-Artijiet ħadet il-passi neċessarji biex tinforma lill-avukat tal-klijent illi ġie nfurmat b'ittra, datata 23 t'Ottubru 2018, li t-talba tiegħu ġiet mgħoddija lil Transport Malta (TM).", "Infurmati wkoll li f'ittra datata 21 ta' Gunju 2013, TM kienet digà infurmat lill-perit li kiteb għan-nom tal klijent fejn ġie indikat illi l-art saret bi żvilupp ċjoè biex jingħata aċċess għall-proprjetajiet oħra u għaldaqstant ma sar l-ebda esproprju minn entità governattiva.", "TM infurmat ukoll lill-perit li jekk kellha ssir talba għal kumpens, din kellha ssir lil min għamel dan l-iżvilupp.", "It-TM infurmaw ukoll lill-Awtorità tal-Artijiet li l-pożizzjoni tagħhom għadha bħal dik tal-2013.", "Il-kopji tal-ittri msemmija fit-tweġiba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "ITTRI UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi indikati taħt l-artikolu 166A tul dawn l-aħħar ħames xhur ta' din is-sena?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta' Malta ġew ippreżentati 1,335 ittri uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap.", "12 mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju 2019 – 61 ittra uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u 1,274 ittra uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.", "Fil-Qorti Għawdex ġew ippreżentanti 61 ittra uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap.", "12 mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju 2019 – 2 ittri uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u 59 ittra uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.", "ARBITRAĠĠI ĠODDA RREĠISTRATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi ġodda tul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena u jindika kemm kienu volontarji, internazzjonali u mandatorji, kif ukoll kemm ġew deċiżi jew konklużi fl-istess żmien?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju 2019 ġew ippreżentati fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta' Malta 94 każ, li minnhom 83 kienu arbitraġġi mandatoriji, 4 kienu arbitraġġi volontarji u 7 kienu arbitraġġi internazzjonali.", "Matul l-istess perjodu ġew deċiżi 89 każ.", "TRIQ TAĊ-ĊAWSLI – FONDI UTILIZZATI MILL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-risposta għad-domanda 10297, jista' l-Ministru jindika għat-triq partikolari magħrufa bħala \"Taċ-Ċawsli\" kemm ġew utilizzati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li Infrastructure Malta lestiet xahar qabel iż-żmien il-proġett ta' bini mill-ġdid ta' Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, ir-rotta ewlenija bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, li qabel kien jisimha Triq Bormla u hija magħrufa wkoll bħala \"Taċ-Ċawsli\".", "B'investiment ta' €4 miljun, din it-triq issa mhux biss fiha karreġġjata ġdida għall-karozzi imma għandha wkoll korsija għar-roti u passaġġ pavimentat għall-mixi mifrudin mill-korsiji tal-karozzi bir-ringiela siġar taċ-ċawsli li ġew inkorporati fid-disinn ġdid tagħha.", "Il-korsija tar-roti sseparata mill-karozzi, iżda xorta waħda miksija bl-asfalt, hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha f'Malta.", "B'hekk toffri l-istess kumdità ta' sewqan daqs li kieku qed issuq fi triq normali bl-asfalt iżda b'inqas riskji ta' aċċidenti għaliex dawk li jivvjaġġaw bir-roti ma jkunux qed isuqu mal-karozzi.", "Oriġinarjament, dan il-proġett kien ippjanat li jkun lest fis-sajf li ġej.", "Madankollu, Infrastructure Malta kkordinat ix-xogħol b'attenzjoni sabiex il-kuntratturi setgħu ilestuh fl-inqas żmien possibbli, xahar qabel jibda s-sajf.", "Dan ir-riżultat inkiseb minkejja li t-triq ma ngħalqitx kompletament waqt li kienet qed tinqala', iżda saru arranġamenti biex tibqa' miftuħa f'direzzjoni waħda.", "B'hekk, ix-xogħol sar b'inqas diffikultajiet għar-residenti Żwieten u Żabbarin.", "Din l-arterja tintuża minn ħafna persuni li jgħixu jew jaħdmu fil-lokalitajiet tal-inħawi, fosthom Ħal Tarxien, il-Fgura, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Qasam Industrijali ta' Bulebel u l-Kottonera.", "Għal ħafna snin, it-triq kienet tħalliet fi stat ħażin ħafna tant li l-wiċċ tat-triq kien sfronda, bil-konsegwenza li bdiet iżżomm l-ilma u toħloq ħafna diffikultajiet għal dawk li jkollhom bżonn jgħaddu minnha.", "Taħt partijiet mit-triq instabu barrieri ta' snin ilu li meta ma baqgħux jintużaw kienu ntradmu bi skart tal-kostruzzjoni u materjal ieħor li ma kinux jifilħu biex fuqhom issir triq.", "Dan ir-radam issa tneħħa u floku saru sisien b'saħħithom mibnija b'madwar 1,790 blokka tal-franka u 3,000 tunnellata konkos, li flimkien jiżnu mas-6,000 tunnellata.", "Fl-istess ħin li kienu qed jinbnew mill-ġdid il-pedamenti tat-triq, Infrastructure Malta poġġiet 3.3 kilometri pajpijiet ġodda għas-servizzi tal-ilma, tal-elettriku, tal-Internet u t-telekomunikazzjoni, kif ukoll katusi ġodda għad-drenaġġ, biex b'hekk saħħet id-distribuzzjoni ta' dawn is-servizzi fil-lokalitajiet tal-madwar.", "Biex jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar fit-triq, saret ukoll sistema ġdida ta' 2.5 kilometri għall-ġbir tal-ilma tax-xita li tqabbdet ma' ġibjun li diġà kien hemm fil-post.", "Fil-ġenb inbena wkoll ħajt tas-sejjieħ biex jifred it-triq mill-għelieqi li hemm biswitha.", "Din il-konnessjoni bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun issa tista' titgawda wkoll għal skop ta' rikreazzjoni billi toffri mixja għall-arja jew inkella dawra bir-rota f'ambjent tal-kampanja mill-isbaħ u b'mod sigur, f'passaġġi għar-roti u l-mixi maqtugħin għalihom mill-karozzi.", "It-triq sarulha wkoll għadd ta' waqfiet għall-karozzi tal-linja aktar siguri għal dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, sistema ġdida ta' dwal fit-triq b'aktar minn 100 bozza LED, waqt li nbnew ukoll mill-ġdid il-junctions tar-roundabouts li hemm maż-żewġt itruf tat-triq f'Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.", "Parti minn dan il-proġett, fis-somma ta' €1,090,468.16 (mingħajr il-VAT), kienet finanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF), bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091.", "FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI – FONDI UTILIZZATI", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jindika kemm fondi ġew utilizzati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant, skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, li l-ammont ta' fondi li ġew utilizzati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo huwa ta' €13,658,124.08.", "Ħ'ATTARD – PROĠETT TAS-CENTRAL LINK", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ġodda 'of the proposed junction upgrading and road widening to existing roads and construction of new schemed road' għal PA/09890/17?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li d-dokumenti mitluba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iskema ta' boroż ta' studju fil-qasam sportiv?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kopja tal-iskema ta' boroż ta' studju mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "CARAVANS – LOKALITAJIET FEJN PERMESSI", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess li dawk li għandhom caravans jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-liġijiet Maltin?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.", "SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI LI MA BAQGĦUX FIL-KARIGA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 6 'il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar, minn Marzu 2013 'il hawn?", "JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati li telqu mis-servizz pubbliku wara li rriżenjaw mill-pożizzjoni tagħhom fi grad 6 'il fuq minn Marzu 2013 'il hawn huwa ta' 14.", "Dawn huma maqsuma hekk :", "12-il persuna minn skala 1 sa skala 4 (in-numru jkopri l-Gvern kollu għaliex uffiċjali f'dawn l-iskali jinħatru mill-OPM).", "2 persuni minn skala 5 sa skala 6 (in-numru jkopri l-OPM biss).", "BIRKIRKARA – DWAL FI TRIQ NOTABILE, ARKATI TAL-AKWEDOTT U L-ĠNEJNA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq l-Indjana, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara li ilha fi dlam ċappa għal ħafna ġranet, flimkien mal-arkati tal-akwedott u l-Ġnejna, jiġu mixgħula mill-ġdid mill-aktar fis?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara li l-ilment imressaq mill-Onor.", "Interpellant ġie mgħoddi lill-entità kkonċernata.", "BIRKIRKARA: TRIQ IL-KNISJA L-QADIMA – KONTENITURI GĦALL-ISKART U TNEĦĦIJA TA' ĦAXIX ĦAŻIN", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li jiżdiedu d-dog bins u l-litter bins fit-traffic island tal-parking space ta' Triq il-Knisja l-Qadima faċċata ta' Triq Karm Zerafa, Birkirkara kif ukoll it-tindif ta' ħaxix ħażin li kiber mal-bankini fl-istess triq?", "OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara li t-talba għall-bins qiegħda tiġi evalwata mal-kuntratturi responsabbli.", "Ninsab infurmat ukoll li l-qtugħ ta' ħaxix ħażin fiż-żona diġà sar.", "Peress li mhux qed jintuża bexx, il-ħaxix jibqa' jikber u qed tkun problema biex wieħed imantnih fuq bażi regolari.", "PROĠETTI TA' KOSTRUZZJONI – UŻU TAL-KANTUN", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8120 u 8289 u tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum?", "Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stone (kantun) fuq kull proġett?", "Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "SKOLA PRIMARJA FIR-RABAT GĦAWDEX - TENDERS GĦAL XOGĦOL TA' SKAVAR U PILING", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħarġu u għalqu t-tenders biex isir xogħol ta' skavar u piling u li dan ix-xogħol, skont it-tender li ħarġet, għandu jsir f'għaxar ġimgħat, jiġifieri fix-xhur ta' Lulju u Awwissu 2019, fuq il-post fejn hi ppjanata li ssir l-Iskola Primarja fir-Rabat Għawdex u dan minkejja li l-permessi meħtieġa min-naħa tal-PA għadhom ma ħarġux?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tender li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ħarġet bi ftehim mad-Dipartiment tal-Kuntratti.", "Dan sar minħabba l-urġenza li fir-Rabat Għawdex ikollna skola primarja ġdida fl-iqsar żmien possibbli.", "Inserraħ ras l-Onor.", "Interpellant li l-ebda xogħol mhu se jsir qabel mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada jkollha permess validu mill-Awtorità għall-Ippjanar.", "ARKIVJI NAZZJONALI U LIBRERIJA TAL-VAJRINGA – TENDER GĦAL INTRUDER SYSTEM", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 9819 u 6166, jista' l-Ministru jgħid liema Ministeru qed jieħu ħsieb iħejji d-dokumenti tat-tender biex issir Intruder system ġewwa s-swali u l-kmamar tal-Arkivji Nazzjonali u l-Librerija tal-Vajringa?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-bażi teknika tad-dokument qed tiġi kkordinata mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.", "XEWKIJA GĦAWDEX: TRIQ IL-BIĊĊERIJA U TRIQ IL-PITKALIJA – PREŻENZA TA' FIRE ENGINE", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġurnata tat-Tnejn 13 ta' Mejju 2019 fil-ħin ta' filgħodu kienx hemm fire engine għal ammont konsiderevoli ta' ħin f'partijiet minn Triq il-Biċċerija u Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex?", "Jista' jgħid għalxiex intużat u min talab is-servizz ta' din il-fire engine dakinhar f'dawk il-ħinijiet?", "MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali): Nikkonferma li kien hemm fire engine fi Triq il-Biċċerija nhar it-Tnejn 13 ta' Mejju bejn l-10:35 sal-11:15 wara li daħlet telefonata li kien hemm demm tal-annimali mal-art u li dan seta' joħloq periklu għas-sewwieqa.", "Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post u neħħew id-demm permezz tal-ilma.", "ĦONDOQ IR-RUMMIEN – SPEZZJONI MILL-UFFIĊJALI TAL-MINISTERU", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-8 ta' Frar 2019 saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex fin-niżla li twassal għall-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien?", "Interpellant li l-uffiċjali tal-Ministeru għal Għawdex għaddejjin b'ħidma kontinwa madwar Għawdex kollu.", "BIĊĊERIJA TA' GĦAWDEX – ĦRUĠ TA' DEMM FIT-TRIQ", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li fil-ħin ta' filgħodu tal-ġurnata tat-Tnejn 13 ta' Mejju 2019 kien hemm ammonti kbar ta' demm imxerred mal-art, eżattament quddiem il-biċċerija ta' Għawdex u sa parti kbira minn Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex?", "Ta' xiex kien dan id-demm?", "Tista' tgħid x'azzjonijiet ittieħdu biex dan id-demm jinġabar u tgħid ukoll kif inġabar biex ma jmurx fit-water table u fil-Wied ta' Żejta?", "Tista' tgħid ukoll jekk l-uffiċjali tas-Sanità ġewx imsejħa fuq il-post?", "Qiegħda ssir xi investigazzjoni min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex fuq dan il-każ?", "Interpellant li l-likwidu li għalih qed isir referenza ma kienx demm imma ilma tal-ħasil ta' wara l-qatla.", "Dan il-likwidu jmur f`fosos differenti minn dak li jinġabar fih id-demm.", "Id-demm tal-qatla jinġabar f`tank apposta li eventwalment jintbagħat Malta għall-inċinerazzjoni.", "Fil-ġurnata msemmija, waħda mill-katusi li jilqgħu fiha l-ilma tal-ħasil instaddet b`konsegwenza li ħareġ ftit ilma tal-ħasil, liema katusa nfetħet immedjatament qabel ma kompla għaddej il-ħasil tal-biċċerija.", "Għaldaqstant ma saret l-ebda investigazzjoni.", "MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U UGWALJANZA - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tagħha biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦALL-FINANZI - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "KONRAD MIZZI (Ministru għat-Turiżmu): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10649.", "IL-MIŻIEB - ĦRUQ FIL-MASĠAR", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni tal-ħruq li ġarrbu parti kbira mis-siġar li jinsabu fil-masġar tal-Miżieb fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet?", "Jista' jikkwantifika kemm kien l-ammont ta' siġar li nħarqu fl-istess post?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima diġà ħa l-inizjattiva u għamel diversi spezzjonijiet kif ukoll analiżi dettaljata tan-nirien li ħakmu l-Miżieb.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li l-investigazzjonijiet qegħdin jitmexxew mill-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili.", "Mill-analiżi li għamlet AmbjentMalta u l-ERA, qed jiġi kkalkulat li madwar 15-il ettaru ta' art b'siġar tal-Prinjol, Ewkaliptus, Acacia u Żebbuġ inħarqu f'dan l-inċident.", "Qed jiġi stmat li madwar 4,600 siġra nqerdu fin-nirien li ħakem il-Miżieb bejn is-Sibt 22 u Ħadd 23 ta' Ġunju.", "GĦAWDEX - UFFIĊĊJU TAL-AWTORITÀ GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-ftuħ f'Għawdex tal-uffiċċju tal-Awtorità għall-Kompetizzzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, tista' l-Ministru tgħid kemm, fil-preżent, hu n-numru tal-impjegati f'dan l-Uffiċċju?", "Tista tgħid x'inhuma l-gradi ta' dawn l-impjegati u tgħid kemm minnhom kienu jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Awtorità f'Malta?", "Interpellant li għandu jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.", "ESTIMI FINANZJARJI SUPPLIMENTARI 2018 – VOT 39: MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - CONTRACTUAL SERVICES", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Operational and Maintenance Expenses - Item 30 ġew ivvutati €420,000 addizzjonali għal Contractual Services, tista' l-Ministru tgħid x'kienu dawn is-servizzi li wasslu biex ikun hemm bżonn ta' din iż-żieda?", "Interpellant li ż-żieda fl-ispiża kienet dovuta għal ingaġġar tas-security services, kemm fil-binja tal-Ministeru kif ukoll f'bini ieħor tal-Ministeru, servizzi ta' cleaners, servizzi relatati ma' skart organiku tal-annimali (slurry) u fuq konsulenza dwar riformi fil-Gozo Channel Operations Limited.", "DĦUL MILL-ECO-TAX TAT-TURIŻMU", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ddaħlu mill-eco-tax tat-turiżmu għas-snin 2016, 2017, 2018 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija għas-sena 2019 (separatament)?", "Tista' tagħti rendikont fejn ġew investiti dawn il-finanzi?", "EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' Tqegħid ta' Karti.", "Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor.", "Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.", "BAJJA TAL-GĦADIRA – ZEBRA CROSSING FIL-PROMENADE", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jara li ż-zebra crossing li tinsab f'nofs il-promenade tal-Bajja tal-Għadira (ritratt tagħha qed jingħata separatament) (anness fl-aħħar tad-dokument) issirilha l-manutenzjoni meħtieġa sabiex jitneħħa l-periklu li qed joħloq il-fatt li d-dawl tagħha qed ikun mitfi u li allura jfisser li din mhix tiffunzjona?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien informat mill-Awtorità tat-Trasport, li nhar il-25 ta' Ġunju 2019 daħal rapport għand Transport Malta dwar din iz-zebra crossing.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-għada, is-26 ta' Ġunju, saret it-tiswija meħtieġa biex id-dawl jinxtegħel matul il-lejl.", "Il-ħsara fuq din l-msemmija Belisha lights ma kenitx ikkawżata minħabba nuqqas ta' manutenzjoni iżda għax ġarrbet xi ħsarat oħra.", "RABAT GĦAWDEX – BINI TA' SKOLA PRIMARJA ĠDIDA - TENDER", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B'referenza għat-tender biex isir xogħol ta' skavar u xogħol ieħor ta' piles fis-sit fejn hemm ippjanat li tinbena l-iskola primarja l-ġdida fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid liema entità kienet ippreparat l-ispecifications tad-tender li kienet ħarġet u wara ġiet irtirata?", "Jista' jagħti r-raġuni għaliex it-testijiet fuq il-blat li hemm taħt dan is-sit saru wara u mhux qabel ġiet ippubblikata t-tender oriġinali?", "EVARIST BARTOLO: Infurmat li l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender li qed jirreferi għaliha l-Onor.", "Interpellant ġew ippreparati mid-ditta tal-perit konsulent tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada.", "Għal aktar informazzjoni nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 10092 u 10467.", "MINISTRU GĦAT-TURIŻMU - ŻJARAT F'DUBAI", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10411 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194 il-Ministru ammetta li żar Dubaj fi Frar tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè:", "a. id-dati eżatti taż-żjara;", "b. l-iskop taż-żjara;", "c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew person/s of trust u minn min;", "d. jekk kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u", "e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara,", "jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?", "KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26832 tal-Leġiżlatura l-oħra.", "LSE – TQANDIL SKONT IL-JOB DESCRIPTION", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-piż massimu li għandhom iqandlu l-LSEs, skont il-job description il-ġdid hux se jkun dak ta' 27kg?", "Jekk iva, jista' jgħid mil-liema studju ħareġ dan il-piż ta' 27kg?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-piż indikat huwa wieħed approvat mill-OHSA.", "Tajjeb li wieħed jinnota li l-iskejjel u ċ-ċentri ta' riżorsi li għandhom każijiet li huma Profound and Multiple Learning Disabilities (PMLD), illum kollha għandhom apparat apposta biex l-LSEs ma jqandlux u x-xogħol tagħhom ikun iffaċilitat.", "IL-MOSTA: MANUTENZJONI FUQ TAPPIERA QRIB IL-KAPPELLA TAL-ISPERANZA", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jara li l-Water Services Corporation jieħdu l-passi meħtieġa sabiex tappiera ta' drenaġġ quddiem il-Kappella tal-Isperanza fil-Mosta jsirilha xogħol ta' manutenzjoni sabiex il-konkos imkisser madwarha jkun irranġat għaliex fil-preżent qed jinħoloq periklu għal min isuq mutur jew rota?", "JOE MIZZI: Ninsab infurmat li t-tappiera tad-drenaġġ ġiet imsewwija fil-25 ta' Ġunju.", "Manutenzjoni ulterjuri u bidla sħiħa tat-tappiera għandhom isiru fil-jiem li ġejjin.", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jingħata l-pensjoni ta' Diċembru 2018?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-persuna msemmija minnu, kull xahar jirċievi l-pagamenti tal-pensjoni fil-kont bankarju tiegħu.", "Dak li qiegħed jirreferi għalih l-Onor.", "Interpellant huwa l-bonus tal-aħħar tas-sena.", "Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li minħabba l-fatt li l-persuna msemmija minnu għadha f'impjieg, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jħallasx tali bonus sakemm l-individwu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa mingħand min iħaddmu.", "Issa li waslet din l-informazzjoni għand id-Dipatiment, inħadmu l-arretrati dovuti u ser ikunu qed jitħallsu lill-individwu mal-pagament li jmiss.", "Minbarra l-parti tal-bonus ta' Diċembru 2018, ser ikun qiegħed jitħallas ukoll il-parti tal-bonus ta' Ġunju 2019.", "IL-MELLIEĦA: TRIQ IL-MARFA - TARMAK", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li parti minn Triq il-Marfa fil-Mellieħa, li għadha kif ingħatat wiċċ ġdid bit-tarmak f'Mejju li għadda, parti minnha spiċċat reġgħet inqalgħet ftit tal-jiem ilu?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, madwar minn sena ilu, ivvutat \"bil-qalb\" kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta, hekk kif ammetta l-istess interpellant f'din l-istess Kamra, fil-ġimgħat li għaddew.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa qed tieħu interess fil-ħidma ta' din l-aġenzija, u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, bħalissa qed jiġu aġġudikati l-offerti mitfugħa fit-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Fost it-toroq li jinsabu fl-aħħar fażijiet biex jinbnew mill-ġdid hemm Triq il-Marfa, bejn il-Mellieħa u l-Għadira.", "Għal snin twal, din it-triq tħalliet bla ebda manutenzjoni, bil-konsegwenza li fiha żviluppaw diversi ħsarat.", "F'din it-triq, minbarra li nbniet mill-ġdid il-karreġġjata tal-karozzi, Infrastructure Malta tejbet is-sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita, bniet bankini ġodda fejn qabel ma kienx hemm, u f'xi postijiet għamlet bankini aktar wiesgħa minn dawk eżistenti, għal aktar aċċessibilità, fost diversi xogħlijiet oħra.", "Fil-ġimgħat li għaddew, f'nofs din it-triq, saret ukoll waqfa għall-karozzi tal-linja b'wiċċ ta' materjal tal-konkos rinforzat, sabiex dawn il-vetturi tqal ma jagħmlux ħsara lil wiċċ it-triq meta jieqfu biex iniżżlu jew itellgħu il-passiġġieri.", "B'hekk, it-triq tkun tista' sservi aktar fit-tul.", "Fix-xhur li ġejjin, malli jitlestew xogħlijiet ta' restawr tal-kmamar storiċi tal-pellegrini biswit is-Santwarju tal-Madonna li għaddej bħalissa minn entità oħra, Infrastructure Malta tkun tista' tkompli l-bini mill-ġdid tat-tarf ta' Triq il-Marfa, fejn jinsabu dawn l-istess kmamar.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 23341000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\".", "IL-MOSTA: TRIQ IL-KOSTITUZZJONI - SINJALI TAL-PARKING", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta jsiru s-sinjali tal-parking?", "IAN BORG: Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta' aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna.", "Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' madwar 120 triq residenzjali f'ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti minn dan l-investiment.", "Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena.", "Fl-istess ħin, l-aġenzija qed tagħmel xogħlijiet ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet ta' tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt, kif ukoll qed twettaq programm ta' manutenzjoni u tiswijiet ta' ħafna toroq oħrajn li jkunu jeħtieġu li jsirilhom intervent urġenti sakemm jasal il-waqt biex dawn ukoll jinbnew mill-ġdid.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li skont ma jien infurmat minn Infrastructure Malta, fost it-toroq li sarilhom intervent simili fil-ġimgħat li għaddew kien hemm Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta, waqt li hemm ippjanat li jsiru interventi oħrajn fiż-żmien li ġej.", "Sadattant, ix-xogħlijiet indikati biex isiru s-sinjali jinsabu fil-pjan ta' Infrastructure Malta għall-jiem li ġejjin.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastructure Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 23341000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna \"Infrastructure Malta\"", "Ritratt marbut ma' mistoqsija parlamentari numru 10705"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190702_244d_par.docx"} {"text": ["DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI", "(Rapport Uffiċjali u Rivedut)", "L-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019", "Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan", "Prezz €2.50", "L-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019", "Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,", "L-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019", "Il-Minuti tas-Seduta Nru 244, li saret fit-2 ta' Lulju 2019, ġew ikkonfermati.", "ID-DEPUTY SPEAKER (Onor. Claudette Buttigieg): Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tar-rapport tal-parteċipazzjoni ta' delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni lokali ta' Eks Membri Parlamentari fil-laqgħa tal-Bureau tal-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Eks Membri Parlamentari minn stati membri tal-Kunsill tal-Ewropa, u fis-Seminar 'Climate Change – what can we do?', organizzat mill-istess Assoċjazzjoni Ewropea, li nżammet f'Lund fl-Iżvezja fit-28 ta' Ġunju 2019.", "MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI", "UNIVERSITÀ TA' MALTA – TIBDIL TA' KMAMAR TAL-BANJU TAL-LIBRERIJA", "L-ONOR.", "Carmelo Mifsud Bonnici) staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi proċeduri qed jittieħdu dwar il-proġett għal tibdil ta' kmamar tal-banju fil-Librerija tal-Università ta' Malta?", "Jista' jindika x'inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqa' magħhom?", "EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li, kif intqal fit-tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar dan is-suġġett, il-kmamar tal-banju kollha tal-Librerija tal-Università se jiġu sostitwiti matul is-sajf tas-sena 2019.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, dan l-aħħar qrajna rapporti fil-midja dwar il-benchmark u r-riformi proposti fejn jidħlu l-eżamijiet li jagħmlu l-istudenti.", "Jista' l-Ministru jagħti elenku lill-Kamra ta' fiex jikkonsistu dawn ir-riformi?", "B'liema mod jaħseb il-Ministru li l-istudenti tagħna jistgħu jirċievu edukazzjoni aħjar mill-Istat jew mill-edukaturi tagħhom minn kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, dan huwa xogħol li ilu għaddej sa mill-Amministrazzjoni preċedenti.", "Infakkar lil din il-Kamra li sa madwar seba' snin ilu kien għadu jsir l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum.", "L-Amminstrazzjoni preċedenti, fid-dawl ta' dak li jgħid il-kurrikulu nazzjonali, bdiet mixja lejn direzzjoni fejn l-assessjar ikun parti integrali mill-proċess edukattiv.", "Dakinhar, mill-Oppożizzjoni, bħala Partit Laburista, konna qbilna ma' dan it-tibdil.", "Pajjiżna wiret is-sistema Ingliża li hija ossessjonata bit-testijiet u l-eżamijiet.", "Naħseb li ma nkunx qed nesaġera jekk ngħid li sfortunatament għad baqgħalna ħafna x'nagħmlu biex l-iskejjel ma jibqgħux fabbriki ta' testijiet u eżamijiet!", "L-aktar tliet punti importanti fl-edukazzjoni huma: X'tgħallem u x'titgħallem, kif tgħallem u kif titgħallem, u kif tkejjel kif tgħallem u titgħallem.", "Xogħol l-assessjar kontinwu, li forsi l-kelma tinstema' aktar diffiċli mill-kelma \"test\" jew \"eżami\", huwa proprju li jkejjel jekk intix titgħallem, kif qed titgħallem u jekk hux qed titgħallem tajjeb, ħalli dak li ma tafx, taħdem fuqu biex issir tafu.", "L-Amministrazzjoni preċedenti għamlet pass tajjeb meta marret minn eżami tal-junior lyceum għall-benchmark.", "Però, bħas-soltu, il-bidliet fl-edukazzjoni jieħdu ż-żmien għax tkun qed tbiddel kultura, imġiba u mentalità.", "Il-benchmark mhux suppost li huwa eżami imma f'pajjiżna daħlet l-idea li ġejjin l-eżamijiet tal-benchmark!", "Jekk tisma' lill-ġenituri, lit-tfal u 'l-għalliema jitkellmu, kollha jsemmu l-eżamijiet tal-benchmark!", "Dan meta l-benchmark mhuwiex eżami!", "Il-benchmark, ismu miegħu, huwa li tissettja l-miri ta' fejn trid tilħaq u mbagħad tivverifika jekk ilħaqtx dawk il-miri jew le!", "Sfortunatament, f'pajjiżna spiċċajna b'sitwazzjoni fejn għandna industrija tal-privat għall-eżamijiet tal-benchmark!", "Għalhekk ma neskludix li jkun hawn min jirreżisti dawn il-bidliet għax se nkunu qed innaqqsu mill-industrija tal-privat.", "Jien naqbel mal-ġenituri li jagħmlu mill-aħjar li jistgħu għal uliedhom, imma ċertament li l-aħjar esperjenza edukattivi tinkiseb meta t-tfal jieħdu gost jitgħallmu.", "Jekk it-tfal ma jeħdux gost jitgħallmu, mhux se jitgħallmu!", "Li toħloq atmosfera ta' ansjetà kbira li f'data fil-kalendarju se tiġi eżaminat u l-futur tiegħek jiddependi fuq dik l-okkażjoni waħda, mhuwiex tajjeb!", "Li jkun hemm mumenti fejn tiġi eżaminat, bħala parti mill-proċess kollu, hija sistema ħafna aħjar, fejn wieħed jara kif mar matul is-sena, kemm ħadem matul is-sena, kif tgħallem u l-isforzi li għamel biex jitgħallem.", "Però mhux inpoġġu kollox fuq l-idea tal-ġudizzju universali!", "Naf li probabbli dan id-diskors m'għadux jgħodd għall-ġenerazzjoni tal-lum, però ħafna drabi npinġu xena fejn fl-aħħar, jitfaċċa Alla kbir, bid-daqna u b'xagħru abjad, li se jiddeċiedi lil min jitfa' l-ġenna u lil min jitfa' l-infern!", "Jew bħal dawk is-santi li kellna fil-kmamar tas-sodda - ma nafx illum kemm għadek issib minnhom – li kienu juru l-mewta t-tajba, fejn l-anġli jeħduk lejn il-ġenna, u l-mewta l-ħażina, fejn ikaxkruk lejn l-infern!", "Irridu nimxu lil hinn minn sistemi bħal dawn.", "Nerġa' ngħid li dan ma jfissirx li ma nżommux l-istandards kollha li hemm bżonn jiġu mħarsa.", "Jekk inħobbu lit-tfal tagħna, mhux se nidħku bihom u ngħidulhom li għaddew u tgħallmu meta ma jkunux għaddew u tgħallmu!", "Però rridu nedukawhom tajjeb u nkejlu wkoll jekk aħniex qed nedukawhom bl-aħjar mod.", "L-assessjar kontinwu huwa importanti kemm fil-primarja, kemm fis-sekondarja, kemm fil-post-sekondarju u anke fl-Università!", "Ma nistax nifhem kif inġibu d-dinja fit-tarf meta nitkellmu fuq tfal ta' għaxar snin u 11-il sena, meta mbagħad f'żgħażagħ ta' 20, 21, 22 u 23 sena naraw li parti sostanzjali mill-esperjenza edukattiva tagħhom hija bbażata fuq kif imorru matul is-sena u parti biss tkun fuq eżami li jagħmlu f'ġurnata partikolari.", "Barra minn hekk il-futur tagħhom dawn lanqas ikun jiddependi fuq dak l-eżami, għax ikun jiddependi wkoll fuq l-esperjenza edukattiva li jkunu għamlu matul is-sena kollha.", "Allura dak li jgħodd għal żgħażagħ ta' 20, 21, 22 u 23 sena, ma jgħoddx iżjed għal tfal ta' għaxar snin?", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "HERMANN SCHIAVONE: Sinjura President, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'inhi l-policy dwar it-tuck shops fl-iskejjel tagħna?", "Kien hemm xi tibdil fl-affarijiet li jistgħu jinbiegħu minn dawn it-tuck shops?", "Għad fadal xi tibdil ulterjuri li jrid isir?", "Kollha napprezzaw li t-tfal iħobbu x-sugary foods.", "Meta naqqasna dawn il-ħlewwiet mit-tuck shops, x'kien ir-rispons mill-operaturi tat-tuck shops?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, din hija mistoqsija interessanti ħafna għaliex bil-miżuri kollha li ħadna u għadna nieħdu f'dan il-pajjiż, għad għandna problema kbira ta' obeżità.", "L-ewwel nett, in-nies u t-tfal tagħna ma jagħmlux biżżejjed attività fiżika, għalkemm irrid ngħid li żidna l-lezzjonijiet tal-attività fiżika fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji.", "It-tieni nett, ikun tajjeb li naraw x'qed jieklu u jixorbu t-tfal tagħna fl-iskejjel.", "Flimkien mal-qasam tas-saħħa, daħħalna policy riġida ħafna, li ġejna kkritikati ħafna fuqha, li xorb fl-iskejjel irid ikun ilma biss.", "Mhux qed nippermettu lanqas fruit juice u smoothies, anke jekk fuq din tal-aħħar m'hemmx qbil.", "Bħala Ministeru, tlabna linja gwida mid-dentisti li qalulna li eżatt wara li tixrob is-smoothies trid taħsel snienek, għax jekk le, ikollok problema fid-dras.", "Daqskemm għandna problema bl-obeżità, għandna wkoll problema ta' dras imħassrin.", "Dan l-aħħar irriżulta wkoll li t-tfal Għawdxin huma f'sitwazzjoni agħar mit-tfal Maltin.", "Ovvjament it-taħsir tad-dras huwa marbut ukoll ma' x'qed jixorbu t-tfal tagħna.", "Jekk qed jixorbu luminati u xarbiet biz-zokkor, dan mhux biss se jaffettwaw l-obeżità, imma se jikkaġuna wkoll taħsir tas-snien.", "Waħda mir-rakkomandazzjonijiet li implimentajna f'ċerti skejjel hija li minn età żgħira, it-tfal jitgħallmu jaħslu snienhom u drashom sew.", "Meta ġew ikellmuna d-dentisti biex jagħtuna dan il-parir, jien l-ewwel wieħed sibt li ta' 65 sena, ma kontx qed naħsel drasi u snieni kif suppost!", "Dan għaliex jien kien mingħalija li wara li naħsel snieni nlaħlaħ ħalqi.", "Però ġejt mgħallem li meta nagħmel hekk, m'iniex qed nagħti ċans lit-toothpaste biex jaħdem fuq is-snien u d-dras.", "Għalhekk żgur li mhux se nkun jien li nikkritika lil ħaddieħor għax lanqas jien ma kont naf kif suppost naħsel snieni.", "Dawn huma affarijiet li rridu ngħallmu lit-tfal tagħna, għax jekk ma ngħallmuhomx, it-tfal mhux se jitgħallmu waħedhom.", "Flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa ħadna r-rakkomandazzjonijiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u neħħejna l-affarijiet kollha li l-WHO tirrakkmanda li m'għandhomx jinbiegħu fl-iskejjel.", "Bl-istess mod, il-Ministru tas-Saħħa introduċa din il-policy fl-Isptar Mater Dei.", "Illum it-tuck shops mhux suppost ibigħu dawn l-affarijiet li jagħmlu ħsara lil saħħitna.", "Issa biex ma jiġrilniex kif jiġri ta' spiss f'pajjiżna, fejn ikollna policies u linji gwida tajbin ħafna, imma mbagħad ma jiġux implimentati, neħħejna minn fuq il-Ministeru tagħna d-dmir li nivverifikaw dak li jinbiegħ fit-tuck shops u għaddejna din ir-responsabbiltà lill-Ministeru tas-Saħħa, li qed jagħmel unannounced visits biex isiru l-verifiki meħtieġa.", "Safejn naf jien, l-affarijiet qed jaħdmu b'mod tajjeb.", "Hemm imbagħad affarijiet li m'għandniex kontroll fuqhom.", "Pereżempju, jista' jagħti l-każ li kif it-tfal joħorġu mix-xatba tal-iskola jsibu lil tad-doughnuts ftit passi 'l bogħod u jsibu ħwienet li jbigħu dak li ma jsibux fit-tuck shop.", "Għalhekk irid ikun hemm impenn kbir edukattiv, irridu nitkellmu anke mal-ġenituri, sabiex meta t-tfal imorru d-dar, ma jikkonsmawx ħlewwiet u xarbiet b'ħafna zokkor.", "Irrid ngħid ukoll li hemm responsabilità kbira fuq min ikun qed imexxi l-pajjiż għaliex ma nistgħux minn naħa ngħaddu l-messaġġ biex in-nies jieklu tajjeb u mbagħad issib li l-ikel tajjeb huwa ogħla fil-prezz mill-affarijiet l-oħra.", "Jekk irridu li jkollna policy serja dwar ikel li huwa tajjeb għas-saħħa, irridu naraw kif nimbuttaw biex ikun hemm aktar ikel ta' ħaxix, ħut u ftit laħam.", "Dan għaliex waħda mill-akbar problemi li għandha d-dinja llum hija li wasalna f'sitwazzjoni redikola u traġika, li ħafna mill-ħaxix li niżirgħu u li nkabbru mhux qed imur biex jitma' lin-nies imma qed imur biex jitma' lill-annimali fl-industrija tal-laħam.", "Imbagħad jgħidulna li jekk nieklu ħafna minnu, hu ħażin għal saħħitna!", "Ara b'liema loġika qed timxi din il-pjaneta!", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "BYRON CAMILLERI: Sinjura President, ftit tax-xhur ilu kien hawn konsultazzjoni pubblika dwar l-uniformijiet fl-iskejjel sekondarji.", "Qabel kien hemm l-għażla jekk l-uniformi tkunx track suit kontinwament jew inkella f'ċerti ġranet, it-tfal għandhomx imorru lebsin il-ġlekk.", "Għalija, sa minn ċkuniti, kienet tidher redikola li tfal ta' sitta jew seba' snin, imorru l-iskola bil-ġlekk.", "Wara din il-konsultazzjoni, ġie deċiż li t-tfal jattendu l-iskola bit-track suit.", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet wara dan din id-deċiżjoni, liema skejjel se jattwaw din il-policy u ta' liema etajiet?", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Id-diskussjoni f'dan il-pajjiż dwar kif it-tfal għandhom imorru libsin l-iskola ilha għaddejja għal ħafna snin u ħadet forom differenti.", "Irrid ngħid ukoll li f'ħafna pajjiżi fid-dinja t-tfal ma jilbsux uniformi meta jattendu l-iskola.", "Din l-idea ta' uniformi teżisti fil-pajjiżi li huma eks kolonji Ingliżi.", "Però, bħalma jiġri dejjem, din il-policy baqgħet f'ħafna pajjiżi u ma baqgħetx fl-Ingilterra, ħlief f'ċerti skejjel pubbliċi li jridu jibagħtu ċertu messaġġ.", "F'pajjiżna diġà kellna żewġ tipi ta' uniformijiet.", "Ma jidhirlix li kellna xi skola, la fis-settur indipendenti, la fis-settur tal-Knisja u lanqas tal-Istat, fejn it-tfal minn 16-il sena 'l isfel setgħu jmorru l-iskola mingħajr uniformi.", "Kellna skejjel tal-Knisja li diġà kellhom il-policy tat-track suit, fejn it-tfal imorru libsin track suit pulita biex iħossuhom komdi meta jkunu l-iskola.", "Imbagħad hemm il-filosofija li tgħidlek li huwa ħażin li t-tfal imorru l-iskola bit-track suit għax b'hekk ittella' lit-tfal traskurati, żmattati u ma jagħtux kas kif jilbsu.", "Din il-filosofija tgħidlek li għandek idderri lit-tfal minn età żgħira li jridu jilbsu l-blazer, qalziet u ingravata, għaliex din hija parti mill-formazzjoni tal-karattru.", "Issa rrid ngħid li ma teżisti l-ebda riċerka fid-dinja li turi li l-kwalità tal-edukazzjoni u l-formazzjoni tal-karattru jiddependu minn jekk tilbisx ingravata jew ġlekk.", "Kellu bżonn kien hekk għax kieku l-aktar postijiet importanti għall-formazzjoni tal-karattru la huma l-iskejjel u lanqas huma l-knejjes imma huma l-ħwienet tal-ħwejjeġ!", "Però l-affarijiet huma ħafna 'l bogħod minn hekk.", "Bħala Ministeru, wara diskussjoni sħiħa, iddeċidejna li l-għażla preferenzjali għandha tkun track suit pulita u eleganti.", "Se ndaħħlu din il-policy ġdida bil-mod, sabiex lil dawk il-ġenituri li diġà xtraw l-uniformijiet, ma nġegħluhomx jixtru uniformi mill-ġdid, imma se nagħtu ċans li l-policy tidħol bil-mod sena wara sena.", "Ħadna din id-deċiżjoni wara diskussjoni sħiħa mal-ġenituri, l-istudenti u l-edukaturi.", "Fil-fatt il-maġġoranza f'kull qasam qablu li t-tfal jistgħu jmorru l-iskola bit-track suit.", "Irrid ninnota wkoll li l-inqas kategorija li qablet ma' din il-policy kienet dik tal-edukaturi.", "Però rrid ngħid ukoll, allavolja jista' jkun li hawn min se jieħu għalih, li speċjalment fir-rigward tal-għalliema rġiel, kellna każijiet fejn l-istudenti jmorru l-iskola ħafna aktar eleganti u puliti mill-edukaturi tagħhom!", "Għax filwaqt li għandna dress code għall-istudenti, m'għandniex dress code għall-edukaturi.", "Bħala rġiel għandna ħabta nkunu żmattati u traskurati ħafna aktar mill-ġeneri l-oħra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIA DEGUARA: Sinjura President, jien naqbel ma' ħafna mill-punti li semma l-Ministru meta kien qed jitkellem dwar l-assessments, però jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ideali li dawn l-assessments isiru fl-aħħar tas-sena?", "Fil-fehma tiegħi, jekk ikun hemm tifel jew tifla li jkunu qed jaqgħu lura, m'għandniex inħallu sal-aħħar tas-sena biex niġbdu l-attenzjoni tal-ġenituri dwar is-sitwazzjoni.", "Huwa inutli li nagħmlu assessment sempliċement biex ngħidu li għamilna assessment.", "Jekk matul is-sena jkun hemm tfal li jeħtieġu l-għajnuna, irridu nagħtuhielhom qabel l-aħħar tas-sena.", "Pereżempju jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kkonsidrax li jkollna sistema ta' cross-checking fejn it-tfal jiġu eżaminati randomly?", "Qed ngħid dan għax jista' jagħti l-każ li jkollok tifel jew tifla b'A grade u f'daqqa waħda dak il-livell jinżel u l-istudent ikollu bżonn għajnuna oħra.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: L-Onor.", "Interpellant għandha raġun f'dak li qalet.", "Jekk il-metodu ta' assessjar kontinwu jsir bis-serjetà se jindirizza l-problemi serji li semmiet.", "Hemm differenza bejn assessjar kontinwu fejn l-għalliem ikun qiegħed jgħasses lit-tifel jew tifla u jiġbed l-attenzjoni qabel ma jkun tard wisq, biex tingħata l-għajnuna meħtieġa, u assessjar summattiv tal-aħħar tas-sena.", "Jekk matul is-sena l-istudent ikun batut fil-Matematika, fl-Ingliż, fil-Malti jew f'xi suġġetti oħra, għandu bżonn l-għajnuna mill-ewwel.", "Irrid ngħid li fil-qasam edukattiv għandna ħafna għalliema bravi li qed jagħmlu dan ix-xogħol.", "Però, fl-istess ħin, irridu noqogħdu attenti li filwaqt li ndaħħlu l-assessjar bħala parti mill-proċess edukattiv, ma nġennux lill-għalliema li jridu jimlew ħafna karti u jagħmlu aktar moniteraġġ u assessjar minflok ma jgħallmu!", "Qed nagħmlu diġà taħriġ professjonali għall-għalliema biex l-assessjar ikun dak li jissejjaħ assessment for learning.", "Dan it-taħriġ beda imma hemm ħafna aktar xi jsir.", "Nerġa' ngħid li naqbel kompletament ma' dak li qalet l-Onor.", "Interpellant, għaliex ħafna drabi, bħal fil-qasam tas-saħħa, li hija taf tajjeb, aħjar tintervjeni mill-bidu milli tħalli l-problema tikber għax imbagħad ikun aktar diffiċli biex tindirizzaha.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Glenn Bedingfield, mistoqsija supplimentari.", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, għadna kif irċevejna l-iStrategic Plan 2019 – 2021 tal-MCAST, li jiffoka fuq inclusion, excellence and equity.", "Jista' l-Ministru jgħid x'assessment sar tal-MCAST?", "Kif jaħseb il-Ministru li l-management jista' jieħu direzzjoni li tindirizza ċerti sitwazzjonijiet ta' studenti li jintalbu jsibu opportunitajiet ta' impjieg waqt il-perijodu tal-istudju tagħhom?", "Qed nagħmel din il-mistoqsija għax ħafna drabi, l-onus ikun qiegħed fuq l-istudenti u mhux fuq l-MCAST li jgħinhom isibu din l-opportunità ta' apprenstistat.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, naħseb li rridu nieħdu aktar responsabilità biex insibu dawn il-postijiet tax-xogħol għall-istudenti.", "Ma naħsibx li sistema fejn din ir-responsabilità taqa' fuq l-istudenti hija tajba.", "F'ħafna każijiet, ir-responsabilità hija tal-kulleġġ.", "Irrid infakkar li f'din il-Kamra għaddejna b'mod unanimu minn Gvern u Oppożizzjoni, il-Work-Based Learning and Apprenticeship Act dwar it-tagħlim fuq il-post tax-xogħol.", "Issa rridu naraw kif se nimplimentaw din il-liġi li tindirizza proprju dak li semma l-Onor.", "Interpellant, fejn ir-responsabilità tkun fuq min se jħaddem is-sistema tal-istituzzjoni edukattiva biex naraw li ż-żgħażagħ tagħna, filwaqt li jkunu qed jitgħallmu u jistudjaw, ma jiġux sfruttati fuq il-post tax-xogħol, anke b'cheap labour.", "Irridu niżguraw li meta dawn iż-żgħażagħ imorru fuq il-post tax-xogħol ikunu qed jitgħallmu u mhux jagħmlu xogħol fejn ma jitgħallmu xejn.", "Qed ngħid dan għax kellna każijiet fejn żgħażagħ li jkunu qed jagħmlu esperjenza ta' xogħol, jispiċċaw jagħmlu l-kafè jew il-fotokopji!", "Forsi hija ħila importanti li titgħallem tagħmel dawn l-affarijiet bażiċi, imma kemm se ddum biex titgħallem tagħmel il-kafè, il-fotokopji jew biex twassal karta minn uffiċċju għall-ieħor?!", "Għalhekk irridu niżguraw li t-tagħlim fuq il-post tax-xogħol ikun tassew esperjenza ta' xogħol fl-oqsma li l-istudenti jkunu qed jistudjaw fihom.", "Interpellant li rridu naħdmu iżjed biex ir-responsabilità biex jinstab post tax-xogħol ma tkunx fuq l-istudent imma tkun fuq l-istituzzjoni edukattiva.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "MARIO GALEA: Sinjura President, naf li l-Ministru, bħali, iħobb ħafna l-annimali u għandu stmerrija għall-krudeltà fuq l-annimali.", "Nemmen li nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet, hemm bżonn ta' bidla fil-kultura.", "Jaħseb il-Ministru li forsi fl-iskejjel nistgħu nagħmlu ħafna aktar biex inrawmu din il-kultura favur l-annimali?", "Matul l-Amministrazzjoni preċedenti kont daħħalt inizjattiva ta' petting day fl-isptarijiet fejn in-nies setgħu jieħdu pet bħall-kelb sabiex inrawmu kultura li fiha wieħed iħobb l-annimali u jikkundanna l-krudeltà fuqhom.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru Evarist Bartolo.", "EVARIST BARTOLO: Sinjura President, naqbel kompletament ma' dak li qed jgħid l-Onor.", "Nieħu gost ngħid li f'ħafna skejjel qed tinxtered id-drawwa li jkun hemm jiem apposta fejn it-tfal jieħdu l-annimali magħhom l-iskola.", "F'ċerti pajjiżi oħrajn li tgħallimna minnhom raw li l-klieb jistgħu jgħinu lit-tfal jitgħallmu jaqraw!", "Forsi wieħed jistaqsi x'qed ngħid b'dan.", "Fil-fatt għandna skejjel fejn ipprovajna din is-sistema u rajna riżultati pożittivi.", "Tifel jew tifla li għandha problemi biex taqra, jekk se taqra quddiem persuni oħrajn, meta jarawha tlaqlaq jew ma jarawhiex taqra tajjeb, se jipprovaw ma jgħaddux kummenti negattivi biex ma jkissrulhiex is-self-esteem tagħha imma ħafna drabi l-body language jikxfek!", "Min-naħa l-oħra l-klieb huma paċenzjużi ħafna.", "Sibna li meta tifel jew tifla jrabbu dik ir-relazzjoni ma' kelb u jaqraw quddiemu se jrabbu ċertu self-confidence li huwa importanti ħafna.", "Hawn irrid nirringrazzja lil dawk il-kapijiet tal-iskola u l-għalliema li għandhom l-annimali u jħossuhom komdi bil-preżenza tal-annimali fl-iskola.", "Fil-fehma tiegħi dan mhux se jħarbat l-esperjenza edukattiva anzi se jsaħħaħha.", "Irrid ngħid ukoll li aħna bħal donnu drajna li l-klieb li jgħinu lil persuni b'diżabilità huma dawk li jgħinu lil persuni bi problemi ta' vista.", "Però llum nafu li jekk il-klieb ikunu mħarrġa tajjeb jistgħu jgħinu wkoll tfal bl-awtiżmu.", "Għandna każijiet fejn il-klieb qed jagħmlu differenza kbira!", "M'għandniex biżżejjed klieb imħarrġa u għalhekk irridu ninvestu aktar f'dan ir-rigward.", "Nerġa' ngħid li naqbel ħafna ma' dak li kien qal l-Onor.", "Interpellant, fejn nistgħu ntejbu ħafna aktar ir-relazzjoni bejn l-annimal u l-bniedem, għall-ġid tat-tnejn.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Il-ħin tal-Mistoqsijiet għadda.", "Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti u nsejjaħ lill-Ministru Evarist Bartolo.", "TQEGĦID TA' KARTI", "ONOR EVARIST BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja tal-Joint Declaration on Cooperation in the Field of Sports li ġie ffirmat f'Tel Aviv bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tar-Repubblika ta' Malta u l-Ministeru tal-Kultura u Sports tal-Istat ta' Iżrael fit-12 ta' Ġunju 2019, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari 10602.", "ONOR SPEAKER: Grazzi.", "Il-Ministru Joe Mizzi.", "JOE MIZZI (Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Tagħrif dwar proġetti li saru f'Malta u Għawdex permezz tal-European Fund SMITHS, bi tweġiba għall mistoqsija parlamentari 10630.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti kkonfermati tal-laqgħat minn Nru 11 sa Nru 18 tal-istess Kumitat, li nżammu bejn il-11 ta' Diċembru 2018 u l-24 ta' Ġunju 2019.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "ETIENNE GRECH (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali): Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti konfermati tal-laqgħat minn Nru 16 sa Nru 23 tal-istess Kumitat, li nżammu bejn il-11 ta' Diċembru 2018 u l-5 ta' Ġunju 2019.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Stqarrijiet ministerjali?", "Mozzjonijiet?", "Ordnijiet tal-Ġurnata.", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR KIRJIET RESIDENZJALI", "RODERICK GALDES (Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali): Sinjura President, għandi Messaġġ mill-President.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Se naqra dan il-Messaġġ:", "Il-President, wara li kien informat dwar is-suġġett tal-Abbozz ta' Liġi \"biex jippromwovi l-iżvilupp tas-settur tal-kera privata billi jiżgura standards ta' ġustizzja, kjarezza, u prevedibbiltà fir-relazzjoni kuntrattwali bejn sidien il-kera u kerrejja u sabiex jissalvagwarda u jipproteġi d-dritt ta' akkomodazzjoni adegwata, u sabiex jipprovdi dwar ħwejjeġ anċillari jew konnessi ma' dan\", jirrakkomandah għall-konsiderazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.", "3 ta' Lulju 2019", "RODERICK GALDES: Sinjura President, f'isem il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, nipproponi t-Tieni Qari tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ \"Att biex jippromwovi l-iżvilupp tas-settur tal-kera privata billi jiżgura standards ta' ġustizzja, kjarezza, u prevedibbiltà fir-relazzjoni kuntrattwali bejn sidien il-kera u kerrejja u sabiex jissalvagwarda u jipproteġi d-dritt ta' akkomodazzjoni adegwata, u sabiex jipprovdi dwar ħwejjeġ anċillari jew konnessi ma' dan\".", "ID-DEPUTY SPEAKER: Min jissekonda?", "L-Onor.", "RODERICK GALDES: Sinjura President, fl-introduzzjoni tiegħi rrid nistqarr li bla dubju nħossni kburi u sodisfatt li wasalna biex niddiskutu Abbozz ta' Liġi ta' din il-kwalità f'dan il-Parlament.", "Qed niddiskutu dan l-Abbozz ta' Liġi bħala riżultat ta' suċċess ekonomiku li pajjiżna esperjenza matul dawn is-snin, fejn rajna qabża ekonomika kbira li wara kważi 25 sena reġgħet tat nifs u futur ġdid anke lis-suq tal-kera.", "Il-qasam tal-kera, anke minħabba l-istorja prevalenti tiegħu matul is-snin, ftit li xejn kellu importanza fl-aħħar għexieren ta' snin.", "Però, f'dawn l-aħħar snin, rajna bidla radikali, b'riżultat tas-suċċess ekonomiku li kiseb pajjiżna u llum wasalna biex għandna Abbozz ta' Liġi li mhux biss jirrispetta l-esiġenzi u ċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna llum, imma qed jagħti direzzjoni ġdida lil dan il-qasam.", "Is-settur tal-kera llum huwa sors ta' dħul għall-familji Maltin.", "Nafu li ħafna familji jiddependu wkoll minn dan il-qasam għall-għajxien tagħhom.", "Bħala Gvern għamilna proċess mirqum ħafna.", "Dan mhuwiex proċess ażżardat.", "Bdejna bir-riċerka, tkellimna, staqsejna, erġajna analizzajna u studjajna wkoll x'qed jgħid is-suq.", "Fuq kollox, rajna wkoll it-tħassib li jeżisti u l-biżgħat tan-nies.", "Wara li konna informati, erġajna morna u ddiskutejna għal darba, darbtejn.", "Għalhekk ikolli ngħid li llum qed inressqu leġiżlazzjoni informata wara eżerċizzju wiesa' ta' djalogu, konsultazzjoni, diskussjoni, informazzjoni u anke ta' edukazzjoni fih innifsu.", "Il-proċess ta' din il-liġi ħa madwar sentejn sħaħ ta' xogħol.", "Għalhekk irrid nibda billi nirringrazzja lit-tim tiegħi li ħadem qatigħ matul dawn l-aħħar sentejn, partikolarment lill-Avukat Kurt Xerri, li kien qiegħed jippilota miegħi din il-liġi mill-aspett legali.", "Irrid nirringrazzja wkoll lill-konsulenti li kelli madwari u l-esperti f'dan il-qasam, li tawni daqqa t'id ukoll biex illum għandna dan l-Abbozz ta' Liġi għad-diskussjoni f'dan il-Parlament.", "Nirringrazzja wkoll liċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar, fejn ħdimna id f'id, għax nemmnu li l-Awtorità tad-Djar se jkollha parti kruċjali u rwol importanti f'dan il-qafas leġiżlattiv.", "Fuq kollox, irrid nirringrazzja lill-istakeholders kollha li ltqajna magħhom, fejn iddiskutejna, fehmu dak li konna qed nipproponu, ħarġu b'suġġerimenti, qsamna l-ideat, rajna affarijiet li forsi sal-lum ma konniex informati dwarhom u skoprejna affarijiet interessanti ħafna li se jagħtuna mhux biss informazzjoni potenzjali għal dan l-aspett ta' liġi imma wkoll għall-Parlament dwar dak li qed jiġri f'pajjiżna fir-rigward tas-soċjetà ta' madwarna.", "Irrid nirringrazzja b'mod xieraq ukoll lill-politiċi sħabi, li ddiskutejna magħhom fuq livell ta' Kabinett u fuq livell ta' grupp parlamentari, fejn f'dan il-proċess kienu attivi ferm.", "Nirringrazzja b'mod xieraq lill-Prim Ministru li tani l-appoġġ għal studju bir-reqqa bħal dan, f'qasam li huwa sensittiv u fejn mhuwiex faċli li wieħed jibbilanċja settur daqstant kontroversjali.", "Dan huwa settur fejn għandek elementi opposti għal xulxin u għalhekk trid tipprova tilħaq bilanċ.", "Però rrid ngħid ukoll li bqajt sorpriż mhux biss bir-reazzjoni li kien hemm min-nies, imma anke bir-reazzjoni silenzjuża għax kien jidher ovvju li dak li qed nipproponu huwa ġust għal soċjetà li qed tinbidel u li jagħmel sens għaż-żmenijiet tal-lum!", "Irrid nirringrazzja b'mod xieraq lill-konsulent tal-Prim Ministru Louis Grech, li kien magħna kontinwament fid-diskussjonijiet li kellna matul dawn l-aħħar sentejn.", "Irrid ngħid li għamilna tliet preżentazzjonijiet sakemm wasalna s'hawn u b'hekk, illum, għandna liġi li mhux biss hija deċiżjoni tal-Kabinett imma hija wkoll liġi informata u bilanċata.", "L-aktar ħaġa kruċjali f'settur bħal dan hija li nilħqu l-bilanċ u nsibu t-triq tan-nofs.", "Qisna l-interessi u d-diffikultajiet ta' kull naħa u poġġejna kollox fuq il-miżinn.", "Sibna bilanċ ideali li jħalli s-suq jiffunzjona imma jagħmel ukoll kera alternattiva ta' akkomodazzjoni vijabbli.", "Ikolli ngħid ukoll li din hija leġiżlazzjoni konxja mill-istorja tagħna u miċ-ċirkostanzi partikolari li wasslu għal interventi intensivi fil-passat, liema deċiżjonijiet, fit-tul, ħallew l-impatt tagħhom fuq is-suq u fuq il-fiduċja ta' min jinvesti.", "Irridu naraw minn xiex għaddejna fil-passat, fost l-oħrajn il-kirjiet ta' wara l-gwerra, li ħallew disparità qawwija kontra s-sidien.", "Sfortunatament nafu wkoll is-sitwazzjoni li writna minn Gvern wara l-ieħor li ma kellniex kontroll fuqha, ta' distruzzjoni li ħalliet il-gwerra u ta' miżuri ta' kontrolli qawwija, li sfortunatament, matul is-snin, naqqsu mill-fiduċja li kellhom is-sidien u l-inkwini f'dan il-qasam.", "Tant hu hekk li għal żmien twil ħafna, is-suq tal-kera f'pajjiżna kien wieħed ineżistenti.", "Ħafna mill-problemi li writna f'dan is-settur kienu ġejjin proprju minħabba l-esperjenza qarsa li kellna matul is-snin f'dan il-qasam.", "Sinjura President, ikolli ngħid li din hija leġiżlazzjoni responsabbli.", "Illum, bħala Gvern, fhimna x'jirrikjedi s-settur tal-akkomodazzjoni f'pajjiżna u x'jeħtieġ isir fis-suq tal-kera.", "Fhimna wkoll kif nistgħu nimbottaw 'il quddiem il-mobilità soċjali, li hija kruċjali.", "Qed inressqu Abbozz ta' Liġi li jħalli r-responsabilità soċjali f'idejn l-Istat, kif għandu jkun, u responsabilità kummerċjali f'idejn min jopera f'dan is-suq.", "Però r-responsabilità kummerċjali trid tqis il-bilanċ meħtieġ bejn iż-żewġ partijiet.", "Ma rridux li tirrenja l-liġi tal-ġungla fejn kulħadd jagħmel li jrid u jivvinta r-regoli kif jaqbel lilu.", "Irridu suq li jkun rifless taħt normi u ċirkostanzi li jgawdi l-Istat imma li ma jikkreax xi tip ta' faqar li jista' jħalli wkoll impatt soċjali fuq il-familji tagħna.", "Hawn se nkun ċar.", "Din mhijiex liġi li biha nistgħu neqirdu u neradikaw il-faqar!", "Hija r-responsabilità tal-Istat li jrażżan u jiġġieled il-faqar u li joħloq strateġija u viżjoni wiesgħa għall-qasam tal-akkomodazzjoni.", "Il-liġi tal-kera hija element ta' kummerċjalizzazzjoni bejn żewġ partijiet.", "Din il-liġi mhijiex qiegħda hemm biex issolvi l-problemi tal-faqar.", "Nerġa' ngħid li huwa l-obbligu tal-Istat li jiġġieled il-faqar.", "Però jekk mhux se jkollna liġi li tirrispetta l-prinċipji ta' soċjetà ġusta, se jkun diffiċli għall-Gvern li jilħaq it-tragward tal-istrateġija tiegħu.", "Dan it-tragward jintlaħaq biss billi jkollna viżjoni ta' mobilità, fejn ngħinu lin-nies isiru sidien ta' darhom.", "Aktar minn hekk, din il-liġi hija parti minn kullana ta' miżuri li ħadna fil-qasam tal-akkomodazzjoni matul dawn l-aħħar snin.", "Din il-liġi se toffri stabilità, serħan il-moħħ u sigurtà fit-tul, sabiex persuna tkun tista' tippjana, anke għad-diffikultajiet li tista' tgħaddi minnhom fil-futur.", "Hawn irrid insemmi wkoll il-benefiċċju tal-akkomodazzjoni li qed iservi bħala cushion għal dik il-persuna li qed tikri u forsi għandha d-dħul tagħha baxx.", "L-Istat qed jgħin sabiex persuna bi dħul baxx ma taqax fir-riskju ta' faqar minħabba l-liġi tal-ġungla li kellna sal-lum, fejn ma kienx hemm sistemi ta' kontroll u lanqas kien hemm sistemi ta' tul ta' kuntratti.", "Propju għalhekk li din il-liġi hija parti minn kullana li se tgħin fl-istrateġija fit-tul biex jitnaqqas il-faqar.", "Però, nerġa' nenfasizza li din il-liġi mhijiex l-għodda ewlenija biex neqirdu l-faqar minn pajjiżna.", "Irrid nagħmel din id-distinzjoni ċara għaliex huwa tajjeb li jekk se nitkellmu fuq il-faqar, irridu nitkellmu wkoll fuq strateġija wiesgħa li tmur lil hinn minn din il-liġi.", "Qed nieħu pjaċir ninnota wkoll li l-attitudni tal-Oppożizzjoni għal din il-liġi hija pożittiva.", "Fil-fatt kelli diskussjoni mal-Onor.", "Ivan Bartolo ftit qabel ma bdiet din is-seduta tal-Parlament, fejn ġejt informat li l-Oppożizzjoni lesta li tiddiskuti.", "Bħala Gvern qegħdin inħallu l-bibien miftuħa sabiex inkomplu niddiskutu flimkien biex insibu miżuri li jistgħu jkomplu jtejbu din il-liġi.", "Lesti li nemendaw jew inbiddlu fejn meħtieġ.", "Aħna qegħdin f'din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż biex naħdmu u nsibu s-soluzzjonijiet flimkien għal soċjetà aktar ġusta.", "Jien konvint li dan se jkun proċess storiku minnu nnifsu.", "Fil-fatt il-Prim Ministru sejjaħ din il-liġi bħala landmark legislation li se tibqa' titħaddem għal diversi snin u se ddaħħal ukoll bidla assoluta fil-mentalità.", "Persuna li qabel ma kenitx tagħti kas, illum, se jkollha fejn tirrikorri għal aktar protezzjoni u serjetà biex jingħelbu d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.", "L-aktar proċess kruċjali se jibda fl-1 ta' Jannar 2020 meta tidħol l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta' din il-liġi.", "Hemm ħafna xogħol xi jsir u miżuri li rridu mmexxu 'l quddiem.", "Flimkien mal-Awtorità tad-Djar diġà bdejna naħdmu biex kollox ikun f'postu għat-tħaddim ta' din il-liġi, inkluż it-taqsima tal-infurzar, il-customer care u l-uffiċċju dedikat għat-taqsima tal-kirjiet privati, fost l-oħrajn.", "Dan is-servizz se jkun qiegħed hemm għall-inkwilini u għal dawk in-nies li għandhom proprjetà li se jdaħħluha fis-suq.", "Dan is-servizz se jgħin ukoll lin-nies li jridu jpoġġu l-proprjetà tagħhom fis-suq.", "Fuq kollox, se jgħin biex kulħadd ikun jaf fejn qiegħed.", "Sinjura President, b'din il-liġi qegħdin niġġieldu l-inċertezza.", "Jekk hemm sintomu li sibna f'dan il-qasam kien proprju dak tal-inċertezza.", "Hawn qed nitkellem dwar l-inċertezza ta' dawk il-ġenituri li ma' kull żieda fil-kera bl-addoċċ kellhom ibiddlu l-iskejjel tat-tfal tagħhom.", "Qed nirreferi għall-inċertezza ta' ħaddiema li filli jkunu qed joqogħdu biswit fejn jaħdmu u filli tinbidlilhom ħajjithom radikalment.", "Hemm ukoll l-inċertezza ta' ħaddiema barranin li jiġu biex jaħdmu f'pajjiżna imma jispiċċaw jippakkjaw u jitilqu lura għaliex isibu li l-kirjiet li jintalbu mhumiex reali.", "Pereżempju kellna kirjiet fuq bażi ta' xahar, mingħajr durata ta' xejn, fejn persuna ma tkunx tista' tippjana, jew inkella kirjiet fejn il-persuna ma tkunx taf x'tip ta' kuntratt għandha għaliex il-kirja tibqa' fuq l-idejn.", "Bħala Gvern nirrikonoxxu d-diffikultajiet f'dawn is-sitwazzjonijiet.", "Però rrid insemmi wkoll l-inċertezza tas-sid li ma jkunx jaf jekk ix-xahar id-dieħel huwiex se jkollu min jikri l-proprjetà tiegħu jew jekk l-inkwilin hux se jitlaq mingħajr ma javżah.", "Jekk tgħallimna ħaġa fiż-żmien li ilna fil-gvern hija li bl-inċertezza ma jimxi xejn!", "Iċ-ċertezza ġġib il-fiduċja, il-kunfidenza u l-prosperità.", "Iċ-ċertezza tgħin lil min jinvesti, tneħħi l-biża' mill-għada u tħalli s-suq jaħdem f'armonija.", "Dan huwa l-għan ta' din il-liġi li għandna quddiemna.", "Irridu nġibu sitwazzjoni ta' stabilità għall-familji u l-individwi li jikru, għax inkella ma jimxux 'il quddiem.", "Bl-istess mod, min faddal f'ħajtu biex jinvesti f'biċċa proprjetà ħalli jtejjeb id-dħul u l-qagħda tal-familja tiegħu jenħtieġ stabilità wkoll.", "Fil-White Paper għedna li llum is-soċjetà tagħna qed tinbidel u qed tieħu forma ġdida.", "Qed naraw ukoll tibdil fid-demografija ta' pajjiżna.", "Qed naraw sistemi oħrajn ta' familji li sa għexieren ta' snin ilu ma konniex imdorrijin bihom, partikolarment is-single income families.", "Għalhekk ridna qafas li jagħti sigurtà ta' post fejn wieħed joqgħod u li jkun vijabbli.", "Ridna li jkun hemm it-trasparenza fit-tranżizzjonijiet u sigurtà fid-dħul għal dak li jkun qed jikri l-proprjetà tiegħu.", "L-għadu ta' kull suq huma t-telf ta' ħin, it-tħarbit u l-burokrazija.", "Għalhekk ridna sistema effiċjenti fil-preżenza wkoll tal-Awtorità tad-Djar, fejn wieħed se jsib l-aċċess għas-servizzi.", "Insemmi pereżempju, is-sistema online, il-proċessi tal-Qorti u l-panel li se jkun qed jiddiskuti tilwim żgħir marbut mal-liġi tal-kera.", "Dawn is-servizzi kollha se jirrendu f'aktar effiċjenza u servizz għal min qiegħed juża s-suq tal-kera llum.", "Malta tibqa' pajjiż fejn il-maġġoranza tan-nies huma sidien ta' darhom.", "Din hija xi ħaġa li tagħtina ċertu kobor bħala pajjiż għax gżira ċkejkna u b'nuqqas ta' riżorsi għandha 80% tan-nies tagħha li kienu kapaċi jaslu li jkunu sidien ta' darhom.", "Dan huwa pajjiż fejn napprezzaw l-istabilità, l-għaqal u l-ħsieb fit-tul għall-ġid tal-familja tagħna.", "Għalhekk, bħala Stat, se nibqgħu nippromwovu li l-individwu jsir sid ta' daru.", "Dan huwa l-qofol tal-politika tagħna bħala Gvern u naħseb li hawn qbil unanimu u komuni bejn iż-żewġ naħat dwar din it-tip ta' politika.", "Nifhmu li qed ngħixu f'dinja globalizzata bi ħteġijiet u b'realtajiet differenti u għalhekk ridna li nħallu suq flessibbli.", "Ħloqna qafas li jista' jilqa' fih familja li trid akkomodazzjoni għal terminu medju u għall-ħaddiem li jrid soluzzjoni ta' malajr u temporanja.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jassigura li tagħżel x'tagħżel, il-persuna se tkun protetta.", "Filwaqt li qabel persuna ma kellha protezzjoni ta' xejn u ma kienet tista' tagħmel xejn, illum l-istess persuna għandha aċċess għad-drittijiet tagħha.", "Illum kulħadd se jkun jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu kemm in kwantu tal-liġi kif ukoll rigward is-servizz fejn wieħed jista' jmur iħabbat il-bieb sabiex ikollu l-protezzjoni bil-liġi.", "Sinjura President, ikun tajjeb li naraw minn fejn tlaqna.", "Kif diġà ħabbart fil-bidu ta' din l-introduzzjoni, sal-2013 is-suq tal-kera kien wieħed prattikament batut u kważi ineżistenti.", "Bil-mod, kien beda jirpilja, anke minħabba l-avvanz ekonomiku li seħħ f'pajjiżna, fejn żdiedet id-domanda b'mod radikali.", "Tant hu hekk li lanqas biss konna ppreparati għal din id-domanda!", "Meta wieħed jara l-ammont ta' appartamenti li ntefgħu fis-suq isib li beda jkollna disparità qawwija bejn l-ammont ta' appartamenti disponibbli u d-domanda ta' appartamenti li kienu qed jitolbu l-ħaddiema li kienu qed jiġu f'pajjiżna u oħrajn li kienu qed jaħdmu f'pajjiżna.", "Insemmi wkoll il-problema tas-separazzjonijiet fil-familji u problemi soċjali oħrajn li wasslu biex ikun hemm domanda qawwija għal numru ta' appartamenti.", "Kellna wkoll il-boom ekonomiku bla preċedent li ħoloq dan il-pajjiż, li awtomatikament issarraf f'domanda ikbar għall-proprjetà.", "Fl-2013 kienu jgħidulna li f'pajjiżna għandna aktar minn 70,000 proprjetà vojta, imma llum, ħadd m'għadu jsemmi l-proprjetà vojta, għaliex ħafna minn dik il-propjetà ttieħdet u qed tiġi utilizzata.", "Din hija xi ħaġa pożittiva, li bħala pajjiż illum erġajna rriġenerajna postijiet li kienu mitluqa, abbandunati u vojta, sabiex illum qed jgħixu fihom in-nies.", "Però dan huwa wkoll riżultat tal-globalizzazzjoni, fejn pajjiżna sar attrazzjoni fiċ-ċentru u fil-parti tan-Nofsinhar tal-Mediterran, li qed tagħmel id-differenza.", "Meta wieħed jiġi Malta ma jiġix ġo belt kapitali kbira bħalma huma Brussell, Londra jew Ruma imma jiġi fi gżira żgħira fil-Mediterran li qed tattira l-investiment.", "Dan ifisser li n-nies għandhom fiduċja f'pajjiżna u għalhekk lesti li jinvestu għax qed jaraw lil Malta bħala attrazzjoni ekonomika.", "Irrid nifhmu li din ir-realtà qed tinħass minna lkoll kemm aħna llum.", "Però din il-pressjoni ħolqot ukoll il-bżonn li jkun hawn liġi u qafas regolatorju.", "L-aktar ħaġa li għamilna fl-istudju tagħna fil-White Paper li qsamnieha mal-pubbliku u ma' dan il-Parlament kien li meta ġiet ippubblikata, rajna x'sistema ta' regolarizzazzjoni hemm fis-suq tal-kera f'pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea.", "Rajna, pereżempju, dak li hemm fl-Italja, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-Olanda u l-Ġermanja, li kollha huma pajjiżi kbar li ilhom fl-Unjoni Ewropa ħafna aktar minna u li kellhom swieq regolati tal-kera li bdew ferm aktar qabilna.", "Waqqajna l-argumenti ta' min kien jgħidilna li ma tistax tmiss is-suq tal-kera, għax jekk tagħmel dan, se ddaħħal il-kontrolli.", "Mhux veru li jeżistu sistemi ta' kontrolli rigorużi f'pajjiżi oħrajn.", "Irrid ngħid li aħna l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qed inħallu ċerta flessibilità fis-suq imma rregolarizzajna fuq l-aħjar prattiċi ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u rnexxielna nagħlqu l-loopholes li sfortunatament il-liġi preċedenti ma kenitx tindirizzahom.", "Irridu nirrikonoxxu li kellna, u sa ċertu punt għad għandna, sitwazzjoni fejn il-mantra hija li s-suq isuq.", "Dan iwassal biex sidien jgħollu l-prezzijiet mil-lum għal għada, bir-riżultat li tinħoloq l-instabilità u l-inċertezza għall-inkwilin.", "Rajna prezzijiet li jittripplaw mil-lejl għan-nhar u inkwilini li jitilqu 'l barra ħabta u sabta.", "Rajna wkoll sidien li jispiċċaw iħallsu ta' ħsarat mingħajr ebda kumpens u proċess legali għall-kumpens li jaqtagħlek qalbek.", "F'kelma waħda, kellna suq li kien qiegħed jispiċċa insostenibbli, speċjalment meta bħala pajjiż, konna qegħdin nitkellmu li rridu nimxu 'l quddiem.", "L-għanijiet tagħna huma li f'dan l-Abbozz ta' Liġi naraw l-esiġenzi ta' soċjetà li qed tinbidel.", "Nagħmlu żball jekk b'din ir-riforma nipprovaw insolvu sfida tal-lum bil-mentalità tal-bieraħ.", "Irridu nħarsu 'l quddiem u naraw li b'din ir-riforma nipprofessjonalizzaw għall-ewwel darba s-suq tal-kera f'pajjiżna.", "Qed nagħtuh qafas li jopera fih, b'obbligi u drittijiet kemm għas-sidien kif ukoll għall-inkwilini.", "Qed nagħtu sistema li tippremja li min hu responsabbli u tippenalizza lil dawk li ma jimxux mar-regoli.", "Fuq kollox, qed nagħtu stabilità u serħan il-moħħ lill-familji li jaħdmu f'dan is-settur.", "Bħala politiċi, għandna r-responsabiltà li naraw li jkollna settur ta' kera aktar ġust u sikur, fejn ma tirrenjax il-liġi tal-ġungla.", "Irridu wkoll li s-suq ikun trasparenti.", "M'hemmx aktar lok ta' abbużi.", "Fuq kollox, din il-liġi hija opportunità biex ikollna suq effiċjenti li jħajjar l-investiment tal-familji u mhux inaffarhom.", "Jekk inħaddmu dawn il-konċetti, se nkunu qed nagħtu lis-suq il-prevedibilità neċessarja fil-qasam tal-kera, li tkellimna dwarha meta l-White Paper kienet għad-diskussjoni u l-konsultazzjoni pubblika.", "Permezz ta' din il-liġi, il-familji mhux se jgħixu fil-biża' li minn ħin għall-ieħor se jispiċċaw barra.", "Kulħadd se jkun jaf it-terminu tal-kuntratt tiegħu.", "Fl-istess ħin, is-sidien se jkollhom garanzija li l-investiment li għamlu se jirrendi.", "Dan ma jfissirx li se noħonqu s-suq għax il-mudell joffri wkoll ċerta flessibilità.", "Mhux se nikkontrollaw lis-suq imma se nistrutturawh u se nagħtuh direzzjoni.", "Kif nafu, meta kien hemm il-liberalizzazzjoni tal-Liġi tal-Kera fl-1995, il-liġi kienet tispeċifika li kulħadd kellu jagħmel kuntratt.", "Però r-realtà on the ground kienet differenti, għax min kien jikri kien jibża' jagħmel kuntratt jew inkella jibqa' jikri fuq l-idejn.", "Dan wassal biex l-inkwilin ma kellux drittijiet u seta' jiġi mitlub biex jitlaq 'il barra mill-post mil-lum għal għada, għax ma kellu xejn x'juri.", "Fl-istess ħin, il-Gvern ma kienx qed jieħu t-taxxa dovuta fuq il-kiri tal-proprjetà.", "Ma kien hawn l-ebda organizzazzjoni u kif għedt, kellna biss il-liġi tal-ġungla.", "B'din il-liġi, dan kollu se jispiċċa.", "Ovvjament, bħala Gvern, rajna x'inhuma l-elementi li jagħmlu s-suq ġust.", "Aħna m'aħniex qed ngħidu lis-sidien li se noħonqulhom is-suq tal-kera, imma qed ngħidulhom li se nagħtuhom il-flessibilità, però f'ġieħ is-sewwa, kulħadd irid ikun konformi mal-liġi.", "Tajjeb li nagħti wkoll rendikont tal-konsultazzjoni li għamel il-Gvern.", "Dan huwa Gvern li sema' lil kulħadd, fost l-oħrajn, individwi, sensara, aġenti żgħar, nies li qegħdin jikru u entitajiet u kumpaniji privati.", "Iltqajna wkoll ma' min iħaddem u ma' nies li ġabu ħaddiema barranin f'setturi kruċjali u speċjalizzati li kellhom bżonn jikru numru ta' apparatamenti fejn jgħixu għal dak il-perijodu meta jagħtu servizz lil pajjiżna.", "Qabel kien hemm xettiċiżmu kbir dwar xi tip ta' regolarizzazzjoni.", "Kien hemm min ħaseb li bil-White Paper se nagħmlu xi tip ta' kontrolli kif kienu jsiru fis-snin erbgħin u ħamsin meta pajjiżna kien qiegħed joħroġ mid-diżastru tal-gwerra.", "Kien hemm min ikkritikana li se noħorġu biss xi biċċa karta u mhu se nagħmlu xejn aktar.", "Però wrejna kif nistgħu ndaħħlu riforma u bidliet kbar mingħajr ma ssussajna lil dak li jkun.", "Mir-rispons li daħal kien hemm diversi aspetti interessanti iżda rajna wkoll li mill-konsultazzjoni ma ħareġ xejn ġdid.", "Bħala Gvern konna nafu fejn hemm il-problemi u xi ħadd ried jiddeċiedi li jindirizzahom.", "Huwa għalhekk li llum qegħdin inressqu dan l-Abbozz ta' Liġi biex niddiskutuh flimkien.", "Permezz ta' riċerka estensiva u bla preċedent f'dan is-settur tajna l-informazzjoni kollha, għedna x'qed jiġri u għarafna li s-soċjetà qed tinbidel.", "Pereżempju, wara t-tkissir ta' żwieġ, ħafna drabi, familja li kellha appartament jew inkella dar fejn toqgħod, tispiċċa bil-koppja taqsam il-beni ta' bejniethom u l-omm jew il-missier irid imur jikri.", "Kien qed jiġri wkoll li ħafna persuni kienu qed jispiċċaw bħala piż fuq l-Istat, għax ikunu jridu jsibu akkomodazzjoni alternattiva.", "Ħafna Maltin li kienu qegħdin jikru ma kenux intitolati għall-benefiċċju neċessarju għax ma kellhomx kuntratt tal-kera.", "F'dawn l-aħħar snin, introduċejna miżura wara l-oħra bil-mod il-mod sabiex ikollna viżjoni u strateġija wiesgħa għall-qasam tal-akkomodazzjoni.", "Bħala Gvern, m'aħniex se nieqfu hawn.", "Ngħid ukoll li l-benefiċċju għall-akkomodazzjoni li daħħalna mhux se jibqa' statiku.", "L-Istat se jkun qiegħed jara l-persentaġġi tad-dħul tan-nies biex l-għajnuna tingħata bħala cushion lil min jaqa' lura fis-suq tal-kera imma rridu wkoll li jkollna l-istabilità.", "Permezz ta' din il-liġi, issa se nkunu nafu kemm għandna nies qegħdin jikru b'kuntratt ta' sena, sentejn jew aktar.", "Dik il-mara li sal-lum lanqas kienet tista' tersaq lejn l-Awtorità tad-Djar għax ma kenitx tista' tieħu s-sussidju minħabba li kollox kien fuq l-idejn, illum se jkollha għodda li biha tista' tieħu l-għajnuna mingħajr biża' ta' xejn.", "Se nkun ċar; għal min mhuwiex se jaderixxi ma' din il-liġi, se jkollna persuni inkarigati mill-infurzar li se jħabbtu l-bibien ta' dawk is-sidien li qegħdin jabbużaw mir-responsabilità u jweġġgħu familji li m'għandhomx tort.", "Permezz ta' riċerka estensiva rajna d-dinamika ta' kif jaħdem is-suq, kif jaħsbuha l-operaturi u l-familji li jikru.", "Nafu wkoll l-isfidi u anke l-opportunitajiet li joffri dan is-suq.", "Illum il-Gvern qiegħed jiddeċiedi u jieħu azzjoni.", "Però parti kruċjali mid-diskors li nixtieq nagħmel huwa dwar l-affordabilità.", "Qabel nidħol fl-aspett tal-liġi rrid nitkellem fuq dan il-fenomenu tal-affordabilità, li huwa aspett importanti, għax kien hu li xprunana biex nieħdu azzjoni f'dan is-suq.", "Ħafna kienu jgħidulna biex ma mmissu xejn għax il-kera hija kerha.", "Ir-realtà tiddependi minn kif tħares lejn l-affarijiet.", "Ma stajniex ma ndaħħlux din il-liġi bħala parti mill-istrateġija tal-akkomodazzjoni tagħna.", "Ma tistax tagħti post tal-Gvern lil kulħadd.", "Għalhekk rajna li jkollna taħlita ta' ideat, miżuri u implimentazzjoni biex persuna jkollha l-garanzija tal-akkomodazzjoni soċjali u dik li tissejjaħ akkomodazzjoni normali.", "L-issue ta' affordabilità ma tissolviex billi timponi prezz jew inkella ddaħħal miżuri drakonjani.", "Kif għedt diġà, irridu nifhmu r-realtà tal-lum, iżda wkoll ta' għada.", "Madanakollu jkun tajjeb li nħarsu wkoll lura biex ma nirrepetux l-istess żbalji li saru fil-passat.", "Regolarizzazzjoni żejda fil-passat wasslet biex sfortunatament qtajna qalb in-nies li kellhom xi tama li xi darba jdaħħlu l-proprjetà tagħhom fuq is-suq tal-kera.", "Illum hemm aktar fiduċja min-nies li qed jaraw il-kera bħala sors ta' dħul importanti għall-familja.", "Għall-investiment li qed jagħmlu, in-nies qed jingħataw inċentiva bażika li jekk tmur għad-durata tal-kuntratt, mhux biss tieħu l-kreditu tat-taxxa, imma dak il-kuntratt fit-tul jista' jservik bħala sors ta' investiment anke mal-banek fejn wieħed jista' jieħu loans fuq il-kuntratt.", "Dik se tkun waħda mill-miżuri kruċjali ta' din il-liġi.", "Minkejja dan, bħala Gvern, se nibqgħu nindirizzaw l-affordabilità billi naraw li jkun hemm benefiċċju tal-akkomodazzjoni ġdid u aktar b'saħħtu għal dawk bi dħul baxx li se jibqa' jiġi regolarizzat u emendat sena wara l-oħra, permezz ta' baġit wara l-ieħor.", "Qed nagħmlu dan għax għandna surplus u ekonomija b'saħħitha li qed tgħinna nroddu lura s-surplus fil-bwiet tan-nies.", "Sinjura President, tajjeb li naraw x'fih dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Ħalli nibda nitkellem dwar ir-relazzjoni b'terminu ta' sena.", "Kollox huwa marbut mal-konċett ta' residenza.", "Aħna rridu li bis-saħħa ta' din il-liġi, jekk persuna qed tgħix fil-kera, irridu nagħtu l-opportunità li tħossha qed tgħix ġo dar u ma rridux li l-post jibqa' post temporanju għal ftit xhur.", "Għalhekk għar-residenti permanenti qed indaħħlu durata minima fil-liġi ta' sena mandatorja.", "Fl-aħħar din il-liġi se tkun qed toħloq dan il-benchmark.", "Nemmnu li sabiex familja tagħmel id-dar tagħha minn fond mikri, trid perijodu adegwat.", "Familja ma tistax tagħmel dan f'xahrejn jew tlieta imma trid perjodu qawwi fejn tkun tista' tibni relazzjoni kummerċjali bejn il-kerrej u s-sid.", "F'relazzjoni ta' sena, il-kerrej huwa marbut li jħallas l-ewwel xahrejn kera, anke jekk jitlaq qabel.", "Jekk imbagħad il-kerrej irid jinħall mir-relazzjoni qabel it-terminu ta' sena, għax kif għedt is-sistema trid tibqa' tagħti ċertu livell ta' flessibilità, dan irid jagħti avviż ta' xahar lis-sid.", "Is-sid mhuwiex marbut li jġedded imma jekk ma jkunx beħsiebu jġedded, jeħtieġ li jinforma lill-kerrej sa tliet xhur qabel ma tiskadi din il-kirja.", "Jekk jaqbżu t-tliet xhur minn tmiem il-kera u s-sid ma jkunx informa lill-kerrej, ir-relazzjoni tiġġedded b'sena oħra bl-istess kondizzjonijiet awtomatikament.", "Hemm min qed jistaqsi għalfejn dan il-perjodu ta' sena.", "B'din il-miżura, jekk is-sid ikun jidhirlu li m'għandux jibqa' jinforma lill-kerrej biex joħroġ mill-post, għax ikun kuntent bih, il-kirja tista' ssir b'mod indefinit.", "Jekk sena wara l-oħra s-sid ma jidhirlux li għandu jinnotifika lill-kerrej biex joħroġ ifisser li huwa kuntent bih u jrid iġeddidlu l-kera minn sena għal oħra awtomatikament.", "Il-kera maqbula liberament bejn il-partijiet fil-bidu tal-kirja tibqa' fissa matul ir-relazzjoni tas-sena ta' wara.", "Imbagħad qed nipproponu wkoll relazzjoni ta' sentejn.", "Din il-liġi hija mibnija fuq dan is-sens ta' reċiproċità.", "Aktar ma s-sid ikun dispost li jagħti stabilità fit-tul lil min jikri, aktar se jgawdi garanzija.", "F'każ ta' dak is-sid li huwa dispost li jagħti kuntratt ta' sentejn, il-kerrej se jkun marbut b'mod mandatorju li jħallas il-kera għall-ewwel erba' xhur.", "Jekk jiġi biex jinħall mir-relazzjonijiet kuntrattwali qabel iż-żmien, issa jrid jagħti avviż ta' mill-inqas xahrejn qabel.", "Il-kera maqbula liberament fil-bidu tista' togħla darba biss fi tmiem l-ewwel sena, skont l-indiċi tal-prezz tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 5%.", "B'hekk, jekk l-indiċi jogħla b'7%, il-kera ma tistax togħla b'aktar minn 5% biex nagħtu sens ta' kontinwità anke għall-kuntratti.", "M'hemmx dubju li dawn il-miżuri se jżidu ħafna aktar iċ-ċertezza u se jaqtgħu sitwazzjonijiet fejn jiġi s-sid xahar qabel u jgħidlek li mill-għada, minn €300 kera jrid €800!", "Sitwazzjoni bħal din ma kellha l-ebda disparità ta' kif togħla l-kera minn xahar għall-ieħor.", "Però issa se jkun hemm kollox bil-miktub, inkluż in-normi ta' kif se jiġu aġġustati l-kirjiet.", "Kif għedt, il-kera maqbula liberament se tiġi aġġustata sa 5%.", "Is-sid mhuwiex marbut li jġedded, imma jekk ma jkunx beħsiebu jġedded, jeħtieġ li jinforma lill-kerrej sa tliet xhur qabel - kif ovvjament isir fl-ewwel sena - ma tiskadi l-kirja.", "Jekk jaqbżu t-tliet xhur minn tmiem il-kera u s-sid ma jkun qal xejn, ir-relazzjoni tiġġedded b'sentejn oħra bl-istess kondizzjonijiet ta' dak il-kuntratt li ġie ffirmat għal perjodu ta' sentejn.", "Ir-relazzjoni ta' tliet snin hija l-aktar waħda li qed tkun inċentivata min-naħa tal-Gvern.", "Fil-każ ta' dak is-sid li hu dispost li jagħti kuntratt ta' tliet snin lill-kerrej, il-kerrej se jkun marbut min-naħa tiegħu b'mod mandatorju għall-ewwel sitt xhur tal-kera.", "Jekk jiġi biex jinħall mir-relazzjoni kuntrattwali qabel iż-żmien, issa jrid jagħti avviż ta' mill-inqas tliet xhur.", "Il-kera maqbula liberament fil-bidu tista' togħla darbtejn fl-aħħar tal-ewwel sena u fl-aħħar tat-tieni sena skont l-indiċi tal-prezzijiet tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 5%.", "L-istess, anke hawnhekk, għandna l-istess element ta' ċertezza fuq kuntratti ta' durata itwal.", "Is-sid mhuwiex marbut li jġedded però qed indaħħlu wkoll il-kondizzjoni li jekk ma jinnotifikakx qabel jiskadu t-tliet snin, il-kuntratt jiġġedded għal tliet snin oħra awtomatikament kif qed tgħid il-liġi.", "Nerġa' ngħid li dan ifisser aktar ċertezza u durata għall-kuntratti itwal tas-suq tal-kera.", "Fir-rigward ta' dawn iż-żewġ mudelli li jibdew minn relazzjoni ta' sentejn 'il fuq, is-sid se jgawdi minn kreditu tat-taxxa.", "Bħala Gvern, mhux biss matul dawn l-aħħar sentejn, tlieta, naqqasna t-taxxa minn 35% għal 15%, imma hawnhekk qed nerġgħu nnaqqsuha billi jekk inti, bħala sid, tmur għal durata itwal ta' sentejn jew tlieta, il-Gvern se jagħtik kreditu ta' taxxa li jvarja minn €200 għal €500 fis-sena, skont id-daqs tal-appartament.", "Dawn huma relazzjonijiet li bħala Stat irridu li nippromwovu.", "Bħala Gvern mhux qed niddejqu li lis-sidien ngħidulhom biex jersqu 'l quddiem u jafdaw fis-suq għax is-sistema se tippremjahom billi se titnaqqsilhom it-taxxa.", "Irrid ngħid ukoll li jekk irridu nikkomparaw ikun tajjeb li nagħmlu dan anke f'dan il-qasam.", "Filwaqt li f'pajjiżi oħrajn l-element ta' taxxa fuq il-proprjetà marbuta mal-kirjiet tlaħħaq il-35%, l-40% u addirittura 60% fil-pajjiżi Nordiċi, pajjiżna huwa kważi l-inqas pajjiż li jintaxxa lis-sidien fuq il-proprjetà, għaliex mhux biss, kif għedt, niżżilna t-taxxa għal 15% imma qed nagħtu wkoll kreditu ta' taxxa bla ebda preċedent.", "Sinjura President, se niġi issa biex nitkellem fuq ir-residenza temporanja.", "Kif ilna ngħidu għal aktar minn sena, is-suq tal-kera se jattira varjetà kbira ta' nies.", "Mhux kulħadd irid soluzzjoni permanenti f'dan il-qasam.", "Għalhekk, bħala Gvern, irrikonoxxejna li hemm ħafna nies li qed jiġu jaħdmu f'pajjiżna għal ftit xhur u wara jerġgħu jitilqu lejn pajjiżhom.", "Jeżistu ċirkostanzi ta' nies li jridu jikru għal villeġġatura, oħrajn għaliex qegħdin jistudjaw kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u oħrajn li għandhom bżonn jikru għal perjodu partikolari minħabba ċirkostanzi speċjali, pereżempju jekk ikunu qegħdin iwaqqgħu jew jirranġaw id-dar.", "F'dan il-każ m'aħniex qed noffru inċentivi imma qegħdin inħallu mudell ta' sitt xhur, li jridu jkunu ġustifikati, la inqas u lanqas iżjed.", "Hemm il-perjodu ta' avviż li wieħed irid juża fil-prattika imma l-qafas huwa mibni fuq sitt xhur.", "Jekk is-sid se jikri fond sħiħ għal perjodu ta' sitt xhur, irid juri evidenza li min se jikri qiegħed fil-bżonn ta' soluzzjoni verament temporanja.", "Pereżempju, jekk jiġi ħaddiem minn barra li jkollu kuntratt ta' xogħol għal xahrejn biss, jista' jippreżenta dik l-evidenza u l-Awtorità se tagħtih l-inkarigu li jista' jidħol f'kirja kuntrattwali għal dak il-perjodu biss.", "Qegħdin indaħħlu din il-miżura għaliex rajna li kien hemm element ta' disparità qawwija.", "Jekk il-kuntratti ma jkollhomx stabilità u durata, se jkun hemm problema ta' instabilità fis-suq tal-kera.", "Fenomenu ġdid li daħal f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin huwa l-kiri ta' kmamar.", "Dan huwa ġej mill-fatt li qed ngħixu f'dinja globalizzata u għandna aktar movimenti tas-suq tal-kera.", "Però, f'dan il-każ, qegħdin naraw li ma nagħtux inċentiv, għax ma rridux nagħmlu l-kamra bħala residenza primarja għal diversi snin jew b'mod permanenti.", "Ovvjament jekk ikun hemm kera ta' kmamar fit-tul, din se tispiċċa tħalli impatt fuq is-suq minħabba li aktar ma tikri kmamar, aktar tgħolli l-kera u toħloq disparità wkoll ma' proprjetajiet oħrajn.", "Għalhekk qegħdin ngħidu li wieħed jista' jikri kmamar għal perjodu ta' sitt xhur, imma kif jiskadu dawk is-sitt xhur, l-inkwilin irid joħroġ u jsib appartament normali fejn joqgħod.", "Din il-miżura se tagħti ċertu serħan il-moħħ, stabilità u durata.", "Ir-reġistrazzjoni hija parti kruċjali minn dan l-Abbozz ta' Liġi.", "F'kull każ li semmejt, il-kuntratt tal-kera jrid jiġi rreġistrat biex b'hekk l-Istat ikun jaf eżattament x'għandu u m'għandux.", "Ir-reġistrazzjoni se tkun mandatorja permezz ta' reġistrazzjoni mal-unit ġdid speċjalizzat fl-Awtorità tad-Djar.", "Se nagħmlu l-Istat preżenti fis-suq mhux biex jikkontrolla imma biex iżid il-fiduċja bejn il-partijiet u biex isaħħaħ l-aċċess għas-servizzi.", "B'din l-informazzjoni, l-Istat se jkun f'pożizzjoni li jista' jippjana għall-futur u jkun jista' jagħti ċerti inċentivi fil-qasam tal-kera.", "Kif għedt, ir-reġistrazzjoni se tkun obbligatorja imma se tkun faċli għax wieħed se jkun jista' jagħmilha mid-dar tiegħu fi ftit minuti online.", "Wieħed jista' jtella' online l-kuntratt, ritratti u kopja tad-depożiti li jkun ħallas biex b'hekk ikollu ċerta evidenza.", "F'każ li inkwilin ma jkunx irid joħroġ mill-post meta s-sid ikun itterminalu l-kuntratt jew inkella meta jiskadi t-terminu tal-kuntratt, wieħed għandu x'juri quddiem il-Qrati u quddiem il-panel f'każ ta' ġlied jew nuqqas ta' qbil fuq il-proprjetà jew l-affarijiet li jkun hemm fil-proprjetà.", "Din se tkun informazzjoni kruċjali.", "Pereżempju, l-inventarju se jkun kruċjali għall-Awtorità biex taqta' ċerti kawżi li jkollha quddiemha fuq affarijiet żgħar u b'hekk se nkunu qed nissimplifikaw l-affarijiet.", "L-istess, se ndaħħlu l-model contract bħala parti mill-avviż legali ta' din il-liġi biex niffaċilitaw l-affarijiet u ngħinu lin-nies dwar x'jistgħu jiffirmaw f'agreements bejniethom.", "F'din il-liġi qegħdin indaħħlu wkoll is-sistemi tal-formoli H u N tal-ARMS Ltd, li diġà jeżistu biex inkwilin li jkun qiegħed jgħix ġo appartament ikollu aċċess sħiħ għall-kontijiet li jkun qiegħed jikkonsma f'dik il-proprjetà.", "B'hekk se jinqata' l-abbuż ta' min qiegħed jipprova jbigħ id-dawl lill-inkwilini u jiċċarġjahom aktar għoli milli suppost.", "Irrid ngħid li din hija prassi illegali li ilha sseħħ għal diversi snin.", "Dawn il-formoli jridu jiġu annessi mal-kuntratt biex b'hekk l-ARMS tkun informata b'dak kollu li jkun għaddej bejn l-inkwilin u s-sid.", "Mingħajr dawn iż-żewġ formoli, ir-reġistrazzjoni ma tkunx tgħodd u b'hekk il-kuntratt tal-kera ma jkunx jista' jsir validu.", "Din hija miżura li se ssaħħaħ it-trasparenza, se żżid is-sigurtà u se żżid il-protezzjoni liż-żewġ naħat li jkunu qegħdin fuq din it-transazzjoni kummerċjali.", "Fl-istess ħin, l-Awtorità se tkun tista' tkun f'pożizzjoni li tħaddem il-benefiċċju tal-akkomodazzjoni b'mod xieraq u jkun jista' jsir pronostiku tal-bżonnijiet finanzjarji li għandha l-Awtorità biex tgħin u ssostni lin-nies li jeħtieġu l-għajnuna.", "Irrid nitkellem ukoll dwar ir-responsabilità tar-reġistrazzjoni tal-kera fuq is-sid.", "Se jkun is-sid li jkun obbligat li jagħmel din ir-reġistrazzjoni tal-kuntratt u mhux l-inkwilin.", "Is-sid li huwa l-proprjetarju u li kkonkluda l-kuntratt irid imur online fis-sistema u jagħmel upload ta' dik ir-reġistrazzjoni.", "Min ma jafx jagħmilha mid-dar tiegħu, se jkun jista' jinqeda mill-Awtorità fejn se jkun hemm nies kompetenti li jistgħu jgħinuh jagħmilha direttament hemmhekk.", "Sid li jagħżel li ma jirreġistrax il-kuntratt se jkun qiegħed jirriskja multa li tlaħħaq madwar €10,000 b'sentenza tal-Qorti.", "Għall-ewwel darba qed indaħħlu l-poter li l-Awtorità tista' tressaq lis-sid il-Qorti jekk ma jkunx irid jirreġistra u jħalli l-kirja tiegħu underground.", "F'dan il-każ il-Qorti tista' timponilu sa €10,000 multa.", "Forsi din tinstema' miżura ftit qawwija u drastika imma nemmen li hija proporzjonata meta tqis dak li s-sid ikun qiegħed jippreġudika, inkluż il-protezzjoni tiegħu nnifsu u d-drittijiet tal-kerrej u l-familja tiegħu.", "Jekk irridu suq professjonali u serju jrid ikun hemm konsegwenzi ċari u serji għal min ma jerfax ir-responsabbiltajiet tiegħu.", "Is-sid li ma jirreġistrax se jintalab jikkonforma.", "Qed indaħħlu wkoll konċett ġdid li ħadnieh mis-sistema Taljana fejn għall-ewwel darba, fuq talba formali tal-kerrej, l-Awtorità tad-Djar tista' tfittex lis-sid fil-Qorti biex timponilu kirja ta' tliet snin għal mhux aktar minn 75% tal-prezz fis-suq.", "Dan ifisser li jekk persuna tħalli l-kuntratt underground u l-kerrej jibda jiġi mhedded għax ma jkollux kuntratt, il-kerrej jista' jirrikorri għand l-Awtorità li tressaq il-każ li hemm evidenza ta' kirja għaddejja quddiem il-Qorti u l-maġistrat jista' jimponi li l-kerrej jibqa' fil-proprjetà għal tliet snin b'75% tal-prezz fis-suq.", "B'hekk se jinqata' l-abbuż ta' nies li ma jħallux lill-inkwilini jieħdu l-benefiċċji soċjali u l-abbuż ta' nies barranin li jispiċċaw ma jkollhom l-ebda drittijiet.", "Il-barranin se jkunu informati bid-drittijiet kollha li għandhom f'dan il-qasam.", "Is-serjetà u l-professjonalità min-naħa tal-Istat jitolbu li npoġġu l-affarijiet ċari għal kulħadd.", "Sfortunatament smajna ħafna stejjer.", "Huwa minnu li forsi l-ħażin jinstema' aktar mit-tajjeb.", "Però nemmen li l-parti l-kbira tas-sidien huma serji u responsabbli.", "Il-parti l-kbira tas-sidien iridu din is-sistema li tagħtihom aktar garanziji fuq l-investiment tagħhom u mhux jirriskjaw il-proprjetà tagħhom ma' nies li ma jafuhomx u li jista' jkollhom problema magħhom.", "Se ndaħħlu wkoll il-konċett ta' blacklisting.", "Jekk hemm inkwilin li għal darba, darbtejn ma ħallasx il-kirjiet, kisser fid-dar li kien jinsab fiha jew tressaq quddiem il-Qrati jew quddiem il-panel tal-Awtorità u ma aderixxiex man-normi li qiegħed jimponilu l-Istat, permezz ta' din il-liġi se jibda jsir blacklisting tiegħu.", "B'hekk, sid li jkollu dubju fuq il-persuna li lilha jkun se jikri l-proprjetà tiegħu, se jkun jista' jiċċekkja jekk l-inkwilin kellux xi issues ma' nies oħrajn.", "Permezz ta' dan il-blacklisting is-sidien se jkunu jafu bir-riskju li se jieħdu meta jikru lil dawn in-nies li mhumiex responsabbli.", "Ovvjament din il-miżura tapplika għaż-żewġ naħat.", "Jekk sid, għal darba, darbtejn, tlieta, injora r-regolamenti u l-liġi, l-Awtorità għandha d-dover li tagħmel blacklisting tiegħu.", "Nittama li din il-miżura ma tintużax, però se tkun qiegħda fil-liġi biex tagħti saħħa u poteri lill-inkwilin, lis-sidien u anke lill-Awtorità tad-Djar innifisha.", "Issa se niġi biex nitkellem fuq il-proċess ta' żgumbrament li kienet kwestjoni oħra li tqajmet fid-diskussjoni.", "Il-proċess ta' żgumbrament huwa marbut ma' emendi f'artiklu 16A ta' kapitlu 69.", "Hawn irrid nirringrazzja lill-Ministru Owen Bonnici li kien kruċjali f'din ir-riforma u għenna ħafna matul id-diskussjoni sabiex wasalna fi ftehim f'dak li għandu x'jaqsam ma' żgumbrament.", "Mill-proċess ta' konsultazzjoni rriżulta li kellna ħafna sidien li kienu jinkwetaw meta inkwilin ma jkunx irid joħroġ mill-proprjetà tagħhom.", "Ħafna drabi dawn is-sidien idumu sena jew sentejn biex jipprovaw joħorġu lill-inkwilin mill-post, anke b'mezzi legali.", "Għalhekk għall-ewwel darba qegħdin nintroduċu sistema li fil-każ ta' persuna li ma tkunx ħallset il-kera jew ma tkunx trid toħroġ mill-post meta jkun skadielha l-kuntratt, tista' tinfetaħ kawża quddiem il-Qorti u fl-ewwel smigħ ta' dik il-kawża l-maġistrat se jaqta' d-deċiżjoni dwar l-iżgumbrament.", "Jekk imbagħad ikun hemm kwestjonijiet marbuta ma' ħlasijiet jew nuqqas ta' qbil bejn iż-żewġ naħat, dawn jiġu diskussi aktar fit-tul f'seduti oħrajn.", "Però, għall-inqas, is-sid se jkun jista' jirkupra dik il-proprjetà malajr kemm jista' jkun u mhux jagħmel sentejn, tlieta, jistenna l-proċess ġudizzjarju.", "Din il-liġi qiegħda tpoġġi responsabiltà u poteri assoluti ġodda lill-Awtorità tad-Djar.", "Din l-Awtorità twaqqfet fl-1976 mhux biss biex tkun Awtorità li tikkrea l-postijiet soċjali imma biex tmexxi s-settur tad-djar u l-akkomodazzjoni 'l quddiem f'pajjiżna u tinċentiva ċerti policies marbuta mal-akkomodazzjoni.", "Permezz ta' din il-liġi l-Awtorità qed tingħata l-potenzjal li tirregola settur daqstant sensittiv.", "Il-viżjoni tagħna hija li nwessgħu x-xogħol u l-parti amministrattiva ta' din l-Awtorità.", "Permezz ta' unit speċjali li se jiġi kkreat fl-Awtorità, se jiġu impjegati ħaddiema apposta biex jimmaniġġjaw dan is-settur u jagħtu servizz ġdid lis-soċjetà, anke sabiex din il-liġi tiġi mħaddma bl-aħjar mod.", "Sinjura President, jien se nikkonkludi billi ngħid li fl-aħħar snin tkellimna ħafna fuq il-kera fejn kulħadd tkellem mill-perċezzjoni tiegħu.", "Illum għandna abbozz ta' liġi serju u studjat li huwa riżultat ta' konsultazzjoni li tat eżempju ta' kif għandha ssir il-politika.", "Nittama li jkollna dibattitu xieraq li jżomm fuq quddiem nett l-interess ta' kulħadd u li nassiguraw id-dritt ta' kull persuna u familja li ma tgħixx fil-biża'.", "Irridu nħarsu wkoll id-dritt ta' min ħa r-riskju u investa fi proprjetà, biex l-investiment li għamel ma jtirlux mar-riħ imma jagħmel minnu qligħ ġust.", "Qed nistenna li naslu f'sitwazzjoni fejn min jopera fis-suq, kemm sid jew aġent, jagħraf il-ġid ta' qafas regolatorju serju u effiċjenti.", "Nemmen bl-akbar konvinzjoni li permezz ta' din l-liġi, qed nilħqu stadju ieħor importanti fl-impenn tagħna li nħejju lil pajjiżna għall-futur filwaqt li b'serjetà u attenzjoni nindirizzaw l-isfidi tal-preżent.", "L-għan tagħna bħala politiċi mhuwiex li noħonqu s-suq imma li jkollna suq flessibbli, li jagħti protezzjoni, prevedibilità, serħan il-moħħ u stabilità lil dan l-pajjiż.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, dan l-Abbozz ta' Liġi huwa importanti ħafna għall-bnedmin li missew il-qiegħ bla qiegħ u l-foqra għaliex se jaffettwahom ukoll, kif se nispjega f'dan id-diskors.", "Bħala kelliema tal-Oppożizzjoni se nkunu madwar sitta u qassamna d-diskussjonijiet tagħna b'mod li ma nidħlux f'xulxin imma se nipprovaw immissu ħafna suġġetti relatati ma' din il-liġi għall-ġid tal-poplu tagħna.", "Nemmen li jekk il-bniedem fqir jintefa' fil-ġenb inkunu qisna qed niżbgħu bieb mingħajr ma nneħħulu l-ħażin tiegħu u bħala Oppożizzjoni ma nixtequx li jiġri hekk.", "Waqt li se nagħmlu l-kritika tagħna, se noffru koperazzjoni sħiħa lill-Gvern għal din il-liġi li hija tant importanti għal pajjiżna, fosthom għaż-żgħir, għall-fqir, għall-batut u għall-vulnerabbli.", "Kif jaf kulħadd, f'dawn l-aħħar snin is-suq tal-kera ma kienx wieħed feliċi għal dawk li jridu jikru u għaddejjin minn ħafna tbatija.", "Filwaqt li għandna 80% li huma sid ta' darhom, illum se nitkellmu fuq parti minn dawk l-20% li jikru.", "Kif se jispjega aktar 'il quddiem l-Onor.", "Gouder, l-influss tal-barranin li jaħdmu f'pajjiżna qed idawru l-ekonomija iżda d-domanda kbira għall-kirjiet kissret lil bosta minn ħutna Maltin.", "Hawn m'iniex qed nirreferi għal dawk li jaqilgħuha u jikluha iżda qed nirreferi għall-ifqar fost l-ifqar.", "Aktar tard, bil-permess tal-Kamra, nixtieq inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi ittri li nirċievi minn żmien għal żmien.", "Fil-fatt qbadt ftit ittri li rċevejthom f'dawn l-aħħar ġimgħat, ċempilt lil min bagħathomli wieħed wieħed u nixtieq li nitkellem dwarhom.", "Dawn huma ittri ta' ħutna Maltin li jipprovaw jiggranfaw ma' kollox u jikkomunikaw ma' kulħadd.", "Ninsab ċert li l-Onor.", "Roderick Galdes jaf b'dawn in-nies ukoll għaliex mhux l-ewwel darba li jgħiduli li marru l-Ministeru biex ikellmu lilu jew lil Therese, li nsellmilha minn hawnhekk.", "Dawn huma bnedmin li bħal donnu qatt ma jistgħu jinqalgħu mill-iskutella fonda u ovali li jinsabu fiha, li jien inħobb insejħilha l-iskutella tal-abbandunati u tal-imwarrbin.", "Bla dubju l-kera għolja tħalli effett negattiv fuq il-foqra u ż-żgħar.", "Kif nafu, qatt daqs illum ma rajna kriżi ta' familji mwerwrin bis-sitwazzjoni li qegħdin fiha!", "Qatt daqs illum ma rajna bnedmin jgħixu fil-karozzi!", "Fil-fatt, waħda mill-ittri hija ta' persuna li qiegħda tgħix ġo vann f'Tas-Sliema.", "Dawn l-affarijiet huma miktubin iswed fuq l-abjad.", "Għandna nies li qed jgħixu fil-caravans u fil-garaxxijiet!", "Qatt daqs illum ma rajna familji jaqsmu ma' ħaddieħor appartament żgħir li aħna ma noħolmux li ngħixu fih!", "Hawn anzjani u barranin li qed jgħixu f'kamra kbira daqs kamra tal-banju!", "Qatt daqs illum ma kellna shelter homes li huma dejjem mimlija!", "Galdes, id-demografija ta' pajjiżna llum inbidlet, speċjalment biż-żieda ta' barranin f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin.", "Kif taf int, Sinjura President, fix-shelter Dar Merħba Bik hemm persuni li suppost ħarġu minn din id-dar però minħabba li m'għandhomx fejn joqogħdu, ilhom hemm għal madwar sentejn.", "Dalgħodu stess ċemplitli tfajla li qiegħda f'shelter home l-Belt.", "Din it-tfajla għamlet il-kors, ingħatat linji gwida għat-triq 'il quddiem però xorta waħda għadha f'din id-dar minħabba s-sitwazzjoni preżenti f'pajjiżna.", "Bħal din it-tfajla, hemm min spiċċa l-programm ta' riabilitazzjoni u grazzi għall-Caritas, imur f'Dar Charles Miceli fi Triq ir-Rebbiegħa fil-Mosta.", "Hemm min ma jerġax lura fit-triq għaliex qed jipprova jsalva ġildu, imma sfortunatament, minħabba s-sitwazzjoni li għandna f'pajjiżna, xi kultant ikollok tagħmel dak li ma tridx.", "Meta bniedem ikun inqata' mis-soċjetà, wara programm ta' riabilitazzjoni jew perjodu fil-ħabs, ħafna drabi, jekk il-familja ma taċċettahx, isib ruħu b'ta' fuqu senduqu, b'baskett tal-plastik, u sfortunatament, jerġa' jispiċċa fit-triq tal-imgħoddi.", "Hawn mhux qed nipponta subgħajja lejn xi ħadd!", "Kif dejjem ngħid, dan is-suġġett mhuwiex ballun politiku.", "Però jkolli ngħid li dan huwa l-aqwa żmien għall-iżgumbrament!", "Qed ngħid dan b'sinċerità kbira għax dawn huma każijiet li niltaqa' magħhom ta' kuljum u xi kultant tħossok inutli quddiem ċerti sitwazzjonijiet.", "Kif għedt, bħalma dawn in-nies jitkellmu miegħi, ninsab ċert li jitkellmu wkoll mal-Onor.", "Galdes, mal-Ministru Falzon u ma' kull Deputat f'din il-Kamra.", "Ta' kuljum iċempluli tnejn jew tlieta li jgħiduli li sid il-post qaltilhom biex mill-għada joħorġu mill-post.", "Din hija sitwazzjoni inkwetanti!", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi hemm punti li naqbel magħhom.", "Ma naħsibx li din il-liġi se ssolvi l-problemi kollha imma almenu għandna bidu tajjeb.", "Ngħid ukoll li hemm punti f'din il-liġi li ssibhom fil-programm elettorali tal-Parti Nazzjonalista tal-2017, fosthom miżuri tat-taxxa.", "Però l-headline ta' din il-liġi m'għandux ikun dwar il-kreditu tat-taxxa imma għandu jkun dwar is-serħan il-moħħ għal dik il-mara li tħossha teżisti f'pajjiżna għax hawn il-wisa'!", "Dawn huma kliem minn dawn l-ittri li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Il-headline ta' din il-liġi għandha tkun dwar dik l-anzjana li l-pensjoni kollha tagħha tmur għall-kera għax biex tgħix ikollhom jitimgħuha uliedha.", "Dawn huma xi ftit mill-weġgħat ta' dak li qiegħed jiġri madwarna.", "Hawn persuni li jibżgħu jitkellmu dwar dawn il-weġgħat għaliex forsi jibżgħu li xi ħadd jista' jagħmlilhom xi bsaten fir-roti jew vendikazzjoni.", "Ovvjament dan mhuwiex il-każ għax aħna f'Malta qegħdin u mhux fil-Bangladesh.", "Però, kif nafu, il-bniedem jibqa' bniedem u xi kultant jibqa' jibża' jwassal il-vuċi tiegħu.", "Qabel nitkellem fuq il-liġi nnifisha nixtieq nikkwota l-editorjal tal-ġurnal TheTimes of Malta tat-30 ta' Ġunju 2019, fejn naqraw hekk:", "Naqbel ma' dan l-editorjal għax din hija konferma ċara li min mhux qed jara futur, se jibqa' fl-inċertezza.", "Ħafna drabi, din hija bużżieqa mifqugħa f'wiċċ min qiegħed jipprova jaspira li jtejjeb is-sitwazzjoni u l-qagħda tal-familja tiegħu u f'wiċċ min qiegħed jipprova jitla' żewġ tarġiet tas-sellum, imma ma jistax.", "Hemm familji li huma lesti li jaħdmu aktar għax joħolmu li uliedhom għandhom ikollhom spazju fejn jgħixu b'serħan il-moħħ.", "Kif semma b'mod tajjeb l-Onor.", "Roderick Galdes, hemm tfal nomadi li jiġru minn post għall-ieħor; dawn ikollhom ibiddlu l-ambjent, l-iskola, l-għalliema u l-ħbieb tagħhom.", "Din mhijiex sitwazzjoni faċli!", "Ilkoll għaddejna minn esperjenzi ta' bidla.", "Pereżempju, jekk tibdel ix-xogħol ikollok tidra ambjent totalment ġdid; mhux dejjem se ssib lil min jifhmek u faċli taħdem miegħu.", "Meta jien dħalt fil-Parlament sibt Grupp Parlamentari li m'għażiltux jien u ridt nara kif se naħdem miegħu.", "Issa immaġinaw lil dawn it-tfal li ta' età tenera, fl-aqwa żmien ta' ħajjithom, qed ikollhom jgħaddu minn din il-bidla.", "Min studja l-psikoloġija jaf kemm it-tfal, sa 12-il sena, ikunu qed jifformaw il-karattru tagħhom u ċerta tbatija tħalli effett kbir fuqhom.", "Hawn tfal li qed jorqdu fil-vannijiet u fil-bajjiet!", "Hemm koppji bi sfida matrimonjali, fejn it-tfal ibatu b'konsegwenza tal-għażla tal-ġenituri tagħhom u jispiċċaw fit-toroq.", "Ovvjament, f'sitwazzjonijiet bħal dawn, m'hemmx serħan il-moħħ!", "Il-ġimgħa li għaddiet, fl-Aġġornament, semmejt ħames eks priġunieri li tkellimt magħhom u li jridu fil-veru sens tal-kelma jagħmlu xi ħaġa b'ħajjithom.", "Xi ħadd ħenn għalihom u bħalissa qed jgħixu ġo appartament fil-Belt Valletta.", "Dawn huma persuni li m'għadhomx l-istess bħal meta nqabdu bid-droga jew serqu, imma daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u tgħallmu mill-esperjenza tagħhom.", "Kif għedt, illum dawn il-persuni jridu jagħmlu xi ħaġa b'ħajjithom u jridu jibnu lilhom infushom mill-ġdid, kif għandu jkun.", "Tifraħ meta tara li l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin irnexxiet ma' dawn il-ħames persuni li kienu missew qiegħ bla qiegħ, daħlu fil-bir tas-skieken u llum irriformaw ruħhom.", "Dawn il-persuni, li wħud minhom huma ġenituri, qed joħolmu li t-tfal tagħhom, bħal tfal oħra, jgħixu b'saqaf diċenti fuq rashom fit-tul.", "Issa se nikkwota xi punti mil-liġi li forsi nistgħu niddiskutuhom flimkien u ntejbuhom.", "Però rrid insemmi punt f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Qed naqraw li sid li ma jkunx irid iġedded il-kirja għandu javża lill-inkwilin tliet xhur qabel jintemm il-kuntratt.", "Din il-miżura żgur li ma tagħtix serħan il-moħħ lill-inkwilin għax ma jistax iħossu kunfidenti għall-futur tiegħu u tal-familja tiegħu.", "L-aktar familji diżappuntati huma dawk li, jagħmlu x'jagħmlu, lanqas jistgħu jibqgħu fejn huma f'ħajjithom imma jafu li se jmorru lura.", "Hawn se nerġa' nikkwota mill-istess editorjal ta' The Times of Malta fejn jingħad li:", "Naqbel ma' dan l-editorjal għax din ir-riforma fil-liġi tal-kera ma tipprovdi l-ebda inċentiv lil dawk li d-dħul tagħhom huwa minimu, limitat jew jgħixu bir-relief.", "Dan il-konċett żgur li ma jagħmilx lis-soċjetà tagħna soċjetà ġusta, li jimpurtaha miż-żgħir.", "Nerġa' ngħid li b'dan l-Abbozz ta' Liġi, bdejna, imma hemm ħafna aktar xi jsir.", "Bħala Oppożizzjoni ninsabu ppreparati li jekk inkunu fil-gvern, naqbdu l-barri minn qrunu f'dan is-settur.", "Dan il-Gvern qed iħalli f'bir tas-skieken lil ħafna familji li ma jaffordjawx jikru.", "B'dan l-Abbozz ta' Liġi l-kera se tibqa' mingħajr referee u regoli.", "Għalhekk se nsemmi tmien punti li nistgħu nressquhom bħala emendi fl-istadju ta' Kumitat, biex inkomplu ntejbu dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Karl Gouder u oħrajn, flimkien rajna dan l-Abbozz ta' Liġi u kkoordinajna d-diskussjoni tal-Oppożizzjoni, biex kemm jista' jkun, inkunu effettivi fid-diskussjoni li nagħmlu.", "Niġi biex insemmi l-ewwel punt.", "Klawsola 7 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi tgħid hekk:", "\"Kwalunkwe waħda mill-klawsoli li ġejjin li tiddaħħal f'kuntratt ta' kirja residenzjali privata, għandha titqies li tkun bla effett:", "klawsoli li jipprovdu għat-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt minbarra n-nuqqas ta' twettiq tal-obbligi tal-kerrej taħt l-artikoli 1554, 1555 u 1614 tal-Kodiċi Ċivili:", "Iżda fejn il-kerrej jonqos milli jħallas b'mod puntwali l-kera dovuta, sid il-kera għandu dejjem isejjaħ lill-kerrej skont l-artikolu 1570 tal-Kodiċi Ċivili;\".", "Hawnhekk dan l-Abbozz donnu qed jobbliga u jitfa' kollox fuq is-sid biex jieħu l-passi meħtieġa.", "Fl-opinjoni tiegħi, din il-klawsola trid tinqara hekk:", "\"Sid il-kera jista' dejjem isejjaħ …\".", "Qed ngħid dan għax mhuwiex l-ispirtu tal-liġi, li nikkundannaw lil dak jew lil ieħor.", "Il-kliem f'din il-liġi \"fejn il-kerrej jonqos milli jħallas b'mod puntwali\" jista' jinftiehem li l-Istat se jieħu passi kontra l-inkwilin, meta fil-verità qegħdin ngħidu li qed inħallu f'idejn is-sid.", "Kif nafu, xi kultant, jekk tagħtini daqqa ta' ponn, jien nista' niddeċiedi li naħfirlek jew nibqa' passiv.", "Bl-istess mod, filwaqt li b'din il-liġi qegħdin nikkontrollaw is-sitwazzjoni, inħoss li l-Gvern m'għandux l-intenzjoni li jkompli jgħakkes, jakkuża jew jaħqar lill-inkwilin imma hija aktar kwestjoni ta' formulazzjoni.", "Imbagħad fi klawsola 8 nsibu hekk:", "\"Kirja residenzjali privata twila ma jistax ikollha durata ta' inqas minn sena (1).", "Kull ftehim li jistipula perjodu iqsar għandu jitqies li ġie miftiehem għal perjodu ta' mill-inqas sena (1):", "Iżda dan l-artikolu ma japplikax għal kirjiet residenzjali privati qosra.\".", "Hawn il-liġi bħal donnha qed tagħti xi konċessjoni ġeneruża billi tgħid li kuntratt għal familja ma jistax ikun ta' inqas minn sena u mhux aktar minn ħames snin.", "Familji f'kirjiet kummerċjali dejjem se jkunu qalbhom ittaqtaq li jekk għandhom kera diċenti, din se tkun ċerta biss għal ħames snin.", "Il-liġi tippermetti li sid il-kera jgħolli l-kera kemm irid u jista' jqaċċat 'il barra lill-familja mid-dar fejn tkun issettiljat.", "Kif semmejt aktar qabel, din hija sfida kbira għat-tfal li jridu jbiddlu l-iskola li jkunu draw fiha, kull ħames snin.", "Agħar minn hekk, din tista' twassal biex familji jispiċċaw fit-triq!", "Pereżempju f'Pariġi għamlu capping fuq il-kera, fil-Ġermanja għandhom kera kkontrollata u l-konservattivi Ingliżi, suppost tal-lemin, daħħlu liġi bħal dik tal-Ġermanja, li tagħmilha diffiċli li sid il-kera ma jġeddidx il-kuntratt tal-kera meta jiskadi.", "Għalhekk irrid nistaqsi: Għaliex, bħala pajjiż, għandna nimitaw lil min hu agħar minna u jimpurtah aktar mill-profitt milli mill-ġid komuni?", "F'dan l-Abbozz ta' Liġi qed ngħidu wkoll li se jkun hemm inċentivi biex il-kirja tkun twila.", "Sa ċertu punt m'iniex konvint mija fil-mija minn dan għax jidher xi ftit kompless.", "Galdes jista' jiċċara dan il-punt aktar 'il quddiem matul dan id-dibattitu.", "Ħafna familji jistgħu jispiċċaw b'tensjoni kbira, għax kif nafu, ix-shelter hija waħda mill-affarijiet bażiċi li persuna għandu jkollha.", "Allura jien nistaqsi: X'se jiġri wara ħames snin?", "Ħames snin huwa l-perjodu massimu, għax kif għedt, il-kuntratt jista' jkun għal sena.", "Forsi l-Gvern jista' jispeċifika aħjar l-eżenzjoni tat-taxxa f'każ li jkun hemm kirjiet ta' ħames snin jew aktar.", "Dan il-punt issemma wkoll fil-konferenza stampa li għamel il-Prim Ministru però jidher li m'hemm xejn iswed fuq l-abjad, b'mod tanġibbli, f'dan l-Abbozz ta' Liġi dwar dan il-punt.", "Hawnhekk nista' nagħmel is-suġġeriment li jekk il-kuntratt ikun għal perjodu ta' aktar minn ħames snin, l-inċentiv għas-sid għandu jitla' minn 5% għal 8%.", "B'hekk is-sid ikun motivat li jikri fit-tul.", "Rigward avviż ta' terminazzjoni ta' kirjiet residenzjali privati twal mas-sid, fi klawsola 9 dan l-Abbozz ta' Liġi jgħid li:", "\"(1) Kirja residenzjali privata ma jibqax ikollha effett malli jiskadi t-terminu tagħha, kemm jekk dak it-terminu huwa konvenzjonali, legali jew ġudizzjarju, sakemm is-sid tal-kera jagħti avviż lill-kerrej mill-inqas tliet (3) xhur qabel b'ittra reġistrata.", "(2) Jekk sid il-kera ma jinnotifikax lill-kerrej fiż-żmien speċifikat, il-kirja residenzjali privata għandha titqies li ġiet imġedda għal perjodu ieħor skont it-termini tal-kirja oriġinali.\" .", "Kif semmejt aktar qabel, irridu ninkoraġġixxu liġi li mhux biss tkun family friendly imma tinkoraġġixxi wkoll kirjiet fit-tul.", "Issa nixtieq nirreferi għal subklawsola (3) ta' klawsola 11 u għas-subklawsola (3) ta' klawsola 12 ta' dan l-Abbozz ta' Liġi li jirreferu għal abbużi minn partijiet aktar b'saħħithom mill-inkwilin.", "Hawnhekk jien qed inkun il-vuċi taż-żgħir.", "Mhux qed nitkellem dwar l-inkwilin li jaqlagħha u jikolha imma dwar l-inkwilin li lanqas jaqlagħha!", "Kif kont qed ngħid, dawn is-subklawsoli jistgħu jwasslu biex partijiet aktar b'saħħithom mill-inkwilin jieħdu l-vantaġġ mogħti mil-liġi u jiżvantaġġaw, permezz tal-forza, lill-parti l-aktar dgħajfa li qed nitkellem dwarha.", "Meta qed ngħid dan, f'moħħi jiġu nies partikolari.", "Għalhekk huwa importanti li nispeċifikaw aktar dan il-punt.", "F'subklawsola 11 (4) insibu hekk:", "\"Ebda penali ma tista' tiġi imposta fuq il-kerrej talli jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta' rtirar skont il-perjodi stipulati fis-subartikolu (1).\"", "Hawnhekk ir-referenza hija għal dawk il-kirjiet residenzjali privati qosra.", "Pereżempju, meta jitfarrak żwieġ, il-familja se tispiċċa barra t-triq?", "Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet mhux biex nikkritika imma biex intejbu s-sitwazzjoni tal-kera f'pajjiżna.", "Klawsola 12 tgħid li::", "\"(1) Il-kerrej ma jistax jirtira minn kirja residenzjali privata qasira qabel ma jgħaddi xahar (1).", "(2) Wara li jiskadi l-perjodu msemmi fis-subartikolu (1), il-kerrej jista' jirtira fi kwalunkwe ħin minn kirja residenzjali privata qasira sakemm hu jagħti avviż minn qabel lill-kerrej ta' mill-inqas ġimgħa (1) b'ittra reġistrata.", "(3) Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li jistipulaw kondizzjonijiet aktar vantaġġużi għall-kerrej b'konnessjoni mal-irtirar tal-kirja.", "(4) Ebda penali ma tista' tiġi imposta fuq il-kerrej talli jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta' rtirar skont dan l-artikolu.\".", "Fi klawsola 13 imbagħad insibu hekk:", "\"(1) Il-kera għandha tkun stipulata liberalment mill-partijiet.\".", "Din tidher bħala klawsola innoċenti però ejja nagħmlu salvagwardi biex in-nies ikunu aktar responsabbli u nevitaw ċerti tbatijiet u moħqrija.", "L-ittri li se nippreżenta aktar tard fuq il-Mejda tal-Kamra juru eżattament x'inhi din it-tip ta' moħqrija.", "Irridu noqogħdu attenti u naħsbu ftit aktar fuq din l-emenda għax din tista' ġġib xi abbużi.", "Klawsola 14 imbagħad tgħid li:", "\"(1) Iż-żidiet fil-kera jistgħu jsiru biss darba (1) fis-sena.", "Fin-nuqqas ta' ftehim espress, il-kera ma tistax tiġi riveduta matul it-terminu tal-kirja.", "(2) Żidiet annwali ma jistgħux jeċċedu l-varjazzjonijiet annwali rreġistrati fl-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Proprjetà ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.", "Il-varjazzjoni annwali għandha tinftiehem bħala l-medja tal-erba' kwarti preċedenti rreġistrati sad-data taż-żieda.", "(3) Iż-żieda prevista fis-subartikolu (2) ma tista' qatt teċċedi l-kera preċedenti b'aktar minn ħamsa fil-mija (5%).\".", "Jien ċert li l-NSO se jkunu qegħdin jipprovdu l-indiċi tal-aħħar 12-il xahar, però rrid nistaqsi: Dejjem tinġabar din l-informazzjoni?", "Din l-informazzjoni se tkun mingħajr abbużi jew manipulata?", "Jekk jogħġobkom, ma jistgħux jittieħdu ritratti fil-Kamra.", "Onor. Bartolo, tista' tkompli bid-diskors tiegħek.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, sabiex l-NSO jiġbru l-figuri jridu jgħaddu numru ta' xhur, jidhirli tliet xhur.", "Għalhekk wieħed irid jagħmel klawsola fil-liġi li l-indiċi tal-kera japplikaw mid-data li l-NSO toħroġ l-istatistika.", "Rigward il-moniteraġġ u l-infurzar, klawsola 19 tgħid hekk:", "\"(1) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' xi liġi oħra, għall-finijiet tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att, iċ-Chairperson tal-Awtorità tad-Djar u kull uffiċjal, impjegat jew kull persuna oħra li tista' tiġi awtorizzata miċ-Chairperson għal dan l-iskop, u jekk mitlub miċ-Chairperson bl-assistenza tal-Korp tal-Pulizija, għandu jkollu:", "(a) id-dritt li jidħol fi kwalunkwe fond privat, f'kull ħin raġonevoli u jispezzjona kwalunkwe fond, jew jivverifika jekk il-fond hux qed jiġi okkupat minn xi persuna, jew li jieħu xi ritratti wara li jidħol jew jitlob xi informazzjoni leġittima minn kwalunkwe okkupant ta' dak il-fond; u", "d-dritt li jagħmel dak kollu anċillari jew konsegwenzjali għal dan.", "(2) Kull persuna awtorizzata skont is-subartikolu (1) għandha tipproduċi mezz ta' identifikazzjoni maħruġ mill-Awtorità tad-Djar u b'hekk tkun awtorizzata tidħol fil-fond.\".", "Naqbel u hekk għandu jkun!", "Però hawnhekk forsi se nkun ftit prużuntuż u ngħid li dan id-dritt jista' jkun miftuħ għall-abbuż ta' kriminalità, b'mod speċjali fost l-anzjani u persuni vulnerabbli.", "Nafu b'każijiet li ġieli ġraw f'pajjiżna.", "Jidhirli li din is-sena kien hemm każijiet ta' persuni li qalu li huma l-pustier jew l-uffiċjal li jaqra l-meter tal-ilma.", "Għalhekk, bħala Awtorità tad-Djar, b'mod tanġibbli, trid tara li ma jkunx hemm abbużi u nkunu saqajna mal-art.", "M'għandix soluzzjoni dwar dan però tajjeb li naħdmu fuq dan il-punt.", "Sinjura President, il-Gvern għandu jkollu l-kuraġġ li jintervjeni dwar il-punti li semmejt.", "Se ngħid xi ħaġa u forsi nista' niġi miftiehem ħażin - ma jimpurtax – imma ejja ma nħallux is-suq isuq!", "Il-Gvern għandu jintervjeni fejn hemm bżonn li tinħoloq ġustizzja soċjali.", "Wara kollox, dak hu d-dmir tagħna l-Membri f'din il-Kamra.", "Kif qal l-Onor.", "Roderick Galdes, sa ftit ilu kien hemm bħal domma tal-fidi li nħallu s-suq isuq.", "Forsi jkun hemm min jgħidlek li jekk ma tinċensax għall-voti u jekk ma tkunx popolista, xi wħud jaħsbuk li tkun qed tiżboxxla.", "Però jien ma jimpurtanix mill-voti u mis-siġġu li nokkupa, għax jien qed nitkellem f'isem iż-żgħir u l-fqir kif inhu l-obbligu tiegħi.", "Jekk se nħallu sitwazzjoni fejn is-suq isuq allura nkunu qed ninkinaw quddiem suq li m'għandux ruħ soċjali.", "Jekk is-suq b'xi mod ma jiġix immaniġġjat, inkunu qegħdin inħalluh jirrombla fuq kulħadd, b'mod speċjali fuq il-fqir, iż-żgħir, il-vulnerabbli, l-imwarrab, id-dgħajjef u dak li hu l-ifqar fost il-fqar.", "Ejja naħdmu flimkien biex jirbaħ is-sens komun!", "Jekk nemmnu fil-ġustizzja soċjali ma nistgħux inħallu lil min imut fis-sakra u lil min imut għall-qatra!", "Dan l-Abbozz ta' Liġi jippermetti li jkun hemm kwalunkwe tip ta' kera, anke kirjiet kummerċjali li mhumiex ikkontrollati mil-liġijiet tal-kera.", "Dan jista' jwassal biex bosta ċittadini jitilfu darhom u jispiċċaw f'dar agħar, fit-triq, f'garaxx, f'caravan jew fuq xi bajja meta t-temp ikun jippermetti.", "Hemm ħafna x'jista' jsir biex nippromwovu responsabilità soċjali u nevitaw li nwaqqgħu fuqna din id-diżgrazzja.", "Kif dejjem ngħid, ir-rwol tal-Gvern u l-mexxejja politiċi għandu jkun li jserrħu ras l-inkwilin komuni u mhux biss li jikkuntentaw lill-iżviluppaturi.", "Fejn hemm bżonn, irridu ninforzaw ir-responsabilità soċjali ma' kulħadd.", "Ma rridx nallarma lin-nies bid-diskors tiegħi, imma l-kriżi hemm barra ta' xi wħud minn ħutna hija gravi u allarmanti.", "Kif għedt, jien ġibt miegħi xi ittri li nirċievi li se nikkwota minnhom.", "Pereżempju ittra minnhom tgħid hekk:", "\"Jien single mother b'erbat itfal, rabbejthom waħdi mingħajr l-ebda manteniment.", "Minn missierhom ma sibt l-ebda għajnuna.", "Għalija kienet iebsa l-ħajja u biex inlaħħaq mal-ħajja, nieħu ħsieb it-tfal u nara li ma jonqoshom xejn, ġieli lanqas kien jibqagħli biex niekol jien.\".", "Issa forsi jkun hemm min jgħidli li hawn min jipprova jara minn liema garigor se jgħaddi.", "Però rrid ngħid li dawn huma każijiet li nsegwihom personalment u naf kemm dawn il-persuni huma għatxana biex jimxu 'l quddiem fil-ħajja.", "Huwa għalhekk li dawn l-ittri se npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra; biex forsi min hu responsabbli jagħti kas dawn is-sitwazzjonijiet.", "Din il-persuna tkompli tgħid hekk:", "\"Jien kont sibt nikri flat - jekk tista' ssejjaħlu flat - għax kien litteralment qed jaqa' biċċiet, kelli nduru kollu, fosthom pajpijiet tal-ilma, elettriku, tikħil, żebgħa, kċina, kamra tal-banju, kamra tas-sodda u bżonnijiet oħra.", "Il-Qorti, bla ħniena ta' xejn, ordnat li niżgombra fi żmien xahar u kelli nappella bl-avukat tiegħi biex itawwalli ż-żmien għal sitt xhur sakemm forsi nsib ftit fejn noqgħod.", "Jien ngħix bir-relief u għalhekk m'għandi la biex nikri kera mqanżħa li ssib illum il-ġurnata u wisq iżjed biex nixtri proprjetà bil-prezzijiet imħanżrin li hawn fis-suq.", "Meta mort nitlob l-għajnuna mingħand il-housing, mhux talli ma tawnix l-għajnuna, iżda nikkwota l-kliem li qaluli: Int qisek m'intix tgħix fil-flat fejn qiegħda u m'inti intitolata għal xejn.", "Għalina qisek ma teżistix.\".", "Ovvjament, biex ngħidu kollox, jekk tibdel l-indirizz trid tavża lill-Awtorità tad-Djar.", "Qed ngħid dan għax huwa importanti li ma nitfgħux kollox fuq il-ħaddiema tal-housing.", "Din il-persuna tkompli tgħid li:", "\"Iżda dan l-aħħar sid il-kera bagħatli ittra oħra li għandi nagħtih €10,000 għad-danni.\"", "Għidli inti din il-familja li hija l-ifqar fost il-fqar, minn fejn se ġġib dawn l-€10,000 biex tagħtihom lis-sid!", "Din il-mara tatni l-permess biex insemmiha b'isimha imma dan mhuwiex importanti.", "\"Nixtieq li xi darba tiġi s'għandi biex tara b'għajnejk is-sitwazzjoni li ngħixu fiha.\"", "Imbagħad persuna oħra kitbet hekk:", "\"Jien ngħix f'kerrejja abbandunata, maħmuġa, fil-Belt Valletta bl-irwejjaħ tad-drenaġġ ħiereġ kontinwament, bil-biċċiet taż-żebgħa jaqgħu fuqna kontinwament.", "Jien għandi sebat itfal.", "Malli ħriġt minn Mount Carmel ħsibt li forsi se nibda miexja 'l quddiem fil-ħajja, però din ta' bla saqaf fuq rasek ma tħallinix norqod, l-aktar għal uliedi.", "Għandi ħafna diffikultajiet.", "Pereżempju, kien hemm żmien fejn kont inġib l-ilma minn kantuniera 'l bogħod mingħand familja li kienet tħenn għalija.\".", "Ittra oħra li rċevejtha ftit ilu tgħid hekk:", "\"Jien ngħix f'Dar Esther, fadalli xahrejn biss f'din id-dar.", "Wara dawn ix-xahrejn, se nispiċċa barra mill-ġdid.", "Emminni niddejjaq li jisbaħ.", "Ilni niġri minn naħa għal oħra forsi l-ħolma tiegħi ssir realtà.", "Jien naħdem imma bid-dħul tiegħi xorta ma nistax inkampa mal-ħajja.", "Lanqas is-sussidju li jagħti l-Gvern mhu biżżejjed għalija.", "Trid tkun fiha biex tifhem x'qed ngħid.", "Ilni sejra lura minn meta mititli binti ta' għaxar xhur.", "Nixtieq nimxi 'l quddiem fil-ħajja.", "Il-Malti jgħid li l-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.", "Jien ma nistax nieħu r-ruħ.", "Għajjejt ngħix.\"", "Qed naqra biss siltiet mill-ittri għax ħafna minnhom huma twal.", "Ittra oħra tgħid hekk:", "\"Inħoss li f'pajjiżi neżisti għax hawn il-wisa'.", "Ilni ngħix ġo vann għal dawn l-aħħar seba' xhur.", "Inbati bil-bipolar depression u bil-kondizzjoni Lupus.", "Tista' timmaġina kif inħossni ngħix f'vann.", "Inħoss ħafna biżgħat u mhux qed inħossni ngħix f'pajjiż normali.\".", "Ittra oħra ta' persuna anzjana li twieldet fl-1951, għax għandi n-numru tal-karta tal-identità tagħha, tgħid hekk:", "\"Il-pensjoni tiegħi tmur għall-kera u biex inkompli ngħix b'ħajti, biex inkompli niekol, niġi megħjuna minn uliedi.\"", "Ittra oħra tgħid hekk:", "\"Jien single mother ta' erbat ifal, l-etajiet tagħhom huma għaxar snin, disa' snin, erba' snin u sentejn.\"", "- fil-fatt, jien mort f'din id-dar. -", "\"Flimkien mat-tfal ngħix ukoll mal-ġenituri tiegħi.", "Noqogħdu f'kamra waħda fi spazju limitat.", "Tifel minnhom ibati wkoll bin-nifs.", "Ippreżentajt ukoll ċertifikat mal-file tal-Housing.", "Mal-lejl norqdu ħamsa min-nies fuq sodda waħda.", "L-appartament li ngħixu fih mal-ġenituri fih tliet kmamar tas-sodda.\"", "Għandi ittra oħra li tgħid hekk:", "\"Għandi tlett itfal, waħda ta' 26, l-ieħor ta' 14 u l-ieħor ta' disa' snin.", "Aħna jkollna ngħixu m'ommi u hemm ħija ġuvni u tifla li għandha żewġt itfal żgħar, waħda ta' tliet snin u l-oħra ta' ħames snin.", "Ilni li applikajt mill-1994 u ġejja u sejra l-Ministeru.\"", "Din il-persuna qed tgħid li lill-Housing tagħtihom indirizzi ta' postijiet vojta però dawn jingħataw lil ħaddieħor.", "Ovvjament jien lin-nies dejjem ngħidilhom li kull meta jinformaw lill-Housing b'xi post vojt, ma jfissirx li dak il-post se jingħata lilhom.", "Din il-persuna tbati bil-Fibromyalgia u dejjem muġugħa, speċjalment għax torqod fuq sufan.", "Tkompli tgħid li:", "\"Il-ħwejjeġ jiġru 'l hemm u 'l hawn għax lanqas għandi fejn inqiegħed.\"", "Nixtieq inwassal ukoll ittra ta' anzjan inkwetat li kiteb hekk:", "\"Nirreferi għall-avviż legali dwar il-kera ta' dawk li qabel l-1995 kienu joqogħdu b'ċens li wara kien inbidel f'kera bħala mod ta' assigurazzjoni ta' saqaf fuq rashom.", "Dan l-avviż legali jgħid li f'dawn il-każi, fejn l-inkwilin ma jgħaddix mit-test tal-mezzi, il-bord jgħollilu l-kera bid-doppju u wara ħames snin ikollu jitlaq mir-residenza.", "Dan ifisser li familja anzjani bħalissa lanqas għandhom ċertezza tat-titolu tal-kera kif sar fil-każ tal-każini tal-baned.", "Importanti li tintebħu li l-parti l-kbira li jinsabu f'din is-sitwazzjoni huma anzjani ta' 'l fuq minn 74 sena u għalhekk, id-dar fejn joqogħdu llum hija l-aktar ħaġa għażiża avolja mhijiex effettivament tagħhom.", "B'hekk huma qed ikomplu joqogħdu f'komunità fejn ilni kważi ngħix hawn għal aktar minn 50 sena.", "Allura, bl-avviż legali jidher li dan se jispiċċa.", "Wara ħames snin, l-anzjani se jkollhom bilfors ifittxu dar oħra jew jisfaw bla dar jekk ma jiftiehmux dwar kuntratt ġdid u b'hekk, jinqalgħu mill-komunità.", "Dan se jkun ta' problema ħames snin oħra, għal min ikun min ikun fil-gvern.\"", "Min-naħa l-oħra, dan l-anzjan jifhem l-interessi tas-sidien u għalhekk ikompli jgħid li:", "\"Nixtieq nagħmel proposta biex tkun ikkonsidrata li waqt li sserraħ ras l-inkwilin, tagħti wkoll protezzjoni lis-sidien.", "Il-proposta hija li l-kera preżenti togħla bid-doppju, isir kuntratt indefinit bil-kondizzjoni virkolanti li mal-mewt tal-aħħar membru tal-koppja, il-post jingħata lis-sidien u kull min ikun hemm fil-post ma jkollu ebda dritt legali li jibqa' hemm u jkun żgumbrat.\".", "Sinjura President, hemm 32,000 familja li bħal dan l-anzjan huma ppreokkupati minħabba f'hekk.", "RODERICK GALDES: Sinjura President, għandi point of information.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes bil-permess tal-Onor.", "RODERICK GALDES: Sinjura President, il-każijiet li qed isemmi l-Onor.", "Bartolo m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-liġi tal-kera.", "Dawn huma każijiet ta' housing soċjali.", "L-aħħar każ li semma huwa marbut mal-liġi taċ-ċnus ta' qabel l-1995, liema ċnus kienu saru kirjiet għax ġiet emendata l-liġi.", "Din il-liġi li għandna quddiemna m'għandha x'taqsam xejn mal-każijiet li semma l-Onor.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "Ivan Bartolo jkompli bid-diskors tiegħu.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, jien naqbel mal-Onor.", "Roderick Galdes li l-aħħar każ li semmejt huwa marbut mal-liġi ta' qabel l-1995 però ladarba kont qed nitkellem b'mod ġenerali dwar il-preokkupazzjoni tan-nies hemm barra marbuta mal-kera, ħassejt li għandi nressaq ukoll din l-ittra ta' dan il-bniedem anzjan li huwa inkwetat.", "Nifhem li l-intenzjoni tal-Gvern hi li jagħmel minn kollox biex din l-isfida ta' qabel l-1995 ma tkunx problema u ġerħa kbira oħra għal pajjiżna.", "Jekk ma nagħmlu xejn dwar dawk il-każijiet se nkunu qegħdin inżidu aktar il-każijiet ta' faqar ma' dawk li diġà għandna f'pajjiżna.", "L-għan ta' dan id-diskors kien li niddefendi l-familji minn kera sfrenata u minn kuntratti qosra li jtellfu l-istabilità u s-serħan il-moħħ li dawn għandhom bżonn.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi diġà huwa bidu.", "Għalhekk nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, lill-Ministru Michael Falzon u lil kull min ħadem biex dan l-Abbozz ta' Liġi jitressaq quddiem din il-Kamra.", "Bħala Oppożizzjoni, se nivvotaw favur, però qed niddikjaraw li se nressqu emendi fl-istadju ta' Kumitat li jittrattaw materji li jien u sħabi se nqajmu fid-diskorsi tagħna matul dan id-dibattitu.", "Nagħlaq billi ngħid: Ejja ndaħħlu l-mentalità f'pajjiżna li l-flus mhumiex kollox!", "Qabel nagħlaq irrid nitlob il-permess biex inqiegħed xi dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Grazzi.", "Il-permess ingħata.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:", "Kopja ta' tmien ittri li rċevejt minn persuni li għandhom problemi ta' housing u ta' ħlasijiet tal-kera.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "PERMESS TAL-KAMRA", "GLENN BEDINGFIELD: Sinjura President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex id-diskussjoni tkun interrotta għal ftit mumenti sakemm isir rapport dwar progress fil-Kumitati Permamenti.", "Il-permess ingħata.", "Fis-6.14 p.m. id-diskussjoni fuq dan l-Abbozz ta' Liġi ġiet interrotta għal ftit mumenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: L-Onor.", "GLENN BEDINGFIELD (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi - Abbozz Nru 87 - għadda mill-istadju ta' Kumitat b'emendi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Insejjaħ issa lill-Onor.", "STEFAN ZRINZO AZZOPARDI (President tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi): Sinjura President, nixtieq nirrapporta li l-Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali - Abbozz Nru 78 - għadda mill-istadju ta' Kumitat mingħajr emenda.", "Nixtieq ukoll nippreżenta l-Minuti kkonfermati tal-laqgħat tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi minn Nru 45 san-Nru 60 li nżammu bejn il-11 ta' Diċembru 2018 u l-5 ta' Ġunju 2019.", "Nirringrazzjak.", "ABBOZZ TA' LIĠI DWAR IL-KIRJIET RESIDENZJALI", "Il-Kamra rriżumiet id-diskussjoni minn ftit mumenti qabel.", "L-Onor.", "CLAYTON BARTOLO: Sinjura President, l-Abbozz ta' Liġi li għandna quddiemna llum huwa wieħed interessanti u se jġib riforma fil-qasam tal-kera.", "Ħafna nies minn diversi sferi tas-soċjetà kienu ilhom jitkellmu dwar il-bżonn li tiġi emendata l-liġi tal-kera.", "Tiltaqa' ma' nies li jgħidulek li hemm bżonn riforma fil-liġi anke jekk huma mhux se jkunu affettwati b'mod dirett.", "Hemm ukoll nies li għamlu statements dwar din il-liġi, b'mod partikolari fuq il-midja soċjali.", "Kif nafu, illum il-ġurnata, permezz tal-midja soċjali, in-nies jistgħu jitkellmu u jagħtu l-opinjonijiet tagħhom.", "Però, sfortunatament, dawn in-nies mhux dejjem jerfgħu r-responsabilità għal dak li jkunu qegħdin jgħidu.", "Segwejt dan id-dibattitu mill-bidu, minn xħin is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes għamel l-introduzzjoni tiegħu.", "Qabelxejn, irrid nirringrazzja lilu u lit-tim kollu tiegħu għax-xogħol kbir li għamlu biex saret din il-liġi.", "Però xħin smajt lin-naħa tal-Oppożizzjoni tressaq l-argumenti tagħha dwar dan l-Abbozz ta' Liġi, bdejt ninnota li filwaqt li l-Oppożizzjoni qed taqbel ma' dan l-Abbozz ta' Liġi u ma' din ir-riforma, sfortunatament ħafna mill-argumenti li qed tqajjem m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-Abbozz ta' Liġi nnifsu.", "Tajjeb ngħid li dan l-Abbozz ta' Liġi mhuwiex se jittratta l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "F'dak ir-rigward, hemm liġijiet u skemi oħrajn.", "Pereżempju, hawnhekk irrid insemmi l-investiment ta' €120 miljun li qed jagħmel dan il-Gvern biex jinbnew 1,700 appartament ġdid għall-akkomodazzjoni soċjali.", "Iva, hemm ċerti sfidi fil-qasam tal-housing, bħalma semma l-Onor.", "Ivan Bartolo, imma dawk l-isfidi mhumiex qed jiġu indirizzati permezz ta' din ir-riforma.", "Irrid insemmi wkoll l-iSpecialised Housing Programmes (SHP) li li tħabbru fil-ġimgħat li għaddew fejn qegħdin naraw iżjed inizjattivi li jkomplu jindirizzaw dawn il-problemi soċjali.", "Hemm ukoll il-benefiċċju tal-kera li diġà ġie rriformat u minn din is-sena, dan il-benefiċċju żdied għal massimu ta' €410 fix-xahar.", "Jiġifieri filwaqt li rridu nirrikonoxxu li hemm dawn il-problemi soċjali, fl-istess ħin irridu nkunu fattwali u ngħidu li dan il-Gvern qiegħed jindirizza l-isfida tal-housing.", "Inizjattiva oħra hija l-Equity Sharing Scheme li hija skema interessanti li permezz tagħha qegħdin naraw kif se ngħinu lil min ikun għadda minn ċerti problemi.", "Illum qegħdin nitkellmu fuq riforma li s-suq tagħha kiber b'mod enormi f'dawn l-aħħar snin.", "Huwa tajjeb li r-riforma npoġġuha fil-kontest tagħha.", "F'pajjiżna għandna 80% tal-Maltin li huma sidien ta' djarhom u minn dawk l-20% l-oħra tal-Maltin, hemm ammont kbir minnhom li jaqgħu taħt il-kirjiet ta' qabel l-1995 li mhux se jintlaqtu minn dan l-Abbozz ta' Liġi.", "Permezz ta' din il-liġi qegħdin naraw kif se nindirizzaw dawk il-pockets żgħar ta' nies li qegħdin ibatu mill-problemi li hemm illum f'dan is-suq.", "Dan huwa suq ġungla!", "Meta fl-1995 kienet saret il-liberalizzazzjoni ta' dan is-suq, l-unika ħaġa li saret mill-Gvern ta' dakinhar kienet li tneħħew ir-regolamenti u ġejna f'suq li kien kważi ineżistenti.", "Ejja ngħidu l-affarijiet kif kienu dak iż-żmien!", "Dak iż-żmien kien inutli li jkollok proprjetà għax ma kontx issib tikriha.", "Jiġifieri s-sitwazzjoni kienet totalment differenti.", "Illum qegħdin naraw kif se nolqtu lil dawk il-familji li għalkemm mhumiex bl-eluf, hemm ammont konsiderevoli li jimmeritahom li ssir din ir-riforma.", "Sinjura President, dan huwa Gvern li huwa magħruf li ma jagħmilx ir-riformi jew il-bidliet għall-voti biss.", "Anke jekk ikun hemm ftit familji li għandhom bżonn l-għajnuna tal-Gvern, aħna naraw li nirriformaw fejn hemm bżonn.", "Wara kollox, dan hu Gvern Soċjalist u ma niddejqu xejn meta jgħidulna li aħna soċjalisti u li naħdmu għaż-żgħir u għall-batut.", "Wara kollox, din ir-riforma se tgħin lil min verament għandu bżonn.", "Però, min-naħa l-oħra, dan huwa Gvern li jieħu gost jara li n-nies qed jimxu 'l quddiem u għalhekk qed jagħti l-inċentivi biex ikollna aktar mobilità soċjali li tant għandna bżonn.", "Fuq kollox, din ir-riforma se tolqot ukoll lill-ħaddiema barranin li jaħdmu f'pajjiżna, li ħafna minnhom jagħmlu snin twal hawn Malta, imma ma jagħmlux snin twal biżżejjed biex jirtiraw hawnhekk u jieħdu l-pensjoni.", "Ħafna minnhom dawn qegħdin jikru u allura huwa importanti li nieħdu ħsiebhom u naraw li jkunu ttrattati b'mod ġust f'pajjiżna.", "Ma ninsewx li dawn il-ħaddiema barranin qegħdin jaħdmu u jħallsu l-bolla u t-taxxa f'Malta.", "Ħafna minnhom jintegraw fis-soċjetajiet Maltin u allura, qegħdin naraw kif se ngħinuhom sabiex nagħtu serħan il-moħħ u stabilità, filwaqt li nilħqu bilanċ.", "Sinjura President, dan huwa settur fejn kellna abbuż rampanti.", "Mingħajr ma nitfa lil kulħadd fl-istess keffa, kulħadd jaf li għal diversi snin, kellna sidien li ma kenux iridu jagħmlu kuntratti u li mill-lum għal għada, jew minn xahar għal ieħor, jiddeċiedu li jgħollu l-kirjiet b'ammont sproporzjonat.", "Kienu jkellmuna nies li jgħidulna li kienu jħallsu €300 kera fix-xahar u f'daqqa waħda, ġie s-sid u qallhom li mix-xahar ta' wara, irid €600 kera fix-xahar.", "L-argument tas-sid ikun li jista' jikri l-istess appartament lill-ħaddiema barranin li jixxerjawh bejn erbgħa u jagħtuh €600 kera li jiġu €150 kull wieħed.", "Però, jekk għandek familja Maltija, din trid tħallas il-kera ta' €600 kollha hi.", "Għaldaqstant, huwa tajjeb li qegħdin nagħmlu din it-tip ta' riforma sabiex b'hekk, il-familja Maltija ma tkunx żvantaġġjata meta mqabbla mal-ħaddiema barranin.", "Fuq kollox, dan huwa settur li kiber għax kibret l-ekonomija u mhux għax il-Gvern ipprova jagħti inċentivi biex jikber.", "L-ewwel kibret l-ekonomija, inħoloq ix-xogħol li ġab domanda għal aktar ħaddiema u għaliex ġew aktar nies, inħoloq dan is-settur tal-kera.", "Sa ftit ilu, l-Oppożizzjoni kienet qed targumenta li l-ekonomija kibret għax ġew in-nies barranin f'pajjiżna.", "L-ebda ekonomija fid-dinja ma tikber għax ikun hemm aktar nies.", "Jekk dawn huma l-ħsibijiet ekonomiċi tal-Oppożizzjoni, mela nistgħu nibqgħu ċerti li l-Oppożizzjoni għad baqgħalha ħafna aktar snin fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni.", "Qed ngħid dan, għaliex ħadd mhu se jafda l-pensjonijiet, l-istipendji u x-xogħol tiegħu lil xi ħadd li jaħseb li l-ekonomija tikber għax jiġu n-nies f'pajjiżna!", "L-ekonomija tikber għaliex min qiegħed imexxi jkun serju u jagħti l-istabilità u l-kuraġġ lil dawk in-nies li jiġu hawn Malta biex jinvestu u joħolqu x-xogħol.", "L-għan hu li sussegwetement, inkomplu nimxu 'l quddiem ilkoll kemm aħna bħala pajjiż.", "Bil-ħidma ta' dan il-Gvern, inħoloq dan is-settur u, aktar minn hekk, il-Gvern raħħas t-taxxa f'dan il-qasam.", "Fejn qabel kien ikollok il-privat li ried iħallas taxxa bir-rata ta' 35% wara li jieħu tnaqqis ta' 20% għall-ispejjeż, dan il-Gvern biddel din is-sistema biex illum il-ġurnata, qed titnaqqas taxxa bir-rata ta' 15% final witholding tax fuq dik il-kirja li tkun daħlet.", "Permezz ta' din il-miżura, rajna aktar nies li bdew jiddikjaraw il-kirjiet u l-Gvern daħħal iżjed flus minn din it-taxxa.", "Dan ifisser li għal darba oħra, bħala Gvern, rajna kif innaqqsu t-taxxa u fl-istess ħin, il-kaxxa ta' Malta marret 'il quddiem.", "Permezz ta' din il-miżura, in-nies qiegħed jibqgħalhom iżjed flus fil-but, għaliex illum jaqbillek li tiddikjara t-taxxa fuq il-kera.", "Din hija xi ħaġa li kienet ilha tintalab għal diversi snin taħt amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti, imma għal xi raġuni jew oħra, qatt ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "Dan il-Gvern għaraf li hemm opportunità biex inkomplu nsaħħu iżjed il-finanzi tal-pajjiż u daħħal dan it-tnaqqis ta' taxxa biex jinċentiva lin-nies jiddikjaraw qligħ minn kera.", "Meta wieħed jara kemm tnaqqset din it-taxxa, isib li raħset b'xejn inqas minn 46%.", "Proprju għalhekk kellna min gawda minn din il-miżura.", "Però rrid ngħid ukoll li minkejja li l-Gvern ipprova jgħin u jinċentiva, xorta kien hemm min baqa' jabbuża.", "Għalhekk twieldet din ir-riforma għas-suq tal-kera.", "F'dan id-diskors se nkun qiegħed nagħti ħarsa ħafifa lejn il-punti prinċipali li qegħdin nitkellmu dwarhom f'dan l-Abbozz ta' Liġi.", "L-ewwel punt kardinali f'din il-Liġi huwa li l-kuntratti kollha jridu jiġu rreġistrati mal-Awtorità tad-Djar.", "L-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tieħu r-responsabbiltà ta' dan ir-reġistru u qegħdin naraw kif nużaw it-teknoloġija ġdida tal-blockchain għal din ir-riforma.", "Forsi wieħed jista' jgħidlek: Kellkom għalfejn iddaħħlu l-blockchain fin-nofs?", "Iva, il-blockchain hija l-aħħar teknoloġija li hija adattata ħafna sabiex ikollok reġistru ta' dan it-tip.", "Bħala Gvern, dejjem nipprovaw nagħmlu l-affarijiet għall-aħjar.", "Jekk wieħed iqabbel dan l-argument mal-qasam tal-enerġija, bħala pajjiż, stajna nibqgħu naħdmu bil-heavy fuel oil, imma għax irridu nagħmlu l-affarijiet għall-aħjar, morna għall-gass.", "Bl-istess mod, f'dan il-qasam, rajna li ma nibqgħux naħdmu b'sistemi antikwati li kienu jintużaw fil-passat, imma mmorru għat-teknoloġija moderna tal-blockchain.", "Illum il-ġurnata, pajjiżna sar magħruf bħala the blockchain island!", "Issa wasal iż-żmien li l-blockchain ma nħalluhx biss fis-settur privat, imma nagħmlu użu minnu anke fis-settur pubbliku.", "Bil-mod kif jinħadem il-blockchain, block by block, li tibni dejjem fuq ta' qabel, hemm is-serħan il-moħħ li ma jistax ikun hemm abbuż f'dak li jkun qiegħed jiġi rreġistrat.", "Min ma jirreġistrax il-kirja mbagħad, se jeħel multi minn €2,500 sa €10,000.", "Aktar minn hekk, permezz ta' din il-Liġi, jekk is-sid ma jkunx irid jirreġistra l-kuntratt, l-inkwilin jista' jmur hu stess għand l-Awtorità tad-Djar u jirreġistra l-kuntratt hu stess.", "B'hekk, qegħdin ineħħu l-anomalija ta' sitwazzjonijiet fejn is-sid ma jkunx irid jagħmel il-kuntratt u l-inkwilin ma seta' jgħid jew jagħmel xejn.", "B'dan il-mod, se jinqata' dan l-abbuż.", "Apparti minn hekk, kellna anke sitwazzjoni fejn meta inkwilin imur biex jikri post u s-sid jitolbu kera ta' €500 fix-xahar, jekk l-inkwilin jgħidlu li jrid il-kuntratt, is-sid kien iżidlu 15% oħra tat-taxxa.", "Mela tajjeb, biex is-sid jiddikjara d-dħul tiegħu, kien se jispiċċa jbati l-inkwilin b'żieda fil-kirja tiegħu ta' kull xahar!", "B'dan il-mod, dan l-abbuż se jkun qiegħed jinqata'.", "Għaldaqstant, din hija miżura oħra pożittiva favur iż-żgħir u min qiegħed jikri.", "Għandna mbagħad l-inċentivi fiskali għal min ikun qiegħed jikri fit-tul għal aktar minn sena.", "Illum, familja li qiegħda tikri għandha serħan il-moħħ li għandha sena f'dak il-post.", "B'hekk, l-isfidi li diġà ssemmew ta' tfal li jridu jbiddlu l-ambjent fejn jgħixu u l-iskola, naraw kif naqtgħuhom.", "Fuq kollox, hemm ukoll inċentivi fiskali għal min jikri fit-tul.", "Pereżempju, għal appartament ta' one bedroom għandek inċentiv ta' €200 għal sentejn u €300 għal tliet snin jew aktar għal appartament ta' żewġ kmamar tas-sodda jew tlieta.", "Din hija inizjattiva tajba ħafna, għaliex se nkomplu nħeġġu lis-sidien tal-appartamenti li jagħmlu kuntratti iżjed fit-tul.", "L-uniċi nies li se jgawdu minn kuntratti fit-tul huma l-familji li qegħdin joqogħdu f'dawn il-postijiet bil-kera, għaliex se jkollhom aktar serħan il-moħħ.", "Punt ieħor interessanti huwa dwar kemm tista' tiżdied il-kera minn sena għal oħra.", "Naħseb li meta ġiet miktuba din ir-riforma, instab bilanċ tajjeb ħafna.", "Dan għaliex, il-Liġi qed tgħid li l-ammont inizjali jiddeċidih is-sid, imbagħad iż-żieda hija capped.", "Li kieku l-Gvern ipprova jagħmel capping fuq l-ammont inzijali bħalma hemm f'pajjiżi oħrajn, il-Gvern kien ikun qiegħed b'mod indirett jaffettwa l-valur tal-proprjetà.", "Kieku sar hekk, kien ikollna ħafna każijiet ta' nies li jakkużaw lill-Gvern li b'xi mod jew ieħor, naqqsilhom il-valur tal-proprjetà tagħhom.", "B'dan il-mod, il-Gvern qiegħed jissalvagwardja li ma tinħoloqx sitwazzjoni fejn is-sid imur fuq l-inkwilin u jgħidlu li mix-xahar id-dieħel, minflok €400 kera fix-xahar, irid €800.", "B'dan il-mod, ma ntmissx il-valur tal-proprjetà mingħajr ma ntmiss għax il-Gvern ma ndaħalx heavy handed, imma mill-banda l-oħra, qegħdin naraw li l-familji jkollhom serħan il-moħħ.", "L-inkwilin għandu wkoll ir-responsabiltajiet tiegħu, fis-sens li jekk se jitlaq mill-post, irid jagħti notice period lis-sid.", "Hekk jitlob il-bilanċ u mhux kollox ikun favur naħa jew favur naħa oħra!", "Naqbel mal-Onor.", "Ivan Bartolo li mhuwiex tajjeb li nħallu lis-suq isuq għaliex b'hekk tkun qed tiftaħ lakuna fejn min hu l-akbar iħawwel.", "Però, mill-banda l-oħra, m'aħniex se mmorru lanqas għal reġim fejn kollox huwa kkontrollat mill-Gvern.", "Ejja nsibu t-triq tan-nofs u tal-bilanċ.", "Huwa importanti li niċċara li s-settur tat-tourisim rentals mhuwiex regolat b'din il-liġi.", "Bl-istess mod, din il-liġi ma tidħolx fil-problemi li semmew tal-akkomodazzjoni soċjali u tax-short let contracts għall-ħaddiema li mhumiex residenti hawn Malta imma li jkunu qegħdin hawnhekk għal xi sitt xhur, pereżempju.", "Se jitwaqqaf ukoll adjudicating panel ġdid li jkun jista' jisma' claims sa €5,000.", "Punt tajjeb ieħor fil-liġi huwa li l-inkwilin se jkollu aċċess għall-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.", "Sal-lum konna nisimgħu b'ħafna każi fejn min jikri ma jkollux aċċess għall-kont tad-dawl u tal-ilma għax il-kont ma jinqalibx fuq ismu.", "B'din ir-riforma, il-kont se jkun qiegħed jinqaleb fuq l-inkwilin.", "Jekk ikun hemm prova li jkun hemm nies li qegħdin jgħixu fil-post, l-ARMS Ltd ma tkunx tista' taqta' s-servizz tad-dawl u tal-ilma għaliex din hija riforma bilanċjata.", "Mill-banda l-oħra, din ir-riforma qed tagħti wkoll ċerti drittijiet lis-sidien tal-appartamenti jew tad-djar li qegħdin jinkrew biex b'hekk, f'każ ta' żgumbrament, ikun hemm proċeduri kemxejn aktar spediti.", "Sinjura President, din hija liġi li fuq kollox qed tagħti stabilità u ippjanar aħjar għall-futur kontra l-inċertezza tas-snin passati.", "Filwaqt li qabel dan kien suq li kien mitluq għal riħu u f'ċerti snin, bilkemm kien jeżisti, illum il-ġurnata żdiedet l-importanza tiegħu fl-ekonomija ta' pajjiżna.", "Però rridu naraw li nagħtu ċ-ċertezza, l-istabilità u s-serħan il-moħħ lill-familji Maltin u Għawdxin u lill-familji tal-ħaddiema barranin li qegħdin jaħdmu f'pajjiżna.", "B'hekk se jkollna settur regolat b'mod aħjar biex jinstab aktar bilanċ f'dan il-qasam.", "Jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u lit-tim tiegħu li ħadmu fuq din ir-riforma li saret wara konsultazzjoni wiesgħa ħafna.", "Bħala Gvern tajna kas prattikament kull kumment li daħal waqt din il-konsultazzjoni.", "Għaldaqstant nerġa' nirringrazzja lil kull min ħadem fuq din ir-riforma biex setgħet titressaq quddiem dan il-Parlament.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Sinjura President, jien m'għandix l-istess sens ta' ottimiżmu li kellhom il-kelliema ta' qabli dwar kemm dan l-Abbozz ta' Liġi se jwassal għar-riforma meħtieġa.", "Naqbel mal-Onor.", "Ivan Bartolo li dan l-Abbozz ta' Liġi huwa pass f'xi forma ta' direzzjoni imma m'iniex konvint li din hija xi riforma u wisq inqas naħseb li dan l-Abbozz ta' Liġi se jagħmel xi kambjamenti fil-ħajja tan-nies.", "Huwa importanti li meta nagħmlu riforma, nifhmu s-sitwazzjoni tan-nies u naraw eżattament min huma n-nies milquta.", "Huwa tajjeb li naraw min xiex qegħdin ibatu n-nies biex nindirizzaw id-diffikultajiet tagħhom.", "Id-diskors tal-Onor.", "Clayton Bartolo kien qisu xi attakk fuq is-sidien u li din hija riforma li se nagħmluha għall-ġid tal-inkwilini.", "Din mhijiex kwestjoni ta' inkwilini kontra sidien.", "Meta qed nitkellmu fuq is-settur tal-kera għandna żewġ partijiet; is-sidien u l-inkwilini.", "Ħafna drabi s-sidien ikunu nies normali li probabbilment ikunu wirtu xi proprjetà jew ħaddiema li l-kera jużawha biex jissupplimentaw id-dħul tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti li jekk se nagħmlu riforma, naraw li ma jbati ħadd.", "Din mhijiex gwerra ta' sid kontra l-inkwilin jew viċeversa!", "L-Onor.", "Bartolo qal li ma nistgħux inħalltu l-kwestjoni tal-akkomodazzjoni soċjali mal-qasam tal-kera għax huma żewġ affarijiet differenti.", "Fl-opinjoni tiegħi, din mhi kwestjoni differenti xejn.", "Fil-fehma tiegħi, l-unika ħaġa tajba li se toħroġ minn din il-liġi hija li se tara li kulħadd iħallas it-taxxa dovuta u li l-kuntratti jridu jiġu kollha rreġistrati.", "M'iniex daqshekk konvint li dan il-Gvern għandu track record tajjeb fejn jidħol infurzar, imma ejja ngħidu li l-intenzjoni hija tajba.", "Però jien m'iniex fiduċjuż li din il-liġi se tiżgura standards ta' ġustizzja u kjarezza, fost l-oħrajn, kif qed tgħid il-liġi nnifisha.", "L-ewwel nett, il-liġi tistipula li b'mod ġenerali ma jistax ikollok kirjiet li jkunu ta' inqas minn sena.", "Fil-verità, kif semma l-Onor.", "Ivan Bartolo, kirja ta' sena ma tagħti l-ebda serħan il-moħħ li għandek xi forma ta' prevedibilità.", "Huwa minnu li għandek regola li tgħidlek li l-kera ma tistax tiżdied b'aktar minn 5%, imma fil-verità, wara sena, is-sid jista' jwaqqaf il-kera.", "Għalhekk ma naħsibx li din il-liġi se tagħti daqshekk serħan il-moħħ lil dawk li qed jikru.", "Sfortunatament f'pajjiżna hawn faxxa ta' nies li ma jistgħux jaffordjaw il-kirjiet li hawn fis-suq bħalissa.", "Naħseb li hemm żewġ raġunijiet għal din is-sitwazzjoni.", "L-ewwel nett, f'pajjiżna għandna falliment assolut fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Naqbel mal-Onor.", "Ivan Bartolo li żewweġ il-problemi fil-qasam soċjali ma' dak li qiegħed jiġri bħalissa f'pajjiżna.", "Li kieku fis-snin li għaddew il-Gvern ħadem fuq pjan fit-tul u bena units ta' housing li pajjiżna kellu bżonn, kieku llum hawn ħafna inqas nies li qed ibatu.", "Bħala politiċi, niltaqgħu ma' każijiet ta' nies li ġenwinament ma jistgħux jaffordjaw li jħallsu l-kera għall-postijiet fejn joqogħdu.", "Il-fatt li f'dawn l-aħħar sitt snin ma sar assolutament xejn f'dan il-qasam wassal biex illum ħafna persuni qed ibatu għax iridu jmorru bilfors fis-suq tal-kera fejn jintalbu prezzijiet li ma jifilħux iħallsu.", "Bħall-Onor.", "Bartolo, jien nidħol għand ħafna nies, speċjalment fid-distrett tiegħi f'Tas-Sliema u San Ġiljan, li ġenwinament jonfqu dak li jdaħħlu mix-xogħol tagħhom f'kirjiet.", "Hemm tibda tinduna kemm huwa diffiċli għal dawn il-persuni biex jgħixu ħajja normali.", "Il-verità hi li dawn in-nies ma ngħatawx widen għal snin twal u llum qed naħsbu li b'dawn il-kambjamenti fil-liġi tal-kera se nsolvulhom id-diffikultajiet tagħhom.", "Dan assolutament mhuwiex se jkun il-każ!", "Il-verità hi li ma nistgħux nikkontrollaw il-prezzijiet tal-kera.", "Naqbel mas-Segretarju Parlamentari li ma jistax ikollok persuna li llum qiegħda f'kera ta' €300 u mbagħad, f'daqqa waħda, din issib ruħha b'kera li tisplodi għal €800.", "Però nerġa' ngħid li ma naħsibx li din il-liġi se ssolvi xi ħaġa, b'mod partikolari minħabba l-fatt li issa, is-sid wisq probabbli se jiffissa l-kera b'mod aktar għoli, sabiex jieħu l-kumpens fiż-żieda tal-5%.", "Nerġa' ngħid li kirja ta' sena ma tantx se toffri serħan il-moħħ lill-inkwilini.", "It-tieni nett, il-prezzijiet splodew għax fl-aħħar snin rajna ammont qawwi ta' barranin li ġew f'pajjiżna.", "Hawn ma rridx ninftiehem li għandi xi problema bil-barranin li jiġu jgħixu f'pajjiżna għax dan assolutament mhuwiex il-każ.", "Anzi, naħseb li hija ħaġa tajba li l-barranin jiġu f'pajjiżna, fejn huma jitħalltu magħna u aħna nitħalltu magħhom.", "Però l-verità hi li f'dawn l-aħħar sitt snin, dan il-Gvern, b'għażla tiegħu, iddeċieda li jkabbar l-ekonomija Maltija billi jisplodi l-ammont ta' nies li jiġu f'pajjiżna mingħajr value added qawwi li jkun ġej minn oqsma oħrajn, b'mod partikolari mill-produzzjoni u s-servizzi, fost l-oħrajn.", "Riżultat ta' dan in-numru kbir ta' nies li ġew f'pajjiżna, id-domanda għall-kirjiet żdiedet u l-prezzijiet splodew 'il fuq.", "Din hija s-sitwazzjoni li għandna bħalissa f'pajjiżna.", "Hawn ma nixtieqx ninstema' qisni l-uccello di malaugurio imma l-verità hija li bħalissa għandna tkabbir ta' dan is-suq minħabba l-barranin li qed jaħdmu f'pajjiżna.", "Però fis-snin li ġejjin jista' jkollna problemi kbar relatati ma' dan is-settur tal-kera.", "Hawnhekk se nsemmi xi ħaġa li m'għandhiex x'taqsam.", "Ta' min jinnota li din is-sena diġà qed naraw tnaqqis fit-turisti li jiġu Malta u dan se jaffettwa l-ekonomija ta' pajjiżna.", "Ftit ilu kont qiegħed ma' tour operator u xxokkjani meta qalli li filwaqt li f'dawn l-aħħar sitt snin kienu jipprovaw jikkonvinċu lil-lukandi sabiex jagħtuhom aktar kmamar biex ilaħħqu mal-ammont ta' turisti, din is-sena qed jagħmlu eżattament l-oppost għax peress li l-ammont ta' turisti f'pajjiżna jidher li se jonqos b'mod drastiku, qed jaraw kif se jnaqqsu l-kmamar.", "Sinjura President, dak li għaddej bħalissa fil-qasam tal-kostruzzjoni jinkwetani ħafna għaliex il-mutur ekonomiku f'pajjiżna huwa mibni fuq dan il-qasam.", "Ħafna minn dawn il-ħaddiema barranin li qegħdin jaħdmu f'pajjiżna li qed iżidu d-domanda fuq il-kera, huma ħaddiema li qed jaħdmu fil-qasam tal-kostruzzjoni.", "Issa jekk il-qasam tal-kostruzzjoni jibda jnaqqas mir-ritmu jkun ifisser li se jkollna ċerti problemi.", "Dawn il-ħaddiema barranin qed jikru bi prezzijiet li huma pjuttost għoljin u lkoll qed naqblu li hawn faxxa ta' Maltin li mhux qed jaffordjaw din il-kera.", "Għalhekk filwaqt li napprezza l-isforz li għamel is-Segretarju Parlamentari biex iressaq din il-liġi, nemmen li l-problema hija ħafna aktar komplessa minn hekk.", "F'dawn l-aħħar snin, minħabba r-regħba għall-flus ta' xi wħud, irrovinajna lil pajjiżna b'tali mod li diġà qed jinħass l-effett fuq it-turiżmu u l-kwalità tal-ħajja li qed jgħixu l-Maltin u l-Għawdxin.", "Irridu naraw l-isfidi li se jkollu pajjiżna fil-futur b'mod ġenerali u mhux biss fil-qasam tal-kera.", "Fl-aħħar snin ħloqna mostri ta' bini ma' kullimkien u mhux qed nifhmu li dan il-pajjiż se jkollu diffikultajiet kbar jekk se nibqgħu ngħixu f'din il-bużżieqa li kollox sejjer tajjeb.", "Issa jien ma nixtieqx ninstema' allarmanti imma naħseb li l-affarijiet f'pajjiżna ma tantx jidhru sbieħ għas-snin li ġejjin.", "Il-mutur ekonomiku bbażat fuq il-kostruzzjoni ġab sfreġju ambjentali li wassal għal tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja minħabba problemi ta' trabijiet u ażma, fost l-oħrajn.", "Kif għedt, it-turiżmu, li huwa pilastru importanti ħafna għall-ekonomija tagħna, qed iħoss l-effett ta' dan il-bini bla rażan.", "Pajjiżna qed iħallas il-prezz għall-mod kif fl-aħħar snin ħallejna l-qasam tal-kostruzzjoni għaddej bla regoli ta' xejn.", "Hawnhekk mhux qiegħed nikkritika l-qasam tal-kostruzzjoni, għax għandna bżonnu, imma mhux bil-mod rampanti li ħallejnieh għaddej f'dawn l-aħħar sitt snin.", "Sfortunatament il-konsegwenza ta' din l-attitudni ta' laissez-faire enormi li ħalla dan il-Gvern f'diversi oqsma qed tħalli l-effett tagħha.", "Issa wasalna f'punt fejn qed naraw li bilfors irridu nagħmlu xi ħaġa.", "Għall-ewwel darba wara sitt snin qed nibdew nitkellmu fuq standards, għax għadna qed nużaw standards ta' seklu ilu!", "Bħala Oppożizzjoni ilna ngħidu li f'dan il-pajjiż, li huwa membru tal-Unjoni Ewropea, ma nistgħux nibqgħu sejrin b'dan il-mod.", "Naf b'nies, tat-tajjeb u mill-klassi medja fil-kostitwenza tiegħi, li qed jiddeċiedu li jitilqu mid-djar u l-appartamenti tagħhom għax ma jistgħux jgħixu aktar f'ċerti akkwati minħabba l-ammont ta' kostruzzjonijet, trabijiet u ħmieġ.", "Dan kollu qed iħalli effett anke fuq it-turiżmu.", "Sinjura President, nemmen li għandna nkomplu ngħinu lin-nies billi nsibu soluzzjonijiet fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali.", "Dan nistgħu nagħmluh billi noħorġu aktar skemi, anke ta' sussidju.", "Kieku ma ħallejniex sitt snin jgħaddu mingħajr ma nagħmlu xejn għal dawn in-nies, kieku l-ħajja tagħhom kienet tkun ħafna aħjar.", "Fl-istess ħin irridu nifhmu li rridu nbiddlu ftit il-mudell ekonomiku ta' pajjiżna.", "Ma jistax ikun li pajjiżna jiddependi biss fuq l-ammont kbir ta' ħaddiema barranin li qed jaħdmu f'Malta għaliex dan qed ikollu effett fuq diversi oqsma, bħall-infrastruttura.", "Barra minn hekk, qed jaffetwa b'mod dirett ukoll il-kirjiet f'pajjiżna.", "Jekk se nibqgħu nwebbsu rasna u naħsbu li l-uniku mod kif nistgħu nkabbru l-ekonomija ta' pajjiżna huwa billi nġibu dawn il-barranin ifisser li l-problemi li għandna llum se jibqgħu jikbru.", "Infakkar f'dak li ġara fil-qasam tal-kostruzzjoni fil-ġranet li għaddew.", "Dan il-qasam għandu bżonn aktar kontrolli u standards għoljin.", "Jekk se naslu f'punt fejn nibdew naraw li s-supply tal-housing units fil-privat se jibda jonqos u nibqgħu għaddejjin b'din il-fernesija enormi li ndaħħlu l-ħaddiema bil-mijiet sempliċement biex inkabbru l-ekonomija, ma tridx tkun xi ekonomista bil-Ph.D. biex tasal għall-konklużjoni li l-prezzijiet fuq il-kirjiet se jibqgħu jogħlew.", "Huwa tajjeb li nikkontrollaw l-ammont ta' kemm tista' togħla l-kera u li l-kera ma tistax tkun inqas minn sena, imma dan mhuwiex biżżejjed.", "Kemm l-Onor.", "Ivan Bartolo kif ukoll is-Segretarju Parlamentari qalu li jista' jkun hemm istanzi fejn wieħed ikollu bżonn jikri għal inqas minn sena imma dan irid jgħaddi minn ċerti proċeduri.", "Pereżempju, ikollok koppja li sseparaw u l-mara jew ir-raġel isibu ruħhom barra fit-triq u jkunu jridu jikru malajr għal perjodu qasir.", "Sinjura President, nerġa' ngħid li kera għal sena bi prezz fiss ma toffrix is-serħan il-moħħ meħtieġ.", "Għalhekk l-appell tiegħi hu li ma nħarsux biss lejn dak li qiegħed jiġri fil-qasam tal-kirjiet, imma naraw ukoll is-sitwazzjoni f'pajjiżna b'mod ġenerali.", "Jekk ma nagħmlux hekk, naħseb li fil-futur qarib se jkollna problemi kbar ħafna minħabba l-mudell ekonomiku li għażel li jmur għalih dan il-Gvern.", "Illum il-Gvern qed jinduna li dan il-mudell ekonomiku qed iħalli side effects u problemi f'diversi oqsma u għalhekk qed jipprova jagħti l-impressjoni li se jikkontrolla ċerti oqsma.", "Jalla jirnexxilu, imma għandi dubji kbar kemm dan l-Abbozz ta' Liġi se jsolvi dawn il-problemi.", "Dan l-Abbozz ta' Liġi qed jistipula li kull kuntratt għandu jkun irreġistrat.", "Dan huwa tajjeb.", "Qed nassumi – nista' nkun żbaljat – li kull kuntratt irid jgħaddi mingħand in-nutara u allura se jkun hemm ċerti spejjeż involuti.", "Jista' jkun li se jidħol il-konċett ta' realtors imma jkun tajjeb li forsi aktar 'il quddiem is-Segretarju Parlamentari jkun jista' jiċċara dawn il-punti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Onor. Gouder, jidher li s-Segretarju Parlamentari jixtieq jikkummenta, bil-permess tiegħek.", "L-Onor.", "RODERICK GALDES: Hawnhekk ikun tajjeb li ngħid li se jkun hemm model contracts li wieħed jista' jsegwi, li se jiġu uploaded u se jkollhom saħħa legali.", "Dan ifisser li m'hemmx għalfejn ikun hemm nutar jew avukat involut.", "Jista' jkun sensar jew estate agent, però wieħed jista' jirreġistra personalment.", "L-unika differenza hija li r-reġistrazzjoni se tkun obbligatorja u se jkun hemm sanzjonijiet u multi qawwijin għal min ma jirreġistrax.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "KARL GOUDER: Napprezza ħafna r-risposta tal-Onor.", "Punt żgħir li nixtieq nagħmel huwa li huwa tajjeb li din ir-reġistrazzjoni se ssir online għax id-dinja 'l hemm miexja, però ejja ma ninsewx li jista' jkollok nies li mhumiex daqshekk midħla tat-teknoloġija u allura jkun tajjeb li jkollna metodu alternattiv.", "(Interruzzjonijiet).", "Kollox sew, wieħed jista' jmur l-Awtorità tad-Djar u jirreġistra hemmhekk.", "Sinjura President, il-punt kruċjali tiegħi huwa li b'dan l-Abbozz ta' Liġi qed nipprovaw nagħmlu pass fid-direzzjoni t-tajba.", "Qed nifhmu li pajjiżna għandu sfidi kbar fejn jidħlu l-kirjiet.", "Kien hemm min qal li din hija problema ta' faxxa ta' nies għaliex, pereżempju, kirjiet ta' qabel l-1995 ma jidħlux fiha.", "Il-verità hija li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se jkollna nies li jinqabdu f'din il-kwestjoni.", "Nerġa' ngħid li ma naħsibx li dan l-Abbozz ta' Liġi se jikseb ħafna riżultati imma huwa mod kif nipprovaw nagħmlu xi ħaġa.", "Ejja nifhmu minn fejn ġejja din it-tbatija ta' ħafna nies li mhumiex qegħdin jaffordjaw il-kirjiet li hawn f'pajjiżna llum.", "Min-naħa l-oħra, ejja ma nipprovawx nagħmlu xi forma ta' kruċjata fuq is-sid.", "Biex inkun ġust mas-Segretarju Parlamentari rrid ngħid li dan bl-ebda mod m'għamel kruċjata fuq is-sid anzi aktar kien l-Onor.", "Ivan Bartolo li pprova jpinġi lis-sid kontra l-kerrej u viċeversa.", "Sal-lum kellna sitwazzjoni fejn ħafna mis-sidien ma jiddikjarawx id-dħul mill-kera jew ma jiddikjarawx kollox.", "Huwa tajjeb li kull dħul jiġi ddikjarat, titħallas it-taxxa u kollox ikun above board.", "Però ejja niftakru wkoll li ħafna sidien mhumiex nies tan-negozju li qed jagħmlu eluf kbar ta' ewro imma d-dħul mill-kera qed jużawh sabiex jissupplimentaw id-dħul tagħhom.", "Bl-aħħar punt li nixtieq nagħmel forsi mhux se jieħu gost ħafna bija l-Onor.", "Però rridu nifhmu li għandna noqogħdu attenti għall-mod kif jaħdem is-suq.", "Ovvjament, fejn ikun hemm nuqqasijiet jew nies li qed ibatu, il-Gvern għandu jirregola kemm jista', però fl-istess ħin irridu noqogħdu attenti li ma nindaħlux iżżejjed, għaliex fl-aħħar mill-aħħar dan il-pajjiż inbena fuq ekonomija libera.", "Huwa tajjeb li sa ċertu punt għandna nħallu s-suq jimxi imma fejn ikollok nies li qed ibatu għandu jkollna ċertu mekkaniżmu biex intaffu mid-diffikultajiet li jkollhom.", "Sinjura President, jien se nagħlaq billi ngħid li rridu nħarsu lejn l-istampa kollha u nipprovaw nifhmu minn fejn ġejjin dawn il-problemi.", "L-appell tiegħi b'mod ġenwin lill-Gvern huwa li ma jistax ikun li l-ekonomija ta' pajjiżna tibqa' miexja fid-direzzjoni li qbadna fl-aħħar snin.", "Ċerti setturi qed iħossu dan l-effett u għalhekk il-Gvern irid jaġixxi llum qabel għada, għax jekk le, se jkollna problemi ħafna akbar f'setturi oħrajn.", "Jekk mhux se nbiddlu din id-direzzjoni, se nispiċċaw inbatu ħafna aktar kollha kemm aħna.", "Xogħolna l-politiċi hu li naraw li kemm jista' jkun, kull persuna f'pajjiżna jkollha kwalità ta' ħajja aħjar u timxi 'l quddiem, mhux tmur lura.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Insejjaħ lill-Onor.", "Roderick Galdes biex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament.", "Fis-7.00 p.m. id-diskussjoni ġiet interrotta u baqgħet aġġornata.", "AĠĠORNAMENT", "RODERICK GALDES: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2019, fl-4.00 p.m. b'din l-aġenda:", "Ordnijiet tal-Ġurnata", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Kirjiet Residenzjali - Tieni Qari (Kont);", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni - Tieni Qari;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tielet Qari;", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tielet Qari;", "Jew xi aġenda oħra li tista' tiġi kkomunikata aktar 'il quddiem.", "Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Kumitat Permanenti;", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (amministrazzjoni aħjar tal-ġustizzja) – Kumitat Permanenti; u", "Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Kumitat Permanenti.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "DAVID AGIUS: Sinjura President, nixtieq nibda dan l-Aġġornament billi nfakkar fil-kliem ta' wieħed mill-poeti ewlenin tas-seklu l-ieħor, Rużar Briffa, meta f'poeżija minnhom kien staqsa: Quo Vadis?", "Fejn sejrin?", "Mingħajr ma nitbiegħdu wisq mill-metafori tiegħu, bħala poplu rridu nerġgħu nieqfu u naħsbu bis-serjetà dwar fejn sejrin, x'direzzjoni qbadna u fejn irridu naslu.", "Kif nafu, dan l-aħħar, kellna elezzjonijiet li ntrebħu mill-Partit Laburista.", "Però dawn ir-rebħiet ifissru li l-poplu Malti u Għawdxi huwa kuntent bil-mod kif qiegħed jitmexxa dan il-pajjiż?", "Pajjiżna verament miexi b'mod tajjeb?", "Kulħadd qiegħed igawdi mill-aspett ekonomiku jew mill-mod kif sejra l-ekonomija Ewropa u l-ekonomija dinjija?", "Bħala politiċi, għandna d-dmir li naħsbu fuq fejn irid jasal dan il-poplu fis-snin li ġejjin u ma narawx biss mil-lum għal għada.", "Dmirna huwa li nfasslu politika serja li tagħti direzzjoni ċara lil dan il-pajjiż.", "Jekk dan il-poplu huwa kuntent b'ħaġa u mhux kuntent b'oħra, irridu nanalizzawha u nwasslu t-tħassib tan-nies f'dan il-Parlament.", "Minn hawnhekk irrid nistaqsi lill-poplu Malti u Għawdxi: Tinsab kuntent bis-sitwazzjoni tat-trasport f'pajjiżna?", "Kuntent bl-immaniġġjar tat-traffiku fit-toroq tagħna?", "Kuntent bis-sitwazzjoni fl-isptarijiet tagħna?", "Dan l-aħħar smajna anke lill-Ombudsman jitkellem dwar il-pazjenti Maltin u Għawdxin.", "Żgur li hawn sezzjoni tal-poplu li mhijiex kuntenta bil-qagħda ambjentali li għandna f'pajjiżna għaliex l-ambjent intefa' lura fuq l-aġenda nazzjonali.", "Ħafna oħrajn huma inkwetati bl-ammont ta' permessi li ħerġin bl-addoċċ fl-ODZ u fl-UCA.", "Għandna kostruzzjoni bla rażan kull fejn tħares.", "F'sena waħda nħarġu aktar minn 10,000 permess.", "Jien naqbel li għandu jkun hemm żvilupp imma dan għandu jkun sostenibbli.", "Oħrajn jitkellmu miegħi dwar kemm huma inkwetati bin-nuqqas ta' pjan li għandu dan il-Gvern f'bosta setturi fundamentali, speċjalment fil-qasam edukattiv.", "Għalhekk jidhirli li bħala politiċi ma nistgħux nintilfu nħarsu 'l hemm jew 'l hawn u ninsew il-ħteġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi speċjalment tal-aktar persuni dgħajfa, li minkejja li ngħidu li hawn il-ġid ekonomiku, xorta għadhom fil-faqar jew fir-riskju tal-faqar.", "Sinjura President, bħala politiċi u Membri Parlamentari, għandna d-dmir li nagħtu l-eżempju.", "Ma nistgħux nippromwovu u nittolleraw pajjiż fejn kulħadd jagħmel li jrid għax nispiċċaw li nibdew nirfsu u ngħaffġu fuq xulxin.", "Jekk naslu f'dan l-istat u nsiru pajjiż mingħajr dixxiplina u nillaxkaw f'kull qasam, ikollna bħal domino effect, fejn min hu l-aqwa jħawwel u min għandu l-poter jirrombla fuq il-bqija.", "Naslu f'sitwazzjoni, jekk mhux diġà wasalna, fejn ninsew x'inhuma d-dmirijiet tagħna u nibdew nitilfu kull dritt bażiku li għandna.", "Ejja noqogħdu attenti u naraw x'inhuma l-prijoritajiet li għandu jkollna f'ħajjitna, f'pajjiżna u fil-politika Maltija.", "Bħala politiċi rridu nfasslu politika li tibdel u ttejjeb il-mentalità tal-poplu tagħna u mhux politika li tirkeb fuq ċerti mentalitajiet ħżiena u tagħmel festa bihom.", "Sinjura President, irridu politika li tindirizza bis-sħiħ il-prijoritajiet tal-pajjiż u l-aspettattivi tan-nies ta' rieda tajba u mhux politika li taqdi lill-erbgħa tal-qalba mingħajr ma tqis il-konsegwenzi għall-ġenerazzjoni ta' għada, jiġfieri uliedna u ulied uliedna.", "Irridu politika li tinċentiva l-bżulija u mhux politiċi li jwasslu messaġġ favur l-iskartar.", "Irridu politika li tirregolarizza mingħajr dewmien dak li hu meħtieġ b'mod serju u mhux politika ta' kafkaf biex taparsi nkunu qegħdin nidhru li qed nagħmlu xi ħaġa.", "Bħala politiċi, mhux biss irridu nitħabtu kontra ċerti ideat ta' dak li jissejjaħ id-Darwiniżmu Soċjali fejn xi nies jaħsbu li għandhom xi don naturali li huma aqwa minn ħaddieħor, imma rridu nitħabtu biex ma nħajrux lil min jaħseb li għandu xi dritt li jgħakkes lil ħaddieħor biex jirnexxi u jistagħna hu.", "Sinjura President, fl-imgħoddi, pajjiżna għamel passi ta' ġgant 'il quddiem meta kellu pjan, viżjoni, kien jaf fejn irid imur u ħaseb fil-ġid komuni.", "Jekk inħarsu biss lejn il-ġid personali u lejn dak li jaqbel lilna, dan il-pajjiż jispiċċa jitmexxa bil-liġi tal-ġungla.", "Wieħed jista' jaħseb li huwa minħabba f'hekk dak li qed naraw jiġri fil-qasam tal-kostruzzjoni f'dawn l-aħħar xhur.", "Ħafna nies fit-triq illum kollha jaqblu li dan is-settur jinsab f'qagħda kritika ħafna, għax dan il-Gvern hekk iddeċieda.", "Agħar minn hekk, id-deċiżjonijiet mgħaġġla li għamel il-Gvern fl-aħħar ġranet ma jserrħu ras ħadd.", "Il-konsultazzjoni mal-partijiet konċernati saret bil-għaġla u ma tatx widen għall-partijiet kollha involuti.", "Bħala Oppożizzjoni, flimkien ma' bosta partijiet oħrajn, qegħdin nappellaw lill-Gvern biex isiru l-emendi meħtieġa ħalli jitħarsu l-interessi tal-familji u r-residenti li jkunu qegħdin jgħixu qrib xi siti ta' kostruzzjoni.", "Bħala Oppożizzjoni qegħdin nappellaw lill-Gvern biex l-awtoritajiet jissaħħu u jingħataw l-għodda meħtieġa biex jaqdu dmirhom kif mistenni.", "Bħala Oppożizzjoni, qed nappellaw biex minflok il-Gvern ikompli għaddej b'dan l-avviż legali, il-Gvern jisma' u jerġa' jisma' dak li qegħdin jitolbu fost l-oħrajn, il-Kamra tal-Periti u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi.", "Irridu li dawk kollha li jaqilgħu l-għajxien tagħhom b'mod dirett jew indirett mill-qasam tal-kostruzzjoni jibqa' jkollhom aktar opportunità ta' xogħol u tingħata aktar attenzjoni lis-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol.", "Bħala Partit Nazzjonalista dejjem sħaqna fuq l-importanza tax-xogħol u li jkollna impjiegi ta' kwalità, imma fl-istess ħin irridu li l-kostruzzjoni ssir bi pjan serju.", "Irridu li r-residenti jkollhom is-salvagwardji kollha li d-dar tagħhom ma tinsabx fil-periklu minħabba nuqqas ta' attenzjoni ta' ħaddieħor.", "Dan hu l-bilanċ ġust li l-Oppożizzjoni qed tisħaq u se tibqa' tisħaq li jinstab.", "Bħala Oppożizzjoni mhux se nieqfu nitkellmu dwar dak li għandhom bżonn in-nies.", "Għal darb'oħra, qed nerġa' nisfida lill-Prim Ministru biex iżomm kelmtu rigward dak li qal dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Hawn qed nirreferi għal meta wiegħed li se jkollna soluzzjoni għall-anomaliji li hemm fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma sas-sena d-dieħla.", "Ninsabu f'Lulju u l-Gvern għadu m'għamel xejn!", "Bħala Oppożizzjoni qed ngħidu lill-poplu Malti u Għawdxi li jista' jiġi għand il-Partit Nazzjonalista jekk għandu probelma bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.", "Però llum għandna wkoll lill-Ombudsman li qiegħed jgħid lill-poplu Malti u Għawdxi li min għandu diffikultajiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma jista' jmur għandu wkoll.", "Din hija rebħa għall-poplu Malti u Għawdxi.", "Barra minn hekk, bħala Oppożizzjoni, qed ngħidu li l-Gvern għandu jmur quddiem il-Kummissjoni Ewropea u jagħtiha soluzzjonijiet dwar il-mod kif pajjiżna għandu jsolvi l-problemi tal-enerġija tiegħu.", "Hawn qed nirreferi għan-National Energy and Climate Plan 2021/2030.", "Nistaqsi lilkom jekk smajtux lill-Gvern jitkellem dwaru dan il-pjan.", "Dażgur li le, għax fir-rapport li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea dwar Malta fuq dan is-suġġett, fil-konklużjonijiet naqraw li l-Gvern mhuwiex qed jagħmel biżżejjed biex pajjiżna jilħaq il-miri neċessarji tiegħu.", "Bħala Oppożizzjoni se nibqgħu nitkellmu dwar dan l-aspett.", "Għandna l-Awtorità tal-Ippjanar li mhux qed titmexxa bl-aħjar mod mhux biss minħabba l-ammont ta' permessi li ħerġin, imma għax anke l-Qorti qed tgħid li hemmhekk l-affarijiet mhumiex qegħdin isiru sew.", "Hawnhekk ukoll, bħala Oppożizzjoni, irridu nibqgħu nikkritikaw ħalli l-affarijiet isiru aħjar.", "Irrid ngħaddi xi rimarki wkoll dwar is-central link project li suppost se jgħaqqad lil Ħ'Attard ma' Ħ'Attard, għax dan il-proġett jibda f'Ħ'Attard u jispiċċa f'Ħ'Attard!", "Għamilt mistoqsija lill-Ministru Ian Borg li huwa responsabbli kemm mit-toroq kif ukoll mill-Awtorità tal-Ippjanar li fiha staqsejtu jekk jistax ipoġġi l-pjanti l-ġodda ta' dan il-proġett fuq il-Mejda tal-Kamra.", "Kif nafu, kienet diġà saret applikazzjoni u issa għandna l-pjanti l-ġodda tal-upgrading ta' dawn it-toroq.", "Jien ħsibt li se jagħtini pjanta waħda, imma fil-fatt, tani seba' pjanti ġodda għal triq li suppost se ssir, meta diġà hemm l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar!", "Ara ftit kemm dan il-Gvern qed jagħmel l-affarijiet bis-serjetà!", "Għalhekk m'għandix diffikultà li ngħid lin-nies ta' Ħ'Attard li se nkompli nirsisti biex dan il-proġett isir sew.", "Hemm min anke qed jinkwieta mill-aspett kulturali, speċjalment dwar il-kappella żgħira ta' San Pawl li qiegħda f'dawk l-inħawi.", "Jien se nibqa' ninsisti wkoll għan-nies li joqogħdu fi Triq Patri Pelaġju Mifsud f'Ħaż-Żebbuġ.", "Għamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru Ian Borg biex jgħidilna jekk hux se jsiru x-xogħlijiet f'din it-triq għax in-nies qed jgħixu fi triq li hija maqlugħa kompletament – hawn l-Onor.", "Toni Bezzina, li minkejja li Ħaż-Żebbuġ ma jaqax taħt id-distrett tiegħu, nistiednu jmur jara fejn qed jgħixu dawn in-nies – u l-Ministru tani standard reply ta' paġna u nofs.", "Alla jbierek, il-Ministru jinqala' ħafna għal dawn it-tweġibiet.", "Fil-fatt iwieġeb fuq kollox imma mhux fuq dak li tkun staqsejtu!", "Forsi r-residenti fi Triq Patri Pelaġju Mifsud jistgħu jċemplu lill-Ministeru - tana anke n-numru tat-telefon - u jagħmlulu l-istess mistoqsija, għax f'din il-Kamra, il-Ministru għażel li ma jweġibx.", "Qal biss li t-triq se ssir skont il-pjan.", "Sinjura President, jien se nagħlaq dan l-Aġġornament billi nagħmel appell wieħed: Ejja nibqgħu nitkellmu, anke minn dan il-Parlament, f'isem in-nies, f'isem dawk li qed ibatu f'pajjiżna.", "Ejja nibqgħu nitkellmu fuq diversi temi, fosthom l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-bżonn li nieħdu azzjonijiet neċessarji u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fost l-oħrajn.", "Hawn ħafna temi oħrajn fejn wieħed jista' jikkritika, għax f'dan il-pajjiż mhux kollox sejjer sew.", "Għaldaqstant l-Oppożizzjoni għandha tkun il-vuċi tal-poplu Malti u Għawdxi.", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "L-Onor.", "IVAN BARTOLO: Sinjura President, nixtieq nibda billi nsellem il-memorja ta' Sr Edmondina li kienet edukatriċi eżemplari, iddedikata bis-sħiħ lejn il-vjaġġ akkademiku tal-istudenti li attendew l-iskejjel ta' St Francis.", "Din is-soru sawret fl-istudenti tagħha valuri li llum iħaddnu bħala adulti.", "Grazzi għal din is-soru llum għandna ħafna familji tajbin.", "M'hemmx kelma aktar xierqa minn \"grazzi\" lil Sr Edmondina li bis-saħħa tad-dedikazzjoni tagħha għall-istudenti, uħud minnhom illum saru fost l-aqwa professjonisti f'pajjiżna.", "Issa li wasalna fi tmiem sena skolastika rrid insellem ukoll lill-edukaturi kollha li dalwaqt jieqfu għall-vaganzi tas-sajf.", "Nirringrazzjahom u jalla jgawdu s-sajf kif tant jistħoqqilhom għax ħafna drabi mhuwiex faċli li tkun edukatur, kif se nsemmi f'dan l-Aġġornament.", "Fil-bidu ta' din is-sena l-Malta Union of Teachers (MUT) għamlet stħarriġ li ħadu sehem fih 183 għalliem.", "Minnu rriżulta li 87.4% tal-għalliema stqarrew li kienu vittmi ta' aġir aggressiv fl-iskejjel tagħhom.", "Quddiem din is-sitwazzjoni hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa b'mod konkret biex dan l-abbuż jinqata' darba għal dejjem mill-iskejjel.", "Sfortunatament, matul din is-sena, smajna b'diversi każijiet donnu r-rispett naqas f'kull settur.", "Aħna li qegħdin fil-politika spiss ngħidu li r-rispett lejn il-politiċi naqas imma r-rispett naqas lejn kulħadd.", "Kemm-il darba rajna fuq il-midja soċjali kliem dispreġjativ indirizzat lejn il-Kap tal-Oppożizjzoni, il-Prim Ministru u l-Arċisqof.", "Nuqqas ta' rispett mill-istudenti lejn l-għalliema jirrifletti b'mod allarmanti l-kultura li qed titrawwem f'pajjiżna.", "Għalhekk irridu nfakkru li l-professjoni ta' għalliem tirrikjedi ħafna sagrifiċċji.", "Jekk jieqfu huma, jieqaf kollox!", "Mingħajr l-edukaturi f'pajjiżna jikkrolla kollox!", "L-għalliema huma l-eroj tas-soċjetà tagħna.", "Il-formazzjoni ta' kull persuna, b'xi mod jew ieħor, kienet magħġuna minn dak li ġiet mgħallma.", "Sinjura President, mhuwiex faċli li għalliem li jkun iddedika ġurnata sħiħa mal-istudenti tiegħu, imur id-dar u jrid ikompli jipprepara l-lezzjonijiet u jikkoreġi l-assignments u l-homeworks, ġurnata wara l-oħra, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.", "Għalhekk naħseb li s-soċjetà għandha tirrikonoxxi dan ir-rispett li verament ħaqqhom l-għalliema.", "Tajjeb li naraw għalfejn naqas ir-rispett lejn l-għalliema f'pajjiżna.", "Fil-ftit ħin li għandi f'dan l-Aġġornament irrid inwassal dan il-messaġġ f'din il-Kamra.", "Kif għedt aktar qabel, ir-rispett kważi naqas lejn kull tip ta' awtorità u dan juri li s-soċjetà mhijiex miexja fid-direzzjoni t-tajba.", "Dan huwa rigress.", "Illum qed naraw nuqqas ta' rispett lejn il-ġenituri, lejn il-pulizija u lejn il-gwardjani lokali.", "M'ilux rajt karozza tal-pulizija għaddejja u smajt b'widnejja stess kliem dispreġjativ lejn il-pulizija minn persuni li kienu f'karozza oħra.", "Dan mhuwiex xieraq!", "Naraw anke nuqqas ta' rispett lejn is-sindki – jien għaddejt minnha personalment – u lejn il-kunsilli lokali li bħal donnu kulma jagħmlu huwa kollu ħażin.", "Naraw nuqqas ta' rispett lejn il-Gvern u lejna l-politiċi.", "Qed ngħixu f'soċjetà fejn ħafna persuni donnhom jaħsbu li jistgħu jagħmlu dak li jridu.", "Sinjura President, kulħadd iparla fuq id-drittijiet imma hawn skiet perfett fuq id-dmirijiet.", "Min hu għażżien u jistenna l-bajtra taqa' f'ħalqu, xogħlu hu biss li jilmenta u jibqa' gallarija.", "Ħafna drabi s-soċjetà turi inġustizzja ma' min tant ħadem għall-ġid, anke ta' wliedna.", "Aktar kmieni semmejt il-kritika li ssir u forsi jkun hawn min jgħid li bħala Oppożizzjoni ta' spiss nikkritikaw lill-Gvern.", "Huwa dmirna li nagħmlu l-kritika imma din għandha tkun dejjem kostruttiva.", "Jien dejjem nisħaq li l-kritika li nagħmlu ma tkunx lejn il-persuna, imma tkun kritika lejn il-ħsieb.", "Sinjura President, l-edukaturi f'pajjiżna jixirqilhom kull rispett u għalhekk għandha tittieħed kull azzjoni biex jiġi indirizzat il-bullying fuq l-għalliema mill-istudenti.", "Sfortunatament jeżistu ġenituri li ma jafux irabbu lil uliedhom u jippretendu li wliedhom jagħmlu li jridu.", "Ara ma jkunx hemm min ikellimhom jew iwissihom dwar xi mġiba mhux xierqa!", "Tiltaqa' ma' diversi sitwazzjonijiet, pereżempju ta' tfal li joqogħdu f'appartament u jitħallew jiġru u jagħmlu l-istorbju b'detriment għal ġirien oħrajn.", "Dawn tiltaqa' magħhom anke fil-ħwienet, fejn joqogħdu jmissu ċerti affarijiet u qisu mhu qed jiġri xejn għall-ġenituri tagħhom, anzi jekk ikunu qed jitkellmu fuq il-mobile, jibqgħu jparlaw, għax forsi għalihom, dak huwa aktar importanti!", "Sa ċertu punt, huwa aġir irresponsabbli li l-ġenituri lanqas biss jikkoreġu lit-tfal tagħhom.", "Kif nistgħu mbagħad nistennew li l-ulied iġibu ruħhom sew meta jkunu mal-edukaturi fl-iskejjel!", "Ħafna drabi nsibu li dawn jgħollu l-vuċi ma' min iwissihom fl-iskejjel u l-ġenituri ma jeħdux azzjoni.", "Nemmen li l-pressjoni qiegħda fuq kulħadd, però fil-każ tal-għalliema, hemm pressjoni partikolari.", "L-għalliema jistħoqqilhom ħafna aħjar.", "Nifhem li fl-iskejjel isir eżerċizzju ta' team building fejn l-għalliema jesprimu dak li jkunu għaddejjin minnu.", "Huwa minnu li llum, aktar minn qatt qabel, irridu noqogħdu attenti li ma nkunux goffi fi kliemna u żorri mal-istudenti, imma d-dixxiplina hija importanti.", "Ma nistgħux nittolleraw sitwazzjoni fejn dixxiplina fuq l-istudent donnu toħloq rabja li twassal għal aġir aggressiv.", "Sinjura President, illum hemm il-PSD teachers li jgħinu lill-istudenti.", "B'differenza għal meta jien kont student, meta niftakarni nara studenti li ma kienx ikollhom ikel x'jieklu, illum hemm persuni apposta fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li jinnotaw dan kollu.", "Bl-istess mod, jekk ikun hemm studenti li ma jaffordjawx jagħmlu fotokopji jew ma jistgħux imorru ċerti ħarġiet, hemm is-Sa Xuereb, li nieħu l-opportunità li nsellmilha minn hawnhekk, li tieħu ħsieb dawn l-istudenti.", "Meta student ikun jgħix f'ambjent xejn pjaċevoli ħafna drabi l-frustrazzjoni tiegħu toħroġ waqt il-lezzjoni u ma' sħabu għax l-aktar ħin li jqatta' huwa fl-iskola.", "Għalhekk hemm bżonn li l-pubbliku joqgħod attent ħalli ma nkunux kompliċi meta nisimgħu bi stejjer ta' bullying fuq l-edukaturi tagħna.", "Huwa importanti li ma nippontawx subgħajna lejn l-edukaturi, għax dawn jistħoqqilhom l-aqwa u l-aħjar.", "Nerġa' ngħid li jien il-formazzjoni tiegħi nafha lill-edukaturi tiegħi.", "Sinjura President, ħafna drabi, kliem żejjed dwar l-edukaturi jasal f'widnejn it-tfal u dan jikkondizzjona l-mod kif dawn iħarsu lejn l-għalliema.", "Fit-triq nisimgħu kliem bħal \"Tajjeb tkun għalliem għax dejjem bil-vaganzi\" jew \"Kelli bżonn għandi xogħol ta' għalliem għax paga m'ogħla s-sema u fit-3.00 p.m. inkun id-dar.\"", "Nisimgħu wkoll kliem bħal \"L-aħjar il-headmistress għax toqgħod wara skrivanija taħt l-air-condition, tordna lill-messaġġier u lil ta' taħtha\"!", "Dan huwa kliem li nisimgħuh fit-toroq jiġifieri ma qed ngħid xejn ġdid.", "B'dan l-antagoniżmu fi kliemna qed innaqqsu r-rispett lejn l-għalliema u qed noħolqu biżgħat fost l-istudenti li anke jekk ikollhom il-vokazzjoni, qed joqogħdu 'l bogħod minn karriera ta' għalliem.", "Jekk jiġri dan, min se jieħu ħseb l-edukazzjoni ta' wliedna?", "F'pajjiżna qed issir inġustizzja kbira mal-ħaddiem professjonist, anke fi ħlasijiet ta' pagi.", "Il-pagi tal-għalliema f'pajjiżna huma inaċċettabbli!", "L-għalliema qed jiġu misruqa kull xahar inġustament.", "Pereżempju, fil-Finlandja għalliem jaqla' daqs tabib.", "Pajjiżna mexa 'l quddiem meta investa fl-edukazzjoni, fl-għalliema u fl-edukaturi.", "Ma jagħmilx sens li s-soċjetà timxi 'l quddiem u l-edukatur jibqa' fejn hu jew imur saħansitra lura!", "L-edukaturi jixirqilhom rispett u appoġġ għax is-suċċess fil-ħajja jiġi mill-preparazzjoni, mit-tagħlim u mit-taħriġ.", "Huwa importanti li l-għalliema jkunu aktar stmati u rikonoxxuti għall-kontribut li qed jagħtu lis-soċjetà.", "Pajjiżna qed jesperjenza rata kbira ta' tkabbir fil-popolazzjoni b'riżultat dirett tal-politika tal-Gvern li jkabbar l-ekonomija bi tkabbir fil-popolazzjoni.", "Però konna nistennew li l-Gvern ikun ippreparat għall-impatt ta' dan it-tkabbir fuq oqsma importanti, bħalma huma l-edukazzjoni u s-saħħa.", "Kif nafu, numru ta' skejjel qegħdin jesperjenzaw problemi minħabba nuqqas ta' ppjanar u bħala Oppożizzjoni, ilna niġbdu l-attenzjoni tal-Gvern dwar dan.", "Sinjura President, jien se nagħlaq id-diskors tiegħi billi ngħid li f'pajjiżna qed jinħass livell għoli ta' skuntentizza fost l-għalliema u l-edukaturi tagħna.", "F'Malta ħadd m'għandu jaqa' lura speċjalment l-għalliema li jistħoqqilhom kull rikonoxximent.", "Għandna għalliema li biex għamlu Ph.D. ħadu loan u għamlu sagrifiċċji kbar.", "Hemm min lanqas għandu karozza u jmur l-Università bir-rota biex jibqa' jistudja għal għalliem.", "Hemm studenti li qed jiddedikaw żgħożithom għall-istudji.", "Għalhekk huwa importanti li nitkellmu dwar id-drittijiet tal-edukaturi f'pajjiżna.", "Jidhirli li dan li qed ngħid jagħmel sens u saret referenza għalih anke fil-ġurnal l-orizzont tal-lum stess, fejn hemm rapport dwar każi ta' bbuljar fl-iskejjel minn gruppi ta' barranin u se nikkwota:", "\"Il-Kummissarju tal-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman esprima t-tħassib tiegħu għall-ibbuljar li qed isir fl-iskejjel minn gruppi etniċi.\"", "Nirringrazzjak.", "ID-DEPUTY SPEAKER: Grazzi.", "Sar il-ħin.", "Il-Kamra hija aġġornta għal nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2019, fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mis-Segretarju Parlamentari.", "Fis-7.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB", "UNIVERSITÀ TA' MALTA – BIDLIET FIL-MELITENSIA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jindika x'tibdiliet saru ġewwa s-sezzjoni magħrufa bħala \"Melitensia\" fl-Università ta' Malta u jista' jindika jekk kemm-il darba l-għamara ġdida li kellha tinxtara nxtratx u jekk iva meta se tiġi installata u jekk le x'inhuma d-diffikultajiet?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li x-xogħol li sar fis-sezzjoni tal-Melitensia jinkludi installazzjoni ta' vinyl flooring,UV film mal-ħġieġ tat-twieqi, installazzjoni ta' network ġdida, installazzjoni ta' partition tal-gypsum u tibjid.", "Sadanittant ġie mħejji tender għal xiri ta' għamara, liema tender ġie proċessat mill-UM u MEDE.", "Il-proċess tat-tendering ġie konkluż u l-għamara se tiġi installata matul is-sajf 2019.", "UNIVERSITÀ TA' MALTA – PROĠETTI – BDIL TA' UNITS TAL-AIR-CONDITION FIS-SALA SIR TEMI ZAMMIT", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri qed jittieħdu dwar il-proġett ta' bdil tal-units tal-air-conditioning ġewwa s-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta' Malta?", "Jista' jindika x'inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqa' magħhom?", "EVARIST BARTOLO: Ninsab informat li dan il-proġett mhuwiex ippjanat li jsir fl-2019.", "Kif ikkomunikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti, is-Sala Sir Temi Zammit jeħtiġilha refurbishment sħiħ u s-sistema tal-air-conditioning hija parti minn dan il-proġett.", "Loġistikament dan jinvolvi li, għal sena partikolari, jinstab post alternattiv fejn ikunu jistgħu jsiru l-lectures li bħalissa jsiru fis-sala kif ukoll iċ-ċerimonji ta' gradwazzjoni.", "Huwa antiċipat li l-proġett jitwettaq fis-snin li ġejjin.", "Dan kollu jiddependi wkoll fuq il-fondi disponibbli.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 10301, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa ż-żjara li saret bejn it-23 u l-25 ta' Jannar 2019 ġewwa t-Turkija?", "Jista' jinforma wkoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u x'sar?", "CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li l-ispejjeż li tħallsu għaż-żjara ġewwa t-Turkija bejn it-23 u l-25 ta' Jannar 2019 kienu ta' €2,898.77.", "Iż-żjara saret fl-okkażjoni tal-Forum tan-Negozji bejn it-Turkija u Malta ġewwa Istanbul, fejn akkumpanjajt lill E.T. Marie Louise Coleiro Preca, u flimkien attendejna laqgħa bilaterali mal-President Tork Recep Tayyip Edrogan u l-Vici Presdient Fuat Oktay, kif diġà ġie spjegat fir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10301.", "Inzid ngħid li kelli laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija.", "Kont akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, id-Direttur tal-Protokoll, is-Sinjura Abela u l-Assistent Segretarju Privat.", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10301, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa ż-żjara li saret bejn is-6 u d-9 ta' April 2019 ġewwa Singapore u jista' jinforma wkoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li ż-żjara ġewwa Singapore bejn is-6 u d-9 ta' April 2019 kienet tinkludi dawn l-ispejjeż: €24,540 flights, €2,759.74 lukanda,€1,456 subsistence allowance u €1,395.92 spejjeż oħra.", "Il-Ministru kien akkumpanjat miċ-Chief of Staff, is-Segretarju Privat u Ambaxxatur non-designate.", "AMBAXXATUR TA' MALTA GĦALL-PANAMA", "L-ONOR.", "CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10311, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi raġuni għaliex il-Panama għadu ma għaddiex l-agrément?", "CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kull pajjiż għandu l-proċeduri diplomatiċi ta' kif joħroġ l-agrément, kif dan jiġi kkomunikat u kif ukoll l-istħarriġ ta' sigurtà li wieħed jagħmel qabel.", "Il-Ministeru għadu qiegħed jistenna li jirċievi l-agrément għall-ħatra tal-Ambaxxatur nominat bħala Ambaxxatur ta' Malta għall-Panama.", "BDIL TA' MAINS TAL-ILMA", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbidlu mains tal-ilma fl-2018 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena 2019?", "Kemm kienet l-ispiża u f'liema lokalitajiet inbiddlu?", "JOE MIZZI: Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.", "ĦAŻ-ŻEBBUĠ – TRIQ PATRI PELAĠJU – XOGĦLIJIET TA' TARMAK", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' tarmak fi Triq Patri Pelaġju Mifsud f'Ħaż-Żebbuġ Malta?", "IAN BORG (Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li b'sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bis-sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta' snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa' tlaħħaq mal-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b'mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.", "Ninnotaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvotat kontra t-twaqqif ta' Infrastructure Malta.", "Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta' Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.", "Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta' pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.", "Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta' pjan ta' ħidma b'investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f'Malta u Għawdex.", "Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b'mod gradwali, iżda mingħajr telf ta' ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.", "F'Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li se tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena.", "Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f'toroq oħrajn.", "Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta' madwar 170 triq oħra.", "Fl-ewwel kuntratt b'valur totali ta' €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta' €700 miljun fil-lokalità ta' Ħaż-Żebbuġ hemm Triq ix-Xgħir, Triq Luigi Fontana u Triq Andrea Bogdan li qegħdin isiru bħalissa, kif ukoll Triq il-Prinċep Bażiliku u Triq Pawlu Debono li wkoll se jinbnew mill-ġdid din is-sena.Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f'Ħaż-Żebbuġ - Triq Ħal Sajd, Triq il-Madonna u Triq il-Ħali.", "L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba' snin u għaldaqstant it-toroq residenzjali l-oħrajn f'din il-lokalità wkoll se jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej.", "Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw prijorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-kunsilli lokali u entitajiet oħrajn kkonċernati, waqt li tikkonsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti.", "L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat preżenti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta' triq ma' toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta' kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta' toroq li jinsabu f'żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel.", "Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f'dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b'mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta' Facebook fuq il-paġna Infrastructure Malta.", "PREKARJAT FL-ISKEJJEL - STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għall-PR191335 'Stqarrija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol' fejn intqal li 'fid-dawl ta' artiklu fuq gazzetta lokali fejn ġew irrapportati metodi simili ta' prekarjat fl-iskejjel' jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' evalwazzjoni se jkun qed jitlob?", "Min se jagħmel din l-evalwazzjoni?", "Il-Ministru lest li jippubblika l-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni?", "EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.", "Interpellant li din hija evalwazzjoni interna u għadha mhijiex kompleta.", "Meta dan il-proċess jintemm inkun nista' naġġorna lill-Kamra.", "MALTA–IŻRAEL – FTEHIM TA' KOPERAZZJONI FIL-QASAM SPORTIV", "L-ONOR.", "DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-ftehim li ġie ffirmat mal-Ministeru għall-Kultura u l-Isport tal-Iżrael għal koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam sportiv?", "EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kopja tal-Joint Declaration tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta' Karti.", "EUROPEAN FUND SMITHS – PROĠETTI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza: Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti saru ġewwa Malta u Għawdex permezz tal-fondi tal-European Fund SMITHS?", "Tista' tgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-proġetti, fejn saru u kemm kien il-valur tagħhom?", "HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): L-informazzjoni mitluba mill-Onor.", "Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta' Karti.", "RABAT GĦAWDEX – ĊENTRU TAS-SAĦĦA ĠDID", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9999 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u tgħid min hu l-perit/kumpanija, inkarigat mill-proġett taċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa fiċ-ċentru tal-Belt Victoria, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa u kemm-il siegħa xogħol għamel sa issa?", "Jista' jgħid ukoll jekk ħarġux il-permessi kollha meħtieġa, jekk ħarġux diġà t-tenders u jekk ġewx awarded?", "Jista' jgħid meta hu ppjanat li ċ-Ċentru l-ġdid tas-Saħħa se jibda jintuża mill-pazjenti?", "JUSTYNE CARUANA (Ministru għal Għawdex): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li matul din il-leġiżlatura ttieħdet id-deċiżjoni li l-binja tat-taraġ ta' San Franġisk issir ċentru tas-saħħa minflok sala tal-wirjiet.", "Qed jintużaw l-istess permessi u tenders li ġew maħruġa għall-biċċa l-kbira tax-xogħol filwaqt li l-FMS qed tiehu ħsieb dawk ix-xogħlijiet ulterjuri meħtieġa biex l-intern tal-binja jkun jista' jservi għall-iskop il-ġdid.", "It-tenders il-ġodda se joħorġu dalwaqt.", "QORTI TAL-FAMILJA F'GĦAWDEX - MEDJAZZJONI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid sa mis-sena 2011 sal-lum, sena b' sena, kemm-il każ daħal fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex li mar għal medjazzjoni?", "Jista' jgħid illum kemm hemm medjaturi fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex u kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu dawn il-medjaturi?", "OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.", "Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li fil-Qorti ta' Għawdex hemm medjatur waħda u taħdem erba' sigħat fil-ġimgħa.", "GOZO MUSEUM- XOGĦOL", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tal-Gozo Museum u meta huwa ppjanat li jitkompla x-xogħol ta' kostruzzjoni u xogħol ieħor fuqu?", "Interpellant li in vista tal-iskoperti arkeoloġiċi imprezzabbli li nstabu waqt ix-xogħol ta' skavar, il-Ministeru qed jaħdem id f'id mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex dawn is-sejbiet ikomplu jiġu skoperti u preservati.", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid il-vapur li ġie mikri mill-Gozo Channel għal kemm żmien ġie mikri?", "Tista' tgħid kemm-il ħaddiem hemm jaħdmu fuq dan il-vapur u ta' liema nazzjonalità huma?", "Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar għall-kiri ta' dan il-vapur?", "Interpellant li l-vapur inkera għal sitt xhur bil-crew tiegħu.", "GĦAWDEX – KANĊELLAMENT TA' TENDER DWAR SKIPS", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet prinċipali li t-tender MGOZ/MPU T 5/2019 Framework agreement for the provision, maintenance and regular collection of open skips at various sites in Gozo, ġiet ikkanċellata, u safrattant tista' tgħid minn min qed jingħata dan is-servizz, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa?", "Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 10501.", "MINISTERU GĦALL-AMBJENT, ŻVILUPP SOSTENIBBLI U TIBDIL FIL-KLIMA - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "JOSÈ HERRERA (Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima): Ninforma lill-Onor.", "Interpellant li kif ġie mħabbar fid-Diskors tal-Baġit 2019, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi qed jaħdem fuq kampanja nazzjonali t'għarfien dwar it-traffikar uman.", "L-għan ta' din il-kampanja huwa li tinforma lill-pubbliku dwar dan ir-reat u li tgħin lill-pubbliku jagħraf sinjali li jindikaw li persuna tkun vittma ta' traffikar uman.", "Il-kampanja se tieħu ħsieb ukoll li tipprovdi informazzjoni ddedikata speċifikament għall-kategoriji differenti fis-soċjetà, fosthom l-istudenti, il-ħaddiema barranin, is-settur privat u min iħaddem.", "Is-Segretarjat Parlamentari kkordina wkoll taħriġ dwar it-traffikar uman lill-avukati tal-għajnuna legali kif ukoll taħriġ lil uffiċjali pubbliċi, fosthom ħaddiema ta' Identity Malta, Jobsplus u d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg.", "DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦAS-SAĦĦA - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦAT-TRASPORT, INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "IAN BORG: Ninforma lill-Onor.", "Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10649 tas-seduta 243.", "MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tagħha biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.", "MINISTERU GĦALL-FAMILJA, DRITTIJIET TAT-TFAL U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - GĦARFIEN FUQ TRAFFIKAR TA' PERSUNI", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Nirreferi lill-Onor.", "Interpellant għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 10649."], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190703_245d_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tnejn, 8 ta' Lulju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2015, 2016, 2017 u 2018, kemm-il każ ġie riferut għall-medjazzjoni mill-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "Jista' jgħid preżentament kemm-il każ hemm fl-istadju ta' medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba fost il-ħidma li ssir mill-Consul on the Move huwiex ukoll ikun hemm dak tal-legalizzazzjoni ta' dokumenti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni intitolati għall-pensjoni mill-Istat Malti li jgħixu fir-Renju Unit?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni intitolati għall-pensjoni mill-Istat Malti li jgħixu fir-Renju Unit li huma magħrufa mill-Kummissjoni Għolja tagħna fil-pajjiż?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 10308, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ttieħdu dwar t-trasferiment tal-lapida ddedikata lil Fortunato Mizzi mill-Bażilika ta' Santa Croce f'Firenze lejn Malta u jista' jindika r-raġuni għaliex inħass il-bżonn li tinġieb f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 10296, jista' l-Ministru jikkonferma lill-Kamra li għalhekk tul dawn l-ewwel xhur tas-sena nħarġu 12,299 single permit/work permit?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10314 u jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa New York tul din is-sena?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet ta' Supervisors fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b'xahar mit-3 ta-Ġunju 2017 sal-lum?", "Kif ukoll tista' tgħid għal kull wieħed u waħda minn dawn is-supervisors, kemm kien ilhom jaħdmu maċ-Ċivil u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10459 tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' xogħol preparatorju u xogħol ieħor kien qed isir u qed isir f'dawn l-aħħar ġranet ġewwa l-area tal-parking ġewwa x-Xlendi?", "Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol?", "Meta ħarġu s-sejħiet pubbliċi?", "Kif intgħażlu?", "X'esperjenza għandhom f'dan ix-xogħol?", "X' tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-kuntratturi u kemm tħallsu s'issa?", "X'tip ta' xogħol fadal isir fl-area tal-parking tax-Xlendi qabel jibda s-sajf u min huma l-kuntratturi li ħa jagħmlu dan ix-xogħol u kif intgħażlu?", "Meta huma ppjanati li jitlestew?", "Ħarġet sejħa pubblika għal dan ix-xogħol li fadal isir?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tispjega kif it-triq bejn in-Nadur u l-Imġarr (Triq l-Imġarr) issa ilha magħluqa għal aktar minn tmien xhur kemm għall-vetturi kif ukoll għal min irid jgħaddi bil-mixi, u x-xogħol fuq l-istess triq ilu wieqaf minn Diċembru tas-sena 2018?", "Tista' tgħid meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol?", "X'tip ta' xogħol se jsir u meta hu mistenni li din it-triq terġa' tinfetaħ kemm għal użu tal-vetturi kif ukoll għan-nies bil-mixi?", "Tista' tgħid x'sar biex il-bdiewa li għandhom raba' fl-inħawi jkunu jistgħu jaċċessaw u jaħdmu r-raba' tagħhom?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9419, tista' l-Ministru tgħid jekk l-ewwel fażijiet għar-riġenerazzjoni u l-Master Plan tax-Xlendi li huma faċilitajiet għas-sajjieda, riġenerazzjoni tal-boathouses kif ukoll ir-riorganizzazzjoni tal-parkeġġ li permezz tiegħu se jiżdied il-parkeġġ b'60%, tlestewx qabel beda s-sajf 2019?", "Jekk le x'inhuma r-raġunijiet li l-ebda wieħed minn dawn il-proġetti ma tlesta qabel beda is-sajf 2019?", "Min se jerfa' r-responsabbilità ta' dan kollu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid għaliex għadu ma bediex ix-xogħol fuq Triq it-Tiġrija u Triq il-Qala fin-Nadur li huma żewġ toroq li jaqgħu direttament taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, meta dawn it-toroq jinsabu fi stat ħażin ħafna u dan għaliex anke fl-aħħar snin lanqas manutenzjoni tajba ma saret fuq dawn iż-żewġ toroq?", "Tista' tgħid jekk inħariġx tender biex isir xogħol fuq dawn it-toroq u jekk iva meta se jibda x-xogħol?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' manutenzjoni mistenni jsir fl-Iskola Primarja tan-Nadur matul is-sajf 2019 anke in vista tal-fatt li f'diversi mistoqsijiet preċedenti dejjem qal li x-xogħol mistenni jibda dalwaqt, iżda sal-lum prattikament ma sar xejn?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "B'referenza ghar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza ghar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "B'referenza ghar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza ghar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tagħha u Ministeri oħra?", "Tista' tindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Finanzi", "B'referenza ghar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar x'kuntratti mal-gvern kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kemm bħala person of trust jew taħt kuntratt ieħor mal-gvern jew fis-servizz pubbliku, minn Marzu tal-2013 sad-data ta' din il-mistoqsija?", "Jista' jgħid ukoll, x'kienu (i) l-pożizzjonijiet u rwoli li kellu dan l-individwu permezz ta' dawn il-kuntratti; (ii) x'kienu l-funzjonijiet tiegħu f'kull każ,(iii) id-data ta' meta beda u skada kull kuntratt u (iv) kemm tħallas f'pagi u perkaċċi oħra dan l-individwu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment jaħdimx bħala person of trust fl-Uffiċċju tiegħu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-individwu li d-dettaljii dwaru qed jingħataw separatament, fl-Uffiċċju tiegħu?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien qed jagħmel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, f'delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti fil-Libja matul ix-xahar ta' Ġunju ta' din is-sena?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħa sehem f'delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern Malti fil-Libja, meta kienu d-dati taż-żjarat, x'kien l-iskop taż-żjarat u x'kien ir-rwol u l-funzjoni tal-individwu msemmi, f'dawn id-delegazzjonijiet?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħa sehem f'delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern Malti u jgħid ukoll f'liema pajjiżi, meta kienu d-dati taż-żjarat, x'kien l-iskop taż-żjarat u x'kien ir-rwol u funzjoni tal-individwu msemmi f'dawn id-delegazzjonijiet?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-periti ta' Infrastructure Malta għax-xogħlijiet kollha li saru matul l-aħħar ġimgħat fuq Triq il-Marfa fil-Mellieħa?", "L-ONOR.", "FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "B'referenza għall-vapur MV Nikolaos, fejn fil-Vessel Particulars tal-istess vapur jingħad li l-Gross Tonnage tiegħu hu ta' 996 u tat-tliet vapuri l-oħra tal-Gozo Channel il-Gross Tonnage hu 4,893, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar id-differenza fit-tunnellaġġ tar-raba' vapur u dawk tal-Gozo Channel?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5350, jista' l-Ministru jindika xi twettaq mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sal-lum mix-xogħlijiet ta' tisbiħ tul ix-xatt u l-bajjiet ta' Marsaskala li huma indikati f'din ir-risposta?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27074 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jindika x'inizjattivi ħadu l-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett f'dawn l-aħħar tliet snin sabiex tittaffa l-pjaga tal-faqar fost il-familji li jgħixu f'dawn il-lokalitajiet?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jindika kemm kien hemm seminars/konferenzi organizzati biex jattendu għalihom il-ġudikatura f'dawn l-aħħar tliet snin sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "Fuqiex kienu t-temi ta' dawn il-konferenzi u meta saru?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9202, jista' l-Ministru issa jindika l-ħidma li twettqet mill-Aġenzija Sapport fis-snin 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10529, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma dawk iċ-Ċentri ta' Rijabilitazzjoni li għandna fil-komunità li qed jorganizzaw gruppi ta' sapport għal familjari u meta u x'ħin qed jiltaqgħu dawn il-gruppi?", "X'għandu wieħed jagħmel biex jibda jattendi dawn il-gruppi?", "L-ONOR.", "MARIO GALEA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8519, tista' l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tindika liema huma t-toroq li għandhom bankini li qed joħolqu problemi ta' aċċessibilità f'Marsaskala?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592, tista' l-Ministru tgħid issa jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti 'Society's Concern' u 'Who is Who?'", "Jekk iva, tista' tpoġġi kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6312, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika issa kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10525 tat-13-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jindika kemm hemm każijiet pendenti fis-servizzi msemmija?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10526 tat-13-il Leġiżlatura, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm-il spezzjoni għall-għarrieda twetqet mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali matul dawn l-aħħar tliet snin?", "Fejn saru u meta saru dawn l-ispezzjonijiet u x'rakkomandazzjonijiet saru biex jitjiebu s-servizzi mogħtija lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?", "L-ONOR.", "IVAN BARTOLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28815 tat-12-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħditiet tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala mal-Foundation for Tourism Zone Development rigward it-tisbiħ tal-pjazza ta' quddiem il-Knisja ta' Wied il-Għajn?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista' l-Ministru kemm ġew irrapurtati każijiet ta' abbuż fuq anzjani lill-pulizija mis-sena 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta' sigħat xogħol fil-komunità ngħataw f'dawn l-aħħar tliet snin?", "X'tip ta' xogħol wettqu l-akkużati u f'liema lokalità dan ix-xogħol sar?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti aktar informazzjoni dwar il-proġett li se jiġi organizzat minn tim ta' professjonisti favur is-saħħa?", "Fuqiex se jikkonsistu dawn il-laqgħat, min se jagħtihom u fejn se jsiru?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-medja ta' telefonati kuljum fuq is-Servizz Dementia Helpline?", "Fuqiex l-aktar kienu jikkonsistu dawn it-telefonati u kemm kien hemm telefonati li kienu klassifikati bħala emerġenza?", "L-ONOR.", "HERMANN SCHIAVONE staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet pendenti li hemm għas-servizz ta' Għajnuna fid-Dar?", "Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-benefiċjarji li għadhom jistennew dan is-servizz?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9797, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-uniku spazju miftuħ ġol-Gżira huwa x-xatt u dan bejn it-toroq Ponsomby u Manoel?", "Peress li hemmhekk jinsab l-akbar żvog għar-residenti tal-Gżira, jaf il-Ministru li din il-parti tax-xatt tippermetti veduti estensivi tal-Port ta' Marsamxett, is-swar tal-belt Valletta u tal-Furjana?", "Jaf il-Ministru li dan hu l-post minn fejn titgawda l-festa tal-Gżira u fejn isiru attivitajiet fil-miftuħ għall-Gżirjani?", "Jaf il-Ministru li dan ix-Xatt se jinbidel fi triq traffikuża b'telgħa pjuttost wieqfa ta' aktar minn 6 metri?", "Jaf il-Ministru li din il-'pjazza' hi magħmula f'parti kbira minnha f'taraġ li fih aktar minn 30 tarġa?", "Jaf il-Ministru li din il-pjazza minflok veduti tas-Swar tal-Belt Valletta għandha veduti tad-dar ta' petrol station u ta' fergħa tal-Bank of Valletta?", "Jista' jtaffi dan it-telf tax-xatt prezzjuż għall-Gżirjani billi l-pont jiġi spustjat lejn in-nofsinhar tal-pont eżistenti u l-Ġnien tal-Kunsill tal-Ewropa?", "Jista' jintervjeni biex isiru arranġamenti oħrajn biex tiġi evitata roundabout fin-nofs tax-Xatt tal-Gżira?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9801, jista' l-Ministru jikkonferma li ebda pjanta tal-baħar approvata mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta ma tidher bħala parti mill-proċess ta' PA 9401/17 u li l-unika pjanta mill-Awtorità dwar it-Trasport annessa fil-proċess ma turi t-twessigħ approvat tal-kanal?", "Jaf il-Ministru li l-kumpanija MIDI fil-pubbliċità tagħha turi li dan il-kanal ser ikun navigabbli billi turi laneċ għaddejjin taħt il-pontijiet proposti u dan ikun ifisser li jrid jiġi kkrejat fairway li bih jintilfu ħafna rmiġġi tad-dilettanti?", "Jista' jagħti garanzija konkreta li dawn l-irmiġġi mhux ser jintilfu b'dannu kbir lid-dilettanti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9800, jista' l-Ministru jispjega kif id-dilettanti u sajjieda jistgħu jniżżlu u jtellgħu d-dgħajjes tagħhom minn pjazza li se tkun mat-tmien metri għolja mill-baħar u li se jkun fiha aktar minn 30 tarġa biex tinżel għall-wiċċ il-baħar?", "Jidhirlu l-Ministru li hu sew jew ġust li filwaqt li qed jinbnew faċilitajiet għas-super yachts u yachts, id-dilettanti tad-dgħajjes żgħar u sajjieda dilettanti se jitilfu l-faċilitajiet li għandhom illum?", "Jaf il-Ministru li dan l-iskall hu l-uniku wieħed f'Tas-Sliema jew Lazzaretto Creek u kważi uniku fil-Port ta' Marsamxett?", "Jaf il-Ministru li fil-pjan oriġinali ta' Manoel Island kien hemm approvazzjoni ta' skall fuq Manoel Island u li dan tneħħa fil-Masterplan il-ġdid?", "Jista' jintervjeni u jinsisti li fuq Manoel Island jerġa' jsir skall u faċilitajiet pubbliċi għad-dgħajjes żgħar u sajjieda dilettanti?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' pożizzjonijiet vakanti li bħalissa għandhom il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali fl-Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa?", "Għal liema minnhom ġa ħarġet sejħa biex dawn il-postijiet jimtlew?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-lista ta' stennija li hemm għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sedqa u kemm ilhom jistennew biex jirċievu dawn is-servizzi?", "L-ONOR.", "GODFREY FARRUGIA staqsa lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu mutur jew rota li ġew irraportati lill-Pulizija u li seħħew fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2019 u fl-ewwel sitt xhur u fl-aħħar sitt xhur tas-sena l-oħra?", "Jista' jaqsam l-informazzjoni fi tnejn u ċjoè għall-muturi u għar-roti?", "X'qed jagħmel il-Ministeru biex dawn l-inċidenti jiġu evitati?", "L-ONOR.", "RYAN CALLUS staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ittieħdet id-deċiżjoni minn SportMalta li titneħħa s-sħubija (membership) għall-pixxina nazzjonali li kienet tiswa' €140 fis-sena, biex issa l-Maltin se jkollhom iħallsu għaxar darbiet iżjed biex imorru l-pixxina kuljum?", "L-ONOR.", "BYRON CAMILLERI staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu jaraw hux possibbli li ssir zebra crossing fi Triq id-Dejma bejn il-Fgura u Bulebel, fl-inħawi tal-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan sabiex ir-residenti tal-akkwata jkollhom iċ-ċans li jaqsmu b'anqas periklu?", "L-ONOR.", "Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm minn madwar 9,000 Maltin fl-Iskozja, xtraw il-passaport Malti?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10695 u ċjoè: B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019 jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10696 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-LESA għas-snin 2016, 2017 u 2018?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10697 u jgħid fiex tikkonsisti preċiżament (raġunijiet) it-tilwima reġistrata bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità (wardens) u l-LESA?", "L-ONOR.", "ROBERT CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10698 u jelenka x'azzjonijiet qed jieħdu l-uffiċjali tal-komunità (wardens) kawża għat-tilwima li huma għandhom mal-LESA?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10595 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid fejn (liema lokalitajiet u areas fil-pajjiż) hu permess li dawk li għandhom caravans jistgħu jipparkjawhom u jieqfu bihom għal ħin twil inkluż matul il-lejl u li jkunu koperti bil-Liġijiet Maltin?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10599 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiddlu mains tal-ilma fl-2018 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena 2019?", "Kemm kienet l-ispiża u f'liema lokalitajiet inbiddlu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10601, jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda u jaġġorna l-Kamra bil-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni li saret?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol", "Skont il-job description ta' Learning Support Educator (LSE) fl-2007, l-LSEs kienu marbuta biex f'Ċentri ta' Riżorsi kif ukoll dawk l-LSEs kollha li jaħdmu fil-mainstream, kull sentejn kellhom isiru rapporti dwar il-linji gwida tal-piżijiet li għandhom jitqandlu manwalment, u jkun deċiż jekk għandhomx jinżammu jew jinbidlu.", "F'dan il-każ, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ir-rapporti rigward dawn il-linji gwida msemmija, sarux jew le?", "Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tliet rapporti li saru?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa ta' xogħol fil-culverts li saru bil-katusi f'parti minn Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta f'Mejju 2019?", "Jista' jgħid ukoll min kien il-perit ta' dan il-proġett?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sajjieda qed jintalbu jixtru fuel issussidjat għad-dgħajjes tas-sajd tagħhom mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex dawn bħala sajjieda jkunu jistgħu japplikaw għas-sussidju?", "Jista' jgħid għaliex is-sajjieda mhux qed jitħallew jixtru l-fuel tagħhom b'mod ħieles mingħand operaturi f'suq fejn huma jkunu jistgħu jixtru l-fuel b'prezz irħas minn din l-istess kumpanija?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid għaliex s'issa l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma għamlet xejn mix-xogħol ta' roundabout il-Mosta fejn hemm l-istess entratura għall-istess stabbiliment fi Triq id-Difiża Ċivili, f'salib it-toroq mal-entratura tal-MCAST u fejn ix-xogħol fuq ir-roundabout kien mitlub li jsir mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala \"community gain\" favur il-komunità tal-Mosta?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mill-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn l-Awtorità tal-Ippjanar kienet obbligat biex l-istess supermarket iwettaq xogħol bħala \"community gain\" favur il-komunità tal-Mosta?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li jittieħdu l-passi sabiex tkun irregolata ċumnija peress li twaħħlet fl-istess għoli ta' bitħa interna u qed twaddab 'l isfel fil-bitħa interna tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 86 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 91 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Kirjiet Residenzjali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 90 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 78 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tielet Qari - Ministru għall-Finanzi", "Abbozz ta' Liġi Nru 92 imsejjaħ l-Att tal-2019 dwar l-Edukazzjoni – Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz ta' Liġi Nru 93 imsejjaħ l-Att tal-2019 dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla– Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz ta' Liġi Nru 94 imsejjaħ l-Att tal-2019 dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-Professjonijiet Imnisslin Minnhom – Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "5 ta' Lulju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2019 fit-3.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Kontinwazzjoni.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2019 fl-4.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 88 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Abbozz Nru 89 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.", "LAQGĦA KONĠUNTA", "KUMITAT PEMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ,", "KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI U", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI", "Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji se jiltaqgħu nhar it-Tnejn, 8 ta' Lulju 2019 fil-5.00 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:", "Preżentazzjoni mis-Sur Leo Brincat, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Lulju 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposta leġiżlattiva fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2019 fl-10.00 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Riżoluzzjoni dwar Modifika u Terminazzjoni ta' Kundizzjonijiet Kuntrattwali ma' Fortel Services Ltd., u Fortina Developments Ltd.; u", "Trasferiment ta' proprjetà lil Haileybury Malta Limited.", "5 ta' Lulju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190708_246a_par.docx"} {"text": ["AĠENDA", "It-Tlieta, 9 ta' Lulju, 2019 fl-4:00 p.m.", "MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10315 u jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Ateni tul din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Madrid fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu tul is-sena li għaddiet minn pajjiżna fin-Nazzjonijiet Uniti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed issir jew saret tul is-sena li għaddiet sabiex pajjiżna jikseb siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Vjenna, l-Awstrija fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni ħadet Malta u ċjoè kif ivvota pajjiżna fin-Nazzjonijiet Uniti tul is-sena li għaddiet fuq ir-riżoluzzjonijiet u proposti li tressqu?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal il-proċess biex tiġi aġġudikata t-tender IM009/2019 (Tender for the Construction and Resurfacing of Residential Roads in Various Localities around Malta) li ħarġet minn Infrastructure Malta u li t-Tender Submission Deadline għalqet fit-12 ta April 2019?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għat-Turiżmu", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġ mill-US State Department 2019, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-", "Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ", "B'referenza għar-rapport \"Trafficking in Persons Report\" maħruġmill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra?", "Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar sentejn, il-Ministeru għal Għawdex ħax xi passi sabiex jassigura li l-Għar tal-Mixta, li jiġi fuq ir-riħ tal-bajja tar-Ramla fin-Nadur, jiġi preservat, peress li dan is-sit huwa wieħed mill-aktar postijiet li jintuża f'ritratti biex jiġi reklamat Għawdex u jinsab fi stat ta' abbandun?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ġietx mitluba tiċċertifika r-raba' vapur li beda jagħti servizz bejn Malta u Għawdex fl-aħħar ġimgħat?", "Jista' jgħid jekk dan ġiex approvat mill-Kummissjoni, stante li qed jaslu ilmenti kontinwi minn persuni anzjani u persuni b'diżabilità, dwar l-aċċess għall-istess vapur?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ħaditx passi sabiex il-Qorti ta' Għawdex u ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli, peress li meta sar il-proġett taċ-Ċittadella, l-istess Kummissjoni kienet aċċettat li rampa li saret, ma tkunx skont dak mitlub mill-guidelines tal-istess kummissjoni u li kellu jsir lift fi żmien qasir?", "Jista' jiċċertifika li dan il-lift fil-Pjazza tal-Katidral biex jagħti aċċess għall-Qorti u għal kumplament taċ-Ċittadella, fil-fatt sar u huwa ċċertifikat mill-Kummissjoni?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li Triq il-Pitkalija fix-Xewkija Għawdex għadha ma ġietx irranġata u msewwija u dan b'konsegwenza li qed tkun ta' periklu kbir għan-nies li jużawha ta' kuljum?", "Tista' tgħid meta ser jiġu msewwija l-ħofor li hemm f'din it-triq?", "L-ONOR.", "CHRIS SAID staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mit 8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta' Ġunju 2017?", "Tista' f'kull każ tgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b'direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x'tip ta' xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?", "L-ONOR.", "SIMON BUSUTTIL staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux security clearance mill-Gvern?", "L-ONOR.", "EDWIN VASSALLO staqsa lill-", "Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma", "Jista' l-Ministru jara li l-Water Services Corporation tieħu l-passi meħtieġa sabiex ikun iffinalizzat il-proċess mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kemm jista' jkun fl-inqas żmien possibbli ladarba dan l-individwu huwa bla paga?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li l-bankina li hemm tul Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons), li ġie ffinanzjat mis-Central Business District flimkien mal-kumpanija Farsons, tissewwa biex ma tibqax ta' periklu?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier tul il-bankina ta' Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara (quddiem Farsons), peress li vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq Notabile jistgħu jitilfu l-kontroll u ssir traġedja minn dawk il-persuni li jinzertaw fi Ġnien il-Ħaddiem?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li ħdejn Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) il-konka mal-istage tal-linja u li kienet tospita Palma (illum maqlugħa), tiġi mneħħija peress li n-nies li jkunu mixjin iridu jinżlu l-bankina b'periklu kbir għalihom?", "L-ONOR.", "Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima", "Jista' l-Ministru jara li s-slabs, li huma parti mill-akwedott li huwa skedat fi Triq il-Kan.", "Indri Galea, u li ġew maqlugħa meta kien qiegħed isir ix-xogħol fuq Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina (quddiem Farsons) Birkirkara u tpoġġew ħdejh, jerġgħu jitpoġġew f'posthom b'mod permanenti?", "Jista' l-Ministru jara wkoll li x-xatba fin-naħa ta' isfel ta' Ġnien il-Ħaddiem in-naħa tal-istage ta' Triq il-Knisja l-Qadima, terġa' tinfetaħ, peress li ngħalqet permanentement u b'hekk in-nies iridu jerġgħu jduru lura biex joħorġu?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li l-bankina li hemm tul Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina Birkirkara (quddiem Farsons) li ġie ffinanzjat mis-Central Business District flimkien mal-kumpanija Farsons, tissewwa biex ma tibqax ta' periklu?", "L-ONOR.", "Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali", "Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier tul il-bankina ta' Ġnien il-Ħaddiem, fi Triq l-Imdina, Birkirkara (quddiem Farsons), peress li vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq Notabile jistgħu jitilfu l-kontroll u ssir traġedja minn dawk il-persuni li jinzertaw fi Ġnien il-Ħaddiem?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ir-Riżoluzzjoni li huwa għadu kemm ippreżenta fil-Kamra tar-Rappreżentanti dwar Casma Ltd u Dragonara Gaming huwa ma ppreżentahiex biex tiġi diskussa fil-Kabinett u fil-Grupp Parlamentari Laburista?", "L-ONOR.", "JASON AZZOPARDI staqsa lill-", "Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar", "Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja mill-kariga f'April li għadda proprju waqt li huwa (l-Ministru) kien qed jinnegozja t-termini tar-Riżoluzzjoni Parlamentari dwar Dragonara Gaming u Casma Ltd?", "L-ONOR.", "KEVIN CUTAJAR staqsa lill-", "Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin fiċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta u kif ukoll f'liema grad u skala qegħdin?", "Kemm-il uffiċjal pubbliku Għawdxi ġie trasferit lejn Għawdex matul l-2019, u f'liema grad u skala qegħdin?", "Kemm-il Għawdxi hemm fl-iskala ta' Executive Officer maċ-Ċivil jaħdmu ġewwa Malta?", "L-ONOR.", "KEVIN CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm biex isiru lifts fil-Housing Estates ta' Taċ-Ċawla ġewwa r-Rabat?", "U jekk iva, meta?", "L-ONOR.", "KEVIN CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-Park and Ride għall-Imġarr?", "L-ONOR.", "KEVIN CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq il-boat yard ġewwa x-Xlendi (il-post fejn soltu jitqiegħdu l-opri tal-baħar) u meta dawn huma skedati li jitlestew?", "L-ONOR.", "KEVIN CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-opri tal-baħar ġewwa x-Xlendi jiċċaqalqu minn ġewwa l-parkeġġ destinat għall-vetturi fejn jinsabu fil-preżent u f'każ li iva, meta ser jiġri dan u kif ukoll fejn se jitqiegħdu dawn?", "L-ONOR.", "KEVIN CUTAJAR staqsa lill-", "Ministru għal Għawdex", "Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji tal-livell ta' emissjonijiet ta' dħaħen tal-vapur mikri mill-Gozo Channel dan l-aħħar meta paragunat mal-vapuri l-oħrajn tal-istess Gozo Channel?", "Qed jittieħdu xi miżuri fir-rigward ta' dawn l-emissjonijiet?", "ORDNIJIET TAL-ĠURNATA", "Abbozz Nru 87 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi – Tielet Qari - Ministru għall-Finanzi", "Abbozz Nru 91 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Kirjiet Residenzjali – Tieni Qari (Kont.) – Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali.", "Abbozz Nru 90 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni – Tieni Qari – Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 78 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali – Tielet Qari - Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.", "Abbozz Nru 92 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni – Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 93 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla– Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 94 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-Professjonijiet Imnisslin Minnhom – Tieni Qari – Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Abbozz Nru 76 – Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv) – Tielet Qari - Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali", "8 ta' Lulju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA", "KUMITATI TAL-KAMRA", "KUMITAT GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI AĠĠUNT", "Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Lulju 2019 fl-4.30 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 84 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali u l-Att dwar il-Vjolenza abbażi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' ABBOZZI TA' LIĠI", "L-Onor.", "Stefan Zrinzo Azzopardi, President tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi, javża li l-Kumitat se jiltaqa' nhar it-Tlieta 9 ta' Lulju 2019, fis-6.00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konferma tal-Minuti.", "Abbozz Nru 89 – Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet Finanzjarji – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni", "Abbozz Nru 83 – Abbozz ta' Liġi dwar l-Avukat tal-Istat – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali", "Abbozz Nru 47 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili u l-Kodiċi Kriminali – Onor. Claudio Grech.", "Abbozz Nru 5 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda Diversi Liġijiet (Riforma dwar il-Pensjonijiet) - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.", "Abbozz Nru 85 – Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.", "Abbozz Nru 88 – Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja) – Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ", "Il-Grupp ta' Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar it-Tlieta, 9 ta' Lulju 2019 fil-4.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-", "Konsiderazzjoni ta' proposta leġiżlattiva fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Skrutinju ta' proposti leġiżlattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.", "KUMITAT TAL-KONTIJIET DWAR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA", "Il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 10 ta' Lulju 2019 fl-10.00 am fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament, b'din l-aġenda:", "Konferma tal-Minuti;", "Riżoluzzjoni dwar Modifika u Terminazzjoni ta' Kundizzjonijiet Kuntrattwali ma' Fortel Services Ltd., u Fortina Developments Ltd.; u", "Trasferiment ta' proprjetà lil Haileybury Malta Limited.", "8 ta' Lulju 2019 SKRIVAN TAL-KAMRA"], "category": "parliament", "subcategory": "parliamentary debates, politics, law", "year": "2021", "url": "https://parlament.mt/en/13th-leg/plenary-session/?type=committeedocuments", "source": "Extracted from 20190709_247a_par.docx"}